{"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(immigrazzjoni IREGOLaRi)", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 109", "Il-Ħamis, 7 ta' Lulju, 2011", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ħamis, 7 ta' Lulju, 2011 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Immigrazzjoni Irregolari - Rapport mill-Membri tad-Delegazzjoni Maltija fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20110707_109a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 109", "Il-Ħamis 07 ta' Lulju, 2011", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 109", "Il-Ħamis 07 ta' Lulju, 2011", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-07:25 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 89 li saret nhar it-Tlieta 30 ta' Novembru 2010 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Nixtieq navżakom li l-Onor.", "Beppe Fenech Adami huwa skużat illejla u nixtieq li noffru din it-talba tagħna sabiex Alla l-imbierek jgħin lill-ommu f'dan il-mument kritiku ħafna għal saħħitha.", "Permezz ta' din it-talba nkunu magħqudin ma' wieħed minn sħabna kif ukoll magħqudin ma' mara, li fil-fehma tiegħi għexet ġrajjiet dan il-poplu bl-iktar mod ġenwin bħala ċittadina ta' dan il-pajjiż.", "Issa ngħaddu mill-ewwel għas-suġġett tagħna llum fejn se niddiskutu l-immigrazzjoni irregolari.", "IMMIGRAZZJONI IRREGOLARI – RAPPORT MILL-MEMBRI TAD-DELEGAZZJONI MALTIJA FL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI TAL-KUNSILL TAL-EWROPA", "THE CHAIRMAN: Din id-darba stedinna lill-Membri Parlamentari ta' dan il-Parlament li jifformaw id-delegazzjoni Maltija fl-Assemblea Parlamentari fil-Kunsill tal-Ewropa sabiex jagħtuna rapport dwar x'inhu jingħad fuq Malta u fuq dan il-fenomenu tal-immigrazzjoni irregolari.", "Dan il-Kumitat jitkellem ukoll fuq dan il-fenomenu tal-immigrazzjoni irregolari, u allura naħseb li minn żmien għal żmien ikun tajjeb li ningħataw rapport dwar l-aħħar żviluppi, preokupazzjonijiet u ideat fuq dan il-fenomenu li qiegħed jinfluwenza u jaffetwa lill-Ewropa imma aktar u aktar lil pajjiżna.", "Issa nagħti l-kelma lill-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Sur President, l-ewwelnett nixtieq ningħaqad miegħek fuq dak li għedt dwar omm l-Onor.", "Fil-fatt jiena kont preżenti f'dawk il-mumenti hekk drammatiċi, fejn tajt l-għajnuna tiegħi bħala tabib u nista' ngħid li s-sitwazzjoni tagħha kienet diġa' waħda gravi.", "M'hemmx għalfejn ngħid li l-membri kollha ta' din il-Kamra juru l-appoġġ u s-solidarjetà tagħhom mal-ħabib tagħna.", "Issa aħna ġejna mitlubin minn dan il-Kumitat sabiex inressqu rapport bħala d-delegazzjoni Maltija fuq l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar dan il-fenomenu tal-immigrazzjoni irregolari.", "L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjak talli tajtna din l-opportunità sabiex nispjegaw l-affarijiet.", "Jien se nsemmi ftit mix-xogħol kbir li jsir fil-Kunsill tal-Ewropa għax għandi dubji serji kemm il-membri tagħna jkunu informati fuq dawn l-affarijiet.", "Hawnhekk irrid ngħid li aħna bħalkom, għandna l-commitments tad-distrett, għandna l-commitments professjonali, għandna l-commitments ta' dan il-Parlament, li kulma jmur aktar qegħdin jiżdiedu, b'diversi minna qegħdin ukoll f'kumitati ta' dan il-Parlament, u mbagħad għandna l-commitments tagħna fl-Assemblea Parlamentari fil-Kunsill tal-Ewropa.", "Il-Kunsill tal-Ewropa huwa istituzzjoni li m'hawnx bħalu għax fih hemm membri eletti fil-parlamenti nazzjonali, li mbagħad jiġu eletti f'dan il-Kunsill biex jiltaqgħu bħala assemblea.", "Mela dawn il-membri mhux jiġu eletti min-nies imma l-ewwel jitilgħu bħala membri fil-parlamenti nazzjonali tagħhom u mbagħad imorru fuq l-Assemblea Parlamentari li hija waħda mit-tliet bodies l-aktar importanti tal-Kunsill.", "Kif tafu hemm il-Kunsill tal-Ministri li huwa importanti ħafna.", "Imbagħad hemm l-Assemblea Parlamentari u hemm il-Kunsill tar-Reġjuni.", "Imbagħad għandek għaxar kumitati li jkopru diversi oqsma.", "Dawn huma l-kumitat dwar l-affarijiet politiċi li jitratta wkoll l-aspetti tal-immigrazzjoni irregolari, il-kumitat dwar l-affarijiet soċjali, is-saħħa u l-familja, il-kumitat dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-kumitat dwar l-affarijiet legali u d-drittijiet umani, il-kumitat dwar l-ambjent, l-agrikultura u l-affarijiet lokali u reġjonali, il-kumitat dwar l-ekonomija u l-iżvulupp, il-kumitat dwar il-kultura, ix-xjenza u l-edukazzjoni, il-kumitat dwar l-immigrazzjoni, refuġjati u l-popolazzjoni li huwa dan il-kumitat li se nitkellmu fuqu llum u l-kumitat tal-monitoraġġ.", "Dan il-kumitat huwa importanti ħafna għax iħares lejn istituzzjonijiet bħalma huwa l-parlament, l-ispeaker u l-elezzjonijiet ġewwa l-pajjiż.", "Jara wkoll jekk id-drittijiet fundamentali tal-bniedem ikunux qegħdin jiġu mħarsa, u r-rispett u l-obbligi u l-impenji mill-istati membri.", "Issa għalfejn qiegħed insemmihom dawn l-għaxar kumitati?", "Il-Membri Maltin huma sitta; tliet membri bil-vot u tlieta sostituti li jidħlu jivvotaw meta l-membri li jivvotaw ma jkunux preżenti.", "Jiena meta ġejt inkarigat biex immexxi din id-delegazzjoni l-ewwel ħaġa li għamilt kienet li tlabt lil kulħadd sabiex jgħiduli fuq liema kumitat jixtiequ joqogħdu.", "Kif qed taraw hemm sproporzjon kbir bejn ix-xogħol li hemm - jekk tieħdu bis-serjetà – u l-Membri Maltin.", "Lanqas jekk tagħmel x'tagħmel ma tista' tkun preżenti fiżikament f'dawn il-kumitati kollha u allura dawn l-għaxar kumitati they are barely covered.", "L-Assemblea Parlamentari tiltaqa' erba' darbiet fis-sena għal ġimgħa sħiħa, jiġifieri mhijiex ċajta.", "Huwa diżappunt kbir għalija li bħala deputati ninsabu sprovvisti minn kull għajnuna sabiex tagħmel ir-riċerka tiegħek.", "Ħdejn pajjiżi oħra nħoss li aħna sprovvisti ħafna sabiex ikollna dan l-aċċess.", "L-aċċess tista' tgħid li jekk tfittxu ssibu imma trid lil xi ħadd li jkun qiegħed hemmhekk biex jgħinek tagħmel ir-riċerka, li jiġbidlek l-attenzjoni fuq xi ħaġa partikolari li tkun se tiġi diskussa u li jgħidlek biex tipprepara fuq dak is-suġġett jew fuq l-ieħor.", "Trid tqis li għandek pajjiżi oħra, b'delegazzjonijiet daqs tagħna imma qegħdin fuq kumitat wieħed jew tnejn u allura jistgħu jiffokaw u jippreparaw aktar fuq dak il-kumitat li jkunu qegħdin fih.", "Issa waħda mill-aktar affarijiet li tolqotni hi li – din tapplika għal dan is-suġġett - b'daqxejn ħsieb u preparazzjoni l-Kunsill tal-Ewropa jista' jiġi utilizzat ħafna aħjar.", "Imma jekk ma toqgħodx attent jista' jiġi wkoll highjacked.", "Ħa nispjega għalfejn qed ngħid hekk.", "Mela inti għandek 'il fuq minn 300 membru li jivvotaw u dawn jibdew jiltaqgħu mit-Tnejn.", "It-Tlieta jibdew jonqsu, l-Erbgħa u l-Ħamis ikomplu jonqsu, u sal-Ġimgħa jifdallek forsi 50 membru!", "Fil-fatt il-Ġimgħa ġieli kellna voti fil-Plenarja - jiġifieri fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar dawn ir-rapporti – u kulma jkollok membri preżenti jkunu forsi xi 50 ruħ!", "B'dan l-ammont faċli jkollok grupp, minn xi pajjiż jew inkella grupp politiku, li jorganizzaw ruħhom biex iġibu dak il-vot partikolari kif iridu huma.", "Issa mhux qed ngħid li jsir hekk imma hemm dan ir-riskju.", "Sur President, jien qiegħed nipprova nuri r-riskju li hemm f'dan il-proċess fejn għandek il-qalb tad-demokrazija.", "Kemm fl-Ewropa u kemm fil-Kunsill tal-Ewropa huma l-postijiet fejn nitkellmu biss fuq id-demokrazija, fuq is-saltna tad-dritt, fuq il-libertà u fuq id-drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "Dawn huma riskji li aħna, bħala delegazzjoni żgħira – għalkemm m'aħniex l-iżgħar – nistgħu niffaċċjaw.", "Ovvjament aħna jinteressana u jimpurtana mill-interess nazzjonali tagħna.", "In-numru tal-membri jiġi stabbilit abbażi tal-popolazzjoni.", "Issa nhar ta' Tnejn nibdew niltaqgħu fuq livell politiku, min fl-EPP, min tal-Liberali u min tas-Soċjalisti, skond kif tkun marret l-elezzjoni tal-pajjiż.", "Ma ninsewx li qegħdin 47 pajjiż u f'kull sessjoni tista' tgħid li jkun hemm xi riżultat ta' elezzjoni li jaffettwa.", "U allura l-membri li jkunu se jattendu għal dik l-Assemblea dejjem jinbidlu.", "Imbagħad skond is-saħħa tal-partiti madwar l-Ewropa kollha, jiġifieri madwar is-47 pajjiż, jinħatru ċ-chairmen tal-kumitati, il-viċi-chairmen u l-membri tal-kumitati.", "Jista' ikollok wieħed biss jew inkella tkun on rotation.", "Hemm wieħed – dak tal-honoring obbligations - li m'aħniex fih.", "Hemm dak tal-bureau li qiegħed by rotation u allura nkunu fuq dak il-kumitat meta jkun imiss lill-Malta.", "Hemm ukoll formola li tinħadem skond is-size tal-pajjiż.", "Għalhekk huwa importanti li wieħed jieħu ċ-ċans – meta tiġi din l-opportunità – biex jidħol f'dawn il-kumitati differenti biex ikun jista' ikun jaf x'qiegħed jiġri u jagħti l-kontribut tiegħu.", "Issa għalfejn qiegħed insemmi dan kollu?", "Qiegħed insemmi dan kollu għax fejn tidħol l-immigrazzjoni.… Huma jsejħulha \"immigrazzjoni irregolari\" u l-ħin kollu naqilgħu l-kwestjonijiet fuq din il-kelma għax meta ngħidu \"illegali\" jipprovaw jikkoreġuk u jgħidulek li hija bad language li tuża dik il-kelma.", "Imma aħna nużaw il-kelma \"illegali\" għar-raġunijiet tagħna għax inħossu li huma llegali ladarba qegħdin jidħlu fil-pajjiż mhux b'mod legali.", "Dan ix-xenarju qiegħed iġib lill-Kunsill tal-Ewropa, speċjalment f'ċerti kumitati, fejn membri jressqu numru ta' rapporti fuq suġġett wieħed.", "U dan huwa każ ċar fejn għandek numru ta' titles li huma relatati ħafna.", "Issa ħa naqralkom ftit l-aġenda tas-sessjoni li jmiss li se tiltaqa' fit-13 ta' Settembru.", "Mela dan diġa' qiegħed jitratta t-tfal f'sitwazzjoni irregolari ta' imigrazzjoni.", "Ir-raba' topic huwa \"The situation of Roma in Europe\" fejn dawn in-nies huma kkonsidrati bħalna itinerant migrants.", "U hawn ġej ix-xogħol tagħna.", "(Interruzzjonijiet) David inti ma kontx hawn meta kont qed nipprova nispjega, fis-sens li kont hawn bħalma aħna llkoll ngħidu li konna hemmhekk.", "Dak li kont qed nipprova ngħid, fis-sens li jkollok tliet kumitati fl-istess ħin.", "Pereżempju jien qiegħed fuq is-social committee, fuq il-migration u fuq il-political committee.", "Issa jien kif jista' ikun li f'siegħa naqbad il-ġist ta' x'intqal hemm ġew?!", "Ħalliha li wara naqra dak li jkun intqal.", "Minn tliet kumitati jkolli nattendi għal tnejn biex nagħmel nofs siegħa f'wieħed u mbagħad nipprova nlaħħaq l-aħħar nofs siegħa tal-ieħor.", "Imma b'dan il-mod ma tafx fuq xiex tista' tintervjeni jew tinfluwenza għax meta tidħol f'nofs laqgħa mhux se tintervjeni bħal meta inti tkun ippreparat fuq is-suġġett, taf x'se tgħid u taf x'risposta se tagħti għal dak li se jintqal.", "Jiġifieri hemm differenza kbira bejn kif nistgħu noperaw aħna u kif jopera ħaddieħor.", "Ħaddieħor għandu ċ-ċans li joqgħod jikteb fuq kull ħaġa li għandhom x'jaqsmu magħha l-immigranti llegali għax il-ħin kollu jaqra l-gazzetti, u speċjalment jekk ikun ġej il-fuq mill-Alpi, fejn hemmhekk l-immigranti ma tantx se jaslu malajr, iħossu aktar komdu li jikteb ir-rapporti u jiddeskrivi s-sitwazzjonijiet, fejn xi kultant juża wkoll xi daqxejn l-immaġinazzjoni li jkollu!", "U hawnhekk fejn aħna għandna sfida kbira.", "Aħna lkoll umani u lkoll kemm aħna sensittivi għal din l-issue.", "U jien ma rridx li fil-Kunsill ngħid ħaġa u mbagħad niġi hawn Malta u ngħid ħaġa oħra.", "Dawn in-nies għandhom id-drittijiet kollha li jien se nitkellem fuqhom u li kont qiegħed naqra mil-lista li għandi.", "Jiġifieri ma rridx li hemmhekk ngħid mod u mbagħad hawnhekk insib ambjent ostili għax hemmhekk inkun għedt li dawn għandhom dawn id-drittijiet.", "U mbagħad ma nkunx nista' nwettaq dak li f'isem il-pajjiż tagħna nkunu rrakkomandajna.", "Veru li l-Kunsill tal-Ewropa mhuwiex l-Unjoni Ewropea, jiġifieri dan mhux se jnaqqsilna mill-flus li nieħdu jew se jagħmel xi sanctions imma ħadd ma jieħu pjaċir li jkollu xi forma ta' sanction!", "Mela dan qiegħed jaffettwa lilna direttament.", "Mela l-lenti qiegħda fuq il-Mediterran u fuq l-imwiet li qed iseħħu fl-ibħra ta' madwarna.", "Jien għadni qiegħed nehwden fuq il-mostoqsija li għamiltli Onor. Agius dwar min qiegħed iressaq dawn ir-rapporti kollha.", "Hemm ħafna aktar rapporti u hemm ħafna awareness għax kif għedt dawn in-nies għandhom l-enerġija u r-riżorsi biex jaħdmu u għandhom ukoll il-media li kontinwament tiffoka fuq dan is-suġġett.", "Ovvjament uħud minnhom għandhom interess personali f'din il-kwestjoni.", "Pereżempju ltqajt ma' membru parlamentari Spanjol mill-Canary Islands li ħa l-briga biex jara kif din is-sitwazzjoni qiegħda taffettwa lit-turiżmu fil-Canary Islands.", "Ipprova wkoll jagħti mudell ta' kif għandha tiġi indirizzata l-problema u allura għandek minn fejn titgħallem ħafna minn dawn l-affarijiet.", "Naturalment dejjem irridu nżommu f'moħħna li l-Canary Islands huma parti minn pajjiż kbir, b'riżorsi kbar u hawnhekk qed nirriferi għal Spanja.", "Fil-fatt dan huwa wieħed mill-iktar argumenti li aħna nressqu f'laqgħat bħal dawn.", "Dak kollu li aħna qegħdin niġu mitluba nagħmlu ma nistgħux niġu megħjuna mill-hinterland għax din hija xi ħaġa li aħna m'għandniex.", "Jekk Lampedusa qiegħda tiġi mitluba tagħmel dak is-salvataġġ kollu, li tieħu ħsieb dawk in-nies kollha, biex issalvahom mill-għarqa, li tagħtihom trattament mediku, tipprovdilhom l-ikel u li mbagħad tagħtihom xi forma ta' resettlement, din dejjem għandha l-għajnuna tal-Italja li hija l-hinterland tagħha.", "Jiġifieri Lampedusa għandha l-istrutturi u r-riżorsi mentri Malta tibqa' bottle-neck.", "U dan huwa l-argument li aħna dejjem nagħmlu bħala pajjiż.", "Fl-aħħar sessions li kellna, minħabba din l-enquiry tad-death at sea, li rridu narawha wkoll fid-dawl tal-istqarrijiet li saru mill-President Tork, li fuq din l-issue għandu wkoll ħafna esperjenza minħabba li pajjiżu qiegħed fil-fruntiera mas-Sirja, dan wera l-preokupazzjonijiet tiegħu dwar il-PACE committee to carry out inquiries to deaths of poor people on 8 May; lives lost in the Mediterranean sea.", "Dawn huma kollha rapporti fuq dan is-suġġett li qegħdin quddiem dan il-kumitat.", "Jiġifieri qiegħda tingħata din l-importanza kbira fuq dan is-suġġett.", "Ovvjament wieħed jiġġustifika li tingħata din l-importanza kull darba li jkun hemm inċident.", "Din illum qiegħda taħt il-lenti tal-Mediterran.", "Ftit ilu kienet bejn il-Greċja u t-Turkija, mentri aktar qabel kienet lejn Spanja.", "Imma Spanja rnexxilhom iwaqqfu dak l-influss lejn il-Canary Islands minħabba li kellhom a very strong political will.", "Il-Gvern Spanjol ftihem ma' min fejn kienet ġejja dik l-imigrazzjoni llegali u allura, kull meta bdew jidħlu dawn in-nies, kien jaqbad u jerġa' jibagħthom lura.", "Ovvjament dan sar għax kien hemm il-political will u kien hemm il-ftehim.", "Kien hemm ukoll programm, fejn il-parlament qabel li jingħataw il-fondi biex jikseb l-iżvilupp f'dak il-pajjiż minn fejn kienu qed jitilqu dawn in-nies.", "U inti hekk trid tagħmel.", "Jekk in-nies qed jitilqu minn dak il-pajjiż għax m'hemmx xogħol, inti trid tipprova tħajjar l-investiment min-naħa ta' pajjiżek biex jinvesti f'dan il-pajjiż.", "Spanja għandhom a policy for Africa mentri aħna m'għandniex din il-policy.", "Jista' ikollna xi ħaġa żgħira imma bħalissa ninsabu mdendlin minħabba li għandna dan ix-xogħol kollu fil-Libja li huwa wieqaf.", "Nerġa' ngħid li aħna m'għandniex policy for Africa u għandu jkollna.", "Għandu jkollna an economic policy and a social policy biex nattakkaw din il-problema mill-għeruq.", "Jekk mhux se nipprovaw nattakkaw din il-problema se nibqgħu naraw dawn in-nies ġejjin!", "Din mhijiex kwestjoni li aħna xenofobiċi li hija kelma li tingħad il-ħin kollu hemmhekk jew li nibqgħu ningħalqu.", "Inti trid tipprova tiddefendi lil pajjiżek u jien I'm all out u se nitkellem ftit fuqha għax qamet u hija xi ħaġa li tinkwetani ħafna.", "Meta nidħlu fuq is-SAR u l-FIR li huma s-search and rescue u l-flightzones, qed jagħmlu pressjoni kbira fuqna għax qishom iridu jgħidu li aħna pajjiż żgħir u s-search and rescue area tagħna tibda mit-Tuniżija u kważi tibqa' sejra sa Kreta.", "Imma aħna qegħdin ngħidulhom li dak huwa wirt li ġej minn żmien il-kolonjaliżmu.", "Issa avolja llum sirna indipendenti xorta kapaċi nikkoordinaw dak kollu li jiġri f'dik l-area.", "Imma aħna ma ffirmajnix biex dawk in-nies kollha li nsibu f'dik l-area rridu ndaħħluhom f'pajjiżna.", "U fuq dan hemm nuqqas kbir ta' understanding.", "Aħna ma rridux li kulħadd jiġi hawnhekk biex jagħmel rapporti kontra rapporti.", "Jien irrid inkun naf inti x'piż se terfa' biex tgħin lil pajjiż bħal Malta!", "Dejjem tisma' ħafna kliem ta' solidarjetà imma dejjem jaħarbu minn din il-mistoqsija!", "Ħadd ma jgħid kif jista' jagħtina b'mod tanġibbli l-għajnuna tiegħu f'din il-kwestjoni u allura aħna bilfors li nħossuna l-ħin kollu rridu niddefendu din il-pożizzjoni li sibna ruħna fiha għax ġeografikament qegħdin f'nofs il-Mediterran u allura nzertajna fir-rotta ta' dawn in-nies.", "Ħafna minn dawn l-immigranti mhijiex Malta d-destinazzjoni finali tagħhom.", "L-iskop tagħhom fil-maġġor parti l-kbira huwa li jsibu – ikun hemm min ikollu bżonn kenn politiku - kenn ekonomiku u fuq din li rridu forsi nkunu aktar ċari.", "Fil-fatt qrajt x'imkien f'wieħed mill-aħħar internenti li saru li ħafna mir-refuġjati.… Jekk inhu hekk hija storja differenti!", "Jekk dawn qed jaħarbu minn sitwazzjonijiet fejn jekk jerġgħu jmorru lura f'pajjiżhom se jispiċċaw arrestati jew ittorturati, allura għandna d-dmir li nagħtuhom kenn kemm bħala nies umani u anke bħala Kunsill tal-Ewropa, u dak huwa wieħed mill-prinċipji tiegħu, li jħares id-drittijiet fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem.", "Għalhekk f'dak il-każ l-istorja hija daqxejn differenti.", "Imma jekk dawn huma economic migrants - li żgur hemm element ta' economical migration - irridu naraw kif se nindirizzawha daqxejn differenti.", "Dak li aċċenna għalih fil-bidu l-Onor.", "David Agius, u ċioè dwar min u kif jipproponi dawn is-suġġetti b'mod kontinwu, jiena pprovajt nispjegah bl-aħjar mod li stajt u tajt il-veduti personali tiegħi.", "Fl-aħħar mill-aħħar jiena ngħid li kien hemm daqxejn overkill meta għedna li jekk mhux se jagħtuna l-għajnuna tagħhom aħna mhux se nkunu kapaċi nilqgħu għal din il-mewġa ta' immigranti.", "Jien kont tkellimt f'April, fi żmien fejn is-sitwazzjoni fil-Libja kienet għadha mhux daqshekk stalemate daqs kemm hi llum, u dakinhar iċ-Chairman Ingliż kien għamel kummenti favur tagħna.", "Fil-fatt dan tkellem favur tagħna kemm dakinhar u kemm id-darba ta' wara.", "U speċi fil-Kunsill tal-Ewropa hemm simpatija mas-sitwazzjoni li ninsabu fija aħna.", "Issa rridu nkunu saqajna mal-art, fis-sens li jekk aħna din is-sena daħlu f'pajjiżna mal-1,500 immigrant, qisek qed tgħid li fil-Ġermanja daħlu kwart ta' miljun!", "Il-mod ta' kif qabbilt il-popolazzjoni ta' Malta man-numru ta' immigranti li daħlu f'pajjiżna u qabbilthom ma' pajjiż bħall-Ġermanja it won the day for me.", "Imma mbagħad x'ħin toqgħod tqis l-affarijiet issib li t-Tuneżija ħadu għexiren ta' eluf ta' immigranti u allura argument bħal dan jagħlaqlek daqxejn ħalqek.", "Dan għandek pajjiż li mhuwiex daqshekk endowed u qed jerfa' dan il-piż kollu!", "U dan kien l-argument li ressaq iċ-Chairman tal-kumitat li qed nitkellmu fuqu llum.", "Dan ma kienx qed jikkritika lill-Malta imma kien qed jikkritika lill-pajjiżi kollha.", "Lili qed tgħidli għax erfajt ħamsa mentri l-ieħor ħa 30 jew 50!", "Għalhekk irridu noqogħdu naqra attenti.", "Aħna poġġejna l-pożizzjoni tagħna ċara u għedna li rridu nagħtu s-sehem tagħna u tkellimna kemm-il darba b'dan il-mod, fejn għedna li aħna qegħdin nagħmlu l-obbligi tagħna, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mas-search and rescue.", "Għax imbagħad għandek ċerti ideat li jiġu ffumentati mill-media, bħalma kellna dan l-aħħar fuq l-istazzjon tar-Rai, li ma jagħmlulna l-ebda ġid!", "Li jiġri mbagħad hu li jkollok xi MP minn Moldova jew minn Sweden li forsi jara dawk il-kummenti u dan se jdaħħalha f'rasu li aħna nisparawlhom lil dawn in-nies!", "U tibqa' dik il-mentalità li hawn Malta mhux qed imorru immigranti għax jisparawlhom.", "Għalhekk aħna rridu nikkumbattu lill-media internazzjonali.", "Jekk jingħad kumment fuq radju li qed jinstema' internazzjonalment.…", "Dawn il-kummenti smajthom jien stess waqt li kont għaddej bil-karozza tiegħi.", "Fil-fatt dik il-ħabta kont nisma' il-ħin kollu stazzjonijiet tar-radju Taljani.", "U nisma' kumment fejn iċempel xi ħadd lil dan ir-radju u jgħid lill-preżentatur li jmisshom jagħmlu bħal Malta u nisparaw fuqhom.", "Kumment bħal dak jagħmel ħafna u ħafna ħsara.", "Issa mbagħad ci voule biex tiġbor lura dik il-ħsara.", "Trid tipprova li kull darba li l-AFM ġew mgħajta għall-għajnuna dawn marru u hija xi ħaġa li trid taħdem ħafna għaliha.", "Din titlifha f'sekonda u ddum taħdem għaliha ġimgħat u xhur sħaħ biex forsi tirkupra l-ħsara li tkun saret.", "L-assessment tiegħi huwa li hemm ċerta simpatija imma bis-simpatija biss mhux se naslu.", "Din tas-solidarjetà hija frustrazzjoni enormi għax l-ewwel jitkellmu fuq is-solidarjetà u mbagħad, x'ħin tiġi biex tippressa ħalli jagħtuk l-appoġġ u nneħħu ċerti kliem issib lil min jibqa' jinsisti għal ċertu tibdiliet.", "Pereżempju, fl-aħħar seduta għaddew xi recommendations.", "Waħda minnhom kellha x'taqsam mat-Tuneżija, fejn recommendation 1,973 kienet fuq asylum seekers and refugees sharing responsibilities in Europe.", "Issa hawnhekk mhux se noqgħod nidħol fid-dettal ta' kull dokument imma jkun tajjeb li tkunu tafu b'dan id-dokument.", "Fil-fatt aħna x-sharing responsibilities qegħdin nipprovaw inlaħħmuhom iżjed mhux billi nħalluhom biss fuq il-karta jew inkella bħala xewqat sbieħ min-naħa tal-membri l-oħra imma rriduhom jifhmu l-pożizzjoni tagħna u jgħinuna, li jġorru l-piż magħna u jappoġġjawna f'dawk l-issues li jaħarqu, fosthom li aħna ma nċedux is-search and rescue area tagħna.", "Jien qed ninnota li qed issir ħafna pressure bil-mod il-mod, fejn dawn qed jgħidu li aħna mhux qegħdin nilħqu mal-obbligi tagħna.", "Veru qiegħed nibża' minn din il-ħaġa.", "Issa nemmen li jekk dgħajsa qiegħda iktar viċin Malta rridu mmorru nagħtuhom l-għajnuna għax din hija emerġenza.", "Fuq dik id-dgħajsa taf għandek nies dehydrated, jista' ikollok it-tfal fuqha jew nisa tqal.", "Imma mbagħad mhux tgħidli li din id-dgħajsa, jekk qiegħda viċin Lampedusa għandi ndaħħalha Malta!", "Dawk l-argumenti saru mhux biss fil-Council of Europe imma saru wkoll fuq livell Ewropew u nemmen li għandna nkomplu nġibu l-appoġġ fuq dawn il-punti.", "Dawn kollha saru f'seduta waħda, u ċioè fis-seduta ta' Ġunju.", "Hawnhekk ukoll qegħdin nitkellmu fuq sitwazzjoni ta' emerġenza.", "Mela inti għandek żewġ rapporti u għandek żewġ riżoluzzjonijiet, waħda fuq l-asylum seekers and refugees u l-oħra tal-interception.", "Kif qed taraw dan is-suġġett dejjem qed ikun fuq il-forefront u għalhekk fl-opinjoni tiegħi l-Parlament għandu jkun informat b'dak li jkun għaddej.", "Xtaqt li llum magħna kien hawn il-Ministru Mifsud Bonnici imma se nipprova nżommu aġġornat kemm jista' ikun, speċjalment fuq dawn l-oqsma li jikkonċernaw l-area tiegħu.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena ngħid li din tas-search and rescue jekk nitilquha jitfarrku!", "Hemm it-Taljani qegħdin jiġru warajna.", "Meta ssemmi s-South għalihom dawn ma teżistix Malta!", "Għalihom għandek is-South tal-Italja u daqshekk.", "Membri Taljani għandek 18 mentri Membri Maltin għandek ħamsa.", "Meta nitilqu s-search and rescue minn taħt idejna dawn jibdew jitfgħuhom fuqna.", "Dik hi l-idea tagħhom.", "U kellna ġlieda kbira fl-aħħar laqgħa għax dawn belgħuha li aħna qegħdin nisparaw fuq l-immigranti, li qed inħalluhom jegħrqu, li ma ntuhomx l-ikel u li meta ndaħħluhom Malta ma nitrattawhomx.", "Dawn huma r-rapporti li joħorġu hemm u mbagħad aħna, li kulma qegħdin tnejn biss f'kumitat ta' 47, irridu niddefendu dawn l-affarijiet.", "L-unika ħaġa li għandna tajba ħafna hi li aħna - id-delegazzjoni ta' ħamsa - niltaqgħu qabel ma nkunu se mmorru f'kumitat għax kif qal sieħbi, jekk ikun hemm xi ħaġa importanti li se tiġi diskussa, bħal pereżempju l-migrazzjoni u l-monitoring, nifthiemu bejnietna min se jmur fuq tal-migration u min se jmur fuq tal-monitoring.", "Imbagħad niftiehmu wara biex ngħidu lil xulxin x'ikun intqal u x'ma ntqalx.", "Imma l-pożizzjoni hi li t-Taljani jridu jeħilsu mill-inkwiet li għandhom.", "Ara meta titkellem mal-membri ta' Sweden jew ta' Norway u tal-pajjiżi li jinstabu 'l fuq, dawn lanqas ikunu jafu x'jiġifieri għax diffiċli biex l-immigranti jaslu f'pajjiżhom.", "L-uniċi pajjiżi li huma affettwati b'din il-problema huma Spanja, il-Portugall u Ċipru.", "Għalkemm Ċipru m'għandhomx dan l-inkwiet għax is-sajjieda Ċiprijotti għandhom il-power li jekk tgħaddi dgħajsa minn ħejhom jagħtuha l-fuel u ma jħallux lil dawn in-nies jidħlu fit-territorju tagħhom.", "Fil-fatt meta nitkellmu ma' Ċipru ma' tantx jitkellmu fuq din il-kwestjoni.", "Issa bdiet tqum ukoll it-Turkija minħabba l-kwestjoni tas-Sirja u dawn il-postijiet.", "Fil-fatt it-Torok issa bdew jindunaw u jifhmu l-pożizzjoni li għandna aħna.", "Anke meta tara l-armata tagħna llum li neħħew il-Frontex.", "Jekk jirċievu telefonata li hemm dgħajsa fil-limiti tagħna jridu joħorġu b'biċċa dgħajsa, b'patrol boat żgħira mentri t-Taljani joħorġu b'destroyer!", "Jiena ngħid li l-armata tagħna qiegħda tagħmel il-mirakli bil-mezzi limitati li għandhom.", "Dawn it-Taljani jkunu jafu minn qabel fejn hi d-dgħajsa għax għandhom destroyer.", "Għalhekk jekk il-Gvern – jiġifieri l-Parlament Malti – mhux se jagħfas sabiex l-Ewropa terfa' ir-responsabilità tagħha....", "Hawn Malta meta nitkellmu fuq l-Ewropa kulħadd imur għas-27 pajjiż li jifformaw l-Unjoni Ewropea imma fil-verita mhuwiex hekk għax dawn is-47 pajjiż għandhom saħħa daqs l-Unjoni Ewropea.", "U għalkemm ma tantx nisimgħu bil-Kunsill tal-Ewropa, dawn għandhom is-saħħa li jagħmlulek boycott.", "Dan jista' jiġi jgħidlek li jekk m'intix se tirratifika din se jagħmillek boycott u jista' ineħħilek ukoll il-vot!", "Jiġifieri dawn għandhom saħħa tremenda.", "Ħadd ma' jaf is-saħħa li għandu l-Kunsill tal-Ewropa.", "Se noħroġ forsi daqxejn mis-suġġett imma nixtieq insemmi xi ħaġa.", "Bħalissa għaddej battibekk bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa fuq ir-rights tal-Qorti.", "Il-Qorti tal-Kunsill tal-Ewropa hija aqwa minn dan il-kunsill għax dawn għalihom l-Ewropa qisha nazzjon bħall-Istati Uniti tal-Amerika.", "Fil-fatt kien hemm test case kbir fuq żewġ impjegati tal-Gvern u l-Ingliżi kienu tilfu dan il-każ.", "L-Unjoni Ewropea appellaw u tilfuh, marru l-Kunsill tal-Ewropa u l-Qorti tal-Kunsill tal-Ewropa rebħitilhom.", "Il-kwestjoni tal-immigrazzjoni tmur taħt il-monitoring u dawn jistgħu jibagħtu lil xi monitoring committee, u b'dik nieħdu daqqa biha.", "Issa biex tidħol fil-monitoring committee huwa diffiċli ħafna għax dawn għandhom il-klikka ta' fuq u żgur li ma jistgħux jifhmu dak li qed nagħmlu aħna.", "Jiġifieri f'din il-biċċa qegħdin inbatu, fis-sens mhux għax id-delegazzjoni tagħna mhijiex taħdem, anzi aħna naħdmu ħafna.", "Issa mbagħad meta jkollok xi ħaġa kontra tiegħek, irid ikollok il-ħbieb f'delegazzjonijiet oħra li trid tmur tfiehemhom u tagħmel il-lobbying magħhom biex imbagħad tieħu l-voti.", "Jien għadni niftakar fil-każ tal-Erika, fejn dakinhar konna jien u s-Sur John Vella.", "Aħna konna morna ħmistax qabel, fejn ħaduna fuq tour biex juruna makkinarju – li kellhom huma biss u l-Kanadiżi – li jekk ikun hemm spill ta' żejt fil-baħar, fi tmien sigħat ikunu kapaċi jiġbru ż-żejt kollu.", "Imbagħad seħħ l-inċident tal-Erika u dawn ma ġabru xejn!", "U kien tort tagħhom u tat-Taljani imma riedu jwaddbu t-tort fuq Malta.", "Veru kellu bandiera Maltija imma l-awtorità marittima Maltija ta' dak iż-żmien ma kenitx tatu ċertifikat lil dan il-vapur minħabba li kellu l-pjanċi tiegħu rqaq.", "U li kieku ma' kellniex dawn konna neħlu kollox aħna.", "Dakinhar konna jien u s-Sur Vella u konna ħdimniha sew.", "Morna fil-Plenarja u ġibniha li kellhom tort il-Franċiżi u t-Taljani.", "Jiġifieri bħala delegazzjoni għandna biex niftaħru għax naħdmu id f'id.", "Fejn tidħol Malta ma jidħlux partiti imma naħdmu lkoll flimkien.", "Kif qal sieħbi, huwa jara l-aġenda bħala l-kap tad-delegazzjoni, naraw liema huma dawk is-suġġetti li jolqtu lilna.… L-aħħar waħda pereżempju kellu statement l-Onor.", "Beppe Fenech Adami u jien tlabtu biex narah ħalli meta mmur quddiem il-grupp tas-Soċjalisti nkun naf kif se nitkellem biex mhux wieħed jgħid mod u l-ieħor jgħid mod ieħor imma nkunu fuq binarju wieħed.", "Illum ħadt pjaċir li saret din il-laqgħa għax aħna, bħala delegazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa ma tantx ningħataw iċ-ċans biex nispjegaw il-problemi li jolqtu lill-Malta.", "Li mhux għad-delegazzjoni Maltija jiġu l-affarijiet fuqna u ħadd ma jkun jaf xejn!", "Bis-saħħa tagħna aħna qegħdin fuq il-monitoring committee.", "Dan kien hemm wieħed fuq il-monitoring committee minn Azerbaijan li kien imurilhom bil-ponta tas-sejf!", "U kellna mal-75 political prisoners u kulma fadal tlieta għax inti ma tridx idaħħlilhom f'moħħhom li se mmorru għall-monitoring biex intajrulhom il-Gvern imma se mmorru hemmhekk biex naraw li l-Gvern tagħhom qiegħed jaqbel mal-Kunsill.", "U bis-saħħa tad-delegazzjoni – illum hemm wieħed Spanjol u jien - irnexxilna noħorġuhom bil-mod il-mod għax inti trid toħloq il-kunfidenza fihom.", "Issa aħna bħala delegazzjoni qegħdin f'ħafna kumitati, fejn ħames membri jridu jlaħħqu ma' 12-il kumitat!", "Mela inti trid tmur tara l-aġenda u tiddeċiedi liema kumitat l-aktar li se jolqtok biex tidħol fih.", "Aħna hekk naħdmu.", "Sur President, jien nixtieq nirringrazzjak ta' din l-opportunità u nixtieq li aħna l-Membri fil-Kunsill tal-Ewropa jkollna l-opportunità li niltaqgħu aktar fuq dawn l-affarijiet ħalli nagħtukom feedback fuq dak li jkun għaddej.", "Pereżempju nixtieq li jsir dibattitu fil-Plenarja biex ngħidulkom x'aħna nagħmlu aħna fuq il-Kunsill tal-Ewropa.", "Ħadd ma jagħti kas tal-Kunsill tal-Ewropa għax kulħadd moħħu fl-Ewropa.", "Issa aħna wieħed mill-pajjiżi l-qodma fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa.", "Fil-fatt warajna daħlu bosta pajjiżi oħra.", "Imma nerġa' ngħid li dan ma tantx intuh importanza, qisna mmorru hemmhekk biex inkunu morna.", "Din hija il-pożizzjoni llum, fejn min jitla' sal-Erbgħa u min jitla' sal-Ħadd.", "Dan nagħmluh l-ewwel biex niffrankaw il-flus u aħna wkoll niftiehmu biex naraw min se jidħol għal liema kumitat u bejn ħamsa min-nies qegħdin inlaħħquhom dawn il-kumitati.", "U meta tlaħħaq dan kollu hija xi ħaġa kbira ħafna.", "Ġieli kien hemm minna li baqgħu hemmhekk sat-8.00 p.m. u sad-9.00 p.m. minħabba li jkunu għaddejjin żewġ kumitati fl-istess ħin.", "Fl-aħħarnett nixtieq nirringrazzja lil Miss Pauline Abela għal meta kienet titla' magħna u rrid nirringrazzja wkoll lis-Segretarju li għandna llum għaliex jieħu ħafna interess u jagħmlilna ħafna xogħol.", "Li kieku ma jkunx hu ma nkunux nistgħu nlaħħqu max-xogħol.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "JOSEPH FALZON: Sur President, jien ukoll irrid ningħaqad ma' sħabi sabiex nagħti appoġġ qawwi lis-Sur Ray Scicluna għad-dedikazzjoni kbira li għandu lejn dan ix-xogħol.", "Intom diġa' smajtu bid-diffikultajiet li għandna biex inlaħħqu mal-aġenda tagħna u mn'alla jkun is-Segretarju tagħna li jassistina ħafna fix-xogħol li nkunu rridu nagħmlu.", "U hawnhekk nieħu spunt żgħir minn dak li ntqal fl-introduzzjoni ta' din il-laqgħa.", "Naħseb li għandna bżonn nagħmlu laqgħa – insew is-suġġett li qed nitkellmu fuqu llum – f'dan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali dwar ir-riforma li għaddejja bħalissa fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa.", "Din hija riforma tal-kompożizzjoni tal-kumitati, fejn hemm ħafna integrazzjoni dwar l-affarijiet soċjali ma' dawk ambjentali u edukattivi.", "U naħseb ta' min ifaħħar l-approach li qed jieħu l-Kunsill tal-Ewropa f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt is-sustainable approach qiegħed jitpoġġa bħala l-qofol tal-integrazzjoni tal-erba' kumitati, fis-sens li dawn l-erba' kumitati llum qegħdin joperaw b'mod differenti se jkunu integrati f'wieħed bħala żvilupp sostenibbli.", "Xtaqt nagħmel dan il-punt għax jien ukoll inzertajt iċ-chairperson tal-kumitat għas-sustainable development, fejn allura dan il-kumitat issa se jieħu xogħol kbir fuqu.", "Jiena dħalt fit-tieni sena bħala chairman ta' dan il-kumitant u rrid ngħid li naħdmu tajjeb ħafna.", "Għamilt din il-parenteżi żgħira biex nibdew nippjanaw ix-xogħol li jsir fil-Kunsill tal-Ewropa u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali li qegħdin quddiemu llum.", "Sur President, il-kwestjoni tal-Kunsill tal-Ewropa vis-à-vis l-Unjoni Ewropea kif nafuha għax kif qal tant tajjeb l-Onor.", "Mizzi, illum il-Kunsill tal-Ewropa daħlu fih 47 pajjiż.", "U mhux biss għax għandek aktar pajjiżi fih għax fejn l-Unjoni Ewropea hija ko-ordinata minn ċerti policies, jiltaqgħu fuq bażi regolari u għandhom a common approach bejniethom biex jaslu għal ċerti konklużjonijiet, il-Kunsill tal-Ewropa, li jiġbor fih 47 pajjiż, m'għandux dak il-qafas li għandha l-Unjoni Ewropea, li tisma' leġiżlazzjoni komuni u li għandha ċerti direttivi komuni imma hija iżjed sparpaljata.", "Ovvjament dan minħabba l-kobor tagħha.", "Ħaġa oħra hi li fejn is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea huma konċentrati wisq, is-47 pajjiż tant huma mifruxin li għandek kontinenti sħaħ.", "Għaldaqstant jekk l-Ewropa ta' 27 pajjiż tifimha mod, żgur li 47 pajjiż se jifhmuha totalment differenti għax dawn għandhom ukoll regimes differenti.", "Qiegħed nagħmel enfasi fuq dan il-punt għax id-delegazzjoni tagħna hija żgħira bħala numru u aħna rridu laqgħat fi ħdan il-Parlament Ewropew u ma' nies li għandhom aġendi totalment differenti minn tagħna.", "Aħna nkunu qed niltaqgħu ma' nies minn pajjiżi li jkun diffiċli biex tispjega s-sitwazzjoni ta' Malta.", "Diffiċli tispjega din is-sitwazzjoni lil xi ħadd mir-Russja jew mill-Azerbajan.", "Huwa aktar faċli tispjega u tiġġustifika l-kwestjoni ta' Malta fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Issa din iġġibni għal xi ħaġa oħra.", "Kull pajjiż huwa mgħobbi bi problema kbira ta' imigrazzjoni fil-borderline tiegħu.", "Pereżempju għandek bħalissa l-kwestjoni tal-Middle East.", "Il-kwestjoni tat-Turkija u s-Sirja hija issue kbira fil-Kunsill tal-Ewropa.", "U allura, id-dimensjoni tal-Mediterran, għalkemm hija importanti mhijiex high on the agenda daqskemm hi fl-Unjoni Ewropea.", "Issa hawnhekk irrid nikkritika ftit l-Unjoni Ewropea, fis-sens li l-aġenda fl-EU wkoll mhijiex daqshekk 'il fuq, aħseb u ara kemm hu aktar diffiċli li tkun 'il fuq fuq l-aġenda għal dawn is-47 pajjiż fil-Kunsill tal-Ewropa.", "Madankollu issa ġie t-test tal-prova għax issa għandna rapport quddiemna li huwa importanti fuq iż-żona tal-Mediterran.", "Dan ifisser ħafna li qed jagħmlu rapport fuq il-Mediterran.", "Issa rapporti fil-Kunsill tal-Ewropa hemm ħafna.", "Għandek rapport fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa fuq in-numru ta' mwiet li qed iseħħu fil-Mediterran.", "U hawnhekk importanti li Malta tagħmel il-pożizzjoni tagħha ċara daqs il-kristall billi tispjega eżattament kif inhuma l-fatti.", "Jien intervjenejt fil-Plenarja filwaqt li l-Onor.", "Joe Debono Grech intervjena ħafna fl-istadju tal-kumitat.", "Fil-fatt Malta għandha a common approach fuq din il-kwestjoni u ngħinu ħafna lil xulxin.", "L-istess jagħmlu l-Onor.", "Kollha kemm aħna integrajna ruħna biex nispjegaw is-sitwazzjoni tagħna.", "Jiena fl-opinjoni tiegħi rridu nenfasizzaw żewġ fatti; l-ewwel nett il-kwestjoni tal-interception and rescue at sea, fejn aħna dejjem insostnu li qegħdin nimxu mal-obbligi internazzjonali kollha.", "Malta qiegħda tosserva dawn l-obbligi kollha.", "It-tieni ħaġa hi li aħna qed nagħmlu enfasi ħafna akbar fil-Kunsill tal-Ewropa fejn qed ngħidu li Malta tagħmel minn kollox biex issalva lil dawn in-nies.", "U rridu nneħħu l-impressjoni li Malta tispara fuq dawn in-nies jew li ngerrxuhom jew inkella ninjorawhom.", "Aħna spjegajnih sew dan il-punt.", "Imma l-istorja ma tieqafx hemm għax inti mhux trid issalvahom imma trid iddaħħalhom f'pajjiżek, trid tagħtihom trattament mediku għax ma jkunux fi stat ta' saħħa tajjeb, u bil-mod il-mod trid tintegrahom fis-soċjetà tagħna.", "Min-naħa tagħna dejjem insostnu li dawn in-nies, għada pitgħada se jispiċċaw fl-Italja, fi Franza jew fil-Ġermanja u għalhekk, din il-problema li għandna aħna llum, għada se tkun il-problema ta' dawn il-pajjiżi.", "Għaldaqstant l-Ewropa kollha għandha tenfasizza fuq il-kunċett ta' burden sharing.", "Ħalli ngħaddi għall-aħħar punt u nispiċċa bih.", "Illum għandna dawk li huma economic u political refugees imma għada pitgħada nistgħu naraw fenomenu ieħor ta' immigrazzjoni minħabba t-tibdil fil-klima.", "Nafu li hemm temperature rises fiż-zona tal-Afrika u għalhekk għada pitgħada nistgħu nibdew naraw climate refugees, fejn nies min-naħa tal-Afrika jibdew jemigraw lejn l-Ewropa.", "U ovvjament din se tkompli żżid mal-problema li għandna llum.", "Għandek ukoll il-kwestjoni tan-numri li fuqha din dejjem nipprovaw nagħtu spjegazzjoni għaliha.", "Meta xi ħadd jismagħna ngħidu li f'Malta daħlu 1,500 immigrant jibdew jidħku bina għax għal pajjiżi bħall-Ġermanja, ir-Russja, l-Italja eċċ dawn m'huma xejn.", "Imma aħna nibqgħu nisħqu li għalina huma ħafna meta tqis il-kobor ta' pajjiżna.", "Jekk nibqgħu sejrin hekk u fix-xhur li ġejjin jiġu daqs kemm ġew fl-ewwel sitt xhur tas-sena se jkun ifisser li daħlu immigranti f'pajjiżna daqs kemm twieldu trabi f'pajjiżna matul din is-sena!", "Dan ifisser li 1% tal-population huma immigranti miż-żona tal-Afrika u jfisser li f'mitt sena se jkun hawn fostna daqs kemm hawn popolazzjoni Maltija!", "THE CHAIRMAN: Min-naħa tiegħi rrid nuri s-sodisfazzjon tiegħi talli kelli tliet kelliema hawnhekk li kienu ppreparati tajjeb u intiżi fuq is-suġġett li tkellmu dwaru.", "Jidher ukoll li hemm rispett u mpenn politiku bejnietkom u għalhekk xtaqt nuri dan is-sodisfazzjon.", "Min-naħa l-oħra rrid nuri d-dispjaċir tiegħi u nitlobkom skuża talli ma ndunajtx minn qabel b'din ir-rikezza ta' informazzjoni, bl-impenn politiku li jeżisti fikom u kemm stajna naħdmu aħjar flimkien.", "Nirringrazzja lill-Alla u nirringrazzja lilkom talli qed nagħmlu din il-laqgħa llum u qegħdin nirrikonoxxu din l-enerġija politika.", "Issa intom tkellimtu fuq sharing responsibility u naħseb li rridu naslu sabiex ikun hemm ukoll din ix-sharing responsibility bejnietna.", "Jiena mmexxi dan il-kumitat li jitratta l-politika soċjali kif ukoll li għandu x'jaqsam mal-immigrazzjoni irregolari imma minn issa 'l quddiem beħsibni li nidħol f'din tax-sharing responsibility jekk intom taqblu li jsir hekk.", "U naħseb li dak li kontu qed titolbu intom għax meta tkellimtu kien hemm xi ħaġa komuni bejnietkom it-tlieta u għalhekk ejjew intejbu fuq dak li qed nagħmlu llum.", "Naħseb li jkun tajjeb li fil-Minuti ta' din il-laqgħa jitniżżel li fil-laqgħat tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, meta nkunu se nitrattaw is-suġġett tal-immigrazzjoni irregolari, intom il-Membri Parlamentari li tipparteċipaw fil-kumitati tal-Kunsill tal-Ewropa, tkunu dejjem mistiedna għal-laqgħat li nkunu qed nagħmlu aħna.", "Fl-opinjoni tiegħi bil-parteċipazzjoni tagħkom f'dawn il-laqgħat li nkunu qed nagħmlu jkollna aktar shared responsibility wiesa' u dak li jkun intqal hawnhekk ikun ukoll sors ta' informazzjoni għalikom.", "B'hekk meta tmorru titkellmu f'dawn il-kumitati rispettivi tagħkom ikollkom il-first hand information li toħroġ minn dan il-Kumitat.", "Min-naħa tagħkom intom tridu tagħmlu l-istess magħna għaliex intom sors ta' informazzjoni għalina.", "Intom ukoll sors ta' preokupazzjoni, fis-sens li tistgħu ġġiegħluna nippreokkupaw fuq dak li jkun qed jiġi diskuss fil-livell tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Dik hi l-ewwel proposta tiegħi u ċioè li l-Membri Parlamentari li qegħdin fil-Kunsill tal-Ewropa jkunu awtomatikament mistiedna għal kull laqgħa li jkollna hawnhekk.", "It-tieni stedina hi li - kif għadu kemm qal l-Onor.", "Francis Agius - nibdew niddiskutu issues fuq dan il-Kumitat li jkunu ta' interess lokali skont dak li jkun qed jiġi diskuss fil-Kunsill tal-Ewropa.", "U allura l-aġenda tagħna naraha mil-lum 'il quddiem għandha tkun parallela ma' dak li tkunu qegħdin tiddiskutu intom biex kemm intom tkunu tistgħu tirrapportaw lilna u anke sabiex dik id-diskussjoni li tkun qiegħda ssir fil-Kunsill tal-Ewropa tkun tista' titkompla f'dan il-Kumitat mil-lenti lokali tagħna.", "U allura aħna hawnhekk inkunu qegħdin niftħu orizzonti ġodda ta' xi tfisser il-politika soċjali, ta' kif nistgħu niżviluppawha u ta' kif nistgħu nifhmuha aħjar meta niġu biex nitkellmu fuq l-immigrazzjoni irregolari.", "It-tielet proposta hija li se nilqa' mill-ewwel l-idea tal-Onor.", "Joe Falzon, fejn issa li se jkun hawn kumitat ieħor li se jiffoka aktar fuq il-familja, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali jkun jista' jimraħ aktar fuq oqsma oħra soċjali u nibdew nitkellmu wkoll fuq l-issues tas-sostenibilità kif ukoll fuq issues oħra importanti li jkunu qegħdin jiġu diskussi fil-Kunsill tal-Ewropa.", "B'hekk meta niġu hawnhekk inkunu nistgħu ndaħħlu dik id-diskussjoni fix-xena lokali u fuq il-livell popolari tal-poplu tagħna.", "U allura permezz ta' dan il-Kumitat inkunu nistgħu nittraduċu dak li tkunu qegħdin tiddiskutu intom fid-diskussjoni lokali Maltija.", "Ir-raba' proposta tiegħi hi li minn żmien għal żmien – u hawnhekk inkompli ma' dak li qalu l-Onor.", "Francis Agius – jibda jkollna laqgħat konġunti mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ewropej li huwa mmexxi mill-Onor.", "Qed ngħid hekk għaliex nemmen ukoll li meta intom tiġu biex tirrapportaw lilna, ikun tajjeb ukoll li tirresponsabilizzaw u tinfluwenzaw lil min qed jiddiskuti l-qasam tal-politika Ewropea.", "U allura jekk intom taqblu li nimxu f'dan ir-rigward, allura jiena lest li nieħu l-briga sabiex aħna, għalkemm m'għandniex saħħa eżekuttiva, naraw li d-diskussjoni nagħmluha, naqsmuha u nifirxuha biex dak li qed jiġi diskuss fil-Kunsill tal-Ewropa nintroduċuh kemm fl-aspett lokali u kemm biex ninfluwenzaw lil sħabna li jmorru jiddiskutu fl-oqsma rispettivi tagħhom fil-politika Ewropea.", "Hawnhekk nasal għall-ħames u l-aħħar proposta tiegħi.", "Kif qal tant tajjeb l-Onor.", "Francis Agius fil-bidu ta' din il-laqgħa aħna għandna għajnuna limitata imma aħna lesti li nagħtukom l-għajnuna kollha li għandu disponibbli dan il-Kumitat.", "Fis-sens li għada pitgħada se jkollna lil min qed jgħinna bħala research analyst fit-twettiq tax-xogħol tagħna.", "U jien lil dan nistiednu sabiex ikun ta' għajnuna għalikom ukoll għax intom qed tagħmlu l-istess xogħol tagħna.", "Fil-fatt intom parti minn dan il-Kumitat Soċjali.", "Hawn kelliema f'dan il-Kumitat li qegħdin fuq id-diskussjoni lokali u hawn kelliema oħra li qegħdin f'dan il-Kumitat imma qegħdin ukoll fil-Kunsill tal-Ewropa.", "Għalhekk naħseb li ma nkun qed nagħmel xejn ħażin li naraw kif nistgħu nagħmlu dan ix-sharing biex bir-riżorsi limitati ta' xulxin inkunu nistgħu nagħmlu xi ħaġa aktar sħiħa.", "FRANCIS AGIUS: Jien ukoll ma rridx nonqos milli nirringrazzja lis-Sur Ray Scicluna għax żgur li mingħajr l-għajnuna tiegħu lanqas kien ikolli dawn in-noti quddiemi.", "U bħala l-kap tad-delegazzjoni Maltija nixtieq nirringrazzja lil Ray talli jieħu ħsieb kull tentufa li tinqala.", "Issa jien kont se mmur ftit oltre minn dak li qal l-Onor.", "Illum tkellimna fuq l-immigrazzjoni rregolari imma hemm bosta suġġetti oħra fuq l-aġenda.", "Ħalli naqra xi wħud minnhom.", "Dawn huma recommendations jew resolutions li ttellgħu ġimagħtejn ilu fuq l-aġenda.", "Żgur li din tikkonċerna lill-Kumitat tal-Affarijiet Soċjali.", "Dawn huma ftit suġġetti li huma relatati mal-qasam soċjali li aħna qegħdin insegwu u li żgur jinteressaw lilkom.", "Id-diffikultà ħafna drabi hija li inti ma jkollokx ħin.", "Ħadd m'għandu l-ħin li joqgħod jipprepara fuq kull suġġett li jkun se jiġi diskuss.", "Jien dejjem ngħid li jekk irrid nuri xi ħaġa li fhimtha nipprova nispjegaha lil ħaddieħor.", "Fil-mument li jirnexxili nispjegaha lil xi ħadd, mela jien inkun fhimt dak li jkun intqal lili.", "Impossibbli li f'dan il-ħin li għandna llum nagħti l-background kollu imma – biex nerġa' niġi għas-suġġett tal-lum – f'dawn id-dokumenti kien hemm speċifikat eżatt x'inhi l-pożizzjoni ta' Malta fuq l-immigrazzjoni llegali.", "M'għandix ħin noqgħod naqra d-dokument imma min irid jidħol f'aktar dettall bilfors li jrid jikkonsulta mad-dokument.", "Jien l-aktar li nista' nissuġġerixxi b'mod prattiku hu li meta tintbagħat lilna l-aġenda, tintbagħat ukoll kopja lilek Sur President, u forsi anke lill-Membri ta' dan il-Kumitat biex jekk taraw li hemm xi suġġetti li għandhom interess partikolari fuq dak li tkunu qegħdin tiddiskutu .....", "Jien minn hawnhekk nammetti li lanqas inkun naf intom xi tkunu qegħdin tiddiskutu.", "Pereżempju xtaqt niġi għal kull laqgħa li saret fuq l-IVF imma kull darba kont qiegħed ngħaddi l-liġijiet għax kif taf qiegħed fuq dak il-kumitat partikolari.", "Importanti li nsibu ftit tal-ħin sabiex naraw l-items li se jiġu diskussi u biex naraw jekk ikunx hemm xi ħaġa li hija ta' interess għalina.", "Pereżempju, għandek il-Youths Rights li hija xi ħaġa li aħna nistgħu niddiskutu għax hija ta' interess għalina.", "U hawnhekk irrid ngħid li diskussjoni fuq xi suġġett partikolari għandna nipprovaw nagħmluha qabel ma ssir id-diskussjoni f'fora barranin.", "Din qiegħda tiġrilna ħafna fil-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin, fejn l-affarijiet niddiskutuhom wara li jkun għadda l-effett tad-diskussjoni jew wara li jkunu ġew diskussi barra.", "Nerġa' ngħid li jekk jista' ikun id-diskussjoni nagħmluha qabel biex anke aħna, il-pożizzjoni tagħna tkun daqxejn iktar imlaħħma u mirquma.", "B'hekk anke x'ħin immorru nitkellmu barra nkunu nistgħu ngħidu li dan is-suġġett diġa' iddiskutejnih fil-Kumitat tal-Affarijiet Soċjali tal-Parlament Malti u hemm qbil fuqha miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Għalhekk naħseb li din il-laqgħa kienet waħda provvidenzjali.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "KARL GOUDER: Sur President, ikolli ngħid li mil-laqgħa tal-lum tgħallimt ħafna fuq dak li qed isir fil-komunità Ewropea u naħseb li lkoll kemm aħna rridu napprezzaw ix-xogħol li qed isir.", "Jien naqbel mija fil-mija mat-talba li tressqet minħabba l-bżonn ta' aktar għajnuna u għaldaqstant ejjew naraw li nagħtuha din l-għajnuna.", "Naħseb li bħalma għedtu intom hemm lok kbir sabiex naħdmu flimkien u jien l-ewwel wieħed li se nkun warajk, Sur President, biex fejn nistgħu noħolqu aktar sinerġija bejn dak li qed isir fil-Kunsill tal-Ewropa u dak li qed nagħmlu lokalment, naraw li noħolquha.", "Ejjew naraw minn qabel x'inhuma l-issues – kif qal l-Onor.", "Francis Agius – li jolqtu lilna u nitkellmu fuqhom u noħorġu l-ideat tagħna fuq tali suġġetti biex imbagħad min ikun se jitla' jitkellem f'dawn il-fora barranin ikollu wkoll l-ideat tagħna.", "Nirringrazzjak.", "JOSEPH FALZON: Sur President, bħalissa hemm focus partikolari fuq il-Mediterran u naħseb li issa huwa l-mument fejn għandna nagħmlu enfasi fuq Malta f'dan ir-rigward.", "Jiena ngħid li allaħares ikollna rapport bħal dak li qed jiġi mħejji bħalissa u jkun hemm xi ħaġa kontra Malta għax żgur li nispiċċaw f'limelight ħażina ħafna fi ħdan il-membri tal-Kunsill tal-Ewropa u jkun hemm ukoll konsegwenzi fuq il-pożizzjoni ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, fosthom fil-EuroMed, il-Parliamentary Assembly of the Mediterranian, eċċ. Jiġifieri dawn huma kollha organizzazzjonijiet li jagħmlu enfasi partikolari fuq il-Mediterran u għaldaqstant Malta trid toħroġ b'mod tajjeb ħafna f'din is-sitwazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Inti qed issemmi l-Mediterran in konnessjoni mal-immigrazzjoni rregolari?", "JOSEPH FALZON: Qed nitkellem b'mod ġenerali imma l-kwestjoni li għandna bħalissa fuq il-kwestjoni tal-immigrazzjoni irregolari, bla dubju ta' xejn Malta trid turi li qiegħda tagħmel dak kollu possibbli skont l-obbligi tagħha u li naturalment qiegħda tagħmlu b'mod tajjeb ħafna.", "THE CHAIRMAN: Onor. Falzon qiegħed nistaqsik din il-mistoqsija biex inti tkun tista' tweġibni ma' sħabek.", "Jekk hemm xi deadlines meta dan ir-rapport għandu jitlesta u – biex insegwi l-ħsieb li għadu kif għamel l-Onor.", "Francis Agius – hemm bżonn li aħna niltaqgħu biex nieħdu deċiżjoni fuq proposta minn dak id-dokument, jiena lest li nieħu l-briga li nlaqqgħu dan il-Kumitat numru ta' ġranet qabel jitlesta d-dokument, u jekk ikun hemm bżonn anke nsejjaħ lid-deputati membri li qegħdin fuq il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin biex intom tiġu tagħmlulna preżentazzjoni hawnhekk fuq dik it-tali proposta.", "B'hekk intom tmorru għad-diskussjoni bi stand komuni maqbula minn hawnhekk.", "Għalhekk se nħalli f'idejkom sabiex tgħidulna li sa xagħrejn oħra se jkun hemm dan ir-rapport u aħna nibdew nippreparaw minn issa l-homework meħtieġ.", "Kulma rrid nisma' mingħandkom hija l-ordni biex niltaqgħu ħalli niddiskutu.", "FRANCIS AGIUS: Mela ħalli niġi bl-ewwel ordni.", "F'isem id-delegazzjoni jien għamilt stedina lil dawn il-parlamentari – Chope li huwa Ingliż u huwa ċ-Chairman tal-kumitat u Streek li ġiet imqabbda tagħmel l-ad hoc investigation fuq il-kumitat li għandu x'jaqsam mal-immigrazzjoni – sabiex jinvestigaw l-imwiet fil-baħar Mediterran.", "Dawn se jiġu Malta imma għadna ma nafux meta.", "Issa smajtek tgħid, Sur President, li dan il-Kumitat għandu f'idejh id-diskussjoni dwar l-immigrazzjoni llegali u għalhekk naħseb li huwa importanti li inti tagħti l-istampa ta' dak kollu li qegħdin nagħmlu.", "Jien m'iniex intiż fuq ċerta informazzjoni għax m'iniex l-ispokesperson fuq dan ix-xogħol imma mill-informazzjoni li għandi hu li meta jitkellmu fuq l-A.F.M., dawn dejjem joħorġu with flying colours għax qed jagħmlu xogħol tajjeb ħafna.", "Aħna l-importanti hu li dawn mhux jiġu hawnhekk u forsi jiġu biased jew prejudiced għax jisimgħu qanpiena waħda.", "U dik hi l-ġlieda tagħna għaliex nafu li hemm nies li jkunu qegħdin iħufu fil-Kunsill u li ma tantx jagħmlulna ġid bil-kummenti li jagħmlu!", "Ara meta ssir xi ħaġa tajba ma jitkellmu xejn imma hekk kif ikun hemm farka ħażina mill-ewwel isemmu lil Malta!", "Hemm żewġ paragrafi – issa mbagħad nurihomkom - fejn hemm il-kwestjoni fuq is-solace u fuq l-S.A.R. tal-konvenzjoni tal-2004 bejn Malta u l-Italja, fejn aħna mhux qegħdin naqblu fuq l-interpretazzjoni.", "Dawn lilna jriduna mhux biss li nieħdu ħsieb l-S.A.R. imma li nieħdu wkoll lin-nies kollha li nsibu u aħna m'aħniex naċċettaw dik il-pożizzjoni.", "Aħna qatt ma ffirmajna għaliha din imma lis-46 pajjiż l-ieħor irridu nispjegawilhom.", "Jafu biha imma kull darba trid terġa' tispjegaha u tgħidilhom li aħna m'aħniex firmatarji!", "Għax jekk ma tagħmilx hekk jibdew jgħidu li Malta ħallewhom jegħrqu, li bagħtuhom lura għax użaw il-push back policy u li ma ħriġnix insalvawhom.", "Forsi għal-Libja ta' Gheddafi kienet tgħaddi imma għal Malta ma tgħaddhiex!", "JOSEPH FALZON: Ibqa' ċert li hekk hu f'moħħ id-deputati, fis-sena li aħna qed naraw kif nagħmlu biex neħilsu minnhom mentri huwa bil-maqlub!", "Għalhekk anke jekk forsi nistgħu nagħmlu l-laqgħa qabel ma' nagħlqu, fil-25, ikun aħjar biex nilħqu nippreparaw għal dan ir-rapport.", "U forsi anke ndaħħlu magħna lill-membri tal-Foreign Affairs Committee kif ukoll lill-Ministru Tonio Borg u lill-Ministru Karm Mifsud Bonnici.", "Naħseb li dan ikun l-ideali biex anke meta aħna mmorru hemmhekk, jekk niġu kkonfrontati b'ċerti mistoqsijiet inkunu nistgħu nitkellmu b'aktar ċarezza fuq il-pożizzjoni tagħna.", "Issa jien ma nafx x'se jkun fih dan ir-rapport imma hawnhekk qed nitkellmu fuq l-imwiet, jiġifieri ma naħsibx li se jkun fih affarijiet sbieħ, la fuq Malta, la fuq l-Italja u fuq ħadd! (off mic)", "Naturalment l-importanti għalina hu li meta nkunu qegħdin nagħmlu l-interventi tagħna fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa, inkunu nistgħu ngħidu li aħna diġa' iddiskutejna tali suġġett fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali jew mal-Foreign Affairs Committee fil-Parlament Malti u għalhekk inkunu qegħdin nagħtu rappreżentanza ħafna aktar wiesa'.", "Jien kont ukoll se nissuġġerixxi xi ħaġa marbuta ma' dan is-suġġett partikolari.", "Bħalissa l-Kunsill tal-Ewropa għaddej minn riforma.", "Issa jiena segwejt ħafna mil-laqgħat u kont preżenti wkoll f'ħafna mil-laqgħat tal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u kien hemm ċerti issues li ġew dibattuti hawnhekk li jien tkellimt fuqhom fil-Kunsill tal-Ewropa stess.", "Pereżempju, id-diskussjoni li saret fuq l-electromagnetic fields tat-telefonija ċellulari, li fuqha kien hemm ukoll rapportaġġ f'gazzetti barranin.", "U allura naħseb li jkun tajjeb ħafna li kieku nipprovaw nagħmlu arranġament, anke tramite l-iSpeaker tal-Kamra, sabiex xi darba tiġi inti hemmhekk bħala ċ-Chairman ta' dan il-Kumitat ħalli ssegwi u tifhem aktar ix-xogħol li jsir hemmhekk.", "Naturalment dan qed ngħidu bl-ebda disrispett lejn il-membri l-oħra ta' dan il-Kumitat imma naħseb li għallinqas għandna nibdew miċ-Chairman u mbagħad jekk naraw li dan l-eżerċizzju qed jaħdem nespanduh ftit.", "Sur President, li tiġi inti bħala Chairperson tal-Kumitat u ssegwi sessjoni minn tal-Kunsill tal-Ewropa naħseb li tpoġġik f'dimensjoni ħafna ikbar u ħafna aħjar, mhux biss ħalli jkollna dan il-joint working group – ħa nsejjaħlu hekk – imma sabiex inti tkun tista' tgħin lill-kumitat tiegħek jifhem aħjar dawn l-issues li jkunu qegħdin jiġu diskussi.", "Ibqa' ċert li din tkun esperjenza pożittiva ħafna.", "Qed ngħid hekk għax f'perjodu fejn hemm dawn iż-żewġ kwestjonijiet; il-kwestjoni tal-Mediterran li hija issue importanti ħafna għal Malta u r-riforma tal-Kunsill tal-Ewropa, ikun tajjeb li tiġi hemmhekk ħalli tifhem l-integrazzjoni ta' dawn l-affarijiet soċjali mal-mod ta' kif qiegħda tħares lejhom l-Ewropa.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil fuq dawn l-ideat u proposti li semmejt?", "(Onor. Membri: Aye) Mela qegħdin naqblu.", "Importanti li permezz tas-Sur Ray Scicluna u permezz tagħkom iżżommuni konxju ta' x'taħsbu li huma dawk l-items jew reading material li għandi naqra ħalli jiena stess nibda nifhem liema huma dawk l-items li nistgħu ntellgħu għad-diskussjoni quddiem dan il-Kumitat.", "Din il-laqgħa hija aġġornata għal nhar it-Tnejn fejn se niddiskutu l-kurrikulu nazzjonali imma se nipprova nara li qabel ma jagħlaq il-Parlament norganizza laqgħa oħra.", "Naraw meta jista' l-Awditur Ġenerali u jkollna laqgħa proprju fuq dan ir-rapport li qed jitratta l-Awditur Ġenerali \"dealing with asylum applications\".", "Nistiednu wkoll lil dawk l-NGOs li għandhom x'jaqsmu mal-għajnuna li tingħata lir-refuġjati u lil dawk kollha konnessi ma' dawn in-nies.", "Forsi din il-laqgħa nkunu nistgħu nagħmluha xi darba filgħodu.", "Għalhekk nitlob lis-Segretarja tagħna sabiex tagħmel kuntatt mal-membri ħalli nsibu l-aħjar ġurnata għal din il-laqgħa.", "B'hekk nibdew noqorbu biex inpoġġu fil-prattika dak kollu li tkellimna fuqu llum.", "Nirringrazzjakom.", "FRANCIS AGIUS: Sur President, nixtieq nippreżentalek dan id-dokument dwar il-parteċipazzjoni tagħna fl-aħħar seduta tal-Kunsill tal-Ewropa li saret f'Ġunju li għadda;", "Stqarrija għall-Istampa mid-Delegazzjoni Maltija tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.", "THE CHAIRMAN: Grazzi u l-lejl it-tajjeb lil kulħadd.", "Fid-8:55 pm id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet konkluża u l-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20110707_109d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 109", "Il-Ħamis, 7 ta' Lulju, 2011", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.25 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Preżenti kien hemm ukoll l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 89 li saret nhar it-Tlieta 30 ta' Novembru 2010 ġew konfermati.", "Immigrazzjoni Irregolari - Rapport mill-Membri tad-Delegazzjoni Maltija fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Fuq stedina tal-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, l-Onor Francis Agius, Kap tad-Delegazzjoni, nieda l-preżentazzjoni tiegħu bill spjega fuq fuq il-ħidma li tagħmel id-Delegazzjoni Maltija fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.", "L-Onor Agius kompla billi tkellem fuq l-agenda li għandu quddiemu l-kumitat dwar il-Migrazzjoni, ir-refuġjati u l-popolazzjoni għal-laqgħa ta' Settembru li ġej li fost oħrajn tinkludi r-rapport \"Lives Lost in the Mediterranean Sea: who is responsible?\"", "L-Onor Francis Agius ippreżenta lill-Kumitat:", "Dok 140 Stqarrija għall-Istampa mid-Delegazzjoni Maltija tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa", "Wara indirizzaw lill-Kumitat l-Onor Debono Grech u l-Onor Joseph Falzon fejn komplew jagħtu dettalji dwar il-kontribut tad-delegazzjoni Maltija in ġenerali u in partikolari li għandu x'jaqsam ma' Immigrazzjoni Irregolari u Search and Rescue Area.", "Saret referenza ukoll għall-interventi li saru mill-Onor Beppe Fenech Adami u l-Onor Joe Falzon waqt dibattiti fil-plenarja tal-Assemblea tat-Tielet Sessjoni ta' Ġunju dwar \"Asylum seekers and refugees: sharing responsibilities in Europe\" u \"The interception and rescue at sea of asylum seekers, refugees and irregular migrants.", "Wara kien hemm diskussjoni", "Fid-8:55 pm id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet konkluża u l-Kumitat aġġorna għal-data li kellha tiġi ikkomunikata iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20110707_109m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 110", "It-Tnejn, 11 ta' Lulju, 2011", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 11 ta' Lulju, 2011 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali 2011.", "Preżentazzjoni mill-Prof Grace Grima, Direttur Ġenerali għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20110711_110a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 110", "It-Tnejn 11 ta' Lulju, 2011", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 110", "It-Tnejn 11 ta' Lulju, 2011", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-07:36 p.m.", "IlMinuti tal-Laqgħa Nru. 108 li saret it-Tlieta 28 ta' Ġunju 2011, ġew konfermati.", "Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali 2011 - Preżentazzjoni mill-Prof Grace Grima, Direttur Ġenerali għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni.", "EDWIN VASSALLO): Sinjuri qabel ma nibdew din id-diskussjoni nixtieq ngħid xi ħaġa.", "Se naqsam magħkom ħsieb li min jaf kemm-il darba ddiskutejnih f'diversi laqgħat li kellna hawnhekk bħala Social Affairs Committee meta ġejna biex nitkellmu fuq l-edukazzjoni u fuq persuni responsabbli.", "Għalhekk nixtieq inkun naf waqt li qegħdin tiddiskutu magħna dan is-suġġett tal-kurrikulu nazzjonali x'jista' isir sabiex f'pajjiżna jkollna ċittadini li huma aktar fulfilled, aktar responsabbli u ta' aktar valuri.", "Qiegħed naqsam dan il-ħsieb magħkom għaliex waħda mill-ewwel laqgħat li kellna hawnhekk kienet fuq il-faqar u fil-preżentazzjoni tagħha, is-Sinjura Angela Abela lecturer fl-Università ta' Malta, kienet qaltilna - u jien inħobb nikkwotaha għax li kieku jien ma kienx ikolli l-kurraġġ li ngħaddi dan il-ħsieb – li \"l-Università jeħtieġ li tipproduċi iktar professjonisti b'kuxjenza soċjali.\"", "U meta darba qsamt dan il-ħsieb mar-Rettur tal-Università l-Profs Juanito Camilleri, dan qalli li ma jistgħux jipproduċuhom huma l-professjonisti b'kuxjenza soċjali imma jrid ikollna s-sistema edukattiva kollha li tipproduċi nies b'kuxjenza soċjali.", "U naħseb li miegħi, l-aktar li jista' jaqsam dan il-ħsieb huwa l-Onor.", "Abela m'ilux ħafna li daħal bħala membru f'dan il-Kumitat, u min jaf kemm-il darba għaddejna kummenti ma' min ikun qiegħed jitkellem magħna dwar il-ħtieġa li jkollna aktar persuni ta' ċerta responsabilità, ta' ċerta maturità, hi x'inhi l-vokazzjoni tagħhom, dawn ġew mgħallmin sabiex ikunu responsabbli.", "Issa jien qed nuża terminoloġija waħda imma fis-sistema edukattiva tagħna kif se naslu biex xi darba jkollna sistema edukattiva li ma tgħallimx biss is-suġġetti akkademiċi imma tibda tipproduċi nies ta' kwalità?", "Hawnhekk qiegħed naħseb fuq il-formazzjoni tal-karattru; xi ħaġa li dejjem tkellimna dwarha hawnhekk.", "Il-formazzjoni taċ-ċittadin, fejn aħna ngħidu li l-proġett ewlieni tal-qasam edukattiv tagħna huwa proprju l-formazzjoni tal-karattru, mhux bniedem li jaf kollox imma mbagħad huwa deprived minn dak li huwa fondamentali fil-ħajja!", "Qiegħed inpoġġi l-karti mill-ewwel fuq il-mejda mhux biex nippreġudikakom imma biex tkunu tafu mill-ewwel il-ħsebijiet tiegħi.", "Wara li tispiċċa l-preżentazzjoni xorta waħda kienu se joħorġu dawn il-ħsebijiet għax fil-fatt din hija issue on our back burners, u allura f'xi ħin qisha dejjem kienet il-preokupazzjoni tagħna.", "Anke meta ddiskutejna l-faqar, kellna numru ta' proposti fir-rigward ta' kif bis-sistema edukattiva nistgħu negħlbu l-problema tal-faqar.", "L-istess meta ddiskutejna suġġetti oħra relatati mal-familja u mal-missirijiet u kif dawn mhux qed ikollhom ħin biżżejjed għal mat-tfal tagħhom.", "Illum kif qegħdin ngħallmu lit-tfal tagħna biex għada pitgħada jkunu parti minn soċjetà, parti minn familja?", "Jien qiegħed naqsam din il-preokkupazzjoni magħkom, issa ma nafx jekk għandux xi ħsieb x'jaqsam magħna l-Onor.", "Jien semmejthom mill-ewwel għax naf li kienu se jinqalgħu fid-diskussjoni u allura hekk nistgħu nnaqqsu mill-ħin tal-mistoqsijiet u intom tkunu tafu mill-ewwel x'inhuma l-preokuppazzjonijiet tagħna u allura jkollna aktar ġenwinità fid-diskussjoni.", "Il-preokkupazzjonijiet tiegħi mhux noħroġhom fl-aħħar minuta imma qed nilagħbhom mill-ewwel.", "B'hekk waqt li tkunu qegħdin tagħmlu l-preżentazzjoni tkunu tafu mill-ewwel x'inhuma l-preokkupazzjonijiet tagħna.", "Jien kif ftaħt dan il-pakkett li tajtuna u rajt li l-idea prinċipali hi li l-istudenti jkunu kapaċi jitgħallmu tul il-ħajja kif isiru ċittadini mpenjati u responsabbli għall-ekonomija.… Però mhux l-ekonomija biss; bħala persuni fil-milja tal-umanità tagħhom.", "Mhux nies li nużaw lin-nies.", "Illum għandna sitwazzjoni tal-biża' fl-opinjoni tiegħi għax għandek nies li l-valur tal-flus huwa l-ewwel u qabel kollox għalihom!", "Għandek nies li l-materjaliżmu qed jegħleb kollox.", "Imma aħna kif se jkollna tfal li llum qegħdin l-iskola u għada pitgħada kapaċi jkunu b'raġunar aħjar minn dawk li għandna fil-preżent?", "Dan hu l-ġest li nixtieq nisma' f'din il-preżentazzjoni li se tagħmlulna.", "PROFESSUR GRACE GRIMA (Direttur Ġenerali għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni): Naħseb li lkoll kemm intom tapprezzaw li dan kien kumitat li ħadem ħafna sabiex ħriġna dan id-dokument.", "Dan il-kumitat kien magħmul minn 13-il persuna mis-setturi prinċipali fl-edukazzjoni; kellna rappreżentanti miż-żewġ direttorati tal-edukazzjoni u mill-kulleġġi.", "Kellna wkoll id-diretturi tad-direttorat tiegħi; is-Sur Ray Camilleri li huwa Direttur tal-Kurrikulum u s-Sur Sandro Spiteri li huwa Direttur tal-Quality Assurance.", "Kellna rappreżentanti mill-fakultà tal-Edukazzjoni.", "Kellna lid-Dekan u l-Viċi Dekan, is-Sinj.", "Kellna l-Matsec Board, biċ-Chairman tal-Matsec il-Professur Frank Ventura.", "Kellna wkoll rappreżentanti mill-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti.", "Fil-fatt kien hemm Fr. David Cilia u Fr. Charles Mallia kif ukoll is-Sinj.", "Li ġara fil-bidu tal-2008 kien li jien bgħatt nistieden lil dawn l-entitajiet sabiex jibagħtu lil xi ħadd fuq il-kumitat u bi pjaċir għaliha dawn aċċettaw li jiġu huma stess fuq il-kumitat.", "Dan għalija kien awgurju tajjeb li huma xtaqu jkunu parti importanti minn dan il-proċess.", "Issa għalfejn twaqqaf id-direttorat tiegħi?", "Ġie mwaqqaf minħabba l-emendi tal-liġi tal-2006.", "Fil-fatt l-ewwel darba li kellna l-kunċett tal-Kurrikulum Nazzjonali kien fil-liġi tal-1988.", "Hemmhekk inħoloq il-kunċett.", "L-ewwel dokument ta' policy ta' dan it-tip kien inkiteb fl-1995 u kien intitolat \"Tomorrow's Schools\".", "Madankollu dan id-dokument ma tantx kien qabad art.", "Fl-1998 inkiteb abbozz ta' kurrikulum u fl-1999 dan id-dokument kien ħareġ finali.", "Dak id-dokument, li għadu jmexxi s-sistema tal-lum kien intlaqa' tajjeb ħafna.", "Kien dokument li għen lill-komunità Maltija tiddiskuti ċerti prinċipji importanti ħafna fl-edukazzjoni, fosthom l-inklużjoni, l-assessjar u affarijiet oħra.", "Il-feedback tal-iskejjel kien li dan id-dokument kien wieħed tajjeb ħafna fuq livell filosofiku u teoretiku però x'ħin tiġi biex tattwah fil-ħajja ta' kuljum fl-iskejjel, ma kienx ta' direzzjoni ċara biżżejjed.", "Mill-1999 lil hawn il-ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Louis Galea, kien beda ħafna studji bbażati fuq dak il-kurrikulum.", "Kien ikkummisjona ħafna studji lokali u dawk l-istudji kienu l-bidu ta' dan id-dokument.", "Issa dawn l-istudji kollha li saru fuq is-sistema Maltija, x'rakkmandazzjonijiet kienu qegħdin jagħmlu?", "Qiegħda nitkellem fuq l-inklużjoni, fuq l-early childhood, fuq il-Matsec u fuq is-saħħa tat-tfal.", "Dawn kollha qegħdin f'dokument minnhom.", "Issa nitkellem fuqu aktar tard.", "Minn dak iż-żmien li sirna membri tal-Unjoni Ewropea riedna naraw ukoll id-dokumenti tal-Unjoni Ewropea minbarra d-dokumenti lokali tal-Gvern bħal \"Viżjoni 2015\".", "Kien inħareġ policy document ieħor tal-Kulleġġi \"For All Children To Succeed\" fl-2005, li ovvjament għen id-direzzjoni ta' dan il-kurrikulum u dawn id-dokumenti kollha kienu l-bidu ta' dan id-dokument.", "Issa nispjega ftit dak li riedna nagħmlu u għandi wkoll slide fuqha.", "Qabel bdejna riedna nkunu ċerti li nafu fejn qegħdin, minn fejn nixtiequ nitilqu u fejn nixtiequ mmorru.", "Id-dokument finali mhuwiex il-viżjoni tagħna mwettqa imma huma l-passi li fiż-żmien qarib nistgħu nagħmlu sabiex inwasslu għall-viżjoni li rridu naslu għaliha.", "X'jiena ngħid?", "Fid-dokument tal-1999 kien hemm stipulat dak li se jservi għal ħames snin u mbagħad wara ħames snin issir ir-reviżjoni tiegħu.", "Ir-realtà uriet li d-dokument ta' dik il-kwalità kellu life span ta' mill-inqas għaxar snin sakemm il-komunità edukattiva fehmet il-kunċetti, bdiet tara l-implikazzjonijiet tagħhom eċċ. Jiġifieri aħna stajna ħloqna pjan ta' viżjoni long-term biss però li kien jiġrilna hu li x'ħin tmur ħa twettqu fl-iskejjel, dawn jgħidulek li dik mhijiex ir-realtà li jistgħu jaħdmu għaliha.", "Din nispjegaha aktar 'il quddiem.", "Żgur li min-naħa tagħna nħossu li konna responsabbli ħafna, fis-sens li rajna Malta fejn qiegħdha bħalissa għax il-Curriculum Framework qatt ma jinħoloq f'vacuum!", "Inti ma tistax taqbad framework ta' pajjiż ieħor u tgħid ħa nipprovah għax trid tara li dan ikun jirrispondi għar-realtajiet lokali.", "Barra minn hekk, fuq feedback qawwi mill-iskejjel, din id-darba pprovajna noħolqu framework prattiku, jiġifieri li d-dokument ikun maqsum b'tali mod.… Anke minħabba li ngħatajna feedback minn żewġ ministeri barranin.", "Meta lestejna dan id-dokument, fuq rakkmandazzjoni tal-Ministru, bagħtnih lil żewġ ministeri tal-edukazzjoni ta' żewġ pajjiżi barranin li kienu għadhom kemm għaddew minn dan il-proċess.", "Intbagħat l-Iskozja u New Zeland; żewġ pajjiżi żgħar li kienu għadhom kemm għaddew minn dan il-proċess.", "Dawn min-naħa tagħhom tawna feedback tajjeb ħafna.", "Kellna nagħmlu xi ftit refining biex id-dokument ikun ċar kemm jista' jkun imma bażikament li pprovajna nagħmlu aħjar mid-dokument tal-1999 - avolja bnejna ħafna minnu - kien li weġibna erba' mistoqsijiet importanti.", "B'dawn l-erba' dokumenti - imbagħad il-ħames wieħed nitkellmu daqxejn fuqu wkoll - qed inwieġbu erba' mistoqsijiet li bil-Malti ngħidulhom \"l-għaliex u l-kif\" u bl-Ingliż huma dawn; \"why do we need a new framework?\".", "Dik l-ispjegazzjoni tingħata abbażi ta' dawn l-istudji kollha li saru u abbażi tal-policy documents tal-Ewropa u tal-United Nations, tal-OECD eċċ. Imbagħad jiġi l-framework proprja li huwa \"The what?\".", "X'inhu dan il-framework il-ġdid li qed nipproponu?", "Iktar importanti għall-iskejjel - u kienet l-ikbar biċċa xogħol għalina - kien li f'document 3 il-framework li żviluppajna f'document 2, ipprovajna napplikawh għat-tliet ċikli tal-edukazzjoni obbligatorja; għall-early years, għall-primarja u għas-sekondarja.", "U għalhekk morna pass oltre milli mar l-ieħor.", "M'għedniex dan il-framework kulħadd irid japplikah fiċ-ċirklu tiegħu imma għamilna dik il-biċċa xogħol aħna stess.", "Ħalli nagħtu eżempji żgħar.", "Jekk pereżempju tkellimna fuq l-aspett tal-flessibilità, li l-iskejjel ma jridux daqshekk preskrizzjoni, ħloqna timetables tal-primarja u tas-sekondarja li din l-idea tindirizzaha b'mod mhux preskrittiv.", "Pereżempju tas-sekondarja hemm sitt timetables li jridu jiġu diskussi waqt il-konsultazzjoni filwaqt li tal-primarja hemm tlieta.", "Mela jibnu fuq il-prinċipji li hemm fil-framework biex in-nies ikollhom x'jiddiskutu.", "\"The when\" huwa fejn niġbru r-rakkmandazzjonijiet kollha f'dokument, fir-raba' wieħed, u nagħtu l-esperjenza tagħna milli tgħallimna minn pajjiżi oħra għax nafu li l-bidla trid iż-żmien u trid affarijiet oħra biex isseħħ.", "U mbagħad nagħmlu kif naħsbu li l-implimentazzjoni għandha ssir.", "F'dak id-dokument ukoll - għaliex fil-passat ġejna kkritikati li noħorġu dokumenti u mbagħad ma tkunx ċara kif se ssir il-konsultazzjoni - il-consultation process qiegħda printed.", "Bħalissa qegħdin f'phase one tal-konsultazzjoni u f'din il-fażi għamilna bejn wieħed u ieħor 50 laqgħa bejn Mejju u Lulju.", "F'dawn il-laqgħat iltqajna mal-istakeholders u mal-imsieħba soċjali sabiex nispjegawlhom ftit dan id-dokument.", "X'ipprovajna nagħmlu?", "X'inhuma l-issues?", "F'Awwissu ma tantx nistennew li n-nies se jaħdmu fuq id-dokument però nistennew li jaqrawh.", "Imbagħad f'Settembru u Ottubru tibda d-diskussjoni interna.", "Għandna programm sħiħ li se jmexxu l-prinċipali fl-iskejjel, fejn se jiltaqgħu mal-għalliema f'nofs ta' nhar meta ma jkunx hemm tfal.", "Imbagħad għandna ġurnata sħiħa f'kull kulleġġ u se jsiru laqgħat mal-ġenituri filgħaxija.", "Hemm laqgħat ukoll mat-tfal.", "Dokumenti qed jinkitbu żewġ verżjonijiet oħra.", "Għandna l-verżjoni li qed tinkiteb għall-ġenituri biex din imbagħad tingħata f'dawk il-laqgħat.", "U għat-tfal qed naħdmu fuq preżentazzjoni li se tintuża fil-laqgħat; dan mhux bilfors li se jkun ktejjeb tat-tfal.", "Fil-fatt qegħdin nesploraw għax illum hemm metodi oħra kif twassal messaġġ lit-tfal.", "It-tielet fażi tal-konsultazzjoni hija għal Novembru u Diċembru, fejn nixtiequ li l-entitajiet differenti jibdew jersqu flimkien biex jisimgħu lill xulxin x'għandhom xi jgħidu fuq id-dokument.", "U l-aktar żewġ avvenimenti li għandna ppjanati għal dawk ix-xahrejn hu li se nagħmlu konferenza nazzjonali għat-tfal, waħda f'Malta u l-oħra f'Għawdex, biex it-tfal jiddiskutu d-dokument ukoll.", "Fit-2 u fit-3 ta' Diċembru se nagħmlu konferenza nazzjonali Dar il-Mediterran u mabgħad ikun għad fadal xahar biex tagħlaq il-konsultazzjoni.", "L-għan tagħna hu li nerġgħu nisimgħu lil xulxin biex finalment il-feedback li se jintbagħat minn entitajiet differenti jkun informat ukoll minn entitajiet oħra u mhux minn dak li qalu n-nies f'dik l-entità partikolari biss.", "Fl-aħħar tas-sena jagħlaq il-perjodu tal-konsultazzjoni u mbagħad dak kollu li nirċievu bil-miktub se nippubblikawh bħala dokument.", "Kemm jiena, bħala ċ-Chairperson u kemm il-membri m'aħniex se niktbu rapport fuq il-feedback.", "Il-feedback se nippubblikawh kif nirċevuh biex mill-ewwel bħala kumitat inkunu nistgħu nerġgħu naħdmu fuq id-dokument biex jekk il-bambin irid, is-sena d-dieħla jiġi finalizzat.", "Imma peress li jiddependi fuq dak il-feedback m'għandniex data partikolari meta nistgħu ngħidu li d-dokument se jkun lest.", "Li hu żgur hu li la l-kumitat kien magħmul minn setturi differenti, aħna nħossu li diġa' saret ħafna konsultazzjoni bejn is-setturi.", "Qabel l-esperjenza kienet tkun li grupp żgħir ħafna ta' nies jiktbu l-kurrikulum minn xi post partikolari.", "Imma din id-darba aħna konna qegħdin niktbuh kollha flimkien.", "Kien hemm konsultazzjoni u qbil li dak li qed ngħidu huwa għat-tliet setturi tal-edukazzjoni, li pereżempju l-fakultà taf li hemm implikazzjonijiet fuq il-kors ta' kif jippreparaw l-għalliema.", "Il-Matsec jaf li hemm repurcussions fuq kif isiru l-eżamijiet.", "La kienu fuq il-board u kienu parti minn dan it-team, kuħadd kien aware li jekk jittieħed il-committment li dan id-dokument jimxi 'l quddiem, ikun hemm bżonn tar-responsabilità minn kulħadd biex l-affarijiet isiru.", "Qiegħda nieħu gost li bdejt bis-citizenship għax għalina, bħala kumitat, ħassejna l-bżonn li dan il-Kurrikulum ma jiffokkax biss fuq is-suġġetti imma fuq l-edukazzjoni ħolistika tat-tfal, kemm fl-iskola u kemm wara l-iskola.", "Xi ħaġa li qiegħda taħdem in parallel jew complimentary ma' dan huwa li daħħalna secondary school certificate and profile, li qabel kien jissejjaħ l-school leaving certificate.", "Dan daħħalnih minn din is-sena li qegħdin fiha u dan id-dokument iżomm il-profile ta' ħames snin tat-tfal u mhux tal-aħħar sena biss.", "U minbarra s-suġġetti li jitgħallmu t-tfal, iċ-ċertifikat jagħti kreditu wkoll lill-attivitajiet li t-tfal jagħmlu fil-mid-day break u wara l-ħin tal-iskola.", "L-attendenza tidħol ukoll u xi ħaġa interessanti li ma tantx teżisti f'pajjiżi oħra hi li qed nagħtuhom credit anke fuq ċerti personality attitudes, bħal pereżempju skills fil-leadership, cooperation, responsability, eċċ. Mela daħħalna grupp ta' personal traits li kull tifel u tifla, kull sena qed jingħataw il-marki fuqhom.", "Dawn kollha flimkien, fl-opinjoni tagħna jgħinu wkoll għal din l-issue taċ-ċittadinanza.", "Li inti, fil-ħajja tal-iskola, kull sena mistenni li tagħmel xi ħaġa fil-mid day break u anke wara l-ħin tal-iskola.", "Għandek il-volontarjat, l-scouts, l-isports, il-mużika, eċċ., li kollha jiġu credited bħala parti miċ-ċertifikat tal-iskola.", "Dan ma baqax ċertifikat biss imma sar kwalifika nazzjonali approvat mill-Malta Qualification Council.", "Jekk ikun hemm tfal li jfallu ħafna jew ma jagħmlux attivitajiet oħra jieħdu l-ischool leaving certificate xorta waħda imma dan ma jkunx kwalifika.", "L-għan hu li kemm jista' jkun it-tfal jieħdu l-kwalifika għax kull sena nibagħtulhom fejn ikunu waslu.", "Xi ħaġa ġdida li żiedna dan l-aħħar hu li minħabba l-attivitajiet ta' ħafna valur li t-tfal jagħmlu fis-sajf, bħal pereżempju, nhar is-Sibt kellna l-kunċert ta' Joseph Calleja; dawk it-tfal kollha li ppreparaw għal dan il-kunċert u se jkunu parti mill-choir m'għandhomx jieħdu credit tiegħu?", "Naf li l-issue għadha ma ġietx solvuta imma li għamilna u qiegħda taħdem tajjeb avolja fil-bidu rridu nżommu ftit il-paċenzja sakemm l-affarijiet jiġu żviluppati, li l-Malta Qualification Council ħoloq database u dawn l-aġenziji, individwi, entitajiet jirreġistraw li huma qed jagħmlu attivitajiet mat-tfal u jingħataw numru.", "Kif jingħataw numru, it-tfal ikunu jistgħu jikkreditaw l-iskola dik l-attività li qed jieħdu sehem fiha.", "U fl-opinjoni tiegħi din diġa' qiegħda tindirizza b'mod dirett dik l-issue li semmejt inti.", "Jiena ngħallem l-Università ukoll u nista' ngħid li anke meta tistaqsi x'inhu jiġri madwar il-ħajja tal-istudenti, dawn tant jiffokaw fuq l-istudju tagħhom li mhux dejjem ikunu jafu dak li suppost ikunu jafu.", "Meta bdejna dan id-dokument u rajna x'inhuma l-miri tal-pajjiż bħalissa, iddeċidejna li hemm tliet għanijiet li qegħdin f'dan id-dokument.", "L-active citizinship hija waħda mit-tliet għanijiet.", "L-għanijiet huma li l-istudenti kollha jitgħallmu kif jitgħallmu u jħobbu jitgħallmu; li t-tagħlim ma jieqafx sa 16-il sena u jkun hemm inqas enfażi fuq il-kontenut u ħafna aktar enfażi fuq l-attitudni u l-ħiliet li hemm bżonn biex it-tfal ikomplu jitgħallmu; u l-active citizinship li nispjega fuqha aktar 'il quddiem imma żgur li rridu ċittadini responsabbli anke f'aspetti differenti u għalkemm din hija marbutha mal-employability, l-idea tal-job shadowing tgħin lit-tfal sabiex ikunu ċittadini aktar attivi għax jibdew imorru fid-dinja reali.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmillek mistoqsija żgħira.", "Din il-viżjoni kienet mogħtija lilkom mill-politiku jew inkella stabbilixejtuha intom?", "PROFESSUR GRACE GRIMA: Le, mid-dokumenti li qrajna rajna li dawk huma t-tliet areas fil-pajjiż li l-aktar hemm bżonn li nisħqu fuqhom.", "IS-SUR......: Indirettament kienet policy li gvernijiet wara xulxin..… Dawn kienu kollha nvoluti.", "Meta qed nitkellmu fuq Vision 2015, meta nitkellmu fuq European 2020, meta qed nitkellmu fuq il-budget speeches eċċ, hemmhekk kien hemm policy direction li aħna xrobna minnha l-ħin kollu.", "PROFESSUR GRACE GRIMA: Imma mhux ingħatat bħala terms of reference speċifika għax dawk ħriġnihom aħna.", "Qiegħda nagħmel presentation bl-Ingliż għax id-dokument inkiteb bl-Ingliż imma d-dokument jeżisti kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti.", "L-employability mhijiex l-employment.", "Again aħna nisħqu aktar fuq l-iskills, fuq l-attitudni u fuq ċerta preparazzjoni, jiġifieri aħna mhux qed ngħidu li tfal ta' 16-il sena għandhom joħorġu jaħdmu.", "THE CHAIRMAN: Jiena naħseb li anke jekk inkunu wasalna s'hawn inkunu għamilna ħafna fuq dawk it-tliet issues partikolari, imma l-fatt li m'iniex nara l-kelma \"responsabilità\"… (Interruzzjonijiet) Imma l-kelma \"responsabilità\" fiha nnifisha ma ndaħħalix taħt il-kelma \"active citizinship\".", "Jiena nista' nkun attiv f'kollox u l-inqas ħaġa li għandi hija r-responsabilità.", "Nista' nkun suċċess f'kollox u nkun professur fuq livell akkademiku f'erba' oqsma differenti imma mbagħad il-moral standing tiegħi huwa flop totali.", "Issa għiduli kif se tkejjel il-moral standing?", "PROFESSUR GRACE GRIMA: Imma hawn qiegħda fejn qed ngħidu \"Moral and Spirtual Development\".", "Issa dan l-għan jinfetaħ f'numru ta' affarijiet oħra.", "THE CHAIRMAN: Taf għaliex?", "Jekk qegħdin hemm, allura tajjeb.", "Imma jekk qegħdin hemm u għada pitgħada se tkomplu l-konsultazzjoni tagħkom nitlobkom biex din tpoġġuha mill-ewwel għax jekk dan il-prodott li intom qed tbiegħu, aktar tagħtuh aġġettivi, allura aktar għandkom fuq xiex tbiegħu...", "THE CHAIRMAN: Jiena bqajt nissapporti sal-aħħar biex nesprimi l-preokuppazzjoni tiegħi.", "Issa jista' jkun li inti qiegħda tifhem x'inhi \"active citizinship\" imma jien, li ma rajtx dak id-dokument għadni ma nafx xi tfisser u għalhekk li dik il-kelma \"responsabilità\" kienet togħġobni aktar mill-kliem \"active citizinship\".", "PROFESSUR GRACE GRIMA: Fil-fatt id-dokument fuq hekk jitkellem.", "Jien hemmhekk tfajt il-kelma.… Imma nieħdu l-punt tiegħek u naraw jekk ġietx enfasizzata biżżejjed.", "IS-SUR.......: Għalkemm il-kelma \"responsabilità\" tinkapsulaha, il-kunċett hawnhekk huwa spjegat fid-dokument.…", "THE CHAIRMAN: La qed tgħidli hekk qiegħed isserraħli moħħi.", "PROFESSUR GRACE GRIMA: Aħna rridu nkunu alert ukoll biex naraw jekk għamilnihiex ċara biżżejjed.", "Bħala għanijiet tal-proċess kellna dawn it-tlieta.", "Kien hemm ħafna imma meta tagħsar kollox issib li qed ngħidu li t-tfal kollha jitilqu mill-iskola b'ħiliet u b'ċertifikazzjoni li tagħmel sens, xi ħaġa li bħalissa ma kienx il-każ; li l-framework jgħin biex jagħmel il-proċess ta' tagħlim xi ħaġa fejn kulħadd jikber, kemm it-tfal, kemm it-teachers, kemm il-heads, kemm il-ġenituri, eċċ; u tagħti kreditu lill-informal u lin-non-formal li kif għedt diġa' bdejniha avolja ġejt daqsxejn miżinterpretata li qed ngħaddi l-informazzjoni lill-Vat Department u allura kien hemm min qed jibża' jirreġistra fiha!", "THE CHAIRMAN: Qabel tkomplu titkellmu nixtieq ngħidilkom xi ħaġa li nsejt ngħidilkom fil-bidu.", "Din il-laqgħa qiegħda tiġi trasmessa live permezz tal-internet u għalhekk dak li tgħidu jista' ikun hemm xi ġurnalisti li qegħdin jisimgħu.", "U għalhekk ladarba tgħidu xi ħaġa ma tistgħux terġgħu treġġgħuha lura.", "IS-SUR HORACE CARUANA (Prinċipal tal-Kulleġġ San Injazju): Biex inkompli ma' dak li kienet qiegħda tgħid il-Profs Grima dwar il-mod ta' kif se jiżviluppa ċ-ċertifikat tal-iskola.", "Qabel kien jiċċertifika biss l-edukazzjoni formali, jiġifieri t-tagħlim li kien jingħata fil-klassi waqt il-lezzjonijiet.", "Issa daħlu żewġ kunċetti oħra li anke d-dokumenti fuq l-edukazzjoni tal-Unjoni Ewropea mexxew ħafna 'l quddiem u telgħu fil-priorità.", "L-ewwel li nibdew nikkreditaw u nagħtu valur lill-edukazzjoni non-formal, li huma dawk l-esperjenzi ta' tagħlim li jsiru ġol-iskola imma li ma jsirux waqt il-lezzjonijiet.", "Dawn l-attivitajiet isiru waqt il-break it-twil.", "Mela jekk pereżempju, ġejja price day u t-tfal se jtellgħu play, allura jridu jippreparaw għaliha, dak huwa tagħlim non-formali.", "Jekk l-istudenti tagħna, ta' San Injazju għamlu l-presepju ta' Kastilja, dak huwa meqjus bħala esperjenza ta' tagħlim non-formali.", "Imbagħad hemm l-esperjenza tal-informal learning.", "Dawk isiru wara l-ħin tal-iskola.", "Għamilna ħafna żmien nivvalutaw u nagħtu kreditu biss lit-tagħlim li jsir waqt il-lezzjonijiet.", "Ħafna tfal jakkwistaw bosta tagħlim informali għax imorru jitgħallmu xi strument tal-mużika, imorru l-iscouts, imorru n-nurseries u jmorru lezzjonijiet ta' linja artistika differenti bħal-ballet, żfin eċċ, u once li l-aġent jew min qed jipprovdi t-tagħlim jirreġistra mal-Malta Qualification Council, u l-Malta Qualification Council jirreġistrah bħala provider ta' tagħlim, l-istudent iġibilna l-karti meħtieġa biex jurina l-evidenza li attenda għal din l-esperjenza ta' tagħlim u kemm dam fiha, imbagħad skont kemm dam u skont l-esperjenza li jkun ħa, jingħata kreditu li jidher fiċ-ċertifikat li se joħroġ bih it-tifel fl-aħħar tal-edukazzjoni tal-obbligu.", "Għandek ukoll l-isports.", "Semmejt in-nurseries għax għandek ħafna tfal li jmorru n-nurseries.", "U għandek ukoll esperjenzi fis-sajf.", "Jekk aħna jkollna tfal li jmorru fis-sajf mal-water polo teams u jidħlu fihom, jekk dawn ikunu kkreditati u jgħidulna li dawn marru għat-training u marru jilabgħu, għalina hija esperjenza ta' tagħlim u għandha tingħata l-kreditu mistħoqq fuq iċ-ċertifikat.", "Dan iċ-ċertifikat għandu ħamsin fil-mija tiegħu jikkredita it-tagħlim formali mentri kif inhu sal-lum jikkredita mija fil-mija it-tagħlim formali.", "Il-ħafna tagħlim ieħor li t-tfal jakkwistaw, kemm mill-iskola stess barra l-ħin tal-lezzjonijiet u kemm barra l-ħin tal-iskola ma jiġix ikkreditat.", "Mentri issa se jiġi kkreditat.", "THE CHAIRMAN: Ħa nagħmel kumment inġust mar-realtà għax qiegħed nara l-benefiċċju minn dak li qed tgħid inti.", "Veru li b'hekk qed tagħti ritratt sħiħ tal-istudent għax l-iskola qed turi li taf eżatt x'inhu jagħmel dak l-istudent anke barra mill-ħin tal-iskola imma ma taħsbux li se noħolqu ċertifikat li se juri min hu tajjeb ħafna u lil dawk li forsi ma jipparteċipawx daqshekk f'dawn l-attivitajiet se jkollhom ċertifikat li jwaddabhom lura ħafna?!", "Qiegħed nagħmel il-mistoqsija għax qed tiġini f'moħħi u filwaqt li naf kemm hi tajba l-intenzjoni tagħkom u kemm huwa importanti li nirrikonoxxu dak li jagħmel l-istudent barra l-ħin tal-iskola, fl-istess ħin meta niġu għar-riżultat aħħari..…", "Bħala Social Affairs Committee konna ġejna l-iskola tal-Kottonera.", "Mhux se jkun hemm ċirkostanzi fejn issa għandek dawk il-ġenituri li jgħinu lill-uliedhom biex jipparteċipaw f'dawn l-attivitajiet u allura se jkollhom marki tajbin imma fl-istess ħin se jkollna xi ħaġa li se toħroġ differenza negattiva u diskriminatorja ma' studenti oħrajn li mhumiex qed jipparteċipaw jew m'għandhomx l-abilità li jipparteċipaw.", "ANTHONY ZAMMIT: Jiena naħseb li the idea is moving towards more of an American Education, fejn dak li jkun iġib ukoll il-credits fuq l-isports u affarijiet hekk għall-Università.", "Naħseb li dan huwa inċentiv biex it-tfal jipparteċipaw f'dawn l-affarijiet għax meta jkollok din is-sistema, li wara kollox it is going to mirror his total activity, awtomatikament it-tfal ikunu jridu jipparteċipaw ħalli jipprovaw ikollhom dik iċ-ċerta ambizzjoni.", "Li nara ċerta limitazzjonijiet fiha huwa fejn it-tfal ikunu jridu jipparteċipaw f'dawn l-attivitajiet imma mbagħad il-ġenituri tagħhom forsi ma jkollhomx il-mezzi finanzjarji biex iħallsu l-lezzjonijiet għat-tfal tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Li tibgħat lit-tifel l-scouts trid il-flus illum.", "ANTHONY ZAMMIT: Għandek il-lezzjonijiet tal-ballet.…", "PROFESSUR GRACE GRIMA: Hemm xi lezzjonijiet li jingħataw mill-Gvern.", "Għandna ħafna mill-attivitajiet, b'mod partikolari l-ballet li aħna nipprovduh nhar ta' Sibt lit-tfal.", "L-istess id-drama.", "ANTHONY ZAMMIT: Jiġifieri dawn jingħataw mill-Gvern?", "Imma issa jekk jien għandi tifla li qiegħda tipprometti fil-ballet u allura għandha bżonn aktar taħriġ.… Għax forsi aktar 'il quddiem din tidħol ukoll ma' xi ballet group li se jgħinha fil-livell ta' kultura tagħha.", "Fil-fatt meta ssemmi li xi ħadd għandu edukazzjoni ta' livell għoli, dan ikollu livell ta' kultura u fil-kultura tidħol l-appreciation għall-mużika, għall-pittura, għaż-żfin, eċċ. Anke l-fatt li out of their own free will imorru jżuru xi mużew.", "B'dan il-mod inti qed tibni persuna in toto u allura jiena naraha, li jekk tifel jew tifla qed iżżidilhom dan il-livell edukattiv, il-moħħ tagħhom qed jinfetaħ ukoll u allura jkun aktar faċli għalihom biex imorru tajjeb fil-livell akkademiku tal-iskola.", "Kumment ieħor li nixtieq ngħaddi huwa li aħna kellna il-kwestjoni tal-active citizinship.", "Għalija dik hija d-definizzjoni ta' active citizinship.", "Issa hawnhekk qiegħed nirriferi għas-social obligations, għall-moral obligations u dawn l-affarijiet.", "CARMELO ABELA: Sur President, jien kont aktar tal-opinjoni li forsi nisimgħu l-preżentazzjoni kollha qabel ma nagħmlu l-kummenti tagħna ħall b'hekk id-diskussjoni tkun aktar ħolistika.", "Sinċerament illum bqajt skantat biha nnifsi kemm bqajt kwiet għax mhux is-soltu li noqgħod kwiet fuq dan is-suġġett.", "Nixtieq l-ewwel ħaġa nirringrazzja lil dawn is-sinjuri tax-xogħol kollu li qegħdin jagħmlu f'dan il-qasam.", "Mill-ftit esperjenza li għandi fuq dan is-suġġett, fejn ilni dawn l-aħħar ħames snin insegwih mill-qrib, għalkemm issa qiegħed fuq suġġett ieħor, imma ċertament napprezza kemm huwa suġġett li għandu implikazzjonijiet kbar.", "Li kelli ngħaddi ftit kummenti, apparti li l-fattibilità tad-dokument li jiġi mpoġġi fil-prattika eċċ, vis-à-vis dak li qalet il-Profs.", "Grima fuq id-dokument tal-1999, u li allura hemm ċertu tagħlim li tgħallimna minnu, jibgħu ċerti mistoqsijiet bażiċi.", "Pereżempju mhux biss x'hemm differenti f'dan il-qafas imma kif se jitpoġġa fil-prattika?", "Finalment hija kwestjoni ta' riżorsi u kwestjoni ta' bidla fil-mentalità, fejn xi kultant meta xi ħadd jistaqsi ċerti mistoqsijiet qisu qed immissu xi baqar sagri.", "Waħda mill-affarijiet li qamet dan l-aħħar kienet fuq jekk għandniex nestendu jew le l-ħinijiet tal-iskola.", "Għandna 170 ġurnata f'sena meta pajjiżi oħrajn qed jikkonsidraw biex iżidu, għandek gruppi ta' nies li assolutament lanqas lesti li jitkellmu fuq din l-issue!", "Issa mhux qed ngħidu li se nagħmluha żgur imma dawn lanqas biss lesti li jitkellmu fuqha.", "Għalhekk naħseb li ċerti issues huma kwestjoni ta' bidla fil-mentalità jekk irridu ntejbu fuq dak li għandna.", "Jiena naħseb li għandna żewġ lakuni li s'issa m'aħniex qegħdin nindirizzawhom b'mod tajjeb biżżejjed.", "Għandek studenti li assolutament ma jridux jafu bl-iskola.", "Hemmhekk għandna problema serja u jekk wieħed jara dawn it-tliet goals li għandna fuq il-powerpoint isib li t-tlieta jitkellmu fuq l-istess suġġett.", "Mela t-tfal, sal-edukazzjoni obbligatorja jkollhom ċertifikat validu.", "It-tieni waħda hi li nnaqqsu l-early school leavers u t-tielet waħda hija l-aċċess għall-higher education.", "It-tlieta huma marbutin flimkien u juru fejn irridu nagħfsu l-aktar.", "Kien hemm titjib għax wieħed irid jgħid li kien hemm titjib anke minħabba l-bdil fil-kultura ngħid jien.", "Li kieku kont titkellem fuq l-edukazzjoni obbligatorja 30 jew 50 sena ilu kienu jidħku bik.", "Illum jidħku bik bil-maqlub.", "Imma għad għandna problema fil-faxxa t'isfel fejn għandek problemi soċjali.", "Inzerta li l-Ministeru li jieħu ħsieb l-edukazzjoni, jieħu ħsieb ukoll il-politika soċjali.", "U allura naħseb li aktar milli għandna l-vision tal-life long learning, l-active citizenship u l-employability, jekk ma jkollniex ħidma fil-qasam soċjali, mhux se naslu biex niksbu r-riżultati mixtieqa fil-qasam edukattiv.", "Magħna hawn is-Sur Spiteri li huwa wieħed mill-persuni l-aktar li għex u li jaf dak li qed ngħid jien għax kien proprju f'żona li għandha dawn it-tip ta' problemi; li jekk il-ġenituri m'għandhomx ir-rieda li jibagħtu lill-uliedhom l-iskola u ma jibgħatuhomx, it-tfal tagħhom se jispiċċaw f'dan iċ-ċirku vizzjuż, bil-probabilità li lit-tfal tagħhom, dawn għada pitgħada ma jibagħtux lit-tfal tagħhom l-iskola.", "Jekk ma jirnexxilnix inkissru dan iċ-ċirku vizzjuż, dawn it-tliet goals li għandna hawnhekk mhux se nilħquhom.", "Imbagħad għandek aspett ieħor.", "Mela hawnhekk għandna ħidma li trid issir fil-qasam soċjali flimkien mas-settur edukattiv.", "Ma nistgħux naħdmu separatament.", "Imma mbagħad għandek the far end l-ieħor tal-high fliers li naħseb m'aħniex qegħdin naħsbu għalihom.", "Il-high fliers huma importanti wkoll li nagħtu kashom għax għandek min jista' jimxi ħafna aktar imma aħna qegħdin nikkejterjaw għall-middle of the road u m'aħniex nilħqu lil dawk li qegħdin fil-low end u lanqas lil dawk li qegħdin fil-far end.", "Għaldaqstant naħseb li dawk huma l-mistoqsijiet li finalment irridu nistaqsu.", "Jiġifieri filwaqt li kull dokument jista' ikun sabiħ, jien dan id-dokument għadni ma rajtux.", "Issa l-għanijiet, l-ambizzjonijiet, il-miri, kollha jidhru pożittivi, bħalma kienu dawk li kien hemm fid-dokument tal-1999, imma finalment il-crux ta' kollox hu li dawn id-dokumenti sbieħ kemm jitpoġġew fil-Kamra?!", "Hemm xi mistoqsijiet oħrajn li xtaqt li jiġu mwieġba.", "Pereżempju, mid-dokument tal-1999 kien hemm xi feedback fuqu biex naraw xi twettaq, xi twettaq b'mod tajjeb, x'kienu l-affarijiet li ma twettqux u għalfejn ma twettqux u x'hemm mid-dokument tal-1999 li issa ġew transposed f'dawn id-dokumenti l-ġodda?", "Barra minn hekk, bħalissa qegħdin naħdmu fuq is-sistema tal-kulleġġi, fejn finalment huma l-iskejjel u l-kulleġġi li jridu jimplimentaw fuq quddiem nett, b'appoġġ mid-direttorati u minn oqsma oħra, anke dawk soċjali, imma finalment huma jridu jkunu li jimbuttaw dawn id-dokumenti.", "X'inhu l-feedback li hemm fuq il-kulleġġi?", "Mill-kummenti li smajt mingħand l-edukaturi u l-ġenituri li tkellmu miegħi hemm mixed feelings fuq dawn id-dokumenti.", "Issa l-idea tiegħi fuq il-kulleġġi hija li dawn bażikament ġabru fihom dak li qabel kellna fir-reġjuni, li kienu marbutin flimkien, u issa għandek sistema ta' kulleġġi li jaħdmu flimkien b'mod aktar organizzat.", "F'dan il-każ għandek prinċipal u l-istaff li jaqgħu taħt il-kulleġġ u allura hemm aktar mod ta' kif wieħed jaħdem flimkien u din hija xi ħaġa tajba.", "Imma l-akbar qabża kienet dik li issa m'għandekx junior lyceums u skejjel sekondarji imma saru ħaġa waħda.", "Naħseb li fuq din wieħed irid jaħdem aktar, speċjalment fil-konfront ta' dawk it-tfal li ma jistgħux ilaħħqu mal-oħrajn.", "Dawk l-għalliema li tkellmu miegħi qishom qed jaraw li hemm wisq problemi.", "Issa magħkom qegħdin jitkellmu fuq dawn it-tip ta' problemi jew le?", "Hemm min jgħidlek iva u hemm min jgħidlek le.", "L-istess ħaġa l-ġenituri; forsi wkoll li dawn draw b'sistema oħra u allura hemm bżonn li tinbidel il-mentalità.", "Forsi hemmhekk wieħed jista' jispjega aktar u forsi jrid jagħti ftit aktar żmien.", "Forsi hemm kulleġġi li mxew aktar mill-oħrajn ukoll.", "Imma fl-aħħar mill-aħħar jiddependi ħafna minn min qed imexxi.", "F'kollox hekk.", "U allura naħseb li l-esperjenza tal-kulleġġi rridu nagħtu ftit kasha aktar għax se jkollna tibdil fil-Kurrikulum però fl-istess ħin għandna sistema li qisha għadha ma ngranatx biżżejjed.", "Ma rridx nitfa' dell negattiv fuqha imma qed ngħid biss il-feedback li għandi jien.", "Jista' jkun li għandi feedback ta' persentaġġ żgħir ta' nies imma lanqas nistgħu nwarrbuh.", "Ħa nagħmel l-aħħar mistoqsija u nieqaf.", "Il-Profs Grima semmiet li dan id-dokument huwa aktar fattibili, fis-sens li huwa aktar down to earth u li huwa differenti mid-dokument li ħareġ fl-1999.", "Tista' tgħidilna x'riedet tfisser meta qalet hekk?", "Għalfejn dan id-dokument huwa aktar fattibbili mid-dokumenti l-oħra ta' qablu?", "X'hemm differenti fih?", "THE CHAIRMAN: Qegħdin nistaqsu dawn il-mistoqsijiet kollha għax jekk għamilna 110 laqgħat, dejjem semmejna s-sistema edukattiva.", "Kull meta ddiskutejna kwalunkwe suġġett, l-edukazzjoni jew kienet ikkritikata jew inkella ssemmiet.", "Jiġifieri intom ma ġejtux biex titkellmu fuq l-edukazzjoni out of context.", "Fil-fatt aħna ilna għal dawn il-laqgħat kollha niġmgħu ġo fina biex xi darba nitkellmu fuq is-sistema edukattiva.", "Fil-fatt meta kont ġejt inti hawnhekk u tkellimna fuq il-persuni b'diżabilità, iddiskutejna ħafna l-edukazzjoni u kellna diskussjoni mqanqla.", "Kull meta ddiskutejna l-familja u l-ġenituri jew kwalunkwe suġġett ieħor, dejjem daħħalna l-edukazzjoni.", "Allura jiena ngħid li qegħdin nitkellmu hawnhekk bl-ikbar sinċerità u din żgur li mhux se tkun l-aħħar laqgħa li se nagħmlu fuq dan is-suġġett.", "ANTHONY ZAMMIT: Xtaqt nagħmel rimarka oħra.", "Ħmistax ilu kont qiegħed fuq delegazzjoni parlamentari fi Brussell u ltqajna ma' ċertu rappreżentanta Taljana Bardone.", "Meta ltqajna magħha u bdejna niddiskutu s-sitwazzjoni f'Malta, din qaltilna li l-EU qed tistenna li as from 2013 se jkollna iktar nies ta' ċertu livell ta' edukazzjoni.", "Jien għedtilha li in a way ma tistax tistenna hekk.", "U għaliex għedt hekk jien?", "Għax bħalma għedt inti stess, dawn l-istudji ilhom għaddejjin mill-1988.", "Kellna tmien snin pre-accession to EU u tmien snin wara l-accession to EU, u meta wieħed jara s-sitwazzjoni jinduna li we lacked behind.", "Fil-fatt il-persentaġġ tal-illiteriżmu tal-istudenti Maltin still huwa the highest in all the countries in the EU.", "Għalhekk inti dejjem tipprova tħares lura u tara x'għamilt.", "Għaliex ma wasaltx għal dak il-goal?", "U fil-fatt jien hekk kont għedtilha.", "Għidtilha naħseb li qattajna wisq ħin biex nipprovaw naraw what was going inside u ma sibna xejn!", "Is-Sinjura Bardone qiegħda fuq il-finanzi ta' Malta, eċċ and she is a very nice lady.", "(Interruzzjonijiet) Fil-fatt lili ħasbitni Taljan!", "Jiena trabbejt id-dar nitkellem bit-Taljan u bl-Ingliż.", "Il-Malti tgħallimtu fis-sekondarja.", "Il-Franċiż qatt ma tgħallimtu però ommi u n-nanna kienu jitkellmu bil-Franċiż meta we were not supposed to understand what they were saying.", "Illum nifhem kollox u kulħadd jgħidli li l-aċċent Franċiż tiegħi huwa bellezza imma peress li kienet l-unika lingwa li ma studjajtx l-iskola nibża'.", "Imbagħad tgħallimt il-Ġermaniż u l-Latin.", "Imma hawnhekk aħna what went wrong?", "Għaliex ma wasalniex għal dan li qegħdin nipprovaw nagħmlu?", "Jew għalfejn wasalna issa u ma wasalniex qabel?", "Issa se niġu kkonfrontati ma' sitwazzjoni fejn l-expectations tagħhom..…", "THE CHAIRMAN: Ħalli nsemmi preokkupazzjoni oħra.", "Aħna dejjem innotajna f'dan il-Kumitat kemm hija providenzjali – issa mhux bilfors li tibqa' dejjem hekk - li għandek il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Politika Soċjali flimkien.", "Issa intom qegħdin tieħdu l-vantaġġi kollha possibbli biex tieħdu l-aħjar deċiżjonijiet possibbli li tistgħu tieħdu llum biex għada pitgħada, anke jekk l-affarijiet jinbidlu imma ċerti deċiżjonijiet fil-qasam edukattiv teħduhom mill-element soċjali?", "Għax jekk ma nagħmlux hekk verament inkunu tlifna l-bus!", "Hemm sitwazzjoni loġistika li teżisti llum fil-Ministeru imma ma tafx jekk hijiex se teżisti għada.", "Jien nemmen li għall-qasam edukattiv huwa a value added li miegħu għandu l-qasam soċjali.", "Kif se tikkompromettu lil min ġej warajkom biex dak it-tajjeb li għandkom illum tistgħu tibqgħu tgawduh?", "It-tieni preokuppazzjoni.", "Hawnhekk dejjem tkellimna – anke meta ddiskutejna l-familja eċċ – fuq kif il-qasam edukattiv għandu jkun inklussiv ukoll għall-ġenituri.", "Iddiskutejna l-issue li inti għandek l-iskejjel tat-tfal u għandek l-iskejjel tal-ġenituri wkoll għax inti ma tistax ma tagħtix l-għajnuna lill-ġenituri.", "U allura hawnhekk iddiskutejna l-viżjoni li inti jkollok sehem mill-ġenituri fl-edukazzjoni mhux bħala sehem terzarju fil-qasam edukattiv imma fejn dik l-iskola, daqs kemm qiegħda tgħallem lit-tfal, daqshekk ieħor qiegħda tgħallem lill-ġenituri biex b'hekk nilħqu l-life long learning għax inti qed tgħin lit-tfal u lill-ġenituri tagħhom sabiex jifhmu l-kambjamenti kollha li qed isiru fil-qasam edukattiv.", "Xi ħaġa oħra.", "X'analiżi saret tax-shortcomings fis-soċjetà tagħna?", "Illum liċ-ċittadin x'inhu jagħmlu vulnerabbli fis-soċjetà tagħna?", "Ċittadin li jkun jaf kollox fuq livell akkademiku, x'inhu jagħmlu vulnerabbli?", "Aħna ddiskutejna u għadna kemm ippubblikajna rapport fuq l-anzjani u pprovajna niddiskutu s-sitwazzjoni tal-anzjani llum.", "Il-common denomenator fid-diskussjonijiet tagħna fuq l-anzjani kien it-tibdil fil-lifestyle tal-ħajja tagħna u allura, dak li qed iseħħ fil-familji tagħna, għada pitgħada jista' joħloq anzjani li se jkunu aktar vulnerabbli mill-anzjani tal-lum.", "U l-kunċett li ddiskutejna u li ħareġ b'mod spontaneju f'dan ir-rapport fuq l-anzjanità kien li rridu naħsbu għal servizzi marbuta mal-bżonnijiet tal-anzjani ta' għada peress li d-domanda għal dawn is-servizzi aktar se tkun waħda feroċi minn dik li hi llum minħabba li se jkun hawn aktar nies vulnerabbli.", "Mela allura dan il-Kurrikulum kif qed jaħseb li jibnih liċ-ċittadin ta' għada biex ikun kapaċi jirrisolvi l-employability tiegħu?", "Għax qisu li aħna qed inħarsu biss lejn is-supply economics, li f'dan il-każ tal-lum qed nirriferu għas-supply education.", "X'ħin tgħaqqad kollox ma' kollox issib li aħna spiċċajna hekk f'din is-soċjetà tagħna, fejn kollox jiswa skont kemm jiswa flus in a very broad way.", "Inti għandek is-sistema ekonomika li taħdem tajjeb daqskemm se jkollok employability tajba u allura human resources tajbin u li kapaċi jkunu flessibbli għax illum għandek employability mod u għada jista' jkollok employability mod ieħor.", "Nafu li għada pitgħada se jkollna l-employability li qiegħda tistrieħ fuq kemm għandek nies ta' ċertu livell akkademiku u allura we can cater for employability for economic success.", "Imma fl-istess ħin, meta nħarsu lejn dik il-viżjoni, il-kumplament tal-arja li se jkunu qegħdin jieħdu dawk in-nies li qed ikollhom suċċess fl-employability tagħhom, fil-qasam edukattiv tagħhom, m'aħniex qegħdin narawha ħafna.", "U allura xorta jista' jkollna - bħalma għandhom soċjetajiet oħra ftit il-bogħod minna - high employability fi żmien ta' suċċess naturali imma fl-istess ħin ikollok id-dropouts mhux għax m'hemmx livell akkademiku imma għax il-ħila ta' kif dak li jkun ipaċi l-ħiliet tiegħu ma' dak li qed jiġi mitlub minnu, ma jkunx kapaċi jasal għalih.", "U allura l-persuna ta' għada trid tkun kapaċi tara li ma tispiċċax f'pożizzjoni vulnerabbli.", "Għalhekk nerġa' ngħid x'analiżi qiegħda ssir sabiex nistudjaw is-soċjetà tagħna llum ħalli mill-aspett edukattiv aħna nkunu kapaċi nipproduċu – qiegħed nuża din il-kelma goffa apposta – studenti u ċittadini li kapaċi jilqgħu għal dawk l-isfidi?", "Wieħed mill-isbaħ rapporti li għamilna kien fuq il-faqar u waqt li konna qegħdin niddiskutu dan is-suġġett ħareġ li numru ta' tfal li ma jmorrux l-iskola kien fejn il-faqar ikun inter-ġenerazzjonali, jiġifieri fejn il-faqar jintiret.", "Hekk kienet il-proposta li għamilna f'dak ir-rapport u nixtieq li tagħtuh daqqa t'għajn.", "Issa jekk m'aħniex se nidentifikaw loġistikament min huma dawk it-tfal li mhumiex imorru l-iskola għax il-ġenituri tagħhom mhux qed jibagħtuhom minħabba s-sitwazzjoni soċjali tagħhom u nedukawhom għal ċerti ħiliet bażiċi, allura se jibqa' jkollna persentaġġ għoli ta' illiteriżmu li jintiret.", "Mela aħna mhux qed infallu fl-edukazzjoni imma minn dak ir-rapport sibna li għandna gap kbira ta' tfal li qed jispiċċaw illiterati minħabba l-background familjari tagħhom.", "Issa jista' ikollna rapport tajjeb fuq x'se ngħallmu imma lil min se ngħallmu?", "B'liema mod se mmorru nidentifikaw focus mentality u approach biex fejn għandna l-problemi nkunu nistgħu nsolvuhom?", "Se nibqgħu nieħdu policy, blanket wise fejn niġbru lil kulħadd jew inkella fejn hemm ċerta vulnerabilità se nipprovaw nindividwalizzawhom?", "U jekk m'aħniex se nsolvu din il-problema ta' dawn in-nies li qegħdin fir-riskju ta' faqar relattiv, fejn irridu noħorġuhom minn hemmhekk, allura nafu li jekk bħalissa għandna 20,000 tifel u tifla, għada pitgħada jista' ikollna 30,000!", "U l-illiteriliżmu m'aħniex se neħilsu minnu għax kważi kważi jekk tanalizza l-istatistika ssib li n-numru tat-tfal li qed jispiċċaw mis-sistema edukattiva tagħna illiteratti kważi kważi huma daqs it-tfal l-oħra.", "In-numri huma l-istess imma mhux bilfors kulħadd qiegħed fl-istess sitwazzjoni.", "Ħa ngħaddi għal punt ieħor li huwa kompletament differenti.", "Jien niftakar li meta konna qed niddiskutu r-rapport tal-Kurrikulum, jien kont għadni segretarju parlamentari.", "Jiġifieri minn dakinhar għaddew is-snin imma niftakru qisu l-bieraħ.", "U minkejja li għaddew is-snin xorta kapaċi naraw x'ħallejna barra.", "Meta inti qiegħda tgħallem id-drama qiegħda tgħallem lit-tfal biex ma jistħux, biex ikunu kapaċi jikkomunikaw ma' xulxin, biex jitgħallmu l-affarijiet bl-amment u kif jieħdu ċerta responsabilità.", "Għandek ukoll il-leadership skills u l-impenn.", "Imma dawn il-karattri kif se nsawwruhom?", "Jien niftakarni ngħid lill-għalliema li jien ma xtaqtx inżidilhom suġġett ieħor ma' dak il-ħafna li diġa' għandhom imma li fis-suġġetti li qegħdin jgħallmu bħalissa, bħall-Geography, il-Malti, ir-Reliġjon, il-PE, eċċ, jaraw dejjem kif se joħorġu l-karattru tal-istudent u jibnu fuqu.", "L-imprenditorija mhijiex li xi ħadd ikollu textbook għalih imma kif permezz ta' dan il-mindset jien se nkun qiegħed inpoġġi fl-istudenti sens ta' responsabilità, sens ta' komunikazzjoni, sens ta' leadership u sens ta' impenn.", "Din hija xi ħaġa ongoing.", "Mela kemm jekk tkun soru, kemm jekk tkun għalliem, kemm jekk inti skrivan, int x'int, trid tkun kapaċi tagħmilhom dawn l-affarijiet.", "X'ħin bdejt nara hawnhekk rajt li l-NCF jipproponi ħames temi inter-komunikali u nixtieq li tagħtuna spjegazzjoni fuqha.", "Jiena ngħid li rridu ngħallmu lill-istudenti jfittxuhom u mhux naraw kif se nagħmluh f'pakkett u dan jibqa' hemm.", "Aħna ma ġejniex biex noħolqu diskussjoni li ma twassal imkien imma dawn huma preokkupazzjonijiet fejn aħna qed inħarsu lejn kif se jkollna ħajja sostenibbli aktar milli jkollna ekonomija sostenibbli.", "U naħseb li dan huwa l-focus tagħna fis-Social Affairs Committee.", "ANTHONY ZAMMIT: Sfortunament il-mistednin tal-lum kulma qalu sentenza waħda għax mill-bqija aħna biss tkellimna!", "PROFESSUR GRACE GRIMA: Naħseb jien li jista' isir huwa li nieħdu dawn it-temi ġenerali li kienu ta' preokkupazzjoni għalikom u nibnu preżentazzjoni fuqhom.", "Nistgħu ngħidu li l-Kurrikulum f'dan l-aspett qed jipprova jagħmel hekk u ngħidu safejn wasalna.", "Naħseb li din għandna bżonn nagħmlu.", "THE CHAIRMAN: Ma ninsewx ukoll il-preokkupazzjonijiet li konna qsamna magħkom meta konna qed nitkellmu fuq dak l-item li għad irridu nispiċċaw.", "Meta konna qed nitkellmu fuq il-persuni b'diżabilità, konna ftaħna dan is-suġġett biex inħarsu lejn a wider picture tal-qasam edukattiv.", "Nitlobkom tiskużawna talli tlifna l-fil imma fl-istess ħin għalina, dawn il-laqgħat kollha li għamilna s'issa, kif għedtilkom aktar qabel, dejjem daħħalna l-qasam edukattiv fid-diskussjonijiet tagħna.", "CARMELO ABELA: Aħna nixtiequ li jkollna feedback fuq dan li għedna.", "Barra minn hekk tajjeb li jkollna laqgħat oħra anke wara li jispiċċa l-proċess ta' konsultazzjoni.", "Naħseb li jkun tajjeb li kif ġara dak iż-żmien, way back in 1998-1999 nerġgħu nagħmlu l-istess għal ħabta tas-sena d-dieħla.", "THE CHAIRMAN: Jiena nkompli mill-ewwel mal-punt li għamel l-Onor.", "Abela u nissuġġerixxi li jekk tridu, aħna lesti li noffru d-disponibilità tagħna biex jekk tridu tagħmlu xi laqgħa jew konferenza, aħna nsejħu lin-nies hawnhekk ħalli nkunu ċerti li tali laqgħa ssir u lesti li nkunu parteċipi f'dan l-eżerċizzju li tridu tagħmlu.", "Aħna nixtiequ nkunu parteċipi u nixtiequ ngħinukom.", "U kif qed jgħid l-Onor.", "Abela, mhux illum għamilna din il-laqgħa u forsi darb'oħra terġgħu tiġu, imma filwaqt li tkunu għaddejjin bil-proċess ta' konsultazzjoni, ma niddejqu xejn li nerġgħu niltaqgħu biex niddiskutu.", "Aħna nkunu qegħdin inwettqu dmirna meta qegħdin naqsmu magħkom dawn il-preokkupazzjonijiet tagħna u jkun ta' xejn li nkunu għamilna rapport fuq il-faqar jekk imbagħad dawk il-proposti kollha li ħarġu f'dak ir-rapport ma nsemmuhomx hawnhekk.", "Sakemm nibqa' Chairman ta' dan il-Kumitat se nibqa' il-ħin kollu nimbotta – inkun fejn inkun - l-proposti ta' kull dokument li ġie ppubblikat minn dan il-Kumitat.", "Daqshekk ieħor meta niġu biex nitkellmu fuq l-edukazzjoni, inkun irrid nitkellem fuq x'għamilna u xi pproponejna fir-rapport tal-anzjani jew dak fuq l-edukazzjoni sesswali.", "Hu x'inhu s-suġġett li ttrattajna.", "Aħna nixtiequ li nitrattaw dan is-suġġett rispettivament lejn il-proposti kollha li aħna għandna għax fl-aħħar mill-aħħar naħseb li s-sejħa tagħna hi li filwaqt li aħna m'aħniex kumitat eżekuttiv, xorta waħda rridu nixprunaw il-messaġġi li ħarġu mid-diskussjonijiet tagħna ma' min kapaċi jieħu deċiżjoni biex fl-aħħar mill-aħħar dawn il-proposti tagħna jsiru eżekuttivi.", "ANTHONY ZAMMIT: Jiena għandi mistoqsija; x'inhi l-opinjoni tagħkom fuq il-fatt li jista' jkun li l-ischool leaving age se togħla u kif taħsbu li se tkun ir-reazzjoni kemm taż-żgħażagħ u kemm tal-ġenituri dwar dan?", "Hemm move mill-EU sabiex l-ischool leaving age togħla.", "PROFESSUR GRACE GRIMA: Hemm ħafna pajjiżi li diġa' qegħdin hekk.", "ANTHONY ZAMMIT: But the proper school leaving age is 16 hawnhekk u jekk jipprovaw jimbottaw 'l hawn jew 'l hemm isibu modus vivendi biex jitilqu ta' 15!", "U għalina dik hija xi ħaġa deplorabbli.", "U kif se jkollu jiġġebbed il-kurrikulu nazzjonali għax intom qed taħdmu fuq a school leaving age ta' 16 u issa se jitla' għal 18?", "U x'taħseb li se tkun ir-reazzjoni kemm taż-żgħażagħ tagħna kif ukoll tal-ġenituri tagħhom dwar dan?", "Perhaps the idea of increasing the school leaving age is because the pensionable age is going to go up u allura ma jkunx hemm dak ir-rush fuq il-labour force għax jekk jien se ngħolli l-età tal-pensjonijiet, mela awtomatikament that is going to affect my labour force u se nnaqqas mill-availability tax-xogħol għaż-żgħar.", "Għalhekk forsi li wieħed jgħolli l-ischool leaving age it would act as a buffer in a way.", "Jiena naħseb li se jkun hemm reazzjoni kemm miż-żgħażagħ tagħna u kemm mill-ġenituri minħabba wkoll is-sitwazzjoni finanzjarja li jinsabu fiha l-ġenituri.", "Imma dan kif se tagħmlu?", "X'taħsbu?", "(Interruzzjonijiet)", "Jiena naħseb li jekk inti żżid il-livell tal-edukazzjoni fis-soċjetà tiegħek, fil-futur se jkollok pajjiż aktar b'saħħtu.", "Issa l-edukazzjoni ma tridx tkun biss akkademika imma trid tkun ukoll edukazzjoni li tifforma l-karattru għax persuna li tkun aktar edukata, inqas għandha ċans li taqa' fil-kriminalità u aktar għandha ċans li jkollha valuri morali sodi.", "U għalhekk għedtlek li għalija d-definizzjoni ta' active society u ta' active citizen hija li wieħed ikollu moral and social obligations and responsability towards society.", "Meta jien qiegħed noħroġ dawn l-affarijiet issa fil-preżent, qed nipprova nirranġa s-sitwazzjoni momentarja imma qed naħseb ukoll fil-futur.", "Sfortunatament il-karattru tas-soċjetà Maltija tbaxxa ħafna f'dawn l-aħħar 20 sena!", "Sirna soċjetà konsumista, soċjetà li niġu naqgħu u nqumu minn dawk ta' madwarna u wasalna f'ċerta sitwazzjoni ta' ġungla!", "CARMELO ABELA: Filwaqt li naqbel magħkom f'dak li qed tgħidu ma rridux ninsew li dan primarjament huwa proċess edukattiv.", "Jiġifieri ma nistgħux inwarrbu t-tema ewlenija li hija lejn edukazzjoni ta' kwalità għal kulħadd.", "Dan huwa proċess edukattiv biex intejbu dan il-livell ta' kwalità li pari passu miegħu jrid ikollna titjib mill-aspett soċjali.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Onor. Abela, se jkolli ngħid li ma naqbilx eżattament ma' dak li qed tgħid inti.", "Mill-banda l-oħra naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "U għalhekk li fil-bidu għedt li llum huwa ċ-ċans għax il-ministeru responsabbli mill-politika soċjali huwa responsabbli wkoll mill-edukazzjoni.", "Li kieku jien wieħed minnkom u allura responsabbli minn dan il-grupp, li nipprova nagħmel hu li nifhem is-sitwazzjoni tal-vulnerabilità taċ-ċittadin Malti llum u nipprova nipprevedi x'se tkun għada.", "Li kieku jien kelli nkun disinjatur ta' karozza innovattiva, li nipprova nagħmel hu li noħloq karozza li tkun kapaċi tilqa' għall-isfidi tat-toroq u tal-ambjent ta' għada.", "Mela allura liċ-ċittadin irrid nifformah bl-edukazzjoni biex dan ikun kapaċi jgħix fid-dinja bl-elementi kollha soċjali ta' għada.", "Issa hawn jista' jkun li l-mindset ta' dawk li huma responsabbli mill-edukazzjoni ma jkunx jaqbel mal-mindset ta' min għandu x'jaqsam mal-element leġislattiv.", "Dawn ma jkunux jaraw għajn m'għajn jew inkella dawk responsabbli mil-legaliżmi ma jarawx għajn m'għajn ma' dawk responsabbli mill-qasam soċjali minħabba li jkollhom mindsets totalment differenti.", "Għalhekk jien ma nistax nifred il-ħsieb ta' kurrikulum edukattiv li se jgħallem u se jagħti x'inhuma l-istandards tal-akkademja u l-iżvilupp akkademiku però l-iżvilupp akkademiku għalxiex se jservi?", "U fuq dan li rrid nisħaq jien.", "Żvilupp akkademiku li fl-aħħar mill-aħħar se jservi sabiex iċ-ċittadin ikun suċċess fil-ħajja tiegħu kollha kemm hi u mhux biss fl-element ekonomiku.", "CARMELO ABELA: Stenna ftit għax forsi spjegajt ruħi ħażin.", "Dak li għedt inti u dak li qal l-Onor.", "Zammit jien naqbel miegħu perfettament.", "Aħna rridu nippreparaw persuna b'mod ħolistiku u mhux mill-aspett akkademiku biss.", "Imma rridu ngħidu li meta qegħdin nitkellmu fuq il-qafas tal-kurrikulum, primarjament qegħdin nitkellmu fuq proċess edukattiv.", "Issa l-proċess edukattiv mhuwiex biss fil-qasam akkademiku imma rridu nħarsu lejn dan il-proċess b'mod ħolistiku.", "Madankollu ma nistgħux nippretendu li l-edukaturi se jsolvulna l-problema waħedhom għax ma jistgħux.", "Pereżempju, problema oħra li għandna u li trid tiġi mistħarrġa hija l-karattru ta' ċerti skejjel Privati jew tal-Knisja.", "Fejn qabel l-iskejjel tal-Knisja kien ikollhom l-identità tagħhom, illum fil-maġġoranza l-kbira tagħhom dawn qegħdin jiġu mmexxija mill-lajċi u għalhekk din l-identità hemm question mark kbira fuqha.", "Mela kellek skejjel li kellhom l-identità tagħhom li qed jitilfuha u għandek skejjel li rridu nagħtuhom l-identità tagħhom skond dak li qed ngħidu hawn.", "Issa ma rridux impinġu kollox ħażin, imma fl-istess ħin lanqas irridu nippretendu li l-problemi soċjali se jissolvew billi nagħtu valuri fl-iskejjel.", "Il-qafas tal-kurrikulum, kif kien fl-1999 issemmihom dawn l-affarijiet.", "Irridu naraw kif se nagħmluhom dawn l-affarijiet fil-prattika għax imbagħad għandek min qed iħaddem dawn l-affarijiet li hu stess forsi għandu bżonn l-għajnuna.", "Sur President, inti għedtilna meta attendejt għal ċerti presentations.", "Aħna rridu nedukaw lil min qed jeduka u rridu nagħtu valuri lil min qed jeduka.", "Jien ma nistax nagħti minn dak li m'għandix.", "Għalhekk tajjeb li nżommu quddiem għajnejna bħala Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, li hawhekk qed nitkellmu fuq il-qasam edukattiv.", "U filwaqt li naqbel miegħek u mal-Onor.", "Zammit li tajjeb li nagħmlu riferenza għal rapporti oħra li saru fuq dan il-qasam għax at the end of the day kollox imur lura għas-sistema edukattiva.… Meta qegħdin nitkellmu b'dan il-mod, qegħdin nitkellmu minn ħafna affarijiet li smajna imma nerġa' ngħid li ma rridux ninsew li primarjament qegħdin nitkellmu fuq proċess edukattiv.", "Jien ngħid li dan huwa proċess ta' empowerment; fis-sens li aħna qegħdin nagħtu l-għodda mhux biex wieħed jgħallem biss imma anke biex huwa stess jitgħallem.", "Fl-aħħar mill-aħħar dak li jfisser il-life long learning.", "L-empowerment f'sens wiesgħa, anke minn aspett soċjali ta' problemi u diffikultajiet li jeżistu llum, bis-soċjetà li qiegħda titbiddel u fejn qed ikollna ħafna influwenzi minn pajjiżi barranin.", "Ma ninsewx li qatt ma konna daqshekk miftuħin daqs illum u dawn l-influwenzi mhux neċessarjament li jkunu kollha tajbin u pożittivi.", "IS-SUR HORACE CARUANA: Jiena naħseb li ladarba jinqraw dawn id-dokumenti, taraw li ħafna mill-mistoqsijiet li staqsejtu qed jiġu indirizzati.", "Naħseb li l-akbar mertu li fih dan l-abbozz - għax għadu abbozz - tal-pjan kif għandha tiżviluppa l-edukazzjoni fil-futur, hu li jiġbor fih dak kollu li għedtu intom it-tlieta, jiġifieri li ma setax iseħħ fil-kurrikulum ta' qabel.", "Għaliex?", "Għax il-filosofija ta' x'nifhmu bl-edukazzjoni li kien hemm kienet għadha mibnija fuq sistema selettiva.", "Mela inti kellek sistema fejn lit-tfal tgħidilhom li huma tajbin jekk għandhom abilità akkademika.", "U allura jekk m'għandhomx abilità akkademika – issa l-maġġoranza tat-tfal ma jitgħallmux b'mod akkademiku – allura huma ħżiena u falluti.", "It-tfal ġieli jgħidulek \"aħjar ma twelidt xejn Sir!\"", "Is-sistema tal-iskola li kellna kienu jgħidulhom li huma ħżiena u allura kienu jagħtuhom l-agħar għalliema, l-agħar klassijiet, l-agħar skejjel eċċ. Aħna għamilna għexieren ta' snin f'din is-sitwazzjoni, fejn nagħtu każ biss lil min għandu abilità akkademika.", "Sa ftit taż-żmien ilu l-persentaġġ ta' tfal li kienu jkomplu bl-edukazzjoni post-sekondarja kien ftit inqas minn 40%!", "U sal-1999 konna xi ħaġa fuq it-30%!", "Inti għedt li rridu nedukaw lill-edukaturi imma jiena ngħid li rridu nedukaw lis-soċjetà kollha.", "L-edukaturi trid tiġi fformata l-mind set tagħhom mis-sistema li jkollok.", "Mela jekk jien biex jgħiduli li jien għalliem tajjeb irrid nagħti każ ta' x'marki qed iġibuli t-tfal tiegħi li ngħallem u mhux fuq kemm neduka.", "U din hi l-qalba li hemm, qalba mis-sistema fejn ngħallem is-suġġetti għax hekk titlob minni s-sistema, u fejn jien nitqies bħala għalliem tajjeb jekk it-tfal tiegħi jġibu l-ogħla marki.", "Il-prize day magħmula għal min ġie l-ewwel, it-tieni u t-tielet!", "L-oħrajn qishom ma jeżistux!", "L-oħrajn ma tgħallmu xejn, l-oħrajn qishom qatt ma marru skola.", "Li kulħadd imur għall-prize day u li kulħadd iċapċap, għalija hija xi ħaġa żbaljata.", "Issa f'dan id-dokument qed nipproponu li minn sistema bbażata fuq li tagħżel it-tfal fuq l-abilità akkademika tagħhom immorru għal tifsira ta' edukazzjoni li tiffoka fuq l-iżvilupp.", "Aħna ngħidulu l-iżvilupp uman, l-iżvilupp tat-tfal, l-iżvilupp tal-għalliema, l-iżvilupp ta' kull min qiegħed fl-iskola u huwa ffukat fuq l-apprezzament, mhux tas-selettività, tal-ftit u l-ħafna barra imma fuq id-diversità.", "Intom semmejtu l-high fliers u dik hi d-diversità.", "Fl-iskola għandna dik is-soċjetà ta' hemm barra.", "Għandek min għandu abilità akkademika, min għandu abilità teknika, min għandu abilità artistika, min għandu abilità soċjali, jiġifieri għandek dawn l-abilitajiet kollha.", "U xogħol l-iskola huwa li tgħin lit-tfal li filwaqt li tagħtihom bażi akkademika tajba, kulħadd jagħmel sakemm jiflaħ.", "Jien xogħli hu li nara x'potenzjalità għandek.", "Aħna kellna sistema li għal għexieren ta' snin – jien ilni 40 sena - qatt ma ħarset lejn it-tfal.", "Jien mill-kulleġġ tgħallimt inħares lejn iċ-child centre education, xi ħaġa li qatt ma kont rajtha qabel.", "Is-sistema kienet ibbażata fuq is-sillabi, kienet ibbażata fuq l-għalliema, kienet ibbażata fuq kollox minbarra fuq it-tfal!", "It-tfal iridu jiffittjaw fis-sistemà.", "Anke l-mod ta' tagħlim kien ibbażat fuq sistema waħda, li jien inħares lejn il-high fliers u nippretendi li kulħadd bħalhom fil-klassi u nimxi ma' dawk.", "Minn ma jlaħħaqx ikollu jmur il-lezzjonijiet tal-privat jew inkella jaqgħu.", "U ħafna kienu jaqgħu!", "Mela inti minn hemm trid tibda.", "Jekk ma jkollokx idea ċara ta' x'inti tifhem bl-edukazzjoni, ta' x'irridu llum u x'irridu għada mill-edukazzjoni.… Bħalma għedtu intom stess hemm pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea li ilhom 40 sena li fehmuha din.", "Malta biss ma fehmitx u meta mmur għal laqgħat barra nistħi!", "Nistħi li dawn ilhom tant li ssuperaw dawn l-affarijiet li issa anke dak li qed nipproponu aħna, f'ċerti pajjiżi diġa' ġie superat!", "Ma nistgħux nibdew magħhom għax il-gap hija kbira ħafna.", "Qadna ħafna attenti għax xtaqna nibdlu aktar.", "Fil-fatt kellna kritika – u għada se jkollna laqgħa mal-fakultà u naf x'se jgħidulna – minħabba li m'għamilniex tibdiliet aktar radikali.", "Imma l-għalliema lesti li jinbidlu?", "Għandek għalliema li ilhom 40 sena jgħallmu b'ċerta mod u jemmnu b'dik it-tip ta' edukazzjoni.", "F'daqqa waħda dawn issa se jibdew jagħmlu mod ieħor.", "Imma l-bniedem mhux hekk jiżviluppa.", "L-għalliema ma jitbiddlux għax nagħtuhom it-taħriġ.", "Fil-fatt din misconception kbira.", "Il-bniedem jinbidel meta jagħmel il-ħaġa.", "Mela waqt li jkun qed jagħmilha nagħtih it-taħriġ ħalli mbagħad jiġi bil-problemi u bl-esperjenzi tiegħu u nkunu nistgħu naħdmu fuq dawk l-affarijiet.", "Għandna numru kbir ta' teachers li diġa' għamluha din il-qalba.", "U l-kulleġġi għenu biex din is-sistema tibda taħdem għax kif konna qabel, bl-iskejjel separati dan ma kienx ikun possibbli.", "Aħna bħala grupp ta' kapijiet niltaqgħu darba fix-xahar b'mod formali u mbagħad niltaqgħu l-ħin kollu biex nitkellmu fuq dan it-tibdil u fuq dawn il-problemi.", "Jiena ngħid li l-għalliema jistgħu jinbidlu u s-surmast jista' jinbidel meta jkollhom ħafna hand holding.", "Lill-għalliem mhux se tagħtih karta u tgħidlu biex jara hu kif se jagħmel hekk hu għax jekk ma jkunx qed jifhem, dan se jaqbad dik il-karta u jwaddabha fil-kexxun tal-iskrivanija u daqshekk.", "Dan irid li jkun hemm nies li jmorru fl-iskola u fil-klassi biex jagħtuh is-sapport tagħhom.", "Ħalli nagħtikom eżempju ċar fuq dan li qed ngħid.", "Grazzi għad-direttorati daħħalna policy biex naffrontaw l-akbar problema li kellna fil-primarja u hawnhekk qed nirriferi għall-illiteriżmu.", "Mhuwiex aċċettabli li t-tfal jibqgħu ħerġin mil-livell primarju lliterati.", "Meta ddaħħlet din il-policy - issa qegħdin fit-tieni sena tagħha – fuq il-Year 1, 2 u 3, l-għalliema ġew imħarrġa u għamilna programm biex nittakkiljaw din il-problema.", "Issa diġa' kien hemm ħafna affarijiet biex jindirizzaw din il-problema, fil-fatt ilna s-snin li kellna l-complimentary teachers u r-remedial teaching, fejn jieħdu tfal li kienu qed isibu diffikultà fil-qari u fit-tagħlim imma dawn xorta waħda ma kenux qegħdin jitgħallmu għax qatt ma studjaw verament x'inhuma l-kawżi li t-tfal mhumiex jitgħallmu jaqraw.", "Konna naħsbu li kien hemm kawża waħda jew tnejn mentri kien hemm sensiela ta' kawżi.", "U allura jekk ma jkollniex ir-riżorsi biex nindirizzaw kull waħda minnhom m'aħna se naslu mkien.", "Għandek kawżi serji ħafna; għandek il-memorja qasira, il-fatt li ma tqabbilx ittra ma' oħra, eċċ. Fit-tfal normali dawn jiġu b'mod naturali imma hemm ċerti tfal li ma jiżviluppawx dawn l-abilitajiet b'mod naturali.", "Mela jekk inti ma tkunx taf eżattament x'inti tagħmel dawn il-problemi hemm se jibqgħu u mhux se ssolvihom.", "Aħna din dħalna fiha u ġibna għalliem imħarreġ biex idur l-iskejjel.", "Dan beda jmur fil-klassijiet, daqqa jmur ġo skola u daqqa jmur ġo skola oħra.", "Beda jdur l-għalliema tal-Year 1, 2 u 3 biex jgħinhom iħaddmu dan il-programm.", "Issa ma jfissirx li għax bgħattnilhom lil dan l-għalliem magħhom ħalli jgħinhom jagħmlu dan il-programm jew għax lill-għalliema tajnihom it-taħriġ, dawn aċċettawha din is-sistema.", "M'għandkomx idea kemm hu diffiċli biex għalliem jinbidel!", "Żommu f'moħħkom li l-edukazzjoni hija proċess komplikattissimu.", "Jien ilni 40 sena fl-edukazzjoni u naf kemm għadni ma nifhimx u kemm dejjem irrid nibqa' nitgħallem.", "Nerġa' ngħid li l-edukazzjoni hija proċess ikkomplikat ħafna.", "L-għalliema mhux kollha l-istess għax dawn bħall-ġenituri.", "Jekk titkellmu fuq ġenituri jien se ngħidilkom biex tispeċifikaw fuq liema ġenituri qed titkellmu.", "L-istess l-għalliema.", "Fuq liema għalliema qed titkellmu għax hemm ħafna kategoriji ta' għalliema.", "Hemm għalliema li t-tibdil jeħduh mill-ewwel u dawn ngħidulhom l-ispeed boats.", "Għandek ħafna għalliema li trid timbuttahom, tgħinhom b'mod regolari u tieħu paċenzja bihom imma bil-mod il-mod jaslu.", "U mbagħad għandek oħrajn – li aħna nsejħulhom il-barges – li ma jinbidlu qatt.", "It will take years biex minn mind set ta' kellna 40 jew 50 sena ilu ġġiegħel lill-għalliem biex jibda jħares lejn l-edukazzjoni bħala proċess edukattiv u mhux bħala proċess ta' instruction of a subject.", "Jiena meta ngħallem il-maths lit-tifel ngħallmu jaħseb, ngħallmu jesplora u ngħallmu jfittex.", "Nista' nagħtih life skills li mhux se jużahom għall-maths imma meta jiġi bil-problemi fil-ħajja..… Dak il-proċess edukattiv li tgħallem f'suġġet partikolari jkun jista' jużahom fil-ħajja.", "Għandek ukoll il-flessibilità għax il-futur huwa inċert ħafna.", "Aħna lanqas nistgħu ngħallmu għall-jobs illum.", "Qabel kont tgħallem lil dak li jkun għal teacher.", "Imma t-teacher ta' għada kif se jkun?", "Mela lit-tfal irrid nagħtihom kompetenzi aktar milli nagħtihom in-knowledge għax in-knowledge qed jinbidel il-ħin kollu.", "Dak li se nagħtik illum taf mhux se jkun tajjeb għal għada.", "Issa meta taqraw dan id-dokument fid-dettal tinduaw li ħafna mill-affarijiet li semmejtu qed jiġu indirizzati.", "Issa meta niġu għall-implimentazzjoni tagħhom hija l-crux tal-problema.", "That will take years u rridu naħdmu flimkien, irid ikollok nies ispirati u jafu jagħtu leadership u direzzjoni lill-iskejjel.", "L-iskola jiena minix il-kap tal-iskola.", "Jien ma naħdimx mat-tfal u mat-teachers imma naħdem mal-kapijiet tal-iskejjel.", "Nagħti direzzjoni għax l-iskola kap wieħed għandha u nagħmlu żball jekk nagħtu l-impressjoni li l-iskola għandha xi għaxar kapijiet.", "B'dan il-mod ma timxix.", "Mela l-policies li joħorġu miċ-ċentru rrid nitkellimhom mal-heads u dawn jgħiduli bil-concerns kollha tagħhom, imma meta mmorru nitkellmu mat-teachers u nispjegawlhom l-affarijiet, ma jfissirx li l-concerns se jispiċċaw.", "Ħafna teachers diġa' inbidlu għax fejn kellna s-secondary areas diġa' kellhom challenging situations.", "U min kien jiffunzjona bilfors li kien iħares lejn it-tfal u mhux lejn is-sillabu.", "Fil-fatt inti mhux lejn is-sillabu trid tħares għax is-sillabu t-tfal jiskartawh u allura jibdew ifallu.", "Il-fallimenti hija xi ħaġa oħra!", "Għandek tfal li ma jmorrux l-iskola għal ħafna raġunijiet.", "Meta kont il-Fortini – fejn għamilt sitt snin - sibt sitwazzjoni fejn it-tfal kienu qed jaħarbu mill-iskola u għalhekk bdejt nistaqsi għalfejn kienu qed jiskartaw l-iskola.", "U r-risposta kienet waħda faċli; għax it-tagħlim u l-mod ta' kif konna nippreżentaw it-tagħlim hemmhekk ma kienx wieħed rilevanti għat-tfal.", "La kienu jifhmuh u lanqas kienu jħossuh importanti għal ħajjithom.", "Jekk aħna nifthiemu li s-sillabu għandu jkollu għaxar suġġetti għax bħala soċjetà nemmnu li dawn huma importanti f'ħajjitna, dik qegħdin naqblu fuqha bħala soċjetà.", "L-ingliżi għandhom inqas suġġetti minna għaliex jemmnu li b'dak in-numru ta' suġġetti jistgħu jmexxu xorta waħda.", "Imma mbagħad għandek il-mod ta' kif l-għalliem jgħallem dak is-suġġett partikolari.", "Mela lili toqgħodx tiġi tgħidli li ma nagħtikx il-physics għax inti ma tafx tikteb jew ma tafx taqra.", "Mela l-physics mhuwiex importanti għalik?", "Il-physics huwa l-ħajja għax kulma nagħmlu fih il-physics.", "Kont għamilt ftehim mad-dockyard u għedt lill-instructors li rridu nagħmlu dawn l-attivitajiet fejn il-prinċipji kollha tal-physics qegħdin hemm, lit-tfal mingħajr ma għedtilhom li qegħdin jitgħallmu l-physics bdejna nuruhom ċerta eżempji.", "Pereżempju, meta qed tiwweldja qed tagħmel sitt prinċipji tal-physics.", "Is-circuit tad-dawl biex tixgħel bozza nista' npinġih fil-laboratorju u t-tfal wisq probabli ma jifhmu xejn jew inkella nista' inġiblek il-wires u l-bozoz u ngħidlek x'inhu jsir.", "B'dan il-mod viżiv it-tfal jitgħallmu.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Intom fhimtu mill-ewwel x'inhuma l-preokkupazzjonijiet tagħna.", "Aktar minn hekk fhimtu aħna x'qegħdin ngħidu meta qed insemmu l-Kurrikulu u x'inhuma l-pretenzjonijiet tagħna dwar fejn irridu naslu biex il-proċess edukattiv ma jkunx out of context imma jkun proċess edukattiv li jirrispondi għar-realtajiet soċjali u għar-realtajiet umani li għandna u li jista' jkollna f'pajjiżna.", "Aħna qegħdin nersqu quddiemkom b'umiltà għax aħna m'aħniex edukaturi imma bħala politiċi, ħafna drabi, minkejja l-limitazzjonijiet ta' għarfien f'diversi suġġetti – ma nistgħux nagħmlu bħal ħafna għorrief u noqogħdu nduru mal-lewża mingħajr ma nieħdu deċiżjoni – nkunu meħtieġa li nieħdu deċiżjoni mal-ewwel.", "Xi kultant jiġu għorrief kbar u lecturers mill-Università u meta nistaqsuhom mistoqsijiet sempliċi, ta' iva jew le, dawn l-għorrief jibqgħu ma jaslux biex jgħidulna iva jew le!", "Dawn joffrulna l-options imma aħna, bħala politiċi rridu nieħdu d-deċiżjonijiet.", "U allura qegħdin niġu quddiemkom b'umiltà.", "X'inhi l-esperjenza tagħkom meta tmorru tiddiskutu mal-fakultà jew mat-trade unions?", "Jiġifieri meta tiġu hawnhekk biex tagħtuna preżentazzjoni mhux qiskom mortu quddiem union jew quddiem xi ħadd ieħor.", "Aħna hawnhekk politiċi li diġa' iddiskutejna ħafna issues soċjali u allura rridu naraw li qegħdin insolvu l-problemi soċjali permezz tal-edukazzjoni.", "Punt ieħor huwa l-kondizzjonijiet tat-tfal bħal pereżempju, id-dyslexia u kondizzjonijiet oħra.", "Kif naħsbu li se nkunu qed ngħinu lil dawn it-tfal li għandhom xi kondizzjoni b'dan il-kurrikulu, u li allura naraw li dan ikun wieħed inklussiv fid-diversità u l-ħiliet differenti li t-tfal qed ikollhom?", "Nirringrazzjakom.", "Fid-9:30 p.m. id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet interrotta u l-Kumitat qabel li d-diskussjoni fuq l-istess suġġett titkompla f'data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20110711_110d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "LAQGĦA NRU 110", "It-Tlieta, 11 ta' Lulju, 2011", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:36 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "SKUŻAT: L-Onor Frederick Azzopardi.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "IlMinuti tal-Laqgħa Nru. 108 li saret it-Tlieta 28 ta' Ġunju 2011, ġew konfermati.", "Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali 2011.", "Preżentazzjoni mill-Prof Grace Grima, Direttur Ġenerali għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni.", "L-Onor Edwin Vassallo, stieden lill-Professur Grace Grima, Direttur Ġenerali għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni biex tagħti preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Il-Professur Grima ppreżentat lill-Kumitat:", "Dok 141 Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali 2011 - Dokumenti Konsultativi – Lejn edukazzjoni ta' Kwalità għal Kulħadd.", "Flimkien ma' Prof Grima kien hemm preżenti wkoll is-Sur Horace Caruana Prinċipal, is-Sur Ray Caruana - Direttur Kurrikulu , is-Sur Sandro Spiteri - Direttur Quality Assurance u s-Sur Joe Buttigieg.", "Fid-9:30 pm, id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet interrotta u l-Kumitat qabel li d-diskussjoni fuq l-istess suġġett, titkompla f'data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard..", "SKRIVANA TALKUMITAT", "PRESIDENT TALKUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20110711_110m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 40", "It-Tlieta, 12 ta' Lulju 2011 fil-5.00 pm", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 12 ta' Lulju 2011 fil-5.00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra.", "Affarijiet Oħra.", "11 ta' Lulju 2011 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20110712_040a_xog.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 12 ta' Lulju 2011", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fil-5.10 pm.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor David Agius, l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Anglu Farrugia u l-Onor Joe Mizzi.", "L-Onor Ċensu Galea kien ukoll preżenti.", "Il-minuti tal-laqgħa Nru 39 li saret fit-28 ta' Ġunju 2011 kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "L-iSpeaker informa lill-kumitat li l-iskop ta' din il-laqgħa kien proprju biex jiġi deċiż kif se ssir il-votazzjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) – Abbozz Nru 80 – li kellha ssir nhar l-Erbgħa, 13 ta' Lulju 2011.", "Il-kumitat qabel li hekk kif tintemm id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari, l-iSpeaker jissospendi s-seduta għal għoxrin minuta mingħajr ma jqiegħed l-ewwel mistoqsija.", "Hekk kif tirriżumi s-seduta, l-iSpeaker isejjaħ lil dawk li huma favur il-mozzjoni tat-Tieni Qari biex iqumu f'posthom u jibqgħu bilwieqfa sakemm l-Iskrivan tal-Kamra ssejħilhom skont l-alfabett u huwa jitlobhom biex joqogħdu bilqiegħda.", "Wara, l-iSpeaker isejjaħ lil dawk li huma kontra biex iqumu bilwieqfa u jibqgħu bilwieqfa sakemm l-Iskrivan tal-Kamra ssejħilhom u huwa jitlobhom biex joqogħdu bilqiegħda.", "L-iSpeaker imbagħad jgħaddi biex isejjaħ lil dawk il-Membri li se jiddikjaraw li se jastjeni biex iqumu bilwieqfa u jibqgħu bilwieqfa sakemm l-Iskrivan tal-Kamra ssejħilhom u huwa jitlobhom biex joqogħdu bilqiegħda.", "Membru li ma jqumx ma' dawk li huma favur, ma' dawk li huma kontra jew li qed jastjenu, jiġi meqjus bħala li ma vvotax.", "Il-kumitat qabel li jekk xi Membru jqum f'aktar minn okkażjoni waħda, l-iSpeaker jitlob lil dak il-Membru biex jikkjarifika l-vot tiegħu u jekk xi Membru matul xi fażi ta' dan l-eżerċizzju jinduna li jkun għamel żball fil-mod ta' kif ikun ivvota, ikun jista' jikkoreġi dak l-iżball dejjem sakemm il-vot ma jkunx għadu ġie dikjarat mill-iSpeaker.", "Il-kumitat qabel ukoll li l-għadd ta' Membri li jiddikjaraw li qed jastjenu, ma jiġux magħduda fin-numru ta' persuni li jkunu preżenti u li qed jivvutaw u allura ma jitteħdux in konsiderazzjoni meta s-Sedja tiġi biex tiddikjara jekk vot ikunx għadda jew le.", "L-iSpeaker spjega li skont l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra Membru għandu l-fakultà li ma jivvotax u li għalhekk huwa jikkonsidra astensjoni bħala l-użu ta' dik il-fakultà fejn Membru li jagħżel li ma jivvotax jitlob ukoll li dan jiġi reġistrat.", "Għar-rigward is-seduta ta' nhar it-Tnejn, 25 ta' Lulju, 2011 fejn kien ġie miftieħem li għandha tiġi preseduta mill-iSpeaker minkejja li l-Kamra tkun fi stadju ta' kumitat, wara l-parir legali li l-iSpeaker kien irċieva, il-kumitat qabel li kellha tiġi ppreżentata mozzjoni proċedurali, bla pregudizzjoni għad-dritt tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra li jasal għal xi ftehim li jkun jorbot.", "Il-kumitat qabel li l-Iskrivan tal-Kamra kellha tinforma lill-Membri kollha meta jkun se jiltaqa' l-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi biex jikkonsidra l-istadju ta' kumitat ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Il-ħsieb kien li l-kumitat jiltaqa' dakinhar stess li jgħaddi t-Tieni Qari, jiġifieri l-Erbgħa, 13 ta' Lulju, u l-għada, il-Ħamis, 14 ta' Lulju.", "Il-kumitat qabel li jingħata d-dritt lil kull Membru li jkun akkumpanjat minn espert, jekk ikun jixtieq, biex jgħinu waqt l-istadju ta' kumitat.", "Il-kumitat qabel li f'każ li jkun hemm bżonn li ssir xi emenda teknika wara li jkun għadda l-istadju ta' kumitat tal-abbozz ta' liġi, b'consensus, dan ikun jista' jsir mingħajr ma jkun hemm il-ħtieġa li jerġa' jiltaqa' l-kumitat, iżda li din l-emenda tgħaddi għall-vot mingħajr diskussjoni.", "Il-kumitat qabel li l-Kamra għandha tiġi informata dwar dan il-ftehim milħuq, possibilment fis-seduta ta' dakinhar stess.", "L-iSpeaker informa lill-kumitat li darba li l-abbozz jgħaddi mill-istadju ta' kumitat, il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra jerġa' jiltaqa' biex jiġi miftiehem il-mod kif se jgħaddu l-emendi u klawsoli u anke t-Tielet Qari.", "L-iSpeaker irrefera għall-persuni li jkunu fl-iStrangers' Gallery u appella lill-Membri biex jaraw li dawk in-nies li huma jistiednu biex jattendu seduta, jiġu informati li ma jistgħux juru emozzjoni għal dak li jkun qed jintqal, li ma jistgħux jieħdu ritratti u li jkunu lebsin addattat għall-Parlament.", "L-iSpeaker irrefera għat-talba ta' The Times biex jittieħdu ritratti waqt li tkun għaddejja l-votazzjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi.", "L-Onor Joe Mizzi reġa' tenna li hu ma kellux oġġezzjoni waqt li l-Viċi Prim Ministu u Ministru tal-Affarijiet Barranin qal li fi stadju ulterjuri jintlaħaq ftehim dwar screening tal-Parlament kollu.", "AFFARIJIET OĦRA", "L-Onor Anġlu Farrugia informa lill-Kumitat li l-Onor Charles Mangion u l-Onor Karmenu Vella kienu kitbu lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment fejn talbuh biex qabel ma l-Parlament jaġġorna għall-vaganzi tas-sajf, isir dibattitu fil-Parlament, mingħajr vot, dwar is-sitwazzjoni fiż-żona Euro.", "Il-kumitat qabel li matul din is-seduta partikolari setgħu jitressqu t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Liċenzi tal-Kummerċ – Abbozz Nru 81 - u anke t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Atti dwar il-Logħob u dwar il-Lotteriji – Abbozz Nru 77.", "Fis-6.12 pm il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20110712_040m.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 12 ta' Lulju 2011.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.13 p.m.", "L-Onor Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Preżenti wkoll kien hemm l-iSpeaker, l-Onor Joseph Falzon u l-Onor Karl Gouder.", "ASSENTI: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor Owen Bonnici, l-Onor Leo Brincat, l-Onor Luciano Busuttil, l-Onor Beppe Fenech Adami u l-Onor George Vella.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 51 li saret fit-2 ta' Ġunju 2011 kienu konfermati.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "Il-President ippreżenta lill-Membri:-", "Dokument 760 ittra datata d-9 ta' Mejju 2011 mill-iSpeaker tal-Parlament Islamiku tal-Iran, E.T. Ali Larijani, fejn talab sabiex jittieħdu miżuri prattiċi biex jiġi kumbattut l-allegat ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-Bahrain;", "Dokument 761 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kusill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni u l-Iżvilupp Sostenibbli taż-Żona tal-Park ta' Prespa (16581/2010 – C7-0007/2011 – 2010/0300(NLE)) P7_TA-PROV(2011)0191;", "Dokument 762 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2011 dwar abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim dwar Miżuri Istat tal-Port li Jimpedixxu, Jiskoraġġixxu u Jeliminaw is-Sajd Illegali, Mhux Rappurtat u Mhux Regolat (05571/2011 – C7-0068/2011 – 2010/0389(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0192;", "Dokument 763 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2011 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi arranġamenti tranżizzjonali għal ftehimiet bilaterali ta' investiment bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi ( – C7-0172/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0206;", "Dokument 764 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2011 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ġeorġja ( – C7-0019/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0207;", "Dokument 765 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjonijiet jew il-marki li jidentifikaw il-lott li għalih jappartjieni oġġett ta' l-ikel (kodifikazzjoni) ( – C7-0285/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0208;", "Dokument 766 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl (test kodifikat) ( – C7-0287/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0209;", "Dokument 767 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur (test kodifikat) ( – C7-0288/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0210;", "Dokument 768 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrutturi ta' protezzjoni fil-każ ta' qlib immuntati fuq in-naħa ta' quddiem tas-sedil tas-sewwieq fuq tratturi għall-agrikoltura u għall-foresterija ta' karreġġata dejqa (test kodifikat) ( – C7-0340/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0211;", "Dokument 769 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjoni, il-post, l-operazzjoni u l-identifikazzjoni tal-kontrolli ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (test kodifikat) ( – C7-0404/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0212;", "Dokument 770 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mezzi tal-ibbrejkjar ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (test kodifikat) ( – C7-0421/2010 – ) - P7_TA(2011)0213;", "Dokument 771 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan u l-bibien u t-twieqi ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (test kodifikat) ( – C7-0428/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0214;", "Dokument 772 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrutturi ta' protezzjoni fil-każ ta' qlib immuntati fuq in-naħa ta' wara tat- tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta' karreġġata dejqa (test kodifikat) ( – C7-0290/2010 – ) - P7_TA(2011)0215;", "Dokument 773 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Kunsill dwar l-istruttura u r-rati tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (test kodifikat) ( – C7-0403/2010 – ) - P7_TA(2011)0216;", "Dokument 774 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar il-Pożizzjoni tal-Kunsill adottata fl-ewwel qari bl-għan tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet ta' fibri tat-tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta' prodotti tat-tessuti u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE, id-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13807/4/2010 – C7-0017/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0218;", "Dokument 775 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-ewwel programm tal-politika tal-ispettru tar-radju ( – C7-0270/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0220;", "Dokument 776 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar l-istat attwali tan-negozjati tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Indja - P7_TA(2011)0224;", "Dokument 777 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Ġappun - P7_TA(2011)0225;", "Dokument 778 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-foresti u t-tagħrif dwarhom fl-UE: il-preparazzjoni tal-foresti għat-tibdil fil-klima () - P7_TA-PROV(2011)0226;", "Dokument 779 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar ir-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) fl-2009, ippreżentat lill-Parlament Ewropew b'applikazzjoni tal-Parti II, Taqsima G, paragrafu 43 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 () - P7_TA-PROV(2011)0227;", "Dokument 780 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar l-iżvilupp tal-politika ta' sigurtà u ta' diviża wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona () - P7_TA-PROV(2011)0228;", "Dokument 781 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar l-UE bħala attur globali: ir-rwol tagħha fl-ambitu tal-organizzazzjonijiet multilaterali () - P7_TA-PROV(2011)0229;", "Dokument 782 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2011 dwar it-Tagħlim fl-Ewwel Snin tat-Tfulija fl-Unjoni Ewropea () - P7_TA-PROV(2011)0231;", "Dokument 783 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2011 dwar il-kriżi fis-settur Ewropew tas-sajd minħabba ż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt - P7_TA-PROV(2011)0234;", "Dokument 784 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2011 dwar ir-reviżjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar - P7_TA-PROV(2011)0235;", "Dokument 785 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2011 dwar id-dimensjonijiet kulturali tal-azzjonijiet esterni tal-UE () - P7_TA-PROV(2011)0239;", "Dokument 786 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2011 dwar \"L-isfruttar tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi\" () - P7_TA-PROV(2011)0240;", "Dokument 787 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2011 dwar is-sitwazzjoni fis-Sri Lanka - P7_TA(2011)0242;", "Dokument 788 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2011 dwar il-Bjelorussja - P7_TA-PROV(2011)0244;", "Dokument 789 Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2011 dwar Clean-up in Europe u Let's Do It World 2012 - P7_TA-PROV(2011)0245;", "Dokument 790 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541/98 dwar il-prova tal-oriġini ta' ċerti prodotti tessili li jidħlu fit-Taqsima XI tan-Nomenklatura Magħquda u rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità, u dwar il-kundizzjonijiet tal-aċċettazzjoni ta' din il-prova u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi ( – C7-0316/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0248;", "Dokument 791 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Kroazja u l-Unjoni Ewropea dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-ħidma taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (11633/2010 – C7-0026/2011 – 2010/0011(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0249;", "Dokument 792 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (15145/1/2010 – C7-0045/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0252;", "Dokument 793 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej ( – C7-0092/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0253;", "Dokument 794 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Kanada - P7_TA(2011)0257;", "Dokument 795 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu: prospettivi futuri () - P7_TA(2011)0258;", "Dokument 796 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar id-dimensjoni esterna tal-politika soċjali, il-promozzjoni tax-xogħol u l-istandards soċjali u r-Responsabbiltà Soċjali tal-Kumpanniji Ewropej () - P7_TA-PROV(2011)0260;", "Dokument 797 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-Regolament (KE) 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp: lezzjonijiet miksuba u perspettivi għall-ġejjieni () - P7_TA(2011)0261;", "Dokument 798 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva () - P7_TA-PROV(2011)0266;", "Dokument 799 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2011 dwar is-Samit bejn l-UE u r-Russja - P7_TA-PROV(2011)0268;", "Dokument 800 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2011 dwar Guantánamo: deċiżjoni imminenti tal-piena tal-mewt - P7_TA(2011)0271;", "Dokument 801 Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Mejju 2011 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Isport Ewropew - P7_TA-PROV(2011)0273;", "Dokument 802 Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2011 dwar ix-xogħol tal-Kumitat għal Persuni Nieqsa f'Ċipru - P7_TA-PROV(2011)0274;", "Dokument 803 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles (17238/2010 – C7-0031/2011 – 2010/0335(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0279;", "Dokument 804 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe (05371/2011 – C7-0119/2011 – 2010/0355(NLE)) - P7_TA(2011)0280;", "Dokument 805 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kusill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jestendi għall-miżuri doganali ta' sigurtà l-Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra (17403/2010 – C7-0036/2011 – 2010/0308(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0281;", "Dokument 806 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kusill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili (06645/1/2010 – C7-0100/2010 – 2009/0156(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0282;", "Dokument 807 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar drittijiet tal-konsumatur ( – C7-0349/2008 – ) - P7_TA-PROV(2011)0293;", "Dokument 808 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/25/KE fir-rigward tad-dispożizzjonijiet għat-tratturi mqiegħda fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà ( – C7-0342/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0294; u", "Dokument 809 Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar sistema volontarja ta' tikkettar b'format Braille fuq il-pakkett ta' prodotti industrijali - P7_TA-PROV(2011)0299.", "DISKUSSJONI MA' DR GAVIN BARRETT, SENIOR LECTURER AND DIRECTOR OF DOCTORAL STUDIES, SCHOOL OF LAW, UNIVERSITY COLLEGE DUBLIN, DWAR \"THE EVOLVING ROLE OF NATIONAL PARLIAMENTS IN THE EUROPEAN UNION LEGAL ORDER\"", "Dr Gavin Barrett, li kien akkumpanjat minn Prof. Peter Xuereb, ta' ħarsa lejn diversi provvedimenti li ddaħħlu matul is-snin fit-trattati tal-Unjoni Ewropea, b'mod speċjali fit-Trattat ta' Lisbona, li l-għan tagħhom kien li jissaħħaħ ir-rwol u jiżdiedu l-poteri tal-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri fit-tfassil tal-leġislazzjoni u tal-politika tal-Unjoni Ewropea.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8:34 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20110712_052m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 41", "It-Tnejn, 25 ta' Lulju 2011 fit-8.15 am", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 25 ta' Lulju 2011 fit-8.15 am fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Metodu ta' votazzjoni fl-istadju ta' kumitat u Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Abbozz Nru 80.", "Xogħol tal-Kamra.", "Affarijiet Oħra.", "23 ta' Lulju 2011 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20110725_041a_xog.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlnejn 25 ta' Lulju 2011", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fit-8.40 am.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor David Agius, l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Anglu Farrugia u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-minuti tal-laqgħa Nru 40 li saret fit-12 ta' Lulju 2011 kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "L-iSpeaker informa lill-kumitat li l-iskop ta' din il-laqgħa kien proprju biex jiġi maqbul il-metodu ta' kif se jsiru l-votazzjonijiet fuq id-diversi klawsoli tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2), kif ukoll fuq it-Tielet Qari tal-istess Abbozz li kellhom jinżammu f'żewġ seduti dakinhar stess, 25 ta' Lulju 2011.", "Wara diskussjoni, il-kumitat qabel li meta l-iSpeaker iqiegħed il-mistoqsija fuq xi emenda jew klawsola, u ma jinstema' ħadd jgħid le, huwa jiddikjara li dik l-emenda tkun għaddiet nem. con.", "Il-Viċi Prim Ministru għamilha ċara li min se jitlob division ma jistax ikun minn fost dawk il-Membri li jkunu qalu \"Aye\" jew minn fost dawk li jkunu ddikjaraw li se jastjenu, filwaqt li l-Onor Joe Mizzi ddikjara li hu se jsejjaħ division mhux għax huwa kontra iżda biex jassigura li kull min ivvota jiġi reġistrat fil-minuti.", "Il-kumitat qabel li għall-votazzjoni fuq it-Tielet Qari tintuża l-istess proċedura li se tintuża għall-emendi u klawsoli.", "Għar-rigward kif jiġu msejħa l-ismijiet tal-Membri darba li tkun issejħet division, il-kumitat qabel li tintuża l-istess proċedura li ntużat meta l-Kamra vvutat fuq it-Tieni Qari ta' dan l-istess Abbozz ta' Liġi, ċioè, li l-iSpeaker isejjaħ lil dawk li huma favur emenda, klawsola jew it-Tielet Qari, skont il-każ, biex iqumu f'posthom u jibqgħu bilwieqfa sakemm l-Iskrivan tal-Kamra ssejħilhom skont l-alfabett u l-iSpeaker jitlobhom biex joqogħdu bilqiegħda.", "Wara, l-iSpeaker isejjaħ lil dawk li huma kontra biex iqumu bilwieqfa u jibqgħu bilwieqfa sakemm l-Iskrivan tal-Kamra ssejħilhom u huwa jitlobhom biex joqogħdu bilqiegħda.", "L-iSpeaker imbagħad jgħaddi biex isejjaħ lil dawk il-Membri li se jiddikjaraw li se jastjeni biex iqumu bilwieqfa u jibqgħu bilwieqfa sakemm l-Iskrivan tal-Kamra ssejħilhom u l-iSpeaker jitlobhom biex joqogħdu bilqiegħda.", "Membru li ma jqumx ma' dawk li huma favur, ma' dawk li huma kontra jew li qed jastjenu, jiġi meqjus bħala li ma vvotax.", "Il-kumitat qabel li jekk xi Membru jqum f'aktar minn okkażjoni waħda, l-iSpeaker jitlob lil dak il-Membru biex jikkjarifika l-vot tiegħu u jekk xi Membru matul xi fażi ta' dan l-eżerċizzju jinduna li jkun għamel żball fil-mod ta' kif ikun ivvota, ikun jista' jikkoreġi dak l-iżball dejjem sakemm il-vot ma jkunx għadu ġie dikjarat mill-iSpeaker.", "Il-kumitat qabel ukoll li l-għadd ta' Membri li jiddikjaraw li qed jastjenu, ma jiġux magħduda fin-numru ta' persuni li jkunu preżenti u li qed jivvutaw u allura ma jitteħdux in konsiderazzjoni meta s-Sedja tiġi biex tiddikjara jekk vot ikunx għadda jew le.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin irrefera għall-mozzjoni li ħatret il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja u qal li fit-test Ingliż tal-mozzjoni kien hemm referenza għal quorum li b'diżvista, din ma ġietx riflessa fit-testi Malti.", "Huwa talab li meta l-iSpeaker isejjaħ għall-konferma tal-Minuti tas-seduta preċedenti, huwa jitlob korrezzjoni f'dan is-sens.", "Ma ntlaħaqx ftehim biex din il-korrezzjoni ssir f'dak l-istadju.", "Il-kumitat qabel li wara li jgħaddi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili, għandha ssir stqarrija ministerjali mill-Prim Ministru, imbagħad issir il-korrezzjoni tal-mozzjoni, imbagħad il-President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi jirrapporta li l-kumitat ikkonkluda d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar Pensjonijiet tal-Irtirar – Abboz Nru 72 – u wara l-Kamra tgħaddi għat-Tielet Qari ta' dak l-istess Abbozz.", "Fil-9.25 am il-kumitat aġġorna.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20110725_041m.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 42", "L-Erbgħa, 28 ta' Settembru 2011 fin-12.30 pm", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 28 ta' Settembru 2011 fin-12.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Rappreżentant tal-parlament nazzjonali fil-Parlament Ewropew.", "Video streaming tal-laqgħat tal-kumitati parlamentari.", "Smiegħ ta' xhieda quddiem il-Kumitati Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "Rwol tal-parlamenti nazzjonali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona b'riferenza għall-prinċipju ta' sussidjarjetà.", "Xogħol tal-Kamra.", "Affarijiet Oħra.", "23 ta' Settembru 2011 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20110928_042a_xog.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 28 ta' Settembru 2011", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fi 12.55 pm.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor David Agius u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-minuti tal-laqgħa Nru 41 li saret fil-25 ta' Lulju 2011 kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin informa lill-kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li:-", "it-Tnejn, 3 ta' Ottubru 2011 il-Kamra tiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Akrivji Nutarili – Abbozz Nru 83;", "it-Tlieta, 4 ta' Ottubru 2011 il-Kamra tiddiskuti fl-istadji kollha l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Ġieħ ir-Repubblika li l-ewwel qari tiegħu kellu jsir fil-parlament nhar it-Tnejn, 3 ta' Ottubru 2011;", "it-Tlieta, 4 ta' Ottubru 2011 il-Kamra tibda tiddiskuti fi stadju ta' Tieni Qari l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali – Abbozz Nru 84;", "l-Erbgħa, 5 ta' Ottubru 2011, il-Kamra tiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-parteċipazzjoni u garanziji taħt il-Faċilità għall-Istabbilità Finanzjarja Ewropea, li l-ewwel qari tiegħu kellu jsir fil-parlament nhar it-Tnejn, 3 ta' Ottubru 2011.", "Il-kumitat qabel ukoll li d-diskussjoni fuq il-mozzjoni dwar ġbir ta' self għall-Greċja u d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Faċilità għall-Istabbilità Finanzjarja Ewropea ssir flimkien filwaqt li l-mistoqsija fuq il-mozzjoni u fuq id-diversi stadji tal-abbozz, issir separatament.", "Il-Kumitat qabel li jekk ikun hemm bżonn għas-seduta ta' nhar l-Erbgħa, 5 ta' Ottubru 2011 meta ssir din id-diskussjoni ma jkunx hemm la ħin għall-mistoqsijiet parlamentari u lanqas ħin tal-aġġornament, bil-mistoqsijiet jidhru xorta waħda fuq l-aġenda.", "L-Abbozz ta' Liġi fuq dan is-suġġett kellu jgħaddi mill-istadji kollha matul dik is-seduta.", "Il-Kumitat tkellem ukoll dwar il-mozzjoni biex tiġi ratifikata l-emenda għall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika ta' Materjal Nukleari u qabel li din issir wara li jiġi konkluż id-dibattitu fuq l-abbozzi ta' liġi msemmija aktar kmieni.", "L-Onor Joe Mizzi rrefera għall-mozzjoni ppreżentata mill-Oppożizzjoni dwar is-sistema tat-trasport pubbliku, fis-27 ta' Settembru u informa lill-kumitat li xtaq li s-seduta li matulha tiġi diskussa din il-mozzjoni tkun itwal minn seduta normali.", "RAPPREŻENTANT TAL-PARLAMENT NAZZJONALI FIL-PARLAMENT EWROPEW", "L-iSpeaker irrefera għall-memorandum li kien tqassam fil-laqgħa Nru 34 tas-26 ta' April 2011 dwar il-ħatra ta' rappreżentant tal-parlament nazzjonali fil-Parlament Ewropew.", "Il-kumitat qabel li l-proċedura inizjali tkun li jkun hemm sistema ta' rotazzjoni minn fost ir-research analysts assenjati mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej liema uffiċjal ikun qed jokkupa din il-kariga għal bejn sitt xhur u sena.", "Il-kumitat qabel ukoll li wara sena, dan is-suġġett jerġa' jitla' fuq l-aġenda biex wieħed jara kif ħadmet is-sistema.", "Din il-persuna tirrapporta lill-Parlament, permezz tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, tagħti appoġġ lill-Membri Parlamentari li jkunu qed jattendu laqgħat fil-Parlament Ewropew u żżomm ukoll kuntatt mal-Ambaxxata ta' Malta mal-Unjoni Ewropea u mal-Membri Parlamentari tal-Parlament Ewropew.", "VIDEO STREAMING TAL-LAQGĦAT TAL-KUMITATI PARLAMENTARI", "Il-kumitat irrefera għall-memorandum li kien tqassam fil-laqgħa Nru 37 tal-25 ta' Mejju 2011 dwar video streaming tal-laqgħat tal-kumitati parlamentari.", "Wara diskussjoni, il-kumitat qabel li l-cameras biex jibda l-video streaming kellhom jitpoġġew fiż-żewġ kmamar tal-kumitati bl-ewwel waħda tkun dik li normalment tintuża mill-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej bl-istallazzjoni fit-tieni kamra tkun ftit wara.", "Il-kumitat qabel li jsir proċess trasparenti ta' tendering għax-xiri u stallazzjoni ta' dawn il-cameras.", "Il-kumitat qabel li jitfasslu guidelines li jirrigwardaw it-trasmissjoni tal-laqgħat.", "SMIGĦ TA' XHIEDA QUDDIEM IL-KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-kumitat irrefera għall-memorandum li kien tqassam fil-laqgħa Nru 34 tas-26 ta' April 2011 dwar il-linji gwida għal smigħ ta' xhieda quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi u wara li d-dokument ġie maqbul, qabel li d-dokument għandu jintbagħat lill-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "RWOL TAL-PARLAMENTI NAZZJONALI WARA D-DĦUL FIS-SEĦĦ TAT-TRATTAT TA' LIŻBONA B'RIFERENZA GĦALL-PRINĊIPJU TA' SUSSIDJARJETÀ", "Il-kumitat irrefera għall-memorandum li kien tqassam fil-laqgħa Nru 34 tas-26 ta' April 2011 dwar ir-rwol tal-parlamentari nazzjonali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona b'riferenza għall-prinċipju ta' sussidjarjetà.", "Il-kumitat qabel li kien hemm bżonn ta' aktar diskussjoni fuq dan is-suġġett.", "AFFARIJIET OĦRA", "L-iSpeaker irrefera għad-90 anniversarju minn mindu ġie mwaqqaf bil-Kostituzzjoni l-Parlament ta' Malta fl-1921 u qassam lista ta' attivitajiet li huma ppjanti li jsiru bejn Novembru 2011 u Novembru 2012 li għandhom jiġu funded minn sponsorships minn numru ta' banek.", "L-iSpeaker informa lill-kumitat li x-xewqa tiegħu kienet li jkun hemm qbil fuq it-test kollu li se jidher fil-materjal b'konnessjoni ma' dawn l-attivitajiet u għaldaqstant kien se jqassam kopja tat-test liż-żewġ naħat tal-Kamra.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li bħala parti mill-attivitajiet ta' kommemorazzjoni kienu se jiġu ppubblikati r-rulings kollha mill-1921 sal-lum bl-ewwel volum ikun dak li jiġbor ir-rulings li ngħataw bejn l-1921 u l-1924.", "Il-kumitat qabel ukoll li fl-1 ta' Novembru 2011 tinżamm seduta fit-Tapestry Chamber biex proprju tikkommemora d-90 anniversarju mill-ewwel Parlament ta' Malta mwaqqaf bil-Kostituzzjoni fl-1921.", "Il-kumitat tkellem dwar il-mozzjoni li ħatret il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja u r-rekwiżit ta' research analyst mal-kumitat.", "Intaħaq qbil biex tinħareġ sejħa għall-applikazzjonijiet għal dan il-post.", "Peress li għal-laqgħa li jmiss tal-OSCE li kienet se tinżamm f'Dubrovnik bejn is-7 u l-10 ta' Ottubru 2011, l-Onor Carmelo Abela kien se jissostitwixxi lill-Onor Anġlu Farrugia, u għal-laqgħa tal-Unjoni Interparlamentari li kienet se tinżamm f'Berna, fl-Iżvizzera, kien se jattendi l-Onor Anthony Zammit, il-kumitat qabel li jsiru mozzjonijiet ad hoc f'dan is-sens.", "L-iSpeaker irrefera għat-telfa tan-Nutar Philip Saliba li kienet ġrat fis-26 ta' Settembru 2011 u l-kumitat qabel li l-kommemorazzjoni fil-Kamra ssir nhar l-Erbgħa, 5 ta' Ottubru 2011.", "L-iSpeaker irrefera għal korrispondenza li huwa rċieva minn Transport Malta b'riferenza għal talba mingħand il-Kamra tal-Kummerċ dwar il-parkeġġ riservat għall-Membri fi Triq ir-Repubblika, liema korrispondenza kellha tintbagħat lill-Membri għall-attenzjoni tagħhom.", "L-iSpeaker irrefera għal ittra datata t-8 ta' Lulju 2011 li huwa kien irċieva mingħand il-President tal-Kummissjoni Jose' Manuel Barroso dwar il-budget tal-Ewropa għall-perjodu 2014-2020.", "Din l-ittra kienet intbagħtet lill-Membri kollha però peress li f'din l-ittra il-President Barroso kien qed jitlob l-opinjonijiet tal-parlament dwar il-proposti tal-Kummissjoni, ħass li kellu jġibha għall-informazzjoni tal-kumitat b'mod partikolari.", "Il-kumitat qabel li jgħaddi din il-komunikazzjoni lill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "L-iSpeaker irrefera għal talba li huwa rċieva mingħand il-President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali biex il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali jikkommemora l-anniversarju tal-ħamsin sena mill-mewt tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila.", "Il-kumitat qabel li jiġi kkommemorat dan l-anniversarju, però din issir bħala Parlament Malti u li lejla ta' tifkira tinżamm jew fil-Kamra tal-Kumitati jew f'xi sala fil-Palazz.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20110928_042m.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-familja", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 1", "It-Tnejn, 10 ta' Ottubru 2011 fis-7.00 pm", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Familja, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 10 ta' Ottubru, 2011 fis-7:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni mis-Segretarju Permanenti Ewlieni, Dott Godwin Grima.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111010_001a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-Familja", "LAQGĦA NRU 1", "It-Tnejn, 10 ta' Ottubru, 2011", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.06 p.m.", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Kien hemm preżenti wkoll l-Onor Joseph Falzon.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "PERMESS TAL-KUMITAT", "Il-President talab il-permess tal-Kumitat sabiex membri tal-media jkunu jistgħu jieħdu xi ritratti u filmati tal-ewwel parti tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, stieden lis-Segretarju Permanenti Ewlieni Dott Godwin Grima, biex jagħmel introduzzjoni fuq is-suġġett.", "Wara s-Sinj Moira Attard, AD (Special Projects), ER flimkien mas-Sur Yakob Zahra AD(HRS & DM), ippreżentaw lill-Kumitat:", "Is-Sinj Attard spjegat fit-tul il-family-friendly measures li ġew introdotti tul dawn l-aħħar snin fis-Servizz Pubbliku, filwaqt li s-Sur Yakob Zahra, ta statisika tal-2010 ta' dawk l-uffiċjali kollha tal-gvern li gawdew minn dawn il-miżuri.", "Is-Sinj Alison Mizzi, Uffiċjal fi Skala 5, żvelat kif bħala uffiċjal għoli fis-Servizz Pubbliku xorta hi ntitolata u wkoll qed tgawdi minn dawn il-miżuri.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Bil-permess tal-Kumitat, l-Onor Jean Pierre Farrugia stieden lis-Sinj Renee Laiviera, President tal-Konfederazzjoni Maltija tal-Organizzazzjonijiet tan-Nisa, biex tagħmel intervent fuq is-suġġett.", "Dr Doreen Ellul, DG PAHRO, flimkiem ma' Dr Godwin Grima wieġbu għall-mistoqsijiet fuq is-suġġett li tpoġġew mill-membri tal-Kumitat.", "Fid-9:00 p.m. il-Kumitat ikkonkluda fuq is-suġġett u aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111010_001m_fac.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 111", "It-Tlieta, 11 ta' Ottubru, 2011", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 11 ta' Ottubru, 2011 fis-7:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa mat-Torball Blind Association.", "L-imġieba taż-żgħażagħ f'Paceville.", "Diskussjoni mal-GRTU.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111011_111a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru 111", "It-Tlieta 11 ta' Ottubru, 2011", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 111", "It-Tlieta 11 ta' Ottubru, 2011", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-07:11 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 110 li saret nhar it-Tnejn, 11 ta' Lulju 2011, ġew konfermati.", "PERMESS għall-Filmat", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Hawn oġġezzjoni biex il-membri tal-media jieħdu filmati ta' din il-laqgħa?", "Il-permess ingħata.", "Informazzjoni", "THE CHAIRMAN: Nixtieq niċċirkola magħkom din l-iskeda;", "Skeda tal-laqgħat tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali għax-xahar ta' Ottubru.", "Kif qed taraw din l-iskeda fiha s-suġġetti tal-laqgħat li diġà qed jiġu ppjanati li jsiru min-naħa ta' dan il-Kumitat u din l-iskeda għandha tgħin sabiex il-Membri ta' dan il-Kumitat ikunu ppreparati fuq is-suġġetti li se niddiskutu aktar 'il quddiem.", "Issa jekk ikun hawn min jixtieq li niddiskutu suġġett partikolari, - għalkemm għandna diversi suġġetti x'nikkonkludu – aħna bil-qalb kollha nkunu nistgħu niddiskutu dak is-suġġett partikolari.", "Nitlob ukoll lill-Membri sabiex jitolbu lill-whips rispettivi tagħhom ħalli jkun hemm replacement tagħhom b'Membri oħra li jaħsbu li jistgħu jagħtu sehemhom f'laqgħat bħal dawn.", "Jekk hemm min qed jieħu ħsieb l-interessi tal-grupp parlamentari rispettiv u tixtiequ li xi ħadd jieħu postkom u forsi dak li jkun ikun aktar midħla bħala grupp parlamentari, naħseb li nkunu qegħdin inwettqu aktar ħidmitna jekk ikun hawn Membri Parlamentari intiżi fuq dawk is-suġġetti li jkunu se jitkellmu fuqhom f'isimkom.", "JUSTYNE CARUANA: Peress li l-laqgħa tas-26 għadha mhijiex definittiva u nixtieq li nkun preżenti għaliha, ma nafx lil min nista' nibgħat minfloki peress li s-suġġett jaqa' taħt ir-responsabilità tiegħi.", "Xtaqt inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra;", "Kopja ta' Ittra li ser tintbagħat lill-għaqdiet; u", "Stqarrija għall-Istampa dwar din il-lejla.", "Din l-ittra bgħattha lill-iSpeaker biex tiġi organizzata attività ħalli nfakkru l-anniversarju ta' għeluq il-50 sena mill-mewt tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila.", "L-oħra hija press release dwar din il-lejla.", "Laqgħa mat-Torball Blind Association.", "THE CHAIRMAN: Sinjuri ngħaddu mill-ewwel għall-ewwel item li għandna fuq l-aġenda llum fejn saritilna talba min-naħa tat-Torball Blind Association sabiex jiltaqgħu magħna.", "Nafu wkoll li dalwaqt se jkollna l-jum iddedikat lill-persuni għomja.", "Għaldaqstant se ngħaddilkom mill-ewwel il-kelma sabiex tagħtuna l-messaġġ li ġejtu ppreparati li taqsmu magħna.", "IS-SUR JOE MICALLEF (President of the Torball Blind Association): Sur President, l-ewwel nett f'ismi u f'isem l-għaqda nixtieq ngħidilkom grazzi talli lqajtu t-talba tagħna.", "L-għaqda tagħna ilha mwaqqfa għal dawn l-aħħar 20 sena u dan grazzi għall-Onor.", "Noel Farrugia, li huwa l-fundatur tal-għaqda u li għenna sabiex nibdew l-għaqda tagħna.", "Tista' tgħid li bdejna mix-xejn imma nirringrazzjaw lill-Ħanin Alla u grazzi għal sħabi l-għomja u l-helpers li qegħdin magħna, bqajna mexjin 'il quddiem.", "Aħna dejjem xtaqna li l-għaqda tagħna tkun fuq l-edukazzjoni.", "Issa tgħiduli f'liema sens fuq l-edukazzjoni?", "Qabel bniedem għama kien meqjus li huwa kapaċi biss biex jagħmilha ta' telephone operator jew inkella biex jaħdem il-cane.", "Illum il-ġurnata, grazzi għall-kompjuter u għall-internet, bniedem għama jista' jaħdem ukoll bħala clerk.", "Aħna nixtiequ naraw edukazzjoni fuq il-mobility u ċjoè sabiex bniedem għama jkun jista' jitgħallem isajjar, inaddaf, jixtri waħdu minn ħanut u jerġa' jmur lura d-dar.", "Dik hija l-mobility li nixtiequ imma biex tieħu t-taħriġ fuq mobility u fuq l-orientation hawn min qed jitlob ħlas ta' €15 fis-siegħa.", "Issa jekk bniedem għama jkollu familja u jkun bil-pensjoni kemm jista' jħallas €15 fis-siegħa?", "Hija ftit iebsa.", "Aħna nixtiequ li jekk hu possibbli, it-tagħlim fuq il-mobility ikun b'xejn.", "MICHAEL GONZI: €15 fis-siegħa biex jiġi xi ħadd magħkom?", "IS-SUR JOE MICALLEF: Le, biex jgħallmek.", "Mela ta' sagħtejn għandek €30 u ta' tliet sigħat għandek €45!", "Kemm hawn min jista' iħallas dawn il-flejjes?!", "(Interruzzjonijiet) Dan biex jgħallmek timxi bil-bastun.", "ANTHONY ZAMMIT: Biex jgħallmek timxi bil-bastun?!", "Ara kemm għadna lura.", "Ħaġa oħra, kienu qalulna li se jkun hemm kors biex jgħallmu lin-nies ħalli jkunu jistgħu jgħallmu l-Braille lill-għomja u biex jgħallmuhom ċerti skills imma minn dan kollu ma seħħ xejn minnu.", "Imbagħad jgħidulek bl-equal opportunities.", "Ma nafx x'irridu nfissru meta ngħidu \"equal opportunities\" għax bniedem li nsibuh bħala normali jkollu kull tip ta' għajnuna filwaqt li aħna magħluqin ġo morsa!", "U fuq dan jista' jitkellem aktar il-kollega tiegħi s-Sur Epifanio Vella.", "IS-SUR EPIFANIO VELLA (PRO for the Torball Blind Association): Sur President, jien ukoll nissieħeb mas-Sur Joe Micallef sabiex nirringrazzjakom talli aċċettajtu din l-istedina tagħna.", "Nixtieq ngħid li nhar is-Sibt, 15 ta' Ottubru se tkun The International White Cane Day li tiġi ċċelebrata mad-dinja kollha u li f'din il-ġurnata aħna nqajmu aktar awareness dwar fiex qegħdin l-għomja internazzjonalment.", "Hawn Malta, għalkemm imxejna ħafna 'l quddiem u għandna wkoll l-opportunitajiet, dawn xi kultant ma jkunux indaqs.", "Qabel ma ġejt hawnhekk kont qiegħed nisma' s-seduta tal-parlament u smajt tweġiba għal mistoqsija parlamentari dwar x'persentaġġi jħallsu l-anzjani f'dak li huwa trasport.", "Meta għamilna t-talba aħna qalulna li rridu nħallsu l-full fare.", "Mela fuq il-karozzi tal-Arriva l-anzjani għandhom reduction ta' 68% to 81% li mhijiex ċajta.", "U ta' min iżomm lill-Membri Parlamentari aware minn din is-sitwazzjoni għax il-pensjonanti għandhom – issa m'iniex qed ngħir għalihom għax ma rridx li l-pensjonanti jiġu bħalna imma rrid li aħna niġu bħall-pensjonanti - il-full bonus u għandhom il-full pension filwaqt li min hu għama bħali … Mela jien għandi l-mara u tliet itfal u allura żgur li l-flus għandi fejn nużahom.", "IS-SUR JOE MICALLEF: Ippermettili ftit għax hawnhekk nixtieq ngħid xi ħaġa oħra; mela bniedem għama bil-guide dog jista' jtella' il-kelb tiegħu b'xejn fuq tal-linja imma jien li wkoll bniedem għama imma m'għandix kelb u minflok nieħu lil Joseph Chircop miegħi, Joseph Chircop irid iħallas.", "Mela kelb jitla' b'xejn fuq l-Arriva għax huwa guide dog u guide person irid iħallas!", "Ara ftit x'affarijiet taċ-ċajt!", "IS-SUR EPIFANIO VELLA: Hawnhekk jien qisu għandi konflitt ta' interess għax filwaqt li jien għama, fl-istess ħin immexxi wkoll iċ-ċentru tal-għomja u allura ċerti affarijiet li nara difettużi ma nistax ngħidhom minħabba l-professjonalità tiegħi.", "Madankollu nistieden lill-Membri Parlamentari sabiex xi kultant jiġu jarawna.", "Itolbu l-permessi meħtieġa u ejjew arawna.", "L-affarijiet mhumiex sew imma minħabba li għandi konflitt ta' interess ikolli noqgħod lura.", "Jien fuq il-kuxjenza tiegħi m'għandi xejn x'iħammarli wiċċi għax dak li kelli nagħmel biex l-affarijiet jitranġaw għamiltu.", "Jekk ma tranġawx, żgur li fuq il-kuxjenza tiegħi m'għandi xejn.", "Issa se ngħaddi biex insemmi affarijiet oħra, fosthom it-toroq.", "Kemm jien kif ukoll is-Sur Joe Micallef għandna l-guide dogs tagħna.", "Hija meravilja kif kelb imexxi lill-għami.", "IS-SUR JOE MICALLEF: U hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil min ta l-permess sabiex dawn il-klieb setgħu jiġu Malta.", "IS-SUR EPIFANIO VELLA: Imma mbagħad għandek bankini diżastru u ssib l-istreet furniture fin-nofs tal-bankini.", "Il-klieb tagħna – tiegħi u tas-Sur Joe Micallef – ġejjin mill-istess skola ta' Sqallija u meta tlajna għat-training sibna li l-bankini ta' Messina huma wesgħin daqs it-toroq tagħna u allura hemmhekk ma kellniex problemi.", "Hawn Malta lill-klieb qallibnielhom moħħhom għax il-bankini bil-kemm fihom metru.", "Issa jien mhux għall-wisa' biss qed ngħid imma at least jekk hemm bankina li fiha metru ħalliehili free.", "Naf li hemm ċerti problemi għax biex iċċaqlaq electric pole trid at least iċċaqlaq mija oħra imma ejjew naraw x'nistgħu nagħmlu.", "Intom żgur li biex qegħdin hawn għandkom il-fiduċja tal-poplu, inkluż il-fiduċja tagħna u għalhekk nixtieqkom tħossu r-responsabilità li se ngħabbikom biha.", "Tgħiduli inti se tgħabbina bir-responsabilità?", "Iva, jien għax jien ċittadin Malti.", "Araw dawn in-nuqqasijiet li se nwasslulkom aħna biex id-dinja tiġi aħjar.", "Jien id-dinja nħossha bukkett fjuri; fjuri differenti, shapes differenti, kuluri differenti, zkuk differenti imma kollha qegħdin fil-bukkett u kollha qegħdin iżejnu l-bukkett.", "U s-soċjetà tagħna hija magħmula minn nies differenti; nies normali, nies għomja, nies parlamentari, il-Prim Ministru u l-President, kollha jagħmlu parti minn dan il-bukkett.", "Nerġa' ngħidilkom li sar ħafna matul iż-żmien.", "Qabel, kif qal is-Sur Joseph Micallef, kulħadd kien imur telephone operator.", "Inti għami?", "Illum jien, Epifanio Vella, assistant head għax studjajt u kelli l-opportunità li nistudja l-kompjuter.", "U bil-kompjuter nista' mmexxi ċentru ta' 20 persuna għamja u 12-il ruħ oħra bħala staff.", "U dan nista' nagħmlu bis-saħħa tal-kompjuter.", "Darba lill-Ministru Austin Gatt għedtlu li jista' jibqa' ċert li meta ddaħħal il-kompjuter f'pajjiżna, min daħħlu ma kienx jaf safejn jista' jasal il-kompjuter.", "Araw lili u lis-Sur Joseph Micallef, it-tnejn li aħna computer users.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Issa nagħti l-kelma lis-Sur Joseph Chircop.", "IS-SUR JOSEPH CHIRCOP (Financial Manager for the Torball Blind Association): Sur President, nirringrazzja lil dan il-Kumitat tal-istedina tagħkom u f'isem it-Torball nixtieq niġbed l-attenzjoni fuq ftit affarijiet.", "Bħala Torball aħna nagħmlu kollox volontarjament.", "Xogħoli huwa ta' għalliem u dak kollu li nagħmel mat-Torball nagħmlu kollu fil-ħin liberu tiegħi.", "L-istess ħaġa s-Segretarju Ġenerali, is-Sur Reuben Bugeja, li wkoll huwa għalliem u li fil-ħin liberu tiegħu jagħmel xogħol volontarju.", "Għalkemm aħna busy ħafna, li kif taf jien indoqq ukoll, xorta waħda nsibu l-ħin biex nagħmlu l-karità ma' dawn in-nies.", "IS-SUR EPIFANIO VELLA: Ħafna drabi mn'Alla jkunu huma.", "IS-SUR JOSEPH CHIRCOP: Nixtieq niġbed l-attenzjoni fuq xi ħaġa importanti għax għalkemm nagħmel xogħol volontarju, mhux dejjem inkun nista' noħroġ il-flus mill-but kif nagħmel bħalissa.", "Pereżempju, jien u s-Sur Bugeja għadna kif morna l-Ingilterra biex inniżżlu vann magħna.", "Għalfejn niżżilna dan il-vann?", "L-għan tat-Torball huwa li nintegraw lin-nies neqsin mid-dawl fis-soċjetà imma jkolli ngħid li m'aħniex insibu għajnuna.", "L-għajnuna li nixtiequ aħna huwa li jekk pereżempju d-diesel qed jogħla, almenu jkollna ftit sussidju għax ħafna drabi nispiċċaw - għalkemm diġaà qegħdin nieħdu mill-ħin tagħna biex inwassluhom – noħorġu l-flus mill-but biex nimlew dan l-imbierek vann bid-diesel.", "Trid tifhem li għalkemm jien m'għandix paga ta' dan ix-xogħol li nagħmel, ma naffordjax li nitfagħlu d-diesel dejjem mill-but tiegħi.", "It-tieni ħaġa hija fuq l-elettriku.", "Aħna għandna premises ġol-Furjana fejn inlaqqgħu lill-persuni neqsin mid-dawl u anke biex ngħallmuhom.", "Fil-fatt għandna l-ħsieb li nibdew ngħallmuhom il-kompjuter għax mhux l-għomja kollha kellhom ix-xorti u l-opportunità li jitgħallmu l-kompjuter.", "Għalhekk bħala għaqda se naraw li dawk in-nies li ma kellhomx l-opportunità li jitgħallmu l-kompjuter, nibdew ngħallmuhulhom aħna.", "U dan is-servizz se noffruh b'xejn, senza interessi, imma naturalment dejjem inkunu nixtiequ xi ftit tal-għajnuna.", "L-għajnuna li nixtiequ hija f'forma ta' sussidju, jekk huwa possibbli, fuq il-fuel u fuq il-kont tad-dawl għax jekk se nibdew ngħallmu l-kompjuter se naħlu aktar dawl fil-premises tagħna.", "Issa jien mhux qed nippretendi li d-dawl ikun b'xejn imma almenu jkollna xi ftit tas-sussidju, dejjem jekk huwa possibbli.", "Xi ħaġa oħra li nixtieq hija din; kull dipartiment tal-gvern, kultant żmien jibdlu l-kompjuters tagħhom biex iġibu kompjuters ġodda.", "U allura nixtieq li minflok dawn il-kompjuters jintremew jew jingħataw lill-iskejjel eċċ, l-għaqda tagħna tingħata almenu erba' minn dawn il-kompjuters biex ngħallmu fuqhom lill-persuni neqsin mid-dawl.", "Għalina dawn il-kompjuters huma tajbin.", "IS-SUR JOE MICALLEF: Tinsewx li minbarra l-kompjuter aħna rridu nixtru wkoll l-ispeech syntesiser.", "IS-SUR JOSEPH CHIRCOP: Fl-istess ħin nixtieq nirringrazzjakom tax-xogħol li qegħdin tagħmlu għax sar ħafna xogħol.", "Fil-fatt aħna ma ġejniex hawnhekk biex ngħidu li ma sar xejn imma ġejna biex niġbdu l-attenzjoni ħalli jekk hemm x'jista' isir, isir.", "IS-SUR JOE MICALLEF: Rigward toroq nixtieq ngħid xi ħaġa oħra.", "Jien noqgħod l-Imsida, Zaccheus Street u kemm-il darba ktibt lill-kunsill lokali minħabba li din it-triq – li fiha joqogħdu żewġt irġiel għomja – fiha bankina żewġ filati u nofs għolja!", "Din it-triq qiegħda ħdejn l-iskola primarja.", "Irranġaw it-tarf l-ieħor u minn bankina wiesgħa metru ġabuha wiesgħa pied.", "Kissruha u għalhekk kellimt lill-kunsill lokali.", "Veru li kien hemm pole fin-nofs li ressquh mal-ġenb imma l-bankina ħallewha dejqa u mkissra.", "Kemm-il darba ċempilt u ktibtilhom l-emails lill-kunsill lokali u jirrisponduni li se jsir ix-xogħol u ġew jaraw ix-xogħol u mort magħhom jien fuq il-post biex jaraw huma stess imma x-xogħol ma seħħx.", "IS-SUR JOSEPH CHIRCOP: Xtaqt niġbed l-attenzjoni wkoll għall-ATM's tal-Bank of Valletta għaliex dawn huma pastażata mill-kbar!", "U qed ngħid hekk għax illum għamluhom bit-touch screens.", "Kif jista' jkun li persuna nieqsa mid-dawl tuża l-ATM?!", "Għalina n-nies normali dawn huma komdi imma għal min huwa nieqes mid-dawl kif se jsib fejn irid jagħfas bit-touch screen?", "Ma tagħmilx sens.", "Sfortunatamment, min ma jkunx mal-persuni għomja bħali lanqas biss tgħaddilu minn moħħu però jien, li ngħix magħhom, narahom dawn l-affarijiet.", "Pereżempju, is-Sur Joe Micallef jgħidli kemm-il darba biex immur miegħu ħalli jkun jista' jiġbed il-flus u onestament inħossni skomdu niġbidlu l-flus mill-ATM.", "Veru li hu għandu fiduċja fija però xorta waħda ma nħossnix komdu.", "IS-SUR EPIFANIO VELLA: Ħalli ngħidilkom xi ħaġa li ġrat ta' veru.", "Darba kien hemm wieħed għami qiegħed fl-ATM ta' San Pawl il-Baħar sabiex jiġbed il-flus li kellu bżonn.", "Hekk kif ġibed il-flus ħarġet id minn warajh u ħaditlu l-cashlink!", "Għandek nuqqas ta' sigurtà.", "Veru li lilna dejjem jgħidulna li qabel ma nkunu lesti minn kollox, jiġifieri qabel ma ndaħħlu l-flus fil-kartiera ma niċċaqalqux minn quddiem l-ATM minħabba l-cameras u dik lilna tgħinna.", "Madankollu li kieku l-ATMs ikunu jingħalqu bħalma huma t-telephone boxes ikun ħafna aħjar.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Issa se nħalli f'idejn il-Membri Parlamentari sabiex jgħaddu l-kummenti tagħhom.", "IS-SUR JOE MICALLEF: Nixtieq ngħid l-aħħar ħaġa.", "Kien hemm dar fl-Imtarfa li aħna xtaqna kieku neħduha f'idejna.", "IS-SUR JOSEPH CHIRCOP: Din id-dar qiegħda ħdejn Dar il-Kaptan.", "IS-SUR JOE MICALLEF: Din id-dar tinsab mitluqa u aħna ridniha biex bniedem għama nkunu nistgħu ngħallmuh kif ikun indipendenti.", "IS-SUR JOSEPH CHIRCOP: Din id-dar li kważi tmiss ma' Dar il-Kaptan ilha mitluqa għal dawn l-aħħar 30 sena u aħna xtaqna li kieku – tingħatalna mhux b'xejn - jkollna aċċess għaliha biex nużawha u naraw jekk inkunux nistgħu nirranġawha biex niftħuha bħala ċentru għall-għomja.", "IS-SUR JOE MICALLEF: U nkunu nistgħu nġibu għomja oħra minn barra.", "IS-SUR EPIFANIO VELLA: Aktar minn hekk, dik id-dar, jekk il-Gvern jgħaddihielna, inkunu nistgħu – għaliex l-għomja li jgħixu waħedhom qegħdin jiżdiedu – niġbru lil dawk l-għomja li jgħixu waħedhom f'din id-dar.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq infakkarkom li qegħdin tieħdu l-ħin ta' ħaddieħor peress li aħna ppermettejna li nagħmlu din il-laqgħa magħkom at short notice u allura jkun xieraq jekk nibdew nikkonkludu din il-laqgħa biex inkomplu bit-tieni suġġett li għandna llum.", "Nista' ngħidilkom li din mhijiex se tkun l-aħħar darba li se niltaqgħu.", "U għamilna din il-laqgħa llum proprju għaliex is-Sibt li ġej se tkun il-ġurnata ddedikata lill-għomja u allura intom tlabtu li niltaqgħu llum biex tqajmu aktar awareness favur il-kawża tagħkom.", "Imma 'l quddiem irridu nsibu l-opportunità sabiex nitkellmu aktar.", "IS-SUR JOE MICALLEF: Sur President, jien nirringrazzjakom ta' din l-opportunità u nieħu pjaċir jekk nerġgħu niltaqgħu għal laqgħa oħra.", "Nixtieq ngħidilkom li aħna qegħdin ukoll fuq il-facebook u għandna wkoll l-email address tagħna.", "Is-Segretarju Ġenerali Reuben Bugeja jista' jagħtikom dawn id-dettalji.", "IS-SUR REUBEN BUGEJA (Segretarju Ġenerali): Fi ftit kliem irrid ngħid li biex issibuna fuq facebook kemm tidħlu fis-search u tiktbu \"Torball Association for the Blind Malta\" u ssibu l-page tagħna hemmhekk.", "Min irid jibgħat email jista' jagħmel dan fuq", "THE CHAIRMAN: Issa nagħti l-kelma lill-Membri ta' dan il-Kumitat.", "L-Onor.", "ANTHONY ZAMMIT: Meta jkollkom il-klieb, dawn jiġu mgħallma fl-Italja?", "Imma mbagħad ikollhom jiġu lura u jkunu accustomised għat-triqat tagħna.", "IS-SUR EPIFANIO VELLA: Ħafna mit-training tal-puppy walking isir hawn Malta.", "Il-proċess jinqasam fi tnejn; puppy walking u guide dog training.", "Puppy walking għandu x'jaqsam ma' obedience eċċ. Imbagħad guide dog biex jiġi liċenzjat bħala guide dog irid jagħmel it-training tiegħu f'Messina.", "IS-SUR JOE MICALLEF: Kelb jagħmel sitt xhur Messina.", "ANTHONY ZAMMIT: Tħallsu intom għall-kelb?", "IS-SUR EPIFANIO VELLA: Ma nħallsux aħna għax hemm il-Guide Dog Foundation li bil-ġenerożità tal-Maltin li jagħtu l-flus lill-Community Chest Fund, ningħataw dawn il-klieb bla ħlas.", "IS-SUR JOE MICALLEF: Grazzi għall-Community Chest Fund il-kelb tiegħi ġie b'xejn.", "IS-SUR EPIFANIO VELLA: Tafu kemm jiswew dawn il-klieb?", "Tiegħi ġie jiswa €12,000!", "IS-SUR JOE MICALLEF: Tiegħi ġie jiswa €13,000.", "ANTHONY ZAMMIT: Intom tieħdu l-flus mill-Community Chest Fund?", "IS-SUR EPIFANIO VELLA: Le, hija l-fondazzjoni li tieħu l-flus.", "Pereżempju, il-kelb għalkemm nużawh aħna dak ma jkunx tagħna.", "Aħna għandna biss il-usage tiegħu.", "IS-SUR JOE MICALLEF: Imma biex tieħu kelb trid tkun tajjeb fil-mobility u allura aħna konna nieħdu t-training fuq il-mobility u li għal dan it-training konna nħallsu €15 fis-siegħa.", "Għalfejn it-training fuq mobility għal bniedem għama m'għandux ikun b'xejn?", "ANTHONY ZAMMIT: Jiġifieri intom tħallsu għat-training?", "IS-SUR JOE MICALLEF: It-training kien biex nitgħallem nimxi bil-bastun.", "IS-SUR EPIFANIO VELLA: It is a skill kif timxi bil-bastun u żgur li mhijiex ċajta.", "F'Messina qaluli li kien hemm nies għomja jimxu fil-pubbliku mingħajr ma jaħbtu ma mkien u dan minħabba t-training assidwu li jagħtuhom Messina.", "Imma dan it-taħriġ jiġi jiswa bejn €3,000 u €4,000 għal 15-il ġurnata.", "Tħallas għalih il-Guide Dog Foundation.", "Biex inkun għedt kollox kienu qegħdin jipprovaw jagħmlu l-breeding ta' dawn il-klieb hawn Malta u naqbel li jsir il-breeding tagħhom hawnhekk għax niffrankaw il-flus imma li jiġi trained hawn Malta meta s-suq tant huwa żgħir … Pereżempju, min għallem il-kelb tiegħi u tas-Sur Joe Micallef huwa vet.", "Mur ħallas vet hawn Malta!", "ANTHONY ZAMMIT: Naħseb li għamiltu sew li ġejtu hawnhekk illum għax għamiltu lilna konxji mis-sitwazzjoni tagħkom u wrejtuna kemm hemm bżonn li wieħed jaħdem fuq is-sitwazzjoni tagħkom.", "Nirringrazzjakom u naħseb li tħallejtu daqxejn lura.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Ningħaqad mal-Onor.", "Zammit biex nirringrazzjakom talli ġejtu hawnhekk.", "Issa kemm qegħdin membri fl-għaqda tagħkom?", "IS-SUR JOE MICALLEF: Bħala membri li jħallsu l-miżata qegħdin madwar 120 imma mbagħad nieħdu wkoll l-għomja taċ-Ċentru Ħidma Soċjali, li jekk immorru naraw play l-Istitut Kattoliku dawn neħduhom ukoll.", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri mhux l-għomja kollha qegħdin magħkom?", "IS-SUR JOSEPH CHIRCOP: Bħala Torball Association for the Blind għandna miżata ta' €5 fis-sena li l-membri tagħna jridu jħallsu u b'kollox għandna 120 membru.", "Imma aħna ma naħdmux biss għall-membri tagħna għax għandek lil min ma jaffordjax iħallas il-€5.", "Fil-fatt għandek persuni neqsin mid-dawl li jgħixu fid-dar ta' Dun Anġ Seychell fiż-Żejtun u lil dawn mhux se neħdulhom €5.", "MICHAEL GONZI: Huwa tajjeb jekk ngħid li intom fl-assoċċazzjoni tagħkom għandkom the highest percentage tal-għomja f'pajjiżna?", "Aħna għandna l-akbar persentaġġ u li għandna sabiħ hu li aħna ma naħdmux biss għall-membri tagħna.", "Aħna kull min hu nieqes mid-dawl nagħtuh l-għajnuna tagħna, jiġifieri ma nħarsux biss lejn il-membri tagħna.", "Kull min hu nieqes mid-dawl - għax jista' jkun nieqes mid-dawl imma mhuwiex għama – ngħinuh.", "MICHAEL GONZI: Il-liaison ma' assoċċazzjonijiet oħra jew ma' persuni b'diżabilità oħra kif inhu?", "IS-SUR EPIFANIO VELLA: Inzerta li fiċ-ċentru li mmur jien, jattendi wkoll il-President tal-Malta Society for the Blind u hemm relazzjonijiet verament tajbin bejnietna.", "Madwar tliet ġimgħat ilu ġibt sponsor mir-Radison Hotel ta' Għajn Tuffieħa u jien ma qgħadtx ngħid dik is-Soċjetà Maltija għall-Għomja u dik Torball imma kulmin ġie ħadnih.", "IS-SUR JOSEPH CHIRCOP: Ta' min isemmi li aħna l-unika għaqda li naħdmu anke ma' min mhuwiex membru tagħna.", "L-għaqdiet l-oħra jaħdmu għall-membri tagħhom biss.", "MICAHEL GONZI: Tafu min huma l-għaqdiet l-oħra?", "IS-SUR JOSEPH CHIRCOP: Iva u niftiehmu imma aħna l-unika għaqda li jekk pereżempju, ħriġnihom, nieħdu wkoll lil dawk li mhumiex membri magħna.", "MICHAEL GONZI: Il-problema tal-mobility li kont qed issemmi u li t-taħriġ jiswa €15 fis-siegħa nimmaġina li hija problema mal-assoċazzjonijiet kollha.", "IS-SUR JOE MICALLEF: Sakemm jitgħallem dak li jkun imma għandek madwar 60 siegħa.", "(Interruzzjonijiet) Agħmilhom 60 siegħa bil-€15 fis-siegħa!", "MICHAEL GONZI: Għandek raġun.", "ANTHONY ZAMMIT: Kemm hawn associations tal-għomja?", "IS-SUR EPIFANIO VELLA: Għaqdiet prinċipali għandna tnejn.", "IS-SUR EPIFANIO VELLA: Sar kors u fiċ-ċentru tiegħi hemm wieħed li ħa l-kors fuq il-mobility imma ma jridux jirrikonoxxuh.", "THE CHAIRMAN: Sinjuri tibżgħux għax se nerġgħu niltaqgħu magħkom u se nieħdu l-appuntament tagħkom biex nipprovaw narawkom fiċ-ċentru tal-għomja fejn inti, Sur Epifanio Vella, qiegħed assistant head, ħalli nkunu qegħdin inżuru post tal-gvern u 'l quddiem ma niddejqux inżuru wkoll fejn intom għandkom il-premises tagħkom.", "Irridu nsibu l-opportunità li l-Membri jkunu jistgħu jattendu.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Ma tantx għandi x'inżid imma nirringrazzjakom talli ġejtu hawnhekk għax aħna wkoll irridu nitgħallmu u naħseb li l-aħjar mod kif titgħallem huwa min-nies bħalkom għax intom tkunu tafu mis-sitwazzjoni li għaddejjin minnha.", "Fil-fatt qegħdin niftiehmu biex nerġgħu niltaqgħu magħkom u nixtieq li d-darba li ġejja tgħidulna fuq l-istreet furniture u fuq is-sussidju tad-dawl u l-affarijiet li tlabtu.", "U rigward dawn il-problemi li semmejtu ġieli għamiltu talba biex tiġu mgħejjuna?", "IS-SUR EPIFANIO VELLA: Fuq il-kwestjoni tal-karrozzi tal-linja tal-Arriva għadna ma wettaqniex il-ħsieb li hemm bejni bħala Torball u l-ADT għax qed niġġudika li bħalissa għadu mhux iż-żmien idoneu li taqbad tinkoraġġixxi lill-għomja sabiex jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku.", "L-MT se jisponsorjawna billi jagħtuna l-flus ħalli nerġgħu ndarru s-sistema tat-trasport.", "Dawk il-flus qegħdin hemm u se nħalluhom hemm sa mal-affarijiet jiċċaraw.", "THE CHAIRMAN: Abbażi ta' dawn il-problemi li qegħdin issemmu jien irrid insib mezz kif għamilna drabi oħra fuq suġġetti differenti fejn qbadna u ġibna n-nies hawnhekk sabiex jgħidulna dak li kienu qegħdin iħossu fuq ċerti suġġetti, u aħna, bħala Kumitat, ipprovajna nagħtu s-suġġerimenti tagħna biex dik il-kwestjoni partikolari titjieb.", "F'moħħi qiegħed nara li – naturalment l-ewwel irrid niddiskutiha ma' sħabi d-deputati - meta niġu biex nippubblikaw ir-rapport dwar il-persuni b'diżabilità, li issa qegħdin nikkonkluduh u li allura ġejtu fil-ħin opportun peress li l-ġimgħa d-dieħla se jkollna laqgħa ma' uffiċjali tal-Ministeru tal-Edukazzjoni fejn se nikkonkludu laqgħa fuq il-curriculum u l-għada ta' din il-laqgħa se nkomplu għaddejjin bl-istess laqgħa ħalli mal-istess uffiċjali mill-Ministeru tal-Edukazzjoni nagħlqu l-kapitlu fuq il-persuni b'diżabilità u s-sistema edukattiva f'Malta.", "Għaldaqstant ċerti affarijiet li diġà smajna mingħandkom, grazzi għal din il-laqgħa, bħal għada ġimgħa, se nkunu nistgħu niddiskutuhom mal-mistednin li se jkollna.", "La din is-sena taħbat ukoll is-sena tal-għaqdiet tal-volontarjat nixtieq nipproponi li meta niġu biex nippubblikaw ir-rapport fuq il-persuni b'diżabilità, nerġgħu nistiednu lilkom u lil għaqdiet oħra li diġà tkellimna magħhom u li għandhom interess differenti minn tagħkom imma li qegħdin jieħdu ħsieb persuni oħra b'diżabilità u nġibu wkoll awtoritajiet lokali, bħalma jistgħu jkunu kunsilli lokali u nies oħra, li fuq suġġeriment tagħkom u ta' għaqdiet oħra huwa importanti li dawn in-nies ikunu hawnhekk u nagħmlu laqgħa ta' nofs ġurnata u wara nkunu nistgħu nippubblikaw dan ir-rapport.", "Inkunu nistgħu nagħmlu wkoll work shops u jkollna mistiedna nies li jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ħalli jirrispondu għall-ħteġijiet tagħkom.", "B'hekk kemm intom kif ukoll persuni oħra li għandhom ħteġijiet forsi differenti minn tagħkom, tkunu tistgħu tieħdu din l-okkażjoni.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali jkun qed iwettaq dmiru billi jqarreb lin-nies li għandhom ħteġijiet ma' nies li jistgħu jipprovdu s-soluzzjonijiet u b'hekk inkunu qegħdin nagħmlu ħilitna bħala Membri miż-żewġ naħat tal-Kamra ħalli nipprovaw nipproponu soluzzjonijiet biex intejbu l-kondizzjonijiet ta' setturi differenti tal-ħajja, li f'dan il-każ huma l-persuni b'diżabilità.", "Sinjuri għal-lum nirringrazzjakom u nerġa' ngħidilkom li din tal-lum mhux se tkun l-aħħar laqgħa imma rridu nkomplu.", "Żgur li b'dak li għedtulna se nkomplu nitkellmu fuq dak li smajna mingħandkom u għalissa se nħalluha sine die.", "Għal-lum se nieqfu nitkellmu imma 'l quddiem persważ li se terġgħu tirċievu stedina oħra mingħandna.", "Permezz tas-Segretarja tagħna, is-Sinjura Anna Coleiro, u 'l quddiem se jkollna wkoll ir-research analyst tagħna, se nżommu kuntatt magħkom u nerġgħu niltaqgħu.", "Grazzi.", "Issa ngħaddu għat-tieni item li għandna fuq l-aġenda tagħna.", "L-IMĠIEBA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ F'PACEVILLE", "THE CHAIRMAN: Sinjuri nirringrazzjakom għall-mod ta' kif irrispondejtu għall-istedina tagħna u se mmur mal-ewwel biex nagħmel introduzzjoni qasira dwar din il-laqgħa.", "Fis-sajf li għadda nqalgħu xi inċidenti ġewwa l-lokalità ta' Paceville bejn numru ta' żgħażagħ li setgħu kienu Maltin u setgħu kienu barranin imma jien mhux se nidħol f'dettalji imma se nħalli f'idejkom biex tispjegaw aktar dwar dan.", "Meta nitkellmu fuq Paceville f'moħħ kulħadd jiġu konnotazzjonijiet differenti, kulħadd skont l-esperjenza tiegħu, l-età tiegħu jew ir-responsabilità tiegħu li jkun qed iġorr fuq livell soċjali, imprenditorjali, bħala għaqdiet tal-volontarjat jew inkella bħala ġenitur.", "Ovvjament, fil-fehma tiegħi bħala Chairman ta' dan il-Kumitat, nemmen li għandna nuru r-responsabilità sħiħa tagħna billi nagħtu kas tal-weġgħet tan-nies.", "Kienet inġibditli l-attenzjoni – dan kien fix-xhur tas-sajf u allura l-parlament kien bil-vakanzi - li kien hemm numru ta' ġenituri li kienu ħadu l-inizjattiva sabiex iqanqlu diskussjoni - li għall-fini ta' din il-laqgħa se nsejħilha hekk – fuq l-imġieba soċjali f'Paceville fejn ikun hemm żgħażagħ u xi kultant anke tfal li jinġabru f'din il-lokalità fil-ħin liberu tagħhom.", "U kien ta' interess partikolari li tara numru ta' ġenituri – ikkoreġuni imma naħseb li din kienet l-ewwel darba li seħħet - jieħdu din l-istand.", "Mhijiex l-ewwel darba li jiġu hawnhekk nies sabiex jaqsmu l-ħsebijiet u l-esperjenzi tagħhom magħna f'dan il-Kumitat.", "Fil-fatt qabilkom rajtu ħerġin numru ta' persuni għomja li ġew hawnhekk sabiex jaqsmu magħna l-esperjenza tagħhom, it-tamiet tagħhom, il-weġgħat tagħhom, il-ferħ tagħhom, id-diżappunti tagħhom u l-ħteġijiet tagħhom.", "Dan il-Kumitat, biex ngħid hekk, iservi ta' punt fejn nidħlu f'diskussjoni ma' dawn il-persuni.", "Kont smajt ukoll – anke permezz ta' rappurtaġġ fil-gazzetti – li l-GRTU kienet ħadet interess partikolari u qanqlet diskussjoni f'dan ir-rigward - ikkorreġuni intom jekk qed ngħid ħażin – peress li hi tirrappreżenta l-maġġor parti tas-sidien tan-negozji.", "U allura s-sidien tan-negozji li jaqilgħu l-għajxien ta' kuljum tagħhom għandhom interess partikolari li din iż-żona tibqa' ħajja u li jkun hemm imġieba tajba.", "Madankollu mhux kollox jiddependi minnhom.", "Ta' interess partikolari kien ukoll li l-pulizija ħadet sehem f'dawn it-tip ta' laqgħat li kienu organizzati mill-GRTU.", "Ma nafx jekk kienx hemm min qed jitkellem f'isem iż-żgħażagħ għaliex dawn ukoll jidħlu f'din is-sitwazzjoni.", "Jiena stedint ukoll lill-Aġenzija Żgħażagħ.", "U nixtieq li kif għamilna mal-mistednin li kellna qabilkom nagħmlu l-istess ħaġa magħkom billi ngħidilkom li mhux nibdew u nispiċċaw il-laqgħa fuq dan is-suġġett illum.", "Jien ma niddejjaq xejn jekk inkomplu nitkellmu fuq dan is-suġġett f'laqgħat oħra u nistiednu wkoll numru ta' żgħażagħ li jkunu jistgħu jaqsmu magħna l-ideat tagħhom imma fuq dak li jista' iseħħ 'il quddiem aħna miftuħin għas-suġġerimenti tagħkom.", "Jien konxju li għal dawn il-laqgħat kien hemm ukoll l-involviment tal-kunsill lokali peress li dawn huma l-gvernijiet lokali u allura ma tistax tiddiskuti issue partikolari f'lokalità mingħajr ma tinvolvihom.", "Naf ukoll li f'Paceville hemm il-Kunsill Amministrattiv u allura ħsibt li jkun tajjeb li fl-ewwel laqgħat ta' dan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, li fih għandek deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra, ikollna wkoll rappurtaġġ minnkom kollha involuti f'dawn il-laqgħat sabiex aħna l-membri nkunu nafu fejn waslu dawn il-laqgħat.", "Aħna jimpurtana li nkunu nafu mhux għall-kurżità imma għaliex huwa dmirna, bħala deputati, mhux li nindaħlu jew li nikkondizzjonaw lil kulħadd u lil kollox, imma jekk nistgħu nkunu ta' għajnuna sabiex ċerti preokkupazzjonijiet jittaffew, aħna lesti li nkunu disponibbli sabiex noffru l-għajnuna tagħna.", "Hawnhekk inħares lejn Dr Farrugia li f'isem il-ġenituri ħa din il-prassi.", "Inħares lejn is-sindku u lejn iċ-Chairman tal-Kumitat Amministrattiv ta' Paceville u San Ġiljan u noffrilu wkoll l-għajnuna tagħna.", "Inħares lejn il-GRTU u filwaqt li nirringrazzjahom ngħidilhom li aħna disponibbli għalihom sabiex dak li huma bdew, aħna nissostanzjawh u naraw li jasal fi tmiem konklussiv tajjeb.", "Inħares lejn il-pulizija u ngħid li għandna nirrikonoxxu u napprezzaw il-ħidma tagħhom għax xi kultant ikollhom jaħdmu bl-inqas numru possibbli ta' nies biex iżommu l-kontroll u l-ordni f'post fejn ikun hemm festa kuljum!", "U allura rridu napprezzaw ukoll dak ix-xogħol.", "Għalhekk, fl-opinjoni tiegħi rridu nitilqu minn hawnhekk f'dan il-vjaġġ ta' ħsieb, fejn naqsmu l-ħsebijiet u l-preokkupazzjonijiet tagħna flimkien.", "Ejjew inkunu ġenwini għax hawnhekk qed nitkellmu fuq issue partikolari li hija ta' preokkupazzjoni għal ħafna ġenituri, anke jekk dawn ma jitkellmux fuqha.", "Permezz tagħkom dan il-Parlament qed ikun miftuħ sabiex jiddiskuti l-imġieba soċjali f'Paceville.", "Se nkunu forsi qegħdin niftħu issue aktar partikolari dwar x'inhi l-imġieba taż-żgħażagħ tagħna, kemm f'Paceville kif ukoll f'postijiet oħra.", "Safejn jista' iwassal l-involviment tal-gvernijiet lokali tagħna?", "X'aħna nistennew mill-pulizija tagħna?", "Il-ġenituri x'inhuma jistennew bħala protezzjoni għal uliedhom u x'suppost nistennew li l-ġenituri jagħmlu ma' uliedhom?", "Dawn huma mistoqsijiet li forsi wieħed jista' iqanqal imma nistenna li nisma' aktar mistoqsijiet minn għandkom fuq din l-introduzzjoni li għamilt, anke għall-fini biex ikollna rapport li jkun miftuħ kemm jista' ikun.", "Min-naħa tiegħi rrid infakkarkom li meta tkunu qegħdin titkellmu hawnhekk se tkunu qegħdin tiġu trasmessi live u allura ladarba l-kelma tkunu ħriġtuha ma tkunux tistgħu treġġgħuha lura.", "Għaldaqstant nitlob responsabilità min-naħa tagħkom u nitlob il-ġenwinità kollha tagħkom.", "Għalkemm forsi taħsbu li ħadd ma jkun qed jismagħna, jista' ikun hemm il-ġurnalisti li jkunu qegħdin isegwu min-news rooms tagħhom u jista' ikun ukoll li jkun hemm xi nies oħra li qegħdin jisimgħu din il-laqgħa permezz tal-internet ukoll, u allura nitlobkom tkunu konxji li dak li qegħdin tgħidu huwa pubbliku u tridu tkunu responsabbli għalih.", "Nixtieq l-ewwel nagħti l-kelma lir-rappreżentanti min-naħa tal-GRTU, wara nisimgħu lil Dr Farrugia f'isem il-ġenituri u mbagħad nisimgħu lill-pulizija.", "Wara nisimgħu wkoll lir-rappreżentanti min-naħa tal-gvern lokali u lill-Aġenzija Żgħażagħ.", "IS-SUR PHILIP FENECH (Deputy President GRTU): Minbarra li jien Deputy President tal-GRTU nirrappreżenta wkoll lis-settur tat-turiżmu u d-divertiment.", "Jiena wkoll imprenditur u għandi negozju f'Paceville fejn ilni hemmhekk għal dawn l-aħħar 30 sena.", "Se nibda d-diskors tiegħi billi nagħti ftit introduzzjoni qasira fuq l-industrija tad-divertiment billi ngħid li din jien naraha bħala l-pent-up tensions tan-nies, fis-sens li jkollok turisti li jkunu ilhom sena jaħdmu u jiġu biex jiddevertu jew ikollok studenti li jkunu ilhom jaħdmu fuq it-teżi tagħhom jew nies li jkunu għaddejjin minn perjodu diffiċli fil-ħajja tagħhom jew inkella bil-kontra, ikunu qegħdin jiċċelebraw xi okkażjoni; negozjant li ħa business deal jew ikun sejjer tajjeb jew grupp ta' persuni li jkunu qegħdin jiċċelebraw xi birthday jew xi anniversarju.", "Naturalment l-industrija tad-divertiment ħafna drabi hija bbażata fuq ix-xorb.", "Issa se nagħmel introduzzjoni forsi ftit aktar wiesgħa fuq Paceville.", "Paceville mhuwiex dak il-post - u f'dawn l-aħħar 30 sena rajtu jitbiddel jien – li jaħsbu li hu u ċjoè li hu post għaż-żgħażagħ biss.", "Mhuwiex sew li ngħidu li Paceville huwa għaż-żgħażagħ.", "Fil-fatt hemmhekk għandek conglomerate sħiħa ta' 5-star hotels, għandek family entertainment bħalma huma complexes, restaurants, bowling, cinemas u casinos.", "U allura nistgħu ngħidu li l-value added li jagħti Paceville lill-pajjiż huwa on a 24 hour basis.", "Hemmhekk għandna wkoll cafeterias li jibqgħu miftuħin 24 siegħa.", "Issa llum forsi se nikkonċentraw aktar fuq dik li hija law and order f'Paceville.", "Fil-fatt dan l-aħħar - Dr Anthony Farrugia sar ħabib ħafna tiegħi wara li t-tifel tiegħu kellu dak l-inċident li dwaru forsi jkun jista' jgħidilkom aktar fuqu huwa stess – iltqajt ma' Dr Anthony Farrugia - jien kont wieħed minn tal-ewwel li kellimtu - u għedtlu kemm kont qiegħed nieħu pjaċir talli ried jgħin aktar biex forsi jkollna management aħjar tal-area ta' Paceville.", "Li nista' ngħid hu li l-industrija tad-divertiment fi 30 sena nbidlet ħafna.", "Anke meta kien hemm sitt postijiet biss fl-area u jien kont wieħed minn tal-ewwel … Dan l-aħħar ktibt artikolu fejn għedt li 30 sena ilu kien ikun hemm inkwiet aktar serju milli hemm illum u tgħidx kemm attakkawni fil-blogs!", "Ma nieħux gost insemmi affarijiet negattivi imma 30 sena ilu niftakar minn tal-inqas erba' postijiet li kienu tajjruhom bil-bombi!", "Issa hawnhekk mhux qed nitkellem b'mod politiku imma jista' ikun hemm rivalry bejn negozji.", "Kien hemm ukoll affarijiet bħall-protection money u kien hemm ċerti klikkek ta' nies.", "Illum li l-area tieħu madwar 20,000 persuna li jkunu qegħdin jiċċaqilqu minn post għal ieħor mhux se ngħid li ma jkunx hemm inkwiet għax l-inkwiet xorta għadni narah u kull inkwiet huwa serju, imma ħafna drabi jkun petty.", "Bħala volum jista' ikun ikbar imma mhuwiex crime kkalkulat bħalma kien ikun hemm fil-passat.", "Ħafna mill-crime jkun ġej minn juvenile delinquency, jiġifieri minn studenti u hekk.", "Pereżempju, jekk naraw ix-xahrejn li għadhom kemm għaddew, jiġifieri bejn Ġunju u Awwissu nsibu li ċertu nkwiet ġej mil-language school students.", "Jekk jidħol vapur tan-navy jista' ikollok l-inkwiet ukoll, għalkemm f'dawn l-aħħar snin rajna li l-baħrin m'għadhomx jaqilgħu daqshekk inkwiet meta kkomparat ma' dak li kien jiġri fil-bidu, meta kienu jaqilgħu ħafna inkwiet.", "Ovvjament hawnhekk qed immur lura 25 sena ilu u anke 30 sena ilu.", "Pereżempju, jista' ikollok f'pajjiżna xi tim tar-rugby li jaqilgħulek ċertu inkwiet.", "Jew bħalma kellna waqt il-logħob tal-futbol u jkollok xi tim barrani li ġew jilagħbu kontra Malta.", "Hawnhekk qed insemmi affarijiet li fihom ikunu nvoluti t-turisti.", "Imbagħad għandek inċidenti li jinqalgħu minn żmien għal ieħor bejn Maltin u Maltin.", "Pereżempju, ir-rivalità fuq xi festa, tnejn mill-istess raħal u dawn l-affarijiet, fejn dawn ġew hemmhekk u ltaqgħu jew ikollok problemi f'każ ta' koppja, fejn ikun hemm xi ħadd li kellu xi problema mat-tfajla jew mal-mara tiegħu u ġie jfittixha u sabha hemmhekk ma' xi ħaddieħor.", "U b'hekk jinqala' l-inkwiet.", "Għalfejn qed insemmi dawn l-inċidenti kollha li jistgħu jinqalgħu fl-industrija tad-divertiment?", "Qed insemmihom għax l-industrija tad-divertiment hija wieħed mill-barometri li jindikaw dak li jkun qed jiġri fis-soċjetà; tista' tara x'tensjonijiet hemm, tista' tara kif inhi sejra l-ekonomija mill-mod ta' kif ikunu qegħdin jonfqu n-nies u mill-abbundanza ta' kif qed jixorbu.", "Mill-mod ta' kif jixorbu tista' tara wkoll il-frustrazzjoni tan-nies.", "Mela hawnhekk – u jien qiegħed dejjem nitkellem mil-lat ta' management ta' post ta' divertiment – inti qed tara dawn l-enerġiji kollha f'daqqa u allura trid tkun lest għal kollox.", "Ħafna drabi aħna nispiċċaw hemmhekk aktar bħala counsellors fejn dak li jkun jiġi jkellmek fuq il-problema li jkollu jew inkella xi ħadd jieħu grazzja miegħek jew bil-kontra ma jieħux grazzja miegħek għal xejn b'xejn u jkun irid jaqlagħlek inċident.", "U dan jiġri għax il-pent-up tensions tiegħu ma jkunx jaf jikkontrollahom.", "Issa inti għandek ċertu stabbilimenti kbar li jkollhom is-security tagħhom imma mbagħad għandek postijiet żgħar li ma jkollhomx.", "Imma anke meta jkollok is-security f'post, dawn x'jagħmlu?", "Xogħolhom hu li ma jaqilgħux l-inkwiet ġol-post u allura jitfgħuhom 'il barra.", "Issa jekk inti m'għandekx back-up force fuq barra li se jiġri hu li min kien se jaqla' l-inkwiet fi stabbiliment u ġie mitfugħ 'il barra, jew se jibqa' jaqlagħlek l-inkwiet barra jew inkella se jmur ġo stabbiliment ieħor u jaqla' l-inkwiet hemmhekk.", "Aħna issa drajnihom dawn l-inċidenti u allura huwa importanti li jkun hemm sistema ta' pulizija.", "Ma rridx nagħmel analiżi għal xahar jew għal sena imma rrid nagħmel analiżi għal snin twal.", "Kien hemm ċertu perijodu fejn kien hemm sistema strutturata u kienet dejjem qiegħda hemm, fejn kulma kien jinqala', dejjem kien ikollok back-up.", "Issa nifhem ukoll - għax tkellimt ħafna drabi mal-Kummissarju, mal-Assistent Kummissarju tad-distrett u anke mas-Supretendent – li ġieli ma jkollhomx l-ammont ta' pulizija li jkun hemm bżonn, l-aktar meta jkollok il-festi fis-sajf.", "Il-biża' tiegħi hu li ma jistax ikollok perijodu tas-sena fejn tgħid li f'dak iż-żmien m'għandix bżonn pulizija għax dak li ma jseħħx fi tliet xhur, iseħħ f'darba għax ikollok bniedem wieħed li jħarbatlek post!", "Jiġifieri ma tistax tgħid li inti għandek bżonn biss il-pulizija fil-peak season.", "Pereżempju, dan l-aħħar qegħdin naraw – u minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-pulizija kif ukoll lill-avukat - kontinġent akbar ta' pulizija.", "L-iktar importanti – għalkemm tad-distrett huma importanti wkoll għax jagħmlu x-xogħol tagħhom – u l-aktar effettivi huma l-membri tal-SAG.", "Qed ngħid hekk għax il-pulizija tad-distrett mhumiex attrezzati għal meta tinqala' xi kommozzjoni u minn dawn iseħħu għax jibdew jidħlu persuni oħra fl-affari u minn sempliċi ġlieda bejn tnejn tispiċċa f'sitwazzjoni!", "Il-membri tal-SAG huma mħarrġa u allura jaqbdu lil min ikun involut – dawn rajnihom f'dawn l-aħħar xhur – u jeħduh ġol-vann tagħhom u qisu ma ġara xejn.", "Ħafna drabi l-pulizija tad-distrett tiddependi fuq kemm il-pulizija li jkun hemm dakinhar ikun fih persuna jew le u fuq jekk għandux esperjenza jew le!", "L-appell tiegħi mhux qed nagħmlu minħabba dak li ġara … Fil-fatt dan l-aħħar naqsu l-pulizija għalkemm veru wkoll li x-xogħol naqas imma importanti li kemm jista' ikun il-membri tal-SAG ikunu hemmhekk il-ħin kollu, u l-pulizija tad-distrett, minflok ikunu f'area waħda biss, nixtieq li jkunu aktar ġo fixed points ma' kullimkien għax ħafna drabi jekk jinqala' inċident f'area partikolari, sakemm wieħed jgħajjat lill-pulizija, sakemm jaslu miċ-ċentru jilħaq jgħaddi ċertu ħin.", "IS-SUR PAUL ABELA (President GRTU): Jien se niftaħ ftit aktar fuq dan is-suġġett.", "Ovvjament is-Sur Philip Fenech qiegħed on the ground għax għandu stabbiliment f'dik l-area imma jien qiegħed nirrappreżenta n-negozji.", "Jien ngħid li bħala GRTU għandna wkoll is-social responsibility, jiġifieri rridu nneħħu l-mentalità li dejjem irridu nwaħħlu f'xi ħadd.", "U allura nibdew inwaħħlu f'tal-ħanut.", "Jien niddefendi iżjed lil tal-ħanut.", "Kif għedt hawn Malta qisha xi ħaġa normali li nibdew nippontaw subgħajna lejn il-pulizija jew lejn xi ħaddieħor.", "Dejjem hekk sejrin.", "Jien għandi esperjenza ta' għaxar snin bħala sindku tas-Swieqi u nista' ngħid li l-problema ta' Malta kienet dik li l-valuri bdew jispiċċaw.", "Irridu nitilqu minn 30 sena ilu kif semma s-Sur Philip Fenech għax dak iż-żmien kellna ħafna valuri filwaqt li llum ma nafx x'fadal.", "U allura l-aspett ta' Paceville u ta' kull post ieħor ta' divertiment f'Malta u Għawdex irridu nieħduh f'dak l-aspett.", "Li kieku kellna nkejlu fejn qegħdin fejn niġu?", "Fejn inżilna?", "Jekk kellna għaxar valuri kemm fadlilna minnhom illum?", "Issa minbarra li jien nirrappreżenta s-settur tal-kummerċ, jien għandi wkoll ħamest itfal, fejn l-ikbar waħda għandha 37 sena u l-iżgħar waħda għandha 21 sena, u allura r-riċetta ta' Paceville kważi nafha kollha għax ovvjament jilħqulek it-tfal u jkollok dak il-perjodu sakemm ma jkollhom lil ħadd li jibdew imorru Paceville.", "Imbagħad malli jkollhom il-boy friend jew il-girl friend qishom jibdew jirtiraw minn hemm għax jew jittantawilhom jew jittantawulha.", "Imma fl-aħħar mill-aħħar jiena ngħid li rridu naraw li r-riċetta ma tkunx ta' dak il-ħin.", "Kellna problema rigward l-alkoħol u xi ħadd ġietu l-idea li jekk ma tibqax isservi alkoħol wara d-9.00 p.m. se tneħħi l-abbużi.", "Imma din ir-riċetta għamilniha mgħaġġla u ta' dak il-ħin.", "Hawnhekk qed ngħid għal-legal notice 96/11 u li mbagħad ġiet emendata bit-228/11.", "X'ġara b'din ir-riċetta?", "L-ewwel bdejna li trid tagħżel; jew tbigħ ix-xorb jew ma tbigħx ix-xorb u mbagħad ġejna f'konklużjoni li wara d-9.00 p.m. il-confectioneries ma jistgħux ibiegħu xorb alkoħoliku.", "Illum kien hemm laqgħa mal-Onor.", "Jason Azzopardi u l-pulizija fejn il-pulizija qed jgħidu li qed isibu x-xorb ġol-karozzi!", "Mela dan qisek mort għand tabib u għedna li jekk naqtgħu x-xorb wara d-9.00 p.m. se nsolvu l-problema mentri ma solvejna xejn!", "Jien ukoll kelli tfal u ġieli tarahom ħerġin mid-dar b'borża tal-plastik f'idejhom.", "U jispiċċa min jieħu flixkun vodka miegħu u min jieħu flixkun inbid.", "Jiġifieri li tgħid se naqta' din il-biċċa biex insolvi l-problema … Jien qed ngħid li għandu jkun hemm responsabilità ħolitistika fejn kulħadd jerfa' ir-responsabilità tiegħu.", "Issa hawnhekk qiegħed nirriferi wkoll għall-familji u mhux noqogħdu ngħidu li jiena ħadt it-tfal hemmhekk, issa hemm il-pulizija jew tal-bar u jieħdu ħsiebhom huma.", "L-ewwelnett anke kif imorru mlibbsin u l-attitudni tagħhom, jiġifieri rridu naraw din il-kwestjoni minn kullimkien u mhux nibdew ngħidu dak jew l-ieħor.", "Jiena naħseb li jekk kulħadd jagħti l-kontribut tiegħu u naraw f'liema sitwazzjoni naslu bħala pożizzjoni, inkunu nistgħu mbagħad ngħidu x'riċetta għandna nużaw u dik ir-riċetta għandha tiġi monitored il-ħin kollu.", "Qed ngħid hekk għax xi kultant nagħmlu l-affarijiet bis-sulluzzu.", "La qed nitkellmu fuq Paceville naħseb li issa l-gazzetti ta' għada kollha se jitkellmu fuq Paceville u dan il-post se jibqa' on top sakemm jgħaddi ftit taż-żmien u jispiċċa kollox!", "Nafu li l-media sakemm tagħtiha affarijiet negattivi … Aħna tal-GRTU jekk ngħidulhom li għandna aħbar sabiħa forsi jiġu żewġ ġurnalisti imma jekk ngħidulhom li se nagħmlu strike x'imkien tarahom kollha ġejjin!", "Fl-aħħarnett nerġa' nappella sabiex nieħdu sehem ilkoll flimkien għaliex b'dan il-mod naħseb li nkunu nistgħu nsibu soluzzjoni.", "DR ANTHONY FARRUGIA (Rappreżentant tal-Grupp ta' Azzjoni għas-Sigurtà f'Paceville, GASP): L-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Vassallo għall-istedina li għamilli sabiex inkun preżenti llum magħkom hawnhekk u nesprimi l-pożizzjoni tal-grupp li jiena nifforma parti minnu u nagħti l-fehmiet ta' dan il-grupp fir-rigward ta' dak li kien qed jiġri u l-pożizzjoni tal-grupp illum fil-konfront tal-atmosfera eżistenti.", "Il-grupp tiegħi nibet minn inċident sfortunat li kont involut fih personalment avolja l-inċident tat-tifel tiegħi mhuwiex il-qofol tal-mira ta' dan il-grupp.", "Veru li nibet minn hemm imma aħna xtaqna li l-focus tal-inizjattiva ta' dan il-grupp jieħu format differenti.", "Sibna li ladarba ħriġna fil-pubbliku bil-fehmiet tagħna ta' dak li jeżisti f'Paceville, u ta' dak li suppost ikun hemm f'Paceville, ġejna inundati minn fehmiet minn kull naħa tal-pajjiż, sija ġenituri, sija rappreżentanti ta' skejjel eċċ. Il-ħabib tiegħi s-Sur Philip Fenech tkellem rigward l-aspett tan-negozji imma kulmin kellu xi forma ta' opinjoni jidher li ħa dik l-okkażjoni sabiex jesprimi l-opinjoni tiegħu.", "Aħna sibna li kien hemm qbil minn kulħadd li f'Paceville kien hemm problema u li din il-problema ma setgħetx tibqa' tiġi injorata.", "Il-ħabib tiegħi s-Sur Philip Fenech għamel riferenza għas-sitwazzjoni f'Paceville 30 sena ilu u llum.", "Jiena ma nixtieqx nidħol fuq dik id-differenza.", "L-ordni pubblika f'Paceville hija l-ordni pubblika f'parti mill-pajjiż li huwa Malta, u allura jekk hemm esiġenzi partikolari f'Paceville, bħala żona ta' Malta, dawk l-esiġenzi għandhom jiġu indirizzati b'mod serju u nixtiequ nevitaw li nerġgħu nisimgħu espressjonijiet li juru l-biżgħa li jista' jiġi fformat xi police state ġewwa Paceville!", "Fil-fatt din kienet l-ewwel reazzjoni li ħarġet u li fil-fehma tagħna kienet pjuttost offensiva.", "U kien proprju minn hemmhekk li l-aktar li ħa enerġija l-grupp tagħna għaliex aħna bdejna nistaqsu x'se nispiċċaw nagħmlu minħabba din il-biżgħa infondata li noħolqu police state?", "Police state jippreżenta terminu ripressiv, ta' ripressjoni u mhux ta' fiduċja fil-pulizija bħalma għandu dan il-grupp.", "Mela allura se nsarrfu s-sigurtà ta' uliedna għax qegħdin nibżgħu nieħdu stand u nagħmlu dak li hemm bżonn għar-rigward ta' din iż-żona li tiġbor fiha tant attività.", "M'hemm l-ebda dubju li Paceville huwa post intensiv u li jara densità enormi ta' nies li jinżlu f'din l-area ta' nofs mil kwadrat kollox.", "U allura bħalma jkun hemm l-esiġenzi waqt festa, waqt logħba waterpolo jew waqt logħba football, din hija sitwazzjoni permanenti fejn dawn l-esiġenzi jeżistu l-ħin kollu u allura hemm bżonn li jiġu indirizzati.", "Kif beda jiżviluppa d-dibattitu beda jirriżulta li kien hemm nuqqas ta' riżorsi.", "Irriżultalna wkoll li diġà kien jeżisti dibattitu u li d-diskussjoni fuq dan is-suġġett kienet ilha teżisti s-snin.", "Min jgħid kelma u min jgħid oħra, jittieħdu xi miżuri u mbagħad jieqaf kollox sakemm nerġgħu nibdew bl-istess problemi.", "It-tifel tiegħi ġie mhedded permezz ta' flixkun imkisser u għall-grazzja t'Alla ma ġara xejn.", "Ftit ġimgħat wara ġuvnott qala' daqqa ta' sikkina!", "L-esperjenzi li bdejna nisimgħu dwarhom mill-ġenituri u miż-żgħażagħ dwar min jaqla' daqqa ta' tazza għax intefgħet tazza minn naħa l-oħra ta' club jew fit-toroq, u minn hemm u minn hawn urewna biċ-ċar li ma setax ikun li nibqgħu sejrin hekk għax konna qed noqogħdu kwieti ma ngħidu xejn sakemm imbagħad tinqala' xi traġedja biex – imma wara kulħadd għaref - nibdew nieħdu l-passi.", "Jien ma kontx ippreparat li noqgħod nistenna sakemm terġa' tinqala' xi ħaġa oħra lit-tifel tiegħi jew lit-tfal tal-ħbieb tiegħi u noqgħod ma nesprimix ruħi b'dan il-mod.", "U nista' ngħid li jien sodisfatt ħafna li bħala riżultat ta' din l-inizjattiva r-rappurtaġġ li nirċievi kemm minn barranin, kif ukoll minn Maltin … Fil-fatt jien dejjem nistaqsi lit-tfal tiegħi x'raw meta telgħu Paceville u b'sodisfazzjon kbir ngħid li l-fiduċja li aħna dejjem esprimejna fil-pulizija vvendikat ruħha.", "Dan għaliex matul is-sajf irriżultalna li l-pulizija ħadu l-passi meħtieġa, b'mod partikolari bl-użu tal-SAG biex is-sitwazzjoni li kien hemm f'Paceville tiġi riżolta f'ċertu mod.", "Għad hemm x'wieħed jgħid u għad hemm x'jiġi evolut imma żgur li passi ttieħdu u allura kellna l-prova li effettivament, jekk irridu nsibu r-riżorsi, dawn insibuhom.", "Kien hemm bżonn li jweġġgħu xi tfal biex jittieħdu dawn il-miżuri?", "Jien ngħid li le, ma kellniex għalfejn nistennew li jiġru l-inċidenti, l-inċidenti kienu jiġru u għadhom jiġru, bid-differenza li llum hemm deterrent viżibbli, hemm il-mezz ta' kif wieħed jirreaġixxi u allura huwa mezz ideali għax l-SAG huma mħarrġa biex jintervjenu f'sitwazzjonijiet perikolużi, u xi kultant perikolużi ħafna, filwaqt li nies oħra, pulizija u mhumiex, jiddejqu li jintervjenu f'sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Jien avukat li nipprattika fil-Qorti tal-Maġistrati u naf b'inċidenti bejn nies li jwaħħxuk tħares lejhom biss, aħseb u ara li jkollok xi tgħid magħhom!", "Għaldaqstant hemm bżonn li f'ambjent intensiv bħalma hu Paceville, ir-riżorsi tal-pulizija għaż-żamma tal-ordni pubblika jkunu effettivi u intensivi.", "Il-grupp GASP huwa intenzjonat li jibqa' jissorvelja s-sitwazzjoni.", "Konna beħsiebna noħorġu dokument li fih nagħtu s-suġġerimenti tagħna rigward x'naħsbu li jista' isir fil-korp tal-pulizija.", "Fi ħdan il-grupp għandna wkoll ex-uffiċjali tal-pulizija bħas-Sur Peter Paul Zammit li llum huwa avukat.", "U allura nħoss li ma konniex prużuntużi, jiġifieri tkellimna u qed nagħmlu l-istudji tagħna permezz ta' nies imħarrġin u li għandhom l-esperjenza.", "Il-fatt hu li aħna ma nippretendux li nistgħu ngħallmu lill-pulizija kif għandhom jagħmlu d-dover tagħhom, anzi wrewna li jafu jagħmluh.", "Nittama li din l-inizjattiva li bdejna aħna u li kellha l-effett tal-lum, jiġifieri li niltaqgħu magħkom hawnhekk sabiex noħolqu diskussjoni, toħloq ukoll sitwazzjoni fejn il-pulizija jkunu jistgħu joħorġu bi pjan strutturat sabiex iż-żamma tal-ordni pubblika tkun mhux iktar fenomenu imma prassi konsistenti kif jixraq lil pajjiżna, kif jixraq lil dik iż-żona partikolari għaliex din hija wkoll il-mera tal-pajjiż tagħna minħabba l-intensità kbira ta' turisti li jżuruha u jagħmlu l-esperjenzi tagħhom f'pajjiżna u li mbagħad jieħdu dawk l-esperjenzi lura magħhom.", "Naħseb li huwa fl-interess ta' kulħadd, mhux biss tal-ġenituri, li din l-inizjattiva tibqa' tiġi segwita.", "IS-SUR RAYMOND ZAMMIT (Assistent Kummissarju): Ħadt pjaċir ħafna nisma' lill-kelliema jitkellmu fuq dan is-suġġett.", "Jiena ilni għal dawn l-aħħar sentejn responsabbli mill-area ta' Paceville u li nista' ngħid hu li b'ruħi u b'ġismi tfajt saqajja mal-art biex nara eżattament x'hemm ġewwa Paceville.", "Kif jista' jgħid is-Sur Philip Fenech, aħna għamilna taħdidiet u laqgħat biex naraw x'hemm u x'm'hemmx.", "U se jkolli nerġa' insemmi dak li semmew sħabi li tkellmu qabli u ċjoè li Paceville ilu 30 sena jopera u l-bidla li saret f'dan il-post hija xi ħaġa inkredibbli.", "Xi ħaġa li dejjem staqsejt dwarha – li ħallitni skantat – kienet fuq il-pjan ta' kontinġenza f'Paceville, fejn jiddispjaċini ngħid li dan il-pjan ma jidhirx li jeżisti.", "Jekk ngħidu li kieku jiġri xi ħaġa f'Paceville x'se taqbad tagħmel ngħidlek li ħadd ma jaf u li jekk jiġri xi ħaġa, l-għada filgħodu l-pulizija ma jkunux jafu x'se jagħmlu.", "Issa kemm jesa' nies Paceville?", "Kull bar li hemm f'Paceville kemm jesa' nies?", "Kemm jista' f'ħin wieħed ikollok nies versus in-numru ta' pulizija li se jimmoniterjaw il-post?", "Dawn mhumiex affarijiet li għandhom biss x'jaqsmu ma' massa ta' nies imma huma marbuta wkoll ma x'jiġri jekk jinqala' inċident.", "Pereżempju, jekk allaħares qatt jisplodi ċilindru tal-gass jew xi inċident bħalma kellna dan l-aħħar fejn bniedem jaqla' daqqa ta' sikkina, kif se topera u ma toperax?", "Trid tara li l-area tiegħek qiegħda kif suppost biex lil dak li jkun tagħtih servizz aħjar u nista' ngħid li dejjem ikollok minn dawn il-problemi, fosthom id-dħul u l-ħruġ minn Paceville bl-ammont kbir ta' vetturi li jgħaddu minn hemmhekk u li b'xi mod ipprovajna nindirizzaw din l-issue billi wżajna l-Luxol Ground - speċjalment f'events kbar - bħala park & ride.", "Naħseb li din naqqsitilna biċċa mill-problema mhux ħażin imma mbagħad insibu affarijiet oħra.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-għeluq u għall-ftuħ tal-bars.", "Dawn jagħlqu bieba fl-4.00 a.m. u sekonda wara jiftħu l-bieba l-oħra, jiġifieri ma jagħlqu xejn.", "Paceville ma jistrieħx.", "Jiena ġieli mort bejn il-5.30 a.m. u s-5.45 a.m. u jkun għad hemm in-nies.", "Jiena ngħid li jekk ikollu jiġri inċident, – hawnhekk hawn is-Supretendent li jista' jagħti rendikont huwa wkoll – biex ngħid hekk, dan aktar isir f'dawk is-sigħat tal-aħħar tal-attività milli forsi fil-ħinijiet ta' bejn 12.00 a.m. u s-2.00 a.m. Fis-1.00 a.m. tkun għadha proprju se tibda l-attività f'Paceville.", "Qabel ma jibda xejn għax kulma jkollok huwa massa ta' nies, kulħadd bħan-nemel, jara fejn se jmur u ma jmurx.", "Ħalli ngħidlek x'ifisser, dejjem fl-opinjoni tal-pulizija, li naqsam dawn l-opinjonijiet ma' sħabi l-pulizija u l-aktar li nitkellem huwa mas-Sur Philip Fenech, fejn ġieli għamilna laqgħat mal-operaturi kollha tal-bars u min xtaq jiġi seta' jiġi.", "X'inhu jiġri?", "Aktar ma jkun hemm storbju, aktar ma jkun hemm mużika għolja u aktar ma jkun hemm daqq sfrenat, - ovvjament aħna mbagħad irridu naqbdu l-liġi u naraw xi tgħid fuq ħinijiet, xi ħaġa li dejjem jiskolaw fuqha - aktar iż-żgħażagħ jifferoċjaw.", "Nhar is-Sibt li għadda għalaq bar għax kien hemm mara barranija qiegħda tiżfen topless.", "Ma nistax nimmaġina kif laqgħuh in-nies li kien hemm ġewwa sakemm ħarġu għax l-imġieba taż-żgħażagħ hi dik li hi, voldieri dan kollu għaddej kontinwament u ma jaqta' xejn.", "Il-biċċa tax-xogħol l-oħra li semmewha hawnhekk hija fuq l-imġieba taż-żgħażagħ u fuq l-ilbies taż-żgħażagħ.", "X'baqa' indiċenti llum?", "Jien ma nafx u hawnhekk bqajt daqsxejn mistagħġeb u biex ngħid hekk ħassejtni ftit offiż b'ritratt li ġie ppubblikat proprju din il-ġimgħa stess.", "L-ewwelnett nistaqsi jekk huwiex meħud veru hawn Malta dan ir-ritratt li qed juri żewġ tfajliet qegħdin kif qegħdin.", "Jien biex inkun onest wieħed milli ndurhom u qatt ma rajthom.", "Din l-atmosfera li hawn fir-ritratt qatt ma rajtha.", "Voldieri jekk issa l-media, b'xi mod, qiegħda tpinġi dan kollu li qed isir ġo Paceville ma nafx jew f'postijiet oħra bħalma għandna n-naħiet tar-Rabat, Attard, eċċ., inkluż Għawdex għax jien responsabbli minn Għawdex ukoll.", "Dik hija xi ħaġa oħra li rridu narawha.", "Issa jekk immorru fuq l-alkoħol nafu li lil persuni ta' taħt is-17-il sena ma tistax isservihom alkoħol.", "Imma ta' kemm jistgħu jibdew jitilgħu Paceville?", "Għandna età?", "Il-liġi kriminali tgħidlek li sa disa' snin mhumiex responsabbli imma huma l-ġenituri responsabbli.", "Minn disa' snin sa 14-il sena għandek il-ġenituri responsabbli dejjem, sakemm ma jagħmlux xi ħaġa b'intenzjoni u mbagħad minn 14-il sena 'il fuq tidħol età oħra.", "Imma mil-liema età?", "Għandna age bracket minn meta jistgħu jersqu lejn Paceville?", "Issa pereżempju, bdejna bit-teen parties li qed isiru kullimkien u jgħidulek li lil dawn qbadnihom minn Paceville, minn Gianpula u minn Numero Uno tal-kbar u qed nagħmlu t-teen parties kullimkien, anke ġo farmhouses.", "Imma għalissa se mmorru fuq dawk il-business outlets li huma bil-permess.", "U ta' 17-il sena qed imorrulna hemmhekk.", "Imma minn kemm età jistgħu jmorru?", "Għax pereżempju, meta taqra l-gazzetti f'għajnejn il-pulizija jkun hemm anke ta' 10 snin u ta' 11-il sena.", "Mela jien jew sħabi nistgħu mmorru nwaqqfuhom jekk m'hemmx liġi li tgħidlek hekk?", "Mela jien għandi 16-il sena u ħija għandu għaxar snin, ngħidlu imxi mmorru hemmhekk fejn suppost m'hemmx alkoħol.", "Issa anke biex nagħmlu l-monitoring ta' dawn l-affarijiet hija xi ħaġa oħra.", "U barra minn hekk hemm il-problema li dawn it-teen parties aħna ma nkunux nafu bihom.", "Proprju l-bieraħ stess ġietna applikazzjoni biex aħna mmorru naraw kif se jsir dan il-party u biex nagħtuhom il-kondizzjonijiet tal-pulizija.", "Hemm diversi kondizzjonijiet tal-pulizija.", "Dak kulma jrid hu li jmur għand tat-trading licence department u jgħidilhom li se jagħmel a one time event u li jrid japplika għaliha.", "Aħna qed ngħidu li għandhom jibagħtu għalina wkoll għax jekk dan il-party se jorganizzah Raymond Zammit, jien inkun naf min hu Raymond Zammit, nara l-kondotta tiegħu, nara x'hemm bżonn u nagħtih il-kondizzjonijiet.", "Jien ġieli mort f'dawn il-postijiet u ngħidlu lil dak li jkun biex inaddaf l-alkoħol kollu minn hemm u ma jħalli xejn.", "Mhux isakkru jew jitfgħu taħt il-bank imma jneħħih minn hemm.", "La deħlin iż-żgħażagħ għandu jaqbad u jneħħih!", "Hemm bżonn li dawn l-affarijiet nibdew nindirizzawhom kif suppost.", "Hawnhekk semmew ukoll x'qed insibu - u naħseb jien kont wieħed li qlajtha – f'dak li għandu x'jaqsam mal-alkoħol.", "Dawn l-affarijiet sibnihom anke barra minn Paceville, fejn inti tiftaħ il-boot tal-karozzi u tarahom bil-flixken tal-Vodka, tal-Gin u tal-inbid!", "U anke jħalltu dan l-alkoħol mar-Red Bull, jagħmlu cocktail u f'Paceville forsi ma jonfqux 1c għax ikunu diġà imdamdmin.", "Personalment din il-ħaġa esperjenzajtha u miegħi kien hemm is-Supretendent Gatt, fejn sibna żewġ tfajliet ta' 13 u 14-il sena fuq il-blat u kellna nibagħtuhom malajr l-isptar.", "Morna aħna stess l-isptar biex nistaqsuhom x'kienu xorbu.", "Aħna konna qed ninvestigawhom u dment li jkunu f'kondizzjoni li jitkellmu u b'ordni tat-tabib, morna biex nistaqsuhom x'kienu qegħdin jixorbu.", "U waħda minnhom qaltli li xtrat flixkun vodka, ħalltuh mar-Red Bull u marru Paceville.", "Rigward il-moralità u l-valuri tal-familji ssib li hawn min hu tajjeb, issib min hu ħażin u ssib lil min mhuwiex daqshekk tajjeb jew daqshekk ħażin.", "Anke meta tibgħat għall-ġenituri tagħhom kważi kważi tarahom iżommu magħhom.", "Allura minn fejn qiegħda tibda din il-biċċa tax-xogħol?", "Donnu li issa f'daqqa waħda esperimentajna li l-adulti u l-minuri spiċċaw u kulħadd kiber f'daqqa!", "Sirna bħat-tiġieġa, kemm ittaqqab naqra l-bajda u l-għada jkollok it-tiġieġa malajr!", "Meta mmorru fl-iskejjel u nagħmlu l-meetings u d-diskussjonijiet anke mal-ġenituri, qisu kulħadd irid id-dinja tiegħu.", "Jiddispjaċini nitkellem hekk imma qisu ħadd ma jrid iwaqqafha din.", "Min imur Paceville jara wkoll ġenituri lebsin indiċenti u jitkellmu vulgari.", "Fil-fatt tara nanniet ta' 60 sena jitbewsu fil-kantunieri!", "Allura dawn qed jagħtu eżempji tajbin?", "Jien m'għandi xejn kontra Paceville, anzi wieħed milli nitkellem magħhom open kemm jien u kemm sħabi.", "Huwa minnu li ġieli kien hemm l-għajta li Paceville ġibnih a police state imma naħseb li dik hija l-għajta tal-media.", "Is-Sur Philip Fenech semma' il-membri tal-SAG.", "Naħseb li throughout the year dejjem kellna preżenza ta' pulizija u ma naqbilx ma' min qal li ġieli ma kienx hemm pulizija.", "Ġieli minflok bgħatna 20 pulizija bgħatna għaxar pulizija imma ma ninsewx li jekk ikollna bżonn dejjem ikollna back-up min-naħa tal-Mobile Unit.", "Madankollu naħseb li hemm problema kbira u se ngħidha; kull outlet ġo Paceville għandu s-servizzi ta' bouncers li fl-opinjoni tiegħi huma - forsi la sħabi u lanqas il-pulizija ma jaqblu miegħi – armata oħra kontra l-pulizija.", "Ħalli nispjega għalfejn qiegħed ngħid hekk.", "Jekk jien immur biex nagħmel search inspection tarahom għaddejjin kollha bl-apparat … Deħlin il-pulizija, jien x'se nagħtihom?", "Jiena tajt ruling kif suppost għandha ssir din il-biċċa.", "Jekk ma jkunx hemm kumpanija waħda ta' sigurtà li verament tkun qiegħda tieħu ħsieb iċ-ċirku kollu ta' Paceville … Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk.", "Jekk jimpjegani dan, jien mhux lejn dan se mmur?!", "U din hija ta' toqol enormi.", "Aħna m'għandna xejn kontra s-security guards dment li dawn jagħmlu xogħolhom tajjeb.", "Imma li qed javżah mill-bidu bija … Issa jekk hemm xi ħaġa ħażina ġewwa u jekk forsi hemm il-pilloli eċċ, lili mhux qed iħallini nagħmel xogħli.", "Tmorru fejn tmorru Paceville se ssibu dak li qed ngħidilkom.", "Jiddispjaċini nitkellem hekk imma dik hi l-verità.", "Ġieli mort jien u jgħiduli ara ma tmissx il-loudspeakers u ara ma titkellimx.", "Inkun qed nissogra - biex inkun onest - għax forsi mhux qed inħallih jagħmel xogħlu, però xogħlu as such mhuwiex dak.", "Xogħlu hu li jekk issir xi ħaġa ħażina jżommha u għandu kull dritt li jgħajjat lill-pulizija, imma mhux li lili jiskurani b'dak il-mod li ma nkunx nista' nagħmel xogħli.", "Issa dwar l-uniformi ma rridux ninsew li aħna nibagħtu kemm lill-membri tal-SAG kif ukoll lill-pulizija tad-distrett ġewwa Paceville bl-uniformi.", "Nibagħtu wkoll gruppi ta' nies mid-Drug Squad u membri tal-A.L.E biex iduru kullimkien.", "Għamilna l-pulizija jduru x-xtut ta' San Ġorġ u mad-dawriet l-oħrajn kollha.", "Voldieri naħseb li bħala back up u bħala preżenza ta' pulizija kien hemm imma t-total ta' pulizija, all in all, mhux it-toqol tagħna biss imma naħseb li t-toqol ta' kulħadd għax ħadd ma jieħu pjaċir bihom.", "Morru filgħodu u arawhom għaddejjin.", "Aħna ġieli waqqafna tal-iscammel u ngħidulu x'qiegħed jagħmel dak il-ħin – ikunu s-6.00 ta' filgħodu - jiġbor ir-refuse meta għad hemm in-nies għaddejjin.", "Għalfejn?", "Għax m'hemmx ħin fi x'ħin nista' ngħidlek x'ħin għandek tnaddaf Paceville bħalma nagħmlu f'areas oħrajn.", "Fl-4.00 a.m. ħaddieħor jagħlaq.", "Issa jien mhux qed ngħidlu agħlaq il-bieb imma qed ngħidlu ejja ħa nsibu soluzzjoni.", "Hemm il-liġi u skont il-liġi nimxu.", "Rigward l-istorbju hemm problema.", "Dment li ma jkollna l-ebda apparat li b'xi mod qiegħed juri s-saħħa, il-volum li qed joħroġ barra … Kien hemm min għamel spiża li qabad u għamel double doors, glazing doors u għamel manuvri mod ieħor.", "Naħseb li naqqasna l-ħsejjes b'mod tajjeb ħafna imma mbagħad x'ħin tiġi biex tiftaħ u x'ħin tiġi biex tagħmel ċerti affarijiet x'ġara? 30 sena ilu kien hemm ħanut wieħed filwaqt li llum hemm għexieren.", "U naħseb li all in all hemm bżonn li jsir xi ħaġa u jien nibqa' nisħaq li għandna bżonn ta' pjan ta' kontinġenza għal area bħal din.", "Pereżempju, jien għadni kemm tlabt biex isir pjan ta' kontinġenza minħabba l-massa ta' nies u l-massa ta' ħwienet li għandek f'dik l-area.", "Meta għandek dubji dwar dak li jista' jiġri u fejn tista' tantiċipa li jista' jinqala' xi ħaġa u m'għandekx pjan dwar kif se taħdem … L-uniċi żewġ toroq li hemm kulħadd jiġri fihom, kulħadd isib fejn jiġri u jispiċċaw anke jaqbżu mill-galleriji imma aħna qed ngħidu li l-massa tan-nies li jkun hemm hemmhekk hija waħda kbira u allura għandu jsir xi ħaġa f'dan ir-rigward.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "IS-SUR STEPHEN GATT (Supritendent San Ġiljan): Sur President, ilni nagħmel ir-ronda f'Paceville għal dawn l-aħħar 18-il sena.", "L-ewwel bdejt bħala spettur u mbagħad anke meta kont ġejt transferred l-Imsida xorta bqajt indur Paceville fil-weekends, jiġifieri as such qatt ma qtajt minn hemmhekk.", "Nixtieq nitkellem dwar it-trend taż-żgħażagħ kif naraha jien matul dawn is-snin li ilni ndur dawk l-akkwati.", "Illum iż-żgħażagħ m'għadhomx tolleranti u jekk tnejn jaħbtu ma' xulxin minflok jiskużaw ruħhom għax laqtu lil xulxin, dak li jkun lill-ieħor jibagħtu jieħdu b'li għandu u naturalment minn hemmhekk jibdew l-argumenti!", "U hemmhekk fejn ħafna minn dawn l-affarijiet jiġu evitati bil-preżenza tal-pulizija u forsi dawn l-affarijiet ma tantx nagħtu kashom.", "Aħna ma mmorrux hemmhekk u mbagħad noqogħdu ngħidu ara x'sibna u solvejna ċerti affarijiet.", "L-affarijiet li jidhru koroh u li jidhru fuq il-gazzetta huma ftit ħdejn dawk l-affarijiet li l-pulizija tkun iltaqgħet magħhom u ppreveniet matul is-sigħat li tagħmel hemmhekk.", "Kif diġà għedt it-trend taż-żgħażagħ miexja lejn sitwazzjoni fejn it-tolleranza ma teżistix aktar, u dan qed ngħidu bejn il-Maltin stess u mhux bejn wieħed iswed u l-ieħor abjad.", "Li jkompli jgħin biex din is-sitwazzjoni tkompli tmur għall-agħar f'dak li għandu x'jaqsam mal-imġieba taż-żgħażagħ huwa mbagħad l-alkoħol.", "Kif qal l-Assistent Kummissarju, wara li tiġma l-alkoħol li jkollok ġo fik irid jgħaddi l-ħin u dak il-ħin ġeneralment ikun meta l-mużika tintefa' peress li l-mużika għandha tintefa' fl-4.00 a.m. imma l-ħwienet xorta jibqgħu miftuħin ibiegħu l-alkoħol.", "Fil-fatt ħanut jagħlaq fl-4.00 a.m. u jerġa' jiftaħ 4.00 a.m., li għalija hija waħda mill-anomaliji li teżisti hawn Malta u mhux f'Paceville biss.", "Hawnhekk jiddispjaċini ngħid li qisu l-ħażin kollu nassoċċjawh li qiegħed f'Paceville filwaqt li fil-ħwienet ta' xi raħal ma jsirx tipjip fihom jew ħadd ma jibqa' jixrob l-alkoħol!", "Skond il-media qisu f'Paceville biss jeżistu dawn l-affarijiet.", "Fl-opinjoni tagħna għandha tinbidel il-liġi fejn ladarba l-mużika tintefa' fl-4.00 a.m., mela allura għandu jingħalaq ukoll il-ħanut, li jfisser li fil-ħanut ma titħalliex klijentela fih u mhux kemm jingħalaq ix-shutter u n-nies jibqgħu fil-ħanut.", "Li tintefa' l-mużika u jingħalaq il-ħanut ifisser li l-ħanut għandu jiżvojta biex in-nies jitilqu għax inkella, kif qegħdin nagħmlu, il-mużika tieqaf imma n-nies tibqa' fil-ħanut sad-9.00 u sal-10.00 ta' filgħodu.", "Veru li l-maġġoranza titlaq fl-4.00 a.m. imma n-nies hemm ikunu u jkomplu jixorbu anke wara li tintefa' il-mużika.", "Aħna li naraw u niltaqgħu mal-inċidenti li jseħħu, naraw li l-inċidenti jseħħu wara s-2.00 a.m., wara t-3.00 a.m. u wara l-4.00 a.m., meta inti tkun ġemmajt ammont ta' alkoħol ġo fik u dan jibda jaħdem.", "Ħaġa oħra hi li l-alkoħol għalina l-Maltin forsi għandu prezz raġjonevoli imma għall-barranin il-prezz tal-alkoħol hawn Malta huwa rħis ħafna meta kkomparat ma' kemm jinbiegħ f'pajjiżhom.", "Fil-fatt dan l-aħħar kont qiegħed nitkellem ma' persuna mill-Finlandja li bdiet tgħidli li filwaqt li l-alkoħol hawn Malta tixtrih bil-€1 jew bit-€2.50, f'pajjiżhom tixtrih bit-€10.", "U allura forsi barra minn Malta l-prezz jagħmel differenza fuq it-teħid u l-konsum tal-alkoħol.", "Issa f'dak il-post jiltaqgħu ħafna żgħażagħ u l-post huwa magħmul proprju għaż-żgħażagħ.", "Għalkemm Dr Farrugia semma li hemm postijiet oħra u veru li jeżistu postijiet oħra għax jeżistu r-ristoranti, tajjeb ngħidu li dawn qegħdin fuq in-naħa l-oħra ta' Paceville u jinsabu fuq in-naħa tal-knisja.", "Fir-ristoranti jkun hemm ftit nies għax il-maġġoranza taż-żgħażagħ x'iridu?", "Iż-żgħażagħ iridu l-bars.", "U fejn ikun hemm konċentrazzjoni ta' żgħażagħ ikun hemm ukoll il-preżenza tal-pulizija għaliex aħna nitfgħu r-riżorsi tagħna l-aktar f'dawk il-postijiet.", "Fis-sajf din l-istorja tikber għax għalkemm il-Maltin jonqsu ħafna minn hemmhekk ikollok imbagħad l-istudenti li jiġu jistudjaw il-lingwa Ingliża f'pajjiżna.", "Fil-fatt ġo Paceville stess għandek l-iskejjel tal-Ingliż li jġibu eluf kbar ta' studenti.", "Hemm ukoll il-host families tas-Swieqi li wkoll iġibu ħafna studenti jgħixu mal-familji, apparti dak il-kumpless li jġib ħafna studenti.", "Illum qegħdin niltaqgħu ma' razez differenti u qegħdin nitħalltu ma' ħafna razez li qabel ma konniex niltaqgħu magħhom, jiġifieri apparti li hawn Malta qed ikun hawn l-integrazzjoni ta' dawn l-immigranti li ġejjin min-naħa l-oħra tal-Mediterran, illum qed jiltaqgħu wkoll ma' dawk tan-north tal-Ewropa li qed jiġu hawnhekk biex jitgħallmu l-Ingliż u qed ikun hemm dan it-taħlit.", "Għandek il-kulturi differenti u mhux kulħadd jaċċetta l-kulturi ta' xulxin.", "U aħna rridu noqogħdu nistudjaw din il-biċċa xogħol fejn hemm taħlita ta' kulturi f'roqgħa żgħira.", "Għandna bżonn naraw jekk wasalx iż-żmien li dawn il-ħafna liġijiet - biċċiet minn hawn u biċċiet minn hemm – jingħaqdu kollha f'daqqa u jiġu taħt liġi waħda.", "Fil-fatt għandna r-regolamenti tal-places of entertainment, għandna regolament ieħor tal-pulizija u mbagħad għandna r-regolament tal-wines and spirits.", "Hemm bżonn li dawn jinġabru kollha f'daqqa u jsir studju fuqhom.", "Hemm affarijiet oħra li huma antiki u li qatt ma ntmissu u għadhom hemmhekk mill-1908 u li għal-lum ma jgħoddux!", "Hemm ir-regolamenti fuq il-barmaids, jiġifieri hemm affarijiet li llum m'għadhomx jeżistu, anzi huma diskriminatorji għall-ġurnata tal-lum.", "Kollox ma' kollox kulħadd għandu jpoġġi madwar mejda u jgħid tiegħu u minn hemmhekk jinġabar studju wieħed għax jekk kulħadd - l-istakeholders kollha - se joqgħod iġebbed lejh, m'aħna se naslu mkien.", "Irridu niltaqgħu kollha f'daqqa u jsir studju wieħed u minn hemmhekk naraw x'jista' joħroġ biex l-affari ta' Paceville titjieb.", "Madankollu ma rridux naraw biss Paceville.", "Din lili ddejjaqni wkoll u għamilt sajf sħiħ nieħu ġo fija, b'kull nhar ta' Ħadd fuq paġna 3 ta' gazzetta partikolari, dejjem bl-istess żewġ ġurnalisti, wieħed jimpika mal-ieħor, iġibu dak li jridu jġibu biss avolja min-naħa tagħna nkunu tajnihom dak li verament ikun seħħ.", "Għaldaqstant nibtet atmosfera negattiva ż-żejjed fuq dak il-post.", "Ma ninsewx li jekk hemmhekk jiltaqgħu 10,000, 15,000 jew 20,000 ruħ tgħidlix li mhu se jiġri xejn għax ngħidlek li jrid isir miraklu.", "Fejn hemm in-nies se jseħħu l-affarijiet għax fejn hemm is-supply hemm id-demand u viċiversa.", "Jekk kemm-il darba hemm in-nies se tiġi d-droga u se jiġu affarijiet oħra għax dawk jimxu ma' xulxin.", "Fejn m'hemmx nies m'hemmx flus x'tiġġenera.", "U allura trid tilqa' għal dawk l-affarijiet li ma jidhrux imma li qegħdin hemm.", "Nirringrazzjak.", "MIRIAM THEUMA (CEO Aġenzija Żgħażagħ): Sur President, qabel ma nitkellem fuq iż-żgħażagħ u Paceville, xtaqt nintroduċi ftit l-aġenzija mal-mistednin li hawn madwar il-mejda.", "L-aġenzija twaqqfet fil-5 ta' Frar u hija aġenzija ġdida.", "L-għan tal-Gvern huwa li jwaqqaf struttura li tieħu ħsieb l-issues taż-żgħażagħ.", "Din l-aġenzija hija magħmula fuq żewġ pilastri; wieħed huwa l-policy mainstreaming taż-żgħażagħ u r-riċerka filwaqt li l-ieħor huwa l-empowerment taż-żgħażagħ.", "L-idea hi li l-aġenzija tibda tħares lejn iż-żgħażagħ b'mod ħolistiku u toħroġ il-pożittiv taż-żgħażagħ.", "Ħafna drabi – u anke hawnhekk ġara hekk – meta nitkellmu fuq iż-żgħażagħ, dejjem nitkellmu fuq in-negattiv imma ż-żgħażagħ mhux negattiv biss għandhom.", "Fil-fatt hemm ħafna tajjeb fiż-żgħażagħ u allura ejjew naraw kif se nużaw it-tajjeb li ż-żgħażagħ għandhom.", "Waħda mill-iktar affarijiet li ħsibna li nagħmlu hekk kif bdejna, kien proprju dak li nikkummissjonaw riċerka ħalli naraw x'inhu l-istat veru taż-żgħażagħ u x'inhuma l-valuri taż-żgħażagħ illum.", "Illum nitkellmu u ngħidu ħafna li l-valuri taż-żgħażagħ naqsu imma jista' jkun li l-valuri tas-soċjetà kollha naqsu iktar milli l-valuri taż-żgħażagħ naqsu.", "Mela ejjew naraw fejn qegħdin iż-żgħażagħ illum u allura, l-idea tar-riċerka li kkummissjonajna hija dik li nieħdu ritratt ġenerali taż-żgħażagħ.", "Ilha ma ssir riċerka bħal din u għalhekk għedna ejjew naraw x'se jurina dan ir-ritratt ħalli mbagħad naraw x'azzjonijiet nistgħu nieħdu.", "Barra minn hekk, ikkummissjonajna riċerka żgħira fuq iż-żgħażagħ u d-divertiment.", "Dawn iż-żgħażagħ fejn qed imorru?", "Kollha qegħdin imorru Paceville?", "Il-problema hija Paceville jew inkella l-problema hija aktar wiesgħa?", "Hija problema jew le?", "Iż-żgħażagħ iridu d-divertiment, jiġifieri ejjew ma nħarsux lejn iż-żgħażagħ u d-divertiment bħala problema.", "Wara kollox, id-divertiment għaż-żgħażagħ huwa importanti għax inkella ma jikbrux u ma jieħdux l-indipendenza tagħhom.", "Imma dawn iż-żgħażagħ fejn qed ikunu?", "X'qegħdin jagħmlu?", "X'qed jippretendu minna għad-divertiment?", "Dawn huma żewġ riċerki li għadna kemm ikkumissjonajna ħalli jkollna din l-istampa.", "Ħaġa oħra li qegħdin nagħmlu hija dik li bdejna noffru spazju liż-żgħażagħ fejn huma jkunu jistgħu joħorġu l-potenzjal tagħhom.", "F'dawn il-ġimgħat li ġejjin se nwaqqfu l-programm \"Empower\" li huwa programm ta' taħriġ non-formali, jiġifieri mhux fl-iskola.", "Issa mhux qiegħda ngħid li fl-iskola mhux qed issir edukazzjoni tajba imma għandna bżonn li nżidu l-edukazzjoni taż-żgħażagħ Maltin.", "Huwa riċerkat li filwaqt li ż-żgħażagħ li qegħdin jieħdu l-edukazzjoni formali qegħdin jiksbu ċerta ħiliet, hemm ħiliet oħra li nistgħu neħduhom barra mill-ħin tal-iskola.", "U allura l-idea hi li nniedu programm ta' taħriġ flimkien mal-kunsilli lokali biex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jagħmlu dan it-taħriġ għal perjodu qasir ta' żmien li huwa ta' sitt ġimgħat.", "Dan it-taħriġ huwa fuq kif nista' nkun b'saħħti aħjar jew fuq kif nista' noħroġ il-potenzjal tiegħi jew fuq kif nista' nkun kreattiv.", "L-idea hi li ż-żgħażagħ illum m'għadhomx iridu jagħmlu commitment kbir u twil, mela allura ejjew nagħtu taħriġ u ndaħħlu ż-żgħażagħ f'commitment qasir ħalli f'dak il-perjodu ta' żmien inkunu nistgħu nagħtuhom iktar skills sabiex ikunu kapaċi aktar jieħdu deċiżjonijiet tajbin u jkunu ta' imġieba aħjar.", "Wieħed minn dawn is-seminars huwa fuq \"X'ifisser li nkun jien ta' imġieba tajba?\"", "Dawn huma l-ideat li qegħdin nipprovaw nippromwovu bħala aġenzija.", "Nirringrazzjak.", "IS-SUR RICHARD SCICLUNA (Viċi Sindku San Ġiljan u Chairperson tal-Kumitat Amministrattiv Paceville): Sur President, l-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lil kulmin qiegħed madwar din il-mejda u rrid inkun ukoll pożittiv għax irrid ngħid li sar progress f'dawn l-aħħar xhur.", "Issa hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-law and order li qegħdin tajjeb fih imma nixtiequ li l-affarijiet ikunu ftit aħjar, mhux biss bil-lejl jew kmieni filgħodu imma anke matul il-ġurnata għax sfortunatament isiru ċerti affarijiet anke matul il-ġurnata.", "Hawnhekk insejna nsemmu r-residenti.", "Għandek ukoll is-side roads.", "Għiduli kemm-il pulizija, bir-rispett kollu, iduru s-side roads?", "Jien fis-2.00 a.m., fit-3.00 a.m., fl-4.00 a.m. u fil-5.00 a.m., neħodha alternattivament, inkun qiegħed indur f'dawn it-triqat u allura naf x'isir fihom.", "Hawnhekk qed nirriferi għal Paceville Avenue, Salvu Privitera Street, Gort Street u Ross Street fejn ħafna minn dawk li jkunu qegħdin jixorbu f'dawn il-pubs imorru mbagħad jagħmlu l-bżonnijiet naturali tagħhom fil-parapetti tan-nies!", "Anzi naqsu ħafna dawn l-affarijiet.", "Hemm triq partikolari, Paceville Avenue, li fiha hemm pub bottle shop li jkun hemm żgħażagħ taħt l-età u jdumu ħafna hemmhekk, ikantaw l-innu ta' partit wieħed u l-innu ta' partit ieħor, ikunu qed jidħku, li whatever it is hija xi ħaġa sabiħa imma it can cause problems jekk ma jwaqqfuhomx.", "U s-sid ta' dak il-bottle shop, li hija mara, minflok ma twaqqafhom, tkompli magħhom li għalija hija xi ħaġa ħażina.", "Li l-pulizija jkollhom relazzjoni tajba maż-żgħażagħ jew man-nies ta' Paceville hija xi ħaġa sabiħa wkoll.", "Jien kont ngħix l-Ingilterra fejn kellek dawk li konna ngħidulhom the old bobbies iduru, u nieħu gost nara dik il-ħbiberija kontinwa.", "Irrid insemi ħafna affarijiet imma diġà semmewhom il-kelliema li tkellmu qabli.", "Irrid ngħid li 30 sena ilu jien ukoll kelli negozju f'dawk in-naħat.", "Dan kien take-away li mbagħad sar bar żgħir u kif kienu qed jgħidu l-kollegi tiegħi, kien hemm żmien ikrah.", "Fil-fatt jien kienu jiġu għandi - ġo dan il-ħanut kelli l-ħaddiema u kont inkun hemmhekk jien ukoll – tlieta jew erba' min-nies li bejniethom kellhom mal-20 sena ħabs!", "Madankollu qatt ma kelli problemi bihom.", "X'kienet ir-raġuni?", "Jien kont inħallas il-flus lill-pulizija uffiċjalment u ma kontx noqgħod ingerger li se niġu a police state.", "Dan qed insemmi ħanut żgħir li kelli jien u li kont semmejtu \"Zorbas\" għax jien nofsi Grieg.", "Rigward in-neighbourhood watch irrid ngħid li din ipprovajt nagħmilha kemm-il darba imma sfortunatament ir-residenti ta' Paceville qatgħu qalbhom minnha.", "Anke lili personali qaluli li mhu se nagħmel xejn.", "Fuq Pembroke semmew il-karozzi tal-linja u nixtieq li nara aktar karozzi – anke barra Pembroke - jduru biex iwasslu lil dak li jkun.", "Naf li l-pulizija tipprova ma tħallix ġlieda tilħaq tibda u tipprova tipprevjeni minn qabel li hija xi ħaġa importanti ħafna.", "Nafu li għamiltu ħafna xogħol reċenti għax kien hemm ħafna affarijiet and you intervened very nicely.", "Rigward dak li ngħidu fuq \"police state\", personalment ma niddejjaqx nara l-pulizija, anzi nieħu gost narakom.", "Sal-bieraħt lura f'Paceville Avenue tarahom joħorġu mill-clubs … Fl-aħħarnett nispera li jkollna laqgħat oħra bħal dawn 'il quddiem.", "Nirringrazzjak.", "IS-SUR PETER BONELLO (Sindku San Ġiljan): Sur President, l-ewwel nett nixtieq ngħidilkom prosit ta' dawn il-laqgħat u nispera li din tal-lum ma tkunx tal-ewwel u tal-aħħar.", "Naħseb li laqgħat bħal dawn ġid biss iħallu imma ara taħsbu li l-inċidenti f'Paceville se jinqatgħu xi darba.", "Fejn hemm dik il-kwantità ta' nies tistenna l-inċidenti imma aħna rridu nagħmlu l-almu tagħna biex dawn l-inċidenti nnaqqsuhom kemm jista' ikun.", "Waħda mill-affarijiet li naħseb li tista' tkun ta' ġid hija dik li l-għassa tal-pulizija jkollha substation f'Paceville jew li nkella l-għassa stess titla' hemmhekk.", "As such San Ġiljan naħseb li – dan tista' tikkonfermah il-pulizija - mhemmx problemi kbar għax ġeneralment il-problemi jaqgħu n-naħa ta' Paceville u dik l-area, speċjalment fis-sajf meta għandek dawk l-istudenti kollha barranin u li magħhom jitħalltu ż-żgħażagħ Maltin.", "U allura naħseb li kieku l-għassa nsibulha post ġewwa Paceville, imqar għall-weekend biss imma għallinqas il-preżenza tal-pulizija tkun qiegħda hemmhekk, tkun xi ħaġa tajba plus li għandu jkun hemm tabib u ambulanza għal xi emerġenza li tista' tinqala'.", "Qegħdin naħsbu għal dak li nistgħu nagħmlu jekk jinqala' xi ħruq f'xi stabbiliment?", "Dawn narawhom barra minn Malta.", "S'issa f'Malta, niżżu ħajr lil Alla qatt ma kellna imma li kieku jsir xi inċident bħal dan, are we prepared for it?", "Jista' jsir eżerċizzju finta biex naraw jekk forsi xi darba jinqala' xi ħaġa kif se naħdmu?", "Naħseb li dawn huma affarijiet li wieħed għandu jistudjahom.", "Aħna bħala kunsill ħadna l-passi meħtieġa fejn stajna u għamilna dik il-bylaw biex ħadd ma jkun jista' jimxi bil-fliexken u bit-tazzi tal-ħġieġ f'idejh.", "L-iskop tagħha kien li jekk tinqala' ġlieda, dak li jkun jekk ikollu flixkun jew tazza f'idejh, għandu arma għax dan jista' jkissirha u jiġġieled biha.", "Din tidher li kienet effettiva u l-pulizija qiegħda tressaq ċerti nies imma naħseb li hemm każi fejn nistgħu nressqu aktar nies.", "Nemmen ukoll li n-numru tal-pulizija huwa ftit għax ma tistax tlaħħaq ma' dawk in-nies kollha f'Paceville bi tmien pulizija.", "We are lucky li fuq il-beach illum hemm grupp ta' żgħażagħ allokat u li qiegħed f'post wieħed, hawnhekk qed nirriferi għal Villa Rosa fejn qed ikun hemm kwantità kbira ta' żgħażagħ, speċjalment fis-sajf, studenti barranin u Maltin.", "Imma jekk jinqala' xi ħaġa hemmhekk, hemm dawl adegwat fuq il-bajja?", "Jekk isir xi inċident jew allaħares qatt isir xi qtil …", "Naħseb li hemm bżonn li l-pulizija żżid il-preżenza tagħha.", "Din l-opinjoni tiegħi u naħseb li jekk il-pulizija tkun on patrol ikun aħjar.", "Dik il-biċċa xogħol fejn, allaħares qatt, jinqala' xi ħaġa f'xi diskoteka eċċ tbeżżgħani għaliex naħseb li m'aħniex attrezzati biżżejjed.", "Anke jekk ikun hemm xi emerġenza naħseb li m'aħniex attrezzatti biżżejjed.", "Ħafna mill-affarijiet li ridt insemmi diġà intqalu u allura m'iniex se noqgħod nirrepeti.", "Madankollu nerġa' ngħid li l-inċidenti jistgħu jonqsu imma ma nistgħux neliminawhom għal kollox għax fejn jidħlu dik il-kwantità ta' nies ma tistax teqred l-inċidenti għal kollox.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Din il-laqgħa ma tistax tiġi fi tmiemha llum għax żgur bil-mod ta' kif esponejtu l-esperjenzi tagħkom qed iġġiegħluni nħoss responsabilità kbira.", "Kull wieħed minnkom ġie hawnhekk b'ċerta ġenwinità u responsabilità u allura, quddiem dak kollu li għedtulna ma nistax naqbad u ngħid li se nagħlqu l-laqgħa hawnhekk u daqshekk.", "Nixtieq li jkollna ftit mumenti ta' ħsieb u għalhekk nitlob lill-Membri sabiex naġġornaw għal nhar it-Tnejn fis-7.30 p.m. biex inkomplu niddiskutu dan is-suġġett imma lanqas nhar it-Tnejn mhi se tkun l-aħħar laqgħa.", "Issa nhar it-Tnejn irridu niddiskutu bejnietna, fi stadju ta' kumitat, billi kull wieħed minnkom iġibilna dak li jaħseb li għandhom ikunu s-soluzzjonijiet ħalli nipprovaw nagħmlu road map ta' fejn irridu naslu.", "Nistgħu nieqfu hawn u ngħidu li se nħallu l-affarijiet f'idejn id-deputati imma finalment x'se jkun ġara minn din l-informazzjoni tajba u vasta li tajtuna?", "Kull wieħed minnkom, meta tkellimtu, elenkajtu ċerti diffikultajiet li taraw fis-setturi rispettivi tagħkom imma, pereżempju, is-Supretendent diġà ta elenku ta' x'inhu jistenna li jsir.", "Issa nixtieq li dan il-Kumitat, wara numru ta' laqgħat li ma jieħdux 200 sena, jagħti in the short term bażi ta' diskussjoni aktar vasta anke lill-eżekuttiv tal-Gvern ħalli xi ħaġa narawha qiegħda ssir għax is-sajf riesaq.", "Nixtieq li f'dawn il-laqgħat ninvolvu wkoll entitajiet oħra bħalma huma l-iskejjel tal-lingwi li huma responsabbli mill-miġja, miż-żamma u mill-imġieba tal-istudenti barranin.", "Nixtieq nagħmel sejħa pubblika sabiex dawk li jħossuhom responsabbli u li għandhom sehem x'jagħtu fil-kisba ta' soluzzjoni għal ordni aħjar ġewwa Paceville jersqu 'l quddiem ħalli aħna nkunu nafu bihom.", "Minkejja li ma tantx għandna żmien nixtieq li nhar it-Tnejn ikun hawn preżenti persuni oħra li huma responsabbli minn din il-materja.", "Fejn irridu naslu għad irrid niddiskutih ma' sħabi u rridu, wara li nelenkaw x'inhuma l-issues partikolari, noħolqu skeda ta' soluzzjonijiet.", "Il-pjan ta' kontinġenza huwa xi ħaġa reali, l-alkoħol huwa fenomenu wkoll, il-valuri huma xi ħaġa li ma nistgħux immissuhom b'idejna imma ma nistgħux ma nsemmuhomx.", "Ir-residenti jridu jingħataw l-attenzjoni partikolari tagħhom u qiegħed nieħu gost nara l-kunsilli lokali jitkellmu f'isem ir-residenti tagħhom.", "Rigward iż-żgħażagħ ma nixtieqx li niddiskutuhom mingħajr ma jkun hawn l-involviment tal-Kunsill Nazzjonali għaż-Żgħażagħ għax irridu nirrisponsabbilizzaw lil xulxin, jiġifieri nixtiequ li jkollna on board iż-żgħażagħ sabiex jitkellmu f'isem żgħażagħ oħra.", "Veru li f'isem il-ġenituri hawn Dr Farrugia li ħa fuqu task importanti ħafna u ta' dan nirringrazzjah.", "Ikolli nistqarr li jien kien imissni nistħi għax dak li għamel Dr Farrugia kien imissna għamilnih aħna u għaldaqstant nixtieq nirringrazzjah tal-involviment tiegħu u nħeġġu jkompli għaddej.", "In-negozji għandhom sehem importanti ta' responsabilizzazzjoni.", "Noħolmu li xi darba naslu - kif qal is-Supretendent - li jkollna ħin ta' għeluq?", "Naħseb il-liġi taħseb li xi darba kellu jkun hemm ħin ta' għeluq imma naħseb li qatt ma ħasbet li mal-għeluq hemm il-ftuħ, jiġifieri li jkollok ċerti negozji li jibqgħu miftuħin għax hemm ċerta ħtieġa mod imma li jkollok settur li malli jagħlaq jerġa' jiftaħ immedjatament … U allura kif qed ngħidu Paceville ma jorqod qatt.", "Sehem il-pulizija huwa importanti imma x'se nitolbu min-naħa tal-pulizija?", "Kif qal is-Supretendent noħolmu li naraw liġijiet li forsi jkunu għal Paceville biss imma diġà qed nisma' li dan ma jistax isir imma f'xi ħin irridu noħolmu fuq x'jista' jiġri biex ikun hemm ċerta ordni.", "Issa meta qed ngħidu ordni x'irridu ngħidu?", "Diġà jista' jkun hawn min jieħu qatgħa meta ngħidu l-kelma \"ordni\".", "Ordni jfisser li nagħlqu l-bibien?", "Fil-fehma tiegħi ordni tfisser imġieba korretta, fejn nevitaw li jkollna diżgrazzji jew inċidenti.", "Il-ġenituri diġà semmejnihom imma x'sehem se jagħtu l-ġenituri?", "Aħna se nibqgħu free for all u li allura ċerti lokalitajiet, f'ċerti ħinijiet, it-tfal ta' kull età jistgħu jkunu kullimkien u l-ħin kollu?", "Pajjiżi oħra x'tip ta' liġijiet għandhom dwar dan?", "Meta noħolqu ordni se nnaqqsu mill-attrazzjoni ta' ċertu turiżmu lejn Malta?", "Qegħdin nattiraw ċertu turiżmu lejn Malta għax għandna sitwazzjoni ta' free for all?", "F'dawn il-ħsebijiet qed inkun goff imma dawn huma kollha mistoqsijiet li f'xi ħin jew ieħor irridu naħsbu dwarhom.", "Nixtieq li nerġa' nħalli din il-laqgħa miftuħa imma nhar it-Tnejn - li mhijiex se tkun laqgħa konklussiva, wara li għedna dan kollu, permezz tal-ġurnali, u hawnhekk nitlob lill-ġurnalisti sabiex ikunu responsabbli fir-rapportaġġ tagħhom - nixtieq li nagħmlu minn dan l-eżerċizzju ta' qsim ta' esperjenzi eżerċizzju ta' responsabilizzazzjoni.", "U nixtieq nirringrazzja lill-ġurnalisti għall-mod ta' kif iwasslu l-aħbarijiet għax allaħares ma jkunux huma.", "Nixtieq li nhar it-Tnejn ikollna qsim ta' esperjenzi u niġu b'elenku ta' soluzzjonijiet li nistgħu nimmaġinaw, anke jekk is-soluzzjonijiet ma jkunux ideali jew prattikabbli, nixtieq li noħolmu dwarhom ħalli nibdew diskussjoni oħra wara dik li kellna llum, fejn intom ġejtu hawnhekk u tajtu l-veduti tagħkom dwar x'taħsbu li tista' tkun ir-realtà u kif nistgħu nilqgħu għaliha.", "Grazzi.", "Fid-9:30 p.m. id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet interrotta u l-Kumitat qabel li d-diskussjoni fuq l-istess suġġett għandha titkompla nhar it-Tnejn 17 ta' Ottubru 2011 fis-7:30 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111011_111d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "LAQGĦA NRU 111", "It-Tlieta, 11 ta' Ottubru, 2011", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:11 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Justyne Caruana, l-Onor Joseph Falzon (sostitut), l-Onor Michael Gonzi u l-Onor Anthony Zammit.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 110 li saret it-Tnejn 11 ta' Lulju 2011, ġew konfermati.", "PERMESS għall-Filmat", "Il-President talab il-permess tal-Kumitat sabiex membri tal-media jkunu jistgħu jieħdu xi ritratti u filmati tal-ewwel parti tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "Informazzjoni", "Il-President tal-Kumitat iċċirkola lill-Membri tal-Kumitat:", "Dok 142 Skeda tal-laqgħat tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali għax-xahar ta' Ottubru.", "L-Onor Vassallo avża wkoll li l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra kien laqa' l-inizjattiva tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali biex tinżamm lejla ta' tifkira fl-anniversarju tal-Ħamsin Sena mill-mewt ta' Dun Karm Psaila.", "Huwa nforma lill-Kumitat li għal din l-okkażjoni, l-Ispeaker ser jibgħat inviti lill-għaqdiet volontarji, soċjali u letterarji.", "Din il-Lejla ta' Tifkira ser tinżamm nhar it-Tlieta 26 ta' Ottubru 2011 fis-7:30 p.m.", "Għaldaqstant l-Onor Vassallo poġġa fuq il-Mejda tal-Kumitat:", "Dok 143 Kopja ta' Ittra li ser tintbagħat lill-għaqdiet; u", "Dok 144 Stqarrija għall-Istampa dwar din il-lejla", "Laqgħa mat-Torball Blind Association.", "L-Onor Edwin Vassallo stieden lis-Sur Joe Micallef, President, u lis-Sur Epifanio Vella, PRO tal-Assoċjazzjoni, li minn naħa tagħhom infurmaw lill-membri tal-Kumitat li s-Sibt 15 ta' Ottubru, hija ċċelebrata l-White Cane Day.", "Din hija ġurnata li hija osservata internazzjonalment biex tfakkar l-indipendenza ta' persuni neqsin mid-dawl u li jużaw il-bastun l-abjad.", "Huma tkellmu wkoll dwar id-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom ta' kuljum, persuni neqsin mid-dawl.", "Is-Sur Joseph Chircop, Financial Manager u s-Sur Rueben Bugeja, Segretarju Ġenerali tat-Torball Blind Association, taw rendikont tal-finanzi tal-għaqda.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-19:50 pm, id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet interrotta u l-Kumitat qabel li diskussjoni fuq l-istess suġġett, titkompla f'data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard.", "L-imġieba taż-żgħażagħ f'Paceville.", "L-Onor Edwin Vassallo, stieden lis-Sur Philip Fenech, viċi-President, lis-Sur Pawlu Abela, President tal-GRTU u lill-Dr Anthony Farrugia fundatur tal-GASP biex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Wara intervenew ukoll l-Assistent Kummissarju Ray Zammit, is-Supretendent Stephen Gatt, is-Sinj Miriam Teuma, mill-Aġenzija Żgħażagħ, is-Sindku tal-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan is-Sur Peter Bonello u l-Kunsillier u ċ-Chairperson tal-Kumitat Amministrattiv is-Sur Richard Scicluna.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-9:30 pm, id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet interrotta u l-Kumitat qabel li diskussjoni fuq l-istess suġġett, titkompla nhar it-Tnejn 17 ta' Ottubru 2011 fis-7:30 pm.", "SKRIVANA TALKUMITAT", "PRESIDENT TALKUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111011_111m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 112", "L-Erbgħa, 12 ta' Ottubru, 2011", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 12 ta' Ottubru, 2011 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa dwar ir-Rapport mill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarjiet tal-Konsumatur dwar l-Uniformijiet tat-Tfal tal-Iskejjel.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111012_112a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 112", "L-Erbgħa 12 ta' Ottubru, 2011", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 112", "L-Erbgħa 12 ta' Ottubru, 2011", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-07:35 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 111 li saret it-Tlieta, 11 ta' Ottubru, 2011 ġew konfermati.", "UNIFORMIJIET TAT-TFAL TAL-ISKEJJEL", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Skont l-aġenda tal-lum, fil-laqgħa li se nagħmlu se nitrattaw Rapport Maħruġ mill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur dwar l-Uniformijiet tat-Tfal tal-Iskejjel.", "Din il-preżentazzjoni se ssir minn Dr. Sylvann Aquilina Zahra, Direttur Ġenerali fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni u magħha għandha tliet Economics Officers.", "Għandna wkoll mistiedna uffiċjali li qegħdin jirrappreżentaw lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni, lill-iskejjel tal-Knisja u lill-iskejjel Indipendenti.", "Kellu jkun hawn magħna Ms Bernie Mizzi imma forsi tkun magħna minn hawn u ftit ieħor.", "L-entitajiet kollha li qed insemmi kienu kollha notifikati bil-laqgħa tal-lum ħalli huma wkoll jgħaddulna l-kummenti tagħhom.", "Għaldaqstant nagħti mill-ewwel il-kelma lil Dr. Sylvann Aquilina Zahra biex tagħmel il-preżentazzjoni tagħha u mbagħad, jekk ikun hemm bżonn li jżidu xi ħaġa l-Economics Officers, ikunu jistgħu jagħmlu dan ukoll.", "Aħna ma niddejqu xejn jekk wara jkun hemm xi kummenti min-naħa tal-uffiċjali mistiedna kemm f'isem l-iskejjel tal-Knisja u f'isem l-iskejjel tal-Istat.", "Imbagħad wara l-Membri ta' dan il-Kumitat ikollhom il-ħin tagħhom biex ikunu jistgħu jagħmlu r-rimarki u l-mistoqsijiet tagħhom.", "DR SYLVANN AQUILINA ZAHRA (Direttur Ġenerali fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni): L-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur nieda dan ir-rapport preliminari dwar is-supply tal-uniformijiet tal-iskejjel.", "Qabel ma' nidħol fuq il-kontenut tar-rapport nibda billi nintroduċi l-objettiv tal-awtorità li minnha jagħmel parti l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta.", "L-objettiv tal-awtorità huwa li tara u tħares li s-swieq f'Malta jiffunzjonaw sew, kemm għall-benefiċċju tal-konsumatur kif ukoll għall-benefiċċju tan-negozju.", "L-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni għandu responsabilitajiet diversi elenkati fil-liġi u l-għan ta' dawk ir-responsabilitajiet kollha flimkien huwa li jsegwi l-għan u l-objettiv tal-awtorità, jiġifieri li jara li dawk is-swieq qegħdin jiffunzjonaw kif suppost.", "Issa ħalli nidħol fuq il-kontenut tar-rapport.", "Fl-ewwel slide qed taraw il-layout tal-presentation.", "Fil-passat l-uffiċċju kien diġà daħal fuq il-kwestjoni tas-supply tal-uniformijiet tal-iskejjel għax kien diġa' rċieva lmenti minn konsumaturi u kellu l-okkażjoni li jiddiskuti dan is-suq mal-iskejjel tal-Knisja, tal-Istat kif ukoll ma' dawk Indipendenti.", "Aħna rajna improvement f'dan is-settur imma żgur li ma kienx biżżejjed u għalhekk ħassejna li din id-darba kellna ninvestigaw aktar fid-dettall.", "Ir-raġuni hi li l-iskejjel kollha f'Malta jeħtieġu li l-istudenti jkollhom uniformi.", "Nafu kemm l-iskejjel huma retti fuq l-uniformijiet u ovvjament din titfa' pressure fuq il-ġenituri u fuq it-tfal li jridu jimxu ma' dawk ir-requirements tal-iskola.", "Aħna sibna li l-uniformijiet, aktar ma jkunu speċifiċi, aktar jikkreaw suq partikolari għalihom.", "Ħafna mill-iskejjel jirrakkmandaw li l-uniformijiet jinxtraw minn suppliers partikolari, bir-riżultat li ħafna drabi l-ġenituri la jkollhom xelta fuq il-prezz, la fuq il-kwalità u lanqas fuq ir-retailers.", "Dan li qed insemmi huwa biss introduzzjoni għaliex issa se nispjega aktar fid-dettall kif wasalna għal dan il-ħsieb.", "Dan l-eżerċizzju wassal finalment għal dan ir-rapport, li kien a fact finding exercise on the supply of school uniforms.", "L-uffiċċju bagħat questionnaires - li kienu questionnaires differenti għax mhux l-iskejjel kollha għandhom l-istess sistema fuq kif jiġu supplied l-uniformijiet tagħhom - lill-iskejjel tal-Knisja, tal-Istat u dawk Indipendenti u mbagħad, wara li rċevejna r-risposti, ħloqna basket ta' x'inhuma l-aktar items tal-uniformijiet li huma compulsory mill-iskola.", "Ħadna sample pjuttost wiesgħa, jiġifieri b'kollox kellna madwar 97 skola li qsamnihom bejn pre-primary, primary u sekondarja u ġbarna l-informazzjoni fuq il-prezzijiet u fuq kif qed jiġu supplied l-uniformijiet.", "Basically għamilna comparative exercises on prices billi ħadna l-minimum u l-maximum prices u ħriġna l-average tal-minimum u l-maximum.", "U hemmhekk rajna t-two extreme poles u mbagħad ħadna l-average.", "Issa l-average mhuwiex ta' the lowest to the highest imma huwa fuq il-prezzijiet kollha, jiġifieri jekk kien hemm għaxar prezzijiet, aħna ħriġna l-average tal-għaxar prezzijiet u mhux ħriġna l-average tal-irħas u tal-aktar għoli.", "Sussegwentement ħriġna l-konklużjonijiet tagħna u f'dan ir-rapport għamilna wkoll ir-rakkmandazzjonijiet tagħna dwar kif l-aħjar li għandna nimxu fejn jidħol is-suq tal-uniformijiet.", "Ir-rapport ħriġnih preliminari għar-raġuni li xtaqna nirċievu l-kummenti fuqu.", "Stajna ħriġnih konklussiv imma ħassejna li for the sake of transparency ikun aħjar jekk nirċievu l-kummenti għax il-kummenti jistgħu jgħinuna sabiex intejbu r-rakkmandazzjonijiet tagħna.", "U anke bħala uffiċċju jgħinuna aktar nifhmu l-intriċċi u l-problemi ta' dan is-suq.", "Wara dan ir-rapport preliminari l-way forward tkun dik li noħorġu rapport finali.", "L-uffiċċju huwa determinat li dan is-suq jinfetaħ għall-kompetizzjoni.", "S'issa mhu qed naraw l-ebda raġuni għal xiex dan is-suq m'għandux ikun kompetittiv.", "Għaldaqstant ninsabu determinati li dan is-suq isir kompetittiv.", "Se nagħmlu meetings mal-iskejjel, mal-istakeholders, ma' kulmin huwa involut u ma' kulmin jixtieq jiltaqa' magħna.", "Fejn ma nkunux kuntenti, wara li nkunu għamilna r-rapport finali, l-uffiċċju jista' jinvestiga wkoll għax għandu din is-setgħa mogħtija lilu mil-liġi ta' pajjiżna.", "L-għanijiet tal-istudju nistgħu bażikament niġbruhom f'erbgħa; biex naraw x'sistemi qed jaddottaw il-varji tipi ta' skejjel li jeżistu, jiġifieri tal-Istat, tal-Knisja u l-Indipendenti, biex naraw x'sistema ta' supply ta' uniformijiet għandhom, biex niddeterminaw l-inqas u l-iżjed prezzijiet għoljin u l-average tagħhom, u biex naraw hemmx link bejn dawn il-prezzijiet u l-mod ta' kif qed jiġu supplied l-uniformijiet fis-suq u jekk din il-link hijiex qiegħda twassal sabiex il-ġenituri jsofru dan id-detriment minn din is-sistema.", "Issa fuq din l-islide għandna overview fuq il-provvista tal-uniformijiet tal-iskejjel tal-Istat.", "Bħalissa l-iskejjel tal-Istat għaddejjin minn fażi fejn qed jaqilbu minn sistema antika għal sistema ġdida.", "Dan kien interessanti fejn jidħlu l-iskejjel tal-Istat għax stajna nagħmlu comparison ma' generic items u specific items, xi ħaġa li forsi fi skejjel oħra ma stajniex nagħmluha.", "Meta qed ngħidu \"generic\" qed infissru li dak l-item ta' dik l-uniformi mhuwiex partikolari għal dik l-iskola u allura jista' jinxtara minn postijiet varji.", "Jiġifieri jekk qed insemmu qalziet blu skur jew qmis bajda, ladarba ma fihiex l-isem tal-iskola x'imkien fuqha, u għandha the standard classical pattern, dak l-oġġett tista' tixtrih minn kwalunkwe ħanut u allura mhux bilfors trid tmur tixtrih minn xi ħanut partikolari li qed jissupplixxi l-uniformijiet ta' dik l-iskola.", "Aħna sibna li fis-sistema l-antika tal-iskejjel tal-Istat l-uniformi kienet tikkonsisti ħafna f'items ġeneriċi, mentri issa, bis-sistema l-ġdida, l-uniformi se tkun aktar speċifika għal kulleġġ partikolari.", "S'issa ntużat it-tendering system imma issa qed tintuża wkoll l-expression of interest.", "Innotajna li kien hemm differenzi sinifikanti fil-prezzijiet bejn generic items u specific items u rajna wkoll diskrepanzi bejn il-minimum u l-maximum ta' specific uniform items.", "F'din l-islide għandna tabella meħuda mir-rapport li tirreferi għall-minimum price, mean price u maximum price tal-iskejjel tal-Istat.", "Għandna l-generic price u l-ispecific price kemm tal-minimum price, tal-mean price kif ukoll tal-maximum price.", "On average – li qiegħed lejn it-total tal-mean price – nistgħu naraw li l-uniformi tal-girls generic tlaħħaq approximately għal €80.96c filwaqt li dik specific tlaħħaq approximately għal €120.66c.", "Fil-fatt il-boys generic hija €79.54c filwaqt li dik specific titla' għal €117.30c.", "Importanti li ngħid li dak it-total, jiġifieri ta' €120 u ta' €117 mhuwiex l-ammont totali li se jħallsu l-ġenituri.", "Dak it-total huwa tal-uniform items li aħna kklassifikajna bħala li huma komuni across the board u li huma compulsory.", "Jiġifieri dak huwa l-inqas prezz li l-ġenituri se jħallsu għax jista' ikollok skejjel li jissuġġerixxu – dan ma nafx jekk huwiex fil-każ partikolari tal-iskejjel tal-Istat – items oħra oltre dawk li ħadna aħna.", "Hemm skejjel li jirrikjedu l-beritta u hemm skejjel li jirrikjedu kalzetti partikolari.", "Imma aħna ħadna the basic common compulsory items.", "Barra minn hekk hawnhekk qegħdin nirriferu dejjem għal item wieħed.", "Jiġifieri fil-każ ta' polo shirts u qomos, il-ġenituri, ħafna drabi jixtru aktar minn item wieħed.", "U allura l-ammont ta' €120 ma jirriflettix kemm fir-realtà qegħdin jonfqu l-ġenituri.", "Ir-realtà hi li wisq probabbli l-ġenituri se jonfqu iżjed minn hekk.", "Dik l-ewwel osservazzjoni importanti li għamilna u cioè li fejn għandek uniformi ġenerika, u allura l-ġenituri għandhom xelta ikbar minn fejn jistgħu jixtru l-uniformi għax mhumiex marbutin ma' ħanut partikolari, ħafna drabi huma se jirnexxielhom jixtru l-uniformi bi prezz orħos.", "Basically din it-tabella li rajna qabel hija aktar fuq il-mean price.", "Issa se naraw ftit il-prezzijiet tal-iskejjel tal-Knisja.", "L-iskejjel li ġew magħżula fis-sample kellhom uniformi speċifika u ħafna drabi dik l-uniformi tinxtara jew mill-iskola jew minn retailer li jkun indikat mill-iskola stess.", "Hemm ukoll numru ta' skejjel tal-Knisja li joffru l-opportunità lill-ġenituri sabiex dawn jixtru l-materjal u jħitu huma l-uniformi.", "Again erġajna rajna diskrepanzi kbar bejn il-minimum u l-maximum prices tal-uniformijiet fl-iskejjel tal-Knisja, kemm fil-pre-primary, kemm fil-primary kif ukoll fis-secondary.", "Irridu nqabblu biex naraw kemm hemm differenzi.", "Dawn huma prezzijiet li jinstabu fis-suq u qed naraw l-uniformijiet li huma speċifiċi, jiġifieri jista' ikollok skola li l-long trousers tagħha jkun jiswa €16.85c filwaqt li skola oħra, il-long trousers tagħha jkun jiswa €33, b'diskrepanza ta' 95%.", "Jekk inħarsu lejn il-P.E. t-shirts naraw li għandek skola fejn il-minimum price tagħha huwa ta' €3.60c filwaqt li skola oħra għandha l-maximum price tagħha li jkun jiswa €9.70c, b'differenza ta' 169%.", "It-track suit u l-blazer identifikajnihom bħala ż-żewġ items li huma l-aktar expensive.", "Il-P.E. tracksuit għandha minimum price ta' €18.70c filwaqt li l-maximum price huwa ta' €40.80c, jiġifieri aktar mid-doppju.", "L-irħas blazer li sibna kien jiswa €50.25c filwaqt li l-aktar għoli kien jiswa €71.75c, b'differenza ta' €20.", "Dan juri kemm hemm differenza qawwija bejn the two extreme poles, jiġifieri bejn il-minimum u l-maximum.", "Hawnhekk irridu nżommu f'moħħna li fejn jidħlu dawn il-prezzijiet il-ġenituri m'għandhomx għażla, jiġifieri jekk l-iskola tagħhom qed tindikalhom ħanut li qed ibiegħ il-blazer bil-prezz ta' €71, il-ġenituri jridu jixtru dak il-blazer b'€71 u ma jistgħux imorru jixtru blazer li skola oħra qiegħda tixtrih b'€50.", "Hawnhekk il-ġenituri huma price takers għax m'għandhom l-ebda għażla u l-prezz li qed titlobhom l-iskola jridu jħallsuh.", "It-total girls' school uniform tal-mean price ħareġ li huwa €187 u allura nistgħu naraw differenza bejn il-mean price tal-iskejjel tal-Knisja u tal-iskejjel tal-Istat.", "THE CHAIRMAN: Il-mean price huwa prezz ta' uniformi reali jew inkella huwa ta' prezz ikkalkulat?", "DR SYLVANN AQUILINA ZAHRA: Aħna ħadna sample ta' 90 skola, fejn kull skola rrispondiet u qaltilna x'inhi l-uniformi tagħha u indikatielna l-prezz għal kull item tal-uniformi tagħha.", "Imbagħad aħna ħadna l-medium price ta' kull section.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri s-€16.44c ta' long trousers huwa prezz reali u mhux prezz ikkalkulat.", "DR SYLVANN AQUILINA ZAHRA: Hekk hu.", "Ejja ngħidu li kellna għaxar skejjel.", "Mela waħda minn dawk l-iskejjel il-qalziet tagħha jiswa €10.25c filwaqt li l-aktar skola li tbiegħ il-qalziet tagħha bil-għoli jiswa €20.75c.", "Biex ħriġna l-means price għoddejna l-prezzijiet tal-qliezet tal-għaxar skejjel u għamilna division by 10 biex ħriġna l-average.", "THE CHAIRMAN: Issa l-osservazzjoni tiegħi hija din; actually il-mean price huwa għall-fini tar-rapport tagħkom, imma għall-fini tar-rapportaġġ u ta' kif qegħdin niftiehmu minn nies hemm barra, l-ammont ta' €165 attwalment ħadd ma ħallsu.", "DR SYLVANN AQUILINA ZAHRA: Le għax jista' ikun li ħallsu ftit aktar jew ftit inqas.", "THE CHAIRMAN: Realment jeżistu bejn wieħed u ieħor żewġ tipi ta' prezzijiet reali f'dik it-tabella, jew il-minimum jew il-maximum.", "DR SYLVANN AQUILINA ZAHRA: Imma l-mean price huwa l-average.", "THE CHAIRMAN: Imma ejja noqogħdu attenti għax aħna qegħdin nitkellmu f'isem il-ġenituri.", "Għall-fini ta' kalkolu akkademiku, tekniku, minn naħa tagħkom u tal-Economics Officers jista' jagħmel sens, imma biex inkunu qegħdin niftiehmu sew, il-ġenituri, either or, m'hemm ħadd li ħallas l-ammont ta' €16.44c.", "DR SYLVANN AQUILINA ZAHRA: Around that figure jkun hemm ħafna li ħallsu.", "THE CHAIRMAN: Mela niġbed l-attenzjoni li aħna jimpurtana mill-maximum price għax dak il-prezz huwa reali.", "Hekk qed niftiehmu?", "DR SYLVANN AQUILINA ZAHRA: Hekk hu.", "Fil-fatt jekk nieħdu long trousers għandna prezz ta' €25 u prezz ta' €20.75c.", "Imbagħad il-mean price joħroġ għal prezz ta' €16.44c u allura tinduna li l-maġġor parti qed ixaqilbu aktar lejn il-maximum price milli lejn il-mean price.", "DR ROSANNE CUSCHIERI (Direttur tal-iskejjel tal-Knisja): Kif ittieħed is-sample?", "MARICE GRECH (Economics Officer): Użajna l-istratified random sampling, jiġifieri rajna kemm hemm skejjel tal-Istat, Indipendenti u tal-Knisja, u ħadna sample għal kull skola.", "Għall-iskejjel tal-Istat ħadna 40 out of 99, għall-iskejjel tal-Knisja ħadna 35 out of 79 u għall-iskejjel Indipendenti ħadna 22 out of 49.", "MARICE GRECH: Eżatt.", "IS-SUR STEPHEN CACHIA (Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Margerita): Jidher biċ-ċar li l-iskejjel tal-Istat għandhom l-orħos prezzijiet anke bħalissa b'din is-sistema, imma xtaqt nagħmel din il-mistoqsija; meta qed tgħidu comparison bejn generic u specific għal liema generic qed nirreferu?", "Qed ngħid hekk għax hemmhekk qishom ma jieħdux in consideration il-fatt li fl-iskejjel tal-Istat kien hemm transizzjoni li kienet qisha fi tliet fażijiet.", "Kellna s-sistema l-antika tal-iskejjel tal-primarja fejn kulħadd jilbes qalziet blu, qmis bajda u ingravata blu.", "U jien qed nassumi li dik hija l-generic.", "Jekk tikkompara l-uniformi tal-lum ma' dik l-uniformi ta' qabel issib li tal-lum se tkun aktar għolja minħabba li l-items qabel kienu ħafna inqas u kienu kompletament ġeneriċi filwaqt li kienu kollha l-istess għall-iskejjel kollha tal-Istat f'Malta u Għawdex kollu.", "Aħna morna lil hinn minn dan u qed nipprovaw noħolqu l-idea ta' identità fil-kulleġġi u fl-iskejjel tal-Istat.", "Imbagħad kien hemm fażi fejn ċerti skejjel, anke primarji, bdew jagħmlu uniformijiet speċifiċi għalihom stess li mhumiex fis-sistema preżenti u dik kienet sistema li kienet qed issir ad hoc għal kull skola.", "Fis-sistema tal-lum għandna għaxar kulleġġi u nħareġ expression of interest b'uniformijiet differenti għal għaxar kulleġġi.", "L-expression of interest seta' jidħol għalih kulħadd u ħarġu dawk il-prezzijiet li rajna hemmhekk.", "U allura comparison bejn l-ewwel fażi tal-generic l-antika - tal-blu biex niftiehmu – ma' dik tal-lum żgur li se jkun hemm differenza.", "Imma jekk il-comparison se jkun bejn l-ispecific jew il-combination ta' specific u generic li kien hemm fil-fażi tranżitorja se tagħmel differenza.", "Mis-sistema tal-expression of interest li ħriġna issa deher biċ-ċar - anke minn dawn iċ-ċifri - li l-prezzijiet forsi kienu orħos minn skejjel ta' setturi oħra.", "Il-comparison bejn l-iskejjel huwa diffiċli minħabba dawn is-sistemi differenti li kien hemm fil-passat fl-iskejjel tal-Istat.", "Li nista' ngħid hu fuq il-kulleġġ tiegħi għax hemmhekk li nista' inqabbel like with like b'mod preċiż.", "Fil-fatt il-Form 1s - li daħlu s-sena l-oħra b'tender li kien ħareġ għal sena – li għandhom l-istess items bħal din is-sena, bis-sistema l-ġdida, it-total tal-prezz tal-uniformi ġie €20 orħos.", "Mhux qed ngħid li dan ġara fil-kulleġġi kollha għax inkella ma nkunx realistiku, imma li qed nipprova ngħid hu li l-comparisons mhumiex daqshekk faċli li tagħmilhom bejn generic u specific b'dan il-mod għax trid tippreċiża eżattament xi tfisser b'generic.", "U dan għaliex kien hemm dawn is-sistemi differenti li issa qed jiġu phased out u minflok qed noħolqu sistema waħda li tipprova tagħti spazju lill-identità ta' kull kulleġġ.", "Issa fl-opinjoni tiegħi naħseb li mill-aspett edukattiv huwa importanti li l-iskejjel tal-Istat ikollhom din it-tip ta' identità.", "ANTHONY ZAMMIT: Meta din nikkomparaha mal-mediċina generic it means li għandek l-istess kwalità u kwantità fil-pillola imma m'għandekx the brand name.", "Jiġifieri jekk dan t-shirt abjad, it-t-shirt abjad tista' tixtrih from shop 1, 2 and 3.", "Issa ma jibqax generic jekk inti tgħidlu li rridu tad-ditta Nike.", "IS-SUR STEPHEN CACHIA: Issa ma nafx nikkummenta fuq dan imma naħseb li l-isem u l-identità tal-iskola huma differenti minn Nike jew minn prodott kummerċjali ieħor.", "It's a question ta' fejn nistgħu naqblu u ngħidu li d-direzzjoni nazzjonali għandha tkun li nneħħu l-ismijiet mill-iskola, il-badges, eċċ imma naħseb li tkun unfair jekk tiġi mposta fuq l-iskejjel tal-Istat biss.", "Għaliex l-iskejjel Indipendenti jew tal-Knisja għandhom id-dritt li joħolqu l-identità tagħhom filwaqt li l-iskejjel tal-Istat m'għandhomx?!", "Anzi jiena ngħid li huwa importanti li l-iskejjel tal-Istat ikollhom dik l-identità.", "ANTHONY ZAMMIT: I am for identity imma t-t-shirt m'hemmx bżonn li jkun tad-ditta Abanderado jew Nike bħalma ġieli jgħidulhom.", "Ġieli jgħidulhom li they want a Nike t-shirt.", "DR SYLVANN AQUILINA ZAHRA: Ħalli nagħmilha ċara x'ridna ngħidu b'generic.", "Ejjew nieħdu l-aktar każ sempliċi u faċli biex nifhmuh u cioè, il-qmis bajda bil-classical style pattern li tista' tixtriha minn ħafna postijiet.", "Fil-fatt din tista' tixtriha minn village store, minn department store u minn kwalunkwe ħanut tal-ħwejjeġ, speċjalment meta tkun se tibda l-iskola.", "Imma fil-mument li dik il-qmis bajda tfajtilha l-isem tal-iskola, dik ma baqgħet generic xejn u f'daqqa waħda saret specific u jien irrid immur nixtriha mhux iżjed minn fejn nixtieq jien imma rrid li l-iskola tiggwidani ħalli tgħidli minn fejn nista' mmur nixtriha.", "Malli l-iskola se tgħidli biex immur nixtriha mingħand post partikolari, jien se nidħol f'dak il-ħanut u se nixtriha bil-prezz u bil-kwalità li qed jagħtini tal-ħanut u ma nistax ngħid iżjed li se noħroġ minn hawn u se mmur nixtriha minn ħanut ieħor għax forsi x'imkien ieħor għandhom servizz aħjar.", "IS-SUR STEPHEN CACHIA: To be fair, il-qomos li huma embroidered bl-isem mhumiex reali għax dik hija l-aktar ħaġa li l-ġenituri jistgħu jmorru jsibu minn x'imkien ieħor.", "Li tkun kulur differenti, jista' ikun li għandek raġun.", "DR. SYLVANN AQUILINA ZAHRA: Jeżistu skejjel li fuq il-qmis għandhom l-isem tal-iskola.", "Jista' ikollok polo top li jista' ikun abjad u allura jkun ġeneriku imma fil-mument li għamiltlu faxx x'imkien, dan awtomatikament se jiġi specific.", "Dik li qed infissru bid-differenza bejn il-generic u l-ispecific.", "Biex inkompli fuq il-presentation hawnhekk għandna table oħra mir-rapport li qed turi l-minimum u l-maximum price taċ-Church secondary girls' school.", "L-istess hawnhekk ninnotaw diskrepanzi kbar bejn il-minimum u l-maximum.", "Jekk sempliċement inħarsu lejn il-polo shirts, li ħafna drabi jkunu the classical style bid-differenza li wieħed forsi jkollu kulur mod u l-ieħor ikollu xi stripe x'imkien, l-inqas prezz li sibna mis-sample li ħadna kien ta' €7.50c u l-aktar prezz għoli kien ta' €20.95c, jiġifieri differenza ta' kważi three times as much.", "Pereżempju, l-inqas prezz tal-jerseys li sibna kien ta' €17.43 u l-aktar wieħed għoli kien ta' €26.90c, jiġifieri diskrepanza ta' kważi €10 fuq il-jersey.", "Hawnhekk ninnotaw li l-mean price ta' dawk il-compulsory items tela' għal €227.", "Nerġa' nirrepeti li dak mhuwiex il-prezz massimu li jħallsu l-ġenituri għall-uniformi imma sempliċement qed nirreferu biss għal dawk l-items li huma compulsory u komuni mis-sample li ħadna.", "Hemm table oħra li turi li fil-każ tal-iskejjel sekondarji tal-Knisja tas-subien il-prezz naqas, jiġifieri fit-table l-oħra kellna prezz ta' €227 mentri hawnehkk għandna prezz ta' €188.", "Jidhirli li kellna xi item aktar fl-uniformi tal-bniet imma anke meta tneħħi dak l-item, l-uniformi tas-subien tibqa' sostanzjalment orħos.", "Qed nitkellmu fuq l-istess items hawnhekk.", "Fil-fatt jekk inħarsu lejn il-blazer tas-subien naraw li l-minimum price kien ta' €48.50c u l-aktar wieħed għoli kien ta' €65 mentri l-blazer tal-bniet, l-orħos li sibna kien ta' €54.40c filwaqt li l-aktar wieħed għoli kien ta' €71.75c.", "Jiġifieri anke bejn skejjel tas-subien u skejjel tal-bniet hemm id-diskrepanzi.", "Issa ħa nagħmel overview qasira fuq l-iskejjel Indipendenti.", "Again l-iskejjel kollha li nqabdu fir-random sample kellhom uniformi speċifika.", "Kważi l-iskejjel kollha jkollhom arranġament esklussiv ma' xi supplier jew retailer partikolari jew inkella jkollhom verbal agreements jew kuntratti.", "Erġajna nnotajna diskrepanzi qawwijin fil-prezzijiet minimi u fil-prezzijiet massimi fejn jidħlu l-iskejjel Indipendenti.", "Hawnhekk ħadna tabella mir-rapport li tirreferi għall-primary girls' schools.", "U pereżempju, naraw diskrepanzi qawwijin fil-qomos, fejn l-irħas prezz kien ta' €6 filwaqt li l-aktar prezz għoli kien ta' €17, jiġifieri kważi three times as much.", "Il-prezzijiet tal-blazers huma pjuttost fuq in-naħa għolja tal-prezz, jiġifieri jitilgħu sa €70.", "Għandna diskrepanza qawwija fit-tracksuits, fejn l-irħas waħda kienet ta' €30 filwaqt li l-aktar waħda għalja kienet ta' €70! €70 għal tracksuit ta' tifla fl-iskola primarja!", "Dawn għalina huma pjuttost prezzijiet on the high side.", "Fil-każ tas-subien jekk inħarsu lejn it-tracksuits insibu li l-aktar waħda għalja hija ta' €69.", "Naturalment mhux se noqgħod insemmihom waħda waħda imma għandna diskrepanzi qawwija fil-prezzijiet bejn il-minimum u l-maximum.", "U anke bħala mean price jidher li huwa aktar għoli in comparison mat-tables li rajna qabel.", "F'table oħra għas-secondary girls' school uniforms nerġgħu naraw dawk id-diskrepanzi.", "Anke fil-każ tal-Independent secondary boys' schools naraw li l-prezz tal-blazer jitla' għal €80 filwaqt li t-tracksuit titla' għal €53.", "Dawn huma prezzijiet li lilna jagħtuna l-impressjoni li huma on the high side.", "Il-konklużjonijiet tagħna kienu li ħafna drabi, meta l-uniformi tinxtara minn retailers speċifiċi u identifikati mill-iskejjel, il-prezzijiet ikunu aktar għoljin minn meta l-uniformi tista' tinxtara minn kwalunkwe ħanut.", "Rajna li ħafna drabi l-iskejjel qed jiddisinjaw uniformijiet speċifiċi ħafna għalihom u għalhekk qed jirrestrinġu l-possibilità li l-ġenituri jistgħu jipprovaw jixtru u jfittxu dak l-item minn postijiet varji, bil-kondizzjonijiet li jixtiequ huma f'dak li għandu x'jaqsam ma' prezz, kwalità u għażla tar-retailer.", "Jidher ukoll li hemm nuqqas ta' kompetizzjoni at the retail level kemm fejn tidħol l-uniformi tal-iskejjel tal-Istat - dejjem qed ngħidu fuq l-uniformi speċifika u mhux fuq dik ġenerika – tal-Knisja u l-Indipendenti.", "Abbażi ta' dawn il-konklużjonijiet għamilna r-rakkomandazzjonijiet tagħna.", "L-ideat tagħna huma li l-ewwelnett l-iskejjel għandhom konstantament jikkonsultaw u jitkellmu mal-ġenituri fuq il-uniform policy.", "Importanti li nifhmu li l-iskejjel għandhom rwol imporanti ħafna fejn jidħol is-suq tal-uniformijiet għaliex il-uniform policy toħroġ mill-iskola.", "Skont x'se tagħmel l-iskola se jimxi s-suq.", "Jekk l-iskola se tiddetta uniformi speċifika u se tgħid lill-ġenituri biex imorru jixtru l-uniformi minn ħanut partikolari, se jfisser li mhux se jkun hemm kompetizzjoni fejn tidħol l-uniformi ta' dik l-iskola.", "Il-policy li se taddotta l-iskola awtomatikament se taffettwa l-competitive process fuq is-suq.", "U allura huwa importanti li l-iskejjel jifhmu l-konsegwenza tad-deċiżjoni tagħhom.", "L-impatt huwa kemm fuq il-ġenituri - li kif għedna qabel m'għandhomx għażla fejn jidħol prezz, kwalità u l-għażla ta' minn fejn jixtru – kif ukoll fuq dawk in-negozjanti li jixtiequ jidħlu f'dan is-suq tal-uniformijiet imma qed isibu barrier minħabba li hemm arranġamenti esklussivi ma' retailer partikolari mill-iskejjel.", "Għalhekk huwa importanti li l-iskejjel jifhmu x'inhuma l-effetti tad-deċiżjoni tagħhom.", "L-iskejjel ħafna drabi jargumentaw li huma jridu l-identità distinta tagħhom u din l-identità distinta tagħhom joħorġuha bis-saħħa tal-uniformijiet.", "Issa aħna mhux qed ngħidu lill-iskejjel sabiex ma joħoqlux identità distinta imma qed ngħidulhom biex isibu bilanċ bejn dak li jixtiequ huma u r-rispett lejn is-suq.", "Il-competitive process li suppost jeżisti f'dan is-suq m'għandkomx tirrestrinġuh imma tridu tħalluh jaħdem.", "Tista' toħloq uniformi distinta billi jkollok ingravata partikolari imma m'hemmx bżonn li jkollok qmis partikolari, ingravata partikolari, qalziet partikolari, tracksuit partikolari u kull item tal-uniformi tagħmlu partikolari jew inkella ssib xi kulur stramb jew toħloq combination ta' kuluri flimkien ma' xi piping fil-ġenb jew faxx x'imkien għax dawk l-affarijiet se jagħmlu l-uniformi aktar ikkumplikata, aktar expensive u aktar speċifika, b'impatt negattiv kemm fuq il-ġenituri kif ukoll fuq is-suq.", "It-tieni rakkmandazzjoni tagħna hija li l-iskejjel m'għandhomx jagħżlu disinji kkomplikati, kuluri li mhumiex tas-soltu jew kombinazzjoni tat-tnejn, u kemm jista' ikun għandhom iżommu uniformi sempliċi.", "Fejn jagħżlu items ġeneriċi għandu jkun possibbli li dawk l-items tal-uniformi jinxtraw minn any retailer ġenerali u din tista' tiġi applikata anke fejn ikunu specific items.", "Fir-rakkmandazzjonijiet tagħna qegħdin ngħidu wkoll li fejn l-iskola tixtieq li jkollha a specific uniform item, li għalina nħossu li it should be the exception and not the norm, hemmhekk toħroġ tender u allura l-competitive process isir qabel minflok wara, u tista' faċilment tagħmel ukoll a call for expression of interest u jkun hemm aktar minn retailer jew supplier wieħed li jkun jixtieq jipprovdi dak l-item partikolari.", "Pereżempju, jekk nieħdu l-ingravata, jista' ikollok aktar minn supplier wieħed li jaċċetta li jagħmel dik l-ingravata skont l-ispecifications li qed tagħtih l-iskola, u allura l-ġenituri se jkollhom il-possibilità li jsibu suppliers differenti li qed jipprovdu dik l-ingravata, bi prezzijiet u b'kondizzjonijiet differenti.", "Hemmhekk is-suppliers jistgħu jikkompetu bejniethom u joħorġu bl-aħjar prezz.", "Jiġifieri qed tħalli l-opportunità lir-retailers, li huma at the lower level of the market u li qed ibigħu direttament lill-konsumaturi, li jmorru għand dawk is-suppliers li rebħu t-tender u s-suppliers ifornuhom b'dawk l-items speċifiċi.", "B'hekk il-ġenituri jkunu jistgħu jsibu dak l-item, avolja jkun speċifiku, minn postijiet differenti f'Malta.", "Ħafna drabi li qed insibu hu li l-ġenituri, joqogħdu fejn joqogħdu, l-iskola partikolari tidderiġi lill-ġenituri kollha ta' dawk it-tfal sabiex imorru f'outlet wieħed f'Malta, u allura nsibu queues twal jew inkella jonqos is-servizz għax kulħadd jaqa' fl-istess żmien.", "Barra minn hekk qegħdin niddeprivu lill-ġenituri milli jkunu jistgħu jixtru l-uniformi viċin mid-dar tagħhom u minflok ikollhom jaqbdu l-karozza tagħhom biex imorru f'ħanut partikolari.", "Colour codes, patterns, designs u materials għandhom ikunu available għar-retailers u għall-ġenituri li jitolbu lill-iskola biex tagħtihomlhom biex dawk il-ħwienet ikunu jistgħu jipprovdu dawk l-uniformijiet.", "Jekk ikun hemm change in supplier wara xi tender, importanti li l-pattern ikun tal-iskola biex mhux kull darba li jinbidel is-supplier tinbidel miegħu l-uniformi.", "Idealment ma tantx għandna niġu f'din is-sitwazzjoni fejn ikollna niddependu minn supplier wieħed biex jissupplixxi l-uniformi.", "Fil-fatt insibu li anke l-iskejjel stess, f'dawn iċ-ċirkostanzi li ħolqu, qed ibatu huma stess għax ħafna drabi qed jiġu at the mercy ta' dak is-supplier li miegħu jkollhom arranġament esklussiv.", "Jiġifieri jekk dak is-supplier ma jirnexxilux iġib il-provvista ta' uniformijiet in time, l-iskejjel li għalihom hija tant importanti li t-tfal imorru l-ewwel ġurnata tal-iskola bl-uniformi, jista' jiġri li t-tfal ma jkunux jistgħu jmorru bl-uniformi proprja għax is-supplier ma jkunx laħaq ġab l-uniformijiet fil-ħin u l-iskola ma jkollha lil ħadd fuq min iddur biex il-ġenituri jmorru jixtru l-uniformi mingħandu.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Naħseb li jkun għaqli li issa ngħaddu għall-kummenti tad-deputati ħalli mbagħad nisimgħu r-reazzjoni minn naħa tal-uffiċjali li qegħdin jirrappreżentaw id-diversi kategoriji ta' skejjel.", "Għaldaqstant nitlob lid-deputati sabiex jagħmlu l-kummenti tagħhom b'reazzjoni għal dak li għadna kemm smajna minn naħa tal-uffiċjali tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni Ġusta.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: L-ewwel nett naħseb li rridu ngħidu x'għandu jkun l-għan tal-Kumitat.", "Nifhem l-għanijiet tal-persuni li għoġobhom jiġu hawnhekk biex jitkellmu magħna, kemm min-naħa tal-awtorità kif ukoll min-naħa tad-Direttorat tal-Edukazzjoni u mill-iskejjel Indipendenti u tal-Knisja imma naħseb li l-għan tagħna huwa li finalment nagħtu rispett lill-familji bis-sagrifiċċji li dawn qed jagħmlu bi spiża sostanzjali f'daqqa waħda fil-bidu ta' kull sena skolastika.", "Filwaqt li nifhem li l-iskejjel iridu jżommu l-identità tagħhom, nifhem ukoll l-esiġenzi tal-kummerċ ħieles u ġust imma finalment ma rridux ninsew li l-akbar rispett irridu nuruh lejn il-familji, li wħud minnhom jagħmlu sagrifiċċji kbar biex ilaħħqu ma' din l-ispiża filwaqt li oħrajn jissallbu u oħrajn ma jkunux jafu x'se jaqbdu jagħmlu sakemm ma jkunx hemm għajnuna mill-iskola, mid-dipartiment jew minn x'imkien ieħor.", "Għaldaqstant naħseb li dak huwa l-akbar għan li rridu nilħqu permezz ta' dawn il-laqgħat għax kif diġa' għedt, din hija spiża li trid issir f'daqqa u li l-ġenituri ma jistgħux jagħmlu mod ieħor.", "Jiena naħseb li din l-issue ilha tkaxkar għal ħafna żmien.", "Niftakar -meta kont jien il-kelliem ewlieni fuq l-edukazzjoni - kif fil-bidu ta' kull sena skolastika l-akbar issue li kienet tqum kienet proprju l-issue tal-uniformijiet.", "U konna noħorġu l-istqarrijiet, tgħaddi sena u nerġgħu back to square one!", "Jiena nixtieq nifraħ lill-awtorità u nirringrazzjahom tar-rapport tagħhom għax għalkemm jista' ma jkunx rapport perfett u forsi jkun hemm reazzjonijiet ukoll mill-iskejjel varji, imma fl-aħħar mill-aħħar naħseb li huwa rapport interessanti ħafna li m'għandniex narmuh jew inħalluh fuq l-ixkaffa.", "Jien nifirħilhom u nirringrazzjahom tar-rapport li ħejjew.", "Finalment naħseb li rridu nsibu bilanċ bejn l-esiġenzi kollha.", "Issa li l-iskejjel tal-Gvern ingħaqdu f'kulleġġi - u nifhem li l-mudell li ħarsu lejh kien dak tal-iskejjel Indipendenti u tal-Knisja - biex huma wkoll ikollhom l-identità tagħhom, irridu naraw li mill-banda l-oħra - biex forsi nimitaw u jkollna l-identità tagħna bħal skejjel oħra – ma ninsewx xi tfisser din l-ispiża għall-familji, li għalkemm uħud minnhom m'għandhomx problema biex ilaħħqu mal-ispiża, tkun kemm tkun din l-ispiża, għandek oħrajn li huma fil-maġġoranza li jagħmlu sagrifiċċji biex ilaħħqu filwaqt li oħrajn ikollhom jissallbu.", "Nixtieq insemmi mistoqsija parlamentari li ġiet imwieġba mill-Ministru tal-Edukazzjoni, fejn l-ewwel nett jidher li l-Ministru, fuq l-opinjoni tad-direttorat, qiegħda tagħti aktar importanza biex l-uniformijiet jagħtu identità.", "Nispera li dan ma jkunx l-għan aħħari għax inkella nistgħu narmu dan ir-rapport u dak li se ngħidu għax ikun ifisser li mhux se nżommu dan il-bilanċ fejn jidħlu prezzijiet.", "Nispera li qiegħed nifhem ħażin.", "Imma mbagħad l-aktar li tinkwetani hija r-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 28211, fejn jidher li hemm diskrepanza bejn il-prezzijiet li qed jikkwotaw min-naħa tal-awtorità u li għadha kif semmitilna Dr. Aquilina Zahra u l-prezzijiet li hawn f'din l-istess risposta għall-mistoqsija parlamentari li qed insemmi.", "Biex inqabbel like with like din il-mistoqsija titkellem fuq uniformi tal-istudenti tal-iskejjel sekondarji fejn għandek għaxar kulleġġi differenti.", "Dawn imbagħad huma maqsumin bejn subien u bniet u kemm tiswa l-uniformi tas-sekondarja tas-sajf u tax-xitwa.", "Imbagħad għandek fiex tikkonsisti bħala items l-uniformi kemm tas-sajf kif ukoll tax-xitwa.", "Hawnhekk qed neħodha li għandek item minn kull wieħed imma aħna nafu li ħadd ma jixtri item wieħed fuq ċerti affarijiet.", "Pereżempju, ħadd ma jixtri qmis waħda imma mill-inqas ikollok tnejn jew tlieta.", "L-istess għall-qliezet fil-każ tas-subien u għad-dbielet fil-każ tal-bniet.", "Il-prezzijiet bejn kulleġġ u ieħor ivarjaw ukoll.", "Pereżempju, il-kulleġġ ta' Għawdex jidher li huwa l-aktar li jaqbillek li tibgħat lit-tfal fih mill-aspett finanzjarju għax huwa l-inqas kemm għas-subien u kemm għall-bniet.", "L-aktar kulleġġ li jidher li huwa daqsxejn waħda on the high side fejn jidħlu s-subien huwa l-kulleġġ Maria Reġina u fejn jidħlu l-bniet huwa l-kulleġġ San Nikola.", "Issa li kelli nieħu l-mean price kif ikkwotat fir-rapport tal-awtorità naraw li fejn tidħol l-uniformi tas-subien fi skola sekondarja, il-mean price huwa ta' €201.06c mentri l-ogħla prezz skont il-mistoqsija parlamentari huwa ta' €163.75c.", "Hawnhekk qed nassumi li dan mhuwiex il-ħlas tal-uniformi kollha għax kif diġa' għedt aktar qabel ikollok aktar minn item wieħed.", "Il-mean price tal-uniformi tal-bniet fi skola sekondarja huwa ta' €212.05c mentri l-ogħla prezz skont il-mistoqsija parlamentari huwa ta' €168.50c.", "X'irrid ngħid biha?", "Il-findings tal-awtorità – u jien qed nieħu l-mean price – ma jaqbilx mal-mistoqsija parlamentari li wieġbet il-Ministru.", "Issa x'tirrappreżenta l-mistoqsija forsi mhux se nistaqsi lilek Dr. Aquilina Zahra, imma xi ħaddieħor irid jirrispondiha sakemm qed ninterpretaha tajjeb.", "DR SYLVANN AQUILINA ZAHRA: Mela ħalli nindirizzaw il-problema mill-ewwel.", "Ix-xogħol fuq dan ir-rapport beda bejn Novembru u Diċembru tal-2010, fejn aħna tlabna l-informazzjoni fuq il-prezzijiet tal-uniformijiet għas-sena skolastika 2010/2011.", "Probabbilment il-mistoqsija parlamentari qiegħda tirreferi għall-uniformijiet għas-sena skolastika 2011/2012 u allura jista' ikun li l-prezzijiet qed ivarjaw għar-raġuni li l-iskejjel tal-Istat 2011/2012 imxew bis-sistema tat-tender.", "Jiġifieri aħna kien għad kellna fejn kien hemm tender u oħrajn fejn kien għad m'hemmx tender.", "Aħna stajna nagħmlu comparisons bejn kif kienet qabel is-sistema meta ma kenitx teżisti s-sistema tat-tender u kif inhi s-sistema llum li hemm it-tender.", "Jista' ikun li qed naħdmu bi prezzijiet differenti minħabba li kienet qed tirreferi għal sena skolastika differenti u b'sistema differenti wkoll.", "Jista' jagħti l-każ ukoll li hemm differenza għax aħna ma nieħdux l-uniformi kollha imma nieħdu the common elements tal-uniformi fis-sample tagħna mentri t-totalitajiet fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari, wisq probabli, jinkorporaw l-items kollha tal-uniformi.", "CARMELO ABELA: Kollox sew imma l-punt tiegħi hu li skont it-tweġiba tal-Ministru jidher li l-uniformijiet roħsu u mhux għolew.", "Hekk qed tgħid it-tweġiba.", "Is-Sur Cachia semma' li issa aħna qed ngħaddu mill-fażi fejn fil-primarja, minn uniformi standard għal kulħadd qed immorru għal uniformi speċifika għal kull kulleġġ.", "U allura jekk qabel kont tissupplixxi u jkollok tender għat-tfal kollha tal-primarja, subien u bniet, illum dak l-ammont se jinqasam f'għaxar kulleġġi.", "IS-SUR STEPHEN CACHIA: Li forsi ma joħroġx fir-rapport – Dr. Aquilina Zahra spjegatha din - hu li kien hemm ukoll fażi tranżitorja fejn skejjel partikolari, anke dawk primarji, bdew ibiddlu l-uniformi ġenerika - tal-blu biex nitiehmu - għal waħda aktar speċifika.", "U allura dak biddel ukoll il-prezzijiet.", "Dan kien żmien fejn ma kienx hemm sistema ta' tendering.", "Li ġara f'din is-sena skolastika hu li nħareġ expression of interest għall-kulleġġi kollha u - dan forsi jabbina mar-rakkmandazzjoni tar-rapport – kulħadd seta' jagħmel il-bidding għalih.", "Is-sitwazzjoni ta' Malta hi li hi fuq min jagħmel il-bidding imma jien mhux se nidħol f'din il-kwestjoni.", "Ir-realtà hi li ħarġet expression of interest u jidher li l-prezzijiet huma orħos minn setturi oħra.", "Fil-fatt l-average ta' tracksuit fl-iskejjel tal-Istat hija ta' €30 mentri fi skola Indipendenti hija ta' €60.", "Ħafna minnhom huma orħos minn €30 u wħud minnhom huma ftit aktar minn €30.", "Hemm differenza konsiderevoli bis-sistema li wżajna fl-iskejjel tal-Istat fejn inħareġ expression of interest għal din is-sena skolastika.", "Fil-fatt jekk inqabbluh ma' setturi oħra – u dan il-punt huwa importanti li nsemmuh – naraw li l-iskejjel tal-Istat għandhom l-orħos uniformijiet.", "Il-fatt li nħareġ expression of interest – dan jidher ukoll fir-rapport tal-awtorità – juri li kien hemm roħs għalkemm forsi ma roħsux biżżejjed.", "THE CHAIRMAN: Irridu naqblu li l-expression of interest huwa pass 'il quddiem.", "CARMELO ABELA: Dak hu l-għan tagħna u cioè li l-ispiża għall-familji tonqos.", "U allura jekk dan hu l-każ jien l-ewwel wieħed li nieħu pjaċir.", "Issa jekk huwiex biżżejjed jew le hija mistoqsija oħra u forsi wieħed ikun jista' jidħol fiha aktar fid-dettall.", "Imma b'dan li qed tgħid inti, Sur Cachia, ifisser li din hija l-ewwel darba li nħareġ expression of interest u li fil-passat ma ħariġx?", "Kull sena konna ngħidu l-istess kantaliena.", "IS-SUR STEPHEN CACHIA: Qabel kien hemm sistemi differenti fl-iskejjel li kont involut fihom jien, fejn kien jinħareġ tender għax lanqas konna ngħidulu expression of interest.", "Imbagħad id-direzzjoni li ngħatat mid-Directorate Corporate Services li qiegħed hawn huwa li billi m'hemmx ħruġ ta' fondi pubbliċi, jista' jinħareġ expression of interest u mhux tender.", "Imma fil-każ tal-iskejjel tiegħi kien jinħareġ tender.", "Kien hemm skejjel oħra li kienu jagħmlu arranġamenti diretti meta jagħżlu.", "Li ġara din is-sena kien li l-affarijiet ġew streamlined u systemized b'mod ċar għall-iskejjel tal-Istat, jiġifieri ntagħżlu l-uniformijiet bħala stil, eċċ. Fl-iskejjel tal-Istat għamilna mezz – issa wieħed jista' jargumenta dwar il-kwestjoni ta' gosti fuq id-disinn – fejn ipprovajna nagħmlu l-uniformi kemm jista' ikun b'mod sempliċi.", "Pereżempju, il-kalzetti mhumiex imsemmijin bħala item speċifiku u l-basktijiet tal-iskola, li f'ċerti setturi huma parti mill-uniformi, lanqas biss huma msemmija fl-expression of interest tagħna.", "Ipprovajna nagħmluha sempliċi u l-kwestjoni tal-identità ħassejna li għandna nagħmluha fil-limiti ta' prezz raġjonevoli.", "U allura pprovajna nsibu dak il-bilanċ.", "CARMELO ABELA: Jekk huwiex expression of interest jew inkella tender, at this point huwa mmaterjali, fis-sens li kif fhimt it-tweġiba tiegħek, inti qed tgħid li fil-passat kien jingħad li ladarba mhux se tkun spiża pubblika imma se tkun spiża fuq il-familji, allura it doesn't matter xi tkun dik l-ispiża.", "Aħna niltaqgħu man-nies li jagħtuna l-feedback tagħhom, issa jekk ikunux qed jesaġeraw jew le kulħadd jagħmel il-ġudizzju tiegħu.", "Dr. Aquilina Zahra semmiet il-queues quddiem ċerti outlets.", "Għalfejn ikollna naraw queues quddiem ħanut partikolari biss?", "Meta tistaqsi jew jiġu għandek il-ġenituri jgħidulek li huma qed jimxu fuq id-direzzjoni li jagħtuhom l-iskejjel.", "Issa jekk dik id-direzzjoni hijiex ġejja mid-dipartiment jew mid-direttorat, jew inkella mill-iskola individwali jew mill-Head partikolari mhux se noqgħod nidħol fiha.", "Imma d-direzzjoni tal-iskola tkun dik li l-uniformijiet iridu jinxtraw bilfors mingħand dak il-ħanut partikolari.", "Darba waħda ġiet persuna fuqi u ġabitli żewġ qomos bojod u staqsitni jekk jien narax xi differenza fihom.", "Issa jien la jien xi ħajjat u lanqas xi espert f'dan il-qasam imma t-tnejn bojod rajthom.", "Din il-persuna qaltli li waħda tiswa tant għax kellha tixtriha bilfors mingħand retailer partikolari filwaqt li l-oħra tiswa terz il-prezz tal-ewwel waħda u li allura setgħet tixtri tliet qomos bil-prezz tal-oħra.", "Madankollu hija kienet obbligata tixtri l-qmis bi prezz għoli mingħand dak il-ħanut.", "IS-SUR STEPHEN CACHIA: Imma għalhekk inħareġ expression of interest biex jirregola proprju dawn l-affarijiet.", "CARMELO ABELA: Hija l-ewwel darba li nħarġet expression of interest għax qabel konna niġu naqgħu u nqumu!", "IS-SUR STEPHEN CACHIA: Le mhux qed ngħid hekk.", "Jien qed ngħid li f'ċertu skejjel kien jinħareġ tender.", "Issa jien nista' nitkellem fuq l-iskejjel li kont involut fihom jien.", "Jista' ikun li dak li qed tgħid inti kien isir ukoll u għalhekk inħass il-bżonn, fost affarijiet oħra, - anke minħabba r-rakkmandazzjonijiet li saru mill-awtorità lill-Istat - li tiġi rregolata din il-pożizzjoni.", "Issa ġie regolarizzat u dawn l-affarijiet ma jsirux.", "Rigward is-sistema tal-expression of interest ifisser li mbagħad għażilna supplier u hemm issues fuq kif jissupplixxi supplier, li hija diskussjoni oħra fit-tul u li fuqha żgur għandi ħafna xi ngħid, imma dik naħseb li hija issue oħra.", "Li hu żgur hu li s-sitwazzjoni tranġat minn dak li qed issemmi inti Onor. Abela.", "Lanqas għandna ngħidu li l-iskejjel kollha tal-Istat kienu jiġu jaqgħu u jqumu mill-uniformi.", "Kien hemm ħafna tentattivi biex jintgħażel mod ġust u ekwu imma nħass il-bżonn li dan isir b'mod ċar u trasparenti fuq livell nazzjonali, kif fil-fatt sar matul din is-sena.", "U naħseb li dan jidher ukoll fil-prezz li nħareġ u fil-mod ta' kif saret il-biċċa tax-xogħol.", "CARMELO ABELA: Ħalli ma tifhmunix ħażin, jien mhux qed ngħid li l-kapijiet jew min imexxi d-direttorat ma kienx jinteressah kompletament imma li ridt ngħid hu li d-direzzjoni kif kienet tingħata kienet twassal sabiex ikun hemm prezzijiet ogħla.", "Issa jekk fil-passat kien hemm tentattivi, jidher li għal xi raġuni jew oħra dawn it-tentattivi baqgħu ma rnexxewx għax il-prezzijiet tal-uniformijiet matul is-snin baqgħu jogħlew.", "Jekk dak li hemm fil-mistoqsija parlamentari jiġi mqabbel mar-rapport tal-awtorità u huwa kkonfermat, allura nieħu gost li kien hemm dan l-improvement u li l-uniformijiet roħsu.", "Jien nittama li hekk ikun u li jibqa' hekk.", "Mistoqsija oħra li xtaqt nagħmel hija dwar jekk hemmx xi provvedimenti għal dawk il-familji li minħabba nuqqas ta' xogħol jew minħabba li jkollhom aktar minn wild wieħed, isibu xi diffikultajiet biex ilaħħqu mal-ispejjeż u allura jekk dawn jiġux megħjuna b'xi mod jew ieħor ħalli l-ispiża tal-uniformi tittaffa' xi ftit minn fuqhom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Table 3 f'page 4 tar-rapport tagħmel riferenza għall-iskejjel tal-Istat.", "Jekk qed nifhem tajjeb dik it-table ġiet obsolete ladarba qed joħorġu t-tenders fl-iskejjel tal-Istat.", "Qiegħed nassumi tajjeb?", "DR SYLVANN AQUILINA ZAHRA: Jien informata li s'issa mhux l-iskejjel kollha għandhom din is-sistema l-ġdida.", "MICHAEL GONZI: Meta qed ngħidu generic u specific qisek qed titkellem fuq kif nixtru l-mediċini aħna.", "Issa jekk hemm dan il-prezz daqshekk differenti, jiġifieri minn €80 għal €120, l-awtorità ma tistax tagħfas fuq dan it-tip ta' qligħ?", "Pereżempju, fuq il-conclusions ippuntajtu li fuq ċerti affarijiet il-qligħ qed ikun iż-żejjed.", "Allura bħala awtorità ma tistgħux tagħfsu fuq l-iskejjel jew fuq is-suppliers?", "DR SYLVANN AQUILINA ZAHRA: Kif għedt fil-bidu, fil-passat l-uffiċċju ddiskuta mal-iskejjel kemm tal-Istat, kemm tal-Knisja u kemm dawk Indipendenti u rajna improvement għalkemm dan ma kienx biżżejjed.", "U kien għalhekk li ħriġna b'dan ir-rapport.", "Din id-darba ddeċidejna li noħorġu b'rapport pubbliku u ħriġnih għan-national consultation, jiġifieri kulħadd seta' jagħti l-kummenti tiegħu fuqu għax aħna nħossu li kulħadd, b'xi mod huwa involut f'dan is-suq.", "Jiġifieri jistgħu jkunu l-ġenituri, tista' tkun l-iskola u jista' ikun is-supplier li diġa' qiegħed jaġixxi f'dan is-suq li qed iforni l-uniformijiet u jista' ikun dak in-negozjant li jixtieq jidħol f'dan is-suq imma li s'issa ma sabx il-possibilità li jidħol fih minħabba l-mod ta' kif kien qed jopera dan is-suq.", "X'jixtieq jagħmel l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta?", "L-uffiċċju ried joħloq din it-trasparenza billi jippubblika dan ir-rapport, bir-rakkmandazzjonijiet u bil-prezzijiet li kellu.", "Qed ngħidu lill-iskejjel xi prezzijiet jeżistu; jeżistu prezzijiet raġjonevoli u jeżistu prezzijiet li jidhru li huma għoljin.", "Qed niddiskutu biex l-iskejjel jifhmu x'inhi l-problema għax xi kultant mhux l-iskejjel kollha jkunu qegħdin jifhmu x'impatt għandha dik id-deċiżjoni li tkun qed tieħu l-iskola meta tispeċifika uniformi.", "Importanti li min qiegħed f'dan is-settur jara l-prezzijiet u jgħid jekk hu huwiex kapaċi joħroġ bi prezz orħos, jekk huwiex cost efficient jew inkella huwiex qed japprofitta ruħu.", "Kien importanti ħafna li noħolqu din it-trasparenza u nġibuha a konoxxenza tal-pubbliku.", "Issa x'nixtiequ nagħmlu?", "Ovvjament nixtiequ li l-iskejjel jifhmu r-rakkmandazzjonijiet tagħna u kemm jista' ikun jaderixxu magħhom.", "Finalment it-tir tagħna hu dak li s-suq isir wieħed kompetittiv.", "Jiġifieri fejn naraw li l-competitive process qiegħda tiġi hampered u ristretta, u nħossu li qed tiġi ristretta minħabba ċerti abbużi, aħna se ninvestigaw.", "Issa se nagħmlu rapport finali u se nerġgħu noħorġu bir-rakkmandazzjonijiet tagħna.", "Imma at one point mhux se niddiskutu iżjed imma se nibdew ninvestigaw.", "MICHAEL GONZI: Jekk tiġik ogħla s-sena d-dieħla u titlob dawn il-prezzijiet li hawn hawnhekk, intom tistgħu twaqqfuha din?", "DR SYLVANN AQUILINA ZAHRA: Fejn se naraw kwalunkwe ħaġa li għalina tista' tkun ta' problema se ninvestigaw.", "Issa aħna nistgħu ninvestigaw kemm skola u kemm retailer u nieħdu azzjoni bil-poteri li tagħtina l-liġi.", "MICHAEL GONZI: L-iskejjel tal-Istat suppost li issa rranġaw is-sistema tagħhom.", "Naħseb li dan jgħodd aktar għall-iskejjel privati.", "DR SYLVANN AQUILINA ZAHRA: Ma nixtieq li nidentifika lil ħadd biex ħadd ma jieħu l-impressjoni li jiena forsi diġa' għandi xi free formulated idea.", "Jekk ikun hemm sinjal li jurina li hemmhekk jista' ikun hemm problema, aħna se nidħlu fiha biex naraw x'inhi dik il-problema.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: B'riferenza għall-iskejjel tal-Istat, Dr. Aquilina Zahra semmiet li bħala mean price l-uniformi tiġi madwar €117.", "Imbagħad qaltilna li jista' ikun ukoll li forsi ma tkunux daħħaltu l-items kollha.", "Minn naħa tad-dipartiment kien ikkalkulat li l-uniformi tiġi tiswa madwar €180.", "U kien hemm rapporti f'gazzetti lokali, speċjalment f'gazzetta partikolari, fejn ġew intervistati xi nies u dawn qalu li huma nefqu €215 għall-uniformi tat-tfal tagħhom.", "Ma nafx jekk intom tistgħux tikkummentaw fuq jekk dan il-prezz huwiex minnu jew le.", "DR SYLVANN AQUILINA ZAHRA: Ovvjament jiena nista' nitkellem fuq il-findings tagħna.", "Li ċċarajt hu li aħna konna qegħdin nieħdu sample across the board u mhux konna qed nitkellmu fuq skola partikolari.", "Jekk se nidħlu fuq skola partikolari se naraw l-items kollha ta' dik l-iskola.", "Madankollu aħna ridna nagħtu a picture across the board ta' dak li qed jiġri u b'hekk ħadna sample wiesgħa ħafna, li kien jinvolvi 'l fuq minn 90 skola.", "Again l-iskejjel mhux kollha għandhom l-istess uniform items u allura aħna, biex inkunu nistgħu noħorġu l-prezzijiet u nagħmlu dan il-comparison, rajna x'inhuma dawk l-affarijiet komuni bejn dawk l-iskejjel li nqabdu fis-sample u qabbilna dawk il-prezzijiet.", "Jista' ikun – u fil-fatt hekk kien f'ħafna każijiet – li l-iskejjel li rajna kellhom aktar items minn dawn li identifikajna aħna.", "Dak x'għamilna aħna.", "Jekk tmur tistaqsi ġenituri partikolari se jgħidulek li l-kont tagħhom ġie jiswa \"X\" amount filwaqt li l-kont ta' ġenituri oħra ġie jiswa \"X\" amount plus something else.", "Dan għaliex mhux kulħadd jixtri bl-istess mod.", "Wieħed jista' jixtri qmis waħda filwaqt li ħaddieħor jixtri żewġ qomos.", "U skola jista' ikollha aktar items minn skola oħra.", "Once li se tkellem lill-ġenituri mhux kollha se jagħtuk l-istess ammont globali.", "IS-SUR STEPHEN CACHIA: L-expression of interest – biex nippreċiża xi ħaġa li forsi ma ħarġitx daqshekk ċara mill-ispjegazzjoni ta' Dr. Aquilina Zahra – sar għall-iskejjel kollha tal-Istat u mhux għal xi wħud biss.", "U dawn saru l-aktar għall-istudenti li deħlin fil-Year 1 din is-sena għax huma dawk l-istudenti li se jkollhom uniformi ġdida u dawk li deħlin fil-Form 1 għax huma wkoll se jkollhom uniformi ġdida.", "Żgur li ħadd ma kien qed jistenna li noħorġu expression of interest għall-forms kollha jew nippretendu li xi ħadd ibiddel l-uniformi.", "L-għan tagħna dejjem kien li meta jkun hemm uniformi ġdida li se tieħu post dik l-antika.…", "Ħafna drabi li jiġri meta xi ħadd ikollu problema bl-uniformi l-ġdida waqt il-perjodu tal-phasing out tal-uniformi l-qadima hu li l-iskejjel ikollhom sistema fejn il-Form 5s iħallu l-items li jkunu għadhom tajbin lura u jbiegħhom bħala seconds jew inkella - ħafna drabi hekk jiġri – jagħtuhom b'xejn.", "B'dan il-mod ikunu qed jagħtu l-għajnuna tagħhom għax meta l-uniformi tkun phased out, biex tibda ssibha jkollok il-problemi.", "Il-prezzijiet fil-każ tal-iskejjel primarji, mil-lista tal-kulleġġi kollha li għandi, m'hemmx kulleġġ wieħed li jaqbeż il-€150.", "Fil-fatt ħafna minnhom huma inqas minn dan il-prezz.", "Fil-każ tal-iskejjel sekondarji il-prezz huwa ta' €160.", "Jiġifieri m'hemm l-ebda kulleġġ li jaqbeż il-€200.", "THE CHAIRMAN: Issa meta qed ngħidu €150 fir-realtà dawk jiġu €300 għax ftit huma dawk it-tfal li jkollhom qmis waħda jew qalziet wieħed.", "Mela l-€150 realment għall-ġenituri tfisser €300.", "IS-SUR STEPHEN CACHIA: Kollox sew imma r-rapport kien fuq item wieħed ukoll.", "THE CHAIRMAN: Ma jimpurtax imma actually aħna qegħdin nitkellmu fuq il-ġenituri u allura l-actual issa m'għadux ipotetiku.", "Jekk il-ġenituri mill-inqas jixtru żewġ biċċiet ta' uniformi, ifisser li uniformi ta' €150 għalihom se tiġi tiswa €300.", "Naħseb li dak il-punt naqblu fuqu.", "(Interruzzjonijiet) L-expression of interest għamluh l-iskejjel kollha tal-Istat jew kien awtorizzat li jsir u m'għamlux kulħadd?", "Għax inti għedt il-kulleġġi tiegħek għamluh, imma rigward il-kulleġġi l-oħra, x'għamlu dawn?", "IS-SUR STEPHEN CACHIA: Le kont qed ngħidu għall-kulleġġi kollha ta' Malta.", "IS-SUR ANDRÈ VASSALLO GRANT (Director Corporate Services): Ħarġet expression of interest waħda.", "Il-procurement regulations jitkellmu fuq tendering minħabba li jkun hemm involuti l-public funds.", "F'dan il-każ m'hemmx public funds u allura ma konniex obbligati li noħorġu tender.", "U lanqas nistgħu noħorġu tender għax ma jaqgħux taħt il-procurement regulations.", "Li għamilna for competitiveness sake hu li ħriġna an expression of interest u bbażajniha fuq il-procurement regulations.", "Dwar din ħadna parir mingħand l-AG Office ħalli naraw kif għandna mmexxu.", "L-expression of interest ħarġet għall-għaxar kulleġġi, jiġifieri one expression of interest li qsamniha f'għaxar biċċiet.", "Issa li kieku kien hemm aktar minn għaxar suppliers li xtaqu jitfgħu l-offerta tagħhom, kienu jistgħu jeħduha għaxar suppliers.", "Madankollu tefgħu l-offerta tagħhom madwar sebgħa u l-evaluation board għażel the cheapest technically compliant tenders għaliex fl-expression of interest għamilna d-design, il-colour code, eċċ, jiġifieri it was very detailed.", "Aħna m'għandniex kontroll fuq min jitfa' it-tender u kif diġa' għedt, tefgħu t-tender sebgħa biss, li minnhom kellna nagħżlu the cheapest technically compliant.", "Fil-fatt intagħżlu żewġ bidders, wieħed ħa erba' kulleġġi u l-ieħor ħa sitta.", "MICHAEL GONZI: Kif kienu l-prezzijiet ikkomparati bejn din is-sena u s-sena li għaddiet?", "Kien hemm improvement fis-servizz in ġenerali?", "IS-SUR STEPHEN CACHIA: Bħala prezz nista' inqabbel fuq il-kulleġġ tiegħi fejn fil-Form 1s tal-iskejjel sekondarji tas-subien, il-prezz bħala total – qed ngħidu fuq item wieħed minn kull item - ġie €20 orħos mis-sena l-oħra.", "Ma kontx aware u ma kkomparajtx l-items tal-kulleġġi kollha ma' dak li hemm fir-rapport.", "Imma jidher – anke mill-kummenti li għamel l-Onor.", "Abela - li anke fuq il-kulleġġi l-oħra kien hemm roħs fil-prezzijiet permezz ta' din is-sistema.", "Nerġa' ngħid li jien naqbel ma' dak li ntqal dwar li jkun hemm min jixtri aktar minn item wieħed imma ovvjament ma jgħoddx għal kull item tal-uniformi.", "Pereżempju, l-aktar items għoljin huma l-blazer u t-tracksuit u jekk tqabbel is-setturi – naħseb li dan il-punt ma tantx ħareġ fir-rapport imma xorta qiegħed hemm – ssib li fis-settur tal-iskejjel tal-Istat, il-prezzijiet ta' dawn l-items għoljin, huma ferm orħos minn ta' setturi oħra.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Meta Dr Aquilina Zahra tkellmet fuq is-supply level qalet li hi tixtieq li naslu fi stat fejn ikollna għażla u kulħadd imur għand dak ir-retailer li jrid hu.", "Billi qed tissemma' l-expression of interest, min ikun għamel l-expression of interest u jispiċċa jeħodha hu, dan xorta se jispiċċa jikkontrolla hu.", "U allura ma narax kif tista' taħdem din is-sistema għax xorta għandek bniedem li qed jikkontrolla l-prezz tal-oħrajn kollha.", "Inutli li jkollok firxa ta' retailers.", "DR SYLVANN AQUILINA ZAHRA: Meta jkollok tender jew expression of interest il-kompetizzjoni qed issir qabel minflok wara.", "U allura meta qed jitfgħu t-tender jew qed juru l-interess tagħhom, dawn se joqogħdu attenti xi prezzijiet se jagħtu.", "Mill-ambitu tagħna, meta nitkellmu fuq il-welfare tal-konsumatur m'aħniex inħarsu biss lejn il-prezz, għalkemm dan huwa wieħed mill-fatturi l-iżjed importanti, imma nħarsu wkoll lejn il-kwalità u lejn is-servizz.", "Għaliex ġenitur għandu – din semmejtha diġà qabel – jmur bilfors f'dak il-ħanut partikolari fejn bagħtitu l-iskola u forsi jrid isuq minn naħa l-oħra ta' Malta biex jasal hemmhekk?", "Naraw ukoll sitwazzjonijiet fejn suppliers jgħidulek li trid tmur tixtri l-uniformi fit-tali ġurnata billi jaqsmu t-tfal in alphabetical order u jgħidulhom li min għandu kunjomu jibda b'dawk it-tali ittri għandu jmur jixtri l-uniformi tiegħu f'dak it-tali ħin u f'dik it-tali ġurnata.", "Dan mhux servizz normali li jixraqlu l-konsumatur u allura aħna nħarsu wkoll lejn dawn l-affarijiet.", "Ċertament meta għandek expression of interest jew tendering system hija definitely aħjar minn meta l-iskola taqbad u tiddeċiedi li tagħti kuntratt lil xi ħadd partikolari għax almenu l-competitive process ikun sar qabel.", "Issa din forsi nistgħu nirrimedjawha billi meta jkun hemm a call for expression of interest, l-iskola mhux neċessarjament tintrabat ma' persuna waħda.", "Jiġifieri jekk japplikaw erbgħa, l-iskola tista' tagħti d-dettalji tal-uniformijiet tagħha u l-ispecifications ta' dik l-uniformi lil dawk l-erba' u mbagħad dawk l-erba' jaraw huma kif se jirreklamaw biex jiġbdu l-klijenti lejhom u kif se jikkompetu bejniethom.", "MICHAEL GONZI: Imma meta inti qed tagħmel expression of interest u jeħodha wieħed biss, se tiġi fl-istess sitwazzjoni għax il-ġenituri xorta jridu jmorru f'dak il-ħanut partikolari.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "ANTHONY ZAMMIT: Hawnhekk naqbel mal-Onor.", "Issa rrid ngħidilkom prosit ta' dan ir-rapport u niskanta kif rapport bħal dan ma sarx aktar qabel.", "Ħadt gost naqra dan ir-rapport il-bieraħ u bdejt ngħid bejni u bejn ruħi li at least it seems that somebody is doing something about it.", "Madankollu nemmen li rridu nżommu l-affarijiet kemm jista' ikun sempliċi u bażiċi.", "Dik hija xi ħaġa importanti.", "Ejjew naraw x'inhuma l-affarijiet bażiċi; a grey trousers, a white shirt, etc. M'hemmx bżonn noqogħdu noħorġu expression of interest because the basic things għandhom ikunu hemm u dawn ikunu jistgħu jinxtraw minn kullimkien.", "Biex ikolli l-identità m'hemmx bżonn li jkolli xi kuluri imma I just need a badge or a tie, a simple thing.", "Aktar ma se nikkomplika l-affarijiet aktar qed nagħti lok għall-abbuż u dan huwa importanti li nifhmuh.", "Hemm bżonn li l-qmis ikollha l-isem printed fuqha?", "Jekk se jkollok a green blazer diġa' għandek il-blazer aħdar jew inkella xi ħaġa oħra partikolari.", "L-iskejjel tal-Istat jistgħu jgħidu li huma se jkollhom l-uniformi tagħhom blu u mbagħad kull kulleġġ ikollu l-badge tiegħu.", "Għalfejn se noqgħod nikkomplika l-affarijiet fejn kulleġġ irid ikun kulur aħdar, l-ieħor isfar u l-ieħor lime green?", "Inti lit-tifel trid tagħtih dik iċ-ċerta sense of identity of belonging to a school or a college which as I said, is very important, imma m'hemmx bżonn li toqgħod tagħmillu l-kuluri u l-affarijiet kollha differenti.", "Jekk omm għandha bżonn qmis bajda u se jkollha tixtri tlieta matul is-sena, - nafu kif jikbru f'daqqa t-tfal f'dik l-età - dawn huma kollha extra costs.", "Issib tifel imqareb li jkollu bżonn erba' qliezet fis-sena.", "Għamlu l-affarijiet b'mod sempliċi u xorta jkun hemm il-kompetittività.", "Imma jekk aħna nissimplifikaw l-affarijiet u nnaqqsu l-burokrazija u dawn l-affarijiet kollha, il-pajjiż se jimxi ħafna aħjar u se jimxi 'il quddiem.", "THE CHAIRMAN: Mela se ngħaddi ftit rimarki u nagħti l-veduti tiegħi u mbagħad wara tkunu tistgħu tagħmlu l-konklużjonijiet tagħkom.", "L-iskop tagħna bħala kumitat huwa li nirrispondu għas-sejħa tagħkom bħala awtorità u li nipparteċipaw f'eżerċizzju ta' konsultazzjoni pubblika.", "L-ewwelnett irrid nirringrazzjakom u napprezza x-xogħol li qed tagħmlu bħala awtorità.", "Nemmen li huwa d-dmir tagħna li nipparteċipaw f'din il-konsultazzjoni pubblika permezz ta' din il-laqgħa u rridu naraw li permezz tal-parteċipazzjoni tagħna, titqajjem awareness akbar fuq dan l-eżerċizzju.", "Ovvjament se jkun hemm rapporti fuq il-ġurnali u minn hawnhekk nirringrazzja l-ġurnalisti li qegħdin jisimgħuna.", "Naf li se jkun hemm il-blogs fuq dan is-suġġett u allura intom, awtomatikament se tieħdu spinta akbar bil-kummenti kollha li jsiru fuq dak li jkun qed jingħad.", "Imbagħad nixtieq inkompli nitkellem ma' sħabi l-Membri tal-Kumitat u noħorġu rapport bl-opinjonijiet li jista' ikollna kif ukoll xi forma ta' proposti.", "Nixtieq li din il-konsultazzjoni li kellna magħkom ma tieqafx illum imma jkollna diskussjoni oħra fejn aħna nkunu nistgħu nressqu l-ħsebijiet tagħna.", "Jiena nemmen li bħala Kumitat irridu nitkellmu f'isem il-ġenituri u din għedtha wkoll fil-laqgħa tal-bieraħ meta kellna persuni oħra minn setturi oħra.", "Anke fil-bidu nett ta' din il-leġislatura konna għedna li aħna, bħala Kumitat, irridu nitkellmu f'isem il-poplu billi nagħtu leħen lit-tamiet u l-preokkupazzjonijiet tiegħu.", "Aħna rridu nieħdu fuqna din ir-responsabilità u nitkellmu f'isem il-ġenituri imma rridu nifhmu wkoll il-ħtieġa tal-iskejjel li għandhom bżonn - kif qegħdin jgħidulna - l-identità tagħhom.", "Fil-fatt l-identità tal-iskejjel tagħmel ukoll sens għall-istudenti u allura din irridu nifhmuha wkoll.", "Irridu wkoll nidħlu – biex ngħid hekk - fiż-żarbun tagħkom bħala awtorità u nifhmu li meta qegħdin inħarsu lejn il-proċeduri ta' kompetizzjoni ġusta, l-iskejjel jistgħu jmorru aħjar u l-ġenituri jmorru aħjar.", "Għalhekk ma rridux inkunu galantomi bi flus in-nies.", "Irridu naraw li jekk jista' ikun nilħqu bilanċ.", "L-iskejjel għandhom l-identità tagħhom u għandu jkollhom l-aħjar li jista' ikollhom, imma jekk jista' ikun din l-identità għandhom joħolquha bl-orħos prezz possibbli.", "Għandna l-identità tal-iskejjel imma l-prezz tal-identità m'għandux ikun għoli jew ikun wieħed abbużiv.", "U allura l-affarijiet għandhom jinxtraw bir-regoli tal-kompetizzjoni ġusta.", "Dr. Aquilina Zahra qalet sew meta qalet li għandna nirrispettaw is-suq.", "Meta nkunu qegħdin nirrispettaw is-suq, inkunu qegħdin nirrispettaw il-ġenituri kif ukoll l-iskejjel.", "Jiġifieri meta nirrispettaw is-suq nemmen li s-suq ikun kapaċi jimxi, u jekk inħalluh jimxi, inkunu kapaċi nilħqu bilanċ.", "F'dan is-sens, bħala Chairman ta' dan il-Kumitat nixtieq li nwassal lil sħabi dan il-preambolu ħalli nipprovaw inħarsu lejn din is-sitwazzjoni kollha.", "Issa nixtieq niftaħ aktar dan ir-rapport billi npoġġi xi mistoqsijiet quddiemkom.", "Pereżempju, intom dħaltu fir-realtà li diversi skejjel għandhom ukoll il-ħwienet tagħhom?", "Niftakar li meta kont – u hawnhekk nidħol fuq responsabilità passata - segretarju parlamentari kien ikolli rapporti mingħand numru ta' negozji li kienu jarawha stramba kif ċerti skejjel, anke tal-gvern, kienu jispiċċaw ibiegħu matul is-sena skolastika ċerti affarijiet bħal kotba, lapsijiet u basktijiet tal-iskola.", "Ma nafx jekk din is-sitwazzjoni għadhiex preżenti issa li għandna l-kulleġġi.", "Nispera li m'għadhiex hekk.", "Hemm aċċessorji oħra li ħafna drabi jkunu marbutin mal-issue tal-identità ta' skola partikolari li wkoll jiswew il-flus u li b'xi mod jew ieħor jispiċċaw iżidu l-prezz tagħhom.", "Nixtieq immiss ma' rapport ieħor li konna għamilna f'din il-leġislatura stess u li għandu x'jaqsam mal-faqar relattiv.", "Hemmhekk smajna b'eżempji ċari ta' ġenituri li jsibuha diffiċli biex uliedhom jiġu inklużi soċjalment għax waħda mill-ispejjeż li jkollhom iġorru hija proprju l-uniformi tat-tfal.", "Issa biex inkunu għedna kollox, meta staqsejna fuq dawn l-affarijiet sibna li numru ta' skejjel kien ikollhom sistema fejn dawk il-ġenituri li kien ikollhom ċerti bżonnijiet finanzjarji, dawn kienu jiġu mogħtija l-uniformi.", "U fl-iskejjel hemm heads li kapaċi jħaddmu din is-sistema ta' solidarjetà.", "Qed ngħid hekk biex nuri li aħna smajna kollox.", "L-Onor.", "Michael Gonzi staqsikom jekk intom intomx kapaċi tieħdu azzjoni immedjata.", "Naturalment jien nixtieq li jkun hemm aktar immedjatezza għalkemm naf li l-awtorità għadha qiegħda tibni l-esperjenza tagħha.", "Imma rridu niftakru li ħafna drabi - aħna taċ-ċivil, fil-proċeduri tagħna nistgħu naqgħu lura milli nipprovaw nieħdu deċiżjoni b'ħeffa – sakemm nieħdu d-deċiżjonijiet tagħna jkun hemm xi ħadd li qed ibati.", "U jien din laqtitni kemm meta kont segretarju parlamentari u anke llum għax ħafna drabi ndumu biex nieħdu deċiżjoni għax inkunu rridu nistudjaw is-sitwazzjoni, li huwa tajjeb ukoll, imma kif diġa' għedt, sakemm aħna qegħdin nistudjaw fil-kumdità tal-uffiċini tagħna, hemm barra hemm min qed ibati.", "U t-tbatija rridu nnaqqsuha u allura nixtieq li jkun hemm ċerta ħeffa fid-deċiżjonijiet.", "Naħseb li rridu naraw ukoll jekk hemmx ħtieġa ta' liġi.", "Dak li qal is-Sur Vassallo Grant jagħtini fuqiex ninkwieta.", "L-iskejjel, minħabba l-procurement m'għandhomx għalfejn joħorġu tender u għamlu l-aktar ħaġa tajba meta ħarġu l-expression of interest.", "Dik kienet l-iżjed ħaġa responsabbli li setgħu jagħmlu bħala ministeru.", "Imma l-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti mhux se jħossu dak l-obbligu.", "Rigward ukoll iċ-ċokon tal-iskola.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq għaxar kulleġġi.", "Setgħu jagħmlu l-expression of interest fuqhom imma meta qed issemmi skola waħda biss, Independent school, hemmhekk mhux bilfors se naslu għal dak il-għan.", "Allura fiċ-ċirkostanzi li l-amministrazzjoni ta' dawn l-iskejjel ma jkollhomx l-obbligu dwar kif imorru għall-procurement tagħhom.… Għalhekk jista' ikun hemm il-ħtieġa ta' leġislazzjoni li tirregola din il-proċedura jew inkella xi metodu ieħor dwar kif nistgħu naslu biex intaffu din il-problema.", "Tali leġislazzjoni tkun trid toħloq parametri aktar ġusti biex jinstab bilanċ u fl-istess ħin toħloq parametri għall-amministrazzjonijiet diversi tal-iskejjel u jkollna ċerta uniformità.", "Iż-żmien huwa determinanti fl-għażla tal-uniformi.", "Ma jistax ikollna għażla ta' uniformi li tinbidel kull darba li tinbidel il-head tal-iskola.", "Illum forsi mhux il-każ imma qabel kien hemm din it-tentazzjoni.", "Imma llum kif se nagħmlu biex jekk uniformi tkun intagħżlet, din tibqa' bilfors b'dak il-kulur għal ċertu ammont ta' żmien?", "U din trid tkun bil-liġi ħalli min se jidħol fin-negozju tal-uniformijiet ikun jaf li għandu pereżempju għaxar snin b'dak id-disinn ta' uniformi.", "Dawn li qed insemmi jien huma kollha eżempji li jistgħu jimmaturaw aktar imma jekk mhux se jkun hemm il-fattur taż-żmien, mhux bilfors li se jkollok investiment.", "U jekk m'hemmx il-fattur taż-żmien jista' illum għandek kulleġġ li qed jiġi amministrat minn xi ħadd, imbagħad għada tinbidel dik l-amministrazzjoni jew ikollok riforma fl-edukazzjoni, u terġa' tinbidel l-uniformi.", "Jiġifieri kull riforma ġġib magħha bidla fl-uniformi u allura hawnhekk għandek elenku importanti li rridu nżommu miegħu.", "Rigward il-combination tal-kuluri tal-uniformi, xi ħaġa li ssemmiet minn diversi membri, fosthom l-Onor.", "Zammit, irrid ngħid li dawn huma kollha affarijiet li għad iridu jittieħdu in konsiderazzjoni.", "Iżjed ma jkollna għażla ta' prodotti ġeneriċi iżjed naslu lejn l-orħos prezz possibbli.", "Mela mmorru għall-identità ġenerika u naslu biex insibu kompromess, imma mbagħad tidħol il-problema tal-iskejjel tal-Knisja u tal-iskejjel Indipendenti.", "Issa għaliex l-iskejjel ta' Għawdex ftit orħos minn ta' Malta?", "Għawdex għandek uniformi ġenerika għax għandek kulleġġ wieħed f'daqqa waħda.", "Imma fejn għandek kulleġġ jew independent school bi 300 student, allura l-prezz bilfors jitla' għax għandek limitazzjoni fil-kompetittività ta' min qed jissupplixxi l-uniformijiet.", "Naħseb dawn il-ħsebijiet kollha minflok jagħlqulna s-suġġett, aktar qed jiftħuh u naħseb li rridu nagħmlu laqgħa oħra biex inkomplu niżviluppaw dawn il-ħsebijiet.", "Għaldaqstant se nħalliha sine die sakemm nerġgħu nsejħu laqgħa oħra imma wara li nerġgħu niltaqgħu u intom tagħtu r-reazzjonijiet tagħkom, aħna, bħala membri ta' dan il-Kumitat inkunu nistgħu nikkonkludu ħalli jkollna rapport finalizzat u nkunu nistgħu nagħtu s-sehem tagħna wkoll lejn il-konsultazzjoni pubblika.", "Għalhekk nittama li issibuna ta' għajnuna.", "Sadanittant nemmen li nistgħu nagħmlu din is-sejħa pubblika - anke għaliex hawnhekk għandna numru ta' ġurnalisti – biex ngħinu fil-kawża tagħkom għall-konsultazzjoni pubblika ħalli min ikun irid jibgħatilna l-kummenti tiegħu bħala kumitat, ikun jista' jagħmel hekk permezz tal-e-mail address tal-kumitat.", "B'hekk inkunu qegħdin nisimgħu u nwasslulkom dak li nisimgħu.", "DR SYLVANN AQUILINA ZAHRA: Nixtieq nagħmel punt importanti; l-għan tal-uffiċċju mhux biex toħroġ xi uniformi unika għall-iskejjel kollha jew li joħroġ b'xi policy unika għall-iskejjel kollha.", "L-għan tal-uffiċċju huwa li jagħmel dan is-suq wieħed kompetittiv.", "Fejn ikun hemm il-varjetà, se jkun hemm aktar kompetizzjoni.", "Aħna nifhmu li dan is-suq m'għandux għalfejn ma jkunx kompetittiv, anzi huwa suq fejn għandek uniformi li hija very much in demand u allura aktar hemm lok għall-kompetizzjoni.", "Nerġa' ngħid li m'għandniex it-tir li ngħidu lill-iskejjel li jridu joħorġu bilfors b'qalziet blu jew aħdar u li bilfors irid ikollhom qmis bajda.", "U naħseb li dak huwa punt importanti li ngħiduh.", "DR ROSANNE CUSCHIERI: Fil-findings issemmiet kif ċerti skejjel tal-Knisja jagħtu l-possibilità lil dak li jkun sabiex jixtri l-materjal biex iħit hu stess l-uniformi tat-tfal u din hija ta' għajnuna kbira.", "Fil-fatt huma the specific items li jtellgħu l-prezz tal-uniformi.", "Pereżempju li shirt ikollu l-logo tal-iskola fl-għonq se jkun ifisser li jien ma nistax immur nixtrih minn kullimkien.", "Jiena naħseb li l-expression of interest fil-każ tal-iskejjel tal-Knisja hija daqsxejn diffiċli imma jista' isir xi tip ta' arranġament sabiex dawn l-items partikolari jkunu available minn numru ta' outlets differenti.", "Din hija xi ħaġa ta' kull sena u mhux xi ħaġa li nxtrat darba u daqshekk għax it-tfal jidħlu kull sena l-iskola u jkun hemm etajiet differenti.", "U allura jekk għandek erba' outlets minn fejn tista' tixtri l-uniformi, imbagħad sta għall-ġenituri li jagħżlu minn fejn jixtru.", "Tgħidulix kif se tinħadem imma nimmaġina li tista' issir.", "Ma naqbilx assolutament li jkunu uniformi waħda għax l-awtonomija minn hemmhekk toħroġ.", "Imma nħoss li aktar milli toħroġ tender, – li fil-każ tagħna huwa aktar diffiċli – għandu jkun hemm dawn l-items partikolari li jkunu jistgħu jinxtraw minn numru ta' outlets biex dak li jkun ikun jista' jagħżel minn fejn jixtieq imur jixtri.", "Ovvjament jekk għandek aktar minn outlet wieħed dawn se jaraw kif se jżommu l-aħjar prezz biex dak li jkun imur jixtri minn għandhom.", "IS-SUR STEPHEN CACHIA: Jiena se nagħmel l-aħħar punt biex ma ntawwalx aktar.", "Fl-aħħar mill-aħħar naħseb li morna tajjeb.", "Irreaġixxejna għal dan ir-rapport għax kien hemm ċertu rakkmandazzjonijiet li diġa' qegħdin isiru.", "Għandna naraw l-affarijiet on the ground billi naraw ir-realtà ta' Malta għax is-suq ħieles jista' jgħin ħafna.", "Ir-realtà tas-suq Malti hu li hu, jiġifieri jekk l-idea ta' expression of interest li semmiet Dr. Aquilina Zahra hu li joħroġ u li kulħadd jista' jitfa' il-bidding tiegħu, u mbagħad kemm noħorġu l-ismijiet tas-suppliers u kulħadd imur and he shops around, hija idea tajba fit-teorija.", "Il-biżgħa tagħna – u naħseb hija realistika – hu li aħna għandna obbligu li f'Settembru jkun hemm l-uniformijiet available u r-riskju hu li ma jkun hemm ħadd li jidħol għal din il-ħaġa u allura nispiċċaw mingħajr uniformijiet.", "Irridu nkunu aware ta' din il-ħaġa wkoll.", "Imma having said that naħseb li l-għan li jitbaxxew il-prezzijiet tal-uniformijiet huwa għan li naqblu miegħu mija fil-mija.", "Sur President, fl-aħħarnett nikkonferma dak li għedt inti dwar l-iskejjel tal-Istat - fl-esperjenza tiegħi kważi l-iskejjel kollha għandhom dawn is-sistemi – li għandhom sistemi biex min hu fil-bżonn jagħtuh l-uniformijiet b'xejn.", "THE CHAIRMAN: Qabel nagħlqu nixtieq ngħid biss x'inhu l-e-mail address ta' dan il-Kumitat, li huwa; Nirringrazzjakom.", "Fid-9:15 p.m. id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet interrotta."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111012_112d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "LAQGĦA NRU 112", "L-Erbgħa, 12 ta' Ottubru, 2011", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:35 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 111 li saret it-Tlieta 11 ta' Ottubru 2011, ġew konfermati.", "Laqgħa dwar Rapport MAĦRUĠ mill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarjiet tal-Konsumatur dwar l-Uniformijiet tat-Tfal tal-Iskejjel.", "L-Onor Edwin Vassallo stieden lill-Dr Sylvann Aquilina Zahra, Direttur Ġenerali fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni, biex tagħti preżentazzjoni fuq is-suġġett li kienet intitolata:", "Wara diskussjoni mal-Kumitat, intervenew ukoll is-Sur Stephen Cachia, Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Margerita, is-Sur Andrè Vassallo Grant, Director Corporate Services mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, u Dr Rosanne Cuschieri, Direttur tal-Iskejjel Tal-Knisja.", "Flimkien ma' Dr Sylvann Aquilina Zahra, kien hemm preżenti wkoll is-Sinj Marice Grech, is-Sinj Mandy Falzon u s-Sur Timothy Farrugia, Economics Officers fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni.", "Fid-9:15 pm, id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet interrotta.", "SKRIVANA TALKUMITAT", "PRESIDENT TALKUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111012_112m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 113", "It-Tnejn, 17 ta' Ottubru, 2011", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 17 ta' Ottubru, 2011 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "L-imġieba taż-żgħażagħ f'Paceville.", "Diskussjoni.", "Kontinwazzjoni.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111017_113a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 113", "It-Tnejn 17 ta' Ottubru, 2011", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 113", "It-Tnejn 17 ta' Ottubru, 2011", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-07:20 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 112 li saret l-Erbgħa 12 ta' Ottubru 2011, ġew konfermati.", "L-imġieba taż-żgħażagħ f'Paceville", "(Ikompli mil-Laqgħa 111 tat-Tlieta 11 ta' Ottubru 2011)", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Nistgħu ngħaddu mill-ewwel għall-item li għandna fuq l-aġenda u ċioè il-kontinwazzjoni tal-ewwel laqgħa li għamilna l-ġimgħa li għaddiet.", "Is-suġġett li qegħdin niddiskutu huwa l-imġieba taż-żgħażagħ f'Paceville u għalhekk, kif diġa' għedtilkom, illum se nkomplu niddiskutu dan is-suġġett.", "Magħna llum għandna diversi personalitajiet li jfisser responsabilitajiet differenti minn dawk li kellna fl-ewwel seduta.", "Nixtieq infakkarkom li dawn il-laqgħat jiġu streamed live fuq l-internet u għalhekk nitlobkom tkunu responsabbli ta' dak li tgħidu.", "Nixtieq ukoll li qabel ma nibdew niddiskutu nintroduċi ftit is-suġġett għal dawk li ma kienux magħna l-aħħar darba.", "Fis-sajf li għadda kellna xi ġenituri li wrew il-preokupazzjonijiet tagħhom fuq xi inċidenti li seħħew f'Paceville u sussegwentament bdew isiru laqgħat organizzati mill-GRTU fuq dan is-suġġett partikolari.", "F'dawn il-laqgħat taw is-sehem tagħhom ukoll il-Pulizija, il-Kunsill Lokali, l-MTA u entitajiet oħra.", "Bħala Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali tlabna lill-ewwel grupp ta' persuni sabiex jagħtuna rendikont ta' fejn waslu dawk il-laqgħat u kif żvolġiet l-atmosfera li llum għandna ġewwa Paceville.", "U dan ħadnih mir-rakkonti ta' dawk li ġew ikellmuna.", "Ma kenitx laqgħa waħda u fil-fatt skond l-aġenda tagħna konna qbilna li nerġgħu nitkellmu llum, u dawk li kienu hawnhekk l-aħħar darba kellhom jiġu llum b'lista ta' dak li jaħsbu li tista' tkun is-soluzzjoni.", "Rajna li hemm iktar nies li għandhom ikunu qed jipparteċipaw u li ma kienux parteċipi, mhux fiż-żamma tal-ordni għax meta ngħidu żamma tal-ordni, ħafna drabi nirreferu għall-Pulizija, imma fuq tip ta' żamma ta' ordni differenti.", "Pereżempju, għandek l-MTA u għandek l-MHRA li ovvjament għandha l-interessi tal-lukandiera membri tagħha.", "Hemmhekk għandek ukoll il-language schools li wkoll għandhom interess partikalori għaliex il-klijenti tagħhom iqisu dak il-post bħala post ta' attrazzjoni partikolari.", "U għalihom jekk dan il-post jibda jaqa' lura jispiċċaw jitilfu wkoll ċertu aspett kummerċjali li fl-aħħar mill-aħħar ħadd ma jrid li jintilef.", "Diġa' kellna lis-Sindku u liċ-Chairman tal-Kumitat Amministrattiv preżenti fl-ewwel laqgħa fejn tawna wkoll il-veduti tagħhom.", "Irrid infakkar ukoll li hawnhekk għandna l-interess tar-residenti.", "Kellna min tkellem f'isem l-Aġenzija Żgħażagħ u llum dawn qegħdin magħna wkoll.", "Illum għandna magħna wkoll lill-Father Saviour Grima, Agostinjan responsabbli miż-żamma tal-ordni morali ta' dik il-komunità.", "Għalhekk ikun tajjeb li nisimgħu l-esperjenza tiegħu.", "Se nisimgħu l-esperjenza kemm tal-MTA, kif ukoll tal-language schools, kif ukoll ta' min huwa responsabbli mill-Millennium Chapel u minn dik il-komunità.", "Nisperaw li llum tkun l-aħħar laqgħa fejn dan is-suġġett jiġi diskuss pubblikament.", "'Il quddiem se nkun qiegħed nitlob li niddiskuti b'mod privat ma' kull entità ħalli nipprova nifhem aktar is-sitwazzjoni u b'hekk inkun nista' nagħti parir lil sħabi dwar kif nistgħu naslu għal rapport ta' soluzzjonijiet.", "Naturalment miegħi jista' ikun hemm dawk id-deputati membri ta' dan il-Kumitat imma nerġa' ngħid li dawn il-laqgħat mhux se jsiru b'mod formali bħalma qed nagħmlu llum imma se nkunu qegħdin nitkellmu waħedna privatament.", "Għalhekk nitlob mill-ewwel lir-rappreżentant tal-MTA sabiex jagħtina l-verżjoni tagħhom.", "IS-SUR JOSEF FORMOSA GAUCI (CEO tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta): Sur President, se nibda billi ngħid x'inhu l-irwol tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta.", "Meta wieħed jara l-area ta' Paceville, din nistqgħu naqsmuha f'sezzjonijiet.", "Għandek l-irwol tal-Awtorità li tirregola u tilleċenzja ċerti postjiet.", "U allura aħna ġewwa Paceville responsabbli mill-għotja ta' liċenzji lil-lukandi li hemm hemmhekk.", "Responsabbli wkoll sabiex nagħtu liċenzja lill-bars ġewwa Paceville.", "Dik hija waħda mill-funzjonijiet tal-awtorità.", "Bħala MTA għandna wkoll l-irwol prinċipali li nippromwovu lill-gżejjer Maltin u li nġibu t-turisti lejn pajjiżna.", "Naħseb li Paceville hija area fejn kollox jinġabar flimkien u allura parti mix-xogħol tagħna, jista' ikun sa ċertu punt f'kunflitt ma' area oħra.", "Qed ngħid dan għaliex l-ewwel nett aħna nafu kif żviluppa Paceville, fejn hemmhekk għandek pot purri ta' ħafna affarijiet.", "Hemmhekk għandek il-mekka tal-entertainment ta' pajjiżna; żgħażagħ u studenti taħt l-età eċċ, però fl-istess area, li hija area żgħira, għandek ukoll lukandi, b'uħud minnhom ikunu l-aktar lukandi importanti 5 star li għandna f'pajjiżna.", "Mela f'dik l-area daqshekk żgħira qiegħed iġġib konferenzi u corporate clients f'ċerti lukandi u qiegħed iġġib ukoll in-nies li jixtiequ jiddevertu.", "Fl-aħħar mill-aħħar aħna nafu li f'pajjiżna jrid ikollna sew il-lukandi, anke dawk ta' ħames stilel eċċ, kif ukoll irid ikollna – kemm għall-Maltin kif ukoll għall-barranin - area fejn wieħed ikun jista' jiddeverti u jieħu gost.", "Qatt ma nistgħu ngħidu li m'għandniex bżonnhom dawn l-areas.", "Li naħseb li huwa importanti hu li jkun hemm ċertu bilanċ bejn dawn iż-żewġ affarijiet ħalli t-tnejn jgħixu flimkien b'mod komdu.", "Dan jiġri mhux biss f'Paceville fejn ikollok uħud mill-aktar lukandi importanti u fl-istess area jkollok entertainment area.", "Rigward liċenzji, kif għedt aktar qabel, l-MTA toħroġ liċenzji għall-bars u postijiet oħra ta' divertiment ġewwa Paceville.", "Barra minn hekk, ġewwa Paceville għandek ċerti postijiet li ma jaqgħux taħt il-liċenzji tal-MTA imma li qegħdin jagħtu s-sehem tagħhom fil-problemi.", "U hawnhekk qiegħed nirriferi għall-bottle shops.", "Fenomenu li rajna fl-aħħar snin huwa dak li jkollok numru ta' żgħażagħ - xi kultant jgħidu li dan il-fenomenu nħoloq mil-language students imma jiena ngħid li dan huwa fenomenu across the board, kemm tal-Maltin u kemm tal-barranin - li dawn minflok imorru fil-bars, imorru ġewwa bottle shops u jixtru flixkun Vodka u flixkun Coca biex imbagħad imorru fil-Bajja ta' San Ġorġ jew f'areas oħra biex iħalltu x-xorb tagħhom.", "Dawn ma jkunux biss żgħażagħ li jkunu taħt l-età imma anke dawk tal-età li jistgħu jixtru l-alkoħol mill-bars.", "U dawn il-bottle shops mhumiex regolati mill-MTA.", "Li nirregolaw aħna huma l-bars u l-places of entertainment.", "Fl-aħħar mill-aħħar l-inforzar f'dawn il-postijiet ma jaqax neċċessarjament taħtna.", "Allura jekk wieħed jiġi biex jinforza jekk humiex deħlin tfal taħt l-età f'ċerti postijiet, jekk għandek l-issue tat-tipjip ġewwa l-bars eċċ, jekk għandek l-issue tan-noise pollution, fejn ġieli jkollna lmenti anke mil-lukandi minħabba storbju eċċessiv eċċ… Dawk huma affarijiet li bħala infurzar ma jaqgħux taħtna.", "Bħala MTA nagħtu sehem u kontribut kbir f'dak li qed jiġri ġewwa Paceville għaliex - u se mmur lura lejn dak li bdejt bih - fl-aħħar mill-aħħar nafu li l-prodott li aħna qegħdin noffru Paceville huwa parti importanti minn dak il-prodott; importanti għax għandek ċerti lukandi hemm u allura jridu jiżguraw li min qiegħed f'dawk il-lukandi ma jkollux problemi waqt li qiegħed hemm.", "U rridu niżguraw ukoll li min qed jiġi ta' età iżgħar biex jieħu gost u jiddeverti ġewwa pajjiżna, minbarra li jagħmel dan fil-limiti tal-liġi, ikollu fejn jagħmel dawn l-affarijiet ukoll.", "Aħna naħdmu b'mod viċin ħafna mal-kunsill lokali u mal-assoċjazzjoni responsabbli minn Paceville.", "Naħdmu wkoll mas-settur privat; mal-MHRA u mal-GRTU.", "Naħdmu mill-viċin ħafna mal-Pulizija.", "Fil-fatt, permezz tas-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, ikun hemm laqgħat fejn inkunu kollha madwar l-istess mejda.", "Aħna nagħmlu dawn il-laqgħat għax nafu l-importanza ta' Paceville għas-settur turistiku.", "Fl-aħħar mill-aħħar aħna m'aħniex responsabbli minn ħafna affarijiet, però xi ħadd irid iġib lil kulħadd madwar il-mejda sabiex il-problemi nkunu nistgħu niddiskutuhom u naraw kif nistgħu nsolvuhom.", "L-area li nieħdu b'responsabilità għall-infurzar tagħha hija l-Bajja ta' San Ġorġ, li hija managed mill-MTA u hija proprjetà tal-MTA, minn naħa tal-Lands Department.", "Kien hemm min issuġġerixxa li bil-lejl din il-bajja għandha tingħalaq kompletament ħalli n-nies ma jkunux jistgħu jinżlu fuqha imma sal-lum għadna ma qbilniex ma' dik il-proposta.", "L-ewwel nett il-fatt li inti sejjer ġewwa destinazzjoni fil-Mediterran, hija xi ħaġa normali li n-nies imorru fuq il-bajja filgħaxija.", "U l-fatt li tibda tagħlaq il-bajjiet filgħaxija ma naħsibx li hija xi ħaġa li naqblu magħha.", "Jekk inti trid talaqha għax hemmhekk qegħdin imorru ż-żagħżagħ biex jagħmlu ċerti abbużi, aħna nemmnu li b'daqshekk ma tkunx qed tindirizza verament il-problema u m'inti se ssolvi xejn.", "Fil-fatt you are just displacing the problem għax minflok imorru fil-bajja jmorru x'imkien ieħor!", "Il-bajja, li kif għedt taqa' taħt ir-responsabilità diretta tagħna, fis-snin l-imgħoddija konna nimpjegaw security bejn id-9.00 p.m. u l-4.00 a.m..", "Issa din is-sena għamilna xi ħaġa differenti għax minkejja li konna qed inqabbdu security, dan ma tantx kien qed ikollu forza.", "U għalhekk għamilna arranġament u bdejna nħallsu biex ikun hemm żewġ Pulizija fuq il-bajja.", "Naħseb li l-preżenza tal-Pulizija fuq il-bajja għenet din is-sena.", "Fil-fatt il-problemi, li forsi kien hemm fis-snin li għaddew, kienu inqas.", "Mhux qed ngħid li ma kienx hemm imma żgur li kienu inqas.", "Kien hemm ċerti inċidenti qabel ma bdejna nibagħtu l-Pulizija hemmhekk imma mbagħad kif daħlu l-Pulizija, nistgħu ngħidu li l-problemi matul dan is-sajf naqsu.", "Naħseb li jekk wieħed jieħu s-sitwazzjoni kollha ta' Paceville matul dan is-sajf, minkejja l-problemi kollha li kien hemm, nistgħu ngħidu li kienet sitwazzjoni ftit aħjar milli kienet is-sena ta' qabel.", "Bħala MTA, kif diġa' għidt, fuq il-kumplament tal-area, li nistgħu nagħmlu hu li ninstigaw li jsiru l-affarijiet.", "Aħna nidħlu wkoll f'ċerti kwestjonijiet li m'hemmx għalfejn niddiskutuhom illum imma ġieli pereżempju, ikkontribwixxejna għat-tindif u għall-upkeep tal-area.", "Ix-xogħol isir mill-MRRA imma aħna ġieli kkontribwixxejna għal extra cleaning hemm isfel.", "Qegħdin nagħmlu xogħol infrastrutturali wkoll.", "L-MTA mhijiex dik l-entità li suppost hija responsabbli mix-xogħolijiet infrastrutturali imma hemm affarijiet żgħar li nagħmluhom kull sena.", "Is-sena l-oħra għamilna parti mill-promenade li tagħti mill-Bajja ta' San Ġorġ lejn il-Westin.", "Dan għamilnih għax għedna li on the outskirts għandek il-lukandi ta' 5 stilel; mela allura għedna li jmissna nagħmlu promenade li jibda mir-Raddison, il-Corinthia San Ġorġ, tinżel il-Corinthia Marina, twasslek sal-bajja u tibqa' tiela' għall-Westin u l-Hilton.", "B'hekk you can bypass the centre of Paceville u allura min ma jridx jidħol fil-qalba ta' Paceville jista' jgħaddi minn din it-triq.", "L-ewwel fażi tlestit sena ilu.", "Din il-ġimgħa jew il-ġimgħa li għaddiet beda x-xogħol fuq it-tieni fażi, jiġifieri mill-bajja lejn ir-Raddisson.", "Nisperaw li sa Marzu, April ikollna dik il-parti tal-promenade lesta wkoll flimkien mal-ġnien li se jsir ħdejn ir-Raddisson u l-Corinthia.", "Qed ngħid dan biex nuri kif l-MTA hija nvoluta fl-area ta' Paceville.", "L-MTA hija nvoluta f'affarijiet li mhijiex direttament responsabbli minnhom imma tipprova tgħin għax fl-aħħar mill-aħħar dak huwa parti mill-prodott tagħna.", "IS-SUR JULIAN CASSAR TORREGGIANI (SEGRETARJU TAL-FELTOM, Federation of English Language Teaching Organisation Malta): Sur President, jiena ġejt mitlub nirrapreżenta lill-FELTOM, li hija l-għaqda li tirrapreżenta l-iskejjel tal-Ingliż għall-barranin li jiġu Malta fuq btala u li jkollhom l-Ingliż bħala parti essenzjali mill-programm tagħhom.", "Xtaqt nagħtikom background ħafif ħafna ħalli dawk in-nies li ma jafux eżattament x'tieħu ħsieb din l-industrija forsi tkun tista' tgħinhom aħjar sabiex jifhmu min huma l-klijenti tagħna.", "Din l-industrija ilha teżisti f'Malta bejn wieħed u ieħor 40 sena.", "Twieldet minn numru żgħar ħafna ta' għalliema barranin li kienu jgħallmu l-Ingliż u raw li Malta kellha prodott uniku fil-Mediterran, bil-klima tagħna, fejn in-nies jistgħu jiġu hawnhekk minħabba ż-żewġ lingwi tagħna.", "U llum spiċċat bħala template għad-dinja kollha, fejn dawn jistgħu jiġu hawnhekk u filwaqt li jagħmlu btala f'pajjiżna, ikollhom ukoll iċ-ċans li jipprattikaw il-lingwa Ingliża.", "U minħabba s-suċċess tal-prodott \"Product Malta\" jew tal-prodott \"Malta u l-Gżejjer Maltin\" dawn baqgħu ġejjin u meta jmorru lura f'pajjiżhom jgħidu lil ħaddieħor bil-prodott u jiġu iktar nies f'pajjiżna.", "Illum il-ġurnata, jiġu bejn wieħed u ieħor 80,000 persuna fis-sena sabiex jitgħallmu l-Ingliż f'pajjiżna!", "U żgur li dan huwa numru sostanzjali ta' nies.", "Fortunatment, jew sfortunatament, skont kif taraha l-kwestjoni, dawn jiġu f'numri żgħar matul ċerti xhur tas-sena filwaqt li jiġu f'numri kbar ħafna f'perjodu żgħir ħafna tas-sena, li prattikament huwa bejn Lulju u Awwissu.", "Hemmhekk, l-industrija kollha, inkluż l-infrastruttura ta' Malta tbati minħabba ż-żieda sostanzjali ta' nies f'daqqa waħda.", "Imma daqskemm jiġu malajr, daqshekk ieħor jisparixxu malajr.", "Kullħadd jinduna b'dan għax filli tara gruppi ta' studenti għaddejjin mit-toroq tagħna u filli, f'daqqa waħda jisparixxu.", "Dawk huma ovvjament l-isfidi li llum il-ġurnata naħseb li ħafna skejjel japprezzaw x'inhuma u attrezzaw ruħhom għal dak il-għan.", "Il-federazzjoni tagħna tirrapreżenta biss 17 mill-40 skola liċenzjata f'Malta imma biex inkun ċar dawn jirrapreżentaw bejn wieħed u ieħor 75% tan-numri kollha li jiġu Malta.", "Il-federazzjoni hija bbażata fuq il-kwalità.", "In-nies ma jieħdux membership jew xi ħaġa hekk imma hemm il-quality charter u jekk l-iskejjel jaslu għal livell ta' kwalità, allura jkunu jistgħu jiffurmaw parti mill-federazzjoni.", "Kull sentejn għandhom awditjar minn barrani li jaċċerta li dawn huma tal-livell rikjest.", "Apprezzanja l-isfidi li jeżistu llum il-ġurnata u minħabba f'hekk ipprovajna nkunu pro-attivi kemm stajna.", "Bl-għajnuna tal-Pulizija u b'mod speċjali, tas-Segretarjat tat-Turiżmu u tal-MTA, ilna niddiskutu ħafna x'inhuma dawn l-isfidi.", "Jekk immorru lura nkunu nistgħu napprezzaw Paceville minn fejn beda.", "Safejn naf jien Paceville, daqs 30 sena ilu kien għadu post residenzjali u mbagħad minn hemm beda l-kummerċ.", "Illum il-ġurnata nafu x'inhu Paceville, fejn fih jattira lin-nies kollha, kemm ċittadini Maltin, żgħażagħ li fuqhom qegħdin niddiskutu llum, u ovvjament liż-żgħażagħ li nġibu aħna minn barra.", "Is-soltu l-media tagħtina stampa negattiva ħafna lilna.", "Kull min jiftaħ il-gazzetti Maltin fis-sajf, qisu f'daqqa waħda jsib li f'pajjiżna għandna xi problema kbira għax ġejjin dawn iż-żgħażagħ barranin.", "M'għandix dubju li dawn jikkontribwixxu wkoll għall-biċċa tax-xogħol imma din mhijiex xi ħaġa li tibda jew tieqaf fis-sajf biss.", "Paceville jeżisti s-sena kollha u hemm l-isfidi kemm meta jkun hawn il-barranin u kemm meta jkun hawn il-Maltin biss.", "Meta ssemmi l-istudenti għandek żewġ tipi ta' studenti.", "Kulħadd jaħseb li l-istudenti li jiġu hawn huma kollha ta' 17–il sena imma llum 'il ġurnata l-età tal-istudenti tvarja minn 30 sa 50 sena.", "Illum il-ġurnata, minħabba l-globalizzazzjoni, kulħadd qiegħed japprezza li jrid itejjeb l-Ingliż tiegħu.", "U allura jagħżlu lil pajjiżna bħala destinazzjoni attraenti.", "Naħseb li llum il-ġurnata kulħadd japprezza li kulħadd jibbenefika minnha.", "M'ilux Deloitte & Touche ħarġu statistika fejn bejn wieħed u ieħor juru li l-industrija llum il-ġurnata qiegħda tikkontribwixxi madwar €60 miljun għall-kaxxa ta' Malta!", "U allura żgur li din mhijiex xi ħaġa li nistgħu naqbdu u ninjorawha.", "L-istudenti li huma taħt it-18–il sena, illum il-ġurnata huma rregolati mill-Avviż Legali Nru. 60 tal-1996.", "Dawn it-tfal, għax huma taħt l-età, ikunu taħt sorveljanza tista' tgħid 24 siegħa kuljum, ovvjament bil-limitazzjonijiet li għandu kull ġenitur li ma jistax ikun il-ħin kollu mat-tfal tiegħu.", "Hemm l-infrastruttura fejn dawn ikunu sorveljati meta jkunu l-iskola u anke meta jkunu qegħdin jgħixu mal-familji Maltin jew fil-lukandi tagħhom.", "Ikunu sorveljati wkoll meta jkunu qegħdin fuq xi excursion programme sabiex jaraw x'toffri Malta u jaraw il-kultura li joffri pajjiżna.", "Fil-maġġoranza tagħhom, dawn it-tip ta' studenti mhumiex il-problem client u forsi nistgħu nidentifikaw min minnhom huma ta' challenge aktar minn oħrajn.", "Fil-fatt f'dawn is-snin li għaddew rajna li qed ikun hemm żieda ta' nies li huma 'il fuq minn 18–il sena li jiġu Malta billi jħallsu għal dan il-programm huma stess jew inkella jiġu ma' xi operatur li jkun qed jorganizza gruppi lejn Malta, jew inkella għax jibbenefikaw minn xi scholarship li l-gvern tagħhom – per eżempju dak ta' Spanja – ikun qiegħed joffri lill-istudenti biex jinċentivahom ħalli jtejbu l-Ingliż kemm għalihom kif ukoll għal pajjiżhom fil-futur.", "Dawn jagħżlu li jiġu hawnhekk mingħajr ebda organizzazzjoni imma jiġu għal rashom u jagħżlu li jistudjaw l-Ingliż peress li din tkun parti mill-grant, imbagħad jagħżlu huma fejn joqgħodu u x'jagħmlu.", "Per se l-iskola m'għandha l-ebda kontroll fuq kif tista' tirregolarizza l-ħin tagħhom barra mill-ħin tal-iskola.", "Dawk huma l-klienti l-ġodda u minħabba l-fatt li huma adulti, u l-liġi tippermetti li dawn jistgħu jagħmlu dak kollu li jridu fil-konfini tal-liġijiet tagħna.… li hija xi ħaġa li wasslet għaż-żieda li rajna f'dawn l-aħħar snin.", "Fil-fatt, jekk tinnota, f'dawn l-aħħar snin rajna żieda ta' issues li għandhom x'jaqsmu ma' dawn it-tip ta' nies.", "Li jiġri hu li dawn in-nies imorru filgħaxija f'Paceville - bħalma jagħmel kulħadd ta' dik l-età - biex jiddevertu u jieħdu gost u għax Paceville jinsab fejn jinsab, imdawwar bil-postijiet residenzjali, ħafna mill-fatturi li naqraw fil-gazzetti jew li nisimgħu fuqhom min-naħa tal-Pulizija jew minn min hu responsabbli, huma relatati ma' affarijiet li jiġru wara li dawn in-nies ikunu telgħu Paceville.", "Is-soltu jkunu affarijiet ta' ħsejjes jew ta' ksur tal-ordni pubblika, fejn sakemm imorru minn Paceville għal fejn joqogħdu, isiru ċerti inċidenti li nisimgħu dwarhom fil-gazzetti u fl-aħbarijiet.", "Lill-Pulizija nformajnihom b'dak kollu li stajna nagħmlu għax kif diġa' għedt aħna limitati f'dak li nistgħu nagħmlu.", "Ninformaw ukoll lil dawn in-nies minn qabel ma' jaslu f'pajjiżna bil-liġijiet ta' Malta u bl-użanzi tagħna.", "Informajnihom bil-lingwi tagħhom permezz tal-monitoring board li huwa parti mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u li jieħu ħsieb dawn l-iskejjel.", "Fil-fatt dawn ħarġu fuljetti bil-lingwi tal-aktar pajjiżi li jkollhom l-akbar numri li jiġu f'Malta.", "Dawn għenu ħafna biex almenu nkunu nistgħu ninformawhom x'għandhom jagħmlu jew almenu ninformawhom bl-użanzi li aħna rriduhom josservaw qabel ma' jiġu Malta.", "Bniedem huwa infurmat b'dawn l-affarijiet qabel ma' jiġi f'pajjiżna.", "L-iskola żżomm rekord tal-attendenza tal-istudenti u għandna karta tal-idendità għal kull student li jkun qed jabbona għal xi programm tal-iskola.", "Aħna staqsejna wkoll lill-Pulizija biex jekk qatt ikollhom xi nies li jsibuhom li qed jagħmlu xi ħaġa barra mil-liġi, jindirizzaw l-iskola biex l-iskola awtomatikament tenfasizza expulsion programme wkoll, jiġifieri min f'Malta ma jġibx ruħu sew jispiċċa mkeċċi minn Malta u ma jkollux refużjoni.", "Dawn il-fatturi jkunu jafu bihom qabel ma jaslu f'pajjiżna.", "Bħala federazzjoni ma naħsbux li minħabba l-istudenti hemm problema f'Paceville.", "Ovvjament għandna l-isfida li kulħadd madwar din il-mejda japprezza li għandna u lesti li nikkontribwixxu kemm nistgħu għal dak il-għan.", "Ovvjament nixtiequ nagħtu l-parti tagħna f'din is-soluzzjoni imma nistenna wkoll minn naħa tagħkom sabiex taraw x'qed tippretendu minn naħa tagħna.", "Grazzi.", "FATHER SAVIOUR GRIMA (Direttur tal-Millenuim Chapel): Il-Millennium Chapel ilha mwaqqfa għal dawn l-aħħar għaxar snin.", "Naturalment din mhijiex kappella għat-talb biss imma nilqgħu kull persuna li titla' Paceville.", "Il-kappella hija miftuħa mit-8.30 a.m. sas-2.00 a.m. u bħala servizzi, aħna m'aħniex biss fuq l-aspett reliġjuż imma miftuħin għal kull tip ta' nies li jiġu għandna b'xi problema.", "Bħala Millennium Chapel għandna grupp ta' persuni li qegħdin fir-riabilitizzjoni tad-droga u s-Sibt u l-Ħadd għandna gruppi li huma responsabbli mix-xorb tal-AA.", "Għandna wkoll 13–il psikoterapista li jsegwu ż-żgħażagħ li jkunu għaddejjin minn xi problemi u diffikultajiet psikoloġiċi.", "Bħala kappella, matul dawn l-aħħar snin tajna esperjenza lil diversi skejjel, fejn l-istudenti jiġu matul il-ġurnata filgħodu u jagħmlu esperjenza ta' ġurnata ġewwa l-Millennium Chapel u hemmhekk inħossu l-polz tat-teenagers, fejn bażikament 90% ta' dawn iż-żgħażagħ ta' taħt is-16–il sena jitilgħu Paceville fi tmiem il-ġimgħa.", "Jien għandi x-xorti li naħdem ukoll ma' grupp ta' żgħażagħ, li huma l-LIFT, u naħdem ukoll ma' żgħażagħ individwali li jattendu l-Millennium Chapel.", "L-esperjenza li nagħti jien hija l-esperjenza kemm tar-residenti u kemm tal-ambjent tagħna.", "Waħda mill-problemi hija d-diffikultà enormi li ħafna residenti jħossu, speċjalment filgħaxijiet, kif semma' l-Kap tal-Iskejjel tal-Ingliż, minħabba li ċerti kulturi ta' nies mhuwiex bħall-kulturi ta' oħrajn.", "Fil-fatt tibqa' tisma' sas-2.00 a.m. noise pollution mhux biss tal-karozzi imma anke ta' nies u storbju ieħor.", "Ftit nisimgħu b'inċidenti u ninsab sorpriż b'dan meta tara ċerti affarijiet!", "Tara minn ċerti lukandi żgħażagħ jaqbżu minn gallarija għal oħra!", "Xi kultant tisma' flixkun tal-ħġieġ nieżel minn fuq għal isfel!", "Din mhijiex biss kwestjoni ta' żgħażagħ imma naraw nies li jgarawlek it-tuffieħ u tisma' minn kull xorta ta' affarijiet.", "Inkella jkollok gruppi ta' żgħażagħ li jintefgħu fil-parapetti tan-nies u joqogħdu jixorbu hemmhekk.", "Hawnhekk xtaqt nistaqsi lill-Pulizija kemm irnexxilhom jaqbdu nies bit-tazzi tax-xorb f'Paceville matul din is-sena minkejja l-bylaw li hemm ġewwa Paceville.", "Huwa diffiċli li 10 jew 15-il Pulizija jlaħħqu ma' dawk in-nies kollha.", "Aħna għandna relazzjoni tajba mal-Pulizija u meta naraw xi inċidenti f'Paceville u nċemplulhom, mal-ewwel jiġu fuq il-post.", "Din għalina hija xi ħaġa pożittiva.", "Waħda mill-affarijiet li jien ninsisti fuqha hija s-sigurtà tar-residenti.", "Daqs 30 sena ilu Paceville kien mimli residenti imma llum dawn qegħdin jonqsu għax kulħadd qiegħed joħroġ 'il barra.", "Il-business huwa l-aktar ħaġa importanti għas-soċjetà Maltija imma rridu nassiguraw is-sigurtà tar-residenti wkoll.", "Għandek is-sigurtà taż-żgħażagħ u tan-nies, fejn qed naraw li r-rata ta' serq li jsir fi tmiem il-ġimgħa ġewwa Paceville qiegħed jitla' ta' kull sena.", "Kien hemm grupp ta' żgħażagħ li fis-sajf – issa naqsu bil-preżenza tal-Pulizija – bdew jattakkaw grupp ta' żgħażagħ oħra.", "Persuna minn hemmhekk stess kważi spiċċat bi brain damage!", "Dawn jispiċċaw fi ġlied, anke filgħodu tara persuni aggressivi minħabba x-xorb u minħabba d-droga.", "Id-droga hija problema li teżisti u ma nistgħux nibqgħu ninħbew minnha.", "Ħafna miż-żgħażagħ tal-NA jgħidulek li ma jistgħux jersqu lejn disco għax isibu droga kemm iridu!", "Il-Pulizija ma tistax tidħol ġewwa disco għax lil dawn in-nies jilħqu jinformawhom minn qabel!", "Meta tersaq lejn il-bieb ta' stabbilimenti partikolari diġa' jkunu informati.", "Problema oħra hija x-xorb eċċessiv.", "Fis-sajf li għadda kont l-Ingilterra u rajt li l-istabbilimenti tal-grocers fl-Ingilterra għandhom il-codes ma' kull flixkun alkoħol li jbiegħu u jkollok il-ħinijiet u kollox biex jiftaħlek.", "Hawn Malta tmur ġo bottle shop u tixtri kemm trid alkoħol!", "Jew inkella jgħidlek li wara d-disgħa ta' bil-lejl ma jistax ibiegħlek alkoħol u din qiegħda fil-liġi u allura iħallatlek l-alkoħol bil-lest u jagħtihulek ġol-flixken tal-plastik!", "Tara żgħażagħ mixħutin mal-art jixorbu xorb eċċessiv u dawn tarahom anke fil-bajjiet tagħna.", "Dawn f'pajjiżhom bejn it-18 u l-21 sena ma jistgħux jixorbu alkoħol mentri hawnhekk ta' 18 tista' tixrob.", "Huwa inkwetanti li tara żgħażagħ li qegħdin fir-riabilitazzjoni biex ifittxu jeħilsu minn din il-problema li jkunu ilhom fiha s-snin u mbagħad tara dawn l-affarijiet.", "Hemm min jgħidlek li ma jistax joħroġ għax jaf li se jsib dawn l-affarijiet kullimkien!", "Anke fit-toilets issib li jqattgħulek biċċa biċċa!", "Minkejja li f'Paceville għandna l-cameras, ħafna drabi ssib żgħażagħ imweġġgħin u mkissrin!", "Problema oħra hija l-problema ta' żgħażagħ, anke li jkunu taħt l-età, bil-ġenituri tagħhom jagħmlu ljieli sħaħ jistennewhom filgħaxijiet.", "Iħossuhom ukoll imweġġgħin bl-isfruttament tal-prezzijiet li jitolbuhom hemmhekk; €70 ta' flixkun u tliet oġġetti!", "Persuna oħra jitolbuha €50.", "U l-ġenituri jgħidulek li huma ma jistgħux jagħtu dawk il-flejjes kollha lill-uliedhom.", "Hemm ukoll ċertu bullying fost iż-żgħażagħ tagħna.", "Hemm triq partikolari fejn persuna tqassam biljetti għall-prostituzzjoni!", "Ħafna drabi persuna tmur hemmhekk f'ħinijiet partikolari tagħmel show barra!", "Anke l-mod ta' kif ikunu lebsin ċerti persuni.", "Jien għandi x-xorti li nidħol f'ċerti nħawi ma' grupp ta' żgħażagħ u dawn l-affarijiet narawhom b'għajnena.", "Ħafna drabi nressqu l-ilmenti tagħna imma ssib li fuq ċerti affarijiet il-kunsill jgħidlek li m'għandux responsabilità, il-Pulizija l-istess u tmur fuq ħaddieħor u jgħidlek l-istess.", "Kulħadd qisu għandu l-area tiegħu u m'aħniex qegħdin naħdmu għal għan wieħed; għaż-żgħażagħ tagħna li huma l-futur tas-soċjetà tagħna.", "Għandna persuni li għada se jkunu responsabbli mill-familji tagħna u li dawn, jekk it-Tnejn filgħodu se jmorru fuq il-post tax-xogħol tagħhom imdamdmin b'ċerti affarijiet jew se jkunu bil-hangover, min se jbati?", "Se tbati s-soċjetà kollha.", "Xi ħaġa oħra li tinkwetani hija t-tindif.", "Minkejja li l-kunsill lokali jinvesti eluf ta' ewro, kull nhar ta' Sibt tara munzelli sħaħ ta' skart.", "Naf li n-naħa tar-residenti, tal-ħwienet, u tal-hotels iħallsu biex inaddfu quddiemhom imma xorta waħda, nhar ta' Ħadd filgħodu tistħi tgħaddi timxi minn hemm.", "Xi kultant tgħaddi fis-sebgħa ta' filgħodu minn Paceville u tara żgħażagħ mixħutin mal-art!", "Imbagħad għandek il-ġlied, fejn xi kultant tidħol fuq YouTube u tibda tgħid għalfejn qed nara dawn iż-żgħażagħ kollha jiġġieldu hemm isfel?", "Xi kuntant, anke ċerti bouncers jgħidulek li ma jistgħux jikkontrollaw ċerti affarijiet.", "Għandek problema anke meta jkun hawn l-istudenti barranin f'pajjiżna.", "Din il-ġimgħa kelli persuna mill-Brazil li qaltli li baqgħet skandalizzata meta rat żgħażagħ ta' 14, 15–il sena jdaħħlu l-alkoħol fil-hotels u fil-postijiet fejn ikunu qegħdin jgħixu.", "Din qaltli li hi ħasbet li Malta kienet se tkun post ta' sigurtà għaliha!", "In-naħat tagħna tisma' storbju fost ir-residenti matul il-ġurnata kollha.", "Għandek ukoll it-tip ta' ilbies li jilbsu dawn iż-żgħażagħ matul il-ġurnata, kemm fuq il-bajjiet kif ukoll fit-toroq tagħna.", "In-naħat tagħna, ħdejn il-Millennium Chapel, hemm il-bajja ta' taħt Portomaso u jekk tmur timxi hemmhekk filgħaxija tara lil kulħadd jissotta l-fliexken tal-inbid!", "U l-affarijiet li ż-żgħażagħ jagħmlu hemmhekk iġġib għajnejk wara widnejk.", "Tmur filgħodu u tiġbor fliexken sħaħ f'post fejn ir-residenti u l-anzjani jinżlu jgħumu.", "Li ninkwetaw bħala Millennium Chapel huma fuq żewġ affarijiet.", "L-ewwel ħaġa naraw li ż-żgħażagħ qegħdin jiġu trattati bħala numri u l-problema tas-sigurtà, li ħafna drabi, fost iż-żgħażagħ Maltin għandna problema ta' xorb, fejn sa nofs il-lejl issib tfal li għadhom barra.", "Issue li forsi trid tiġi studjata hija għalfejn ħafna żgħażagħ qed joħorġu fis-siegħa u fis-sagħtejn ta' filgħodu.", "Għandek ir-regolamenti ta' ċerti stabbilimenti li ma tkunx taf jekk dawn jistgħux jibqgħu miftuħin sal-erbgħa, sal-ħamsa jew sas-sitta ta' filgħodu.", "Ċerti postijiet jingħalqu bix-shutters u mbagħad isir burdell!", "Jiġu żgħażagħ jgħidulek li fi tmiem il-ġimgħa għandhom mat-€300; jieklu flimkien, imbagħad jagħlaq ix-shutter u jqassmu l-affarijiet.", "It-tieni ħaġa li tinkwetani hija l-ġlied li jsir meta persuna minħabba d-droga, xorb żejjed u stress iżżid fl-agressività tagħha u b'hekk jinħoloq il-ġlied.", "Qabel f'Paceville kien hemm ambulanza s-Sibt u l-Ħadd.", "Min-naħa tagħna konna offrejna sabiex fil-Millennium Chapel stess issir klinika biex isservi għal min iweġġa' gravi filgħaxija.", "Anke biex toħroġ minn Paceville kulma għandek hija triq waħda.", "It-traffiku kollu li jidħol mill-Bajja ta' San Ġiljan għal Paceville jista' jgħaddi minn triq waħda.", "Dan l-aħħar, biex toħroġ minn ħdejna safejn hemm il-Wembley għandek 20 minuta matul il-ġimgħa!", "Kif se noħorġu minn hemm jekk tinqala' xi emerġenza?", "Dawn huma affarijiet li bħala persuni li qed naħdmu viċin taż-żgħażagħ, tal-familji u l-ġenituri.… Tisma' ġenituri li jgħidulek li meta jmorru jwasslu lill-uliedhom Paceville, jibqgħu hemm jistennewhom.", "Hemm ukoll affarijiet pożittivi li qed iseħħu.", "Pereżempju, ċerti stabbilimenti ta' ċertu valuri jgħidulek li huma ma jagħtux affarijiet imma mbagħad dak li jkun, jasal sa kantuniera bogħod u jsib jixtri xorta waħda.", "Illum qbadna diskussjoni minn naħa ta' nies responsabbli li qed jagħtu ħafna lis-soċjetà.", "U naħseb li kieku kulħadd jagħmel daqxejn ta' sforz akbar, inkunu nistgħu mmexxu aktar b'mod pożittiv.", "THE CHAIRMAN: Ngħaddi issa l-kelma lill-Assistent Kummissarju, is-Sur Ray Zammit.", "Dawk li ġew jitkellmu l-ġimgħa li għaddiet, illum kellhom jiġu ppreparati biex jagħtuna ħjiel fuq xi soluzzjonijiet jew ideat li jista' ikollhom dwar dawn il-problemi.", "Imma qabel ma nsejjaħ lill-Assistent Kummissarju, nixtieq insejjaħ lill-Onor.", "JUSTYNE CARUANA: For the record irrid ngħid li jien u l-Onor.", "Abela qegħdin impenjati bħalissa f'żewġ Abbozzi ta' Liġijiet fil-Plenarja.", "U qegħdin ninqasmu daqxejn peress li bħalissa qed isir il-winding up u se tibda liġi oħra.", "Madankollu se nkunu qegħdin insegwu d-diskussjoni aktar tard permezz tal-internet.", "IS-SUR SUR RAY ZAMMIT (Assistant Kummissarju tal-Pulizija): Jekk tippermettuli xtaqt nippreċiża xi ħaġa li konna għedna fl-ewwel laqgħa, meta ssemma' li għandu jkun hemm pjan ta' kontinġenza.", "Ir-raġuni għal din hija li l-pjan ta' kontinġenza li semmejt kellu jkun għaż-żona ta' Paceville.", "U qed ngħid hekk għax seta' kien hemm interpretazzjoni ħażina fuq il-media u li tefgħet lill-Pulizija f'dell ikrah meta ntqal li jekk jinqala' xi ħaġa, il-Pulizija m'għandhiex in-know how ta' kif taħdem.", "Xtaqt niċċara dan il-punt għax ma naħsibx li kien ġust magħna.", "Bħalma jafu diversi operaturi f'Paceville, dan il-post ilu jikber u jespandi għal dawn l-aħħar 30 sena, tant li llum sar il-mekka prinċipali għad-divertiment f'Malta, b'eluf ta' żgħażagħ, Maltin u barranin, imorru hemmhekk sabiex jiddevertu, speċjalment matul il-weekend.", "Ovvjament aħna għedna li dan il-pjan ta' kontinġenza għandu jsir minħabba l-folol kbar ta' persuni li jinġabru f'Paceville, li jkomplu jiżdiedu b'mod allarmanti speċjalment matul il-festi.", "Din hija xi ħaġa inkwetanti.", "Forsi wieħed jistaqsi mil-liema lat qegħdin nikkalkulawha.", "Nemmnu li dan għandu jkun l-istess pjan ta' kontingenza li għandu primarjament jindirizza s-sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu f'xi stabbilimenti li jkunu mbullati biż-żgħażagħ u li jekk tinqala' xi ħaġa gravi, tkun tista' tiġi ssalvagwardjata l-ħajja ta' dawn in-nies, kif ukoll tal-ħaddiema li jkunu qegħdin jaħdmu fihom.", "Dawn il-ħaddiema riedu jkunu mħarrġa sew fuq x'għandu jsir f'każijiet simili.", "Ir-raġuni hi li aħna nemmnu li jekk jinqala' xi ħaġa, l-ewwel li jridu jagħtu sehem huma proprju l-ħaddiema.", "Ġieli tinżel fi stabbilimenti ppakkjati bin-nies, tant li xi kultant lanqas tkun tista' tgħaddi imma tibqa' mwaħħal fil-bieb ta' barra!", "U allura naħsbu li hemm bżonn li jsir xi ħaġa.", "Fi ftit kliem dan il-pjan ta' kontinġenza jiġbor fih kemm jista' ikun dak li titlob is-sigurtà.", "Pereżempju, tajna attenzjoni fuq jekk jinqata' l-elettriku.", "Fid-dlam forsi kulħadd jirnexxilu jimxi imma min-naħa tal-Pulizija qed naraw x'inhuma ċ-ċansijiet li jikber is-serq jew li jsiru ċerti abbużi.", "Hemm ħafna affarijiet xi jsiru imma m'iniex se noqgħod nissuġġerixxi jien x'għandu jsir.", "Staqsejna jekk stabbiliment għandux generator tad-dawl għal meta jinqala' xi ħaġa u ssib li ma jkollhomx.", "Għalhekk naħseb li l-istudju għandu jsir fil-fond.", "F'każ ta' ħruq ta' stabbiliment, jew Alla ħares qatt, f'każ ta' xi splużjoni minn xi ċilindru tal-gass li hemm ħafna minnhom, x'jista' isir?", "Madanakollu, il-Pulizija, bħalma jaf kulħadd, dejjem issorveljat u tibqa' tissorvelja biex tiżgura li din iż-żona tkun kemm jista' ikun mgħassa tajjeb.", "Suġġeriment ieħor huwa dak li għandu jkun hemm spezzjonijiet minn awtoritajiet kompetenti.", "Tgħidli x'qed tgħid hawnhekk?", "Ir-raġuni hi li għandu jinħareġ ċertifikat li kull negozju f'din iż-żona huwa safe.", "Qed ngħid dan minħabba li fih se jkun hemm ammont ta' persuni.", "U għandu jkun hemm sinjali ċari mwaħħlin ma' kull stabbiliment li juru l-emergency exits f'każ ta' bżonn.", "Għandu jkun jidher b'mod ċar x'tip ta' negozju qiegħed jitmexxa hemm ġew.", "Dan qed ngħidu għax hemm liċenzji fuq bars li llum 'il ġurnata huma antiki, tant li llum minn bar seta' inbidel f'xi ħaġa oħra.", "Aħna ma nkunux nafu bihom dawn l-affarijiet għax il-liċenzji mhux il-Pulizija toħroġhom.", "Bħala Pulizija naħsbu li jkun tajjeb li jsir it-tibdil li hemm bżonn f'dawn l-affarijiet.", "Għandha tingħata attenzjoni immedjata f'waħda mill-areas ta' Paceville li fiha hemm diversi ħwienet kkonċentrati peress li din l-area hija dejqa u mtarrġa.", "Hawnhekk qed nirriferi għal dik il-parti li tieħdok għall-bajja ta' San Ġorġ.", "Minn dik il-biċċa jgħaddu eluf ta' persuni u tant hija dejqa u perikoluża li r-rassa hija xi ħaġa tal-għaġeb!", "U bilfors minn hemm iridu jgħaddu.", "Kulma għandek huwa taraġ u taraġ, wieħed magħruf ħafna antik u mhux se noqgħod insemmi x'inhu u l-ieħor huwa l-biċċa li forsi hija l-aktar iffrekwentata.", "Naħseb li ż-żewġ partijiet, li jagħtu aċċess għan-naħa t'isfel, għandhom jiġu rranġati.", "Għandna ħafna liġijiet li wħud minnhom ilhom li ġew fis-seħħ mhux ħażin u li għalkemm kienu jindirizzaw is-sitwazzjonijiet u l-imġieba ta' dak iż-żmien, parti minn dawn il-liġijiet ma jirriflettux eżattament il-ħajja preżenti.", "Għalhekk, fl-opinjoni umli tagħna għandu jsir studju serju fuq dawn il-liġijiet sabiex fejn hemm bżonn li jiġu aġġornati, dawn jiġu emendati.", "Naħsbu wkoll li jekk dawn l-istess liġijiet jinġabru f'liġi waħda, biex ngħid hekk, infittxu x'tgħid il-liġi tal-ambjent… Dan kollu jolqot lill-Pulizija.", "Hawnhekk issemma li ma jinġabarx iż-żibel, mela allura waqt li aħna nkunu qegħdin nagħmlu r-ronda u naraw li ż-żibel baqa' hemm, nirrapportaw li dan ma nġabarx.", "Jekk naraw bozza maqtugħa nirrapportaw li hemm bozza maqtugħa.", "Hemm diversi liġijiet li jiġbru ħafna mis-suġġett ta' din iż-żona u allura naħsbu li jekk niġbruhom kollha flimkien wieħed ikun jista' jimxi b'aktar ċertezza.", "Meta wieħed isemmi l-parties u t-tipi ta' divertiment li jsir hemmhekk, wieħed għandu jqis jekk il-lokalitajiet għandhomx ikunu meqjusa bħal xulxin u jekk kulħadd għandux ikollu l-istess permessi.", "Pereżempju, ħwienet tax-xorb imma li llum joffru wkoll id-divertiment, li dawn għandhom permessi antiki ta' bars u llum qegħdin joffru d-divertiment ukoll.", "Fejn qegħdin?", "Hemm forsi ħwienet li tidħol minn entratura waħda imma mbagħad għandek tliet entitajiet differenti.", "Għandek ukoll attivitajiet hekk imsejħa \"immorali\" li jsiru ġo wħud mill-istabbilimenti.", "Imma ovvjament m'hemmx liġijiet!", "Pereżempju, pole dancing jista' jsir?", "Jekk nidħol jien nista' naraha mod u jekk jidħol ħaddieħor jista' jaraha mod ieħor.", "Hemm bżonn li l-liġijiet jiġu aġġornati b'mod tajjeb u naraw x'għandu jsir imma minħabba li hemm diffikultà fuq id-definizzjoni tal-kelma \"immorali\"..… Fil-fatt hemm sentenza pendenti fuqha din u aħna qegħdin niġġieldu fuqha.", "X'inhi l-immoralità llum?", "X'inhu indeċenti llum?", "Issemmew ukoll il-ħinijiet tal-għeluq ta' dawn il-ħwienet, fejn għandek il-leġislazzjoni sussidjarja 44107 li titratta r-regolamenti dwar il-liċenzja tal-kummerċ.", "Din tgħid li ħwienet li għandhom liċenzja li jibqgħu miftuħin sal-4.00 a.m jistgħu jibqgħu għaddejjin 24 siegħa.", "Ir-raġuni ewlenija hi li hemm provvediment li suppost jagħlqu fl-4.00 a.m imma mbagħad jistgħu jerġgħu jiftħu fl-4.00 a.m!", "Kif għedna l-aħħar darba, Paceville ma jistrihx!", "Hemm il-problema tal-mużika.", "Wieħed jista' jgħid li l-ħwienet kollha ġewwa Paceville huma liċenzjati sabiex idoqqu l-mużika sal-4.00 a.m u li mbagħad jistgħu jerġgħu jixgħelu l-mużika fid-9.00 a.m!", "Naturalment għal dik li hija paċi pubblika din is-sitwazzjoni tistimola konsegwenzi xejn feliċi minħabba l-konsum tal-alkoħol li jiżdied b'rata għolja.", "Dawn ikunu ilhom hemmhekk sigħat twal, aħseb u ara wara dak id-divertiment u forsi wkoll ma jkunx hemm daqshekk maturità.", "U allura jkollok il-problemi.", "Ma rridx ninsa nsemmi dik li hija l-età: Fejn se mmorru?", "Aħna qed ngħidu li żgħażagħ taħt it-18-il sena ma jmorrux hemm?", "Fejn se mmorru?", "Dawn mhux xorta żgħażagħ qed ngħidulhom!", "Fuq gazzetta partikolari m'ilux qalu li ġie wieħed jekk m'iniex sejjer żball, mill-Amerika u qal li misshom jistħu għax fl-Amerika ta' 20 sena jidħlu.", "Aħna l-liġi tagħna qiegħda ta' 17-il sena.", "X'se nirranġaw?", "Hekk jew mhux hekk?", "Rigward daqq tal-mużika, il-leġislazzjoni sussidjarja 441/07 li tittratta regolamenti għal ħwienet ġewwa Paceville li għandhom liċenzja biex idoqqu mużika, tiddetta li din il-mużika tista' biss tinstema' minn barra sal-11.00 p.m. ħlief għal dawk il-ħwienet tax-xorb li jinsabu fi Trejqet Dragonara li hija biċċa żgħira bi ftit negozju u mbagħad hemm biċċa oħra ġdida fi Triq Santu Wistin, li hija telgħa, fejn ma hemm l-ebda ħwienet.", "Hemm liġi li hija antika u allura issa x'qed jiġri?", "Dan il-proviżjon qed joħloq inkonvenjent għall-awtoritajiet minħabba l-kumplament tan-negozji l-oħra li jinstabu ġewwa Paceville.", "Anke meta mmorru biex pereżempju, ninfurzaw il-liġi, ħafna mis-sidien jgħidulek għax aħna u mhux dawk, għax dawk u mhux l-oħrajn.", "Ir-raġuni hija għax m'hemmx linja dritta ta' xi jsir u x'ma jsirx.", "Hemm liġi antika, bħalma hemm pereżempju fuq Buġibba u l-Qawra, u għadha l-istess.", "Barra minn hekk, għal dik li hija mużika, għandu jkun hemm is-soluzzjoni għal kif naħsbuha aħna.", "Għandu jinsab dak il-makkinarju li jikkontrolla kull volum biex fejn jidher li qed tinkiser il-liġi, il-Pulizija tkun iktar ċara f'kull azzjoni li tieħu.", "Issa x'qed jiġri hawnhekk?", "Ħafna mill-ħwienet qed jgħidu li qed iġibu sound engineer.", "Jien ma nafx imma barra li s-sound engineer ma jissemma' mkien fl-ebda liġi, jekk wieħed jieħu eżatti d-definizzjoni ta' sound, naħseb jien kulħadd għandu widnejn.", "L-importanti hu li tisma' s-sound minn barra, minn distanza viċin biex tkun tista' tgħid: Isma', hawn ġew nista' nidħol għax hemm il-mużika imma mbagħad mhux li s-sound jinstema' minn distanza kbira.", "Jien naħseb li tkun ħaġa tajba jekk ikun hemm dan l-apparat.", "F'dik li hija sorveljanza, naħsbu wkoll li jekk forsi jiżdied l-ammont ta' CCTV cameras f'diversi nħawi, anke f'ċertu ċirkostanzi li jinqalgħu, dawn l-istess cameras jgħinu lill-awtoritajiet għax ovvjament wieħed ikun jista' jara x'ġara u x'ma ġarax.", "Għal dik li hija sigurtà, f'dak li semmejt l-aħħar darba, niddejjaq ngħidha l-kelma \"bouncers\" għax bouncers hija xi ħaġa ta' Texas, qabduk u tefgħuk 'il barra.", "Il-kelma eżatta hija \"security\".", "Naħseb jien għandu jkun hemm ċertu kontroll u huwa tajjeb li issa qiegħda, biex ngħid hekk, tinħema liġi bl-Avviż Legali 112 tal-2011, li se tiġi fis-seħħ fix-xhur li ġejjin u li tirregola lil dawn il-persuni.", "Ikun tajjeb jekk dawn jimxu magħha.", "Hemm xi punti oħra li jistgħu jiġu indirizzati fosthom pereżempju, it-traffiku li jissemma' wkoll.", "Jien personalment u naħseb anke sħabi, jorbtu t-traffiku u l-problemi li joħloq mal-pjan ta' kontinġenza.", "X'jiġri jekk tiġi biex tiddaħħal ambulanza?", "X'jiġri jekk tiġi biex iddaħħal fire brigade hemm ġew?", "Hemmhekk kollu toroq dojoq u toroq ippakkjati bin-nies.", "Għandek l-area fejn hemm it-taxis bħalissa, jekk ikun hemm għaxar taxis u waħda minnhom tgħabbi, din mhux toħroġ 'il quddiem imma trid toqgħod tirriversja.", "Trid tirriversja lura tant distanza, li toħloq inkonvenjent enormi.", "B'xi mod trid tinstab soluzzjoni.", "Anke fil-kas tal-mini buses.", "Hemm ħafna żgħażagħ hemmhekk li jirkbu l-mini bus.", "Kollox sew, hemm minnhom jipparkjawhom barra, imma ssib oħrajn li jidħlu ġewwa.", "Hemm ukoll is-servizz li ċċempel għat-taxi.", "Dawn jidħlu hemm ġew u l-argumenti li jinqalgħu huma kbar għax m'hemmx fejn timmanuvra.", "Jekk tippermettili nixtieq nenfasizza li l-Pulizija hemmhekk ikollha wkoll preżenza mhux bl-uniformi biss.", "Hemmhekk ikun hemm pulizija anke min-naħa tad-drug squad li jkunu pajżana.", "Dawn qed iduru u r-riżultati hemmhekk qegħdin.", "Kellna bżonn naqbdu kollox, però, iva, il-weġgħa tagħna hi li kull min ikun jaf b'xi ħaġa, kultant ikun irid jaqbeż fuq erba' persuni mbagħad jiġi għand il-Pulizija wara tant żmien.", "Hawnhekk smajt lill-Father jgħid fuq il-prostituzzjoni.", "Ikun tajjeb li kieku forsi din il-biċċa informazzjoni ngħadduha immedjatament, bl-area u bl-informazzjoni li jkollna.", "Kieku naħseb li dik il-biċċa tax-xogħol inkunu nistgħu nindirizzawha immedjatament.", "Rigward l-istorbju li jsir fl-areas kif joħorġu minn dawn il-postijiet li semmihom is-Sur Cassar Torregiani llum u li kkonferma r-rapport tajjeb li hemm bejnietna.", "Punt li rrid inżid fuqu huwa li anke wara li ftehmna, hemm contact persons li nistgħu nsejħu anke minħabba diffikultà li l-Pulizija tiltaqa' magħha jekk narrestaw xi Spanjoli, Portugiżi jew ta' xi nazzjonalità oħra.", "Jekk il-pulizija tarresta lil xi ħadd fis-2.00 a.m, fit-3 a.m jew fl-4 a.m, inutli noqgħodu nkellmuh għax noqgħodu niċċassaw lejn xulxin u nitilfu l-ħin.", "Issa b'dan il-mod inkellmu lil din il-contact person u jaqbad u jiġi.", "Dik hija ta' għajnuna wkoll.", "Hawnhekk semmew l-istudenti ta' 14 u 15-il sena li jidħlu bl-alkoħol fil-hotels.", "Dawn min se jmur jiċċekkjahom?", "Se mmorru aħna fil-hotels?", "Jekk hemm bżonn immorru imma kif se nindirizzawha l-biċċa tax-xogħol?", "Aħna ma rridux innaffru t-turiżmu, far from it.", "Aħna ma rridu nidħlu fl-ebda hotel u fl-ebda bar jekk ma jkunx hemm bżonn, jiġifieri jkun tajjeb li wieħed jindirizza din il-biċċa tax-xogħol ukoll.", "Naħseb dawk huma l-punti li xtaqt insemmi.", "Tajjeb li forsi 'l quddiem nerġgħu nduru għalihom.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Nixtieq ngħaddi biex nisimgħu l-kummenti u l-proposti tal-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan ħalli mbagħad wara ngħaddi l-kelma wkoll lill-GRTU u l-MTA nħalluha ftit għall-aħħar biex tkun tista' tikkonkludi hi.", "IS-SUR PETER BONELLO (Sindku tal-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan): Qed nieħu gost li mid-dehra anke l-Pulizija ħadet nota tal-każ tal-emerġenza li semmejt tal-fire engine u l-ambulanza li għandha tkun eżistenti ġewwa Paceville.", "Rigward dawk l-istabbilimenti kif diġa' għedt huwa importanti li jkun hemm emergency doors.", "Issa dwar il-mużika rrid ngħid li barra minn Malta jeżistu strumenti li jkunu mal-meter tad-dawl u jekk il-volum jogħla aktar minn ċerta ammont jinqata' d-dawl.", "Imbagħad biex wieħed jerġa' jieħu d-dawl lura jrid iħallas multa apparti li jdum madwar għaxart ijiem magħluq.", "Għalhekk jien naħseb li jekk insibu dan l-istrument u nagħmluha bil-liġi li jrid jintuża se nevitaw li jkollna noise pollution għax wieħed ma jistax jgħolli l-volum aktar minn ċerta decibels għax il-bqija jinqatagħlu d-dawl apparti l-multa li jeħel.", "Jiġifieri wieħed qatt ma jaqbillu li jkollu mużika għolja u allura b'hekk inkunu covered.", "U dik naħseb li hija waħda mis-soluzzjonijiet li għandna nistudjaw u naraw aktar sew.", "Rigward il-ħinijiet tal-ħwienet jien naħseb li għandhom ikunu kollha l-istess.", "Ma tagħmilx sens li wieħed jagħlaq fl-4.00 a.m., ieħor fis-1.00 a.m. u ieħor fis-2.00 a.m..", "Ovvjament fis-sajf u fil-weekends hemm bżonn aktar sorveljanza mill-Pulizija.", "Imbagħad dwar il-fatt li t-taxis qed ikollhom jirriversjaw biex joħorġu lura, fl-opinjoni tiegħi, dawn għandhom ikunu bħall-ajruport.", "M'għandhomx għalfejn ikunu hemmhekk.", "Jistgħu joqogħdu fejn kien hemm il-venda tal-karozzi tal-linja u wieħed imur u jaqbadha minn hemm.", "Min ikun Paceville jkun qed jimxi, qed jifraħ u jkun qed jieħu gost u allura jkun jiflaħ jimxi kantuniera aktar minflok jaqbad it-taxi minn ġol-qalba tan-nies.", "Hemm barra hemm il-wisa' u wieħed ikun jista' jaqbad taxi bla inkwiet.", "Nispera li joħroġ il-ġid minn dan il-Kumitat però naħseb li għandna nerġgħu niltaqgħu qabel noħorġu ċerti affarijiet biex nerġgħu naraw jekk naqblux fuqhom jew le.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Ngħaddi l-kelma lill-GRTU u mbagħad lil Dr Farrugia f'isem il-ġenituri.", "IS-SUR PHILIP FENECH (Viċi-President tal-GRTU): Irrid infakkar li kif għedt fl-introduzzjoni n-night life fl-aħħar mill-aħħar hija barometru ta' x'qed jiġri fis-soċjetà u dawn il-pent up tensions li naraw, kemm jekk ġejjin mit-turisti kif ukoll jekk ġejjin mill-istudenti jew whatever, se jkollna nittrattawhom u żgur li se jibqgħu jiġru sakemm għandna l-industrija tad-divertiment.", "Madankollu ma nixtieqx li nħallu impressjoni jew togħma ħażina li qisu l-industrija tad-divertiment mimlija biss bid-delinkwenza.", "Fir-realtà l-persentaġġ ta' dawn in-nies li qegħdin in the fault huwa żgħir ħafna speċjalment meta nieħdu inkonsiderazzjoni li fil-peak times ikun hemm madwar 20,000 ruħ.", "Issa ħalli mmur għall-kwestjoni tax-xorb.", "Ngħidu li hemm min jixrob iż-żejjed u nistaqsu x'għandna nagħmlu biex inwaqqfuhom u fl-aħħar mill-aħħar kollox idur għall-edukazzjoni.", "Għaldaqstant se nibda billi nagħti xi suġġerimenti.", "Pereżempju, fl-Ingilterra għamlu l-minimum charge tal-alkoħol.", "Waħda mill-problemi li qegħdin naraw f'Paceville hija li daħlet ċerta kompetizzjoni bejn il-klabbs, il-bars, ir-restaurants u anke l-coffee shops minħabba l-fatt li l-bottle shops għandhom prezzijiet irħas tal-alkoħol.", "Jien wieħed minn dawk - u kelli problemi fl-istess organizzazzjoni li nirrappreżenta għax aħna nirrappreżentaw lil kull minn għandu x'jaqsam ma' retailing - li nemmen li l-value added tal-alkoħol wara ċerta ħin għandu jkun għoli għar-raġuni li bil-lejl l-alkoħol jiġi kkonsmat fl-aktar dożi għoljin.", "Issa jekk l-alkoħol se jkun irħis u aċċessibbli għal ħafna nies hemmhekk diġa' qegħdin inżidu problema.", "Fl-istess organizzazzjoni tiegħi hemm min jargumenta li l-ħwienet tar-retailing qegħdin hemm biex wieħed jixtri l-alkoħol u jieħdu d-dar.", "Ma jistax jikkonsmah fit-triq.", "Kieku hemm enforcement ta' dan kieku m'għandix problema għax il-bottle shops xogħolhom li jbiegħu l-alkoħol biex wieħed jieħdu miegħu d-dar.", "Imbagħad l-alkoħol to be consumed on the premises għandu jinbiegħ minn dawk il-postijiet kollha li semmejt u cioè dawk il-postijiet li huma liċenzjati mill-MTA.", "Nemmen li dik issolvi ħafna mill-problemi ta' konsum żejjed tal-alkoħol.", "Issa nixtieq insemmi ftit punti li ssemmew primarjament mill-Pulizija l-aħħar darba u li jien ma naqbilx magħhom.", "Dakinhar is-Superintendent Gatt qal, u għamel enfasi fuqha, li Paceville huwa post għall-ġenerazzjoni ż-żgħira.", "Ħarsu lejn l-istampa l-kbira u lejn il-mod ta' kif Paceville qed jiżviluppa.", "Wieħed ma jistax jittikketta lill-Paceville minħabba dak l-20 ħanut - maximum qed ngħid - jew il-25 bar li hemm għaż-żgħar.", "F'Paceville hemm ukoll casinos, retail outlets u issa se jkollna l-Head Office tal-FinBank li hu bini kbir mimli uffiċini li wħud minnhom se jkunu qed jaħdmu anke 24 siegħa kuljum.", "Allura aħna mbagħad se nindaħlu f'business practices?", "Jien ma nemminx li fl-4.00 a.m. għandha tieqaf l-attività kollha u naħseb li l-fatt li Paceville tibqa' sejra 24 siegħa hija xi ħaġa pożittiva għall-industrija tad-divertiment.", "Għaliex le?", "Ma jfissirx li jekk area hija miftuħa 24 siegħa xi ħadd se joqgħod jixrob għal 24 siegħa.", "Lanqas xejn!", "Illum mhux bħal qabel kulħadd jaħdem mid-8.00 a.m. jew mid-9.00 a.m. sal-5.00 p.m..", "Illum għandek nies li jaħdmu fis-services industries u jaħdmu sigħat differenti u għaldaqstant l-industrija tad-divertiment jużawha skont il-ħin liberu tagħhom.", "Ħafna minn dawn in-nies jaħdmu fit-turiżmu u jien naf ħafna li l-uniku ħin liberu tagħhom ikun fis-2.00 a.m..", "Dawn jaħdmu split shifts u jmorru Paceville jieħdu drink jew jieklu xi ħaġa, jagħmlu hemm sal-4.00 a.m. u jitilqu.", "L-għada mbagħad jerġgħu jqumu, fl-10.00 a.m. jibdew xogħol, jerġgħu jaħdmu sat-3.00 p.m., jerġgħu jieqfu u jerġgħu jidħlu għax-xogħol fis-6.00 p.m. jew fis-7.00 p.m. Il-fatt li Paceville huwa attiv 24 siegħa mhuwiex xi ħaġa li għandna nħarsu lejha b'xi mod negattiv.", "L-unika ħaġa negattiva li hemm hija l-abbuż u fil-ħajja kwalunkwe abbuż huwa ħażin anke jekk tiekol ħafna ċikkulata huwa ħażin għax jitlagħlek il-cholesterol!", "Aħseb u ara l-alkoħol!", "Immur lura għall-kwestjoni li semma s-Superintendent Gatt u cioè li fl-4.00 a.m. in-nies għandhom jitkeċċew mill-istabbilimenti.", "Jien kont involut meta konna għalaqna l-mużika bejn l-4.00 a.m. u d-9.00 a.m..", "U jien naqbel ma' dan għax dak iż-żmien kien hemm dik li sejjaħnielha a no limit culture li kienet suspettuża ħafna.", "Ċerti postijiet kienu jibqgħu jdoqqu l-mużika anke sad-9.00 a.m., l-10.00 a.m. u l-11.00 a.m. u huwa diffiċli li persuna jkollha energy levels li jwassluha biex tibqa' għaddejja sa dawk il-ħinijiet.", "Niftakar li kien ikun hemm ħafna inċidenti fit-toroq.", "Għalhekk konna għedna li għandu jkun hemm a cut off period u l-mużika tintefa' bejn l-4.00 a.m. u d-9.00 a.m..", "Dan għaliex kien qed ikun hemm ħafna inċidenti fit-toroq bejn dawn in-nies u dawk li jqumu binhar.", "Allura ħsibna li jekk il-mużika tieqaf fl-4.00 a.m. wieħed jilħaq jasal id-dar sal-5.00 a.m. xħin imbagħad jibdew iqumu n-nies l-oħra.", "Għandi ħafna suġġerimenti però ma nafx jekk għandniex inħalluhom għal darb'oħra.", "Madankollu rrid insemmi s-suġġeriment tas-Sindku Peter Bonello dwar li għandu jkollna sub-police station jew lockup f'Paceville.", "Jien ma dan ma naqbilx għar-raġuni - u probabbilment il-Pulizija taqbel miegħi għax din hija xi ħaġa loġistika - li meta xi ħadd jaqla' l-inkwiet f'Paceville trid tneħħih mill-area.", "U se ngħid għaliex.", "Jekk indaħħlu lil xi ħadd f'sub police station f'Paceville stess jista' jkun li l-ħbieb ta' dak li jkun imorru hemm u jkomplu jaqilgħu l-inkwiet u s-sitwazzjoni tikber mentri bis-sistema li għandna, li wieħed jittieħed ġo van barra mill-area, għandna cut off mill-aċċident li jkun inqala'.", "THE CHAIRMAN: Sur Fenech, jekk għandkom xi suġġerimenti, għall-fini ta' transcript, aħjar telenkahom imma żżidx ħafna magħhom ħalli kulħadd ikun jaf x'inhuma l-proposti tagħkom.", "Mela ħalli nagħti run down b'mod telegrafiku.", "Issemmiet il-kwestjoni tas-sound meters.", "Jien naqbel magħhom ħafna imma f'Paceville għandna a multiple variable u se ngħid x'inhu għax konna pprovajniehom.", "Dawn is-sound meters jaħdmu meta jkun hemm stabbiliment waħdu u ma jkunx hemm ukoll l-istorbju tan-nies li jkunu qed jimxu fl-area.", "Ħafna drabi meta pprovajna dawn il-meters barra, l-istorbju tan-nies superseded l-ispillovers tal-mużika minn ġewwa.", "Jiġifieri rridu noqogħdu attenti wkoll għal dan.", "THE CHAIRMAN: Dan is-suġġett nidħlu għalih aktar 'il quddiem.", "Għalissa s-suġġerimenti biss, jekk jogħġbok.", "IS-SUR PHILIP FENECHl: Jien inħossni guilty ħafna li noqogħdu naqilgħu ambulanza għal inċidenti li ma jkunux daqstant serji, bħal meta xi ħadd jisker, meta jista' jkollna lil xi ħadd stazzjonat hemmhekk stess bħal tas-St John Ambulance.", "Huwa importanti wkoll li jkun hemm public toilets fl-area.", "Kien hemm imma kienu ngħalqu.", "Għalissa nieqaf hawn.", "Hemm aktar suġġerimenti però nistgħu niddiskutuhom aktar tard f'aktar dettall biex nagħti ċans lil ħaddieħor.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMRAN: Grazzi.", "DR ANTHONY FARRUGIA (Fundatur tal-GASP): Ħaġa li spikkat u ħadt pjaċir li tkellimna dwarha, kemm fl-ewwel laqgħa kif ukoll illum għax komplejna nitkellmu fuq l-istess linja, hija l-preokkupazzjoni tal-Assistent Kummissarju, is-Sur Ray Zammit, dwar il-ħtieġa urġenti ta' pjan ta' kontinġenza.", "Il-bżonn ta' dan il-pjan ġie espress għaliex jekk tinqala' xi emerġenza fiċ-ċirkostanzi ta' Paceville wieħed irid ikollu preparazzjoni adegwata sabiex din l-emerġenza jkun jista' jiġġestiha b'mod effiċjenti u mingħajr ma jagħmel ħsara lin-nies u lill-proprjetà.", "Madankollu bħalma hemm bżonn li jsir pjan ta' kontinġenza għall-emerġenza hemm ukoll bżonn li jsir pjan ta' amministrazzjoni normali taż-żona.", "Bħalma nafu din iż-żona hija soġġetta għal attività intensa u allura għas-sigurtà u l-ġestjoni tajba tal-post jeħtieġ li jsir pjan fuq bażi normali bħal kemm hemm bżonn pulizija f'ċerti żoni, kemm hemm bżonn f'ċerti żmenijiet, x'tip ta' pulizija, x'tip ta' patrols, id-deployments ta' diversi tipi ta' pulizija bħalma huma l-SAG, il-plain clothes, l-ALE u d-dog patrols u fejn ikunu jinsabu.", "Pereżempju, illum ir-rappreżentant tal-MTA semma li kien hemm bżonn li jitqabbdu u jitħallsu żewġ pulizija għaż-żona ta' San Ġorġ.", "Dawn huma miżuri li jistgħu jifformaw dan il-pjan ħolistiku għal din iż-żona.", "Pjan ta' kontinġenza, nagħmlu kemm nagħmlu suġġerimenti, jinvolvi mhux biss il-volontà li nagħmlu pjan ta' kontinġenza imma wkoll il-kapaċità li jiġi attwat għax aktar ma nippjanaw u aktar ma nipprovaw insoddu problemi li jeżistu f'din iż-żona, aktar hemm bżonn it-tagħmir, it-taħriġ u l-armar sabiex attwalment jiġi ġestit sew.", "Inutli jkollna pjan ta' kontinġenza bil-konsulenzi u l-esperti kollha li jgħidulna x'hemm bżonn mingħajr ma jkollna l-finanzjament, it-taħriġ u t-tagħmir li hemm bżonn biex jiġi attwat.", "Din hija xi ħaġa li llanjajna minnha mhux fir-rigward tal-pjan ta' kontinġenza imma fir-rigward l-istat attwali tal-preżenza tal-Pulizija f'San Ġiljan.", "Minn hemm bdejna, fejn għedna li dak li hemm f'San Ġiljan u Paceville mhuwiex adegwat inkwantu ta' pulizija u inkwantu ta' preparazzjoni għal ħteġijiet normali li jinsabu f'Paceville.", "Mhux għall-emerġenzi imma għall-ħteġijiet normali.", "U minn hemm trid tibda.", "L-uffiċjali eżistenti - forsi nafu x'tip ta' uffiċjali huma l-AC u s-Superintendent preżenti llum - għandhom volontà minkejja li dawn mhumiex armati sewwa b'mezzi ta' komunikazzjoni, b'vetturi u b'personnel imħarreġ jew b'xi tip ta' SAG għax bir-rispett kollu, jekk nitfgħu tifel għadu jibda u bla esperjenza ġo żona bħal Paceville żgur se jitfixkel.", "Aħjar ma nafx lil min tibgħat għax hekk, minflok tissolva, il-problema ssir aktar gravi.", "Jiġifieri l-pjanijiet iridu jkunu backed bir-riżorsi.", "B'dispjaċir ninnota li meta bdiet l-inizjattiva tal-GASP konna bdejna ngħidu li għandna numru limitat ta' pulizija u rridu naħdmu bir-riżorsi li għandna.", "Jiddispjaċini imma mhux dak irid ikun il-benchmark.", "Il-benchmark irid ikun x'inhuma l-bżonnijiet mhux l-ewwel x'inhuma r-riżorsi.", "Bil-maqlub irridu nirraġunaw.", "Ir-riżorsi jridu jinstabu mhux nirraġunaw li rridu naħdmu bir-riżorsi li għandna.", "Il-bżonnijiet nafu x'inhuma għax anke f'dan il-Kumitat smajna elenku sħiħ ta' x'inhuma l-problemi u jekk humiex morali, jekk humiex naxxenti mill-alkoħol jew mill-ammont ta' nies li jinsabu f'daqqa.", "Dawk huma l-problemi mela għal dawk irridu narmaw.", "Ma nistgħux ngħidu dan huwa l-personnel.", "Ir-riżorsi jridu jinstabu.", "Din hija s-sitwazzjoni attwali.", "Iż-żona ta' Paceville hija żona kummerċjali u għandna bżonnha.", "Dawn in-numri ta' turisti u studenti għandna ninkoraġġuhom u ma nistgħux insibu s-soluzzjonijiet billi nnaqqsu l-piż.", "Qed ngħidu li Paceville ma jorqodx.", "Hemm belt oħra li ma torqodx, New York.", "Allura dak ħażin?", "Mhuwiex ħażin li hemm il-kummerċ fi New York imma hawnhekk insibu wkoll l-akbar forza tal-pulizija armati li hemm l-Amerika sabiex jilħqu mad-domandi ta' New York.", "U hekk hemm bżonn li jkollna f'Paceville imma ovvjament fuq skala iżgħar.", "Din hija s-sitwazzjoni.", "Hemm bżonn back up mhux biss fir-riżorsi tal-Pulizija imma hemm bżonn ukoll, kif semma l-Assistent Kummissarju, aġġornament tal-liġijiet.", "Aħna għedna li wieħed mill-aktar aspetti importanti tal-preżenza tal-pulizija huwa dak ta' deterrent.", "Id-deterrent joħroġ mill-preżenza tal-pulizija li huma backed b'liġijiet li jfissru xi ħaġa.", "Il-liġijiet, nagħmluhom kemm nagħmluhom ħorox jew effettivi, mingħajr is-snien tal-Pulizija ma jiswew għal xejn.", "Fil-fehma tagħna kollox huwa marbut mal-preżenza tal-pulizija jew jekk mhux kollox il-parti l-kbira tal-problemi.", "Hemm bżonn liġijiet li jkunu speċjali għaż-żoni ta' divertiment u persuna li taqla' inċident f'dawk iż-żoni ma teħilx daqs inċident normali, domestiku jew mhuwiex.", "Ladarba qegħdin inqisu din iż-żona ta' divertiment bħala żona ta' min jinkoraġġiha u li rridu nippromwovuha, allura rridu wkoll nieħdu ħsiebha iżjed u nagħmlu liġijiet speċjali, aktar ħorox u aktar effettivi sabiex nipproteġu l-ordni pubblika f'din iż-żona.", "Mela persuna li tikser il-liġi għandha teħel aktar milli teħel is-soltu għall-istess reat.", "Huwa tajjeb li jkun hemm provvedimenti tassattivi fejn persuna li tikser il-liġi f'dik iż-żona ma tistax tersaq 'l hemm għal żmien stipulat jew għal żmien indefinit jew ikun hemm provvedimenti ta' rinkażar bħalma wieħed isib fil-liġijiet li jipprovdu għal għotja ta' libertà proviżorja li bihom persuna ma tkunx tista' toħroġ mid-dar aktar tard minn ċertu ħin pereżempju.", "Dawn huma miżuri effettivi li jinħassu anke in the long term.", "Jekk l-effikaċja tal-liġi u tal-forza tal-ordni tibda tinħass, fil-long term ikollna l-effetti tagħha.", "Bħalma kellna l-esperjenza tal-wardens.", "Fil-bidu kulħadd juża l-mobiles fil-karozzi u issa ladarba l-wardens urew li huma effettivi hemm id-deterrent.", "L-użu tal-mobiles fil-karozzi naqas ħafna.", "Hemm bżonn ta' aktar tagħmir.", "L-Assistent Kummissarju semma l-użu ta' aktar CCTV cameras.", "Però jien naħseb li mhux biss irid ikun hemm aktar tagħmir imma jrid ikun tagħmir aktar aġġornat u aktar ta' kwalità.", "Illum hemm tagħmir, nafu bih fit-teknika, li jippermetti identifikazzjoni fid-dlam.", "Dan jaħdem bil-kulur f'zero lux, jiġifieri fi dlam ċappa.", "Dan it-tip ta' tagħmir għandna bżonn sabiex ikun hemm verament sorveljanza li tgħin lill-Pulizija, kemm fil-prevenzjoni kif ukoll fid-detection tar-reati.", "Nixtieq nirrakkmanda wkoll żewġ affarijiet.", "L-ewwel nett li titqiegħed ir-responsabbiltà fuq l-istabbilimenti li jieħdu miżuri sabiex jikkontrollaw min jidħol f'liema stat jidħol.", "Persuni ta' esperjenza f'dawn l-ambjenti jkunu jafu meta bniedem huwa xurban u meta mhuwiex.", "Mhuwiex responsabbli li bniedem tħallih jidħol fl-istabbiliment tiegħek biex jonfoq aktar u jiġi fi stat agħar milli jkun u mbagħad meta bl-imġieba tiegħu ma jkunx aktar aċċettabbli li jibqa' fl-istabbiliment tiegħek taqbad u titfa' l-problema 'l barra.", "Din hija miżura li hemm bżonn li ssir sabiex l-istabbilimenti jġorru parti mir-responsabbiltà tal-kontroll tal-alkoħol.", "Il-miżura li semma l-ħabib tiegħi, is-Sur Philip Fenech, fir-rigward tal-kontroll tal-alkoħol fit-toroq hija miżura li għandha bżonn l-intervent tal-Pulizija u jrid ikun hemm politika ta' zero tolerance fuqha.", "Irid ikun hemm pulizija adegwati li jikkontrollaw sitwazzjonijiet ta' persuni jixorbu barra fit-toroq.", "U jridu jikkontrollaw lil kull persuna mhux naqbdu wieħed u mbagħad naqbżu lill-ieħor.", "Irid ikun hemm tagħmir u osservanza kif ukoll sorveljanza mill-pulizija sabiex kull trasgressur, jew għallinqas il-parti l-kbira tagħhom, jinqabdu u jiġu proċessati.", "B'hekk bil-mod il-mod neqirdu l-problemi tas-sokor fit-toroq.", "Imma fl-aħħar mill-aħħar, apparti l-liġijiet u t-tagħmir lill-Pulizija, il-Gvern kif jista' jikkontribwixxi aktar?", "Jien nirrakkmanda sistema ta' pubbliċità fil-media.", "Dawk minna li huma dilettanti tal-futbol jafu li ħafna sponsors ikunu ditti tax-xorb, tal-birer eċċ. u bħala parti mir-reklamar tagħhom jistgħu jagħmlu \"Drink Responsibly\" u affarijiet bħal dawn.", "Però aktar minn hekk insibu kampanji pubbliċitarji fuq it-televixin u fil-media li juru x'inhuma l-effetti tal-abbuż tal-alkoħol u juru wkoll x'jistgħu jkunu l-konsegwenzi, kemm fiżiċi kif ukoll legali, għall-abbuż ta' dawn l-affarijiet.", "Dan huwa mod ieħor ta' kif jista' jsir kontribut effettiv mill-awtoritajiet.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Fadlilna ftit minuti u għaldaqstant issa se ngħ addi għall-kummenti min-naħa tad-Deputati u mbagħad wara jista' jibda jirrispondi r-rappreżentant tal-MTA.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, qabelxejn f'ismi u f'isem l-Onor.", "Caruana nixtieq niskuża ruħi talli ma konniex preżenti l-ħin kollu tul dan il-Kumitat minħabba li bħalissa fil-Kamra għaddejjin żewġ liġijiet fuq il-qasam soċjali.", "Għaldaqstant naħseb li l-Kumitat irid jirregola ruħu mal-Aġenda li jkollna fil-Kamra għax id-dover tagħna huwa wkoll li nsegwu u ngħaddu l-kummenti tagħna fil-Kamra.", "Naħseb li l-ewwel mistoqsija li rridu nagħmlu hija: Bħala pjan ħolistiku kif qed jiżviluppa jew kif żviluppa Paceville?", "Forsi din il-mistoqsija qed nagħmilha tard wisq minħabba l-mod ta' kif żviluppa Paceville però tajjeb li nħarsu 'l quddiem.", "F'dan il-pajjiż ħafna drabi l-iżvilupp isir daqsxejn b'mod goff, b'mod mhux ippjanat u forsi b'mod ftit selvaġġ.", "Għalhekk naħseb li jekk għad fadal lok għal żvilupp ġewwa Paceville huwa importanti ħafna li jkun koordinat sabiex ma nħallux li jsir żvilupp f'postijiet fejn ma nixtiqux li jsir.", "Is-Sindku ġustament semma ż-żoni residenzjali.", "Jien naħseb li ż-żoni residenzjali llum huma totalment miblugħa mill-postijiet l-oħra kollha u issa saru part and parcel mill-ambjent kollu ta' Paceville.", "Naħseb li ftit li xejn fadal żoni residenzjali li wieħed jista' verament jgħidilhom żoni residenzjali.", "Naħseb li huwa fl-interess ta' kulħadd, kemm ta' min hawn madwar din il-Mejda kif ukoll ta' min mhux preżenti, li jkun hemm ċerta regolamentazzjoni dwar dak li qed nitkellmu fuqu llum.", "Naħseb li ħadd ma jixtieq li ma jkunx hemm ċerta regolamentazzjoni.", "Anzi naħseb li huwa fl-interess ta' kulħadd - u nirringrazzja lilkom sinjuri li ġejtu hawnhekk mhux biss illum imma anke l-aħħar darba - li jittieħdu l-passi meħtieġa.", "Waħda mill-mistoqsijiet tiegħi kienet se tkun jekk jeżistix xi kumitat li jikkoordina dak li jiġri f'Paceville però eżatt wara li ktibt din il-mistoqsija s-Sur Formosa Gauci qal li jeżisti.", "Madankollu jidher li dan il-kumitat għandu aġenda twila u għad irid jiddeċiedi u jaqbel dwar ħafna mill-kwestjonijiet li smajna madwar din il-Mejda.", "U allura nħeġġeġ lil dan il-kumitat li semma s-Sur Formosa Gauci biex ikompli jiltaqa' u bi qbil bejn dawk preżenti jieħu ċerti azzjonijiet.", "Segwejt kemm stajt dak li ntqal u nifhem li kulħadd għandu l-interessi tiegħu però kif diġa' għedt huwa fl-interess ta' kulħadd li jkun hemm direzzjoni u qbil għax finalment jekk se jbati qasam se jbati xi qasam ieħor ukoll.", "Pereżempju, jekk l-iskejjel tal-Ingliż jiġu jaqgħu u jqumu - li mhux il-każ - minn x'jiġri fil-bars, se jbatu t-tnejn.", "Mhux se jbati wieħed jew l-ieħor biss imma t-tnejn.", "U għalhekk naħseb li huwa importanti ħafna li ndaħħlu f'rasna lkoll kemm aħna li huwa fl-interess ta' kulħadd li kulħadd jikkontribwixxi.", "Is-Sindku qal li għandu jkun hemm ħinijiet l-istess għal kulħadd.", "Jien nimmaġina li l-Pulizija meta fl-intervent tagħhom semmew li għandu jkun hemm aġġornament u regolamentazzjoni ta' ċerti liġijiet, kif semma wkoll Dr Farrugia, kienu qed jaħsbu fuq l-istess linji.", "Apparti dan Dr Farrugia qal ukoll li għandu jkun hemm aktar deterrent fuq reati li jseħħu f'dik iż-żona u forsi l-pieni jkunu aktar ħorox minħabba li dawn għandhom implikazzjonijiet fuq diversi persuni.", "Naħseb din hija xi ħaġa ta' min jikkonsidraha u naraw x'inhuma l-implikazzjonijiet.", "Issa se nitkellem dwar ix-xorb u l-kummenti li għamel is-Sur Philip Fenech.", "Huwa qal li wara ċerta ħinijiet wieħed għandu jiġi ċċarġjat aktar.", "I already question il-prezzijiet li qed jiġu ċċarġjati f'kull ħin.", "Nista' nkun żbaljat imma dak huwa l-feedback li nirċievi mingħand nies li jmorru hemmhekk.", "Jien forsi nqtajt ftit minn hemmhekk però meta jkollna ċans ġieli mmorru aħna wkoll bħala ħbieb jew familjari u naħseb li diġa' hemm min, ħalli ma ngħidx kulħadd, qed jagħmel overcharging fil-prezzijiet tiegħu.", "Naħseb li mhu fl-interess ta' ħadd li dan l-overcharging jibqa' jsir u lanqas ma naħseb li hu fl-interess ta' xi ħadd li wara ċerta ħinijiet nibdew niċċarġjaw aktar għax ma naħsibx li huwa deterrent biżżejjed għal min ikun qiegħed jixrob għax fis-saħna tal-mument wieħed mhux se jieqaf jixrob għax il-prezz ogħla b'€1.", "Naħseb li dak il-ħin toħroġ il-flus u no matter what se tibqa' tikkonsma.", "Apparti li I have to question il-kwalità ta' ċerta xorb li jingħata.", "Kultant qisu aktar ikollok ilma milli alkoħol.", "Issa jista' jkun tajjeb għal dak li jkun biex ma jeħdux ix-xorb però bħala value for money żgur li mhuwiex.", "U dan il-kumment qed nitfgħu b'mod ġenerali u mhux fuq kulħadd.", "Dwar il-ħsejjes irrid ngħid li dawn ma jagħmlux ġid, la lil min jismagħhom minn barra u lanqas lil min jismagħhom minn ġewwa.", "Hemm direttivi tal-Unjoni Ewropea li safejn naf jien, anke min-naħa tal-MEPA, għadhom ma ġewx attwati.", "Forsi jkun tajjeb li l-MEPA tagħtina l-veduti tagħha fir-rigward tal-ħsejjes aċċettabbli fuq ġewwa.", "U kif ġustament semma s-Sindku Peter Bonello, aħna mhux se nsolvu l-problemi jekk nagħlqu l-bieb għax il-problema se tibqa' anke fuq ġewwa.", "Aħna rridu li kull min imur jiddeverti, tfal, żgħażagħ u adulti, ma jispiċċax bi problemi ta' saħħa jum wara ieħor basta ngħidu għalaqna l-bibien u solvejna l-problema għax minn barra l-ħsejjes mhux jinstemgħu.", "Dik tista' tkun parti mis-soluzzjoni però mhux is-soluzzjoni kollha.", "Jien m'iniex wieħed li nsiefer ħafna jew li jekk insiefer se nqatta' ħafna ħinijiet twal barra però naf b'ċirkostanzi fejn anke f'pajjiżi magħrufa għan-nightlife għandhom regolamentazzjoni ċara u ugwali għal kulħadd.", "Pereżempju f'Ċipru, li naħseb huwa post li ż-żgħażagħ jirrikorru ħafna għan-nightlife tiegħu, hemm regolamenti sabiex fis-1.00 a.m. u fis-2.00 a.m. il-bars litteralment iwaqqfu l-mużika.", "Kien hemm min ivvinta li jintużaw il-headphones biex wieħed xorta jibqa' jisma' l-mużika filwaqt li fil-bar tkun intfiet.", "Qed ngħid dan mhux biex nagħmlu hekk imma biex nuri li anke pajjiżi oħra li huma l-bażi tad-divertiment u tat-turiżmu għandhom regolamenti ċari biex pereżempju, il-mużika f'ċerta ħin tieqaf.", "U allura ma nistgħux ngħidu li għax tieqaf bejn l-4.00 a.m. u d-9.00 a.m. jew għax tieqaf fil-11.00 a.m. Ma rridux inserrħu rasna fuq dan għax naħseb li fl-4.00 a.m. huwa l-ħin li wieħed jistrieħ.", "Almenu għal ċerti nies.", "Nifhem li hemm min jibda d-divertiment tiegħu f'ċerta ħin - forsi għax għandi 39 sena qed ninqata' ftit minn dawn l-affarijiet - imma rridu nagħtu kas kulħadd mhux nagħtu kas biss dawk li jiddevertu.", "Fir-rigward ta' divertiment alternattiv ma nafx jekk hijiex ir-realtà jew le imma jekk hemm min se joħroġ fis-2.00 a.m. u jixtieq imur jiekol naħseb li mhux se jsib għax dawk il-ħinijiet il-kċejjen ta' kull restaurant ikunu magħluqin.", "Le, mhux il-każ? (off mic) Mela fil-każ agħtini l-lista tagħhom ħalli meta kultant ikolli bżonnha mmur hemm!", "Imma li rrid ngħid hu li aħna nistgħu noffru alternattivi ta' divertiment li ma jkunux ta' ħsara għal ħadd anke mill-aspett ta' ħsejjes.", "Jien jekk se mmur niekol mhux se noqgħod nkanta u ngħajjat!", "Anzi jekk se mmur f'restaurant biex niekol ma rridx li jkun hemm l-istorbju għax inkun irrid nikkomunika b'mod tajjeb ma' min qiegħed madwar il-mejda tiegħi!", "L-aħħar kwestjoni li se nsemmi ħalli nħalli spazju għall-kollegi tiegħi hija dwar is-sitwazzjoni tal-bouncers.", "Ma nafx jekk s'issa humiex regolati jew le imma naf li xi darba kellna nitkellmu dwar kif jiġu regolati dawn l-imberkin bouncers fil-Parlament għax mhux biżżejjed li jeħilsu mill-problema ta' ġewwa l-istabbiliment fejn ikunu billi jitfgħuha barra.", "Huma kulma qed jagħmlu hu li jitfgħu l-problema barra minn fejn ikunu u ħafna drabi din tispiċċa f'ħoġor il-pulizija.", "Kif qal tajjeb Dr Farrugia fl-implimentazzjoni ta' ħafna mill-affarijiet, tajjeb jew ħażin, irridu nduru lejn il-Korp tal-Pulizija.", "Huwa tajjeb li ngħidu għaliex ma nagħmlux hekk u għaliex ma nagħmlux hekk imma l-Pulizija jafu x'inhuma r-riżorsi tagħhom u finalment the buck stops fil-Korp tal-Pulizija.", "Għalhekk huwa importanti li anke l-owners jagħtu s-sehem tagħhom u lill-bouncers mhux jgħidulhom li l-importanti huwa li ma jkollhomx inkwiet ġewwa u quddiem il-lokal tagħhom għax mill-bqija jiġu jaqgħu u jqumu.", "Naħseb dik l-attitudni trid tispiċċa u huwa importanti ħafna li l-owners, għax huwa wkoll fl-interess tagħhom li Paceville kollu jkun a safe area mhux sempliċement fit-triq fejn qegħdin huma, l-ewwel nett jaħdmu aktar mal-Pulizija u juru aktar ħeġġa biex jissolvew dawn il-problemi u mhux jistennew li l-Korp isolvi l-problemi waħdu u jekk m'hemmx regolamentazzjoni fuq il-bouncers - għax m'iniex ċert jekk konniex tkellimna fuq ċertifikati eċċ. għalihom - isiru imma aktar importanti mill-emendi fil-liġijiet hija l-koperazzjoni ta' kulħadd.", "Ħalli ma jkunx hemm liġijiet imma li jkun hemm il-koperazzjoni hija importanti għax naħseb li bil-koperazzjoni jirbaħ kulħadd.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, se nsemmi ftit punti b'mod ġenerali għalkemm naħseb li ħafna mill-punti diġa' saret riferenza għalihom.", "Ma nistgħux naħarbu mir-realtà.", "Fiż-żmien tal-lum naħseb kull belt għandha postijiet bħal Paceville.", "Malta hija parti mid-dinja u żgur li ma tistax tibqa' barra.", "Matul dawn iż-żewġ laqgħat qbilna b'mod ċar li hemm problemi u li hemm bżonn titjib fil-liġijiet biex l-affarijiet jirranġaw.", "Barra minn hekk qbilna - u din hija xi ħaġa verament importanti - li għandna bżonn naraw kif nistgħu naġġornaw l-affarijiet u kif nistgħu naħdmu biex intejbu s-sitwazzjoni għall-gwadann tar-residenti u anke tal-owners tal-postijiet ta' divertiment.", "Xtaqt nikkumenta fuq dak li qal is-Sur Julian Cassar Torreggiani.", "Huwa semma żewġ tipi ta' studenti; dawk li jiġu għal rashom u dawk li jkunu assoċjati mal-iskejjel.", "U għaldaqstant nixtieq nistaqsih jekk jirriżultax li wieħed jaqla' aktar problemi mill-ieħor.", "Rigward il-kumment li għamel is-Sur Philip Fenech dwar l-alkoħol ma nafx jekk fhimtux sew li ssuġġerixxa li s-supermarkets jew il-ħwienet sa ċertu ħin ibigħu l-alkoħol bi prezz u wara bi prezz ieħor.", "U dwar dak li qal Dr Anthony Farrugia sabiex issir sorveljanza kontinwa u nagħmlu miżuri ta' deterrent irrid ngħid li jien naqbel għax aktar ma nuru liż-żgħażagħ li hemm min qed ikun għassa tagħhom u aktar ma jkun hemm min jissorvelja naħseb aktar is-sitwazzjoni tista' tmur għall-aħjar.", "Naħseb li b'hekk insolvu ħafna mill-problemi.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Issa fi ftit minuti nitlob biex min-naħa tal-Aġenzija Żgħażagħ jgħaddu b'mod telegrafiku l-kummenti tagħhom.", "IS-SUR JASON ZAMMIT (Aġenzija Żgħażagħ): Aħna bħala Aġenzija Żgħażagħ il-klijent primarju tagħna huwa ż-żagħżugħ.", "Għaldaqstant aħna nħarsu lejn id-divertiment forsi kemm kemm aktar minn lenti pożittiva.", "Fil-fatt aħna naraw id-divertiment bħala dik l-għodda li tista' twassal liż-żagħżugħ biex isir adult.", "Għalhekk bħala aġenzija li qed nissuġġerixxu huwa aktar edukazzjoni, speċjalment min-naħa non-formali tal-edukazzjoni.", "Il-bażi tagħna huwa l-youth work u allura l-edukazzjoni non-formali l-ħin kollu qiegħda hemm.", "Fil-fatt qed nipproponu programm ta' edukazzjoni non-formali li bih iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jiġu mħarrġa fuq kif jistgħu jaffrontaw ċerti mumenti f'ħajjithom fejn ikollhom jagħmlu ċerti għażliet fosthom waqt il-ħin tad-divertiment.", "THE CHAIRMAN: Dwar il-ħidma tagħkom naħseb qanqaltu biżżejjed interess biex 'il quddiem nistednukom ħalli tagħtuna rendikont ta' x'qegħdin tagħmlu u b'hekk inkunu iżjed konxji dwar x'qed tagħmel l-Aġenzija Żgħażagħ, - li hija wkoll żagħżugħa għax għadha ġdida - x'inhuma l-objettivi tagħha u kif qiegħda tipprova tasal fejn tixtieq tasal.", "Is-Sur Philip Fenech però, jekk jogħġbok, fil-qosor ħafna.", "IS-SUR PHILIP FENECH: Sur President, se nagħmel biss punt ta' kjarifika.", "Meta qabel kont qed nitkellem fuq il-prezzijiet li ridt ngħid kien li jrid ikun hemm sorveljanza tajba għax is-suq dejjem jirrispondi.", "Il-fatt li l-grocers jew bottle shops ibigħu alkoħol li huwa b'valur miżjud ftit - dak li huwa retail price - u jiġi kkonsmat fl-area daħħal price war bejn l-istabbilimenti tant li dawn saħansitra spiċċaw - niggarantilkom jien il-kontra milli qed jaħsbu ħafna nies - jagħtu free drink tokens mal-bieb u wieħed litteralment jista' jisker b'xejn!", "Jekk tidħol u terġa' toħroġ u terġa' tidħol tispiċċa tixrob b'xejn.", "Mhu veru xejn li l-prezzijiet fl-area huma għoljin anzi 'l bogħod minn hekk!", "Kif diġa' għedt dan ġara għax qed ikun hemm alkoħol li qed jinbigħ b'retail prices u qed jiġi kkonsmat fl-area.", "Mhux fl-istabbilimenti.", "Forsi issa wieħed jgħidli li jekk tagħlaq toqba tinfetaħ oħra.", "Iva, u hemm każi fejn wieħed iġib l-alkoħol mir-raħal tiegħu jew minn fejn ikun ġej, imma l-punt hu li għandu jkun hemm aktar sorveljanza f'dak li huwa xorb fit-toroq.", "CARMELO ABELA: Skużani, Sur Fenech, se ninterrompik però xtaqt inkun naf jekk bħala GRTU intom tirrappreżentawx lit-tnejn li huma.", "CARMELO ABELA: Tistgħu b'xi mod issibu soluzzjoni interna?", "IS-SUR PHILIP FENECH: Qegħdin naħdmu fuqha.", "It boils down to one thing; li hemm barra jrid ikollok supervision tajba, u din dejjem f'idejn il-Pulizija taqa' għax finalment persuna ma tistax tixrob barra.", "Barra minn hekk hemm il-kwestjoni tal-prezzijiet kif jinbiegħu fl-istabbilimenti.", "Mhux qed ngħid li l-prezzijiet għandhom ikunu crazy, imma biex nagħti eżempju ta' price structures, il-unit price average għal shot alcohol bil-mixer huwa ta' €2.50 u b'€6 minn hemm barra tista' tixtri flixkun sħiħ u tisker u jkollok 25 units.", "Dik hija d-differenza.", "Il-prezzijiet huma għoljin mhux għax ħallelin imma biex iżżomm il-compliances, iżżomm l-investiment.", "Illum biex ikollok post €1.1 miljun m'int qed tgħid xejn.", "F'diskoteka jew post ta' divertiment bilfors trid iżżomm dawk il-price structures imma li qed jiġri hu li dawn qed jispiċċaw jagħtu anke drinks b'xejn li qed jiġu abbużati allura għandek il-konsum tela' iktar, mentri b'€6 jistgħu jieħdu tliet drinks.", "Jiddispjaċini li kelli nidħol f'dan id-dettal.", "Rigward il-bouncers xtaqt insemmi wkoll li hemm liġi li tirregolahom però għad irridu naħdmu iktar fuqha.", "Jiena ngħid li bħalma hemm bouncers li huma heavy handed u smajna b'inċidenti dwarhom, ħafna drabi l-bouncers, bir-rispett kollu, spiċċaw anke jgħinu lill-pulizija u anke jsalvawlhom ħajjithom.", "Rajt ċirkostanzi fejn ikun hemm ċerti ġranet fejn il-pulizija jkunu weak on that day u mnalla jkunu l-bouncers.", "Dan bħalma ħafna drabi l-pulizija salvaw il-ħajja tal-bouncers u tal-istaff tal-istabbiliment.", "Jiġifieri għandna nħarsu lejn l-affarijiet b'mod razzjonali wkoll.", "Mhux il-bouncers kollha huma vjolenti u jiġġieldu.", "CARMELO ABELA: Jiena tkellimt b'mod ġenerali.", "Ma ridtx ninftiehem li l-bouncers kollha huma hekk imma kultant hemm min jgħid din hija problema ta' ħaddieħor.", "IS-SUR PHILIP FENECH: Il-bouncers, security, door personnel, għidilhom li trid, xogħlhom huwa li jaraw li ma jkunx hemm inkwiet fl-istabbiliment.", "Dawn bilfors barra se joħorġuhom.", "THE CHAIRMAN: Hemm xi ħadd li jixtieq jgħaddi xi kumment fil-qosor ħafna?", "IS-SUR RAY ZAMMIT: Qbilt ħafna mad-diskors li għamel il-ħabib tiegħi Dr Farrugia però nixtieq inkun fair mal-istess Korp billi ngħid li wara li saru ħafna sforzi, inserraħ ras kulħadd li kull membru tal-Korp għandu uniformi kompluta.", "X'jiġifieri?", "Jiġifieri għandu portable radio, għandu torch, għandu manetti, għandu flourescent jacket, għandu lembuba tradizzjonali u għandu weather jacket għal kwalunkwe tip ta' temp.", "Jekk huma vetturi naħseb li hemm il-vetturi wkoll.", "Għal dik li hija supervision min-naħa tal-pulizija dejjem imxejna, fl-opinjoni tagħna, according to the situation.", "Tgħidli x'jiġifieri?", "Fejn kien hemm il-bżonn li ngħollu n-numru għollejnih u barra minn hekk żidna area oħra, dik tas-Swieqi.", "Dan għax ħassejna li s-Swieqi qed jiġbed ukoll il-problemi ta' Paceville.", "Din iddiskutejniha wkoll mal-English Schools u nkludejna wkoll Pembroke.", "Ħaġa oħra li xtaqt insemmi u li semma wkoll is-Sur Philip Fenech hi li qisu mill-bieb 'il barra dak kollu huwa tal-Pulizija.", "Bir-rispett kollu hemm imniżżel ċar u tond li kull ħanut, bar, hu x'inhu, ma jistax jisqi bniedem, mhux li huwa fis-sakra, għax fis-sakra jiġbruk mill-art u ma tafx fejn se tispiċċa, imma dak il-bniedem li jidher li huwa xurban.", "Naħseb li bħalma għedna fil-bidu, din hija r-responsabilità ta' kulħadd.", "Qed ngħid hekk għax donnu jekk tagħtas il-Pulizija… (Interruzzjonijiet) Mela le, aħna għal kollox immorru u kullimkien niċċappsu.", "Il-Pulizija qatt ma qagħdet lura milli tmur fejn isir il-ħażin però naħseb li parti mis-suġġett li qegħdin niddiskutu hawnhekk huwa kif se naqtgħu dawn il-vizzji.", "Xtaqt ukoll nikkoreġi lil Dr Farrugia li l-contingency plan ilu jgħanni mill-1993.", "Fl-1993 kont għadni responsabbli mill-fire brigade tal-Pulizija u niftakar li konna għamilna mock exercise u ma rnexxiex.", "Minn dakinhar beda jgħanni l-contingency plan, meta Paceville ma kienx dak li hu llum.", "Naħseb kien hemm nofs jew inqas min-nofs tal-problemi li hemm illum.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Nistieden issa lis-CEO tal-MTA u mbagħad nagħmel il-konklużjoni tiegħi.", "IS-SUR JOSEF FORMOSA GAUCI: Fil-bidu tkellimt iżjed fuq is-sitwazzjoni milli tajt suġġerimenti.", "Naħseb li ssemmew ħafna punti validi imma m'iniex se nidħol fihom.", "Kien hemm uħud li naqbel magħhom aktar milli oħrajn.", "L-Onor.", "Abela semma' dak il-kumitat li semmejt jien.", "Dak huwa kumitat informali għax fl-aħħar mill-aħħar aħna jew is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu m'għandniex ir-responsabbiltà għal Paceville.", "Imma peress li Paceville huwa parti importanti mill-prodott turistiku, kellna naraw x'nistgħu nagħmlu biex intejbu s-sitwazzjoni f'Paceville.", "Hawnhekk jiġi s-suġġeriment tiegħi u rrid noqgħod attent biex ma nkunx kontroversjali wisq.", "Issemmew ħafna punti li kienu maqsumin fi tnejn; liġijiet u liċenzji.", "L-MTA toħroġ liċenzja, il-pulizija toħroġ liċenzja differenti, it-trade toħroġ xi ħaġa oħra.", "Għandek kwantità ta' entitajiet fuq xulxin li joħorġu liċenzji differenti.", "Meta tiġi għall-enforcement il-Lands jinfurzaw xi ħaġa u l-Pulizija jinfurzaw xi ħaġa oħra.", "Jien nista' nitkellem mil-lenti tagħna bħala MTA.", "Meta aħna rridu li ssir xi ħaġa nispiċċa nċempel lil dak u nċempel lill-ieħor u hija frustranti anke għalina, aħseb u ara għall-individwu.", "Jien naħseb – u dan huwa suġġeriment forsi kontroversjali – li wasalna f'sitwazzjoni li f'Paceville hemm bżonn li jkollna persuna jew entità li jkollha l-poter li tista' tieħu f'idejha l-liġijiet kollha, il-liċenzji kollha u anke l-enforcement.", "Jiġifieri jrid ikollha l-poter li lill-Pulizija tgħidilha x'għandha tagħmel u lil-Lands x'għandha tagħmel.", "Bħalissa kif qegħdin you end up passing the buck, għax din biċċa tiegħi, din biċċa tiegħek u din biċċa tal-ieħor.", "Fl-opinjoni tiegħi jekk se nibqgħu hekk m'aħniex se nsolvu l-affarijiet imma sempliċement se nsolvu ftit tiswijiet bil-patching.", "It could be one way of doing it, però fl-aħħar mill-aħħar, hu liema hu l-mezz, inti trid, fl-opinjoni tiegħi, somebody li għandu r-responsabbiltà totali sew għal-liġijiet u sew għall-infurzar ġewwa Paceville.", "Inkella huwa diffiċli.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Ippermettuli nagħmel kumment żgħir.", "Jiena naħseb li dawn iż-żewġ laqgħat li għamilna fuq din ir-realtà mhumiex il-konklużjoni imma kienu parti essenzjali mil-laqgħat li jrid ikompli jagħmel dan il-Kumitat dwar dan is-suġġett.", "Kienu l-ewwel parti f'eżerċizzju ta' smigħ.", "Smajna lilkom kollha li intom involuti mhux fil-ħolqien tal-problema imma fis-soluzzjoni tal-issues jew tal-isfidi li jinqalgħu.", "Nemmen ukoll li rridu naraw kif dan li qegħdin nagħmlu hawnhekk ikun ukoll eżerċizzju ta' responsabilizzazzjoni ta' dawk kollha involuti.", "Jiena nixtieq insib ukoll il-mezz kif hawnhekk inġibu numru ta' żgħażagħ.", "Xtaqt inġib ukoll il-Kunsill Malti taż-Żgħażagħ għax nixtieq ukoll li jkolli laqgħa maż-żgħażagħ.", "Ma nafx kif, għad irridu naħsbu dwarha.", "Nixtieq forsi din id-darba nużaw il-facebook ukoll.", "Nitlob lill-Parlament jidħol fl-eżerċizzju tal-facebook forsi flok inġibu ż-żgħażagħ hawnhekk, naraw kif nikkonsultaw permezz tal-facebook ukoll u nisimgħu l-ideat taż-żgħażagħ rigward Paceville.", "Irrid nirringrazzja wkoll lill-media li twassal il-preokkupazzjoni tagħna wkoll.", "Aħna rridu li bl-isforz ġenwin tagħna naraw li tinħoloq sistema li tiggarantixxi jew tersaq lejn iktar sigurtà għall-interess ta' kulħadd, kemm taż-żgħażagħ infushom, kemm tal-ġenituri, kemm tal-operaturi u kemm tar-residenti.", "Ma nixtiqux noħolqu xi regolamentazzjoni li biha ndejqu l-ispirtu tad-divertiment taż-żgħażagħ.", "Hawnhekk l-iżjed ħaġa li ma rridux nagħmlu u lanqas għandna intenzjoni li nagħmlu hi li ngħidu liż-żgħażagħ kif jiddevertu u ngħidu liż-żgħażagħ x'm'għandhomx jagħmlu.", "Aħna rridu li filwaqt li ż-żgħażagħ jagħmlu dak li għandhom jagħmlu safejn huwa tajjeb, għaliex inkella xi ħadd iweġġa', noħolqu dik ir-regolamentazzjoni li tassigura li meta żagħżugħ imur bil-ħsieb li jiddeverti, ikun qed jiddeverti f'post li huwa secure, f'post fejn il-ġenituri, jekk jista' jkun, jikkonfondu inqas rigward is-sigurtà ta' uliedhom.", "Anke jekk għalissa hemm grupp ta' amministrazzjoni informali ferm taħt l-MTA, imma nixtieq li dak li aħna se nipproponu jkun outreach exercise, biex ngħid hekk, tal-istess entità, tal-istess eżerċizzju li diġa' huwa stabbilit bħalissa.", "Aħna m'aħniex qegħdin hawnhekk biex nikkompetu ma' min diġa' qiegħed jipprova jsib l-ordni f'din il-lokalità.", "La rridu nsiru s-Sindku ta' San Ġiljan, la rridu nieħdu post il-Pulizija, la rridu nieħdu post il-kumitat amministrattiv, la rridu nsiru Aġenzija Żgħażagħ, la rridu nsiru GRTU, la rridu nsiru MHRA u lanqas irridu nsiru minflok iċ-chaplain tal-Millennium Chapel, però aħna bħala politiċi f'dan il-Parlament rajna li din l-issue għandha titla' quddiem dan il-Parlament għaliex irridu wkoll nagħtu spalla lill-organizzazzjoni ta' ġenituri, il-GASP, li hawnhekk hija rrappreżentata minn Dr. Farrugia.", "Dawn il-ġenituri ppreokkupaw irwieħhom u ħassew li għandhom jingħaqdu sabiex jaraw x'jistgħu jagħmlu.", "Aħna rridu nkunu ta' spalla għalihom.", "Daqshekk ieħor irridu nkunu ta' spalla għall-aġenziji kollha, l-entitajiet kollha li bil-professjoni tagħhom u bir-responsabbiltà tagħhom għandhom commitment u mpenn lejn din il-lokalità.", "Jiena nemmen li jekk insibu soluzzjoni għal din il-lokalità se nkunu qegħdin insibu soluzzjoni għal lokalitajiet oħra.", "Jiena mill-esperjenza tiegħi ta' segretarju parlamentari nemmen li hemm bżonn reconsideration exercise tal-liġijiet kif inhuma msawrin, għaliex tibda taqa' bejn żewġ responsabbiltajiet u meta jkun hemm żewġ responsabbiltajiet jew tliet liġijiet in vigore, xi ħadd se jkun qed igawdi għaliex se jsib dak l-open space li huwa no man's land li fuqu jimraħ b'mod enormi.", "Irridu naraw li b'dan l-eżerċizzju aħna la nkunu qegħdin nieħdu post xi ħadd u lanqas noħolqu kompetizzjoni ma' xi ħadd.", "Sempliċement irridu nsaħħu dak li diġa' huwa eżistenti.", "Bħala chairman ta' dan il-kumitat se nsib il-ħin biex niltaqa' hawnhekk f'dan il-Parlament magħkom fuq livell individwali ħalli nippreparaw rapport li jkun jiġbor u jikkonsolida s-soluzzjonijiet kollha li intom offrejtu.", "Dan ir-rapport imbagħad inressquh għall-kummenti tal-politiċi li hawn hawnhekk ħalli huma, bir-responsabbiltà tagħhom, ikunu jistgħu jagħmluh rapport li kapaċi jittieħed għand l-eżekuttiv ħalli dak li jkun jagħmel xi ħaġa sabiex f'dan il-post ikun hemm iktar sigurtà, u biex naraw kif iż-żgħażagħ, l-operaturi, ir-residenti u l-ġenituri jirresponsabilizzaw lil xulxin.", "Veru li jien m'għadnix daqshekk żagħżugħ imma aħna rridu naraw li lill-ġenerazzjoni żagħżugħa nagħtuha wkoll il-konsiderazzjoni tagħna.", "Nirringrazzjakom u sakemm nerġgħu nkunu qed ngħajtulkom fuq livell individwali, nawguralkom u nirringrazzjakom tal-ħidma li qegħdin twettqu.", "Fid-9:10 pm id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet konkluża."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111017_113d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "LAQGĦA NRU 113", "It-Tnejn, 17 ta' Ottubru, 2011", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:20 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 112 li saret l-Erbgħa 12 ta' Ottubru 2011, ġew konfermati.", "L-imġieba taż-żgħażagħ f'Paceville.", "Kontinwazzjoni.", "(Ikompli mil-Laqgħa 111 tat-Tlieta 11 ta' Ottubru 2011)", "L-Onor Edwin Vassallo, stieden lis-Sur Josef Formosa Gauci, CEO tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta, lis-Sur Julian Cassar Torreggiani, Segretarju tal-Feltom (The Federation of English Language Teaching Organisations Malta), lill-Father Saviour Grima, Direttur tal-Millennium Chapel, lill-Assistent Kummissarju Ray Zammit, lis-Sindku tal-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan is-Sur Peter Bonello, lis-Sur Philip Fenech viċi-President tal-GRTU, lill-Dr Anthony Farrugia fundatur tal-GASP u s-Sur Jason Zammit mill-Aġenzija Żgħażagħ biex jagħtu preżentazzjoni u s-suġġerimenti tagħhom fuq is-suġġett.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Il-President tal-Kumitat informa lil dawk preżenti, li fil-futur immedjat, ser jiltaqa' individwalment ma' kull entità preżenti, sabiex il-Kumitat joħroġ rapport li jkun jiġbor fih is-soluzzjonijiet kollha li kull entità ssuġġerit.", "Fid-9:10 pm, id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet konkluża.", "SKRIVANA TALKUMITAT", "PRESIDENT TALKUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111017_113m_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 114", "It-Tlieta, 18 ta' Ottubru, 2011", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 114", "It-Tlieta, 18 ta' Ottubru, 2011", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fit-7.30 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 113 li saret nhar it-Tnejn, 17 ta' Ottubru 2011, ġew konfermati.", "Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali 2011 - Preżentazzjoni mill-Prof Grace Grima, Direttur Ġenerali għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Illum se ngħaddu għat-tieni laqgħa rigward il-qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali tal-2011.", "Bħala kontinwazzjoni, se ssir preżentazzjoni mill-Prof.", "Grace Grima, Direttur Ġenerali għall-kwalità u l-istandards fl-Edukazzjoni, flimkien ma' uffiċjali oħra min-naħa tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni.", "Matul l-ewwel sessjoni smajna dak li ntqal u kellna ħin bħala deputati li nagħtu l-ideat tagħna.", "Waħda mill-preokkupazzjonijiet, u li jien ġbidt l-attenzjoni għaliha, kienet li minn għaxar laqgħat, kważi f'sebgħa minnhom, irreferejna f'xi ħin jew ieħor għall-edukazzjoni.", "Huwa minnu li aħna naqgħu fit-tentazzjoni, fl-opportunità jew fl-isfida li affarijiet li naraw li mhumiex sejrin tajjeb fuq livell soċjali, nippruvaw nikkoreġuhom bl-edukazzjoni, jew aħjar, insibu soluzzjoni għalihom fl-edukazzjoni u fit-tagħlim taż-żgħażagħ.", "Sal-bieraħ konna qegħdin nitkellmu fuq Paceville u l-Aġenzija Nazzjonali għaż-Żgħażagħ tkellmet fuq kif tixtieq tgħallem iktar liż-żgħażagħ jużaw il-ħin ħieles tagħhom u jitgħallmu jiddevertu.", "Nixtieq insemmi waħda mill-ewwel esperjenzi tagħna bħala kumitat, fejn konna tkellimna fuq il-faqar relattiv.", "Fil-fatt dan kien l-ewwel rapport li ħriġna - għada nistgħu ngħaddulkom kopja tiegħu.", "Meta konna qegħdin niddiskutu l-problema tal-faqar, jiena u xi deputati oħra konna morna nżuru l-iskola tas-Sur Spiteri ħalli jkollna ċerta esperjenza u rajna li biex neqirdu ċertu faqar relattiv irridu ngħollu iktar il-ħiliet.", "Sabiex ngħollu iktar il-ħiliet irridu naraw kif ikollna iktar reżiljenza fit-tfal tagħna, speċjalment dawk it-tfal li jinqabdu fiċ-ċirku ta' esklużjoni mis-soċjetà.", "Naħseb dak kien wieħed mill-ewwel rapporti li għamilna li jitfa' responsabilità kbira fuq is-sistema edukattiva.", "Punt ieħor li kien laqatna ħafna kien meta Angela Abela qaltilna li l-ikbar bidla li hemm bżonn fl-università hija li tibda tipproduċi iktar professjonisti b'kuxjenza soċjali.", "Matul il-laqgħat tagħna, dejjem jintqal lilna kemm nistgħu nagħmlu affarijiet bl-edukazzjoni u llum li qegħdin nitkellmu fuq il-kurrikulu, hija ċirkostanza idoneja biex niddiskutu din il-preokkupazzjoni.", "Nifhem li dan it-tip ta' ħsieb jista' jkun at a tangent minn dak li intom ġejtu ppreparati bih.", "Imma aħna bħala Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali nħossu li din id-diskussjoni hija waħda importanti għaliex għandna bżonn nipproduċu studenti, u ġenerazzjoni ta' adulti ta' għada, li jkollhom karattru għax inkella mmorru l-baħar.", "Din il-preokkupazzjoni esprimiha wkoll diversi drabi l-Onor.", "Il-mistoqsija tagħna hija jekk dan il-kurrikulu huwiex se jasal sabiex jagħmel il-bidliet neċessarji ħalli nolqtu l-isfidi kollha li għandna fis-soċjetà.", "Hemm bżonn li nsolvu l-problemi soċjali permezz tal-edukazzjoni u nifhmu li iktar ma ngħallmu nies illum, iktar għada se jkollna nies li jaħdmu għax ikollhom l-għarfien, u allura jkollna inqas nies li jaqgħu fil-periferija tas-soċjetà.", "Dan ifisser li jkollna iktar nies biex jaqdu d-domanda tal-industrija, tal-kummerċ, tal-professjonijiet u anke tas-soċjetà Maltija.", "Dawn lil semmejt kienu l-ħsebijiet tagħna bħala Kumitat.", "Issa nħalli f'idejkom sabiex taqsmu magħna l-ħsebijiet tagħkom fuq dak li smajtu fl-introduzzjoni.", "U nitlobkom biex min jitkellem jagħti ismu u d-designation tiegħu.", "Ftakru li qegħdin tiġu streamed live u allura ladarba l-kelma toħroġ ma tkunux tistgħu treġġugħha lura.", "GRACE GRIMA (Direttur Ġenerali għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni): Sur President, naħseb tajjeb li l-ewwel nibdew bi preżentazzjoni qasira fuq x'ipprovajna nagħmlu f'dan id-dokument.", "Aħna għandna nota tal-punti li tqajmu d-darba l-oħra u għalhekk wara l-preżentazzjoni nkunu nistgħu nidħlu f'ċertu dettall.", "Dan il-kurrikulu huwa framework li fil-qalba tiegħu għandu tliet għanijiet: li l-istudenti u t-tfal Maltin ikunu lifelong learners, li jkunu active citizens - hawnhekk naf li d-darba l-oħra dħalna f'dibattitu jekk għandhiex tkun active jew għandhiex tkun responsible - u l-employability.", "Dan il-kurrikulu qed jipprova jindirizza dawn it-tliet affarijiet: li l-istudenti jibqgħu jitgħallmu matul ħajjithom kollha, li jkunu attivi u responsabbli fis-soċjetà u li s-sistema edukattiva tindukrahom b'mod li jkunu impjegabbli fis-soċjetà.", "Bidla kbira f'dan il-framework hija l-enfasi fuq l-importanza tal-iskills.", "Kellna sistema, li skont il-feedback tal-għalliema u tal-kapijiet tal-iskejjel, kienet ilha għal ħafna snin timxi fuq sistema ta' kontenut.", "Ovvjament, l-importanza tal-kontenut xorta tibqa' hemm imma li qed jipprova jagħmel dan il-framework huwa li l-kontenut ikun abbinat mal-iskills tat-tfal.", "Illum, bit-teknoloġija li għandna madwarna, il-kontenut jinbidel il-ħin kollu.", "Allura rridu nassiguraw ruħna li t-tfal ikollhom ħiliet sabiex huma u l-familji tagħhom ikollhom ħajja tajba u jgħixu f'soċjetà li tkun sostenibbli għal kulħadd.", "Meta nqisu l-problemi u r-realtajiet li għandna fis-soċjetà ta' madwarna, nifhmu li l-framework irid jindirizza l-bżonn li t-tfal kollha jridu joħorġu mill-iskola b'ħiliet u bi kwalifiki li jagħmlu sens barra mill-iskola.", "Kulħadd jaf li kellna sistema selettiva li baqgħet għaddejja matul iż-żmien u din hija xi ħaġa li kien hemm bżonn li tiġi indirizzata.", "Punt ieħor huwa l-importanza li l-iskola nibdew narawha bħala opportunità fejn kulħadd jikber fuq livell personali u professjonali - kemm l-istudenti, kemm l-għalliema, kif ukoll il-ġenituri.", "Hemm bżonn li permezz ta' dan il-framework nindirizzaw ir-realtà li kellna tal-early school leavers u naħdmu sabiex inżommu kemm jista' jkun studenti fis-sistema biex jibqgħu jitgħallmu b'modi differenti, filwaqt li jaraw it-tagħlim bħala parti mill-ħajja tagħhom.", "Għan ieħor ta' dan il-framework huwa li jiffaċilita li l-istudenti jkomplu jitgħallmu f'istituzzjonijiet differenti, waqt ix-xogħol u anke meta jkunu adulti.", "Dawn kienu t-tliet għanijiet li tlaqna bihom: li t-tfal jitilqu mill-iskola bi skills u kwalifiki; li jaraw il-proċess edukattiv bħala mod kif kulħadd jikber; u li l-proċess edukattiv fis-sistema obbligatorja jkun mezz li jiffaċilita kif l-istudenti jibqgħu jitgħallmu.", "Dan il-proċess dam tliet snin, jiġifieri mhuwiex framework fis-sens li ktibna xi ħaġa u ħriġna biha għall-konsultazzjoni.", "Il-commitment li wera l-Gvern lejn dan id-dokument kien li rridu naraw li l-istudenti tagħna jkunu lifelong learners f'kultura ta' sostennibilità u social cohesion.", "Fl-opinjoni tagħna, dan id-dokument huwa diġa' wieħed konsultattiv għax fuq il-bord ta' min kitbu kien hemm l-istakeholders prinċipali.", "Dan il-framework mhuwiex xi ħaġa li ħolom bih id-direttorat u jrid lil ħaddieħor jaddottah.", "Fil-proċess ta' riflessjoni u ta' kitba kellna nies miż-żewġ direttorati li bħalissa mmexxu jien u Micheline Sciberras.", "Kellna d-Dekan u l-Viċi-Dekan tal-fakultà tal-Edukazzjoni, kellna ċ-Chairman tal-Bord tal-Matsec u kellna wkoll rappreżentanti mill-iskejjel tal-Knisja u mill-iskejjel Indipendenti, illum rappreżentati minn Bernie Mizzi bħala President tal-iskejjel Indipendenti.", "Ħafna mid-diskusjonijiet li saru kien hemm qbil fuqhom mill-istakeholders kollha.", "Barra minn hekk, wara li nkiteb id-dokument, intbagħat f'żewġ ministeri barra minn Malta, nirreferi għal New Zealand u għall-Iskozja - żewġ pajjiżi li riċentement għaddew minn riforma simili - u permezz tal-feedback li tawna, id-dokument reġa' ġie rfinat.", "Din hija waħda mir-raġunijiet għaliex id-dokument inħareġ f'iktar minn parti waħda.", "Dawn id-dokumenti li qegħdin niddiskutu llum jindirizzaw tliet mistoqsijiet bl-Ingliż u żewġ mistoqsijiet bil-Malti.", "Bil-Malti ngħidu l-għaliex u l-kif.", "Għalfejn għandna bżonn kurrikulu ġdid?", "Kif se jsir dan il-kurrikulu?", "Dan id-dokument huwa differenti minn dawk li kien hemm qablu – s'issa kien ikollna dokument b'viżjoni.", "Wara l-feedback li rċevejna mill-iskejjel, ħloqna t-tielet dokument u fih il-viżjoni traduċejniha għal x'għandha tfisser għas-snin bikrin, għall-primarja u għas-sekondarja.", "Fl-opinjoni tagħna, is-saħħa ta' dan id-dokument qiegħda fil-fatt li m'hemm l-ebda idea ta' viżjoni fit-tieni dokument li aħna ma tajniex indikazzjoni ta' kif din se taħdem fil-prattika fit-tielet dokument.", "Dak kien il-feedback li rċevejna mill-proċess tal-1999.", "L-aħħar dokument li kien ħareġ f'Malta kulħadd kien qabel kemm kien dokument tajjeb però l-mod ta' kif se jbiddel il-ħajja fl-iskola, il-ħajja professjonali tal-għalliema u x'impatt se jkollu fuq it-tfal kienet xi ħaġa li riedu jaħdmu fuqha l-iskejjel.", "Din id-darba, dik il-biċċa xogħol għamilniha aħna bħala kumitat però mhux biex inkunu preskrittivi għax hemm ħafna lok fejn tiddiskuti.", "Jekk nieħu eżempju wieħed tat-timetables, ħloqna mudelli differenti biex waqt li l-iskejjel qed jiddiskutu l-flessibbilità, urejna kif il-flessibbilità tista' sseħħ b'mod konkret.", "THE CHAIRMAN: Waqt li kont qed tagħti din l-ispjegazzjoni, jiena u l-Onor.", "Carmelo Abela konna qegħdin ngħidu li din it-tip ta' preżentazzjoni diġa' kienet ingħatatilna għax niftakar li kontu semmejtu l-Irlanda.", "Nifhem li qed tgħidulna kif sar ix-xogħol imma aħna jimpurtana fejn se naslu.", "Intom qegħdin tispjegaw l-element edukattiv.", "Aħna m'aħniex esperti fil-qasam edukattiv imma aħna politiċi.", "Ngħid għalija m'għandix esperjenza ta' għalliem, ma nafx sħabi jekk għandhomx, u ma tantx nistgħu nagħtukom feedback, imma bħala politiċi għandna l-preokkupazzjonijiet tagħna.", "Aħna kumitat li niddiskutu l-affarijiet soċjali.", "X'ċittadini se nkunu qegħdin noħolqu għada permezz ta' dan il-kurrikulu?", "Dan il-kurrikulu x'filosofija għandu?", "Minkejja t-tagħlim kollu u t-timetable kollha m'iniex kuntent li jkolli ċittadin impenjat għax jista' jkun impenjat fl-individwaliżmu tiegħu.", "Jien - u sħabi jista' jkollhom opinjoni differenti - ma nkunx kuntent jekk se jkolli kurrikulu li t-tfal tiegħi se jgħinhom ikunu individwalisti.", "Kif se jkollna kurrikulu li jnaqqas il-probabilità li għada pitgħada ż-żgħażagħ tagħna jagħmlu r-riots li saru f'Londra?", "Kif se jkollna kurrikulu li b'xi mod jew ieħor jgħaqqad lill-ġenituri mal-ulied u li filwaqt li qed jgħallem lill-uliedi qed jgħallem lili wkoll?", "Dan il-kurrikulu li qed jippjana biex it-tagħlim ikun attiv, personalizzat, relevanti, bi skop, jenfasizza l-applikazzjoni tal-għarfien u l-ħiliet, lili kif se jgħallimni nuża l-ħiliet tiegħi?", "Aħna kollha nixtiequ negħlbu l-ħażin tas-soċjetà għax il-ħin kollu nisimgħu x'għandna tajjeb u x'għandna ħażin fis-soċjetà tagħna.", "Jekk għandna għodda jew mediċina li nistgħu nużaw biex nikkoreġu mġieba li mhijiex tajba, hija propju l-edukazzjoni.", "Imma l-edukazzjoni se toħolqilna iktar nies li qegħdin jgħixu f'inkubu minnhom infushom?", "Se toħloq għorrief li qed jgħixu għalihom infushom imma fil-komunità ma jidhrux?", "Din hija l-kritika tiegħi personali u mhux qed nitkellem bħala Chairman ta' kumitat.", "Ngħid għalija nixtieq li jkolli serħan il-moħħ.", "Fir-rapport tagħna, x'ħin niġu biex ngħidu x'nixtiequ minn dan il-kurrikulu, din it-talba se toħroġ min-naħa tiegħi.", "Jekk tgħidli li se jkollna edukazzjoni iżjed inklussiva nieħu pjaċir, għax jien għandi soċjetà li mhijiex inklussiva.", "Jien għandi soċjetà li hija esklussiva - soċjetà li ma tinkludi lil ħadd fiha minkejja li aħna kollha nsara.", "Suppost għandna moralità tajba u xorta għandna l-kuntrarju ta' dak li nemmnu.", "Ma rridx inkun pessimist imma qed nara bidu ta' xi ħaġa li mhijiex tajba.", "Nixtieq nagħmel ħilti biex intejjeb dan il-kurrikulu kif għadna fiċ-ċans.", "Aħna qed ninvolvu lilna nfusna f'dan l-istadju ta' konsultazzjoni pubblika biex lilkom bħala għalliema nġiegħlukom taħsbu fuq il-moralità.", "Sħabi forsi ma jaqblux miegħi però jien qed nistaqsi x'moralità hemm.", "L-għalliema tagħna x'direzzjoni se jkunu qegħdin jagħtu f'dan il-framework?", "Dak li jimpurtani minnu u mhux li jkolli iktar professjonisti.", "Nerġa' ngħid u hawnhekk nikkwota lill-Angela Abela dwar il-bżonn li jkollna professjonisti b'kuxjenza soċjali.", "Meta darba semmejt dan il-punt waqt konversazzjoni mar-Rettur tal-Università, qalli li dak mhuwiex xogħol l-Università, iżda rridu nibdew mill-kindergarten u nkomplu fis-soċjetà.", "Qed nagħmel dan il-plejtu għaliex ladarba titlesta l-konsultazzjoni, nixtieq li fil-qafas tal-kurrikulu tgħidu li ħadtu nota mill-Kumitat tal-Affarijiet Soċjali, li aħna rridu nħarsu lil hinn minn dak li huwa biss is-sistema edukattiva.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, ma nistgħux inwarrbu l-fatt li dan li qegħdin nitkellmu fuqu hawnhekk huwa proċess edukattiv ukoll.", "Irid jitlaq mill-aspett edukattiv però edukattiv f'sens wiesgħa ħalli mbagħad naslu għall-punt li qed issemmi inti.", "Dr Grima, naħseb din il-preżentazzjoni saret fl-ewwel laqgħa li konna għamilna, fejn aħna tajna r-reazzjoni tagħna bħala Membri Parlamentari u mbagħad kien sar il-ħin u ma kienx fadal ċans sabiex tagħtu r-reazzjoni tagħkom fuq il-kummenti jew il-mistoqsijiet tagħna.", "Naħseb li dan il-proċess li spjegajtu u qed tispjegaw illum, irid jirrispondi għall-affarijiet li naraw li jistgħu jsiru aħjar fis-sistema tagħna għax filwaqt li ma nistgħux ngħidu li għandna kollox ħażin però għandna ċerti nuqqasijiet li rridu nirranġaw.", "Dan il-proċess irid iwieġeb mill-aspett edukattiv.", "Wieħed mill-punti li semmejt inti, Dr Grima, kien li fejn qabel konna nagħfsu ħafna fuq il-kontenut u fuq li ngħaddu ħafna informazzjoni, issa t-trend se tibda tinbidel.", "Ngħid tibda tinbidel għax minkejja li għandna dokument li jitkellem b'dan il-mod, xorta waħda se jkun hemm l-isfidi.", "Naħseb l-aħħar darba s-Sur Caruana semma li l-proċess ta' konsultazzjoni jsir u jgħaddi, imma l-ikbar sfida hi l-bidla fil-mentalità ta' min se jħaddem dan il-kurrikulu.", "Naħseb dawn huma l-mistoqsijiet li finalment irridu naraw.", "Ħafna drabi d-dokumenti jkunu sbieħ, mhux f'sens ta' printing, imma jkunu sbieħ fil-kontenut tagħhom, però l-problemi tagħhom ikunu kif se jitwettqu u min se jwettaqhom.", "Filwaqt li nieħu gost li on board hemm persuni mill-qasam statali, tal-Knisja u Indipendenti, għax finalment qegħdin nitkellmu fuq sistema edukattiva waħda, però mhux kulħadd se jsib l-istess kooperazzjoni fil-livelli iktar 'l isfel biex dak li għandna miktub hawnhekk jew se jkun maqbul għada pitgħada finalment jitwettaq.", "Dak li kien qed jgħid iċ-Chairman, fejn, apparti l-aspett edukattiv, għandna naslu biex ikollna ċittadini aħjar, dik hija sfida tal-pajjiż kollu, però bħas-soltu dejjem nispiċċaw ngħidu li rridu nibdew mill-edukazzjoni.", "Bħalma l-bieraħ konna qegħdin ngħidu li biex inżommu l-ordni dejjem se nħarsu lejn il-pulizija, biex naraw l-aspett edukattiv dejjem se nħarsu lejn min hu responsabbli mill-qasam edukattiv.", "Naħseb li hemm diversi sfidi għal min jidħol għall-professjoni ta' għalliem.", "Forsi intom tistgħu titkellmu ħafna iktar minni.", "Hemm min jgħidlek li min sar għalliem tant snin ilu daħal b'ċertu animu, b'ċertu impenn u forsi kienu jarawha bħala vokazzjoni.", "Illum forsi dik naqset u qed jarawh bħala job.", "Mhux qed niġġeneralizza għax hemm min jidħol verament b'impenn u dik hija sfida oħra.", "Min jgħaddi l-edukazzjoni lit-tfal u għandu r-responsabilità tat-fal, tistenna li jkollu ċerti valuri.", "Valuri mhux f'sens ta' reliġjon jew oħra, imma valuri li huma komuni għal kull reliġjon, valuri umani li finalment huma universali.", "Naħseb dawn huma l-isfidi tagħna però hemm l-aspett edukattiv li ma nistgħux ninsewh.", "Waħda mill-affarijiet li nara li hija nieqsa fis-sistema edukattiva tagħna huwa l-qasam vokazzjonali.", "Naħseb li fil-livell sekondarju għadna daqsxejn lura.", "Għaliex qed nagħmel din l-enfasi?", "Dr Grima, inti stess semmejt il-kwestjoni tal-parteċipazzjoni.", "Jiena nemmen li nistgħu nżiduha, anke wara l-edukazzjoni obbligatorja.", "Diġa' qed ikollna ċertu suċċess permezz tal-MCAST però nemmen li jista' jkollna ħafna iktar suċċess jekk nipprovdu sistema vokazzjonali iktar b'saħħitha iktar 'l isfel sabiex nikkomparawha mal-livell akkademiku - jiġifieri jekk persuna trid tmur l-università, sal-età ta' 16-il sena tkun diġa' mħejjija li tista' tkompli għall-università, Sixth Form eċċ.", "Fis-sistema ta' bħalissa, jekk inti ta' 12 jew 13-il sena ddejjaqt l-iskola, probabbilment sakemm ma jiġrix xi ħaġa fl-età ta' 16-il sena u tgħid \"hemm l-MCAST, ħalli mmur\", jista' jkun li tintilef u allura ma tkomplix l-edukazzjoni wara s-16-il sena.", "Għalhekk kont nemmen u għadni nemmen ħafna iktar illum, li hemm bżonn nagħtu l-istess attenzjoni lill-qasam vokazzjonali u rridu naraw kif se nagħmluha.", "Mhux qed ngħid li mmorru lura għas-sistema tat-trade schools għax hemm bżonn li ssir b'mod differenti.", "L-Unjoni Ewropea u l-Malta Qualifications Council għandu livelli, jidhirli tmien livelli fil-livell akkademiku u fil-livell vokazzjonali però fejn jidħol il-livell vokazzjonali, għandna gap fil-livell sekondarju.", "Filwaqt li fil-qasam akkademiku għandna kollox f'postu, jiġifieri t-tmien livelli qegħdin hemmhekk, fil-livell vokazzjonali għandna ċerti nuqqasijiet.", "Naħseb dan huwa importanti li jkun wieħed mill-ikbar sinjali ta' dan il-Kurrikulu Nazzjonali ġdid.", "L-ewwel punt semmejtu inti u naħseb li huwa punt importanti - li ma nibqgħux fuq il-kontenut biss imma li nagħtu l-għodda lit-tfal biex finalment ikomplu jesploraw kif huma stess jiskopru t-tagħlim u jibqa' tul il-ħajja kollha.", "Naħseb dawn huma l-isfidi li għandna quddiemna.", "Huwa importanti li jkollna iktar professjonisti, li naraw fejn irridu nwasslu s-sistema tagħna u li s-sistemi ta' appoġġ, speċjalment għat-tfal li jaqgħu lura jkunu aktar b'saħħithom.", "Punt ieħor huwa l-importanza li għandna nagħtu lil ċerti suġġetti mil-livell primarju, anke jekk forsi fil-passat ma tantx konna nagħtuhom importanza.", "Fil-qasam tax-xjenza nemmen li saru ċerti avvanzi però nħoss li jistgħu jsiru ħafna iktar fid-dinja tal-lum.", "Fl-IT ukoll nemmen li saru passi 'l quddiem però naħseb li anke fil-livell primarju għandhom isiru iktar meta naraw id-dinja tal-lum lejn xiex miexja.", "THE CHAIRMAN: Bejn dak li għedt jien u dak li qal l-Onor.", "Carmelo Abela naħseb li hemm kollox.", "Dak li qal l-Onor.", "Carmelo Abela jiswa għal dak li intom ġejtu titkellmu dwaru, u dak li għedt jiena jirreferi għal fejn se jwassal dak li ġejtu titkellmu dwaru.", "Aħna għandna din it-tip ta' kurżità.", "L-Onor.", "Carmelo Abela semma' l-IT u jien meta kont segretarju parlamentari kont nagħmel enfasi kbira fuq l-entrepreneurship.", "Nemmen li l-entrepreneurship għandha tkun…", "GRACE GRIMA: Imdaħħla.", "THE CHAIRMAN: Eżatt.", "Kuntent li mdaħħla u nirringrazzjakom però nistenna li tidħol mill-bidu nett tal-iskola sal-aħħar u mhux suġġett bħalma hu l-economics jew l-accounts għax it's a way of thinking iktar milli suġġett li titgħallmu bi ktieb.", "Nixtieq nara iktar studenti li permezz ta' entrepreneurship ikollhom iktar sens ta' responsabilità, mhux noħolqu x'noħolqu kulħadd jipprova jfarfar minn fuqu r-responsabilità.", "Qed nagħmel kritika imma din hija sens ta' responsabilità dwar kif se jkollna l-abilità ta' komunikazzjoni.", "GRACE GRIMA: Fil-fatt, jekk taqraw id-dokumenti tindunaw li l-proċess kollu se jkun geared biex dawn l-affarijiet isiru.", "THE CHAIRMAN: Imma kkonvinċuna iktar.", "GRACE GRIMA: Pereżempju, fil-metodoloġija se jkun hemm ħafna iktar kollaborazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Ma' min?", "GRACE GRIMA: Mat-tfal fil-klassi.", "L-għalliem mhux se jibqa' kif kien qabel, f'pożizzjoni waħda fil-klassi u kulħadd irid jisma' eżattament x'qed jgħid l-għalliem.", "Ovvjament l-għalliema jridu jidraw bil-mod, però l-metodoloġija se tagħti lok għal sistema iktar komunitarja fejn it-tfal se jkollhom iktar ċans biex jisimgħu l-vuċi tagħhom.", "Se jkun hemm iktar kollaborazzjoni għaliex l-għalliema u t-tfal se jkunu jistgħu jinnegozjaw dwar kif se jitgħallmu t-tfal.", "Dawn il-proċessi minn żmien bikri se jgħinu lit-tfal jużaw l-inizjattiva tagħhom, il-ħsieb tagħhom, u jgħallmuhom jinnegozjaw kif se jitgħallmu l-affarijiet.", "Wara dan il-proċess kollu nisperaw li jkollna tfal, studenti u adulti li jkunu jafu jaħsbu, jesprimu ruħhom u jikkomunikaw mhux biss l-ideat tagħhom imma jisimgħu u jipparteċipaw.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "MICHAEL GONZI: L-għalliema qegħdin on board fuq din il-biċċa xogħol?", "Din is-sistema se ġġib a radical change fit-tagħlim.", "GRACE GRIMA: Huwa paradigm shift, jiġifieri bil-mod il-mod.", "MICHAEL GONZI: Naf u jien naħseb li għandek bżonn mhux għalliema waħda fil-klassi imma għandek bżonn aktar minn tnejn - issa hawnhekk qed nivvinta numru - biex tipprova toqgħod attent għal kull bżonn li għandu kull individwu.", "Dik qed nibża' minnha u smajt xi għalliema li kienu qed jistaqsu kif se jlaħħqu ma' din il-biċċa xogħol.", "L-għalliema tal-futur, jiġifieri l-kors fl-università, qed jinbidel it-tip ta' studju li qed jagħmlu?", "Mistoqsija oħra.", "L-awditjar tas-sistema - din wara sentejn qed taħdem?", "Wara tliet snin qed taħdem?", "Jekk mhijiex qed taħdem, x'se jkunu s-sinjali li juruna li mhux qed taħdem?", "L-aħħar mistoqsija għax inti semmejt in-New Zealand u l-Iskozja.", "F'dawn il-pajjiżi kienet ipprovata?", "Qiegħda taħdem?", "Jekk qed taħdem, iċ-ċittadini t'hemmhekk qegħdin aħjar milli kienu qabel?", "Qegħdin aħjar mill-Maltin bħalissa u x'inhu l-aħjar?", "GRACE GRIMA: Mhux dak it-tip ta' xogħol tajnihom jagħmlu.", "Ma tlabnihomx jevalwaw dak li se nilħqu b'dan il-framework imma tlabinhom jaraw li dak il-framework fih il-komponenti kollha li pajjiż jistenna minn tali framework.", "Dik it-tip ta' feedback setgħu jagħtuna.", "Jekk iva, jekk le, x'kellna bżonn niktbu iktar fuqu?", "X'kien hemm żejjed fih?", "MICHAEL GONZI: Kont nara l-Italja x'qed jagħmlu, l-Amerika x'qed jagħmlu, l-Ingilterra x'qed jagħmlu.", "Liema hi l-aħjar sistema?", "IS-SUR SANDRO SPITERI: Ir-raġuni għaliex ix-xogħol dam tliet snin kienet preċiżament għax l-ewwel sena kienet analiżi profonda ħafna fuq livell teoretiku ta' esperjenza f'pajjiżi oħrajn, imma mhux hekk biss għax imbagħad trid taqbad dik l-esperjenza u tikkontestwalizzaha.", "Dak li ħadem f'pajjiż ieħor mhux bilfors jaħdem f'pajjiżek.", "Għandna realtajiet differenti minħabba ċ-ċokon, minħabba l-fatt li aħna post kolonjali, minħabba l-bilingwiżmu li huwa xi ħaġa pożittiva, minħabba l-kontest Ewropew u Mediterranju li mhuwiex l-istess bħal tal-Kanada eċċ. Dawn jagħtuna karatteristiċi uniċi u allura rridu nitgħallmu mingħand ħaddieħor imma mbagħad irridu naraw kif se napplikaw dak li tgħallimna.", "Pereżempju, Singapore qed jitqies bħala mudell interessanti ħafna u fil-fatt hemm kollegi tagħna li qed imorru biex jistudjaw is-sistema permezz tal-Commonwealth funds.", "Huwa minnu li hemm xogħol interessanti ħafna għaddej imma l-premessa morali u anke ta' ċittadinanza li fuqha hija bbażata l-edukazzjoni ta' Singapore hija xi ħaġa li aħna bħala pajjiż diġa' mxejna lil hinn minnha.", "L-idea ta' kompetizzjoni sfrenata, l-idea li kulħadd qiegħed f'tellieqa, pressjoni eċċ., aħna diġa' morna lil hinn minnha.", "Qed nużaw kunċett li huwa innovattiv ħafna anke fuq livell internazzjonali – fejn kulħadd jista' jasal u ejja ngħinu lil kulħadd jasal kemm jiflaħ mhux b'tellieqa; mhux billi nġelldu l-ġenituri bejniethom, mhux billi nġelldu l-iskejjel bejniethom, mhux billi ndaħħlu l-forzi tas-suq fl-edukazzjoni imma billi noħolqu strutturi.", "Hawnhekk nikkwota mill-introduzzjoni tal-2005 \"For all children to succeed\" – biex ikun hemm mekkaniżmu ta' kompetizzjoni u kooperazzjoni li, fil-fehma tiegħi, kienet viżjoni li għadna qed nifhmuha, dwar kif noħolqu sistema li hija bbażata fuq il-kooperazzjoni għax ma nistgħux ma nitgħallmux mill-esperjenzi tajbin li hemm fil-qasam statali u mhux statali.", "MICHAEL GONZI: Kooperazzjoni bejn l-istudenti u bejn...", "IS-SUR SANDRO SPITERI: Bejn l-istudenti, bejn l-għalliema, bejn l-istrutturi u fuq kull livell.", "Tajjeb ukoll li jkun hemm kompetizzjoni, jiġifieri anke s-sens ta' \"nagħmel l-aħjar li nista' biex intejjeb\".", "F'pajjiż żgħir bħal tagħna, dik id-dinamika tista' tgħin biex kulħadd jirbaħ u mhux xi ħadd jirbaħ u xi ħadd jitlef.", "Ħa nagħtik xi eżempji ta' kif ħadmet.", "Għall-ewwel darba, kontra dak li qalulna s-soċjologi kollha, l-iskejjel tal-Knisja aċċettaw li jiżvestu ruħhom mis-sitwazzjoni ta' privileġġ li kellhom fil-qasam edukattiv, għal raġunijiet li forsi ma riduhomx, imma storikament waslu għaliha.", "Minħabba l-common entrance eċċ. dawn l-iskejjel kienu jagħżlu l-aħjar tfal - b'xi mod riedu jagħżlu allura daħħlu eżami - u kienu daħlu f'ċirku vizzjuż li minn naħa waħda qisu m'hemmx mod ieħor kif nagħmilha din il-ħaġa imma min-naħa l-oħra qed nirrealizza li qed tmur kontra l-ethos tiegħi bħala skola kattolika.", "Kien hemm dan il-kurrent għaddej u kien paradoss.", "Kienet preċiżament il-kooperazzjoni u d-diskussjoni fit-tul li kien hemm bejn is-setturi differenti li wasslet sabiex l-iskejjel tal-Knisja jkunu kapaċi, anke b'rispett, li jiżvestu ruħhom minn dawk l-affarijiet, biex it-taħlita ta' familji fl-iskejjel tal-Istat tagħti iktar possibilitajiet biex nimxu 'l quddiem f'ċerti affarijiet.", "Imbagħad kien hemm proċess ta' għajnuna qawwija u ta' kooperazzjoni qawwija fuq kif ħdimna.", "MICHAEL GONZI: Is-soċjologi qalulkom kollox kontra tiegħu?", "IS-SUR SANDRO SPITERI: Dażgur.", "Jekk tara l-istudji kollha u r-riċerka kollha tas-soċjoloġi Maltin u internazzjonali ta' dawn l-aħħar 20 sena, il-premessa kienet ibbażata fuq il-fatt li l-iskejjel mhux statali huma parti mill-problema, waqt li f'dawn l-aħħar tliet snin, jekk mhux iktar, saru parti mis-soluzzjoni u dik hija bidla enormi.", "MICHAEL GONZI: L-awditjar tas-sistema hija importanti u hija xi ħaġa kruċjali għax jekk is-sistema mhijiex se taħdem se jkollha effett ħażin fuq is-soċjetà.", "IS-SUR SANDRO SPITERI: Pereżempju, hemmhekk kien wieħed mill-oqsma li veru qgħadna attenti biex nitgħallmu mill-esperjenzi ta' pajjiżi oħrajn.", "Hemm pajjiżi li l-mudell ta' awditjar li wżaw huwa wieħed xjentifiku.", "Mela, jiena se niġi nkejjel, dak li nkejjel huwa oġġettiv u mhux se jbiddel dak li qed nara u jiena nista' oġġettivament ngħid li llum 4 ċentimetri, allura jekk niġi l-ġimgħa d-dieħla, l-progress huwa diġa' 5 ċentimetri.", "L-esperjenza u r-riċerka juruna li dak il-mudell xjentifiku fl-edukazzjoni mhux biss ma jaħdimx imma huwa kontroproduċenti.", "Meta tkejjel hekk, tispiċċa tinfluwenza dak li qed tkejjel allura trid toqgħod attent ħafna li l-mod kif tkejjel mhux qed iwassal il-messaġġ lill-iskejjel u l-għalliema tagħna li aħna qegħdin hawn biex nosservawhom jew biex inpoġġu lenti fuqhom ħalli jekk jagħmlu pass ħażin naraw kif se nbiddluhom, bħala kunċett ta' suq.", "Irridu nużaw kunċett edukattiv fejn jiena nistenna l-aħjar minnek u se ngħinek biex tilħaq dak l-aħjar.", "F'dan il-proċess ma nużawx il-kelma \"awditjar\" imma nużaw il-kelma \"review\" għax aħna qed nerġgħu naraw miegħek dak li qed tara int u ngħinuk tirrealizza x'inhu l-pass li jmiss b'mod rigoruż.", "Allura għandek il-Kurrikulu Nazzjonali li għandu standards ċari u standards għoljin, pereżempju, fuq il-bilingwiżmu, fuq ix-xjenza u fuq it-tip ta' tagħlim.", "MICHAEL GONZI: Irid ikun hemm xi ħaġa xjentifika, xi tip ta' kejl, biex wara numru ta' snin tara kif qed tmur.", "Il-kejl jista' jkun edukattiv, soċjoloġiku u jista' jkun ħafna affarijiet.", "IS-SUR SANDRO SPITERI: Aħna għandna l-kejl ta' studji internazzjonali.", "Hemm studji internazzjonali li se jipprovdu kejl u jqabbluh ma' pajjiżi oħrajn u hemm l-auditing intern li jsir kull sena minn kull skola, fejn din tqabbel dak li rnexxilha tagħmel mal-pjanijiet tagħha stess.", "Dawk il-pjanijiet huma bbażati fuq il-bilanċ bejn l-awditjar li tagħmel l-iskola u l-external review li jsir mid-dipartiment.", "Id-Dipartiment, min-naħa tiegħu jkun qed jgħid lill-iskola: \"Dak li qed tippjana u dak li rnexxilek tagħmel huwa veritier?\"", "\"Meta tqabblu ma' fejn irridu naslu bħala pajjiż, qed nimxu lejn dik id-direzzjoni b'mod li huwa empowering u b'mod li huwa realistiku u sostenibbli?\"", "\"Kif se nsibu dak il-bilanċ?\".", "IS-SUR RAY CAMILLERI: Nixtieq inwieġeb punt li ssemma qabel.", "Naħseb li kieku wieħed kellu l-paċenzja jara kif se tiżvolġi l-presentation forsi kien ikun iktar konvint dwar x'inhuma verament l-għanijiet tagħna u fejn irridu naslu.", "Naħseb li jekk wieħed jislet id-dokument u jifliħ sew, joħroġ ċar li fl-għanijiet ta' kull settur, mill-ewwel toħroġ il-filosofija ta' dan id-dokument.", "Jekk inħarsu lejn pereżempju, l-għanijiet tas-settur tas-sekondarja, biex ma mmurx lura għal tal-primarja, naraw li, pereżempju, wieħed mill-għanijiet bażiċi huwa li l-istudenti jkunu kapaċi jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom kollu.", "L-ewwel punt li jissemma huwa li l-istudenti jiżviluppaw il-ħiliet personali u soċjali u nagħtu eżempji ta' x'inhuma dawn il-ħiliet personali u soċjali.", "Jekk inħarsu lejn it-tieni punt, naraw li jissemmew il-morali u l-ispiritwalità, allura qegħdin nitkellmu fuq l-iżvilupp morali u spiritwali tal-istudenti.", "THE CHAIRMAN: Ma rrid noffendi lil ħadd però ma jissodisfani xejn.", "Is-suċċess li nixtieq nara jien huwa fil-kollettiviżmu u mhux fl-individwaliżmu.", "Nifhem li anke s-sistema edukattiva preżenti ma tbiddel xejn minn dan għax kull sistema edukattiva li tatna, setgħet kienet kull sistema sportiva li tatna, dejjem ipproduċiet nies li jagħmlu suċċess għalihom infushom u jagħmlu suċċess mill-ħiliet tagħhom infushom, jiġifieri hemmhekk ma qrajtli xejn.", "Ma rridx inkun spiritwali għalija nnifsi, inkella dik mhi spiritwalità xejn.", "IS-SUR RAY CAMILLERI: Le mhux għalik innifsek.", "Imissha nkitbet \"ħiliet, imma biex tgawdi minnhom il-komunità\".", "Hemmhekk jeħtieġ li jkun hemm korrezzjoni.", "Bħala riżultat ta' dan id-djalogu nipproponi emenda li ma' dak il-kliem jiġi miżjud \"sabiex l-istudent illum ikun ċittadin iktar responsabbli fil-komunità\".", "Dik il-kelma nixtieq nara.", "Li tgħidli, bħalma rajniha hawnhekk \"active citizenship\".", "Intom forsi tiftakru li aħna ridna iktar minn active citizenship għax fil-fatt ridna responsible citizenship.", "Intom qegħdin titkellmu, kif qal sewwa l-Onor.", "Carmelo Abela, fuq il-kontenut.", "Jiena ntrefajt mill-kontenut u qed inserraħ moħħi li intom l-aħjar tekniċi u li tafu x'se tagħmlu.", "Qegħdin tgħidulna kif wasaltu biex tistqarru dak li se tagħmlu u jien kuntent, qed nafdakom.", "Però, bħala politiku, minkejja li m'għandix ħjiel ta' kwalifika fil-qasam edukattiv bħalma għandkom intom, għandi r-responsabilità.", "X'soċjetà qed nara llum?", "Nistaqsikom jekk waqt dan il-proċess konsultattiv iddiskutejtux ma' fakultajiet oħra fl-istess Università ta' Malta, ma' soċjologi oħra u ma' nies responsabbli intellettwalment f'Malta.", "Fil-każ nagħmluha flimkien – forsi f'Jannar li ġej jew agħtuna deadline fejn inġibu numru ta' speakers.", "Nixtieq li kif għadkom fil-proċess konsultattiv, tiltaqgħu u tiddiskutu ma' fakultajiet differenti fl-Università ta' Malta, ma' soċjologi oħra u ma' nies responsabbli.", "Din id-diskussjoni nistgħu nagħmluha flimkien billi nġibu lista ta' speakers u personalitajiet u nitkellmu b'mod miftuħ.", "Irridu naraw x'tip ta' soċjetà se jkollna minn hawn u 15-il sena oħra.", "Iż-żgħażagħ tal-lum, inklużi t-tfal tiegħi se jgħixu f'soċjetà ta' 15-il sena oħra.", "Huma diġa' jiffurmaw parti mis-soċjetà tal-lum imma jridu jkunu programmati biex, anke permezz tal-moralità tagħhom, ikunu suċċess 15-il sena oħra.", "Hawnhekk għandna eżempju ta' dan iż-żagħżugħ - kien maħsub mill-bieraħ biex ikun suċċess illum.", "Jien inkwetat dwar x'tip ta' soċjetà, komunità u familji se jkollna.", "Nixtieq ngħaddi kumment dwar il-Mosta.", "Minn Mistoqsija Parlamentari rriżulta li kien hemm 70 student Mosti li daħlu l-Università u dan jagħmilni kburi.", "Però ninkwieta li jkun hemm persuna mill-Mosta li l-weekend li għadda għamlet dak li għamlet biex turi kemm hi mdejjqa u kemm qiegħda tbati.", "Jien inħoss responsabilità pubblika u politika li hemm persuna, li jiena bħala politiku m'iniex nagħmel li nista' biex nilħaqha.", "Nixtieq inkun naf x'aħna nagħmlu u x'għandna nagħmlu biex ikollna caring society għal min għandu bżonn.", "IS-SUR RAY CAMILLERI: Le ħadd mhu qed jgħid hekk.", "THE CHAIRMAN: Dak li rrid nisma' jiena mhuwiex qiegħed ċar.", "Hemm nuqqas kbir.", "IS-SUR RAY CAMILLERI: Is-soċjetà li qed nistennew li se jkollna hija dik li inti sejjaħtilha caring - soċjetà li għandha a strong civic sense...", "THE CHAIRMAN: Din hija s-soċjetà li qed tipprevedi li se jkollna jew li tixtieq li jkollna?", "IS-SUR RAY CAMILLERI: Li nixtiequ li jkollna.", "THE CHAIRMAN: Jiena nixtieq li jkolli a caring society u naħdem għaliha imma f'dan il-kurrikulu ma jidhirx ċar li dak li nkiteb se jwassal sabiex nipproduċu studenti li jkunu parti minn caring society.", "IS-SUR RAY CAMILLERI: Għadna kif ħriġna draft syllabi tal-Form 1 li huma differenti minn dawk li kellna s'issa.", "Aħna għandna studenti li l-kapaċità tagħhom tvarja minn estrem għal ieħor u f'dawn is-syllabi ħadna l-livelli tal-istudenti kollha, inklużi studenti li fil-passat konna ngħidulhom il-P Levels.", "Dawn huma studenti li għandhom problemi psikoloġiċi u li mhumiex kapaċi jlaħħqu mal-kurrikulu normali.", "Dan qed isir għaliex aħna nemmnu f'soċjetà ħanina u rridu nwettquha.", "Din se titwettaq billi nsarrfu dak li hawn miktub f'dan id-dokument, fis-syllabi li se jintużaw ta' kuljum u fil-messaġġi li se nwasslu fl-iskejjel.", "Fil-prattika meta inti qed tpoġġi l-istudenti kollha f'daqqa, ikun irnexxielek tilħaq wieħed mill-għanijiet ewlenin, mhux biss tal-kwalità tal-edukazzjoni jew tal-kapaċità tal-istudenti kollha, imma li verament qed twassalhom biex jgħixu flimkien b'mod konkret.", "Qed tilħaq lil kulħadd.", "THE CHAIRMAN: Dak li qed tgħid huwa tajjeb però mhuwiex ċar f'dak li hawn miktub.", "Erġgħu duru dak li ktibtu u rranġawh ħalli l-għalliema, filwaqt li qegħdin jagħmlu dak kollu li qed tgħidu, ikunu jafu x'se jkun the end result.", "Huwa importanti li l-prodott finali ta' dak li qed naħdmu għalih ikun miktub ċar.", "PROF GRACE GRIMA: Qed naħdmu biex ikollna volontarjat kull sena bħala parti mill-edukazzjoni ta' kull student sabiex kull tifel u tifla jieħdu sehem f'attività volontarja wara l-ħin tal-iskola.", "Hekk qed immorru lil hinn mil-lezzjonijiet, filwaqt li nżommu f'moħħna li l-ħin tal-iskola, għalkemm huwa sinifikanti, huwa dak li hu.", "Fil-framework tagħna daħħalna ċertifikat fejn qed nagħtu valur lil ċerti kwalitajiet personali li s'issa qatt ma tniżżlu f'ċertifikati.", "Qed niċċertifikaw attivitajiet li jsiru wara l-ħin tal-iskola u fil-mid-day break, inkluż xi sport li l-istudent ikun qed jagħmel għal saħħtu stess.", "MICHAEL GONZI: Waħda mill-affarijiet li tinkwetani hija s-sehem tal-ġenituri f'dan kollu.", "Iċ-Chairman qed isemmi l-ideal picture, fejn inti jkollok ċittadin tajjeb f'kollox.", "Però xogħolkom jasal sal-kurrikulu.", "Issa wara l-kurrikulu x'se jkun is-sehem tal-ġenituri?", "FREDERICK AZZOPARDI: Nirreferi għall-introduzzjoni li għamlet Prof. Grima fejn qalet li l-viżjoni se tiġi introdotta f'tagħlim li jkun attiv, personalizzat u rilevanti għall-iskop tal-ħajja u tas-soċjetà in ġenerali.", "Naħseb kieku nelaboraw fuq dawn il-punti, inkunu qed nilħqu l-iskop taż-żewġ naħat għaliex hekk joħorġu l-punti li qed jitlob iċ-Chairman.", "CARMELO ABELA: Jiena se nara l-argument min-naħa tagħkom sinjuri.", "Ma nistgħux nistennew soluzzjoni mis-sistema edukattiva tagħna meta ma nbiddlux is-sistema in ġenerali.", "L-Onor.", "Gonzi semma' il-ġenituri li huma parti importanti ħafna.", "Però jekk aħna mmorru fid-dinja tax-xogħol x'qed insibu llum?", "Qed insibu kompetizzjoni sħiħa u soċjetà individwalista għall-aħħar.", "Jiġifieri tajjeb u ħażin is-soċjetà tagħna 'l hemm miexja.", "Il-computer huwa xi ħaġa tajba u huwa invenzjoni grandjuża però minflok immur nilgħab logħba futbol u allura niltaqa' ma' oħrajn, qiegħed quddiem screen u għaddej f'dinja li miftuħa kemm trid però magħluq waħdi.", "Illum ħafna mil-logħob tat-tfal saru individwali.", "Allura ma nistgħux nistennew soluzzjoni minn qafas ta' kurrikulu biss.", "Irid isir sforz kollettiv anke fid-dinja tax-xogħol.", "Nifhem dak li semma s-Sur Camilleri dwar il-viżjoni.", "Forsi hija ħolma tagħna li l-affarijiet isiru b'dan il-mod u tajjeb li naraw kif din il-viżjoni, din il-ħolma, se nwettquha fil-prattika.", "Però finalment, jekk dan iseħħ, xorta ħa tibqa' l-problema l-oħra li kif l-istudenti ħarġu mill-proċess edukattiv, 25 sena, 30 sena, 50 sena oħra, dawn se jmorru f'dinja totalment differenti.", "Rigward ir-realtà tal-ġenituri… Jekk it-tfal fl-iskola qed jimxu b'ċertu mentalità, imbagħad jiġu quddiemi u l-mara tiegħi u ngħidulhom li d-dinja mhijiex kif qed jghidulhom l-iskola, mela m'hemmx kollaborazzjoni mas-sistema edukattiva.", "Aħna għandna sistema li ftit issibha f'postijiet oħrajn, fejn għandek bejn wieħed u ieħor 35% tal-istudenti ma jmorrux skejjel tal-Istat iżda jmorru tal-Knisja jew inkella Indipendenti.", "Kien hemm bżonn li l-iskejjel tal-Knisja jew Indipendenti b'xi mod jew ieħor ibiddlu s-sistema kif konna nafuha sa sena ilu jew sa ftit żmien ilu sabiex isiru ċerti passi fl-iskejjel statali.", "Jiena naħseb li dawk li jipprovdu l-edukazzjoni fil-livell mhux statali għarfu jagħmlu l-analiżi tagħhom u jaslu għall-konklużjonijiet tagħhom u llum qed naraw li l-iskejjel tal-Knisja qed ikollhom il-feeder schools tagħhom mill-Primarja għas-Sekondarja.", "Filwaqt li naqbel mas-Sur Spiteri li din kienet issue importanti li kellha tissolva biex nagħmlu ċertu passi 'l quddiem, però forsi ma naqbilx ma' kif kif saru l-affarijiet.", "Forsi jien fhimt ħażin jew interpretajt ħażin imma f'dan is-sens, li kieku ma mxewx dawn, ma stajniex nagħmlu passi oħrajn.", "IS-SUR SANDRO SPITERI: It-teorija edukattiva tradizzjonali kienet tgħid li biex ikun hemm bidla fundamentali fis-settur edukattiv, irridu b'xi mod jew ieħor inneħħu jew inpoġġu fil-ġenb is-settur mhux statali.", "Jekk tħares lejn id-draft curriculum tal-1997 qiegħda miktuba - l-idea kienet li biex jitranġa s-settur statali trid b'xi mod teħles minn din il-problema.", "Il-bidla paradigmatika li saret huwa li rrealizzajna li fl-aħħar mill-aħħar il-kwistjoni mhux dik.", "Il-kwistjoni hija li t-taħlita ta' familji hija tali li l-iskejjel tal-Gvern huma dejjem żvantaġġati.", "Allura ħa nagħtu l-possibilità biex ikun hemm level playing field jew kważi level playing field għax xorta trid tapplika.", "Is-settur indipendenti huwa żgħir imma mhux qed jaffettwa l-provision b'mod ġenerali u allura rridu noħolqu sistema fejn prattikament l-iskejjel kollha jaħdmu in mixed ability context jew f'setting context.", "Dwar il-punt tal-Onor.", "Vassallo, l-għażliet li qed jipproponi l-kurrikulu huma profondament umani imma ovvjament il-lingwaġġ huwa tekniku ħafna.", "Meta aħna qed ngħidu li ħa nneħħu l-istreaming u li se jkun hemm mixed ability (kif diġa' ġara fil-primarja) u meta ngħidu li fis-sekondarja mhux ħa jibqa' distinzjoni bejn area secondary, Junior Lyceum u skejjel tal-Knisja, mhux qed nitkellmu biss fuq bidla amministrattiva, imma qed nitkellmu fuq bidla li tindirizza l-inġustizzji strutturali li għandhom għeruq kolonjali.", "Minħabba li qed nindirizzaw dawn l-inġustizzji strutturali, qed inżidu l-value added f'termini ta' bidla fil-mentalità u sens ġdid ta' x'inhu l-irwol tiegħi fil-komunità.", "THE CHAIRMAN: Però Sur Spiteri, jekk ħames snin oħra jkun hemm xi ħadd flokok, jew xi ħadd jaqra d-dokument konklussiv mingħajr ma jaqra dak li qed tgħid inti llum, mhuwiex se jkun jaf li l-iskop aħħari tiegħek kien li tasal għal din il-bidla għaliex id-dokument (nagħti eżempju b'paġna 63 tat-tieni dokument fejn jitkellem fuq l-iskejjel u l-ġenituri) huwa tajjeb mil-lat tekniku imma jonqos milli jgħid fejn se naslu jew x'irridu nagħmlu.", "Ħa nagħti eżempju wieħed.", "L-Onor.", "Carmelo Abela qal li għandna soċjetà individwalistà u għada pitgħada tista' tkun iktar mil-lum.", "Mingħajr m'għamilna ħafna studji soċjoloġiċi nistgħu naqblu fuq din il-kwistjoni.", "Allura se jkollna qafas ta' kurrikulu li se jiġġieled l-individwaliżmu?", "Jiena ngħid iva wara li smajt dak li għedt inti, Sur Spiteri u sħabek kollha.", "Qegħdin nagħmlu bidla fis-sistema edukattiva sabiex neqirdu l-individwaliżmu.", "Imma din il-kwistjoni mhijiex spelt out, jiġifieri din mhux qed ngħiduha.", "Qegħdin nagħmlu bidla imma intom tant konxji mit-tajjeb li qegħdin tagħmlu between the lines, illi ma ktibtux id-destinazzjoni x'inhi u din ma toħroġx ċara mid-dokument.", "Barra li ngħidu x'bidla rridu, hemm bżonn ngħidu fejn irridu naslu u din ma toħroġx.", "Dak li qal l-ewwel is-Sur Camilleri naqbel miegħu però mhuwiex ċar.", "Jekk se ndaħħal l-accounts fejn se nwassal?", "Dan kollu ma joħroġx.", "Aħna għandna dinja individwalista imma kif qegħdin niġġildulu l-individwaliżmu?", "Erbat ijiem oħra l-individwaliżmu se jeqridna.", "Hawn ma naqbilx għal kollox mal-Onor.", "Abela għax ma nistax inqis li rrid nagħmel ħafna bidliet fil-qasam tax-xogħol.", "Naqbel li rridu nirranġaw imma dak niddiskutuh xi darba mat-trade unions, mal-Ministeru u ma uffiċjali li għandhom x'jaqsmu mad-dinja tax-xogħol.", "Illum qed niddiskutu l-qasam edukattiv u fuq dan qegħdin naqblu.", "Mela la issa qegħdin nitkellmu dwar il-qasam edukattiv ejjew nikkonċentraw daqs li kieku ma jeżisti ħadd iktar ħlief in-nies tal-qasam edukattiv.", "L-uffiċjali mill-Ministeru tal-Edukazzjoni qegħdin jifhmu f'liema perspettiva qegħdin jaħdmu.", "Qegħdin jipproduċu nies li għada pitgħada jkunu kompatibbli mal-ħtieġa u mad-domanda tal-work force li se jkollna.", "Din hija responsabilità enormi.", "Aħna ma rridux naraw l-abilità biss f'dawn il-ħaddiema, iżda anke t-tip ta' mentalità li se jkollhom sabiex, għall-argument, niġġieldu kontra l-individwaliżmu.", "MICHAEL GONZI: Jekk ix-xogħol jiddependi mill-interview u fl-interview għandek il-kompetizzjoni, dik kif tista' tneħħiha?", "THE CHAIRMAN: M'intix se tneħħiha imma jien irrid niġi mgħallem kif niffaċċja l-kompetizzjoni u ma jaqbadnix stress waqt li jiena għandi l-kompetizzjoni tal-interview.", "Il-kurrikulu se jneħħi l-istress minn fuqi waqt t-tfulija u ż-żgħożija tiegħi, avolja xorta jkun hemm xi element kompetittiv, però meta nasal biex noħroġ mill-iskola jew mill-Università se jippreparani biex inkun kapaċi nimmaniġġa l-kompetizzjoni u l-istress.", "Jista' jkun li dak li qed nitlob jien mhuwiex kompatibbli mal-qasam edukattiv u ma jistax jinkiteb f'rapport li qed jitkellem fuq il-kurrikulu.", "Hawn inbaxxi rasi u ngħid li għandkom raġun.", "Imma jekk dak li qed nitlob jiena ma jistax ikun miktub hawnhekk, allura jrid ikollna dokument anness li jispjega l-viżjoni soċjali ta' x'avvanz se jsir fis-soċjetà tagħna b'dan il-kurrikulu.", "Dan x'imkien irid ikun mitkub biex l-għalliema, il-kapijiet tal-iskejjel, il-kapijiet tal-kulleġġi, u anke l-purtinari tal-iskejjel li ma jistgħux jaqraw between the lines kif tistgħu tagħmlu intom, ikunu jafu x'se jkun the end result.", "Grazzi.", "MICHAEL GONZI: Xi żmien ilu kellna laqgħa tal-kumitat u kontu ġejtu, jidhirli quddiem l-Onor.", "Kien intqal li l-problema tat-tfal hija li nofshom jirnexxu u nofshom ma jirnexxux.", "Ir-raġunijiet huma varji, fosthom il-ġenituri.", "F'dan il-kurrikulu dawk it-tfal li ma jirnexxux, qegħdin nattakawhom?", "MS MICHELINE SCIBERRAS (Direttur Ġenerali - Directorate for Educational Services): Dan huwa draft curriculum u aħna qegħdin hawn biex nisimgħu l-feedback tagħkom u anke ta' stakeholders oħra u mbagħad fl-aħħar mill-aħħar jiġi ppubblikat.", "Aħna kellna sistema edukattiva li ħalliet il-frott tagħha.", "Jekk inti tħares lejn il-passat tagħna tara li kwalunkwe inizjattiva ħalliet il-frott tagħha, però d-diffikultajiet qegħdin hemm ukoll.", "Il-kurrikulu għandu valur importanti għalija għaliex qed jeħodna minn a one size fits all system - u hekk kienet is-sistema edukattiva tagħna għax hekk kien hemm bżonn, fejn kienu joħorġu r-regoli tal-programmi edukattivi u kulħadd ried jiffittja f'dik is-sistema – għal aktar flessibilità.", "Naraw differenza anke fin-nomenklatura \"qafas ta' kurrikulu nazzjonali\" u mhux \"kurrikulu nazzjonali\" għax huwa proprju qafas.", "Meta inti għandek qafas, qisek għandek scaffolding quddiem binja fejn inti għandek il-frame work li jagħtik l-ispazju.", "Qed jagħti l-flessibilità fl-iskejjel u flessibilità għaliex?", "Għaliex hemm bżonn ta' flessibilità sabiex tindirizza l-bżonnijiet u l-potenzjal differenti tat-tfal u dan il-kurrikulu dan li qed jagħmel.", "Il-kurrikulu huwa viżjoni, huwa qafas, mhuwiex preskrittiv u m'għandux ikun preskrittiv.", "Għal iktar dettalji mbagħad ninżlu fis-syllabi, fil-lesson plans u fl-attivitajiet li jkun hemm fl-iskejjel.", "Il-kurriklu jrid jagħti l-viżjoni u l-qafas.", "Ma nistgħux naraw dan il-kurrikulu bħala l-unika ħolqa fir-riforma kollha tal-edukazzjoni għaliex għandna katina sħiħa ta' riformi fil-qasam edukattiv.", "Dan il-kurrikulu jrid jimxi u rridu naqrawh id f'id ma' pereżempju s-servizzi ta' appoġġ li għandna fl-iskejjel.", "Jien ukoll inkwetajt meta smajt dwar l-inċident li semma' l-Onor.", "F'moħħi dejjem ngħid li ma nafx min għamlu dan l-att imma jista' jkun li hu tifel li huwa parti mill-iskejjel tagħna – 33,000 student li għandna fl-iskola tal-Istat jew 55,000 jekk inżidu n-non state sector.", "Biex xi ħadd jasal li jagħmel hekk, xi tbatija u x'uġiegħ kien hemm fil-passat?", "L-iskola x'responsabilità għandha biex dawn it-tfal nilħquhom?", "Huwa għalhekk li qed nagħmlu dan l-investiment kollu.", "Bdejna b'riżorsi umani għax hemmhekk trid tibda.", "Jekk inti m'għandekx in-nies biex jgħinu, biex jagħtu s-servizz u biex jagħtu l-appoġġ, ma tistax tibni servizz.", "F'dawn l-aħħar tlieta, erba' snin, żidna l-counsellors, is-social workers u għandna anke family workers - ħames persuni li jmorru fid-djar tat-tfal.", "M'aħniex qed nibqgħu biss fl-iskejjel imma jekk għandna tifla li qed tkun assenti u ilha sentejn ma tersaq l-iskola, kull filgħodu jmorru fid-dar tagħha, jgħinu lill-ġenitur jew lill-ġenituri li jkunu qed jieħdu ħsiebha u naraw x'ġara biex din ma waslitx l-iskola.", "Hemmhekk qed nibdew ikollna ċertu suċċessi għalkemm qatt mhu biżżejjed u dejjem irridu nimxu 'l quddiem.", "Dan il-kurrikulu trid tarah mat-tibdil kollu l-ieħor li qed isir fil-qasam edukattiv - l-istruttura fiżika tal-iskola, l-equipment kollu li hemm fl-iskejjel u d-dinja teknoloġika li daħħalna fil-ħajja tat-tfal fl-iskola.", "Dan il-kurrikulu ma rridux narawh bħala stand alone, qisu din hija s-soluzzjoni għad-diffikultajiet kollha li għandna.", "Hemm diversi inizjattivi u miżuri oħrajn li jifformaw parti mill-viżjoni kollha.", "Nixtieq insemmi l-aspett vokazzjonali għaliex ilu erba' ġimgħat li beda proġett pilota fis-sekondarja.", "Għandna erba' kulleġġi fejn għandek l-ospitalità, l-engineering, l-IT, skejjel tal-Istat, tal-Knisja u anke l-Indipendenti fejn fil-livell ta' Form 3 l-istudent jista' jagħżel suġġett vokazzjonali bħala option.", "Li qed ninsistu huwa li dawn is-suġġetti huma miftuħin għal kulħadd.", "Mhumiex biss għat-tfal li mhumiex akkademikament kapaċi u li allura jmorru għat-trejqa vokazzjonali.", "Le, kulħadd jista' jkollu kompetenza ta' kwalunkwe abilità.", "Jista' jkollok kompetenzi akkademiċi u jista' jkollok kompetenzi vokazzjonali.", "Din is-sistema bdejniha din is-sena stess.", "CARMELO ABELA: Il-messaġġ li nixtieq ngħaddi u hawn naqbel miegħek, huwa li ma rridux nagħtu l-impressjoni li min jagħżel l-istream vokazzjonali hija option oħra.", "Hija fuq l-istess livell.", "GRACE GRIMA: L-Università aċċettathom daqs is-SEC biex it-tfal jidħlu l-Università.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri dak huwa l-messaġġ għax ħafna drabi meta nitkellmu b'mod komuni, il-common people jgħidulek isma' ibagħtu n-naħa l-oħra għax mhux tajjeb għal hekk - qisu speċi ta' dumping area!", "GRACE GRIMA: Infatti għalhekk suġġett wieħed vokazzjonali u ieħor milli kien hemm.", "CARMELO ABELA: Qed nagħmel dan il-punt biex anke aħna li m'aħniex esperti fil-qasam edukattiv, noqogħdu attenti kif nużaw id-diskors u nwasslu l-messaġġ lit-tfal li forsi diġa' jħossu li ċertu livell ta' edukazzjoni mhux għalihom, però għandhom ħiliet oħrajn u allura nħeġġuhom mill-ewwel.", "Suġġeriment li forsi tistgħu tieħdu into consideration, sakemm mhux diġa' qed isir, huwa li l-MCAST jagħti s-sehem tiegħu fil-livell sekondarju ħalli l-istudenti ngħaddulhom il-messaġġ li mhux sempliċiment għażlu suġġett minflok ieħor, imma dan huwa biss il-bidu biex wara 16-il sena jkomplu jispeċjalizzaw fl-MCAST.", "Nitlobkom tiskużawni għax qiegħed tlett kwarti tard għal laqgħa oħra.", "GRACE GRIMA: Inkomplu daqxejn fuq dan il-punt għax importanti.", "Sistema li nbidlet hija li f'kull suġġett inti tista' tagħmel ċertu modules.", "Dawn il-modules għażilnihom ma' the receiving institutions biex mhux x'ħin it-tfal imorru l-Università jew l-MCAST jgħidulhom li dak li għamlu fis-sekondarja ma jgħoddx.", "Sar arranġament anke mas-senat tal-Università, fejn student, biex jidħol irid ikollu l-Ingliż, il-Malti, il-Matematika, is-suġġett tax-Xjenza u tnejn oħra - jekk għamilt suġġett vokazzjonali, jista' jkun wieħed minn dawn iż-żewġ suġġetti.", "Dan sar biex naqtgħu l-element tas-selettività u allura mhux għax għamilt suġġett vokazzjonali mela inti diġa' ħadt id-deċiżjoni li tmur l-MCAST.", "Għandek għażla li jew tmur l-MCAST jew tmur l-Università.", "Hija l-ewwel darba li dawn is-suġġetti ġew aċċettati.", "Nixtieq inwieġeb daqxejn fuq dan l-element tas-soċjetà.", "Jiena kont involuta direttament fir-riċerka ta' transizzjoni bejn il-Primarja u s-Sekondarja.", "Fis-soċjetà Maltija it was taken as a given li inti tagħżel skont l-abbilità.", "L-istreaming u s-selectivity fl-imħuħ ta' ħafna nies kienu a normal way of life u min isemmi għax iż-żwiemel tat-tiġrija u min isemmi għax hekk u min isemmi għax hekk.", "Għalija l-iktar bidla li tista' tirnexxi b'dan il-kurrikulu hija li nitgħallmu ngħixu flimkien bħala komunità.", "Li ħadd m'għandu poter iktar minn ħaddieħor għax għandu iktar jew inqas minn xi ħaġa imma rridu ngħixu f'komunità.", "Din kif se jipprova jagħmilha l-kurrikulu?", "Se ssir b'diversi modi però li hu żgur hu li fiċ-ċentru ta' kollox hemm it-tfal.", "Is-sistema edukattiva tagħna ma kenitx hekk s'issa.", "Tant konna mmexxijin miċ-ċertifikati u mis-syllabi li jekk tifel ma kienx ilaħħaq, il-problema kien it-tifel, jew il-familja minn fejn ġew jew it-teacher tas-sena l-oħra, jew il-kindergarten assistant imma mhux is-sistema.", "Permezz ta' din is-sistema ta' livelli qed nipprovaw inneħħu l-mentalità tal-pass u l-fail ta' min irnexxa u ta' min falla.", "Il-ħajja edukattiva hija proċess, hija mixja, min jgħaġġel mod u min jimxi pass ieħor, imma f'kull livell għandek x'tiċċelebra, f'kull livell għandek fejn timxi għal livell iktar 'il quddiem.", "B'hekk hemm l-għaxar livelli li qed nipproponu u dawn jinkludu anke t-tfal li s'issa konna ngħidu li għandhom bżonn kurrikulu differenti, għaliex hi x'inhi l-attainment tiegħek, f'ċertu livell inti parti minn dik is-soċjetà, ta' dik is-sena, ta' dik il-klassi.", "Qed nipprova nwieġeb b'mod dirett lejn fejn se naslu.", "L-edukazzjoni mhijiex is-suġġetti biss.", "L-element ta' individwaliżmu ġie minħabba s-soċjetà Maltija u aktar minn hekk dejjem kienet tenfasizza fuq ċerti affarijiet.", "Illum anke fuq livell Ewropew, nitkellmu fuq is-soft skills, nitkellmu fuq il-learning to learn, jiġifieri kulħadd qiegħed jagħraf l-importanza ta' affarijiet oħra barra s-suġġetti u għalhekk fiċ-ċertifikat it-tfal qed jiġu assessjati fuq il-kwalitajiet personali tagħhom: kemm taħdem ma' ħaddieħor, kemm tieħu inizjattiva, kemm timxi mar-regoli tal-iskola.", "Dawn kollha importanti għas-soċjetà li nixtiequ naraw.", "S'issa bis-sistema li kellna, jekk għaddejt mill-eżami tal-Junior Lyceum, tal-common entrance, qisek student komplut u bil-kontra, jekk m'għaddejtx minn suġġett wieħed qisek m'intix membru tas-soċjetà komplut.", "B'dan il-kurrikulu u bir-riforma li għaddejjin biha, fl-opinjoni tiegħi din hi l-ikbar bidla li qed jipprova jagħmel il-kurrikulu.", "THE CHAIRMAN: Tajjeb, jiġifieri l-għarfien qiegħed hemm.", "Imma fid-dokument ma joħroġx.", "Intom l-edukaturi u jien qatt mhu se nidħol fiż-żarbun tagħkom imma qed nipprova ndaħħal lilkom fiż-żarbun tiegħi.", "Qed nieħu dokument Nru. 2 u nara l-involviment tal-ġenituri u tal-komunità.", "Ippermettuli ngħid li x'ħin niġi biex naqraha, naraha xotta: \"It-tagħlim għandu jingħata f'kuntest, fl-ambitu tal-komunità tal-madwar il-fruntieri tagħha jmorru lil hinn mill-ambjent immedjat tal-iskola.", "L-istrutturi edukattivi formali.\"", "Qed naqra paġna 62 imbagħad nkompli 63. \"l-istrutturi formali għandhom ikunu sensittivi u jirrispondu għar-realtajiet u l-opportunitajiet tal-ambjent ta' dawk li jkunu qed jitgħallmu.\"", "Tajjeb mitfuħ fuq dak li qed jitgħallem.", "\"Barra minn hekk il-komunità (il-ġenituri, negozju, l-industrija, u l-Kunsill Lokali) l-istudenti jinteraġġixxu fi ħdan....\".", "Nixtieq li nużaw kelma Maltija isbaħ.", "Qed tgħidu \"jinteraġixxu\", fil-każ ikkoreġuni jekk m'iniex naqraha sewwa.", "Hekk hawn miktub \"to interact\" imma hemmhekk qegħdin nitilfu kollox għax qegħdin nużaw kelma li hija naħseb mill-E Learning u m'aħniex qegħdin nuru x'irridu.", "Fejn qegħdin nuru x'irridu qegħdin nużaw kelma xotta u astratta wisq, li lanqas għandha oriġini Maltija.", "\"Għandha tagħraf il-funzjoni ewlenija tagħha li tinvesti f'edukazzjoni ta' kwalità għolja u tippromovija\".", "Qegħdin nippromwovu xi ħaġa, kunċett wiesgħa li bil-kemm kemm qegħdin nifhmu x'inhi.", "\"Din it-taqsima tiddiskuti l-ewwel il-funzjoni tat-trobbija tat-tfal imbagħad il-funzjoni tal-komunità, fit-tagħlim tal-iskola.\"", "Hija xotta għaliex irridu nżidu l-element politiku u allura x'se jkun l-involviment tal-komunità u taċ-ċittadin li llum għadu student?", "Jiena nixtieqha u se nibqa' nitlobha għax hija nieqsa.", "L-ewwel kont qed nara, tajjeb ħafna, l-edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli, paġna 64, \"jiżviluppa ċittadini li jeżerċitaw id-drittijiet u responsabilitajiet tagħhom f'livell lokali, nazzjonali, globali\" etc. Irridu nagħtu spazju, iktar food for thought u iktar għarfien biex min ma jkunx parti minnkom u jaqbad dan id-dokument, irid jara l-informazzjoni li għandkom intom miktuba hawn.", "Il-user li xi darba se jħares lejh irid ikun jaf l-iskop aħħari tiegħu x'inhu.", "L-għalliem irid ikun jaf f'liema sitwazzjoni qed jaħdem, għalfejn qed jaħdem u l-valuri tiegħu x'inhuma.", "Pereżempju, kien hemm ukoll fuq ir-reliġjon.", "Rajt il-kapitlu li mhux se ngħallem reliġjon imma se ngħallem etika.", "Meta se ngħallmu reliġjon, se naqblu liema huma s-sett ta' valuri universali li se nitkellmu dwarhom?", "Hawnhekk hawn paċi, klemenza, innoċenza… se nagħżlu liema huma dawk l-erba' settijiet ta' valuri li kemm jekk inti Mawmettan, kemm jekk inti Protestant, kemm jekk inti Kattoliku, kemm jekk tmur l-iskola ta' San Pawl il-Baħar fejn hemm xi 40 lingwa u kultura differenti, se jkunu universali għal kulħadd?", "Jekk it-teacher huwa Malti Ateu, kif se nobbligah jgħallem ir-religion?", "Imma qed jitkellem fuq element ta' valur li huwa universali, li fih element uman.", "Se mai jekk xi darba l-istudent se jkollu għalliem li se jgħallmu l-fidi Kattolika fl-ispiritwalità tagħha, se jkun qed jieħu value added fuq dak li huwa l-valur uman, għax m'hemm l-ebda valur uman li mhux valur nisrani, u m'hemm l-ebda valur nisrani li mhuwiex valur uman.", "Jekk nieħdu mill-perspettiva Kattolika nisranija, se nagħti value added lil dak li huwa uman, mhu ħa nnaqqaslu xejn minn dak li huwa uman.", "Allura liema huma dawn il-valuri umani li se nkun qiegħed nisħaq fuqhom?", "Qed nagħmel hekk għaliex ladarba r-rapport jiġi finalizzat u jkun irid jidderiġi, irid ikun fih l-informazzjoni kollha li hemm bżonn.", "Kull ma jonqsu huwa ftit kliem ma' dak li hemm imma dak il-ftit kliem irid jagħti d-direzzjoni.", "Nixtieq nagħti l-aħħar riflessjoni.", "Jiena naħseb li qatt ma kien hawn Ministeru tal-Edukazzjoni u Ministeru tal-Politika Soċjali flimkien.", "Qatt daqs illum ma kien hemm responsabilità doppja fejn il-Gvern għaraf jgħaqqad żewġ responsabilitajiet enormi, jiġifieri tridu u ma tridux intom parti minn responsabilità ikbar f'dan il-Ministeru.", "Meta bdejtu dan ix-xogħol kellkom destinazzjoni mod u issa għandkom resonsabilità politika iktar wiesgħa.", "Aħna ma nindaħlux fil-qasam professjonali tagħkom però bħala president ta' dan il-kumitat irrid nitkellem b'responsabilità.", "Aħna nisimgħu ħafna.", "Napprezzaw ħafna il-ħin li qed taqsmu magħna u nirringrazzjawkom talli qegħdin tagħmlu din il-konsultazzjoni pubblika, li qegħdin tinvolvuna u tisimgħuna.", "Ma nistgħux ma nirreaġixxux b'dan il-mod għax din ir-reazzjoni nbniet ġo fina u bnewilna dawk li s-soltu jpoġġu bilqiegħda minn flokkom.", "Jiena fl-għaxar snin li kont Segretarju Parlamentari ma kellix dan is-sens ta' responsabilità li għandi llum għax kelli sens ta' responsabilità ieħor.", "Kont naġixxi differenti.", "Wara li smajna dak li kellkom xi tgħidulna, nerġa' ngħidilkom li għada ngħaddulkom ir-rapport fuq il-faqar.", "Waħda mill-proposti hi dik li qegħdin twettqu, jiġifieri li f'depressed areas fejn għandek ċertu falliment ta’ studenti mill-iskola, għandna noħorġu ‘l barra mill-iskola u naraw it-tfal xi ħteġijiet għandhom.", "Issa f’ċerti lokalitajiet hemm problema iktar minn hekk.", "J’alla din it-tip ta’ ħidma f’dan il-kurrikulu tagħtuha saħħa ikbar għax dak huwa l-mezz kif aħna nnaqqsu l-illitteriżmu mit-tfal li qegħdin joħorġu mill-iskola ma jafux jiktbu u jaqraw.", "Dik hi l-problema u mhux li m’aħniex ninvestu fl-iskejjel.", "Jekk hawn sħabi d-deputati li jixtiequ jagħmlu l-kummenti tagħhom inħalli f’idejhom.", "FREDERICK AZZOPARDI: Kumment fuq dan li qed tgħid inti, jiena issa qed nara paġna 25 tad-dokument Nru. 2 fejn hemm relazzjoni u spegazzjoni fuq pereżempju studenti li huma kapaċi jsostnu ċ-ċansijiet tagħhom fid-dinja tax-xogħol.", "Tissemma' l-innovazzjoni u l-intraprenditorija, il-ħila li jaħdmu bil-qalb, l-immobilità, eċċ u mbagħad għandek studenti li huma ċittadini impenjati, jirrispettaw id-diversità.", "Li qed nara hu li m'aħniex qegħdin nassoċjaw il-punti ma' xulxin - kulma trid hu ftit iktar spjegazzjoni għax referenza għalihom diġa' hemm.", "Dawn il-punti li semma l-President qegħdin hawn f'paġna 25, pereżempju, li jaħdmu għat-tisħiħ ta' koeżjoni soċjali u jiżguraw ġustizzja soċjali.", "Hemm referenza għalihom imma hemm bżonn ta' ftit iktar spjegazzjoni u li wieħed jelabora iktar fuqhom.", "THE CHAIRMAN: B'riżultat ta' dan l-eżerċizzju ta' konsultazzjoni aħna nirrikonoxxu l-isforzi kollha li qegħdin isiru bl-iktar mod pożittiv.", "Dawn huma metodi li fil-fehma tagħna se jservu ta' pass 'il quddiem biex fuq livell soċjali niġġieldu kontra waħda mill-iktar mardiet qerrieda li hija l-individwaliżmu.", "Il-mod ta' kif l-istudenti tagħna se jiġu mgħallma huwa mudell fejn hemm iktar kooperazzjoni milli hemm ġlieda għas-suċċess individwali.", "Hemmhekk hemm metodi tajbin li huma bidla radikali minn dak li aħna drajna fih.", "Nixtiequ nitolbu mhux li jkunu emendati dawn l-erba' rapporti iżda li jiżdied booklet fejn tittieħed informazzjoni mir-rapporti sabiex nuru l-input fuq livell soċjali u x'benefiċċji se jkollha s-soċjetà ta' għada permezz ta' dan il-kurrikulu.", "Irridu naraw x'se jkun il-prodott finali għall-ġenituri, għall-politiċi, għall-għalliema li se jkunu qegħdin jieħdu sehem u jagħmlu realtà b'dawn il-bidliet kollha.", "Aħna nemmnu li kieku jkun hemm dokument ta' ftit paġni li jieħu informazzjoni li diġa' qiegħda hawnhekk, jiġborha b'mod iktar ċar u jisħaq fuqha, il-viżjoni tal-kurrikulu tkun iktar ċara u l-imġieba korretta li nixtiequ li naraw fiż-żgħażagħ tagħna li għada pitgħada se jkunu ċ-ċittadini ta' dan il-pajjiż toħroġ iktar ċara wkoll.", "Mhux għax mhux qiegħda hemm imma tkun iktar evidenti u allura lis-soċjetà Maltija nkunu nistgħu ngħidulha l-bidla fejn irridu naslu biha: ċittadin iktar komplut, ċittadin iktar impenjat fil-komunità tiegħu, ċittadin aktar responsabbli miegħu nnifsu u lejn dawk li se jkunu qegħdin jgħixu miegħu u allura ċittadin li jkun jimpurtah iktar mill-ħtiġijiet tal-oħrajn.", "Inkunu nistgħu noħolqu sens ta' responsabilità fl-istudenti, fl-għalliema ħalli jifhmu eżatt dan il-kurrikulu xi jfisser u anki fil-ġenituri ħalli jkunu jistgħu jibnu l-karattru tat-tfal tagħhom.", "Ma nistgħux inġibu t-tfal fid-dinja u mbagħad inħalluhom jittrabbew waħedhom, inkella xi darba jkun hawn xi riots bħalma kien hemm l-Ingilterra u l-Prim Ministru ta' Malta jispiċċa jitkellem kif tkellmu l-mexxejja Ingliżi meta bdew jgħidu li kellhom żbalji hawn u żbalji hemm però mbagħad ikun tard wisq.", "Allura ejja nevitaw li jiġru dawn l-affarijiet billi l-ħafna tajjeb li għandna noħorġuh fil-beraħ.", "Mela nerġgħu niltaqgħu għada.", "Grazzi.", "Fid-9:12 p.m., id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet konkluża."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111018_114d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "LAQGĦA NRU 114", "It-Tlieta, 18 ta' Ottubru, 2011", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:30 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "IlMinuti tal-Laqgħa Nru. 113 li saret it-Tnejn 17 ta' Ottubru 2011, ġew konfermati.", "Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali 2011.", "Preżentazzjoni mill-Prof Grace Grima, Direttur Ġenerali għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni.", "L-Onor Edwin Vassallo, stieden lill-Professur Grace Grima, Direttur Ġenerali għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni biex tagħti preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Il-Professur Grima ppreżentat lill-Kumitat:", "Dok 146 Towards a Quality Education for All – Preżentazzjoni.", "Dok 147 L-Edukazzjoni tal-Ġejjieni ta' Uliedek – Gwida għall-Ġenituri", "Flimkien ma' Prof Grima kien hemm preżenti wkoll is-Sinj Micheline Sciberras - Direttur Ġenerali, is-Sur Horace Caruana - Prinċipal, is-Sur Ray Camilleri - Direttur Kurrikulu, is-Sur Sandro Spiteri - Direttur Quality Assurance, s-Sinj.", "Bernie Mizzi u s-Sur Joe Buttigieg.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-9:12 pm, id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet konkluża.", "SKRIVANA TALKUMITAT", "PRESIDENT TALKUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111018_114m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 43", "L-Erbgħa, 19 ta' Ottubru 2011 fis-6.30 pm", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 19 ta' Ottubru 2011 fis-6.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra.", "Affarijiet Oħra.", "19 ta' Ottubru 2011 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111019_043a_xog.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 19 ta' Ottubru 2011", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.00 pm.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor David Agius u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-minuti tal-laqgħa Nru 42 li saret fit-28 ta' Settembru 2011 kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin informa lill-kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li fl-24 u l-25 ta' Ottubru 2011 il-Kamra tiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet li għandhom x'jaqsmu ma' materji dwar id-diżabilità (Abbozz Nru 85), l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju tat-Taxxi (Abbozz Nru 78) u l-Abbozz ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Gwardjani Privati u Lokali (Abbozz Nru 88).", "Il-kumitat irrefera għall-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Abbozz Nru 84) li kellu l-Messaġġ tal-President u għaldaqstant, l-stadju ta' kumitat kien meħtieġ li jsir fil-Kamra kollha.", "L-Onor Joe Mizzi informa l-kumitat li kellu jagħti risposta jekk l-istadju ta' kumitat ta' dan l-abbozz ta' liġi setax isir fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin ta avviż li kellu jiġi ppubblikat abbozz ta' liġi dwar id-dħul ta' Malta fil-Fond Monetarju Internazzjonali.", "Il-kumitat qabel li l-mozzjoni dwar is-sistema tat-trasport pubbliku ppreżentata mill-Onor Joseph Sammut, kellha tiġi diskussa fuq żewġ seduti, filgħodu u filgħaxija, il-Ġimgħa, 4 ta' Novembru 2011, bil-proviso li f'każ li l-Kunsill Ewropew ikun se jiltaqa' b'urġenza minħabba l-kriżi ekonomika, dakinhar, il-mozzjoni dwar it-trasport pubbliku tiġi diskussa s-Sibt, 5 ta' Novemberu 2011.", "Il-kumitat qabel li l-ħin tas-seduta ta' filgħaxija tibda fit-3.00pm, bil-votazzjoni tittieħed fit-8.00 pm.", "Il-kumitat irrefera għall-mozzjoni tal-Onor Justyne Caruana biex il-Qorti Superjuri jkollha Imħallef sedenti għal Għawdex fil-Qorti ta' Għawdex u l-mozzjoni tal-Onor Anglu Farrugia dwar ir-Regolamenti dwar il-Kuntratti Pubbliċi.", "L-Onor Joe Mizzi qal li l-mozzjoni tal-Onor Anġlu Farrugia kienet ilha pendenti u kellha tiġi deċisa data fissa meta kienet se tiġi diskussa.", "Il-Viċi Prim Ministru u Minsitru tal-Affarijiet Barranin informa lill-Kumitat li l-budget kien se jiġi ppreżentat fil-Parlament it-Tnejn, 14 ta' Novembru 2011 u li l-iskeda tad-dibattiti kienet se titqassam fil-ġranet ta' wara.", "AFFARIJIET OĦRA", "L-iSpeaker ta informazzjoni dwar żjara li delegazzjoni parlamentari mmexxija minnu għamlet fl-Awstralja fil-bidu ta' Ottubru 2011.", "Rapport dettaljat taż-żjara kellu jiġi ppreżentat lill-kumitat aktar 'il quddiem.", "L-iSpeaker ippreżenta lill-kumitat Memorandum of Understanding li sar bejn il-Parlament Malti u l-European Public Law Organisation (EPLO).", "Permezz ta' dan il-memorandum of understanding, kienet se tibda tiġi organizzata laqgħa annwali f'Malta fil-bini tal-Parlament.", "L-iSpeaker irrefera għas-seduta parlamentari li kellha tinżamm fil-bidu ta' Novembru biex tikkommemora d-90 sena ta' Parlament Malti mill-għoti tal-Kostituzzjoni Amery-Milner fl-1921.", "Il-kumitat qabel li din is-seduta kommemorattiva ssir fis-Sala tal-Arazzi, li jiġu mistiedna former Speakers u l-membri fil-Bureau tal-Assoċjazzjoni ta' former Members u li matul din is-seduta jkun hemm diskorsi mill-Prim Ministru, mill-Kap tal-Oppożizzjoni, bl-għeluq mill-iSpeaker.", "Il-kumitat qabel ukoll li s-seduta, li tinżamm jew fl-1 jew fit-2 ta' Novembru, tiġi mxandra b'mod dirett mill-Public Broadcasting Services, bi stazzjonijiet oħra jieħdu feeds jekk jintalbu.", "Ingħata wkoll il-permess li jittieħdu ritratti għal ftit minuti fil-bidu tad-diskors ta' kull kelliem.", "Fis-7.30 pm il-kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111019_043m.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 115", "L-Erbgħa 19 ta' Ottubru, 2011", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 115", "L-Erbgħa 19 ta' Ottubru, 2011", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-07:25 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 114 li saret nhar it-Tlieta 18 ta' Ottubru 2011 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Sinjuri se npoġġi għall-attenzjoni tagħkom din l-istedina;", "Ittra datata 19 ta' Ottubru 2011 mingħand il-Kummissarju għat-Tfal dwar stedina lill-Membri tal-Kumitat għall-ġurnata ddedikata lit-tfal fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjoni tal-World Children's Day.", "Din l-istedina waslitilna mingħand is-Sinjura Helen D'Amato, Kummissarju għat-Tfal, u għandha x'taqsam ma' attività li se tiġi organizzata fit-13 ta' Novembru, mill-10.00 a.m. sal-4.00 p.m. Il-Membri tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċali qed jiġu mistiedna sabiex jekk jogħġobhom, f'xi ħin jattendu u jipparteċipaw fl-attività li se tiġi organizzata fil-ġurnata li fiha se nkunu qed infakkru d-drittijiet tat-tfal skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.", "L-iSkrivana tal-Kamra se tgħaddi din l-istedina lid-deputati kollha permezz ta' email.", "Preżentazzjoni dwar policies mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni li jirrigwardjaw edukazzjoni lil studenti b'diżabilità - Kontinwazzjoni", "(Tkompli mil-Laqgħa 99 tat-Tlieta 22 ta' Marzu 2011)", "THE CHAIRMAN: Mela qabel nibdew nixtieq ngħid xi ħaġa ta' malajr biex inpoġġu ruħna lura fl-istampa.", "Illum nittama li se nkunu qegħdin nikkonkludu suġġett li ilna nitrattawh ħafna, u ċioè is-suġġett dwar il-persuni b'diżabilità.", "Trattajna diversi issues, kellna rapport kważi finalizzat, imma erġajna ftaħna d-diskussjoni għaliex indunajna u inġibditilna l-attenzjoni li dak li ppreparajna, effettivament, ma kienx daqshekk korrett.", "B'dak li se nkunu qegħdin nisimgħu llum, nittama li nkunu qegħdin nagħlqu l-eżerċizzju tas-smigħ.", "Imbagħad, bħala deputati, meta jiġi r-rapport quddiemna, nerġgħu nevalwaw dak kollu li smajna u li jkun ġie rapportat sabiex inkunu nistgħu noħorġu bil-proposti tagħna.", "Fl-aħħar laqgħa li kellna fuq dan is-suġġett, is-Sinjura Elena Tanti Burlò ġibditilna l-attenzjoni li fil-preparazzjoni tal-kurrikulu l-ġdid, li dia' jinkludi eżerċizzju sħiħ ta' inklużjoni, hemm fejn dan il-kunċett jitjieb biex effettivament inkunu iktar inklussivi.", "Illum naf li se jsiru xi preżentazzjonijiet u għalhekk nitlob lil min se jagħmel dawn il-preżentazzjonijiet sabiex iżomm f'moħħu dan il-kuntest; li aħna bħala deputati flimkien mal-poplu tagħna qed isirulna proposti għall-kurrikulu ġdid u għaldaqstant irridu nkunu ċerti li jkun fih l-iktar inklużjoni possibbli.", "Nittama li dak li se nisimgħu llum jagħtina aktar informazzjoni dwar dak li se jkun qed jiġri sabiex tfal u studenti b'kondizzjonijiet differenti jkunu inklużi fis-sistema ta' tagħlim b'mod effettiv, ħalli ħadd ma jaqa' fil-periferija tas-sistema edukattiva, u eventwalment tas-soċjetà minħabba diżabilità jew kondizzjonijiet oħra tal-ħajja.", "Dan huwa kunċett pjuttost wiesa' sabiex nintroduċi fejn konna wasalna bid-diskussjoni.", "MICHELINE SCIBERRAS (Direttur Ġenerali - Directorate for Educational Services – DES): Nixtieq l-ewwelnett nirringrazzja lill-Kumitat kollu ta' din l-istedina.", "Iż-żewġ direttorati, kull meta jkollna dawn l-opportunitajiet biex niġu nitkellmu f'forum bħal dan, nilqgħu l-istedina għax għalina tkun opportunità importanti u imprezzabbli li fil-ġirja sfrenata tax-xogħol tagħna ta' kuljum, nieqfu, nirriflettu fuq dak li qed nagħmlu, niġu hawn, nisimgħu opinjonijiet differenti, nisimgħu l-politiċi li għandhom il-polz tal-poplu, u jkun feedback tajjeb biex meta mmorru lura għad-diskussjonijiet tekniċi u edukattivi, inkunu nistgħu nfasslu policies, servizzi u programmi edukattivi li verament ikunu ta' ġid għal uliedna.", "Fil-laqgħa li kellna f'Marzu, id-Direttorat li mmexxi jien, id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi, kien għamel preżentazzjoni fuq is-servizzi kollha li għandna fl-iskejjel tal-Istat għat-tfal li għandhom diżabilità u anke tfal li għandhom diffikultà fit-tagħlim jew xi kondizzjonijiet oħra.", "Illum se naraw l-aspetti kurrikulari li wkoll huma programmi edukattivi għal dawn it-tfal.", "Ta' min wieħed jgħid li f'din is-sena skolastika li għadna kif bdejniha ftit tal-ġimgħat ilu, fl-iskejjel tal-Istat insibu 33,000 student u li 2,300 minnhom għandhom xi tip ta' għajnuna jew appoġġ permezz ta' Learning Support Assistant.", "Din is-sena għandna mal-1,500 Learning Support Assistant li huma mpjegati fil-klassijiet tagħna sabiex jagħtu appoġġ jew on a full-time basis, jew on a shared basis fil-klassi, skont l-assessjar li jkun sar mill-professjonisti.", "Allura, filwaqt li l-għalliema tibqa' responsabbli għat-tagħlim ta' kull student li jkun hemm fil-klassi, il-Learning Support Assistant qiegħda hemm biex tiffaċilita dan il-proċess ta' tagħlim.", "It-tnedija tal-kurrikulu nazzjonali f'Mejju li għadda għalina kien pass importanti.", "Bħalissa għaddejjin b'konsultazzjonijiet intensivi ma' diversi stakeholders sabiex nisimgħu l-feedback fuq dan id-dokument, u naħseb li l-għan ewlieni tal-kurrikulu l-ġdid huwa li għandu jkun kurrikulu wieħed għall-istudenti kollha.", "M'għandniex kurrikulu għat-tfal li huma abbli u kurrikulu ieħor għat-tfal li għandhom diżabilità, imma l-objettivi edukattivi huma hemm għal kullħadd!", "Issa l-mod ta' kif wieħed jitgħallem, il-mod ta' kif wieħed ikollu aċċess għall-edukazzjoni, l-attivitajiet edukattivi, il-programmi edukattivi jistgħu ikunu differenti, però l-objettivi u l-għanijiet huma l-istess.", "Dan naħseb li huwa valur importanti meta qed nitkellmu fuq l-inklużjoni.", "L-inklużjoni qiegħda hemm biex it-tfal kollha jkollhom aċċess ekwu għall-kurrikulu tal-pajjiż.", "Illum il-kollegi mid-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni se jagħmlu preżentazzjoni fuq is-sillabi tal-Form 1, fejn qed nagħmlu tibdil ukoll.", "Illum il-ġurnata, fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, it-tfal li daħlu fil-Form 1 huma tfal ta' abilitajiet differenti.", "Jekk inti tmur fl-iskejjel taż-Żejtun, ta' Santa Luċija u tal-Ħandaq issib li t-tfal tal-Form 1 għandhom abilitajiet differenti.", "Hemm setting permezz tal-bench marking li bdejna din is-sena stess f'Ġunju, setting fl-Ingliż, fil-Malti u fil-Matematika, però għal numru ta' lezzjonijiet oħrajn, it-tfal huma mħalltin bl-abilità u hemm pakkett ta' taħriġ intensiv li ilu għaddej sabiex anke l-għalliema jaġġornaw ruħhom.", "Il-bieraħ konna qed niddiskutu kemm kienet differenti l-mentalità ta' meta kont ngħallem jiena, 20 sena ilu.", "Għalliema kienet tidħol ġewwa klassi, tkejjel il-livell tal-klassi u tindirizza l-livell ta' dik il-klassi partikolari.", "Illum il-ġurnata, anke meta niġu biex inħarrġu lill-għalliema, il-filosofija trid tkun differenti.", "L-għalliema ma tistax tindirizza livell wieħed biss fil-klassi, imma trid tgħallem livelli differenti u tara x'attivitajiet edukattivi se toħloq sabiex toħroġ il-potenzjal ta' kull student li huwa kapaċi.", "It-twemmin tagħna, u dan huwa valur ewlieni fil-kurrikulu kemm l-ieħor kif ukoll dan, huwa li kull student kapaċi jitgħallem, tkun xi tkun l-abilità tiegħu, tkun xi tkun il-kondizzjoni fiżika, mentali, intelletwali, emozzjonali li twieled fiha, tkun xi tkun il-familja li kiber fiha.", "Kull student għandu l-kapaċità li jitgħallem.", "Allura, għalina l-għalliema dik tfisser li kull għalliem irid jindirizza l-programmi edukattivi biex joħroġ il-potenzjal ta' kull student.", "Hekk it-tfal jitgħallmu llum, jgħixu ħajja ferħana llum, iħossuhom full filled u sodisfatti bihom infuhsom illum, u għada pitgħada jikbru f'ċittadini produttivi u kuntenti, konfidenti fihom infushom, anke għall-ġid ta' pajjiżna u tal-komunità li ngħixu fiha.", "Issa s-Sur Ray Camilleri, Direttur tal-kurrikulu se jagħti preżentazzjoni fuq il-kurrikulu.", "IS-SUR RAY CAMILLERI (Direttur – Curriculum Management and E-Learning Department): Qabel ma nibda nitkellem b'mod speċifiku xi jsir f'sena partikolari, pereżempju fil-kurrikulu tal-Form 1, li diġa' ssemma', nixtieq nitkellem b'mod ġenerali dwar kif aħna nipprovaw nilħqu lill-istudenti kollha.", "Jekk qegħdin nitkellmu dwar politika ta' litteriżmu, il-punt kruċjali huwa li din hija mmirata biex l-istudenti kollha jakkwistaw il-ħiliet neċessarji sabiex ikunu jistgħu jibdew il-proċess tat-tagħlim tagħhom.", "Allura fl-ewwel snin tas-settur primarju, għandna enfasi speċjali fuq il-litteriżmu kemm bil-Malti u kemm bl-Ingliż, kif ukoll fuq il-kapaċità tal-istudenti li jaħkmu kunċetti matematiċi, għaliex dawn huma l-ħiliet neċċessarji li għandna bżonn fid-dinja tal-lum.", "Għada pitgħada se niffokaw b'mod iktar konkret fuq l-e-literacy li wkoll huwa punt kruċjali fejn wieħed għandu jakkwista ħiliet b'mod konkret.", "M'hemmx dubju li biex wieħed ikun kapaċi jakkwista dak is-sens ta' litteriżmu, hemm bżonn li jkunu involuti diversi stakeholders, kemm mill-aspett ta' skola, li huma l-amminstraturi tal-iskola, l-għalliema u min jitgħallem, kif ukoll f'kuntest iktar wiesa' fejn jidħlu l-ġenituri u l-komunità lokali.", "L-għan aħħari huwa li meta l-istudenti jitilqu mill-iskola primarja, dawn ikunu kapaċi jikkomunikaw, jifhmu, jiktbu u jaqraw kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.", "Naturalment, hemm diversi proġetti biex dan iseħħ.", "F'diversi skejjel qed issir enfasi partikolari sabiex ikunu f'pożizzjoni li jwettqu l-politika fejn inkunu nistgħu nagħtu lill-istudenti kollha sens ta' kapaċità li jaqraw, jiktbu u li jkunu effettivi fin-numri.", "M'hemmx dubju li dan iseħħ billi jkun hemm sapport professjonali għaddej għall-għalliema b'mod kontinwu.", "Aħna għandna sistema fejn ikun hemm ġranet speċifiċi fis-sena – 12-il siegħa li jistgħu jingħataw bħala insert training jew matul is-sena jew fl-aħħar tas-sena, kif ukoll sitt sigħat addizzjonali wara l-ħin tal-iskola, tlett darbiet fis-sena, darba kull term - u hemmhekk ikun hemm il-possibilità li l-għalliema jakkwistaw ħiliet professjonali.", "Hemm ukoll slots oħrajn matul is-sena.", "L-għan aħħari huwa li l-istudenti jkunu f'pożizzjoni aħjar meta l-għalliema tagħhom ikunu mħarrġa b'mod iktar effettiv.", "Għandna wkoll grupp ta' għalliema li qegħdin hemmhekk propju biex jaraw li l-core competencies f'dawn is-suġġetti partikolari jiġu maħkuma.", "Fost is-service providers għandna l-għalliema komplimentari u l-għalliema tal-core competencies.", "Mill-aspett tad-Dipartiment tal-Kurrikulu, għandna l-iSpecific Learning Difficulties Unit.", "Dawn is-service providers differenti jikkoordinaw bejniethom u għandhom links mal-iSchool Psychological Sevices.", "Jekk nikkomunikaw flimkien u nkunu kapaċi naħdmu flimkien, aktar se jkun produttiv ix-xogħol li se jsir mid-diversi setturi li qed jaħdmu f'dan il-kamp.", "Hemm programmi alternattivi ta' tagħlim, kif ukoll individual learning plans skont il-każ.", "Naturalment, dan kollu jseħħ anke f'ambitu ta' tagħlim wara l-ħin tal-iskola permezz ta' entitajiet bħall-FES.", "Fil-każ ta' numeracy, l-għan aħħari huwa li jkun hemm attitudni pożittiva lejn il-Matematika.", "Illum il-ġurnata nafu kemm it-tagħlim tal-Matematika huwa importanti iktar minn qatt qabel biex jgħin lill-istudenti jkomplu jakkwistaw ħiliet fis-settur tal-IT.", "Il-Computer Studies jiġi magħżul bħala suġġett jekk l-istudenti ikollhom ħakma tajba tal-Matematika.", "L-għan tagħna huwa li naraw li l-istudenti jkomplu jtejbu dawn il-ħiliet tagħhom u jkollhom strateġiji biex mhux biss ikunu kapaċi jaħdmu s-somom, imma japplikaw il-problem solving skills kemm fir-realtà tal-klassi, kif ukoll iktar u iktar f'realtà ikbar meta jitilqu mill-iskola.", "Nafu wkoll kemm saret importanti t-teknoloġija, kemm mill-aspett ta' riżorsi, kif ukoll biex ngħinu ħalli jiġu żviluppati tasks partikolari.", "Qegħdin naħdmu ħafna biex lill-istudenti tagħna nkunu kapaċi nrawmuhom, kemm f'età primarja, kif ukoll fis-settur sekondarju, f'dawk il-ħiliet teknoloġiċi, speċjalment billi nuruhom x'inhuma l-għodod li jeżistu.", "Lit-tfal iż-żgħar introduċejnilhom ICTs partikolari, bħal pereżempju l-Bee Bots li huma robots li jkunu jistgħu jipprogrammawhom, anke minn età ċkejkna u juru u jitgħallmu sens ta' direzzjoni, jitgħallmu l-prepożizzjonijiet minnhom, għaliex inti titgħallem li meta dan ir-robot jimxi, ikun jista' jitla' fuq jew jinżel taħt, eċċ.", "Qegħdin nuru b'mod reali kif nistgħu nużaw it-teknoloġija biex tgħin fl-akkwist ta' kompetenzi li jmorru oltre dak li normalment nassoċjaw mal-logħob ta' kompjuters u robots li normalment wieħed jgħid li qegħdin hemmhekk sempliciment biex it-tfal jifirħu u jkunu kuntenti.", "L-għan aħħari tagħna mhuwiex sempliċement li nagħmlu it-tagħlim iktar interessanti għal kulħadd, imma li permezz ta' dawn l-għodod, l-istudenti jkunu jistgħu jitgħallmu ħiliet li jmorru oltre t-teknoloġija.", "Wieħed ma jridx jinsa wkoll l-introduzzjoni tad-digital microscopes, li jaħdmu permezz tal-kompjuter, kif ukoll għodod oħrajn li jgħinu lill-istudenti jkunu kapaċi jużaw it-teknoloġiji li jiltaqgħu magħhom illum, f'dinja li qiegħda dejjem tiġi iktar dipendenti fuq it-teknoloġija.", "Għandna l-iStudent Services Department, li huwa responsabbli biex jixtri software u hardware sabiex inkunu nistgħu ngħinu lill-istudenti li għandhom bżonnijiet speċjali.", "Permezz tas-sinerġija li teżisti bejn iż-żewġ direttorati, aħna nidentifikaw teknoloġiji li jistgħu jintużaw, kemm fis-sens ta' software, kif ukoll f'sens ta' hardware, sabiex jgħinu lill-istudenti li għandhom bżonnijiet speċjali.", "B'hekk l-istudenti tagħna jkunu qegħdin f'pożizzjoni li jgawdu mit-teknoloġiji li jeżistu.", "Irridu nħarsu lejn is-sitwazzjoni b'mod ħolistiku u llum insibu li qegħdin ngħinu lill-istudenti kollha meta naraw li fis-snin tal-year 5 u 6, kuntrarjament għal dak li kien isir fil-passat, neħħejna l-iscreening.", "Din is-sena, għall-ewwel darba, introduċejna l-End of Primary Benchmark li huwa assessment miftuħ għal kullħadd, li jinkludi ħiliet li jmorru oltre l-kitba, imma jiffoka wkoll fuq is-smigħ, fuq il-kapaċità tal-istudenti li jitkellmu, li jifhmu, kif ukoll li jiktbu - l-erba' ħiliet li huma assoċjati mal-kisba tal-lingwa, kemm fil-Malti kif ukoll fl-Ingliż.", "Introduċejna wkoll il-mental paper li, fil-każ tal-Matematika, l-istudenti jkunu pprattikaw matul is-sena, għaliex bħala aspett ta' tagħlim kienu jagħmlu l-kisba tal-ħiliet mentali waqt it-tagħlim, però qatt ma konna niffokaw fuqhom f'eżami.", "Għall-ewwel darba introduċejniha fl-End of Primary Benchmark.", "Fir-realtà, kellna riżultati pożittivi ħafna, fejn rajna li l-istudenti ħakmu dawn il-ħiliet u dan jawgura tajjeb għaliex fl-aħħar mill-aħħar l-istudenti tagħna ma nippreparawhomx biex ikunu kapaċi sempliċement joqgħodu għall-eżami, imma li jakkwistaw dawk il-ħiliet li se jkomplu jgħinuhom biex jitgħallmu u jkomplu jiffunzjonaw b'mod effettiv għada pitgħada fis-soċjetà, kemm jekk ikomplu jistudjaw jew jekk jintegraw ruħhom f'xi kors li jieħdu wara li tispiċċa l-iskola sekondarja.", "Din is-sena mhux se jkun hemm streaming fis-settur sekondarju però se jkun hemm setting fil-Malti, fl-Ingliż u fil-Matematika.", "Dan kollu jgħin biex l-istudenti ikunu qegħdin f'pożizzjoni iktar komda għalihom, fejn ikunu jistgħu verament ikunu nklużi.", "Ma jistax ikollok sistema ta' edukazzjoni inklussiva jekk inti se jkollok l-istreaming u se jkollok studenti li skont il-kapaċità ta' riżultati li jakkwistaw wara li jagħmlu l-ex-eżami tal-Junior Lyceum jew tal-common entrance, kif kien jiġri fil-passat, imorrulek fi klassijiet differenzjati.", "Illum il-ġurnata, sar l-End of Primary Exam, fejn lill-istudent iddaħħlu fis-settur sekondarju, fil-Form 1, mingħajr m'għadu jiġu differenzjat skont il-livell ta' riżultati li akkwista.", "Nixtieq nippreżenta lill-Kumitat dawn iż-żewġ rapporti;", "THE CHAIRMAN: Sur Camilleri, kemm għall-fini tat-transcript u anke ta' min għad jista' jiġi 'l quddiem, x'differenza tagħmel fil-kliem tekniku li wżajt f'dawn l-islides bejn streaming u setting?", "Hemm min jikkritika li neħħejna l-istreaming, għax jargumenta li meta qegħdin indaħħlu s-setting se tiġi l-istess bħall-istreaming.", "IS-SUR RAY CAMILLERI: Hemm differenza.", "Jekk inti tuża l-istreaming, tkun qed taqbad l-istudenti u tpoġġihom b'mod kategoriku, għas-suġġetti kollha, fi klassi partikolari.", "Mela allura, abbażi tar-riżultati li inti akkwistajt, jekk pereżempju inti għaddejt u mort tajjeb ħafna, inti ġejt ippustjat fil-1A.", "Allura, irrispettivament kemm mort tajjeb f'suġġett partikolari jew ieħor, għax ir-riżultati tiegħek kienu tajbin, inti ġejt ippustjat fil-klassi Form 1A.", "Id-differenza li hemm bis-setting huwa li għalkemm qed tifred l-istudent, però qed tifred l-istudent skont l-abilità partikolari tiegħu.", "Mela allura, għas-saħħa tal-argument, l-istudenti se jkunu qegħdin ippustjati mal-kumplament ta' sħabhom fil-maġġoranza assoluta tas-suġġetti u mhux il-ħin kollu fi grupp partikolari, kif kien isir qabel, fl-istess skola.", "Meta kienu jiġu streamed, kienu jkunu l-ħin kollu fi klassi partikolari, għas-suġġetti kollha, il-klassi tal-bravi pereżempju, l-1A.", "Fis-setting, jekk jien batut fil-Matematika, se nkun ippustjat fi grupp partikolari fejn jien se nkun kapaċi nlaħħaq mal-livell tal-istudenti sħabi.", "Id-differenza qiegħda li għal suġġett partikolari, skont l-abilità tiegħek, int se tkun ippustjat fi klassi fejn inti tkun tista' verament tlaħħaq mal-livell tiegħek.", "JUSTYNE CARUANA: Però safejn naf jien, A, B, C, eċċ, spiċċaw.", "IS-SUR RAY CAMILLERI: Spiċċaw fl-isem, fis-sens li meta kien ikollok eżami...", "JUSTYNE CARUANA: Safejn naf jien ir-raġuni li tneħħi l-A, B, C eċċ huwa biex inti tkun inklussiv biex dawk li qegħdin C, ma jħossuhomx xi failure, anzi tinkoraġġihom u tistimulahom biex imorru aħjar.", "IS-SUR RAY CAMILLERI: Jista' jkun li fil-passat, fin-nomenklatura telqet il-1A f'ċertu skejjel u ġiet il-1 Tulip jew il-1 Violet, jew il-1 Rose...", "JUSTYNE CARUANA: Però, peress li qegħdin on tape, biex ma nagħtux l-idea tal-A, tal-B, eċċ., dik, safejn naf jien hija xi ħaġa sorpassata.", "Mhijiex daqshekk tal-passat.", "JUSTYNE CARUANA: M'għandniex 1 A, 2 A eċċ...", "MICHELINE SCIBERRAS: Sas-sena l-oħra, kienet għadha hemm, meta kellna l-istreaming...", "JUSTYNE CARUANA: Mela aħna f'Għawdex qegħdin avvanzati ħafna iktar minnkom!", "Aħna kollha ismijiet ta' fjuri!", "MICHELINE SCIBERRAS: Dan ma jfissirx li t-tfal u l-ġenituri, u l-komunità ma tkunx taf liema hi l-klassi tal-bravi...", "JUSTYNE CARUANA: Kulħadd ikun jaf!", "Għawdex kien minn tal-ewwel li neħħa l-istreaming.", "Dak huwa stat ta' fatt.", "JUSTYNE CARUANA: Fit-tfal ħalliet ċertu effett dik tal-A, B, C. Hemm argumenti kontra wkoll għax xi ħadd li għandu t-tfal tiegħu ma' tal-A qal għaliex ma baqgħux A, speċi żwiemel ma' żwiemel.", "Imma minn kien C, imbagħad ħalla effettiv pożittiv għax għamel iktar kuraġġ u jgħid li mhux dawk A u jiena C imma jien kapaċi daqs tal-A.", "THE CHAIRMAN: Imma xorta waħda qegħdin ngħidu li meta niġu għal dawn is-suġġetti, Malti, Ingliż u Matematika, kif qed jintqal lilna f'din l-islide, għandna l-għażla bejn l-istudenti li kollha qegħdin skont il-ħiliet tagħhom.", "MICHELINE SCIBERRAS: Li ma semmejniex huwa li l-istreaming qabel ma kienx biss jissepara t-tfal skont ir-riżultat tal-ħames suġġetti li kienu jagħmlu l-eżami tagħhom, imma kien ukoll jibagħthom fi skejjel separati.", "Jekk jien ngħaddi mill-eżami tal-Junior Lyceum, immur il-Junior Lyceum, imma jekk ma ngħaddix, anke jekk ma ngħaddix minn eżami wieħed, immur skola oħra.", "Fis-sistema l-ġdida, dik m'għadhiex teżisti - kullħadd imur fl-istess skola, mela se nilbes l-istess uniformi, se jkolli l-istess għalliema, l-istess faċilitajiet, se nidħol fil-home class li se tkun imħallta, fejn hemmhekk se nagħmel ir-Reliġjon, il-PSD, il-PE u numru ta' suġġetti oħrajn.", "Imbagħad, fil-lezzjonijiet tal-Ingliż, tal-Malti u tal-Matemetika, s'issa d-direzzjoni hija li jkun hemm forma ta' setting.", "Qed ngħid s'issa għaliex fuq din ikkonsultajna ħafna mal-għalliema u huma stess qed jgħidulna li meta inti tbiddel sistema, ma jaqbillekx tbiddilha mil-lejl għan-nar għax tispiċċa tagħmel ħsara lit-tfal stess.", "Anke l-għalliema, sakemm inkomplu inħarrġuhom, sakemm hemm dik id-differenza, dik il-paradigm shift li tkellimna fuqha il-bieraħ, sakemm anke jkollhom iktar ħiliet u kompetenzi ta' kif jużaw pedagoġiji differenti, ikun iktar għaqli f'dan il-punt, li jkollna dan is-setting.", "(Interruzzjonijiet)", "IS-SUR SANDRO SPITERI: Jista' jgħin biex juri kemm fil-fatt huwa pass tranżitorju għal xi ħaġa li rridu naslu għaliha.", "Fil-mixed ability tal-primarja, meta daħħalniha sentejn ilu, kien hemm skola waħda li għax kienet kbira ħafna u l-ġenituri kellhom ċertu aspettattivi, talbet konċessjoni ta' iktar żmien, ħalli l-bidla ssir b'mod iktar gradwali.", "Id-Direttur Ġenerali tat konċessjoni għal perjodu limitat, biex ikollhom iktar żmien jidħlu fiha.", "Fil-fatt, wara sena, l-għalliema stess ħassew li kien wasal iż-żmien biex jagħmlu l-qabża li jmiss, u issa l-iskola hija mixed ability.", "Għalhekk qed nenfasizza l-punt li qed issemmi Ms Sciberras, li kienu l-għalliema stess li b'mod konxju u professjonali qalulna tgħaġġluniex iktar milli nifilħu, mhux għax teoretikament ma naqblux, mhux dak huwa l-punt, imma biex naslu hemm irridu nimxu pass pass.", "Ir-realtà tal-mixed abilities fil-primarja u setting bil-klassi kollha fis-sekondarja diġa' hija sfida kbira!", "Sfida, li fil-fatt l-għalliema qed jilqgħu u qed jimxu fiha.", "Ma kienx hemm xi ribelljoni, ma kienx hemm xi għalliema li pprotestaw.", "JUSTYNE CARUANA: Ma kenitx xi ħaġa smooth.", "Aħna ltqajna ma' nies li qalulna li l-mod ta' kif saret it-transizzjoni, kulħadd ħassa li kienet daqsxejn...", "IS-SUR SANDRO SPITERI: Ovvjament.", "Mhux qed ngħidu li ma kienx fiha l-isfidi tagħha.", "GRACE GRIMA (Direttur Ġenerali - Quality and Standards in Education – DQSE): Il-mod ta' kif ħadmet kienet li tneħħa l-istreaming u ma daħalx fil-year 5.", "Mela mill-year 1 sal-year 4, dak il-grupp qatt ma kien streamed, mela kien dak il-grupp li fil-year 5 ma esperjenzax streaming.", "Kien dak il-grupp ukoll li s-sena ta' wara ma kellux streaming fil-year 6.", "Kien dak il-grupp li din is-sena daħal fis-sistema l-ġdida tal-Form 1.", "Dawn ma kienux tfal li f'sena jew f'sentejn kellhom l-istreaming u mbagħad ġew għal din is-sistema l-ġdida.", "It-tfal baqgħu telgħin dejjem bl-età.", "It-tfal li huma ikbar minnhom baqgħu bis-sistema l-oħra.", "Għamilna hekk sabiex lit-tfal ma tkunx bdejtilhom sistema, biddiltilhom u erġajt biddiltilhom.", "Għalhekk qed nimxu sena sena.", "Min-naħa tat-tfal, dan il-cohort ta' tfal kien il-cohort li baqa' tiela bl-esperjenza ta' tfal mhux imqassmin fi gruppi differenti.", "IS-SUR RAY CAMILLERI: Punt ieħor li nixtieq niffoka fuqu huwa l-fatt li qegħdin naħdmu biex nibnu ċertifikat li jingħata lill-istudenti fl-aħħar tas-settur sekondarju.", "Hemmhekk ukoll, għall-ewwel darba, qegħdin inħarsu lejn il-possibilità li nagħtu credit lill-istudenti, mhux biss fuq bażi ta' marki li jiġu allokati għall-kisbiet fis-suġġetti akkademiċi, kif kien isir s'issa, imma lejn l-aspett formali u informali kif ukoll non-formal, u informal education - l-edukazzjoni li ssir fuq suġġetti mhux neċċessarjament akkademiċi waqt il-ħin tal-iskola, li huma in-non-formal, kif ukoll l-informal li jsiru wara l-ħin tal-iskola.", "Eżempju ta' dan huwa l-attendenza fil-Mużew, fejn hemmhekk jiġu mogħtija marki lill-istudenti talli jkunu mpenjaw ruħhom tul is-sena fuq attivatijiet partikolari.", "L-għan aħħari huwa li jkollok profil ta' student li jkun iktar ħolistiku, iktar komplet, li jagħti informazzjoni dwar il-ħiliet tal-istudenti li jmorru oltre s-suġġetti akkademiċi, u tkun ukoll qed tagħti credit lill-istudent fuq ħin li jkun iffoka fuqu matul is-sena.", "JUSTYNE CARUANA: Skużani.", "Jekk qed tgħid għall-informal education għal attivitajiet barra mill-iskola, se jkun hemm xi tip ta' koordinazzjoni?", "JUSTYNE CARUANA: Jiġifieri l-istudent irid jinforma lid-direzzjoni tal-iskola x'attività qed jagħmel.", "IS-SUR RAY CAMILLERI: Iva, hemm formoli apposta li jridu jimtlew, fejn l-iskola u min qed jagħti l-korsijiet ikun jista' jiċċertifika xi jkun sar skont elenku li hemm dwar min jista' jorganizza ċerti attivitajiet.", "Pereżempju, il-privat mhuwiex wieħed mill-affarijiet li jiġu credited.", "JUSTYNE CARUANA: Kellkom problemi fuq Data Protection jew nuqqas ta' kooperazzjoni?", "IS-SUR RAY CAMILLERI: M'iniex informat li s'issa kien hemm xi tip ta' problemi.", "THE CHAIRMAN: Tista' tispjegali xi ħaġa fuq tfal b'ċerta kondizzjonijiet?", "Darba attendejt konferenza dwar tfal dyslexic fil-kappella tal-Università u bqajt impressjonat.", "Dan it-tip ta' kurrikulu, sillabu eċċ, kif se jgħin lil dawn it-tip ta' nies?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għaliex matul din il-konferenza tkellmu xi għalliema minn skola fiċ-ċentru ta' Malta (biex ħadd ma jieħu xi impressjoni) fejn qalu li kważi 7 minn kull 10, volum għoli ta' studenti f'dik l-iskola, huma jew jistgħu jiġu faċilment trattati bħala dyslexic.", "Però, m'hemmx faċilitajiet biex ikopru t-tip ta' tagħlim adattat għalihom.", "Id-diskussjoni baqgħet sejra fuq kemm hu diffiċli biex dawn l-istudenti jidħlu l-Università eċċ. Però dak suġġett ieħor.", "Dawn it-tip ta' ħsibijiet ġodda li huma kollha tajbin, kemm se jkunu tajbin biex ngħinu lil dawn il-persuni?", "Jekk tista' taċċenna jkun aħjar biex inkunu nistgħu nieħdu parti mit-transcript.", "JUSTYNE CARUANA: Flimkien mad-Dyxlesia, hemm l-Autism, li qed isir iktar rilevanti.", "U għalkemm f'numru iżgħar hemm ukoll it-torox, l-għomja u dawk li għandhom problemi fid-diskors.", "Peress li, kif spjegajtulna, il-marki qed jingħataw anke għal-listening u speaking, fil-kuntest ta' marking qed ikun maħsub li jiġi kumpensat il-fatt li dawn it-tfal għandhom dawn id-diffikultajiet u b'liema mekkaniżmu qed isir dan?", "IS-SUR RAY CAMILLERI: Fil-fatt is-sena l-oħra meta sar l-eżami, kien ittieħed in konsiderazzjoni l-punt li qed issemmi inti.", "Naturalment, wieħed irid joqgħod attent li meta qed teżamina lil xi ħadd, ċertu tip ta' ħila tippretendi li tiġi evalwata b'mod rigoruż, fis-sens jekk jiena qed neżamina xi ħaġa bħall-kompetenza fil-kitba, ma jistax ikun li jkolli lil xi ħadd li se jiġi jgħinni biex nikteb.", "Allura, huwa ċar li f'ċertu kuntesti, l-għajnuna li tista' tagħti se tkun limitata.", "Aħna hawnhekk, meta qed nitkellmu dwar l-end of primary exam, inkunu qed nitkellmu fuq eżami li mhuwiex se jiddetermina fejn se jmur student jew ieħor.", "THE CHAIRMAN: Persuna b'dyslexia li jsib diffikultà biex jitkeb korrettament, he is going to fail.", "Mhux neċċessarjament.", "GRACE GRIMA: Nixtieq nagħti spjegazzjoni.", "Din ma kenitx deċiżjoni li ħadna aħna.", "Aħna għandna servizz tal-istudenti mmexxi minn nies min-naħa tal-Literacy, minn Dr Christine Firman.", "Min-naħa ta' servizzi oħra kien hemm Dr Stanley Zammit u nies oħrajn.", "Ilqtajna darba s-Sibt ġurnata sħiħa biex naraw x'se jsir f'kuntest ta' benchmark.", "Irridu noqgħodu attenti fuq din!", "Irridu nagħmluha ċara li dan huwa benchmark li juri t-tifel x'livell għandu.", "Rigward l-aspetti tas-smigħ, tal-għomja, eċċ. Każijiet ta' nuqqas ta' smigħ kien hemm veru ftit.", "Biex immur pass lura, għandek l-għażla ukoll li jekk il-ġenituri, mat-tifel, mal-iskola, jiddeċiedu li ċertu component mhuwiex ta' ġid għat-tifel li jagħmlu, ħadd mhu se jobbligah li jagħmlu.", "Inti tista' tiddeċiedi li dan it-tifel ma jagħmilx component partikolari.", "Hemm il-possibilità ta' eżenzjoni minn component mhux bilfors mis-suġġett kollu.", "Fil-każ tas-smigħ, peress li s-smigħ sar b'CD fuq il-kompjuter, kien hemm ċertu tfal li kellhom bżonn il-communicator għax they lipread, eċċ. Is-sena l-oħra ma kellniex tfal bi problemi ta' vista ħlief li kien hemm xi tfal li ċertu karti kellhom bżonnhom ikbar.", "Jekk dak it-tifel, jew dik it-tifla jkun hemm kunsens li għandu jagħmel il-benchmark, jagħmlu.", "Hemm adaptations kif isir ukoll fil-MatSec.", "Ikunu adattati għal tfal partikolari.", "Il-component jista' wkoll jinkiteb bil-Braille.", "Fuq l-aspetti tal-qari u tal-kitba, partikolarment fejn tidħol dyslexia, hemm il-possibilità tal-emanuensis li jiktiblek xi ħaġa.", "Id-deċiżjoni li ttieħdet minn nies li jaħdmu f'dan il-qasam ġiet ibbażata wkoll fuq benchmarks internazzjonali.", "Fil-benchmarks internazzjonali, li anke Malta ħadet sehem fihom, fil-Maths, Science, u Literacy, ma tingħatax għajnuna fil-qari u fil-kitba.", "Ir-raġuni hija sempliċi għal dak il-kuntest, għax inti l-għan tiegħek hu li tara l-livell tat-tifel jew tat-tifla, biex meta se jkomplu fis-sekondarja, inti tkun taf il-livell tagħhom x'inhu.", "Minn kollox ikun hemm.", "Saru laqgħat f'kull kulleġġ, fejn kienu jiġu madwar 500 ġenitur kull darba, u kien hemm ġenituri li huma stess jgħidulek li qed tingħatalhom l-għajnuna u l-għajnuna se tibqa' tinagħatalhom fis-sekondarja.", "Ħadd mhu qed jgħid li waqt it-teaching and learning l-għajnuna se tonqos, imma b'dik l-għajnuna kollha, it-tifla jew it-tifel fejn qed jaslu bħala livell?", "L-għajnuna tibqa' hemm fit-teaching and learning, però fil-benchmark l-għajnuna ma tkunx hemm.", "Dik hi r-raġuni għalfejn.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmel din ir-riflessjoni u nitlobkom tikkoreġuni jekk qed ngħid ħażin.", "Statistikament, jidher li aħna għandna madwar 30% tat-tfal tagħna li npoġġuhom fil-benchmark ta' illitterati.", "Dan l-aħħar reġgħet kienet fuq l-aħbarijiet.", "It-tfal li ma jispiċċawx l-iskola...", "GRACE GRIMA: Nagħtik risposta sempliċi.", "La Malta qatt ma għamlet il-PISA, dik l-istatistika m'għandniex f'idejna.", "Però għamilna l-PISA Plus, li se joħorġu r-riżultati tiegħu fl-aħħar ta' din is-sena jew fil-bidu tas-sena d-dieħla.", "THE CHAIRMAN: Jeżisti xi kalkolu li juri?", "GRACE GRIMA: Imma mhux kalkolu fuq assessment tat-tfal.", "THE CHAIRMAN: Importanti li tiċċaraw.", "GRACE GRIMA: Bil-Pisa Plus se jkollna l-livelli ta' kompetenza tal-15 year olds kollha u waħda mill-areas hija l-literacy.", "THE CHAIRMAN: Ħa nsemmi kunċett imbagħad ħudu l-ħin biex tispejgawh.", "In-nies hemm barra jisimgħuh dan l-argument fuq l-aħbarijiet u jisimgħuh bħala kritika reali lis-sistema edukattiva.", "M'hemmx kontestazzjoni fuqha!", "Dan mhuwiex kliem l-Oppożizzjoni kontra xi ħaġa.", "Dan huwa xi ħaġa li tingħad.", "Aħna għandna numru konsiderevoli ta' tfal u studenti li jispiċċaw mis-sistema edukattiva u xorta ma jkunux jafu jitkbu u jaqraw.", "Jien kelli f'moħħi li kien ilaħħaq it-30% għax kważi huwa l-kwart.", "Hawnhekk smajna wkoll li 21% tat-tfal tagħna jaqgħu fir-riskju tal-faqar relattiv u din hija xi ħaġa li ddiskutejniha il-bieraħ.", "Dan huwa żvantaġġ ieħor li jżomm lit-tfal milli jibqgħu jattendu l-iskola.", "Intom il-bieraħ spjegajtu kif qegħdin tieħdu azzjoni sabiex iddaħħlu iżjed reżiljenza u toħorġu lit-tfal minn dak il-bracket li trabbew fih il-ġenituri tagħhom eċċ. Allura jien qed naħseb li f'Malta għandna din ir-realtà ta' dawn it-tfal li llum qegħdin titrattawhom biex toħorġuhom minn dak l-ambitu familjari li ma jħajjarhomx ikomplu jitgħallmu l-iskola u jkunu effettivi, li huwa tajjeb, però dak jilħaq il-21% tat-tfal tagħna.", "Imbagħad għandek numru ieħor, jidhirli ta' 10% li huma dyslexic, eċċ, u qed inkun ottimist ħafna meta ngħid 10%.", "U allura għandek dawn it-30% jew xi persentaġġ ieħor li se jibqa' evidenti kull sena għax is-sistema tagħna mhijiex se tippermetti li ngħinu biex ikollna iktar studenti li jirnexxu.", "Mhux qed ngħid li għandna ngħaddu lil kulħadd bħalma kien hemm il-biża' meta sar dan l-eżerċizzju numru ta' snin ilu.", "Imma kif se nagħmlu biex ma jiġrix hekk?", "Jien ninsab ippreokkupat ħafna minħabba d-dyslexia.", "Hawnhekk smajna numru ta' ġenituri li għandhom din it-tip ta' problema.", "IS-SUR SANDRO SPITERI: L-ewwel nett irridu noqogħdu attenti ħafna min-numri u mill-figuri.", "Mhux qed nikkontestaw li hemm problema ta' illiteriżmu imma rridu noqogħdu attenti b'numri li mhumiex ibbażati fuq testing oġġettiv.", "L-uniċi numri li għandna f'idejna huma n-National Literacy Survey tal-1999 li issa huwa xi ftit issurpassat u n-National Literacy Survey tal-2002 għat-tfal tal-Year 2 u tal-Year 5.", "F'dik l-età l-indikazzjoni kienet li għalkemm kien hemm issues importanti li kellhom jiġu indirizzati, fl-Ingliż iktar milli fil-Malti, però meta tqabbel mal-livelli li hemm l-Ingilterra ma kienx hemm xi diżastru.", "On the whole, minkejja li kien hemm affarijiet li kien hemm bżonn li jsiru, ma kienx hemm problema allarmanti.", "Li kien qed jiġri huwa dak li aħna ngħidulu deskilling - minħabba l-proċessi ta' għażla tat-tfal fis-sistema l-antika, fejn ta' tmien snin kien ikun hemm l-eżami li jagħmel streaming tat-tfal, ta' 11-il sena l-eżami tal-junior lyceum u l-common entrance, imbagħad id-differenzazzjoni fl-iskejjel permezz tal-istreaming.", "Konna nafu li dak li konna qed nibnu fil-primarja konna qegħdin nitilfuh fis-sekondarja.", "Kellna indikazzjonijiet ċari li t-tfal, speċjalment fi skejjel partikolari, minkejja l-buona volontà u x-xogħol kollu li kienu jagħmlu l-għalliema, l-istruttura tal-iskola kienet twassal biex ħafna tfal kienu jispiċċaw jafu inqas fil-Form 5 milli jafu fil-Form 1!", "Kienet serja u hija realtà li mhux neċessarjament hija fil-passat, imma għallinqas illum għandna l-istrutturi biex nibdew nindirizzaw din il-problema.", "Hemm indikazzjonijiet li hemm problema imma għad m'għandniex numri.", "In-numri l-oħra li għandna ġejjin mis-census nazzjonali.", "Tafu x'jiġifieri census, tmur tħabbat il-bieb u tgħidlu: f'din id-dar kemm hawn li.… Hemm problemi imma fl-istess ħin huwa interessanti li meta tqabbel is-census tal-2005 ma' dak ta' għaxar snin qabel issib li kien hemm żviluppi fejn tidħol literacy, dejjem self reporting, imma ħaġa tikkanċella lill-oħra, jiġifieri hemmhekk hemm żviluppi interessanti.", "Meta joħorġu r-riżultati tal-PISA nkunu nafu x'inhi r-realtà fil-Form 5 u meta joħorġu r-riżultati tal-PIRLS, test ieħor internazzjonali, inkunu nafu x'inhuma r-riżultati fl-aħħar tal-primarja.", "Huwa veru li l-effetti tal-istrutturi li ilhom magħna għexieren ta' snin, għadhom magħna.", "Kif diġa' semma' s-Sur Camilleri, ilna mill-2009 inwaqqfu sistema biex meta intom bħala Parlament u l-poplu Malti jara dawk ir-riżultati u jgħid x'se nagħmlu bħala pajjiż, aħna nkunu f'pożizzjoni li ngħidu li ilna mill-inqas mill-2009 naħdmu biex inwaqqfu sistema li tieħu ħsieb dawn l-affarijiet.", "X'qed nagħmlu?", "Fl-2009, ħarġet strateġija nazzjonali fuq il-core competencies u ġew ingaġġati nies apposta fil-qasam, jiġifieri issa fil-pajjiż għandna 'l fuq minn 100 persuna li jaħdmu speċifikament fuq literacy - għandek 80 complimentary, għandek literacy support teachers, - fil-primarja biss – u għandek l-ispeċjalisti għad-dyslexia.", "Għandek madwar 100 persuna u fuqhom li qed jaħdmu fuq dan il-qasam b'mod integrat.", "Qed naqbdu tfal mill-Year 1 - u din is-sena se nibdew naqbduhom mill-kindergarten – u naraw x'inhuma l-bżonnijiet tagħhhom permezz ta' għodda li jgħidulha checklist u ta' assessjar marbut magħha.", "Ġew żviluppati riżorsi anke għal complimentary teachers, biex dawn it-tfal naraw kif se naħdmu magħhom.", "Jekk minkejja x-xogħol li jkun sar u t-testjar li jsir kull sena, sal-aħħar tal-Year 3 jkun għad hemm tfal li m'għandhomx il-kompetenza fil-litteriżmu, u eventwalment fil-matematika wkoll, li nistenenw li jkollhom it-tfal tal-Year 3, għax dak huwa l-benchmark nazzjonali, l-iskejjel għandhom obbligu li jiżviluppaw action plans tal-litteriżmu u jingħataw riżorsi apposta, anke umani, b'tali mod biex fil-bidu tal-Year 4 ikun hemm xogħol qawwi fuqu.", "L-ewwel darba li sar dan ix-xogħol kien is-sena l-oħra, jiġifieri din is-sena qed jibdew jaħdmu dawk l-action plans.", "Min-naħa tiegħi nixtieq nippreżenta lill-Kumitat dan is-CD;", "THE CHAIRMAN: Sur Spiteri, in real terms, għal fini ta' studenti li għandhom il-kondizzjoni tal-autism jew dyslexia mingħajr ma nidħlu f'kondizzjonijiet oħra kif semmiet l-Onor.", "Justyne Caruana… ejja nitkellmu fuq dawk it-tnejn biss għax mhumiex numri żgħar, dak li qed tgħid inti, fir-realtà x'isarraf?", "IS-SUR SANDRO SPITERI: S'issa dejjem kien hemm lakuna minħabba li t-tfal li jkollhom statement, li jkollhom facilitator, li jkollhom LSA, konna ngħidu li qed jieħdu ħsiebhom l-LSA u l-għalliem u allura l-complimentary u l-literacy ma kellux għalfejn jidħol fiha.", "Jiena, flimkien mas-Sur Borg u n-nies tagħna, irrealizzajna li minkejja l-buona volontà u x-xogħol kollu li jsir, jista' jkun li dan l-IEP - jiġifieri l-għodda li jiżviluppaw l-għalliem u l-facilitator biex jiddeċiedu x'inhu l-programm ta' xogħol ta' mat-tfal - mhux neċessarjament kien qed jiffoka biżżejjed fuq il-kompetenzi bażiċi, inkluż il-literacy.", "Fil-fatt, bdejna proġett din is-sena, li għall-bidu għamilnih ma' numru ta' skejjel biex naraw kif jaħdem.", "Permezz ta' dan il-programm ta' xogħol, dawn it-tfal li għandhom facilitator se jkollhom ukoll element ċar tal-kompetenzi bażiċi, għalissa literacy imbagħad eventwalment affarijiet oħra.", "Għaddejjin ukoll b'taħriġ mal-għalliema, mal-LSA's u mal-INCOs biex jidħol dan il-component.", "Dan ix-xogħol beda mat-tfal kollha u eventwalment se jmiss it-tfal kollha li għandhom statement, li għandhom LSA.", "Qegħdin noqogħdu attenti ħafna li mhux għax tifel għandu statement mela miskin nindukrawh biss.", "Jekk għandu statement of needs, irridu naraw x'inhuma l-bżonnijiet, anzi iktar importanti minn hekk, x'inhuma l-kapaċitajiet tiegħu.", "Għandna nibdew bl-argument ta' x'inhuma l-kapaċitajiet tal-persuna għax il-ħiliet bażiċi huma dritt, huma entitlement ta' kulħadd f'livelli differenti.", "Dak li tifel jew tifla huma kapaċi jilħqu fil-literacy, fin-numeracy, fil-learning f'livelli differenti, se nipprovaw ngħinuhom biex jilħquh.", "Dan huwa l-pass li jmiss fl-iżvilupp li qed nagħmlu.", "Fl-awtiżmu hemm team li twaqqaf sena ilu u s-Sur Borg jista' jitkellem iktar fid-dettall fuqu.", "DR ELENA TANTI BURLÒ: Ħadt gost nisma' li dan tas-setting huwa perjodu tranżitorju.", "Li xtaqt inkun naf huwa kif jiġu magħżula t-tfal għal home class.", "Jien kont smajt lil xi ħadd mid-dipartiment jitkellem fuq it-television però kien qal xi ħaġa li ma tantx naqbel magħha u allura nixtieq nisma' mingħandkom.", "Dwar il-problema li hemm ħafna tfal li jitilqu mil-iskola mingħajr ċertifikazzjoni, naħseb li hu importantissimu li almenu jkollhom ċertifikat ta' ħiliet.", "Irridu nagħtu kas ukoll tal-aċċess għall-eżami.", "Qegħdin nagħmlu ħafna enfasi fuq it-teknoloġija – it-teknoloġija qiegħda hemm, ejja nużawha.", "Jekk jien ma nafx naqra jew qed naqra bil-mod ħafna, għandha tintuża t-teknoloġija.", "Jekk jien għandi ħafna problemi fil-kitba, mhux għax idejja ma nistax nużahom jew għax għandi cerebral palsy, imma anke tfal b'attention deficit jew dyslexia għandhom problemi biex jiktbu, allura għaliex l-eżami ma jistgħux jagħmluh fuq il-computer?", "GRACE GRIMA: Qed nitkellmu għall-benchmark?", "DR ELENA TANTI BURLÒ: Għal kollox.", "GRACE GRIMA: Li nista' ngħidlek hu li din is-sena qegħdin nagħmlu evalwazzjoni ta' ħafna software.", "DR ELENA TANTI BURLÒ: Ġenituri li naħdem magħhom ngħidilhom biex jaħsbuha u lit-tifel ma jibagħtuhx.", "Għalfejn tagħmel xi ħaġa daqshekk stressata?", "GRACE GRIMA: Li għamilna biex ngħinu lil ħafna tfal, inkluż dawn li qed issemmi, huwa li l-components tal-benchmark għamilnihom żgħar ħafna, jiġifieri hemm break wara kull component.", "Pereżempju, qabel kien ikollok l-eżami tal-primarja, kollox f'eżami wieħed.", "Fil-benchmark, qed ikun hemm component ta' nofs siegħa, break, component ieħor.", "Qed ngħid dan għax jgħin lil ċertu tfal, anke dawk li ma jikkonċentrawx għal tul ta' ħin.", "DR ELENA TANTI BURLÒ: Jgħin, veru jgħin...", "JUSTYNE CARUANA: L-argument ta' Dr Elena Tanti Burlò huwa li llum għandna t-teknoloġija - fil-presentation li għamiltulna qed tgħidu intom stess li qed tużaw it-teknoloġija biex tgħallmu.", "Bl-istess mod, għaliex ma tużax it-teknoloġija biex turi x'tgħallimt?", "DR ELENA TANTI BURLÒ: Fix-xogħol tiegħi nara ħafna affarijiet.", "Jiena rrid li t-tfal imorru l-iskola ferħanin, kif qalet is-Sinj.", "Nixtieq li nsibulhom dawk l-affarijiet li jagħtuhom a passion for learning.", "Dawn l-affarijiet kulħadd jaqbel magħhom.", "Illum qed nieħu gost għax forsi dakinhar konna lkoll ftit iżjed tense u nervużi ...", "Qegħdin nitkellmu ħafna fuq livelli differenti ta' kif nippreżentaw ix-xogħol u nixtieq li ma' dan it-tip ta' raġunament, immorru lil hinn mid-differentiated learning u lejn universal design for learning, jiġifieri ma narawx biss il-livelli, imma naraw dak li kull tifel u tifla jitgħallmu b'mod differenti, għax moħħom jaħdem b'mod differenti, qisu DNA, qisu fingerprint u allura hemmhekk għandha terġa' tidħol it-teknoloġija.", "Naf li qegħdin taħdmu ħafna fuq it-teknoloġija imma rridu noqogħdu ftit iżjed attenti li l-għalliema jifhmu li t-tfal jitgħallmu b'mod differenti.", "Ma' kulmin titkellem barra minn Malta, fil-primarja hemm kontinwità ta' għalliema.", "Aħna m'għandniex kontinwità.", "Biex nagħmlu dan it-tip ta' xogħol, huwa importanti li lit-tfal tkun tafhom – ma jistax ikun li t-tfal kull sena jbiddlu l-għalliema tagħhom.", "F'ħafna pajjiżi fl-Ewropa hemm min għandu team ta' għalliema li jibqgħu telgħin mat-tfal għal sitt snin – forsi aħna nibdew nagħmlu almenu sentejn jew tlieta.", "Biex nagħmlu dan ix-xogħol kollu, irridu nkunu nafuhom u t-tfal mhux qed inkunu nafuhom.", "Insiru nafuhom fl-aħħar tas-sena, imbagħad kif jgħidu t-Taljani avanti il prossimo.", "Fis-sekondarja għamilna s-setting.", "Hemm riċerka li turi li fis-setting it-tfal ikunu stressjati u ma jmorrux 'il quddiem.", "Aħna qegħdin nitkellmu l-ħin kollu fuq l-inklużjoni, però rridu noqogħdu attenti - qegħdin nintroduċu ħafna speċjalisti għal behaviour, speċjalisti għal dyslexia, u mhux qed ngħid li mhumiex importanti imma l-iżjed ħaġa importanti hija li jaħdmu mal-għalliema u dan mhux dejjem qed iseħħ, iżjed le milli iva.", "Jien naħdem f'dan il-kamp...", "MICHELINE SCIBERRAS: Bir-rispett kollu, agħtina l-fatti.", "Aħna ngħixu fl-iskejjel, jiġifieri naħdmu u nitkellmu mal-għalliema ta' kuljum.", "DR ELENA TANTI BURLÒ: Aħna ngħixu wkoll mal-ġenituri.", "JMICHELINE SCIBERRAS: Il-ġenituri ma jkunux l-iskola qed jaraw l-ispeċjalisti kif qed jgħallmu.", "DR ELENA TANTI BURLÒ: Ngħallem l-LSAs, nitkellem mal-psikologi.", "Il-psikologi mhumiex qed ikunu involuti.", "Il-psikologi qishom saru jintużaw biss biex jagħmlu assessment għall-eżamijiet.", "Il-psikologi għandhom jintużaw ukoll, l-ewwel nett biex nagħmlu differentiated diagnosis għax hu l-ewwel persuna li għandu jara t-tifel, flimkien mal-għalliema u mal-ġenituri.", "Naħseb anke fejn jidħol training għall-għalliema, irridu naħsbu ħafna iżjed fuq universal design for learning, fuq co-operative learning u fuq problem solving.", "Forsi wkoll, u m'inix l-ewwel waħda li qed ngħidha, għandna naħsbuha biex inneħħu l-O levels u l-istudenti jagħmlu l-A levels biss.", "It-tfal jibdew bl-istress ta' 13-il sena fejn iridu jagħżlu s-suġġetti, imbagħad għandna tfal li la qegħdin jitgħallmu l-istorja u lanqas il-letteratura.", "Dalgħodu kelli iktar minn 100 student quddiemi u staqsejthom min minnhom studja l-istorja u l-letteratura.", "Justyne Caruana se tagħmel rimarka u mbagħad jirrispondi s-Sur Borg ħalli nibdew nikkonkludu.", "JUSTYNE CARUANA: Jien personalment tinkwetani s-sistema ta' kif jaħdmu l-LSAs - dawn jiġu ngaġġati mix-xejn, jintefgħu fl-iskejjel, imbagħad jiġu mħarrġa wara.", "Hemm xi mekkaniżmu ta' kif ikun imqabbel l-LSA mat-tifel jew mat-tifla skont il-ħteġijiet partikolari?", "Hemm xi tip ta' matching tal-problemi tat-tifel jew tat-tifla u l-kapaċitajiet ta' dawn l-LSAs li għadhom kemm ġew ingaġġati?", "Mhux qed nitkellem fuq l-LSAs li għandhom id-diploma u li huma trained, imma dawk li għadhom deħlin jagħmlu l-interview u bagħtulhom li minn dakinhar se jkunu f'dik l-iskola.", "Din tinkwetani ħafna però rrid inkun naf jekk hemmx xi sistema ta' matching.", "IS-SUR GEORGE BORG: Min-naħa ċentrali, is-suppport qiegħed skont il-bżonn – supply on demand – allura jekk tifel ġie assessjat f'Jannar u tajnih is-support, ma jistax jagħżel minn fuq il-lista.", "Id-direttorati jridu jdaħħlu the next one on the list.", "Dan huwa riżultat tal-Public Service Commission, jiġifieri aħna, bħala uffiċjali pubbliċi, obbligati li nirrispettaw ir-riżultat.", "JUSTYNE CARUANA: Li tinkwetani li għandek tfajla, għandha 'A' level standard, u titfagħlha tifel jew tifla…", "MICHELINE SCIBERRAS: Għaliex qegħdin f'dik is-sitwazzjoni?", "Biż-żmien qed jiżdiedu n-nies ikkwalifikati b'livell ta' diploma, però għal issa m'għandniex biżżejjed nies ikkwalifikati b'diploma biex jissupplixxu d-domanda li hemm.", "Bħala employer, għalissa bilfors irrid ninqeda bis-supply temporanju.", "Li għamilna bħala direttorat hu li kif jidħlu fl-impjieg – u din qatt ma kienet issir qabel – jibdew kors ta' għaxar ġimgħat.", "Issa dan mhuwiex a diploma course imma t-taħriġ isir mid-direttorat stess.", "JUSTYNE CARUANA: Isir xi tip ta' matching?", "IS-SUR GEORGE BORG: Il-matching ma jistax isir fl-ingaġġ mill-ewwel.", "It-tifel ikunu jafuh ħafna aħjar, il-persuna tkun tafu aħjar, il-kwalitajiet tagħha jkunu jafuhom aħjar.", "DR ELENA TANTI BURLÒ: Just a point of clarification, l-ewwel nett id-diploma hija livell tal-ewwel sena tal-Università, dak hu l-livell, jiġifieri qegħdin nagħtuhom ħafna responsabilitajiet, anke biex jagħmlu l-IEPs.", "L-għalliema mhux kollha qegħdin jiġu involuti, ħafna drabi l-LSA qed tagħmel l-IEP u tmur fl-IEP session fejn jgħidulha biex tagħmilha minn qabel, jiġifieri lanqas ikun hemm komunikazzjoni mal-ġenituri.", "IS-SUR GEORGE BORG: Għidli fejn isiru u niċċekkjaha.", "DR ELENA TANTI BURLÒ: Se ngħidlek li t-tali qalet hekk… mhux waħda qalet.", "Fit-tieni sena tad-diploma - din hija part-time u għalhekk sena tal-Università – jagħżlu indirizz partikolari.", "THE CHAIRMAN: Ippermettili, ma rridx niddiskuti l-LSAs għax irrid nagħlaq is-suġġett tal-persuni b'diżabilità.", "Jekk xi darba niġu bix niddiskutu l-LSAs, inressqu l-LSAs.", "DR ELENA TANTI BURLÒ: Kemm ngħid li fit-tieni sena ...", "THE CHAIRMAN: Li jinteressani hu kif se jkollna kurrikulu f'sistema edukattiva li tkun verament inklussiva.", "IS-SUR RAY CAMILLERI: Sur President, naqbel miegħek.", "Għall-ewwel darba ħriġna draft curriculum mal-kurrikulu li ħareġ fil-bidu ta' din is-sena.", "Fid-draft NCF inkludejna xi ħaġa li Dr Tanti Burlò żgur taqbel magħha, fis-sens li qegħdin nagħtu l-entitlement għal kull student għal edukazzjoni ta' kwalità skont l-iktar livell għoli li jista' jilħaq.", "B'hekk qegħdin nassiguraw li ma nagħtu l-ġenb lil ħadd, fis-sens li t-tajbin se jkomplu jiżviluppaw u jsiru iktar tajbin u dawk li huma inqas kapaċi poġġejnihom fuq livell ta' kompetenza.", "Qegħdin nimxu fuq livell ta' abilità, fejn kulħadd jista' jilħaq skont il-livell tiegħu.", "Mela, fl-istess klassi m'għandniex sillabu li se jitratta lil dawk li qegħdin fit-triq tan-nofs biss imma lil kulħadd.", "Din mhijiex xi ħaġa sempliċi biex tagħmilha.", "Trid tpoġġi l-kompetenzi f'livelli differenti, imbagħad l-għalliema trid tassigura li b'metodi differenti, anke fi group work, b'użu ta' teknoloġija adatta, tkun tista' tagħmel id-differenzazzjoni skont l-abilità tal-istudent - però il-lezzjoni se tkun l-istess waħda, bid-differenza li hi se tilħaq lil kulħadd b'mod li kulħadd ikun kapaċi jsegwi.", "THE CHAIRMAN: Għall-fini tar-rapport, il-Prof.", "Grima, tista' tispjegalna x'inhi d-differenza bejn kompetenza u abilità?", "Donnok qed tagħmel enfasi li għandu jkun hemm iktar kompetenza u mhux abilità u dan jista' jagħmel differenza.", "GRACE GRIMA: F'kuntest ta' edukazzjoni, is-soltu l-abilità nħarsu lejha bħala xi ħaġa li xi ħadd jitwieled biha, jew għandu jew m'għandux.", "F'livell ta' kompetenza, li huwa a developmental model li l-kurrikulu l-ġdid qed jippromwovi, għandek għaxar livelli u t-tfal jimxu minn livell għal ieħor b'passi differenti, b'modi differenti kif jitgħallmu.", "Mhijiex kwistjoni li għandek ċerta abilità jew m'għandekx, allura dawn il-livelli tajbin għalik.", "Qed nitkellmu fuq continuum ta' kompetenzi.", "THE CHAIRMAN: Bil-possibilità ta' żvilupp.", "L-idea tradizzjonali ta' abilità hija xi ħaġa li twelidt biha, jew għandek jew m'għandekx.", "F'kuntest ta' lifelong learning, li rridu n-nies jimxu b'modi differenti, b'intelliġenzi differenti, b'passi differenti, kif qalet Dr Elena Tanti Burlò, dak mhuwiex kunċett koerenti ħafna ma' dak il-mudell.", "THE CHAIRMAMN: Sur Borg, kellek tagħmel xi kumment?", "IS-SUR GEORGE BORG: Wara li sar ir-rapport Spiteri tal-2005, aħna flimkien mad-dipartiment tal-kurrikulu bdejna dawn il-livelli fuq il-kurrikulu li kien hemm qabel, biex rajna l-livelli tat-tfal.", "Kif qalet tajjeb l-Onor.", "Justyne Caruana, hemm tfal b'livelli differenti, mhux kulħadd jimxi bl-istess livell, imma għal dawk it-tfal li kellhom kondizzjoni, pereżempju l-awtiżmu - l-awtiżmu huwa spectrum wiesa', jista' jkollok persuna b'awtiżmu li jkun l-ikbar ġenju, jiġifieri ma jfissirx li għandu għalfejn ikollu xi ħaġa differenti - tajna eżempji ċari li kemm tfal f'livell ta' primarja u kemm tfal f'livell ta' sekondarja jistgħu jingħataw is-support mill-għalliema u mill-LSAs biex jilħqu l-livell ta' kompetenza tagħhom u jimxu minn livell għal ieħor.", "Dak kien il-prinċipju.", "Illum, kif qed jgħid is-Sur Camilleri, rajna li dak il-prinċipju jaħdem u żammejnih ukoll fis-sillabu tal-Form 1 fejn, kif qalet Prof. Grima, hemm l-għaxar livelli.", "Hemm continuum fejn it-tifel u t-tifla u l-għalliem qed jimxu b'livell ta' kompetenza, l-istess suġġett, l-istess oġġettiv, l-istess targets li hemm għat-tfal kollha huma b'livelli differenti.", "Kif qalu tajjeb is-Sur Camilleri u Dr Elena Tanti Burlò, nagħtuhom eżempji anke ta' x'tip ta' teknoloġija, x'tip ta' riżorsi għandhom bżonn biex dawk it-tfal ikunu jistgħu jimxu mal-kumplament tal-klassi.", "THE CHAIRMAN: Qabel ma nispiċċaw bil-kummenti tal-kelliema li għandna magħna nsejjaħ lill-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, kumment żgħir ħafna.", "Dr Elena Tanti Burlò semmiet id-diploma tal-inclusive education.", "Qed ikollna lil min jistaqsi kif jixtieq imur u ma jintgħażilx.", "Ma nistgħux forsi nnaqqsu ż-żmien biex min irid jitgħallem nibagħtuh?", "Qed isiru l-interviews biex jintgħażlu ċertu numru ta' nies.", "Tidher stramba li għandna min irid jitgħallem u m'aħniex qed nagħtuh iċ-ċans.", "Se tgħidli problema ta' lecturers.", "DR ELENA TANTI BURLÒ: Bħalissa għandna 185 li qegħdin jieħdu t-training.", "FREDERICK AZZOPARDI: Huwa numru kbir imma hemm ħafna oħrajn li mhumiex qegħdin jieħdu t-training u jixtiequ.", "DR ELENA TANTI BURLÒ: Naħseb li rridu nibdew nagħmlu degree għal support teachers u nibdew nagħmluh fid-day course wkoll.", "Jekk nistgħu nagħmluh fid-day course, almenu jibda jkun hemm nies li jkunu diġa' mħarrġa.", "FREDERICK AZZOPARDI: Kumment ieħor żgħir, semmejtu s-support professjonali għall-għalliema.", "Naħseb li taqblu miegħi li t-tfal tal-lum, ta' xi sitt snin jew seba' snin, għandhom iktar abilitajiet, pereżempju fl-IT.", "Dawn jidħlu l-iskola kważi jafu kollox.", "Qegħdin nippreparaw l-għalliema biex ikunu jistgħu jimmaniġġjaw din l-age gap?", "L-għalliema forsi jidħlu b'ċertu livell, imma qed ikomplu jitgħallmu biex jilħqu l-livell tal-istudenti ġodda?", "IS-SUR RAY CAMILLERI: Naħseb li lqatt il-musmar fuq rasu.", "M'hemmx dubju li dan huwa punt kruċjali li l-għalliema ta' għada jridu jkunu trained sew u jkunu kompetenti biex iwettqu l-iżviluppi kbar li qed isiru fid-direttorat, anke f'livell ta' università.", "FREDERICK AZZOPARDI: Naqbel miegħek imma jien qed nirriferi iktar għall-għalliema li diġa' qegħdin hemm.", "Konna xtrajna t-teknoloġija, poġġejniha fl-iskejjel u ħsibna li l-għalliema se jibdew jużawha.", "Dan ma sarx f'Malta biss, imma kien mudell li ntuża f'ħafna postijiet.", "Illum, fil-mudell tal-e-learning, li huwa lil hinn mit-teknoloġija, ma' kull ħaġa li tinxtara għandek it-training tal-għalliem, jiġifieri huwa pakkett wieħed.", "Nagħti eżempju konkret; qed indaħħlu l-interactive white boards f'kull klassi fil-primarja u fis-sekondarja fl-iskejjel tal-Istat.", "L-ebda board ma jitwaħħal mingħajr ma l-għalliem jingħata t-training ta' kif se jużah.", "Dan it-training jingħata fil-klassi, fl-iskola, mhux imur x'imkien joqgħod jisma' kif tużah.", "Se jiġri l-istess bl-e-learning solution, fejn it-training se jsir skola skola.", "Fit-teknoloġija, bħal f'kollox, hemm livelli ta' kompetenza, iktar ma tużaha, iktar ma jkollok konfidenza, iktar hemm x'tista' tagħmel.", "Mat-training, inti semmejt kelma oħra importanti ħafna, is-support.", "Malta għadna nemmnu ħafna bil-physical support, li jkun hemm xi ħadd fiżikament fl-iskola.", "Il-mudell kemm fil-primarja kif ukoll fis-sekondarja fejn tidħol it-teknoloġija huwa li qed ikollna support teachers jew IT champions, li xogħolhom mhuwiex li jgħallmu s-suġġetti imma li jagħtu support lill-għalliema ħalli jbiddlu l-mudell tradizzjonali ta' kif jgħallmu b'dawn l-iskills li għandhom bżonn it-tfal fiż-żmenijiet tagħna.", "Micheline Sciberras, tista' tikkonkludi jekk jogħġbok?", "MICHELINE SCIBERRAS: Sur President, nagħlaq billi nerġa' nirringrazzja lill-Kumitat ta' din l-opportunità fejn ġbarna numru ta' edukaturi minn oqsma differenti, terzjarji u anke obbligatorji biex niddiskutu suġġett kruċjali li huwa l-aċċess għall-kurrikulu għat-tfal kollha.", "Tkun xi tkun l-abilità tagħhom jew il-kompetenza li jiżviluppaw, it-tfal kollha għandhom dritt għall-aċċess għall-kurrikulu li jwassal għal edukazzjoni ta' kwalità biex jgħixu ħajja serena fil-preżent u anke fil-futur.", "M'hemmx dubju li bħalissa hemm ħafna xogħol għaddej fil-qasam edukattiv.", "Hemm ħafna proġetti, programmi, servizzi li qed jiġu żviluppati u hemm bidla.", "Naħseb l-esperjenza tagħna lkoll madwar din il-mejda, u anke min-naħa tad-direttorati, hija li meta qed iġġib bidla qed taffettwa l-ħajja tal-bniedem li se jkun qed jimplimenta din il-bidla.", "Apparti t-taħriġ li hemm bżonn, apparti l-informazzjoni li hemm bżonn għall-pubbliku u għall-edukaturi in ġenerali, aħna qed nesperjenzaw il-bżonn qawwi ta' appoġġ.", "L-appoġġ, kif semmiet Prof. Grace Grima, jista' jkun appoġġ personali fil-klassi, appoġġ f'diversi forom ta' taħriġ u appoġġ teknoloġiku.", "L-esperjenza wrietna wkoll li meta l-bidla sseħħ b'konsultazzjoni, bi djalogu, li nisimgħu lil xulxin u nitgħallmu, nimxu aħjar.", "Aħna nistgħu nfasslu ħafna dokumenti, imbagħad meta mmorru niddiskutu dawn id-dokumenti u l-implimentazzjoni tagħhom, l-għalliema fil-klassi, li qegħdin fl-għeruq, jagħtuna ħafna ideat u dawk l-ideat inizjali tagħna niżviluppawhom skont l-esperjenza reali tal-klassi.", "Dawn l-aħħar ġranet bdejt inkellem lill-kapijiet tal-iskejjel sekondarji li għall-ewwel darba laqgħu fl-iskejjel tagħhom tfal b'abilitajiet differenti u dort l-iskejjel kollha biex nara x'kienet l-esperjenza.", "Is-sena l-oħra kellna ħafna biżgħat fost l-għalliema, li wara li għamlu 20 sena jgħallmu lil tfal tal-junior lyceum, se jkollhom tfal b'abilitajiet differenti.", "Kien hemm biża' reali, biża' anke psikoloġika u tifhimha, għaliex bniedem li kien iħossu kunfidenti jgħallem, inbidlitlu r-realtà.", "Illum il-ġurnata, bi pjaċir ngħid, li hemm trankwillità kbira fl-iskejjel.", "L-għalliema qed iħossuhom li qed ikampaw tajjeb, mhux ikampaw biss imma qed jimxu, qed jgħallmu, qed jadattaw għal din ir-realtà ġdida u jiena kburija mmens bl-għalliema u l-LSAs li għandna.", "Naħseb li nqattgħu ħafna ħin nikkritikaw, u tajjeb li nikkritikaw biex nibnu, però rridu nqattgħu ħin biex niċċelebraw il-prattika tajba li għandna fl-iskejjel.", "Fl-aħħar mill-aħħar, din il-prattika, bil-mod il-mod, qed tibni edukazzjoni ta' kwalità għall-ġid ta' ulied il-poplu Malti u Għawdxi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Nieħu din l-opportunità bħala President ta' dan il-Kumitat tal-Affarijiet Soċjali sabiex nirringrazzja lilkom, kelliema mill-qasam edukattiv u persuni li qegħdin tieħdu ċerti deċiżjonijiet b'responsabilità.", "Illum wasalna fl-aħħar ta' sensiela ta' laqgħat li fihom, bħala deputati, smajna lill-uffiċjali fil-qasam tal-edukazzjoni, għax ridna li nidħlu fil-fond ta' x'aħna qegħdin nagħmlu fil-qasam edukattiv mat-tfal u persuni b'diżabilità.", "Ridna nkunu ċerti li naslu li jkollna sistema edukattiva inklussiva għal tfal b'kondizzjonijiet u abilitajiet differenti.", "F'dawn il-laqgħat li kellna smajna ideat differenti, smajna ġenituri u smajna uffiċjali ta' għaqdiet li jieħdu ħsieb persuni b'diżabilità, għax l-edukazzjoni tfisser opportunitajiet u iżjed ma nwessgħu l-edukazzjoni, iżjed noħolqu possibilità ta' opportunitajiet għaċ-ċittadini tagħna.", "Nawgura li din id-diskussjoni tkompli meta jersaq quddiemna r-rapport li jiġbor dak kollu li smajna sabiex id-deputati jkunu jistgħu joħorġu bis-suġġerimenti tagħhom.", "Tajjeb li niċċelebraw id-diversità ta' opinjonijiet, tajjeb li niċċelebraw dak kollu li qed isir u tajjeb li niċċelebraw l-impenn ta' kull wieħed biex dak li għandna tajjeb inkomplu ntejbuh.", "Nawguralkom u nirringrazzjakom.", "Nawgura li ma ndumux ma nerġgħu niltaqgħu.", "Grazzi.", "Fid-9:00 pm, id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet konkluża."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111019_115d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "LAQGĦA NRU 115", "L-Erbgħa, 19 ta' Ottubru, 2011", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:25 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Frederick Azzopardi u l-Onor Justyne Caruana.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "114 li saret nhar it-Tlieta 18 ta' Ottubru 2011 ġew konfermati.", "Iċ-Chairman informa lill-Kumitat li kien irċieva din il-korrispondenza:", "Dok 148 Ittra datata 19 ta' Ottubru 2011 mingħand il-Kummissarju għat-Tfal dwar stedina lill-Membri tal-Kumitat għall-ġurnata ddedikata lit-tfal fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjoni tal-World Children's Day.", "Preżentazzjoni dwar policies mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni li jirrigwardjaw edukazzjoni lil studenti b'diżabilità.", "Kontinwazzjoni", "(Ikompli mil-Laqgħa 99 tat-Tlieta 22 ta' Marzu 2011)", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat stieden lis-Sinj.", "Micheline Sciberras (Direttur Ġenerali - Directorate for Educational Services – DES) biex tagħmel introduzzjoni għas-suġġett.", "Is-Sur Ray Camilleri (Direttur – Curriculum Management and e-Learning Department) ta żewġ preżentazzjonijiet lill-Kumitat, intitolati:", "Is-Sur Sandro Spiteri (Direttur Assigurazzjoni tal-Kwalità), il-Prof Grace Grima (Direttur Ġenerali, Quality and Standards in Education – DQSE), is-Sur George Borg (Direttur - Student Services) kollha mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u Dr Elena Tanti Burlò, ħadu sehem fid-diskussjoni fejn sarulhom mistoqsijiet mill-Kumitat.", "Is-Sur Sandro Spiteri ppreżenta lill-Kumitat:", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-9:00 pm, id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet konkluża.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111019_115m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-familja", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 2", "It-Tlieta, 1 ta' Novembru 2011 fis-7.00 pm", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Familja, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 1 ta' Novembru, 2011 fis-7:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni mis-Sur Joseph Farrugia, Direttur Ġenerali, Malta Employers' Association u mis-Sur Kevin J Borg Direttur Ġenerali u s-Sur Tancred Tabone, President, Chamber of Commerce.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111101_002a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-Familja", "LAQGĦA NRU 2", "It-Tlieta, 1 ta' Novembru, 2011", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.06 p.m.", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr 1 li saret nhar it-Tnejn 10 ta' Ottubru 2010 ġew konfermati.", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat stieden lis-Sur Joseph Farrugia Direttur Ġenerali tal-Malta Employers' Association, biex jagħti preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Is-Sur Farrugia ta preżentazzjoni ntitolata:", "Wara, l-Onor Farrugia stieden lis-Sur Kevin J Borg u lis-Sur Tancred Tabone, Direttur Ġenerali u President rispettivament tal-Malta Chamber of Commerce, biex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġet.", "Is-Sur Borg ta preżentazzjoni lill-Kumitat intitolata:", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-8:55 p.m. il-Kumitat ikkonkluda fuq is-suġġett u aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111101_002m_fac.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 116", "It-Tlieta, 1 ta' Novembru, 2011", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 1 ta' Novembru, 2011 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni dwar diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom persuni li jkunu għaddejjin mill-proċess ta' Separazzjoni.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111101_116a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 116", "It-Tlieta 01 ta' Novembru, 2011", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 116", "It-Tlieta 01 ta' Novembru, 2011", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-07:15 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 115 li saret nhar il-Erbgħa, 19 ta' Novembru 2011, ġew konfermati.", "Preżentazzjoni dwar diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom persuni li jkunu għaddejjin mill-proċess ta' Separazzjoni", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Ngħaddu mill-ewwel għal din il-preżentazzjoni imma qabel xejn nixtieq infakkar l-oriġini u r-raġuni tas-suġġett għad-diskussjoni tagħna llum.", "Wieħed mir-rapporti ewlenin li kien għamel dan il-Kumitat, bl-għajnuna ta' diversi persuni, kien rigward proposti għall-emendi fil-liġi tal-Qorti tal-Familja.", "Sussegwentement, bħala Kumitat ħassejna li dawk il-proposti, għalkemm semmejnihom kemm-il darba, ma xtaqniex li b'xi mod jew ieħor jibqgħu reqdin jew xi ħadd jaħseb li għadda żmienhom u allura jista' jiddeċiedi li l-proposti nistgħu ngħaddu mingħajr ma nikkonsidrawhom.", "Naħseb li kien f'waqtu li, bħala Kumitat, konna nidejna proċess ta' konsultazzjoni pubblika fejn konna tlabna lil dawk il-persuni li jkunu għaddew minn separazzjoni jew li huma għaddejjin minn separazzjoni sabiex jagħtuna indikazzjoni ta' x'jistgħu jkunu d-diffikultajiet li huma jiltaqgħu magħhom, kemm individwalment, kemm bħala koppja imma b'mod speċjali fejn jidħlu t-tfal.", "U dan għamilnih biex aħna, bħala soċjetà nkunu konxji mil-liema problemi jistgħu jgħaddu minnhom dawk il-persuni li jkunu qegħdin fi proċess ta' separazzjoni.", "Kienet il-fehma tagħna li jista' jkun hawn awtoritajiet, dipartimenti, entitajiet li dmirhom ikun li joffru ċerti servizzi jew iħaddmu ċerti persuni li bla ma jkunu jafu forsi jkunu qegħdin joħolqu diffikultajiet huma stess bid-deċiżjonijiet li jittieħdu fuq persuni li jkunu għaddejjin minn separazzjoni.", "Fil-fatt meta konna qegħdin nagħmlu r-rapport dwar l-emendi fil-Qorti tal-Familja naħseb li ħareġ biċ-ċar li hawn it-tbatija imma din it-tbatija jkun jaf dwarha min imiss magħha għax min ma jgħaddix minn dawn l-affarijiet ma jkollux idea xi tfisser li tgħaddi minn dan il-proċess ta' separazzjoni.", "Kienet ix-xewqa tagħna bħala Kumitat li jekk hemm xi tip ta' inġustizzji jew diskrepanzi li wieħed jista' jiltaqa' magħhom issa li huwa sseparat, aħna nieħdu nota tagħhom.", "Nidejna din il-konsultazzjoni pubblika u għedna li kull min jixtieq li jesprimi l-fehma tiegħu jew l-esperjenza tiegħu, anke mingħajr ma jagħti ismu, seta' jagħmel dan mingħajr problemi ta' xejn.", "Bħala parti mill-eżerċizzju ta' konsultazzjoni pubblika, kif kont għamilt l-ewwel darba meta konna ġejjin biex niddiskutu l-proposti rigward persuni li jkunu għaddejjin mill-proċess ta' separazzjoni, u pprovajna nevalwaw x'jiġifieri tgħaddi mill-Qorti tal-Familja u minn dan il-proċess kollu, jien kont mort nitkellem ma' grupp ta' persuni li kienu għaddejjin mis-separazzjoni u ħadt feedback mingħandhom fuq x'inhuma l-problemi li jiltaqgħu magħhom.", "Din id-darba erġajt għamilt l-istess, mort nitkellem ma' dan il-grupp ta' persuni li jifformaw għaqda volontarja u li jiġbru magħhom persuni li jkunu għaddejjin minn separazzjoni u jagħtuhom support service, biex nisma' x'għandhom xi jgħidu.", "Magħna llum m'hawnx in-nies kollha imma għandna rappreżentanza ta' erba' persuni li se jitkellmu f'isem in-nies l-oħra.", "Fil-fatt ħafna mill-problemi huma komuni u allura mhemmx bżonn li ngħidu l-istejjer ta' kulħadd.", "Dawn il-mistednin li għandna llum, mingħajr mhu se jgħidu l-ismijiet ta' min qalilhom bil-problema tiegħu, se jkunu qegħdin jixhdu f'isem sħabhom x'inhuma l-problemi relatati li jistgħu jiltaqgħu magħhom.", "U għalhekk se ngħaddi mill-ewwel il-kelma lil dawn in-nies.", "Jien mhux se noqgħod ngħid l-ismijiet ħalli jekk tridu żżommu l-identità tagħkom moħbija, tkunu tistgħu tagħmlu dan ukoll.", "Infakkarkom biss li din il-laqgħa se tkun streamed live u allura se tinstemgħu fuq l-internet.", "Imma jekk ma tridux tgħidu isimkom aħna nagħtukom id-dritt li ma tgħidux isimkom.", "Aħna għalina l-importanti mhux tant l-ismijiet imma dak li se tgħidulna.", "Jekk tħossukom komdi li tgħidu isimkom għandkom il-libertà kollha li tesprimu l-identità tagħkom.", "Magħna - nirringrazzjahom li qegħdin hawn – għandna wkoll uffiċjali mill-Qorti tal-Familja.", "Fil-fatt għandna lil Dr Alexia Acquilina Assistent Reġistratur fil-Qrati Ċivili u Tribunali, għandna lill-Mrs Carmen Borg Deputat fil-Qorti tal-Familja u lil Dr Katya Vassallo.", "Nagħti l-kelma immedjatament lil min jixtieq jibda bl-intervent tiegħu.", "ANONOMU 1: Sur President, l-ewwelnett nixtieq nirringrazzjakom talli lqajtuna f'dan il-Kumitat.", "Min-naħa tiegħi nixtieq inressaq xi punti u se nibda fuq il-qrati.", "Dawn il-punti ħarġu waqt is-seduta li kien attenda għaliha l-Onor.", "Għalkemm dawn huma punti żgħar jista' ikun hemm aktar punti li daħlu dan l-aħħar.", "L-ewwel punt li għandi huwa fuq kif il-ħinijiet tas-seduti tal-qrati mhumiex għall-konvenjenza tan-nies li jattendu, bir-riżultat li jew ma jattendu xejn jew li nkella l-ġranet tal-leave jinħela kollu fuq seduti tal-qrati b'dannu għall-familja.", "It-tieni punt huwa fuq kif l-avukati ma jkunux ta' għajnuna biżżejjed sabiex jintlaħaq ftehim bonarju għall-qsim tal-assi u għall-ħin tal-aċċess għat-tfal.", "It-tielet punt li ħareġ kien li waqt il-medjazzjoni, il-medjatur għandu jkun aktar awtorevoli waqt is-seduti biex isir iktar progress fid-diskussjoni.", "Ħafna drabi l-medjazzjoni kważi saret ħela ta' ħin!", "U dawn smajnihom b'widnejna.", "Ir-raba' punt huwa li waqt il-medjazzjoni, il-ġenituri ma jkunux avżati biex l-interess tat-tfal jiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Ħafna drabi waqt is-seduti l-ġenituri ma jkunux konxji ta' dan, bir-riżultat li t-tfal l-iktar li jbatu.", "Aħna smajna li t-tfal jintużaw bħala assi li tista' tinnegozjahom ma' xi affarijiet oħra materjali.", "Il-ħames punt rigward l-avukati kien dak li aħna kellna lmenti li xi kultant dawn jonqsu mill-etika professjonali tagħhom vis-à-vis il-klijent tagħhom stess u allura tinħoloq atmosfera ta' tensjoni u nuqqas ta' qbil.", "Is-sitt punt li għandi min-naħa tal-qrati huwa dewmin esaġerat sakemm imħallef joħroġ digrit fuq talba ta' rikors.", "Għandu jkun implimentat perjodu fiss ta' żmien għar-risposta fuq rikors, speċjalment fejn ikun hemm involuti t-tfal.", "Il-punti li ġejjin issa għandhom x'jaqsmu mal-pulizija.", "Kellna każi fejn qalulna li ċċempel lill-pulizija biex tirrapporta li hemm persuni barranin ġewwa darek u l-pulizija jgħidulek biex tmur l-għassa u tagħmel rapport hemmhekk!", "Dawn lanqas biss imorru jiċċekkjaw ħalli jaraw x'qed jġri f'dik il-proprjetà li inti għandek parti minnha!", "Punt ieħor huwa li inti għandek żewġek li qafflek barra bit-tfal meta l-mara għandha nofs dik id-dar.", "Meta din il-mara tmur tagħmel rapport il-pulizija jgħidulha biex tmur l-għassa biex tagħmel rapport!", "Imma bir-rapport mhux se tiftaħ il-bieb ta' barra u għalhekk din ikollha tibqa' wara l-bieb sakemm ir-raġel jiddeċiedi li jaħlliha tidħol.", "U jekk tiżgassa l-bieb ifittxek tal-ħsarat għax jgħidlek li ma stajtx tieħu l-liġi b'idejk.", "It-tielet punt hu kif persuna ma tinstabx fi gżira żgħira bħal Malta.", "Il-missier jagħmel rikors biex ikollu aċċess għat-tfal u mbagħad x'ħin ifettillu, b'pika ma jmurx bihom lura fil-ħin.", "Id-digrit jgħid li l-missier għandu aċċess għat-tfal nhar ta' Sibt bejn id-9.00 a.m. u s-7.00 p.m., l-omm tmur tagħmel rapport l-għassa tal-pulizija u l-pulizija jgħidilha li ma jistgħux jgħinuha għax fid-digrit għandek żewġ kelmiet neqsin li huma \"li jiġi bihom lura\".", "Bħallikieku ħadhom biex jibqa' sejjer bihom.", "L-omm li diġa' jkollha problemi finanzjarji jkollha tagħmel rikors ieħor biex tagħmel talba lill-imħallef ħalli jitniżżlu dawn il-kelmiet.", "Dan ifisser li kull darba se jidħlu f'aktar spejjes biex jiġu emendati kuntratti minħabba xi kelma nieqsa.", "U s'issa dejjem għandek it-tfal jiżżefnu fin-nofs.", "Il-ħames punt huwa meta tmur l-għassa biex tgħidilhom li t-tfal għadhom ma ġewx lura wara li ħadhom missierhom – issa dan mhux dejjem il-missier imma jista' ikun ukoll bil-kontra imma qed ngħid dak li qalu lilna – u l-pulizija jgħidulhom biex jagħmlu rapport għax daqshekk jistgħu jagħmlu.", "U jgħidulhom li jekk iridu jagħmlu xi ħaġa oħra jkollhom jiftħu kawża ċivili.", "Dan ifisser aktar flus minħabba l-egoiżmu tal-pika ta' ħaddieħor u sakemm issir din il-kawża x'se jiġri mit-tfal?", "Dan jista' joħroġ bihom mill-pajjiż!", "U xi ngħidu għall-ħsara psikoloġika li qiegħda ssir fuq dawn it-tfal?", "Is-sitt punt huwa meta l-akkużat ikollu jitla' l-qorti b'mandat ta' arrest maħruġ mill-maġistrat u jew ma jsibuhx jew inkella jmorru jħabtulu d-dar u minflok jarrestawh jistaqsuh bil-ġentilezza kollha jekk għada huwiex se jidher l-qorti biex ma jġibhomx fl-inkwiet!", "Qishom qed jagħmlulu xi pjaċir biex ma jarrestawhx ħalli ma jaqlax inkwiet.", "Għandi wkoll xi punti fuq l-iskejjel.", "L-iskola hija obbligatorja u jekk ma tibgħatx lit-tfal teħel multa.", "Missier ta' tifla ma jiffirmax biex bintu tidħol fi skola!", "L-omm ma taħdimx u allura għandha problemi finanzjarji u jkollha tagħmel rikors - li kulħadd jaf x'inhuma l-ispejjes li jinkorru - għax f'każi bħal dawn il-qorti ma timponix multa fuq il-missier li astjena milli jiffirma sabiex bintha tkun tista' tattendi l-iskola obbligatorja.", "Fuq sptar ikollok tfal li għandhom bżonn l-għajnuna mingħand psikjatra jew psikologu u jgħidulek li trid il-firma tal-missier għax il-kura u l-kustodja tagħhom hija nofs bin-nofs.", "Il-missier ma jiffirmax u allura l-omm ikollha tidħol f'aktar spejjeż biex tieħu lit-tifel jew lit-tifla tagħha għand il-privat jew inkella biex tagħmel rikors.", "Dawn l-ispejjeż ma jiġux immultati fuq il-missier ġaladarba dan ikun naqas milli jagħmel dak li hu ta' bżonn għal uliedu.", "Fuq affarijiet soċjali in ġenerali għandna dawn il-punti.", "Għandek azjendi governattivi u dipartimenti li mhumiex kompattibbli ma' xulxin, fosthom il-Qrati, l-iskejjel, l-aġenzija Sedqa u oħrajn.", "Dawn qishom kollha jiġbdu ħabel differenti u m'hemmx armonija jew standard bejnithom imma kulħadd jimplimenta l-affarijiet kif jarahom hu.", "Bilanċ bejn xogħol u familja għal persuni separati hija iktar ikkomplikata milli ta' għajnuna għax ħafna drabi ma jsibux ma' min iħallu t-tfal jew ma jsibux ħinijiet ta' xogħol li jkunu iktar soċjali biex ikunu jistgħu jsibu bilanċ bejn il-familja u x-xogħol.", "B'hekk jispiċċaw imkeċċija mix-xogħol jew ma jkunux jistgħu jnaqqsu s-sigħat ta' xogħol biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb lit-tfal, speċjalment fejn ikollhom il-ħinijiet ta' aċċess għat-tfal.", "Din ma nafx jekk għadhiex applikabbli, imma d-dipartiment tat-taxxi interni ma jagħmilx sew li persuna li qiegħda tmantni lill-ulieda li ma jgħixux magħha tiġi kkonsidrata bħala persuna li qed tgħix waħedha għal fini ta' taxxa.", "Naturalment dan joħloq iktar piż finanzjarju fuq il-ġenituri.", "ANONIMU 2: Sur President, jiena nixtieq inżid esperjenza personali tiegħi.", "Fil-fatt kemm-il darba kont il-Qorti tal-Familja matul dawn l-aħħar erba' snin u ġieli ltqajt ma' ċirkostanzi fejn ikun hemm hemm it-tfal qed jiġu intervistati.", "Nista' ngħid li l-post mhuwiex adegwat u għandu bżonn li jinbidel l-ambjent fejn jiġu intervistati t-tfal.", "THE CHAIRMAN: Tista' tagħtina ftit aktar informazzjoni rigward l-età tat-tfal li qed issemmi.", "ANONIMU 2: Wieħed minnhom kellu seba' snin u l-ieħor kellu 12-il sena.", "Ma kien hemm l-ebda gwardja fil-kamra għal li jista' jinqala'.", "Hemmhekk jistgħu jinqalgħu l-inċidenti bejn il-koppja.", "F'dik il-kamra kien hemm kunjata u kien hemm partner ta' xi ħadd mill-partijiet!", "Tfal jibku waqt li qed jiġu intervistati.", "Issa jien kont qed nistenna l-assistenta ġudizzjarja u smajt kull ħaġa li kienu qegħdin jgħidu minn barra!", "L-ambjent diġa' huwa ostili u l-privatezza ma teżistix!", "Dak li ridt ngħid fir-rigward tal-qorti.", "Rigward il-pulizija se nsemmi esperjenza personali oħra tiegħi.", "Għandek ex-membri tal-Korp tal-Pulizija li japprofittaw ruħhom mill-pożizzjoni li kellhom għall- vantaġġ tagħhom u ta' uliedhom li tista' tkun il-parti li tkun qiegħda tissepara.", "U kelli nitla' ħafna tarġiet sabiex jieqfu l-abbużi u t-theddid.", "Dan m'għandux ikun meta suppost li qed ngħixu f'soċjetà ċivili u fejn il-liġijiet japplikaw l-istess għal kulħadd.", "Dan li kelli xi ngħid fuq dawn iż-żewġ punti.", "Xtaqt naqsam ukoll xi esperjenzi oħra.", "Każ minnhom huwa ta' koppja li llum qegħdin fil-proċess ta' separazzjoni, bir-raġel jirċievi ċ-ċekk tal-benefiċċju tar-relief f'ismu.", "Kif bdew il-proċeduri ta' separazzjoni, u mingħajr mal-qorti ntalbet tiddekreta, kif suppost isiru f'dawn il-każijiet, l-avukat tal-mara kiteb sempliċement ittra lid-dipartiment tas-servizzi soċjali sabiex ir-relief jinqasam bin-nofs u jinħarġu żewġ ċekkijiet, wieħed intestat f'isem il-mara u l-ieħor f'isem ir-raġel.", "Id-dipartiment tas-servizzi soċjali laqa' t-talba li għamel l-avukat tal-mara b'sempliċi ittra!", "Kif jista' jkun li l-istrutturi tal-liġi u l-formalitajiet jippermettu li dan issir?", "Każ ieħor huwa li fid-dipartiment tas-sigurtà soċjali hemm min hu mbeżża' minn ċerta nies li, kif iddeskrivewhomli, huma ta' qattagħni u li jagħmlu l-pressjoni fuq l-impjiegati sabiex ma jinqatagħlhomx ir-relief jew il-benefiċċju soċjali avolja jkunu qegħdin jaħdmu minn taħt.", "U dan ikun qed isir għad-detriment tal-ġenitur l-ieħor u l-ulied li qegħdin ibatu l-konsegwenzi.", "Naturalment dan jagħmluh biex ma jħallsux il-manteniment dovut.", "Hemm bżonn ta' iktar sigurtà fid-dipartimenti sabiex jiġu protetti l-impjegati u jrid ikun hemm struttura fejn ikun hemm iktar kontroll fuq dawn it-tip ta' nies li jiddikjaraw li ma jaħdmux għax il-kontro partijiet u l-ulied tagħhom qegħdin ibatu ħafna.", "F'każ ieħor koppja mhux miżżewġa imma għandhom tifel kienu ddikjaraw mal-ETC u mas-Social Security Department li r-raġel m'għandux impjieg imma li l-omm taħdem.", "Peress li t-tifel għadu żgħir il-missier u l-omm iddikjaraw mal-istess dipartimenti li l-missier qed jieħu ħsieb it-trobbija tat-tifel u li b'hekk ma jistax joħroġ jaħdem.", "Fil-fatt il-missier kien qed jaħdem bla ktieb u l-omm kienet taf b'dan.", "Li ġara hu li bejn il-koppja nqala' l-inkwiet u l-missier ħa lit-tifel miegħu peress li l-qorti mxiet fuq dik il-verżjoni.", "Meta l-omm fil-qorti bdiet tgħid li l-missier kien jaħdem minn taħt kien ifisser li mal-ETC u mas-Social Security Department kienu għamlu dikjarazzjoni falza.", "Dan huwa abbuż mis-sistema u jfisser li jew id-dipartimenti m'għandhomx l-għodda u s-saħħa neċessarja jew li nkella hemm nuqqas serju ta' kontroll min-naħa tal-awtoritajiet konċernati u dan għad-detriment ta' min hu ġenwin u ta' min iħallas it-taxxa dovuta.", "THE CHAIRMAN: Qabel ma ngħaddu biex niftħu d-diskussjoni hawn xi ħaddieħor li jixtieq jgħid xi ħaġa oħra?", "ANONIMA: Jiena nixtieq ngħid xi ħaġa fuq ir-rikorsi li jsiru fil-Qorti tal-Familja, fejn f'erba' xhur wara li tkun għamilt ir-rikors il-persuna nvoluta jibqgħu ma jsibuhiex!", "Nixtiequ wkoll li fl-għases tal-pulizija nibdew naraw membri tal-korp li jkunu mħarrġa adekwatament fuq kif għandhom jindirizzaw il-problemi li nkunu qegħdin niffaċċjaw aħna.", "Min-naħa tal-pulizija nixtieq li jekk jien se mmur nagħmel rapport f'għassa ma joqogħdux jgħiduli li jien ma noqgħodx f'dak il-lokal u allura rrid immur nagħmel ir-rapport fl-għassa tal-lokal tiegħi.", "Jekk mort nagħmel rapport f'għassa għandu jitteħidli ir-rapport f'dik l-għassa u mbagħad ir-rapport jimxi minn hemm u mhux jien irrid noqgħod nimxi minn għassa għal oħra.", "Ir-rapport irid isir fl-għassa tar-residenza fejn noqgħod.", "Issa forsi ma rridx nuri minn xiex għaddejja u allura niddejjaq immur fl-għassa tal-lokal tiegħi għax naf li se nsib lil min jafni.", "Għalhekk inkun nixtieq li mmur f'għassa fejn ma jafunix.", "THE CHAIRMAN: Peress li għadu kif daħal uffiċjal mill-Korp tal-Pulizija inti qiegħda tgħid li jekk tagħmel rapport f'għassa li hija differenti mill-komunità fejn toqgħod, il-pulizija jgħidulek biex tmur tagħmel ir-rapport fl-għassa tal-lokal tiegħek.", "Hux hekk qiegħda tgħid?", "ANONIMU: Sur President, nixtieq ngħid xi ħaġa fuq il-problema tal-manteniment li joħroġ b'digrit l-Imħallef.", "Mela jien nispiċċa mix-xogħol u jibqa' l-istess manteniment!", "Nibqa' niġi rrapportat kull xahar, tinfetaħli kawża kull xahar u jkolli l-appell kull xahar.", "Sibt xogħol u xorta jibqgħu jsiru r-rapporti għax iddum biex tidher quddiem il-Qorti, u issa spiċċajt f'sitwazzjoni fejn l-imgħallem se jkollu jwaqqafni mix-xogħol għax qalli li ma jistax ikun li nibqa' nieħu dan il-leave kollu għall-Qorti!", "Staqsini għaliex qed ikolli mmur il-Qorti u għedtlu li darba niltaqgħu quddiem il-perit legali, darb'oħra quddiem Vella fil-Kriminal u mbagħad nidhru quddiem Cuschieri tal-appelli.", "Min iħaddimni qalli li ma jistax jagħtini ġurnata fil-ġimgħa leave biex inkun nista' titla' l-Qorti u se jkollu jwaqqafni mix-xogħol.", "Issa l-manteniment li nħariġli mill-Qorti kien ta' €673 fix-xahar u mix-xogħol li għandi bħalissa qiegħed naqla' €770!", "Issa mis-somma ta' €770 trid taqta' t-taxxa u l-bolla.", "Jiġifieri jien ma nafx x'se naqbad nagħmel għax l-aħħar li dehert quddiem Scicluna qalli li se jkollu jwaddabni l-ħabs u fil-fatt spiċċajt il-ħabs.", "F'dak il-perjodu li kont il-ħabs il-mara xorta marret tagħmilli rapport l-għassa għax f'dak ix-xahar li kont il-ħabs ippretendiet li nagħtiha l-manteniment.", "Issa ma nafx x'se naqbad nagħmel.", "THE CHAIRMAN: Rajna numru ta' punti li jvarjaw tajjeb ħafna minn suġġetti bħalma jistgħu jkunu r-rapporti ta' dawn il-persuni mal-pulizija, mal-iskejjel, mal-isptarijiet, mas-soċjal, mal-qrati u anke mad-dipartimenti tal-politika soċjali.", "Issa se nagħti ħin lid-deputati sabiex jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom u mbagħad inħallu ħin fejn l-uffiċjali responsabbli mill-Qorti tal-Familja u mill-Pulizija jkunu jistgħu jagħtuna informazzjoni rigward dawn il-problemi li għadna kemm smajna.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, aktar milli mistoqsijiet jien se nagħmel xi ftit tar-rimarki.", "L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lil dawn in-nies li ġew hawnhekk illum u li qassmu magħna d-diffikultajiet u l-weġgħat tagħhom għaliex aħna qegħdin nitkellmu llum fuq id-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom huma u l-għeżież tagħhom, b'mod speċjali t-tfal.", "Naħseb li f'dan kollu huma t-tfal l-aktar li jbatu.", "Il-mistoqsijiet tiegħi nixtieq li ndawwarhom lejn min qiegħed fl-awtorità u nixtieq ukoll nirringrazzjahom talli ngħaqdu magħna madwar din il-mejda.", "Fil-fatt għandna uffiċjal tal-Pulizija kif ukoll uffiċjali mill-Qorti tal-Familja.", "Forsi f'okkażjoni oħra jkollna persuni mid-dipartiment tas-sigurtà soċjali u xi uffiċjali oħra, bħal pereżempju mill-iskejjel.", "Il-bieraħ kien hemm seminar taħt il-patruċinju tal-President tar-Repubblika fejn ħarġu punti interessanti minn studju li sar minn esperti, u naħseb li dan l-istudju jagħtina dawl fuq fejn hemm il-problemi.", "Naħseb li dħalna f'realtà ġdida anke bl-introduzzjoni tal-liġi tad-divorzju, fejn din qiegħda tagħmilha iktar imperattiva u urġenti li jkun hemm taħriġ għal diversi persuni li qegħdin f'awtoritajiet differenti.", "Nifhem li l-pulizija jkollha r-regoli tagħha u allaħares le għax inkella wieħed ma jimxix, però naħseb li fuq ċerti aspetti għandu jkun hemm iktar kompassjoni, mhux għax il-pulizija m'għandhomx kompassjoni imma li wieħed jifhem aktar il-parti l-oħra.", "Bħalma semmiet is-Sinjura li tkellmet hawnhekk u anke kif semmew oħrajn qabilha, li jekk pereżempju, għandek lil xi ħadd f'darek u trid bilfors tinqala' mid-dar biex tagħmel ir-rapport, eċċ, naħseb li l-pulizija b'xi mod jew ieħor…", "Smajna kif dak li jkun iċempel l-għassa biex jirrapporta li fid-dar tiegħu hemm persuna barranija.", "Tista' tkun il-partner tal-parti l-oħra, jekk fhimt tajjeb l-argument ta' min semmih, imma l-pulizija jgħidulhom li jridu jmorru huma l-għassa biex jagħmlu r-rapport.", "IS-SUPRETENDENT SHARON TANTI: Normalment il-pulizija jitolbu lil xi ħadd li għandu ċ-ċavetta u allura aċċess għad-dar sabiex jiltaqa' mal-pulizija biex imbagħad il-pulizija tkun tista' tidħol fil-post u jaraw x'inhi l-problema.", "Qabel ġejt hawnhekk kont għadni kif qiegħda niddiskuti każ ma' spettur ieħor li kien eżatt l-istess bħal dan li qed issemmu.", "Il-pulizija marru bl-armi f'idejhom għax ir-rapport kien li xi ħadd li kien għax-xogħol ġie informat li daħallu xi ħadd fid-dar tiegħu.", "Dan mar magħhom biex imbagħad hu baqa' wara l-pulizija biex jiffilmja u dan kollu għamlu sabiex jiġbor il-provi li l-mara tiegħu daħħlet raġel ieħor fid-dar!", "Jiġifieri rridu noqogħdu attenti ħafna dwar kif niffiltraw ir-rapporti għax hemm mezz kif tiġbor ir-rapporti u kif tiġbor il-provi għall-Qorti Ċivili mingħajr ma tinvolvi lill-Pulizija.", "Il-pulizija bl-armi f'idejhom huma xi ħaġa perikoluża ħafna għax li kieku sabu bniedem hemm ġew, li fil-paniku dan ħarab jiġri fuq il-bejt biex ma jinqabadx mir-raġel tal-partner tiegħu, il-pulizija setgħet tieħu azzjoni drastika ħafna u seta' jinqatel bniedem jew jiġi korrut mhux għar-raġuni li l-pulizija tista' tferih jew tarrestah jew twaqqfu.", "CARMELO ABELA: Grazzi tal-kumment tiegħek għax naħseb dan jitfa' dawl ieħor.", "Forsi aħna konna qed naraw parti waħda tal-munita imma ovvjament irridu naraw il-wiċċ l-ieħor ukoll.", "Fil-fatt ikun hemm min hu ġenwin u jkollu bżonn li l-pulizija jmorru għandu u mbagħad forsi jkun hemm min għandu daqsxejn iktar ħażen u jġib il-pulizija biex jiġri dak li semmejtilna inti.", "Hawnhekk nifhem li l-pulizija jingħataw taħriġ - anke pulizija tad-distretti - fuq kif għandhom jindirizzaw dawn l-issues, jiġifieri altru rapport fuq serq u altru rapport fejn għandek daqsxejn kwestjonijiet ta' natura aktar jaħarqu peress li għandek l-emozzjonijiet fin-nofs u għandek issues oħrajn.", "ANTHONY ZAMMIT: Il-pulizija għalxiex marru bl-armi?", "CARMELO ABELA: Nimmaġina għax kellhom l-istruzzjonijiet biex imorru bl-armi.", "ANONIMU: Qed nieħu pjaċir li ġejt hawnhekk.", "Darba xi ħadd qal li bħalma hemm numru tat-telefon f'każ ta' emerġenza, għandu jkun hemm numru għal dawn il-każijiet, fejn ikun persuna li tirċievi t-telefonati, u b'sett mistoqsijiet tkun tista' tevalwa l-ġenwinità jew l-emerġenza tal-każ.", "Ġieli smajna b'każi fejn għandek omm bit-tfal fid-dar u li din tiġi mwerwra mill-ex-raġel tagħha.", "IS-SUPRITENDENT SHARON TANTI: Dik hija sitwazzjoni differenti minn dik li tkellimna fuqha ftit ilu.", "ANONIMU: Iva imma l-pulizija ma tistax tgħid li fuq dak il-każ imorru u fuq l-ieħor ma jmorrux.", "Trid tmur tara u mbagħad tiddeċiedi fuq il-post għax jista' jkollok każ fatali fejn ex-raġel taqbiżlu u jista' joqtolhom bħalma qed tgħid inti li l-pulizija setgħu sparaw fuq xi ħadd li rawh qed jaħrab minn fuq il-post.", "Dan jista' jagħmel xi biċċa u kellna każijiet li smajnihom fl-aħbarijiet, fejn xi ħadd anke ħareġ bil-gaffa...", "IS-SUPRITENDENT SHARON TANTI: Mhux qed ngħid li l-pulizija li jieħu r-rapport se jieħu deċiżjoni minn fuq it-telephone fuq jekk hijiex telefonata ġenwina jew le.", "Aħna rridu mmorru u nevalwaw fuq il-post.", "ANONIMU: Dan jista' isir b'sett ta' mistoqsijiet u bit-training meħtieġ.", "Hawn min kapaċi jżomm kalm u jagħtik ir-rapport anke meta s-sitwazzjoni tkun urġenti u hawn min ikun ippanikjat fuq it-telephone u mbagħad tmur u ssib li s-sitwazzjoni mhijiex gravi daqskemm immaġinajt.", "Aħna mmorru fuq it-telefonati li jkollna, meta jkun umanament possibbli imma mbagħad, ħafna drabi jirriżulta li meta mmorru fuq il-post, it-telefonati ma jkunux ġenwini daqskemm wieħed jippretendi li jkunu meta qed tinvolvi l-pulizija.", "ANTHONY ZAMMIT: Naħseb li meta xi ħadd iċempel lill-pulizija u qed jitlob l-għajnuna tal-puliizja jista' jkun li hu psikoloġikament iħossu daqshekk imwerwer li dak il-ħin jieħu d-deċiżjoni li għandu bżonn l-għajnuna u l-pulizija ma tistax tgħidlu biex imur l-għassa ħalli jagħmel ir-rapport għax dan psikoloġikament u mentalment ikun imkisser.", "Għalhekk tridu taraw ukoll il-psikoloġija tal-individwu.", "IS-SUPRITENDENT SHARON TANTI: Il-pulizija mhumiex kollha mħarrġin fuq il-psikoloġija.", "Il-pulizija huma mħarrġin biex ikunu jafu l-liġijiet kurrenti x'inhuma, iċ-ċirkolari interni li jkun hemm u jkunu jafu l-guidelines li l-Korp jippretendi li l-pulizija jimxu magħhom.", "Dawn ikollhom in-service training matul is-sena kollha minn spetturi li jkunu qegħdin jiltaqgħu mal-każijiet on a daily basis u mill-esperjenza ngħallmuhom dwar x'inhi l-imġieba mixtieqa mill-pulizija.", "Ma nistax ngħid li l-imġieba hija optimal, far from it, we strive to be imma dejjem nipprovaw intejbu ruħna.", "Idealment il-pulizija jmorru fuq il-post, hi x'inhi n-natura tat-telefonata.", "Ngħidu lin-nies biex jiġu l-għassa meta jkunu jridu jagħmlu rapport fuq manteniment jew fuq aċċess tat-tfal għax ir-raġel jonqos milli jġiblek lit-tfal.", "Hemmhekk inti tiġi l-għassa u tagħmel ir-rapport wara li tippreżenta l-identity card tiegħek.", "Jekk qed tagħmel rapport li l-ġimgħa l-oħra qlajt xebgħa u għandek ċertifikat mediku, inti trid iġġibilna ċ-ċertifikat l-għassa, sakemm ma tkunx bedridden jew ma tkunx tista' toħroġ mid-dar.", "Issa allaħares il-pulizija trid tmur fid-djar tan-nies għal kull rapport li jsir!", "Dan huwa mpossibbli.", "CARMELO ABELA: Naħseb li ħadd mhu qed jgħid hekk.", "Il-punt hu li l-pulizija jkun meħtieġ li tmur fuq il-post - kif spjegawlna s-Sinjuri hawnhekk - f'każi fejn tkun qed tiġri xi ħaġa dak il-ħin.", "IS-SUPRITENDENT SHARON TANTI: Fejn ikun hemm kriżi.", "CARMELO ABELA: Inti qiegħda tuża l-kelma \"kriżi\" imma biex tagħmel rapport fuq manteniment mhijiex xi ħaġa ta' kriżi jew kif spjegajt inti ġara xi ħaġa ġimgħa qabel u tippretendi li l-pulizija jiġu d-dar tiegħek.", "Hemmhekk naqblu miegħek.", "L-iktar punt li xtaqt nagħfas fuqu huwa fuq l-iskejjel u d-dipartiment tas-sigurtà soċjali.", "Inti stess semmejt li l-pulizija jingħataw it-taħriġ u li dejjem ikun hemm bżonn ta' iktar taħriġ, l-aktar għal dawk tad-distretti fejn ħafna drabi tasal għandhom l-ewwel telefonata.", "Naħseb li lkoll naqblu li hemm bżonn li ngħaddu dan il-messaġġ li t-taħriġ huwa sine qua non għal dawn il-persuni li jmissu direttament ma' dawn il-każijiet.", "Issa kemm jekk huma pulizija, nies mid-dipartimenti jew skejjel naħseb li hemmhekk hemm bżonn ta' aktar ħidma.", "Xtaqt nagħmel mistoqsija lill-uffiċjali tal-Qorti tal-Familja.", "Ħafna drabi jkun hemm kollegi tagħna li fil-Parlament u anke barra jsemmu d-diffikultajiet li hemm fil-Qorti tal-Familja.", "Apparti kwestjonijiet ta' liġi li forsi jkun hemm ħtieġa li tinbidel xi liġi partikolari, fejn jidħlu affarijiet ta' titjieb in ġenerali fl-ambjent, hemm xi affarijiet li qed isiru fil-preżent li se jtejbu s-sitwazzjoni tal-Qorti tal-Familja minn dan l-aspett?", "L-aħħar kumment li xtaqt nagħmel hija fuq il-kwestjoni tal-medjaturi.", "Kien hemm min ilmenta miegħi li fuq il-medjazzjoni hemm lok ta' ħafna titjieb.", "Issib nies tajbin imma ssib oħrajn li meta l-koppja tkun waslet biex tilħaq ftehim għal separazzjoni bonarja, il-medjatur iġellidhom biex kważi kważi minflok jiftiehmu jispiċċaw il-qorti.", "Kien hemm każ ta' koppja li kienu waslu fi ftehim bejniethom biex jaqsmu l-affarijiet u meta dawn waslu, il-medjatur, minflok għenhom fixkilhom u mbagħad spiċċaw il-qorti!", "Naħseb li hemm lok ta' titjieb anke f'dan l-aspett.", "Ma rridx nitfa' dell ikrah fuq kulħadd għax probabilment ikun hemm persuna waħda li tagħmel hekk bħal meta jkollok tuffieħa waħda ħażina.", "Imma naħseb li hemm lok ta' titjieb fuq dan l-aspett.", "ANONIMU: Li nixtieq inżid ma' dak li qal l-Onor.", "Abela huwa rigward l-edukazzjoni.", "Fl-iskejjel hawn nuqqas kbir ta' school counsellors.", "Meta jien u l-mara bdejna bis-separazzjoni tagħna u ċ-ċirkostanzi kienu ħafna iktar jaħarqu milli huma llum, it-tifla tiegħi kienet tispiċċa fil-klassi f'rokna tibki waħedha!", "It-teacher tagħha ma kenitx taf x'se taqbad tagħmel u school counsellor kulma kellhom waħda li kienet tiġi darba fil-ġimgħa u forsi forsi darbtejn!", "Issa din spiċċat tmur darba kull ħmistax.", "Hawn nuqqas kbir ta' school counsellors u s-sistema edukattiva għandha tara x'tagħmel biex tipprovdi t-taħriġ ħalli jkun hawn iktar nies li jkunu kapaċi jindirizzaw dawn is-sitwazzjonijiet - li kulma jmur dejjem qed jiżdiedu – ta' separazzjonijiet u problemi fil-familja biex it-trawma tat-tfal – li tkun ġiet tort tagħna l-kbar – almenu tittaffa.", "Naħseb li dan ikun pass għaqli.", "THE CHAIRMAN: Ħalli ngħaddi xi kummenti.", "Jien qiegħed nifhem lis-Supritendent Sharon Tanti u qiegħed nifhem ukoll l-esperjenzi tal-pulizija kif ukoll l-esperjenzi tal-uffiċjali tal-Qorti tal-Familja.", "Jiena nara li hemm priorità li aħna bħala politiċi nagħtu lil-legaliżmi, jiġifieri l-priorità biex insolvu l-problemi nagħtuha ħafna drabi lill-istess osservanza tal-liġi.", "Mela għandek il-liġi u l-liġi tgħid hekk imma jekk naħsbu li l-liġi biss se ssolvi l-problema, żgur li qegħdin naħsbu ħażin.", "Ilkoll qegħdin nindunaw li bil-liġi waħedha m'aħna se naslu mkien bħala soċjetà.", "Hija l-intenzjoni tagħna bħala Kumitat tal-Affarijiet Soċjali li nipprovaw nifhmu u nagħtu lil min jifhem - għax persważ li hawn ġurnalisti li bħalissa qegħdin isegwuna - li bil-liġijiet u bl-osservanza tal-liġijiet biss il-problemi li l-familji tagħna jkunu qegħdin jiffaċċjaw mhux se jsolvuhom.", "Irrid nagħmel din it-tip ta' riflessjoni għax nixtieq li min-naħa tal-pulizija kif ukoll min-naħa tal-Qorti tal-Familja jkollna aktar għarfien dwar dan li qed ngħid.", "X'taħsbu li jeħtieġ li jkun hemm iktar minn sempliċement osservanza tal-liġijiet biex il-ħteġijiet ta' dawn in-nies u ta' dak kollu li huwa konness ma' dawn l-episodji, inkunu nistgħu nsibu soluzzjoni għalihom?", "Qed ngħid sew li bl-osservanza tal-liġijiet biss m'aħniex qegħdin insibu rkaptu ta' dawn il-problemi u li naħseb maż-żmien dawn il-problemi jistgħu jikbru u mhux jiċkienu?", "Pereżempju naħseb li maż-żmien il-problemi tat-traffiku jistgħu jikbru ladarba għandna mat-300,000 karozza fit-toroq tagħna.", "Jekk għada pitgħada se jkollna din it-trend li turina li s-separazzjonijiet – j'alla ma jkunx hekk - se jibqgħu jiżdiedu u dik tkun l-għażla tagħna l-adulti, kemm jekk aħna miżżewġin u kemm jekk aħna f'koabitazzjoni, hi x'inhi ċ-ċirkostanza tagħna, jekk ir-relazzjonijiet tagħna fiż-żwieġ u barra ż-żwieġ se jibqgħu hekk, fejn ikun hemm tilwim u xi ħadd se jmur għand il-pulizija, se jmur il-Qorti tal-Familja.… Mela hu x'inhu l-istat taż-żwieġ, xorta se jkollna ħolqien ta' problemi ġodda anke jekk inkunu qegħdin nobdu l-liġijiet.", "Jekk inħares lejn x'qalulna sħabna - u nirringrazzjahom tal-punti sempliċi imma li jfissru ħafna u li lili jwerwruni – fuq il-ħinijiet tas-seduti tal-qrati li mhumiex għall-konvenjenza tan-nies naraw li l-ħinijiet mhumiex xi ħaġa marbuta bil-liġi.", "Li l-avukati mhumiex ta' għajnuna biżżejjed sabiex jintlaħaq ftehim bonarju u darba kien hemm xi ħadd li qalli li jeħtieġ li jkun hemm kodiċi ta' etika għall-avukati biex l-avukati stess ikunu mgħejjuna ħalli jkunu jistgħu jgħinu lill-klijenti tagħhom aħjar.", "Il-medjatur għandu jkun iktar awtorevoli waqt is-seduti għax hawnhekk, jekk jien smajt sewwa, xi ħadd qal li l-medjazzjoni kważi kważi qiegħda tkun ħela ta' ħin.", "Kumment bħal dan huwa ta' dannu għall-proċess kollu meta l-liġi tad-divorzju hija mibnija wkoll fuq l-importanza tal-medjazzjoni.", "Hawnhekk għandna liġijiet li qegħdin nipprovaw nosservawhom imma donnu li mhemmx il-kultura li tgħin sabiex din il-liġi ma tkunx self defeating.", "Il-ħabib tagħna għadu kemm qasam esperjenza magħna fejn qalilna li l-Qorti ordnatlu biex imur jaħdem għalli jkun jista' jagħti l-manteniment imma mbagħad, bl-istess proċeduri tal-Qorti mhumiex jippermettulu jsib xogħol għax kif lill-employer tiegħu qallu li jrid jidher darba fil-ġimgħa quddiem il-Qorti tal-Familja, dan qallu li mhux se jħaddmu la ma jistax jidħol għax-xogħol darba fil-ġimgħa.", "Il-proċeduri tal-ħinijiet tas-seduti jżommuh milli jaħdem.", "Għalhekk jien nixtieq nisma' xi kummenti ħalli bħala deputati nibdew nifhmu l-implikazzjonijiet ta' x'inhuma r-riżultati tal-liġijiet li aħna stess ngħaddu fil-Parlament.", "Meta intom tiġu biex tħaddmuhom x'diffikultajiet qed issibu?", "Forsi kemm is-Supritendent Sharon Tanti kif ukoll l-uffiċjali mill-Qorti tla-Familja jistgħu jgħidulna l-ħsebijiet tagħhom biex fir-rapport li beħsibna nħejju jkollna għarfien ta' x'inhuma l-weġgħat tagħkom ukoll.", "Is-sinjuri qalulna bil-weġgħat tagħhom u għalhekk issa rridu nisimgħu lilkom.", "DR ALEXIA AQUILINA (Dipartiment tal-Qrati Ċivili): Sur President, xtaqt nindirizza xi punti li ssemmew hawnhekk.", "Biċċiet minnhom jiddependu mill-amministrazzjoni tal-Qorti imma oħrajn, sfortunatament ma jiddependux minna.", "Rigward il-ħinijiet tas-seduti hemm ċerti regoli tal-Qorti li jistipulaw fiex ħin iridu jsiru s-seduti.", "Pereżempju li jsiru wara nofsinhar huma s-seduti tat-tribunal għat-talbiet ż-żgħar.", "Normalment is-seduti l-oħra jsiru kollha filgħodu.", "Forsi l-iktar problema hi dik li, pereżempju, isiru kollha fid-9.00 a.m. u mhux bil-ħin imma dik hija xi ħaġa li tiddependi mid-diskrezzjoni tal-imħallfin.", "L-amministrazzjoni tista' tissuġġerixxi imma ma tistax timponi.", "Għall-amministrazzjoni huwa tajjeb li jkunu bil-ħin għax ikollok ċerta organizzazzjoni fis-seduti u allura tkun tista' talloka l-istaff għal mal-imħallfin u ssib l-awli kollha meħtieġa għax iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar ikun hemm din il-problema ta' spazju, iktar jiżdiedu l-kawżi u inti trid dejjem tipprova takkomoda l-pubbliku mill-aħjar li nistgħu.", "Rigward l-avukati bdejt nisma' ċerti ilmenti, fosthom dwar il-kodiċi ta' etika.", "Kodiċi ta' etika in ġenerali teżisti għax hemm il-Kamra tal-Avukati li tieħu ħsieb dawn l-affarijiet u hemm ukoll il-Kummissjoni li tirregolahom.", "Nerġa' ngħid li teżisti kodiċi ta' etika in ġenerali imma ma nafx jekk riedux ifissru għal xi mġieba f'każijiet partikolari.", "Nifhem li każijiet ta' separazzjoni jistgħu jkunu aktar kunfidenzjali minn oħrajn però kif spjegajt, din il-kwestjoni assolutamemnt ma tiddependix mill-amministrazzjoni tal-Qorti.", "L-avukat dejjem jintgħażel skont il-fiduċja li jkollha fih il-parti, jiġifieri min jagħżel l-avukat sinjal li jkollu l-fiduċja fih.", "L-amministrazzjoni tal-Qorti ma tistax tidħol fir-relazzjoni li teżisti bejn l-avukat u l-klijent.", "Rigward il-medjatur intqal li hemm bżonn li dan ikun aktar awtorevoli.", "Id-dmir tal-medjatur huwa dak li jidderiġi u mhux li jimponi fuq il-partijiet u forsi għalhekk inħasset din il-problema.", "THE CHAIRMAN: X'għandkom xi tgħidu dwar il-kunfidenzjalità tal-proċes u dwar li l-post mhuwiex adegwat għat-tfal?", "Imma l-ewwel se nsejjaħ lill-Onor.", "Justyne Caruana għax tixtieq tgħaddi xi kumment.", "JUSTYNE CARUANA: Xi kultant is-sitwazzjoni li jkun għaddej fiha l-bniedem tkun daqsxejn partikolari u allura jibda jara ħafna affarijiet koroh meta fil-fatt ma jkunux u li għalina huma affarijiet ta' kuljum.", "Issa jien se nitkellem mill-aspett professjonali.", "Rigward il-ħinijiet f'Għawdex ipprovajna sistema u sa ċertu punt din qiegħda taħdem.", "Pereżempju, fid-9.00 a.m. għandek il-kawżi normali u mbagħad il-kawżi li huma ftit aktar sensittivi jsiru fil-11.00 a.m. ħalli telimina dak il-bulk tan-nies.", "Kulħadd jaf kemm huma sensittivi u delikati l-każijiet tal-familja u għalhekk dawn isiru ftit aktar tard biex jinfirdu l-kategoriji differenti.", "Li qed jinkwetani hu din il-perception li hawn fuq l-avukati.", "Nifhem li l-amministrazzjoni tal-Qorti ma tidħolx fiha imma f'kull professjoni għandek min hu hekk u għandek oħrajn li huma hekk, jiġifieri ma tistax titfa' lil kulħadd f'keffa waħda.", "Huwa fatt li ħafna drabi meta jkollok żewġ avukati li jipprovaw jikkooperaw biex iwasslu lill-koppja għal ftehim, ikun hemm ir-raġel jew il-mara li jgħidu li dawn qegħdin jiftiehmu man-naħa l-oħra.", "Issa l-avukat ikun qed jara l-każ mil-lat professjonali filwaqt li l-klijent ikun qed jara l-każ – għax ikun involut hu fih – b'ċerta passjoni.", "Hawnhekk hawn kumment li l-avukati ma jkunux ta' għajnuna biżżejjed imma dik qed tingħad mill-perspettiva ta' dak li jkun u allura ma tistax tiġġeneralizza.", "Ħafna drabi jkun hemm dik il-perception li jekk tipprova tgħid lill-mara li l-missier għandu d-dritt jara iktar lit-tfal tiegħu, din takkużak li qed tiġbed lejh jew viċiversa.", "Kultant anke fil-medjazzjoni jiġri hekk.", "Intom qed tgħidu li l-medjatur għandu jkun aktar awtorevoli.", "L-ewwel nett nixtieq nirrimarka li hemm nuqqas ta' training fost il-medjaturi għax medjatur jaf ikollu professjoni ta' accountant u mbagħad jispiċċa jagħmilha ta' medjatur ben il-partijiet mingħajr ma jkollu know how tal-liġi u mingħajr ma jkollu background soċjali.", "Din għalija naraha naqra diffiċli.", "Anke hawnhekk jekk ikun hemm il-medjatur li jgħid ħa nkellem lil xi parti waħedha biex forsi nsib a common ground, jibdew jinqalgħu ħafna suspetti mill-parti l-oħra.", "Jiġifieri l-perception tant hija ħażina li mbagħad dik tiġi kontraproduttiva ħafna għax tippreġudika l-proċess kollu u xi kultant tkun ukoll il-kaġun tal-problemi li jiġu wara.", "Fil-fatt tispiċċa l-medjazzjoni u nispiċċaw b'dawn is-suspetti; min jaf it-tfal x'inhi tgħidilhom l-omm, min jaf x'inhu jgħidilhom il-missier u sfortunatament il-kobba tant titħabbel li l-fiduċja tisfuma fix-xejn kemm fis-sistema kif ukoll fil-partijiet kollha involuti.", "Imbagħad nispiċċaw bil-povri tfal kulħadd jipprova jiskopri xi ħaġa mingħandhom; dak is-social worker x'qallek?", "Dak il-psikologu x'qallek?", "Il-mamà x'inhi tgħidlek?", "Il-papà x'inhu jgħidlek?", "In-nanniet x'inhuma jgħidulek?", "Hija pressure żejda fuq is-sistema li qed tinħoloq minħabba n-nuqqas ta' fiduċja għax m'aħniex nikkooperaw.", "Jista' jkun li hemm il-ħtieġa li kull min hu nvolut fis-settur, min-naħa tal-Qrati, min-naħa tal-Pulizija, min-naħa tal-medjaturi, min-naħa tal-avukati, ikollna iktar awareness ta' kif nistgħu niffunzjonaw b'aktar prudenza, b'aktar effiċjenza u b'inqas ħsara lejn kull min huwa nvolut.", "Tajjeb li forsi anke aħna bħala Social Affairs Committee nieħdu l-inizjattiva li nlaqqgħuhom hawnhekk flimkien biex nissensibilizzaw il-professjonisti kollha li huma nvoluti dwar kemm huwa importanti li tkun tista' taħdem iktar flimkien.", "Imma din li l-avukati ma jkunux ta' għajnuna biżżejjed nassigurakom li mhijiex fair u dan il-kumment lili verament qed iweġġgħani.", "Naqbel mas-sitt kumment li sar dwar li xi kultant ikun hemm ċertu dewmien.", "Dan huwa nuqqas li jrid jiġi indirizzat billi jiżdiedu l-membri tal-ġudikatura.", "Min jaħdem fil-Qorti tal-Familja jgħidlek li din hija stressanti ħafna, speċjalment fil-Milied jew fiż-żmien tal-festi meta l-Qorti tkun magħluqa huwa l-aktar żmien li jinqalgħu l-problemi.", "In-nies qishom jistennew l-aħħar ġurnata biex… Issa bdejna moda oħra fiż-żmenijiet tal-Preċetti u tal-Griżma.", "Irid ikun hemm bilanċ u ma tistax tatribwixxi t-tort kollu fuq il-ġudikatura jew fuq l-avukati imma l-partijiet ukoll iridu jassumu r-responsabilità tagħhom.", "ANONIMU: Kif għedt tajjeb jiena ġbart il-punti li nisimgħu mingħand in-nies u waħda mill-affarijiet li nixtieq niċċara huwa fuq dak li għedt inti li ma taqbilx li jkun hemm nuqqas ta' ftehim min-naħa tal-avukati.", "U kif għedt inti stess, inti taraha mill-punto di vista ta' kif jarawha l-Pulizija u l-qrati, jiġifieri mil-lat professjonali u li tarawha ta' kuljum, u allura trabbu ċertu kallu.", "Imma min jgħaddi minn dak il-proċess personalment se jħoss l-affarijiet mod ieħor.", "Issa jista' ikun hemm li hemm nuqqas ta' komunikazzjoni.", "Dan qisek dħalt f'mina mudlama, ma tafx min hemm madwarek u ma tafx min qed iżommlok idejk u trid timxi 'l quddiem biex tara dak id-dawl.", "JUSTYNE CARUANA: Għalhekk għandek relazzjoni ta' fiduċja għax l-avukat jew se tafdah jew m'intix.", "Int qed tara s-sitwazzjoni ta' dak li hemm quddiemek imma l-avukat qed jara sitwazzjonijiet oħra.", "Pereżempju, jekk jiena nagħti parir lill-omm jew lill-missier fuq xi ħaġa li tirrigwardja t-tfal, inkun qed nantiċipa affarijiet oħra li jistgħu jinqalgħu u li dak il-ħin dik il-persuna ma jkollhiex esperjenza tagħha.", "Għalhekk il-mument deċiżiv huwa x'ħin tagħżel l-avukat u li dan trid tagħżlu b'għajnejk miftuħa.", "Imma ladarba tagħżlu ma tistax toqgħod tissusspetta jew għax digrit jiġi kontra tiegħek toqgħod tgħid li l-avukat lagħabni jew li ma kienx kapaċi.", "THE CHAIRMAN: Onor. Caruana jien kont preżenti għal dik il-laqgħa u forsi nista' ngħid x'kienu l-kummenti b'mod ġenerali li wasslu sabiex jinkiteb dan il-punt.", "JUSTYNE CARUANA: Imma lili tweġġgħani.", "THE CHAIRMAN: Hija r-realtà u tweġġa' bilfors għax anke lili jweġġgħuni dawn il-kummenti.…", "JUSTYNE CARUANA: Nassigurak li x-xogħol tal-familja kollha kemm aħna nagħmluh b'passjoni kbira u la hemm ħinijiet ta' xogħol, la hemm ħdud u lanqas festi.", "Min jaf kemm-il Milied għaddejt ma' ġenituri u ma' koppji biex nipprovaw insolvu s-sitwazzjonijiet.", "THE CHAIRMAN: Qiegħed nifhem x'qiegħda tgħid.", "Bħala politiku jweġġgħuni dawn il-punti kollha li għadhom kif issemmew u nixtieq, anke f'isem il-Gvern, li qegħdin ngħixu fl-aktar soċjetà ideali possibbli, fejn kulħadd jaħdem fl-aktar post ideali imma dawn ix-xewqat tiegħi b'xi mod jew ieħor huma utopja, il-ġenna tal-art li m'aħniex ngħixu fiha.", "Tixtieq kemm tixtieq li kollox huwa perfett, fl-aħħar mill-aħħar l-imperfezzjoni hija l-ordni tal-ġurnata.", "Niftakar x'kienu l-kummenti u l-kummenti kienu li kien hemm persuni li kienu għaddejjin jew għaddew minn separazzjoni u dak li kellhom xi jgħidu fuq l-avukati kien dan u ċioè li kienu kważi waslu biex jaqblu l-partijiet imma l-avukati tagħhom kważi kważi bdew iwiddbuhom biex ma jilħqux ftehim bonarju.", "JUSTYNE CARUANA: Mhux billi tiftiehem għax trid tippermettilek il-liġi.", "JUSTYNE CARUANA: Taf kemm ikollok rikjesti?", "Ikollok ħafna rikjesti li l-partijiet jaqblu fuqhom imma jekk se tagħmel separazzjoni bonarja se jkun inkorporat f'kuntratt.", "F'kuntratt ma tistax tagħmel affarijiet li jmorru kontra l-ordni pubblika jew li ma tippermettilekx il-liġi.", "ANTHONY ZAMMIT: Naħseb li għalhekk li l-medjatur għandu bżonn li jkun xi ħadd tal-esperjenza u li għandu n-knowledge tal-liġi.", "Dan ma jistax ikun li qed jitkellem ma' żewġ avukati esperti tal-liġi u hu qiegħed hemm biex jipprova jġib iż-żewġ naħat lejn xulxin u ma jkunx hu wkoll espert fil-liġi.", "Jien naħseb li għad irid jinħoloq kors għall-medjaturi għax jekk medjatur m'għandux idea tal-liġi.… (Interruzzjonijiet)", "JUSTYNE CARUANA: Il-kors għall-medjaturi tal-Qorti qiegħda ssemmih b'mod ġenerali għax is-sena l-oħra għaddejna l-liġi imma fil-fatt għandna medjaturi l-Qorti li naħdmu bihom ftit sigħat kuljum!", "DR KATYA VASSALLO (Koordinatriċi tal-Medjaturi): Il-medjaturi jaqgħu kollha taħt ir-responsabilità tiegħi u allura ċerti kummenti jweġġgħuni.", "Xi ħadd qal li l-medjatur iġelled lill-partijiet u sinċerament din l-ewwel darba li qed nisma' kumment bħal dan.", "Kif qed tgħid l-Onor.", "Justyne Caruana, għandek avukati mod u għandek avukati mod ieħor.", "THE CHAIRMAN: U għandek medjaturi mod u għandek medjaturi mod ieħor.", "Din tgħodd għal kull ħaġa oħra.", "DR KATYA VASSALLO: Eżatt.", "Meta ċerti avukati jidħlulek fil-kamra u lanqas jagħtu ċans lill-medjatur sabiex jitkellem għax jaqbdu jgħajtu li m'hemmx ftehim, ma jħallulux triq oħra ħlief dik li jagħlaq.", "L-uffiċċju tiegħi qiegħed fuq it-third floor u jinsab maġenb il-kmamar tal-medjaturi u għalhekk nismagħhom b'widnejja stess dawn il-kummenti.", "Il-medjatur - kif qalu l-kollegi tiegħi - qiegħed hemm biex jidderiġi.", "Issa meta għandek żewġ avukati li jibdew jgħajtu u lanqas jagħtuk ċans ma jkollokx triq oħra x'tagħżel ħlief dik li tagħlaq.", "Għandna każijiet fejn il-medjatur irnexxielu wkoll jirrikonċilja l-partijiet u għandna l-istatistikali turi dan.", "CARMEN BORG (Reġistru tal-Familja): L-istatistika – li tinħareġ minn Dr Katya Vassallo stess – turi l-każijiet bonarji u l-każijiet ta' rikonċiljazzjoni.", "Hija xi ħaġa żbaljata li jingħad li l-medjazzjoni qiegħda hemm ta' xejn u li hija ħela ta' ħin.", "Meta tara ċerta statistika tara li hemm każijiet li jirrikonċiljaw, li jaslu għal ftehim bonarju imma mbagħad tara każijiet oħra fejn il-partijiet, permezz tal-avukati tagħhom, ikunu propensi li jaslu fl-istadju ta' medjazzjoni.", "Hawnhekk qed naraw il-Qorti tal-Familja u qed naraw l-istadju tal-medjazzjoni.", "Il-medjazzjoni hija xi ħaġa li trid tagħmilha u li ma tistax toħroġ minnha.", "Jekk se tidħol fiha b'perspettiva li se tipprova tasal għal qbil, well and good, għandek il-medjatur li se jidderiġi.", "U kif qalu sħabi l-medjatur, bil-liġi, għandu l-għan li jipprova jirrikonċilja, li jara jekk hemmx lok ta' rikonċiljazzjoni u jekk ma jkunx hemm lok jipprova jwassalhom għal ftehim.", "Jekk m'hemmx lok li jaslu għal ftehim through mediation, imorru għal ċitazzjoni imma dawk l-istadji nassigura lil kulħadd li jsiru.", "Nassigurakom li l-propensità tal-partijiet u tal-avukati tagħhom li jaslu għal ftehim tagħmel differenza kbira.", "Nassigurakom li l-medjaturi huma mħarrġa ħafna f'dawn l-affarijiet.", "Dawn għamlu sentejn training fl-Irlanda u llum 'il ġurnata dan it-training qed isir fl-Università ta' Malta.", "Hemm nies li qed jiġu mħarrġa fuq special focus fuq il-Qorti tal-Familja.", "Fil-fatt dawn se jkollhom training li jattendu għal sessjonijiet.", "Għaldaqstant huwa żbaljat li ngħidu li l-medjaturi mhumiex mħarrġa.", "Il-background tal-medjaturi huwa varju.", "Għandna avukati, social workers, councellors, eċċ., jiġifieri l-ispecialisation tagħhom hemm qiegħda.", "Irridu nżommu perspettiva li meta aħna qed nisimgħu dawn l-ilmenti aħna qed nisimgħu parti mill-popolazzjoni kollha li tiġi l-Qorti.", "Tajjeb ngħidu li l-medjazzjoni hija free of charge, jiġifieri inti tħallas għall-medjazzjoni jekk inti tagħżel il-medjatur li trid imma l-Qorti tagħtik il-fakultà li kollox jista' jiġik b'xejn ħlief l-avukat li dan trid tħallas għalih jekk tagħżel l-avukat tiegħek.", "U jekk ma tistax tħallas għalih, il-Qorti tagħtik l-avukat b'xejn ukoll.", "Fil-fatt hemm l-avukat tal-foqra jew tal-għajnuna legali.", "THE CHAIRMAN: Imma kemm dak li qiegħda tgħid inti, li kollu huwa tajjeb, isir fir-realtà?", "CARMEN BORG: M'għandix statistika quddiemi.", "Biss jiġi wżat għax ikun hemm min jgħidilna li ma jistax iħallas.", "L-avukat tal-fqar qiegħed isfel u ovvjament dak li jkun jinżel jitkellem miegħu u jekk veru ma jkunx jiflaħ iħallas, jingħata dan is-servizz.", "Jekk dak li jkun jiflaħ iħallas se jkollu l-avukat tiegħu li jkun għażel hu.", "Issa jekk mhuwiex kuntent dik l-għażla tiegħu.", "Kif qalet l-Onor.", "Caruana l-Qorti m'għandhiex say fuq dik l-għażla.", "U dak huwa punt li xtaqna nqajjmu hawnhekk.", "Inti tagħżel l-avukat tiegħek.", "Ovvjament jekk l-avukat ikun dak tal-għajnuna legali, jiġi mogħti lilek bla ħlas.", "Hemm il-lista ta' min huma dawn l-avukati.", "Imma nassigurakom li jekk bniedem ma jistax iħallas, għandna s-servizzi tagħna li noffruhomlu.", "Nerġa' ngħid li m'għandix statistika quddiemi u l-istatistika li għandi hija fuq il-kawżi bonarji.", "Jekk inti tieħu l-ittri tara li kien hemm 74 li spiċċaw bonarji.", "Każ bonarju huwa meta persuna tagħmel rikors, tidħol f'talba, li aħna ngħidulha ittra, fejn titlob lir-reġistratur tal-Qorti iqabbdilha medjatur għax tixtieq tasal għal separazzjoni.", "Tista' tkun ukoll fuq l-aċċess għat-tfal, fuq il-kura jew fuq il-kustodja tat-tfal.", "Jiġifieri hemm ħafna affarijiet li jiġu kkonsidrati fil-medjazzjoni.", "Għalhekk trid tikkonsidra kollox.", "Aħna hawnhekk qegħdin nisimgħu parti mis-sitwazzjoni kollha.", "Napprezza li ġew dawn il-persuni biex jitkellmu, fil-fatt jiena kont kellimt lis-sinjur meta kont co-ordinator fir-Reġistru.", "U nista' nifhem id-diffikultajiet li jkollhom dawn in-nies.", "Lis-sinjur kellimtu wkoll last week u jien stess kont ħallejt is-section tiegħi biex nitla' miegħu fuq ħalli nsolvu l-problema li kellu.", "Jiġifieri jekk ikun hemm diffikultajiet - ma ngħidx li aħna ma nonqsux ukoll għax l-ammont ta' xogħol li jidħol fir-reġistru huwa kbir – nipprovaw naraw kif se nsolvuhom.", "Ikun hemm nuqqasijiet u aħna nipprovaw insolvuhom kif insiru nafu bihom.", "Is-sinjur l-ieħor kellu ċerti problemi u niftakar li meta co-ordinator kont kellimtu wkoll.", "Jiġifieri aħna naraw x'inhuma d-diffikultajiet u mmexxu minn hemm.", "Fuq il-privatezza se jkun hemm ċerti affarijiet ukoll.", "Aħna konxji minnha u dik is-sitwazzjoni qed nipprovaw nirranġawha għax nafu li hemm xi diffikultajiet.", "THE CHAIRMAN: Tista' tgħidilna ftit aktar rigward it-tfal li jkollhom x'jaqsmu mal-Qorti tal-Familja?", "It-tfal li qegħdin isemmu f'dan ir-rapport, fejn qed jgħidu li t-tfal ikunu qegħdin jibku, eċċ., aħna jimportana ħafna minn dawn l-affarijiet.", "Rapport li konna għamilna kien proprju jqanqal il-proċess kollu tas-separazzjoni, fejn il-filosofija tagħha għandha tkun dik li tagħti priorità u attenzjoni lit-tfal, fejn l-interess tat-tfal jiġi salvagwardjat filwaqt li l-interess tal-ġustizzja tal-adulti jkun imħares ukoll.", "Imma kemm għandna proċeduri fil-Qorti tal-Familja li jagħtu importanza lit-tfal?", "Jew inkella taraw xi nuqqas fil-liġi għax mhijiex proprju child oriented?", "JUSTYNE CARUANA: Dik hi l-problema għax liġi fuq it-tfal m'għandniex!", "THE CHAIRMAN: Imma ejjew nitkellmu fuq dak li għandna ħalli nibdew nifhmu…", "JUSTYNE CARUANA: Aħna għandna l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi ta' Proċedura.", "Issa mbagħad għandek din il-catch phrase għax hekk insejħilha jien.", "L-interess tat-tfal huwa suprem, jipprevali u dak li jsir irid isir fl-aħjar interess tal-minuri.", "Imma l-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal mhijiex inkorporata fil-liġi tagħna u lanqas għandna liġi tat-tfal.", "Sakemm ma jkollniex dawk l-affarijiet ikun ta' xejn li noqogħdu ngħidu… Għandek il-liġi u mbagħad għandek is-sistema u l-proċedura li t-tnejn iridu jkunu qegħedin miġburin flimkien.", "Li jinkwetani hu li l-Qorti tagħti digriet ta' aċċess, ikollok it-tfal li ma jkunux iridu imorru ma' dak il-ġenitur u l-ġenitur l-ieħor li jkollu l-aċċess, imur għand il-pulizija.… Dik lili tinkwetani.", "Il-pulizija jridu jiġu mħarrġa kif għandhom jimxu mat-tfal u mhux jgħidulhom li jekk mhux se jmorru ma' xi ħadd mill-ġenituri, allura dak il-ġenitur se jispiċċa l-ħabs!", "IS-SUPRITENDENT SHARON TANTI: Hekk le!", "Aħna m'għandniex id-dritt li nġiegħlu lill-ulied imorru minn ġenitur għal ieħor!", "Jekk nagħmlu hekk inkunu ultra vires.", "JUSTYNE CARUANA: Nassigurak li tiġri ta' sikwit.", "IS-SUPRITENDENT SHARON TANTI: Jekk kienet tiġri qabel, illum il-pulizija mgħallmin u jafu li ma jistgħux jagħmlu hekk.", "JUSTYNE CARUANA: Qed issir ħafna ħsara lit-tfal!", "IS-SUPRITENDENT SHARON TANTI: Nuqqas li hemm fil-liġi huwa li min għandu l-aċċess m'għandux l-obbligu li jieħu lit-tfal fl-aċċess!", "You avail yourself mid-dritt tiegħek bħala ġenitur jekk għandek aptit!", "JUSTYNE CARUANA: Min għandu l-aċċess u t-tfal ma jkunux iridu imorru miegħu?", "IS-SUPRITENDENT SHARON TANTI: U jekk tkun bil-kontra?", "It-tfal ikunu jridu jmorru imma l-missier jew l-omm ma tmurx għalihom?", "JUSTYNE CARUANA: Dik hija kwestjoni oħra.", "Jien mhux għal dik qed ngħid.", "Jien qed ngħid għal meta jkun hemm ġenitur li jkollu l-aċċess u t-tfal ma jkunux iridu jmorru, allura dak il-ġenitur imur jagħmel rapport....", "IS-SUPRITENDENT SHARON TANTI: Il-pulizija li jinvestigaw dak il-każ irid ikollhom raġuni valida biex jaġixxu hekk għax il-liġi tgħidlek li mingħajr raġuni valida...", "Fuq dik m'għandi l-ebda oġġezzjoni.", "Imma mbagħad lit-tfal mhux jgħidulhom li jekk ma jmorrux mal-missier jew mal-omm għal dawk il-ħinijiet li l-Qorti ordnat il-parti l-oħra se tispiċċa l-ħabs!", "Hekk qed jispjegawlhom lit-tfal.", "Kien hemm stanzi fejn il-Qorti, wara li rat li l-koppja tidher quddiemha...", "JUSTYNE CARUANA: Mhux il-Qorti imma għall-pulizija qiegħda ngħid.", "IS-SUPRITENDENT SHARON TANTI: Li qiegħda ngħid jien hu li l-pulizija ma jkunux qed jivvintaw l-affarijiet meta jgħidu x'se jiġri lit-tfal.", "Hija informazzjoni tqila għat-tfal sabiex tgħabbihom biha u naqbel miegħek li l-pulizija m'għandhomx jagħmlu hekk!", "Naħseb li l-Korp tal-Pulizija għandu elementi tajbin ħafna imma mbagħad ikun hemm dawn il-każijiet li qed jitfgħu dell ikrah fuq il-Korp kollu u qegħdin inaqqsu l-fiduċja ta' dak li jkun sabiex jirrikorri għand il-Pulizija.", "Pereżempju jkollok omm li r-raġel tagħha jheddidha minħabba l-kwestjoni tal-aċċess jew tal-manteminet u din tgħidlek li mhux se tmur l-għassa għax inkella r-raġel jagħmlilha rapport u jwerwer lit-tfal.", "Affarijiet li hawnhekk tkellimna fuqhom kemm il-darba.", "Fil-fatt anke fir-rapport tagħna kien hemm suġġerimenti f'dan is-sens.", "Għandna bżonn li l-Korp tal-Pulizija jkun iktar sensittiv!", "Mhux il-Qrati biss imma kull min huwa nvolut għandu jkun iktar sensittiv....", "IS-SUPRITENDENT SHARON TANTI: Wieħed mill-għanijiet tal-lectures li jingħataw lill-pulizija huwa proprju biex ikunu aktar sensittivi f'każijiet bħal dawn.", "Ripetutament isirulhom dawn il-lectures, tant li l-pulizija jifhmu dan il-punt mal-ewwel laqgħa u mbagħad jibdew jiddejqu meta jibqgħu jisimgħu l-istess affarijiet.", "Dan kif għedtu intom f'kull kamp issib tip mod u ssib tip mod ieħor.", "THE CHAIRMAN: Hawnhekk qiegħda tissemma' kelma li bdietha l-Onor.", "Justyne Caruana, imbagħad komplieta Dr Vassallo u għedtha jien ukoll għax jien inweġġa' meta nisma' hekk.", "Imma aħna ltqajna biex nisimgħu proprju l-weġgħat ta' dawn in-nies.", "Bħala priorita qegħdin niddiskutu l-weġgħat, id-diffikultajiet, l-isfidi u l-esperjenzi ftit negattivi li jgħaddu minnhom dawk in-nies li jkunu qegħdin jisseparaw.", "Nerġa' infakkar li dak li xprunana sabiex nagħmlu din il-laqgħa kien biex aħna nagħmlu lis-soċjetà tagħna iktar konxja fuq x'inhuma l-weġgħat ta' dawk li jkunu għaddejjin mis-separazzjoni.", "L-iskop ta' din il-laqgħa kien li noħorġu l-punti dwar il-fatt li jista' ikollok lil min qed joħloq diffikultà mingħajr ma jkun jaf li qed jagħmel hekk.", "Jien persważ li meta jkollna l-laqgħa mal-uffiċjali tad-Dipariment tal-Politika Soċjali se jkun hawn min jgħidilna li mingħalih qed jagħmel il-ġid meta għamel dak li għamel u li ma kienx jaf li kien qed jagħmel xi ħaġa li tista' tkun iddikjarata nġusta jew li qed toħloq weġgħat.", "Issa aħna rridu nagħmlu lis-soċjetà konxja li jekk aħna bħala poplu ddeċidejna favur id-divorzju, irridu inkunu nafu għalxiex għedna iva u għalxiex wara kull esperjenza hemm il-weġgħat.", "Aħna mhu se nwaqqfu lil ħadd milli jieħu separazzjoni jekk irid jieħu dan il-pass.", "Bħala politiċi la għandna dritt u lanqas għandna l-pjaċir li nwaqqfu lil xi ħadd milli jieħu s-separazzjoni.", "Fl-istess ħin irridu noħolqu soċjetà li tkun ftit iktar responsabbli meta tiġi biex tagħti servizz lin-nies.", "Mela l-pulizija, daqskemm għandha tkun imħarrġa biex tiffaċċja l-kriminalità, daqshekk ieħor trid tkun imħarrġa biex dawn il-każijiet soċjali - u ċerti għases huma iktar vulnerabbli minn għases oħrajn – jkunu jafu kif jindirizzawhom.", "Kien hawn min qasam esperjenza magħna fejn ċerti tfal qalilna li rahom jikbru fl-għases tal-pulizija.", "Darba surġent qalli li lit-tali ġuvnott rah jikber għax kien dejjem imur hemmhekk għax kienu jġibuh minħabba l-aċċess.", "Dan għax imur darba fil-ġimgħa l-għassa.", "JUSTYNE CARUANA: Hemm min imur tliet darbiet fil-ġimgħa!", "Illum il-Qrati, biex nassiguraw li l-partijiet ikunu protetti, meta niġu għall-handover tat-tfal, dan isir jew quddiem il-pulizija...", "THE CHAIRMAN: Ma tistax ma ssirx quddiem il-pulizija…", "JUSTYNE CARUANA: Li toffri sigurtà huwa tajjeb però imbagħad trid tara x'qed ikun l-effett fuq it-tfal.", "Ħafna tfal jaħasra jgħaddu minn trawma għax il-pulizija qed jaraw lil dik il-persuna, lil dik l-entità, lil dik l-istituzzjoni b'mod negattiv.", "U m'għandux ikun hekk.", "Il-pulizija qiegħda hemmhekk biex iżżomm l-ordni, biex tissalvagwardja u biex toffri protezzjoni lill-pubbliku.… Il-Qrati tagħna jridu jżommu quddiem għajnejnhom dawn l-affarijiet ukoll.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "ONOR ANTHONY ZAMMIT: Rigward il-medjatur issemmew diġa' l-ideat li xtaqt insemmi.", "Issa rigward it-tfal l-ewwel ħaġa naħseb li meta jkun hemm separazzjoni bejn koppja u dawn ikollhom it-tfal, dawn għandhom jiltaqgħu ma' psikologu biex dan jevalwa l-ħsara li tkun qiegħda ssir fuq dawn it-tfal.", "And this is something which should be progressive għax il-koppja mhux se tidħol il-Qorti u tieħu s-separazzjoni mill-ewwel.", "L-effett psikoloġiku għandu jkun mhux biss meta jiġu għas-separazzjoni imma kull darba li qed jitilgħu l-Qorti, kull dabra li l-omm tiġġieled mal-missier, eċċ. Din hija xi ħaġa fejn it-tfal għandhom jiġu monitored by a psychologist għax il-problemi li qed ikun hemm fit-tfal, żgur li se jirriflettu fis-soċjetà futura tal-pajjiż.", "Is-Sinjur semma' l-ischool councellers.", "Jien naħseb li anke dawn iridu jiddiskutu mat-tfal jew jaraw l-effett fuq it-tfal 'il bogħod mill-omm u mill-missier li jistgħu jinfluwenzawhom dak il-ħin.", "Dan huwa l-proċess li tant huwa liquified u tant għandek bżonn monitoring għalih.…", "Mela l-omma u l-missier daħlu għas-separazzjoni u jridu jaraw psikologu.", "U dan jarahom darba u daqshekk!", "Dawn ikomplu jitqatlu bejniethom waqt is-snin ta' separazzjoni għax hawn min idum is-snin biex jieħdu s-separazzjoni.", "Sadanittant it-tfal jibqgħu jikbru u l-ħsara taffettwa l-karattru tagħhom.", "Pereżempju s-Sinjur semma' l-kwestjoni tiegħu fejn minħabba l-proċeduri tal-Qorti ma setax jaħdem.", "Il-problema hi li qed ikun hemm ħafna koppji fejn il-missier qiegħed imur jirreġistra biex ma jagħtix il-manteniment lill-omm.", "U mbagaħd jidħol għax-xogħol.… Issa hawnhekk forsi tista' tidħol il-pulizija biex tara jekk huwiex minnu jew le?", "IS-SUPRITENDENT SHARON TANTI: Persuna - għall-interessi tagħha – tista' tuża mezzi oħrajn biex iġġib il-provi li l-partner tagħha qiegħed jaħdem.", "Ma jistax ikun li kulħadd juża l-pulizija!", "Mela l-pulizija qiegħda hemm biex taħdem privatament?!", "JUSTYNE CARUANA: Dik il-prova ssir b'mezzi oħrajn.", "F'kawżi jkun hemm rappreżentanti tal-banek… Dan iż-żmien għandna problema minħabba d-data protection ukoll, jiġifieri ma rridux ninsewha dik.", "IS-SUPRITENDENT SHARON TANTI: B'daqshekk ma jfissirx li kollox idur lura lejn il-pulizija!", "Anzi m'għandhomx ikunu l-pulizija li jidħlu fi kwestjonijiet ċivili!", "THE CHAIRMAN: Mela ejjew ngħaddu għall-aħħar round ta' kummenti.", "ANONIMA: Fuq il-pulizija nista' ngħid li fl-erba' snin li għaddew l-affarijiet tjiebu ħafna.", "Meta għaddejt minn esperjenza personali fuq it-tfal qatt ma ġew il-pulizija u qalu lit-tfal li jew imorru jew inkella jarrestaw lill-omm jew lill-missier.", "Dik m'għaddejtx minnha żgur.", "Nemmen li għad hemm affarijiet x'isiru imma aktar jinkwetani l-fatt li meta ġenitur għandu l-aċċess għat-tfal, dan ma jiġix lura bihom u inti jkollok tmur l-għassa tal-pulizija biex iġiblek it-tfal hemmhekk ħalli teħodhom lura.", "Jew inkella tlesti t-tfal kif suppost biex jiġi għalihom il-missier għax għandu l-aċċess għat-tfal u dan jibqa' ix-xogħol u ma jiġi xejn biex jiġbor lit-tfal!", "U t-tfal jistennew.", "Apparti minn hekk nixtieq nara aktar avukati tat-tfal.", "JUSTYNE CARUANA: Fil-fatt tlieta biss għandna u dawn jaħdmu part-time.", "Kien hemm żmenijiet fejn kellna wieħed biss u llum għandna tlieta.", "ANONIMU: Naturalment dak li għedna aħna għednih fuq dak li nisimgħu.", "Mill-esperjenza tiegħi nista' ngħid li jkun hemm misunderstandings bejn il-partijiet u l-awtoritajiet.", "Pereżempju joħroġ digrit ta' separazzjoni, li huwa kuntratt, u ħadd ma jsegwi dak li qed jiġri f'dak il-kuntratt.", "Ħafna drabi jerġgħu jispiċċaw il-Qorti għax ikun hemm xi ħaġa li mhux qed tiġi osservata.…", "JUSTYNE CARUANA: Il-problema hi li xi kultant, meta tipprova tagħmel klawsola iktar dettaljata biex tevita l-problemi 'l quddiem, jaqbżulek l-partijiet u jgħidulek li ma jkunux iridu dawk id-dettalji.", "Pereżempju dik li semmiet is-Sinjura jien inħobb inniżżilhom fil-kondizzjonijiet tal-aċċess, bħal min irid iwassal lit-tfal, min irid jiġborhom u minn fejn irid jiġborhom.", "Issa dawk iċ-ċirkostanzi kultant jinbidlu u allura jkollok titlob rikors.", "Però ikun hemm min jgħidlek biex ma ddaħħalx dawn l-affarijiet għax ma jkunx irid joqgħod jitla' l-Qorti jekk iċ-ċirkostanzi jinbidlu.", "Għalhekk qed ngħidilkom li kultant tipprova tiggwida lil dak li jkun imma dan ma jkunx irid jagħmel dawk l-affarijiet li ssemmielu inti.", "Inti tkun qed tipprova tantiċipa problemi futuri imma dak li jkun jgħidlek li jrid jeħles u li allura jitolbok biex iżżomm l-affarijiet sempliċi kemm jista' ikun.", "ANONIMU: It-tewmin tiegħi għamlu l-praċett, sar rapport u ġew tlett pulizija lebsin l-uniformi ġol-knisja!", "Mela t-tfal tiegħi għamlu l-praċett bi tlett pulizija għassa tagħna!", "Xtaqt li l-pulizija ma jkunux bl-uniformi.", "Dik l-ewwel ħaġa li xtaqt ngħid fuq il-pulizija.", "Apparti minn hekk meta jsiru ċerti rapporti lill-pulizija jagħmlu sew li jressqu lil dak li jkun il-Qorti imma meta l-Qorti ma ssibx provi biżżejjed, jew inkella l-persuna toħroġ liberata wara martirju, l-istess pulizija għandha tara daqxejn x'seta ġara!", "Fl-opinjoni tiegħi hemmhekk għandek rapport falz.", "Jew inkella jitilgħu jixhdu t-tfal tagħhom… (Interruzzjonijiet)", "Jew inkella jiġi allegat li missier qed jara l-private body tat-tifla tiegħu ta' ħames snin.", "Issa ilni 'l fuq minn sena għaddej bih dan il-każ.", "Bagħtu għalija mid-Depot u għamilt ukoll statement fuq uliedi.", "Wara sena mort niġri l-Appoġġ u l-Appoġġ jgħiduli biex inkellem lill-avukat tiegħi.", "L-avukat ċempel id-Depot ħalli jara x'ġara u mid-Depot jgħidulu biex jagħmel rikors biċ-Ċivil.", "Lanqas naf x'se jiġri minn dawn l-affarijiet.", "L-avukat tiegħi għamel rikors u l-mara marret tgħix x'imkien ieħor u ħadd ma kien jaf fejn marret.", "U għalhekk din ma tistax tiġi notifikata!", "THE CHAIRMAN: Kemm ilek ma tara lit-tfal?", "ANONIMU: Ilni ma nara lit-tfal minn Lulju tas-sena l-oħra.", "Issa sar rikors minħabba dawn l-affarijiet u biex jinħatru l-psikoloġi imma kien hemm problema min-naħa tal-Qorti għax kien hemm referta li ntilfet!", "Naħa qalu li tawha lin-naħa l-oħra u tan-naħa l-oħra jgħidu li huma ma rċevew xejn.", "U għadna għaddejjin bil-kas!", "THE CHAIRMAN: B'dan l-eżerċizzju li qed nagħmlu ma nistgħux nemendaw il-liġijiet imma rridu nipprovaw nirresponsabilizzaw lill-ġenituri biex ikunu jafu xi tfisser qabel ma jibdew jaħsbu biex imorru għal separazzjoni.", "Jien naħseb li hawn mentalità minn ħafna adulti li dawn jidħlu f'separazzjoni mingħajr ma jkunu jafu fiex jikkonsisti dan il-proċess.", "Veru jew le dak li qed ngħid jien?", "Allura naħseb li hemm bżonn li nirresponsabilizzaw lill-adulti.", "Qabel ma wieħed jiddeċiedi li jmur għal separazzjoni għandu jkun jaf eżattament għalxiex dieħel.", "Separazzjoni mhijiex daqshekk sempliċi daqskemm wieħed jaħseb, speċjalment jekk ikun hemm it-tfal.", "It-tfal se jweġġgħu ħafna!", "Naħseb li ftit huma dawk l-adulti li jimmaġinaw jew jafu x'jiġifieri l-uġiegħ li jgħaddu minnu t-tfal.", "Naħseb li rridu nirresponsabilizzaw ukoll il-proċess tal-Qrati.", "Il-liġi ma tistax tirresponsabilizza għax il-liġi hi dik li hi, għalkemm dejjem tista' temenda biex tkun aħjar.", "Il-proċess fih innifsu jista' jiġi responsabilizzat iktar minn dak li hu?", "L-iskejjel tagħna rridu nirresponsabilizzawhom għal din ir-realtà, speċjalment jekk din ir-realtà se tkompli tikber.", "Qed isiru korsijiet għall-pulizija imma kif qegħdin isiru dawn?", "Veru li għandek pulizija mod u għandek pulizija mod ieħor imma fl-aħħar mill-aħħar kif nistgħu nirresponsabilizzaw il-proċess kollu tal-pulizija ħalli dawn ikunu kapaċi jilqgħu għal din ir-realtà?", "L-għases huma tailor made – u anke l-Qorti tal-Familja – biex jagħtu servizz lit-tfal?", "Jiena nemmen li meta nkunu qegħdin niddeċiedu, aħna min aħna, irridu niddeċiedu għat-tajjeb u għall-ħtieġa tagħna li qegħdin niddeċiedu u mhux niddeċiedu għat-tajjeb ta' min ġej biex jieħu servizz mingħandna.", "Jiġifieri l-ħinijiet ta' kull servizz li jingħata jkun deċiż fuq x'inhi l-ħtieġa ta' min qed jagħti dak is-servizz u mhux ta' min ikun qed jirċevi dak is-servizz.", "Naħseb li ħafna drabi, anke meta jkunu qegħdin jiġu miktuba l-liġijiet, dawn ikunu miktuba għall-fini ristretta ta' kif se tinżamm ċerta ġustizzja imma mhux għall-ħtieġa ta' min ikun qiegħed jagħmel użu minn dik il-leġislazzjoni partikolari.", "Jien qiegħed nagħmel din l-analiżi imma nista' inkun żbaljat.", "Imma x'inhi r-realtà fuq dan kollu?", "Hija utopja li aħna nistgħu nagħmlu eżerċizzju ta' responsabilizzazzjoni jew inkella hija xi ħaġa fattibbli?", "IS-SUPRETENDENT SHARON TANTI: Rigward l-imġieba tal-pulizija meta jiġu biex jitrattaw problemi soċjali rrid ngħid li l-ewwel nett il-liġi ma tagħtinix poteri assoluti.", "Dak li jkun irid ikun realistiku fl-aspettazzjonijiet tiegħu dwar kemm jistgħu jintervjenu l-pulizija. (off mic) Jista' ikun li jien għandi tolleranza mod u kapaċi noqgħod nisma' persuna tirrakkonta u tirrepeti ruħha mingħajr ma ddejjaqni u mbagħad issib persuna oħra li malli tgħidlu xi ħaġa darbtejn jibda jgħaġġlek.", "Dawn huma affarijiet li jistgħu jiġu monitored waqt li persuna tkun qiegħda tiġi mgħallma.", "Jekk inti għandek rekluta li qed juri ċerta aptitude, timmarkah biex imbagħad tpoġġih f'ċertu pożizzjonijiet.", "Mill-bqija l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta ta' kollox, kemm għall-pulizija u kemm dawk li jkunu qed jisseparaw u għall-awtoritajiet jew il-key persons li jridu jgħinuhom f'dan il-proċess.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "DR KATYA VASSALLO: Bħalissa nixtieq ngħid li qegħdin isiru xi tibdiliet strutturali fil-bini tal-Qorti tal-Familja u dan qed isir biex intejbu l-affarijiet.", "Bħalissa qed jiġi rranġat dak il-bini li hemm maġenb il-Qorti tal-Familja biex il-ġudikatura eventwalment tiġi trasferita f'dan il-bini.", "As a result aħna se jkollna sular sħiħ li litteralment se jkun vojt.", "Barra minn hekk il-ġimgħa l-oħra stess ġew jieħdu l-qisien biex it-tielet sular, jiġifieri fejn hemm il-medjaturi, isir kollu sound proof.", "Kellna ħafna lmenti għax kienu qegħdin jinstemgħu l-partijiet minn ġol-kmarar u għalhekk issa se nagħmluh kollu sound proof.", "Sadanittant qiegħed isir ukoll xogħol ta' tibjid.", "Għamilna security ħdejn il-medjaturi at all times u ngħata wkoll metal detector biex ikun jista' jagħmel searches fuq il-partijiet.", "Se nagħmlu wkoll affarijiet sempliċi bħal pereżempju t-twaħħil ta' inkwatri fil-kmamar biex nagħtu dehra aħjar lill-post.", "Minħabba li se dan is-sular se jiġi vakat għandna wkoll il-ħsieb li nagħmlu kamra addadata għat-tfal biex l-avukati tat-tfal ikun jistgħu jisimgħu lit-tfal f'din il-kamra.", "(Interruzzjonijiet)", "JUSTYNE CARUANA: Jiġifieri l-avukati tat-tfal se jisimgħu lit-tfal fil-bini tal-Qorti?", "DR KATYA VASSALLO: Mhux hekk diġa' jagħmlu?", "JUSTYNE CARUANA: Imma jekk se taħseb għal quddiem biex tirranġa s-sitwazzjoni, lit-tfal trid toħroġhom 'il barra mill-Qorti!", "Waħda mill-ikbar weġgħat li għandhom it-tfal huwa li jkollhom jidħlu l-Qorti, hi x'inhi r-raġuni.", "Imma jekk inti se teħodhom b'mod strutturali biex ikollhom l-intervista mal-avukat tat-tfal ġol-Qorti stess, sabiħa kemm tkun sabiħa din il-kamra, inti xorta se teħodhom il-Qorti.", "Mela jekk se mmexxu 'l quddiem tridu taħsbu fuq alternattiva oħra u mhux iddaħħlu t-tfal il-Qorti.", "Lit-tfal biegħduhom mill-Qorti u mhux iddaħħluhom il-Qorti.", "Jekk ma tistax tagħmel mod ieħor orrajt għax it-tifel jew it-tifla jridu jixhdu imma mhux biex jiġu intervistati mill-avukat tat-tfal.", "Kemm jista' jkun noħorġuhom 'il barra rridu.", "DR KATYA VASSALLO: Nixtieq ngħid xi ħaġa dwar dak li ntqal fuq li t-tfal għandhom jinstemgħu minn psikologu f'kull każ.", "L-ewwel nett lit-tfal nipprovaw ma ninvolvuhomx f'dawn il-proċeduri għax is-seperazzjoni hija bejn il-partijiet.", "Mela lit-tfal għalfejn indaħħluhom fin-nofs?", "JUSTYNE CARUANA: Għax is-sistema hi kif inhi!", "Ara li kieku għandna l-liġi tat-tfal… Inti għandek l-irwol tal-avukat tat-tfal li huwa wieħed limitat immens kif inhi s-sitwazzjoni llum.", "Imma meta għandek rappreżentant tat-tfal bħala parti mill-proċeduri, - u bil-liġi tat-tfal bħalma għandek f'pajjiżi oħra - dan se jkun qiegħed jirrappreżenta lit-tfal at all times u mhux ikunu rappreżentati mill-omm jew mill-missier.", "Irid ikun hemm xi ħadd indipendenti.…", "DR KATYA VASSALLO: Irridu niffaċċjaw ir-realtà li meta t-tfal jinstemgħu mill-professjonisti dawn ikunu ħafna drabi mxewxin minn parti jew minn oħra.", "JUSTYNE CARUANA: Għalhekk irid ikun hemm xi ħadd indipendenti ħalli la jkollu x'jaqsam mal-omm u lanqas mal-missier.", "JUSTYNE CARUANA: Imma l-avukat tat-tfal għandu rwol limitat immens u ma jistax jidħol fil-proċeduri.", "Apparti minn hekk it-tfal ma jinstemgħux biss mill-avukat tat-tfal.…", "DR KATYA VASSALLO: Fil-fatt it-tfal jinstemgħu mill-psikoloġi, mis-social workers...", "JUSTYNE CARUANA: Kull ma jagħmel l-avukat tat-tfal hu li jagħmel sett ta' mistoqsijiet lit-tfal u mbagħad iħejju r-rapport u jagħtuh lill-imħallef.", "Imma m'għandux ikun hekk biss.", "L-idea tal-avukat tat-tfal kienet xi ħaġa tajba imma rridu nevolvu aktar.", "Issa dik il-qabża għadna m'għamilnihiex imma li tiġi tgħidli li qed nipprovaw nimxu 'l quddiem u l-avukati tat-tfal se jaraw lit-tfal ġol-bini tal-Qorti stess, I think this will be very very counterproductive and harmful for the children...", "THE CHAIRMAN: Nista' nagħti suġġeriment?", "Ma nafx huwiex utli.", "Pereżempju l-avukati tat-tfal jistgħu jaraw it-tfal f'bini ieħor governattiv, bħal pereżempju fil-post li għandha l-Kummissarju għat-Tfal jew inkella f'xi skola.", "JUSTYNE CARUANA: Ambjent fejn it-tfal iħossuhom komdi.", "It-tfal jibżgħu mill-Qorti!", "(Interruzzjonijiet) Le x'imkien newtrali.", "Ara xi trawma jkollok meta tifel jew tifla joħorġuhom mill-klassi biex ikellimhom l-avukat tat-tfal jew il-psikologu!", "(Interruzzjonijiet) Ma taħdimx hekk!", "You are singling the child u tgħidx xi ħsara ssirlu lil dak it-tifel meta toħorġu mill-ambjent normali tiegħu u titfgħu x'imkien ieħor għax it-tfal they ask questions and they bully each other fuq dawn l-affarijiet ukoll!", "It-trawmi tat-tfal kemm jista' jkun trid tipprova tnaqqashom u mhux tagħti lok għalihom!", "THE CHAIRMAN: Fuq dak il-punt li semmiet l-Onor.", "Justyne Caruana, jien aktar milli jkollna liġi tat-tfal aktar nixtieq nara liġi li tħares l-interessi tat-tfal.", "Nerġa' infakkar – għax naħseb li huwa dmiri li nagħmel dan - fir-rapport li konna għamilna bħala Social Affairs Committee, fejn aħna konna pproponejna li l-filosofija wara l-liġi tas-separazzjoni għandha tkun l-attenzjoni li nagħut lit-tfal.", "Caruana qed tgħid li fil-liġi preżenti hemm nieqes l-attenzjoni tat-tfal, l-emenda li pprovajna nqanlqlu hija proprju dik li jkollna liġi tas-separazzjoni li tiggarantixxi l-proċess ta' ġustizzja lill-adulti imma li tagħti priorità lit-tfal.", "JUSTYNE CARUANA: Il-liġi tas-separazzjoni hija bejn il-partijiet!", "U allura trid liġi tat-tfal biss, liġi li tiffoka fuq il-bżonnijiet u fuq il-ħtiġijiet tat-tfal!", "Il-proċeduri tas-separazzjoni u tad-divorzju huma minħabba problemi bejn il-koppja.", "Imma mbagħad trid il-liġi tat-tfal li tkopri l-interessi tat-tfal u li tipproteġihom f'kull eventwalità.", "Is-separazzjoni hija separazzjoni tal-partijiet u din tista' ttejjibha imma mhux bil-mod ta' kif qiegħed tipproponi inti Sur President.", "THE CHAIRMAN: Jien qed ngħid x'għamilna fir-rapport tagħna.", "Fir-rapport tagħna konna qegħdin ngħidu li bħalma hemm fil-Juvenile Court, fejn mal-Imħallfin ikollok ukoll lay persons li jkunu qegħdin iħarsu l-interessi tat-tfal… (Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid x'konna qegħdin nipproponu.", "Ovvjament l-idea kont qed nagħtiha biex anke intom tiftakru li kellna dawk it-tip ta' proposti u li jekk internament kontu qegħdin tiddiskutu dwar dawn l-affarijiet, din tkun option li nixtiequkom li f'xi ħin tħarsu lejha għax l-intenzjoni tagħna mhijiex dik li nħallu dawk il-proposti jiġu estinti jew overdue.", "DR KATYA VASSALLO: Qiegħda tgħid fuq dawk il-lay persons li kumbinazzjoni jiena nċemplilhom biex imorru fil-Juvenile Court.", "Ma tafux xi problema għandi bihom dawk!", "Fil-fatt għandi lista ta' madwar 15-il ruħ u kull ma jaċċettaw li jiġu huma biss tnejn!", "U jekk ma jiġux dawk it-tnejn jien daqshekk!", "Ma nafx x'nista' nagħmel u lil min nista' inċempel!", "Din hija problema oħra.", "Apparti minn hekk trid tara kemm jaċċettaw għax dawn ma jitħallsux.", "THE CHAIRMAN: Imma jekk hemm problema ssolviha trid u mhux taqtagħha barra!", "JUSTYNE CARUANA: Barra minn hekk jekk ma jiġux għandek problema minħabba l-kompożizzjoni tal-Qorti…", "THE CHAIRMAN: Jekk dawk ma jiġux sinjal li hemm problema għax mhumiex full-time.", "M'għandekx problema bil-medjaturi għax naħseb li dawn jitħallsu.", "Mela allura dawk il-lay persons b'xi mod iridu jitħallsu wkoll.", "Imma issa jekk qed ngħidu li ma jitħallsux għax hemm rata miżera, wieħed irid jagħmilha worth it.", "Irridu nagħmlu l-ħidma ta' kull persuna worth it.", "Ma jfissirx li għax mhux preżenti, għax mhux worth it, allura għandna sistema ħażina.", "Naħseb li tridu tieħdu in konsiderazzjoni dak li qalet l-Onor.", "Caruana u jien qiegħed naqbel ma' dak li qalet.", "Jekk lit-tfal nistgħu neħduhom x'imkien ieħor, naraw li neħduhom.", "Għalhekk tkellmu mal-professjonisti f'dan il-qasam biex jagħtikom l-aħjar pariri fuq fejn l-avukati tat-tfal jistgħu jagħmlu dmirhom biex ikellmu lit-tfal.", "Jekk jista' ikun irridu nbiegħduhom mill-awla u mill-ambjent tal-Qorti.", "Ikun iħfef għalikom li tiġbru kollox f'post wieħed imma meta niddeċiedu x'servizzi se noffru rridu naħsbu f'min ħa jirċievi dak is-servizz u l-ħtiġijiet tiegħu aktar milli narw il-ħtiġijiet tagħna li qegħdin noffru dak is-servizz.", "DR ALEXIA AQUILINA: Nikkonferma dak li qalet il-kollega tiegħi rigward is-sound proofing.", "L-amministrazzjoni hija konxja ħafna tal-fatt li jista' jkun hemm titjib fil-bini tal-Qorti tal-Familja u dan is-suġġeriment li qegħdin tagħtu fuq l-avukat tat-tfal aħna se ngħadduh lis-superjuri tagħna.", "Xtaqt insemmi punt li għadu ma ssemmiex fuq l-istaff tar-Reġistru tal-Qorti tal-Familja.", "Nixtieq ngħid li meta jkun hemm rikorsi urġenti jew xi ħaġa li tkun iktar importanti minn oħra l-istaff immedjatament jibagħtu lill-imħallef.", "Jiġifieri l-istaff jafu bl-importanza tal-atti li jiġu ppreżentati fil-Qorti.", "Jafu x'se jkunu l-konsegwenzi jekk dak l-att jitħalla fuq il-mejda.", "Minn daqshekk għandna staff iddedikat ħafna għal dawn l-affarijiet.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "MS CARMEN BORG (Deputat fil-Qorti tal-Familja): Xtaqt nagħmel punt żgħir fuq dak li qalet Dr Alexia Aquilina dwar l-ispecialization tal-istaff tagħna.", "Aħna għandna lil Dr Katya Vassallo li hija avukat u esperta fil-liġi.", "Ovvjament għandna lil Dr Alexia Aquilina li wkoll hija avukat.", "Min-naħa tar-Reġistru hemm specialisation ukoll għax hemm min huwa ggradwat fil-psikoloġija u min huwa ggradwat fil-kriminoloġija.", "Ovvjament kif diġa' għedna hemm ċerti affarijiet li jridu jiġu indirizzati.", "Nixtieq ngħid ukoll li aħna konxji dwar l-importanza tat-tfal u nista' ngħid li min-naħa tal-Qrati għandan żewġ imħallfin li huma ddedikati ħafna u lit-tfal jagħtuhom l-ewwel priorità.", "L-imħallfin, meta jaraw li hemm bżonn li jitqabbad avukat tat-tfal, psikologu jew social worker, dan iqabbduh.", "Ovvjament aħna se mmexxu 'l quddiem il-punti tagħkom.", "Irridu nikkonsidraw kollox u ngħidu wkoll li għandna ċerti limitazzjonijiet fuq ċerti affarijiet.", "Biss meta jkun hemm ċerti kawżi, anke fi stadju ta' medjazzjoni, fejn jidħol rikors b'urġenza u jkun hemm xi sitwazzjoni partikolari, l-Imħallfin mill-ewwel iqabbdu social worker.", "Ovvjament id-diskrezzjoni hija tal-Imħallfin imma nassigurak li qegħdin jagħtu l-ħin tagħhom!", "Jekk ma jkunux il-Qorti naslu anke biex inċemplulhom id-dar.", "Nista' nassigurak li l-ewwel priorità huma t-tfal!", "Veru li qed nitkellmu fuq ambjent ta' qorti.", "Jiena kont preżenti anke meta kellhom l-issues dwar il-Qorti tal-Familja madwar sentejn ilu.", "U f'dik il-visit li kellna mal-Kummissarju għat-Tfal kienet involuta fiha Dr Katya Vassallo u d-diretturi tagħna u konna kkunsidrajna wkoll il-punti li qajjimtu intom.", "Kif qalu l-kollegi tiegħi, hemm ċerti affarijiet li għadna qegħdin naħdmu fuqhom.", "Kif nafu l-ispazju fil-Qorti tal-Familja hu dak li hu u tridu żżommu f'moħħkom li l-Qorti tal-Familja hija binja għaliha proprju biex tinżamm ċerta integrità u importanza f'dawn il-każijiet.", "Kif qalet Dr Vassallo se nimxu lejn li jkollna bini ieħor biex ikollna aktar spazju hemmhekk.", "Ovvjament se mmexxu 'l quddiem dak li qaltilna l-Onor.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa fuq it-taħriġ li jingħataw il-medjaturi.", "Dawn huma nies imħarrġa u din kienet dan l-aħħar anke fuq il-mezzi tax-xandir tagħna.", "Il-medjaturi li għandna huma mħarrġa sew.", "U dawn m'għandhomx jiġu konfużi ma' dawk in-nies li jgħidu li huma medjaturi u li mhumiex parti mil-lista tagħna.", "Dawn in-nies ħadu biss ftit sigħat ta' taħriġ u mhumiex fil-lista tagħna.", "Huwa importanti li nagħmlu dak il-punt and it's only fair għas-servizz li jingħata hemm ġew.", "Nirringrazzjakom tal-preżentazzjoni tagħkom u tal-mod responsabbli u serju li bih weġibtu.", "L-Onor Frederick Azzopardi.", "FREDERICK AZZOPARDI: Jien nixtieq nagħmel mistoqsija dwar il-ħinijiet tas-seduti tal-Qrati… Ma nafx jekk għandkomx xi kummenti fuqhom dawn?", "Tqajjem il-punt li l-ħin tas-seduti mhumiex għall-konvenjenza tan-nies, bir-riżultat li dak li jkun jew ma jattendix jew inkella jaħli l-ġranet tal-leave kollha biex jattendi għas-seduti.", "Ma nafx jekk tistgħux tgħidu xi ħaġa dwar dan.", "MS CARMEN BORG: Dwar Għawdex nixtieq ngħid li ma jkollhomx kif għandna aħna.", "Fil-fatt l-istess maġistrat jisma' l-kawzi fil-kriminal u mbagħad jisma' l-kawżi f'tal-familja.", "Allura dawn se jħallihom għall-aħħar biex anke jkun għalih peress li huwa post żgħir.", "Kif qalet Dr Alexia Aquilina, il-liġi tigħidilna li dawk huma l-ħinijiet imma jista' ikun hemm tqassim aħjar u hemm ċerti mħallfin li jagħmlu hekk ukoll.", "Huwa importanti li naraw li l-Qorti jkollha l-ħinijiet tagħha u li meta se mmorru hemmhekk, meta l-partijiet flimkien mal-avukati tagħhom imorru l-Qorti, dawn ikunu ppreparati ħalli x-xogħol jibqa' miexi.", "L-Imħallef hemm ikun, bid-deputati u bl-istaff tiegħu, ħalli jisma' il-kawżi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Ħalli nagħmel suġġeriment żgħir.", "Intom li qegħdin tirrapreżentaw lill-persuni oħra għandkom id-dmir li turu lill-kumplament tas-soċjetà x'jiġifieri l-esperjenza tas-separazzjoni forsi xi darba wieħed ikun jaf eżatt x'inhuma l-konsegwenzi ta' din l-esperjenza.", "Naħseb li huwa importanti li intom li diġa' għaddejtu minn din l-esperjenza tagħmlu premura li minn żmien għal żmien titkellmu dwar dawn l-issues.", "L-ewwel ħaġa hija importanti li jekk ikollna dawn it-tip ta' weġgħat, nipprovaw nirrisponduhom u jekk jista' jkun innaqqsuhom.", "L-ikbar mitigazzjoni tal-weġgħat li tista' issir hija li jkollna inqas nies imweġġgħin.", "Wieħed mill-iktar eżempji li nipprova nitgħallem minnu u li jaffaxxinani huwa d-Dipartiment tas-Saħħa.", "Dan jipprova jagħmel ħiltu kollha biex ifejjaq lil min iweġġa' u biex jara li n-nies ma jweġġgħux.", "Allura d-dipartiment tal-prevenzjoni huwa imprezzabbli daqskemm huwa imprezzabbli kwalunkwe dipartiment ieħor fl-isptar tagħna.", "F'dan il-proċess ta' responsabbilizzazzjoni nixtieq li anke fl-organizzazzjoni tagħkom taraw kif twettqu ħidma mhux biss to react għal dawk in-nies li jiġu għandkom għax qiskom klinika soċjali, fejn in-nies li jkunu għaddejjin minn separazzjoni jiġu għandkom għar-refuġju, imma pprovaw araw li dan in-numru ta' nies li qegħdin imorru għas-separazzjoni minflok jiżdied, jibda jonqos.", "Imma fl-istess ħin, sakemm dan in-numru qiegħed jiżdied, irridu nipprovaw naraw kif minn żmien għal żmien nitkellmu u naraw x'inhuma dawn il-weġgħat biex jekk jista' jkun, f'dan l-eżerċizzju ta' responsabilizzazzjoni, tal-politiċi, tal-pulizija, tal-iskejjel u tad-dipartimenti, naraw li lkoll flimkien naslu biex nimmitigaw dawn il-weġgħat.", "Wasalna biex nagħlqu din il-laqgħa tal-lum.", "Issa naraw insibux il-ħin biex anke fil-ġejjieni nagħmlu laqgħa oħra u anke nistiednu lir-rappreżentanti mid-Dipartimenti tal-Politika Soċjali u min-naħa tal-Edukazzjoni biex naqsmu magħhom il-problemi u l-issues li intom trattajtu magħna llum.", "Naħseb li l-aħħar laqgħat għal din is-sena se jkunu l-ġimgħa d-dieħla għax imbagħad il-laqgħat sussegwenti se jkunu tal-budget u allura f'dawk il-ġranet ma nkunux nistgħu niltaqgħu bħala kumitat.", "Għalhekk nerġgħu niltaqgħu għal Jannar li ġej.", "Fid-9:10 p.m. id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet interrotta, u l-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111101_116d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "LAQGĦA NRU 116", "It-Tlieta, 1 ta' Novembru, 2011", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:15 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "115 li saret nhar l-Erbgħa 19 ta' Ottubru 2011 ġew konfermati.", "Preżentazzjoni dwar diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom persuni li jkunu għaddejjin mill-proċess ta' Separazzjoni.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat stieden grupp ta' persuni – li xtaqu jibqgħu anonimi - membri ta' għaqda volontarja għal persuni li għaddejjin mill-proċess ta' separazzjoni.", "Ir-rappreżentanti preżenti ta' din l-għaqda, ippreżentaw lill-Kumitat:", "Dok 152: Lista ta' diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom persuni li għaddejjin minn proċess ta' separazzjoni, u", "Dok 153 Ittra ndirizzata lill-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali", "Huma wkoll taw diversi esperjenzi personali li għaddew minnhom riċentament f'diversi dipartimenti tal-gvern, minħabba l-pożizzjoni tagħhom.", "Is-Supretendent Sharon Tanti, Uffiċjal mid-Dipartiment tal-Pulizija, Dr Alexia Aquilina Assistent Reġistratur Qrati Ċivili u Tribunali, Ms Carmen Borg, Deputat fil-Qorti tal-Familja u Dr Katya Vassallo ko-ordinatriċi tal-Medjaturi tal-Qorti tal-Familja ħadu sehem fid-diskussjoni fejn sarulhom mistoqsijiet mill-membri tal-Kumitat.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-9:10 pm, id-diskussjoni fuq is-suġġett ġiet interrota, u l-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard..", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111101_116m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(immigrazzjoni IRrEGOLaRi)", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 118", "It-Tlieta, 8 ta' Novembru, 2011", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 8 ta' Novembru, 2011 fis-2:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Immigrazzjoni Irregolari.", "Rapport mill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111108_117a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 117", "It-Tlieta 08 ta' Novembru, 2011", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 117", "It-Tlieta 08 ta' Novembru, 2011", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-02:30 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "109 li saret nhar il-Ħamis 7 ta' Lulju 2011 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Hawn talba sabiex cameramen tal-One News u tal-media.link ikunu jistgħu jieħdu xi filmati tal-ewwel parti tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "Immigrazzjoni Irregolari", "THE CHAIRMAN: Ngħaddu mill-ewwel għad-diskussjoni tal-lum, fejn se jkollna laqgħa oħra f'dan il-Kumitat tal-Affariijiet Soċjali li se tiffoka fuq l-immigrazzjoni rregolari.", "Ftit ilu l-Ministru talabni biex ikun jista' jagħtina update ta' x'inhu jiġri f'din is-sitwazzjoni.", "Ovvjament wara r-recess tas-sajf aħna se nerġgħu nibdew niltaqgħu regolarment fuq dan is-suġġett.", "Għaldaqstant se nħalli immedjatament il-kelma lill-Ministru.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Jien li se nipprova nagħmel illum hu li nibda nagħti biċċiet ta' informazzjoni biex imbagħad fil-laqgħat li ġejjin wieħed ikun jista' japprofondixxi ftit aktar fil-fond fuq dawk id-diversi punti marbuta mas-suġġett.", "Kif nafu din is-sena kienet waħda impenjattiva ħafna fuq dan il-front minħabba l-konflitt li kien hemm fil-Libja.", "U rrid nibda billi ngħid li dan ġab xenarju kompletament differenti minn tas-soltu u allura, għall-ewwel darba rajna xenarju fejn persuni li bdew jitilqu mill-ixtut Libjani ma kenux qed jitilqu minn żona ta' paċi imma kien hemm għall-ewwel darba żona ta' konflitt ċivili intern imdemmi u allura din is-sena ratna mpenjati ħafna fuq dan il-front u allura diffiċli biex f'din l-ewwel laqgħa nkun nista' b'mod eżawrjenti nidħol fil-punti kollha li nixtieq nidħol fihom.", "Apparti minn dan xtaqt ukoll li fil-laqgħat li ġejjin inkun nista' nsejjaħ numru ta' persuni sabiex jattendu miegħi ħalli jkunu jistgħu jidħlu aktar fid-dettall tax-xogħol li qed jagħmlu.", "Mela għal-laqgħa li ġejja, jekk intom taqblu, xtaqt ngħid lir-Refugee Commissioner sabiex jiġi hawnhekk u jagħtina ftit informazzjoni tax-xogħol kbir li qed isir f'dak l-uffiċċju.", "Xtaqt ukoll nidħol fix-xogħol li qed isir fl-open centres u fil-closed centres ħalli wieħed ikollu idea dettaljata tax-xogħol li qed isir hemmhekk.", "Issa min-naħa tiegħi xtaqt nagħmel dawn il-punti li ġejjin.", "Matul din is-sena Malta rċeviet 1,535 persuna bid-dgħajjes u li minnhom kien hemm 1,042 raġel, 268 mara u 125 tfal.", "Il-pajjiżi prinċipali li minnhom ġew dawn in-nies kienu mis-Somalja 411, mill-Eritrea 280, min-Niġerja 240 u mill-Etjopja 103.", "Irrid ngħid li matul din is-sena rajna tibdil fl-attraversamenti li saru u rajna wkoll tibdil fil-flows li wieħed jara s-soltu fuq livell Mediterranju.", "Jien għadni ġej minn laqgħa li saret fil-Lussemburgu, fejn sar rapport mill-Kap tal-Frontex u aktar 'il quddiem se nitkellem ukoll fuq dan is-suġġett.", "F'dan ir-rapport intqal li fil-parti ċentrali tal-Mediterran kien hemm kwantità ta' persuni li qasmu u rrid ngħid li skont l-istatistika li hu offrilna, jidher li fuq in-naħa Spanjola kien hemm madwar 5,500 ruħ li qasmu 'l fuq lejn Spanja, mentri fuq in-naħa tat-Turkija u l-Greċja kien hemm madwar 35,000 filwaqt li fil-parti ċentrali kien hemm madwar 60,000 persuna!", "Ovvjament rajna influss ta' nies li telgħu min-naħa tat-Tuneżija direttament lejn Lampedusa u f'ċerti drabi lejn Pantelleria u direttament lejn Sqallija.", "Aħna ma rċevejna l-ebda waħda minn dawn id-dgħajjes li ġew min-naħa tat-Tuneżija.", "Kulmin telaq minn Tunes, telaq b'mod qawwi fil-perjodu inizjali meta kellna r-rivoluzzjoni għaddejja ġo Tunes imma aħna, in-nies li daħlu f'pajjiżna kienu prinċiparjament mil-Libja.", "Bejn wieħed u ieħor kien hemm 60,000 ruħ li qasmu mil-Libja u mit-Tuneżija u jidher biċ-ċar li l-maġġoranza tagħhom kienu nies li qed ifittxu ħajja alternattiva u ħajja ta' xogħol.", "Jiġifieri ma kellniex żieda fl-Italja ta' persuni li qed jiġu mill-konflitt tal-Libja imma kellna kwantità kbira ta' nies li ġejjin min-naħa tat-Tunesija.", "Ovvjament dan ma jfissirx li aħna ma żammejnix viġilanza u attenzjoni u dan qed ngħidu b'mod partikolari għax irrid infakkar li fil-bidu ta' din is-sena, speċjalment wara s-17 ta' Frar meta beda l-konflitt, kien hemm rapporti li se jkun hemm kwantità kbira ta' persuni li se jiċċaqilqu min-naħa tal-Libja u jitilgħu 'l fuq fil-Mediterran.", "Fi Frar u Marzu ta' din is-sena ġejt ikkonfrontat b'diversi indikazzjonijiet ta' rapporti magħmula minn organizzazzjonijiet varji fosthom il-UNHCR, l-IOM u l-Frontex fejn konna qed nitkellmu fuq ammonti li jaqbżu l-100,000.", "Aħna konna qed nipprospettaw li fil-Mediterran kien se jkollna almenu 100,000 persuna li se jaqsmu min-naħa tal-Libja.", "Kien hemm displacement ta' nies li ħarbu mil-Libja imma l-maġġoranza tan-nies li ħarbu jidher biċ-ċar – miċ-ċifri li ħarġu l-IOM - li huma kollha mill-frontieri, jiġifieri mill-Eġittu, miċ-Chad, min-Niger, mill-Alġerija u mit-Tunesija.", "Mela dawn kienu persuni li riedu jaħarbu mill-konflitt, persuni li kienu qegħdin il-Libja jistennew l-opportunità tagħhom biex jaqsmu lejna jew inkella lejn in-naħa Torka.", "Fir-realtà l-ammonti ma kenux daqskemm wieħed kien qed jipprevedi oriġinarjament.", "Allura l-ewwel punt li rrid ngħid hu li rrid nirringrazzja lin-nies kollha tal-Ministeru tiegħi li ħasbu fi pjan ta' kontinġenza li jħares lejn il-worst scenarios possibbli u mhux lejn ix-xenarju li attwalment kellna.", "Irrid ngħid b'mod mill-aktar ċar - u qed ngħidha f'dan l-istadju biex tkun ċara għal kulħadd - li avolja bħalissa qed naraw kalma relattiva aħna xorta waħda m'aħniex qed inniżżlu l-viġilanza tagħna għal dak li jista' jiżviluppa.", "Ma ninsewx li bħalissa ġol-Libja għandek sitwazzjoni fejn ir-reġim l-antik spiċċa u allura hemm il-bidu ta' proċess għal formazzjoni ta' gvern ġdid peremezz ta' elezzjoni demokratika ġdida.", "U qegħdin nipprevedu li dan se jieħu l-ħin tiegħu u ovvjament l-organizzazzjoni tal-boarder control u tal-forzi dixxiplinati, f'din iċ-ċirkostanza se jieħdu t-tul taż-żmien.", "Allura dan ma jeskludix bl-ebda mod li jista' jkollna każijiet ta' persuni li jitilqu mil-Libja biex isibu kenn f'pajjiżna.", "Il-kapitlu tal-immigrazzjoni irregolari, għalkemm mill-15 ta' Awwissu meta l-Forzi tan-naħa tal-liberazzjoni ta' Benghazi daħlu f'Tripoli rajna a significant marked decrease ta' nies li qasmu bil-baħar....", "Minn rapporti internazzjonali li ħarġu jidher ukoll li l-persuni li kienu qed jaqsmu, jista' jkun b'mod qawwi li kienu qed jiġu mbuttati mir-reġim ta' Gheddafi.", "Dan ma jfissirx però li f'dawn iċ-ċirkostanzi ma jkollokx ukoll persun oħra li jipprovaw jaqsmu min-naħa għall-oħra.", "Ovvjament pajjiżna żamm il-pożizzjonijiet tiegħu.", "Irrid ngħid ukoll li matul il-konflitt kollu u matul dan iż-żmien kollu l-politika tagħna ma bdilnihiex u lanqas ipprovajna nċaqilquha.", "Fil-fatta dawk il-persuni li jiġu f'pajjiżna u ma jkollhomx id-dokumenti magħhom jitqiegħdu l-ewwel f'ċentru ta' detenzjoni.", "Irrid ngħid li fl-2010 ma kellniex numru daqshekk qawwi ta' persuni li waslu Malta, anzi l-ammont kien pjuttost żgħir ħafna, u dan ippermettilna sabiex inkunu nistgħu nduru b'mod qawwi u radikali d-diversi postijiet li fihom aħna nżommu lil dawn in-nies, speċjalment fil-parti inizjali taċ-ċentru tad-detenzjoni.", "Ovvjament il-persuni li ġew f'din il-wave sabu għad-dispożizzjoni tagħhom kondizzjonijiet ferm aktar superjuri minn dak li qatt kellna qabel.", "Il-maġġor parti ta' dawk l-1,500 persuna ġew hosted fir-reception centres.", "Dak iż-żmien aħna ħadna ħsieb sabiex inkunu nistgħu nagħtuhom l-assistenza meħtieġa.", "Ir-Refugee Commissioner ħa ħsieb li jipproċessa dawn l-applikazzjonijiet ta' dawn l-1,500 ruħ u nista' ngħid li kważi kollha ġew diġa' ipproċessati.", "Ovvjament dawk li jkunu ġejjin minn reġjuni fejn hemm il-ġlied jew fejn qed ikunu ppersegwitati, kellhom l-istatus tagħhom ta' refuġjat kważi wara xahrejn, tlieta imma dawk li jkunu ġejjin mill-West Africa, fejn hemmhekk għandek ċerti diffikultajiet minħabba li hemmhekk m'hemmx konflitti, – kellek minnhom ġejjin min-Niġerja - allura dawk ma ngħatawx l-istatus ta' refuġjati.", "Bħalissa bejn wieħed u ieħor - għax bil-mod il-mod iċ-ċifri kuljum jinbidlu – għandna 60% tal-persuni li applikaw għall-ażil li ngħataw l-istatus mhux neċessarjament ta' refuġjati imma l-istatus umanitarju li jagħtihom il-protezzjoni.", "Mill-1,500 ruħ li ġew ipproċessati nixtieq infakkar li f'weekend partikolari kienu daħlu ħabta u sabta 983 persuna.", "Illum ġoċ-ċentri magħluqa l-popolazzjoni tlaħħaq is-682 ruħ li fil-maġġoranza tagħhom huma rejected.", "Minn dawn għandna 605 irġiel u 77 mara.", "Fiċ-ċentri miftuħa, għalkemm kellna sitwazzjonijiet matul is-sajf fejn kellna ċerta abbundanza ta' persuni li qegħdin fiċ-ċentri miftuħa u li f'mumenti minnhom tlajna għal madwar 2,500 ruħ, preżentament inżilna għaċ-ċifra ta' 2,147 persuna.", "Il-politika tagħna hija dik li lil dawn in-nies ma nħalluhomx kemm jista' jkun idumu fiċ-ċentri.", "Aħna jidhrilna li m'għandhomx jiġu istituzzjonalizzati, jiġifieri ladarba daħlu f'pajjiżna jridu jitgħallmu jaqtgħu bi snienhom, jitgħallmu jidħlu fis-settur tax-xogħol, sia jekk ikunu se joqgħodu Malta u sia jekk ikunu se jitilqu f'pajjiżi oħra.", "L-esperjenza tagħna ripetuta u b'mod evidenti hija li dawn il-bnedmin mal-ewwel opportunità li jsibu jitilqu minn pajjiżna.", "Avolja aħna nagħmlu x-xogħol magħhom u nipprovaw naraw li l-pożizzjoni tagħhom hawn Malta ma tkunx in konflitt mal-kultura u mal-ideat tagħna kif ukoll jekk hemm minnhom li jridu b'xi mod jagħmlu xi forma ta' integrazzjoni, dan ikunu jistgħu jagħmluh.", "Imma minkejja dan ix-xogħol kollu li jsir f'din id-direzzjoni rridu ngħidu - u dan għedtu diversi drabi pubblikament – li għandna d-diffikultajiet kbar biex dawn jibqgħu hawn Malta għax il-maġġoranza tagħhom, kif isibu l-opportunità jitilqu minn pajjiżna.", "Irrid ngħid ukoll li parti mill-ħidma li aħna għamilna matul din is-sena kienet proprju dik -minkejja d-diffikultajiet kbar li kellna għax inti trid tuża dejjem l-istess persuni - li rnexxilna nirripatrijaw 105 persuna lura lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom, kif ukoll 25 oħra marru lura permezz tal-assisted volontary return, jiġifieri persuni li minn rajhom jiddeċiedu li jmorru lura lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom.", "Irrid ngħid ukoll li bl-isforzi li għamilna, b'mod partikolari fil-bidu tas-sena u li bqajna sejrin bihom sa Ġunju, Lulju ta' din is-sena, kien hemm numru ta' persuni oħra li se jiġu integrati f'pajjiżi differenti.", "Matul dan ix-xahar ta' Novembru għandna naraw dan b'mod fiżiku u ċar għax hemm pajjiżi li ma jkunux iridu jagħmlu daqshekk pubbliċità minn din il-ħaġa imma għandna naraw b'mod pubbliku numru ta' persuni li se jiċċaqilqu għal pajjiżi oħra.", "Il-proċess għadu għaddej għax huwa wieħed pjuttost twil u kkomplikat.", "F'dawn il-każijiet ikollok il-vantaġġ ta' pajjiżi li jkunu diġa' għamlu proċessi ta' integrazzjoni bħal dawn minn Malta u allura diġa' jkunu jafu lin-nies tagħna f'Malta, ikunu diġa' jafu x'inhi s-sistema u min hu r-rappreżentant tal-UNHCR u tal-IOM.", "Imma mbagħad għandek numru ta' pajjiżi oħra li din hija l-ewwel darba għalihom li qed jidħlu għal dan it-tip ta' programm u hemmhekk allura għandek ferm aktar komplikazzjonijiet.", "Ovvjament għall-pajjiżi li diġa' għamlu u draw din il-ħaġa l-ħajja tagħhom se tkun aktar faċli u allura qegħdin nagħtuha l-priorità biex aħna, fl-istess ħin inkunu nistgħu nċaqilqu - speċjalment fejn hemm il-possibilità li ngħaqqdu l-familji - dawn l-1,500 ruħ li għandna f'pajjiżna.", "Jekk kollox imur tajjeb, sal-aħħar ta' dan ix-xahar għandna naraw bejn wieħed u ieħor 250 persuna rilokati f'pajjiżi oħra.", "Ovvjament il-proċess irid ikompli.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja b'mod partikolari lill-ħidma tal-Kummissjonarja Cecilia Malmstrom li sibtha f'diversi mumenti.", "Din il-persuna fehmet is-sitwazzjoni tagħna u rrid ngħid li din is-sena, l-ewwel viżta tagħha kienet proprju f'pajjiżna, fejn ġiet tara x'għandna.", "Matul din is-sena kellna wkoll numru ta' ministri minn pajjiżi oħra li ġew f'pajjiżna sabiex jaraw x'inhi s-sitwazzjoni.", "U jekk kollox imur tajjeb lejn l-aħħar ta' dan ix-xahar għandu jkollna magħna lill-Ministru tal-Islovakkja u warajh se jiġi wkoll il-Ministru tal-Immigrazzjoni u tal-Intern Awstrijakk.", "It-tnejn li huma se jiġu biex nagħmlu bilateral meetings hawnhekk u biex jaraw kif jistgħu jikkollaboraw aħjar u jkunu ta' sostenn għalina.", "Din hija parti mill-ħidma li aħna qegħdin nagħmlu u qed naraw li hija xi ħaġa tajba.", "Ovvjament din is-sena kkonċentrajna l-aktar fuq dan il-konflitt tal-Libja u l-impatt sħiħ tiegħu.", "U allura wieħed jirrealizza li l-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati matul din is-sena għamel ħafna xogħol tajjeb.", "Fil-fatt diġa' ra 1,695 applikazzjoni għax minbarra l-1,700 ruħ li ġew bid-dgħajjes kellna wkoll numru ta' persuni oħra li kienu għadhom hawnhekk, fosthom ukoll Libjani li tul il-perkors għamlu talba għall-ażil bħalma għamlu ż-żewġ piloti li waslu hawn Malta.", "Il-Kummissarju rnexxielu jagħmel dan kollu u fortunatament għalina għandna speed tajjeb ħafna ta' tliet xhur, erbgħa, speed li huwa rikonoxxut mill-Unjoni Ewropea.", "Irrid ngħid ukoll li fl-aħħar laqgħa attendejt għaliha kien hemm ukoll espressi diskussjonijiet u preokkupazzjonijiet għas-sitwazzjoni li hemm ġol-Greċja fil-konfront tal-kwestjoni tal-immigrazzjoni irregolari.", "Pajjiżna hemmhekk ukoll huwa preżenti, jiġfieri aktar 'il quddiem meta nitlob lill-Kmandant tal-Forzi Armati sabiex jiġi f'dan il-Kumitat, ikun jista' jispjega dawn l-affarijiet.", "Għandna wkoll il-Korp tal-Pulizja li għandu hemmhekk nies minn tiegħu li qegħdin jieħdu l-esperjenza fil-post.", "Jiġifieri qegħdin nagħtu s-sostenn tagħna lill-Greċja imma rridu naċċettaw li fiċ-ċirkostanzi li għaddejja minnhom il-Greċja, ovvjament hija waħda li dejjem titlob li jsir il-monitoraġġ tagħha.", "Pajjiżna kien dejjem favur li jassisti lill-Greċja.", "Irrid ngħid li bnejt rapport tajjeb sia mal-Ministru preċedenti kif ukoll ma' dan il-Ministru li hu nkarigat minn dan is-settur partikolari.", "Nifhem id-diffikultajiet kbar li għandhom imma aħna, mid-dimensjonijiet tagħna u mill-abilitajiet tagħna se nibqgħu mpenjati sabiex nassistuhom.", "Waħda mill-affarijiet li fortunatament għalina rnexxilna naraw matul din is-sena wkoll kienet it-twaqqif tal-European Asylum Support Office.", "Jien inħoss li dan huwa unur kbir għal pajjiżna li rnexxielu jara li jkollu uffiċċju tal-Unjoni Ewropea li jitwaqqaf hawnhekk.", "Dan l-uffiċċju għandu profil qawwi u huwa ta' importanza kbira, tant li fl-Unjoni Ewropea qed jingħata dejjem aktar attenzjoni.", "Fl-aħħar laqgħa li jien kont l-executive director tagħha, is-Sur Robert Visser kien preżenti u ntalab jagħti r-reazzjonijiet tiegħu għal dak li kien għaddej rigward kwestjonijiet varji li aħna għandna fl-Unjoni Ewropea.", "U rrid ngħid li mid-19 ta' Ġunju lil hawn l-aġenzija bdiet tiffunzjona hawn Malta u bdiet proċess ta' reklutaġġ ta' nies mill-Unjoni Ewropea kollha kemm hi.", "Fil-fatt sal-aħħar ta' din is-sena se tkun qiegħda timpjega 25 ruħ imma l-aktar ħaġa importanti hi li dan l-uffiċċju tal-ażil se jgħin fl-aktar mekkaniżmi importanti li jassistu l-Unjoni Ewropea f'din il-kwestjoni tal-immigrazzjoni irregolari.", "U hawnhekk irrid ngħid li l-issue tal-immigrazzjoni irregolari baqgħet ta' prijorità tal-Unjoni Ewropea u dan għaliex qed naħdmu sabiex inwasslu kemm jista' jkun il-messaġġ li permezz tiegħu ngħidu li min jiġi f'pajjiżna jew fl-Unjoni Ewropea għandu juża' channels legali.", "Min juża' channels illegali għandu żewġ strumenti li jippermettulu jqiegħed l-affarijiet f'posthom; l-ewwel wieħed hu li jsir screening kemm jista' jkun malajr mill-pajjiż individwali tal-applikazzjoni tal-ażil, u allura l-uffiċċju tal-ażil f'Malta qed jgħin fl-istituzzjonijiet Ewropej sabiex ikun hemm standards uniformi għar-rigward tal-proċess tal-ażil.", "Fl-Ewropa nitkellmu fuq l-asylum shopping, jiġifieri li persuna tipprova tmur f'pajjiż minflok f'pajjiż ieħor għax taħseb li se jkollha kondizzjonijiet favorevoli.", "Pereżempju tapplika għall-ażil f'pajjiż li taf li l-applikazzjoni tagħha se ddum aktar biex tiġi pproċessata u allura, billi taf li se ddum aktar biex tiġi pproċessata, taf li se ddum aktar f'dak il-pajjiż mingħajr ma jkun hemm ordni għat-tkeċċija tagħha mill-pajjiż.", "Għalhekk jekk kemm-il darba aħna nibqgħu naħdmu fuq din ir-relazzjoni, kif qed jirnexxilna nagħmlu bil-European Asylum Support Office kif ukoll fl-Unjoni Ewropea bil-Common European Asylum Measures li qed isiru biex kulħadd ikollu proċess uniformi u jkun hemm ukoll deċiżjonijiet li jkunu aċċettati minn kulħadd..…", "Sfortunatament naraw li jkun hemm ħafna diffidenza bejn il-pajjiżi membri fuq jekk kemm-il darba dak li jkun qiegħed jiġi pproċessat huwiex bl-istess kriterji minn pajjiż għal pajjiż ieħor.", "Ċerti drabi jkun hemm min jaħseb li pajjiż bħal tagħna nkunu aktar favorevoli minn pajjiżi oħrajn u kelli ċirkostanzi fejn kelli nwieġeb fuq din il-biċċa wkoll u spjegajt li din mhijiex kwestjoni li aħna qed inkunu aktar b'idejna miftuħa minn pajjiżi oħrajn imma sempliċiment li qed napplikaw ir-regoli li ġew stabbiliti mill-Unjoni Ewropea stess.", "U allura, abbażi ta' dawk ir-regoli dawn il-persuni jikkwalifikaw.", "Aħna għednilhom li m'għandniex x'naħbu għax il-proċess huwa ugwali għall-istandards li jridu huma u allura aħna qegħdin immexxu 'l quddiem.", "L-EASO se jkun qiegħed minflok l-uffiċini tat-Transport Malta u bħalissa qed isir ir-refurbishment mill-Unjoni Ewropea, fejn se jintnefqu €2.4 miljun.", "Issa f'laqgħa oħra jkollna l-opportunità li nidħlu aktar fid-dettall ta' x'inhuma l-miri tal-European Asylum Support Office, x'inhuma l-vantaġġi li se joffri dan l-uffiċċju lill-pajjiżna.", "Irrid ngħid li l-European Asylum Support Office twaqqaf għax kien wieħed mill-miri tal-patt Ewropew fuq l-immiograzzjoni u l-ażil li għadda taħt il-Presidenza Franċiża.", "Irrid ngħid li għalkemm dan huwa l-aktar objettiv ċar li jidher u li hu evidenti esternament, hemm objettivi oħra li saru taħt il-patt tal-immigrazzjoni u l-ażil li mbagħad ġie żviluppat ukoll mill-Patt ta' Stokolma u mxejna passi 'l quddiem.", "Għandek il-kwestjoni tal-qualified workers u l-kwestjoni li jittieħdu passi kriminali kontra min jimpjega persuni li jkunu daħlu f'pajjiż b'mod illegali fejn għandek direttivi li llum kwżi kollha huma allineati.", "Pajjiżna wkoll ħa ħsieb li jallinejahom u mexjin sew f'din id-direzzjoni.", "Kif għedt l-ewwel pass sabiex tagħti soluzzjoni aħjar għall-kwestjoni tal-immigrazzjoni irregolari huwa billi tibni istituzzjoni li tiddeċiedi b'mod veloċi l-kwestjoni tal-ażil u li fl-istess ħin – għalkemm din hija ferm aktar diffiċli - tkun tista' tirripatrija persuni li ma ħaqqhomx dan l-istatus.", "Din hija waħda mid-diffikultajiet u mill-ġlidiet li ovvjament irridu nagħmlu fl-Unjoni Ewropea.", "Way back f'April tal-2009, f'laqgħa pjuttost imqanqla li kelli barra jiena kont insistejt li l-Frontex, li diġa' kellha wieħed mill-għanijiet tagħha li tagħmel ir-ripatriju ta' dawn il-persuni, għandha tagħmel dan u it gets its act in order ħalli tkun tista' tagħmilha aħjar.", "Matul dawn is-snin rajna ċaqliq f'din id-direzzjoni imma personalment għadni m'inix sodisfatt biżżejjed u kelli l-opportunità li nuri n-nuqqas ta' approvazzjoni għall-miri li jien xtaqt li nilħqu u li ma lħaqnix fir-rigward tar-ripatriazzjoni min-naħa tal-Frontex.", "Irrid nirrikonoxxi wkoll li l-Frontex żammet kont taċ-ċirkostanzi diffiċli tagħna minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna għaliex pajjiżi kbar jistgħu jidħlu għal ċerti proġetti ma' dawn il-pajjiżi ta' oriġini li aħna ma nistgħux nidħlu fihom.", "Għal dan il-għan il-Frontex ħolqot proġett imsemmi Melita Project li huwa intenzjonat sabiex jagħmel identifikazzjoni aħjar ta' dawk il-persuni li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi u ovvjament sabiex ikun hemm l-akkwist ta' dokumenti tal-ivjaġġar kif ukoll sabiex jorganizzaw ruħhom aħjar fir-rigward tal-flights biex dawn imorru lura.", "U dan għaliex ħafna drabi Malta ma tkunx tista' timla' ajruplan b'dawn in-nies u għalhekk permezz tal-għajnuna ta' pajjiżi oħra, ikun jista' jiġi ajruplan minn pajjiż ieħor sabiex jiġbor lil dawn in-nies.", "Bħalissa qegħdin naħdmu ma' ċerti pajjiżi bħan-Niġerja, l-Ivory Coast, il-Ghana, il-Mali, is-Sudan, Togo, il-Liberja u l-Gambja biex ikollna f'pajjiżna ambaxxaturi tagħhom.", "Dan diġa' bdejna nagħmluh fuq inizjattiva tagħna, fejn id-Direttur Ġenerali s-Sur Mario Caruana mar ukoll il-Ghana u n-Niġerja fejn għamilna ċerti break throughs li qabel ma kellnix.", "Ġew ukoll ministri kif ukoll ambaxxaturi minn dawn iż-żewġ pajjiżi sabiex ikomplu din id-diskussjoni.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-konflitt fil-Libja, in vista tal-fatt li dawn id-diversi pajjiżi fil-maġġoranza tagħhom kellhom ambaxxata ġo Tripoli li tkopri lil Malta wkoll, bil-konflitt dawn l-operazzjonijiet li kienu jsiru b'mod regolari mil-Libja kellhom jieqfu u ġew at a stand still.", "Nittamaw li s-sitwazzjoni ġo Tripoli tkun tajba bħalma hi f'postjiet oħra, bħall-Benghazi sabiex naraw ukoll ċaqliq 'il quddiem u lura ta' dawn id-diversi ambaxxati fir-remit li għandhom sia mal-Libja kif ukoll ma' Malta.", "Dan jieħu l-ħin tiegħu.", "L-ewwel jiġu hawn u jifhmu s-sitwazzjoni x'inhi u mbagħad, hemm proċess li fih ċerti drabi jidentifikaw huma stess in-nies tagħhom u xi drabi ma jidentifikawhomx.", "Għandna biċċa xogħol li qed issir fuq bażi kontinwa.", "Fir-rigward tal-Frontex nittama li nidħol ftit aktar fid-dettall biex quddiem dan il-Kumitat ikun hemm ukoll record tal-pożizzjoni tagħna li ħadna fil-bidu ta' dan il-konflitt.", "Se nagħmel aċċenn qasir ħafna għax għandi żewġ punti oħrajn li xtaqt nagħmilhom ukoll.", "Fil-bidu tal-konflitt aħna għamilna numru ta' kondizzjonijiet għall-operat tal-Frontex f'Malta.", "Dawn il-kondizzjonijiet ma seħħewx u ovvjament aħna ma dħalnix għall-operazzjoni tal-Frontex.", "Jiġifieri ma konniex lesti li nidħlu għal operazzjoni bħal dik li hemm fil-Greċja għax riedna li jkun hemm operazzjoni li jkun fiha pakkett wieħed sħiħ.", "Imma fuq din inkun nista' nidħol aktar fid-dettall f'laqgħa oħra.", "Irrid nirringrazzja b'mod partikolari l-ħidma li saret mill-Forzi Armati ta' Malta, mill-Pulizija kif ukoll min-naħa tas-Civil Protection fuq din id-direzzjoni.", "Ma rridx ninsa nsemmi lin-nies li fil-ministeru tagħna taw sehem determinanti matul il-perjodu kollu.", "Jien kont involut direttament f'diversi affarijiet u nista' ngħid li rajt ħafna atti ta' intelliġenza u ta' kuraġġ li saru minn diveri persuni, sia hawn Malta kif ukoll fuq operazzjonijiet li saru barra minn xtutna.", "In-nies tagħna kienu eċċellenti u wrew sens kbir tad-dmir li hu nvolut f'dawn il-każijiet u kienu kapaċi jużaw it-talenti tagħhom u rnexxilhom jagħmlu ħafna u ħafna affarijiet li pajjiżna, bħala pajjiż żgħir għandu għalfejn ikun kburi.", "Nittama li f'ħajti jkolli l-opportunità li nikteb dwar id-diversi atti li wettqu dawn in-nies.", "B'mod partikolari rrid nirrikonoxxi x-xogħol kollu li sar minn wara l-kwinti għaliex dan sar b'mod dettaljat u attent ħafna sabiex Malta tkun ippreparati għall-eventwalitajiet kollha li jistgħu jseħħu u anke biex inkunu nistgħu nagħtu s-sapport tagħna barra minn xtutna.", "Dan sar u sar tajjeb ħafna.", "Irrid ngħid li din is-sena rajna wkoll id-deployment tal-Maritime Patrol Aircraft li l-Forzi Armati għandhom u li l-ministeru tagħna rnexxilu jġib lejn pajjiżna l-external boarder funds.", "B'hekk għall-ewwel darba pajjiżna għandu ajruplan tal-Forzi Armati li jista' jagħmel ħafna atti ta' sorveljanza u allura nistgħu nkunu fuq il-post aktar malajr.", "B'hekk ukoll ma nkunux dipendenti fuq l-operazzjonijiet tal-Frontex jew fuq appart ta' pajjiżi oħra bħalma kien jiġri fil-passat imma issa għandna first hand information u esperjenza daparti tal-uffiċjali diretti tagħna.", "Nixtieq nieqaf ftit biex nagħti l-opportunità lill-Membri sabiex jagħmlu xi mistoqsijiet.", "Imma qabel xejn nixtieq ngħid li ħdimna tajjeb ukoll mal-UNHCR.", "Irrid ngħid li għar-rigward il-UNHCR, matul dawn is-snin rajna tibdil f'żewġ direzzjonijiet prinċipali.", "L-ewwel direzzjoni hija ta' preżenza akbar mill-UNHCR f'pajjiżna.", "Fil-fatt illum minn uffiċċju żgħir hemm uffiċċju kbir il-Furjana, b'ħafna nies u xogħol għaddej il-ħin kollu.", "F'dan l-uffiċċju hemm impjegati Maltin u barranin.", "U dan huwa commitment min-naħa tal-UNHCR.", "Aħna wkoll tajna sapport lill-UNHCR fil-konflitt li kien hemm fil-Libja.", "Sfortunatament ingħatat l-impressjoni hemm barra li aħna bħala pajjiż ma tajnix importanza għall-preżenza tal-UNHCR ġewwa l-Libja mentri l-affarijiet huma kompletament bil-kontra.", "Irrid ngħid li appena kien hemm it-tħabbir tal-ftehim bejn l-Italja u l-Libja jien urejt il-pożittività tiegħi dwar dan il-ftehim imma kkondizzjonajt fuq preżenza akbar tal-UNHCR ġol-Libja.", "Aħna dejjem insistejna li l-UNHCR għandha tkun qiegħda hemmhekk.", "Jien ukoll kelli l-opportunità li niltaqa' mal-Ministru tal-Intern Libjan u ssollevajt miegħu din l-importanza li l-UNHCR titħalla topera b'mod b'saħħitha ġewwa l-Libja.", "Tlajt ukoll Geneva u ltqajt ma' Antonio Guterres, fejn wieħed mill-punti importanti li qajjimt dakinhar kien prorprju fuq il-bżonn li l-UNHCR jagħmlu aktar sforzi sabiex ikunu preżenti ġol-Libja.", "Fortunatament it-tmiem tar-reġim ta' Gheddafi wassal għal kambjament u qed naraw ukoll preżenza mill-ġdid tal-UNHCR ġewwa l-Libja.", "Nittamaw li din il-preżenza ġol-Libja tkompli tissoda għax nemmnu li d-diversi persuni li hemm ġol-Libja, li marru hemmhekk jew għal xogħol ġol-Libja jew inkella marru ġol-Libja bil-karrotta mdendla minn dawn it-traffikanti kriminali llegali li ħajjruhom imorru hemmhekk biex imbagħad ikunu jistgħu jaqsmu l-Mediterran.… Irrid ngħid li aħna ħdimna tajjeb ħafna u l-UNHCR baqgħet tassistina flimkien mal-IOM fuq parti importanti ħafna, u ċioè ir-rilokazzjoni ta' persuni minn pajjiżna kemm lejn l-Unjoni Ewropea kif ukoll lejn l-Istati Uniti.", "U minn hawnhekk irrid nirringrazzja lill-UNHCR għax-xogħol li tagħmel ta' referrals hawnhekk biex ikunu jistgħu jittieħdu dawn in-nies.", "Imma bil-konflitt tal-Libja rajna nuqqas fl-ammont ta' persuni li ttieħdu minn pajjiżna, anke mill-Istati Uniti.", "Nittamaw li issa, bit-tmiem tal-konflitt, kif ukoll bil-preżenza hawn Malta ta' ambaxxatriċi ġdida, inkunu nistgħu naħdmu aħjar.", "Xtaqt nagħmel xi punti oħra imma se nieqaf hawnhekk biex jekk tridu tagħmluli xi mistoqsijiet tkunu tistgħu tagħmluhom.", "Naħseb li dan huwa eżerċizzju tajjeb u issa, fl-ewwel laqgħa li jmiss ngħidu lir-Refugee Commissioner sabiex jiġi hawnhekk u mbagħad ngħidu wkoll lil diversi uffiċjali oħra ħalli nagħtu rendikont lil dan il-Kumitat tax-xogħol li qegħdin nagħmlu.", "THE CHAIRMAN: Grazzi tal-informazzjoni li qsamt magħna Ministru u issa se ngħaddi għar-rimarki jew mistoqsijiet min-naħa tal-Membri ta' dan il-Kumitat.", "MICHAEL FALZON: Naħseb li l-ispjegazzjoni li ressaq il-Ministru kienet waħda komprensiva mhux ħażin.", "Forsi l-unika ħaġa li xtaqt nistaqsi huwa dwar in-numru ta' 1,535 immigrant, jiġifieri ma kellniex ċittadini Libjani minnhom?", "Xorta bqajna bl-istess pattern ta' Eritrej u Niġerjani?", "CARMELO MISFUD BONNICI: Kellna ftit Libjani li ġew bid-dgħajjes.", "Il-maġġoranza tagħhom ippreferew li jgħaddu mil-legal channels.", "Fil-fatt li daħlu llegalment kienu biss ħamsa.", "MICHAEL FALZON: Bħala sors ta' immigrazzjoni llegali baqgħu l-istess ħames pajjiżi?", "U nkun qed ngħid sew meta ngħid li llum, fid-detention centres hemm madwar 700?", "CARMELO MISFUD BONNICI: Hemm massimu ta' 2,400.", "THE CHAIRMAN: Ministru mill-preżentazzjoni tiegħek ħarġet biċ-ċar il-politika ta' dan il-Gvern, l-azzjoni ċara, l-impenn kontinwu u l-koordinazzjoni tal-Ministeru tiegħek.", "Kif għedtilna aktar 'il quddiem se nkunu nistgħu nisimgħu dwar xiex tikkonsisti din l-azzjoni u ningħataw ukoll indikazzjoni dwar il-pjan ta' kontinġenza.", "Issa għadu kemm għaddieli ħsieb minn moħħi.", "Minn meta ltqajna sal-lum seħħew affarijiet kbar u qisha nbidlet is-sitwazzjoni politika tal-oriġini ta' din il-problema imma jien niftakar li ġieli konna nibżgħu mir-reġim ta' Gheddafi għax kien hemm il-probabilità li r-reġim tiegħu kien qed jeħodha kontra l-politika tal-Unjoni Ewropea u meta ried kien jiftaħ il-possibilità li jsiru vjaġġi ta' immigranti irregolari lejn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u meta ried seta' jagħlaq il-possibilità li jsiru dawn il-vjaġġi.", "Fis-sitwazzjoni preżenti, fil-fora li inti tieħu sehem u f'laqgħat mal-Ministri tal-Unjoni Ewropea, se jkunu qed jittieħdu miżuri biex sakemm jissaħħaħ l-operat tal-Gvern ġdid fil-Libja, jerġa' jkun hemm il-possibilità ta' miżuri u ta' strumenti li kapaċi jrażżnu l-possibilità li jerġa' jkun hemm vjaġġi mill-Afrika ta' Fuq, prinċiparjament mil-Libja lejn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?", "Qed ngħid hekk għax is-sajf li ġej jasal ukoll u t-temp bnazzi jista' joħloq tentazzjoni sabiex dawn ir-refuġjati jerġgħu jibdew jaqsmu l-baħar.", "L-Unjoni Ewropea kif se tħares lejn is-sitwazzjoni preżenti tal-Libja sabiex tara li effettivament trażżan milli jerġa' jkun hemm din il-possibilità?", "L-Italja żgur li hija interessata li tara li ma jerġax ikun hemm influss ta' nies f'Lampedusa.", "U Spanja tista' tkun interessata wkoll.", "Naturalment aħna, permezz tiegħek Ministru, fil-fora tal-Unjoni Ewropea interessati wkoll li naraw li ma jerġax ikun hemm il-bidu ta' dawn il-vjaġġi.", "CARMELO MISFUD BONNICI: Din hija mistoqsija pertinenti ħafna.", "Fl-Unjoni Ewropea diġa' sar xogħol f'din id-direzzjoni però x-xogħol f'din id-direzzjoni jrid ikollu ftit aktar stabilità fis-settur tal-Libja.", "Tinsiex li hawnhekk qed nitkellmu fuq pajjiż li huwa kważi totalment imkisser, mhux biss fiżikament imma anke l-istrutturi l-antiki kollha li kienu jeżistu għandhom diffikultajiet biex jerġgħu jibdew jaħdmu.", "Ma ninsewx ukoll li ġol-Libja għandek proċess ta' transizzjoni, fejn sejrin lejn elezzjonijiet demokratiċi u allura għandek diffikultà biex tiltaqa' ma' xi ħadd li miegħu tista' tibda tistabilixxi rabtiet li permezz tagħhom tkun tista' tiftiehem fuq ċerti punti.", "Pereżempju għandek it-training ta' boarder guards, ta' pulizija u ta' nies li jkunu jafu jissorveljaw tajjeb u sabiex ikunu jafu jħaddmu b'mod tajjeb is-search and rescue zone.", "Il-Forzi Armati ta' Malta diġa' għandhom links ma' dan in-National Counsil u diġa' offrew li jsir taħriġ lil nies fuq is-search and rescue zone ħalli l-Libja tkun kapaċi li tissorvelja b'mod tajjeb is-search and rescue zone tagħha.", "Irridu naraw ukoll jekk il-Libja hijiex se tbiddel il-politika tagħha rigward il-fruntieri.", "Fl-opinjoni tiegħi dak huwa l-aktar fattur determinanti.", "Ma ninsewx li l-politika tar-reġim li kien hemm qabel kienet waħda fejn il-fruntieri ma jiġux salvagwardjati.", "Kulmin irid jidħol seta' jidħol u ovvjament dik is-sitwazzjoni kienet tagħti lok għal flow ta' nies li jgħaddu mingħajr ma jgħaddu mir-rutini legali.", "U allura ma kellek lil ħadd li jivverifika x'tip ta' nies qegħdin jidħlu u x'inhu l-flow tan-nies li qed jidħlu.", "Jekk il-Libja tbiddel il-pożizzjoni tagħha, allura anke daparti tal-Unjoni Ewropea nkunu nistgħu nkomplu naħdmu fuq proġett li konna bdejna inizjalment taħt il-Kummissarju Jacques Barrot u li pprovat tkomplih ukoll Cecilia Malmstrom.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-assistenza lil-Libjani sabiex dawn ikunu jistgħu jissorveljaw aħjar il-frontieri tagħhom bl-apparat modern li jeżisti llum 'il ġurnata.", "F'dan l-istadju qed naraw ħafna volontà tajba u passi pożittivi.", "Nafu li hemm diversi organizzazzjonijiet li diġa' qed jaħdmu u qegħdin linked ma' dan it-Transitional Council sabiex ikunu jistgħu jippreparaw ruħhom għall-futur.", "Fejn se jaslu ma nafux.", "Min-naħa tagħna se nibqgħu dejjem viġilanti f'dak li għandu x'jaqsam pajjiżna u se nibqgħu dejjem disposti li nassistu u se nibqgħu ppreparati sabiex nagħtu s-sehem tagħna fuq livell ta' Unjoni Ewropea biex dan ikun jista' isir.", "Aħna konna nsistejna flimkien ma' pajjiżi oħra li jkun hemm pakkett finanzjarju għalihom.", "Anzi li dan jingħata wkoll lit-Tuneżija u lill-Eġittu sabiex inkunu nistgħu nibnu aħjar ir-relazzjoni tagħna magħhom hemmhekk.", "Ovvjament dan kollu għall-futur.", "Bħalissa tista' tkun il-kalma wara l-maltempata jew il-kalma qabel il-maltempata.", "Imma kulmin ikollu l-privileġġ u l-unur li jkun il-Ministru tal-Immigrazzjoni, jaf li jrid kuljum jieħu ħsieb li jara li jkollu din it-tip ta' sorveljanza għaddejja u jkollu kemm jista' jkun widnejh mal-art.", "Jekk tippermettili nixtieq nirringrazzja lil diversi nies fil-Ministeru li kull nhar ta' Tnejn, meta kont qiegħed l-isptar, b'mod kważi reliġjuż kienu jiġu ħdejja biex jgħiduli sewwa sew mis-setturi varji x'qed jaraw bħala feedback, x'qed jiġri, x'inhuma l-kurrenti u dan kollu biex nipprovaw nieħdu l-aħjar deċiżjonijiet għal pajjiżna u għall-persuni.", "Li hu żgur hu li aħna, fl-ebda mument, minkejja l-kritika li rċevejna speċjalment minn ċerti organizzazzjonijiet, ma naqqasna mill-valur tal-persuna umana jew inkella ħadna xi sogru jew riskju biex xi ħadd minn dawn il-persuni jitlef ħajtu.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Ma jidhirx li hawn aktar rimarki u għalhekk nistgħu niltaqgħu l-Erbgħa, 24 ta' Novembru.", "CARMELO MISFUD BONNICI: Dakinhar se jkolli lill-Ministru tal-Islovakkja.", "THE CHAIRMAN: Mela naġġornaw din il-laqgħa għal nhar it-Tlieta, 22 ta' Novembru fis-2.15 p.m. Grazzi.", "Fit-3:30 p.m, il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111108_117d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 117", "It-Tlieta, 8 ta' Novembru, 2011", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-2.30 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Dr Elaine Birmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "109 li saret nhar il-Ħamis 7 ta' Lulju 2011 ġew konfermati.", "Il-President talab il-permess tal-Kumitat sabiex cameramen tal-One News u tal-media.link ikunu jistgħu jieħdu filmati tal-ewwel parti tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "Immigrazzjoni Irregolari", "L-Onor Edwin Vassallo stieden lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern biex jagħti rapport dwar l-iżviluppi li seħħew f'dawn l-aħħar xhur f'dan il-qasam.", "L-Onor Carmelo Mifsud Bonnici, ta rendikont ta' kemm persuni ġew f'pajjiżna fl-ewwel xhur ta' din is-sena, kif ukoll ta spjegazzjoni dwar il-kunflitt fil-Libya u x'effetti jista' jħalli fuq l-influss ta' immigranti.", "Kien preżenti wkoll is-Sur Mario Caruana, Direttur Ġenerali fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-3:30 pm, il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111108_117m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 118", "L-Erbgħa 9 ta' Novembru, 2011", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 9 ta' Novembru, 2011 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni mid-Dipartimenti tal-Edukazzjoni u tas-Saħħa.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111109_118a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 118", "L-Erbgħa 09 ta' Novembru, 2011", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 118", "L-Erbgħa 09 ta' Novembru, 2011", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-07:30 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "116 li saret nhar it-Tlieta 1 ta' Novembru 2011 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Qabel nibdew bid-diskussjoni tal-lum xtaqt nagħmel żewġ punti fil-qosor.", "Se nitlob lir-research analyst tagħna sabiex tibgħat email lid-deputati rigward numru ta' laqgħat li jiena wegħedt li se nagħmel - bħala Chairperson ta' dan il-Kumitat - ma' numru ta' entitajiet li diġa' ġew jitkellmu magħna fuq żewġ suġġetti differenti.", "Jiġifieri se jerġa' jkollna back to back meetings ma' dawk kollha li ġew ikellmuna fuq l-issue ta' Paceville peress li dawn kienu talbuna sabiex jiġu jkellmuna b'mod informali u mbagħad se niltaqgħu wkoll mal-awtoritajiet u entitajiet li se jiġu jkellmuna.", "Jiena se nagħti siegħa lil kull entità.", "Se nitlob lill-research analyst tagħmel pubbliku permezz ta' email nota bil-ħinijiet ta' dawn il-laqgħat ħalli jekk xi ħadd minnkom ikollu l-pjaċir jattendi jkun jista' jiġi.", "Aħna xorta se nipprovaw nirrekordjaw dawk il-laqgħat biex imbagħad l-eżitu tagħhom ikunu parti mir-rapport li se npoġġi quddiemkom.", "Dak se jkun ħin li fih se nkunu qegħdin nagħmlu r-riċerka magħhom.", "Is-suġġett l-ieħor li se jkun marbut mal-issue tal-uniformijiet, fejn se jkollna żewġ laqgħat separati, kemm ma' uffiċjali min-naħa tal-Ministeru jew id-dipartiment tal-edukazzjoni kif ukoll ma' uffiċjali mill-awtorità tal-konsumatur.", "U se jkollna wkoll siegħa mal-Ministeru u siegħa mal-awtorità tal-konsumatur.", "Qed nagħmlu hekk biex insibu mezz kif quddiem dan il-Kumitat ir-research analyst tkun tista' ttella' r-rapport tagħha rigward l-eżitu ta' dawn id-diskussjonijiet.", "Kif għedt dawn se jkunu laqgħat informali imma min minnkom jixtieq jattendi, jista' jagħmel dan bl-aktar mod liberu.", "Dawn il-laqgħat se jsiru wara nofsinhar.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, safejn naf jien għandna żewġ issues miftuħin għad-diskussjoni; waħda l-issue ta' Paceville u l-oħra tal-uniformijiet.", "Issa aħna se nipprovaw nagħlqu dawn is-suġġetti billi jkollna laqgħa oħra formali tal-Kumitat qabel nieqfu għall-Milied jew le?", "THE CHAIRMAN: Irridu naraw kif se tkun it-timetable tad-diskussjonijiet tal-Budget.", "Li kont se nagħmel hu li noħolqu skeda ta' laqgħat informali ma' dawn l-awtoritajiet li diġa' ġew jitkellmu magħna hawnhekk.", "Issa min minnkom jista' jiġi għal dawn il-laqgħat in camera, jista' jagħmel dan.", "Jien se nieħu dan l-inkarigu bħala Chairperson u se nisma' x'inhuma l-proposti ta' dawn in-nies biex imbagħad, eventwalment, dak li jingħad f'dawn il-laqgħat, ir-research analyst tagħna tkun tista' tipprovdi l-proposti tagħhom fir-rapporti li se nħejju.", "Jekk sa Diċembru ma nilħqux inlestu nkompluhom f'Jannar, hekk kif jerġa' jiftaħ il-Parlament ħalli nagħlqu dawn iż-żewġ rapporti kif ukoll ir-rapport fuq l-edukazzjoni tal-persuni b'diżabilità u l-familja.", "JUSTYNE CARUANA: Dwar il-persuni b'diżabilità kelli kuntatt mal-President tal-Federazzjoni tal-Għaqdiet tal-Persuni b'Diżabilità Marthese Mugliett li tixtieq ħafna tiġi tiltaqa' mal-Kumitat u tagħmel preżentazzjoni.", "Fid-dawl ukoll ta' dan ir-rapport li se nikkonkludu naħseb li jkun opportun li nagħmlu tali laqgħa u anke ma' għaqdiet oħrajn jekk ikunu jridu.", "Nerġa' ngħid li din talbitni biex tiltaqa' mal-Kumitat.", "THE CHAIRMAN: Onor. Caruana, naqbel mal-proposta tiegħek.", "Din il-persuna kellmet ukoll lili u ssuġġerejtilha li niltaqgħu magħha hekk kif nibdew niddiskutu dan ir-rapport, fejn nistgħu nerġgħu nagħmlu kif konna għamilna fl-ewwel ċirkostanza meta konna stedinna lill-għaqdiet kollha tal-persuni li jaħdmu ma' persuni b'diżabilità biex qabel ma napprovaw dak ir-rapport inkunu erġajna kkonsultajna magħhom fuq il-proposti tagħna.", "U allura nkunu nistgħu niltaqgħu magħhom qabel ma ngħaddu għall-proposti tagħna biex b'hekk ikollna l-aħjar mezz ta' konsultazzjoni u l-aħjar proposti possibbli.", "Is-Segretarja tal-Kumitat qiegħda tgħidli li għandna ngħaddu biex napprovaw il-Minuti tal-laqgħa 117.", "F'din il-laqgħa jiena ltqajt ma' Dr Adam Kosa li huwa l-ewwel Membru Parlamentari Ewropew nieqes mis-smiegħ u li huwa ċ-Chairperson tal-EP Disability Intergroup.", "Inġibditli l-attenzjoni li din nistgħu nqisuha bħala laqgħa informali peress jien biss kont preżenti għaliha u allura l-Minuti nistgħu nneħħuhom u ma jibqgħux jidhru aktar bħala Minuti ta' laqgħa formali tal-Kumitat tal-Affarijiet Soċjali.", "Naturalment nistgħu nirrapportawha bħala laqgħa li jiena kelli ma' dan il-Membru tal-Parlament Ewropew.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, naqbel miegħek fuq dan il-punt.", "Li xtaqt forsi nagħmel bħala suġġeriment hu li meta niġu biex nitkellmu fuq l-issue tad-diżabilità tagħtina rendikont ħafif ta' x'kien intqal f'dik il-laqgħa partikolari biex aħna nkunu nafu x'inhi l-isfera Ewropea fuq dan is-suġġett.", "THE CHAIRMAN: Nitlob lis-Segretarja tagħna kif ukoll lir-Research Analyst sabiex jagħmlulna summary ta' dak li ntqal f'din il-laqgħa minn dan il-Membru Parlamentari Ewropew.", "TQEGĦID TA' KARTI", "THE CHAIRMAN: Se npoġġi fuq il-Mejda dawn id-dokumenti;", "ANTHONY ZAMMIT: Sur President, naħseb li jkun interessanti li wieħed jaqrahom ftit u jekk ikun il-każ niddiskutuhom għax f'pajjiżna għandna problema bl-early school leavers.", "THE CHAIRMAN: Dawn id-dokumenti waslu għandna fit-2 ta' Awwissu.", "Ma nafx jekk ġewx mogħtija lilna biex nagħtu rendikont lura.", "JUSTYNE CARUANA: It-tieni dokument huwa rilevanti ħafna għax qed naraw ir-rakkmandazzjonijiet.", "THE CHAIRMAN: Sinjuri dawn id-dokumenti se jitpoġġew fuq il-Mejda u għalhekk kulħadd ikun jista' jarahom.", "F'Jannar li ġej, meta se nkunu qegħdin nikkonkludu r-rapporti tagħna nkunu nistgħu nkomplu nżidu xi kummenti oħra li nkunu nistgħu nieħdu minn fuq din il-platform ta' dokumentazzjoni li ġiet mill-Kummissjoni Ewropea.", "Għalhekk se nitlob lis-Segretarja tagħna sabiex tieħu ħsieb li tibagħtilkom kopja ta' dawn ir-rapporti ħalli tilħqu taqrawhom sakemm niġu biex nikkonkludu r-rapporti tagħna.", "U issa nistgħu ngħaddu għas-suġġett tal-lum.", "THE CHAIRMAN: Kif tistgħu taraw minn fuq l-aġenda tal-lum, issa għandna diskussjoni fuq l-edukazzjoni dwar is-saħħa sesswali u se jkollna preżentazzjoni mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni u mid-Dipartiment tas-Saħħa.", "Kif kont qed ngħid id-diskussjoni hija fuq is-Sexual Health Policy u naf li hemm xi bidu ta' żvilupp f'dan il-qasam imma mhu se ngħid xejn aktar biex inħalli f'idejkom.", "Kif tafu wħud minnkom, speċjalment is-Sinj.", "Charmaine Gauci, kontu involuti fid-diskussjonijiet estivi li kellu dan il-Kumitat sabiex aħna stajna noħorġu bir-rapport ta' proposti dwar x'naħsbu li għandha tikkonsisti s-sexual health policy f'dan il-pajjiż.", "Naħseb li hemm żewġ raġunijiet għalfejn intom ġejtu hawnhekk.", "L-ewwel biex tagħtuna feedback dwar fiex wasaltu fil-ħidma li intom ingranajtu sewwa fiha u biex tgħidulna x'inhuma l-aħħar żviluppi ta' din il-ħidma.", "Aħna nixtiequ nieħdu din l-opportunità sabiex ngħidulkom tikkonsidraw li taqraw ir-rapport li konna nidejna fuq is-suġġett tas-sexual health policy għax ikun tajjeb li bħala Kumitat u nemmen li dan huwa dmiri bħala Chairperson, li nibqa' nfakkar lis-soċjetà u lill-entitajiet responsabbli fuq ir-rapporti li nkunu għamilna, anke permezz tal-proposti tagħhom.", "Se nieħu din l-okkażjoni biex f'din il-laqgħa nagħtukom dawn ir-rapporti biex tkunu konxji tagħhom u fl-istess ħin forsi ssibuhom utli għalikom fl-iżvilupp ta' dak li qegħdin tagħmlu.", "It-tieni nett nixtieq li tagħtuna feedback dwar l-iżviluppi li seħħew s'issa fuq dan is-suġġett.", "Nitlob li jkollna l-ewwel presentation mill-uffiċjali li ġejjin mill-Ministeru tas-Saħħa u mbagħad inkomplu bl-uffiċjali mill-Ministeru tal-Edukazzjoni.", "DR MIRIAM DALMAS (Direttur Policy Development, EU & International Affairs): Sur President, se nagħti l-preżentazzjoni li konna tajna fuq in-National Sexual Health Strategy, liema strateġija ġiet maħduma wara li kienet ġiet imnedija n-National Sexual Health Policy is-sena li għaddiet.", "L-istrateġija hija mfassla fuq il-policy u qiegħda tagħti aktar il-miżuri li se nagħmlu jew li diġa' qegħdin nagħmlu biex din il-policy tiġi mwettqa.", "L-istrategy hija bbażata fuq il-prinċipji li kienu mniżżlin fil-policy li kienet launched is-sena li għaddiet u nista' forsi nfakkar xi ftit minnhom.", "Dawn huma li nagħtu rispett u kura lejn is-saħħa umana sa mill-konċepiment tagħha, li l-individual rights and responsibilities huma importanti fil-kontest ta' soċjetà sħiħa, li jkun hemm adequate accessible and accurate information and education which is equally accessible to all members of the population u r-raġuni hija biex kulħadd ikollu l-abilità li jieħu informed and responsible choices, freedom from exploitation and abuse u freedom to express one's sexuality.", "Din l-istrateġija ġiet maqsuma f'erba' chapters prinċipali.", "L-ewwel chapter huwa fuq is-sexual health promotion and education, it-tieni chapter huwa fuq is-sexual health services, it-tielet chapter huwa fuq dinjità, drittijiet u responsabilitajiet u r-raba' chapter huwa fuq ir-research u s-sorveljanza.", "Ħalli issa nibda ndur chapter chapter u nidħol ftit aktar fid-dettall.", "Kif għedt l-ewwel chapter huwa fuq is-sexual health promotion and education għaliex l-għan aħħari tagħna huwa li nżidu l-għarfien u li niffosterjaw attitudnijiet pożittivi ħalli jkun hemm change and decision making to encourage people to develop the skills to make informed choices.", "Qegħdin nibbażaw din l-istrateġija fuq lifelong learning approaches, jiġifieri qegħdin ngħidu li l-learning approaches għandhom jaffettwaw lill-popolazzjoni kollha fl-etajiet kollha u mhux biss fis-settur tal-edukazzjoni bħala skejjel.", "Qegħdin ngħidu wkoll li għandu jkun hemm ċerti miżuri wiesgħa imma oħrajn li jkunu mmirati lejn special audiences.", "Qegħdin nipproponu ċerti miżuri u programmi li huma mmirati lejn l-ispecific needs and concerns ta' dawn l-ispecific target audiences.", "Pereżempju li jkun hemm sessjonijiet mmirati lejn udjenza aktar matura u li forsi jkunu organizzati fil-kunsilli lokali, li nidħlu biex nedukaw liż-żgħażagħ barra mill-iskola permezz tal-youth groups u l-iżvilupp ta' online services għax dawn huma mezzi li deħlin fis-soċjetà u li jistgħu jkunu effettivi ħafna.", "Dan iċ-chapter iddiskutejnih fit-tul mad-direttorat tal-edukazzjoni u qegħdin naħdmu biex permezz tal-edukazzjoni naraw li, fejn nistgħu, il-Ministeru tas-Saħħa jipparteċipa u jagħti t-technical advice u t-technical support tiegħu biex ikun hemm aktar preparazzjoni u technical skills li minnhom jistgħu jitgħallmu aktar it-teachers u l-educational professionals rigward sexuality and sexual health matters.", "F'dan iċ-chapter hemm prinċipju ieħor fejn qegħdin ngħidu li s-sexual health promotion and education għandha tkun parti importanti fl-iskejjel u se nkunu qegħdin naħdmu mad-direttorat tal-edukazzjoni f'dan ir-rigward.", "Qegħdin ukoll naċċennaw l-irwol tal-ġenituri u se nipprovaw nagħmlu l-almu tagħna ħalli l-ġenituri jkunu informati kemm min-naħa tal-edukazzjoni u forsi anke min-naħa tagħna biex ikunu iżjed ippreparati dwar l-edukazzjoni li se jingħataw it-tfal tagħhom fl-iskejjel u anke barra mill-iskejjel.", "Identifikajna wkoll ċerti areas li huma ta' importanza bħal pereżempju, alcohol consumption in relation to sexual behaviour għax huwa identifikat li ċertu alcohol consumption can disinhibit lil ċerti persuni u allura jidħlu f'ċerti riskji ta' sexual behaviour.", "Identifikajna sezzjoni oħra li hija l-irwol importanti tal-media.", "Din l-area nixtiequ niżviluppawha u qegħdin ngħidu li l-media għandha tliet rwoli importanti li se nkunu qegħdin ngħinuha b'diversi modi.", "Dawn l-irwoli huma li jkunu jistgħu jgħaddu informazzjoni korretta fuq is-sexual health, li huma għandhom rwol importanti biex jibdlu jew jgħinu ħalli jibdlu ċerti attitudnijiet fuq is-sexual health u li huma influwenti ħafna biex ikun hemm establishment of new sexual health behaviours.", "Fil-fatt bdejna naħdmu fuq ċerti miżuri, fosthom sabiex jiġi ffinalizzat pakkett ta' informazzjoni u ta' edukazzjoni għall-media professionals.", "It-tieni chapter huwa fuq is-sexual health services u hawnhekk bdejna billi elenkajna s-servizzi li jagħti fil-preżent il-Ministeru u li dawn huma mqassmin fuq tliet binarji; is-servizz primarju, is-servizz sekondarju li huwa aktar ibbażat f'Mater Dei kif ukoll fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u s-servizz privat li huwa importanti ħafna.", "Fl-istrateġija qegħdin naħdmu - fil-fatt diġa' sar xi xogħol - biex ikun hemm renovation u se jkun hemm il-migration tal-Genitourinary Clinic minn Sir Paul Boffa Hospital għal Mater Dei, fejn se jkun hemm ambjent iżjed modern u se jkun attrezzat aktar.", "Imma apparti l-bini qegħdin ngħidu li se nkunu qegħdin nissapportjaw a more specialist led service.", "Dan is-servizz se jkun il-leader biex imexxi s-sexual health services tas-saħħa.", "Dak huwa fil-health services sekondarji.", "Fil-health services primarji qegħdin ngħidu li hemm bżonn li jkun hemm ċerti gruppi ta' primary healthcare services li jkollhom interess speċjali u li allura dawn ikunu jistgħu jgħinu lil sħabhom tal-primary healthcare ħalli ċerti problemi, kemm jista' jkun jiġu trattati fil-primary healthcare u jiġu riferuti biss dawk li għandhom verament bżonn l-ispecialist service ta' Mater Dei.", "Hemm areas oħrajn li qegħdin indaħħlu f'dan iċ-chapter.", "Pereżempju daħħalna wkoll is-cervical cancer screening li għandu parti importanti u qegħdin ngħidu li dan is-servizz għandu jkun wieħed ħolistiku.", "It-tielet chapter li huwa fuq id-dinjità, drittijiet u responsabilitajiet.", "Irridu naċċertaw li l-legislative u r-regulatory framework f'dan ir-rigward irid jibqa' jaġġorna ruħu from time to time biex ikun jista' jaddatta ruħu għal dik li hija changing society circumstances.", "Fil-fatt hemm numru ta' miżuri li qegħdin nipproponu, fosthom li hemm numru ta' sexual transmitted infections li qed jiżdiedu u li huma notifiable biex ninkludu wkoll mard u infezzjonijiet ġodda li qed isiru iżjed komuni.", "Se nkunu qegħdin naħdmu fuq il-parnter notification biex intejbu dan is-servizz.", "B'hekk meta jkollok lil xi ħadd infettat b'sexually transmitted infection, aħna jkollna iktar aċċess għall-partners ta' dawn in-nies biex b'hekk inwaqqfu t-transmission...", "JUSTYNE CARUANA: Tista' tispjegali ftit kif se tagħmluha din?", "DR MIRIAM DALMAS: Diġa' qiegħda ssir bħalissa imma se nipprovaw nagħmluha aktar effettiva.", "JUSTYNE CARUANA: Partner notification f'każ ta' koppja miżżewġa?", "DR CHARMAINE GAUCI (Direttur fid-Dipartiment Għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard mid-Dipartment tas-Saħħa): Hemm obbligu fil-liġi, speċifikament fil-Public Health Act, li jekk tabib jissusspetta jew ikollu konferma ta' każ ta' mard li huwa notifikabbli, mela dan irid jinforma lis-Superintendent tas-Saħħa Pubblika.", "Hemmhekk jidħol fl-Infectious Disease Prevention Control Unit.", "L-ewwel nikkomunikaw mal-pazjent innifsu u naraw min kienu l-kuntatti li kellu.", "JUSTYNE CARUANA: Obbligat li jagħtikom l-informazzjoni?", "DR CHARMAINE GAUCI: No. Huwa obbligat li jagħtina l-informazzjoni jekk hemm riskju ta' saħħa pubblika għal ħaddieħor.", "Pereżempju jekk ngħidu li għandek missier li huwa HIV positive u aħna, x'ħin għamilna r-risk assessment tas-sitwazzjoni tiegħu nsiru nafu li għandek l-omm jew it-tfal li huma pożittivi, jekk inħossu li dawn il-persuni li qegħdin f'kuntatt ma' dan il-pazjent huma at risk min-naħa tas-saħħa pubblika, allura hemmhekk, bil-liġi aħna nkunu nistgħu nieħdu l-azzjoni min-naħa tagħna billi mmorru oltre u jekk il-pazjent ma jkunx irid jinformahom, aħna nistgħu ninformawhom għax hemmhekk għandek l-obbligu li tipproteġi s-saħħa pubblika.", "S'issa, mill-każijiet kollha li kellna, dejjem wasalna biex nikkonvinċu lill-pazjent fuq l-importanza li hu jħoss ir-responsabilità tiegħu billi jipproteġi lil min qed ikollu kuntatt miegħu u jinformana min huma dawk li qegħdin f'kuntatt miegħu.", "F'każ ta' familja jkun iktar faċli għax se tkun taf min huma l-familja tiegħu.", "L-iktar diffiċli meta tkun persuna li ma tafx min huma l-kuntatti tagħha għax aħna bl-ebda mod ma nkunu nistgħu nsiru nafu min huma.", "U allura hemmhekk għandek sitwazzjoni fejn trid taħdem fil-qrib mal-pazjent biex tibni relazzjoni tajba miegħu ħalli jirnexxilek tasal fl-istadju li jgħidlek minn rajh min huma.", "JUSTYNE CARUANA: Jiġifieri tiddependi ħafna fuq il-volontà ta' dak li jkun.", "Intom għandkom mezzi kif min ma jkunx volontarjament qed jikoopera b'xi mod tisforzawh?", "DR CHARMAINE GAUCI: Iva, permezz tal-Public Health Act.", "Jekk hemm riskju ta' saħħa pubblika għan-nies, is-Superintendent tas-Saħħa Pubblika jista' jieħu l-miżuri kollha li jkunu disponibbli għalih biex ikun jista' jieħu azzjoni.", "Jista' jieħu azzjoni legali fejn dak li jkun jintalab jagħti l-informazzjoni.", "JUSTYNE CARUANA: Hemm xi fakultà biex – x'tippermettilek dejjem il-liġi – dik il-persuna tevitaha milli jkollha kuntatti mal-pubbliku in ġenerali billi tiġi segregata?", "DR CHARMAINE GAUCI: Għandek il-Prevention of Disease Ordinance li hija aktar antika mill-Public Health Act u hemmhekk għandek ukoll il-miżuri ta' segregazzjoni.", "Imma din qatt m'użajniha għall-persuni nfettati bl-HIV ...", "JUSTYNE CARUANA: Dik il-liġi għadha viġenti?", "Pereżempju dik il-liġi tista' tużaha f'każ ta' tuberkolożi attiva, fejn anke jekk tkun qrib ħafna ta' persuna tista' tiġi infettat.", "Jekk għandek persuna li qiegħda l-isptar u din tkun trid titlaq, jekk inkunu nafu li għadha ta' riskju għas-saħħa pubblika, hemmhekk nistgħu nissegregawha.", "Però fil-każ ta' STIs u HIVs qatt ma kellna mmorru għal dik il-miżura.", "JUSTYNE CARUANA: Dejjem abbażi tal-volontà tal-persuna u għar-responsabilità tal-persuna.", "DR CHARMAINE GAUCI: Bħala responsabilità.", "ANTHONY ZAMMIT: Sfortunatament intom ma tiftakrux lil Dr Agius Ferrante, li konna nsejħulu l-Griżu.", "Dan kien il-Head of Dermathology fi żmieni.", "Fil-fatt kien ikollu kuntatti personali ma' dawn il-pazjenti.", "Il-pazjenti kienu jkunu jafu li dak li se jgħidulu kien se jibqa' midfun miegħu.", "U niftakar li kellu ktieb li fih kien iniżżel kollox, min hu l-pazjent, il-partners tiegħu, eċċ u dan il-ktieb kien iżommu fis-safe tiegħu d-dar.", "Dan kien joqgħod Rudolph Street.", "Bl-aġir tiegħu, bil-mod ta' kif kien jaġixxi mal-pazjenti, tant kien jibni a patient-doctor relationship li qatt ma kellu juża xi liġi.", "U għalhekk huwa importanti li d-dipartiment tal-GU jkollu dawn il-kuntatti man-nies biex dawk li jmorru l-GU jkunu jafu li mhux se jkun hemm sparpaljar ta' kliem eċċ. Il-psikoloġija kien jagħmilha huwa stess.", "Konna nieħdu gost mal-Griżu għax tant kien jagħmel lectures interessanti u fil-breaks kien jeħodna d-dar tiegħu.", "He was nice to the patients u allura anke jekk ikollok l-inqas ħsieb li jista' jkun li għandek dik il-marda, kont awtomatikament tikkonfida fih.", "Dak iż-żmien kien iktar diffiċli għax kien ikun hawn il-flotta u kien ikun hawn l-Ingliżi u l-Amerikani u l-kuntatti li kien ikollu dan il-bniedem kienu tal-għaġeb!", "Tant hu hekk li r-rata ta' syphilis hawn Malta kien naqqasha.", "Dak iż-żmien lanqas kien hawn condoms.", "Imma r-rata tas-syphilis fuq il-Maltin kien naqqasha u n-nies li kienu jaħdmu f'dan is-settur li kienu ta' Strada Stretta kulħadd kien jafu bħala ħabib.", "Kien jaf lill-prostituti kollha ta' Malta u dawn in-nies kienu jmorru għandu direttament, iċemplulu, imorru d-dar u d-doctor-patient relationship li kellu l-bniedem kienet veru eċċellenti.", "Għalhekk huwa importanti li min qiegħed hemmhekk jara li jkun hemm din it-tip ta' relazzjoni bejnu u bejn il-pazjenti tiegħu.", "Naf li Dr Carabott does his best, però rridu nidħlu wkoll fil-psikoloġija tas-sitwazzjoni, speċjalment fiż-żgħar għax they get a guilt feeling meta jinqabdu bil-problema u jistgħu jmorru għal ċerti estremi oħra.", "Dan il-partner notification it's not just a notification imma li trid hu li ġġib il-partner biex teżaminah.", "JUSTYNE CARUANA: Imbagħad għandek il-kwestjoni tad-Data Protection Act u din lili tinkwetani.", "Kollox sew għandna l-Public Health Act però d-Data Protection Act hija iktar reċenti mill-Public Health Act.", "Allura kif qed issibu l-bilanċ?", "DR CHARMAINE GAUCI: Kif taf sewwa fid-Data Protection Act għandek klawsola li tgħid li meta jkollok sensitive data, u din hi sensitive data, la hemm il-Public Health Act allura tiġi superceded u t-tabib irid jinnotifikana.", "JUSTYNE CARUANA: Nifhem li t-tabib irid jinnotifikak imma jiena qiegħda ngħid għall-partner notification li...", "DR CHARMAINE GAUCI: Hawnhekk qed tipproteġi s-saħħa pubblika so that overrides the Data Protection Act.", "Biex inkompli mal-Onor.", "Zammit, aħna naħdmu qrib ħafna ma' Dr Carabott min-naħa ta' STIs u naħdmu wkoll mal-clinicians li hemm Mater Dei li jaħdmu iktar fuq HIV/AIDS.", "Hemmhekk huma jkunu diġa' bnew relazzjoni mal-pazjent u aħna nidħlu f'dak it-team tagħhom bħala relationship fit-team li qegħdin jieħdu ħsieb il-pazjent.", "Għalhekk qatt ma kellna għalfejn nużaw il-liġi għax nemmen li bil-kelma t-tajba, u billi tfiehem lill-persuna li inti qiegħed hemm biex tipproteġi lilu u lill-familjari tiegħu, dan se jifhmek u jikkoopera.", "CARMELO ABELA: Intom taddottaw proċeduri differenti ma' pazjenti li jkollhom stat differenti?", "Qed ngħid hekk għax hemm differenza bejn raġel ġuvni u raġel miżżewweġ u allura xtaqt inkun naf jekk hemmx proċedura differenti f'dan is-sens.", "Ovvjament is-sitwazzjoni tkun aktar delikata meta għandek il-partner fin-nofs.", "Ejja ngħidu li għandek persuna miżżewġa li din kellha relazzjoni extra matrimonjali u li rriżulta dawn il-konsegwenzi.", "Naturalment trid issir notifika lill-pazjent innifsu imma mbagħad trid tinnotifika lill-partner tiegħu, li f'dan il-każ tiġi l-mara tiegħu.", "U allura nimmaġina li jkun hemm ċerta delikatezza ta' kif isiru l-affarijiet, fis-sens li jekk jirriżulta li din il-marda seħħet minħabba relazzjoni oħra li kellu r-raġel, hemmhekk se jidħlu aktar komplikazzjonijiet.", "Issa intom, bħala dipartiment tużaw metodi differenti f'dawn il-każijiet?", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmel rimarka waħda fuq dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Inti tiftakar għax naf li kont inkluża fid-diskussjoni li kellna f'dan il-Kumitat meta ġejna biex nagħmlu dak ir-rapport, imma anke minħabba l-insistenza - u naqbel magħha - ta' Dr Carabott, l-iktar attenzjoni li konna tajna bħala Kumitat kienet minħabba l-mard.", "Issa mhux għax jien ma naqbilx mal-issue tal-moralita li kien qed jitkellem dwarha l-Onor.", "Carmelo Abela imma aħna sħaqna fuq l-issue ta' mard.", "Aħna konna ġejna mogħtija x'nifhmu li bħala deputati għandna ninsistu li s-sexual health policy għandna bżonnha għax irridu niffrankaw il-mard u biex nevitaw milli jkollna iktar possibilità ta' infezzjonijiet.", "Naħseb li hemmhekk ir-rapport kien jindika ħafna dan li qed nitkellmu fuqu u allura kellna proposti bħal pereżempju action plan f'postijiet fejn għandek ċertu xorb, u allura konna semmejna Paceville imma għedna biex ma niktbux ismijiet.", "Konna semmejna wkoll kif jista' jkollna azzjoni immedjata f'postijiet partikolari biex tipprova tevita aktar it-tixrid ta' infezzjonijiet.", "Li qed nipprova ngħid hu li rridu nżommu saqajna mal-art.", "Ipprovaw immaġinaw Malta kollha bħala stat ta' holiday island x'jista' jkun qed isir biex tipprova twaqqaf it-tixrid tal-infezzjonijiet.", "Mela hawnhekk mhux qed nitkellem fuq il-moralità avolja jien nemmen li meta titkisser il-moralità se jkollok ċerta konfużjoni.", "Imma hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq kif se jkollna mitigation measures ħalli din il-konfużjoni u dan il-mard ma jinxteridx.", "DR CHARMAINE GAUCI: Aħna noqogħdu attenti ħafna kif nittrattaw kull każ, jiġifieri nkunu diliġenti ħafna fil-każijiet tagħna u ultimately l-għan tagħna huwa li nipproteġu lil kulħadd.", "Ħafna drabi l-ftit differenza li jkun hemm jekk persuna hijiex miżżewġa jew le hija li ħafna drabi tkun taf min hi l-partner ta' xi ħadd miżżewweġ mentri jekk xi ħadd ma jkunx miżżewweġ, jew inkella jkollu extra marital relationship, ikun aktar diffiċli biex tkun taf min hi l-partner jekk ma jgħidlekx hu.", "L-għan tagħna hu li nsibu dak iċ-ċirku ma' min kellha kuntatt il-persuna u mbagħad dejjem nibqgħu niftħu aktar ċrieki meta jkollok dawn it-tip ta' relationships għax jekk dik il-persuna ma tkunx baqgħet fil-familja biss se tiftaħlek probabilment għal ċirku ieħor u kultant ikun diffiċli ħafna biex tibda tgħaqqad dawn kollha.", "Għalhekk ir-responsabilità tagħna hi li nsibu kull min kellu kuntatt mal-persuna li kienet infettata biex noffrulha s-servizz ta' screening u jekk ikun hemm bżonn nibdew it-trattament minn kmieni.", "Il-problemi tagħna huma l-mard trasmess sesswalment u l-unplanned pregnancies però li nixtiequ – u din tidher ukoll fl-istrateġija – hu li nieħdu l-aspett ħolistiku tas-saħħa sesswali, fejn anke mid-definizzjoni li toffri l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa tgħidlek li mhuwiex biss li tevita l-mard imma li tħares lejn l-aspett kollu.", "Jekk din il-bażi tibniha minn meta t-tfal ikunu għadhom żgħar, bl-għajnuna tal-ġenituri u din il-bażi jibqgħu telgħin biha fi kwalunkwe post li jkunu qegħdin fih, hemmhekk inkunu nistgħu naslu sabiex ikollna saħħa sesswali tajba.", "U jekk din tkun inkorporata f'dan il-pakkett kollu nevitaw kemm dan il-mard kif ukoll l-unplanned pregnancies li qed ikollna.", "DR MIRIAM DALMAS: Żewġ aspetti oħra li qegħdin insemmu f'dan iċ-chapter huma li se nkunu qegħdin nieħdu inizjattivi biex inkomplu nissensibilizzaw lis-service providers kontra n-negative assumptions minħabba s-sexual orientation ta' dak li jkun u fuq il-kwestjoni tal-parental consent.", "Aħna nafu li qed ikun hemm iżjed każijiet ta' minorenni li qegħdin javviċinaw is-service providers biex ikollhom pariri u trattamenti mingħajr il-parental consent.", "Din ħarġet fil-workshops li qed ikun hemm u fejn ħareġ li qed ikun hemm aktar minn din il-problema u se nkunu qegħdin naħdmu biex inniedu guidelines ħalli ngħinu lill-clinicians jagħmlu assessment tal-persuna u jkunu jistgħu jiddeċiedu aħjar meta u kif jistgħu jagħtu parir jew trattament mingħajr il-parental consent, ovvjament dejjem fl-ambitu tal-local legislation.", "Dan huwa kunċett diffiċli imma se nkunu qegħdin nesplorawh għax ma nistgħux ninħbew minnu.", "CARMELO ABELA: Naħseb li dan huwa punt importanti għaliex anke fejn tidħol statistika nafu li l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ - qegħdin nitkellmu fuq żgħażagħ li għadhom taħt it-18-il sena – qegħdin ikunu sesswalment attivi.", "Ma nistgħux noqogħdu ninħbew wara subgħajna għax dik hi r-realtà u dan nistgħu narawh mill-istatistika u mis-surveys li jsiru.", "Jekk persuna li hija taħt it-18-il sena se tiġi biex tfittex l-għajnuna, intom qed tissuġġerixxu li l-ewwel ikun hemm il-parent consent?", "Mela fhimt ħażin jien.", "DR CHARMAINE GAUCI: It-tabib se jagħmel evalwazzjoni tal-pazjent li għandu quddiemu u hemmhekk, skont il-każ, jekk għandu bżonn jittratta jew jagħti pariri, jista' jagħmel dan.", "Fil-fatt dan isir mingħajr ma jkun hemm il-consent tal-ġenituri.", "Din ingħatat ukoll direzzjoni mill-Medical Council li tikkontrolla l-professjonalità tat-tobba.", "DR MIRIAM DALMAS: Se nkunu qegħdin nagħmlu guidelines għall-clinicians - għax din hija xi ħaġa importanti għax ħafna clincians jiltaqgħu magħha – għax irridu ngħallmu lill-clinicians biex dawn ikunu jafu x'għandhom jagħmlu meta jiltaqgħu ma' din il-problema.", "THE CHAIRMAN: Iktar ma nnaqqsu l-biża' u iktar ma ndaħħlu konfidenzjalità, iktar naslu għal suċċess f'dak li rridu għax finalment jekk kollox se jibqa' bil-parents consent u allura kulħadd irid jikxef għajnu, inqas se jkollok konkorrenza.", "Il-konkorrenza tiżdied u l-effettività tiżdied jekk għandek iktar kunfidenzjalità, bħalma kien qed jgħid l-Onor.", "DR MIRIAM DALMAS: Id-doctor-patient relationship tidħol hawnhekk ukoll u din hija importanti ħafna.", "ANTHONY ZAMMIT: Nista' nistaqsik mistoqsija?", "Qed isir xogħol biex juri dan l-awareness u dawn il-possibilities għal dawk l-istudenti li jiġu minn barra?", "DR MIRIAM DALMAS: Għal dawk li jiġu biex jitgħallmu l-Ingliż f'pajjiżna?", "ANTHONY ZAMMIT: Naħseb ċerti pamphlets should be made available anke l-airport biex dak li jkun anke jekk qiegħed hawn on holiday u jsib li hemm il-possibilità li ġie infettat, ikun jaf awtomatikament fejn għandu jmur.", "Apparti minn hekk trid tqis ukoll li dawn jistgħu jkunu ġabuha magħhom u jista' ikun li se jkollhom kuntatt ma' xi studenti oħra waqt li jkunu qegħdin hawnhekk.", "Ċerti affarijiet bħal dawn għandhom ikunu l-airport u forsi anke fuq dawk il-kotba tal-Air Malta li jitqassmu waqt it-titjira biex you make the people aware.", "THE CHAIRMAN: L-importanti hu li aħna mhux nipprovaw ngħidu li għandna servizz u dan is-servizz ma jkunx jinħass ma' min veru għandu bżonnu.", "L-agħar ħaġa li jista' jkollna hija li nniedu s-sexual health education biex ngħidu li qiegħda hemmhekk imma mbagħad din tkun effettiva mal-ftit.", "Aħna għandna bżonn li din tkun effettiva mal-ħafna biex jekk jista' jkun nipprevjenu milli jkollna ċertu mard.", "Is-sexual health education trid tagħmel tajjeb biex nipprevedu ż-żieda ta' mard u infezzjonijiet.", "Nifhem dak li għedt inti Dr Charmaine Gauci rigward id-definizzjoni tal-World Health Organisation imma aħna jimportana li nnaqqsu l-possibilità ta' tixrid ta' infections.", "DR MIRIAM DALMAS: Fil-fatt l-istrateġija għamilniha fuq l-informazzjoni li għandna bħalissa però waqt l-investigation li għamilna identifikajna areas li rridu nagħmlu iżjed riċerka fuqhom ħalli nkunu nafu s-sitwazzjoni lokali verament fejn qiegħda.", "Fil-fatt naħsbu li meta jkollna r-riżultati ta' din ir-riċerka jista' jkun hemm bżonn ta' xi tibdiliet fl-istrateġija u fil-miżuri li rridu nieħdu.", "Aħna identifikajna ħames areas importanti li għandna bżonn nagħmlu iżjed riċerka fuqhom.", "Dawn huma s-sexual practices, it-tip ta' relazzjonijiet u ta' kuntatti li jkollna; l-effettività tas-sexuality and relationship education f'areas differenti tal-popolazzjoni; l-użu tas-sexual health services kemm fil-verità qed jintużaw, x'needs għandek hemmhekk, fuq is-sexual reproductive health knowledge, x'għarfien jeżisti u kemm jafu n-nies, x'jafu, kif jafu, minn fejn jafu; u l-attitudes, perceptions and beliefs.", "Fil-fatt diġa' nidejna ċerti miżuri u għamilna specifications biex dan ix-xogħol jibda jsir.", "Waqt l-istudji tagħna skoprejna li għandna ċerta informazzjoni li hija nieqsa u allura hemm bżonn li din l-informazjzoni niġbruha ħalli nkunu iżjed informati u fl-istess ħin inkunu nistgħu nevalwaw ukoll l-effettività ta' din l-istrateġija.", "ANTHONY ZAMMIT: Naħseb l-istrateġija għandha tkun mod għaż-żgħar għax in the underage group nowadays they are more open u mod ieħor għall-kbar għax għad hemm min they consider it as a taboo.....", "Għalhekk l-istrateġija trid tkun differenti għax il-younger age group mod filwaqt li għal dawk li huma ta' ċerta età mod ieħor u għall-oħrajn, li some of them still consider it as a taboo and yet they do it just the same trid tilħaqhom mod ieħor.", "DR MIRIAM DALMAS: L-aħħar item huwa s-surveillance li qisu huwa abbinat mar-riċerka biex inkunu nafu iżjed fuq il-mard, it-trends u liema mard għandna u fejn qiegħed.", "Aħna dia' għandna metodi li nużaw mas-surveillance però se nieħdu miżuri biex is-surveillance ntejbuha b'metodi ġodda.", "Bħala konklużjoni aħna nqisu li din l-istrateġija mhijiex an end point imma hija a milestone.", "Dan huwa elenku ta' miżuri li qegħdin nieħdu u li se nieħdu sabiex intejbu s-sexual health hawn Malta.", "Din qed inħalluha dynamic, jiġifieri qegħdin inżommu moħħna miftuħ li nistgħu nbiddlu jew inżidu jew innaqqsu skont l-informazzjoni li se niġbru mir-riċerka u qegħdin naċċettaw ukoll il-fatt li biex inkunu successful b'din l-istrateġija għandna bżonn l-għajnuna u l-parteċipazzjoni ta stakeholders oħrajn, fosthom l-edukazzjoni li diġa' qegħdin naħdmu ħafna magħhom u kif ukoll ma' interested parties and organisations u NGOs għax għandna bżonn l-għajnuna ta' ħafna nies.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Ippermettili nagħmel mistoqsija lil Dr Dalmas.", "Fil-bidu semmejt is-sex workers.", "Aħna nafu li llum, il-liġi f'pajjiżna tipprojbixxi t-tlajjar imma as such il-prostituzzjoni mhijiex illegali.", "L-ewwel nett, ikkonsidrajtux kif wieħed jista' jittratta ma' dawn it-tip ta' persuni u t-tieni, jekk għamiltux rakkmandazzjonijiet għal tibdil fil-liġi jekk dan hu meħtieġ u li jkun hemm xi tip ta' reġistru jew ħaġa jew oħra biex min qed jagħmel dan it-tip ta' xogħol – ħalli nsejjaħlu hekk – fejn għandek riskju pjuttost għoli, tkunu tafu how to handle the situation.", "DR MIRIAM DALMAS: Din hija area relattivament ġdida.", "Li rrid ngħid hu li din konna diġa' qegħdin naħdmu fuqha imma issa identifikajna area li għandna bżonn naħdmu iżjed fuqha.", "Il-miżuri li qegħdin nieħdu mhummiex identifikati jew huma diġa' set in stone.", "Waħda mill-affarijiet li nafu hi li għandna bżonn ta' aktar riċerka biex inkunu nafu xi bżonnijiet għandhom din is-sezzjoni tal-popolazzjoni.", "U għalhekk se nkunu qegħdin nipprovaw naraw kif nistgħu nindirizzawhom b'mod aktar effettiv għall-area speċifika tagħhom.", "Il-fatt hu li rridu naċċettaw li dawn in-nies jeżistu u li għandhom bżonnijiet partikolari u ma nistgħux ninsew li għandna din it-tip ta' sezzjoni fil-popolazzjoni tagħna.", "ANTHONY ZAMMIT: Fil-passat kien hemm pajjiżi li biex inaqqsu minn dawn il-problemi kienu llegalizzaw il-burdelli.", "B'hekk naqqsu t-tlajjar mit-toroq u riedu jsegwu wkoll ċerti kondizzjonijiet.", "DR MIRIAM DALMAS: Hemm il-pros u l-cons f'dawn l-affarijiet.", "CARMELO ABELA: Mill-aspett ta' saħħa pubblika forsi hemm iktar pros.", "DR MIRIAM DALMAS: Imma mbagħad hemm aspetti oħra.", "Kif għedna aħna ma naħdmux waħedna imma naħdmu id f'id..…", "CARMELO ABELA: Is-soluzzjoni hi li jew ma jsirux iktar jew li nkella…", "ANTHONY ZAMMIT: Dik hija xi ħaġa impossibbli.", "DR MIRIAM DALMAS: Eżattament.", "That is the oldest profession u ma naħsibx li se tispiċċa daqshekk malajr.", "CARMELO ABELA: Irridu nkunu realistiċi fl-affarijiet li qed ngħixu fihom.", "THE CHAIRMAN: Mela nwaqqfu din id-diskussjoni kummerċjali u mmorru mill-ewwel għat-tieni preżentazzjoni li għandna llum u li se ssir mir-rappreżentanti mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni.", "Nitlob lil min se jitkellem sabiex jintroduċi lilu nnifsu.", "SANDRA CORTIS (Service Manager - Education Psyco-Social Services): Sur President, xtaqt nibda b'dak li qalet Dr Dalmas u ċioè l-importanza li l-istakeholders differenti f'dan il-qasam jaħdmu flimkien.", "Naħseb li kien importanti wkoll li fid-dokument li nidew kien hemm is-sehem tagħna.", "Min-naħa tal-edukazzjoni aħna narawha bħala a sexuality and relationship education.", "Meta wieħed jaraha mill-World Health Organisation isib li d-definizzjoni li wieħed jagħti hija b'mod ħolistiku fejn qed tieħu ħsieb l-emotional, is-social interactive u l-aspett fiżiku tas-sesswalità u b'hekk wieħed qed jara l-bniedem sħiħ.", "Jiena ngħid li dan il-proċess irid jibda kważi mill-ġuf u jibqa' għaddej matul il-ħajja.", "L-edukazzjoni tas-sesswalità u r-relazzjoni edukattiva għandha tkun matul il-ħajja kollha.", "Min-naħa l-oħra, meta wieħed jara x'qed jgħid is-Sexuality Information and Education tal-Kunsill tal-Istati Uniti fl-2004 isib li dan qed jgħid ċar u tond kemm huwa importanti assisting children and adolescents in developing a positive view of sexuality.", "Mela biex wieħed jasal għaliha jrid ikun jaf lilu nnifsu sew.", "Naħseb li hawnhekk huwa l-qafas ta' kollox, jiġifieri li għandek rispett tad-dinjità tiegħek innifsek.", "Għalhekk naħseb l-importanza li fis-sistema edukattiva tagħna qed nipprovaw li mhux biss l-informazzjoni imma anke l-programmi li se nitkellem fuqhom iktar tard ikunu bilanċjati fuq il-formazzjoni wkoll.", "Jekk se nagħtu l-informazzjoni biss u mhux se naħdmu fuq il-formazzjoni tal-individwu naħseb li mhux se naslu.", "THE CHAIRMAN: Tista' tirrepeti dan l-aħħar kumment li għaddejt?", "SANDRA CORTIS: L-importanza li wieħed jagħti kemm lill-informazzjoni kif ukoll lill-formazzjoni.", "L-informazzjoni u l-formazzjoni jridu jsiru mhux biss mis-sistema edukattiva imma anke fejn ikun qed jittrabba t-tifel u din trid tiġi minn età bikrija.", "Is-sesswalità u s-sbuħija tagħha għandha tiġi mogħtija qabel mat-tfal imorru l-iskola.", "Jekk qed ngħidu li bis-sesswalità qed naraw il-bniedem sħiħ, allura inti min inti, is-sbuħija tiegħek, l-imħabba tiegħek innifsek u l-imħabba in ġenerali qiegħed taraha b'mod sabiħ anke fil-familja fejn qed tgħix.", "U hija importanti li din irid ikun hemm kontinwità fiha permezz tas-sistema edukattiva.", "ANTHONY ZAMMIT: Għalhekk huwa importanti li l-ġenituri jiġu indirizzati fuq din il-problema mill-bidu u mhux imbagħad iħallu kollox f'idejn l-edukatturi meta t-tfal tagħhom ikunu l-iskola.", "Fil-fatt, kif tarbija titwieled u se jkollha kuntatt mal-omm u mal-missier diġa' se tinfluwenzalha s-sesswalità tagħha meta tikber.", "Għalhekk il-ġenituri għandhom jiġu indirizzati mill-ewwel fuq kif se jtellgħu din it-tarbija fis-sesswalità tagħha, kif se tiżviluppa s-sesswalità tagħha u kif se taċċetta s-sesswalità tagħha.", "U huwa importanti li taċċetta s-sesswalità tagħha għax forsi ma tkunx sesswalità normali and you have to be open.", "Għalhekk trid timmira għal diversi lati.", "CARMELO ABELA: Hawnhekk għandna sfida akbar.", "Forsi fiż-żmenijiet tal-lum mal-ġenituri m'għadhiex daqshekk taboo kif kienet ftit tas-snin ilu imma xorta waħda għad għandek ġenituri żgħażagħ li jħossuhom skomdi biex jitkellmu ma' uliedhom b'ċertu mod.", "Hawnhekk aħna naqblu miegħek imma dan ifisser li bħala pajjiż għandna sfida ikbar għax ma tistax ma tgħallimx u ma tedukax lil min nippretendu li għandu jeduka.", "Anke l-ġenituri, jien mat-tifel u mat-tifla tiegħi forsi ma nafx kif se nħossni meta niġi ffaċċjat b'ċerti mistoqsijiet, wisq probabli nirrispondihom imma naħseb li rrid niġi mgħallem kif se nittratta ma' uliedi.", "ANTHONY ZAMMIT: Kif se tirreaġixxi mat-tifel huwa differenti minn kif se tirreaġixxi mat-tifla.", "CARMELO ABELA: Mat-tifel inħossni iktar komdu milli mat-tifla.", "SANDRA CORTIS: Fil-fatt fil-preżentazzjonijiet li qed nagħmlu qed naraw l-importanza li meta nagħmlu programmi, dawn ma jkunux mal-istudenti biss.", "Illum il-ġurnata l-education psycho-social services, kull programm li qed isir qed isir parallel mal-ġenituri u qegħdin nibdew mill-età bikrija f'Year 3 u Year 4.", "Issa se ngħidu x'qegħdin nagħmlu fl-iskejjel tal-Istat.", "THE CHAIRMAN: Sinjura Cortis ma rridx naqtalek qalbek imma se nkun daqsxejn kattiv għax quddiem dan kollu jien qiegħed naqta' qalbi.", "L-ewwel aħna diġa' smajna hawnhekk persuni oħra jitkellmu u fosthom kien hawn Dr Elena Tanti Burlò li sabet realtà f'pajjiżna fejn tfal ta' età żgħira jsibu diffikultà fl-iżvilupp tal-lingwa tagħhom u fl-abilità ta' komunikazzjoni għax il-ġenituri tagħhom ma jsibux ħin jilagħbu magħhom.", "Issa jien qed nitkellem fuq xi ħaġa elementari; ġenituri li ma jsibux ħin biex jilagħbu ma' uliedhom ta' tliet snin.", "Naħseb li Dr Elena Tanti Burlò ma kenitx qed tiżbalja.", "Jekk aħna bħala ġenituri ma nsibux ħin nilagħbu ma' uliedna ta' tliet snin, ma nafx kif se naslu biex ikollna ħin nitkellmu fuq dawn l-affarijiet.", "Jien qed nagħtik eżempju ta' xi smajt hawnhekk u xi ħaġa bħal dik, biex għadni niftakarha bl-amment, ikolli nammetti li xxokkjatni.", "It-tieni realtà hija l-aktar waħda li lili taqtali qalbi minn qabel ma nibda.", "U dan għaliex għandek dan it-tip ta' mind set fl-Ewropa kollha u fil-pajjiżi żviluppati fejn dak li qed ngħidu aħna diġa' huma qegħdin jattwawh.", "Imma mbagħad nara żgħażagħ ġejjin minn pajjiżi oħra li huma diġa' mgħallmin fuq dawn l-affarijiet imma x'ħin jiġu f'pajjiżna qegħdin ikunu daqshekk illiberali u irresponsabbli magħhom infushom li they get carried away u jagħmlu atti sesswali li jipperikolaw il-ħajja tagħhom għax jistgħu jiġu nfettati b'dan il-mard.", "Allura dan il-mind set li qed tippromwovi hawnhekk mhux diġa' kważi huwa falliment fis-sistemi edukattivi barranin?", "Kif se tikkoreġili dan id-dubju li daħal f'moħħi?", "Dawn l-istudenti li jiġu f'Malta qed jiġu mgħallma fuq dawn l-affarijiet imma hekk kif isibu ruħhom waħedhom jagħmlu dak li jagħmlu!", "Dawn jiġu mgħallma biex ma jixorbux alkoħol u biex ikunu responsabbli imma meta jħossuhom ħielsa jagħmlu bil-kontra.", "Jiġifieri ma nistgħux naħarbu minn dan il-fatt u jew se nkunu konkreti jew le.", "Aħna kellna l-kritika li sa ftit ilu fuq bajja qrib Paceville.… Anke r-realtà ta' Paceville u ta' postijiet oħra, fosthom f'Għawdex.", "Nafu li llum l-attività sesswali ġiet ħielsa fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa u fost il-ġenerazzjoni adulta.", "Issa jien mhux qed ngħid li rrid inwaqqaf din il-libertà imma rrid nirresponsabbilizzaha biex ħadd ma jweġġa'.", "Allura ma taħsibx li taqta' qalbek qabel ma tibda meta tara hekk?", "Qiegħed inkun żbaljat apposta u nitlobkom tikkoreġuni għax jista' jkun li min qed jismagħna se jgħid din hija another brick in the wall imma r-realtà se tibqa' dik li hi.", "SANDRA CORTIS: Fis-sistema importanti li l-SRE hemm l-informazzjoni; l-attitudni, il-valuri, l-insights, ir-relazzjoni, kif għandna mmorru ma' xulxin u r-responsabilità, jiġifieri dawn b'xi mod qegħdin jaslu għand it-tfal.", "Irridu nagħtuhielhom għax jekk mhux se naslu għal dawn l-affarijiet, se jkun hemm il-libertinaġġ.", "B'xi mod anke l-programmi li qegħdin nagħmlu mal-ġenituri qed nisħqu ħafna fuq il-komunikazzjoni għax kif għedt tajjeb inti, Sur President, jekk jiena mhux qed nikkomunika mat-tfal tiegħi minn età bikrija permezz tal-logħob, kif jista' it-tifel tiegħi jitkellem fuq is-sesswalità?", "Through parenting skills aħna qed nagħmlu transizzjoni mill-iskejjel sa mill-home kinder, jiġifieri mill-home kinder qed nagħmlu laqgħat mal-ġenituri biex is-servizzi tagħna nibdew ninfiltrawhom minn qabel mat-tfal jiġu l-iskola.", "B'hekk ikunu jafu x'inhuma s-servizzi tagħna, x'inhi r-responsabilità tagħhom bħala ġenituri u l-importanza tal-komunikazzjoni.", "Nista' ngħid li qed ikollna rispons mill-ġenituri.", "Veru li hemm ġenituri li ma jiġux imma rridu naraw għalfejn ma jiġux.", "Illum, fis-sistema edukattiva tagħna rridu naraw li mmorru aħna wkoll għax kif qal l-Onor.", "Membru hemm ħafna strixxi tas-soċjetà.", "ANTHONY ZAMMIT: Fil-fatt il-problema li qed niffaċjaw llum hija li fil-passat ma sar xejn u allura għandek muntanja quddiemek.", "Jiġifieri trid tara mil-liema lat din se taqbadha u tattakkaha.", "Jiena ngħid li trid tattakkaha biċċa biċċa.", "Forsi fil-futur, meta dawn iż-żgħar jikbru, ix-xogħol se jkun inqas, għalkemm forsi jkun hemm xi affarijiet oħra imma din hi l-problema; li ħallejna s-soċjetà titlef il-valuri tagħha, fejn sirna usa e getta u għalhekk spiċċajna b'dawn il-problemi.", "ANTHONY ZAMMIT: Dik hi l-problema li għandna għax irridu naraw mil-liema lat se nattakkawha biex forsi nagħmlu patch work u nimxu 'l quddiem.", "THE CHAIRMAN: Għall-fini tad-dibattitu I beg to differ u rrid nagħmel il-punt li ma naqbilx ma' dak li għedt għax ma nistax ngħid li ma kien hawn xejn.", "Ma kien hawn xejn minn dan li qed jingħad illum mis-Sinjura Sandra Cortis però fil-pajjiż kien hawn dak li kien b'mod naturali li jkun hawn.", "Illum ngħidu li ma baqax valuri imma qabel kien hawn valuri.", "Kien hawn it-tagħlim li kien adegwat għaż-żmenijiet tal-bieraħ.", "Dak li trabbejna fih aħna u ta' qabilna kien adegwat għalihom.", "Issa llum irridu xi ħaġa li hija iktar adegwata għal-lum u allura qed nitkellmu fuq dan kollu llum.", "Issa inti wżajt il-kelma \"libertinaġġ\" imma xorta għad għandi din il-biża' li rridu nagħmlu xi ħaġa iktar effettiva minn dan kollu ladarba qegħdin nibdew issa u nistgħu nitgħallmu minn dak li għamlu pajjiżi oħra għax il-libertinaġġ donnu huwa beyond limit u beyond control.", "Kieku l-libertinaġġ li hawn ma jweġġa' lil ħadd ngħid fiha u ma fihiex imma li l-libertinaġġ li hawn jista' jweġġa' lin-nies allura dak ibeżżagħni.", "Notwithstanding it-tagħlim kollu li hemm f'pajjiżi oħra, li bdew qabilna f'din il-materja, il-libertinaġġ huwa enormi.", "Pajjiżna, bl-influwenza tar-reliġjonijiet, bl-influwenza tal-knisja u bl-influwenza tat-taboos li għandhom it-tajjeb u l-ħażin tagħhom, bil-kliem kollu ta' liberaliżmu eċċ. illum għandi l-biża' tiegħi li xorta l-libertinaġġ ma nafx kif nistgħu nirresponsabbilizzawh.", "Il-libertinaġġ ma rridux imma l-libertà rridha sakemm din tkun libertà responsabbli.", "Il-libertinaġġ qed ibeżżagħni.", "Issa b'dan kollu se naslu biex nirregolarizzaw il-libertinaġġ fil-mentalità li għandna?", "Aħna telgħin b'mentalità ta' libertinaġġ?", "ANTHONY ZAMMIT: Ħalli nagħtik eżempju ta' x'ġara fil-Ġermanja.", "Niftakar li meta tlajt fl-1975 sirt naf li fl-iskejjel kienu jagħtu l-pillola lit-tfajliet.", "Bix-xogħol li għamlu l-Ġermanja wasslu biex lit-tfajliet idaħħlulhom aktar valuri tal-att sesswali u they don't go for touch sex or one time affairs eċċ. Dawn il-pilloli għadhom available imma ma jeħduhomx għax bix-xogħol li sar edukaw liż-żgħar u komplew jedukaw lil dawk li telgħin warajhom sabiex jagħtu kas tagħhom infushom.", "Daħħlulhom dan is-sens ta' responsabilità u edukawhom in that way għax qabel kienet li inti tista' tmur l-iskola u tieħu l-pill.", "IS-SUR RAYMOND J CAMILLERI (Director Curriculum Management and eLearning): Sar ħafna diskors dwar x'isir barra minn Malta, fuq il-libertinaġġ u fuq il-valuri.", "M'hemmx dubju li s-settur edukattiv f'Malta - għallinqas mill-1999, x'ħin ħareġ l-ewwel curriculum - kien poġġa l-issue tal-valuri u l-programmi dwar il-PSD kienu bdew jindirizzaw dawn l-affarijiet.", "Ilna għal dawn l-aħħar għaxar snin niffokaw fuq il-kunċett tas-sesswalità u l-edukazzjoni dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet.", "Mhijiex xi ħaġa li se nibdewha issa però hemm ħafna xogħol x'isir u ma jfissirx li llum il-ġurnata qegħdin naslu sabiex intejbu l-pożizzjoni tagħna.", "Dan għaliex huwa proċess li jimxi bil-mod u aħna qegħdin nipprovaw nedukaw lill-istudenti sabiex jakkwistaw l-attitudnijiet li huma rilevanti, l-understanding tan-knowledge li huwa importanti kif ukoll sabiex ikollhom l-iskills neċessarji biex ikunu jistgħu jiżviluppaw dan l-element ta' sexuality education u hemm kontest fejn dawn jitgħallmuh.", "Il-kontest huwa l-lezzjonijiet tal-PSD.", "Imbagħad jekk ikolli l-opportunità inkun nista' nidħol f'iktar dettal dwar x'isir fil-lezzjonijiet u x'tip ta' aspetti qegħdin nieħdu u li ilna nieħdu fir-realtà għax tajjeb ngħid li dan ma bdejnihx illum.", "Fil-fatt fis-syllabus diġa' huwa preżenti, fejn nibdew minn Year 4 u nkomplu telgħin sal-aħħar tal-Form V għax dan huwa proġett edukattiv u allura jipprova jagħti lil dawk l-istudenti kollha l-ħiliet neċessarji biex ikunu jistgħu jgħixu f'sitwazzjoni fejn għada pitgħada jkunu kapaċi jastjenu għax jirrealizzaw li waħda mill-aħjar modi biex tipproteġi lilek innifsek hija l-astitenza.", "Issa fil-programm edukattiv tagħhom hemm programmi oħra fejn it-tfal ikollhom exposure għal dak kollu li jistgħu jieħdu biex jipproteġu lilhom infushom.", "Mela l-proġetti u l-ħiliet qegħdin hemm imma ma jfissirx li għax inti tagħti l-edukazzjoni, kull student li joħroġ mill-iskola se jakkwista dawk il-ħiliet neċessarji.", "CARMELO ABELA: Jiena naqbel ma' dak li qed jingħad għax hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq issue li tiddependi minn self control and self responsibility.", "Nagħmlu kemm nagħmlu edukazzjoni u kampanji ma jfissirx li f'dan kollu għandna naqtgħu qalbna.", "Żgur li le.", "Li l-isfida hija kbira nammettuha lkoll u Sandra – jekk tippermettili nsejjaħlek on first name basis – semmiet il-punt tal-ġenituri bħala edukatturi u bħala sħab tal-edukatturi fl-iskejjel, li dawn jibdew kważi kważi minn etajiet bikrin ħafna.", "Fil-fatt inti semmejt il-Year 3 u l-Year 4 u jiena ngħid li kważi kważi anke qabel, naturalment b'modi differenti.", "THE CHAIRMAN: Onor. Abela, nixtieq nagħmel l-osservanza li l-ġenituri jridu jkunu preżenti.", "Jiġifieri jekk aħna se nippermettu li ngħixu f'soċjetà fejn, allaħares qatt, it-tkissir tal-familja se jkompli jiżdied u l-ġenituri ma jkunux hemm, dan kolllu li qed ngħidu se jiġi self defeating.", "Jekk aħna l-adulti nagħtu l-eżempju ta' libertinaġġ ma nafx kif imbagħad ma nistennewx li t-tfal tagħna – fejn aħna l-ġenituri nkunu l-ewwel għalliema tat-tfal tagħna - ma jitgħallmux li l-libertinaġġ hija r-regola tal-ħajja!", "Jekk il-ġenituri r-regola tal-ħajja tagħhom se tkun dik ta' libertinaġġ ma nistgħux nippretendu mod ieħor mit-tfal.", "Li qed nipprova ngħid hu li hawnhekk il-ġenituri se jkunu kontra tagħkom.", "Ir-realtajiet tal-ħajja huma kontra tagħkom.", "Intom qegħdin taħdmu kontra r-realtajiet tal-ħajja li huma kontra tagħkom.", "Nixtieq li jkollkom suċċess f'dan kollu imma min-naħa l-oħra jien qiegħed ninduna kemm hija vulnerabbli din il-ħidma kollha li qegħdin twettqu.", "CARMELO ABELA: L-issue hija li aħna rridu nwasslu l-informazzjoni għand il-ġenituri jew il-guardians tat-tfal.", "Inti semmejt li jsiru laqgħat u l-ġenituri ma jiġux jew li nkella ħafna drabi jiġu dawk li l-inqas għandhom bżonn li jiġu filwaqt li dawk li l-aktar li għandhom bżonn ma jiġux.", "SANDRA CORTIS: Illum il-ġurnata qed ikollna persentaġġi kbar ta' ġenituri fl-iskejjel li jattendu u qegħdin naħdmu ħafna fuq dan.", "Il-fatt li s-servizzi tagħna issa bdew f'etajiet tal-primarja...", "CARMELO ABELA: Hemmhekk ikun hemm iktar interess li jiġu.", "Ma nafx jekk titqassamx literature fid-djar, forsi meta l-iSpeaker iqassam il-Kostituzzjoni nkunu nistgħu nieħdu l-opportunità li nqassmu din it-tip ta' informazzjoni biex nilħqu lis-soċjetà kollha.", "Għax kif semmiet Dr Dalmas aktar qabel, aħna rridu li dan ikun a lifelong process u allura jekk m'għandekx tfal ma jfissirx li m'għandekx tkun taf ċerta informazzjoni għax xorta waħda tista' tiltaqa' mat-tfal.", "SANDRA CORTIS: Jekk ngħidu edukatur biżżejjed għax trid tkun edukattur għal ħajtek, tfal jew le.", "CARMELO ABELA: Teżisti xi literature li b'mod sempliċi tispjega affarijiet bażiċi ħalli dak li jkun ikollu n-know how ta' kif se jirrispondi lit-tfal tiegħu?", "Din trid tkun b'mod sempliċi li jista' jifhmu kulħadd ħalli at least it-tifel jew it-tifla tingħata risposta għall-mistoqsija tagħha u mhux ma tingħatax risposta jew inkella jgħidulha biex ma tistaqsihom xejn.", "SANDRA CORTIS: Fil-fatt għandna programmi mal-ġenituri tal-Year 6 u tal-Year 4 u għandna ċ-child safety services fejn anke hemmhekk nitkellmu mal-ġenituri fuq l-abbuż għax dik hija realtà oħra.", "Min-naħa tagħna mhux biss qed naraw l-individwu imma qed naraw li dan ikun protett.", "Fil-fatt l-education psyco-social services jaħdem fuq tliet binarji.", "Illum qed nagħmlu preventive and informative programmes, fejn jiġu l-istudenti kollha tal-primarja u s-sekondarja u l-ġenituri u l-one to one sessions.", "Ma ninsewx il-one to one sessions li jsiru mill-guidance teachers u mill-ischool counsellors, jiġifieri hawnhekk ikollna ħafna minn dawn l-affarijiet.", "Fl-iskejjel it-tfal imorru għand il-guidance teachers u għand l-ischool counsellors b'mod regolari.", "Fuq programmi preventivi għandna s-safe school programmes, iċ-child safety services u l-anti-substance abuse programme.", "Ħadt gost meta tkellimna ma' Dr Dalmas u għedna li anke min-naħa tagħna, meta nagħmlu l-anti-substance abuse mal-istudenti naraw kif l-abbuż tal-alkoħol u tad-droga se jaffettwa fis-sesswalità wkoll.", "Iċ-child protection u ċ-child safety services li għamilna hija xi ħaġa kontinwa.", "Għamilna programm mal-istudenti tal-Year 4.", "X'għamilna fis-sistema edukattiva?", "Rajna biex ma jkunx hemm entitajiet li qegħdin jaħdmu fuq l-istess ħaġa mal-istess tfal.", "Fl-iskejjel kellna s-Sedqa, mela jekk dawn qegħdin jaħdmu mal-Year 3, inutli li jiena mmur naħdem mal-Year 3.", "Irridu nagħmlu proċess tul il-years kollha u allura mal-Year 4 għamilna intervention mal-ġenituri u anke mat-tfal tal-Form 2 u għamilna wkoll il-one to one sessions.", "X'qed ngħidu hawnhekk?", "Hawnhekk qed ngħidu l-history of abuse, it-tipi ta' abbuż u what to do in case of suspicion mal-ġenituri, jiġifieri qiegħda ssir edukazzjoni mal-ġenitur.", "Ma ninsewx li l-abbużi jistgħu jkunu fil-familji.", "Qed ngħidulhom kif għandhom jgħallmu lit-tfal is-self protection.", "Rigward iċ-child safety ipprovajna kemm jista' jkun noħorġu l-aspett tal-abbuż għax huma speċjalizzati fuq dan l-aspett.", "Imbagħad għandna s-safe school programmes mal-Year 4 pupils ukoll, fejn nuruhom what does safe mean, where do you feel safe u ħafna sessions oħra li jsiru plus interventions.", "Apparti minn hekk ikun hemm ukoll follow ups mal-istudenti.", "Aħna ma nistgħux nagħmlu iktar one off programmes.", "Dan mhux għamilna l-policy u daqshekk imma rridu xi ħaġa kontinwa, jiġifieri se tisma' llum u se tisma' għada b'mod differenti skont l-età tat-tfal.", "Jien ma nistax nagħti platt għaġin lil tarbija u nippretendi li din se tieklu għax fil-fatt se tispiċċa tifga fih.", "L-informazzjoni sesswali għandha tkun addattata skont l-età tat-tfal u din hija importanti ħafna.", "Nagħmlu wkoll sessions mal-Form 2s dwar is-substances abuse.", "Dan għamilnih mal-Form 3s u mal-Form 4s ukoll u rajna kif l-abbuż tad-droga u tal-alkoħol qed jaffettwa l-STIs, il-pregnancies, eċċ., jiġifieri anke hawnhekk irridu nagħmluhom aware tal-effetti li jħalli l-konsum tal-alkoħol b'mod konkret.", "U għalhekk l-informazzjoni trid tkun tajba u ġusta.", "Aħna qed ngħidu li hemm elementi oħra minbarra l-ġenituri kontra s-sistema.", "Pereżempju l-media hija baħar enormi kontrina u allura rridu nammettu li hemm baħar enormi kontra ż-żgħażagħ tal-lum.", "Kif tafu għandna l-Unit Għożża għat-teenage pregnancies fejn hawnhekk tingħata edukazzjoni mat-tfajliet li jiġu għandna.", "Jiġifieri hawn programmi apposta u mbagħad għandna wkoll il-one to one sessions li jsiru ma' dawn it-tfaljiet.", "Il-Unit Għożża qiegħda tagħmel programmi mal-ġenituri u mal-Year 6 pupils fejn qiegħda tindirizza dawn l-issues.", "Nafu li l-pubertà qiegħda tibda minn età żgħira u dik ukoll hija ta' challenge.", "Qabel konna ngħidu Form 1 jew Form 2 imma llum anke ta' Year 5 jew ta' Year 6 tfajla tista' tkun omm!", "Għalhekk il-ġenituri jridu jkunu alert għat-tifla tagħhom u għall-kambjamenti bioloġiċi tagħha.", "Niftakar kellna tifla ta' 12 years, fil-Form 2 li din qatt ma ġieha l-period.… Ikollna każijiet li jkunu rari imma jkollna minn dawn il-każijiet.", "Lill-ġenituri qed nipprovaw ngħallmuhom u kif għedtu kollha hawnhekk illejla nemmnu ħafna fuq l-importanza tal-komunikazzjoni mat-tfal.", "Din is-sena għamilna wkoll drama mal-Form 3s u mal-Form 5s.", "Imbagħad fl-iskejjel għandna l-counsellors u l-guidance teachers li jagħmlu laqgħat fuq dan is-suġġett kif ukoll jagħmlu l-one to one sessions.", "Min-naħa l-oħra fuq school level ikun hemm ħafna topics għaddejjin fil-PSD u dawn huma kollha extra.", "It-topics huma fuq health relationship, STI u sex education.", "U dawn kollha jingħataw lill-ġenituri u lit-tfal.", "M'ilux tnieda l-proġett ta' Smart Online li tajjeb li wieħed isemmih għax dan għandu x'jaqsam mal-internet safety li kif nafu huwa fenomenu ieħor.", "Għamilna kampanja sħiħa, bid-DSFSWS fl-Appoġġ, is-Cyber Crime u l-Kummissarju għat-Tfal iltqajna għal sena sħiħa sabiex nagħtu talks lit-tfal kollha tal-primarja dwar l-importanza tal-internet safety għax għandek ukoll l-aspett tas-sesswalità, tar-relazzjonijiet u tal-pornografija li huwa aktar koumpless.", "Għalhekk irridu naqbdu kull aspett u nipprovaw nagħmlu xi ħaġa ħolistika tul il-ħajja tat-tfal.", "Issa ngħaddu għall-aħħar preżentazzjoni u nsejjaħ lis-Sur Ray Camilleri.", "IS-SUR RAY CAMILLERI (Director Curriculum Management and eLearning): Sur President, jien nixtieq nitkellem fuq żewġ affarijiet; l-ewwel nett fuq id-draft curriculum li ħareġ issa u li jinkorpora fih l-issues li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa u mbagħad se nagħti idea ta' x'isir fil-klassi fil-lezzjonijiet tal-PSD.", "Fir-realtà aħna għandna suġġett li huwa l-personal and social health education li jiffoka fuq kif jiżviluppaw it-tfal għax aħna nħarsu lejn it-tfal b'mod ħolistiku u mhux inħarsu biss lejn l-edukazzjoni fuq is-sesswalità.", "U l-lezzjoni tal-PSD tgħin lill-istudent jiżviluppa u naraw kif jiżviluppa, jiġifieri s-self discovery.", "Nagħtu input dwar ir-relazzjonijiet li jkollhom l-istudenti kemm ma' sħabhom kif ukoll barra mill-klassi, mal-għalliema, eċċ., u niffokaw fuq l-importanza ta' kif wieħed jifhem lilu nnifsu għax dawn kollha jagħtu jagħtu dimensjoni ta' aktar għarfien fuq kif jaħsbu l-istudenti.", "Id-draft curriculum jitkellem dwar il-personal and social health education.", "Iħares lejn l-aspett ta' kif l-istudenti jitgħallmu kemm fuq issues li għandhom x'jaqsmu ma' saħħa in ġenerali kif ukoll dwar kif jiżviluppaw u jkunu kuntenti.", "Importanti li l-istudenti jakkwistaw u jkollhom il-kapaċità li jiżviluppaw attitudni pożittiva lejn il-ħajja għax l-għan tal-iskola hu dak li jirnexxilha tibni lill-istudent mhux biss mill-aspett edukattiv, fejn jitgħallem is-suġġetti u jkun kapaċi b'mod intellettwali jimxi 'l quddiem imma tħares ukoll lejn l-iżvilupp personali u soċjali tiegħu, fejn l-istudent jiżviluppa l-kapaċitajiet kollha tiegħu, inkluż li jkun kapaċi jiffunzjona tajjeb fis-soċjetà għada pitgħada.", "Wieħed mill-għanijiet aħħarin tal-curriculum huwa li lill-istudenti jiżviluppaw biex ikunu jistgħu jiffunzjonaw b'mod effettiv fis-soċjetà.", "Għandek ukoll l-issues tar-responsabilità.", "Waħda mill-affarijiet kruċjali hija li l-istudenti jkunu kapaċi jiżnu x'responsabilitajiet għandhom mill-aspetti personali kif ukoll soċjali u dik hija parti mill-edukazzjoni li l-istudenti jitgħallmu; li jkunu kapaċi jagħżlu għax l-għażla se timpatta b'mod pożittiv jew negattiv, skont il-każ kif ikun, fuq kif l-istudenti jkunu kapaċi jiffunzjonaw kemm b'mod personali kif ukoll vis-à-vis is-soċjetà in ġenerali u vis-à-vis il-komunità li jgħixu fiha.", "Huwa importanti li l-istudenti jakkwistaw dawk il-ħiliet, kompetenzi u attitudnijiet li juru li jkollhom aspett ta' saħħa pożittiva f'numru ta' ħiliet.", "Wieħed mill-aspetti huwa l-element tas-sexual health.", "Dak huwa wieħed mill-esperjenzi li jiġi ffokat fuqu għax huwa importanti, speċjalment f'din id-diskussjoni tal-lejla.", "L-istudenti jiġu mgħallma kif jgħixu bejniethom, x'tip ta' self awareness għandhom u x'tip ta' żvilupp irridu ngħallmuhom jakkwistaw, ir-reflective critical behaviour, id-decision making process fejn huma jkunu kapaċi jieħdu deċiżjonijiet għaliex dawn kollha jgħinu sabiex jiżviluppaw il-ħiliet emozzjonali kif ukoll il-ħiliet li se jgħinhom jiffunzjonaw tajjeb fis-soċjetà.", "Għandhom ukoll il-kapaċità li jitgħallmu kif ikollhom moħħ u fiżiku b'saħħtu.", "Is-suġġett tal-PSD jew tal-PSHE jagħti lill-istudenti l-kapaċità li jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom u li jaraw x'weaknesses għandhom għax huwa importanti li l-istudenti jkunu jafu lilhom infushom.", "Huwa importanti wkoll li jiżviluppaw il-kapaċità li jaħsbu u li jitgħallmu.", "Dan kollu huwa parti mill-ħiliet li l-istudenti jkunu qegħdin jitgħallmu.", "Jekk inħarsu b'mod speċifiku lejn is-syllabus li l-istudenti qed jitgħallmu llum naraw li, fost l-oħrajn, il-PSD syllabus jibda mill-Year 4 u jagħti lill-istudenti insights ta' x'jiġri meta jkunu qegħdin jikbru.", "B'hekk sa minn età bikrija l-istudenti qegħdin jiġu fil-pożizzjoni li huma stess jirriflettu dwar x'jinvolvi l-fatt li tkun qed tikber mhux biss mill-aspett fiżiku imma anke emozzjonalment.", "Irridu naraw ukoll li l-istudenti jitgħallmu jaraw il-bidliet li jseħħu fiżikament fihom u dak ikompli l-proċess mhux biss fil-Year 4 imma anke fil-Year 5, fejn l-istudenti jkomplu jaraw li kull persuna hija speċjali, kemm jekk huwa tifel kif ukoll jekk hija tifla.", "It-tfal huma speċjali b'mod ugwali.", "Hemm ukoll enfasi fuq l-irwol li l-media għandha, fuq il-familja nnifisha, fuq il-ħbieb u s-soċjetà u x'jistennew dawn mill-istudenti u l-istudenti kif qegħdin jikbru u jiżviluppaw kemm minn età bikrija kif ukoll meta jikbru.", "Il-proċess ta' tagħlim li wieħed ikollu waqt il-lezzjonijiet tal-PSD se jgħinhom sabiex jaraw mhux biss l-iżvilupp li qed iseħħ fihom minn età bikrija, jiġifieri l-età tal-pubertà imma jitgħallmu wkoll x'jiġri meta l-persuna umana tkun qed titwieled eċċ. Permezz tal-iżvilupp li qed iseħħ emozzjonali u anke intelletwali, x'ħin jersqu lejn is-settur sekondarju l-enfasi tinbidel ftit u jkun hemm iktar riflessjoni dwar x'għandu jagħmel l-istudent, x'tibdiliet qegħdin iseħħu, x'understanding għandu mill-aspett intelletwali kif ukoll fil-kapaċità li jirraġuna u li jkun kapaċi jagħmel l-għażliet u li nibdew niffokaw ukoll fuq l-elementi personali bħal pereżempju, il-ħtieġa li wieħed ikun iktar konxju tal-indafa, kif ikun assertiv, eċċ. Fil-Form 2 ikompli wkoll l-iżvilupp fiżiku u l-enfasi fuq l-iżvilupp sesswali, kif għandhom jaġixxu l-istudenti meta jkunu ffaċċjati bi problemi jew f'sitwazzjonijiet fejn ikun hemm potenzjalment abbuż u x'iridu jagħmlu biex joħorġu minn dik is-sitwazzjoni.", "Tkompli l-mixja dwar x'aspett emozzjonali hemm fir-relazzjonijiet sesswali kif ukoll riferenza għal zero tollerance fejn tidħol il-vjolenza, anke meta wieħed jibda joħroġ mal-partner tiegħu u x'tip ta' responsabilità għandu jseħħ fl-istudenti, kif kapaċi joħolqu limitu għal dak li għandhom jagħmlu meta jkunu qegħdin f'koppji u ma' sħabhom ħalli jkunu jistgħu jipproteġu lilhom infushom.", "Hemm focus speċifiku dwar x'tip ta' protezzjoni teżisti meta jkun hemm relazzjoni sesswali imma l-focus qiegħda fuq l-astinenza għax wieħed ma jridx jersaq biss lejn il-mezzi fiżiċi.", "L-iktar importanti hu li permezz ta' valuri u attitudnijiet li wieħed jgħallem, jiffoka primarjament fuq l-astinenza u mbagħad ikompli jħares lejn il-possibbilitajiet l-oħra li jeżistu.", "Ikun hemm ukoll tul il-ħajja tal-istudent enfasi dwar x'differenza teżisti bejn l-HIV u l-AIDS u din issir fil-Form 4, fejn fost affarijiet oħra ngħidulhom x'tip ta' sexually transmitted illnesses jeżistu u kif wieħed jista' juża u jidentifika xi tip ta' kontraċettivi kontra dawn it-tip ta' STIs u x'tip ta' reazzjoni għandhom jieħdu l-istudenti meta jiġu biex jitkellmu dwar l-orjentament sesswali kif ukoll il-kapaċità li l-istudenti jkomplu jagħrfu u jindunaw x'tip ta' attitudnijiet huma permessibbli u dawk li forsi mhumiex daqshekk permissibbli.", "L-għan aħħari tal-lezzjonijiet tal-PSD - fost affarijiet oħra li għandhom x'jaqsmu mas-sexuality relationships - huma biex jiżviluppa l-istudent ħalli jkun kapaċi jiffunzjona kemm waqt li jkun l-iskola kif ukoll meta jidħol f'relazzjonijiet u iktar u iktar jagħtih il-ħiliet biex għada pitgħada meta jkun barra mill-iskola, ikun kapaċi jgħix b'mod responsabbli f'soċjetà li l-problemi fiha dejjem jiżdiedu.", "Fil-fatt l-għan tagħna huwa li noħorġu studenti li jkunu kapaċi jiffaċċjaw ir-realtajiet ta' madwarhom.", "ANTHONY ZAMMIT: Forsi meta l-ġenituri jkollhom il-possibilità u n-knowledge how to educate their own children.", "IS-SUR RAY CAMILLERI: Eżatt.", "Fuq dan forsi jkun jista' jelabora aktar il-kollega tiegħi.", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI (Education Officer mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni): Sur President, li nagħmlu hu - speċjalment fil-primarja - li qabel jibdew il-lezzjonijiet fuq is-sesswalità inlaqqgħu l-ġenituri biex l-għalliema jispjegawlhom eżatt x'se jsir fil-klassi biex jekk it-tfal imorru d-dar u jgħidu lill-ġenituri tagħhom fuqiex tkellmu fil-klassi, id-diskussjoni tkun tista' tkompli d-dar ukoll.", "U fl-istess ħin inkunu qed nagħtu messaġġ lill-ġenituri li ma fiha xejn ħażin li titkellem fuq is-sesswalità mat-tfal tiegħek għax għad hemm ħafna biża' mill-ġenituri li tista' tgħid xi ħaġa ħażina.", "Fil-fatt meta mmur nagħmel it-talks il-ġenituri jibdew jirringrazzjawk talli qed tagħmel it-talks u jgħidulek li jekk xi ħadd mit-tfal tagħhom imur jistaqsihom fuq is-suġġett huma ma jirrisponduhomx.", "Imma fil-verità jekk it-tifel jew it-tifla se jistaqsuk inti trid tirrispondi.", "U biex tirrispondi m'għandekx bżonn ħafna ħin.", "Jekk it-tifel jew it-tifla jistaqsuk xi ħaġa weġibhom imma jekk ma jqajjmux l-issue allura m'hemmx issue.", "Madankollu ħafna drabi t-tfal se jistaqsuk.", "L-importanti hu li meta tqum l-issue mat-tfal, inti titkellem magħhom, tagħtihom l-informazzjoni li tħoss li għandek tagħtihom, u jekk huma jkunu sodisfatti, ħafna drabi jieqfu waħedhom u ma jistaqsux aktar.", "Jekk le se jistaqsuk xi ħaġa oħra.", "THE CHAIRMAN: Jiena f'isem sħabi d-deputati nirringrazzjakom ta' din il-preżentazzjoni li ressaqtulna.", "Dan huwa suġġet vast u li jitbiddel u għalhekk aħna se nagħmlu l-monitoring tagħna wkoll.", "L-ewwel nett nixtiequ li lkoll kemm intom tieħdu nota tar-rapport li konna għamilna u peress li l-curriculum għadu fl-iżvilupp tiegħu dan ir-rapport li ħejja l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali jista' iservi ta' konsultazzjoni għalikom.", "Issa s-sena li ġejja nipprovaw insibu l-opportunità sabiex naraw jekk hemmx tibdil fil-mod ta' kif qegħdin tħarsu lejn din ir-realtà.", "Aħna naqblu magħkom li dan huwa suġġett li qiegħed kontinwament jikber fl-importanza tiegħu kif ukoll qiegħda titbiddel ir-realtà ta' pajjiżna.", "Forsi meta jkollna laqgħa oħra bħal din, ikollna statistika ta' x'inhi r-realtà taż-żgħażagħ tagħna u naraw kemm qed ikollna tqala u x'etajiet qed ikollhom u nkunu nafu wkoll x'inhi r-realtà ta' diseases u infections li qegħdin niġu mgħarrfa bihom.", "B'hekk jibda jkollna kejl ta' statistika mar-realtà tal-impenn edukattiv min-naħa tagħna.", "SANDRA CORTIS: Id-direttorat ra wkoll l-importanza u l-għarfien li l-professjonisti jieħdu t-training meħtieġ u għalhekk matul dawn l-aħħar sentejn sar ħafna training mill-Ministeru tas-Saħħa.", "Fil-fatt ġimgħa oħra se jkun hemm 35 professjonist li se jmorru għat-training mal-Ministeru tas-Saħħa biex anke min-naħa tagħna nibqgħu aġġornati u nkunu nafu min hu l-istudent llum.", "L-isfida tagħna hija bħal tal-ġenituri.", "Fil-fatt aħna nħobbu ngħidu li biex trabbi t-tfal hija sfida llum u din tgħodd ukoll għall-edukaturi.", "Għalhekk huwa importanti li nifhmu min hu l-istudent tal-lum, x'qed iġibilna l-istudent tal-lum f'din ir-realtà vis-à-vis is-sesswalità.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmlilkom l-aħħar mistoqsija; attwalment f'pajjiżna s-sexual health policy se tiġi żviluppata f'dan il-curriculum li għadu qed jiġi maħsub u li ngħatatilna preżentazzjoni tiegħu imma attwalment diġa' għandna tagħlim li qed jingħata fuq dan l-aspett.", "IS-SUR STEPHEN CAMILLERI: Is-Sur Ray Camilleri ilu fis-syllabus tal-PSD mis-sena 2003 u dawn it-topics li semma' ilhom fis-syllabus tal-PSD.", "Jiġifieri ħafna minnhom diġa' kienu qegħdin isiru.", "THE CHAIRMAN: Min-naħa tal-Ministeru tas-Saħħa, dak li għedtu li qegħdin tiżviluppaw, jiġifieri l-clinic il-ġdida f'Mater Dei, l-outreach programmes diġa' qegħdin in vigore?", "DR MIRIAM DALMAS: Fil-fatt il-clinic f'Mater Dei tinsab fi stat avvanzat u allura nispera li jkun hemm xi xogħol in vigore as from next year.", "Hemm il-clinic tal-Isptar Boffa imma din il-klinika se tkun aħjar.", "Rigward ir-riċerka diġa' bdejna nagħmlu x-xogħol u dan miexi mhux ħażin.", "Kien hemm ukoll ċertu xogħol mal-Edukazzjoni li diġa' kien qed isir u aħna qegħdin naħdmu biex intejbuh.", "THE CHAIRMAN: Inkun ġust jekk nitolbok biex taqsam magħna r-riżultati ta' din ir-riċerka hekk kif tkun lesta?", "Ovvjament jekk din tkun xi ħaġa pubblika.", "DR CHARMAINE GAUCI: Ir-riċerka se tibda din is-sena u se tkun fuq il-behaviour ta' gruppi ta' nies.", "Hemm ukoll sorveljanza fuq il-Chlamydia li hija waħda mill-infectious diseases l-iktar komuni li qed naraw.", "S'issa n-notifications li nirċievu huma mingħand it-tobba mill-GU Clinic u dik mhijiex biżżejjed għax inti ma tkunx qiegħed tieħu l-istampa kollha.", "Aħna ngaġġajna numru ta' general practitioners li se jinnotifikawna b'dawn l-affarijiet u din hija forma ta' sentinel surveillance.", "Dawn huma affarijiet li għaddejjin fuq l-aħħar chapter tar-research.", "THE CHAIRMAN: Inkun qed ngħid tajjeb jekk ngħid li qabel ir-recess tas-sajf li ġej intom tiġu tinformawna billi tagħmlulna preżentazzjoni fuq din l-informazzjoni ħalli nkunu għamilna proċess sħiħ ta' diskussjoni fuq dan is-suġġett?", "Fil-bidu ltqajna ma' min hu l-iktar responsabbli u intiż u fformulajna bħala Kumitat l-ideat tagħna fuq dan is-suġġett.", "Issa llum smajna mingħand tliet entitajiet differenti x'qed jiġi maħsub u x'qed isir u allura fil-ġejjieni, permezz tagħkom se niġu notifikati bl-informazzjoni li tistgħu tagħtuna.", "B'hekk tkunu tistgħu terġgħu tiġu flimkien mal-uffiċjali min-naħa tal-Ministeru tal-Edukazzjoni biex taqsmu magħna din l-informazzjoni ħalli aħna, bħala Deputati ta' dan il-Parlament, inkunu konxji minn dawn ir-realtajiet li qed tiffaċċja s-soċjetà tagħna.", "DR CHARMAINE GAUCI: F'Novembru tas-sena l-oħra nidejna l-politika dwar is-saħħa sesswali.", "Din il-ġimgħa nidejna l-istrateġija imma sadanittant ma konniex qegħdin nistennew il-politika u l-istrateġija għax l-azzjonijiet kienu diġa' mibdijin.", "Bażikament l-istrateġija se tgħaqqad kollox flimkien u se tkompli tevalwa skont ir-riċerka u t-training għall-professjonisti li jinkludu kemm professjonisti fis-saħħa kif ukoll għalliema, youth workers, social workers u dawk kollha li jaħdmu fuq dan l-aspett.", "Dan se jsir issa f'Novembru li ġej.", "Fil-fatt ingaġġajna speċjalista barranija u oħra lokali.", "L-għan ta' dan it-training se jkun baseline training fuq l-aspett tas-sexual health u tas-sexual health relationships.", "Waqt dan it-training irridu nisimgħu wkoll mingħand il-professjonisti fejn iħossu li għandhom bżonn ta' aktar training u hemmhekk se nibnu ukoll further training li naraw li hemm bżonn tiegħu.", "ANTHONY ZAMMIT: Min-naħa tal-qasam tal-Edukazzjoni qatt ipprovajtu tagħmlu survey dwar kemm it-tfal ikollhom aċċess għall-pornografija minn fuq l-internet?", "SANDRA CORTIS: Naħseb li qatt ma saret riċerka ta' dan it-tip.", "ANTHONY ZAMMIT: Tafu li din hija problema.", "SANDRA CORTIS: Iva u għalhekk wieħed mill-programmi tagħna semmejnih \"Be Smart Online\" li huwa proġett li se jiġi funded mill-fondi tal-EU għaliex rajna li l-computer huwa tool li t-tfal qegħdin jużaw il-ħin kollu.", "U għalhekk qiegħda ngħid li rridu nagħtuhom l-informazzjoni ġusta għax dawn l-affarijiet jistgħu jsibuhom at a touch of a button.", "ANTHONY ZAMMIT: Eżattament.", "SANDRA CORTIS: U se tieħu l-informazzjoni minn hemmhekk imma mbagħad trid tara kif se jinterpretaha dak li jkun dik l-informazzjoni u jekk din hijiex tajba jew le.", "IS-SUR RAY CAMILLERI: Qabel ma nikkonkludu nixtieq insemmi punt ta' żvilupp; kemm mill-Health Division kif ukoll mid-direttorati matul dawn l-aħħar tliet snin bdejna niltaqgħu darba fix-xahar – jiġifieri ż-żewġ entitajiet – u nista' ngħid li qrobna ħafna lejn xulxin.", "B'hekk dak li tagħmel l-id il-leminija tkun taf bih l-id ix-xellugija.", "Naħseb dawn l-aħħar tliet snin kienu healthy ħafna.", "B'hekk jiena u Dr Charmaine Gauci, kif ukoll il-kollegi tagħna nkunu nafu x'aħna nagħmlu kemm min-naħa ta' saħħa kif ukoll min-naħa ta' edukazzjoni.", "Aħna nkunu nafu xi proġetti għandna u nkunu nafu kif se naqsmu s-servizzi tagħna flimkien.", "Dan kien ta' żvilupp kbir għax qabel aħna konna naħdmu għal rasna filwaqt li huma kienu jaħdmu għal rashom u allura kien qed ikun hemm dupplikazzjoni tax-xogħol.", "Naħseb f'dawn l-aħħar tliet snin eliminajna d-duplication of work u mhux talli ma ddupplikajniex ix-xogħol imma talli kkollaborajna ħafna flimkien u qegħdin naħdmu ħafna minn dan l-aspett.", "THE CHAIRMAN: Aħna napprezzaw il-ħidma tagħkom u għandkom id-disponibilità kollha tagħna.", "Jekk aħna nistgħu nservu ta' għajnuna għalikom sabiex il-ħidma tagħkom tkun iktar effettiva, allura għandkom id-disponibilità kollha tagħna.", "B'hekk aħna mhux nisimgħu biss dak li għandkom xi tgħidulna imma nkunu nistgħu nagħtukom aktar platform soċjali fejn we endorse dak kollu li intom tkunu qegħdin tagħmlu.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-9:25 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111109_118d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "LAQGĦA NRU 118", "L-Erbgħa, 9 ta' Novembru, 2011", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:30 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Dr Elaine Birmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "116 li saret nhar it-Tlieta 1 ta' Novembru 2011 ġew konfermati.", "Informazzjoni", "L-Onor Edwin Vassallo nforma lill-membri preżenti li l-Ħamis 3 ta' Novembru 2011 kellu laqgħa ma' Dr Ádàm Kósa, li huwa l-ewwel Membru Parlamentari Ewropew nieqes mis-smiegħ u juża l-lingwa tas-sinjal.", "Fost oħrajn kin diskuss iċ-Charter of Fundamental Right u l-European Disability Strategy 2010 – 2020.", "Preżenti ma' Dr Kósa kien hemm is-Sur Joe Camilleri, Chairman u Dr Anne-Marie Callus Direttur Eżekuttiv, mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità (KNPD).", "Preżentazzjoni ta' Karti", "Il-President tal-Kumitat ippreżenta lill-Membri dawn id-dokumenti:", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat stieden uffiċjali mid-Dipartimenti tas-Saħħa biex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Dr Miriam Dalmas Direttur (Policy Development, EU & International Affairs) ippreżentat lill-Kumitat:", "Wara l-Onor Vassallo, stieden uffiċjali mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni biex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett mill-att ta' edukazzjoni.", "Sandra Cortis Service Manager (Education Psyco-Social Services) ippreżentat lill-Kumitat:", "Is-Sur Raymond J Camilleri, Director Curriculum Management and eLearning ippreżenta lill-Kumitat:", "Dr Charmaine Gauci, Direttur fid-Dipartiment Għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard mid-Dipartment tas-Saħħa u s-Sur George Borg Director, Student Services u s-Sur Stephen Camilleri, Education Officer mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni wieġbu mistoqsijiet li saru mill-Membri preżenti fuq is-suġġett.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-9:25 pm il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard..", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111109_118m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR", "TAL-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 5", "L-Erbgħa, 16 ta' Novembru, 2011 fis-6:30 p.m.", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 16 ta' Novembru, 2011 fis-6:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Kontinwazzjoni tad-diskussjoni dwar żewġ abbozzi ta' avviżi legali:", "(li jinkludi indirizz lill-Kumitat mis-Segretarju Parlamentari Mario de Marco)", "15 ta' Novembru 2011 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111116_005a_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 5", "L-Erbgħa, 16 ta' Novembru, 2011", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 4 li saret nhar it-Tnejn, 11 ta' April 2011, ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Jesmond Mugliett): Nistgħu ngħaddu mill-ewwel għall-aġenda tal-lum.", "KONTINWAZZJONI TAD-DISKUSSJONI DWAR ŻEWĠ ABBOZZI TA' AVVIŻI LEGALI:", "(li jinkludi indirizz lill-Kumitat mis-Segretarju Parlamentari Mario de Marco)", "THE CHAIRMAN: Qabel inkomplu d-diskussjoni, hawn is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Mario de Marco li jixtieq jindirizza dan il-Kumitat li ovvjament it interacts ħafna mar-remit tiegħu u forsi jidħol ukoll f'din id-diskusjoni dwar il-penalty regulations.", "MARIO DE MARCO (Segretarju Parlamentari): Mr Chairman, nirringrazzjakom tal-opportunità li tajtuni biex inkomplu din id-diskussjoni relatata mal-proposta li jkun hemm daily fines u major fines għal min jibni bla permess jew mhux skont il-permess.", "Ġbarna l-osservazzjonijiet ta' dan il-Kumitat li fost l-oħrajn kien tana l-parir li kif kienet qed tiġi proposta oriġinarjament l-kategoriji fejn għandek kategorija A1 kienet ubiquitous items eċċ. imbagħad id-definizzjoni ta' x'jikkonsisti l-ewwel kategorija, x'jikkonsisti kategorija A2, x'tikkonsisti kategorija B1 jew B2 jew B3, l-affari kienet se tkun kumplikata żżejjed.", "Kien hemm ukoll kwestjoni li jekk eventwalment tiġi biex tħallas major fine għax l-affari tiġi forsi sanzjonata jekk għandekx tħallas il-major fine u d-daily fine ukoll u essenzjalment ħadna dawn l-osservazzjonijiet tal-kumitat into consideration.", "Fil-fatt xtaqna li nipproponu lil dan il-Kumitat proposta differenti li tisimplifika ħafna iktar l-issue tad-daily fines.", "Qed tissimplifikaha għax qegħdin inkissru dawk id-definizzjonijiet kollha li kellkom fi tliet kategoriji ta' paġna waħda, qed ngħidu ukoll li, se mai, li jiġri huwa li l-multa tkun \"tant\" fl-ewwel 50 ġurnata, tiżdied sa 100 ġurnata u tkompli tiżdied kull 100 ġurnata oħra allura qed ngħidu li b'hekk għandek inċentiv li tneħħi l-irregolarità kemm jista' jkun malajr għax iktar ma tħalli l-irregolarità hemmhekk ovvjament iktar se titla' l-multa u iktar se titla' a scaletta, però qed nagħmlu dan fil-kuntest u fil-parametri ta' dak li kien ġie osservat u suġġerit oriġinarjament.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mal-issue ta' daily u major fines, jekk m'iniex sejjer żball – jikkoreġini Dr. Stafrace – li qed nikkonsidraw huwa li jekk se tapplika l-major fine, id-daily fine m'għandhiex tapplika l-ogħla.", "Se ngħaddi l-kelma lil Dr Stafrace għall-spjegazzjoni dwar il-proposta l-ġdida u xtaqt ngħaddi kopja ta' kif qed tiġi proposta.", "THE CHAIRMAN: Dr Stafrace, jekk jogħġbok, tista' tispjegalna?", "DR. IAN STAFRACE (Chief Executive Officer, Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar): Mr Chairman, wara bosta diskussjonijiet li kellna f'dan il-Kumitat, irrevedejna daqsxejn il-pożizzjoni oriġinali li kienet proposta li, jekk tiftakru, kienet maqsuma f'numru ta' kategoriji, imbagħad kull kategorija terġa' tinfetaħ f'numru ta' każijiet.", "Mela, bl-ewwel proposta d-daily fine kienet se tkun marbuta mhux b'kemm se ddum l-illegalità, jiġifieri jekk kienet se tkun multa partikolari tal-ġurnata, kienet se tibqa' hekk abbażi tat-tip ta' illegalità.", "Il-proposta oriġinali li tressqet quddiem dan il-Kumitat kienet marbuta, il-multa kienet allaċċjata mat-tip ta' illegalità, imbagħad titħallas bil-ġurnata, però d-durata ta' kemm se ddum l-illegalità kienet, tista' tgħid, irrilevanti għax il-multa kienet se tibqa' kostanti bil-ġurnata skont it-tip ta' illegalità.", "Minħabba s-suġġerimenti u l-kummenti u anke l-concerns li kellkom bħala Membri u kollettivament bħala Kumitat ħarisna lejn option oħra, dik li spjega l-Onor. de Marco, li permezz tagħha l-kategoriji rristrinġejnihom għal tlieta fejn għandek l-kategorija A tista' tgħid tkopri kollox, jiġifieri evitajna dik il-problema tal-lista, għax imbagħad għandek il-kategorija B u l-kategorija C li huma l-eċċezzjoni, jiġifieri dawk li ma jaqgħux fil-B u fiċ-C, indipendentement mil-lista, jaqgħu taħt il-kategorija A.", "IL-multa, apparti li hija multa ta' kuljum, inħadmet fuq bażi ta' kemm inti se ddum bl-illegalità għaddejja u l-multa tiżdied skont kemm inti domt għaddej bl-illegalità.", "Kif għedt qabel kien hemm tmienja jew disa' kategoriji.", "F'kategoriji B u C li għamilna huwa li qbadna prinċipalment dawk li keinu jaqgħu taħt il-kategorija B fil-proposta oriġinali bi ftit varjazzjonijiet u d-deskrizzjonijiet huma pjuttost sempliċi jiġifieri għandek development within the development zone that consists of a built footprint that exceeds 50 square metres except for greenhouses, agricultural …", "THE CHAIRMAN: Naħseb li m'għandniex l-istess tabelli.", "DR. IAN STAFRACE: Jidher li tqassmu t-tabelli l-ħżiena u se jinġabru u jitqassmu dawk korretti.", "Jekk inħarsu lejn kategorija B prinċipalment qegħdin nitkellmu fuq bini li huwa fiż-żona tal-iżvilupp allura l-illegalità hija anqas oneruża jew inqas gravi u tibda minn \"built footprint that exceeds 50 square metres\", apparti greenhouses eċċ. Jeżistu żewġ każijiet ta' greenhouses within scheme għax jaf għad għandek biċċa raba' kbira u xi ħadd jagħmel greenhouse allura ridna nkunu żguri li mhuwiex il-każ.", "Kategorija B2 hija l-kreazzjoni ta' unit separat ta' residenza, uffiċċju, commercial retail class 6, industrial eċċ. u kategorija B3 hija l-billboard li għandu area ta' 4 metri kwadri jew iżjed.", "Kategorija C li hija l-iżjed kategorija gravi jew serja qegħdin nitkellmu fuq dak li semmejna f'kategorija B imma li jinsab fl-ODZ allura nemmnu li l-gravità għandha tkun riflessa anke f'multa ulterjuri jew jekk inhu fil-UCA jiġifieri identifikajna ż-żewġ kategoriji li l-iżjed wieħed jipprova jipproteġi l-integrità tagħhom fejn anke niddiżinċentivaw lil dak li jkun milli jagħmel attività ta' żvilupp illegali qabel ma jottjeni l-permess.", "Imbagħad għandek il-kategoriji l-oħrajn C2, C3 u C4 li qegħdin nitkellmu fuq skavar f'area skedata li għandha importanza ekoloġika però mhux kull tip ta' skedar imma fejn qed jaqbeż jew jeċċedi 15-il metru kwadru, id-demoluzzjoni ta' bini skedat jew ħsara lill-historic fabric ta' proprjetà skedata u d-dumping ta' materjal fejn qed nitkellmu fuq art skedata jew SAC fejn il-footprint tkun qed teċċedi l-75 metru kwadru.", "Ippruvajna, sabiex nottjenu l-bilanċ bejn dak li rridu nġibu tramite l-multa u anke noħolqu element ta' ekwità qed inżidu l-multa iżjed mal-illegalità tibqa' tippersisti biex b'hekk lil dak li jkun nippruvaw nixprunawh ħalli, l-ewwel nett, ma jagħmilx l-illegalità … Din, nerġa' ngħid, ma rridux narawha in isolation.", "Pereżempju, meta titkellem fuq SAC, bini skedat eċċ. irridu naraw din mal-miżura li daħħalna fil-liġi dik tal-iskeda 6 fejn ma tistax tapplika biex tissanzjona żvilupp illegali, pereżempju, f'bini skedat.", "Jiġifieri meta tara l-assjem ta' dan il-pakkett kollu, din, is-sitt skeda, imbagħad meta naslu biex niddiskutu l-major fine, l-idea dejjem tibqa' li l-ewwel għan tagħna huwa li niddiżinċentivaw lil dak li jkun milli jagħmilha.", "Jiġifieri din mhijiex a revenue generation exercise, din hija miżura li biha qegħdin nippruvaw lil dak li jkun nispjegawlu li issa mhux biss se jirċievi enforcement notice imma se jirċievi enforcement notice li se jibda jkollha magħha multa li se żżid ma' kemm se ddum l-illegalità.", "Jekk xi ħadd jinqabad li jkun għamel dik l-illegalità qegħdin nippruvaw ukoll permezz ta' din inħajruh biex kemm jista' jkun malajr ifittex ineħħi dik l-illegalità għax iżjed ma ddum l-illegalità l-multa iżjed se togħla.", "Jekk tqablu din it-tabella mat-tabella oriġinali li kienet ġiet ippreżentata quddiem dan il-Kumitat tindunaw li l-ogħla multa l-iżjed li hija due wara ħafna ġranet, wara sena, hija l-ogħla multa li kien hemm fit-tabella oriġinali li tibda from day one jiġifieri ppruvajna nilħqu dak il-bilanċ accordingly.", "THE CHAIRMAN: Hawn mistoqsijiet?", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Naħseb il-multi qed ikunu naqra ebsin fuq l-attività agrikola.", "Naħseb dik taqa' taħt kategorija C meta jkollok ODZs allura għandek min jibni greenhouse, min jibni agricultural store jew ikabbar farm …", "DR. IAN STAFRACE: Onor. Buhagiar, li ppruvajna nagħmlu hija li kuntrarju għall-proposta oriġinali, il-każijiet fejn il-multa ...", "CHARLES BUHAGIAR: Imma hawnhekk mhux hekk tgħid.", "DR. IAN STAFRACE: Imma mbagħad għandek \"except for greenhouses in category B\".", "CHARLES BUHAGIAR: All right, mela dik taqa' taħt kategorija A.", "DR. IAN STAFRACE: Li ppruvajna nagħmlu, biex nerġa' nispjega ruħi, kien li l-każijiet fejn il-multa se tkun differenti… Il-multa bażika hija kategorija A. Li għamilna kuntrarju għall-ewwel proposta huwa li fejn il-multa se togħla minn kategorija A speċifikajna, allura by exception dak li ma jaqax f'kategorija B jew C se jaqa' taħt kategorija A u allura m'għandniex għalfejn nagħmlu tabelli għax anything li ma jaqax f'kategoriji B u C awtomatikament se jaqa' taħt kategorija A. Dak huwa l-kunċett li ppruvajna nadottaw.", "Mela, jekk ikun hemm xi ħadd li jagħmel skav f'area ta' ecological importance u jinduna u jalgħaqha mill-ewwel ma jeħel xejn multa.", "Imma l-ħsara jkun għamilha.", "THE CHAIRMAN: Ejjew noqogħdu attenti hawnhekk.", "Jekk ma jagħmel xejn xi tridu jagħmel wara li jkun eskavaha?", "Jien qed nifhmek; ladarba jkun eskavaha jerġa' jordomha jista'.", "THE CHAIRMAN: Jien kelli każ, pereżempju, ta' xi ħadd viċin it-Tarxien Temples u qala' l-floorslabs tal-konkors u neħħa t-torba ta' taħtu, teknikament tikkwalifika bħala excavation.", "Fil-fatt dan ma niżilx, jiġifieri it was distrubed material.", "Jiġifieri hemm skavar u skavar.", "Onor. Buhagiar, inti kellek xi ħaġa oħra?", "Qed naqbel miegħek fil-fatt.", "THE CHAIRMAN: Ħalli niċċara dak li konna qed ngħidu qabel.", "Dawn huma għal dawk l-illegalitajiet li se jsiru għall-ewwel darba wara li tidħol fis-seħħ din il-liġi.", "DR. IAN STAFRACE: Mhux għall-enforcements imma għall-illegalità li tkun seħħet.", "DR. IAN STAFRACE: Ħalli nispjegalek.", "Jekk kellek enforcement notice li għall-grazzja tal-argument ħarġet fl-2006 talli għamilt xi ħaġa partikolari u fl-enforcement notice ikollok miktub biex tieqaf u ma tagħmel xejn iżjed.", "Jekk f'Marzu tal-2012 –nassumu li dawn ir-regolamenti jkunu daħlu fis-seħħ – din il-persuna tinqabad in breach ta' dik in-notice – kif tafu aħna ma noħorġux notice ġdida għax dik tiġi breach ta' notice preċedenti u tiġi maqbuda fl-istess notice li tkun ħarġet; ovvjament ma tridx tara t-tabella waħedha imma trid taqraha mal-legal notice ukoll – minflok noħorġulha enforcement notice ġdida, f'dak il-każ noħorġulha n-notice tal-multa biss għax hija breach of existing notice.", "THE CHAIRMAN: Ħalli inkompli l-mistoqsija tiegħi.", "Mela, xi ħadd skava, forsi ma kenitx xi ħaġa ta' barra minn hawn, tant li dehrlu li jipprova jissanzjona.", "Il-proċess ta' sanzjonar se jdumlek mill-inqas sitt xhur għax jekk hija f'UCA teħodlok sitt xhur.", "X'jiġri?", "Tibqa' għaddejja l-iskaletta?", "CHARLES BUHAGIAR: Ma jistax jissanzjona f'każ bħal dan għax jekk hija scheduled ma jistax jissanzjona.", "THE CHAIRMAN: Immaġina kif qed ngħid jien.", "Jien kelli każ ta' xi ħadd li ried jagħmel new drainage u u qala' t-torba kollha.", "F'daqqa wħada inqalgħu l-problemi kollha u ġew l-enforcement u waqfuh u kellna nissanzjonaw.", "Issanzjonajniha imma kieku dan sar wara li daħlet fis-seħħ, il-mument li daħħalt l-applikazzjoni tas-sanzjonar x'jiġri mill-iskaletta?", "DR. IAN STAFRACE: Hemmhekk li għamilna anke fuq suġġeriment tal-Kumitat, meta tapplika to sanction u joħroġlok il-permess, mhux ikollok refusal, se teħel il-multa li hija l-legal notice l-oħra.", "Hawnhekk daħħalna provvediment li teħel jew waħda jew l-oħra, whichever is the higher.", "THE CHAIRMAN: Id-daily fines jieqfu meta titfa' l-applikazzjoni jew jibqgħu għaddejjin?", "DR. IAN STAFRACE: Din se tinħadem b'mod li jekk se tiġi sanctioned se teħel...", "THE CHAIRMAN: Jibqgħu għaddejjin għall-komputazzjoni, però mhemmx direct action.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma din mhijiex tajba għax jiddependi minn kemm tħaffef l-awtorità biex tipproċessa ...", "CHARLES BUHAGIAR: Marbuta sa ċertu punt.", "DR. IAN STAFRACE: Le, mhux sa ċertu punt.", "Jekk hemm bżonn nippreżentawlkom l-istatistika.", "99.9% tal-applikazzjonijiet kollha li daħlu fl-2011 ġew proċessati fid-deadlines tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Imma wara li jkunu għaddew xahar u nofs sakemm jiġu totalment regolari.", "DR. IAN STAFRACE: Jekk tgħodd ix-xahar u nofs mat-12-il ġimgħa ħafna minnhom fi 12-il ġimgħa qed jiġu deċiżi.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-punt li qed nagħmel jien huwa differenti.", "Meta għandek site li hija skedata bħala ecological site ...", "DR. IAN STAFRACE: Dik lanqas tista' tapplika to sanction.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma x'tagħmel?", "DR. IAN STAFRACE: Trid treġġa' kollox lura.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma x'tagħmel?", "Terġa' tpoġġi l-materjal kollu f'postu?", "Dak huwa l-messaġġ.", "CHARLES BUHAGIAR: Jien mhux hekk biss qed ngħid imma qed nistaqsi x'nistgħu nagħmlu biex nipprevenu li dan jiġri.", "DR. IAN STAFRACE: Daħħalna provvediment fejn qed ngħidulek li lanqas tista' tapplika biex tissanzjona.", "THE CHAIRMAN: Imma kultant bħal f'dan il-każ, l-ewwel nett immaġina xi ħadd ...", "DR. IAN STAFRACE: Imma f'dan il-każ li qed issemmi inti katusi biss kien hemm jew tħaffret xi trinka?", "THE CHAIRMAN: Niżel filata u nofs għax kien se jdaħħal coach u minħabba l-head room kellu bżonn filata u nofs fil-garaxx, that was all. Il-boundaries tagħkom tal- archaeological, pereżempju għandek it-Tarxien Temples u tagħmel radius miegħu, ma jħossuhomx, mhumiex konxji tagħhom, jiġifieri ma jkunux jafu li huma jaqgħu f'dik iż-żona.", "Li hemm ir-regola li ma tistax tneħħi żewġ filati ma jkunux jafuha u allura kultant l-infringement ma jkunx konxju.", "Jiġifieri ma japplikax li tgħid \"tagħmilhiex\" jekk dak li jkun lanqas ikun konxju li qed jagħmel infringement.", "DR. IAN STAFRACE: Li forsi nista' nżid ukoll li, apparti li ħadna on board is-suġġerimenti li qed iressaq il-Kumitat, se nżidu miżura oħra.", "Meta jinħareġ enforcement notice wieħed jista' jappella quddiem it-tribunal, sal-lum fuq il-kuntest tal-enforcement notice u għada pitgħada kif joħorġu dawn il-legal notices wieħed ikun jista' jappella wkoll fuq il-multa.", "Jista' jkun li jkun hemm min jgħid li l-illegalità mhux veru għamilha wara d-dħul fis-seħħ tal-legal notice jew inkella li jaqa' taħt kategorija differenti.", "Se nżidu provvediment ieħor li jekk il-bord iħoss – din hemm simili tagħha li tista' tmur quddiem il-board of petitioners mill-multi tal-wardens – se ndaħħlu dik ukoll bħala ground of appeal.", "MARIO DE MARCO: Qatt m'aħna se nkopru kull ħaġa u dejjem se jkollok l-eċċezzjoni li qed issemmi l-Onor.", "Mugliett li se tkun qisha l-exception to the rule allura li qegħdin ngħidu hu li se nagħmlu klawsola li jekk il-bord jidhirlu li l-multa hija sproporzjonata jew se toħloq inġustizzja għandu dritt li jirrevedi dik il-multa.", "Ippruvajna nkunu ġusti ma' kulħadd mingħajr ma nnaqqsu mill-messaġġ ta' deterrent li rridu nagħtu.", "Għax fl-aħħar mill-aħħar dan huwa deterrent biex in-nies ma jaqbdux u jieħdu l-liġi f'idejhom.", "DR. IAN STAFRACE: Jekk tippermettili, forsi nista' nżid punt minħabba l-ipproċessar eċċ. Jekk naraw l-istatisitka tal-applikazzjonijiet li daħlu fis-sena 2011 allura minn meta bdiet tapplika l-iskeda 6, iċ-ċirkostanzi fejn bniedem ġie avvżat tramite l-iscreening letter li dak l-iżvilupp li qed tipproponi jaqa' taħt is-sitt skeda, ma kenux bosta.", "Issa jistgħu jkunu żewġ affarijiet.", "M'iniex qed ngħid li l-illegalitajiet kollha waqfu, però definitely li l-messaġġ tas-saħħa tas-sitt skeda wasal u wasal b'saħħtu għax kellna sitwazzjonijiet fejn bneidem ġie avvżat tramite l-iscreening letter li l-iżvilupp li qed jipproponi hu jaqa' taħt is-sitt skeda u reġġa' lura qabel ma ssottometta l-applikazzjoni.", "Nerġa' ngħid, din hija waħda minn bosta miżuri, jiġifieri mhijiex l-unika miżura.", "CHARLES BUHAGIAR: Tas-sitt skeda, din tapplika meta jsiru l-illegalitajiet issa jew japplikaw ukoll għall-illegalitajiet li saru 30 sena ilu?", "Għax ġieli japplikaw għal sanctioning fuq illegalità li saret 30 sena ilu.", "DR. IAN STAFRACE: Is-sitt skeda hija maqsuma fi tliet kategoriji; għandek żvilupp li seħħ illegali primarjament fl-ODZ però li jrid ikun seħħ wara Mejju 2008 – u Mejju 2008 għal min jiftakar użajniha għax hija d-data tal-aħħar set ta' aerial photos u fl-ODZ żviluppi illegali fl-aerial photos normalment taqbdu, fejn ikollna dubju u ma jinqabadx fl-aerial photo d-dubju jmur favur l-applikant u ma napplikawx is-sitt skeda – però fejn jidħol bini skedat, peress li bini skedat l-aerial photo huwa kompletament irrilevanti għax bini skedat mill-aerial photo mhux se tieħu added value, dik tapplika irrespettivament meta seħħet l-illegalità għax f'bini skedat m'għandekx evidenza li tista' tisfidaha jew tqabbilha magħha meta dik l-illegalità effettivament seħħet.", "F'każ ta' area protetta nużaw ukoll l-aerial photos.", "Jien nifhem li din hija xi ħaġa gravi u naħseb hija waħda mill-iktar, jekk mhux l-iktar irregolarità gravi, imma jekk id-demolition tkun saret, il-prinċipju tad-daily fine ma nħossux japplika għax jekk waqqajt bini skedat anke jekk se terġa' tibnih mhux se treġġa' lura għas-sitwazzjoni li kienet u allura qatt ma tista' terġa' tmur fejn kont allura nħoss li d-daily fine hija problema biex tapplikaha hemmhekk.", "DR. IAN STAFRACE: Nerġa' ngħid li hemm żewġ naħat biex tħares lejn il-multi.", "Il-filosofija li qed nippruvaw naħdmu biha aħna hija li l-multa nesponuha, nuruha, nirreklamawha bħala mezz ta' deterrent.", "Billi bniedem waqqa' binja skedat u jeħel daily fine li titlagħlu €20,000 jien, bħala awtorità, ma jien qed nieħu xejn.", "M'iniex qed nieħu l-valur ta' dak li jiena qed nipprova nipproteġi.", "Il-multa li qegħdin nippruvaw nagħmlu hija li nirreklamawha, nuruha lin-nies u nispjegaw li jekk għandek bini skedat u waqqajtu, apparti li ma tistax tapplika biex tissanzjona, għandek il-multa ta' kuljum.", "Issa minn għaxar każijiet, jekk naqbdu disa' minnhom li bniedem jaħsibha darba, darbtejn, tlieta qabel ma jwaqqa' binja skedata … Sal-lum jirċievi enforcement notice.", "MARIO DE MARCO: Li naħseb qed jgħid l-Onor.", "Mifsud huwa li fejn xi ħaġa li tkun saret ħażina tkun irriversibbli, għandha tapplika l-major fine.", "PHILIP MIFSUD: Jew, pereżempju, id-daily fine tkun ekwivalenti għal sena multa.", "DR. IAN STAFRACE: Hemm element ta' reinstatement ukoll għax kemm f'bini skedat u anke meta jsir ċertu żvilupp illegali f'ODZ ġieli l-applikant tramite l-konsulenti tiegħu jdaħħal method statement, dan ikun parti minn ftehim li l-Malta Environment and Planning Authority (MEPA) tkun approvat u treġġa' lura … Issa tgħidli, waqqa' palazz u jreġġgħu lura?", "Ejjew ma mmorrux għal dawk il-każijiet, però kellna każijiet li salvajna billi daħal method statement suret in-nies u dak li jkun reġġa' lura xi breaches li kien għamel.", "Tgħidli: Qatt se ġġibha eżatt kif kienet?", "Jeżisti metodoloġija u kellna eżempji li ppruvajnihom f'dawn l-aħħar żmennijiet u naħseb li tawna riżultat sodisfaċenti.", "Ma kellniex inċidenza ta' binja sħiħa.", "MARIO DE MARCO: Dan huwa fejn jista' jiġi b'mod raġjonevolament reinstated.", "THE CHAIRMAN: Kieku jien one measure nieħu - niffriża s-site u ma jagħmel xejn iktar.", "Għax xi ħadd jista' jaqbillu li jwaqqa' palazz għax jgħid anke jekk inħallas €50,000 fine …", "DR. IAN STAFRACE: Però s-site hija ffriżata għax ma jistax japplika to sanction a demolition of a scheduled building, plus li normalment meta jkollna sitwazzjonijiet ta' din l-estremità, lanqas biss noħorġu enforcement notice, we go directly for prosecution għax jekk xi ħadd għamel sfreġju inutli noqgħod nipprova ngħidlu hemm xi treġġa' jew ma treġġax lura, what we normally do hemmhekk lanqas biss noħorġu enforcement notice, anke lum ma noħorġux enforcement notice, u allura lanqas se jkun hemm id-daily fine, normally there we go directly for prosecution.", "Anke fuq suġġeriment, is-site tiġi ffriżżata għax inti ma tistax tapplika to sanction a demolition of a scheduled property.", "Illum dik ma tistax tagħmilha.", "MARIO DE MARCO: Mr Chairman, kif kont avvżajtek, nitlobkom tiskużawni għax illejla rrid nattendi għal ċena uffiċjali fit-8:00 p.m. Tistgħu forsi tkomplu d-diskussjoni fl-assenza tiegħi, ovvjament hawn Dr. Stafrace u l-uffiċjali l-oħra tal-MEPA.", "THE CHAIRMAN: Onor. de Marco, kif konna diġà tkellimna, jien nixtieq li nagħmel session jew sessions ta' dan il-Kumitat fejn niddiskutu l-environmental policy u nixtieq li tkun magħna anke biex titrasmetti l-ħsieb politiku ta' dik il-policy.", "MARIO DE MARCO: Naċċetta bil-qalb kollha u nerġa' niskuża ruħi tal-lum.", "Onestament xtaqt li jekk inhu possibbli d-diskussjoni fuq din tal-multi neħilsuha għax naħseb anke l-pubbliku in ġenerali qed jippretendi li nagħlquha u naħseb li għandna r-responsabilità li nagħlquha.", "Għar-rigward tal-major fines, dik hija iktar sempliċi u straight forward.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Jekk is-Sur Austin Walker u l-Perit Borg jixtiequ jiġu magħna madwar il-mejda they can join us.", "Is-Sur Austin Walker u l-Perit Alex Borg, Chairman u Director, Enforcement fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, rispettivament, ħadu posthom madwar il-mejda.", "THE CHAIRMAN: Tista' tkompli Dr. Stafrace.", "DR. IAN STAFRACE: Mr Chairman, kif għedt, naħseb li l-messaġġ komuni li ħadna tramite l-Kumitat kien li – at least l-impressjoni li ħadna – hemm qbil ġeneriku fuq l-element … Ħalli nibda mill-bottom line sempliċi li llum il-ġurnata l-ħruġ ta' enforcement notice waħedha tilfet ħafna mill-valur tad-deterrent li bniedem jaħsibha darba darbtejn qabel ma jagħmel l-illegalità.", "Din hija waħda mill-miżuri li flimkien ma' miżuri oħra, illum il-ġurnata diġà nħossu li ħalliet riżultat on the ground.", "Intom il-periti li tipprattikaw konvint li tiltaqgħu ma' każijiet fejn anke l-multi, minkejja li l-multi llum għadhom mhumiex fis-seħħ, l-enforcement officers meta jmorru on site ġieli jheddu bil-pulit biex dak li jkun joqgħod attent għax se jkun hemm il-multi.", "U kellna ħafna ċirkostanzi fejn bniedem anke meta jkun għamel illegalità ħa l-iżbriga li dik l-illegalità neħħiha.", "Jiġifieri l-element ta' compliance llum il-ġurnata meta tara l-miżuri kollha li ttieħdu, speċjalment fejn tidħol is-sitt skeda ħassejna riżultat pożittiv ħafna.", "Ma wasalniex fis-sitwazzjoni fejn bniedem ma jagħmilx illegalità u qatt m'aħna se naslu hemmhekk, però nixtieq nittrasmetti l-messaġġ li dawn il-multi żgur li mhijiex policy tal-awtorità li tarahom bħala mezz ta' generation of revenue, żgur li mhuwiex il-każ, qatt ma kien il-każ u qatt mhu se jkun il-każ.", "Dawn qed narawhom min-naħa l-oħra fejn, anke jekk wieħed jiftakar, għamilna kampanja ta' pubbliċità meta dawn il-legal notices ħriġnihom għall-konsultazzjoni pubblika.", "L-iskop tal-kampanja kien li peress li l-illegalitajiet jista' jibda jkollhom multa ta' kuljum jew il-major fine jekk jiġu sanctioned, ħu ħsieb li dik l-illegalità tagħmilhiex.", "Naħseb jekk jirnexxillna nnaqqsu, mhux il-każijiet kollha imma persentaġġ ta' każijiet li kien qed ikollna fejn jidħlu l-illegalitajiet, naħseb li huwa s-suċċess jew il-bilanċ li rridu nippruvaw nilħqu b'dawn il-multi.", "CHARLES BUHAGIAR: Ippermettili, se nerġa' mmur fuq is-sitt skeda u nieħu eżempju li jien niltaqa' ħafna miegħu fejn naħdem.", "Ikollok persuna, bidwi, jibni agricultural store illegalment, ikun ilu mibni 20 jew 30 sena fejn hija skedata, għall-argument, ta' archaeological importance.", "Dak ma jistax jissanzjonah?", "DR. IAN STAFRACE: Le, ma jistax jissanzjonah u nerġa' ngħid li l-kategoriji li hemm fis-sitt skeda, l-ewwel nett il-leġislatur seta' għażel li jgħid \"applications to sanction\" xejn.", "Fil-każ Malti, uża prassi li teżisti f'jurisdictions oħrajn fejn illimita f'liema każijiet tista' tapplika to sanction u f'liema każijiet ma tistax tapplika to sanction.", "Is-sitt skeda, fl-opinjoni tagħna, tkopri l-każijiet estremi, fejn qegħdin nitkellmu jew fuq areas protetti jew fuq areas skedati jew fuq l-ODZs.", "Jista' jkun il-każ li bniedem kieku applika għall-permess qabel m'għamel l-illegalità, bil-policies intitolat li jieħu dak il-permess però jrid jeżisti deterrent li bniedem irid jiġi japplika għall-permess għax inkella nibqgħu fis-sitwazzjoni li bniedem jibni dik il-binja mbagħad kważi jikkostrinġi lill-awtorità … (Interruzzjonijiet) Jekk tinqabad fl-aerial photo ta' 2008 tista' tissanzjonaha.", "CHARLES BUHAGIAR: Jekk tkun mibnija f'area skedata u tkun mibnija qabel l-2008 tista' tissanzjonaha.", "Il-liġi mhijiex qed tiġi applikata hekk, żgur mhux minn Dr. Degaetano fl-appelli.", "DR. IAN STAFRACE: Ħalli nispjegaw ftit.", "Id-diskrepanza li kellna fl-appelli kienet li indipendentement mill-issue ta' Mejju 2008 jew le, jekk għandek appell pendenti fuq applikazzjoni li ġiet deċiża fl-2009 u hemm appell pendenti, ittieħdet deċiżjoni li s-sitt skeda xorta tiġi applikata.", "Jekk tħarsu lejn il-frequently asked questions li pubblikat l-awtorità f'Marzu ta' din is-sena, taraw li tgħid kontra din il-pożizzjoni u bħalissa hemm anke ruling tal-MEPA board li qassamna mal-istaff kollu tal-awtorità biex il-MEPA board jerġa' jenfasizza li l-pożizzjoni kif inhi interpretata fil-frequently asked questions, fid-domanda 20 biex ikun iktar speċifiku, hija li l-iskeda 6, apparti t-thresholds li hemm fis-sitt skeda ta' Mejju 2008 eċċ., tapplika biss għall-każijiet li daħlu fis-sena 2011 'il quddiem fejn daħħalt application to sanction jiġifieri minn meta daħal fis-seħħ l-artiklu 70 u s-sitt skeda.", "Każ partikolari li ġie deċiż mit-tribunal tal-appelli bħalissa qiegħed pendenti quddiem il-qorti tal-appelli ukoll u wieħed qed jistenna dawk ir-rulings biex jara jekk il-pożizjzoni tal-awtorità hijiex korretta jew il-pożizzjoi li ddeċieda t-tribunal tal-appelli hijiex korretta.", "Biex insemmu eżempju żgħir, il-MEPA board kostentement ikollhom applikazzjonijiet quddiemhom ta' qabel is-sena 2011 li jkunu to sanction li teknikament jekk daħlet fis-sena 2011 taqa' taħt is-sitt skeda, però peress li huma applications mis-sena 2000 u lura jipproċessawhom.", "Issa jekk jingħatawx peress jew le hija immaterjali.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiġifieri aħna qed ngħidu ikun hemm xi ħadd – bħalissa għandi f'moħħi każ partikolari – li bena agricultural store 30 sena ilu, l-applikazzjoni daħlet fl-2006, bħalissa għaddej bl-appell għax ma nħariġix il-permess, u f'area skedata ta' archaeological importance.", "Dan ma tistax tgħidlu skont skeda 6 ma jistax jinstema' dan il-każ.", "DR. IAN STAFRACE: Għax aħna nemmnu li artiklu 70 u l-iskeda 6 huwa provediment proċedurali, mhuwiex provediment sostantiv, u fl-opinjoni tagħna provediment proċedurali japplika minn meta jkunu daħlu fis-seħħ.", "Jien ma jistax jkun li ddeċidejtlek applikazzjoni fl-2006 u issa għax għandek appell pendenti napplikalek regola ġdida b'lura.", "CHARLES BUHAGIAR: Naqbel miegħek perfettament imma mhjiex qed tiġi applikata hekk.", "THE CHAIRMAN: Hawnhekk, wieħed mill-benefiċċji ta' dan il-Kumitat huwa li, bħalma naħseb ikollkom mal-Kamra tal-Periti, għandkom bord ma' min tibawnsjaw… Forsi jiena mill-inqas ħdejn dawn iż-żewġ kollegi imma hawn ftit esperjenza on the ground li tirrispekkja grassroots mhux biss ta' żvilupp imma ukoll ta' nies li niltaqgħu b'mod iktar wiesgħa minn forsi periti oħrajn u naħseb huwa sounding board rilevanti ħafna.", "DR. IAN STAFRACE: Kif tafu, kemm kollettivament kif ukoll individwalment, aħna nħajrukom li you come forward with these experiences.", "THE CHAIRMAN: Ejjew niffokaw ftit fuq dawn id-daily fines.", "L-Onor.", "PHILIP MIFSUD: Kategorija A qed tgħid \"all illegal development\".", "Jien nixtieq kjarifika ta' xi tfisser din il-frażi.", "Forsi tgħidli li kollox imma ħalli nikkjarifika x'qiegħed ngħid.", "All illegal development ifisser anke dak li ma jkollux enforcement notice?", "Ħalli ngħid għaliex.", "Qed niffaċjaw sitwazzjonijiet fejn xi ħadd għandu permess approvat illi esegwih, bnih pereżempju, japplika għall-compliance certificate imbagħad meta jiġi l-enforcement officer jiċċekkja jinduna li l-kċina hija 30 ċentimetru akbar a skapitu tal-kamra tas-sodda u jibagħtu jagħmel application.", "Meta tmur tagħmel application kif kienet fuq il-permess l-antik trid turiha bil-kulur aħdar u l-oħra trid turiha bil-kulur blu to sanction għaliex dik hija mibnija diġà u f'dak il-każ to sanction hija illegalità.", "Jiġifieri dawn l-affarijiet se jaqgħu anke taħt din id-daily fine li huma frivoli u lanqas jimmeritaw enforcement notice?", "THE CHAIRMAN: Ħalli nara jekk iniex qed nifhmek.", "Jiġifieri jekk xi ħadd wara li daħlet din il-legal notice fis-seħħ japplika to sanction għal illegalità li saret wara li daħlet fis-seħħ il-legal notice u huwa u jipprova jissanzjona xi ħaġa qisu kixef lilu nnifsu li hemm xi ħaġa llegali.", "Hemmhekk l-awtorità x'se tagħmel?", "Kif tara applikazzjoni to sanction se twaħħallu enforcement notice?", "Hux hekk hi l-mistoqsija?", "DR. IAN STAFRACE: Issa mbagħad forsi anke jkompli ftit il-Perit Borg.", "Aħna rridu kemm jista' ikun inkunu receptive għal dawk l-applikanti li jew minn jeddhom jew għax iħossu li pereżempju, se jbigħu l-proprjetà jersqu huma forward u jissanzjonaw il-binja tagħhom.", "U kif qed insemmi l-eżempju li semma l-Perit Mifsud, huwa eżempju ta' illegalità …", "THE CHAIRMAN: Huwa validu għax xorta se jeħel il-multa fl-aħħar.", "Issa ma nafx x'jaqbillu, jekk hux il-multa tad-daily jew il-multa ....", "DR. IAN STAFRACE: Illum applikazzjoni bħalma semma l-Perit Mifsud definitely tiġi deċiża fi 12-il ġimgħa.", "Jiġifieri anke jekk ikollha toħroġ enforcement notice – u qed ngħid \"jekk\" għax issa se nispjega x'se nagħmlu wkoll – id-daily fine sakemm tiġi deċiża l-application x'aktarx il-multa li se jeħel għas-sanctioning se tkun ogħla mid-daily fine, allura hemmhekk se tapplika l-major fine jew il-multa tas-sanctioning u mhux din.", "Però li qegħdin nagħmlu wkoll u nistgħu anke eventwalment nippubblikawh huwa fejn se jkun hemm protokoll maħruġ mill-MEPA meta f'ċirkostanzi bħal dawn għandu jinħareġ enforcement notice jew le, għax illum il-ġurnata jinħareġ enforcement notice fil-każ li semmejt inti u m'għandux qisha konsegwenza, kienet to sanction u baqgħet to sanction, jiġifieri l-multa qisek xorta se teħilha, imma m'għandekx ta' kuljum għaddejja.", "Però f'każ bħal dak irid ikollna protokoll ċar għandhiex jew le tinħareġ enforcement notice.", "U naħseb it-test li qegħdin nużaw – u dan se jkun anke f'dokument miktub – huwa jiena f'każ bħal dan għax kabbart il-bitħa jew ċekkint il-bitħa – basta tgħaddi mil-liġi sanitarja, eċċ. – x'added value se nieħu fil-proċess fuq xi ħadd li ġie minn jeddu applika to sanction?", "Billi jien ħriġt enforcement notice x'valur iżjed se nagħti lill-proċess?", "U f'każ li semmejtu m'hemm l-ebda valur.", "Allura hemmhekk se noħorġu anke linji gwidi ċari fejn f'ċirkostanzi bħal dawn kważi kważi enforcement notice lanqas biss għandu għalfejn jinħareġ, għaliex fil-proċess tal-ipproċessar ta' dik l-applikazzjoni dak l-enforcement notice ma jkun qed jagħti l-ebda valur addizzjonali.", "Dan again tenut kont li dawn il-multi ta' kuljum l-awtorità mhix qiegħda tqishom bħala xi mezz ta' revenue generation.", "Forsi l-Perit Borg jista' jispjega daqsxejn iżjed.", "IL-PERIT ALEX BORG (Director Enforcement, Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar): Li nista' inżid jekk huma affarijiet rivjali bħal li żidt kċina b'30cm, affarijiet li għadhom minor amendment diġà mhux noħorġu notice.", "PHILIP MIFSUD: Hawnhekk qed jgħid \"all illegal development\" allura wieħed irid jiġi served l-enforcement notice.", "IL-PERIT ALEX BORG: Id-daily fine qiegħda fil-legal notice se jkun hemm enforcement notice u fil-fatt se toħroġ biċċa oħra magħha li se tgħidlek inti għandek daily fine li qed tiġi applikata għaliha ta' daqstant flus.", "Jiġifieri għandek x'inhi l-breach, għandek xi trid tagħmel, dawk l-affarijiet li għandna diġà bħalissa u se jkollok it-tielet waħda li għandek il-fine.", "Jiġifieri fejn m'hemmx in-notice mela m'hemmx il-fine.", "Jekk xi ħadd għamel xi diskrepanza żgħira u ħa din il-minor amendment, la m'għandux notice żgur mhux se jħallas il-fine.", "Il-bqija kif qal Dr. Stafrace, irridu noħorġu protokoll biex ikun hemm konsistenza ħalli nkunu ċerti li tinħareġ notice bl-istess mod minn kulħadd, mhux xi ħadd forsi aktar strett u xi ħadd forsi aktar laxk u kif qal Dr. Stafrace naraw x'se nieħdu iktar.", "Jiġifieri jekk xi ħaġa bl-istess footprint li diġà hija approvata u li l-case officer se jgħid li għandha tgħaddi, mela x'se nirbħu billi noħorġu notice?", "Jekk hija xi ħaġa addizzjonali f'dak il-każ irridu nibdew niddibattu fejn se taqta' il-linja.", "CHARLES BUHAGIAR: Qed jiġini f'moħħi każ li llum qed isir ħafna frekwenti li jkollna fis-sanctioning, pereżempju jkollok każ ta' sanctioning minħabba building height fl-internal heights li ma jgħaddilhomx mis-Sanità u ma jkunx hemm enforcement, x'jiġri f'dan il-każ?", "Ikun inbena fit-tmeninijiet jew id-disgħinijiet.", "IL-PERIT ALEX BORG: Id-daily fines mhux se japplikaw għax inbena qabel u apparti hekk imbagħad hemm il-provvedimenti ta' artiklu 91 – li qabel kien il-51 – fejn bażikament qed ngħidu li l-affarijiet li saru qabel l-1992 huma fi scheme, m'hemmx change of use u m'hemmx change of alignment, jekk issir talba u tintlaqa' allura n-notice tibqa' hemm però d-directive 47 trid tiġi ffriżata.", "CHARLES BUHAGIAR: Jien qed ngħid hemm affarijiet li ma jiddependux fuqkom, jiddependu fuq is-Sanità.", "Illum imorrulek il-bank biex jieħdu loan u ma jagħtuhomx il-loan għax mhux skont il-permess, tapplikalhom to sanction u ma jistax jissanzjona għax dan għandu 5cm nieqes mill-internal height pereżempju.", "DR. IAN STAFRACE: Li qegħdin nippruvaw nagħmlu ovvjament konxji ta' dawn ir-realtajiet fejn għandek l-għoli tal-bini, id-daqs tal-btieħi u ċirkostanzi simili, li ftaħna diskussjonijiet mal-awtoritajiet sanitarji għax, kif tafu, il-Liġi tas-Sanità aħna napplikawha però m'aħniex ir-regolatur tal-Liġi tas-Sanità, biex forsi wieħed isib soluzzjoni għal dawn ir-realtajiet jgħixu magħna.", "Il-GSB invariably on a case by case basis ġieli anke btieħi iżgħar milli suppost japprova, ovvjament jieħu kont u tenut tas-sitwazzjoni.", "Dawn il-laqgħat bejn l-awtorità u l-awtoritajiet sanitarji huma ongoing, għandna ieħor iffissat għal Diċembru biex proprjament nippruvaw insibu sitwazzjoni li nilħqu kompromessi biex wieħed jipprova jirranġa dawn is-sitwazzjonijiet.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma sakemm jintlaħaq dan il-kompromess u jkun hemm din id-diffikultà ta' sanzjonar, allura dan se jkun qed jiġi applikat id-daily fine fuq infringement bħal dak?", "IL-PERIT ALEX BORG: Jiddependi.", "Jekk ikun qed isir wara li tidħol il-legal notice –ħafna minn dawn il-każijiet huma każijiet relattivament antiki – allura d-daily fine ma tgħoddx.", "Id-daily fine se tgħodd fuq illegalitajiet li jsiru wara li tidħol il-legal notice.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiġifieri dawn li bnew fil-passat ma tkunx qed tapplika d-daily fine għalihom.", "THE CHAIRMAN: Għandi xi ħaġa żgħira xi ngħid, imma nixtieq nagħlaq din id-diskussjoni fuq id-daily fines biex forsi nħallu nofs siegħa ċans għal fuq il-major fines.", "PHILIP MIFSUD: Jien xtaqt infakkar xi ntqal fil-laqgħat preċedenti.", "Jiena niftakar li min-naħa tal-awtorità kien intqal li l-onus hu fuq il-MEPA li tipprova li l-illegalità saret wara d-dħul fis-seħħ tal-legal notice.", "Hux hekk?", "DR. IAN STAFRACE: Mhux hekk biss imma huwa l-onus tal-awtorità li l-ewwel nett tipprova li hija llegali għax hi ħarġitha l-enforcement notice u li seħħet wara d-dħul fis-seħħ tar-regolamenti.", "Jiġifieri hekk kienet u hekk għadha.", "THE CHAIRMAN: Ippermettuli nagħmel suġġeriment żgħir.", "Rigward it-tielet scaletta – għandna l-ewwel scaletta li huma nil imbagħad it-tieni scaletta u t-tielet scaletta – nistgħu l-perjodu tagħha ntawluh ftit, jiġifieri minn 150 ġurnata nġibuh għal 180 ġurnata?", "Ovvjament imbagħad ikunu jridu jinbidlu ta' wara.", "Qed ngħid dan għax 180 ġurnata jqarribna ħafna lejn is-sitt xhur ta' meta applikazzjoni tkun determinata allura jien sakemm applikajt biex nissanzjona forsi nibqa' sat-tieni scaletta.", "DR. IAN STAFRACE: Ma naħsibx li għandu jkun hemm problema.", "PHILIP MIFSUD: Hemm xi ceiling li tasal għalih?", "Għaliex inkella nistgħu niffaċjaw sitwazzjonijiet redikoli.", "Kategorija C l-ewwel sena għandek €15,000 imbagħad għandek €18,300 kull sena.", "Jekk dawn se jibqgħu telgħin niffaċċjaw sitwazzjoni bħalma kellna riċenti tal-VAT.", "IL-PERIT ALEX BORG: Imma għalfejn m'għandhomx jippruvaw isibu soluzzjoni?", "Għalfejn għandhom jibqgħu jgawdu l-illegalità?", "DR. IAN STAFACE: Il-problema tal-capping hija xabla b'żewġt ixfafar, minn banda trid tilħaq element ta' ġustizzja – u hawnhekk naqbel miegħek – però mill-banda l-oħra lanqas trid tagħti prezz l-illegalità.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmel mistoqsija legali.", "Immaġina li missieri għamel xi ħaġa llegali li tinqabad b'dawn id-daily fines, ma tax kas, għaddiet sena u nofs bdiet takkumula u missieri miet.", "Il-werrieta se jirtu dan.", "Għandek il-bickering tal-werrieta, ma tafx min se jieħu l-wirt u nistgħu allura minħabba din il-problema li tisplodi l-werrieta se jkunu ffaċjati b'time bomb kerha.", "Tista' tiġri din.", "DR. IAN STAFRACE: Tista' tiġri però mhijiex sitwazzjoni unika għall-MEPA din, fis-sens li kull fejn għandek sitwazzjoni ta' multa amministrattiva l-kriminal imut mal-persuna, jiġifieri piena ta' reat kriminali tieqaf mal-persuna.", "Però jista' ikollok dawk it-tip ta' ċirkostanzi.", "Nerġa' ngħid li l-problema tal-capping hija li tkun qed tagħti prezz l-illegalità.", "PHILIP MIFSUD: Diġà qed nagħtu prezz.", "THE CHAIRMAN: Li qed jgħidlek l-Onor.", "Philip Mifsud ma jistax ikollok sitwazzjoni reali fejn owners jew werrieta ta' proprjetà jagħmlu xi applikazzjoni biex il-multa tkun iffriżata sa dak l-istadju sakemm pereżempju, issue ta' taqsim ta' proprjetà tiġi riżolta?", "Pereżempju, jekk hemm ġlieda sħiħa fuq il-qsim tal-proprjetà min se jieħu fuqu l-onus li jirranġaha?", "Kieku jien kont l-avukat tagħhom ngħid għallinqas nagħmel applikazzjoni lill-MEPA fejn niffriża l-multa sa dak iż-żmien sakemm jirriżolvu l-issue.", "Għax naħseb hija sfortuna li tiret dik il-problema kollha.", "PHILIP MIFSUD: F'dak il-każ ikollok tirrinunzja għaliha!", "IS-SUR AUSTIN WALKER (Chairman, Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar): Jiġifieri fl-opinjoni tagħkom hija li għandu jkun hemm perjodu massimu ta' ħames snin u ma teċċedix il-ħames snin?", "THE CHAIRMAN: Jien qed ngħid forsi jkun hemm xi każi straordinarji fejn xi ħadd jista' japplika lill-MEPA biex tiffriża l-multa sa dak il-ħin sakemm tiġi riżolta pereżempju, ma nafx xi jkunu, minbarra l-qsim ta' proprjetà minbarra wirt ma nafx x'jistgħu jkunu ikar.", "CHARLES BUHAGIAR: Kelli każ ta' xi ħadd li mar il-ħabs.", "DR. IAN STAFRACE: Din m'għandhiex konsegwenzi li jekk ma tħallasx il-multa tista' issarrafha fi priġunerija.", "Li forsi nistgħu nikkunsidraw – I'm thinking aloud – hija li dak ir-rimedju li ntroduċejna li tista' tappella quddiem it-Tribunal u titlob it-Tribunal jirrikonsidra l-multa peress li hija disproportionate, etc., nagħmlu rimedju ad hoc fejn ma jkunx sar appell fit-terminu tal-enforcement notice, tagħmel petition lit-Tribunal u t-Tribunal jiddeċiedi jekk għandux jissospendi l-multa, inaqqasha, jirrevediha or whatever.", "Forsi ndaħħlu dak il-provvediment.", "PHILIP MIFSUD: Jien ma tantx naqbel għax din se tkun xi ħaġa suġġettiva, jiġifieri għad-diskrezzjoni ta' xi ħadd u inti u jiena nistgħu niddeċiedu differenti.", "THE CHAIRMAN: Ma nistgħux nelenkaw iċ-ċirkostanzi straordinarji kollha.", "PHILIP MIFSUD: Għalhekk naħseb li għandu jiġi kkonsidrat xi forma ta' ceiling li ma jkunx baxx.", "Jien kelli f'moħħi għaxar snin u ċ-chairman semma ħames snin, imma mbagħad naħseb wara numru ta' snin jintilef l-iskop għax l-iskop tad-daily fine huwa li inti kemm jista' ikun treġġahielu lura, imma mbagħad jekk għaddew għaxar snin wieħed irid jaħseb f'soluzzjoni differenti.", "IL-PERIT ALEX BORG: Imbagħad jekk jakkumulaw ċertu ammont ta' flus jistgħu jibdew il-proċeduri legali ta' sekwestru u kollox.", "Jiġifieri jekk din il-kamra tqum €10,000 u lilna jrid jagħtina €10,000 ...", "THE CHAIRMAN: Imma naħseb hemm id-direct actions.", "IL-PERIT ALEX BORG: Direct actions jittieħdu xorta, imma fi kwalunkwe xi ħadd għandu jagħti lill-MEPA – issa jekk hux għal dan il-każ jew għal kwalunkwe każ ieħor – jinfetħu proċeduri legali u jistgħu jibdew proċeduri ta' sekwestru.", "THE CHAIRMAN: Meta jidħlu d-daily fines at what stage tgħid jiena xbajt nistenna u se ndaħħal id-direct action?", "IL-PERIT ALEX BORG: Din mhijiex se tinfluwenza meta tittieħed direct action għax id-direct action tista' tittieħed at any stage.", "PHILIP MIFSUD: Jiġifieri l-queue tad-direction mhuwiex first come first served!", "IL-PERIT ALEX BORG: Id-differenza hi li d-direct action li hemm bħalissa peress li hemm ħafna, min qiegħed hemmhekk sakemm naslu għal fuqu qed igawdi.", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Is-suġġeriment li possibbilment jekk id-daily fine tasal mal-massimu tal-major fine li hija l-€50,000, allura hemmhekk tieqaf.", "DR. IAN STAFRACE: Nagħmlu capping fuqha sa massimu ta' €50,000 u ma noqogħdu noħolqu l-ebda provvediment.", "IS-SUR AUSTIN WALKER: L-unika problema li nara biss tad-daily fine li tillimitaha, jekk it-tgawdija jew il-benefiċċju li se jieħu minn illegalità jekk se jdaħħal minnha iktar minn €50,000, allura possibbilment ma jkunx worth it li jreġġagħha lura, però huma każi estremi.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħlqu d-diskussjoni fuq id-daily fines hawnhekk.", "Jekk se tiktbu xi protokoll mhux se nagħmlu diskussjoni, imma ċċirkolawulna u aħna bejnietna nagħtukom suġġerimenti bil-miktub, però mingħajr diskussjoni.", "Ngħaddu issa għall-major fines.", "DR. IAN STAFRACE: Il-major fines kuntrarju għad-daily fines, speċjalment għalikom il-periti, mhuwiex kunċett ġdid, jiġifieri llum il-ġurnata inti tapplika to sanction u teħel il-multa.", "Li qegħdin nagħmlu issa huma żewġ affarijiet.", "Tramite l-emendi li kienu daħlu fis-sena 2001 is-ceiling ta' kemm tista' tkun il-multa kienet telgħet minn Lm1,000 dak iż-żmien għal Lm10,000, però dak il-provvediment qatt ma ddaħħal fis-seħħ.", "Jiġifieri llum teknikament l-ogħla multa li tista' teħel hija ta' Lm1,000, ċioè €2,300 fejn ikun hemm illegalità.", "X'qegħdin nagħmlu b'din il-legal notice?", "Fl-att il-ġdid dak l-Lm10,000 li qatt ma daħal fis-seħħ issa tela' għal €50,000, jiġifieri l-Lm10,000 jammontaw għal madwar €23,000, issa tellajnih għal €50,000.", "B'dan il-legal notice qegħdin nagħmlu żewġ affarijiet.", "THE CHAIRMAN: Diġà qiegħed €50,000 jew qed ikun propost €50,000 hawn?", "DR. IAN STAFRACE: Fl-att qiegħed €50,000 imma għadu ma daħalx fis-seħħ.", "Mela f'din il-legal notice se ndaħħlu fis-seħħ il-capping għal €50,000, imbagħad se nagħmlu wkoll skeda ta' kif dak il-€50,000 jista' jinħadem.", "Sal-lum jeżisti qisu an internal protocol li f'każ ta' major fine teħel €2,300 u f'każ ta' simple fine jeżisti forma ta' computation li kważi hija interna għall-awtorità.", "B'din, li qegħdin nagħmlu huwa li fl-iskeda daħħalna kif anke għandha tinħadem il-fine, issa aħna nsejħulha major fine, imma fil-fatt mhi major fine xejn.", "Dan huwa l-mod kif jinħadmu l-multi meta bniedem japplika to sanction u jingħata permess biex jiġi sanctioned u minflok qgħadna noħolqu kategoriji ġodda ppegjajniha mad-Development Payment Fee (DPF).", "Mela fid-DPF inti diġà għandek categorization ta' x'jitħallas DPF skont it-tip tal-iżvilupp u l-multa minflok qgħadna noħolqu kategorija oħra biex nevitaw ħafna kategoriji, għedna mela jekk inti se tapplika to sanction għal dan it-tip ta' żvilupp se teħel, tkun diġà ħallast id-DPF u l-multa se tinħadem mid-DPF times ta' percentage skont it-tip ta' illegalità.", "U b'hekk inħossu li la tkun ħloqt kategorija oħra, id-DPF fih innifsu diġà fih element diskriminatorju għaliex ivarja bejn żvilupp u ieħor u miegħu amplifikajna l-persentaġġ oltre li jrid jitħallas bħala multa.", "Again din hija intiża kemm għall-element tad-deterrent, però wkoll sabiex anke hemm barra wieħed ikollu s-sodisfazzjon u jaf kif il-multa tiegħu nħadmet mhux tinħadem fuq skrivanija u ħadd ma jaf eżattament kif wieħed wasal għall-computation tagħha.", "Il-minor fine se tibqa'?", "DR. IAN STAFRACE: Jekk wieħed jara l-iskedi, li għamilna I just take you through.", "L-iskeda C hija minor offences €150 u hemm imbagħad id-definizzjoni.", "Ħalli nispjega l-ħsieb li kellna warajha.", "Prinċipalment l-iżjed żewġ skedi importanti huma l-A u l-B.", "Mela schedule A hija fejn int għandek permess u ma mxejtx miegħu, jiġifieri mhux bnejt bla permess.", "Jekk l-iżvilupp huwa within scheme għandek kif jinħadem skont id-DPF, jekk l-iżvilupp huwa fl-ODZ il-multa togħla.", "Again huwa maħdum mad-DPF, jiġifieri jekk għall-grazzja tal-argument għamilt żvilupp ġo ODZ mhux skont il-permess, jekk id-DPF huwa inqas minn €1,000 se tħallas €300 + 400% tad-DPF, minimu ta' €100.", "CHARLES BUHAGIAR: Suppost ikun hemm applikazzjoni li tkun saret ħames snin ilu u tiġi sanzjonata issa, fuq liema DPF jinħadem?", "DR. IAN STAFRACE: Aħna hawnhekk qed nirriferu għad-DPF li inti ħallast mal-applikazzjoni.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiġifieri d-DPF ta' ħames snin ilu.", "DR. IAN STAFRACE: Dak huwa d-DPF, dak li inti ħallast mal-applikazzjoni.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiġifieri mhux jiġi revedut b'DPF according to today's rates u ssir il-multa accordingly.", "PHILIP MIFSUD: Dan li qed jingħad hawn bażikament nista' inġib l-istess eżempju li ġibt ftit tal-ħin ilu.", "Allura se tkun qed tapplika din it-tip ta' multa?", "DR. IAN STAFRACE: Ħu l-eżempju li semmejt inti ta' bniedem li bena dik il-kċina ikbar.", "Jekk dik għamilha through a minor amendment ....", "DR. IAN STAFRACE: A minor offence aħna nallaċjawha mad-definizzjoni anke li teżisti fil-legal notice 514 tal-minor amendment.", "Mela jekk inti se tagħmilha b'minor amendment illum tħallas id-DPF mal-minor amendment plus li se teħel multa ta' €150 għal dik iċ-ċirkostanza.", "PHILIP MIFSUD: Jiġifieri dak li jikkwalifika b'minor amendment huwa meqjus bħala a minor.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira għax fl-opinjoni tiegħi hemm anomalija – anke jekk hija żgħira imma naħseb hija ftit inġustizzja – għax jekk jien nista' napplika by Development Notification Order (DNO) anke biex nirregolarizza xi ħaġa ....", "DR. IAN STAFRACE: Qed nitolbuk tagħmel minor amendment.", "PHILIP MIFSUD: Imma l-fees mhumiex l-istess.", "Aħna x'għamilna?", "Meta għedna li jekk għandek permess li għadu validu għamel il-minor amendment u tmurx bid-DNO, l-iskop ma kienx la minħabba l-fees u ma kien xejn ħlief li la għad għandek permess pendenti jkun hemm iżjed trail u emenda lilu; għat-tracking.", "Issa rriżultat din l-anomalija – tgħidli wieħed seta' jinduna qabel – u hemm żewġ anomaliji żgħar oħra li hemm żvilupp li jgħaddi permezz ta' DNO, però jekk tinterpreta ċertu klawsoli tal-minor amendment teknikament ma jgħaddix bil-minor amendment.", "Peress li d-direzzjoni dejjem kienet ċara li b'dik il-miżura aħna ma ridna noħolqu l-ebda ostaklu biex bniedem jirregolarizza, bħalissa qed nagħmlu emenda għal-legal notice 514 biex inġibuha żgura u netta u anke fejn jidħlu l-fees biex dak li jkun, veru ma marx through a DNO imma mar through a minor amendment, però ma sofra l-ebda financial burden jew xi forma ta' preġudizzju differenti milli kieku mar b'DNO and we are aligning the two systems għax dejjem hekk kienet l-intenzjoni.", "CHARLES BUHAGIAR: Ħalli nikkjarifika punt żgħir.", "Id-DPF il-ġdida minn meta bdiet tgħodd?", "Minn din is-sena?", "DR. IAN STAFRACE: Mis-17 ta' Lulju tal-2010.", "THE CHAIRMAN: U meta ngħidu d-DPF hija d-DPF biss mhux id-DPF plus l-Environmental ....", "THE CHAIRMAN: Ejjew niffukaw id-diskussjoni.", "Jiena naħseb hawnhekk l-issue hija jekk naqblux mal-quantums.", "Naħseb dik hija d-diskussjoni li tista' issir fuq dawn.", "Il-kategoriji diġà jeżistu.", "DR. IAN STAFRACE: Il-kategoriji se nużaw l-istess categorization li teżisti fil-legal notice tad-DPF, jiġifieri għalhekk ippegjajnih mad-DPF.", "THE CHAIRMAN: Offences A,B,C u D jeżistu jew qed jidħlu ġodda?", "DR. IAN STAFRACE: Le, dawk se jkunu fil-legal notice.", "If I may take you through A and B. Schedule A hija fejn kellek permess u ma mxejtx miegħu, schedule B hija fejn inti għamilt żvilupp bla permess fejn allura ż-żieda fuq il-multa hija ikbar minn każ fejn inti kellek permess u ma segwejtux.", "THE CHAIRMAN: Kellek żvilupp bla permess u ppruvajt tissanzjonah totalment wara, ipprovajt u ma pprovajtx.", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Is-sanzjonar mal-approvazzjoni.", "Dawk il-fees jidħlu meta inti qed tingħata permess.", "Jiġifieri m'hemmx każ ta' sanzjonar li mhuwiex sanzjonar.", "THE CHAIRMAN: Għandek id-daily fine għaddejja.", "PHILIP MIFSUD: Jien naħseb li b'regola ġenerali l-ewwelnett ngħid pereżempju jekk naqbad l-ewwel każ €300 plus 200% of the DPF with a minimum of €100. €100 mhuwiex il-fine, huwa €100 l-assumed DPF.", "Hekk jew mhux hekk?", "DR. IAN STAFRACE: Jiġifieri t-€300 plus il-€100.", "PHILIP MIFSUD: Jiġifieri l-minimum fine hemmhekk hija ta' €500.", "DR. IAN STAFRACE: Iva, hekk hu.", "THE CHAIRMAN: Għandek DPFs li huma €100?", "DR. IAN STAFRACE: Jekk nistgħu nieħdu eżempju sempliċi ħu l-category schedule A, l-ewwel kategorija, agħmilha ħallast inti DPF ta' €1,000, allura se tapplika l-ewwel tip ta' multa.", "Għandek €2,300.", "PHILIP MIFSUD: Jiġifieri din hija bejn €500 u €2,300.", "CHARLES BUHAGIAR: Se teħel €2,300 għax not according to official alignment, għax ma bnejtx mal-alignment jew għax m'applikajtx għall-alignment?", "PHILIP MIFSUD: Le, m'applikajtx għall-alignment hija kategorija D.", "DR. IAN STAFRACE: Dik hemm multa għaliha, li bnejt mingħajr alignment.", "CHARLES BUHAGIAR: Jien ma naħsibx li tista' tissanzjonaha la ħriġt barra mil-linja.", "DR. IAN STAFRACE: Trid tagħmel PC application imbagħad tagħmilha to sanction.", "THE CHAIRMAN: Jiena personalment għandi ftit riżervi, imma ma tantx għandna ħin u fit-8:00 p.m. se jkolli nieqaf.", "Naħseb li għandna bżonn ta' ftit iktar diskussjoni fuq din.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiena naħseb li għandna bżonn ta' ftit iktar diskussjoni għax schedule B hija tal-biża'.", "DR. IAN STAFRACE: Imma dik fejn jidħol żvilupp bla permess.", "PHILIP MIFSUD: Jiena naħseb li dik għandha tkun tassattiva.", "CHARLES BUHAGIAR: Pereżempju extension ta' flat.", "Jekk ikollok flat u testendih iżżidlu kamra, dik il-parti bla development permission taħt din taqa'?", "DR. IAN STAFRACE: Jekk inti kellek permess biex tibni flat naħseb dik tiġi development not in accordance with a development permission.", "DR. IAN STAFRACE: Jekk inti kellek permess ta' flat u żidt miegħu jiġi not in accordance with a development permission.", "Fil-fatt anke l-enforcement li noħorġulek ikun li bnejt appartament mhux skont il-pjanti approvati ....", "THE CHAIRMAN: Kellek permess jiġifieri waqt il-ħames snin li l-permess huwa validu?", "DR. IAN STAFRACE: Jekk hemm bżonn wieħed jiċċaraha.", "Kategorija B mhijiex intiża għall-każijiet li semma l-Perit Buhagiar u jekk hemm bżonn wieħed jikkjarifikaha, jikkjarifikaha.", "Aħna fil-category B li konna qegħdin naraw li tfaċċa xi ħaġa kompletament bla permess.", "CHARLES BUHAGIAR: Pereżempju, każ f'Buġibba fejn ikun hemm xi ħadd li bena flat fil-fond u qasmu fi tnejn, dak x'jiġi?", "THE CHAIRMAN: Nixtieq li xi darba nagħmlu ftit diskussjoni wara li tgħaddi din dwar jekk hemmx xi metodu ieħor kif dawn jistgħu jiġu regolarizzati.", "Naf li l-MEPA hija receptive għax kellna ftit informal talk fuq din l-issue, però nagħmlu diskussjoni apparti.", "Id-diskussjoni fuq il-major fines għadha miftuħa u d-diskussjoni fuq id-daily fines hija magħluqa.", "Ms. Brincat jekk jogħġbok ħu nota ta' dik li għedna li meta jagħmlu protokoll se jgħaddihulna għall-kummenti tagħna, imma mhux se jkun hemm diskussjoni.", "IL-PERIT ALEX BORG: Fil-każ ninfurmawkom dwar meta ma jitwaħħlux permit notices u meta ma jiġux sottomessi l-commencement notices.", "THE CHAIRMAN: Mhux id-D dik?", "Hawnhekk qiegħda.", "IL-PERIT ALEX BORG: Dik jekk m'iniex sejjer żball tal-permit notice li twaħħal on site għax għaddiet mill-enforcement u jkollna ħafna issues ta' nies li riedu enforcement notice għax ma twaħħlitx notice, allura naħseb iktar sempliċi li jkun hemm fine.", "THE CHAIRMAN: Jien għandi diffkultà waħda fejn hemm \"to obtain a completion certificate\" u hemm multa ta' €1,500.", "X'jiġifieri m'ottjenejtx il-compliance?", "DR. IAN STAFRACE: Ħalli nibdew mill-ewwel waħda tal-commencement notice.", "Il-commencement notice bħalissa qegħdin naħdmu f'sitwazzjoni biex nippruvaw nirrivempjaw is-sitwazzjoni tal-commencement notices u tal-compliance certificates u mexjin fuq proċess għaliex dawn huma żewġ għodod importanti li maż-żmien qishom ġew devalued.", "Aħna nemmnu li jekk ikollok condition fil-permess li tgħidlek li qabel ma tibda topera jrid ikollok compliance certificate, trid tiġi u ġġibu dak il-compliance certificate.", "PHILIP MIFSUD: Hemm applications li ma jirrikjedux dan.", "DR. IAN STAFRACE: Jekk ma tirrikjedix compliance certificate mhux se nwaħħlek multa għax ma ġibtx il-compliance certificate!", "THE CHAIRMAN: Għax jekk ma ġġibx il-compliance certificate f'xi ħaġa normali, dak li jkun diġà ippenalizzat għax ma jistax iġib id-dawl, l-ilma, eċċ. Però jekk hija kundizzjoni għal użu ulterjuri .....", "DR. IAN STAFRACE: Ħalli nġib eżempju.", "Ħareġ permess għall-kumpless ta' uffiċini jew għal estensjoni tal-uffiċini u hemm condition tal-KMPD jew tal-fire and safety li ngħidu li qabel you bring the building into operation irid ikollok il-fire and safety report certified li kollox ġie stallat in place u ma jiġix iġiblek il-compliance certificate u tmur u ssib l-uffiċini up and running.", "Jiġifieri għal dawk l-eventwalitajiet qegħdin naraw.", "F'appartament normali tridu compliance certificate biex iġġib id-dawl u l-ilma.", "THE CHAIRMAN: Failure to obtain a completion certificate meta dan huwa kundizzjoni speċifika tal-permess.", "Nirringrazzjakom u naġġorna l-laqgħa għal data li tiġi komunikata aktar tard.", "Fit-8:08 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111116_005d_dpc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 16 ta' Novembru, 2011", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:44 p.m.", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett, Chairman tal-Kumitat, ippresjeda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 4 li saret fil-11 ta' April 2011 kienu konfermati.", "KONTINWAZZJONI TA' DISKUSSJONI DWAR ABBOZZ TA' AVVIŻ LEGALI:", "Il-Kumitat stieden lill-Onor.", "Mario de Marco, Segretarju Parlamentari, sabiex jindirizza lill-Kumitat.", "L-Onor.", "Mario de Marco ippreżenta lill-Kumitat żewġ dokumenti aġġornati dwar id-Daily Fines Schedule.", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Austin Walker, lill-Avukat Ian Stafrace u lill-Perit Alex Borg, Chairman, Chief Executive Officer u Director Enforcement tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar rispettivament, sabiex jieħu sehem fid-diskussjoni.", "Fuq suġġeriment taċ-Chairman kien hemm qbil sabiex il-perjodu li hemm imsemmi fit-tielet kolonna tan-\"nofication date\" tad-Daily Fines Schedule li kienet għadha kif ġiet ippreżentata lill-Kumitat jitwal minn 100 ġurnata għal 180 ġurnata sabiex jiġi jqarreb lejn is-sitt xhur li fihom applikazzjoni tiġi determinata.", "Fuq suġġeriment tal-Onor.", "Philip Mifsud kien hemm il-qbil li jekk id-daily fine tasal mal-massimu tal-major fine, jiġifieri €50,000, tieqaf u ma tkomplix togħla.", "Id-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Avviz Legali dwar id-Daily Penalty Regulations, 2011 ġiet konkluża u ċ-Chairman talab lill-uffiċjali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex jekk ikunu se jiktbu xi protokoll, jiċċirkolawh lill-Membri tal-Kumitat ħalli huma min-naħa tagħhom jgħaddu s-suġġerimenti bil-miktub mingħajr ma terġa' ssir diskussjoni.", "KONTINWAZZJONI TA' DISKUSSJONI DWAR ABBOZZ TA' AVVIŻ LEGALI:", "Il-Kumitat għadda sabiex jkompli d-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Avviż Legali.", "Id-diskussjoni dwar dan l-Abbozz ta' Avvoż Legali kienet interrotta u baqgħat aġġornata.", "Fit-8.08 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRMAN TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111116_005m_dpc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-familja", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 3", "It-Tlieta, 22 ta' Novembru 2011 fis-7.00 pm", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Familja, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 22 ta' Novembru, 2011 fis-7:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni mal-MCESD Working Group fuq Family Friendly Measures.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111122_003a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-Familja", "LAQGĦA NRU 3", "It-Tlieta, 22 ta' Novembru, 2011", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.05 p.m.", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr 2 li saret it-Tlieta l-1 ta' Novembru 2011 ġew konfermati.", "L-Onor Marie Louise Coleiro Preca ġibdet l-attenzjoni tal-Kumitat li fl-Air Malta, il-perjodu ta' reduced hours mhux se jkun ikkalkulat għall-finijiet tal-kumpens li se jingħataw il-ħaddiema minħabba l-eżerċizzju tal-istrutturar.", "Minħabba f'hekk dawk in-nisa kollha li gawdew minn din il-family friendly measure issa qed jiġu kkastigati għax ippruvaw jibqgħu fid-dinja tax-xogħol, meta fl-istess ħin kienu qed irabbu t-tfal.", "Kien hemm qbil li jiġi ċċirkolat dokumenti li rċevew l-impjegati kollha tal-Air Malta.", "U wara li l-Ministru tal-Finanzi jkun indirizza lill-Kumitat.dwar din is-sitwazzjoni, titressaq mozzjoni mill-Onor Coleiro Preca.", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat stieden lis-Sur Sonny Portelli Chairman MCESD, lis-Sinj Amanda Borg, Childcare Services u lil Dr Gordon Cordina biex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Dr Gordon Cordina ta preżentazzjoni ntitolata:", "Dr Cordina spjega li dawk kienu proposti li kienu saru minn Working Group III tal-Kunsill.", "U għaldaqstant mhumiex ikkunsidrati bħala approvati mill-Kunsill u li lanqas ma ġew imressqa mill-Kunsill għal quddiem il-Gvern.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-8:50 p.m. il-Kumitat ikkonkluda fuq is-suġġett u aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111122_003m_fac.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(immigrazzjoni IRrEGOLaRi)", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 119", "It-Tlieta, 22 ta' Novembru, 2011", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 22 ta' Novembru, 2011 fis-2:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Immigrazzjoni Irregolari.", "Preżentazzjoni mis-Sur Robert Visser, Direttur Eżekuttiv tal-European Asylum Support Office (EASO).", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111122_119a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 119", "It-Tlieta 22 ta' Novembru, 2011", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 119", "It-Tlieta 22 ta' Novembru, 2011", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-02:30 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 117 li saret nhar it-Tlieta, 8 ta' Novembru 2011, ġew ikkonfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Sinjuri, nistgħu ngħaddu mill-ewwel għat-tieni item fuq l-aġenda tagħna, u ċioè l-immigrazzjoni irregolari.", "Illum, se ssirilna preżentazzjoni minn Dr Robert Visser, li huwa Direttur Eżekuttiv tal-European Asylum Support Office.", "Fit-3:30 p.m, il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20111122_119d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 119", "It-Tlieta, 22 ta' Novembru, 2011", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-2.38 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Kien preżenti wkoll il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.", "Dr Elaine Birmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "117 li saret nhar it-Tlieta 8 ta' Novembru 2011 ġew konfermati.", "Immigrazzjoni Irregolari", "L-Onor Edwin Vassallo stieden lil Dr Robert Visser, Direttur Eżekuttiv tal-European Asylum Support Office (EASO) biex jagħti tagħrif dwar l-pożizzjoni li jokkupa.", "Dr Robert Visser spjega d-diversi attivitajiet tal-EASO.", "Li fost l-oħrajn se tagħt support permanenti u ta' emerġenza.", "Dr Visser informa lill-Kumitat li l-EASO se tkun qegħda ukoll twaqqaf forum konsultattiv fejn ikun hemm djalogu bejn NGOs, akkademiċi u kull min ikun interessat, biex ikun hemm qsim ta' idejat u esperjenzi.", "Kienu preżenti wkoll is-Sur Mario Caruana, Direttur Ġenerali fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern, is-Sur Mark Camilleri u s-Sur Claus Folden, EASO Head of Operational Support.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-3:30 pm, il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111122_119m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 53", "L-Erbgħa, 30 ta' Novembru 2011 fis-6.30 pm", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 30 ta' Novembru 2011 fis-6.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Konsiderazzjoni ta' rapporti legali u tekniċi dwar jekk iż-żewġ proposti leġislattivi tal-Kunsill li ġejjin imorrux kontra l-prinċipju tas-sussidjarjetà skont il-provvedimenti ta' Protokoll 2 anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea:-", "(i) Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta' taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE (KUM(2011)594); u", "(ii) Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni u r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) biex tiġi stabbilita distribuzzjoni tal-ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità (KUM(2011)634).", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111130_053a_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 30 ta' Novembru 2011.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.45 p.m.", "L-Onor Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Preżenti wkoll kien hemm ukoll s-Sinj.", "Eleanor Scerri, is-Sinj.", "Maria Camilleri Calleja u s-Sur Kenneth Curmi, research analysts tal-Kumitat, u Prof. Peter G. Xuereb, konsulent inkarigat mill-Parlament biex jagħti pariri legali dwar il-materja tas-sussidjarjetà.", "ASSENTI: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor Francis Agius u l-Onor Luciano Busuttil.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 52 li saret fit-12 ta' Lulju 2011 kienu konfermati.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "Il-President informa lill-Membri b'din il-korrispondenza u qiegħed fir-records tal-Kumitat:-", "Dokument 810 Ittra datata t-3 ta' Novembru 2011 li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet b'risposta għall-opinjoni motivata li l-Parlament, fuq rakkomandazzjoni ta' dan il-Kumitat, kien bagħat fir-rigward tal-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill Ewropew dwar Bażi għat-Taxxa Korporattiva Konsolidata Komuni (KUMM (2011) 121);", "Dokument 811 Invit mingħand iċ-Chairman tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin tat-Turkija biex ikun hemm exchange ta' delegazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat, li għaliha diġà nbagħtet risposta;", "Dokument 812 ittra mingħand il-President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Ewropej tal-Former Yugoslav Republic of Macedonia (FYROM) fejn qieqħed jinvita lill-Kumitat sabiex jagħmel żjara f'dan il-pajjiż u fejn talab l-appoġġ tagħna sabiex fil-laqgħa tal-Kunsill ta' Diċembru l-FYROM tingħata data għall-ftuħ tan-negozjati;", "Dokument 813 8 komunikazzjonijiet mill-Ambaxxata Sirjana f'Ruma li ntbagħtu matul Ottubru u Novembru 2011 dwar is-sitwazzjoni fil-Sirja;", "flimkien ma' 116-il riżoluzzjoni u rapport tal-Parlament Ewropew li l-istess Parlament għadda għall-attenzjoni tal-parlamenti nazzjonali:-", "Dokument 814 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni (10522/2011 – C7-0137/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0302;", "Dokument 815 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija għat-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja ( – C7-0046/2009 – ) - P7_TA-PROV(2011)0304;", "Dokument 816 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2004/162/KE f'dak li jirrigwarda l-prodotti li jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni jew tnaqqis tad-dazji tal-baċir ( – C7-0022/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0305;", "Dokument 817 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2011 dwar is-servizz universali u n-numru ta' emerġenza \"112\" () - P7_TA-PROV(2011)0306;", "Dokument 818 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2011 dwar suq tal-konsumaturi aktar effiċjenti u aktar ġust () - P7_TA-PROV(2011)0307;", "Dokument 819 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni (11630/2011 – C7-0166/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0308;", "Dokument 820 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi ( – C7-0012/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0309;", "Dokument 821 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE u 2006/48/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f'konglomerati finanzjarji ( – C7-0203/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0311;", "Dokument 822 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta' kumpens għall-investitur ( – C7-0174/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0313;", "Dokument 823 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2011 dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ fit-territorju tagħhom ( – C7-0178/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0314;", "Dokument 824 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2011 dwar il-Kostituzzjoni Ungeriża Riveduta - P7_TA-PROV(2011)0315;", "Dokument 825 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2011 dwar il-futur tas-servizzi soċjali ta' interess ġenerali () - P7_TA-PROV(2011)0319;", "Dokument 826 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2011 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-lista ta' dokumenti tal-ivjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b'viża u dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu għall-istabbiliment ta' din il-lista ( – C7-0365/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0321;", "Dokument 827 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 u li jħassar id-Direttivi 87/250/KEE, 90/496/KEE, 1999/10/KE, 2000/13/KE, 2002/67/KE, 2008/5/KE u r-Regolament (KE) Nru 608/2004 (17602/1/2010 – C7-0060/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0324;", "Dokument 828 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bl-għan li tiġi adottata d-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni fir-rigward ta' reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (17506/1/2010 – C7-0074/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0325;", "Dokument 829 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2011 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2007-2013 (16973/3/2010 – C7-0024/2011 – 2010/0048(APP)) - P7_TA-PROV(2011)0326;", "Dokument 830 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2011 dwar il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2012 - P7_TA-PROV(2011)0327;", "Dokument 831 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2011 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet rigward il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu () - P7_TA-PROV(2011)0331;", "Dokument 832 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv (2012) ( – C7-0253/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0332;", "Dokument 833 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2011 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja, il-Jemen u l-Baħrejn fil-kuntest tas-sitwazzjoni fid-dinja Għarbija u fl-Afrika ta' Fuq - P7_TA-PROV(2011)0333;", "Dokument 834 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2011 dwar il-politiki esterni tal-UE favur id-Demokratizzazzjoni () - P7_TA-PROV(2011)0334;", "Dokument 835 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2011 dwar it-tħejjijiet għall-elezzjonijiet ta' Diċembru tad-Duma tal-Istat Russu - P7_TA-PROV(2011)0335;", "Dokument 836 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2011 dwar il-bidliet fil-Ftehim ta' Schengen - P7_TA-PROV(2011)0336;", "Dokument 837 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2011 dwar l-approċċ tal-Parlament Ewropew għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll 1 tat-Trattat ta' Lisbona rigward il-kooperazzjoni parlamentari fil-qasam tal-PESK/PSDK - P7_TA-PROV(2011)0337;", "Dokument 838 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2011 dwar l-Iskema tad-distribuzzjoni tal-ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni - P7_TA-PROV(2011)0338;", "Dokument 839 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2011 dwar l-Indoneżja, inklużi l-attakki kontra l-minoranzi - P7_TA-PROV(2011)0341;", "Dokument 840 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2011 dwar l-Indja, b'mod partikolari l-kundanna tal-mewt għal Davinder Pal Singh - P7_TA-PROV(2011)0342;", "Dokument 841 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX) ( – C7-0045/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0344;", "Dokument 842 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrevoka ċerti atti tal-Kunsill li m'għadhomx jgħoddu fil-qasam tal-Politika Agrikola Komuni ( – C7-0006/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0346;", "Dokument 843 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrevoka atti tal-Kunsill li ma għadhomx fis-seħħ ( – C7-0009/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0347;", "Dokument 844 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillli jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 429/73 u jagħmel dispożizzjonijiet speċjali għal importazzjonijiet ġewwa l-Komunità ta' ċerti oġġetti li jaqgħu taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1059/69 u joriġinaw fit-Turkija u r-Regolament (KE) Nru 215/2000 li jġedded għas-sena 2000 il-miżuri stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1416/95 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta' kwoti tat-tariffa Komunitarja fl-1995 għal ċerti prodotti tal-agrikultura ipproċessati. ( – C7-0004/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0348;", "Dokument 845 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (test kodifikat) ( – C7-0095/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0349;", "Dokument 846 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-arranġamenti ta' aċċess għas-servizz pubbliku rregolat offrut mis-sistema dinjija ta' navigazzjoni bis-satellita li ġiet stabbilita mill-programm Galileo ( – C7-0318/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0350;", "Dokument 847 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali, 2006 (05812/2011 – C7-0061/2011 – 2006/0263(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0351;", "Dokument 848 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ tal-prodotti agrikoli (16198/2010 – C7– 0126/2011 – 2010/0317(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0352;", "Dokument 849 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma tal-Iskambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli milħuq abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (14206/2010– C7-0101/2011 – 2010/0243(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0353;", "Dokument 850 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jemenda l-Ftehim Addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jestendi l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ ta' prodotti agrikoli għall-Prinċipat tal-Liechtenstein (16209/2010 – C7– 0125/2011 – 2010/0313(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0354;", "Dokument 851 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Riżorsi tas-Sajd f'Ibħra Miftuħa fin-Nofsinhar tal-Oċean Paċifiku (08135/2011 – C7-0098/2011 – 2011/0047 (NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0355;", "Dokument 852 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili (13989/2010 – C7-0336/2010 – 2010/0143(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0356;", "Dokument 853 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-proċedura ta' konsenja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Islanda u n-Norveġja (05307/2010 – C7-0032/2010 – 2009/0192(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0357;", "Dokument 854 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva dwar il-medjazzjoni fl-Istati Membri, l-impatt tagħha fuq il-medjazzjoni u l-adozzjoni tagħha mill-qrati () - P7_TA-PROV(2011)0361;", "Dokument 855 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 fir-rigward tar-regoli għall-implimentazzjoni ta' modulazzjoni volontarja ta' pagamenti diretti skont il-politika agrikola komuni ( – C7-0013/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0362;", "Dokument 856 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta' esportazzjoni b'sussidju uffiċjali ( – C7-0050/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0363;", "Dokument 857 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-13 ta' Settembru 2011 dwar il-ġestjoni attwali u futura tas-sajd fil-Baħar l-Iswed () - P7_TA-PROV(2011)0365;", "Dokument 858 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija ( – C7-0407/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0376;", "Dokument 859 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar is-27 Rapport Annwali dwar il-Monitoraġġ tal-Applikazzjoni tad-Dritt tal-UE (2009) () - P7_TA-PROV(2011)0377;", "Dokument 860 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti (Artikolu 104(7)) għas-snin 2009-2010 () - P7_TA-PROV(2011)0378;", "Dokument 861 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati tal-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp - P7_TA-PROV(2011)0380;", "Dokument 862 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, is-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità u r-Regolamentazzjoni Intelliġenti () - P7_TA-PROV(2011)0381;", "Dokument 863 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar approċċ komprensiv lejn l-emissjonijiet antropoġeniċi mhux tas-CO 2 rilevanti għall-klima - P7_TA-PROV(2011)0384;", "Dokument 864 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar is-sitwazzjoni fil-Libja - P7_TA-PROV(2011)0386;", "Dokument 865 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja - P7_TA-PROV(2011)0387;", "Dokument 866 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-impenn tagħha bil-quddiem għal-laqgħa ta' livell għoli tan-NU dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li ma jitteħidx - P7_TA-PROV(2011)0390;", "Dokument 867 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar l-approċċ politiku tal-Unjoni Ewropea għall-Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni tal-2012 tal-UIT (WRC-12) - P7_TA-PROV(2011)0391;", "Dokument 868 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar il-Belarus: l-arrest ta' Ales Bialatski, difensur tad-drittijiet tal-bniedem - P7_TA-PROV(2011)0392;", "Dokument 869 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar Eritrea: Il-każ ta Dawit Isaak - P7_TA-PROV(2011)0394;", "Dokument 870 Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar l-epilessija - P7_TA-PROV(2011)0395;", "Dokument 871 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar ir-Rapport Annwali 2010 dwar l-attività tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet () - P7_TA-PROV(2011)0382;", "Dokument 872 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, min-naħa l-oħra, li jipprovdi aktar liberalizzazzjoni għal prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd u li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju Interim ta' Assoċjazzjoni dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (l-OĦP) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, min-naħa l-oħra (07770/2011 – C7-0100/2011 – 2011/0042(NLE)) - P7_TA(2011)0396", "Dokument 873 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti Messikani (05735/2011 – C7-0067/2011 – 2008/0161(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0397;", "Dokument 874 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll ġdid li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde (09793/2011 – C7-0228/2011 – 2011/0097(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0398;", "Dokument 875 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Memorandum ta' Kooperazzjoni NAT-I-9406 bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea (09390/2011 – C7-0141/2011 – 2011/0021(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0399;", "Dokument 876 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar l-estensjoni tal-ambitu tar-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport transkonfinali professjonali tal-euro fi flus kontanti bit-triq bejn Stati Membri taż-żona euro (17787/2010 – C7-0025/2010 – 2010/0206(APP)) - P7_TA-PROV(2011)0400;", "Dokument 877 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport transkonfinali professjonali ta' flus kontanti tal-euro bit-triq bejn l-Istati Membri fiż-żona tal-euro ( – C7-0186/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0405;", "Dokument 878 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar dikjarazzjonijiet unilaterali imdaħħla fil-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill () - P7_TA-PROV(2011)0411;", "Dokument 879 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 4/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni (13990/2011 – C7-0243/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0414;", "Dokument 880 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (06609/2011 – C7-0104/2011 – 2011/0027(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0418;", "Dokument 881 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (06603/2011 – C7-0144/2011 – 2011/0032(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0419;", "Dokument 882 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kusill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u n-New Zealand skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (06536/2011 – C7-0106/2011 – 2011/0029(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0420;", "Dokument 883 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika ( – C7-0300/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0421;", "Dokument 884 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro ( – C7-0298/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0422;", "Dokument 885 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro ( – C7-0299/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0423;", "Dokument 886 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi ( – C7-0301/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0424;", "Dokument 887 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv ( – C7-0396/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0425;", "Dokument 888 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru fin-Nazzjonijiet Uniti - P7_TA-PROV(2011)0427;", "Dokument 889 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni ( – C7-0161/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0428;", "Dokument 890 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Settembru 2011 dwar is-sitwazzjoni fil-Palestina - P7_TA-PROV(2011)0429;", "Dokument 891 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Settembru 2011 dwar l-iżvilupp ta' pożizzjoni komuni tal-UE qabel il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20) - P7_TA-PROV(2011)0430;", "Dokument 892 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Settembru 2011 dwar il-futur tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni - P7_TA-PROV(2011)0431;", "Dokument 893 Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar il-ħolqien tal-programmi Ewro-Mediterranji \"Erasmus\" u \"Leonardo da Vinci\" - P7_TA-PROV(2011)0413;", "Dokument 894 Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Settembru 2011 dwar il-ħolqien ta' Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja - P7_TA-PROV(2011)0432; u", "Dokument 895 Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Settembru 2011 dwar il-pajżana invalidati bil-gwerra - P7_TA-PROV(2011)0433.", "Dokument 896 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim UE-Kap Verde dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru (09114/2011 – C7-0123/2011 – 2010/0296(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0434;", "Dokument 897 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-futur tal-VAT () - P7_TA-PROV(2011)0436;", "Dokument 898 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf fuq self u garanziji għal proġetti barra mill-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE (12443/1/2011 – C7-0270/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0438;", "Dokument 899 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sottoskrizzjoni mill-Unjoni Ewropea f'ishma addizzjonali fil-kapital tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) bħala riżultat tad-deċiżjoni li jiżdied dan il-kapital – C7-0038/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0439;", "Dokument 900 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Armi tan-Nar u li jistabbilixxi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, l-importazzjoni u miżuri ta' transitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-munizzjon ( – C7-0138/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0440;", "Dokument 901 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea ( – C7-0042/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0441;", "Dokument 902 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' Schengen - Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' Schengen - P7_TA-PROV(2011)0443;", "Dokument 903 Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-ġestjoni tal-popolazzjoni tal-klieb fl-Unjoni Ewropea - P7_TA-PROV(2011)0444;", "Dokument 904 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima IX – Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u Taqsima X – Is-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna (13991/2011 – C7-0244/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0445;", "Dokument 905 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrigwarda t-tajers ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom kif ukoll it-twaħħil tagħhom (test kodifikat) ( – C7-0071/2011– ) - P7_TA-PROV(2011)0448;", "Dokument 906 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li temenda d-Direttiva 2000/25/KE għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tal-istadji tal-emissjonijiet għal tratturi b'karreġġjata dejqa [dojoq] ( – C7-0018/2011 – ) - P7_TA(2011)0451;", "Dokument 907 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/68/KE rigward id-dispożizzjonijiet għal magni introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà ( – C7-0171/2010 – ) - P7_TA(2011)0452;", "Dokument 908 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020 () - P7_TA-PROV(2011)0453;", "Dokument 909 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-modernizzazzjoni tal-akkwist pubbliku () - P7_TA-PROV(2011)0454;", "Dokument 910 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-promozzjoni tal-mobilità tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea () - P7_TA(2011)0455;", "Dokument 911 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-Proċess ta' Evalwazzjoni Reċiproka tad-Direttiva tas-Servizzi () - P7_TA-PROV(2011)0456;", "Dokument 912 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-kriminalità organizzata fl-Unjoni Ewropea () - P7_TA-PROV(2011)0459;", "Dokument 913 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar in-Navigazzjoni bis-Satellita bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja (11114/2011 – C7-0184/2011 – 2011/0033(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0462;", "Dokument 914 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu tas-sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita GALILEO u GPS u applikazzjonijiet relatati bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra (11117/2011 – C7-0185/2011 – 2011/0054(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0463;", "Dokument 915 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (Riformulazzjoni) ( – C7-0030/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0464;", "Dokument 916 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2011 dwar l-Aġenda għal Ħiliet u Impjiegi Ġodda () - P7_TA-PROV(2011)0466;", "Dokument 917 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar ir-rapport annwali li jikkonċerna l-attivitajiet tal-Ombudsman fis-sena 2010 () - P7_TA-PROV(2011)0467;", "Dokument 918 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas 2004/68/ĠAI ( – C7-0088/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0468;", "Dokument 919 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi għall-kwalifika u l-istatus ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (formulazzjoni mill-ġdid) ( – C7-0250/2009 – ) - P7_TA-PROV(2011)0469;", "Dokument 920 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri (09825/2011 – C7-0304/2011 – 2011/0126(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0470;", "Dokument 921 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu u s-Sirja, b'mod parikolari dik tal-Komunitajiet Insara - P7_TA-PROV(2011)0471;", "Dokument 922 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar l-iżviluppi attwali fl-Ukraina - P7_TA-PROV(2011)0472;", "Dokument 923 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar it-Tibet, b'mod partikolari r-reliġjużi nisa u rġiel li jaħarqu lilhom infushom - P7_TA-PROV(2011)0474;", "Dokument 924 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar il-Baħrejn - P7_TA-PROV(2011)0475;", "Dokument 925 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar il-każ ta' Rafah Nached fis-Sirja - P7_TA-PROV(2011)0476;", "Dokument 926 Rapport annwali tal-Ombudsman għas-sena 2010; u", "Konsiderazzjoni ta' rapporti legali u tekniċi dwar jekk iż-żewġ proposti leġislattivi tal-Kunsill li ġejjin imorrux kontra l-prinċipju tas-sussidjarjetà skont il-provvedimenti ta' Protokoll 2 anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea:-", "(i) Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta' taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE (KUM(2011)594).", "Prof. Peter G. Xuereb għamel preżentazzjoni dwar ir-rapport li ħejja u li kien ġie mqassam lill-Membri dwar din il-proposta.", "Dokument 927 Rapport imħejji mill-Prof.", "Peter G. Xuereb dwar l-aspett legal tal-proposta tal-Kunsill bir-referenza (Kum(2011)594).", "Il-Kumitat ikkonsidra wkoll il-pożizzjoni tal-Gvern fuq dan il-proposta (Kum(2011)594) kif komunikata mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.", "Dokument 928 Kopja tal-memorandum bil-pożizzjoni tal-Gvern dwar il-proposta tal-Kunsull bir-referenza (Kum(2011)594).", "Il-Kumitat qabel li jagħmel rakkomandazzjoni sabiex tintbagħat opinjoni motivata lill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fejn jingħad li din il-proposta tmur kontra l-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-Kumitat inkariga lill-President sabiex iħejji din l-opinjoni fuq il-bażi tar-rapport magħmul minn Prof. Peter G. Xuereb, tal-pożizzjoni tal-Gvern u tal-punti mqajma mill-Membri waqt din il-laqgħa.", "(ii) Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni u r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) biex tiġi stabbilita distribuzzjoni tal-ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità (KUM(2011)634).", "Prof. Peter G. Xuereb għamel preżentazzjoni dwar ir-rapport li ħejja u li kien ġie mqassam lill-Membri dwar din il-proposta.", "Dokument 929 Rapport imħejji mill-Prof.", "Peter G. Xuereb dwar l-aspett legal tal-proposta tal-Kunsill bir-referenza (Kum(2011)634).", "Il-Kumitat ikkonsidra wkoll sottomissjoni mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u qabel li dwar din il-proposta.", "Dokument 930 Kopja tas-sottomissjoni mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali dwar il-proposta tal-Kunsull bir-referenza (Kum(2011)634).", "Il-Kumitat qabel li jkompli l-konsiderazzjoni ta' dan id-dokument f'laqgħa oħra nhar it-Tnejn 5 ta' Diċembru 2011 fis-7 pm.", "Fit-8.06 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar il-Ħamis, 1 ta' Diċembru 2011 f' 12.00 pm b'din l-aġenda:-.", "Laqgħa ma' Michel Barnier, Kummissarju Ewropew għas-Suq Intern u Servizzi, dwar:-", "(i) l-aġenda għal riformi finanzjarji; u", "(ii) l-Att dwar is-Suq Uniku.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111130_053m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 54", "Il-Ħamis, 1 ta' Diċembru 2011 f'12:00 pm (nofsinhar)", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ħamis, 1 ta' Diċembru 2011 f'12:.00 pm (nofsinhar) fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa ma' Michel Barnier, Kummissarju Ewropew għas-Suq Intern u Servizzi, dwar:-", "(i) l-aġenda għal riformi finanzjarji; u", "(ii) l-Att dwar is-Suq Uniku.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111201_054a_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ħamis, 1 ta' Diċembru 2011.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, f' 12.08 p.m.", "L-Onor Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI:.", "ASSENTI: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor Francis Agius, l-Onor Charlò Bonnici u l-Onor George Vella.", "Bil-permess tal-Kumitat cameraman u fotografi kienu mistieden biex jieħu filmat tal-ewwel parti tal-laqgħa.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "LAQGĦA MA' MICHEL BARNIER, KUMMISSARJU EWROPEW GĦAS-SUQ INTERN U SERVIZZI, DWAR:-", "(i) l-aġenda għal riformi finanzjarji; u", "(ii) l-Att dwar is-Suq Uniku.", "Il-Kummissarju Michel Barnier, li kien akkumpanjat mis-Sur Martin Bugelli, Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta, s-Sur Gregoire Scholler, Membru tal-Cabinet, u minn interpretu, għamel preżentazzjoni qasira dwar it-tisħiħ tas-Suq Uniku u r-riformi fis-suq finanzjarju fid-dawl tal-kriżi finanzjarja globali.", "Il-Kummissarju Barnier ippreżenta dawn id-dokumenti:-", "Dokument 931 Tabella li turi l-programm ta' regolamentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea b'rispons għall-kriżi finanzjarja u għall-impenji adottati mill-G20; u", "Dokument 932 Il-pjan ta' azzjoni għat-tisħiħ tas-Suq Uniku mifrux fuq 12-il qasam li għandu jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku.", "Wara kien hemm diskussjoni fuq diversi kwestjonijiet ta' rilevanza partikolari għal Malta, fosthom, il-proposta tal-Kunsill għal direttiva dwar sistema komuni ta' taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, il-kriżi finanzjarja, s-settur tal-e-gaming u r-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.", "Fis-1:00 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn 5 ta' Diċembru 2011 fis-7.00pm b'din l-aġenda:-.", "Konsiderazzjoni ta' rapport legali u tekniku dwar jekk din il-proposta leġislattiva tal-Kunsill tmurx kontra l-prinċipju tas-sussidjarjetà skont il-provvedimenti ta' Protokoll 2 anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea:-", "(i) Proposta emendate għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 u r-Regolament tal-Kusill (KE) Nru 1234/2007 għar-rigward tad-distribuzzjoni tal-ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità (KUM(2011)634).", "Konsiderazzjoni ta' rapporti preliminarji dwar is-sussidjarjetà fir-rigward ta' proposti leġislattivi tal-Unjoni Ewropea.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111201_054m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 5 ta' Diċembru 2011.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.10 p.m.", "L-Onor Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Preżenti wkoll kien hemm is-Sinj.", "Eleanor Scerri, is-Sinj.", "SKUŻAT: L-Onor Leo Brincat kien imsiefer fuq xogħol parlamentari.", "ASSENTI: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor Charlò Bonnici u l-Onor Beppe Fenech Adami.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħat numri 53 u 54 li saru fit-30 ta' Novembru u fl-1 ta' Diċembru 2011 kienu konfermati.", "KONSIDERAZZJONI TA' RAPPORT LEGALI U TEKNIKU DWAR JEKK DIN IL-PROPOSTA LEĠISLATTIVA TAL-KUNSILL TMURX KONTRA L-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ SKONT IL-PROVVEDIMENTI TA' PROTOKOLL 2 ANNESS MAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA U MAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA:-", "Proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għar-rigward tad-distribuzzjoni tal-ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità (KUM(2011)634) – Kontinwazzjoni.", "Il-Kumitat kompla jikkonsidra r-rapport imħejji minn Prof. Peter G. Xuereb dwar l-aspett legal u tekniku ta' din il-proposta tal-Kunsill kif ukoll is-sottomissjoni mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali dwar l-istess proposta.", "Il-Kumitat għamel dawn l-osservazzjonijiet:-", "id-distribuzzjoni tal-ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità ma kienetx kwestjoni kontroversjali f'pajjiżna u fil-fatt l-għan huwa li jissaħħaħ is-sens ta' solidarjetà u ta' koeżjoni soċjali;", "il-proposta ma kelliex l-għan li tillimita l-kompetenza tal-pajjiżi Membri individwali, e.g. dwar kif jitqassam dan l-ikel fost iċ-ċittadini tal-pajjiż; u", "fir-rigward tad-diffikultà dwar jekk hemmx bażi legali soda sabiex l-Unjoni Ewropea tagħmel din il-proposta, fl-14 ta' Novembru 2011 l-Istati Membri waslu għal soluzzjoni temporanja li jżommu l-iskema kif inhi għas-snin 2012 u 2013 u f'dan il-perjodu hemm il-probabiltà li jew ikun hemm soluzzjoni ġudizjarja billi l-Qorti tilħaq tesprimi ruħha fuq din il-kwestjoni jew inkella jkun hemm soluzzjoni politika billi jkun hemm reviżjoni tat-Trattati.", "Fid-dawl ta' dawn l-osservazzjonijiet il-Kumitat ma rax il-ħtieġa li tinħareġ opinjoni motivata fuq din il-proposta.", "KONSIDERAZZJONI TA' RAPPORTI PRELIMINARI DWAR IL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ FIR-RIGWARD TA' PROPOSTI LEĠISLATTIVI TAL-UNJONI EWROPEA.", "Fir-rigward taż-żewġ proposti li ġejjin il-Kumitat qabel li tintalab il-pożizzjoni tal-Gvern sabiex wieħed jara jekk il-liġijiet tagħna humiex at par ma' dawk li qiegħdin jiġu proposti mill-Kummissjoni u jekk hemm bżonn ta' xi emendi jekk dawn humiex se jkunu ta' piż speċjalment fuq l-intrapriżi żgħar u medji.", "Il-Kumitat ma sabx prima facie ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà fil-proposti li ġejjin però fil-każ ta' (COM(2011)821) dwar superviżjoni fuq il-baġits u d-deficits eċċessivi kien hemm qbil li tinżamm laqgħa apposta biex tiġi diskussa l-governanza ekonomika anke fid-dawl tal-laqgħa tal-Kunsill li kient se tinżamm fid-9 ta' Diċembru, 2011.", "Fis-7.55 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellha tiġi komunikata aktar tard", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111205_055m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 44", "L-Erbgħa, 7 ta' Diċembru 2011 fin-12.30 pm", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 7 ta' Diċembru 2011 fin-12.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Rwol tal-parlamenti nazzjonali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona b'riferenza għall-prinċipju ta' sussidjarjetà.", "Rappreżentant tal-parlament nazzjonali fil-Parlament Ewropew", "Video streaming tal-laqgħat tal-kumitati parlamentari", "Xogħol tal-Kamra", "Affarijiet Oħra.", "2 ta' Diċembru 2011 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111207_044a_xog.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 7 ta' Diċembru 2011", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-1.07 pm.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor David Agius u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-minuti tal-laqgħa Nru 43 li saret fid-19 ta' Ottubru 2011 kienu konfermati.", "RWOL TAL-PARLAMENTI NAZZJONALI WARA D-DĦUL FIS-SEĦĦ TAT-TRATTAT TA' LISBONA B'RIFERENZA GĦALL-PRINĊIPJU TA' SUSSIDJARJETÀ", "L-iSpeaker irrefera għar-rwol tal-parlamenti nazzjonali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona b'riferenza għall-prinċipju ta' sussidjarjetà u għall-memorandum rivedut fuq dan is-suġġett datat 21 ta' Novembru 2011 li kien diġa' tqassam lill-Membri tal-kumitat.", "Il-kumitat qabel ma' dan il-memorandum però bil-proviso li fid-dokument jiżdied li meta l-iSpeaker jirċievi l-opinjoni motivata mill-President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej fejn ikun instab li hemm ksur tal-prinċipju ta' sussidjarjetà, l-iSpeaker għandu jġib dik l-opinjoni motivata għall-attenzjoni tal-Membri tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, anke permezz ta' silent procedure, jekk iż-żmien ma jkunx jippermetti li jiltaqa' l-kumitat, qabel ma l-opinjoni titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tal-Kamra mill-iSpeaker.", "RAPPREŻENTANT TAL-PARLAMENT NAZZJONALI FIL-PARLAMENT EWROPEW", "L-iSpeaker informa lill-kumitat li kien qed jirrakkmanda li Eleanor Scerri, research analyst mal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, tintbagħat Brussell biex tokkupa dan il-post fil-Parlament Ewropew.", "Ir-rakkmandazzjoni kienet li l-post jiġi okkupat minn Ms Scerri għal sitt xhur li jiġi estiż għal sitt xhur oħra, u wara jkun hemm rotazzjoni.", "L-uffiċjal tal-Parlament Malti jirrapporta direttament lill-Parlament, permezz tal-Iskrivan tal-Kamra u jassisti lill-Membri Parlamentari waqt li jkunu qed jattendu laqgħat fi Brussell.", "Ir-rappreżentant tal-Parlament Malti jirrispondi lill-iSpeaker, lill-Iskrivan tal-Kamra u lill-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "VIDEO STREAMING TAL-LAQGĦAT TAL-KUMITATI PARLAMENTARI", "L-iSpeaker irrefera għall-istallazzjoni tal-cameras fil-kmamar tal-kumitati u informa lill-kumitat li t-tender għax-xiri u istallazzjoni tal-cameras kienet se tagħlaq fil-ġranet li ġejjin.", "L-iSpeaker staqsa jekk il-kumitat xtaqx jinnomina Membru minn kull naħa biex iservi fuq il-Bord ta' Aġġudikazzjoni.", "Il-kumitat qabel li l-proċess għall-għażla tal-cameras isir mill-Uffiċċju tal-Iskrivan tal-Kamra.", "L-istallazzjoni kienet l-ewwel se ssir fil-kamra tal-Kumitat fejn normalment jiltaqa' l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Kull kumitat parlamentari jista' jiltaqa' f'dik il-Kamra.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru tal-Affarijiet Barranin informa lill-Kamra li l-ħsieb tal-Gvern kien li l-Parlament jaġġorna għall-vaganzi tal-Milied sa nhar l-Erbgħa, 18 ta' Jannar 2012.", "Il-kumitat tkellem dwar il-mozzjonijiet privati li kien għad hemm pendenti quddiem il-Kamra.", "L-Onor Joe Mizzi qal li l-preferenza għal kif jiġu diskussi l-mozzjonijiet sottomessi mill-Oppozizzjoni kienu f'din l-ordni:", "Mozzjoni Nru 280 – mozzjoni tal-Onor Jose' Herrera u l-Onor Michael Falzon dwar riformi fis-setturi tal-ġustizzja u l-affarijiet interni;", "Mozzjoni Nru 253 tal-Onor Chris Cardona dwar l-introduzzjoni ta' service charge għal kumpaniji tal-manifatturi f'żoni industrijali;", "Mozzjoni Nru 153 tal-Onor Anglu Farrugia dwar ir-regolamenti tal-2010 dwar il-kuntratti pubbliċi, u", "Mozzjoni Nru 198 tal-Onor Evarist Bartolo dwar l-identità tal-Ġeneru li fuq dan is-suġġett kien hemm kawza quddiem il-Qorti Kostituzzjonali.", "L-Onor Joe Mizzi wera x-xewqa li dawn il-mozzjonijiet, ħlief għall-mozzjoni Nru 198, jiġu diskussi sal-aħħar ta' Jannar 2012, bil-possibilità li l-mozzjonijiet numri 253 u 153 jinżammu f'ġurnata waħda; seduta filgħodu u oħra filgħaxija.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin informa lill-kumitat li l-ħsieb kien li meta l-Parlament jiltaqa' wara l-vaganzi tal-Milied, jibda jiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni segwita bl-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta l-Miżuri tal-Estimi.", "AFFARIJIET OĦRA", "L-iSpeaker informa lill-kumitat li huwa kien irċieva ittra mingħand Dr Louis Galea mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fejn talbu biex jippreżenta r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena 2010 u ssuġġerixxa li bħas-sena preċedenti, tinżamm laqgħa konġunta bejn il-Kumitati Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "L-iSpeaker informa lill-kumitat li d-data li kienet qed tiġi suġġerita kienet l-Erbgħa, 25 ta' Jannar 2012.", "Il-kumitat qabel li l-Membri taż-żewġ kumitati jiġu informati b'din id-data.", "L-iSpeaker informa lill-kumitat li huwa kien irċieva rapport mingħand l-Ombudsman dwar rifjut mill-awtoritajiet biex tinfetaħ spiżerija f'Burmarrad.", "Ġie suġġerit li din il-kwestjoni tiġi diskussa fil-kumitat, bil-possibilità li tiġi diskussa wkoll fil-Kamra.", "L-iSpeaker irrefera wkoll għall-Ombudsplan għas-sena 2012 li kien għadu pendenti għad-diskussjoni.", "L-iSpeaker qajjem il-punt taċ-ċelebrazzjoni tal-festa nazzjonali tas-Sette Giugno li tiġi ċelebrata fis-7 ta' Ġunju filgħodu.", "Wara suġġerimenti li kienu saru matul l-aħħar attività, l-iSpeaker ipproprona li fil-futur, din il-festa nazzjonali tiġi ċċelebrata fis-6 ta' Ġunju filgħaxija.", "Il-Membri tal-kumitat kellhom jagħtu tweġiba aktar 'il quddiem.", "L-iSpeaker informa lill-kumitat li kellu ħsieb li jressaq memorandum dwar il-mod kif jiġu ttrattati l-petizzjonijiet fil-Parlament.", "Il-kumitat qabel li ssir memorandum dwar is-suġġett li imbagħad tiġi quddiem il-kumitat għad-diskussjoni.", "L-iSpeaker informa lill-kumitat li kellu komunikazzjoni minn Transport Malta dwar parkeġġ riservat għall-Membri Parlamentari, anke waqt li l-Parlament ikun f'recess.", "L-iSpeaker informa lill-kumitat li fil-quddiesa li ssir fil-Kon-Kattidral ta' San Ġwann għal festi nazzjonali, il-post allokat għall-Membri Parlamentari kien se jkun viċin l-iSpeaker.", "Il-kumitat reġa' qajjem il-punt dwar il-mod kif tiġi reġistrata fil-Minuti, l-assenza ta' Membri Parlamentari mis-seduti parlamentari.", "Il-kumitat qabel li wieħed jara xi jsir f'parlamenti oħra, jitħejja memorandum fuq is-suġġett li jkun jista' jiġi diskuss mill-kumitat aktar 'il quddiem.", "Fis-1.45 pm il-kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111207_044m.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 56", "Il-Ġimgħa, 9 ta' Diċembru 2011 fis-6.30 pm", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ġimgħa, 9 ta' Diċembru 2011 fis-6.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin dwar il-Libja u l-Afrika ta' Fuq.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111209_056a_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ġimgħa, 9 ta' Diċembru 2011.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.40 p.m.", "L-Onor Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor Francis Agius, l-Onor Owen Bonnici, l-Onor Leo Brincat u l-Onor Joseph Falzon (sostitut).", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 55 li saret fil-5 ta' Diċembru kienu konfermati.", "PREŻENTAZZJONI MILL-VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN FUQ IL-LIBJA U L-AFRIKA TA' FUQ", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin għamel preżentazzjoni dwar, fost affarijiet oħra:-", "iż-żjara li huwa għamel, flimkien mal-Prim Ministu u l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, fil-Libja fis-27 u t-28 ta' Novembru 2011 fejn inżammu laqgħat ma' diversi membri tal-Gvern Proviżorju Libjan; u", "il-laqgħa li kellu mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ashour Ben Khaayal dwar, fost affarijiet oħra, kwestjonijiet bilaterali bħal blata kontinentali, iż-żona esklussiva għas-sajd, l-investiment, l-immigrazzjoni llegali u l-ħtieġa li l-assi tal-Libja barra l-pajjiż ma jibqgħux friżati imma li jiġu trasferiti lill-Awtoritajiet Libjani għall-iżvilupp tal-pajjiż; is-sehem tal-Libja fl-istrutturi reġjonali bħall-Unjoni tal-Mediterran u l-5plus5; u l-għajnuna li Malta lesta tagħti lil-Libja l-aktar f'dawk li huma boroż ta' studju u taħriġ fit-twaqqif tal-istituzzjonijiet tal-istat.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fis-7.55 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellha tiġi komunikata aktar tard", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111209_056m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR", "TAL-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 6", "L-Erbgħa, 14 ta' Diċembru, 2011 fis-1:00 p.m.", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 14 ta' Diċembru, 2011 fis-1:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Kontinwazzjoni tad-diskussjoni dwar l-abbozz ta' avviż legali:", "7 ta' Diċembru 2011 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111214_006a_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 6", "L-Erbgħa, 14 ta' Diċembru, 2011", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 5 li saret fis-16 ta' Novembru, 2011, ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Jesmond Mugliett): Merħba lilkom ilkoll.", "Nistgħu ngħaddu mal-ewwel għall-uniku item li għandna fuq l-aġenda tagħna.", "KONTINWAZZJONI TAD-DISKUSSJONI DWAR", "L-ABBOZZ TA' AVVIŻ LEGALI:", "THE CHAIRMAN: Preżenti magħna għandna lil Dr. Ian Strafrace, u nitolbu sabiex jibda jagħmel il-preżentazzjoni.", "DR. IAN STAFRACE (Chief Executive Officer, Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar): Mr Chairman, kif spjegajna fil-bidu nett ta' meta bdejna niltaqgħu fuq dawn iż-żewġ legal notices, dan huwa abbozz ta' legal notice li l-Malta Environment and Planning Authority (MEPA) ħarġet għall-konsultazzjoni pubblika u li ovvjament qiegħda titressaq quddiem dan il-Kumitat għat-terminu tal-liġi fil-fażi anke ta' konsultazzjoni.", "Flimkien aħna ppubblikajna żewġ legal notices, din u l-legal notice li dan il-Kumitat iddiskuta u ddelibera fuqha ftit tal-ġranet ilu dwar id-daily fines.", "U d-diskussjoni li għamilna fid-daily fines xi kultant ħadet il-linja ta' din il-legal notice biex naraw flimkien anke kif se jaħdmu, għax ovvjament wieħed irid jara n-net result taż-żewġ legal notices jaħdmu flimkien.", "Il-qafas bażiku ta' dan l-avviż legali huwa li l-ewwel ħaġa rridu nġibu fis-seħħ il-provvediment tal-liġi li bih il-multa amministrattiva li jista' bniedem jeħel mill-awtorità titla' sa massimu ta' €50,000.", "Għall-ispjega biss ninforma lill-Kumitat li sal-lum bil-liġi l-massimu li tista' il-MEPA timponi bħala multa huwa ta' €2,300.", "Kif kont diġà spjegajt, fl-2001 kienet daħlet emenda fejn dik il-multa telgħet għal €23,000, però dak il-provediment qatt ma ddaħħal fis-seħħ, allura sal-lum għadna napplikaw il-provediment kif kien anke qabel is-sena 2001.", "Fil-liġi l-ġdida li wkoll l-artiklu tagħha għadu ma daħalx fis-seħħ għax proprjament qed jistenna dan l-avviż legali, dik il-multa amministrattiva li tista' twaħħal l-awtorità telgħet issa għal €50,000, però il-liġi stess tipprovdi li l-awtorità m'għandux ikollha just id-diskrezzjoni mingħajr ma jkun hemm skeda ta' kif din il-multa għandha titħaddem.", "U proprjament f'dan l-avviż legali qegħdin nippreżentaw proposta ta' skeda li biha wieħed qiegħed juri kif dawn il-multi – dejjem sa massimu ta' €50,000 – għandhom jiġu mposti.", "L-iskeda hija marbuta ma' avviż legali ieħor li jirregola l-fees li wieħed iħallas lill-awtorità meta jiġi biex japplika.", "Użajna din il-link għaliex inti meta qed tagħmel skeda trid tgħid x'inhu l-offens u x'inhi l-multa li se teħel, allura trid toħloq element ta' lista fejn tniżżel x'inhi l-illegalità u kemm se teħel multa.", "U għedna minflok noqogħdu noħolqu lista oħra nippegjawha mal-legal notice tad-development payment fee (DPF) li fiha nnifisha toħloq lista hi stess, id-DPFs li jitħallsu lill-awtorità għandhom element ta' diskriminazzjoni minn aspett pożittiv fihom infushom diġà, jiġifieri jekk inti se tapplika għal żvilupp residenzjali tħallas rata mod, jekk se tapplika għal żvilupp kummerċjali tħallas rata mod ieħor, l-industrijali mod ieħor u dan it-tip ta' affarijiet.", "Allura qegħdin ngħidu li minflok noqogħdu noħolqu skeda differenti b'lista oħra, nippegjaw ma' dik l-iskeda li teżisti fil-legal notice tad-DPF u tramite dan l-avviż legali nagħmlu l-multa kemm għandha tkun maħduma fuq id-DPF li jkun tħallas fl-applikazzjoni.", "U hawnhekk għamilna erba' kategoriji, għandek l-ewwel kategorija li hija fl-Iskeda \"A\" meta qed isir żvilupp mhux skont permess, Skeda \"B\" meta qed isir żvilupp mingħajr permess, jiġifieri d-differenza bejn l-ewwel u t-tieni waħda hi li l-ewwel waħda għandek permess, però m'intix qed issegwih u t-tieni waħda hija fejn qbadt u għamilt żvilupp illegali mingħajr permess, it-tielet skeda hija dawk li aħna qed insejħulhom minor offences u r-raba' skeda qishom ad hoc offences li xtaqna nindirizzaw għaliex dejjem recurring li jkun hemm numru ta' problemi fuqhom.", "Kif iddiskutejna meta konna qbadna id-dibattitu fuqha l-aħħar darba, meta rajna din flimkien ma' dik tad-daily fines anke fuq suġġeriment ta' dan il-Kumitat, għedna li fejn bniedem se jeħel a daily fine and the major fine teħel l-ogħla waħda mit-tnejn wara li jiġu computed it-tnejn li huma, u prattikament l-aħħar darba konna tlaqna bis-suġġeriment min-naħa tagħna li forsi konna se nżidu wkoll aggravju ulterjuri għall-Iskeda A u għall-Iskeda B fejn nippermettu – għax kuntrarju għad-daily fine, li toħroġ awtomatikament mal-enforcement notice, hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar meta bniedem ikun għamel xi ħaġa illegali u ssanzjona dik l-illegalità u allura hemm deliberazzjoni quddiem il-bord biex tiġi diskussa – li jekk wieħed ikun għamel żvilupp illegali li huwa ta’ ċerta gravità u niddefinixxu x’inhuma l-gravitajiet, il-bord ikollu diskrezzjoni ulterjuri li jżid il-multa, però dejjem ma tistax taqbeż il-capping li timponi l-liġi ta’ €50,000.", "Aħna l-aħħar darba konna qegħdin niddiskutu – jidhirli li kien issemma eżempju – l-aspett pekunarju tal-multa x'deterrent se jservi għal bniedem li jkun waqqa' binja skedata jew mar jiskava f'sit skedat.", "Aħna konna għedna żewġ affarijiet; l-ewwelnett din m'għandhiex titqies in isolation.", "F'ċirkostanza fejn bniedem waqqa' binja skedata u japplika biex jissanzjona, illum il-ġurnata spiċċat bil-liġi kif inhi wkoll, allura żgur mhux se jkollok każ fejn bniedem weħel multa u ssanzjona t-twaqqigħ ta' binja llegali li hija skedata.", "Però jekk inti kellek sitwazzjoni fejn bniedem għamel ċertu sfreġju ambjentali – normalment nitkellmu fuq twaqqigħ ta' bini skedat jew sfreġju ambjentali f'Natura 2000 sites, eċċ. – lanqas enforcement notice ma noħorġu imma mmorru mill-ewwel għall-prosecution għaliex inħossu li dak huwa l-akbar deterrent li hemm f'dawn it-tip ta' każijiet għax dak l-oġġett qatt m'inti se treġġgħu lura.", "Però konna għedna li fejn għandek dik iċ-ċirkostanza li bniedem ma jistax japplika to sanction u allura kważi multa qatt mhu se jeħel, huwa rrilevanti kemm hi l-multa.", "Semmejna wkoll il-possibilità li forsi wieħed idaħħal provvediment fl-avviż legali li fejn jirriżulta li dik l-illegalità li ġiet kommessa hija ta' ċerta gravità, pereżempju nieħdu l-ewwel kategorija, Schedule A fejn qed ngħidu \"€300 u 200% tad-DPF with a minimum of €100\", l-awtorità ikollha diskrezzjoni li żżid dik il-multa skont il-gravità tal-każ imma li ma taqbiżx il-€50,000.", "Jiġifieri bl-ebda avviż legali jew deċiżjoni tal-MEPA qatt ma wieħed jista' jeċċedi l-€50,000.", "Issa forsi wieħed jista' jirraġuna u jgħid: Allura għal dawk il-każijiet li huma meqjusa gravi ħafna, se jeħel multa ta' madwar €2,000 u barra bid-daqq?", "Allura wieħed jista' jikkonsidra li jdaħħal kategorija jew aggravju ieħor fejn nispjegaw x'inhuma sitwazzjonijiet gravi, sitwazzjonijiet ta' dannu forsi ambjentali u l-multa f'dawk il-każijiet tiżdied jekk il-Kumitat jixtieq jiddelibera fuqha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Jien naħseb li ma' dik il-proviso irridu nżidu biċċa li tispeċifika li dejjem fil-limit ta' €50,000.", "DR. IAN STAFRACE: Hekk qiegħda.", "PHILIP MIFSUD: Mhijiex hekk u ngħidlek għaliex.", "Pereżempju, jekk naqbad \"were the DPF is more than €2,000\" għandek 500% u 300% tad-DPF up to a maximum of €50,000 u allura jien f'din l-istanza nista' nilħaq il-€50,000 jew il-€45,000, imma jekk inkun qiegħed within a scheduled area qed tgħidli li tkun increased by 100%.", "Allura kif fl-ewwel stanza naqbeż il-€25,000 qed niġi li qed neċċedi l-50%.", "THE CHAIRMAN: Però jekk saret xi ħaġa irriversibbli.", "Jiena ma nixtieqx ninfluwenza lil ħaddieħor, imma għandi disposizzjoni pjuttost anti-multi, jiġifieri ħafna multi għoljin idejquni, però nifhimhom u lest li ngħix bihom meta jkunu ta' deterrent u meta jkunu qed jikkawżaw xi ħsara irriversibbli.", "Hemmhekk dak li jkun ikkommetta xi sfreġju u għandu jħallas għax qed iċaħħad lis-soċjetà mit-tgawdija ta' xi ħaġa, però meta hija xi ħaġa partikolarment li tirrigwarda Schedule A fejn dak li jkun ikollu permess imma jkun wettaq xi ħaġa li mhijiex skont il-permess, li hija normalissima … Aħna qed nagħmlu l-multi biex nuru lil dak li jkun li suppost kellu proċedura u ma segwihiex, jew il-multi huma l-mezz kif is-soċjetà tagħna tipprova ġġib in-nies in line?", "U s-sodisfazzjon tagħna huwa li n-nies ikunu in line fil-permessi tagħhom.", "Ejjew ngħidu li mhux kull skeda hija l-istess, però Schedule A, la hemm permess, xi forma ta' permess huwa permissibbli.", "L-issue hemmhekk mhijiex li nikkastigaw lil xi ħadd għax kellu proċedura u ma segwihiex fid-dettall jew eżatt skont il-proċedura.", "Jiġifieri jekk, pereżempju, xi ħadd kellu l-faċċata u m'għamilhiex skont kif applika għaliha, għandna għalfejn .… Naħseb il-multa hija deterrent u jekk dan għandu bżonn compliance għandek deterrenti oħrajn.", "Illum nafu li inti ma tistax tbigħ għax jekk ma jkollokx il-permessi in order se jitolbuhomlok in order u allura ma tistax tbigħ.", "Jiġifieri fis-sistemi għandna ħafna deterrenti, m'iniex qed ngħid li m'għandniex ikollna multi, imma għalfejn għandna nisparaw multi għoljin?", "X'inhu l-ħsieb wara dan?", "DR. IAN STAFRACE: Ma naħsibx li l-ħsieb huwa li jekk inti għandek infringement minimu teħel multa eċċessiva, fis-sens li dawn il-multi se teħilhom biss jekk se tapplika biex tissanzjona.", "Jiġifieri jekk inti kellek permess u inti ddevjajt minn dak il-permess bħalma ġieli jiġri, aħna għandna l-proċedura tal-minor amendment jew dak l-iżvilupp li huwa minimu jew li huwa aċċettabbli li jista' jgħaddi bil-proċedura tal-minor amendment.", "Però oltre mill-minor amendment, jekk se jkollok bżonn tapplika biex tissanzjona deviation li inti għamilt bil-permess, għandek il-multa għax naħseb fl-opinjoni ġenerali l-multa teżisti l-ewwel nett biex jiġi salvagwardjat il-proċess, għax naħseb ilkoll iltqajna ma' ċirkostanzi fejn tiġi f'sitwazzjoni li tgħid hawnhekk għandek fait accompli u applikalek to sanction, x'se tagħmel b'din?", "Għamel l-iżvilupp mhux skont il-permess bi żball, b'intenzjoni biex imbagħad jikkommettik with a fait accompli u jkollok bilfors tapprovalu l-permess a skapitu ta' min ikun segwa l-proċedura u mexa skont il-permessi, eċċ.?", "Jiġifieri rridu nagħmlu distinzjoni bejn il-minor amendments fejn hemmhekk għandek proċedura ad hoc imbagħad għandek il-kwestjoni tal-application to sanction u hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq dik iċ-ċirkostanza fejn bniedem applika biex jissanzjona illegalità li hu għamel fil-każ ta' Schedule A li huwa żvilupp mhux skont il-permess.", "Fejn jidħol id-dannu irrimedjabbli l-multa mhix qiegħda hemmhekk biex tbiddel jew tagħti prezz lil xi ħadd li jagħmel dannu irrimedjabbli, dannu irrimedjabbli jibqa' irrimedjabbli anke jekk il-multa tkun iżjed minn €50,000, jiġifieri we are not targeting dik it-tip ta' kategorija.", "Kif għedt, dik it-tip ta' kategorija qegħdin nittekiljawha b'elementi oħra tal-leġislazzjoni.", "Hawnhekk għandek element sostantiv, però primarjament ukoll element proċedurali li toffri deterrent lil min jagħmel żvilupp, jew mhux skont il-permess jew addirittura mingħajr il-permess.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nipprova niggwida d-diskussjoni.", "Taqblu miegħi li neħduhom skeda skeda bħala proċedura?", "CHARLES BUHAGIAR: Jekk tippermetti, Mr Chairman, ma nistax nifhem għalfejn Dr. Strafrace għamel distinzjoni bejn minor amendment u applikazzjoni.", "Minor amendment mhux applikazzjoni wkoll?", "DR. IAN STAFRACE: Le, fil-fatt minor amendment lanqas issir f'applikazzjoni ġdida, imma huwa proċess li ssir fl-istess applikazzjoni li tkun għadha valida; l-amended application hija applikazzjoni ad hoc.", "DR. IAN STAFRACE: Ma nqisuhiex bħala hekk, fil-fatt f'każ ta' minor amendment lanqas jitilgħu bord biex jiġu deċiżi, jiddeċidihom uffiċjal fi ħdan id-direttorat.", "CHARLES BUHAGIAR: Ippermettili nifhem x'inti tgħid.", "Jiġifieri jekk inti during the course of works tagħmel xi tibdil fil-pjanta u ddaħħal minor amendment, dak m'hemmx penalty fuqhom.", "Hekk qed tgħid.", "DR. IAN STAFRACE: Dawk li ħloqna għalihom hija Kategorija Ċ li hija l-multa ta' €150.", "CHARLES BUHAGIAR: Le, mhux hekk qed tgħid.", "DR. IAN STAFRACE: Jekk għamilt minor amendment qabel m'għamilt l-iżvilupp ma teħel xejn.", "Jekk għamilt il-minor amendment biex tissanzjona żvilupp li diġà għamilt .....", "CHARLES BUHAGIAR: Jiġifieri inti tista' tapplika to sanction b'minor amendment .… Jekk inzerta permess skada u trid tagħmel full għax ikun skada l-permess, għall-istess affarijiet se teħel multa ikbar, which is very unfair.", "THE CHAIRMAN: Hemm lok ta' deterrent, jiġifieri li għandu jkollok deterrent, però hawnhekk għandek affarijiet oħrajn.", "Inti qed tgħidli nippruvaw niskoraġġixxu lil min jagħmel tibdil, però se jkollok ħafna nies li jkunu xtraw post u qed jippruvaw jirregolarizzawh, jiġifieri lanqas se jkunu huma li jkunu kkawżaw il-ksur tal-proċedura, ikunu jixtiequ jiġu in regola u se jirtu din il-ħaġa u jridu jirregolarizzawha.", "Ejjew ma nesaġerawx għax jekk għandhom dritt ta' permess … Wara kollox id-dritt tal-proprjetà hija l-iktar ħaġa sagrosanta hawnhekk mhux il-proċedura tal-MEPA.", "DR. IAN STAFRACE: Però illum jekk jiena xtrajt appartament mingħand żviluppatur u jirriżulta li kien fih illegalitajiet u napplika jiena llum – insa din il-legal notice – biex nissanzjona, xorta neħel multa and we are not envisaging għax illum dik it-tip ta' emenda tgħaddi through an amended application, ma tgħaddix through a minor amendment jekk il-permess ikun skada, tgħaddi through an amended application fejn id-DPF li jitħallas huwa ammont minimu, m'għandix il-figura hawnhekk quddiemi, u jekk huwa taħt Skeda A x'aktarx se teħel l-ewwel kategorija għax id-DPF ikun inqas minn €1,000.", "Jiġifieri għal dawk iċ-ċirkostanzi li qegħdin insemmu llum diġà teħel multa meta applikajt to sanction, indipendentement jekk l-illegalità għamilthiex inti, ta' qablek jew ta' qabel ta' qablek.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma l-multa hija differenti għall-istess ħaġa.", "Inti qed tiddistingwi abbażi ta' meta tapplika fuq il-multa, jekk tapplika b'minor amendment within the five years teħel multa mod, jekk jgħaddu l-five years kif qal tajjeb iċ-chairman u ma jkunx tort tiegħek, imma tkun xtrajt proprjetà imbagħad tinduna li hemm xi ħaġa u trid tissanzjonaha, tagħmel full development, se teħel multa differenti.", "Għaliex għall-istess offence għandek teħel żewġ multi differenti għax ikun hemm żmien bejniethom, għaliex waħda saret within five years u l-oħra saret after five years?", "Mhux l-istess ħaġa tkun saret ħażina?", "DR. IAN STAFRACE: Kif qed ngħid, kategoriji tista' tagħmel kemm trid.", "Aħna ppruvajna li l-categorization tal-multi nissimplifikawha billi norbtuha mad-DPF.", "Forsi anke nieħu spunt mill-argument li ressaqt inti, Onor. Buhagiar.", "Ħafna mill-affarijiet li jgħaddu b'minor amendment, once li jkun skada permess jistgħu jgħaddu through a development notification order (DNO), lanqas ikollhom għalfejn tagħmel amended application.", "Allura li nistgħu nagħmlu hu li nżidu fejn nagħmluha ċara li fil-każijiet ta' minor amendment japplikaw il-każijiet ta' fejn għandek DNO u japplikaw l-istess tip ta' kriterji fejn tidħol il-multa.", "Però jekk inti sadanittant għamilt illegalità li tkun tenħtieġ amended application mhux through a minor amendment ....", "THE CHAIRMAN: Dr. Stafrace jiġifieri inti qed tgħid li f'każijiet ta' DNO li jkunu se jissanzjonaw tibdil f'bini minn permess approvat, liema DNO application se ssir wara ħames snin, se tiġi applikata multa għax sal-lum il-ġurnata m'hemmx multa mad-DNO, tibda tiġi applikata multa bħall-Iskeda Ċ.", "DR. IAN STAFRACE: Biex inkun ċar u preċiż, illum lanqas ma' minor amendment ma nwaħħlux multa.", "PHILIP MIFSUD: Din torbot ma' dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Jiena naħseb hemmhekk trid tkun spjegata ftit aħjar għaliex aħna nsibu sitwazzjonijiet, u qed isiru komuni ħafna, li xi ħadd għandu binja tas-snin tmenin fejn għandek terraced house li jkollha xi forma ta' permess imma inevitabbilment din ma tkunx konformi mal-permess u jiġi xi ħadd biex itella' flat fuqha jew jaqsamha jew iżid magħha u inti tagħmel applikazzjoni waħda to construct a flat over existing terraced house and to sanction.", "Id-DPF tal-applikazzjoni nnifisha jkun id-DPF li jinkludi fih il-binja addizzjonali.", "Issa jekk dik l-applikazzjoni se tinħadem fuq id-DPF dan se jkun qed iħallas multa li tkun sostanzjalment żejda għal xi ħaġa li mhux qed jipprova jirregolarizza.", "Allura d-DPF trid tiġi speċifikata u tgħid id-DPF li jitħallas li huwa limitat għas-sanzjonar ta' dik l-illegalità inkella se noqogħdu nidħlu f'multiple applications li ma naħsibx li huwa l-iskop.", "DR. IAN STAFRACE: Infatti meta konna ddiskutejna fl-istadju inizjali din il-legal notice, dak kien diġà wieħed mis-suġġerimenti li ressaqtu u qegħdin nagħmluha ċara li fejn tidħol DPF qegħdin nispeċifikaw li tkun relatata għal dik il-parti tal-illegalità.", "PHILIP MIFSUD: Imma s'issa għadha ma tidhirx.", "DR. IAN STAFRACE: Le, għax s'issa għadna ma ċċirkolajniex waħda bl-emendi, konna se ninkorporaw l-emendi kollha u niċċirkolawha.", "Però konna ħadna nota li fejn għandek applikazzjoni li tkopri numru ta' żvilupp bħall-każ, pereżempju, li semmejt inti, id-DPF li se jintuża biex tinħadem il-multa jkun captured għal dik il-porzjon fejn qiegħda tissanzjona l-illegalità.", "THE CHAIRMAN: Ħalli niċċara din.", "Xi ħadd għandu permess għall-bini ta' dar u l-irregolarità hija li l-faċċata ma bnihiex kif suppost, però it-tibdil huwa sanzjonabbli.", "Qed japplika wara li għaddew il-ħames snin għax hemm minor amendment u se japplika biex jissanzjona.", "Id-DPF li fuqha se tiġi kkalkolata l-multa hija d-DPF biex wieħed jibni a new dwelling unit jew hija DPF applikabbli għal tibdil fuq faċċata?", "DR. IAN STAFRACE: Dik hija d-DPF li inti ħallast fl-application to sanction.", "Jekk l-application to sanction, biex immur punt oltre, apparti li tinkludi l-faċċata tinkludi wkoll strutturi addizzjonali imma mhux to sanction, se tibniha issa, dik id-DPF li se tħallas għall-istruttura addizzjonali ma tintużax biex tinħadem il-multa ta' li qed tissanzjona l-illegalità fil-faċċata, jiġifieri nestrapolaw iż-żewġ fees għalihom li llum ħafna drabi huma broken down diġà.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħtik eżempju ieħor.", "Xi ħadd kellu change of use għal xi ħaġa kummerċjali u bnih 50 square metres iktar.", "DR. IAN STAFRACE: Hija l-applikazzjoni to sanction li inti se ddaħħal, dik hija d-DPF li se tintuża bħala l-benchmark biex tinħadem il-multa.", "CHARLES BUHAGIAR: Ippermettili mmur ftit lura fuq meta konna qed nitkellmu dwar il-minor amendments u d-DNOs.", "Id-DNO ma tistax tapplika dejjem kollox li tista' tapplika minor amendment, allura se jkollok id-diffikultà li ċerti affarijiet li tista' tagħmilhom minor amendment ma tistax tagħmilhom DNO u xorta se niġu f'dik is-sitwazzjoni li se jkollok tip ta' multa differenti.", "DR. IAN STAFRACE: Naqbel miegħek.", "Id-DNO u l-minor amendments mhumiex replika ta' xulxin għax kieku huma replika ta' xulxin tneħħi waħda u tħalli waħda.", "Jaf ikollok ċirkostanzi fejn għaddew il-ħames snin, kieku għamilt il-bidla within the five years tista' tgħaddi through a minor amendment wara l-five years ma tgħaddix through a DNO u jkollok tapplika amended.", "Però just biex inkunu ċari, qegħdin nippruvaw kemm jista' ikun li l-minor amendments u d-DNOs inġibuhom li jirrispekkjaw ħafna lil xulxin u kważi d-differenza bejn id-DNO u l-minor amendment tkun l-istadju meta inti applikajt biex tagħmilha l-ħaġa.", "Kif tafu, fl-avviż legali 514 tal-2010 daħħalna provvediment u għedna li fejn inti għandek żvilupp u l-permess għadu validu d-DNO ma japplikax, trid tgħaddi through a minor amendment.", "Dik għamilniha għal skop ta' audit trail biss mhux għax wieħed hu iżjed oneruż mill-ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Fil-fatt dik anke ssemmiet fil-Parlament.", "Definitely ma kienx il-każ u diġà ħadna l-miżuri biex inġibuhom l-istess.", "Il-kwestjoni, anke kif ġiet spjegata jagħmel sens li f'każ fejn għad għandek permess għadu validu flok joqgħod jinfetaħ file ieħor through the DNO process u bniedem li ġie biex jixtri appartament irid jiċċekkja l-main file, imbagħad jerġa' jagħmel riċerka oħra u jara jekk hemmx a DNO file, għedna jagħmel sens li kollox jibqa' fl-istess file biex anke bħala trail, anke from an enforcement point of view mhux ikun hemm xi sitt files miftuħin, kollox jidħol fl-istess file.", "So that was the idea, definitely ma kenitx idea ta' fees; kieku wieħed kellu jqabbel x'inhu l-introjtu bejn waħda u l-oħra, żgur ma tiġġustifikax li wieħed jieħu miżura bħal din minn aspett ta' fees.", "Jiġifieri kemm jista' ikun qegħdin nippruvaw inġibuhom flimkien u qegħdin nippruvaw anke kemm jista' ikun inżidu affarijiet li jgħaddu through the DNO procedures għax naħsbu li hija għodda li serviet għal skop tajjeb u huwa fl-interess tal-awtorità li kemm jista' ikun l-iżviluppi li jgħaddu through a DNO – u hemmhekk l-awtorità qiegħda ssofri finanzjarjament – inżiduhom u kostentement qegħdin inżidu kategoriji through the DNO.", "Jiġifieri aħna nixtiequ li kemm jista' ikun ikunu simili ħafna ta' xulxin, però jaf ikollok ċirkostanza li jekk għaddew il-five years ma jgħaddix through a DNO u jkollu jdaħħal amended application to sanction.", "CHARLES BUHAGIAR: Tifhem li jista' ikun hemm din l-inġustizzja ngħidilha jien li qed jeħlu multi differenti just because .… U fit-tieni każ, jiġifieri dak li għadda five years minn fuqu u applika wara five years, ħafna minnhom lanqas ikun il-bniedem li għamel l-iżvilupp, jiġifieri dan se jeħel intortament multa ikbar.", "DR. IAN STAFRACE: Jiddependi x'tip ta' żvilupp għax aħna kultant ukoll ikollna min jgħidlek li hu xtraha hekk, imma mbagħad wieħed irid jara ftit.", "Illum il-ġurnata, speċjalment fi żvilupp riċenti, is-sistema tal-compliance certificate naħseb tjiebet u tibqa' titjieb.", "CHARLES BUHAGIAR: Ħalli nagħtik eżempju mhux ta' xi ħaġa riċenti.", "Terraced houses li nbnew between 15 and 20 years ago, ma kenux japplikaw għall-washrooms u allura jkunu bla permess, jagħmlu washroom iktar viċin minn 4.5 metres lejn il-faċċata, b'DNO ma tgħaddix għax jgħidlek li ma jidħlux f'każijiet meta għandek washrooms daqshekk, imma f'dik l-area jistgħu jitilgħu tliet sulari u allura prattikament dan jista' jibni sular ieħor u dik il-washroom tista' tiġi sanzjonata, imma jgħidlek ma li trid tagħmel application għaliha.", "Jiena fuq dawn qed nitkellem għax bħalhom hemm diversi.", "DR. IAN STAFRACE: Però każ ta' bniedem li japplika b'amended application biex jissanzjona washroom, id-DPF żgur ma jaqbiżx l-€1,000, jiġifieri qegħdin nitkellmu fuq l-inqas kategorija tal-multa li llum se jeħilha xorta.", "THE CHAIRMAN: Ma jeħilx il-multa li hemm illum għax kieku għax hija €1,000, il-multa se tiġi tammonta għal €2,300 u int għedt li llum il-maximum tal-liġi hija €2,500.", "DR. IAN STAFRACE: Le, il-maximum tal-liġi hija €2,300.", "Imma ma jeħilx l-istess multa.", "Jekk, pereżempju, tara Schedule A l-ewwel kategorija fejn qed ngħidu li DPF inqas minn €1,000, qegħdin nitkellmu fuq €300 plus 200% of the DPF, jiġifieri qegħdin nitkellmu fuq DPF mhux DPF u sewer u street.", "Għax ma tagħmilx sens kif inhi.", "THE CHAIRMAN: Għax diġà għandek €300, jiġifieri l-minimum hija għad-DPF.", "PHILIP MIFSUD: Jiġifieri the minimum fine hemmhekk hija ta' €500.", "L-Onor.", "Buhagiar dik li qed jipprova jargumenta, jiġifieri kieku b'minor amendment teħel 150% u b'dan il-metodu, jekk jiskadu ħames snin, teħel tat-tnejn.", "DR. IAN STAFRACE: Nistgħu ndaħħlu kategorija li f'każ ta' amended .… Kif għedna anke meta ddiskutejna tad-daily fines, iżjed ma toħloq categorization iżjed se tinqabad fi stadju ta' issues għalfejn \"din hekk\" u \"din hekk\", eċċ. Din ipprovajna nippegjawha mad-DPF u apparti minn hekk noħolqu qisek a scaletta.", "M'iniex qed ngħid li s-suġġeriment huwa ħażin, però nistgħu ....", "CHARLES BUHAGIAR: Li qed nipprova ngħid jien hu li m'għandux ikun hemm differenza abbażi taż-żmien ta' meta tapplika.", "Jekk l-offence hija l-istess offence jekk, tapplika llum u tapplika sitt snin oħra, bil-liġijiet tal-lum li se jkollna għandhom ikunu l-istess fines.", "Għaliex għandha tagħmel differenza jekk tapplikax ħames snin wara?", "THE CHAIRMAN: Jiena naraha ftit għax għandek ħames snin huwa terminu fejn il-permess għadu viġenti.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Chairman, imma ħafna drabi dan lanqas ikun l-istess persuna kif qal l-Onor.", "Dawn ikunu xtraw u għaliex għandu jeħel dan il-proxxmu?", "Mhux se tmur tfittex għand min biegħlek xi sitt snin wara li jkun biegħlek.", "DR. IAN STAFRACE: Jekk tippermettuli, fl-artiklu 6 qegħdin nispjegaw x'inhuma l-minor offences u nistgħu forsi nespandu ftit dik.", "CHARLES BUHAGIAR: Jista' ikollok offences oħrajn mhux ta' bini.", "Xi ħadd semma change of use li mhux qiegħda inkluża bħala minor offence u tista' tkun minor offence, jiġifieri tkun change of use żgħira.", "CHARLES BUHAGIAR: Anke change of use żgħira.", "THE CHAIRMAN: Le, għax jekk inti qatt ma kellek permess ta' ħanut u ftaħt permess ta' ħanut mhijiex minor.", "CHARLES BUHAGIAR: U jkun hemm affarijiet oħrajn bħal, pereżempju, jkun hemm barriera li jkunu ħaffru 0.3 metri aktar 'l isfel mill-permess.", "THE CHAIRMAN: Għalkemm jiena ma nikkondividix il-ħafna negattività li kultant hawn lejn il-barrieri, imma ma naħsibx li tista' tgħidilna minor għax għandek issue ta' water table, għandek issue ta' nuisance, għandek issue ta' natura 2000 sites, għandek ħafna issues.", "CHARLES BUHAGIAR: Taf kemm hi d-DPF ta' barriera hux?", "THE CHAIRMAN: Jien għedtilkom li l-predispożizzjoni tiegħi hija kuntrarju għall-multi, imma ma nistgħux ngħidu li kollox huwa minor.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma hemm diversi tipi ta' żviluppi li mhumiex qegħdin inklużi fid-definition kif qegħdin hawnhekk ta' minor ....", "THE CHAIRMAN: Mela ejjew naraw jekk il-lista hijiex raġjonevolment eżawrjenti.", "Nagħmlu dik id-diskussjoni.", "DR. IAN STAFRACE: If I may again li hu importanti li ma nitilfux l-effikaċja tal-multa, fis-sens illi anke meta wieħed iqis l-emenda li daħlet fil-liġi – se nitkellem ovvjament fil-qafas tal-awtorità – aħna nħossuna skomdi ħafna li lanqas l-emenda tal-Lm10,000 li jammontaw għal €23,000 qatt ma daħlet fis-seħħ, għaliex ikollok ċirkostanzi fejn tiġi jdejk marbutin u twaħħal multa ta' €2,300.", "Jiġifieri lanqas issa rridu nitilfu, billi nżidu ħafna definizzjoni ta' minor offences, l-effikaċja u s-saħħa tal-miżura li għadda dan il-Parlament fejn il-capping tal-multa tela' għal €50,000.", "Jekk nagħmlu paragun bejn din il-liġi u liġijiet oħrajn sew ta' awtoritajiet oħrajn kif ukoll anke liġijiet fiskali, insibu li l-capping tal-multi huwa ħafna ogħla mill-capping li għandha l-liġi dwar l-ambjent u l-ippjanar.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma ħadd mhu qed jgħid hekk.", "DR. IAN STAFRACE: Le, jien qed ngħid hekk biss bħala argument.", "CHARLES BUHAGIAR: L-argument tiegħi huwa if it is the same offence, iż-żmien m'għandux ivarja l-ammont tal-multa.", "Fil-fatt aktar ma jgħaddi ż-żmien suppost li tonqos il-multa mhux tiżdied għax ħafna drabi ma jkunx it-tort tal-individwu.", "Jien m'iniex qed ngħid li l-multi għandhom jitbaxxew, imma qed ngħid li għandhom ikunu l-istess for the same offence, mhux għax għaddew sitt snin ikun hemm multa differenti minn jekk tgħaddi sena.", "DR. IAN STAFRACE: Ħalli nagħmluha ċara.", "Fid-definition ta' minor offence la jissemma minor amendment u lanqas jissemma DNO.", "PHILIP MIFSUD: Naħseb dawk li għandhom jidħlu.", "Jiena naqta' linja bejn minor offence u any other offence u ngħid fid-definition li jekk offence tista' tkun regolarizzata jew approvata, jew permezz ta' DNO jew permezz ta' minor amendment, dik għandha titqies bħala minor offence.", "DR. IAN STAFRACE: Però din id-definizzjoni marret oltre.", "THE CHAIRMAN: Taħseb li marret oltre?", "DR. IAN STAFRACE: Fis-sens li din ma tippegjax mal-minor amendment jew mad-DNO.", "Jiġifieri jekk inti għandek a change to size li għaddew il-ħames snin allura m'għamiltux b'minor amendment ....", "THE CHAIRMAN: Però għallinqas nistgħu ngħidu li minor offence hija jew dan li qed tgħid hawnhekk jew dak kollu li jgħaddi taħt DNO?", "DR. IAN STAFRACE: Inżiduha; dak li jgħaddi b'DNO u minor amendment.", "CHARLES BUHAGIAR: Jew nagħmluha percentage.", "THE CHAIRMAN: Percentage trid toqgħod ftit attent, fis-sens li jekk ikollok supermarket ta' 2,000 square metres,10% jiġi jammonta għal ħafna.", "DR. IAN STAFRACE: Imma jekk ma jkunx fil-parametri tal-policy se jingħata refusal.", "THE CHAIRMAN: L-iscaletti li għandna hawnhekk f'Schedule A jiena ma narax li hija scaletta, hija exponential l-iscaletta għax iktar ma jiżdied il-persentaġġ iktar jiżdied id-DPF.", "U aktar ma togħla d-DPF għandek il-multiplier fuqu u allura qisu għandek multiplier fuq multiplier.", "Jiena għallinqas nagħmel dak l-argument, però nisma' anke l-kollegi tiegħi x'se jgħidu.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiena tinkwetani għax kultant ikun hemm application b'DPF veru għolja – qed nitkellem ODZs – imbagħad issir xi ħaġa żgħira li tkun trid tiġi sanzjonata, pereżempju boundary wall jitla' 0.3 metres aktar għoli milli suppost imma tkun site kbira u dak itellagħlek id-DPF, speċjalment kif qed tinħadem issa fuq l-area itellgħu ħafna d-DPF tkun site kbira u għal dak l-infringement partikolari l-multa se tkun ħafna għolja kif naraha jien.", "DR. IAN STAFRACE: M'hemmx spjega partikolari x'inhi l-200%, il-250% u t-300%.", "L-ispjega li hemm hija d-differenza bejn l-ODZ u mhux l-ODZ fejn ħassejna li ovvjament għandu jkun hemm aggravju ulterjuri fejn irduppjajna l-persentaġġ tal-ODZ a skapitu ta' dak li mhuwiex ODZ.", "Però again dan bħal kull multa trid toħloq benchmark, trid tagħmel figura, imma m'hemmx spjega partikolari minn fejn ġiet il-200% jew minn fejn ġiet il-250%, hija assumption li saret biex wieħed jasal għal figura.", "THE CHAIRMAN: Nispera li saret b'ċertu ħsieb ta' proporzjonalità bejn l-infringement u l-penali li nħossu li għandu jiġi mħallas.", "DR. IAN STAFRACE: Il-proporzjonalità saret għax, kif qed ngħidu, irridu nibdew mill-bażi li qegħdin norbtuhom mad-DPFs.", "Tajjeb jew ħażin li torbothom mad-DPFs?", "L-ewwel ħaġa li rridu nibdew hija minn dik u hemm argumenti favur u hemm argumenti kontra.", "Aħna ħassejna li biex ma noħolqux kategorija oħra norbtuhom mad-DPFs.", "Imbagħad ittieħdet it-tieni deċiżjoni.", "Meta inti rbatthom mad-DPFs jagħmel sens li taqsamhom fi tliet kategoriji, €1,000 iżjed minn €1,000 sa €2,000 u iżjed minn €2,000 'il quddiem?", "Għax dawk it-tliet kategoriji mbagħad magħhom il-kolonna l-oħra hija li l-persentaġġ ukoll tal-multa jiżdied.", "Imbagħad jiġi l-argument li semmejt inti, Mr Chairman, li qed jgħid li iżjed ma tħallas DPF iżjed se togħla l-multa mhux biss għaliex il-percentage awtomatikament 200% of a higher amount is higher, imma għaliex ukoll qed tgħollu l-multa li f'każ ta' inqas minn €1,000 hija 200%, fil-każ ta' iżjed minn €2,000 hija ta' 300%, jiġifieri hemm dawn it-tip ta' assumptions.", "Jekk naqblu at least fuq l-assumption li għandna nippegjaw mad-DPFs, ejjew naslu s'hemmhekk imbagħad minn hemmhekk nistgħu naslu għall-argument l-ieħor li nagħmluhom kollha 200%.", "THE CHAIRMAN: Li norbtuhom mad-DPF tnaqqas l-arbitrarjetà, jiġifieri naċċettah il-punt.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiena ma naqbilx mad-DPF kif jaħdem illum in the first instance għax issa hemm dak l-argument.", "Għax illum id-DPFs fuq sites kbar jitla' ħafna peress li bl-area.", "Jiena qed nitkellem min-naħa agrikola.", "THE CHAIRMAN: Ippermettili ftit Onor. Buhagiar jekk jogħġbok għax kellna din il-kjarifika ftit ilu.", "Jekk l-infringement tiegħek hija ta' boundary wall fuq art agrikola, id-DPF mhijiex fuq l-area tal-art imma fuq il-permess li dak id-DPF trid tħallas suppost fuq il-boundary wall biss, jiġifieri dak se jagħżillek dik il-parti u fuq dik se jikkalkulalek.", "DR. IAN STAFRACE: Is-site area l-iżjed li togħla fl-iżvilupp kummerċjali iżjed milli fi żvilupp argikolu.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri ma naħsibx li tirriżulta din.", "CHARLES BUHAGIAR: Le le, tirriżulta.", "THE CHAIRMAN: Jien m'għandix din l-esperjenza li għandek inti.", "DR. IAN STAFRACE: Ma nafx x'esperjenzi kellkom fejn jinħadem id-DPF ta' żvilupp agrikolu, però is-site area ġiet pjuttost oneruża, kienet hekk diġà għax tinħadem fuq is-site area kollha, però imbagħad kif ovvjament għoliet ir-rata ġiet daqsxejn iżjed rilevanti.", "THE CHAIRMAN: Imma boundary wall fuq art agrikola ma tħallasx skont l-area.", "CHARLES BUHAGIAR: Pereżempju, suppost xi ħadd japplika – għax ikolli każijiet bħal dawn – biex dak li jkun iżid il-ħamrija fuq art, land reclamation, dik tinħadem fuq l-area kollha.", "Jekk dak se jkollu infringement waqt ix-xogħol hemmhekk, pereżempju, minflok qal li se jżid 0.5% żied 0.9%, f'dak il-każ fuq id-DPF tiegħu se titla' ħafna dik għax id-DPF għal dak it-tip ta' xogħol huwa għoli diġà.", "Jiena ma naqbilx li għandhom ikunu daqshekk in the first instance, jiġifieri jien ma naqbilx mar-rates tad-DPF kif inhuma llum, imma dak mhux l-argument tal-lum.", "DR. IAN STAFRACE: Il-punt land reclamation wieħed irid joqgħod daqsxejn attent għalih għax il-land reclamation minkejja li f'ċertu areas wieħed jista' jgħid għandu jaġevolah jew b'xi mod jirrikkmandah, għandek numru ta' ċirkostanzi fejn il-land reclamation jekk ma jsirx skont permess, sew fl-ispread tiegħu kif ukoll fl-għoli tiegħu joħloqlok problemi ambjentali li jistgħu ma jkunux żgħar.", "Jiena hawnhekk m'għandix il-kalkolu ta' kif tinħadem f'każ ta' land reclamation fejn bniedem irid jifrex il-ħamrija, però jekk bniedem ingħata permess biex jifrex 10 metri ħamrija b'għoli ta' nofs metru, għandu jifrex 10 metri b'għoli ta' nofs metru.", "Ma narax għalfejn m'għandux ikun hemm multa li bniedem iddeċieda li minflok nofs metru jgħolli metru u jifrex 20 metru minflok 10 metri.", "CHARLES BUHAGIAR: L-argument mhux dak hu, l-argument huwa li meta inti tapplika għal land reclamation – jista' jkun oġġett ieħor imma se nsemmi dan – u tapplika with a certain amount of thickness of soil, jekk dak l-ammont tvarjah ftit u dan tarah meta tagħmel ir-retaining wall għax ikun iktar għoli, anke jekk dak l-ammont li żidt ikun sanzjonabbli – issa qed nassumi li jkun sanzjonabbli mhux fejn xi ħadd jagħmel xi ħaġa b'tali mod li joħloq sfreġju – il-multa tiegħu se tkun għolja ħafna.", "U qed nitħaddtu fuq farmers.", "DR. IAN STAFRACE: Però il-każijiet li niltaqgħu magħhom fejn bniedem ikun iddeċieda li jgħolli iżjed il-ħamrija, bir-rispett kollu ma ssirx bi żball, imma ssir bi skop partikolari biex imbagħad il-kejl tal-ħajt li jifred lilu minn terz jitkejjel mill-ogħla livell u nispiċċaw li ġibna wħud mit-toroq qisna għaddejjin minn bejn żewġt iswar.", "Jien rari ltqajt ma' ċirkostanzi fejn bidwi bi żball għolla l-livell tal-ħamrija b'nofs metru.", "Fejn iltqajna ma' ċirkostanzi li bniedem għolla l-livell tal-ħamrija għolliha biex juża loophole, li fl-opinjoni tiegħi hija farseska, biex jitkejjel l-għoli tal-ħajt tas-sejjieħ, il-1.2 metres, mill-ogħla livell, allura tiġi li l-livell tal-ħamrija qiegħed diġà metru 'il fuq mil-livell tat-triq, tgħodd il-1.2 metres mill-għoli tal-ħamrija u min-naħa tat-triq jiġik ħajt ta' 2.2 metres.", "CHARLES BUHAGIAR: Mhux neċessarjament hekk.", "DR. IAN STAFRACE: M'iniex qed ngħid li kulħadd jagħmel hekk, imma fih element ....", "THE CHAIRMAN: Ejjew nħarsu lejn l-iscaletta.", "Id-DPFs huma li huma, ma nafx nistgħux nargumentaw dak il-punt iktar.", "Jiena ma jien qed nara l-ebda parti tad-diskussjoni li għandna narmuha barra mit-tieqa; qed naqblu fuq il-prinċipju li għandu jkun hemm major fine.", "Jiġifieri qed niddibattu d-deskrizzjoni skont il-legal notice u hemmhekk għamilna l-modifiki tagħna, issa ejjew inħarsu jekk għandniex ikollna dawn il-kategoriji kollha jew jekk l-iscaletta għandhiex tiżdied skont kemm irid jiżdied id-DPF.", "Jiena personalment nikkontendi li m'għandux jiżdied il-multiplier iktar ma jiżdied il-valur tad-DPF.", "Jiena kważi kważi ngħid li d-distinzjoni bejn not an ODZ u an ODZ inżommuha, però f'kull kategorija nżommu l-istess multiplier, jiġifieri fejn għandek 200%, 250% u 300%, jien qed ngħid nibdew inżommu kollox 200% u fejn għandek 400%, 500% u 600% inżommu kollox 400%.", "PHILIP MIFSUD: Jiena naqbel ma' dan li qed jgħid iċ-chairman li l-gravità ta' infringement tikber, jew għandha iktar impatt, f'ODZ milli fiż-żona tal-iżvilupp.", "Il-fatt li wieħed għandu infringement huwa d-daqs li qed nippruvaw niddistingu hawnhekk minn 200% għal 250% għal 300%, jiġifieri ma naħsibx li għandu jkun.", "Jiena naħseb li għandu jkun hemm persentaġġ fiss għal ġoż-żona tal-iżvilupp, bħalma semma ċ-chairman, imbagħad ikun hemm persentaġġ fiss għal barra miż-żona tal-iżvilupp li għandu jkun akbar.", "Bħala perit, waħda mill-problemi li niltaqa' magħha ta' spiss huwa li donnu n-nies iktar milli kienu jaqbdu u jagħmlu żvilupp barra miż-żona tal-iżvilupp, jippruvaw iġibu permess u jkollhom applikazzjoni u permess, imma mbagħad donnhom jaħsbu li ladarba għandhom permess issa għandhom il-leeway li jagħmlu li jixtiequ.", "Allura dik irridu nippruvaw inrażżnuha bis-saħħa ta' dawn it-tip ta' multi u jiena ngħid li għandha tirdoppja, jiġifieri minn 200% tiġi 400%, imma ma naħsibx li mbagħad għandna niddistingwu bejn żviluppi within the scheme – għax hawnhekk qed nitkellmu fuq żviluppi li għandhom permess u ma mxewx miegħu – għal żviluppi li huma barra miż-żona tal-iżvilupp.", "Barra minn hekk, qisu hemm lok fejn dan il-multiplier effect ikun doppju għaliex qed ngħidu li minn ġoż-żona tal-iżvilupp għal barra ż-żona tal-iżvilupp jirdoppja, imma mbagħad jekk qed nifhimha tajjeb, jekk wieħed jinzerta barra miż-żona tal-iżvilupp ġo protected area se jerġà jirdoppja u ħafna miż-żoni barra miż-żona tal-iżvilupp huma protected.", "THE CHAIRMAN: Din il-ħaġa li l-multa terġa' tirdoppja nixtieq nikkwalifikaha u ngħid li għandha tkun jekk dak li jkun ikun għamel ħsara rriversibbli.", "Għandna nikkastigawh aktar jekk hija irriversibbli mhux jekk għax qiegħed ġo protected area jew le.", "PHILIP MIFSUD: Le, din ma tapplikax għax din tidħol fis-seħħ jekk japplika to sanction u jingħata permess.", "THE CHAIRMAN: Immaġina xi ħadd għandu dar f'buffer zone arkeoloġika – jien kelli dan il-każ – u eskava tliet filati u rriżulta li kien hemm torba biss.", "Se tħallih mingħajr permess?", "Jiġifieri dan għandu garaxx u tgħidlu biex ma jużah qatt u jħallih fl-istat li hu?", "Trid tagħtih permess.", "CHARLES BUHAGIAR: Naqbel miegħek, imma l-MEPA ma timxix hekk.", "THE CHAIRMAN: La ma jkunx għamel ħsara irriversibbli trid tagħtih xi permess għax naħseb kieku jieħu l-MEPA l-qorti issib li dan għandu dritt tal-enjoyment tal-proprjetà.", "U jekk imbagħad bil-monitors tiegħek tkun stabbilixxejt li ma skavax fil-blat, m'għamilx ħsara lil xi arkeoloġija u allura m'għamilx ħsara rriversibbli, għalfejn għandek terġa' tirduppjalu l-multa?", "CHARLES BUHAGIAR: Jien kelli każ bħal dan li qed isemmi ċ-Chairman u l-permess ma ngħatalux għax il-MEPA argumentat li ma tistax iġġib lura l-ħsara li saret allura l-permess ma ħariġx, biex jiskoraġġixxu lil ħaddieħor milli jagħmel hekk.", "Jiena fil-każ tiegħek ma nafx jekk il-permess ħariġlekx, però tiegħi ma ħariġx.", "THE CHAIRMAN: Iva, ħariġli.", "CHARLES BUHAGIAR: Fil-kas għidli liema hu ħalli nikkwotah!", "THE CHAIRMAN: Kien neħħa biss żewġ filati li kienu torba u wieħed seta' jinduna li ma qattax blat.", "DR. IAN STAFRACE: Kif spjegajt fil-bidu tal-laqgħa llum, anzi għandek ċertu żvilupp illegali li lanqas biss tista' tapplika biex tissanzjonah.", "Xi ħadd li jkun waqqa' binja skedata grade 1 ma jistax japplika to sanction demolition.", "L-aħħar darba xi ħadd kien staqsa imbagħad jiġri minn dak l-iżvilupp.", "Jien naħseb li l-fatt li l-iżvilupp jibqa' hekk hu kastig biżżejjed.", "Nerġa' ngħid li l-interess tal-awtorità f'dawn il-multi, bħalma hi d-daily fine u bħalma hu l-provvediment li daħħalna fi skeda 6, mhux li tħaddem il-provvedimenti.", "Aħna ħriġna anke avviżi a priori biex bniedem ikun jaf minn qabel li hawn dawn il-miżuri ħalli qabel ma jagħmel xi ħaġa jaħsibha darbtejn jew tlieta għax jaf li jekk jew se jkollu l-impossibilità li jissanzjonaha jew li jekk se jissanzjonaha l-multa se tkun kemmxejn għolja u f'ċerti każijiet tista' tkun ukoll projbittiva jekk jasal sal-capping.", "Jiġifieri dan huwa l-pakkett kollu li qegħdin nippruvaw nippreżentaw.", "Nerġa' ngħid din hija għodda ta' enforcement, mhijiex għodda ta' revenue.", "Fil-fatt kieku wieħed kellu jaħdem il-mekkaniżmu tagħha ta' kemm tiswa lill-awtorità biex tħaddimha u x'se ddaħħal minnha l-awtorità, isib li l-awtorità mhijiex se tiġġenera minnha xi livell ta' income.", "Dawn huma kollha għodda, huma kollha miżuri biex bniedem … Anke l-awtorità qegħdin nużaw the proactive approach.", "Ħriġna l-avviżi għall-public consultation biex dak li jkun jaħsibha darba, darbtejn, tlieta qabel ma jagħmel xi ħaġa illegali.", "Però jekk issa daħlu dawn il-miżuri kollha u xorta jkollok min applika u jimxi bil-proċeduri, però jkollok min jiddeċiedi li jibqa' jaġixxi ta' kif kien jaġixxi – biex ma nsemmix lura ħafna, pereżempju sena ilu – dak għandu jiġi ikkastigat.", "Jiġifieri l-ħsieb wara dan il-pakkett kollu huwa dak.", "Dwar jekk jagħmilx sens li f'każ ta' protected area terġa' tirdoppja l-multa, naħseb li hemm bosta argumenti x'wieħed iġib.", "Terġa' tislet in-numru ta' kategoriji?", "Pereżempju, nistgħu ngħidu grade 1 mod, grade 2 mod, grade 3 mod u buffer zone mod ieħor?", "Nistgħu nagħmlu hekk, però li ridna nagħmlu hawnhekk huwa li noħolqu tliet kategoriji; mhux ODZ, ODZ u protected areas.", "Imbagħad hemm is-sub division ta' dak li sar mhux skont il-permess u dak li sar bla permess u ppruvajna nżommuha sempliċi b'dan il-mod.", "Naturalment m'hemmx dubju li meta tislithom waħda waħda kollha ssib x'tikkritika fihom.", "THE CHAIRMAN: Nistgħu almenu nagħmluha \"shall\" u mhux \"may\" ħalli nħallu d-diskrezzjoni lill-bord li għallinqas ikun kapaċi jiżen.", "PHILIP MIFSUD: Imma min jiddeċiedi dan?", "THE CHAIRMAN: Il-bord.", "DR. IAN STAFRACE: Il-multi mill-bord joħorġu.", "PHILIP MIFSUD: Le, imma l-bord sa qabel ma tkellem iċ-chairman ma kien qed jiddeċiedi xejn.", "Il-bord kien qed japprova jew ma japprovax u jekk japprova jidħol il-mekkaniżmu tal-fee.", "DR. IAN STAFRACE: Dik hija waħda mid-difetti ta' kif inhi s-sistema llum.", "Illum tittieħed id-deċiżjoni u kulma jkun hemm fil-Minuti hija \"subject to a fine\" jew \"a major fine\".", "B'din qed noħolqu l-kategorija u fuq suġġeriment anke taċ-chairman jekk se nagħmluha \"may\" hija fid-diskrezzjoni tal-bord li mhux biss se jgħidlek issa hemm il-fine.", "Illum il-bord kulma jgħidlek huwa li hemm il-multa, mhux se joqgħod jaħdimha; għandek il-kalkolu u tinħadem, però jekk se ddaħħal din id-diskrezzjoni l-bord ukoll ikun irid jiddeċiedi jekk hux se jwaħħal l-aggravju tal-protected area.", "Il-punt li semmejt anke inti fil-bidu nagħmluha ċara biex żgur tkun ċara li anke jekk se tuża l-aggravju tal-mija fil-mija fil-każ ta' protected area, xorta ma tistax taqbeż il-€50,000.", "PHILIP MIFSUD: Jien forsi ma tantx naqbel ma' dan minħabba l-kwestjoni tad-diskrezzjoni għax jista' ikun li lil Mr.", "\"X\" jgħidlu li se jżidhielu u lil Mr.", "\"Y\" le, imma aħjar milli hi żgur.", "Jiena ngħid li 75% arbitrarjament tal-ODZ huwa protected area.", "Jiġifieri rridu nżommu f'moħħna li l-ODZ mhux se jirdoppja.", "DR. IAN STAFRACE: Le, din id-definizzjoni hija l-istess definizzjoni li nużaw fis-sitt skeda tal-liġi fejn tista' tapplika to sanction jew le.", "Issa inti tista' tiskeda grade 1, grade 2 jew grade 3 jew buffer zone, jiġifieri mhux għandek il-local plan u jgħid din hija …", "Jiġifieri din hija l-istess definizzjoni li nużaw fis-sitt skeda.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri art agrikola normali hija protected area?", "DR. IAN STAFRACE: Le, jekk m'hemmx ...", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri huma Natura 2000 sites, bini skedat ....", "DR. IAN STAFRACE: Jew areas fl-ODZ li huma skedati, però mhumiex Natura 2000 sites.", "Jekk forsi għall-fini tal-kumitat tkunu tixtiequha, għandna dokument li qisu mappa ta' Malta li jurik kemm huwa l-ODZ, within which kemm hemm areas li huma Natura 2000 u kemm hemm areas skedati.", "Għall-konvenjenza tagħkom ngħadduhielkom ħalli anke intom tkunu tafu.", "THE CHAIRMAN: Kellna s-suġġeriment li fi Skeda A għad-development not in ODZ il-multiplier kollu jkun 200 u għad-development in ODZ il-multiplier ikun kollu 400%.", "DR. IAN STAFRACE: U l-kelma \"shall\" nagħmluha \"may\".", "THE CHAIRMAN: Hekk hu.", "Nistgħu ngħaddu għal Skeda B.", "DR. IAN STAFRACE: Skeda B tista' tgħid li hija l-istess bħal Skeda A, ovvjament il-persentaġġi jogħlew u l-iskop li jogħlew hija li issa qegħdin nitkellmu mhux biss ma mxejtx ma' permess, imma għamilt żvilupp li mhuwiex kopert b'permess.", "Jiġifieri jekk ikun hemm xi ħadd within scheme li jkun bena washroom mingħajr permess, x'tiġi?", "Qed insemmilek dan il-każ għax hemm differenza bejn li tagħmel washroom mhux skont il-permess u li tagħmel washroom bla permess.", "DR. IAN STAFRACE: Fi Skeda A qegħdin ngħidu xi jfisser development not in accordance with a development permission.", "Issa fis-6(B) għandek addition of a single room to a building titqies bħala minor, jiġifieri jekk inti bnejt washroom dik titqies bħala minor.", "Jekk inti bnejt sular sħiħ titqies mhux taħt Skeda A, imma taħt Skeda B.", "DR. IAN STAFRACE: Dak jaqa' taħt Skeda B.", "CHARLES BUHAGIAR: Skeda B iebsa għax jekk jista' joħroġ permess taħt Skeda A għax ma jtellef xejn ....", "DR. IAN STAFRACE: Hawnhekk dejjem qegħdin nitkellmu fejn ħariġlek permess to sanction, jiġifieri l-fatt li ħariġlek permess to sanction ifisser li inti mxejt teknikament mal-policies però mhux mal-proċedura għax kieku ngħatajt refusal.", "Jiġifieri jekk inti għandek żona ta' tliett sulari, għandek binja ta' żewġ sulari, ħariġlek permess ta' żewġ sulari però minflok żewġ sulari bnejt tlieta jew tnejn u nofs, dik hija s-sanzjoni.", "THE CHAIRMAN: Jien se nerġa' indur għad-definizzjoni ta' minor li hemm fis-6(B).", "Jiena kważi kont intendi li minflok nagħmilha \"single room\" għax din tista' tkun kamra ta' 12-il metru kwadru u tista' tkun kamra ta' 30 metru kwadru, aħjar nagħmlu capping bl-area.", "U naħseb li b'hekk inkunu ħafna aħjar għax 30 square metres tista' tkun żewġt ikmamar.", "PHILIP MIFSUD: Naħseb li l-aħjar tkun 36 square metres.", "THE CHAIRMAN: Nagħmluha 36 square metres.", "Ma nafx x'jaħseb il-Kumitat; I'm thinking aloud hawnhekk.", "DR. IAN STAFRACE: Però irridu nagħmluha ċara li qegħdin nitkellmu għal within scheme.", "THE CHAIRMAN: B'hekk inkunu qegħdin inkopru din.", "DR. IAN STAFRACE: Jekk tkun sa 36 square metres tiġi taqa' taħt Skeda C.", "PHILIP MIFSUD: Dr. Stafrace jien qed nara li 4(2) u 5(2) jikkuntrastaw ftit ma' dak li kont qed tgħidilna int għax inti qed tgħid li jekk il-permess ma jingħatax ma jeħilx il-multa, imma jekk qed ninterpreta dawn tajjeb qed jingħad li l-multa trid titħallas mas-submission tal-application.", "Allura x'jiġri mbagħad?", "DR. IAN STAFRACE: L-iskop tal-4(2) u l-5(2) kien li jekk inti ...", "THE CHAIRMAN: Dr. Stafrace, ippermettili nikkorreġih jien mill-ewwel.", "Illum inti għandek applikazzjoni, daħħaltha u għandek ħlas tal-€50 u bagħtulek l-iscreening letter, imbagħad l-iscreening letter se jgħidlek li tista' tibqa' miexi u taġġudika jew ma tistax u hemmhekk tirċievi l-kont.", "Hemmhekk se tkun taf kważi jekk intix blokkat jew le u ma tkunx ħallastha.", "Jekk jgħidulek li l-permess mhu se joħroġ qatt, allura ma tkunx ħallastha.", "DR. IAN STAFRACE: Hekk hu, dak kien l-iskop tagħha.", "PHILIP MIFSUD: Imma allaħares kull screening letter li nirċievu fejn jgħidulna biex ma nkomplux għaddejjin inwaqqfuha hemmhekk!", "THE CHAIRMAN: Imma inti għandek red light li qed jindikalek li hemm ċans kbir li mhux se jgħaddi.", "PHILIP MIFSUD: Imma jekk il-permess ma joħroġx se jkun ħallas multa għalxejn?", "THE CHAIRMAN: Aħna suppost napplikaw ġudizzju u ngħidu lill-applikant li skont il-parametri li għandhom mhux se tiġi aċċettata l-applikazzjoni.", "PHILIP MIFSUD: U ġieli niġi surprised fuq iż-żewġ extremes.", "DR. IAN STAFRACE: Mill-esperjenza li għandna tal-iscreening sa Settembru għamilna audit biex naraw x'kienet tgħid l-iscreening letter, x'kien jgħid il-case officer report u x'kienet id-deċiżjoni u ħlief għal żewġ każijiet – u hawnhekk qed nitkellem bil-proċeduri l-ġodda tal-iscreening – l-iscreening letter, il-case officer report u d-deċiżjoni kienu l-istess.", "PHILIP MIFSUD: Ħlief għal żewġ każijiet?", "DR. IAN STAFRACE: Iva, u wieħed minnhom kien il-każ tal-bus depot tal-Arriva.", "Jiġifieri ma tistax tgħid li l-iscreening letter u d-DPAR u d-deċiżjoni kienu differenti għaliex kien żviluppa ODZ fejn bniedem ipprova juża policy partikolari li l-bord ħass li ma kellhiex tapplika għall-każ.", "PHILIP MIFSUD: Jiġifieri inti qed tgħid li minn dawn il-cases kollha tal-iscreening letter żewġ każijiet biss kien hemm fejn it-tlieta ma kenux jaqblu?", "DR. IAN STAFRACE: Li m'hemmx sekwenza, fis-sens li jekk l-iscreening letter tkun qalet li fil-proposta kien hemm l-għoli ħażin – għall-argument – għax hija area ta' żewġ sulari u dak li jkun ikun applika għal tlieta, imbagħad aħna nsegwu xi jkun ġara fl-applikazzjoni u din tkun fil-fatt saret għal żewġ sulari u d-deċiżjoni kienet approved.", "Jiġifieri m'aħniex qed ngħidu xi ppropona oriġinarjament l-applikant, x'qal il-case officer u x'kienet id-deċiżjoni imma qed naraw whether is-sekwenza bejn l-iscreening letter, id-DPAR u d-deċiżjoni, followed.", "PHILIP MIFSUD: Imma r-recommendation to grant li ġew refused mid-DCC ...", "DR. IAN STAFRACE: Qed nitkellem dwar ir-recommendation tal-applications tal-2011 fejn sar screening.", "Fil-fatt waħda mir-raġunijiet kienet li anke l-iscreening letter – għal min għandu esperjenza li jara l-file – qed indaħħluha fil-file tal-ipproċessar tal-application biex jiffaċilita dan il-proċess.", "PHILIP MIFSUD: Jiġifieri issa l-multa mhux bħalma x'qed jiġri bħalissa; bħalissa jistennew il-proċessar kollu, jekk il-bord jiddeċiedi favur jibagħtulek il-multa.", "Bis-saħħa ta' din il-legal notice il-multa se tibda tinħadem qabel ma l-applikazzjoni tiġi validata.", "DR. IAN STAFRACE: Għax hija maħduma mad-DPF.", "PHILIP MIFSUD: Anke llum il-multa hija bbażata fuq id-DPF.", "DR. IAN STAFRACE: Imma mhijiex persentaġġ tad-DPF.", "PHILIP MIFSUD: Għaliex le?", "DR. IAN STAFRACE: U dejjem tiġi tammonta għal €2,300.", "PHILIP MIFSUD: Jien m'iniex qed nikkontesta li tkun percentage ....", "THE CHAIRMAN: Hemm għalfejn tkun imħallsa mal-applikazzjoni?", "Għax minn banda nixtiequ li nħajru lin-nies biex jippruvaw jissanzjonaw – naħseb dik hija l-intenzjoni kollha – imma mill-banda l-oħra ma rridux nagħmluha projbittiva.", "Jekk dak li jkun se jħallas il-multa jaf li kif se jħallas ikollu l-permess f'idejh, naħseb li jkollu inqas reżistenza interna li jħallas milli kieku kellu jħallas il-multa u għad għandu l-proċess sħiħ quddiemu u ma jafx x'se jkun l-eżitu tiegħu.", "CHARLES BUHAGIAR: Hemm żewġ argumenti oħrajn.", "Meta toħroġ l-iscreening letter ħafna drabi jinbidlu l-pjanti għax tipprova tara xi tgħid l-iscreening letter u tbiddel.", "Il-multa fuqhiex tinħadem, fuq l-ewwel pjanti li jkunu sottomessi?", "PHILIP MIFSUD: Titlob revision of bill; jien għamiltha.", "CHARLES BUHAGIAR: U suppost nagħmlu hekk u titla' bi grant u tiġi rifjutata u l-multa tkun tħallset, x'se jiġri, se tkun reimbursed il-multa?", "PHILIP MIFSUD: Jien dak li kont qed nirriferi għalih aktar qabel; ikollok sitwazzjoni fejn tkun tħallset il-multa u l-iżvilupp jiġi rifjutat.", "DR. IAN STAFRACE: Jekk intom tħossu li l-multa għandna nħalluha kif kienet sal-lum li titħallas fl-aħħar ....", "DR. IAN STAFRACE: Jekk ma tiddikjarax inti li hija to sanction.", "PHILIP MIFSUD: Għax jista' ikun hemm intenzjoni ta' misleading information.", "Li xtaqt ngħid jien huwa li kull fejn qed tagħmlu l-increasing tal-percentages tridu tagħmlu li hemm il-capping tal-€50,000 għax naħseb se jkun hemm ħafna li jaslu għalih!", "THE CHAIRMAN: Imma 50% xorta hija ħafna.", "Ejjew niddeċiedu persentaġġ ieħor għax 50% huwa ħafna.", "Hawnhekk il-4(2) u l-5(2), jekk inti ma ndikajtx li qed tapplika to sanction il-multa li trid tħallas biex tissanzjona tiżdiedlek by a further 50% minn dak kif tinħadem skont l-iskeda hawnhekk.", "PHILIP MIFSUD: Dik tista' tkun b'mod verament ġenwin.", "Jista' ikun li, pereżempju inti qed tapplika għal additions bini eżistenti, tipprova tittrejsja l-file l-antik, is-sid ma jagħtihulekx u l-MEPA jgħidulek ma nstabx, allura ma tistax tindika to sanction għax m'għandekx ma xiex tqabbel u waqt l-ipproċessar il-file jinstab – din ġieli tiġri – u jgħidulek li trid tissanzjona.", "Jiena naħseb li fejn ikun hemm min jipprova jgħaddi mit-tieqa minflok mill-bieb u jipprova jagħmel \"proposed\" minflok \"to sanction\" u jinqabad, għandu jkun ippenalizzat, imma f'każijiet ġenwini oħra ma naħsibx li għandu jiġi penalizzat.", "Jien naħseb li l-percentage, bħalma qed jgħid iċ-chairman, nistgħu niddiskutuh, imma naħseb trid tiżdied parti li jingħad li ....", "DR. IAN STAFRACE: Nagħmluha \"may\" bħalma hemm fl-oħrajn.", "THE CHAIRMAN: U dwar il-persentaġġ x'tissuġġerixxi?", "Hawnhekk għandek multi ta' €2,000, jiġifieri 10% hija €200 diġà hija sostanzjali.", "Jien għandi averżjoni għall-multi kollha, mill-ispeed cameras, għas-CVA jekk ma tħallashiex in time, għall-multi tal-VAT, u kollox.", "Ma naħsibx li l-multi nistgħu nfajruhom \"hekk\" meta din hija penali pjuttost sostanzjali.", "DR. IAN STAFRACE: Jien nerġa' ngħid li l-messaġġ wara dan kollu huwa d-deterrent biex dak li jkun ma jagħmilhiex.", "Biex nieħu spunt minn dak li semma il-Perit Mifsud, ikollok min m'għamilhiex to sanction għax ma sabx il-file, però il-maġġoranza tal-każijiet li ltqajna magħhom ma kenux hekk.", "Fil-maġġoranza tal-każijiet li ltqajna magħhom nindunaw li hija to sanction jew għax issir site inspection u tinduna li ħanut diġà fetaħ ..… Allura dak għandu jkun trattat bl-istess mod ta' bniedem li qabel ma fetaħ qagħad jistenna l-proċess, ħareġ il-permess, irċieva l-permess, ħallas il-bank guarantees imbagħad mar fetaħ?", "U bniedem li l-għada li daħħal l-application, jew anzi qabel ma daħħal l-application qabad u fetaħ, għaddej, sakemm qed tiġi proċessata l-application għadu għaddej, dak m'għandux jiġi muri a priori li dik ma jistax jagħmilha għax se jiġi żvantaġġat?", "Il-livell ta' compliance li qegħdin niltaqgħu miegħu llum, fl-opinjoni tiegħi, huwa ħafna ogħla mil-livell ta' compliance li konna qed niltaqgħu miegħu anke fi żmenijiet mhux passati ħafna, anke fi żmenijiet passati pjuttost riċenti.", "Il-compliance tagħtik element ta' ċertezza u hawnhekk m'iniex qed nirriferi għall-compliance certificate imma l-compliance in ġenerali.", "U tagħtik anke ċ-ċertezza, anke mill-esperjenza li kelli magħkom bħala practitioners, fejn anke intom stess bniedem meta qed tagħtih parir qisek mhux inti biss qed tgħidlu din tagħmilhiex għaliex hija kontra l-permess, imma għandek iżjed għodda li biha bniedem tiddiżinċentivah milli jagħmilha dik il-ħaġa.", "Jien persważ li intom fil-professjoni tagħkom tiltaqgħu ma' ħafna nies li jistaqsukom jekk xi ħaġa jistgħux jibdewha jew le.", "Dawn huma kollha għodda biex dak li jkun ngħidulu biex dik il-ħaġa ma jagħmilhiex.", "Jekk tistaqsuni minn fejn ġiet il-50% ngħidilkom li dik hija arbitrarja; issa tkunx 50%, tkunx 10% jew ma tkun xejn ....", "Irridu nżommu f'moħħna li l-applikazzjonijiet ma jagħmluhomx l-individwi, jagħmluhom il-periti u naħseb li l-MEPA għandha forsi tindirizza din is-sitwazzjoni li fejn professional qed jipprova jqarraq hemm il-warrant tal-individwu fin-nofs.", "Jien għamilt perjodu fil-bord u naf li jkun hemm dawn l-affarijiet.", "DR. IAN STAFRACE: Aħna anke fil-laqgħat li qed ikollna mal-Kamra tal-Periti qegħdin nippruvaw nixprunaw kemm jista' ikun l-element ta' self-regulation u se nibdew l-ewwel esperiment bil-compliance certificates li għandhom ikunu kif suppost huma anke llum, li fuq id-dikjarazzjoni tal-perit għandna nimxu.", "M'hemmx għalfejn il-perit jagħmillek dikjarazzjoni mbagħad fl-istess ħin nibgħat tnejn minn nies jiċċekjaw dak li qed jiġri.", "THE CHAIRMAN: Illum bl-indemnity kważi tasal.", "THE CHAIRMAN: Illum sar hawn il-kultura tal-mitigazzjoni.", "Jekk xi ħadd l-ewwel toħroġlu l-compliance l-perit, imbagħad irid ibigħu u jinduna li dak il-compliance huwa fażull, naħseb l-ebda perit mhu se jidħol għal dik ir-responsabbiltà li jagħti informazzjoni skorretta.", "Jien ma nġorrix u tlift klijenti fuq hekk.", "Ħalli nippruvaw nikkonkludu.", "Jien nissuġġerixxi li fil-4(2) u l-5(2) minflok il-kelma \"shall\" indaħħlu l-kelma \"may\" u minflok 50% nagħmlu 20%.", "DR. IAN STAFRACE: U nġibuha li titħallas fl-aħħar.", "Fuq Skeda B għandna żewġ issues; development not in ODZ u development in ODZ.", "Jien naħseb li qegħdin naqblu li jkun hemm dawn iż-żewġ kategoriji.", "Rigward l-iscaletta tal-penali u l-quantum 400%, 450%, 500% għal not in ODZ u 600%, 700%, 800% għal within ODZ.", "Dawn iż-żewġ punti nixtieqkom taraw.", "(Interruzzjonijiet) Jidher li hawn qbil li għandna nġibuhom f'żewġ ammonti, jiġifieri 400% u 600%.", "Dwar Skeda C m'hemmx għalfejn diskussjoni, naturalment \"shall\" tiġi dejjem \"may\".", "DR. IAN STAFRACE: Din, anke fuq suġġeriment tagħkom, il-failure to return setting out request notice żidna \"where this is required\" għax mhux f'kull każ forsi tkun required, u l-oħra tal-completion certificate għamilna jekk tkun fil-kondizzjoni tal-permess.", "CHARLES CHARLES: Rigward l-ewwel waħda tal-commencement notice jekk ikun to sanction m'għandekx bżonn commencement notice.", "CHARLES BUHAGIAR: Għax jekk tkun to sanction ma jkollokx bżonn completion certificate.", "PHILIP MIFSUD: In-number 8 tat-text x'qegħdin tfissru biha eżatt?", "DR. IAN STAFRACE: Dik tneħħiet issa għax dik il-kategorija spiċċat.", "Jien li kont se nissuġġerixxi huwa li nagħmlulkom verżjoni ta' din u oħra tad-daily fines bit-track changes ħalli anke intom tkunu żguri li l-emendi li xtaqtu huma kollha nklużi.", "Ngħadduhielkom through s-segretarja tal-Kumitat.", "THE CHAIRMAN: Tajjeb ħafna.", "Nirrigrazzjakom u naġġorna l-Kumitat.", "Fit-2.42p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111214_006d_dpc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 14 ta' Diċembru, 2011", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-1:09p.m.", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett, Chairman tal-Kumitat, ippresjeda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Leo Brincat; u l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 5 li saret fis-16 ta' Novembru 2011 kienu konfermati.", "KONTINWAZZJONI TA' DISKUSSJONI DWAR ABBOZZ TA' AVVIŻ LEGALI:", "Il-Kumitat għadda sabiex ikompli d-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Avviż Legali u stieden lill-Avukat Ian Stafrace, Chief Executive Officer tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, sabiex jieħu sehem fid-diskussjoni.", "Il-Kumitat qabel li fi Skeda A, għad-Development not in ODZ il-multiplier kollu jkun 200% u għad-development in ODZ il-multiplier ikun kollu 400% u li kull fejn hemm il-kelma \"shall\" din tiġi sostituta bil-kelma \"may\".", "Ġie maqbul ukoll li f'paragrafu (b) ta' klawsola 6 jiddaħħal capping ta' 36 metru kwadru.", "Iċ-Chairman issuġġerixxa li f'subklawsola 4(2) u f'subklawsola 5(2) minflok il-kelma \"shall\" tidħol il-kelma \"may\" u l-50% tinbidel għal 20% u li l-multa titħallas fl-aħħar.", "Għal dak li jirrigwarda Skeda B il-Kumitat qabel li l-ammonti jiġu miġbura fi tnejn, jiġifieri 400% u 600% u kull fejn hemm il-kelma \"shall\" tidħol il-kelma \"may\".", "Fi Skeda D, kif kien diġà maqbul f'laqgħa preċedenti tal-Kumitat, mal-kliem \"Failure to return Setting Out Request Notice\" se jiżdiedu l-kliem \"where this is required\".", "Għar-rigward tal-Completion Certificate din tkun biss jekk tkun fil-kondizzjoni tal-permess u meta tkun meħtieġa.", "Il-Kumitat qabel li l-Avukat Ian Stafrace jagħmel verżjoni ġdida taż-żewġ abbozzi ta' avviżi legali li kienu għad-diskussjoni fil-Kumitat bl-emendi kif ġew maqbula fil-Kumitat u jgħaddihom lill-Membri tal-Kumitat.", "Id-diskussjoni dwar dan l-Abbozz ta' Avviż Legali ġiet konkluża.", "Fit-2:42 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRMAN TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20111214_006m_dpc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 45", "Il-Ħamis, 12 ta' Jannar 2012 f'nofsinhar", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ħamis, 12 ta' Jannar 2012 f'nofsinhar fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra", "Affarijiet Oħra.", "12 ta' Jannar 2012 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120112_045a_xog.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ħamis, 12 ta' Jannar 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, Valletta, fn-12.10pm.", "PREŻENTI", "Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari, l-Onor David Agius, l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Anglu Farrugia u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 44 li saret fis-7 ta' Diċembru 2011 kienu konfermati.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li huwa kien irċieva talba mill-PBS, NET News u ONE News biex jiffilmjaw l-ewwel parti tal-laqgħa u talba wkoll minn The Times u NET News biex fotografi jieħdu ritratti tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "L-iSpeaker irrefera għall-ittra li l-Kap tal-Oppożizzjoni bagħtlu fis-7 ta' Jannar 2012 fejn talbu biex il-Parlament jissejjaħ b'urġenza qabel it-18 ta' Jannar 2012 kif kien aġġorna fl-14 ta' Diċembru 2011 u għar-risposta tiegħu fid-9 ta' Jannar 2012 fejn infurmah li ma ħassx li kien hemm bżonn li l-Parlament jitlaqqa' qabel it-18 ta' Jannar 2012.", "L-iSpeaker ippreżenta dawn iż-żewġ ittri lill-kumitat.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-kumitat beda billi awgura lill-Onor Carmelo Mifsud Bonnici, Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari, fil-kariga ġdida tiegħu.", "Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari informa lill-Kumitat li l-Prim Ministru kien se jkun fuq żjara uffiċjali fit-Tuneżija u l-Qatar bejn it-Tnejn, 16 ta' Jannar u l-Ħamis, 19 ta' Jannar.", "Huwa qal li fis-seduta tal-Erbgħa, 18 ta' Jannar kienet se tiġi kommemorata l-mewt ta' omm l-Onor Francis Zammit Dimech u wara, il-ħsieb tal-Gvern kien li l-Parlament jibda jiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni – Abbozz Nru 92 - segwit bl-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Abbozz Nru 94.", "Huwa tkellem ukoll dwar il-ħtieġa li jiġi diskuss l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Unjoni l-Ewropea – Abbozz Nru 101 – u ssuġġerixxa li dan jiġi diskuss wara l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni.", "L-Oppożizzjoni ma qablitx mal-aġenda proposta in vista tas-sitwazzjoni preżenti fil-pajjiż li kellha tieħu preċedenza fuq ix-xogħol leġislattiv.", "Għall-mistoqsija magħmula mill-Membri tal-Oppożizzjoni jekk il-ġimgħa d-dieħla l-Gvern kienx beħsiebu jara kellux a working majority biex titneħħa l-instabilità, il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari wieġeb li sa dak il-ħin, ma kien hemm l-ebda mozzjoni quddiem il-Kamra, la min-naħa tal-Gvern u lanqas min-naħa tal-Oppżozzjoni.", "Darba li jkun hemm mozzjoni, il-Gvern ma kienx se joġġezzjona li jiddiskutiha.", "Il-Membri tal-Oppożizzjoni talbu li l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra jerġa' jiltaqa' nhar it-Tnejn, 16 ta' Jannar 2012, liema talba ma kenitx milqugħa mill-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari dment li ma jkunx hemm żviluppi ġodda.", "Fis-1.00 pm il-kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120112_045m.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 46", "It-Tnejn, 16 ta' Jannar 2012 fis-6.30 pm", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 16 ta' Jannar 2012 fis-6.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra", "Affarijiet Oħra.", "16 ta' Jannar 2012 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120116_046a_xog.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 16 ta' Jannar 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.35 pm.", "PREŻENTI", "Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari, l-Onor David Agius, l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Anġlu Farrugia u l-Onor Joe Mizzi.", "Kien preżenti wkoll l-Onor Ċensu Galea.", "Il-minuti tal-laqgħa Nru 45 li saret fit-12 ta' Jannar 2012 kienu konfermati.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li huwa kien irċieva talba minn The Times biex jibgħatu fotografu, mill-Public Broadcasting Services biex jiffilmjaw l-ewwel parti tal-laqgħa u mill-media.linkcommunications, ONE News u Where's Everybody biex jiffilmjaw is-seduta kollha.", "L-Onor Joe Mizzi, f'isem l-Oppożizzjoni, qal li ma kellux oġġezzjoni biex it-talbiet kollha li saru jiġu milqugħa.", "Il-Ministru tal-Intern u tal-Affarijiet Parlamentari qal li l-prattika tas-soltu għandha tiġi segwita u għaldaqstant ingħata permess biex jittieħdu filmati fil-bidu tal-laqgħa.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li wara l-aħħar laqgħa tal-kumitat li nżammet fit-12 ta' Jannar 2012, l-Uffiċċju tal-Iskrivan tal-Kamra kien irċieva żewġ mozzjonijiet min-naħa tal-Oppożizzjoni fit-13 ta' Jannar 2012.", "Il-Ministru tal-Intern u l-Affarijiet Parlamentari beda billi qal li l-Gvern kien lest li fuq l-aġenda tal-Parlament ta' nhar l-Erbgħa, 18 ta' Jannar 2012, titpoġġa l-mozzjoni Nru 287 – mozzjoni ta' proċedura biex il-Kamra taġġorna għall-Ħamis, 19 ta' Jannar sabiex tiddiskuti l-mozzjoni ta' sfiduċja fil-Gvern imressqa mill-Oppożizzjoni (Mozzjoni Nru 286).", "Wara li l-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari rrimarka li kien qiegħed iqis il-mozzjoni ta' proċedura bħala mozzjoni ta' giljottina, l-Onor Anglu Farrugia qal li f'isem l-Oppożizzjoni kien qed joffri li jekk jaslu għal ftehim dwar id-diskussjoni fuq il-mozzjoni ta' sfiduċja, jirtira l-mozzjoni ta' proċedura.", "Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari qal li jekk tiġi rtirata l-mozzjoni ta' proċedura, il-mozzjoni ta' sfiduċja tista' tibda tiġi diskussa minn nhar it-Tnejn, 23 ta' Jannar 2012, mingħajr limitu fuq in-numru ta' seduti allokati għal tali diskussjoni.", "L-Onor Joe Mizzi qal li peress li fil-Kumitat kulħadd kien qiegħed jaqbel li l-mozzjoni ta' sfiduċja għandha tiġi diskussa, l-Oppożizzjoni kienet qed tirtira l-mozzjoni ta' proċedura bil-premessa li jintlaħaq qbil fuq time-frame u fuq kemm hemm bżonn seduti għad-diskussjoni fuq il-mozzjoni ta' sfiduċja.", "L-Oppożizzjoni qablet mas-suġġeriment li l-mozzjoni tibda tiġi diskussa mit-Tnejn, 23 ta' Jannar 2012 imma ma qablitx li ma jkunx hemm ftehim fuq in-numru ta' seduti allokati.", "Fis-7.16pm il-Kumitat kien sospiż u rriżuma fil-7.35pm", "Il-Kumitat kompla jiddiskuti l-pożizzjonijiet meħuda miż-żewġ naħat.", "Peress li ma ntlaħaqx ftehim, l-Onor Mizzi ippropona li l-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari informa lill-Kumitat li bħala l-ewwel item fuq l-aġenda tas-seduta ta' nhar l-Erbgħa, 18 ta' Jannar 2012, kien se jpoġġi d-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni – Abbozz Nru. 92", "Fit-8.05 pm il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120116_046m.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 47", "L-Erbgħa, 18 ta' Jannar 2012 fl-4.15 pm", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 18 ta' Jannar 2012 fl-4.15 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra", "18 ta' Jannar 2012 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120118_047a_xog.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 18 ta' Jannar 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-4.20 pm.", "PREŻENTI", "Il-Ministru tal-Intern u tal-Affarijiet Parlamentari, l-Onor David Agius, l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Anglu Farrugia u l-Onor Joe Mizzi.", "Kien preżenti wkoll l-Onor Ċensu Galea, Deputy Speaker.", "Il-minuti tal-laqgħa Nru 46 li saret fis-16 ta' Jannar 2012 kellhom jitqassmu lill-Membri aktar 'il quddiem matul il-laqgħa.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li huwa kien irċieva talba minn \"The Times\" biex jibagħtu fotografu, u talba mill-media.linkcommunications, mill-ONE News u mill-Public Broadcasting Services biex jiffilmjaw l-ewwel parti tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari informa lill-Kamra li kien intlaħaq qbil sabiex id-diskussjoni fuq il-mozzjoni ta' sfiduċja fil-Gvern ippreżentata mill-Onor Anġlu Farrugia u l-Onor Joe Mizzi tibda minn nhar it-Tnejn, 23 ta' Jannar 2012 u tagħlaq f'nofsinhar tal-Ħamis, 26 ta' Jannar 2012.", "L-Oppożizzjoni kellha tieħu siegħa u nofs mill-ħin tad-dibattitu, waqt li l-ħin kollu li jkun fadal ikun għall-Gvern.", "Il-kumitat qabel li jekk ikun hemm il-ħtieġa, il-ħin allokat għad-diskussjoni jitwal xi ftit u Membru jkun jista' jitkellem għal ħin aktar minn kif stipulat fl-Ordnijiet Permanenti.", "Il-kumitat irrefera għar-riżoluzzjoni Nru 285 dwar trasferiment ta' proprjetà lil diversi clubs u assoċjazzjonijiet, liema riżoluzzjoni kienet diskussa u approvata b'mod unanimu mill-Kumitat dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika fid-9 ta' Jannar 2012.", "Il-kumitat qabel li l-President tal-Kumitat dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika jirrapporta lill-Kamra fis-seduta ta' dakinhar, 18 ta' Jannar, u dakinhar stess ukoll, il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur iressaq il-mozzjoni li titqiegħed għall-vot mingħajr diskussjoni.", "L-iSpeaker irrefera għal attendenza tal-pubbliku fis-seduti li matulha kienet se tiġi diskussa l-mozzjoni ta' sfiduċja fil-gvern u talab il-koperazzjoni tal-Membri fir-rigward tal-proċedura li se tiġi segwita għad-dħul tal-membri tal-pubbliku fl-iStrangers' Gallery.", "L-Iskrivan tal-Kamra kellha tiddiskuti mal-Whips għar-rigward proċedura li se tintuża.", "AFFARIJIET OĦRA", "L-iSpeaker irrefera għad-dikjarazzjoni tal-Ġnus Magħquda li ddikjarat il-25 ta' Jannar bħala l-jum internazzjonali li jikkommemora l-vittmi tal-Olokawst.", "Il-kumitat qabel li din il-kommemorazzjoni ssir fis-seduta tal-Erbgħa, 25 ta' Jannar 2012.", "L-iSpeaker irrefera għall-programm ta' attivitajiet biex jiġi ċelebrat id-90 anniversarju minn mindu ġie mwaqqaf il-Parlament ta' Malta fl-1921 u kif kien miftiehem f'laqgħa preċedenti tal-kumitat, qassam lill-Whips kopja ta' ktejjeb dwar il-Parlament ta' Malta li kien se jitqassam fl-iskejjel.", "L-iSpeaker talab lill-Whips jgħaddulu xi kummenti dwar il-pubblikazzjoni kemm jista' jkun kmieni.", "Fi tmiem tal-laqgħa l-iSpeaker qassam kopja tal-minuti tal-laqgħa nru.", "46 tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra li nżammet it-Tnejn, 16 ta' Jannar 2012.", "Dawn il-minuti kellhom jiġu konfermati fil-laqgħa li jmiss.", "Fl-4.29 pm il-kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120118_047m.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 48", "It-Tnejn, 6 ta' Frar 2012 fis-6.30 pm", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 6 ta' Frar 2012 fis-6.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra", "Affarijiet oħra", "2 ta' Frar 2012 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120206_048a_xog.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 6 ta' Frar 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.51 pm.", "PREŻENTI", "Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari, l-Onor David Agius, l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Anġlu Farrugia u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-minuti tal-laqgħa Nru 46 li saret fis-16 ta' Jannar 2012 u tal-laqgħa Nru 47 li saret fit-18 ta' Jannar 2012 kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "L-Onor Carmelo Mifsud Bonnici, Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari, informa lill-Kumitat li nhar l-Erbgħa, 8 ta' Frar 2012 il-Parlament ma jiltaqax minħabba li fl-istess ħin kienet se tiġi konċelebrata l-quddiesa tal-ordinazzjoni episkopali tal-Monsinjur Prospero Grech.", "L-Onor Mifsud Bonnici informa lill-Kumitat li huwa l-ħsieb tal-Gvern li nhar it-Tlieta, 7 ta' Frar, 2012 tibda d-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Unjoni Ewropea - Abbozz Nru. 101.", "Qal ukoll li jekk id-diskussjoni ma tagħlaqx, titkompla t-Tnejn, 13 ta' Frar 2012 u jekk id-diskussjoni dan l-Abbozz tagħlaq titkompla d-diskussjoni dwar it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Ligi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni – Abbozz Nru 92.", "Għal mistoqsija tal-Onor Joe Mizzi dwar meta kien se jiltaqa' l-Parlament wara t-13 ta' Frar, l-Onor Mifsud Bonnici qal li l-ħsieb huwa li l-Parlament jiltaqa' t-Tlieta u l-Erbgha, 14 u 15 ta' Frar imma li qabel jipproponi aġenda ried ikun jaf kemm hemm kelliema min-naħa tal-gvern u min se jkun imsiefer.", "L-Onor Joe Mizzi staqsa meta se tiġi diskussa l-Mozzjoni numru 280 imressqa mill-Onor Jose' Herrera u l-Onor Michael Falzon dwar riforma fis-setturi tal-ġustizzja u l-intern.", "Filwaqt li l-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari assigura lill-Kumitat li l-mozzjonijiet kollha li hemm pendenti kienu se jigu diskussi, f'dak il-mument ma kienx f'pożizzjoni li jindika data għall-mozzjoni msemmija imma qal li dan se jagħmlu iktar 'il quddiem.", "AFFARIJIET OĦRA", "Mr Speaker ġibed l-attenzjoni tal-Kumitat li kien għad irid jiġi diskuss l-Ombudsplan għas-sena 2012 li tqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta numru 387 tat-3 ta' Ottubru 2011.", "Ma ntlaħaqx ftehim dwar data li fiha kellu jiġi diskuss l-Ombudsplan.", "Mr Speaker fakkar ukoll lill-Membri li l-Kumitat kellu wkoll jiddeċiedi dwar il-proposta li s-Sette Giugno jibda jiġi kommemorat lejliet is-7 ta' Ġunju minflok fil-ġurnata proprja.", "Deċiżjoni fuq dan il-punt tħalliet għal aktar 'il quddiem,", "Mr Speaker irrefera għall-pubblikazzjoni tal-ktejjeb dwar il-Parlament ta' Malta li kien se jitqassam fl-iskejjel bħala parti mill-programm ta' attivitajiet biex jiġi ċelebrat id-90 anniversarju minn mindu ġie mwaqqaf il-Parlament ta' Malta fl-1921.", "Huwa informa lill-Kumitat li wara li kien ħa nota tal-kummenti li ntbagħtu miż-żewg naħat tal-Kamra, kien se jipproċedi bil-pubblikazzjoni tal-ktejjeb.", "L-Onor Joe Mizzi staqsa meta se jibda l-video streaming tal-laqghat tal-Kumitati fuq l-internet, liema servizz eventwalment kellu jiġi estiż għas-seduti tal-Kamra tad-Deputati.", "Mr Speaker informa lill-Kumitat li l-proċess tal-ghazla kien lest u li l-kumpannija magħżula diġà giet avviċinata.", "Qal ukoll li s-sejħa għat-tenders ma kenitx tkopri biss kamra wahda tal-kumitati imma li qabel ma tiġi installata fi kmamar oħra, is-sistema kellha tiġi ppruvata.", "Mr Speaker qabel mal-Onor Mizzi li dan is-servizz jiġi estiż, kif kien maqbul fil-prinċipju fil-laqgħa nru.", "29 tat-12 ta' Jannar 2011.", "Għad-domanda tal-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari dwar kif se tithaddem is-sistema, Mr Speaker qal li se jigu formulati linji gwida għal dan il-għan.", "Fis-7.14 pm il-kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120206_048m.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 120", "It-Tlieta, 7 ta' Frar, 2012", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 7 ta' Frar, 2012 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Approvazzjoni tar-Rapport dwar Paceville.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120207_120a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 120", "It-Tlieta 07 ta' Frar, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 120", "It-Tlieta 07 ta' Frar, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-07:40 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 118 li saret nhar l-Erbgħa, 9 ta' Novembru 2011 ġew ikkonfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kumitat;", "E-mail mibgħuta mill-Anti-Poverty Forum Malta datata 3 ta' Jannar 2012.", "Din il-korrispondenza qiegħda tintbagħat mis-Sinjura Irene Schembri u tgħid hekk:", "Mela nistgħu nibagħtulhom risposta biex naraw insibux ġurnata li fiha nistgħu niltaqgħu xi darba wara nofsinhar.", "U meta nkunu nafu bid-data, navża lilkom biex jekk xi ħadd ikun irid jiġi, ikun jista' jagħmel dan ukoll.", "L-Onor.", "Carmelo Abela qiegħed juri x-xewqa li jattendi, u anke l-Onor.", "Mela l-ħin nipprovaw inħalluh għat-3.30 p.m. għax f'dak il-ħin it-tlieta li aħna nistgħu.", "U bħala ġurnata, jekk ma jinqala' xejn, inħalluha għall-14 tax-xahar.", "Approvazzjoni tar-Rapport dwar Paceville", "THE CHAIRMAN: Nixtieq niċċirkola magħkom dan ir-rapport;", "L-Imġieba taż-Żgħażagħ f'Paceville – It-Tmien Rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali", "Naħseb li dan ir-rapport irridu nibdlulu ismu u minflok jiġi jinqara hekk: \"Lejn Iktar Sigurtà u Bon Ordni f'Paceville\".", "Qed ngħid hekk għax meta konna qegħdin nitkellmu, spjegajna mill-ewwel li t-terms of reference tagħna kienu li naraw kif nistgħu nersqu lejn aktar sigurtà u bon ordni kemm għaż-żgħażagħ kif ukoll għar-residenti u għal dawk l-individwi li jaħdmu u li nvestew f'dik l-area.", "Jiena kelli ċ-ċans li nara dan ir-rapport, u naħseb li meta wieħed jara s-suġġerimenti jsib li dawn kollha jħarsu dan l-aspett.", "Fil-fatt id-diskussjonijiet kollha li kellna kienu kollha ffokati fuq kif nistgħu naslu lejn proposti għal aktar sigurtà u bon ordni f'din il-lokalità.", "Jekk wieħed iħares lejn dawn il-proposti li tagħhom għamlet sommarju tajjeb ħafna r-Research Analyst tagħna, Dr Elaine Burmingham, isib li ...", "JUSTYNE CARUANA: … aktar serħan tal-moħħ għar-residenti f'Paceville.", "THE CHAIRMAN: Imma hawn mhux fuq ir-residenti biss qegħdin nitkellmu.", "Huwa bon ordni u sigurtà għal kulħadd, kemm għar-residenti, kemm għaż-żgħażagħ li jiffrekwentaw dawk il-postijiet, kemm għall-ħaddiema li jaħdmu hemmhekk kif ukoll għal dawk li nvestew.", "Aħna ħarisna lejn kulħadd.", "Għalissa ejjew inħalluha kif inhi u mbagħad, as we go along, jekk insibu xi ħaġa iżjed addattata, nipproponuha.", "Kelli proposta x'nagħmel u araw jekk taqblux magħha jew le.", "Filwaqt li nistgħu nibdew niddiskutu dan ir-rapport ħalli nkunu ċerti minn dak li qegħdin nagħmlu, bil-permess tagħkom xtaqt li noħorġuh għall-konsultazzjoni pubblika biex nagħmlu n-nies aktar aware minnu u b'hekk, qabel ma nikkonfermawh u ngħidu li din id-diskussjoni issa ġiet magħluqa, inpoġġuh għall-iskrutinju pubbliku biex min irid jagħtina feedback ikun jista' jagħmel dan ukoll.", "Tista' tkun l-MHRA, il-GRTU, il-Pulizija, iż-żgħażagħ stess jew kwalunkwe persuna oħra.", "Aħna nieħdu nota ta' dak li jintqal lilna biex b'hekk verament inkunu għamilna konsultazzjoni miftuħa.", "Ma niddejjaq xejn li sadanittant nibdew niddiskutu dan ir-rapport, u li noffru l-possibbilità li nibagħtu kopja lil dawk kollha li kienu nklużi fid-diskussjonijiet li għamilna u li huma elenkati f'paġna 3 ta' dan ir-rapport biex nagħtuhom iċ-ċans li li jekk iridu jżidu xi ħaġa oħra ma' dak li diġa' hawn miktub.", "Naturalment nagħtuhom deadline ħalli nkunu nistgħu nagħlquh ukoll.", "Dan inkunu qegħdin nagħmluh biex inkunu konxji li dak li qegħdin nipproponu qed nipproponuh f'isimhom u biex nuru l-ideat mifruxa, anke jekk ikunu ideat kontrastanti għal xulxin.", "Din tkun riċerka li jkun għamel dan il-Kumitat u li għandu jwassalha lill-eżekuttiv tal-Gvern u lill-kumplament tas-soċjetà Maltija.", "Jekk hawn xi kummenti fuq dan nixtieq nismagħhom.", "Qed ngħid dan ħalli llejla, qabel ma jagħlaq il-Parlament, inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan ir-rapport u b'hekk nagħmluh pubbliku.", "Sadanittant f'laqgħat oħra nkunu nistgħu nkomplu bid-diskussjoni tagħna fuq dan is-suġġett.", "It-tieni punt li xtaqt nagħmel huwa dan: Elaine ġabret b'mod qasir ferm, imma tajjeb u konċiż, ir-rijassunt tal-laqgħat kollha li kelli, uħud minnhom b'mod formali hawnhekk, filwaqt li oħrajn kienu one to one, u għandna wkoll il-kummenti tar-residenti u dawn jinsabu f'paġna 5.", "Fil-fatt, uħud mill-kummenti tħallew ad litteram, jiġifieri ma ħbejna xejn minn dak li qalulna r-residenti, u dak kollu li smajna qegħdin nirriproduċuh hawnhekk f'dan ir-rapport.", "Minn paġna 5 sa paġna 8, 9 u 10 huma kollha l-kummenti tar-residenti.", "Ir-residenti, jiġifieri n-native residents, ħalli nuża l-kelma li wżajna f'dik il-laqgħa pubblika li kellna fil-Millennium Chapel.… Fil-fatt hemm żewġ tipi ta' residenti; hemm dawk ir-residenti di passaggio, li jkunu qegħdin jgħixu fl-appartamenti ta' Paceville għal ċertu perjodu ta' żmien, u mbagħad għandek dawk ir-residenti li jkunu jgħixu hemmhekk is-sena kollha, u dawn huma l-anzjani tal-familja li kienu hemmhekk minn qabel ma ġie l-investiment f'Paceville.", "Dawn huma l-kummenti ta' dan it-tip ta' residenti.", "F'paġna 10 insibu r-realtà ta' Paceville u nsibu diversi kummenti rigward is-sigurtà ġewwa Paceville, filwaqt li minn paġna 12 sa paġna 14 insibu l-kummenti li qalulna fil-laqgħat li kellna hawnhekk.", "F'paġna 14 insibu paragrafu 2.3 li jirriferi għall-konsum tal-alkoħol, u li dan ukoll kien punt importanti ħafna u li ma nistgħux ma nirriferux għalih.", "Fil-fatt nistgħu naraw riferenzi li saru għal dak li qalu l-GRTU u l-GASP, li huwa organu li jirrappreżenta lill-ġenituri, fuq din il-problema tas-sigurtà ġewwa Paceville.", "F'paġna 16 insibu paragrafu 2.4 li jagħmel riferenza għall-istudenti tal-Ingliż.", "Aħna qegħdin insemmu l-istudenti tal-Ingliż, u hemm dak li qiegħda tgħid l-għaqda FELTOM.", "F'paġna 18 insibu paragrafu 2.5 li għandu x'jaqsam mal-iskart ġewwa Paceville, u paragrafu 2.6 li għandu x'jaqsam mal-gentleman's clubs għax kellna wkoll diskussjoni mas-sidien ta' dawn l-istabbilimenti u jien kont ġejt mitlub sabiex niltaqa' ma' xi wħud mill-owners tagħhom.", "JUSTYNE CARUANA: Ikkonsidrajt is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol tagħhom?", "THE CHAIRMAN: Iva, kollox ikkonsidrajt u kkonsidrajtu fid-dawl tax-xemx għax il-laqgħa magħhom kienet wara nofsinhar.", "F'paġna 19 insibu paragrafu 2.7 li jirriferi għall-istorbju f'Paceville, mentri paġna 20 tirreferi għaż-żgħażagħ u d-divertiment.", "Hemmhekk għandna wkoll kummenti mill-Aġenzija Żgħażagħ u mill-MHRA.", "Personalment, paġna 22 hija l-aktar interessanti għax fiha nsibu s-suġġerimenti.", "Fil-fatt għandek suġġerimenti dwar is-servizz ta' ambulanza f'Paceville, pjan ta' kontinġenza, għassa tal-pulizija, li jkun hemm aġġornament tal-liġijiet u diversi suġġerimenti oħra.", "Għandek is-suġġerimenti li saru mill-Membri tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.", "F'paġna 23 insibu suġġerimenti dwar it-town centre management, filwaqt li f'paġna 24 insibu suġġerimenti fuq il-parkeġġ u fuq il-kollaborazzjoni bejn il-pulizija u l-industrija tad-divertiment u tat-turiżmu f'din l-area.", "F'paġna 25 għandek suġġerimenti fuq ir-reviżjoni tal-liġijiet, fuq il-ġbir tal-iskart u fuq l-istudenti tal-Ingliż.", "Imbagħad xi ħaġa tajba wkoll hija fejn għandek il-presentation li kienet saret mill-MTA meta konna morna hemmhekk u wrietna the way forward ta' dak li huwa l-investiment ġewwa Paceville.", "Naħseb li huwa importanti li meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni dawn is-suġġerimenti, jieħu wkoll in konsiderazzjoni l-proġetti li huma maħsuba biex itejbu din l-area.", "Meta nieħdu in konsiderazzjoni l-proġetti tal-privat kif ukoll tal-Gvern fuq dak li qed jiġi maħsub biex itejjeb lill-Paceville, naraw li dawn is-suġġerimenti jagħmlu sens.", "Issa nixtieq niftaħ id-diskussjoni magħkom, imma qabel xejn nixtieq ngħid li għada m'għandniex laqgħa tal-Kumitat minħabba li l-Parlament mhuwiex se jiltaqa'.", "Il-ġimgħa d-dieħla se nkunu qegħdin inressqu wkoll ir-rapport fuq l-uniformijiet ħalli jkollna f'idejna dan ir-rapport.", "Hawn xi suġġerimenti jew kontribuzzjonijiet min-naħa tagħkom?", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Naħseb li hija xi ħaġa tajba li dan ir-rapport jitqassam lil dawn l-entitajiet li jinsabu f'paġna 3 u f'paġna 4.", "U forsi jista' jitpoġġa wkoll fuq il-website tal-Parlament biex, jekk hemm persuni oħra li mhumiex parti minn dawn l-għaqdiet, ikunu jistgħu jarawh ukoll.", "Imma rridu nagħmluha ċara li dan ir-rapport għadu qiegħed jiġi diskuss u mhuwiex finali.", "Irridu ngħidu li għadna qegħdin nirċievu s-suġġerimenti ħalli min irid jagħti l-kontribut tiegħu, ikun jista' jagħmel hekk mingħajr l-ebda diffikultà.", "ANTHONY ZAMMIT: Sur President, aħna se ngħidulhom biex jiktbulna jew inkella jridu jiġu hawnhekk biex jgħaddulna l-kummenti jew is-suġġerimenti tagħhom?", "THE CHAIRMAN: Naħseb li fil-press release nistgħu ngħidu biex min hu interessat jibagħtilna l-kummenti bil-miktub.", "Imbagħad nistgħu nipproċedu b'dan il-mod; l-ewwel niddeċiedu fuq meta għandha tkun id-deadline.", "Sadanittant aħna nkunu lħaqna rajna r-rapport biex ma nitilfux żmien, u mbagħad fil-laqgħat li jmiss narawh.", "Imma ma napprovawhx qabel ma nkunu qrajna l-kummenti kollha.", "Meta niġu biex nagħmlu l-aħħar laqgħa finali, nistgħu nerġgħu nistiednu lil dawk il-persuni kollha li taw il-kontribut tagħhom biex ikunu jistgħu jagħmlu l-aħħar kummenti tagħhom.", "Ikun interessanti ferm li jekk xi darba, meta jkunu lesti t-transcripts kollha tad-diskussjonijiet li kellna fuq dan is-suġġett, jiġu annexed ukoll ma' dan ir-rapport.", "B'hekk, jekk xi darba ssir xi riċerka, jkollna l-full text ta' kulma ntqal, u dan ir-rapport isir aħjar milli hu.", "Jekk xi ħadd ikun irid jerġa' jagħmel riferenza għalih ikunu jafu x'qalu l-Pulizija, l-MHRA, l-MTA, eċċ. Dawn kollha nistgħu niddeċiduhom aktar 'il quddiem meta t-transcripts ikunu lesti.", "ANTHONY ZAMMIT: Naħseb li tkun idea tajba li kieku kellna nagħtuhom il-possibilità li jiġu hawnhekk, għax inkella se noqogħdu nibagħtu għalihom u mbagħad nerġgħu niġu hawnhekk aħna biex ngħidu din, din u din aċċettajniha, filwaqt li l-oħrajn għadhom għad-diskussjoni, u allura nistednuhom fuq dawk il-punti li nkunu għadna qegħdin niddiskutu.", "THE CHAIRMAN: Onor. Zammit, nista' nkompli miegħek però, dejjem jekk intom tkunu disponibbli, laqgħa bħal din nagħmluha matul il-ġimgħa u ssir għall-ħabta tas-2.00 p.m. biex inkunu nistgħu ndumu aktar, u l-uffiċjali nvoluti jkunu jistgħu jkunu qegħdin hawnhekk.", "Għandna żewġ għażliet; jew nistednuhom hawnhekk f'laqgħa normali li ssir filgħaxija, jew inkella, peress li dawn in-nies ikunu xogħol u jippreferu li jiġu waqt il-ħin tax-xogħol, nagħmlu speċi ta' konferenza żgħira fil-bini tal-Parlament b'riżultat ta' dan ir-rapport li ħejjejna, biex b'hekk nagħtuhom aktar ċans jesprimu lilhom infushom.", "L-awtoritajiet ikunu mistiedna wkoll, u nistgħu nistiednu lill-Ministri u b'hekk ikollna verament iċ-ċans li jkun hawn il-komunikazzjoni.", "ANTHONY ZAMMIT: Issib min ikun irid jiġi waqt il-ħin tax-xogħol u ssib oħrajn li ma jkunux jistgħu jiġu dak il-ħin.", "THE CHAIRMAN: M'għandix problema u jien lest li nakkomoda lil kulħadd.", "Lest li nagħmlu kif għamilna drabi oħra, jiġifieri jekk xi ħadd ikun irid jiġi filgħaxija bħalma qegħdin bħalissa, navżawh meta se nkunu qegħdin niddiskutu dan is-suġġett u jkun jista' jiġi f'dik il-laqgħa.", "Jekk tagħżlu ġurnata meta tixtiequ li nagħmlu laqgħa wara nofsinhar, bil-qalb kollha nistgħu nagħmluha wkoll.", "Nimxu pass pass, u anke għaliex irridu naraw x'feedback se jkollna.", "CARMELO ABELA: Ma tkunx idea ħażina li din il-laqgħa nagħmluha f'Paceville.", "X'taħsbu?", "THE CHAIRMAN: Ma nsibx oġġezzjoni.", "CARMELO ABELA: Ejja ngħidu li nagħmlu laqgħa tal-aħħar mal-korpi u mal-entitajiet li għandna mniżżlin hawnhekk.", "Nistgħu ma nsejħulhiex laqgħa formali tal-Kumitat imma nagħmluha f'forma ta' seminar.", "Imbagħad issir laqgħa formali hawnhekk fejn nagħtu t-timbru tal-Kumitat.", "B'dan il-mod inkunu qrib ta' dawn l-għaqdiet li jaħdmu f'dik l-area.", "THE CHAIRMAN: Ma nsibx oġġezzjoni, anzi naħseb li huwa tajjeb li noħorġu minn hawnhekk.", "Mela jista' ikollna konsultazzjoni pubblika biex dak li jkun jagħtina l-veduti tiegħu.", "L-idea hi biex meta niġu biex niddiskutuh, ikollna feedback bil-miktub li jkun qed jissostanzja s-suġġerimenti li għandna, u allura, meta noffru dawn is-suġġerimenti lill-eżekuttiv tal-Gvern, ikollna verament l-aħjar li jista' jkollna.", "It-tieni jkun tajjeb li meta nivverifikaw u nikkonkludu r-rapport u jkun hemm qbil bejnietna dwar dan, ma jżommna xejn milli mmorru nagħmlu konferenza dwar il-bon ordni u sigurtà f'Paceville ġo dan il-post stess.", "M'għandi l-ebda oġġezzjoni biex nagħmlu hekk, anzi naħseb li tista' tkun waħda mill-isbaħ esperjenzi li jista' jkollna.", "Jien qed nipproponi li t-titolu ta' dan ir-rapport ikun \"Lejn iktar sigurtà u bon ordni f'Paceville\".", "Bħala deadline llum qegħdin fit-tieni ġimgħa ta' Frar, u allura jekk nagħtu ċans sal-aħħar ta' Frar ikun biżżejjed.", "(Interruzzjonijiet) Jekk se ndumu aktar, nispiċċaw li ma nlestu qatt għax imbagħad irridu nerġgħu niddiskutu bejnietna.", "Sadanittant, jekk xi ħadd jibgħat wara li nkunu qegħdin niddiskutu, aħna xorta nistgħu nisimgħuh.", "Aħna qegħdin ngħidu għall-entitajiet, u mbagħad jekk ikun hemm xi ħadd mill-pubbliku li jkun irid jagħtina s-suġġerimenti tiegħu, ikun jista' jagħmel dan ukoll.", "Imma almenu nistgħu nibdew.", "F'Marzu se nibdew niddiskutuh aħna, u dejjem għandna tliet laqgħat oħra.", "Mhux se noqogħdu nistennew li jidħol xi suġġeriment, u allura rridu nibdew niddiskutu.", "U rridu nagħtu deadline biex ngħidu li ċċaqlaqna.", "Jekk xi ħaġa trid tiġi fis-seħħ u biex inkunu lesti qabel l-istaġun tas-sajf, irridu nibdewh kemm jista' ikun malajr.", "Mela sat-2 ta' Marzu hija d-deadline tagħna.", "Għalhekk nitlob lis-Segretarja sabiex tipprepara l-press release u tibagħtha lill-Membri permezz ta' email biex jekk xi ħadd ikollu oġġezzjoni fuq xi ħaġa, inkunu nistgħu nirranġawha.", "U jekk ma tirċievi xejn, allura tista' toħroġha.", "Il-lejla se npoġġi wkoll dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra, u għada jsiru l-korrezzjonijiet li semmejna.", "Il-ġimgħa d-dieħla, se jkollna laqgħa oħra u għalhekk nistgħu naġġornaw għal nhar it-Tlieta, fejn se jkollna rapport ieħor, din id-darba fuq l-uniformijiet tal-iskejjel.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Qegħdin jissemmew il-pulizija hawnhekk, fejn qed jingħad li jkun hawn madwar 18-il pulizija, imma li dawn ma jagħmlux dmirhom.", "U jissemma wkoll il-Kunsill Amministrattiv ta' Paceville.", "Għalhekk taħsbux li għandna nibagħtu kopja ta' dan ir-rapport lil dawn l-entitajiet u nitolbuhom sabiex jagħtuna l-feedback tagħhom fuq dawn il-kummenti?", "Per eżempju, il-Pulizija jistgħu jgħidulna għalfejn 18 u mhux iżjed u jekk hemmx il-ħsieb li jżiduhom.", "THE CHAIRMAN: Fil-press release se nitolbu għal kummenti u suġġerimenti fuq is-suġġett li qed niddiskutu ħalli nkunu nafu l-feedback tagħhom.", "Tajjeb li jkollna s-suġġerimenti ħalli l-Membri jkunu jafu li dak li qed jinkiteb f'isimhom huwiex aċċettabbli jew le, u li dan ir-rapport qed jieħu nota tal-veduti kollha.", "Qegħdin inkunu fair?", "Mela llejla se npoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Grazzi lil kulħadd.", "Fit-8.10 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha titħabbar iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120207_120d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 120", "It-Tlieta, 7 ta' Frar, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fit-7:40 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Dr Elaine Birmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "118 li saret nhar l-Erbgħa 9 ta' Novembru 2012 ġew konfermati.", "Il-President tal-Kumitat, l-Onor Edwin Vassallo qiegħed fuq il-Meja tal-Kumitat:", "Dokument 159 E-mail mibgħuta mill-Anti-Poverty Forum Malta datata 3 ta' Jannar 2012", "Approvazzjoni tar-Rapport dwar Paceville", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat iċċirkola lill-membri:", "Dok 160 L-Imġieba taż-Żgħażagħ f'Paceville – It-Tmien Rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali", "L-Onor Vassallo ippreżenta dan id-dokument biex ikun rapport ta' konsultazzjoni u ssuġerixxa li t-titlu tar-rapport jiġi mibdul.", "Wara diskussjoni ġie maqbul li t-titlu ta' dan ir-rapport jiġi mibdul għal \"Lejn aktar Sigurtà u Bon Ordni f'Paceville\".", "Il-Kumitat qabel li għandha tinħareġ Press Release biex ikun hemm sejħa pubblika biex min hu interessat jibgħat ilmenti, kummenti jew suġġerimenti fuq is-sitwazzjoni preżenti f'Paceville u kif tista' tiġi rranġata.", "Kull kumment li jintbagħat, imbagħad jiġi diskussi fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali flimkien mar-rapport.", "Fit-8:10 pm il-Kumitat aġġorna għall-data li kellha titħabbar iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120207_120m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 57", "Il-Ħamis, 9 ta' Frar 2012 fis-1.30 pm", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ħamis, 9 ta' Frar 2012 fis-1.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni fuq il-Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA).", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120209_057a_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ħamis, 9 ta' Frar 2012.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-1:40 p.m.", "L-Onor Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Preżenti wkoll kien hemm l-Onor Joseph Falzon u l-Onor Edward Scicluna, Membru tal-Parlament Ewropew.", "ASSENTI: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Kumitat ta l-permess sabiex fotografu tal-ġurnal 'The Times' ikun jista' jieħu ritratti tal-ewwel parti tal-laqgħa.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 56 li saret fid-9 ta' Diċembru kienu konfermati.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "Il-President informa lill-Membri b'dawn ir-riżoluzzjoni u dokumenti oħra li l-Parlament Ewropew għadda lill-parlamenti nazzjonali u b'numru ta' komunikazzjonijiet mill-Ambaxxata tas-Sirja dwar is-sitwazzjoni f'dak il-pajjiż skont il-Gvern Sirjan u qiegħed fir-records tal-Kumitat:-", "Dokument 933 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta` kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ,dwar il-formazzjoni ta' kumpanniji pubbliċi ta' responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (riformolazzjoni) ( – C7-0037/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0477;", "Dokument 934 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Protokoll tal-2002 tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 10 u 11 tagħha (08663/2011 – C7-0142/2011 – 2003/0132A(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0478;", "Dokument 935 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Protokoll tal-2002 tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, fir-rigward tal-Artikoli 10 u 11 tiegħu (08663/2011 – C7-0143/2011 – 2003/0132B(NLE)) P7_TA-PROV(2011)0479;", "Dokument 936 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kusill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju għall-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, minn naħa l-oħra (09189/2011 – C7-0122/2011 – 2010/0180(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0480;", "Dokument 937 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-konklużjonijiet tal-Ftehim dwar Spazju Komuni għall-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Membri tagħha u l-Ġeorġja (09185/2011 – C7-0124/2011 – 2010/0186(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0481;", "Dokument 938 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li temporanjament jissospendi d-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti industrijali fil-Gżejjer Kanarji ( – C7-0146/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0482;", "Dokument 939 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Bejgħ bin-Nieqes u ċerti aspetti tas-Swaps ta' Inadempjenza tal-Kreditu ( – C7-0264/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0486;", "Dokument 940 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea dwar għelejjel permanenti ( – C7-0129/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0487;", "Dokument 941 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2011 dwar strateġija ġdida għall-politika tal-konsumatur () - P7_TA-PROV(2011)0491;", "Dokument 942 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2011 dwar il-Logħob tal-Azzard Onlajn fis-Suq Intern () - P7_TA-PROV(2011)0492;", "Dokument 943 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2011 dwar il-Pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali () - P7_TA-PROV(2011)0495;", "Dokument 944 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew (10303/1/2011 – C7-0236/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0502;", "Dokument 945 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (tfassil mill-ġdid) ( – C7-0268/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0503;", "Dokument 946 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-konferenza dwar it-tibdil fil-klima f'Durban (COP17) - P7_TA-PROV(2011)0504;", "Dokument 947 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2011 dwar iċ-ċinema Ewropea fl-era diġitali () - P7_TA-PROV(2011)0506;", "Dokument 948 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Novembru 2011 dwar appoġġ tal-UE għall-QKI: naffaċċjaw l-isfidi u negħlbu d-diffikultajiet () - P7_TA-PROV(2011)0507;", "Dokument 949 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Novembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jiġi stabbilit Programm biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ulterjuri ta' Politika Marittima Integrata ( – C7-0292/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0508;", "Dokument 950 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Novembru 2011 dwar is-Samit bejn l-UE u l-USA tat-28 ta' Novembru 2011 - P7_TA-PROV(2011)0510;", "Dokument 951 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Novembru 2011 dwar l-internet miftuħ u n-newtralità tan-net fl-Ewropa - P7_TA-PROV(2011)0511;", "Dokument 952 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Novembru 2011 dwar il-projbizzjoni tal-munizzjonijiet tat-tferrix - P7_TA-PROV(2011)0512;", "Dokument 953 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Novembru 2011 dwar il-modernizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-VAT biex tingħata spinta lis-suq uniku diġitali - P7_TA-PROV(2011)0513;", "Dokument 954 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Novembru 2011 dwar il-ġlieda kontra s-sajd illegali fil-livell dinji – ir-rwol tal-UE () - P7_TA-PROV(2011)0516;", "Dokument 955 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-Eġittu, b'mod partikolari l-kawża tal-blogger Alaa Abd el-Fattah - P7_TA-PROV(2011)0518;", "Dokument 956 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar it-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja 2012 17470/2011 ADD 1, 2, 3, 4, 5 – C7-0446/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0521;", "Dokument 957 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni (17631/2011 – C7-0440/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0522;", "Dokument 958 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 fir-rigward tal-għajnuna li trid titħallas lura u l-inġinerija finanzjarja ( – C7-0215/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0526;", "Dokument 959 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-ġestjoni finanzjarja, għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom ( – C7-0221/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0527;", "Dokument 960 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2002/546/KE fir-rigward tal-perjodu tal-applikazzjoni tagħha ( – C7-0233/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0528;", "Dokument 961 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2007/659/KE f'dak li jirrigwarda l-perjodu ta' applikazzjoni tagħha u l-kwota annwali li tista' tibbenefika minn rata ta' sisa mnaqqsa ( – C7-0311/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0529;", "Dokument 962 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar l-indirizzar tat-tluq bikri mill-iskola () - P7_TA-PROV(2011)0531;", "Dokument 963 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (PE-CONS 00059/2011 – – ) - P7_TA-PROV(2011)0532;", "Dokument 964 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar it-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli (PE-CONS 00056/2011 – – ) - P7_TA-PROV(2011)0533;", "Dokument 965 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar it-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (PE-CONS 00058/2011 – – ) - P7_TA-PROV(2011)0534;", "Dokument 966 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-koperazzjoni għall-iżvilupp (PE-CONS 00057/2011 – – ) - P7_TA-PROV(2011)0535;", "Dokument 967 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq (tfassil mill-ġdid) ( – C7-0286/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0536;", "Dokument 968 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1931/2006 rigward l-inklużjoni taż-żona ta' Kaliningrad u ta' ċerti distretti amministrattivi Pollakki fiż-żona eliġibbli tal-fruntiera ( – C7-0213/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0537;", "Dokument 969 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (14409/2011 – C7-0252/2011 – 2011/0805(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0538;", "Dokument 970 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-1 ta' Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Kroazja biex issir membru tal-Unjoni Ewropea () - P7_TA-PROV(2011)0539;", "Dokument 971 Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar l-emendi għar-Regoli ta' Proċedura rigward Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-interessi finanzjarji u l-kunflitt ta' interessi () - P7_TA-PROV(2011)0540;", "Dokument 972 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar is-Semestru Ewropew għall-Koordinament tal-Politiki Ekonomiċi () - P7_TA-PROV(2011)0542;", "Dokument 973 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni (17632/2011 – C7-0442/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0548;", "Dokument 974 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali ( – C7-0189/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0551;", "Dokument 975 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni Ewropea ta' Protezzjoni (15571/1/2011 – C7-0452/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0560;", "Dokument 976 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-pożizzjoni fl-ewwel qari adottata mill-Kunsill bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċedura unika ta' applikazzjoni għal permess uniku għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi sabiex jgħixu u jaħdmu fit-territorju ta' Stat Membru kif ukoll dwar ġabra komuni ta' drittijiet għall-ħaddiema minn pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru (13036/3/2011 – C7-0451/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0561;", "Dokument 977 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (12607/2/2011 – C7-0370/2011 – )P7_TA-PROV(2011)0562;", "Dokument 978 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji fir-rigward ta' mikroentitajiet (10765/1/2011 – C7-0323/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0563;", "Dokument 979 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li għaddejjin minn diffikultajiet serji marbutin mal-istabbiltà finanzjarja tagħhom jew li jinsabu mhedda mit-tali diffikultajiet ( – C7-0218/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0564;", "Dokument 980 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) ( – C7-0208/2011 – ) - P7_TA-PROV(2011)0566;", "Dokument 981 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum mill-bniedem ( – C7-0278/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0567;", "Dokument 982 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 fir-rigward tal-fosfati u komposti ta' fosfru oħra fid-diterġenti domestiċi tal-ħasil tal-ħwejjeġ ( – C7-0356/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0568;", "Dokument 983 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens finanzjarju previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk (11226/2011 – C7-0201/2011 – 2011/0139(NLE)) - P7_TA-PROV(2011)0569;", "Dokument 984 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq is-settur tad-difiża fl-Istati Membri tal-UE () - P7_TA-PROV(2011)0574;", "Dokument 985 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar is-Samit UE-Russja li se jsir fil-15 ta' Diċembru 2011 u l-eżitu tal-elezzjonijiet tad-Duma tal-4 ta' Diċembru 2011 - P7_TA-PROV(2011)0575;", "Dokument 986 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat () - P7_TA-PROV(2011)0576;", "Dokument 987 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar il-linja politika tal-UE kontra t-terroriżmu: il-kisbiet ewlenin u l-isfidi tal-futur () - P7_TA-PROV(2011)0577;", "Dokument 988 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà [Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima] ( – C7-0343/2010 – ) - P7_TA-PROV(2011)0581;", "Dokument 989 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-kundizzjonijiet ta' detenzjoni fl-UE () P7_TA-PROV(2011)0585;", "Dokument 990 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea - P7_TA-PROV(2011)0587;", "Dokument 991 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar ir-rieżami ta' nofs il-perjodu tal-istrateġija Ewropea 2007-2012 dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol () - P7_TA-PROV(2011)0589;", "Dokument 992 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa fl-Afganistan u fil-Pakistan - P7_TA-PROV(2011)0591;", "Dokument 993 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar it-Tuneżija: il-każ ta' Zacharia Bouguira - P7_TA-PROV(2011)0592;", "Dokument 994 Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar l-appoġġ ta' Jum Internazzjonali tal-Bniet - P7_TA-PROV(2011)0593; u", "Dokument 995 Tnax-il komunikazzjoni mibgħuta bejn it-2 ta' Diċembru 2011 u s-7 ta' Frar 2012 mill-Ambaxxata Sirjana f'Ruma dwar is-sitwazzjoni f'dak il-pajjiż skont il-Gvern Sirjan.", "DISKUSSJONI FUQ IL-FTEHIM KUMMERĊJALI DWAR IL-ĠLIEDA KONTRA L-FALSIFIKAZZJONI (ACTA - ANTI-COUNTERFEITING TRADE AGREEMENT )", "Il-President tal-Kumitat għarraf lill-Membri li l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment ma setax jattendi biex jagħmel il-preżentazzjoni tiegħu għax kellu jsiefer għal-laqagħa urġenti tal-Eurogroup dwar il-Greċja.", "Kopja ta' dan il-ftehim kienet tqassmet lill-Membri tal-Kumitat.", "Wara diskussjoni l-Kumitat qabel li:-", "ssir laqgħa oħra nhar il-Ġimgħa 17 ta' Frar 2012 fis-1:30pm fejn il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment ikun mistieden jagħmel preżentazzjoni dwar dan il-ftehim;", "isir proċess ta' konsultazzjoni pubblika fejn awtoritajiet, organizzazzjonijiet mhux governattivi, għaqdiet interessati u individwi jiġu mistiedna jagħmlu sottomissjonijiet legali u/jew tekniċi u kummenti b'email jew bil-posta;", "isir smigħ ta' esperti fid-diversi oqsma li jistgħu jintlaqtu minn dan il-ftehim; u", "jittieħed inkonsiderazzjoni, fost l-oħrajn, dak li qiegħed iseħħ f'dan ir-rigward fil-Parlament Ewropew, il-pariri tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u r-raġunijiet jew l-oġġezzjonijiet tal-ħames pajjiżi li għadhom ma ffirmawx dan il-ftehim.", "Fis-2:21 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar il-Ġimgħa 17 ta' Frar 2012 fis-1:30 pm bl-istess aġenda, jiġifieri, it-tkomplija tad-diskussjoni fuq il-Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA).", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120209_057m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 121", "It-Tlieta, 14 ta' Frar, 2012", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 14 ta' Frar, 2012 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Approvazzjoni tar-Rapport dwar l-Uniformijiet tat-Tfal tal-Iskejjel.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120214_121a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 121", "It-Tlieta 14 ta' Frar, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 121", "It-Tlieta 14 ta' Frar, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-07:30 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 120 li saret nhar it-Tlieta, 7 ta' Frar 2012, ġew ikkonfermati.", "Preżentazzjoni ta' Karti", "EDWIN VASSALLO (Chairman tal-Kumitat): Nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kumitat:", "\"Lejn Iktar Sigurtà u Bon Ordni", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Qabel ma nibdew id-diskussjoni fuq ir-rapport dwar l-uniformijiet tat-tfal tal-iskejjel, nixtieq nagħmel żewġ suġġerimenti żgħar.", "L-ewwelnett, nixtieq ngħid li kien eżerċizzju tajjeb dak li npoġġu għad-diskussjoni pubblika r-rapport intitolat \"Lejn Iktar Sigurtà u Bon Ordni f'Paceville\", għaliex dawk kollha involuti fid-diskussjoni setgħu jagħtuna l-feedback tagħhom qabel ma niddiskutu u napprovaw dak ir-rapport bil-proposti li kellu fih.", "Nixtieq ninformakom ukoll li llum kelli laqgħa informali – kif kien miftiehem – mal-Anti-Poverty Forum Malta.", "Naħseb huwa importanti li nżommu f'moħħna li wieħed mir-rapporti ewlenin li konna għamilna (\"Il-Ħidma lejn l-Inklużjoni Soċjali tfisser ħidma kontra l-faqar: it-tfal l-aktar li jbatu\" – Marzu 2009) kien proprju fuq ir-realtà tas-sitwazzjoni tal-faqar relattiv li jista' jkollna f'pajjiżna.", "Naħseb li huwa importanti wkoll li, minn żmien għal żmien, nerġgħu nfakkru l-proposti li jkun fihom ir-rapporti li nkunu ħriġna.", "Għax il-proposti mhux tagħmilhom darba u tinsihom hemmhekk.", "Naħseb li huwa fid-dmir tiegħi wkoll li nara li dan it-tip ta' rapporti, minn żmien għal żmien, nerġgħu nqanqlu l-interess fihom u nagħmlu wkoll diskussjoni fuqhom.", "U għalhekk, ma' dan il-Forum issuġġerejt li aħna se nimpenjaw il-ħidma tagħna ħalli anke meta nkunu qegħdin nitkellmu fuq ir-rapporti li jkollna quddiemna, fosthom dak tal-lum li għandu x'jaqsam mal-uniformijiet tal-iskejjel, kif ukoll ir-rapport l-ieħor dwar is-sigurtà u l-bon ordni f'Paceville, inżommu f'moħħna li meta nressqu proposti, naraw li dawn ikunu ta' sostenn għal dawk il-persuni kollha li jkunu qegħdin jaffaċċjaw xi problemi soċjali.", "B'hekk inkunu qegħdin naħdmu biex negħlbu b'mod kontinwu l-probabilità tal-faqar relattiv u tal-faqar reali.", "Għandi proposta żgħira li xtaqt inressaqha quddiemkom.", "Issa li hemm il-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja, li huwa l-Onor.", "Chris Said, naħseb li jkun f'waqtu li nistiednu lill-Ministru, jew inkella mmorru aħna l-uffiċċju tiegħu, ħalli nressqulu r-rapporti li għandhom x'jaqsmu – b'mod speċjali - mal-politika soċjali, mal-faqar, mal-proposti rigward l-emendi għall-Qorti tal-Familja, kif ukoll il-proposti marbuta mal-fatherlessness.", "Issa li għandna l-Ministeru tal-Ġustizzja amalgamat mal-Ministeru tal-Politika Soċjali u l-Familja, naħseb li qegħdin f'pożizzjoni aħjar sabiex dawk l-emendi li konna nixtiequ li naraw li jersqu għall-Qorti tal-Familja, nippruvaw inressquhom aktar għall-attenzjoni tal-Eżekuttiv.", "B'hekk nuru l-impenn tagħna li dak li nkunu qegħdin nitkellmu fuqu mhuwiex biss suġġett ta' darba, imma huwa suġġett li rridu nkomplu niddiskutuh.", "Hawnhekk jiena miftuħ għall-opinjonijiet tagħkom.", "Issa jew nistiednu ruħna b'idejna u mmorru aħna l-uffiċċju tal-Ministru biex nagħmlu din il-preżentazzjoni, jew inkella nistiednu lilu għal laqgħa ma' dan il-Kumitat, u jkollna diskussjoni miegħu f'dan ir-rigward.", "Hawnhekk nixtieq nisma' l-proposti tagħkom minnufih, ħalli s-Segretarja u r-Research Analyst tal-Kumitat ikunu jistgħu jwettqu dak li nkunu ddeċidejna.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Jiddependi jekk irridux li nagħmlu laqgħa formali tal-Kumitat jew inkella rridux nagħmlu żjara lill-Ministru li għandu r-responsabilità ta' dan il-qasam.", "THE CHAIRMAN: L-importanti għalija hu li l-kontenut tar-rapporti jaslu għand il-Ministru, u nieħdu nota li jkunu waslulu għaliex nixtiequ li jkollna diskussjoni dwarhom miegħu.", "Li nixtieq hu li nisma' l-proposti tagħkom fuq kif taħsbu li nistgħu nkunu l-aktar effettivi.", "Jekk hemm bżonn li nġibuh hawnhekk nistgħu nistednuh ħalli jiġi hawnhekk meta jkun jista'.", "Jekk huwa iżjed effettiv għalina li mmorru għandu, allura mmorru għandu.", "Naraw kif nistgħu nkunu aktar effettivi.", "CARMELO ABELA: Naħseb li l-aħjar ħaġa hu li nagħmlu laqgħa hawnhekk, liema laqgħa tkun waħda formali tal-Kumitat u nippreżentawlu r-rapporti, b'mod speċjali fejn hemm il-proposti tagħna.", "Fil-fatt ir-rapporti jsiru mhux biex jiġbru t-trab fuqhom, imma biex min ikun qed jesegwixxi l-politika tal-ġurnata jikkonsidra dawk ir-rapporti.", "Jiena naħseb li tkun okkażjoni tajba biex il-membri tal-Kumitat jitkellmu mal-Ministru konċernat b'mod formali u jressqulu dawn ir-rapporti.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar kummenti?", "Mela nitlob lis-Segretarja jew lir-Research Analyst sabiex jiktbu ittra formali lill-Ministru biex nuruh ix-xewqa tal-membri ta' dan il-Kumitat li jiltaqgħu miegħu, ħalli nkunu nistgħu nippreżentawlu d-dokumenti rigward il-politika soċjali, u nuruh x'inhuma l-fehmiet tagħna, kif ukoll biex nisimgħu l-fehmiet tiegħu rigward ir-responsabilità li għandu għal dak li għandu x'jaqsam mad-diversi emendi li konna qegħdin nipproponu.", "ANTHONY ZAMMIT: Imbagħad ikun imiss lilu li jistieden lilna bħalma aħna nkunu stedinna lilu biex ikun jista' jgħidilna x'għamel fuq ir-rapporti tagħna.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Proposta oħra li nixtieq nagħmel hija – u din hija drawwa tagħna għax safejn niftakar diġa' għamilniha darbtejn oħra – li r-rapport li għadna kemm ħriġna, u ċioè dak dwar il-Familja u l-Anzjani, nagħmlu talba formali mal-Kap tal-Kamra, il-Ministru Carm Mifsud Bonnici, u allura anke lill-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra, fejn nuru x-xewqa tagħna bħala Kumitat li dan ir-rapport jingħata numra ta' seduti ħalli niddiskutuh fil-plenarja.", "L-aħħar rapport li ppubblikajna kien proprju dak fuq il-Familja u l-Anzjani.", "Nemmen li dan ir-rapport fih ħafna proposti tajbin u sar ħafna xogħol siewi.", "Għalhekk naħseb li jkun tajjeb li jiġi diskuss bejn il-membri fil-plenarja, dejjem jekk hemm qbil bejnietkom.", "CARMELO ABELA: Sur President, għalfejn l-għażla ta' dan ir-rapport?", "U għalfejn rapporti oħra le?", "THE CHAIRMAN: Diġa' sar hekk drabi oħra.", "Iddiskutejna r-rapport fuq il-faqar, u jekk m'iniex sejjer żball anke r-rapport fuq il-Qorti tal-Familja.", "(Interruzzjonijiet) Qed jgħiduli li tressaq biss ir-rapport fuq il-faqar.", "Imma jekk hemm rapporti oħra li nistgħu nressquhom, nista' nagħmel dan bil-qalb kollha.", "Jien nixtieq li 'l quddiem, ladarba niddiskutu r-rapport fuq Paceville, dan jiġi mressaq ukoll quddiem il-plenarja.", "Anzi ara, ħalli nemenda l-proposta tiegħi stess: wara li nitkellmu mal-Ministru Chris Said, naħseb li jkun f'waqtu wkoll li nuru l-interess tagħna sabiex ir-rapport fuq il-Qorti tal-Familja jkun jista' jiġi diskuss fil-plenarja.", "Imma dan huwa l-waqt jekk irridu nagħmlu xi ħaġa.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Fil-prinċipju m'għandi xejn kontra li r-rapporti li jagħmel il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali jiġu diskussi fil-plenarja.", "Għalkemm jista' jkun li nkunu l-istess membri li nservu fuq dan il-Kumitat li forsi l-aktar li se nieħdu interess li nitkellmu.", "Nifhem li jkun hemm membri oħra li jkunu mħajrin jitkellmu, u j'Alla jkun hekk.", "Imma nħoss li l-ewwel prijorità li l-Kamra għandha tagħti huma proprju l-mozzjonijiet li għandha quddiemha bħalissa.", "Inti semmejt rapport ieħor dwar il-Qorti tal-Familja.", "Issa l-istess Kamra għandha quddiemha mozzjoni mressqa minn naħa tal-Oppożizzjoni u li sal-lum il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra għadu ma tax data ta' meta din il-mozzjoni se tiġi diskussa.", "Għalhekk naħseb li l-ewwel prijorità għandhom ikunu l-mozzjonijiet li hemm biex jiġu diskussi fil-plenarja.", "Jekk imbagħad l-aġenda tiġi eżawrita, jien ma nsib xejn kontra, anzi naqbel fil-prinċipju li rapporti li saru minn dan il-Kumitat jiġu diskussi fil-Kamra.", "Imma mhux meta l-Oppożizzjoni tistaqsi lill-Kap tal-Kamra meta se tiġi diskussa l-mozzjoni mressqa mill-Onor.", "Michael Falzon, u jgħidilhom li għalissa m'hemmx data.", "U nafu x'aġenda hemm ukoll.", "Jiġifieri ma naħsibx li l-Gvern se jitlob għal prijorità fuq dawn ir-rapporti tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali biex iħalli affarijiet oħra mhux diskussi.", "THE CHAIRMAN: Jien m'għandi l-ebda intenzjoni li bil-proposta tagħna ngħaddu fil- prijorità proposti mressqa mill-Oppożizzjoni.", "Jien bl-ebda mod ma kelli xi intenzjoni li d-diskussjoni fuq ir-rapporti tagħna tiġi qabel dik dwarxi mozzjonijiet imressqa mill-Oppożizzjoni.", "Nistgħu aħna nressqu l-proposta, u l-Kumitat, bħalma forsi seta' għamel b'mozzjonijiet oħra, iżommha u għalissa ma tiġix diskussa.", "Il-proposta li qed nagħmel jien hija waħda sempliċi ħafna, u għandha intenzjoni sempliċi ħafna wkoll.", "Nixtieq li jkolli l-approvazzjoni tagħkom sabiex rapport li aħna għandna - għax fil-fehma tiegħi fih inizjattivi tajbin ħafna - ntellgħuh għall-attenzjoni tal-plenarja.", "Imbagħad, fl-aħħar mill-aħħar, huwa għall-ġudizzju tal-membri parlamentari li qegħdin fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra sabiex jiddeċiedu jekk jaċċettawx jew le din il-proposta.", "Imma jekk hawn xi membri li jaħsbu li, għax hemm mozzjonijiet oħra, allura aħna m'għandniex inressqu dan ir-rapport għalissa, allura ma nressaqx din il-proposta.", "Jiġifieri jekk taħsbu li b'din il-proposta se nkunu qegħdin nippreġudikaw jew intawwlu ż-żmien biex mozzjonijiet imressqa mill-Oppożizzjoni ma jitressqux fil-plenarja, allura nħalli din il-proposta għal aktar tard.", "ANTHONY ZAMMIT: Naħseb li l-aħjar ħaġa li nistgħu nagħmlu huwa li l-ewwel niltaqgħu mal-Ministru Chris Said, u mbagħad immexxu minn hemmhekk.", "THE CHAIRMAN: Jien m'għandix oġġezzjoni, imma r-rapport li għandna rigward il-Familja u l-Anzjani m'għandux x'jaqsam mal-Ministru Said.", "(Interruzzjonijiet) Jekk tixtiequ li xahrejn oħra mil-lum dan ir-rapport naraw li xi darba jista' jiġi diskuss, u jekk nifhmu li l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra għandu aġenda twila, allura m'għandniex nibżgħu milli nressqu din il-proposta tagħna biex tkun mal-proposti li għandu l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Però, jekk hemm xi xettiċiżmu jew biża, ma nressaq xejn.", "CARMELO ABELA: Sur President, ħalli nispjega ruħi aħjar għax ma nixtieqx li niġi interpretat ħażin.", "Fil-prinċipju, m'hemm xejn kontra milli rapport ta' dan il-Kumitat – li fl-aħħar mill-aħħar huwa dokument tal-Parlament - jiġi diskuss fil-plenarja, bit-tama li jkun hemm membri oħra li mhumiex membri ta' dan il-Kumitat li jkunu jixtiequ jitkellmu fuqu, apparti milli nkunu qegħdin inqajmu diskussjoni pubblika fuqu ġaladarba l-plenarja x'aktarx li tingħata aktar attenzjoni.", "Dak kien il-punt tiegħi.", "Naf li fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra saret talba min-naħa tal-Oppożizzjoni sabiex tiġi diskussa mozzjoni pendenti min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "U t-tweġiba min-naħa tal-Kap tal-Kamra kienet li għalissa m'hemmx data.", "Mhux qed ngħid li mhux se tiġi diskussa l-mozzjoni jew li inkella l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni mhux se tiġi diskussa, għax se nissuġġerixxu – dejjem jekk naqblu - li xi rapport ta' dan il-Kumitat jitla' fil-plenarja.", "Kulma qed ngħid bħala stat ta' fatt x'ġara f'dik il-laqgħa.", "Nafu wkoll li l-aġenda tal-Gvern stess hija waħda twila u hemm diversi liġijiet li qed jiġu diskussi.", "Fil-fatt, bħalissa bdejna tnejn, tlieta f'daqqa li għadhom ma ngħalqux, u nafu li hemm aġenda oħra twila.", "Kif għedt, m'għandna xejn kontra li dan isir.", "Li nistgħu nagħmlu hu li l-Kumitat, fil-każ, jissuġġerixxi lill-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra sabiex jikkonsidra li, meta l-aġenda tippermetti, itella' xi rapport jew ieħor milli għamilna aħna bħala Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.", "THE CHAIRMAN: Irridu nieħdu nota ta' dak li qed jgħid l-Onor.", "Carmelo Abela, imma rridu ngħidu liema rapport irridu li jiġi diskuss.", "Jien naħseb li, kif kien qed jgħid l-Onor.", "Anthony Zammit, ladarba r-rapport fuq il-Familja u l-Anzjani m'għandux x'jaqsam mad-dekasteru tal-Ministru Chris Said, il-proposta li jitressaq rapport li ħejjejna aħna lill-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra għandha tirreferi għad-dokument dwar il-Familja u l-Anzjani.", "Imbagħad, jekk hemmx possibilità li 'l quddiem ikollna diskussjoni fuq il-proposta dwar il-Qorti tal-Familja, kif kien qed jgħid l-Onor.", "Aħna nuru x-xewqa tagħna li anke dawn ir-rapporti jiġu diskussi fil-plenarja, imma għal dawn nistennew mingħand il-Ministru Chris Said.", "Jekk m'hemmx oġġezzjoni għal dan, nitlob lis-Segretarja ta' dan il-Kumitat sabiex tieħu l-inkarigu u tikteb ittra formali lill-Ministru Chris Said sabiex jiġi f'dan il-Kumitat.", "Imbagħad lill-Kap tal-Kamra nibagħtulu hard copy tar-rapport, u nibagħtulu ittra fejn nuruh ix-xewqa tagħna li meta l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra jsib l-opportunità, dan ir-rapport jittella' wkoll quddiem il-plenarja.", "Ħalli nagħmel proposta oħra, dejjem bil-ħsieb li dawn ir-rapporti ma nkunux għamilnihom għal xejn.", "Nifhem li t-tliet partiti politiċi f'Malta jkunu għaddejjin bħalissa b'diskussjonijiet rigward il-programmi elettorali u l-manifesti elettorali tagħhom.", "F'dawn l-aħħar tliet snin, għedt kemm-il darba li r-rapporti tagħna, li huma bażi ta' riċerka, jagħmlu sens importanti, dejjem biex ma jintesewx, u biex inressquhom 'il quddiem għall-attenzjoni ta' min jista' jkun fl-eżekuttiv tal-Gvern li jieħu xi ħaġa minnhom u jattwahom.", "Kull meta aħna għamilna rapport, dejjem tkellimna f'isem in-nies li ġew jitkellmu magħna.", "Jien għandi din il-proposta u nixtieq li niddiskutuha malajr.", "Nixtieq li nagħmel stedina lis-Segretarji Ġenerali tal-partiti politiċi jew lil xi ħadd ieħor li jixtiequ jibagħtu huma.", "Ma nsibx oġġezzjoni lil min jibagħtu.", "Nagħmluha miftuħa u mbagħad jibagħtu lil min iridu.", "F'din l-istedina, nagħmlulhom preżentazzjoni tad-dokumenti kollha li aħna ppubblikajna – din nagħmluha lill-partiti politiċi u lil dawk kollha li jistgħu jkunu interessati – u nuruhom li x-xewqa tagħna, fl-aħħar mill-aħħar, hija dik li naraw li dawn ir-rapporti jiġu esegwiti u li, fir-riċerka li kull partit politiku se jkun qed jagħmel biex jara x'tip ta' proposti jkun qed idaħħal… Nerġa' ngħid, nibagħtulhom hard copy ta' dawn ir-rapporti peress li bħalissa jkunu qegħdin jaħsbu fuq x'tip ta' programm elettorali se jkunu qegħdin jagħmlu.", "Jiena nemmen ħafna f'dak li għamilna f'dawn l-aħħar tliet snin, u j'Alla jkollna iżjed żmien biex naħdmu.", "Ir-rapporti tagħna fihom ħafna proposti tajbin u attwali, u allura biex inkomplu nitkellmu f'isem dawk kollha li ġew ikellmuna, naħseb li jkun waqt tajjeb li nagħmlu din il-preżentazzjoni lill-partiti politiċi.", "CARMELO ABELA: Min-naħa tal-Oppożizzjoni naqblu mal-proposta tiegħek.", "THE CHAIRMAN: Fil-każ nagħtu l-inkarigu lis-Segretarja sabiex tifformola l-ittra ħalli nibagħtuha lill-partiti politiċi li jistgħu jkunu interessati.", "Din tkun laqgħa formali fejn nistiednu persuna li tintbagħat mill-partiti rispettivi, u aħna nagħmlu preżentazzjoni tar-rapporti li s'issa ppubblikajna jew poġġejna fuq il-Mejda tal-Kamra għall-konsultazzjoni pubblika.", "B'hekk nagħtuhom il-massimu ta' dak li aħna ħdimna fuqu.", "Jien naħseb li huwa ta' sodisfazzjon għall-membri ta' dan il-Kumitat li x-xogħol li aħna ħdimna fuqu kontinwament nibqgħu nippromwovuh lil min kapaċi jieħu deċiżjoni fil-politika Maltija.", "Grazzi.", "Approvazzjoni tar-Rapport dwar L-UniformiJIET tat-tfal tal-Iskola", "THE CHAIRMAN: Nistgħu ngħaddu għar-rapport li għandna quddiemna llum u ċioè, id-disa' rapport tal-11-il leġislatura li jittratta l-uniformijiet għat-tfal tal-iskejjel.", "Min-naħa tiegħi, se nagħmel introduzzjoni żgħira fuq dan is-suġġett.", "Jekk tiftakru tajjeb, kienet inqalgħet problema li aħna, bħala Kumitat, konna fhimna li għandna issue soċjali peress li kienet tolqot numru kbir ta' familji li kellhom it-tfal tagħhom fl-iskejjel tal-Knisja, tal-Istat u indipendenti.", "Din il-problema kellha x'taqsam mal-ispiża tal-uniformijiet.", "Fuq din il-kwestjoni kienet daħlet ukoll l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, fejn kienet għamlet ir-rapport tagħha, u aħna konna fhimna li għandna nkunu nvoluti bil-ħidma tagħna fuq din il-materja.", "Illum, grazzi għar-Research Analyst u s-Segretarja tagħna, qed inpoġġu għall-attenzjoni tagħkom dan ir-rapport li huwa wieħed elaborat ħafna.", "F'dan ir-rapport għandkom issibu l-proposti li se nkunu qegħdin inressqu aħna bħala Kumitat.", "Fil-werrej tar-rapport taraw l-iskop tal-laqgħat, l-istudju fuq is-suq tal-uniformijiet, il-prezzijiet, il-bejgħ tal-uniformijiet u l-identità tal-iskola.", "F'paġna 9 ta' dan ir-rapport insibu s-suġġerimenti mill-esperti u s-suġġerimenti mill-Membri tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Jien se naqra s-suġġerimenti tal-esperti u se mmur mill-ewwel għal paragrafu 3.", "Però, se nsemmihom biss u nieqfu hemm biex insegwu l-proċedura li diġà segwejna fit-tmien rapport u allura npoġġuh għall-konsultazzjoni pubblika.", "Qiegħed nissuġġerixxi li jsir hekk peress li aħna kkonsultajna kemm mal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, kemm mal-Ministeru u kemm mad-Dipartimenti tal-Edukazzjoni.", "Kien hawn ukoll involviment min-naħa tar-rappreżentanti responsabbli mill-iskejjel Privati u tal-Knisja.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu wkoll f'isem il-ġenituri.", "U, fil-fehma tiegħi, dan ir-rapport jiġbor fih il-konsultazzjoni kollha li kellna u li se npoġġuh għall-konsultazzjoni pubblika ħalli, meta dan ir-rapport ikun se jiġi diskuss u approvat, aħna, bħala membri ta' dan il-Kumitat, ikollna nieħdu nota ta' dak li se jintbagħat lilna.", "B'hekk inkunu ċerti li dak li qegħdin niddiskutu u nipproponu ikun koerenti mal-ideat ta' dawk li qed nitkellmu f'isimhom, jiġifieri l-ġenituri, u dawk li qegħdin f'dan is-suq tal-uniformijiet li aħna ma tantx tkellimna magħhom f'din id-diskussjoni.", "Imbagħad għandek ukoll l-iskejjel tal-Knisja, tal-Istat u dawk indipendenti.", "Mela jien se naqra s-suġġerimenti, u jekk xi ħadd irid ibiddel xi ħaġa f'dan l-istadju, nistgħu naqbdu u nikkorreġu.", "Nipproponi wkoll li dan ir-rapport jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, u li l-konsultazzjoni pubblika tibqa' miftuħa sat-8 ta' Marzu, biex ikollna ġimgħa aktar fuq ir-rapport l-ieħor li d-data tiegħu se tagħlaq fit-2 ta' Marzu.", "Mela f'paragrafu 3 ta' paġna 9 insibu hekk:", "\"L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ħareġ diversi rakkomandazzjonijiet fir-rapport tiegħu, u numru minnhom ġew diskussi matul il-laqgħat mal-membri tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Dawn huma wħud mir-rakkomandazzjonijiet li ġew diskussi:", "Jinstab bilanċ bejn l-identità distinta ta' kull skola u rispett lejn is-suq;", "L-iskejjel m'għandhomx jagħżlu disinji kkumplikati, kuluri mhux tas-soltu jew kombinazzjoni tat-tnejn, u kemm jista' jkun għandhom iżommu l-uniformi sempliċi;", "Għandu jkun hemm il-possibilità li l-uniformi tinxtara minn bejjiegħa differenti;", "Fil-każ ta' oġġetti speċifiċi, għandha tinħareġ tender biex ma nillimitawx ruħna għal bejjiegħ wieħed li jrid jipprovdi dawk l-oġġetti għall-istudenti kollha ta' dik l-iskola.", "Din is-sistema tgħin ukoll biex jitjieb il-prezz tal-uniformijiet;", "Il-kuluri, id-disinn u l-materjal tal-uniformi għandhom jingħataw lill-bejjiegħa u lill-ġenituri li jitolbuhom.\"", "Dawn kienu l-proposti kif smajnihom mingħand l-esperti, l-aktar min-naħa tal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur.", "Wara li smajna dawn it-tipi ta' proposti li kienu elenkati wkoll fir-rapport tagħhom, jien se ngħaddi biex insemmi l-proposti li ħriġna bihom aħna bħala Membri tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "U għalhekk, f'paragrafu 4 ta' paġna 9 insibu hekk:", "\"Il-Membri tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali semgħu u xtarru s-suġġerimenti kollha li tressqu matul dawn il-laqgħat.", "Wara diskussjoni intensiva fuq is-suġġett tal-uniformijiet, il-Membri tal-istess Kumitat qed jipproponu s-suġġerimenti li ġejjin:\"", "- Qabel ma nsemmihom infakkar biss li dawn is-suġġerimenti li se naqra diġa' huma pubbliċi.", "U allura jekk wieħed jisma' d-diskussjonijiet li kellna, isib li dawn is-suġġerimenti konna diġa' poġġejnihom ma' dawk li kienu preżenti u huma kienu qablu magħna.", "Issa qegħdin inpoġġu wkoll dan ir-rapport għall-konsultazzjoni pubblika biex jekk hemm xi ħaġa minn dawn is-suġġerimenti li jixtiequ kjarifika fuqhom jew biex inkella tingħata spjegazzjoni aħjar, aħna nkunu konxji tagħha. -", "L-iskejjel kollha għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex iżommu l-uniformi sempliċi u ġenerika kemm jista' jkun;", "Għandu jkun hemm proċedura li tiggarantixxi li l-uniformi ma tinbidilx qabel ma jgħaddu mill-inqas għaxar snin.", "Il-fatt li l-uniformi ma tinbidilx ta' spiss iħajjar aktar bejjiegħa jidħlu fis-suq tal-uniformijiet;\"", "(Din il-proposta hija waħda innovattiva min-naħa tagħna.)", "Għandha tiġi maħruġa expression of interest sabiex jiġi determinat min se jidħol f'kuntratt biex jipprovdi l-uniformijiet;", "L-iskejjel m'għandhomx jiddeċiedu huma stess x'se jkun il-prezz tal-uniformi.", "Il-prezz għandu jiġi provdut mill-bejjiegħ wara li jkun rebaħ il-kuntratt bl-orħos prezz u l-kwalità patwita;\"", "(Din il-kelma \"patwita\" għandha tinbidel fl-opinjoni tiegħi, u minflokha nagħmlu \"il-kwalità miftiehma.\")", "Kwalunkwe kuntratt li jiffirmaw il-bejjiegħa u l-iskejjel m'għandux ikun wieħed esklussiv.", "Il-kuntratt għandu jiġi ffirmat biex jiggarantixxi li se jkun hemm provvista ta' uniformijiet, u mhux biex il-bejjiegħ ikollu l-esklussività fuq il-provvista tal-uniformijiet;", "Irridu nħajru iktar bejjiegħa jidħlu fis-suq tal-uniformijiet sabiex ninċentivaw ir-roħs fil-prezzijiet;", "L-iskejjel għandhom joħorġu stqarrija fejn jagħtu dettalji dwar l-uniformi, jinfurmaw lill-ġenituri dwar min rebaħ il-kuntratt għall-uniformijiet, u jagħtu ċ-ċans li l-ġenituri jixtru l-uniformi mingħand bejjiegħa oħrajn.", "Il-kwalità ta' uniformijiet mixtrija mingħand bejjiegħa oħrajn tkun ir-responsabilità tal-ġenituri u ta' min qed ibigħhom;\"", "Issa se nkompli naqra l-aħħar parti ta' dak li għedna aħna bħala Kumitat, fejn għedna hekk:", "\"Filwaqt li nisħqu li l-uniformi għandha tinżamm sempliċi kemm jista' jkun, insostnu wkoll li waħda mis-soluzzjonijiet reali hija li l-uniformi tinżamm l-istess għal perijodu twil ta' żmien.", "B'hekk nistgħu nħajru iktar bejjiegħa jordnaw uniformijiet skont id-disinn u l-kulur indikat mill-iskejjel, għaliex ikollhom garanzija li dawk l-uniformijiet jistgħu jinbiegħu tul numru ta' snin u mhumiex se jibqgħu bla bejgħ għaliex l-iskola tiddeċiedi li taqbad u tbiddel l-uniformi.", "Ikun xieraq li l-Ministeru responsabbli għall-Edukazzjoni, kif ukoll l-iskejjel indipendenti u dawk tal-Knisja, jagħtu garanzija li l-uniformijiet tagħhom ma jinbidlux qabel perijodu minimu ta' għaxar snin.", "Kwalunkwe rakkomandazzjoni li tinħareġ mill-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta għandha torbot lill-Iskejjel tal-Istat, l-Iskejjel indipendenti u dawk tal-Knisja.\"", "Dawn kienu l-proposti tagħna u meta għamilnihom fhimna li qegħdin inġibu flimkien lill-awtoritajiet kompetenti f'dan is-settur.", "Issa nistgħu ngħaddu għall-kummenti tagħkom.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Grazzi.", "Naħseb li dik kienet diskussjoni interessanti u bżonnjuża ħafna - u dan qed ngħidu anke bħala ex-kelliem tal-Oppożizzjoni fuq l-edukazzjoni - għax naf li ta' kull sena kienet tqum l-issue tal-uniformijiet.", "U jekk jirnexxielna b'xi mod jew ieħor ngħaddu xi ftit minn dawn il-proposti tagħna u nikkonvinċu lil min għandna nikkonvinċu, inkunu għamilna verament xi ħaġa importanti ħafna.", "Issa, rigward dawn il-proposti xtaqt ngħid xi ħaġa fuq it-tieni bullet point u li allura tiġi t-tieni proposta....", "THE CHAIRMAN: Mela, qabel tkompli se nagħmel suġġeriment.", "Ejjew nieħdu nota biex dawn is-suġġerimenti jiġu numerati ħalli min jiġi biex jagħtina r-rapport tiegħu jkun jista' jagħmel riferenza għan-numru tal-proposta li dwarha jkun qed jitkellem.", "CARMELO ABELA: Mela kif kont qed ngħid, jien ridt ngħid xi ħaġa fuq it-tieni u l-ħames proposta għaliex bejn dawn it-tnejn nara kuntrast.", "Dan għaliex filwaqt li fit-tieni proposta qed jingħad li għandu jkun hemm suq tal-uniformijiet… L-ewwelnett għalfejn għandu jkun hemm suq tal-uniformijiet?", "Jekk bħala parti mill-uniformi jkollok qmis bajda, m'għandekx tiddetermina qmis bajda minn fejn tinxtara.", "Imbagħad fil-ħames punt qed ngħidu…", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri t-tieni punt tajjeb jew le?", "CARMELO ABELA: Le, għax ma naħsibx li għandna ngħidu li għandu jkun hemm suq tal-uniformijiet, għalkemm jista' jkun hemm partijiet mill-uniformi li għaliha joħroġ it-tender.", "Imma, jekk jien għandi qmis bajda, ma tistax tgħidli li dik il-qmis trid tixtriha mingħand it-tali għax kien hu li rebaħ it-tender.", "Imma jekk għandi purple blazer, u allura speċifiku għal dak il-kulleġġ partikolari, ħalli jinħareġ tender li jirbħu l-irħas wieħed u l-purple blazer ikun ta' dik il-kumpanija.", "THE CHAIRMAN: Meta qed ngħidu suq tal-uniformijiet, qegħdin nifhmu dak li qed tgħid inti, u ċioè biex ikun hemm l-għażla.", "Is-suq hawnhekk qiegħed ifisser l-għażla u mhux restrizzjoni.", "U allura m'aħniex qegħdin ngħidu monopolju.", "Qegħdin nużaw il-kelma \"suq tal-uniformijiet\" biex infissru provvista mifruxa...", "CARMELO ABELA: Għax meta qed ngħidu \"tħajjar iktar bejjiegħa jidħlu fis-suq tal-uniformijiet\"...", "THE CHAIRMAN: ...qed infissru li aktar bejjiegħa jidħlu fil-bejgħ tal-uniformijiet.", "Mela tridx nibdlu l-kelma \"suq\" u nagħmluha \"bejgħ\" ħalli tinftiehem aħjar?", "CARMELO ABELA: ...u allura aktar ikun hemm prezz irħas.", "Għax għandek il-kompetizzjoni qed taħdem, u allura l-kelma \"suq\", jekk trid, nistgħu nibdluha u nagħmluha \"bejjiegħa jidħlu fil-bejgħ tal-uniformijiet\" għax bil-kelma \"suq\" qegħdin nifhmu bejgħ.", "Jien miftuħ għas-suġġerimenti.", "Qiegħed nagħmilha ċara li bil-kelma \"suq\" tal-uniformijiet qegħdin infissru \"bejgħ\" u li allura huwa suq miftuħ.", "CARMELO ABELA: Aħna l-aktar importanti hu li nistabbilixxu x'inhu l-prinċipju.", "Il-prinċipju għandu jkun li aktar ma jkollok għażla, aktar għandek ċans li l-prezzijiet ikunu aħjar.", "THE CHAIRMAN: Mela naħseb li jkun aħjar li niċċarawha ftit.", "L-equation kummerċjali dik hi, jiġifieri s'issa seta' kellna prezzijiet għoljin fl-uniformijiet għax kellna suq ristrett, u tista' tgħid li kważi lanqas suq ma kellna.", "Għaldaqstant, kellna monopolju għax fejn għandek monopolju m'għandekx suq miftuħ.", "U allura aħna ħsibna kif nippruvaw niftħu aktar dan is-suq.", "Biex tiftaħ is-suq tal-uniformijiet, trid isserraħ moħħ min hu parteċipi f'dan is-suq, u ċioè l-bejjiegħa tagħna, għax jekk dawn ma jkollhomx ċertu serħan il-moħħ, mhux se jidħlu fis-suq.", "Biex ikollhom serħan il-moħħ biex jidħlu f'dan is-suq, irid ikun hemm serħan il-moħħ li l-uniformijiet għandhom ċertu tul ta' żmien, u mhux jekk tinbidel il-headmistress trid tinbidel ukoll l-uniformi, għaliex nafu li xi ħaġa bħal din toħloq l-esklussività u toħloq il-monopolji.", "F'dan kollu għandek żewġ punti kardinali; l-ewwel wieħed li jekk jista' jkun il-provvista tal-uniformijiet ikollha perjodu ta' żmien biex inserrħu moħħ il-bejjiegħa.", "U kien proprju għalhekk li ttieħdet din il-proposta, u mill-Ministeru tal-Edukazzjoni serrħulna moħħna li ladarba issa ġew stabbiliti l-kulleġġi, m'hemmx l-intenzjoni li l-kulleġġi jbiddlu l-uniformijiet tagħhom, għax din issa ġiet stabbilita.", "Li jonqosna allura hu li l-kulleġġi jserrħu moħħ min hu involut fis-suq li dik l-uniformi qiegħda hemm biex tibqa', u mhux se titbiddel l-għada.", "Mela allura, filwaqt li għandek lil xi ħadd li rebaħ il-kuntratt biex, pereżempju, jissupplixxi lill-Kulleġġ San Nikola, biex ikun hemm il-kompetizzjoni ħielsa, jista' jkollok negozjant ieħor li jaf x'inhuma l-kuluri tal-uniformi ta' San Nikola, u hu wkoll jista' jġib dik l-uniformi.", "B'hekk biss jista' jkollna roħs fil-provvista u fil-bejgħ tal-uniformijiet, għax ikollna l-kompetizzjoni.", "Dawn is-suġġerimenti huma maħsuba biex ikunu jistgħu jipprovdu suq miftuħ tal-uniformijiet.", "CARMELO ABELA: Li nixtieq inkompli ngħid hu li l-għażla ta' minn fejn tixtri l-uniformi, ġaladarba qed nitkellmu fuq possibilità aktar wiesgħa ta' minn fejn il-ġenituri jistgħu jagħżlu minn fejn jixtru l-uniformi, f'punt numru 7 aħna qed ngħidu li l-kwalità tal-uniformijiet mixtrija hija r-responsabilità tal-ġenituri.", "Naqbel ma' dan.", "Min-naħa l-oħra, ir-responsabilità tal-iskola għandha tkun dik li tikkonsulta mal-ġenituri.", "Il-PTAs (Parents Teachers Association) ilhom jeżistu, u naħseb ta' min naraw li jkun hemm aktar involviment fid-deher u nassiguraw li jkun hemm dan l-involviment, għax forsi f'kulleġġ issir filwaqt li f'ieħor ma ssirx jew tingħata inqas importanza.", "Aħna qed ngħidu li l-PTAs mhux biss jiġu kkonsultati imma jingħataw l-attenzjoni dovuta.", "THE CHAIRMAN: Mela aħna qegħdin ngħidu li għandha tiżdied proposta oħra u wara s-seba' proposta tidħol din bħala t-tmien proposta…", "CARMELO ABELA: ...li jekk se jkun hemm xi tibdil fil-kulur eċċ, il-Parents Teachers Association jiġu avżati u, jekk jista' jkun, jikkonsultaw anke b'mod wiesgħa mal-ġenituri biex ikun hemm qbil fuq il-kulur.", "Xi kultant joħorġu b'kuluri li jagħmluha diffiċli biex ikollok l-għażla.", "Issa nifhmu l-identità ta' kull skola, u nafu li jeżistu ħafna kuluri, imma l-importanti hu li ma nsibux xi kulur li huwa diffiċli biex issibu, u li allura jagħmilhielek diffiċli biex ikollok l-għażla minħabba li s-suq ma jipprovdix tali kuluri.", "U allura mhux biss il-kwalità għandna nħallu f'idejn il-ġenituri, imma għalkemm il-kulur ikun se jiddeterminah il-kulleġġ, għandu jkun hemm qbil wiesa' kemm jista' ikun.", "ANTHONY ZAMMIT: Imma għandna għaxar punti li huma importanti…", "THE CHAIRMAN: Huma importanti ħafna għax huma l-fulkru ta' kollox.", "CARMELO ABELA: Ħa nagħti dan l-eżempju.", "Jekk għandna blazer li huwa ta' kulur blu, mhux bilfors irid ikun il-blu ta' kumpanija A, imma jekk jien, bħala ġenitur, sibt blazer blu minn ħanut ieħor, sakemm il-kulur tiegħu jkun qrib u qrib ħafna, allura għandu jkun aċċettat.", "Ejjew ngħidu li jrid ikun l-istess, għax irridu noqogħdu attenti xi ngħidu għax inkella l-kapijiet tal-iskejjel...", "ANTHONY ZAMMIT: Imma għandhom ikunu kuluri li ssibhom u mhux xi kuluri rari.", "THE CHAIRMAN: Mela aħna qegħdin nużaw kliem sempliċi, u allura rigward dak li qed tgħidu intom - li jiena naqbel magħkom - l-ewwel waħda li qed ngħidu hu li l-iskejjel kollha għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex iżommu l-uniformi sempliċi u ġenerika kemm jista' jkun.", "Il-kliem \"sempliċi u ġenerika kemm jista' jkun\" ifisser li aħjar li jkollna qmis bajda milli jkollna qmis vjola.", "CARMELO ABELA: Inkluż fl-għażla tal-kuluri.", "THE CHAIRMAN: Eżatt.", "L-iskejjel għandhom jagħmlu l-almu tagħhom sabiex iżommu l-uniformi sempliċi u ġenerika kemm jista' jkun fl-għażla tal-kuluri u fil-mudell tal-ħjata.", "CARMELO ABELA: Għax meta ngħidu \"jżommu l-uniformi sempliċi u ġenerika kemm jista' jkun\" qed ngħidu fl-għażla tal-mudell.", "Għallinqas hekk nifhimha jien.", "THE CHAIRMAN: Fl-għażla tal-kuluri u tal-mudell, jew fl-għażla tal-kuluri u l-mod tal-ħjata.", "Ħa nagħmluha tassattiva kif qed tgħid inti, Onor. Abela.", "Jien se nkompli nżid ma' dak li qed tgħidilna, għaliex naħseb li l-iskejjel kollha għandhom jagħmlu l-almu tagħhom sabiex iżommu l-uniformi sempliċi u ġenerika kemm jista' jkun fl-għażla tal-kuluri u fil-mudell tal-ħjata.", "Meta qegħdin ngħidu hekk, qegħdin nagħmluha tassattiva.", "U allura jekk dublett irid ikun dritt, ikun aħjar milli jkun bil-piegi ħalli jkun wieħed ġeneriku.", "Allura għandna ninkludu \"fl-għażla tal-kuluri u fil-mudell tal-ħjata\".", "Bil-mudell tal-ħjata nifhmu x'qed ngħidu.", "(Interruzzjoni) Ma jimpurtax.", "Meta se npoġġuha għall-konsultazzjoni pubblika, se jkun hemm min jifhem aktar minna u jkun jista' jgħidilna kif nistgħu nirranġaw il-kliem li qegħdin nippruvaw ngħidu aħna.", "CARMELO ABELA: Kull tibdil għandu jsir b'konsultazzjoni u jekk jista' jkun bi qbil …", "Kif kien qed jgħid l-Onor.", "Anthony Zammit, u ċioè li aħna rridu nżommu l-importanza tal-għaxar snin minimu.", "Dak huwa l-qofol ta' kollox, ħalli ma niftiehmux ħażin.", "Ma rridux naħsbu li għax il-kulleġġ se jikkonsulta mal-ġenituri u l-ġenituri jgħidu iva għal dak li jkun qed jgħidilhom il-kulleġġ, allura se jbiddlu.", "U allura ejjew naraw kif mingħajr ma nippreġudikaw il-proposta li l-uniformi trid tkun għal minimu ta' għaxar snin, naraw kif ngħidu li għal kull bidla li se tkun qiegħda tagħmel skola, din għandha tikkonsulta mal-ġenituri.", "CARMELO ABELA: Sur President, ħalli nispjega ftit għalfejn semmejt il-kwistjoni tal-kuluri.", "L-ewwelnett, fir-rigward tal-kwalità din qiegħda mniżżla diġà.", "Issa fuq il-kulur, jiena kelli każ – wara d-diskussjoni li kellna f'dan il-Kumitat - fejn tfal żgħar fil-primarja ġew imsejħa mill-kap tal-iskola u mdaħħla fl-uffiċċju tal-kap biex jiċċekkjawlhom it-tabella tal-uniformi ħalli jaraw jekk l-uniformi li lebsin hijiex tat-tali kumpanija!", "Dawn qed nitkellmu fuq tfal żgħar ta' sitta jew seba' snin!", "Mhux se jagħmluha mal-kbar għax dawk, xi ħaġa bħal din, jeħduha with a pinch of salt.", "L-iskejjel m'għandhomx jidħlu f'din il-fissazzjoni li l-uniformi bilfors trid tkun tat-tali kumpanija.", "F'dawn il-każijiet li qed insemmi jien qalulhom b'mod speċifiku li l-uniformi li kienu lebsin ma kenitx tal-kwalità ta' dik il-kumpanija.", "Hekk qalulhom.", "THE CHAIRMAN: Mela f'dan ir-rigward irridu ndaħħlu l-kliem \"parallel trading\".", "CARMELO ABELA: Dik diġa' semmejnieha.", "THE CHAIRMAN: Iva b'dak li għedna semmejnieha, imma ma niddejqux insemmuha bl-isem.", "Jekk \"parallel trading\" hija l-kelma teknika addattata, allura nsemmuha.", "CARMELO ABELA: Jien kont se nissuġġerixxi xi ħaġa, għax naħseb li, filwaqt li kellna d-diretturi min-naħa tal-Edukazzjoni u anke min hu responsabbli f'dan is-settur f'dan il-Kumitat, jidher li hemm ċerti direttivi li qed jagħti min qed imexxi fil-qasam tal-Edukazzjoni li mhumiex jaslu s'isfel.", "Fil-fatt, meta smajniehom jitkellmu hawnhekk, bdejt ngħid li s-safeguards hemm qegħdin.", "Imma meta mbagħad smajt l-esperjenzi differenti, jien għedt lill-ġenituri li ġew ikellmuni li, quddiemna, id-Direttur Ġenerali qalet hekk u li min imexxi qal hekk.", "Dawn il-ġenituri mbagħad qaluli li dak li qalu ma jaqbilx ma' dak li qed jiġri fl-iskejjel.", "Għandna nissuġġerixxu alternattiva oħra fejn ngħidu li għandu jkun hemm – issa l-wording nistgħu nbiddluh – direzzjoni ċara mid-Direttorat tal-Edukazzjoni għall-iskejjel Statali kollha, u li dawn l-iskejjel jaraw li din id-direzzjoni tiġi osservata.", "Issa tgħiduli: 'Mhux ovvja li hekk irid isir|?'", "Imma din id-direzzjoni u l-policy li ssemmiet hawnhekk għandha tkun ċara kull fejn tkun applikabbli, fl-iskejjel, fil-kulleġġi, eċċ, u jkun hemm mekkaniżmu fl-istess Direttorat li jaraw li dawn l-affarijiet li jinqalgħu hekk kif tibda sena skolastika ġdida ma jkomplux għaddejjin matul is-sena skolastika.", "Fil-fatt, dawn l-affarijiet jinqalgħu fil-ġenn tal-bidu, u mbagħad matul is-sena skolastika jmutu waħedhom għax jilħaq jgħaddi ż-żmien, u kulħadd qisu jissetilja.", "U allura huwa importanti li jkun hemm persuni apposta mid-Direttorat tal-Edukazzjoni li jaraw li d-direzzjoni ċara li tkun ġejja mid-Direttorat tkun qiegħda tiġi segwita fl-għaxar kulleġġi li għandna.", "THE CHAIRMAN: Meta aħna qegħdin nagħmlu dawn il-proposti, qegħdin nagħmluhom għall-attenzjoni u biex, jekk jista' jkun, jiġu segwiti mill-iskejjel privati, tal-Istat u dawk tal-Knisja.", "Allura f'dawn il-proposti m'aħniex se nsemmu l-kulleġġi, imma nsemmu l-iskejjel.", "THE CHAIRMAN: B'hekk dak li qed tgħid inti ma jsirx lanqas fl-iskejjel privati.", "Aħna qed nissuġġerixxu li anke fl-iskejjel privati - biex inkunu serraħna moħħna li għandna suq miftuħ b'kompetizzjoni ġusta u b'kompetizzjoni ħielsa - nnaqqsu l-proċeduri ta' monopolji.", "CARMELA ABELA: Naħseb li mill-istess rapport tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni rajna li, xi kultant, l-aktar prezzijiet għoljin - mhux f'kollha – f'ċerti ħwejjeġ li nxtraw, kienu proprju fl-iskejjel tal-Istat milli fi skejjel oħrajn, speċjalment fejn jidħlu blazers.", "Naturalment nista' niġi kkorreġut f'dan li qed ngħid.", "Fil-livell sekondarju għadhom hemmhekk.", "Għalhekk naħseb li jekk indaħħlu xi ħaġa bħal din fuq id-Direttorat tal-Edukazzjoni huwa importanti.", "U magħha kont se nżid li, meta xi student jiġi kkorreġut jew tinġibidlu l-attenzjoni, din għandha ssir b'mod diskret.", "Issa forsi tgħiduli: 'Dawn l-affarijiet hemm għalfejn niktbuhom?'", "Imma naħseb jien li jkun aħjar li niġbdu l-attenzjoni għalihom.", "Issa, jekk irridu nbiddluha jew ikollna suġġerimenti oħra min-naħa tad-Direttorat tal-Edukazzjoni, nkunu nistgħu nbiddluhom, imma l-ħsieb dak hu.", "THE CHAIRMAN: Ladarba sa mmorru għall-konsultazzjoni pubblika, huwa importanti li mmorru għaliha bi qbil tal-membri ta' dan il-Kumitat, u allura importanti li tinkiteb.", "Issa mbagħad ħalli niġu kkorreġuti, basta niġu mifhuma.", "Hawnhekk nitlob lir-Research Analyst tagħna sabiex tieħu nota ta' dak li għedna. (off mic) Huwa l-ġist u d-direzzjoni ta' dan ir-rapport li dak li qed jiġi pprovdut f'dan ir-rapport ikun - kif kienet qiegħda tgħid l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur - jorbot lil kulħadd.", "Allura ejjew immorru bil-premessa li s-suġġerimenti kollha huma l-istess għal kulħadd.", "U għalhekk m'għandniex nużaw il-kelma \"kulleġġi\". (off mic) Mela allura ngħidu 'l-iskejjel tal-Istat'.", "Fil-każ, nitolbu lil xi ħadd responsabbli.", "CARMELO ABELA: Jien ktibt hekk; \"Ikun hemm direzzjoni ċara mid-Direttorat tal-Edukazzjoni għall-iskejjel Statali kollha, u li jaraw li tiġi osservata.\".", "Qed ngħid hekk għax jidher li fl-iskejjel tal-Knisja u tal-Privat m'hemmx din id-diffikultà, għalkemm jista' ikun li niġi kkorreġut.", "Jien qed nitkellem mill-esperjenza ta' dak li ġara wara li tkellimna fuq din l-issue, fejn jidher li d-direzzjoni li ngħatat għall-iskejjel Statali – din ġiet spjegata lilna f'dan il-Kumitat – ma kenitx magħrufa biżżejjed f'ċerti kulleġġi jew f'ċerti skejjel.", "Jidher li kien hemm nuqqas sabiex xi ħadd jieħu l-ownership tagħha billi jgħid li se jaraw li jkunu proattivi f'din il-ħaġa billi fil-bidu ta' sena skolastika, jkun hemm nies apposta biex jieħdu ħsieb din l-issue.", "Imbagħad kif jgħaddi dak il-perijodu, jkomplu b'xogħolhom.", "Huwa għalhekk li jiena nħoss li din il-ħaġa tolqot l-aktar l-iskejjel tal-Istat.", "Dak li qed ngħidu fuq prezzijiet, kompetizzjoni, eċċ, għandu jgħodd għal kulħadd.", "U fuq dik naqblu.", "Li qed ngħid jien huwa fir-rigward ta' ċerta direzzjoni u linji gwida li, filwaqt li forsi fi skejjel indipendenti u tal-Knisja jidher li huma stabbiliti u qed jifhmuhom, dawn ma jeżistux fl-iskejjel Statali kollha.", "Issa dan jista' ikun minħabba li hemm aktar skejjel tal-Istat, u allura jkun aktar diffiċli.", "THE CHAIRMAN: Tajjeb.", "Issa se nitlob lir-Research Analyst tagħna sabiex iddaħħal dawn l-emendi li semmejna u tibgħathomlna sa għada b'email ħalli aħna nilħqu narawhom.", "Imbagħad, jekk ikun hemm xi ħaġa oħra x'nikkorreġu nikkorreġuha, biex għada filgħaxija npoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra, u nqegħduh għall-konsultazzjoni pubblika sat-8 ta' Marzu.", "Għalhekk irridu nagħmlu wkoll press release oħra.", "CARMELO ABELA: Aħna nimpenjaw ruħna li sa għada nagħtuk risposta, hekk kif nirċievu l-email, ħalli għada filgħaxija dan ir-rapport jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Jekk ma jkunx hemm risposta jfisser li huwa tajjeb kif inhu.", "Aħna se nippruvaw niltaqgħu bħal-lum ġimgħa, u se nippruvaw nitolbu lill-Ministru Chris Said, dejjem jekk ikun jista', sabiex nagħmlu laqgħa miegħu matul il-ġimgħa d-dieħla.", "Imbagħad il-ġimgħa ta' wara jkollna r-rapport fuq il-vjolenza domestika.", "Grazzi.", "Fit-8.10 pm il-Kumitat aġġorna għal data li kellha titħabbar iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120214_121d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 121", "It-Tlieta, 14 ta' Frar, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:30 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Dr Elaine Birmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "120 li saret nhar it-Tlieta 7 ta' Frar 2012 ġew konfermati.", "Preżentazzjoni ta' Karti", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, poġġa fuq il-Mejda:", "Dok 161 Press Release Nru 264 intitolata Lejn Iktar Sigurtà u Bon Ordni f'Paceville", "Informazzjoni", "Il-President tal-Kumitat l-Onor Edwin Vassallo, informa lill-Kumitat li kellu laqgħa nformali mal-Anti-Poverty Forum Malta, fejn fost l-oħrajn issuġġerixxa li bħala kumitat jimpenja ħidma li meta jkun qed jiġi diskuss rapport, jittresqu proposti sabiex ikunu sostenn għall-iktar persuni li jkunu qed iħabtu wiċċhom ma' problemi soċjali.", "Kien hemm riferenza wkoll għar-rapport intitolat \"Il-Ħidma lejn l-Inklużjoni Soċjali tfisser ħidma kontra l-faqar: It-tfal li iktar li Jbatu\", li l-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali kien ħareġ f'Marzu 2009.", "Il-Kumitat qabel mal-proposta tal-Onor Edwin Vassallo, li l-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja l-Onor Chris Said jattendi għal-laqgħa formali tal-Kumitat.", "Dan biex bħala Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali jiġi ppreżentati lilu dokumenti u rapporti - li fihom numru ta' suġġerimenti u proposti - li l-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ħareġ f'din il-Ħdax-il Leġislatura.", "Għaldaqstant il-President tal-Kumitat iddelega lis-Segretarja tal-Kumitat biex tikteb ittra formali lill-Ministru biex jattendi laqgħa tal-Kumitat.", "Kien hemm qbil mal-proposta li għamel il-President tal-Kumitat li r-rapporti li joħroġ il-Kumitat ikunu wkoll diskussi fil-Kamra.", "Għaldaqstant il-President tal-Kumitat iddelega lis-Segretarja tal-Kumitat biex tikteb ittra formali lill-President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra biex jikkonsidra, li meta l-aġenda tal-Kamra tippermetti, ir-rapporti maħruġa mill-Kumitat jitilgħu għad-diskussjoni.", "Il-Membri tal-Kumitat qablu mal-proposta li għamel l-Onor Edwin Vassallo li jkunu mistiedna r-rappreżentanti tal-Partiti Politiċi Maltin u jingħataw preżentazzjoni ta-rapporti kollha li l-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ippublika f'din il-Leġislatura.", "Dan biex iservi ta' għajnuna meta jiġu biex iħejju l-Programm Elettorali.", "Approvazzjoni tar-Rapport dwar L-Uniformi tat-tfal tal-skola", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat iċċirkola lill-membri:", "Dok 162 L-Uniformijiet tat-Tfal – Id-Disa' Rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali", "L-Onor Vassallo ippreżenta dan id-dokument u ppropona li jkun miftuħ għall-konsultazzjoni pubblika.", "Kien hemm qbil li għandha tinħareġ Press Release biex issir sejħa pubblika biex min hu interessat jibgħat ilmenti, kummenti jew suġġerimenti fuq is-suġġett.", "Fit-8:10 pm il-Kumitat aġġorna għall-data li kellha titħabbar iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120214_121m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ġimgħa, 17 ta' Frar 2012.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-1:45 p.m.", "L-Onor Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Preżenti wkoll kien hemm il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta u l-Konsumatur, l-Onor Joseph Falzon u l-Onor Noel Farrugia.", "ASSENTI: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Onor Beppe Fenech Adami.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 57 li saret fid-9 ta' Frar 2012 kienu konfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-PRESIDENT", "Il-President tal-Kumitat informa lill-Membri li dak inhar stess il-Parlament kien irċieva Mozzjoni dwar il-Ħruġ ta' Ordni fuq it-Trattat ta' Adeżjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja, li skont Artikolu 2 tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea trid tiġi diskussa fil-Kumitat fi żmien 15-il ġurnata biex imbagħad isir rapport lill-Kamra.", "Il-Kumitat qabel li għal dan il-għan issir laqgħa nhar it-Tnejn 20 ta' Frar 2012 fis-7 p.m.", "DISKUSSJONI FUQ IL-FTEHIM KUMMERĊJALI DWAR IL-ĠLIEDA KONTRA L-FALSIFIKAZZJONI (ACTA - ANTI-COUNTERFEITING TRADE AGREEMENT ) - KONTINWAZZJONI", "Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment għamel preżentazzjoni fejn spjega l-għanijiet ta' dan il-ftehim u ta spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex il-Gvern kien iffirma dan l-istess ftehim, fosthom, il-ħarsien tal-investiment u tal-impjiegi.", "Il-Ministru ddikjara li minkejja l-iffirmar tal-ftehim, il-Gvern kien lest jisma' x'għandhom xi jgħidu l-partijiet kollha interessati kif ukoll id-diskussjoni f'dan il-Kumitat biex imbagħad tittieħed d-deċiżjoni dwar jekk issirx ir-ratifika jew le ta' dan il-ftehim.", "Il-Kumitat għadda biex jikkonsidra d-diversi artikoli tal-ftehim fl-liema diskussjoni ħadu sehem ukoll Dr Peter Grech, Avukat Ġenerali, Dr Joseph Bugeja, Direttur fid-Diviżjoni tal-Politika Ekonomika, is-Sur Joseph Ebejer, Kummissarju dwar il-Protezzjoni tad-Data, is-Sur George Agius, Spettur tad-Dwana, is-Sur Dominic Micallef, Supretendent tal-Pulizija u Dr Paul Micallef, Kap tal-Legal Unit tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunkiazzjoni.", "L-Avukat Ġenerali, fost kummenti oħra, irrimarka li:-", "fejn tidħol il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali dejjem ikun hemm element ta' qligħ 'parassita' minn persuni/entitajiet għas-spejjeż ta' min jippossjedi dawk id-drittijiet;", "wieħed irid joqgħod attent fejn fil-ftehim tintuża l-kelma 'għandha' (shall) li titlob konformità u mhux daqstant fejn tintuża l-kelma 'jista' (may); u", "b'mod speċifiku, minħabba ċerti provvedimenti tal-ftehim jista' jkun hemm il-ħtieġa ta' emendi għall-artiklu 298 tal-Kodiċi Kriminali, li jistabbilixxi li proċedimenti ma jistgħux jittieħdu ħlief bil-kwerela tal-parti offiża, sabiex proċedimenti jkunu jistgħu jittieħdu wkoll minn awtoritajiet kompetenti, per eżempju, mill-Pulizija.", "Il-Kumitat qabel li d-diskussjoni fuq il-Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA) titkompla nhar il-Ġimgħa 2 ta' Marzu, 2012.", "Fl-4:00 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn 20 ta' Frar 2012 fis-7:00 pm bil-konsiderazzjoni tat-Trattat ta' Adeżjoni bejn Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120217_058m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-familja", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 4", "It-Tlieta, 21 ta' Frar 2012 fl-4:30pm", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Familja, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 21 ta' Frar, 2012 fl-4:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preparazzjoni Xierqa Qabel Żwieġ Ċivili.", "Preżentazzjoni minn Mons Philip Calleja.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120221_004a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-Familja", "LAQGĦA NRU 4", "It-Tnejn, 21 ta' Frar, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-4.40 p.m.", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr 3 li saret it-Tlieta 22 ta' Novembru 2011 ġew konfermati.", "Informazzjoni", "L-Onor Jean Pierre Farrugia nforma lill-Kumitat li lill-Ministru tal-Finanzi kien kellmu dwar il-punt li kienet qajmet l-Onor Marie Louise Coleiro Preca dwar ir-reduced hours tal-ħaddiema nisa tal-Air Malta.", "Eventwalment ma kien hemm ebda insistenza li ssir diskussjoni fuq is-suġġett.", "Preparazzjoni Xierqa Qabel Żwieġ ċivili", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat stieden lill-Mons Philip Calleja, lill-Fr Alfred Vella Direttur tal-Kummissjoni Emigranti, lis-Sinj Helen Borg Bonnici Chairperson tal-Catholic Enquiry Centre u lis-Sinj Antoinette Giglio l-organizzatriċi tal-korsijiet \"Good Wife to a Foreigner\".", "Mons Philip Calleja ta preżentazzjoni ntitolata:", "Dokument 5 Żwiġijiet", "Mons Calleja ta statistika mill-1975 sas-sena 2010, dwar żwiġijiet ċivili kif ukoll tal-knisja.", "Huwa kompla jagħti iktar fatti u figuri dwar ommijiet mhux miżżewġa kif ukoll għalfejn persuni Maltin jagħżlu li jiżżewġu ċivilment.", "Antoinette Giglio spjegat kif hija tikkordina l-korsijiet għal persuni Maltin li se jkunu ser jiżżewġu persuna barranija.", "Is-Sinj Giglio pproponiet li korsijiet simili għandhom ukoll jiġu estiżi wkoll għal dawk il-persuni Maltin li se jkunu ser jiżżewġu ċivilment.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-8:50 p.m. il-Kumitat ikkonkluda fuq is-suġġett u aġġorna għal nhar it-Tnejn 5 ta Marzu 2012 fis-7:00pm.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120221_004m_fac.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 21 ta' Frar 2012.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:15 p.m.", "L-Onor Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor Charlò Bonnici, l-Onor Luciano Busuttil, l-Onor Beppe Fenech Admai, l-Onor George Vella u l-Onor Simon Busuttil, Membru tal-Parlament Ewropew.", "SKUŻAT: L-Onor Francis Agius kien fuq xogħol parlamentari ieħor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 58 li saret fis-17 ta' Frar 2012 kienu konfermati.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "Il-President informa lill-Membri b'14-il riżoluzzjoni u dikjarazzjoni li l-Parlament Ewropew għadda lill-parlamenti nazzjonali u b'żewġ komunikazzjonijiet datati t-13 u l-20 ta' Frar 2012 mill-Ambaxxata tas-Sirja dwar is-sitwazzjoni f'dak il-pajjiż skont il-Gvern Sirjan u qiegħed fir-records tal-Kumitat:-", "Dokument 996 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2009 tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (COM(2011)0516 – C7-0226/2011 – 2011/0223(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0003;", "Dokument 997 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (09737/2011 – C7-0202/2011 – 2011/0090(NLE)) - P7_TA-PROV(2012)0004;", "Dokument 998 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mar-Regolament Nru 29 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina ta' vettura kummerċjali (13894/2011 – C7-0303/2011 – 2011/0191(NLE)) - P7_TA-PROV(2012)0005", "Dokument 999 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar is-sikurezza tal-persuni mixjin fit-triq u fir-rigward tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar is-sorsi tad-dawl minn Dijodu li Jemmetti d-Dawl (LED) (13895/2011 – C7-0302/2011 – 2011/0188(NLE)) - P7_TA-PROV(2012)0006;", "Dokument 1000 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (13238/2011 – C7-0242/2011 – 2010/0132(NLE)) - P7_TA-PROV(2012)0007;", "Dokument 1001 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Memorandum ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali li jipprovdi qafas għal kooperazzjoni msaħħa, u li jistupula l-arranġamenti proċedurali relatati miegħu (09138/2011 – C7-0163/2011 – 2011/0050(NLE)) - P7_TA-PROV(2012)0008;", "Dokument 1002 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (Riformulazzjoni) (07906/2/2011 – C7-0250/2011 – 2008/0241(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0009;", "Dokument 1003 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (05032/2/2011 – C7-0251/2011 – 2009/0076(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0010;", "Dokument 1004 Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2012 dwar il-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-alga - P7_TA-PROV(2012)0015;", "Dokument 1005 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2012 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-14-il direttiva dwar il-liġi tal-kumpaniji rigward it-trasferiment transkonfinali tas-sedi tal-kumpaniji (2011/2046(INI)) - P7_TA-PROV(2012)0019;", "Dokument 1006 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2012 dwar \"Lejn Approċċ Ewropew Koerenti għar-Rimedju Kollettiv\" (2011/2089(INI)) - P7_TA-PROV(2012)0021;", "Dokument 1007 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2012 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 dwar il-lista ta' indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni - P7_TA-PROV(2012)0022;", "Dokument 1008 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2012 dwar il-Kunsill Ewropew tat-30 ta' Jannar 2012 - P7_TA-PROV(2012)0023;", "Dokument 1009 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2012 dwar l-Iran u l-programm nukleari tiegħu - P7_TA-PROV(2012)0024;", "Dokument 1010 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2012 dwar id-Dimensjoni Ewropea fl-Isport (2011/2087(INI)) - P7_TA-PROV(2012)0025;", "Dokument 1011 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2012 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-fiskalità (2011/2271(INI)) - P7_TA-PROV(2012)0030; u", "Dokument 1012 Żewġ komunikazzjonijiet mibgħuta fit-13 u l-20 ta' Frar 2012 mill-Ambaxxata Sirjana f'Ruma dwar is-sitwazzjoni f'dak il-pajjiż skont il-Gvern Sirjan.", "MOZZJONI DWAR IL-ĦRUĠ TA' ORDNI FUQ IT-TRATTAT TA' ADEŻJONI BEJN L-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA", "Il-Kumitat iddiskuta l-mixja tal-Kroazja lejn is-sħubija tagħha fl-Unjoni Ewropea fejn, fost affarijiet oħra, kien innotat dan li ġej:-", "fl-1 ta' Diċembru 2012 il-Parlament Ewropew kien approva dan it-Trattat li mbagħad ġie iffirmat fid-9 ta' Diċembru 2012;", "il-Kroazja għamlet referendum fit-22 ta' Jannar 2012 fejn 66% ivvotaw favur li l-Kroazja tidħol fl-Unjoni Ewropea – hawnhekk kien innotat ukoll li 43% tal-elettorat ħa sehem f'dan ir-referendum;", "iż-żewġ partiti politiċi ewlenin tal-Kroazja huma favur is-sħubija tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea;", "il-Kroazja għamlet progress kbir f'kull qasam anke f'dik li hija koperazzjoni mal-ITC", "f'dawk l-oqsma fejn jidher li għad hemm xi jsir, bħal, fit-trazzin tal-korruzzjoni, ġudikatura indipendenti, dejn u żbilanċ fil-kontijiet pubbliċi, u f'xi aspetti tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, il-Kroazja wriet li hija impenjata bis-sħiħ li tibqa' tagħmel ir-riformi meħtieġa kif ukoll iddikjarat li se taħdem biex iżżomm relazzjonijet tajba mal-ġirien tagħha;", "bid-dħul tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea jintbagħat sinjal pożittiv lill-istati l-oħra f'dan ir-reġjun li l-perspettiva tagħhom li jsiru membri fl-Unjoni Ewropea hija fattibbli u b'hekk tiżdied l-istabilità f'dan ir-reġjun li fl-istorja riċenti kien sors ta' instabilità u konflitti mdemmija;", "l-appoġġ ta' Malta lis-sħubija tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea hija parti mill-politika ta' Malta li jkollha relazzjonijiet tajbin mal-pajjiżi ta' dan ir-reġjun, jiġiefieri, s-Serbja, l-Montenegro, il-Maċendonja, l-Albanija u s-Bosnija Herzegovina, u li tgħinhom fil-proċess li jilħqu l-kriterji għad-dħul tagħhom fl-Unjoni Ewropea.", "Il-Kumitat qabel li l-President għandu jirrapporta li l-Kumita unanimament jirrakkomanda r-ratifika tat-Trattat ta' Adeżjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja.", "Il-President qiegħed fir-records tal-Kumitat :-", "Dokument 1013 Kopja ta' Mozzjoni Nru. 291dwar il-Ħruġ ta' Ordni fuq it-Trattat ta' Adeżjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja", "AFFARIJIET OĦRA", "Sussidjarjetà: Il-President tal-Kumitat informa lill-Membri li l-Kamra, permezz tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, inkarigat lill-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej sabiex jeżamina l-proposti leġislattivi li jiġu mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mill-aspett ta' sussidjarjetà u ppreżenta l-proċedura approvata mill-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra f'dan ir-rigward.", "Dokument 1014 Kopja tal-proċedura approvata mill-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra fir-rigward tal-eżami tal-proposti leġislattivi maħruġa mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-fini tal-prinċipju ta' sussidjarjetà.", "Fit-8:00 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar il-Ġimgħa 2 ta' Marzu 2012 fis-1:30 pm bit-tkomplija tad-diskussjoni fuq il-Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA).", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120221_059m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 122", "It-Tlieta, 21 ta' Frar, 2012", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 21 ta' Frar, 2012 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa mal-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120221_122a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 119", "It-Tlieta 21 ta' Frar, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 122", "It-Tlieta 21 ta' Frar, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-07:28 p.m.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Hawn korrezzjonijiet għall-Minuti?", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, xtaqt ngħid xi ħaġa fuq il-Minuti li għandna quddiemna.", "Fit-tieni paġna, fejn hemm riferenza għall-proposta tiegħek sabiex ċerti rapporti li joħorġu minn dan il-Kumitat jkunu diskussi fil-Kamra kollha, ma naħsibx li konna qegħdin nirreferu għar-rapporti kollha li joħorġu mill-Kumitat, imma li forsi jkun hemm numru minnhom li aħna nħossu li għandhom ikunu kkonsidrati mill-Kamra, u li f'dak il-każ aħna niġbdu l-attenzjoni tal-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra dwarhom.", "Issa iktar 'l isfel, fejn qed ngħidu \"Meta l-aġenda tal-Kamra tippermetti, ir-rapporti maħruġa mill-Kumitat jitilgħu għad-diskussjoni\" naħseb li dakinhar għamilna enfasi wkoll li mhux biss meta l-aġenda tippermetti, imma li l-aġenda trid tkun eżawrita wkoll.", "Bħalissa għandna 11-il abbozz ta' liġi fuq l-aġenda, u hemm ukoll xi mozzjonijiet, fosthom mozzjoni tal-Oppożizzjoni li għadha ma ġietx mogħtija data.", "Naħseb li dakinhar konna għedna dan il-kliem, u għalhekk wieħed għandu jiġbed l-attenzjoni għalih.", "THE CHAIRMAN: Jien għadni kemm iffirmajt l-ittra kif inhi miktuba għax dak li hawn miktub smajtu jingħad: però ma nsib l-ebda oġġezzjoni jekk trid li jinkiteb xi ħaġa oħra.", "Jien qed nara li din l-ittra hija fidila mal-ispirtu ta' dak li ntqal f'dik il-laqgħa, u għalhekk iffirmajtha.", "Fil-fatt inti stess, Onor. Abela, kont irrimarkajt u għedt \"dejjem jekk l-aġenda tal-Parlament tkun tippermetti\".", "L-ispirtu tal-ħsieb tiegħek kien li hemm aġenda twila u li allura, minflok immorru b'ittra tassattiva fejn qisna qed nitolbu lill-iSpeaker sabiex iqiegħed dawn ir-rapporti għad-diskussjoni fil-Plenarja, nagħmlu talba fejn nuru li aħna nixtiequ li dawn ir-rapporti jiġu diskussi fil-Plenarja, dejjem jekk l-aġenda tkun tippermetti.", "Issa nħallu fil-ġudizzju tal-iSpeaker, li dan mhux se jiddeċiedi waħdu, imma se jkun hemm il-Kap tal-Kamra u r-rappreżentanti tal-Oppożizzjoni wkoll.", "Issa, jekk dawn jiddeċiedu li jqiegħdu rapport għad-diskussjoni, merħba bih, u jekk jiddeċiedu li – dak li għadek kif għedt inti – hemm aġenda twila li ma tippermettix li rapport minn tagħna jitpoġġa għad-diskussjoni, so be it ukoll.", "Ma nsibu l-ebda oġġezzjoni, imma xi ħaġa rridu niktbu.", "Jekk għandek xi emendi li tixtieq tara fl-ittra, ma ġara xejn għax l-ittra għadni ma bgħatthiex, u għadna fiż-żmien li nirranġaw xi ħaġa.", "Ma nsib l-ebda oġġezzjoni għall-mod ta' kif tixtieq li din tinkiteb; però l-importanti huwa li jasal il-ħsieb għand l-iSpeaker tal-Kamra fejn aħna nuruh li għandna rapporti li rridu npoġġuhom għall-attenzjoni tal-Kamra, u li rridu nagħmlu minn kollox sabiex, b'xi mod jew b'ieħor, dawn ir-rapporti jitilgħu fuq l-aġenda tal-plenarja.", "Hekk,bħalma llum għandna laqgħa mal-Ministru ġdid tal-Politika Soċjali, jiena ħadt din l-okkażjoni sabiex nitkellem miegħu fuq dawn ir-rapporti, biex infakkru li qed nitolbu lill-iSpeaker ħalli dawn jitressqu fuq l-aġenda tal-Plenarja.", "Issa, jekk it-termini li nużaw jistgħu jkunu aħjar, noqgħod għas-suġġerimenti tagħkom, imma żgur li rridu niktbu xi ħaġa.", "Issa jekk m'intix komdu, għidli ħalli ma nibgħatx l-ittra għalissa, però ma hemm l-ebda ħsieb wara din l-ittra ħlief li meta l-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra jiddeċiedi li jtella' rapport, itella' rapport.", "Jien mhux qed nippretendi li dan isir mil-lum għal għada, imma kull meta l-aġenda tkun tippermetti dan.", "Ma nsib l-ebda oġġezzjoni u nimxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet tagħkom, anke jekk tirrakkomandaw li nneħħi l-ittra, mhux se nsib oġġezzjoni.", "CARMELO ABELA: Jien assolutament mhux qed ngħid hekk.", "Aħna qbilna dakinhar li x-xogħol u r-rapporti li qed jagħmel dan il-Kumitat huma rapporti tajbin, u tkun xi ħaġa tajba li jkollna diskussjoni fuqhom.", "Jiġifieri, mhux qed nissuġġerixxi li jitneħħa xi ħaġa, imma biex nirriflettu dak li kien intqal dakinhar.", "Ħalli nagħmel proposta aktar konkreta: fl-ewwel linja, nixtieq nipproponi li wara l-kliem \"il-President tal-Kumitat\" inżidu l-kliem \"xi rapporti\", għax inkella qisha qed nagħmluha tassattiva li r-rapporti kollha li noħorġu jridu jitilgħu għad-diskussjoni fil-Plenarja.", "THE CHAIRMAN: Ejjew nieħdu deċiżjoni fuq din.", "Jekk ir-rapporti kollha huma tajbin, x'oġġezzjoni nsibu li, meta l-aġenda tal-Kamra tkun tippermetti, dawn jiġu mressqa?", "Jien m'għandix preferenza bejn rapport u ieħor.", "Oriġinarjament, jien kont tlaqt bil-premessa li nagħmlu talba lill-iSpeaker sabiex fil-Kamra niddiskutu r-rapport dwar il-Familji u l-Anzjani; imma intom kontu indikajtu li r-rapporti kollha huma tajbin, u allura ħadt id-direzzjoni li tajtuni intom stess.", "Jien ma niddejjaqx li nħalli l-ittra miftuħa kif inhi, u jekk xi darba l-iSpeaker – u naf li l-iSpeaker huwa sodisfatt bil-ħidma li qegħdin nagħmlu – isib ħin ta' seduta jew tnejn fuq ir-rapporti tagħna, dawn jitilgħu wkoll għall-attenzjoni tal-Kamra.", "Naħseb li, bħala Membri, ma nixtiequ xejn iktar ħlief li dawn ir-rapporti li nagħmlu ma jibqgħux fuq l-ixkaffa, u li jitilgħu għad-diskussjoni fil-Plenarja.", "Għaldaqstant, ma niddejjaqx li nħallu l-ittra kif inhi, imma nerġa' ngħid li jekk inti għandek xi emenda li tixtieq tressaq, jien noqgħod għas-suġġerimenti tiegħek.", "Dan li għedt mhux se nerġa' nirrepetih, għax m'għandix intenzjonijiet oħra ħlief li nara li dawn ir-rapporti jiġu diskussi.", "Nerġa' ngħid li jien kont tlaqt bil-premessa li nikteb din l-ittra fuq rapport wieħed, u mbagħad intom kontu indikajtuli li r-rapporti kollha kienu tajbin u għoġbitni aktar il-proposta tagħkom.", "Issa, jekk tridu li nerġgħu mmorru lura, jien noqgħod għal dak li tgħiduli.", "CARMELO ABELA: Mhux eżatt.", "THE CHAIRMAN: Ma jimportax: agħtuni s-suġġerimenti u naħdem fuqhom, m'għandix problema.", "CARMELO ABELA: Le, mhux eżatt, fis-sens li m'għedniex li għandhom jitilgħu kollha.", "Jekk forsi wieħed jerġa' jisma' d-diskors li ntqal … Imma ma rridx intawwal fuq dan il-punt.", "Min-naħa tal-Oppożizzjoni, nerġa' nirrepeti dak li għedt dakinhar li, waqt l-aħħar laqgħa tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra, konna tlabna sabiex mozzjoni ppreżentata minn żewġ Membri tal-Oppożizzjoni...", "THE CHAIRMAN: Jien m'għandix oġġezzjoni fuq dik propju għax m'għandix x'naqsam magħha.", "Onor. Abela, ippermettili waħda.", "Jien prinċipju wieħed għandi; bħala Chairman ta' dan il-Kumitat għandi r-rapporti li, jekk jista' jkun, nixtieq li dawn jiġu diskussi fil-Plenarja.", "Qabel nispiċċa minn hawnhekk, nixtieq nara li s-suġġerimenti kollha li għamilna jiġu attwati.", "Issa llum nitkellem mal-Ministru, għada forsi niltaqgħu mar-rappreżentanti tal-partiti politiċi u nagħtuhom kopja tar-rapporti tagħna, forsi nagħmlu seminars 'il quddiem fuq ir-rapporti li jkunu ħarġu numru ta' xhur ilu biex nibqgħu nfakkru l-proposti tagħna, eċċ. Jien ma nsib l-ebda oġġezzjoni li nagħmlu talba lill-iSpeaker dwar dan, u dan nagħmluh mingħajr preġudizzju għall-affarijiet l-oħra li hemm.", "X'għandu l-iSpeaker fuq l-aġenda...", "CARMELO ABELA: Sur President, qegħdin naqblu fuq dan.", "Din mhijiex kwestjoni…", "THE CHAIRMAN: Mela ejjew ħa mmexxu.", "Jien jista' ikun hemm 10 mozzjonijiet tal-Oppożizzjoni u 200 mozzjoni tal-Gvern - se nkun goff fil-kliem - imma niġi naqa' u nqum,- bi ħsebijiet tajbin qed ngħid hekk – minn dak li għandu fuq l-aġenda l-iSpeaker, u jien se npoġġilu din mal-ħafna li għandu, u mbagħad jiddeċiedu huma, jekk inti membru fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra, hemmhekk, agħmel dmirek.", "CARMELO ABELA: Le, mhux qiegħed hemm għax għandi biżżejjed kumitati.", "Fuq il-ħsieb diġà qbilna.", "L-importanti hu li aħna bejnietna nafu li dawn ir-rapporti nixtiequ li wħud minnhom jitilgħu fil-Plenarja, imma hemm prijoritajiet li l-Kamra trid tieħu ħsieb biex...", "THE CHAIRMAN: Il-prijoritajiet se jiddiskutuhom tal- Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra, u mela nħalluha f'idejhom.", "CARMELO ABELA: Fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra, kif għandu jkun, il-maġġoranza qiegħda f'idejn il-Gvern …", "THE CHAIRMAN: Onor. Abela, jekk hawnhekk hawn qbil li din l-ittra ma nibagħtuhiex, jien mhu se jonqosli xejn, u għalija mhux se tkun problema.", "Ħalli nibagħtuha u nżidulhom il-piż lill- Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra u jaħdmu.", "CARMELO ABELA: Anzi, qbilna li l-ittra nibagħtuha, però irrid li niċċaraw dan il-punt li għandna fil-Minuti.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmel l-aħħar talba; għandek xi emenda li tixtieq tpoġġi?", "Jekk għandek emenda, agħtiha lis-Segretarja tal-Kumitat u, hekk kif tkun dik l-emenda tiegħek, jien lanqas nikkorreġiha imma niffirmaha.", "CARMELO ABELA: Kull m'għedt hu li, fl-ewwel linja, forsi niktbu \"numru ta' rapporti\" biex ma tkunx tassattiva li bilfors iridu jitilgħu kollha.", "Issa jekk jitilgħu kollha, tajjeb ukoll u mhux se tkun problema.", "THE CHAIRMAN: Inħallu lilhom jiddeċiedu.", "CARMELO ABELA: Mela għalfejn qed tgħidli biex nagħmel is-suġġerimenti?!", "Ma nagħmlu xejn!", "THE CHAIRMAN: Onor. Abela, ħalli ngħidlek għalxiex!", "Għax anke waqt li qed tagħmel il-proposta, inti stess m'intix ċert.", "Agħtini risposta ċara u naħdmu fuqha.", "Fejn tixtieq tara bidla?", "Għandna s-Segretarja li se tieħu nota.", "(Interruzzjonijiet) Mela naqblu li wara l-kliem \"Il-President tal-Kumitat\" jidħlu l-kliem \"li xi rapporti\", b'mod li tiġi tinqara hekk: \"li xi rapporti li joħorġu mill-Kumitat ikunu wkoll diskussi fil-Kamra\".", "Tajjeb?", "Hemm xi ħaġa oħra?", "ANTHONY ZAMMIT: U ngħidu skont il-prijoritajiet tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Hekk hu.", "Diġa' qegħdin hemm il-kliem \"skont il-prijoritajiet\" għax rajtha.", "Mela nitlob lis-Segretarja tagħmel il-korrezzjoni ħalli niffirma l-ittra.", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma l-ittra trid tkun tinqara hekk ukoll, għax l-ittra li għadni kemm iffirmajt ma taqrax hekk.", "(Interruzzjonijiet) L-emenda milqugħha u l-ittra se tiġi kkorreġuta biex tirrifletti l-proposti li qed isiru issa.", "Mela nista' napprova l-Minuti hekk kif emendati.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 121 li saret nhar it-Tlieta 14 ta' Frar 2012, kif emendati, ġew ikkonfermati.", "Laqgħa mal-Ministru GĦALl-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja", "THE CHAIRMAN: Ngħaddu għall-item tal-lum, fejn għandna laqgħa mal-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja.", "L-ewwel ħaġa, nixtieq nirringrazzjak talli lqajt mill-ewwel it-talba tagħna.", "Kif taf, hawnhekk qegħdin fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, u dan huwa kumitat konsultattiv għax m'għandniex l-Eżekuttiv tal-Gvern f'idejna.", "U għalhekk naħdmu fuq bażi ta' konsultazzjoni.", "Inti l-Ministru għall-Konsultazzjoni Pubblika, u nista' ngħidlek li kull rapport li se nippreżentawlek huwa riżultat tax-xogħol li wettaq dan il-Kumitat wara li għamel il-konsultazzjoni meħtieġa.", "L-ebda rapport li sar ma wasalna għal xi deċiżjoni mingħajr m'għamilna l-konsultazzjoni mal-esperti, man-nies involuti u man-nies li għaddew mill-esperjenzi tas-suġġetti li konna qegħdin niddiskutu.", "Nerġa' ngħid li dawn ir-rapporti huma kollha riżultat ta' konsultazzjoni wiesgħa.", "It-tieni punt: dawn huma rapporti li kollha jitkellmu dwar u jittrattaw tamiet, weġgħat u esperjenzi ta' setturi differenti tal-poplu tagħna.", "Aħna, fil-bidu nett tal-ħidma tagħna, konna approvajna business plan jew direzzjoni, u konna indikajna bħala Kumitat li se nħarsu lejn issues relatati mal-familja.", "Sussegwentement hekk għamilna, u kull suġġett li ttrattajna f'dawn ix-xhur, kollha kienu relatati ma' esperjenzi li tgħaddi minnhom il-familja Maltija.", "Dawn id-dokumenti fihom proposti li fil-fehma tagħna huma validi.", "Nerġa' nirrikorri lejn l-ewwel punt li għamilt, u ċioè li aħna naqblu mal-validità tal-proposti għaliex dawn saru wara konsultazzjoni, u għalhekk ma jirriflettux biss il-ħsibijiet tagħna bħala Membri ta' dan il-Kumitat.", "Fil-fatt, aħna dħalna fiż-żarbun ta' dawk li kellna quddiemna sabiex iressqu l-proposti tagħhom magħna.", "Għaldaqstant, aħna jimportana ħafna li dawn il-proposti jiġu studjati issa minnek u mill-uffiċjali tiegħek, għaliex nemmnu li hemm emendi li jeħtieġu l-attenzjoni.", "U hawnhekk nasal għat-tielet punt tiegħi.", "Ovvjament, li qegħdin nagħmlu hawnhekk illum huwa li qegħdin inkomplu nwessgħu l-konsultazzjoni – ladarba lestejna dawn ir-rapporti – ma' min jeħtieġ li jpoġġihom fis-seħħ.", "Ir-raba' punt tiegħi huwa li hawnhekk għandek emendi li mhux biss għandhom x'jaqsmu mal-eżekuttiv tal-Gvern, imma għandhom x'jaqsmu wkoll mas-soċjetà sħiħa.", "Aħna fhimna li, biex nagħmlu l-bidliet meħtieġa għal numru ta' proċeduri, mhux bilfors teħtieġ bidla leġiżlattiva, imma teħtieġ bidla fil-ħsieb u bidla fil-kultura.", "Imma, naturalment, dejjem irridu nirrikoru lejn l-emendi leġiżlattivi sabiex verament naslu li jkollna l-emendi fil-kultura.", "Se ngħaddi immedjatament biex nagħmillek preżentazzjoni qasira fuq kull rapport li għamilna s'issa, u mbagħad wara l-Membri ta' dan il-Kumitat ikunu jistgħu jgħaddu l-kummenti tagħhom.", "L-ewwel rapport kien \"Il-ħidma lejn l-inklużjoni soċjali tfisser ħidma kontra l-faqar: it-tfal l-aktar li jbatu\".", "Fil-fehma tiegħi, dan kien l-ewwel rapport li fih kien hemm numru sostanzjali ta' emendi, u kien l-ewwel rapport li ġie diskuss fil-Plenarja.", "Meta kien ġie diskuss dan ir-rapport, kien proprju fis-sena ddedikata lil dawk li jbatu mill-faqar relattiv.", "Dan il-Kumitat poġġa jdejh fuq il-feriti tan-nies, u konna kkonsultajna wkoll ma' rapport li kienu għamlu s-Sinjura Angela Abela u Father Charles Tabone.", "Dejjem kienet għal qalbi t-tielet proposta li hemm f'dan ir-rapport, u ċioè \"Il-politika favur it-tisħiħ tal-familja\", li trid twassal messaġġ favur is-saħħa sesswali.", "Hawnhekk konna qegħdin nitkellmu ukoll fuq il-ġlieda kontra l-faqar u favur ħidma lejn it-tisħiħ tal-familja.", "Mela dan ir-rapport kien kollu kemm hu fuq l-inkluzzjoni soċjali.", "Proposta oħra kienet dik li nipproponu li l-ħidma tal-politika soċjali tal-Gvern kellha bżonn tkun indirizzata kollha kemm hi favur it-tisħiħ tal-familja.", "Hawnhekk nixtieq nagħmillek din it-talba, Ministru, u ċioè - u jkun intlaqa' ħafna mill-ġist li aħna għandna f'dan ir-rapport - li l-ħidma tiegħek fil-politika soċjali tkun kollha kemm hi iffokata fuq it-tisħiħ tal-familja.", "Jiena nemmen - u naħseb li sħabi jaqblu miegħi hawnhekk - li tkun qed tagħmel ħafna ġid jekk inti, fid-diskors tiegħek meta tkun qiegħed titkellem fuq il-politika soċjali, tiffokaha fuq it-tisħiħ tal-familja, għax dan ikun ifisser li l-ogħla organu tal-Gvern qed iħares proprju lejn it-tisħiħ tal-familja.", "It-tieni rapport li konna ħriġna kien jismu \"L-Edukazzjoni u l-Prevenzjoni, Responsabilità u Fedeltà, l-aqwa strateġija Nazzjonali favur is-saħħa sesswali\".", "Nafu li fil-preżent, f'Ministeru differenti, qiegħda titfassal ukoll il-politika favur l-edukazzjoni sesswali.", "Aħna konna qegħdin naraw kemm l-edukazzjoni, il-prevenzjoni, ir-responsabilità u l-fedeltà għandhom ikunu l-aqwa strateġija nazzjonali favur is-saħħa sesswali.", "Hawnhekk, għandna wkoll rapport li nemmnu li fih numru ta' inizjattivi maħsuba sabiex - fil-libertà tal-espressjoni sesswali li għandu jkollu kull wieħed u waħda minna – dak li jkun joqgħod attent kemm jista' jkun sabiex jieħu l-aħjar miżuri biex ma jiżdiedx il-mard ikkaġunat mill-attività sesswali.", "Hawnhekk nitlob lill-Onor.", "Anthony Zammit sabiex jikkorreġini aktar tard jekk qed ngħid xi ħaġa ħażina, għax niftakar kemm għamel interventi fuq dan is-suġġett minħabba l-professjoni tiegħu.", "Imma niftakar li konna ħarisna lejn dan il-qasam b'relazzjoni lejn iż-żieda tal-mard bħala riżultat tal-attività sesswali li wieħed jista' jkollu.", "It-tielet rapport kien aġġornament fuq l-aħħar tagħlim etiku u morali dwar il-prokreazzjoni assistita, jiġifieri l-IVF.", "Dan kien rapport differenti mill-oħrajn għax il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali preċedenti kien ħadem fuq rapporti dettaljati ħafna għall-proposti tal-IVF.", "U dan ir-rapport kont issuġġerejt li jsir sabiex aħna nħarsu lejn ċirkostanzi differenti minn dawk li ħarġu bihom ta' qabilna.", "Ma xtaqniex li nidħlu fid-dettall bħalma kienu diġa' daħlu ta' qabilna għax kien hemm rapporti li kienu tajbin ħafna.", "Madankollu, konna konxji li, f'xi ħin jew ieħor, jista' jkun hemm dibattitu fuq il-liġi tal-IVF, u allura ridna li nagħtu indikazzjoni ta' x'inhu l-aħħar aġġornament ta' tagħlim etiku u morali sabiex ikun ta' gwida għal min ikun iridu, mingħajr l-ebda enfasi fuq impożizzjoni, fuq il-Knisja Kattolika u x'inhuma l-ħsibijiet tagħha rigward l-IVF.", "Konna dħalna fid-dettall ta' preżentazzjonijiet li kienu saru lilna fuq l-issue tal-IVF.", "Fil-fatt kien hemm sotto-kumitat li kien inħoloq proprju wara dan ir-rapport.", "Imbagħad reġgħu ġew quddiemna rappreżentazzjonijiet, u aħna kellna f'dawk il-laqgħat qbil importanti.", "Per eżempju, konna qbilna li l-IVF trid tkun tirrispetta l-fatt li l-ħajja tibda mill-konċepiment, u li allura liġi tal-IVF għandha tirrispetta dan id-dritt.", "Issa, biex inkun aktar eżatt, ngħaddilek il-Minuti ta' dawk il-laqgħat ħalli tara li konna ħadna, ħa ngħidu hekk, deċiżjonijiet importanti ħafna, u li allura joffru direzzjoni ċara dwar x'kienu qegħdin jaħsbu l-membri ta' dan il-Kumitat fir-rigward tal-liġi li nixtiequ naraw fuq l-IVF.", "Ir-raba' rapport kien importanti ħafna u kien jitratta l-irwol tal-missier u l-familja.", "Aħna nemmmu li l-irwol tal-missier huwa wieħed uniku, u għandu jiġi apprezzat aktar.", "Dan ir-rapport kien intitolat \"L-Effetti ta' Nuqqas tal-Missier fuq it-Tfal\".", "Fih għandek issib suġġerimenti importanti li jolqtu diversi Ministeri, u jolqot il-kultura ta' x'inhu magħruf li għandu jkun l-irwol tal-missier fil-familja.", "Dan ir-rapport kien sar għaliex konna qegħdin nitkellmu fl-istess ħin fuq rapport ieħor, li huwa l-ħames rapport tagħna li huwa intitolat \"Il-Qorti tal-Familja\".", "F'dan ir-rapport jingħad li, filwaqt li għandha ssir ġustizzja mal-ġenituri, għandha tingħata prijorità lill-ħtiġijiet tat-tfal sabiex titnaqqas it-trawma fuq it-tfal mis-separazzjoni tal-ġenituri.", "Ministru Said, issa huwa l-mument – għaliex sa ftit ilu kellna Ministeru tal-Politika Soċjali għalih, u kellna Ministeru tal-Ġustizzja għalih – mentri issa għandna l-politika soċjali u l-familja f'Ministeru wieħed.", "Għalhekk nitolbok, bl-akbar enfasi possibbli, sabiex tħares lejn dan ir-rapport.", "Qed ngħid hekk f'isem in-numru kbir ta' adulti li jgħaddu mill-esperjenza tal-Qorti tal-Familja u tas-separazzjonijiet.", "Int ukoll għandek l-esperjenza tiegħek bħala avukat f'dan il-qasam.", "F'dan ir-rapport għamilna diversi proposti dwar x'emendi nixtiequ naraw fil-Qorti tal-Familja.", "Xtaqna naraw - u dan intqal lilna mill-persuni li jgħaddu minn din l-esperjenza tas-separazzjoni – li, filwaqt li għandu jibqa' jkollna liġijiet li jagħtu ġustizzja lill-adulti, fl-istess ħin inħass il-bżonn li f'dak il-proċess it-tfal jingħataw aktar importanza u jinstemgħu aktar.", "Anke d-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-adulti rridu naraw li dawn ikunu jirriflettu l-ħtiġijiet tat-tfal.", "Fil-preżent jidher - dejjem skont dak li ntqal lilna - li s-sistema tad-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-Qrati tal-Familja huma aktar mgħobbija b'element leġiżlattiv u li jagħtu l-importanza ta' x'jiġri lill-adulti u fuq il-qsim tal-beni milli jagħtu l-importanza lit-tfal.", "Indikawlna li t-tfal f'dawn il-proċessi kważi jiġu ridotti bħallikieku kienu xi kapital.", "L-aktar importanza li tingħata hi min se jeħodhom, il-ħin li se jżommuhom u l-ħin li fihom iridu jiġu ritornati għand il-ġenitur l-ieħor.", "Dak li konna qegħdin nipproponu fil-ħames rapport jibdel sostanzjalment id-dimensjoni tal-Qorti tal-Familja, u jagħmilha aktar socialy minded milli hi s'issa.", "Fi ftit kliem, aħna konna qegħdin naraw kif il-Qorti tal-Familja tiġi mibdula sabiex tkun tixbah lill-Qorti tal-Minorenni, fejn mal-ġudikanti jkollok lay persons li jkunu esperti f'dan il-qasam biex jieħdu ħsieb aktar l-interessi tat-tfal.", "U bħala mudelli konna rajna x'jagħmlu f'ċerti pajjiżi nordiċi.", "Punt ieħor importanti li l-medjaturi kollha semmewlna kien il-fatt li, filwaqt li l-liġi tobbliga lill-medjaturi jkunu parti importanti tal-medjazzjoni, u li l-ewwel prijorità li għandu jkollhom hija dik li, jekk jista' jkun, iressqu lill-koppja lejn xulxin, jirriżulta li, kif il-proċeduri huma miexjin llum, ma tantx hemm lok ta' medjazzjoni.", "Anzi, kważi kważi, kif intqal lilna mill-medjaturi nfushom, meta l-koppja tmur quddiem il-medjaturi diġà jkun tard wisq għax l-adulti jkunu diġa' fformaw il-ħsebijiet tagħhom.", "U allura l-irwol tal-medjaturi llum huwa kważi dak ta' kif se jaslu li jgħinu lill-kopja taqsam il-beni bejniethom.", "Intqal lilna li, xi kultant, ikun hemm koppji li jmorru għall-bonarja, jew inkella ma jkunu ftehmu xejn minħabba l-ispejjeż li ġġorr magħha din il-proċedura fil-Qorti tal-Familja.", "U allura l-omm, li ħafna drabi tispiċċa bit-tfal kif intqal lilna fl-ewwel rapport tagħna, tispiċċa tbati l-faqar.", "Fl-ewwel rapport intqal lilna li jew is-single parent jew l-omm li tieħu l-kura tal-ulied ħafna drabi tispiċċa ġġorr fuqha piż enormi.", "Allura, sussegwentement ta' dan, inħasset il-ħtieġa li nagħmlu rapport rigward l-irwol tal-missier u l-familja.", "Dan għaliex fl-istess Qorti tal-Familja kien ġie nnutat li ħafna drabi l-irwol tal-missier ma kienx daqshekk rikonoxxut.", "Hawnhekk kellna dibattitu interessanti ferm dwar il-ħtieġa li tingħata aktar importanza, anke mill-Qrati stess, dwar il-preżenza tal-missier mat-tfal tiegħu.", "Ovvjament, kien intqal lilna mis-social workers u mill-family therapists, fosthom mis-Sur Charles Azzopardi, li meta l-missier ikollu ftit ħin biex jara lit-tfal tiegħu, dawn it-tfal jistgħu jbatu minn riperkussjonijiet fil-ħajja tagħhom u fl-iżvilupp tagħhom.", "U dan għax ma jkollhomx ħin biżżejjed ma' missierhom.", "Ma' dan konna żidna wkoll kemm hu ħażin jekk int għandek missirijiet li suppost għandhom aċċess għat-tfal, u dan il-ftehim ma jiġix onorat.", "Għaldaqstant, naħseb li dan huwa rapport bilanċjat.", "Dawn huma żewġ rapporti separati, imma se ngħaddihomlok flimkien għax wieħed irid jitqies bħala kontinwazzjoni tal-ieħor.", "Is-sitt rapport kellna nerġgħu nibdew niddiskutuh peress li sibna li konna tlaqna f'direzzjoni totalment żbaljata.", "Dan ir-rapport kien intitolat \"Il-Familja u d-Diżabilità\".", "Fil-fatt, meta konna kważi lestejnih, erġajna ltqajna mal-esperti, u dawn qalulna li aħna konna qegħdin nagħmlu żball li nitfgħu l-attenzjoni tagħna fuq settur wieħed tal-persuni b'diżabilità.", "Dan għaliex aħna konna qegħdin nitfgħu biss l-attenzjoni tagħna fuq is-settur tad-diżabilità fiżika.", "Is-seba' rapport huwa intitolat \"Il-Familja u l-Anzjani\".", "Aħna konna qegħdin ngħidu fuq in-nanniet u l-irwol tagħhom fil-familja tal-lum.", "Dan huwa rapport, fil-fehma tiegħi, interessanti ħafna.", "Dan mhuwiex rapport fuq il-familja u fuq l-anzjani biss, fis-sens li qed nitkellmu fuq l-anzjani bħala persuni ta' età avvanzata, imma huwa rapport li qed iħares lejn illum, lejn il-bieraħ u jħares ukoll lejn għada.", "Mela dan huwa rapport li jħares lejn min jistgħu jkunu n-nanniet ta' għada.", "X'inhi r-realtà tan-nanniet ta' għada?", "In-nanniet ta' għada se jkunu ċ-child care centres tal-lum bħalma huma ħafna familji llum?", "Allura hawnhekk għandna proposti importanti sabiex inkunu kapaċi nifhmu aktar l-irwol tan-nanniet, kif ukoll x'inhu jiġri lill-persuni li jinqabdu waħidhom.", "Il-persuni waħidhom fis-soċjetà tagħna naħsbu li, fis-snin li ġejjin, jistgħu jikbru fl-ammont minħabba s-separazzjonijiet, eċċ, u allura rridu naraw kif nistgħu noħolqu soċjetà li tagħti importanza u attenzjoni lil dawn in-nies.", "Fil-preżent, għandna żewġ rapporti oħra li nkun nista' ngħaddihomlok aktar 'il quddiem għax qegħdin għall-konsultazzjoni pubblika qabel ma jerġgħu jitilgħu għall-iskrutinju u għall-approvazzjoni ta' dan il-Kumitat.", "Rapport minnhom huwa dwar \"Is-sigurtà u l-bon ordni f'Paceville\", liema rapport qanqal diskussjoni interessanti fuq din il-lokalità.", "Ir-rapport l-ieħor li se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra llum huwa fuq \"L-uniformijiet tat-tfal tal-iskola\".", "Dan ir-rapport konna bdejnih meta inti kont il-Ministru responsabbli mill-konsumatur, u issa wasalna għall-konklużjonijiet tiegħu.", "Imma, qabel xejn, se npoġġuh għall-konsultazzjoni pubblika.", "Issa jekk hawn xi kummenti oħra mingħand sħabi l-Membri tal-Kumitat, se nagħtihom il-kelma ħalli mbagħad tkun tista' tikkonkludi inti Ministru.", "Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Aħna tal-Oppożizzjoni nixtiequ nirringrazzjaw lill-Ministru tal-preżenza tiegħu f'dan il-Kumitat.", "Naturalment mhijiex xi ħaġa rari li niltaqgħu mal-Ministru, speċjalment bħalissa li qegħdin niddiskutu f'kumitat ieħor li qiegħed jippilota l-Ministru stess.", "Imma napprezzaw li din hija laqgħa formali bejn il-Ministru li għadu kif ħa l-kariga tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam mal-familja u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Jien naħseb li rapport ieħor li nistgħu nikkonsidraw li nagħmlu bħala Kumitat, u li ċertament jaqa' taħt ir-remit tal-Ministru, huwa dak li għandu x'jaqsam mad-Drugs Court.", "Naħseb li jkun tajjeb li dan il-Kumitat, anke bl-għajnuna tal-istess Ministeru, li tiegħu huwa responsabbli l-Ministru Chris Said, forsi jkollna diskussjoni dwar kif id-Drugs Court qiegħda tiżviluppa u x'inhuma l-ħsiebijiet tal-Gvern, kif ukoll nisimgħu mingħand is-soċjetà ċivili x'inhu mixtieq minn dawk li mhux biss għandhom bażi legali, imma anke minn dawk li jaħdmu b'mod dirett fil-qasam soċjali ma' dawn il-persuni li għaddejjin minn dan il-vizzju tad-droga.", "Barra minn hekk, naħseb li jkun utli li l-Ministru - nimmaġina li ħa nota ta' dawn ir-rapporti li ppreżentajnilu f'dan il-Kumitat - meta jkun jista', jagħtina lura l-feedback tiegħu lil dan il-Kumitat fuq xi proposti u suġġerimenti li jista' jkollhom l-esperti tiegħu mill-Ministeru tiegħu, aħna napprezzawha żgur.", "U forsi jkollna indikazzjoni tax-xogħol u l-ħidma li qiegħda ssir minn dawk li jaqgħu taħt id-dekasteri tiegħu dwar ċerti rapporti u proposti, u forsi jgħidilna wkoll x'inizjattivi qed jittieħdu fuq il-proposti li għandna f'dawn ir-rapporti.", "L-aħħar punt li nixtieq insemmi, ħalli ma nieħux fit-tul, huwa dan: il-fatt li llum l-ġustizzja u l-familja jaqgħu taħt l-istess Ministeru naturalment għandu l-vantaġġi tiegħu.", "U allura tajjeb li dan il-vantaġġ jiġi sfruttat.", "Madankollu m'għandniex inħarsu biss lejn l-aspett ta' tibdil fil-leġiżlazzjoni.", "Filwaqt li tibdil fil-leġiżlazzjoni huwa importanti, imma fil-kuntest tal-ġustizzja u tal-familja flimkien inħoss li mhux biss għandna nħarsu lejn tibdil f'leġiżlazzjoni, imma li jkun hemm miżuri ta' sapport u ta' appoġġ.", "U hawnhekk insemmi l-Aġenzija Sapport u l-Aġenzija Appoġġ, għax jekk aħna qed nemendaw ċerti leġiżlazzjonijiet li jirrikjedu persuni li jieħdu ħsieb dan l-aspett - u inti sejjaħtilhom persuni lajċi li jkunu esperti f'dan il-qasam - allura meta tinbidel ċerta leġiżlazzjoni jkun hemm persuni li jkunu jistgħu jagħtu s-sapport u l-appoġġ meħtieġ lil dawn in-nies.", "Waħda mill-affarijiet li nixtieq niġbed l-attenzjoni fuqha mir-rapporti kollha li għandna - għaliex naħseb hija ftit urġenti u għandha tiġi kkonsidrata kemm jista' ikun malajr anke għad-diskussjoni fil-Parlament - hija l-kwestjoni tal-IVF li nsibu fit-tielet rapport tagħna.", "Naħseb li lkoll nafu li din is-sitwazzjoni f'pajjiżna ilha għaddejja s-snin issa, u nafu li dawn l-affarijiet qegħdin isiru.", "Jiġifieri ma nistgħux naħbu aktar rasna fir-ramel.", "Dawn l-affarijiet qed isiru b'mod li mhuwiex regolat.", "Inti aċċennajt għall-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali li kien ippresjedut mill-Onor.", "Clyde Puli u li, f'dawk il-laqgħat, kienet saret diskussjoni estensiva ħafna.", "Kien hemm ukoll diskussjonijiet oħra taħt il-presidenza tiegħek, Sur President, kif ukoll diskussjonijiet estensivi f'kumitat ad hoc ippresjedut mill-Onor.", "Jiena naħseb li huwa importanti li x-xogħol kollu li sar minn dawn it-tliet kumitati ma jibqax fuq l-ixkaffa.", "Nifhem li l-Gvern qed jaħdem fuq abbozz ta' liġi li forsi se jiġi ppreżentat fil-Parlament f'qasir żmien, imma għad fadal issue waħda jew tnejn li għadhom mhumiex solvuti.", "Imma naħseb li finalment huwa importanti li l-liġi tiġi miktuba u li wieħed jitkellem.", "ANTHONY ZAMMIT: Imxejna ħafna.", "CARMELO ABELA: Eżatt kif qed jgħid l-Onor.", "Zammit, wieħed qorob lejn punti ta' konverġenza, però fl-aħħar laqgħa li kellna jidher li forsi għad fadal xi punt jew tnejn li għandna li m'aħniex naqblu mija fil-mija fuqhom.", "Finalment, kif tiġi miktuba l-liġi, wieħed ikun jista' isib okkażjonijiet oħra sabiex jerġa' jitkellem ma' dawn l-esperti.", "Jiena naħseb li m'għandix aktar xi ngħid ħlief li nerġa' nirringrazzja lill-Ministru Said talli sab il-ħin li jiltaqa' formalment mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "CHRIS SAID (Ministru għall-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja): L-ewwel ħaġa, rrid nirringrazzjakom tal-istedina li għamiltuli.", "Ikolli ngħid li f'dawn l-erba' snin li ilni fil-Parlament, qatt ma kelli l-okkażjoni li nattendi laqgħat ta' dan il-Kumitat, imma xorta waħda kont qiegħed insegwi dak li kien għaddej mir-rapporti li kienu qegħdin jiġu mpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra, kif ukoll minn dak li kien qed jiġi rrapportat li jsir f'dan il-Kumitat, bil-ħidma assidwa li kienet għaddejja u li għadha għaddejja, minn dan il-Kumitat.", "Sur President, jien irrid nirringrazzja lilek u lill-membri kollha ta' dan il-Kumitat għall-ħidma li qegħdin tagħmlu għaliex din hija ħidma importanti ħafna.", "Hawnhekk intom qegħdin tmissu issues soċjali li jmissu mal-ħajja ta' kuljum tal-familji tagħna, u mal-kwalità tal-ħajja tal-aktar persuni vulnerabbli li għandna fis-soċjetà tagħna.", "L-importanza ta' dan il-Kumitat, u l-mod ta' kif ħadem u ta' kif għadu qiegħed jaħdem, huwa rifless f'dawn ir-rapporti.", "Fil-fatt, dawn mhumiex rapporti ta' seba' membri parlamentari li qed jirrappreżentaw liż-żewġ partiti ewlenin f'pajjiżna fil-Kamra tad-Deputati, imma huma rapporti mibnija fuq konsultazzjoni mal-istakeholders, mal-għaqdiet volontarji u mal-esperti fl-oqsma differenti, kif ukoll man-nies komuni.", "U allura dan jagħtihom ħafna iktar saħħa milli kieku kienu biss rapporti tal-membri parlamentari jew rapporti tal-esperti biss.", "Hawnhekk għandek din it-taħlita li verament ħarġet punti importanti.", "Sur President, fl-indirizz tiegħek inti għedt li intom dejjem ħaristu lejn l-esperjenza tal-familji tagħna.", "Fil-fatt, dawn ir-rapporti jmissu mal-esperjenzi tal-familji tagħna u mal-ħajja ta' kuljum tal-familji tagħna, u, kif diġa' spjegajt, ma' dak li jolqot lill-familji vulnerabbli, ma' dawk il-familji li ħafna drabi jispiċċaw fil-periferija u li verament għandhom bżonn imbuttatura biex ma jaqgħux lura u biex ma jispiccawx fi problemi akbar.", "Il-proposti fid-dokumenti huma interessanti ħafna, però issa irridu ngħaddu għall-azzjoni.", "Uħud minnhom diġa' ġew konkretizzati.", "L-Onor.", "Abela semma' punt importanti ħafna, u issa se nagħmel riferenza għalih.", "Irridu naraw fejn huma dawk il-proposti li għadhom ma ġewx konkretizzati, jew li għadhom fil-proċess li jkunu attwati, ħalli naraw kif nistgħu nħaffu l-pass biex nikkonkretizzawhom kemm b'emendi li hemm bżonn fil-liġijiet tagħna, kif ukoll b'regolamenti li jridu jidħlu jew li jridu jinbidlu, jew inkella b'inizjattivi.", "Fil-fatt, għandek proposti li mhux bilfors jirrikjedu emendi fil-leġiżlazzjoni tagħna, imma jistgħu jsiru permezz ta' tibdil ta' policies jew inkella permezz ta' deċiżjonijiet amministrattivi.", "Jien irrid nassigurakom li se nsegwihom flimkien man-nies tiegħi fid-diversi dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi, biex inkunu nistgħu nsegwu u naraw kif nistgħu nikkonkretizzaw dawk l-issues u proposti li għadhom jew fil-proċess li jkunu attwati, jew li nkella għadha ma bdietx il-ħidma fuqhom.", "U fejn diġa' ittieħdu l-passi, se nkomplu nissudawhom u nsaħħuhom.", "Issa se nitkellem ftit fuq ir-rapporti li ħriġtu bħala Kumitat.", "L-ewwel rapport kien \"Il-ħidma lejn l-inklużjoni soċjali tfisser ħidma kontra l-faqar: it-tfal l-aktar li jbatu\".", "Waħda mill-ewwel esperjenzi li kelli ftit sigħat wara li ħadt il-ġurament ta' Ministru responsabbli minn dan il-qasam kien proprju l-care orders.", "Anedottu żgħir hu li, xi ħames minuti wara li ħadna l-ġurament, ġie fuqi s-Segretarju Permanenti Ewlieni u qalli li issa kont għadni kif sirt missier ta' 450 tifel u tifla!", "Jiena għedtlu li safejn naf jien tlieta għandi tfal, imma dan qalli li issa, jiena sirt responsabbli legalment minn dawn it-tfal ukoll li qegħdin bil-care orders.", "F'dawn il-ftit ġimgħat li ilni f'din il-kariga, nista' ngħidilkom li waħda mill-affarijiet li l-aktar li nħoss għafsa ta' qalb hi meta nibda naqra r-rapporti ta' dawn it-tfal.", "Allura rridu naraw x'nistgħu nagħmlu biex, jekk jista' jkun, ma nħalluhomx jaqgħu f'din is-sitwazzjoni lil dawn it-tfal.", "Nista' ngħid li llum għat-tfal li qegħdin fil-care orders, tjiebet ħafna s-sistema tal-fostering bl-inizjattivi li daħlu fis-seħħ.", "Fil-fatt, għandna nofs it-tfal li qegħdin fl-out of home care li huma fostered.", "Għandna qisu nofshom li qegħdin f'residential care u n-nofs l-ieħor li qegħdin fil-fostering.", "Ftit ilu kien hemm mistoqsija parlamentari u tajt iċ-ċifri eżatt tagħhom.", "Imma anke hawnhekk irridu nkomplu nsaħħu l-qasam tal-fostering u tal-addozzjonijiet, u rridu naraw kif intejbu l-liġijiet tagħna f'dan ir-rigward.", "Kif tafu, jiena għandi tliet itfal imma tnejn minnhom huma addottati, u allura dan il-qasam forsi huwa aktar għal qalbi.", "Dan il-qasam huwa għal qalbi ħafna, u allura rridu naraw kif lil dawn it-tfal inpoġġuhom għall-addozzjoni mill-aktar fis.", "Bil-limitazzjonijiet kollha ta' pajjiżna, ta' pajjiż żgħir fejn kulħadd jaf lil kulħadd, irridu nibdew id-diskussjonijiet dwar x'emendi hemm bżonn fil-liġi tal-addozzjoni tagħna, biex nassiguraw li ma jkollniex tfal li jagħmlu minn sena sa 16-il sena jgħixu f'istitut jew inkella jiġu fostered f'numru ta' familji differenti.", "Dawn huma issues li rridu nkunu qegħdin nitkellmu u naħdmu flimkien fuqhom, u hawnhekk nixtieq l-għajnuna tagħkom għaliex jien persważ li għandkom proposti interessanti f'dan il-qasam.", "Il-messaġġ tiegħi fuq dan ir-rapport huwa li l-politika soċjali taħdem favur it-tisħiħ tal-familja.", "L-isem tal-Ministeru li llum ġie fdat f'idejja ma jismux il-Ministeru tal-Politika Soċjali, għalkemm taħtu taqa' wkoll il-politika soċjali, imma huwa l-Ministeru għall-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja.", "U kif nafu, l-familja tiġbor taħtha l-politika soċjali kollha, u fil-verità l-politika soċjali trid tkun immirata - kif spjegajtu tant tajjeb intom - lejn it-tisħiħ tal-familji tagħna.", "It-tieni rapport li jismu \"L-Edukazzjoni u l-Prevenzjoni, Responsabilità u Fedeltà, l-aqwa strateġija Nazzjonali favur is-saħħa sesswali\" jaqa' iżjed taħt il-Ministeru tas-Saħħa, li għadu kemm ħareġ rapport għall-konsultazzjoni biex ikollna politika nazzjonali dwar is-saħħa sesswali.", "It-tielet rapport huwa fuq l-IVF, u hawnhekk naqbel mal-Onor.", "Carmelo Abela li dan huwa suġġett urġenti.", "Jiena malli dħalt fil-Ministeru tajtu prijorità u nista' ngħid li, jekk il-Bambin irid, fi ftit tal-ġimgħat oħra se jkun għad-diskussjoni fil-Plenarja.", "Kien hemm żewġ issues li għad m'hemmx qbil totali fuqhom; però jiena naħseb li xorta għandna mmorru għad-diskussjoni fil-Plenarja.", "Hekk jew b'hekk, dawn l-issues mhux li m'hemmx qbil totali fuqhom u żgur li m'għandhomx iżommu l-affarijiet milli jkomplu jimxu 'l quddiem.", "Għandna niddiskutu dan is-suġġett u għandna ngħaddu mit-Tieni Qari, biex imbagħad naslu fl-istadju tal-Kumitat fejn hemmhekk jittieħed iż-żmien li hemm bżonn.", "Żgur li din hija liġi importanti li tidħol, u sar ħafna xogħol fuqha minn kulħadd.", "Anke intom, permezz ta' dan il-Kumitat, għamiltu ħafna xogħol.Twaqqaf ukoll kumitat ad hoc fuq dan is-suġġett li għamel ħafna xogħol.", "Kien hemm xogħol f'leġiżlaturi oħra mill-Kumitat, u dan ix-xogħol irid jiġi rikonoxxut.", "Kien hemm ukoll tibdil fit-teknoloġija u wisq probabbli, bil-mod mgħaġġel li bih timxi l-mediċina u t-teknoloġija f'dan il-qasam, wara li nagħmlu l-liġi jkun hemm bżonn li nerġgħu nagħmlu xi tibdil fiha wara ftit tax-xhur.", "Imma ma jimpurtax għax aħna mhux qed inħarsu lejn xi ħaġa li ma nagħmlux tibdil fiha.", "Nassigurakom li dak il-punt qed nagħtih prijorità u, jekk il-Bambin irid, fi ftit tal-ġimgħat oħra jkun għad-diskussjoni.", "Min-naħa tiegħi nirringrazzjokom tax-xogħol li għamiltu f'dan il-qasam.", "Intom ħaristu lejh minn lenti kemm kemm differenti; però importanti wkoll li jkollna dik il-lenti, u r-rapport tagħkom jifta' dawl importanti ħafna fuq dan il-qasam.", "Ir-raba' rapport huwa fuq l-irwol tal-missier fil-familja u naħseb li huwa rapport interessanti ħafna.", "Ftit nitkellmu fuqu dan l-irwol, u naħseb li ftit saru rapporti fuq l-irwol tal-missier fil-familja.", "Sfortunatament, aħna nafu xi jfisser li tkun missier, u li tkun f'ċertu tip ta' xogħolijiet.", "Aħna l-politiċi għandna wieħed minn dawn ix-xogħolijiet, imma mhux aħna biss.", "Ċerti xogħolijiet iġibuk f'sitwazzjoni li t-tfal jikbru u inti ma tkun gawdejthom xejn.", "Jien niltaqa' ma' ħafna missirijiet li jgħaddu minn din l-esperjenza, u mbagħad jgħidulek li issa jkollhom igawdu n-neputijiet tagħhom.", "Huwa importanti għalhekk li nħarsu lejn dan l-aspett tal-irwol tal-missier fil-familja, għax imbagħad dan iġibna wkoll sabiex naraw dawk il-familji li sfortunatament ikunu għaddejjin minn separazzjoni, u allura jkun hemm tkissir ta' dik il-familja.", "Hawnhekk nidħol fuq ir-rapport l-ieħor li huwa fuq il-Qorti tal-Familja.", "Jiena kont segwejtu wkoll dan ir-rapport meta ħareġ, u nista' ngħid li huwa rapport li joħroġ bi proposti bbażati fuq l-esperjenzi tan-nies li jaħdmu f'dan il-qasam, kif ukoll ta' persuni li għaddew minn din l-esperjenza.", "U għalhekk irridu naraw kif se nsaħħu lill-Qorti tal-Familja, u fejn hemm bżonn nagħmlu t-tibdil meħtieġ.", "Il-Qorti tal-Familja kienet prattikament l-ewwel Qorti speċjalizzata f'pajjiżna, u l-iskop tagħha kien li jkollok proċeduri speċjali biex taħdem ħalli tkun tista' tirrispondi għall-ħtiġijiet tal-każijiet li jiġu quddiemha.", "Fil-fatt, għandek l-esperjenza tal-medjazzjoni u l-mod ta' kif jistgħu jinstemgħu l-kawżi.", "Anke hawn għandek l-importanza li l-Qrati jkollhom aktar kuxjenza soċjali, u allura hawnhekk tidħol il-proposta li jkun hemm esperti mal-ġudikanti.", "Sur President, inti semmejt il-proposta tal-Qorti tal-Minorenni, fejn il-Maġistrat ma jkunx waħdu, imma jkollu żewġ esperti miegħu.", "Dawn ikunu lay persons imma li jkunu ġejjin minn oqsma differenti, bħal ngħidu aħna social worker u psikologu, skont il-każijiet li jkollhom quddiemhom.", "Ta' min jidħol fiha aktar fil-fond din il-biċċa ħalli nassiguraw li l-Qorti verament tara l-ħtiġijiet u l-interessi tat-tfal tagħna.", "Ovvjament il-liġi tagħna diġa' hekk qiegħda, imma ħafna drabi huma l-adulti l-aktar li jagħmlu ħoss u li kapaċi jagħmlu ħoss quddiem il-Qorti, filwaqt li leħen it-tfal ma jinstemax.", "Mill-esperjenza tiegħi dan ma jiġrix fil-każijiet kollha, imma jkollok ċerti każijiet fejn l-interess tat-tfal ma jitħarisx biżżejjed.", "La qegħdin nitkellmu fuq il-Qorti speċjalizzata, nixtieq ngħid xi ħaġa fuq dak li għamel riferenza għalih l-Onor.", "Abela, u ċioè għall-proposta tad-Drugs Court.", "Meta semmejna d-Drugs Court, hawn min jifhem li se jkollna binja fejn ikollna Maġistrat li jisma' l-każijiet tad-droga.", "Imma aħna mhux dan qegħdin nifhmu meta ngħidu d-Drugs Court.", "Li jkollok binja speċjalizzata bil-faċilitajiet kollha huwa importanti imma dik mhijiex kollox, imma hija bonus.", "L-iskop hu li jkollok qorti speċjalizzata u li tkun timxi fuq l-istess linji tal-Qorti tal-Familja, li tista' tuża proċeduri speċjalizzati għall-każijiet tad-droga, u li jkollok taħriġ tal-ġudikanti.", "Irrid ngħid li diġa' bdejna f'din it-triq.", "Xi ħaġa li qed nagħmlu fil-qasam tal-ġustizzja hi li qegħdin nagħtu iktar importanza lit-taħriġ tal-ġudikanti, speċjalment lil dawk li jkunu qegħdin jaħdmu f'ċerti oqsma partikolari.", "Tajna struzzjonijiet biex naraw u nieħdu kull tip ta' fondi tal-Unjoni Ewropea li nistgħu nieħdu fuq it-taħriġ tal-ġudikanti.", "Diġa' ġibna fondi għal dawk li jaħdmu fil-qasam tal-kompetizzjoni, però irridu nħarsu lejn oqsma oħra.", "U fejn m'hemmx fondi tal-Unjoni Ewropa, naraw li nużaw il-fondi nazzjonali biex nagħtu t-taħriġ kollu possibbli fil-qasam tal-familja u fil-qasam tad-drogi.", "Irridu naraw kif jaħdmu pajjiżi oħra li għandhom dawn il-qrati speċjallizati, u l-ġudikanti tagħna għandhom jingħataw it-taħriġ anke ma' ġudikanti barranin li diġa' għandhom l-esperjenza ta' qrati speċjalizzati, ħalli b'hekk jieħdu l-massimu possibbli u jkunu jistgħu jħaddmu dan it-tip ta' qorti.", "Barra t-taħriġ tal-ġudikanti, din il-Qorti jrid ikollha wkoll l-għodda biex taħdem.", "L-għodda tikkonsisti l-aktar fl-esperti li jgħinu lill-ġudikant fid-deċiżjoni tiegħu.", "Ma' din irrid norbot magħha l-proposta tal-first time offenders, li dawn jingħataw iċ-ċans li ma jibqgħux aktar b'dak il-vizzju.", "Aħna rridu nħarsu lejn min waqa' fil-vizzju bħala l-vittma, u allura rridu nagħtuh l-għajnuna kollha possibbli biex joħroġ minn dak il-vizzju.", "Fl-istess ħin irridu nibqgħu iebsin u sodi kontra minn jittraffika d-droga.", "Allura rridu nagħmlu dik id-distinzjoni, u l-liġijiet tagħna jridu jaslu biex jagħmlu dik id-distinzjoni.", "Lil dak li jkun irridu nagħtuh l-għajnuna kollha possibbli biex ikun jista' joħroġ minn dak il-vizzju.", "Issa jkun hemm min qed jagħmilha darba sempliċement biex ikun ħa dik l-esperjenza, u jkun hemm min ikun ilu ftit għaddej u jkun waqa' fil-vizzju.", "Il-każijiet mhumiex kollha l-istess, u għalhekk importanti li jkun hemm l-għodda meħtieġa meta niġu għal dan it-tip ta' qorti li, fl-aħħar mill-aħħar, mhijiex il-binja l-aktar importanti, imma li jkollok il-ġudikanti mħarrġa, li jkollok l-esperti u li jkollok proċedura speċjali li tagħtihom it-triq fuq kif jistgħu jħaddmu l-liġi, biex b'hekk nassiguraw li hawnhekk ukoll inkunu qegħdin nindirizzaw problema li għandna fis-sistema ġudizzjarja tagħna.", "Is-seba' rapport huwa dwar l-irwol tal-familja u l-anzjani.", "Naħseb li l-irwol tan-nanniet huwa wieħed importanti ħafna.", "Bla dubju ta' xejn, 'il quddiem se nkunu qegħdin niffaċċjaw sitwazzjonijiet differenti.", "Biss biss, illum in-nanniet ta' 61 sena ma jibqgħux jaħdmu, u fi ftit snin oħra dawk ta' 65 ma jibqgħux jaħdmu.", "In-nanna tal-lum wisq probabli qatt ma tkun ħadmet, jew inkella tkun ħadmet għal perijodi qosra.", "Imma issa se nkunu qed naffaċċjaw fis-snin li ġejjin sitwazzjoni fejn l-erba' nanniet ikunu għadhom qegħdin jaħdmu.", "Allura rridu nipprovdu l-faċilitajiet meħtieġa lill-familji tagħna.", "Is-sitt rapport huwa fuq il-persuni b'diżabilità u dan ukoll huwa rapport importanti ħafna.", "Għalkemm bħalissa dan ir-rapport qiegħed jerġa' jsir, però bħalissa fi stadju ta' Kumitat - l-Onor.", "Abela qiegħed magħna f'dan il-Kumitat – qegħdin ngħaddu l-emendi għal diversi liġijiet fejn jidħlu l-persuni b'diżabilità.", "Dawn huma emendi importanti u huma prinċipalment immirati sabiex inġibu fis-seħħ fil-liġijiet tagħna l-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità.", "Imma mhux biss dan, għax aħna ħadna l-okkażjoni biex nagħmlu liġijiet oħra.", "Fil-fatt, qegħdin nagħmlu emendi oħra importanti f'dan il-qasam li fih rajna bidla sħiħa fil-mentalità matul l-aħħar snin.", "Madankollu rridu naħdmu aktar f'dan il-qasam.", "Per eżempju nieħu pjaċir li, b'ċerti skemi li saru mill-Unjoni Ewropea fl-aħħar sentejn, aktar minn 130 persuna b'diżabilità sabu mpjieg.", "Kien hemm ħafna aktar li sabu mpjieg, imma dawk sabu impieg permezz ta' skemi speċjali li tpoġġew għad-diżpożizzjoni tagħhom.", "Fl-aħħar mill-aħħar, l-iskop tagħna hu li dawn il-persuni jħossuhom parti mis-soċjetà, li qed jagħtu dak kollu possibbli, u li l-abilità tagħhom toħroġ u qed jużawha fis-soċjetà.", "Fl-aħħar mill-aħħar, kulħadd għandu xi ħaġa x'joffri.", "Il-bieraħ kellna diskussjoni kemm xejn inqanqla - imma dak hu s-sabiħ tal-Kumitat - fuq l-issue tal-guardianship.", "Dan huwa kunċett ġdid li jrid jidħol fil-liġijiet tagħna, u ż-żewġ partiti huma kommessi sabiex dan il-kunċett jidħol.", "Kif se jidħol ma kienx hemm qbil, imma l-bieraħ kellna diskussjoni tajba.", "Din hija waħda mill-prijoritajiet tagħna, u 'k Alla jrid, fi żmien xahar jew ftit aktar, il-Guardianship Act inkunu għamilna l-ewwel qari tagħha ħalli tkun tista' tibda d-diskussjoni.", "La qegħdin naqblu fuq il-kunċett, żgur li nsibu l-metodu kif indaħħlu dan il-kunċett bl-aħjar mod fil-liġijiet tagħna.", "Iż-żewġ rapporti l-oħra mhux se nikkumenta fuqhom, però huma rapporti importanti wkoll.", "L-ewwel wieħed huwa fuq is-sitwazzjoni ta' Paceville.", "Jiena kont responsabbli mill-Kunsilli Kokali, u naf li l-Kunsill ta' San Ġiljan u l-Kumitat Amministrattiv ta' Paceville, kull darba li kont niltaqa' magħhom, dejjem l-istess ħaġa kienu jippruvaw jindirizzaw.", "Fil-fatt, dawn kienu dejjem iħarsu mil-lat tar-residenti li joqogħdu hemmhekk, imma hemm issues oħra li rridu nħarsu lejhom.", "Biss ir-residenti li joqogħdu hemm għandhom drittijiet ukoll.", "Ir-rapport l-ieħor huwa fuq l-uniformijiet tal-iskola, u dan huwa suġġett għal qalbi wkoll għax kont jien stess li tlabt li jsir dan ir-rapport meta kont responsabbli mill-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni.", "U dan għaliex xtaqt li nsibu l-aħjar sistema għall-ġenituri li jridu jixtru l-uniformijiet tat-tfal tagħhom.", "Irrid ngħid ukoll, minħabba s-suq żgħir tagħna mhuwiex faċli li ssib l-aħjar sistema, imma bla dubju ta' xejn nistgħu nsibu sistema li fir-realtajiet tagħna tkun sistema miftuħa għall-kompetizzjoni.", "Aħna li ma rridux hu li jkun hemm xi cartels li jabbużaw mill-fatt li inti bilfors trid tixtri l-uniformi mingħandhom.", "Naħseb li hemm qbil totali dwar dan għax, f'xi żmien, kien hemm diskussjoni fuq jekk it-tfal għandhomx ikollhom uniformi tal-iskola jew inkella għandhomx imorru liebsin casual.", "Hemm pajjiżi li addottaw sistema fejn it-tfal huma liberi li jilbsu li jridu dment li jilbsu b'ċertu standard.", "Imma jidher mid-diskussjonijiet li saru bejn id-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-ġenituri li dawn tal-aħħar huma favur li jkun hemm uniformi.", "U nifhem ir-raġuni tagħhom, għax l-uniformi hija inqas uġiegħ ta' ras.", "Għalhekk qisu li din hija s-sistema li rridu nużaw.", "Issa rridu naraw li ma jkunx hemm min jabbuża mis-sistema għax bilfors trid tixtri l-uniformi minn hemmhekk.", "THE CHAIRMAN: Ministru, kulma jonqosni hu li nippreżentalek dawn il-Minuti importanti ferm tad-diskussjonijiet li kellna fuq l-IVF.", "Se naqrahom malajr għax naf li jista' ikun hawn xi ġurnalisti li qed isegwuna, u b'hekk infakkarhom ftit x'kien iddiskuta dan il-Kumitat:", "\"Il-President tal-Kumitat qabel li, fi stadju ulterjuri, tkun diskussa l-preokkupazzjoni dwar sitwazzjoni anomala fejn hemm miscarried embryos li ma jikkwalifikawx li jkunu reġistrati u, jekk ikun hemm bżonn, issir talba lill-Gvern sabiex din l-anomalija tiġi indirizzata.\"", "Jiġifieri, fil-liġi tal-IVF, aħna konna ġejna mitlubin li fejn hemm din is-sitwazzjoni tal-miscarried embryos, din tiġi indirizzata minħabba li kellna ommijiet li kienu qed iħossuhom imweġġa' f'din is-sitwazzjoni.", "\"Fil-Kumitat kien hemm qbil ukoll li:", "Il-liġi dwar il-prokreazzjoni medikament assistita għandha tinkludi fiha obbligu li koppja li tersaq għal servizzi ta' prokreazzjoni assistita tingħata counselling xieraq;", "Li jkun leġislat il-freezing of oocytes U MHUX l--iffriżar tal-embrijuni;", "L-iffriżar tal-embrijuni, però, għandu jkun permess biss f'każijiet ta' emerġenza, u għalhekk għandu jkun hemm sitwazzjonijiet determinati mil-liġi fejn l-iffriżar tal-embrijuni għandu jkun permess.", "Il-liġi dwar il-prokreazzjoni medikament assistita għandha jkollha klawsoli ċari favur li jkun illeġislat ir-rispett tal-embrijun u tal-fetu mill-bidu nett tal-konċepiment.", "Il-Kumitat qabel li, fil-laqgħa li jmiss, għandu jiddiskuti liema huma dawk is-sitwazzjonijiet fejn l-iffriżar tal-embrijuni għandu jkun permess bil-liġi, kif ukoll xi jsir mill-embrijuni li jiġu ffriżati.\"", "Dan il-qbil li kien hemm naħseb li kien pass 'il quddiem ħafna, u għalhekk se ngħaddilek dawn il-Minuti biex ikunu ta' direzzjoni għalik.", "L-Onor.", "ANTHONY ZAMMIT: Ministru, nirringrazzjak talli ġejt għal din il-laqgħa u veru ħadt gost nisimgħek titkellem.", "L-ewwel ħaġa li rrid ngħid hi li inti mexxejt fuq il-liġi tal-addozzjoni, u din hija importanti ħafna għax jien jiddispjaċini meta nara koppji Maltin, li huma lesti li jaddottaw tfal Maltin imma ma jsibux dik l-għajnuna li għandhom bżonn, u jispiċċaw ikollhom jaddottaw it-tfal minn barra.", "Jiena naħseb li l-imħabba tal-Maltin lejn il-Maltin hija aktar kbira mill-imħabba li koppja jista' jkollha lejn il-barranin.", "CHRIS SAID: Rigward tfal Maltin għall-addozzjoni, rrid ngħid li t-tfal kollha li kienu free for adoption ġew addottati Malta.", "Il-problema tagħna hi dwar kif il-liġi tista' tpoġġi aktar tfal li jkunu disponibbli għall-addozzjoni.", "Jiġifieri, sal-lum, kull tifel jew tifla Maltija li ġew free for adoption ġew addottati mill-Maltin.", "U allura din hija misconception li aħna minn banda għandna xi tfal li huma għall-addozzjoni, filwaqt li l-ġenituri addottivi jkollhom imorru jaddottaw minn barra u ma jaddottawx minn Malta.", "Li jaddottaw minn barra tiġik ukoll ħafna aktar għalja, filwaqt li l-addozzjoni minn Malta prattikament tiġi b'xejn.", "Meta tmur barra, biss biss għandek l-ispejjeż tat-titjiriet kull darba li trid tmur, u jien naf xi jfisser għax għaddejt minnha.", "Hemm lista sħiħa ta' spejjeż li trid tgħaddi minnhom.", "Mentri f'Malta l-ispejjeż huma ferm inqas.", "Ir-realtà ta' Malta f'dan il-qasam hi li, jekk inti jkollok tarbija li se titpoġġa għall-addozzjoni, imma xi wieħed mill-ġenituri tagħha għadu Malta, u dan il-ġenitur mhux qed jaċċetta l-care order, jiġifieri d-deċiżjoni li t-tarbija tkun free for adoption, dan se jkun qiegħed kontinwament – avolja hija kelma ftit goffa - f'kuntatt mat-tifel jew mat-tifla li tkun tpoġġiet għall-addozzjoni.", "Allura hawnhekk forsi ta' min wieħed jikkunsidra - u rridu nkunu lesti biex nikkunsidrawha - dik li tissejjaħ l-open adoption, xi ħaġa li diġa' għandna.", "Jiġifieri, kuntrarjament għall-kunċett li nużaw ħafna drabi fl-addozzjoni, t-tifel jew it-tifla li ġew addottati, il-ġenituri naturali tagħhom jitilfu d-drittijiet kollha fuqhom, u legalment ma jibqgħux l-omm u l-missier tagħhom, imma legalment isiru l-omm u l-missier tagħhom il-ġenituri addottivi.", "Għalhekk mela jkollok dawn il-każijiet fejn ikun hemm l-open adoption, u allura l-ġenituri naturali jibqa' ikollhom kuntatt mat-tfal addottati.", "Issa din trid tiġi aċċettata mill-ġenituri addottivi, imma f'dan il-każ jibqa' il-kuntatt bejn il-ġenituri naturali mat-tifel jew mat-tifla naturali tagħhom, avolja legalment il-ġenituri ta' dawn it-tfal issa saru l-ġenituri addottivi.", "Dawn huma l-issues li rridu niddiskutu.", "Ovvjament mhumiex issues faċli, imma rridu npoġġuhom għad-diskussjoni.", "ANTHONY ZAMMIT: Irridu ngħinuhom.", "CARMELO ABELA: Xtaqt nagħmel kumment żgħir fuq il-kwestjoni tal-fostering, u li din naħseb li kont aċċenajt għaliha inti wkoll Ministru fl-intervent tiegħek.", "Forsi naraw nikkunsidrawx li, wara numru ta' snin fil-fostering, din tinbidel f'addozzjoni.", "Din ukoll għandha l-implikazzjonijiet tagħha, u bażikament fl-open adoption iridu jaċċettaw il-ġenituri naturali u l-ġenituri addottivi.", "B'hekk, eventwalment, min jixtieq li jaddotta, il-fostering li jkun għaddej minnu jinbidel f'addozzjoni wara numru ta' snin.", "Din hija waħda mill-konsiderazzjonijiet li l-għaqda tal-foster parents jiġbdu l-attenzjoni fuqha, u għalhekk xtaqt li nsemmiha.", "CHRIS SAID: Dawn huma kunċetti li wieħed irid jidħol fid-dettall tagħhom u jara l-implikazzjonijiet kollha.", "Li hu pożittiv ħafna hu li l-mentalità fuq il-fostering inbidlet, u l-fatt li llum għandna 220 tifel u tifla li huma fostered f'pajjiżna, naħseb li hija indikazzjoni pożittiva ħafna.", "Aktar ma jkollna foster parents li jkunu kapaċi… Issa fl-istess waqt, anke fejn jidħol il-fostering, aħna d-dipartiment li jittratta l-każijiet u jiddeċiedi jekk il-ġenituri - jew ġenitur, għax jista' jkun single parent – humiex idoneji jew le, dejjem iħarsu lejn l-interessi tat-tfal.", "Allura jaraw jekk din il-koppja li se tagħmel il-fostering hijiex kapaċi li toffri r-rekwiżiti meħtieġa, u jekk jikkwalifikaw jingħataw l-opportunità sabiex jagħmlu l-fostering.", "Issa tinsiex li ħafna drabi l-fostering ikun qed isir mat-tfal li jkollhom imġieba diffiċli u fl-istess ħin dawn il-ġenituri jkunu qegħdin jagħmlu missjoni kbira ma' dawn it-tfal.", "ANTHONY ZAMMIT: L-affarijiet li qed isiru fil-fostering huma pożittivi ħafna.", "Rigward l-IVF, naqbel miegħek li għandna bżonn li, meta naslu għal din il-leġiżlazzjoni, naraw li din tkun liġi li ma jkollniex inbiddluha daqshekk frekwenti.", "Fil-fatt għalhekk konna għażilna li l-liġi ssir aktar fuq a regolatory body.", "Bħalma nafu, fix-xjenza jkun hemm tibdil frekwenti, u fil-fatt bejn l-ewwel rapport u t-tieni rapport kien hemm diġa' xi tibdil fix-xjenza u kellhom isiru xi emendi fir-rapport.", "Għalhekk huwa importanti li nitfgħu r-responsabiltà fuq dan ir-regolatory body, ħalli dan imbagħad ikun jista' jaddatta ruħu skont iċ-ċirkostanzi tal-innovazzjoni fix-xjenza.", "Xtaqt ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-persuni b'diżabilità.", "Il-bieraħ kont qed nitkellem ma' familja, u ddispjaċini ħafna b'dak li qaluli.", "Dawn għandhom tifla bid-Down syndrome, u lmentaw miegħi li, fl-eżami ta' nofs is-sena, t-tifla tagħhom ingħatat l-istess karta tal-eżami li ngħataw it-tfal l-oħra li huma normali.", "U hemmhekk ħassejtni urtat għax suppost li qed isir minn kollox biex nissalvagwardaw lil dawn it-tfal b'diżabilità u qed nagħtuhom ukoll l-LSAs magħhom.", "Fil-fatt, anke l-LSA ta' din it-tifla lmentat fuq din il-kwestjoni, imma l-prinċipal qal lil-LSA sabiex il-karta tal-eżami taqraha hija, u mbagħad it-tifla tkun tista' tagħmel l-eżami bħal ħaddieħor!", "Irridu nkunu naqra iktar attenti għax dawn l-affarijiet iweġġgħu.", "Iweġġgħu kemm lill-ġenituri kif ukoll lit-tifla, għax inti ma tistax tgħid safejn ikunu qegħdin jifhmu dawn it-tfal.", "U tweġġagħhom personalment.", "Tista' tifforma marka fuq il-karattru tagħhom aktar 'il quddiem.", "Kif nafu dawn it-tfal huma aktar sensittivi, u xi minn daqqiet l-iċken ħaġa tosta' tibdilhom bħal-lejl minn nhar, u jistgħu jsiru aggressivi, mentri fin-normal dawn ikunu tfal tassew ħelwin f'għemilhom.", "Għalhekk xtaqt nirrimarka fuqha din il-kwestjoni, għax verament ħassejtni urtat il-bieraħ.", "THE CHAIRMAN: Mela naslu għall-konklużjoni ta' din il-laqgħa.", "Ministru, nirringrazzjawk ta' din il-laqgħa u nistennew li minn mument għal ieħor tiġi tgħidilna meta se jsiru l-emendi li qegħdin nitolbu.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-8:40 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha titħabbar iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120221_122d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 122", "It-Tlieta, 21 ta' Frar, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:30 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Dr Elaine Birmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor Carmelo Abela, il-Kumitat qabel li l-minuti għandhom jiġu emendati kif ġej:", "Fit-tieni paragrafu tat-tieni paġna, minflok il-kliem \"li r-rapporti li joħroġ il-Kumitat ikunu wkoll diskussi fil-Kamra.\" għandhom jidħlu l-kliem \"li xi rapporti li joħroġ il-Kumitat ikunu wkoll diskussi fil-Kamra.\".", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "121 li saret nhar it-Tlieta 14 ta' Frar 2012 kif emendati, ġew konfermati.", "Laqgħa mal-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja", "Il-President tal-Kumitat, l-Onor Edwin Vassallo ppreżenta r-rapporti li l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ħareġ f'din il-11-il Leġislatura lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja.", "L-Onor Vassallo spjega li kull rapport jiġi kompilat wara li l-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali jkun iltaqa' ma' għaqdiet u/jew individwi lkoll esperti fl-oqsma relattivi tagħhom u jiġi approvat b'mod unanimu mill-membri tal-Kumitat.", "L-Onor Chris Said irringrazzja lill-membri tal-Kumitat għall-ħidma li qed iwettaq speċjalment ma' dawk il-familji u persuni l-iktar vulnerabbli.", "L-Onor Said assigura lill-kumitat li l-proposti li hemm fir-rapport se jiġu segwiti, speċjalment dawk il-proposti li għadhom mhumiex implimentati.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-8:40 pm il-Kumitat aġġorna għall-data li kellha titħabbar iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120221_122m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 49", "It-Tnejn, 27 ta' Frar 2012 fit-8.00 pm", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 27 ta' Frar 2012 fit-8.00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra", "Affarijiet oħra", "23 ta' Frar 2012 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120227_049a_xog.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 27 ta' Frar 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fit-8.10 pm.", "PREŻENTI", "Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari, l-Onor David Agius, l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Franco Debono, l-Onor Joe Falzon, l-Onor Anġlu Farrugia u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-minuti tal-laqgħa nru.", "48 li saret fis-6 ta' Frar 2012 kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "L-Onor Carmelo Mifsud Bonnici, Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari, informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern huwa li t-Tlieta, 28 ta' Frar 2012 tkompli d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar Proċedimenti Kollettivi – Abbozz Nru 102.", "Huwa qal li l-Erbgħa 28 ta' Frar 2012 u t-Tnejn, 5 ta' Marzu, 2012 se tiġi diskussa r-Riżoluzzjoni dwar il-Ħruġ ta' Ordni mill-Prim Ministru in konnessjoni mar-Ratifika tat-Trattat ta' Adeżjoni bejn ir-Repubblika tal-Kroazja u l-Membri Stati tal-Unjoni Ewropea, liema riżoluzzjoni diġa ġiet diskussa u approvata fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari kompla jinforma lill-Kumitat li t-Tlieta u l-Erbgħa, 6 u 7 ta' Marzu 2012, kellha titkompla u forsi tagħlaq id-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Abbozz Nru 95 jew fuq l-Abbozz ta' Ligi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni – Abbozz Nru 92.", "L-Onor Anglu Farrugia u l-Onor Joe Mizzi staqsew meta se tiġi diskussa l-Mozzjoni numru 280 imressqa mill-Onor Jose' Herrera u l-Onor Michael Falzon dwar riforma fis-setturi tal-ġustizzja u l-intern.", "Huma qalu li kienu qiegħdin iqajjmu dan il-punt fid-dawl ta' dak li kien intqal mill-Ministru Tonio Borg fil-laqgha 44 tas-7 ta' Diċembru 2011 li din il-mozzjoni kellha tiġi diskussa sal-aħħar ta' Jannar 2012.", "L-Onor Mizzi rrefera wkoll għall-mozzjoni ta' proċedura nru 78 li għaddiet mill-Kamra fit-2 ta' Marzu 2009 u qal li għal dak li għandu x'jaqsam ma' programmar ta' seduti, dik il-mozzjoni kienet diġa taħseb għas-safar tal-Membri tal-Eżekuttiv fl-organi kollha kompetenti tal-Unjoni Ewropea.", "Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari informa lil Kumitat li s-sitwazzjoni li żviluppat fiż-Żona Ewro kienet qiegħda tinneċessita frekwenza akbar ta' safar ta' Ministri kif ukoll tal-Prim Ministru.", "Huwa qal li din ma kenitx sitwazzjoni normali u għaldaqstant, filwaqt li reġa' tenna li l-mozzjonijiet pendenti se jiġu diskussi, huwa kien għadu mhuwiex f'qagħda li jalloka data għall-mozzjoni li rreferew ghaliha l-Onor Farrugia u l-Onor Mizzi.", "Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari qal ukoll li minbarra r-riżoluzzjoni dwar il-Kroazja, matul il-ġimgħa ta' wara jista' jkun li tiġi diskussa l-emenda kostituzzjonali dwar il-balanced budget.", "L-Onor Anglu Farrugia iddikjara li l-Oppożizzjoni ma kenitx qiegħda taqbel mal-programm ta' ħidma tal-Kamra kif proposta mill-Kap tal-Kamra.", "AFFARIJIET OĦRA", "Il-Membri qablu li nhar it-Tnejn, 5 ta' Marzu 2012, il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra jiddiskuti l-Ombudsplan għas-sena 2012.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor Joe Mizzi dwar id-dritt ta' Membru li jagħmel intervent meta l-Ombudsplan jiġi għall-vot fil-Kamra tad-Deputati, l-iSpeaker qabel li l-Ombusplan jista' jiġi wkoll diskuss fil-plenarja.", "Fis-8.47 pm il-kumitat aġġorna għat-Tnejn, 5 ta' Marzu 2012.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120227_049m.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 123", "It-Tlieta, 28 ta' Frar, 2012", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 28 ta' Frar, 2012 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120228_123a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 123", "It-Tlieta 28 ta' Frar, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 123", "It-Tlieta 28 ta' Frar, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-02:30 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 122 li saret fil-21 ta' Frar, 2012 ġew ikkonfermati.", "Laqgħa mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità", "(Tkompli mal-Laqgħa Nru. 11 tal-14 ta' Jannar 2009)", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Sinjuri, nagħtu bidu għal din il-laqgħa tal-lum, fejn se jkollna laqgħa mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità.", "Se nagħmel introduzzjoni qasira ħafna ħalli mmorru mill-ewwel għas-suġġett.", "Irrid ngħarraf li qegħdin b'hekk nikkonkludu n-numru twil ta' laqgħat li kellna, u li fihom iddiskutejna bl-aktar mod wiesgħa ma' diversi entitajiet, inkluż mal-ġenituri, rigward il-persuni b'diżabilità.", "Dan ir-rapport għandu jkun wieħed li jidentifika l-issues kollha li aħna ttrattajna, u jkun juri bl-aktar mod fidil il-ħsibijiet kollha li ssemmew.", "Kif tafu, fadal xi mistoqsijiet li għad irridu nirċievu tweġiba għalihom.", "Jien se nagħmel dawn il-mistoqsijiet li kienu saru mill-Membri Parlamentari ta' dan il-Kumitat.", "Fil-fatt, kienu saru mistoqsijiet mill-Onor.", "Michael Gonzi, mill-Onor.", "Fredrick Azzopardi, mill-Onor.", "Justyne Caruana u minni.", "Nifhem li konna tajnikom kopja ta' dawn il-mistoqsijiet, imma għall-finijiet tat-transcript ikun aħjar jekk neħduhom mistoqsija mistoqsija.", "U għalhekk se nibda mill-ewwel bil-mistoqsijiet tal-Onor.", "Michael Gonzi, biex imbagħad is-Sur Joe Camilleri jagħtina r-risposti u l-kummenti tiegħu.", "L-Onor.", "Michael Gonzi staqsa dawn il-mistoqsijiet:", "Pensjoni għad-diżabilità: Għamiltu studju dwar kif il-Gvern se jimplimenta din il-pensjoni?", "Għax biex tgħid faċli, imma mbagħad biex tassessja l-persuni u tagħti pensjoni għad-diżabilità skont il-bżonn huwa diffiċli ħafna biex timplimentaha.", "Jien nimmaġina li bilfors tkun trid tagħmel xi tip ta' grading ħalli tagħti livell ta' pensjoni, għax se jkollok min għandu bżonn ħafna u se jkollok min għandu bżonn ftit.", "CDAU fl-iskejjel: Malli jaraw li t-tfal ikunu sejrin naqra ħażin jew ikunu sejrin naqra lura, immedjatament qed jibagħtuhom għand dawn tas-CDAU biex jagħmlu l-assessment tagħhom.", "Li kieku din baqgħet taħt il-kappa tal-Kummissjoni, kien ikun diffiċli biex issir din il-qabża.", "L-opinjoni tiegħi hi li s-CDAU qed jagħmel xogħol tajjeb.", "Naħseb ukoll li dawn huma under staffed għax qed ikollhom ħafna xogħol.", "Imma, kif għedtu intom, huwa biss assessment u, jekk ikollhom bżonn ta' kura, qed ikollhom imorru x'imkien ieħor.", "IS-SUR JOSEPH CAMILLERI (Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità): L-ewwel mistoqsija hija relatata mar-riforma fil-mod ta' kif isir l-assessment tal-persuni b'diżabilità.", "L-ewwel ħaġa li wieħed irid jgħid hu li inti, meta tkun qed tagħmel assessment ta' persuna b'diżabiltà, tkun qed tagħmlu għal finijiet differenti.", "Voldieri, jekk inti qed tagħmel assessment edukattiv, il-bżonn tiegħu huwa differenti milli kieku qed tagħmel assessment għal skop ta' impieg jew għal akkomodazzjoni jew għal xi ħaġa oħra.", "M'hemmx dubju li waħda min-nuqqasijiet li ħarġet matul is-snin hija li ma kellniex assessment tas-severità tal-impairment across the board ħalli mbagħad inkunu nistgħu nippreċiżaw eżatt il-bżonn tal-persuna kif inhi.", "Fi kliem ieħor, biex ma jkunx hemm ħela u mhux ikun hemm one size fits all, għandu jkun hemm assessment ħalli aħna nkunu nafu kemm il-pensjoni u kemm servizzi oħra joħorġu skont il-bżonn ta' dak l-individwu.", "Dik fhimniha aħna, u fil-fatt, madwar sena u nofs ilu, konna tajna bidu għal proċess li llum huwa avvanzat sew, fejn iltqajna mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, mal-ETC u anke mal-Awtorità tad-Djar sabiex isir assessment wieħed.", "Dan għaliex qabel kien isir assessment separat għas-Sigurtà Soċjali u ssir reġistrazzjoni mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità: imbagħad isir assessment ieħor differenti tal-persuni b'diżabilità għall-finijiet ta' mpjieg.", "Huwa maħsub li sal-aħħar ta' din is-sena nkunu nistgħu nimplimentaw sistema fejn ikun hemm assessment wieħed, u dan ikun jgħodd għall-bżonnijiet kollha ta' kulħadd.", "Ir-raġuni hi li bħalissa tlabna lill-entitajiet l-oħra sabiex naraw x'inhuma l-bżonnijiet tagħhom ħalli jsir assessment wieħed.", "Rigward is-CDAU qed isir ħafna xogħol, u iva, hemm ċerti problemi anke minħabba li hemm bżonn ta' aktar staff.", "Madankollu, rridu nifhmu li l-assessment li jsir tat-tfal mis-CDAU huwa differenti mill-assessment li qegħdin nitkellmu fuqu bħalissa.", "Jiġifieri l-idea tas-CDAU dejjem kienet dik li jipprovaw jippreċiżaw eżattament x'inhu l-impairment u l-bżonnijiet tat-tfal.", "Imbagħad, l-għan tiegħu hu li jinħoloq programm mhux tant edukattiv imma ta' żvilupp individwali ta' dawn it-tfal, biex imbagħad jingħata sapport lill-ġenituri ħalli jgħinuhom jidentifikaw is-servizzi li għandhom bżonn biex it-tfal tagħhom ikunu jistgħu jimplimentaw dan il-pjan, u ovvjament, jiżviluppaw bl-aħjar mod possibbli.", "Hemmhekk hemm differenza wkoll.", "Aħna kellna laqgħat mal-Kap tal-Pedjatrija, il-Professur Simon Attard Montalto, ħalli kemm jista' jkun l-aspett soċjali tas-CDAU jissaħħaħ.", "Fil-fatt, mill-informazzjoni li għandna, sirna nafu li d-Dipartiment tas-Saħħa għandu konsulent pedjatriku ieħor, li x-xogħol tiegħu hu li jiżviluppa dawn is-servizzi fil-komunità.", "Voldieri, issa fejn kellna aspett tas-CDAU li kien nieqes, issa l-assessment tas-CDAU qed isir, u issa għandna dan it-tabib ġdid li qiegħed jiżviluppa dawn is-servizzi.", "Fil-fatt, nista' ngħid li qed jieħu dan l-aspett bis-serjetà ħafna, u ilu għal dawn l-aħħar disa' xhur jagħmel laqgħat b'mod regolari - ospitati mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità, li jsiru għandna - mal-NGOs u ma' għaqdiet differenti kemm ta' persuni b'diżabilità u kemm ta' ġenituri.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Il-problema tas-CDAU - mhux x'inhu l-iskop u x'tagħmel is-CDAU - hija kemm tittieħed azzjoni malajr u li ma jkunx hemm waiting list ta' tfal biex jingħatalhom is-servizz.", "Qed nitkellmu fuq tfal fl-età obbligatorja tal-iskola, u li allura kull ġurnata li tgħaddi hija mitlufa minn ħajjithom.", "Issa, jekk verament rridu li dawn it-tfal jieħdu l-aħjar, ma jistax ikun li jkollna waiting list fis-CDAU, kif nafu li għandna.", "Allura l-mistoqsija tal-Onor.", "Gonzi kienet tolqot dan l-aspett ukoll għax semma' jekk hemmx nuqqas ta' impjegati biex ilaħħqu mal-kwantità ta' tfal li qed imorru hemmhekk.", "Jien iltqajt ma' ġenituri li jgħidulek li ma jistgħux iħallu din is-sitwazzjoni għaddejja, u allura jkollhom idaħħlu jdejhom fil-but - nafu kemm dawn il-professjonisti jitħallsu fil-privat - biex jagħmlulhom l-assessment li s-CDAU mhux qed jagħmlilhom.", "U allura naħseb li din hija l-aktar ħaġa essenzjali.", "L-iskop tas-CDAU huwa tajjeb u naqblu miegħu.", "Fil-fatt, is-Sur Camilleri spjega dan kollu u hemmhekk m'għandna l-ebda diffikultà.", "L-unika diffikultà li hemm huwa kemm qed tittieħed azzjoni malajr minħabba t-talba li hemm.", "Naħseb li aħna dak li rridu nsolvu malajr kemm jista' jkun.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "ANTHONY ZAMMIT: Fil-fatt, il-problema tas-CDAU hija dik li l-proċess jieħu wisq fit-tul, u dawn in-nies ikollhom jieħdu t-tfal għand l-istess assessuriprivatament biex jagħmlulhom l-assessment ħalli forsi jimxu 'l quddiem.", "Tieħu anke sa sitt xhur, sena, u minħabba f'hekk impossibbli biex timxi pass wara l-ieħor.Issa, jekk inti ma wasaltx biex tagħmel it-tieni pass,ma tistax tagħmel il-pass li jmiss.", "Imbagħad triq toqgħod terġa' tistenna.", "Dan huwa ftit iżżejjed, u l-ġenituri qegħdin jilmentaw, u għandhom raġun, għax huma ma jafux f'liema sitwazzjoni qegħdin it-tfal tagħhom.", "IS-SUR JOSEPH CAMILLERI: L-unika ħaġa li nista' nagħmel hi li naqbel magħkom, għax fil-fatt, anke jekk wieħed jara l-laqgħat tal-Kummissjoni, bil-minuti ta' dawn il-laqgħat u l-korrispondenza li ħafna drabi kellna mal-Ministeru tas-Saħħa, isib li aħna qajjimna l-istess concerns li qajjimtu intom.", "Ovvjament, il-problema mhijiex direttament taħt il-kappa tal-Kummissjoni, u allura ma tistax tagħmel xi ħaġa hi direttament.", "Imma iva, qed ikun hemm dewmien f'dawk li huma assessments u fil-waiting lists.", "Imbagħad ħafna drabi ssib ġenituri li jaqbdu u jmorru privat, u din aħna nafu biha u qed nagħmlu l-pressjoni tagħna biex kemm jista' ikun tinqata' malajr kemm jista' ikun.", "THE CHAIRMAN: L-interess tagħna hu li jekk hemm dan id-drawback fir-rapport tagħna, din ir-realtà toħroġ biex tiġi rimedjata.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Ovvjament, min-naħa tagħna mhux qed ngħidu li l-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà hi: fil-fatt inti stess qed tikkonferma li l-Kummissjoni qiegħda turi l-concern tagħha fuq din l-issue.", "Jekk nista' nistaqsik hu biex forsi tgħidilna x'kienu r-risposti uffiċjali li ngħatajtu minn min hu responsabbli rigward dak li qed isir, jew inkella x'inhu maħsub li jsir biex dawn id-diffikultajiet, li lkoll naqblu fuqhom, finalment tinstab soluzzjoni għalihom.", "IS-SUR JOSEPH CAMILLERI: S'issa risposti ċari ta' kif għandha tiġi indirizzata l-waiting list m'għandniex.", "Waħda mill-akbar concerns oriġinali tagħna kienet li, meta twaqqfet is-CDAU, u l-Kummissjoni kienet ko-fundatriċi tagħha, l-idea tagħha kienet li barra li tagħmel l-assessment tagħti wkoll il-pariri neċessarji.", "Il-problema kienet li maż-żmien l-iżvilupp tagħha ffoka iżjed fuq l-assessment milli fuq ir-rwol li tagħti l-pariri,u aħna konna qed nagħmlu pressjoni kbira kemm jista' jkun biex dak l-advisory aspect - li għalina huwa ċentrali - ma jintilifx, u tfajna ħafna mill-enerġiji tagħna fuq dak l-aspett.", "Issa qegħdin nisperaw li b'xi mod dik l-aspettattiva tintlaħaq, imma ovvjament dak li qegħdin tgħidu intom rigward il-waiting list għadna qegħdin nagħmlu pressjoni fuqu.", "S'issa m'hemmx tweġiba.", "THE CHAIRMAN: Mela issa se ngħaddi għall-mistoqsijiet li għamel l-Onor.", "Issemma wkoll li qed jiġu assistenti personali minn barra biex jagħtu s-servizzi tagħhom.", "Dan ifisser li f'Malta għad m'għandniex dan it-tip ta' servizz?", "Jew inkella għadu fil-bidu tiegħu?", "Hemm xi ħaġa min-naħa tal-Kummissjoni biex jibda jingħata dan it-tip ta' servizz?", "Meta tkellimna dwar il-Konvenzjoni tal-Familja, intqal ukoll li meta l-familja immedjata ma tkunx tista' tieħu ħsieb it-tifel jew it-tifla tagħha b'diżabilità, jitolbu biex tiġi pprovduta kura alternattiva fi ħdan il-familja wiesgħa tagħha, u meta dan ma jirnexxix fi ħdan il-komunità fl-ambjent tal-familja.", "Is-Sur Freddie Bezzina semma l-apparat għall-independent living; tista' telabora aktar kif qed jintlaħaq dan l-għan f'Malta?", "Tkellimt ukoll dwar l-irwol tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità fejn għedt li għandu jissaħħaħ l-irwol tal-Kummissjoni bħala konsulent u msieħba f'dak li huwa żvilupp ta' policies.", "Nixtieq nistaqsi x'inhuma l-prijoritajiet tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward?", "IS-SUR JOSEPH CAMILLERI: Ħalli nibda bl-assistenti personali barranin.", "Hemm raġunijiet differenti għalfejn individwi b'diżabilità Maltin qegħdin iduru għal assistenti personali minn barra minn Malta.", "Waħda minnhom hija l-flus, għaliex ħafna drabi l-ħlas li jitolbu l-Maltin huwa ogħla minn dak li qegħdin jitħallsu l-barranin.", "Apparti minn hekk, hemm ħafna persuni b'diżabilità li kellhom esperjenzi tajbin ma' dawn l-assistenti personali barranin.", "Ovvjament, kien hemm ukoll waħdiet li kellhom esperjenzi li ma kinux daqshekk tajbin, imma l-maġġoranza tagħhom ħarġu sodisfatti.", "Imbagħad hemm min jgħidlek li ma jaqblux ma' li jkollhom persuna Maltija tgħix u torqod magħhom fid-dar, għax ikunu jixtiequ jżommu l-privatezza tagħhom.", "U allura, r-raġunijiet għalfejn idaħħlu dawn l-assistenti personali barranin magħhom mhux daqstant għaliex ma jsibux Maltin.", "Nippreċiża li meta tqiegħed assistent personali full-time ma' persuna b'diżabilità ifisser li trid tagħmel kollox, inkluż toileting, iġjene u kull ħaġa oħra.", "Għaldaqstant, ma tantx issib carers Maltin li jkunu lesti li jagħmlu dawn l-affarijiet.", "Ikunu kuntenti li jiġu jgħinuk matul il-ġurnata u jagħmlu xi house work: imma meta tiġi għal personal assistance, jibqgħu pass lura.", "Aħna min-naħa tagħna, jekk xi ħadd jiġi jkellimna, nagħtuh il-pariri tagħna u nagħtuhom il-kuntatti ta' persuni b'diżabilità li diġa' qed jagħmlu użu minn dan it-tip ta' servizz.", "Ovvjament, jekk ikollhom xi ilmenti, nipprovaw ngħinuhom ukoll.", "THE CHAIRMAN: Rigward il-barranin li qed jiġu jaħdmu Malta, qed isir xi tip ta' verifika fuqhom ħalli nserrħu moħħna li l-kondizzjonijiet ta' xogħol li qed jiġu offruti, qed isir kif suppost u allura ma jsirx sfruttament tagħhom?", "Nafu li mbagħad malajr jibdew jinbtu l-aġenziji.", "Ovvjament, dan it-tip ta' barranin jkunu mill-pajjiżi Asjatiċi, u jispiċċaw jiġu Malta biex jagħtu x-xogħol, kif ukoll fl-istess ħin biex isibu wkoll ċerta libertà.", "Qed nagħmel din il-mistoqsija bl-aktar mod wiesgħa, għax dawn huma persuni li qed jiġu f'Malta biex isibu xogħol, imma rridu nkunu ċerti li fl-aħħar mill-aħħar dawn qed jagħmlu x-xogħol li suppost qed jiġu biex jagħmlu, u mhux jispiċċaw jagħmlu xi ħaġa totalment differenti.", "IS-SUR JOSEPH CAMILLERI: Li nista' ngħid hu li bħala Kummissjoni s'issa ma dħalniex fid-dettall fuq din il-biċċa, imma fiż-żmien li għamilt fuq il-Bord tal-ETC, sirt naf li l-ETC għandhom il-proċeduri tagħhom ta' verifika fuq dawn l-affarijiet.", "Fil-fatt, huwa għalhekk li ma tantx kellna daqshekk ilmenti.", "S'issa l-ilmenti li kellna kienu waħdiet, imma dawk tieħu ħsiebhom l-ETC.", "THE CHAIRMAN: Ix-xogħol tagħhom qed jiġi monitored?", "IS-SUR JOSEPH CAMILLERI: Bħala xogħol li qed jagħmlu ma nistax ngħid li qed jiġi monitored.", "Ma nafx nirrispondik, imma qatt ma smajt xejn mill-ETC.", "Aħna li dejjem nagħmlu hu li ninkoraġġixxu lill-persuni b'diżabilità sabiex iżommu kuntatt viċin magħna ħalli, jekk ikollhom xi problema, nkunu nistgħu niggwidawhom u nagħtuhom is-sapport tagħna jekk ikun hemm bżonn.", "L-Onor.", "Azzopardi semma' żewġ punti oħra li se nirrispondihom malajr malajr.", "L-ewwel waħda kienet fuq is-sapport fil-komunità.", "L-aġenzija li tipprovdi s-sapport fil-komunità hija l-aġenzija Sapport.", "L-Onor.", "Azzopardi staqsa fuq l-apparat li tkellem fuqu s-Sur Bezzina.", "Wieħed mill-modi ta' kif inti tista' tagħti soljev lill-familja hu billi tagħti sapport lill-persuna b'diżabilità - mingħajr ma titkisser il-familja tiegħu, speċjalment meta l-ġenituri jibdew javvanzaw fiż-żmien – permezz ta' apparat speċifiku.", "L-ewwelnett, il-Kummissjoni għandha sistema ta' assessment u ta' pariri biex dak li jkun ikun jaf minn fejn għandu jixtri l-apparat u x'inhu l-apparat adattat għalih.", "Għandna waħda mill-managers tagħna li hija l-principal occupational therapist, u hija wkoll persuna b'diżabilità, u li, flimkien ma' kollegi oħrajn, jagħtu dawn il-pariri.", "Minn mindu saru dawn il-laqgħat fl-2009 sal-lum, il-Kummissjoni fetħet ċentru ta' independent living f'Ħal Far, li issa huwa fully functional, u hemmhekk aħna għandna esebizzjoni ta' apparat differenti.", "Fil-fatt, hemm sodod, lifting, iġjene, siġġijiet tar-roti, scooters, karozzi u kull ħaġa li wieħed jista' jimmaġina.", "Għandna wkoll kċina fully adjustable għal min juża s-siġġu tar-roti.", "L-idea hi li, qabel tixtri, tipprova l-oġġett u, barra minn hekk, l-assessjar jista' jsir b'mod ħafna iktar preċiż u jkun hemm ċertu targeting preċiż tal-bżonnijiet tal-individwu.", "Ovvjament, il-feedback li qed ikollna tiegħu huwa wieħed pożittiv.", "Għalhekk, din hija waħda mill-għodod tagħna li biha nistgħu ngħinu lill-familji sabiex, kemm jista' ikun, il-persuna b'diżabilità ma tiġix istituzzjonalizzata.", "Rigward prijoritajiet tal-Kummissjoni, nista' ngħid li għal dawn l-aħħar sentejn, inkluż din is-sena, l-akbar prijorità tagħha kienet preċiżament din, u ċioè, x'se jiġri mit-tifel jew mit-tifla tiegħi meta jien ma nkunx nista' nissapportjah aktar?", "Aħna qegħdin nitfgħu ħafna mill-enerġiji tagħna sabiex nipprovaw naraw x'soljev tista' tieħu l-familja waqt li qed tieħu ħsieb it-tifel jew it-tifla tagħha, u barra minn hekk x'alternattivi qegħdin nipprovaw nipprovdu bħala pajjiż biex dawn in-nies ma jiġux istituzzjonalizzati.", "Dawn huma l-prijoritajiet tal-Kummissjoni.", "Issa wasal biex jiġi ppubblikat ir-rapport intitolat \"Supported Living in the Community\" tal-Kummissjoni.", "F'dan ir-rapport insibu kważi 30 rakkomandazzjoni dwar x'jista' jsir f'dan is-settur.", "L-idea hi li mhux kulħadd għandu bżonn l-istess ħaġa.", "Pereżempju, fil-kas tiegħi, l-aktar li jkolli bżonn sapport huwa xi ħaġa filgħodu u xi ħaġa filgħaxija.", "Mela lili, jekk tagħtini sapport għal erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, tkun qed taħli l-flus għax m'għandix bżonnu.", "Mentri hemm ħaddieħor li jkollu bżonn l-erbgħa u għoxrin siegħa sħaħ, kważi bix-shifts.", "Dan ir-rapport jieħu in konsiderazzjonidin il-kwestjoni, u jieħu in konsiderazzjoni wkoll il-public private partnerships.", "Jiġifieri għandek facets differenti ta' kif wieħed jista' jindirizza l-problema.", "THE CHAIRMAN: Dan ir-rapport meta se jkun lest bir-rakkomandazzjonijiet?", "Qed nagħmillek din il-mistoqsija – dejjem jekk jaqblu sħabi – ħalli meta jkun lest ir-rapport tagħna, inkunu nistgħu nehmżu miegħu r-rapport tagħkom, u b'hekk, meta r-rapport tagħna jiġi ppubblikat, inkunu qegħdin nagħtu spalla lir-rapport tagħkom.", "F'kelma waħda, nkunu qegħdin nagħmlu endorsement tar-rapport tagħkom.", "IS-SUR JOSEPH CAMILLERI: Intom x'perijodu ta' żmien qed titkellmu fuqu?", "Tagħna imminenti.", "Tagħkom imminenti wkoll?", "THE CHAIRMAN: Meta tlestu dan ir-rapport, tistgħu tiġu hawnhekk u tagħmlulna presentation fuqu, ħalli mbagħad inkunu nistgħu nehmżuh mar-rapport tagħna.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Jien se nagħmel żewġ kummenti qosra.", "L-ewwel kumment huwa fuq l-independent living li semma' s-Sur Camilleri f'Ħal Far.", "Jien kont mistieden hemmhekk, u nista' ngħid li kien ta' pjaċir għalija li nara dan l-apparat esebit hemmhekk, u li finalment persuni b'diżabilità jistgħu jmorru hemmhekk biex jaraw x'inhu l-aħjar għalihom u x'għandhom bżonn għall-esiġenzi tagħhom.", "Naturalment, hawnhekk qed nitkellmu fuq apparat li jiswa l-flus, u l-mistoqsija tiegħi se nagħmilha f'dan ir-rigward.", "Hemm xi arranġamenti stabbiliti ma' kumpaniji li jġibu dan l-apparat biex forsi, kemm jista' jkun, wieħed jagħti ftit għajnuna lill-persuni li jkunu jeħtieġu xi apparat jew inkella ieħor?", "U teżisti xi għajnuna finanzjarja mill-Gvern?", "It-tieni kumment li xtaqt nagħmel huwa marbut mal-preokkupazzjoni – li hija l-preokkupazzjoni tagħna wkoll - ta' x'se jiġri mit-tfal wara li l-ġenituri, jew inkella dawk li jkunu qed jieħdu ħsiebhom, jispiċċaw.", "Din hija preokkupazzjoni li ilha magħna numru ta' snin, u ma tistax tibqa' biss preokkupazzjoni imma hemm bżonn naraw li jkollna soluzzjoni.", "Naħseb li waħda mis-soluzzjonijiet tawhielna l-persuni u l-fondazzjonijiet li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Jien nista' nsemmi fondazzjoni li nafha ftit aktar mill-oħrajn għax qiegħda fil-lokal tiegħi, u ċioè fiż-Żejtun, il-Fondazzjoni Nazzaret, li nbdiet minn Dun Anġ Seychell, u li llum għandha tliet idjar li fiha joqogħdu numru ta' persuni b'diżabilità li qed jgħixu flimkien fil-komunità.", "Hemmhekk qegħdin nevitaw milli jkollna persuni li qed jgħixu f'istituzzjoni, u naqbel li llum m'għadux il-lok li jkollna istituzzjonijiet kbar għax the way forward hija li dawn jgħixu fil-komunità bħala familja.", "Imma apparti l-fondazzjonijiet u inizjattivi privati, qegħdin naħsbu biex - issa jista' ikun il-Gvern waħdu, jista' ikun il-Gvern flimkien mas-settur privat jew il-Gvern ma' NGOs oħra - ikollna dan it-tip ta' djar residenzi li jiġu żviluppati b'aktar għajnuna u b'aktar imbuttatura mill-Istat?", "IS-SUR JOSEPH CAMILLERI: Se nibda biex ngħid xi ħaġa fuq il-finanzjament tal-apparat.", "Ovvjament, kuntatti mal-kumpaniji bħala ordnijiet ikun hemm: imma, ħa ngħidha ċara u tonda, għandna problema bil-kumpaniji.", "Fil-fatt, l-occupational therapist tagħna, Miss Vicky Gauci, kienet għamlet riċerka żgħira għalina billi qabdet biċċa apparat li kien speċi ta' walker, u għamlet paragun bejn il-prezzijiet ta' żewġ kumpaniji Maltin u dawk disponibbli minn fuq l-internet.", "L-ewwel kumpanija Maltija kellha mark up ta' kważi 100%, u t-tieni waħda kellha mark up ta' kważi 200%.", "Voldieri, m'hemmx dubju li l-prezzijiet qegħdin ikunu għoljin ħafna, u dik hija ta' inkwiet kbir għalina.", "Waħda mill-concerns tagħna hi jekk din kinitx imbuttata min-naħa tal-Kummissjoni u tas-soċjetà Maltija, anke minħabba li xtaqna l-aħjar għall-persuni b'diżabilità.", "Qiegħed ngħid hekk għax fl-1994 kien twaqqaf is-servizz \"għajnuniet speċjali\", li l-idea tiegħu kienet dik li jipprovdi għajnuna finanzjarja lill-familji u lill-persuni b'diżabilità sabiex ikunu jistgħu jixtru dan l-apparat.", "Mhux biss, imma meta rajna li hemm ċertu apparat li jqum ħafna flus, u hawnhekk nista' insemmi s-siġġijiet tar-roti li jqumu madwar Lm18,000, aħna ħdimna ħafna mal-Malta Community Chest Fund sabiex nagħmlu ftehim, liema ftehim ilu issa jeżisti għal żmien twil, fejn, jekk persuna b'diżabilità tapplika għal xi apparat li jqum ħafna, u l-grant min-naħa tagħna ma twassalx għax ovvjament aħna rridu nagħmlu capping għax inkella nispiċċaw ngħinu lill-ewwel żewġ każijiet u mbagħad nispiċċaw bla flus, dawn minflok joqogħdu jerġgħu jgħaddu mill-proċess tal-Community Chest Fund, il-Community Chest Fund taċċetta l-applikazzjoni kif inhi għax ir-rakkomandazzjoni tkun ġiet mill-Kummissjoni.", "L-argument tagħhom mhux jekk huwiex se jieħu, imma kemm se jieħu.", "Ħafna drabi, l-but tal-Community Chest Fund ikun iżjed fond, u allura min japplika jieħu kważi l-ammont kollu li jkollu bżonn.", "B'hekk, dan l-apparat qiegħed jinxtara.", "Issa l-problema hi li l-prezzijiet għolew, u ma tantx għandek varjazzjonijiet kbar ħafna.", "Voldieri hemmhekk għandek problema.", "Biex inwieġeb il-mistoqsija dwar il-finanzjament tagħha, l-ewwel ħaġa li tagħmel persuna b'diżabiltà hu li tapplika mal-Kummissjoni għal dan is-servizz ta' \"għajnuniet speċjali\".", "Hemmhekk isir assessment u vetting tal-bżonnijiet u tal-apparat biex jaraw li dawn ikunu jaqblu.", "Xi kultant dan il-vetting ikun diġà kważi beda jsir minħabba li jkollna rakkomandazzjonijiet ġejjin mid-Dipartiment tal-Anzjani, li diġa' jafu xogħolhom, u allura jagħtuna shopping list tal-affarijiet li jkollhom bżonn dawn il-pazjenti.", "Pereżempju, xi ħadd jagħtih stroke, imur l-isptar u biex ikun jista' imur lura d-dar, jgħidulek li għandu bżonn dawn l-affarijiet.", "Dawn jiġu bil-lista tagħhom, u wieħed jara kif jista' jgħinhom.", "Waħda mill-problemi li qegħdin insibu hija li aħna ma naħdmux abbazi tal-età.", "Aħna għandna persuni b'diżabilità reġistrati magħna minn etàjiet li jvarjaw minn 0 sa aktar minn 100.", "Il-problema hija din: minħabba li l-popolazzjoni qiegħda tixjieħ, il-persentaġġ ta' flus li qegħdin joħorġu għal nies anzjani huwa għoli ħafna.", "Fil-fatt, kważi 60% tal-vot joħroġ għal persuni anzjani.", "F'dan il-każ, m'hemmx kontribut ġej mid-Dipartiment tal-Kura tal-Anzjani, voldieri dik hija ta' tħassib għalina.", "Anke minħabba li ż-żgħażagħ li għandhom il-bidu tal-ħajja tagħhom quddiemhom, u għandhom ħafna spejjeż, aħna ninkwetaw li ma nkunux nistgħu nilħquhom biżżejjed.", "It-tieni preokkupazzjoni tagħna hi dik li, meta aħna niffinanzjaw ix-xiri ta' apparat, bħal pereżempju, sodda apposta li tkun xi daqxejn għalja għal persuna anzjana, li jiġri kultant hu li din il-persuna tkun qiegħda f'xi dar tal-anzjani privata u allura, meta dik l-anzjana tiġi nieqsa, is-sodda tibqa' f'dik id-dar privata.", "Din issa bdejna naħdmu fuqha flimkien mal-Community Chest Fund sabiex nindirizzawha, u b'hekk nibdew inġibu l-affarijiet lura għax, kif għedtilkom, diġa' dik hija problema għalina.", "Kemm ilni mal-Kummissjoni dejjem kienet problema biex iġġib lura l-apparat li jkun ħareġ.", "THE CHAIRMAN: Is-sistema ta' leasing tiġi mħaddma, jew inkella s-suq huwa limitat biex tkun tista' tagħmel xi ħaġa simili?", "IS-SUR JOSEPH CAMILLERI: Le, aħna ma nagħmlux leasing.", "Il-klijent jagħmel ftehim magħna u mal-Community Chest Fund li meta jispiċċa mill-apparat jerġa' iġibu lura.", "Meta inti għandek staff complementta' għoxrin ruħ, lisebgħin fil-mija minnhom huma disabled, b'uħud minnhom qegħdin magħna bħala part-time, issib li m'għandniex il-man power sabiex niġru wara dawn in-nies individwalment.", "Ħafna drabi joħorġuh l-apparat, imma ma jerġgħux jidħlu lura bih.", "Kellna każijiet fejn konna qbadna nies jipprovaw ibiegħu apparat li ngħata lilhom b'xejn!", "Dawn l-affarijiet jiġru l-ħin kollu.", "Aħna kellna problema oħra li kellha x'taqsam mal-istorage ta' fejn se nqiegħdu dan l-apparat kollu.", "Jekk għandek is-sodod, is-siġġijiet tar-rotieċċ, fejn se tqiegħedhom?", "Fejn qegħdin aħna, fiċ-Ċentru Ħidma Soċjali, assolutament ma kellniex post fejn inżommuhom.", "Dwar dan qegħdin nipprovaw naħdmu mal-Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja biex nużaw parti mill-binja li kumbinazzjoni qiegħda eżatt quddiem iċ-ċentru ta' Ħal Far.", "Jekk din tirnexxi, aħna u l-Community Chest Fund ikollna fejn nagħmlu storage tajjeb, u jkollna wkoll workshop żgħir fejn ikun jista' jiġi rijabilitat l-apparat qabel jerġa' joħroġ biex jagħmel użu minnu ħaddieħor.", "L-argument tagħna huwa li, jekk apparat jiġi dikjarat li huwa addattat mill-occupational therapist, u bħala stat li qiegħed fih huwa tajjeb, aħna noffruh lill-klijent u, jekk jiġi rifjutat, dak il-klijent ma jeħux l-għotja ta' flus.", "Imbagħad, jekk irid jixtrih ġdid, affari tiegħu.", "Jien forsi tkellimt daqxejn b'mod iebes fuq il-kumpaniji kummerċjali.", "Ħafna drabi l-individwi draw illum li jridu kollox ġdid, u mbagħad, meta ma jkollhomx bżonnu aktar, jgħidulek li dak l-apparat ġie tagħhom għax ikunu taw kontribut żgħir għalih!", "U allura għandek dawn il-problemi kollha li jridu jiġu indirizzati.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Nifhem li l-Kummissjoni għandha inventarju tal-għajnuna li tat, jiġifieri jekk il-Kummissjoni ffinanzjat numru ta' sodod speċjalizzati jew xi apparat ieħor, il-Kummissjoni żżomm inventarju aġġornat fejn tkun taf lil min tat it-tali apparat.", "THE CHAIRMAN: Biex inkompli ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Carmelo Abela, naħseb li intom m'għandkomx il-manpower biex iżżommu traċċi tal-affarijiet.", "Jiġifieri, għandkom l-inventarju imma m'għandkomx il-mod kif żżommu t-traċċi tagħhom.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mela, la l-Kummissjoni għandha din l-informazzjoni, u mill-ispjega li ta s-Sur Camilleri nifhmu li mhux possibbli li l-Kummissjoni tagħmel dan it-tip ta' xogħol, nixtieq nistaqsi jekk għandux jiġi diskuss mal-Ministru responsabbli mill-familja, li llum huwa l-Onor.", "Chris Said, sabiex naraw jekk il-Ministru jistax jipprovdi numru ta' ħaddiema mid-Dipartiment, li, għalkemm dawn jibqgħu xorta waħda mad-Dipartiment sa meta l-Kummissjoni tkun teħtieġ, dawn imorru jaraw u jfittxu l-apparat li jkun ġie msellef.", "U finalment, qabel l-apparat jittieħed f'xi post jew ieħor, isir forma ta' kuntratt ħalli, jekk dak l-apparat jittieħed f'xi dar tal-anzjani privata, dan l-apparat ma jibqax hemmhekk ladarba l-persuna ma tibqax tużah aktar.", "U jkun hemm xi penali għal min jikser dan il-kuntratt.", "THE CHAIRMAN: Jien nissuġġerixxi li l-unika soluzzjoni hija dik tal-leasing.", "Awtomatikament intom qed toħorġu disgħin fil-mija tal-finanzjament tal-apparat, u allura dak irid ikun proprjetà tal-Kummissjoni u jiġi leased lill-persuna li jkollha bżonn tużah.", "Imbagħad, kif tiġi nieqsa dik il-persuna, dak l-apparat jibqa' proprjetà tal-Kummissjoni.", "Jekk mhux se jkun hemm kuntratt li dak l-apparat se jkun proprjetà tagħkom ladarba qegħdin tiffinanzjaw disgħin fil-mija minnu, allura qatt mhu se jkun possibbli li terġgħu tieħdu lura dak l-apparat.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "ANTHONY ZAMMIT: Jekk xi ħadd iġib biċċa apparat fuq inizjattiva personali tiegħu minn fuq l-internet, jista' japplika xorta waħda biex ikollu finanzjament ta' ċertu persentaġġ mill-ispiża?", "Jien naħseb li din hija problema: jekk inti tagħmilha bil-proċeduri normali, taf li dawn se jiekluk, imma mbagħad tista' tieħu lura parti mill-finanzjament.", "Jekk tagħmilha għal rasek, tiġik nofs il-prezz, imma ma tingħatax finanzjament.", "Għalhekk din hija problema.", "Qisek qed titfa' n-nies f'ħalq il-lupu.", "IS-SUR JOSEPH CAMILLERI: L-ewwel nett, fil-prinċipju dak li qegħdin nagħmlu huwa effettivament leasing, għax meta joħroġ l-apparat ħadd ma jgħidilhom li dak l-apparat issa ġie tagħhom.", "L-apparat huwa tiegħek sakemm tibqa' tiġi bżonnu.", "Hekk kif tlesti minnu, trid iġġibu lura.", "Il-problema hi li ma tkunx taf meta m'għadhomx jużawh, u m'għandekx in-nies biex joqogħdu jmorru jħabbtu l-bibien biex jistaqsuhom jekk għadhomx jużawh.", "Li qegħdin nagħmlu bħalissa – u din kellna bżonn nagħmluha minħabba l-abbuż li kien qed isir minnha – fir-rigward tal-blue badge tal-parking hu li waħda mill-ħaddiema tagħna kull ġimgħa tiċċekkja minn fuq l-internet il-lista tal-persuni li ġew neqsin f'Malta, u tqabbilhom mad-database tagħna biex naraw jekk għandhomx il-blue badge.", "Nista' ngħid li din s'issa qiegħda taħdem.", "Li nagħmlu hu li l-ewwel nibagħtu lill-familja u ngħidulhom li la t-tali ġie nieqes, allura għandkom tirritornaw il-blue badge, peress li dik il-badge hija ċertifikat legali.", "Jekk dawn ma jagħtux kas, nerġgħu nibagħtulhom reminder, u jekk jibqgħu jippersistu nibagħtulhom it-tielet u l-aħħar reminder.", "Wara t-tielet wieħed, nibagħtu ninformaw lill-Pulizija biex jiġbru l-blue badge huma.", "U allura din is-sistema bdiet taħdem sew.", "Imma jekk ma jkollokx sistema bħal dik, fejn hemm link bejn il-Kummissjoni u l-Korp tal-Pulizija biex huma jiġbru l-affarijiet, se jkollok problema.", "Għaldaqstant il-leasing qed isir.", "Rigward l-internet, hija mistoqsija tajba u fil-fatt fil-prinċipju naqblu magħha mija fil-mija.", "Fil-fatt, diġa' qegħdin naħsbu x'għodda nistgħu nużaw.", "Aħna m'għandna l-ebda problema li xi ħadd jixtri apparat addattat u li hu skont kif qal l-Occupational Therapist u jiffranka.", "Imma s'issa, min għamel hekk m'għamilhiex permezz tagħna, voldieri s-sistema għadha ma ġietx daqstant ittestjata.", "Inkunu rridu naħdmuha, però fil-prinċipju naqblu u aħna lesti li nagħmluha taħdem.", "Kien hemm il-mistoqsija l-oħra fuq il-homes.", "Ovvjament, waħda mill-affarijiet li qegħdin nissuġġerixxu aħna hija li jkun hemm tisħiħ tal-inizjattivi tal-NGOs f'dan is-settur, u li jkun hemm standards tajbin li s'issa għadhom ma jeżistux, kif ukoll li jkun hemm ukoll moniteraġġ tajjeb.", "Jien mhux qed ngħid li kellna ħafna ilmenti, anzi rari kellna fuq il-livell ta' kura f'dawn il-homes, però kellna.", "Meta mbagħad daħlet il-Kummissjoni, dawn tranġaw.", "Jien naħseb li peress li s-settur għadu żgħir ħafna, allura huwa maniġġabbli.", "Jekk imbagħad jikber, speċjalment jekk ikun hemm element kummerċjali fih, se jkollna problema.", "L-aħħar ħaġa li ridt ngħid hija fuq il-private public partnership, għax fuq din jien ukoll għandi interess personali għax li kieku ma kenitx il-mara tiegħi u l-familja tiegħi, jien ukoll kont inkun kandidat għal din it-tip ta' għajnuna.", "Meta aħna ddiskutejna ma' intraprenditur biex nesploraw ftit fuq dawn l-affarijiet, dan ikkonfermali dak li kont qed naħseb jien, u ċioè li jekk inti tagħmel a stand alone home ta' sitta min-nies, ta' erba' min-nies jew ta' tnejn min-nies, finanzjarjament se tiġi għolja ħafna u hemmhekk fejn għandek problemi kbar.", "Waħda mis-suġġerimenti kienet – u jien naqbel magħha – li dan it-tip ta' residenzi ikunu viċin ħafna, però mhux jagħmlu parti minn home akbar, bħal per eżempju tal-anzjani, fejn huma jkunu jistgħu jirkbu kukkużejt minn fuq is-servizzi li jiġu offruti lilhom.", "Waħda mis-suġġerimenti kienet li jkun hemm tunnel bejn waħda u l-oħra biex ikel, kura, xi emerġenza u dawn l-affarijiet kollha jkunu jistgħu jiġu serviced mid-dar il-kbira, filwaqt li inti tibqa' tgħix b'mod indipendenti għax ikollok il-privatezza u l-indipendenza tiegħek.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "ANTHONY ZAMMIT: Imma jekk il-Kummissjoni tipprova żżomm id-dettalji tan-nies li għandhom diżabilità, tkun taf kull persuna x'ħadet bħala benefiċċju, kemm jekk inhu l-blue card, jew sodda jew xi ħaġ'oħra.", "Imbagħad, meta persuna b'diżabilità tmut għandek tkun mgħarraf li dik il-persuna mietet, u b'hekk inti tkun taf li dawk l-affarijiet li din ħadet tista' titlobhom lura.", "Aħna għandna an integrated database fuq is-servizzi li għandna.", "Voldieri, waħda mill-operaturi tagħna, jekk jien nistaqsi - kif ġieli nagħmel, għax intom bħala Membri Parlamentari ġieli tikkuntattjawni fuq xi ħadd individwali – fuq xi persuna individwali, dawn ikunu jistgħu jgħiduli jekk din il-persuna hijiex reġistrata, għandhiex il-blue badge, ħaditx għajnuniet speċjali u servizzi minn tagħna.", "Iżda, ma nistax ngħidlek marrux għand id-Dipartiment tad-Djar, pereżempju, u ma nistax ngħidlek marrux id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali biex jieħdu s-servizzi soċjali.", "Li qegħdin nipprovaw nagħmlu issa hu li noħolqu a common database mal-Malta Community Chest Fund biex huma jkunu jistgħu jiċċekkjaw l-apparat li ħriġna aħna, filwaqt li aħna nkunu nistgħu niċċekkjaw ukoll l-apparat li ħarġu huma.", "Eventwalment, meta nibdew dan il-proġett flimkien, inkunu nafu wkoll x'apparat għandna second hand disponibbli, u aħna stess inkunu nistgħu nagħmlu ri-allokazzjoni ta' dawn l-affarijiet.", "Imma, ovvjament, kollox irid jieħu daqsxejn il-ħin tiegħu.", "THE CHAIRMAN: Mela issa se ngħaddi għall-mistoqsijiet u l-kummenti tal-Onor.", "Pensjonijiet: Jien nissuġġerixxi li kieku forsi jkun hemm assessment tal-persuni b'diżabilità għax naturalment id-diżabilità tista' tkun varjata ħafna.", "Isir studju minn nies professjonisti, u jagħtu grading ta' dawn it-tip ta' nies u x'għandhom bżonn, u jingħataw allowance b'dak il-mod.", "Pereżempju, issemma' li xi ħadd kellu bżonn jixtri software, dan juri li aktar jagħmel sens jekk wieħed jimxi skont il-ħtieġa.", "Għax jekk tagħmel xi żieda uniformi, ma tagħmel xejn.", "IS-SUR JOSEPH CAMILLERI: Dik il-mistoqsija diġa' weġibtha, u fil-fatt bħala assessment bħalissa aħna għaddejjin minn proċess avvanzat fejn l-assessment qiegħed sir b'mod individwalizzat, biex imbagħad il-pass li jkun imiss ikun dak li nagħmlu pressjoni ħalli s-sistema tal-pensjoni tad-diżabilità tinbidel.", "Din ilna naqblu ħafna bejnietna li hemm bżonn li tinbidel, għax bħalissa hemm min mhux qed jieħu biżżejjed, u hemm min qed jieħu kważi żżejjed.", "Issa ħalliha li tgħin, għax pereżempju, waħda mill-affarijiet li qegħdin nagħmlu hu li nsibu bilanċ.", "Fil-fatt, studenti l-Università jew l-MCAST, filwaqt li jkollhom l-istipendju bħal studenti oħrajn, ikunu eliġibbli wkoll għall-pensjoni, u din tista' tintuża għal dawk li għandu x'jaqsam mal-ispejjeż relatati mad-diżabilità li għandhom.", "Anke jekk ikollok bżonn issiefer, jew ikollok bżonn li tuża xi trasport li bħalissa għadu għoli wisq, issa għandek il-pensjoni, u l-istipendju ma jkollokx għalfejn tmissu.", "B'hekk, kważi kważi finanzjarjament qiegħed tiġi pari ma' sħabek l-oħra.", "THE CHAIRMAN: Imma xi kultant jiena nara li intom stess kważi tippreġudikaw kontra persuni li għandhom diżabilità ma' persuni oħra li għandhom diżabilità, speċjalment dan l-aħħar f'dak li għandu x'jaqsam mal-blue badge.", "Saret xi riforma fil-policies fejn min kellu blue badge għal dawn l-aħħar 15-sena f'daqqa waħda sabu li mhumiex intitolati aktar għaliha.", "Ħafna drabi jien narakom tiddefendu - u tagħmlu tajjeb - persuna b'diżabilità li setgħet twieldet b'dik id-diżabilità, imma mbagħad għadkom ftit ebsin sabiex tirrikonoxxu persuna oħra li d-diżabilità tagħha tkun ġiet minħabba mard.", "Illum, persuna li setgħet kienet normali u ġiet xi marda fuqha u allura tiġi b'diżabilità, ma tirrikonoxxuhx bħala tali, u jien naf nies li tteħditilhom il-blue badge wara li din kienet ilha għandhom 15-il sena.", "M'għamiltux policy li tgħidu mil-lum 'il quddiem se nkunu severi aktar fil-capping tagħna dwar min suppost jieħu l-blue badge, imma lin-nies li kienu mdorrijin bil-blue badge ħadtuhielhom.", "Dawn bdew jgħiduli li allura huma mhumiex persuni b'diżabilità?", "Jiġifieri l-Kummissjoni tal-Persuni b'Diżabilità spiċċat ħadet ċerti miżuri.", "IS-SUR JOSEPH CAMILLERI: Sur President, hawnhekk ikolli ma naqbilx miegħek.", "L-ewwelnett, kieku verament il-Kummissjoni tagħmel enfasi dwar li dan it-tip ta' servizzi jeħduhom biss dawk li twieldu b'diżabilità, jien ma neħodhomx għax jien ma twelidtx b'diżabilità.", "Jekk inhu veru li ma nirrikonoxxux mard, jien ma neħodhiex għax jien imradt maż-żmien u mhux twelidt b'diżabilità.", "Li ġara kien dan: fl-2005 konna ndunajna li kien hemm spike qawwija fl-applikazzjonijiet tal-blue badge, fejn dawn kienu żdiedu b'madwar tmenin fil-mija.", "Tant hu hekk li l-Kummissarju tal-Pulizija, li huwa l-owner ta' dawn il-blue badges, u l-kriterji tagħhom huma approvati mill-Kummissarju tal-Pulizija, kien qalilna li b'din ir-rata, f'temp ta' sena, sentejn, dan is-servizz ma jkunx sostenibbli u se jkollu jagħlaq jekk m'aħniex se noħorġu b'xi forma ta' alternattiva.", "Għaldaqstant konna laqqajna lill-Kummissjoni u ħriġna b'dan is-suġġeriment.", "L-ewwelnett għedna li l-blue badge kienet toħroġ b'mod aktar faċli fil-passat, għax dak iż-żmien ma kienx hawn ħafna, u anke għaliex dak iż-żmien ma kellekx il-problemi li għandna llum bil-parking tal-karozzi.", "Eżempji ċari huma Tas-Sliema u San Pawl il-Baħar fis-sajf, fejn għalina dawn iż-żewġ postijiet huma wġiegħ ta' ras kbira.", "Bir-rispett kollu lejn ir-rappreżentant mediku, aħna rrealizzajna li kien qed ikollna ħafna ċertifikati li ma kenux jirriflettu r-realtà.", "Imma aħna għedna: 'Min aħna biex immeru dak li qed jgħid it-tabib?'", "U allura pprovajna noħolqu filtering system aħjar.", "Fil-fatt għedna li dak li jkun jista' jissottometti ċ-ċertifikat tat-tabib tiegħu, imma aħnaxorta waħda konna se nitolbuh biex ta' darba jiġi l-Kummissjoni ħalli jeżaminah tabib tal-fiduċja tagħna.", "Aħna għandna erba' tobba, tlieta għandhom persuni b'diżabilità fil-familja tagħhom, u wieħed minnhom ilu jaħdem ħafna magħna jagħmlilna kemm xogħol volontarju u kemm xogħol ieħor, u jaf x'inhi s-sistema tagħna.", "B'hekk aħna nafu li l-kriterji se jinżammu.", "Il-Kummissarju tal-Pulizija ried li l-kriterji jiġu iżjed strinġenti.", "Fil-fatt, il-Kummissarju tal-Pulizija kien qalilna li dan is-servizz għandhom jeħduh biss dawk il-persuni li jużaw siġġu tar-roti, imma aħna għidnilu li ma tistax tagħmel hekk għax hemm min jimxi ftit u jagħmillu ħażin jekk ma jimxix dik id-daqsxejn.", "Għandek ukoll persuni għomja li ma tistax taqbad u titlaqhom waħedhom.", "Għandek tfal b'challenging behaviour severa ħafna u li, jekk tafdahom sekonda, jkollok problemi kbar.", "U meta spjegajnilu dawn l-affarijiet, il-Kummissarju fehemna mill-ewwel.", "Għidna: 'Mela ejjew nagħmlu dawn il-kriterji, ħalli s-severità tal-każiijiet tkun akbar.'", "U s-sistema kienet din; li inti darba waħda biss trid tiġi l-Kummissjoni, sew jekk biex tapplika mill-ġdid u sew jekk trid iġġedded.", "Meta tiġi l-Kummissjoni biex iġġedded jew biex tapplika għall-ewwel darba, tħallas l-ekwivalenti ta' Lm5, u dan il-ħlas isir minħabba li l-Kummissarju qalilna li s-sistema li nagħmlu trid tkun finanzjata b'xi mod jew ieħor ħalli ma nitfgħux aktar spejjeż fuq il-Korp.", "Aħna ma kellniex il-budget tagħna biex inħallsu lit-tobba għax-xogħol li qegħdin jagħmlu, u li ta' xogħlhom jiċċarġjawna b'rata soċjali.", "U allura dan il-ħlas kien qed isir biex jitħallsu dawn it-tobba.", "Aħna nitolbu lill-persuna b'diżabilità tiġi l-Kummissjoni darba, għaliex il-blue badge qiegħda hemm biex tinkoraġġixxi l-mobilità, u meta jċemplulna n-nies jew inkella jiġu għandkom biex taqbżu għalihom u jgħidulna li ommhom jew missierhom ma joħorġux, aħna ngħidulhom li allura m'għandhomx bżonn il-blue badge, u dan ifisser li huma jkunu jriduha għal xi ħadd ieħor fil-familja tagħhom.", "Għalhekk ngħidulu biex jiġi l-Kummissjoni ħalli narawh.", "Xi kultant, jekk naraw li veru huwa każ ġenwin, it-tabib tagħna jinżel jarahom fil-karozza tagħhom stess biex ma joqogħdux itellgħuhom fuq.", "Imma dawn huma każijiet rari u ma nħobbux ninkoraġġuha.", "F'każijiet estremi, fejn ikun hemm dialysis jew inkella xi marda terminali, it-tabib imur jarahom l-isptar stess billi nagħmlu arranġamenti magħhom waqt li jkunu għal xi appuntament l-isptar, u b'hekk ma jkollhomx għalfejn jiġu l-Kummissjoni.", "Imma nerġa' ngħid li dawk huma każijiet estremi.", "Huwa minnu li kien hemm nies li kellhom diżabilità relattivament ħafifa, u gawdew mill-blue badge għal għaxra, ħmistax, għoxrin sena, imma jekk issa qed jgħidulek li inti ma tikkwalifikax aktar għaliha, trid tgħid li inti gawdejtha għal 20 sena u li issa, dak li hemm hemm.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "ANTHONY ZAMMIT: Sur Camilleri, inti semmejt it-tobba.", "Issa risposta li ngħatat il-ġimgħa l-oħra għal mistoqsija parlamentari kienet tgħid li hemm tabib, li bħala konsulent - he's a normal GP – ħa €18,000 fis-sena per tender.", "Imbagħad jissemma' min hu dan it-tabib.", "Din il-mistoqsija kellha x'taqsam mal-blue badge.", "Issa dan kemm seta' eżamina pazjenti fuq il-blue sticker, u dan tħallas dak l-ammont per tender and I was amazed!", "L-ammont kien ta' €18,000 u ngħata lil Dr Pace.", "Issa t-tobba l-oħra tħallsu wkoll?", "(Interruzzjonijiet)", "IS-SUR JOSEPH CAMILLIERI: Li nista' nagħmel hu li niċċekkja l-affarijiet għax Dr Pace jeħdilna ħsieb ukoll tad-database tagħna, voldieri jagħmel xogħol elettroniku wkoll.", "Imma niċċekkja u nagħtikom risposta.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Li xtaqt insemmi jien huwa dwar dak li għandu x'jaqsam mal-pensjoni, peress li din kienet qamet ukoll fl-aħħar budget li kellna.", "Fil-fatt, dakinhar issemmiet it-terminoloġija \"diżabilità severa\" li hija marbuta mal-pensjoni jew ma' xi benefiċċju, u din li forsi tħawwdek ftit, dan il-kunċett ta' pensjoni għal diżabilità severa.", "Effettivament jirriżulta li għad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, kulmin jieħu pensjoni tad-diżabilità huwa kklassifikat bħala li għandu diżabilità severa, jiġifieri bħala tali m'hemmx diżabilità severa u diżabilità inqas severa, jiġifieri kulma hemm hija pensjoni tad-diżabilità, u allura t-terminoloġija wżata jista' jkun li hi misleading f'dan is-sens, għax kull persuna b'diżabilità li tapplika, kemm jekk severa u kemm jekk le, qiegħda tieħu pensjoni.", "U allura mhijiex kwestjoni ta' kemm hija severa d-diżabilità tal-persuna, imma jekk inti ntitolat bħala persuna diżabbli, allura inti teħodha.", "IS-SUR JOSEPH CAMILLIERI: Safejn naf jien, bħalissa inti tieħu l-pensjoni jekk inti qiegħed fuq il-lista tal-impairments li huma rikonoxxuti mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.", "Fil-fatt, aħna stess dejjem għidna li din ma tagħmilx sens, u r-raġuni hi li jien, pereżempju, għandi l-artrite, imma kif nafu hemm gradi differenti ta' artrite.", "Ovvjament, il-każ tiegħi tista' tikkategorizzah bħala sever, kemm bħala impairment u kemm bħala kundizzjoni medika.", "Imma jista' ikun li bħala bżonn ta' sapport, minħabba li jien dejjem għext ħajja kemm jista' jkun indipendenti u nagħmel l-affarijiet jien u addattajt ruħi, għandi bżonn inqas livell ta' sapport fi flus għax jien naħdem ukoll.", "U mbagħad ikollok persuna oħra li jista' ikun li għandha impairment severity inqas minni, imma d-dipendenza tagħha hija ogħla minn tiegħi.", "Aħna li qed nipprovaw nagħmlu - anke b'dan l-eżerċizzju - flimkien mas-Sigurtà Soċjali u l-ETC eċċ., hu li ndaħħlu l-idea ta' functional assessment, voldieri huma jaraw kif inti qed tiffunzjona, u bir-riżultat ta' dik il-functionality kemm għandek bżonn ta' sapport, u mhux jaraw kemm għandek kundizzjoni medika severa.", "Issa ovvjament, jekk it-tnejn li huma jkunu ekwivalenti, fair enough, imma ħafna drabi ma jkunux.", "Li eventwalment ikun hemm kategorizazzjoni ta' diżabilità severa, aħna qegħdin nipprovaw naħdmu fuqha.", "THE CHAIRMAN: Mela issa se ngħaddi għall-kummenti tal-Onor.", "Justyne Caruana, fejn din kienet qalet hekk;", "Intom bħala Kummissjoni għandkom il-fondi tagħkom, għandkom ċerti għajnuniet li tistgħu tagħtu lill-persuni b'diżabilità u lill-familji tagħhom.", "Qatt ħsibtu fuq il-possibiltà li tkunu intom li tagħmlu dan ix-xogħol, peress li intom ikollkom aktar kuntatt man-nies?", "Naf li forsi se tiżdied ir-responsabilità tagħkom, però jiena naħseb li intom body idoneu biex tindirizzaw dawn l-affarijiet, peress li intom aktar hands on fuq dawn l-affarijiet.", "Separazzjonijiet: Meta jkollna każijiet normali fil-Qorti, nitolbu għall-avukat tat-tfal.", "Allura fir-rigward tal-persuni b'diżabilità, għal min se nitolbu?", "Għandek il-gwardjani legali li huma kompletament assenti mis-sistema ġudizzjarja tagħna, u, aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed jinħass il-bżonn li jkunu hemm dawn.", "Suċċessjoni: Id-dħul tal-liġi dwar it-trust kien tentattiv importanti biex tiġi indirizzata din il-problema, però tant hija kkomplikata din il-liġi li ftit li xejn qed jirrikorru għaliha, u qed ikun hemm ħafna nies li jagħmlu testment fejn jobbligaw lill-membri tal-familja biex jieħdu ħsieb lil dak il-membru tal-familja tagħhom li jkun b'diżabilità.", "Ovvjament, ikun hemm il-premessa li huma jħallulek kollox bil-patt u l-kondizzjoni li tieħu ħsieb dak il-membru tal-familja, imma qed ikollna każijiet fejn minkejja li jirtu, xorta waħda mhux qed iwettqu l-obbligi tagħhom.", "Min qed jiskrutinizza dawn l-affarijiet?", "Skrutinju m'hemm xejn.", "Abbużi qed isiru, u at the end of the day qed jispiċċaw ibatu l-persuni b'diżabilità, għax qed jispiċċaw istituzzjonalizzati f'postijiet li mhumiex adekwati għalihom.", "Rigward ix-xogħol: Safejn naf jien, hemm il-persentaġġ li huwa statutorju.", "Kemm qiegħda l-Kummissjoni tinsisti fuq l-osservanza tal-persentaġġ impost mil-liġi?", "IS-SUR JOSEPH CAMILLERI: Mela ħalli nwieġeb malajr fuq dawn il-mistoqsijiet.", "Mela, dwar it-tqassim tal-flus fejn qiegħed jingħad li forsi ċerti benefiċċji u ċerti servizzi għandhom jingħataw min-naħa tal-Kummissjoni, rrid ngħid li aħna naħdmu bil-prinċipju ta' mainstreaming.", "L-idea hi li, kemm jista' jkun, kull Dipartiment, kull Ministeru, kull persuna fil-pajjiż tieħu r-responsabilità tagħha lejn il-qasam tad-diżabilità.", "U aħna assolutament ma naqblux li l-Kummissjoni għandha tkun a service providor aktar milli hi, anzi aħna li nixtiequ nagħmlu hu li dawk is-servizzi li qegħdin nagħtu b'mod dirett jimxu f'posthom propju … Pereżempju, jekk xi ħadd għandu mistoqsija fuq il-housing m'għandux jiġi għandna, imma għandu jmur għand il-Housing.", "Naturalment jekk jixtiequ parir jew xi sapport min-naħa tagħna, aħna lesti li nagħtuhulhom.", "Voldieri, ir-responsabilità li nżommu kuntatt man-nies, li nagħtuhom parir u li nissapportjawhom aħna naqblu ħafna magħha.", "Li aħna nkunu d-direct service provider, dik ma naqblux magħha u qatt ma kienet parti mill-make up tal-Kummissjoni.", "F'każijiet ta' separazzjonijiet, x'jiġri mill-persuni b'diżabilità?", "Bħalissa jekk hemm tfal b'diżabilità, jieħdu ħsiebhom id-dipartimenti konċernati.", "Għandek il-Kummissarju tat-Tfal, u allura, jekk inti disabled, ma jfissirx li ma taqax taħt il-Kummissarju tat-Tfal.", "Issa l-Kummissarju tat-Tfal u l-Kummissjoni tagħna ġieli ħdimna flimkien sabiex insolvu xi problema fejn ikun hemm tfal b'diżabilità involuti.", "Jiġifieri, aktar milli aħna nkunu direttament responsabbli, aħna rridu li nidħlu bħala msieħba kemm mal-familja u kemm mal-entità li qed tieħu ħsieb il-bżonnijiet ta' dak it-tifel jew tifla b'diżabilità.", "THE CHAIRMAN: Pereżempju, tieħdu ħsieb li tissorveljaw proċeduri fil-Qorti tal-Familja sabiex tiggarantixxu, jew biex taraw li, minn żmien għal żmien, xi tkun il-prattika li tkun qed issir, ħalli jekk ikun hemm tfal b'diżabilità ...", "IS-SUR JOSEPH CAMILLIERI: F'dan l-istadju le, għax hemm limitu kemm tista' tlaħħaq ma' affarijiet il-Kummissjoni; imma malli jkun hemm ċans, jekk se jkun hemm bidla u aħna niġu avviċinati, aħna naħdmu mill-viċin.", "Anke fuq dawn tat-trust u l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-guardianship, bħalissa ġiet aċċellerata ħafna l-idea li jkun hemm l-Att tal-guardianship.", "Il-Kummissjoni qed tattendi l-laqgħat kollha - fejn għandna lil Dr Anne-Marie Callus, li hija d-Direttur Eżekuttiv, li qed tirrappreżenta lill-Kummissjoni fuq il-kumitat - u qegħdin isiru d-diskussjonijiet, u aħna qegħdin nisperaw li, wara ħafna pressjoni - għax l-abbozz oriġinali kienet partly co-drafted mill-Kummissjoni - din tgħaddi u ssir liġi.", "Irnexxielna wkoll – din hija inizjattiva personali tiegħi – ikollna bħal volontarjat minn avukata, li għandha background fl-idea tal-guardianship u tat-trusts, biex tagħti lectures jew taħditiet lill-għaqdiet tal-ġenituri li jkollhom dan l-interess.", "Fil-fatt qegħdin nisperaw li ma ddumx ma tagħmel l-ewwel taħdita tagħha mal-ewwel grupp ta' ġenituri.", "L-istess ħaġa fuq is-suċċessjoni.", "ANTHONY ZAMMIT: Din hi r-risposta tal-Onor.", "Chris Said għal dik il-mistoqsija li semmejtilkom aktar qabel fid-diskussjoni tagħna:", "\"Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn huma l-konsulenzi li ngħataw 'l fuq minn €10,000:", "KNPD - €20,166.20 wara ħruġ ta' tender għal rapporti dwar applikazzjonijiet tal-MEPA, site visits u konsulenza dwar l-aċċess fiżiku mill-Perit Joseph Spiteri; u €15,698.30 wara ħruġ ta' tender għall-eżaminazzjoni medika ta' applikazzjonijiet għall-ID Speċjali u Blue Badge minn Dr Joe M Pace.\"", "IS-SUR JOSEPH CAMILLIERI: Jekk tippermettuli nweġibkom aktar fid-dettall, imma safejn naf jien Dr Pace kien it-tabib li għaqqad l-erba' tobba flimkien u tefgħu t-tender flimkien.", "Jiġifieri, għalhekk jidher ismu, imma dwar dan irrid nikkonferma.", "Li nista' nikkonferma fiż-żgur hu li dan ma kienx għalih personali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Dwar il-Guardianship Act, naf li qed jiġi aċċellerat il-proċess biex ikollna abbozz ta' liġi fil-Parlament.", "Issa intom, bħala Kummissjoni, dejjem kontu favur li jkun hemm att speċifiku fuq il-guardianship, jew inkella kontu lesti li taċċettaw xi forma differenti basta l-kunċett jidħol fil-liġi, minflok ikollna bħalma għandhom diversi pajjiżi oħra, u ċioè li jkollna att fih innifsu li jirregola dan?", "IS-SUR JOSEPH CAMILLIERI: Ovvjament, mir-risposta li tajt qabel toħroġ din ir-risposta, fis-sens li jekk il-Kummissjoni kienet co-drafter tal-att oriġinali, allura aħna konna nemmnu li kien hemm bżonn li jkun hemm att dwar il-guardianship.", "CARMELO ABELA: L-abbozz li kien hemm għalfejn ma tressaqx?", "IS-SUR JOSEPH CAMILLIERI: Kien tressaq biex jiġi diskuss.", "Aħna xogħolna hu li dak li nippreparaw, neħduh għand il-Ministeru.", "CARMELO ABELA: Dan riċenti kien jew inkella snin ilu?", "U aħna bqajna nagħmlu pressjoni biex l-att isir liġi, jiġifieri jiġi l-Parlament u jiġi enacted.", "Però, kien hemm il-problemi.", "Imbagħad, kien hemm is-suġġeriment li jkun hemm dawn l-avviżi legali li, ovvjament, meta inti mbagħad trid tgħaġġel, l-importanti hu li l-prinċipji li kellna fl-att jiġu riflessi hemmhekk.", "Jiġifieri, mbagħad bdejna naħdmu flimkien biex l-avviżi legali jsiru.", "Iżda issa li qed isir l-att, qed nagħtu l-enerġiji tagħna biex dan isir.", "Aħna dejjem irridu l-aħjar għall-persuni b'diżabilità u għall-familjari tagħhom.", "Kien hemm mistoqsija fuq it-2% tax-xogħol, u din hija daqxejn importanti.", "Il-Kummissjoni mhijiex direttament responsabbli fuq l-aspett tal-impjieg, għax dik hija xi ħaġa tal-ETC, u l-implimentazzjoni tal-liġi tal-1969 taqa' direttament taħt l-ETC.", "Filwaqt li nifhmu li f'kull pajjiż fejn kien hemm sistema ta' kwota din ma ħadmitx, nifhmu wkoll li f'Malta din il-liġi għenet individwi – mhux xi numri kbar – sabiex isibu mpjieg u jibqgħu f'dak l-impjieg.", "U allura għad fadal benefiċċju minnha din.", "Issa aħna minn dejjem lill-ETC inkoraġġejnihom sabiex jagħmlu pressjoni ħalli din tat-2% tkun implimentata.", "Il-problema hi dwar kif għandek timponiha, u r-raġuni hi li, jekk inti tagħmel pressjoni żejda fuq l-employers sabiex jimpjegaw persuna b'diżabilità minħabba l-liġi, għandek ħafna modi indiretti kif din il-persuna tiddejjaq u titlaq mix-xogħol li tkun ingħatat.", "Jiġifieri, aħna rridu noqogħdu attenti li ma nilagħbux xi Russian roulette mal-individwi biex taparsi qed nimplimentaw il-liġi, u mbagħad, wara xahar, xahrejn, jibdew jitilqu wieħed wara l-ieħor.", "Irrid ngħid li filwaqt li jkun hemm progress fl-impjieg ta' persuni b'diżabilità fis-settur pubbliku, fis-settur privat għad għandna problemi kbar.", "Hemmhekk il-persentaġġ ta' impjieg ta' persuni b'diżabilità huwa baxx ħafna.", "THE CHAIRMAN: Mela ħa nkompli nressaq il-mistoqsijiet u l-kummenti tal-Onor.", "Facilitators: Allura mbagħad nibda nistaqsi xi kwalità ta' servizz se jiġi offrut, aktar u aktar meta dawn l-ewwel jidħlu jaħdmu, u mbagħad il-kors jagħmluh wara.", "Mela lil dawn jitfgħuhom mal-istudenti mill-ewwel, mingħajr ma jkollhom ebda taħriġ u mingħajr ma jkollhom idea ta' xejn, u jibdew jitgħallmu as they go along, ovvjament skont iċ-ċirkostanzi u skont il-każ, imbagħad wara jmorru għall-kors.", "Blue Sticker: Kelli lmenti minn applikanti Għawdxin li qaluli li, meta intom tiġu Għawdex u ssejħulhom biex jidhru quddiem il-bord, hemm uħud minnhom li għandhom problema ta' mobilità.", "Kien hemm suġġeriment sabiex, f'każijiet bħal dawn, ikun hemm carers jew nies minn tagħkom li jmorru huma fir-residenzi minflok joqogħdu jaqilgħu lil dawn in-nies b'diżabiità.", "X'qed isir min-naħa tagħkom biex tgħinu u tiffaċilitaw biex il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità tiġi finalment ratifikata?", "Applikazzjoni tal-MEPA: Meta jkun hemm applikazzjonijiet għall-istabbilimenti, il-Kummissjoni tiġi involuta attivament, jiġifieri tridu tagħtu l-endorsement tagħkom, imma fir-rigward ta' residenzi privati u żviluppi oħra li mhumiex strettament pubbliċi, il-Kummissjoni ma tiġix involuta u informata.", "Jiena jkolli ħafna lmenti fir-rigward ta' blokki ta' appartamenti.", "Assolutament ma jagħmilx sens li fi blokk ta' appartamenti ma jkunx hemm l-istess proċedura.", "Jien mhux qed ngħid għall-appartamenti biss imma għal kwalunkwe tip ta'żvilupp, għax inti ma tistax tgħid minn qabel min se jutilizza dak il-post.", "Uffiċini, kliniċi, hair dressers, huma x'inhuma, dawk suppost li huma binjiet pubbliċi.", "Mela dawk kienu l-kummenti tal-Onor.", "Justyne Caruana, u naħseb li nistgħu nikkonkludu bihom.", "Min-naħa tiegħi, semmejt l-isfida tal-housing.", "Xi problemi taraw intom li hemm dwar il-housing?", "Jien naf koppja mir-raħal tiegħi li hija miżżewġa, imma tista' tgħidilna x'inhi r-realtà tal-problema tal-housing għal persuna b'diżabilità?", "Imbagħad, kelli xi kummenti rigward l-inklużjoni soċjali, imma m'iniex se noqgħod naqra dak li kont għedt l-aħħar darba.", "Min-naħa tiegħek, tista' ssemmilna xi sfidi hemm għall-persuni b'diżabilità u l-inklużjoni soċjali?", "Fadallek 20 minuta sabiex tagħti l-ispjegazzjoni tiegħek.", "IS-SUR JOSEPH CAMILLERI: L-ewwelnett, naħseb li waħda mill-problemi li ssemmiet fuq l-LSAs kienet dik li, sakemm inti jkollok a critical mass ta' persuni bl-isfond ta' dan it-tip ta' learning support assistance .… Li ġara kien li, meta daħal il-kunċett tal-edukazzjoni inklużiva, daħlet ukoll l-idea ta' dak li kienu jgħidulhom il-facilitators jew il-learning support assistants.", "Veru li oriġinarjament l-LSAs jingħatalhom taħriġ ġeneriku, u li allura mhux dejjem ikun addattat meta jiġu biex jgħinu lil xi ħadd individwali.", "U każijiet klassiċi huma ta' tfal li huma profoundly deaf, u allura aktar ikollhom bżonn ta' sign language interpreter milli ħaġa oħra, imma l-LSA ma kenitx tkun taf is-sign language għax ħafna drabi kienet tkun imħarrġa sabiex tgħin lil xi ħadd li għandu nuqqas intellettwali moderat jew sever.", "Aħna nsemmu lil dawk li għandhom id-Down's syndrome, imma anke meta kellna każijiet ta' autism, ħafna mil-LSAs kienu jispiċċaw mitlufin.", "Li qegħdin insibu, issa li l-livell ta' ħiliet bil-mod il-mod qiegħed jiġi għall-aħjar, huwa l-fatt li anke l-iskejjel speċjali issa qegħdin jiffunzjonaw bħala resource centres għall-inklużjoni, jiġifieri qegħdin jagħtu sapport aħjar lill-għalliema u lil-LSAs fil-mainstream meta dawn jitolbu għall-għajnuna.", "Ġieli ġew għandna jgħiduli li għandhom tifel jew tifla bit-tali diżabilità, u l-LSA tixtieq li jkollha naqra easier skills u jistaqsuna jekk nistgħux ngħinuhom.", "Aħna nikkuntattjaw lil xi ħadd mid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, u mbagħad tmur l-għalliema li għandha iżjed taħriġ f'dak il-qasam sabiex tgħinhom.", "Naħseb li din, bil-mod il-mod, qiegħda tiġi indirizzata, però kien hemm a learning curve.", "Rigward il-blue badge, naħseb li weġibtha l-ewwel.", "Il-Konvenzjoni tal-Persuni b'Diżabilità kważi kważi ġiet sorpassata biż-żmien; però nista' ngħid li l-Kummissjoni għadha qiegħda tagħmel ħafna pressjoni, u qed taħdem mill-viċin ħafna anke mal-Parlament, għax issa din waslet għandkom ħalli tiġi rratifikata.", "CARMELO ABELA: Dan nikkonfermah.", "IS-SUR JOSEPH CAMILLERI: Fil-fatt, illum il-Kummissjoni għamlet l-intervisti biex jintagħżel assistant manager li x-xogħol tiegħu se jkun dak li jara li l-Konvenzjoni tiġi implimentata kemm jista' jkun.", "U allura anke hemmhekk għamilna dan il-pass, u l-persuna magħżula - probabbilment sal-ġimgħa d-dieħla - se tkun tista' tibda bix-xogħol tagħha.", "Dan ifisser li malli tiġi rratifikata l-Konvenzjoni, diġa' jkollna f'postu min se jibda jaħdem fuqha b'mod full-time.", "THE CHAIRMAN: Biex inkunu ċerti, kulma teħtieġ ir-ratifika hija li l-liġi tiġi fis-seħħ, hux hekk?", "CARMELO ABELA: Li ġara huwa dan: mid-dehra l-Gvern għażel li, qabel jirratifika l-liġi, jagħmel it-tibdil meħtieġ f'diversi liġijiet oħra.", "Issa t-tibdil mill-istadju ta' Kumitat għadda, u allura li jonqos hu li jsir it-Tielet Qari fil-Parlament.", "Imma dik hija proċedura sempliċi, fis-sens li jitressaq it-Tielet Qari u tiġi approvata.", "Min-naħa tal-Parlament, l-aktar ħaġa li ħadet ħin kien l-istadju ta' Kumitat fejn flimkien biddilna l-affarijiet, u għamilna, fl-opinjoni tiegħi, liġi aħjar.", "THE CHAIRMAN: Onor. Abela, dan il-kumment qed nagħmlu għax qed ngħid lir-Research Analyst tagħna biex, fil-formolazzjoni tar-rapport tagħna, nuru li, minn meta bdejna niddiskutu sal-ġurnata tal-lum, dak li kien importanti li jseħħ - itibdil fil-liġijiet biex ir-ratifika tkun tista' issir - nistgħu ngħidu li saru.", "IS-SUR JOSEPH CAMILLERI: Waħda mir-raġunijiet għaliex domna – jien mhux qiegħed hawn biex nagħmilha ta' apoloġista għal xi ħadd – u aħna stess gergirna fuqha … sakemm is-sena li għaddiet kellna żjara minn avukat żagħżugħ minn Brussell li kien qed jagħmel proġett, u dan serrħilna moħħna, peress li aħna konna frustrati ħafna li Malta kienet waħda mill-ewwel li ffirmat, u mbagħadbqajna mal-aħħar tmienja fl-Unjoni Ewropea li se nirratifikaw.", "Imma dan qalilna li l-proċess li ħadna aħna kien jagħmel sens, għax inti l-ewwel iddur dawra madwarek u tirranġa ħwejġek, voldieri, legalment riedna naraw x'għandna nagħmlu u mbagħad nirratifikaw.", "Fil-fatt, il-maġġoranza tal-pajjiżi jirratifikaw, bir-riżultat li ma jkunu jistgħu jimplimentaw xejn għax ikunu staġnati.", "U allura issa qegħdin taħt pressjoni qawwija, fil-każ tar-reġjun tagħna mill-Unjoni Ewropea, biex jagħmlu l-arranġamenti interni.", "Dak li ridt ngħid fuq il-UNCRPD.", "Rigward MEPA, jien naqbel mal-frustrazzjoni li ssemmiet, għax filwaqt li stabbilimenti pubbliċi u ħafna stabbilimenti privati mill-kbar u kummerċjali qegħdin jiġu għandna… U rrid ngħid li, meta daħlet fis-seħħ il-liġi tal-Opportunitajiet Indaqs fl-2000, u aħna bdejna nagħmlu l-vetting għan-nom tal-MEPA, għall-ewwel tlieta, erba' snin bdejna niskopru li mhux il-pjanti kollha kienu qegħdin jintbagħtu għandna, bir-riżultat li ġieli konna niġu kkritikati għaliex kien ikun hemm xi post ġdid li ma kienx aċċessibbli u li aħna lanqas biss konna nkunu rajnih jew inkunu nafu bih.", "Ikissruk bħala pressjoni, imma qegħdin jiġu.", "Ir-residenzi privati ma jiġux.", "U anke dawk li jkunu nbnew kummerċjalment bħala residenzi privati, jekk ikunu ta' ċertu numru – in-numru eżatt ma nistax ngħidu, imma jkunu xi tletin – il-common parts iridu jkunu aċċessibbli, voldieri l-entratura, ċ-ċirkolazzjoni ġewwa, inkluż il-vertical circulation, parking, eċċ iridu jkunu aċċessibbli.", "Issa, jekk l-iżviluppatur jiddeċiedi li jagħmel żvilupp ftit inqas minn dak li semmejt, dak ma jiġix għandna u allura hemmhekk ikollna problema.", "Aħna qegħdin nipprovaw ngħidulhom li dawn il-postijiet għandhom ikunu aċċessibbli, u meta jiġu jkellmuna nipprovaw inkunu raġjonevoli kemm jista' ikun.", "Anke jekk ma jaqblux magħna, għandhom dritt għall-appell.", "Fil-fatt, għada se nkun qiegħed immexxi laqgħa ta' dik li ngħidulha t-Test of Reasonableness Board, fejn ikun hemm talbiet għal eċċezzjoni mil-linji gwida.", "Jien nipprova nkun pragmatiku kemm jista' ikun, imma dejjem nara li ma jsir xejn a skapitu tad-drittijiet tal-kwalità ta' ħajja tal-persuni b'diżabilità.", "Ħafna drabi, xi forma ta' kompromess issib, imma dejjem nipprovaw inżommu kemm jista' ikun viċin il-linji gwida.", "Nisperaw li, kemm jista' ikun malajr, anke r-residenzi privati, jekk mhux li jkunu aċċessibbli from the word \"go\", imma ngħidulhom li se jkun hemm din il-convertibility fejn inti tibni b'tali mod li, mingħajr ma tagħmel spiża qawwija ħafna, tagħmel din il-conversion, u allura – biex insemmi oġġett wieħed - toqgħod attent li l-wisa' tal-bibien ikun tali li siġġu tar-rotijgħaddi.", "B'hekk, mhux jiġri xi ħaġa lis-sieħeb jew lis-sieħba, u f'daqqa waħda ssib ruħek mitluf.", "CARMELO ABELA: Huwa fatt li, f'dawn l-aħħar snin, qegħdin naraw li jkollok numru ta' residenzi li jaqgħu u minflokhom jitilgħu blokka appartamenti.", "Jekk fhimt tajjeb dak li qalilna s-Sur Camilleri, min ikun qed jibni ma jiġix quddiemkom sakemm il-blokka ma tkunx ta' ċertu daqs.", "Imma l-fatt li jkollok blokk bini, żewġ appartamenti jew aktar, għalija wkoll hija xi ħaġa li tal-anqas il-MEPA għandha tikkonsidra li forsi f'ċertu każijiet– biex ma ngħidx kollha, għax forsi mbagħad inti tgħidli li huwa impossibbli li nlaħħqu ma' dawn kollha, u jkollok raġun – jekk aħna rridu li b'xi mod il-kunċett ta' independent living jidħol, jidħol ukoll billi jkollok binjiet li jkunu addattati, u mhux biss naraw li l-kunċett ta' convertibility jiġi mħares, kif spjegajt inti ftit ilu.", "Pereżempju, qed naraw tendenza li l-kmamar ikunu iżgħar, u dan ifisser li l-bibien wisq probabbli, se jkollhom problema ta' wisa'.", "U allura naħseb li mal-MEPA għandha ssir aktar pressjoni – issa jekk hux blokka ta' żewġ appartamenti jew le mhux importanti f'dan l-istadju – ħalli dawn l-affarijiet jitqiesu avolja huma tal-privat, għax fl-istess ħin huma pubbliċi wkoll.", "Ir-raġuni hi li m'għandniex nimmiraw li dawn ikunu biss għal min jista' jidħol fihom, għax il-kwestjoni ta' aċċessibilità għandha tibqa', anke għal persuna jew tnejn li jagħżlu li jmorru joqogħdu hemmhekk u għandhom problema ta' mobilità.", "U naħseb li jekk isiru xi rappreżentazzjonijiet mal-MEPA ...", "ANTHONY ZAMMIT: Il-problema hi fejn se taqta' l-linja.", "CARMELO ABELA: Veru, għandek il-problema ta' fejn se taqta' linja, imma mbagħad tinsiex li għandek it-test of reasonability.", "THE CHAIRMAN: Sur Camilleri, nistiednek sabiex fil-ftit minuti li fadal tikkonkludi d-diskors tiegħek fuq ir-rimarki li konna għaddejnilek.", "Naħseb li għandna biżżejjed informazzjoni biex inkunu nistgħu nikkonkludu r-rapport.", "IS-SUR JOSEPH CAMILLERI: Fil-fatt, nixtieq nikkonkludi d-diskors tiegħi billi nagħmel appell lilkom.", "Aħna nistgħu nagħmlu l-pressjoni, imma ħafna drabi nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn il-vuċi tagħna tkun waħedha, u mhux l-ewwel darba li lilna jgħidulna li aħna estremisti jew inkella – din qaluhielna wkoll – li aħna t-talibani tad-diżabilità!", "Il-verità hi li jekk intom, pereżempju, temmnuha din tar-residenzi privati, allura anke meta titkellmu pubblikament, tibdew turu li hemm ċertu qbil, u tgħidu li wasal iż-żmien li, meta niddisinjaw, niddisinjaw għal-life long design, u mhux niddisinjaw għal meta għadna żgħar u b'saħħitna u kulħadd tajjeb, biex imbagħad ninsew x'jista' jiġri wara.", "Jekk tagħmlu hekk, issaħħulna idejna meta nibdew nagħmlu dan it-tip ta' talbiet.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Vassallo, din hija waħda mill-isfidi soċjali, għax jekk inti ma ssibx residenzi addattati għad-diżabilità li jkollok, se tispiċċa ddur fuq il-Gvern biex issib xi istituzzjoni jew x'imkien ieħor fejn tkun tista' toqgħod.", "Jew inkella tidħol toqgħod x'imkien meta tkun mimli saħħa, u mbagħad jiġrilek xi ħaġa, u ssib li ma tista' tagħmel xejn biex tirranġa l-post fejn tkun qiegħed tgħix.", "Imbagħad, il-piż ta' din il-problema jaqa' fuq fil-familja tiegħek u se jkollok problema akbar.", "L-isfidi soċjali li għandna bħalissa huma fuq l-edukazzjoni għax, għalkemm is-sitwazzjoni mhijiex waħda ideali, qed ikun hemm improvement tajjeb.", "Qed ikollna problema maż-żgħażagħ meta jagħlqu s-16-il sena għax, wara li jagħlqu s-16-il sena, s'issa għad m'għandniex biżżejjed strutturi fil-post ħalli t-transizzjoni tkun waħda smooth.", "Hemm minnhom li t-transizzjoni jagħmluha, u hemm oħrajn li għandhom il-problemi, jiġifieri din tat-transizzjoni mill-ħajja tal-iskola, li tkun compulsory education, għall-ħajja adulta, li hija jew il-ħajja tax-xogħol jew il-ħajja ta' edukazzjoni post-sekondarja jew inkella l-ħajja ta' day services, għax għandek min ma jistax jagħmel dik il-qabża, u dik għadna qegħdin naħdmu fuqha.", "CARMELO ABELA: Issibu problema bejn primarja u sekondarja?", "IS-SUR JOSEPH CAMILLERI: Hemm inqas problema, imma naħseb li malli l-aspettattivi jibdew jogħlew, se nsibuha aktar.", "Għalissa, l-fatt li għal ħafna ġenituri li t-tfal tagħhom qegħdin ma' tfal oħra, diġa' hija xi ħaġa kbira.", "U allura, bħalissa għaddejjin mill-fażi fejn l-affarijiet qegħdin jissettiljaw.", "Naħseb li meta ġenituri żgħażagħ ikunu iżjed ambizzjużi għat-tfal tagħhom, hemmhekk jibda jkollna iżjed talba għal servizzi, eċċ. Għandna r-residenzi li hija problema, għandek il-problema tat-transizzjoni tal-impjiegi, u ovvjament għandek il-problema tal-familji ta' x'jiġri mit-tfal li jinkludi l-aspett legali bħal dik tal-guardianship, eċċ.", "Dawk huma l-problemi li għandna, f'dan l-waqt propizju, bħala pajjiż.", "THE CHAIRMAN: Naħseb l-ikbar sfida hija t-tfittxija għax-xogħol għal persuni b'diżabilità.", "IS-SUR JOSEPH CAMILLERI: Dik hija waħda minnhom, għax ovvjament waħda mill-isfidi fil-passat kienet li l-persuni b'diżabilità ma kinux ippreparati għax-xogħol, għax l-livell edukattiv tagħhom kien ikun baxx wisq, ċertifikati ma jkollhomx u lanqas ħiliet ma jkollhom.", "Apparti minn hekk, il-familja tagħhom ma tippreparahomx għall-ħajja tax-xogħol.", "U jkolli nistqarr li ħafna minn dawn il-persuni b'diżabilità huma mfissdin, u ma tagħtihomx tort lill-ġenituri għax jipprovaw jipproteġuhom.", "Imma jekk it-tifel jew it-tifla qegħdin bil-vakanzi u tħallihom reqdin sal-10.00 a.m. jew sal-11.00 a.m., ovvjament se jsibuha iebsa li jridu jqumu kull filgħodu kmieni biex imorru għax-xogħol.", "Hemm min ukoll iderrihom bil-mentalità li għax inti diżabbli, dak kollu li tagħmel jew ma tagħmilx, jgħaddi.", "Pereżempju, in-nies tax-xogħol tagħna, jekk nagħtuhom task u nafu li jistgħu jagħmluha, nippretendu li jagħmluha u ma naċċettawx skużi.", "THE CHAIRMAN: Sur Camilleri, f'isem sħabi nirringrazzjak tal-parteċipazzjoni tiegħek f'din il-laqgħa u nawguraw li, fl-inqas żmien possibbli, ir-Research Analyst tagħna tlesti r-rapport li jkopri numru kbir ta' laqgħat li kellna fuq dan is-suġġett.", "Grazzi.", "Fid-8:55 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha titħabbar iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120228_123d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 123", "It-Tlieta, 28 ta' Frar, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:20 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Dr Elaine Birmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "122 li saret nhar it-Tlieta 21 ta' Frar 2012, ġew konfermati.", "Laqgħa mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità.", "(Ikompli mil-Laqgħa 11 tal-14 ta' Jannar 2012)", "Il-President tal-Kumitat, l-Onor Edwin Vassallo stieden lis-Sur Joseph Camilleri, Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità biex jagħti risposti għal mistoqsijiet li kienu saru mill-membri tal-Kumitat f'laqgħa preċedenti bl-istess suġġett.", "Is-Sur Camilleri ta r-risposti li fost oħrajn ikunu jittrattaw suġġetti dwar is-CDAU, assistenti personali barranin, pensjonijiet u l-Blue Badge.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-8:55 pm il-Kumitat aġġorna għall-data li kellha titħabbar iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120228_123m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 124", "Il-Ħamis, l-1 ta' Marzu, 2012", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ħamis, l-1 ta' Marzu, 2012 fit-3:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa mad-Delegazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa Greta dwar it-Traffikar tal-Bnedmin.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120301_124a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 124", "Il-Ħamis 01 ta' Marzu, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 124", "Il-Ħamis 01 ta' Marzu, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-03:10 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 119 li saret nhar it-Tlieta, 22 ta' Novembru 2011, ġew konfermati.", "Laqgħa mad-Delegazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar it-Traffikar tal-Bnedmin (Greta)", "Fl-4:30 p.m. il-Kumitat irriżuma u aġġorna għal data li kellha titħabbar iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120301_124d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 124", "Il-Ħamis, l-1 ta' Marzu, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fit-3.10 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Dr Elaine Birmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "119 li saret nhar it-Tlieta 22 ta' Novembru 2011 ġew konfermati.", "Laqgħa mad-Delegazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar it-Traffikar tal-Bnedmin (Greta)", "Carolina Lasén Diaz, amministratur fis-Segretarjat tal-Kunsill tal-Ewropa fuq il-Convention on Action against Trafficking in Human Beings, lis-Sinj Gulnara Shahinian, l-Ewwel Viċi-President tal-GRETA u lis-Sinj.", "Davor Derenicinovic, it-Tieni Viċi-President tal-GRETA biex jagħtu informazzjoni fuq is-suġġett.", "Fuq talba tad-delegazzjoni tal-GRETA, il-Kumitat qabel li l-laqgħa għandha tinżamm fil-magħluq.", "Kienu preżenti wkoll is-Sur Joseph St John Director (Policy Development), is-Sur Joseph Ellul AD (International Relations) u s-Sin Joyce Damato Policy Officer (Development Directorate) mill-Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari.", "Fl-4:30 p.m. il-Kumitat irriżuma u aġġorna għal data li kellha titħabbar iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120301_124m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ġimgħa, 2 ta' Marzu 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-1:44 p.m.", "L-Onor Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Preżenti wkoll kien hemm il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment flimkien mal-Avukat Ġererali, Dr Peter Grech, u diversi uffiċjali pubbliċi.", "ASSENTI: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor Francis Agius u l-Onor Charlò Bonnici.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 59 li saret fil-21 ta' Frar 2012 kienu konfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-PRESIDENT", "Il-President tal-Kumitat informa lill-Membri li kienu saru l-avviżi meħtieġa sabiex kull min hu interessat jibgħat il-kummenti jew rapporti tiegħu fir-rigward tal-Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA) u li r-risposti li daħlu sa dak inhar ġew mgħoddija lill-Membri flimkien mat-traskrizzjoni tal-laqgħa tas-17 ta' Frar, 2012, dwar dan l-istess suġġett, u rapport qasir dwar reazzjonijiet li kien hemm f'diversi pajjiżi għal dan il-ftehim.", "DISKUSSJONI FUQ IL-FTEHIM KUMMERĊJALI DWAR IL-ĠLIEDA KONTRA L-FALSIFIKAZZJONI (ACTA - ANTI-COUNTERFEITING TRADE AGREEMENT ) - KONTINWAZZJONI", "Wara diskussjoni qasira kien hemm qbil unanimu li fid-dawl tal-fatt li fit-22 ta' Frar, 2012, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li titlob l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar jekk il-Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda kontra l-Falsifikazzjoni jiksirx id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, ikun raġjonevoli li t-tkomplija tad-diskussjoni preliminari f'dan il-Kumitat tiġi posposta għal wara li tingħata din opinjoni peress li jista' jagħti l-każ li t-test preżenti jkun irid jiġi modifikat.", "Il-Kumitat (i) innota li l-Parlament Ewropew issokta bil-konsiderazzjoni ta' dan il-ftehim fil-kumitati tiegħu u (ii) esperima l-opinjoni li x-xogħol min-naħa tal-Gvern fuq leġislazzjoni dwar id-drittijiet diġitali tal-individwu jitkompla irrispettivament mill-proċess ta' ratifika tal-ACTA.", "Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment reġa' ddikjara li l-pożizzjoni tal-Gvern kienet li ma jikkonsidrax ir-ratifika ta' dan il-ftehim jekk jinstab li jmur kontra d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u qabel ma jirratifikah il-Parlament Ewropew.", "Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment ippreżenta lill-Kumitat:-", "Dokument 1015 Kopja tar-rapport datat id-29 ta' Frar 2012 magħmul mill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l- Protezzjoni tad-Data, fuq inkarigu tal-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, dwar jekk il-Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda kontra l-Falsifikazzjoni hux konformi ma' Kap. 440 tal-Liġijiet ta' Malta dwar il-Protezzjoni tal-Data.", "Fis-2:03 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha tiġi komunikata aktar tard", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120302_060m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-familja", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 5", "It-Tnejn, 5 ta' Marzu 2012 fis-7:00pm", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Familja, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 5 ta' Marzu, 2012 fis-7:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Programm ta' Ħidma 2012.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120305_005a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-Familja", "LAQGĦA NRU 5", "It-Tnejn, 5 ta' Marzu, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.10 p.m.", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Fuq punti imqajma mill-Onor Jean Pierre Farrugia u l-Onor Marie Louise Coleiro Preca, il-Kumitat qabel li l-minuti għandhom jiġu emendati kif ġej:", "Il-paragrafu ntitolat Informazzjoni għandu jaqra kif ġej:", "Minħabba s-sensittivita tas-suġġett, il-Ministru tal-Finanzi ma xtaqx jikkometti ruħu fil-Kumitat minħabba n-natura kummerċjali tat-taħditiet li kienu qegħdin isiru bejn l-Air Malta u l-Unions.", "Ġie maqbul ukoll li għandu jidħol dan il-paragrafu li ġej taħt it-titolu \"Preparazzjoni Xierqa Qabel Żwieġ Ċivili\":", "Ġie maqbul li dan is-suġġett għandu jitqajjem kemm mal-Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u Familja kif ukoll mal-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "4, li saret nhar it-Tlieta 21 ta' Frar 2012, kif emendati, ġew konfermati.", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat, ippreżenta", "L-Onor Farrugia ppreżenta wkoll il-proposti tiegħu dwar il-Pjan ta' Ħidma għall-Kumitat dwar il-Familja għal 2012 meħudin mir-rapport tar-Relationships Foundation.", "Kien hemm qbil li l-ewwel laqgħat tal-Kumitat għandhom ikunu mal-Kummissjoni Nazzjonali dwar il-Familja u maċ-Ċentru għall-Istudji tal-Familja fl-Università ta' Malta.", "Wara, l-Onor Farrugia stieden lill-membri biex jagħtu il-veduti tagħhom dwar il-Pjan ta' Ħidma.", "Il-membri qablu wkoll li l-laqgħat sussegwenti għandhom ikunu mistiedna l-Kummissarju għat-Tfal u l-Aġenzija Appoġġ.", "Il-Kumitat qabel ukoll li jiġi ndirizzat l-aspett legali tal-familja u jiġu mistiedna dawk li huma nvoluti fil-liġi tal-familja.", "Fit-8:05 p.m. il-Kumitat ikkonkluda fuq is-suġġett u aġġorna għal data li għandha titħabbar iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120305_005m_fac.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 50", "It-Tlieta, 6 ta' Marzu 2012 fis-6.30 pm", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 6 ta' Marzu 2012 fis-6.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Ombudsplan għas-sena 2012", "Xogħol tal-Kamra", "Affarijiet oħra", "28 ta' Frar 2012 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120306_050a_xog.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 6 ta' Marzu 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.20p.m.", "PREŻENTI", "Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari, l-Onor David Agius, l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Helena Dalli, l-Onor Anġlu Farrugia u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-minuti tal-laqgħa nru.", "49 li saret fis-27 ta' Frar 2012 ma ġewx konfermati.", "Wara li ġew suġġeriti xi korrezzjonijiet, il-Kumitat qabel li dawn il-minuti kellhom jiġu konfermati fil-laqgħa li jmiss.", "Mr Speaker informa lill-Membri l-apparat tal-video streaming kien ġie stallat u li s-servizz seta' jibda jopera skond linji gwida li ġew imqassma lill-Membri qabel il-laqgħa.", "Wara li ġew imqajjma xi oġġezzjonijiet ġie deċiż li dan is-servizz kellu jibda wara li l-linji gwida jiġu riveduti biex jirriflettu r-rimarki li saru.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Fuq talba tal-Membri tal-Oppożizzjoni l-Kumitat qabel li jgħaddi għat-tieni item fuq l-Aġenda - Xogħol tal-Kamra - qabel jibda jiġi diskuss l-Ombudsplan għas-sena 2012.", "Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari, informa lill-Kumitat li kien għadda kopja tal-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar Self tal-Gvern u l-Għoti ta' Self lir-Repubblika Ellenika - Abbozz nru 104 – u kopja tar-riżoluzzjoni għar-Ratifika tat-Trattat dwar Stabbilita', Koordinazzjoni u Governanza, lill-Oppożizzjoni.", "Il-Ministru qal li l-ħsieb tal-Gvern kien li kemm dan l-Abbozz kif ukoll ir-riżoluzzjoni jiġu diskussi matul il-ġimgħa ta' wara imma peress li kemm il-Prim Ministru kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment kellhom ikunu msefrin dan ma setax iseħħ.", "Għaldaqstant huwa ppropona li t-Tnejn 12 ta' Marzu 2012, il-Parlament ma jiltaqax in vista tal-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tas-Sibt 10 ta' Marzu 2012, u li t-Tlieta u l-Erbgħa tkompli d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Abbozz nru 95.", "L-Onor Anglu Farrugia qal li l-Oppożizzjoni, għat-tielet darba, kienet qiegħda tistaqsi meta se tiġi diskussa l-mozzjoni numru 280 imressqa mill-Onor Jose' Herrera u l-Onor Michael Falzon dwar riforma fis-setturi tal-ġustizzja u l-intern.", "Huwa qal li jekk il-Kumitat mhux se jasal għal data, l-Oppożizzjoni kienet qed tiddikjara li mhijiex qiegħda taqbel mal-programm ta' ħidma tal-Kamra kif propost mill-Kap tal-Kamra u tirriżerva li tieħu r-rimedji tagħha.", "L-Onor Joe Mizzi reġa' rrefera għal dak li kien intqal mill-Ministru Tonio Borg fil-laqgha 44 tas-7 ta' Diċembru 2011 li din il-mozzjoni kellha tiġi diskussa sal-aħħar ta' Jannar 2012 kif ukoll għall-mozzjoni ta' proċedura nru 78 li għaddiet mill-Kamra fit-2 ta' Marzu 2009 fejn qal li din il-mozzjoni kienet tindirizza l-eżiġenzi tas-safar tal-Gvern.", "Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari qal li wieħed ried jirrikonoxxi li fl-Ewropa teżisti sitwazzjoni ekonomika li titlob li wieħed jirreaġixxi għaliha.", "Huwa qal li minħabba dawn iċ-ċirkostanzi, huwa kien għadu mhux f'pożizzjoni li jindika xi data għad-diskussjoni fir-rigward ta' mozzjoni numru 280 kif ukoll ta' mozzjonijiet oħra li għad irid jiġu dibattuti.", "Fis-7.52pm il-Kumitat stieden lill-Prim Imħallef Emeritus Dr Joseph Said Pullicino, Ombudsman, sabiex jipparteċipa fil-Kumitat ħalli jikkummenta b'mod ġenerali kif ukoll iwieġeb għal xi mistoqsijiet jew osservazzjonijiet li jistgħu jsirulu fuq l-Ombudsplan 2012 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati fit-30 ta' Ottubru 2011.", "Dr Said Pullicino ippreżenta lill-Kumitat korrispondenza datata 9 u 12 ta' Jannar 2012 bejn l-Ombudsman u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.", "Fit-8.12pm, wara li l-Ombudsman ikkonkonkluda l-intervent tiegħu, l-Onor Helena Dalli għamlet il-kummenti tagħha dwar l-Ombudsplan 2012.", "Fid-9.00pm id-diskussjoni kienet interrotta u l-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120306_050m.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 125", "It-Tlieta, 13 ta' Marzu, 2012", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 13 ta' Marzu, 2012 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni u approvazzjoni tat-Tmien Rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali intitolat \"Lejn iktar Sigurtà u Bon Ordni f'Paceville.\"", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120313_125a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 125", "It-Tlieta 13 ta' Marzu, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 125", "It-Tlieta 13 ta' Marzu, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-07:30 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 123 li saret nhar it-Tlieta, 28 ta' Frar, 2012 ġew ikkonfermati.", "Diskussjoni u approvazzjoni tat-Tmien Rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali intitolat \"Lejn iktar Sigurtà u Bon Ordni f'Paceville\"", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Numru ta' ġimgħat ilu, konna poġġejna r-rapport ta' dan il-Kumitat intitolat \"Lejn Iktar Sigurtà u Bon Ordni f'Paceville\" għall-konsultazzjoni pubblika.", "Dan għamilnieh sabiex, bħala membri ta' dan il-Kumitat, qabel ma nikkonfermaw u napprovaw dan id-dokument, inkunu nistgħu naraw x'inhi r-reazzjoni ta' dawk kollha li jistgħu jiġu milquta minn dawn il-proposti, u nieħdu nota tal-kummenti li jkunu jridu jgħaddulna.", "B'hekk, meta niġu biex napprovaw il-proposti tagħna, inkunu konxji ta' dak li qegħdin napprovaw.", "Jiena kont mistieden minn diversi entitajiet differenti, u dejjem kelli miegħi lir-Research Analyst ta' dan il-Kumitat meta mort niltaqa' ma' min talabni biex niltaqa' miegħu.", "L-idea tiegħi ta' din il-laqgħa hi sabiex nieħdu nota tar-rappreżentazzjonijiet kollha li sarulna bħala riżultat tal-konsultazzjoni pubblika, u kien għalhekk li stedinna lil kull min kellu l-interess li jagħtina l-kummenti tiegħu sabiex ikun preżenti f'din il-laqgħa, u viva voce jgħidilna x'kien l-interess tiegħu meta ressaq il-proposti tiegħu.", "Barra minn hekk, il-membri ta' dan il-Kumitat ikunu jistgħu mhux biss jaqraw minn fuq karta, imma jkunu jistgħu jistaqsu u jifhmu aħjar lil min bagħtilna l-kummenti tiegħu.", "Hawnhekk nixtieq nissuġġerixxi – mhux qed nistenna risposta issa – sabiex finalment il-kummenti kollha li aħna rċevejna fl-eżerċizzju tal-kunsultazzjoni pubblika jiġu mehmuża mar-rapport tagħna.", "Ix-xewqa tagħna, bħala Membri Parlamentari f'dan il-Kumitat, hi dik li l-kummenti li qegħdin inpoġġu quddiem is-soċjetà Maltija u quddiem l-eżekuttiv tal-Gvern ma jkunux il-kummenti tagħna biss, imma jkunu wkoll il-kummenti ta' dawk li aħna qegħdin nagħmluhom f'isimhom.", "Għaldaqstant nemmen – fejn hemm qbil u anke fejn m'hemmx - li bħala riżultat ta' riċerka, dan ir-rapport ikun sħiħ jekk miegħu nehmżu bħala appendiċi r-rapporti kollha li aħna rċevejna matul din il-konsultazzjoni pubblika.", "Bħala Membri Parlamentari f'dan il-Kumitat ma nżidu jew ma nnaqqsu xejn mill-proposti li għamilna inizjalment, u nehmżu, kif diġa' għedt, il-kummenti kollha li rċevejna, biex imbagħad lill-eżekuttiv tal-Gvern noffrulu dan ir-rapport bħala pakkett sħiħ ta' kummenti, ta' riċerka u ta' analiżi.", "Qed ngħid hekk biex inkunu nistgħu nipprovdu lill-eżekuttiv tal-Gvern il-massimu li nistgħu nipprovdulu bħala informazzjoni u ideat.", "Għaldaqstant, issa se nħalli f'idejn il-mistiedna li għandna magħna llum, li huma rappreżentanti ta' entitajiet kummerċjali, ħalli jgħidulna x'kienu l-kummenti tagħhom u r-raġuni għalfejn għamluhom.", "Kulħadd se jkollu l-ħin tiegħu biex jispjegalna l-animu tar-rappreżentazzjoni.", "Nixtieq infakkarkom li din il-laqgħa se tkun trasmessa live minn fuq l-internet, u allura nitlobkom tkunu responsabbli f'dak li tgħidu.", "Għandkom il-libertà tal-kelma, imma daqs hekk ieħor għandkom ir-responsabilità.", "Ladarba tgħidu kelma, ma tkunux tistgħu treġġgħuha lura.", "Ma teżisti l-ebda gomma biex tħassru dak li tgħidu!", "Tajjeb ngħidu wkoll li t-transcript ta' dawn id-debates – mar-rapporti li se tkunu qegħdin tipprovdulna intom – se jkun qed jgħin għada pitgħada lil min se jkun qed jagħmel xi riċerka.", "L-opportunità li tajnikom sabiex tesprimu lilkom infuskom f'dan il-Kumitat se tgħin sabiex għada pitgħada, meta xi ħadd jaqbad it-transcripts ta' dawn il-laqgħat li għamilna fuq dan is-suġġett u jiġborhom flimkien - bil-kelma miktuba u b'dak li qegħdin tispjegaw intom fuq dak li ktibtu, jkollna l-istampa sħiħa tal-messaġġi li tridu tgħaddulna.", "Għalhekk nitlob biex issa jkollna introduzzjoni qasira dwar min intom, ħalli mbagħad tkunu tistgħu titkellmu aktar fit-tul fuq il-preżentazzjoni tagħkom.", "SUR JEREMY DALLI (Teżorier tal-Paceville Commercial Establishments Association): Jiena sid ta' stabbiliment ġewwa Paceville, u jiena wkoll wieħed mill-membri fundaturi tal-Kumitat jismu \"Paceville Club Owners Establishments Association\".", "IS-SUR MARK GRIMA (President tal-Paceville Commercial Establishments Association): Jiena sid ta' entitajiet ġewwa Paceville, u jiena wkoll il-President tal-Paceville Commercial Establishments Association li ġiet imwaqqfa ftit ilu.", "Fil-fatt, bħalissa qegħdin nistennew l-approvazzjoni finali.", "Kif għedt, l-Assoċazzjoni twaqqfet, u bħalissa diġà għandha diversi membri magħha.", "Issa qed nistennew li meta nsiru aktar uffiċjali, jidħlu magħna numru akbar ta' entitajiet li jinsabu f'Paceville.", "IS-SUR SIMON DE CESARE (Direttur tal-Eden Leisure Group): Jiena sid ta' lukanda 5-star ġewwa l-Bajja ta' San Ġorġ, u sid ukoll ta' numru ta' postijiet ta' divertiment.", "Għandi wkoll sehem fl-Axis Development ġewwa Paceville.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "IS-SUR MARK GRIMA: L-Assoċjazzjoni mhijiex qiegħda hemm biss biex tipproteġi l-interessi tal-bar owners u tal-istabbilimenti ta' Paceville.", "Qiegħda hemm ukoll biex taħdem id f'id mal-pulizija, mar-residenti, mal-kunsilli lokali u ma' kull min għandu awtorità u jedd fuq din it-belt żgħira ta' Paceville, li tieħu mal-15,000 ruħ fi tmiem il-ġimgħa!", "L-ewwel ħaġa, nixtieq nirringrazzjakom talli tajtu l-importanza lil din l-Assoċjazzjoni u li qegħdin tisimgħuna.", "Huwa importanti li meta jkun hemm korp bħal dan – anzi ninsisti fuqha din - aħna nkunu parti attiva minnu, bħalma huma l-MTA, liema korp ikun qed jiddeċiedi jew jissuġġerixxi liġijiet, bye-laws u affarijiet bħal dawn fuq Paceville.", "Inżid ngħid li aħna mhux qegħdin hawn biex indoqqu l-mużika għolja, imma qegħdin hawn biex insibu mezz li kulħadd ikun jaqbel fuqu!", "Pereżempju, id f'id mal-GRTU, li qiegħda tiġġieled għall-istess ħaġa.", "Forsi l-interessi jvarjaw xi ftit, imma aħna m'aħniex kontra l-GRTU, għax it-tnejn qegħdin nimmiraw għall-istess ħaġa.", "Jista' ikun li nħarsu lejn l-affarijiet minn żewġ angoli differenti, u forsi l-GRTU jkollhom kultant konflitt ta' interess li aħna mhux se jkollna.", "Però, mill-lat tal-bar owners huwa importanti li wieħed jisma' leħen il-bar owners f'korpi importanti bħalma hu dan il-Kumitat.", "Fl-aħħar mill-aħħar, dan li qed tgħidu intom se jispiċċa f'idejn il-Ministru u se jsir liġi, Avviż tal-Gvern jew xi ħaġa simili.", "Hemm diversi - se ngħaddihom fuq fuq biex ma ndumx ngħid ħafna - affarijiet li aħna nixtiequ nikkummentaw dwarhom fuq dak li rajna fir-rapporti tagħkom.", "Pereżempju, għalfejn Paceville biss?", "Għaliex dan il-post għandu jiġi trattat bħala issue għaliha?", "Hemm postijiet oħra ta' divertiment f'pajjiżna, u safejn nafu aħna l-liġi qiegħda hemm għal kulħadd.", "Pereżempju, jeżistu żewġ clubs importanti li s-Sur De Cesare għandu parti minnhom fir-Rabat u ġewwa Ta' Qali.", "Għandek entertainment ukoll fil-Qawra, u hemmhekk għandi wieħed jiena wkoll.", "Għandek entertainment f'Wied il-Għajn.", "Allura qed ngħidu li Paceville se jkun il-guinea pig?", "Il-fulkru tal-liġijiet se jkunu fuq Paceville, u mbagħad jekk il-liġijiet ikunu tajbin, imbagħad nagħmluhom għal postijiet oħra?", "Għaliex Paceville biss?", "Meta qed tagħmel hekk, qed toħloq liġi diskriminatorja!", "Aħna ma jinteressaniex x'jiġri barra minn Paceville, għax aħna qed nipproteġu the commercial outlets of Paceville.", "Issa qed ngħid \"ma jinteressaniex\" bħala modo di dire, għax din l-Assoċjazzjoni twaqqfet għas-sidien ta' dik l-area.", "U għalissa se jkollna nieqfu hawn.", "Hemmhekk għandek ukoll souvenir shops, jiġifieri mhux qed nitkellmu biss fuq outlets bil-mużika għolja.", "Hemm kulħadd.", "Hemm min għandu blokok ta' appartamenti kif ukoll lukandi.", "Pereżempju, jekk hemm liġi fuq is-sound pollution għall-bars, jekk is-sound ta' bar jinstema' minn barra l-premises, il-pulizija għandu jħarrkek.", "Aħna ma rridu niddisturbaw lil ħadd!", "Ħadt pjaċir li kienu saru ċerti mossi sabiex jitbaxxa l-livell tas-sound, għax anke jien kont inbati minnha!", "Illum jien għandi ristorant, u nbati aktar minn dan l-effett tas-sound.", "Imma mhux għalhekk li qed ngħid.", "Anke qabel kont inbati meta xi ħadd jiftaħ is-sound aktar minni, għax imbagħad jien kien ikolli ngħollilu aktar.", "U allura ħadna pjaċir li sar ċertu infurzar, għax qabel kienet free for all!", "Madankollu, l-infurzar li sar sar ħażin ħafna, u sar redikolu.", "U jiddispjaċini ngħid li, jekk se tikkonċentraw fuq Paceville biss, se tkunu diskriminatorji.", "Pereżempju, aħna għandna liġi li nitfu s-sound fl-erbgħa ta' filgħodu.", "Ejjew ngħidu li l-liġi m'għadhiex prattikata kullimkien, imma hemm qiegħda.", "Imbagħad għandek liġi oħra fejn, jekk is-sound jinstema' minn barra bejn is-siegħa u l-erbgħa ta' filgħodu, se tiġi mħarrek.", "Mhux jekk idejjaq lin-nies minn barra!", "Mhux jekk jgħajjat aktar minn dawk in-nies li hemm barra, imma jekk tisimgħu!", "Jekk il-leakage tas-sound tisimgħu daqs radju, u n-nies qed jgħajtu aktar mis-sound, inti se tiġi mħarrek!", "Hemmhekk, aħna nidħlu fuq id-decibel meters, li forsi nidħol fiha minn hawn u ftit ieħor.", "Imma għaliex din għandha tkun diskriminatorja?", "Mela inti qed tinforza dik il-liġi fuqna, u mbagħad għandek l-open air outlets, bħalma għandek fir-Rabat u n-Numero Uno f'Ta' Qali, li jieħdu 7,000 ruħ waħedhom, u dawn m'għandhom l-ebda liġi fuq li l-leakage ma jistax jinstema' minn barra!", "Tajjeb!", "Mela jien għandi s-sound proofing, u għax jinstema' daqxejn, avolja n-noise pollution ta' barra huwa aktar minn tiegħi, xorta niġi mħarrek.", "Jien għad għandi ċitazzjonijiet tal-Fuego!", "Imbagħad ħaddieħor ma jaqax taħt din il-liġi!", "Meta għandek open air, kif jista' jkun ma jinstemax minn barra!", "Mhux qed ngħidlek biex ma ddejjaqx lin-nies issa.… Għalkemm hemm rapporti b'files sħaħ fuq dawn l-affarijiet.", "Onestament qed ngħid li jien ma jinteressanix x'jagħmlu l-oħrajn.", "Għalija, jista' idoqq il-mużika sas-sebgħa ta' filgħodu, għax dik hija xi ħaġa li għandha tarah il-Pulizija.", "This is a business u min hu l-aqwa jħawwel, imma tagħmilx din il-liġi għax se tiddiskrimina kontrija u kontra nies oħra.", "Qed insemmi wkoll postijiet oħra.", "Qed insemmi dawn partikolarment għaliex huma open air.", "Mela dawn jinstemgħu minn barra u lili, għax jinstema' u avolja n-noise pollution ta' barra huwa aktar minn ġewwa, tħarrikni!", "Kull taħrika għandek sospensjoni tal-liċenzja, u dejjem tiġi mhedded!", "Trid tqabbad avukat u teħel multa ta' €240.", "Teħel €240 għax tant il-maġistrat rahom redikoli dawn, li spiċċajna nagħmlu ammissjoni u jwaħħalna €240, basta ma nispiċċawx bil-premises magħluqa!", "U ejja!", "Li qed ngħid jien hu li, mhux għax Gianpula u Numero Uno, imma qed ngħid biex ma tagħmilx diskriminazzjoni, għax dan huwa telf ta' kummerċ għalina.", "Mela ħaddieħor jagħmel li jrid, u aħna niġu taħt din il-liġi mis-siegħa sal-erbgħa ta' filgħodu!", "Kontu semmejtu li tagħmlu xi meters minn ġewwa, xi ħaġa li tista' issir fil-clubs tagħna, fejn, jekk inti taqbeż id-decibel level, jintefa' is-sound.", "Imma Alla jħares tagħmlu minnhom: aħna mhux hekk irridu.", "Biex ma niddisturbaw lil ħadd, aħna rridu li jitkejjel in-noise pollution ta' barra.", "Issa x'inhu n-noise pollution li hemm barra bħalissa?", "Biex nerġa' nirrepeti dak li għedt ftit ilu, hawn decibel meters li jitwaħħlu fuq ġewwa tal-bar u, hekk kif id-decibel level jinqabeż, is-sound jintefa' awtomatikament.", "U minn dawn isiru ħafna!", "Ġeneralment, dawk isiru biex jirregolaw l-istorbju minn ġewwa u mhux minn barra.", "Aħna rridu nirregolarizzaw il-ħsejjes ta' barra, għax irridu nkunu self regulated u allura rridu li jsir test - u llum hawn strumenti biex dawn isiru, għax jien użajthom darba minħabba li kelli każ il-Qorti – permezz ta' strumenti li jkejlu n-noise pollution ta' barra f'ħinijiet differenti.", "Anke filgħodu għandu jitkejjel l-livell tal-ħsejjes, għax dawn anke l-Ħadd wara nofsinhar jiftħu.", "B'hekk għandu jitkejjel in-noise pollution ta' barra, u int ma tistax taqbeż dak in-noise pollution.", "Agħmlu 20% inqas, imma għamlu realistiku, u mhux ikollok lil min ipoġġi widnejh mal-ħġieġa u jħarrikna xorta!", "Dawn huma affarijiet li saru!", "Dawn affarijiet li ntqalu l-Qorti fuq xhieda, u mhux affarijiet li qed ngħidhom jien.", "Jekk in-noise pollution barra huwa għaxra, lili agħmiluli sitta.", "Imma kif qed tipproponu intom li tagħmlu d-decibel meter ġewwa u jaqta' s-sound… Dik tagħmilha f'kull bar differenti!", "Li qed ngħid jien hu li kejjel triq, kejjel oħra fejn hemm il-bars u, jekk taqbeż dak id-decibel level, inti tiġi mħarrek!", "Illum hawn decibel meters żgħar ħafna.", "MICHAEL GONZI: Allura din ma stajtux tagħmluha intom?", "IS-SUR MARK GRIMA: Iva nistgħu nagħmluha.", "MICHAEL GONZI: U meta tlajtu l-Qorti fuq dawn l-affarijiet ippreżentajtu l-qari tagħkom?", "IS-SUR MARK GRIMA: Din trid tagħmilha kważi kostituzzjonalment.", "Imma l-maġistrat sar jirrealizza aktar - u naf x'jien ngħid, għax jien inkun hemm spiss.", "Pereżempju, għandi xi erba' jew sitta fuq il-Qawra.", "Jekk in-noise jinstema' minn barra, jinstema' minn barra, imma dejjaqt lil xi ħadd?", "Dik hija l-kwestjoni.", "Il-Maġistrat De Pasquale beda jifhem.", "Meta kien hemm il-Maġistrat Meli, tant ra redikola din li konna mmorru u nagħmlu speċi ta' plea bargaining.", "Tmur il-Qorti u tagħmel ammissjoni, tħallas €240 u barra!", "Hekk saret!", "Kważi titmejjel bil-liġi saret!", "Apparti li rridu nitilgħu minn wara ta' bil-lejl…", "THE CHAIRMAN: Tissuġġerixxi li l-multa togħla?", "IS-SUR MARK GRIMA: Hemm ħafna affarijiet li nissuġġerixxu aħna!", "(Interruzzjonijiet)", "MICHAEL GONZI: Imma dejjaqt lil xi ħadd?", "Int se ttella' lin-nies li kien hemm biex jgħidu...", "Mhux hekk qed ngħid!", "MICHAEL GONZI: Pereżempju, ma tistax tqabbel il-Qawra ma' areas oħra...", "IS-SUR MARK GRIMA: Insieha l-Qawra, għax hawn fuq Paceville qed ngħidu.", "Jien qed insemmi l-Qawra biex ma noqgħodx insemmi postijiet ta' ħaddieħor!", "Li qed ngħid jien hu biex ma taqbiżx is-sound level ta' barra.", "Jekk is-Sur De Cesare fetaħ outlets li huma catering, iddejjaqhomx!", "Imma tħarriknix jekk is-sound level tan-nies, tat-traffiku, tal-muturi u ta' kull ħaġa li hemm hemmhekk taqbeż il-livell tas-sound tiegħi… Jekk taqbad il-level meter u tixgħelu fil-kwiet f'Paceville…", "Hawnhekk se nitkellem daqxejn prematurely - tkellimna ħafna fuq infurzar mill-Pulizija – u qed ngħid hekk għax fl-ewwel laqgħa li kellna – għalkemm għadhom ma daħlux fiha din – semmejt l-infurzar mill-Pulizija,għaliex naħseb li l-kunċett tal-infurzar mill-Pulizija ġewwa Paceville jrid jinbidel kompletament!", "Hawnhekk, jien nixtieq napplika l-istess policy li applika Rudy Giuliani fi New York, fejn dan qal li f'din it-triq li fiha mas-7,000 drug addict irrid li nibdew ngħaddu bil-pushchairs!", "U hekk sar għaliex applika a zero tolerance policy.", "Issa jien mhux qed ngħid li għandna noħorġu bil-lembubi.", "Li hemm bżonn hu li l-Pulizija japplikaw a zero tolerance policy.", "Pereżempju, f'Paceville tara ħafna studenti barranin jarmu l-karti mal-art, imma mbagħad meta tmur f'pajjiżhom ma tarahomx jagħmlu l-istess ħaġa.", "Dażgur, għax f'pajjiżhom jekk tarmi karta mal-art mal-ewwel tara l-pulizija warajk biex iħarrkek!", "Pereżempju, għalfejn id-dagħa fil-pubbliku mhuwiex crime?", "Għalfejn pulizija m'għandux iħarrkek on the spot jekk tidgħi fil-pubbliku?", "Jekk bniedem mar jagħmel pipi mal-ħajt, għalfejn ma jħarrkux mal-ewwel?", "Tismagħhom il-pulizija jgħajjtulhom biex jinqalgħu minn hemm!", "Ħarrku, u mela tgħidlu biex iżul minn hemm!", "Kif jgħidu, mis-saba' tieħu l-id, u dak hu li qed jiġri.", "Meta tmexxi club, tibda tinduna li kultant kważi aħjar taqla ġlieda milli taqbad il-warrani ta' xi waħda, għax jekk ma tħallikx tagħmel hekk, mhux se tagħmel affarijiet oħra!", "Jekk smajtek tidgħi u ngħidlek biex titkellem sew, ma naħsibx li se tipprova taqla ġlieda.", "Ma tagħmilx hekk le, għaliex diġà waqqaftek.", "Issa, jien mhux qed ngħid li l-pulizija għandhom joħorġu bil-lembubi u jaqbdu jagħtu, imma għandu jkun hemm mobile cells, u jekk ikun hemm bżonn, for disturbance, taqbad u titfa' lil dak li jkun fiċ-ċella!", "Xbajna naraw nies arrestati u ħames minuti wara jerġgħu jiġu ħdejna!", "Jaqbdu jagħtu mas-security tagħna, jiġi s-surġent u jarrestahom, iniżżluhom l-għassa, u wara ftit terġa' tarah ġej bil-karozza tiegħu biex jitfagħlna xi flixkun!", "Trid issir bis-serjetà!", "Għandi stejjer bħal dawn daqs kemm għandi xagħar f'rasi.", "Nerġa' ngħid li rridu naddottaw a zero tolerance policy.", "Alla jħares ngħidilkom l-istejjer!", "Jien ngħid li hemm bżonn li nintroduċu wkoll fines on the spot, xi ħaġa li ssibhom barra minn Malta.", "Jekk bniedem qed jagħmel xi ħaġa ħażina, għalfejn m'għandekx tħarrku u ġġiegħlu jħallas il-multa dak il-ħin stess.", "U din trid tagħmilha fuq l-inqas offiża, ħalli b'hekk tilħaq l-offiża akbar.", "Bir-rispett kollu, f'Paceville għandek ħafna nies tajbin, imma ż-żibel li jkun hemm magħhom huwa inkredibbli!", "Nies li lanqas kapaċi jixtru hamburger jew hotdog!", "Tat-twerwir iż-żibel li hemm u dil-ħaġa hemm bżonn insibu tarfha.", "Dawn in-nies m'għandhomx ikunu jiġru barra.", "Għandek nies barra bi pleġġ!", "Ġimgħatejn ilu, jien u s-security tiegħi kellna każ ta' wieħed li beda jgħidilna li għax kien qiegħed fuq pleġġ ma setax jiġi jaħbat għalina!", "Mela dan qed jgħid hu stess li qiegħed fuq pleġġ!", "U dawn tarahom il-ħin kollu, u tara kemm trid minnhom.", "Din għandha tieqaf!", "Lil dawn in-nies tista' twaqqafhom biss bil-pulizija.", "Fil-bidu, fil-clubbing konna nġibu pulizija fil-bieb – fis-snin tmenin - ħalli min ikun qiegħed fuqpleġġ ma jiġix, għax ikollu xhud kontrih.", "Hemm bżonn li jkun hemm ukoll a mobile police station.", "Pereżempju, tmur Manchester tara fin-nofs tal-pjazza l-kbira mobile police station.", "Filgħaxija tkun hemm, u mbagħad filgħodu ma tarahiex hemm.", "Fiha ssib l-apparat kollu li jkollhom bżonn, u għandhom kollox ċentralizzat.", "Allura inti mhux biex tmur sal-għassa teħel fit-traffiku, jew ma tkunx tista' taqbad pulizija.", "Ngħid ukoll li għandhom jiżdiedu l-liġijiet kontra dawk li jattakkaw lill-pulizija.", "Aħna qed ngħidu li l-pulizija għandhom imorru fis-side roads ukoll, u mhux ikunu kkonċentrati biss fejn hemm il-bars.", "Fil-fatt, dawn għandhom imorru wkoll fejn hemm ir-residenti.", "Illum jew għada se taqbad lil xi ħadd li qed jivvandalizza xi grada ta' xi dar.", "Għalhekk il-pulizija għandhom imorru fis-side streets ukoll.", "U naħseb li dawn għandhom jissaħħu.", "Bħalissa hemm bejn wieħed u ieħor 17-il pulizija.", "Aħna nixtiequ naraw li l-liġijiet jiħraxu meta xi ħadd jattakka lill-pulizija.", "Nixbgħu naqraw fil-gazzetti b'persuni li jattakkaw lill-pulizija.", "(Interruzzjonijiet) L-avukat tagħna nzerta Manuel Mallia.", "(Interruzzjonijiet) Ma tantx ħa pjaċir!", "Kien hemm xi każ ieħor illum, jekk m'iniex sejjer żball.", "Issa, meta xi ħadd jattakka pulizija se jeħel taħt section 9 tal-liġi fejn jgħidulu biex ma jerġax jagħmel dak li għamel.", "Fl-opinjoni tiegħi, jekk tattakka pulizija għandek teħel mal-ewwel il-ħabs.", "Tgħiduli għalfejn inti daqshekk aħrax?", "Hemmhekk boy scouts jibagħtu, u naħseb li min jintbagħat hemm, jintbagħat b'kastig!", "Kif jista' pulizija joqgħod lura...?", "Qabel kienu jagħmlu platform taħthom biex jidhru ikbar, u kienu jkunu twal!", "Dawn il-pulizija tarahom għaddejjin tnejn tnejn, jew ġieli anke waħedhom.", "Nerġa' ngħid li hemmhekk boy scouts jibagħtu u mhux pulizija.", "Jekk il-liġi mhux qiegħda tipproteġih.… Kemm il-darba naraw li pulizija ġie attakkat, spiċċa bl-uniformi mqatta', u min ikun aggredixxa lill-pulizija jeħel section 9 fejn jgħidulu biex ma jerġax!", "U jkun reċidiv, Alla jbierek!", "Jekk ma tipproteġix lill-pulizija nfushom, il-pulizija mhux se tipproteġi lilek, speċjalment ġewwa Paceville.", "Din tista' tkun in hot spots areas u tista' tkun by-law.", "Fuq is-suġġett tal-breathalysers – li xi darba din se tkun aktar mifruxa – aħna naqblu magħhom, għax bniedem li jsuq fis-sakra huwa perikoluż għaliex għandu arma f'idejh.", "Imma li se jiġri hu li din se ssir għal Paceville biss, bħas-soltu, mal-erba' kantunieri ta' Paceville u daqshekk.", "Jiena ngħid li din għandha ssir kullimkien.", "Għandek tagħmilha mar-ring roads tal-festi kollha, u fejn ikun hemm it-tiġijiet.", "Mela għax festa jgħaddi kollox, u mbagħad għax ġejna Paceville, hemmhekk irridu nagħmlulhom il-breathalyser!", "Għandek ukoll entertainement hotspots oħra, bħal pereżempju f'Buġibba.", "Jew se nagħmluha għal kulħadd jew għal ħadd.", "Se nagħmlu eżempju minn Paceville, u nieqfu hemm?", "Hekk se jiġri, niggarantilkom jien, li ssir ma' Paceville, u ma ssir imkien iżjed!", "Għandek ukoll il-Valletta Waterfront.", "Il-breathalyser aħna norbtuh ma' xi ħaġa oħra importanti, ma' kampanja edukattiva li mhijiex dik ta' \"Tixrobx u ssuq\".", "Għandek il-volunteer drivers, jiġifieri noħorġu grupp ta' erbat iħbieb u wieħed minna ma jixrobx.", "Irridu nagħmlu kampanja fuq dik, u mhux fuq \"Tixrobx u ssuq\".", "Nies li ma jieħdux lift ma' sewwieq xurban.", "Ikun hemm kemm ikun hemm liġijiet, jekk teduka lil dak li jirkeb ma' xi ħadd biex ma jitlax ma' persuna fis-sakra, tikkrea biss problema għal min ikun se jsuq, iżda b'dan tista' ssalva ħajja ta' bniedem!", "Nafu kemm mietu passiġġieri fejn it-tfajla li tkun bħala passiġġiera ma tkunx fis-sakra, filwaqt li x-xufier ikun fis-sakra!", "Nistgħu nippromwovu aktar użu frekwenti ta' taxis.", "Illum it-taxis ġew liberalizzati u allura, aktar ma nużawhom, aktar se jonqsu fil-prezzijiet.", "Il-kultura tat-taxis għadha ma daħlitx f'pajjiżna, għalkemm tidher li dieħla bil-mod il-mod.", "Dan huwa dak li qed ngħidu issa.", "Biex ma jixorbux u jsuqu, nħalluha f'idejn is-Sedqa, eċċ.", "Kien hemm kumment fuq il-clinics, fejn darba xi ħadd qal li din il-klinika għandha ssir fil-Millenium Chapel.", "Forsi min qalha ma kellux esperjenza biżżejjed tal-affarijiet, għax ġeneralment, meta tibda ġlieda f'area partikolari u inti se teħodhom il-casualty fil-Mater Dei, tispiċċa ssejjaħ għall-għajnuna għax il-ġlieda tkompli hemmhekk.", "U allura ma tridx li tara l-Millenium Chapel hekk.", "Fejn ikun hemm klinika, trid tkun mgħassa tajjeb b'pulizija tajbin jew security.", "Issemmiet ukoll li jiddaħħlu nies li mhumiex fil-pulizija, bħal pereżempju, nies ta' sigurtà personali.", "Tista' ma' klinika, minflok tħalli erba' pulizija, tħalli erba' security.", "L-aħħar ħaġa li xtaqt ngħid hija fuq il-gentlemen's clubs.", "Aħna nilqgħu r-regolamenti ta' dawn il-gentlemen's clubs.", "Fuq dawn hemm diversi opinjonijiet, inkluża tiegħi, imma sa fejn se tissapporti qabel twaqqfu gentlemen's club?", "Ngħiduha kif inhi: dawn mhumiex clubs normali fejn minflok mejda għandek għaxra, imma there is sex appeal involved, eċċ. Fejn se tieqaf?", "Fi żmien ġimgħa, aħna se niltaqgħu ma' dawn l-owners u se nagħtu l-proposta tagħna - jekk l-owners dejjem jaċċettaw, għax għadna ma nafux x'se jagħmlu imma 'l hemm mexjin – dwar kif għandhom jiġu regolarizzati.", "Irridu noħolqu l-mezz fejn dawn ma joffendu lil ħadd minn barra, u li jimxu mal-liġi minn ġewwa.", "Aħna mhux qed ngħidu burdelli.", "Nafu l-liġi x'inhi, u nafu li ma tistax issir prostituzzjoni.", "Imbagħad hemm affarijiet oħra, bħal pereżempjusecurity licensing, li rridu nitkellmu fuqha għax ma nafux x'ġara.", "Nafu li din kienet se toħroġ, u mbagħad waqfet, u issa ħareġ avviż tal-Gvern iehor.", "Għandek ukoll l-embellishment ta' Paceville, il-ġbir tal-iskart u l-istock deliveries, fejn l-istock deliveries huma uġiegħ ta' ras mill-kbar ġewwa Paceville, għax tgħidx kemm jimblokkaw traffiku.", "Għandek ukoll il-promozzjoni fuq Paceville, anke bl-għajnuna tal-Gvern.", "Fuq kollox, din hija mekka ta' divertiment, tista' tidħol kullimkien b'xejn u ssib kull ġeneru ta' mużika.", "Jekk il-post huwa sigur biżżejjed, għandek mekka, anke għall-lukandi ta' ħames stilel infushom.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Jien nilqa' b'sodisfazzjon il-kummenti li għaddejtulna.", "Qabel ma nitftaħ id-diskussjoni għall-Membri Parlamentari ħalli jkunu jistgħu jagħmlulkom xi mistoqsijiet, nixtieq niċċara żewġ punti.", "L-ewwel ma rrid ngħid hu li jien sodisfatt li smajt mingħandkom bħala club owners u bar owners it-talba għal zero tolerance!", "Hawnhekk issa m'għandniex il-Membri Parlamentari li qed jitolbu għal zero tolerance, imma għandna persuni mis-settur kummerċjali stess li qegħdin jitolbu li jkun hemm zero tolerance.", "Is-soltu, li kieku xi ħadd mill-Membri Parlamentari jitlob għal zero tolerance, jista' jitqies bħala arroganti, jew bħala li mhux qiegħed jifhem l-effett li ż-zero tolerance tista' tħalli fuq is-settur kummerċjali.", "Imma għalija hija xi ħaġa pożittiva li nisma' lir-rappreżentanti tas-settur kummerċjali jitolbu – lanqas kienet l-ewwel darba li saret, għax diġa' smajniha darb'oħra minn persuni oħra li jirrappreżentaw lis-settur kummerċjali – zero tolerance.", "Sodisfatt ukoll li hawn membri minn tal-istampa magħna, u persważ li hemm membri minn tal-istampa li qegħdin isegwuna mill-kmamar tal-aħbarijiet tagħhom.", "U għalija dan huwa sinjal tajjeb.", "It-tieni punt li xtaqt nagħmel biex forsi niċċaraw xi ħaġa li ma kenitx daqshekk ċara fir-rapport, u allura filwaqt li nirringrazzjakom tal-kummenti tagħkom meta qanqaltu d-dubji tagħkom rigward id-diskrimazzjoni u r-regolamenti kif fhimtuhom intom fir-rapport tagħna, intom fhimtu li aħna qegħdin nipproponu dawn ir-regolamenti għaż-żona ta' Paceville biss.", "Imma le, aħna ma kellna l-ebda intenzjoni li nagħmlu hekk, u se nerġa' nirrepetiha biex tkun transcribed fir-rekords tal-Kumitat.", "Ma kien hemm l-ebda ħsieb speċifiku li nagħmlu xi regolamentazzjoni għal Paceville biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' noise pollution, dixxiplina, eċċ. Jiġifieri, m'aħniex ngħidu li għandu jkun hemm zero tolerance f'Paceville, filwaqt li ma jkunx hemm zero tolerance f'Buġibba, f'Wied il-Għajn, f'Għawdex jew x'imkien ieħor.", "Li konna qegħdin nissuġġerixxu hu li - b'liġi jew b'regolament, jew inkella b'dak li jista' jipproponi l-eżekuttiv tal-Gvern - jkun hemm management committee – li fl-opinjoni tiegħi għandu jitwaqqaf b'liġi ħalli jkun verament sod – għal Paceville, peress li dan il-post huwa uniku f'Malta kollha.", "Żgur li Buġibba, bl-attività kummerċjali tagħha, mhijiex kumplessa daqskemm hu Paceville.", "Għawdex, kumpless kemm hu kumpless, m'għandux in-nightlife li nsibu fil-lokalità ta' Paceville.", "Allura, ma naħsibx li aħna skorretti meta qegħdin nipproponu t-twaqqif ta' management committee li fih jiġbor l-entitajiet kollha responsabbli: il-Kunsill lokali, il-Pulizija u l-entitajiet l-oħrajn kollha li kapaċi jżommu l-bon ordni f'Paceville.", "Aħna qegħdin nitolbu li din tista' tiġi mwaqqfa b'liġi, imma m'aħniex nitolbu biex ikun hemm liġijiet dwar ir-regolamentazzjoni tal-breathalyser biex dan jintuża f'Paceville, u mhux f'postijiet oħra!", "Jiġifieri fejn għandu x'jaqsam mar-regolamentazzjoni għall- bon ordni, dak għandu jkun kullimkien l-istess.", "Għaldaqstant, filwaqt li nirringrazzjakom talli ġbidtulna l-attenzjoni għalihom, qabel ma nispiċċaw din il-laqgħa nixtieq inressaq din il-proposta biex tiġi inkluża fir-rapport oriġinali:", "\"Bil-proposti li qegħdin inressqu f'dan ir-rapport, id-deputati membri tal-Kumitat qed naqblu li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni permezz tar-regolamentazzjoni li jagħmlu distinzjoni bejn x'jista' ikun permess f'Paceville u f'lokalitajiet oħra.\"", "Qed ngħid hekk biex fil-Minuti ta' din il-laqgħa titniżżel din l-emenda, għax nerġa' ngħid li aħna fl-ebda mod ma konna qed nipproponu li jkun hemm xi ħaġa differenti minn areas oħrajn.", "Li konna qegħdin nitolbu hu li jkun hemm xi ħaġa differenti minn areas oħra peress li kif intqal lilna, Paceville jeħtieġlu li jingħata attenzjoni partikolari.", "Anke l-MTA kienet qed tipproponi li fuq Paceville jkun hemm management committee bħalma jiġri barra minn Malta, speċjalment f'ċerti postijiet fl-Ingilterra, u jien ma narax li m'għandux jitwaqqaf dan il-management committee permezz tal-liġi u li jkun taħt il-presidenza tal-Kunsill, għax imbagħad ma rridux nibnu knisja u nħottu oħra.", "Dan il-kumitat għandu jiġbor fih l-entitajiet kollha, inkluż is-setturi kummerċjali, il-Pulizija u dawk kollha li wieħed jara li għandhom ikunu nvoluti fih.", "Il-ħsieb ewlieni tiegħu huwa dak li naslu biex ikollna l-aħjar sigurtà u bon ordni.", "Imma ovvjament – nerġa' nirrepetiha għat-tielet darba - jekk se jkun hemm proposta ta' regolamentazzjoni rigward ħsejjes, dak li qed jiġi propost li jkun hemm f'Paceville, għandu jorbot ukoll għal Buġibba u postijiet oħra.", "Din il-proposta qed nagħmilha sabiex sħabi jkunu jistgħu jitolbu emenda għaliha u nikkorreġuha.", "Issa se nagħti l-kelma lill-Onor.", "Anthony Zammit, u mbagħad wara lill-kumplament tal-membri l-oħra biex jagħtu l-kummenti u r-reazzjoni tagħhom għal dak li semgħu.", "U allura, iva jrid ikun hemm ċerti affarijiet li jirregolaw, imma dawn jiddependu minn post għal post!", "Ma nistax ngħid li r-regolamenti ta' Paceville jridu jkunu jgħoddu wkoll għal Gianpula because there are no inhabitants there.", "Imma ġewwa Paceville għandek residenti li jgħixu hemm ukoll.", "Jistgħu jsiru ċerti regolamenti fejn awtomatikament kulħadd ikun kuntent.", "Jien naħseb li b'dan il-mod tista' tilħaq dan it-tir.", "X'ħin smajtek tgħid hekk, bdejt nistaqsi lili nnifsi: \"Imma mbagħad dawk in-nies li normalment jitilgħu Paceville, would they dare go to Paceville again?", "IS-SUR JEREMY DALLI: Rigward dak li qed jgħid l-Onor.", "Zammit fuq iż-zero tolerance, irrid ngħid li aħna vera li rridu inżidu ż-zero tolerance fuq ċerti nies li joħolqu l-inkwiet hemm fuq.", "U nafu li dawk in-nies forsi ma jersqux aktar hemmhekk; biss, jekk ma jkunx hemm dawn in-nies, jista' ikun li jiġu nies oħra li ma jitilgħux Paceville proprju minħabba dawn in-nies.", "ANTHONY ZAMMIT: I was surprised meta semma' nies bil-pleġġ hemmhekk!", "Kont naħseb li awtomatikament il-Pulizija kienu jaġixxu, u kellhom jaġixxu!", "IS-SUR MARK GRIMA: Hemmhekk ikollok 7,000 ruħ f'ġurnata waħda fost il-ġimgħa, and not on a strong day.", "Jiġifieri l-Pulizija ma jkunux jafu min huma dawn in-nies, għax fuq kollox dawn ikunu żgħażagħ ta' 17 u 18-il sena.", "Dawn tfal ikunu u mhux kriminali magħrufa.", "Qabel, il-kriminali kienu jkunu l-istess nies imma llum kulħadd huwa kriminal!", "If you stop… Din mhijiex libertà imma libertinaġġ!", "Din mhijiex libertà!", "Qed ngħidilkom biex tmorru ftit s'hemmhekk ħalli taraw b'għajnejkom.", "Naturalment hemm ħafna nies tajbin f'Paceville.", "ANTHONY ZAMMIT: Anke dwar traffikar ta' droga, eċċ. Jekk id-drogi jkunu kkontrollati, l-ġenituri se jibdew jgħidu li dak il-post huwa kkontrollat, u allura jkunu aktar trankwilli meta t-tfal tagħhom jiffrekwentaw tali post.", "IS-SUR MARK GRIMA: Is-suq qed jinbidel, u ma tistax tevitah dan!", "Fiha nnifisha hija tajba din!", "Hekk suppost li qed isir dak li ried il-Gvern.", "IS-SUR MARK GRIMA: Hekk kien qabel.", "Jien ilni 30 sena fin-nightlife, u prattikament rajt it-twelid ta' Paceville.", "ANTHONY ZAMMIT: Jien ukoll għax kont noqgħod Tas-Sliema.", "IS-SUR MARK GRIMA: Qabel kien hemm ħafna iktar middle aged people milli hemm illum.", "Illum, taqta' one or two clubs, il-middle aged people sparixxew minn hemm.", "IS-SUR MARK GRIMA: Oqgħod fit-triq f'Paceville għal ħabta tas-sagħtejn u t-tlieta ta' filgħodu, u osserva x'tip ta' nies jgħaddu u x'tip ta' valuri jkollhom.", "Nerġa' nirrepeti li dawn mhumiex il-maġġoranza, imma inti dawk se tara!", "MICHAEL GONZI: Bażikament, inti qed tara bħala problemi f'Paceville s-sound u l-pulizija.", "IS-SUR MARK GRIMA: Hemm imbagħad it-tindif u l-manutenzjoni.", "MICHAEL GONZI: Il-ġbir tal-iskart u l-istock deliveries se nsemmihom ukoll, imma inti l-aktar li għafast kien fuq is-sound u l-pulizija.", "Jien niftakar - u kkorreġini jekk jiena żbaljat - li l-aktar problemi jinqalgħu bejn is-sagħtejn u l-erbgħa ta' filgħodu f'Paceville.", "IS-SUR MARK GRIMA: Bħala storbju jew ġlied?", "MICHAEL GONZI: Le, bħala vjolenza u dawn l-affarijiet.", "Fuq l-istorbju naf li kien hemm White Paper, imma ma nafx jekk intom ikkonsultajtux magħha.", "MICHAEL GONZI: Fil-fatt, jien nissuġġerixxi li jiġi xi ħadd mill-MEPA biex niddiskutu dawn l-affarijiet li qed jgħidulna tal-Assoċjazzjoni tagħkom.", "Fuq il-ġbir ta' l-iskart u l-istock deliveries għandkom xi ideat, jew iddiskutejtu mal-Kunsill lokali?", "IS-SUR MARK GRIMA: Irridu nidħlu fid-dettall għax it-toroq dojoq.", "Hemm mezzi biex naħdmu.", "Forsi anke jista' jinħoloq lift fit-taraġ.", "Jiġifieri hemm mezzi, imma rridu nidħlu fid-dettall.", "MICHAEL GONZI: Bħala stock deliveries naħseb li veru għandna problema.", "IS-SUR MARK GRIMA: Fit-tlieta ta' filgħodu ġenn ikun hemm!", "Alla jħares ikollok uffiċċju hemmhekk bħalma għandi jien, għax mhux double glazed windows trid, imma…", "THE CHAIRMAN: Huwa minnu li l-proposti kollha li aħna għamilna jsibu l-qofol tagħhom fi proposta waħda ewlenija: Paceville jeħtieġ li jkollu sigurtà u ndafa!", "Jekk ikollna proposti li jsaħħu l-indafa… U rridu wkoll better policing, kif qegħdin tgħidu intom.", "IS-SUR MARK GRIMA: Different policing, għax il-pulizija mhu qed jagħmlu xejn ħażin.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Michael Gonzi għadu kif għamel proposta rigward il-White Paper, jiġifieri dwar il-proposta ta' konsultazzjoni pubblika li tinsab għaddejja fil-preżent mill-Ministru Mario de Marco, permezz tal-MEPA, rigward in-noise pollution.", "Jien naħseb li għandna nġibu rappreżentanti min-naħa tal-MEPA sabiex jagħmlulna preżentazzjoni fuq din il-White Paper, għaliex għada pitgħada din il-White Paper tista' tevolvi f'regolamentazzjoni.", "U għalhekk il-proposti tagħkom, li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni, għandhom jiġu diskussi wkoll f'dik il-White Paper.", "Dawn huma proposti li jwasslu għar-regolamentazzjoni.", "Il-proposta ta' Dr Mario de Marco - ħa nsejħilha hekk – rigward sound levels fil-qasam tal-industrija tal-bini, tal-kummerċ, eċċ. għandna niddiskutuha fil-kuntest ukoll ta' dak li qegħdin nitkellmu fuqu llum rigward Paceville u n-night life f'diversi clubs oħra mxerrdin f'Malta u Għawdex.", "B'hekk ikollna kontinwazzjoni ta' din id-diskussjoni magħhom.", "Meta nagħmlu hekk, insejħu għal laqgħa pubblika biex kulħadd ikun jaf li se ssir din il-laqgħa, u min irid ikun jista' jingħaqad magħna f'dik il-laqgħa li se jkollna magħhom.", "B'hekk kulħadd ikun jista' isemma' leħnu, u b'dan il-mod inkunu nistgħu ngħidu li l-konsultazzjoni pubblika saret ta' veru.", "IS-SUR MARK GRIMA: Xtaqt ngħid xi ħaġa importanti.", "B'diskriminazzjoni ma ridtx ngħid li dan il-Kumitat qed jipproponi xi ħaġa diskriminatorja, imma hija xi ħaġa indiretta.", "U din qed ngħidha biex niċċaraha.", "Jien semmejt Paceville, u għedt biex din ma tibqax fuq Paceville biss, għax safejn naf jien l-istanding committee proposal kien fuq Paceville.", "ANTHONY ZAMMIT: Ħaġ'oħra.", "THE CHAIRMAN: Għandi quddiemi l-proposta li ressaqt fil-bidu tad-diskussjoni.", "Din issa ġiet emendata mill-esperta legali tagħna.", "Din il-proposta tgħid hekk;:", "\"Il-Membri tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali qed jaqblu illi l-proposti li saru fir-rapport \"Lejn iktar Sigurtà u Bon Ordni f'Paceville\", b'ebda mod ma saru sabiex ikun hemm xi tip ta' diskriminazzjoni bejn il-mod kif għandu jiġi regolat Paceville u l-mod kif għandhom jiġu regolati lokalitajiet oħra.\"", "Qegħdin naqblu ma' din il-proposta?", "Tajjeb: qegħdin naqblu, u allura din għandha titniżżel fil-Minuti tal-laqgħa, u jingħad li kien hawn qbil fuqha.", "Naħseb li dan ir-rapport nistgħu napprovawh kif inhu għax qiegħed jirrapporta fedelment dak li smajna hawnhekk fil-laqgħat tagħna.", "Ovvjament, dan is-suġġett mhuwiex konklussiv, jiġifieri b'daqshekk m'aħniex ngħidu li dak li hawn hawnhekk huwa finali.", "Imma żgur li għandna bidu ta' eżerċizzju ieħor li jrid iwassal sabiex f'Paceville u n-night life ta' dawn l-inħawi, wieħed ikollu ħjiel ta' x'nistgħu nagħmlu biex ikollna aktar ordni, mhux biss f'Paceville imma anke f'lokalitajiet oħra.", "Għalhekk qed nipproponi li dan ir-rapport jiġi approvat kif inhu, filwaqt li nehmżu miegħu l-proposti u l-kummenti li daħlu lil dan il-Kumitat fil-perijodu tal-konsultazzjoni pubblika.", "ANTHONY ZAMMIT: Tinsiex il-MEPA u n-noise pollution.", "Issa, biex insaħħu l-argumenti kollha li saru, għandna nieħdu l-okkażjoni biex, filwaqt li l-MEPA qiegħda tpoġġi r-rapport tagħha fuq in-noise pollution għall-konsultazzjoni pubblika, bħala Kumitat nitolbu lill-esperti tal-MEPA sabiex jiġu hawnhekk u jagħmlulna preżentazzjoni.", "Jiena nagħti l-parir biex, meta jiġu hawnhekk, tintbagħat press release biex tinforma lill-pubbliku dwar din il-laqgħa, biex min jixtieq ikun hawnhekk ikun jista' jiġi u jagħti s-suġġerimenti tiegħu.", "Irrid infakkar ukoll f'dik il-petizzjoni li konna rċevejna darba mingħand ir-residenti tar-Rabat u ta' Ħ'Attard, għalhekk ikun tajjeb li noħorġu press release fuq din il-laqgħa, biex jekk għad hemm nies mill-irħula u mill-ibliet tagħna li jridu jiġu hawnhekk, ikunu jistgħu jagħmlu dan.", "B'hekk meta nressqu l-proposti tagħna f'dan ir-rigward, dawn ikunu proposti li qegħdin isiru f'isem dawk kollha li jkunu ressqu l-proposti tagħhom.", "IS-SUR MARK GRIMA: Tinsiex li rridu nehmżu wkoll is-suġġerimenti fuq il-gentlemen's clubs.", "(Interruzzjonijiet) Se niltaqgħu mas-sidien tal-gentlemens' clubs.", "THE CHAIRMAN: Kemm fadlilkom biex tiltaqgħu?", "IS-SUR MARK GRIMA: Ġimgħa.", "THE CHAIRMAN: Mela allura qegħdin naqblu li l-proposti jkunu dawn li għandna llum, imma fi żmien ġimgħa, ġimgħatejn għandna nirċievu l-proposti fuq il-gentlemen's clubs ħalli nehmżuhom ma' dan ir-rapport.", "Dan ma jfissirx li se nkunu qegħdin naqblu ma' dak kollu li intom se tipproponu.", "Imma qegħdin nieħdu l-okkażjoni biex ma' dan ir-rapport nehmżu l-proposti tagħkom, ħalli dawn ikunu pubbliċi ma' dan ir-rapport.", "B'hekk dawn ikunu riżultat tal-konsultazzjoni pubblika li aħna nkunu għamilna.", "Nerġa' ngħid li b'daqshekk m'aħniex qegħdin nintrabtu li rridu bilfors naqblu ma' dak li qed jiġi suġġerit.", "Mela nistgħu naġġornaw dan il-Kumitat għal nhar it-Tlieta li ġejjin jew għal xi data oħra li fiha jkun jista' jerġa' jiltaqa' dan il-Kumitat.", "Id-diskussjoni li jmiss se tkun fuq l-uniformijiet tal-iskola, u allura nistgħu nagħmlu kif għamilna llum u ċioè, li jkollna r-rapport dwar l-uniformijiet tal-iskejjel u nitolbu lil dawk kollha li għamlu l-preżentazzjoni tagħhom fil-konsultazzjoni pubblika sabiex, jekk iridu, jattendu għal din il-laqgħa.", "Ikolli ngħid li ninsab sodisfatt li f'xi media partikolari llum rajt li anke d-Dipartiment tal-Edukazzjoni qiegħed jaqbel mal-proposti tagħna.", "U allura sodisfatt li anke aħna, bħala Kumitat, minkejja li m'għandniex poteri eżekuttivi, proposta li ressaqna ttieħdet inkonsiderazzjoni u se ssir parti mill-inizjattivi li se jkun qed iwettaq il-Ministeru tal-Edukazzjoni.", "Għaldaqstant naħseb li jkun tajjeb li nhar it-Tlieta, dak li ġie rrapurtat illum f'numru ta' ġurnali, ikun jista' jiġi kkonfermat fil-laqgħa li se nagħmlu l-ġimgħa d-dieħla.", "U allura nistgħu nistiednu lil dawk kollha li għamlulna l-preżentazzjoni tagħhom sabiex ikunu preżenti hawnhekk u jgħidulna l-ħsebijiet tagħhom viva voce.", "U dawk kollha li kienu nvoluti f'dawn id-diskussjonijiet li kellna fuq l-uniformijiet, jistgħu jerġgħu jkunu mistiedna għal din il-laqgħa biex inkunu nistgħu nagħlqu r-rapport fuq l-uniformijiet.", "Imbagħad, wara l-Għid nagħmlu laqgħa ma' rappreżentanti tal-MEPA.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-8:33 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha titħabbar iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120313_125d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 125", "It-Tlieta, 13 ta' Marzu, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.30 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Michael Gonzi u l-Onor.", "Dr Elaine Birmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "123 li saret nhar it-Tlieta 28 ta' Frar 2012 ġew konfermati.", "Diskussjoni u approvazzjoni tat-Tmien Rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali intitolat \"Lejn iktar Sigurtà u Bon Ordni f'Paceville.\"", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Mark Grima u lis-Sur Jeremy Dalli, President u Teżorier rispettivament tal-Paceville Commercial Establishments Association biex jagħtu s-suġġerimenti fuq ir-rapport maħruġ mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Fost affarijiet oħra, is-Sur Grima semma' n-noise pollution, li jkun hemm zero-tolerance policy mill-pulizija u l-breathalyzer tests.", "Huwa aċċenna wkoll li apparti Paceville, f'Malta hemm postijiet oħra ta' divertiment.", "Wara, il-Kumitat stieden lis-Sur Simon De Cesare, Direttur tal-Eden Leisure Group li fost oħrajn ikkummenta fuq iż-żieda ta' investiment li qed ikun hemm f'Paceville speċjalment biex ikun hemm iktar attività matul il-ġurnata.", "Il-membri qablu unanimament mal-proposta li ressaq il-President tal-Kumitat l-Onor Edwin Vassallo li fir-rapport oriġinali għandu jiżdied dan li ġej:", "\"Il-Membri tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali qed jaqblu illi l-proposti li saru fir-rapport \"Lejn iktar Sigurtà u Bon Ordni f'Paceville\", b'ebda mod ma saru sabiex ikun hemm xi tip ta' diskriminazzjoni bejn il-mod kif għandu jiġi regolat Paceville u l-mod kif għandhom jiġu regolati lokalitajiet oħra.\"", "Kien hemm qbil ukoll li mar-rapport \"Lejn iktar Sigurtà u Bon Ordni f'Paceville\" jiġu mehmuża l-proposti u s-suġġerimenti kollha li ntbagħtu fil-proċess ta' konsultazzjoni.", "Il-Kumitat qabel li għalkemm il-proposti rigward il-Gentlemen's Club għandhom ukoll jiġu mehmuża mar-rapport, dan ma jfissirx li l-Kumitat qiegħed jintrabat li bilfors jaqbel ma' dak li qed jiġi ssuġġerit.", "L-Onor Vassallo ppropona li meta rappreżentanti mill-MEPA jiġu fil-kumitat biex jagħtu preżentazzjoni fuq il-White Paper dwar \"Il-Prevenzjoni, it-Tnaqqis u l-Kontroll tal-Ħsejjes\", tinħareġ Press Release biex ikunu jistgħu jattendu dawk il-persuni kollha li jixtiequ jagħtu l-kummenti tagħhom.", "Fit-8:33 p.m. il-Kumitat irriżuma u aġġorna għal data li kellha titħabbar iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120313_125m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 61", "It-Tlieta, 20 ta' Marzu 2012 fis-7.00 pm", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 20 ta' Marzu 2012 fis-7.00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Proċedura Parlamentari li tivverifika li l-Proposti Leġislattivi tal-Unjoni Ewropea ma jiksrux il-Prinċipju tas-Sussidjarjetà.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20120320_061a_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 20 ta' Marzu 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:13 p.m.", "L-Onor Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Preżenti wkoll kien hemm is-Sinj.", "Maria Camilleri Calleja u s-Sur Kenneth Curmi, Research Analysts mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej fil-Kamra tad-Deputati.", "ASSENTI: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor Owen Bonnici, l-Onor Leo Brincat u l-Onor Luciano Busuttil.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 60 li saret fit-2 ta' Marzu 2012 kienu konfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-PRESIDENT", "Il-President ippreżenta lill-Membri u poġġa fir-records tal-Kumitat dawn id-dokumenti, li kienu diġà ġew ċirkolati lill-istess Membri:-", "Dokument 1016 Memo tal-iSpeaker li l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra approva fil-laqgħa tas-7 ta' Diċembru 2011 – li l-minuti tagħha kienu konfermati fit-12 ta' Jannar 2012 - dwar proċedura parlamentari li tivverifika li l-proposti leġislattivi tal-Unjoni Ewropea ma jiksrux il-prinċipju tas-sussidjarjetà;", "Dokument 1017 Ittra datata t-12 ta' Marzu 2012 li l-Kumitat irċieva mingħand il-Viċi Presidenti tal-Kummissjoni Olli Rehn u Marcos Sefcovic responsabbli mill-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u mir-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u l-Amministrazzjoni rispettivament, dwar il-European Semester għall-Koordinazzjoni tal-Politika Ekonomika;", "Dokument 1018 Seba' komunikazzjonijiet mill-Ambaxxata Sirjana f'Ruma dwar is-sitwazzjoni f'dak il-pajjiż mill-perspettiva tal-Gvern Sirjan li ntbagħtu bejn it-23 ta' Frar u d-19 ta' Marzu 2012;", "Dokument 1019 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2012 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) jiġi fdat b'ċerti kompiti relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta' rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija (COM(2011)0288 – C7-0136/2011 – 2011/0135(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0032;", "Dokument 1020 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 89/666/KEE, 2005/56/KE u 2009/101/KE fir-rigward tal-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji (COM(2011)0079 – C7-0059/2011 – 2011/0038(COD) - P7_TA-PROV(2012)0033;", "Dokument 1021 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (15178/2011 – C7-0003/2012 – 2011/0257(NLE)) - P7_TA-PROV(2012)0034;", "Dokument 1022 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Renju tal-Marokk fil-programmi tal-Unjoni (12712/2010 – C7-0430/2010 – 2010/0125(NLE)) - P7_TA-PROV(2012)0035;", "Dokument 1023 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Directive 2000/75/KE fir-rigward tat-tilqima kontra l-bluetongue (16696/1/2011 – C7-0011/2012 – 2010/0326(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0036;", "Dokument 1024 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi għat-trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (COM(2010)0775 – C7-0434/2010 – 2010/0373(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0037;", "Dokument 1025 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni ta' dawk l-Istati fix-xogħol tal-kumitati li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tas-setgħat eżekuttivi tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (07763/2010 – C7-0272/2011 – 2009/0168(NLE)) - P7_TA-PROV(2012)0040;", "Dokument 1026 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (COM(2011)0813 – C7-0500/2011 – 2011/0390(CNS)) - P7_TA-PROV(2012)0041;", "Dokument 1027 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tat-tqassim tal-ikel lill-ifqar nies fil-Komunità (18733/1/2011 – C7-0022/2012 – 2008/0183(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0042;", "Dokument 1028 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (16226/1/2011 – C7-0012/2012 – 2010/0252(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0043;", "Dokument 1029 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tar-relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (COM(2010)0728 – C7-0408/2010 – 2010/0362(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0044;", "Dokument 1030 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 dwar aspetti soċjali u tal-impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2012 (2011/2320(INI)) - P7_TA-PROV(2012)0047;", "Dokument 1031 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti (tfassil mill-ġdid) (COM(2010)0368 – C7-0177/2010 – 2010/0207(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0049;", "Dokument 1032 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-kontribut tal-politika komuni tas-sajd għall-produzzjoni ta' prodotti pubbliċi (2011/2899(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0052;", "Dokument 1033 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar l-iżviluppi politiċi reċenti fl-Ungerija (2012/2511(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0053;", "Dokument 1034 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar l-elezzjoni presidenzjali imminenti fir-Russja (2012/2505(RSP) - P7_TA-PROV(2012)0054;", "Dokument 1035 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-Ftehim bejn l-UE u l-Marokk dwar il-miżuri reċiproċi ta' liberalizzazzjoni fir-rigward tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tas-sajd (2012/2522(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0055;", "Dokument 1036 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jittratta miżuri reċiproċi ta' liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, is-sostituzzjoni tal-Protokolli Nri 1, 2 u 3 u tal-annessi tagħhom u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (15975/2010 – C7-0432/2010 – 2010/0248(NLE)) - P7_TA-PROV(2012)0056;", "Dokument 1037 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja (2012/2543(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0057;", "Dokument 1038 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Parlament fuq id-19-il Sessjoni tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem (2012/2530(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0058;", "Dokument 1039 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-futur tal-GMES (2012/2509(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0062;", "Dokument 1040 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-piena tal-mewt fil-Belarus, b'mod partikolari l-każijiet ta' Dzmitry Kanavalau u Uladzislau Kavalyou (2012/2539(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0063;", "Dokument 1041 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar l-Eġittu: żviluppi reċenti (2012/2541(RSP) - P7_TA-PROV(2012)0064; u", "Dokument 1042 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-piena tal-mewt fil-Ġappun (2012/2542(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0065.", "PROĊEDURA PARLAMENTARI LI TIVVERIFIKA LI L-PROPOSTI LEĠISLATTIVI TAL-UNJONI EWROPEA MA JIKSRUX IL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ", "Il-Kumitat qabel li:-", "jiddelega lill-Grupp ta' Ħidma I l-eżami preliminari tal-proposti leġislattivi maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà; u", "it-tmien ġimgħat, li matulhom tkun tista' tintbagħat reasoned opinion lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea f'każ li jiġi indikat ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, b'mod ġenerali, jiġu utilizzati kif ġej:-", "ġimgħatejn sabiex ir-reasearh analysts jagħmlu r-rapport preliminari;", "fit-tielet ġimgħa jiltaqa' l-Grupp ta' Ħidma I biex jikkonsidra r-rapport tar-research analysts u f'każ li jiġi indikat skur jingħataw ġimgħatejn lill-espert sabiex jagħmel rapport dettaljat; u", "fl-aħħar tlett ġimgħat jiltaqa' l-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej biex jikkonsidra r-rapport tal-espert u jekk jiġi kkonfermat li hemm ksur titħejja reasoned opinion li tintbagħat lill-iSpeaker li min-naħa tiegħu jġib l-approvazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, iqiegħdha fuq il-Mejda tal-Kamra u jikkomunikaha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew.", "Il-Kumitat ra r-rapporti preliminari li saru mir-research analysts fir-rigward tal-proposti leġislattivi li ġejjin u qabel li f'dawn il-każi ma rriżultax li kien hemm ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u li l-President jirrapporta dan lill-Kamra:-", "Fis-7:50 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha tiġi komunikata aktar tard", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120320_061m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 126", "It-Tlieta, 20 ta' Marzu, 2012", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 20 ta' Marzu, 2012 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni u approvazzjoni tad-Disa' Rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali intitolat \"L-Uniformijiet tal-Iskejjel.\"", "Analiżi ta' Ittri u Kummenti li rċieva l-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali bħala rispons għall-Konsultazzjoni Pubblika.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120320_126a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 125", "It-Tlieta 13 ta' Marzu, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 125", "It-Tlieta 13 ta' Marzu, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-07:30 p.m.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Nixtieq li qabel nikkonfermaw il-Minuti tal-aħħar laqgħa, naqralkom ftit dak is-suġġeriment li konna qbilna fuqu unanimament.", "Dan is-suġġeriment kien jgħid hekk:", "\"Il-membri qablu unanimament mal-proposta li ressaq il-President tal-Kumitat, l-Onor.", "Edwin Vassallo, li fir-rapport oriġinali għandu jiżdied dan li ġej:", "\"Il-Membri tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali qed jaqblu li l-proposti li saru fir-rapport \"Lejn iktar Sigurtà u Bon Ordni f'Paceville\" b'ebda mod ma saru sabiex ikun hemm xi tip ta' diskriminazzjoni bejn il-mod kif għandu jiġi regolat Paceville u l-mod kif għandhom jiġu regolati lokalitajiet oħra\".", "Kien hemm qbil ukoll li, mar-rapport \"Lejn iktar Sigurtà u Bon Ordni f'Paceville\", jiġu mehmuża l-proposti u s-suġġerimenti kollha li ntbagħtu fil-proċess ta' konsultazzjoni.", "Il-Kumitat qabel li, għalkemm il-proposti rigward il-Gentlemen's Clubs għandhom ukoll jiġu mehmuża mar-rapport, dan ma jfissirx li l-Kumitat qed jintrabat li bilfors jaqbel ma' dak li jkun qed jiġi ssuġġerit.", "L-Onor.", "Edwin Vassallo ppropona li, meta r-rappreżentanti mill-MEPA jiġu fil-Kumitat biex jagħtu l-preżentazzjoni fuq il-White Paper dwar il-prevenzjoni, t-tnaqqis u l-kontroll tal-ħsejjes, tinħareġ Press Release biex ikunu jistgħu jattendu dawk il-persuni kollha li jixtiequ jagħtu l-kummenti tagħhom.\"", "Diskussjoni u approvazzjoni tad-Disa' Rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali intitolat \"L-Uniformijiet tal-Iskejjel\"", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 125 li saret nhar it-Tlieta, 13 ta' Marzu, 2012 ġew ikkonfermati.", "THE CHAIRMAN: It-tieni item fuq l-aġenda tagħna huwa d-\"Diskussjoni u Approvazzjoni tad-Disa' Rapport tal-Kumitat Dwar l-Affarijiet Soċjali intitolat 'L-Uniformijiet tal-Iskejjel'\".", "Se nagħmlu analiżi tal-ittri u l-kummenti li rċevejna bħala Kumitat mill-konsultazzjoni pubblika.", "Kemm infakkar biss li dan il-Kumitat kien ħass il-ħtieġa li jtella' għad-diskussjoni l-kwestjoni tal-uniformijiet tal-iskejjel, jiġifieri l-prezzijiet tal-uniformijiet u l-metodu ta' kif s'issa l-iskejjel – tal-Knisja, tal-Istat u dawk privati - kienu qegħdin jagħmlu l-għażliet tagħhom sabiex il-ġenituri jkollhom minn fejn jixtru l-uniformijiet.", "L-issue primarjament kienet inqalgħet meta l-Awtorità għall-Kompetizzjoni Ġusta kienet għamlet rapport, li sussegwentement poġġietu għall-konsultazzjoni pubblika.", "Bħala Kumitat, ħassejna l-ħtieġa li dan ir-rapport kien qed jittratta issue li għandha element soċjali għaliex kien qiegħed jolqot mill-qrib ħafna l-income ta' numru ta' ġenituri.", "Illum nara li kienet deċiżjoni tajba li dan il-Kumitat jagħti s-sehem tiegħu f'din id-diskussjoni.", "Id-diskussjoni saret mill-element ta' diskussjoni teknika mal-awtorità konċernata.", "U bħalma rringrazzjajt lill-Awtorità għax-xogħol li għamlet, nixtieq illum nirringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem f'din l-issue, fosthom dawk minn naħa tad-Diviżjoni tal-Kummerċ u mill-Ministeru tal-Edukazzjoni.", "Rigward il-proposti li ressaq dan il-Kumitat, naħseb li wieħed għandu jkompli jħares lejhom biex imbagħad inkomplu niżviluppawhom.", "Naturalment, dawn m'għandhomx ikunu l-aħħar konklużjonijiet, imma għandhom ikunu punt ta' tluq minn fejn nistgħu nkomplu ntejbu s-sitwazzjoni preżenti.", "Bħala Kumitat qbilna li, kif għamilna wkoll f'rapport li għadna kemm approvajna uffiċjalment, u ċioè ir-Rapport \"Lejn Iktar Sigurtà u Bon Ordni f'Paceville\", liema rapport konna ħriġnih ukoll għall-konsultazzjoni pubblika, nagħmlu l-istess eżerċizzju llum.", "U allura qabel ma napprovaw dan ir-rapport – li rajnih u ddiskutejnih bħala membri ta' dan il-Kumitat – naħseb li jkun aħjar li dan ir-rapport nerġgħu noħorġuh għall-konsultazzjoni pubblika, ħalli kemm il-users kif ukoll entitajiet oħra jkunu jistgħu jħarsu lejh.", "L-intenzjoni tagħna hi li permezz ta' dan ir-rapport inkunu qegħdin nitkellmu f'isem il-ġenituri, f'isem is-suppliers tal-uniformijiet, f'isem l-iskejjel u f'isem min hu responsabbli mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni.", "Aħna rridu naraw li jkollna suq ġust, suq kompetittiv, suq mifrux u suq ħieles.", "Irridu li dan is-suq ikun kapaċi jopera bir-regolamentazzjoni ta' suq miftuħ, u allura rridu naraw li jkollu l-aħjar kondizzjonijiet possibbli sabiex il-prezzijiet jiġu identifikati mill-istess suq, u allura b'għażla aktar wiesgħa għall-ġenituri, li għandu jkollhom l-aktar għażla wiesgħa minn fejn jixtru l-prodott li jridu.", "Il-prezz m'għandux jiġi definit mis-supplier jew mill-iskola, imma għandu jiġi definit mis-suq, b'kondizzjonijiet li s-suq ikun jista' jopera, u b'kondizzjonijiet li min qiegħed jissupplixxi l-uniformijiet ikollu ċertu serħan il-moħħ li dik l-uniformi li qed jissupplixxi mhux se tinbidel għada pitgħada hekk kif tinbidel il-head mistress jew il-head master ta' dik l-iskola partikolari.", "U proprju dan ir-rapport qiegħed joħloq dan it-tip ta' kondizzjonijiet.", "Bejn wieħed u ieħor, in-naħa tal-Ministeru tal-Edukazzjoni diġa' esprimew pubblikament l-opinjoni tagħhom li huma qegħdin jaqblu ma' dan ir-rapport, u allura żgur li dak huwa pass 'il quddiem.", "Imma issa dawk kollha li lilna bagħtulna bil-miktub il-preżentazzjoni jew il-kummenti tagħhom, aħna ridna nagħtuhom l-opportunità sabiex ikunu preżenti hawnhekk, u viva voce jgħidulna l-ħsibijiet tagħhom.", "Jien qed nipproponi lil sħabi li, hekk kif għamilna fir-rapport l-ieħor li kellu x'jaqsam ma' Paceville, nagħmlu llum l-istess proċedura, u allura dan ir-rapport jiġi approvat kif inhu, imma miegħu nehmżu wkoll il-korrispondenza li bgħattulna.", "Għandna għażla ta' korrispondenza tajba ħafna minn uħud minnkom li qegħdin hawnhekk, u minn oħrajn li mhumiex preżenti llum.", "U allura qed ngħid li din il-korrispondenza, mingħajr l-ebda ċensura imma b'fedeltà kbira, tiġi mehmuża ma' dan ir-rapport, biex meta npoġġuh fuq il-Mejda tal-Kamra, dan id-dokument isir wieħed pubbliku flimkien mal-ittri tagħkom.", "Nerġa' ngħid li aħna m'għandniex poteri eżekuttivi, jiġifieri m'aħniex se nieħdu deċiżjonijiet li jorbtu lid-Dipartiment jew lil xi ħadd tal-iskejjel dwar kif għandu jagħmel il-proċeduri tiegħu rigward l-għażliet tal-uniformijiet.", "Aħna qegħdin nixprunaw – wara konsultazzjoni pubblika - dokument li għandu jkompli jgħin lil dawk kollha konċernati li, meta jiġu biex jaslu għall-aħjar proċedura li permezz tagħha jintagħżlu l-uniformijiet u s-suppliers tal-uniformijiet, ikollhom dan id-dokument bħala linja gwida.", "Hemm il-proposti tagħna u jista' ikun hemm ukoll l-ilmenti tas-suppliers; u allura b'hekk ikollna informazzjoni aktar mifruxa.", "Żgur li dejjem aħjar milli kellna s'issa, għax s'issa ħlief id-dokument tal-Awtorità, li hija responsabbli mill-interessi tal-konsumatur, ma kellniex.", "U allura wieħed għandu jqis dan id-dokument, flimkien mad-dokument tal-Awtorità, bħala żewġ dokumenti importanti li għandhom joffru direzzjoni.", "Qed ngħid hekk sabiex intom tkunu tafu l-proċess kollu li ħadna sabiex wasalna għal din il-ġurnata konklussiva tal-lum, fejn qed nittamaw li f'għeluq din il-laqgħa jkollna l-approvazzjoni ta' dan id-dokument.", "L-ewwel se nagħti l-kelma lil min bagħtilna r-rappreżentazzjonijiet tiegħu, imma nista' ngħidilkom li kulħadd se jkollu ċans jitkellem.", "Nifhem li hawn tliet entitajiet magħna llejla, kif ukoll għandna uffiċjali mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u uffiċjali għolja mill-Awtorità tal-Konsumatur.", "Nixtieq infakkarkom li din il-laqgħa qiegħda tiġi trażmessa live, jiġifieri kull kelma li tgħidu tridu tkunu responsabbli għaliha, għax ladarba tkunu għedtuha m'hemmx ċans li terġgħu treġġgħuha lura.", "Naturalment din mhijiex xi sitwazzjoni tal-biża', imma kemm ngħidilkom biex tkunu responsabbli għal dak li se tgħidu.", "Aħna nixtiequ nkunu nafu minn għandkom ir-reazzjoni tagħkom rigward dak li ktibtu lilna.", "Nixtiequ li tispjegawlna x'tixtiequ tgħidulna u mbagħad, jekk sħabi l-Membri Parlamentari jkollhom xi mistoqsijiet x'jagħmlulkom, ikollhom iċ-ċans li jagħmlulkom il-mistoqsijiet li jridu.", "Hawnhekk għandkom l-aħjar nies ma' min tistgħu titkellmu.", "Fil-fatt, magħna hawn nies responsabbli mid-Direttorat tal-Edukazzjoni, nies responsabbli mill-Awtorità tal-Konsumatur, kif ukoll il-Membri Parlamentari li jifformaw parti minn dan il-Kumitat.", "IS-SUR CEDRIC MIFSUD (Avukat ta' Jon David Ltd): Jiena l-avukat ta' din il-kumpanija, u qiegħed nassistihom hawnhekk mhux biex niġġieldu, imma għaliex kont qed insegwi dan il-proċess magħhom.", "Ma sarux sottomissjonijiet bil-miktub, imma kienu qed isegwu l-proċess, u għandhom xi kummenti x'jagħmlu minħabba l-fatt li huma entità li tefgħu t-tender tagħhom għall-uniformijiet tal-iskejjel tal-gvern.", "Qegħdin jieħdu interess f'dan il-proċess għax, bħala kumpanija, kienu pjuttost urtati bil-mod ta' kif ġie mmexxi dan il-proċess minħabba l-fatt li huma tefgħu t-tender tagħhom ma' kumpaniji oħra, u waħda mill-kondizzjonijiet li kellhom kienet dik li l-kumpanija kellha tissottometti - if it was demanded - l-lab dips tal-uniformijiet.", "Il-lab dips huma s-samples tal-uniformijiet.", "Dawn il-lab dips, meta kienu rikjesti mid-Dipartiment, kellhom jiġu sottomessi fi żmien tlett ijiem.", "Ovvjament, biex wieħed iġib il-lab dips irid jagħmel investiment ta' eluf ta' ewro biex iġibhom minn barra, u dak li jkun ma jistax iġibhom fi tlett ijiem.", "Jon David Ltd. ma ġabuhomx minħabba l-fatt li dan seta' jkun rikjest mid-Dipartiment.", "Issa l-konsegwenza kienet li ta' Jon David Ltd. kienu qed jagħtu l-orħos prezzijiet, u l-orħos mhux bil-ftit, imma b'madwar 30%.", "U minħabba li ma ġiex estiż iż-żmien biex huma jissottomettu dawn il-lab dips, il-konsumatur qed ikollu jħallas prezzijiet ogħla fil-fehma umli tagħna.", "Għaldaqstant, naqblu mas-suġġerimenti li qegħdin isiru għax jekk is-suq ma jkunx ristrett għal supplier wieħed, imma jkun miftuħ u mifrux, se jkun hemm iżjed kompetizzjoni u l-konsumatur igawdi aktar.", "F'suq aktar kompetittiv igawdi kulħadd, kemm il-konsumatur kif ukoll is-suppliers, għax is-suppliers ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-suq.", "Għalhekk, Jon David Ltd. hija interessata ħafna f'dan il-proċess, għax trid li tinbidel is-sitwazzjoni u mhux tibqa' ristretta, għax meta tkun ristretta kulħadd ibati.", "Aħna ma rridux inkunu ristretti u ngħidu li jimportana biss mis-suppliers, imma jekk igawdu s-suppliers u jkun hemm aktar kompetizzjoni, igawdi l-konsumatur.", "U li s-sottomissjonijiet tal-lab dips tkun ristretta li trid tintbagħat fi żmien tlett ijiem, meta trid tonfoq madwar €3,000, u l-fatt li dawn iridu jiġu miċ-Ċina, ma tantx hija realistika.", "Allura qegħdin insegwu biex naraw li jkun hemm l-aħjar proċess possibbli.", "Grazzi.", "IS-SINJURA FILOMENA ATTARD (Sid ta' ħanut tal-ħwejjeġ f'Għawdex): Jiena sirt naf b'din il-laqgħa permezz tal-gazzetta lokali \"The Times\" u bgħatt il-kummenti tiegħi wkoll.", "Nibda biex ngħid li jien minn dejjem kont inbiegħ l-uniformijiet, iżda minn meta ġie one supplier ma bqajt inbiegħ xejn aktar, għax ma ħadtx aktar uniformijiet.", "Bħalissa qiegħda nirċievi ħafna lmenti mill-klijenti tiegħi minħabba li dawn qegħdin jixtru l-uniformi bi prezz għoli, u jien nitħassarhom għax forsi, permezz ta' fabbrika u permezz tal-kompetizzjoni, inkun nista' inbigħ l-uniformi bi prezz orħos milli meta tkun qed tinbiegħ minn supplier wieħed.", "Naqbel ħafna miegħek u nissuġġerixxi li nimxu 'l quddiem.", "IS-SUR MANWEL MICALLEF (Direttur ta' Terry's Fabrics Co Ltd f'Għawdex): Jiena għandi ħanut f'Għawdex, u għandi parti minn fabbrika f'Malta.", "Nixtieq li l-uniformijiet jiġu liberati ħalli b'hekk igawdi l-konsumatur.", "Jiena tfajt l-expression of interest ta' Għawdex, u din saret fil-ħin, filwaqt li ta' min ħa t-tender waslet wara.", "Tiegħi kienet ukoll orħos, u b'hekk nemmen li l-konsumatur seta' jgawdi.", "Naħseb li la l-ġenituri qegħdin iħallsu għaliha, l-uniformi għandha tkun miftuħa għal kulħadd.", "Min hu kapaċi jġib dak id-drapp b'dawk l-ispecifications, għandu jkun jista' jforni l-uniformi.", "B'hekk il-konsumatur ikollu iżjed għażla minn fejn imur jixtri.", "U l-ħinijiet għandhom ikunu normali, u mhux għax it-tender ikun ħadu xi ħadd, dan jiddeċiedi hu meta jiftaħ u meta ma jiftaħx, biex imbagħad meta l-ġenituri jmorru jixtru l-uniformi, ma jsibuhx miftuħ.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Jiena nixtieq infakkar ftit x'kienu s-suġġerimenti li għandna f'paġna 9 ta' dan ir-rapport.", "Se nsemmihom, għax jekk hawn xi ħadd minnkom li jaħseb li dawn nistgħu nemendawhom biex ikunu aħjar, ikun jista' jgħidilna biex kulħadd ikollu idea ċara fuq xiex qegħdin nitkellmu.", "Mela s-suġġerimenti tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, ir-Raba' Kapitlu, paġna 9, jgħidu hekk:", "\"Il-membri tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali semgħu u xtarru s-suġġerimenti kollha li tressqu matul dawn il-laqgħat.", "Wara diskussjoni intensiva fuq is-suġġett tal-uniformijiet, il-Membri tal-istess Kumitat qed jipproponu s-suġġerimenti li ġejjin:", "L-iskejjel kollha għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex iżommu l-uniformi sempliċi u ġenerika kemm jista' ikun, inkluż fl-għażla tal-kuluri u fil-mudell tal-ħjata;", "Għandu jkun hemm proċedura li tiggarantixxi li l-uniformi ma tinbidilx qabel ma jgħaddu mill-inqas għaxar snin.", "Il-fatt li l-uniformi ma tinbidilx ta' spiss iħajjar iktar bejjiegħa jidħlu fis-suq tal-uniformijiet;", "Għandha tiġi maħruġa expression of interest sabiex jiġi determinat min se jidħol f'kuntratt biex jipprovdi l-uniformijiet;", "L-iskejjel m'għandhomx jiddeċiedu huma stess x'se jkun il-prezz tal-uniformi.", "Il-prezz għandu jiġi pprovdut mill-bejjiegħ wara li jkun rebaħ il-kuntratt bl-orħos prezz u l-kwalità miftiehma;", "Kwalunkwe kuntratt li jiffirmaw il-bejjiegħa u l-iskejjel m'għandux ikun wieħed esklussiv.", "Il-kuntratt għandu jiġi ffirmat biex jiggarantixxi li se jkun hemm provvista ta' uniformijiet, u mhux biex il-bejjiegħ ikollu l-esklussività fuq il-provvista tal-uniformijiet;", "Irridu nħajru aktar bejjiegħa jidħlu fis-suq tal-uniformijiet sabiex ninċentivaw ir-roħs fil-prezzijiet;", "L-iskejjel għandhom joħorġu stqarrija fejn jagħtu dettalji dwar l-uniformi, jinformaw lill-ġenituri dwar min rebaħ il-kuntratt għall-uniformijiet, u jagħtu ċans li l-ġenituri jixtru l-uniformi mingħand bejjiegħa oħrajn.", "Il-kwalità ta' uniformijiet mixtrija mingħand bejjiegħa oħrajn tkun ir-responsabilità tal-ġenituri u ta' min qed ibiegħhom;", "- Jiġifieri l-iskejjel m'għandhomx għaliex jidħlu biex jagħmlu tajjeb għall-kwalità ladarba hemm id-dritt tal-għażla tal-ġenituri minn fejn jixtru -", "Filwaqt li nisħqu li l-uniformi għandha tinżamm sempliċi kemm jista' ikun, insostnu wkoll li waħda mis-soluzzjonijiet reali hija li l-uniformi tinżamm l-istess għal perijodu twil ta' żmien.", "B'hekk nistgħu nħajru iktar bejjiegħa jordnaw uniformijiet skont id-disinn u l-kulur indikat mill-iskejjel, għaliex ikollhom garanzija li dawk l-uniformijiet jistgħu jinbiegħu tul numru ta' snin, u mhumiex se jibqgħu bla bejgħ għaliex l-iskola tiddeċiedi li taqbad tbiddel l-uniformi;", "Ikun xieraq li l-Ministeru responsabbli għall-Edukazzjoni, kif ukoll l-iskejjel indipendenti u dawk tal-Knisja jagħtu garanzija li l-uniformijiet tagħhom ma jinbidlux qabel perijodu minimu ta' għaxar snin;", "Kwalunkwe rakkomandazzjoni li tinħareġ mill-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni għandha torbot lill-iskejjel tal-Istat, l-iskejjel indipendenti u dawk tal-Knisja.\"", "Qabel ma nagħti l-kelma lil sħabi membri ta' dan il-Kumitat sabiex jagħmlu l-kummenti tagħhom, nixtieq nistaqsikom jekk hemmx xi ħaġa li tridu żżidu ma' dak li għedt.", "Jiena qrajtilkom dawn is-suġġerimenti biex ikunu magħrufa.", "Wara l-kummenti tagħkom, jista' jkun hawn il-kummenti min-naħa tal-uffiċjali tad-dipartimenti konċernati, filwaqt li l-membri ta' dan il-Kumitat jistgħu jagħmlulkom ukoll xi mistoqsijiet.", "IS-SUR JOE FARRUGIA (Jon David Co. Ltd.): Għadni kif smajt - għax ma kellix dan ir-rapport f'idejja - li se jerġa' ikun hemm expression of interest biex jingħażel kuntrattur, u mbagħad qed ngħidu li kulħadd se jkun liberu biex jixtri minn fejn irid u mingħand min irid.", "Għaliex għandu jkun hemm l-expression of interest?", "Biex norbtu kuntrattur wieħed biex iforni l-uniformijiet ta' Malta kollha?", "Jew il-ġenituri se jkunu liberi jixtru minn fejn iridu?", "Il-problema hi li hawnhekk għandna madwar 12-il skola differenti li kollha għandhom il-primarja u s-sekondarja tagħhom b'uniformijiet differenti.", "Hemm 'il fuq minn 200 kulur ta' drapp differenti.", "Jiġifieri kull skola għandha żewġ tipi ta' uniformijiet; iż-żgħar għandhom kulur mod, il-kbar għandhom kulur mod ieħor, fis-sajf għandhom kulur ieħor.", "Anke rigward il-prezz, is-supplier ma jistax iġib lott u jkun kompetittiv fil-prezz li bih se jgawdu l-ġenituri, għax hawnhekk aħna limitati, jiġifieri m'għandniex xi miljun student.", "U allura rridu nħarsu kollox fl-ambitu ta' pajjiżna.", "Jekk se toħroġ expression of interest se nerġgħu norbtu kuntrattur wieħed, dak li jitfa' l-orħos offerta?", "IS-SUR STEPHEN CACHIA (Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Margerita): Se nwieġeb fuq kollox.", "L-ewwel nett ma naħsibx li huwa l-lok li niddiskutu l-kwestjoni tas-Sur Farrugia minn Jon David Ltd. dwar kif intgħażel jew ma ntagħżilx.", "Bħala uffiċjali pubbliċi aħna konna marbutin li noqogħdu ma' kif ħarġet l-expression of interest, u min ikun technically compliant u administratively compliant jgħaddi għall-proċess li jmiss.", "Fil-każ tas-Sur Farrugia u Jon David Ltd., minħabba l-kwestjoni tal-lab dips li kienet imsemmija fl-expression of interest fil-bidu nett meta ħarġet, u allura kull min tefa' l-applikazzjoni tiegħu għall-expression of interest kien jaf b'dawn il-kondizzjonijiet - inkluż is-suppliers l-oħrajn – fosthom il-kondizzjoni li kellhom tlett ijiem minn mindu jingħataw avviż sabiex jagħtu l-lab dips tagħhom.", "Is-Sur Farrugia ngħata dan l-avviż, imma ma pprovdiex il-lab dips.", "U allura aħna konna marbutin bir-regolamenti tas-Servizz Pubbliku li l-offerta tiegħu taqa'.", "Kien għalhekk li ġara dak li ġara.", "Dan qed ngħidu biex niċċara dak il-punt.", "Rigward il-kwestjoni tal-expression of interest u l-punti kollha li ssemmew fir-rapport, nixtieq ngħid li aħna qegħdin naqblu mal-punti kollha li ssemmew fl-istqarrija tal-Ministeru tal-Edukazzjoni.", "Żgur li hemm qbil min-naħa tal-kulleġġi li l-uniformi ma tinbidilx.", "Apparti minn hekk, irrid ngħid ukoll li m'hemmx 200 uniformi, imma hemm għaxar uniformijiet ta' għaxar kulleġġi u dawn huma l-istess għall-primarja u għas-sekondarja, ħlief għal xi items partikolari minħabba l-età tat-tfal, bħal pereżempju, il-blazer fis-sekondarja u l-ġakketta fil-primarja.", "Kif għedt, ħafna mill-items huma l-istess, u allura t-tfal jistgħu jirtuhom u jibqgħu jużawhom anke meta jitilgħu fis-sekondarja.", "Fl-iskejjel tal-Istat, hemm għaxar uniformijiet u aħna qed ngħidu li dawn id-disinji m'għandhomx jinbidlu.", "Jiġifieri filwaqt li hemm l-expression of interest li diġa' nħareġ u ngħata u mhux se jerġa' joħroġ, aħna qed naqblu li kulmin jixtieq li jipproduċi l-uniformi u jbigħha, aħna m'għandna xejn kontra.", "U din hija s-sens ta' kompetizzjoni bejn is-suppliers.", "Imma aħna rridu li jkollna assigurazzjoni li xi ħadd jipprovdi verament din l-uniformi, u għalhekk kien hemm bżonn li jkollna expression of interest, u mhux inħallu biss f'idejn is-suq, għax jista' ikun li mbagħad ħadd ma jipproduċih.", "L-expression of interest qed tissalvagwarda dan, imma nerġa' ngħid li aħna m'aħniex kontra li jkun hemm ħaddieħor - jekk irid jipproduċiha – li jipproduċi l-uniformi u jbigħha.", "L-istess fuq il-prezzijiet: irrid ngħid li dawn bl-ebda mod ma saru mill-iskejjel, imma saru permezz ta' din l-expression of interest.", "Fil-fatt, b'dan il-mod il-prezzijiet tal-iskejjel tal-Istat reġgħu kienu l-orħos fost l-uniformijiet kollha tal-iskejjel tas-setturi differenti f'Malta, u kienu orħos proprju minħabba din l-expression of interest.", "Rigward l-esklussività, naqblu li m'għandux ikun hemm l-esklussività, imma nerġa' ntenni l-importanza tal-expression of interest minħabba l-fatt li għandna bżonn li jkollna assigurazzjoni li l-uniformi tkun prodotta fil-bidu tas-sena skolastika.", "U dik hija r-reazzjoni inizjali minn naħa tagħna.", "THE CHAIRMAN: Ħalli niċċara punt importanti: meta qed ngħidu li l-iskejjel għandhom jagħmlu a call for special interest, ifisser li dan mhuwiex tender u allura m'hemmx esklussività fih.", "Min se jirbaħ l-expression of interest, l-iskejjel jkunu jistgħu jgħidu li 'Mr \"X\" se jkun is-supplier uffiċjali tagħna'.", "Jekk il-ġenituri jridu jmorru jixtru l-uniformi mingħand is-supplier uffiċjali, jafu li m'għandhomx problemi għax jafu li dak huwa s-supplier uffiċjali.", "Aħna m'aħniex neskludu li jkun hemm il-probabilità ta' parallel trading -jekk nista' insejħilha hekk - għal min qiegħed fis-suq.", "Parallel trading ifisser li jekk min hu s-supplier uffiċjali qed jipproduċi dan il-blazer, però m'hemm l-ebda restrizzjoni, jiġifieri ħadd mhu qed iżomm lilkom milli tidħlu f'dak is-suq, u minkejja li ma rbaħtux il-call for special interest, tissupplixxu xorta waħda dik l-uniformi li ma rbaħtux il-call for special interest għaliha.", "Jiġifieri, ladarba tkunu tfajtu l-interess tagħkom u għamiltu r-riċerka tagħkom sabiex issibu l-metodu tagħkom minn fejn se ġġibu d-drapp, il-materjal, eċċ., intom xorta waħda tkunu tistgħu tissupplixxu dik l-uniformi.", "B'dan il-mod, naħsbu li nkunu qegħdin noħolqu l-aħjar tibdil possibbli biex, jekk fil-passat kien hemm sitwazzjoni ta' esklussività, dik l-esklussività inżarmawha, għax iżjed ma nżarmaw l-esklussività, iktar se jkun hemm kompetizzjoni ġusta, u allura aktar ikun hemm għażla aħjar.", "B'dan ukoll qegħdin inneħħu minn fuq spallejn l-edukaturi tagħna li jridu joqogħdu jiċċekkjaw il-kwalità ta' dak li qed jinxtara, jew ta' dak li qed jiġi supplied.", "Il-kwalità ta' dak li qed jiġi supplied u ta' dak li qed jiġi mixtri hija f'idejn il-konsumatur.", "U allura l-head master ma jistax imur xi ħadd fuqu u jgħidlu li din l-uniformi li pprovdejtli mhijiex ta' kwalità tajba, għax wara erba' dawriet fil-washing machine tqattgħetli.", "Jiġifieri b'dan il-mod qegħdin infarfru minn fuq spallejn l-edukaturi r-responsabilità li sal-bieraħ kienet fuqhom.", "Qabel, dak li jkun seta' imur jagħmel l-ilment tiegħu għand l-edukatur.", "Qegħdin noħolqu sitwazzjoni oħra fejn irridu nieqfu naraw il-bejgħ tal-uniformijiet mill-iskejjel tal-Istat.", "Jekk tħossu li jien qed niżbalja x'imkien, ikkorreġuni mill-ewwel peress li hawnhekk għandna uffiċjali għolja mid-Direttorat u mill-Ministeru.", "Qegħdin inwaqqfu l-proċedura fejn jiġik xi head master u jitolbok biex jara l-label tal-uniformi biex jara jekk hijiex tas-supplier uffiċjali, u jekk din ma tkunx tas-supplier uffiċjali jgħidlek li mhux se jaċċettak.", "Sakemm l-uniformi tkun konformi mal-colour code jew mad-disinn rikjest mill-iskola, tista' tixtri l-uniformi minn fejn trid, għax l-iskola ma tistax tgħidlek li l-uniformi mhijiex tajba.", "Dawn huma l-kondizzjonijiet li qed noħolqu.", "Qed nipprovaw naħsbu kif se jinħolqu l-aħjar kondizzjonijiet, biex anke l-ħwienet fl-ibliet u fl-irħula tagħna jkun jista' ikollhom l-uniformijiet li jaħsbu li jistgħu jissupplixxu, u allura qegħdin naraw li qed jinfetaħ is-suq li qabel kien wieħed esklussiv.", "Il-proposta tibqa' xorta tagħmel sens, u jiena sodisfatt li almenu l-uffiċjali mid-Direttorat responsabbli mill-kulleġġi qegħdin jilqgħu dawn il-proposti, u allura nifhem li huma proposti tajbin.", "Irrid ngħid li kemm jista' ikun, meta tiġi maħsuba uniformi, ejjew immorru għall-aktar disinn ġeneriku u kemm jista' ikun sempliċi, għax aktar ma jkollok sempliċità aktar hemm ċans li t-traders ikunu jistgħu jakkwistaw il-kuluri, il-materjal, eċċ., u aktar ma jkollna sempliċità fl-aħħar mill-aħħar aktar se jgawdu l-ġenituri li jkunu se jixtru l-uniformijiet.", "Naħseb li dan huwa l-punt fejn irridu naslu, imma s-suq huwa xi ħaġa ħajja, u dan ma tirregolahx bil-liġijiet.", "Allura, minn żmien għal żmien, din is-sitwazzjoni kollha wieħed irid iżomm għajnejh miftuħin fuqha u jara d-difetti li jista' ikun fihom dawn il-proposti.", "Nifhem li se jkun hemm difetti fihom, għalkemm għalissa, mal-ewwel daqqa t'għajn, jidhru tajbin.", "Imma minn hawn u tliet snin oħra nkunu nafu x'inhuma d-difetti fihom dawn il-proposti.", "Ikolli nistqarr li difett wieħed li qed nara f'dawn il-proposti – u dawn ma nistgħux naħarbu minnhom - hu li ladarba qegħdin inneħħu l-esklussività, nistgħu niġu f'sitwazzjoni remota ħafna li ma jkunx hawn supplier li jforni l-uniformijiet.", "Madankollu nemmen li s-suq mhux se jippermetti li tinħoloq din is-sitwazzjoni teknika.", "Fl-aħħar mill-aħħar, dejjem se jkun hawn xi ħadd li kapaċi jieħu r-riskju u jissupplixxi l-uniformijiet, imma ż-żmien jagħtina parir.", "Jiġifieri meta għandek l-esklussività se ssib li xi ħadd se jieħu l-istand u jipprovdi l-uniformi, filwaqt li, meta se tneħħi l-esklussività, żvantaġġ li jista' jinħoloq fis-suq hu li jkollok ċirkostanza fejn ma jkollok l-ebda supplier.", "Teknikament din hija realtà, imma nawgura li ma tinħoloqx, u naħseb li bil-kompetizzjoni li jkun hawn fis-suq intom se tkunu lesti li tipprovdu din l-uniformi.", "It-tieni probabilità li nista' nara – nispera li din ma tinħoloqx, imma għalhekk hawn l-Awtorità tal-Kompetizzjoni Ġusta – hi li jkollna numru ta' suppliers li jiftiehmu bejniethom biex jaqsmu s-suq ristrett, u b'hekk jinħoloq cartel jew xi forma ta' ftehim ieħor.", "F'sitwazzjonijiet oħra ġara li numru ta' suppliers għal servizz totalment differenti mill-uniformijiet donnu li kien intlaħaq tali ftehim, imma wieħed għad irid jara l-imġieba ta' dawk kollha involuti f'dan is-suq.", "U għalhekk nifhem li l-Gvern ħoloq din l-Awtorità, u li maż-żmien se jkompli jsaħħaħha ħalli naraw li n-numru ta' suppliers, ikun xi jkun is-servizz li joffru, qatt ma jiftiehmu bejniethom fuq kif se jaqsmu s-suq, għax inkella terġa' tiġi esklussività moħbija.", "DR SYLVANN AQUILINA ZAHRA (Direttur Ġenerali fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta): Nixtieq nirringrazzja lil dan il-Kumitat talli tana dan iċ-ċans li nipparteċipaw fid-diskussjonijiet tagħkom.", "Min-naħa tagħna, rajna r-rapport li ħejja dan il-Kumitat u naqblu mas-suġġerimenti: sibna li jirriflettu ħafna s-sejbiet, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li għamel l-Uffiċċju fir-rapport preliminari tiegħu.", "Wara r-rapport preliminari tagħna li ħareġ f'Settembru, komplejna d-diskussjonijiet ma' kull min kien involut fi proċess ta' konsultazzjoni, fejn tkellimna ma' ġenituri, ma' skejjel tal-Istat, indipendenti u tal-Knisja, kif ukoll mas-suppliers tal-uniformijiet, u ħadna in konsiderazzjoni l-kummenti kollha tagħhom.", "Fil-fatt, fil-ġranet li ġejjin se noħorġu r-rapport finali tagħna li se jieħu inkonsiderazzjoni din il-kritika kostruttiva u osservazzjonijiet li saru lilna.", "Ovvjament, qed nieħu inkonsiderazzjoni dawn ir-rakkomandazzjonijiet li għamel dan il-Kumitat.", "Nittama li noħorġu b'rakkomandazzjonijiet finali li jkunu jistgħu jagħtu gwida fuq xiex jistgħu jimxu l-iskejjel.", "Il-problemi li semmejt inti, Sur President, huma prinċipalment tnejn: l-ewwel waħda hija s-sigurezza tas-supplier, li hija problema li jqajjmuha l-iskejjel kollha għax hija xi ħaġa li tinkwetahom.", "Aħna minn naħa tagħna, bħala Awtorità, nixtiequ niggarantixxu li l-proċess ta' kompetizzjoni narawha bħala realtà.", "Nifhmu l-concern li għandhom l-iskejjel li jixtiequ jaraw it-tfal tagħhom bl-uniformi mill-ewwel ġurnata tal-iskola, li l-istudenti jkunu bl-uniformi kompluta u li kollha jkunu pariġġ.", "Naħseb li rridu nsibu bilanċ bejn dawn iż-żewġ interessi.", "Aħna bħala Uffiċċju ma nidħlux fil-mertu ta' jekk għandux ikun hemm uniformi jew le.", "Imma m'għandna xejn kontra l-idea li jkun hemm l-uniformi, għax nafu li din hija tradizzjoni f'Malta, u jekk l-iskejjel jixtiequ hekk, aħna nsibulhom rakkomandazzjonijiet li jippreservaw dak li jixtiequ huma,għalkemm irridu nibbilanċjaw dan mal-interessi tas-suq.", "Aħna fiduċjużi wkoll li bir-rakkomandazzjonijiet li se nagħmlu, dawk il-problemi li qed jaraw l-iskejjel – li waħda minnhom hija l-guarantee of supply – jirnexxielna negħlbuhom billi s-suq isir wieħed miftuħ.", "L-intenzjoni tagħna hi li aktar ikun hemm retailers u suppliers jaħdmu f'dan is-suq, għax b'dan il-mod jibbenefika l-konsumatur.", "Anke l-iskejjel mhux se jibqgħu aktar dipendenti fuq supplier wieħed, u jekk dak is-supplier ma jasalx biex iwettaq l-obbligi tiegħu taħt il-kuntratt, issa se jkun hemm suppliers oħra li jistgħu jipprovdu dak l-item li l-ewwel supplier forsi ma kienx kapaċi jasal biex jissupplixxi.", "Il-problema l-oħra li semmejt inti kienet dik tal-cartels.", "Jista' ukoll ikollok bid rigging li huwa forma ta' cartel.", "Dak huwa l-oneru ta' dan l-Uffiċċju, li jiskopri dawk il-cartels; u huwa wkoll l-oneru tal-iskejjel li jkunu qed joffru dak it-tender, jew li nkella jistgħu ma jkunux qed jagħmlu proċess ta' tendering jew expression of interest, imma jkunu qed jagħmlu l-uniformi tagħhom disponibblifuq is-suq għal kull min hu interessat li jipprovdiha, li jaraw li s-suppliers ma jkunux qegħdin jiftiehmu bejniethom.", "Ġeneralment, is-suppliers ma jkunux qed jiftiehmu għalxejn, imma jiftiehmu biex jiffissaw il-prezzijiet jew biex jaqsmu s-suq bejniethom, u allura jkollok l-element negattiv fuq il-konsumatur, li jirriżulta li l-prezzijiet ikunu aktar għoljin jew inkella l-kwalità ta' dak il-prodott tispiċċa tbati wkoll.", "L-Uffiċċju se jibqa' jagħmel il-monitoring ta' dawn l-affarijiet u, wara li joħroġ dan ir-rapport bir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, jittama li jkun hemm kollaborazzjoni minn kulħadd, speċjalment mill-iskejjel u mis-suppliers.", "Fil-fatt, jiena ninsab konvinta li hekk se jiġri, għax anke mid-diskussjonijiet tagħna rajna li kien hemm ħafna good will mill-iskejjel u mis-suppliers li kellmuna.", "Imma nerġa' ngħid li se nibqgħu nagħmlu l-monitoring ta' dan is-suq biex naraw li ma jkunx hemm prattiċi restrittivi li qed isiru bejn is-suppliers.", "Nirringrazzjak.", "IS-SINJURA FILOMENA ATTARD: Sur President, meta l-iskola tgħid li Mr \"X\" għandu l-uniformijiet, il-ġenituri se jmorru hemmhekk.", "U allura min għandu huwa wkoll l-uniformijiet jispiċċa ma jbiegħx l-uniformijiet li jkollu, għax il-ġenituri jmorru għand Mr \"X\".", "U jkollhom ċerta responsabilità li jgħidu li l-uniformi li qed tbiegħ inti mhijiex bħal ta' Mr \"X\", imma hija differenti, meta fir-realtà tkun l-istess.", "THE CHAIRMAN: Jekk ma nirrispettawx il-proċess kollu, se nispiċċaw f'sitwazzjoni li l-proċess jitkisser u mbagħad inkunu kissirna s-suq.", "Kif għadu kemm smajna, l-akbar problema għall-edukaturi hija biex il-ġenituri jsibu jixtru l-uniformijiet għat-tfal tagħhom, li bilfors iridu joħorġu a call for special interest, u li mbagħad jiġi magħżul min se jkun l-official supplier.", "Jiena ma ddejjaqni xejn li l-kulleġġ jgħid li Mr \"X\" se jkun l-official supplier tagħna għax, jekk tneħħilu dak it-timbru – issa tistgħu tkunu intom – se tneħħi l-interess għaliex wieħed għandu jkollu l-call for special interest.", "U jekk jiġri dan, inġibu fi problema lill-iskejjel, għax tasal l-ewwel ġurnata tal-iskola u ħadd ma jkun għadu jaf min se jieħu l-intrigu li jistokkja dik l-uniformi u jpoġġiha għall-bejgħ.", "Almenu hekk qegħdin niggarantixxu li - sakemm insibu xi ħaġa ħażina f'din is-sitwazzjoni wkoll - fl-1 ta' Ottubru għandna entità waħda kummerċjali li qed tpoġġi fis-suq dik l-uniformi mingħajr esklussività.", "Issa inti minn Għawdex, m'għandek xejn xi jżommok milli tissupplixxi – tkun taf x'uniformi għandu l-Kulleġġ San Benedittu – lill-Malta bl-uniformi tal-Kulleġġ San Benedittu.", "Issa mbagħad, sta għalik li tirreklama l-uniformi tal-Kulleġġ San Benedittu u li, jekk trid, tbiegħha wkoll €4 inqas.", "Imbagħad min irid jixtriha minn Għawdex jiġi jixtriha minn Għawdex.", "Nafu li jeżistu sitwazzjonijiet fejn Maltin imorru jixtru minn Għawdex ċerti affarijiet peress li minn hemmhekk isibuhom orħos, u mbagħad għandek Għawdxin li jiġu jixtru ċerti affarijiet minn Malta għax isibuhom orħos.", "Jiġifieri hawnhekk se jinfetaħ is-suq għall-komplikazzjonijiet kollha tas-suq.", "Nerġa' ngħid li issa sta għall-ġenituri li jipprovaw jixtru l-aħjar li jistgħu jixtru bil-prezz li jiddetermina s-suq.", "Imma ma nistgħux ma nippermettux lill-edukaturi milli jibagħtu lill-ġenituri fuq il-karta li Mr \"X\" huwa l-official supplier ta' dik l-uniformi għal numru ta' snin.", "U qed ngħid \"għal numru ta' snin\" biex l-edukaturi jkunu jistgħu jserrħu moħħhom li t-tfal li deħlin sena wara sena se jsibu minn fejn jixtru dik l-uniformi.", "L-Onor.", "ANTHONY ZAMMIT: Jien tal-parir li għandu jkun hemm the official supplier.", "Aħna ridna li l-affarijiet bażiċi tal-uniformi ma jkunx hemm għalfejn tixtrihom mingħand an official supplier.", "U allura qmis bajda li hija addattata m'hemmx bżonn li tmur għand it-tali kumpanija biex tixtriha, imma tista' tixtriha minn fejn trid.", "Nafu li lis-subien ikollok tixtrilhom tnejn jew tliet qomos matul is-sena, u allura m'hemmx bżonn li tixtrihom mingħand dik il-kumpanija li jkollha l-isem.", "Aħna l-isem ma ridnihx għax tagħtih l-esklussività.", "Mela qmis bajda tista' tinxtara minn hemm, minn hemm u minn hemm, u l-ġenituri jistgħu jsibu l-orħos prezzijiet.", "Meta inti se toħroġ an official supplier, you are not tendering him, imma qed tgħid li l-uniformi tista' ssib tixtriha mingħand dik il-kumpanija, mingħajr ma żżomm milli jkun hemm il-kompetittività.", "Fil-fatt, konna għedna li l-ġenituri għandhom id-dritt li jġibu d-disinn tal-uniformi u, jekk huma kapaċi jħitu, jixtru d-drapp u jħituha huma stess.", "Imma mhux lil dik il-kumpanija tagħtiha l-esklussività, għax imbagħad meta niġu hawnhekk u naqraw ċerti ittri li ntbagħtu jkolli ngħid li verament inħossni urtat.", "Qed jixtri s-suq kollu għalih innifsu!", "Meta taqra dawn l-affarijiet, tibda tara l-viltajiet.", "U ejja!", "Dan mhux minnu.", "Dan qed jgħid li hu jrid l-esklussività.", "Mhux hekk għandu jsir.", "Aħna rridu suq miftuħ, bil-kompetittività u li jkollna l-affarijiet bażiċi.", "Mela jien se ngħidlek li inti the official supplier, però kumpanija oħra se ġġib l-istess materjal bi prezz orħos, u l-omm għandha d-dritt li tmur tixtri mingħand dik il-kumpanija, u l-iskola trid tagħtiha d-disinn, u jekk hi kapaċi tħitha hi stess, tagħmilha hi stess u toħroġ b'orħos, għax hekk għandhom ikunu l-affarijiet.", "Imma mhux għaliex jien the official supplier, jew inkella rrid l-isem tad-ditta, allura norbotha ma' supplier wieħed.", "Din konna għedniha l-aħħar darba meta kontu mistednin għal-laqgħa tagħna dwar dan is-suġġett.", "Jekk kumpanija oħra trid tidħol fis-suq u tissupplixxi l-istess kwalità ta' materjal, bl-istess kulur u kollox, iżda bi prezz orħas, mela ejja nagħmlu dan għax hawn suq miftuħ!", "Ejjew immorru għaliha.", "Aħna rridu li jkun hawn suq miftuħ.", "IS-SUR JOE FARRUGIA: L-unika item li jistagħu jbiegħu kulħadd hija l-qmis bajda.", "L-ebda negozjant hawn Malta, l-ebda ħanut, l-ebda fabbrika mhi se toqgħod tistokkja dawk il-kuluri kollha tad-drappijiet għal kull skola, biex jekk ikun hemm l-esklussività jibqgħu dawn il-kuluri kollha ma' wiċċhom.", "U lanqas jista' ibiegħ kulħadd, imma wieħed, tnejn jew tlieta l-aktar li jistgħu jbiegħu.", "Biex jiġi liberalizzat u kulħadd ibiegħ bi prezzijiet kompetittivi, l-uniformi trid tiġi standard għall-iskejjel kollha.", "Dawn huma l-kuluri ta' skola waħda.", "Għiduli kemm-il ħanut se jistokkja dawn il-kuluri kollha f'Malta u f'Għawdex?", "Ma tistax tagħmilha.", "THE CHAIRMAN: Ippermettili ftit.", "Għawdex għandek is-suq għall-kulleġġ ta' Għawdex, filwaqt li f'Malta għandek is-suq għall-kulleġġi ta' Malta.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fejn jidħlu l-iskejjel tal-Gvern.", "Sussegwentement, jalla li din il-proċedura timxi wkoll għall-iskejjel privati u għall-iskejjel tal-Knisja.", "Issa hawnhekk għandna xi ħaġa li qatt ma ġrat, għaliex s'issa qatt ma kellna garanzija li uniformi li ġiet iddisinjata u li qiegħda fis-suq għall-bejgħ għandha xi perijodu ta' żmien.", "S'issa f'Malta din qatt ma kienet garantita.", "Issa qegħdin noffru suġġeriment biex jekk din tkun garantita - għadna kemm nisimgħu hawnhekk mill-ogħla uffiċjali responsabbli mill-kulleġġi li din se tkun garantita – minn għada stess ikun hemm is-serħan tal-moħħ li dak li jkun jaf x'inhuma l-kuluri tal-iskejjel.", "U allura, jekk inti tara li hemm xi ħaġa li hija profittabbli għalik, taqbad lilha u tispeċjalizza fiha.", "Pereżempju, tista' taqbad il-qomos biss u tgħid li inti se tispeċjalizza fil-qomos kollha tat-tfal tal-iskola primarja tal-kulleġġi.", "Jien naf li jekk se nistokkja ammont ta' qomos, se jkolli biex nissupplixxi għal għaxar snin.", "Mela issa m'għadekx tpoġġi fis-suq fl-1 ta' Ottubru u mbagħad tinsa terġa' tistokkja, għax issa għandek suq ta' għaxar snin.", "Inti se jkollok ukoll mill-ħanut tiegħek mhux biss ta' kulleġġ wieħed, imma tal-għaxar kulleġġi jew ta' disa' kulleġġi, huma ta' fejn huma l-kulleġġi.", "Mela ladarba taf li s-suq huwa stabbilit, irbaħt jew ma rbaħtx inti l-call for special interest, intix fis-suq illum jew inkella forsi titħajjar tidħol fiha għada pitgħada, taf fuqhiex tista' tikkompeti.", "U allura nistgħu noħolqu ċirkostanzi li, minkejja li kull kulleġġ għandu l-uniformi tiegħu, minkejja li hemm id-diversità fil-kuluri, s-suq jista' jibda jarma lilu nnifsu għax taf li għandek dawk il-kuluri li mhumiex se jinbidlu.", "Jien naħseb li s-suq għandu fejn jaħdem, u rridu narawh jaħdem.", "Jiġifieri inti tista' tissupplixxi ħwienet żgħar, bazaars, eċċ. ħdejn l-iskejjel jew ftit 'il bogħod mill-iskejjel, u lil min jarma fuq il-monti, u dak li jkun jaf li dawk il-qomos li xtara għal dik it-tip ta' uniformi se jkunu fid-domanda.", "Il-ġenituri jafu wkoll li huma mhux bilfors iridu jixtruhom mingħand xi ħadd partikolari, imma issa jistgħu jmorru jagħżlu minn fejn iridu huma.", "Hawnhekk qegħdin naraw is-suq jaħdem f'kondizzjonijiet ftit differenti milli ħadem s'issa, u jiena naħseb li kapaċi jaħdem, imma s'issa s-suq tal-uniformijiet dejjem kien magħluq, bħalma kien is-suq tal-uniformijiet tal-waiters u tal-ħaddiema tal-lukandi.", "Imma issa qed ngħidu li s-suq tal-uniformijiet tal-iskola mhux se jibqa' magħluq, u rridu naraw kif se jaħdem.", "Naħseb li se nkunu qegħdin noħolqu ċirkostanzi tajbin fejn issa sta għalikom li taħdmu, li tikkompetu u li tgħidu li issa għandna suq usa'.", "Naħseb li għal min qiegħed fin-negozju se jkollu suq aktar wiesgħa.", "Għal min kellu l-esklussività mhux qed jogħġbu dan il-kliem, għaliex issa se nbiddillu s-suq kompletament.", "U allura s-serħan il-moħħ li kellu qabel issa tteħidlu.", "IS-SUR JOE FARRUGIA: Jien mhux qed ngħid hekk għax irrid l-esklussività, anzi jien kontra l-esklussività.", "Imma jekk niġu mil-lat tekniku, aħna qed nitkellmu fuq uniformi li trid tkun magħmula minn materjal u fabrics li huma hard wearing, u allura l-prezz mhux kollox f'uniformi, għax trid tara kemm se sservik.", "Ma tagħmilx sens li ġenitur jixtri qmis żewġ liri, u kull xahar jew xahrejn irid joqgħod jixtri waħda.", "Dan jista' jixtri qmis tliet liri jew erba' liri u sservih sena sħiħa, u b'hekk ikun qed jiffranka.", "THE CHAIRMAN: Issa jiddeċiedu l-ġenituri minn fejn jixtru.", "IS-SUR JOE FARRUGIA: Aħna fuq uniformi qed nitkellmu u mhux fuq xi moda.", "THE CHAIRMAN: Jiddeċiedu l-ġenituri.", "Is-suq miftuħ u jiddeċiedu l-ġenituri.", "IS-SUR JOE FARRUGIA: Issa jekk ikun hemm l-esklussività fl-expression of interest, il-ġenituri tat-tfal se jiġu avżati mill-iskejjel li t-tali ditta għandha l- esklussività?", "THE CHAIRMAN: Le, t-tali supplier huwa l-official supplier, imma ma jfissirx li inti ma tistax tmur....", "IS-SUR JOE FARRUGIA: Kulħadd jaf li huwa l-official supplier.", "Mela jien irrid nidħol fi spejjeż addizzjonali f'pubbliċità biex in-nies ikunu jafu li jien nista' inforni lin-nies bl-uniformi, u lili ġġibni m'inix kompetittiv ma' ħaddieħor.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmel dan l-eżempju.", "Fis-suq tal-karozzi, Mr \"X\" jagħmel ir-reklam tad-ditta tal-karozzi li jġib hu.", "Illum ħadd ma jista' jinżamm milli jġib dik il-karozza għall-bejgħ.", "Mir-reklami nafu min huma l-official suppliers jew id-dealers ta' dik id-ditta ta' vettura, imma inti, permezz tal-parallel trading, tista' tmur tixtri l-istess tip ta' karozza mingħand supplier ieħor.", "Dan hu s-suq li qegħdin noħolqu.", "Mela skola indipendenti jew tal-Istat, hi x'inhi, se tgħid li l-ġenituri jistgħu jixtru l-uniformi mingħand Mr \"Y\", imma ma jfissirx li inti ma tistax tmur tixtri l-uniformi mingħand Mr \"X\" jew Mr \"S\" jew Mr \"V\".", "Inti se tixtri mingħand min jaqbillek.", "Dawn il-ħwienet se jidrawhom il-ġenituri, għax dan kulħadd jitkellem ma' kulħadd.", "Hawnhekk aħna qegħdin inbiddlu l-kunċett tal-bejgħ tal-uniformijiet.", "Issa sta għalikom.", "Tibżgħux tippermettu li s-suq ikun miftuħ, għax fl-aħħar mill-aħħar intom se tirbħu.", "Li se jbati hu dak li s'issa kellu l-esklussività tal-uniformijiet, għax issa m'għadx għandu suq magħluq.", "Dan huwa sforz li rridu naraw li l-ġenituri jifhmuh.", "Iridu jifhmu li aħna, kemm bħala Gvern, kemm bħala awtoritajiet, u kemm bħala skejjel, qegħdin nipprovaw nagħmlu xi ħaġa sabiex il-prezz tal-uniformi fir-regolamenti ta' suq miftuħ inkunu nistgħu...", "DR CEDRIC MIFSUD: Ħalli nagħmel suġġeriment minħabba l-fatt li qed nużaw l-eżempju tal-karozzi.", "Mhux kulħadd imur jixtri karozza BMW u jagħżel dak l-official supplier.", "Issa dawn huma skejjel, u wieħed bilfors irid jattendi l-iskola.", "Jiġifieri anke l-liġi tal-kompetizzjoni hija ftit iżjed ikkomplikata minn dak li naħsbu meta tiġi operata.", "Għalhekk qed ngħid li rridu nkunu attenti meta ngħidu \"official supplier\" u kif din qiegħda tiġi interpretata, minħabba l-fatt li qegħdin ngħidu li rridu nagħtu a level playing field għas-suppliers, u meta wieħed joħroġ an expression of interest, ikun qed jgħid biex in-nies imorru għand it-tali għax huwa tana l-orħos prezz.", "THE CHAIRMAN: Mhux qed jingħad hekk.", "Ħalli nieħu suġġeriment minn dan id-djalogu kollu, u qed nieħu pjaċir għax kien proprju għalhekk li għamilna din it-tip ta' diskussjoni.", "Hawnhekk immur mill-ewwel fuq id-Direttur Ġenerali mill-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta, li dalwaqt se joħorġu l-aħħar dokument tagħhom fuq dan is-suġġett.", "Ifisser li mis-suġġerimenti tagħna hemm xi ħaġa nieqsa; mela importanti li fir-rapport tagħkom tieħdu ħsieb li tirreferu għal din l-issue, u tagħtu s-suġġerimenti lill-iskejjel meta se jkellmu lill-ġenituri liema lingwaġġ se jużaw.", "Kif qed jgħid is-Sur Stephen Cachia, huwa ġust meta l-iskejjel jiktbu lill-ġenituri u jgħidulhom: \"Intom tistgħu tixtru din l-uniformi mingħand it-tali\"?", "Kif qed jgħid l-Avukat ta' Jon David Ltd, huwa ġust li jgħidu li dan tana l-orħos prezz?", "Jiena la nara li waħda hija ġusta, u lanqas l-oħra.", "Huwa ġust li tgħid li dan huwa l-official supplier?", "Forsi lanqas il-proposta tiegħi mhi ġusta, imma intom tridu tagħtu ħjiel fejn il-liġi tal-kompetizzjoni ma ma tkunx qiegħda tinkiser.", "Kif kienu għadhom kemm qalu sħabna, il-kliem li jrid jiġi wżat mill-iskejjel irid ikun mill-iżjed business friendly, consumer friendly u free competition friendly, u allura tridu toħorġu b'suġġeriment ta' xi jrid jingħad, għax issa se nibdew nidħlu fit-teknikalità.", "Li kieku qatt ma ddiskutejnihom dawn l-affarijiet ma konniex nidħlu fihom.", "Imma issa importanti li jkun hemm il-kliem użat tajjeb, ħalli l-iskejjel ikollhom linja ta' gwida.", "Imbagħad, dak li jkun ma jinkwetax aktar għax, jekk se jikkwota mir-rapport tagħkom, se jkollu moħħu mistrieħ li mhuwiex se jmur kontra l-kompetizzjoni ġusta u ħielsa.", "Fil-fatt, dan se jkun jista' jgħid li hu qed jikkwota mir-rapport tal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur.", "U naħseb li din hija issue importanti.", "Naħseb li issue importanti oħra li rridu nittrattaw hi kemm huwa importanti li jkollna uniformijiet – għax issa d-dritt tal-edukaturi ma nistgħux inneħħuhulhom – ġeneriċi għax l-uniformijiet ġew stabbiliti.", "Jekk kemm-il darba l-uniformijiet għandhom minimu ta' għaxar snin ħajja, u ngħidu li l-kulur isfar – biex inġib eżempju b'kulur – ġie kulur ġeneriku u dan għandu għaxar snin ħajja, naħseb li nkunu aħjar milli konna qabel.", "U allura rridu nħarsu lejn din is-sitwazzjoni wkoll.", "DR CEDRIC MIFSUD: Suġġeriment li xtaqt nagħmel huwa jekk huwiex possibbli li jiġi diskuss ħalli taraw jekk fl-expression of interest ma jintgħażilx supplier wieħed, imma jkun hemm rakkomandazzjoni għal diversi suppliers.", "F'kelma waħda, inti jista' ikollok tliet suppliers bl-orħos prezzijiet, u b'hekk is-suq xorta waħda jkun miftuħ.", "U b'hekk ikollok iggarantit il-produzzjoni tal-uniformijiet minn tliet suppliers differenti, għax jekk ikun ikkommetta ruħu għall-expression of interest, irid jikkommetti ruħu għal dawk l-obbligi tal-expression of interest.", "THE CHAIRMAN: Is-suġġeriment tiegħek jogħġobni, imma ħalli ngħidlek xi żvantaġġ fih.", "Jien wisq nibża' li s-suq, meta jispiċċalu l-mottiv tal-profitt, malajr jispiċċa li ħadd ma jibqa' interessat fih.", "Jista' ikun li jien żbaljat, imma din ġrat kemm-il darba fis-suq, fejn ikollok prodott li ma jibqax fis-suq għax tant ikunu daħlu negozjanti fuq xulxin, u jkissru l-prezz ta' dak il-prodott, li jispiċċaw li ħadd ma jibqa' iġib dak il-prodott.", "U allura trid tiġi studjata bir-reqqa din il-proposta jew is-suġġeriment li qed tressqilna.", "Jien iżjed inserraħ moħħi jekk ikun hemm supplier uffiċjali wieħed – anke jekk ikunu tnejn ma jdejquniex – u jekk nindunaw li qed isir parallel trading, u s-suq se terġa' taqsmu għax għandek żewġ suppliers li qegħdin ikunu rikonoxxuti bħala l-official suppliers.… Imma nibża' li jekk niffragmentaw is-suq jista' ma jkollokx interess biex dak li jkun jitfa' it-tender.", "Imbagħad tispiċċa f'sitwazzjoni fejn inti tgħid x'inhuma l-kuluri, tgħid x'inhu d-disinn, kulħadd jibda jġib dawk il-kuluri, u l-ġenituri jkunu jafu x'kulur għandhom bżonn għat-tfal tagħhom biex it-tfal, meta jmorru l-iskola ma jgħidulhomx li ma jistgħux jidħlu l-iskola għax m'għandhomx il-kulur rikjest mill-iskola, imma l-edukaturi ma jkollhomx is-serħan tal-moħħ li minn tal-inqas għandhom official supplier wieħed.", "Għaldaqstant, irridu nieħdu inkonsiderazzjoni li s-suq irridu nħallulu mottiv, għaliex irid jibqa' jkollna ditta jew oħra li tersaq 'il quddiem ħalli tirbaħ ir-rikonoxximent bħala l-official supplier, għax b'hekk tkun tista' isserraħ moħħ l-edukaturi li, anke jekk m'għandekx parallel trading, almenu għandek official supplier wieħed.", "Issa, jekk ħadd mhu qed jikkompeti miegħu, good luck to him u bad luck għall-ġenituri, imma dak hu s-suq u m'hemm ħadd li qed iżommu milli jkun mod ieħor.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Li xtaqt ngħid hu li l-iskop ta' dan ir-rapport mhuwiex biss dak li joħloq diskussjoni, għax issa ilna snin twal niddiskutu.", "Speċjalment fil-bidu ta' kull sena skolastika, aħna nirċievu ħafna lmenti mingħand numru ta' ġenituri li dejjem jilmentaw mill-uniformijiet li dejjem jogħlew.", "Issa, jekk din hijiex perċezzjoni jew le, kulħadd jiddeċiedi hu.", "Veru li forsi hemm min jesaġera, imma din hi r-realtà li qed ngħixu fiha.", "Is-Sur Farrugia semma' punt li naħseb huwa stat ta' fatt għax, kif qal hu, s-suq huwa dak li hu.", "L-iskop hu kif se nilħqu bilanċ bejn is-suq u dak li hu, u aħna nifhmu li l-kumpaniji qegħdin hemmhekk mhux biex jagħmlu karità, imma biex jagħmlu qligħ ġust.", "Imma mill-banda l-oħra, għandek numru ta' ġenituri li huma nkwetati bil-prezzijiet dejjem jitilgħu, meta huma diġa' iridu jlaħħqu ma' ħafna affarijiet oħra apparti l-uniformijiet.", "Fl-aħħar mill-aħħar, dawn is-suġġerimenti mhux se jimplimentahom dan il-Kumitat.", "Fil-fatt, dan il-Kumitat ħoloq id-diskussjoni, imma mbagħad l-expression of interest – jekk toħroġ xi darba - mhux dan il-Kumitat se jagħmilha, u mhux dan il-Kumitat li se jagħti direzzjoni lill-iskejjel.", "Mhux se jkun dan il-Kumitat lanqas li jara li l-kompetizzjoni tkun qiegħda tiġi mħarsa.", "Dan il-Kumitat ħoloq diskussjoni, u ta ċans lil min irid jitkellem.", "Intom ġejtu hawnhekk u nirringrazzjawkom, għax aħna rridu nisimgħu minn għandkom dak li tixtiequ tgħidu, għax fl-aħħar mill-aħħar intom key players f'din il-kwestjoni.", "Finalment hemm l-organi tal-Istat, bħad-Direttorat tal-Edukazzjoni, l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur u l-kumpaniji li huma players importanti.", "Jiġifieri, din hija xi ħaġa li jien naraha qed issir fl-interess ta' kulħadd.", "Jien ma naħsibx li xi kumpanija jew oħra jaqblilha li jkollha esklussività mija fil-mija, ħlief għal dak li jirbaħ it-tender, li s'issa ġie kkonfermat li ma kienx hemm tenders imma kien hemm expression of interest, u allura mhux it-tender ingħata lill-kumpanija \"A\" għal tlieta jew għal erba' snin, imma ingħata an expression of interest, fejn id-Direttorat qed jgħid li kumpanija \"A\" qed tagħtina garanzija li jekk tmorru għandha se ssibu l-uniformi.", "Imma mhux qed jgħidlek li trid tixtri bilfors minn għandha.", "Kellna rapporti - u esprimejnihom hawnhekk f'dan il-Kumitat fil-preżenza tas-sinjuri tad-Direttorat tal-Edukazzjoni - fejn kellek kapijiet tal-iskejjel li qagħdu jfittxu lit-tfal u jgħidulhom li l-qmis li kienu lebsin, għalkemm kienet bajda, ma kenitx company \"A\" white.", "Jiġifieri wasalna f'dan ir-redikolu!", "Semmejna liema skola kienet l-aħħar darba, u allura mhux se noqgħod nerġa' insemmiha llum.", "Issa, fl-opinjoni tiegħi, din mhijiex attitudni korretta li tieħu ma' tfal ta' ħames u sitt snin.", "Meta se jmur kap ta' skola fuq dawn it-tfal u jgħidilhom hekk, se jwerwirhom!", "U lanqas naħseb li huwa l-iskop tal-iskola li tieħu ħsieb dawn l-affarijiet.", "Sur President, kif għedt inti, jista' ikun li dawn is-suġġerimenti mhumiex l-aktar perfetti u idoneji, speċjalment jekk wieħed jarahom minn angolu wieħed biss.", "U għalhekk nappella, anke lil min qiegħed fil-business, sabiex iħares lejhom mhux biss mill-perspettiva tiegħu, għalkemm l-ewwel perspettiva nifhem li tkun dik, imma rridu naraw kif ilkoll flimkien nilħqu bilanċ kemm jista' ikun ideali.", "Xi ħaġa li naħseb li ttraskurajna daqsxejn - u ma nafx kif nistgħu nerġgħu mmorru lura fuqha - hija dwar l-appell li għandna nagħmlu lill-kulleġġi, speċjalment lil min imexxihom, għax meta għedna li l-informazzjoni għandha tkun kemm jista' ikun sempliċi u ġenerika - għalkemm iċ-Chairman qal li d-Dipartiment diġa' ħareġ l-istqarrija li se jkun hemm garanzija ta' għaxar snin, u allura għandek għaxar snin b'moħħok mistrieħ li mhux se jinbidlu l-kuluri jew id-disinnji tal-uniformi – l-aktar ħaġa li kellna nisħqu fuqha hija dik li meta jiġu mfassla l-uniformijiet, ma jkunx hemm kuluri li jkunu kważi impossibbli biex issibhom.", "Din naħseb li m'għamilniex enfażi fuqha.", "Is-Sur Cachia kkonferma li għandek għaxar uniformijiet differenti.", "Mela diġa' għandna suq żgħir, u s-suq komplejna nċekknuh għax jekk għandek għaxar kulleġġi b'għaxar uniformijiet differenti, huwa fatt li għandek kuluri differenti għal kull kulleġġ, u xi wħud mill-kuluri mhumiex daqshekk komuni li tista' issibhom minn diversi ħwienet.", "Għall-anqas, sakemm, kif għedtu intom li qegħdin fil-business, ma tagħmilx xi ġennata u tinvesti ħafna fihom mingħajr ma taf x'return se jkollok fuqhom!", "U allura naħseb li jekk għada pitgħada jinqala' xi każ meta tiġi biex tidħol uniformi ġdida – issa hawnhekk irrid infisser snin twal oħra – wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li jekk se tinbidel l-uniformi, kemm jista' ikun il-kuluri jkunu kuluri aċċessibbli minn diversi ħwienet.", "Meta konna tfal aħna, kellek uniformi standard kullimkien, u forsi dak kien l-ideali.", "Issa llum għandna l-kulleġġi, u kulħadd jieħu gost bl-identità tiegħu.", "Għandna korrispondenza li diġa' aċċenna għaliha l-kollega tiegħi l-Onor.", "Anthony Zammit, fejn illum min forsi qiegħed f'pożizzjoni aktar komda, qed jara li m'hemmx għalfejn tbiddel, mentri mhuwiex dan il-każ, għax għandna għalfejn inbiddlu peress li l-prezzijiet, minkejja li forsi wieħed jgħid li kien hemm roħs, dan ir-roħs jidher li ma wasalx kullimkien.", "Il-fatt li fil-bidu tas-sena skolastika tara queues sħaħ quddiem ċerti ħwienet – meta nafu li dawn il-queues kienu nqatgħu - ma naħsibx li għandna naslu għal dik is-sitwazzjoni.", "Il-Kumitat mhux qed jissuġġerixxi li toħroġ expression of interest oħra, anzi għandna l-konferma minn min hu responsabbli minn naħa tad-Direttorat li huma aċċettaw is-suġġeriment tagħna biex ikun hemm garanzija ta' għaxar snin.", "Dan appella li, jekk xi darba tiġi biex tinbidel uniformi minn hawn u għaxar snin oħra, l-kuluri u d-disinnji magħżula jkunu kemm jista' ikun kuluri u disinnji li min qiegħed f'dan in-negozju ma jkunx kważi impossibbli għalih biex jinvesti f'dan is-settur.", "Dan kien l-iskop ta' kollox.", "Aħna nixtiequ wkoll li ma nitkellmux biss fuq l-iskejjel tal-Istat, imma nitkellmu wkoll fuq l-iskejjel l-oħra, għaliex aħna m'aħniex nirrappreżentaw lill-iskejjel tal-Istat biss, imma qegħdin nirrappreżentaw lill-pajjiż kollu.", "F'dan il-pajjiż, għandna realtà fejn mill-inqas terz tal-popolazzjoni tat-tfal li jattendu l-iskejjel ma jmorrux fi skejjel tal-Istat imma jmorru fi skejjel indipendenti jew tal-Knisja.", "Din hija realtà oħra li ma ssibhiex f'pajjiżi oħra.", "Apparti li f'pajjiżi oħra lanqas insibu uniformijiet, għax kulħadd għandu l-kultura tiegħu.", "Issa jien mhux qed ngħid li m'għandux ikun hemm uniformijiet, għax naħseb li l-maġġoranza kbira tal-ġenituri jaqblu li għandu jkun hemm uniformijiet, ħalli filgħodu jkunu jafu mill-ewwel x'se jlibbsu lit-tfal tagħhom.", "Jekk, minn naħa tagħkom, hemm suġġerimenti konkreti li tixtiequ tipproponu, tiddejqu xejn milli tipproponuhom, għax aħna mhux qed ngħidu li s-suġġerimenti tagħna huma kollox u ma jistax ikun hemm argumenti fuqhom.", "Żgur li mhuwiex dan il-każ.", "Naħseb li s-suġġeriment tal-għaxar snin huwa aċċettat minn kulħadd, u l-awtoritajiet edukattivi diġa' qalu li se jimxu ma' dan is-suġġeriment.", "Issa jekk tħossu li hemm suġġerimenti oħra li wieħed jista' jimxi magħhom jew li jista' itejjeb, feel free li titkellmu, għax finalment l-iskop tagħna huwa li nilħqu bilanċ bejn l-interessi tal-familji u l-interessi ta' min qiegħed fil-kummerċ.", "Il-ġenituri jridu li l-uniformi jistgħu jixtruha bi prezz raġonevoli, u li jistgħu jagħżlu huma minn fejn jixtru, filwaqt li min qiegħed fin-negozju jridu li l-kejk jiġi maqsum bejn kulħadd, u mhux ikollok kumpanija waħda li l-kejk tieħdu kollu hi.", "Nifhem li l-kumpanija li tirbaħ it-tender – li fil-fatt qatt ma kien tender imma expression of interest – se tiddarras, għax li kieku jien nirbaħ kollox ma nbiddel xejn.", "Imma mbagħad, min-naħa l-oħra ma jintlaħaqx il-bilanċ tal-konsumatur li jkollu prezzijiet aħjar.", "Naħseb li intom li qegħdin fil-kummerċ tgħallmuni li, jekk ikollok kompetizzjoni ta' veru, se jkollok imbagħad prezzijiet aħjar għall-konsumatur, u huwa proprju dak li nixtiequ nilħqu finalment.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Nixtieq nagħmel kumment żgħir fuq dak li qal l-Onor.", "Naqbel miegħu għax naħseb li baqa' ż-żmien fejn wieħed jagħmel is-suġġerimenti ħalli wieħed ikun jista' jirranġa l-affarijiet.", "U nixtieq nistaqsi lid-Direttur Ġenerali mill-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta u l-Affarijiet tal-Konsumatur dwar dak li qalet fuq il-garanzija u s-sigurezza tas-supply, fejn qalet li anke l-iskejjel urew it-tħassib u l-biża' tagħhom li ma jkunx hemm daqshekk sigurezza.", "Ma nafx jekk tistax tgħidilna x'kienu l-kummenti tagħhom, u għaliex qed jibżgħu li ma jkunx hemm is-supply.", "DR SYLVANN AQUILINA ZAHRA: Fil-fatt, qabel ma ngħaddi biex inwieġeb direttament għar-risposta tiegħek, nixtieq ngħid xi ħaġa biex insostni dak li kien qed jgħid aktar kmieni l-Onor.", "Vassallo, u li mbagħad, bis-saħħa t'hekk, inkun nista' nirrispondi l-mistoqsija tiegħek.", "Hawnhekk bħala Uffiċċju qed nipprovaw nagħtu direzzjoni ġdida lil dan is-suq minħabba li għal numru ta' snin inħass li dan kien suq ristrett, fejn il-kompetizzjoni ma kenitx qiegħda taħdem.", "U għalhekk l-Uffiċċju daħal biex jeżamina dan is-suq.", "Stajna mxejna mod ieħor, u kien hemm min qalilna li issa kien iż-żmien li ninvestigaw u nidħlu dirett fuq l-iskejjel ħalli naraw min minnhom mhuwiex qed jaddotta prattiċi restrittivi.", "Madankollu, aħna ma ħassejniex li kien iż-żmien li nagħmlu hekk, imma ħassejna li kellna nagħmlu proċess ta' advocacy.", "Aħna qed naraw x'inhu jiġri, u qed nagħtu pariri u rakkmandazzjonijiet ta' kif se nsaħħu s-suq u nagħmluh aktar kompetittiv.", "Imbagħad 'il quddiem, wara li nagħmlu dan il-proċess fejn nispjegaw lil dawk involuti f'dan is-settur x'inhuma l-problemi u kif nistgħu nirranġawhom, jekk ikun hemm bżonn ngħaddu wkoll għat-tieni fażi, u allura ninvestigaw u naraw jekk hemmx min qed jagħmel prattiċi restrittivi.", "Li ridt ngħid qabel hu li hawnhekk aħna qed nipprovaw inbiddlu d-direzzjoni tas-suq, jiġifieri qed nipprovaw inbiddlu l-mentalità u l-kultura.", "Issa nafu li mhuwiex faċli li tbiddel din il-kultura li tant hi ingrained fis-suq tagħna tal-uniformijiet.", "Mela għandek il-ġenituri li mdorrijin imorru jixtru mingħand dak il-ħanut partikolari u li jmorru jixtru biss minn fejn qaltilhom l-iskola, għax jibżgħu li jekk ma jmorrux jixtru minn hemmhekk, it-tfal tagħhom kien se jkollhom problema malli jmorru l-iskola.", "U allura għandek il-kunċett ta' passive consumer, u dik hija problema biex il-kompetizzjoni taħdem fis-suq.", "Mela għandek l-iskejjel li qed jibżgħu li jekk huma ma jkunux ftiehmu ma' xi supplier partikolari, mhux se jkollhom is-sigurezza tas-supply.", "Għalhekk iridu jiftiehmu biex ikollhom garanzija li hemm xi ħadd partikolari li żgur se jidħol fl-obbligu li jipprovdilhom l-uniformi, għax jekk it-tfal mhux se jiġu bl-uniformi kif suppost fl-ewwel ġurnata tal-iskola, se jkollhom problema.", "Imbagħad għandek is-suppliers li s'issa kienu f'pożizzjoni komda għaliex jafu li għandhom negozju garantit.", "Fil-fatt, huma jafu li qed jissupplixxu lil dawk l-iskejjel partikolari, u allura għandek it-tali li qed jissupplixxi lit-tali skejjel, filwaqt li sieħbu qed jissupplixxi lill-iskejjel l-oħra.", "B'hekk kulħadd għandu l-biċċa tal-kejk tas-suq tiegħu li ħadd ma jidħollu fiha, u allura dak li jkun għandu garanzija li għandu n-negozju tiegħu biss.", "Din hija s-sitwazzjoni kurrenti, għalkemm irridu ngħidu li din tjiebet bis-saħħa tal-isforzi li għamel l-Uffiċċju tul dawn l-aħħar ftit snin.", "Nista' ngħid li s-sistema tat-tender li jużaw l-iskejjel tal-Istat hija tali fejn il-proċess tal-kompetizzjoni qed jaħdem qabel minflok wara, u allura kulma għandek differenti huwa t-timing.", "Fil-fatt, meta rajna fit-tieni proċess tagħna l-prezzijiet tal-2011 u tal-2012, rajna titjib fihom.", "Permezz ta' dak il-proċess ta' tendering jidher li kien hemm titjib favur il-konsumatur.", "Ejjew ngħidu li minn din is-sitwazzjoni kurrenti li għandna issa rridu nbiddlu din il-mentalità ħalli tibda taħdem il-kompetizzjoni.", "Jekk se jkollok il-ġenituri li jibżgħu jmorru jixtru minn x'imkien li ma ġiex issuġġerut lilhom mill-iskola, jekk l-iskejjel jibżgħu li mhux se jkollhom dik il-guarantee of supply, u jekk in-negozjant irid li ċ-chunk tiegħu ma jmissielu ħadd - u allura nibqgħu b'din il-mentalità - mhux se nħallu l-proċess tal-kompetizzjoni jaħdem.", "U dan il-Kumitat qiegħed proprju jipprova jbiddel din il-mentalità billi jagħti direzzjoni ġdida u jagħti nifs lis-suq.", "Il-konsumatur, minflok ikun passiv, irid ikun aktar attiv, irid ikun konvint u jħossu konfidenti li he can shop around bħala konsumatur, u allura mhux bilfors li jrid imur jixtri minn fejn qed tiggwidah l-iskola u daqshekk, imma jrid ikun lest li jiskopri s-suq hu u jara fejn jaqbillu.", "Ir-reazzjoni ta' meta għandek an active consumer hi dik li awtomatikament se ġġiegħel lir-retailers u lis-suppliers sabiex ikunu aktar kompetittivi ħalli jipprovaw jaqdu lill-konsumatur, u huma stess jibdew ifittxu lill-konsumatur.", "Min-naħa tagħhom, l-iskejjel irid ikollhom fiduċja aħjar fis-suq, u ma jibqgħux b'din il-mentalità li jekk ma jiftehmux ma' xi ħadd partikolari, it-tfal se jispiċċaw bla uniformi.", "L-iskejjel iridu jagħtu ċans lis-suq sabiex jinfetaħ.", "Issa forsi għall-ewwel ftit snin se jkun hemm din il-problema, jekk ma jkollokx lil xi ħadd partikolari f'moħħok li taf li se jieħu l-obbligu li jġiblek dik l-uniformi.", "Għal bidu se jkun hemm ftit, u forsi jkollok xi tfal li ma jiġux bl-uniformi kompluta, imma mal-medda taż-żmien, speċjalment jekk l-uniformijiet mhux se jinbidlu daqshekk, inti se jkollok biżżejjed suppliers li jipprovdu l-uniformijiet.", "Jiġifieri 'l hemmhekk qed nipprovaw naslu, u 'l hemmhekk resqin; imma inutli ngħidu li dan huwa possibbli jekk imbagħad, min-naħa l-oħra, għandek il-ġenituri u l-iskejjel li qed jibżgħu, u dik il-biża' jgħadduha lit-tfal billi jgħidulhom li l-qalziet mhuwiex eżatt kif tridu l-iskola.", "Għandek ukoll ir-reżistenza tas-suppliers li għadhom bil-mentalità li jrid ikollhom iċ-chunk tagħhom.", "Fil-fatt, meta aħna tkellimna, rajna li kienu s- suppliers - u forsi dan huwa l-messaġġ ta' Jon David Ltd. - li kienu favur li s-suq jinfetaħ għax huma wkoll jixtiequ jidħlu fis-suq, imma bħalissa s-suq huwa ddominat minn ftit suppliers li ilhom hemmhekk, u allura ma jagħtux nifs lill-ġodda.", "Ħaġa oħra – jien fhimtu lil Jon David Ltd. għax kellna kumment simili meta konna qed nagħmlu l-konsultazzjoni tagħna – li ridt ngħid hija fuq dik li qal is-Sur Joe Farrugia meta qal li inti qed toħroġ tender biex ikollok żgur supplier li se jipprovdili l-uniformi, imma suppliers oħra interessati jibqgħu liberi li jġibu l-uniformi.", "Forsi din hija sitwazzjoni ideali, imma ma nafx kemm se tibqa' hekk in the medium term għax - u dan is-supplier kien qed jipprova jgħaddi l-istess messaġġ li għaddew ta' Jon David Ltd - min hu dak is-supplier li se jidħol għall-intrigu tat-tender, u jassumi dawk ir-responsabilitajiet li joħorġu mit-tender, meta jaf li any other supplier jista' jipprovdi dik l-uniformi mingħajr m'għandu l-istess obbligi onerużi taħt il-kuntratt li għandu hu?", "Dawn huma affarijiet li aħna għadna qed nipprovaw inqisu u naraw fejn se noħolqu l-bilanċ.", "Li forsi se jiġri 'l quddiem hu li ma jkollokx supplier as such interessat li jibqa' japplika għal dik it-tender.għax hu jaf li anke jekk ma japplikax għat-tender xorta jista' jissupplixxi s-suq.", "Il-mentalità trid tinbidel minn kulħadd.", "CARMELO ABELA: Naħseb li din hija l-akbar issue li hemm, u ċioè kif se nsolvu din is-sitwazzjoni mingħajr l-inkwiet li dejjem esprima s-Sur Cachia.", "U allura naħseb li hemmhekk irridu naraw kif se nsibu l-aħjar soluzzjoni bħalma qiegħda tgħid inti.", "THE CHAIRMAN: L-issue qlajtha jien ukoll għax biex inkunu sinċiera ma nistgħux ma ngħidux x'jistgħu jkunu l-iżvantaġġi ta' dawn il-proposti.", "Madankollu, jiena persważ li, kull meta se jkun hemm l-expression of interest, dejjem se jkun hemm xi ħadd li se jkollu dak is-serħan tal-moħħ li hu għandu suq fejn se jkun rinomat għall-involviment tiegħu fih.", "Issa hawnhekk qiegħed nerġa' nuża kliem differenti milli wżajt l-ewwel.", "IS-SUR JOE FARRUGIA: Imma hekk m'aħniex nilliberalizzaw is-suq bl-expression of interest, u se norbtu supplier wieħed....", "THE CHAIRMAN: Le, m'aħniex se norbtu supplier wieħed.", "IS-SUR JOE FARRUGIA: Ma ssirx expression of interest għax il-kuluri, l-istili u d-disinnji huma stabbiliti, u se jibqgħu hemm għal għaxar snin.", "THE CHAIRMAN: Ħalli niftiehmu; l-iskop tal-call for special interest hu sabiex l-edukaturi jserrħu moħħhom li hemm supplier li se jkollu l-obbligu li jforni l-uniformijiet.", "IS-SUR JOE FARRUGIA: Is-sena l-oħra kien hemm expression of interest u ttieħdet it-tender, u kulħadd ġie avżat mingħand min irid jixtriha l-uniformi, imma xorta bqajna sakemm bdiet l-iskola nisimgħu li dak m'għandux it-tali item u l-ieħor m'għandux l-item l-ieħor.", "THE CHAIRMAN: Imma issa dak mhux se jiġri aktar.", "IS-SUR JOE FARRUGIA: Hekk se jibqa' jiġri bilfors jekk tibqa' din.", "THE CHAIRMAN: Le, mhux se jibqa' jiġri hekk, għax issa l-kulleġġi ħarġu bl-uniformijiet tagħhom, u allura ġara hekk fl-ewwel sena; imma issa, minn Ottubru li ġej, m'hemmx sorpriżi fil-kuluri tal-uniformijiet.", "Mela issa inti għandek is-serħan tal-moħħ għax se tagħmel ir-riċerka tiegħek, u tibda tissupplixxi l-uniformijiet, u tkun tista' tagħmel ir-reklami tiegħek minn issa biex tgħid li għal Ġunju li ġej għandek l-istess kuluri u dawn se jkunu aċċettati.", "Din hija l-bidla fil-mentalità li rridu.", "Jiena ma jdejjaqnix li kulleġġ \"A\" u kulleġġ \"B\" f'xi ħin se jkunu qegħdin jgħidu li Mr \"X\" huwa l-official supplier, però ma jfissirx li, fl-istess ħin, il-ġenituri mhux se jkollhom informazzjoni dwar minn fejn jistgħu jixtru l-istess uniformi minn x'imkien ieħor.", "Jien naħseb li l-iskola se tkun tista' tgħid li Mr \"X\" huwa l-official supplier, imma m'hemm l-ebda rbit li l-uniformi tinxtara bilfors mingħand Mr \"X\".", "Kulħadd jista' isib jixtri l-uniformi, u t-tfal jistgħu jiġu b'uniformijiet mixtrija mingħand persuni oħra differenti sakemm tkun tal-istess kulur.", "L-importanti jekk inti għandek kulur ċelesti, l-kulur ikun ċelesti.", "Dan hu s-suq li se jinfetaħ, imma l-call for expression of interest trid tibqa' tintuża sabiex l-edukaturi jagħmlu l-ewwel ċaqlieqa minn kif kien, għax dan huwa proċess ta' bidla.", "Fil-fatt, minn suq ristrett, fejn kellna l-esklussività ħalli nserrħu moħħna li għandna min jissupplixxi l-uniformijiet, qed immorru għal suq miftuħ.", "Issa s-suq mhux se jinfetaħ mil-lum għal għada.", "Ejjew niftakru li meta bdejna niftħu s-swieq tagħna 20 sena ilu, 30 sena ilu, minn suq li kien magħluq, bil-liċenzji tal-importazzjoni, ma nfetaħx mil-lum għal għada, imma nfetaħ gradwalment.", "Illum dik ir-realtà ntesiet, u lanqas biss għadna niftakru f'dak iż-żmien.", "IS-SUR STEPHEN CACHIA: Jien naħseb li l-kwestjoni li jkun hemm uniformi f'Settembru mhijiex kwestjoni ta' biża', imma minn naħa tagħna hija kwestjoni ta' sens ta' responsabilità lejn it-tfal, il-ġenituri u lejn l-iskejjel.", "Nassigurakom li jekk niġu f'Settembru u t-tfal ma jkollhomx uniformi, jitqajjem kjass ħafna ikbar u niġu kkritikati ferm iktar milli kif inhi s-sitwazzjoni fil-preżent.", "U allura dik hija sens ta' responsabilità minn naħa tagħna u mhux sens ta' biża'.", "Having said that, naħseb li r-rapport huwa tajjeb ħafna għax isib bilanċ bejn il-ħtiġijiet ta' kulħadd.", "Aħna l-advocacy tad-Direttorat minn naħa tal-iskejjel tal-Istat naħseb li smajnih, u dejjem ġejna għal-laqgħat li saru, dejjem ikollaborajna u ċaqlaqna l-affarijiet.", "Nittama li setturi oħra tal-edukazzjoni juru wkoll l-istess rieda, għax naħseb li it's only fair li kif ħaddieħor jippretendi li jkollu identità bl-uniformi tiegħu, l-iskejjel tal-Istat ikollhom id-dritt tal-identità tagħhom.", "Veru li l-uniformi tifforma parti żgħira mill-aspett kollu; imma naħseb li tagħti messaġġ u dak nixtiequ nżommuh.", "Naqblu ma' dak li qed jingħad fir-rapport dwar li l-uniformijiet għandhom jinżammu għal għaxar snin, u naħseb li qed jinstab bilanċ bejn il-bżonn li jinfetaħ is-suq – nerġa' ngħid li aħna favur din ir-rakkomandazzjoni – u li fl-istess ħin ikollna assigurazzjoni li se jkun hemm xi ħadd li se jipprovdi l-uniformijiet.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq nirringrazzjakom talli pparteċipajtu f'din is-sensiela ta' laqgħat li wassluna għal din il-laqgħa konklussiva tal-lum.", "Jidher li hawn qbil sabiex dan ir-rapport nagħmluh pubbliku, u allura se npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra llum stess.", "Nistenna b'ħerqa kbira li dan il-proċess kollu ta' konsultazzjoni u l-kitba ta' dan ir-rapport tiswa ta' ġid mhux biss għall-edukaturi tagħna, imma anke għall-uffiċjali tal-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, biex finalment ipoġġu fis-suq ir-regolamenti li aħna tajnihom daqqa t'id biex iħejju, ħalli fl-aħħar mill-aħħar ikollna proċess tajjeb.", "Jiena nawgura li fil-ġejjieni dan il-Kumitat jibqa' isib l-ispazji tiegħu ta' fejn ikun jista' jiswa ta' ġid għas-soċjetà bir-rapporti li jagħmel, u li, minkejja li m'għandniex awtorità eżekuttiva dwar kif nistgħu niddeċiedu, xorta waħda nistgħu nagħtu l-għajnuna tagħna biex jinstabu s-soluzzjonijiet.", "Grazzi.", "Fid-8:57 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha titħabbar iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120320_126d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 126", "It-Tlieta, 20 ta' Marzu, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.20 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Carmelo Abela, Onor Frederick Azzopardi u l-Onor.", "Dr Elaine Birmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "125 li saret nhar it-Tlieta 13 ta' Marzu 2012 ġew konfermati.", "Diskussjoni u approvazzjoni tad-Disa' Rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali intitolat \"L-Uniformijiet tal-Iskejjel.\"", "Il-Kumitat stieden lil dawk li bagħtu ittri u kummenti bħala rispons għall-Konsultazzjoni Pubblika għad-Disa' Rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ntitolat \"L-Uniformijiet tal-Iskejjel\".", "Għaldaqstant il-Kumitat stieden lil Dr Cedric Mifsud u lis-Sur Joe Farrugia, avukat u s-sid rispettivament ta' Jon David Limited, lis-Sinj Filomena Attard sid ta' ħanut tal-ħwejjeġ f'Għawdex u lis-Sur Manuel Micallef", "Direttur ta' Terry's Fabrics Co Ltd f'Għawdex li taw il-kummenti u s-suġġerimenti tagħhom.", "Wara ġew mistiedna s-Sur Stephen Cachia, Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Margerita u lil Dr Sylvann Aquilina Zahra, Direttur Ġenerali fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni li wieġbu għall-mistoqsijiet tal-membri.", "Kien hemm qbil ukoll li mar-rapport \"Uniformijiet tal-Iskejjel\" jiġu mehmuża l-proposti u s-suġġerimenti kollha li ntbagħtu fil-proċess ta' konsultazzjoni.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-8:57 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha titħabbar iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120320_126m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-familja", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 6", "It-Tlieta, 27 ta' Marzu 2012 fis-7:00pm", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Familja, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 27 ta' Marzu, 2012 fis-7:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni minn Mons Victor Grech, u l-awturi tal-istudju intitolat A Minimum Budget for a Decent Living.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120327_006a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-Familja", "LAQGĦA NRU 6", "It-Tlieta, 27 ta' Marzu, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.10 p.m.", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Justyne Caruana, l-Onor Jesmond Mugliett, l-Onor Carmelo Abela (sostitut) u l-Onor Frederick Azzopardi (sostitut).", "Kien preżenti wkoll l-Onor David Agius.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "5, li saret nhar it-Tnejn 5 ta' Marzu 2012, ġew konfermati.", "Preżentazzjoni minn Mons Victor Grech, u l-awturi tal-istudju intitolat A Minimum Budget for a Decent Living.", "Il-Kumitat stieden lill-Mons Victor Grech, Direttur tal-Caritas biex jgħamel introduzzjoni dwar l-istudju \"A Minimum Budget for a Decent Living\".", "Wara, il-Kumitat stieden lis-Sur Leonid McKay (sociologist), is-Sur Karm Farrugia (ekonomista), Dr Suzanne Piscopo (Nutrition and Home Economics specialist) u lis-Sur Joe Sammut PR & Fund-raising Caritas Malta, kollha awturi tal-istudju li taw preżentazzjoi fuq is-suġġett.", "Is-Sur Leonid McKay ippreżenta lill-Kumitat:", "Il-President tal-Kumitat iċċirkola dawn id-dokumenti:", "Dokument 10 PQ 28185 – Ħaddiema b'Paga Minima", "Dokument 11 Labour Force Survey– NSO News Release tas-26 ta' Marzu 2012 059/2012", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8:50 p.m. il-Kumitat ikkonkluda fuq is-suġġett u aġġorna għal data li għandha titħabbar iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120327_006m_fac.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 62", "Il-Ħamis, 12 ta' April 2012 fit-3 pm", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ħamis, 12 ta' April, 2012 fit-3 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Negozjatur Ewlieni tat-Turkija l-E.T. Egemen Bagis.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120412_062a_turbar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Ħamis, 12 ta' April 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fit-3:20 p.m.", "L-Onor Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Leo Brincat.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 61 li saret fl-20 ta' Marzu 2012 kienu konfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-PRESIDENT", "Il-President ippreżenta lill-Membri u poġġa fir-records tal-Kumitat dawn id-dokumentii:-", "Dokument 1043 Żewġ ttri datati Frar 2012 mill-Presidenti tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Ewropej tal-Parlament tal-Maċedonja (FYROM) fejn qegħdin jappellaw sabiex il-Kumitat jgħin ħalli jinfetħu n-negozjati għad-dħul tal-Maċedonia fl-Unjoni Ewropea;", "Dokument 1044 Komunikazzjoni datata t-30 ta' Marzu mill-Ambaxxata Sirjana f'Ruma dwar l-għadd ta' vittmi tal-ġlied li kien hemm fis-Sirja;", "Dokument 1045 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tad-29 ta' Mejju 2000 dwar Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll tal-2001 miegħu (05306/2010 – C7-0030/210 – 2009/0189(NLE)) - P7_TA-PROV(2012)0066;", "Dokument 1046 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar tad-deċiżjonijiet u l-istrumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u l-ħolqien ta' Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (COM(2009)0154 – C7-0236/2009 – 2009/0157(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0068;", "Dokument 1047 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2012 dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-impjegati (2011/2116(INI)) - P7_TA-PROV(2012)0071;", "Dokument 1048 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2012 dwar il-kontribut tal-istituzzjonijiet Ewropej għall-konsolidazzjoni tal-Proċess ta' Bolonja (2011/2180(INI)) - P7_TA-PROV(2012)0072;", "Dokument 1049 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2012 dwar il-ġestjoni tal-kwalità għall-Istatistika Ewropea (2011/2289(INI)) - P7_TA-PROV(2012)0073;", "Dokument 1050 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd, fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-amministrazzjoni finanzjarja ta' ċerti Stati Membri li għandhom jew li jinsabu mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (COM(2011)0484 – C7-0219/2011 – 2011/0212(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0074;", "Dokument 1051 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 li jiftaħ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja (COM(2011)0384 – C7-0170/2011 – 2011/0169(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0075;", "Dokument 1052 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (COM(2011)0082 – C7-0069/2011 – 2011/0039(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0076;", "Dokument 1053 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw (09771/2011 – C7- 0206/2011– 2010/0343(NLE)) - P7_TA-PROV(2012)0081;", "Dokument 1054 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2012 dwar l-indirizzar tal-epidemija tad-dijabete fl-UE (2011/2911(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0082;", "Dokument 1055 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2012 dwar ir-rapport ta' progress 2011 dwar dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (2011/2887(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0083;", "Dokument 1056 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2012 dwar ir-rapport ta' progress 2011 dwar l-Islanda (2011/2884(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0084;", "Dokument 1057 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2012 dwar siti tal-internet diskriminatorji u reazzjonijiet tal-gvernijiet (2012/2554(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0087;", "Dokument 1058 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2012 dwar ir-riżultat tal-elezzjonijiet presidenzjali fir-Russja (2012/2573(RSP - P7_TA-PROV(2012)0088;", "Dokument 1059 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2012 dwar il-Kazakistan (2012/2553(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0089;", "Dokument 1060 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2012 dwar is-sitwazzjoni fin-Niġerja (2012/2550(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0090;", "Dokument 1061 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2012 dwar is-Sitt Forum Dinji dwar l-Ilma li se jseħħ f'Marsilja mit-12 sas-17 ta' Marzu 2012 (2012/2552(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0091;", "Dokument 1062 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2012 dwar it-traffikar tal-bnedmin fis-Sinaj, b'mod partikolari fil-każ ta' Solomon W. (2012/2569(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0092;", "Dokument 1063 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2012 dwar il-Palestina: attakki mill-forzi Iżraeljani fuq stazzjonijiet telviżivi Palestinjani (2012/2570(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0093;", "Dokument 1064 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2012 dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-Baħrejn (2012/2571(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0094;", "Dokument 1065 Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2012 dwar il-Bini ta' Kapaċitajiet Xjentifiċi fl-Afrika: il-promozzjoni ta' sħubijiet Ewropej-Afrikani dwar ir-radjuastronomija - P7_TA-PROV(2012)0095; u", "Dokument 1066 Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2012 dwar l-introduzzjoni tal-programm \"Ċess fl-Iskola\" fis-sistemi edukattivi tal-Unjoni Ewropea - P7_TA-PROV(2012)0097.", "LAQGĦA MAL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U NEGOZJATUR EWLIENI TAT-TURKIJA, E.T. EGEMEN BAĞIŞ", "L-E.T. Egemen Bağiş, Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Negozjatur Ewlieni tat-Turkija, kien akkumpanjat mill-E.T. Haluk Ilicak, Ambaxxatur u Sotto-Segretarju fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej, l-E.T. Refika Nihal Cevik, Ambaxxatur tat-Turkija għal Malta, is-Sinj.", "A Deren Doğun Yavuz, Direttur għall-Politika Soċjali, Reġjonali u Innovazzjoni fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej, is-Sur Sadi Kündüroğlu, konsulent, is-Sur Selçuk Gökaltun, konsulent, u s-Sur Nuri Cihangir Şahin, konsulent.", "Wara introduzzjoni mill-President tal-Kumitat saret diskussjoni dwar diversi kwestjonijiet attwali, fosthom, is-sitwazzjoni fis-Sirja, fil-Libja u fl-Iran u r-relazzjonijiet tat-Turkija ma' Israel u Ċipru.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej tat-Turkija rringrazzja lill-Malta għas-sostenn li dejjem tat lit-Turkija fil-mixja tagħha lejn sħubija fl-Unjoni Ewropea filwaqt li talab li titneħħa l-ħtieġa ta' visa għal ċittadini Torok fiż-żona Schengen.", "Fit-3:55 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn, 16 ta' April, 2012, fis-5.45 pm b'laqgħa ma' Prof Norbert Lammert, President tal-Parlament Ġermaniż (Bundestag).", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120412_062m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 63", "It-Tnejn, 16 ta' April 2012 fil-5:45 pm", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 16 ta' April, 2012 fil-5:45pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa ma' Prof. Norbert Lammert, President tal-Parlament tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120416_063a_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 16 ta' April 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fil-5:45 p.m.", "L-Onor Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Preżenti wkoll kien hemm l-Onor Carmelo Abeal, Membru tal-Grupp Parlamentari ta' Ħbiberija bejn Malta u l-Ġermanja.", "SKUŻATI: L-Onor Beppe Fenech Adami kien imsiefer fuq xogħol parlamentari.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 62 li saret fit-12 ta' April 2012 kienu konfermati.", "LAQGĦA MA' PROF.", "NORBERT LAMMERT, PRESIDENT TAL-PARLAMENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA (BUNDESTAG)", "Prof. Norbert Lammert, President tal-Parlament Ġermaniż (Bundestag) kien akkumpanjat minn Dr Hubert Ziegler, Ambaxxatur tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja għal Malta, is-Sur Gunther Gloser u s-Sur Stefan Muller, Membri Parlamentari Ġermaniżi, Dr Alexander Troche, Viċi Kap tal-Protokoll, Dr Maika Jachmann, uffiċjal għall-istampa, u s-Sur Alexander Wood, interpretu.", "Wara introduzzjoni qasira mill-President tal-Kumitat żvolġiet diskussjoni fuq diversi temi fosthom, ir-relazzjoni legali li teżisti bejn il-Gvern u l-Parlament Ġermaniżi fuq affarijiet Ewropej, il-mod kif titfassal l-aġenda parlamentari, il-finanzjament tal-partiti politiċi u l-koperazzjoni ma' parlamenti ġodda tal-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq wara r-rivoluzzjonijiet li seħħew.", "Fis-7:00 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120416_063m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-familja", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 7", "It-Tnejn, 23 ta' April 2012 fis-7:00pm", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Familja, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 23 ta' April, 2012 fis-7:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "\"L-isfidi ta' familja tipika Maltija - policy nazzjonali fir-rispett sħiħ tal-awtonomija tagħha.\"", "Preżentazzjoni miċ-Ċentru għall-Istudji tal-Familja tal-Università ta' Malta.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120423_007a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-Familja", "LAQGĦA NRU 7", "It-Tlieta, 23 ta' April, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.07 p.m.", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Kien preżenti wkoll l-Onor Carmelo Abela.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "6, li saret nhar it-Tlieta 27 ta' Marzu 2012, ġew konfermati.", "\"L-isfidi ta' familja tipika Maltija - policy nazzjonali fir-rispett sħiħ tal-awtonomija tagħha.\"", "Preżentazzjoni miċ-Ċentru għall-Istudji tal-Familja tal-Università ta' Malta.", "Il-Kumitat stieden lill-Professur Angela Abela, Direttriċi taċ-Ċentru għall-Istudji tal-Familja biex tagħmel introduzzjoni dwar ix-xogħol taċ-Ċentru.", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Leonid McKay (sociologist), is-Sur Karm Farrugia (ekonomista), Dr Suzanne Piscopo (Nutrition and Home Economics specialist) u lis-Sur Joe Sammut PR & Fund-raising Caritas Malta, kollha awturi tal-istudju li taw preżentazzjoi fuq is-suġġett.", "Is-Sur Leonid McKay ippreżenta lill-Kumitat:", "Il-President tal-Kumitat iċċirkola dawn id-dokumenti:", "Dokument 10 PQ 28185 – Ħaddiema b'Paga Minima", "Dokument 11 Labour Force Survey– NSO News Release tas-26 ta' Marzu 2012 059/2012", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8:50 p.m. il-Kumitat ikkonkluda fuq is-suġġett u aġġorna għal data li għandha titħabbar iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120423_007m_fac.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR", "TAL-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 7", "It-Tlieta, 24 ta' April, 2012 fis-7:00 p.m.", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 24 ta' April, 2012 fis-7:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar il-Politika Nazzjonali dwar l-Ambjent (li tinkludi preżentazzjoni mill-Onor.", "Mario DeMarco, Ministru għat-Turiżmu, Kultura u l-Ambjent).", "18 ta' April 2012 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120424_007a_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 7", "It-Tlieta, 24 ta' April, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 6 li saret l-Erbgħa 14 ta' Diċembru, 2011 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Jesmond Mugliett): Nistgħu ngħaddu għad-diskussjoni li għandna llum u nistieden lill-Ministru de Marco sabiex jibda bil- preżentazzjoni.", "DISKUSSJONI DWAR IL-POLITIKA NAZZJONALI DWAR L-AMBJENT", "MARIO DE MARCO (Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura): Xtaqt qabel xejn nintroduċi ftit lin-nies li ġibt miegħi.", "Għandi lil Dr. Margaret Camilleri li qiegħda fil-Ministeru li ġejja min-naħa tal-MEPA li ħadmet ħafna wkoll fuq it-tfassil ta' dan id-dokument, Dr. Marie Louise Mangion li hija l-Kap tal-Unit responsabbli għat-Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli li wkoll ħadmet ħafna biex tiġbor flimkien dan id-dokument, is-Sur Peter Portelli li huwa s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħi, Dr. Jesmond Schembri li huwa l-Kap tas-Segretarjat tiegħi u s-Sur Sergei Golovkin li huwa Advisor miegħi bħala Koordinatur fuq affarijiet ambjentali.", "Hawnhekk lestejna presentation li essenzjalment se tkun qed tispjega dwarha Dr. Marie Louise Mangion, però bħala introduzzjoni rrid ngħid li dan id-dokument kien interessanti għall-mod kif tfassal.", "Filwaqt li forsi jista' ikun hemm elementi – li m'għandix dubju li dejjem ikun hemm f'kull dokument u forsi f'kull politika – dwar jekk wieħed jaqbilx jew le, jew forsi seta' kien hemm iktar enfasi fuq dan l-aspett jew forsi inqas fuq aspett ieħor, żgur li dan l-eżerċizzju kien interessanti mil-lat ta' proċess ta' konsultazzjoni għax kif sar kien hemm numru ta' laqgħat, ta' konsultazzjonijiet ma' varji stakeholders fit-tfassil ta' dan id-dokument, anke fir-rigward ta' x'inhuma l-issues li d-dokument għandu jindirizza.", "Ovvjament l-ambjent fl-aħħar mill-aħħar huwa suġġett vast ħafna, però kellna nindirizzaw numru ta' areas fejn xtaqna nindirizzawhom u saru naħseb viċin il-mijiet ta' laqgħat ta' konsultazzjoni ma' varji NGOs, stakeholders, issues papers mal-partiti politiċi kemm min-naħa tal-Partit Laburista u kemm min-naħa tal-Alternattiva Demokratika u ltqajna diversi drabi u essenzjalment kif wasalna s'hawnhekk kien interessanti wkoll.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mal-aspett tematiku, hemm sitt areas bħala main priorities li dehrilna li kellna nenfasizzaw fuqhom u issa se tidħol fihom Dr. Marie Louise, però waħda minnhom hija l-issue ta' greening the economy.", "Greening the economy bħalissa naħseb hija waħda mill-iktar issues importanti anke fl-aspett Ewropew, jiġifieri l-idea li l-ekonomija u l-ambjent mhumiex qishom żewġ affarijiet diametrikament opposti għal xulxin, anzi rridu naraw kif nistgħu nagħmlu l-ekonomija iktar ħadra u ekonomija iktar ħadra hija ovvjament waħda ħafna iktar sostenibbli.", "Fil-fatt bħalissa in the run up għal Rio+20 summit li se jsir fuq żvilupp sostenibbli f'Ġunju li ġej, waħda mill-issues li qiegħda tenfasizza l-istess Unjoni Ewropea bħala goals għal dan is-summit huwa preċiżament fuq l-issue ta' greening the economy u targets marbutin m'hemmhekk.", "It-tieni oġġettiv għandu x'jaqsam mas-saħħa ambjentali, kif l-ambjent huwa marbut anke mas-saħħa tagħna lkoll u x'inhuma l-affarijiet li jistgħu jniġġsu u ovvjament iġibu konsegwenza fuq is-saħħa ta' kull wieħed u waħda minna.", "It-tielet aspett ukoll huwa topic pjuttost dominanti bħalissa fl-Unjoni Ewropea li huwa r-resource efficiency.", "Ilkoll nafu li fl-aħħar mill-aħħar ir-riżorsi ta' kull pajjiż mhumiex infiniti, allura rridu naraw kif nistgħu nagħmlu iktar b'inqas, b'mod iktar effiċjenti u b'mod iktar sostenibbli.", "Ovvjament għalina mbagħad billi aħna pajjiż ċkejken ifisser ħafna iktar, kemm minn aspetti ta' ġebla, kemm minn aspett ta' art u kemm minn aspett tal-ilma tagħna.", "Ir-raba' huwa forsi dak l-aspett tal-ambjent li huwa daqsxejn iktar kosmetiku, jiġifieri l-ambjent viżibbli, jiġifieri kif nistgħu nagħmlu l-post fejn ngħixu daqsxejn iktar attraenti, kemm jekk nitkellmu fuq żoni urbani kif ukoll jekk nitkellmu dwar il-kampanja tagħna.", "Dan huwa pjuttost iktar forsi popolist ikolli ngħid, però mill-banda l-oħra huwa konxju wkoll tal-fatt li għal ħafna nies dak huwa l-ambjent u kif nieħdu ħsieb l-inħawi ta' madwarna taffettwa wkoll il-kwalità tal-ħajja fl-aħħar mill-aħħar.", "Pereżempju, hemm aspett tal-cores tal-irħula tagħna li ħafna drabi huma traskurati għaliex kien hemm tendenza li n-nies riedu jgħixu f'binjiet iktar moderni u ħafna drabi l-binjiet iktar moderni għamilnihom on the fringes taż-żoni tal-iżvilupp tagħna b'konsegwenza li kien hemm shift, qishom in-nies ħarġu miċ-ċentru, marru on the fringes u abbandunajna l-core tal-ibliet u l-irħula tagħna.", "Dan qed jindirizza x'nistgħu nagħmlu biex nerġgħu nirriġeneraw iċ-ċentri tal-ibliet u l-irħula tagħna.", "Imbagħad hemm objective dwar Għawdex u x'nistgħu nagħmlu iktar bħala politika ambjentali għal Għawdex.", "L-aħħar suġġetti ovvjament huma l-issues tal-long term sustainability marbutin ma' climate change, biodiversity u affarijiet oħra bħal dawn.", "Ma' kull objective għandek numru ta' miżuri li rridu nieħdu u apparti l-miżuri mbagħad għandek l-issues tal-indicators.", "Jiġifieri jekk nieħdu l-mizura, x'se naraw?", "X'inhuma l-konsegwenzi ta' din il-miżura relatata ma' dan l-objective?", "U dak l-indicator jgħinek ukoll biex tirrealizza in realtà jekk fil-fatt aħniex qed nimplimentaw dak li qed ngħidu li rridu nimplimentaw.", "Ħaġa oħra wkoll importanti hi li hawnhekk qed nagħtu timeframes sa meta nixtiequ li ssir din l-azzjoni u se nistqarr li din kienet xi ħaġa li kien enfasizza ħafna fuqha l-Onor.", "Leo Brincat f'waħda mil-laqgħat ta' konsultazzjoni li kellna, jekk m'iniex sejjer żball, ġewwa d-Dragonara.", "Fl-aħħar mill-aħħar dan huwa dokument li għandu jiġi ovvjament implimentat u għandu jkun hemm element ta' trasparenza kif jiġi implimentat.", "Allura filwaqt li qegħdin ngħidu li dan huwa target plan sat-2020, m'aħniex qed ngħidu li essenzjalment kollox isir fl-aħħar sena by 2020, però as we go along sa dik id-data hemm numru ta' affarijiet li għandhom jibdew jiġu implimentati.", "Imbagħad hemm kapitli oħra li jitkellmu dwar l-ownership ta' dan id-dokument, kif nistgħu nassiguraw li fir-realtà ma jkunx biss dokument tal-Ministeru tal-Ambjent, però jkun dokument ta' gvern, hu min hu, għax fl-aħħar mill-aħħar jekk nitkellmu fuq l-arja, ħafna affarijiet fuq l-arja ma jiddependux mill-Ministeru tal-Ambjent, però jiddependu mill-Ministeru tat-Trasport jew mill-ministeru responsabbli għall-enerġija u l-istess jeffettwa għal kollox.", "Però naħseb li għedt biżżejjed u se ngħaddi l-kelma lil Dr. Mangion.", "L-AVUKAT MARIE LOUISE MANGION: Ħalli mmur ftit lura u ngħidu għalfejn kellna bżonn environment policy.", "Waħda mill-affarijiet l-iktar ovvji, biex ngħid hekk, hija li filwaqt li għandna numru ta' action plans, pereżempju fuq l-arja u fuq l-ilma, fl-istess ħin ma kellniex xi ħaġa li qed tintegra l-policies kollha f'daqqa, il-pjanijiet u l-ħsebijiet kollha f'daqqa.", "Allura b'dan id-dokument ridna noħorġu xi ħaġa li hija ħafna iktar ħolistika li tgħaqqad ħafna affarijiet f'daqqa.", "U dan id-dokument huwa importanti wkoll minħabba mhux biss li jagħti gwida lilna bħala policy makers, bħala gvern, bħala parlamentari, imma wkoll in-nies barra mill-gvern, mill-governanza, biex ngħid hekk, lill-industrija, lill-NGOs, lill-general public u allura hawnhekk qed nikkomunikaw x'nixtiequ nagħmlu, xi jrid isir.", "Huwa dokument ukoll importanti għall-Unjoni Ewropea minħabba li aħna hemmhekk qed ngħidu fejn irridu nwasslu l-ambjent ta' madwarna.", "L-Onor. de Marco spjega s-sitt għanijiet li identifikajna f'dan id-dokument.", "Li se nagħmlu issa huwa li se nidħlu f'kull għan u nispjegaw ftit iktar fid-dettall il-policies u l-miżuri li identifikajna permezz tal-proċess li għaddejna minnu.", "Għaliex huwa importanti?", "L-ekonomija dejjem nisħqu li għandha tkompli tikber.", "Isiru ħafna inizjattivi biex l-ekonomija tikber u l-ekonomisti dejjem ifittxu fejn hu l-iktar potenzjal fejn hemm tkabbir ekonomiku.", "U kemm fl-Ewropa u kemm f'economic blocks oħrajn hemm push qawwija biex indaħħlu l-element ambjentali fl-ekonomija u din tgħaqqad ukoll ma' resource efficiency għar-raġuni li l-ekonomija it's all about resource use and efficiency of resources.", "Allura waħda mill-affarijiet li daħħalna hawnhekk bħala economic policies huwa li nużaw ċerti strumenti – ħafna minnhom se jkunu strumenti li jagħtu messaġġi lis-suq – biex inkunu nistgħu nixprunaw l-ekonomija lejn direzzjoni partikolari, allura qed ngħidu x'tip ta' investiment irridu, investiment li jagħti kas iktar l-ambjent u permezz t'hekk imbagħad inkunu nistgħu noħolqu iktar impjiegi kemm fis-settur ambjentali kif ukoll fis-settur li jissapportja l-ambjent.", "Però barra minn hekk ma tistax tikkrea impjiegi ambjentali jekk m'għandekx it-training, allura jrid ikollok investiment kemm min-naħa ta' training u kemm min-naħa ta' investiment.", "Qed naraw ukoll li waħda mill-affarijiet importanti hija l-green public procurement (GPP).", "Il-gvern huwa wieħed mill-iktar konsumaturi kbar fl-ekonomija ta' Malta u allura jista', permezz tal-għodda li jixtri hu, is-servizzi u l-affarijiet li jixtri, jagħti sinjali lis-suq biex jinvesti aktar f'dak il-qasam u allura x'tip ta' makkinarju x'tip ta' servizzi jista' is-suq ikollu f'Malta biex dak li ninvestu u dak li nixtru jkun iktar ambjentali.", "Xi ftit mill-miżuri jinkludu wkoll elementi li nħarsu lejn is-sussidji li jagħti l-gvern u kif dawn jaffettwaw l-ambjent.", "Irridu nagħmlu wkoll pjan ta' azzjoni biex naraw dawn il-market based instruments kif jaħdmu.", "Xi ħaġa oħra li rridu naħdmu fuqha hija l-element ta' sustainable consumption and production – u din hija xi ħaġa li qed tiġi diskussa wkoll għas-summit ta' Rio – biex aħna nkunu nafu kif se nkunu nistgħu ngħaqdu l-konsum li nagħmlu mal-produzzjoni li qed noħolqu.", "It-tieni għan huwa l-element ta' saħħa, saħħa ambjentali.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq erba' oqsma partikolari li jeffettwaw is-saħħa: l-arja, il-ħsejjes, il-kimiċi u r-radjazzjoni.", "L-issue tal-arja u l-ħsejjes kienu żewġ elementi li waqt il-public consultation ħarġu ħafna u n-nies enfasizzawhom ħafna.", "Xi wħud minn dawn l-affarijiet diġà bdejna naħdmu fuqhom, pereżempju r-review fuq il-ħsejjes ambjentali u n-neighbourhood noise.", "L-element ta' environmental noise l-EU tirregolah, però n-neighbourhood noise ma tirregolahx u fil-fatt qed issir public consultation fuq ir-review tan-neighbourhood noise.", "Għandna wkoll numru ta' information systems li għandhom bżonn jiġu established.", "L-aspett ambjentali jitlob ħafna studji u ħafna monitoring u ġbir ta' data biex inkunu nafu fiex aħna.", "Il-kwalità ta' informazzjoni hija importanti wkoll, u mhux biss fuq pereżempju, il-kwalità tal-arja li għandna, allura x'tip ta' emissions għandna u l-pollutants kollha tal-arja, imma wkoll kif dawn jeffettwaw is-saħħa, jiġifieri hemm bżonn ħafna iktar informazzjoni u riċerka.", "Hemm ukoll numru ta' inizjattivi bħall-green travel plan u construction site management regulations li diġà huma in force, però qed jiġu revised u ovvjament waħda mill-issues hija li nkomplu x-xogħol biex dawn jiġu implimentati aktar għax dejjem ikun hemm issues ta' implimentazzjoni fil-proċess.", "It-tielet għan huwa l-effiċjenza tar-riżorsi u s-sostenibilità.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq sitt areas: il-ġebla, l-ilma, il-baħar ta' madwarna u l-aspett kostali, il-ħamrija, l-art u l-iskart.", "L-iskart qed inqisuh bħala riżors, qabel konna nqisuh ħafna bħala xi ħaġa li ġiet mormija u qiegħed hemm ma tużahx, però llum nafu li l-iskart jista' ikun riżors ukoll u rridu naraw kif nużawh.", "Il-ġebla hija xi ħaġa li rridu nikkonservawha mhux biss għax hija riżors, imma anke minħabba l-fatt li qed tonqos u jekk għada pitgħada rridu nirriabilitaw ċerti postijiet, se jkollna bżonn dik il-ġebla.", "Allura huwa importanti li naraw x'nistgħu nużaw illum għall-ġebla bħala substitute and what is the opportunity cost li nuża ġebla minflok mezzi oħrajn.", "Waħda mill-affarijiet li nixtiequ nagħmlu huwa policy framework għall-minerals extraction sector li hawnhekk allura jeffettwa ħafna r-riżors tal-ġebla u nagħmlu assessment ukoll ta' kif nistgħu ninternalizzaw il-cost tal-ġebla.", "Illum tintuża ħafna ġebla u tinħela ħafna ġebla għar-raġuni li l-prezz huwa pjuttost irħis.", "Aħna naħsbu li jekk il-cost tal-ġebla tkun tirrifletti verament the economic cost, inkunu nistgħu nirregolaw aktar l-użu tal-ġebla.", "Għandna wkoll aspetti fuq l-ilma.", "Ħarġu numru ta' dokumenti li jirrigwardaw l-ilma u ovvjament ma qgħadniex nikkupjawhom f'din il-policy, imma ħadna l-ġist tagħhom u rajna l-viżjoni ġenerali ta' x'irridu nagħmlu hemmhekk.", "Għandna l-water policy, il-water catchment management plan u n-nitrate section programme li ħafna minn dawn diġà bdew miżuri li qed jiġu implimentati.", "Għandna wkoll maritime spatial plan li din hija parti minn strategic plan for environment and development (SPED) li se tkun parti minnha, għax l-iSPED se tkun tinkorpora l-aspett tal-baħar ukoll.", "Irridu wkoll nagħtu kas ħafna l-bajjiet tagħna.", "Meta konna qed nagħmlu l-policy ħareġ ċar ħafna kemm il-bajjiet huma importanti u għall-bidu bdejna nistaqsu kif il-bajjiet kienu qed joħorġu daqshekk importanti.", "Ħarġu daqshekk importanti, meta konna qed nagħmlu weighting tal-criteria u ta' x'riżorsi għandna, mhux biss minħabba l-aspett rikreattiv tagħhom, imma anke minħabba l-fatt li huma element importanti ħafna fil-biodiversità ta' dan il-pajjiż.", "Għalhekk huwa veru importanti li nimmaniġjaw il-bajjiet u l-kosta ta' madwarna.", "Hemm ukoll xogħol li jrid isir fuq l-acquaculture strategy u anke nirrivedu l-policy fuq dumping of waste at sea u nħarsu lejn x'inhu l-effett tal-impatt li narmu fil-baħar.", "Għal dak li jirrigwarda ħamrija, kif semmejt qabel, irridu nimmonitorjaw u jkollna data tajba dwar numru ta' aspetti ambjentali u l-ħamrija hija waħda minnhom.", "L-art kif nafu, hija riżors limitat ħafna given id-domanda li għandna fuq l-art u allura rridu nkunu ċerti li d-direzzjoni li qed tagħti din il-politika lill-iSPED hija li tagħmel l-aħjar użu u użu effiċjenti tal-art u tipproteġi wkoll il-kampanja.", "Għandna wkoll numru ta' miżuri li jinkoraġġixxu l-użu effiċjenti tal-art, fosthom qed inħarsu lejn is-social housing.", "Ovvjament is-social housing jagħmel użu mill-art ukoll u allura rridu naraw kif nistgħu nużaw bini u art eżistenti għas-social housing ukoll.", "Fuq skart irridu nagħmlu update u nimplimentaw il-waste management plan u anke nagħmlu kampanja edukattiva biex innaqqsu l-iskart.", "L-ewwel element in anything to do with waste huwa li tnaqqas l-iskart, imbagħad jekk ma tistax tnaqqsu tara kif se timmaniġja dak li tikkrea.", "Irridu wkoll nagħmlu action plan fuq construction and demolition waste li again tirrelata mal-użu tal-ġebla, allura l-iskart u l-ġebla hawnhekk jiġu relatati.", "Ir-raba' qasam huwa li jkollna post isbaħ fejn ngħixu u dan qsamnih f'aspett urban, aspett rurali u aspett kostali u storiku.", "Hawnhekk qed inħarsu lejn il-link bejn l-ambjent u dak li hemm madwarna, pereżempju l-arja li hemm f'ċerti postijiet, pereżempju postijiet urbani.", "Irridu nħarsu lejn town centre management u kif nistgħu jkollna ċentri kemm tal-villaġġi storiċi, kemm tal-ibliet u l-irħula l-oħra li jkunu ħafna aktar komdi għan-nies biex jgħixu fihom.", "Illum għandek ukoll ċerti nies li qed imorru 'l bogħod miċ-ċentri storiċi għal raġunijiet differenti, xi kultant jista' jkun il-prezz jew li l-bini li għandna fihom mhuwiex addattat għall-bżonnijiet ta' familja li tkun se tibda tinbena.", "Allura rridu nħarsu lejn dak l-element ukoll.", "Irridu naraw ukoll li nużaw environmental permitting systems biex innaqsu l-impatt ta' ċerti SMEs fuq iż-żoni urbani, biex ovvjament ma jagħmlux dannu għar-residenti jew għall-post fejn inkunu qegħdin ngħixu.", "Idea oħra li ħarġet permezz ta' konsultazzjoni ukoll kienet li jkun hemm compulsory renovation orders meta niġu biex ikun hemm upgrading ta' faċċati importanti f'dawn l-areas, però fl-istess ħin nagħtu nċentivi biex dak li jkollu post skedat – fil-fatt ġew imħabbra ukoll fil-baġit – ikun jista' jieħu ħsieb il-post li għandu.", "Hawnhekk qed insemmu ukoll l-element ta' rehabilitation tal-wirt storiku tagħna u qed naraw ukoll il-linkage bejn il-fatt li l-ministeru tagħna huwa responsabbli mit-turiżmu, mill-ambjent u mill-kultura, tliet areas li jidħlu flimkien.", "Qed ngħidu wkoll li għandu jkun hemm rural tourism policy li qed naħdmu fuqha, guidelines tal-valley management li aktar u aktar isiru importanti u n-nies illum qed jivvalutawhom ħafna aktar, u anke li nipproteġu l-kampanja tagħna minn żvilupp mhux addattat.", "Għawdex rajna ukoll li huwa importanti li jkollu section għalih.", "Ovvjament, il-policies li għandna throughout dan id-dokument jirrelataw ukoll għal Għawdex, però, hemm ċerti elementi li rridu niffukaw aktar żvilupp sostenibbli għal Għawdex billi nagħtu ħafna aktar importanza għall-kunċett ta' eko-Għawdex.", "Dan id-dokument jitkellem fuq numru ta' aspetti f'dan il-qasam.", "Li nixtieq insemmi hawnhekk, imma mhumiex l-uniċi, huwa li pereżempju jkollna, Gozo quality label li allura permezz ta' hekk tkun qed tgħin lill-aspett soċjo-ekonomiku t'Għawdex u tagħmel highlighting ta' dak li Għawdex huwa uniku fih.", "Irridu naraw ukoll li jkun hemm rural tourism policy għal Għawdex, għax minbarra li jkun hemm policy nazzjonali jkun hemm waħda li qed tiffoka ħafna aktar fuq Għawdex u anke li jkun hemm lokalitajiet f'Għawdex fejn l-użu tal-ġebla jista' jiġi promoss permezz ta' reuse u recycling.", "L-aħħar għan huwa long term sustainability issues.", "Xi uħud minn dawn l-issues inħossuhom illum imma l-effett tagħhom huwa pjuttost 'il bogħod.", "Qed nirriferi għal affarijiet bħall-greenhouse gas emmissions fejn id-deċiżjonijiet li nieħdu llum dwarhom se jeffettwaw dak li se jiġri għada, imma l-azzjoni trid tittieħed illum.", "Hemm ukoll l-addattazzjoni għat-tibdil fil-klima, irridu wkoll naċċertaw ruħna li nnaqqsu t-telf tal-biodiversità – din hija diskussjoni għaddejja wkoll fuq livell Ewropew – u anke li nkunu ppreparati għall-emerġenzi ambjentali li jistgħu jinqalgħu.", "Fuq dawn it-tliet oqsma għandna numru ta' miżuri u minħabba li hemm climate change adaptation u mitigation strategies, ma qgħadniex nikkuppjaw kull ħaġa li hemm f'dan id-dokument, imma nagħmlu riferenza għalih.", "Nitkellmu ukoll fuq miżuri dwar renewables u energy efficiency, energy performance fil-bini li għandna numru ta' direttivi llum li rridu noqogħdu magħhom biex nikkonservaw l-enerġija.", "Xogħol fuq in-National Biodiversity Strategy u Action Plan li qed naħdmu fuqha ukoll.", "Irridu wkoll nagħmlu management plans għall-protected areas li għandna u għandna target ukoll li nagħmlu pjan ta' azzjoni biex nirrestawraw 15% tas-sistemi ekoloġiċi li għandhom ħsara llum, xi wħud minnhom jistgħu jkunu bajjiet.", "Għandna ukoll xogħol li jrid isir dwar ir-risk assessment għall-emerġenzi biex inkunu ppreparati u nkomplu nagħmlu x-xogħol fuq contingency plans biex l-aġenziji responsabbli jkunu ppreparati fl-eventwalità ta' xi emerġenza ambjentali.", "Waħda mill-aktar affarijiet importanti ovvjament hija l-implimentazzjoni u fid-dokument ridna li nagħmlu section proprju fuq l-implimentazzjoni.", "Meta konna qed niddiskutu ma' ministeri oħrajn, mal-pubbliku in ġenerali u ma' nies differenti ħarġet ħafna l-importanza li jkun hemm joined-up government, li naħdmu flimkien li jkun hemm ħafna aktar koordinament.", "Il-proċess innifsu li wassal għal dan id-dokument diġà għen ħafna biex ikun hemm din it-tip ta' ħaġa, għax ministeri differenti bdew jitkellmu ħafna aktar ma' xulxin.", "M'iniex qed ngħid li qabel ma konniex nitkellmu, imma ovvjament meta għandek proċess bħal dan għaddej issir ħafna aktar interaction.", "U qed issir ħidma fuq aspetti differenti biex dan id-dokument actually, jiġi implimentat.", "Qed ngħidu wkoll li l-Gvern irid imexxi bl-eżempju.", "Każ partikolari huwa l-GPP.", "Biex nimplimentaw din il-politika rridu wkoll nużaw policy instruments differenti, minn infurzar, għar-regolamenti, għal-liġijiet, għall-educational campaigns, inċentivi, sussidji, taxxi, eċċ. Kif semmejt qabel, ir-riċerka u l-informazzjoni huma essenzjali ħafna għall-qasam ambjentali u allura fid-dokument insemmu wkoll il-linkages li rridu nagħmlu mal-Università ta' Malta, biex ikun hawn iktar riċerka.", "Compliance hija issue li dejjem tqum fl-aspetti ambjentali.", "Irrid ikollna regolamenti ħafna ċari, li jagħmlu ħafna inqas impatt negattiv jew jikkreaw ċertu burden amministrattiv fuq ir-regolatur jew fuq l-SMEs jew fuq individwi.", "Irridu nużaw ħafna aktar l-environmental permitting però l-infurzar ma jistax jonqos għax ovvjament dejjem se jkollok nies li jiksru l-liġi.", "Ir-riżorsi ovvjament huma importanti għall-implimentazzjoni ta' din il-politika nazzjonali dwar l-ambjent u li naħdmu man-nies li ovvjament għandhom interess partikolari fl-ambjent.", "Biex nagħmlu dan kollu għandna numru ta' miżuri.", "Li nixtieq nenfasizza hawnhekk huwa li nixtiequ li kemm il-ministeri u kemm l-entitajiet, nħeġġuhom li jaddottaw sistemi ta' environmental management anke huma, mhux biss is-settur privat, li hemmhekk tidħol il-greening the economy imma anke l-entitajiet governattivi, again leading by example.", "Għandna wkoll aspetti oħrajn bħal pereżempju, enforcement network, li nħeġġu environmental education at all levels, diġà qed isir ħafna, kemm min-naħa tal-Gvern, kemm minn naħa ta' NGOs differenti, però ovvjament dejjem hemm fejn jista' isir iktar.", "Hemm ukoll strateġija għall-edukazzjoni, għal żvilupp sostenibbli u anke li ngħinu lill-NGOs u li nissapportjawhom f'dak li jkunu qed jagħmlu.", "Meta jkollok politika tajjeb li timmoniterja fiex inti u wara ċertu żmien tevalwa u tbiddel u tagħmel review tagħha.", "Hawnhekk, il-mod ta' kif qed naraw li nimmoniterjawha huwa li l-monitering ikun responsabbiltà tal-Ministeru tal-Ambjent kif ukoll tal-OPM, minħabba li l-ambjent b'xi mod jew ieħor jeffettwa kull ministeru, ikun hemm progress report kull sena li jmur quddiem il-Kabinett, ikun hemm review ta' din il-politika kull tliet snin, u dan il-Kumitat ikun jista' jipprovdi pariri dwar ir-reviżjoni ta' din il-politika.", "Dan huwa x'qed nissuġġerixxu.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Jiena nixtieq li nipproċedu billi nqajmu l-issues hawnhekk imbagħad il-persuna kompetenti fuq il-materja tirrispondi, għax inkella ma jkollniex ċans għall-Membri sabiex jesprimu ruħhom.", "Ħalli nagħti ċans lill-Membri kollegi qabel ma nieħu l-microphone jien.", "L-Onor.", "LEO BRINCAT: Grazzi, Mr Chairman.", "Kif spjega l-Ministru de Marco, jien diġà kelli l-okkazzjoni nattendi presentation tad-draft u qed nieħu gost li hemm ċerti timelines li fid-dokument finali ġew miżjuda.", "M'iniex qed ngħid dan b'mod kritiku imma biex speċi ngħid x'kont nistenna aktar.", "Għamel tajjeb l-Onor. de Marco li spjega li għalkemm ovvjament dan huwa pjan li jwassal sal-2020, il-Gvern jixtieq jevita sitwazzjoni li kollox isir fit-2020 għax żgur li jixtieq jagħmel affarijiet qabel, hemm minn hemm fil-Gvern.", "Jien se naċċenna għall-aktar żewġ affarijiet li naħseb li huma importanti biex ma nagħmilx intervent twil.", "Id-dokument jaċċenna għall-overlaps bejn id-diversi kompetenzi u jipprova permezz tal-hekk imsejjaħ joined-up government jindirizzhom.", "Biss jien naħseb li s-sense of ownership, speċjalment meta jkun hemm areas problematiċi, naħseb li jibqa' ċ-ċavetta ta' kollox u mhux biss is-sense of ownership.", "Din qed tapplika l-aktar meta jkollok issue li ma tkunx purament ambjentali imma tolqot diversi ministeri.", "Mingħajr ma ngħidha b'mod kritiku, naf li kienet qamet fil-kuntest tal-Ministeru tar-Riżorsi meta ġew għall-issue tal-climate change.", "Initially id-dokument kien qisu se jkun owned completely – issa m'iniex qed inħares lejn ministri jew individwi imma qed nitkellem fuq strutturi – mill-MRRA meta l-major emitters huma ovvjament energy u transport li jaqgħu taħt ministeri kompletament differenti.", "Fil-fatt imbagħad kien hemm ftit tibdil f'dan ir-rigward.", "Jiena tibqa' xorta dilemma – u kien hemm diversi każi li ma naħsibx li huwa worth it li nidħlu fihom illum – fejn għadha tinħass l-idea li kultant ir-regolatur jipprova jieħu ċerti miżuri, imma fil-perception tan-nies l-operatur comes across bħala aktar effettiv mir-regolatur.", "Jien naħseb li jrid jinstab mezz biex din tiġi eliminata ħalli dan il-joined-up government verament jibda jaħdem b'mod effettiv.", "L-aċċenn għall-greening tal-ekonomija ovvjament, hija xi ħaġa pożittiva.", "Frankament naħseb, mingħajr ma nkun kritiku wisq, li diġà qegħdin tard mhux ftit, imma tard ħafna.", "Hemm pajjiżi li diġà ssettjaw job creation targets filwaqt li fil-każ tagħna, dejjem qed nimxu skont id-dokument, jidher ċar li mhux se jkollna strateġija qabel is-sena d-dieħla, jiġifieri l-action plan mhux il-Bambin jaf meta se jkun, imma baqa' ċertu żmien sakemm ikollna l-action plan.", "Ma' dan norbot xi ħaġa li għaddejja quddiem il-Parlament.", "Forsi tgħiduli li qed naqbeż mill-environment għas-sustainable development, imma l-linkage qiegħda hemmhekk.", "Mingħajr ma nidħlu fil-merti tas-Sustainable Development Bill għax wara kollox għadu qed jiġi diskuss fil-Parlament, l-iktar shortcoming li nara fih, m'iniex se nidħol fil-micro details, huwa li l-abbozz kif inhu lanqas jipprovdi speċifikament għal strateġija aħseb u ara kemm għad baqa' sakemm din se tiġi fformulata, jekk se tiġi fformulata.", "Rigward il-kwestjoni tal-green job sector huwa tajjeb li hemm riferenza għal dan imma mhux billi nitkellmu dwar incentivisation għax jekk inħarsu lejn l-istrateġija tal-jobs training id-dokument isemmi s-sena 2014.", "Jiġifieri jien qed nara li hemm ħafna affarijiet li fil-prinċipju huma tajbin imma t-timeframes, għalkemm tajjeb li hemm timeframes aħjar milli ma jkun hemm timeframes xejn, xorta juru li dawn l-issues li huma prijoritarji għal kulħadd, mhux biss għall-Gvern tal-ġurnata, xorta waħda naħseb li huma daqsxejn sluggish.", "L-aħħar żewġ kummenti biex ma nieħux ħin minn tal-kollegi tiegħi huma dwar il-qasam tal-iskart u l-kunċett...", "THE CHAIRMAN: Onor. Brincat, ħalli nwaqqfek ftit hawnhekk għax se nbiddel l-mod kif se nimxu.", "Inti qbadt żewġ issues u naħseb li jkun aħjar jekk nikkonċentraw il-mistoqsijiet ta' kulħadd fuqhom imbagħad immorru għall-oħrajn.", "Jien kont se naqbad joined-up government u greening the economy, imbagħad l-issue tar-resources inqajmuha flimkien f'daqqa.", "LEO BRINCAT: Jien li kont se nagħmel biex inkunu nistgħu nħaffu aktar, nagħmel iż-żewġ punti oħra li baqa' imbagħad anke għall-Ministru stess u għall-kollegi tiegħu .… Imma kif tgħidli inti, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: Jien nixtieq nara jekk hawnx aktar Membri li jridu jitkellmu dwar iż-żewġ issues ta' joined-up government and greening the economy, imbagħad nimxu għall-oħrajn.", "LEO BRINCAT: Kif tgħidli, nagħmel.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiena nixtieq naqbad ma' punt li semma l-Onor.", "Brincat li huwa l-ownership ta' ċerti inizjattivi li jittieħdu.", "Huwa semma l-climate change u jien se nsemmi l-ilma.", "Waħda mill-problemi l-kbar li għandna f'dan is-settur fejn jidħol l-ilma hija li l-ownership tiegħu huwa mifrux fuq ħafna azjendi differenti.", "Għandek il-Malta Resource Autority (MRA) li hija responsabbli mir-riżors innifsu imma imbagħad hemm il-kuntrattur, il-Water Service Corporation (WSC), għandek il-Public Works li għandhom input minħabba reservoirs, Transport Malta minħabba s-stormwater systems, l-agrikoltura, il-kunsilli lokali bir-reservoirs tagħhom u inputs oħra.", "Jien naħseb li biex ngħaddu minn kliem sabiħ għall-azzjoni effettiva rridu nsibu sistema kif ikollna ownership ta' din l-issue partikolari.", "Pereżempju, l-Onor.", "Brincat semma tajjeb ħafna l-climate change u jien ngħid l-ilma, għax hemmhekk fejn neħlu kull darba; kull darba the buck jgħadduh minn xi ħadd għal xi ħaddieħor u minkejja li jkollna l-policies kollha in place xorta waħda naqgħu lura fuq l-implimentazzjoni ta' ċerti affarijiet għax kulħadd iwaħħal f'ħaddieħor.", "Xtaqt li nistaqsi domanda fuq din li qed isemmi ċ-Chairman.", "Meta ġie ppreparat dan id-dokument ittieħdu in konsiderazzjoni proġetti li qed jiġu mħabbra minn ministeri diversi?", "Pereżempju, fil-każ t'Għawdex il-famuża link bejn Malta u Għawdex ġie ikkunsidrat x'impatt jista' jkollha meta għamilna policy partikolari fuq Gozo dwar il-bżonn ta' transport link fixed bejn Malta u Għawdex?", "Dawn huma l-żewġ punti li xtaqt nqajjem f'dan l-istadju.", "THE CHAIRMAN: Ħa issa nagħmel il-kummenti tiegħi.", "Jiena nħoss li wieħed min-nuqqasijiet li jista' jkollna huwa l-involviment tas-settur privat.", "Xtaqt naqbad anke ma' issue li semma l-Onor.", "Brincat dwar is-Sustainable Development Bill fejn l-involviment tal-privat mhijiex hemm.", "Il-privat irid ikollu funzjoni ċentrali.", "Anke hawnhekk.", "Veru li l-pjan ilu li ġie addottat numru ta' ġimgħat imma jekk se morru għall-implimentazzjoni mill-ewwel, irid ikollna xi twaqqif ta' ċerti stituzzjonijiet.", "Ma naħsibx li l-MEPA bil-format li għandha tista' tmexxi din l-aġenda kollha.", "L-aġenda hija tajba, però hija vasta ħafna.", "Il-parti tal-joined-up government issemmi ħafna istituzzjonijiet u horizontal thematic networks etc. imma għal dawn l-affarijiet se mmorru?", "X'inhija t-time frames tagħhom?", "Jien xi kultant niskanta kemm irnexxielna niktbu strateġiji differenti fis-setturi kollha, kważi sar an end in itself li nitkbu l-istrateġiji, imma meta imbagħad iddur għall-implimentazzjonijiet tagħhom, it leaves much to be desired.", "Pereżempju, l-Onor.", "Ilu li kien hemm strateġija fuq il-green jobs mill-2007; l-ETC kienet ħarġet ir-rapport ta' Edward Scicluna.", "Meta jiena għamilt xi tliet mistoqsijiet lill-ministru responsabbli mix-xogħol qaltli li ma tiġabar l-ebda statistika u r-raġuni li tatni hija li m'hemmx definizzjoni tal-EU ta' x'inhu green employment.", "Għandna bżonn id-definizzjoni tal-EU biex nibdew niġbru l-istatistika?", "Xi kultant nibża' jiena li anke fl-iSWOT analysis joħroġ ftit ċar il-forma mentis ta' ċerti nies li qalu li the EU process was comprehensive, kważi nistgħu noqogħdu fuq il-proċeduri li joħorġu mill-obbligi tal-EU u qisna qed nagħmlu kollox.", "Jiena naħseb li altro che; aħna jrid ikollna strateġija tagħna għalina.", "Nieqaf hawn għalissa bil-kummenti tiegħi.", "IS-SUR PETER PORTELLI (Segretarju Permanenti fil-Ministeru tat-Turiżmu, Ambjent u l-Kultura): Ħalli nibda bil-joined-up government.", "L-ewwel nett tista' taqbad l-argument minn angoli differenti.", "Bħala Gvern l-ewwel nett we are leading by example u qed nitkellem mil-lat ta' Gvern bħala a major player u bħala Public Service.", "Hemm numru ta' miżuri li qegħdin f'din il-politika li attwalment qed jattwahom il-Gvern.", "Insemmi, pereżempju l-GPP, fejn il-Gvern diġà rama sew u daħħal miżuri sabiex il-procurement li jagħmel il-Gvern jimxi fuq prinċipji li jirrispettaw l-ambjent.", "THE CHAIRMAN: Il-GPP jinvolvi żgur is-settur privat li qed tixtri mingħandu.", "Tista' tispjegalna ftit kif is-settur privat huwa konxju minn din l-istrateġija tal-Gvern?", "MARIO DE MARCO: Is-Sur Golovkin huwa proprju inkarigat minn dan u forsi jista' jirrispondi hu.", "IS-SUR PETER PORTELLI: Jiġifieri għandna numru minn dawn l-inizjattivi li mhux qed jeħodhom il-Ministeru responsabbli mill-ambjent biss, imma – kif qed naraw nitkellmu fuq il-Green Public Procurement hija xi ħaġa li qed mill-GPP – qed jimplimentawhom il-ministeri kollha.", "L-istess meta nitkellmu fuq renewable energy, fejn qed naraw il-pannelli li qed jitwaħħlu fuq binjiet pubbliċi li mhumiex binjiet biss tal-Ministeru responsabbli mill-Ambjent, imma huma l-iskejjel u binjiet oħra pubbliċi u ministeri u dipartimenti oħra.", "Jiġifieri fuq dan il-livell ta' ministeru ministeru u dipartiment dipartiment, hemm dawn l-inizjattivi li qed jittieħdu.", "Kif għedna fil-bidu, ovvjament l-ambjent mhux xi ħaġa li jista' jitmexxa minn ministeru wieħed imma l-aġenda tant hija kbira u wiesgħa u rridu naċċettaw li l-frammentazzjoni se tibqa' dejjem u għal diversi raġunijiet.", "Pereżempju hemm l-aspett li tifred ir-regolatur mill-operatur bħal fil-kwestjoni li ssemmiet tal-ilma fejn dan l-element ta' separazzjoni jrid jinżamm ħalli jinżamm il-prinċipju li jkun hemm xi ħadd barrani li qed jara li x-xogħol li qed jagħmel l-operatur qed jiġi rregolat ukoll.", "Għandek ukoll il-fatt li n-natura tal-materja li qed nitkellmu fuqha tant hija wiesgħa li xi kultant ikun impossibbli li titfa' l-aspetti kollha li jolqtu settur partikolari taħt ministeru wieħed.", "Għal dak li jirrigwarda l-arja, din fil-każ tagħna nistgħu ngħidu li hija kkontaminata minn żewġ sorsi prinċipali; il-ġenerazzjoni tal-elettriku u t-trasport.", "Dawn it-tnejn mhux bilfors trid titfagħhom taħt l-istess ministeru biex tikkontrolla l-arja imma trid tikkonsidra issues oħrajn biex tara jekk jaqbillekx tgħaqqadhom flimkien.", "Irridu naċċettaw il-fatt li se jkollok dejjem element ta' frammentazzjoni.", "L-importanti hu li inti jkollok regolatur b'saħħtu biżżejjed u jkollok il-ministeru li dejjem jibqa' responsabbli mill-policy.", "Din hija policy mhux tal-MEPA imma tal-Ministeru responsabbli mill-ambjent u trid titħaddem u tiġi mplimentata u tiġi monitored mill-ministeru u mhux mir-regolatur għax tibqa' l-policy tal-Gvern.", "Pereżempju, fuq il-livell ta' permanent secretaries nista' ngħid li din il-policy telgħet tliet darbiet quddiem il-forum tagħna fejn ġiet diskussa fuq livell ta' konsultazzjoni u saret session ta' ġurnata sħiħa proprju fuq dan id-dokument fejn dħalna ministeru b'ministeru x'inhuma l-obbligu ta' kull ministeru u saru anke follow-up sessions wara u jekk hemm bżonn – u żgur li se jkun hemm bżonn – isiru aktar sessions 'il quddiem.", "Naturalment dak li jiġi diskuss fuq livell ta' permanent secretaries imbagħad jiġi cascaded down through the ranks biex fejn hemm obbligi ta' ministeri oħra – u 80%, anzi forsi anke iżjed, ta' dan id-dokument ma jispettax il-Ministeru responsabbli tal-ambjent fl-implimentazzjoni tiegħu – jiġu osservati.", "Ovvajment aħna se nkunu qed nimmoniterjaw li dak li ministeri oħra ħassew li għandu jidħol f'dan id-dokument u aħna qbilna wkoll li għandu jidħol – għax meta ġie infassal dan id-dokument saret konsultazzjoni mhux biss mas-settur privat imma anke internament – u li they pledged li se jagħmlu, issa jagħmluh.", "Jiġifieri dan l-aspett ta' joined-up government għalina ovvjament huwa importanti ħafna.", "Tant huwa importanti li anke ħassejna li għandna niddedikaw parti mid-dokument għalih.", "Meta aħna konna qegħdin infasslu dan id-dokument rajna numru ta' scenarios ta' fejn għandna naslu u fejn irridu mmorru.", "Waħda mill-konkluzjonijiet li stajna wasalna għaliha kienet li nilħqu l-oġettivi tal-EU u niefqu hemmhekk, però aħna m'għamilniex hekk.", "Aħna għedna li hemm areas fejn we need to go beyond.", "L-Onor. de Marco semma pereżempju l-issue tal-ħsejjes ambjentali.", "Aħna hemmhekk stajna bqajna mad-direttivi tal-EU u waqqafna hemmhekk, però aħna għedna li hawn Malta – u dan ħareġ ċar mill-konsultazzjoni pubblika li għamilna – huwa importanti ħafna għall-poplu Malti l-aspett tan-neighbourhood noise u allura ħassejna li għandna nittekiljaw ukoll dawn l-issues li għalkemm forsi mhumiex daqshekk importanti fuq livell Ewropew, għal Malta huma iżjed importanti.", "Ovvjament ma nistax nirrispondi għall-Uffiċċju tal-Istatistika però naf li ...", "THE CHAIRMAN: Ma kontx qed nirriferi għall-Uffiċċju tal-Istatistika imma aktar dwar attitudnijiet ta' ministeri oħrajn.", "Kien hemm żewġ issues oħrajn li tqajmu; l-institution building u s-settur privat.", "Skużani ma nafx jekk interrompejtekx.", "MARIO DE MARIO: Għal dak li għandu x'jaqsam mas-settur privat, case in point l-eżempju li ta' Sergei fuq tal-GPP.", "Jiġifieri ħafna mill-implimentazzjoni tal-green economy se tiġi mhux mill-Gvern imma mis-settur privat.", "Yes, it takes convincing, però jekk inħarsu anke lejn it-trends Ewropew ara ma naħsbux li the issue of greening the economy is something which has simply happened overnight; ħadet is-snin u qed tieħu s-snin, fil-fatt qiegħda tiġi diskussa bħalissa madwar il-Kunsill tal-Ministri tal-Ambjent b'sens ta' prijorità.", "Veru li wieħed ilu jsemmi l-issue tal-greening the economy għal snin twal, però huwa llum li qed naraw ukoll strateġija Ewropea fuq l-importanza tal-greening economy.", "Naqbel miegħek li hemm bżonn li jkun hemm definizzjoni ta' x'inhu green jobs biex tkun tista' tipparaguna.", "Fil-fatt, jekk m'iniex sejjer żball, ir-rapport tal-Prof.", "Edward Scicluna kien ibbażat fuq definizzjoni tal-OECD għal dak li għandu x'jaqsam ma' x'inhu a green job u kien fuq il-bażi ta' dik id-definizzjoni li kien wasal għal numru ta' nies li qegħdin jaħdmu fil-green jobs, jekk m'iniex sejjer żball kien ta' madwar 45,000.", "Fil-fatt kien hemm nies li għall-ewwel qalu li kienet esaġerazzjoni li l-Prof.", "Scicluna qabad l-impjiegi tal-WSC u tal-Enemalta u tefagħhom bħala green jobs.", "Li kien għamel essenzjalment il-Prof.", "Scicluna kien eżerċizzju ibbażat fuq definizzjoni li dik il-ħabta kienet tal-OECD.", "Però naqblu magħha, jiġifieri l-punt kollu li qed isir bħalissa fl-Ewropa, u aħna rridu nagħmlu l-action plan ibbażat anke fuq dak li qed isir hemmhekk, huwa li there's alot which is taking place.", "Ħalli nagħti eżempju żgħir.", "Il-ġimgħa l-oħra attendejt laqgħa informali tal-Kunsill tal-Ministri fid-Danimarka u ħaduna on an organic farm.", "Organic farming in Denmark is big u jikkalkulaw kollox anke pereżempju, il-mod ta' trasport tal-affarijiet li jużaw fuq dak il-farm.", "Il-mod kif jiddistribwixxu huma l-affarijiet ukoll hija totalment differenti.", "Jien dejjem ngħid li l-akbar challenge li għandna għal ħafna minn dawn l-affarijiet dejjem se jibqa' d-daqs tagħna u dan m'iniex qed ngħidu b'sens ta' rassenjament, anything but, però irridu nirrikonoxxu li d-daqs tagħna jagħtina sfidi li forsi pajjiżi oħrajn m'għandhomx when it comes to greening various aspects of what we do.", "Jiġifieri jekk nieħdu l-issue tar-renewable energies u niġu għall-affarijiet relatati ma' windfarms u solar panel farms, one of the main issues li qed nirrealizzaw hi li jiġu ħafna nies li jiġuk bi proġett biex tagħmel a solar panel farm.", "A solar panel farms requires a minimum ta' bejn 50 u 100 tomna biex ikun sostenibbli.", "Malli nibdew naraw fejn se nagħmluhom f'daqqa waħda tkun missejt a special area of conservation (SAC), agricultural land u affarijiet bħal dawn.", "Hemm min jgħidlek biex titfagħhom ġo barrieri, però xorta waħda trid televa l-barriera għax jekk se tkun sunken in imbagħad ikollok problema ta' kemm jiġi dawl fuq l-istess solar panels.", "Jiġifieri mhuwiex faċli.", "Iltqajna mal-istess problemi meta ġejna biex nagħmlu t-turbini tar-riħ.", "Veru li permezz ta' hekk tiġġenera clean energy, però jekk inħarsu lejn l-Ingilterra li huwa pajjiż b'countryside enormi ukoll insibu li bħalissa għandhom ħafna issues għaddejjin bejn il-local residents, il-kunsilli lokali u kważi kważi hemm ġlieda ma' familji nobbli Ingliżi li għandhom territorju enormi u allura qed jieħdu ħafna sussidji biex ikollhom it-turbini on their land, pero' ir-residenti are complaining about them.", "Aħseb u ara Malta!", "Allura dejjem għandek din l-issue.", "Għax inti fl-aħħar mill-aħħar mhux lakemm taqbad tagħmel żewġ turbini.", "Biex wind farm ikun verament vijabbli għandek bżonn madwar 18 jew 20 turbina.", "Bħalissa qed isir studju biex naraw kif nistgħu nagħmluhom offshore, però nafu li l-ilmijiet tagħna mhumiex bħalma għandhom id-Danimarka jew l-Olanda fejn għandhom a slow gradual depth; l-ilma tagħna sinks immediately hence għaliex l-istudju qed isir fuq ir-reefs li hemm barra mill-Mellieħa, però m'għandix dubju li hemm sfidi ambjentali li tqegħedhom hemmhekk.", "Diġà hemm sfida ambjentali dwar l-issue li tagħmilha on a reef u hemm ukoll l-issue tal-viżibilità, jiġifieri għandek il-Mellieħa fejn hemm an SAC and you have a bird sanctuary ħdejn l-Għadira, jiġifieri hemm varji issues li minħabba ċ-ċokon tagħna l-impatt se jkun ħafna ikbar u jinħass ħafna iktar.", "Skużani li forsi I went off at a tangent imma rrid inkun realistiku.", "THE CHAIRMAN: Rigward l-institution building li kienet l-ewwel tema li qajjimna, id-dokument jelenka numru ta' istituzzjonijiet bħall-Cabinet Committee on the Environment, Advisory Council on the Environment.", "Hemm aġenda biex jibdew ikunu ssettjati dawn l-istituzzjonijiet?", "MARIO DE MARCO: Iva, fil-fatt qegħdin diġà jiġu abbozzati t-terms of reference tal-Cabinet Committee on the Environment.", "L-idea tal-implimentazzjoni ma ħallejnihiex biss f'idejn il-Ministeru responsabbli mill-Ambjent u għalhekk żammejna r-responsabilità tal-OPM għax fl-aħħar mill-aħħar naħseb jekk hemm ministeru li għandu s-saħħa tal-overview huwa preċiżament l-OPM.", "Ir-realtà hi li llum il-ġurnata kollox jista' ikollu impatt ambjentali u kollox jista' ikollu vantaġġ fuq l-ambjent.", "Rajna issues ta' saħħa, ta' kultura, built heritage, storical heritage u l-kampanja.", "Jiġifieri kieku kellna naraw dan id-dokument ma' kemm-il ministeru jmiss, insibu li jmiss ma' kull ministeru.", "Din hi r-realta u allura ma wieħed ma jistax jevita l-frammentazzjoni għax illum il-ġurnata environment is everything.", "LEO BRINCAT: Il-kunċett ta' inter-ministerial committee huwa tajjeb, però għalkemm meta tgħid li għandek kumitat chaired mill-Prim Ministru jew mid-designate tiegħu u qed jaħdem fuq livell inter-ministerjali sounds impressive on paper, past experience under various administrations, jiġifieri m'iniex qed nikkritika il-gvern tal-lum, ħafna drabi uriet li taf tkun unwieldy.", "Imbagħad iqum il-punt li qed isemmi ċ-chairman tar-rabta ta' institution building mal-ownership li bdejna bih fil-bidu.", "M'iniex qed ngħid li wieħed jgħaddi l-ballun lill-ieħor, imma meta jkollok dan it-tip ta' inter-ministerial committee ħafna drabi qisu l-ballun jibda jgħaddi mingħand wieħed għal għand l-ieħor.", "Issa jien m'iniex qed ngħid li għandna noħolqu strutturi ġodda b'żieda ma' dawk li hemm għax diġà hemm strutturi biżżejjed top heavy, imma naħseb irid ikun hemm a focused body .....", "THE CHAIRMAN: Ejjew niġu għall-ewwel mistoqsija.", "X'qed tipproponu biex dan l-Inter-Ministerial Committee ikollu iktar suċċess milli kellhom oħrajn fil-passat.", "Għax inkella tispiċċa a well intentioned wish list.", "IS-SUR PETER PORTELLI: Id-dokument telaq mill-punt ta' prinċipju li aħna morna għand il-ministeri u staqsejnihom x'qegħdin jagħmlu li b'xi mod jimpatta l-ambjent.", "Għalhekk il-punt ta' prinċipju kien li l-ownership għandu jibda mhux wara li jitlesta d-dokument, imma minn qabel jitlaq.", "Hawnhekk hawn numru ta' miżuri li diġà qed jiġu attwati minn diversi ministeri.", "Jiġifieri għalkemm m'iniex se ngħid li nofs il-battalja hija mirbuħa, żgur li biċċa minnha diġà qiegħda .....", "MARIO DE MARCO: Meta għamilna t-timeframes forsi ħafna drabi kien żball ta' numru ta' dokumenti ta' politika nazzjonali li forsi kienu l-wish list tal-ministeru li kien qed jabbozza dak id-dokument.", "Id-differenza hawnhekk hija li aħna, ma' kull miżura li hawn fid-dokument ġew ġibna l-ok tal-ministeru responsabbli.", "Kieku m'għamilniex hekk kien jispiċċa l-wish list tagħna.", "LEO BRINCAT: Tkun qisek qed timponi fuq ministeru ieħor xi ħaġa li mhix fattibbli għalihom.", "MARIO DE MARCO: Preċiżament.", "Experience shows li huma dawk id-dokumenti li m'għandhomx suċċess, għaliex imbagħad il-ministeru li qisu ma kienx parteċipi fit-tfassil ta' dak id-dokument u fl-indikazzjoni ta' dik it-timeframe se jgħid \"bir-rispett kollu, mhux inti għamiltha?", "Issa jien se nagħmilha fil-kumdità tiegħi\".", "Allura aħna, fit-tfassil ta' dan id-dokument, li għamilna kien li żammejna laqgħat mas-segretarji permanenti ta' kull ministeru, laqgħat mal-heads of secretariat ta' kull ministeru u anke laqgħat mal-ministru ta' kull ministeru.", "Jiġifieri kull miżura li hawn fid-dokument, anke qabel ma telgħet il-Kabinett ġiet approvata mill-ministeru li se jkun qed jimplimenta dik il-miżura.", "Jiġifieri dak kien kruċjali biex nagħmluh.", "U għalhekk imbagħad kellna bżonn ta' politika nazzjonali – għax forsi jkun hawn min jistaqsi għalfejn kellma bżonn ta' politika nazzjonali – għax kellna numru ta' miżuri u action plans jew policies which were very sectorial.", "Għandna water catchment management plan, għandna a waste management plan però xi drabi theyr'e only driven by that particular ministry li mhux forsi dejjem għandek the hollistic … Issa m'iniex qed ngħid dan b'sens ta' kritika, la tal-water catchment management plan u lanqas tal-waste management plan, biex ma ninftehimx ħażin, però huwa ħafna iktar importanti meta jkollok dokument li qed jipprova jħares lejn kollox b'mod ħollistiku u jgħid fejn irridu naslu, imbagħad qed ngħidu min għandu jagħmel xiex u sa meta għandu jagħmel xiex.", "Għalhekk hawnhekk ukoll għamilna numru ta' miżuri fosthom li niġu quddiem dan il-Kumitat darba f'sena, anzi kull meta jkun hemm bżonn jew kull meta ssejħilna inti, Mr Chairman.", "Jien ngħid li dan il-Kumitat kważi kważi għandu jkun il-whip tagħna lkoll u anke tal-gvern dwar fejn wasalna u fejn ma wasalniex.", "Jekk aħna nħossu li hemm ċerti miżuri li għall-grazzja tal-argument jistgħu jiġu jew speeded up jew forsi nkunu qed naraw li se jkollna problemi biex nimplimentaw it-timeframes, għandna niġu niġġustifikaw dan kollu minn dan il-Kumitat.", "Għalhekk qed ngħidu li se jkun hemm ukoll annual reports ta' fejn wasalna u fejn ma wasalniex.", "Jiġifieri fl-aħħar mill-aħħar il-fatt li hemm timeframes hija l-iktar ħaġa importanti biex nassiguraw implimentazzjoni għax nafu li there will be public accountability ta' min hu responsabbli to own this document u ta' min għandu jieħu suppost dik il-miżura jekk dawk it-timeframes jew dik il-miżura jew dak l-indikatur ma ntlaħaqx.", "THE CHAIRMAN: Kif tafu, għandna sitt oġġettivi li ssemmew diġà.", "Oġġettiv numru 2 huwa safeguarding environmental health.", "Diġà issemmew il-kwalità tal-arja, il-ħoss, il-kimiċi u r-radiation.", "Issa nistgħu ngħaddu għall-using resouces efficiently and sustainably.", "Jekk hawn kummenti fuq dawn iż-żewġ oġġettivi, jekk jogħġobkom qajjmuhom.", "PHILIP MIFSUD: Jiena xtaqt nikkummenta fuq ir-resources imma norbotha ma' environmental health partikolarment noise għaliex ir-rapport qed jgħid li l-construction sector huwa l-iktar settur li jikkontribwixxi għal dak li għandu x'jaqsam ma' noise pollution.", "Jien naħseb li kieku kellna nidentifikaw parti mill-construction phase li hija l-aktar storbjuża, żgur li hija l-excavation ta' żvilupp.", "U forsi din nixtieq norbotha mal-argument li kont se nagħmel fuq resources u partikolarment fuq il-ġebla għax id-dokument jitkellem fuq il-franka u fuq l-użu tal-ġebla li hija prattikament l-uniku riżors minerali li aħna għandna, biss hemm ċertu conclusions u forsi anke linji gwida li ma tantx inħossni naqbel magħhom.", "L-ewwelnett mill-esperjenza tiegħi fis-settur nista' ngħid – u naħseb min hu fis-settur jista' jikkondividi dan – li l-użu tal-ġebla naqas drastikament, jiġifieri mhux żdied jew mhux il-ġebla hija popolari ħafna għaliex hija rħisa, imma l-użu tal-ġebla tul dawn l-aħħar ħames snin naqas ħafna minħabba l-ġebla fiha nnifisha għax hija itqal minn materjali oħra u għax forsi min se jaħdimha ma jtellax daqshekk fix-xogħol u allura l-popolarità tagħha naqset.", "Jiena naħseb li se tkompli tonqos anke minħabba l-fatt li l-energy performance regulations tal-binjiet prattikament bil-mod il-mod qed kważi jeskludu l-ġebla għaliex l-energy performance tagħha mhijiex daqstant tajba.", "Allura llum qed nitkellmu fuq composite materials fl-insulation u affarijiet oħra li l-użu tal-ġebla qiegħed b'mod naturali jonqos.", "Allura nħossha ftit diffiċli li per eżempju jkun hemm argument fejn jingħad li l-ġebla ma tirriflettix l-economic cost tagħha jew inkella jrid jiġi nkorporat fiha environmental cost biex il-prezz jogħla ħalli ssir anqas attraenti.", "Jiena kważi nargumenta bil-kontra ta' dan.", "U in line ma' dan, xi ħaġa li naraha verament forsi nieqsa u jista' ikun ma ġietx tackled fid-dokument, hija l-kwestjoni tal-excavation, għalhekk prattikament bdejt biha.", "Jien ngħid li aktar minn 50% tal-iskavar li jsir f'pajjiżna – biex ma nużax persentaġġ iktar għoli – isir f'ġebla li din tista' tintuża, jiġifieri li hija tajba.", "Pereżempju, jien naħseb li l-iskavar kollu li sar fl-isptar kienet ġebla li tista' tintuża.", "L-iskavar kollu li jsir in-naħa tas-Siġġiewi, l-Mqabba, il-Qrendi u l-areas l-oħra kollha hija ġebla li tista' tintuża.", "Minkejja dan, fis-sena 2012 għadna qed nesperjenzaw l-użu ta' pneumatic hammer li l-ħoss li jiġġenera huwa above kull limit u sadanittant dik il-ġebla titkisser b'mod li ma jagħmilha tajba għal xejn u fl-aħħar mill-aħħar tintrema bil-problemi kollha li dan iġib miegħu għax il-postijiet fejn aħna narmu ukoll mhumiex infiniti.", "Jien ma naħsibx li għandna għalfejn nivvintaw ir-rota.", "Antikament l-antenati tagħna kienu jqattgħu l-ġebel u jibnu prattikament on site.", "Jien, way back in 1990's kont għadni student u kont involut f'binja f'tas-Sliema fejn il-ġebel tqatta' fi blokki u ntuża.", "Riċentement – u kont involut jien – kien hemm ċerta oppożizzjoni għal din it-tip ta' użu f'sit partikolari anke jekk siti oħra raw dan is-sit x'kien qed jagħmel u għax ma kienx hemm oġġeżżjonijiet baqa' għaddej.", "Forsi se nixxokkja lil xi wħud b'li se ngħid, imma sal-lum, il-ġebla għax għadha meqjusa bħala riżors finit u limitat, ma tistax tiġi esportata.", "Mela jien għandi sitwazzjoni fejn jekk niskava site u għandi ġebla tal-franka tajba m'għandi l-ebda alternattiva ħlief li nfarrakha u narmiha, imma jekk jien noffri soluzzjoni alternattiva ngħid li nagħmilha fi blokki li jkunu maniġjabbli u nuża lokalment jew nesportaha, jien miżmum milli nagħmel hekk.", "U naħseb li meta wieħed jitkellem fuq il-ġebla, qabel ma jitkellem fuq l-użu tal-barrieri eżistenti which should feature, naħseb li għandna nibdew billi nikkontrollaw is-siti tal-kostruzzjoni li jkollhom ġebla tajba.", "U l-punt ta' tluq tal-linja gwida għal din ir-riżorsa għandu jkun li fejn hemm permess biex tiġi eskavata site u jiġi stabilit li dik il-materja tista' tintuża, kuntrarjament għal dak li qed isir illum fejn m'hemm l-ebda alternattiva ħlief li tarmiha, ir-rimi ta' dik il-materja prattikament għandu jsir illegali – u għandu jiġi impost metodu ta' kif dik il-materja tkun użata lokalment u forsi anke jiġu esplorati possibilitajiet ‘l barra minn xtutna, jekk lokalment ....", "THE CHAIRMAN: Onor. Mifsud, jekk jogħġbok ikkonkludi.", "PHILIP MIFSUD: Fil-fatt, Mr Chairman, nista' nikkonkludi hawnhekk, però xtaqt li nisħaq fuq dan il-punt għax verament nemmen li għandu jkun hekk.", "THE CHAIRMAN: Naqbel miegħek u nissostanzjak.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Xtaqt inżid xi ħaġa fuq dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Mifsud fuq din tal-ġebla li ngħidu li nagħtuha ċertu cost lill-ġebla li kważi nagħmluha projbittiva li tintuża.", "MARIO DE MARCO: Aħna li qed ngħidu hu li l-cost tal-ġebla ma jirriflettix il-cost ekonomiku tagħha.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma rridu niftakru li meta tiġi persuna barranija Malta u tħares lejn il-bini tagħna tammira l-ġebla tagħna.", "Jiġifieri l-problema naraha bil-kontra jiena, li l-ġebla mhijiex qed tintuża fuq il-faċċati se mai, għax illum il-ġurnata dik il-karatteristika li aħna għandna tal-ġebla ħamranija meta maż-żmien tieħu dak il-coating, qed tintilef.", "Jiġifieri ma naħsibx li għandna nargumentaw b'xi mod li nagħmluha diffiċli li tuża l-ġebla.", "Anzi bħalma hu qed jgħid l-Onor.", "Philip Mifsud naħseb għandna nagħmluha iżjed faċli li l-ġebla tista' tiġi skavata kif kien qed jgħid hu u tintuża għax inkella naħseb se nitilfu waħda mill-iktar affarijiet importanti, l-landscape tagħna urbana.", "THE CHARIMAN: Jien nixtieq nissostanzja lill-kollegi li ħafna drabi mill-ambjentalisti jħarsu negattiv iżżejjed lejn l-industrija tal-kostruzzjoni, kważi taraha underlying li din l-industrija trid tiġi kkontrollata għax hija l-ikbar kawża ta' ħafna dannu, però mbagħad meta tara x'suppost qed nagħmlu … Pereżempju, huwa fatt magħruf li l-bini jikkonsma 50% tal-enerġija, għallinqas f'pajjiżi oħra hekk hu żgur, però meta tara l-implimentazzjoni tagħna tad-direttiva building performance and building directives ma tarax wisq.", "L-Onor.", "Philip Mifsud qal li dieħla imma jien għandi esperjenza tal-Malta Industrual Park (MIP) u nara li fl-għajnuniet li jagħtu lill-industrija, jekk pereżempju tgħidilhom li ċerta fabbrika tixtieq tagħmilha double glazing jgħidulek li l-iskemi tagħhom huma għal single glazing.", "Jiġifieri huwa inutli li noqogħdu nitkellmu mal-permanent secretaries imbagħad they don't really filter, jew għax ma jagħtuhomx il-budget, jew għax il-prijoritajiet tagħhom ikunu x'imkien ieħor.", "Imma aħna dawn huma l-esperjenzi li nsibu.", "It-tieni ħaġa jien ngħid li l-industrija tagħna trid ħafna inċentivi.", "Aħna kkonċentrajna l-inċentivi tagħna f'dan il-pajjiż lejn l-IT.", "Naħseb li wasal iż-żmien li nixxiftjaw l-inċentivi tagħna biex nagħmlu l-built environment tagħna ħafna iktar sostenibbli għax hemmhekk we can achieve a lot.", "Però biex naslu hemmhekk irid ikollna r-research and development (R&D) jorbot miegħu.", "Illum għandek xi ftit intrapriżi privati bħal Attard Brothers li jagħmlu riċerka fuq il-bricks u affarijiet simili, però għandna bżonn ħafna aktar minn dawn.", "Hemmhekk verament nibdew naslu għall-green consumption.", "MARIO DE MARCO: Ħalli nibda fuq din tal-ġebla.", "Bdejna bil-premessa li r-riżorsa tal-ġebla is finite fl-aħħar mill-aħħar, u preċiżament għaliex it's finite … Aħna m'aħniex qed ngħidu li rridu nagħmluha projbitiva biex ma tintużax, imma qed ngħidu li bħalissa l-prezz tal-ġebla żgur – I don't think it is contested – ma jirriflettix il-valur reali tagħha, tirrifletti n-nefqa tal-operatur tal-barriera to extract the stone.", "Jiġifieri kieku kellna nagħmlu a financial costing u ngħidu li l-ġebla qiegħda tinbiegħ \"tant\" għal kull vjaġġ u nippruvaw nikkostjaw u naraw kif l-operatur tal-barriera wasal għal dak il-prezz insibu li dan jara kemm għandu nies eċċ imma fir-realtà l-cost tal-ġebla qua ġebla is not factored in.", "Aħna m'aħniex ngħidu li rridu ngħollu l-ġebla biex ma tintużax imma qed ngħidu li hemm bżonn nagħmlu assessment ta' jekk hemmx jew le, u jekk hemm x'inhu, il-valur ekonomiku tal-ġebla.", "U għaliex huwa relattivament irħis biex tixtri l-ġebla, hemm ftit inċentiv biex operator jagħmel dak li qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Mifsud u jaqta' l-ġebla fuq il-post.", "Jien naf għal-liema każ qed tirriferi.", "Meta kien hemm każ ġewwa s-Siġġiewi fejn min kien qed jagħmel dak l-iżvilupp ried iqatta' l-ġebla għax kienet tajba u jużaha, xi ħaġa li fir-realtà tista' ssir regolarment … L-ewwel nett ħafna nies jirraġunaw b'mod li m'għandhomx għalfejn joqogħdu jieħdu l-brigu biex iqattgħu l-ġebla on site b'mod tajjeb u b'ċerta operazzjoni meta probabbilment tiġi tiswihom aktar milli kieku xtrawha mill-barriera lesta.", "Hence għaliex jagħmel sens li tagħmel dan l-eżerċizzju li qed ngħidu aħna jiġifieri assessing the economic cost tal-ġebla bħala riżorsa.", "Però mbagħad għandna bżonn nirrealizzaw li d-densità tal-popolazzjoni u l-bini tagħna huwa ħafna iktar minn postijiet oħrajn u allura meta inti qed taqta' l-ġebla għal skopijiet biex tuża l-istess ġebla għall-bini li se tagħmel on site trid tirrealizza li waqt li qed taqta' hemm djar li qegħdin maġenbek.", "U l-complaints li kellna f'dak il-każ kienu li r-residenti qalulna li ġew qishom qed jgħixu maġenb barriera u lanqas jistgħu jiftħu t-twieqi tagħhom għax meta jkun qed jitqatta' l-ġebel in blocks on site it-trab kollu qed itir ġewwa d-djar tagħhom.", "Jien m'għandix dubju li with proper management u b'apparat aħjar, dan ukoll tista' tikkontrollah, però xi drabi l-industrija tal-kostruzzjoni its own worst enemy.", "PHILIP MIFSUD: Jien ma nixtieqx noqgħod nidħol fil-każ partikolari, imma semmejtu bħala eżempju, biss huwa fatt magħruf li ma tridx tkun intiż wisq fis-suġġett biex tirrealizza li m'hemm l-ebda metodu ta' skavar aktar inkonenjenti mill-użu tal-martell li jiġġenera ħsejjes, vibration u trabijiet li ma tistax tikkontrollahom ħafna aktar milli kieku qed taqta' l-ġebel in sizes.", "Hemmhekk kien hemm motivazzjoni differenti u ejjew nwarrbuh fil-ġenb dan il-każ.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmel argument ieħor.", "Hawnhekk qed titkellmu ħafna fuq il-ġebla tal-franka, però naħseb illum iktar mill-franka qed ikun skavat żrar mentri fil-passat kien bil-kontra, minħabba l-bricks u minħabba t-toroq.", "Il-problema hemmhekk hija compounded b'xi ħaġa oħra.", "Jekk aħna ma nistgħux nillimitaw t-tqattigħ għaż-żrar għax naħseb inwaqqfu l-industrija tal-bini tat-toroq u l-issue biex nimpurtaw iż-żrar minn barra hija compounded bil-costings artifiċjali oħra li hemm tal-burdnara, il-port charges.", "Jekk m'intomx se tidħlu f'dawn l-affarijiet ....", "MARIO DE MARCO: Biex inkompli fuq dak li kont qed ngħid.", "Mis-surveys li għamilna, mill-aspetti kollha ambjentali l-aktar żewġ issues li taw fastidju lin-nies kienu l-ħsejjes u t-trab.", "U meta nitkellmu fuq it-trab qed nitkellmu fuq it-trab tal-construction.", "Dawn iż-żewġ tipi ta' issues, kemm tal-ħsejjes kif ukoll tat-trab mhumiex issues ta' direttivi Ewropej but they are pure localised problems għax in realtà t-trab li lill-Maltin idejjaqhom l-aktar mhuwiex it-trab perikoluż għax ħafna ħafna drabi t-trab perikoluż huwa fil-fatt dak li ma tarax, it-trab li tarah ħafna drabi is not particulate, it's too heavy and so it lands u ħafna drabi it does not end up in your lungs.", "Veru li xi drabi jista' joħloq l-ażma u affarijiet bħal dawn, allura mbagħad jiġu problemi sekondarji, peró from a health point of view it is-secondary rather than primary, but from a nuisance point of view tal-Maltin u l-Għawdxin dawn huma l-aktar żewġ affarijiet li dejqu lin-nies.", "Niġi issa għall-punt li qajjem iċ-Chairman, li huwa validu ħafna, dwar l-issue tar-R&D. Jien m'għandix dubju li with the right R&D għandna naraw kif nistgħu noħorġu with a compost ġebla tal-franka.", "Jien naqbel perfettament mal-Onor.", "Philip Mifsud fuq żewġ binarji; irridu naraw x'nistgħu nagħmlu biex neskavaw l-ġebla u nużawha on site però mingħajr ma noħolqu l-inkonvenjent li n-nies jistgħu jiddejjqu minnu.", "Għax mod qed tagħmel dan f'Mater Dei Hospital fejn m'għandekx bini daqshekk biswit tiegħek, mod qed tagħmlu ġo żona industrijali, u mod qed tagħmlu ġewwa High Street, Sliema jew ġo nofs il-qalba ta' Haż-Żebbuġ.", "PHILIP MIFSUD: Jien ma tantx naċċettah dan l-argument għax l-alternattiva popolari tal-lum hija inkonvenjenti aktar milli kieku tagħmel il-blocks jew li kieku tqatta' b'mod kontrollat.", "Jien diġà għedt, u nerġa' ngħidha u nieqaf, li żgur fl-opinjoni tiegħi ma naħsibx li tista' tinnegaw li l-iktar mod inkonvenjenti kif wieħed jagħmel skavar huwa bil-martell, allura kull tip ieħor huwa inqas inkonvenjenti.", "MARIO DE MARCO: Dan huwa suġġettiv u relattiv, però għandek raġun fuq żewġ affarijiet.", "L-aħħar punt din tal-compost rridu narawha għax din hija kruċjali, rridu naraw how we can re compose.", "Pereżempju, kien hemm issue meta twaqqa' l-bini l-Imsida, dak il-bini li kien qisu kerrejja, eċċ, fejn kien hemm min qal – u naħseb li għandhom punt – li huwa dnub li dak il-ġebel kollu ma kienx se jiġi wżat.", "Imma l-problema kienet li biex terġa' tużah trid tħott bl-idejn u meta tipparaguna l-cost tal-ġebla li tkun tħattet bl-idejn u l-cost tal-ġebla li ġġibha bit-trakk mill-barriera ssib li din tal-aħħar tiġi ħarna irħas.", "Però li kieku inti tista' tħott bil-makni u allura bilfors li se tiċċippja l-ġebla, u dik il-ġebla tiġi recomposed at a feasible price allura hemmhekk issir iktar attraenti.", "Però l-problema għal dan r-R&D kollu għar-recomposed stone jibqa' li whatever you come up with it dejjem se jkun iktar għoli mill-ġebla tal-franka.", "U għalhekk aħna qed ngħidu li rridu nassessjaw il-valur ekonomiku tar-riżorsa.", "L-AVUKAT MARIE LOUISE MANGION: Naħseb fil-fatt qed naqblu li l-prinċipju għandu jkun użu aħjar tal-ġebla.", "Pereżempju, ssemma li l-faċċati mhux qed jibqgħu jsiru mill-ġebla Maltija u allura l-effett visiv tagħha u anke l-aspett li huwa parti minn architectural value għat-turiżmu.", "Għalhekk l-options li ssemmew ta jekk tiskavax on site jew bis-sistema li hemm bħalissa kollu għandu jidħol fil-policy framework tal-minerals extraction sector.", "Din hija xi ħaġa li kienu ssuġġerewlna min-naħa tal-MRA li ndaħħluha fil-policy.", "CHARLES BUHAGIAR: Biex inkunu ftit pożittivi fuq tar-riċiklaġġ tal-construction, il-ġebla biss tintrema nassigurak, għax jekk hemm travi, xorok eċċ, dawn kollha jsalvawhom.", "THE CHAIRMAN: Il-construction industry tuża kollox, dak li tqatta' terġa' tużah għat-type 1 material.", "Ir-road construction tirriċikla kollox.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiġifieri biex ma nagħmluhiex li qisu kollox qiegħed jintrema'.", "Hawnhekk irrid inqajjem punt ukoll dwar il-kwestjoni tar-riżorsa tal-ġebel meta niġu għal ċertu tip ta' ġebel.", "Pereżempju, meta l-MEPA toħroġ permess għall-bini ta' ħitan tas-sejjieħ tinsisti li tuża t-tip ta' rubble għal dan it-tip ta' ħitan meta nafu li dan ma jeżistix.", "Forsi wieħed jista' jħares ukoll allura f'dan it-tip ta' policy x'alternattivi oħrajn għall-użu ta' ġebla differenti għar-rubble walling, għax illum il-ġurnata minn fejn se ssib il-ġebel biex tibni ħitan tas-sejjieħ?", "Tmur iżżarma ħajt ieħor biex tibni tiegħek!", "THE CHAIRMAN: Ejjew nippruvaw malajr naraw l-objectives l-oħrajn jekk għandniex xi issue fuqhom.", "L-Onor.", "LEO BRINCAT: Biex ma ntawwalx naqbad punt wieħed biss; l-aspett ta' Eco-Gozo.", "Ma rridtx inkun xettiku fuqu, il-kunċett kif ġie ippreżentat s'issa daħal f'oqsma li jmorru lil hinn mill-ambjent, u l-focus fuq l-ambjent fl-opinjoni tiegħi ma kenitx qawwija biżżejjed imbagħad.", "Jien kont ili nisħaq mal-Ministru konċernat biex jiġi ppubblikat rapport dwar Eco-Gozo li naf li ġie compiled u fih madwar 300 faċċata.", "Naf li kien hemm inputs minn diversi nies tekniċi.", "Għaliex dan baqa' qisu s-sigriet ta' Fatima frankament ma nafx, kull meta staqsejt fuqu dejjem ingħatajt tweġiba li mexjin skond pjan skedat imma la r-rapport innifsu ma ġie ppubblikat u lanqas l-action plan li kellu joħroġ minnu.", "Issa proprju l-bieraħ il-Ministru Debono qalet li r-rapport se jiġi ppubblikat aktar tard din is-sena.", "Xi jfisser aktar tard din is-sena ma ġiex ikkwantifikat; jista' jkun l-ġimgħa d-dieħla u jista' jkun fl-aħħar tas-sena.", "Jien naħseb li biex verament nevalwaw il-merits u d-demerits u nagħmlu s-strengths, weaknesses, opportunities and threats (SWOT) analysis min-naħa tagħna anke bħala Kumitat – forsi tkun idea tajba fi stadju ulterjuri li jsir dan la joħroġ ir-rapport tal-famuż kunċett Eco-Gozo – … Naħseb li dan ir-rapport ma nistax nara għaliex kien hemm dan it-tkaxkir tas-saqajn biex jiġi ppubblikat għax ġenwinament nemmen li speċjalment jekk kien hemm – dejjem milli smajt – inputs min-nies tekniċi u mhux sempliċement nies politiċi li rrikorrew għal ċerti buzz words, naħseb li hemmhekk il-punto di partenza ....", "THE CHAIRMAN: Ħalli nwaqqfek hawnhekk, Onor. Brincat.", "Jekk trid nieħdu inizjattiva bħala Kumitat, niktbu formalment li aħna jidhrilna li dan ir-rapport għandu jkun ippubblikat immedjatament.", "Jien naqbel miegħek li ma jistax ikollok strateġija ambjentali, għandek objective wieħed minn sitta imbagħad id-dokument tiegħu mhux qiegħed għall-consultation pubblika.", "LEO BRINCAT: Naqbel miegħek għal żewġ raġunijiet, Mr Chairman, għax min-naħa tal-Gvern ikun hemm min jieħu l-impressjoni li qed jirrikorri għall-hype meta forsi fil-fatt hemm merti pożittivi, u min-naħa tagħna meta nagħmlu ċerti kritika nistgħu ninstemgħu ftit negattivi shooting down something li għandha l-merti tagħha.", "Naħseb li jekk ikollna dan id-dokument quddiemna, ħalli ngħidu waslu 30% jew 40%, 80% tal-implimentation, dik hija xi ħaġa kompletament differenti.", "Dik tista' tiġri, bir-rispett kollu, għall-environmental policy.", "Naħseb li minħabba f'hekk m'għandniex inżommu lura milli jkollna timeframes.", "U jekk għandna timeframes fuq xi ħaġa iktar wiesgħa u ħolistika bħal environmental plan jew policy li għandna quddiemna hawnhekk, għaliex m'għandniex ikollna timeframe speċifiċi fuq dokument iktar focus bħalma huwa Eco-Gozo?", "L-Onor.", "PHILIP MIFSUD: Xtaqt insemmi punt fuq improving countryside quality għax meta tara ssib fiha l-affarijiet li prattikament ilna nisimgħu dwarhom.", "Nixtieq nagħmel il-punt – li riċentement il-MEPA bdiet tieħu konjizzjoni tiegħu – dwar il-kwestjoni tal-light pollution bil-lejl.", "Id-dokument ma naħsibx li jagħmel riferenza għalih.", "(Interruzzjonijiet) Jagħmel riferenza?", "Mela ma sibthiex jien.", "Naħseb hija issue li s'issa ma tantx għad għandna light pollution u jekk ma nagħtux kasha jkun hemm spread tagħha.", "THE CHAIRMAN: Barra main roads viċin junctions importanti biss jixgħelu.", "Aħna nixgħeluhom kollha.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Fuq l-improvement naqbel ma' dak kollu li ntqal rigward l-urban areas u ċ-ċentri tal-irħula, però again ħafna minn dawn l-affarijiet diġà għandna policies għalihom, il-MEPA għandha policies għalihom li ħafna drabi taħdem kontra l-istess improvement.", "Jekk nieħdu l-height relaxation policy tal-MEPA li ġabet lill-irħula u l-villaġġi building site kullimkien għax twaqqgħu kull fejn hemm two floors u għamluha three floors bil-penthouse ma naħsibx li hija tajba.", "Jien nifhem għalfejn saret din il-policy għax aħjar nillimitaw l-iżvilupp għal fejn hu committed milli barra minn dan, imma xorta naħseb li jekk irridu nieħdu ħsieb l-areas urbani tagħna l-policies iridu jkunu much better well thought minn dak li għandna sal-lum.", "Ħaġa oħra li rrid ngħid ukoll hija li f'dan il-qasam jidher li hemm ċerti proposti b'mod partikolari fejn jidħol traffiku u trasport u toroq li – forsi l-Ministru jista' jirrispondi – li ma nafx jekk humiex se jkunu costed għax bil-proposti kif inhuma miktubin u kif ġew spjegati they are going to cost a lot of money.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmel l-aħħar kumment min-naħa tiegħi ħalli mbagħad il-Ministru jkun jista' jirrispondi.", "Jien l-uniku kumment li għandi huwa fuq il-compulsory renovation orders.", "Jien ma naħsibx li għandha tkun fuq significant facades biss.", "Pereżempju, fejn noqgħod jien hemm ħamest idjar vojta, kollha jiddeterjoraw, qiegħed f'area fejn hemm mill-inqas tliet listed buildings u dak kollu li l-owners tagħhom qed jinvestu fihom iwaqqgħuhomlhom.", "Jew nieħdu l-Knisja ta' Hal Tarxien, xi ħadd darba kellu permess waqaf fin-nofs u ilha building site għal dawn l-aħħar 10 snin.", "Għalfejn m'għandniex nagħmluhom?", "Jien kważi ngħid li għandna mmorru iktar minn hekk, nagħmlu compulsory registration tal-building kollu ħalli nkunu nafu kif inhuwa ġestit, jekk huwiex in direct ownership, jekk huwiex bil-kera, jekk dik il-kera hijiex iddikjarata u dawn l-affarijiet kollha għax jekk proprjetà ma tkunx taf ta' min hi allura ma tkunx taf lil min se tagħmel il-compulsory renovation.", "Għandna bżonn nagħmlu dikjarazzjoni li mhux bilfors qed nagħmluhom għal xi hoarding tax, imma jekk ma nagħmlux hekk se nibqgħu … Jien għalija l-urban conservation areas tagħna huma ffriżati, mhumiex qed imorru lura, però lanqas qed imorru 'l quddiem.", "L-AVUKAT MARIE LOUISE MANGION: Aħna għamilna eżerċizzju biex nikkostjaw il-miżuri li daħħalna f'dawn il-proposti.", "Fil-fatt konna qed nagħmluh in parallel mal-public consultation għax oriġinarjament ħsibna li se jirnexxielna noħorġu d-dokument tal-public consultation flimkien mal-costing exercise però kien hemm ftit diffikultajiet.", "Fil-fatt li għamilna kien li qabbadna consultant biex jgħinna f'dan l-exercise u dorna miżura, miżura nitkellmu wkoll mal-Ministeru u l-entitajiet differenti li se jkunu responsabbli jew li diġà huma responsabbli għall-miżuri u abbażi ta' informazzjoni li għaddewlna kkostjajna kemm dawn il-miżuri se jiswew.", "Ridna naraw kemm minnhom huma diġà budgeted for u kemm minnhom għad mhumiex li allura rridu nagħmlu provision għalihom.", "It-total kien ta' €2.1 biljun li meta tarah hekk tarah ħafna, però ħafna minnu huwa meħud mill-miżuri li għandhom x'jaqsmu ma' enerġija li ovvajment huma very costly. €1.7 biljun tagħhom huma miżuri li huma diġà ppjanati u budgeted for, jiġifieri 88%, 11% oħra għad iridu jiġu budgeted for.", "Ovvajment dawn huma miżuri sas-sena 2020, jiġifieri mhux kollox se jkun budgeted for.", "Kif għedtilhom 62% huwa relatat ma' infrastrattura ta' enerġija, 9% ma' affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' climate change, imbagħad hemm affarijiet oħra bħal waste, transport, u ilma.", "Rajna wkoll minn fejn nistgħu nġibu finanzjament għal dawn l-miżuri.", "Pereżempju, hemm il-Life+ programme tal-EU li x'uħud mill-miżuri nistgħu nagħmluhom bħala Life+ projects.", "Il-Life+ huwa EU funding programme għall-environmental initiatives u għalkemm ma jkoprix kollox, jiġifieri ma tistax tagħmel infrastruttura bih, fih hemm affarijiet ta' fondi strutturali.", "Rajna wkoll x'inhuma l-opportunity costs li ċerti miżuri ma jiġux implimentati, fis-sens ta' jekk jistax ikollna infringement fuqha, allura jekk nibqgħu in infringement imbagħad ikollok implikazzjonijiet ta' ħlas ta' fines jekk nibqgħu ma nagħmluhomx.", "MARIO DE MARCO: Din tar-renovation orders nifhem il-punt għalhekk tfajniha hawnhekk.", "Nifhem li jista' jkollok renovation mhux biss tal-faċċata imma tal-binja as such.", "THE CHAIRMAN: Imma jien għedt mhux għas-significant facades biss, in-normal facades ukoll għandhom effett.", "MARIO DE MARCO: Però għandna bżonn li jkollna sistema eżawrita ta' land registration u sakemm ma jkollniex dik dejjem se jkollna problema.", "Faċli tgħid li tmur l-MEPA biex tirrenova però kollox huwa at a cost, jiġifieri biex tirrestawra faċċata tiswa l-eluf kbar u mhux faċli titfa' dik fuq qualsiasi awtorità hi min hi.", "Pereżempju, barra minn Malta għandhom sistemi li kważi kważi jidħol għalihom l-kunsilli lokali però b'riżultat li tista' inti titlef l-ownership tal-proprjetà tiegħek stess jekk ma tagħmilx dawn l-affarijiet.", "Jiġifieri hemm diversi sistemi u rridu narawhom daqsxejn.", "Iċ-ċentri tagħna għalhekk irridu nibdew noħorġu ħafna iktar skemi.", "L-isfortuna ta' ħafna mill-iżvilupp li sar tul dawn is-snin kien akkost li abbandunajna l-binjiet antiki.", "Issa aħna nafu li l-cost biex tirrestawra l-binjiet antiki huwa ħafna iktar milli biex tirrestawra binjiet ġodda u allura rridu naraw kif nistgħu ninċentivaw ukoll is-sidien ta' dawn id-djar għax il-cost hija 40% jew 30% aktar milli kieku qed tirrestawra dar normali.", "Dan jorbot ukoll mad-djar skedati.", "Huwa tajjeb li tiskeda d-djar, però xi drabi hija miżura ftit egoistika għax jekk jien qed niskeda d-dar tiegħek for a common good irridu mbagħad ngħinu lis-sidien ta' dawk id-djar biex iżommu dawk il-binjiet.", "Għalhekk qed nagħmlu numru ta' miżuri fiskali permezz ta' grants, rebates eċċ. It-tieni nett rridu naraw kif nistgħu ninċentivaw ċertu limited commercial use ta' dawn il-binijiet li huwa kompatibbli ma' żona residenzjali għax nafu li ċerti binjiet huma forsi kbar wisq biex jibqgħu iservu ta' residenzi.", "U allura nistgħu nużaw il-kunċett tal-boutique hotel, tal-bed and breakfast, tal-guesthouse, ta' uffiċini għalkemm f'dan tal-aħħar tkun trid toqgħod attent għax jekk tħalli wisq uffiċini ġo ċentru urban se tispiċċa mbagħad li jkollok uffiċini u mhux residenzi u xorta waħda toqtol ċ-ċentru urban.", "L-issue huwa l-bilanċ.", "THE CHAIRMAN: Jien kelli ppjanat tliet laqgħat u din kienet l-ewwel waħda.", "It-tieni waħda hija skedata għal bħal għada ġimgħa u hija fuq l-amendments għal-liġi sanitarja.", "Forsi l-Ministru jkun jista' jgħaddilna xi dokumenti dwar dan xi ġurnata jew tnejn qabel ħalli we will be able to digest them u niġu b'opinjoni ffurmata.", "Imbagħad wara dik nixtieq nagħmel laqgħa fuq l-iSPED li torbot ħafna mal-aħħar issue li konna qed nitkellmu dwarha.", "Qed jgħiduli li fil-laqgħa li jmiss, peress li l-Ministru għandu xi impenji oħra, se nibdew fis-6:30p.m. minflok fis-7:00p.m.", "Nirringrazzjakom u nistennew id-dokumenti qabel il-laqgħa li jmiss.", "Fid-9:05p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120424_007d_dpc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 24 ta' April, 2012.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:26p.m.", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett, Chairman tal-Kumitat, ippresjeda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Leo Brincat u l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 6 li saret fl-14 ta' Diċembru 2011 kienu konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IL-POLITIKA NAZZJONALI DWAR L-AMBJENT", "Il-Kumitat għadda sabiex jiddiskuti dan is-suġġett u stieden lill-Onor.", "Mario de Marco, Ministru għall-Ambjent, Turiżmu u Kultura; lis-Sur Peter Portelli, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ambjent, Turiżmu u Kultura; lill-Avukat Jesmond Schembri, Kap tas-Segretarjat tal-Ministru de Marco; lill-Avukat Marie Louise Mangion, Head, Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli; lill-Avukat Marguerite Camilleri, Koordinatur Politika Nazzjonali dwar l-Ambjent; u lis-Sur Sergei Golovkin, Manager, Environmental Initiatives, sabiex jieħdu sehem fid-diskussjoni.", "Wara introduzzjoni qasira mill-Ministru de Marco, l-Avukat Marie Louise Mangion għaddiet biex għamlet preżentazzjoni lill-Kumitat.", "Il-Membri tal-Kumitat imbagħad għaddew biex għamlu d-domandi u l-interventi tagħhom bl-uffiċjali preżenti jirrispondu.", "Fuq talba tal-Onor.", "Leo Brincat iċ-Chairman ordna li l-Kumitat jikteb formalment lill-Ministeru għal Għawdex sabiex jitlob li r-rapport dwar Eko-Għawdex jiġi ppubblikat immedjatament.", "Fid-9:05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 2 ta' Mejju, 2012 fis-6:30p.m. b'din l-aġenda:", "Diskussjoni dwar proposti rigward minor infringements tal-Liġi Sanitarja.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRMAN TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120424_007m_dpc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 127", "It-Tlieta, 24 ta' April, 2012", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 24 ta' April, 2012 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "\"L-Istudent Għawdxi u l-Futur Tiegħu.\"", "Preżentazzjoni mis-Sur Ryan Mercieca President u membri oħra tal-Grupp Universitarji Għawdxin li għamlu survey fost l-istudenti Għawdxin.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120424_127a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 127", "It-Tlieta 24 ta' April, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 127", "It-Tlieta 24 ta' April, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-07:34 p.m", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 126 li saret nhar it-Tlieta, 20 ta' Marzu, 2012 ġew ikkonfermati.", "PREŻENTAZZJONI TAS-SURVEY \"L-ISTUDENT GĦAWDXI U L-FUTUR TIEGĦU\" MILL-gRUPP uNIVERSITARJI GĦAWDXIN", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Fil-laqgħa tal-lum, se jkollna l-preżentazzjoni tas-survey dwar 'L-istudent Għawdxi u l-futur tiegħu' li sar mill-Grupp Universitarji Għawdxin.", "Din il-preżentazzjoni se ssir mis-Sur Ryan Mercieca, li huwa l-President ta' dan il-grupp.", "Miegħu ġew ukoll diversi membri mill-istess grupp.", "Jiena nibda biex ngħidilkom 'Prosit' u nirringrazzjakom talli ġejtu għal din il-laqgħa.", "Nirringrazzja wkoll lid-Deputati Għawdxin li wrew l-interess sabiex din il-laqgħa magħkom tkun tista' isseħħ.", "Din l-istedina ġiet min-naħa tal-membri Għawdxin, u l-Kumitat aċċetta tali stedina.", "Tajjeb ngħid ukoll li b'din il-laqgħa se nkunu qegħdin nagħmlu żewġ laqgħat wara xulxin fuq iż-żgħażagħ Għawdxin.", "Ikolli ngħid li jien ma kontx naf b'dan l-istudju, filwaqt li l-istudju ta' Dr Andrew Azzopardi intitolat \"Young People in Gozo\" ġie mqassam fil-Kamra.", "Jien ma xtaqtx li joħroġ rapport bħal dak mingħajr ma jkollna l-preżentazzjoni tiegħu aktar mill-qrib mill-awturi tiegħu.", "U allura, sussegwentement, se jkollna laqgħa fuq dak ir-rapport.", "Mela llum se nibdew bil-laqgħa tagħkom.", "Naturalment, jekk hemm xi ħadd minnkom li jixtieq jattendi għal-laqgħa li se jkollna ma' Dr Andrew Azzopardi, jista' jagħmel dan bil-qalb kollha, għax ma nsib l-ebda oġġezzjoni li tkunu preżenti hawnhekk.", "Ngħaddu minnufih għall-preżentazzjoni, biex imbagħad wara jkunu jistgħu jsiru xi mistoqsijiet min-naħa tal-membri ta' dan il-Kumitat.", "IS-SUR RYAN MERCIECA (President tal-Grupp Universitarji Għawdxin): L-ewwel nett, nixtieq ngħidilkom 'Grazzi' talli aċċettajtu l-istedina tagħna sabiex nippreżentawlkom dan is-survey.", "Qabel nibda, nixtieq nagħmel nota żgħira fir-rigward tal-istess studju li għamel Dr Azzopardi.", "Fil-fatt, bħala għaqda, aħna konna focus group f'dak l-istudju.", "Id-differenza li hemm bejn dan l-istudju u l-istudju tagħna huwa li l-istudju tagħna jiffoka aktar fuq l-istudenti u jolqot mistoqsijiet li s-survey ta' Dr Azzopardi ma laqathomx.", "Issa se ndur mal-ewwel għall-power point tas-survey li għandna quddiemna.", "Fl-ewwel paġna tas-survey tistgħu taraw il-programm tal-konferenza li għamilna, fejn bdejna bil-quote \"Become a student of change.", "Din il-kwotazzjoni għamilniha biex inħeġġu lill-istudent għax huwa l-futur, u dak li jagħmel se jwasslu għal futur aħjar.", "Dan huwa l-islogan il-ġdid li qegħdin nużaw aħna u li jirreferi għall-bidla li student Għawdxi jkollu jgħaddi minnha minn meta jibda jistudja f'Malta.", "Fit-tieni paġna, nsibu ftit informazzjoni dwar il-GUG, li din is-sena tagħlaq 25 sena mit-twaqqif tagħha.", "L-istudenti Għawdxin jammontaw għal 10% mill-istudenti li hemm fl-Università.", "Madankollu dan is-survey ma sarx biss fost l-istudenti tal-Università, imma sar ukoll mal-istudenti tal-MCAST u tal-ITS, jiġifieri mal-istudenti Għawdxin kollha li qed jistudjaw f'Malta.", "Is-survey kien maqsum f'ħames sezzjonijiet.", "THE CHAIRMAN: Kemm hu n-numru attwali tal-istudenti Għawdxin f'Malta?", "IS-SUR RYAN MERCIECA: In-numru ta' studenti Għawdxin f'Malta huwa ta' 1,237.", "THE CHAIRMAN: U fl-Università biss kemm hemm studenti?", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Bejn wieħed u ieħor, hemm madwar 1,032 student.", "F'dan is-survey ipparteċipaw 405 studenti li jammontaw għal 38% tal-istudenti Għawdxin kollha li jistudjaw Malta.", "Is-survey kien miftuħ għal ħames ġimgħat, u kien aċċessibbli mill-website u l-Facebook page tal-GUG.", "Dan is-survey seta' jimtela biss online, u aħna bagħatna avviż dwar is-survey lill-istudenti permezz tal-email.", "Hawnhekk qed taraw il-website li ntużat biex isir dan is-survey, liema website tintuża minn diversi kumpaniji internazzjonali.", "Ir-ratio tal-istudenti kien ta' 42% irġiel u ta' 58% nisa, li huwa l-istess ratio li tirrifletti 6:4 tal-ammont ta' kif qegħdin, jiġifieri li hemm aktar nisa milli rġiel.", "L-età medja ta' dawk li rrispondew għas-survey kienet ta' 20 sena.", "Issa se nibda bl-ewwel sezzjoni tas-survey li tittratta l-kors.", "Fl-ewwel mistoqsija, staqsejnihom jekk hux minn dejjem kellhom ix-xewqa li jistudjaw fl-Università ta' Malta, MCAST jew ITS.", "90% ta' dawk li wieġbu qalu li iva huma dejjem kellhom din ix-xewqa, filwaqt li 10% qalu le.", "Meta staqsejnihom jekk humiex kuntenti bl-għażla tagħhom, kien hemm 95% li qalulna iva.", "Meta staqsejnihom kif iħossu li hi l-ħidma fi ħdan l-istess fakultà jew istituzzjoni tagħhom, 68% qalu li hi tajba, 4% qalu li hi ħażina u 28% qalu li huma indeċiżi.", "THE CHAIRMAN: Sur Mercieca, qabel tkompli bl-ispjega tiegħek, nixtieq ngħidilkom li dawn il-laqgħat qed ikunu trasmessi live fuq l-internet, u allura l-ġurnalisti jistgħu jkunu qegħdin isegwu mill-inews rooms tagħhom.", "Għalhekk nixtieq li, qabel tkompli tagħti ftit tal-ħjiel dwar dan is-survey, nistaqsik jekk ir-riżultati tiegħu hux qegħdin online biex dak li jkun ikun jista' jirrikorri għalih b'mod immedjat.", "Qed nistaqsik dan biex, jekk ikun hemm xi ġurnalist li qed isegwi u ma jkunx qed jifhem dak li qed tispjegaw, ikun jista' jagħmel riferenza għas-survey.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Min jixtieq li jkollu kopja ta' dan is-survey jista' jidħol fil-website tagħna .", "Hemmhekk isib formola, jimliha u mbagħad aħna nibagħtulu kopja tas-survey.", "Mela ħalli nkompli bl-ispjegazzjoni ta' dan is-survey.", "Staqsejna lill-istudenti jekk jafux x'inhuma s-servizzi li toffri l-Università ta' Għawdex, u 33% biss qalu li jafu x'inhuma, filwaqt li l-maġġoranza qalu li ma jafux.", "Għall-mistoqsija fuq jekk qattx irrikorrew għas-servizzi li toffri l-Università ta' Għawdex, kien hemm 82% li qalulna li qatt ma wżaw dawn is-servizzi, filwaqt li 18% qalu li wżawhom.", "Jekk jafux li hemm apparat tal-video conferencing fl-Università ta' Għawdex, kien hemm 37% li qalu li jafu, filwaqt li 63% qalu li ma jafux.", "Għall-mistoqsija fuq jekk jużawx l-iStudents Advisory Services li jiġi offrut fl-Università ta' Għawdex, kien hemm 62% li qalu li ma wżawhx, filwaqt li 38% qalu li wżawh.", "Għall-mistoqsija jekk iħossux li bħala lectures huma skedati tajjeb, kien hemm 56% li qalu iva u 44% qalu le.", "Staqsejnihom jekk iħossux li fil-lectures ikun hemm element ta' partiġġjaniżmu, u 39% qalu iva, filwaqt li 61% qalu le.", "Għall-mistoqsija fuq jekk iħossux li fil-lectures jingħataw ċans sabiex jesprimu l-opinjoni tagħhom, 83% qalu iva, 12% qalu le, filwaqt li 5% qalu li l-opinjoni tagħhom titwaqqa' għaċ-ċajt.", "Meta staqsejnihom jekk jafux min huma l-istudenti li jirrappreżentaw il-Fakultà jew l-Istituzzjoni tagħhom, 43% qalu iva u 57% qalu le.", "Jekk iħossux li hemm biżżejjed ħin allokat għall-istudenti sabiex jiġu assistiti mis-segretarji tal-istess Fakultà jew Istituzzjoni, 41% qalu iva, 9% qalu le, 18% qalu li l-ħin huwa inkonvenjenti u 32% qalu li hemm bżonn li jkun hemm aktar ħin.", "THE CHAIRMAN: Intom qegħdin titkellmu fuq l-Università ta' Malta fejn qegħdin tagħmlu l-korsijiet tagħkom, hux hekk?", "Qed nistaqsik għax f'ħin minnhom issemmiet l-Università ta' Għawdex.", "Aħna qegħdin nitkellmu fuq is-servizzi u l-lectures fl-Università ta' Malta fejn qegħdin jattendu studenti Għawdxin.", "JUSTYNE CARUANA: Hawnhekk aħna qegħdin nitkellmu fuq l-istudenti Għawdxin li jistudjaw Malta.", "Dawk l-istudenti Għawdxin li jistudjaw Għawdex mhumiex parti minn dan is-survey, u dawk l-istudenti m'għandhomx daqshekk problemi li se jiġu ttrattati hawnhekk.", "F'dan is-survey qed naraw dak li qed jgħidu studenti Għawdxin li jgħixu u jistudjaw Malta.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Għall-mistoqsija jekk jixtiequx li l-eżamijiet isiru Għawdex, rajna maġġoranza ta' 87% li qalu iva u 13% li qalu le.", "Għall-mistoqsija fuq jekk iħossux li hemm żvantaġġi bejn studenti Għawdxin u studenti Maltin meta jiġu għall-eżamijiet, 64% qalu iva u 36% qalu le.", "Staqsejnihom fejn joqogħdu waqt l-eżamijiet, u għal din il-mistoqsija 67% qalu li joqogħdu Malta, filwaqt li 33% qalu li joqogħdu Għawdex.", "(Naturalment dawk it-33% ikollhom jaqsmu Malta filgħodu biex jagħmlu l-eżamijiet tagħhom.)", "Għall-mistoqsija jekk jaħsbux li l-fatt li huma mhumiex residenti Maltin jaffettwax ir-riżultati tagħhom, 56% qalu li ma jaffetwahomx u 44% qalu li jaffetwahom.", "Staqsejnihom jekk fis-sajf ikollhomx għalfejn imorru l-Università, l-MCAST jew l-ITS bħala parti mill-kors tagħhom, u 40% qalu li iva jkollhom jitilgħu Malta, filwaqt li 60% qalu le.", "Għall-mistoqsija fuq jekk sofrewx xi tip ta' diskriminazzjoni mill-istaff jew mill-istudenti jew mill-għalliema, 48% qalu li jħossu li hemm xi tip ta' diskriminazzjoni, filwaqt li 52% qalu li le.", "THE CHAIRMAN: Diskriminazzjoni għax huma Għawdxin?", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Iva għalhekk.", "Imbagħad staqsejnihom jekk kellhomx għalfejn jixtru laptop minħabba l-kors tagħhom, u 93% qalu li iva, filwaqt li 7% qalu li le.", "Għall-mistoqsija fejn jixtiequ jaħdmu ladarba jiggradwaw, 15% qalu li jixtiequ jaħdmu Malta, 46% qalu Għawdex, 14% barra minn Malta u 25% ma tagħmilx differenza fejn jaħdmu.", "Għall-mistoqsija jekk, dment li jixtiequ jaħdmu Għawdex, jaħsbux li huwa possibbli li jsibu xogħol Għawdex, 66% qalu le, 24% qalu iva, filwaqt li 10% qalu li m'hemmx min jaħdem biex ikollhom din l-opportunità.", "It-tieni sezzjoni ta' dan is-survey għandha x'taqsam mat-trasport.", "Għall-mistoqsija x'jużaw biex jaqbdu l-vapur mill-Imġarr, kien hemm 38% li qalulna li huma jużaw it-trasport pubbliku, filwaqt li 62% qalu li jużaw trasport privat.", "U mbagħad, għall-mistoqsija x'jużaw bħala trasport mill-Imġarr għad-dar, kien hemm 26% li qalulna li jużaw it-trasport pubbliku, filwaqt li 73% qalu li jużaw it-trasport privat.", "Kif iħossu li huwa t-trasport pubbliku f'Malta, kien hemm 68% li qalu li huwa medju, 18% qalu li huwa ħażin, filwaqt li 14% qalu li huwa tajjeb.", "Għall-mistoqsija x'jużaw bħala trasport biex jivvjaġġaw f'Malta, kien hemm 77% li qalulna li jużaw it-trasport pubbliku, filwaqt li 23% jużaw it-trasport personali.", "Għall-mistoqsija fuq jekk ir-riforma tat-trasport pubbliku tejbitx is-servizz fir-rotta għall-Imsida, kien hemm 28% biss li qalu li kien hemm titjib.", "Imbagħad kien hemm 5% li qalu li ma kienx hemm titjib, 58% qalu li baqa' aktar x'isir u 9% qalu li r-rotta marret lura.", "Meta staqsejnihom jekk jaqsmux kuljum biex imorru l-Università, l-MCAST jew l-ITS, 90% qalu li ma jaqsmux kuljum, filwaqt li 10% qalu li joqogħdu jaqsmu kuljum.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri 90% qed jgħidu li jorqdu Malta?", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Eżatt.", "Issa aktar tard se naraw kemm iqattgħu ġranet f'Malta.", "JUSTYNE CARUANA: Le, 10% tal-400 li rrispondew is-survey ...", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Għall-mistoqsija fi x'ħin ġeneralment jaqbdu l-vapur jekk jinżlu Malta nhar ta' Ħadd, kien hemm 3% li qalu li jitilgħu qabel it-3.00 p.m., 38% li qalu jitilgħu bejn it-3.00 p.m. u s-6.00 p.m., u 59% li qalu wara s-6.00 p.m.", "Staqsejnihom jekk jaħsbux li jkun hemm biżżejjed xarabanks x'ħin jaslu ċ-Ċirkewwa, u 33% qalu li jkun hemm, filwaqt li 67% qalu li ma jkunx hemm biżżejjed.", "Meta staqsejnihom jekk jinżlu Malta t-Tnejn filgħodu, fi x'ħin ġeneralment jaqbdu l-vapur, kien hemm 44% li qalu li jaqbdu l-vapur qabel is-6.45 a.m., 48% bejn is-6.45 a.m. u d-9.00 a.m., filwaqt li 8% wara d-9.00 a.m.", "Fuq jekk jaħsbux li xarabank waħda kull siegħa hijiex biżżejjed għalihom, kien hemm 84% li qalu li mhijiex biżżejjed, filwaqt li 16% qalu li biżżejjed.", "Staqsejnihom jekk jużaw ir-rotta X1, li hija r-rotta li tgħaddi mill-Università u tieqaf iċ-Ċirkewwa, ikunx hemm Għawdxin biss fuqha.", "U għal din il-mistoqsija, kien hemm 92% li qalu le, filwaqt li 8% qalu iva.", "JUSTYNE CARUANA: Issa se tinbidel l-X1 hux hekk?", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Għadna ma rajniex as such kif se tolqot lill-istudenti …", "JUSTYNE CARUANA: Fil-preżent nafu kif aħna, imma jekk fil-ġejjieni se nkunu agħar milli aħna, rridu nilqgħu għal dawn l-affarijiet minn issa.", "THE CHAIRMAN: Dawn il-mistoqsijiet fuq dak li għandna fil-preżent.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: L-ideali hu - kif ilna nipproponu għal dawn l-aħħar xhur - li jkun hemm rotta kif kienet qabel, u ċioè li titlaq mill-Università.", "Qabel kienet ir-rotta 450.", "Għax ir-rotta trid tkun ukoll in sync mal-vapur.", "(Interruzzjonijiet) Bħala għaqda konna għamilna wkoll rapport fejn irriżulta li din ir-rotta ma kenitx qiegħda tolqot biss lill-istudenti imma anke lill-Għawdxin li jkollhom bżonn imorru l-isptar, kemm bħala ħaddiema u kemm bħala pazjenti.", "Meta staqsejnihom jekk kienx hemm drabi fejn tilfu tal-linja minħabba l-fatt li jkun hemm studenti Maltin jew barranin fuqha, kellna 43% li qalu le, filwaqt li 57% qalu iva li ġieli tilfuha minħabba din ir-raġuni.", "Għall-mistoqsija jekk qattx xi darba tilfu l-vapur għal ftit tal-ħin, kien hemm 2% li qalu li qatt ma kienu tilfuh, 32% qalu li tilfuh xi darba jew tnejn, u 66% li qalu li tilfuh regolarment.", "Staqsejna jekk jaħsbux li l-iskedi tal-Gozo Channel humiex imqassmin tajjeb, kien hemm 53% li qalu iva, filwaqt li 47% qalu le.", "Jekk humiex sodisfatti bis-servizz li qed toffri l-Gozo Channel, kien hemm 59% li qalu li huma sodisfatti, filwaqt li 41% qalu li mhumiex.Hawnhekk staqsejna fuq xi proposti ġodda li aħna naħsbu li jistgħu jtejbu s-servizz.", "Staqsejna jekk għandux ikun hemm students' fare sabiex jintuża għas-servizzi tal-Gozo Channel – dan ikun jgħodd kemm għal studenti Għawdxin, kif ukoll għal studenti Maltin – u għal din il-mistoqsija kien hemm 88% li qalu iva u 12% li qalu le.", "X'inhu l-ħsieb ta' din il-mistoqsija?", "Peress li meta l-istudenti Għawdxin ikunu qed jistudjaw Malta, se jagħmlu ħbieb Maltin, u permezz ta' din l-iskema jkunu jistgħu jħeġġu lil sħabhom sabiex fi tmiem il-ġimgħa jitilgħu Għawdex, u b'hekk l-idea li Għawdex huwa post tax-xjuħ tibda tinqata'.", "Il-fatt li student Malti jkollu jħallas daqs ħaddiem biex jitla' Għawdex, jiġifieri €4.65, qiegħda titfgħu ftit lura.", "(Interruzzjonijiet)", "Għall-mistoqsija fuq jekk għandux ikun hemm skema għal dawk li jużaw il-vapur ta' kuljum, 94% qalu li iva, filwaqt li 6% qalu le.", "Fuq jekk għandux ikun hemm priority boarding għall-Għawdxin kollha, 76% qalu iva, filwaqt li 24% qalu le.", "Fuq jekk jaqblux li jkun hemm servizz iktar frekwenti li jgħaqqad lill-Imġarr ma' Sa Maison, l-Imsida, 80% qalu iva u 20% qalu le.", "(Qegħdin ngħidu l-Imsida ħalli tkun viċin kemm għall-istudenti u kemm għall-ħaddiema għax, kif nafu, Sa Maison huwa bejn il-Belt u l-Università.)", "JUSTYNE CARUANA: Intom ilħaqtuh il-catamaran?", "JUSTYNE CARUANA: Fi żmieni, l-catamaran kien jagħmel vjaġġ li jitlaq fis-6.00 a.m., u fis-7.00 a.m. kien jasal Sa Maison.", "Ovvjament, meta qed tgħid li tasal fis-7.00 a.m., se tiffranka ħafna ħin.", "Il-Ġimgħa kien jagħmel żewġ vjaġġi, wieħed fis-2.00 p.m. u ieħor fis-6.00 p.m..", "U allura meta qed titkellmu fuq il-vjaġġi minn Sa Maison, qiegħda nissoponi li xi ħaġa hekk qed tgħid.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: As such aħna ma dħalniex fid-dettall ta' kif għandu jsir il-vjaġġ fil-mistoqsija.", "Aħna staqsejna biss jekk għandux ikun hemm link …", "JUSTYNE CARUANA: Bil-catamaran ma tistax tmur bil-karozza tiegħek.", "Imma ejja ngħidu s-servizz tal-Gozo Channel.", "Pereżempju, il-vjaġġ tal-cargo qed isir bil-lejl.", "Intom qegħdin taħsbu fuq xi ħaġa li ssir ta' kuljum?", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Pereżempju, il-vjaġġ tal-cargo jkun mimli trakkijiet u jkun vojt min-nies.", "Jekk, għall-argument, dan il-vjaġġ jitlaq wara nofsinhar, jista' jitlaq f'ħin li jkunu jistgħu jilħquh ukoll l-istudenti.", "THE CHAIRMAN: L-importanti għalikom hu li jitjieb is-servizz.", "JUSTYNE CARUANA: Dawn issa qed imorru oltre minn hekk!", "Is-servizz li qed tirreferi għalih inti huwa miċ-Ċirkewwa, imma dawn issa qed jgħidu li s-servizz jitlaq minn Sa Maison.", "U s-servizz li hemm bħalissa minn Sa Maison huwa għall-cargo.", "Issa jekk ikun hemm xi merkanzija perikoluża, l-ewwel nett ma jħalluhomx jitilgħu u, apparti minn hekk, dan il-vjaġġ mhuwiex fiss.", "U jsir anke bil-lejl meta l-istudenti m'għandhomx bżonnu!", "Li qed nistaqsi hu fuq jekk iddiskutewx dawn l-affarijiet, u l-esiġenzi li għandhom bżonn.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Li jkun hemm xi tip ta' catamaran jew fast boat li tgħaqqad l-Imġarr Għawdex ma' Sa Maison, l-Imsida, naħseb li tkun l-ideali.", "JUSTYNE CARUANA: Kellu jinxtara vapur żgħir għal dawn l-affarijiet, imma mbagħad il-fondi ntużaw għal xi ħaġa oħra.", "U allura, fil-futur qarib, m'iniex nara li se jkun hemm xi ħaġa oħra.", "Għaldaqstant, irid ikun is-servizz tal-Gozo Channel …", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Dan l-aħħar kien hemm min qal li s-servizz tal-Gozo Channel għandu bżonn jiddiversifika fih innifsu.", "U allura dan jista' ikun l-ewwel pass fid-diversifikazzjoni tal-Gozo Channel.", "THE CHAIRMAN: Jien naħseb li r-risposti ta' dan l-istħarriġ, filwaqt li saru minn studenti għall- istudenti, huwa sinifikanti ħafna fir-rigward tal-ħaddiema Għawdxin li diġa' qegħdin jaħdmu Malta.", "Jiena r-riżultat ta' dan il-kwestjonarju qed nieħdu lil hinn mill-ħtiġijiet tal-istudenti, u qed nieħdu fil-kuntest ta' kull min jista' ikun Għawdxi.", "Għalija, dan huwa an eye opener ta' x'inhuma l-ħtiġijiet u kif nistgħu intejbu dak li diġa' għandna eżistenti llum.", "JUSTYNE CARUANA: Igawdu huma u kull min jutilizza s-servizz, speċjalment dawk li ġejjin u sejrin ta' kuljum.", "THE CHAIRMAN: Mela jien għandi proposta u se nressaqha 'l quddiem.", "CARMELO ABELA: Bħala għaqda ltqajtu ma' min imexxi l-Gozo Channel?", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Biex inkun onest ikolli ngħid li dakinhar kien ġie għall-konferenza li għamilna.", "Imbagħad, jien stidintu pubblikament biex niltaqa' miegħu.", "Wara l-konferenza kellimtu u tlabtu l-mobile number, imma qalli li kienu se jkellmuni mill-uffiċċju.", "Għaddew tliet ġimgħat, imma għadni ma rċevejt l-ebda tip ta' risposta.", "JUSTYNE CARUANA: Allura għax ma taqbżuhomx u tagħmlu appuntament mal-Ministru responsabbli mill-Gozo Channel?", "THE CHAIRMAN: Mela ħalli ngħidlek x'nagħmlu.", "Ejjew naraw meta nistgħu nerġgħu niltaqgħu fix-xahar ta' Mejju.", "Araw intom meta tistgħu bħala ġurnata u anke bħala ħin.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili ftit, Onorevoli.", "Ma nistgħux ingawdu mingħajr sagrifiċċju!", "Mela, mingħajr ma nippreġudikaw l-eżamijiet tagħkom – u lanqas hemm għalfejn li terġgħu tiġu kollha flimkien – imma ejjew norganizzaw laqgħa oħra fejn terġa' issir preżentazzjoni fuq dan is-survey u nistiednu numru ta' rappreżentanti.", "U allura nistgħu nistiednu rappreżentanti minn Transport Malta, mill-Gozo Channel, mill-Università, - dejjem min jogħġbu jattendi - mill-Ministeru għal Għawdex, mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u minn xi rappreżentanti oħra li intom tistgħu taħsbu li għandhom ikunu magħna għal din il-laqgħa.", "Mela aħna noħolqulkom l-udjenza u intom tiġu hawnhekk biex tagħmlu din il-preżentazzjoni.", "Tajjeb hekk?", "Din hija xi ħaġa li rridu naħdmuha flimkien biex inkunu ċerti li se noħolqulkom l-udjenza.", "B'hekk dan il-kwestjonarju jkun hemm firxa iktar wiesgħa tar-riżultati tiegħu.", "JUSTYNE CARUANA: Dawn soluzzjonijiet iridu!", "THE CHAIRMAN: Iva, imma biex jingħataw is-soluzzjonijiet l-ewwel irridu niffaċċjaw ....", "JUSTYNE CARUANA: U inti taħseb li din l-ewwel darba li dawn l-affarijiet qajjimnihom?!", "Jekk iddur dawra d-debates, kemm tiegħi u kemm tal-Onor.", "Frederick Azzopardi, tkun taf.", "Ma nafx kemm-il mistoqsija parlamentari għamilna fuq dawn l-affarijiet.", "Dawn l-affarijiet ilhom jitilgħu fuq l-aġenda u issa dawn in-nies soluzzjonijiet iridu.", "THE CHAIRMAN: Għandek raġun!", "U qiegħed nifhimkom.", "Imma ħbieb tiegħi, dawn is-sinjuri diġà m'għandhomx ħafna fiduċja fil-politiċi...", "JUSTYNE CARUANA: X'għandu x'jaqsam?!", "(Interruzzjonijiet) X'affarijiet dawn!", "THE CHAIRMAN: Jien ngħinhom irrid ukoll.", "Ippermettili, Onorevoli, ħalli nispiċċa l-ħsieb tiegħi.", "Jien qed nipprova noffri opportunità fejn aħna noħolqu dibattitu bħalma ġieli ħloqna f'setturi oħra.", "Mela noħolqu platform fejn intom tiġu mistiedna hawnhekk u jkollkom l-udjenza.", "Xi kultant in-nies jiġu għax inkunu stedinnihom aħna.", "THE CHAIRMAN: Mela aħna qegħdin nitkellmu f'isimkom.", "Issa jekk ma taqblux ma' dak li qed ngħid, nirtira s-suġġeriment tiegħi.", "CARMELO ABELA: Sur President, ma' dak li qed tgħid inti, nixtieq inżid biċċa oħra.", "Dan l-istħarriġ diġà huwa pubbliku, u allura bħala Kumitat għandna nieħdu l-iżbriga - naturalment bil-permess ta' sħabna l-istudenti – li nibagħtu tali stħarriġ lil dik il-lista ta' rappreżentanti li semmejna ftit qabel, ħalli meta nerġgħu niddiskutu dan is-suġġett, jiġu hawnhekk mhux biex jisimgħu, imma biex jagħtu l-feedback tagħhom fuq dan l-istħarriġ.", "Jekk ma jifhmux xi ħaġa minn dan l-istħarriġ, sħabna hawnhekk ikunu jistgħu jispjegawlhom aktar.", "Allura meta jiġu hawnhekk, ikunu jafu fuqhiex se jitkellmu u jiġu b'xi tip ta' soluzzjoni.", "Kif qalet l-Onor.", "Justyne Caruana, dawn ma faqqsux il-bieraħ!", "THE CHAIRMAN: M'għandix problema.", "Nagħmluha bħalma għamilna f'sezzjonijiet oħra fejn inġibu l-awtoritajiet konċernati ħalli jirrispondu.", "JUSTYNE CARUANA: Dawn huma l-istess problemi li konna niffaċċjaw aħna meta konna studenti!", "Id-differenza hi li dawn l-istudenti llum jinsabu aktar frustrati milli kont jien u milli kienu ta' qabli, għax suppost li llum l-affarijiet imxew 'il quddiem!", "Issa dawn l-awtoritajiet li semmejtu kollha jafuhom dawn l-affarijiet.", "Fil-fatt, meta saret il-preżentazzjoni, kien hemm ħafna mir-rappreżentanti tal-entitajiet li semmejt inti, Sur President.", "Jien għalhekk ridt li dawn l-istudenti jiġu hawn illum biex jagħmlu l-preżentazzjoni tagħhom f'dan il-Kumitat.", "L-ewwel nett, dan il-Kumitat dejjem serva bħala platform minn fejn ċerti kwestjonijiet jitilgħu 'l fuq u biex jinħoloq l-għarfien, għax hawnhekk mhux qegħdin nitkellmu fuq sempliċi minority group, imma qed nitkellmu fuq sezzjoni importanti tas-soċjetà.", "U dan il-Kumitat irid jaqbeż għad-drittijiet ta' min għandu bżonn, fosthom tal-istudenti Għawdxin.", "THE CHAIRMAN: M'għandnix oġġezzjoni!", "(Interruzzjonijiet)", "JUSTYNE CARUANA: Aħna meta kellna xi kwestjoni, dejjem ħriġna rapport bir-rakkomandazzjonijiet.", "Issa f'dan l-istadju, ir-rapport u r-rakkomandazzjonijiet diġà qegħdin hawnhekk għax għamluhom minn jeddhom dawn l-istudenti.", "Ma qabbadna lil ħadd u ma ħallasniex ċenteżmu wieħed!", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Aħna għandna rapporti aktar dettaljati f'idejna.", "JUSTYNE CARUANA: U l-pass li jmiss hu li jkollna s-soluzzjonijiet għall-problemi li hawn hawnhekk!", "THE CHAIRMAN: Li rrid inkun naf jien mingħandkom hu meta hi l-aħjar ġurnata biex nerġgħu niltaqgħu u l-ħin.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: L-aħjar qabel Ġunju.", "THE CHAIRMAN: Mela nistgħu nagħmluha għat-tieni jew għat-tielet ġimgħa ta' Mejju.", "Sibulna l-aħjar ġurnata u dan il-Kumitat, permezz tal-uffiċjali tiegħu, joħolqulkom il-platform għas-soluzzjonijiet.", "JUSTYNE CARUANA: Eżatt!", "Soluzzjonijiet mhux diskussjonijiet!", "THE CHAIRMAN: L-ewwel iridu jsiru d-diskussjonijiet biex ikollna s-soluzzjonijiet.", "(Interruzzjonijiet) Qattusa għaġġelija, frieħ għomja tagħmel!", "JUSTYNE CARUANA: Se tgħidilhom għandkom raġun!", "(Interruzzjonijiet) Aħna rridu l-frieħ, u l-frieħ irriduhom jagħmlu l-frieħ!", "Sur Mercieca, tista' tkompli bl-ispjegazzjoni tiegħek.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: L-ewwelnett nixtieq nirringrazzjak tal-opportunità li tajtuna u aħna din żgur se nilqgħuha.", "Imma ħalli nagħtik ħarsa ġenerali ta' dak li għamilna aħna.", "Bħala grupp konna tlabna biex niltaqgħu mar-Rettur tal-Università, imma bqajna bla risposta.", "Iltqajna mal-Ministru Dolores Cristina, u tkellimna dwar dawn il-problemi.", "Tlabniha biex tirranġalna appuntament mar-Rettur, imma bqajna bla risposta!", "Bagħatna lill-kumpanija tal-Arriva u bqajna wkoll bla risposta!", "THE CHAIRMAN: Aħna se nġibulkom in-nies hawnhekk.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Tlabna lill-Ministru Giovanna Debono li kellha tirranġalna ħalli nagħmlu laqgħa, imma bqajna b'xejn ukoll.", "Issa ħalli nkompli bl-ispjegazzjoni tiegħi, fejn wasalna għat-tielet sezzjoni ta' dan is-survey li għandha x'taqsam mal-akkomodazzjoni u nefqa.", "Għall-mistoqsija fuq jekk waqt l-istudju tagħhom joqgħodux Malta, 89% qalu li iva, filwaqt li 11% qalu le.", "Imbagħad staqsejnihom sabiex min jgħid li ma joqgħodx Malta, x'ikunu r-raġunijiet tiegħu, u għal din il-mistoqsija 28% qalu minħabba raġunijiet familjari, 15% minħabba flus, 10% minħabba xogħol u 47% minħabba raġunijiet oħra.", "Staqsejnihom ukoll jekk l-appartament li joqgħodu fih huwiex tal-privat jew tal-familja, u 68% qalu li huwa tal-privat, filwaqt li 32% qalu li huwa tal-familja.", "Staqsejnihom jekk kienx diffiċli għalihom biex isibu appartament, u 62% qalulna li ma kienx diffiċli, filwaqt li 38% qalu li kien diffiċli għalihom.", "Għall-mistoqsija fuq jekk użawx is-servizz online li toffri l-GUG - fejn hemmhekk ikun hemm lista ta' akkomodazzjonijiet - 77% qalu iva, filwaqt li 23% qalu le.", "Staqsejna kemm–il ġurnata fil-ġimgħa joqogħdu Malta, u 2% qalu li joqogħdu ġurnata, 2% jumejn, 6% tliet ijiem, 14% erbat ijiem, 68% ħamest ijiem, filwaqt li 8% sitt ijiem.", "Għall-mistoqsija fuq jekk il-kera jħallsuhiex għal disa' xhur jew għal sena sħiħa, kien hemm 69% li qalu li ħallsuha għal disa' xhur - minn Ottubru sa Mejju – filwaqt li 31% qalu li jħallsuha għal sena sħiħa.", "JUSTYNE CARUANA: Imma mbagħad, jekk iħallsuha għal disa' xhur, ifisser li jkollhom jivvakaw il-post għas-sajf u jridu jfittxu appartament ieħor?", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad, kemm iħallsu kera fix-xahar.", "41% qalu li jħallsu iktar minn €100, 4% qalu li jħallsu inqas minn €80.", "Imbagħad għandna 55% li jħallsu bejn €80 u €100.", "Imbagħad, jingħatax irċevuta tal-VAT tal-kera li jħallsu.", "72% qalu li le, 28% iva.", "Hemmhekk qed naraw maġġoranza ta' 78% li joqogħdu l-Imsida, l-Gżira 5%, Ta' Xbiex ma joqgħod ħadd, u 17% postijiet oħrajn, fosthom is-Swatar u l-Pietà.", "Kemm il-persuna toqgħod fl-appartament?", "Qed naraw li 9% biss joqogħdu waħedhom, 19% joqogħdu tnejn min-nies, u 19% oħra joqogħdu tlieta minn nies fl-appartament.", "34% joqogħdu erba' persuni, 14% joqogħdu ħames persuni, 3% joqogħdu sitt persuni, u 2% joqogħdu seba' persuni fl-appartament.", "JUSTYNE CARUANA: Apparti d-dawl u l-ilma, kif ukoll l-ikel u t-trasport.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Eżatt.", "Dawn kollha se nsemmihom.", "Għall-mistoqsija fuq jekk għandux ikun hemm liġijiet li jħarsu lill-istudenti li jikru mingħand il-privat, kien hemm 89% li qalu iva, filwaqt li 11% qalu le.", "(Jekk tippermettuli nagħmel nota żgħira, nixtieq ngħid li liġijiet bħal dawn diġa' jeżistu barra minn Malta, u qegħdin speċifiċi għall-istudenti li jikru mingħand il-privat.)", "JUSTYNE CARUANA: Biex tkunu tafu, jiena u l-Onor.", "Carmelo Abela fil-leġislatura li għaddiet konna l-kelliema għaż-żgħażagħ u konna għamilna d-dokument għaż-żgħażagħ.", "U fil-parti ddedikata lill-Għawdex, konna ddedikajna parti għall-akkomodazzjoni, u dan għamilnih għaliex nafu li jsiru l-abbużi u l-ispekulazzjonijiet minn fuq dahar l-istudent Għawdxi.", "Ovvjament, huwa tajjeb li qegħdin terġgħu ttellgħuha hawnhekk.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Imbagħad staqsejnihom fuq l-ikel, fejn staqsejna kif jinqasam il-kont tal-ikel li jinxtara.", "U għal din il-mistoqsija, 27% qalu li l-kont jinqasam bejn il-membri kollha, filwaqt li 73% qalu li kulħadd jaħseb għal rasu.", "Għall-mistoqsija kemm jonfqu dawl u ilma fix-xahar, 69% qalu inqas minn €100, 29% qalu bejn €100 u €200, u 2% qalu aktar minn €200.", "Hawnhekk qed ngħidu għal kull persuna, kull xahar.", "Għall-mistoqsija fuq kemm iħallsu fix-xahar għas-servizzi tal-internet, 76% qalu inqas minn €50, 20% qalu bejn €50 u €75, filwaqt li 4% qalu bejn €75 u €100.", "ANTHONY ZAMMIT: Jista' ikun hemm xi ħaġa simili għal card system?", "JUSTYNE CARUANA: Le, għax għandek il-problema li mhux kull appartament ikollu l-meter.", "Ġeneralment ikun hemm meter wieħed isfel, u dan jirċevih sid il-kera li, min-naħa tiegħu, meta jmur jiġbor il-kera, jgħidlek li trid tagħtih dak l-ammont.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Fil-fatt hekk jiġri.", "JUSTYNE CARUANA: U dan huwa abbuż kbir!", "Jien niftakar li kien jiġi sid il-kera u jgħidlek li għandek tant units bil-5 ċenteżmi, filwaqt li għandek tant units oħra bl-10 ċenteżmi.", "Ir-rati kien jagħmilhom hu, u jekk tipprova tikkontesta malajr kien jgħidlek li jekk ma jogħġbokx tista' taqbad u titlaq 'il barra!", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad mill-1995 lil hawn, minn meta kien hemm il-liberalizzazzjoni tal-kera, aktar u aktar għamlu l-arja.", "ANTHONY ZAMMIT: Qatt kien hemm stħarriġ biex naraw jekk hemmx il-possibilità li l-Università tagħmel ...?", "IS-SUR MARK SCHEMBRI: Hemm, imma dawn jużawhom l-istudenti barranin.", "(Interruzzjonijiet)", "JUSTYNE CARUANA: Dik kienet disponibbli, imma mbagħad … Barra minn hekk, kienet għalja wisq!", "Ir-rati qegħdin għall-istudenti barranin u mhux għall-istudenti Għawdxin!", "JUSTYNE CARUANA: Ir-rati kienu ħaduhom fuq x'jistgħu jaffordjaw iħallsu l-istudenti barranin, u allura l-istudenti Għawdxin ma setgħux jaffordjaw dawk il-prezzijiet.", "Niftakar li dendlulhom il-karrotta billi qalulhom li hemmhekk għandhom il-pool.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Iġġelidna għaliha matul dan l-aħħar xahar fl-Università, u hekk qalulna.", "Sfortunatament, kien hemm ukoll membri tal-KSU li kkonsidrawna bħala studenti barranin, u qabbluna mal-Kuwajt u maċ-Ċiniżi!", "Jiġifieri d-diskriminazzjoni hemm qiegħda.", "FREDERICK AZZOPARDI: Li nista' nikkumenta fuq din il-kwestjoni – għax ħarġet biċ-ċar – hu li l-Għawdxin ma jkunux iridu jiggruppjaw kollha flimkien.", "ANTHONY ZAMMIT: Imma inti mhux fl-istess kamra qiegħed!", "Inti se jkollok il-kamra tiegħek.", "JUSTYNE CARUANA: Eżatt, u mbagħad ikun hemm il-common kitchenette.", "Jien niftakar li dendlulhom il-karrotta billi qalulhom li fid-dar ta' Ħal Lija għandhom il-pool!", "Il-kwestjoni hi li l-prezzijiet li bdew jitolbuhom kienu bbażati fuq dak li jifilħu jħallsu l-istudenti barranin, filwaqt li l-istudent Għawdxi ma jistax jaffordja dawk il-prezzijiet.", "(Interruzzjonijiet)", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Prezz bi prezz, toqgħod l-Imsida għax tiġi eqreb, u ma jkollokx problemi.", "Mistoqsija li wieħed jista' jiddiskutiha hija dik jekk ir-residenza għall-Għawdxin għandhiex tkun b'xejn, għax fl-aħħar mill-aħħar aħna m'għandniex għażla.", "Student barrani għandu għażla biex jiġi jistudja Malta, filwaqt li aħna m'għandniex!", "JUSTYNE CARUANA: Hemm mekkaniżmi differenti.", "It should not be a one size fits all. Trid tara l-esiġenzi ta' kull student, u mbagħad titkellem fuq pakkett bħalma nagħmlu f'setturi oħra.", "Il-bżonnijiet tagħkom mhumiex kollha l-istess, għax mhux kulħadd għandu l-istess korsijiet.", "Jista' ikun hemm mezz ta' kif ikun hemm pjan individwali.", "CARMELO ABELA: Rigward dan il-punt, jingħad li l-istudenti Għawdxin jieħdu għajnuna iktar minn studenti Maltin minħabba dawn id-diffikultajiet u spejjeż addizzjonali li għandu l-istudent.", "L-allowance li l-istudent Għawdxi jieħu mhumiex biżżejjed b'ħafna jew mhumiex biżżejjed bi ftit għall-ħtiġijiet ta' student Għawdxi?", "IS-SUR RYAN MERCIECA: L-allowance żdiedet, u fil-fatt issa se tiġi €400 kull tliet xhur.", "Fil-fatt, l-ewwel ċekk diġa' wasal.", "Għall-mistoqsija jekk dan huwiex biżżejjed, ma nistax naqbad u nirrispondik għax ma nistax niġġeneralizza.", "Fil-fatt, inti trid tara l-isfond ta' kull familja ta' kull student u skond il-kors ukoll.", "JUSTYNE CARUANA: Niftakar li fi żmieni kull ktieb li kont nixtri ma kienx jinxtara inqas minn Lm60!", "CARMELO ABELA: Onor. Caruana, dak li qed tgħid inti jgħodd kemm għal student Malti u kemm għal student Għawdxi ...", "JUSTYNE CARUANA: Imma dawk spejjeż over and above.", "CARMELO ABELA: Imma fuq ktieb qed nitkellmu!", "Student Malti għandu l-vantaġġ li jmur id-dar u ma jħallasx kera lill-ommu, filwaqt li student Għawdxi li jagħżel li jibqa' hawn Malta għal ħamest ijiem fil-ġimgħa ...", "JUSTYNE CARUANA: Dan qisu qed iżomm household oħra.", "CARMELO ABELA: Imma ktieb għal kull student huwa l-istess.", "Imbagħad hemm allowances ta' €400 kull tliet xhur...", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Fis-sajf le.", "JUSTYNE CARUANA: Allura b'dan il-mod qiegħed teskludi lil dawk li fis-sajf xorta jiġu hawn Malta?", "CARMELO ABELA: Din l-allowance suppost qed tagħmel tajjeb għall-expenses over and above ta' student Għawdxi li jiġi Malta.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Hekk hu.", "CARMELO ABELA: Qed ngħidu li jista' ikun hemm min għalih dawn l-allowances huma adegwati, u hemm min għalih mhumiex adegwati.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Inti trid tieħu l-background tal-familja tal-istudent.", "CARMELO ABELA: Rigward ir-residenza ta' Ħal Lija, ġieli kellkom tagħrif fuq jekk din tkunx mimlija dejjem jew le?", "Qed ngħid hekk għax jista' jagħti l-każ li jekk l-Università qed iżżomm id-dar ta' Ħal Lija għal studenti barranin peress li dan tarah bħala a generation of income to the University … U ħa nagħmilha ċara li l-Università ta' Malta m'għandhiex tittratta lill-istudenti Għawdxin bħala studenti barranin, għax dawn huma studenti Maltin ukoll.", "Imma forsi l-Università tikkunsidrax li jekk hemm, pereżempju, 100 spazju ta' akkomodazzjoni u ġeneralment jiġu okkupati 60% minnhom, l-40% l-oħra, minflok jitħallew vojta bit-tama li jimtlew minn studenti barranin, jingħataw numru minnhom lil studenti Għawdxin bi prezz raġonevoli u mhux bil-prezzijiet li jingħataw lill-barranin.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Personalment nemmen li aktar ma jkun hemm għażla, aktar aħjar għall-istudent.", "Imbagħad f'idejh biex jiddeċiedi fejn irid imur.", "Jekk jippreferi jibqa' l-Imsida u jħallas il-kera, iħallasha.", "Imma bħalissa m'hemmx din il-possibilità!", "Bħalissa l-għażla li teżisti hija li tiġi kuljum bil-vapur, jew inkella li toqgħod l-Imsida jew x'imkien ieħor fil-viċin.", "JUSTYNE CARUANA: Hemm is-Swatar, Birkirkara, il-Ħamrun, il-Belt.", "Daqs kemm hemm!", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Minħabba raġunijet finanzjarji, hemm min jippreferi ma jikrix l-Imsida imma jikri l-Gwardamanġa għax ikun €50 irħas.", "FREDERICK AZZOPARDI: Semmejt darbtejn il-background tal-familja, imma ma nafx f'liema argument jidħol il-background tal-familja.", "JUSTYNE CARUANA: Jiġifieri kemm tkun tista' isostnih l-istudent il-familja tiegħu!", "IS-SUR MARK SCEMBRI: Dik is-somma ta' flus hija aktar ibbażata fuq il-kera tal-appartament.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Jien naf studenti li jaħdmu part-time biex ikollhom dħul ieħor peress li dak li jagħtuhom il-familja tagħhom ma jkunx biżżejjed!", "FREDERICK AZZOPARDI: Imma dawn qed jgħidu hekk għax xi ħadd ikun ġej minn background ta' familja li jkollha ċertu livell ta' ħajja, u jkunu jridu jibqgħu jgħixu dik it-tip ta' ħajja meta jiġu Malta.", "Inti għandek id-dar tiegħek, u kif għad-dar tiegħek trid tħallas il-kont tad-dawl u l-ilma, tixtri l-ikel u x'naf jien, dawn l-istudenti għandhom household - mit-Tnejn sal-Ġimgħa, jew mit-Tnejn sas-Sibt, jew mill-Ħadd sal-Ġimgħa – li qed jgħixu fiha għal rashom u, biex jgħixu għal rashom, minħabba l-esiġenzi tal-istudju, jridu jħallsu huma l-kera, id-dawl u l-ilma, kif ukoll l-ikel u bżonnijiet oħra.", "Issa forsi ommi u missieri setgħu kull nhar ta' Tnejn jagħtuni €50 biex inkun nista' nixtri l-bżonnijiet tiegħi, filwaqt li omm u missier l-Onor.", "Frederick Azzopardi setgħu jagħtuh €100, u omm u missier l-Onor.", "Vassallo ma setgħu jagħtuh xejn biex ikun jista' jixtri l-bżonnijiet bażiċi.", "(Interruzzjonijiet)", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Ir-riforma tal-istipendji hija diskussjoni oħra.", "JUSTYNE CARUANA: Ħafna mill-istudenti Maltin ma jgħixux għal rashom.", "THE CHAIRMAN: Nitlobkom biex tkomplu tagħtuna l-informazzjoni.", "Aħna m'aħniex se nsibu s-soluzzjonijiet, imma kapaċi nifhmukom u ngħinukom taslu għas-soluzzjonijiet mingħand ħaddieħor.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Ir-raba' sezzjoni ta' dan l-istħarriġ jittratta l-attivitajiet.", "Fil-fatt, staqsejnihom jekk jieħdux sehem f'attivitajiet li torganizza l-Università ta' Malta, l-MCAST jew l-ITS, u kien hemm 23% biss li qalu li jieħdu sehem, filwaqt li 42% qalu le, u 35% qalu li ma jlaħħqux.", "Staqsejnihom jekk humiex membri ta' xi għaqda oħra tal-istudenti, apparti l-GUG, u 20% qalu li jifformaw parti minn għaqda oħra, 65% qalu li ma jifformawx parti minn għaqdiet oħra, u 15% qalu li ma jlaħħqux.", "Għall-mistoqsija fuq jekk jattendux seminars li jorganizzaw tal-kors tagħhom, kien hemm biss 52% li qalulna iva, filwaqt li 35% qalu le, u 13% qalu li ma jlaħħqux.", "Dan jista' ikun minħabba li dawn is-seminars isiru fi tmiem il-ġimgħa, u allura l-istudent Għawdxi jippreferi li l-Ġimgħa jmur lura Għawdex biex iqatta' tmiem il-ġimgħa hemmhekk.", "Imbagħad il-ħames u l-aħħar sezzjoni ta' dan l-istħarriġ għandha x'taqsam ma' mistoqsijiet ġenerali.", "Hawnhekk staqsejnihom jekk iħossuhomx diskriminati meta jkunu Malta, u 58% qalu le, filwaqt li 42% qalu iva.", "Jekk iħossuhomx li għandhom inqas opportunitajiet mill-Maltin, 46% qalu iva, filwaqt li 54% qalu le.", "Jekk jaqblux li Għawdex għandu jkollu ajruport – u għal din tajna r-raġunijiet tagħna, fosthom biex jiżdied is-suq turistiku ħalli jkun hemm aktar investiment dirett lejn il-gżira Għawdxija – kien hemm 68% li qalu iva u 32% li qalu le.", "Staqsejnihom jaqblux mal-link permanenti bejn Malta u Għawdex, fejn 42% qalu iva, 12% qalu le, 13% qalu li ma jarawx li dan jagħmel sens, filwaqt li 33% qalu li ma jaqblux ma' din il-permanent link jekk kemm-il darba l-Gozo Channel itejjeb is-servizz.", "Staqsejnihom jekk humiex sodisfatti bil-Membri Parlamentari għal Għawdex, fejn 65% qalu li huma sodisfatti, filwaqt li 35% qalu li mhumiex.", "Staqsejnihom jekk għandux ikun hemm post għal membru Għawdxi fi ħdan l-Eżekuttiv tal-KSU biex iħares l-interessi tal-Għawdxin direttament, u li jaħdem b'mod sħiħ mal-GUG.", "JUSTYNE CARUANA: Din kienet fuq il-manifest elettorali tal-Pulse.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Ħalli nispjega x'kienet ir-raġuni warajha din.", "Bħalma ż-żewġ partiti llum il-ġurnata jirrikonoxxu li hemm bżonn li jkun hemm Ministeru għal Għawdex, allura bl-istess mod dak għandu jiġi rifless f'kull istituzzjoni oħra.", "Għandu jkun hemm persuna biex tirrappreżenta lil Għawdex u lill-Għawdxin direttament.", "Għaldaqstant, ħassejna li għandu jkun hemm xi ħadd fil-KSU.", "Staqsejna biex naraw għandniex l-appoġġ tal-membri tagħna, u sibna li 97% jaqblu, filwaqt li 3% ma jaqblux.", "Meta tressqet din il-proposta, kien hemm membru mill-KSU li kkummenta fuq il-FaceBook u qal li, jekk għandu jkun hemm xi ħaġa għall-Għawdxin, mela għandu jkun hemm xi ħaġa għal tal-Kuwajt, għaċ-Ċiniżi u għall-oħrajn ukoll!", "Dan il-kumment ħassejna li huwa inaċċettabbli, u għal dan il-għan ħriġna stqarrija għall-istampa biex nisħqu li student Għawdxi mhuwiex student barrani.", "Id-differenza bejn student Malti u student Għawdxi hija fid-diffikultajiet li jolqtu lill-istudent Għawdxi biex jiġi jistudja Malta.", "Din il-proposta b'xi mod tressqet fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-KSU, u għaddiet.", "Però, għaddiet b'mod li issa nħoloq dak li jissejjaħ liaison officer li mhux se jkun fl-Eżekuttiv tal-KSU, imma se jkun qed jiltaqa' mal-istess Eżekuttiv darba fix-xahar, qabel il-laqgħa tal-Eżekuttiv.", "JUSTYNE CARUANA: X'saħħa għandu dan?", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Dan mhux se jkun jista' jieħu deċiżjonijiet, imma għandu saħħa li jiltaqa' mal-Eżekuttiv tal-KSU.", "Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali ntqal ukoll li, jekk dan ikun ta' suċċess, is-sena ta' wara jidħol fl-Eżekuttiv - ssa naraw.", "Sa ċertu punt dan kien l-ewwel pass.", "Din is-sena se naħdmu biex il-liaison officer ikun ta' suċċess, u b'hekk is-sena d-dieħla mmorru b'wiċċna minn quddiem biex dan jidħol fl-Eżekuttiv.", "JUSTYNE CARUANA: Dan l-uffiċjal Għawdxi jew le?", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Għawdxi, u se jkun magħżul minn din l-għaqda.", "JUSTYNE CARUANA: Issa dik oħra.", "Il-lecturing staff fl-Università hemm numru mhux ħażin ta' Għawdxin.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Staqsejna jħossux li għandu jkun hemm xi tip ta' partit politiku li jirrappreżenta lill-Għawdxin b'mod dirett fil-Parlament, bħalma kien hemm fil-passat, u għal din il-mistoqsija kien hemm 58% li qalu iva, filwaqt li 42% qalu le.", "Staqsejna wkoll fuq jekk Għawdex għandux potenzjal li mhux qed jiġi utilizzat, fejn 93% qalu li iva u 7% qalu le.", "(Hemmhekk qed naraw li l-istudenti Għawdxin jemmnu f'Għawdex, imma l-potenzjal li għandu Għawdex mhux qed jiġi utilizzat.)", "Staqsejnihom jekk kienx hemm xi ħadd fil-familja tagħhom li fl-2011 spiċċa bla xogħol, u għal din il-mistoqsija, 21% qalu iva u 79% qalu le.", "Għall-mistoqsija jekk tikkompara ż-żgħażagħ tal-lum ma' żgħażagħ ta' għaxar snin ilu, x'għandhom aħjar iż-żgħażagħ tal-lum, kellna 38% li qalu l-edukazzjoni, 22% qalu d-divertiment, 27% qalu l-opporunitanijiet u 13% qalu x-xogħol.", "Staqsejnihom jekk iħossuhomx kuntenti bl-istil tal-ħajja tagħhom, u 71% qalu li huma kuntenti, 21% qalu li huma kuntenti ħafna filwaqt li 8% qalu li huma imdejjqin.", "Għall-mistoqsija fuq x'inhuma l-aktar problemi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom bħalissa, kien hemm 44% li semmew il-problemi ekonomiċi, 18% il-karriera, 5% problemi familjari, u 33% m'għandhom l-ebda problema.", "Meta staqsejnihom jekk jibżgħux mill-futur, 61% qalu iva u 39% qalu le.", "Għall-mistoqsija dwar lil min jafdaw l-aktar, naraw li 85% jafdaw fil-ġenituri, 1% f'nies li ma jafux, 1% oħra fir-reliġjużi, 2% fl-għalliema, 11% fil-ħbieb u 0% fil-politiċi.", "Għall-mistoqsija dwar x'jaspiraw li jsiru la jikbru, 25% qalu li jixtiequ jsiru sinjuri, 8% famużi, 9% ħajja normali u 58% karriera ta' suċċess.", "Għall-mistoqsija fuq kemm jaffettwahom il-Facebook, 43% qalu ħafna, 46% qalu ftit u 11% qalu li ma jaffetwahom xejn.", "Meta staqsejnihom liema hu l-aktar mezz ta' komunikazzjoni li jafdaw, kien hemm 4% li qalulna gazzetti tal-aħbarijiet bil-Malti, 15% gazzetti tal-aħbarijiet bl-Ingliż, 0% ir-radju, 16% it-television u 65% l-internet.", "(Interruzzjonijiet) L-internet huwa sors ta' tagħrif għar-riċerka, għall-assignments u għat-teżi.", "JUSTYNE CARUANA: Jiġifieri mhux qed jikkonsidrawh bħala sors ta' tagħrif.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Jiena naħseb li ħafna mill-mistoqsijiet mhumiex kwantifikati.", "Fil-fatt, qed nara li hemm żewġ tipi ta' mistoqsijiet li joħorġu minn dan ir-rapport.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Dawn huma mistoqsijiet ġenerali, jiġifieri l-iskop tagħhom kien wieħed ġenerali.", "THE CHAIRMAN: Jien qed ngħid li hemm mistoqsijiet li jagħtuna ħjiel ta x'servizzi jixtiequ li jiġu mtejba, fosthom it-trasport, il-korsijiet eċċ.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Bażikament dawk huma l-ewwel erba' sezzjonijiet tas-survey.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li dawk il-mistoqsijiet huma importanti ferm.", "Il-mistoqsijiet l-oħra huma suġġettivi u huma importanti biex nifhmu kif jaħsbuha l-istudenti.", "Imma l-ħtieġa li naraw tibdil fihom huma bażikament il-korsijiet, it-trasport, l-akkomodazzjoni u n-nefqa.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR CARMELO ABELA: Imma dawn huma in line!", "Il-mistoqsija \"Liema tip ta' komunikazzjoni tafda?\" hija in line mal-general trend.", "U allura dik hi l-general trend, u mhijiex biss taż-żgħażagħ.", "THE CHAIRMAN: Mela halli nikkonkludi l-ħsieb tiegħi.", "Hawnhekk mhu qed inċaħħad xejn mill-mertu ta' dan is-survey.", "Imma pereżempju, meta qed nara l-mistoqsija \"Tħossok diskriminat meta tkun Malta?\".… (Interruzzjonijiet) Imma anke jien nista' ngħid li qed inħossni diskriminat.", "Huwa faċli għalija biex ngħid li jien ukoll inħossni diskriminat għax, bil-kuntrarju tagħkom, jien forsi l-uniku wieħed li ma mortx l-Università.", "Imma mbagħad irrid nara jekk din id-diskriminazzjoni li qed inħoss hijiex fittizja jew inkella hijiex reali.", "Jien kif nista' nikkwantifikaha?", "Hemmhekk nista' niġi fi problema għax tista' tkun il-problema tiegħi, u mhux għax il-problema hija verament hekk.", "(Interruzzjonijiet) Dik issa niġu għaliha meta nitkellmu fuq il-problemi relatati mat-trasport.", "Jien hawnhekk bħala Kumitat niddejjaq meta nisma' li hemm żgħażagħ Għawdxin li jħossuhom diskriminati meta jkunu hawn Malta.", "Dik lili ddejjaqni.", "U nixtieq li jkolli aktar informazzjoni li fuqha dan il-Kumitat ikun jista' jaħdem meta nidħlu fiha aktar fil-fond.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili ftit, Onor. Caruana!", "Inkella tista' tpoġġi ħdejn dawn l-istudenti u oqgħod irrispondi minflokhom!", "Jiena nixtieq li issa nisma' lil dawn l-istudenti, u nitlobhom biex forsi jġibulna ftit aktar informazzjoni.", "Jista' ikun li dawn l-affarijiet se joħorġu meta jkollna l-preżentazzjoni li se jagħmlilna Dr Andrew Azzopardi.", "Imma jkun tajjeb jekk iġġibulna ftit aktar eżempji ta' kif nistgħu nikkwantifikaw, ħalli mbagħad inkunu nistgħu nieħdu forsi azzjoni fuq xi ħaġa.", "Hawnhekk, nista' nieħu dan l-eżempju għax qiegħda quddiemi bħalissa: min fejn toħroġ il-mistoqsija dwar jekk taħsibx li għandek inqas opportunitajiet minn sħabek Maltin?", "Qed ngħid hekk għax l-Onor.", "Justyne Caruana u l-Onor.", "Frederick Azzopardi għandhom vantaġġ fuqna, u forsi għalhekk li huma l-aktar żewġ membri li qegħdin jitkellmu għax huma wkoll għexu din l-esperjenza.", "Imma immaġinaw li kieku l-Onor.", "Frederick Azzopardi mhumiex hawnhekk illum.", "Immaġinaw xi ħadd qiegħed jaqra dan ir-rapport, imma m'għaddhiex minn din l-esperjenza li jgħaddu minnha dawn l-istudenti Għawdxin li jiġu jistudjaw Malta.", "Allura dan ir-rapport jeħtieġ li jingħata aktar spjegazzjoni tiegħu biex intom stess issaħħu l-argumentazzjoni ta' dawk li rrispondew għal dan is-survey u tagħtu lil min jifhem fiex aktar jistgħu jinvolvu.", "Pereżempju, x'jiġifieri din it-tip ta' diskriminazzjoni?", "Forsi jien parti minn dik il-problema u forsi jien qed noħloq dik il-problema.", "M'hemmx bżonn tgħiduli issa, imma nitlobkom taħsbu dwarha.", "(Interruzzjonijiet) Ma nistgħux naħdmu hekk għax ma naslu mkien.", "Aħna m'aħniex hawnhekk biex ningħoġbu!", "IS-SUR MARK SCHEMBRI: Jekk is-survey ittieħed fuq bażi skolastika u fuq bażi universitarju, il-problemi huma ovvjament relatati, għax għandek il-problemi ta' lodging, ta' ikel, eċċ. Jiġifieri hemmhekk hemm ħafna żvantaġġi għalina.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Għandek ċirkostanzi ta' diskriminazzjoni, u nistgħu nsemmu eżempju issa stess.", "IS-SUR MARK SCHEMBRI: Fil-fatt nista' nsemmi esperjenza li għaddejt minnha jiena stess waqt lecture partikolari.", "(Interruzzjonijiet) Kienet lecture tal-B.Com. u li għaliha kien hemm madwar 200 student.", "Jien ma stajtx nattendi t-tutorial li jsir nhar ta' Ġimgħa minħabba li kelli l-lezzjonijiet tal-pjanu.", "X'ħin għedt lil-lecturer li ma stajtx nattendi, dar fuqi u quddiem 200 ruħ qalli: \"Jaqaw trid tmur l-għalqa?\"!", "Qalli hekk għax jien Għawdxi!", "JUSTYNE CARUANA: Jew ġieli jgħidulek, \"Mela l-mogħża ma ġibthiex?\"!", "Imma dawk drajnihom issa!", "(Interruzzjonijiet) Li xtaqthom jitkellmu fuqha u forsi tinkoraġġuhom ftit huwa fuq jekk kemm-il darba jkun hemm xi lecturer li, għax forsi m'attendewx xi lezzjonijiet jew xi ħaġa jiġu ppreġudikati, jew inkella anke mċaħħda mill-marki li kellhom id-dritt għalihom.…", "THE CHAIRMAN: Jien ninkwieta fuq kollox.", "Li kieku ma smajtx din l-esperjenza mingħandkom stess, qatt ma kienet tidħolli fil-kurituri ta' moħħi.", "Qatt ma kont naħseb li lecturer, li suppost studja ferm aktar minni u suppost li huwa intelliġenti aktar minni, se jgħaddi kumment bħal dak!", "Jien kieku kont noqgħod attent u kumment bħal dak ma nagħmlux.", "(Interruzzjonijiet) Li kieku intom ma tgħiduhomx dawn l-affarijiet…", "Li nixtieq hu li dawn il-mistoqsijiet ġenerali, li ħadd mhu se jistaqsi l-validità tagħhom, tgħiduhomlna, tagħtuna aktar ħjiel tagħhom u tgħidulna fiex tista' tikkonsisti din id-diskriminazzjoni.", "Fejn taħsbu li huma mistoqsijiet ġenerali, aħna nerġgħu nistednukom għal laqgħa oħra, apparti dik fejn irridu noħorġu bis-soluzzjonijiet għal dawk il-mistoqsijiet fattwali.", "U nerġa' ngħid li dawn forsi se jiġu mwieġba fl-istudju ta' Dr Andrew Azzopardi.", "JUSTYNE CARUANA: Huma parti minnhom.", "THE CHAIRMAN: Mela jekk huma parti minnhom, it's being managed.", "Imma jekk mill-istudju ta' Dr Andrew Azzopardi din ma jagħmilx address għaliha.…", "JUSTYNE CARUANA: Qiegħed titkellem fuq affarijiet oħra.", "THE CHAIRMAN: Iva naf, imma peress li qed jitkellem fuq studenti jew żgħażagħ Għawdxin, jekk intom din it-tip ta' informazzjoni tistgħu tamplifikawha aktar, tkunu qegħdin tagħmlu pjaċir lilna li m'għandniex l-esperjenza li għaddew minnha l-Onor.", "Frederick Azzopardi u l-Onor.", "Issa aħna kollha għandna l-esperjenza tagħna, imma jien nixtieq nisma' l-esperjenza tagħkom.", "Naturalment, jekk qed ngħid xi ħaġa ħażina, tagħtux każ ta' dak li qed ngħid jien u tagħmlu xejn.", "Imma jekk dak li qed ngħid huwa tajjeb, agħmluh għax huwa għall-ġid tagħkom.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Fil-bidu ta' dan is-semester kien hemm xi studenti Għawdxin li talbu l-għajnuna tagħna biex ibiddlu l-lecture tagħhom minħabba li din kienet il-Ġimgħa filgħaxija, mill-5.00 p.m. sas-7.00 p.m., u li allura minħabba f'hekk kienu qed jaslu Għawdex fl-10.00 p.m jew fil-11.00 p.m. Din il-klassi kienet waħda kbira, għax kien fiha madwar 200 student.", "Aħna kellimna lid-Dekan u dik il-lecture nbidlilha l-ħin, imma r-reazzjoni ta' sħabhom kienet waħda kerha.", "Fil-fatt, fuq il-grupp tagħhom ta' Facebook, bdew jgħaddu ċerta kummenti li ma kienu sbieħ xejn, fosthom \"Jekk ma jogħġobkomx, tiġux!\", \"Tiġux hawn biex tikkmandaw\", eċċ. Dawn il-kummenti għalina kienu żejda.", "U huma proprju dawn it-tipi ta' diskriminazzjonijiet li qed naffaċċjaw.", "M'iniex se noqgħod fid-dettall tagħhom, imma kien hemm ukoll kummenti minn xi lecturers li fihom kienu nvoluti studenti Għawdxin.", "U ċerti inċidenti saru għax kienu Għawdxin!", "(Interruzzjonijiet)", "FREDERICK AZZOPARDI: Imma din tkun qed tingħad mill-awtoritajiet tal-Università?", "Għax jekk jgħiduha sħabkom ma tantx tinkwetani.", "Nibda ninkwieta jekk jibdew jgħiduha l-lecturers.", "(Interruzzjonijiet)", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Mela ħalli ngħaddi għall-aħħar tliet mistoqsijiet ta' dan l-istħarriġ.", "Staqsejnihom dwar liema waħda minn dawn tinkoraġġihom, u rajna li 58% tinkoraġġihom id-determinazzjoni, 11% l-entużjażmu, 18% it-tama u 13% l-għaqal.", "Għall-mistoqsija jekk ir-reliġjon, fi kwalunkwe forma, taffettwahomx fil-mod ta' kif jaħsbu, kellna 72% li qalu iva u 28% li qalu le.", "Kif jikkonsidraw ruħhom, kien hemm 16% li qalu progressivi, 19% liberali, 9% konservattivi u 56% imħalltin.", "Fl-aħħar mistoqsija, staqsejnihom jekk jaħsbux li Għawdex ibbenefika kemm suppost mid-dħul fl-Unjoni Ewropea, u rajna li 46% qalu iva, filwaqt li 54% qalu le.", "Fl-aħħar paġna ta' dan l-istħarriġ insibu l-konklużjoni tagħna.", "Nafu li hemm ħafna xi jsir, u aħna m'aħniex qegħdin ingergru.", "Aħna aktar qegħdin inressqu proposti li nixtiequ li l-awtoritajiet jisimgħuhom, għaliex nemmnu li fejn hemm l-għaqda hemm it-tama, u l-GUG fih innifsu huwa magħqud mal-istudenti Għawdxin.", "Aħna nemmnu li Għawdex jistħoqqlu aħjar, hekk kif ukoll l-istudent Għawdxi.", "Grazzi.", "Tixtiequ tistaqsu xi mistoqsijiet?", "CARMELO ABELA: Xtaqt nagħmel mistoqsija dwar l-Università ta' Għawdex u s-servizzi li toffri.", "Jien ma nafx biżżejjed fuq l-Università ta' Għawdex u x'korsijiet toffri, imma safejn naf jien, f'dawn l-aħħar snin, l-Università ta' Għawdex mhux żiedet fil-korsijiet imma pjuttost naqqsithom.", "Imma f'Għawdex huwa possibbli li student imur fiċ-Ċentru tal-Università f'Għawdex u jieħu kors?", "Issa forsi m'hemmx il-korsijiet kollha, imma jekk hemm kors wieħed ikun jista' jieħdu l-kors hemmhekk.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Il-korsijiet li hemm fl-Università ta' Għawdex huma kollha part-time, u jiġu kollha mgħallma fil-weekend, jiġifieri l-Ġimgħa filgħaxija u s-Sibt filgħodu.", "Issa l-problema hi li l-korsijiet huma limitati ħafna.", "Però, aħna nemmnu li ċ-ċentru ta' Għawdex jista' jservi biex l-Università ta' Malta tkompli tespandi, u bħalma jagħmlu l-Universitajiet barranin li għandhom il-campuses tagħhom barra mill-pajjiż, il-campus ta' Għawdex jista' jservi għall-istess mottiv u allura jkun hemm korsijiet - li f'Malta m'hemmx, għax ma nemmnux li għandna għalfejn noqogħdu nirrepetu l-korsijiet - li jistgħu jipprovdu xogħol għal Għawdex.", "Li Għawdxi jista' jieħu kors f'Għawdex u mbagħad, konsegwentement, jaħdem f'Għawdex, kif ukoll li jkun hemm ċerti korsijiet li jistgħu jattiraw l-istudenti barranin imorru jistudjaw f'Għawdex, se nsolvu problema kbira.", "Dan għaliex, jekk student barrani se jiġi jistudja Għawdex minn Ottubru sa Mejju, se jkollu jikri l-appartamenti li hemm vojta, u allura jkun qed jiġġenera l-ekonomija Għawdxija.", "CARMELO ABELA: Xi tkun s-sitwazzjoni ideali għall-istudent Għawdxi, li l-Università f'Għawdex, jew iċ-ċentru tal-Università f'Għawdex, jiżviluppa b'tali mod u manjiera li student Għawdxi ma jkollux għalfejn jiġi Malta għal kors?", "Ejjew noħolmu ftit u ngħidu li jkun possibbli li l-Università tkun f'pożizzjoni li ċ-ċentru f'Għawdex kważi jkun duplikazzjoni ta' ċerti korsijiet li hawn Malta, u allura l-istudent Għawdxi jkun jista' jibqa' Għawdex.", "Tarawha din bħala sitwazzjoni ideali li forsi l-Għawdxin jixtiequ, jew inkella taħsbu li din tista' tkun esperjenza li l-istudent Għawdxi qed jagħmel?", "Hemm diffikultajiet li semmejtuhom intom stess, u hemm soluzzjonijiet li nemmen li l-awtoritajiet, bi ftit attenzjoni, jistgħu jaslu biex isolvu ħafna minnhom, u allura tkun aktar faċli għall-istudent Għawdxi.", "Imma meta student Għawdxi jispiċċa tliet snin, erba' snin fl-Università ta' Malta jgħid li hu mhux biss akkademikament huwa student aħjar imma anke bħala karattru u bħala determinazzjoni, tarawha anke bħala maturità li hija aħjar għal-istudent Għawdxi?", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Kif għedt l-ewwel, nemmen li għandu jkun hemm l-għażla għall-istudent.", "Fuq dak li semmejt inti nistgħu nitkellmu fuq ħafna affarijiet, fosthom li jekk hemm numru ta' studenti Għawdxin li qed isegwu kors Malta, dawn jistgħu jsegwu l-kors tagħhom minn Għawdex stess permezz ta' video conferencing, u allura lanqas ikun hemm għalfejn joqgħod jiġi l-lecturer Għawdex.", "Apparti minn hekk, il-fatt li jkun hemm korsijiet li ċ-ċentru f'Malta mhux qiegħed joffri jista' jservi wkoll sabiex iġġib l-istudenti barranin Għawdex, u sservi wkoll ta' esperjenza – bħalma sservi għalina l-Għawdxin li nitilgħu Malta - għall-istudenti Maltin li jitilgħu Għawdex biex jistudjaw.", "Fl-aħħar mill-aħħar, dawn l-istudenti Maltin ikollhom l-istess grants li jirċievu studenti Għawdxin, u b'hekk kulħadd ikun ugwali.", "ANTHONY ZAMMIT: Fil-fatt, il-videoconferencing huwa tajjeb ħafna għal-lectures, imma meta niġu għat-tutorials huwa diffiċli.", "L-ewwel nett bħala gruppi se tkunu iżgħar, u t-tieni nett il-preżenza tal-lecturer hija l-mod ta' kif isir jaf l-istudenti.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Aħna mhux qed ngħidu li student Għawdxi m'għandux għaliex jitla' Malta għax, jekk għandu tutorial, jitla' Malta.", "Aħna ma rridux nifirdu lil Għawdex minn Malta, imma qed ngħidu li għandu jkun hemm l-ugwaljanza.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Jekk jien għandi assignment jew jekk ħadt ktieb mil-librerija, għaliex għandi noqgħod nitla' Malta biex kulma nagħmel hu li mmur inpoġġi l-assignment tiegħi fuq l-iskrivanija tas-segretarja, jew biex inpoġġi l-ktieb fuq il-mejda tal-liberija, u nerġa' mmur lura lejn Għawdex?", "Għalfejn ma nistax inħallih fiċ-ċentru ta' Għawdex?", "JUSTYNE CARUANA: Illum il-libreriji suppost li qegħdin fuq sistema waħda, dik tad-digitisation, u allura, ktieb minn librerija għal librerija jistgħu jgħadduh huma stess.", "Għalhekk student mhux neċessarjament li jrid joqgħod jaħli ġurnata biex imur iġib ktieb, jew biex jieħu assignment, jew inkella biex jagħmel eżami.", "Dawn l-affarijiet ġraw lil kulħadd.", "Ikollok eżami, jinqalgħalek il-maltemp, u tispiċċa l-ewwel nett bl-istonku tiela' u nieżel għax ma tafx jekk intix se tilħaq għall-eżami fil-ħin, u mbagħad se tasal ukoll imdamdam għall-eżami.", "Allura għalfejn m'għandux ikun hemm il-fakultà biex l-eżami tagħmlu Għawdex stess?", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Għaliex din l-aħħar sena nfetaħ kors fuq Earth Systems u dan fetaħ f'Malta u mhux f'Għawdex, meta bħalissa qegħdin insemmu l-Eco-Gozo?", "Għalfejn il-korsijiet fuq l-ambjent ma jiftħux Għawdex imma jiftħu Malta?", "ANTHONY ZAMMIT: Ħalli nagħtikom eżempju.", "Fil-Ġermanja, meta niġu għall-finals tal-mediċina, il-multiple choice question issir nofs siegħa qabel ma jkun se jsir l-eżami għall-Ġermanja kollha.", "Fil-fatt, hemmhekk jużaw sistema skont il-livell li trid il-karta tiegħek.", "Aħna, bħala eżaminaturi, nħejju l-mistoqsijiet u nagħmlulhom l-l-livell ta' perċentwali li nixtiequ.", "Issa, jekk jien se nagħmel il-karta tal-eżami b'livell ta' perċentwali ta' 65%, nista' nagħmel mistoqsija li se tagħtik 80% difficulty level, imma mbagħad irrid inbiddilha m'oħra ħalli nġib il65%.", "Il-mistoqsijiet jiġu kollha into a central area mill-universitajiet kollha, u matul is-sena kollha aħna nibagħtu l-mistoqsijiet, u mbagħad nofs siegħa qabel jiddeċiedu l-l-livell ta' perċentwali ta' toqol tal-mistoqsija, issir nofs siegħa qabel, u toħroġ għall-Ġermanja kollha, u r-risposta tiġi għall-Ġermanja kollha.", "And this should go forward, għax anke l-Isptar ta' Għawdex għandu potenzjal kbir, imma jrid jiġi attrezzat suret in-nies.", "U kien għalhekk li mbottajt biex titla' Dr Rachel Abela bħala surgeon għax naf li hija kompetenti, u hija eċċellenti u jien irrid nibni l-ġejjieni.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Aħna ressaqna l-proposta li student Għawdxi jkollu l-għażla li jagħmel l-eżamijiet tiegħu f'Għawdex, imma r-rispons li qed ikollna mill-Università huwa negattiv ħafna.", "Ma qalulniex le, imma meta kelli l-opportunità li nitkellem informalment mar-Reġistrar u staqsejtha kif inhi għaddejja l-kwestjoni fis-Senat, din qaltli li kienu għadhom qegħdin jiddiskutuha.", "Issa kienu diġa' għaddew xi tliet laqgħat jiddiskutuha.", "U għalhekk staqsejtha xi problemi kienu qegħdin jiddiskutu, u l-ewwel ma qaltli kienu l-ispejjeż.", "Għalhekk għedtilha li kemm il-Ministeru għal Għawdex, u kemm il-kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex, taw l-impenn tagħhom li huma kienu lesti li jħallsu l-ispejjeż extra li kien hemm.", "Imbagħad qaltli li xorta jibqa' il-problema tal-invigilators għax, peress li aħna komunità żgħira, allura kollha niġu minn xulxin!", "Jien għedtilha li jistgħu jiġu invigilators minn Malta u l-ispejjeż żejda jitħallsu.", "Fil-fatt l-eżamijiet tal-A levels, tal-O levels u tal-London kollha jsiru fl-istess ħin u fl-istess post. Iċ-ċentru ta' Għawdex, il-ftit korsijiet li joffri, l-eżamijiet xorta jistgħu jsiru fl-istess ħin ma' ta' Malta.", "Hawnhekk kulma qed ngħidu hu li npoġġu bilqiegħda madwar mejda - kif qegħdin hawnhekk illum – u nagħmlu pjan.", "Aħna diġà għamilna rapport lir-Registrar u lir-Rettur step by step kif għandu jsir, u sibna wkoll il-postijiet fejn jistgħu joqogħdu numru ta' studenti biex jagħmlu l-eżamijiet tagħhom.", "Aħna m'aħniex qed naraw li se jkun hemm l-istudenti kollha li jagħmlu l-eżamijiet tagħhom Għawdex, għax meta tkellimna informalment magħhom sibna li kien hemm studenti Għawdxin li, għalkemm kienu jaqblu mal-proposta, personalment ma xtaqux jagħmlu l-eżamijiet Għawdex.", "Imma xorta waħda jemmnu li għandu jkun hemm l-għażla.", "FREDERICK AZZOPARDI: L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom talli ġejtu għal din il-laqgħa.", "Aħna qegħdin hawn biex nisimgħukom, u jekk se nagħmel xi mistoqsija ma rrid inweġġa' lil ħadd.", "Nerġa' ngħid li qegħdin hawn biex nisimgħu mingħandkom u biex nipprovaw ngħinukom.", "U se nistaqsi just biex inkunu informati aħjar fuq dak li għedtulna.", "Mis-survey inġenerali ħareġ li 95% tal-istudenti huma kuntenti, imma mbagħad x'ħin tara s-survey sezzjoni sezzjoni tingħata x'tifhem li mhux vera li l-istudenti huma kuntenti.", "Jien xtaqt li kieku wieħed jelabora ftit aktar fuq din is-sitwazzjoni.", "Issa dwar iċ-ċentru tal-Università naħseb li baqa' xi jsir, imma rridu ngħidu wkoll li saru affarijiet, għax kellna żmien fejn lanqas biss kien hemm ċentru tal-Università.", "Madankollu, dan beda u ta' kull sena rajna avvanzi u dejjem qiegħed jiżdied.", "Nerġa' ngħid li fadal xi jsir.", "Intom għedtu li 67% mill-istudenti jibqgħu Malta biex jagħmlu l-kors, imma allura għalfejn waqt l-eżamijiet jixtiequ li jibqgħu Għawdex?", "Għandek persentaġġ għoli fejn għall-eżamijiet qed jitolbu li jmorru Għawdex imma, min-naħa l-oħra, 67% tal-istudenti jibqgħu Malta meta jkollhom il-lectures.", "Nerġa' ngħid li qed nistaqsi dawn il-mistoqsijiet biex inkunu ċari.", "Dwar l-akkomodazzjoni m'inix konvint miċ-ċifra, għax għedtu li appartament jew akkomodazzjoni oħra jista' ikollhom seba' studenti, u qed tgħidu li bejn wieħed u ieħor dawn iħallsu €100 kull wieħed.", "Dan ifisser li qed jitolbuhom €700 fix-xahar ta' kull appartament?!", "Din mhijiex spjegata b'mod ċar, u għalhekk tajjeb li tispjegawha aktar fil-fond.", "Rigward l-istudent's fare, safejn naf jien intom tiġu rifużi bl-ispejjeż tat-trasport, hux hekk?", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Bħala passiġġieri biss u mhux tal-karozza.", "FREDERICK AZZOPARDI: Imma min-naħa l-oħra ħafna mill-istudenti ma jmorrux bil-karozza personali.", "Għall-inqas hekk jidher mis-survey.", "It-trasport tal-passiġġieri qed jiġi rifuż, u l-maġġoranza tagħhom ma jmorrux bil-karozza tagħhom lejn Malta.", "Ma nafx iż-żieda li saret issa, imma jekk mhux sejjer żball għandkom €400 kull tliet xhur.", "Din is-somma qiegħda tlaħħaq jew inkella taħsbu li għandha tkun iktar?", "Rigward l-istudent's fare fejn għedtu biex il-Maltin ikunu jistgħu jiġu Għawdex, naqbel magħha u jalla jiġu iktar nies f'Għawdex.", "Imma bl-istess argument tagħkom, student Malti għandu jkollu student fare biex mill-Belt imur il-Mosta, jew biex mill-Mosta jmur x'imkien ieħor?", "Ħalli ngħid xi ħaġa fuq is-servizz ta' Sa Maison.", "80% qalu li dan is-servizz ikun vijabbli, imma fuq din hemm problema.", "L-ewwel nett, meta beda s-servizz - li beda għall-istudenti u għall-ħaddiema - kien ikun hemm vjaġġ filgħodu u ieħor filgħaxija.", "Filgħodu kien qed jaħdem b'suċċess, imma l-vjaġġ ta' filgħaxija kien qed ikun vojt.", "U hemmhekk kien hemm problema finanzjarja għax kien qed jaħdem b'telf kuljum.", "Issa kull min jidħol għal servizz, irid jagħmel xi forma ta' qligħ.", "Min kien jaqta' l-biljetti, kien jaqta' l-biljett għal Malta biss peress li stajt taqta' one way ukoll.", "Issa kien hemm problema minħabba li għandek studenti li jibdew fid-9.00 a.m., ikun hemm min jibda fl-10.00 a.m. eċċ, u allura dawn ma' liema vjaġġ se jmorru?", "Ħa jmorru kmieni biex ikollhom vjaġġ tajjeb u jaslu sagħtejn qabel?", "L-istess ħaġa biex jiġu lura.", "Hemm min jispiċċa fl-4.00 p.m., hemm min jispiċċa fit-3.00 p.m., għandek il-pustiera li jispiċċaw fis-2.00 p.m., u l-iskrivani jispiċċaw fl-4.00 p.m.", "Rigward il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, jkun tajjeb li wieħed jerġa' jispjegaha aħjar, għax jien rajtha xi ftit esaġerata l-istima ta' kemm jonfoq kull student Għawdxi għad-dawl u l-ilma.", "Dwar id-diskriminazzjoni, 48% qed jgħidu li kien hemm xi tip ta' diskriminazzjoni, u allura xtaqt li kieku wieħed jelabora ftit dwar dan u jgħid x'tip ta' diskriminazzjoni qed ikun hemm.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Ir-risposti għal dawn il-mistoqsijiet mhux se tagħtuhomlna llum, imma nħalluhom għal laqgħa oħra.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Ir-risposti kollha lesti .… Mela allura tibqax tistaqsi!", "Jew nirrispondi, jew inkella tibqax tistaqsi u nista' nitlaq 'il barra!", "Allura toqgħod tistaqsi u jien ma nirrispondix?!", "(Interruzzjonijiet)", "FREDERICK AZZOPARDI: Se ġġiegħlni nieqaf!", "Jien jekk se tagħmilli mistoqsija rrid inwieġeb!", "THE CHAIRMAN: Issa sar il-ħin.", "Tista' tieħu nota tal-mistoqsijiet, u mbagħad tweġibhom bil-kwiet.", "Jien qed ngħidlek hekk biex ikollkom l-opportunità li terġgħu tiġu tiltaqgħu ma' dan il-Kumitat.", "(Interruzzjonijiet)", "FREDERICK AZZOPARDI: Jien żewġ mistoqsijiet qosra fadalli.", "Kellkom il-mistoqsija dwar il-problemi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom l-istudenti Għawdxin.", "Ipparagunajtu dawn il-problemi mal-problemi li qed isibu l-Maltin biex taraw jekk hemmx differenzi bejniethom?", "Mistoqsija oħra hija dwar l-Unjoni Eropea peress li din ukoll issemmiet.", "Intom qed tgħidu li kien hemm persentaġġ għoli ta' studenti li qalu li Malta setgħet ikkontribwixxiet.… Imma ħarġu xi ċifri fuqhiex u fejn morna ħażin?", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Fuq iċ-ċentru inti semmejt li kien hemm ċertu avvanzi; però, f'dawn l-aħħar snin ma tantx kien hemm daqshekk avvanzi, u l-issue tagħna hi fuq il-fatt li aħna nemmnu li għandu jkun hemm servizz aħjar f'dan iċ-ċentru, fosthom li nistgħu nagħmlu l-eżamijiet, li nistgħu nħallu l-assignments u nħallu l-kotba.", "Issa dwar l-eżamijiet, wara din il-laqgħa se nibagħtilkom ir-rapporti il għamilna aħna tal-GUG ħalli tkunu tistgħu tanalizzawhom aħjar.", "THE CHAIRMAN: Din l-informazzjoni għandha x'taqsam maċ-ċentru għal Għawdex?", "U għandkom l-istess affarijiet fuq it-trasport ukoll?", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Iva, kollox hemm imniżżel u għamilna rapport ieħor.", "THE CHAIRMAN: Mela ħalli ngħidilkom x'għandna bżonn, anke fuq dak li qed jgħid l-Onor.", "Ibagħtulna dawn it-tip ta' evalwazzjonijiet biex, meta nibagħtu lil dawn l-awtoritajiet li se nistednuhom hawnhekk, nibagħtuhomlhom, flimkien ma' dan is-survey, ħalli meta jiġu hawnhekk ikollhom dawn it-tip ta' evalwazzjonijiet li huma aktar fattwali.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Kien hemm 67% li qed jgħidu li joqogħdu Malta, u dan għaliex m'għandhomx il-possibilità li jagħmlu l-eżami tagħhom f'Għawdex.", "Dawn l-istudenti jippreferu li l-ħin li jagħmlu biex joqogħdu jaqsmu bejn Malta u Għawdex jgħadduh jistudjaw u allura jibqgħu Malta.", "Issa, jekk l-eżamijiet isiru f'Għawdex, nibdew naraw stampa oħra differenti.", "Rigward il-mistoqsija fuq l-akkomodazzjoni, il-fatt li inti semmejt li kienu joqogħdu seba' persuni fl-appartament, ma jfissirx li hemm seba' persuni li qegħdin jikru.", "Jista' jkun hemm missier ta' student jew ta' żewġ studenti li jixtri appartament.", "It-tfal tiegħu se joqogħdu fih bla ħlas, u l-ħamsa l-oħra jikru.", "FREDERICK AZZOPARDI: Din iċċarat il-punt kollu.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Rigward l-istudent's fare, jiddispjaċini ma fhimtx il-punt tiegħek, imma aħna semmejnih bħala mezz biex inqajmu lil Għawdex.", "Jekk jien se nħeġġeġ lil sħabi jitilgħu Għawdex għal matul il-weekend, dawn aktar se jitħajjru jekk iħallsu €1.15 bħalma nħallas jien.", "Issa rigward ir-rifużjoni, irrid ngħid li r-r-rifużjoni tal-vapur neħduh, imma nerġa' ngħid li l-issue tal-istudent's fare ma kenitx fuq ir-rifużjoni tal-vapur, imma bħala xi ħaġa li biha nistgħu nqajmu l-ekonomija ta' Għawdex.", "Fuq iż-żieda kif diġà għedt inti, ma nistax ngħidlek jekk huwiex biżżejjed jew le, għax jien nista' nitkellem biss fuqi personali.", "Dan kulħadd għandu l-ħajja tiegħu, u jrid ikun hu li jara jekk din iż-żieda kenitx biżżejjed jew le.", "Il-fatt li kien hemm żieda, u li din iż-żieda għaqqdet fiha l-vapur u ġiet rounded up, aħna napprezzawha.", "Imma ma nistax ma ngħidx li dik ukoll kienet proposta li ressaqniha aħna.", "Fuq Sa Maison, fejn inti għedt għax filgħodu jaħdem u filgħaxija le, jiena staqsejt fuqha u bażikament il-problema kienet waħda ta' mismanagement.", "Fil-fatt, filgħodu kienu jitilgħu, imma mbagħad il-vjaġġ ta' filgħaxija ma kienx ikun fil-ħin li n-nies jeħilsu mix-xogħol tagħhom.", "U allura li tista' tagħmel hu li tagħmel l-on-line booking, fejn wieħed jista' jibbukkja l-vapur li jixtieq imur lura bih.", "B'hekk min qed jimmaniġġja jkun jista' jara kemm għandu nies, u f'liema ħin jixtiequ li jitlaq il-vapur.", "(Interruzzjonijiet) Dik hija kwestjoni oħra.", "Personalment nemmen li l-Gozo Channel mhuwiex qiegħed hemm għall-business, imma huwa servizz soċjali.", "JUSTYNE CARUANA: Il-Gozo Channel dejjem ġie deskritt bħala servizz soċjali għall-Għawdxin.", "Dan kien jgħidu Anton Tabone, u jien dik dejjem emmintha.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Issa fuq id-dawl u l-ilma, inti għedt li fl-opinjoni tiegħek iċ-ċifri mhumiex ċari jew mhumiex korretti, imma huma l-istudenti li jagħżlu.", "Aħna m'għedna lil ħadd biex jagħżel.", "Jekk huma jħossu li għandhom iħallsu €100 dawl u ilma fix-xahar, għandhom kull dritt li jħallsuhom.", "Fuq id-diskriminazzjoni, diġà tajna eżempji, u wara din il-laqgħa se nibagħtu e-mail lill-membri tagħna ħalli nistaqsuhom jgħidulna huma x'tip ta' diksriminazzjoni sofrew ħalli waqt il-laqgħa li ġejja niġu bil-lista kif tlabtuna.", "Rigward il-problemi tal-Maltin, nuri s-solidarjetà tiegħi magħhom, imma mhuwiex dak l-iskop tal-GUG.", "Għall-istudenti Maltin hemm il-Kunsill Studenti Università li qiegħed hemmhekk għall-istudenti kollha.", "Rigward l-Unjoni Ewropea, naħseb li kulħadd għandu l-opinjoni tiegħu, kulħadd għandu għajnejn biex jara u kulħadd jista' jqabbel x'ġara f'Malta u x'ġara f'Għawdex.", "THE CHAIRMAN: Il-laqgħa tintemm hawnhekk.", "Nitlobkom tagħmlu kuntatt mal-Iskrivan tal-Kumitat biex tagħtuna d-dati meta huwa l-aħjar għalikom biex nagħmlu laqgħa oħra.", "Jekk tridu li niltaqgħu filgħodu, aħna nkunu nistgħu nagħmlu hekk, naturalment jekk il-membri ta' dan il-Kumitat ikunu disposti.", "Agħtuna l-pariri tagħkom x'ħin tkunu tistgħu tiġu intom, imma żommu quddiem għajnejkom li filgħodu jew wara nofsinhar ikun aħjar għall-awtoritajiet u Ministeri li se nistiednu.", "Mela nipprovaw nagħmluha wara nofsinhar.", "Grazzi.", "Fid-09.15 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data li kellha titħabbar iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120424_127d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 127", "It-Tlieta, 24 ta' April, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.30 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "126 li saret nhar it-Tlieta 20 ta' Marzu 2012 ġew konfermati.", "PREŻENTAZZJONI TAS-SURVEY \"L-ISTUDENT GĦAWDXI U L-FUTUR TIEGĦU\" MILL-gRUPP uNIVERSITARJI GĦAWDXIN", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Ryan Mercieca President u membri oħra tal-Grupp Universitarji Għawdxin sabiex jippreżentaw survey li kien mogħti lil studenti Għawdxin.", "Is-Sur Ryan Mercieca ppreżenta lill-Kumitat:", "Il-Kumitat issuġġerixxa li dan is-survey flimkien ma' rapporti oħra li saru mill-Grupp Universitarji Għawdxin jintbagħtu lil numru ta' awtoritajiet sabiex imbagħad issir laqgħa oħra fejn jiġu mistiedna wkoll rappreżentanti minn dawn l-awtoritajiet.", "Il-membri qablu ma' dan is-suġġeriment.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-09.15 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha titħabbar iktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120424_127m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 128", "Il-Ħamis, 26 ta' April, 2012", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ħamis, 26 ta' April, 2012 fis-2:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa ma' Delegazzjoni tal-European Commission against Racism and Intolerance (ECRI).", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120426_128a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 128", "Il-Ħamis 26 ta' April, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 128", "Il-Ħamis 26 ta' April, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-02:30 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 124 li saret nhar il-Ħamis, l-1 ta' Marzu, 2012 ġew ikkonfermati.", "LAQGĦA MAD-DELEGAZZJONI TAL-eUROPEAN COMMISSION AGAINST RACISM AND INTOLERANCE (ECRI)", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Fuq l-aġenda tal-lum għandna l-laqgħa mad-delegazzjoni tal-European Commission Against Racism and Intolerance (ECRI).", "Nibda mill-ewwel billi ngħidilkom li għandna talba mid-delegazzjoni tal-European Commission Against Racism and Intolerance sabiex din il-laqgħa tkun in camera u ma tiġix recorded.", "Ovvjament dan ifisser li ma jkollniex transcription ta' dak li ntqal.", "Hawn qbil ma' din it-talba?", "Mela din it-talba hija approvata, u għalhekk nistgħu nitfu l-apparat tar-recording.", "Fit-3.30 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data li kellha titħabbar iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120426_128d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 128", "Il-Ħamis, 26 ta' April, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-2.30 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Dr Elaine Birmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "124 li saret nhar Il-Ħamis, l-1 ta' Marzu, 2012 ġew konfermati.", "LAQGĦA MAD-DELEGAZZJONI TAL-eUROPEAN COMMISSION AGAINST RACISM AND INTOLERANCE (ECRI)", "Fuq talba mid-delegazzjoni din il-laqgħa saret in camera u ma ġietx recorded.", "Kien hemm qbil ma' din it-talba u għalhekk intfew il-microphones.", "Id-delegazzjoni tal-ECRI kienet magħmula minn dawn in-nies;", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-3.30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha titħabbar iktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120426_128m_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 129", "It-Tlieta, 08 ta' Mejju, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.25 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Dr Elaine Birmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "127 li saret nhar It-Tlieta, 24 ta' April, 2012 ġew konfermati.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "128 li saret nhar il-Ħamis, 26 ta' April, 2012, fejn il-Kumitat iltaqa' mad-delegazzjoni tal-ECRI, ma ġewx konfermati.", "L-Onor.", "Carmelo Abela ssuġġerixxa li laqgħat ma' delegazzjonijiet barranin ma jkunux meqjusa bħala laqgħat formali tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali imma jkunu meqjusa bħala laqgħat informali mingħajr il-ħtieġa li jittieħdu l-Minuti.", "Iċ-Chairman qabel ma' dan is-suġġeriment u ħa d-deċiżjoni li l-Minuti ta' din il-laqgħa ma jiġux konfermati u li laqgħat futuri ma' delegazzjonijiet barranin jiġu meqjusa bħala laqgħat informali.", "Iċ-Chairman informa lill-Kumitat li kien irċieva din il-korrispondenza:", "Dok 165 Ittra mingħand l-Imħallef Franco Depasquale, Chairman tal-Bord tal- Pulizija, datata 20 ta' Marzu, 2012.", "Ma' din l-ittra ntbagħat rapport li jkopri l-ħidma tal-bord għal matul is-sena 2010.", "Dok 166 Note Verbale mingħand il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin datata 2 ta' Frar, 2012.", "F'din in-note verbale saret talba minn delegazzjoni Ġermaniża magħmula minn 13-il membru tal-Parlament tal-Istat tal-Bavaria (Landtag) li xtaqu jiltaqgħu mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, bit-tema prinċipali tkun l-Immigrazzjoni Illegali.", "Iċ-Chairman talab li apparti l-membri tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali jkunu preżenti wkoll għal din il-laqgħa mad-delegazzjoni Ġermaniża l-membri li jifformaw parti mill-ad hoc Committee on Irregular Immigration.", "Dok 167 Iċ-Chairman poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra t-tmien rapport tal-11-il leġislatura ntitolat \"Lejn Aktar Sigurtà u Bon Ordni f'Paceville\".", "DISKUSSJONI U APPROVAZZJONI TAL-GĦAXAR RAPPORT TAL-KUMITAT dwar l-Affarijiet Soċjali intitolat \"Vjolenza Domestika.\"", "Iċ-Chairman beda jaqra dan ir-rapport imħejji minn Dr Elaine Birmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, u fejn kien meħtieġ iddaħħlu l-emendi proposti mill-membri tal-kumitat wara li kien hemm qbil.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Id-diskussjoni fuq dan ir-rapport ma spiċċatx u se titkompla f'laqgħa li titħabbar aktar tard.", "Fit-20.15 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120426_129m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 51", "It-Tnejn, 30 ta' April 2012 fis-7.30 pm", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 30 ta' April 2012 fis-7.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra", "Affarijiet oħra", "25 ta' April 2012 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120430_051a_xog.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 30 ta' April 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.45p.m.", "PREŻENTI", "Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari, l-Onor David Agius, l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Anġlu Farrugia u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor Franco Debono u l-Onor Joseph Falzon kienu wkoll preżenti.", "Il-minuti tal-laqgħa 49 li saret fis-27 ta' Frar 2012 u l-minuti tal-laqgħa 50 li saret fis-6 ta' Marzu 2012 ġew konfermati.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li huwa kien irċieva talba mill-Public Broadcasting Services, mill-media.linkcommunications u ONE News biex jiffilmjaw l-ewwel parti tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Mr Speaker informa lill-Kumitat li fuq l-agenda ma kienx hemm il-kontinwazzjoni tad-diskussjoni dwar l-Ombudsplan 2012 minħabba li ma kienx possibbli għall-Ombudsman li jkun preżenti.", "Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari informa lill-Kumitat li aktar kmieni fil-plenarju kien beda jiġi diskuss l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali – Abbozz 110 - u li skond ftehim milħuq fl-istess seduta dan l-Abbozz kellu jgħaddi mill-istadji tiegħu kollha dakinhar stess.", "F'każ li d-diskussjoni ma tkunx konkluża sal-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol tal-Kamra, il-Kumitat qabel li din tkompli sad-9.30 pm u li jekk ikun hemm bżonn, l-Abbozz ikompli jiġi diskuss fis-seduta li jmiss, ta' nhar l-Erbgħa, 2 ta' Mejju 2012.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-ħin tal-aġġornament, li dakinhar kien allokat għall-Oppożizzjoni, kellu jittieħed fis-seduta li jmiss.", "Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari qal li peress li l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment kien se jkun imsiefer biex jattendi għal laqgħa urġenti tal-ECOFIN, fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa, 2 ta' Mejju 2012 kellha tkompli d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Abbozz 94.", "Qal ukoll li t-Tnejn u t-Tlieta, 7 u 8 ta' Mejju 2012 kellha tiġi diskussa u konkluża d-diskussjoni fuq ir-Riżoluzzjoni dwar trasferiment ta' proprjetà lil Malita Investments PLC, u li fis-seduta li se ssir nhar l-Erbgħa, 9 ta' Mejju 2012 filgħodu, kellha tkompli d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz 94 sal-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol meta jittieħdu d-divisions li jistgħu jintalbu fuq il-voti dwar l-Abbozz 94 u r-Riżoluzzjoni msemmija.", "L-Onor Anglu Farruiga u l-Onor Joe Mizzi qalu li l-Oppożizzjoni mhix qiegħda taqbel mal-programm tax-xogħol tal-Kamra kif propost mill-Ministru peress li kienet għadha ma ġietx allokata data għad-diskussjoni dwar il-Mozzjoni 280 imressqa mill-Onor Jose' Herrera u l-Onor Michael Falzon dwar riforma fis-setturi tal-ġustizzja u l-intern, u dwar il-Mozzjoni 301 imressqa mill-Onor George Vella u l-Onor Luciano Busuttil dwar ir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea.", "Bil-permess tal-Kumitat, il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin qal li xtaq jitkellem dwar il-Mozzjoni 280 u ppropona li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni tibda fl-4 ta' Ġunju 2012.", "Dwar il-Mozzjoni 301, il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari qal li kif diġà ġie mħabbar, għandha ssir laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej biex is-Sur Richard Cachia Caruana, Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, ikollu l-opportunità jirrispondi għad-domandi li jsirulu mill-Membri tal-istess Kumitat.", "L-Onor Joe Mizzi qal li l-Oppożizzjoni ma kelliex oġġezzjoni li ssir din il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, però riedet ftehim dwar meta se jiġu diskussi kif ukoll dwar meta se jiġu mqiegħda għall-vot il-Mozzjonijiet 280 u 301.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin qal li l-Gvern kien lest li jasal għal ftehim dwar in-numru ta' seduti li għandhom jiġu allokati għad-diskussjoni tal-Mozzjoni 280 wara li din tibda fl-4 ta' Ġunju 2012; kif ukoll għad-diskussjoni tal-Mozzjoni 301 li kellha tibda mhux aktar tard minn ġimgħa wara li jispiċċa d-dibattitu dwarha fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Bil-permess tal-Kumitat, l-Onor Franco Debono għamel rimarki dwar l-aġġornament tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra u dwar il-programm tax-xogħol tal-Kamra.", "Huwa rrefera wkoll għall-Mozzjoni 288 li ppreżenta huwa stess dwar il-finanzjament tal-partiti li għadha pendenti.", "Wara li indirizza l-punti mqajma mill-Onor Debono, il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin qal li minbarra l-Mozzjoni 280 u 301 hemm żewġ mozzjonijiet oħra dwar il-Fiscal Compact u l-European Stability Mechanism li huwa importanti li jiġu diskussi.", "L-Onor Anġlu Farrugia qal li d-data tal-4 ta' Ġunju 2012 biex tiġi diskussa l-Mozzjoni 280 kienet inaċċettabbli u nsista li l-mozzjoni tiġi diskussa jew fid-9 ta' Mejju 2012 jew f'data oħra fil-qrib.", "Huwa ġibed l-attenzjoni tal-Kumitat li l-maġġoranza fil-Parlament kienet favur li din il-mozzjoni tiġi diskussa b'mod immedjat.", "L-Onor Mizzi ppropona li l-Parlament jiltaqa' filgħodu u filgħaxija kif ukoll il-Ħamis biex ikun jista' jgħaddi l-programm kollu ta' xogħol li għandha quddiema l-Kamra u biex il-Mozzjoni 280 tkun tista' tiġi diskussa anke fl-10 ta' Mejju 2012.", "Huwa qal li b'hekk tkun qiegħda tiġi rispettata l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż peress li teżisti maġġoranza parlamentari li taqbel li din id-diskussjoni ssir immedjatament.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin qal li filwaqt li trid titħalla l-libertà li kulħadd jista' jitkellem fuq il-Mozzjonijiet 280 u 301 għandu jkun hemm skeda ta' seduti maqbula bejn iż-żewg naħat li tkun raġonevoli.", "Mr Speaker ippropona liż-żewġ naħat biex jikkonsidraw il-possibilità li l-Mozzjoni 280 tiġi diskussa fit-23 ta' Mejju 2012.", "Fit-8.33 pm il-Kumitat ġie sospiż u rriżuma fid-9.10 pm.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin informa lill-Kumitat li min-naħa tal-Gvern, il-proposta ta' Mr Speaker kienet aċċettabbli.", "Żied jgħid li l-Gvern kien lest ukoll li jasal għal ftehim dwar in-numru ta' seduti li għandhom jiġu allokati, bil-vot fuq il-Mozzjoni 280 ma jitteħidx aktar tard mit-30 ta' Mejju 2012.", "L-Onor Joe Mizzi qal li huwa l-vot li għandu jittieħed fit-23 ta' Mejju 2012 u f'dan is-sens ippropona li fuq il-Mozzjoni 280 il-Kamra tiltaqa' it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa, 21, 22 u 23 ta' Mejju 2012 filgħodu u filgħaxija, u li jekk ikun hemm bżonn jiġi diskuss xi item ieħor matul dik il-ġimgħa, il-vot fuq il-Mozzjoni 280 jittieħed il-Ħamis, 24 ta' Mejju 2012.", "Huwa għamel proposta oħra li d-diskussjoni tkun maqsuma fuq żewġ seduti, waħda filgħodu u oħra filgħaxija, nhar l-Erbgħa, 23 ta' Mejju 2012 bil-vot jittieħed dakinhar stess.", "L-Onor Anġlu Farrugia żied jgħid li l-Oppożizzjoni qiegħda taċċetta l-proposta ta' Mr Speaker bil-kundizzjoni li l-vot jittieħed fit-23 ta' Mejju 2012.", "Mr Speaker ġibed l-attenzjoni tal-Kumitat li fl-interess tad-demokrazija parlamentari, huwa importanti ħafna li jintlaħaq ftehim dwar meta se ssir id-diskussjoni fuq dawn il-mozzjonijiet.", "L-Onor David Agius ippropona li kif inhi l-konswetudni tal-Kumitat, il-Whips jikkonsultaw mal-gruppi parlamentari rispettivi tagħhom biex jaraw kemm għandhom kelliema sabiex imbagħad, flimkien mal-iSpeaker, jipprovaw joqorbu viċin id-data tat-23 ta' Mejju 2012.", "Mr Speaker ippropona li l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra jerġa' jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 2 ta' Mejju 2012 biex jagħti żmien liż-żewg naħat jikkonsultaw mal-gruppi parlamentari tagħhom bl-iskop li jintlaħaq qbil dwar data meta tingħalaq id-diskussjoni fuq il-Mozzjoni 280.", "Dwar il-Mozzjoni 301 il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari ppropona li l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej jibda jiltaqa' nhar it-Tnejn, 14 ta' Mejju 2012 u li mhux aktar tard minn ġimgħa wara li l-Kumitat jikkonkludi x-xogħol tiegħu, il-mozzjoni titressaq fil-plenarju.", "L-Onor Joe Mizzi insista li għandu jkun hemm qbil dwar in-numru ta' laqgħat u qal li mingħajr ma kien qiegħed jintrabat, kien qed jipproponi li l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej jiltaqa' nhar it-Tnejn u Tlieta, 14 u 15 ta' Mejju 2012 u li d-diskussjoni u l-vot fil-plenarju jittieħdu nhar l-Erbgħa, 16 ta' Mejju 2012.", "Huwa informa lill-Kumitat li kien se jikkonsulta dwar dawn id-dati mal-grupp parlamentari tiegħu.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin qal li għalissa lanqas huwa ma kien f'pożizzjoni li jaqbel mad-dati proposti u li din il-kwestjoni kellha tkompli tiġi diskussa fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ta' nhar l-Erbgħa, 2 ta' Mejju 2012.", "Fid-9.28 pm il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 2 ta' Mejju 2012 fis-6.30 pm.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120430_051m.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 8", "L-Erbgħa, 2 ta' Mejju, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 7 li saret fl-24 ta' April, 2012 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Jesmond Mugliett): Ngħaddu issa għall-item li għandna llum.", "DISKUSSJONI DWAR PROPOSTI RIGWARD MINOR INFRINGEMENTS TAL-LIĠI SANITARJA", "THE CHAIRMAN: Magħna għal darb'oħra għandna lill-Ministru de Marco, l-Avukat Ian Stafrace, il-Kap Eżekuttiv tal-MEPA u l-Perit Samuel Formosa f'isem il-General Services Board.", "MARIO DE MARCO (Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura): Grazzi, Sur President, essenzjalment l-iskop ta' din il-preżentazzjoni hi li nafu li hemm numru ta' binjiet li għal raġunijiet forsi storiċi għandhom problema eżistenti relatata mal-liġi sanitarja.", "U nixtieq nagħmilha ċara li qed nitkellmu hawnhekk mhux dwar issues dwar liġijiet ta' żvilupp jew ta' ppjanar, però qed nillimitaw ruħna fuq issues tal-liġi sanitarja, issues li xi drabi jistgħu jiġu riżolti fuq bażi individwali jekk issir applikazzjoni lil hekk imsejħa General Services Board (GSB), però jidher li għandek kwantità ta' binjiet … Ħalli nipprova nkun daqsxejn ġenetiku.", "Aħna lkoll nagħmlu house visits u lkoll niġu minn distretti fejn għandek ukoll numru ta' djar li huma żgħar.", "Pereżempju għandek numru ta' djar li jkunu pjan terran biss u għaliex tkun familja li forsi qiegħda tikber jiddeċiedu li jippruvaw ikabbru d-dar tagħhom billi jibnu f'parti mill-bitħa, jiġifieri jippruvaw jespandu l-kċina tagħhom billi parti mill-bitħa jokkupawha hekk.", "Għandek djar oħrajn fejn forsi għal raġunijiet li lanqas kien tort tagħhom, però forsi tort tal-kuntrattur mingħand min ikunu xtraw huma, il-bitħa ma tkunx tad-dimensjonijiet li tirrikjedi l-liġi sanitarja.", "Għandek djar oħrajn li forsi l-għoli tal-bini, meta qed nitkellmu dwar għoli qed nirriferu għall-għoli bejn il-livell tal-art u s-saqaf mhux bħala għoli ta' faċċata, forsi jkun inqas minn dak stipulat.", "Imbagħad għandek l-issues ta' btieħi nterni iktar milli fuq wara, li wkoll xi drabi tista' tkun ta' daqs intern.", "Minn diskussjonijiet li kellna mal-GSB dan qal jekk forsi huwiex il-każ li nagħmlu forma ta' sistema fejn min għandu dawn it-tip ta' problemi eżistenti llum jipprova jkun hemm sistema li jista' jiġi aċċettat taħt ċerti parametri mill-GSB, ukoll għaliex dawn in-nies, meta jiġu biex ibigħu l-proprjetà tagħhom, ħafna drabi jiġi perit tal-bank u dan jgħidlek: Isma', hawnhekk inti għandek problema għaliex il-bitħa suppost hija 10 piedi b'10 piedi però l-bitħa kif inhi mibnija hija 7 piedi b'10.", "Issa teknikament dawn f'daqqa waħda jsibu ruħhom f'pożizzjoni li għandhom proprjetà li ma tistax tinbiegħ.", "U mingħajr ma nagħtu xi forma ta' vested rights, il-GSB flimkien mal-MEPA ħarġu b'din il-proposta li forsi jkun tajjeb li jidħlu ftit aktar fiha l-Perit Samuel Formosa u l-Avukat Stafrace u jagħtu aktar dettalji.", "L-AVUKAT IAN STAFRACE (Kap Eżekuttiv, MEPA): Xtaqt neħodkom ftit lura għall-provvedimenti tal-liġi fl-Att il-ġdid, partikolarment f'artiklu 92.", "Dan l-artiklu jirriferi għall-iskeda 8 ta' Chapter 504 li l-intenzjoni tagħha kienet li jinħareġ xi forma ta' compliance certification anke meta l-binja ma tkunx fully compliant mal-permessi tal-iżvilupp.", "Żgur li l-periti preżenti jafu bil-każ li anke fil-liġi l-antika kien hemm il-provvediment li jekk inti kellek illegalità li seħħet pre-1992, m'hijiex change in alignment u m'hijiex change of use il-MEPA l-enforcement notice li jkun hemm tiffriżah u ma tistax tattwah.", "Bil-provvedimenti l-ġodda hemm kategorija oħra li se jkunu nklużi fil-Category B tat-Tmien Skeda fejn mhux biss l-infurzar ma jiġix esegwit, imma anke tinħareġ xi forma ta' compliance certification biex anke dawn il-units jista' jkollhom is-servizzi tad-dawl u l-ilma u nsolvu wkoll il-problema li hija ħafna iżjed reali li bniedem ilu jgħix 20 sena f'appartament, mixtri bil-kuntratti b'kollox, anke loans jeżistu fuq ħafna minn dawn il-proprjetajiet, illum jiġi biex jagħmel resale ta' dik il-proprjetà u għaliex qed isiru iżjed kontrolli retti, speċjalment mill-banek, jirriżulta li hemm xi diskrepanzi fil-btieħi jew f'aspetti oħra tal-liġi sanitarja.", "U qed niltaqgħu ma' numru ta' każijiet fejn minkejja li jeżistu anke diġà loans fuqhom dawn il-proprjetajiet, meta ġew biex jagħmlu a resale of this property weħlu għaliex il-bank ma jkunx irid jagħmel sanctioning ta' further loans fuq din il-proprjetà minħabba dawn id-diskrepanzi li jkunu jeżistu.", "Wara diskussjonijiet li kellna mal-GSB ħriġna bl-idea li wieħed jipprova joħloq parametri ġenerali ta' kif għandek tindirizza dawn is-sitwazzjonijiet.", "Li jiġri llum huwa li jekk bniedem għandu proprjetà, appartament fi blokka u għandu l-bitħa ta' wara żgħira japplika mal-MEPA, jingħata rifjut, għax il-MEPA ma tistax tmur oltre mil-liġijiet sanitarji, imbagħad f'dak ir-rifjut jagħmel appell quddiem il-GSB u ħafna każijiet fejn il-qisien, id-diskrepanzi ma jkunux kbar ħafna, il-GSB jawtorizza dik il-variation mill-permess.", "U li d-diskussjoni allura mal-GSB kienet, minflok wieħed jiddiskuti każ każ, agħtuna x'inhuma l-parametri ġenerali aċċettabbli għall-GSB biex dan jiddipartixxi meta jkollu każ speċifiku quddiemu u nadottaw dawk il-parametri ġenerali fil-kategorija B tat-Tmien Skeda tal-Liġi tal-Ippjanar biex b'hekk bniedem minflok joqgħod japplika mal-MEPA, jingħata refusal imbagħad jiġi quddiem il-GSB, ikun hemm proċedura applikabbli b'mod ġeneriku għal kulħadd li fl-aħħar mill-aħħar fits in ma' dawn il-parametri tal-GSB.", "Il-parametri huma kontenuti fid-dokument li ngħata lill-Kumitat fejn bażikament għandek dawk l-erba' xenarji li se tkellem fuqhom il-Ministru, l-internal yards, il-back yard – li hija l-ikbar problema li teżisti, kif nafu kull binja suppost għandha backyard skont il-liġi tas-sanità sew jekk huma appartamenti sew jekk hija terraced house u l-qisien ivarjaw skont l-għoli tal-bini u din hija l-iżjed ċirkostanza fejn niltaqgħu ma' diskrepanzi bejn il-permess tal-iżvilupp u l-binja kif attwalment inbniet, jew għaliex il-bitħa kollha tkun żgħira, jew għax kien hemm bżonn li jsiru ċerti recesses minn ċertu għoli 'l fuq u jirriżulta li dawk ir-recesses ma ġewx osservati – l-internal height li wkoll hija ċirkostanza li ġieli niltaqgħu magħha għalkemm mhux daqshekk ta' sikwit fejn is-sular ma jkunx inbena skont l-għoli permessibbli anke mil-liġi sanitarja, imbagħad għandna l-kamra fil-bitħa ta' wara li ovvjament tkun at ground floor level li teżisti sew f'residenzi single kif ukoll fi blokok ta' appartamenti fejn ikun sar xi żvilupp fil-bitħa.", "Il-GSB ħareġ b'parametri li jvarjaw skont persentaġġ tal-qies minimu li kellu jiġi adottat skont il-każ – dawn il-parametri qegħdin imniżżlin fil-memo li jiġi ppreżentat lill-Kumitat – u allura l-idea hi li jekk dawk il-parametri jkunu aċċettabbli we endorse them fit-tmien skeda.", "Fassalna proċedura ta' kif bniedem mingħajr ma joqgħod japplika to sanction – l-iskop mhux li tissanzjona per se imma li ġġib ċertifikazzjoni li dik il-binja minkejja dawn id-disparities li jeżistu jista' jkollha anke ċertu compliance certification li bihom tista' ġġib is-servizzi tad-dawl u l-ilma u eventwalment anke tuża dik il-proprjetà bħala garanzija jekk se tiġi biex tieħu xi faċilitajiet mingħand il-banek – japplika għal forma ta' compliance certificate li hemm ipprovdut f'article 92 tal-liġi u hemm spjegat xi proċedura se tuża l-MEPA meta bniedem jiġi biex japplika għal dik is-certification.", "Ma nafx tridux li nidħlu f'iżjed dettall jew inkella jekk tridux tagħmlu xi domandi.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nibdew bid-domandi.", "L-Onor.", "PHILIP MIFSUD: Jiena rajt din il-brief li għamiltu u prattikament qed nifhem li safejn hemm diskrepanza li ma taqbiżx il-50% tal-area li hija rikjesta mil-liġijiet sanitarji kurrenti u li ilhom għal ħafna snin, prattikament wieħed għandu l-possibilità li jissanzjona jew li jiġi in line.", "Jiena naħseb li kien opportun li ssir xi ħaġa għax ilkoll kemm aħna naħseb nesperjenzaw sitwazzjonijiet li nħossu li ma jagħmlux sens, partikolarment dik tal-internal height għax speċjalment fejn hemm penthouses hemm ħafna binjiet li ġew approvati mill-MEPA fuq għaxar filati u nafu li ma jilħqux dan il-height.", "Jien bħala domanda inizjali qed nistaqsi jekk din hijiex se tkun retroattiva u tieqaf hemm.", "Jiġifieri jekk jien se nagħmel applikazzjoni għada, ifisser li l-internal yard tiegħi għal żewġ sulari m'għadhiex għaxra b'sitta jew inkella baqgħet għaxra b'sitta?", "THE CHAIRMAN: Jien nixtieq li tispjegawlna ftit jekk hijiex se tinbidel il-liġi sanitarja jew jekk huwiex proċess pur tal-MEPA li se jsir hawnhekk, fis-sens li aħna nafu li dawn il-qisien joħorġu mil-liġi sanitarja.", "X'se jiġri mil-liġi sanitarja?", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Xtaqt inkompli ftit fuq l-għoli tal-bini li kien qed jitkellem dwaru l-Onor.", "Fil-prattika tiltaqa' ħafna ma' din il-problema, m'hijiex daqshekk rari għar-raġuni li meta tibni fuq 10 filati u llum l-għoli tal-ġebla naqas, allura ssib li jkun hemm ħafna li jkunu inqas minn 2.6 metres jew 2.75 metres.", "Però li rridu nieħdu in konsiderazzjoni hija li ħafna drabi meta jibnu jagħmlu suffett imbagħad.", "Jiġifieri meta qed titkellmu fuq għoli, qed tirriferu from finished floor level sa soffit level, jew qed nitkellmu mill-art tal-konkos sal-konkos.", "Għax jekk qed tgħidu li jrid ikun hemm clear height bejn finished floor level u s-soffit hija differenti ħafna.", "Jiġifieri naħseb li hemm bżonn li wieħed jispeċifikaha din.", "It-tieni punt li xtaqt nagħmel huwa dwar habitable rooms.", "Ikollna ħafna każi fejn ikollna bathrooms u toilets speċjalment f'commercial outlets li ma jkollhomx twieqi imma jkunu mechanically ventilated.", "Se jkun aċċettabbli li jkunu mechanically ventilated?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "LEO BRINCAT: L-ewwel nett huwa tajjeb li jkollna fast tracking fuq dawn l-issues, kellna bżonn fil-House Business Committee nimxu bl-istess mod!", "Imma apparti ċ-ċajt.", "Biex nifhem sew; qiegħda ċara imma forsi ma fhimthiex jien mill-aspett tekniku.", "Din se tkopri l-proprjetajiet kollha li jaqgħu taħt il-parametri tagħha sakemm toħroġ il-legal notice jew se jkun hemm xi cut-off point?", "L-AVUKAT IAN STAFRACE: Jien se nirrispondi għal xi domandi mbagħad il-perit Formosa jidħol fl-issues iżjed tekniċi.", "CHARLES BUHAGIAR: L-aħħar domanda u l-ewwel domanda huma pjuttost allaċċjati għax kienu dwar retroattività, għall-futur u jekk hux se jinbidlu l-liġijiet sanitarji.", "Il-proposta li qed niddiskutu llum hija li tiġi emendata t-tmien skeda biex jidħlu fis-seħħ dawn il-provvedimenti.", "It-tmien skeda tiġi emendata b'legal notice għax hija skeda u l-proposta hija li mid-data ta' dik l-iskeda ta' dik il-legal notice b'lura, allura b'mod retroattiv japplikaw dawn il-provvedimenti.", "Dik allura hija ċara li se tkun retroattiva u b'dawn mhux se jinbidlu l-liġijiet sanitarji.", "Jiġifieri jekk illum ħarġet il-legal notice u għada l-MEPA se tiddeċiedi application, il-MEPA xorta se tibqa' tiddeċiedi l-applications skont il-qisien stabbiliti fil-Code of Police Laws, jiġifieri dawk mhux se jinbidlu.", "Dawn huma variations li għall-GSB huma aċċettabbli meta huma kienu jqisu on a case by case basis.", "Jiġifieri l-idea la hija li jinbidlu l-liġijiet sanitarji u lanqas li dawn il-consessions jiġu applikati għall-futur.", "Nerġa' ngħid li l-bidu ta' din il-proposta kien biex tindirizza dawk ir-realtajiet li jeżistu li bniedem akkwista appartament fi blokka, forsi għaxar ħames snin ilu ma kienx wieħed ikun daqshekk strett fil-kejl biex jiġu stabbiliti eżattament kemm huma l-btieħi eċċ, eċċ u llum dawn l-issues qed jiltaqgħu magħhom ħafna drabi at resale stage.", "Din hija dwar ir-retroattività, jekk hux se jinbidlu s-sanitary laws u l-cut-off dates.", "PHILIP MIFSUD: Jien għandi diffikultà fuq li qed tgħid inti għax jekk il-liġi sanitarja mhijiex se tinbidel, l-issue li kien qed isemmi l-Ministru related ma' loans se tibqa' hemm.", "Jiġifieri jekk xi ħadd għandu bitħa iżgħar min-normal u iżgħar milli tgħid il-liġi, jekk il-perit tal-bank se jmur biex jara dik il-binja, … Jien kelli każi fejn kien hemm pjanti ttimbrati mis-sanità, il-compliance certificates ħarġu wkoll, imma għax dan sabha ħames ċentimetri iżgħar, jiġifieri minn 3.6 għal 12-il pied, irrispettivament mill-fatt li t-3.6 kienu approvati, xorta ma approvax il-loan.", "Jiġifieri jekk il-liġi mhux se tinbidel f'għajnejn il-periti tal-bank, il-benchmark tagħhom xorta se tibqa' l-liġi.", "L-AVUKAT IAN STAFRACE: Ovvjament bis-sitwazzjoni li teżisti llum, il-banek għandhom żewġ problemi, waħda li għandhom stock ta' proprjetà li qiegħda tagħmel tajjeb għal-loans li diġà taw fil-passat fejn ma kenux jieħdu l-qisien b'daqshekk mod strett u persważ li jeżistu problemi fuq proprjetà li hija ipotekata mal-banek li għandhom il-btieħi iżgħar minn dak li suppost, u t-tieni issue hija li ovvjament iridu jaraw li għal-loans futuri li se japprovaw, il-proprjetà li jkunu qegħdin jieħdu bħala security tkun idonea biex tagħti security fuqha.", "Sal-lum m'hemm xejn x'jagħti kopertura għal din it-tip ta' problema għax jew għandek permess jew m'għandekx.", "Dik hija l-cut off – u dak kien l-iskop wara chapter 504, article 92 – jiġifieri din mhux biss wieħed qiegħed jgħidha imma se jinħareġ compliance certificate fuq din il-proprjetà, taħt il-poter ta' article 92 tal-liġi l-ġdida.", "Jiġifieri l-banek se jkollhom mhux biss bħalma kien jeżisti fl-antik li din hija pre 92 u l-MEPA mhijiex se tieħu enforcement notice, Category B tat-Tmien Skeda tmur oltre milli l-MEPA ma teħux biss direct action imma tgħid ukoll li tiċċertifika l-proprjetà li hija mibnija.", "Ovvjament din hija wa xi ħaġa ġdida anke għall-banek, jiġifieri sal-lum il-banek kienu jew għandek il-permess jew m'għandekx il-permess.", "B'din il-kategorija, li nerġa' ngħid għandha l-poter tal-liġi taħtha mhux kif forsi wieħed jaħseb li m'hemmx backing legali, biex tagħmilha, il-binja per se se jkollha anke compliance certificate fuqha.", "U naħseb li din – definitely l-pożizzjoni mhux biss tal-banek anke ta' min qed jixtri l-proprjetà għax il-banek kulma għandhom security fuq dik il-proprjetà filwaqt li min qed jixtri għandu titlu fuqha – tagħti ħafna iżjed ċertezza għal dak it-titlu milli kieku tibqa' s-sitwazzjoni kif inhi fejn la għandek compliance certificate u wisq inqas għandek iċ-ċertezza ta' dak li qed tixtri.", "CHARLES BUHAGIAR: Xtaqt forsi tikkjarifikaw ftit l-affarijiet għal dawk li se jinqabdu in between meta tidħol fis-seħħ din.", "Nieħu każ li għandi ta' klijenta tiegħi.", "Din il-bitħa tagħha at penthouse level hija ħames piedi wiesgħa u mhux sitta għar-raġuni li l-ġebla tpoġġiet fuq in-naħa ta' barra.", "Minħabba f'hekk applikajtilha l-MEPA u s-Sanità ġegħluni li nwaqqa' ħajt ta' bathroom u nirtirah 9 pulzieri 'l ġewwa u talbuha tagħmel garazija li se tagħmel hekk.", "Din il-garanzija għamlitha, però m'għamlitx ix-xogħol.", "F'dan il-każ x'parir se nagħtiha lill-klijenta tiegħi?", "L-AVUKAT IAN STAFRACE: L-idea ta' dawn il-provvedimenti hija mhux jekk għandekx permess imma li tieħu stock tar-realtà li teżisti.", "Jiġifieri fil-każ li qed issemmi inti, minkejja li għandha permess li bih suppost kellha ċċaqlaq il-ħajt biex twessa' l-bitħa, jekk dak ix-xogħol għadu ma sarx l-idea ta' din hija li nieħdu ritratt tas-site kif inhu, jekk teżisti dik il-binja qabel id-dħul fis-seħħ ta' din il-legal notice, dik tkun koperta b'din il-legal notice.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiġifieri f'dan il-każ partikolari fejn din il-persuna għandha garanzija ta' €5,000 imwaħħlin hemmhekk, x'jiġri?", "L-AVUKAT IAN STAFRACE: F'dan il-każ pjuttost uniku, tapplika għall-compliance u abbażi ta' dak il-compliance tieħu lura l-bank guarantee.", "Punt ieħor li ridt insemmi wkoll huwa li mhux biss se jinħareġ compliance certificate, fil-każ li qed isemmi l-Onor.", "Buhagiar, il-persuna ntalbet li tagħmel garanzija għax jeżisti provvediment ieħor li jgħid li jekk għandek illegality on site ma jistax joħroġlok permess biex inti tagħmel alterazzjonijiet oħra.", "B'dan qegħdin ngħidu li permess biex tagħmel alterazzjonijiet oħra jista' joħroġ ukoll.", "Jiġifieri apparti li se jinħareġ compliance certificate u at least se ġġib is-servizzi tad-dawl u l-ilma, jekk inti – fil-każ tal-penthouse li ssemmiet biex nibqgħu bl-istess eżempju – trid tagħmel alterazzjonijiet f'dik il-penthouse, il-fatt li għandek l-illegalità relatata mal-qisien tal-btieħi mhux se jkun dak li jżomm lill-awtorità milli tipproċessa u se mai tippermetti l-iżvilupp addizzjonali li jkun irid isir fuq dik il-proprjetà.", "Dak huwa t-tieni vantaġġ ta' din is-sitwazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Dr. Stafrace inti qed tgħid li wieħed japplika għall-compliance, però immaġina każ fejn xi ħadd ikun ilu li bena mid-disgħinijiet, dawl u ilma għandu imma għandu l-irregolarità.", "F'dak il-każ to sanction irid japplika?", "Jiġifieri se jkun hemm il-possibilità li wieħed japplika biex jissanzjona?", "Din hija importanti għax f'każ li dak li jkun ikun irid jagħmel change of use jew xi alterazzjoni sussegwenti, l-ewwel irid jissanzjona.", "It-tieni ħaġa jien għadni qed nara – forsi tagħtuni l-comfort intom – li għall-ewwel darba se jkollna r-regolamenti tal-MEPA li qed jikkonfliġġu mal-liġi tal-pajjiż.", "Dawn huma issues fejn għandek ukoll third party issues u jiena, it-tliet metri bitħa, anzi t-3.05m, għax il-MEPA jġiegħluk tirrevedi l-pjanta jekk ma tiktibx 3.05m, tagħti ċertu entitlement mhux lill-proprjetà fejn ikollok l-irregolarità però anke lill-proprjetà li tmiss li tmiss magħha, back to back.", "Allura f'dak il-każ nibża li jista' jkun forsi xi ħadd anke jiċċalinġja lill-MEPA għax f'daqqa waħda, bir-regoli tagħha, il-MEPA qed iċċaħħad xi drittijiet lil dik il-persuna.", "It-tielet domanda li xtaqt nagħmel hija jekk hemmx xi multi li qed jiġu kkunsidrati ma' dan il-proċess.", "L-AVUKAT IAN STAFRACE: Dwar il-kwestjoni tat-third party u s-sanctioning irrid ngħid li proprju għalhekk din mhijiex miżura biex tissanzjona s-sitwazzjoni.", "Biex inti tkun tista' tissanzjona s-sitwazzjoni r-regoli tas-sanità jridu jinbidlu bilfors.", "Din mhijiex qiegħda temenda r-regoli tas-sanità, imma qiegħda tgħid li bħalma kien jeżisti u għadu jeżisti provvediment fil-liġi li jgħidlek li jekk inti pre 92 l-MEPA ma teħdux direct action, f'din il-kategorija tal-istess skeda qegħdin ngħidu li mhux biss ma tteħidtx azzjoni iżda minħabba dik il-varjazzjoni xorta se jkollok compliance certificate u jekk hemm żvilupp ieħor li trid tagħmel on site m'aħniex se nesiġu li l-ewwel tissanzjona dik l-illegalità.", "Biex inti tkun tista' tissanzjonaha u tmur għal actual sanctioning r-regoli tas-sanità jridu jinbidlu bilfors.", "Imbagħad hemmhekk ma nibqgħux fil-parametri tal-article 92 imma jkun irid jiġi mibdul il-Code of Police Laws u l-MEPA tibda tapplika whatever measurement jiġi deċiż li jkun fil- Code of Police Laws.", "Però b'dak li qed nagħmlu llum is not an actual sanctioning situation imma qed tieħu sitwazzjoni reali li teżisti fejn hawn ħafna binjiet f'ċerti rħula fejn huwa inutli tipprova tippjana xi forma ta' infurzar għax ħafna mill-binijiet huma multi owned minn numru ta' residenti u m'hemm l-ebda mezz kif tista' tinforza din is-sitwazzjoni li evolviet maż-żmien.", "Din mhijiex miżura biex tissanzjona dawn l-illegalitajiet imma biex at least tirrikonoxxi stat ta' fatt li jeżisti.", "U huwa għalhekk li mbagħad tidħol l-issue tat-third parties.", "Peress li mhijiex miżura li biha se tissanzjona u peress li mhijiex qed tagħti vested rights jekk jiġi biex isir redevelopment ta' dik il-binja – dawn mhux kollha huma binjiet ta' 20 appartament, jaf għandek binja li hija maqsuma bejn żewġ residenti, maisonette isfel u maisonette fuq u jkollhom il-bitħa ħażina – trid timxi skond ir-regola tas-sanità applikabbli fil-mument li se terġa' tapplika.", "Jiġifier peress li din mhijiex qed tissanzjona sitwazzjoni imma qiegħda tirrispetta status quo li jeżisti, la nqisu li qiegħda tmur kontra l-liġi tas-sanità għax fl-aħħar mill-aħħar anke dawn il-parametri ta' kemm għandu jkun l-variation ġew mingħand l-Awtorità tas-Sanità u lanqas qegħdin ngħidu li jekk inti within that variation is-sitwazzjoni tiegħek se tiġi sanctioned.", "Dwar jekk hux se jkun hemm multi rrid ngħid li waħda mill-proposti li hemm fil-proċedura – point 5 – hija li jkun hemm fee ad hoc li trid tiġi stabilità għal meta tiġi launced din is-sitwazzjoni fejn bniedem irid japplika għal dan il-complaince certificate u naħsbu li dik il-fee għandha tkun waħda li tkun iżjed mill-fee attwali biex bniedem japplika għal compliance certificate b'mod normali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "PHILIP MIFSUD: Jien se naqbad mal-punt li għamilt l-ewwel, jien naħseb li b'li qed isir tneħħi l-problema li qed jiffaċċjaw nies li pereżempju għandhom proprjetà, terraced house, u jixtiequ japplikaw għal maisonette fuqha u għandhom il-bitħa interna ħażina u jinsabu mwaħħlin – dik se tiġi sorvolata.", "Il-kwestjoni li ġġib id-dawl u l-ilma naħseb hija sorvolata wkoll għax ladarba joħroġ compliance certificate, l-Enemalta ....", "THE CHAIRMAN: Imma l-maisonette ġdida li tkun se ttella' jrid ikollha bitħa skond il-liġi sanitarja.", "PHILIP MIFSUD: Iva, imma sal-lum jekk inti għandek bitħa ta' 9 piedi u nofs tkun imwaħħal, ma tista' ttella' xejn.", "Imma jien naħseb li biex tiġi sorvolata l-kwestjoni tal-banek jridu jidħlu l-banek on board għax minn esperjenza personali jien nista' ngħid li minkejja t-timbru \"approved\" tas-sanità, il-perit tal-bank baqa' jgħid li din mhijiex konformi mal-liġi tas-sanità u allura mhux se jaċċettaha.", "L-AVUKAT IAN STAFRACE: Meta konna qegħdin naħsbu f'din il-ħaġa informalment we roped in liż-żewġ banek prinċipali biex naqsmu l-ideat ta' kif huma qegħdin iħarsu lejn din is-sitwazzjoni.", "Is-sitwazzjoni li ġiet ippreżentata lill-banek hija kif għedt fil-bidu, li għandhom stock mhux biss x'se jagħmlu għall-futur imma anke l-gwadann li se jkollu bank fejn għandu stock kbir ta' proprjetà li llum il-ġurnata li kieku kellu jieħu stock take ta' dik il-proprjetà kollha persważ li għandu ħafna proprjetà li qiegħda tagħmel tajjeb collateral għal loans li jkun ta l-bank li ċertament, minkejja li diġà ta l-loans fuqhom, jekk imur ikejjel il-btieħi llum se jsib li l-btieħi mhumiex tal-qies idoneu.", "U allura lill-banek li spjegajnilhom huwa li rridu nsibu soluzzjoni ħolistika għal din il-problema li tinvolvi l-ewwel nett lil min għandu proprjetà ta' dan it-tip, secondly lil min iffinanzja din it-tip ta' proprjetà u t-thirdly għax in ġenerali ma tistax tħalli sitwazzjoni fejn dawn il-problemi jħarsu lejk u ma tindirizzahomx.", "THE CHAIRMAN: Imma jekk tħares lejn il-formoli tal-bank tara li dawn jiddistingwu bejn pre 92 u post 92, mbagħad jistaqsu jekk hemm xi indikazzjonijiet li l-liġi sanitarji mhumiex qed ikunu osservati.", "Naħseb li huma jridu jirrevedu anke dawk il-formoli u jdaħħlu dawk il-kategoriji jew inkella dan jistaqsu jekk il-bini jgħaddix mill-compliance regulation ta' dik il-legal notice u allura l-perit ikun jista' jagħti l-informazzjoni hemmhekk.", "Naħseb li hekk tkun sorvelata.", "L-AVUKAT IAN STAFRACE: Fil-fatt fil-formola tal-banek hemm id-distinzjoni bejn pre 92 u post 92 għax s'issa l-liġi kienet toħloq biss dik il-kategorija.", "Issa se jkollna kategorija oħra u żgur li l-banek huma major stakeholders f'din l-issue u nerġa' ngħid li f'din il-problema lkoll qegħdin fl-istess dgħajsa.", "Jien semmejt liż-żewġ banek prinċipali, imma bħalma nagħmlu dejjem, once li jkollna ftit iżjed ċertezza fejn mexjin f'dawn l-affarijiet, nibagħtu għall-banek kollha, individwalment jew b'mod kollettiv, u nispjegawlhom l-issues kollha u huma jieħdu l-pariri tekniċi u legali li l-banek iħossu li għandhom jieħdu.", "Però nerġa' ngħid li l-ewwel dritt prinċipali fuq il-proprjetà huwa tal-proprjetarju, jiġifieri d-dritt tal-proprjetà huwa kemmxejn iżjed assolut mid-dritt ta' min sellef biex issir il-proprjetà.", "Jekk il-banek jaraw ż-żewġ naħat tal-munita, cioè l-istock ta' proprjetà li diġà għandhom, li żgur hemm ħafna proprjetà li tista' tiġi salvata b'dawn il-miżuri, kif ukoll l-proprejtà futura li huma se jieħdu bħala collaterals, naħseb li s-soluzzjonijiet waħedhom jiġu maqbula.", "CHARLES BUHAGIAR: Jekk fhimt tajjeb, b'dan li qed ngħidu se noħolqu sitwazzjoni … Dr. Stafrace dejjem qed jirriferi għal bini pre 92 fejn jekk għandek l-illegalità fuqhom ma tistax tagħmel enforcement, però f'dak il-kaz jekk tiġi biex tagħmel xi alterations dik l-illegalità trid tirranġaha.", "Jiġfieri din se tkun kategorija differenti minn dik.", "L-AVUKAT IAN STAFRACE: It-Tmien Skeda hija maqsuma fi tnejn, Category A li huma pre 92 kif kienet l-antika u Category B li hija li apparti li jinħariġlek complaince certificate mhux se tkun ta' deterrent jew ta' ostaklu jekk inti tiġi biex tapplika biex tagħmel alterations.", "Ir-raġuni hija pjuttost sempliċi għax jekk m'intix se teżentahom minn dik il-problema wkoll ħafna minn dawn il-binjiet fiżikament huwa kważi impossibbli li tintervjeni fuqhom biex ġġibhom bil-qisien tas-sanità.", "Aħna stajna ħallejnihom fil-Category A u ngħidlu li ħrigtlu enforcement notice imma m'iniex se nesegwiha.", "Fir-realtà dak li qed jiġri.", "Hemm numru ta' sites kolpiti bl-enforcement notice imma mhumiex qed jiġu esegwiti għax fiżikament huwa kważi impossibbli li tesegwihom dawn l-enforcement notices.", "Allura wieħed ried, biex anke jiżlaċċja dawn il-proprjetajiet minn din il-problema li għandhom, li tippermettilhom ukoll li jekk bniedem irid jagħmel alterazzjoni fil-binja tiegħu, minkejja li għandu l-bitħa ta' wara mhijiex tal-qies tajjeb bħalma kien fil-każ li semma' l-Onor.", "Buhagiar aktar kmieni, xorta tippermettilu li minħabba d-diskrepanza li għandu jista' tagħmel alterazzjonijiet oħra fil-binja.", "CHARLES BUHAGIAR: U additions u extensions tista' tagħmel?", "L-AVUKAT IAN STAFRACE: Jekk, pereżempju, għandek terraced house b'żewġ sulari bil-bitħa żgħira fuq wara, jekk se tibni sular ieħor, tkun trid tosserva l-liġi tas-sanità.", "CHARLES BUHAGIAR: Jekk għandek binja fejn il-bitħa ta' wara qiegħda kbira ħafna u l-internal yard hija żgħira u trid tibni żewġt ikmamar fuq wara,tista' tibnihom mingħajr ma tkabbar il-bitħa interna?", "L-AVUKAT IAN STAFRACE: Jekk dawn il-kmamar se jħarsu biss fuq il-back yard ta' wara fejn mhemmx illegalità, allura joħroġ il-permess, però jekk dawk il-kmamar se jibnew madwar l-internal yard, għall-extra floor li se tibni fejn idur ma' dak l-internal yard trid tirrispetta l-liġi tas-sanità eżistenti.", "CHARLES BUHAGIAR: Mela trid tkun speċifikata l-policy li jistgħu jsiru additions però li ma jkunux qed jinpinġu fuq il-bitħa li hija kolpita bin-nuqqas .....", "L-AVUKAT IAN STAFRACE: … għax jekk se jinpinġu fuqha trid tagħmel ir-recesses neċessarji.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma jistgħu jsiru additions.", "MARIO DE MARCO: Basta jiġu osservati l-liġijiet sanitarji eżistenti.", "CHARLES BUHAGIAR: Għax ikollna kazijiet fejn ikollok bitħa kbira fuq wara fejn tista' testendi, imma ġewwa għandek problema bl-internal yard.", "L-AVUKAT IAN STAFRACE: L-iskop ta' din hija mhux biss biex jinħareġ compliance certificate imma jekk inti trid tagħmel extensions, alterations, eċċ, inti ma tinvokax dik li konna tradizjonalment insejħu 2/1998 jew 2/1996 jew ir-regulation 14 tal-lum, li jekk għandek illegality on site ma jistax joħroġlok permess ieħor on site.", "Dik il-Category B tat-Tmien Skeda huma eżentati minn dawk il-provvedimenti.", "U kieku ma jkunux, l-utilità ta' din il-miżura jkun ftit ħafna.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma se nerġa' nmur lura għall-każ li semmejt l-ewwel jiena; penthouse bla permess, ġibnilha l-permess bil-patt li l-bitħa titwessa' għal sitt piedi.", "Jiġifieri dan sular sħiħ se jinbena f'dan il-każ.", "L-AVUKAT IAN STAFRACE: Issa ngħatat spjegazzjoni aħjar!", "Mingħajr ma naf id-dettalji tal-każ, nerġa' ngħid li s-sitwazzjoni ta' din il-miżura hija li nieħdu ritratt ta' dak li jeżisti – fil-fatt anke meta se tiġi launched wieħed jitlob ċertu photographic evidence ta' dak li qed jiġi regolarizzat biex ma jkunx hemm dubju ezattament ..…", "PHILIP MIFSUD: Se jkun hemm xi perjodu ...?", "L-AVUKAT IAN STAFRACE : L-idea hija, anke kif speċifikajna fil-memo, li se jkun hemm – hija proposta amministrattiva at this stage mhux fil-leġislazzjoni – perjodu ta' tliet xhur jew sitt xhur, whatever, li fih dik se ngħidu li dak kollu li se tissottometti bħala compliance request f'dak il-perjodu m'hemmx għalfejn toqgħod turi meta sar jew ma sarx l-izvilupp; se jittieħed bħala stat ta' fatt li dak l-iżvilupp seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tal-legal notice.", "Wara dak il-perjodu trid iġġib evidenza li l-illegalità tkun seħħet qabel id-dħul fis-seħħ tal-legal notice.", "L-idea li ma tagħmilx window u tagħlaqha kompletament hija li jaf għandek bniedem u għandu proprjetà Malta u qiegħed emigrant x'imkien, jiġi erba' snin oħra biex jagħmel alterazzjoni u tgħidlu li l-provvediment għalaq.", "Jekk jurik li dik l-illegalità seħħet qabel id-dħul fis-seħħ tal-legal notice xorta jkun kopert b'dan il-provvediment.", "PHILIP MIFSUD: Ħalli nagħmel mistoqsija ftit teknika biex inżid ma' dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Jekk jien għandi back yard li minflok 10 piedi hija ta' tmien piedi u se napplika biex intella' t-tielet sular li suppost nagħmel recess ta' ħames piedi.", "Jien ħames piedi rrid nagħmel recess jew seba' piedi?", "L-AVUKAT IAN STAFRACE: Seba' piedi, għax irid ikollok 15-il pied; m'aħniex se nċaqilqu l-benchmarks.", "CHARLES BUHAGIAR: Din għadha mhijiex ċara f'moħħi.", "Permezz ta' dan li qed nagħmlu, se nagħmlu sanctioning?", "CHARLES BUHAGIAR: Allura meta jkun hemm alterations mhux skond il-permess oriġinali u jkun hemm ukoll din il-problema, ma jkunx hemm sanctioning?", "L-AVUKAT IAN STAFRACE: Din il-miżura mhijiex biex inti tissanzjona l-illegalità.", "Issa jekk inti għandek alterations oħrajn fil-permess tapplika to sanction għal dik il-biċċa, u l-biċċa tal-btieħi li teknikament ma tistax tiġi sanctioned għax il-liġi sanitarji huma dawk li huma, tkun koperta b'din il-biċċa.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri tagħmel żewġ proċeduri separati; wieħed compliance u wieħed to sanction, imbagħad fl-applikazzjoni to sanction turi dik il-bitħa li mhijiex mibnija kif suppost indikata li hija skond compliance certificate mogħti skond article 92.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma ma tistax issir applikazzjoni waġda?", "THE CHAIRMAN: Imma inti deskrizzjoni waħda għandu jkollok f'applikazzjoni.", "L-AVUKAT IAN STAFRACE: Nistgħu naslu f'sitwazzjoni fejn nittekkiljawhom taħt l-istess proċess b'mod amministrattiv.", "Definitely li kapaċi nsibu soluzzjoni teknika, amministrattiva kif jekk bniedem f'application to sanction jirrealizza li għandu l-bitħa żgħira, administratively nestrapolaw il-proċessi li wieħed jiġi taħt article 92, imbagħad meta tiġi għad-deċiżjoni finali fuq l-illegalitajiet l-oħrajn il-proċess ta' article 92 diġà jkun daħal fil-file biex meta tiġi għad-deċiżjoni finali jkun hemm it-tnejn.", "THE CHAIRMAN: Jien nixtieq ngħid xi ħaġa fuq ir-room in the backyard.", "Meta qed tgħidu li l-kamra ma tridx tkun iktar minn 35% tal-area tal-backyard jien qed nifhem li qed tfissru 35% tad-daqs tal-backyard skond il-liġi sanitarja mhux skond dak li se jkun sanċit b'din il-legal notice.", "L-AVUKAT IAN STAFRACE: Iva, hekk hu.", "THE CHAIRMAN: Però jien nixtieq nara ftit iktar kundizzjonijiet ma' din il-kamra tal-backyard.", "M'intom tgħidu xejn fuq l-għoli tagħha, naħseb għandna nistabilixxu li din il-kamra m'għandhiex tkun aktar għolja minn 10 filati.", "IL-PERIT SAMUEL MIFSUD (General Services Board): Tiġi l-istess bħal tal-kamra li għandek fil-bitħa diġà – metru bi tmien filati għoli eċċ. Id-DNOs, anke fis-Sanità, hemm allowable li tista' tagħmel washroom bil-wisa' tal-bitħa kollu u bi tmien filati għoli.", "THE CHAIRMAN: Imma ma jkun hemm l-ebda aċċess fuq il-bejt u ma jagħtikx lanqas dritt li ttella' tankijiet jew antennas.", "Hux hekk?", "IL-PERIT SAMUEL MIFSUD: L-istess kif inhi.", "THE CHAIRMAN: Din hija important ħafna għax din hija l-aktar ħaġa li timpinġi fuq it-third parties.", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk hux ser ikun hemm xi limiti fuq bini skedat.", "Din se tapplika għal kwalunkwe tip ta' proprjetà jew bini skedat le?", "L-AVUKAT IAN STAFRACE: L-inċidenza li nsibu xi ħaġa minn dawn f'bini skedat hija l-kamra fil-backyard għax ma narax li xi waħda mill-1 sa 3 ....", "CHARLES BUHAGIAR: Jekk jkollok bini skedat fejn ikollok kmamar bla twieqi ġo fih.", "L-AVUKAT IAN STAFRACE: Iva, imma ma naf li ħriġna l-ebda enforcement notice fuq bini skedat għax jekk huwa bini skedat ikun inbena f'perjodu li żgur ma sibniex il-pjanti as approved u ngħidu li ma nbeniex skond il-pjanti approvati.", "Il-MEPA tassumi li mhux se nsibu permessi ta' bini skedati, però biex nirrispondi għad-domanda b'mod ġeneriku, mhijiex eskluża li tkun applikabbli f'kuntest ta' bini skedat.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nerġa' mmur fuq il-kamra fuq wara.", "Jekk din jirriżulta li dejjem kienet 10 filati, intom sa tmien filati biss se tagħtu compliance?", "IL-PERIT SAMUEL FORMOSA: S'issa l-GSB qatt ma kellna każijiet ta' 10 filati imma dejjem imxejna bi tmien filati u l-proposta f'dan il-każ kienet ovvjament qed timxi fuq din il-ħaġa.", "Issa jekk se jkun hemm każ partikolari naħseb li jiġi kkunsidrat sui generis.", "THE CHAIRMAN: Jien rajt ħafna każijiet ta' kmamar fil-bitħa li jkunu disa' filati jew 10 filati.", "Dawn, fit-tletinijiet kienu jibnew bir-radam u ma naħsibx li kienu jkunu bit-tmien filati.", "PHILIP MIFSUD: Il-kċina li kien qed jagħmel riferenza għaliha fil-bidu l-Ministru ma kenitx tkun tmien filati.", "Jien naħseb li rridu nieħdu l-għoli ta' sular normali.", "THE CHAIRMAN: U jekk tara kif kienu jibnu bic-corrugated u hekk, kienet tkun inqas.", "MARIO DE MARCO: Inti għandek dawk il-kmamar li kienu qishom storage rooms mentri hawnhekk qed nirriferu għal dawk li jkunu estendew il-kamra għal ġol-bitħa li m'għamluhiex għal skop ħażin imma għal skopijiet umanitarji.", "L-AVUKAT IAN STAFRACE: Ma tantx kellna każijiet bħal dawn imma tagħmel sens u nikkonsidrawha.", "CHARLES BUHAGIAR: Staqsejt domanda imma ma ħadtx risposta l-ewwel.", "F'liġijiet sanitarji ta' pajjiżi oħrajn jippermettu li jkollok mechanical ventilation għal ċertu kmamar jekk ma jkunux habitable rooms.", "Ma nafx jekk hawnhekk tistax issir ukoll li ċerti kmamar ma jkollhomx tieqa.", "IL-PERIT SAMUEL FORMOSA: Din tal-habitable rooms konna qed nitkellmu fuqha u konna qed nikkonsidraw ix-xenarju li d-daqs tal-kamra jikber u forsi l-GSB jagħti delega lis-sanitary officer biex jista' japprovahom hu stess, però għadha ma ġietx finalizzata.", "Fil-fatt għalhekk konna nagħmlu ċerti garaxxijiet bi tmien filati għoli biex qatt ma jsiru habitable.", "Issa jien ngħid f'każ ta' kmamar li jiffurmaw parti minn kumplessi jew djar li ma jkollhomx twieqi diretti jew ma jkollhomx natural light jew ventilation – qed nitkellem l-aktar fuq bathrooms u toilets – would it be allowed li dawn ikunu kkunsidrati li jistgħu jsiru, jew bilfors irid ikollhom xi tip ta' ventilazzjoni?", "IL-PERIT SAMUEL FORMOSA: Il-GSB kien qed jikkonsidra li jkabbar is-daqs ta' sitt piedi kwadri u allura awtomatikament id-daqs ta' bathroom mingħajr tieqa jkun kiber waħdu.", "Issa jiddependi d-daqs kemm se jkun u anke jekk il-bord kollu jaqbilx li jagħti din id-delega lill-SCO biex ma joqgħodx itellgħu l-GSB.", "CHARLES BUHAGIAR: Pjuttost qed nara li iktar milli tidħol hawnhekk ...", "IL-PERIT SAMUEL FORMOSA: Anke fuq l-internal height tant qed jitilgħu li qed ikun suġġett ta' kważi kull seduta.", "CHARLES BUHAGIAR: Fil-fatt fuq internal height ma rrispondejtnix.", "L-AVUKAT IAN STAFRACE: Stuctural height.", "CHARLES BUHAGIAR: Din ukoll hija falza fil-verità għax kulħadd jagħmel is-soffiti mbagħad l-art togħla.", "THE CHAIRMAN: Jien naqbel ma dan li qed jiġi ssuġġerit, però ejjew nippruvaw naraw r-riperkussjonijiet kollha.", "Din se tkun ftit ta' tentazzjoni anke għal min qed jiżviluppa issa li jekk ikollu plot żgħira jipprova jisraq xi ħaġa mill-internal yard jew mill-backyard eċċ. għax jgħid li f'xi data fil-futur jerġa' jkun hemm ministru ieħor, jew CEO ieħor, jew gvern ieħor u jerġa' jiftaħ window oħra u jerġa' jressaq id-data.", "Se jsir dan ir-raġunament u naħseb li l-MEPA trid tkun ħafna iktar viġilanti f'dan is-sens fuq dan il-ksur.", "Qegħdin tantiċipaw xi forma ta' viġilanza?", "Għax qisek tkun qed tagħti allura an indirect vested right lil min qed jibni llum kontra d-drittjiet ta' third parties li suppost ikunu salvagwardati.", "MARIO DE MARCO: L-ikbar viġilanza li għandek illum huwa l-compliance certificate li joħroġ mal-binja, plus li llum il-ġurnata – ħaġa li ma kellekx qabel – għandek l-issue tad-dawl u l-ilma mal-compliance.", "Allura jekk kuntrattur illum se jibni b'disa' piedi minflok b'10, għall-grazzi tal-argument, dan jaf li l-compliance certificate mhux se joħroġlu, mhux se jkollu dawl u ilma u l-proprjetà mhux se jbigħha.", "Jiġifieri fir-realtà, almenu mill-esperjenza tiegħi, dawn il-problemi huma fil-biċċa kbira f'binjiet li huma antiki, forsi l-iktar moderni huma dawk il-binjiet li għandhom 20 sena, dawk il-flats tal-Qawra li kellhom il-problemi tagħhom.", "Però fir-realtà ftit issib dawn it-tip ta' problemi f'binjiet li qed jinbnew illum għax huma pjuttost rigorużi fil-compliance, anzi ħafna drabi l-complaints li nirċievi huma li ħafna drabi l-enforcement officers ikunu wisq rigorużi meta jiġu biex ikejlu u jaraw il-compliance mal-pjanti.", "L-AVUKAT IAN STAFRACE: Biex inzid punt ma' dak li qal l-Ministru, l-issue tal-btieħi, anke l-attenzjoni li jagħtu l-banek illum fuqha, hija wkoll riżultat ta' enforzar aħjar fuq din is-sitwazzjoni.", "Jiġifieri llum, jekk l-enforcement officer imur on site biex jiċċekkja qabel ma jinħareġ compliance certificate, waħda mir-regoli amministrattivi li jeżistu hija li jrid jiċċekkja l-qisien tal-btieħi.", "L-inċidenza li jkollna btieħi żgħar illum fuq binjiet ġodda komparati ma' binjiet li nbnew snin ilu, hija ħafna inqas.", "Ħafna drabi jkollna ħafna argumenti at permitting stage fejn l-applikanti jippruvaw li at permitting stage jġibu argumenti biex il-btieħi ma jkunux ta' ċertu qies, eċċ, imma l-inċidenza li nsibu binjiet ta' din l-aħħar sena, biex ngħid hekk, fejn il-btieħi ma jkunux regolari naqset ħafna.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar kummenti?", "Ma jidhirx li hawn.", "Din mhijiex kwestjoni ta' vot però qed nassumi li l-Oppożizzjoni mhijiex kuntrarju għal dawn il-proposti.", "CHARLES BUHAGIAR: Jien f'moħħi tal-building height għadha mhijiex ċara.", "Nixtieq li x'imkien jidħol the height of the structure għax ġieli ġew periti tal-banek u jkejlu l-għoli tas-sular mill-madum u ma jagħtukx reading tajjeb.", "Nippruvaw nagħmlu definizzjoni aħjar tagħha.", "Naħseb li jkun aħjar jekk nagħmlu \"structural height\".", "Qed ngħid hekk għax kelli każi bħal dawn.", "THE CHAIRMAN: X'timeframes qegħdin tantiċipaw għal xi proċedura biex tiġi launched?", "L-AVUKAT IAN STAFRACE: Kif għedt, trid tidħol legal notice sabiex it-Tmien Skeda tiġi emendata fejn il-I sa IV jidħlu fit-text tal-Category B tat-Tmien Skeda.", "Amministrattivament diġà tkellimna mal-GSB biex jagħtu delega lis-Sanitary Engineering Unit li hemm fi ħdan il-MEPA biex ikunu jistgħu japplikaw dawn il-provvedimenti għal din il-proċedura partikolari.", "Irridu nissettjaw l-aspetti amministrattivi l-oħra, bħall-application form għax nixtiequha li tkun differenti mill-compliance certificate normali, and we are ready to launch.", "THE CHAIRMAN: Il-Kamra tal-Periti ġiet ikkonsultata?", "Qed nistaqsi b'kurżità mhux għax tagħmilli differenza.", "Din hija waħda minn dawk il-provvedimenti li hija msemmija fil-liġi li b'mod mandatorju rridu niġu quddiem dan il-Kumitat u xtaqtna li l-ewwel niġu hawnhekk.", "THE CHAIRMAN: Mela neħodha li bħala Kumitat għandna qbil fuq dawn il-proposti.", "Nirringrazzjakom u naġġorna l-laqgħa għal nhar l-Erbgħa, 9 ta' Mejju, 2012.", "Fit-8:05 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120502_008d_dpc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 2 ta' Mejju, 2012.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:55p.m.", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett, Chairman tal-Kumitat, ippresjeda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Leo Brincat u l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 7 li saret fl-24 ta' April 2012 kienu konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR PROPOSTI RIGWARD MINOR INFRINGEMENTS TAL-LIĠI SANITARJA", "Il-Kumitat għadda sabiex jiddiskuti dan is-suġġett u stieden lill-Onor.", "Mario de Marco, Ministru għall-Ambjent, Turiżmu u Kultura; lill-Avukat Ian Stafrace, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar; u lill-Perit Samuel Formosa, General Services Board, sabiex jieħdu sehem fid-diskussjoni.", "Kopja ta' \"Note on Buildings not conforming to sanitary requirements\" kienet diġà ġiet ċirkolata lill-Membri.", "Wara introduzzjoni qasira mill-Ministru de Marco u spjegazzjoni dwar il-proposti mill-Avukat Ian Stafrace, il-Kumitat għadda sabiex jiddiskuti l-proposti mressqa.", "Ġew magħmula domandi mill-Membri tal-Kumitat u ingħataw risposti mill-uffiċjali preżenti.", "Fi tmiem id-diskussjoni, iċ-Chairman staqsa jekk kienx hemm il-qbil tal-Kumitat dwar il-proposti mressqa.", "Il-Kumitat qabel mal-proposti mressqa.", "Fit-8:05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 9 ta' Mejju, 2012 fis-7:00p.m. b'din l-aġenda:", "Diskussjoni dwar id-dokument li jistabilixxi l-oġġettivi tal-iStrategic Plan for Environment and Development.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRMAN TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120502_008m_dpc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 52", "L-Erbgħa, 2 ta' Mejju 2012 fis-6.30 pm", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 2 ta' Mejju 2012 fis-6.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra", "Affarijiet oħra", "30 ta' April 2012 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120502_052a_xog.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 2 ta' Mejju 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.45p.m.", "PREŻENTI", "Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari, l-Onor David Agius, l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Anġlu Farrugia u l-Onor Joe Mizzi kienu preżenti.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Onor Joseph Falzon kienu wkoll preżenti.", "Il-minuti tal-laqgħa 51 li saret fit-30 ta' April 2012 ġew konfermati.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li huwa kien irċieva talba mill-Public Broadcasting Services, mill-media.linkcommunications u ONE News biex jiffilmjaw l-ewwel parti tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li wara numru ta' abbokkamenti bejn iż-żewġ naħat, intlaħaq ftehim li d-diskussjoni fuq il-Mozzjoni 280, imressqa mill-Onor Jose' Herrera u l-Onor Michael Falzon dwar riforma fis-setturi tal-ġustizzja u l-intern, kellha tibda nhar l-Erbgħa, 23 ta' Mejju 2012 u tintemm nhar l-Erbgħa, 30 ta' Mejju 2012 bil-vot jittieħed fl-istess ġurnata fis-seduta ta' filgħaxija.", "In-numru ta' seduti matul dan il-perjodu kellu jiġi definit, bi ftehim bejn iż-żewġ naħat, skont in-numru ta' kelliema u li l-Kamra tista' tiltaqa' filgħodu, wara nofsinhar u filgħaxija.", "Kien hemm ukoll qbil li kelliem wieħed minn kull naħa tal-Kamra jitħalla jintervjeni mingħajr limitazzjoni ta' ħin.", "Għar-rigward tal-Mozzjoni 301 imressqa mill-Onor George Vella u l-Onor Luciano Busuttil dwar ir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, l-iSpeaker qal li l-ftehim li ntlaħaq kien li din il-mozzjoni kella tibda tiġi diskussa quddiem il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej fl-14 ta' Mejju 2012 u li l-vot fil-plenarju kellu jittieħed fit-18 ta' Ġunju 2012.", "In-numru ta' laqgħat li jkollu bżonn il-Kumitat biex jiddiskuti l-mozzjoni jista' jiddetermina jekk id-data tas-seduta li fiha jittieħed il-vot tinġiebx 'il quddiem jew tkun aktar tard, imma fi kwalunkwu każ, dan it-tibdil fid-data jrid isir bi ftehim bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Il-Kumitat qabel mal-programm tax-xogħol kif spjegat mill-iSpeaker.", "Intlaħaq qbil ukoll li t-Tnejn u t-Tlieta, 7 u 8 ta' Mejju 2012, filgħaxija, kellha tiġi diskussa u konkluża d-diskussjoni fuq il-Mozzjoni 306 dwar trasferiment ta' proprjetà lil Malita Investments PLC.", "Il-Kumitat qabel li d-division li tista' tintalab fuq il-vot dwar din il-mozzjoni kellha tittieħed hekk kif jagħlaq id-dibattitu fis-seduta ta' filgħaxija ta' nhar l-Erbgħa, 9 ta' Mejju 2012.", "Fir-rigward tal-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta l-Miżuri tal-Estimi - Abbozz 94 – il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari informa lill-Kumitat li jekk id-diskussjoni fuq il-Mozzjoni 306 ma teħux iż-żewġ seduti allokati għaliha, il-Kamra tgħaddi biex tkompli tiddiskuti t-Tieni Qari tal-Abbozz 94.", "Il-Kumitat ftiehem li din id-diskussjoni kellha tiġi konkluża f'nofsinhar, jiġifieri fil-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol tas-seduta ta' nhar l-Erbgħa, 9 ta' Mejju 2012 filgħodu.", "Din is-seduta kellha tibda fid-9.00am, bid-diskussjoni tibda fid-9.30 wara l-ħin tal-mistoqsijiet u tagħlaq f'nofsinhar bil-ħin tal-aġġornament ma jitteħidx.", "Il-Kumitat qabel li d-division li tista' tintalab fuq il-vot dwar it-Tieni Qari tal-Abbozz 94 kellha tittieħed hekk kif jagħlaq id-dibattitu fis-seduta ta' filgħaxija ta' nhar l-Erbgħa, 9 ta' Mejju 2012.", "Il-Kumitat qabel li fis-seduta ta' filgħaxija ta' nhar l-Erbgħa, 9 ta' Mejju 2012, il-ħin tal-mistoqsijiet u tal-aġġornament ma jitteħidx.", "Il-ftehim kien jinkludi wkoll li matul din is-seduta l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta l-Miżuri tal-Estimi - Abbozz 94 – kellu jgħaddi mill-istadji tal-Kumitat u tat-Tielet Qari.", "Il-Kumitat qabel li f'din l-istess seduta kellhom jittieħdu d-divisions kollha li jkunu ntalbu fuq it-Tieni Qari, il-Kumitat u t-Tielet Qari tal-Abbozz 94 kif ukoll fuq il-Mozzjoni 306 aktar kmieni matul il-ġimgħa.", "Bil-permess tal-Kumitat il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin indirizza lill-Kumitat u qal li l-Gvern jixtieq li bejn id-9 u t-23 ta' Mejju 2012 tkun bdiet tiġi diskussa l-mozzjoni dwar il-Fiscal Compact, il-Mozzjoni 294 dwar ir-Ratifika tat-Trattat dwar Stabbilità, Koordinazzjoni u Governanza.", "L-Onor Joe Mizzi ppropona li l-programm ta' seduti għal din il-mozzjoni l-ewwel jiġi diskuss bejn iż-żewġ Whips.", "AFFARIJIET OĦRA", "L-iSpeaker informa lill-Membri li l-apparat tal-video streaming kien ġie stallat u li s-servizz seta' jibda jopera skont linji gwida li kienu ġew riveduti u mqassma lill-Membri tal-kumitat wara r-rimarki li kienu saru matul il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra tas-6 ta' Marzu 2012.", "Peress li reġgħu tqajmu xi oġġezzjonijiet ġie deċiż li l-linji gwida kellhom jerġgħu jiġu diskussi f'laqgħa oħra tal-Kumitat.", "L-iSpeaker irrefera għaċ-ċelebrazzjoni tal-festa nazzjonali tas-Sette Giugno u qal li wara suġġerimenti li kienu saru matul l-aħħar attività li ttellgħet biex tfakkar dan il-jum, huwa kien qiegħed jipproproni li fil-futur, din il-festa nazzjonali tiġi ċċelebrata fis-6 ta' Ġunju filgħaxija.", "Il-Membri tal-Kumitat qablu ma' dan is-suġġeriment kif ukoll mal-proposta tal-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari li nhar l-Erbgħa, 6 ta' Ġunju 2012, filgħaxija, il-Parlament ma jiltaqx sabiex issir iċ-ċelebrazzjoni tas-Sette Giugno.", "L-iSpeaker ippreżenta memorandum dwar proċedura parlamentari li tirregola aħjar dak li jsir mill-petizzjonijiet tal-pubbliku wara li dawn jiġu ppreżentati mill-Membri tal-Kamra fil-plenarju.", "L-Onor Joe Mizzi qal li din il-bidla fil-proċedura tista' tkun tirrikjedi emenda fl-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra.", "Il-Kumitat qabel li din il-materja terġa' tittella fuq l-aġenda tal-Kumitat f'laqgħa oħra.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li kien laqa' talba mill-Euro-Mediterranean University tal-Università EMUNI biex fl-14 u 15 ta' Mejju 2012, fil-Kamra tad-Deputati, tiltaqa' konferenza intitolata \"Mixed Legal Systems, East and West: Newest Trends and Developments\" mtella' mill-Università Johns Hopkins, mill-Università Tulane, il-World Society of Mixed Jurisdiction Jurists u l-Università EMUNI.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li kien irċieva talba mill-Unjoni Inter-Parlamentari biex rapport intitolat Global Parliamentary Report ippubblikat minn din l-istess istituzzjoni jiġi diskuss f'fora parlamentari.", "Il-Kumitat qabel li dan ir-rapport għandu jiġi ċirkolat lill-Membri kollha tal-Kamra u li f'laqgħa oħra tal-Kumitat jiġu kkunsidrati xi suġġerimenti mill-istess Membri dwar x'jista' jsir biex dan ir-rapport jiġi diskuss.", "L-iSpeaker issuġġerixxa li tali diskussjoni tista' ssir fil-plenarju biex tagħti lok għal diskussjoni dwar il-parlament u ċ-ċittadin.", "Il-Kumitat qabel li għandha tiġi ffissata data sabiex titkompla d-diskussjoni dwar l-Ombudsplan 2012, liema diskussjoni kienet bdiet fil-laqgħa tal-Kumitat tas-6 ta' Marzu 2012.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li kellu talba miċ-Chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali sabiex xi rapporti li ġew pubblikati minn dan il-Kumitat jiġu diskussi fil-plenarju.", "Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari ssuġġerixxa li ċ- Chairperson tal-Kumitat jiġi mistieden jindirizza l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra biex jindika u jiddiskuti mal-istess Membri liema huma dawk ir-rapporti li hu jħoss li għandhom jingħataw attenzjoni mill-Kamra.", "L-Onor Joe Mizzi qal li huwa importanti li fil-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali jkun hemm qbil unanimu dwar it-talba li tkun qed titressaq miċ-Chairperson tal-Kumitat.", "L-Onor David Agius talab għal informazzjoni dwar x'attivitajiet qegħdin jiġi organizzati biex jikkommemoraw id-90 sena tal-Parlament Malti.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li kienu ġew pubblikati numru ta' kopji tal-workbook \"Il-Parlament Malti\" biżżejjed biex jitqassmu fl-iskejjel sekondarji u li dawn il-kopji issa għaddew f'idejn l-awtoritajiet tal-edukazzjoni.", "Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet tal-Parlament issuġġerixxa li jkun tajjeb jekk wieħed jara fiex wasal dan il-proċess.", "L-iSpeaker irrefera għal video u esibizzjoni permanenti dwar l-istorja tal-parlament, żewġ proġetti oħra li kienu qegħdin jitħejjew biex jikkomemoraw id-90 sena tal-Parlament Malti.", "L-Onor David Agius talab li qabel joħroġ il-video, il-Membri tal-Kumitat ikollhom l-opportunità li jarawh u li jitolbu li jiġi edittjat.", "L-iSpeaker informa lill-Membri li bħal ma sar fil-każ tal-workbook, kemm il-video kif ukoll it-test tal-esibizzjoni jridu jiġu approvati mill-Kumitat qabel jinħarġu għall-wiri.", "Fis-7.10 pm il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kommunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120502_052m.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 53", "It-Tlieta, 8 ta' Mejju 2012 fis-6.30 pm", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 8 ta' Mejju 2012 fis-6.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Ombudsplan għas-sena 2012", "Affarijiet oħra", "4 ta' Mejju 2012 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120508_053a_xog.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 8 ta' Mejju 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.45p.m.", "PREŻENTI", "Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari, l-Onor David Agius, l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Helena Dalli u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-minuti tal-laqgħa nru.", "52 li saret fit-2 ta' Mejju 2012 ġew konfermati.", "L-Onor David Agius informa lill-Kumitat li xtaq jikkjarifika xi punti dwar il-ftehim li kien ntlaħaq dwar il-votazzjonijiet li kellhom jittieħdu fis-seduta parlamentari ta' nhar l-Erbgħa 9 ta' Mejju 2012.", "Huwa qal li l-votazzjonijiet kellhom jittieħdu fid-9.00 pm u li dan japplika wkoll fil-każ li d-diskussjoni fl-istadju ta' kumitat dwar l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Abbozz 94 – tiġi konkluża qabel id-9.00 pm. Żied jgħid li jekk kemm-il darba d-diskussjoni fl-istadju ta' kumitat tibqa' sejra wara d-9.00 pm, il-votazzjonijiet jittieħdu hekk kif jispiċċa d-dibattitu fuq l-Abbozz 94.", "Il-Membri tal-Kumitat ikkkonfermaw li dan kien il-ftehim.", "Id-diskussjoni rriżumiet mill-laqgħa nru 50 li saret fis-6 ta' Marzu 2012.", "Il-Kumitat stieden lill-Prim Imħallef Emeritus Dr Joseph Said Pullicino, Ombudsman, sabiex jipparteċipa fil-Kumitat ħalli jkompli jindirizza punti li tqajjmu mill-Membri tal-Kumitat dwar l-operat tal-Uffiċċju tal-Ombudsman kif ukoll dwar l-Ombudsplan 2012 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati fit-30 ta' Ottubru 2011.", "Fis-7.06 pm il-Kumitat kien sospiż u rriżuma fis-7.23 pm", "Fit-7.50 pm id-diskussjoni fuq l-Ombudsplan 2012 kienet konkluża.", "Il-Kumitat qabel li jirrakkomanda lill-Parlament l-approvazzjoni tal-Ombudsplan għas-sena 2012 u li t-traskrizzjoni ta' din il-laqgħa tiġi ċirkolata lill-Membri Parlamentari sabiex sussegwentement titressaq fil-Kamra l-mozzjoni għall-approvazzjoni ta' l-Ombudsplan 2012.", "Fis-7.53 pm il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120508_053m.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 129", "It-Tlieta, 8 ta' Mejju, 2012", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 8 ta' Mejju, 2012 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni u approvazzjoni tal-Għaxar Rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali intitolat \"Vjolenza Domestika.\"", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120508_129a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru 123", "It-Tlieta 28 ta' Frar, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 123", "It-Tlieta 28 ta' Frar, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-02:30 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 127 li saret nhar it-Tlieta, 24 ta' April 2012, ġew ikkonfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Rigward il-Minuti tal-laqgħa 128, hemm xi ħaġa li ridtu tgħidu?", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, li xtaqt ngħid hu li fuq dawn il-Minuti hawn imniżżel li saret laqgħa formali tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Issa jien naf li kien hawn delegazzjoni barranija u jien ma stajtx nattendi għaliha; imma meta jkollna laqgħa bħal din fejn ma jkunx hemm Membri tal-Kumitat preżenti, nistgħu ngħodduha bħala laqgħa formali?", "Naturalment, iċ-Chairman jista' jinforma lill-Membri b'tali laqgħat u, jekk il-Membri ma jkunux jistgħu jattendu, iċ-Chairman liberu li jkompli għaddej bil-laqgħa li tkun ġiet skedata; imma kemm nistgħu nsejħulha laqgħa formali tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali meta lanqas quorum ma kellek?", "Nerġa' ngħid li jien wieħed minn dawk li ma stajtx nattendi għal dik il-laqgħa, u allura mhux qed nikkritika lil ħaddieħor.", "Lanqas mhu qed ngħid li l-laqgħa ma ssirx, għax jekk kien hemm delegazzjoni barranija – u nifhem li l-ħin xi kultant ikun iddettat mix-schedule ta' dawn in-nies – allura l-laqgħa trid issir xorta waħda.", "Imma kemm nistgħu nsejħulha laqgħa formali?", "THE CHAIRMAN: Jien ma nsib l-ebda oġġezzjoni sabiex nistaqsu kif tista' tiġi rekordjata laqgħa bħal din, u nistgħu ngħidu wkoll li kienet laqgħa informali.", "Nistgħu ngħidu wkoll li għal din il-laqgħa kienu mistiedna formalment il-Membri Parlamentari u, filwaqt li hawnhekk jekk ma jkunx hawn quorum il-laqgħa ma tkunx tista' issir, meta jkollna delegazzjoni barranija ma tistax tgħidilhom li l-laqgħa ġiet sospiża għax m'hawnx quorum.", "Din il-laqgħa saret in camera u allura ma ġietx streamed live minħabba s-sensitività tas-suġġett, u anke għaliex hekk talbet id-delegazzjoni barranija.", "Fil-fatt, lanqas il-media ma kienet preżenti għal din il-laqgħa, u jista' ikun ukoll li din żiedet il-probabilità sabiex ħadd ma jattendi!", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, jien ma stajtx inkun preżenti għal din il-laqgħa minħabba mpenji oħra.", "THE CHAIRMAN: Jien se nieħu d-deċiżjoni li l-Minuti tal-Laqgħa 128 ma jiġux iffirmati bħala approvati.", "CARMELO ABELA: Ġaladarba jkun hawn delegazzjoni, l-appuntament m'għandux jitħassar u l-laqgħa għandha ssir xorta waħda.", "Il-punt tiegħi hu fuq kemm nistgħu nirrekordjaw tali laqgħa bħala laqgħa formali meta teknikament lanqas quorum ma kien hemm!", "Mill-bqija, il-laqgħa għandha ssir normali u tkun immexxija miċ-Chairman tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, imma ma tkunx imniżżla bħala laqgħa formali.", "Idealment, ikun hemm il-Membri tal-Kumitat preżenti, imma nerġa' ngħid li dakinhar kelli xi ħaġa importanti fuq ix-xogħol tiegħi, u għalhekk ma stajtx niċċaqlaq peress li l-laqgħa saret waqt il-ħin tax-xogħol.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Carmelo Abela ssuġġerixxa li laqgħat ma' delegazzjonijiet barranin ma jkunux meqjusa bħala laqgħat formali tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, imma jkunu meqjusa bħala laqgħat informali mingħajr il-ħtieġa li jittieħdu l-Minuti.", "Jiena naqbel ma' dan is-suġġeriment, u se nieħu d-deċiżjoni li l-Minuti ta' din il-laqgħa ma jiġux ikkonfermati, u li laqgħat futuri ma' delegazzjonijiet barranin jiġu meqjusa bħala laqgħat informali.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 128 li saret nhar il-Ħamis, 26 ta' April 2012, fejn il-Kumitat iltaqa' mad-delegazzjoni tal-ECRI, ma ġewx ikkonfermati.", "THE CHAIRMAN: Ninforma lill-Kumitat li rċevejna din il-korrispondenza:", "Ittra mingħand l-Imħallef Franco Depasquale, Chairman tal-Bord tal-Pulizija, datata 20 ta' Marzu 2012.", "Ma' din l-ittra ntbagħat rapport li jkopri l-ħidma tal-Bord għal matul is-sena 2010.", "Note Verbale mingħand il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, datata 2 ta' Frar 2012.", "F'din in-Note Verbale, saret talba minn delegazzjoni Ġermaniża magħmula minn 13-il membru tal-Parlament tal-Istat tal-Bavaria (Landtag) li xtaqu jiltaqgħu mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, bit-tema prinċipali tkun l-Immigrazzjoni Illegali.", "Dawn il-Membri Parlamentari jixtiequ jiġu hawnhekk u jitkellmu magħna, imma bħalma jiġri normalment, l-aktar suġġett li jinteressahom li jitkellmu magħna huwa s-suġġett marbut mal-immigrazzjoni irregolari.", "Għaldaqstant, naħseb li jistgħu jiġu mistiedna l-Membri li normalment jiddiskutu dan is-suġġett.", "Min-naħa l-oħra, ma niddejjaq xejn li nistiednu lill-Membri kollha li jifformaw parti mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, u min irid jattendi jkun jista' jagħmel dan.", "Rightly so, jiena l-aktar li nistenna li jattendu huma l-Membri Parlamentari li normalment jiġu fil-laqgħat fejn niddiskutu dan is-suġġett.", "Nixtieq navża wkoll li llejla se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tmien rapport tal-11-il leġiżlatura ntitolat \"Lejn Aktar Sigurtà u Bon Ordni f'Paceville\".", "DISKUSSJONI U APPROVAZZJONI TAL-GĦAXAR RAPPORT TAL-KUMITAT dwar l-Affarijiet Soċjali intitolat \"Vjolenza Domestika\"", "THE CHAIRMAN: Għandna quddiemna l-għaxar rapport ta' din il-Leġislatura rigward il-'Vjolenza Domestika', u bħalma konna nagħmlu s-soltu, se nibda naqra ħalli nkunu nistgħu nagħmlu l-korrezzjonijiet tagħna, u mbagħad ngħaddu biex napprovaw dan ir-rapport.", "Nixtieq nerġa' infakkarkom li llejla se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tmien rapport ta' dan il-Kumitat li jġib l-isem \"Lejn Iktar Sigurtà u Bon Ordni f'Paceville\".", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Aħna konna tajna ammont ta' żmien biex jidħlu ċerti sottomissjonijiet, u allura xtaqt inkun naf jekk kienx hemm xi sottomissjonijiet, u ta' min kienu?", "Dawn suppost li ġew annexed mar-rapport, hux hekk?", "THE CHAIRMAN: Iva, ħalli jidhru kif inhuma.", "CARMELO ABELA: Ma nafx jekk tkunx idea tajba li għallinqas il-Membri ta' dan il-Kumitat … Ovvjament, jien m'għandix oġġezzjoni li dan jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, imma s-sottomissjonijiet ...", "THE CHAIRMAN: Dawn is-sottomissjonijiet konna rajnihom.", "CARMELO ABELA: Mela jien ma rajthomx.", "THE CHAIRMAN: Is-sottomissjonijiet kienu għandna waqt il-laqgħat, u kienu bl-ismijiet biex inkunu nafu mingħand min ġew.", "Is-sottomissjonijiet għadhom għandna, u min irid jarahom bl-ismijiet kif inhuma għandu kull dritt li jarahom.", "Konna domna biex nippublikawh ir-rapport għaliex, wara li kellna laqgħa ma' dik l-organizzazzjoni tal-owners tal-Gentlemen's Clubs, konna wegħednihom li s-suġġeriment tagħhom kien se jiġi annexed, u aħna hekk għamilna.", "Imma s-sottomissjonijiet kienu kollha disponibbli għal min ried jarahom.", "Issa ħalli nibdew naqraw minn paġna 3:", "\"1.2 Laqgħat", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' ma' esperti li jaħdmu fil-qasam tal-Vjolenza Domestika sabiex jifhem ir-realtà ta' dan il-fenomenu li hu preżenti fis-soċjetà tal-lum, u jara x'xogħol jista' jsir sabiex is-soċjetà Maltija tkun tista' tkompli tikkumbatti din it-tip ta' vjolenza.", "L-entitajiet li dehru quddiem il-Kumitat sabiex jagħtu preżentazzjoni u jiddiskutu dan is-suġġett kienu:", "Il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika; u", "l-Aġenzija Appoġġ.", "1.3 Skop tal-laqgħat", "Il-Vjolenza Domestika huwa fenomenu li huwa preżenti fis-soċjetà Maltija, u għaldaqstant il-Membri tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ħassew il-bżonn li jiltaqgħu ma' esperti f'dan il-qasam sabiex jiddiskutu dan is-suġġett, jifhmu aħjar ir-realtà u l-intensità ta' din il-problema, u jagħmlu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom.", "Matul il-laqgħat tqanqlu ħafna mistoqsijiet u ġew spjegati diversi kunċetti li għandhom x'jaqsmu mal-vjolenza domestika u mal-effetti li din tħalli kemm fuq il-vittmi kif ukoll fuq is-soċjetà.", "Dan ir-rapport se jippreżenta d-diskussjonijiet li saru waqt il-laqgħat tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, u se jipproponi numru ta' rakkomandazzjonijiet bil-għan li tkompli tiżdied il-ħidma fil-qasam tal-vjolenza domestika.", "L-Att dwar il-Vjolenza Domestika (Kap. 486 tal-Liġijiet ta' Malta), li daħal fis-seħħ fl-2006, jiddefinixxi l-\"vjolenza domestika\" bħala 'kull att ta' vjolenza, anke jekk verbali biss, li jsir minn membru domestiku wieħed fuq membru domestiku ieħor, u tinkludi kull ommissjoni li tikkaġuna ħsara fiżika jew morali lil ħaddieħor.'", "It-terminu \"membru domestiku\" jista' ifisser 'nies miżżewġin, separati, divorzjati, annullati - għax dawk jibqgħu household members, avolja wieħed jgħix x'imkien u l-ieħor jgħix x'imkien ieħor - nies għarajjes, nies li kienu għarajjes u nies li qatt ma kienu għarajjes, però kellhom it-tfal flimkien.'", "Id-definizzjoni li jagħti dan l-Att jinkludi kemm atti li huma kommessi, kif ukoll ommissjonijiet, li minħabba l-istess nuqqas tagħhom \"...they cause physical or moral harm to the other.\"", "Id-definizzjoni mogħtija mill-Kunsill tal-Ewropa tiddefinixxi l-vjolenza kontra n-nisa, u tgħid li din tinkludi aggressjoni mentali u fiżika, abbuż emozzjonali, psikoloġiku u sesswali fost tipi ta' vjolenza oħra:", "Il-Blueprint tal-Kunsill tal-Ewropa jiddeskrivi l-kawża tal-vjolenza domestika bħala riżultat ta' żbilanċ ta' poter bejn in-nisa u l-irġiel, li twassal għal diskriminazzjoni serja kontra n-nisa, kemm fis-soċjetà u anke fil-familja:", "Waqt il-preżentazzjoni li saret lill-Membri tal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali ġie spjegat kif il-vjolenza domestika qed tiġi trattata b'serjetà kbira mill-ogħla istituzzjonijiet fl-Ewropa:", "\"....il-Council of Europe qed jgħid li l-vjolenza kontra n-nisa taffettwa b'mod negattiv il-paċi, is-sigurtà u d-demokrazija tagħna kollha fl-Ewropa\".", "Waqt l-istess preżentazzjoni, ssemma' każ li kien ilu li seħħ, iżda li kien impressjona lil min ħadem fuqu.", "Intqal li meta kien għad hawn it-telefon bid-dial, ir-raġel kien ineħħi d-dial u jsakkar lil martu ġewwa biex la tkun tista' iċċempel u lanqas titlaq mid-dar, jiġifieri dik hija \"arbitrary deprivation of liberty\".", "Din iċ-ċaħda mil-libertà hija deskritta bħala:", "Tul id-diskussjoni, ġie spjegat kif it-tfajliet kienu jiġu avżati biex joqogħdu attenti, ma jimxux waħedhom bil-lejl u joqogħdu attenti meta xi ħadd jixtrilhom drink.", "Dawn il-prekawzjonijiet għadhom validi fil-ġurnata tal-lum, però waqt id-diskussjonijiet ġie enfasizzat il-fatt li l-maġġor parti tal-vjolenza kontra l-mara ssir minn persuni li taf u li għandha xi relazzjoni magħhom, mhux minn xi stranġier.", "Il-verità hi li mhux a stranger in a dark alley irridu nibżgħu minnu, imma li l-maġġor parti tal-vjolenza kontra l-mara hija fi ħdan ta' vjolenza domestika, u hija kemm effett kif ukoll kawża tal-iżbilanċ ta' poter li jeżisti bejn il-mara u r-raġel.", "Il-vjolenza domestika teżisti f'kull tip u forma, però il-maġġoranza ssir minn irġiel fuq nisa.", "Hemm ukoll każijiet fejn issir bejn l-aħwa.", "Ġie msemmi każ ta' żagħżugħa li ħuha kien isawwatha biex jeħdilha l-paga.", "Hi kienet tgħix fid-dar tal-ġenituri tagħha, però kienet tispiċċa f'shelter minħabba s-swat ta' ħuha.", "Issemma' ukoll li qed tiżdied il-vjolenza ta' adoloxxenti ta' bejn il-15 u s-16-il sena fuq ommijiethom.", "F'waħda mill-preżentazzjonijiet li saret lill-Membri tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, intużat kwotazzjoni minn studju dwar il-vjolenza domestika, fejn mara li kienet abbużata spjegat kif, jekk ma tkunx għaddejt minn vjolenza domestika, ma tistax tifhem l-umiljazzjoni li tgħaddi minnha u l-ħsara li ssirlek:", "L-Att dwar il-Vjolenza Domestika jpoġġi obbligu fuq il-Pulizija sabiex jinvestigaw każijiet ta' vjolenza domestika, u fejn jaraw li hemm każ validu, imexxu.", "Dan huwa differenti mis-sistema li kellna qabel ma daħal fis-seħħ dan l-Att, fejn ir-responsabilità kienet fuq il-vittma.", "Kien hemm sitwazzjonijiet fejn il-vittma kienet tirrapporta, imbagħad il-persuna li tikkommetti l-vjolenza tagħmel pressjoni fuq il-vittma, u din tistqarr li ma tixtieqx tkompli bil-każ.", "Illum ir-responsabbiltà qiegħda f'idejn il-Pulizija.", "Il-vittma għandha kull dritt li tmur il-Qorti u tgħid li ma tixtieqx tkompli bil-kawża, però id-deċiżjoni tkun f'idejn il-Maġistrat.", "Minkejja dan l-avvanz, ġie mistqarr li, f'numru ta' każijiet meta l-vittma tirtira l-kwerela, il-Qorti tiddeċiedi li ma tkomplix bil-każ.", "Il-Liġi Maltija tinkludi ordnijiet ta' protezzjoni kontra persuni akkużati b'xi reat kriminali.", "Wieħed mill-iskopijiet ta' dawn l-ordnijiet huwa li tiġi provduta sigurtà xierqa lill-persuni offiżi.", "Għaldaqstant, dawn it-tip ta' ordnijiet jistgħu jiġu wżati sabiex jipproteġu l-vittmi ta' vjolenza domestika.", "L-użu tal-ordnijiet ta' protezzjoni mhuwiex daqshekk komuni minħabba d-dewmien li hemm sabiex każ jitla' quddiem il-Qorti.", "Minkejja li l-liġi tipprovdi li każ ta' vjolenza domestika jrid jitla' quddiem il-Qorti fi żmien erbat ijiem, dan mhux dejjem qed isir.", "Għaldaqstant, fil-perijodu ta' żmien sakemm il-każ jiġi mismugħ mill-Qorti, il-vittma ma tkunx qed tiġi protetta.", "L-Unjoni Ewropea ħarġet il-European Protection Order biex il-protection orders li jgħoddu f'pajjiż tal-Unjoni Ewropea, jgħoddu wkoll f'oħrajn.", "Eżempju ta' dan it-tip ta' każ ikun wieħed ta' mara li minn Malta, fejn għandha ordni ta' protezzjoni kontra r-raġel, u tmur Londra, hemmhekk ikollha d-dritt li tkellem lill-Pulizija lokali u tingħata l-għajnuna.", "Il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika spjegat li qed taħdem fuq il-guaranteed protection for witnesses.", "Huma semmew kif hemm bżonn ta' iktar protezzjoni għall-vittmi ta' vjolenza domestika, għax l-għajnuna li hawn bħalissa mhijiex qed tkun biżżejjed:", "\"....meta n-nisa jitilgħu l-Qorti ħafna drabi jibżgħu ħafna - u kultant ikollhom mitt elf raġun li jibżgħu għax il-perpetrators ikunu magħrufin u jafu li jaslu.", "Jistgħu jistaqsu għall-għajnuna mill-vice squad u, jekk tal-vice squad ikunu jistgħu u għandhom il-personnel, dakinhar jgħinuhom, imma jekk m'għandhomx ma jgħinuhomx.", "Jistgħu jistaqsu għall-għajnuna mid-district police u jekk ikollhom il-personnel dakinhar jgħinuhom, imma jekk le ma jgħinuhomx ...\"", "\"....qed ngħid li għandna bżonn l-għajnuna tal-Pulizija biex jakkumpanjaw lill-mara u xi drabi anke lis-social workers.", "Għax kultant anke s-social workers iridu jagħtu x-xhieda jew jitilgħu mal-mara biex jagħtuha s-support, u għalhekk hemm bżonn il-protezzjoni tal-pulizija.", "Ġieli tawna l-protezzjoni, jew mill-vice squad jew mid-district police, imma t-tnejn m'għandhomx daqshekk riżorsi biex jarmu.\"", "Ġie spjegat li fil-Korea \"malli l-vittma tagħmel ir-rapport u jirriżulta li hemm każ, awtomatikament jinħareġ protection order, u l-perpetrator irid jitressaq il-Qorti fi żmien ħamest ijiem … Però, tul dawk il-ħamest ijiem, il-vittma hija protetta.", "U mbagħad anke jkollok il-protection tal-witness awtomatikament, jiġifieri jkollok dik il-garanzija li l-vittma se titla' tixhidlek.\"", "Jien kont se nissuġġerixxi li r-raba', il-ħames, is-sitt u s-seba' paragrafu jkunu miktubin b'tipa bold biex nibdew nuru li hemm iżjed importanza.", "B'hekk naħseb li nkunu qegħdin nuru li minn hawnhekk bdejna nħossu l-piż, għax hemm kritika tas-sitwazzjoni fil-preżent.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Jiena dakinhar tal-preżentazzjoni ma kontx preżenti.", "Issa dawn semmew b'mod speċifiku x'jiġri fil-Korea, imma kif nafu l-kultura tal-Korea hija daqsxejn differenti mill-kultura tagħna.", "Allura kont nippreferi li kieku jsemmu eżempji ta' x'jiġri f'pajjiżi Ewropej qrib tagħna, iktar milli x'jiġri fil-Korea.", "Qed ngħid hekk għax forsi ċertu affarijiet fil-Korea huma aċċettati, mentri fil-kultura tagħna mhumiex.", "Nerġa' ngħid li jien ma kontx preżenti għall-preżentazzjoni tagħhom għax ma kontx għadni Membru ta' dan il-Kumitat, imma kieku forsi nistgħu nistaqsuhom ftit għal xi eżempji li huma iktar qrib tagħna ħalli forsi ndaħħluhom f'dan ir-rapport.", "THE CHAIRMAN: Biex inkompli ma' dak li qal l-Onor.", "Abela – għax jien naqbel mal-ħsieb tiegħu – meta niġu għar-rakkomandazzjonijiet ikun tajjeb li nżommu f'moħħna dan li qed jintqal.", "Imma ejjew ngħidu li hemm pajjiż li qed jagħmel hekk.", "Jien nixtieq kieku nistaqsi: 'Li kieku kellna nagħmluh bħala suġġeriment dan l-eżempju għall-kultura Maltija u għas-sistema leġiżlattiva tagħna, dan is-suġġeriment ikun validu jekk nippreżentawh bħala rakkomandazzjoni?", "Jista' jinħadem?", "Qed jgħiduli li dan kien wieħed mis-suġġerimenti.", "CARMELO ABELA: Sur President, biex inkompli miegħek, nixtieq ngħid li l-iktar ħaġa importanti hija l-protezzjoni f'dan kollu, issa jekk issirx fil-Korea jew x'imkien ieħor irrilevanti.", "L-iktar ħaġa importanti hija l-protezzjoni għax qed tagħti sigurtà lill-persuna.", "DR ELAINE BURMINGHAM (Research Analyst): Jiena ma kontx preżenti lanqas waqt din il-preżentazzjoni, imma nista' nimmaġina li dawn użaw il-Korea bħala eżempju proprju għaliex huwa wieħed mill-pajjiżi li qed joffri l-iktar protezzjoni possibbli lill-vittma tal-vjolenza domestika.", "Jiġifieri dawn, minn qabel ma jinstema' il-każ, diġà qed jagħtu lill-vittma din il-protezzjoni biex tħossha safe biżżejjed li titla' tixhed, xi ħaġa li forsi hawn Malta ma ssirx, għax ikun hemm dik il-biża' u allura l-vittma tmur twaqqa' il-każ.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li jkun tajjeb li dan id-diskors inżommuh f'moħħna waqt li qegħdin naqraw ir-rapport ħalli d-darba li jmiss, meta nkunu qegħdin niddiskutu s-suġġerimenti .… Jien naħseb li l-qofol ta' dan ir-rapport għandu jkun proprju fuq kif se nisħqu li nibqgħu nitolbu li jkun hawn titjib leġiżlattiv li jipprovdi sabiex persuna li tkun għaddiet minn din l-esperjenza ta' vjolenza domestika tingħata iktar protezzjoni.", "ANTHONY ZAMMIT: Jiena naħseb il-kwestjoni hija l-istess bħal dik tal-human resources, għax jekk inti m'għandekx nies biex tibagħthom biex jipproteġu lill-vittma, allura awtomatikament ...", "THE CHAIRMAN: Naħseb diġà beda jinħass fil tajjeb, u allura ejjew naraw li dan il-fil nibqgħu għaddejjin bih u nsaħħuh b'diversi argumenti li se nisimgħu.", "Issa ħalli nkompli naqra r-rapport:", "\"2.3 Il-Ġlieda kontra l-Vjolenza Domestika", "Il-Kummissjoni għal Vjolenza Domestika twaqqfet permezz tal-Att dwar il-Vjolenza Domestika fl-2006, u l-irwol prinċipali tagħha huwa dak li tagħti pariri lill-Ministru responsabbli għall-Politika Soċjali f'dak kollu li jirrigwarda l-vjolenza domestika.", "Il-liġi dwar il-Vjolenza Domestika ħarġet ftit xhur qabel ma bdiet il-kampanja tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Il-fatt li f'pajjiżna għandna liġi speċifika għall-vjolenza domestika huwa pożittiv, però għad hemm liġijiet li jaffettwaw il-vittmi ta' vjolenza domestika li għadhom gender biased:", "\"...dawn jaffettwaw lin-nisa għax dejjem jagħmilhom f'pożizzjoni ta' inqas poter u iktar vulnerabbli.", "U iktar ma jkunu vulnerabbli, iktar se jkunu vulnerabbli għall-vjolenza domestika, kemm fiżika u kemm le ...\".", "Meta vittma ta' vjolenza domestika titlob l-għajnuna, se tkun qiegħda f'mument ta' kriżi.", "Għaldaqstant ikollha bżonn min jgħinha tiffaċja s-sitwazzjoni li tkun għaddejja minnha.", "Jista' ikun li din il-persuna tkun għadha kif ġiet imsawta, jista' ikun telqet mid-dar bit-tfal, allura jkollha bżonn għajnuna mmedjata.", "L-iktar ħaġa importanti hija s-safety planning.", "Anke jekk sejra lura, irid ikollha pjan ta' safety għaliha u għal uliedha ta' x'se tagħmel meta tkun daharha mal-ħajt u trid toħroġ minn dik is-sitwazzjoni.\"", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Dawn il-quotations li mhumiex ċari ġejjin min-naħa tar-rappreżentanti tal-vjolenza domestika?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Dawn huma siltiet mid-dibattiti li saru hawnhekk mill-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika.", "FREDERICK AZZOPARDI: Qed ngħid hekk peress li f'din il-parti m'hawnx indikazzjoni ċara.", "THE CHAIRMAN: Qed nifhmu l-punt tal-Onor.", "Irridu nipprovaw inżidu xi ħaġa żgħira biex nuru minn fejn ħadnihom.", "Hawnhekk qed ngħidu \"...jista' ikun li telqet mid-dar bit-tfal u allura jkollha bżonn l-għajnuna mmedjata ...\"", "Dan kif jispiċċa l-paragrafu f'paġna 8.", "\"Il-Kumitat tal-Affarijiet Soċjali ntqal lilu: \"l-iktar ħaġa importanti hija s-safety planning.\".", "Jiġifieri tista' tintroduċi din il-quote li għandek hawnhekk bħala indikazzjoni li turi li dan kien intqal lill-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Naħseb li jkun tajjeb ukoll li din il-kwotazzjoni tiġi ppreżentata b'tipa bold peress li fiha ċertu piż.", "L-iktar ħaġa importanti hija s-safety planning.", "Qed naqra din il-quote li hija parti minn dak li ntqal lil dan il-Kumitat u li tgħid hekk:", "\"Anke jekk sejra lura, irid ikollha pjan ta' safety għaliha u għal uliedha ta' x'se tagħmel meta tkun daharha mal-ħajt u trid toħroġ minn dik is-sitwazzjoni.", "Noffru servizz ta' support, guidance u ta' empowerment lill-klijenti.", "Meta qed nitkellmu fuq dan l-imbalance, li raġel iħossu aktar powerful minn mara, jista' jgħidilha x'għandha tagħmel, jista' jgħidilha fejn għandha tmur.", "Inti trid tgħin lil dik il-mara biex tkun kapaċi tieħu d-deċiżjonijiet tagħha, biex tkun kapaċi temmen li hi tista' tieħu d-deċiżjonijiet, u m'għandhiex għalfejn tiddependi minn ħaddieħor.", "Dan huwa proċess li jgħin lin-nisa li huma vittmi tal-vjolenza domestika jaslu li jkunu kapaċi jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom.", "Li mara titlaq mid-dar bit-tfal tagħha mhijiex deċiżjoni faċli għaliha.", "Mhijiex deċiżjoni faċli bejn għax għandha l-familja u trid tgħix f'dik il-familja - u aħna l-Maltin nemmnu ħafna fil-familja, allura hi se tipprova tagħmel minn kollox biex tibqa' hemmhekk - kif ukoll għax mhijiex empowered biżżejjed li tieħu dik id-deċiżjoni, allura trid l-għajnuna fil-proċess.\"", "Naħseb dawn li kienu qegħdin jitkellmu hawnhekk kienu tal-Kummissjoni, u allura rridu nindikaw min kien qed jitkellem ħalli nkunu qegħdin nagħtu piż lil dawk l-NGOs li jkunu ġew ikellmuna.", "Ħalli nkompli nikkwota:", "\"F'Malta hawn diversi servizzi li jingħataw f'każijiet ta' vjolenza domestika:", "Fost is-servizzi offruti hemm is-sistema ta' għajnuna legali li tiġi offruta mill-Istat.", "L-Aġenzija Appoġġ ukoll toffri tip ta' għajnuna legali billi tagħti sessjoni ta' taħriġ lill-mara.\"", "Meta ngħidu sessjoni ta' taħriġ x'irridu ngħidu biha?", "Sessjoni ta' laqgħat?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Milli stajt nifhem kien li joffrulha xi ftit ħin mal-avukat tal-Aġenzija Appoġġ biex forsi jkun jista' jiggwidaha xi ftit dwar il-proċess.", "THE CHAIRMAN: Tajjeb.", "Mela ħalli nkompli naqra:", "\"....billi tingħata konsulenza fejn din tingħata pariri u informazzjoni dwar id-drittijiet tagħha mill-avukat tal-Aġenzija stess.", "L-Aġenzija Appoġġ u numru ta' organizazzjonijiet volontarji joffru wkoll għajnuna psiko-soċjali.", "L-NGOs jagħmlu mill-aħjar li jistgħu, u wħud minnhom għandhom ukoll social workers impjegati magħhom li jaħdmu man-nisa li jkunu magħhom.", "Għal dan is-psycho-social support, l-NGOs u l-voluntary organizations jagħmlu fund raising biex jibagħtu n-nisa privately għand psikologi, għax is-psychological services tal-Appoġġ - li hu tajjeb - hemm waiting list enormi, u allura ma tagħmilx sens li tistenna sentejn jekk għandek problema issa, għax f'sentejn tkompli tbati l-problema sakemm tieħu s-servizz.\"", "Dan il-paragrafu wkoll irid jiġi b'tipa bold.", "ANTHONY ZAMMIT: Jien mhux qed naraha tagħmel sens fejn qed jingħad li \"l-NGOs jagħmlu mill-aħjar li jistgħu, u wħud minnhom għandhom ukoll social workers impjegati magħhom li jaħdmu man-nisa li jkunu magħhom.\"", "DR ELAINE BURMINGHAM: Jista' ikun li n-nisa jkunu qegħdin jgħixu hemmhekk, u allura jkollhom social workers li proprju qegħdin jaħdmu ma' dawk in-nisa li qegħdin fix-shelter.", "THE CHAIRMAN: Li jkunu residenti għand dik l-NGO?", "Ejja nagħmluha within brackets mela li jkunu residenti magħhom.", "\"F'Malta hawn tliet emergency shelters fejn vittma tista' taqbad u tmur anke f'nofs ta' lejl.", "Għandna second stage shelter li huwa mmirat għal vittmi li 'jkunu għaddew minn periklu l-iktar oppressiv, però għadhom mhumiex lesti biex jgħixu b'mod indipendenti'.", "Hemm ukoll hostel għan-nisa li, minkejja li mhuwiex shelter tal-vjolenza domestika, jieħu dawk in-nisa li ma jsibux post f'shelter ieħor.", "Il-Kunsill tal-Ewropa jistqarr li f'pajjiż irid ikun hemm post ġo shelter tan-nisa għal kull 7,500 resident.", "B'numru ta' shelters li ssemmew iktar 'il fuq għandna madwar 53 post, li huwa dak mitlub mill-Kunsill tal-Ewropa.", "Però, jekk jittieħdu in konsiderazzjoni l-emergency shelters biss, għandna madwar 33 post, jiġifieri 20 post inqas minn dak mitlub mill-istess Kunsill tal-Ewropa.\"", "Hawnhekk nitlob korrezzjoni żgħira, imma qabel xejn nitlob kjarifika.", "Hawnhekk irridu nagħtu x'jifhem li aħna għandna bżonn iktar postijiet milli għandna, hux hekk?", "Meta qed ngħidu li \"Il-Kunsill tal-Ewropa jistqarr li f'pajjiż irid ikun hemm post ġo shelter tan-nisa għal kull 7,500 resident.\"", "Ifisser li kieku kellna nieħu l-Mosta, hemmhekk għandna bżonn tnejn, u f'Ħal Qormi għandna bżonn tnejn oħra!", "Jiġifieri din qiegħed naraha ftit far fetched.", "ANTHONY ZAMMIT: Imma huma qed jgħidu żewġ postijiet ġo shelters, u mhux li rridu żewġ shelters.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri sodda waħda qed jgħidu?", "ANTHONY ZAMMIT: On average għal kull 7,500 resident suppost għandek post wieħed f'shelter tan-nisa.", "THE CHAIRMAN: Però mhijiex qiegħda ċara, u la ma fhimthiex jien, se jkun hemm ħafna oħrajn li mhumiex se jifhmuha.", "B'post nista' nifhem residenza, u b'post nista' nifhem sodda.", "B'post nista' nifhem shelter wieħed b'għaxar sodod.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Ġo shelter imma.", "THE CHAIRMAN: Kollox sew, imma kif se nikkwantifikawha?", "Jiġifieri min se jkun qiegħed jaqra dan ir-rapport, kif se nuruh x'irridu ngħidu?", "Se ngħidu post ġo shelter?", "Imma post għal resident wieħed?", "Qed ngħid dan biex inkunu nistgħu nikkwantifikaw aħjar x'irridu ngħidu.", "Ejjew nagħmluha iktar ċara.", "ANTHONY ZAMMIT: Għandna 53 post ġox-shelters ...", "THE CHAIRMAN: Mela hawnhekk qed ngħidu li: \"Il-Kunsill tal-Ewropa jistqarr li f'pajjż irid ikun hemm post ġo shelter tan-nisa.\"", "Mela within brackets x'imkien irridu nżidu l-kliem \"spazju għal persuna waħda ġo shelter\".", "ANTHONY ZAMMIT: Le, ma tistax tgħid \"persuna\", għax ma tistax titfa' l-irġiel man-nisa għax jibdew jiġġieldu bejniethom.", "THE CHAIRMAN: Imma mbagħad qed tgħid li huwa shelter tan-nisa.", "Qed ngħid dan biex inkunu konxji dwar x'inhu jitlob il-Kunsill tal-Ewropa.", "Kif qed nifhem jien, dan qed jitlob shelter home għal kull 7,500 persuna?", "Għalhekk ħriġt bl-idea li fil-Mosta irid ikollna żewġ homes.", "Dik kienet far fetched, u allura qed jitlob li jkun hemm żewġ postijiet.", "Imma jekk huma żewġ postijiet, għal żewġ familji għandek bżonn aktar sodod għax dawn se jkollhom it-tfal magħhom.", "ANTHONY ZAMMIT: Għal kull 7,500 resident irid ikun hemm shelter space ...", "THE CHAIRMAN: Mal-post ejjew nużaw il-kelma \"spazju\".", "ANTHONY ZAMMIT: Min jaf li kieku nużaw il-kliem \"shelter space\"?", "THE CHAIRMAN: Spazju għal persuna.", "Irid ikun hemm post ġo shelter tan-nisa, mela jrid ikun hemm spazju għal ġo shelter.", "Nużaw il-kelma \"spazju\" ġo shelter tan-nisa.", "Spazju għal persuna for every 7,500 residents.", "ANTHONY ZAMMIT: Jew spazju wieħed ġo shelter tan-nisa … 'Il-Kunsill tal-Ewropa jistqarr li f'pajjiż irid ikun hemm spazju wieħed ġo shelter tan-nisa għal kull 7,500 resident.'", "Naħseb li hekk tiftiehem aħjar.", "THE CHAIRMAN: Hekk hu.", "Fil-każ tagħna – għax hawnhekk irridu nidhru li se nitkellmu fuq Malta – bin-numru ta' shelters li ssemmew iktar 'il fuq għandna madwar …", "FREDERICK AZZOPARDI: Imma m'għandniex daqshekk!", "THE CHAIRMAN: Le, għandna aħna.", "FREDERICK AZZOPARDI: Le, m'għandniex.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Għax aħna iktar qabel għedna li għandna l-emergency shelters, u għandna s-second stage shelters, li kollha flimkien jagħmlu 53 post. Imma meta inti qed tieħu l-emergency shelters biss, kulma għandek 33 u għalhekk qegħdin 20 short of what is requested.", "ANTHONY ZAMMIT: Imma allaħares ikollok 53 emergency cases!", "DR ELAINE BURMINGHAM: Dawn mhux se jkunu 53 każ ġdid.", "Jiġifieri meta għandek emergency shelter, ma jfissirx li dawn se jmorru jagħmlu lejl wieħed u jitilqu.", "Mela, jekk għandek 33 post u dawn kollha mimlijin għax forsi għad m'għandhomx fejn jimxu, u jinqala' każ ieħor, jista' jagħti l-każ li ma jkunx hemm post għaliha.", "Mela ejjew nikkonkludu b'din l-emenda:", "\"F'pajjiżna, skont il-ħtieġa tan-numru ta' shelters li ssemmew iktar 'il fuq, għandna madwar 53 post li huwa dak mitlub mill-Kunsill tal-Ewropa.", "Però, jekk jittieħdu inkonsiderazzjoni l-emergency shelters biss, għandna madwar 33 post, jiġifieri 20 post inqas minn dak mitlub mill-istess Kunsill tal-Ewropa.\"", "Din għandna nagħmluha hekk, u trid tiġi b'tipa bold ukoll.", "Għal-lum nieqfu hawn.", "Nitlob lill-Membri sabiex jaqraw aħjar dan id-dokument ħalli meta niġu darb'oħra nkomplu bil-qari tiegħu.", "Naġġorna l-laqgħa għal nhar it-Tlieta li ġejjin fl-istess ħin.", "Fit-8.15 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi komunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120508_129d_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR", "TAL-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 9", "L-Erbgħa, 9 ta' Mejju, 2012 fis-7:00 p.m.", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 9 ta' Mejju, 2012 fis-7:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar id-dokument li jistabbilixxi l-oġġettivi tal-iStrategic Plan for Environment and Development (SPED).", "2 ta' Mejju 2012 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120509_009a_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 9", "L-Erbgħa, 9 ta' Mejju, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 8 li saret l-Erbgħa, 2 ta' Mejju 2012, ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Jesmond Mugliett): Nistgħu ngħaddu mal-ewwel għall-item li għandna fuq l-aġenda.", "DISKUSSJONI DWAR ID-DOKUMENT LI JISTABBILIXXI L-OĠĠETTIVI TAL-ISTRATEGIC PLAN FOR ENVIRONMENT AND DEVELOPMENT (SPED)", "THE CHAIRMAN: Magħna għandna l-Ministru de Marco li se jintroduċi d-diskussjoni u miegħu għandu numru ta' uffiċjali mill-Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura u mill-MEPA.", "Ngħaddi l-kelma lill-Ministru de Marco biex l-ewwel jintroduċi n-nies li għandu miegħu, imbagħad biex ngħaddu għad-diskussjoni proprja.", "MARIO DE MARCO (Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura): Grazzi, Mr Chairman.", "Preżenti miegħi hawn l-Avukat Marie Louise Mangion li hija l-Kap tat-Tourism and Sustainable Development Unit fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-Avukat Jesmond Schembri li huwa l-Kap tas-Segretarjat tiegħi, is-Sur Joe Gauci li huwa wieħed mis-sitt unit managers fi ħdan il-Forward Planning Unit tal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u li kien intrinsikament involut fl-abbozzar ta' dawn l-oġġettivi, u s-Sinj.", "Michelle Borg li qed tħadem fi ħdan il-Ministeru u r-responsabilità tagħha hija sabiex tikkordina u tfassal dawn l-oġġettivi u issa l-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp.", "Bħala background għas-suġġett nibda biex ngħid li bħalma tafu, fl-1992 il-Parlament ta' Malta kien approva 'l hekk imsejjaħ structure plan għal perjodu ta' 20 sena li jfisser li l-istructure plan se jittermina l-ħajja naturali tiegħu fl-aħħar ta' din is-sena.", "Meta konna qegħdin nitkellmu fil-Parlament dwar ir-replacement tal-istructure plan, konna għedna li għandu jkun qisu a spatial plan.", "Niftakar li l-Onor.", "Brincat kien għamel diversi interventi f'dan ir-rigward u konna qbilna li għandu jkun a spatial plan però li jkun qed iħares lejn pjan strateġiku għall-ambjent u għall-iżvilupp.", "F'dan l-istadju xtaqt nieqaf hawnhekk.", "Aħna nidejna l-oġġettivi u mhux il-pjan innifsu għax kien hemm xi nies li ħasbu li dak li nidejna kien il-pjan fih innifsu.", "Aħna nidejna l-oġġettivi għall-pjan u ridna nagħmlu konsultazzjoni pubblika dwar l-oġġettivi biex jekk ikun hemm qbil fuq l-oġġettivi allura nkunu nistgħu nibdew it-tfassil tal-pjan proprju.", "Kien hemm mod u manjiera kif u għaliex wasalna għal dawn oġġettivi, ħarisna wkoll mill-esperjenza li tgħallimna f'dawn l-aħħar 20 sena mill-istructure plan, fejn wasalna, fejn forsi ma wasalniex daqskemm wieħed xtaq jasal, x'inhuma l-prijoritajiet ta' pajjiżna għas-snin li ġejjin, u minn hemmhekk ħriġna bl-oġġettivi.", "Dawn ħriġnihom għall-konsultazzjoni pubblika li fil-fatt għadha kemm spiċċat.", "Naħseb li nistgħu nagħtu rendikont ta' x'inhuma l-kummenti min-naħa tal-pubbliku li waslulna b'riżultat ta' dan u kif nixtiequ nimxu mil-lum 'il quddiem.", "Ngħaddi issa l-kelma lis-Sur Gauci u lis-Sinj.", "Michelle Borg sabiex jagħtuna presentation dwar fejn wasalna, imbagħad inkunu nistgħu nieħdu l-mistoqsijiet mingħandkom.", "MICHELLE BORG: Mr Chairman, il-preżentazzjoni se tkun overview tar-rationale ta' kif ġie fformulat id-dokument.", "Kif qal tajjeb il-Ministru, dan huwa dokument li qed ifassal il-qafas tad-direzzjoni li eventwlament għandu jieħu l-pjan meta jiġi mfassal.", "L-ewwel sfida li għandna hija li l-iSPED se jkun l-ewwel pass għall-evolution biex indaħħlu l-kunċett ta' spatial planning fil-gżejjer Maltin.", "X'inhi d-differenza li hemm?", "L-iktar differenza li tinħass hija li għalkemm l-istructure plan eżistenti jara ħafna setturi differenti, kollha qegħdin magħqudin f'dokument wieħed, l-approach kienet iktar sectoral.", "Mill-istructure plan sal-lum daħlu anke environmental obligations, iċ-ċirkostanzi soċjo-ekonomiċi u anke regolatorji tal-pajjiż inbidlu u allura l-qafas tagħna in terms ta' spatial planning irridu naraw kif se nintegraw l-elementi soċjali u ekonomiċi flimkien mal-media ambjentali biex flimkien ngħinu ħalli niggwidaw fejn u kif jista' jmur l-iżvilupp.", "Iċ-challenge li għandna aħna bħala team u bħala pajjiż huwa kif infasslu policies li huma integrati fihom infushom.", "L-ewwel pass li ħadna biex nissettjaw l-oġġettivi kienet konsultazzjoni wiesgħa fi ħdan il-Gvern.", "Tkellimna mal-Ministeri, l-ewwel bdejna mal-permanent secretaries, imbagħad mad-diretturi u man-nies tekniċi.", "Jiġifieri kellna sensila ta' laqgħat fejn ridna nkunu nafu x'inhuma mhux biss il-policies u l-programmes li għandu l-Gvern illum imma anke dawk in the making biex inkunu aware ta' x'inhuma l-issues eżistenti llum u ċ-challenges li ġejjin għal quddiem.", "Imbagħad naturalment l-oġġettivi ġew imfassla abbażi ta' dawn iż-żewġ binarji, il-konsultazzjoni u l-government policies.", "Aħna nvestejna dan iż-żmien biex mill-ewwel passi tal-pjan ikollna integration at governance level.", "F'Settembru, meta għaqqadna kollox, għamilna workshop flimkien mal-Ministeri kollha f'daqqa biex niddiskutu l-oġġettivi, erġajna għamilna revision tagħhom u għamilna wkoll forma ta' environmental assessment ibbażat fuq il-metodoloġija tal-istrategic environmental assessment (SEA) biex aħna stess nittestjaw l-istrategic objectives innifsihom jekk jistgħux joħolqu significant environmental impact mill-ewwel u ġew revised accordingly.", "F'Jannar ta' din is-sena d-dokument għadda mill-Kabinet u ħareġ għall-konsultazzjoni fi Frar u dam sa April.", "Ħalli naraw fejn qegħdin bħalissa.", "Bħalissa qegħdin fl-istadju fejn qegħdin nifformulaw il-pjan u kif il-policies ikunu qegħdin jiġu mfassla, irridu ngħaddu fażi ta' konsultazzjoni mal-Ministeri biex naċċertaw li dak li hemm imfassal mhux biss huwa correct in line with current policy imma wkoll biex jgħina nfasslu l-qafas tal-implementation.", "Fl-istess waqt ta' dak il-proċess irridu ngħaddu l-proċess tal-SEA għax ġie deċiż li dan il-pjan irid ikun sottomess għall-istrategic environment assessment.", "F'dan il-każ it-team stess qed jagħmel l-SEA, qed nagħmluh in parallel, mhux l-ewwel joħroġ il-pjan imbagħad l-assessment wara, ħalli jekk hemm xi issues li jistgħu jiġu indirizzati, naqbduhom mill-ewwel.", "Fil-fażi ta' wara nixtiequ niddedikaw il-ħin biex ikollna konsultazzjoni mal-pubbliku kemm fuq id-draft SPED kif ukoll fuq l-environment report.", "Permezz ta' din il-konsultazzjoni jingħata lok għal aktar parteċipazzjoni ta' x'se jkun id-dokument finali.", "Il-proċess tal-SEA huwa li wara li tagħmel l-assessment, tippubblika l-environmental report li jurik l-impatt tal-pjan against a set of assessment criteria u juri wkoll jekk kienx hemm changes u fejn kienu u jagħti recommendations oħrajn.", "Dik hija requirement kemm tad-direttiva kif ukoll tar-respective legal notice.", "Hawnhekk il-pubbliku, il-private sector, l-environmental non-government organisations (ENGOs) eċċ. se jkollhom f'idejhom kemm id-dokument bħala pjan kif ukoll l-environmental assessment tiegħu.", "Fl-aħħar fażi ta' din is-sena l-intenzjoni hija li mmexxu għall-approval tal-pjan fil-Parlament.", "Issa ħalli naraw fejn qiegħed dan il-pjan fil-qafas ta' policies oħrajn.", "L-iSPED qed narawh mhux replacing a sustainable development plan, lanqas se jissostitwixxi n-National Environmental Policy (NEP) jew any other sectoral thematic policies imma li għandu jagħmel – u din toħroġ mir-requirements tal-liġi – huwa li jara b'mod ħolistiku r-requirements ta' dawn il-policies, kemm at national level u anke li huma marbutin mal-EU objectives u fejn jeffettwaw l-iżvilupp allura jrid jindika fejn għandu jsir l-iżvilupp u liema tip ta' żvilupp jista' jew ma jistax isir fiċ-ċirkostanzi.", "L-ewwel pass li ħadna bħala team kien li we redirect u nerġgħu naraw x'inhi l-funzjoni tal-iżvilupp.", "Il-funzjoni tiegħu hija għalina bħala komunità, bħala soċjetà, bħala pajjiż and it happens within a context, mhux sempliċement a boundary; jekk inti fil-boundary għamilt żvilupp u jekk m'intix fil-boundary allura barra.", "Fil-ġurnata tal-lum żvilupp tibqa' tarah at a project by project level u kultant ninsew il-kuntest ta' għalfejn qed isir.", "Ġieli jkollok żvilupp li huwa urban fil-karattru tiegħu imma qiegħed f'żoni viċin ir-rural jew fil-kosta li jista' jkun li jtellef l-intrinsic value jew distinctiveness ta' dik l-area.", "U hawnhekk għedna bħala spatial context qed nieħdu l-urban area li hija ekwivalenti għad-development zone boundaries; ir-rural area; il-coastal zone li fuq prinċipji ta' coastal zone management qed ngħidu li kemm il-parti ta' fuq l-art kif ukoll il-parti tal-baħar li testendi sa 12 nautical miles.", "Peress li Malta għandha, anke through EU regulations is-saħħa li tamministra s-sajd sa 25 nautical miles, estendejna l-pjan biex iħares lejn dik l-area, qed ngħidulha l-marine area u lil Għawdex bħala reġjun.", "Il-mappa tindika, l-ewwel line li għandna hawnhekk huwa l-limitu tat-territorju marittimu in terms ta' territorial seas imbagħad għandek il-25 nautical miles.", "L-elementi skuri huma l-urban area, il-kumplament huma r-rural area u l-aħdar qed jagħti l-area tax-xtut.", "Bħala prinċipju, id-dokument qed jagħti direzzjoni li l-Gvern irid imexxi by example allura qed jgħid li waqt li qed ifassal policies, pjanijiet jew programmi, il-Gvern bħala significant land owner u significant driver for certain types of development, to lead by example se jipprova juża dan is-sequential approach li fejn hu possibbli jerġa' juża existing development; redevelopment, and use of vacant land.", "Prinċipju ieħor li it can go without saying imma li kien hemm bżonn li jkun imsemmi huwa li d-dokument meta l-pjan ikun finali, ma jfissirx li għax qed jgħid li, għall-argument, se nagħmlu din it-tip ta' infrastruttura u d-dokument għada minn SEA, dik l-infrastruttura meta tiġi biex issir m'għandhiex bżonn ta' assessments.", "Ngħaddu issa għall-viżjoni tal-oġġettivi; fejn qed naraw dan il-pjan jieħu lill-gżejjer Maltin.", "Il-viżjoni hija marbuta fuq other documentation u tistgħu taraw li hemm sinerġiji ma' viżjonijiet bħall-NEP.", "Fiċ-ċentru ta' kollox hemm il-quality of life u għandek l-element li nixtiequ naraw tkabbir fil-core economic sectors b'tali mod li nimxu lejn ekonomija li tkun low carbon, zero waste and a green economy.", "In parallel, il-pjan għandu jaspira li jwaqqaf id-decline fil-biodiversità u anke d-deterioration fir-riżorsi tal-ilma.", "Il-viżjoni ma waqfitx hemmhekk; tajniha translation fl-ispatial areas li identifikajna, jiġifieri fejn nixtiequ naraw l-urban area tmur in terms of economic sectors – ir-rural areas forsi differenti mill-urban areas allura tajna qisu l-karattru u d-direzzjoni tagħhom – u abbażi tagħha bdejna nfasslu l-oġġettivi.", "Bħala oġġettivi hemm żewġ sets.", "L-ewwel set ta' oġġettivi, li aħna nsejħulhom bħala thematic objectives, huma cross cutting.", "Għalfejn għażilna dawn u mhux oħrajn?", "Mir-review tal-policies, plans and programmes u anke t-targets li għandha Malta marbutin anke ma' international obligations rajna li dawn huma l-key cross cutting challenges għall-gżejjer Maltin.", "L-ewwel hemm is-socio-economic development li huwa marbut mal-popolazzjoni, mal-ekonomija u mas-social and community facilities; l-ambjent li mhuwiex sempliċement il-protection of habitat and species imma jekk bil-mod ta' kif nagħmlu l-iżvilupp aħniex qed nużaw ir-riżorsi jew neffettwaw l-ambjent, l-ilma, jekk aħniex qed narmu dħaħen in terms of industrial processes eċċ.; il-climate change għax l-ewwel parameter ta' mitigation, il-GHG emissions ġejjin l-iktar minn energy generation u transport and those elements they cross cut all economic sectors; u l-element ta' adaptation – reġgħu ħarġu publications riċenti fejn jingħad li s-Southern Mediterranean is predicted li se jaqla' l-iktar in terms of predicted impacts u allura rridu nippreparaw irwieħna għal dak li ġej; u travel patterns għax għandek bżonn ta' infrastruttura effiċjenti għal social and economic activities u anke biex nindirizzaw ċerti issues li joħorġu mill-użu tal-private cars.", "Aħna rajna kif dawn is-thematic objectives nistgħu nindirizzawhom iktar iffokati f'urban areas u ħriġna a set of objectives fl-ispatial structure.", "Kollox huwa marbut mal-kuntest fejn qiegħed, location and place u spatial context qiegħed hemmhekk biex jiggwida l-integrated approach jiġifieri jekk għamilna socio-economic objectives ma jfissirx li se narawhom waħedhom, irridu narawhom fil-qafas tal-oġġettivi l-oħrajn.", "Għandna bżonn framework li jrid jindirizza pajjiż li diġà qed iħoss li għandu an ageing population u li hija mistennija tikber, pajjiż li jrid ikun iktar innovattiv, inżidu l-competitiveness tagħna u fl-istess ħin għandna l-isfida li rridu nkunu iktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi naturali inkluż il-ħarsien tal-ambjent u nkomplu naħdmu biex il-mudell tal-economic growth tagħna jkun decoupled mill-environmental degradation.", "Ta' min jgħid li dawn huma challenges li qegħdin fi ħdan l-EU 2020 strategy ukoll.", "Fil-ftit slides li jmiss se naqbad fuq l-urban area, ir-rural, il-coastal, il-marine u Għawdex u se nipprova ngħaqqad l-issues li identifikajna għalihom u x'qed jipproponu l-oġġettivi biex nindirizzaw dak li identifikajna.", "Waħda mill-issues li ġiet identifikata hija li skont figuri u database li għandha l-MEPA in terms ta' permessi, hemm art biżżejjed fiż-żona tal-iżvilupp għad-domanda ta' household and employment growth mistennija fil-perjodu tal-pjan u hemm ukoll an over provision of dwelling units and employment floor space.", "Hemm bżonn li nkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja fl-urban areas u nindirizzaw issues li ħerġin mill-iżvilupp kemm jekk huwiex incompatible development, kemm jekk għandekx biżżejjed open space u anke fejn għandna fil-historic cores, pereżempju, out migration.", "Element ieħor li nirrikonoxxu huwa li l-wider landscape hija effettwata mill-bini speċjalment mill-bini għoli.", "L-ewwel prinċipju tal-oġġettiv tal-urban area huwa li l-urban area tista' tinqasam f'ġerarkija; għandek il-principal urban area li hija l-Grand Harbour wider harbour area … (Interruzzjonijiet) Biex tiggwida t-tip ta' żvilupp.", "Jekk għandek catchment ta' żvilupp li huwa of a national level ma tkunx trid li tibgħathom f'rural settlement jew at the periphery… (Interruzzjonijiet) Le, mhux hekk, mela nftehemt ħażin jien.", "L-idea hija, jekk il-Grand Harbour area, Sliema u central Malta ...", "THE CHAIRMAN: Fi spatial development mhux bilfors għandek tħares lejn a morphological concept of space.", "IS-SUR JOE GAUCI: Ħalli naraw minn fejn telqet din il-premessa tal-urban hierarchy.", "Hawnhekk m'aħniex qed nagħmlu tabula rasa, hawnhekk għandna ċirkostanzi fejn nafu li għandna the major employment uses tagħna u l-major residential areas ta' pajjiżna.", "U meta wieħed jistudja fejn qegħdin isib li huma lokalizzati fis-central part ta' Malta, fin-north harbours, fil-Grand Harbour u f'partijiet mis-South ta' Malta.", "Jiġifieri meta tħares lejn il-mod ta' kif sar l-iżvilupp f'pajjiżna, issib li kellek il-Grand Harbour core imbagħad l-iżvilupp ħareġ 'il barra.", "Issa għaliex qegħdin inħarsu lejn urban hierarchy?", "Qegħdin inħarsu lejn urban hierarchy għax rajna li ħafna mill-employment uses tagħna are concentrated in a wide area which we termed the principal urban area.", "THE CHAIRMAN: Ejjew nitilqu minn dik il-premessa.", "Jekk sibtuha hekk – u jien ma naqbilx magħkom li totalment qiegħda hekk għax illum area ġdida li l-Gvern ikkonċentra fuqha, Ħal Far, tiġi barra – u l-fatt li storikament kellek tant konċentrazzjoni, tfisser li you keep loading fuq hemmhekk?", "Hekk qed tgħidu?", "IS-SUR JOE GAUCI: Le, m'aħniex se nibqgħu nagħmlu loading fuq hemmhekk.", "Inti semmejt Ħal Far.", "Ovvjament Ħal Far li hija area industrijali mhijiex eżattament kompattibbli ma' area li hija residenzjali jew area li hija for employment or commercial use.", "Issa għalfejn assumejna din?", "Jekk tħares lejn fejn qed isir ħafna mill-ivjaġġar tara li dan qed isir within the urban conurbation bil-problemi ta' conjestion, capacity u ambjentali li hemm assoċjati ma' din l-area.", "Issa x'qegħdin ngħidu?", "Kif qalet is-Sinj.", "Michelle Borg, diġà nafu li meta wieħed janalizza in terms of space, isib li hemm ħafna spazju kemm kummerċjali kif ukoll residenzjali f'din l-area li mhijiex qed jintuża.", "Barra minn hekk, ħafna mill-opportunity sites li għandu pajjiżna, jinsabu fil-principal urban conurbation.", "Il-kumplament imbagħad huma r-regional urban settlements li huma postijiet bħal, pereżempju, ir-Rabat, San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa li huma importanti imma huma importanti on a regional level, mhux on a national level jiġifieri xorta se jkollok affarijiet ta' ċerta skala u portata.", "THE CHAIRMAN: Jien insib il-mod kif eskludejt Ħal Far … Inti filli kont qed titkellem fuq urban area bħala mix ta' commercial and residential imbagħad f'daqqa waħda meta semmejtlek Ħal Far, għedtli li hemmhekk commercial u allura qisu m'għandux jidħol.", "THE CHAIRMAN: Imma inti qed tiġġustifika nofs l-argumenti li qed tagħmel fuq urban area in terms of enterprise.", "Waħda mill-preokkupazzjonijiet tiegħi hija għalfejn kien hemm il-bżonn li noqogħdu niddefinixxu din il-ġerarkija.", "MICHELLE BORG: Fil-kuntest kif inhu bħalissa l-issues li hemm fil-conurbation u fl-outer areas huma differenti u allura jagħtik iktar … Jekk għandek problemi ta' traffic congestion, problematic environmental issues jew chances li tista' tilħaq it-thresholds in terms ambjentali, allura jekk tagħmel din il-ġerarkija sempliċement to guide the other policies fiha … Għax tista' tara fejn se tagħmel iktar miżuri biex tindirizza l-issues.", "L-issues li hemm l-Imsida mhumiex l-issues li hemm Ħad-Dingli u r-Rabat.", "THE CHAIRMAN: Jiena studjajt ħafna din il-kwestjoni u qed nara kontradizzjoni f'dak li qegħdin tgħidu.", "Qed tgħidu li hemm issues ta' konġestjoni, ta' kwalità ta' arja, eċċ. imma mbagħad meta taqra d-dokument tagħkom issib li qed tgħidu li tridu tikkonċentraw l-iżvilupp hemmhekk.", "Ma nafx fejn tidħol l-issue ta' ġerarkija u mhux ġerarkija però jekk hemm dawn il-problemi ta' konġestjoni, ta' kwalità ta' arja, għandek tnaqqas l-iżvilupp minn hemmhekk mhux iżżidu.", "Meta tħares lejn il-fil tad-dokument issib li r-raison d'être ta' din il-ġerarkija huwa biex jikkonċentra l-iżvilupp hemmhekk.", "MICHELLE BORG: Aħna l-aktar li kellna kien concentration of activities or redevelopment, fejn huma n-nies, mhux development in terms of keep on adding on ma' dak li għandek.", "THE CHAIRMAN: Fejn huma n-nies hija wkoll dibattibbli għax fejn huma n-nies hija snapshot illum, filwaqt li aħna nafu li d-demografija mhijiex qed tinbidel fil-Grand Harbour area imma qed tinbidel fiż-Żurrieq, f'Marsascala, fil-Mellieħa eċċ. Jiġifieri se nippruvaw niġġieldu kontra dak it-tibdil fid-demografija?", "IS-SUR JOE GAUCI: Lanqas xejn.", "Li qed nippruvaw nagħmlu huwa li jekk, pereżempju, fil-principal urban area għandna ħafna opportunitajiet għar-regeneration u redevelopment… (Interruzzjonijiet) Imma reading between the lines hemm qiegħda.", "Id-differenza hija li għalkemm m'aħniex se niġġieldu kontra t-trends, we have to manage certain trends li trid tara l-kuntest ta' fejn qegħdin.", "THE CHAIRMAN: Jien li qed ngħid huwa biex xi ħadd jispjegali fejn se twassal din id-definizzjoni ta' ġerarkija.", "Jista' jkun li se toħloqlok presumption fil-policies sussegwenti li jien għadni ma nafx x'inhi u tinkwetani ftit.", "Din il-ġerarkija fejn qed tintenzjonawha li għandha twassal?", "IS-SUR JOE GAUCI: Kieku għandna mappa bil-principal urban area we could allay the fears li ħloqna bil-kunċett ta' hierarchy.", "Jekk tħares lejn il-principal urban area tara li hemmhekk għandek the major employment and residential areas ta' pajjiżna.", "Ħarisna wkoll lejn il-mod kif l-employment inbidel, kif rajna bidla fl-enterprise hubs tagħna, li huma l-industrial hubs tagħna, minn dak li kien strict direct production and manufacturing għal tipoloġija kompletament differenti ta' business phace.", "Fil-principal urban area għandna ħafna congestion, imma ma jfissirx li se nħallu l-affarijiet kif inhuma.", "Inti għandek carrying capacity ...", "MARIO DE MARCO: Inti ma ssolvix il-problema billi toħroġ l-attività minn hemhekk imma billi pereżempju you change the transport modules.", "IS-SUR JOE GAUCI: Eżattament.", "Tista' pereżempju, toħloq carrying capacity biex ikollok capacity biżżejjed biex tkun tista' timplimenta ċerti transport measures li sal-lum għadna ma implimentajnihomx.", "THE CHAIRMAN: Imma għadkom ma rrispondejtuniex fuq il-kwestjoni tal-ħolqien tal-ġerarkija u għalfejn kien hemm dan il-bżonn.", "MICHELLE BORG: Abbażi ta' din il-ġerarkija irridu li we maximise efficient use of existing property li hija marbuta għal social and community facilities, niggwidaw fejn jista' jkollna aktar recreational resources filwaqt li nħarsu dak li hemm.", "Xi ħaġa li tqajmet mill-public consultation, meta semmejna reduced development densities and increasing open spaces, it's a question mhux across the board fit-territorju Malti kollu imma where densities have created issues, issues ta' congestion, issues ta' problemi ta' kwalità ta' arja, issues ta' incompatibility man-neighbours eċċ. So it's an objective li rridu naraw kif se nindirizzawh.", "THE CHAIRMAN: Ejjew nieħdu a case in point.", "L-iktar post li għandu development density f'Malta huwa tas-Sliema.", "Jiġifieri qed tgħidu li wasalna biex nirrivedu l-height limitations u z-zoning f'areas bħal tas-Sliema?", "MICHELLE BORG: Li qed ngħidu tasal għal hemm imma mhux qed ngħidu li se ssir mil-lum għal għada.", "THE CHAIRMAN: Però m'għandkomx time horizon kbir; għandkom time horizon anke f'parametri ta' SPED li huwa pjuttost qasir ħafna, seba' snin.", "Intom intrabattu ma' 2020 għax ħafna mid-dokumenti tal-Gvern iwasslu għal 2020.", "Tippretendix li jien nista' nħares lejn x'se jiġri fl-20 sena li ġejjin.", "MICHELLE BORG: L-iktar li għandna targets stabbiliti tat-2020 huma l-ambjentali; affarijiet relatati mas-social, u speċjalment economic development, tant għaddej perjodu ta' transition anke at a regional and global level, idealment ikollok pjan li jiffaċilita iktar dak it-tibdil għax inkella jekk iċ-ċirkostanzi ekonomiċi jinbidlu within five years, trid terġa' tibdel il-pjan fuq xi ħaġa oħra.", "Jekk settur ġdid jiġi importanti u ma konniex ħsibna fuqu jew ħsibna li se jmur naħa minflok naħa oħra, se jkollna nerġgħu nbidlu l-pjan u allura noting how this situation stands u anke kif qiegħda d-dinja globalment, qed nużaw dan id-dokument to manage change from the old structure plan towards a longer transition.", "Għalkemm hija 2020, it doesn't mean it stops there, anke fir-review tiegħu, naraw x'qed jiġri, we should prioritise certain areas li ngħidu \"dawn\" huma key elements li għandna nużawhom anke jista' jkun instrumental to start or shift the change.", "Ma jistax ikun li mil-lum għal għada ...", "MARIO DE MARCO: Forsi nieħu spunt minn dak li qed jgħid iċ-Chairman.", "Probabbilment a realistic time would be a ten year timeframe jiġifieri anke mill-esperjenza kollha tagħna, però meta tagħmel 20 year timeframes, tant l-affarijiet jinbidlu fiċ-ċirkostanzi ta' 20 sena u anke mill-esperjenza tiegħi, il-pubbliku rarament … Veru li dan huwa spatial plan u għandu jkun viżjoni li it leads to other policies, jiġifieri l-argument li għandek policies li huma kollha marbutin ma' 2020, aħna rridu policies oħrajn li jiġu lead minn dan u allura forsi m'għandniex inħossuna straitjacketed bil-fatt li għandek il-policies l-oħrajn li għandhom an expiry date of 2020.", "If anything, ir-replacement policies ta' dawn, still have to dovetail fil-viżjoni ta' din.", "Allura filwaqt li naħseb li 20 sena huwa twil iżżejjed … Dan bħal meta kien sar l-istructure plan.", "L-idea tal-istructure plan meta nkiteb fl-1990 kienet viżjoni ta' 20 sena, imbagħad aħna estendejniha u għedna 20 sena mhux tant mid-drafting imma mill-approval tal-Parlament.", "Però anke f'dan il-każ, mill-esperjenza l-istructure plan - ħalli nkunu oġġettivi u forsi daqsxejn kritiċi – naħseb li within a 20 year scenario qisu jkun tilef il-valur tiegħu.", "Naħseb li meta dak li jkun jara xi jkun inkiteb 20 sena ilu ...", "THE CHAIRMAN: Il-problema hija li aħna ma nagħmlux mid-term review.", "Dik hija l-problema kbira li għandna; m'għamilnihiex fis-sustainable development plan u lanqas għamilniha fl-istructure plan.", "Jista' jkun li l-perjodu huwa twil imma jekk tagħmel il- mid-term review terġa' ġġibu au courant.", "IS-SUR JOE GAUCI: Fir-realtà l-mid-term għamilnih; fl-1999 bdejna l-istructure plan …", "THE CHAIRMAN: Però qatt ma saret pubblika.", "IS-SUR JOE GAUCI: It-topic papers kienu pubbliċi, ix-scenarios kienu pubbliċi, li ma kienx pubbliku kien the final draft.", "THE CHAIRMAN: Imma bħala policies ma ġewx riveduti.", "L-Onor.", "LEO BRINCAT: M'iniex se nidħol fid-dettall jew fuq il-merti ta' dak li ġie mħejji s'issa, imma iktar biex ikolli idea ċara u biex ikun hemm a productive exercise, dak hu x-xogħol li qed isir.", "Over the last years, kien hemm diversi policy documents u żgur li se nħalli xi ħaġa barra – m'iniex qed ngħidha tongue in cheek – meta nsemmihom.", "Kien hemm il-waste document li ġie approvat mill-Parlament, il-climate document, il-mitigation li ġie approvat f'Ottubru 2009 u l-final version, almenu jien għadni ma rajtux, l-energy mix jew energy renewables hemm l-objectives tal-2020 tal-EU, l-environmental policy li issa għadda minn draft għal finalised version, hemm il-bio diversity strategy, hemm is-Sustainable Development Bill għadu qed iġi diskuss fil-Parlament, u għalkemm fid-dokument tal-ambjent hemm riferenza għall-green economy u għall-green jobs, hemm timelines li għad iridu jiskattaw u hemm dokumenti li għadhom ma ġewx ikkristalizzati, almenu pubblikament.", "Imbagħad hemm fattur ieħor, il-qasam tat-trasport.", "Il-qasam tat-trasport, mingħajr ma nidħlu fil-merti ta' kemm irnexxiet jew jekk ma irnexxietx jew le ir-riforma fit-trasport pubbliku, naħseb li it stands to be judged in a more holistic way beyond l-Arriva jew whatever.", "Li jinkwetani, għalkemm ma taqax fir-responsabilità tagħkom, naħseb li trid tiġi assimilata ma' pjan ħolistiku bħal dan.", "Meta darba għamilt intervent fil-Parlament u staqsejt – u staqsejt not to think outside the box imma għax naf li pajjiżi li daħlu magħna fl-Unjoni Ewropea bħall-Estonja għamluha u għamluha wkoll pajjiżi li huma iktar avanzati minna bħall-Olanda u pajjiżi oħrajn – … Inutli titkellem fuq riforma fit-trasport pubbliku jekk ma jkollokx a sustainable transport policy overall.", "Meta kont għamilt domanda lill-Ministru konċernat u staqsejtu jekk jistax iqegħdha fuq il-Mejda tal-Kamra, kien weġibni li ma jistax għax ma jeżistix.", "Issa jekk minn dakinhar 'il hawn beda xi xogħol fuqu, ma nafx.", "Jien illum ma ġejtx biex nagħmel statements politiċi; l-interess tiegħi huwa li l-ewwel nett inkun naf jekk meta sar dan ix-xogħol u meta se jitkompla dan ix-xogħol huwiex se jkun hemm assimilation ta' dawn id-diversi policy documents mhux biss biex jiġi evitat l-overlap imma anzi biex ma jkunx hemm affarijiet li jmorru at a different tangent.", "It-tieni net, għalkemm napprezza dak li qal il-Ministru u l-uffiċjali tiegħu li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq objectives iktar milli a detailed strategy, jien segwejt dak li kien hemm fil-media.", "To be fair, il-Ministru qal li f'din il-laqgħa jew f'laqgħa oħra se tagħtuna xi ħjiel tal-feedback li kellkom mill-pubbliku jew constituted bodies jew whatever.", "Jien jinteressani ħafna l-feedback li kien hemm kemm mis-civil society, għax il-quality of life teffettwa lil kulħadd, anke mill-istakeholders.", "U l-interess jew ir-rispons tal-istakeholders mill-corproate sector nagħtih importanza daqskemm nagħti r-rispons tal-NGOs.", "Qed ngħid dan għax l-ebda gvern ma jista' jimxi waħdu f'tip ta' programm jew pjan bħal dan.", "Eżaminajt ukoll il-kritika li kien hemm fil-gazzetti għax m'attendejtx consultation meetings, u jidher – m'iniex qed ngħidha b'mod kritiku imma qed nibbaża ruħi fuq dak li qrajt fil-gazzetti – li filwaqt li l-environmental policy kien hemm a series of items – li forsi anke jien politikament sejjaħtilhom wishlists – li are difficult to fault in principle because they are guided by EU best practice.", "F'dan il-każ jidher, li għalkemm bi kriterji differenti, kemm nies li huma pro-environment – u se nsemmih għax qrajt artiklu tiegħu, Martin Scicluna – kemm il-Malta Developers' Association (MDA) u, jekk m'iniex sejjer żball, tikkoreġuni intom għax tliet periti, anke xi periti, esprimew ċerti riżervi.", "Jiġifieri għalkemm l-argumenti huma differenti qishom ilkoll kemm huma għandhom one common reaction; iħossu li hemm too many grey areas.", "Veru, nerġa' ngħid li qed nitkellmu fuq objectives u m'aħniex qed nitkellmu fuq pjan dettaljat u allura forsi jkun hawn min jistaqsini fejn se nipprova nasal.", "Il-punt tiegħi huwa dan, jekk qed nifhem sew – u naħseb li qed nifhmu għax huwa ċar – fl-iskeda ta' kif se jiżviluppaw l-affarijiet qed jintqal li by the end of the second quarter at the latest, se jsiru meetings mal-ministeri to finalise the draft policies.", "Veru li wara li ssir l-SEA se jkun hemm public consultation mill-ġdid u ssir ir-revision, imma jien xtaqt li, minn dimensjoni purament parlamentari – ma nafx il-kollegi tiegħi x'jaħsbu għax ma ddiskutejtha ma' ħadd lanqas mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Charles Buhagiar li niġu mill-istess grupp parlamentari – forsi jkun opportun li wara li tagħtuna ħjiel tat-tip ta' feedback li kien hemm mir-respondents, kienu kemm kienu u kienu x'kienu, jekk jaqblu l-kollegi tiegħi għax din hija iktar issue parlamentari li qed nissuġġerixxi, 'il hinn mill-kummenti u l-feedback li tawkom il-korpi kostitwiti jew individual stakeholders jew corporate stakeholders jew NGOs, forsi dan il-Kumitat … Hawnhekk qed nitkellmu fuq xi ħaġa li se tissostitwixxi l-istructure plan, jiġifieri ddum ħames snin, 10 snin jew 40 sena, m'aħniex qed nitkellmu fuq xi ħaġa ad hoc li għandha expiry date ta' sentejn imma it is something which is going to impact on the quality of life, society, industries like the construction industry in a very holistic way.", "Jien kont qed ngħid jekk ikunx forsi opportun li mingħajr ma nagħmlu xi maratona ta' laqgħat – dan mhuwiex il-Public Accounts Committee fejn isir il-grilling jew jittellgħu star witnesses li ma jispiċċaw qatt u żgur mhijiex l-intenzjoni tiegħi li nissuġġeriha – u dejjem jekk ikun hawn il-qbil tal-Membri l-oħra tal-Kumitat, beyond today's meeting or any follow up meeting li nistgħu nagħmlu għal-laqgħa tal-lum, ikun hemm speċi ta' hearings, call them what you like, fejn ċerti nies li ħadu interess fis-suġġett – ma nafx kemm kien hemm respondents u ma nafx jekk kienx hemm overlaps jew contrasting views – fejn għallinqas tgħid li jekk għandek four different sectoral approaches, wieħed forsi tal-construction side, l-ieħor l-environmental side, l-ieħor civil society side, l-oħra the NGOs, l-oħrajn the professional bodies, tkun smajt the four contrasting views.", "U din qed ngħidha mhux biex noqogħdu sempliċement nagħmlu eżerċizzju biex inperrċu l-affarijiet just for its own sake.", "Jien naħseb li dak li jintqal f'memo, anke jekk ikunu well written – u naħseb li rċevejtu memos –… Jien qrajt artiklu ta' Dr. Martin Scicluna – u l-artikli tiegħu dejjem ikunu tajbin anke jekk ma taqbilx magħhom – għalkemm ma nafx jekk bagħatx memos għax ma tkellimniex u jidhirli li l-MDA ukoll għamlu memo fejn għalkemm mhux bilfors naqbel ma' kulma qalu, fih argumenti loġiċi ħafna.", "Jien xtaqt nissuġġerixxi li jekk ikun opportun, mingħajr ma nagħmlu maratoni li ma jispiċċaw qatt, b'modus operandi li jista' jissuġġerixxi ċ-Chairman ħalli ma jkun hemm xejn cumbersome u nagħmlu xi ħaġa counterproductive li tkun just long winded u ma twassal imkien, ikun hemm one or two sittings, mhux xi ħaġa endless, li fihom ikollna ċans nisimgħu u forsi anke nagħmlu domandi, għax inutli li jkun hemm xi ħadd… Pereżempju, wieħed mill-kummenti ta' Martin Scicluna li rajt fil-media kien li l-flaw prinċipali tad-dokument huwa li jidentifika x'ħadem ħażin taħt il-pjan ta' struttura iżda ma jintqal xejn dwar kif dak propost, jekk jitħalla kif inhu, se jitħaddem fil-prattika.", "Issa jien naħseb li din hija issue li tikkonċerna l-istakeholders kollha from whatever perspective iħarsu lejha.", "Tgħidli: Mhumiex kapaċi jagħmluha f'memo?", "Iva, imma naħseb li jekk ikun hemm ftit exchanges bejnietna biex nifhmu aħjar x'qed jifhmu huma u x'inhuma l-concerns tagħhom, naħseb nistgħu naslu iktar biex ikollna pjan li mhux biss ikun maqbul mill-Kabinet u approvat mill-Parlament – għax ħafna drabi, hemm min hemm fil-gvern, jgħaddu legislations li the man in the street lanqas ikun jaf bihom – .… Din tfakkarni f'tal-building regulations, ma jien qed ngħidha b'diżrispett lejn ħadd, għaddew regulations, inkorporajna l-legislation tal-EU, kien hemm respondents bħala assessors kważi iktar milli l-Gvern innfisu u n-nies saru jafu bihom meta marru għand l-HSBC u staqsewhom għall-building energy efficiency certificate.", "Jien qaluli li kien hemm ċerti każi fejn kien hemm periti li ma kenux jafu bihom dawn iċ-ċertifikati.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq item speċifiku, aħseb u ara għandek xi ħaġa komprensiva bħal din li tibda mill-bio diversità sa climate change, sal-construction sector.", "Jien naħseb li billi sempliċement ngħaddu – u issa qed nitkellem mill-perspettiva parlamentari and it’s not fair li nindirizza lill-uffiċjali bħala tekniċi imma aktar aħjar li nindirizza lill-Ministru fil-vesti tiegħu ta’ eżekuttiv u parlamentari – …", "Biex nikkonkludi, il-punt tiegħi huwa li għalkemm il-proċess kif issuġġerit on paper huwa proċess demokratiku, nemmen li ma nkunux qegħdin nilħqu l-iskop ta' dan l-eżerċizzju kollu, kemm jekk naqblu mal-final version u anke jekk ma naqblux miegħu, li jkollna l-policy formulation stage – m'iniex qed ngħid li dawn jiġu bypassed imma qed ngħid in-betweens – jiltaqgħu l-ministeri to finalise the draft policy, l-SEA, imbagħad ikun hemm consultation document, cabinet approval, imbagħad forsi tgħaddi minn dan il-Kumitat u nerġgħu niġu għall-Parlament innifsu.", "Jien naħseb li xorta se jkun hemm ċerta lakuna.", "Tgħidli, mhux se jkun hemm il-consultation process wara li titlesta l-SEA?", "Iva, napprezzaw, però naħseb li from a purely parliamentary dimension naħseb li l-funzjoni li jista' jkollu dan il-Kumitat tiġi xi ftit devalued jekk ma nikkonsidrawx dan is-suġġeriment.", "MARIO DE MARCO: Napprezza l-kumment tal-Onor.", "Jien ovvjament ma nixtieqx nindaħal fl-operazzjoni tal-Kumitat għax m'iniex Membru tal-Kumitat għalkemm qed nattendi din il-laqgħa tal-Kumitat.", "Il-proċess ta' konsultazzjoni min-naħa tagħna fit-tħejjija tad-dokument qed isir u se jkompli jsir.", "Sar ukoll waqt li kienu qed jitħejjew l-objectives, u se jkomplu jsiru waqt it-tfassil tal-policies.", "L-idea tagħna mhijiex li we go to public consultation biss meta jkollna l-pjan jew l-abbozz tal-pjan lest, jiġifieri anke waqt li għaddejjin bit-tfassil ta' dan il-pjan se nkunu qed nagħmlu konsultazzjonijiet u laqgħat mal-ministeri kif ukoll mal-istakeholders.", "Dan huwa l-mod kif ħdimna wkoll fl-NEP.", "L-idea hi li we try to emulate dak il-mudell għax kellna suċċess bih.", "Ma nafx jekk Dr. Mangion xtaqitx iżid xi ħaġa f'dan ir-rigward.", "L-AVUKAT MARIE LOUISE MANGION: Li qed naħsbu wkoll huwa kif nikkomunikaw ma' stakeholders.", "THE CHAIRMAN: Ħalli neħodha ftit at a tangent din.", "Waħda mill-preokkupazzjonijiet tiegħi huwa li l-involviment tal-istakeholder mhux bħala consultation imma bħala major player fit-tħaddim ta' dan il-pjan mhuwiex hemm.", "Aħna wżajna dejjem l-istess riċetta tas-soltu ta' consultation, konsultazzjoni pubblika, white paper, nikkonsultaw u nerġgħu mmorru lura, però suppost fi spatial plan, l-istakeholder ikun owner daqs il-Gvern.", "Minkejja dan, mhuwiex qed isir hekk hawnhekk.", "Dan għadu wisq jidher bħala dokument li huwa tal-Gvern.", "L-istakeholders huma major players jiġifieri suppost ikollok fora ta' implementers fejn il-private sector huwa player daqs il-Gvern.", "Dan il-mod kif ultimately se jkun delivered kważi l-forma mentis li taqra between the lines hija li se tkun delivery bħalma dejjem kellna.", "Nistgħu nitolbu stakeholders biex ikollna l-view tagħhom, però kważi l-iktar consultation rilevanti mas-settur privat hemm barra, irridu niddefinixxu liema parti tas-settur privat, huwa kif jixtieq ikun parteċipi fid-delivery.", "MARIO DE MARCO: Consultation qed issir u qed issir b'mod vast u nixtieqkom tapprezzaw...", "MARIO DE MARCO: Huwa f'livelli differenti.", "Ħalli nibdew bħala reaction tal-public consultation.", "Jien napprezza jekk inħallu lil Michelle u lil Joe jikkonkludu l-preżentazzjoni tagħhom għax, to be fair, għadna fil-bidu tal-objectives jiġifieri lanqas tajnihom il-possibilità li jagħtuna l-presentation fuq l-objectives, għadna lanqas bdejna nidħlu …", "Buhagiar jixtieq jagħmel mistoqsija mbagħad jistgħu jkomplu.", "MARIO DE MARCO: Kollox sew, imma kemm ngħid punt fuq dak li semma l-Onor.", "Brincat dwar ir-reazzjonijiet.", "To be fair – u dan joħroġ mill-feedback tal-public consultations li kellna u kien hemm diversi – il-feedback kien pożittiv ħafna.", "Il-problema hija li xi drabi huwa dak li ma jaqbilx li jikteb, mhux dak li jaqbel.", "Martin Scicluna kiteb, fair enough, u jien nirrispetta l-opinjoni tiegħu, and his concern kien li dan il-pjan ma jeħux biżżejjed into consideration l-issue tal-over development.", "Minn fejn ġej Martin Scicluna, nista' nifhem dan il-concern però jekk kelli nwieġeb għal din il-kritika ngħid li l-pjan innifsu jieħu into consideration l-issue tal-over development għax fil-fatt, parti minn dan il-pjan jitkellem dwar, pereżempju, l-istudju li kien sar tal-housing units meħtieġa bejn is-sena 2000 sas-sena 2020.", "Jekk m'iniex sejjer żball dak l-istudju kien qal li hemm bżonn ta' madwar 43,000 units for residential purposes u jitkellem ukoll dwar il-fatt li bejn is-sena 2000 u s-sena 2010 kienu diġà ġew approvati madwar 3,000 housing units.", "Fil-fatt, jidħol f'affarijiet oħrajn anke mill-aspett ta' bżonn ta' spazju industrijali, l-istudju li sar dwar x'inhu bżonnjuż, uffiċini, kemm ġew approvati u din kienet ukoll waħda mir-raġunijiet għaliex waħda mill-parametri hawnhekk hija ċara li m'aħniex nitkellmu fuq estenzjoni ta' żoni ta' żvilupp.", "Dħalna wkoll fis-sequential approach tal-Gvern which is to lead by example li l-ewwel tibda bil-proposta tar-reuse, jekk ma tistax bir-reuse tmur għal redevolpment u jekk ma tistax bir-redevelopment tmur għal żvilupp fuq vacant property, preċiżament minħabba din il-preokkupazzjoni ta' Martin Scicluna li hija wkoll preokkupazzjoni tagħna.", "Jekk inħarsu lejn il-kritika li saret mill-MDA naraw li hija differenti.", "Dawn qed jgħidu li saret din ir-riferenza hawnhekk fuq kemm kien hemm bżonn housing units, kemm ġew approvati permessi eċċ. però they are questioning the opposite ta' Martin Scicluna.", "Dawn qed jistaqsu jekk huwiex qed isir studju dwar il-vacant property li dejjem tissemma … (Interruzzjonijiet) But totally opposite concerns għax tal-MDA hija dwar kemm mill-vacant property hija verament vacant u kemm mill-permessi li ġew granted ta' 53,000 li jissemmew f'dan ir-rapport fil-fatt ġew żviluppati.", "Anke mal-Kamra tal-Periti kien hemm laqgħa u li marret ukoll b'mod pożittiv, però I'm not saying this in a defensive approach kull wieħed minnhom għamel punti validi, which were also taken note of.", "LEO BRINCAT: Jien is-suġġeriment li għamilt għamiltu proprju biex ikun hemm dak li semma ċ-chairman, a definition of their roles mhux sempliċement biex joqogħdu jerġgħu they recycle dak li kitbu fil-gazzetti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Jien naħseb li qegħdin inħalltu l-objective mal-policies.", "L-objectives huma long term u ma nistax nara għaliex ma jistgħux ikunu on a span of 20 years kif issuġġerixxa proprju ċ-chairman.", "L-oġġettivi jibqgħu l-oġġettivi filwaqt li l-policies jitbiddlu skont iċ-ċirkostanzi.", "It will take years and years biex inti mhux twaqqafha biss imma anke tirriversjaha għax twaqqafha mhux biżżejjed.", "Jiġifieri li ngħidu li nagħmlu pjan bħall-iSPED għal seba' snin għalija ma jagħmilx sens.", "Jiena ngħid li għandna jkollna objectives long term, imbagħad ħalli l-policies we adopt them and revise them kull tant snin għax jinbidlu ċ-ċirkostanzi.", "Jiġifieri I tend to agree li t-timeframe li qed nitkellmu fuqu huwa qasir wisq f'dan il-każ.", "THE CHAIRMAN: Tistgħu forsi tagħtuna r-risposti dwar dawn l-issues the tqajmu qabel ma tkomplu bil-presentation.", "IS-SUR JOE GAUCI: Kif spjegajna qabel, aħna ħarisna lejn is-sena 2020 kemm minħabba l-fatt li l-policies tal-Gvern li ovvjament qegħdin jinfluwixxu fuq dan il-pjan huma sas-sena 2020 u allura bħala milestone ħarisna lejn din is-sena, imma ovvjament napprezzaw li hemmhekk it is just a milestone, jiġifieri veru li t-timeframe tiegħu huwa seba' snin, imma what they are trying to achieve is not achievable in seven years, it is just a transition period over which things will start to work.", "Jiġifieri meta tiġi biex tagħmel review tal-pjan tista' tgħid li pereżempju għar-rigward tal-policy tal-business hubs għadda ftit żmien wisq biex wieħed jara ġietx implimentata jew le.", "Wieħed jista' jara wkoll jekk kienx hemm inizjattivi u inċentivi li m'humiex tal-ippjanar – u hawnhekk hija l-isfida l-oħra li hija ċ-change in mind sets għax aħna mdorrijin b'land use as a sectoral policy u issa qed nibdew naraw a spatial plan li għandu bżonn dimensjoni leġislattiva fiskali biex wieħed ikun vera jista' jimplimenta dawn il-policies.", "Jiġifieri l-mind set ta' kif aħna naħdmu bħala pajjiż, jiġifieri li l-aspett settorali rridu nħalluh u issa nippruvaw nintegraw l-affarijiet flimkien.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma ma naħsibx li hi idea tajba li għax il-policies tal-gvern forsi huma marbutin mas-sena 2020, l-oġġettivi jew il-pjan norbtuhom ma' din is-sena wkoll.", "Naħseb li l-pjan irid ikun ħafna iktar twil.", "Punt ieħor huwa li l-objectives, jekk jista' jkun, fil-kwestjoni tal-ownership irid ikun hemm consensus minn kulħadd fuqhom għax inkella jgħaddi ż-żmien u min jgħid mod u min jgħid ieħor u jispiċċaw jinbidlu.", "Jekk mhux se jkun hemm consensus nazzjonali fuq l-objectives, naħseb lanqas se naslu.", "THE CHAIRMAN: OK, point taken u tistgħu tkomplu bil-presentation.", "MICHELLE BORG: Mela mmorru issa għar-rural area li aħna qegħdin narawha bħala xorta għadha under pressure minn żvilupp li huwa iktar ta' natura urbana allura qisu qed inaqqi mid-distinctiveness tagħha.", "L-enfasi tar-rural area għandha distinct rural landscape, hija area fejn il-prime use huwa agriculture u recreation, kollha flimkien they are also an asset anke għat-turiżmu u fl-istess ħin hija l-area fejn għandna l-iktar natural resources mhux biss iġġib il-bio-diversità nnifisha imma anke l-ilma, il-ħamrija eċċ.", "Hemm imbagħad l-issue ta' fejn sejra l-agrikoltura nnifisha.", "Mela trid tgħin lis-settur agrikolu imma b'element ta' diversifikazzjoni ħalli r-raħħal ikun jista' jkompli jiffjorixxi.", "Fl-istess ħin għandek element ieħor ta' intensification biex inti tkun economically viable, imbagħad ikollok il-konflitti bħal landscape, impatti ta' pollution fil-ground water eċċ. L-istorja tagħna ħallietilna wirt kulturali ta' bini storiku anke fir-rural areas tagħna u sibna li anke sal-ġurnata tal-lum jista' jkun li dan il-wirt ġie effettwat, jew minn abbandun għax forsi hemm restrictions ta' x'potential after use jista' jkollok għax inti billi tagħmel rehabilitation imbagħad ma tużahx se jerġa' jaqa' fi stat ta' abbandun, jew inkella jkollok redevelopment li mhux kompatibbli.", "U wkoll, għalkemm iż-żona rurali, kif għidna hija importanti għar-recreation, jista' jkun li meta jkollok aċċess mhux immaniġġjat, jista' joħloqlok anke problemi f'żoni li huma aktar sensittivi minn aspett ambjentali.", "Issa ħalli naraw x'qed jgħidu l-objectives.", "Dawn qed jgħidu li as a prime user, l-agrikoltura għandha tiġi mħarsa u anke nippromwovu d-diversification għas-settur.", "Fl-istess ħin irridu ngħinu biex ikun hemm aktar efficient use għar-resources.", "Dan anke pereżempju fejn qed ngħidu li fl-agrikoltura ngħinu biex ikun hemm waste management facilities u anke uptake ta' renewable energy infrastructure.", "Iridu jiġu wkoll riabilitati d-degraded natural environment u rridu wkoll nissalvagwardjaw il-cultural natural heritage fil-qafas tal-landscape.", "In terms ta' daqs, il-gżejjer Maltin huma dawk li huma u hemm ċertu żvilupp li huwa bżonnjuż għall-pajjiż li bin-natura tiegħu ma jistax jitpoġġa f'żoni urbani fejn hemm is-settlements, jekk humiex waste management facilities jew utilities oħrajn.", "Aħna nirrikonoxxu li jekk dawn ma jistgħux jiġu akkomodati within the development boundaries iridu jmorru outside the development boundaries allura qed nagħtu direzzjoni ta' kif dan jista' jsir.", "Allura l-objective dejjem huwa li dan it-tip ta' żvilupp ikun f'qafas ta' politika tal-Gvern u anke qed nirrikonoxxu li jista' jkollok incompatible development fejn alternattivi oħrajn mhumiex possibbli.", "Fl-istess ħin irridu nipproteġu u nħarsu r-rural recreational resources.", "Għal dak li jirrigwarda x-xtut u l-baħar nafu li bħala gżejjer niddependu ħafna ...", "THE CHAIRMAN: Jirriżultali minn x'imkien li suppost kellha ssir marine spatial plan imbagħad irriżulta li l-marine spatial plan qed taddottaw waħda li diġà teżisti.", "Qiegħed ngħid sew jew le?", "MICHELLE BORG: Le, il-marine area ...", "THE CHAIRMAN: Però jeżisti marine spatial plan.", "MICHELLE BORG: Le, marine spatial plan ma jeżistix.", "Li teżisti l-fisheries conservation management zone li Malta kienet ilha li ddikjaratha fis-sebgħinijiet biex tħares is-site sa 25 nautical miles mill-base line, u wkoll ġiet addottata fl-EU regulation.", "Sal-ġurnata tal-lum maritime spatial plan m'għandniex, però jeżistu coastal policies li jikkontrollaw l-iżvilupp sa 12 nautical miles qishom the first steps għal maritime spatial plan.", "Fil-fatt għalhekk naraw li hemm konflitti fl-areas li huma low lying għax hemmhekk fejn għandek l-aċċessibilità għall-baħar, kemm jekk se tagħmel sewage treatment plants, kemm jekk se tagħmel reverse osmosis plants u anke jekk se tagħmel recreation, kulħadd imur fejn għandek l-aċċessibilità faċli għall-ilma.", "We need to safeguard existing traditional marine uses li dawn ukoll jista' jkun li jikbru jew jiddiversifikaw fejn għandek il-fisheries jiddiversifika f'akwakultura.", "Hemm ukoll fil-perjodu li qegħdin fih u anke fil-futur, id-domanda għal żvilupp ieħor fil-baħar li huwa relattivament ġdid għall-gżejjer Maltin li huwa marbut ma' renewable energy.", "Fl-istess ħin, għalkemm it-territorju marittimu huwa kbir, xorta għandna l-obbligi li rridu nħarsu r-riżorsi naturali, l-ambjent innifsu, kemm mill-pollution u anke mill-maritime activities.", "Public access fuq il-kosta hija importanti ħafna u qegħdin naraw li hija threatened.", "Issa ġej is-sajf, kulħadd jagħmel il-barbecues u iktar ma jkollok żvilupp qed jieħu partijiet mix-xtut inqas se jkollok locations fejn il-pubbliku jista' jirrikrea ruħu.", "X'qed ngħidu f'dawn l-objectives?", "Qed ngħidu li għandu jkun hemm qafas ta' ppjanar għax-xtut u anke għall-baħar.", "Nibnu fuq dak li bnejna.", "Il-prinċipji ta' maritime spatial planning anke fl-EU huma prinċipji li jekk teħodhom u tqabbilhom ma' tal- coastal zone management tara li huma kważi l-istess, jiġifieri qed nibnu fuq dak li għandna.", "Din il-planning framework qiegħda biex tpoġġi kollox f'kuntest wieħed mhux għandek pjan fejn jista' jsir sajd għalih u l-akwakultura għaliha eċċ. Għandna wkoll numru ta' oġġettivi marbutin ma' infrastruttura ta' enerġija, jekk hijiex energy infrastructure jew fuel storage jew inkella renewables.", "Kollox marbut ma' port facilities jew inkella teknoloġiji ġodda fil-baħar.", "Is-settur tas-sajd għandna nissalvagwardjawh, sajd sostenibbli u anke akwakultura sostenibbli.", "L-implimentazzjoni tal-Marine Directive.", "Din hija direttiva li hija l-environmental pillar tal-EU Integrated Maritime Policy allura qed tgħinek tagħraf x'inhuma l-limits of sustainability in terms ta' uses tal-marine environment ukoll.", "U ovvjament nissalvagwardjaw u nħarsu r-recreational resources.", "Għal dak li jirrigwarda Għawdex hemm l-issue tad-double insularity u dak li jinħass Malta kważi jinħass id-doppju hemmhekk u l-ismall land area tiegħu stess tagħti sfida ikbar in terms tal-economic potential u allura sfida ikbar tisfidak biex tara x'options tista' tagħmel.", "Il-fragmented farmland teżisti f'Malta u f'Għawdex tinħass iktar li tillimita agriculture opportunities.", "Dawn huma issues li ħarġu mid-dokumenti rilevanti in terms ta' eco-Gozo u anke mid-diskussjonijiet mal-Ministeru nnifsu.", "Qed ngħidu wkoll li l-over exploitation tan-natural resources threaten Gozo's distinctiveness.", "Għalkemm in-Northwest ta' Malta huwa wkoll rurali, il-kuntest ta' Għawdex huwa totalment differenti min-Northwest.", "Fejn jidħlu l-objectives, all the strategic objectives japplikaw għal Għawdex, però mbagħad hemm elementi ta' fejn jista' jkun hemm iktar finetuning għar-reġjun.", "Niġu issa għal dak li ħareġ mill-public consultation.", "Għall-public consultation kien hemm media comments, dedicated websites u dedicated e-mail address biex il-pubbliku in ġenerali, min irid jaqra d-dokument u jagħtina l-feedback tiegħu, però actively we used existing fora, anke pereżempju li għandha l-MEPA, mal-ENGOs, mal-MDA, mal-Kamra tal-Periti.", "Through l-meetings mal-MDA – u kellna aktar minn wieħed – kellna meeting mal-Building Industry Consultative Council (BICC).", "Kellna wkoll meetings maċ-Chamber of Commerce, imbagħad stedinna entitajiet oħrajn.", "Ta' min jgħid li mhux kulħadd seta' jattendi u mhux kulħadd attenda.", "Dik tqajmet u d-dokument innifsu wkoll irrikonoxxiha.", "Intalab ukoll li l-objectives ikunu forsi iktar b'saħħithom fir-reverse, past trends u mhux minn mindu jiġi fis-seħħ id-dokument 'il quddiem.", "Imbagħad daħlu mill-ewwel fuq kif se jiġu mplimentati u l-aktar li nteressahom huwa kif se jiġu engaged in terms ta' kif se jiġu fformolati l-policies.", "Talbu policies li huma diretti, ċari; x'jista' jsir u x'ma jistax isir.", "Talbuna policies li huma flexible li xorta jħalluhom jagħmlu ċerti affarijiet to encourage economical activities.", "Jiġifieri l-polarities kienu varji.", "Kien hemm min ikkummenta li għandek tagħmel staggering tad-development permits sakemm mhux anke kwazi moratorium; tgħid 1,000 permess għal dwelling permits fis-sena.", "Kien interessanti wkoll li pereżempju kien hemm min ħass li forsi ż-żmien biex jiġi fformolat il-pjan mhuwiex biżżejjed biex ikun hemm l-engagement totali tagħhom.", "Kien hemm min offra l-ħin tiegħu biex jiġi mat-team u joqgħod jikteb il-policy, imma kif għedna, il-pjan irid jirrifletti mhux biss settur wieħed jew ċerti setturi, imma s-setturi kollha u l-pubbliku in ġenerali quddiem l-objectives tal-pajjiż innifsu.", "Allura l-isfida li għandna hawnhekk u li tqajmet diġà f'din il-laqgħa hija kif se nagħmlu l-engagement sew.", "Ma nistgħux nagħmlu public consultation, titfa' d-dokument u tieħu l-feedback, irridu nkunu iktar proactive, irridu mmorru għand in-nies in terms tas-setturi u mhux ngħidulhom li dan huwa d-dokument, għidulna x'taħsbu, imma ngħidulhom li dan huwa dak li qed naħsbu li jista' jsir u nitolbuhom jgħidulna x'opinjonijiet għandhom.", "Jiġifieri l-final document li se jitla' għall-approval se jkun jirrifletti l-qafas nazzjonali jew il-pożizzjonijiet nazzjonali.", "Hija sfida għalina wkoll.", "Hawnhekk issa għandna żewġ slides biex nagħtu togħma ta' kif jista' jkun li se nifformolaw il-policies.", "Ħadna pereżempju l-policy li nżidu l-urban green open spaces li anke toħroġ mill-NEP.", "It-togħma hija ta' speċi kif se norbtu l-environmental mas-socio-economic fiha.", "Kif qed naraw l-urban green spaces aħna, x'funzjoni għandhom u mhux sempliċement bħala recreational space, jista' jkollok żoni li jgħinu anke l-istrateġija ta' biodiversità at a national level għax jistgħu jkunu lungs ukoll għall-biodiversità.", "Jista' jkun hemm areas, mhux kullimkien imma speċjalment fejn hemm flooding, li tista' tagħmel catchment.", "Jiġifieri hawnhekk qed naraw kif nistgħu ndaħħlu l-idea ta' green infrastructure, the way we develop mhux just where.", "U kif jista' jsir?", "Forsi nipproponu li f'major development schemes ikun hemm minimum provision ta' urban open space li jkun ukoll green.", "Il-greenery innifsu tal-green open spaces ibiddillek il-micro climate, jiġifieri tgħinek ukoll anke mil-lat li we are an ageing population u l-anzjani li jkunu jridu joħorġu barra mid-djar għax ma jridux jixegħlu l-air condition isibu areas fejn hemm shading u jkunu jistgħu jgħidu kelma flimkien.", "Rigward iż-żona marittima għalkemm għidna li sa 12 nautical mile hija l-kosta, nirrikonoxxu li ħafna mill-pressures ġejjin fl-area close to the shoreline.", "Il-Water Framework Directive (WFD) titolbok timmaniġja l-ilma tiegħek kostali up to a nautical mile mill-baseline u qed timmaniġja l-activities biex inti jkollok good ecological status.", "Allura qed ngħidu li għandna naraw il-maritime coast up to a nautical mile x'sinerġiji nistgħu norbtu bejn l-ippjanar u l-obligations anke ambjentali u l-programme of measures li l-pajjiż għandu in terms ta' meeting id-WFD.", "Fl-istess ħin qed nissalvagwardjaw dawk l-activities li diġà qegħdin hemm li bilfors iridu jkunu hemm, ma jistax ikollok reverse osmosis plant x'imkien ieħor jekk mhux fuq il-kosta, jew port jekk mhux fuq il-kosta, jew marina jekk mhux fuq il-kosta.", "Fl-istess ħin qed indaħħlu l-element li fejn qiegħed fil-baħar inti trid tieħu l-kuntest ta' x'għandek faċċata in terms tat-terrestrial part.", "Up to 12 nautical miles qed nagħtu direzzjoni li hawnhekk se nippromwovu aquaculture, renewable energy u anke opportunitajiet ta' R&D fejn nistgħu nippromwovuhom.", "L-aħħar element tat-25 nautical miles l-iSPED ma tantx jista' jagħti daqshekk guidance għax spatial planning bħala liġi ma taħdimx 'il barra mit-12 nautical miles; barra mit-12 nautical miles taħt il-Law of the Sea kulma nistgħu nikkontrollaw huma activities marbutin ma' fisheries u s-seabed and subsoil u relatati magħhom allura l-environmental impacts.", "Il-fatt li qed indaħħluhom f'dan il-pjan qed nitfgħuhom f'qafas u allura dak li qed jiġri anke sa 12 nautical miles jista' jkun jeffettwa dak li qed isir fuq barra wkoll.", "Dawn huma l-ideat li qegħdin naħsbu fuqhom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "PHILIP MIFSUD: Nixtieq nibda bil-fatt li nnutajt li t-terminoloġija li sal-lum prattikament nużaw dik li hija within scheme u outside development zone (ODZ) qed iċċedi għal terminoloġija ġdida urban area, rural area, coastal area u naħseb li dik hija xi ħaġa pożittiva għaliex ħafna drabi l-fatt ta' ODZ xi nies jew entitajiet kienu kważi jabbużaw minnha għax jgħidu hawnhekk isimha magħha outside development zone meta fil-fatt rural area mhuwiex minnu li hija ODZ għax xi żvilupp jew tipi ta' żvilupp ikunu bilfors f'rural area.", "Ma fhimtx imma għalfejn poġġejtu lil Għawdex qisu fl-istess livell ta' urban area, rural area u coastal marine area għaliex Għawdex għandu l-urban area, ir-rural area u l-coastal marine area allura naħseb li għandu jinqata' barra.", "Naħseb li għandu jkun hemm section fuqu d-double insularity u li semmejt inti imma mhux fl-istess livell ta' dik it-terminoloġija li qed tintuża.", "Ħalli issa nikkumenta ftit fuq residential areas.", "Hawnhekk irrid ngħid li ma naqbilx ma' min għamel is-suġġeriment ta' capping għax hemm overriding issues oħra li jiddeterminaw x'tip ta' żvilupp isir jew kemm ikun hemm supply, għax is-supply and demand naħseb li huma issues li jiena personalment fl-aħħar xhur, biex ma ngħidx snin, esperjenzajthom għax kien hawn min kien qed jaħseb fuq żvilupp u għax induna li hawn supply forsi żamm lura jew bidel il-linja tal-ħsieb.", "Imma anke minn żmien għal żmien nisimgħu, u anke hawnhekk tidħol, pereżempju l-issue ta' penthouses, semi-basements u building heights.", "Qed tidħol ukoll il-kelma ta' overdevelopment u jingħataw raġunijiet ta' rifjut sempliċement għaliex jgħidu li dak ikun overdevelopment.", "Jien se nagħmel punt li forsi huwa kontra l-linja li hawn f'dan id-dokument għax jien nemmen li irrispettivament minn ċerti deċiżjonijiet li ttieħdu fil-passat jekk kenux tajbin jew le, naħseb li qegħdin f'punt ta' no return in terms of building.", "Ħalli nispjega lili nnifsi.", "Jien naħseb li din hija r-reazzjoni ta' pressure li ġejja mir-residenti li ħafna drabi tista' tkun ġustifikata.", "Nieħu pereżempju Ħ'Attard – jien inkun spiss hemmhekk – fejn issib toroq li għandek terraced houses li huma two floors uniformi imbagħad tibda minn żmien għal żmien tara telgħin developments ta' four to five floors; semi-basement, three floors u penthouse.", "U jkun hemm reżistenza għalihom, biss jiena nibża' li jekk ikun hemm rethinking u dik il-height limitation tmur lura għal li kienet qabel, min illum qed jopponi għal dak id-development, għada pitgħada meta anke hu se jħoss il-bżonn tiegħu se jħoss li kien ippenalizzat darbtejn; ippenalizzat l-ewwel darba għax in-next door neighbour tiegħu għamel żvilupp u lilu għattielu x-xemx, id-dawl u sab appoġġ għoli ma nafx kemm-il sular maġenbu, u jerġa' jiġi penalizzat meta jiġi rifjutat lilu l-iżvilupp – inevitabilment kuħadd ikollu bżonn għax fl-aħħar mill-aħħar xi darba se jiġi biex ibigħ il-proprjetà u l-valur tagħha huwa marbut mal-potenzjal tagħha – u l-potenzjal tiegħu jkun naqas.", "Dak huwa l-punt li ridt nagħmel fuq l-urban area.", "Għar-rigward ta' rural area ħadt pjaċir immens nisma' ċerti prinċipji related ma' agriculture għax naħseb li dik hija l-linja ta' ħsieb li rridu nieħdu u li rrid ngħid hija differenti.", "Ma fhimtx għalfejn pereżempju ma' agriculture ġiet inkluża r-recreation, ma nafx jekk itteħidx in consideration f'rural areas il-fatt li qed ikun hemm domanda ta' alternative energy generation u ma nafx x'pożizzjoni se tittieħed fuqha.", "Ma nafx ukoll jekk kenitx slip jew le fejn f'instance minnhom semmejtu \"development zone\" vis-à-vis urban area għax kif għedt fil-bidu, dan id-dokument ma jagħmilx riferenza għal development zone imma qed jirriferi għal urban jew rural areas – xi ħaġa li naqbel magħha – imbagħad f'punt minnhom sibt riferenza għaliha.", "Prattikament dawk huma l-punti li ridt nagħmel.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: L-ewwel nett irrid ngħid li ma naqbilx mal-Onor.", "Mifsud dwar Ħ'Attard.", "Jien noqgħod Ħ'Attard u naħseb li l-MEPA rnexxielha tirvinalna Ħ'Attard, imma mhux fuq hekk ridt nitkellem.", "Xtaqt nistaqsi x'kien il-proċess li permezz tiegħu sar dan il-pjan.", "Jekk qed tkellmuna fuq l-agrikoltura, intom mortu għand l-agrikoltura, staqsejtuhom x'inhuma l-pjanijiet tagħhom għall-20 sena li ġejjin, huma qalulkom l-ideat tagħhom and you took them on board u daħħaltuhom fil-pjan, jew the other way round?", "Ħsibtu intom kif għandha tiżviluppa l-agrikoltura u mortu għandhom bl-ideat tagħkom?", "MICHELLE BORG: Din hija marbuta anke mal-common agricultural policy fejn l-agrikoltura hija kkunsidrata bħala parti mir-rural development, jiġifieri mhux bħala a sectoral approach.", "Aħna tkellimna magħhom, qalulna x'miri għandhom u x'jixtiequ għad-diversification tal-agrikoltura, diversification anke marbuta ma' faċilitajiet relatati ma' turiżmu.", "Huma jridu li l-agrikoltura tibqa' ħajja anke ekonomikament, mhux tinbidel jew tintilef.", "Għal dak li jirrigwarda r-renewable energy mal-farm building dik ħarġet mingħandna ...", "CHARLES BUHAGIAR: Jien li qed ngħid nistaqsi huwa jekk mortux intom fil-ministeri tistaqsuhom x'inhuma l-policies tagħhom għall-futur and you took those on board imbagħad … ?", "(Interruzzjonijiet) Jien nixtieq inkun naf minn fejn ġiet l-affari jekk hux mingħandhom jew mingħandkom.", "U qed nistaqsi dan għax waħda mill-affarijiet li wieħed irid jirrealizza fejn jirrigwarda l-agrikoltura hija li għalkemm huwa tajjeb li l-agrikoltura nitkellmu fuqha bil-mod li qed nitkellmu, fir-realtà din qed tonqos f'pajjiżna u l-full time farmers qed jonqsu u allura rridu nagħmluha possibbli li l-part-time farmers joperaw.", "Kif inhuma llum il-policies tal-MEPA huwa diffiċli ħafna biex jopera part-time farmer u jekk l-agrikoltura tmur lura se jkollha effett ambjentali qawwi ħafna għax ikollna l-iżdingar fir-raba' tagħna, jiġifieri definitely rridu nħarsu lejha b'dan il-mod.", "Dwar il-kwestjoni tal-land fragmentation, naħseb li kulħadd jaqbel li m'għandux ikun hemm land fragmentation imma jrid ikun hemm liġi fil-pajjiż.", "Barra minn Malta hemm il-liġijiet kontra l-land fragmentation.", "Din ma toħroġx mill-MEPA imma toħroġ minn liġi li trid issir fil-Parlament li ma tippermettix land fragmentation lanqas fil-wirt.", "Jiġifieri dawn huma affarijiet li rridu nħarsu lejhom u ma nafx jekk intom dħaltux f'dawn l-issues.", "(Interruzzjonijiet) Imma l-liġi sal-lum tippermettih dan; m'hemm xejn fil-liġi tagħna li tgħidlek li ma tistax taqsam għalqa.", "MICHELLE BORG: Bħala proċess min-naħa tagħna rajna l-affarijiet u anke x'hemm bħala policy directions u anke x'issues hemm fiż-żoni rurali.", "Tkellimna mal-Ministeru u mad-Dipartiment konċernat u dak li hemm miktub huwa hybrid tat-tnejn għax sa ċertu punt, anke fid-diskussjonijiet li kellna magħhom, aħna kellna l-vantaġġ li konna diġà bdejna nisimgħu setturi u ministeri oħrajn u allura bdejna naraw links li jistgħu jitteppjaw huma wkoll.", "CHARLES BUHAGIAR: Fil-fatt dan huwa li kont qed nipprova ngħid.", "Ladarba tistabbilixxi fejn iridu jmorru s-setturi kollha, imbagħad issib bilanċ fil-planning tiegħek biex takkomoda lil kulħadd b'xi mod jew ieħor.", "Naħseb l-eżerċizzju hemm irid iwassalna.", "MICHELLE BORG: U għal dak li jirrigwarda l-land fragmentation, mill-meetings li kellna, anke minn public consultation, bdejna nirrealizzaw li ħafna mill-issues ma jirrigwardjawx a planning policy li tista' tagħmel jew a development application imma huma operations oħrajn.", "Fil-fatt anke bdejna naraw jekk huma relatati ma' funding xi strumenti jeżistu li nistgħu nitteppjaw EU funds tkun tista' anke tiffaċilita large scale projects, fejn jidħlu anke affarijiet ta' ownership u land consolidation, jiġifieri extra support li nistgħu nitteppjaw wara li nkunu rajna kollox f'daqqa u x'potenzjal jista' jkun hemm.", "THE CHAIRMAN: Meta taħsbu li jkollna l-implementation plan bħala dokument?", "MICHELLE BORG: Iċ-challenge tal-implementation ukoll hija mhux sempliċement … One issue li kien hemm anke fl-structure plan huwa t-timing.", "Meta ħareġ l-istructure plan kien hemm 20 year period u t-tendenza kienet li ma kienx hemm phasing.", "Issa li qed nippruvaw naraw huwa anke kif se nifformulaw il-policies, norbtuhom anke ma' policies oħrajn li huma marbutin ma' targets u ma' timeframes jew phasings, li inti stess bħala policy tkun qed tgħidlek mela \"din\" bilfors trid issir sa 2016, imbagħad aħna stess irridu naraw liema huma l-key priority areas.", "THE CHAIRMAN: L-implementation plan irid jitla' Kabinett ukoll?", "IS-SUR JOE GAUCI: Iva, għax se jkun parti mill-pjan.", "THE CHAIRMAN: Tistgħu issa, jekk jogħġobkom, tindirizzaw il-mistoqsijiet tal-Onor.", "Jien naħseb li kien qed jispera li din in-nomenklatura ġdida se tagħti aktar opportunità għal ċertu użu fl-outside development area!", "PHILIP MIFSUD: Jien kien idejjaqni l-fatt li anke meta jkun hemm żvilupp li fl-opinjoni ġenerali, biex ma ngħidx tiegħi, huwa ġustifikat li se jsir f'dik iż-żona li llum imsejħa barra miż-żona tal-iżvilupp, anzi forsi iktar minn ġustifkat ma jistax isir f'post ieħor, kien hawn min jabbuża minn dak it-terminu u jgħid li this is an ODZ.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nikwalifika ftit din il-mistoqsija.", "Il-liġi tal-MEPA titkellem ħafna b'mod kategoriku fuq ODZ.", "Jekk f'daqqa waħda se naddottaw nomenklatura ġidida, kważi, l-konsegwenza hija li trid tinbidel il-liġi tal-MEPA.", "Illum lanqas tista' tissanzjona xi ħaġa li qed tagħmel f'ODZ.", "Jiġifieri daqshekk hija kategorika l-liġi.", "IS-SUR JOE GAUCI: Jekk forsi nistgħu nispjegaw l-ideat tagħna għar-rural area.", "L-Onor.", "Mifsud qal li aħna semmejna agriculture u recreational.", "Aħna nħossu li dawk huma two legitimate uses fir-rural area.", "PHILIP MIFSUD: X'tip ta' recreation?", "IS-SUR JOE GAUCI: Essenzjalment fejn imorru jirrilassaw u jirrikkreaw irwieħhom in-nies tagħna fil-weekends.", "PHILIP MIFSUD: Mela jekk jista' ikun iddistingwuhom għax jista' jkun hawn min ikun irid xi tip ta' żvilupp għar-recreation mhux b'mod kif qed tgħidu intom, nazzjonali, imma forsi iktar personali jew familjari u jipprova jilbes il-libsa ta' agricultural.", "THE CHAIRMAN: Jien qed nieħu gost għaliex waħda mid-domandi li kelli imniżżlin hawnhekk kienet li fl-objective document, id-definizzjoni tagħkom ta' recreation kien pjuttost magħluq, jiġifieri, hiking, camping, tgħid li kważi lanqas jinkwadraw.", "Huwa tajjeb li qed jinkradwaw però ma jidhirx f'dan id-dokument.", "IS-SUR JOE GAUCI: Ovvjament, marbut mal-agrikoltura hemm id-diversifikazzjoni.", "Jiġifieri, hemmhekk id-diversifikazzjoni se jipprova jiftaħlek opportunitajiet biex l-agricultural use of land li semma l-Perit Buhagiar nippruvaw inżommuhom ħajjin u nippruvaw niddersifikawhom biex nagħmluhom ekonomikament vijabbli.", "Affarijiet, kif semma l-Ministru u Michelle, bħal turiżmu, agro turiżmu, visitor attractions, dik l-idea li l-farms, jekk għandna farms, nippruvaw inżommuhom ħajjin u nagħtuhom dawk l-użi li jekk bħalissa qed isibu problemi biex isalvaw...", "MARIO DE MARCO: Isiru iktar vijabbli.", "IS-SUR JOE GAUCI: Eżattament.", "Kif semmiet Michelle ukoll, l-idea li norbtu iktar ma' EU funding.", "Aħna nafu li ġej programing period 2014 – 2020.", "Aħna, dan il-pjan qed narawh li jista' iservi ta' xprun biex l-inizjattivi li pajjiżna jista' jieħu fil-programing periods, ikunu marbutin u infasslin in an integrated urban strategy.", "(Interruzzjonijiet)", "Sal-lum, l-istructure plan ma jitkellimx fuq hekk, imma ma nimmaġinax li jkun hemm xi ħaġa li tieħu postu li ma teħux pożizzjoni fuq dan.", "IS-SUR JOE GAUCI: Fuq renewable energy infrastructure, aħna ħarisna lejn dak li qed tgħid l-energy policy li qegħdin nistennew li tiġi magħluqa biex ovvjament ikollna iktar informazzjoni ta' lejn fejn sejrin.", "S'issa l-idea hija, u anke minn artikli riċenti, li qed inħarsu lejn offshore wind bħala large scale renewable energy infrastructure.", "Nafu li bħalissa hemm ħafna inizjattivi għaddejjin relatati ma' large scale solar farms u nafu wkoll li kien għaddej xi xogħol relatat ma' identifikazzjoni ta' siti, imma għandna wkoll opportunitajiet oħrajn li ma rridux ninsew.", "Għandna pereżempju, ż-żoni industrijali tagħna.", "Għandna bejn wieħed u ieħor xi 1.6 miljun metru kwadru ta' soqfa li wieħed jista' juża biex jagħmel large scale solar farms.", "Jiġifieri għandna opporunitajiet, għandna l-iskejjel u anke binjiet tal-Gvern, imma mbagħad wieħed irid jara fejn se jakkomoda dawn it-tip ta' affarijiet.", "PHILIP MIFSUD: Jiġifieri jekk nista' ninterpreta dak li qed tgħid inti, il-linja tal-ħsieb hija li nibqgħu nisfruttaw is-soqfa li għandna qabel ma nikkunsidraw ...", "MICHELLE BORG: Għandek phasing.", "Fuq renewable energy, l-objective qed jaraw mela, fl-urban area, integration mal-bini, small scale infrastructure ukoll u anke l-idea li noħolqu a design framework jiġifieri fejn għandek bini ġdid, innovation, marbuta mal-energy efficiency regulations ukoll.", "Fejn għandek rural area, qed norbtuha ma' dawk l-acceptable uses u anke ma' farms tar-raħħala.", "Smajna wkoll b'iniżjattivi marbutin kemm ma' greenhouses u anke mas-soqfa ta' fejn għandek il-bhejjem ukoll.", "Imbagħad għandek il-baħar, fejn qed naraw potenzjal għal-large scale u potenzal għall-R&D. Jiġfieri aħna qed naraw li Malta, apparti milli nissodisfaw l-energy demands tagħna u l-miri tal-renewables, there is maybe potential – għad irridu naraw kif nistgħu nagħmluha – li jsir marketing ta' Malta bħala testing ground għal teknoloġiji ġodda.", "Bħall-proposta li hemm bħalissa tal-wind farm, jista' ikollok affarijiet oħrajn.", "Il-Mediterran huwa ikbar minn Malta u jekk aħna namministrawhom sew within the twelve nautical miles nistgħu anke nilħqu l-miri relatati ma' R&D.", "IS-SUR JOE GAUCI: U jekk għandna problema ta' spazju fuq l-art, fil-baħar suppost li għandna iktar spazju.", "PHILIP MIFSUD: Tistgħu forsi tirrispondu fuq il-punti li għamilt dwar l-urban area relatati ma' cappings, semi-basements, penthouses, eċċ?", "IS-SUR JOE GAUCI: Ovvjament nafu li hemm continuum ta' ideat u continuum ta' possibilitajiet li wieħed jista' jadotta biex jindirizza l-problemi li semmejna.", "Naħseb li f'dan l-istadju huwa prematur li wieħed jgħid li se nżidu jew innaqqsu l-heights.", "Wieħed irid jara, anke ħolistikament meta niġu għall-implimentazzjoni tal-pjan, x'iniżjattivi oħrajn nistgħu nieħdu.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nieħdu l-aħħar mistoqsija tal-Onor.", "Jien naħseb li għandna bżonn session oħra dwar dan is-suġġett.", "CHARLES BUHAGIAR: Intom hawnhekk korrettament qed tgħidu li meta niġu biex niżviluppaw l-areas urbani għandna nipprovdu open spaces għar-rikreazzjoni tan-nies.", "Se nesproprjaw l-art u nagħmluhom ġonna?", "M'iniex qed nifhem il-kunċett.", "Jew qed tgħidu bħal meta għamilna l-ischeme extensions, il-MEPA kien imissa ġiegħlet lil min kellu l-art iħalli biċċa biex jagħmilha square u llum imlenja kullimkien bil-bini?", "MICHELLE BORG: Hemm options differenti u għalhekk semmejna l-possibilità ta' fondi mill-Unjoni Ewropea.", "Fejn għandek żoni li jidentifikaw li m'għandekx biżżejjed open space u hemm kwestjonijiet relatati ma' congestions, etc, and there is potential for large scale redevelopment, naraw jekk hemmx possibilità li nużaw fondi mill-Unjoni Ewropea.", "Dan id-dokument, kemm se jkun dettaljat f'din il-policy?", "Se tkun ġenerika?", "Għax hemm ukoll issue oħra.", "Il-proprjetà il-ħin kollu hija akkwistata u negozjata u naħseb li waħda mill-affarijiet li għandna obbligu li nagħtu huwa indikazzjoni ċara lil min se jinvesti, jew se jiret proprjetà, eċċ. Jiġifieri xi ħaġa bħak din ma tistax tkun daqstant ġenerika.", "IS-SUR JOE GAUCI: Naqbel miegħek li ma tistax tkun ġenerika u l-idea tagħna hi li meta se ikollna l-policy fuq dawn it-tip ta' aspetti trid tkun intenzjonata li tagħti direzzjoni.", "Għalhekk, qabel konna qed nitkellmu fuq l-urban hierarchy, allura għandna qisu idea ta' prioritization ta' fejn huma dawn l-areas li għandna problemi soċjali, ekonomiċi, anke fiżiċi, fejn wieħed irid forsi jipprova jindirizza dawn it-tip ta' aspetti.", "Naħseb li l-punt huwa li hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq land use document imma qed nitkellmu fuq xi ħaġa iktar integrata u ħolistika, jiġifieri qed naraw l-aspett fiżiku – li huwa importanti – mal-aspett soċjali u dak ekonomiku ma' affarijiet li wkoll irridu nintegraw f'dan il-pjan.", "Naħseb li għalina li qed nagħmlu l-pjan hija sfida, imma hija sfida wkoll għal min se juża l-pjan, li jekk se nitkellmu fuq riġenazzjoni fiżika, jekk inti ma tagħmilx riġenerazzjoni soċjali u ekonomika se tibqa' fejn kont.", "Illum jeżistu opportunitajiet.", "Jekk inti tħares anke f'livell tal-Unjoni Ewropea lejn il-funding mechanisms li jeżistu tara li jeżistu fondi fl-ERDF u fl-ESF li wieħed jista' jitteppja.", "U l-integrated approach proprju huwa aspett importanti fil-mod ta' kif jiġi strutturat il-funding tal-Unjoni Ewropea.", "Jien naħseb li din hija l-isfida għalina lkoll.", "THE CHAIRMAN: Ejjew nieqfu hawn għal-lum.", "Nippruvaw niskedaw laqgħa oħra mbagħad neżawrixxu kollox.", "(Interruzzjonijiet) Hekk qed jgħiduli; forsi nistgħu naqbżu ġimgħa.", "Jidher li t-Tnejn, 28 ta' Mejju huwa tajjeb għal kulħadd.", "Nirringrazzjakom u naġġorna l-Kumitat.", "Fid-8:55p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120509_009d_dpc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 9 ta' Mejju, 2012.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:10 p.m.", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett, Chairman tal-Kumitat, ippresjeda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Leo Brincat u l-Onor.", "Preżenti wkoll kien hemm l-Onor Mario de Marco, Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, u l-Onor.", "SKUŻATI", "L-Onor.", "Ċensu Galea kien fuq xogħol parlamentari ieħor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 7 li saret fit-2 ta' Mejju 2012 kienu konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR ID-DOKUMENT LI JISTABBILIXXI L-OĠĠETTIVI TAL-ISTRATEGIC PLAN FOR ENVIRONMENT AND DEVELOPMENT (SPED)", "Il-Kumitat stieden lill-Onor.", "Mario de Marco, Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, li kien akkumpanjat mill-Avukat Jesmond Schembri, Kap tas-Segretarjat, l-Avukat Marie Louise Mangion, Kap tat-Tourism and Sustainable Development Unit fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, is-Sinj.", "Michelle Borg, kordinatur ta' dan il-proġett fil-Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, u s-Sur Joe Gauci, Unit Manager fl-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar, sabiex jagħmlu preżentazzjoni lill-Kumitat dwar l-oġġettivi ta' din l-istrateġija.", "L-Onor.", "Leo Brincat issuġġerixxa li bil-qbil tal-Kumitat u b'modus operandi li jissuġġerixxi ċ-Chairman, isiru xi żewġ seduti fejn fihom il-Kumitat ikun jista' jisma' l-veduti tan-nies li wrew interess fis-suġġett.", "Fid-8:55 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn, 28 ta' Mejju 2012 fis-7:00 p.m. bl-istess aġenda.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRMAN TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120509_009m_dpc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 64", "It-Tlieta, 15 ta' Mejju 2012 fis-6:30 pm", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 15 ta' Mejju, 2012 fis-6:30pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni marbuta ma' Mozzjoni Nru. 301 ippreżentata fl-20 ta' April 2012 mill-Onor George Vella u mill-Onor Luciano Busuttil dwar ir-Rappreżentant ta' Malta għall-Unjoni Ewropea", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120515_064a_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 15 ta' Mejju 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:35 p.m.", "L-Onor Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Preżenti wkoll kien hemm l-Onor Joseph Falzon, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor Jeffrey Pullicino Orlando.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Kumitat ta l-permess sabiex fotografi u cameramen ta' diversi ġurnali u stazzjonijiet ikun jistgħu jieħu ritratti u filmat tal-ewwel parti tal-laqgħa.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 63 li saret fis-16 ta' April 2012 kienu konfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-PRESIDENT", "Il-President ippreżenta lill-Membri u poġġa fir-records tal-Kumitat dawn id-dokumenti:-", "Dokument 1067 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Unjoni Ewropea tal-Kostituzzjoni u r-Regoli ta' Proċedura emendati tal-Grupp Internazzjonali ta' Studju fuq il-Gomma (13123/2011 – C7-0332/2011 – 2011/0116(NLE)) - P7_TA-PROV(2012)0098;", "Dokument 1068 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-Programm ġenerali \"Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni\" (06444/2/2012 – C7-0072/2012 – 2009/0127(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0105;", "Dokument 1069 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (COM(2010)0484 – C7-0265/2010 – 2010/0250(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0106;", "Dokument 1070 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/KE fuq il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-esposizzjoni ta' ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (It-18-il Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (COM(2012)0015 – C7-0020/2012 – 2012/0003(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0107;", "Dokument 1071 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar Kooperazzjoni Amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa (COM(2011)0730 – C7-0447/2011 – 2011/0330(CNS)) - P7_TA-PROV(2012)0108;", "Dokument 1072 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja (2012/2581(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0112;", "Dokument 1073 Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 lill-Kunsill dwar il-modalitajiet għall-istabbiliment possibbli ta' Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija (EED) (2011/2245(INI)) - P7_TA-PROV(2012)0113;", "Dokument 1074 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar ir-rapport ta' progress 2011 dwar it-Turkija (2011/2889 (RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0116;", "Dokument 1075 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) - Rapport Annwali 2010 (2011/2186(INI)) - P7_TA-PROV(2012)0119;", "Dokument 1076 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar ir-Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE: Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE (2011/2182(INI) - P7_TA-PROV(2012)0120;", "Dokument 1077 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2012 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (COM(2010)0794 – C7-0005/2011 – 2010/0380(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0121;", "Dokument 1078 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mat-Trattat ta' Ħbiberija u Kooperazzjoni fl-Asja tax-Xlokk (07434/2012 – C7-0085/2012 – 2012/0028(NLE)) - P7_TA-PROV(2012)0122;", "Dokument 1079 Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2012 dwar il-ħut bħala ġid komuni - P7_TA-PROV(2012)0129;", "Dokument 1080 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar ta' ftehim volontarju dwar sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, governanza u kummerċ tal-injam u l-prodotti magħmulin minnu fl-Unjoni Ewropea (FLEGT) (14034/2011 – C7-0046 /2012 – 2011/0127(NLE)) - P7_TA-PROV(2012)0131;", "Dokument 1081 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (11104/2011 – C7-0241/2011 – 2011/0160(NLE)) - P7_TA-PROV(2012)0132;", "Dokument 1082 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar l-użu u t-trasferiment tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri lid-Dipartiment tas-Siġurtà Interna tal-Istati Uniti (17433/2011 – C7-0511/2011 – 2011/0382(NLE)) - P7_TA-PROV(2012)0134;", "Dokument 1083 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) (COM(2011)0121 – C7-0092/2011 – 2011/0058(CNS)) - P7_TA-PROV(2012)0135;", "Dokument 1084 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (COM(2011)0169 – C7-0105/2011 – 2011/0092(CNS)) - P7_TA-PROV(2012)0136;", "Dokument 1085 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' April 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III – Il-Kummissjoni (08136/2012 – C7-0088/2012 – 2012/2011(BUD)) - P7_TA-PROV(2012)0138;", "Dokument 1086 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' April 2012 dwar l-immodernizzar tas-sistemi ta' edukazzjoni għolja fl-Ewropa (2011/2294(INI)) - P7_TA-PROV(2012)0139;", "Dokument 1087 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' April 2012 dwar is-sitwazzjoni f'Burma/il-Mjanmar - P7_TA-PROV(2012)0142;", "Dokument 1088 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' April 2012 dwar l-assigurazzjoni ta' ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 (2011/2307(INI)) - P7_TA-PROV(2012)0146; u", "Dokument 1089 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' April 2012 dwar ir-rieżami tas-6 Programm ta' Azzjoni Ambjentali u l-istabbiliment tal-prijoritajiet għas-7 Programm ta' Azzjoni Ambjentali - Ambjent aħjar għall-ħajja aħjar 2011/2194(INI) - P7_TA-PROV(2012)0147.", "DISKUSSJONI MARBUTA MA' MOZZJONI NRU.", "301 IPPREŻENTATA FL-20 TA' APRIL 2012 MILL-ONOR GEORGE VELLA U MILL-ONOR LUCIANO BUSUTTIL DWAR IR-RAPPREŻENTANT TA' MALTA GĦALL-UNJONI EWROPEA", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-President tal-Kumitat stqarr li din il-laqgħa kienet intiża sabiex tiġi stabbilita l-proċedura li fuqha se jimxi l-Kumitat u ppropona li l-Kumitat jimxi fuq l-istess linji gwida li l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra kien fassal għar-rigward ta' xhieda fil-hearings tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "L-Onor George Vella ressaq ilment dwar l-istqarrija għall-istampa (PR 1091) maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fl-14 ta' Mejju 2012 għax il-kliem li ntuża kien attentat ta' intimidazzjoni fil-konfront tal-Oppożizzjoni fir-rwol tagħha li tagħmel skrutinju tax-xogħol tal-Gvern.", "Il-President tal-Kumitat iddikjara li huwa diġà għamel stqarrijiet fejn ċaħad l-allegazzjoni li saret xi laqgħa bejnu u r-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin ressaq din il-lista ta' wieħed u għoxrin xhud f'din l-ordni:-", "Lawrence Gonzi K.U.O.M, LL.D., M.P., Prim Ministru kif ukoll Ministru responsabbli mid-Difiża mit-23 Marzu 2004 sal-lum;", "Michael Frendo LL.D., LL.M., M.P., Ministru tal-Affarijiet Barranin bejn it-3 ta' Lulju 2004 u l-10 ta' Marzu 2008;", "Tonio Borg LL.D., M.P., Vici Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin mit-12 ta' Marzu 2008 sal-lum;", "in-Nutar Anthony Abela, N.D., M.P., Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru bejn it-23 ta' Marzu 2004 u s-7 ta' Marzu 2008;", "Dr Godwin Grima, Segretarju Permanenti fl-Ufficcju tal-Prim Ministru bejn il-25 ta' Mejju 2004 u l- 10 ta' Jannar 2005; Segretarju Permanenti Principali fl-Ufficcju tal-Prim Ministru mill-11 ta' Jannar 2005 sal-lum kif ukoll Segretarju tal-Kabinett mill-11 ta' Jannar 2006 sal-lum;", "l-Ambaxxatur Richard Cachia Caruana, Aġent Delegat Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea bejn it-23 Marzu 2004 u 30 April 2004; Rapprezentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Mejju 2004 sal-lum;", "l-Ambaxxatur Tarcisio Zammit, Aġent Delegat Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea bejn l-1 ta' April 2003 u t-22 ta' Marzu 2004; Rapprezentant fil-Kumitat dwar Politika u Sigurta' talUnjoni Ewropeja bejn it-23 ta' Marzu 2004 u l-31 ta Lulju 2008;", "is-Sur Joseph Caruana Direttur (Materji Difiża) fl Ufficcju tal-Prim Ministru bejn it-2 ta Mejju 2003 u l-1 ta' Ottubru 2006;", "il-Maġġur (preżentement Brigadier) Martin Xuereb - Attache' dwar Common and Foreign Security Policy mis-16 Awissu 2000 u t-30 ta' Ġunju 2008; Deputat Rappreżentant Militari fil-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea bejn it-2 Mejju 2003 u d-19 ta' Diċembru 2005; Rappreżentant Militari fil-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea mit-3 ta' Novembru 2007 u t-30 Ġunju 2008;", "Vanessa Frazier, Direttur (Materji Difiża) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru mit-2 ta' Ottubru 2006 u l-31 ta' Marzu 2012;", "Dr Deborah Mangion, Uffiċjal Legali, Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja bejn l-1 ta' Ottubru 2003 u t- 30 ta' Settembru 2006;", "E.T. Jean Claude Juncker, Prim Ministru tal-Lussemburgu mill-20 ta ' Jannar 1995 sallum;", "is-Sur Javier Solana Segretarju Ġenerali/ Rappreżentant Għoli tal-Kunsill talUnjoni Ewropea bejn it-18 ta' Ottubru 1999 u l-1 ta' Diċembru 2009;", "is-Sur Pierre de Boisseau, Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bejn Settembru 1999 u Diċembru 2009;", "is-Sur Jean Claude Piris, Direttur Ġenerali tas-Servizz Legali tal-Kunsill fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bejn l-1988 u l- 2010;", "is-Sur Ricardo Gosalbo Bono, Direttur għar-Relazzjonijiet ma` Barra fis-Servizz Legali tas-Segretarjat Ġenerali talKunsill tal-Unjoni Ewropea mill-1998 sal-lum;", "Anthony H. Gioia, Ambaxxatur tal-Istati Uniti tal-Amerika għal Malta bejn it-8 ta' Awwissu 2001 u s-6 ta' Diċembru 2004;", "Molly Bordanaro, Ambaxxatur tal-Istati Uniti tal-Amerika għal Malta bejn it-8 ta Diċembru 2005 u l-5 ta' Frar 2009;", "is-Sur Mark R. Brunner, Konsulent dwar Politika ta' Difiża fil-Missjoni tal-Istati Uniti għall-Unjoni Ewropea bejn Marzu 2004 u Ottubru 2005;", "is-Sur Jeremy R Brenner, Konsulent għal Materji Politiċi u ta' Difiża fil-Missjoni tal-Istati Uniti għallUnjoni Ewropea bejn Awwissu 2004 u Mejju 2008; u", "is-Sur Robert Simmons, Deputat Assistent Segretarju Ġenerali tan-NATO għal Koperazzjoni fis-Sigurta' u Partnership bejn Settembru 2003 u Diċembru 2010.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin ippropona li l-ewwel xhud ikun il-Prim Ministru sabiex jagħti l-isfond tal-politika tal-Gvern fl-2004.", "L-Onor George Vella u l-Membri l-oħra tal-Oppożizzjoni fuq il-Kumitat insistew li l-ewwel xhud kellu jkun ir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea għax il-mozzjoni kienet dwar l-aġir tiegħu u mhux dwar il-politika tal-Gvern.", "Il-President qal li skont l-Ordnijiet Permanenti l-Kumitat seta' jirregola l-proċeduri tiegħu u allura fin-nuqqas ta' qbil fuq l-ordni li fiha kellhom jinstemgħu x-xhieda ppropona li jittieħed vot.", "Bil-permess tal-Kumitat l-Onor Joe Mizzi qajjem il-punt li l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra kien inkariga lill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin sabiex jisma' x-xhieda u mhux biex jieħu vot u fuq dan il-punt kien se jmur jitlob ruling mingħand l-Ispeaker.", "Fis-7:45 p.m. il-Kumitat kien sospiż sabiex il-Membri jikkonsultaw bejniethom.", "Fit-8.11 pm il-Kumitat irriżuma u aġġorna bl-istess aġenda għal nhar l-Erbgħa 16 ta' Mejju 2012 fis-6:45 pm jew għal data wara li l-Ispeaker ikun ta' ruling dwar il-punti li tqajmu fil-Kamra rigward kif għandu jimxi dan il-Kumitat.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120515_064m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 130", "It-Tlieta, 15 ta' Mejju, 2012", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 15 ta' Mejju, 2012 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni minn Dr Andrew Azzopardi, Lecturer fl-Università ta' Malta.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120515_130a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 130", "It-Tlieta 15 ta' Mejju, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 130", "It-Tlieta 15 ta' Mejju, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-07:24 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 129 li saret nhar it-Tlieta, 15 ta' Mejju 2012, ġew ikkonfermati.", "THE CHAIRMAN: Ninforma lill-Kumitat li rċivejt korrispondenza mingħand is-Sur David Agius, ex-Surġent, u nixtieq inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kumitat.", "Jidhirli li diġà ltqajna miegħu fil-preżenza tal-Kumitat li jieħu ħsieb l-affarijiet tal-Pulizija.", "Dan ovvjament għad għandu xi affarijiet pendenti mal-Bord tal-Pulizija.", "Hawnhekk hawn xi korrispondenza, però għal xi raġuni din il-laqgħa ma saritx.", "Jien ma nsib l-ebda oġġezzjoni li jiġi jiltaqa' mal-Kumitat, jew miegħi privatament, jekk hu jaħseb illi aħna nistgħu nkunu ta' xi għajnuna għalih.", "Niftakar li s-Sinj.", "Pauline Abela kienet tat xi tip ta' ruling jew xi idea li l-każijiet li nittrattaw m'għandhomx ikunu ta' individwi imma b'mod aktar ġenerali – ta' sezzjonijiet tal-pubbliku per eżempju, eċċ. Jiena xorta waħda ninsab lest li niltaqa' miegħu.", "Nistgħu nibagħtulu risposta li aħna disponibbli biex inkunu ta' għajnuna għalih, kemm jekk jiltaqa' magħna u anki jekk jixtieq jiġi meta jkun hawn il-Bord tal-Pulizija.", "Jekk aħna niġu miżmuma milli nagħmlu din il-laqgħa mid-direzzjoni tal-Parlament – għaliex xi ħaġa bħal din ma nistgħux nagħmluha – allura ma jkollix iktar poter biex nagħmilha.", "Għalhekk, inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kumitat:", "Email mingħand is-Sur David Agius, ex-Surġent fil-Korp tal-Pulizija, datata 12 ta' Mejju, 2012.", "F'din l-email hemm talba mingħand is-Sur Agius sabiex jiltaqa' mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Rigward din l-email li rċevejna, jien ma nieħdux li huwa mill-aspett individwali.", "M'għandniex nidħlu fil-każ individwali, però għandna nisimgħu...", "THE CHAIRMAN: Jien ma rrifjutajtx li nisimgħu.", "CARMELO ABELA: Nagħmluha ċara li mhux se niddeċiedu fuq l-ebda każ individwali.", "THE CHAIRMAN: Jien m'għandi l-ebda problema li nisimgħu, u din dejjem għamiltha ċara.", "Hu li ma jridx jiġi jkellem lili biss.", "Għamiltha ċara permezz tas-Sinj.", "Anna Coleiro li, jekk irid, jiġi hawn u nitkellmu, jew jiġi hawn meta niltaqgħu mal-Bord.", "Kull ma xtaqt huwa li nkun naf x'inhi x-xewqa tiegħu!", "Però, m'għandi l-ebda oġġezzjoni: fl-aħħar mill-aħħar, aħna politiċi u biex niltaqgħu man-nies qegħdin hawn.", "JUSTYNE CARUANA: Nista' nistaqsik xi ħaġa?", "Jien qrajtha l-email.", "Dan għandu issues pendenti quddiem xi bord, u waqt li hemm dawn l-issues pendenti quddiem il-bord, irid jiltaqa' magħna?", "Jew ġew konklużi?", "Ma fhimtx eżatt...", "THE CHAIRMAN: Jien ma niddejjaq lanqas xejn li inti, bħal kull persuna oħra deputat ta' dan il-Kumitat li taf l-indirizz tal-email tiegħu, tiktiblu u tindaga inti stess.", "M'għandi l-ebda problema.", "Hu kien qed jiktbilna uffiċjalment permezz tas-Sinj.", "Anna Coleiro tista' tfakkrek x'ġara, u anke forsi tagħtik transcripts ta' xi laqgħat li diġa' kellna fejn hu kien preżenti.", "Naf li għandu xi claim personali mal-Bord tal-Pulizija.", "Ma nafx jekk id-deċiżjoni ittiħditx jew le, imma naf li hemm claim li jidher li għadu ma ġiex sodisfatt bir-risposta li ngħatatlu.", "JUSTYNE CARUANA: Din hi l-ewwel email li rajt mingħandu … Dan qed jitlob li jiltaqa' magħna u li jiġi mxandar, bħas-soltu.", "THE CHAIRMAN: Hemm il-korrispondenza - jien mhux se nirrispondi dak li m'iniex ċar fuqu.", "Fil-prinċipju ma hemm xejn li jżommna milli niltaqgħu ma' din il-persuna.", "Minn meta irċevejt l-ewwel korrespondenza, permezz ta' email lis-Sinj.", "Anna Coleiro, għidtilha li jien lest li niltaqa' miegħu, però ma jidhirx li xtaq.", "Nistgħu nistaqsu lis-Sinj.", "Jien m'għandi l-ebda oġġezzjoni li din il-persuna tiġi hawnhekk.", "Jekk, meta jkun qed jitkellem, ma jkunx jixtieq li jiġi rrekordjat, jista' jitlob li ssir laqgħa informali, u allura l-claim tiegħu ma tiġix irrekordjata għall-fini tal-inews rooms.", "Aħna nibgħatu għalih permezz tas-Sur Stephen Grech li, min-naħa tiegħu, jista' jikkomunika mas-Sinj.", "Anna Coleiro ħalli jkollu d-dettalji tal-każ.", "Aħna kollha qegħdin naqblu biex niltaqgħu - m'għandniex dibattitu dwar jekk għandniex niltaqgħu jew le!", "Jien dejjem kont idejja miftuħa li kull min jibgħatilna hawnhekk, niltaqa' miegħu.", "Kont qiegħed nirrapporta lil dan il-Kumitat li kien ġie ppubblikat rapport jismu \"Young People In Gozo - A Study - 2.\"", "Naf li dan ir-rapport kien fih ammont ta' statistika.", "Naħseb li jkun tajjeb li nagħtu l-opportunità lil min ħadem fuq dan ir-rapport biex jiġi f'dan il-Kumitat u jagħtina preżentazzjoni dwaru.", "Il-fatt li r-rapport ikun ġie nnutat, u r-riċerkaturi jkunu ġew mitluba li jagħmlu preżentazzjoni fuqu, għandu jkun ta' sodisfazzjon għalihom.", "Ftit ġimgħat ilu, kellna grupp ta' studenti li ġew jaqsmu magħna l-preokkupazzjonijiet tagħhom, u qed isiru tħejjijiet sabiex issir laqgħa fejn numru ta' entitajiet jiġu hawnhekk u jagħtu r-risposti għas-suġġerimenti u l-preokkupazzjonijiet li għandhom dawn l-istudenti universitarji Għawdxin.", "Nitlob lis-Sur Stephen Grech biex wara l-laqgħa, jew matul din il-ġimgħa, jinfurmani kif sejrin il-preparamenti għal din il-laqgħa sabiex, jekk hemm xi entità jew awtorità li ma kkonfermatx il-preżenza tagħha, nagħmel ħilti kollha biex nara li kull min ġie mistieden ikun qiegħed hawn.", "JUSTYNE CARUANA: Illum stess irċevejt email mingħand il-President, is-Sur Ryan Mercieca, u xtaq jara jekk hux possibbli li nistiednu ukoll rappreżentanti tal-Kunsill Lokali tal-Imsida, minħabba li hemm numru ta' studenti Għawdxin li joqgħodu hemmhekk.", "Jixtiequ jiltaqgħu anke ma' dawn in-nies, forsi għandhom xi ilmenti.", "THE CHAIRMAN: Li nkun nixtieq mingħandu, jekk mhux diġà qegħdin miktubin, huwa lista tas-suġġerimenti li dan jixtieq jitkellem dwarhom mal-Kunsill Lokali.", "JUSTYNE CARUANA: Għandi jien.", "THE CHAIRMAN: Il-każijiet li għandu fuq il-Kunsill tal-Imsida, jiġifieri?", "THE CHAIRMAN: Kollox sew: imma rrid ngħid li l-entitajiet li stedinna hawnhekk bagħatnilhom is-suġġerimenti jew il-claims li dawn iż-żgħażagħ kellhom bħala għaqda vis-à-vis dik l-awtorità rispettiva.", "Issa, jekk hemm xi claims jew suġġerimenti fuq il-lokalità tal-Imsida, nkunu nistgħu ngħadduhom lill-Kunsill Lokali tal-Imsida ħalli mhux inġibuh hawnhekk mingħajr ma jaf għalxiex ġej u għalxiex irid jirrispondi.", "U b'hekk inkunu ġusti mal-Kunsill Lokali tal-Imsida, bħalma konna ma' entitajiet oħra.", "JUSTYNE CARUANA: Little Gozo jgħidulha dik.", "THE CHAIRMAN: Mela issa ngħaddu minnufih għall-preżentazzjoni tal-lum.", "Nitlob lil min se jitkellem sabiex jagħti ismu, u jgħidilna d-designation tiegħu.", "Nemmen li din il-laqgħa tal-lum mhijiex se tiġi konkluża llum, imma aħna xorta se nimxu pass pass u ma ngħaġġlux ħalli l-affarijiet narawhom sew.", "Irrid infakkarkom ukoll li din il-laqgħa qiegħda tiġi trasmessa live, u allura wieħed irid ikun responsabbli ta' dak li se jgħid.", "Fl-aħħar nett, nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom hawnhekk illejla.", "\"Young People in Gozo - A STUDY - 2\" Preżentazzjoni minn Dr Andrew Azzopardi, Lecturer fl-Università ta' Malta", "DR ANDREW AZZOPARDI (Senior Lecturer fl-Università ta' Malta): L-ewwel ħaġa, rrid nirringrazzjakom ta' kemm tqattgħu għaxijiet titkellmu fuq settur li huwa għal qalbi ħafna.", "Naf li dan huwa kumitat viċin ħafna tan-nies, u napprezza ħafna x-xogħol li tagħmlu għax naf kemm tagħmlu xogħol f'diversi oqsma oħra.", "Dan huwa kumitat attiv, u rrid nirringrazzjakom personalment ta' dan l-impenn li qed turu.", "Irrid nieħu l-opportunità sabiex nintroduċi l-kollegi tiegħi li qegħdin hawnhekk illejla: is-Sur Anthony Zammit, Direttur ta' Eco Gozo; Andrea Saliba, Social Worker li taħdem f'tim partikolari fi ħdan l-OASI Foundation u li, flimkien ma' Daniela Spiteri u Dun Manwel Cordina, kienu ta' spalla importanti f'din ir-riċerka; kif ukoll is-Sur Noel Scerri, Manager tal-OASI Foundation.", "Qed insemmi lil dawn in-nies għax jiena kont naf biha din il-Fondazzjoni, bħalma jafu biha prattikament Malta kollha.", "Imma meta tagħmel ħames jew sitt xhur ġej u sejjer għandhom, tiltaqa' magħhom u titkellem magħhom, tinduna x'validità enormi għandha din il-Fondazzjoni.", "Din mhux qed ngħidha biex inkun għedtha – jien ma tantx nagħmel hekk – imma għaliex nemmen li din il-Fondazzjoni għandha bżonn l-appoġġ tal-poplu Malti kollu, imma fost kollox tad-decision makers li tiġu intom, biex tkomplu tappoġġjawha.", "Dan li qed ngħid bl-ebda mod ma qaluhuli huma biex ngħidu, imma għaliex din hija fondazzjoni li hija tassew rilevanti ħafna u hija effettiva.", "Kull ħaġa li nagħmlu tagħmel sens għax għandha l-final result.", "Il-final results tal-OASI Foundation matul is-seba' xhur li ħdimt magħhom kienu tajbin ħafna, u rridu nibżgħu għal dawn in-nies għax huma nies skarsi ħafna.", "Il-qasam soċjali rridu nibżgħu għalih ħafna għaliex huwa qasam skars ħafna, u rridu nibżgħu għalih għax mhux faċli taħdem f'dan is-settur.", "Dan l-istess xogħol li qegħdin jagħmlu dawn in-nies faċilment jistgħu jagħmluh f'organizzazzjonijiet oħra jew f'kumpaniji differenti, pubbliċi jew tal-privat, u jkunu qegħdin jaqilgħu ħafna iktar flus.", "Għalhekk verament irridu nibżgħu għal dawn in-nies.", "Jiena dħalt f'dan il-proġett għaliex l-OASI Foundation kienet ħarġet talba għar-riċerka li kien parti minn Eko Għawdex li ħadet dan il-proġett.", "Il-mekkaniżmi ta' kif taħdem Eko Għawdex se nħalliha f'idejn is-Sur Zammit.", "L-OASI Foundation, meta ħadet dan il-proġett, ħarġet tender biex issir ir-riċerka u jien għamilt il-bid tiegħi u ħadtha.", "Jiena ma kontx waħdi f'din ir-riċerka.", "Naturalment kont il-lead researcher, imma miegħi kelli żewġ konsulenti ta' portata importanti f'Malta.", "Kelli lil Dr Saviour Formosa mill-Kriminoloġija u espert fil-kwantitattiv, espert fil-mod ta' kif jiġu sampled l-għażla ta' nies, u lil Dr Marilyn Clark, li hija esperta fuq l-aspett kwalitattiv.", "Apparti dawn iż-żewġ persuni, kelli żewġ assistenti riċerkaturi, li kienu Dr Claire Bonello u Mahira Sheikh Mifsud, li hija Għawdxija u għandha għeruq qawwija ħafna f'Għawdex.", "Kif diġa' għedt, kelli ħafna support min-naħa tal-OASI.", "Issa li kelli f'moħħi huwa li nagħti exposè żgħira tar-riċerka, u mbagħad bil-mod il-mod niftħu ftit id-diskussjoni ħalli nkunu nistgħu nesploraw areas li intom tixtiequ tesploraw.", "Din ir-riċerka ilha li saret 11-il sena, għalkemm il-commitment kien ta' għaxar snin.", "L-OASI Foundation marru bi żmerċ b'sena biss, u din kienet saret fis-sena 2000, liema riċerka kienet saret minn Dr Tony Azzopardi, li kien il-Kap tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u l-Komunità, u li llum jinsab irtirat.", "Min-naħa tiegħi jiddispjaċini ħafna li rtira, għax kien wieħed mill-mentors importanti tiegħi.", "Dr Tony Azzopardi, flimkien mat-tim tiegħu, kienu għamlu riċerka way back li kienet tikkonsisti biex jaraw ftit iż-żgħażagħ Għawdxin fiex inhuma, x'inhuma t-trends li qegħdin jgħixu fihom, x'inhuma l-prioritajiet li qegħdin jagħtu lill-ħajja tagħhom, eċċ.", "L-idea kienet li wara għaxar snin isir studju, imma dan l-istudju ma setax ikun studju komparattiv, jiġifieri ma stajniex nikkomparaw like with like.", "U r-raġuni kienet li bil-mod ta' kif inġabret id-data fi żmien is-Sur Azzopardi, u l-mod ta' kif ġbartha jien, kienu differenti.", "Il-mod ta' kif ġbartha jien illum il-ġurnata naħseb li hija l-mod, li kieku jinstabu l-fondi, kif tkun tista' tibqa' tinġabar kull sena, u dik id-data nkunu nistgħu nkomplu naġġornawha, għax bħal kull riċerka oħra din tibqa' valida sal-mument li tkun saret.", "Naturalment jien akkademiku u, sa ċertu punt, qed ngħid kważi kontrija, imma fil-mument li tkun ġbart id-data, sa ftit mumenti wara dik l-istess data ma tibqax daqshekk valida.", "L-ewwel nett, napprezza ħafna dak li qegħdin tagħmlu intom fejn qed tistaqsuna fuq din ir-riċerka, għaliex wieħed mill-commitments ta' din ir-riċerka kien proprju li nwassluha sal-punt tad-diskussjoni.", "Inutli għandna din id-data kollha u nħalluha fi ktieb bil-qoxra sabiħa!", "Barra minn hekk, id-data tibqa' aġġornata għaliex it-trends fiż-żgħażagħ qegħdin jinbidlu.", "Biex nagħtikom eżempju żgħir, dik li qabel konna nqisuha bħala ġenerazzjoni kienet isseħħ bejn wieħed u ieħor f'25 sena.", "Jien niftakar meta kont is-Sixth Form u konna noqogħdu nitkellmu fuq il-generation gap, għaliex it-tibdiliet tant kienu jsiru bil-mod li kienu jieħdu bejn 25 u 27 sena biex ikun hemm tibdil rilevanti bejn il-ġenituri.", "Illum il-ġurnata qed insibu li mhux il-generation \"X\" spiċċat u l-\"Y\" u ż-\"Ż\" u l-alfa – fil-fatt dawn huma t-terminoloġiji li qegħdin nużaw – imma qed nirrealizzaw li kull ġenerazzjoni qed tieħu ħames snin biex tinbidel.", "U allura rridu noqogħdu attenti ħafna għax, jekk verament irridu nirrispondu għall-ħteġijiet taż-żgħażagħ, irridu nkunu attivi, proattivi u spediti.", "F'kelma waħda, rridu ngħaġġlu u f'ċerti setturi hemm ċerta urġenza.", "Kif se naraw f'ċerti numri rridu neħduhom b'ċerta serjetà għax hemm ftit tal-preokkupazzjoni.", "B'mod ġenerali din ir-riċerka x'inhi tgħid?", "Din ir-riċerka qed tgħid li ż-żgħażagħ Għawdxin huma kuntenti b'Għawdex: għall-Għawdxin din hija xi ħaġa ovvja, għalkemm għall-kumplament tan-nies li mhumiex Għawdxin forsi mhijiex daqshekk ovvja.", "Iż-żgħażagħ Għawdxin iħobbu lill-Għawdex b'passjoni: tant hu hekk li l-istatistika turi li huma nvoluti ħafna fis-settur tagħhom, fil-qasam tagħhom, fis-soċjetà tagħhom u fil-komunità tagħhom, u huma interessati ħafna fil-mod ta' kif qiegħda tiżviluppa l-komunità tagħhom.", "L-Għawdxin iħobbu d-djalett tagħhom, iħobbu l-qaddisin tagħhom u jħobbu dak kollu li jirrappreżentahom.", "Anzi, meta jaqsmu dan l-imbierek fliegu, jkollhom jinżgħu parti minn din l-identità!", "Waħda mill-aktar affarijiet li xxokkjatni – xi ħaġa li ma kontx indunajt biha qabel u li ma kont qatt irrealizzajt – kienet li ż-żgħażagħ Għawdxin ma jibqgħux jużaw id-djalett tagħhom minħabba l-pressjoni li jsibu mill-peers tagħhom, li f'dan il-każ huma l-Maltin.", "Din hija xi ħaġa serja.", "Kull ħaġa li lili ma tħalliliex l-identità tiegħi salvagwardjata hija serja.", "Immaġina li jien ma nistax ngħid li jien minn Birkirkara jew li jien mill-Mosta!", "Żgur li xi ħaġa bħal din hija inkwetanti, u allura rridu neħduha b'ħafna serjetà.", "It-tieni ħaġa hi li ż-żgħażagħ Għawdxin jirrealizzaw – u din tista' taraha b'mod pożittiv u tista' taraha wkoll b'mod negattiv - u donnhom irrassenjati li ma jistgħux jaħdmu immedjatament ġewwa Għawdex.", "Huma jafu li huwa kważi impossibbli li jgħixu u jaħdmu f'Għawdex mill-ewwel, imma ma jfissirx li ma jridux jagħmlu ċirku sħiħ u jerġgħu lura lejn Għawdex.", "Jiġifieri huma qegħdin jgħidu li jieħdu gost jitgħallmu ma' studenti Maltin, li jivvjaġġaw, li jgħixu waħedhom għax hemm ħafna pożittiv f'dan kollu, apparti li hemm ħafna tbatija wkoll.", "Imma qegħdin jgħidu wkoll li b'dana kollu ma jfissirx li huma ma jridux imorru lura lejn Għawdex.", "Jiġifieri għandhom passjoni enormi għall-gżira tagħhom.", "Dak kien qisu x'kelli ngħid b'mod ġenerali.", "Issa, jekk tippermettuli, se nidħol ftit fis-sommarju ta' din il-preżentazzjoni, u mbagħad wara nkun nista' ngħaddilkom kopja tagħha.", "Bażikament, dan huwa sommarju tat-text u dan huwa t-target group li ħadna, jiġifieri l-blu ċar jindika r-riċerka tas-sena 2000.", "Din ir-riċerka espandiet għax bdejniha mill-età ta' għaxar snin – għaliex il-youth policy qed tirrikonoxxi li ż-żgħażagħ trid tibda teħodhom mill-età ta' bejn l-għaxra u l-ħdax-il sena.", "Jiġifieri, anke hemmhekk qegħdin nitkellmu fuq żgħażagħ li prattikament bdew l-iskola Sekondarja, għaliex id-dinja nbidlet illum.", "Fil-fatt, dak li dak li kienu jagħmluh ta' 15-il sena issa qegħdin jagħmluh ħafna iżgħar, u allura riedna nħarsu lejn dan l-aspett ukoll.", "Ħadna dik l-età ukoll għaliex riedna mmissu ftit mal-iskola Primarja.", "Sfortunatament hawn Malta għandna diffikultà - li jien ma nistax nifhimha u naċċettaha bħala riċerkatur, imma naturalment kelli nirrispettaha - għaliex ċerta data waqqfuna milli niġbruha mill-Primarja!", "Dawn l-issues huma marbutin mas-sesswalità u mal-konsum tad-droga.", "Għalija dik hija ftit preokkupanti għaliex, jekk tagħmilha bi professjonalità, ma tkunx invażiv u tipproteġi lit-tfal ukoll, u allura m'għandekx għalfejn tinkwieta, imma xorta ċerti skejjel kienu preokkupati biha din – u tifhimha, għax huma jkunu qegħdin jimxu bid-direzzjonijiet li kellhom.", "Din nixtieq li tinbidel għax hija bħall-famuża sexual policy.", "Jekk aħna m'aħniex se niġbru d-data, m'aħniex se nkunu f'pożizzjoni li nirrispondu għall-bżonnijiet.", "Inutli noqogħdu nistaħbew wara subgħajna, għax iid-data rriduha.", "U l-kritika lejna ma kenitx minħabba li r-riċerka hija invażiva, jew għax ma saritx b'mod korrett, jew għax ma tajniex attenzjoni lill-etika, imma minħabba li qalulna li t-tfal għadhom żgħar!", "Ħafna data oħra tawhielna, imma ċerta data partikolari kellna xi gaps.", "Ħalli nagħtikom ftit statistika, fejn il-linja l-ħadra hija l-persentaġġi, u l-linja l-bajda huma l-age brackets.", "Jidher biċ-ċar li kważi 80% ta' dawk li għandhom bejn l-għaxar u t-tletin sena għadhom jgħixu mal-ġenituri, imma hemm ammont sinifikanti li qegħdin jibdew jgħixu wkoll mal-partners tagħhom.", "Jien għandi d-data tat-10 year olds, 11 year olds u tat-12 year olds - naturalment ma rriproduċejthiex fil-ktieb, għax inkellha jkollna volumi kbar – u mbagħad għandi persentaġġ li jgħixu mal-ħbieb, u persentaġġ li jgħixu waħedhom.", "Hemmhekk xejn ta' barra minn hawn sa ċertu punt, għaliex dan huwa mistenni għaliex iż-żgħażagħ Għawdxin huma mdorrijin jivvjaġġaw.", "Kważi 19% jgħidulna li ma jgħixux Għawdex f'ħafna mill-ħin tagħhom.", "Din l-istatistika hija importanti għaliex irridu naraw aħna x'aħna nagħmlu biex nippreservaw l-identità Għawdxija fil-post fejn qegħdin jgħixu.", "Jiġifieri, aħna x'aħna nagħmlu biex nassiguraw li inti tibqa' Għawdex u anke Malta u mhux nipprovaw inbiddlu u ssir Malti?", "Hemmhekk għandna ftit xogħol x'nagħmlu.", "Imbagħad għandek persentaġġi ta' nies, kif tistgħu taraw, li jivvjaġġaw to and fro u, kif qed taraw, jibdew deħlin ftit ċifri inkwetanti.", "Hawnhekk qegħdin jgħidu li 50% taż-żgħażagħ bejn il-15 u l-24 sena jonfqu sa €10 fil-ġimgħa fi travelling expenses, u dan huwa żvantaġġ enormi.", "Biex inkun għedt kollox, naf li hemm proviżjonijiet li jingħataw min-naħa tal-Ministeru, u kien hemm anke diversi miżuri, imma rridu noqogħdu attenti fuq kemm qegħdin nipprovdu għajnuna pari passu ma' kemm qegħdin jonfqu dawn iż-żgħażagħ.", "Nittama li dan l-eżerċizzju jsir, u qed ngħidha mhux tongue in cheek, għax veru ma nafx kemm qed nagħtuhom għajnuna.", "U allura nistgħu nipperpetwaw li min qiegħed jistudja jew ikompli l-istudji tiegħu jiġi żvantaġġjat jekk il-familja tiegħu ma tkunx tista' tgħinu.", "Mela jekk jien nista' ngħinek, inti tista' tistudja, u jekk ma nistax ngħinek, inti ma tistax tistudja.", "Allaħares għandna minn dawn iċ-ċirkostanzi!", "Jiġifieri l-istipendju u l-għajnuniet l-oħra qegħdin hemmhekk biex jissalvagwardjaw dawn l-issues, imma rridu dejjem inżommu moħħna hemmhekk.", "Imbagħad hemm issues marbutin mal-familja, fejn għandek persentaġġ għoli ta' missierijiet li mhumiex mpjegati, u mbagħad l-ommijiet aktar qegħdin jimpjegaw rwieħhom.", "Almenu hekk qalulna ż-żgħażagħ - mir-riċerka li għamilna - fuq il-ġenituri tagħhom stess.", "Interessanti wkoll li qegħdin nibdew naraw ħafna iktar tfal li l-ommijiet tagħhom qegħdin jaħdmu.", "Jiena nemmen li kull mara għandha taħdem – fuq din forsi nistgħu nagħmlu dibattitu sħiħ – u taħdem mhux għall-bżonn, imma għaliha nnifisha, imbagħad il-bżonn jiġi wara.", "Jiena qed ngħid għall-iżvilupp tal-persuna, eċċ. Imma rridu noqogħdu attenti li l-gaps nimlewhom b'dak li konna nagħmlu qabel.", "Persentaġġ sinifikanti ta' 7% sofrew vjolenza ta' xi forma jew oħra.", "Issa 7% huma ħafna.", "7% jiġu sebat itfal minn kull 100, u jekk tagħmilhom fuq 1,000 jiġu 70.", "Bħalissa, f'dan il-bracket, hemm madwar 3,000 żagħżugħ, u allura żgur li dan in-numru huwa sinifikanti.", "Naħseb li dan huwa numru konservattiv, u rridu noqogħdu attenti għalih.", "Having said that, minn din ir-riċerka jidher ukoll li ripetutament iż-żgħażagħ Għawdxin għandhom rapport tajjeb mal-ġenituri.", "Dan l-istudju mhuwiex komparattiv ma' Malta.", "(Nixtieq li xi darba jkun hemm xi Eko Malta ħalli nkunu nistgħu nagħmlu studju komparattiv.)", "Dan il-fatt huwa interessanti, u jien nemmen li waħda mir-raġunijiet għal dan hija għaliex ikollhom bżonn li jinħallu ftit aktar malajr minnhom, u allura dak ir-rapport jibqa' prezzjuż ħafna.", "Il-kollegi Għawdxin li qegħdin hawnhekk probabilment jistgħu jikkonfermawha din, jiġifieri li ż-żgħażagħ li jistudjaw Malta, anke jekk jieħdu gost Malta, x'ħin tasal il-Ġimgħa jkollhom ġenn kbir biex imorru lura Għawdex għaliex ikunu jridu jiltaqgħu mal-ħbieb tagħhom u mal-familja.", "U din hija interessanti ħafna.", "X'aħna nagħmlu hemmhekk?", "Ħalli nagħti eżempju fuq l-Università, ħalli ma noqgħodx insemmi fuq ħaddieħor.", "Irridu nżommu f'moħħna lill-istudenti Għawdxin meta qed norganizzaw il-lectures, speċjalment il-korsijiet ta' filgħaxija.", "Jiena l-ewwel wieħed li kont naħseb li l-istudenti Għawdxin dejjem iridu jiżgiċċaw mil-lezzjoni.", "Veru li kull student ikun jixtieq jiżgiċċa xi ftit, u dik it goes without saying.", "Imma jien kont nara lill-Għawdxin u ngħid, \"Imma dawn kif dejjem iridu jitilqu?\"", "Dażgur li jridu dejjem jitilqu!", "Illum meta wasalna hawnhekk, iż-żewġ kollegi tiegħi li hawn ħdejja bdejna ngħidu li jekk jitilfu vapur ikun ifisser ħafna ħin mitluf, u dak il-ħafna ħin ma jfissirx li inti se tqattgħu d-disco, imma jfisser li inti tliftu minn mal-ġenituri tiegħek, minn mal-partner tiegħek, minn mat-tfal tiegħek, u dawn l-affarijiet m'aħniex qegħdin inpoġġuhom fil-computation tagħna tal-politika soċjali.", "L-għajnuniet finanzjarji huma tajbin, imma fuq livell ieħor irridu nħarsu lejh b'ħafna attenzjoni.", "Fejn jidħlu issues ta' leisure u ta' free time, jitkellmu ħafna fuq il-bżonn ta' free time – nimmaġina bħal kull żgħażagħ oħra – imma li huwa interessanti ħafna hu li dak il-free time jqattgħuh ukoll fil-komunità tagħhom, anke b'mod fiżiku.", "Interessanti wkoll li għad hemm espressjoni ta' attività fiżika pjuttost qawwija ġewwa Għawdex, u kont sorpriż bl-ammont ta' żgħażagħ li jipprattikaw l-isports.", "Xi ħaġa li forsi – kif darba tkellimt ma' uffiċjal ta' Eko Għawdex – rridu nkomplu noħolqu huwa li l-ambjent f'Għawdex ikun ambjent pubbliku.", "Jien kelli l-impressjoni li f'Għawdex għandek ħafna ħaxix u għelieqi, imma dan ħafna minnu huwa meħud u ma tistax tidħol fih.", "Jiena naħseb li l-użu tal-ispazju pubbliku huwa importanti biex inkomplu nrawwmu dan l-aspett.", "Din qed insemmiha wkoll għaliex waħda mill-affarijiet li ż-żgħażagħ Għawdxin huma inkwetati fuqha hija li qed jaraw ħafna iktar żvilupp, u din qiegħda tippreokkupahom b'tali mod li tista' taffettwa l-karattru u l-karatteristiċi ta' dik il-gżira partikolari.", "Dawn huma ftit statistiċi marbutin mal-internet u mal-użu tiegħu, u jien qed neħodha li din hija simili ħafna ta' Malta.", "Jien naħseb li rridu nkomplu nsaħħu l-infrastruttura marbuta mal-internet.", "Waħda mill-wegħdiet li kien hemm marbuta mat-trasport kienet proprju dik li t-trasport pubbliku jkollu l-internet fih, imma ma nafx jekk dan bediex iseħħ fil-buses tal-Arriva.", "Żgur li dik tkun ta' għajnuna kbira għall-istudenti.", "L-istess tkun ta' għajnuna kbira – kif qaluli xi żgħażagħ – jekk il-vapur ta' Għawdex ikun attrezzat bi free Wi-fi.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid li jkun b'xejn, għax ikun hemm xi żgħażagħ li jkunu jixtiequ jkomplu jaħdmu xi ftit.", "Hawnhekk hawn il-Profs li huwa appassjonat tal-festi, u qed ngħid hekk għax iż-żgħażagħ Għawdxin iħobbu l-festi b'passjoni kbira ħafna.", "U jħobbu l-festi mhux biss għax jattendu għalihom, imma għax jipparteċipaw fihom ukoll.", "Pereżempju, jien wieħed minn nuqqasijiet tiegħi hu li ma nafx daqshekk ir-raħal tiegħi għaliex, meta kont qed nikber, il-festa tar-raħal qatt ma kienet parti mit-tradizzjoni tal-familja tagħna.", "Qisu l-festa, u t-tradizzjoni tal-familja, u l-imħabba lejn il-villaġġ imorru ħafna flimkien.", "Mela l-fatt li dawn iħobbu l-festa u jħobbuha b'tant qawwa, il-probabilità hi li dawn iħobbu r-raħal tagħhom.", "Il-festa hija parti mill-identità tar-raħal tagħhom, u allura naħseb li dik hija karatteristika interessanti ħafna.", "Naturalment hawnhekk tistgħu taraw l-ikbar preokkupazzjoni li għandhom iż-żgħażagħ.", "Iż-żgħażagħ huma preokkupati li mhux se jsibu xogħol Għawdex.", "Persentaġġ żgħir – għalkemm mhuwiex żgħir ħafna – ta' kważi 16% jippreferu jaħdmu Malta.", "Ħalli nagħti eżempju: xi ħadd li jkun studja l-mediċina jgħidlek li biex jiżviluppa l-mediċina tiegħu ma tantx tagħmel sens li jmur mill-ewwel ġo sptar żgħir.", "Kważi anke l-isptar ta' Malta huwa żgħir biex jieħu esperjenza.", "L-istess min jistudja l-liġi u min jistudja f'setturi tal-finanzi, l-idea tagħhom hija iktar biex jiżviluppaw f'termini ta' esperjenza.", "Min-naħa l-oħra, għandek persentaġġ kbir li jixtiequ jaħdmu Għawdex.", "L-ewwel statistika tgħid – u għalhekk ħallejtha għall-aħħar - li kważi 56% jħossu li qed ikunu ppreparati għad-dinja tax-xogħol.", "Dak ifisser li kważi nofshom iħossu li mhux qed ikunu ppreparati, u din hija inkwetanti.", "Jekk tibda tfittex tara li anke dawk li spiċċaw mill-compulsory education iħossu li mhumiex qegħdin jiġu ppreparati għad-dinja tax-xogħol.", "Anke bil-computation partikolari li ż-żgħażagħ f'Għawdex għandhom bżonn jiġu ppreparati fl-iskejjel għar-realtà li għandhom bżonn jivjaġġaw iktar, li jiġu ppreparati kif jiddiljaw mal-qtugħ minn mal-familja biex jgħixu waħedhom .…", "Ma rridx nesaġera, imma kultant anke konferenza ta' tlett ijiem ikun hemm mumenti fejn taraha bi kbira - speċjalment jekk din tkun konferenza intensiva u jkollok ħafna xogħol – li titlaq il-familja; aħseb u ara dawn li diġa' jafu li biex jistudjaw jew biex imorru jaħdmu jridu jmorru Malta.", "Din ukoll hija marbuta ma' użu aħjar tal-Gozo University Centre, u naħseb li dak huwa under utilized.", "Dak huwa riżors tajjeb ħafna, u kull ħaġa li għamel għamilha b'suċċess kbir.", "Nieħu gost li r-Rettur għadu kif ħoloq l-irwol tal-Pro-Rettur, il-Professur Friggieri - li minn hawnhekk nieħu l-opportunità biex nawguralu - imma importanti li l-Università ta' Malta ġewwa Għawdex tkun verament estensjoni tagħha, u mhux sempliċement running short courses jew evening courses.", "Illum, bit-teknoloġija u bil-blended learning, ma nistax nifhem għalfejn ma nutilizzawx iktar din it-teknoloġija.", "Jiena nimmaġina li din qiegħda fl-imħuħ tan-nies fl-Università għaliex dik tagħti ħafna soluzzjonijiet.", "Marbuta ma' din għandek l-eżamijiet, u naħseb li Ryan tkellem fuqha meta ġie jkellimkom f'isem il-GUG.", "Biex Malti jmur għal eżami tal-\"O\" Level teħodlu tliet kwarti, u dan x'aktarx li twasslu ommu – b'ħafna panic, eċċ – aħseb u ara trid taqbad il-vapur, u mbagħad miċ-Ċirkewwa trid tmur fil-post fejn għandek l-eżami.", "Ħalli nagħti eżempju li mhux eżatt bħalu: bħallikieku persuna b'diżabilità qiegħda tgħidli li se tagħmel l-eżami, imma mhux se nagħtiha l-għajnuna meħtieġa biex tkun tista' tibda t-tiġrija on the same line.", "Dik irridu nindirizzawha b'mod konkret.", "Kull eżami li qed jagħmlu dawn iż-żgħażagħ mhux qed ikollhom dan l-arranġament, u qed ikunu f'dan l-iżvantaġġ.", "Naħseb li wasal iż-żmien sabiex din nindirizzawha.", "Il-bullying huwa preżenti wkoll, u din lili tinkwetani.", "Kultant lanqas tkun taf, imma taħseb li qed taqlagħha ġo ħalqek għaliex ikun ħaqqek.", "Taħseb li qed tissawwat minn ommok u minn missierek għaliex inti ħaqqek.", "Jiġifieri, kieku kull min qed isofri vjolenza verament jaf li qed isofri minn vjolenza, żgur li dik iċ-ċifra togħla iktar.", "U din hija preokkupanti ħafna meta tqies li kwart miż-żgħażagħ tagħna ta' bejn l-10 snin u t-30 sena qegħdin isofru l-vjolenza tal-bullying fl-iskejjel, u żgur li rridu nindirizzawha.", "Iż-żgħażagħ Għawdxin għandhom ukoll interess li jivvjaġġaw fil-programmi tal-EU, għalkemm they are being under utilized għax hemm biss 13% li qed jgħidu li qed jutilizzaw il-programmi tal-EU.", "Jien għandi suspett li qed ikun hemm l-istess nies li jidħlu għal dawn il-programmi, u allura hemmhekk irridu naraw ftit kif nistgħu nindirizzaw din il-biċċa tax-xogħol.", "It-trasport hija issue għax għandek kważi 60% li jixtiequ li jkollhom trasport tajjeb, kemm trasport tal-art kif ukoll għat-trasport bil-baħar.", "Irrid niċċara li din ir-riċerka kienet qed issir, bejn wieħed u ieħor, bejn Lulju u Settembru meta l-Arriva kienet għadha kemm bdiet toffri s-servizzi tagħha, u allura kellek ħafna problemi.", "Naħseb li kieku kellna nistaqsu dik il-mistoqsija llum, konna naraw differenza hemmhekk.", "(Interruzzjonijiet)", "It-timing hija xi ħaġa oħra.", "Jiena forsi bniedem idealist kultant, u naf li xi kultant mhuwiex daqshekk faċli biex tħaddem ċerta sistema.", "Aħna mhux qed ngħidu għall-istudenti biss hawnhekk, għax naf min jaħdem l-Università u li lil dan mhux qed jgħinuh biżżejjed għax għadhom ma fehmux li kieku kellu jaħdem parti mill-break tiegħu – issa hawnhekk naf li I'm preaching to the converted - dik il-kwarta lilu tiswilu dinja, għax tista' issarraf f'siegħa jew f'siegħa u nofs.", "Jiena kont ngħallem Għawdex u kont nagħmel il-korsijiet tal-Università hemmhekk, u niftakar li lili kollox kien jiġini d-doppju.", "Din qed ngħidha on record, għaliex li jgħidha Malti forsi ma jgħidux li din cliché tal-Għawdxin għax dawn dejjem igergru.", "Jien qed ngħid li lecture ta' tliet sigħat teħodli tliet sigħat u nofs, għaliex għandi kwarta biex nasal u kwarta oħra biex immur lura.", "Imma lecture Għawdex teħodli litteralment id-doppju, u kont indum sitt sigħat meta ma nitlifx il-vapur.", "So it's unfair, u rridu nħarsu lejn din l-issue wkoll.", "It-trasport hija kwestjoni oħra, u hawnhekk qed nirriferi għat-timing ta' bejn il-vapuri u t-trasport pubbliku, u li din irridu nirranġawha kemm jista' ikun malajr għax qiegħda toħloq sofferenzi kbar.", "Pereżempju, waħda mill-affarijiet li semmew hija jekk l-istudenti għandhomx ikollhom priority boarding.", "Jien naħseb li għandna nibdew nikkonsidraw xi forma ta' priority boarding li jkun organizzat.", "Semmew ukoll il-vapur li kien jasal Sa Maison, għax għalihom dak litteralment telf enormi.", "Bħala personalitajiet, iż-żgħażagħ Għawdxin għandhom karattru veru interessanti għaliex huma assertivi, ambizzjużi u għandhom elementi indipendenti.", "Imma xi ħaġa li toħroġ ħafna u b'mod qawwi fihom hija r-reżiljenza tagħhom.", "In-never say die attitude hija vera kommendabbli, u din naħseb ġejja mill-fatt li huma jridu jrabbu qoxra ħafna iktar biex jagħmlu dak li jridu jagħmlu.", "Avukata Għawdxija li trid taħdem Malta għandha sfidi ħafna ikbar minn avukata Għawdxija imma li toqgħod Malta, u dan jgħodd għal kwalunkwe professjoni u xogħol, sa mill-iktar professjoni ta' status għoli sa l-iktar job manwali u mondan.", "Fejn tidħol tolleranza hija xi ħaġa interessanti kif ukoll preokkupanti.", "Fejn jidħol il-qasam tal-persuni b'diżabilità, ż-żgħażagħ Għawdxin huma tollerantissimi.", "Fejn jidħlu l-persuni gay, naraw perċentwali ta' 82%, u fejn jidħlu l-persuni bi problemi ta' droga, nibdew neżlin ftit.", "Fejn jidħlu priġunieri u immigranti irregolari, naraw li hemmhekk inkomplu neżlin, u naħseb li hemmhekk għandna fuqiex naħdmu.", "Din imbagħad hija marbuta mal-karatteristiċi u mal-lifestyle tagħhom, fejn qed naraw li 56% għandhom rispett u opinjoni għolja tal-forzi tal-Pulizija.", "Din ma nafx hijiex xi ħaġa taż-żgħażagħ, imma għamlet żmien fejn il-Pulizija kienet toħroġ riċerka regolari dwar l-attitudni tan-nies fuq il-Pulizija.", "Interessat li nara jekk din hijiex statistika li l-Pulizija tkun kuntenta biha.", "Jien personalment ma tantx nieħu gost li 45% taż-żgħażagħ għandhom opinjoni negattiva tal-Pulizija.", "Il-fidi fiż-żgħażagħ Għawdxin hija għolja, huma Kattoliċi u hemmhekk għad għandek affjatament mal-Knisja Kattolika.", "Fuq l-impatt li jgħixu Malta, għandna statistiċi interessanti fejn qed naraw li kważi 40% iqisu li l-fatt li jgħixu Malta u li jivvjaġġaw għal Malta jħalli impatt pożittiv fuq il-kwalità tal-ħajja tagħhom.", "Min-naħa l-oħra, għandek kważi 30% li jitkellmu fuq impatt negattiv.", "Għandek ukoll fuq ir-relazzjonijiet.", "Irridu nqisu wkoll li t-travelling fih innifsu .… Ma rridux nesaġeraw lanqas, għaliex irridu nżommu f'moħħna li pajjiżi bħall-Ingilterra jmorru wkoll jistudjaw f'universitajiet oħra.", "Anzi, kważi they make it a point li jitilqu mill-università tar-raħal tagħhom biex imorru jistudjaw f'università oħra, għalkemm dik it-trend qiegħda wkoll tinbidel minħabba l-economic down turn.", "Imma rridu nżommu f'moħħna wkoll li dawn iż-żgħażagħ iħossu li dan l-ivvjaġġar qiegħed iħalli impatt fuq ir-relazzjonijiet tagħhom u fuq il-kwalità tal-ħajja tagħhom.", "Rigward valuri, naraw li għandek aktar minn 10% li japprovaw l-abort u li jarawh bħala dritt.", "Imbagħad għandek ftit iktar minn 9% li jgħidulek li jaqblu mal-abort skont x'ikunu ċ-ċirkostanzi.", "Din tal-abort hija issue oħra li hemm bżonn li nitkellmu fuqha għax, jekk mhux se nagħmlu hekk, se jibda jinħoloq ħafna tinwir minn taħt li joħloq diffikultajiet mal-ġenerazzjonijiet aktar 'il quddiem.", "Dawn fejn jidħlu valuri.", "Interessanti wkoll li naraw fejn tidħol is-soċjetà ċivili.", "Għandek persentaġġ pjuttost għoli li huma nvoluti bħala membri ta' NGOs, fil-filantropija, fl-isport, eċċ, jiġifieri hawnhekk tistgħu taraw l-attività tagħhom ġewwa Għawdex.", "Għawdex hija komunità attiva immens.", "Naturalment, forsi li dan huwa aktar faċli għax għandek aktar ċokon, imma din irridu nikkapitalizzawha għaliex torbot ukoll ma' diskors importanti ħafna li, jekk irridu nkomplu nagħmlu r-replenishing tas-settur soċjali, jrid ikollna soċjetà ċivili attiva.", "Dan huwa studju ieħor li hemm bżonn li jsir, mhux għal Għawdex biss, imma għal Malta u għal Għawdex.", "Jekk mhux se nieħdu ħsieb il-volontarjat u l-attività soċjali, se jkollna kriżi, u jiena nħoss li diġa' hemm sinjali li min jidħol għas-servizzi mediċi tal-liġi, tal-aspetti soċjali, fil-qasam tal-kura, u fil-qasam tal-appoġġ se nkunu qegħdin nieħdu nies li l-motivazzjoni tagħhom hija sempliċement karrirista.", "Dan bħall-politiċi: jekk il-politiku ma jkollux amor proprju għas-sens ċivili, ma jagħmilx sens għax se jkun a half baked politician!", "In-nursery tas-settur soċjali huwa l-volontarjat u s-soċjetà ċivili, u naħseb li hemmhekk irridu nkomplu nħarsu lejha biex verament ninkoraġġixxu dan is-settur … Li għandna huwa n-numru ta' sigħat kemm ikunu involuti.", "Il-probabilità f'ħafna sitwazzjonijiet hija … Għalkemm għandek iż-żgħar li naturalment ikunu għadhom ma bdewx jivvjaġġaw.…", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT (Direttur ta' Eco Gozo): L-uniku indikatur li nara li jista' jagħti ftit ħjiel huwa kif jintuża l-NGO Centre, għax dan jintuża filgħaxijiet u mbagħad, fi żmien is-sajf u fil-weekends, ikun fully booked!", "Fil-fatt, trid tibbukkja minn żmien qabel biex issib l-availability.", "DR ANDREW AZZOPARDI: Interessanti naraw kif l-attività soċjali hija waħda qawwija.", "Interessanti wkoll li l-attività soċjali hija bbażata ħafna fil-villaġġi.", "Naturalment, aħna riedna snap shot taż-żgħażagħ għax, jekk taqbad is-soċjetà ċivili, għandek dinja x'tagħmel hemm, imma if you zoom in fuq l-istatistika, tibda tara li l-komunitajiet għadhom il-pjattaforma tal-involviment soċjali.", "Issa hawnhekk għandna statistika fuq kemm iż-żgħażagħ jafdaw lill-membri parlamentari.", "Fil-fatt, qed naraw li kważi 87% taż-żgħażagħ ma jafdawx lill-membri parlamentari.", "Din ukoll fiha x'tifhem u x'tirrifletti fuqha.", "Pereżempju, għandek l-involviment taż-żgħażagħ fil-partiti politiċi.", "Jien għandi suspett li d-differenza bejn il-membri parlamentari u l-partiti politiċi ma tantx jagħmluha għax, jekk wieħed jinnota, jsib li għandek 8.7% li huma membri fil-partiti politiċi .… Minn fejn ġejja din?", "Jien naħseb li ġejja min-negative media, imma din hija l-opinjoni tiegħi għax imbagħad huma interessati f'affarijiet kurrenti, huma interessati li jkollhom Għawdex nadif u huma interessati li jaraw li l-Maltin they don't look down on them.", "Jiġifieri jiena naħseb li għadhom mhumiex qegħdin jifhmu biżżejjed li l-politiku qiegħed hemm biex jirrispekkja dawn il-bżonnijiet tagħhom.", "Għalhekk naħseb li wieħed irid jagħmel eżami tal-kuxjenza dwar kif il-media u l-membri parlamentari qegħdin jaslu għand iż-żgħażagħ.", "Għandek 60% li jaqblu mat-tunnel link, imma din lili ma impressjonatnix għax ma tantx huwa perċentwal għoli.", "Hemmhekk naħseb il-fatt li għandek 40% li ma jridux it-tunnel link hija interessanti u tajjeb li wieħed jirrifletti fuqha.", "Forsi dawn iridu jipproteġu l-gżira tagħhom.", "CARMELO ABELA: Allura kif tqabbel dawn it-tliet statistiċi jew erbgħa, fejn għandek environmental initiatives 50%, fuq id-development etc kważi 58%, fuq il-kunċett ta' Eko Għawdex 29%, u l-aħħar waħda 70%?", "Jien qed nara ċerti kuntrasti hemmhekk, u forsi wkoll qed norbothom b'mod żbaljat, u forsi min irrisponda għal dawn il-mistoqsijiet qed jagħmel distinzjoni ċara.", "Mela qed jgħidu li m'hemmx inizjattivi biżżejjed marbutin mal-ambjent, u fl-istess ħin jemmnu li Għawdex huwa pjuttost nadif.", "Għandek numru kbir li ma fehmux il-kunċett ta' Eko Għawdex - għax 29% biss jidher li fehmuh - u għandek kważi 52% li qalu hemm ħafna żvilupp eċċ. Jiġifieri hemm uħud minnhom li jikkorroboraw lil xulxin, bħal pereżempju l-parteċipazzjoni fil-partiti politiċi u fil-membri parlamentari.", "Imma mbagħad hemm waħda minn dawk l-erbgħa li qisha tistona.", "Ma nafx jekk għandekx xi background fuqha din.", "DR ANDREW AZZOPARDI: Waħda mill-affarijiet li pprovajna nagħmlu kienet dik li pprovajna nagħmlu l-crossing tad-data, imma dan kien jiddependi ħafna fuq iż-żmien, fuq ir-riżorsi u fuq il-brief tar-riċerka, jiġifieri kien hemm ħafna affarijiet li żammewna lura għaliex jiena xtaqt nagħmilha ħafna iktar miftuħa.", "Kelli ħames suġġetti fejn għamilt il-crossing tagħhom bħal, pereżempju, fejn kellek lil dawk li qed jgħidu li huma membri fil-partiti politiċi kif wieġbu għall-fatt li din il-mistoqsija hija marbuta mal-membri parlamentari.", "Ipprovajna nagħmlu ftit crossing tad-data bl-aktar mod sempliċi għax the combinations are infinite.", "F'dan il-każ, we didn't cross the data, u allura rridu ninterpretawha kif inhi, u din l-interpretazzjoni dejjem hija waħda suġġettiva.", "Jista' ikun li għalihom Għawdex huwa nadif meta kkomparat ma' Malta.", "Jista' ikun li l-kunċett ta' Eko Għawdex huwa wisq moħbi .… (Interruzzjonijiet) Qisu għadu astratt, jew inkella fl-affarijiet li huma tanġibbli mhux qed jifhmu li dik hija inizjattiva ta' Eko Għawdex.", "Jiena darba smajt xi sindki jitkellmu fuq kif bnew xi ħitan tas-sejjieħ, u jista' ikun li ż-żgħażagħ mhumiex qegħdin jifhmu li dak ukoll jagħmel parti mill-inizjattivi marbutin ma' Eko Għawdex.", "THE CHAIRMAN: Għandek 30% li qegħdin jifhmu x'inhu l-kunċett ta' Eko Għawdex.", "Issa jiena ma naħsibx li Eko Għawdex ilu jeżisti ħafna, u allura din iċ-ċifra mhijiex daqshekk negattiva.", "DR ANDREW AZZOPARDI: Skont l-oġġettivi ta' Eko Għawdex x'inhuma.", "JUSTYNE CARUANA: Kull tifel u tifla fl-iskejjel kienu ngħataw il-package, u jiġu mgħallma wkoll fuq dan il-kunċett.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Jekk tippermettili xtaqt nagħmel żewġ kummenti: wieħed rigward dak li qed jgħid l-Onor.", "Abela, u l-ieħor dwar dan is-suġġett.", "Id-disparity bejn dawk il-valuri li pprovajt tqabbel jiena nimmaġina wkoll li joħorġu mill-fatt li l-ambjent ifisser affarijiet differenti għal nies differenti.", "Jekk jien mechanical engineer, il-probabilità hi li l-ambjent għalija jfisser li naħżen l-ilma.", "Forsi qed inkun ftit banali hawnhekk, imma din hija xi ħaġa li tinnotaha.", "Jekk qed nitkellem ma' electrical engineer, tinduna li għalih l-ambjent huwa r-renewable energy.", "Jekk qed titkellem ma' biologu li huwa speċjalizzat fuq il-kwalità tal-ilma, għalih il-protezzjoni tal-kosta hija l-iktar ħaġa importanti.", "Għal min studja l-bio-diversità, jew inkella suġġetti marbutin magħha, se jara l-protezzjoni tal-ispeċi individwali bħala l-iktar ħaġa importanti.", "Jien nista' nagħti każ klassiku li ltqajt miegħu fix-xogħol tagħna u li bażikament għandu x'jaqsam mat-tindif tal-areas fejn jinġema' l-ilma fil-widien.", "Tispiċċa bi klassi ta' nies li ħafna minnhom ikunu ġejjin mill-engineering, mill-arkitettura, eċċ, li jgħidulek outright li dak huwa xogħol tajjeb.", "Imbagħad ikollok nies, li huma aktar iffokati fuq il-bio-diversità u fuq is-sistemi naturali, li se jħarsu lejn dan it-tindif b'ċerta preokkupazzjoni.", "Issa f'dak il-każ trid tara kif se ssib il-bilanċ bejn waħda u oħra.", "Fuq il-kunċett ta' Eko Għawdex, nista' ngħid li din hija problema li trid taraha the world over.", "Meta qiegħed nitkellem fuq sustainable development u fuq areas relatati, li huwa kunċett li the world over isibu diffikultà kbira sabiex jikkomunikawh lill-poplu in ġenerali, għaliex the first message hu li sustainable development huwa ambjent.", "U jista' ikun li f'ħafna postijiet, not less f'Għawdex u f'Malta, dik il-ġibda eċċessiva lejn is-sustainable development equals l-ambjent għadha magħna wkoll.", "Ikollok pereżempju każijiet ta' proġetti li konna qegħdin nikkoordinaw aħna, jew inkella li nkunu ffinanzjajna through l-iskemi, u tiltaqa' ma' nies li jgħidulek li dak il-proġett m'għandux x'jaqsam ma' Eko Għawdex.", "Imbagħad tibda titkellem fuq kif qed tgħin biex ċerti proġetti jistgħu jseħħu.", "Każ klassiku kien il-famuż pjanu, li fil-verità kien harpsichord, li huwa strument Barokk rari ħafna.", "F'Malta, fit-Teatru Manoel għamlu festa u xtraw wieħed.", "(Interruzzjonijiet) So basically għandek dan il-festival ġewwa Għawdex li qed jiżviluppa f'niċċa partikolari tal-Barokk, li qed jieħu isem barra mill-pajjiż fil-Barokk.", "Dan il-festival qed isir fi knisja li għandha orgni tas-1700's, li huwa orgni partikolari ħafna, u dan il-festival qed jieħu isem fil-Barokk.", "L-injection tal-fondi biex inxtara dan l-istrument kien marbut ma' kondizzjoni li l-Gvern ikollu l-aċċessibilità biex jużah meta jkollu bżonn, u b'hekk tajna l-għajnuna tagħna biex dan il-festival jiżviluppa iktar għaliex huwa xi ħaġa li ma teżistix kullimkien.", "Festivals tara ħafna 'l hinn u 'l hawn, imma festivals speċjalizzati tara ftit inqas.", "Għalhekk kien hemm din l-opportunità biex tibqa' tiżviluppa dik l-attrazzjoni li se ġġiblek turiżmu ta' ċerta kwalità ogħla, u għalhekk dan kien kontribut lejn l-ekonomija tagħna.", "Bl-istess mod, għandna inizjattivi bħal, pereżempju, l-introduzzjoni tal-programm \"Home Start\".", "Bħalissa qegħdin nikkoordinaw mar-rappreżentanti tal-GUG fuq it-twaqqif ta' Kunsill Reġjonali għaż-Żgħażagħ f'Għawdex.", "U allura tibda tara affarijiet quddiemek fejn tibda tgħid, \"Imma din x'għandha x'taqsam ma' Eko Għawdex?\"", "Professur li kien jgħallimni kien iħobb jgħid li s-sostenibilità fl-improvement tal-ambjent huwa sostenibbli biss jekk inti għandek ekonomija b'saħħitha li dak l-improvement se tibda tissapportjah, u soċjetà b'saħħitha li hija inqas preokkupata biha nnifisha u tibda tippreokkupa ruħha bl-ambjent.", "Jekk m'għandekx dawk it-tnejn, allura l-improvement li għamilt inti fl-ambjent mhuwiex sostenibbli, għax jgħaddu ħames snin u jgħaddu għaxar snin, u jerġa' jaqa' eżattament fejn kien ...", "CARMELO ABELA: Inti qed titkellem mill-aspett wiesgħa tal-iżvilupp sostenibbli f'kull qasam tiegħu.", "U kif għedt inti, m'għandux x'jaqsam biss l-iżvilupp sostenibbli mal-ekonomija u mal-finanzi.", "Bħalissa kumbinazzjoni fil-Plenarja qegħdin nitkellmu fuq l-iżvilupp sostenibbli, u llum jiena tkellimt fuq dan is-suġġett u ffokajt nofs id-diskors tiegħi fuq il-qasam soċjali.", "Imma jista' ikun li l-fatt li għandek lil min jifhem li Eko Għawdex equals ambjent, inizjattivi oħra li jittieħdu taħt l-istess umbrella jarawhom bħala li m'għandhomx x'jaqsmu, kif spjegajt tajjeb inti.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Veru hemm possibilità qawwija.", "JUSTYNE CARUANA: Is-suġġett huwa kompletament differenti llum, imma l-kunċett ta' Eko Għawdex, għalkemm fih innifsu huwa kunċett tajjeb, il-mod ta' kif qed jitħaddem it's raising eyebrows, u dik hi l-problema.", "Hemm ħafna nies li huma xettiċi fuq dan il-kunċett, u jħarsu lejh bħala a pool of funds li inti trid tara kif se tipparteċipa fih.", "Hawnhekk qiegħda nkun very crude, imma ħafna nies hekk qegħdin jarawh, u ċioè bħala opportunità kif jistadu għal xi ħaġa, and that defeats the purpose!", "Ma rridx noħloq polemiki għax dan mhuwiex il-forum addattat, imma ma nistax ma ngħidhiex din.", "U għalhekk li mbagħad issib nies li la japprezzaw u lanqas jifhmu x'inhu l-kunċett tiegħu għaliex il-messaġġi tant huma mħallta li, bir-rispett kollu lejn kulħadd, qegħdin jagħtu lok għall-opportuniżmu sfaċċat li this is defeating the purpose.", "Bħala kunċett, jiena personalment dejjem għedt li huwa tajjeb, imma kif qed jiġi applikat mhux qed jiffunzjona, u inutli li toqgħod tippubblika l-booklets.", "THE CHAIRMAN: Naf li dan huwa suġġett interessanti, u ma rridx inwaqqaf id-diskussjoni fuq Eko Għawdex.", "Min-naħa tiegħi ma niddejjaq xejn li jkollna diskussjoni proprju fuq dan is-suġġett, u forsi nitilgħu aħna Għawdex biex nagħmlu din id-diskussjoni.", "Ovvjament tkun ta' problema għalina l-Maltin biex immorru Għawdex, imma rridu nsibu ċ-ċans biex xi darba nagħmluha.", "Naħseb li llum irridu nagħtu ċans lil Dr Azzopardi sabiex jispiċċa din il-preżentazzjoni.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Sur President, nitolbok tagħtina minuta ċans kemm nispjega xi ħaġa.", "Li rrid ngħid biss hu li b'kollox ħarġu tliet skemi; tnejn għall-kunsilli lokali u waħda għall-NGOs.", "M'għandix id-dettalji f'idejja għax ma ġejtx ippreparat fuq hekk, imma kien hemm numru ta' proġetti li ġew irrifjutati għax ma kienu jaqgħu taħt l-ebda miżura minn dawk inklużi fl-Action Plan.", "THE CHAIRMAN: Nifhmek li trid tiddefendi lilek innifsek, imma ma ġara xejn b'daqshekk.", "JUSTYNE CARUANA: Jiena lis-Sur Zammit nafu personalment, u naf kemm huwa persuna denja ...", "THE CHAIRMAN: Nifhem li dak li qegħdin tgħidu m'intomx 'il bogħod mill-verità, u dan m'għandux jippreokkupana.", "Li qed tgħid l-Onor.", "Justyne Caruana huwa minnu għax, jekk tiġi biex tqassam xi ħaġa, kulħadd se jipprova jara l-opportuniżmu ħalli hu wkoll jieħu xi ħaġa.", "Imma issa ejjew nieqfu nitkellmu fuq Eko Għawdex ħalli nikkonkludu r-rapport kollu, għax naħseb li fih statistiċi interessanti u ħalli nagħlqu l-preżentazzjoni.", "Dr Azzopardi, din il-preżentazzjoni inti għaddejt xi kopja tagħha lill-Membri Parlamentari?", "DR ANDREW AZZOPARDI: Le, imma għandi kopja żejda li nista' inħallihilkom.", "THE CHAIRMAN: Mela fil-każ nitolbok tħallilna din il-kopja biex, meta jkollna laqgħa oħra, minflok nerġgħu naraw l-istatistika, niġu ppreparati b'din l-istatistika li għadek kemm għaddejtilna.", "Din hija proposta li se neħodha inkonsiderazzjoni, għax l-Onor.", "Justyne Caruana għadha kemm qaltilna li nistgħu nikkombinawha mal-laqgħa l-oħra, imma rridu naraw x'ħin se nibdew il-laqgħa l-oħra.", "JUSTYNE CARUANA: Jien mhux qiegħda ngħid li rridu nagħmluha neċessarjament fil-laqgħa li jmiss.", "THE CHAIRMAN: Nhar it-Tlieta konna se nibdew fit-3.30 p.m., u konna se nibdew bir-rappreżentanti tal-GUG.", "JUSTYNE CARUANA: Imma tal-GUG se nlaqqgħuhom mal-entitajiet diversi li talbuna li xtaqu li jiltaqgħu magħhom.", "DR ANDREW AZZOPARDI: Mela ħalli nkompli nsemmi din l-istatistika għax hija importanti immens.", "Nixtieq insemmi żewġ affarijiet: hawnhekk qed taraw l-istatistika fuq il-prattiċi sesswali taż-żgħażagħ Għawdxin fejn, kif qed taraw, iż-żgħażagħ Għawdxin jidhru li huma attivi sesswalment.", "Din qed ngħidha għaliex hija xi ħaġa ovvja, imma qed ngħidha wkoll għaliex huwa ovvju li m'aħniex nitkellmu biżżejjed fuq l-ovvju, u allura rridu naraw ftit kif iż-żgħażagħ qegħdin jgħixu l-ħajja tagħhom u nappoġġjawhom f'dan is-sens, anke minħabba l-użu tal-kontraċettivi u l-użu tal-family planning, etc.", "Fejn jidħol il-konsum tad-droga, naraw li hemm kważi 8% li huma bejn l-10 snin u t-30 sena li jikkonsmaw sostanzi illegali.", "Din mhijiex xi ċifra għolja ħafna, imma taraha ħafna li kieku dak huwa ħuk jew it-tifel tiegħek jew it-tifla tiegħek.", "Filwaqt li tajjeb nirrikonoxxu x-xogħol li qed jagħmlu l-NGOs f'dan il-qasam, b'mod partikolari l-OASI, dak il-persentaġġ mhuwiex qiegħed hemmhekk biex nibqgħu għaddejjin fuqu, imma huwa importanti li nirriflettu fuqu.", "Hawnhekk hawn ukoll breakdown ftit aktar speċifiku fuq fejn qed jittieħdu d-drogi, għalxiex qegħdin jittieħdu d-drogi u x'inhuma r-raġunijiet personali għalfejn jittieħdu d-drogi.", "Mhumiex xi statistiċi ta' barra minn hawn u huma maniġabbli, u allura, għax huma maniġabbli, irridu naħdmu iktar fuqhom u mhux ngħidu li dawn huma ftit.", "Ninkwieta ftit fuq il-konsum tal-alkoħol.", "Il-konsum tal-alkoħol qed jinżel iktar u iktar 'l isfel.", "Anke hemmhekk xejn ġdid, imma hawnhekk ukoll m'aħniex qegħdin nitkellmu biżżejjed fuq din il-problema.", "Il-konsum tal-alkoħol huwa rampanti .…", "THE CHAIRMAN: Dr Azzopardi, skużani talli se ninterrompik.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa għall-fini tal-inews rooms li jistgħu jkunu qegħdin isegwuna.", "Meta qed tgħid li qed jinżel 'l isfel, qiegħed tfisser li qiegħda tinżel fl-età?", "DR ANDREW AZZOPARDI: Iva, qiegħda tinżel iktar fl-età.", "Jien mhux qed nikkompara d-data, imma jidher li fl-etajiet żgħar il-konsum tal-alkoħol huwa qawwi u qiegħed jiżdied.", "Probabilment l-OASI aktar jafu fuq dawn l-affarijiet għax huma aktar hands on fuq din is-sitwazzjoni peress li jaħdmu ma' nies li jkollhom dawn il-problemi.", "U għalhekk irridu noqogħdu attenti hemmhekk ukoll.", "CARMELO ABELA: Inti hawnhekk qed tieħu minn 16-il sena 'il fuq: kien hemm statistika oħra marbuta mas-sesswalità li kienet tibda wkoll minn 16-il sena 'il fuq.", "DR ANDREW AZZOPARDI: Hekk hu.", "CARMELO ABELA: F'etajiet iżgħar, minkejja li qegħdin fis-Sekondarja - għax minn 11-il sena sa16-il sena huma fis-Sekondarja - kif għedt fil-proviso tal-bidu .…", "JUSTYNE CARUANA: Minħabba x-xogħol tiegħi, niltaqa' ma' ħafna każijiet, jiġifieri s-sitwazzjoni hija ħafna iktar gravi, u the critical age hija bejn it-12 u l-15-il sena.", "Hemmhekk qed naraw ħafna iktar droga u ħafna aktar konsum tal-alkoħol …", "DR ANDREW AZZOPARDI: Dik id-data l-iskejjel m'għaddewilix.", "CARMELO ABELA: Jiena nixtieq li l-appell li għamilt inti fil-bidu ma neħduhx for granted.", "Naħseb il-fatt li nafu, għax nisimgħu u għax niltaqgħu magħhom eċċ, li adoloxxenti minn 12-il sena 'il fuq qed jabbużaw minn sustanzi u mill-alkoħol u qed ikunu diġa' attivi sesswalment.", "Fil-fatt, it-teenage pregnancies żdiedu u mhux naqsu, anke f'etajiet ta' taħt is-16-il sena.", "Imma mbagħad ma jkollniex data f'idejna .… Id-data hija importanti mhux għall-kurżità, imma biex nieħdu azzjoni u nindirizzaw l-issue in kwestjoni.", "DR ANDREW AZZOPARDI: Kif qed tgħid inti, aktar ma jkollok id-data li tkun f'idejk meta jkunu għadhom żgħar, aktar se ssir faċli biex tindirizza s-sitwazzjoni.", "L-OASI jistgħu iktar jgħidu fuq din il-kwestjoni, imma, meta l-persuna tibda tikber, aktar se jiżdiedu l-komplikazzjonijiet tagħha, u l-variables jibdew isiru aktar ikkomplikati.", "U dik irridu nħarsu lejha.", "Jiena naqbel magħkom fuq dik tal-età ta' taħt is-16-il sena, però anke li minn 16-il sena 'il fuq, fejn qed ngħidu li aktar 'il fuq minn 40% jikkonsmaw l-alkoħol, u mbagħad hemm jekk hux kuljum, jekk hux fil-weekends jew jekk hux f'okkażjonijiet speċjali - li hija even worse - imma li qed ngħidu li dak il-persentaġġ huwa tant qawwi huwa sinifikanti.", "Il-gambling hija diffikultà wkoll, u donnu li qiegħda tibda tgħolli rasha, u hawnhekk irridu noqogħdu attenti.", "Qed nieħu gost ħafna li qed inżidu l-ekonomija anke f'termini tal-gambling u dan kollu, imma rridu noqogħdu attenti għax hawnhekk tidħol il-moralità.", "Intom l-inqas nies li għandi bżonn naqsam magħkom dan il-ħsieb għax intom sensittivi, imma ma jistax ikollna ekonomija a skapitu tal-aspett ta' valuri u moralità.", "CARMELO ABELA: Imma jien din iċ-ċifra qiegħed naraha baxxa.", "DR ANDREW AZZOPARDI: Jien hekk naħseb ukoll.", "CARMELO ABELA: Meta qed ngħidu 1.9%, qed naraha baxxa.", "DR ANDREW AZZOPARDI: Ma tistax teħodlu rkaptu.", "U jista' ikun li they are gambling - u din bħal tal-alkoħol u bħal ta' ħafna affarijiet oħra – imma ma jafux li hija kkonsidrata bħala gambling, jiġifieri jista' ikun li jien qed immur nilgħab il-kaxxa, imma għalija dik hija sempliċement logħba.", "MICHAEL GONZI: Dan li qed tgħid huwa każ tipiku fid-drogi llum il-ġurnata, fejn l-importanti hu li jien ma nieħux eroina.", "Ħafna miż-żgħażagħ ta' bejn it-13 u l-14-il sena jgħidu li għalihom l-importanti hu li ma jieħdux eroina!", "U dik hi l-problema.", "Ħaxixa mhijiex problema, l-ecstasy mhijiex problema u kokaina mhijiex problema.", "L-agħar waħda hija l-eroina.", "Il-bqija hemm dik il-mentalità, u jien dik li tinkwetani ħafna!", "Pereżempju tinkwetani ċ-ċifra ta' 53% li jittolleraw id-drug addicts, fis-sens li hija xi ħaġa tajba, imma lili din tqajjimli ħafna mistoqsijiet oħrajn.", "Jien għaliex nittollera lid-drug addicts?", "Għax naraha orrajt li nuża d-drogi?", "Dik id-diffikultà li nsib, u hemm ħafna underlying questions li forsi .… Dan l-istudju jiftaħ ħafna iktar bibien milli jirrispondi għall-mistoqsijiet.", "Xi kultant ninkwieta, b'mod speċjali dwar il-mentalità taż-żgħażagħ illum li ma jarawx li hija problema li tabbuża minn ċerti tipi ta' sustanzi.", "ANTHONY ZAMMIT: Il-problema tal-kokaina qiegħda tiżdied kullimkien, anke fost nies professjonali qiegħda tiżdied immens!", "JUSTYNE CARUANA: Anzi pjuttost li jekk inti tkun f'ċerti ċrieki it's a must li tieħu!", "MICHAEL GONZI: Trid tieħu bilfors, u jiena ninkwieta wkoll minħabba l-fatt li dan l-aħħar kien hemm studju mill-MCDDA tal-Aġenzija Ewropea fir-rigward tal- abbuż ta' sustanzi, fejn qalu li kienu qegħdin jipprevedu li l-ecstasy u l-meow meow drug se jitilgħu 'l fuq minħabba r-riċessjoni li hawn fl-Ewropa.", "THE CHAIRMAN: Meta tgħid se titla' 'l fuq, qed tirriferi għall-prezz jew għall-konsum tagħha?", "ONOR MICHAEL GONZI: Se tiżdied fil-konsum.", "ANTHONY ZAMMIT: Il-meow meow drug u l-ecstasy huma iktar perikolużi għax you don't know what is their combination, u dik hija l-problema.", "MICHAEL GONZI: Imma llum il-ġurnata tkun imħallta wkoll.", "ONOR MICHAEL GONZI: Compared ma' barra, aħna f'ċerti aspetti we are lucky, but still għandna għalfejn ninkwetaw.", "JUSTYNE CARUANA: Jien sirt naf li l-meow meow hija droga mingħand tifla ta' 11-il sena!", "DR ANDREW AZZOPARDI: Dak huwa sample tad-data, imma hemm ħafna affarijiet oħra, u jien nixtieq li nisħaq fuq il-konflitt li semma' Noel meta konna qed nitkellmu fuq Eko Għawdex.", "Il-valur ta' dan l-istudju huwa li niddibattu, u għalhekk napprezza li qed nagħmlu din id-diskussjoni għax hemm bżonn li nitkellmu fuqhom dawn l-affarijiet.", "Għamilna ħafna żmien ingergru f'ħafna setturi, u għadna ngergru għax m'għandniex l-istatistika.", "Issa għandna l-istatistika to start us off with, u mbagħad irridu nieħdu azzjoni.", "CARMELO ABELA: Xtaqt inżid ftit ma' dak li qal Noel meta semma' li 53% taż-żgħażagħ jittolleraw id-drug addicts.", "Meta ġieli kien hawn l-istatistika hawn Malta u jistaqsu lin-nies x'għandu jsir minnhom id-drug addicts, it-tweġiba kienet tkun li dawn għandhom jispiċċaw il-ħabs.", "Meta tistaqsi din il-mistoqsija lil min għandu lil xi ħadd fil-familja li jieħu d-droga, dawn se jgħidulek li dak huwa vittma u allura m'għandux jispiċċa l-ħabs.", "Mela hemmhekk ix-xena qiegħda tinbidel.", "U allura tista' tkun ukoll interpretazzjoni differenti meta qed ngħidu li qed inkunu tolleranti, u meta qed jgħidu li jixtiequ juru aktar tolleranza miegħi talli jien qed nabbuża.", "IS-SUR NOEL XERRI (Treatment and Rehabilitation Manager fl-OASI Foundation): Dak hu l-punt li kont qed nipprova nagħmel.", "JUSTYNE CARUANA: Jista' ikun li anke huma jkunu parti minn dawn …", "CARMELO ABELA: L-aċċessibilità tgħodd għal kullimkien, speċjalment waqt ċerti attivitajiet.", "IS-SUR NOEL XERRI: U dak hu s-sabiħ ta' dan l-istudju li, minflok jagħtik ir-risposti, joħloqlok il-mistoqsijiet biex inti tkompli tanalizza.", "THE CHAIRMAN: Jiena naħseb li llum ingħatajna informazzjoni estensiva ħafna fuq x'qed jiġri f'Għawdex, imma naħseb ukoll li minn din l-informazzjoni wieħed jista' jieħu idea ta' x'inhi r-realtà taż-żgħażagħ f'Malta.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel riflessjoni oħra.", "Naħseb li għandna tliet suġġetti li wieħed jista' jiddiskuti, fosthom dak fuq Eko Għawdex.", "Dan is-suġġett għandu realtà għalih, u m'għandniex nerġgħu niġu hawnhekk u niddiskutuh ma' xi ħaġa oħra, imma rridu niddiskutuh apparti.", "Għalhekk tista' issirilna preżentazzjoni qasira, u mbagħad nagħmlu diskussjoni.", "Imbagħad, naħseb li huwa importanti wkoll li jkollna diskussjoni mill-OASI fejn intom tkunu tistgħu taqsmu magħna l-informazzjoni u l-preokkupazzjonijiet tagħkom, kemm dawk relatati ma' Għawdex, kif ukoll dawk relatati ma' Malta.", "Naħseb li bħala Kumitat tajjeb li jkollna s-suġġett tal-addictions, speċjalment fuq id-droga, għax ħafna drabi nisimgħu fuq id-droga, imma nispiċċaw niddiskutu addictions oħra u d-droga ninsewha.", "Imma kif qed naraw mir-rapport li ppreżentalna Dr Azzopardi, d-droga hija wkoll parti importanti.", "Mela dawn huma tliet suġġetti li rridu neħduhom separatament minn xulxin biex nagħmlulhom ġieħ, inkella jekk nibdew niġu hawnhekk f'laqgħa oħra u noqogħdu nisparaw fuq xulxin, nispiċċaw biex ma nikkonkludu fuq xejn.", "L-iżjed ħaġa li se nipproponi, dejjem jekk ikun hawn il-qbil, hu li nipprovaw insibu tliet ġranet separati sabiex niddiskutu dawn it-temi.", "L-ewwel waħda tkun fuq Eko Għawdex.", "Imbagħad l-OASI, forsi jistgħu jibdew jippreparaw minn issa xi tip ta' preżentazzjoni, anke minn dak li joħroġ minn dan l-istudju, u b'hekk nużaw dan l-istess studju bħala pjattaforma għad-diskussjoni li rridu nagħmlu.", "U dwar l-istatistika li għadha kemm ġiet mogħtija lilna, nistgħu niddiskutuha fl-ewwel laqgħa li jmiss.", "Jien ma niddejjaq xejn jekk intom tridu tkunu preżenti għal-laqgħa li se ssir nhar it-Tlieta fit-3.30 p.m., fejn dan il-Kumitat se jkun qiegħed ilaqqa' diversi entitajiet u awtoritajiet differenti sabiex jiddiskutu dwar l-istudenti Għawdxin u l-problemi li jiltaqgħu magħhom.", "This is not a question of arguing, imma se tkun fil-format question and answer: ingħatajna l-mistoqsijiet u s-suġġerimenti, u issa rridu nisimgħu minn min suppost jieħu d-deċiżjonijiet x'deċiżjonijiet qegħdin jittieħdu f'dak ir-rigward.", "Aħna qegħdin nipprovaw nippermettu lilna nfusna nintużaw bħala pjattaforma ta' kisba ta' soluzzjoni, aktar milli sempliċement ta' diskussjoni mingħajr tmiem.", "Issa jekk intom tridu tkunu preżenti hawnhekk, naħseb li jkun jagħmel sens, għaliex tista' tingħata informazzjoni relatata wkoll max-xogħol tagħkom.", "Min irid ikun preżenti, merħba bih li jkun hawn nhar it-Tlieta fit-3.30 p.m., ħalli b'hekk inkunu nistgħu nkomplu d-diskussjoni li għamilna llum.", "U hekk, imbagħad, inkomplu 'l quddiem id-diskussjonijiet varji li naħseb li għandna nkomplu niżviluppaw minn hawnhekk.", "Għaldaqstant din id-diskussjoni ma ngħalqitx illum, imma naġġornaw għal data oħra.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Nixtieq nagħmel kumment żgħir.", "Jiena għandi idea li kien sar studju ieħor ta' dan it-tip.", "Allura forsi xi darba nistgħu niltaqgħu u nagħmlu paragun biex naraw fejn l-affarijiet l-aktar li qed imorru ħażin.", "JUSTYNE CARUANA: Imma kif qal Dr Azzopardi, il-metodoloġija tar-riċerka kienet differenti, u għalhekk ma tistax tikkompara studju ma' ieħor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Tajjeb li jkollna idea, m'hemmx bżonn li nkunu bl-eżatt, imma almenu jekk nieħdu idea nkunu nistgħu naraw fejn huma l-ikbar problemi.", "THE CHAIRMAN: Meta tippreparaw il-preżentazzjoni tal-OASI, ipprovaw agħtuna ħjiel biex wieħed jipprova jieħu trend, anke jekk hemm statistika minn xi rapporti oħrajn, jekk tridu tieħdu ħjiel minn fuqhom, tkunu qegħdin tagħtuna comparative exercise aħjar.", "Mela l-laqgħa hija aġġornata għal data oħra li tiġi kkomunikata aktar tard.", "Fit-8.50 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120515_130d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 130", "It-Tlieta, 15 ta' Mejju, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.25 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Dr Elaine Birmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "129 li saret nhar It-Tlieta, 08 ta' Mejju, 2012 ġew konfermati.", "Iċ-Chairman informa lill-Kumitat li kien irċieva din il-korrispondenza:", "Dok 168 Email mingħand is-Sur David Agius, ex-surġent fil-korp tal-pulizija datata 12 ta' Mejju, 2012.", "F'din l-email hemm talba mingħand is-Sur Agius sabiex jiltaqa' mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "L-Onor.", "Edwin Vassallo qal li ma jsib l-ebda oġġezzjoni li jiltaqa' ma' din il-persuna sabiex jisma' it-talba tagħha.", "Il-membri tal-kumitat qablu wkoll li jiltaqgħu ma' din il-persuna sakemm ma jiġix diskuss xi każ personali.", "Preżentazzjoni minn Dr Andrew Azzopardi, Lecturer fl-Università ta' Malta.", "Il-Kumitat stieden lil Dr Andrew Azzopardi Senior Lecturer fl-Università ta' Malta, lis-Sur Tony Zammit Direttur tal-Eco-Gozo, lil Miss Andrea Saliba Social Worker fl-OASI Foundation u lis-Sur Noel Xerri Treatment and Rehabilitation Manager fl-OASI Foundation.", "Dr Andrew Azzopardi ppreżenta lill-Kumitat;", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Id-diskussjoni fuq din l-istatistika ma spiċċatx u se titkompla f'laqgħa li titħabbar aktar tard.", "Fit-20.50 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120515_130m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 16 ta' Mejju 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:50 p.m.", "L-Onor Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Preżenti wkoll kien hemm l-Onor Joseph Falzon.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Kumitat ta l-permess sabiex fotografi u cameramen ta' diversi ġurnali u stazzjonijiet ikunu jistgħu jieħu ritratti u filmat tal-ewwel parti tal-laqgħa kif ukoll tal-ewwel parti tax-xhieda.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 64 li saret fil-15 ta' Mejju 2012 kienu konfermati.", "DISKUSSJONI MARBUTA MA' MOZZJONI NRU.", "301 IPPREŻENTATA FL-20 TA' APRIL 2012 MILL-ONOR GEORGE VELLA U MILL-ONOR LUCIANO BUSUTTIL DWAR IR-RAPPREŻENTANT TA' MALTA GĦALL-UNJONI EWROPEA", "Il-President tal-Kumitat għamel referenza għar-ruling mogħti mill-iSpeaker dak inhar stess u qiegħed kopja tiegħu fir-records tal-Kumitat:-", "Dokument 1090 Deċiżjoni mogħtija mill-iSpeaker fis-seduta numru 474 tal-Erbgħa 16 ta' Mejju 2012 dwar proċeduri li kienu qegħdin jiġu applikati fil-Kumitat Permanenti dwar l-Afffarijiet Barranin u Ewropej dwar smigħ ta' xhieda fir-rigward ta' Mozzjoni Nru. 301.", "Il-President tal-Kumitat ħabbar li fid-dawl tar-ruling tal-iSpeaker u wara kuntatti informali kien intlaħaq qbil li l-ewwel xhud kellu jkun l-Onor Lawrence Gonzi, Prim Ministru, u t-tieni xhud ikun is-Sur Richard Cachia Caruana, Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea.", "Wara li l-Onor George Vella introduċa l-Mozzjoni Nru. 301, l-Onor Lawrence Gonzi, Prim Ministru, bil-ġurament qara stqarrija bħala parti mix-xhieda tiegħu dwar l-istess mozzjoni.", "L-istqarrija tqassmet lill-Membri tal-Kumitat u tqiegħdet ukoll fir-records tal-Kumitat:-", "Dokument 1091 Stqarrija bħala xhieda mogħtija mill-Prim Ministru, l-Onor Lawrence Gonzi, dwar Mozzjoni Nru. 301.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-9.03 pm il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn 21 ta' Mejju 2012 fis-6:30 pm b'din l-aġenda:", "Konsiderazzjoni ta' proposti leġislattivi maħruġa mill-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Diskussjoni marbuta ma' Mozzjoni Nru. 301 ippreżentata fl-20 ta' April 2012 mill-Onor George Vella u mill-Onor Luciano Busuttil dwar ir-Rappreżentant ta' Malta għall-Unjoni Ewropea – kontinwazzjoni.", "Affarijiet oħra.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120516_065m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 21 ta' Mejju 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:35 p.m.", "L-Onor Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Preżenti wkoll kien hemm l-Onor Joseph Falzon u l-Onor Jeffrey Pullicino Orlando.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Kumitat ta l-permess sabiex fotografi u cameramen ta' diversi ġurnali u stazzjonijiet ikunu jistgħu jieħu ritratti u filmat tal-ewwel parti tal-laqgħa kif ukoll tal-ewwel parti tax-xhieda.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 65 li saret fis-16 ta' Mejju 2012 kienu konfermati.", "KONSIDERAZZJONI TA' PROPOSTI LEĠISLATTIVI MAĦRUĠA MILL-UNJONI EWROPEA FIR-RIGWARD TAL-OSSERVANZA TAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ", "Rigward il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-eżerċizzju tad-dritt li tittieħed azzjoni kollettiva fil-kuntest tal-libertà talistabbiliment u l-libertà li tagħti servizz (Kumm(2012)130), il-Kumitat kellu għal konsiderazzjoni tiegħu dawn id-dokumenti:-", "Dokument 1092 Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-eżerċizzju tad-dritt li tittieħed azzjoni kollettiva fil-kuntest tal-libertà talistabbiliment u l-libertà li tagħti servizz (Kumm(2012)130);", "Dokument 1093 Ir-rapport preliminari mħejji mir-research analyst tal-Kumitat;", "Dokument 1094 Rapport dettaljat u abbozz ta' opinjoni motivata magħmula minn Prof. Peter G. Xuereb; u", "Dokument 1095 Il-pożizzjoni tal-Gvern fuq din il-proposta kif komunikata mill-Ministru tal-Ġustizzja, Kunsultazzjoni Pubblika u l-Familja.", "Prof. Peter G. Xuereb għamel preżentazzjoni dwar ir-rapport li ħejja fuq din il-proposta.", "Il-Kumitat qabel li l-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-eżerċizzju tad-dritt li tittieħed azzjoni kollettiva fil-kuntest tal-libertà talistabbiliment u l-libertà li tagħti servizz (Kumm(2012)130) tmur kontra l-prinċipju tas-sussidjarjetà u adotta l-opinjoni motivata kif magħmula minn Prof. Peter Xuereb.", "Il-Kumitat inkariga lill-President tal-Kumitat sabiex jippreżenta din l-opinjoni motivata lill-iSpeaker biex min-naħa tiegħu jressaqha għall-approvazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Fir-rigward tal-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (Kumm(2012)131), il-Kumitat kellu għal konsiderazzjoni tiegħu dawn id-dokumenti:-", "Dokument 1096 Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (Kumm(2012)131);", "Dokument 1097 Ir-rapport preliminari mħejji mir-research analyst tal-Kumitat;", "Dokument 1098 Rapport dettaljat magħmul minn Prof. Peter G. Xuereb; u", "Dokument 1099 Il-pożizzjoni tal-Gvern fuq din il-proposta kif komunikata mill-Ministru tal-Ġustizzja, Kunsultazzjoni Pubblika u l-Familja.", "Prof. Peter G. Xuereb għamel preżentazzjoni dwar ir-rapport li ħejja fuq din il-proposta.", "Il-Kumitat qabel li l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (Kumm(2012)131) ma tmurx kontra l-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "DISKUSSJONI MARBUTA MA' MOZZJONI NRU.", "301 IPPREŻENTATA FL-20 TA' APRIL 2012 MILL-ONOR GEORGE VELLA U MILL-ONOR LUCIANO BUSUTTIL DWAR IR-RAPPREŻENTANT TA' MALTA GĦALL-UNJONI EWROPEA - KONTINWAZZJONI", "L-Onor Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat, ilmenta mir-rappurtaġġ li kien sar minn ONE News u Maltastar.com dwar mawra li kellu jagħmel fl'Imdina nhar il-Ħadd 20 ta' Mejju biex jattendi laqgħa tal-Henley Alumni Association u dwar laqgħa qasira li huwa kellu ħdejn Kastilja mar-Rappreżentant ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, is-Sur Richard Cachia Caruana, dak inhar stess liema avvenimenti ma kellhomx x'jaqsmu mad-diskussjoni li qiegħda ssir f'dan il-Kumitat.", "L-Onor George Vella ilmenta mir-rappurtaġġ dispreġjattiv minn sezzjoni tal-media fil-konfront tiegħu u ta' Membri oħra tal-Oppożizzjoni.", "L-Onor George Vella għamel referenza u ppreżenta lill-Kumitat dawn id-dokumenti:-", "Dokument 1100 Kopja tad-diskorsi li saru fil-laqgħat tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej fis-7 ta' Lulju 2008 u fl-14 ta' Jannar 2009 b'referenza għal Partnership for Peace.", "Il-Prim Ministru, fil-kors tax-xiehda tiegħu, ippreżenta lill-Kumitat dawn id-dokumenti:-", "Dokument 1101 Kopja ta' dokument (Ref: 7595/03/REV 1) li s-Security Committee bagħat lill-COREPER/Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-25 ta' Marzu 2003 bis-suġġett: Security-related provisions applicable to acceding States during the interim period;", "Dokument 1102 Kopja ta' dokument (Ref: 8412/03) li s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill Ewropew bagħat lid-delegazzjonijiet fl-10 ta' April 2003 bis-suġġett: Distribution of EU classified information to acceding States – Situation of Cyprus and Malta;", "Dokument 1106 Kopja ta' żewġ artikli mill-ġurnal The Malta Independent u The Malta Independent on Sunday tat-28 ta' Frar u t-13 ta' Marzu 2005 rispettivament bit-titlu: Turkey blocking Malta and Cyprus from taking part in joint NATO-EU meetings;", "Dokument 1107 Kopja ta' artiklu mill-ġurnal The Times tal-25 ta' April 2005 bit-titlu: EU-NATO talks stall over Malta, Cyprus and EU-NATO cooperation;", "Dokument 1108 Kopja ta' artiklu mill-ġurnal l-Orizzont tas-27 ta' April 2005 bit-titlu: Jinkixef il-ksur tal-newtralità;", "Dokument 1109 Kopja ta' żewġ artikli ta' The New York Times bit-titli: As EU and NATO enlarge, trust weakens for sharing of intelligence u EU and NATO vie to set trans-Atalantic agenda ppubblikati fit-12 ta' Novembru 2004 u d-19 ta' Frar 2005 rispettivament;", "Dokument 1112 Kopja ta' ittra tas-Sur Richard Cachia Caruana, Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea lill-Ms Michelle Eisenbarth, Diplomatic Advisor to the Prime Minister of Luxembourg fl-1 ta' Ġunju 2005 dwar EU-NATO Relations flimkien ma' kopja ta' Non-Paper: Malta-NATO question;", "Dokument 1113 Kopja tal-Ftehim bejn il-Gvern ta' Malta u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea dwar assistenza militari ffirmat fil-25 ta' Marzu 1982; u", "Dokument 1114 Kopja tas-Security Agreement bejn il-Gvern ta' Malta u n-NATO iffirmat fil-11 ta' April 1996.", "Fid-9.03 pm il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta 22 ta' Mejju 2012 fis-7:30 pm b'din l-aġenda:", "Diskussjoni marbuta ma' Mozzjoni Nru. 301 ippreżentata fl-20 ta' April 2012 mill-Onor George Vella u mill-Onor Luciano Busuttil dwar ir-Rappreżentant ta' Malta għall-Unjoni Ewropea – kontinwazzjoni.", "Affarijiet oħra.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120521_066m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-familja", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 8", "It-Tlieta, 22 ta' Mejju 2012 fis-7:00pm", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Familja, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 22 ta' Mejju, 2012 fis-7:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "\"Tħejjija Xierqa Qabel Żwieġ Ċivili.\"", "Diskussjoni mad-Direttur Ġenerali tar-Reġistru Pubbliku.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120522_008a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-Familja", "LAQGĦA NRU 8", "It-Tlieta, 22 ta' Mejju, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:16 p.m.", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "7, li saret nhar it-Tnejn 23 ta' April 2012, ġew konfermati.", "Tħejjija Xierqa Qabel Żwieġ Ċivili.", "Il-Kumitat irriżuma d-diskussjoni fuq dan is-suġġett mil-Laqgħa 4 tat-Tlieta 21 ta' Frar 2012.", "Il-Kumitat stieden lil Dr Stephanie Pappalardo, Direttur Ġenerali tar-Reġistru Pubbliku u l-Artijiet u s-Sinj Ermelinda Zahra, Direttur tar-Reġistru Pubbliku biex jieħdu sehem fil-Kumitat.", "Dokument 13 Statistika dwar Żwiġijiet Jannar 2005 – April 2012.", "Rapport maħuġ mir-Reġistru Pubbliku ta' Malta għal użu tal-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Familja", "Il-Kumitat stieden ukoll lill-Mons Philip Calleja u lis-Sinj Antoinette Giglio biex jieħdu sehem fil-Kumitat.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8:16 p.m. il-Kumitat ikkonkluda fuq is-suġġett u aġġorna għal data li għandha titħabbar iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120522_008m_fac.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 22 ta' Mejju 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:37 p.m.", "L-Onor Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Preżenti wkoll kien hemm l-Onor Joseph Falzon.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Kumitat ta l-permess sabiex fotografi u cameramen ta' diversi ġurnali u stazzjonijiet ikunu jistgħu jieħu ritratti u filmat tal-ewwel parti tal-laqgħa kif ukoll tal-ewwel parti tax-xhieda.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 66 li saret fit-16 ta' Mejju 2012 kienu konfermati.", "DISKUSSJONI MARBUTA MA' MOZZJONI NRU.", "301 IPPREŻENTATA FL-20 TA' APRIL 2012 MILL-ONOR GEORGE VELLA U MILL-ONOR LUCIANO BUSUTTIL DWAR IR-RAPPREŻENTANT TA' MALTA GĦALL-UNJONI EWROPEA - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat irriżuma d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni mit-Tnejn 21 ta' Mejju 2012.", "Il-Prim Ministru kompla jagħti x-xiehda tiegħu u ppreżenta lill-Kumitat dawn id-dokumenti:-", "Dokument 1115 Kopja ta' memorandum li r-Rappreżentant ta' Malta għall-Unjoni Ewropea bagħat lill-Prim Ministru fid-9 ta' Novembru 2004 bis-suġġett: Normalisation of Malta's position vis-à-vis present and future EU-NATO relations;", "Dokument 1116 Kopja tal-parir legali li l-Avukat Ġenerali ta lill-Prim Ministru fit-22 ta' Mejju 2012 dwar id-definizzjoni ta' trattat internazzjonali skont l-Att dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Kap. 304); u", "Dokument 1117 Siltiet minn aħbarijiet, programmi u artikli li xxandru jew kienu ppubblikati minn Public Broadcasting Services, di-ve.com, The Times, timesofmalta.com, One TV u Maltastar flimkien ma' silta mid-diskors tal-laqgħa tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-15 ta' Mejju 2012, rigward il-Mozzjoni Nru. 301 li tinsab quddiem il-Kumitat.", "Fid-9.20 pm il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta 29 ta' Mejju 2012 fis-6:30 pm b'din l-aġenda: tat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura", "Diskussjoni marbuta ma' Mozzjoni Nru. 301 ippreżentata fl-20 ta' April 2012 mill-Onor George Vella u mill-Onor Luciano Busuttil dwar ir-Rappreżentant ta' Malta għall-Unjoni Ewropea – kontinwazzjoni.", "Affarijiet oħra.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120522_067m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 131", "It-Tlieta, 22 ta' Mejju, 2012", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 22 ta' Mejju, 2012 fit-3.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni bejn il-Grupp Universitarji Għawdxin u numru ta' rappreżentanti minn diversi ministeri u entitajiet pubbliċi dwar problemi li jiltaqgħu magħhom studenti Għawdxin li jiġu jistudjaw Malta.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120522_131a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 131", "It-Tlieta 22 ta' Mejju, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 131", "It-Tlieta 22 ta' Mejju, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-03:30 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 130 li saret nhar it-Tlieta, 15 ta' Mejju 2012, ġew ikkonfermati.", "PREŻENTAZZJONI TAS-SURVEY \"L-ISTUDENT GĦAWDXI U L-FUTUR TIEGĦU\" MILL-gRUPP uNIVERSITARJI GĦAWDXIN – KONTINWAZZJONI", "the chairman (Onor. Edwin Vassallo): Illum għandna d-diskussjoni fuq ir-rapport li kien tressaq quddiemna mill-GUG (Grupp Universitarji Għawdxin), wara li aħna, bħala Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, konna stedinnihom sabiex niltaqgħu magħhom.", "Dawn kienu għamlulna preżentazzjoni dwar id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-istudenti Għawdxin li jkunu qegħdin jistudjaw fl-Università ta' Malta.", "Proprju l-ġimgħa li għaddiet iddiskutejna fit-tul ukoll - u irridu nerġgħu niltaqgħu magħhom biex inkomplu niddiskutu - rapport li kien ikkommissjonat minn Eco Gozo, u r-riċerka f'dan ir-rapport ġiet miġbura minn Dr Andrew Azzopardi fost oħrajn.", "Din ir-riċerka kienet ibbażata fuq iż-żgħażagħ Għawdxin f'Għawdex.", "Għalhekk nista' ngħid li dan il-Kumitat tefa' ftit l-attenzjoni tiegħu dan l-aħħar fuq il-ħtiġijiet tal-Għawdxin!", "Issa wara l-ewwel laqgħa li kellna mal-istudenti Għawdxin, il-proposta tiegħi, kif ukoll ta' sħabi, kienet dik li nagħmlu laqgħa oħra straordinarja - peress li mhijiex fil-ħin li normalment jiltaqa' dan il-Kumitat – sabiex fiha nlaqqgħu diversi entitatijiet, awtoritajiet u dipartimenti li għandhom x'jaqsmu mat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq is-suġġerimenti li nħarġu minn dan il-grupp tal-istudenti Għawdxin.", "Jien qed nipproponi li - kif ġieli għamilna f'laqgħat oħra - nieħdu d-dokument oriġinali bħala moqri, peress li lil kull entità li hawn hawnhekk diġa' għaddejnilha dan id-dokument.", "Naturalment, aħna qegħdin nistennew li kull entità li hawn preżenti ġiet ippreparata sabiex tagħti l-preżentazzjoni tagħha dwar dak li qiegħed isir, u sabiex jagħtu risposta lil dawn l-istudenti Għawdxin.", "Allura llum m'aħniex se nagħmlu diskussjoni fuq il-'kif' u fuq il-'għaliex', imma se nkunu qegħdin nisimgħu r-risposti ta' x'qed isir u ta' x'jista' isir biex dawn il-proposti jiġu effettivament mogħtija l-ħajja.", "L-Onor.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, mhux biex nikkorreġik, imma safejn naf jien din il-laqgħa kellha tkun intiża fuq is-soluzzjonijiet, għax id-diskussjoni issa diġà saret.", "JUSTYNE CARUANA: Issa diskussjonijiet ilhom isiru.", "Illum ġejna hawnhekk sabiex kull entità konċernata jagħtuna s-soluzzjonijiet tagħhom dwar il-problema li għandha x'taqsam magħhom.", "THE CHAIRMAN: Eżatt.", "Jien hekk kont qed ngħid fi kliem ieħor.", "Jien kont qed ngħid li llum mhux se noqogħdu niddiskutu il-'kif' u l-'għaliex', imma rridu nisimgħu x'qed isir u meta jistgħu jsiru dawn il-proposti.", "Għalhekk aħna rridu nisimgħu minn dawn l-entitajiet x'deċiżjonijiet se jieħdu dwar dawn il-proposti.", "Ħalli nibda mill-ewwel mill-grupp li qed jirrappreżenta lis-settur tat-trasport, jiġifieri li għandhom x'jaqsmu mal-Gozo Channel, ma' Transport Malta u dawk li għandhom x'jaqsmu wkoll mal-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni.", "Għalhekk nitlob lil dawn in-nies sabiex jersqu mal-mejda, u mbagħad min ikun se jitkellem nitolbu jgħid ismu u mil-liema dekasteru ġej.", "Imbagħad, wara li niddiskutu l-issues kollha li għandhom x'jaqsmu ma' Transport Malta, ngħaddu biex niddiskutu l-issues li għandhom x'jaqsmu mal-edukazzjoni.", "Tajjeb li ninnota hawnhekk li magħna llum hawn ukoll il-Ministru responsabbli għal Għawdex.", "Qabel nibdew nixtieq nagħmel osservazzjoni teknika dwar il-fatt li din il-laqgħa se tkun qiegħda tiġi trasmessa live fuq l-internet.", "Għalhekk wieħed għandu jkun responsabbli għal dak li se jgħid għax, ladarba jgħid xi ħaġa, ma jkunx jista' jreġġagħha lura.", "Nerġa' nitlob ukoll lil min se jitkellem sabiex jekk jogħġbu jgħid ismu u minn fejn ġej minħabba t-transcript writers.", "Mela, dawn huma l-mistoqsijiet li saru f'dan is-survey dwar it-trasport pubbliku.", "Imbagħad rigward is-servizz f'Għawdex qed jgħidu hekk:", "Dawk kienu t-tliet punti prinċipali li għandhom x'jaqsmu mas-servizz pubbliku.", "IS-SUR IAN MERCIECA (President tal-GUG): Dawn il-proposti li għandkom hawnhekk ma ħlomniex bihom, imma huma proposti li matul dawn l-aħħar xhur konna qegħdin niddiskutuhom mal-membri tagħna, li huma l-istudenti Għawdxin.", "Apparti minn hekk, għamilna wkoll stħarriġ fejn rajna x'jaħsbu l-istudenti Għawdxin fuq dawn il-proposti.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Dan it-tip ta' introduzzjoni tgħodd għal kull panel ieħor li se jkun qed jagħmel il-preżentazzjoni tiegħu.", "Din hija introduzzjoni ħafifa, imma tagħmel sens għas-suġġett li se jiġi diskuss illum.", "Naħseb li s-Sur Delia se jkun l-ewwel wieħed li se jitkellem.", "IS-SUR EMANUEL DELIA (f'isem il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni): Sur President, nixtieq nirringrazzja lilek u lill-Kumitat għall-invit tagħkom sabiex niddiskutu dan ir-rapport tal-GUG.", "Nirringrazzja wkoll lill-GUG għar-riċerka li għamlu u għall-feedback li tawna minn dan is-settur importanti tal-konsumaturi tagħna.", "Biex nibda, rridu nirrikonoxxu li t-time table tal-X1, li hija r-rotta li titlaq miċ-Ċirkewwa - mingħajr ma jkollok għalfejn tibdel il-karozza – u li tieħdok Mater Dei jew l-Università, ma kenitx organizzata - jew almenu mhux il-ħin kollu tal-ġurnata - mal-wasliet tal-vapur minn Għawdex.", "L-osservazzjoni tar-relazzjoni tal-interchange tal-vjaġġ għall-passiġġieri Għawdxin bejn il-karozzi tal-linja u l-vapur kienet diġa' saret, anke meta kienu tħejjew time tables preċedenti.", "Hemmhekk naħseb li l-preċedessuri tal-membri preżenti tal-GUG kienu talbuna sabiex nagħtu bħala priorità it-tnaqqis tad-dewmien tal-istennija minn meta wieħed jispiċċa lecture l-Università sakemm titlaq il-karozza minn ġol-Imsida.", "U allura, oriġinarjament it-time tables ġew iktar organizzati mit-tluq tal-vjaġġ mill-Università lejn iċ-Ċirkewwa.", "Imbagħad, il-karozza tal-linja titħalla ftit tal-ħin iċ-Ċirkewwa u terġa' titlaq minn hemm.", "Dawk it-timetables kienu iktar orjentati madwar il-pattern tal-lectures.", "Naturalment tinftiehem faċilment l-osservazzjoni li meta student Għawdxi qed jivvjaġġa mir-raħal tiegħu, possibilment qed jibdel f'Għawdex stess il-karozza tal-linja sakemm jasal l-Imġarr Għawdex, u mbagħad irid jibdel il-mezz tat-trasport għal fuq il-vapur, u wara jrid jerġa' jirkeb karozza tal-linja oħra.", "Il-waiting time waqt dak il-vjaġġ għandu jitnaqqas, anke jekk il-bidu tal-vjaġġ lura, minflok il-waiting time f'nofs il-vjaġġ, jista' jiċċaqlaq.", "Issa t-timetables tas-sajf, li jibdew fis-27 ta' Mejju, jiġifieri l-ġimgħa d-dieħla, iqarrbu iktar lejn l-arrivals tal-vapur.", "Kif tafu, t-timetables tal-vapur jerġgħu jinbidlu fil-15 ta' Ġunju.", "Fost ir-rotot li huma affettwati għandek l-X1.", "(Interruzzjonijiet) Veru hemm l-utenti li jmorru l-iSptar Mater Dei, u għandek ukoll il-ħaddiema.", "It-timetables tat-trasport pubbliku huma regolati - sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi ta' frekwenza li jistipula r-regolatur, li f'dan il-każ tiġi Transport Malta – mill-operatur li bħalissa hija l-Arriva.", "Jiġifieri, jekk ngħidu kuntrattwalment li s-servizz bejn iċ-Ċirkewwa u l-ajruport, u li jrid jgħaddi minn Mater Dei, irid ikun mill-inqas kull siegħa fil-ħin tal-operat, f'dik is-siegħa meta jgħaddi, ngħidu aħna mill-Mellieħa jew mill-isptar, jew inkella meta jitlaq miċ-Ċirkewwa, dik jistipulaha l-operatur, għax l-operatur huwa motivat li jistabilixxi t-timetable bl-iktar mod effiċjenti possibbli biex juża r-riżorsi tiegħu l-ħin kollu u bl-aħjar mod possibbli, li l-karozza bażikament għandha r-roti dejjem iduru.", "Imma l-operatur huwa sensittiv għall-bżonnijiet tal-klijenti tiegħu u għall-bżonnijiet partikolari tal-Għawdxin li jridu jmorru l-Università jew l-isptar.", "Fil-fatt, assigurana li qed jimmodifika t-timetables tiegħu biex dawn ikunu eqreb għall-wasliet tal-vapur.", "Nista' ngħid li mis-27 ta' Mejju, sas-7.00 p.m. - għax hemm xi eċċezzjonijiet wara dak il-ħin, meta l-frekwenza tonqos xi ftit – it-tluq tal-X1 miċ-Ċirkewwa se jkunu kollha bejn 10 u 20 minuta wara l-wasla tal-vapur.", "Allura l-osservazzjoni li kien hawn f'dan ir-rapport, li b'mod ġust jitkellmu fuq waiting times ta' iktar minn 50 minuta, se jiġu eliminati mill-ġimgħa d-dieħla.", "Naturalment, se nżommu kostantament mal-operatur biex it-timetables li jsiru minn żmien għal żmien ikomplu jissodisfaw dan ir-rekwiżit.", "Il-vjaġġ bejn iċ-Ċirkewwa u l-Università b'din ir-rotta preżenti tal-X1 tieħu – u dan ivverifikajnih għax Transport Malta għamlet eżerċizzju wara r-rapport tal-GUG biex inkunu nafu fuqiex qed nitkellmu – kostantament madwar 55 minuta.", "(Uħud mill-impressjonijiet li joħorġu minn dan ir-rapport huma fil-fatt fedelment ikkonfermati mill-esperjenza tagħna, filwaqt li oħrajn naħsbu li maż-żmien diġa' tjiebu u allura ġew sorpassati.)", "Din ir-rotta li qed insemmi, għalkemm hija differenti minn dik oriġinali, hija rotta li tgħaddi minn toroq li normalment huma inqas congested mir-rotta konvenzjonali.", "Barra minn hekk, sabiex tmur l-Università u lura għaċ-Ċirkewwa, għandha limited stops: fil-fatt, jekk m'iniex sejjer żball, tieqaf xi ħames darbiet biss, mentri qabel kienet tagħmel mat-30 waqfa.", "Għaldaqstant naħsbu li din il-parti tar-rotta qiegħda taħdem sew.", "Fil-fatt, fl-esperjenza tagħna, 85% tad-departures miċ-Ċirkewwa huma within ten minutes tax-schedule jew inkella on time.", "Għalhekk, mhi sodisfaċenti xejn l-esperjenza mill-Università għaċ-Ċirkewwa permezz tal-karozzi tal-linja, għax kien hemm delays sostanzjali.", "Fil-fatt, mill-osservazzjonijiet tagħna sibna li madwar 60% tal-vjaġġi skedati li jitilqu mill-Università jkunu aktar minn għaxar minuti tard.", "U ċertament dan mhuwiex rekord aċċettabbli.", "Kif tistgħu timmaġinaw, aħna nissorveljaw ir-rotot kollha minn żmien għal żmien u naraw fejn huma l-ilmenti, ninnotaw it-titjib li jkun hemm u ninsistu li jsiru l-aġġustamenti fuq dak it-titjib.", "Naqblu mal-osservazzjoni li saret b'mod kompetenti u korretta f'dan l-istudju, u ċioè li l-kawża tad-delays mill-Università mhijiex fuq il-vjaġġ bejn l-Università u ċ-Ċirkewwa - għax tant huwa hekk li hi u ġejja lura s-servizz huwa relattivament puntwali - imma fil-parti tat-traġitt ta' qabel, jiġifieri qabel ma tasal l-Università u allura bejn l-ajruport u l-Università.", "Hemmhekk kien hemm ittardjar minħabba xogħolijiet fuq it-triq u minn konġestjonijiet.", "U issa qegħdin ninnotaw li qed ikun hemm titjib kbir fiha.", "L-operatur, mill-osservazzjonijiet tiegħu – u anke aħna – qegħdin nantiċipaw titjib sostanzjali fir-rendiment immedjat u iktar u iktar ma jgħaddi ż-żmien.", "Ma nistgħux naqblu li hemm xi problema partikolari fuq is-servizz dirett bejn iċ-Ċirkewwa u Mater Dei, li wara Mater Dei dan is-servizz ikompli biex jagħmel servizzi oħra.", "Studjajna d-domanda għas-servizz u kemm hemm spazju pprovdut fiż-żewġ direzzjonijiet, u m'hemm l-ebda evidenza ta' xejn li hemm xi problema f'dan ir-rigward.", "Naħseb li l-kelma li wieħed irid ifittex kien servizz esklussiv, li jagħmel hekk biss, li jservi ċ-Ċirkewwa u Mater Dei u ma jagħmilx xi ħaġa oħra.", "Naturalment huwa deżiderabbli li jkun hemm ukoll servizz bejn iċ-Ċirkewwa u l-ajruport.", "Allura, l-unika mod ta' kif dan isir huwa billi jkun hemm żewġ servizzi, wieħed bejn iċ-Ċirkewwa u Mater Dei, u l-ieħor li jieħdok sa nofs il-gżira u jibqa' sejjer sal-ajruport.", "U ma narawx ġustifikazzjoni għal din l-ineffiċjenza, anke mill-perspettiva tal-utenti mill-Università.", "Qatt ma ġara – u qatt ma jiġri – li ma tistax tirkeb tal-linja mill-Università, jekk sejjer iċ-Ċirkewwa, għax tiġi mimlija mill-ajruport!", "Żgur, speċjalment fi tmiem il-ġimgħa, li għat-tip ta' vjaġġi li jagħmlu l-istudenti tal-Università, fejn ikunu qed jivvjaġġaw bil-bagalji tagħhom, eċċ, it-tip ta' karozza tal-linja jista' jkun aktar komdu. u din tagħmel differenza.", "Allura aħna ddiskutejniha mal-operatur li, min-naħa tiegħu, kkonfermalna li se jieħu din l-osservazzjoni u li l-articulated buses huma iktar komdi għal dan ir-rigward, u għalhekk għandhom ikunu ppreferuti, fejn loġistikament huwa permessibbli, biex ikun ipprovdut is-servizz fi tmiem il-ġimgħa.", "Fl-aħħar nett, nixtieq nagħmel osservazzjoni fuq il-prezz tal-insularità doppja.", "Din kienet xi ħaġa li aħna minn dejjem konna sensittivi ħafna għaliha.", "U għalhekk, dawk l-istudenti li għandhom f'idejhom l-istudent ticket - jekk huma studenti f'Malta, jgħinhom biex jivvjaġġaw f'Malta – jintitolahom sabiex jivvjaġġaw b'xejn f'Għawdex.", "Jekk inti tixtri biljett ħażin, se jiġri dak li qed isemmu f'dan ir-rapport, u ċioè li inti tixtri day ticket Għawdex u mbagħad tinżel Malta, u jkollok tixtri day ticket ieħor f'Malta.", "B'hekk, apparti l-vapur, se tiġi €3 biex tivvjaġġa f'ġurnata!", "Fil-verità, li għandek tagħmel hu li, jekk inti tivvjaġġa regolarment, tixtri student ticket ta' 30 ġurnata li huwa €21, u li dan jippermettilek, bla limitu ta' xejn, sabiex tivvjaġġa f'Malta u f'Għawdex għal 80 ċenteżmu kuljum!", "Irrid nenfasizza li din hija innovazzjoni li daħlet fis-seħħ minn Lulju li għadda.", "Preċedentement, ma kien hemm l-ebda mod ta' kif wieħed jivvjaġġa b'xejn f'Għawdex għax għandu biljett għal Malta.", "Din kienet xi ħaġa li konna sensittivi għaliha, u fil-fatt ġabet traħħis fl-ispiża tal-istudenti Maltin, u aktar u aktar għall-Għawdxin meta dawn ikunu qed jivvjaġġaw bit-trasport pubbliku.", "THE CHAIRMAN: Issa li ddiskutejna l-proposti jew l-ilmenti marbuta mal-karozzi tal-linja, mmorru biex niddiskutu xi ħaġa oħra, jew inkella mmorru biex nagħlqu l-kapitlu tal-preżentazzjoni fuq it-trasport billi nisimgħu x'għandhom xi jgħidu min-naħa tal-Gozo Channel?", "Tajjeb, mela se neħduhom waħda waħda.", "Hawn xi kummenti fuq dak li smajna min-naħa tas-Sur Delia?", "L-Onor.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, għadni kemm irċevejt email issa issa fejn qed jistaqsuni fuq ir-rotta X6 li kienet express u tneħħiet.", "Qed jistaqsuni wkoll fuq il-biljetti.", "Ħalli naqraha testwalment.", "Din qiegħda tgħid hekk; \"L-Għawdxin qed jispiċċaw b'żewġ biljetti kuljum.", "Saħansitra biljett mixtri minn Għawdex biex jintuża Malta, ma jiġix aċċettat.", "Għandhom bżonn id-drivers ikunu kollha mgħallmin rigward il-biljetti, għax daqqa jaċċettawhom u daqqa le!\"", "IS-SUR EMANUEL DELIA: Ħalli nibda nirrispondi l-ewwel mistoqsija.", "L-X6 kien servizz bejn iċ-Ċirkewwa u l-Belt Valletta li kellu waqfiet limitati.", "Dan kien jikkumplementa s-servizz tradizzjonali bejn iċ-Ċirkewwa u l-Belt Valletta.", "Il-karozza bin-numru 41 tgħaddi kull nofs siegħa, tgħaddi minn Birkirkara u tieqaf f'kull waqfa.", "Ikolli ngħid li l-idea ta' limited stops fuq dan is-servizz ma tantx irriżultat popolari għax li kien jiġri hu li kien ikun hemm konflitt kontinwu bejn passiġġieri li jridu jieqfu fuq dak il-bus stop partikolari u d-driver li jgħidilhom li ma jistax jieqaf hemmhekk!", "Li hu żgur hu li kien hemm bżonn li nagħmlu iktar, speċjalment fl-istaġun tas-sajf, għan-nies li qed jivvjaġġaw bejn iċ-Ċirkewwa u l-Belt Valletta, u importanti ħafna lura lejn iċ-Ċirkewwa, għaliex id-domanda fuq dak il-kuritur tiżdied ħafna fl-istaġun tat-turisti, bin-nies li jridu jmorru jew jiġu mill-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, eċċ.", "Għalhekk minflok l-X6, u b'żieda mar-rotta 41, daħħalna wkoll ir-rotta 42, li bażikament din tagħmel bħall-X6, imma tieqaf kullimkien.", "Allura s-servizz bejn il-Belt Valletta u ċ-Ċirkewwa mill-ġimgħa d-dieħla se jkun beefed up b'servizz kull kwarta bejn il-41 u l-42, b'waħda tgħaddi minn parti ta' Birkirkara u l-oħra tgħaddi minn parti oħra ta' Birkirkara, imma bażikament l-istess destinazzjoni.", "Ovvjament dan iżid l-ispazju fuq il-korozzi tal-linja, għaliex l-oġġettiv dejjem huwa - u l-obbligu qiegħed fuq l-operatur - li l-operatur għandu jassigura li ma tkunx qed tistenna tal-linja l-Imsida biex tmur iċ-Ċirkewwa, u tal-linja tiġi mimlija bin-nies li jkunu rikbu mill-Belt biex imorru l-Mellieħa.", "Minflok l-X6, hemm it-42 li qiegħda tirdoppja l-frekwenza b'erba' karozzi fis-siegħa bejn il-Belt u ċ-Ċirkewwa fil-peak hours.", "Jekk taraw it-timetables, hemm sitt karozzi fis-siegħa, skont id-direzzjoni fejn ikun hemm l-aktar nies sejrin.", "Naturalment, dan ma jgħoddx meta qed iġġorr il-bagalji u dan it-tip ta' affarijiet.", "Imma jekk qed tivvjaġġa fuq karozza tal-linja, u se tgħaddi minn quddiem l-istage tal-Imsida tal-Junior College, hemmhekk għandek karozza tal-linja kull ħames minuti - qisu 19-il karozza fis-siegħa li jgħaddu minn dak it-traġitt – u allura huwa fast ħafna biex inti tinżel l-Imsida u minn hemmhekk tibdel ix-xarabank - li se tibda tgħaddi kull kwarta mill-ġimgħa d-dieħla - biex tmur iċ-Ċirkewwa.", "Dan b'żieda mas-servizz dirett, u mhux minflok is-servizz dirett!", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija – għax wasal għandna wkoll dan l-ilment – aħna informati li skorettament, xi xufiera - aħna dawn ma nwaqqfuhomx, għax it-telf ta' revenue mhux lilna isir - ma japplikawx korrettament il-policies tal-operatur.", "Li nista' ngħidlek hu li aħna nirregolaw il-prezz massimu li jista' jiġi mitlub lill-konsumatur u, sakemm l-operatur ma jkun qed jikser l-ebda regola tagħna, aħna ma nistgħu ngħidulu xejn.", "Imma jekk jikser xi regola minn tagħna u jitlob iktar flus, aħna nkellmuh.", "Rigward il-jeddijiet tal-Għawdxin, studenti jew mhumiex, kull resident Għawdxi li għandu f'idejh season ticket ta' Malta, li jista' ikun biljett ta' sebat ijiem, biljett ta' 30 ġurnata jew biljett ta' 90 ġurnata, jista' jivvjaġġa f'Għawdex b'xejn.", "Naturalment jekk jivvjaġġa Malta għax ikun ħallas għalih, imma għar-residenti Għawdxin li għandhom season tickets Maltin, jew inkella li għandhom student tickets, jistgħu jivvjaġġaw f'Għawdex b'xejn.", "B'hekk daħħalna miżura li ma kenitx teżisti qabel.", "Fil-fatt, qabel, jekk tivvjaġġa f'Għawdex, kont trid terġa' tħallas Għawdex u l-istess Malta.", "Aħna daħħalna din il-miżura biex l-Għawdxin ma jħallsux darbtejn.", "JUSTYNE CARUANA: Dan l-ilment hekk qed jgħid, u ċioè li qed ikollhom jixtru żewġ biljetti.", "Mela qegħdin jixtru biljett Għawdex li suppost jintuża Malta, imma dan mhux qed jiġi aċċettat.", "IS-SUR EMANUEL DELIA: Jiġri hekk jekk jixtru l-biljett il-ħażin!", "Jekk jien residenti Għawdex, nixtri day ticket Għawdex u nipprova nivvjaġġa bih f'Malta, se nkun qiegħed nivvjaġġa bil-biljett ħażin, u għalhekk se jkolli nerġa' inħallas.", "Ħalli nerġa' nenfasizza.", "Detentur ta' season ticket ta' Malta, li jista' ikun seven day ticket, 30 day ticket jew 90 day ticket, juri dak il-biljett u jista' jivvjaġġa b'xejn Għawdex jekk huwa residenti Għawdex.", "Imma jekk resident f'Għawdex jixtri day ticket ta' Għawdex u jiġi Malta, se jkollu jixtri biljett ieħor hekk kif jasal Malta.", "Jekk irid jevita milli jħallas darbtejn, irid jixtri season ticket ta' Malta.", "JUSTYNE CARUANA: Fil-fatt dan hu l-ilment, għax qegħdin jixtru l-biljett minn Għawdex, imma x'ħin jiġu biex jużawh f'Malta, qed jgħidulhom li dak il-biljett mhuwiex tajjeb.", "IS-SUR EMANUEL DELIA: Nerġa' niċċara li jien qed nitkellem fuq is-seven day ticket, fuq it-30 day ticket u fuq in-90 day ticket, u mhux fuq id-day ticket.", "THE CHAIRMAN: Sur Delia, ladarba jidher li hemm din id-diffikultà, huwa possibbli li bħala Arriva jew Transport Malta tagħmlu xi tip ta' reklamar jew tqassim ta' informazzjoni mal-Għawdxin ħalli din it-tip ta' informazzjoni tkun magħrufa?", "La xi ħadd qed jikteb lill-Onor.", "Justyne Caruana b'din il-problema, żgur li hemm oħrajn li għandhom l-istess problema, u issa qed ngħidu x'inhi s-soluzzjoni.", "Naħseb li biex inqarrbu r-risposta għal din il-problema, rridu nagħtu aktar informazzjoni.", "IS-SUR EMANUEL DELIA: Sur President, naħseb li n-nuqqas tagħna jirriżulta mill-fatt li kelli nispjegaha, speċalment lill-Onor.", "Caruana li hija wkoll Għawdxija!", "Evidentement ma kkomunikajniex dan b'mod effettiv biżżejjed, u għalhekk irridu naraw kif se nagħmluha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Xtaqt nistaqsi lis-Sur Delia dwar point 10 fil-points of suggestions li nsibu f'dan ir-rapport li ħejjew dawn l-istudenti.", "Jien qiegħed nifhem li jeżisti l-istudent ticket.", "Issa dan l-istudent ticket jista' jiġi mixtri għal ġurnata waħda biss, jew inkella jrid ikun a block of tickets?", "IS-SUR EMANUEL DELIA: Student ticket huwa disponibbli f'żewġ kategoriji: biljett ta' 30 ġurnata u biljett ta' 90 ġurnata, u li f'dak il-perijodu wieħed jista' jivvjaġġa mingħajr limitu.", "Għalhekk, ma jeżistix student ticket ta' ġurnata.", "THE CHAIRMAN: L-Onor Frederick Azzopardi.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur Delia, f'paġna ħamsa ta' dan ir-rapport qiegħed jingħad hekk:", "Għandek xi kummenti fuq din?", "Issa fuq paġna sitta, filwaqt li l-istudenti qed jgħidu li huma kuntenti bil-ħin, anzi qed jgħidu li jkun hemm okkażjonijiet fejn il-vjaġġ jieħu 40 minuta, qed jgħidu wkoll hekk:", "Imbagħad qed jgħidu hekk:", "Tista' tagħtina l-kummenti tiegħek fuq dawn l-argumenti?", "IS-SUR EMANUEL DELIA: Naħseb li pprovajt nindirizza dan il-punt fl-introduzzjoni tiegħi.", "Il-fatti juru li - jiddependi wkoll minn fejn qed tkejjel - f'ċertu ħin tal-ġurnata, f'ċertu postijiet partikolari, għandek issues ta' regolarità.", "Parti minnha ġejja minn kif inhi t-timetable, jiġifieri l-waiting time jibda minn meta wasalt bil-vapur, u mhux minn meta suppost telqet il-karozza tal-linja.", "Jekk il-karozza tal-linja suppost telqet 45 minuta wara li wasal il-vapur, u din telqet fil-ħin, inti xorta għandek waiting time ta' 45 minuta.", "Meta titlob lil dak li jkun sabiex jikkummenta fuq dan jgħidlek li għamel tliet kwarti jistenna, avolja l-karozza kienet perfettament fil-ħin.", "Rigward it-tluq miċ-Ċirkewwa, għandek madwar 85% tad-departures li jitilqu f'għaxar minuti mix-schedule tagħhom jew fil-ħin eżatt.", "Hemm problema ta' dan it-tip hekk kif taqbad il-karozza mill-Università u tiela' 'il fuq.", "Fil-fatt, għandek ftit iktar minn 60% li ma jitilqux f'għaxar minuti mill-ħin tagħhom, u dan żgur li huwa rekord inaċċettabbli.", "Frankament, anke li kieku kien hemm 20% tad-departures miċ-Ċirkewwa li ma jitilqux f'għaxar minuti mill-ħin tagħhom, ma kienx ikun aċċettabbli.", "U dak huwa punibbli għall-operatur.", "Aħna nkunu sodisfatti meta l-karozzi jitilqu fil-ħin.", "Li qed nosservaw hu li, minn ħafna rotot, l-aġġustamenti saru maż-żmien.", "Pereżempju, meta jkollok rotot fejn il-problema tagħhom hija li f'ċertu ħinijiet tal-ġurnata jkollok ħafna nies li jagħmlu double parking quddiem ħanut li minn hemmhekk trid tgħaddi dik ir-rotta partikolari.", "Jekk inti tindirizza dik il-problema se tibda tara performance ħafna aħjar maż-żmien.", "Fil-każ tal-vjaġġ bejn l-ajruport u l-Università, m'hemmx dubju li x-xogħolijiet fi Triq Garibaldi u fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa kkomplikaw l-affarijiet.", "Naħsbu li għandna naraw titjib fihom ladarba jkunu lesti, u diġa' qed naraw ċertu titjib.", "Dan jeħodni għat-tieni parti tal-mistoqsija.", "It-timetables li għamilna mhumiex konċernati biss fi x'ħin titlaq mill-ewwel waqfa tagħha l-karozza tal-linja u fi x'ħin tasal fl-aħħar waħda, imma t-timetable hija interessata fil-vjaġġ kollu.", "Huwa għalhekk li mhux lakemm tgħid għax din ma baqgħetx kif kienet fl-antik.", "Qabel kienet xi ħaġa sabiħa li l-karozza tal-linja titlaq meta jiddeċiedi x-xufier, u d-deċiżjoni biex jitlaq kien jeħodha meta jara l-vapur rabat u jgħodd għaxar minuti minn dak il-ħin.", "Qabel kien jara l-istudenti jiġru bil-basktijiet u meta ma jarax aktar nies jiġru kien jistartja l-karozza u jitlaq.", "Dak it-tip ta' servizz jinjora lil min qed jistenna l-karozza tal-linja all along the way.", "Pereżempju, kien jinjora s-servizz tal-karozza tal-linja għall-Mellieħa jew mill-Mellieħa għall-Belt jew minn San Pawl il-Baħar għall-Belt.", "(Interruzzjonijiet) Veru li l-express huwa xi ftit differenti.", "Għandha interim stops, però għall-istops kollha, kemm tal-express service - għax huwa express, u mhux non-stop service - u kemm tas-servizzi regolari skont it-time table li aħna nesiġu mill-operatur hija għal kull bus stop.", "Għaldaqstant, jekk il-vapur qiegħed tard, il-passiġġieri se jitilfu l-connection, anke jekk il-karozza tal-linja se titlaq fil-ħin.", "Huwa perikoluż li nidħlu f'sistema fejn, għax il-vapur qiegħed tard, mela noħolqu chain reaction down stream li kollox jispiċċa tard.", "Il-konsegwenzi jkunu ħafna ikbar jekk nagħmlu hekk.", "Imma, meta għandek servizz kull kwarta, jekk tkun għaxar minuti tard tista' taqbad il-karozza ta' wara u lanqas tinduna b'dawk l-għaxar minuti.", "Li irrid ngħid hu li meta għandna xufier li rnexxilu jagħmel vjaġġ ta' 55 minuta f'40 minuta, l-passiġġieri li qegħdin fuq tal-linja ħadu pjaċir għax waslu qabel, imma aħna mhux se nieħdu pjaċir, u lanqas min mar fuq l-istage along the way biex jirkeb il-karozza tal-linja li suppost għaddiet f'u ħamsa imma għaddiet f'nieqes ħamsa għax ix-xufier li telaq miċ-Ċirkewwa għadda gas down, u għalhekk għadda minn fuq dak l-istage partikolari għaxar minuti qabel!", "Fejn m'għandekx sistema ta' vened, dan jiġri wkoll.", "U ninnotaw li 7% tal-vjaġġi - li m'għoddejthomx ma' dawk is-60% li ma telqux fil-ħin mill-Università - jitlfu l-passiġġieri mill-Università, għax mill-arjuport ix-xufier ikun għadda straxnat, u għalhekk jgħaddi mill-Università qabel il-ħin.", "Aħna nesiġu - apparti li tgħaddi straxnat mhux suppost li jsir – mill-operatur li jżomm il-ħin tax-xufiera tiegħu u li, fejn jistgħu, x-xufiera għandhom iżommu lilhom infushom lura biex il-karozza tkun fil-ħin, mhux biss meta telqet u waslet, imma tul il-vjaġġ kollu.", "L-ideali jkun is-servizz tat-trasport Svizzeru, fejn inti tista' tirregola l-arloġġ tiegħek miegħu, mhux biss meta l-karozza telqet mill-venda, imma tul il-vjaġġ kollu.", "Ovvjament hemm ċirkostanzi fuq it-triq li ma jħallukx tagħmel dan, fosthom it-traffiku jew xi inċident.", "Naturalment, ma naħsibx li dawn l-ilmenti huma fuq hekk.", "Hemm affarijiet li tista' tikkontrollahom, u għandek tikkontrollahom biex kemm jista' ikun is-servizz ikun wieħed regolari.", "L-osservazzjonijiet tagħna huma – u naħseb l-esperjenza ta' kull min juża t-trasport pubbliku – li iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar qed nilħqu dan l-oġġettiv.", "JUSTYNE CARUANA: Jiena, fi żmieni, kellek ir-rotta 452, 453 u 645 li kienu express.", "Kellek l-452 li tgħaddi minn ħdejn l-Università mill-Bypass ta' Birkirkara għall-Iklin, u tibqa' ġejja l-Imsida u tispiċċa l-Belt.", "Imbagħad kellek l-453 li kienet l-istess.", "Imbagħad, kellek oħra li kienet tibqa' sejra St. Luke's. U kellek is-645 li kienet titlaq minn Tas-Sliema direttament għaċ-Ċirkewwa.", "Dawn kienu expresses, u ovvjament ma jieqfux.", "Issa ħalliha li, kif qed tgħid inti, li konna naslu ċ-Ċirkewwa, ninżlu, jgħabbi u nitilqu.", "Ovvjament kellek ċirkostanzi fejn kien ikun hemm nies fuq l-istage u x-xufier kien jgħabbihom ukoll, u għalhekk mhux qed ngħid li kienet xi sistema perfetta.", "Issa llum għandna rotot li huma ekwivalenti għal dawn li semmejt jiena?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "ONOR CARMELO ABELA: Nixtieq nara jekk fhimtx tajjeb l-introduzzjoni tiegħek, Sur Delia.", "Hawnhekk l-istudenti, fis-suġġerimenti tagħhom, b'mod speċifiku għal point 2, qed jgħidu li għandu jkun hemm aktar frekwenza min-naħa tal-operatur.", "Imbagħad taw eżempju li din titlaq kull 35 minuta.", "Jekk fhimt tajjeb, l-operatur se jibdel il-ħin tar-rotot tiegħu kull meta tinbidel l-iskeda tal-vapur, mentri qabel kienet marbuta aktar mal-ħinijiet ta' meta jispiċċaw il-lectures l-Università.", "Kif għedt tajjeb inti, il-vapur jibdel l-iskeda tiegħu kemm fis-sajf kif ukoll fix-xitwa.", "Għalhekk l-operatur se jibdel kull meta l-vapur jibdel il-ħinijiet tiegħu?", "U, jekk fhimt tajjeb, il-ħin ta' stennija se jkun bejn 10 u 25 minuta, jiġifieri se jkun aħjar minn dak li qed jissuġġerixxu l-istudenti.", "Tikkonferma li l-operatur se jibdel il-ħinijiet kull meta l-iskeda tal-vapur tinbidel skont is-sajf jew ix-xitwa?", "IS-SUR RYAN MERCIECA (President tal-Grupp Universitarji Għawdxin): Mela se ngħaddi xi kummenti fuq dak li għadni kif smajt, u se nibda b'mod pożittiv.", "M'għandix dubju li qed tipprovaw tagħmlu xi tip ta' sforz biex issolvu din is-sitwazzjoni, imma li lili toqgħod tgħidli ħafna affarijiet imma xejn sod, bħala student, mhu se ssolvili xejn!", "Li tiġi tgħidli li għandi l-istudent card li sservi 30 ġurnata għalija ma tiswa xejn jekk jien nużaha biss darbtejn fil-ġimgħa.", "Dan se jkun ifisser li minn 30 ġurnata se nużaha għal tmint ijiem biss, u allura ma tiġix tagħmel sens finanzjarjament.", "Imbagħad qed tgħidli li intom tridu taraw li l-karozza tal-linja tgħaddi f'kull bus stop fil-ħin stipulat.", "Dawn il-ħafna sitwazzjonijiet jistgħu jiġu solvuti b'mod dirett billi tagħmel karozza li titlaq miċ-Ċirkewwa x'ħin jiġi l-vapur, u tieqaf l-Università u Mater Dei, bħalma kienet qabel il-450.", "Din titlaq bi skeda fissa - għax hekk tfisser skeda fissa – ħalli inti tkun taf fi x'ħin ħa titlaq.", "Li tmur fuq il-bus stop fejn hemm l-iskate park, u għandek miktub li l-karozza se tgħaddi fl-9.45 a.m., u jkollok toqgħod tistenna hemmhekk.", "Issa l-karozza tista' tgħaddi qabel u tista' tgħaddi wara.", "Dik mhijiex skeda fissa, imma hija skeda bbażata fuq ħafna ċirkostanzi li ma tafx x'jista' jinqala'.", "Inti stess għidt li mill-Imsida sal-arjuport jistgħu jinqalgħu ċerti affarijiet.", "Għalfejn se tħalli numru ta' studenti - speċjalment it-Tnejn u l-Ġimgħa - jistennew hemmhekk għax trid toqgħod tittama li ma jiġri xejn?", "Il-fatt li jkollok karozza tal-linja li se titlaq minn post, bl-istudent jista' jitlaq mill-appartament, jaqbad il-basket, imur il-lecture, u wara jibqa' sejjer hemmhekk, jitla' fil-karozza u din titlaq.", "L-istess x'ħin se tiġi biex tmur lura, fejn inti, imbagħad, x'ħin wasalt iċ-Ċirkewwa hemm tal-linja li se tgħabbik, u x'ħin titla', titlaq.", "Issa mbagħad, x'ħin il-karozza tal-linja telqet mill-Imsida u waslet iċ-Ċirkewwa, għandu jkun hemm il-vapur jistenna dik ix-xarabank!", "Jien ma nistax nifhem għalfejn sejjaħtilha bħala xi ħaġa ineffiċjenti li jkollok karozza li taħdem esklussivament għall-Università, u mbagħad ikollok karozza oħra - bħalma hi l-X1 - li tkun topera kif qiegħda topera.", "Jien ma nħossx li għax jien ġej minn gżira li hija parti minn dan il-pajjiż, inti tikkonsidrani lili li qed noħloq l-ineffiċjenza lis-soċjetà!", "U dan kollu biex indaħħal sistema ġdida tal-linja.", "Aħna ilna ngħidu li hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu biss fuq l-istudenti Għawdxin, imma qegħdin nitkellmu wkoll fuq il-ħaddiema, fuq il-pazjenti li għandhom appuntament Mater Dei u fuq in-nies li għandhom xi qraba li qegħdin fl-iSptar Mater Dei.", "Rigward in-nuqqas ta' promozzjoni, nista' ngħidlek li jekk intom lesti li tibagħtulna student friendly information, min-naħa tagħna nistgħu nibagħtuh lill-membri tagħna.", "Dawk affarijiet żgħar, u nistgħu nagħmluhom bla problemi ta' xejn.", "Il-problema hija fuq il-fatt li ħafna studenti qed ikollhom jistennew, u din tista' tiġi solvuta sempliċement billi jkun hemm din il-karozza tal-linja.", "Fuq tal-biljett, jien ukoll naf li hemm l-istudent ticket, u żgur li ma ressaqtx din il-proposta għax ma kontx naf bih!", "Il-proposta ressaqtha għax dik is-sistema mhijiex tajba!", "Li kieku hemm xi ħaġa tajba u qiegħda taħdem, jien mhux se nressaq proposta fuqha!", "Issa jekk inti għandek sitwazzjoni fejn in-nies jew l-istudenti qegħdin isibuha inkonvenjenti għalihom, mela inti għandek tagħmel xi ħaġa biex taqdi lill-konsumatur.", "Għalfejn ma tistax tagħmel biljett li jsolvi din il-problema?", "Jew inkella x-xufier jiġi mgħallem li l-biljett li diġa' jeżisti għandu jkun aċċettat?", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Tixtieq tgħaddi aktar kummenti qabel ma' ngħaddu għal xi ħadd ieħor?", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Iva, xtaqt nagħmel kumment qasir.", "X'ħin inti qed tgħid li dejjem se jkun hemm dak il-ħin ta' bejn 10 u 20 minuta ta' stennija, għalik ma jfisser xejn jew forsi tfisser statistika biss, imma għalija jfisser li rrid inqum siegħa qabel biex immur qabel u naqbad il-vapur ta' qabel ħalli lilek inħallik komdu topera b'dawk l-20 minuta!", "U s-sitwazzjoni baqgħet kif kienet u ma solvejna xejn!", "Jien ma nistax naffordja dawk l-10 jew 20 minuta ta' stennija, imma naffordja biss li ninżel u naqbad il-karozza tal-linja biex immur nistudja l-Università jew biex nagħmel il-vista Mater Dei!", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Bażikament, il-punti li xtaqt insemmi diġa' ssemmew, imma se nenfasizza fuq din l-issue tal-istennija.", "Jien napprezza l-isforzi kollha li Transport Malta qiegħda tagħmel, għax kull darba li ġbidnilkom l-attenzjoni, dejjem tajtu widen u dejjem ipprovajtu ssibu s-soluzzjonijiet.", "Issa, ħalli niġi għall-punt fejn inti għedt li l-aktar issue li żżommkom milli jkollkom karozza tal-linja li trikkeb lill-passiġġieri hekk kif jasal il-vapur, minħabba li you have to cater għal kull min qiegħed jistenna matul il-vjaġġ kollu.", "Issa llum għandna magħna wkoll lir-rappreżentanti tal-Gozo Channel.", "Bejn wieħed u ieħor, ilkoll nafu li l-ħin tal-vapur jvarja biss bi ftit minuti 'l hawn u 'l hemm, forsi żewġ minuti, tlieta jew erba' minuti l-aktar li jista' ivarjalek.", "Allura għalfejn ma nistgħux nevitaw kompletament il-ħin ta' stennija miċ-Ċirkewwa?", "Din naraha bħala xi ħaġa essenzjali u importanti ħafna li jsir xi ħaġa bejn Transport Malta u l-Gozo Channel.", "Nafu li l-iskeda tal-Gozo Channel hija fissa, u nafu wkoll li l-Gozo Channel tagħmel ħilitha kollha biex il-vapuri jitilqu u jaslu fil-ħin.", "U naħseb li bi sforz ieħor kollettiv dan il-ħin ta' stennija fiċ-Ċirkewwa jista' jiġi eliminat ukoll!", "Naħseb li b'hekk inkunu għamilna titjib qawwi.", "Veru li issa se tgħidli li se jkun hemm ħaddieħor jista' jistenna along the way; imma daqskemm jistenna ħaddieħor along the way, daqstant ieħor jistgħu jistennew ukoll l-Għawdxin, kemm studenti, kif ukoll dawk li sejrin Mater Dei jew x'imkien ieħor.", "Apparti minn hekk, irridu nikkonsidraw ukoll li l-passiġġier Għawdxi jkun diġa' għadda mill-hardship tal-baħar.", "Mela l-passiġġier Għawdxi jimmerita xi ftit tal-positive discrimination bejn min għandu jistenna ftit, jekk hux l-Għawdxin iċ-Ċirkewwa jew forsi passiġġieri oħra f'Malta.", "Naħseb li għandna nipprovaw nagħmlu ħilitna biex din is-sitwazzjoni nġibuha nulla!", "Għaxar minuti għalija, kif qal tajjeb Ryan, huma ħafna; aħseb u ara li kieku kellhom ikunu 20 minuta!", "U nemmen li din is-sitwazzjoni tista' tiġi solvuta.", "Dan huwa sforz ieħor li Transport Malta - mal-ħafna sforzi li diġa' għamlet - tista' tagħmel sabiex nevitaw kompletament il-ħin ta' stennija, b'mod partikolari fiċ-Ċirkewwa, għax dan għall-Għawdxin ifisser ħafna.", "Kulħadd ikun għamel it-timetables tiegħu x'ħin se jasal l-Università, Mater Dei jew fuq il-post tax-xogħol tiegħu.", "Allura, jekk inti ma tkunx ċert li se tasal fi żmien dawk l-għaxar minuti, taf li trid taqbad il-vapur ta' qabel, u dan ifisser ħafna!", "Għalhekk nemmen li bejn Transport Malta u l-Gozo Channel għandna neliminaw kull ħin ta' stennija fiċ-Ċirkewwa.", "Bażikament l-affarijiet l-oħra ssemmew diġà.", "JUSTYNE CARUANA: Xtaqt inżid xi ħaġa fuq dak li qalet il-Ministru.", "Rigward il-ħin ta' stennija, hemm bżonn li dan jitqassar u m'hemmx kwestjonijiet fuqu.", "Jekk inti għandek spazju ta' 20 minuta, dik l-20 minuta tista' tiġi 10 minuti jew inqas billi tikkompensa bi vjaġġi oħra.", "Ma naħsibx li qed issir xi talba ta' barra minn hawn meta qed jitolbu li jiżdiedu l-vjaġġi.", "Ovvjament, għandek ħinijiet li huma kritiċi aktar minn oħrajn, fosthom il-ħinijiet ta' filgħodu u l-ħinijiet ta' filgħaxija, kif ukoll nhar ta' Tnejn u nhar ta' Ġimgħa.", "Mela, jekk inti tintensifika t-timetable f'dawk il-ħinijiet u ġranet partikolari, diġa' tkun qed tagħmel ġid enormi!", "THE CHAIRMAN: Mela issa se titkellem il-Ministru, u mbagħad is-Sur Delia se jagħlaq dan il-kapitlu ħalli nkunu nistgħu mmorru mill-ewwel għar-rappreżentanti tal-Gozo Channel.", "GIOVANNA DEBONO: Punt żgħir ħafna se nagħmel.", "Ma semmejniex ukoll l-issue tat-trasport pubbliku f'Għawdex stess, fejn ġie ssuġġerit li dan ikun sinkronizzat mal-vapur, speċjalment il-vjaġġi ta' filgħodu.", "Din il-proposta kienet ukoll bħala item fil-proposti rigward il-Gozo Channel.", "THE CHAIRMAN: (Interruzzjonijiet) Sur Mercieca, issa tista' titkellem!", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Dik il-proposta hija mibnija fuq grupp ta' studenti li bħalissa qegħdin jagħmlu assignment bħala parti mill-istudju tal-kors tagħhom.", "U dan il-kumment qiegħed fuq bħalissa, u mhux forsi xi statistika li kellhom qabel, fejn grupp ta' studenti li qegħdin jagħmlu assignment li jrid jiġi ppreżentat fi żmien ħmistax fuq is-sitwazzjoni tal-Arriva f'Għawdex.", "Dak kien kumment li ressqu lilna għax qalulna li fl-opinjoni tagħhom aħna nistgħu nressquh 'il quddiem aktar minnhom.", "IS-SUR EMANUEL DELIA: Sur President, nixtieq nirringrazzja lilek, lill-Membri preżenti u lis-Sur Mercieca mill-GUG tal-osservazzjonijiet li għaddejtuli.", "Nassigura lil kulħadd li dawk l-osservazzjonijiet li m'għandhomx risposta sodisfaċenti min-naħa tiegħi, ħadna nota tagħhom biex inkomplu ntejbu, għaliex aħna jinteressana l- feedback tal-konsumaturi kollha, għax fl-aħħar mill-aħħar l-oġġettiv tagħna huwa li naraw aktar passiġġieri jirkbu l-karozzi tal-linja.", "Iktar ma jkun rilevanti għalihom is-servizz, aktar se jgħin lilna.", "Fil-preżent, ir-rotot miċ-Ċirkewwa huma dawn: tliet servizzi fis-siegħa għal Buġibba, tliet servizzi fis-siegħa għal Tas-Sliema, - qed nuża t-timetable tas-27 ta' Mejju, li se jaħbat il-ġimgħa d-dieħla – erba' servizzi għall-Belt li għandhom żewġ rotot differenti.", "Hemm qisu servizz fis-siegħa – li huwa qisu abbinat ma' kull vapur - għall-ajruport, wara li jgħaddi minn Mater Dei.", "Imbagħad hemm żewġ servizzi interni tal-Mellieħa u l-Imġarr li jibdew miċ-Ċirkewwa, imma dawk mhumiex neċessarjament rilevanti għall-passiġġiera tal-Gozo Channel.", "Ir-rotot tat-trasport pubbliku kuntrattwalment huma riveduti darbtejn fis-sena, għax għandek l-iskeda tas-sajf u l-iskeda tax-xitwa.", "Inkonvenjetament l-istorja hija ftit ikkomplikata, għax it-timetables tal-vapur jinbidlu b'mod iktar frekwenti minn hekk.", "Hemm ix-shoulder months li jirreflettu l-bżonnijiet tal-vjaġġi.", "Din id-darba ftiehmna mal-operatur li, wara l-aġġustament ta' Malta kollha tas-27 ta' Mejju, xorta waħda għandu jsir aġġustament ieħor għar-rotot marbutin mal-vapur ta' Għawdex meta jindibel il-vapur u sakemm jibqa' dan il-bżonn.", "Naturalment, iktar ma jgħaddi ż-żmien u dawk ir-rotot u t-timetables ikunu qed jaħdmu, se jonqos maż-żmien li tiddistabilizza l-affarijiet mill-bidu, sakemm ma jinbidlux il-patterns tal-ivvjaġġar.", "Inċidentalment, jekk wieħed juża' l-istudent ticket biex jivvjaġġa minn Għawdex għal Malta darbtejn fil-ġimgħa, l-ispiża tal-vjaġġ f'ġurnata se tiswih €2.36, u dan huwa irħas mill-ispiża li kien jagħmel qabel meta kien jivvjaġġa bis-servizz l-antik.", "Apparti minn hekk, irrid nenfasizza li l-istudent ticket ma jillimitax lil min jużah sabiex jivvjaġġa biss mid-dar sal-Università, jew mid-dar għall-iskola u lura.", "Dan jagħtih ukoll il-possibilità li jivvjaġġa bla limitu għall-bżonnijiet kollha tiegħu.", "Napprezza li wieħed jista' imur l-Università għal dawk il-jumejn biss - meta kont immur jien l-Università, ma kontx immur darbtejn biss fil-ġimgħa - imma ma naħsibx li l-kumplament tal-ġranet se joqgħod id-dar.", "Issa, jekk il-vjaġġi tiegħu huma daqshekk limitati li joħroġ mid-dar darbtejn fil-ġimgħa biss, allura naħseb li l-ispejjeż li qed nitkellmu fuqhom għal day tickets mhumiex projbittivi.", "Dawn isiru projbittivi meta għandek regolarità, u qed tiekol mill-budget tal-infiq tiegħek.", "F'dak il-każ huwa ġustifikat li tixtri season ticket.", "Naturalment kull konsumatur jagħmel l-għażla tal-biljett li jixtri skont il-bżonnijiet tiegħu.", "Ovvjament, huwa ġustifikat li passiġġier jippretendi li jkun hemm timetable fissa.", "Huwa stupidu li tqis li huwa approach tajjeb li jkollok timetable li tgħidlek fi x'ħin suppost tgħaddi tal-linja mill-iskate park, imma m'hemm l-ebda relazzjoni bejn fi x'ħin tgħaddi ma' fi x'ħin hemm indikat li tgħaddi.", "Mhijiex l-unika soluzzjoni għal din il-problema li jkollok karozza tal-linja pparkjata b'mod indefinit, u li din toqgħod tistenna l-wasla tal-vapur biex titlaq.", "Dak huwa mod għal kollox ineffiċjenti ta' kif tindirizza din il-problema, għalkemm ċertament tkun qed tindirizzaha wkoll jekk tagħmel dan.", "Is-soluzzjoni hija dik li naraw regolarità fis-servizz, u fil-fatt naraw li fis-servizzi kollha li nipprovdu fit-trasport pubbliku, fejn għandek regolarità tas-servizz, il-karozza tal-linja timxi skont l-iskeda tagħha.", "M'għandna l-ebda raġuni għalfejn naħsbu li dan is-servizz partikolari m'għandux ikun hekk!", "Imma huwa importanti ħafna li npoġġu l-affarijiet f'perspettiva.", "Il-bżonnijiet partikolari tal-istudenti Għawdxin biex jistudjaw fl-Università ta' Malta huma indiskutibbli.", "L-inkonvenjenza ikbar għall-istudent li jiġi minn Għawdex biex jistudja Malta mqabbel ma' studenti oħra mhijiex diskutibbli!", "Dak li nagħmlu għalih irid ikun proporzjonat għal dawn il-bżonnijiet partikolari, u proporzjonat għal-livell tad-domanda.", "Irrid nenfasizza li, minn stħarriġ stess li għamlu l-istudenti, huma 10% tal-istudenti Għawdxin that actually comute kull ġurnata bit-trasport pubbliku, u allura qisu għandek 80 kuljum.", "Ejja ngħidu li kollha jivvjaġġaw bejn wieħed u ieħor darbtejn fil-ġimgħa.", "Jekk kollha jivvjaġġaw, qegħdin nitkellmu fuq 1,600 vjaġġ.", "Issa bejn iċ-Ċirkewwa u Mater Dei aħna nipprovdu madwar 62,000 siġġu fil-ġimgħa bl-iskeda preżenti u permezz tal-articulated buses.", "Jekk ma tużax l-articulated buses, għandek daqs 14,000 siġġu.", "Issa mhux qed nippretendu – għalkemm nixtiequ – li nimlewhom kollha, imma l-provvista trid tkun proporzjonata għad-domanda, u hekk jagħmel sens, mhux biss kummerċjalment imma anke fis-sens tal-infiq pubbliku, li inti tirrealizza li dawk is-siġġijiet għandek tużahom għal affarijiet oħra wkoll, bħal pereżempju nies li jivvjaġġaw bejn l-arjuport u ċ-Ċirkewwa.", "L-isforz kien li nnaqqsu kemm jista' ikun il-ħin ta' stennija.", "Fil-fatt, fl-iskeda mill-ġimgħa d-dieħla, il-vapur tal-5.00 a.m., tas-6.00 a.m., tas-6.30 a.m., tas-7.00 a.m., u tas-7.30 a.m. se jkollok l-istennija, bejn il-wasla tal-vapur u l-karozza tal-linja, ta' għaxar minuti.", "Tinsiex li trid tħalli dak il-ftit ħin fit-tluq biex it-tluq ikun fil-ħin, u tħalli għal dawk it-tlieta, erba' minuti li l-vapur jista' jiġi tard.", "B'hekk ma jkollokx l-inkonvenjent ta' dewmien żejjed, jew ta' nies jiġru bil-basktijiet minn fuq ir-rampa tal-vapur għall-karozza tal-linja.", "Mela, kif għedt hemmhekk, it-tluq tal-karozza se jkun wara għaxar minuti.", "Jekk tgħiduli li għaxar minuti xorta huwa wisq bejn il-ħin skedat tal-wasla tal-vapur u l-ħin tat-tluq tal-karozza tal-linja, allura nagħmlu sforz biex nagħmluhom inqas!", "Imma għaxar minuti huwa ħin proporzjonat u raġjonevoli.", "Issa bħalma għamilnihom għaxar minuti, nistgħu nagħmluhom ħamsa.", "Imbagħad il-vapur tat-8.15 a.m. jitlaq wara 20 minuta, il-vapur tad-9.00 a.m. wara għaxar minuti, tal-9.45 a.m. wara kwarta, u bejn l-10.30 a.m. u s-2.15 p.m. jitlaq wara 20 minuta,waqt li bejn it-3.00 p.m u s-6.00 p.m. il-vapuri kollha jitilqu wara għaxar minuti.", "Nistgħu u għandna nibqgħu nagħmlu dan l-isforz.", "L-istess sforz sar - u naħseb li jirriżulta wkoll - bejn l-Imġarr u r-Rabat Għawdex, li kien oriġinarjament skedat kull nofs siegħa.", "Minn Novembru li għadda, naqqasna l-frekwenza biex nagħmluha mal-vapur.", "L-esperjenza li għandna, u mill-feedback li għandna huwa, li f'Għawdex iktar minn Malta - mhux għax m'hemmx xogħolijiet fit-toroq ta' Għawdex - it-trasport pubbliku ġab performance sodisfaċenti ħafna.", "Dan jinkludi wkoll l-irbit bejn il-karozzi tal-linja u l-vapur ta' Għawdex.", "Hemm fejn nagħmlu iktar?", "Qed nieħdu dawn l-osservazzjonijiet biex nibqgħu nagħmlu l-isforz ħalli nissodisfaw id-domanda tal-passiġġieri preżenti, u oħrajn li nimmaġinaw li għandhom l-istess feedback tagħhom.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Ngħaddu issa għall-proposti u għall-ilmenti li għandhom x'jaqsmu mal-Gozo Channel, u għalhekk insejjaħ għal dan l-iskop lis-Sur Paul Curmi.", "IS-SUR PAUL CURMI (Chairman, Gozo Channel): Jiena ilni f'din il-kariga ftit aktar minn xahar, u għalhekk nista' ngħid li jien ġdid fjamant.", "Widnejja għadhom tajbin biex nisma', u żgur li se ngħid mhumiex l-aħjar soluzzjonijiet.", "Anzi l-ewwel u qabel kollox, irrid nikkumplimenta lill-GUG talli waslu s'hawn.", "Huwa ta' pjaċir għalija bħala Għawdxi, għax naħseb li qegħdin outnumbered aħna bħala Għawdxin.", "Jien ukoll għandi tifel li jattendi l-Università f'Malta, u allura għandi kull interess li jitjiebu s-servizzi.", "Naturalment, fil-kappell tal-Gozo Channel, irrid noqgħod attent ukoll għall-interessi tal-Gozo Channel u għall-interess tal-commuters kollha tagħna, u mhux biss għall-istudenti.", "Il-Gozo Channel trid toffri servizz lil kulħadd.", "Ħdejja għandi lil Dr Joshua Grech li huwa Direttur fuq il-Bord u li wkoll daħal ġdid miegħi.", "Hawn ukoll is-Sur George Borg li huwa l-Operations Manager.", "Ħalli ngħid xi ħaġa fuq il-proposti li qegħdin isiru, u li jien kont diġà smajthom u ħadt nota tagħhom meta l-GUG kellhom l-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħhom.", "Dakinhar kont għedtilkom sabiex niltaqgħu, u din l-istedina għadha miftuħa.", "Minkejja dak kollu li nistgħu ngħidu hawnhekk, aħna xorta nistgħu nkomplu d-diskussjoni flimkien.", "Naħseb li anke min-naħa tal-Ministeru, jista' isir xi kumment fuq l-istudents' fare system.", "Meta sar is-survey, kien hemm mezz ta' kif jiġu rimborsati l-biljetti tal-istudenti, u li mill-1 ta' Jannar suppost li kellha tidħol sistema oħra.", "Għalhekk napprezza jekk il-Ministru tagħti l-input tagħha fuq dan il-kumment.", "Rigward il-Frequent Travellers' Scheme, jekk naturalment m'iniex qiegħed niżbalja, teżisti d-daily commuter card.", "Filwaqt li l-prezz ta' karozza huwa ta' €8.15, b'din id-daily commuter card, il-prezz jiġi ridott għal €5.82.", "Din l-iskema ilha teżisti mill-2006.", "Rigward l-introduzzjoni tal-priority boarding, nista' ngħid li hija a hot potato!", "M'ilux kellna laqgħa mar-rappreżentanti tal-MTA, tal-Gozo Tourism Association kif ukoll mad-Direttorat fil-Ministeru.", "Min-naħa ta' Għawdex, kulħadd irid il-priority boarding u kulħadd għandu r-raġuni partikolari tiegħu.", "L-istudenti jridu jilħqu l-korsijiet, u l-ħaddiema jridu jlaħħqu max-xogħol.", "Hawnhekk tajjeb li nagħmel daqsxejn ta' aċċenn għall-fatt li jkun tajjeb li min iħaddem ikun daqsxejn sensibbli għall-issues li jista' jkollhom il-ħaddiema Għawdxin.", "U jekk ħaddiem jasal żewġ minuti tard minħabba li l-vapur ittardja, jew inkella minħabba li s-servizz tat-trasport ma kienx fil-ħin, dak li jkun ma jkollux xi salib immarkat għax wasal tard.", "L-industrija tat-turiżmu tixtieq ukoll li jkun hemm il-possibilità ta' priority boarding.", "Għal Għawdex huwa importanti ħafna t-turiżmu intern, u dawn ukoll iridu l-priority boarding.", "Filwaqt li wieħed jista' jidħol fuq il-websajt biex jara min huwa eleġibbli għall-priority boarding, ikolli ngħid li din hija issue li mhijiex daqstant faċli li nsibu tarfha.", "Imma kif għedt fil-bidu, aħna ma niddejqu xejn, anke bħala Bord, li npoġġu bilqiegħda madwar il-mejda u niltaqgħu mal-GUG sabiex flimkien naraw liema huma l-areas li nistgħu ntejbu.", "Naturalment, aħna nibqgħu sensibbli għall-industrija kollha.", "Min-naħa tat-turiżmu, jitolbulek ċerti ħinijiet partikolari.", "Jekk turist jitlef il-vjaġġ, jista' jitlef it-titjira tiegħu wkoll u din tiġi tiswih il-flus.", "Anke mil-lat ta' servizz li Għawdex jista' jagħti lill-industrija turistika.", "Kemm huwa tajjeb li turist, x'ħin jasal iċ-Ċirkewwa, ma jitlifx il-vapur għal ftit minuti u jibda mill-ewwel b'esperjenza qarsa f'pajjiżna!", "Aħna konxji ta' din is-sitwazzjoni u mhuwiex faċli li ssib soluzzjoni.", "Ir-rotta tal-fast service tal-katamaran - filwaqt li ngħid li aħna dejjem miftuħin sabiex naraw x'servizzi oħra nistgħu noffru, filwaqt li din kienet teżisti, għal xi raġuni jew oħra naħseb li ma baqgħetx vijabbli.", "(Interruzzjonijiet) Ma nafx inwieġeb għaliha.", "Imma żgur li jekk tiġi introdotta xi ħaġa iktar vijabbli u li tagħmel sens fis-servizz li toffri l-Gozo Channel ..…", "THE CHAIRMAN: Irrid nagħmel rimarka fuq xi ħaġa li ssemmiet hawnhekk il-ġimgħa li għaddiet, meta ġie ppreżentat ir-rapport fuq l-istudenti u ż-żgħażagħ Għawdxin.", "Dr Andrew Azzopardi, fir-riċerka tiegħu, juri li l-katamaran ġie msemmi bħala dak il-mezz ta' trasport dirett għall-Imsida u li huwa l-aktar wieħed veloċi.", "Jiġifieri dawn mhux riedu a fast service miċ-Ċirkewwa għal Malta, imma proprju riduh sal-Imsida.", "IS-SUR PAUL CURMI: L-aħħar kumment.", "L-online booking system qiegħda fuq l-aġenda tagħna, u ilha hemm mill-Bord ta' qabilna.", "Kien hemm tentattiv sabiex joħroġ tender, imma kien hemm xi diffikultajiet u allura bħalissa qiegħda on hold.", "Però qiegħda wkoll fuq l-aġenda ta' dan il-Bord.", "Naħseb li għalissa dak għandi xi ngħid.", "THE CHAIRMAN: Kien hemm żewġ punti oħra li se niġbidlek l-attenzjoni tagħhom.", "U dawn qed jgħidu hekk:", "Għandek xi kummenti fuqhom?", "IS-SUR PAUL CURMI: Dwar l-ewwel waħda, tlabt lill-Ministru sabiex tgħaddi l-kumment tagħha.", "Rigward il-kwestjoni tas-servizz frekwenti nista' ngħid li kien hemm il-daily commuter card scheme.", "Teżisti xi ħaġa simili bħalissa wkoll, għalkemm jista' jagħti l-każ li jkun hemm xi suġġerimenti oħrajn.", "GIOVANNA DEBONO: L-ewwel nett, irrid insellem liċ-Chairman fil-kappell il-ġdid tiegħu, u nsellem ukoll lil Dr Joshua Grech u lis-Sur George Borg.", "Issa rigward il-Gozo Channel fl-ewwel punt qed jgħidu hekk:", "Din hija xi ħaġa speċifika, u qed jaqsmuha fi tnejn.", "Jekk niġu għall-istudenti Għawdxin, naħseb li llum, bis-sistema l-ġdida li introduċejna minn Jannar ta' din is-sena, nistgħu ngħidu li koprejna t-transport cost tal-istudenti.", "Qed ngħid hekk għax qabel kellna sistema fejn kull student Għawdxi li jistudja Malta kien irid joqgħod iġibilna rendikont ta' kull darba li qasam bejn Malta u Għawdex, bit-timbru, il-biljetti, eċċ. Issa eliminajna dan il-paper work kollu billi qegħdin nagħtu €400 kull tliet xhur lil kull student Għawdxi li qed jistudja f'Malta, kemm dak li qed jistudja l-Università, l-MCAST jew l-ITS.", "B'hekk eliminajna kompletament ir-rimbors tal-biljetti għall-istudenti Għawdxin li jistudjaw f'Malta.", "Imma hawnhekk il-GUG qed jagħmlu riferenza wkoll għall-istudenti Maltin.", "F'dan il-każ, is-sistema li għandna fil-preżent ma tapplikax għalihom – u m'għandna l-ebda ħsieb li xi darba napplikawha, biex inkunu fair.", "Jiena tkellimt ftit mas-Sur Ryan Mercieca li qalli li l-istudenti Maltin qegħdin imniżżlin hemmhekk biex iħajjruhom jaqsmu lejn Għawdex, kemm forsi għall-Università ta' Għawdex, kif ukoll biex jagħmlu xi esperjenza ġewwa Għawdex.", "Jiġifieri, hawnhekk għandna żewġ proposti.", "Rigward l-introduzzjoni tal-istudents' fare, dik illum hija covered u m'għandhiex għalfejn terġa' tiġi indirizzata.", "Imma tajjeb li tinnutaw ukoll li dawn qed jagħmlu suġġeriment għall-Maltese non-working students.", "Jekk tgħidli x'inhi l-opinjoni tiegħi, jiena ngħidlek all for it.", "Ovvjament, il-Gozo Channel trid ukoll tikkonsidra kemm ikun financially feasible għall-kumpanija xi ħaġa simili.", "Aħna, bħala prijorità, qed nagħtu dejjem preferenza lill-istudent Għawdxi għax dak m'għandux għażla, u jrid jiġi Malta bilfors.", "Il-Malti jista' jistudja Malta, u jekk irid jista' jiġi Għawdex ukoll, filwaqt li l-Għawdxi bilfors irid imur jistudja Malta.", "Allura l-istudents' fare li qed isemmu l-GUG għar-rigward ta' Għawdex illum hija settled.", "Żidna iktar lill-istudenti investiment finanzjarju għalihom, u għalhekk naħseb li hija covered.", "Rigward il-katamaran, aħna konna introduċejniha xi 12-il sena ilu.", "L-isfortuna kienet li, meta introduċejna l-fast service bejn l-Imġarr u Sa Maison, din kienet tintuża filgħodu mill-ħaddiema u mill-istudenti biex imorru lejn Malta, imma mbagħad filgħaxija, biex imorru lura lejn Għawdex, kulma kienu jużawha forsi xi tlieta jew erba' ħaddiema.", "Ħadd ma kien jiġi fl-istess ħin minħabba ċirkostanzi varji, u allura spiċċajna sabiex din tkun assolutament mhux vijabbli.", "B'hekk kellha mewta naturali.", "Ladarba offrejna s-servizz u ma ġiex użat, l-aktar għażla li tagħmel sens kienet dik li s-servizz ma jitkompliex.", "Issa, jekk wieħed jerġa' jipprovah?", "Naħseb li huwa item ieħor li għandu jerġa' jiġi diskuss mill-Gozo Channel.", "Għala le?", "Wieħed għandu jerġa' jipprova biex forsi jintroduċi xi fast service, imma meta aħna ntroduċejna din is-sistema ma ħadmitx.", "B'hekk li mbagħad is-servizz kien twaqqaf.", "Naqbel ħafna mas-sistema tal-online booking.", "Naħseb li hija xi ħaġa li trid tiġi indirizzata malajr, għax illum kulħadd qed juża' din is-sistema.", "Anke aħna, fejn tidħol il-GTA dan l-aħħar introduċejna dik li nsejħulha l-online booking, u naħseb li llum din hija xi ħaġa in place ħafna.", "Din tal-online booking tgħodd mhux biss għall-istudenti, imma għal kulħadd.", "Se tgħin fis-settur turistiku u fis-settur tan-negozju.", "Naħseb li hija xi ħaġa tajba ħafna, u turi wkoll l-avvanz tal-kumpanija fejn tidħol teknoloġija moderna li it should be in line wkoll.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzja lilek Ministru, kif ukoll lis-Sur Emanuel Delia.", "Hawn aktar kummenti min-naħa tal-Membri?", "L-Onor.", "JUSTYNE CARUANA: Se nkun fil-qosor ħalli ma nieħux ħafna ħin.", "Rigward l-istudents' fare system, niftakar li aħna bħala studenti kellna l-pass, u konna naqbdu dan il-pass u nibqgħu għaddejjin.", "Proposta li konna għamilna jien u l-Onor.", "Carmelo Abela fil-leġislatura li għaddiet kienet proprju l-introduzzjoni tal-Karta Żgħażagħ, xi ħaġa li nħolqot an equivalent tagħha issa.", "L-idea kienet ovvjament biex tgħin il-mobilità taż-żgħażagħ, inkluż ukull bejn iż-żewġ gżejjer.", "Il-punt li qegħdin jagħmlu l-istudenti ta' min jinvesti fih.", "Dawn mhux qed iqisu l-interessi tagħhom biss, imma qed jaħsbu fuq xi ħaġa li biha jistgħu jgħinu wkoll lill-ekonomija Għawdxija.", "U dan billi jkun hemm żgħażagħ Maltin li jiġu lejn Għawdex.", "Kif nafu, Għawdex iktar qed isir li għandu popolazzjoni anzjana, u allura hemm dik ix-xi ħaġa li timbotta lil dak li jkun.", "Jekk ikun hemm inċentiv biex iż-żgħażagħ Maltin jiġu lejn Għawdex, ovvjament inqajjmu lil Għawdex u nkunu qegħdin indawru r-rota.", "Żgur li din mhijiex xi ħaġa ta' min jissottovalutaha, anzi fl-opinjoni tiegħi għandha importanza kbira.", "Rigward iż-żieda li ngħatat lill-istudenti, jiena ngħid li kellhom bżonn jingħataw iktar.", "Ovvjament, iktar ma wieħed jidħol fl-istudju tiegħu, iktar se jkollu spejjeż u għalhekk l-għajnuniet kollha huma importanti.", "Rigward il-pre-booking, m'hemmx dubju li kulħadd jaqbel dwarha għaliex tevita ħafna inkonvenjent u ħafna dewmien.", "Apparti minn hekk, il-Gozo Channel stess tkun taf kemm se jkollha konsumaturi, u allura tkun tista' taħseb għall-istaff requirements.", "Minħabba l-eżiġenzi u r-regolamenti, nafu li ma' kull ammont ta' passiġġieri jrid ikollok staff complement.", "U allura l-pre-booking naħseb li jkun jagħmel ħafna iktar sens għal kif topera l-Gozo Channel.", "Li xtaqt li l-Gozo Channel tindirizza iktar hija l-fatt li f'ċertu ħinijiet tal-ġurnata, speċjalment filgħodu, ikollok każijiet fejn in-nies jitħallew l-art minkejja li jkun għadu l-ħin!", "Dawn ikunu waslu fil-ħin u kollox, imma minħabba ċerti problemi loġistiċi li għandha l-Gozo Channel jitħallew l-art!", "Dan ovvjament ifisser li jkunu qamu kmieni għal xejn, li jkunu marru fil-kju għal xejn, li jkunu waslu fil-ħin għal xejn, u li jkunu ħadu battikata biex jipparkjaw għal xejn.", "Imbagħad iridu jilħqu l-vapur ta' wara bl-inkonvenjent kollu li dan iġib miegħu.", "Rigward il-fast service, meta kont studenta kont nużah ħafna dan il-fast service u kont insibu utli ħafna.", "Veru li mhux kulħadd ikollu lecture fl-istess ħin u mhux kulħadd jispiċċa fl-istess ħin, imma naħseb li jekk għandna disponibilità tal-istudenti li diġa' għamlu l-istudji, dawn ikunu jistgħu jiggwidawna daqsxejn fuq il-peak time li fih l-iktar li jirrikorru l-istudenti.", "Imbagħad jekk ikun hemm il-ħaddiema – li dan l-istudju jista' jestendi għalihom ukoll – wkoll naraw x'inhuma l-indikazzjonijiet dwar il-vijabilità jew le ta' dan is-servizz.", "Imma jekk qed nitkellmu fuq servizz bejn Sa Maison u l-Imġarr, dan mhux neċessarjament bil-katamaran, imma jista' isir ukoll bil-vapur tal-Gozo Channel.", "Kien hemm żmien fejn ma kellna xejn, imma issa beda xi ħaġa.", "Imma jrid ikun iktar orjentat għall-passiġġieri u mhux għall-cargo biss.", "Jiġifieri jrid jindirizza lil dawk l-istudenti li ħafna minnhom ma jkunux bil-karozza tagħhom, imma li jkunu bil-pass.", "Ma naħsibx li hija xi ħaġa ta' barra minn hawn li naħsbu sabiex nagħmlu vjaġġ jew tnejn fil-ġimgħa li jkunu mmirati għall-istudenti.", "Imbagħad ir-return trip tabbinah mal-cargo ħalli tikkompensa ftit l-ispejjeż.", "Dawn huma l-affarijiet li aħna l-Għawdxin kollha kemm aħna għaddejna minnhom.", "Li ddejjaqni hu li ma' kull min titkellem, jgħidlek li għadda minn dawn il-problemi u ż-żgħażagħ tal-lum għadhom għaddejjin mill-istess problemi.", "Jiġifieri l-affarijiet mhux qed jitjiebu.", "L-istess problemi li kelli jien qed jiffaċċjawhom dawn l-istudenti llum.", "Naħseb li wasal iż-żmien li nidħlu sew f'dawn l-affarijiet, li fuq kollox mhumiex xi affarijiet ta' barra minn hawn u li, fl-opinjoni tiegħi, huma punti interessanti ħafna, speċjalment dik tal-istudenti, fejn l-istudenti tagħna qed juru maturità u qed juru li huma jridu l-ġid għall-gżira tagħhom stess u tagħna wara kollox.", "IS-SUR PAUL CURMI: L-Onor.", "Caruana semmiet ħafna punti validi, u ħadt nota tagħhom.", "Ta' filgħodu, filwaqt li jista' ikun hemm xi ċirkostanzi partikolari u li ma nafx inwieġeb għalihom, fil-verità din ġieli tiġri wkoll matul il-ġurnata, pereżempju f'ħinijiet li jaqsmu d-day trippers.", "U dan għaliex il-vapur għandu carrying capacity ta' 900 passiġġier.", "Fil-fatt, ġieli jkun hemm każijiet fejn il-karozzi jkunu għadhom telgħin, filwaqt li ma jaċċettawx aktar passiġġieri minħabba li l-carrying capacity tal-passiġġieri tkun intlaħqet.", "Jista' jagħti l-każ li jkun hemm ċirkostanzi bħal dawn, imma żgur li jkun hemm affarijiet oħra.", "JUSTYNE CARUANA: Inkun qiegħda ngħid ħażin li l-carrying capacity hija marbuta mal-istaff complement?", "Hekk hu Sur Borg?", "IS-SUR GEORGE BORG (Operations Manager tal-Gozo Channel): Mal-carrying capacity ta' 900 irid ikollok complement ta' 15-il crew.", "Filgħodu, dejjem ikollna complement ta' 15-il crew ħalli nkunu nistgħu nieħdu l-massimu ta' 900 passiġġier.", "JUSTYNE CARUANA: Jekk xi darba filgħodu jirrapportalek xi ħadd sick u ma jkollokx crew available, x'jiġri?", "IS-SUR GEORGE BORG: Ikollna replacement mill-ewwel.", "JUSTYNE CARUANA: Imma ġieli ma kellekx replacement?", "IS-SUR GEORGE BORG: Rari ħafna.", "JUSTYNE CARUANA: Imma ġrat.", "IS-SUR GEORGE BORG: Rari ħafna.", "JUSTYNE CARUANA: Imma ġrat.", "Mal-vapur tas-7.30 a.m.", "Aħna jkollna wkoll riserva ta' nies biex ma jkunx hemm għalfejn noqogħdu nsejħu lin-nies mid-dar, imma jkunu hemm disponibbli u nagħmlu r-replacement immedjatament.", "IS-SUR PAUL CURMI: Fi żmieni, l-aħħar vapur kien fil-4.45 p.m., jiġifieri titjib kien hemm.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur Curmi, hawnhekk qed naraw li, minn ħames proposti, għandna tlieta li huma marbutin mas-sistema tan-noll biex ngħid hekk.", "Safejn naf jien, il-Gozo Channel m'għandhiex biljett għall-istudenti.", "Forsi li tajjeb li wieħed jikkonsidra dan, flimkien ma' dawk il-kummenti li semmiet l-Onor.", "Fuq l-online booking system, napprezza li forsi ilhom isiru tentattivi u nittama li ma ndumux daqskemm ilna.", "Nittama wkoll li ma jiġrix bħalma ġara fl-AirMalta, fejn daħħlu online system, imma jwaħħluk €10 iktar!", "Jien ma nistax nifhem kif bis-sistemi li għandna, tispiċċa tħallas iktar għax tagħmel l-online booking meta suppost għandek tħallas inqas għax qiegħed proprju tuża' din is-sistema elettronika.", "Imma l-AirMalta, bil-booking system online tagħha, qiegħda titlob ħlas ta' €10 iktar ma' kull biljett!", "Nittama li l-Gozo Channel ma timitax dan l-eżempju, għax inkella jispiċċaw jogħlew it-tariffi.", "Fuq il-priority boarding, nifhem dak li qal iċ-Chairman, għax jekk kulħadd jitlob il-priority boarding, lil min se tagħti l-ewwel preċedenza?", "Imma naħseb li, kif qal l-ewwel is-Sur Delia, bi ftit iktar koordinament bejn kulħadd, b'xi mod jew ieħor din il-problema tista' tissolva.", "Jista' ikun hemm xi eċċezzjonijiet f'każ ta' turisti li għandhom tight schedule u forsi minħabba l-flight tagħhom wieħed ikun jista' forsi jagħmel arranġament minn qabel, għax jekk jitilfu l-flight jidħlu fi spejjeż akbar.", "L-aħħar punt li ridt nikkummenta fuqu huwa dwar is-servizz tal-katamaran jew xi servizz ieħor li jkun veloċi.", "To be fair maċ-Chairman u mal-Gozo Channel, din mhijiex kwestjoni tal-Gozo Channel, imma hija kwestjoni ta' government policy.", "Numru ta' snin ilu, niftakar Membri Parlamentari mill-Gvern tal-ġurnata fejn kienu jgħidu li dan huwa servizz soċjali!", "Naħseb li jekk issa l-policy inbidlet, u qed narawh mil-lat ta' jekk huwiex vijabbli jew le, dik hija kwestjoni ta' government policy.", "Fil-każ, il-Gvern ikun jista' iwieġeb għal dan il-punt.", "Hemm xi ħsieb jew studju partikolari li jintroduċi xi servizz ta' dan it-tip?", "Naturalment mhux qed nistenna risposta miċ-Chairman tal-Gozo Channel, għax din hija operatur li diġa' għandha s-servizz tagħha.", "Il-Gvern tal-ġurnata jrid jara jekk għandux jikkonsidra servizz bħall-katamaran bħala servizz soċjali jew le.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Xtaqt inkompli fuq il-punt li għamel l-Onor.", "Li ngħidu li dan mhuwiex servizz soċjali naħseb li nkunu qed niżbaljaw, għax għall-Għawdxin żgur li huwa servizz soċjali, peress li l-prezzijiet għall-Għawdxin huma differenti ħafna mill-prezzijiet għall-Maltin u t-turisti.", "Xtaqt nistaqsi xi ħaġa li mhijiex relatata eżattament mas-suġġett, imma naħseb li tagħmel sens fid-diskussjoni li qed nagħmlu.", "X'inhi r-raġuni li tbiddel il-ħin, pereżempju, għal 25 ġurnata biss?", "Għalfejn ma taqlibx l-iskeda minn tas-sajf għal dik tax-xitwa u viċi versa mill-ewwel?", "Għax imbagħad anke x-schedule tat-trasport tal-Arriva tkun trid tbiddel il-ħinijiet tagħha.", "Nimmaġina li hemm raġuni għal din, imma xi skop hemm li tbiddel għal 25 ġurnata?", "Rigward il-fast service, xtaqt ngħid xi ħaġa peress li ssemma' jekk jistax jintuża l-vapur preżenti tal-Gozo Channel u mhux xi katamaran.", "Jien tal-fehma li anke l-vjaġġ tal-cargo joħloq ċerti problemi, u jekk inżidu ma' tal-cargo għal Sa Maison, naħseb li hemmhekk ikun hemm xi diffikultajiet fuqha.", "Ridt nistaqsi wkoll lill-President tal-GUG jekk kellhomx xi indikazzjoni ta' x'ħin jixtiequh dan il-fast service, għax tagħmel differenza kbira meta tiġi biex tippjana.", "L-aktar li talbuh kien għal filgħodu jew għal filgħodu u filgħaxija?", "Jew inkella għal filgħaxija biss?", "IS-SUR PAUL CURMI: Il-verità hi li l-Gozo Channel u l-kaptana nfushom huma sensibbli ħafna għall-ħinijiet.", "Mhux darba jew tnejn li jaraw mini buses ġejjin bil-ħaddiema, ġeneralment għat-3.00 p.m. u jistennewhom sakemm jirkbu l-vapur qabel ma jitilqu.", "Jagħmlu tajjeb?", "Jagħmlu ħażin?", "Jiddependi mil-liema lat tkun qed taraha.", "Min ikun qiegħed Għawdex qed jistenna mhux se jieħu pjaċir, imma fil-verità l-kaptana jirregolaw ukoll l-ispeed tal-vapur biex jekk jista' ikun, dak il-ħin li jintilef iċ-Ċirkewwa jġibuh across the trip.", "Tajjeb li nsemmu wkoll l-investiment li qed isir fuq il-vapur Ta' Pinu fejn dan se jerġa' ikollu d-double car deck, biex b'hekk se jnaqqas immens in-numru ta' karozzi li se jkollok jistennew kemm miċ-Ċirkewwa kif ukoll mill-Imġarr.", "L-Onor.", "Abela reġa' semma' l-priority boarding, u hawnhekk il-biċċa tax-xogħol hi fuq min se tiftaħ, għax kull operatur ikun jixtieq li tinfetaħ is-sezzjoni tiegħu.", "Jekk tiftaħ lil xi ħadd, trid tara kif se tagħmel biex ma żżommx lil xi settur ieħor.", "Tiftaħ lit-turiżmu?", "Lit-turisti li qegħdin Għawdex?", "Lill-Maltin li jiġu Għawdex?", "Jiena ngħid li dan is-suġġett huwa miftuħ, u tajjeb li jibqa' jiġi diskuss ħalli jekk wieħed jiskopri li jista' itejjeb is-servizz, dan ikun jista' jagħmlu.", "Rigward it-time table jien ukoll niġi f'diffikultà, b'mod speċjali peress li għadni ġdid u qiegħed nipprova nitgħallem xi ħaġa ġdida kuljum.", "Dan aktarx li qed jiġri minħabba xi tibdil fil-flights.", "Tant hu hekk li qegħdin nistennew ukoll li l-Gozo Tourism Association tagħmel studju fuq it-titjiriet, biex naraw jekk hemmx xi vjaġġi li għandna nqarrbuhom aktar lejn dawn it-titjiriet.", "Titjira partikolari hija dik minn Heathrow, tas-12.50 a.m., fejn jekk din it-titjira tidħol ftit tard, dak li jkun minflok jaqbad il-vjaġġ tas-2:00 a.m. jispiċċa jkollu jaqbad tal-4.00 a.m..", "Qegħdin nistennew rapport mill-Gozo Tourism Association biex naraw nistgħux immissu t-timetable.", "Issemma' wkoll it-trasport lejn Sa Maison tad-dangerous goods.", "Filwaqt li jkollok vjaġġ bid-dangerous goods, safejn naf jien, f'dawk il-każijiet ma ngħabbux passiġġieri.", "JUSTYNE CARUANA: Aħna ġieli tlajna filgħaxija u ġieli konna nkunu mal-vapur tal-10.30 p.m. - mal-'Gawdos' konna, u din ġrat riċenti – u nitilgħu mal-cargo.", "Fil-fatt, kienu qalulna biex nitilgħu fuq mentri s-soltu konna nibqgħu fil-karozza biex nirrispondu xi emails, eċċ. U kienu qalulna hekk biex ma nkunux f'sitwazzjoni ta' periklu.", "Issa, rigward it-tiġieġ, kieku tafu kemm tagħmlu impressjoni ħażina meta jkun hemm it-turisti!", "Aħna nifhmu ċ-ċirkostanzi, avolja niddejqu bit-tiġieġ ukoll.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "GIOVANNA DEBONO: Rigward it-trasport tad-dangerous goods - forsi jikkorreġini s-Sur Borg - jidhirli li jippermetti numru limitat ta' passiġġieri u karozzi.", "Hux hekk?", "IS-SUR GEORGE BORG: Id-diesel biss jista' jinġarr mal-passiġġiera, għax il-kumplament tad-dangerous goods jinġarru fi vjaġġi apposta li jsiru darbtejn fil-ġimgħa.", "Naturalment, dawn l-operaturi jibbukkjaw minn qabel, però nerġa' ngħid li ma jinġarr l-ebda tip ta' dangerous goods mal-vjaġġi normali.", "Rigward il-vjaġġi tat-tiġieġ, kif qalet l-Onor.", "Caruana, dawn jagħmlu riħa inaċċettabbli!", "Fil-fatt ikollok trakkijiet kbar mimlijin bit-tiġieġ.", "U biex inkun onest magħkom, ġieli kellna problemi magħhom.", "L-unika ħaġa li ma nistgħux insolvu magħhom hija li dawn għandhom il-ħin tal-qatla, u allura bilfors iridu jaslu f'ċertu ħin.", "Huma jilmentaw għax jitilfu ħafna minnhom, u allura bilfors trid teħodhom f'ċertu vjaġġ.", "Dawn il-problemi aħna naffaċċjawhom u trid tipprova taqdi lil kulħadd, għax ħadd ma jrid jitlef ix-xogħol tiegħu.", "IS-SUR PAUL CURMI: Qed nieħu gost li qed niddiskutu s-suġġett tal-Gozo Channel, u nemmen li dan is-suġġett irridu nkomplu nħalluh miftuħ.", "Tajjeb ngħidu wkoll li ġieli jkollna sitwazzjonijiet fejn kaptan ikollu jagħżel jekk iħallix trakkijiet iċ-Ċirkewwa biex minflokhom jgħabbi iktar karozzi.", "Hemm limitu wkoll, u allura kulħadd jintlaqat.", "Ġieli jgħidlek li jkollu jiddeċiedi bejn li jħalli 40 karozza l-art jew inkella ndaħħal żewġ trakkijiet.", "Il-kaptan irid jiddeċiedi.", "Il-verità hi li kulħadd - u din toqrob ħafna lejn din tal-priority boarding - iħares lejn l-area tiegħu, u dik hija xi ħaġa ġustifikata.", "Xi ħadd li għandu trakk ifisser li qed iżomm ħaddiem u qed iħallsu ta' xejn, għax dan se jkun qiegħed hemmhekk iċ-Ċirkewwa jistenna.", "Irridu nifhmu wkoll li hemm sitwazzjonijiet li ħadd m'għandu kontroll fuqhom.", "Importanti li dan is-suġġett niddiskutuh ħafna ħalli nifhmu wkoll id-diffikultajiet, b'tali mod li nipprovaw naslu għal soluzzjonijiet komuni.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Mela se niġbor kollox f'salt.", "Aħna, bħala għaqda u bħala studenti, qatt ma neħħejna mill-mertu tal-progress li sar f'dawn l-aħħar snin fir-rigward tal-Gozo Channel.", "Nemmnu wkoll li s-servizz tal-Gozo Channel huwa servizz soċjali kif ukoll servizz infrastrutturali.", "Dik hija t-triq tagħna għal Malta!", "Jiġifieri ma neħlux biss fuq l-aspett soċjali, għalkemm huwa importanti, imma għandek ukoll l-infrastruttura tagħna.", "Dak huwa l-mezz tagħna biex aħna naslu Malta.", "Fuq l-istedina li ilna nibagħtu 'l xulxin, nista' ngħid li aħna bqajna li kellu jkun l-uffiċċju tal-Gozo Channel li jċempilli, imma s'issa ħadd ma ċempel.", "Jiena kont tlabt in-numru tal-mobajl tiegħek, bħala ċ-Chairman tal-kumpanija, imma talbuni nagħtihom tiegħi .…", "THE CHAIRMAN: Jien kuntent li din il-laqgħa serviet biex almenu qiegħed jgħaddi n-numru tal-mobajl ta' wieħed għal għand l-ieħor!", "Għal daqshekk diġà tajjeb!", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Issa ħalli ngħaddi fuq il-proposti, għax il-feedback li ħadt s'issa qisu jidher li mhux kulħadd qiegħed jifimhom.", "Fuq il-fatt tal-istudents' fare system, kif diġa' qalet tajjeb il-Ministru, aħna qed ngħidu li anke studenti Maltin għandu jkollhom l-opportunità li ma jħallsux daqs adult Malti, imma jħallsu inqas.", "Ħaġa affaxxinanti hija li kulħadd jgħid li ma jridx li Għawdex isir post tax-xjuħ, imma l-anzjani jaqsmu bejn il-gżejjer b'xejn!", "Mela ejjew inħeġġu naqra liż-żgħażagħ biex jitilgħu Għawdex ukoll!", "Il-Ġimgħa, meta jien inkun sejjer lejn Għawdex, inkun nista' inkaxkar erbat iħbieb Maltin miegħi ħalli jqattgħu week end Għawdex!", "Dak huwa r-raġunar u l-iskop kollu ta' dik il-proposta.", "Fuq il-Frequent Travellers' Scheme, nixtieq ngħid li dawn il-proposti ma sarux billi qomna filgħodu u ddeċidejna li rridu nagħmlu xi ħaġa, imma kien hemm l-istudju wara din l-iskema.", "Fuq l-iskemi li semma' is-Sur Borg, nista' ngħid li aħna nafu bihom.", "U kif offrejt lir-rappreżentant ta' Transport Malta, se ngħid lilkom ukoll: jekk tixtiequ tgħaddulna din l-informazzjoni li semmejtu, aħna nkunu nistgħu nxerrduha man-nies tagħna.", "Però irrid ngħid li aħna nemmnu li hemm bżonn ta' xi ħaġa iktar effiċjenti.", "Naħsbu li dik mhijiex qiegħda tkun effiċjenti.", "(Interruzzjonijiet) Għaddili l-informazzjoni ħalli nkunu nistgħu nqassmuha.", "Aħna nużaw l-Facebook, u allura aktar nistgħu nkunu effiċjenti.", "Kif qal tant tajjeb id-Direttur tal-Gozo Channel, il-priority boarding iriduh l-Għawdxin kollha.", "Mela allura ejjew nagħtuh lill-Għawdxin kollha!", "Ħalli nispjega x'qed ngħid għax, għad-differenza tagħkom, jien naf x'qed ngħid!", "Nerġa' nenfasizza li jien ma qomtx filgħodu b'dawn l-affarijiet għax ħlomthom bil-lejl u għedt ħa niġi l-Parlament ta' Malta u ngħidhom.", "Dawn huma proposti li jien ilni nisma' dwarhom.", "Jien nisma' mill-vuċi tal-poplu Għawdxi!", "Dawn aħna studjajna fuqhom, u huma proposti li n-nies qed jitkellmu fuqhom.", "Għalxejn tipprovaw toqogħdu tidħku bija!", "Il-priority boarding irid jingħata lill-Għawdxin!", "U jista' jingħata lill-Għawdxin billi meta niġu għas-sitwazzjonijiet ta' traffiku u kjujiet twal ta' Maltin u Għawdxin li jridu jiġu Għawdex, l-Għawdxin jingħataw permess li jaqbżu l-kju u jitilgħu, u mhux joqogħdu jistennew wara l-Maltin li jkunu ġejjin holiday.", "Jien ġieli kelli nitlef lecture biex imqar ninġabar fl-10.00 p.m. id-dar!", "Il-ġenn li jkollok f'ċerti żmenijiet ta' matul is-sena kulħadd jaf bih, u mhux se noqgħod insemmihom hawnhekk.", "Rigward il-fast route, irrid ngħid li s-sistema tal-katamaran, kif diġa' għedtu, kienet hemm qabel u jien naf biha wkoll.", "Aħna għamilna daqsxejn riċerka mal-membri li kienu fil-GUG dak iż-żmien, u kien hemm ukoll press releases li wieħed jista' ifittex.", "Din l-għaqda kienet qalet ukoll li dan il-fast service qed ikun konvenjenti ħafna.", "Imma mbagħad x'ġara?", "Il-problema kienet, kif diġa' ingħad, li lura ma kienx hemm skeda tajba.", "Il-problema ma kenitx li s-servizz ma kienx vijabbli, imma li l-iskeda ma kellhiex ħinijiet tajba.", "Apparti minn hekk, dan il-fast service m'għandux jiġi kkonsidrat biex ikun filgħodu jew filgħaxija biss, imma għandu jiġi kkonsidrat anke għal matul il-ġurnata.", "Jekk inti għandek katamaran jew mezz ieħor li telaq mill-Imġarr u mar Sa Maison, u dam nofs siegħa, lilek f'nofs siegħa ġabek fiċ-ċentru ta' Malta.", "Issa jekk inti student, kemm titla' 'l fuq u tmur l-Università, u jekk inti ħaddiem li taħdem fl-inħawi tal-Belt, eċċ, qiegħed viċin ukoll.", "Dak huwa l-iskop tagħna, għax hawnhekk aħna qed nitkellmu fuq ħin, fejn jekk inti għandek servizz frekwenti mill-Imġarr għal Sa Maison, tista' tiġi f'sitwazzjoni fejn is-servizz bejn iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr jonqos.", "U n-nies jippreferu jużaw dan is-servizz minflok jiġu bil-karozza għax jafu li jwassalhom saċ-ċentru ta' Malta.", "Bażikament dik hija spjegazzjoni sempliċi.", "Fuq l-online booking system, nista' ngħaddilkom rapport li sar minn xi studenti bħala parti minn assignment li kien iffokat fuq din is-sistema tal-online booking, fejn dawn għamlu tip ta' stħarriġ fost il-Maltin u l-Għawdxin, u taw ukoll xi proposti fuq kif dan jista' jaħdem.", "Dan nista' ngħaddihulkom ukoll.", "Però l-online booking jista' iservi sabiex iżid l-effiċjenza.", "Jekk inti se jkollok dan il-fast service u s-sistema tal-online booking, inti se tkun taf kemm ġejjin nies u fi x'ħin.", "Allura hemmhekk qed iżżid l-effiċjenza u se tkun taf iktar kif se tikkontrolla l-affarijiet.", "Ma rridux inħarsu lejn is-sitwazzjoni min-naħa waħda biss, imma rridu naraw l-istampa kollha.", "Is-servizz bejn iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr, u s-servizz bejn l-Imġarr u Sa Maison irridu neħduhom flimkien u mhux separati.", "Irridu naqdu s-servizz bħala servizz soċjali u infrastrutturali għall-komunità Għawdxija, kif ukoll għall-Maltin li jkunu jridu jiġu Għawdex.", "Huwa għalhekk li fl-aħħar proposta semmejna li għandha tinħoloq xi tip ta' task force, li tkun ippreseduta mill-Ministeru.", "Hemmhekk ikun hemm l-istakeholders kollha kkonċernati fuq l-aċċessibilità ta' Għawdex, u nkunu nistgħu npoġġu bilqiegħda madwar il-mejda u niddiskutu bejnietna kif nistgħu nġibu għall-aħjar din is-sitwazzjoni.", "Grazzi.", "GIOVANNA DEBONO: L-aħħar punt li semma' is-Sur Ryan Mercieca dwar il-ħolqien ta' task force bejn il-Gozo Channel, il-Ministeru, eċċ, ikolli ngħid li dan jista' jidħol fuq l-aġenda tal-Gozo Regional Council, għax hemmhekk diġà għandek l-istakeholders kollha.", "Naħseb li l-aċċessibilità għandha tkun fuq l-aġenda, bħalma kienet għal diversi drabi, u wieħed ikun jista' jiddiskuti hemmhekk.", "Jekk m'iniex sejra żball, intom ukoll rappreżentati fil-GRC, u allura ma naħsibx li hemm għalfejn jinħoloq task force ieħor.", "Li nissuġġerixxi hu li ssir id-diskussjoni hemmhekk.", "Veru li din id-diskussjoni tal-lejla qiegħda tiddiskuti dak li għadu mhuwiex daqshekk f'postu, u allura mhux qed insemmu l-pożittiv li diġa' jeżisti.", "Madankollu - for the record, ladarba dan il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali qed jiddiskuti l-istudenti Għawdxin - irrid nenfasizza li għal din is-sena skolastika biss, jiġifieri għall-2011/2012, il-Ministeru għal Għawdex se jkun qed jinvesti fl-istudenti Għawdxin kollha li studjaw f'Malta madwar €1 miljun.", "Mela apparti l-istipendju li qed jieħdu fuq bażi nazzjonali dawn l-istudenti, il-Ministeru għal Għawdex qiegħed jagħti lill-istudenti Għawdxin madwar €1 miljun ieħor biex ikopru l-ispejjeż tat-trasport u l-akkomodazzjoni.", "Ridt insemmiha for the record għaliex naħseb li din hija xi ħaġa pożittiva ħafna.", "Ovvjament qatt mhu biżżejjed u nixtiequ li din tkompli tiżdied, imma l-qabża kbira li saret dan l-aħħar naħseb li wieħed għandu jagħmel riferenza għaliha wkoll.", "Jien naf li l-GUG u l-istudenti kollha japprezzawha din.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "DR JOSHUA GRECH (Direttur fuq il-Bord tal-Gozo Channel): B'risposta għal dak li qal il-President tal-GUG rigward tal-priority boarding, nifhem li huwa importanti li tagħti l-priority boarding lill-Għawdxin peress li huma l-aktar milquta.", "Jien Għawdxi bħalkom, imma rridu nkunu realistiċi fuq dan il-punt għax mhux biss l-Għawdxin jitilgħu jaħdmu Malta, imma anke Maltin jinżlu jaħdmu Għawdex.", "Irridu nżommu ċertu bilanċ lil min u kif nagħtu l-priority boarding.", "Li tagħti priority boarding lil kull persuna li tuża l-Gozo Channel huwa daqsxejn diffiċli.", "Intom tifhmu li aħna qegħdin fl-amministrazzjoni u li suppost naraw il-ġid ta' kulħadd.", "Rigward il-katamaran jew tal-fast service, nifhem il-pożizzjoni tagħkom.", "Aħna bħala Bord nifhmu wkoll li dan huwa servizz soċjali, imma min-naħa l-oħra rridu nkunu kapaċi noħolqu bilanċ bejn li toffri servizz soċjali u li tkun vijabbli fis-servizz li qed toffri.", "Jien ningħaqad ma' dak li semmiet l-Onor.", "Caruana u li semmiet ukoll il-Ministru Giovanna Debono, rigward il-koordinament bejn it-trasport pubbliku.", "Jiena naħseb li għandna npoġġu madwar il-mejda u nitkellmu mal-istake holders kollha.", "Intom bħala studenti tgħidulna l-ideat tagħkom, u aħna bħala operaturi fuq il-baħar, flimkien mal-operaturi fuq l-art, nikkoordinaw flimkien biex noħolqu l-aħjar servizz.", "Naħseb li bil-koordinament bejnietna t-tlieta nkunu kapaċi noħolqu l-aħjar servizz għal kulħadd.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Dak li qal Dr Grech jikkonferma li bħalissa m'hemmx xi ħsieb li jkun hemm a fast service, fosthom b'xi katamaran.", "Dr Grech semma' li jrid ikun hemm bilanċ bejn servizz soċjali u vijabilità.", "Mela bħalissa mhux qed jiġi kkonsidrat.", "DR JOSHUA GRECH: Le, mhux kwestjoni li ma tkunx ikkonsidrata.", "Li qed ngħid jien hu li wieħed irid joħloq bilanċ bejn is-servizz soċjali u l-vijabilità.", "Jien ma għedtx li mhux qed jiġi kkonsidrat.", "Li għedt jien hu li qed nipprovaw noħolqu l-aħjar sistema biex naraw kif jista' jiġi vijabbli, filwaqt li nżommu quddiem għajnejna s-servizz soċjali.", "THE CHAIRMAN: Wasalna għall-aħħar tas-sezzjoni li għandha x'taqsam mat-trasport.", "Għadni kif ġbidt l-attenzjoni tas-Sur Pulé fuq is-subway tal-Imsida, għax naħseb li din aktar taqa' taħt Transport Malta milli taħt il-Kunsill tal-Imsida.", "Madankollu ma naħsibx li din il-proposta ntbagħtet lil Transport Malta sabiex jiġu ppreparati fuqha.", "IS-SUR KONRAD PULÉ (Rappreżentant minn Transport Malta): Fil-fatt, ma jidhirlix li rajniha l-proposta, imma xorta waħda se nieħdu nota tagħha u mbagħad ngħaddulkom il-feedback direttament lilkom kemm jista' ikun malajr.", "Milli fhimt dawn qed jirriferu għas-subway tal-Imsida, fejn l-Università biex niftiehmu.", "THE CHAIRMAN: Mela issa ngħaddulkom dik il-proposta.", "Forsi bi żvista mill-uffiċċju tagħna li ma ntbagħtitx lilkom mill-ewwel.", "Naħseb li minflok intbagħtet lill-Kunsill Lokali tal-Imsida.", "Ma rridx inkun inġust mal-Kunsill Lokali tal-Imsida u nitfa' din ir-responsabilità fuqhom.", "Imma jkollna ċans nitkellmu ukoll aktar fid-dettall fuq din.", "Nitlob lilkom bħala Transport Malta sabiex tagħmlu d-differenza f'dan li hawn miktub.", "Jiena naħseb li aktar milli tagħtina l-informazzjoni, araw li s-subway tal-Imsida tkun imnaddfa, u li t-traffic lights u ż-zebra crossings ikunu f'kondizzjoni tajba.", "JUSTYNE CARUANA: It-tindif mhux il-Kunsill Lokali jagħmlu?", "THE CHAIRMAN: Le, ma naħsibx.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: L-ewwel punt huwa ċar għax qed jirreferi għas-subway u x'irid isir fihom.", "Imma t-tieni punt mhux għat-traffic lights fejn is-subway qed nirriferu, imma għall-Bypass ta' Birkirkara, in-naħa tas-Swatar, jew biex tifhimni żgur fejn hemm il-call centre tal-HSBC.", "Dawk in-naħiet ,hemm numru konsiderevoli ta' Għawdxin li joqogħdu hemmhekk, u x'ħin jiġu biex jaqsmu t-triq biex imorru l-Università mhux qed isibu aċċess, u jridu jistennew il-karozzi biex jaqsmu dik it-triq.", "Nafu biċ-ċert li kien hemm xi studenti, u anke ġenituri ta' studenti, li lmentaw kemm-il darba ma' Transport Malta fuq din l-issue.", "U kienet saret xi petizzjoni wkoll.", "IS-SUR KONRAD PULÉ: Ħa nirreferi lill-kollegi tiegħi fuqhom għax ma ġejniex ippreparati fuq dik il-proposta, u nkunu nistgħu nagħtukom il-feedback.", "THE CHAIRMAN: Hemm punti oħra fuq Transport Malta?", "Mela nirringrazzja lill-uffiċjali min-naħa ta' Transport Malta, lill-Ministru, kif ukoll lill-uffiċjali tal-Gozo Channel.", "Issa nsejjaħ biex jieħu postu madwar il-mejda lill-Professur Joe Friggieri, u ngħaddu mill-ewwel għall-proposta fuq l-edukazzjoni.", "Imbagħad taħt it-titolu \"University of Malta\" insibu dan li ġej:", "IL-PROFESSUR JOE FRIGGIERI (Pro-Rettur tal-Università għal Għawdex): Fuq l-ewwel punt, nista' ngħid li l-għażla li jsiru l-eżamijiet f'Għawdex kienet proprju biex l-istudenti Għawdxin ikunu jistgħu jagħmlu dawk l-eżamijiet.", "Dan kien proġett pilota u l-Università daħlet għalih qabel libbsitni l-kappell ta' Pro-Rettur.", "Jien dan is-suġġett huwa għall-qalbi ħafna għax nixtieq li din il-faċilità noffruha lill-istudenti Għawdxin kollha, u mhux lil dawk biss li din is-sena ġew magħżulin biex ikunu jistgħu jagħmlu l-eżamijiet f'Għawdex.", "Din is-sena, l-Università ddeċidiet li tagħmel bħal esperiment, proġett pilota, sabiex naraw ftit xi jkunu l-problemi infrastrutturali li xi ħaġa bħal din iġġib magħha.", "Għaldaqstant, intagħżlu 88 student li jattendu diversi korsijiet Malta sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-eżamijiet f'Għawdex.", "Dawn it-88 student bejniethom se jkunu qegħdin jagħmlu 71 eżami.", "U din iċ-ċifra hija waħda interessanti.", "Issa, meta xi ħaġa bħal din tesponiha għall-1,000 student Għawdxi li hemm jistudjaw f'Malta, in-numru tal-eżamijiet li jkollhom isiru se jikber ħafna!", "Jekk għall-88 student inti trid tagħmel 71 eżami, aħseb u ara meta toffri lil dawn l-istudenti kollha l-faċilità li jagħmlu l-eżamijiet tagħhom Għawdex!", "Il-mod ta' kif ġew magħżulin dawn l-istudenti - l-għażla saret qabel ma jiena sirt Pro-Rettur - kienet billi kienu dawk il-korsijiet li minnhom setgħu jintagħżlu l-istudenti Għawdxin biex jingħataw din l-opportunità li ġew identifikati.", "Ma xtaqniex li jkun hemm kors, pereżempju tal-arti jew tax-xjenza, li fih ikun hemm għadd ta' studenti Għawdxin, u nieħdu biss nofshom.", "L-Università xtaqet li dik l-opportunità tingħata lill-istudenti kollha Għawdxin li jkunu f'kull wieħed mill-korsijiet li jiġi identifikat biex fih isiru l-eżamijiet f'Għawdex.", "Naturalment, sal-lum, minn dawn it-88 student li ngħataw din l-opportunità, diġà 25 minnhom ippreferew li jagħmlu l-eżamijiet f'Malta.", "Din ma tissorprendinix għal kollox, għax ħafna studenti jgħaddu l-parti l-kbira tal-ġimgħa f'Malta, u allura jkunu draw l-ambjent ta' sħabhom Maltin.", "B'hekk ikunu jippreferu li jagħmlu l-eżamijiet magħhom.", "Jekk din is-sistema nkabbruha fil-futur, jista' ikun ukoll li lil dawk l-istudenti li jkunu għadhom deħlin fl-ewwel sena tagħhom, nitolbuhom qabel ma jibdew il-kors x'inhi l-preferenza tagħhom fuq jekk jippreferux li l-eżamijiet tagħhom jagħmluhomx Malta jew inkella Għawdex.", "B'hekk ikollna idea ftit iktar ċara fil-bidu ta' kemm se jkollna bżonn inkabbru l-faċilitajiet biex dawn l-eżamijiet isiru Għawdex.", "Aktar 'il quddiem, meta naslu biex nagħmlu l-eżamijiet f'Jannar, ikollna idea aktar ċara tal-bżonnijiet kollha.", "Kif tafu, l-ewwel irridu nsibu postijiet adegwati biex isiru fihom l-eżamijiet, u mbagħad irid ikollna l-faċilitajiet biex dawn l-eżamijiet isiru hemmhekk.", "Irid ikollna wkoll supervisors magħżulin apposta li jkunu jistgħu jagħmlu x-xogħol ta' superviżjoni waqt l-eżami, u rridu nkunu ċerti li jkun hemm is-sigurtà fit-trasport jew fil-komunikazzjoni tal-karti.", "Naturalment, dawn mhumiex problemi insormontabbli, u jistgħu jiġu solvuti b'diversi modi.", "Hemm diversi suġġerimenti ta' kif jistgħu jsiru.", "Hemm min jissuġġerixxi li jsiru bl-email, imma mbagħad trid tara li jkun hemm sigurtà stretta.", "Hemm min jissuġġerixxi li jiġu trasportati ġimgħa qabel, u jingħalqu ġo safe biex ikunu diġà hemm f'każ li t-trasport ma jaħdimx dakinhar tal-eżami.", "Dawn huwa affarijiet li jistgħu jiġu solvuti.", "L-iktar ħaġa li lilna tinkoraġġina biex dan l-esperiment inkompluh huwa li l-għaqda li tirrappreżenta lill-istudenti Għawdxin jixtiequ jimbuttaw huma wkoll din il-ħaġa.", "Kien hemm fatt li ħareġ il-bieraħ, u li jien ma kontx naf bih – għax l-istatistika, meta toħroġ daqshekk fil-qrib, tkun trid almenu ġurnata biex tirreġistraha.", "Imma, jekk m'iniex sejjer żball, mill-istħarriġ li sar fuq kemm minn dawn l-istudenti Għawdxin, li kieku jingħataw il-faċilità li jagħmlu l-eżami Għawdex illum, jagħżlu li jagħmlu użu minn din l-opportunità, kienu biss 200 student Għawdxi li xtaqu jagħmlu użu minn din il-faċilità.", "U dan minn total ta' 1,000 student.", "Forsi wieħed jitlaq bl-idea li jkunu l-istudenti Għawdxin kollha li jixtiequ jagħmlu l-eżamijiet f'Għawdex, imma wieħed irid jara jekk dan huwiex minnu jew le.", "Waħda mill-affarijiet li jiena nsistejt ħafna mar-Reġistratur tal-Università hija li lill-istudenti Għawdxin nagħtuhom l-għażla biex dawk li jippreferu, għal xi raġuni jew oħra, li l-eżami jagħmluh f'Malta, ikollhom id-dritt li jagħmlu l-eżami tagħhom f'Malta.", "Dawk li jagħżlu li l-eżami jagħmluh Għawdex, għar-raġunijiet tagħhom, allura jingħataw huma wkoll din l-opportunità.", "Naħseb li anke l-grupp li jirrappreżenta lill-istudenti Għawdxin jaqbel magħha; jekk student imbagħad jiddeċiedi li jagħmel l-eżamijiet tiegħu f'Għawdex, ikun irid jagħmel is-sessjoni kollha tal-eżamijiet f'Għawdex, u mhux jagħmel nofshom Malta u n-nofs l-ieħor Għawdex, għax din tispiċċa toħloq komplikazzjonijiet burokratiċi kbar.", "Naħseb li dak kien li kelli xi ngħid fuq l-ewwel punt.", "Lest li nieħu l-mistoqsijiet fuq punt punt.", "M'hemmx għalfejn nagħmilhom kollha f'daqqa.", "THE CHAIRMAN: Le, għax inkella ndumu, u diġà saru l-5.35 p.m. Ipprova agħti l-preżentazzjoni tiegħek fuq il-punti kollha, għax fis-7.15 p.m. se tibda laqgħa oħra.", "IL-PROFESSUR JOE FRIGGIERI: Domt ftit fuq dan l-ewwel punt għax huwa l-iktar punt li bħalissa qed jiġi diskuss.", "Dwar il-korsijiet li l-istudenti qed jitolbu li jerġgħu jibdew f'Għawdex, xtaqt ngħid li l-iktar żewġ korsijiet li l-istudenti qegħdin jitolbu li jiftħu f'Għawdex huma l-kors tal-Learning Support Assistants - dawk li aħna ngħidulhom il-facilitators - u l-kors tal-Postgraduate Diploma in Leaders in Education.", "Il-kors tal-Learning Support Assistants beda s-sena l-oħra, u bħalissa għadu għaddej u jispiċċa f'Ġunju 2013.", "Il-ħsieb hu – qabel ma ġejt hawn kellimt lid-Dekan tal-Fakultà tal-Edukazzjoni, il-Professoressa Valerie Sollars – li jibda kors ieħor bħalu f'Ottubru tal-2013.", "Dwar il-Postgraduate Diploma for Leaders in Education, kien hemm ukoll talba għalih, speċjalment mill-għalliema.", "Il-ħsieb hu li dan il-kors jibda f'Għawdex fi Frar tal-2013.", "Il-programm ġie approvat kemm mill-Fakultà kif ukoll mis-Senat.", "Għalhekk ikun jista' jibda fi Frar tal-2013, dejjem jekk ikun hemm biżżejjed domanda għalih.", "Hemm il-ħsieb ukoll li nintroduċu kors li jwassal għal Diploma in Gozitan Studies, u l-programm tiegħu diġà ġie mfassal.", "L-użu iktar estensiv tal-video conferencing jista' jaġevola lil xi studenti li jkunu qegħdin jistudjaw Għawdex jekk dawn il-korsijiet jibdew isiru minn Malta.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur Friggieri, issa li nħtart bħala l-persuna responsabbli mill-Università ta' Għawdex, kif tara l-iskop ta' din l-Università f'Għawdex?", "U kif tixtieqha li tiżviluppa inti?", "Naturalment, inti għandek l-ideat tiegħek, u naħseb li wieħed għandu jħares lejn dawn l-ideat b'ċerta attenzjoni.", "Naħseb li din l-idea ġenerali torbot mas-servizzi li jistgħu jiġu offruti.", "Pereżempju, jekk għandux ikun hemm iktar korsijiet f'Għawdex u jekk għandniex nimmiraw mhux biss li l-istudenti Għawdxin li jagħżlu ċerti korsijiet, imma li jkun hemm anke Maltin li jitħajjru jitilgħu l-Università ta' Għawdex.", "Forsi iktar milli niffoka biss fuq dan li għandna hawnhekk, issa li għandna persuna ġdida responsabbli, forsi naraw daqsxejn overview tal-ħsiebijiet tiegħek u l-iskop li wieħed irid jiżvuluppa hemmhekk.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "JUSTYNE CARUANA: Jien għandi xi kummenti qosra u se nibda fuq tal-eżamijiet.", "Jien tkellimt ma' xi studenti li min-naħa tagħhom stqarrew miegħi li sinċerament huma qed jibżgħu li jiġu singled out.", "Dawn qed jaraw li din hija xi ħaġa li, tant l-awtoritajiet tal-Università qegħdin ikunu iebsin fuqha, u din l-affari qisa xi ftit imqanżħa – skużani ta' din il-kelma iebsa, imma hekk hi - li qed jibżgħu li b'xi mod jew ieħor dawn se jiġu mmarkati.", "Jien ma nafx kif ġew magħżula dawn l-istudenti, imma anke l-mod ta' kif saru dan it-tip ta' deċiżjonijiet iqanqlu ċertu suspetti u biżgħat fost l-istudenti.", "Mela bejn li jkollok l-istress tal-kors, l-istress tal-eżamijiet u stress ieħor, din ma naħsibx li ġiet tackled in the healthiest way.", "Dik waħda.", "Rigward it-tieni u t-tielet punti, ma tajtniex risposta.", "Però ma nimmaġinax li hija xi ħaġa tiegħek dwar il-possibilità li jkun hemm kamra sigura allokata lill-Għawdxin, u dwar il-possibilità li tissottometti l-assignments u l-kotba tal-librerija ġewwa Għawdex.", "Rigward l-eżamijiet u s-self ta' kotba, xtaqt ngħid xi ħaġa oħra.", "Meta inti għandek librerija fl-Università u tkun qed tipprepara għal xi eżami, jekk ikollok bżonn tirriferi għal xi materjal taf li tista' tmur il-librerija.", "Din ma tistax issir mill-istudenti Għawdxin, għax f'Għawdex m'hemmx librerija fl-Università.", "Allura jekk ma jkollokx il-materjal Għawdex, mhux se tagħmel l-eżami Għawdex għax jekk lejliet l-eżami tkun trid tmur il-librerija biex tiċċekkja xi ħaġa, ma tkunx tista', u allura l-eżami jkollok tagħmlu Malta awtomatikament.", "Dik hija raġuni oħra għaliex kien hemm dan in-numru daqshekk baxx ta' 200 student.", "Rigward il-video conferencing, naf li l-apparat li għandna Għawdex mhuwiex daqshekk up to standard, u għalhekk hemm bżonn ta' iktar investiment.", "Fil-fatt, meta jkollna kawżi fejn ikollna bżonn l-użu tal-video conferencing, nispiċċaw niġru minn banda għall-oħra għaliex is-servizz li hemm mhuwiex daqshekk affidabbli.", "Mela, daqqa mmorru għall-apparat tal-Università, daqqa għal dak li hemm fl-NGO Centre, u xi minn daqqiet anke għal dak li hemm il-Qorti.", "Minn dan l-aspett, jekk verament irridu li s-sistema tal-video conferencing tkun verament waħda effettiva u tibda topera sew, irid ikun hemm verament investiment serju u fondi allokati għal dan il-għan.", "U nixtieq nisma' xi prospetti għandek fuq dan is-suġġett.", "Fl-aħħar nett, nerġa' intenni l-awguri tiegħi għal din il-kariga tiegħek, għaliex naf kemm għandek għal qalbek lil Għawdex, u qiegħda nantiċipa ħafna affarijiet pożittivi mingħandek.", "IL-PROFESSUR JOE FRIGGIERI: Nirringrazzjak ħafna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Ridt nagħmel rimarka fuq l-aħħar punt fejn qed jingħad hekk: \"More investment in video-conferencing and empowerment of this possibility.\"", "Safejn naf jien, diġà hemm dan l-apparat u ntuża xi drabi oħra.", "Ridt insemmi xi ħaġa wkoll dwar dak il-proġett pilota fejn intqal li kien hemm 88 student involuti li bejniethom se jagħmlu 71 eżami.", "Intqal ukoll li minn 1,000 student kien hemm ċertu ammont li wrew l-interess li jagħmlu l-eżami Għawdex, imma nsejt kemm kien dan in-numru.", "Tista' tgħidilna?", "Qiegħed nistaqsi biex nara jekk dan jirreletax man-numru li ħareġ mill-istħarriġ.", "IL-PROFESSUR JOE FRIGGIERI: Din nista' nirrispondiha issa.", "25 s'issa qalu li ma jixtiequx jagħmlu l-eżamijiet Għawdex.", "IL-PROFESSUR JOE FRIGGIERI: Iva.", "JOLENE ATTARD: Jien kont waħda mill-istudenti li ntagħżilt biex nagħmel l-eżamijiet Għawdex, imma ma aċċettajtx li nagħmilhom hemm - tafu kemm niġġieled biex l-eżamijiet ikunu Għawdex – għax familti toqgħod Malta.", "THE CHAIRMAN: Kummenti oħra min-naħa tal-GUG?", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Ħa nikkjarifika l-punt tal-proġett pilota u ta' dawn il-ħafna numri li ssemmew.", "Il-proposta tal-proġett pilota ħarġet minn din l-għaqda wara diskussjoni mal-amministrazzjoni tal-Università.", "Aħna fhimna l-concern li kellha l-Università fuq li taqbad tiftaħ il-bieb bla ma jkollha idea ta' kemm ġejjin studenti Għawdxin jagħmlu l-eżamijiet.", "U għalhekk ħeġġiġna li għandu jkun hemm proġett pilota fejn jintgħażlu numru ta' studenti biex ikollhom din l-opportunità.", "Imbagħad l-amministrazzjoni tal-Università tara x'diffikultajiet tista' tiltaqa' magħhom matul dan iż-żmien tal-eżamijiet.", "Rigward il-kwestjoni ta' dawn it-88 student u tal-200 student.", "It-88 student huwa numru li għażlitu l-Università, u mhux aħna!", "Imma aħna sirna nafu li hemm numru ta' studenti li għal xi raġuni jew oħra - li għandhom id-dritt - irrifjutaw li jagħmlu l-eżami Għawdex.", "Allura aħna għidna li l-ewwel naraw min hemm interessat li jagħmel l-eżami tiegħu f'Għawdex, u mbagħad noħorġu s-sejħa.", "Minn din is-sejħa s'issa ġbarna 206 student li jixtiequ jagħmlu l-eżami tagħhom f'Għawdex f'Ġunju li ġej.", "Dawn il-206 jommantaw għal kwart tal-istudenti.", "Dan għaliex, għalkemm studenti fl-Università ta' Malta jammontaw għal 1,068, għandek kważi 200 minnhom li qegħdin ikkonċentrati fuq il-kampus ta' Għawdex li se jagħmlu l-eżami tagħhom f'Għawdex.", "Allura, studenti Għawdxin li qed isegwu kors f'Malta hemm 881, u jekk tnaqqas it-88 li diġa' kellhom l-opportunità, jifdallek kważi 800.", "Minn dawn it-800 student, għandek 206 minnhom li qalu li f'Ġunju li ġej, jekk ikollhom l-opportunità, jaċċettaw li jagħmlu l-eżami tagħhom f'Għawdex.", "Din il-lista se ngħadduha lir-Registrar biex imbagħad tara hi x'inhu l-aħjar.", "Aħna nifhmu ċ-ċirkostanzi kollha li jistgħu jinqalgħu għax is-sitwazzjoni hi dik li hi.", "Kulma fadal ħmistax biex jibdew dawn l-eżamijiet.", "Aħna lqajna b'sodisfazzjon mhux biss il-proġett pilota, imma anke - għax dan huwa l-ewwel pass - li minn Jannar li ġej din l-opportunità se tkun miftuħa għall-istudenti kollha.", "Kien hemm diversi punti oħra li diġa' tkellimnihom mal-Professur Friġġieri fil-laqgħa li kellna magħhom u, kif diġà semma' il-Professur Friġġieri, diġà bdew iħaddmu l-affarijiet fuqhom.", "Ħaġ'oħra tal-aħħar.", "Aħna, bħala għaqda, nikkundannaw kull att li jista' iwassal sabiex dan il-proġett pilota jiġi wżat bħala għodda għal propaganda politika!", "Aħna nixtiequ li dan il-proġett pilota jibqa' proġett pilota li jiġi amministrat mill-Università, għaliex nemmnu fl-integrità tal-eżamijiet.", "Kulma nixtiequ hu li jkun hemm l-għażla tal-istudenti kollha.", "Din il-garanzija diġà ġiet mogħtija.", "Jiena naħseb li l-Università għandha l-esperti tagħha, u għalhekk tista' tħaddem is-sistema tagħha.", "Aħna dejjem se nkunu hemm sabiex nagħtu s-suġġerimenti tagħna.", "Grazzi.", "GIOVANNA DEBONO: Qabel xejn, nixtieq nifraħ lill-Professur Friggieri għall-ħatra tiegħu ta' Pro-Rettur.", "Aħna lqajna din l-aħbar b'mod pożittiv ħafna, għaliex il-Gozo Campus issa għola fid-dinjità tiegħu għax għandu l-pro-rettur tiegħu.", "Insellimlu u nsellem ukoll lill-Professur Brigulio tas-servizz impekkabbli fl-Università ta' Għawdex.", "Issa se niġi għall-punti li ssemmew diġà mill-membri preżenti hawnhekk, u se nibda l-ewwel bl-eżamijiet.", "Jien inħobb inkun korretta, u għaldaqstant irrid nagħmel riferenza għall-punti li tqajjmu l-bieraħ f'aġġornament tal-Parlament, u li semma' ukoll illum is-Sur Ryan Mercieca.", "L-ewwel darba li ddiskutejna l-eżamijiet f'Għawdex kien mal-GUG preċedenti, u mbagħad komplejna niddiskutu mal-GUG preżenti.", "Niftakar l-ewwel ittra kont tkibtha fid-19 ta' Awwissu 2011, u din l-ittra marret għand ir-Registrar, kif ukoll kopja tagħha ntbagħtet lill-GUG u lill-KSU.", "Dakinhar, kont tlabt personalment sabiex jikkonsidraw il-proposta li l-eżamijiet isiru f'Għawdex.", "Intqal ħafna diskors f'dawn l-aħħar ġranet, imma rridu nkunu korretti u ngħidu l-fatti kif inhuma.", "Mill-Ministeru għal Għawdex kont bgħatt ittra personali lir-Registrar fid-19 ta' Awwissu, 2011.", "U din qed ngħidha biex inkunu korretti.", "Imbagħad kien hemm an exchange of emails bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Università.", "Għaldaqstant huwa ta' sodisfazzjon li nilqgħu din il-proposta, li issa hija xi ħaġa reali.", "Dan huwa proġett pilota, u rridu nammettu li se nkomplu ntejbu fuq dan il-proġett fix-xhur u fis-snin li ġejjin.", "Jien irrid insemmi wkoll li, bħala Ministeru għal Għawdex, se nkunu qegħdin ngħinu fir-required logistics kollha, għax irridu nagħtu l-input tagħna biex nagħmlu dan il-proġett aktar possibbli u biex jirnexxi.", "Qbilt ħafna mal-għażla li ġiet offruta lill-istudenti.", "Din mhijiex xi ħaġa mponuta u li allura, għax inti Għawdxi, trid bilfors tagħmel l-eżami ġewwa Għawdex.", "Nixtieq ukoll nifraħ għall-mod ta' kif l-Università aċċettat li l-istudenti jkollhom l-għażla.", "Rigward il-korsijiet imsemmija fil-paragrafu li jġib il-heading \"University of Malta\", nista' ngħid li ħadt gost li fi Frar 2013 se jibda l-Educational Leadership Studies fil-Gozo Campus.", "Għandek ukoll il-Gozitan Studies Course li se jibda fis-sena skolastika li ġejja.", "Hawnhekk irrid insemmi li, f'laqgħa li kellna mal-Pro-Rettur il-Professur Friggieri ftit tal-ġranet ilu, din issemmiet ukoll.", "Ovvjament, ħadna d-deċiżjoni li l-Gozitan Studies se jsir ġewwa Għawdex.", "Miegħu tinħoloq id-domanda finanzjarja fejn kull student jiġi mitlub li jagħmel mal-applikazzjoni tiegħu.", "Biex inkunu ċerti li dan il-kors jirnexxi, bħala Ministeru għal Għawdex – u din nista' inħabbarha issa - se noffru part sponsor ta' dan il-kors.", "Qegħdin ngħidu li għandna noffruha wkoll għax dan huwa kors marbut mal-istudji Għawdxin, u allura bix-xieraq li l-Ministeru għal Għawdex jgħin fejn jidħol l-istudju relatat mal-kunċett tal-gżira ta' Għawdex.", "U għalhekk, biex inkunu ċerti li dan il-kors jibda b'suċċess, qegħdin inħabbru li se nagħtu part-sponsor lil dan il-kors partikolari.", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel huwa dwar il-video conferencing.", "Jiena naħseb li din hija issue li jrid ikollok iż-żewġt itruf tajbin.", "Video conferencing jinvolvi l-links li huma l-Gozo Campus u l-Università ta' Malta.", "Bħala infrastruttura tal-video conferencing fil-Gozo Campus din tinstab f'postha, u tmur lura għal ftit snin ilu.", "Naħseb li jrid isir sforz biex il-link ma' Malta tkun iktar aċċessibbli, għax inutli li jkollok video conferencing in place f'post wieħed u mbagħad fuq in-naħa l-oħra dan ma jkunx possibbli.", "Nifhem li dan jitlob ukoll ċerti requirements, għax mhux lakemm taqbad u tagħfas buttuna, imma jrid ikollok il-preparamenti u l-arranġamenti partikolari biex il-video conferencing ikun jista' iseħħ.", "Madankollu, nemmen bis-sħiħ li dan huwa mezz ieħor importanti ħafna li jista' jiffaċilità l-ħajja tal-istudenti Għawdxin, għaliex bil-video conferencing student Għawdxi jista' jibqa' Għawdex, u xorta waħda jsegwi dik il-lecture li tkun għaddejja f'Malta.", "Dan huwa punt li rridu nkomplu ninvestu aktar fuqu, u m'għandix dubju li hekk se jsir.", "F'dan ir-rigward, nerġa' nifraħ lill-GUG u lill-Università talli qed jagħmlu l-isforzi kollha tagħhom sabiex il-proposti msemmija jkomplu jiġu introdotti, u biex ukoll dawk li diġà ġew introdotti jkomplu jitjiebu.", "M'għandix l-ikċen dubju li anke bil-Pro-Rettur magħna, dan se jkun aktar possibbli.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Xtaqt ngħid xi ħaġa dwar il-kwestjoni tal-eżamijiet li jsiru Għawdex, u fuq jekk din is-sistema tiġix politiċizzata jew le.", "Naħseb l-ewwel nett, ħadd ma jista' iċaħħad lil xi partit jew ieħor li jgħid dak li jaħseb bħala proposti.", "Naħseb li kulħadd għandu d-dritt li jgħid il-proposti tiegħu meta dawn ikunu saru.", "Infakkar li din il-proposta ma saritx il-bieraħ jew is-sena li għaddiet, imma saret żewġ leġiżlaturi ilu!", "Min-naħa tal-partit li nirrappreżenta jien, din kienet saret madwar żewġ leġiżlaturi ilu!", "Naħseb jien li din mhijiex kwestjoni ta' li wieħed jippolitiċizza xi ħaġa jew oħra, imma hija kwestjoni ta' stat ta' fatt!", "Ma naħsibx li l-kwestjoni hija xi issue partiġġjana, imma jekk xi ħadd ipproponiha, mhu qed jgħid xejn ħażin jekk jgħid li hu pproponiha.", "Jalla li din isseħħ, u jien nifhem id-diffikultajiet li esprima l-Pro-Rettur, u għalhekk wieħed irid jara kif din se tinħadem għada pitgħada, u jekk humiex il-maġġoranza tal-studenti Għawdxin li jriduhiex jew le.", "Għalhekk fil-bidu staqsejt dwar il-ħsieb ġenerali tagħha din, għax torbot ukoll ma' numru ta' servizzi oħra li jistgħu jingħataw, mhux biss fejn jidħlu l-eżamijiet, imma anke fejn jidħlu korsijiet li jistgħu jingħataw minn Għawdex.", "Naħseb jien li dik hija importanti li wieħed iħares lejha.", "Grazzi.", "IL-PROFESSUR JOE FRIGGIERI: L-ewwel nett nixtieq nagħmel dan il-punt: jien ilni ngħallem l-Università ta' Malta għal dawn l-aħħar 40 sena.", "U jekk kien hemm xi ħaġa li dejjem għożżejt kienet dik li jien l-ewwel ħaġa li nfittex dejjem kienet l-interess tal-istudent.", "U allura nweġġa' meta nisma' li forsi kien hemm min anke għaddielu minn moħħu li l-għażla ta' dawn l-istudenti setgħet saret b'mod politiku!", "Ma nafx eżatt x'kienet dik ir-riferenza għax ħassewhom singled out, u xtaqt li nisma' iktar fuq dak il-punt.", "Allaħares isir hekk!", "F'liema sens ħassewhom li ġew singled out?", "B'xi mod jew ieħor ħasbu li kienu qegħdin jintgħażlu għal xi skop?", "Jien ma kelli x'naqsam xejn mal-għażla.", "THE CHAIRMAN: Forsi hawnhekk nistgħu nieħdu xi kummenti mill-istudenti stess.", "IL-PROFESSUR JOE FRIGGIERI: Nerġa' ngħid li allaħares ikun hekk!", "Meta jkolli klassi ta' 200 jew 300 ruħ quddiemi, jien niffoka fuq dak li qed inkun ngħallem.", "Kif jafu l-istudenti tal-GUG hawnhekk preżenti, dejjem ngħid li l-bieb tiegħi huwa open all hours, u kemm iħabbtu u jidħlu.", "Ma nixtieqx li nibdew fuq nota daqshekk negattiva, għax anke li wieħed jitfa' id-dubji, l-operat ta' dak li jkun ġie inkarigat b'xi ħaġa jibda jsir iktar diffiċli.", "Jiena nħoss li din l-għażla saret għal raġunijiet amministrattivi ħalli jiġi amministrat kif suppost dan il-proġett pilota.", "Issa jekk ikun hemm xi ħadd li b'xi mod jew ieħor iħoss li qed jiġi mmarkat jew singled out b'mod negattiv, jien qiegħed hemm biex nisimgħu wkoll.", "U din se tkun parti mid-dmirijiet tiegħi.", "Hawnhekk forsi norbot ftit mal-mistoqsija li għamilli fil-bidu l-Onor.", "Jien nara li l-iskop ewlieni ta' kif għandu jiżviluppa l-kampus ta' Għawdex huwa billi dan isir hub u ċentru kulturali f'Għawdex.", "Jien nixtiequ niżviluppa f'dak is-sens.", "Minbarra hekk, naħseb li għandna nagħmlu dak li nistgħu biex inżidu l-għadd ta' korsijiet li jsiru fih.", "Nixtieq li dan ikun miftuħ għall-istudenti Għawdxin, fejn kull ħaġa li tinqala' lilhom ikunu jistgħu jsibu hemmhekk lil min jagħtihom parir fuq kif jistgħu jġibu ruħhom.", "Jien diġà għandi f'moħħi li darba fix-xahar - minn Ottubru - norganizza diskussjoni fuq temi attwali, politiċi, soċjali u kulturali.", "B'hekk naħseb li nkunu qegħdin nilħqu wkoll dak l-iskop li kont qed issemmi inti, Onor. Abela, fejn nipprovaw niġbdu lejn Għawdex lil dawk il-Maltin li jkunu interessati f'din il-ħaġa, għax l-attivitajiet kulturali ta' din in-natura ħafna drabi jsiru f'Malta u xi Għawdxin li jkunu interessati jattendu.", "Imma, jekk jirnexxilna, permezz ta' korsijiet li jattiraw anke numru ta' studenti Maltin, inkunu qegħdin inkabbru wkoll il-profil taċ-ċentru.", "Pereżempju, Dr Janet Mifsud offrietli li tagħmel kors pubbliku dwar il-mediċina u l-użu tal-mediċina.", "Jien għidtilha li dan nistgħu naqbdu u nagħmluh.", "Fil-fatt, hemm madwar 20 jew 24 ruħ, kollha esperti fil-qasam tagħhom, li offrew li jagħtu lecture jew tnejn kull wieħed.", "Dak it-tip ta' kors s'issa għadu mhux qed jingħata.", "Jien diġà offrejt lill-istudenti sabiex filgħaxija nħalli ċ-ċentru miftuħ biex dan ikun jista' iservi ta' klabb fejn l-istudenti jkunu jistgħu jiltaqgħu, jiddiskutu, jaqraw poeżija, jaqraw ktieb, jitkellmu fuq ktieb jew jagħmlu ftit mużika.", "Nixtieq li ċ-ċentru nagħtih dik il-ħajja u dik il-vitalità li s'issa m'għandux.", "Dan mingħajr ma nnaqqas xejn mix-xogħol li għamel qabli l-Professur Brigulio, għax f'20 sena ħadem ħafna sabiex dan iċ-ċentru jasal fejn wasal illum.", "Imma llum irridu nagħmlu dak il-pass iktar 'il quddiem.", "Għar-rigward tal-mistoqsija li għamilli l-Onor.", "Abela – u rrid nirringrazzjah tal-mistoqsija – rrid ngħid li jien ma narax lili nnifsi biss bħala responsabbli għaċ-ċentru f'Għawdex.", "Naħseb li f'dawn it-tliet ġimgħat kemm ilni nagħmel dan ix-xogħol, sirt kważi responsabbli mill-istudenti Għawdxin kollha li hemm Malta u mhux minn dawk marbutin maċ-ċentru biss.", "Imma jekk dawn l-istudenti jindunaw li dan iċ-ċentru miftuħ għalihom ukoll … L-ewwel ħaġa li għamilt kien - naturalment bil-permess tal-Ministru – li tajthom kamra fiċ-ċentru sabiex ikunu jistgħu jużawha huma, u b'hekk min ikun irid ikellimhom Għawdex isib lilhom biex isolvulu l-problemi.", "Ħa ngħid xi ħaġa fuq il-librerija.", "Dik hija problema, għax il-librerija li hemm fiċ-ċentru hija waħda żgħira.", "Il-korsijiet li nagħmlu Għawdex kollha għandhom it-text books tagħhom fuq l-ixkaffa ta' dik il-librerija ċkejkna, imma ma nistgħux nirduppjaw il-kotba li hemm Malta u neħduhom Għawdex.", "Li qed nagħmlu hu li lill-lecturers u lill-professuri f'Għawdex ngħidulhom biex jagħtuna lista mill-bidu nett ta' dak li jaħsbu li jista' jitqies rilevanti għal dak il-kors partikolari.", "Imbagħad is-Sur Ellul, li huwa l-librar ta' Malta, wegħedni li se jgħinna fuqha din.", "Diġa' irranġajt biex il-GUG jagħmlu laqgħa mal-librar ta' Malta biex ikunu jistgħu jaraw kif jistgħu jagħmlu sabiex jirritornaw il-kotba f'Għawdex meta dawn jispiċċaw minnhom.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar kummenti għall-Professur Friggieri?", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Aħna nixtiequ nirringrazzjaw lill-Professur Friggieri talli, minkejja li għadu hemm għal ftit taż-żmien biss, dan diġà wera ħafna entużjażmu u ninsabu pożittivi dwar il-ħidma tiegħu.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Is-suġġett rigward l-Università u l-edukazzjoni magħluq, u jidher li sodisfatti b'dak li qed isir hawnhekk.", "Issa hawnhekk nagħmel stedina ladarba qegħdin titkellmu tajjeb ħafna fuq dan iċ-ċentru.", "Aħna tkellimna fuq ix-xewqa tagħna li bħala Kumitat nagħmlu laqgħa f'Għawdex, u ladarba qegħdin tgħidu li hemmhekk għandkom il-faċilità tat-teleconferencing, nixtieq li neżaminawh ħalli naraw kemm huwa tajjeb!", "Għalhekk qed nitlob biex ikollna laqgħa formali hemmhekk u li din tiġi reġistrata.", "Fil-laqgħa preċedenti li kellna konna qegħdin nitkellmu fuq kemm huwa importanti li niddiskutu xi ħaġa li hija rilevanti għal Għawdex mal-għaqdiet tal-volontarjat, bħalma hija l-Oasi, biex nitkellmu fuq il-problemi bħalma hija d-droga, eċċ. Għaldaqstant, kemm-il darba l-Professur Friggieri jista' jagħtina daqqa t'id biex, flimkien mal-istaff ta' dan il-Parlament, nagħmlu din il-laqgħa f'Għawdex possibbli, naħseb li tkun xi ħaġa tajba wkoll.", "IL-PROFESSUR JOE FRIGGIERI: Nista' ngħidilkom li nilqa' bi pjaċir kbir din il-proposta.", "Anzi, jien lest li noffri l-faċilità taċ-ċentru lil kull għaqda kulturali u filantropika li hemm Għawdex sabiex jagħmlu użu minnu.", "Kien hemm diġà diversi persuni li għamluli din it-talba.", "Imbagħad tidħol il-kwestjoni tal-overtime, imma jiena għedtilhom li dan il-ftit tista' iġġorru l-Università.", "THE CHAIRMAN: Dan nistgħu nagħmluh fil-ħin tax-xogħol.", "IL-PROFESSUR JOE FRIGGIERI: Ħafna drabi tintrabat b'ħafna constraints burokratiċi, mentri din il-ħaġa li qed tissuġġerixxi tkun tajba ħafna għaliex tista' tagħti profil.", "Anzi, meta tistgħu tagħmlu dawn il-laqgħat hemmhekk … Issa nixtieq nagħmel punt ċkejken fuq il-video conferencing għax naħseb li rridu noqogħdu ftit attenti u ma nesaġerawx wisq ...", "THE CHAIRMAN: Aħna m'għandniex bżonn il-video-conferencing għal din il-laqgħa.", "IL-PROFESSUR JOE FRIGGIERI: Le, mhux għalikom qed ngħid.", "Naħseb li l-video conferencing għandu jiġi wżat aktar, imma xejn ma jieħu post il-preżenza fiżika ta' min ikun qed jgħallem fil-klassi.", "U dik naħseb li l-istudenti jħossuha wkoll.", "Naturalment ma nistgħux ma nutilizzawx dawn il-mezzi teknoloġiċi ġodda li qegħdin hemm għad-dispożizzjoni tagħna.", "Fiċ-ċentru ta' Għawdex, hemm ukoll żewġ proġetti kbar li għaddejjin bħalissa: għandek il-proġett tal-farm sperimentali li jagħmel parti mill-proġett kbir ta' Eko-Għawdex, u li jien nixtieq li narah jiżviluppa ħafna aktar.", "Jumejn ilu, stallajna wkoll il-pannelli sabiex niġġeneraw 160 unit ta' elettriku kuljum, u naħseb li din hija xi ħaġa sabiħa għaliex nagħtu eżempju fuq kif wieħed jista' jiġġenera l-enerġija solari.", "Imbagħad għandna wkoll dak il-proġett li qed imexxi l-Professur Ray Ellul fuq il-monitoraġġ tal-arja f'Għawdex.", "Dak ukoll irnexxilu jakkwista fondi kbar mill-Unjoni Ewropea, u qed isir xogħol interessanti ħafna fuqu.", "Fl-24 ta' Awwissu, aħna se niċċelebraw l-20 anniversarju mit-twaqqif taċ-ċentru.", "U nieħu pjaċir ħafna jekk tkunu hemmhekk, għaliex se jkollna serata sabiħa u divertenti.", "Imma qabel qed nipprova wkoll norganizza ġita lejn il-Fanal ta' Ġordan, u b'hekk intom tkunu tistgħu taraw ix-xogħol li qed isir hemmhekk b'konnessjoni ma' dan il-proġett.", "Nirringrazzjakom ħafna tas-sapport, għax issa għandi bżonn l-appoġġ tagħkom iktar minn qabel.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Aħna sodisfatti b'dak li qegħdin nagħmlu, u sodisfatti wkoll li, bħala Kumitat tal-Affarijiet Soċjali, għalkemm fadlilna żewġ items oħra fuqiex inkomplu niddiskutu, qegħdin naraw li kif qed tiżvolġi din il-laqgħa, ħafna mill-kummenti li kienu diskussi hawnhekk bħala suġġerimenti mill-istudenti diġà ġew meħuda on board mid-diversi entitajiet involuti, u qed jgħidu li se jaraw li dawn jitwettqu.", "Għaldaqstant nirringrazzja lill-Professur Friggieri tal-intervent tiegħu.", "Hawnhekk nitlob lil dawk li qed jgħinu lil dan il-Kumitat sabiex ikomplu jagħmlu d-diskussjonijiet ma' min huwa meħtieġ biex dik il-laqgħa li konna tkellimna dwarha meta kellna preżenti lil Dr Azzopardi – fejn konna se nipprovaw niddiskutu ż-żgħażagħ f'Għawdex u l-problemi li jiltaqgħu magħhom, fosthom id-droga, eċċ – naraw li ssir u nagħmluha Għawdex.", "Għal din il-laqgħa, naraw li nistiednu wkoll lill-għaqdiet taż-żgħażagħ.", "U naħseb li anke l-GUG tista' tgħinna norganizzaw din il-laqgħa.", "Mela ngħaddu għall-issue tal-finanzi u tal-Kunsill Lokali tal-Imsida.", "Rigward il-Kunsill Lokali tal-Imsida, l-ewwel ħaġa nixtieq nirringrazzjakom talli ġejtu għal din il-laqgħa, u niskuża ruħi talli żammejtkom daqshekk.", "Jiena qiegħed nifhem li ġejtu mogħtija l-punti fuqiex għandkom tirrispondu bħala kunsill lokali hux hekk?", "MARGARET BALDACCHINO CEFAI (Viċi Sindku fil-Kunsill Lokali tal-Imsida): Rigward il-pedestrians u biex jaqsmu l-istudenti minn din il-Bypass nifhmu li hija l-problema.", "U bħalhom għandhom problema r-residenti tal-Imsida.", "Kien hemm petizzjoni li naħseb iffirmajtuha intom ukoll.", "Din il-petizzjoni għaddejniha aħna lill-Ministru konċernat.", "Naturalment tifhmu li bħala kunsill lokali ma nistgħux inwaħħlu pedestrian lights, u lanqas ma nistgħu nagħmlu bridge.", "THE CHAIRMAN: Sinjura Cefai, biex inkunu ġusti magħkom, ħassejt li qabel jitilqu l-uffiċjali ta' Transport Malta niġbdilhom l-attenzjoni fuq din il-kwestjoni, għaliex għaraft li din kienet responsabilità tagħhom aktar milli tagħkom.", "MARGARET BALDACCHINO CEFAI: Aħna għamilna pressjoni.", "Ktibna lill-Ministru Austin Gatt, u bagħatniha wkoll lill-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali, Dr Chris Said, imma s'issa għadna bla tweġiba.", "Konna bagħtna wkoll lil Transport Malta.", "Is-Sindku Dr Grima bagħat lis-Sur David Vassallo minn Transport Malta u għaddiha lis-Sinjura Audrey Testaferrata.", "Dawn weġbuna li, minħabba li hemm il-Bypass, jista' jintuża dak u bqajna bla risposta.", "THE CHAIRMAN: Hemm xi ħaġa oħra li tixtiequ tiddiskutuha bħala Kunsill Lokali tal-Imsida?", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Apparti din tal-Bypass, hemm ukoll is-subway…", "MARGARET BALDACCHINO CEFAI: L-iskate park as such jaqa' taħt il-Kunsill Malti għall-iSport, u s-subway taqa' taħt Transport Malta.", "Aħna kemm-il darba niktbulhom ...", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Jien qiegħed nirriferi għall-kurituri, mhux għall-iskate park.", "MARGARET BALDACCHINO CEFAI: Il-kurituri jaqgħu taħt Transport Malta.", "THE CHAIRMAN: Kif qegħdin hawnhekk, inġibditli l-attenzjoni – jikkorreġuni l-istudenti – li donnu l-Imsida hija l-belt tal-Università.", "MARGARET BALDACCHINO CEFAI: Eżatt.", "U għandna l-Junior College kif ukoll l-isptar.", "THE CHAIRMAN: Xi darba tridu tħarsu lejkom infuskom bħala l-belt tal-Università, u naħseb li maż-żmien dan il-kunċett ta' din ir-realtà għandha tiġi diskussa fil-Kunsill sabiex wieħed jara kif jista' ikun ta' għajnuna partikolari għal dan it-tip ta' ghetto – qed nuża din il-kelma fis-sens pożittiv – ħalli nagħmlu l-affarijiet komdi kemm jista' jkun.", "Illum l-Imsida qisha belt qrib il-Belt, u allura jiġri bħalma jiġri fi bliet oħra barra minn Malta, fejn in-nies jitilqu minn barra l-pajjiż biex jinġabru aktar ħdejn l-ibliet.", "Naħseb li xi ħaġa bħal din hija importanti li l-Kunsill Lokali jibda jifhem iktar din il-ħtieġa ta' ħidma soċjali, u li trid tingħata din il-ħtieġa partikolari.", "Avolja dawn in-nies mhumiex il-votanti ta' dik il-lokalità, xorta waħda hija xi ħaġa interessanti x'wieħed jista' jagħmel fil-Kunsill Lokali tal-Imsida.", "Naħseb li tkun – semmejna kemm-il darba l-kelma 'proġett pilota' – l-ewwel lokalità minn fost il-kunsilli lokali kollha ta' Malta li tibda tipprova tiffoka fuq din ix-xi ħaġa partikolari.", "MARGARET BALDACCHINO CEFAI: Forsi nistgħu nagħmlu iktar kuntatt bejnietna.", "Forsi nistgħu nagħmlu xi tip ta' laqgħa wkoll.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li huwa importanti li niffaċilitaw il-laqgħa tal-GUG mal-Kunsill Lokali tal-Imsida biex hemmhekk tkun tista' issir diskussjoni dwar x'tip ta' ħteġijiet jista' jagħmel il-Kunsill Lokali biex jaqdi l-komunità taż-żgħażagħ Għawdxin li jkunu qegħdin jgħixu l-Imsida.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: L-Imsida m'hemmx biss studenti Għawdxin, imma hemm ukoll il-ħaddiema.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Fuq l-istess punt, xtaqt ngħid xi ħaġa fuq l-iskate park, jiġifieri fuq dik il-lane li tieħdok għall-Bypass.", "Dik mal-Imsida tagħmel?", "MARGARET BALDACCHINO CEFAI: Imma dik tiġi mal-main road.", "FREDERICK AZZOPARDI: Hemmhekk kont irrapportajt għax hemm xi 15 jew 16-il street light maqtugħin, u ilhom madwar sentejn miftijin.", "MARGARET BALDACCHINO CEFAI: Hemmhekk hemm problema b'xi cables, u fil-fatt diġa' hemm it-tabelli tad-diversions lesti.", "FREDERICK AZZOPARDI: Hemmhekk hemm dlam ċappa, u ma tarax bil-lejl!", "MARGARET BALDACCHINO CEFAI: Kif għedt, hemmhekk suppost se jgħaddu xi cables min-naħa t'isfel tal-Imsida.", "L-iktar li nistgħu nagħmlu aħna hu li noħolqu pressjoni biex dawn isiru.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li jkun utli li jkun hemm lista ta' ħtiġijiet li l-Kunsill jixtieq jara li jiġu mħarsa għall-ġid ta' numru ta' persuni li issa huma residenti fl-Imsida.", "Hemm lista ta' ħteġijiet li ċerti residenti - issa ejjew nitfgħu l-attenzjoni fuq iż-żgħażagħ u l-ħaddiema Għawdxin li jgħixu fl-Imsida – jkunu qegħdin jitolbu mingħand il-Kunsill ta' din il-komunità.", "Hemm kummenti oħra?", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Għalina mhux problema li ninformaw lill-membri tagħna.", "Nitolbok tgħaddilna l-informazzjoni fuq xi tridu eżatt, u mbagħad aħna nistgħu nibagħtu din it-talba fuq il-Facebook jew il-websajt tagħna.", "THE CHAIRMAN: Ngħaddu minnufih għall-aħħar kelliem li huwa min-naħa tal-Finanzi.", "(Naħseb li ħadt pjaċir li llum ħallejnik għall-aħħar, għax il-mistoqsijiet tagħna mhux se jkunu daqshekk iebsin.", "Is-soltu tal-Finanzi nkellmuhom l-ewwel ħaġa!", "Ovvjament, inti m'intix bir bla qiegħ!)", "Fuq il-finanzi, kellna kummenti fuq is-suġġett tal-kera, fosthom qed jgħidu hekk; \"A monitoring system should be introduced to avoid abusive situations and tax evasion.\"", "Qabel xejn nitlob lir-rappreżentanti tal-GUG sabiex jagħtuna aktar ħjiel fuq dak li qed jgħidu, għax filwaqt li f'suġġetti oħra l-proposti kienu ċari, hawnhekk m'aħniex daqshekk ċari.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Din il-proposta ħarġet minn ċerti mistoqsijiet li konna għamilna fl-istħarriġ.", "Rajna li hemm numru ta' studenti li qed iħallsu l-kera, imma mhux qed jingħataw xi tip ta' irċevuta għall-fini ta' taxxa.", "U qed ikun hemm ċertu abbuż fuq il-prezzijiet tal-kera.", "Jekk inti se tikri appartament viċin tal-Università għandek prezz mod, imma m'għandekx standard għal dak il-prezz.", "Min jikri se jgħidlek li la l-post jinsab viċin l-Univeristà, żgur se jikrih, u allura ma jagħmilx cooker għax jgħidlek imbagħad iġib wieħed min jikri.", "Aħna qed ngħidu li għandu jkun hemm bilanċ bejn dak li għandu x'jaqsam ma' evażjoni ta' taxxa u ċerti standards, li jekk jien se mmur nikri naf li mhux se niġi abbużat mis-sitwazzjoni tiegħi.", "U din ħarġet minn ċerti mistoqsijiet li għamilna fl-istħarriġ tagħna.", "IS-SUR CLAUDE CUSCHIERI (Direttur Ġenerali fil-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment): L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom tal-istedina.", "Ovvjament, rajt id-dokumenti li ntbagħtu, fosthom anke l-proposta tal-eżamijiet u din li ġiet għall-attenzjoni tiegħi issa.", "L-issue tal-evażjoni tat-taxxa, meta wieħed jara l-istatistika, jsib li din hija sinifikanti ħafna.", "Ovvjament, bħal kull evażjoni ta' taxxa, hemm id-Dipartiment tal-VAT li, fuq informazzjoni li tingħata lilu, jagħmel l-investigazzjonijiet tiegħu u l-infurzar tiegħu.", "Jekk hemm xi informazzjoni li tistgħu tgħadduha lill-Ministeru tal-Finanzi .…", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Aħna staqsejna mistoqsija diretta fl-istħarriġ tagħna, u ċioè staqsejna jekk tingħatax irċevuta meta l-istudenti jħallsu l-kera, u madwar 70% qalu li le ma jingħataw xejn.", "Issa ma nafx jekk din l-informazzjoni tistgħux tikkonsidrawha bħala informazzjoni utli li wieħed jista' jinvestiga fuqha.", "IS-SUR CLAUDE CUSCHIERI: Ovvjament, biex wieħed jinvestiga jrid ikollu l-ismijiet ta' min ikun qed jikri, il-propjetà li qed tinkera, fejn qiegħda u tkun trid tara jekk dan il-bniedem huwiex reġistrat mad-Dipartiment tal-VAT.", "Hemm diversi fatturi li wieħed irid jikkonsidra.", "Anke jekk hemm operatur ekonomiku wieħed, irid jara jekk dan jaqax taħt it-threshold għax, jekk hu hekk, ikun eżenti, avolja xorta waħda huwa obbligat li jagħti irċevuta.", "Jiġifieri, hemm diversi fatturi.", "Ovvjament fuq dik l-istatistika biss, li hemm numru ta' persuni li ma jagħtux irċevuta, kemm bħala Ministeru u kemm bħala Dipartiment tal-VAT, ma nistgħux ninvestigaw jekk ma jkollniex l-informazzjoni meħtieġa biex tkun tista' issir l-investigazzjoni kif suppost.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur Cuschieri, nirringrazzjak talli lqajt l-istedina tagħna.", "Naħseb li kif semma' s-Sur Mercieca, waħda mill-issues ewlenin hija li f'dan is-settur nafu li hawn numru ta' abbużi.", "Żgur li l-kirjiet li reġistrati ma' xi Dipartment fil-qasam tal-Finanzi mhumiex il-veru numru ta' kirjiet!", "Nazzarda ngħid li forsi għandek wieħed minn kull ħamsa li huma reġistrati!", "L-issue għal dawn l-istudenti hija li m'hemmx regolamentazzjoni, għax naturalment hemm evażjoni qawwija.", "Ma naħsibx li l-istudenti jistgħu japplikaw għal xi skema jew oħra, għax mhux bħal meta għandek familja li qed tikri u tista' tibbenefika minn sussidju fuq il-kera.", "L-istudenti ma jistgħux jibbenefikaw minn sussidju fuq il-kera, safejn naf jien.", "Fuq dak l-aspett ma jreġix l-argument li dawn għandhom ikunu reġistrati, imma l-fatt li jkunu reġistrati huwa importanti għall-introjtu tal-pajjiż.", "Id-Dipartiment għandu preżentament xi statistika?", "U din l-istatistika hija forsi fuq xi żoni partikolari?", "Pereżempju, ħafna drabi nsemmu l-Imsida u l-madwar minħabba li hemm l-Università hemmhekk, u allura nistgħu pereżempju ngħidu li għandna ċertu ammont li huma reġistrati ma' xi Dipartiment tal-Finanzi.", "Teżisti xi statistika as a whole, u hemm xi statistika li hija mbagħad miġbura fuq postijiet differenti?", "IS-SUR CLAUDE CUSCHIERI: Bħala Dipartiment tal-VAT, bħal kull qasam ta' xogħol ieħor, għandu diversi kategoriji.", "Id-Dipartiment tal-VAT ikun hemm perjodu ta' żmien fejn jiffokaw fuq ċertu tip ta' negozju jew operaturi partikolari.", "Fejn jidħlu kirjiet ikun hemm l-istatistika, u għandek code apposta li wieħed jista' jaċċessa dik l-informazzjoni li jkun hemm bżonn.", "Żgur li bħala Dipartiment tal-VAT, jekk wieħed irid jenfasizza fuq dak is-settur partikolari, din l-informazzjoni tista' tiġi estratta.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħti suġġeriment.", "Dan is-suġġett li qed issemmi inti Onor. Abela naħseb li huwa suġġett li jmissna niddiskutuh bħala suġġett għalih f'dan il-Kumitat, fejn fost affarijiet oħra għandna niddiskutu kif qed tiżviluppa f'Malta r-realtà tas-suq tal-kera.", "U nġibu lil xi ħadd mis-settur biex jagħtina preżentazzjoni.", "It-tibdil li kien hemm fil-leġiżlazzjoni żgur li se tbiddel is-sitwazzoni.", "Mill-esperjenza tal-istudenti li ġew jagħmlulna l-preżentazzjoni tagħhom, kienu wrewna bil-fatti li hemm l-evażjoni ta' taxxa, kif ukoll .… Meta tara s-suġġerimenti, dawn qed jgħidu, 'Għalfejn m'għandux ikun hemm xi ħadd li jiddeċiedi hu x'għandha tkun il-kera, għalkemm is-suq illum huwa wieħed liberalizzat?'", "Jiena naħseb li rridu lil xi ħadd li jagħtina l-informazzjoni ħalli nkunu nafu x'inhi r-realtà tas-suq tal-kera llum f'suq liberallizat.", "Minn naħa waħda, s-suq huwa liberalizzat u allura inti ma jkollok l-ebda awtorità jew entità li tistabilixxi x'għandu jkun il-prezz ġust tal-kera.", "Fl-istess ħin, għandek sitwazzjonijiet fejn tgħidilhom normali u allarmanti fl-istess ħin.", "Biex illum tibda tara familji li jispiċċaw barra t-triq għax ma jħallsux il-kera se tkun xi ħaġa normali.", "Dan ifisser li jew se nidraw ngħixu bihom … Imma żgur li m'aħniex se niġu f'realtà fejn wieħed jirregola x'għandha tkun il-kera.", "Irridu nibdew inħarsu lejn din ir-realtà biex naraw x'inhi.", "Mill-bidu nett, bħala Kumitat tfajna għajnejna fuq il-ħtieġijiet tal-familja, u naħseb li huwa tajjeb li nħarsu lejn il-familja u lejn is-sitwazzjoni tal-kera, u kif qed jiżviluppa s-settur tal-kera fih innifsu.", "Naħseb li r-Research Analyst tagħna tista' tagħtina daqqa t'id billi tiċċekkja ħalli tara min jistgħu jkunu l-kelliema li jistgħu jiġu għal dan it-tip ta' diskussjoni.", "Hawnhekk m'għandekx awtorità waħda kompetenti jew awtoritajiet li qed jirrappreżentaw lil xi ħadd.", "Lanqas m'għandek entità, bħall-Kamra tal-Kummerċ, jew lil xi ħadd li qed jirrappreżenta lis-sidien tal-kera.", "Hawn għandek ftit vojt mhux ħażin li rridu naraw kif se niddiskutu din ir-realtà, għax naħseb li għandna realtà pjuttost ġdida.", "Qegħdin niftiehmu?", "Għawdex hemm realtà mod, u f'Malta għandek realtà mod ieħor, imma naħseb li jkun tajjeb li wieħed jiddiskutiha.", "IS-SUR CLAUDE CUSCHIERI: Rigward il-proposta tal-eżamijiet għall-Għawdxin li jsiru f'Għawdex, nista' ngħid li bħal kull proposta tajba oħra, il-Ministeru tal-Finanzi se jikkonsidraha.", "Xtaqna li forsi din il-proposta jkollna l-costings tagħha għax, kif tistgħu taraw, hemm diversi punti f'din il-proposta li jfissru spiża, fosthom fejn qed jingħad li l-Ministeru għal Għawdex taw l-impenn tagħhom li jkopru huma l-ispejjeż.", "Imma hemmhekk wieħed irid jara jekk hux se jkun hemm xi budget extra, jew inkella hux se jkun kopert mill-vot li diġà ġie allokat.", "Hemm l-issues tat-trasferiment tal-karti bil-courier; iċ-ċentri li se jintużaw jekk humiex tlieta jew erbgħa, jekk l-eżamijiet hux se jkunu għall-istudenti kollha, inkluż tal-MCAST u tal-ITS.", "Dawn huma kollha fatturi li, fl-aħħar mill-aħħar, se jaffettwaw l-ispiża ta' din il-proposta.", "Imma bħal kull proposta oħra, il-Ministeru ma jarax biss l-ispejjeż, imma jara wkoll l-aspett soċjali tagħha.", "F'dan ir-rigward, jekk tistgħu tgħaddulna din il-proposta b'mod aktar fattwali, aħna nkunu nistgħu nagħmlu l-cost benefit analysis, u nkunu nistgħu nikkonsidrawha serjament.", "THE CHAIRMAN: Tajjeb.", "Mela nistgħu nibdew nikkonkludu l-laqgħa tagħna.", "U hawnhekk xtaqt niġbed rimarka lilkom bħala GUG: naħseb li wasal iż-żmien li tikkonsidraw li l-GUG ma tibqax kif inhi, għax jien ħassejt li għandkom nuqqas żgħir.", "Għalkemm intom kontu qegħdin tiddiskutu kwestjonijiet relatati mal-istudenti Għawdxin, m'għamiltu l-ebda differenza bejn studenti li qegħdin fl-ITS jew fl-MCAST.", "Illum il-ġurnata, dan it-tip ta' kulleġġi sar għandhom livell importanti ħafna.", "Lanqas li kieku kienu skejjel tas-snajja', għax xorta waħda għandhom livell importanti.", "Intom għamiltu ħafna proposti lilna, u allura issa għandkom tieħdu proposta mingħandna.", "Jiena qed ngħidilkom biex taraw jekk huwiex il-waqt li l-GUG ikunx ukoll grupp studenti Għawdxin fl-edukazzjoni terzjarja.", "B'hekk tkunu qegħdin timirħu fuq firxa aktar wiesgħa, għax se tkunu qegħdin taraw ukoll il-problemi li għandhom l-istudenti fl-MCAST u dawk li qegħdin fl-edukazzjoni post-sekondarja.", "Naħseb li tistgħu taraw kif tistgħu tħarsu lejn kif qiegħda tiżviluppa s-sitwazzjoni fl-edukazzjoni llum, u taraw min huma l-istudenti Għawdxin, għax dawn żgur li mhumiex studenti universitarji biss.", "Bħala għaqda, diġà għandha l-istorja u l-infrastruttura tagħha, u allura jekk tiftaħ ftit idejha aktar, is-servizz tagħha jkun aktar immirat lejn l-istudenti kollha.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Dan il-punt diġa' ħsibna fuqu f'din l-aħħar sena.", "Għalkemm, bħala għaqda, l-għan tagħha matul dawn l-aħħar 25 sena kien l-istudenti universitarji, aħna qegħdin nipprovaw ngħixu r-realtà tal-lum.", "Għalkemm l-iskop tal-għaqda s'issa għadu l-istudenti universitarji, din is-sena ħloqna s-sotto-kumitati ġol-istess għaqda.", "Fil-fatt għandna sotto-kumitati għal kull istitut, jiġifieri għall-MCAST, għall-ITS u għall-Campus ta' Għawdex.", "Imbagħad għandna sotto-kumitat għal kull fakultà li hemm fl-Università.", "Se nipprovaw noħolqu sotto-kumitat għall-istudenti Għawdxin li qed jistudjaw barra minn Malta wkoll biex inżommu kuntatt magħhom.", "THE CHAIRMAN: Intom sfidajtu ħafna entitajiet bil-ħtieġijiet tal-istudenti, u għalhekk aħna issa rridu nisfidawkom b'din il-proposta.", "Jekk qegħdin tindunaw li jeħtieġ li tbiddlu l-istatut tagħkom biex tkunu iktar rilevanti lejn il-ħtieġijiet tal-istudent Għawdxi illum, jien nagħmlilkom kuraġġ biex tifhmu l-iskop tagħkom x'inhu u biex ma tiddejqu xejn li b'konvinzjoni - m'intomx se ċċaħdu lil xi ħadd mill-istorja ta' 25 sena ħidma ta' din l-għaqda - tilħqu iktar il-milja tal-għaqda tagħkom billi tagħmlu dan il-pass.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Dawn is-sotto-kumitati diġa' qegħdin imdaħħlin fl-istatut tagħna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela huwa aktar konxju minni tas-settur edukattiv, għax kien isegwih mill-qrib ħafna.", "Imma jien naf ukoll li jeżisti xi ftit tal-preġudizzju bejn l-istudenti li qegħdin fl-MCAST u l-istudenti universitarji.", "Intom li qegħdin fl-Università nitlobkom biex ma tħallux li jsir dan it-tip ta' kliem.", "Intom u sejrin lura lejn id-dar, fuq il-karozza tal-linja jew fuq il-vapur ta' Għawdex, intom kollha aħwa Għawdxin.", "Tħallux li jkun hemm preġudizzju jew firdiet.", "Jien naf li jkun hemm dan it-tip ta' preġudizzji, imma tħalluhomx.", "Fejn jista' ikun hemm l-għaqda, saħħuha; u tħallu lil ħadd li jista' iġelled, għax b'dan il-mod aktar tistgħu tagħmlu ġid.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Aħna se nilqgħu l-proposta tiegħek, u jekk ikun hemm xi żviluppi ninformawk bihom.", "Grazzi.", "Niringrazzjakom.", "Jiena ninsab sodisfatt ħafna b'dak li għamilna llum.", "Nagħmlu appuntament għal-laqgħa li jmiss fuq ir-realtà ta' Għawdex, u kif konna pprogrammajna fil-laqgħa li għaddiet meta kien hawn Dr Andrew Azzopardi magħna, din se nipprovaw nagħmluha Għawdex.", "Nipprovaw nagħmluha flimkien ma' għaqdiet oħra ta' volontarjat f'Għawdex.", "IS-SUR RYAN MERCIECA: Aħna lesti li noffru l-għajnuna tagħna wkoll.", "Mela nitlob lis-Segretarju tagħna jieħu nota tal-offerta tagħkom.", "Grazzi talli tajtuna l-opportunità li nkunu ta' servizz għalikom.", "Nirringrazzjakom.", "Fis-6.30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal dakinhar stess, it-Tlieta, 22 ta' Mejju 2012, fis-7.30 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120522_131d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 131", "It-Tlieta, 22 ta' Mejju, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-3.30 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Carmelo Abela, l-Onor Frederick Azzopardi u l-Onor Justyne Caruana.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "130 li saret nhar It-Tlieta, 15 ta' Mejju, 2012 ġew konfermati.", "PREŻENTAZZJONI TAS-SURVEY \"L-ISTUDENT GĦAWDXI U L-FUTUR TIEGĦU\" MILL-gRUPP uNIVERSITARJI GĦAWDXIN - KONTINWAZZJONI", "Għal din il-laqgħa l-Kumitat reġa' stieden lis-Sur Ryan Mercieca President u membri oħra tal-Grupp Universitarji Għawdxin sabiex jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom kif ukoll sabiex jisimgħu s-soluzzjonijiet fuq ir-rapporti u s-survey li saru mill-GUG u li ntbagħtu lil diversi rappreżentanti ta' ministeru u entitajiet pubbliċi.", "Il-mistiedna l-oħra kienu s-Sur Paul Curmi, Is-Sur George Borg u s-Sur Joshua Grech min-naħa tal-Gozo Channel; is-Sur Konrad Pule u s-Sur Ivan Pierre Portelli min-naħa ta' Transport Malta; is-Sur Manuel Delia min-naħa tal-Ministeru tal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni; il-Professur Joe Friggieri Pro-Rettur tal-Università għal Għawdex; il-Ministru Giovanna Debono għall-Ministeru għal Għawdex; Miss Mikela Fenech Pace u Miss Carine Arpa min-naħa tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, is-Sur Claude Cuschieri min-naħa tal-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment kif ukoll Miss Margaret Baldacchino Cefai mill-Kunsill Lokali Msida.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-18.30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal dakinhar stess, it-Tlieta, 22 ta' Mejju, 2012 fis-7.30 p.m.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120522_131m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 132", "It-Tlieta, 22 ta' Mejju, 2012", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 22 ta' Mejju, 2012 fis-7.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa mas-Sur David Agius ex-surġent tal-pulizija sabiex il-Kumitat jisma' it-talba tiegħu.", "Kontinwazzjoni tad-diskussjoni marbuta mal-antenni tat-telefons ċellulari.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120522_132a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 132", "It-Tlieta 22 ta' Mejju, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 132", "It-Tlieta 22 ta' Mejju, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-07:21 p.m.", "LAQGĦA MAS-SUR DAVID AGIUS, EX-SURĠENT TAL-PULIZIJA", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Nibda billi nagħti merħba lilkom ilkoll li qegħdin madwar din il-mejda.", "Se ngħaddi mal-ewwel għall-ewwel parti ta' din il-laqgħa, u għalhekk nistieden lis-Sur David Agius, ex-Surġent tal-Pulizija, sabiex jingħaqad magħna madwar il-mejda.", "Sur Agius, aħna konna ltqajna miegħek numru ta' xhur ilu, u kont iltqajt miegħek ukoll personalment bħala Chairperson ta' dan il-Kumitat.", "Aħna lqajna t-talba tiegħek, u qatt ma kellna oġġezzjoni sabiex issir tali laqgħa.", "Imbagħad, meta inti wrejt ix-xewqa li tiltaqa' magħna, ma sibna l-ebda oġġezzjoni sabiex niltaqgħu miegħek.", "Anzi, kemm jien kif ukoll sħabi wrejna x-xewqa li niltaqgħu miegħek u ma niddejqux li nisimgħu l-preżentazzjoni tiegħek.", "U allura rrid nagħtik il-kelma ħalli tkun tista' taqsam magħna din l-esperjenza tiegħek.", "Qabel tibda bil-preżentazzjoni, nixtieq ninformak li dak kollu li se tkun qed tgħid se jkun qiegħed jiġi trasmess live via internet, u allura għandek tkun responsabbli għal dak kollu li se tgħid.", "Nitolbok ukoll li qabel ma tibda titkellem, tgħid ismek għall-fini tat-traskrizzjoni ta' dan id-diskors.", "Nitolbok ukoll jekk tridx li din il-laqgħa tkun waħda pubblika jew inkella in camera.", "(Interruzzjonijiet) Mela, la x-xewqa tiegħek hi dik li l-laqgħa tkun waħda pubblika, nagħmlu hekk.", "20 minuta biżżejjed għalik?", "IS-SUR DAVID AGIUS (Ex-Surġent tal-Pulizija): Iva biżżejjed.", "Jien jisimni David Agius, u jiena ex-Surġent bin-numru tiegħi jkun 498.", "Il-karriera tiegħi fil-Korp tal-Pulizija damet minn Ottubru tal-1999 sad-29 ta' Ġunju tal-2007.", "Ir-raġuni għaliex tlabt li niltaqa' mal-Kumitat Permanenti tal-Affarijiet Soċjali hija riżultat ta' ħames snin niġri wara l-Korp tal-Pulizija u wara l-Police Board minħabba allowance li suppost konna ningħataw fil-Korp tal-Pulizija jien u kollega ieħor tiegħi li llum għadu fil-Korp.", "Jiddispjaċini ngħid li r-rispons min-naħa tal-Korp tal-Pulizija, mill-Police Board u anke mill-awtoritajiet l-oħra li kelli x'naqsam magħhom kienet waħda diżgustanti!", "Ħalli nagħtikom daqsxejn ta' background.", "Fil-Korp għamilt l-ewwel sentejn naħdem fid-distretti, xi ħaġa normali għall-pulizija.", "Wara sentejn, imbagħad, kont ġejt posted fl-IT Section tal-Pulizija, għax dak iż-żmien ma kenitx għadha teżisti s-Cyber Crime Unit.", "Imbagħad, ftit xhur wara li kont ingħaqadt mal-IT Section, l-ispettur in charge minn dik is-section kien avviċina lili u lill-kollega tiegħi u qalilna sabiex inwaqqfu s-Cyber Crime Unit.", "Xogħol din il-unit kien prattikament li jgħin lill-bqija tal-Korp billi tagħmlu konxju tal-krimini tal-millenju l-ġdid, u billi tassisti lill-membri tal-Korp fl-investigazzjonijiet li kienu jsiru fin-norma tax-xogħol tal-istess Korp.", "Din il-unit kienet twaqqfet fi Frar tal-2003, ftit xhur wara li kont ingħaqadt fl-IT Section, fejn konna tħarriġna aħna nfusna billi ħadna xi taħriġ bażiku sabiex inkunu nistgħu naqdu dan l-irwol.", "Aħna konna naħdmu fuq sistema ta' roster bejn tnejn min-nies, u kien daqsxejn diffiċli biex tlaħħaq max-xogħol li kellna dak iż-żmien, u minħabba s-sitwazzjonijiet li kienu jinħolqu 24 siegħa kuljum.", "Fil-fatt, jekk issir investigazzjoni u jkun hemm bżonn li jsir raid fis-2.00 a.m., u jkun hemm bżonn tal-assistenza tagħna, kienu jċemplulna biex immorru, u naturalment aħna konna mmorru.", "Ma rridx nidħol fid-dettalji kollha għax inkella ntawwal wisq.", "Issa, jekk hawn xi ħadd li forsi jrid jara xi korrispondenza li se nirreferi għaliha fid-diskors tiegħi, hawnhekk għandi xi kopji li tistgħu teħduhom.", "Din l-allowance bqajna ma ħadniha qatt fil-Korp, u avolja konna nitolbu għaliha bil-fomm lill-Ispettur tagħna, din qatt ma waslet.", "Ġeneralment, l-iskużi kienu jkunu jew li bħalissa mhuwiex iż-żmien, jew li nkella l-fondi li qed jitolbu kienu biex jixtru xi apparat, eċċ. Biss biss nista' ngħid li software wieħed partikolari li konna nużaw kien jiswa 'il fuq minn Lm2,000, u konna nifhmu li l-Korp m'għandux xi budget infinit.", "Għadda ż-żmien, u f'Jannar tal-2007 jien kont ftaħt file tas-section biex din it-talba nagħmluha b'mod formali u li, allura, suppost - għallinqas dik kienet l-idea tiegħi – kellha timxi biex fl-aħħar mill-aħħar forsi nibdew naraw din l-allowance.", "Issa tajjeb ngħid li hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq flus kbar, għax din l-allowance li hija granted mill-Public Service Management Code is only a few cents a day.", "Imma sal-aħħar ġurnata li bqajt fil-Korp, dan il-file bqajt ma smajt xejn fuqu, ħlief li tliet xhur wara kien għadu fuq id-desk tal-Ispettur tiegħi!", "Ftit xhur wara li kont irriżenjajt mill-Korp f'Ġunju tal-2007 - u ma rriżenjajtx għax ġejt imkeċċi, imma għax sibt opportunità oħra ta' xogħol li fiha ħassejtni aktar komdu li nimxi – tlabt biex nara x'sar minnu dan il-file, u f'Novembru tal-2007 kont bgħatt lill-Kummissarju tal-Pulizija korrispondenza inizjalment bl-e-mail darbtejn u mbagħad korrispondenza bl-avukat darbtejn oħra.", "U biex naqtagħha fil-qasir sa Lulju tal-2008, tmien xhur wara, lanqas biss kont irċevejt sempliċement acknowledgement li onestament nippretendi li mill-Korp tal-Pulizija din tkun l-aktar ħaġa bażika li tintbagħat meta tirċievi lment.", "Wara Lulju tal-2008, kont ikkuntattjajt lill-ġurnalista John Pisani, li dak iż-żmien kont naf li jieħu interess f'affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-Pulizija, li min-naħa tiegħu kien ġab artikolu fil-gazzetta \"L-Orizzont\", u within ten days I received a reply from the Police Force.", "Prattikament din ir-risposta kienet waħda diżgustanti fejn qalulna li aħna konna nkunu available after office hours b'mod volontarju – daqslikieku aħna l-Boy Scouts, skużi l-espressjoni – u jien kont ukoll fl-iScouts, u naf li dan ix-xogħol jinvolvi ħafna iktar minn just sempliċi volontarjat – u li aħna qatt ma kellna xi obbligu biex nagħmlu xi ħaġa ta' dak it-tip!", "Apparti minn hekk, innegaw li qatt ftaħt xi file u rrifjutaw kull claim li għamilt permezz tal-avukat tiegħi.", "In between, kont bgħatt lill-Police Board li, skont il-liġi, jieħu ħsieb il-complaints li għandhom x'jaqsmu mal-Pulizija - anke minħabba li l-Ombudsman ma jidħolx f'dawn il-materji għax ipprovajt nikkuntattjah ukoll – u l-Police Board bagħatli acknowledgement li nista' inqisu li huwa ħafna iktar effiċjenti mill-Korp, għax kull ittra li naf li bgħattlu, within four days we received a reply.", "Biss ma smajtx aktar mill-Police Board, avolja bgħattlu diversi complaints.", "Ħalli nispjega ruħi aħjar.", "Wara l-ewwel complaint li bgħatt, kont għadni kif irċevejt l-ewwel risposta mingħand il-Korp li kienet rifjut totali tal-claims tiegħi.", "Il-complaint li sar lill-Police Board kien għal xiex il-Korp dam tmien xhur sabiex sempliċement jirrispondi fuq xi ħaġa bażika, ċioé, x'ġara mill-file li kont ftaħt f'Jannar tal-2007, għax il-Korp innega li qatt infetaħ dan il-file.", "U allura, peress li dan il-file huwa ta' natura amministrattiva, tlabt li jkolli aċċess għalih; u kont għamilt ukoll complaint through sistema oħra tal-Korp li jgħidulha l-Online Police Reporting System, li hija websajt tal-Korp li jien nafha inside out, għax flimkien mal-Ispettur Caruana konna naħdmu fiha, u mill-2003 sal-ġurnata tal-lum din baqgħet ma nbidlitx.", "Biex naqtagħha fil-qasir, bqajt ma rċevejt xejn mingħand il-Police Board.", "Hawnhekk mhux se nidħol fil-kwestjoni tal-Korp li, wara li bgħatt ir-risposta tiegħi lilu permezz tal-avukat tiegħi u li kienet twila bejn erba' u ħames faċċati, il-Korp iddeċieda li jirrispondi fi tliet linji billi qalli li hu se jibqa' fuq il-fatti ta' qabel, jiġifieri ta' dak li qalu fl-ittra preċedenti.", "Għadda ż-żmien u jien bqajt nibgħat lill-Bord, u nista' ngħid li sa Marzu tal-2009, jiġifieri bejn tmienja u disa' xhur wara, ma kien għadu sar xejn li jien naf bih.", "Imbagħad, iltqajt mal-Bord wara li kont ilni nibgħat ittri left, right and centre, fis-26 ta' Marzu tal-2009, fejn prattikament stajt nibgħat tape recorder, għax dak kollu li kelli xi ngħid quddiem il-Bord kont diġàspjegajtu bil-kitba.", "Il-Bord, fil-liġi per se, speċifika li jista' jieħu xhieda ġuramentata, u jiena tajt ix-xhieda tiegħi.", "L-uniċi affarijiet li nista' nikkumenta fuq dik il-laqgħa kienu l-kumment taċ-Chairman, fejn dan qalli li bħala bord ikollhom ħafna x'jagħmlu u l-aqwa li, jekk ikolli raġun, dan kont se nieħdu anke jekk indum nistenna sitt xhur oħra!", "Minn Marzu tal-2009 bqajt nistenna, u xi kultant – kull xahrejn, għax napprezza li jkollhom ix-xogħol - nibgħat ukoll ir-reminders.", "Fit-18 ta' Ottubru tal-2009, kont bgħatt ittra lill-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali minħabba li min-naħa tal-Bord bqajt ma rċevejt xejn fuq fejn wasal il-każ tiegħi.", "F'Novembru tal-2009, qisu xahar wara li bgħatt ittra lill-Kumitat tal-Affarijiet Soċjali, li niftakar kont smajt ir-recording tal-meeting u ċ-Chairman tal-Kumitat, l-Onor.", "Vassallo, kien esprima ruħu li huwa kuntent li n-nies jirrikorru quddiem dan il-Kumitat u li hu kien se jitkellem maċ-Chairman tal-Bord.", "Fil-fatt, il-Bord irrisponda daqs tliet ġimgħat wara.", "Fir-rapport ta' dan il-Bord, ikkonfermaw li din l-allowance li kont qed nitlob jien tliet xhur wara li kont bgħatt l-ewwel korrispondenza lill-Korp tal-Pulizija – li qatt ma kienu bagħtuli acknowledgement għaliha – dawn, out of the blues, iddeċidew li jibdew jagħtu l-allowance.", "L-investigazzjoni tal-Bord, jew għall-inqas mir-rapport tagħhom, qalu li kienu rċevew memo mingħand dak iż-żmien l-Ispettur Pawlu Caruana– illum Supretendent – fejn dan kien irrepeta r-risposta li l-Korp kellu u li bbaża fuqha biex jirrispondini għall-ewwel ittra.… li complaints qatt ma kienu saru, li qatt ma nfetaħ file u li din kienet qisha xi ħaġa ġdida għall-Korp!", "L-4 ta' Lulju 2008 kien jumejn qabel dak l-artikolu li kien deher fil-gazzetta \"L-Orizzont\" u li abbażi tiegħu nemmen li l-Korp fl-aħħar iċċaqlaq.", "F'dan ir-rapport, il-Bord ikkonferma li dan il-file kien jeżist,i għax il-Pulizija qalu lill-Bord li dan il-file kien jeżisti, meta lili kienu qaluli mod ieħor.", "Madankollu, qalu li dan il-file ntilef!", "Mela l-ewwel innegaw, u mbagħad wara qalu li ntilef!", "Fir-rapport tiegħu, l-Bord – min hu interessat jarah għandi kopja tiegħu wkoll – aċċetta l-verżjoni tiegħi, biss fejn għandu x'jaqsam ma' dati fuq din l-allowance li suppost kelli nieħu, minflok bdew minn żmien li konna tkellimna mal-Bord, u li naħseb iċ-Chairman għandu l-Minuti tagħhom avolja jien ma nistax narahom, għalkemm aħna spjegajna li sirna nafu b'din l-allowance ftit xhur wara li konna bdejna naħdmu f'din il-unit, il-Bord tal-Pulizija jpoġġu data li skont huma jien kont indunajt b'din l-allowance.", "U allura l-allowance minflok mill-2004 mexxewha għall-2006!", "Imbagħad, tliet linji 'l isfel f'dan l-istess rapport, jagħmluha fl-2007, u fl-aħħar il-Bord iddeċieda li avolja jien indunajt li l-allowance suppost kellha tingħata għal madwar erba' snin, jien kont se nieħu l-allowance għall-aħħar sena, jiġifieri minn meta ndunajt li suppost kelli nieħu din l-allowance!", "Xi ħaġa redikola!", "Hawnhekk il-Bord kien innota wkoll li ta' spiss kien qed jirċievi każijiet fejn il-Pulizija kienu qegħdin jonqsu milli jirrispondu l-ittri taċ-ċittadini, li ta' sikwit kienu qegħdin jintilfu l-files u li, bħala Bord, jirrakkomanda li għandha tittieħed azzjoni fuq dawn l-affarijiet.", "Madankollu l-Bord ma daħalx fil-kwestjoni ta' kif għandu jara dawn l-affarijiet.", "Ovvjament, abbażi ta' dawn il-punti bid-deċiżjoni tal-Bord, irrispondejt lura li l-ewwel ħaġa ma kenitx tagħmel sens, jiġifieri l-kwestjoni tad-data, tlabt apoloġija mill-Korp għax dan black on white l-ewwel innega li qatt infetaħ file u li l-Bord, wara ġie jgħid li dan il-file ntilef u li, fl-aħħar mill-aħħar, tlabt li dan id-dewmien kollu għandu jiġi spjegat minn naħa tal-Korp.", "Il-Bord tal-Pulizija, għal din l-ittra li kien fiha seba' faċċati – jiddispjaċini li xi kultant ikolli nispjega fid-dettall ħafna dak li nkun qed naħseb – irrispondini b'dawn il-ħames linji li se nikkwota:", "\"Wara li ġie mifli l-kontenut tagħha, għandi ninformak li m'hemm xejn iżjed li l-Bord għandu xi jżid mar-rapport li kopja tiegħu ntbagħtet lilek.", "Il-Bord eżamina d-dokumenti kollha kif ukoll dak li inti għedt meta ssejjaħt quddiemu.", "Il-kontenut tal-ittra spjegattiva tiegħek ġie kollu kkonsidrat.\".", "Abbażi ta' din ir-risposta, li naħseb m'għandhiex bżonn kummenti, fl-1 ta' Marzu 2010 jiena tlabt lill-Bord sabiex ikolli aċċess għad-dokumenti relatati ma' din l-investigazzjoni.", "Mill-1 ta' Marzu, rċevejt risposta mingħand il-Bord fejn dan sempliċement qalli 'Le' mingħajr ma tani raġuni.", "Minn hemmhekk, jiena bdejt insegwi din l-affari mal-Kummissarju tad-Data Protection, u kelli korrispondenza ma' ċerta persuna – bħalissa nsejt l-isem tagħha – imma bqajt ma rċevejt xejn.", "F'Diċembru, mbagħad, kont iltqajt maċ-Chairman tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, l-Onor.", "Edwin Vassallo, fejn spjegajtlu x'kien il-każ tiegħi mill-bidu nett.", "Sur President, l-opinjoni tiegħek dak iż-żmien kienet li jien għandi niftaħ każ il-Qorti, u għedtli wkoll li inti kont se tkellem lill-Bord biex tara x'jista' jiġri.", "Fil-fatt, fl-istess żmien, ir-rappreżentant tal-Kummissarju tad-Data Protection kien esprima s-sorpriża tiegħu kif jien għadni ma ngħatajtx dan l-aċċess għax, fi kliemu stess, hu kien jimmaġina li din l-issue kienet se tiġi riżolta fi ftit jiem, u li jien kont se ningħata dan l-aċċess.", "Fl-aħħar tas-sena 2010, is-Segretarju tal-Bord tal-Pulizija, miskin minflok qagħad jiċċelebra, qagħad jiktibli l-ittri biex jispjegali li kien qed jagħtini time line.", "Dan bagħatli ittra ta' tliet faċċati, fejn qalli fil-qosor ħafna x'għamel il-Bord - li nimmaġina għandkom kopja tagħha - u hemeż xi korrispondenza li l-Bord irċieva.", "Din il-korrispondenza kienet tikkonsisti f'sempliċement żewġ ittri.", "Jien tlabt aċċess biex nara l-proceedings tal-Bord, għax nimmaġina li dawn ma kienux xi sigriet statali, imma lanqas biss tawni din l-opportunità!", "Fil-fatt l-unika ħaġa li bagħtuli kienet din l-ittra sabiħa li fiha jista' jispjega li jrid.", "Naturalment mhux qed ninnega dak li qed jgħid, imma jien nemmen li forsi seta' kien hemm informazzjoni li kienet ta' interess għalija u li ma ntbagħtitx lili.", "Xi ħaġa partikolari li slitt minn dan ir-rapport li bagħatli s-Segretarju tal-Bord tal-Pulizija kien li, f'Marzu, 2010 kienet intbagħtet ittra lill-Bord abbażi ta' dak ir-rapport li kien għamel il-Bord fuq il-każ tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Pulizija mingħand l-Assistent Kummissarju Lawrence Cauchi, fejn dan kien talab spjegazzjoni jew għallinqas kjarifika fuq iż-żmien tal-allowance.", "U dan fit-text tiegħu kien qal li din hija xi ħaġa informali, li r-roster kienet informali, li ma kienux jafu meta ttieħed is-sick leave u l-leave, u allura kif jistgħu jikkalkulaw dawn l-affarijiet f'din l-allowance, sabiex jaderixxu mad-deċiżjoni tal-Bord li kien aċċetta allowance għal din is-sena?", "Din l-ittra qiegħda wara d-deċiżjoni tal-Bord.", "Hawnhekk, qatt ma kont irċevejt l-ebda tip ta' korrispondenza mingħand il-Bord ħlief din l-aħħar waħda li qiegħed insemmi, u fil-fatt is-Segretarju tal-Bord innifsu lanqas biss jagħmel riferenza għaliha.", "Ma jgħidx x'għamel il-Bord iżda kulma jgħid hu li ntbagħtet risposta, u li naħseb li kieku kienet risposta li tinteressa lili, kelli kull dritt li nkun naf x'inhi.", "To sum it up, jien onestament naħseb li għaddejt fuq tliet snin sempliċement biex nirċievi deċiżjoni li jiddispjaċini ngħid li hija nofs sajran.", "Il-Bord per se ma nafx x'inhuma r-riżorsi allokati għalih, u ma nafx x'inhi l-intenzjoni warajh, apparti dak li hemm miktub fil-liġi fejn jingħad li l-Bord għandu d-dmir li jinvestiga dawk il-każijiet li jitressqu quddiemu, li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu u li jagħmel dan fi żmien diċenti.", "Jekk nibdew minn mindu bdejt nikteb l-ewwel darba lill-Bord sal-aħħar li ħadu deċiżjoni, li again it's something straight forward, kważi għaddew sentejn.", "Apparti minn hekk, sal-ġurnata mqaddsa tal-lum, it-22 ta' Mejju, 2012, jien għadni ma rajt l-ebda cheque b'din l-allowance.", "Għadni qatt ma smajt mingħand il-Pulizija sabiex jgħiduli mmur waħda sa ħdejhom ħalli jikkalkolaw din l-allowance.", "Il-Bord qatt ma naf li staqsa jekk il-każ tiegħi ġiex riżolt jew le.", "Kummenti oħra li għandi fuq il-Bord, u li nixtieq ngħaddihom, huma li jien inħossni daqsxejn sorpriż kif minn dan ir-rapport tal-operat dwar kif ħadem il-Bord f'dan il-każ .… Il-Bord lili bagħat għalija, u jien mort quddiemu fejn qattajt madwar siegħa u nofs ngħid from A to Z x'kienet l-istorja tiegħi, u tajthom id-dettalji kollha.", "Forsi kelli xi żewġ mistoqsijiet biex jikkjarifikaw xi affarijiet, imma tajthom id-dettalji kollha.", "Il-Bord – għall-inqas skont dak li ġie miktub – ma jidhirx li bagħat għan-nies, u lanqas talab lix-xhieda sabiex jitilgħu jixhdu.", "Xi ħaġa li, pereżempju, kont indikajtilhom hi li jien tlaqt mill-Korp tal-Pulizija, u allura ma kellix aċċess għal ċerta dokumentazzjoni u, qabel tlaqt mill-Korp, ma ħassejtx li kelli bżonn li noqgħod nikkopja dawn id-dokumenti.", "Apparti minn hekk, ma nafx jekk kontx inkun qed nikser il-liġi li kieku għamilt hekk.", "Id-dokumentazzjoni f'dawn il-ħames snin ma nafx x'sar minnha, imma lill-Bord spjegajtilhom ċarament x'tip ta' korrispondenza u dokumentazzjoni kien hemm li l-Bord seta' jagħmel riferenza għaliha, u lil min jista' jistaqsi biex jikkonferma jekk dak li kont qed ngħid jien kienx minnu jew le.", "Fir-rapport li bagħat is-Segretarju tal-Bord, intqal li dawn l-affarijiet intilfu jew ma tawx kashom, jew li nkella ma kellhomx ċans jagħmluhom.", "Li nista' ngħid hu li, finalment, għaddejna ħames snin u f'dawn il-ħames snin bqajna draw!", "Xi ħaġa li nnotajt ukoll hija li dan il-Bord, ħafna mix-xhieda li rċieva … L-ewwel ħaġa, din jien ma ngħidilhiex xhieda, għax kienu ittri, u dawn l-ittri, kemm huma tajbin biex tibbaża fuqhom meta m'għandekx il-persuna quddiemek li tista' tistaqsiha u tieħu idea tar-risposta li tagħtik dak il-ħin?", "Din hija xi ħaġa li narawha fil-Qrati, u ladarba l-Bord għandu d-dritt li jieħu xhieda ġuramentata, ma tantx huwa 'l bogħod mill-Qorti, mela allura għalfejn qatt ma sar konfront?", "Lili l-Bord bagħat għalija darba u ma smajt xejn iktar.", "Imbagħad ħareġ ir-rapport.", "Il-kollega tiegħi, is-Sur Decelis, fl-ebda istanza ma ġie msemmi li ntbagħat sabiex jixhed quddiem il-Bord jew intalab sabiex jixhed quddiem il-Bord.", "Fl-aħħar ta' Frar tal-2008, out of the blues, il-membri tal-Korp tas-section tal-lum – li jien nixtieqilhom kull ġid u m'għandi xejn kontrihom - bdew jingħataw din l-allowance.", "Dan qed ngħidu fl-aħħar ta' Frar, jiġifieri jekk tħares daqsxejn lejn il-prattika tagħha … Dan ma jfaqqasx l-accountant tal-Korp u jgħid, 'Ejjew ħalli naqbdu nżidulhom l-allowance mal-paga tagħhom'!", "Dan ifisser li, miżerjament, kien hemm madwar xahar jew xahrejn qabel ma beda dan il-proċess, u dan ifisser li jiġi jaqbel – kumbinazzjoni - dak iż-żmien li fih bdejt nikteb lill-Korp tal-Pulizija.", "Imma again, lili l-Korp tal-Pulizija qatt ma bagħatli xi forma ta' konferma.", "Din mhijiex kwestjoni ta' flus, għax meta kkalkulajtha ta' malajr niddubita jekk immissux l-€4,000, u onestament din mhijiex importanti.", "Biss il-kwestjoni hi li, jekk is-sistema tal-Bord tal-Pulizija, li bil-liġi qiegħda intenzjonata biex tkun over and above l-Pulizija, li m'għandekx kwestjonijiet fejn ma tridx tgħaffeġ il-kallijiet ta' xi ħadd li qed taħdem miegħu u mbagħad, nieħdu s-snin biex nieħdu deċiżjoni mingħajr ma ssir xi forma ta' investigazzjoni diċenti!", "Jien qatt ma kont investigatur per se, imma naħseb li għandi idea ta' kif tista' tagħmel investigazzjoni u x'tip ta' xhieda u evidenza għandek bżonn.", "Fatt ieħor importanti kien li ħafna minn dak li ntqal lill-Bord mill-Pulizija kien ibbażat fuq memo.", "Fil-fatt, f'waħda mill-korrispondenza li l-Bord bagħatli, speċifikament mis-Supretendent Spiteri, jgħid li l-bażi tar-risposta għall-Korp kienet abbażi tal-Ispettur - illum Supretendent - Paul Caruana, li jiddispjaċini ngħid li dan ma nafx li l-Bord semgħu viva voce.", "U anke jekk jisimgħu u jien ma nafx biha, xorta waħda naħseb li kien hemm lok li lili jibgħat għalija l-Bord u dak il-ħin inkunu nistgħu nagħmlu mistoqsijiet flimkien.", "Jien m'inix nippretendi li l-Bord għandu jkun well and good favur tiegħi, jew b'xi mod ikun biased favur il-persuna li qed tagħmillu l-ilment, imma għallinqas għandu jkun hemm bażi ta' diċenza.", "Fil-bidu, għedtilkom li ċ-Chairman ta' dan il-Kumitat qalli li jmissni niftaħ każ il-Qorti.", "Fil-bidu li kont għamilt l-ilment, din il-mistoqsija għamiltha lill-avukat tiegħi, li dak iż-żmien kien l-Avukat Vince Micallef.", "U l-avukat tiegħi kien qalli li, bl-affarijiet li għandi f'idejja, jekk niġi biex nitla' il-Qorti, ż-żewġ xhieda prinċipali tiegħi, wieħed Spettur, illum Supretendent, u l-ieħor kollega tiegħi, kemm kienu se jkunu komdi biex jixhdu b'mod konkret?", "L-avukat kompla jgħidli li jkun aħjar li nkompli naħdem iktar milli mmur il-Qorti, bbażat fuq dawk iż-żewġ affarijiet.", "Pereżempju, il-konferma mill-Bord li l-file eżista waslet għandi f'Marzu tal-2009, jiġifieri kważi sentejn wara li beda l-ilment.", "Ma nafx jekk hawnx minnkom avukati, imma naħseb li tafu li teżisti xi ħaġa li tissejjaħ preskrizzjoni.", "Is-suspett tiegħi hu li parti mid-dewmien kollu kien abbażi ta' hekk!", "Prattikament, dak kien x'kelli xi ngħid.", "Biss nixtieq ngħid li wara dan il-każ li għaddejt minnu – din għedtha wkoll f'waħda mill-emails li kont bgħatt lil dan il-Kumitat – sirt nemmen is-saying li kien jingħad fil-Korp u ċioè li \"kultant aħjar taqbad u taqleb xi żewġ imwejjed għax forsi hemmhekk l-affarijiet jiċċaqilqu!\"", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak tal-preżentazzjoni li għamiltilna, u naħseb li fl-aħħar biċċa tal-preżentazzjoni tiegħek, ġbartilna l-mottiv tiegħek billi għedtilna li dan qed tagħmlu mhux għall-flus – li b'kollox is-somma tlaħħaq l-€4,000 – imma qed tagħmlu għall-punt u għall-prinċipju.", "Hawnhekk m'aħniex xi kumitat ta' imħallfin, u allura nistgħu nitħassruk imma ma nistgħux nagħtuk ħaqq, għax m'għandniex dak il-vires.", "Nistgħu nifhmuk ukoll għax aħna nies bħal ħaddieħor, u nistgħu ngħidulek li jiddispjaċina b'dak li ġralek.", "Fuq bażi personali, jiddispjaċini kull meta persuna f'dan il-pajjiż titlob li ssir ġustizzja magħha u tibda tara li din il-ġustizzja mhux qed issir; u jiddispjaċini wkoll meta din il-persuna tibqa' ma tingħatax risposta.", "Kull meta xi ħadd jitlob ġustizzja, mhux bilfors isir kif jixtieq hu, imma l-importanti hu li tibqa' temmen f'dak li temmen fih u li tibqa' tiġġieled għalih.", "U hija ħasra li jkollna – bħalma tak parir l-avukat tiegħek - nies li ma jemmnux fihom infushom.", "IS-SUR DAVID AGIUS: Ma nemminx, b'mod partikolari, fis-sistema.", "THE CHAIRMAN: Imma li ma nemmnux li hemm sistema fejn inti tista' titla' il-Qorti, u tibża' li ż-żewġ ex-kollegi tiegħek ..… Jien niddejjaq meta nisimgħek tgħid li tibża' li ttella' lil Edwin Vassallo bħala xhud – ħalli nsemmi lili nnifsi u ma nsemmix nies barra minn dan il-Kumitat – u Edwin jista' ma jixhidx kif suppost għax jibża' għal ġildu.", "Jien hawnhekk nara fejn il-ġustizzja tiġi mminata.", "Warajk se jitkellmu persuni oħra fuq każ ieħor li jimplika affarjiiet oħra serji ħafna, u allaħares xi ħadd jibża' jitkellem fuq dak li huwa serju għax jibża' jirfes il-kallu ta' ħaddieħor.", "Mela, għall-fini ta' ġustizzja, ejjew inkunu sinċiera magħna nfusna u ma niddejqux niddefendu dak li huwa sewwa.", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel huwa dan: dokumenti li jkollu dan il-Kumitat u li jkun irċieva mingħand persuni jew entitajiet oħra, jiġifieri karti li jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, jiġu miġbura u dawn ikunu pubbliċi.", "U allura l-korrispondenza li għaddejtilna qiegħda kollha miġbura ma' dawn id-dokumenti li l-Kumitat ikollu.", "Dawn id-dokumenti huma uffiċjali, u għalhekk nixtieq li tkun konxju li dawn qegħdin hawnhekk.", "Pereżempju, għandna korrispondenza li ntbagħtet minnek fit-18 ta' Ottubru, 2009 lis-Segretarju tal-Kumitat tal-Affarijiet Soċjali.", "IS-SUR DAVID AGIUS: Jien konvint li dawn id-dokumenti qegħdin hemmhekk.", "THE CHAIRMAN: Dan qed ngħidu biex inti tkun konxju li dawk il-karti ma ntremewx, u li l-preżenza tiegħek hawnhekk ma ntesietx.", "IS-SUR DAVID AGIUS: Fil-fatt qatt ma kelli problemi b'karti li ntilfu ħlief fil-Korp.", "THE CHAIRMAN: Għandna kopja ta' ittra li ntbagħtet lill-Kummissarju tal-Pulizija fit-13 ta' Novembru tal-2007, kopja ta' ittra li ntbagħtet minnek lill-Kummissarju tal-Pulizija fil-5 ta' Diċembru tal-2007, u kopja ta' ittra li ntbagħtet lilek fit-18 ta' Lulju u ffirmata mis-Supretendent - dak iż-żmien - Mario Spiteri, li fiha tiġbor il-ħsieb għalfejn il-Korp tal-Pulizija ddeċieda li inti m'intix entitled għal din l-allowance.", "(Interruzzjonijiet) Għandna kopja oħra mibgħuta lis-Segretarju tal-Police Board fil-21 ta' Lulju, u għandna kopja oħra mibgħuta fid-29 ta' Lulju tal-2008 lis-Secretary of Malta Police Board, u ittra oħra datata 3 ta' Awwissu tal-2008 lill-istess Segretarju, kif ukoll korrispondenza mibgħuta fl-4 ta' Awwissu tal-2008 mis-Supretendent f'risposta mill-uffiċċju tal-Avukat tiegħek.", "Għandna ittra mibgħuta mill-avukat tiegħek fis-26 ta' Settembru tal-2008, u ittra oħra mibgħuta fil-5 ta' Settembru tal-2008 mis-Supretendent lill-avukat tiegħek.", "Dawn kollha qegħdin hawnhekk.", "Jien inwiegħdek li aħna, skont il-liġi, bħala Kumitat tal-Affarijiet Soċjali, niltaqgħu mal-Bord tal-Pulizija.", "U bil-permess tiegħek, u dejjem jekk jaċċetta l-istess Bord, nerġa' intella' din il-complaint tiegħek, għaliex jiddispjaċini nisma' testimonjanza bħal din, għalkemm jista' ikun hemm min jgħid li inti m'għandekx raġun.", "Naħseb li għandu d-dritt li jgħid hekk, bħalma inti għandek id-dritt li tgħid mod ieħor.", "Jien nibqa' insostni bħalma nsostni ma' kulħadd li dan huwa pajjiż liberu, pajjiż demokratiku, pajjiż fejn għandna s-sistemi tagħna, li jistgħu mhux dejjem jaħdmu tajjeb, imma allaħares ikollna min jibża' jiġġieled għal dak li jemmen li huwa d-dritt tiegħu.", "Jiġifieri, kemm jekk il-Qorti, u kemm jekk terġa' tiftaħ il-każ quddiem l-istess Bord tal-Pulizija, jien nagħmillek il-kuraġġ kollu.", "Allaħares il-bniedem jibża' jiġġieled għal dak li jemmen fih!", "IS-SUR DAVID AGIUS: Fil-fatt, id-demokrazija taħdem meta s-sistema taħdem u mhux meta ma taħdimx.", "Darba kien hemm kwotazzjoni u nemmen biha li tgħid \"justice delayed is justice denied\".", "Aħna ma nixtiequx li jkollna ċittadini li jaħsbu ħażin fis-sistemi imma jekk is-sistemi .… Ovvjament, meta ssir il-ġustizzja, ma tirrispondix lil kulħadd kif ikun jixtieq hu.", "Hemm ħafna nies li jitilgħu l-Qorti u jinqatgħalhom xi każ mhux kif xtaqu huma, u jgħidu li l-ġustizzja ma saritx magħhom.", "Ovvjament, jien mhux qed nidħol f'dan il-każ, imma jiddispjaċini għat-testimonjanza li smajt mingħandek u, fl-aħħar mill-aħħar, bla preġudizzju għal dak li huwa veru għax ma nistgħux inkunu ta' imħallfin u lanqas nistgħu nilbsu ż-żarbun tal-imħallfin, però mil-lat uman dak li għandna nagħmlu, aħna nwiegħdu li nagħmluh.", "Kif diġa' għedtlek, id-dokumentazzjoni kollha qiegħda hawn u hija pubblika, jiġifieri jista' jiġi jaraha min irid, anke ġurnalisti.", "IS-SUR DAVID AGIUS: Jien tant nemmen li din id-dokumentazzjoni għandha tkun pubblika li għamiltha pubblika jiena stess.", "THE CHAIRMAN: Jien ma rridx nagħtik x'tifhem li dan it-tip ta' dokumentazzjoni ġiet imwarrba jew ma ġietx irrapportata.", "L-Onor.", "Qisha tixbaħ lil dik l-allowance li jieħdu t-tobba li jkunu on-call duty?", "Imma mbagħad, if they are called in ikollhom ir-rata simili għal din, hux hekk?", "IS-SUR DAVID AGIUS: Wieħed mill-kummenti li kien sar minn naħa tal-Korp kien li l-pulizija huwa xogħol 24 by 7, u dan jagħmel sens għax, jekk pulizija jara xi ħaġa tiġri quddiemu, ma jistax jagħlaq għajnejh u jdawwar rasu.", "ANTHONY ZAMMIT: Imma intom għandkom ukoll il-klawsola \"esiġenzi tas-servizz\" bħalma għandna aħna?", "IS-SUR DAVID AGIUS: Rigward l-esiġenza tas-servizz, naħseb li l-Korp bl-ebda mod ma jobbligak li any time you get a call, we lift up the phone.", "L-obbligu tiegħi kien li f'dik il-ġimgħa li jien inkun on call, iċemplu fi x'ħin iċemplu, irrid nirrispondi.", "F'każijiet partikolari, bħal dak tal-lap dancing clubs - hawnhekk mhu se nikxef l-ebda sigrieti – avolja kelli nofs idea li ġej dan ir-raid minn jumejn qabel, iddeċidew li jċemplulna fis-2.00 a.m., u l-call kienet mingħand l-Assistent Kummissarju Michael Cassar, fejn dan qalilna biex immorru fil-pront.", "Issa tajjeb ngħidu wkoll li din l-allowance li qed insemmi kien diġà qed japplikaha fuq sezzjoni oħra li kienet il-Forensic Science Lab.", "ANTHONY ZAMMIT: Jiġifieri din is-sistema teżisti fil-Korp tal-Pulizija fejn għandek l-on-call allowance, u mbagħad il-hands-on allowance.", "IS-SUR DAVID AGIUS: Fil-fatt, aħna sirna nafu b'din l-allowance abbażi ta' unit oħra li kienet taħdem b'set-up simili għal tagħna, imma li l-expertise tagħha kienet fuq xi ħaġa differenti.", "Fil-fatt, il-Korp wara kkonferma li qabel ma twaqqafna aħna bħala unit, kienet diġà tingħata din l-allowance, u allura this was nothing out of the ordinary.", "ANTHONY ZAMMIT: Meta waqqaftu s-Cyber Crime Unit, kienet ġiet diskussa din l-allowance?", "IS-SUR DAVID AGIUS: Fil-fatt qiegħda wkoll fil-korrispondenza.", "Fiċ-ċirkolari li ħarġet biex turi li twaqqaf dan il-unit .… Fil-fatt, aħna twaqqafna fi Frar tal-2003, fejn fl-estrem effiċjenza tal-Korp tal-Pulizija, din iċ-ċirkolari ħarġet f'Lulju … Mela allura l-ewwel twaqqafna, u mbagħad għedna lil kulħadd x'aħna!", "THE CHAIRMAN: Ippermettili niġbidlek l-attenzjoni li oriġinarjament konna qbilna li nieħdu 20 minuta fuq dan is-suġġett.", "Madankollu ma rridx li l-laqgħa tagħna tintemm illum, imma nixtieq li jkollna l-kumdità kollha sabiex inkomplu f'laqgħa oħra, dejjem jekk jaċċettaw min-naħa tal-Bord tal-Pulizija.", "IS-SUR DAVID AGIUS: Li forsi nista' nissuġġerixxi hu li, apparti l-Bord tal-Pulizija, jissejjaħ ukoll il-Korp tal-Pulizija.", "ANTHONY ZAMMIT: Jien naħseb li personalment inti aktar urtat bil-proċedura li ttieħdet fil-konfront tiegħek, milli għas-somma ta' €4,000.", "IS-SUR DAVID AGIUS: Ħalli nitkellem b'mod sempliċi: €4,000 m'huma xejn.", "Il-kwestjoni hi li hemm bażi ta' rispett li nippretendi li għandu jingħata lejn kull ċittadin.", "Meta mbagħad inti qiegħed fil-Korp tal-Pulizija, aktar u aktar bejn il-membri tiegħu, hemm dik ix-xi ħaġa li wieħed jipprova jirrispetta lill-ieħor kemm jista' ikun, iktar u iktar għax ilkoll qegħdin fuq l-istess dgħajsa.", "Issa l-fatt li jien ħriġt minnha ma jfissirx li lili għandek tittrattani ta' żibel!", "JUSTYNE CARUANA: Jiġifieri inti mort quddiem il-Police Board mingħajr ħadd ma bagħat għalik?", "U int m'għadekx fil-Korp ...", "Kont irriżenjajt f'Ġunju tal-2007.", "JUSTYNE CARUANA: Naturalment din il-korrispondenza seħħet wara.", "IS-SUR DAVID AGIUS: Il-maġġoranza tagħha iva.", "Kien hemm biss item wieħed li l-Korp innega li qatt eżista.", "L-unika ħaġa li għamilt fil-Korp, u li l-Korp innega li qatt ma eżistiet!", "L-ewwel innega, u mbagħad wara qal li tilifha.", "JUSTYNE CARUANA: Inti qed titlob ammont ta' flus b'lura?", "IS-SUR DAVID AGIUS: Bħalissa lanqas hi kwestjoni ta' flus.", "L-idea oriġinali kienet li aħna sezzjoni li konna qegħdin nagħmlu dak it-tip ta' xogħol, u nippretendu li jkun hemm ir-remunerazzjoni kif kien jeħodha ħaddieħor.", "Tant hu hekk li jien illum qed nitkellem ukoll għall-kollega tiegħi li kelli jaħdem miegħi dak iż-żmien, għax forsi llum ma jistax jitkellem.", "Li qed nitlob jien prattikament japplika għalih ukoll.", "Jien ma nimmaġinax li jista' jitkellem, għax kulħadd jaf x'inhi l-prattika fil-Korp.", "THE CHAIRMAN: Sur Agius, inti poġġejt xi korrispondenza fuq il-Mejda ta' dan il-Kumitat illum?", "IS-SUR DAVID AGIUS: Jien il-korrispondenza bgħattilkom kollha.", "JUSTYNE CARUANA: Din hija legalment preskritta.", "IS-SUR DAVID AGIUS: Waqgħet parti minnu minħabba t-tul kollu ta' żmien min-naħa tal-Pulizija.", "JUSTYNE CARUANA: Allura m'għamiltx ittra uffiċjali jew xi ħaġa?", "IS-SUR DAVID AGIUS: L-avukat tiegħi kien qalli: 'Kemm huma ċ-chances li titla' l-Qorti, meta l-uniċi żewġ min-nies li jistgħu jixhdulek u jikkonfermaw dak kollu li qed tgħid għadhom fil-Korp?'", "Skużi l-espressjoni, wieħed minnhom huwa l-perċimes tal-problema.", "THE CHAIRMAN: Din hi l-korrispondenzi li poġġejtielna llum?", "Waħda minnhom naħseb diġa' qiegħda attached f'dak li kont bgħattilkom qabel.", "Biss, hemm xi ħaġa iktar riċenti, u f'każ li jkun hemm bżonn nibagħtilkom kull ħaġa li jkollkom bżonn.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kumitat:", "'Final Report on the Supply of School Uniforms' datat Mejju 2012 u maħruġ mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni, flimkien ma' Press Release dwar dan ir-Rapport mid-Department of Information datata 18 ta' Mejju 2012, u", "Korrispondenza bejn is-Sur David Agius u l-Bord tal-Pulizija.", "Mela, minbarra d-dokumentazzjoni li tana s-Sur David Agius, qiegħed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kumitat Stqarrija għall-Istampa dwar il-pubblikazzjoni tar-RapportFinali fuq il-provvista tal-uniformijiet tal-iskejjel, kif ukoll ittra mibgħuta lilna mill-Office for Fair Competition u l-Final Report on the Supply of School Uniforms li għadu kemm ħareġ il-Ministeru.", "Ovvjament, dan ħareġ wara li aħna konna ppubblikajna r-rapport tagħna fuq l-istess suġġett.", "Dan ir-rapport ħa in konsiderazzjoni x-xogħol li għamilna aħna u, biex ngħid hekk, ġejna apprezzati għall-ħidma li għamilna sabiex finalment ikun hemm rapport li jindika soluzzjoni.", "Grazzi.", "Issa nistgħu ngħaddu għat-tieni item li għandna fuq l-aġenda tagħna.", "Is-suġġett tal-lum huwa kontinwazzjoni tad-diskussjoni marbuta mal-antennae tal-mobile phones, liema antennae nsibuhom imxerrdin madwar l-ibliet u l-irħula tagħna.", "Id-diskussjoni tagħna se tkompli wara l-laqgħa inizjali li kellna, numru ta' xhur ilu, mal-istess personalitajiet li għandna madwar din il-mejda llum.", "Dakinhar kellna preżentazzjoni dwar il-biża' tagħhom mill-effetti li jħallu dawn l-antennae fuq in-nies li jgħixu qrib tagħhom.", "Ovvjament, illum se jkollna kontinwazzjoni ta' din id-diskussjoni, u nifhem li m'aħniex se nispiċċaw id-diskussjoni llum imma rridu nkompluha darb'oħra.", "Għaldaqstant, nagħti mill-ewwel il-kelma lill-ewwel kelliem tal-lum.", "Infakkarkom biss li dak li se tgħidu se jiġi trasmess live, u allura nitlobkom tkunu attenti għal dak li se tgħidu.", "DANIEL MASSA (Lecturer fid-Dipartiment tal-Ingliż): Illum se nitkellem fuq xi ħaġa li tkellimna fuqha 26 xahar ilu!", "L-ewwel xtaqt nistaqsi jekk bħala Kumitat kellkomx xi feedback mill-industrija tat-telefonija ċellulari jew mill-MCA jew mill-MEPA jew mill-Ministeru tas-Saħħa fuq din il-biża' tagħna?", "Hawnhekk qegħdin f'kamra li verament tagħtik l-idea li jista' ikun hemm ġustizzja – eħles lill-iskjavi, libbes lill-għarwien u x'naf jien.", "Veru magħżula tajba din il-kamra.", "THE CHAIRMAN: Din il-kamra ġiet magħżula mid-destin u mhux minni.", "DANIEL MASSA: Sur President, nixtieq nirringrazzjak u lill-membri l-oħra tas-Social Affairs Committee talli tajtuna din l-opportunità sabiex nerġgħu nitkellmu fuq l-iżviluppi li seta' kien hemm f'dawn l-areas.", "Imma tista' tikkonfermali li quddiem dan il-Kumitat għadhom ma dehrux xi rappreżentanti tal-industrija, tal-MCA jew tal-MEPA sabiex jirrispondu għall-beżgħat li semmejna aħna?", "THE CHAIRMAN: Nikkonferma li ma deher ħadd quddiemna, għax aħna konna dejjem bqajna bil-ħsieb li norganizzaw laqgħa bħalma kumbinazzjoni għamilna llum fuq suġġett ieħor aktar kmieni, fejn inġibu hawnhekk lil dawk l-entitajiet li qed issemmi inti, u ċioè, l-Awtorità tal-Komunikazzjoni, diversi dipartimenti li għandhom x'jaqsmu ma' dan is-suġġett, kif ukoll lill-MEPA.", "Ma niddejqux li nagħmlu dan.", "S'issa jiddispjaċini ninnota li dan it-tip ta' intrigu għadna ma ħadnihx, imma qed naraw li nagħmlu laqgħa bħal din fil-futur qarib.", "Jien kont ukoll qed nistenna xi tip ta' informazzjoni min-naħa tagħkom.", "Naf li wara l-preżentazzjoni tal-lum, forsi aħna nkunu f'qagħda aħjar biex naħdmu fuq din il-laqgħa li qed insemmu, u li allura nlaqqgħu flimkien diversi entitajiet.", "Kumbinazzjoni sal-lum wara nofsinhar, għadna kemm għamilna laqgħa straordinarja fejn, fuq suġġett partikolari, ġibna diversi entitajiet flimkien, u allura naħseb li nkunu kapaċi nerġgħu nagħmlu laqgħa bħal din fuq dan is-suġġett tagħkom.", "DANIEL MASSA: Mela ħalli nkompli nitkellem fuq il-biża' li teżisti minħabba r-radjazzjoni in konnessjoni ma' radjazzjoni elettromanjetika.", "F'din il-preżentazzjoni, li għandkom kopja tagħha quddiemkom, qed taraw dik l-istampa, u fuqha hemm dan il-kumment: \"Agħżel!", "Fejn taħseb li se jintlaqtu wliedna?", "Nafu x'qegħdin nagħmlu?\".", "Hawnhekk aħna l-aktar li se nikkonċentraw huwa fuq it-tfal, imma naturalment ir-radjazzjoni tolqot lil kulħadd.", "S'issa ma nafux x'qegħdin nagħmlu għax la l-MEPA, la l-MCA u lanqas il-Ministeru tas-Saħħa għadhom ma tkellmu bis-serjetà fuq din il-problema.", "Ma nafux x'qegħdin nagħmlu u ma nafux fejn se naslu.", "Kif qed taraw, is-slide li jmiss mhijiex qiegħda tajba, u dik għamilniha hekk apposta.", "F'din l-islide, qed ngħidu hekk: \"Iddiskutejna din il-mistoqsija diġà; imma 26 xahar wara, xorta għadna ma nafux x'aħna nagħmlu.", "Kollox baqa' ta' taħt fuq!", "Meta se nibdew nużaw moħħna?\"", "Fil-paġna ta' wara, qed taraw żewġ stampi: fuq ix-xellug, qed taraw moħħi qabel nibda nuża l-mobile phone.", "Fuq il-lemin, moħħi jew moħħok wara biss 13-il minuta fuq il-mobajl!", "Araw naqra x'differenza!", "Jekk naturalment nuża l-mobajl kuljum, bilfors li b'xi mod jew ieħor se jkolli effetti negattivi.", "Issa l-mobile phones nużawhom jekk irridu, imma l-base stations tal-GO, tal-Vodafone u tal-Melita m'għandniex għażla!", "Dawn jidħlu f'darna mingħajr ma rridu, u jkunu fuq rasna 24 siegħa kuljum!", "Imbagħad qed taraw dak l-artiklu li deher fil-gazzetta \"International Herald Tribune\" intitolat \"Breaking News?", "U l-evidenza tkompli tikkonferma li l-effetti tal-EMFs jolqtu lil kulħadd.", "Diversi epidemiological studies juru li fejn għandek dawn il-mobile phone base stations, se jkollok clusters ta' leukemia fit-tfal.", "Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-13 ta' Mejju ta' din is-sena, jiġifieri xi ħaġa riċenti ħafna.", "Sadanittant, aħna qisna għadna ma nafux bihom dawn l-affarijiet, għadna ngerfxu, u we're doing something terribly wrong!", "F'Marzu tal-2010, kont irreferejt għal video ta' 14-il minuta li kien deher l-Awstralja, u li naturalment ġera fuq l-internet mad-dinja kollha.", "Dan il-video juri l-profil mediku ta' pazjent John Bryant, li jsostni li t-tumur f'moħħu kien kawża diretta ta' radjazzjoni elettromanjetika, u f'dan il-video kien tkellem in-neurosurgeon Charles Teo, fejn dan kien qal hekk:", "Dan qed ngħidu fl-Awstralja.", "Issa forsi tgħiduli li dawk qegħdin fl-Antipodes, jiġifieri fuq in-naħa l-oħra tad-dinja, u allura n-nies jimxu fuq rashom!", "Imma aħna qegħdin fuq din in-naħa tad-dinja, u ma naħsibx li nagħmlu hekk.", "Aħna qegħdin fuq in-naħa t-tajba tad-dinja, imma hawn Malta donnu li qegħdin nimxu fuq rasna wkoll meta tara dawk il-mobile phone base stations il-ħin kollu jagħtu fuq l-irjus tan-nies!", "Dawn jaqilbulek rasek ta' taħt fuq.", "Fil-fatt, illum qbiżna l-2,200 antenna madwar Malta u Għawdex.", "Issa magħhom dawn għandek ukoll is-subalterni.", "FREDERICK AZZOPARDI: Dan ir-ritratt li qed naraw f'din il-paġna fejn qed juri dawk l-antennae kollha, jiġifieri dawk qegħdin kollha fuq binja waħda?", "Dawk mhux qegħdin fuq binja waħda, imma f'diversi lokalijiet u qiegħed jagħti impressjoni poetika, metaforika; imma, li tara tlieta jew erba' arbli fuq l-istess binja, dik qed tipprova tissimbolizza lil Malta, biex turi kif aħna kkonċentrati u mdawrin minn dawn il-mobile phone base antennae.", "JUSTYNE CARUANA: L-MCA suppost qiegħda tikkontrolla kemm għandek antennae per square metre.", "F'kelma waħda, għandek il-policies apposta tal-MCA, u anke l-MEPA qiegħda tonqos, għax il-MEPA issa qed titfa' l-affarijiet fuq l-MCA.", "DANIEL MASSA: Fil-fatt, imkien f'Malta ma tista' issib post fejn ma tiġix attakkat minn dawn il-mobile phone base antennae, u l-MCA jgħidu li dawn iridu jkopru kullimkien.", "Imkien ma tista' taħrab minnhom!", "Bħala ċittadin, ninteressa ruħi f'dawn l-affarijiet li jolqtu liċ-ċittadini Maltin kollha.", "Fil-paġna li jmiss, insibu dan il-kliem: \"Mela, issa nistgħu nieħdu azzjoni?", "Nistgħu naġġustaw l-angolu … Nitkellmu, inpaċpċu, nitbissmu u nerġgħu nitkellmu .… Bis-serjetà se nieħdu azzjoni biex ħafna ċittadini Maltin li huma ipersensittivi għar-radjazzjoni elettromanjetika ntaffulhom ftit mill-ispejjeż u mit-tbatija li jsofru ta' kuljum?", "L-Unjoni Ewropea ħasbet biex tieħu azzjoni għal dawn in-nies?\"", "L-aħħar laqgħa li kellna kont urejtkom dan ir-ritratt li kien marbut mal-preżentazzjoni li kienet għamlet Frédérique Ries meta ppreżentat riżoluzzjoni fil-Parlament Ewropew fit-2 ta' April 2009, liema riżoluzzjoni ġabret il-maġġorana tal-voti b'559 favur, 22 kontra u 8 astensjonijiet.", "U din – xi ħaġa li semmiet l-Onor.", "Justyne Caruana - ma teżistix, għax la l-MCA u lanqas il-MEPA ma jafux kif se jaqbdu jipprovaw jagħmlu a regional antennae plan!", "U dan għandu jsir b'mod partikolari biex jiġu protetti t-tfal.", "Tħeġġeġ ukoll lill-membri stati tal-Unjoni Ewropea sabiex jadottaw l-eżempju tal-Isvezja, u jibdew jirrikonoxxu persuni li huma ipersensittivi għal radjazzjoni elettromanjetika bħala nies b'diżabilità, u joffrulhom protezzjoni adegwata.", "Lil dawn in-nies għandhom jgħinuhom, jissapportjawhom, anke finanzjarjament, sabiex jegħlbu l-problemi tagħhom.", "Sadanittant, Malta qisna ma nafux b'dawn il-problemi!", "Hawnhekk se nikkwota parti minn ittra li bagħatli s-Sur Austin Walker, Chairman tal-MEPA, f'Novembru tal-2008.", "Dan qalli hekk:", "Hawnhekk għandek it-tliet entitajiet li suppost qegħdin jieħdu ħsieb is-saħħa tal-poplu Malti – il-MEPA, il-Malta Communications Authority u l-Ministeru tas-Saħħa.", "Issa jew dawn mhux qegħdin jgħixu f'Malta, jew inkella qegħdin jgħattu għajnejhom u jagħlqu widnejhom apposta biex ma jkunux jafu l-fatti!", "IS-SINJ ANNE MARIE PACE: M'ilux ħareġ survey mill-Unjoni Ewropea fejn raw l-istatistika ta' kif qed ikejlu din ir-radjazzjoni l-istati membri.", "U dawn kollha jgħidu kemm hi kkumplikata, u li għandhom statistika ta' tant measurements, filwaqt li hawn Malta għandna a 24 hour survey għaddej il-ħin kollu.", "This is a bit over-stretched, in my opinion, għax barra minn Malta qed jgħidu kemm hi kkumplikata biex tieħu dawn ir-readings, mentri hawn Malta qed ngħidu li dawn isiru l-ħin kollu.", "Allura aħna fejn nistgħu nsibu din l-informazzjoni?", "DANIEL MASSA: Suppost mingħand l-MCA!", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Fl-opinjoni tiegħi, din il-kwotazzjoni hija importanti ħafna.", "DANIEL MASSA: Dik hija ittra mingħand is-Sur Austin Walker, u qed idaħħal dawn it-tliet entitajiet.", "CARMELO ABELA: Hekk hu.", "Mela għandek il-MEPA, l-MCA u l-Awtorità tas-Saħħa li huma responsabbli biex jaraw dan kollu.", "U s-Sur Walker qed jgħid li l-evidenza li pproduċew … Jiġifieri fuq xiex qed jibbażaw dan l-argument?", "Għax, jekk min hu responsabbli bħala awtorità qed jgħid li m'hemmx problemi, mela jfisser li se jkomplu jimmultiplikaw u jiżdiedu dawn l-antennae.", "Imma ċ-Chairman tal-MEPA pproduċa xi tip ta' bażi għal dan l-istatement jew le?", "DANIEL MASSA: Le, ċ-Chairman tal-MEPA ma pproduċa l-ebda bażi ta' xejn, imma aċċetta dak li tah id-Direttur tas-Saħħa Pubblika, u d-Direttur tas-Saħħa Pubblika aċċetta dak li tah ħaddieħor .…", "CARMELO ABELA: Imma għall-inqas id-Direttur tas-Saħħa Pubblika pproduċa evidenza?", "Almenu jgħid li hu qed jibbaża l-istatement tiegħu fuq it-tali studji.", "DANIEL MASSA: L-idea hi li hemm standards maħruġin mill-ICNIRP.", "Dawn l-istandards ilhom maħruġin iktar minn 17-il sena, u meta tqis l-esperimenti li saru u l-evidenza epidemeoloġika, issib li l-istandards u l-livelli li qegħdin jissuġġerixxu l-ICNIRP 'are one thousand times higher than what they should be for electromagnetic radiation to be safe.'", "Din li tgħidlek kull persuna li ħadmet f'din l-area tal-cancer, tal-onkoloġija u b'mod speċjali fl-area tal-leukemia fit-tfal.", "Jiġifieri, jaċċettaw dak li jgħidu l-ICNIRP, u nafu li l-ICNIRP huma kważi kważi ddominati mill-industrija, u dawk jagħmlu x'jissuġġerixxi l-profit motive.", "PETER XUEREB (Università ta' Malta): Jiena rappreżentant tal-Università ta' Malta, li x'aktarx għandha xi erbgħa minn dawn x'imkien!", "L-aċċenn li xtaqt nagħmel huwa mill-aspett legali, għax dik l-istqarrija hija kontradittorja.", "Fil-fatt, f'mument minnhom qed jgħid li qed jimmonitorja, u mbagħad jgħid li m'hemmx effetti negattivi.", "Jew hemm jew m'hemmx!", "Għalfejn qed jaħli r-riżorsi fil-monitoraġġ, jekk m'hemmx effetti negattivi?!", "Jien ma nafx jekk dik l-istqarrija tiġix ikkonfermata mid-Dipartiment tas-Saħħa, jekk xi ħadd jistaqsihom.", "Dak huwa statement tas-Sur Austin Walker u ma nafx kemm qed jitkellem f'isem id-Dipartiment .…", "DANIEL MASSA: Jien ma naħsibx li s-Sur Austin Walker mhux qed jgħid il-verità.", "PETER XUEREB: Imma naħseb li għall-inqas nistgħu nitolbu konferma ta' dik il-pożizzjoni, biex inkunu nafu l-pożizzjoni uffiċjali tal-awtoritajiet, ġaladarba tkellem xi ħadd f'isimhom u qalilna x'inhi l-pożizzjoni tagħhom.", "F'termini legali, dawn qed jimplikaw li għandhom evidenza li fuqha qed jibbażaw l-istqarrija, u li fiha qed jgħidu li m'hemmx adverse effects.", "Konna għedna li hemm studji mad-dinja kollha li juru li jista' ikun hemm dawn il-clusters f'dawn is-sitwazzjonijiet, u smajna li l-Unjoni Ewropea stess għamlet riżoluzzjoni f'dan ir-rigward.", "F'din ir-riżoluzzjoni qed jingħad li wieħed għandu jiżgura li dawn l-antennae ma jitpoġġewx fuq skejjel.", "Il-kelma wżata hija \"prekawzjoni\".", "U għalfejn qed jużaw din il-kelma?", "Qed jużaw din il-kelma għax hemm biżżejjed evidenza li tindika li jista' ikun hemm periklu għas-saħħa.", "U aħna x'qed ngħidu?", "Aħna mhux qed ngħidu li żgur hemm il-periklu għas-saħħa f'kull ċirkostanza, imma qed ngħidu li hemm studji li jindikaw li hemm nies li huma iktar suxxettibbli minn oħrajn għal dan il-periklu.", "Dawn in-nies, b'xi mod jew ieħor, jista' ikollhom xi debolezza fiżika jew mentali eċċ, u jistgħu jiġu affettwati minn dawn iċ-ċirkostanzi.", "PETER XUEREB: Mhux neċessarjament.", "Hawn evidenza li l-ICNIRP guidelines kienu bbażati fuq heating effects, u mhux fuq effetti bijoloġiċi oħra.", "Mela dik hija xi ħaġa importantissima.", "Imma nerġgħu niġu għal din il-kelma \"prekawzjoni\".", "Meta inti m'intix ċert jekk hux qed tagħmel il-ħsara jew le, x'għandek tagħmel?", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq sens komun għalissa u mhux fuq liġi.", "Inti se tipprova timminimizza l-possibilità tal-extent tal-ħsara.", "Dik hija xi ħaġa raġjonevoli.", "U normalment il-liġi tirrifletti s-sens komun.", "Kullimkien, f'kull sistema, dan il-kunċett huwa rikonoxxut f'iktar u iktar sferi f'livell Ewropew: bdejna bl-ambjent, fejn bdejna naraw it-tniġġis mill-fabbriki eċċ, u mbagħad morna għall-konsumatur, u allura bdejna nħarsu affarijiet bħall-ikel, eċċ, u issa qed immorru fuq is-saħħa.", "Il-Qorti Ewropea bdiet titkellem fuq il-prekawzjoni fil-kuntest taċ-ċittadini u tas-saħħa.", "Dan qiegħda tagħmlu għax l-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea issa qed jipproteġu lill-individwi mhux bħala konsumaturi jew entitajiet ekonomiċi biss, imma anke bħala ċittadini li għandhom id-drittijiet għas-saħħa u għall-protezzjoni mill-Istat, anke skont ċerti prinċipji ta' buona amministrazione.", "Wasalna fil-punt fejn kullimkien fl-Ewropa – dan jinkludi sentenzi fil-Qrati Franċiżi, Belġjani, eċċ – qed jgħidu biex ma jpoġġux l-antenni fejn hemm it-tfal b'mod partikolari, imma anke fuq sptarijiet u kliniċi.", "Issa aħna fejn qed nagħmluhom?", "Qed nagħmluhom fuq il-kmamar tas-sodod tat-tfal!", "Qed ngħidu lit-tfal biex imorru l-iskola ħalli jitgħallmu, imbagħad jiġu d-dar jistudjaw u fejn iqattgħu l-maġġor parti tal-ġurnata, bl-antenni fuq rashom within ten metres!", "Jien nistedinkom tiġu waħda sa Ħal Lija biex taraw madwar għaxar kmamar tas-sodda fil-viċinanza ta' għaxar metri ta' din l-antenna!", "Dawn huma l-fatti.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmel mistoqsija u mbagħad inressaq il-proposta tiegħi, u wara sħabi l-membri parlamentari jkunu jistgħu, jekk iridu, jemendawha jew inkella jaqblu magħha.", "Jien m'għandi l-ebda dubju fuq il-preżentazzjoni li ressqilna l-Professur Massa, u naħseb li hawnhekk you are preaching to the converted.", "Fil-fatt, jien sirt konxju ta' dawn l-affarijiet, u fuq il-punt li għadek kemm semmejt dwar il-possibilità ta' ħsara, jien nitfa' il-weight kollu fuq il-possibilità tal-ħsara anke jekk għandi dubju.", "Imma jekk il-ħsara tista' tkun li qiegħda hemmhekk, allura jien irrid naħdem biex dik il-ħsara nnaqqasha.", "U minn hawnhekk nitlaq bl-argumentazzjoni tiegħi.", "Issa jista' ikun hemm min ma jaqbilx miegħi, imma jekk aħna kapaċi nagħmlu laqgħa oħra fejn issir preżentazzjoni ħalli – u naħseb dak li konna qegħdin nitolbu 26 xahar ilu – nlaħħmu u nissostanzjaw din l-argumentazzjoni kollha, bil-każijiet tal-Qorti bħalma diġa' għandna hawnhekk, u nkomplu b'dak kollu li għadek kemm għedtilna, bid-dikjarazzjoni tal-WHO, bil-case laws li hemm diġa' fil-Qrati, bħal sentenzi tal-Qrati Franċiżi eċċ. U b'hekk, almenu nressqu każ fejn, jekk dawn l-antennae ma nneħħuhom minn imkien, almenu nneħħuhom minn fuq il-bjut tal-iskejjel.", "Mela ejjew nibdew minn x'imkien, u nneħħu dawn l-antennae minn fuq il-bjut fejn hemm konċentrazzjoni ta' tfal.", "JUSTYNE CARUANA: Hemm għalfejn ikun hemm każ?", "Din għandha tkun policy, u m'hemm l-ebda ħtieġa li jkun hemm xi ħadd li jieħu proċeduri!", "THE CHAIRMAN: Sakemm tasal li jkun hemm policy ma jimportax .… Iva, qegħdin flimkien hawnhekk.…", "JUSTYNE CARUANA: Kulma trid tagħmel hu li ġġib il-Ministru tal-Edukazzjoni hawn ħalli tagħti spjegazzjoni, ġustifikazzjoni u tagħti l-kelma li se tneħħihom!", "THE CHAIRMAN: Aħna rridu nlaqqgħu dawn l-entitajiet li huma firmatarji ta' din id-dikjarazzjoni, u jekk ikun hemm bżonn nistiednu wkoll lis-sindki ta' kull belt u raħal f'pajjiżna.", "(Interruzzjonijiet)", "JUSTYNE CARUANA: Il-MEPA kienet responsabbli għal dawn l-affarijiet, u issa tefgħet din ir-responsabilità fuq il-Malta Communications Authority.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Onor. Caruana, tista' ma taqbilx miegħi u ma jkun ġara xejn b'daqshekk!", "Wara, tista' tagħmel il-proposta tiegħek, u jekk tkun aħjar minn tiegħi nżommu lilha.", "Imma l-ewwel ħallini nagħmel il-proposta.", "M'għandniex għalfejn niġġieldu biex nagħmlu t-tajjeb!", "JUSTYNE CARUANA: Din diġa' tkellimna fuqha sentejn ilu!", "THE CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom!", "Aħna rridu nifhmu min aħna u nitilqu minn hemmhekk.", "Aħna hawnhekk m'aħniex il-Parlament kollu imma nifformaw il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, u hawnhekk nistgħu biss nipperswadu, imma ma nistgħux nilleġislaw.", "Din it-tip ta' preżentazzjoni ma tistax tibqa' issir lilna biss.", "Jien qed ngħid li għandna nsejħu lill-awtoritajiet - u għandna d-dritt u s-saħħa legali li nsejħulhom – sabiex nagħmlu din it-tip ta' laqgħa u nirresponsabilizzawhom aktar milli qegħdin nirresponsabilizzawhom.", "Ma jimportax jekk ikollna rappreżentanza ta' Ministeri bħalma kellna wara nofsinhar fuq issue differenti.", "Jien irrid ngħinkom biex din it-tip ta' preżentazzjoni li qegħdin tagħmlulna, bil-case studies li għandna biex nissostanzjaw l-argumentazzjoni tagħna, flimkien ma' din l-informazzjoni tajba li diġa' teżisti, aħna rridu ntellgħuha f'fora ferm usa' minn dik li għandna hawnhekk.", "Jekk sħabi l-parlamentari jaqblu li aħna mmexxu b'dan il-mod, jien lest li minn issa nibdew norganizzaw din il-laqgħa permezz tal-istaff tagħna, u li din il-laqgħa nkunu nistgħu nagħmluha fil-ġranet li ġejjin.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, li jkun hemm kontinwazzjoni ta' din il-laqgħa naħseb li hija neċessarja, imma neċessarja biex nistaqsu lil min diġàkien involut f'din il-kwestjoni.", "Aħna għadna kemm smajna fil-preżentazzjoni tal-Professur Massa li l-Unjoni Ewropea – u, safejn naf jien, aħna membri tal-Unjoni Ewropea – diġà nformat lill-gvernijiet tal-pajjiżi membri, fosthom lil Malta, u allura l-awtoritajiet Maltin diġà jafu b'dawn l-affarijiet.", "Għadna kemm smajna wkoll, u mhux se noqgħod nirrepeti, li llum kellna din il-preżentazzjoni u darb'oħra se jkollna preżentazzjoni oħra biex jgħidulna x'passi ħadu, għax donnu li f'dawn l-aħħar xhur din l-issue raqdet.", "Kien hemm żmien fejn din l-issue kienet ħafna iktar 'il fuq fuq l-aġenda, u ħafna iktar 'il fuq fil-media tagħna.", "Imbagħad naturalment għadda ż-żmien u, bħal ħafna affarijiet oħra, din l-issue waqgħet lura.", "Sur President, jien naqbel mal-proposta tiegħek li nsejħu lill-Ministri jew lill-Ministru responsabbli, kif ukoll lill-awtoritajiet responsabbli bħall-MEPA, MCA, eċċ, biex jirrispondu għall-mistoqsijiet tagħna.", "THE CHAIRMAN: Li kont qed ngħid jien hu li aħna għandna nirresponsabilizzaw dawn l-entitajiet responsabbli billi nagħtu iżjed leħen lilkom.", "Issa intom konxji ta' dawn l-affarijiet, u għamiltu lilna konxji.", "Issa aħna qed ngħinukom biex tagħmlu awtoritajiet oħra konxji minn dawn l-affarijiet.", "U dan irridu nagħmluh – kif kien qed jgħid l-Onor.", "Abela – biex nieħdu azzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Mhux ovvja!", "Mhux hekk għamilna?", "Għalfejn ma kellekx taqbel miegħi?", "Hekk għadna kif għamilna fuq l-istudenti Għawdxin; tlabna azzjoni u ġejna bl-azzjoni, kif wara kollox dejjem għamilna bħala Kumitat.", "(Interruzzjonijiet) L-istess kont qed ngħid.", "Ħalli nerġa' nagħmel ir-rikjesta tiegħi.", "Tistgħu żżidu aktar case studies ma' din il-preżentazzjoni.", "Jien naf li hawnhekk hawn persuni awtorevoli biżżejjed sabiex jissostanzjaw dawn l-argumenti, u jien se noqgħod fuq li tgħiduli intom.", "Għalhekk irrid nagħtikom dan it-tip ta' appoġġ ħalli nsejħu lil dawn l-entitajiet responsabbli.", "Nerġa' ngħid li jien qed naqbel ma' sħabi hawnhekk, u kif proprju qed tgħid l-Onor.", "Caruana, aħna rridu npoġġu lil kulħadd f'postu.", "Aħna qegħdin nitolbu azzjoni, u qegħdin nitolbu informazzjoni fuq dak li ġara.", "Aħna rridu ngħidulhom li l-Unjoni Ewropea talbet ċerti affarijiet lill-pajjiżi membri.", "Għalfejn aħna ma segwejnihomx dawn l-affarijiet?", "DANIEL MASSA: U riċentement reġgħet għamlet din it-talba.", "THE CHAIRMAN: Mela jien għandi bżonn dik it-tip ta' preżentazzjoni, imma ma rridux nieħdu x-xhur.", "Ejjew kemm jista' ikun malajr – naf li intom Lecturers fl-Università u li dalwaqt se jkollkom l-eżamijiet – u nitlobkom biex ma tħallu xejn itellifna milli nagħmlu din il-laqgħa ħalli nitolbu azzjoni.", "Naf li diġà hawn ċerti ġurnalisti li qegħdin isegwu din il-laqgħa, u jiena ngħid li s-saħħa tagħkom hija fil-ġurnalisti, għax jekk issue bħal din il-ġurnalisti ma jtellgħuhiex fuq l-aġenda nazzjonali, allura tibqa' hawnhekk bħal diversi issues oħra .… Aħna se ngħinukom, u se nagħmlu ħilitna.", "Nifhem li hemm qbil ma' sħabi d-deputati sabiex nagħmlu din it-tip ta' laqgħa u allura, jekk hemm qbil minn naħa tagħkom, ejjew niddeċiedu fuq il-proċedura u mmexxu.", "Hemm qbil li f'din il-laqgħa nsejħu lil dawn l-entitajiet sabiex jiġu hawnhekk ħalli nistaqsuhom x'azzjoni qegħdin jieħdu?", "Dan li qed ngħid huwa pubbliku, u allura diġà se jkunu jafu x'irridu minn issa.", "Il-mistoqsija prinċipali tagħna – din nistgħu npoġġuha fil-Minuti – għandha tkun din: \"Għaliex għadhom ma ħadux id-deċiżjoni li l-Unjoni Ewropea, f'diversi fora, talbet biex jieħdu?\".", "(Interruzzjonijiet)", "IS-SINJ MARY MASSA: Min hu sensittiv għal din ir-radjazzjoni, kemm se jdum jistenna biex xi ħadd jifhmu u jgħinu?", "Imbagħad aħna li għandna din l-esperjenza u naraw lit-tfal b'ċerti affarijiet tibda tistaqsi lilek innifsek jekk dik hijiex il-konsegwenza ta' dak li għandhom dawn it-tfal.", "Min qiegħed jieħu ħsiebna bħala ċittadini?", "Aħna qegħdin niġu bbumbardjati kontinwament u ħadd ma jista' jifhmek!", "Jekk inti għandek sun burn qed tara l-ħmura, imma l-burning minn dan it-tip ta' raġġi tant hi qawwija li inti tkun trid tiffriska ruħek, għax ma tkunx tiflaħha aktar, imma m'għandek xejn fuq ġismek x'juri li qed tbati minn xi ħaġa!", "U allura min se jifhmek?", "Inutli nibqgħu ninjorawha din, għax il-ħsara qed issir lis-soċjetà, l-iktar lit-tfal, u jagħtik il-biki meta tara dawn l-affarijiet, għax la tkun għaddejt minnhom tkun taf x'jiġifieri!", "IS-SUR PETER BORG (Accountant): Jiena xtaqt naqsam magħkom l-esperjenza tiegħi.", "U dan kien xokk kbir għalina.", "Kif għedtilkom, it-tifla kellha tliet snin u t-tewmin kellhom sena.", "Kellna ħafna ġiri l-isptar minħabba chemotherapy u kura oħra, u tistgħu taħsbu xi trawma kienet.", "Imbagħad daħlet l-iskola fil-Year 2 at St. Joseph School, Blata l-Bajda.", "L-ewwel sena kienet diffiċli ħafna għaliha minħabba li qatt ma kienet marret skola, u mbagħad telgħet fil-Year 3.", "Meta morna għall-ewwel meeting tal-iskola u dħalt fil-klassi fejn kienet se tkun it-tifla, nara li faċċata tal-klassi kien hemm mobile base station.", "U minħabba l-esperjenza li għaddejt minnha, kont qrajt ħafna fuqha.", "Jien noqgħod Wied il-Għajn, u hemmhekk ninsabu mdawwrin sew bihom dawn il-base stations.", "Issa ma nafx jekk hux kumbinazzjoni jew le, imma hemm tliet koppji li kellhom tlett itfal bil-leukemia.", "Wieħed minn dawn it-tfal ħalliena.", "DANIEL MASSA: Mela ħalli nkompli bil-preżentazzjoni tiegħi, u ngħid xi ħaġa in konnessjoni ma' dak li għadu kemm qal is-Sur Peter Borg fuq il-leukemia.", "Jekk inħarsu lejn paġna 18 ta' din il-preżentazzjoni, naraw tliet ritratti tal-ħxuna tal-qurriegħa tar-ras ta' tifel ta' ħames snin, ta' tifel ta' għaxar snin u ta' persuna adulta.", "Il-qurriegħa tat-tfal ta' ħames snin għandha ħxuna ta' nofs millimetru, il-qurriegħa tat-tfal ta' għaxar snin għandha ħxuna ta' millimetru, u l-qurriegħa ta' persuna adulta għandha ħxuna ta' żewġ millimetri.", "Mela tistgħu taraw kif tidħol ir-radjazzjoni ġewwa l-moħħ!", "Naturalment it-tfal huma l-iktar vulnerabbli.", "Hemmhekk tistgħu taraw eżattament x'inhu jiġri meta l-absorption rate tkun ftit iktar qawwija mis-safe limit.", "THE CHAIRMAN: Ippermettili ninterrompik ftit, Professur.", "Allura trid issir kampanja mhux biss kontra l-antennae, imma anke kontra l-użu tal-mobiles f'idejn it-tfal?", "DANIEL MASSA: Dażgur.", "L-awareness mhux fuq l-antennae biss qiegħda.", "THE CHAIRMAN: Li rridu nipprovaw nagħmlu hawnhekk hu li nirresponsabilizzaw lill-ġenituri, qabel ma nirresponsabilizzaw lill-politiċi… (Interuzzjonijiet) Ejjew ma nkunux daqshekk naive!", "Qegħdin nitkellmu bħala ġenituri.", "Ejjew għalissa ninsew li aħna politiċi, kontra u favur xulxin.", "JUSTYNE CARUANA: Hekk kont se ngħidlek.", "THE CHAIRMAN: L-ewwel li rridu nirresponsabilizzaw huma lill-ġenituri, ħalli r-rigal tal-Milied jew ir-rigal tal-għeluq is-sena tat-tfal tagħhom ma jkunx mobile phone.", "IS-SINJ MARY MASSA: Lill-ġenituri min qed jagħtihom l-informazzjoni?", "THE CHAIRMAN: Ħadd għadu, intom biss.", "JUSTYNE CARUANA: Din għiduli: fl-iskejjel, l-istudenti huma pprojbiti milli jużaw mobile phone, u mbagħad fuq l-iskejjel għandna l-antennae!", "Dik għidli lili!", "IS-SUR PETER BORG: Nixtieq nagħmel punt żgħir dwar meta nsemmu l-antennae fuq il-bjut tal-iskejjel.", "Jien ġibt gauge minn barra li tiswa ħafna flus, u din il-gauge tkejjel ir-radiation.", "Meta tlajt it-taraġ tal-iskola tat-tifla, sibt li l-livelli kienu għoljin ħafna.", "Fil-fatt, il-limit huwa ta' madwar 10, filwaqt li fuq il-bejt tal-iskola jitla' għal madwar 900!", "Isfel ikunu aktar protetti t-tfal … (Interruzzjonijiet)", "IS-SINJ MARY MASSA: Hemm ħafna affarijiet li l-awtoritajiet tas-saħħa lanqas jifhmuhom, la jafuhom u lanqas iridu jafu bihom!", "U aħna, minflok niġu protetti, qegħdin inkunu suġġetti għall-ħsara fuq is-saħħa tagħna u għall-paċi fil-familji tagħna minħabba l-istress li jinħoloq.", "Aħna għamilna żmien ħlief niġġieldu m'għamilniex sakemm fhimna x'inhi din is-sitwazzjoni.", "Jiġifieri f'din il-kwestjoni, hemm ukoll ħafna affarijiet soċjali.", "DANIEL MASSA: Kif kont qed ngħid, l-exposure limits li huma aċċettati mill-gvern tagħna, u li huma tal-ICNIRP, huma a thousand times higher than the 2mg safe threshold limit!", "U sadanittant x'inhuma jagħmlu l-Malta Communications Authority, id-Direttur tas-Saħħa Pubblika u l-MEPA?", "Naf li hawnhekk mhux suppost nużaw four-letter words, u għalhekk se nipprova nevitahom!", "Mela allura għandna nkomplu naċċettaw dawn il-linji gwida tal-ICNIRP?", "Fl-opinjoni tiegħi, m'għandniex naċċettawhom, mhux meta ilna snin twal nafu xi tbatijiet qegħdin jikkawżaw, l-iżjed fuq it-tfal minħabba l-leukemia.", "Għandna nuqqas ta' sorveljanza fil-mod ta' kif jitwaħħlu l-mobile phone base stations, tant li dawn qed jitwaħħlu ftit metri biss 'il bogħod minn irjus it-tfal u l-adulti.", "Dawn nistgħu narawhom ma' Malta kollha: Wied il-Għajn, il-Kortin il-Mellieħa, Tal-Virtù r-Rabat u x-Xewkija Għawdex.", "Onor. Caruana, naħseb li għandkom xi ħaġa minnhom dawn f'Għawdex ukoll?", "JUSTYNE CARUANA: Fil-fatt konna morna l-MEPA, u l-MEPA ċaħdet għax qalet li issa hemm ir-regolamenti l-ġodda tal-MCA.", "IS-SINJ ANN MARIE PACE: Hemm Legal Notice 115 li ħarġet fl-2007 li tgħid li dawn jistgħu jitilgħu up to ten metres without any .…", "DANIEL MASSA: Imma fil-MEPA m'hemmx nies konxji tal-periklu li jeżisti.", "Meta l-ewwel darba mort hemmhekk u bdejt insemmilhom fuq l-absorption rate, bdew iħarsu lejja qisni semmejtilhom xi annimal stramb li qatt ma semgħu bih.", "Jiġifieri m'hemmx nies li jafu x'hemm moħbi f'dawn ir-radjazzjonijiet li jiġu fuqek 24 siegħa kuljum.", "Li kieku niġi ħdejk, Sur President, u noqgħod nagħmel dawn il-pulsed movements kif jagħmlu dawn ir-raġġi kull sekonda, wara minuta tispiċċa ttajjarni 'l hemm!", "Ara naqra dawk in-nies li jkunu hyper sensitive u jkunu qegħdin id-dar tagħhom, b'dawn ir-raġġi għaddejjin 24 siegħa kuljum fuq moħħhom u fuq ġisimhom, kif jistgħu jissaportu!", "Mhux ta' b'xejn li mbagħad ikun hemm id-dipressjoni!", "Din l-islide intitolata \"Irjus it-tfal\".", "Kif għedna, l-MEPA ngħatat il-green light mingħajr biss ma eżaminajna l-affarijiet li suppost qegħdin iseħħu fuq moħħ it-tfal.", "X'qalet il-'Lancet'?", "L-aħħar darba kelli l-impressjoni li Dr. Gonzi staqsiena fuq x'qalet il-'Lancet' fuq din il-kwestjoni.", "Dawn qishom l-aktar nies li jġibu l-aktar dokumentazzjoni u artikoli ta' ċerta stoffa.", "U l-'Lancet' tkellmet ħafna drabi fuq il-perikli li jeżistu.", "Pereżempju, fl-1999 kienet tkellmet fuq il-fatt li l-perikli għat-tfal li jkunu exposed to 0.4 UT or more, the leukemia risk doubles!", "Naturalment, hemm artikli oħra fil-'Lancet', imma jien għażilt tlieta biss minnhom, u tistgħu tarawhom f'din il-preżentazzjoni.", "F'din l-islide, tistgħu taraw x'qal Ahlbom fil-'Journal for Cancer'.", "Dawn għamlu l-eżamijiet u l-esperimenti tagħhom, u r-rakkomandazzjoni tagħhom kienet preventive, prudence and avoidance.", "Imma l-leukemia mhux kollox, għax nies li joqogħdu mhux wisq qrib ta' mobile phone base stations ikomplu spiss jirrapportaw firxa ta' sintomi, x'aktarx nevroloġiċi, li jkiddulhom saħħithom u jisirqulhom is-sliem li għandhom ikollhom ġewwa djarhom bi dritt.", "Sadanittant, ir-radjazzjoni dieħla fid-djar tagħhom u, fost affarijiet oħra, qiegħda tikkawżalhom uġiegħ ta' ras, nuqqas ta' konċentrazzjoni bħal pereżempju, konfużjoni fil-memorja.", "Nafu bi studenti li joqogħdu viċin il-mobile phone base stations li kważi kważi jiġu biex jippreżentaw it-teżi u ma jkunux jistgħu jikkonċentraw.", "Imbagħad għandek konfużjoni fil-memorja, sensazzjoni ta' pressjoni fir-ras u dipressjoni.", "DR DANIEL MICALLEF: Nixtieq nagħmel kumment żgħir.", "Jien illum għandi 84 sena u ninsab fit biex naħdem.", "Fil-fatt, niflaħ nerfa' il-knaten, imma mbagħad qiegħed ninsa dak kollu li xtaqt niftakar!", "Il-memorja tiegħi qiegħda titkisser.", "Riċentement kelli bilfors nesponi ruħi għal testijiet speċjali, u qaluli li l-memorja tiegħi qiegħda tintmiss.", "Jien hawnhekk għandi ħafna noti - imma għaddejt minn perijodi koroh, u għadni għaddej minn perijodi koroh - fuq dan li ddeskriva sieħbi hawnhekk.", "Nista' ngħidilkom li kull ħin u kull mument jien għaddej minn dan il-kanal maħmuġ ta' chaos - hekk qed niddeskrivi s-sitwazzjoni f'tal-Virtù jew f'ta' Bir Tuta kif kienet magħrufa dik l-area oriġinarjament.", "Jien lil Bir Tuta kont nagħtih il-preferenza oriġinali.", "Gonzi minn hemmhekk kien jitlob għall-ilma, mill-parti ta' Bir Tuta, għax hemmhekk kien hemm ilma pur u nadif.", "Forsi qed nitkellem iż-żejjed, imma għaddej minn ħafna inkwiet li nista' nevitah billi nieqaf lil dawn in-nies li qegħdin ikissruna!", "Hawnhekk għandi disinn sempliċi, salib kbir wiesgħa u kampnar li qed jaħbi aerials kbar ta' 40 pied kull wieħed li qegħdin kontinwament jeqirdu mhux biss lili imma lil kull min qiegħed in-naħa ta' Bir Tuta.", "Nies maġenbi xorta waħda tellgħu aerial ieħor!", "Dawn qegħdin faċċata tiegħi, 40 pass 'il bogħod minni!", "DANIEL MASSA: Ħalli naqbeż ftit paġni mill-preżentazzjoni ħalli ma ntawwlux iż-żejjed, u se mmur għal paġna 31 ta' din il-preżentazzjoni.", "Hawnhekk qed jingħad li,", "Imbagħad ikompli jingħad hekk,", "Nagħmel dawn l-aħħar żewġ slides u nieqaf.", "Lill-irġiel ngħidilhom biex din iżommuha sigrieta u ma jgħidu lil ħadd:", "Irġiel, kif se tipproteġu l-virilità tagħkom?", "Din l-aħħar slide qiegħda għan-nisa, speċjalment għan-nisa tqal:", "Malta għandna problemi ta' ażżma?", "Fl-1995, 8.8% tat-tfal Maltin bejn is-sitta u s-seba' snin kienu jbatu bl-ażżma.", "Fl-2002, il-persentaġġ tela' għal 14.9%.", "Fl-2012, ma nafux kemm kompla tela' il-persentaġġ għax Malta r-riżultati jistgħu jaslu għexieren ta' snin tard.", "U ma noqogħdux inwaħħlu biss fl-obeżità, bini ġdid u nuqqas ta' eżerċizzju, għax parti minnu huwa marbut mar-radjazzjoni li nafu minn fejn ġejja.", "L-aħħar punt li se nagħmel hu li se nerġa' mmur fuq dak li qalu fl-2009, u x'qegħdin jgħidu issa l-Unjoni Ewropea.", "Fl-2011, l-IARC f'short summary tal-working group tagħhom qalu li:", "Dawn kienu qed jibbażaw fuq l-Interphone study li kien ilu sejjer madwar 15-il sena, u l-esperjenzi u r-riċerka li għamlu l-iSwedish pooled analysis immexxijin minn Lennart Hardell, li huwa Professur tal-Onkoloġija u l-Kanċer fl-Università tal-isptar ta' Orebro fi Sweden.", "L-IARC qalu hekk:", "L-aħbar tal-IARC ikkawżat sensazzjoni f'ħafna postijiet.", "Dehret fl-ewwel paġna ta' ħafna mill-gazzetti ewlenin fid-dinja, apparti Malta.", "Fil-fatt dehret fuq il-\"Washington Post\", \"New York Times\", \"Wall Street Journal\", \"Sydney Morning Herald\", \"Le Monde\" u \"Daily Telegraph\", fost oħrajn.", "Fi żmien 24 siegħa mill-Press Conference li għamlu l-IARC, kienu dehru madwar 3,000 storja fuq Google news, dawk tal-Ingliż biss.", "L-istejjer inqraw u ntbagħtu e-mail fuq mijiet ta' siti tal-internet madwar id-dinja.", "Imma taħsbu li l-MCA, il-MEPA u l-Ministeru tas-Saħħa Pubblika se jieħdu azzjoni biex jistabilixxu precautionary measures serji li jirrispettaw is-saħħa taċ-ċittadini Maltin?", "Personalment naħseb li din bħall-istorja tat-tliet xadini, fejn bil-Malti konna ngħidu:\"agħlaq widnejk u għajnejk, u itboq fommok sakemm tiġi l-mewt tobormok.\".", "Iċ-chances li jagħmlu xi ħaġa huma bejn wieħed u ieħor l-istess li jien naqta' il-ħames numri fis-Super 5 għal tliet ġimgħat wara xulxin.", "Forsi t-tliet partiti politiċi, il-Partit Laburista, il-Partit Nazzjonalista u l-Alternattiva Demokratika, idaħħlu xi ħaġa fil-programm elettorali tagħhom biex jirregolaw bis-serjetà din il-ġungla, skandlu, li bħalissa ninsabu mgħaddsin fiha.", "Min jaf, forsi joħolmu b'xi soluzzjoni qrib l-elezzjoni?", "DR ASTRID VELLA (Flimkien għal Ambjent Aħjar): Sur President, jiena naħseb li l-problema li qegħdin niffaċċjaw biex nimplimentaw dan it-tibdil huwa minħabba nuqqas ta' regolamenti, speċjalment min-naħa tal-Unjoni Ewropea.", "PETER XUEREB: Li xtaqt niċċara huwa l-għan ta' din il-laqgħa: l-ewwel nett, veru li semmejt l-iskejjel, u veru li n-nies se jisimgħuna jekk nibdew nitkellmu fuq l-iskejjel.", "Kif għedt qabel, il-focus m'għandux ikun fuq skejjel biss jew fuq xi ħaġa li tiġbed l-attenzjoni, imma l-interess, kif qalet Astrid Vella, huwa ta' kulħadd.", "B'mod partikolari, l-problema hija inkwetanti meta ssib dawn l-antennae li jħarsu fuq il-kmamar tas-sodda tan-nies, u litteralment jekk toħroġ lasta jirnexxilek tmisshom!", "X'aktarx li dawn l-antennae ma jagħmluhomx fuq l-iskejjel għax ikun hemm xi headmaster jew xi headmistress li jaqraw il-gazzetti, u allura ma jaċċettawx għal €5,000 li jkollhom joqogħdu mbagħad jiffaċċjaw lill-ġenituri li jmorru jilmentaw fuqhom.", "Ma nissorpendix ruħi li kieku nsir naf li l-iskejjel mhumiex l-agħar reċipjenti tagħhom, imma mbagħad għandna każijiet - u l-każ ta' ħdejna huwa każ partikolari – ta' djar fejn is-sid ma jkunx joqgħod f'dik id-dar, imma jikriha lill-istudenti barranin, u fuq dik id-dar iwaħħal dawn l-antennae.", "(Interruzzjonijiet) Hi ma tgħix hemm.", "Ara ma naħsbux li fuq dawn hemm l-injoranza biss, imma hemm ukoll il-kummerċ fuq iż-żewġ naħat!", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu purament fuq kummerċ u saħħa.", "Iċ-ċittadin għandu dritt li l-Istat jara li jibbilanċjahom dawn iż-żewġ affarijiet?", "Issa aħna mhux qed ngħidu li rridu neħilsu mill-mobile phones, kif ippittruna li qed nipprovaw nagħmlu.", "Nużawhom u nieħdu r-riskju volontarjament, filwaqt li nużaw involontarjament l-antennae fuq id-djar tal-ġirien għax huwa impossibbli li tgħix il-ħajja moderna mingħajr dawn l-affarijiet.", "Imma qed isir bilanċ?", "Xi ħadd, anke mingħajr xjenza speċifika, qiegħed jeżerċita s-sens komun?", "Nixtieq inkun ċar fuq l-għan ta' din il-laqgħa; naħseb li għandna dritt, kemm bħala Kumitat u kemm bħala Parlament, u anke bħala ċittadini, li dawn jgħidulna preċiżament fuq liema bażi xjentifika qegħdin jaħdmu, u x'linji gwida u liġijiet qegħdin isegwu.", "Iridu jagħtu lilkom, bħala Kumitat, provi tal-korrispondenza interna tagħhom jekk ikun hemm bżonn, u li huma qed isegwu internament u li qed jimmoniterjaw minn żmien għal żmien.", "Żgur li m'għandhomx jibqgħu għaddejjin bl-istess kantaliena tal-aħħar 15-il sena, meta x-xjenza kompliet miexja 'l quddiem!", "Dawn għandhom jiġu ppreparati biex iwieġbu għall-mistoqsijiet tal-pubbliku, imma naħseb li għandhom iwieġbu wkoll għall-mistoqsijiet aktar diretti u aktar demanding li jagħmel il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Dak inkwantu tal-għan tal-laqgħa, biex din ma tkunx ristretta għal xi ħaġa bbażata sempliċement fuq l-iskejjel eċċ.", "It-tieni ħaġa li rridu nagħmluha ċara magħhom hi dik li jridu jiġu u jagħtuna din l-informazzjoni fid-dettall, li jkunu ppreparati li jwieġbu oralment fil-laqgħa, imma li jagħtu wkoll lill-Kumitat rapport, jekk hemm bżonn, tas-sistemi li jużaw u tad-dokumentazzjoni li għandhom, ħalli jibdew iwieġbu għal dawn l-affarijiet.", "Fl-aħħar, irrid nispjega li l-Unjoni Ewropea m'għandhiex kompetenza diretta fuq dawn l-affarijiet.", "Il-kompetenza tal-Unjoni Ewropea hija waħda supplimentari għall-politika ta' saħħa u soċjali tal-pajjiżi membri, jiġifieri jista' jkun li l-WHO u l-Kunsill tal-Ewropa, imma l-Unjoni Ewropea waslet safejn setgħet tasal bir-riżoluzzjonijiet tagħha eċċ. u mhux b'liġijiet.", "Hija ta' utilità akbar li wieħed jara l-best practice fil-pajjiżi membri.", "(Interruzzjonijiet) Intom kontu ġbartu ħafna informazzjoni u tista' tgħid li kulħadd kien qiegħed joffri l-informazzjoni, imma aħna m'aħniex grupp.", "Fil-fatt, aħna nikkonsistu f'ħafna nies li kollha jaħdmu fl-areas tagħhom; min għandu biċċa informazzjoni u min għandu biċċa informazzjoni oħra.", "THE CHAIRMAN: Mela nistgħu nieħdu t-transcript ta' dak li għadu kemm semma' il-Professur Xuereb biex jitpoġġa fil-Minuti ta' din il-laqgħa, u b'hekk id-diskors tiegħu jkun il-konklużjoni ta' din il-laqgħa.", "U l-mistoqsijiet li talabna biex nagħmlu għandhom ikunu t-terms of reference tal-meeting li aħna konna ftiehmna li nagħmlu ma' dawn l-entitajiet.", "PETER XUEREB: Naturalment dawn jistgħu jiġu raffinati aktar.", "THE CHAIRMAN: Ir-rapport li għadna kemm rajna se nerġgħu nitolbu lill-Professur Daniel Massa jerġa' jirrepetih dakinhar li jkollna preżenti l-awtoritajiet,.… (Interruzzjonijiet) Se jkun hemm aktar nies li aħna nkunu nistgħu nistiednu.", "Ippermettili ftit.", "Nerġa' ngħid li se nieħdu dak li għadu kif qal il-Professur Xeureb bħala t-terms of reference tal-meeting li għandna, u dawk il-mistoqsijiet se nkunu qegħdin nibagħtuhom lil dawn l-awtoritajiet li semmejna.", "DANIEL MASSA: Li qed jgħid il-Professur Xuereb huma rakkomandazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea u li qed isiru lill-membri stati, inkluża Malta.", "THE CHAIRMAN: M'għandniex oġġezzjoni.", "DANIEL MASSA: Nistgħu nistaqsu lill-Gvern ta' Malta x'qed jagħmel fuq dawn l-affarijiet?", "THE CHAIRMAN: Iva, se jkollok lill-Gvern ta' Malta biex tistaqsih.", "(Interruzzjonijiet) Mhux se jkollok il-gvern ta' Għawdex, il-Gvern ta' Malta se jkollok!", "IS-SUR GODFREY BEZZINA: Jiena mill-Wardija, u jiena wkoll persuna li ġejt electro-sensitive wara li twaħħlet antenna 10 metri 'l bogħod mid-dar tiegħi.", "Minn dakinhar ma stajtx ngħix aktar hemmhekk akkost ta' kollox.", "Din l-antenna bdew jitfuha fl-10.00 p.m., u mbagħad qalgħuha minn hemmhekk.", "Imma minn dak iż-żmien lil hawn bqajt sensittiv, u fost is-sensazzjonijiet li nħoss huma l-widnejn isaffru, din il-parti ta' ġismi mtarrxa, bil-lejl ma nistax norqod, eċċ. X'ġara?", "Neħħewha minn hemmhekk, imma waħħluha x'imkien ieħor.", "Riċentement, qed iwaħħlu l-antennae u jaħbuhom fit-tankijiet tal-bjut!", "Tellgħu l-flag poles bil-ħabel b'kollox biex iċ-ċittadini ta' dak ir-raħal - nista' neħodkom fuq is-site u taraw b'għajnejkom stess - ma juruhomx li qed iwaħħluhom.", "Imma aħna għandna dritt bħala ċittadini li nkunu nafu li ħdejna qed iwaħħlu dawn l-antennae?", "Bħala ċittadin, għandi dritt li fil-kamra tas-sodda ma jkollix dawn l-EMFs għaddejjin minn ġo rasi jew li jiġu assorbiti minn ġismi u li, allura, jien niġi qisni tarka għal dawn l-EMFs?", "Għandi dritt li fil-kamra tas-sodda ma jkollix dan it-tip ta' EMFs?", "Nistieden lill-MCA u lil min irid sabiex jiġu jagħmlu t-testijiet li hemm bżonn.", "Naħseb li bħala ċittadin għandi d-dritt li ma naċċettax li l-EMFs jidħlu f'dari.", "Dawn qed jiġu mponuti fuqi, u jien ma rridhomx.", "Jista' jiġi min jiġi, għax jien ma rridhomx.", "Meta għandek raħal hekk żgħir u li 98% tar-residenti ma jridux din l-antenna, għaliex din qiegħda tiġi mposta fuqhom xorta waħda?", "Jista' xi ħadd jispjegali kif, meta għandek maġġoranza ta' kważi 100% - ħlief għal dak il-wieħed u tnejn li għamluha għal ftit mijiet ta' liri – tal-poplu li ma jriduhiex, u din bilfors tiġi mposta fuqhom?", "Għandna dritt ngħidu li din ma rriduhiex?", "L-amministraturi kollha responsabbli, illum jew għada .… Il-ħerba li qed issir kawża ta' dawn l-EMFs mill-industrija li, sfortunatament, il-Gvern qed jagħtihom ir-riedni f'idejhom, bl-MCA tgħidilhom biex iwaħħlu fejn iridu huma u, saħansitra jekk l-area tkun ODZ, lanqas hemm bżonn li jmorru għand il-MEPA, imma qegħdin jaħbuhom fit-tankijiet biex ta' madwarhom ma jarawhomx!", "Ma jimportax li jmarrdu lin-nies!", "Jiena, bħala ċittadin, inħoss li l-EMFs ma rridhomx akkost ta' kollox, u jgħiduli x'jgħiduli nibqa' ngħid li ma rridhomx.", "Issa l-amministraturi, meta jkun hemm każi sfortunati, u nafu kemm qed jiżdied il- kanċer.", "Fil-fatt, kemm-il darba kelli laqgħat mal-Health Department, u ssuġġerejt li jsir studju fuq is-saħħa tal-bniedem fejn twaħħlu dawn l-antennae biex jaraw kemm żdied il-kanċer u mard ieħor kemm ilhom li waħħlu dawn l-antennae, imma sal-ġurnata tal-lum dejjem qaluli li dan l-istudju jiswa l-flus.", "Allura saħħitna ma tiswa xejn?!", "Nixtieq li tmorru għand id-dipartimenti konċernati b'dawn il-mistoqsijiet u taraw li jagħtukom risposta.", "Grazzi.", "PETER XUEREB: Ħa nagħmel l-aħħar żewġ punti bħala informazzjoni.", "L-ewwel waħda hi li konsultazzjoni ma ssirx.", "Aħna morna nkellmu lil tal-Melita, u morna fil-kumpanija tas-Sindku ta' Ħal-Lija.", "Is-Sindku ġie magħna għax bħala kunsill lanqas biss kien ġie kkonsultat, u ppretenda, bir-raġun, li l-Kunsill Lokali għandu jiġi kkonsultat qabel ma jitwaħħlu dawn l-affarijiet.", "Dawn ġew kmieni filgħodu biex iwaħħluhom bil-moħbi!", "Mela waħda hija n-nuqqas ta' konsultazzjoni u trasparenza mal-kunsill lokali, aħseb u ara man-nies li jgħixu fl-akkwati!", "L-ispokesman ta-Melita ammetta straight out li l-unika konsultazzjoni li bbażaw id-deċiżjoni tagħhom kienu biss l-fatti kummerċjali, jiġifieri the most effective and efficient place to put the antennae, mill-bqija xejn għax il-liġi ma tirrikjedix li ssir konsultazzjoni.", "Dawn huma punti li from the perspective ta' bon amministrazzjoni, bħala ċittadin wieħed sar jippretendihom bil-kbir.", "il-punt l-ieħor kien fuq li jsir studju.", "Aħna nvoluti f'kawża, u kien ssuġġerit matul din il-kawża li jsir studju long term fuqna bħala l-plaintiffs.", "Aħna morna l-Qorti biex ngħidu li mela nneħħu l-precautional principles, u dawn qed jissuġġerixxu li jagħmlu studju long term fuqna .… (Interruzzjonijiet) Jiena ngħid allaħares li l-Qorti toħroġ b'din id-deċiżjoni!", "THE CHAIRMAN: Mela nistgħu nikkonkludu l-laqgħa tagħna, u se nagħmel żewġ appelli żgħar.", "L-ewwel appell imur għall-ġurnalisti li qegħdin isegwuna, u nitlobhom sabiex ikunu kuraġġużi u issue bħal din jirrapportawha, għax għandi d-dubji tiegħi kemm il-ġurnali jistgħu jirrapportaw laqgħa bħal din, minħabba li jkun hemm sensazzjoni ta' telf ta' reklami.", "It-tieni appell hu li nixtieq nara lill-għaqdiet ambjentalisti aktar ikkonċernati fuq dan it-tip ta' problema.", "S'issa mill-għaqdiet ambjentalisti għadna m'aħniex qed nisimgħu, u jekk mhux se jkollna aktar awareness fuq dan it-tip ta' problema, u nibqgħu biss fuq affarijiet li jidhru, naħseb li l-complaint tagħna mhux bilfors tasal fejn nixtiequha tasal.", "Grazzi.", "Fid-9.31 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120522_132d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 132", "It-Tlieta, 22 ta' Mejju, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.20 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Iċ-Chairman informa lill-Kumitat li kien irċieva din il-korrispondenza:", "Dok 170 Final Report on the Supply of School Uniforms datat Mejju 2012 u maħruġ mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni flimkien ma' Press Release dwar dan ir-rapport mid-Department of Information datata 18 ta' Mejju, 2012.", "Laqgħa mas-Sur David Agius ex-surġent tal-pulizija.", "Il-Kumitat stieden lis-Sur David Agius, ex-surġent tal-pulizija wara li dan talab biex jiltaqa' mal-Kumitat ħalli jagħti r-rimarki tiegħu dwar l-esperjenza tieghu fuq kif każ personali ġie ttrattat mill-Bord tal-Pulizija u kif dan l-istess Bord naqas li jittratta l-każ b'mod soddisfaċenti.", "Is-Sur David Agius ppreżenta lill-Kumitat;", "Dok 171 Korrispondenza bejn is-Sur David Agius u l-Bord tal-Pulizija.", "Il-Kumitat stieden lill-Prof.", "Pierre Mallia u mistednin oħra sabiex jagħmlu l-preżentazzjoni tagħhom dwar l-effetti ħżiena fuq is-saħħa kkawżati mir-radjazzjoni elettromanjetika.", "Waqt id-diskors tiegħu, il-Prof.", "Peter Xuereb tkellem fuq x'għandha tkun il-bażi tal-laqgħa sussegwenti.", "Għaldaqstant, iċ-Chairman tal-Kumitat, l-Onor.", "Edwin Vassallo, talab li din il-parti tad-diskors mill-Prof.", "Peter Xuereb titniżżel fil-Minuti ta' din il-laqgħa biex isservi ta' terms of reference għal-laqgħa li jmiss.", "PETER XUEREB: Nixtieq inkun ċar fuq l-għan ta' din il-laqgħa.", "Naħseb li għandna dritt kemm bħala kumitat u kemm bħala parlament.", "U aħna bħala ċittadini għandna d-dritt li dawn jgħidulna preċiżament fuq liema bażi xjentifika qed jaħdmu u jgħidulna preċiżament liema linji gwida u liġijiet qegħdin isegwu.", "Iridu jagħtu lilkom, bħala kumitat, provi ta' korrispondenza interna tagħhom, jekk hemm bżonn, li qed isegwuhom internament u jimmoniterjawhom minn żmien għal żmien, u mhux għadhom għaddejjin bl-istess kantaliena tal-aħħar 15-il sena meta x-xjenza kompliet miexja!", "Għandhom jiġu ppreparati biex iwieġbu għall-mistoqsijiet tal-pubbliku imma naħseb li għandhom iwieġbu wkoll għall-mistoqsijiet aktar diretti u aktar demanding li jagħmel il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "U dak huwa inkwantu tal-għan tal-laqgħa biex ma tkunx ristretta għal xi ħaġa bbażata sempliċement fuq l-iskejjel eċċ.", "It-tieni ħaġa rridu nagħmluha ċara magħhom li jridu jiġu u jagħtuna din l-informazzjoni fid-dettall, ikunu preparati li jwieġbu oralment fil-laqgħa imma li jagħtu wkoll lill-Kumitat rapport, jekk hemm bżonn, tas-sistemi li jużaw u tad-dokumentazzjoni li għandhom ħalli jibdew jwieġbu għal dawn l-affarijiet.", "Fl-aħħar irrid nispjega li l-Unjoni Ewropea m'għandhiex kompetenza diretta fuq dawn l-affarijiet.", "Il-kompetenza tal-Unjoni Ewropea hija waħda supplimentari għall-politika ta' saħħa u soċjali tal-pajjiżi membri, jiġifieri jista' jkun li l-WHO u l-Kunsill tal-Ewropa imma l-Unjoni Ewropea waslet safejn setgħet tasal bir-riżoluzzjonijiet tagħha eċċ. u mhux b'liġijiet.", "Hija ta' utilità akbar li wieħed jara l-best practice fil-pajjiżi membri.", "(Interruzzjonijiet) Intom kontu ġbartu ħafna informazzjoni u tista' tgħid li kulħadd kien qiegħed joffri l-informazzjoni imma aħna m'aħniex grupp.", "Aħna ħafna nies li jaħdmu fl-areas tagħhom, fejn min għandu biċċa informazzjoni u min għandu biċċa informazzjoni oħra.\"", "Il-Kumitat qabel li din il-parti tad-diskors tal-Prof.", "Peter Xuereb tintbagħat lil dawk li se jiġu mistiedna jwieġbu fil-laqgħa li se ssir f'dan ir-rigward ħalli dawn jiġu bit-tweġibiet.", "Il-Kumitat issuġġerixxa li l-mistednin għal din il-laqgħa għandhom ikunu il-Malta Communications Authority, il-Malta Environment and Planning Authority, il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, il-kumpanniji GO, Melita u Vodafone kif ukoll NGO's li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-21.31 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120522_132m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR", "TAL-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 10", "It-Tnejn, 28 ta' Mejju, 2012 fis-7:00 p.m.", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 28 ta' Mejju, 2012 fis-7:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Kontinwazzjoni tad-diskussjoni dwar id-dokument li jistabbilixxi l-oġġettivi tal-iStrategic Plan for Environment and Development (SPED)", "14 ta' Mejju 2012 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120528_010a_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 10", "It-Tnejn, 28 ta' Mejju, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 9 li saret nhar il-Erbgħa, 9 ta' Mejju 2012, ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Jesmond Mugliett): Nitlob lis-segretarja sabiex taqra l-korrispondenza li kellna.", "L-ISKRIVANA TAL-KUMITAT: Iċ-Chairman irċeva ittra datata 21 ta' Mejju 2012 mingħand is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex li tgħid hekk:", "\"Nirriferi għall-ittra tiegħek tat-30 ta' April 2012.", "Il-Ministeru għal Għawdex ħa nota tat-talba tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp sabiex jiġi ppubblikat immedjatament ir-rapport dwar Eco-Gozo.", "Il-Ministeru qiegħed jevalwa din it-talba fid-dawl ta' xi aġġornamenti meħtieġa bil-għan li r-rapport imsemmi jiġi ppubblikat fl-iqsar żmien possibbli.\".", "THE CHAIRMAN: Nieħdu nota ta' din il-korrispondenza u we keep track ta' jekk dan id-dokument jiġix mgħoddi lilna u fil-każ nerġgħu nibagħtu reminder.", "Nistgħu issa ngħaddu għall-item li għandna fuq l-aġenda llum.", "KONTINWAZZJONI TAD-DISKUSSJONI DWAR ID-DOKUMENT LI JISTABBILIXXI L-OĠĠETTIVI TAL-ISTRATEGIC PLAN FOR ENVIRONMENT AND DEVELOPMENT (SPED)", "THE CHAIRMAN: Għandna magħna lill-Onor.", "Mario de Marco, Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura; is-Sur Peter Portelli, Segretarju Permanenti fl-istess ministeru; żewġ uffiċjali mill-Ministeru u uffiċjal mill-MEPA li qed jgħinuna f'din id-diskussjoni.", "Fl-ewwel seduta li għamilna fuq dan is-suġġett kienet saritilna power point presentation u saru mistoqsijiet pjuttost ġeneriċi u forsi issa nistgħu ngħaddu għal diskussjoni iktar iffukata fuq it-thematic objectives li jistabbilixxi dan id-dokument.", "Forsi, jew il-Ministru jew xi ħadd mill-uffiċjali jagħmlilna overview ta' dawn it-thematic objectives biex inkunu nistgħu ngħaddu għad-diskussjoni fuqhom.", "MICHELLE BORG: Mr Chairman, bħalma semmejna fil-presentation fis-seduta ta' qabel, għandna sett ta' objectives li huma thematic cross cutting, li allura għandek grupp li qegħdin socio-economic development, grupp fuq environment, objective ieħor fuq tibdil tal-klima u objectives oħrajn fuq travel patterns.", "Kif semmejna, dawn huma cross cuttings u jkopru t-territorju kollu.", "Imbagħad għandna sett ieħor ta' objectives li huma spatial, fil-kuntest ta' fejn jinsabu għax kif għedna qabel, qed nieħdu t-territorju Malti f'kuntest differenti fis-sens ta' qed nindirizzaw qisha 3D location – urban areas, rural area, iż-żona tax-xtut u dik marittima u għal Għawdex.", "Jiġifieri b'kollox hemm tmien subsets ta' objectives.", "Nistgħu neħduhom bħala sett f'daqqa.", "Thematic objectives tas-socio-economic development għandna ħamsa.", "L-ewwel wieħed qiegħed jindirizza l-qafas strateġiku, to manage available potential space and environment resources sustainably, biex nassiguraw li socio-economic development needs are met whilst protecting the environment.", "Imbagħad, id-dokument huwa mfassal b'tali mod li t-thematic objective għandha bullets ta' action.", "L-intenzjoni qiegħda biex imbagħad the next step meta tiġi policy formulation nassiguraw li jkun hemm policies li qegħdin jindirizzaw kull action.", "It-tieni objective qiegħed ibbażat fuq social and community facilities to ensure li hemm biżżejjed art għalihom, kemm dawk li huma eżistenti jiġu salvagwardjati u jkun hemm qafas ta' żvilupp ġdid li jiġi akkomodat fl-urban area wkoll.", "Il-bullets jagħmlu riferenza għall-azzjonijiet li ħarġu min-national documents ukoll.", "Pereżempju, jekk naraw facilitation tal-extension tal-MCAST, dik ħierġa min-National Reform Programme bħala miżura.", "Għaqqadna kemm jista' jkun actions li diġà qegħdin eżistenti għalkemm mhumiex qegħdin spatially imma qegħdin fi pjanijiet oħra, hawnhekk qegħdin nintegrawhom f'dan id-dokument.", "Il-ħames objective qiegħed biex iħares recreational resources, dak li hemm bħala socio-economic development.", "Bħala ambjent għandna tliet thematic objectives.", "L-ewwel wieħed qiegħed iffukat fuq environmental health, nissalvagwardjaw l-environmental health mill-iżvilupp speċjalment fejn għandek air and noise pollution u risks associated with use and management of chemicals.", "Is-seba' objective qiegħed biex jippromwovi efficent use of resources u aħna bħala riżorsi qed naraw kemm riżorsi naturali, il-ġebla, l-ilma, il-ħamrija, u l-waste qed narawh ukoll bħala a resource.", "Thematic objective 8 qiegħed biex jagħti l-qafas ta' kif se jiġi salvagwardat u mħares il-wirt naturali u kulturali u daħħalna wkoll elementi ta' ġeoloġija u ġeomorfoloġija.", "Biex nagħti indikazzjoni tal-bullets in terms ta' kif ippruvajna nintegraw ma' affarijiet oħrajn, pereżempju, f'thematic objective 8 qed ngħidu to set out a positive planning policy framework for culturally led regeneration programmes and projects.", "Jiġifieri hawnhekk qed jidħol il-cultural heritage mhux sempliċement inħarsu l-ġebla imma l-użu tagħha fil-kuntest ta' fejn qiegħda.", "Tat-tibdil tal-klima, l-objective qiegħed biex nikkontrollaw l-emissjonijiet tal-greenhouse gases u anke to enhance Malta's capacity to adapt to climate change.", "Qed nagħtu l-bullets in terms ta' nissapportjaw national policies f'dan ir-rigward.", "Qed nagħtu indikazzjoni ta' action li nintegraw small scale renewable energy infrastructure fid-diżinn tal-bini speċjalment bini kbir.", "Dan il-pjan irid jassigura li pjanijiet oħrajn u development proposals jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri nazzjonali fir-rigward tat-tibdil tal-klima u iktar speċifiku minħabba l-predicted impacts li ħarġu minn dokumenti oħrajn li f'Malta għandna l-potenzjal li r-risk of flooding jiżdied, qed ngħidu li we should direct development away from areas prone to flooding, ovvjament fil-kuntest mhux tabula rasa imma fil-kuntest ta' kif isir l-iżvilupp.", "Hawnhekk qed nenfasiżżaw il-bżonn li jkollok an efficient transport system.", "It-tieni objective huwa ffukat iktar fuq kif norbtu l-iżvilupp beix jiffaċilita x-shift to green modes of transport filwaqt li t-tielet objective qiegħed jiffoka fuq areas li huma transport hubs, kemm inter-island u international transport hubs, l-airport, il-Grand Harbour u l-Freeport kif ukoll iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr.", "Fl-ispatial hemm erba' objectives; l-ewwel wieħed qiegħed ibbażat fuq kif għandu jiġi ggwidat l-iżvilupp within the urban area in general u qegħdin nipproponu l-hierarchy biex tiggwida the major bulk of employment, social and residential development needs fejn diġà hemm il-bulk tal-activities li jsiru.", "Imbagħad daħħalna l-kunċett ta' business hubs u enterprise hubs.", "Ta' min jgħid li dawn huma actions li qegħdin jibnu fuq dak li diġà hemm eżistenti, mhux qegħdin inbidlu l-framework li jeżisti fl-urban area as such.", "It-tieni objective huwa ffukat iktar fuq historic areas u t-townscape u hawnhekk qed ngħidu wkoll facilitating appropriate housing types for historic course.", "Hawnhekk qegħdin naraw allura li l-iżvilupp li għandu jsir fl-urban area jrid ikun marbut mal-karattru ta' dik l-urban area għax kull urban area iktar ma jkollha distinctiveness iktar tista' tagħtiha identità u toħloq opportunitajiet ta' employment jew ta' attraction f'settur bħat-turiżmu.", "Marbut magħha hemm ukoll il-greening tal-open space li ħierġa wkoll min-National Environmental Policy (NEP) u reducing traffic by promoting pedestrianisation and green modes of travel.", "Hawnhekk qegħdin nieħdu direttivi tal-energy efficiency, nagħqduhom flimkien mhux sempliċement biex tindirizza dik id-direttiva imma fil-kuntest ta' fejn qiegħda.", "Ir-rural area qegħdin narawha bħala l-area li hija prinċiparjament użata għall-agrikoltura u għar-recreation però fil-qafas li nafu li rridu ngħinu d-diversification għas-settur agrikolu.", "Ir-rural area għandha landscape importanti li hija asset għalina bħala residenti u asset ukoll għall-potenzjal turistiku u hemm ukoll cutural and historical buildings fiha u allura qed nippruvaw naraw how to guide the restoration and after use ta' dak l-iżvilupp.", "Ta' min jgħid ukoll li l-objectives qegħdin jindirizzaw l-agrikoltura u d-diversification tagħha, recreation u jipprovdu għal recreation speċjalment informal recreation, il-policy to protect and enhance l-landscape u l-oħra to upgrade and regenerate deteriorated environment.", "It-tielet objective qiegħed hemmhekk għax qegħdin nirrikonoxxu li hemm żviluppi li n-natura tagħhom huma konfliġġenti jekk tpoġġihom fl-urban area u allura bilfors trid tmur outside the urban area.", "Fl-istess ħin l-objective qed tagħti gwida anke bħala sequential approach ta' kif għandu jsir l-iżvilupp.", "Qed tgħid li għandu jkun hemm policy framework to control location and design u qed indaħħlu żewġ elementi ġodda; to control cumulative effect of this development and to require compensation measures to enhance the rural environment, jiġifieri mhux sempliċement għax ma tistax tkun fl-urban area any type of development jista' jiġi akkomodat; il-kuntest tar-rural area jrid jiġi salvagwardjat.", "Fejn tidħol iż-żona marittima u l-kosta, il-kosta qegħdin ngħidu li għandek parti li hija predominantly urban u parti li hija predominantly rural u allura dak il-karattru għandu jiġi salvagwardjat.", "Imbagħad qed ngħidu li fejn jidħol il-baħar se nieħdu l-approach li existing boundaries li huma jew f'qafas legali jew f'dokumenti approvati kemm jista' jkun nużawhom biex jgħinuna nimmaniġġjaw l-activities u allura għandek il-one nautical mile fejn għandek il-coastal water body taħt il-Water Framework Directive, il-boundary tat-territorial waters, imbagħad għandek il-contiguous zone 24 nautical miles u l-fisheries conservation zone 25 nautical miles.", "Qed ngħidu x'se jikkontrolla jew jirregola fih il-pjan.", "Simili bħal tar-rural area, il-kosta hija wkoll importanti għal ċerti setturi tal-ekonomija, fosthom is-sajd u l-akwakultura u l-pjan qed jindirizza biex jissalvagwardjahom, dawn ma jistgħu jsiru fl-ebda post ħlief fuq il-kosta jew fil-baħar.", "Irridu nissalvagwardjaw existing recreational resources u hawnhekk qed ngħidu anke nipprovdu faċilitajiet ġodda għal recreation.", "Fuq il-kosta jista' jkollok recreation passiv bħall-għawm u jista' jkollok recreation bħalma hija marina li tkun trid substantial development fuqha.", "Hawnhekk qed ngħidu li we support the implementation of government policy fuq development ta' yacht marina, nipproteġu designated swimming zones, identified diving sites from conflicting uses u niggwidaw fejn jista' jsir beach replenishment.", "Dawn huma kollha f'qafas li l-pjan eżistenti tat-tourism policy jidentifika l-kosta bħala a tourism zone jiġifieri fil-qafas li l-kosta hija wkoll importanti għat-turiżmu.", "Fejn jidħol Għawdex, l-objective li għandna huwa li kemm jista' jkun l-iSPED jibni fuq il-politika ta' eco-Gozo u allura dak li hemm bħala azzjonijiet li għandhom isiru qegħdin nagħtuhom aktar …", "MICHELLE BORG: Kellna d-dokument li hemm published u bħala diskussjonijiet li kellna mal-Ministeru.", "Ta' min jgħid, nerġgħu nfakkru, għal Għawdex mhux din l-objective biss tgħodd imma l-objectives l-oħra kollha.", "Jiġifieri l-approach li qed nieħdu għal Għawdex huwa li it's not equal to the other areas, it's a region.", "Biex ma nagħmlux repetition of objectives, fejn japplikaw għandna nimxu fuqhom imma mbagħad għandna specific direction.", "Pereżempju, waħda mill-iktar speċifika li ħarġet hawnhekk bħala action hija supporting a regional agro-tourism policy specifically for Gozo as a niche industry for Gozo.", "Dawk huma l-objectives.", "THE CHAIRMAN: Hawn domandi min-naħa tal-Membri tal-Kumitat?", "L-Onor.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, I might as well nagħmel tliet domandi f'daqqa għalkemm huma unrelated.", "Din il-ġimgħa segwejt fil-media statements li kien hemm kemm minn, biex ngħid hekk, rappreżentanti tas-civil society, environmentalists u anke mill-Malta Developers Assocation (MDA).", "Punt li ħareġ ċar kien – jekk dak li qrajt kien korrett – li jidher li qisu hemm consensus bejn kemm the construction lobby u anke the environmental lobby li jixtiequ li l-Housing Authority ma tkomplix tibni ċertu ammont ta' bini kif kien isir fl-imgħoddi.", "Xtaqt inkun naf – għalkemm il-housing ovvjament ma jaqax taħt il-brief tal-Ministru de Marco – jekk din il-view ħarġitx mill-konsultazzjoni jew fid-deliberazzjonijiet li għamlu meta ġiet biex tiġi fformolata din l-outline, għalkemm to be fair it's a strategic outline, it's not a policy document at this stage, imma speċi dan il-fatt jekk hux qed jiġi somehow factored in.", "Imbagħad hemm il-fatt – dejjem kif qrajt – li għalkemm l-NSO qiegħda tiġbor dettalji fuq il-proprjetajiet vakanti, l-indikazzjonijiet huma li xorta l-findings jistgħu ma jkunux konklużivi għax ma jkunx hemm dettalji biżżejjed dwar l-istat li qegħdin fihom il-proprjetajiet, ħlief li sempliċement għandek proprjetà li hija, biex ngħid hekk, resident jew tenant occupied.", "Jiġifieri xtaqt nistaqsi jekk il-Gvern, qua Gvern iktar milli Ministeru tal-Ambjent, jaħsibx li if not in the immediate future over a short-term period hux se jkun f'pożizzjoni li jkollu iktar hard data f'idejh jew le fuq is-sitwazzjoni kif inhi.", "It-tielet punt li xtaqt nagħmel aktar jikkonċerna lill-Ministeru tal-Finanzi milli lill-Ministeru tal-Onor.", "Jien naħseb li llum a key player fil-property market huwa bla dubju ta' xejn is-settur bankarju kif dejjem kien, imma naħseb issa iżjed u iżjed anke minħabba l-fatt li anke vis-à-vis institutions bħall-IMF u oħrajn, in-non-performing loans components tal-proprjetà, kif qed jiġri on a much larger scale f'pajjiżi oħra bħal Spanja, il-Portugall u l-Irlanda, kiber jew le.", "M'iniex qed ngħid jekk dawn influwenzawx il-policy paper, imma jekk kienx hemm xi konsultazzjonijiet mas-settur bankarju.", "Imbagħad xtaqt nagħmel il-punt li għalkemm hemm policy li fil-prinċipju hija tajba li jkun hemm shift dwar restoration of old buildings fil-village cores, kien hemm il-punt li ġie magħmul li l-inċentivi kienu ristrettivi wisq għal ċertu tip ta' bini, jekk m'iniex sejjer żball grade 1 u grade 2 scheduled properties.", "(Interruzzjonijiet) Forsi l-informazzjoni kienet skorretta; jien qed ngħidlek xi qrajt fil-gazzetti.", "L-aħħar punt huwa totally unrelated imma se ngħidu għax nhar is-Sibt kont qiegħed seminar u tkellem xi ħadd li mhux politiku, il-Prof.", "Asciak, li ta rendikont ta' xi ħaġa pożittiva li hija l-improvement li kien hemm fil-kwalità tal-bathing water.", "Semma wkoll li għalkemm ix-Xgħajra għadha at the bottom tal-lista kif kienet over the last years, to be fair kien hemm a marked improvement u għalkemm qiegħda fil-qiegħ imma in effective terms irreġistrat.", "Li kien hemm stramb kien li żewġ lokalitajiet, waħda minnhom iż-Żurrieq – m'iniex se nsemmi xi kostitwenza tiegħi u m'iniex qed nippretendi bilfors tweġiba issa – sena qabel kienet qiegħda first jew second on the list u f'daqqa waħda niżlet fourteenth.", "Qed ngħid hekk għax it's a pristine area għat-turiżmu u affarijiet oħra.", "Imbagħad li kien hemm inkwetanti kien li l-iktar area – din se ngħidha mhux biex inkun tongue in cheek imma għax proprju hemm il-proġett ta' Eco-Gozo li fil-prinċipju naħseb li kulħadd jaqbel miegħu – fejn kien hemm deterioration tal-bathing water quality f'Għawdex kienet ix-Xlendi, imbagħad kien hemm xi post ieħor li frankament insejt liema kien, imma x-Xlendi kienet żgur the worst of three Gozitan localities, anzi qal li x-Xlendi kien il-fattur li wassal biex Gozo kienet the worst performer compared to other areas which made a positive improvement.", "F'dan l-istadju naħseb li nista' nieqaf hawnhekk.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nieħdu dan is-sett ta' mistoqsijiet l-ewwel.", "Ma nafx min se jirrispondi għal dawn il-punti; forsi tiddistribwixxuhom bejnietkom.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO (Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura): Ħalli nibda mill-aħħar waħda għax kumbinazzjoni llum id-Department of Information (DOI) ħareġ il-Bathing Water Monitoring Programme Site Classification, fil-fatt irċevejtha ftit sigħat ilu u qiegħda f'idejja bħalissa.", "Nista' ngħid li essenzjalment kollha huma excellent.", "Pereżempju f'Birżebbuġa hemm Pretty Bay li hija good u St. George's Bay li hija sufficient.", "Wied iż-Żurrieq hija indikata bħala excellent u x-Xgħajra l-istess.", "Dawn huma site coded u hemm żewġ classifications; waħda hija l-EU site classification u l-oħra hija l-Barcelona Conventions site classification.", "Għal dawk li għandhom x'jaqsmu ma' Għawdex kull żona hija excellent, kemm skont il-Barcellona Convention site classification criteria u anke skont l-EU Directive site classification criteria.", "Sussegwentement nista' ngħaddilek din l-informazzjoni li għadha kemm ħarġet, Onor. Brincat.", "LEO BRINCAT: Jiena m'iniex qed niddubita minn din l-informazzjoni però li qed ngħid huwa li jien kont preżenti f'seminar fejn għalkemm tkellmu l-politiċi, għamel a non-political intervention il-Prof.", "Asciak u semma ħafna positives, jiġifieri ma kienx qed jieħu xi view negattiva.", "Ovvjament jekk hemm government figures m'iniex se nmerihom.", "MARIO DE MARCO: Għadhom kemm ħarġu issa friski friski.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mal-issue dwar ir-restoration of old buildings it's always very early li jkollok enough measures għax ovvjament there is also a financial cost, però aħna qed nagħmlu pakkett ta' miżuri li ovvjament ma stajniex noħorġuhom kollha f'daqqa għax ċerti miżuri għandhom bżonn ukoll ċertu tibdil fil-leġislazzjoni.", "Bdejna billi konna ħabbarna r-rebates ta' 20% of costs up to a maximum of €5,000, però meħudin fuq 1,000 application li tfisser investiment ta' €5 miljun minn naħa tal-Gvern li konna ħabbarna madwar tliet xhur ilu.", "Sussegwentement għamilna wkoll il-miżura għall-consolidation of ownership li jekk over the next two, three years għandek co-owners li jitrasferixxu sehemhom f'persuna waħda, ma jkunx hemm ħlas ta' duty on documents, u issa dalwaqt se jkun hemm miżura oħra li permezz tagħha se nagħmu a fixed withholding tax fuq kera jekk inti tkun qed tirranġa dar antika biex tikriha either for residential or for commercial purposes.", "Kif wasalna għal dawn il-figuri?", "Essenzjalment irrealizzajna li hemm numru ta' fatturi għaliex proprjetà ġo urban conservation area qed tibqa' vojta u sussegwentement qed tiġi dilapidated.", "Waħda mir-raġunijiet hija ovvjament għax huwa iktar għoli biex timmantjeni dar antika milli dar ġdida u allura riedna naraw kif nistgħu nagħmluha iktar faċli jew less costly to maintain an old house.", "It-tieni nett però imbagħad kien hemm issue daqsxejn iktar prattika li ħafna djar antiki billi jgħaddu minn diversi ġenerazzjonijiet riżultat ta' wirt, ħafna drabi tirrealizza li l-proprjetarji ta' dawn id-djar jkunu għexieren, bil-konsegwenza li jkun hemm diffikultà biex dawn jiftehmu bejniethom dwar jekk għandhomx ibigħu, dwar x'użu għandhom jagħmlu mill-proprjetà u anke dwar min se jħallas għall-manutenzjoni tad-dar li ma tkunx okkupata.", "Aħna ingħatajna l-parir li waħda mill-metodi kif tista' tindirizza dawn il-problemi huwa preċiżament biex tinċentiva l-konsolidazzjoni ta' proprjetà f'persuna waħda.", "Però imbagħad tiġi fi kwestjoni li ċerti djar, anke jekk tgħin il-consolidation of ownership, anke jekk tgħin biex tagħmilha orħos biex timmantjeni dawk id-djar xorta waħda tibqa' il-problema ta' x'użu se jsir minn dawn id-djar.", "Aħna ridna ninċentivaw lin-nies biex jibdew jirrestawraw u jimmantjenu dawn id-djar, però ridna wkoll ninċentivaw lil min ikun irid jagħmel dan kollu biex jikri l-proprjetà lil terzi għax malli tinċentiva l-użu tkun qed tagħti ħajja lil dawn id-djar.", "Għalhekk se nkunu qed nagħtu rata preferenzjali jekk dawn it-tip ta' djar jiġu restawrati biex jinkrew u hemm imbagħad rata differenti li tiddependi minn jekk il-proprjetà tkun għal skop residenzjali jew għal skop kummerċjali.", "LEO BRINCAT: Dawn it-tip ta' inċentivi se jkunu geared anke lejn it-terzi nfushom?", "Jiġifieri qed tgħid li se tinċentiva iktar biex jidħlu t-tenants, jiġifieri t-tenant stess se jkun qed jibbenefika?", "MARIO DE MARCO: Le, mhux it-tenant, is-sid.", "Brincat staqsa jekk dawn humiex se jkunu extended għal proprjetajiet mhux gradati.", "MARIO DE MARCO: Fil-fatt l-inċentivi li ħabbarna s'issa li kienu żewġ settijiet ta' inċentivi, waħda fuq ir-rebate on expenses u l-oħra exemption on duty of documents fil-każ ta' consolidation, japplikaw qabel xejn għal grade I u grade II scheduled properties, huma fejn huma anke jekk outside urban conservation area (UCA), u japplikaw ukoll għal kull proprjetà anke jekk mhux skedata li tinstab ġo UCA.", "Jekk niġu għall-kwestjoni tal-banek, naħseb il-main issue bħalissa mhux tant li l-banek mhumiex qed jinċentivaw il-purchasing għax biex bniedem imur biex jieħu house loan m'hemmx problema, il-problema hija iktar li għandek ċerti banek li m'għadhomx jagħtu the extent of facility for development li kienu jagħtu qabel u qed ikunu aktar kawti.", "Dawn ovvjament raw x'ġara barra minn Malta u filwaqt li fil-passat kienu kważi jkopru 90% jekk mhux iktar, tan-nefqa għal żvilupp, illum mhumiex ikopru daqshekk.", "Ovvjament ma nistax nidħol fir-risk assessment tal-banek, però naħseb li lkoll kemm aħna nafu li l-banek qed ikunu ħafna iktar kawti meta jiġu biex jiffinanzjaw proġetti ta' development.", "LEO BRINCAT: Għal min forsi qed isegwina xtaqt niċċara l-punt li jien fl-ebda mod ma kont qed nallega li speċi qisu l-gvern is caving in to bank pressures.", "MARIO DE MARCO: Is-Sur Portelli jixtieq jispjega li saret laqgħa mal-Bank Ċentrali ta' Malta f'dan ir-rigward.", "IS-SUR PETER PORTELLI (Segretarju Permanenti fil-Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura): Iva, saret laqgħa mal-Bank Ċentrali ta' Malta fejn ġew diskussi dawn l-issues meta tkellimna dwar l-oġġettivi.", "MARIO DE MARCO: Rigward l-issue tal-Housing Authority naf li, pereżempju l-Awtorità bħalissa diġà ħarġet sejħa biex tipprova tikri postijiet mingħand is-settur privat li tiġi in line ukoll ma' dak li l-Onor.", "Brincat korrettement għamel riferenza għalih.", "L-idea hi li min għandu post jew għandu blokka li hija vojta, jista' jikrihom lill-Housing Authority, for argument's sake, għal 15-il sena, imbagħad l-Awtorità stess tikrihom lin-nies.", "Issa hawnhekk hawn prinċipju pjuttost interessanti fejn qegħdin ngħidu li l-Gvern għandu, fejn hu possibbli, juża a three-tier approach fejn għandu bżonn jagħmel ċertu żvilupp; qed nitkellem b'mod ġenerali mhux limitat għall-Housing Authority.", "L-ewwel nett għandu jipprova jagħmel forma ta' re-use ta' existing property tiegħu – il-Gvern huwa the largest owner of property – jekk jara li ma jistax jagħmel re-use of an existing property jara jekk jistax jagħmel a re-development of existing property li jfisser li jkun hemm binja li twaqqagħha u terġa' tibniha għall-iskopijiet li jkollok f'moħħok, u jekk lanqas dan ma jkun possibbli, allura mbagħad imur għal proprjetà li tkun għadha ma ġietx żviluppata.", "THE CHAIRMAN: Jien kont fhimt li dik mhijiex partikolari għall-Gvern imma hija ġenerika għal kwalunkwe żviluppatur.", "Jiġifieri intom qed tgħidu li dik hija partikolari għall-Gvern?", "Hemm imbagħad argument ekonomiku li ovvjament qed isir mill-MDA li qed jgħidu jekk il-Gvern għandu bżonn jibni djar jista' forsi wieħed jara kif jista' jtaffi l-problema ta' uħud mill-iżviluppaturi li bnew ċertu blokok u għadhom mhumiex mibjugħin.", "Naħseb li din hija d-diskussjoni li l-MDA għandhom jagħmlu direttament mal-Housing Authority – din fil-fatt qiegħda ssir diġà – u jeħduha forward.", "Jiġifieri d-diskussjoni saret, is-sejħa diġà saret u wieħed jista' iressaqha b'dan il-mod 'il quddiem.", "Għar-rigward l-issue dwar data fuq il-vacant property naħseb li jkun aħjar jekk ngħaddi l-kelma lil Michelle u lil Joe.", "MICHELLE BORG: Din l-issue tqajjmet kemm waqt li konna qed nifformolaw l-istrategic objectives u anke waqt il-consultation.", "L-issue mhux li d-data taċ-ċensiment anke jekk tiġi fis-seħħ mhux se tkun tajba.", "THE CHAIRMAN: Qegħdin tikkontemplaw xi ħaġa, pereżempju l-compulsory registration of property biex ikollkom din l-informazzjoni?", "Għax jien xi kultant dan id-dokument narah wisq ġabra komprensiva ta' dokumenti u strateġiji li jeżistu, imma kultant għal ċerti soluzzjonijiet li jiddepartixxu minn dak stabbilit mhux bilfors jgħidhom dawn l-affarijiet.", "Naħseb li jekk għandna problema fuq il-hard data – u din hija waħda mill-iktar argumenti importanti fuq l-iżvilupp tal-proprjetà – irridu naraw kif nissormontawha għax issa ilna ngħidu fuq din l-issue ma nafx kemm.", "L-eżerċizzju tar-reġistrazzjoni tal-proprjetajiet fejn se jkun hemm xi kuntratt fuqhom naħseb kien successful u ma narax xi jżomm milli jkun hemm compulsary registration tal-proprjetà kollha.", "Ma nafx jekk ikkontemplajtuhiex.", "IS-SUR PETER PORTELLI: Le, Fuq livell ta' ministeru żgur li ma dħalniex fiha.", "THE CHAIRMAN: Jien qed nitfa' din l-idea, imma naħseb li għandu jkun hawn compulsary registration tal-proprjetà.", "IS-SUR PETER PORTELLI: Jien għandi dubju jekk għandhiex tkun xi ħaġa spearheaded minn dan il-Ministeru.", "Pereżempju fuq l-infrastruttura nafu li qed tissemma l-infrastruttura tal-gass u nafu li xi ministeru ieħor qed jitkellem fuq fibre optic to the curb (FTTC).", "These are not addressed here però jekk inti qed tagħmel spatial plan u l-infrastruttura ħafna drabi hija kritika għal spatial plan tiegħek, il-lead xi ħadd irid jeħodha.", "Min se jeħodha l-lead?", "IS-SUR PETER PORTELLI: Dokument bħal dan se jaqsam ix-xogħol tal-ministeri kważi kollha u għalhekk issir konsultazzjoni mal-ministeri kollha proprju biex naraw li qed inkopru l-areas kollha.", "Inti semmejt l-issue tal-gass.", "Naf li it is cuts across ministries, imma jien mhux dik qed ngħid.", "Jien naf li it cuts across ministries u naħseb li intom indirizzajtu l-istrateġiji kollha li jeżistu fil-ministeri kollha u tidhru li għamiltu d-diskussjonijiet mal-istakeholders anke uffiċjali li kien hemm bżonn.", "Jien qed ngħid bħala filosofija wara d-dokument.", "Huwa ġabra tal-istrateġiji biex ikollna xi ħaġa komprensiva ta' x'inhuma l-istrateġiji varji jew se jipprova jagħti l-lead hu f'ċerti setturi?", "Din mhijiex ċara.", "IS-SUR PETER PORTELLI: Ovvjament kull ministeru għandu l-pjanijiet u l-oġġettivi tiegħu.", "Dan id-dokument jipprova jiġbor kollox.", "At the highest end tiegħu, dan id-dokument li qed jipprova jagħmel hu li jiggarantixxi kwalità ta' ħajja aħjar billi nużaw l-ispazji li għandna b'mod aħjar.", "Naħseb iżjed minn punt filosofiku se jkun issa meta niġu għall-implimentazzjoni, għax dan l-oġġettivi se jagħmilhom.", "Pereżempju t-thematic objective 4 jidħol fuq l-issues li hemm bżonn nippjanaw għal storage ta' fuels li se nużaw, jiġifieri jidħol into the specifics.", "Ma nafx jekk iniex qed nifhmek sew li trid iżżidlu s-saħħa mal-ministeri.", "THE CHAIRMAN: Jien nimmaġina li biex ikun dokument forward looking intom ippruvajtu tagħmluha f'ċerti affarijiet fejn huwa physical development, jiġifieri fejn tkellimtu fuq housing ippruvajtu tikkwantifikaw kemm hemm area available mil-local plans, ipproġettajtu l-growth u allura estrapolajtu whether availability will meet the needs.", "Ippruvajtu tagħmluha fil-qasam tal-industrija u hemmhekk jien ma naqbilx magħkom totalment, fis-sens li fl-industrija għamiltu a blanket approach u fejn għandek industrija li hija location based trattajtuha bħala industrija oħra.", "Meta qed ngħid \"industrija li hija location based\" qed nirriferi għal industrija li pereżempju tista' tkun fil-Port biss jew fl-ajruport biss jew inkella ħdejn l-Università.", "Jien naħseb li trid tidħol f'ċerti setturi partikolarment li jkunu growing u tara l-area partikolarment f'dawk il-lokalitajiet.", "Għandek imbagħad brownfield sites – ma nafx jekk jidħolx hawnhekk jew le – bħal pereżempju l-area tax-Shipbuilding li naħseb li hija an opportunity area par excellance.", "Pereżempju, din l-FTTC tirriżulta minn xi pjan ġustifikat għalih?", "Ejjew ngħidu li forsi l-FTTC m'għandhiex l-iktar impatt fuq land use, u mmorru fuq l-enerġija li żgur għandha impatt fuq il-land use.", "Il-pjan tal-futur se tistennewh jiġi mill-ministeru jew xi kultant se tibnuh intom?", "F'ċerti setturi s-scenario building naħseb irid isir minn x'imkien.", "Pereżempju ħalli mmur fuq it-travel.", "Jiena fuq it-travel nara żewġ preġudizzji kbar, wieħed kontra l-parking, minkejja li pajjiżna għandu parking deficit li ġej minn żmien illum għadna kważi we try to cast it in stone l-idea li ma nipprovdux parking facilities ġodda.", "Dik hija waħda.", "U t-tieni hija l-modal shift.", "Huwa tajjeb il-modal shift, però ma nafx kemm nistgħu nsibu s-soluzzjonijiet kollha jew bilfors se nsibu s-soluzzjonijiet kollha bil-buses.", "Qed jirriżulta li bil-buses iċ-choking fit-toroq xorta waħda għadu hemm u allura għalkemm nistgħu mmorru għal modal shift, irridu nesploraw forom differenti.", "Naħseb li l-viżjoni qed teħduha lock stock and barrel mingħand ministeru ieħor u m'iniex ċert kemm qed tittestjawha.", "Jekk qed nitkellmu fuq it-trasport, hawnhekk għandna din ir-reluctance biex immorru għall-parking, però iżjed ma żżid parking iżjed iżżid faċilità ta' nies jużaw il-karozzi u inqas you're going to achieve the modal shift li għandna bżonn aħna f'pajjiż with one of the highest densities of cars per capita.", "IS-SUR PETER PORTELLI: M'hijiex kwestjoni ta' taċċetta jew ma taċċettax; hawn lokalitajiet fejn għandek problemi ta' parking, però is-soluzzjoni x'inhi?", "Ara rridu veru nagħmlu bidla, fis-sens irridu li n-nies jibdew jużaw forom alternattivi ta' trasport?", "Irridu niftakru li l-kwalità tal-arja tagħna hija wkoll problema għar-residenti, mhux il-parking biss.", "Wieħed miż-żewġ affarijiet li qed jikkawżaw dettriment għall-kwalità tal-arja tagħna huwa t-trasport.", "LEO BRINCAT: Marbut ma' dak li qed jgħid iċ-chairman, jien naħseb li fuq l-issue tat-trasport – m'iniex qed ngħid għalikom biss imma b'mod ġenerali – wieħed ma jistax jieħu a piecemeal approach.", "Semmejtha l-aħħar darba u ngħidha b'konvinzjoni, li ħafna pajjiżi li daħlu fl-EU magħna llum għandhom for better or for worse a sustainable transport policy li tmur ferm 'il hinn minn a public transport u tinkludi kollox, inkluż il-fatturi li semma ċ-chairman.", "Jien m'iniex qed ngħid dan abbażi ta' Transport Malta u m'għandi xejn kontra tagħhom, imma wisq nibża' – u hawnhekk norbot ma' dak li qal iċ-chairman – li jekk se niġu qisna just adopting a Transport Malta template, hemm ir-riskju li l-mindset ta' Transport Malta se tiġi, biex ngħid hekk sempliċement embraced jekk mhux mill-MEPA, mill-ministeru jew minn min qed iħejji dan id-dokument.", "Jiena naħseb qabel ma jkun hemm xi ħaġa which owns its linkage jew it's parenthood to the Transport Malta entity – nerġa' ngħid li m'iniex qed ngħidha b'diżrispett għal Transport Malta – naħseb li dawn it-tip ta' issues li qed iqajjem iċ-chairman u ħafna oħrajn marbutin mat-trasport se jibqgħu in mid air.", "Nittama li jien żbaljat.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Irridu nammettu li n-nies qed jużaw il-karozzi privati tagħhom għax il-public transport illum ma jissodisfax lin-nies, it's very simple.", "Jiġifieri inutli noqogħdu ngħidu li se nagħmlu modal shift minn karozzi privati għal xi tip ta' public transport jekk m'għandniex servizz li huwa tajjeb biżżejjed.", "Ma rrid nitfa' l-ebda dell fuq l-Arriva għax ma naħsibx li huwa l-każ, imma jekk m'aħniex se nifhmu li jekk verament irridu nnaqsu l-karozzi minn dan il-pajjiż irid ikollna sistema ta' trasport pubbliku tkun kif tkun – jien nemmen ħafna bit-trasport bil-baħar pereżempju, imma dik issue oħra – li tissodisfa, m'aħniex naslu.", "Jiġifieri huwa tajjeb li nitkellmu fuq modal shift, imma tibqa' a wish jekk aħna m'aħniex se naħdmu biex nipprovdu xi ħaġa differenti.", "U ladarba qed nitkellem xtaqt nagħmel żewġ punti li tqajmu qabel mill-Onor.", "Leo Brincat u li ma kellix ċans nitkellem fuqhom dwar funding għal proprjetajiet li huma grade I, grade II u UCAs.", "Jiena ma qbiltx ma' sistema li ntroduċejtu lill-MEPA fejn qed tagħtu grants ta' madwar €5,000 fuq proprjetajiet skedati, grade I, grade II jew f'UCAs.", "Jidhirli li tal-grade I u tal-grade II kellhom ikollhom funding differenti minn tal-UCAs għax naħseb li grade I u grade II tista' tużahom inqas, tista' tagħmel alterazzjonijiet fihom inqas u allura tista' tagħmel użu inqas b'mod ġenerali u l-ispejjeż huma l-istess.", "Jiġifieri ultimately naħseb li grade I u grade II allura aħna nifhmu li huma iktar importanti, jidhirli li kellhom ikollhom funding ħafna aħjar minn dawk tal-UCAs u m'iniex qed ngħid li għandna nnaqqsu l-funding tal-UCAs.", "Domanda li xtaqt nistaqsi meta kien qed jitkellem il-Ministru – sfortunatament issa mhux qiegħed hawnhekk – kienet dwar dak li kien qed jgħid rigward il-policy tal-Gvern fejn tidħol proprjetà tiegħu.", "Huwa qal li l-Gvern l-ewwel li ma jara meta jkun se jagħmel użu minn proprjetà hija jekk jużax proprjetà milli diġà għandu jew inkella jagħmilx redevelopment ta' proprjetà eżistenti jew inkella jibni mill-ġdid x'imkien ieħor.", "Qabel dan kollu l-Gvern jikkonsidra li jikri mingħand il-privat jekk ma jkollux hu?", "IS-SUR PETER PORTELLI: Fil-fatt għall-housing naf li l-Gvern jikri mingħand il-privat.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma qed nitkellem fuq dipartimenti tal-Gvern issa iktar milli fuq housing.", "IS-SUR PETER PORTELLI: Just biex nagħlaq il-biċċa tal-modal shift.", "Dawn l-oġġettivi ma jitkellmux biss fuq trasport pubbliku, imma anke fuq improvement li jrid isir fit-toroq, jiġifieri naħseb il-ħsieb huwa ħolistiku mhux biss rifless.", "CHARLES BUHAGIAR: Bir-rispett kollu ma naqbilx miegħek u ngħidlek għaliex.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu li rridu nagħmlu trasport pubbliku aktar effiċjenti, imbagħad nippjanaw toroq mingħajr bus lanes meta suppost il-bus lanes qegħdin hemmhekk biex niffaċilitaw it-trasport pubbliku.", "Jiġifieri qed nitkellmu fuq li se nirranġaw it-toroq tagħna, imma fil-verità m'aħna qed nagħmlu xejn minn dan kollu.", "Fil-fatt ma tantx hemm statements hekk.", "Jien naħseb li tgħid \"Safeguarding the TEN-T\" tkun qed tgħid l-ovvju allavolja ma nafx x'tifhmu b'\"safeguarding\", però hemm toroq oħra li huma kkunsidrati bħala toroq ewlenin li suppost isiru.", "Pereżempju, ilha ħafna tissemma l-Kappara-Manoel Island link u llum għandek ukoll l-iżvilupp tal-MCAST li ma nafx kif se tiġi indirizzata bis-sistema ta' toroq.", "Fil-fatt dan ma narahx jinkwadra f'dak li għedtu għax intom għedtu \"safeguarding the TEN-T\".", "PHILIP MIFSUD: Jiena xtaqt nagħmel punt fuq din tat-trasport għax prattikament s'issa fuq roads tkelllimna.", "Veru li l-aħħar darba konna qed nitkellmu fuq kemm għandu jkun validu l-perjodu ta' dan id-dokument, imma nixtieq nistaqsi pereżempju jekk ġewx kontemplati mezzi differenti.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li xi ħadd jibda jikkontempla l-viabilità ta' underground travelling pereżempju.", "Dan id-dokument għandu jidħol f'dawn l-aspetti jew se nibqgħu limitati, kif kien qed jgħid iċ-chairman, għal mezzi li aħna mdorrijin bihom u allura nafuhom ilkoll?", "Hemm alternattivi ta' trasport.", "IS-SUR PETER PORTELLI: Jekk wieħed iħares lejn l-objectives jara li l-bus lanes qegħdin hemmhekk ukoll inkluż l-użu tat-trasport bil-baħar li ovvjament bil-lift isir iżjed fattibbli.", "Hemm dokumenti oħrajn tal-gvern li jidħlu fuqhom bħal tourism policy inkluż it-trasport.", "Fuq l-underground dan id-dokument ma daħalx.", "THE CHAIRMAN: Onor. Mifsud, naħseb li hija problematika, għalkemm naqbel miegħek, t-time horizon li fih id-dokument.", "Jekk huwa dokument ta' seba' snin, lanqas tista' tibda tikkontempla xi ħaġa bħal din.", "Naħseb dik tmur għall-kritika li għamilna l-aħħar darba li t-time horizon huwa qaisr wisq biex tikkontempla xi ħaġa bħal din, biex tikkontempla l-infrastruttura tal-gass u dawn l-affarijiet kollha.", "Naħseb li l-problema tat-time horizon hija li kważi se jillimitalek ix-scenarios jew l-alternattivi li tista' tikkontempla.", "IS-SUR JOE GAUCI: Nibdew ftit fuq l-industry, fuq il-projections.", "Ovvjament aħna hawnhekk għamilna comprehensive projections, ma qgħadniex nidħlu fis-setturi, imma l-average floor space per employee li kkwotajna hemmhekk hija an average floor space across all sectors.", "F'din kellna ħafna għajnuna mis-Central Bank.", "In-National Reform Programme issettja a holistic target filwaqt li aħna, min-naħa tagħna, ridna naraw fejn se jkunu l-impjiegi, kif se jkun iċ-ċaqliq, jekk għandniex biżżejjed spazju in terms of floor space għax finalment dak li jinteressana, u fejn irridu nikkonċentraw u nipprovdu.", "Jiġifieri we are setting the ball rolling biex l-affarijiet li jiġru wara 2020 ikollhom kuntest u qafas within which jistgħu jiżviluppaw.", "Issemmiet ukoll l-enerġija.", "Dan il-pjan li qed jipprova jagħmel huwa a spatial dimension ta' government policy, jiġifieri analizzajna s-sectoral policies tal-gvern, rajna x'inhuma l-areas fejn irridu nipprovdu in terms of space u allura l-isfida tagħna kienet li we need to cater for them fit-timeframe tal-pjan u għalhekk il-pjan iħares lejn 2020 għax ħafna mill-pjanijiet tal-gvern huma sa 2020 u anke l-funding programme li ġej huwa wkoll sa 2020.", "Kien hemm id-domanda ta' jekk jiġi l-gass x'se nagħmlu.", "Issa hawnhekk konna ġeneriċi.", "Nafu li hemm area li qiegħda identifikata fil-pjan ta' struttura viġenti li tinsab bejn Ħal Far u l-Freeport li hija like a reserved site for industry.", "Ovvjament jekk ma jkunx hemm domanda għall-industrial space fiż-żmien li ġej allura wieħed jista' jgħid li jekk ikun hemm domanda għal fuel storage facilities fiż-żmien li ġej allura wieħed jista' jħares lejn il-potenzjal ta' din l-area li tikkejterja għal dawn il-faċilitajiet li meta niġu biex nillokalizzawhom x'imkien dejjem hija problema minħabba r-reazzjoni negattiva li jkun hemm fuq dan it-tip ta' żviluppi li ovvjament hija understandable.", "Fuq it-travel patterns huwa veru li l-modal shift mhijiex xi ħaġa li tgħid lik se tagħmel public transport biss u tistenna li n-nies ma jużawx il-karozzi tagħhom.", "Irid ikun pakkett komprensiv li jrid jindirizza l-mod ta' fejn qed imorru n-nies u kif se jaslu hemm u wieħed irid jara wkoll x'qed jiġri hemm barra.", "Bħalissa, jekk m'iniex sejjer żball, in-numru ta' karozzi li għandna fuq it-toroq tagħna huwa ta' 313,000 u, kif għedtu intom, hemm problema ta' parking provision.", "Aħna hawnhekk m'aħniex qed ngħidu li mhux se nħallu parking imma qed ngħidu li wieħed irid iħares lejn il-current strategies fuq parking kif wieħed jista' ...", "PHILIP MIFSUD: X'qed tifhmu biha meta qed tgħidu \"amending parking standards\"?", "IS-SUR JOE GAUCI: Bħalissa aħna għandna minimum standards.", "Jekk wieħed iħares tara l-pjan ta' struttura jara li dan jitkellem ukoll fuq maximum standards.", "Jiġifieri wieħed forsi jista' jieħu approach li jgħid li f'ċerti areas fejn hemm congestion jista' jkun hemm tip ta' miżuri li jistgħu jkunu applikabbli għal UCAs, imbagħad f'areas oħrajn fejn li forsi mhemmx problema ta' aċċessibilità … Għax il-problema mhijiex biss biex tipprovdi l-parking imma anke l-aċċess.", "Jekk għandek toroq li huma żgħar, li m'għandhomx il-kapaċità li jgħaddu dawk il-karozzi minnhom, min qed joqgħod f'UCA, anke jekk ikun hemm parking biżżejjed, se jkollu problema ta' kwalità ta' ħajja.", "Jekk taraw l-analisi li saret fuq l-ambjent, indikajna li l-kwalità tal-arja hija problema, il-ħoss huwa problema u allura jekk se nieħdu miżuri, minn dan l-aspett iridu jittieħdu.", "PHILIP MIFSUD: Jiġifieri dak li qed jingħad jista' jiġi interpretat li se jkun hemm il-linja ta' ħsieb li jkun hemm parking requirements iktar tassattivi?", "Għax revising tista' tkun kemm up kif ukoll down.", "IS-SUR JOE GAUCI: Jien naħseb li wieħed ma jistax jaddotta strateġija għal parking kullimkien l-istess u hija marbuta wkoll mal-istrateġija tal-pjan bħal, pereżempju, fejn se jkollna żvilupp ta' ċerta kapaċità kummerċjali f'pajjiżna.", "L-aħħar darba kellna diskussjoni dwar kif għandna nħarsu lejn l-urban area u ntqal li se nikkonċentraw iżjed f'żona li diġà għandha problemi ta' kwalità ta' arja, ta' ħoss u allura ta' amenity ambjentali.", "Allura jekk se tieħu strateġija biex tindirizza fejn għandu jmur dan it-tip ta' żvilupp, wieħed irid iżomm f'moħħu li jrid jara kif il-kwalità tal-ħajja tan-nies li hemm fir-residential areas intejbuha u fl-istess ħin irridu noħolqu quality space li jkun jista' jattira tip ta' investiment li l-pajjiż għandu bżonn imbagħad tista' tara x'tip ta' strateġiji tista' tieħu biex l-areas li huma popolari man-nies għax huma areas fejn wieħed imur jaħdem, jixtri jew jiddeverti, ikunu verament policy hubs.", "PHILIP MIFSUD: Fil-fatt din hija waħda mill-issues li xtaqt nistaqsi dwarha għax għandi ftit mixed feelings rigward kif inhuma applikati llum il-parking standards.", "Pereżempju, hemm parking standards li nħoss li huma tassattivi żżejjed bħal tal-warehousing li jgħidlek one per 50 u għalkemm ilkoll nafu li ma tagħmilx sens xorta waħda għadha hekk.", "Mill-banda l-oħra, is-sistema tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS), għalkemm naħseb li kien hemm lok għaliha, mhijiex fil-fatt qed tilħaq l-iskop għar-requirements ta' parking għax illum, filwaqt li għar-residential jgħidlek one per dwelling unit jew two per dwelling unit, jekk jien komdu nħallas għalihom nista' ma nipprovdihomx imma l-problema tal-parking xorta tibqa' hemm għax il-flus fil-verità ma jintużawx għall-alternative parking.", "Imbagħad hemm xi ħaġa oħra li lili wkoll iġġegħelni naħseb ħafna fuqha.", "Jekk pereżempju wieħed jaqbad triq li hija typically 80's fejn għandek row of terraced houses u allura għandek sistema ta' bieb, garaxx, bieb, garaxx, u dawn il-garaxxijiet huma ta' karozza waħda, f'din it-triq ma tista' tipparkja mkien għax għandek garages throughout u l-garaxxijiet mhumiex okkupati bil-karozzi l-ħin kollu, filwaqt li l-on street parking, jekk hemm parkeġġ available huwa available 24 hours a day u allura l-garaxx kważi iktar qed joħloq problema ta' parking milli jsolviha.", "Dawn huma l-affarijiet li wieħed irid jindirizza għalkemm naf li huwa diffiċli.", "MICHELLE BORG: Tqajmet il-mistoqsija ta' x'value added għandu d-dokument.", "Bħala document dan huwa a strategic objectives document.", "L-ewwel value added tiegħu huwa li, veru qed jgħaqqad l-affarijiet kollha in terms of different sectors flimkien imma mhux sempliċement diferent jigsaw puzzle pieces from different jigsaw puzzles imma qed nippruvaw naqbdu l-biċċiet kollha biex nagħmlu jigsaw puzzle waħda.", "Jiġifieri dak l-element li qed nippruvaw naraw kif se nippromwovu economic development fil-pajjiż b'tali mod li jkollok a better quality of life u anke r-resource base naturali tiegħek mhux qed ...", "THE CHAIRMAN: Imma għalfejn qed tgħid li d-dokument se jippromwovi economic dvelopment?", "MICHELLE BORG: Id-dokument jitkellem dwar fejn għandu jsir l-iżvilupp, fejn għandhom ikunu l-enterprise hubs u s-salvagwardja tat-townscapes innifishom.", "Jekk se titlob li jkollok character appraisal tat-townscape tiegħek u l-historic areas, dak huwa inċentiv biex jekk tiġi biex tagħmel inizjattivi għat-turiżmu, tippromwovi l-urban area partikolari fuq elementi tagħha speċifiċi, jiġifieri d-distinctiveness qiegħed marbut minn hemm.", "L-NEP iħares lejn l-environment strategy u parti minnu huwa fuq l-iżvilupp, imma l-għan tagħha huwa l-ambjent.", "Dan id-dokument qiegħed jipprova jgħaqqad it-tlieta f'daqqa.", "It-tieni element li huwa value added huwa li qegħdin nerġgħu nfakru li l-iżvilupp isir f'kuntest.", "Żvilupp jista' jippromwovi l-kuntest u jista' jiddegredah.", "It-tielet element huwa għall-futur.", "Għalkemm kif qal tajjeb Joe Gauci, is-sena 2020 is a milestone, meta kellna l-konsultazzjonijiet mal-Minsiteri tkellimna fuq fejn sejrin bil-policy direction beyond is-sena 2020 anke within the EU framework qed jitkellmu fuq is-sena 2050.", "F'dan id-dokument għamilna wkoll – għalkemm mhemmx policies miktubin dwar hekk – li jekk qegħdin naraw, pereżempju, li qed tiġi diskussa l-possibilità li l-vapuri jibdew jużaw il-gass minflok iż-żejt, għandniex nibdew naħsbu dwar jekk se jkunx hemm din l-iswitch jew le, jekk għandniex fuel storage facilities li jistgħu jiġu salvagwardjati.", "Allura hemm elementi f'dawn l-actions li tista' taqbad torbot fuqhom.", "Li hemm ukoll fih u kif għedna d-darba l-oħra għamilnilu forma ta' environmental assessment, huwa dwar it-trasport.", "Diġà ġie identifikat li t-trasport huwa an issue għax kif diġà għedna it leads to air quality problems and noise problems even greenhouse gas (GHG) emissions.", "Jiġifieri għandek tliet elementi li tnejn minnhom huma marbutin ħafna mas-saħħa.", "Jagħmel x'jagħmel dan il-pjan, jekk mhux se jkun hemm other plans and actions minn entitajiet oħrajn, jew kollettivi jew Ministeru wieħed jew f'daqqa, to really change the mentality – u m'aħniex qed ngħidu ħalli l-karozza d-dar dejjem għax you need to travel by car – … And that is a big challenge.", "Imbagħad din trid torbotha … Għalfejn green open spaces?", "Mhux għax irridu naraw ħafna siġar fl-urban area għax huwa sabiħ li jkun hemm imma għax jista' jkollok possibilità fejn inti timxi, forsi jista' jkun ħames minuti s'għand tal-grocer imma ħames minuti 'l hawn u 'l hemm kuljum tkun qed tiċċaqlaq iktar.", "Mela l-konsegwenzi ta' dan huma long term, fis-sens li qed tagħmel il-poplu iktar mobbli, forsi tnaqqas iktar problemi ta' health issues u allura anke costs.", "You invest better your finances biex tippromwovi u ssaħħaħ, għalhekk better quality of life.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-domanda li se nagħmel diġà saret imma ma naħsibx li għandna risposta għaliha.", "L-ownership ta' dan il-pjan ta' min hu?", "Min se jkun responsabbli għalih?", "IS-SUR PETER PORTELLI: Id-dokument kollu huwa tal-Gvern u hu se jkun responsabbli.", "Ir-responsabilità ministerjali hija fi ħdan il-Ministeru responsabbli mill-Ambjent u l-Iżvilupp sostenibbli però huwa dokument bħall-NEP, li ġie mfassal b'konsultazzjoni wiesgħa mal-gvern u importnati li it is owned by the whole of government.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-problema dejjem tkun f'dawn it-tip ta' dokumenti li jkun hemm ownership ftit sparpaljat u allura peress li ma jkunx hemm focus fuq l-ownership, ħadd ma jħossu responsabbli ta' xejn.", "Intom qed tgħidu li kulħadd irid ikun responsabbli u naħseb li xi kultant taħdem bil-kontra, ħadd ma jkun responsabbli għax kulħadd iwaħħal f'kulħadd.", "Naħseb li jekk m'aħniex se nsolvu l-problema tal-ownership ...", "THE CHAIRMAN: L-ownership ġiet diskussa?", "IS-SUR PETER PORTELLI: Dan id-dokument joħroġ mil-liġi wkoll.", "THE CHAIRMAN: Il-liġi tgħid li għandu jkun hemm a spatial plan, ma tgħdix li għandu jkun ownership tal-Gvern.", "IS-SUR PETER PORTELLI: Però, dan id-dokument huwa dokument li fuqu jridu jiġu bbażati dokumenti oħrajn, jiġifieri dan mhuwiex dokument normali.", "Dan huwa dokument li eventwalment se jiggwida l-local plans u ħafna policy documents oħrajn kif wara kollox kien l-istructure plan.", "Jiġifieri dan mhux dokument li tpoġġih fuq l-ixkaffa u jintesa.", "Dan huwa dokument li se jintuża u allura meta qed nitkellmu fuq ownership...", "THE CHAIRMAN: Imma hawnhekk huwa l-punt kruċjali.", "Jien għamilt din il-mistoqsija f'fora oħrajn u għandi dubji jekk ingħatatx l-importanza jew il-ħsieb biżżejjed.", "L-ownership għandu jkun tal-komunità in ġenerali anke tal-privat.", "Fi spatial plans barranin ma jkunx involut il-gvern biss imma jkunu nvoluti s-settur privat, il-local government u jwaqqfu strutturi apposta.", "Dan id-dokument jien narah ossessjonat bl-integrazzjoni, li huwa oġġettiv importanti u tajjeb, però jieqaf hemm.", "IS-SUR PETER PORTELLI: Imma rridu niftakru li dan mhuwiex id-dokument proprju imma huma l-oġġettivi li l-Gvern qed jagħti l-MEPA li fuqu trid tipproduċi d-dokument u allura naħseb li analisi ta' dak it-tip trid issir meta jkollna the actual spatial policy f'idejna.", "Dawn huma l-oġġettivi li l-Gvern ta lill-MEPA biex taħdem fuqu.", "L-esperti issa jridu jittraduċu dawn l-oġġettivi f'dokument proprju.", "Naħseb li f'dak l-istadju mbagħad wieħed jista' jagħmel analisi ta' dan it-tip.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-dokument kif inħadem?", "Wieħed analizza x'inhuma dawk il-fatturi li qed iwasslu għal degradazzjoni tal-kwalità tal-ħajja tagħna, ġew identifikati, imbagħad ippruvajna nindirizzaw dawk il-fatturi fil-preżent u fil-futur qarib?", "Hekk inħadem?", "IS-SUR JOE GAUCI: L-ewwel ħaġa li għamilna kienet li ġbarna l-pjanijiet settorjali kollha li l-Gvern ippubblika, imbagħad għamilna serje ta' laqgħat, bdejna mil-livell ta' segretarji permanenti, imbagħad bqajna neżlin directors general u anke ma' nies tekniċi ta' kull ministeru u entità, jiġifieri ma qgħadniex biss fuq dak li qed fil-pjan partikolari għal dak is-settur imma rajna wkoll x'inhuma l-qualitative issues li tul iż-żmien huma ħassew li wieħed għandu jindirizza.", "Fl-istess ħin smajna l-problemi li għandhom u l-isfidi li jaħsbu li se jkollhom għall-10 snin li ġejjin.", "B'hekk meta ġejna biex nanalizzaw l-issues, rajna l-issues li ġew identifikati minn dokumenti tal-MEPA u dokumenti oħrajn bħal-iState of the Environment Report (SOER), l-NEP, il-Vision 2015, in-National Reform Programme (NRP) li wkoll għandu compendium interessanti ħafna ta' x'inhuma l-issues tal-pajjiż, il-pre-budget documents tal-Gvern li tul iż-żmien identifikaw sfidi li wieħed irid b'xi mod jew ieħor jindirizza, imbagħad rajna dokumenti bħall-annual reports tas-Central Bank li għandhom ħafna informazzjoni.", "B'hekk ħassejna li meta ġbarna l-issues, ma ġbarniex issues tal-MEPA jew ta' xi Ministeru partikolari imma ġbarna issues komprensivi u b'hekk konna qed nirriflettu kull settur.", "CHARLES BUHAGIAR: Jekk tippermettili, forsi nispjega ruħi aħjar.", "Li qed ngħid jien huwa dan.", "Pereżempju, intom semmejtu l-problema tal-kwalità tal-arja.", "Fil-kaz ta' din il-problema, l-ewwel identifikajtuha mbagħad mortu biex taraw x'qed joħloq dik il-problema li permezz tagħha l-kwalità tal-arja qed tispiċċa tkun inferjuri u tipprova tindirizza dawk il-problemi billi tipproponi soluzzjonijiet b'mod ħolistiku?", "Meta aħna identifikajna s-sors tal-kwalità ta' arja ħażina rajna li din ġejja l-iktar mill-enerġija u mit-trasport, però l-għan tad-dokument mhux biex jindirizza air pollution għax dak jindirizzahom l-air quality plans.", "Wara li identifikajna s-sors rajna kif nistgħu noħolqu oġġettivi li mhumiex se jżidu l-kwalità ta' arja ħażina u kemm jista' ikun titnaqqas, imma dejjem fil-qafas ta' xi bżonnijiet ta' żvilupp għandna.", "Għalhekk anke l-idea tal-ġerarkija.", "Waħda kienet li nieħdu kullimkien bħala development zone u ODZ u għedna li kieku kellna nieħdu l-approach li fid-development zone jsir kollox kullimkien l-istess, jiġifieri jekk jiġi sptar ġenerali ġdid ieħor u jridu jagħmluh il-Baħrija jista' isir, ħadna wkoll l-option li fil-kosta ta' kullimkien jista' isir kwalunkwe żvilupp relatat mal-baħar jew max-xatt fejn ġie ġie, jiġifieri jekk jien irrid nagħmel marina ġdida bil-lukandi f'Fomm ir-Riħ tista' issir, basta fuq il-kosta u option l-oħra li jsiru legitimate rural activities fir-rural area.", "Mela hemm dik l-option, imbagħad għamilna option oħra li jkollok fir-rurali u fuq il-kosta l-istess, imma ndaħħlu l-urban hierarchy, mela l-maġġor parti tal-iżvilupp jikkonsolida fejn għandek l-iktar conurbation u attività ta' nies.", "Imbagħad għandek ovvjament li trid titfa' l-iżvilupp lokali u takkomoda dak f'regional or smaller settlements.", "It-tielet option kienet li nagħmlu l-hierarchy tal-urban, legitimate rural activities fir-rural area u fil-kosta għedna li għandek parti mix-xatt li huwa urban, il-grand harbour mhuwiex bħal Fomm ir-Riħ, mhuwiex bħar-Ramla l-Ħamra, mela ċerti attivitajiet jistgħu jsiru fil-parti urbana u ċertu żvilupp jista' isir fil-parti rurali u għamilna assessment tagħhom.", "Għedna li fejn tidħol il-kwalità ta' arja u environmental health il-parameters kienu ħafna differenti, ivarjaw, anke l-potenzjal għar-renewables, kemm se jiżdiedu l-green house gases, etc. Meta rajna l-ewwel option ħalli l-urban area jsir basta within development zone, ħarġet li on the plus tista' tkun li fejn għandek diġà concentration ta' transport u air quality la hemm dipersal allura dak jista' jonqos, però imbagħad jiżdiedu problemi oħrajn ta' infrastruttura għax jekk inti se tagħmel major development in smaller areas trid it-toroq għalihom, trid l-energy demand għalihom, mela allura mbagħad se jkollok demands oħrajn li ġejjin generation ta' waste in terms ta' anke ta' construction demolition material li huwa aktar minn 80% tas-solid waste fil-gżejjer Maltin u għandna problemi in terms of how to manage that biex ma nżidux iktar id-demand għal spazji biex nakkomodaw is-C&D waste u jiżdiedu l-GHG emissions u allura l-issues relatati magħha u rajnihom f'dak il-qafas.", "Minn dan ħareġ li l-option li l-iktar li tnaqqaslek l-impatti hija li takkomoda dak l-iżvilupp within a zonation pattern, mhux bilfors tkun il-perfetta, imma dik waħda mill-options li kellna.", "Imbagħad għandek l-alternative option li hija continue as it is today li tiġi qisek għandek projection tal-istate of the environment report li diġà nafu x'inhuma l-issues minn fejn ġejjin u allura jkomplu jiżdiedu dawk.", "Jiġifieri ċ-choice anke fl-istrateġija hija wkoll marbuta ma' evaluation ta' erba' options.", "PHILIP MIFSUD: Biex nieħu spunt minn dan, hemm issues related mar-rural area u xtaqt nikkummenta ftit dwarhom għax naħseb distinzjoni importanti bejn żvilupp within the urban area għal żvilupp outside the urban area, hija din li se ngħid u xi kultant ma tingħatax l-importanza meħtieġa għaliex fl-opinjoni tiegħi meta xi ħadd jagħmel żvilupp f'urban area huwa site dependent only.", "Jiġifieri jekk jien għandi proposta jew site within the urban area, jiena nista' niftaħ il-local plan, nara jekk hijiex within residential zone jew inkella residential priority jew inkella commercial u hija site dependent, l-applikant ma jidħolx.", "Imma meta għandek proposta ta' żvilupp outside the urban area fir-rural area, hija site dependent imma mbagħad għandek anke applicant dependent, għax ħafna drabi jaraw l-applikant min hu.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Jekk jiena qed nagħmel l-application għal farm jgħiduli li jrid ikun stabbilit u li għandi ċertu history u allura hemm l-issue tal-individwu min hu u naħseb dik hija distinzjoni li forsi d-dokument mhux qed jagħtiha daqstant importanza.", "Related ma' dan semmejtu l-constraint u anke l-cumulative effect.", "Jien din tal-cumulative effect insibha ftit diffiċli biex nifhimha għaliex jista' jagħti l-każ, pereżempju Għawdex hemm intensive agricultural area li f'Malta ma ssibhiex, jiġfieri f'dik iż-żona bilfors se jkun hemm cumulative effect u sa ċertu punt dak kważi narah pożittiv għax jekk għandek cumulative effect f'post partikolari allura rrid innaqqas id-dispersal minn postijiet oħra.", "Jiġifieri din tal-cumulative effect naħseb irridu nibdew naraw jekk outside the urban area, jiġifieri fir-rural areas għandniex naraw fejn nistgħu naffordjaw cumulative development ħalli nnaqqsu d-dispersal.", "U forsi l-aħħar punt – anke biex norbtu ma' dan tal-cumulative li qed ngħid – huwa dwar il-kwestjoni tal-constraints.", "Hemm ammont ta' constraints li ħafna drabi żvilupp barra miż-żona urbana huma tassattivi u kumulattivi.", "Barra l-constraints tal-awtorità hemm ukoll constraints oħrajn, pereżempju l-constraints tal-Malta Resources Authority (MRA) fejn huwa water protection zone.", "Jekk wieħed jagħmel overlapping ta' dawn il-constraints – jien għamiltu darba l-exercise vis-à-vis a farm building – prattikament ma jifdallu mkien fejn jista' jagħmel proposta, pereżempju biex jagħmel relocation ta' farm minn ġo urban area li teżisti.", "U allura naħseb huwa tajjeb li wieħed isemmihom.", "Huwa tajjeb li wieħed jgħid li rridu nikkonservawhom, imma huwa tajjeb li jsir dan l-eżerċizzju bil-kontra fejn naraw jekk huwiex fattibbli jew le.", "L-istructure plan kurrenti jitkellem dwar rural conservation area, hemm numru ta' policies u pereżempju għal RCO4 tgħid li within a rural conservation area ma jsirx kollox u l-RCOs jibdew billi jgħidulek fejn hu defined bħala rural conservation area fil-key diagram.", "Jien ma rridx ngħid li dan jinkludi tliet kwarti ta' Malta bil-build up areas kollha, imma Għawdex huwa kollu kemm hu meqjus rural conservation area.", "Jiġifieri kieku jkollok testrapola dik il-policy u tipprova taddattaha kelma b'kelma prattikament ma jsir żvilupp imkien ġo Għawdex u naħseb li m'għandniex inwasslu għal dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet.", "Naħseb li waħda mill-issues li rridu noqogħdu ftit attenti fuqha fil-cumulative effect hija l-capacity.", "Jiġifieri jekk jiġu identifikati areas pereżempju intensive agricultural zone, ovvjament meta wieħed qed jagħmel din id-designation u qed jidentifika din l-area wieħed ikollu jidħol f'dik li hija capacity.", "X'inhu l-effett li jkollok numru ta' farms fejn xulxin?", "Jista'jkun li inaqqas il-kwalità tal-intensive agricultural zone?", "Jiġifieri naħseb li l-cumulative impact u l-cumulative effect irridu qabel ma jsiru d-designations wieħed iħares lejn l-environmental capacity tal-area li anke tkun tista' takkomoda dan it-tip ta' żviluppi biex, kif semmejt inti, ma jkunx hemm il-problemi li mbagħad wieħed jgħid għandek din iż-żona, imma fir-realtà hija limitata għax tista' takkomoda biss certain amount of rural development.", "MICHELLE BORG: Rigward l-argument tar-restrictions u constraints, etc. Nafu li l-common agricultural policy u r-rural development plan qiegħed marbut kemm biex jissalvagwardja l-agrikoltura, imma fil-qafas ta' rural area fil-kuntest fejn qiegħed.", "Speċjalment fir-rural area, jekk qed nirrikonoxxu li rural area hija għall-agrikoltura, qisha iktar issue ta' rather than ma tistax issir l-agrikoltura żżid iktar il-management practices.", "Forsi jkun hawn min jistaqsi għalfejn aħna iktar minn żoni oħrajn tal-Unjoni Ewropea.", "Ovvjament id-daqs tagħna huwa dak li hu, 316 metru kwadru u f'dik id-densità kollha u aħna qegħdin fil-Mediterran u xita ma tantx tagħmel, bilfors li jekk se nkomplu bl-agrikoltura u qed ngħidu li rridu nsaħħu l-agricultural sector, irid ikun hemm in parallel tisħiħ anke ta' management.", "Ħafna mill-issues li għandna, anke ambjentali, mhumiex sempliċement about the siting imma about management of activities.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nibdew nippruvaw nikkonkludu.", "Jien xtaqt nistaqsi mistoqsija oħra ftit ġenerika.", "X'qed tikkontemplaw bħala l-management ta' dan ir-rapport?", "Pereżempju l-mudell żgur mhux il-management li kien hemm tal-Pjan ta' Struttura għax filwaqt li dak kien gwida jew policy framework against which inti tittestja applikazzjonijiet għal żvilupp, dan huwa xi ħaġa iktar.", "Jiġifieri jekk qed titkellem fuq żona degradata jew rural area degradata ma nafx jekk intomx se toħolqu entità jew tindirizzaw entità biex tirrestawraha.", "Suppost fil-management intom għedtu li oġġettiv huwa li jtejjeb l-iżvilupp ekonomiku u allura jekk dak huwa oġġettiv veru trid taħdem to align investment according to this document.", "Issa kif se tagħmluh.", "Il-proċessi tar-revision u l-inclusion tal-istakeholders.", "Jiġfieri għalija, b'mod ta' malajr, din hija d-definizzjoni ta' management.", "X'qed tikkontemplaw bħala proċessi u strutturi għall-management?", "IS-SUR PETER PORTELLI: L-ewwelnett peress li dan id-dokument huwa compendium ta' inizjattivi li joħorġu minn pjanijiet oħrajn – jekk qed nitkellmu fuq trasport biex inkomplu fuqu jew l-aspett rurali – ovvjament għandek il-pjanijiet rispettivi u l-management tagħhom.", "Naħseb li dan id-dokument huwa iżjed intiż bħala the guiding document, jiġifieri it will not be the implementing document, l-implementing plans and policy huma s-setturi li joħorġu minnhom.", "Però meta jiġi l-Gvern biex jippjana biex joħorġu dawn il-pjanijiet settorjali, ovvjament dan huwa dokument li ministeri oħrajn u entitajiet oħrajn u l-MEPA innifisha jridu jħarsu lejh u jaraw jekk dak li jkun qed jiġi propost jaqbilx ma' dak li ġie maqbul fl-iSPED.", "U dak huwa l-livell ta' overall check li se jsir in kwantu tad-dokument.", "Jiġifieri dan mhux dokument li minnu nnifsu – ħlief fuq il-livell ta' MEPA meta tkun qed tagħmel il-local plans tagħha – li se jkollu warajh struttura li se timplimentah kif forsi għandek fis-sectorial plans u fil-pjanijiet l-oħrajn inkluż fuq l-NEP kif konna tkellimna fejn se jkollna, bħala ministeru responsabbli mill-ambjent, a monitoring and implementation policy, ma naħsibx li dak l-istess mudell nistgħu nadottawh għal dan.", "Dan id-dokument huwa a guiding document ta' policies u plans oħrajn li għandhom l-istrutturi tagħhom.", "CHARLES BUHAGIAR: Biex sar id-dokument intom rajthom il-policies ta' ministeri oħrajn.", "F'każ li dan id-dokument issa, b'xi mod, jibdel dawk il-policies, dan id-dokument se jġiegħel ministeri oħrajn ibiddlu l-policies tagħhom?", "Qed nitkellem dwar fejn jidħol management.", "IS-SUR PETER PORTELLI: Jekk se jkun hemm departures minn dan id-dokument ....", "CHARLES BUHAGIAR: Jien ma naħsibx li intom stajtu takkomodaw lil kulħadd bil-policies tiegħu f'dan id-dokument għax bilfors trid tagħmel kompromess biex tasal b'xi mod.", "Planning is about compromise, jiġifieri trid tagħmel kompromessi.", "Naħseb li kien hemm bżonn li kultant tbiddlu biex issibu kompromess.", "IS-SUR PETER PORTELLI: Però ma nibdlux il-policies tal-ministeri.", "CHARLES BUHAGIAR: Naf, imma l-punt tiegħi huwa li jekk issa se jkun hemm konflitt bejn dak li qed jgħidu l-ministeru .…", "IS-SUR PETER PORTELLI: Però f'dan id-dokument għadna fil-livell ta' objectives, jiġifieri din it-tip ta' diskussjoni trid issir once li nibdew noħorġu bid-dokument.", "Jiġifieri mbagħad issir il-consultation process proprja fuq l-iSPED dokument innifsu.", "Aħna hawnhekk għadna fuq livell ta' oġġettivi, jiġifieri jekk fid-diskussjoni li se ssir once li jkollna l-ewwel draft tad-dokument u nibdew neħduh għand il-ministeri, dan it-tip ta' diskors jista' ikun isir hemmhekk jekk naraw li dak li qed jgħidu huma ma jaqbilx ma' dak li qed ngħidu aħna.", "CHARLES BUHAGIAR: Fir-rigward ta' management plans min se jkun qed jagħmilhom dawn?", "Pereżempju, jien kelli każ dan l-aħħar – forsi ma tantx għandu x'jaqsam ma' dan li qed ngħidu – fejn bidwi ried jibni ġiebja żgħira daqs din il-mejda ġewwa Ħad-Dingli u peress li l-area hija Natura 2000 site u hemm il-protection tal-ilma, qalulu li jrid jagħmel appropriate assessment li biex tagħmlu jiġi jqum €15,000.", "U dan biex jibni ġiebja daqs din il-mejda.", "Sadanittant ma jridux jagħtuh permess jagħmel ġiebja lil dan il-bidwi.", "Suppost hemm suġġeriment biex il-Gvern, il-MEPA jew whoever jagħmel dan l-appropriate assessment fuq il-water management.", "Min se jkun qed jagħmilhom dawn il-plans fl-aħħar mill-aħħar?", "Għax ma tistgħux tippretendu f'dan il-każ li jagħmlu l-privat!", "IS-SUR JOE GAUCI: Fuq il-protected areas ninsab informat li bħalissa qed isiru l-management plans, jiġifieri għaddej il-proċess li ovvjament se jagħti gwida ...", "MARIO DE MARCO: Kien inħareġ it-tender, qed jiġi aġġudikat u safejn naf jien għandhom sal-bidu tas-sena biex ikunu lesti.", "CHARLES BUHAGIAR: Naf li m'għandhiex x'taqsam, imma sadanittant dan il-bidwi ma jistax jagħmilha l-ġiebja?", "Għax hekk qegħdin tgħidulhom.", "MARIO DE MARCO: Onor. Buhagiar, jekk trid tista' tgħaddili d-dettalji tal-każ ħalli nara x'inhu.", "CHARLES BUHAGIAR: Le, dan mhux każ partikolari, dan huwa każ ta' area sħiħa Ta' Baldu ġewwa Ħad-Dingli fejn hemm ħafna bdiewa u l-MEPA qed iżżommhom milli jagħmlu l-ġwiebi għax qed jgħidulhom li l-ġiebja tagħhom tista' taffettwa l-ilma li jidħol fl-aquifer.", "LEO BRINCAT: Nhar il-Ġimgħa l-kollega tiegħi u jiena nzertajna konna qegħdin il-laqgħa tal-local councils.", "F'xi stadju jew ieħor – naf li hawnhekk qed nitkellmu dwar outline jew policy framework – kien hemm xi consultations jekk mhux mal-local councils, mal-association tagħhom?", "Naf li l-proposta li jkun hemm xi forma ta' hearings forsi tkun daqsxejn pedantika, imma naħseb li tajjeb li anke min-naħa tagħna nħarsu lejn xi forma ta' consultations esterni mill-gvern li jħaddnu flimkien kemm l-aspett ambjentali kif ukoll ta' development u naħseb – u dwar dan inħalli fid-diskrezzjoni taċ-chairman – hemm xi constituted bodies li forsi jistgħu jikkombinaw dawn iż-żewġ affarijiet flimkien.", "Naħseb li jkun tajjeb anke għall-benefiċċju tal-Kumitat, iżjed u iżjed billi its common knowledge jew ħierġa iktar in the open li l-EU Commission se tibda, jekk mhux formalment informalment, titkellem mal-gvernijiet anke fuq post 2020 scenarios … Ma rridx inkun partiġġjan, imma aħna diġà għandna uphill struggle biex nilħqu t-2020 goals u kwalunkwe amministrazzjoni se jkollha a daunting task task to put it mildly biex ovvjament tippjana għall-post 2020.", "Ma nafx jekk humiex idonei jew le ir-Renewable Energy Association, imma naħseb l-iktar importanti huwa li bħala Kumitat – u forsi nisimgħu anke min-naħa tal-Gvern at a more specialized or sectoral level – … Illum, kif tgħallmuni intom, m'għadhiex il-linkage renewable energy biss, imma anke l-EU stess il-main thrust trid tkun renewable energy plus energy efficiency.", "Ma nafx jekk kienx hemm żviluppi jew le, imma l-aħħar informazzjoni li għandi hi li l-energy efficiency issue xorta tiela' ħafna high up the scale u naħseb to be fair, iktar milli nħarsu lejn individual countries bħal Malta, anke l-EU itself fell short of its own targets bħala institution.", "Jiġifieri l-EU wants to do some catching up biex tilħaq għallinqas l-objectives tagħha.", "I'm not pointing accusing fingers, imma jidher li hu aċċettat on an EU level – biex ma tkunx country specific basis – li fejn qabel kienu jitkellmu fuq renewables biss, illum id-diskussjoni qisha xxiftjat fuq renewables plus energy efficiency.", "THE CHAIRMAN: Tistgħu forsi tagħtu risposta.", "Il-parti li tirrigwarda l-Kumitat imbagħad inweġibha.", "MICHELLE BORG: Għar-rigward tal-local councils, il-consultation plan li kellna fil-qafas ta' bejn Marzu u nofs April ippruvajna nikkuntattjawhom kemm-il darba u ma rċevejna l-ebda risposta, l-ebda feedback u aħna ħassejna dan in-nuqqas.", "IS-SUR JOE GAUCI: To be fair irridu ngħidu li din ħabtet mal-local council elections u allura forsi kien hemm problema.", "THE CHAIRMAN: L-aħħar darba wkoll tqajjem dan il-punt dwar jekk dan il-Kumitat għandux jisma' xi setturi oħrajn.", "Jekk m'iniex sejjer żball l-Onor.", "Brincat kien staqsa min kienu l-istakeholders prinċipali li tkellimtu magħhom.", "Jiena ma rridx nidduplika l-konsultazzjoni li għamiltu intom.", "Pereżempju tiġini f'moħħi l-Kamra tal-Periti u persważ li kienu eżawrjenti magħkom u allura naħseb li m'hemmx għalfejn ta' konsultazzjoni għax inkunu qed nidduplikaw ix-xogħol, però nistgħu nagħmlu forsi xi żewġ sessions, waħda mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali anke għax jien tippreokkupani din l-issue tal-inclusion tal-istakeholders u forsi tajjeb li ngħidulkom meta nkunu se niltaqgħu magħhom ħalli jekk tkunu tridu tiġu hawnhekk jew anke tipparteċipaw, tkunu tistgħu tagħmlu hekk.", "Qed tiġini f'moħħi bħalissa ċ-Chamber of Commerce.", "Tkellimtu ħafna magħhom?", "Kienu eżawrjenti?", "Ħalli ndawwar il-mistoqsija.", "Minbarra l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali fejn ħassjetu li kien hemm vacuum magħhom u aħna se nippruvaw nindirizzawh, kien hemm xi settur ieħor li nistgħu norganizzaw id-diskussjoni aħna fejn anke tkunu parteċipanti intom?", "IS-SUR PETER PORTELLI: Jekk nista' forsi fuq dan il-punt nagħti parir.", "Huwa tajjeb li ovvjament kemm jista' ikun ikun hemm konsultazzjoni u aħna naħdmu biex ikun hemm konsultazzjoni qawwija, però forsi jkun tajjeb li naraw fejn il-konsultazzjoni trid issir min-naħa tal-Gvern b'mod tekniku ta' dokument li fl-aħħar mill-aħħar huwa policy u fejn jidħol ir-role ta' dan il-Kumitat u tal-Parlament.", "Jien naħseb li la qegħdin nifformolaw dokument tajjeb li nifhmuh dan il-punt għax fl-aħħar mill-aħħar irid ikun dokument ta' policy tal-Gvern.", "Naħseb il-konsultazzjoni f'dak is-sens li trid issir hija min-naħa tagħna, min-naħa tal-Gvern, biex nifformolaw dokument li mbagħad ovvjament nissottomettuh kull fejn hemm bżonn nissottomettuh għall-analiżi tiegħu.", "Qed ngħid dan biex ir-roles ikunu dejjem ċari u ma jkunx hemm duplikazzjoni.", "MARIO DE MARCO: Il-konsultazzjoni li nimmaġina li dan il-Kumitat jixtieq jagħmel huwa dwar x'inhuma l-aspettattivi ta' forsi ċerti entitajiet dwar x'għandu jkun hemm fl-iSPED.", "THE CHAIRMAN: Le, Ministru differenti minn hekk.", "Jekk wieħed iħares lejn l-elenku ta' policies li għandhom il-ministeri jara li hemm ġabra enormi li naħseb li qed jitrattaw materji varji.", "Issa jekk il-kontenut tagħhom hux segwit, jekk l-indicators humiex kif suppost u jekk humiex qed ikunu segwiti, it's another discussion, però li hu żgur hu li d-dokumenti għandhom bażi xjentifika pjuttost tajba, ma jidhirlix li rajt diskussjoni ta' nuqqas ta' bażi ta' kontenut.", "Jiena nixtieq li d-diskussjoni wara dan il-Kumitat tarawha anke daqsxejn minn perspettiva differenti, fis-sens li l-Parlament ukoll għandu d-decisive powers fuq dan id-dokument, jiġifieri jien nixtieq li ċerti kummenti jew preokkupazzjonijiet li għandna ta' management, ta' inclusion, ta' alignment, ta' time horizons tagħtuhom ftit importanza għax inkella – ma nafx meta u min se jkun hawn – se terġgħu tiġu hawnhekk u jista' ikun li se terġgħu ssibuhom f'mumenti anke ftit aktar kritiċi fil-passaġġ ta' dan id-dokument.", "MARIO DE MARCO: Sur President, f'kull każ id-dokument finali għandu jerġa' jiġi hawnhekk.", "THE CHAIRMAN: Hekk hu u preċiżament għalhekk qed ngħid hekk.", "LEO BRINCAT: Jien naħseb li qed jgħid iċ-chairman huwa li jkun aktar tajjeb li l-kwestjonijiet jiġu factored at an early stage biex jekk hemm ċertu grey areas jiġu ċċarati fil-bidu anke għalikom stess.", "MARIO DE MARCO: Onor. Brincat, però nitolbok tapprezza l-punt tas-Sur Portelli bħala permanent secretary.", "L-idea hi biex ma jkunx hemm duplikazzjoni tax-xogħol u forsi nkunu qisna qegħdin inħawdu lin-nies.", "Jiena naħseb li l-uffiċjali għandhom jibqgħu għaddejjin bil-konsultazzjoni tagħhom, jiġifieri ma nistgħux inwaqqfu l-konsultazzjoni li qed issir bħalissa biex nagħmluhom tramite il-Kumitat.", "U qed ngħid dan mingħajr l-ebda diżrispett lejn il-Kumitat.", "THE CHAIRMAN: M'għandix dubju, però jekk aħna se niddeċiedu li nistiednu xi stakeholders, jien se ninfurmakom u jekk tridu tkunu hawnhekk issegwu you are most welcome.", "MARIO DE MARCO: Napprezza.", "Aħna qed ngħidu hekk sempliċement sabiex ir-roles ikunu ċari.", "Jiġifieri huma se jibqgħu għaddejjin bil-konsultazzjonijiet.", "THE CHAIRMAN: Ippermettuli nistaqsi l-aħħar mistoqsija.", "THE CHAIRMAN: U meta se joħroġ?", "MICHELLE BORG: Mid-July u hopefully jkollna l-environment report ukoll miegħu.", "THE CHAIRMAN: Grazzi ħafna lil kulmin ħa sehem f'din id-diskussjoni u naġġorna l-Kumitat.", "Fid-9:10 p.m. il-Kumitat ikkonkluda."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120528_010d_dpc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 28 ta' Mejju, 2012.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:16 p.m.", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett, Chairman tal-Kumitat, ippresjeda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Charles Buhagiar, l-Onor. u l-Onor. kienu preżenti.", "Preżenti wkoll kien hemm l-Onor Mario de Marco, Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 9 li saret fid-9 ta' Mejju 2012 kienu konfermati.", "Il-President informa lill-Kumitat li kien irċeva din il-korrispondenza:", "Ittra datata 21 ta' Mejju 2012 mibgħuta mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex b'risposta għall-ittra li l-Kumitat kien bagħat lill-istess Ministeru fit-30 ta' April 2012 dwar il-pubblikazzjoni tar-rapport Eco-Gozo.", "KONTINWAZZJONI TAD-DISKUSSJONI DWAR ID-DOKUMENT LI JISTABBILIXXI L-OĠĠETTIVI TAL-ISTRATEGIC PLAN FOR ENVIRONMENT AND DEVELOPMENT (SPED)", "Il-Kumitat stieden lill-Onor.", "Mario de Marco, Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, li kien akkumpanjat miS-Sur Peter Portelli, Segretarju Permanenti fil-Ministeru, l-Avukat Marie Louise Mangion, Kap tat-Tourism and Sustainable Development Unit fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, is-Sinj.", "Michelle Borg, kordinatur ta' dan il-proġett fil-Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, u s-Sur Joe Gauci, Unit Manager fl-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar, sabiex jeħdu parti fid-diskussjoni.", "Iċ-Chairman reġa' qajjem il-punt li kien diġà tqajjem fil-laqgħa preċedenti dwar konsultazzjoni min-naħa tal-Kumitat mal-istakeholders prinċipali u semma diversi organiżazzjonijiet.", "Is-Sur Peter Portelli, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura qal li peress li dan kien policy document, il-konsultazzjoni kellha tibqa' ssir min-naħa tal-uffiċjali tal-Ministeru, anke biex ma jkunx hemm duplikazzjoni ta' xogħol.", "Iċ-Chairman qal li jekk il-Kumitat jiddeċiedi li jistieden xi stakeholders, huwa kien se jinforma lill-Ministeru sabiex jekk ikunu jridu, jattendu għal-laqgħa u jsegwu dak li jkun għaddej.", "Fid-9:10 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRMAN TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20120528_010m_dpc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 29 ta' Mejju 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:40 p.m.", "L-Onor Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Preżenti wkoll kien hemm l-Onor Joseph Falzon u l-Onor Jeffrey Pullicino Orlando.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Kumitat ta l-permess sabiex fotografi u cameramen ta' diversi ġurnali u stazzjonijiet ikunu jistgħu jieħu ritratti u filmat tal-ewwel parti tal-laqgħa kif ukoll tal-ewwel parti tax-xhieda.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 67 li saret fit-22 ta' Mejju 2012 kienu konfermati.", "DISKUSSJONI MARBUTA MA' MOZZJONI NRU.", "301 IPPREŻENTATA FL-20 TA' APRIL 2012 MILL-ONOR GEORGE VELLA U MILL-ONOR LUCIANO BUSUTTIL DWAR IR-RAPPREŻENTANT TA' MALTA GĦALL-UNJONI EWROPEA - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat irriżuma d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni mit-Tlieta 22 ta' Mejju 2012.", "Il-President tal-Kumitat informa lill-Membri li dak inhar stess huwa kien irċieva mingħand il-Prim Ministru żewġ dokumenti, liema dokumenti ġew ċirkolati minnufih lill-Membri permezz ta' email u ppreżenthom formalment lill-Kumitat:-", "Dokument 1118 kopja ta' memorandum mibgħut mis-Sur Richard Cachia Caruana, Rapreżentant ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, lill-Prim Ministru u lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin fl-1 ta' Frar 2005 dwar: Normalisation of Malta's position vis-a-vis present and future EU-NATO relations; u", "Dokument 1119 kopja ta' memorandum mibgħut mis-Sur Richard Cachia Caruana, Rapreżentant ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin, lill-Prim Ministru u lis-Segratarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, fit-8 ta' April 2005 dwar Draft Note Verbale to NATO.", "L-Onor Leo Brincat għamel punt ta' kjarifika fejn huwa ċaħad dak li ġie rrapportat f'sezzjoni tal-medja li hu uża l-kliem 'biċċa deputat' fil-konfront tal-Prim Ministru għax fil-fatt huwa kien uża dak il-kliem b'mod ironiku peress li sezzjoni tal-medja kienet użat l-istess kliem fil-konfront ta' Membru Parlamentari tal-Oppożizzjoni.", "L-Onor Brincat stqarr li huwa kellu rispett lejn il-kariga ta' Prim Ministru.", "L-Onor George Vella rrimarka li fil-ħarġa tal-ġurnal Malta Today tat-23 ta' Mejju 2012 ġie rrapportat b'mod prominenti li 'No parliamentary ratification required for PfP Renewal – A.G' meta fil-fatt il-parir tal-Avkuat Ġenerali kien jikkonċerna s-Security Agreement.", "L-Onor George Vella talab sabiex l-Avukat Ġenerali jiġi mitlub jagħti l-parir tiegħu jekk is-sħubija ta' Malta fil-Partnership for Peace tirrikjedix ratifika tal-Parlament skont l-Att dwar Ratifika ta' Trattati.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin irreġistra l-oġġezzjoni tiegħu għax il-parir li l-Onor George Vella kien qiegħed jitlob mill-Avukat Ġenerali, għalkemm jista' jkun rilevanti f'xi kuntest ieħor, però ma kienx rilevanti għad-diskussjoni fuq il-mozzjoni li kien hemm qudddiem il-Kumitat.", "L-Onor George Vella staqsa wkoll jekk il-Gvern kienx talab il-pariri tal-Avukat Ġenerali dwar il-proposti li kien qiegħed jikkonsidra f'dak il-perjodu, inkluża s-sena 2004.", "Il-President tal-Kumitat filwaqt li appella sabiex il-Membri jżommu mal-mozzjoni li l-Kumitat kellu quddiemu stqarr li ma kien hemm xejn xi jżomm milli l-Avukat Ġenerali jiġi mistieden bħala xhud fejn ikunu jistgħu jsirulu mistoqsijiet.", "Is-Sur Richard Cachia Caruana, Rappreżentant ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, taħt ġurament, qara statement u ppreżenta dawn id-dokumenti:-", "Dokument 1120 Dokument li juri l-kronoloġija tal-fatti li hemm referenza għalihom fid-dokumenti diġà ppreżentati lill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej fir-rigward ta' Mozzjoni Nru. 301 li qiegħda tiġi diskussa f'istess Kumitat;", "Dokument 1121 Kopja ta' memoradum li l-Maġġur Martin Xuereb bagħat fit-13 ta' Ottubru 2004 lis-Segretarji Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u lir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea dwar laqgħa tat-12 ta' Ottubru 2004 mas-Sur Donald Sheedan, First Secretary fil-Missjoni tal-Istati Uniti għan-NATO; u", "Dokument 1122 Kopja ta' artiklu li deher fil-ħarġa ta' The Times tat-13 ta' Ottubru 2004 intitolat Malta favours opening of negotiations with Turkey miktub minn Ivan Camilleri.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-9.12 pm il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn 4 ta' Ġunju 2012 fil-5:30 pm b'laqgħa mal-Kummissarju responsabbli mill-Azzjoni dwar il-Klima, is-Sinj.", "Connie Hedegaar, u fis-6:30 pm titkompla d-Diskussjoni marbuta ma' Mozzjoni Nru. 301 ippreżentata fl-20 ta' April 2012 mill-Onor George Vella u mill-Onor Luciano Busuttil dwar ir-Rappreżentant ta' Malta għall-Unjoni Ewropea.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120529_068m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 133", "It-Tlieta, 29 ta' Mejju, 2012", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 29 ta' Mejju, 2012 fis-7.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni mill-Kummissarju għat-Tfal dwar ir-Rapport Annwali 2010 – Nipproteġu t-Tfal mill-Faqar u r-Rapport Annwali 2011 – Volontarjat Minnek u Għalik.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120529_133a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 133", "It-Tlieta 29 ta' Mejju, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 133", "It-Tlieta 29 ta' Mejju, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-07:25 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 131 li saret it-Tlieta, 22 ta' Mejju 2012, ġew ikkonfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Nixtieq naqra parti mill-Minuti tal-Laqgħa numru 132, għax naħseb li hija importanti:", "\"Il-Kumitat stieden lill-Prof.", "Peter Xuereb, lill-Prof.", "Pierre Mallia u mistednin oħra sabiex jagħmlu l-preżentazzjoni tagħhom dwar l-effetti ħżiena fuq is-saħħa kkawżati mir-radjazzjoni elettromanjetika.", "Waqt id-diskors tiegħu, il-Prof.", "Peter Xuereb tkellem fuq x'għandha tkun il-bażi tal-laqgħa sussegwenti.", "Għaldaqstant, iċ-Chairman tal-Kumitat, l-Onor.", "Edwin Vassallo, talab li din il-parti tad-diskors mill-Prof.", "Peter Xuereb titniżżel fil-Minuti ta' din il-laqgħa biex isservi ta' terms of reference għal-laqgħa li jmiss.\"", "Issa mbagħad, f'dawn il-Minuti, nsibu kwotazzjoni mid-diskors tal-Prof.", "Peter Xuereb li se naqraha malajr qabel ma niffirma l-Minuti.", "Din il-kwotazzjoni tgħid hekk:", "\"Nixtieq inkun ċar fuq l-għan ta' din il-laqgħa: naħseb li għandna dritt kemm bħala Kumitat u kemm bħala Parlament.", "U aħna, bħala ċittadini, għandna d-dritt li dawn jgħidulna preċiżament fuq liema bażi xjentifika qed jaħdmu, u jgħidulna preċiżament liema linji gwida u liġijiet qegħdin isegwu.", "Iridu jagħtu lilkom, bħala Kumitat, provi ta' korrispondenza interna tagħhom, jekk hemm bżonn, li qed isegwuhom internament u jimmoniterjawhom minn żmien għal żmien, u mhux għadhom għaddejjin bl-istess kantaliena tal-aħħar 15-il sena meta x-xjenza kompliet miexja!", "Għandhom jiġu ppreparati biex iwieġbu għall-mistoqsijiet tal-pubbliku, imma naħseb li għandhom iwieġbu wkoll għall-mistoqsijiet aktar diretti u aktar demanding li jagħmel il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "U dak huwa inkwantu tal-għan tal-laqgħa biex ma tkunx ristretta għal xi ħaġa bbażata sempliċement fuq l-iskejjel eċċ.", "It-tieni ħaġa rridu nagħmluha ċara magħhom li jridu jiġu u jagħtuna din l-informazzjoni fid-dettall, ikunu preparati li jwieġbu oralment fil-laqgħa, imma li jagħtu wkoll lill-Kumitat rapport, jekk hemm bżonn, tas-sistemi li jużaw u tad-dokumentazzjoni li għandhom ħalli jibdew iwieġbu għal dawn l-affarijiet.", "Fl-aħħar, irrid nispjega li l-Unjoni Ewropea m'għandhiex kompetenza diretta fuq dawn l-affarijiet.", "Il-kompetenza tal-Unjoni Ewropea hija waħda supplimentari għall-politika ta' saħħa u soċjali tal-pajjiżi membri, jiġifieri jista' jkun il-WHO u l-Kunsill tal-Ewropa, imma l-Unjoni Ewropea waslet safejn setgħet tasal bir-riżoluzzjonijiet tagħha eċċ. u mhux b'liġijiet.", "Hija ta' utilità akbar li wieħed jara l-best practice fil-pajjiżi membri.", "(Interruzzjonijiet) Intom kontu ġbartu ħafna informazzjoni u tista' tgħid li kulħadd kien qiegħed joffri l-informazzjoni, imma aħna m'aħniex grupp.", "Aħna ħafna nies li jaħdmu fl-areas tagħhom, fejn min għandu biċċa informazzjoni u min għandu biċċa informazzjoni oħra.\"", "\"Il-Kumitat qabel li din il-parti tad-diskors tal-Prof.", "Peter Xuereb tintbagħat lil dawk li se jiġu mistiedna jwieġbu fil-laqgħa li se ssir f'dan ir-rigward, ħalli dawn jiġu bit-tweġibiet.", "Il-Kumitat issuġġerixxa li l-mistednin għal din il-laqgħa għandhom ikunu l-Malta Communications Authority, il-Malta Environment and Planning Authority, il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, il-kumpanniji GO, Melita u Vodafone, kif ukoll NGO's li jaħdmu f'dan il-qasam.\"", "Issa hawnhekk jien għandi żewġ korrezzjonijiet li xtaqt nagħmel.", "L-ewwel waħda hija dik fejn qed ngħidu l-NGOs.", "Naħseb li hawnhekk qed nirriferu għall-NGOs ambjentali, hux hekk?", "Mela, għall-fini ta' korrettezza, wara l-kelma \"NGOs\" għandha tidħol il-kelma \"ambjentali\".", "It-tieni korrezzjoni għandha x'taqsam mal-parti introduttorja fejn qed ngħidu, \"u mistednin oħra sabiex jagħmlu l-preżentazzjoni tagħhom dwar l-effetti ħżiena fuq is-saħħa kkawżati mir-radjazzjoni elettromanjetika\".", "Naħseb li biex inkunu ġusti mar-realtà – issa jekk ma taqblux miegħi, nneħħi s-suġġeriment li qed nagħmel – għandna ngħidu \"dwar l-effetti allegatament ħżiena jew dwar il-probabilità ta' effetti ħżiena fuq is-saħħa\", u jien qed nibbaża l-preokkupazzjonijiet tiegħi għax teżisti l-probabilità.", "Il-probabilità lili diġa' tbeżżagħni.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 132 kif ippreżentati lill-Kumitat, wara li kien hemm qbil bejn il-Membri, ġew emendati kif ġej:", "F'paġna 2, wara l-kliem \"sabiex jagħmlu l-preżentazzjoni tagħhom dwar ...\" għandha tidħol il-kelma \"il-probabilità\" u allura din is-sentenza tiġi tinqara hekk: \"sabiex jagħmlu l-preżentazzjoni tagħhom dwar il-probabilità tal-effetti ħżiena ...\"", "F'paġna 3, wara l-kliem \"kif ukoll NGO's ....\" għandha tidħol il-kelma \"ambjentali\", u allura din is-sentenza tiġi tinqara hekk: \"kif ukoll NGO's ambjentali li jaħdmu f'dan il-qasam.\"", "L-Onor.", "ANTHONY ZAMMIT: Jien naħseb li anke l-Kummissarju għat-Tfal tidħol f'din il-kwestjoni, għax ir-rata ta' lewkemija u r-rata ta' tumuri fir-ras fuq it-tfal żdiedu, u qed jingħad li dan ġej minn hekk.", "Jiġifieri, bħala Kummissarju għat-Tfal, trid timpenja ruħek ħalli naraw daqsxejn dawn l-affarijiet.", "Barra minn hekk, il-fatt li jkunu qegħdin fuq l-iskejjel eċċ. inti għandek responsabilità minn dak il-lat ukoll.", "THE CHAIRMAN: Biex inkun korrett, irrid ngħid li fl-aħħar laqgħa li kellna, wara li ntemmet proprju l-laqgħa, kien hemm komunikazzjoni bejni u bejn l-Onor.", "Abela li, minkejja li hawn in-nuqqas tiegħu – avolja nista' ma nagħtix kas x'għedna, imma naħseb li għall-fini ta' kolleġġjalità u għall-fini ta' korrettezza għandi nsemmiha xorta waħda – xorta se nsemmiha, għax minkejja li l-laqgħa kienet spiċċat, id-diskussjoni ta' bejnietna xorta waħda baqgħet għaddejja, u din kienet waħda kostruttiva.", "Qiegħed nara lill-Onor.", "Abela dieħel fil-Kamra.", "Kont qed ngħid li inti, Onor. Abela, ma xtaqtx li jkun hawn numru kbir ta' mistiedna għal din il-laqgħa.", "M'hemmx bżonn li niddeċiedu issa, imma araw ftit il-lista ta' nies li qed ngħidu li għandhom ikunu mistiedna.", "Issa jekk taħsbu li hemm xi nies li m'għandhomx ikunu mistiedna, allura ma nistednuhomx.", "Jekk hemm xi entitajiet oħra li tixtiequ li nistiednu, nitkellmuha.", "Fil-fatt, issa stess qegħdin nindunaw li l-Kummissarju għat-Tfal kważi kważi għandha tiġi mistiedna, anke bħala osservatur, għax lili l-armonija togħġobni aktar mill-polemika.", "U allura jekk taħsbu li għandu jkun hemm xi ħaddieħor, inżiduh u, jekk taħbsu li m'għandux ikun hawn xi ħadd minn dawn li għandna fuq din il-lista, allura ma nistednuhx.", "Jien kont se nagħmel suġġeriment wieħed: id-diskors li qed nikkwotaw tal-Prof.", "Peter Xuereb huwa tajjeb, imma ma nistgħux nibagħtuh f'din il-forma bħala l-aġenda tal-laqgħa li se nagħmlu, għax min jarah miktub hekk mhux se jifhem x'irridu.", "Aħna nafu x'ried jgħidilna, għax konna hawnhekk għal-laqgħa u nafu x'kien l-animu tad-diskors tiegħu.", "Għaldaqstant, nixtieq ninkariga lir-Research Analyst sabiex, mingħajr ma titlef xejn mis-sugu ta' dan id-diskors, tbiddlu fi kliemha, u tiċċirkolah mal-membri fedelment kemm jista' ikun biex noħolqu terms of reference li tkun tinftiehem aktar, u allura nkunu aktar ċari.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, fuq il-lista li għandna fil-Minuti hawnhekk ma nsib l-ebda oġġezzjoni.", "Bħala suġġeriment, nixtieq li kull entità li qed insemmu hawnhekk niltaqgħu magħhom individwalment, u mhux jidħlu kollha f'daqqa.", "Mela jekk aħna se ngħidu li se nagħtu nofs siegħa jew tliet kwarti lil kull entità, nagħtuhom ħin fi x'ħin se niltaqgħu magħhom, u mbagħad, minn dak il-ħin sa dak il-ħin, nagħtu forsi ħames minuti ċans biex joħorġu l-mistednin li jkollna u sakemm jidħlu l-oħrajn.", "Naħseb li biex inkunu organizzati aħjar, nagħmlu kif qed tgħid inti.", "CARMELO ABELA: U naraw li dawk il-mistednin li ma nkunux qed nitkellmu magħhom ma jkunux preżenti fil-Kamra imma jistennew barra, ħalli ma jkunux qegħdin jisimgħu dak li jkun qed jingħad.", "THE CHAIRMAN: Nagħtik il-qbil tiegħi.", "CARMELO ABELA: Issa tista' tgħidli li xorta waħda jistgħu jisimgħu dak li jingħad minn fuq il-websajt tal-Parlament, imma li rrid jien hu biex dak li jkun ma jagħmilx l-arja bl-ieħor.", "Imma mbagħad ma neskludux il-possibilità li meta nisimgħu lil kulħadd u, wara li forsi nagħmlu paġna jew tnejn bir-rakkomandazzjonijiet, niltaqgħu kollha flimkien.", "Imma naħseb li għall-bidu għandna niltaqgħu individwalment.", "THE CHAIRMAN: Naqbel ma' dak li qed tgħid, imma jekk hawn xi oġġezzjonijiet nieħu nota.", "U issa naslu għat-tieni deċiżjoni: b'mod informali, l-Onor.", "Frederick Azzopardi u jien konna qisna qegħdin nieħdu nota fuq meta tista' tkun l-aħjar ġurnata biex nagħmlu din il-laqgħa.", "L-esperti li kienu ġew ikellmuna kienu qalulna li l-ġurnata ideali għalihom tkun il-Ħamis – lili l-ftehim jogħġobni ħafna – imma aħna konna qegħdin naqblu fuq il-ġurnata tat-Tlieta bħala l-ġurnata ideali għal din il-laqgħa.", "Issa rridu naraw fi x'ħin se nibdewha din il-laqgħa.", "Jekk taħsbu li hemm membri mill-Kamra li jistgħu jkunu kompetenti f'dan il-qasam, u li tridu tgħidulhom jiġu għal din il-laqgħa, naħseb li tistgħu tgħidulhom.", "Ma nafx jekk iniex proċeduralment skorrett.", "Mela, hawn qbil li nsejħu laqgħa li tkun it-Tlieta.", "Issa fuq data eżatta, nħalli f'idejn is-Segretarju u f'idejn ir-Research Analyst tal-Kumitat biex jagħmlu l-arranġamenti neċessarji.", "Imma, jekk ma jiġux l-esperti, għandna nkunu aħna li nistaqsu l-mistoqsijiet f'isem l-esperti, u allura għandna nżommu l-presentation li għamlulna f'idejna, biex inkunu nafu x'se nistaqsu.", "Naħseb li jkun tajjeb li nibagħtu r-rapport lill-awtoritajiet li se nġibu hawnhekk preżenti waqt il-laqgħa, u mbagħad, dakinhar tal-laqgħa, r-rapport neħduh taken as read u nibdew mill-ewwel bil-mistoqsijiet.", "Fl-aħħarnett, nitlob lilkom il-membri sabiex tiġu mmotivati u nagħmlu sforz komuni, biex ngħid hekk, ħalli f'isem it-tfal tagħna, f'isem il-ġenituri u f'isem il-komunità tagħna nuruhom li għandna istituzzjonijiet li qegħdin jaħdmu fuq dan is-suġġett.", "U jekk nistgħu nirresponsabilizzawhom aktar f'dan ir-rispett, naħseb li nkunu qegħdin nagħmlu biċċa xogħol tajba.", "Jien ma niddejjaqx ukoll li kieku r-Research Analyst tagħna, permezz ta' dik il-presentation li ġiet ippreżentata lilna, u anke b'uħud mill-mistoqsijiet li sarulna, tħejjilna rapport effettiv ħalli l-Kumitat iħalli marka li turi li dan is-suġġett ġie rrapportat.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Naħseb li dan is-suġġeriment tiegħek nistgħu nżommuh għal meta jsir l-ewwel round ta' laqgħat, fejn inkunu nistgħu mbagħad we pin point ċerti punti li forsi għandhom jidħlu hemmhekk.", "Ovvjament, dan qed ngħidu biex jekk aħna nħossu li hemm xi punti li huma rilevanti, naraw li ndaħħluhom, għalkemm dan ir-rapport xorta waħda niddiskutuh qabel ikun finalizzat.", "THE CHAIRMAN: Jien tal-opinjoni wkoll li nagħtu l-go ahead minn issa biex, minn ġimgħa qabel ma ssir din il-laqgħa, noħorġu Press Release bl-istess terms of reference li joħorġu mid-diskors tal-Prof Peter Xuereb, fejn ngħidu li se ssir din il-laqgħa u nsemmu wkoll min se jkun mistieden hawnhekk biex, jekk forsi jkun hemm xi ħadd li jixtieq jiġi fil-laqgħa bħala osservatur, ikun jista' jagħmel hekk ukoll.", "U aħna nkunu qegħdin nagħmlu l-informazzjoni tal-ħidma ta' dan il-Kumitat aktar pubblika.", "Jekk hawn qbil dwar dan, titniżżel fil-Minuti li qed tingħata l-go ahead biex issir din il-Press Release.", "Ovvjament, Elaine dejjem tikkomunika magħna minn qabel permezz tal-e-mail u, kif tara li m'hemmx oġġezzjonijiet, tkun tista' tibgħatha.", "B'hekk inkunu għalaqna l-proċeduri kollha tal-organizzazzjoni ta' din il-laqgħa.", "Kemm nikkomunikaw biss biex naraw liema tista' tkun l-aħjar ġurnata biex nagħmlu din il-laqgħa.", "THE CHAIRMAN: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kumitat:", "Tliet dokumenti datati 14 ta' Marzu, 2012 mibgħuta mill-Ministru Chris Said, flimkien ma' ittra mibgħuta mill-istess Ministru u datata 18 ta' Mejju, 2012.", "Mela, dan l-istrategic review irid jiġi diskuss mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, u allura aħna obbligati legalment li niddiskutu dan ir-rapport, bis-suġġerimenti kollha li fih rigward is-sostenibilità tas-sistema tal-pensjonijiet f'pajjiżna.", "Dan ifisser li dan il-Kumitat qed jiġi msejjaħ biex jiddiskuti dan ir-rapport bir-rakkomandazzjonijiet u l-emendi li jeżistu għas-sistema tal-pensjonijiet f'pajjiżna.", "Sal-aħħar ta' din is-sena, l-Gvern huwa obbligat li jieħu deċiżjonijiet, imma minkejja li hawn numru ta' deċiżjonijiet, il-Gvern ma jintrabat mal-ebda waħda minnhom, għax l-ewwel irridu niddiskutu aħna.", "Dawn il-kopji se npoġġihom fuq il-Mejda tal-Kumitat.", "Wieħed mill-persuni ewlenin fid-disinnjar, fil-kitba u fil-ġabra ta' dawn ir-rapporti huwa s-Sur David Spiteri Gingell, u għaldaqstant irridu niftiehmu miegħu biex naraw meta hi l-aħjar ġurnata ħalli jiġi jagħmlilna presentation ta' dan ir-rapport.", "Ovvjament, l-ewwel irridu naqraw dawn id-dokumenti li ġew ippreżentati lilna, u għalhekk, ladarba se npoġġihom fuq il-Mejda tal-Kumitat u jsiru dokumenti pubbliċi, ngħaddilkom kopja tagħhom ħalli tilħqu taqrawhom.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Meta qed ngħidu li dawn id-dokumenti legalment iridu jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kumitat, - issa dan il-kumitat huwa parti mill-Kamra wkoll biex ħadd ma jifhimni ħażin - hemm l-obbligu li jitpoġġew fiċ-Chamber ukoll, jew inkella l-obbligu qiegħed li jitpoġġew hawnhekk u li tiġi diskussa hawnhekk?", "THE CHAIRMAN: Ma' dawn id-dokumenti, għandi ittra mibgħuta lili mill-Ministru Chris Said u li qed tispeċifika dan li ġej:", "Mela, artikolu 64B (1) qed jgħid li kull ħames snin irid joħroġ rapport u issa, li għaddew dawk il-ħames snin, għandna quddiemna dan ir-rapport.", "U allura naħseb li d-diskussjonijiet bdew fl-2010.", "Mela hawnhekk legalment qegħdin insegwu l-proċess legali li titlob l-istess leġislazzjoni.", "Issa nagħti lis-Segretarju tal-Kumitat l-inkarigu biex niffissaw ġurnata li fiha jkun disponibbli s-Sur David Spiteri Gingell ħalli jiġi jagħmlilna l-presentation fuq dan ir-rapport.", "Jien tal-opinjoni – dejjem jekk taqblu miegħi – li l-ewwel ikollna esposizzjoni ta' dan ir-rapport, wara jkollna diskussjoni bejnietna, u wara noħorġu rapport.", "Ejjew inkunu disponibbli ħalli niġu murija x'irridu nagħmlu.", "Id-diskussjoni mhijiex immedjata, għax l-ewwel irid ikollna presentation mis-Sur David Spiteri Gingell.", "Naħseb ukoll li jkun aħjar li nitolbu lill-Ministru sabiex jiġi jagħtina l-interpretazzjoni tiegħu, qabel ma nibdew niddiskutu bejnietna.", "Jien naħseb li, mingħajr ma nagħmlu xi sforz straordinarju, nibdew id-diskussjonijiet ħalli, jekk fadlilna sa nofs Lulju qabel il-vakanzi tas-sajf, inkunu ħlisna ħafna mit-temi li għandna.", "Imbagħad, wara r-recess tas-sajf, forsi nibdew id-diskussjonijiet tal-budget, u allura qisu nieqfu mill-ewwel.", "Għalhekk, jekk għandna nagħmlu xi ħaġa, ejjew nagħmluha issa, ma jmurx imbagħad jiġi jingħad li qisu aħna waqqafna xi ħaġa.", "Aħna dejjem konna on time biex l-affarijiet inlestuhom.", "CARMELO ABELA: Sur President, id-diskussjoni fuq ir-rapport tal-Vjolenza Domestika ma nistgħux nagħmluha fil-5 tax-xahar ħalli nkunu lestejniha?", "Jiena m'għandi l-ebda oġġezzjoni li s-Sur David Spiteri Gingell jagħmlilna l-presentation, anzi huwa importanti li jagħmilha, imma jiddependi x'qed nistennew f'dik il-laqgħa.", "Jekk se nisimgħu biss reazzjonijiet żgħar mod, imma jekk xi ħadd qed jistenna reazzjonijiet aktar ta' sustanza, żgur li se jkollna bżonn aktar ħin.", "THE CHAIRMAN: Ejjew ma norbtux lilna nfusna b'esiġenzi li mhumiex mitluba minna daqshekk b'mod immedjat.", "Qabel ma ssir il-presentation, għandna nipprovaw insibu l-ħin biex naqraw ir-rapporti li rċevejna biex, meta ssir il-presentation, inkunu ppreparati.", "Issa mbagħad naraw jekk il-presentation għandhiex issir f'ġurnata waħda jew inkella f'darbtejn.", "On the 5th nistgħu nibdew, u rridu naraw meta s-Sur David Spiteri Gingell ikun jista' jiltaqa' magħna.", "On the 5th, niddiskutu r-rapport dwar il-Vjolenza Domestika u nistgħu nibdew fis-6.00 p.m.", "Issa nistgħu ngħaddu mal-ewwel għad-diskussjoni li għadna llum, u nħalli f'idejn il-Kummissarju għat-Tfal biex tagħmel l-introduzzjoni tagħha.", "Preżentazzjoni mill-Kummissarju għat-Tfal dwar ir-Rapport Annwali 2010 - Nipproteġu t-Tfal mill-Faqar u r-Rapport Annwali 2011 – Volontarjat Minnek u Għalik", "HELEN D'AMATO (Kummissarju għat-Tfal): Illum għandna żewġ rapporti annwali quddiemna: wieħed li ġie ppreżentat is-sena l-oħra u li jkopri s-sena 2010, u l-ieħor li ġie ppreżentat din is-sena u li allura jkopri s-sena 2011.", "Jekk tridu, nista' nagħti an overall view tal-ħidma tagħna, u mbagħad naturalment min jixtieq ikun jista' jagħmel xi mistoqsijiet jew kjarifiċi.", "Mela, bħala uffiċċju nista' ngħid li aħna naqsmu l-ħidma tagħna fuq pilastri bil-mod ta' kif nistgħu nilħqu l-aktar in-nies.", "Wieħed mill-aktar pilastri li jingħata importanza huwa l-awareness għax, ħafna drabi, meta tistaqsi lil xi ħadd x'inhuma d-drittijiet tat-tfal, issib li mhux dejjem inkunu qegħdin nitkellmu fuq l-istess affarijiet.", "Nista' ngħidilkom fuq l-awareness li aħna nagħtu kas ħafna l-prevenzjoni u l-protezzjoni.", "Nagħmlu rakkomandazzjonjiet fuq diversi issues, investigazzjonijiet u pubblikazzjonijiet, u li dawn nagħtuhom importanza, u kollha nagħmluhom b'konsultazzjonijiet mat-tfal stess u anke permezz ta' laqgħat mal-pubbliku, ma' entitajiet varji u ma' awtoritajiet.", "Nagħtu importanza kbira lil-laqgħat li jsiru mat-tfal fl-iskejjel, mal-kunsilli tal-istudenti u f'ċentri oħra li fihom jattendu t-tfal u ż-żgħażagħ barra mill-ħin tal-iskola.", "Dan nagħmluh għaliex nafu li meta t-tfal qegħdin l-iskola jkollhom attitudni mod, mentri meta jkunu qegħdin jitkellmu f'għaqdiet barra mill-iskola – u morna f'għaqdiet bħas- St. John's, Girl Guides, Scouts, Kerygma u l-Mosta Youth Empowerment Centre – se jkollhom attitudni differenti.", "Tajjeb ngħidu wkoll li fil-Kunsill tat-Tfal, li huwa statutorju, għandna wkoll numru ta' żgħażagħ li jintagħżlu minn sħabhom stess waqt ir-Rights 4U Course li nagħmlu darba fis-sena, u li l-input taż-żgħażagħ dejjem ikun qiegħed hemmhekk.", "Kif diġa' għedt, aħna nagħmlu diversi kollaborazzjonijiet ma' diversi entitajiet li jvarjaw mid-Dipartiment tas-Social Welfare Standards, kulleġġi, l-FSWS u l-UNHCR, speċjalment fejn jidħlu l-unaccompanied minors.", "U allura l-kollaborazzjoni tagħna ma' diversi entitajiet huma varji.", "Nieħdu sehem f'ħafna seminars fejn nagħtu l-kontribut tagħna.", "Pereżempju, is-sena l-oħra dħalna bi sħab mal-Aġenzija SEDQA sabiex tiġi organizzata konferenza partikolari fuq it-trobbija tal-ulied u l-irwol tal-ġenituri fit-trobbija tal-ulied.", "Naturalment, it-televiżjoni u r-radju ma jonqsux għax huma parti mill-awareness tagħna fejn niddiskutu suġġetti varji, mill-internet għall-modelling u għall-istress u s-saħħa mentali fuq it-tfal, kif ukoll diversi suġġetti oħra li ma jispiċċaw qatt.", "Nagħmlu wkoll ir-Rights 4U Course għal żgħażagħ ta' bejn l-14 u l-15-il sena, u li minnhom dawn nagħmlu tnejn, wieħed f'Malta u l-ieħor f'Għawdex.", "Li nagħmlu hu li naqbdu tema li normalment nabbinawha ma' dak li jkun qed jiġi ċċelebrat dik is-sena.", "Fil-fatt, kellna s-sena tal-faqar, is-sena tal-volontarjat, u l-korsijiet li se nagħmlu din is-sena se jkollhom it-tema \"bridging the gap with the elderly\".", "Għaldaqstant, dejjem nabbinawha ma' dak li jkun qed jiġri fil-pajjiż, u allura dejjem inkunu qegħdin inwasslu l-messaġġ tagħna mat-tfal infushom u anke ma' min ikun qed jieħu ħsiebhom.", "Ħafna drabi, aħna niġu akkużati minn diversi persuni, fosthom minn ġenituri u għalliema, li aħna nitkellmu biss fuq id-drittijiet mat-tfal.", "Fil-fatt, dwar dan aħna nżommu saqajna verament iebsa.", "Ir-responsabilità tagħna huwa li t-tfal ikunu jafu x'inhuma d-drittijiet tagħhom, għaliex id-drittijiet tagħhom mhumiex qegħdin hemm għad-diskussjoni.", "Nemmnu wkoll fir-responsabilità, naturalment dejjem skont l-età tat-tfal.", "U għal dan il-għan nidejna premju għal dawk it-tfal li jagħtu kas id-drittijiet ta' ħaddieħor, u r-rebbieħ jintagħżel mill-iskejjel stess.", "L-għan ta' dan il-premju huwa li noħorġu dik l-idea ta' responsabilità li inti trid tissalvagwardja d-drittijiet tiegħek, imma trid tissalvagwardja wkoll id-drittijiet tal-oħrajn.", "Bejn is-sena 2010 u s-sena 2011 għamilna sensiela ta' 13-il programm fuq Education 22 immirati għaż-żgħażagħ ta' bejn it-13 u l-15-il sena.", "Il-produzzjoni ta' din is-sensiela kienet f'idejn l-Uffiċċju, imma kellna żewġ żgħażagħ li kienu qegħdin jippreżentaw il-programm u li kienu nvoluti ħafna fih, anke fuq x'tip ta' diskussjoni nagħmlu f'dawn il-programmi.", "Biex ngħid hekk, tajna opportunità liż-żgħażagħ biex jipparteċipaw fid-diskussjoni u fit-tmexxija tal-programm.", "Bħala Uffiċċju, fis-sena 2011, intlabna għall-ewwel darba bħala Uffiċċju sabiex nagħtu lecture lill-kadetti tal-Pulizija, u parti mit-training tagħhom kien proprju fuq it-tfal, fuq id-drittijiet tat-tfal u fuq il-juvenile justice.", "Għalina din kienet xi ħaġa apprezzata ħafna għax, naturalment, il-Pulizija tifforma parti mil-longa manus tagħna fil-protezzjoni tat-tfal.", "Din is-sena wkoll ġejna mitlubin biex nagħtu din il-lecture, jiġifieri tidher li din daħlet fil-curriculum tal-kadetti tal-Pulizija.", "Għandek il-World Childrens' Day li aħna naturalment niċċelebrawha wkoll.", "Jekk imbagħad nidħol fuq il-protezzjoni u l-prevenzjoni, nista' ngħid li tfajna focus fuq it-tfal l-aktar vulnerabbli.", "Għalina t-tfal kollha huma vulnerabbli, imma mbagħad nirrikonoxxu li hemm tfal li huma aktar vulnerabbli minn oħrajn, speċjalment dawk li qegħdin f'istituzzjonijiet jew f'home care, tfal b'challenging behaviour, tfal bi problemi ta' saħħa mentali u tfal f'konflitt mal-liġi.", "Is-sena l-oħra tajna importanza lill-internet safety.", "Konna partners fil-\"Be Smart Online Project\", li kien ikkapeġġjat mill-Malta Communications Authority, imma kien hemm entitajiet oħra li kienu nvoluti, fosthom l-Education, iċ-Church Schools, l-Appoġġ u l-Pulizija.", "U kollha flimkien mexxejna din il-kampanja li kienet parti mill-proġett.", "Ix-xogħol tagħna bħala Uffiċċju kien li nżommu advisory board, youth panels u pproduċejna numru ta' riżorsi li, rrid ngħid, grazzi għall-istudenti tal-MCAST li tawna xogħol tajjeb ħafna … Fil-fatt, għaddejtilkom sample tagħhom dawn, li huma sett ta' comics li bħala Uffiċċju għaddejna kopja lil kull tifel u tifla ta' Malta u Għawdex fil-Year 5, Year 6, Form 1 u Form 2.", "Apparti minn hekk, għandkom ukoll CD bil-videos u bil-cartoons li kienu mmirati għat-tfal fis-Sekondarja.", "Dak kollu huwa xogħol prodott mill-istudenti tal-MCAST, bħala art and design, u allura l-cost tagħhom mhu xejn, għax dawn l-istudenti għamluh bħala parti mix-xogħol tagħhom.", "Li għamilna kien il-printing, imma dak il-cost kważi jiġi inconsequential meta tqis l-ammont ta' xogħol li tawna dawn l-istudenti.", "Il-videos u l-cartoons għaddejnihom lill-iskejjel, lit-teachers tal-PSD u lit-teachers tal-health and safety biex ikunu jistgħu jużawhom bħala bażi għad-diskussjoni fil-klassijiet mat-tfal u waqt il-laqgħat tas-Sedqa.", "Bi pjaċir ngħid li dawn il-videos u cartoons marru wkoll barra minn xtutna għax, waqt laqgħa li kelli mal-ENOC, il-European Network for OmbudsPersons for Children, urejnihomlhom bħala good practice, u ġew meqjusa mill-INSAFE bħala good practice fl-annual report tagħhom u talbuni kopja tagħhom.", "Pereżempju, talbuhomlna minn Iceland, kif ukoll rappreżentant mill-UNHCR, u aħna dawn nagħtuhom bil-gost kollu, għax huwa wkoll mod ta' kif we share resources.", "Peress li dawn kienu magħmulin minn żgħażagħ li huma qrib fl-età taż-żgħażagħ li aħna rridu nimmiraw lejhom u li, allura – għax ħafna drabi nużaw materjal li ġej minn barra minn Malta – t-tfal setgħu jimmedeżimaw ma' dak li qed jaraw għax qed jaraw proprju tfal Maltin oħra, u forsi lil uħud minnhom ikunu jafuhom ukoll, ħassejna li dan kellu an added value wkoll.", "Għamilna wkoll numru ta' rakokmandazzjonijiet kemm lis-settur pubbliku kif ukoll lis-settur privat dwar tfal li huma l-aktar vulnerabbli.", "Għamilna wkoll ir-rakkomandazzjonijiet tagħna meta kien hemm l-issue tat-teen parties, lir-Regolatur tat-Trasport Pubbliku meta nqalgħet l-issue taċ-ċertifikat tat-twelid għat-tfal taħt l-14-il sena sabiex jaraw jekk humiex Maltin jew le, rakkomandazzjonijiet lill-ETC u lill-ERA to harmonise legislation on underage work għat-tfal, għax it-tnejn kellhom biċċa leġislazzjoni imma din ma kenitx harmonised.", "Fil-privat ukoll, fejn kellhom strutturi li fihom jilagħbu t-tfal u li aħna ħassejna li ma kenux siguri, ġbidna l-attenzjoni dwarhom.", "Tajna wkoll rakkomandazzjonijiet dwar l-IVF – avolja dan kien suġġett li ġie diskuss meta jien kont għadni ma lħaqtx Kummissarju – għaliex ħassejt li huwa importanti li dawn jgħaddu għand il-Kumitat Parlamentari ad hoc dwar l-IVF.", "Għamilna rakkomandazzjonijiet lill-Armata dwar il-handling tal-armi waqt l-Open Day, biex tfal taħt is-16-il sena ma jitħallewx jimmaniġġjaw l-armi.", "Għamilna rakkomandazzjonijiet lill-Malta Football Association sabiex togħla l-età fejn tidħol il-compensation, u li għandhom isiru regolamenti bil-Malti u ċari meta jkun hemm ir-reġistrazzjoni tat-tfal.", "Tlabna b'mod formali lill-MCCAA sabiex jibda l-proċess ħalli jiġu stabbiliti standards nazzjonali għall-indoor play areas għat-tfal, għax meta fittixt ma sibt xejn.", "Meta pprovajt insib xi standards hemm għall-affarijiet li huma bħall-Fun Land, fejn jinġabru t-tfal biex jilagħbu, skoprejna li m'hemm l-ebda tip ta' regolamentazzjoni fuq is-safety tat-tfal eċċ. Dawn għandhom trading licence, imma that's where it all starts and where it all ends!", "Għaldaqstant, għamilna talba formali lill-MCCAA biex isiru standards nazzjonali ħalli nibdew minn hemm, u mbagħad ikun irid isir proċess ieħor biex dawn l-istandards jidħlu fis-seħħ.", "Bħalissa, t-talba ġiet milqugħa.", "Din it-talba kienet saret imbagħad b'mod formali, u ġiet tidher fuq il-Gazzetta tal-Gvern.", "B'hekk daħlu fiha l-Environmental Health, il-GRTU, it-Trade, jiġifieri kien hemm stakeholders varji li kollha flimkien qegħdin nifformulaw dawn it-tip ta' standards.", "Għamilna wkoll numru ta' investigazzjonijiet dwar l-addozzjoni, dwar tfal f'konflitt mal-liġi, u għamilna numru ta' pubblikazzjonijiet.", "Diġà semmejt x'għamilna dwar dak li għandu x'jaqsam mal-internet.", "Is-sena l-oħra bdejna nħejju, u issa wasal fl-aħħar fażi tiegħu, ktieb għat-tfal ta' bejn il-11-il sena u t-12-il sena dwar id-drittijiet tat-tfal bil-Malti, u wżajna lingwaġġ tat-tfal ħalli l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal ikunu jistgħu jifhmuha.", "Fil-fatt, bħalissa qegħdin fil-fażi li dan il-ktieb jingħata lit-tfal differenti.", "Issa tawna l-materjal is-sena l-oħra, kif ukoll din is-sena, u għalhekk bdejna naħdmu fuq activity book, comics, cartoons u videos li jitrattaw il-well being in order to address obesity amongst children għat-tfal iż-żgħar, u l-violence and bullying għat-tfal ftit ikbar.", "U allura bħalissa qegħdin naħdmu fuq dawn l-affarijiet ukoll.", "Erġajna ppubblikajna l-logħba f'forma ta' flash cards għat-tfal ta' erba' snin, u s-sena l-oħra tajniha lit-tfal kollha tal-kindergarten 2 fl-iskejjel ta' Malta kollha.", "Aħna dejjem nitolbu l-għajnuna tal-iskejjel u taċ-ċentri fejn ikunu t-tfal u, fejn jidħlu l-iskejjel tal-Gvern, nużaw il-kulleġġi bħala hub sabiex nieħdu l-affarijiet hemmhekk u mbagħad dawn jitqassmu.", "L-affarijiet l-oħra nqassmuhom aħna b'mod kważi kważi personali to make sure li ma jkun hemm l-ebda diffikultà għal dawn l-iskejjel, u neħduhomlhom on site biex iqassmuhom, għax jista' jkun li jsibu diffikultà sabiex jiġu għalihom, u aħna ma nixtiequx li jkollna tfal li ma jieħdux dak il-materjal għax importanti li naslu għand kulħadd.", "Ippubblikajna wkoll il-ktieb \"Il-Kompetizzjoni\", li għaddejtilkom kopja tiegħu, u dan tqassam ukoll fil-libreriji pubbliċi.", "Veru li din ma taqax taħt dan l-annual report, imma bħalissa qegħdin fil-fażi li nipprintjaw il-booklet \"Kiko and the hand\", wara li ttraduċejnih bil-Malti.", "Din hija pubblikazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa, u huwa ktieb għat-tfal, imma fih gwida għall-ġenituri kif jittrattaw l-issue tas-sexual abuse mat-tfal iż-żgħar.", "Dan huwa ktieb immirat għat-tfal ta' erba' u ħames snin u li, kif għedtilkom, qiegħed jiġi printed bħalissa.", "Issa, nhar il-Ġimgħa se nagħmlu l-launching tiegħu, u se nagħtu kopja lit-tfal kollha li qegħdin fil-Year 1 fl-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex, għax nhar il-Ġimgħa huwa l-International Children's Day u se niċċelebraw din il-ġurnata b'dan il-mod billi nagħmlu l-launching ta' dan il-ktieb.", "Se noħorġu 5,000 kopja li se jitqassmu lit-tfal kollha tal-Year 1.", "Nixtiequ li nagħtu iżjed, imma rridu nibdew minn x'imkien.", "Għandna riċerka għaddejja – u issa waslet synopsis u dalwaqt nippubblikawha – dwar it-tfal li jkunu in and out of home care.", "Issa fl-aħħar ta' Ġunju se tibda – sfortunatament ħadilna aktar ħin milli xtaqna – riċerka fuq il-leisure.", "Din qed nagħmluha mal-Aġenzija Żgħażagħ.", "Bħala Uffiċċju qed naraw li ta' kull sena qegħdin jiżdiedu t-talbiet għall-għajnuna, pariri jew biex jiftħu qalbhom, u dik nieħdu pjaċir biha, fis-sens li qed naraw li n-nies qed iħossuhom komdi li jiġu l-uffiċċju biex ikellmuna.", "Tajjeb ngħid li fl-aħħar tas-sena l-oħra, ngħatajna premises li jixraq lil dan l-Uffiċċju, għax qabel konna f'żewġt ikmamar fid-Dar Ħidma Soċjali u ma stajniex nespandu.", "Issa llum għandna binja għalina f'Santa Luċija, u li fiha qiegħda nagħmel kamra għat-tfal.", "Din il-kamra diġa' offrejtha lill-Aġenzija Appoġġ sabiex tintuża għal dik in-naħa ta' Malta, u li fiha jkunu jistgħu jsiru access visits biex it-tfal ikunu jistgħu jiltaqgħu mal-ġenituri tagħhom f'ambjent li jkun kalm.", "L-Appoġġ diġà ħadu dik l-inizjattiva u, ladarba din il-kamra tkun lesta, jkunu jistgħu jagħmlu użu minnha.", "Dak li qed nagħmlu f'din il-kamra m'għamiltux għax ħsibt jien x'inhu bżonnjuż għat-tfal, imma sar b'konsultazzjoni ma' child psychologist.", "B'hekk din il-kamra għandha sservi bħala prototype ħalli, meta l-Qorti tal-Familja tiġi biex tespandi, - fil-fatt diġa' kelli diskussjonijiet mal-Qorti tal-Familja – din il-kamra tintuża bħala prototype għal dawn l-entitajiet li jkunu jridu jagħmlu kamra għat-tfal.", "Se nieqaf hawnhekk għax inkella nibqa' għaddejja, għax kien hemm affarijiet oħra li għamilna.", "Pereżempju, waħda mill-affarijiet ta' importanza kbira u ta' concern għalina hija li l-Konvenzjoni għadha mhijiex parti mil-liġijiet Maltin, u allura hemmhekk għaddejjin b'eżerċizzju mal-Uffiċċju tal-Avukat tat-Tfal biex naraw li l-liġijiet tagħna jkunu konformi ma' din il-Konvenzjoni.", "L-għan aħħari tagħna mhuwiex biss dak li naraw li l-liġijiet ikunu konformi, imma li din tifforma parti mil-liġijiet Maltin, għax għalkemm din ġiet iffirmata u rratifikata, għalina dik mhux biżżejjed.", "Qegħdin niddiskutu wkoll biċċiet ta' leġislazzjonijiet differenti li nixtiequ naraw tibdil fihom, fosthom il-care orders u l-voluntary placements minħabba li m'hemmx dik is-sigurtà li nixtiequ naraw permezz tal-liġijiet.", "Jiġifieri hemm ħafna issues li huma mniżżlin fil-concerns tagħna fl-annual reports, u rrid ngħid li l-materjal għar-rapport ta' din is-sena ma nbidilx, imma tajnih forma differenti fejn abbinajnih ma' particular rights.", "Il-concerns tagħna xorta hemm baqgħu, għalkemm mhumiex qegħdin kollha f'daqqa.", "Xi ħaġa ħelwa li forsi qegħdin tinnotawha f'dan ir-rapport huwa li, din is-sena, ddeċidejna li ninkludu diversi xogħlijiet li saru mit-tfal stess.", "Kien hemm żewġ skejjel partikolari li għamlu proġett mat-tfal tal-iskola fejn qalulhom ipinġu dak li jaħsbu li hi l-Kummissarju għat-Tfal.", "U dawn li qed taraw fuq ir-rapport kienu d-designs li għamlu t-tfal stess, u ħassejt li kelli ninkludi x-xogħol ta' dawn it-tfal f'din il-pubblikazzjoni għax huma importanti.", "Id-designs li għandna fuq quddiem taż-żewġ pubblikazzjonijiet huma wkoll xogħlijiet tat-tfal li jsiru waqt ir-Rights 4U Course, fejn jiġu mitluba jpinġu s-suġġett li jkunu qegħdin jiddiskutu, biex imbagħad dawk id-designs nużawhom fil-kopertura tal-annual report.", "Xogħol it-tfal jingħata l-ispazju li jixraq.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "ANTHONY ZAMMIT: Ħadt gost li dħaltu wkoll fl-Akkademja tal-Pulizija, għax anke the handling tat-tfal mill-pulizija huwa importanti, anke psikoloġikament, għax dik taffettwa ħafna lit-tfal.", "Intom se tidħlu wkoll fuq dan l-aspett li qed insemmi biex lill-pulizija tagħtuhom lectures mingħand il-psikoloġisti tagħkom?", "HELEN D'AMATO: Aħna għandna s-sagħtejn tagħna, u dawk is-sagħtejn inkunu nistgħu nużawhom kif nixtiequ aħna.", "S'issa mort jien biss, imma s-suġġeriment tiegħek huwa validu ħafna, u allura nista' dawk is-sagħtejn naqsamhom ma' ħaddieħor.", "Pereżempju, għamilt hekk meta m'ilux il-Fakultà tal-Edukazzjoni talbitni biex nagħti lecture lil dawk li jkunu se jibdew jgħallmu lit-tfal tal-early years u, fil-fatt, din is-sena ma mortx waħdi, imma ħadt lis-Sur John Rolè miegħi meta ttrattajna l-issue tal-fostering.", "U daqskemm jista' jitkellem is-Sur John Rolè fuq l-issue tal-fostering żgur li ħadd ma jista' jitkellem.", "B'hekk qsamna sessjoni fejn jiena għamilt il-biċċa tiegħi b'mod ġeneriku dwar id-drittijiet tat-tfal, u mbagħad tajna focus fuq il-fostering, għax inħossu li dawn it-tfal ikunu għaddejjin minn sitwazzjonijiet xi ftit jew wisq diffiċli, liema sitwazzjonijiet jeħduhom magħhom fil-klassi.", "Allura, peress li konna qegħdin nitkellmu ma' dawk l-għalliema li se jkunu qed jgħallmu l-early years, għednilhom li t-tfal ma tantx ikollhom dak il-mod ta' kif jesprimu dawn id-diffikultajiet tagħhom, u allura jista' jagħti l-każ li l-għalliema jibdew jaħsbuhom li they are playing up, mentri dak huwa l-mod tagħhom ta' kif iġibu ruħhom biex juruk id-diffikultajiet li jkunu għaddejjin minnhom.", "Dan kien mod ta' kif naslu għand id-diversi professjonisti sabiex inwasslu l-karba tat-tfal biex huma jkunu jafu kif jaġixxu f'dik is-sitwazzjoni.", "ANTHONY ZAMMIT: Huwa importanti li, l-ewwel nett, lit-tfal tneħħilhom il-biża' li għandhom mill-Pulizija, ħalli jkunu jistgħu jiftħu qalbhom magħhom, u allura importanti li t-tfal jiġu handled psikoloġikament u fiżikament sewwa mill-pulizija.", "Imma mbagħad ma tridx titlef ir-rispett li t-tfal għandu jkollhom lejn il-pulizija.", "Hemm qiegħda l-problema, għax il-Pulizija hija awtorità, u t-tfal m'għandhomx jibżgħu mill-awtorità, għaliex għandhom ikunu jafu li l-awtorità qiegħda hemm biex tgħinhom.", "U dak ir-rispett irid jibqa' hemm, għax jien qed nara li dan ir-rispett qiegħed jintilef.", "Fil-fatt, qabel, jekk kont tara pulizija, kont tħoss dak is-sens ta' awtorità, u r-rispett kien differenti.", "Illum 'il ġurnata, meta ż-żgħażagħ jaraw pulizija jiġu jaqgħu u jqumu minnu.", "HELEN D'AMATO: Jiena naħseb li din it-tip ta' attitudni mhux mit-tfal biss ġejja.", "Issa, meta aħna nkunu qegħdin nitkellmu fuq kif in-nies għandhom jittrattaw mat-tfal, aħna ma nkunux qegħdin ngħidulhom li they should give in to children.", "Dik ma naqblux magħha għax, li kieku naqblu magħha, inkunu qegħdin nagħmlu disservice lit-tfal.", "Imma li t-tfal iħossuhom komdi hija kwestjoni differenti.", "Forsi waħda mill-biżgħat li għandna ħafna minna hija dik li, meta qegħdin nitkellmu fuq id-drittijiet tat-tfal, qisna qegħdin ngħidu li drittijiet lit-tfal equals nuqqas ta' dixxiplina.", "Imma dan mhux minnu.", "Sfortunatament, ħafna nies jinterpretawha hekk u allura jien inħobb ngħidilhom li huma, bħala adulti, ifisser li għax għandhom id-drittijiet tagħhom, allura huma indixxipplinati?", "Dik iċ-Charter tal-Human Rights meta se tibda tgħodd?", "Meta tagħlaq it-18-il sena?", "Le, dik tgħodd għal kulħadd.", "Il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal hija mirquma biex tilħaq għall-bżonnijiet partikolari tat-tfal.", "Meta nkun qed nagħti talks mal-ġenituri nsib li xi kultant, meta jsibu ruħhom f'din is-sitwazzjoni, jibdew jaħsbu li se jitilfu xi ftit mill-awtorità li għandhom fuq it-tfal, mentri mhuwiex il-każ u, jekk jagħmlu hekk, jagħmlu ħażin, għax dak ifisser li jkunu qed jirrovinaw lit-tfal.", "Għalhekk jiena ndur fuqhom u ngħidilhom biex jgħiduli x'inhuma d-drittijiet tat-tfal, u nibdew inniżżluhom fuq white board jew xi ħaġa simili.", "Imbagħad, wara li jkunu semmewli kollox, nibda nistaqsihom liema nistgħu nneħħu minnhom, u hemmhekk jibdew jirrealizzaw li ħafna drabi jkunu biżgħat, għax meta inti qed tagħti dritt lil xi ħadd, fejn qed tippriserva l-identità tiegħu u, fejn qed tagħtih ir-rispett, ma jfissirx li qed tnaqqas mill-valur.", "THE CHAIRMAN: L-aħjar hu li l-ewwel jitkellmu d-deputati kollha, u mbagħad fl-aħħar tkun tista' tirrispondi s-Sinjura D'Amato.", "Nitolbok tieħu nota biex ma jkollokx overlapping u, jekk ikun hemm bżonn, tiġi darb'oħra biex tirrispondi, żgur li nsibu l-ħin biex nerġgħu niltaqgħu.", "L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Sur President, fil-verità kont tlabt lis-Segretarja tal-Kumitat Parlamentari dwar il-Familja sabiex ma noqogħdux inġibu lill-Kummissarju għat-Tfal darbtejn, l-ewwel fil-Kumitat Parlamentari dwar il-Familja u mbagħad fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "U, peress li s-Segretarja tal-Kumitat dwar il-Familja kienet ukoll is-Segretarja tal-Kumitat Soċjali, kienet taf li llum kellha tiġi l-Kummissarju għat-Tfal, u b'hekk dehrli li kien ikun aktar faċli li jien niġi f'dan il-Kumitat milli noqgħod nerġa' nistedinha fil-kumitat l-ieħor.", "Qiegħed ngħid dan kollu għaliex naħseb li hawn ħafna overlapping of roles.", "Biex inkun onest, meta rajt dan ir-rapport u smajt lis-Sinjura D'Amato titkellem, bqajt impressjonat bl-abilità tal-kontinwazzjoni, jiġifieri hawnhekk għandek il-concerns of the Office of the Commissioner for Children, li ilu għaddej mis-sena 2003, u tista' tara li dawn qegħdin jibnu ġebla fuq oħra u għandek xi ħaġa li hija verament ħolistika.", "U naħseb li dan huwa importanti ħafna.", "Issa, mill-banda l-oħra, naħseb li hawn rwolijiet li huma ripetuti.", "Pereżempju, għandek il-Kummissjoni Nazzjonali dwar il-Familja, il-Kumitat Parlamentari dwar il-Familja u għandek ukoll iċ-Ċentru għall-Istudji dwar il-Familja fl-Università ta' Malta.", "L-Onor.", "Carmelo Abela ta l-input tiegħu meta konna qegħdin niltaqgħu maċ-Ċentru għall-Istudji dwar il-Familja, u hemmhekk ukoll ipprovajna nikkonverġu magħhom, għax fil-verità naħseb li wieħed irid jevita li jkun hemm duplikazzjoni ta' xogħol.", "Li jkun hemm aktar integrazzjoni huwa importanti wkoll.", "Pereżempju, il-bieraħ kelli żewġ esperjenzi koroh, waħda ta' familja li kellha diffikultajiet kbar, imma jien, bħala tabib, għalkemm naf li din il-familja għandha diffikultajiet kbar, kif se nikkwantifikahom u fejn se nibagħthom?", "Hawnhekk qed nitkellem fuq koppja li kellhom il-problemi bejniethom, u dawn għandhom ħafna tfal.", "Imbagħad f'salt wieħed – veru li dawn ma tantx fittxew għajnuna, imma naħseb li ma kenux jafu fejn kellhom imorru – sabu ma' wiċċhom care order fuq tlieta mit-tfal tagħhom!", "Mela dawn qegħdin jgħumu waħedhom, b'sebat itfal, bl-omm ma taħdimx u r-raġel bix-xogħol primarju u b'part-time wkoll … Kien jidher biċ-ċar li għandhom il-problemi, imma fejn se taqbad tħabbat il-bibien?", "Tgħiduli li setgħu marru l-Aġenzija Appoġġ, imma ma naħsibx li l-familja jew l-iskola jew it-tabib - biex nerfa' r-responsabilità tiegħi – ikunu jafu eżattament … Tant hemm bibien fejn tħabbat li tibda tippreokkupa ruħek fejn għandek tmur eżattament.", "Imbagħad immorru minn estrem, fejn dawn qegħdin waħedhom u qisu ħadd ma daħal għalihom, għall-estrem l-ieħor tal-care orders.", "Irrid nistaqsi lis-Sinjura D'Amato jekk din il-ħaġa tinkwetahiex?", "Ħaġa oħra li xtaqt nistaqsi hija fuq x'feedback kellkom dwar id-draft National Children's Policy, u intomx sodisfatti bil-feedback, u jekk il-feedback kienx ġej biss minn aġenziji jew kummissjonijiet jew kumitati jew istituzzjonijiet, jew inkella kienx ġej ukoll miċ-ċittadin.", "Il-bieraħ kelli każ ieħor ta' single mother li kellha tewmin u li tgħix f'overcrowded apartment, mingħajr ma ġie allokat lilha post alternattiv.", "U allura minħabba l-overcrowding din spiċċat f'istituzzjoni mat-tfal tagħha.", "L-argument li qed nipprova nagħmel huwa dan: il-familji numerużi – qed ngħidu familji li għandhom sebat itfal - kemm qed isibu ħajt ta' kenn?", "Fl-aħħar nett, nixtieq nifraħlek għax, sinċerament, naħseb li hawnhekk m'inti tħalli xejn barra.", "HELEN D'AMATO: Nixtieq nagħmel ħafna iżjed.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Jiena nixtieq ngħid li l-lectures lill-kadetti tal-Pulizija kienet inizjattiva ta' min jinkoraġġiha, u ma nafx tistax tiftħuha iktar lejn entitajiet oħra li għandhom l-involviment tat-tfal, jiġifieri lil xi studenti tal-Università li jkunu qed jieħdu l-kors għal għalliema, jew lill-istudenti tal-MCAST, li jkun se jkollhom konnessjonijiet mat-tfal.", "Ridt nistaqsik ukoll fuq ir-rapport annwali għas-sena 2010 fejn, f'paġna 43, insibu \"Nuqqas ta' faċilitajiet għal ħarsien f'istituzzjonijiet residenzjali u servizz essenzjali f'Għawdex\".", "Nixtieqek taġġornana x'ġara minn dakinhar lil hawn.", "Imbagħad, f'paġna 41 tar-rapport annwali għas-sena 2011, qed naraw li saru laqgħat ta' diskussjoni bejn il-Kummissarju għat-Tfal u l-Aġenzija Sedqa ħalli jsiru korsijiet li jtejbu l-abilitajiet tal-ġenituri, b'enfasi partikolari fuq il-ħteġijiet ta' familji b'ġenitur wieħed.", "Hawnhekk xtaqt nistaqsik jekk dik is-sezzjoni tal-edukazzjoni li nfetħet dan l-aħħar, li hi speċi ta' skola żgħira li fiha jattendu studenti li jkunu pregnant, intom bħala Kummissjoni għat-Tfal, intomx se tkunu nvoluti fiha wkoll.", "Imbagħad, l-aħħar ħaġa li ridt insemmi hija fuq paġna 51 tar-rapport annwali 2011, fejn qed tgħidu hekk; \"L-ewwel ħaġa kienet li dawk l-immigranti bi status ta' protezzjoni sussidjarju ma kenux qegħdin jirċievu l-benefiċċju tal-qgħad.\"", "Issa inti qiegħda tgħid li għamiltu r-rakkomandazzjonijiet tagħkom.", "S'issa, skont ir-rapport, ma jidhirx li kellkom xi forma ta' risposta.", "Għaldaqstant tista' taġġornana ftit u tgħidilna jekk kienx hemm xi forma ta' risposta?", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Min-naħa tiegħi, se naqbad ma' punt importanti li għadu kemm tkellem fuqu l-Onor.", "Fil-fatt, hawnhekk qiegħed nirriferi għall-overlapping.", "Nafu li għandna numru ta' aġenziji u entitajiet li kollha qegħdin jagħtu servizzi speċifiċi.", "Għalhekk nixtieq nagħtik suġġeriment bħala Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal.", "Nixtieqek tieħu nota ta' min huma dawn l-aġenziji kollha u jiġi mniżżel it-terms of reference tagħhom, u allura jkollok speċi ta' direttorju, li jrid ikun user friendly għal min se jużah, biex ikun jista' jintuża l-aktar mill-professjonisti.", "Li għandi f'moħħi jien hu li rrid nara kif nistgħu aħna nkunu ta' għajnuna għalik, u jekk inti għandekx xi ħsieb fuq kif nistgħu nkunu ta' għajnuna għalik u ta' kif nistgħu nsaħħulek il-potenzjal tiegħek, kemm min-naħa tiegħi bħala Kumitat tal-Affarijiet Soċjali, u kemm bħala Kumitat tal-Familja, li huwa mmexxi mill-Onor.", "Inħalli f'idejk biex tistaqsina kif nistgħu nissorveljaw aħjar, ma mmorrux nispiċċaw li mingħalina għandna ħafna entitajiet biex iservu, imma mbagħad ikollok persuni li s-servizz li jkunu qegħdin jitolbu ma jsibu lil ħadd li jkun qed joffrih, u allura nispiċċaw naqgħu between two stools.", "Meta kont Segretarju Parlamentari, dejjem kont inressaq l-awtoritajiet u l-entitajiet flimkien, għax jekk ma tagħmilx hekk ma ssolvihiex il-problema.", "U naħseb li, ħafna drabi, jrid ikun hemm dak ix-xi ħadd, dik l-awtorità li biex ikollok servizz sħiħ li qed jiġi pprovdut, ikollok iġġib lis-Sedqa, lill-Appoġġ u lil dak u lill-ieħor sabiex jaħdmu f'networking, għax inkella dak is-servizz partikolari dak li jkun ma jkunx jista' jakkwistah.", "Ir-raġuni hi li kulħadd għandu rwol speċifiku, imma jista' jkollok min għandu domanda għal servizz speċifiku li ma jaqa' taħt ir-responsabilità ta' ħadd.", "Jiena nemmen li inti għandek biċċa xogħol kbira, għax is-soċjetà donnu li aktar ma tevolvi u tiżviluppa aktar qed jinħolqu perikli għat-tfal.", "Hemm affarijiet tajbin għat-tfal, imma xi kultant nara aktar perikli għat-tfal, u allura l-lista tal-affarijiet li tista' tagħmel – kif għedtilna inti stess – dejjem tikber.", "Tagħmel kemm tagħmel, dejjem jibqa' ħafna iktar xi jsir.", "Jien se nsemmilek uħud minnhom.", "Laqtitni ħafna - bħalma kkummenta wkoll l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia - li fir-rapport annwali tal-2010, minn paġna 39 sa kważi paġna 50, għandek il-punti ta' tħassib tal-Kummissarju għat-Tfal.", "Meta kien hawn il-Kummissarju preċedenti sabiex tagħtina preżentazzjoni tar-rapport annwali, kont għedtilha biex tagħtina elenku ta' x'inhuma l-preokkupazzjonijiet tagħha fis-soċjetà tal-lum.", "Ejjew inkunu kuraġġużi u ma naħbux il-problemi taħt it-tapit, imma ngħidu eżatt fejn huma l-problemi.", "U l-Kummissarju preċedenti kienet tatna elenku li naħseb fil-Minuti ta' dan il-Kumitat nistgħu nsibuhom.", "Kienu qishom xi ħaġa simili bħal din li qed naraw hawnhekk.", "Jien naħseb li hawnhekk għandek biċċa xogħol perfetta.", "Imma mbagħad – għax konna qed nikkumentaw fuqha jien u l-Onor.", "Carmelo Abela ftit ilu – fir-rapport annwali tal-2011, dan l-eżerċizzju daqstant tajjeb, ma jidhirx li reġa' sar.", "IS-SINJURA HELEN D'AMATO: Hemm qiegħed ukoll, imma biddilna ftit il-format tiegħu.", "Fil-fatt, issa ssibhom fl-aħħar ta' kull sezzjoni, għax abbinajnihom ma' kull dritt.", "THE CHAIRMAN: Tajjeb.", "Mela ħalli niġi mill-ewwel għas-suġġeriment ta' x'tista' tagħmel inti u x'nistgħu nagħmlu aħna miegħek.", "Elenku bħal dan tas-suġġerimenti u tal-preokkupazzjonijiet niftakar li konna għamilna laqgħat fejn konna ġibna dipartimenti u entitajiet biex nistaqsuhom kif nistgħu nsibu soluzzjonijiet għal dawn il-problemi.", "Fuq il-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal - l-Onor.", "Justyne Caruana ssemmi kontinwament il-Liġi tat-Tfal – niftakar li konna ġibna l-AG biex jagħtina spjegazzjoni dwarha.", "Imma għaliex aħna naħsbu li huwa importanti li jkollna l-Liġi għat-Tfal, u l-Kummissarju għat-Tfal preċedenti kienet taħseb l-istess, imma mbagħad l-AG kien jaħsibha differenti?", "Dan qed ngħidu mhux għall-fini ta' konfront, imma għall-fini tal-kisba tas-soluzzjonijiet u kif aħna bħala Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u bħala Kumitat tal-Familja .… Fl-opinjoni tiegħi, għandna nsibu l-opportunità sabiex niftiehmu bejnietna ħalli naraw min jista' jagħmilha din il-biċċa xogħol, fejn aħna, f'isem il-Kummissarju għat-Tfal, inlaqqgħu hawnhekk numru ta' dipartimenti u nagħmlu eżerċizzju ta' kisba ta' soluzzjonijiet.", "Naħseb li dan huwa networking li kapaċi ngħinu fih u hija biċċa xogħol importanti wkoll.", "Ħalli nsemmilek numru ta' affarijiet żgħar li ssemmew hawnhekk f'dan il-Kumitat.", "Pereżempju, issemmiet il-proċedura tad-dfin tat-trabi li jitwieldu prematurament.", "Niftakar li din konna tkellimna fuqha meta konna qegħdin nitkellmu fuq l-IVF, fejn kienet tqajmet minn numru ta' ġenituri u ssemmiet ukoll mill-Onor.", "Mid-dehra, għad m'għandniex reġistru ta' dawk li jitwieldu prematurament u lanqas għandna …", "Fejn qabel meta kien ikun hemm xi miscarriage, it-tarbija kienet tittieħed id-Dipartiment tal-Patoloġija, tintefa' fil-formalina u tagħmel hemmhekk numru ta' snin, sakemm jintela' il-cupboard li jitfgħuhom fihom biex imbagħad jiġu midfuna en masse....", "ANTHONY ZAMMIT: Illum is-sitwazzjoni differenti, u fil-fatt anke jistaqsu lill-ġenituri tat-tarbija x'iridu li jsir minnha.", "Illum anke jindifnu b'mod formali, bit-tebut eċċ.", "THE CHAIRMAN: Niftakar li aħna konna tkellimna fuq din l-issue, u naħseb li għall-grazzja t'Alla, bħala Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, għinna biex il-proċeduri jinbidlu.", "Jien kulma qed nipprova nissuġġerixxi huwa biex inti tibqa' tosserva x'jista' jkun qed isir, li ma jmurx xi darba l-proċeduri jerġgħu jmorru lura u jekk hemm dan il-lok, aħna m'għandniex il-kompetenza li nkunu nafu, imma jekk taħseb li aħna nistgħu ngħinu, u jekk hemm lok ta' titjib fuq dak li diġà qiegħed hemm, inkomplu nagħmlu dak li qed nagħmlu.", "Fil-fatt il-ġenituri kienu wrewna din il-ħtieġa.", "Xtaqt insemmi wkoll il-ġugarelli f'forma ta' armi.", "Naf li għandna leġislazzjoni f'dan ir-rigward, imma nafu wkoll li fil-festi u fil-ħwienet għadek issib minn dawn il-ġugarelli.", "Jiena ppreokkupat li niġi għal sitwazzjoni fejn niġi mitlub nagħti intervent, imma mbagħad ma sibtx it-tarf ta' kif se nagħmel l-intervent tiegħi.", "Jekk forsi jkolli l-għajnuna min-naħa tagħkom, bħala Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali … L-Appoġġ ilhom jitolbuna biex nagħmlu xi tip ta' intervent mal-GRTU eċċ. rigward l-issue tal-isniffing, u xtaqu li fuq din is-sitwazzjoni naħdmu flimkien.", "L-aħħar ħaġa li ridt insemmi hija fuq il-playgrounds, għax dan l-aħħar inqalgħet problema bejn il-ħteġijiet tat-tfal li jkunu jridu jilagħbu mar-residenti li joqogħdu fl-akkwati ta' din il-playing field.", "Allura kif nistgħu nsibu bilanċ bejn il-ħteġijiet tat-tfal li jilagħbu fil-playing fields, u d-drittijiet tar-residenti li jkunu qrib dik il-playing field li jkunu jridu jgħixu f'armonija u fil-ħin tal-mistrieħ ikunu jistgħu jistrieħu?", "Issa hawnhekk mhux se nidħol fuq x'tista' tuża u ma tużax biex twaqqaf lit-tfal.", "Jiena rajt il-kummenti u qbilt miegħek, imma qed nipprova naqbel ftit ma' kulħadd u forsi nagħtu xi suġġerimenti.", "Ma naħsibx li se nsibu soluzzjoni għal din il-problema llum, imma 'l quddiem trid terġa' tiġi f'dan il-Kumitat u ngħidu kif nistgħu naħdmu aħjar fuqha.", "Il-playgrounds huma postijiet fejn it-tfal jistgħu u għandhom id-dritt li jilagħbu, u allura se jagħmlu l-istorbju.", "Għandek ukoll skejjel qrib ir-residenti, u dawn se jgergru minħabba l-istorbju.", "Din hija problema tas-soċjetà li żviluppat u li qegħdin ngħixu fiha llum.", "Problema oħra li għadna kemm iddiskutejna ftit tal-ġranet ilu kienet dik fuq il-mobile phones.", "Din hija xi ħaġa li lili tħassibni u tbeżżgħani ħafna.", "Hawnhekk kellna preżentazzjoni – li nittama li mhuwiex minnu, imma jekk hu hekk allura huwa ħażin ħafna – fejn qalulna li kull darba li nużaw il-mobile phone toħroġ ċerta radjazzjoni.", "Issa jien diġà qiegħed inmarrad lili nnifsi meta nagħmel użu minn dan il-mobile phone, imma ħafna drabi, lit-tfal tagħna mingħalina b'logħba noqogħdu ngħidulhom biex ikellmu lin-nanna fuq il-mobile.", "U jien diġa' bdejt nibża' ngħid lit-tifel tiegħi biex juża l-mobajl.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli ma niġux fuq il-kwestjoni tal-antenni għalissa.", "Jien dejjem inħoss din ir-responsabilità li dak li nisma' bħala Chairman ta' dan il-Kumitat, inwasslu wkoll barra minn dan il-Kumitat.", "Tal-antenni hija xi ħaġa involontarja, mentri l-użu tal-mobajl hija xi ħaġa volontarja.", "Bħalma għandna l-avviż fuq il-qoxra tal-pakkett tas-sigaretti li jgħidlek li s-sigaretti joqtlu, naħseb li wasal iż-żmien li nagħmlu kampanja edukattiva fuq din il-kwestjoni wkoll, ovvjament wara li nfittxu fuqha u naraw li hemm il-probabilità ta' ħsara.", "Nerġa' ngħid li għalissa mhux qed ngħid fuq l-antenni imma fuq il-mobile phones.", "Jekk naraw li dawn veru jagħmlu l-ħsara, ejjew nedukaw lit-tfal u lill-ġenituri fuq x'inhuma l-effetti tal-mobile phone fuq it-tfal.", "Issa, jekk il-ġenituri jridu jweġġgħu lil uliedhom, ħallihom ħa jixtruhulhom; imma naħseb li inti, bħala Kummissarju għat-Tfal, tidħol fiha wkoll, u jekk hemm bżonn ngħinuk ngħinuk.", "Jien naħseb li hija realtà li l-użu tal-mobile phones minn tfal taħt ċerta età tista' toħloq periklu eminenti, u naħseb li din hija xi ħaġa li għandha tinkwetana.", "Rigward l-antennas, Sinjura D'Amato, inti kont preżenti meta smajt il-preokkupazzjonijiet tagħna waqt li konna qegħdin niftiehmu fuq il-proċedura ta' kif se mmexxu d-diskussjoni fuq dan is-suġġett ma' diversi entitajiet li se nistiednu proprju għal din il-laqgħa partikolari.", "U għal din il-laqgħa tista' tkun hawn preżenti inti wkoll bħala Kummissarju għat-Tfal, jew inkella tibgħat lil xi ħadd mill-Uffiċċju tiegħek, jew inkella ssegwi l-laqgħa minn fuq il-websajt tal-Kumitat.", "Ridt ngħid xi ħaġa fuq ir-riforma fil-Qorti tal-Familja.", "Aħna konna għamilna rapport fejn ħareġ biċ-ċar li t-tfal huma l-aktar li jbatu f'dawn il-każijiet.", "Dan ir-rapport ġie ppubblikat grazzi għall-inizjattiva li ħa l-iSpeaker, u jien nixtieq ngħaddilek kopja tiegħu.", "Għamilna rapport ieħor fuq in-nuqqas tal-missier fil-familja, kif ukoll rapport ieħor dwar l-istrateġija nazzjonali fuq is-saħħa sesswali.", "Ir-rapport l-ieħor fuq in-nanniet għad irid jiġi ppubblikat, u naħseb li dak ir-rapport kien wieħed mill-aħjar rapporti li għamilna għax is-suġġerimenti li fih huma preokkupazzjonijiet reali.", "Rigward ir-riforma fuq il-Qorti tal-Familja naħseb li għandna naħdmu flimkien sabiex narawha sseħħ.", "Naħseb li rridu nitkellmu wkoll fuq l-aċċess għall-persuni b'diżabilità, xi ħaġa li kienet ukoll diskussa minn dan il-Kumitat.", "Hemm il-ħtieġa li jkun hemm aċċess għal persuni b'diżabilità, kif ukoll għall-ġenituri li jkunu għaddejjin b'xi pram, u allura naħseb li we need to join forces u nitkellmu fuq kemm huwa importanti li jkollna a children friendly environment.", "Fuq l-issue tal-aċċess għal kulħadd, iddiskutejniha wkoll f'dan il-Kumitat.", "L-aħħar issue partikolari li xtaqt inġib għall-attenzjoni tiegħek – u forsi tkun tista' tagħtina s-suġġerimenti kif nistgħu ngħinuk – hija fuq l-abbuż sesswali fuq it-tfal u kif it-tfal jirrapportaw.", "Jien ippreokuppat fuq xi ħaġa li konna smajna meta konna qegħdin nitkellmu fuq il-Qorti tal-Familja u fuq id-dritt li t-tfal jirrapportaw l-abbuż sesswali li jkunu għaddew minnu.", "Ħalli nispjega lili nnifsi aħjar.", "Hemm numru kbir ta' rapporti li jsiru minn ġenituri għax it-tfal tagħhom ikunu ġew abbużati mill-parti l-oħra tal-koppja, u ħafna drabi jkun il-missier li jabbuża, imma mbagħad jirriżulta li mhux dejjem dan ikun minnu!", "Li jkun ġara hu li l-mara, konvenjentement, minħabba l-proċess tas-separazzjoni, tagħmel dawn l-allegazzjonijiet.", "Jien naħseb li meta intom tkunu qegħdin tispjegaw dawn l-affarijiet, u ċioè li filwaqt li t-tfal għandhom id-dritt li jirrapportaw jekk kemm-il darba jiġu abbużati, fl-istess ħin huwa importanti li l-adulti ma jabbużawx minn dan id-dritt li għandhom it-tfal.", "Jien naf numru ta' missierijiet li tkellmu magħna f'dan il-Kumitat bl-aktar mod apert, u qalulna li għaddew ix-xhur u s-snin mingħajr ma jistgħu jaraw lit-tfal tagħhom minħabba dawn l-akkużi.", "U bi dwejjaq kbar ikolli ngħid li lil dawn il-missirijiet ma kellix fejn nibgħathom għax il-bibien isibuhom magħluqin.", "Jekk tismagħhom, tibda tgħid dawn mhux każijiet normali; imma xorta jibqgħu jgħidulek li ġieli jagħmlu sentejn ma jaraw lit-tfal tagħhom.", "Dawn huma weġgħat għalija għax jien, li suppost leġislatur u jien li suppost qiegħed f'dan il-Kumitat, ma nafx kif nista' nsib rimedju għal dan il-missier li ma jistax jara lil uliedu.", "U naħeb li dan huwa sfreġju kbir f'din is-soċjetà li qegħdin ngħixu fiha.", "Nixtieq li jkollna guidelines dwar kif nistgħu nsibu soluzzjoni flimkien għal dann it-tip ta' problemi.", "L-Onor.", "ANTHONY ZAMMIT: Sur President, naħseb li llum mhux se ngħaddi l-kummenti tiegħi għax inti ilek 25 minuta titkellem, u għad fadal l-Onor.", "Abela li jixtieq jgħaddi l-kummenti tiegħu!", "Jiġifieri l-Kummissarju għat-Tfal x'se nħallulha?!", "Żewġ minuti kollox!", "THE CHAIRMAN: Il-Kummissarju għat-Tfal se jkollha tiġi darb'oħra, imma aħna ma nistgħux ma nieħdux dawn l-issues bis-serjetà.", "Inkella se nkunu qisna qegħdin ngħaddu dawn l-issues kollha passata.", "Jiġifieri darb'oħra se jkollok terġà tiġi armat, b'hekk ikollok il-ħin tiegħek ħalli tipprepara r-risposti tiegħek.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: L-ewwel nett nirringrazzjak tal-preżenza tiegħek u tal-paċenzja.", "Issa min-naħa tiegħi xtaqt ngħaddi xi kumment anke fuq dak li qalilna fil-bidu l-Onor.", "Naħseb li huwa importanti li f'dan il-pajjiż – u dan jgħodd għal kulħadd – nidraw naħdmu aktar flimkien.", "Li jkun hemm l-istituzzjoni tal-familja u għaqdiet oħra eċċ. huwa tajjeb, imma l-importanti hu li dawn mhux jinħolqu b'duplikazzjoni, imma li kulħadd ikun jaf x'inhu l-qasam tiegħu u naħdmu flimkien, għax ma nistgħux naffordjaw li ma naħdmux flimkien.", "Għalija l-Kumitat tal-Familja u l-Kumitat Soċjali, għalkemm jista' jkun hemm suġġetti li huma overlapping minħabba n-natura tagħhom, huma żewġ kumitati distinti.", "Anzi, jkolli ngħid li l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja għandu l-privileġġ li huwa l-uniku kumitat li mill-mozzjoni tat-twaqqif tiegħu sar għandu t-terms of reference tiegħu, u għandu wkoll imsemmija l-entitajiet li magħhom irid jaħdem aktar.", "Hemm proċess biex naslu biex ngħidu li dan il-Kumitat verament qed jaħdem kif għandu jaħdem.", "Barra minn hekk, jidher li mill-istess rapporti, b'mod partikolari r-rapport annwali tal-2010, li forsi huwa ppreżentat b'mod aħjar mill-oħrajn … Issa mhux qed ngħid li l-oħrajn mhumiex ippreżentati sew, imma fejn jidħlu rakkomandazzjonijiet, wieħed jista' jarahom b'mod aktar faċli f'dak ir-rapport partikolari.", "U kif għedt inti stess, Sinjura D'Amato, dawk ir-rakkomandazzjonijiet qegħdin ukoll fir-rapport annwali tal-2011, imma trid tfittixhom taħt kull dritt.", "U allura hija biss kwestjoni ta' preżentazzjoni.", "Madankollu, jidher li fil-qasam tat-tfal għad fadal ħafna x'isir.", "Issa għad fadal ħafna x'isir, mhux għax ma sar xejn matul is-snin, imma għaliex dejjem niskopru li l-affarijiet jistgħu jsiru b'mod differenti u b'mod aħjar.", "Ħalli nispjega ruħi.", "Pereżempju, fejn qabel konna naċċettaw il-fatt li t-tfal ikunu f'istituzzjoni, f'dawn l-aħħar snin qed naraw li mhuwiex ideali għat-tfal li jkunu f'istituzzjoni.", "Ma jfissirx li fil-passat din kienet xi ħaġa ħażina; anzi naħseb li dak kien l-uniku mezz ta' kif tipproteġi t-tfal eċċ. Dan huwa eżempju wieħed, imma hemm ħafna eżempji oħra.", "Il-punt hu li qed neħduha bil-mod wisq biex noqorbu sabiex ikollna ċerti riformi u tibdil.", "Naraw li huwa bil-mod wisq, għax Kummissarju għat-Tfal, waħda wara l-oħra, dejjem ilmentaw fuq dawn l-affarijiet.", "Anke mir-rapporti tiegħek, Sinjura D'Amato, qiegħed jidher dan il-fatt.", "Issa rridu nagħmluha ċara li aħna ma nistennewx li l-Kummissarju għat-Tfal jista' ibiddel dawn l-affarijiet għax lanqas bil-liġi stess ma jista' jagħmilhom, u lanqas ir-riżorsi kemm finanzjarji u kemm umani m'għandu biex jagħmel dan.", "Bħalma aħna bħala Kumitat ma nistgħux inbiddluhom għax huwa f'idejn il-leġislatur, anzi huwa f'idejn l-Eżekuttiv li jbiddel dawn l-affarijiet.", "Li nistgħu nagħmlu hu li nimbuttaw kemm nifilħu u ngħinu lil xulxin f'dan l-imbuttar, u nittamaw li dan it-tibdil isir aktar malajr.", "Ħadt gost li inti stess semmejt mhux biss id-drittijiet imma anke d-dmirijiet.", "Din il-kelma jien nemmen fiha, u fil-fatt qabel għedtha inti, kont niżżiltha bħala l-ewwel punt.", "Persważ li din għedtha għaliex temminha, bħalma nemmen fiha jien ukoll.", "U għalhekk ktibtha, għax naħseb li fiż-żmien tal-lum, aħna bħala ġenituri nafu kemm huwa diffiċli biex tikkorreġi lit-tfal, imma huwa importanti li minn età żgħira ndaħħlu f'moħħ it-tfal li ma' kull dritt hemm dmir.", "Aħna l-iskola hekk konna nitgħallmu fejn, b'mod sempliċi ħafna, kienu jgħidulna li jekk inti għandek 10 drittijiet, għandek ukoll 10 dmirijiet.", "Jiġifieri qed juruk li d-drittijiet qegħdin hemm, imma hemm ukoll id-dmirijiet.", "Għalhekk naħseb li tagħmel sew li tkompli tenfasizza fuqhom.", "Xtaqt nistaqsi wkoll fuq iż-żjarat fl-iskejjel, għax ma rajtx kemm saru minn dawn iż-żjarat.", "L-aktar ħaġa importanti meta tmur fi skola hu x'jiġi trasmess lit-tfal.", "Barra minn hekk, ħaġa li nixtieq nistaqsi wkoll hija fuq ir-rapporti, għax mill-Uffiċċju tiegħek isiru diversi rapporti tajbin – ma jsirux biss mill-Uffiċċju tiegħek dawn ir-rapporti, għax isiru wkoll minn entitajiet oħra – u forsi dan huwa d-difett tagħna f'dan il-pajjiż, li jsiru ħafna rapporti b'ideat tajbin, imma mbagħad x'feedback tirċievi fuq dawn ir-rapporti?", "Ir-rapporti ma jsirux biss biex ngħidu kemm għandna rapporti sbieħ u tajbin għax juru x-xogħol u l-impenn, imma jrid ikollna wkoll il-feedback fuqhom, ħalli permezz ta' dan i-feedback wieħed ikun jaf jekk huwiex qed isir progress jew le.", "Inti semmejt ukoll dak li għandu x'jaqsam man-nurseries.", "Issa jien bil-kappell l-ieħor, għax jien ukoll Segretarju ta' klabb tal-futbol, naf li l-MFA għamlet ukoll laqgħa għall-klabbs kollha u semmiet il-frott tal-laqgħa li inti, bħala Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal, kellek mal-MFA.", "L-MFA ħaditha bis-serjetà u dan ridt nikkonfermah.", "Saru diskussjonijiet anke mal-klabbs responsabbli minn dawn in-nurseries u hemm impenn biex l-affarijiet jitjiebu; però wieħed ma jistax jara biss naħa waħda tal-munita, imma jrid jara wkoll in-naħa l-oħra.", "U jien naf li dan il-messaġġ twassal lilek.", "Dan qed ngħidu biex wieħed iwassal messaġġ li n-nurseries għandhom l-importanza tagħhom ukoll, u ma nistgħux narmu l-valur tan-nurseries billi dawn ikunu free to all, għax irid ikun hemm ċerta dixxiplina u d-dritt ta' kumpens għandu jibqa'.", "Dan il-kumpens ma jkunx xi kumpens ta' mijiet.", "Li rrid ngħid hu li l-MFA din il-kwestjoni ħaditha bis-serjetà, u dan nista' ngħidu għax jien ukoll attendejt għal waħda minn dawn il-laqgħat.", "Waħda mill-affarijiet li nixtieq nistaqsi fuqha hija dwar jekk qattx sar xi studju dwar il-policy fuq fejn jidhru t-tfal.", "Aħna nafu li għandna d-Data Protection Act imma ġiel i… Dan li qed ngħid jgħodd ukoll għalina l-politiċi, u fil-fatt, anke fir-rapport tiegħek, jidhru politiċi mat-tfal.", "Naturalment, it-tfal ħelwin u kulħadd jieħu gost jidher mat-tfal, imma n-nies jibdew jgħidu li allura d-Data Protection Act qiegħda hemm għal xejn, għax filli niffirmaw ħafna dikjarazzjonijiet u filli mbagħad lit-tfal nesponuhom fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni, permezz ta' ritratti, jew ħaġa jew oħra.", "L-Uffiċċju tiegħek qatt ġie mitlub minn xi ġenituri, jew inkella fuq inizjattiva tal-Uffiċċju stess, għamel xi ħaġa f'dan ir-rigward?", "Jien stess nikkritika l-idea tal-Data Protection Act, għax xi kultant iġġebbed l-affarijiet iż-żejjed, u kultant lanqas tħares lejn it-tfal!", "Jiġifieri xi kultant, immorru minn estrem għal ieħor.", "Xi ħaġa oħra li xtaqt nagħmel enfasi fuqha, għax inħoss li hija importanti ħafna, hija l-faqar fost it-tfal.", "Fil-fatt, wieħed mit-titli tal-annual report tal-2010 huwa proprju \"Nipproteġu t-tfal mill-Faqar\".", "U ġustament hekk għandu jkun, għax huwa wieħed mill-gruppi vulnerabbli u huwa ogħla anke bħala persentaġġ.", "Imma anke hawnhekk minix nara mpenn biżżejjed, mhux mill-Uffiċċju tiegħek, għax kif għedt diġà inti, ma tistax tagħmel dak li wieħed ikun jixtieq, però nemmen li jekk mhux se jkun hemm approach ħolistiku mill-aspett tal-edukazzjoni, tal-qasam soċjali, eċċ. biex verament .… Trid tmur familja familja, għax din mhijiex issue ta' azzjoni ġenerali imma hija azzjoni ffokata fuq familja familja, għax ir-realtà bejn familja u oħra tvarja, u r-raġunijiet ikunu differenti.", "Imma hemm bżonn li din l-issue verament tkun aktar 'il fuq fuq l-aġenda u jien, bħala l-kelliem tal-Oppożizzjoni fuq dan is-suġġett, nitkellem ħafna fuq l-issue tal-faqar għax nemmen fiha, u għaliex hija realtà wkoll u tħalli mpatt fuq diversi oqsma.", "L-aħħar żewġ affarijiet li rrid insemmi huma fuq it-Task Force li twaqqfet dwar it-tfal li jintefgħu l-ħabs, li ma jidhirlix li qiegħda tissemma' f'xi wieħed minn dawn ir-rapporti.", "(Interruzzjonijiet) Jista' ikun li ma rajthiex jien, imma x'sar minnha din it-Task Force?", "Tista' ssemmiha ftit u x'punti ħarġu, jew inkella x'azzjoni ttieħdet minn dawk konċernati?", "L-aħħar punt li xtaqt insemmi huwa dwar ir-rigali, li semmihom ukoll iċ-Chairman fil-kummenti tiegħu, fejn semma' ukoll il-mobile phones.", "Fil-fatt, ikollok ċerti ġenituri li jaħsbu li għamlu xi achievement kbir għax lit-tfal ikunu xtrawlhom mobajl.", "Issa mhux biss għall-ħsara li potenzjalment jista' jkollu mobajl fuq is-saħħa tat-tfal, imma anke għall-messaġġ li nibgħatu.", "Dan norbtu mal-importanza li nagħtu lura t-tfulija lit-tfal.", "Ħafna drabi meta nitkellmu man-nanniet u mal-bużnanniet tagħna jgħidulek li huma kienu jilgħabu bix-xejn, u kienu jieħdu aktar gost jilgħabu.", "Ma rridx niftiehem li rridu mmorru lura għal dak iż-żmien, imma llum donnu t-tfal għandhom ħafna, imma fl-istess ħin mhumiex kuntenti kif forsi kienu n-nanniet u l-bużnanniet tagħna.", "Allura rridu naraw jekk għandhiex issir kampanja, jew jekk tħossx inti, bħala Kummissarju għat-Tfal, li għandha ssir kampanja aktar għall-ġenituri u għall-adulti li jagħtu rigali lit-tfal fuq kemm huwa importanti li r-rigali li nagħżlu għat-tfal tagħna jkunu rigali li jgħoddu għalihom, li jkunu tajbin għalihom, li jedukawhom, li jifformawhom u li jagħtuhom pjaċir.", "ANTHONY ZAMMIT: Fil-fatt it-tfal qed jitilfu l-kreattività tagħhom kompletament.", "CARMELO ABELA: Din għandha implikazzjonjiet, għax għandek familji li għandhom il-mezzi u jistgħu jagħtu ċerti tipi ta' rigali lit-tfal tagħhom, u mbagħad għandek familji oħra li, jew b'għażla jew għax ma jkunux jifilħu, li ma jagħtux dawk it-tip ta' rigali.", "Din ikollha mpatt fuq l-iskola, għax it-tfal jitkellmu bejniethom u jogħqodu jgħidu x'għandhom huma, u allura min ma jkollux dak l-oġġett se jmur fuq il-ġenituri tiegħu u jistaqsihom meta se jkollu dak l-oġġett.", "U allura naħseb li jkun tajjeb li naħsbu ftit fuq kampanja, jew jekk tħossx li għandu jsir dan it-tip ta' messaġġ fuq l-importanza ta' rigali tajbin u li jkunu jgħoddu għat-tfal.", "Finalment, l-aim tagħna lkoll għandu jkun mhux biss li nipproteġu t-tfal minn ħafna affarijiet, imma li t-tfal jgħixu t-tfulija tagħhom għax it-tfulija darba tiġi.", "U allura importanti li t-tfal jgħixu l-ħajja tat-tfal u mhux diġa' jkollhom il-problemi tal-kbar.", "THE CHAIRMAN: Hawnhekk għandek ġabra tajba ta' preokkupazzjonijiet li kellna aħna u dawn kollha ġejjin minn numru ta' laqgħat li aħna kellna sussegwentement fuq diversi issues u li issa qegħdin naqsmuhom miegħek.", "Madankollu, issa rridu nsibu l-ħin – ara inti meta tkun lesta – biex nerġgħu niltaqgħu ħalli inti tkun tista' tirrispondina bl-aktar mod sistematiku.", "HELEN D'AMATO: Xtaqt ngħid xi ħaġa li semma' l-Onor.", "Carmelo Abela dwar il-policy fuq kif għandhom jiġu murija t-tfal.", "Kumbinazzjoni għadni kif ifformolajt kuntratt ma' riċerkatur sabiex proprju nagħmlu studju dwar kif l-aħjar li jiġu pproġettati t-tfal fl-advertisements.", "Qed ngħid hekk għax, filwaqt li fuq it-television għandna l-Broadcasting Act, fejn jien kelli wkoll rapporti mal-Broadcasting Authority, u sibt appoġġ kbir min-naħa tagħhom.", "Fil-fatt, anke qlajna t-tfal minn fuq programmi partikolari biex ma jibqgħux jidhru bħala vażuni fuq wara tas-sett.", "U biex għamilna dan, kellna l-appoġġ tal-Awtorità.", "Madankollu, fil-print media m'hemm xejn fuq din il-materja.", "Kelli każ li sibt appoġġ min-naħa tal-Environmental Health, fejn kien hemm reklam ta' tarbija miksija bit-tattoos.", "Kif għedt fuq dan il-każ, sibt l-appoġġ tal-Environmental Health, li rranġaw ukoll il-guidelines tagħhom dwar kif għandhom jiġu pproġettati t-tfal.", "And this sets me thinking, għax naturalment l-affarijiet jinqalgħu l-ħin kollu, u dejjem trid tara kif se tipprova tiffoka fuq diversi affarijiet f'salt.", "Issa naf li meta tibda tiftaħ, jista' jkun li forsi titlef ftit mill-focus, imma jiena qed nipprova nifrex idejja kemm jista' jkun 'il bogħod.", "U fil-fatt, se jkolli riċerkatur li se jagħmel studju dwar din il-ħaġa, u se jagħmel ukoll guidelines for electioneering għax, filwaqt li jien ma nistax ngħid li l-politiċi għandhom il-pesta … Fil-fatt, jien ma nara xejn ħażin li t-tfal jiltaqgħu mal-politiċi, għax it-tfal huma parti mis-soċjetà Maltija, imma mbagħad trid tara l-mod ta' kif nużaw lit-tfal.", "Jekk jien għandi attività u stedint lis-Social Affairs Committee – għalkemm mhux dejjem tiġu u, fil-fatt, fl-aħħar attività taċ-Children's Day kien ġie l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia – ma nara xejn ħażin b'daqshekk għax, fuq kollox, it-tfal huma parti mis-soċjetà tagħna wkoll, u t-tfal għandhom id-dritt li jkunu informati.", "Imma mbagħad irridu noqogħdu attenti kif se nużaw lit-tfal.", "CARMELO ABELA: Fil-passat, anke bħala shadow minister fuq l-edukazzjoni, jien xtaqt li niltaqa' mat-tfal u se nsemmi eżempju żgħir.", "Nafu li hawn il-Premju Ġwanni XXIII, u jien kont bdejt id-drawwa li f'isem il-partit li nirrappreżenta, nagħti wkoll xi ħaġa ta' apprezzament.", "Imma din kienet biċċa wġiegħ ta' ras fuq jekk għandhiex issir fi skola jew le.", "U darba kellna naqilgħu lill-istudenta li rebħet dan il-premju, kif ukoll lill-istudenta l-oħra li kienet f'siġġu tar-roti mill-iskola - bil-permess tal-ġenituri tagħhom, li kienu wkoll preżenti – għax il-premjazzjoni ma setgħetx issir fl-iskola tagħhom.", "Ma kenux se jiġu tfal oħrajn ħlief dawn it-tnejn, għalkemm fil-bidu xtaqna li jkun hemm il-klassi kollha għax dik setgħet tkun ta' eżempju għalihom.", "Issa l-biża' tiegħi hu li tista' ssir diskriminazzjoni bejn partit li jkun fil-Gvern u partit li jkun fl-Oppożizzjoni.", "Nittama li mhux hekk, imma l-biża' tiegħi hu li, meta jkun hemm persuna ta' partit fil-Gvern, ma tkunx problema imma - hu min hu fil-gvern, tista' tgħodd illum, għada jew pitgħada - meta jkun hemm persuni min-naħa tal-Oppożizzjoni, jinqalgħu l-oġġeżżjonijiet.", "Naturalment, dan qed ngħidu b'mod ġenerali u mhux qiegħed nirriferi għalik.", "THE CHAIRMAN: Jiena xtaqt inkompli ma' dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Carmelo Abela għaliex nemmen li din hija issue delikata ħafna.", "Jien naħseb li għandna bżonn li jkollna speċi ta' kodiċi ta' etika, jew ningħataw direzzjoni fuq kif inġibu ruħna mat-tfal, ħalli ma mmurx jien nibda naħseb li b'dak li għamilt stajt nidher qiegħed nabbuża mit-tfal.", "Qegħdin niftiehmu?", "Importanti li jkun hemm xi ħaġa li tkun qiegħda tiddefendina.", "Fl-aħħar mill-aħħar, irridu nsibu dak is-sens ta' bilanċ.", "Din l-istess bħalma għedna fuq il-playing fields, fejn kulħadd għandu d-dritt għall-mistrieħ tiegħu, bħalma t-tfal għandhom id-dritt li jilgħabu.", "Jiġifieri aħna wkoll għandna d-dritt li niltaqgħu mat-tfal u li t-tfal jiltaqgħu magħna.", "Imma mbagħad irridu naraw kif se nesponu lilna nfusna.", "HELENA D'AMATO: Din jien ħadtha bħala sfida għax, għalkemm ma nifhimx fis-suġġett, però nifhem is-sitwazzjoni għaliex anke jien xi darba kont bħalkom.", "Issa ma rridux inkunu paranojiċi, u għalhekk ħassejt il-bżonn li nqabbad lil xi ħadd li huwa indipendenti mill-Uffiċċju tiegħi sabiex jagħmilli din il-biċċa xogħol.", "Fil-fatt, dan huwa senior lecturer ġol-Università li jaħdem fil-qasam tal-Youth Studies.", "Issa naturalment x'se jiżviluppa minnu jien ħallejtha f'idejh.", "Nixtieq li kieku nirrispondi għal ħafna mill-affarijiet li staqsejtuni, imma se jkun diffiċli biex nirrispondi f'dan il-ftit ħin li fadal.", "Xtaqt insemmi xi ħaġa li hija attwali ħafna u hawnhekk qiegħda nirriferi għall-mosquito device, li jien tajt il-kummenti tiegħi fuqhom ukoll, però tajjeb li tkunu tafu li hemm numru ta' entitajiet li nġbarna flimkien – għandek il-Kummissarju tal-Pulizija, il-kunsilli lokali, l-MCCAA u aħna – u qegħdin inħarsu lejn din is-sitwazzjoni.", "Aħna min-naħa tagħna oġġezzjonajna għax, filwaqt li nifhem lir-residenti, min-naħa l-oħra m'għandekx tkun diskriminatorju b'dak il-mod, u lanqas għandu jkun resident li jiddeċiedi jekk huwiex qed isir l-istorbju jew le.", "Din mhijiex xi ħaġa suġġettiva: jekk illejla qed nara logħba futbol u s-sett tat-television niftaħlu m'ogħla s-sema, ma ngergirx għax lit-tfal m'iniex qiegħed nismagħhom, imma mbagħad, jekk inkun irrid noqgħod nisma' l-opra, u fit-triq hemm it-tfal … Ma nistgħux inkunu diskriminatorji b'dan il-mod.", "Fl-istess ħin li hemm tfal li forsi qed jagħmlu l-istorbju f'dik il-playing field, hemm tfal oħra li qed jilagħbu wkoll imma li mhumiex jagħmlu storbju.", "Issa jekk se nwaqqfu, se nwaqqfu lil kulħadd, li mhuwiex sew.", "Għalija my biggest worry is displacement u allura, jekk stess hemm allegatament anti-social behaviour f'dik il-playing ground partikolari, b'dan l-atteġġjament you are only displacing … Mela x'se nagħmlu?", "Anyway, hawnhekk hawn ħafna affarijiet li nixtieq li nirrispondi għalihom.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-laqgħa hija aġġornata għal data oħra li titħabbar aktar 'il quddiem.", "Fid-21.15 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120529_133d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 133", "It-Tlieta, 29 ta' Mejju, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.25 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "L-Onor.", "JeanPierre Farrugia, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja kien preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 131 li saret nhar It-Tlieta, 22 ta' Mejju, 2012 ġew konfermati.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 132 kif ippreżentati lill-Kumitat, wara li kien hemm qbil bejn il-Membri, ġew emendati kif ġej:", "F'paġna 2 wara l-kliem \"sabiex jagħmlu l-preżentazzjoni tagħhom dwar...\" għandha tidħol il-kelma \"il-probabilità\" u allura din is-sentenza tiġi tinqara hekk; \"sabiex jagħmlu l-preżentazzjoni tagħhom dwar il-probabilità tal-effetti ħżiena...\".", "F'paġna 3 wara l-kliem \"kif ukoll NGO's....\" għandha tidħol il-kelma \"ambjentali\" u allura din is-sentenza tiġi tinqara hekk; \"kif ukoll NGO's ambjentali li jaħdmu f'dan il-qasam.\".", "Il-Kumitat qabel li wara li ssir din il-laqgħa marbuta mal-antenni tat-telefonija ċellulari jitlesta rapport mir-research analyst tal-Kumitat.", "Il-Kumitat qabel ukoll li ġimgħa qabel issir din il-laqgħa toħroġ press release dwar is-suġġett li se jiġi diskuss kif ukoll bil-lista ta' rappreżentanti li se jiġu mistiedna għal din il-laqgħa.", "Iċ-Chairman poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dok 172 Tliet dokumenti datati 14 ta' Marzu, 2012 mibgħuta mill-Ministru Chris Said flimkien ma' ittra mibgħuta mill-istess Ministru u datata 18 ta' Mejju, 2012.", "Iċ-Chairman spjega kif dawn ir-rapporti ntbagħtu lill-Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja kif ukoll lill-Malta Council for Economic and Social Development bħala l-Final Report tal-2010 Pensions Working Group of the Strategic Review carried out under Article 64B of the Social Security Act.", "Il-Kumitat qabel li ssir laqgħa mas-Sur David Spiteri Gingell rigward dawn ir-rapporti u l-laqgħa ssir nhar ta' Tlieta.", "Preżentazzjoni mill-Kummissarju għat-Tfal dwar ir-Rapport Annwali 2010 - Nipproteġu t-Tfal mill-Faqar u r-Rapport Annwali 2011 – Volontarjat Minnek u Għalik.", "Il-Kumitat stieden lill-Kummissarju għat-Tfal, is-Sinjura Helen D'Amato, sabiex tagħti l-preżentazzjoni tagħha fuq iż-żewġ rapporti ta' ħidma għas-sena 2010 u 2011 li saru mill-Kummissjoni għat-Tfal.", "Is-Sinjura Helen D'Amato ppreżentat lill-Kumitat;", "Dok 173 Rapport Annwali 2010 – Nipproteġu t-Tfal mill-Faqar.", "Dok 174 Rapport Annwali 2011 – Volontarjat Minnek u Għalik.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Il-laqgħa ma spiċċatx u se titkompla f'ġurnata oħra li tiġi kkomunikata mill-Kumitat aktar tard.", "Fid-21.15 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120529_133m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 69", "It-Tnejn, 4 ta' Ġunju 2012 fil-5:30 pm", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 4 ta' Ġunju, 2012 fil-5:30pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa mas-Sinj.", "Connie Hedegaard, Kummissarju responsabbli mill-Azzjoni dwar il-Klima."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120604_069a_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 4 ta' Ġunju 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fil-5:30 p.m.", "L-Onor Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat, ippresieda.", "ASSENTI: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor Francis Agius, l-Onor Luciano Busuttil, l-Onor Beppe Fenech Adami u l-Onor George Vella.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "LAQGĦA MAS-SINJ.", "CONNIE HEDEGAARD, KUMMISSARJU RESPONSABBLI MILL-AZZJONI DWAR IL-KLIMA", "Il-Kummissarju Connie Hedegaard, responsabbli mill-Azzjoni dwar il-Klima, kienet akkumpanjata mis-Sur Martin Bugelli, Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta, is-Sinj.", "Caroline Lambert, Membru tal-Cabinet, u s-Sur Angelo Chetcuti, uffiċjal inkarigat mill-Istampa u mill-Politika fir-Rappreżentanza tal-Kummissojoni Ewropea f'Malta.", "Wara introduzzjoni qasira mill-President tal-Kumitat u mill-Kummissarju Hedegaard segwiet diskussjoni dwar il-politika ġenerali dwar id-tibdil fil-klima u l-miri li hemm sas-snin 2020 u 2050 kif ukoll fuq temi speċifiċi bħall-ilma u r-rabta li hemm bejn l-innovazzjoni, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u fl-iżvilupp ta' sorzi ġodda ta'enerġija mal-kompetittività, iż-żjieda fl-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku.", "Fis-6.00 pm il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta 5 ta' Ġunju 2012 fis-6:30 pm bit-tkomplija tad-Diskussjoni marbuta ma' Mozzjoni Nru. 301 ippreżentata fl-20 ta' April 2012 mill-Onor George Vella u mill-Onor Luciano Busuttil dwar ir-Rappreżentant ta' Malta għall-Unjoni Ewropea.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120604_069m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:00 p.m.", "L-Onor Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat, ippresieda.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Kumitat ta l-permess sabiex fotografi u cameramen ta' diversi ġurnali u stazzjonijiet ikunu jistgħu jieħu ritratti u filmat tal-ewwel parti tal-laqgħa.", "Il-Minuti tal-laqgħat numri 68 u 69 li saru fid-29 ta' Mejju u fl-4 ta' Ġunju 2012 kienu konfermati.", "DISKUSSJONI MARBUTA MA' MOZZJONI NRU.", "301 IPPREŻENTATA FL-20 TA' APRIL 2012 MILL-ONOR GEORGE VELLA U MILL-ONOR LUCIANO BUSUTTIL DWAR IR-RAPPREŻENTANT TA' MALTA GĦALL-UNJONI EWROPEA - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat irriżuma d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni mit-Tlieta 29 ta' Mejju 2012.", "L-Ambaxxatur Richard Cachia Caruana, Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, kompla bix-xhieda tiegħu u wieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu mill-Membri tal-Kumitat.", "Kien hemm qbil li l-Ambaxxatur Richard Cachia Caruana jibgħat lill-Kumitat il-job description tiegħu filwaqt li t-talba sabiex tiġi ppreżentata kopja ta' korrispondenza interna 'relevanti u relatata' ma' Mozzjoni Nru. 301 oħra li seta' kien għad hemm kellha tiġi indirizzata lill-Prim Ministru.", "Fid-9.00 pm il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta 12 ta' Ġunju 2012 fis-6:30 pm bil-kontinwazzjoni tad-Diskussjoni marbuta ma' Mozzjoni Nru. 301 ippreżentata fl-20 ta' April 2012 mill-Onor George Vella u mill-Onor Luciano Busuttil dwar ir-Rappreżentant ta' Malta għall-Unjoni Ewropea.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120605_070m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 134", "It-Tlieta, 05 ta' Ġunju, 2012", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 05 ta' Ġunju, 2012 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni u approvazzjoni tal-Għaxar Rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali intitolat \"Vjolenza Domestika.\" - Kontinwazzjoni", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120605_134a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 134", "It-Tlieta 05 ta' Ġunju, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 134", "It-Tlieta 05 ta' Ġunju, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-07:40 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 132 li saret nhar it-Tlieta, 22 ta' Mejju 2012, ġew ikkonfermati.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 133 li saret nhar it-Tlieta, 29 ta' Mejju 2012, ġew ikkonfermati.", "DISKUSSJONI U APPROVAZZJONI TAL-GĦAXAR RAPPORT TAL-KUMITAT dwar l-Affarijiet Soċjali intitolat \"Vjolenza Domestika\" - Kontinwazzjoni", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Ngħaddu għad-diskussjoni tal-lum fejn se napprovaw l-għaxar rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali intitolat \"Vjolenza Domestika\".", "Mela se nkompli naqra minn paġna 10 tad-dokument oriġinali:", "\"Il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika kienet għamlet kuntatt mal-Gender Issues Committee tal-Università ta' Malta sabiex isir kuntatt ma' fakultajiet li jistgħu jmissu mal-vjolenza domestika, bħalma huma dawk tal-liġi, tal-mediċina, u tas-social work, biex dawn jinkludu l-vjolenza domestika bħala parti mill-kurrikulu tagħhom.\"", "Konna qegħdin nissuġġerixxu biex il-kelma \"imissu\" tinbidel, u allura, l-frażi tiġi emendata biex tiġi tinqara hekk: \"ma' fakultajiet li jistgħu jittrattaw kwestjonijiet marbuta ma' vjolenza domestika\".", "Ħalli nkompli naqra:", "\"In-nisa vittmi ta' vjolenza domestika għandhom għajnuna finanzjarja permezz ta' social welfare payments, kif ukoll għajnuna fil-qasam tad-djar.\"", "Issa dawn nisa biss, jew anke vittmi rġiel?", "Għan-nisa.", "Mela, nixtieq li kieku tiċċarah daqsxejn dan il-punt: hemm għajnuna għall-irġiel?", "Meta se nagħmlu dan ir-rapport, nistgħu ngħidu li hemm għajnuna għall-vittmi tal-vjolenza domestika … Mela ejjew inħalluha ftit din u nkompluha aktar tard.", "Ħalli nkompli naqra:", "\"Mil-lat ta' xogħol u taħriġ, l-ETC joħorġu proġetti u jmorru fix-shelters biex jagħtu t-taħriġ lin-nisa ...\"", "Dawk x'jissejħu, \"shelters\" jew \"shelter homes\"?", "Mela, agħmel within brackets ħdejn il-kelma \"shelters\" il-kliem \"shelter homes\".", "B'hekk inkunu aktar reader-friendly, u min se jaqra dan ir-rapport u ma jkunx intiż fuq l-affarijiet, ikun jaf x'aħna qed ngħidu.", "L-Onor.", "ANTHONY ZAMMIT: Meta jkun raġel li ssir il-vjolenza domestika fuqu, u dan jitkeċċa mid-dar minkejja li jkun ġie violated, x'jiġri f'dak il-każ?", "Ikollu jmur għand ommu?", "Ikollu jmur għand zitu jew għand nanntu?", "X'jiġri? … Jeżistu dawn il-każi .…", "DR ELAINE BURMINGHAM (Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali): Kienu qalu li huwa ħafna iktar diffiċli li jammetti raġel li għadda minn xi vjolenza domestika milli tammetti mara, għax dawn iħossu li, meta jirrapportaw, ikunu qed jitilfu mill-pride tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Imma jsiru rapporti fl-għases tal-Pulizija minn irġiel li jkunu ġew imsawwta?", "Itlob ftit kjarifika fuqha din.", "ANTHONY ZAMMIT: Għax inkella ma tkunx orjentata ...", "DR ELAINE BURMINGHAM: Jiġifieri jekk hemmx servizzi li huma offruti għall-irġiel li huma f'din is-sitwazzjoni?", "THE CHAIRMAN: Eżatt, biex inkunu nafu x'inhi s-sitwazzjoni.", "Tista' tgħidlek li qatt ma kellna talba, u allura aħna ngħidu li qatt ma kien hemm talba.", "B'hekk jiġi rapportat li l-għajnuna mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali tingħata lin-nisa, għax l-irġiel qatt m'għamlu talba.", "Minn dak li tkellimna sal-lum, peress li issa ilna li tkellimna mill-2009, ikun tajjeb li naraw jekk kienx hemm xi tibdil fir-realtà tal-ħajja.", "Ħalli nkompli naqra:", "\"Jeżisti servizz għall-irġiel li jabbużaw min-nisa tagħhom.", "Dan jiċċalinġja ħafna l-ħsieb tar-raġel ...\"", "Nistgħu nużaw il-kelma \"jisfida\" minflok \"jiċċalinġja\"?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Dik kienet kwotazzjoni minn seduta.", "Ħalli nkompli naqra:", "\"Dan jiċċalinġja ħafna l-ħsieb tar-raġel, dak li għandhom id-dritt sagrosant li jgħidu lill-mara fejn tmur, x'tagħmel u saħansitra li jsawwtu lill-mara tagħhom.", "Il-programm jindirizza dawn il-ħsiebijiet li għandhom l-irġiel, u kif dawn il-ħsiebijiet idawruhom f'xi ħaġa pożittiva, b'mod li minn abbuż iridu jimxu għar-rispett, u jimxu għar-relazzjoni fejn jirrispettaw lill-mara u lit-tfal tagħhom.\"", "Ħa nieħu spunt żgħir hawnhekk: jekk fir-risposta li jagħtuk, jgħidulek li ma kienx hemm rapporti mill-irġiel, jew li nkella l-għajnuna iżjed tingħata lin-nisa għax huma n-nisa magħrufa li huma l-iktar vulnerabbli, dik id-dikjarazzjoni npoġġuha bħala preambolu biex tispjega għalfejn qiegħda tingħata aktar attenzjoni lill-mara bħala l-vittma tal-vjolenza domestika.", "B'hekk inkunu qegħdin nikkwantifikawha min-naħa tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika.", "ANTHONY ZAMMIT: Anke din ma tantx tagħmel ħafna sens fejn qed ngħidu: \"Dan jiċċalinġja ħafna l-ħsieb tar-raġel, dak li għandhom id-dritt sagrosant li jgħidu lill-mara ...\"", "THE CHAIRMAN: Li jħossu li għandhom 'dritt sagrosant', imma fil-fatt m'għandhomx dan id-dritt.", "ANTHONY ZAMMIT: Dażgur li m'għandhomx dan id-dritt sagrosant.", "Mela hawnhekk trid tiġi: \"… li jiċċalinġja ħafna l-ħsieb tar-raġel ....\"", "Veru li din hija kwotazzjoni, imma …", "DR ELAINE BURMINGHAM: Din il-kwotazzjoni trid teħodha fil-kuntest li dan is-servizz qiegħed proprju għal dawk l-irġiel li jabbużaw min-nisa tagħhom.", "ANTHONY ZAMMIT: Li mingħalihom għandhom id-dritt sagrosant li jagħmlu hekk, imma m'għandhomx.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Eżatt, imma l-frame of mind tagħhom huwa dak, jiġifieri mhuwiex il-frame of mind ta' raġel li jirrispetta lill-mara tiegħu, u li jaf li m'għandu l-ebda dritt li jagħmel hekk.", "THE CHAIRMAN: Nista' allura nagħmlu fil-brackets dak li qed ngħidu aħna, u allura ndaħħlu l-kelma \"mingħalihom\" jew inkella \"skont huma\"?", "FREDERICK AZZOPARDI: Għax min qed jaqra r-rapport ma jkunx jaf x'aħna ngħidu.", "THE CHAIRMAN: Jien qiegħed nitlob dawn l-emendi biex inkun ġust ma' min ħa jkun qed jaqra dan ir-rapport.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Nistgħu ngħidu: \"… dawk li jassumu li ...\"", "THE CHAIRMAN: Hekk hu.", "ANTHONY ZAMMIT: \"Dan jiċċalinġja ħafna l-ħsieb tal-irġiel li jaħsbu li għandhom id-dritt sagrosant ...\"", "DR ELAINE BURMINGHAM: Nistgħu nneħħu l-quotes u nibdlu s-sentenza.", "FREDERICK AZZOPARDI: Imma xorta mhux qed inbiddlu mill-ġist tagħha.", "THE CHAIRMAN: M'aħniex inbiddlu mill-ġist, imma qegħdin nirranġaw fejn mhux qed jinftiehem kif suppost.", "Dik il-kwotazzjoni qegħdin nagħmluha tinqara u tinftiehem kif irriduha aħna.", "ANTHONY ZAMMIT: Ta' min hi dik il-kwotazzjoni?", "DR ELAINE BURMINGHAM: X'aktarx li dik il-kwotazzjoni hija tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika...", "THE CHAIRMAN: Aħna qed ngħidu ta' min huma l-kwotazzjonijiet?", "ANTHONY ZAMMIT: Forsi tista' tagħmel kuntatt magħhom, u tgħidilhom li dik ma tagħmilx sens.", "Ejja nuru li din hija kwotazzjoni mill-uffiċjali tal-Kummissjoni, u nikkorreġuha b'tali mod li nħalluha faithful ma' dak li ntqal lilna, imma fl-istess ħin nagħmluha b'tali mod li min qed jaqraha jifhem x'irridu ngħidu.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Mela ngħidu li \"… dan jiċċalinġja ħafna l-ħsieb tal-irġiel li jaħsbu li għandhom id-dritt sagrosant ...\"", "THE CHAIRMAN: Hekk hu.", "Ħalli nkompli naqra:", "\"F'dawn l-aħħar snin, kien hemm żieda ta' każijiet ta' vjolenza domestika li bdew jiġu rrapportati.", "Din iż-żieda ġabet magħha wkoll żieda fl-użu tas-servizzi offruti.", "Id-Domestic Violence Unit li hemm fl-Aġenzija Appoġġ dejjem saħaq li ma jistax ikollok żmien ta' stennija għas-servizzi tagħhom għaliex, jekk persuna qed tiġi msawta, ma tistax tgħidilha biex tistenna.", "Il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika sostniet li qed tiġi ffaċċjata b'dilemma etika.\"", "Mela, biex dejjem inkunu koerenti, f'dan il-paragrafu ntitolat \"Is-Servizzi f'Malta\" nistgħu nagħtu x'nifhmu li aħna qegħdin nieħdu din l-informazzjoni mill-persuni li tkellmu magħna mill-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika?", "Jiġifieri, ma jimpurtax li jkollok kontinwazzjoni tagħha, fejn niftħu l-brackets u ngħidu li \"… f'dawn l-aħħar snin, kien hemm żieda ta' każijiet ta' vjolenza domestika ...\"?", "DR ELAINE BURMINGHAM: … Nista' nagħmilha fil-bidu.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Ma' kull waħda?", "THE CHAIRMAN: M'hemmx bżonn ma' kull waħda, imma perjodikament.", "(Interruzzjonijiet) Sewwa.", "Imma din teħtieġ li tidher li huma qalulna biha.", "Imbagħad inkompli b'din il-kwotazzjoni tagħhom, u li se naqra:", "\"… issa bdew il-waiting lists, u qegħdin ngħidu li rridu noqogħdu ftit lura u ma nagħmlux wisq ħoss pubbliku, għax inkella s-servizzi mhux stretched se jkunu, imma snapped, li wkoll hija problema ...\"", "ANTHONY ZAMMIT: Din għalija mhijiex xi ħaġa sabiħa.", "THE CHAIRMAN: Qegħdin ngħidu l-verità.", "ANTHONY ZAMMIT: Qegħdin ngħidu x'qalulna huma.", "THE CHAIRMAN: Irridu ngħidu li dawn qalu hekk.", "THE CHAIRMAN: Huma kienu qegħdin igergru magħna fuq din il-biċċa.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Iva, niftakru dan l-argument, u anke waqt li kont f'seminar ieħor, kienu qalu l-istess.", "Aktar ma jagħmlu lin-nies konxji tas-servizzi tagħhom, aktar se jkun hemm il-probabilità li jkun hemm ir-rapporti.", "ANTHONY ZAMMIT: Se jiżdiedu n-nies li jitolbu l-għajnuna, u mhux ir-rapporti.", "Issa jekk inti se toffri servizz ma tistax imbagħad tillimitah.", "Din se tiġi l-istess bħal dak li qed jiġri fil-qasam tal-anzjani, fejn ħafna minnhom lanqas biss ikunu jafu li huma intitolati għal dawk is-servizzi.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Meta kienu qed jispjegaw hawnhekk, kienu qed jgħidu li l-problema tagħhom hi li huma jixtiequ li joffru s-servizz lil kull min għandu bżonnu, imma mbagħad ir-realtà .…", "ANTHONY ZAMMIT: Għandhom nuqqas ta' riżorsi umani.", "THE CHAIRMAN: Hekk kienu qalulna.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Huma kienu qalu li iktar ma nagħmlu reklamar, aktar qed ikun hemm min qed imur għandhom għas-servizzi.", "Issa aktar mhu se jkun hemm nies li jitolbu dawn is-servizzi, bħala staff diġa' qegħdin stretched, u allura, biex jipprovaw joffru servizz lil kulħadd, se jispiċċaw f'sitwazzjoni fejn se jkollhom jieqfu.", "Id-dilemma tagħhom hi li huma jixtiequ li jsir ir-reklamar biex kull min għandu bżonn l-għajnuna jmur għandhom, imma fl-istess ħin jafu li, jekk se jiġri hekk, huma mhux se jlaħħqu mad-domanda.", "THE CHAIRMAN: Tajjeb.", "Mela ħalli nkompli naqra:", "\" … Għandi dilemma etika fuqha din għax, jekk hemm mara hemm barra li ma tafx li tista' tieħu l-għajnuna u qed tbati, allura jien se nżomm fommi siekta u ma ngħid xejn?", "Min-naħa l-oħra, jekk tgħid lil kulħadd: 'Ejjew għall-għajnuna', u huma jiġu, u ngħidulhom trid tistenna xahrejn, xorta m'int se tagħmel xejn.", "U fl-istess ħin imbagħad se tiddistruġġi l-ħaddiema iktar, u iktar mhu se jkollok xejn.\"", "Din għandha tidher li hija kwotazzjoni, u fil-preżentazzjoni nuru li din hija l-karba tagħhom.", "Din hija realtà importanti ferm li ħarġet mill-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika.", "U rridu niftakru li dawn l-affarijiet kienu qaluhomlna sentejn ilu.", "Issa aħna se nkunu qegħdin nippubblikaw dan ir-rapport illum jew għada, imma dawn il-verbali smajnihom sentejn ilu.", "(Interruzzjonijiet) Ma jimpurtax, ngħidu wkoll li dawn, minkejja li smajnihom sentejn ilu, għadhom jgħoddu għar-realtà tal-lum.", "Jien ma rridx naħbi l-problemi taħt it-tapit għax inkella ma nkunux ġenwini, la ma dawk li ġew jitkellmu fuq il-problema, u lanqas ma' min jista' jiġi bżonn dawn is-servizzi.", "ANTHONY ZAMMIT: Daħlet f'kollox il-waiting list!", "THE CHAIRMAN: Issa biex nerġa' immur fuq dik il-kwotazzjoni tal-ewwel, fejn qed ngħidu li \"Dan jiċċalinġja ħafna l-ħsieb tar-raġel ...\", kif se nkunu qed nagħmluha?", "FREDERICK AZZOPARDI: Jien kont ngħid li joħroġ iktar fl-apert.", "THE CHAIRMAN: Għax mhux aħna qed ngħiduha.", "ANTHONY ZAMMIT: Il-kwotazzjoni ma tistax tmissha.", "THE CHAIRMAN: Imma tista' tintroduċi l-ħsieb, jiġifieri li jeżisti servizz għall-irġiel li jabbużaw min-nisa tagħhom, u nagħmlu sentenza fejn nuru li dan il-punt kien enfasizzat mill-membri tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika.", "U allura tajjeb li min qed jaqra dan ir-rapport infakkruh f'min qalu dak il-kliem u f'liema ċirkostanza qalha.", "Ħalli nkunu qegħdin nagħmlu spoon feeding fejn irridu naslu.", "Mela ħalli naqra l-punt li jmiss:", "\"2.3.2 Il-Pulizija", "Meta wieħed jara l-istatistika dwar il-kriminalità in ġenerali, wara s-serq, it-tieni l-iktar crime li għandna f'Malta hija l-vjolenza domestika.", "Jiġifieri jagħmel sens, anke mil-lat ta' management tal-Pulizija, li jinvestu kemm jista' ikun riżorsi biex jindirizzaw din il-problema.", "Iktar 'il fuq issemma t-taħriġ fuq vjolenza domestika li qed jingħata lill-pulizija l-ġodda.", "Il-Kummissarju tal-Pulizija kien anke ħareġ linji gwida li kienu ġew imħejjija flimkien ma' organizzazzjonijiet li jaħdmu fil-qasam tal-vjolenza domestika.", "Dawn il-linji gwida kellhom jitqassmu lill-pulizija kollha, però f'riċerka li saret instab li ħafna pulizija li ħadu sehem f'din ir-riċerka ma kinux jafu bihom.", "Għaldaqstant, il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika ikkomunikat mal-Kummissarju tal-Pulizija u talbu sabiex dawn il-linji gwida jerġgħu jinħarġu.\"", "\"Każijiet reali wrew li għandna bżonn sistema preventiva – ssemma l-każ ta' mara li, wara numru ta' snin ta' theddid, din ħarġet b'sikkina biex tbeżża' lil min kien qed jheddidha.", "Ma ħebbitx għalih iżda pprovat tbeżżgħu.", "Il-Pulizija ma kkunsidratx li dan kien każ li għandu jitressaq b'urġenza.", "Jiena għedt: 'Allura, meta se tressquh b'urġenza?", "Wara li jkun tahielha?'", "FREDERICK AZZOPARDI: Kieku qabel il-kelma \"il-Pulizija\", ndaħħlu l-kliem \"dwar dan\" biex nagħmlu aktar enfasi …", "THE CHAIRMAN: Tajjeb.", "\"Ġie enfasizzat li l-ordnijiet ta' protezzjoni mhumiex qegħdin jintużaw daqskemm imisshom, biex nipprovaw noffru protezzjoni adegwata lill-vittmi.", "Kwestjoni oħra li ssemmiet fir-rigward ta' proċeduri legali kienu l-pieni, li ġew deskritti bħala 'baxxi wisq', bir-riżultat li l-perpetrator joħroġ minn hemmhekk jidħak kemm bil-ġudikatura, kemm bil-Pulizija, kif ukoll bil-vittma.", "Naħseb li m'hemmx sensittività biżżejjed li l-Qrati jifhmu li, biex persuna waslet il-Qorti, ma jkunx l-ewwel inċident, ikunu ilhom, ilhom u ilhom.", "Allura l-kultura li għandna li jibqgħu jagħtu ċans qed tibgħat messaġġ negattiv ħafna.\"", "\"2.4 Bidla fil-Mentalità", "Matul dawn l-aħħar snin, sar ħafna sforz sabiex jitjieb u jogħla l-livell tal-edukazzjoni.", "Però l-avvanz fl-edukazzjoni ma jistax ikun wieħed akkademiku biss – hemm bżonn li jkun hemm edukazzjoni li tagħti r-rispett bejn żewġ individwi li qegħdin f'relazzjoni.'\"", "Hawnhekk nixtieq nitlob għal emenda, u allura minflok, ngħidu hekk: \"Matul dawn l-aħħar snin, f'pajjiżna sar sforz sabiex jitjieb u jogħla l-livell tal-edukazzjoni b'mod ġenerali.\"", "Niftakar li dan il-punt kont qajjimtu jiena stess, u nitfakar li meta kellna n-nies jitkellmu fuq din ir-realtà, jiena bqajt sorpriż.", "Fil-fatt, meta kienu qegħdin ikellmuna dawn in-nies, jiena kont bdejt ngħid: 'Kif jista' ikun?'", "F'dan il-pajjiż, qegħdin ngħollu l-livell ta' edukazzjoni u ħafna nies qegħdin imorru l-Università, l-MCAST, eċċ, jiġifieri qegħdin nispiċċaw b'iktar nies professjonisti, u fl-istess ħin qiegħda tiżdied il-probabilità li jkollna vjolenza domestika.", "Mela l-vjolenza domestika mhijiex xi ħaġa marbuta mal-injoranza …", "ANTHONY ZAMMIT: Tiftakar il-kumment li għamilt jien?", "ANTHONY ZAMMIT: Imbagħad wara, kien hemm waħda li tefgħet ħafna affarijiet u ħdura kontra tiegħi fuq il-blogs!", "THE CHAIRMAN: Jiddispjaċini.", "Imma dan kien il-punt.", "Jiġifieri f'dan il-livell qiegħda toħroġ din ir-realta.", "\"Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali sostna li hemm bżonn ta' iktar għarfien tar-rispett fis-sistema edukattiva.\"", "Ir-rispett għandu jkun wieħed reċiproku, bejn mara u raġel.", "Ħalli ngħidilkom għalfejn kont qiegħed nisħaq fuq dan il-punt.", "Peress li qegħdin nitkellmu fuq vjolenza domestika, fejn għandek ir-raġel fuq il-mara, il-persuna li tħoss li hi superjuri fuq persuna oħra .… Issa hawnhekk irridu noqogħdu attenti għax jista' ikollok raġel fuq raġel jew mara fuq mara, u allura r-rispett irid ikun lejn xulxin.", "L-ewwel priorità hi li jrid ikun hemm rispett tar-raġel fuq il-mara, u l-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika bagħtet il-messaġġ b'mod kontinwu li l-vjolenza domestika hija riżultat tal-iżbilanċ fil-ġudizzju li jagħmel ir-raġel, għaliex dan jaħseb li huwa superjuri għall-mara.", "Għada pitgħada jista' ikollna raġel li jaħseb li huwa superjuri għal raġel ieħor li jkun qed jgħix miegħu, jew inkella mara li taħseb li hija superjuri għas-sieħba tagħha.", "U dik ukoll tiġi vjolenza domestika.", "Jistgħu saħansitra jkunu żewġt aħwa li qegħdin jgħixu flimkien!", "DR ELAINE BURMINGHAM: Dik imsemmija.", "THE CHAIRMAN: Mela l-ewwel ngħidu r-raġel fuq il-mara, u mbagħad ngħidu wkoll persuna fuq persuna oħra.", "Ħalli nkompli naqra:", "\"Minkejja li għandna żieda fl-edukazzjoni akkademika, ma nistgħux, bħala policy makers, naħsbu jew nippretendu li b'dik iż-żieda fil-persuni li qegħdin jattendu għall-edukazzjoni terzjarja, eċċ. qiegħed awtomatikament jiżdied l-għarfien ta' aktar rispett.", "Għaldaqstant, qegħdin nitolbu li jkun hemm edukazzjoni favur aktar rispett fis-sistema edukattiva tagħna, għaliex is-sistema edukattiva tagħna per se waħedha mhijiex qed twassal għal aktar rispett, imma jrid ikun hemm aċċenn fuq kemm hu meħtieġ li jkun hemm aktar rispett.\"", "Jien naħseb li hawnhekk irridu nagħmlu kwotazzjoni żgħira.", "Mela, fejn hemm 'rispett', irridu nibqgħu nisħqu fuq' ir-rispett ta' persuni lejn xulxin'.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Imma dik hija kwotazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Naf, imma dik hija kwotazzjoni minn dak li għedt jien, u allura nista' nawtorizzak biex temendaha!", "Imbagħad, fejn qed ngħidu, \"Għaldaqstant qegħdin nitolbu li jkun hemm edukazzjoni favur iktar rispett\", nagħmlu, \"favur iktar dan ir-rispett\"; u mbagħad, fejn qed ngħidu, \"għaliex is-sistema edukattiva per se waħedha mhijiex qed twassal għal aktar rispett\", irridu ngħidu, \"qed twassal għall-għarfien għal iktar minn dan ir-rispett.\"", "Jiġifieri bit-tagħlim biss tal-Ingliż, il-Malti u s-suġġetti akkademiċi l-oħra, mhu se nibdlu xejn, imma jrid ikollna edukazzjoni favur iktar rispett tal-persuna fuq persuna oħra.", "Għalija naħseb li dak huwa importanti.", "\"Il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika sostniet li dan il-fenomenu huwa preżenti f'kull aspett soċjali, u ma jinsabx preżenti biss fi djar fejn m'hemmx livell għoli ta' edukazzjoni.", "Meta l-Kummissjoni kienet ħarġet sensiela ta' artikli fil-gazzetti, rċevejt telefonata l-Università minn mara li kienet Manager ma' bank, jiġifieri Manager f'pożizzjoni għolja, u qaltli, \"Meta se titkellmu fuqna?\"", "Qaltli: 'Titkellmu fuq il-vjolenza domestika, u lilna tinsewna!'", "Jiġifieri n-nisa li huma iktar edukati u għandhom xogħol iktar, qegħdin ninsewhom?", "Imbagħad, hi kienet laqqgħetni ma' mara oħra li kienet spiżjara, jiġifieri spiżjara bħala professjoni, imma li wkoll kellha l-ħanut tagħha, jiġifieri kellha l-mezzi indipendenti, biex ngħid hekk, tagħha.", "Din hi wkoll kienet vittma ta' vjolenza domestika, u wkoll – qaltli l-oħra, fejn tkellimna fuq il-każ li kellha – kienet għamlet rapport u kienu ġew il-Pulizija, u l-pulizija mbagħad kien qalilha: 'Issa allura xi trid tagħmel?", "Tridna neħduk ġo shelter?'", "U allura, ma marret imkien shelter, u baqgħet id-dar.", "Jiġifieri dawn jeżistu, hija diffiċli għalihom, però ma rridux naħsbu li allura mhijiex diffiċli għal persuni oħra.\"", "FREDERICK AZZOPARDI: Naħseb li \"ma marritx\" ridna ngħidu, u mhux \"ma marret imkien\".", "ANTHONY ZAMMIT: Ma marritx fis-shelter.", "FREDERICK AZZOPARDI: Imma naħseb li l-kelma \"imkien\" tiġi żejda f'dak il-kontest.", "THE CHAIRMAN: Imma huma hekk qalulna.", "Ħalli nkompli naqra:", "\"Il-fatt li qed ikun hawn iktar rapporti ta' vjolenza domestika ma jfissirx li l-inċidenzi qegħdin jiżdiedu.", "Lanqas ma jfisser li każijiet ta' vjolenza domestika qatt ma kienu jeżistu f'familji li għandhom livell ta' edukazzjoni terzjarja.\"", "Din min kien qed jgħidha?", "DR ELAINE BURMINGHAM: L-uffiċjali mill-Kummissjoni.", "THE CHAIRMAN: Mela nniżżlu li qaluha huma.", "U tkompli hekk;:", "\"...li nafu huwa li iktar hemm nies li qegħdin jgħidu 'Jiena m'inix lest li noqgħod għaliha.'\"", "FREDERICK AZZOPARDI: Nistgħu ngħidu hekk: \"Il-Kummissarju kompliet tgħid hekk ...\"", "Mela ħalli nkompli naqra:", "\"Il-punt kruċjali tad-diskussjoni kien li rridu nisħqu fuq edukazzjoni li tippromwovi r-rispett, filwaqt li bħala soċjetà ma nibqgħux ngħaddu messaġġi li n-nisa u l-irġiel mhumiex ugwali.\"", "Il-punt kruċjali tad-diskussjoni naħseb li kien bejn il-membri, hux hekk?", "ANTHONY ZAMMIT: Fil-Kumitat.", "THE CHAIRMAN: Mela ngħiduha wkoll: \"Il-punt kruċjali tad-diskussjoni fil-Kumitat tal-Affarijiet Soċjali ...\"", "\"Il-mara u r-raġel ħaqqhom l-istess rispett ...\"", "Min kien qed jgħidha din il-frażi?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Nimmaġina li l-Kummissjoni.", "THE CHAIRMAN: Mela nistgħu ngħidu hekk: \"Uffiċjali mill-Kummissjoni komplew jagħmlu enfasi fuq il-każ li l-mara u r-raġel ħaqqhom l-istess rispett, li persuna ta' klassi u ta' klassi oħra ħaqqhom l-istess rispett.", "L-iktar ħaġa hija dik tar-rispett, però fis-soċjetà tagħna għadna sal-lum, u mhux fil-passat, illum għadna nagħtu l-messaġġi mill-ġuf li l-irwoli tan-nisa u tal-irġiel mhux biss huma differenti, imma mhumiex mija fil-mija ugwali.\"", "Din aħjar inneħħuha.", "THE CHAIRMAN: Mela, jew inneħħuha jew nikkwotawha aħjar.", "(Interruzzjonijiet) Mela neħħiha.", "Imma xorta waħda nħallu s-sentenza: \"Il-punt kruċjali tad-diskussjoni fil-Kumitat kien li rridu nisħqu fuq edukazzjoni li tippromovi r-rispett bejn il-persuni, filwaqt li bħala soċjetà ma nibqgħux ngħaddu messaġġi li n-nisa u l-irġiel mhumiex ugwali:\" Dak kien punt tajjeb, u kważi kważi nistgħu nagħmluh bold.", "\"2.5 Ir-Realtà tal-Vjolenza Domestika", "Mhuwiex faċli għal persuna li taċċetta li hija vittma ta' vjolenza domestika, u dan ir-rikonoxximent jista' jasal wara ħafna żmien ta' tbatija:", "Mhijiex xi ħaġa li jiena vittma tal-vjolenza domestika ...\"", "Mhijiex xi ħaġa 'ta' pjaċir', jew xiex?", "DR ELAINE BURMINGHAM: \"Mhijiex xi ħaġa li jiena vittma tal-vjolenza domestika...\" jiġifieri li hija xi ħaġa biex tammettiha għalik innifsek, imbagħad biex tammettiha lil nies oħra hija diffiċli ħafna, kemm għan-nisa u kemm għall-irġiel.", "THE CHAIRMAN: Allura trid tiġi: \"Mhijiex xi ħaġa faċli li jiena vittma ta' vjolenza ...\"", "DR ELAINE BURMINGHAM: Nista' nagħmilha fil-brackets.", "THE CHAIRMAN: Tajjeb, agħmilha hekk.", "Il-kliem \"ħaġa diffiċli\" agħmilhom fil-brackets għax tiġi aħjar.", "ANTHONY ZAMMIT: Le, naħseb li 'faċli' trid tiġi, u allura ngħidu: \"Mhijiex xi ħaġa faċli li jien, vittma ta' vjolenza domestika ....\"", "THE CHAIRMAN: L-ewwel waħda 'faċli' trid tiġi.", "ANTHONY ZAMMIT: Tajjeb.", "THE CHAIRMAN: Mela se tiġi tinqara hekk:", "\"Biex tammettiha għalik innifsek, imbagħad biex tammettiha lil nies oħra, hija diffiċli (ħafna iktar) kemm għan-nisa u kemm għall-irġiel.", "Jista' jkun li għall-irġiel hija agħar: għaliex?", "Għaliex is-soċjetà tippretendi li r-raġel huwa l-bully, biex ngħid hekk, u l-mara hija l-kwieta.", "Allura jista' jkun li għall-irġiel biex jirrapportaw, tiġihom b'iktar diffikultà.\"", "ANTHONY ZAMMIT: Din li għedna aħna qabel.", "Mela ħalli nkompli naqra:", "\"Ladarba din il-vittma tiddeċiedi li titlaq mill-ambjent fejn qed issofri l-abbuż, ikollha bżonn li ssib ħafna għajnuna u sapport.", "Importanti l-issue li, meta mara titlaq, għandha l-possibilità li tieħu 'l-uliedha magħha.", "Hija importanti ħafna, għax diġa' hemm il-firda tagħha minn mal-partner, u li tkun qed tħalli t-tfal warajha f'ambjent fejn huma jistgħu jiġu abbużati, tagħmilha impossibbli għall-mara li titlaq.", "Allura li mara tmur ġo safe shelter b'uliedha, u li, għal perijodu ta' żmien, se toffrilhom safety, hija essenzjali.", "Huma se jkunu hemmhekk, rashom mistrieħ li sa ċertu punt - għax Malta żgħira u malajr nsiru nafu fejn qegħdin ix-shelters - f'dak il-post se jkunu safe, u li kemm hi kif ukoll uliedha mhumiex se jiġu abbużati, jew mhux se jkun qiegħed il-ħin kollu warajhom.\"", "Din ukoll nixtieqek turi min qiegħed jgħidha, għax din tibda hekk: \"Ladarba mara li tkun vittma ta' vjolenza domestika tiddeċiedi li titlaq mill-ambjent fejn qed issofri l-abbuż, ikollha bżonn li ssib ħafna għajnuna u sapport.\"", "DR ELAINE BURMINGHAM: Il-kwotazzjoni ġejja min-naħa ta' vittma.", "THE CHAIRMAN: Allura introduċiha qabel, ħalli min ikun qed jaqra jkun jaf min qal dan il-kliem.", "Ħalli nkompli naqra:", "\"F'ħafna każijiet ta' vjolenza domestika, l-abbuż ikun qed isir fuq il-mara u mhux fuq it-tfal, imma dan ma jfissirx li t-tfal ma jkunux qed ibatu xorta waħda.", "Jista' jkun ukoll li t-tfal jispiċċaw vittmi f'nofs argument bejn il-ġenituri.\"", "Pereżempju, dan il-punt huwa tajjeb u allura li kieku jkun bold nagħmlu tajjeb.", "Naħseb li nistgħu nagħżlu biċċiet minnhom u nagħmluhom bold, għax ikunu riferenza tajba.", "\"Xi kultant jiġu fin-nofs, għax jien qed infajjar lill-omm u t-tifel, jiġi biex jiddefendiha u jaqlagħha hu … anke jekk ma jaqilgħux id-daqqa - li jaraw u li jisimgħu.", "Jiġifieri huwa diġa' biżżejjed li l-ħsara se ssirilhom.\"", "Naħseb hawnhekk ikun tajjeb li nagħmlu sub-heading biex nuru li l-vittma hija wkoll vittma tal-vjolenza.", "Jien qiegħed nipprova niġbed l-attenzjoni biex inwasslu aktar il-messaġġ.", "U b'hekk anke min ikun qed jaqra jifhem fejn irridu naslu b'dan ir-rapport.", "Mela, inti se titkellem fuq il-mara, u mbagħad se titkellem fuq it-tfal.", "Huwa naturali li l-omm tkun tixtieq tipproteġi lil uliedha minn dak l-abbuż, imma l-professjonisti jridu jaħdmu magħha sabiex hi tkun tista' tieħu ħsieb lilha nnifisha wkoll.", "\"Aħna nsibuha diffiċli ħafna li mara ma taħsibx ukoll fit-tfal tagħha meta hi qed tgħix f'din is-sitwazzjoni.", "Ġeneralment il-vjolenza tkun fuqha, u t-tfal qed jaraw dik il-vjolenza - għalkemm jista' jkun hemm tfal li qegħdin jiġu abbużati wkoll – però, anke għat-tfal li qed jaraw dik il-vjolenza, l-effett fuqhom mhijiex xi ħaġa li l-mara li hi vittma tista' tinjora.", "Ħafna drabi ssibha li iktar qed tiffoka fuq dak li għaddejjin minnhom it-tfal milli dak li qed tgħaddi minnu hi.", "U allura trid tgħinna li, iva, trid tieħu ħsieb tat-tfal tiegħek, imma inti trid tibni lilek innifsek biex tkun tista' tieħu ħsieb il-bżonnijiet ta' uliedek ukoll.\"", "Jien naħseb li fil-bidu ma kenitx qed tgħid hekk.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Hawnhekk li kienet qed tgħid hu li huma jsibuha diffiċli ħafna li n-nisa jaħdmu fuqhom infushom bħala vittmi għax, ħafna drabi, l-ewwel preokuppazzjoni tagħhom tkun fuq dak li jgħaddu minnu t-tfal tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Imma fil-bidu ma kenitx qed tgħid hekk.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Il-punt tagħhom huwa li l-mara, l-ewwel trid tieħu ħsieb tagħha nnifisha bħala vittma ta' vjolenza domestika, biex imbagħad tkun tista' tkun kapaċi tieħu ħsieb tat-tfal tagħha.", "THE CHAIRMAN: Kif qed tgħidha issa, qed nifhmek.", "Imma kif inhi hija indiretta.", "Li kieku miktuba b'mod dirett, wieħed, waqt li jkun qiegħed jaqraha, aktar se jsibha pożittiva.", "Jien ma niddejjaqx li nibdluha u nagħmluha diretta.", "THE CHAIRMAN: Iva, aħjar jekk tagħmilha hekk.", "Jiġifieri l-ewwel agħmel spjegazzjoni tagħha, u mbagħad kompli sostniha bil-kwotazzjoni.", "\"2.5.2 Tipi ta' Vjolenza Domestika", "Meta nsemmu l-kelma 'vjolenza', fir-realtà kif tissarraf?", "Hawn diversi tipi ta' vjolenza li sseħħ fil-familji – fiżika, emozzjonali u finanzjarja, fost oħrajn:", "ir-raġel jidħol id-dar u jekk ma jsibx l-ikel lest, jagħmel straġi.", "U dawn huma affarijiet reali li għadhom jiġru llum fil-familji li niltaqgħu magħhom.", "U meta qed ngħid straġi, jiġifieri sabbatt, kissirt il-platt u mort u qbadt tagħti lill-mara.", "Anke l-irġiel li ma jsabbtux, li ma jwaħħluhiex lill-mara, huma jafu li għandhom id-dritt.", "U jekk il-mara taf li huma għandhom id-dritt - għax il-mara wkoll hekk titgħallem - taf li jaf jasal li jagħmlilha hekk, anke jekk qatt ma wasal.", "Ġieli nara koppji f'supermarkets jixtru flimkien, però mbagħad tmur ġod-djar tagħhom, u l-mara tgħidlek li tmur mar-raġel tixtri għax jgħoddilha every penny, u ġol-portmoni tagħha lanqas one cent ma jkollha.", "Jekk taħdem, joħdilha l-paga u jagħtiha ftit flus biss biex titma' lit-tfal.", "Jekk ommha tagħtiha l-flus, jeħodhomlha; jekk il-ħbieb jagħtuha l-flus, jeħodhomlha; jew ma jħallihiex taqla' il-flus, ma jħallihiex toħroġ taħdem.", "Physical – ikun hemm każi ta' daqqa ta' ħarta, daqqa ta' ponn, daqqa ta' sieq, daqqa ta' sikkina, sparatura sa qtil.", "Każi sesswali li jinkludu l-istupru … u ħafna iktar minn istupru.", "Li tieħu parti f'atti sesswali li ma tixtieqx tieħu parti fihom, li jġiegħelha tħares lejn il-pornografija meta hi ma tridx tara pornografija, li jġiegħelha tarah ma' xi ħaddieħor, li jġiegħelha jkollha x'taqsam ma' xi ħaddieħor biex jaraha, hemm diversi forom.", "Każi oħra ta' abbuż fejn dak li jkun isawwat lill-kelb bħala punishment lill-mara biex iġiegħelha tbati.", "Tul id-diskussjoni, il-Kumissjoni dwar il-Vjolenza Domestika stqarret li rġiel li jaslu biex jikkommettu dawn l-atti fuq in-nisa tagħhom ikunu kreattivi biex isibu mezzi kif se jġiegħlu lill-mara tbati.", "L-affarijiet li jaħsbu fihom huma inkredibbli, lanqas biss jgħaddulek minn quddiem għajnejk, imma li huma jirnexxilhom isibu xi ħaġa li lill-mara se jolqtuha eżatti fejn trid hi.\"", "Din qiegħda ħażin għax mhux \"fejn trid hi\", imma \"fejn irid hu\".", "Nikkorreġuha daqsxejn mela.", "Il-Kummissjoni tal-Vjolenza Domestika tajjeb li nsemmuha b'isimha hemmhekk?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Iva, tajjeb.", "THE CHAIRMAN: Allura nsemmuha, għax setgħet kienet persuna li llum nbidlet, u allura naħseb li nkunu qegħdin nuruha rispett jekk insemmuha b'isimha.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Insemmu l-persuna jew lill-Kummissjoni?", "THE CHAIRMAN: Għax hawn qegħdin ngħidu li, matul id-diskussjoni, l-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika stqarret magħna .… Skużani jiena kont fhimtha l-Kummissarju: ħadt żball.", "\"2.5.3 L-Irġiel u l-Vjolenza Domestika", "Il-vjolenza domestika mhijiex fenomenu li jaffettwa n-nisa biss.", "Hemm anke rġiel li huma vittmi ta' dan it-tip ta' vjolenza:", "\"Fix-xogħol tiegħi professjonali jkolli każijiet - u mhux ftit - fejn għax il-mara taf li, jekk ikun hemm vjolenza, hemm ċans li r-raġel jaqlagħha, tkun vjolenti l-mara, għax taf li r-raġel mhux se jirreaġixxi.", "U din is-sitwazzjoni hija komuni ħafna, sfortunatament iktar forsi milli tidher fl-istatisika.", "U fejn l-irġiel jirrifjutaw li jieħdu passi - kemm legali, bil-Pulizija u b'kull mod ieħor - kontra n-nisa għax jistħu, għax jidhru li huma weak quddiem il-mara.\"", "Hawnhekk ejjew nagħmlu l-istess ħaġa, u ċioè, qabel din il-kwotazzjoni, nagħmlu introduzzjoni qasira dwarha.", "\"Sfortunatament, issemmew ukoll każijiet ta' rġiel li jirrapportaw atti ta' vjolenza meta dan ma jkunx minnu.", "(L-Aġenzija Appoġġ sostniet li jkollhom bejn 10 u 15-il każ fis-sena ta' rġiel li jfittxu l-għajnuna tagħhom.)", "Is-social workers mhux sejrin ma jemmnux raġel meta jiġi jirrapporta, però se jaraw il-fatti kif inhuma.", "U nafu li dan l-aħħar żdiedu l-każijiet ta' irġiel li jirrapportaw … li jkunu vjolenti kontra l-mara, il-mara tipprova tiddefendi lilha nnifisha u forsi tigirfu – allura għandu marka hekk – u jmur mill-ewwel jirrapporta.", "Meta dan l-aħħar kont qed nitkellem mal-Pulizija, kienu qed jgħiduli li rridu naraw eżatti l-każ x'inhu, fis-sens li: 'Dan veru kien il-vittma jew kien il-perpetrator?'", "Waħda mill-kawżi ta' rġiel vjolenti hi li meta jkunu żgħar, ikunu ġew esposti għal xi tip ta' abbuż huma stess.", "It-tfal qed jaraw u jitgħallmu li raġel għandu dritt jasal id-dar u jsib kollox lest.", "Dik tgħallmuha u, meta kibru, se jippretendu l-istess.", "Flimkien ma' dan, hemm id-diskriminazzjoni u l-messaġġi li tgħaddi s-soċjetà li 's-subien huma dejjem superjuri.'\"", "Ejjew wara l-kelma \"s-subien\" nużaw il-kelma \"jaħsbu li\".", "\"2.5.4 Abbuż jew Dinjità?", "Mistoqsija li tista' ssir fir-rigward ta' vjolenza domestika hi: 'Il-vittmi għaliex ma jaqbdux u jitilqu?\"", "Sfortunatament, ir-realtà mhijiex daqshekk faċli, kemm għal min għandu livell għoli ta' edukazzjoni u anke għal min m'għandux.", "\"… jgħidu l-fatt li qegħdin jiġu abbużati, qegħdin jiġu msawwtin kif jibqgħu n-nisa?\"", "Qed naqraha sew din il-frażi?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Qed jgħidu li minkejja l-fatt li qed jiġu abbużati u msawwtin, kif jibqgħu n-nisa?", "THE CHAIRMAN: Mhux qed nifhimha jien.", "ANTHONY ZAMMIT: Speċi, li jridu jgħidu hu kif jibqgħu mar-raġel meta dan isawwathom u jabbuża minnhom?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Nista' nipprova nispjegaha ftit aktar.", "\"\"L-ewwel nett, l-ikbar waħda minnhom hija l-biża', jibżgħu joħorġu jirrapportaw, sew jekk huma Ċetta u sew jekk huma s-Sinjura Borg, jibżgħu li l-punishment tagħhom se jkun agħar.", "It-tieni nett hija love, commitment, hope u huma jibqgħu jisperaw.", "Ir-raġel tiegħi żżewwiġtu għax inħobbu u għax l-idea tiegħi kienet li ngħaddu l-kumplament ta' ħajjitna flimkien kuntenti, xi kultant niġġieldu, imma overall kuntenti flimkien.", "U s-soltu n-nies meta jiżżewġu hekk jaħsbu, dak huwa l-għan tagħhom.", "L-għan mhux: 'Ħalli niżżewġu lil dan ir-raġel, imbagħad forsi jsawwatni, imbagħad forsi allura jiena nitlaq.'", "Mhux hekk.", "In-nies jiżżewġu minħabba dik l-imħabba u jagħmlu dak il-commitment.", "U allura n-nisa li jinsabu f'din is-sitwazzjoni ħafna drabi jisperaw, jgħixu fuq l-isperanza.", "Is-social workers jistgħu jgħidulkom li ħafna nisa li jirrikorru għandhom ma jgħidulhomx 'Irrid nissepara', imma jgħidulhom 'Irrid l-abbuż jieqaf.", "Dak irrid, li r-raġel tiegħi rridu jinbidel mingħajr l-abbuż.", "Irrid li l-abbuż jieqaf ...'", "… ħafna drabi hemm pattern ta' abbuż, jiġifieri llum nisplodi u nsawtek, għada ngħidlek kemm jiddispjaċini, pitgħada ngħidlek inti taf kemm jiena nħobbok u nixtrilek iċ-ċikkulata u l-fjuri jew xi ħaġa oħra li inti verament xtaqt, imbagħad bil-mod il-mod it-tensjoni terġa' tinbena, sakemm ikun hemm splużjoni ta' vjolenza, imbagħad jerġa' jibda.", "U kull darba li raġel jew perpetrator jgħid lil persuna l-oħra: 'Kemm jiddispjaċini.", "Qatt mhu se nerġa' nagħmilha', jittamaw, iridu jemmnu li hija veru.", "Għaliex?", "Għaliex verament iħobbu l-persuna, u jridu jibqgħu jgħixu ħajja normali, sew jekk huma Ċetta u sew jekk huma s-Sinjura Borg, iridu jibqgħu jgħixu ħajja normali bħan-nies.", "Il-vittmi jista' jkollhom anki pressjoni mill-ġenituri jew il-familji tagħhom, biex jissaportu ftit ieħor.", "Jista' jkun ukoll li ma jitilqux minn żwieġ abbużiv minħabba l-fehmiet reliġjużi tagħhom.", "Ladarba vittma tiddeċiedi li ma tibqax f'relazzjoni abbużiva, l-unika alternattiva hija li titlaq.", "Jekk jitilqu fejn se jmorru?", "Se jispiċċaw f'kamra waħda ġo shelter bi tlett itfal, jekk ma jispiċċawx f'shelter fejn kamra hija shared bejn żewġ familji.", "Jekk jitilqu, they admit, u hija diffiċli ħafna, defeat, failure, iħossuha … Jafu li mhux se jkollhom il-flus jew se jkollhom ftit ħafna flus, jafu li se jkollhom lack of support.", "Din hija triq diffiċli ħafna, u biex jagħżluha u biex jieħdu dik id-deċiżjoni mhux billi tgħidha, hija deċiżjoni fejn għandek bżonn ħafna kuraġġ biex jagħmluha.", "Minbarra l-problema finanzjarja u ta' akkommodazzjoni, il-vittma li, jista' jkun, tkun għadha trawmatizzata wara xi inċident, trid issib il-kuraġġ li tmur tirrapporta lill-Pulizija:", "\"Sibt sitt pulizija on duty; l-ewwel ħadd ma jagħti kasek, imbagħad 'Hawn ħi, x'għandek bżonn?'", "Biex tgħid x'ġaralek, lanqas daqsxejn privacy m'għandek, trid tgħid quddiem kulħadd, min dieħel, min ħiereġ, 'Imma jiena xi tridni nagħmillek?'\"", "Jien qiegħed nipprova nifhem.", "Qed nipprova nagħmel is-suġġett interessanti għax meta xi ħaġa tkun miktuba tajjeb, dak li jkun aktar se jifhem.", "Ħalli nkompli naqra:", "\"Mara bit-tfal magħha tmur l-għassa tal-Pulizija, tibki u tipprova tagħmel rapport u jgħidulha: 'Le ħi, mur għand l-avukat, aħna ma neħduhomx dawk it-tipi ta' rapporti.", "Mur għand l-avukat jew mur għand ir-raġel.", "Ara kif se tirranġa.'\"", "Agħmel daqsxejn ta' introduzzjoni għaliha din u spjegaha ftit.", "'X'jiġri f'każ meta mara tmur għand il-Pulizija?", "Dan kien spjegat permezz ta' din l-esperjenza.'", "Ħalli nkompli:", "\"Smiegħ ta' każijiet fil-Qorti jista' wkoll ikollu effett ħażin fuq vittmi ta' vjolenza domestika.", "Issemma każ partikolari fejn minuri kellu jixhed quddiem missieru stess:", "\"Quddiem il-Qorti Kriminali deher il-każ ta' tifel ta' għaxar snin għax missieru sawwtu fuq xi issue bi ħġieġa ta' karozza, u kellu ġrieħi u anke ħġieġ f'dahru, eċċ. Imbagħad sawwtu sakemm waslu d-dar, imbagħad kisser bieb, imbagħad sawwat lill-mara, heddidha, qalilha, 'Se nħallik f'għadira demm', u dan it-tifel kellu jixhed quddiem missieru.\"", "FREDERICK AZZOPARDI: Fejn qed jingħad li \"sawwtu fuq xi issue bi ħġieġa\", nistgħu ndawwruha ftit biex tiġi tinqara aħjar?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Iva, nista' nirranġaha.", "THE CHAIRMAN: Tajjeb, u b'hekk jiġi iktar reader-friendly.", "Jiena naħseb li, jekk ma jkunx interessanti waqt il-qari, il-messaġġ tagħna ma jasalx.", "Ħalli nkompli naqra:", "Il-vjolenza domestika hija sors ta' stress u trawma fuq il-vittmi, in-nisa u t-tfal.", "Dawn huma xi problemi li jiffaċċjaw in-nisa u t-tfal, problemi emozzjonali, psikoloġiċi, depression, lethargy, ikollhom nightmares, nuqqas ta' kunfidenza, nuqqas ta' stima lejhom infushom, eċċ., u emotional numbness li hija defense mechanism u hija mezz ta' protezzjoni wara li l-vittma ikun ilu jaqla'...\"", "L-istess hawnhekk, nistgħu nagħmlu introduzzjoni għaliha ħalli nispjegawha aħjar.", "\"Jistgħu jirrikorru għal substance abuse bħala ways of coping, u ovvjament dan jista' jwassal biex issir ħsara għal saħħithom.", "Xi wħud minnhom jipprovaw jikkommettu suwiċidju wkoll, u hemm min jirnexxielu ...\"", "Hawnhekk nagħmlu introduzzjoni għaliha ħalli, jekk dan il-paragrafu jinqara waħdu, ikun jagħmel sens.", "\"2.6.1 L-effett tal-Vjolenza Domestika fuq it-Tfal", "It-tfal, kif diġà spjegajna, jistgħu jbatu l-effetti tal-vjolenza domestika mingħajr ma jkunu l-vittmi.\"", "Nistgħu ngħidu \"mingħajr ma jkunu direttament il-vittmi\" għax iktar tagħmel sens hekk.", "\"Il-fatt li jkunu preżenti meta sseħħ vjolenza domestika, jew li saħansitra jisimgħu att ta' vjolenza domestika jseħħ, se jaffettwahom.", "L-impatt tal-vjolenza domestika fuq it-tfal huma anxiety, hyperactivity, isibuha diffiċli biex jikkonċentraw u jorqdu, u jkollhom anke eating problems.", "Jistgħu jsiru aggressivi, u jkollhom mard bħal ażżma jew bronkite, u jimirdu frekwentement, eċċ; jibdew jibżgħu minn vuċijiet għolja u sintendi jibżgħu jekk xi ħadd ikellimhom b'vuċi għolja; ikunu mistħija b'mod sever li mhux normali; ikollhom diffikultajiet jirrelataw ma' tfal oħra, u jkollhom bed wetting, eċċ. Imbagħad meta jibdew imorru l-iskola, they externalize their behaviour, jiġifieri jista' jkunu aggressivi ma' tfal oħra; dipressivi jew kwieti ħafna; ikollhom nightmares, eċċ. U xi wħud minnhom ukoll jagħmlu self harm, jiġifieri jaqtgħu lilhom infushom, eċċ.\"", "Numru ta' nisa jagħżlu li ma jitilqux mid-dar biex ma jagħmlux ħsara lit-tfal, iżda l-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika saħqet illi dawn it-tfal xorta waħda qed issirilhom ħsara għaliex qed ikunu esposti għall-vjolenza.\"", "Kieku jiena kont nikteb il-kelma \"domestika\", għax hemm spazju fejn toqgħod.", "Ħalli nkompli naqra:", "\"Tfal li jitrabbew f'ambjent ta' vjolenza domestika ssirilhom il-ħsara anke jekk huma stess ma jintmissux b'mod fiżiku, però issirilhom il-ħsara.", "Allura persuna, li taħseb li se tibqa' d-dar mar-raġel abbużiv tagħha biex tipproteġi lit-tfal biex ma tidħolx f'separazzjoni, għax is-separazzjoni tagħmel ħsara lit-tfal, jiena nixtieq nagħmilha ċara li t-tfal li jgħixu f'dik it-tensjoni kontinwa u t-trawmi li jaraw quddiem għajnejhom, issirilhom il-ħsara.\"\"", "\"2.6.2 Esperjenzi ta' Vjolenza Domestika", "\"Hawn taħt se nirriproduċu kliem li wżaw nisa li kienu qed jgħixu f'shelters, fi studju li sar bejn l-2003 u l-2004 ...\"", "Dan l-istudju hawn Malta sar, jew barra?", "THE CHAIRMAN: Mela ngħidu li dan l-istudju sar Malta.", "\"… qabel ma ħarġet il-liġi dwar il-vjolenza domestika.", "Huma kliem ta' nisa li batew il-vjolenza u li għexu f'biża', f'relazzjoni fejn suppost li sabu l-imħabba u r-rispett.", "Jispjegaw kif spiċċaw iżolati mill-familji tagħhom, kif jibdew jemmnu li m'huma tajbin għal xejn jew li qed jiġġennu:", "Il-Kummissjoni kompliet tispjega kif ħafna nisa jiġu mmaqdra b'mod kontinwu, sakemm huma stess jibdew jemmnu dak li qed jisimgħu:", "\"Il-vjolenza domestika taf tkun emozzjonali jew psikoloġika kif huwa dak it-tgħajjir kontinwu li xi ħadd jgħidlek kemm m'inti tajba għal xejn.", "'Sewwa qaltli ommi li ma nafx kif iżżewwiġtek!'", "'Lanqas ommok ma rieditek għax ħelset minnek!\"", "Dawn kważi jridu jkunu kwotazzjonijiet differenti.", "\"'Ara ma tiftaħx ħalqek għax tavvelini u tavvelixxi lilek innifsek!'", "'Meta nkunu fil-pubbliku, tiftaħx ħalqek għax ma tifhem f'xejn!'", "'M'inti tajba għal xejn, lanqas taf issajjar, u lanqas taf tieħu ħsieb it-tfal.'", "U din mhux darba tismagħha … Imma ġieli jkun hemm każi fejn ikun hemm tmaqdir kontinwu li inti tispiċċa li l-ħajja tispiċċa minn ġismek ...", "… tibda temminha jekk xi ħadd jgħidlek kontinwament.", "U ħafna nisa jgħidulna, 'Imma jien qed niġġennen?", "U jista' ikun li jispiċċaw b'mental problems.", "Kellna każijiet fejn anke spiċċaw f'Mount Carmel Hospital.\"", "F'Malta, hawn statistika differenti fuq is-suġġett ta' vjolenza domestika, fosthom l-istatistika tal-Aġenzija Appoġġ u dik tal-Pulizija.", "Wieħed jista' wkoll ifittex każijiet tal-Qrati.", "Però, m'hemmx statistika waħda li tiġbor l-informazzjoni kollha li għandha x'taqsam ma' vjolenza domestika:", "\"L-istatistika li għandna hija ta' dawk in-nisa li jmorru jirrapportaw l-Appoġġ u għand il-Pulizija, u ma nafux kemm hemm nisa oħra hemm barra li ma jmorrux għall-għajnuna.\"", "L-istatistika tal-Pulizija turi żieda fir-rapporti mill-vittmi ta' vjolenza domestika.", "Filwaqt li fl-1998 kien hemm 127 persuna li għamlet rapport, fl-2008 (sa Awwissu) kien hemm 260 persuna li għamlet rapport.", "Id-Domestic Violence Unit tal-Aġenzija Appoġġ jara medja ta' bejn 500 u 600 każ fis-sena.\"", "Naħseb li hawnhekk irridu nagħmlu f'liema sena qegħdin nitkellmu fiha, għax jista' jagħti l-każ li llum hija aktar jew inqas, u allura, jekk niġu kkwotati, niġu kkwotati sew.", "ANTHONY ZAMMIT: Pereżempju, fil-paragrafu preċedenti qegħdin ngħidu li fl-1998 kien hemm 127 u fl-2008 kien hemm 260.", "Issa fil-brackets nistgħu nagħmlu kemm kien hemm fl-2012?", "DR ELAINE BURMINGHAM: M'għandniex statistika ta' dik is-sena.", "THE CHAIRMAN: U s-sena għadha lanqas għaddiet.", "ANTHONY ZAMMIT: Li se jiġri hu li, meta se joħroġ dan ir-rapport, l-ewwel kritika li se jkollna hu li fuq din l-informazzjoni diġà għaddew sentejn, tliet snin minn fuqha ...", "THE CHAIRMAN: Mela ħalli nkompli naqra:", "\"Bejn Jannar u Ġunju tal-2011, l-Aġenzija Appoġġ kienet qed tieħu ħsieb 661 każ ta' vjolenza domestika, li minnhom kien hemm 112-il każ ġdid.", "Ix-shelters ġeneralment jaraw 74 persuna (inklużi adulti u tfal).", "F'mument wieħed, ikollhom medja ta' sittax-il jew sbatax-il persuna.", "F'Novemberu 2007, ittieħed snapshot minn nisa li kien qed jingħataw l-għajnuna, u rriżulta li kien hemm 300 tifel u tifla li kienu qegħdin jaraw il-vjolenza domestika.", "Dan is-snapshot ma kienx jinkludi nisa vittma ta' vjolenza domestika li ma talbux l-għajnuna.", "Suġġerimenti", "Matul id-diskussjonijiet saru diversi suġġerimenti mill-esperti preżenti u mill-Membri tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Dan ir-rapport diġà spjega ħafna minn dak li ġie diskuss matul il-laqgħat li saru.", "Iktar 'l isfel se jitniżżlu s-suġġerimenti li l-esperti u l-Membri tal-Kumitat jidhrilhom li jistgħu jwasslu biex ikollna servizzi aħjar fil-qasam tal-vjolenza domestika:", "Hemm bżonn li l-vittmi jiġu mogħtija protezzjoni mill-bidu tal-proċeduri legali.", "Preżentement, biex tinħareġ ordni ta' protezzjoni, irid jinstema' l-każ u l-akkużat jinstab ħati.", "Dan l-ordni ta' protezzjoni għandu jiġi estiż biex il-vittma tkun protetta anki waqt li tkun għaddejja l-kawża.", "Għandu jkun hemm taħriġ fuq l-immaniġġjar tal-istress u dwar l-effetti tal-istress fuq il-familja.", "Hemm ħafna nies, speċjalment irġiel, li meta jħossuhom frustrati u ma jistgħux ikampaw mal-istress tagħhom, jiżvugaw mal-partner.\"", "Għax ma ngħidux \"jew mal-mara\"?", "ANTHONY ZAMMIT: Partner tingħad minħabba ċ-ċirkostanzi tal-lum.", "THE CHAIRMAN: Veru, imma l-ewwel xorta kont ngħid 'il-mara'.", "Fil-fatt, aħna dejjem tlaqna mill-punto di vista ta' raġel u mara u l-familja.", "Nistgħu ngħidu 'raġel u mara' f'każ ta' żwieġ, u partner f'każ li ma jkunx.", "ANTHONY ZAMMIT: Mela allura nagħmluha \"mal-mara jew mal-partner\".", "THE CHAIRMAN: Tajjeb.", "FREDERICK AZZOPARDI: Fejn qed ngħidu, \"Iktar 'l isfel se jitniżżlu s-suġġerimenti li l-esperti u l-Membri tal-Kumitat jidhrilhom li jistgħu jwasslu għal servizzi ...\" nistgħu nagħmluha \"biex ikollna servizzi aħjar ...\"?", "THE CHAIRMAN: Nistgħu.", "Imma, kieku jien, aktar kont inbiddel il-parti l-oħra u, minflok ngħidu \"għal servizzi aħjar fil-qasam tal-vjolenza domestika\", ngħidu \"fis-servizzi ta' sapport kontra l-vjolenza domestika biex negħlbu l-problema tal-vjolenza domestika.\"", "DR ELAINE BURMINGHAM: Dik diġà semmejniha.", "Issa ħalli nkompli naqra:", "M'għandux ikun żmien twil ta' stennija biex jinstema' każ il-Qorti.", "Għandu jkun hemm stennija massima ta' ftit ġranet, u mhux ta' ftit xhur.", "Għandhom jiġu ngaġġati iktar ħaddiema soċjali u psikologi sabiex jaħdmu mal-vittmi ta' vjolenza domestika.", "Is-servizz li jingħata lil vittmi ta' vjolenza domestika f'Malta għandu jiġi estiż anke għal Għawdex.", "Is-sistema ta' għajnuna legali għandha tiġi riveduta.", "Preżentement, biex tingħata għajnuna legali, persuna ma jistax ikollha assi – allura jekk tkun sid ta' dar ma tingħatax għajnuna.", "F'ħafna każijiet, il-vittmi ta' vjolenza domestika jkollhom jitilqu mid-dar u ma jkollhomx finanzi biex iqabbdu avukat.", "Jekk dan ma jsirx, jiġu f'sitwazzjoni prekarja, għaliex ma jistgħux jieħdu d-drittijiet tagħhom u lanqas jistgħu jmorru lura d-dar f'relazzjoni abbużiva.", "Fejn ikun hemm bżonn, għandha tiġi provduta skorta lil vittmi ta' vjolenza domestika.\"", "FREDERICK AZZOPARDI: Fuq il-ħames punt, fejn qed ngħidu fuq Għawdex, naħseb li nistgħu ngħidu li kien hemm enfażi proprju fuq Għawdex għax veru kien hemm impenn fuqha din.", "\"Saret enfażi mill-Kumitat sabiex is-servizz li jingħata lil vittmi ta' vjolenza domestika f'Malta għandu jiġi estiż ukoll għal Għawdex.\"", "Għandu jingħata taħriġ dwar vjolenza domestika lill-Pulizija kollha, speċjalment dawk li, fiż-żmien meta laħqu pulizija, ma ngħatawx taħriġ bażiku fuq is-suġġett.", "Irridu nisħqu fuq is-sensittività tax-xhieda, speċjalment meta dawn ikunu għadhom minuri.", "It-tfal għandhom jingħataw il-protezzjoni xierqa jekk ikollhom jixhdu dwar il-ġenituri tagħhom.\"", "Naħseb mhux biss protezzjoni, imma anke għajnuna, għax min jaf minn liema problema u trawma jkunu għaddejjin.", "Għandu jiżdied il-valur probatorju tar-rapport li tagħmel il-vittma.\"", "X'inhu dan il-valur probatorju?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Jekk tkompli taqra, ssib l-ispjegazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Tajjeb.", "\"F'numru ta' każijiet, meta l-vittma tirtira l-kwerela, il-Qorti ma tkomplix bil-każ.", "Għaldaqstant, għandha tinħoloq sistema fejn, minkejja li l-vittma ma tixhidx, l-istqarrija tal-fatti li tkun tat għandha tibda tkun ġuramentata, u titressaq il-Qorti sabiex il-prosekuzzjoni tkun tista' ssaħħaħ il-każ tagħha.\"", "Sal-lum għadha hekk, hux hekk?", "ANTHONY ZAMMIT: Ma jiġri xejn.", "THE CHAIRMAN: Ma tibqax volontarja.", "Jiġifieri inti qiegħda tgħid li l-prosekuzzjoni kważi xorta qed tiġi sfurzata.", "Hux hekk?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Le, imma hemm sistema .…", "FREDERICK AZZOPARDI: Naħseb li kieku nirranġawha ftit biex nispjegaw x'irridu nfissru bil-'valur probatorju'.", "THE CHAIRMAN: Qisu l-iStat se jibqa' imexxi l-każ anke mingħajr ...", "FREDERICK AZZOPARDI: Għax hawnhekk qed tgħid li mhux fil-każijiet kollha, imma f'numru ta' każijiet.", "Jien kont ħadtha li kull min jagħmel dan il-valur probatorju, il-każ tiegħu jieqaf, imma fil-fatt mhuwiex hekk.", "ANTHONY ZAMMIT: Imma s'issa, għadha mhijiex hekk.", "U allura jaqa' il-każ.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Le, jista' ma jaqax.", "THE CHAIRMAN: F'ħafna każijiet, il-Qorti tieqaf.", "U forsi ma jkun hemm ħadd li jkun qed isegwi l-każ.", "DR ELAINE BURMINGHAM: U ma jkunx hemm biżżejjed evidenza.", "FREDERICK AZZOPARDI: Ma nafx inix korrett, imma jien għandi l-impressjoni li l-każijiet kollha jaqgħu l-Qorti.", "Forsi għandi żball jien.", "THE CHAIRMAN: Tajjeb.", "Issa ħalli nkompli naqra:", "Hemm bżonn ta' iktar koperazzjoni bejn il-professjonisti, inklużi l-Pulizija, il-ħaddiema soċjali, il-Qrati, il-Housing Authority, l-ETC u ċ-Childcare Centres.\"", "'Iżjed koperazzjoni' biex jaslu fejn, imma?", "ANTHONY ZAMMIT: Naħseb jien li qed jingħad hemmhekk huwa b'mod ħolistiku.", "THE CHAIRMAN: Mela nużaw il-kelma \"ħolistikament\", ħalli niftiehmu aħjar.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Nistgħu ngħidu mela: \"sabiex il-vittmi jingħataw l-għajnuna b'mod ħolistiku.\"", "ANTHONY ZAMMIT: Jew \"kull għajnuna meħtieġa\".", "DR ELAINE BURMINGHAM: \"Kull għajnuna tingħata b'mod ħolistiku.\"", "THE CHAIRMAN: Tajjeb.", "Għandhom jiġu allokati iktar fondi fil-qasam tal-vjolenza domestika.\"", "Hawnhekk l-istess, kieku jien mhux ngħid, \"fil-qasam tal-vjolenza domestika\", imma \"fil-qasam tal-ħidma kontra l-vjolenza domestika\", jew \"fil-qasam tas-servizzi kontra l-vjolenza domestika\".", "DR ELAINE BURMINGHAM: \"Fil-qasam tas-servizzi kontra l-vjolenza domestika\".", "THE CHAIRMAN: Tajjeb.", "Mela ħalli nkompli naqra:", "\"B'mod partikolari, għandu jkun hemm fondi li jintużaw sabiex tingħata protezzjoni lil vittmi li jkollhom imorru l-Qorti sabiex jagħtu x-xhieda tagħhom.\"", "Professjonisti minn oqsma differenti li jaħdmu ma' vittmi ta' vjolenza domestika għandhom ikomplu jitħarrġu.", "Għandhom jiġu żviluppati u wżati prattiċi komuni.\"", "\"Fl-aħħarnett, jerġa' jiġi enfassizzat il-punt dwar l-edukazzjoni u r-rispett.\"", "La qegħdin nagħtu s-suġġerimenti, tiddejqux tagħtuhom.", "La dik kienet id-definizzjoni ta' 'vjolenza domestika', u ċioè li \"l-irġiel li jirrispettaw lin-nisa u persuni lejn xulxin\", mela ejjew nużawha.", "FREDERICK AZZOPARDI: Naħseb li r-rispett reċiproku għandu jkun.", "THE CHAIRMAN: Imma l-ewwel nużaw il-kelma \"l-irġiel\", la d-definizzjoni fil-bidu kienet li l-vjolenza domestika hija kkawżata għax l-irġiel iħossuhom superjuri lejn in-nisa.", "Għaldaqstant, fl-edukazzjoni rridu nagħtuha wkoll b'mod spoon fed, u ngħidu li r-rispett irid ikun mgħallem in kwantu tar-raġel lejn il-mara, u mbagħad lejn xulxin.", "Issa għandna din il-kwotazzjoni:", "\"Naħseb li jekk narawha minn dan il-lat, meta inti għandek koppja f'relazzjoni – mhux neċessarjament raġel u mara, imma jistgħu jkunu wkoll tal-istess sess – kien hemm dejjem it-tendenza li jkun hemm the dominant person and the one who's being dominated.", "Jekk indaħħlu rispett uman, inżidu dan ir-rispett uman, nedukaw lil dawn il-persuni – u qed nuża l-kelma \"edukazzjoni\" apposta – fir-rispett uman lejn xulxin, id-diskrepanza bejn id-dominated and the one who's dominating se tonqos, u allura kważi mbagħad hemmhekk tinqata' il-vjolenza domestika.\"", "Jien kont indaħħal punt ieħor hawnhekk, fejn nistgħu ngħidu li aktar ma naħdmu għat-tisħiħ tal-familja, aktar nistgħu nkunu qegħdin nillimitaw il-każijiet tal-vjolenza domestika.", "Min-naħa l-oħra, ma nistgħux nibqgħu nittolleraw li jkollna familji li ma jinfirdux biex ma tkunx irrappurtata l-vjolenza domestika …", "Jien naħseb li llum, it-tendenzi li jkollok l-għajnuna legali li tagħti parir, kemm lill-mara biex tirrapporta l-vjolenza domestika, kemm jekk ikun hemm u kemm jekk le, u kemm ir-raġel, biex jirrapporta vjolenza domestika, ikun hemm jew ma jkunx hemm, qiegħda ttella' iktar in-numru ta' rapporti fuq il-vjolenza domestika.", "Bħalma, pereżempju, qed jinqala' l-każ li jkun hemm rappurtat vjolenza sesswali fuq it-tfal, anke jekk dan ma jkunx minnu, imma qiegħed jiġi rappurtat daqs li kieku qed ikun hemm.… Orrajt, mela ma nżidu xejn aktar.", "Min-naħa tiegħi nitlob lil Dr Burmingham sabiex tagħmel il-korrezzjonijiet li tlabniha tagħmel illum, u mbagħad inressquhom f'laqgħa oħra biex ir-rapport ikun approvat.", "Sadanittant, jekk hawn xi ħadd minnkom li jrid jagħmel xi korrezzjonijiet oħra, aħna se nirrispettaw it-talba tiegħu, dejjem jekk dawn il-korrezzjonijiet ikunu milqugħa u jkunu b'tali mod li ntejbu dan ir-rapport.", "Hawn xi ħadd li jrid iżid xi ħaġa oħra?", "Mela, naġġorna l-laqgħa għal data oħra li tiġi mħabbra aktar 'il quddiem.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-9.00 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120605_134d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 134", "It-Tlieta, 05 ta' Ġunju, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.40 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Anthony Zammit u l-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 132 li saret nhar It-Tlieta, 22 ta' Mejju, 2012 ġew konfermati.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 133 li saret nhar it-Tlieta, 29 ta' Mejju, 2012 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI U APPROVAZZJONI TAL-GĦAXAR RAPPORT TAL-KUMITAT dwar l-Affarijiet Soċjali intitolat \"Vjolenza Domestika.\" - KONTINWAZZJONI", "Iċ-Chairman kompla jaqra minn paġna 10 tar-rapport imħejji minn Dr Elaine Birmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, u fejn kien meħtieġ iddaħħlu l-emendi proposti mill-membri tal-kumitat wara li kien hemm qbil.", "Wara li jsiru l-korrezzjonijiet meħtieġa se jiġi ppreżentat ir-rapport rivedut lill-Membri tal-Kumitat.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-21.00 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120605_134m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-familja", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 9", "It-Tlieta, 12 ta' Ġunju 2012 fis-7:00pm", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Familja, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 12 ta' Ġunju, 2012 fis-7:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "L-Aġenzija Appoġġ u l-kuntatti li għandha ma' aġenziji li huma bbażati fil-komunità.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120612_009a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-Familja", "LAQGĦA NRU 9", "It-Tlieta, 12 ta' Ġunju, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:05 p.m.", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Preżenti wkoll kien hemm l-Onor Joseph Falzon.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor Jean Pierre Farrugia il-Kumitat qabel li l-minuti għandhom jiġu emendati kif ġej:", "Minflok il-kliem \"Wara kien hemm diskussjoni.\" għandhom jidħlu l-kliem \"Wara diskussjoni, kien hemm ftehim li l-protokoll tad-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku jiġi rivedut, wara li wieħed jistudja il-modi kif wieħed ikun jista' volontarjament ikollu korsijiet ta' informazzjoni dwar iż-żwieġ ċivili f'pajjiżna.\"", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "8, li saret nhar it-Tlieta 22 ta' Mejju 2012, ġew konfermati.", "Il-Kumitat ta l-permess sabiex cameraman ta' stazzjon lokali jkun jista' jieħu filmat tal-ewwel parti tal-laqgħa.", "L-Aġenzija Appoġġ u l-kuntatti li għandha ma' aġenziji li huma bbażati fil-komunità.", "Il-Kumitat stieden lis-Sinj Sina Buġeja Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizz tal-Ħarsien Soċjali fejn tat tagħrif dwar l-Aġenzija Appoġġ u s-servizzi li jingħataw mill-Aġenziji Sedqa u Sapport.", "Wara saru mistoqsijiet mill-Kumitat lis-Sinjura Graziella Castillo Service Manager Aġenzija Appoġġ u lis-Sinj Remenda Borg Grech Service Area Leader mill-Kumpless tal-Kottonera.", "Fost oħrajn ġie diskuss l-Early Interventions, il-kuntatti li għandhom units differenti tal-Aġenzija ma' entitajiet li hemm fil-komunità u l-kuntatti li jeżistu ma' youth groups u football nurseries fil-lokalitajiet.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-9:00 p.m. il-Kumitat ikkonkluda fuq dan is-suġġett u aġġorna għal data li għandha titħabbar iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120612_009m_fac.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 71", "It-Tlieta, 12 ta' Ġunju, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru. 71", "It-Tlieta, 12 ta' Ġunju, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:40 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 70 li saret fil-5 ta' Ġunju, 2012 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Francis Zammit Dimech): Għandna talbiet mill-media sabiex jittieħdu ritratti u filmati tal-ewwel parti tal-laqgħa u tal-ewwel mumenti ta' kull xhud.", "Jidher li hawn il-permess u għalhekk nitlob lill-media, inklużi l-fotografi u dawn li jieħdu l-filmati biex jidħlu ħalli jagħmlu d-doveri tagħhom kif miftiehem.", "N ippreżenta u npoġġi fir-records tal-Kumitat dawn il-ħames riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew li ntbagħtu għall-attenzjoni tal-parlamenti nazzjonali:-", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2012 dwar il-proposta għal regolamen tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (COM(2012)0041 – C7-0030/2012 – 2012/0019(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0148;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 dwar l-amministrazzjoni ta' ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa (COM(2011)0715 – C7-0396/2011 – 2011/0315(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0149;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2012 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (10222/5/2011 – C7-0076/2012 – 2011/0070(APP)) - P7_TA-PROV(2012)0150;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2012 dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (tfassil mill-ġdid) (COM(2011)0402 – C7-0190/2011 – 2011/0187(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0197;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (riformulazzjoni) (COM(2011)0245 – C7-0107/2011 – 2011/0105(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0198; u", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2012 dwar il-Kummerċ għall-Bidla: L-Istrateġija Kummerċjali u ta' Investiment tal-UE għan-Nofsinhar tal-Mediterran wara r-rivoluzzjonijiet tar-Rebbiegħa Għarbija (2011/2113(INI)) - P7_TA-PROV(2012)0201.", "DISKUSSJONI MARBUTA MA' MOZZJONI NRU.", "301 IPPREŻENTATA FL-20 TA' APRIL 2012 MILL-ONOR GEORGE VELLA U MILL-ONOR LUCIANO BUSUTTIL DWAR IR-RAPPREŻENTANT TA' MALTA GĦALL-UNJONI EWROPEA – KONTINWAZZJONI", "THE CHAIRMAN: Nippreżenta wkoll formalment lill-Kumitat dawn id-dokumenti li kienu ġew mitluba fil-laqgħa tal-5 ta' Lulju 2012, liema dokumanti kienu diġà ġew komunikati lill-Membri:-", "Ittra datata l-11 ta' Ġunju 2012 mingħand is-Segretarju Privat tal-Prim Ministru dwar korrispondenza interna 'relevanti u relatata' ma' Mozzjoni Nru. 301; u", "Ittra datata l-11 ta' Ġunju 2012 mingħand ir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea flimkien mal-job description tiegħu bħala Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea u bħala advisor tal-Prim Ministru.", "Issa ngħaddu għall-item li għandna fuq l-aġenda.", "L-Onor.", "LEO BRINCAT: L-ewwelnett nieħu gost ninnota li l-informazzjoni li tlabna ġiet provduta in advance u dan qed ngħidu biex inkun pożittiv.", "Żewġ osservazzjonijiet żgħar mingħajr ma nieħu ħafna ħin ta' din il-laqgħa.", "Għandna l-job description tal-Eċċellenza Tiegħu s-Sur Cachia Caruana.", "Dakinhar jiena, jew aħjar aħna, konna tlabna il-job description tiegħu u hu kien ġab l-argument li jkun irid il-clearance tal-Prim Ministru.", "Jiena li laqatni bħala daqsxejn stramb mhux il-kontenut, għax konvint li dak huwa korrett mija fil-mija, imma din hija l-ewwel darba fejn rajt job description mibgħuta lilna mill-uffiċjal, mhux se nuża l-kelma \"impjegat\" biex ma nbaxxix il-kariga tiegħu.", "Is-soltu l-job description, anke jekk iġibielna l-uffiċjal jew il-public officer, tiġi datata minn meta jkun ħa l-ħatra tiegħu għax kif inhi, mhux qed ngħid li bilfors ġara hekk, din setgħet ġiet miktuba as an after thought wara li għamilt it-talba tiegħi.", "Nerġa' ngħid li m'inix nikkontesta jew infettaq il-kontenut tal-ittra li bagħtilna s-Sur Cachia Caruana u l-kontenut tal-job description tiegħu, imma l-loġika tiddetta li normalment ħaġa bħal din tiġi fuq letter head tal-employer tiegħu, kemm jekk kien il-Foreign Minister jew anke l-Prim Ministru, peress li jidher li għandu dual duties, iktar milli ġiet min-naħa tiegħu.", "It-tieni osservazzjoni hija dwar l-ittra .....", "THE CHAIRMAN: Naturalment sakemm mhijiex annex ta' affarijiet oħra jew estratt ta' dak li inti tlabt lill-Ambaxxatur ....", "LEO BRINCAT: Tieħux fastidju, imma jekk huwa estratt allura iktar inkwetanti.", "L-ewwel nett dik hija konklużjoni gratwita tiegħek sakemm inti m'għandekx aċċess għal informazzjoni aktar milli għandi jien.", "Li kont se ngħidlek huwa li jkun iktar prudenti min-naħa tiegħek, Onor. Brincat, li meta l-Ambaxxatur Cachia Caruana ikun quddiemna tagħmillu l-mistoqsija.", "LEO BRINCAT: Jiena ħassejt li diġa' ħadt ħin biżżejjed u towards the end, jekk ikun baqa' minuta ....", "It-tieni osservazzjoni tiegħi hija dwar l-ittra mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Once again m'inix qed nikkontesta l-veraċità ta' dak li qal is-Sur Charles Bonello, ħalli ħadd ma jaħseb li qed nagħmel xi allegazzjonijiet infondati, imma billi l-Prim Ministru ġie hawnhekk f'dawn il-laqgħat għal darba darbtejn u bħal magician ħarġilna ittri ġodda li ma kienux fid-dossier oriġinali u komprensiv li ppreżentalna, nittama li meta hawnhekk qed jgħidulna li għandna l-korrispondenza interna relevanti u relatata kollha ma jgħaddux ftit ġranet oħra u titfaċċa xi korrispondenza oħra.", "Nittama wkoll li meta s-Sur Charles Bonello, bħala Segretarju Privat tal-Prim Ministru, tana disclaimer fuq il-korrispondenza interna relevanti u relatata xi ħadd ikun assuma r-responsabbiltà li bejn is-sena 2003 u s-sena 2008 ma kien hemm l-ebda korrispondenza li tinvolvi lis-Sur Cachia Caruana, ħaġa li jien personalment insibha very hard to believe.", "THE CHAIRMAN: Naturalment, Onor. Brincat, tapprezza li l-mistoqsija tiegħek stess kienet limitata għal dak li huwa marbut mal-mozzjoni għax sa minuta ilu għadek kif għedt jekk hemmx korrispondenza marbuta mal-Ambaxxatur Cachia Caruana.", "LEO BRINCAT: Le le, ma rridx niġi miżinterpretat.", "It-talba tiegħi kienet marbuta biss ma' fejn issemma s-Sur Cachia Caruana fil-kontest tal-issue at stake.", "THE CHAIRMAN: Marbuta mas-suġġett tal-mozzjoni.", "LEO BRINCAT: Issues oħra ta' sigurtà jew ta' EU matters mhumiex rilevanti għal każ.", "THE CHAIRMAN: Hekk hu, naqblu.", "Fix-xhieda tiegħu hawnhekk il-Prim Ministru qalilna li din hija l-korrispondenza kollha li nstabet u ppreżentaha mbagħad inti tlabt verifika addizzjonali mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dik saret ukoll.", "Nispera li l-membri kollha tal-Kumitat japprezzaw li qegħdin prattikament fl-għeluq tad-diskussjoni fuq din il-mozzjoni fil-livell ta' dan il-Kumitat.", "Huwa previst li nhar it-Tnejn li ġej ikun hemm id-diskussjoni fil-Parlamet, fil-plenarja, f'diskussjoni ta' erba' sigħat li nifhem li se jinqasmu ugwalment bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni u naħseb li l-membri kollha ta' dan il-Kumitat li jixtiequ jagħmlu kummenti, aktar minn mistoqsijiet, se jkollhom il-faċilità ta' dak id-dibattitu għax inkella jekk se nagħmlu l-kummenti f'dan il-Kumitat se nissostitwixxu l-proċedura li suppost nagħmlu fil-Parlament sħiħ.", "Jidher li hawn qbil li issa nsejħu lill-Ambaxxatur Richard Cachia Caruana biex jerġa' jingħaqad magħna.", "Illum imiss membru min-naħa tal-Gvern biex jagħmel il-mistoqsijiet u mbagħad inkomplu nalternaw.", "Nirringrazzja għal darb'oħra lill-Ambaxxatur Cachia Caruana li qiegħed magħna biex ikompli bix-xhieda tiegħu.", "Imiss jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu l-Onor.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Nista' nagħmel statement fil-bidu?", "THE CHAIRMAN: Ma naħsibx li għandu jkun hemm diffikultà u lanqas l-Onor.", "Agius ma naħseb li għandu diffikultà dwar dan.", "FRANCIS AGIUS: M'għandix problemi, anzi aktar ma jkollna informazzjoni aktar inkunu nistgħu niffokaw fuq il-mistoqsijiet tagħna.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Mr Chairman, din hija s-seba' laqgħa dwar il-mozzjoni nru.", "301 li tressqet quddiem dan il-Parlament fl-20 ta' April li għadda.", "Wara ħames seduti li fihom xehed kemm il-Prim Ministru kif ukoll jien, total s'issa ta' kważi għaxar sigħat ta' xhieda, nixtieq infakkar li din il-mozzjoni ta' l-Onor.", "Luciano Busuttil tressqet b'akkużi ċari fil-konfront tiegħi.", "Inħoss il-bżonn li nfakkar dan għal żewġ raġunijiet, l-ewwel għaliex b'mod partikolari fl-aħħar seduta d-diskors tbiegħed mill-akkuża tal-mozzjoni u cioe' li jien ittradejt lil pajjiżi u li fittixt sistema biex ma jkunx hemm accountability parlamentari.", "Fl-aħħar seduta jiena spiċċajt ġejt mistoqsi sensiela ta' mistoqsijiet li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-mozzjoni.", "It-tieni, għaliex s'issa għadha ma tressqet l-ebda prova biex l-akkużi fil-konfront tiegħi jiġu, b'xi mod, issostanzjati.", "Jiena nistenna li jekk issir akkuża, speċjalment meta l-akkuża tkun waħda daqstant serja u gravi bħalma hija dik fil-konfront tiegħi, għandhom jitressqu l-provi minn min għamel l-akkuża.", "L-uniku tentattiv li sar biex titressaq xi ħaġa li remotament tista' titqis bħala prova hija kopja ta' cable tal-Wikileaks tal-2004.", "Infakkar li f'Novembru 2004 Malta ma kenitx membru tal-Partnership for Peace u ma saritx membru qabel l-2008, jiġifieri erba' snin wara.", "Fis-seduti li għaddew jiena diġa' weġibt dwar dan il-cable u wrejt punt punt u bir-reqqa għaliex dan il-cable ma jissostanzja bl-ebda mod l-akkużi li qegħdin isiru fil-konfront tiegħi f'din il-mozzjoni.", "Spjegajt, kif għamel ukoll il-Prim Ministru qabli, li dan il-cable ma jissostanzjax l-akkużi fil-konfront tiegħi għaliex bl-ebda mod ma jindika u wisq inqas jissostanzja li jiena fittixt l-interess ta' pajjiż ieħor 'il fuq minn ta' pajjiżi.", "Għall-kuntrarju, dan il-cable jindika l-maqlub, jindika li jien kont qed insegwi l-istruzzjonijiet mogħtija u approvati mill-Gvern Malti.", "Spjegajt kif il-cable tal-Wikileaks li fuqu Dr. George Vella u Dr. Luciano Busuttil bnew l-akkużi tagħhom jikkonsisti f'rendikont ta' żewġ laqgħat li għal waħda minnhom jien lanqas biss kont preżenti.", "Terġa', dan il-cable kien iffirmat minn uffiċjal Amerikan li ma kienx preżenti għall-ebda waħda mil-laqgħat imsemmija.", "THE CHAIRMAN: Onor. George Vella għandek punt ta' ordni?", "GEORGE VELLA: Le, le, punt ta' proċedura.", "THE CHAIRMAN: X'inhu l-punt ta' proċedura?", "GEORGE VELLA: Hawnhekk qegħdin nisimgħu statement ripetut kelma b'kelma ta' dak kollu li ħareġ mill-mistoqsijiet li għamilna lill-Eċċellenza Tiegħu l-Ambaxxatur Richard Cachia Caruana.", "Meta l-aħħar darba pprovajt nitkellem inti għedt li hemm ordni kif nitkellmu għax hemm oħrajn jistennew warajna.", "Għaliex qed nippermettu li jirrepeti dak li qal biex jgħidilna x'niddeċiedu?", "Issa sta għall-poplu u għall-Parlament biex jiddeċiedi għax inti dak li kellek tirrispondi rrispondejtu.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin): Ma naħsibx li se tiċċirkola statement bħalma għamel il-Prim Ministru.", "GEORGE VELLA: Huwa diġa' għamel statement fil-bidu.", "TONIO BORG: L-intenzjoni tax-xhud hija li jiċċirkola statement bil-miktub.", "GEORGE VELLA: Imma huwa qed jirrepeti.", "TONIO BORG: Jista' jagħmilha fl-aħħar, imma għandu dritt jagħmilha.", "GEORGE VELLA: Għandu dritt kemm irid.", "Hawnhekk aħna konna qegħdin niġbru l-fatti u aħna staqsejna mistoqsijiet relevanti u ħadna r-risposti li kellna nieħdu mingħandu.", "Jien ma narax x'inhu l-iskop li joqgħod jiġi jgħidilna d-deċiżjoni tiegħu jew jekk il-mozzjoni hijiex relevanti jew ipprovajnihiex jew le għax eventwalment dak sta għall-Parlament biex jiddeċiedi.", "THE CHAIRMAN: Id-deċiżjoni hija tal-Parlament imma x-xhud jista' jispjega kif hu qed jara l-akkużi li saru kontra tiegħu.", "TONIO BORG: Mhemmx dubju li se jkollna dibattitu ta' erba' sigħat u wara jiddeċiedi l-Parlament.", "Allura din ripetizzjoni.", "THE CHAIRMAN: Tapprezza li anke ħafna mill-mistoqsijiet qed ikunu ripetuti.", "TONIO BORG: Għandu dritt jagħmel a defence statement, sejjaħlu li trid, u jista' jiġi ċċirkolat.", "GEORGE VELLA: Imma dan mhux diġa' għamlu!", "TONIO BORG: S'issa wieġeb, imma għandu dritt jagħmel d-difiża tiegħu anke billi jagħmel assessments.", "GEORGE VELLA: Fl-aħħar tas-seduta meta kulħadd ikun staqsa li kellu jistaqsi forsi nifhimha, imma mhux qabel lanqas bdejna din is-sessjoni .....", "THE CHAIRMAN: Qed jagħmel statement abbażi ta' x'irriżulta s'issa.", "Wasal il-mument li nitlob lill-membri tal-media u lill-cameramen biex, jekk jogħġobhom, jirtiraw mill-Kamra.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, għadna qegħdin fil-proċess li jsiru mistoqsijiet biex nindagaw fuq fatti relatati mal-mozzjoni apparti l-fatt li qed issemmi affarijiet li mhux qegħdin fil-mozzjoni, għax il-mozzjoni ma titkellimx fuq tradiment u lanqas titkellem fuq Partnership for Peace, imma dawn jibqa' jgħidhom.", "Dik hija l-ispin li jridu jagħtuha!", "THE CHAIRMAN: Onor. Vella, bir-rispett kollu xi ħadd irid jispjega din il-mozzjoni fuq xhiex inhi.", "GEORGE VELLA: Inti lix-xhux waqqaftu?", "THE CHAIRMAN; Lix-xhud m'għandniex inwaqqfuh.", "GEORGE VELLA: Qed twaqqaf lill-membru u ma twaqqafx lix-xhud!", "LEO BRINCAT: Ix-xhud għandu l-ġudizzju fuqna!", "Ix-xhud jiġi hawn biex jixhed, skużi!", "THE CHAIRMAN: F'dan il-każ qed jiffaċja erba' akkużi u għandu dritt jagħti l-pożizzjoni tiegħu.", "LUCIANO BUSUTTIL: Mr Chairman, din għamilha diġa' fil-bidu.", "GEORGE VELLA: Huwa tana l-fatti u issa sta għall-Kamra biex tiddeċiedi l-fatti li ħarġu.", "Jien se nkun qed nitlob li t-traskrizzjoni kollha ta' dawn il-laqgħat jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra bħala parti mid-dibattitu li se jsir.", "THE CHAIRMAN: Naqblu totalment.", "TONIO BORG: Kont se ngħidha jiena stess li aħna ltqajna biex dak li jkun ikollu aċċess għad-dokumenti kollha.", "Pero' jiena naħseb - mhux għal dan il-każ imma anke għall-futur - li din mhix qorti u din mhix akkuża imma hemm biss allegazzjonijiet fil-konfront tal-persuna li għandna quddiemna.", "Jiena naħseb li hu min hu u kien min kien għandu dritt jagħmel defence statement.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Jien qed nifhem tajjeb jekk ngħid li intom tridu li ma jixhidx?", "GEORGE VELLA: Dik għamilha diġa' fil-bidu.", "THE CHAIRMAN: Allaħares jien nikkontrolla x'inhu jiiġi ripetut hawn ġew!", "(Interruzzjonijiet)", "GEORGE VELLA: Huwa issa qed jerġa' jagħmel l-istess statement li għamel fil-bidu.", "THE CHAIRMAN: Kieku dan kien qorti huwa jrid jgħid mhux biss il-verità kif toħroġ mill-mistoqsijiet imma l-verità kollha u xejn ħlief il-verità.", "Jekk hu jħoss li hemm punti li għandu jikkjarifika allura għandu dritt jikkjarifikahom.", "GEORGE VELLA: Se tgħaddi tagħkom żgur imma din mhix korretta għall-aħħar.", "Jista' nibqa' nisma' xorta imqar s'għada imma din hija ripetizzjoni ta' fatti li diġa' kellna fl-istqarrija proprju mar-radd tas-salib kif beda jixhed l-Eċċellenza Tiegħu l-Ambaxxatur Richard Cachia Caruana.", "THE CHAIRMAN: Onor. Vella, l-iktar ħaġa bażika li suppost ġrat hawn ġew hija li min jagħmel akkuża jibda jġib il-provi ta' dik l-akkuża.", "LUCIANO BUSUTTIL: Hawnhekk hawn perċezzjoni ħażina għaliex il-mozzjoni ma saritx biex tiġi diskussa hawnhekk.", "GEORGE VELLA: Inti qiegħed tieħu r-rwol mhux ta' chairperson imma ta' ġudikatur.", "Inti diġà qed taqtagħha li minn dak li nstema' mhemmx bażi għall-akkuża.", "THE CHAIRMAN: Id-deċiżjoni se jeħodha l-Parlament mhux jien.", "GEORGE VELLA: Imma inti qiegħed tiġġudika ..", "(Interruzzjonijiet) Int m'intix se taqtagħli nifsi.", "Inti qed tgħid diġa' li l-akkużi ma ġewx ipprovati imma dak sta għall-Parlament.", "Ma nkomplux inġeddu d-disprezz lejn il-Parlament li fuqu hija bbażata l-mozzjoni.", "THE CHAIRMAN: Imma biex nirrispettaw il-Parlament, dan il-Kumitat irid jara li l-akkużi li hawn fil-mozzjoni ....", "GEORGE VELLA: Jekk ħarġux jew le l-fatti, dik deċiżjoni jew opinjoni tiegħek.", "LUCIANO BUSUTTIL: L-istedina tal-Gvern kienet li jinstemgħu x-xhieda quddiem dan il-Kumitat u kien hemm aċċettazzjoni ta' din l-istedina min-naħa tal-Oppożizzjoni biex l-Eċċellenza Tiegħu l-Ambaxxatur Cachia Caruana jispjega ruħu imma mhux qisu f'qorti biex nipprovaw akkużi u allura ma nistgħux naċċettaw dawn it-tip ta' statements.", "THE CHAIRMAN: Hekk hu, naqblu.", "Imma meta xi ħadd jagħmel mozzjoni li tinkludi akkużi, jien nippretendi li jinġiebu provi fuq l-akkużi.", "Lanqas għandek il-poter tagħmilha.", "LEO BRINCAT: Ix-xhud m'għandux dritt jgħaddi ġudizzju ....", "THE CHAIRMAN: Jista' ix-xhud ikompli bl-istatement tiegħu mingħajr ma jkun interrott b'dan il-mod!", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: M'għandix problemi jekk l-istatement tiegħi jiġi ċċirkolat u we take it as read.", "THE CHAIRMAN: Naqblu li jiġi ċċirkolat.", "L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Jien xtaqt nistaqsi l-Eċċellenza Tiegħu l-Ambaxxatur Cachia Caruana jekk x'kienx sorpriż meta ra din il-mozzjoni?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Iva, kont iktar minn sorpriż għax mozzjoni bħal din qatt ma stennejtha minn ħadd minn dan il-Parlament.", "FRANCIS AGIUS: Fit-tieni parti sostantiva tal-mozzjoni inti qed tkun akkużat li b'mod attiv fittixt sistema biex ma jkunx hemm accountability parlamentari.", "Fl-istatement tiegħek inti diġa' rribattejtha din.", "Tista' tgħid minn fejn taħseb li setgħet ħarġet u għaliex saret din l-osservazzjoni?", "X'seta' wassal biex saret din it-tieni parti tal-mozzjoni li tgħid li r-Rappreżentant Permanenti ta parir lill-Gvern Malti b'mod attiv biex ifittex sistema biex ma jkunx hemm accountability parlamentari għal dawn id-deċiżjonijiet.", "L-emfasi li qed nagħmel hi fuq il-kliem \"fittex sistema\".", "Minn fejn taħseb li seta' ħareġ l-animu ta' din l-osservazzjoni?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Naħseb li aħjar nibda billi niċħad li jien b'xi mod fittixt xi sistema biex ma jkunx hemm accountability parlamentari għal dawn id-deċiżjonijiet.", "L-uniku biċċa prova li rajt, kif kont qed ngħid fl-istatement, huwa dak il-cable tal-Wikileaks li fil-fatt ma jgħidx hekk pero' jekk trid tista' tinterpretah li qed jgħid hekk.", "FRANCIS AGIUS: Issa se mmur għal dik il-biċċa tal-Wikileaks li, fl-opinjoni tiegħi, hija kruċjali u importanti bħala interpretazzjoni, pero' nixtieq nismagħha mingħandek.", "Nieħdok fl-aħħar sentenza li tgħid hekk:", "Hawnhekk smajna diversi interpretazzjonijiet u allura xtaqt nisma' l-verżjoni tiegħek fuq kif qed tinterpreta din.", "Fil-fatt inti diġa' għamilt hekk f'paġna 10 tal-istatement li għamilt fil-bidu.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Fil-fatt jien m'għandi xejn x'inżid ma' x'għedt fuq paġna 10 tal-istatement li għamilt.", "Jien qatt ma tlabt guidance mingħand Washington u ma stennejtx xi guidance mingħand Washington.", "Għalija huwa ovvju li kemm fil-kuntest tas-sentenza u, kif għedt l-aħħar darba, kemm il-grammatika li mhux jien kont qed nitlob l-istruzzjonijiet minn Washington imma s-Sur McKinley li ffirma l-cable.", "L-aħħar darba żidt ngħid wkoll li kienet daqsxejn stramba li xi ħadd jaħseb li jien qed nitlob guidance minn Washington meta l-laqgħa li kien se jkolli mal-Ambaxxatur Schnabel kienet se ssir 21 ġurnata wara li jien bgħatt il-memorandum lill-Prim Ministru.", "FRANCIS AGIUS: Tikkonferma li McKinley qed jikteb għalih innifsu?", "Tara link fil-mod kif qed jikteb hemmhekk u kif qed jikteb fl-aħħar paġna fejn qed jgħid \"and seek any Washington guidance\", jiġifieri fejn qed jirreferi għalih innifsu imma mhux għalik?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Kif ipprovajt nispjega l-aħħar darba, il-cables Amerikani mhumiex minuti ta' laqgħat imma huma speċi ta' analiżi jew assessment ta' x'jaħseb l-uffiċjal li jiffirma l-cable.", "FRANCIS AGIUS: Għalihom stess, jiġifieri for their own consumption.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Preċiż.", "FRANCIS AGIUS: Inti stqarrejt kemm-il darba waqt din id-diskussjoni l-importanza tal-Amerka f'dawn id-diskussjonijiet u f'paġna 5 tal-istatement tiegħek għedt li l-Amerikani ħarġu b'idea li kieku ġiet aċċettata ssolvi l-problema li kellu quddiemu l-Gvern Malti.", "Din l-idea kienet tikkonsisti f'ipotesi li l-ftehim man-NATO tal-1996 dwar is-sigurtà tad-dokumenti kien għadu fis-seħħ.", "Tikkonferma li din l-idea kienet fil-fatt tal-Amerikani?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Kienet l-idea tal-Amerikani, pero' kif kien xehed il-Prim Ministru, fil-Gvern Malti kien hemm diġa' diskussjoni fuq dan is-suġġett u anke fuq il-possibbiltà li tintuża s-Security Agreement man-NATO.", "FRANCIS AGIUS: Tikkonferma li r-reading tiegħi li din l-ipotesi baqgħet sostnuta sew mill-Kabinett u sew mill-Avukat Ġenerali?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Iva, nikkonferma.", "FRANCIS AGIUS: L-aħħar mistoqsija tirrigwarda l-job description.", "Inti għedtilna li ilek tattendi l-Kabinett mill-1992, jekk m'inix sejjer żball.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA Mill-1991 jew mill-1992.", "FRANCIS AGIUS: Rigward din il-problema partikolari ta' Malta li jkollha aċċess għal ċerti dokumenti tan-NATO, kont qiegħed tantiċipaha qabel dħalna?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Waqt in-negozjati li kellna ma kienx hemm diskussjoni fuq din il-ħaġa.", "Id-dikjarazzjoni dwar min se jkollu aċċess għal ċerti dokumenti u min le saret fit-12 ta' Diċembru, 2002, fl-istess ġurnata li temmejna n-negozjati, imma Malta ma kenitx parti minn dik id-diskussjoni u aħna sirna nafu bil-problema ftit xhur wara li, kif diġà xhedt, kien sena qabel ma jien sirt Rappreżentant Permanenti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "LUCIANO BUSUTTIL: Se nistaqsi lill-Eċċellenza Tiegħu l-Ambaxxatur Cachia Caruana b'referenza diretta għall-ewwel darba li xehed hawnhekk.", "Jien għandi t-traskrizzjoni u allura meta nirreferi għall-paġni ma nafx jekk l-Eċċellenza Tiegħu għandux l-istatement tiegħu jew it-traskrizzjoni biex b'hekk inkunu nistgħu nsegwu.", "B'referenza għal-laqgħa tat-12 ta' Ottubru, 2004, xtaqt inkun naf min kien sejjaħha?", "Fit-traskrizzjoni tal-Parlament din qiegħda fit-tielet paragrafu.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Jekk niftakar sew, dik il-laqgħa ntalbet min-naħa Maltija bħala riżultat għal instructions li bagħat l-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'Settembru, jiġifieri f'Settembru s-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien għamel ċerti rakkomandazzjonijiet lill-Prim Ministru u rakkomandazzjoni minnhom kienet tgħid \"It is recommended that once again the US Delegation at NATO be approached informally to see if any shift in their position is possible.", "Il-Prim Ministru kien approva din ir-rakkkomandazzjoni fl-20 ta' Settembru, 2004.", "LUCIANO BUSUTTIL: F'din il-laqgħa inti għedt li ma kontx preżenti imma li hemm preżenti l-Maġġur Martin Xuereb u l-Avukat Deborah Mangion.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Correct.", "LUCIANO BUSUTTIL: Ikkoreġini jekk qed niżbalja, dawn huma parti mill-istaff tiegħek, hux hekk?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Kienu parti mill-istaff tiegħi.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jiġifieri, dak iż-żmien kienu taħt il-managment line tiegħek?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Iva, kienu taħt il-management line tiegħi.", "Jiġifieri jekk kien hemm xi ħaġa l-Prim Ministru kien se jgħid lilek dwar .....", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Ir-rapport li bagħtu lill-Prim Ministru u li poġġih quddiem dan il-Kumitat huwa indirizzat lill-Permanent Secretary, Office of the Prime Minister, lill-Permanent Secretary, Ministry of Foreign Affairs u lill-Permanent Representative fi Brussell.", "LUCIANO BUSUTTIL: Pero' naqblu li dawn huma taħt ir-responsabbiltà diretta tiegħek, jiġifieri your are the boss?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Naqblu.", "LUCIANO BUSUTTIL: L-idea tas-security agreement tal-1996, min ħareġ biha l-ewwel l-Amerikani jew aħna?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Il-Gvern Malti kien qed jara u jaħseb fuq ħafna ideat u options u din kienet waħda minnhom.", "Pero' l-idea formali –għalkemm f'dawn il-laqgħat kollha kienu informali – ħarġet min-naħa tal-Amerikani.", "LUCIANO BUSUTTIL: Qed tirreferi għal-laqgħa fejn fit-traskrizzjoni tal-Parlament ingħad hekk:", "\"Din il-laqgħa miegħi ma kenitx skedata u saret biss għax l-Amerikani ħarġu bl-idea\".", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Il-laqgħat tat-8 ta' Novembru.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jiġifieri inti qiegħed tikkonferma li tkellimt ma' uffiċjali Amerikani li tawk din l-idea .....", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Le, nikkonferma li kien hemm laqgħa mal-istaff tiegħi fit-8 ta' Novembru fejn jien ma kontx preżenti u waqt dik il-laqgħa l-Amerikani ħarġu b'din il-proposta.", "LUCIANO BUSUTTIL: Meta qed tgħid li wara l-laqgħa tagħhom li saret fir-Rappreżentanza Permanenti Maltija dawn ġew fl-uffiċċju tiegħi, jiġifieri hemmhekk inti mhux qed tirreferi għall-Amerikani?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: L-Amerikani u l-Maltin.", "LUCIANO BUSUTTIL: Mela ltqajt mal-Amerikani?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Iltqajt magħhom, pero' l-idea ma ħarġux biha waqt dik il-laqgħa.", "Fil-fatt jien iltqajt magħhom għax kienu ħarġu b'din l-idea.", "LUCIANO BUSUTTIL: Ħarġu b'din l-idea mal-istaff tiegħek u ġew jgħidulek biha.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Wara li l-istaff tiegħi tawni brief fuq il-proposta, jien iltqajt magħhom għal madwar tmien jew għaxar minuti.", "LUCIANO BUSUTTIL: Ġew jirrappreżentaw din il-proposta lilek wkoll?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Mhux jippreżentawli imma kien hemm diskussjoni.", "L-affarijiet kienu informali ħafna.", "LUCIANO BUSUTTIL: Wara din il-laqgħa li kellek imbagħad int irreferejt dan kollu lill-Gvern Malti, hux hekk?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Wara l-laqgħa jien bgħatt memorandum lill-Prim Ministru, jekk niftakar sew, fid-9 ta' Novembru, jiġifieri l-ġurnata ta' wara.", "LUCIANO BUSUTTIL: Dik il-laqgħa saret fit-8 ta' Novembru, il-memorandum sar fid-9 ta' Novembru u ġie approvat mill-Kabinett fil-15 ta' Novembru.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Jien bgħatt il-memo dakinhar għax għalina l-fatt li l-Amerikani, li huma l-iktar parti importanti fin-NATO, ħarġu b'dik l-idea fissret jew setgħet tiġi interpretata li jekk nimxu fuq dik il-linja jkollna l-backing tal-Amerikani.", "LUCIANO BUSUTTIL: Fl-istess paġna fil-ħames paragrafu, l-ewwel sentenza tax-xhieda tiegħek skont it-traskrizzjoni tal-Parlament hemm din il-kwotazzjoni:", "\"kummenti fil-cable tal-Wikileaks li ma sarux minni u ċert ukoll li ma sarux minn xi uffiċjal tal-Gvern Malti.", "L-awtur ta' dan il-cable, kif ħareġ biha li kien hemm 50/50 sentiment dwar li Malta tidħol fil-Partnership for Peace?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Trid tistaqsi lilu.", "Jiena ma kontx preżenti għal dik il-parti tal-laqgħa pero' żgur ma kienx hemm kliem minni f'dak is-sens.", "Jien ċert ukoll li ż-żewġ uffiċjali li kienu preżenti qatt ma ddiskutew kwestjonijiet ta' politika jew xi sitwazzjoni ta' 50/50 jew affarijiet simili mal-Amerikani.", "LUCIANO BUSUTTIL: Pero' fl-istess xhieda tiegħek int ikkonfermajt ukoll li dawn l-uffiċjali kienu jafu bil-policies tal-Gvern.", "Se nikkwota mill-paġna ta' wara li tgħid hekk:", "\"L-uffiċjali Maltin involuti kollha kienu jafu li l-policy tal-Gvern fl-2004 kienet li pajjiżna ma jidħolx fil-PfP.\".", "Ma naħsibx li dan l-Amerikan vvinta u allura ma taħsibx li seta' kien il-każ li dan ħa l-informazzjoni proprju wara dik il-laqgħa li kellhom mal-uffiċjali tiegħek?", "THE CHAIRMAN: Onor. Busuttil, kif taf inti bħala avukat, dik hija mistoqsija ipotetika ħafna u allura mhix korretta.", "L-argumenti jsriu fil-Parlament imma hawnhekk isiru mistoqsijiet.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jien qed nistaqsi mistoqsija.", "Bir-rispett kollu x-xhud kemm-il darba ta l-interpretazzjonijiet tiegħu fuq dak li jaħseb li kien il-meaning bl-Ingliż ta' ċerti kummenti.", "THE CHAIRMAN: Qed tistaqsi opinjoni u dik mhix aċċettabbli.", "LUCIANO BUSUTTIL: Ladarba kien responsabbli ta' dawn iż-żewġ persuni, jiġifieri tal-Maġġur Martin Xuereb u d-Dottoressa Deborah Mangion, ma jaħsibx li dan l-Amerikan seta' ħa din l-impressjoni jew l-informazzjoni wara d-diskussjoni li kellu magħhom?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Iva.", "Fil-fatt, jekk taqra l-minuti tal-laqgħa li għamel il-Maġġur Xuereb mhemm l-ebda indikazzjoni ta' xi diskussjoni fuq dan is-suġġett.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jiġifieri inti qed teskludi li dan seta' ....", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Jien ċert li uffiċjal tiegħi ma kienx parti mid-diskussjoni fejn kien hemm referenzi għal 50/50 over re-joining NATO-PfP.", "Pero' fuq din il-Maġġur Xuereb u l-Avukat Mangion biss jistgħu jirrispondu.", "LUCIANO BUSUTTIL: Pero' naqblu li l-kumment f'dan il-cable ta' \"50/50\" kien ukoll jirrifletti l-politika tal-Gvern, għallinqas kif xehed il-Prim Ministru hawnhekk, jiġifieri li wara li kien hemm consensus dwar l-Unjoni Ewropea ma riedx iressaq il-kwestjoni tal-PfP li setgħet tiddividi.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Jekk niftakar sew, fix-xhieda tiegħu l-Prim Ministru mhux hekk qal.", "Il-Prim Ministru kien qed jitkellem fuq emerging consensus fil-Parlament fuq l-Unjoni Ewropea.", "Tinsiex li dak iż-żmien, apparti d-diskussjoni fuq ħafna affarijiet, bħall-immigrazzjoni u l-financial perspectives, kien ġie ffirmat Constitutional Treaty ġdid u f'dawk ix-xhur kien hemm anke r-ratifika unanima tiegħu minn dan il-Parlament.", "Dan ifisser li l-Prim Ministru kien iffukat fuq l-Unjoni Ewropea u mhux fuq Partnership for Peace.", "LUCIANO BUSUTTIL: Stabbilejna li dawn l-uffiċjali kienu jafu bil-politika tal-Gvern u allura dnub li dak iż-żmien la l-Parlament u lanqas il-poplu ma kienu jafu biha din il-politika.", "THE CHAIRMAN: Onor. Busuttil, dak huwa kumment li tista' terfgħu għad-dibattitu.", "Bir-rispett kollu aħna ma stabbilejniex hekk għax ix-xhud wieġbek bil-maqlub tal-kumment li għadek kif għamilt.", "LUCIANO BUSUTTIL: Bir-rispett kollu lejn is-Sedja f'din id-diskussjoni saru diversi kummenti u dan il-kumment li għadni kif għamilt jien m'għandux jiġi mwaqqaf.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li ma ntervjenitx meta l-Eċċellenza Tiegħu għadda kummenti dispreġjattivi lill-Oppożizzjoni fis-seduta li għaddiet meta qal \"jekk verament temmen fil-mistoqsijiet li qed tagħmel, jekk xi darba tkun Ministru għall-Ewropa, bħala poplu, se jkollna diżastru fl-Unjoni Ewropea\".", "Anke meta attakka lil sieħbi f'dan il-Kumitat is-Sedja ma ntervjenitx.", "Dan qed ngħidu bir-rispett kollu lejn is-Sedja.", "THE CHAIRMAN: Onor. Busuttil, int wieħed mill-firmatarji ta' din il-mozzjoni u nixtieq li bħala firmatarju tal-mozzjoni tgħidilna fuqhiex ibbażajt il-mozzjoni.", "Kompli bil-mistoqsijiet tiegħek.", "LUCIANO BUSUTTIL: Ir-risposta mhux se nagħtihielek hawnhekk imma se ngħidha fil-Parlament f'seduta plenarja.", "THE CHAIRMAN: Wara dawn is-sigħat kollha forsi xi darba naslu għax jien għadni kurjuż.", "L-Onor.", "LUCIANO BUSUTTIL: Dawn l-Amerikani qatt ma semmew f'dik id-diskursata informali li kellek illi huma kienu jafu li l-kwestjoni tal-PfP f'Malta kienet a divisive element ta' 50/50?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Li kienu jafu l-Amerikani min-naħa tagħna kien li l-Gvern Malti ma kellu l-ebda intenzjoni f'dan il-perijodu li nerġgħu nidħlu fil-Partnership for Peace.", "Dan l-Amerikan qed jerġa' jelabora dak li kkonfermajt int u dak li xehed il-Prim Ministru li ma riedx illi fil-Parlament jitressaq dan l-argument minħabba li kien beda jinbena consensus fil-Parlament fuq l-Unjoni Ewropea.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Kif diġa' spjegajtlek, din id-diskussjoni qatt ma saret miegħi.", "LUCIANO BUSUTTIL: Pero' dan l-Amerikan kien jaf li wieħed ma riedx issir divisive vote u din minn x'imkien ġabha.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: L-Amerikan iddeċieda li l-Gvern Malti ma riedx divisive vote, pero' dwar dan trid tistaqsi lilu jew lil xi ħadd mill-Ambaxxata Amerikana.", "Meta fid-dokument nara Malta Officials not Maltese Officials, jien qed nassumi – forsi qed nagħmel żball – li dawn kienu xi uffiċjali Amerikani li probabbli huma hawn Malta.", "LUCIANO BUSUTTIL: Din interpretazzjoni oħra!", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Inti staqsejtni għall-interpretazzjoni tiegħi.", "LUCIANO BUSUTTIL: Pero' ma tarahiex stramba li dan l-Amerikan qiegħed jgħid affarijiet f'dan il-cable li fil-fatt huma veri u li skont inti ma ġewx diskussi f'din il-laqgħa li kellek?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Qatt ma kien hemm diskussjoni mal-Amerikani fuq il-pożizzjoni tal-Parlament Malti.", "LUCIANO BUSUTTIL: Biex inkunu korretti nistgħu ngħidu li qatt ma ġew minuted dawn l-argumenti ta' dik id-diskussjoni?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Le, qatt ma kien hemm diskussjoni fuq dan is-suġġett.", "LUCIANO BUSUTTIL: La inti ma kontx preżenti, kif tista' tikkonferma dan?", "Kif tista' tkun ċert?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Pero' jien nafda kemm lill-Maġġur Xuereb kif ukoll lill-Avukat Mangion u li kieku kien hemm diskussjoni f'dan is-sens kienu jniżżlu d-diskors fil-minuti u żgur kienu jgħiduli.", "Dan kien tmien snin qabel il-mozzjoni.", "LUCIANO BUSUTTIL: Matul dan iż-żmien kont diġà tattendi l-Kabinett, hux hekk?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Hekk hu.", "LUCIANO BUSUTTIL: Din il-kwestjoni tressqet fil-Kabinett dak iż-żmien?", "Naħseb li bilfors minħabba l-memorandum .....", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Naħseb li tista' tassumi li jien ma nistax nirrispondi fuq diskussjonijiet tal-Kabinett.", "LUCIANO BUSUTTIL: Mela ħalli nagħmillek il-mistoqsija differenti.", "Kont preżenti fil-Kabinett meta ġie diskuss il-memo tiegħek fil-15 ta' Novembru, 2004?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Naħseb li iva.", "LUCIANO BUSUTTIL: Dakinhar inti nformajtu lill-Kabinett b'dan l-aġir, jiġifieri li qed nipprovaw insibu din is-soluzzjoni bis-security of documents ħalli ma jkollniex għalfejn immorru l-Parlament u nerġgħu noħolqu diviżjoni meta kien intlaħaq consensus?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Dak iż-żmien kien hemm il-memorandum tal-Prim Ministru li spjega l-issues kollha u jekk niftakar sew il-Prim Ministru poġġa l-memo quddiem dan il-Kumitat.", "LUCIANO BUSUTTIL: Inti ma ntervjenejtx, forsi anke verbalment, f'dik il-laqgħa biex tinforma ulterjorament bir-raġunijiet għalfejn kienet qegħda ssir din l-idea?", "TONIO BORG: X'jiġi diskuss fil-Kabinett allaħares jitperreċ ma' kullimkien!", "(Interruzzjonijiet) Din hija tradizzjoni ....", "OWEN BONNICI: Għandu dritt jistaqsi fuq dak id-dokument.", "TONIO BORG: Le, kif kien involut f'dak fil-memo iva, pero' id-domanda kienet jekk hu intervjenix jew ...", "LUCIANO BUSUTTIL: Mela jekk intervjenix verbalment ....", "TONIO BORG: Fil-Kabinett kull gvern jiddiskuti mitt elf ħaġa, ikun hemm min ikun favur u jkun hemm min ikun kontra u ġieli naqblu kollha.", "LUCIANO BUSUTTIL: Ma jinteressanix x'diskussjoni saret.", "TONIO BORG: Jekk se nneħħu dik is-segretezza tal-Kabinett jispiċċa ma jitkellem ħadd imma joqgħod hemm għax inkella … (Interruzzjonijiet) Inti tistaqsiha lil xi ħadd li lanqas kien mistieden fil-Kabinett!", "LUCIANO BUSUTTIL: Adviser for the Prime Minister, fil-job description hemm li qiegħed fil-Kabinett ....", "TONIO BORG: Imma kif tista' tistaqsi?", "Jekk tara l-liġijiet kollha hemm eżenzjoni għal dak li jsir fil-Kabinett.", "(Interruzzjonijiet)", "LUCIANO BUSUTTIL: Il-mistoqsija hi jekk intervjeniex biex jispjega ulterjorment fuq dak il-memo, jiġifieri li dak li kien qed isir kien biex nevitaw diskussjoni u li jkollna divisive vote li jista' jkisser il-consensus ....", "THE CHAIRMAN: Onor. Busuttil, ma tistax tibni argument fuq xi ħaġa fejn ix-xhud qed jagħmillek bil-maqlub.", "LUCIANO BUSUTTIL: Mr Chairman, bir-rispett kollu qed tieħu pożizzjoni ta' poter li m'għandekx għaliex skont il-guide to witnesses - se nitkellem fuq tal-Public Accounts Committee – ix-xhud irid iwieġeb għall-mistoqsijiet kollha li jsirulu u nirreferik għall-hearing of witnesses, sections 12, 13 u 14, u l-uniċi mistoqsijiet li għandu dritt ma jweġibx huma dawk li jistgħu jinkriminawh, xejn iktar u xejn inqas, u jrid joġġezzjona hu għalihom.", "Jekk joġġezzjona għal xi mistoqsija mbagħad hemm proċedura apposta fejn l-iSpeaker irid jiddeċiedi jekk dik il-mistoqsija hijiex valida jew le.", "Mhux qed nidħol f'dawn l-affarijiet biex inkomplu ntawlu dawn il-proċeduri imma biex niġbidlek l-attenzjoni.", "THE CHAIRMAN: Hemm regola fundamentali aktar minn dik li hija r-regola ta' rilevanza u li ma tistax tistaqsi lil xhud fuq dak li inti tiddeskrivi bħala fatt meta x-xhud ikun għadu kif wieġbek li mhux fatt. Ix-xhud konsistentement qed jgħidlek li l-pożizzjoni tal-gvern ma kenitx li ma jkunx hemm diskussjoni fil-Parlament, imma li Malta ma tidħolx fil-Partnership for Peace.", "LUCIANO BUSUTTIL: Ix-xhieda jridu jwieġbu għall-mistoqsijiet kollha.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Mr Chairman, jien m'inix lest li ngħid x'ġara fil-Kabinett pero' lest li ngħid li jien qatt ma ddiskutejt ma' gvernijiet barranin jew mal-Gvern Malti jew ma' xi ħadd fil-Gvern Malti metodi kif deċiżjonijiet importanti dwar politika barranija kellhom jittieħdu minn wara dahar il-Parlament Malti mingħajr it-trasparenza mitluba.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jiena ma staqsejtx x'sar fil-Kabinett, bir-rispett kollu.", "Staqsejt jekk intervjenejtx jew le, jiġifieri spjegajtx li jekk isir dan ma ssirx diskussjoni.", "L-L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Qatt ma kien hemm diskussjoni fejn jien kont preżenti li għandna nagħmlu xi ħaġa biex b'xi mod nevitaw li niġu l-Parlament.", "LUCIANO BUSUTTIL: Però kont konxju li b'dak li kien qed jagħmel il-Gvern Malti, tajjeb jew ħażin, din il-problema li kellna kienet qegħda tinżamm mistura kemm mill-poplu Malti kif ukoll mil-Parlament?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Jekk jien kont sorpriż b'xi ħaġa din kienet li għalkemm kien hemm ħafna affarijiet fil-gazzetti ħadd min-naħa tal-Oppożizzjoni ma ndenja ruħu jistaqsi mistoqsija jew jitlob iktar informazzjoni.", "Dik kienet is-sorpriża.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jiġifieri, issa l-gazzetti saru l-porta voce tal-gvern?", "L-L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Il-gvern xi drabi ...", "LUCIANO BUSUTTIL: Dan għaliex kemm inti u kemm il-Prim Ministru ppreżentajtu cuttings ta' gazzetta partikolari li ma naħsibx li hija l-gazzetta tal-gvern.", "L-L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Jekk niftakar sew kien hemm diversi ġurnali li kellhom l-istess storja dwar il-kwestjoni ta' l-voti u fuq l-attendenza ta' Malta fil-laqgħat.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Ma nagħmlux mistoqsijiet dwar x'qed jikkontempla l-gvern.", "Kieku kont imħallef kont nagħmel ħafna inqas bending over backwards favur l-Oppożizzjoni.", "Jien qed nipprova ngħinkom taslu biex tipprovaw dak li qed tallegaw.", "GEORGE VELLA: Aħna, tan-naħa l-oħra, ilna nħossuha t-tolleranza fil-Parlament u dik tfisser arroganza.", "THE CHAIRMAN: Hija arroganza wkoll li tagħmel akkużi mingħajr ma tipprovahom.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Ma kien hemm l-ebda diskussjoni fejn kont preżenti jien fis-sens li l-Parlament b'xi mod m'għandux ikun parti mid-diskussjoni.", "LUCIANO BUSUTTIL: Qabel l-2008, jekk m'inix sejjer żball, kont attendejt kemm-il darba fil-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Attendejt numru ta' laqgħat.", "LUCIANO BUSUTTIL: F'dawn il-laqgħat, irrelevanti kemm kienu, qatt semmejt xi ħaġa fuq din il-problema li kienet għaddejja minnha Malta vis-a-vis dawn id-dokumenti u li kellna bżonn insolvuha.", "L-L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Ma niftakarx li jien semmejt il-problema jew li l-Ministru tal-Affarijiet Barranin ta' dak iż-żmien semma l-problema.", "Ma niftakarx lanqas li kien hemm xi mistoqsija minn xi membru tal-Kumitat dwar ir-rapporti li kien hemm fil-gazzetti.", "LUCIANO BUSUTTIL: Issa nerġa' nagħmel riferenza għat-tielet paragrafu ta' paġna 20 li tgħid:", "Jiġifieri qed nitkellmu li l-approach li kont se tagħti parir fuqu jew timbotta – advocating - kien se jkun proprju li nipprovaw naqbdu ma' dan is-Security of Documents tal-1996 biex ma jkollniex għalfejn nerġgħu niddiskutu nidħlux fil-PfP, għax dik kienet il-politika tal-gvern u b'hekk nissorvolaw il-problema ta' dawn id-dokumenti.", "Mhux hekk?", "Din is-sentenza pero kienet maqbuda ma' dik ta' qabel:", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq persuna barranija, Amerikana - tgħidli inti li żgur ma kenux il-Maltin - li diġà ħadet l-impressjoni li inti kont qed tgħid li ħa tmur timbotta jew tagħti parir fuq din il-kwestjoni, allura inti ma wasaltx għal din l-istess konklużjoni li wasal għaliha dan l-Amerikan li se nevitaw a devisive parliamentary vote?", "L-L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Le, għax fis-sistema tagħna l-issue ta' devisive vote in parliament ma kienx jeżisti.", "LUCIANO BUSUTTIL: Għaliex?", "THE CHAIRMAN: Diġà wieġeb diversi drabi, taf!", "Ilna nduru dal-ħin kollu ma' punt bażiku ħafna, jiġifieri jekk kellekx bżonn tmur il-Parlament meta ma kienx hemm deċiżjoni biex immorru fil-PfP.", "LUCIANO BUSUTTIL: Mr Chairman, jekk iċ-Chairman tal-Kumitat irid jintervjeni allura jmur fuq in-naħa l-oħra ħalli jkun l-avukat.", "THE CHAIRMAN: Le, qed nirrepeti t-tweġiba għall-mistoqsija li saret diversi drabi.", "L-Onor.", "Vella xi darba jgħid lill-Parlament u lil Malta x'jidħol f'din il-mozzjoni għax jekk għandna mozzjoni bbażata fuq il-fatati, allura għidulna!", "LUCIANO BUSUTTIL: Jien qed nistaqsi bħan-nies u inti qiegħed tinterrompi kull darba u ttawwal il-ħin għalxejn, Mr Chairman.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Kif jien diġà xhedt il-gvern Malti kien jaf anke dak iż-żmien li l-ftehim man-NATO ma kienx jaqa' taħt ir-Ratification of Treaties Act u għalhekk ma kenitx kwestjoni ta' kif għandu jiġi evitat il-Parlament Malti.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jiġifieri qed nitkellmu fuq il-ftehim tas-security of documents tal-1996.", "Dan ma kienx jaqa' taħt ir-Ratification of Treaties Act u ladarba dak ikun validu u l-argument jiġi aċċettat allura f'Malta ma kienx ikun hemm bżonn ta' diskussjoni u ta' vot fuq il-Partnership for Peace, mhux hekk?", "LUCIANO BUSUTTIL: Anke skont l-aħħar parir tal-Avukat Ġenerali li ngħatajna ftit ilu, però dak iż-żmien taf jekk kienx jeżisti diġà parir ieħor tal-Avukat Ġenerali fuq jekk dan is-Security of Documents Agreement jaqax taħt ir-Ratification of Treaties Act?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Safejn naf jien ir-Ratification of Treaties Act ilu jeżisti xi 20 sena jew iktar, mill-1983.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Però kif diġà spjegajt dawk il-kliem m'għidthomx jien u ma sarux fil-preżenza tiegħi.", "LUCIANO BUSUTTIL: Però dan l-Amerikan ħadhom minn x'imkien.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: L-Amerikani jieħdu ħafna affarijiet minn ħafna postijiet u skont il-Wikileaks Dr George Vella kien Kap tal-Partit Laburista f'xi żmien u allura allaħares naċċettaw dak kollu li hemm fil-Wikileaks.", "LUCIANO BUSUTTIL: Allura se nirreferik għall-aħħar tliet sentenzi ta' dan il-paragrafu fejn int għidt li huwa naturali li l-Uffiċjal Amerikan li kiteb dan il-cable ma kienx jaf dan l-istat ta' fatt u għalhekk qed jiddetta dak li forsi jagħmel sens għalih, ovvjament, dan assumih, mhux hekk?", "L-L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Jien assumejt u anke hu naħseb assuma għax dan il-bniedem lanqas biss ma kien preżenti f'xi laqgħa megħi jew mal-istaff tiegħi.", "LUCIANO BUSUTTIL: La semmejt l-impasse li kien hemm mat-Turkija dwar Ċipru nixtieq nagħmel punt ieħor.", "Bħala riżultat tal-mozzjoni 301 kien hemm spekulazzjoni li l-pożizzjoni ta' Malta fuq il-kwestjoni man-NATO kienet tinfluwenza t-Turkija.", "Kumbinazzjoni l-mozzjoni hija numru 301 imma ma naħsibx li qed tirreferi għal din il-mozzjoni li għamilna aħna, mhux hekk?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Jimporta tispjegali għalxiex qed tgħid?", "LUCIANO BUSUTTIL: Għat-tieni paragrafu li jkompli wara dak li kont qed nirreferi għalih jien.", "Page 7 tal-istqarrija tiegħek, Eċċellenza, l-aħħar paragrafu.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Bħala riżultat ta' din il-mozzjoni kien hemm spekulazzjoni fil-gazzetti Maltin li kien hemm xi ...", "LUCIANO BUSUTTIL: Li l-kwestjoni man-NATO kienet influwenzata b'xi mod mit-Turkija minħabba din il-mozzjoni tagħna.", "Il-mozzjoni 301 hija li ppreżentajna aħna.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Wara li ħarġet il-mozzjoni 301 kien hemm spekulazzjoni fil-gazzetti Maltin li aħna konna b'xi mod iddeċidejna li nissapportjaw lit-Turkija fil-vot ta' Diċembru 2004 minħabba l-pożizzjoni tagħhom jew ridna s-sapport tagħhom aħna għas-soluzzjoni li qed niddiskutu, jiġifieri s-soluzzjoni li nużaw is-security agreement.", "LUCIANO BUSUTTIL: Però jekk niftakar sew, waħda mis-suġġerimenti li kien għamillek l-Amerikan dak iż-żmien kienet proprju li noħorġu fil-pubbliku favur it-Turkija u kont ippreżentajt xi cutting mit-Times.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Ippreżentajt il-cutting biex nuri li d-data tiegħu, jekk niftakar sew, tat-12 jew 13 ta' Ottubru, jiġifieri kważi xahar qabel il-laqgħa li jien kelli mal-Amerikan.", "Jekk tara d-dati, l-Onor Michael Frendo kien tkellem mat-Times qabel il-laqgħa u żgur qabel ir-rapport tal-Maġġur Martin Xuereb u jien għalhekk ippreżentajtha biex nuri li ma jistax ikun hemm link għax kienet saret qabel.", "LUCIANO BUSUTTIL: Kien il-Prim Ministru li għamilhielek ċara li kienet il-politika tal-gvern ta' dak iż-żmien li ma riedx li jidħol fil-Partnership for Peace?", "Kien qalha lilek personali jew kienet diskussa fil-Kabinett?", "Dejjem jekk tista' tgħidha din għax ma rridx li xi ħadd jaqbeż fuqi!", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Kienet il-politika tal-gvern, jiġifieri n-nies fil-gvern li kellhom bżonn li jkunu jafuha kienu jafu u jekk tara d-dokumenti u r-rapporti li saru fuq il-problema, l-iktar mill-membri taċ-Ċivil, jiġifieri bħad-dokumenti ffirmati minn Dr Godwin Grima li dak iż-żmien kien Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "LUCIANO BUSUTTIL: Il-memo ħareġ f'Novembru u l-laqgħa saret fit-8 ta' Novembru u allura nistaqsi jekk din ġietx diskussa fuq il-parir tiegħek?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Kien hemm il-memorandum tal-Prim Ministru tat-12 ta' Novembru mbagħad kien hemm diskussjoni u d-deċiżjoni fil-Kabinett nhar il-15 ta' Novembru 2004.", "LUCIANO BUSUTTIL: Meta qabbilna l-memo tiegħek mal-memo tal-Prim Ministru Ġie ġie stabbilit hawnhekk li kienu cut and paste, jiġifieri int tajt ir-rakkmandazzjoni lill-Prim Ministru u l-Prim Ministru mbagħad implimentaha fil-Kabinett.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Jekk tara l-memoranda ta' ministri u memoranda ta' uffiċjali ħafna drabi tista' tgħid li jkunu cut and paste.", "Fis-sistema tal-gvern ministri ħafna drabi jimxu ma' ...", "LUCIANO BUSUTTIL: Naħseb li ma fhimtnix sew.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Naħseb kulħadd fehemha l-istess.", "LUCIANO BUSUTTIL: Probabbilment jiġri kif qed tgħid inti però, biex nifhem sew, l-ewwel inti tajt il-parir lill-Prim Ministru, il-Prim Ministru ħadu u ppreżentah lill-Kabinett u mbagħad inti obdejt dawk l-istess struzzjonijiet li inti kont tajt parir fuqhom.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Ovvjament, jien obdejt id-deċiżjoni tal-Kabinett.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jiġifieri l-ewwel tajt ir-rakkmandazzjoni u mbagħad inti obdejt dik l-istess rakkmandazzjoni.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Il-gvern hekk hu, jiġifieri, ħadd mill-Ministri m'għandu xi don tal-Ispirtu s-Santu li jaf kollox u anke jien.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jiġifieri obdejt il-pariri tiegħek stess.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Jekk tara l-memorandum tiegħi probabbli ssib li huwa cut and paste tal-memorandum jew tan-noti li probabbli kien għamel xi ħadd taħti.", "Allaħares nibda nistħi li nimxi fuq il-pariri tal-istaff tiegħi.", "Jien kburi ħafna min-nies tiegħi!", "LUCIANO BUSUTTIL: Fl-aħħar mill-aħħar kienu l-Amerikani li tawkom l-ideat u kienu l-Amerikani stess li bdew jgħidulkom li bdew jiġu aċċettati.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Jekk tara d-dokument ta' xi xahar u nofs wara l-laqgħa li kelli ma' Schnabel fit-30 ta' Novembru, issib li kien hemm mill-inqas żewġ pożizzjonijiet tal-Gvern Amerikan, il-pożizzjoni li this will not fly li kienet ġejja mill-United States Mission to NATO u l-pożizzjoni that this might fly mill-Missjoni Amerikana fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt, fid-dokument li l-Prim Ministru poġġa quddiem il-Kumitat kien hemm d-diskussjoni tas-17 ta' Novembru 2004 fejn jien kont kritiku ħafna dwar l-atteġġjament tal-Gvern Amerikan u dakinhar għamiltha ċara li l-gvern mhux se jimxi fuq l-ebda proposta jekk il-pożizzjoni Amerikana ma tkunx ċara.", "Jekk trid nista' nikkwotalek għax dan huwa dokument li ...", "LUCIANO BUSUTTIL: Dawk kienu l-ideat tal-Amerikani, però bħala rappreżentanza intkom ħriġtu b'xi ideat tagħkom biex issolvu l-impasse li kien hemm?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Iva, l-ewwel proposti kienu min-naħa tal-ministeru responsabbli għad-difiża, imbagħad kien hemm proposti anke min-naħa tan-nies tiegħi u mid-dokument bid-data tal-1 ta' Frar 2005 wieħed jara li kien hemm ideat differenti.", "Naħseb li l-Prim Ministru poġġa dan id-dokument quddiem dan il-Kumitat.", "LUCIANO BUSUTTIL: Nimmaġina li bl-emenda tad-Declaration of Copenhagen li l-Amerikan ħadha unlikely li dawk jiġu aċċettati.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Iva, kien hemm pożizzjoni tan-NATO, mhux tal-Amerikani biss, li kienet highly unlikely però jekk tara d-dokument bid-data tat-8 ta' April 2005 li tpoġġa quddiem il-Kumitat issib li min-naħa tal-Kunsill tas-Segretarjat tal-Unjoni Ewropea kien hemm talba biex inżommu dik l-istess proposta fuq il-mejda.", "L-interpretazzjoni tiegħek ta' \"he seeks Washington guidance\" hija li din mhix qed tirreferi għalik imma għall-ambaxxatur innifsu.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: L-Ambaxxatur Schnabel jew id-Deputy tiegħu li huwa McKinley.", "Fil-fatt fl-istqarrija li għamilt illum jien kelli żewġ sentenzi u nista' naqrahom jekk trid.", "LUCIANO BUSUTTIL: Ma tagħmilx differenza għax jien qed nipprova nifhem il-kuntest ...", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Waqt dik il-laqgħa maż-żewġ uffiċjali Amerikani ma semmejtx li għandi xi diskussjoni ma' Schnabel imma, ovvjament, huma jew McKinley, li huwa d-deputy tiegħu, probabbli kien jaf għax kellu kopja jew tad-diary tiegħu jew tal-laqgħat li kien se jkollu.", "Però, kif għidt, din il-laqgħa saret on the 8th of November u l-laqgħa ma' Schnabel saret fit-30th November, jiġifieri sakemm wasalt għal-laqgħa ma' Schnabel l-idea li nużaw is-Security of Documents Agreement kienet diġà on hold.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jiġifieri qed tgħidli li Schnabel ma kienx jaf b'din il-proposta?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Kien jaf bil-proposta però konna diġà nfurmati li l-proposta will not fly.", "LUCIANO BUSUTTIL: Mela għalfejn skont dan il-cable xi ħadd, li inti qed tgħid li mhux inti, had to seek any Washington guidance on this idea?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Qed nassumi li ladarba kien hemm din l-idea u jien kelli laqgħa mal-Ambaxxatur Schnabel, Schnabel jew id-deputy tiegħu McKinley ried li jkollhom pożizzjoni għal-laqgħa tiegħi.", "LUCIANO BUSUTTIL: Ma jistax ikun li dan qed jirreferi għalik fis-sens li dan qed tistenna x'se tkun il-pożizzjoni minn Washington fuq din il-proposta?", "Fil-fatt jekk tara d-dati ssib li jien kelli l-laqgħa ma' dawn iż-żewġ uffiċjali Amerikani on the 8th u l-memorandum tiegħi lill-Prim Ministru għandu d-data u ntbagħat on the 9th mentri l-laqgħa ta' Schnabel saret fit-30 ta' Novembru jew 21 days later.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jiġifieri qed tgħid li dak iż-żmien Schnabel ma kienx jaf b'din il-pożizzjoni.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Le, qed ngħid li ma jistax ikun li jien ridt xi guidance mingħand Schnabel għax il-laqgħa tiegħi ta' Schnabel saret 21 ġurnata wara li għamilt ir-rakkmandazzjoni.", "LUCIANO BUSUTTIL: Le, mhux guidance mingħand Schnabel, forsi l-kelma guidance qiegħda misplaced hawnhekk, imma forsi tweġiba finali dwar il-pożizzjoni Amerikana.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Però dik ma kenitx parti mill-ebda lagqħa li jien kelli u jekk tara n-noti li kelli tal-laqgħa ma' Schnabel tinduna li dak is-suġġett ġie diskuss kważi fil-passat.", "LUCIANO BUSUTTIL: Issa, mill-kronoloġija li ppreżentajtilna l-ewwel darba jekk niftakar sew l-aħħar data li kien hemm kienet xi ħaġa fl-2005 u allura nifhem li sa dakinhar pprovajtu l-affarijiet kollha possibbli u qisu l-gvern qata' qalbu li seta' jsib soluzzjoni li jidħol fil-Partnership for Peace.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Kif tara mid-dokument tat-8 ta' April, 2005, il-gvern żamm il-proposta tiegħu fuq il-mejda u fil-laqgħat li l-Prim Ministru u li l-Ministru Frendo kellhom bqajna mal-proposta li nużaw is-Security of Documents Agreement, però nsistejna li, ladarba din hija problema li kienet qed taffettwa mhux biss il-laqgħat li Malta ma setgħetx tattendi imma anke l-koperazzjoni bejn in-NATO u l-Unjoni Ewropea, is-suġġett isir parti mid-diskussjonijiet ta' bejn in-NATO u l-Unjoni Ewropea.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jiġifieri wara l-2005 ma kien hemm l-ebda idea ġdida imma bqajna b'din il-proposta.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Bqajna ma' dik il-proposta.", "LUCIANO BUSUTTIL: Fl-aħħar mill-aħħar irriżulta li dik ma kienetx tat il-frott mixtieq.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Sfortunatament minħabba raġunijiet l-iktar li għandhom x'jaqsmu mal-problema tat-Turkija ma' Ċipru qatt ma kien hemm ftehim fuq dan.", "LUCIANO BUSUTTIL: Qed nifhmu sew li fl-2005 ir-risposta kienet li biex ikollna aċċess għal dawn id-dokumenti ridna bilfors nidħlu fil-Partnership for Peace?", "Għalkemm fl-2005 din kienet il-pożizzjoni ta' ċerti nies, il-pożizzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ma kenitx hekk u fil-fatt naħseb li fl-2006 hu ddiskuta l-kwestjoni anke mas-Segretarju Ġenerali tan-NATO.", "LUCIANO BUSUTTIL: Però ma kien hemm l-ebda żvilupp u ovvjament ...", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Dak iż-żmien il-proposta li kien hemm fuq il-mejda kienet li nipprovaw nużaw is-Security of Documents imma dik falliet.", "LUCIANO BUSUTTIL: Mela rridu nsolvu l-problema għax xorta m'għandniex aċċess għad-dokumenti u l-unika risposta kienet li nidħlu fil-Partnership for Peace.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Jien qed nipprova nagħtik il-fatti.", "THE CHAIRMAN: Qed jitkellem fuq l-2005 u allura trid tingħata risposta fuq l-2005.", "LUCIANO BUSUTTIL: Bir-rispett kollu Mr Chairman, wieħed mix-xhieda tagħkom, li m'għandi xejn kontrih u nispera li jixhed, huwa Ministru tal-Affarijiet Barranin mill-2008 u …", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: L-issue issa hija fuq l-2005.", "L-2008 mhix il-problema tiegħi.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jekk mhux ħmar, felu.", "THE CHAIRMAN: Ħallik mill-ħmar u mill-felu għax hawnhekk mhux għall-kummenti qegħdin imma għall-mistoqsijiet serji.", "Inti qed tistaqsi fuq is-sena 2005 u bil-Malti għidt hekk diġà iktar minn darba.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Il-pożizzjoni tal-gvern baqgħet li nużaw is-Security of Documents Agreement tul il-leġislatura li ntemmet f'Marzu 2008.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jiġifieri matul dik il-leġislatura baqjna b'dik id-deċiżjoni li ma kienet se twassal imkien.", "Allura, frankament, fl-aħħar mill-aħħar is-soluzzjoni biex ikollna aċċess għal dawn id-dokumenti solviha l-Prim Ministru meta ddeċieda li nerġgħu nidħlu fil-Partnership for Peace.", "Illum għandna aċċess għalihom, hux hekk?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Iva, wara l-elezzjoni tal-2008 kien hemm deċiżjoni li Malta terġa' tidħol fil-Partnership for Peace.", "Malli dħalna fil-PfP l-kwestjonijiet kollha li kien hemm fuq id-dokumenti tal-Unjoni Ewropea li kienu bbażati fuq id-dokumenti tan-NATO u fuq kwestjonijiet oħra ta' security ġew solvuti kollha.", "LUCIANO BUSUTTIL: Però jekk niftakar sew fl-2008 la kien hemm a divisive parliamentary vote u lanqas kien hemm kwestjoni li trid titkellem mal-poplu, jiġifieri dak li seta' sar fl-2004 mingħajr ma wieħed jiġi fil-parlament sar fl-2008.", "Issa milli jidher biex nidħlu fil-PfP fl-2008 ma kienx hemm bżonn li nerġgħu niġu niddiskutu fil-Parlament, mhux hekk?", "Fil-fatt ma kienx hemm diskussjoni għax dakinhar lanqas biss kien għadu fforma l-Parlament.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Naħseb dawn il-mistoqsijiet forsi aħjar jirrispondi għalihom il-Ministru tal-Affarijiet Barranin.", "Però fis-7 ta' Lulju 2008 kien hemm diskussjoni f'laqgħa tal-Foreign and European Affairs Committee u l-Ministru kien ippreżenta żewġ drafts li dak iż-żmien kienu għadhom m'għaddewx.", "LUCIANO BUSUTTIL: Għal dak li rrid niġi.", "Draft tas-7th July 2008 li l-Prim Ministru għoġbu jippreżenta bħala dokument nru.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Iva, dak iż-żmien il-Ministru ppreżenta draft, jiġifieri dak id-dokument kien għadu ma marx għand in-NATO.", "LUCIANO BUSUTTIL: Ippreżentah fil-Kabinett biex jiġi approvat imbagħad tressaq fil-Parlament, mhux hekk?", "Nimmaġina jien li inti ma kontx preżenti.", "Dan id-draft document ta' July 2008 rajtu qabel ma ġie fil-Parlament?", "LUCIANO BUSUTTIL: Inti ma kontx konxju li f'dan id-dokument tal-Partnership for Peace tfaċċat il-kelma \"suspended\" u mhux \"terminated\".", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Naf min iddraftjah però ma naħsibx li jien għandi nibda noħroġ l-ismijiet ta' nies li għamlu d-dokumenti.", "LUCIANO BUSUTTIL: Ingħatajt spjegazzjoni għaliex issa kien hemm il-kelma \"suspended\" u mhux \"terminated\"?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Jien qatt ma tlabt spjegazzjoni, però nista' ngħid ukoll li għalkemm dak id-dokument ġie ppreżentat lill-Kumitat fis-7 ta' Lulju 2008 u jekk niftakar sew ġie ppreżentat lin-NATO xi tliet xhur wara u dak iż-żmien min-naħa tal-Kumitat ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni għall-kelma \"suspended\".", "GEORGE VELLA: Skorrett ħafna.", "Aqbad id-dibattitu ta' dik il-laqgħa tal-Kumitat tas-7 ta' Lulju u tara kemm inti skorrett.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Jien għall-kelma suspended qed ngħid.", "GEORGE VELLA: Hemm dibattitu sħiħ … (Interruzzjonijiet)", "TONIO BORG: L-Oppożizzjoni kienet ipprotestat imma kienet qalet li se tibqa' hemmhekk għad-dibattitu, imma huwa veru wkoll dak li qal ix-xhud li fuq dik il-kelma l-Oppożizzjoni ma qalet xejn.", "GEORGE VELLA: Mhu veru xejn, inġibu t-transcript?", "(Interruzzjonijiet)", "TONIO BORG: Aħna mhux se nikkritikaw id-dibattitu għax aħna dehrilna ....", "GEORGE VELLA: Wara li għamilna l-oġġezzjonijiet tagħna u staqsejna jekk dan ifissirx li it's a fait accomlpli li dħalna membri u meta mbagħad inti bqajt tinsisti li \"iva\" allura mhemmx għalfejn ngħidtlek ma ddiskutejniex l-Individual Partnership Programme meta ma konniex qegħdin naqblu li aħna kellna nidħlu fil-PfP b'dak il-mod.", "THE CHAIRMAN: L-argument tal-mistoqsija ma kienx fuq il-kwestjoni jekk Malta tidħolx fil-Partnership for Peace imma fuq kelma waħda.", "GEORGE VELLA: Imma x-xhud qed jgħid li ma kienx hemm oġġezzjoni min-naħa tal-Oppożizzjoni għall-kelma \"suspended\" u jien qed ngħid li huwa skorrett.", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Jien il-minuti rajt u l-unika sentenza li hemm fil-Minuti hija li l-Ministru ppreżenta lill-Kumitat draft u qallu li dak id-dokument kien għadu ma marx għand in-NATO.", "THE CHAIRMAN: Onor. Busuttil, kont se nfakkrek li dejjem irridu norbtu mal-mozzjoni u mal-aġir tal-Ambaxxatur.", "LUCIANO BUSUTTIL: Safejn naf jien dejjem irbatt mal-mozzjoni, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: Imma issa dieħel fis-sena 2008 u dik ma torbotx mal-aġir tal-2004.", "LUCIANO BUSUTTIL: Ladarba kien hemm il-kelma \"suspended\" u allura kien daqshekk faċli li nsolvu din il-problema billi nirriattivaw il-Partnership for Peace bla ma mmorru l-Parlament, għaliex ma sarx hekk fl-2004 u fl-2005 meta l-problema kienet għadha mhix solvuta?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Kif diġà spjega l-Prim Ministru, il-gvern ma kellu l-ebda intenzjoni waqt il-leġislatura li spiċċat fl-2008 li jidħol fil-Partnership for Peace.", "Il-Prim Ministru kien ċar fuq din.", "LUCIANO BUSUTTIL: Imma ladarba ma kienx hemm problemi dwar il-consensus jew dwar il-kelma \"suspended\", għalkemm il-Prim Ministru qal li kienet terminated u kulħadd qabel li kienet terminated, kif f'daqqa' waħda tfaċċat din il-kelma \"suspended\" qisu dan id-dokument ħadd ma qrah!", "La fl-2008 kienet daqshekk faċli nidħlu fil-Partnership for Peace allura stajna għamilna l-istess proċedura qabel u ma kienx ikollna għalfejn immorru l-Parlament?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Il-kwestjoni ta' consensus mhuwiex marbut biss ma' vot fil-Parlament għax hemm issues ta' consensus fil-pajjiż u anke bejn iż-żewġ partiti li m'għandhomx bżonn ta' vot fil-Parlament.", "Il-fatt li legalment il-gvern ma kellux bżonn jiġi l-Parlament fuq il-Partnership for Peace fl-2008 m'għandu x'jaqsam xejn mad-deċiżjoni li l-gvern ħa li ma jidħolx fil-Partnership for Peace fl-2004.", "LUCIANO BUSUTTIL: L-aħħar mistoqsija: aħna kellna l-problema li ma stajniex naraw dawn id-dokumenti u kemm inti kont taf kif ukoll l-Amerikani, il-Prim Ministru, ministri oħra u pajjiżi kienu jafu però naqblu li dak iż-żmien la l-Parlament u lanqas il-poplu ma kien jaf għaliex dawn il-fatti ħarġu issa, mhux hekk?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Jien nista' nirrepeti dak li għidt, jiġifieri kien hemm affarijiet biżżejjed fil-public domain li naħseb li kulħadd seta' jsir jaf dak li ried ikun jaf.", "Kif spjega l-Prim Ministru ma kienx hemm diskussjoni fil-Parlament għax ma kien hemm l-ebda proposta u jien erġajt irreferejtek għal-laqgħa li jien kelli fis-17 ta' Novembru fejn kont għamiltha ċara li l-Gvern Malti mhu se jagħmel l-ebda proposta formali sakemm l-issue tkun iċċarata biżżejjed, fis-sens li jekk issir proposta tiġi aċċettata min-naħa l-oħra.", "Il-Prim Ministru, jekk niftakar sew, qal lil dan il-Kumitat li kieku kellu dik l-assigurazzjoni jew kien jaf li seta' jagħmel proposta formali allura kien jiġi fil-Parlament.", "LUCIANO BUSUTTIL: Biex nagħlaq, għall-Gvern kien biżżejjed li ħareġ xi ħaġa fil-midja, għalkemm ħadd ma ndikalna liema huma dawn il-midja, u allura b'daqshekk kulħadd kien infurmat.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Però jien qed nagħtik l-opinjoni tiegħi...", "THE CHAIRMAN: Onor. Busuttil, ma tistax tistaqsi għaliex xi ħadd għamel xi ħaġa li dak ix-xi ħadd ikun qallek li m'għamilx.", "Dan huwa li inti għamilt ripetutument illejla.", "ONOR LUCIANO BUSUTTIL: U inti, Mr Chairman, li għamilt illejla kien li qagħad titkellem ripettutament!", "THE CHAIRMAN: Onor. Busuttil, inti kull darba tistaqsi l-mottivi...", "ONOR LUCIANO BUSUTTIL: Mr Chairman, taf li inti m'għandekx il-poter tinterrompi?", "THE CHAIRMAN: Onor. Busuttil, għandi l-poter li nipprova inżomm lilek, bħala Membru ta' dan il-Kumitat, biex timxi f'linja li tirrispetta diskussjoni serja fil-Kumitat.", "ONOR LUCIANO BUSUTTIL: Imma dik opinjoni tiegħek!", "ONOR LUCIANO BUSUTTIL: Dik hija mistoqsija leġittima tiegħi u li (Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Inti tista' tistaqsi lil xi ħadd għaliex seraq meta fil-fatt ma seraqx?", "ONOR LUCIANO BUSUTTIL: Il-mistoqsija tiegħi kienet waħda ċara, jiġifieri li kulħadd kien jaf barra l-poplu u l-Parlament!", "Stat ta' fatt!", "THE CHAIRMAN: It-tweġiba ingħatat għal mitt darba li bejn l-2004 u l-2008 il-Gvern mexa' fuq il-policy ta' Gvern Laburista preċedenti li ma jidħolx fil-Partnership for Peace.", "Din ir-risposta ngħatat hawnhekk xi mitt darba!", "Kif ħa tistaqsi allura għaliex ma marx il-Parlament fuq ħaġa li ma ridx jagħmel?", "Mhux hekk staqsejt jien!", "Jien staqsejt stat ta' fatt, naqblu u ma naqblux!", "ONOR LUCIANO BUSUTTIL: Kulħadd kien jaf, anke barranin, imma l-Parlament u l-poplu ma kienx jaf.", "L-Eċċellenza Tiegħu wieġeb għal \"le\" għax ħarġu xi affarijiet fil-midja (Interruzzjonijiet)", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Fuq negozjati li ma rnexxewx!", "ONOR LUCIANO BUSUTTIL: Il-problema mhux in-negozjati.", "Din problema ta' interess nazzjonali li konna naslu f'consensus fuqha!", "GEORGE VELLA: Eċċelenza Richard Caruana Caruana, il-verbal tal-laqgħat tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej tas-7 ta' Lulju, 2008, minn paġna 30 'l quddiem u anke tal-laqgħa tal-14 ta' Jannar 2009, meta imbagħad kien hemm dibattitu iktar miftuħ, tista' taqra rigward l-oġġezzjoni tagħna li jkun hemm reactivation meta din kienet spiċċat...", "THE CHAIRMAN: Issa qed tirreferi għall-Parlament?", "GEORGE VELLA: Le, għall-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Bħala fatt naqbel ma' dak li qed jgħid l-Onor Vella ...", "GEORGE VELLA: Ma tistax ma taqbilx!", "Dan huwa dikumentat hawnhekk!", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Iva, imma x'għidt differenti milli għidt jien?", "THE CHAIRMAN: L-argument kien fuq il-kelma \"terminated\" mhux \"suppusted\".", "GEORGE VELLA: L-Eċċelenza Richard Caruana Caruana llum qal li l-Ministru ġie jinforma lill-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej u li ma kienx hemm oġġezzjoni.", "THE CHAIRMAN: Le, fuq il-kliem \"terminated\" jew \"suspended\".", "TONIO BORG Issa int qed tispjega għaliex ma kienx hemm oġġezzjoni...", "GEORGE VELLA: Le, kien hemm fuq il-kliem \"terminated\" u \"reactivated\"!", "Għalhekk qed nirreferih għalhom biex jaqrahom.", "Jien m'għandix ċans naqrahom hawnhekk!", "Agħtu kopja taż-żewġ transcripts lilu u anke lill-midja ħalli jaqrawhom ...", "THE CHAIRMAN: Jitqegħdu mad-dokumenti l-oħra tal-Kumitat u kulħadd jifforma ġudizzju tiegħu.", "Wara kollox dawn diġà pubbliċi.", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami jidhirli li għandu mistoqsija waħda.", "ONOR BEPPE FENECH ADAMI: Eċċellenza, jien fhimt li b'konsegwenza ta' deċiżjoni li ttieħdet bejn l-1996 u l-1998, taħt leġiżlatura oħra, spiċċajna li meta dħalna fl-Unjoni Ewropea ma kellniex aċċess għad-diskussjoni u dokumentazzjoni li kienet għaddejja bejn l-Unjoni Ewropea u n-NATO.", "Din kemm kienet importanti?", "With hind sight, aħna ilna tmien snin fl-Unjoni Ewropea, where we missing out on something which was very important għal Malta jew kapriċċożament ridna li jkollna aċċess għal dawn id-dokument u d-diskussjonijiet bejn NATO u l-Unjoni Ewropea?", "Nitkellem iktar fuq interess nazzjonali għax meta illum inħarsu x'ġara f'dawn l-aħħar tmien snin, pereżempju, tiġi f'moħħi l-kwestjoni tal-Libja fejn kien hemm l-involviment tan-NATO u tal-Unjoni Ewropea u allura nimmaġina kien hemm diskussjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u n-NATO f'dan ir-rigward.", "Għalfejn il-Gvern Malti ħass li kien daqstant importanti għall-interess nazzjonali li b'xi mod ikollna aċċess għal dak li jkun għaddej bejn in-NATO u l-Unjoni Ewropea?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: L-ewwel nett il-policy tal-Gvern ta' dak iż-żmien kienet li Malta tieħu parti sħiħ fid-diskussjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea.", "Il-Prim Ministru poġġa quddiem il-Kumitat il-Copenhagen Decleration tal-2002, li permezz tagħha l-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li jew ma kienux fin-NATO jew ma kienux il-Partnership for Peace ma setgħux ikollhom aċċess għad-dokumenti li ħarġu minn-NATO, inkluż dawk li ma kienux classified.", "Din kienet taffettwa mhux biss id-dokumenti tan-NATO imma wkoll id-dokumenti tal-Unjoni Ewropea li kienu ibbażati jew b'xi mod kellhom informazzjoni li b'xi mod ħarġet minn xi dokument tan-NATO.", "Barra minn hekk jekk kien hemm laqgħat fejn kien hemm dokumenti li b'xi mod kellhom xi informazzjoni tan-NATO r-rapreżentanti Maltin ma kienux jistgħu jattendu, l-iktar fil-Political and Security Commettee.", "L-importanza għall-Gvern kienet mhux biss fil-kwestjoni tad-diskussjoni, però kienet ande kwestjoni ta' proċedura li ma kienx aċċettabbli għal Gvern ta' dak iż-żmien li nkunu parti minn deċiżjoni fejn ma kellniex l-informazzjoni available.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Bonnici jibda bil-mistoqsijiet tiegħu.", "OWEN BONNICI: Sur Cachia Caruana, ara naqblux li l-istrateġija teknika kienet li wieħed jgħid li l-framework document kien għadu fis-seħħ għaliex fin-Note Verbale kien hemm referenza għal-kelma \"programme\" u allura wieħed seta' jagħmel l-argument, kif sar hawnhekk - issa jekk hux korrett hija xi ħaġa oħra – li aħna ma ħriġniex mill-framework document imma ħriġna biss mill-individual partnership programme.", "Taqbel miegħi li dak ifisser li kieku dik it-teżi ġiet milqugħa allura l-framework document li kien ġie ffirmat fl-1996 kien għadu legalment validu?", "Naqblu fuq dan il-punt?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Fil-memorandum tiegħi tad-9 ta' Diċembru nagħmel referenza għall-framework document u nagħmel referenza wkoll għall-fatt li l-pożizzjoni tal-Gvern fl-2004 kienet se tkun l-istess bħall-pożizzjoni tal-Gvern ta' Ottubru 1996.", "OWEN BONNICI: Biex nifhem, taqbel miegħi li dik il-pożizzjoni li ntużat biex wieħed ikollu aċċess għad-dokumenti kienet tfisser li l-obbligazzjonijiet u d-drittijiet ta' Malta fil-konfront tal-PfP kienu jerġgħu jiġu lura għal kif kienu qabel l-1997?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Le, għax l-obbligu tal-Partnership for Peace joħorġu mill-agreements l-oħra.", "OWEN BONNICI: Jiġfieri mill-Individual Partnership Programme (IPP).", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Aktar mill-IPP hemm il-presentation document.", "Jiġifieri l-obbligi ma joħorġux mill-framework document, però...", "Dawk joħorġu dejjem mill-agreement sussidjarju mhux mill-framework document.", "OWEN BONNICI: Allura qed tgħidli li la darba l-obbigi u d-drittijiet joħorġu mill-IPP u mhux mill-framework document allura kieku ġiet aċċettata dik il-pożizzjoni Malta kien ikollha aċċess għad-dokumenti mingħajr il-ħtieġa li tidħol fil-Partnership for Peace.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Mingħajr il-ħtieġa li tidħol fil-Partnership for Peace Programme.", "Tinsiex li dik kienet ipotesi!", "Imma kont qed taħdem fuqha.", "Bear with me, din kont qed taħdem fuqha?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Ipotesi bejn deċiżjoni ta' kif ma tridx tidħol fil-Partnership for Peace u deċiżjoni ta' fejn l-interess nazzjonali ried li nattendu kemm jista' jkun għal-laqgħat kollha tal-Unjoni Ewropea li, ovvjament, konna eleġibbli għalihom fil-parameters li dak iż-żmien la konna fil-Eurozone u l-anqas ma konna fil-Schengen.", "OWEN BONNICI: Fil-fehema tiegħek, Malta kienet tkun fil-Partnership for Peace jew le?", "Inti kont qed taħdem fuq din it-triq.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Int illum qed tistaqsini dwar l-interpretazzjoni, jiġifieri ...", "OWEN BONNICI: Dwar il-konsegwenzi u issa ngħidlek għaliex qed nistaqsik.", "Fil-memo li bgħatt lill-Prim Ministru, il-ħabib tiegħi semma' l-frażi cut and paste, però hemm frażi li ma ġietx riprodotta fil-memo tal-Prim Ministru fejn inti qed twissi lill-Prim Ministru li l-vantaġġ huwa li jkollna aċċess għad-dokumenti u l-iżvantaġġ huwa li Malta tassumi fuqha l-obbligi u d-drittijiet tal-PfP...", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Fil-memo, il-kliem mhux qiegħed hekk!", "OWEN BONNICI: Spjegali, għax fil-memo tas-Sur Cachia Caruana lill-Onor.", "Prim Ministru dik biss ma ġietx riprodotta!", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Hawn:", "Jekk jogħġbok, Sur Cachia Caruana, spjegalna ftit in-negative part għax il-positive part fhimtha.", "Inti x'ridt tgħid lill-Onor.", "Prim Ministru permezz tan-negative part?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Jekk tara l-Council Conclusions ta' Diċembru 2002, li l-Prim Ministru poġġa quddiem dan il-Kumitat, issib hekk:", "Jiġifieri, skont id-dokument tat-12 ta' Diċembru 2002 il-kwestjoni tas-Security of Documents Agreement hija linked mal-Partnership for Peace.", "OWEN BONNICI: Iva, però… Sur Cachia Caruana, jien qed nistaqsik fuq il-framework document, li huwa d-dokument bażiku li pajjiż jiffirma meta jsir membru fil-PfP, dak li Alla jaħfirlu l-President Emeritus Gwido De Marco ffirma biex Malta daħlet fil-PfP bħala konsegwenza tal-mozzjoni li kien ressaq l-Onor.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Fil-fatt kien hemm dibattitu ta' xi tlett ijiem (Interruzzjonijiet)", "OWEN BONNICI: Hekk hu!", "Preċiż!", "(Interruzzjonijiet) Huwa dak il-foundation biex wieħed jidħol membru fil-PfP.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Dak li ffirma l-Professur de Marco nhar is-26 ta' April, 1995, jgħid li:", "OWEN BONNICI: Issa daqshekk fuq il-framework document.", "Ara taqbilx miegħi allura li r-raġunijiet għaliex inti kont qiegħed tipproponi dik il-via kienux biex iwasslu biex Malta terġa' tidħol jew tirriattiva l-obbligazzjonijiet u d-drittijiet li kien iffirma għalihom il-President Emeritus Gwido De Marco.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Dak iż-żmien ippruvajna nużaw l-interpretazzjoni fejn...", "OWEN BONNICI: Eċċellenza, dik fihmiha imma...", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Le, le, issa se ngħid xi ħaġa differenti.", "Ippruvajna nużaw it-teorija li għalkemm l-agreement tagħna ħareġ mill-Partnership for Peace, mhemm xejn li espliċitament jinsisti li trid continuous membership of Partnership for Peace.", "Il-fatt jibqa' li s-security agreement tagħna ħareġ mill-Partnership for Peace ta' meta dħalna (Interruzzjonijiet)", "OWEN BONNICI: B'konsegwenza tal-framework document.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Għalhekk kellna t-teorija li la darba dak ħareġ mill-Partnership for Peace allura stajna nagħmlu każ li naqgħu taħt il-provedimenti tad-dikjarazzjoni.", "OWEN BONNICI: Hekk huwa!", "Fil-fatt inti wissejt lill-Onor.", "Eċċelenza, għalik għaliex kien negattiv dak l-aspett?", "Mhux għax kien imur kontra l-politika dikjarata tal-Gvern ta' dak iż-żmien li Malta ma tidħolx fil-Partnership for Peace?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Għax ovvjament, jekk kien hemm deċiżjoni tal-Gvern preċedenti li noħorġu mill-Partnership for Peace u l-Gvern ma ridx jerġa' nidħol fil-Partnership for Peace, konna qed nagħmlu linkage ma' xi ħaġa li setgħet tiġi interpretata li qed nagħmlu \"a\" minflok \"b\".", "OWEN BONNICI: Hekk huwa!", "Preċiż.", "Dak iż-żmien ma ħassejtx il-bżonn li tiġi l-Parlament biex tati parir fuqha din?", "Eċċellenza, ħalli ma naqblux, imma l-line of thinking tiegħek huwa li kellek dan l-inkwiet u dan it-tħassib.", "Allura la kellek dan it-tħassib u dan l-inkwiet, ma kienx obbligu tiegħek li tiġi hawn biex tati parir?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Però, jien qiegħed hawn!", "Ħa niġu għaliha!", "Jien qed inkun ċarissimu.", "Alla jaħfirlu l-Eċċellenza Gwido De Marco, hawn qed insemmih bl-akbar rispett, kien iffirma l-framework document.", "Il-parir tiegħek kellu l-għan li biex ikollna l-aċċess għad-dokumenti dak il-framework document jerġa' jieħu l-ħajja biex imbagħad id-dokument sussidjarju għalih bħas-Security of Documents Agreement jieħu l-ħajja hu ukoll.", "Id-domanda tiegħi hija din: jekk dik tfissirx riattivazzjoni tas-sħubija ta' Malta fil-Partnership for Peace mingħajr li wieħed jiġi l-Parlament?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Jekk taqbad l-email li jien bagħat lill-Prim Ministru, lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u lis-Segretarju Parlamentari fl-Uffiċju tal-Prim Ministru fit-8 ta' April, 2005 u tara l-attachment ta' ma' dak id-dokument issib li dak jgħid ċar u tond x'kien lest li jaċċetta l-Gvern Malti.", "Dan dejjem draft baqa' u qatt ma ġie addottat formalment għalkemm kien fil-pożizzjoni interna tal-Gvern.", "Kien draft No. 1 li aħna stajna nibgħatu lin-NATO jekk ikun hemm qbil man-NATO.", "Ħa nkunu ċari.", "Mhix kwestjoni ta' obbligi imma konna lesti ngħidu li we acknowledge and share the principles and values enunciated in the Partnership for Peace Framework Document, jiġifieri, ma konniex lesti li naċċettaw l-affarijiet l-oħra,!", "OWEN BONNICI: Inkluż li ma jkunx hemm IPP ġdid, qed tgħid.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Ovvjament.", "Ħa nerġa' naqraha:", "Jiġifieri l-affarijiet kollha fil-Framework Document li mhumiex principles jew values ma kienux se jiġu aċċettati mill-Gvern Malti.", "Jiġifieri mhux l-obbligi kollha kienu se jiġu aċċettati għax mhux kollha kienu principles jew values.", "OWEN BONNICI: Eċċellenza, jien naf li inti konxju li bejn l-ewwel darba u t-tieni darb li dħalna fil-PfP twieldet il-Euro-Atlantic Partnership Council, jiġifieri fl-1997.", "Malta hija membru tal-EAPC, jekk jogħġbok?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Iva.", "OWEN BONNICI: Inti qed tgħid li hija membru imma l-Prim Ministru qal li m'aħniex.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Il-Prim Ministru l-ewwel qal li m'aħniex imbagħad qal li se jiċċekkja.", "OWEN BONNICI: Hekk qal?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Iva.", "OWEN BONNICI: Eċċellenza, meta dħalna membri, jekk jogħġok?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Aħna sirna membri meta erġajna dħalna fil-Partnership for Peace.", "Kif qal il-Prim Ministru dik kienet parti mill-pakkett li kien open għall-membri tal-Partnership for Peace, ir-Russja inkluża.", "OWEN BONNICI: Dan se ngħidu b'rispett, inti m'għandekx żewġ funzjonijiet imma tlieta għax għandek funzjoni ta' rappreżentant permanenti, għandek funzjoni ta' advisor tal-Prim Ministru fuq affarijiet Ewropej u għandek funzjoni oħra ta' advisor fil-Partit Nazzjonalista.", "Naqblu hekk?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Ma nafx jekk inix advisor tal-Partit Nazzjonalista, imma ...", "OWEN BONNICI: Strateġista.", "Se norbotha u 'l-għalfejn' ġej għaliha.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Kburi li jien involut ukoll mal-Partit Nazzjonalista!", "OWEN BONNICI: Jien, li nemmen fil-politika, żgur li mhux se nkun jien li ngħid xi ħaġa kontra min ikun involut f'xi partit politiku.", "Eċċellenza, inti kont ktibt artiklu hekk kif għaddiet l-elezzjoni jismu 'Winning by a Whisker' li kien deher f''The Sunday Times'...", "THE CHAIRMAN: Għidilna r-relevanza u orbotha mal-mozzjoni.", "OWEN BONNICI: Ħa niġi għaliha.", "Hawnhekk inti b'mod pubbliku ktibt dan l-artiklu...", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Għall-informazzjoni tiegħek, għax forsi ma tafx, Lawrence Zammit u jien għamilna artiklu jew analiżi bħal dik f'xi tlett okkażjoni oħra, jiġifieri, wara tal-1998, l-2003 u l-2008.", "Peress li f'Jannar ta' qabel l-elezzjoni l-Prim Ministru kien qal lill-Ambaxxatriċi Amerikana li jekk jerġa' jitla' Prim Ministru kien ħa jdaħħal mill-ġdid lil Malta fil-PfP, tista' tgħidilna inti f'liema stadju sirt taf b'din id-deċiżjoni?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Jekk niftakar sewwa, wara l-elezzjoni ta' Marzu 2008.", "OWEN BONNICI: Jiġifieri, f'Jannar il-Prim Ministru kien qal lill-Ambaxxatriċi Molly Bordanaro, però ma kienx qalha lilek.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Ma naħsibx li kien qalli.", "OWEN BONNICI: Inti kellek informazzjoni fuq il-polls ...", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Inti kont taf li l-Partit Laburista kien se jaċċetta...", "OWEN BONNICI: Eċċellenza, jien miniex xhud!", "(Interruzzjonijiet)", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Inti qabel kont taf li l-Partit Laburista kien se jaċċetta l-Partnership for Peace (Interruzzjonijiet)", "OWEN BONNICI: Ħu paċenzja!", "THE CHAIRMAN: Il-Wikileaks li qed jirreferi għaliha l-Viċi Prim Ministru hija tal-2009, jiġifieri sentejn qabel ma mbagħad il-Partit Laburista għamel il-pożizzjoni tiegħu pubblika!", "OWEN BONNICI: Jien naf x'qed jipprovaw jagħmlu.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili Eċċellenza!", "Jien qed inkun prudentissimu!", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Onor. Bonnici, jien ippruvajt nagħtik eżempju kif inti, dak iż-żmien deputat jew kandidat, ma kontx taf.", "Jien ma kontx naf li l-Prim Ministru kien qal lill-Ambaxxatriċi Amerikana li Malta kienet se tidħol.", "Ma ninsewx, qed ngħidu fuq elezzjoni diffiċli għax dak iż-żmien il-Partit Nazzjonalista kien xi 10% points wara l-Malta Labour Party (Interruzzjonijiet)", "Dakinhar, fl-2008, il-Partit Laburista kellu bħala leader lil Dr Alfred Sant.", "(Interruzzjonijiet) Issa ppermettuli ftit għax ilni ħafna nismgħakom bil-paċenzja!", "THE CHAIRMAN: Onorevoli, nassumi li se tżomm mar-relevanza.", "L-anqas qallu li konna se nidħlu fil-Partnership for Peace!", "THE CHAIRMAN: Onor. Bonnici, din relevanti għall-mozzjoni, jiġifieri, għal jekk l-ambaxxatur hux traditur għax ħares iktar l-interessi ta' pajjiżi oħra!", "Mhux qed tgħid l-interess ta' partit jew ieħor!", "OWEN BONNICI: Inti qed tagħmel xogħolok tajjeb bħala avukat difensur u jien ngħidlek prosit!", "THE CHAIRMAN: Onor. Bonnici, irrid infakkrek biex torbot mal-mozzjoni!", "Isiru kemm isiru kommenti fuqi fuq televiżjonijie u f'gazzetti, jien se nimxi mar-relevanza!", "OWEN BONNICI: Iktar ma ddum inti, iktar se ndum jien!", "Diġà inqtal hawn ġew mill-Ministru u mill-Eċċellenza Tiegħu Richard Cachia Caruana li jien, bħala kanditat dak iż-żmien, ma kontx naf.", "Dak iż-żmien kien hemm bħala mexxej Dr Alfred Sant u, jikkoreġini l-Onor.", "Vella, kien hemm il-pronunzjamenti li kien hemm mal-biddla fil-leadership bl-elezzjoni ta' Dr Joseph Muscat.", "(Interruzzjonijiet) Nixtieq inkompli nistaqsi d-domandi.", "L-Eċċellenza Richard Cachia Caruana għadu kemm qalilna li fir-run-up għall-elezzjoni ġenerali, meta allura kien involut hu mhux biss bħala uffiċjal pubbliku imma anke bħala persuna in the running, tant li wara spjega ta' x'ġara wara l-elezzjoni, 'a blow by blow analysis', imma mbagħad qalilna li ma kienx jaf li jekk l-Onor.", "Lawrence Gonzi jerġa' jitla' Prim Ministru kien se jdaħħal lill-pajjiżna fil-Partnership for Peace.", "Allura, meta sirt taf bid-deċiżjoni, Eċċellenza?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Kif għidtlek, wara l-elezzjoni ta' Marzu 2008.", "GEORGE VELLA: Nista' niċċara punt?", "THE CHAIRMAN: Qed nagħmlu mistoqsija fuq mistoqsija.", "GEORGE VELLA: Nistaqsi jekk l-Eċċelenza Tiegħu Richard Caruana Caruana, kienx jaf il-Prim Ministru ikkommettix ruħu mal-Ambaxxatriċi Amerikana jew inkella bid-deċiżjoni li ħa li jekk jitilgħu fil-Gverm jidħlu fil-PfP?", "Iċċarahieli din!", "THE CHAIRMAN: Din hija żgur mistoqsija fuq mistoqsija!", "OWEN BONNICI: Allura li staqsa l-Onor.", "Vella qed nirrepetiha jien formalment.", "THE CHAIRMAN: Irrepetiha inti, all right.", "Bonnici jixtieq jew iħoss li għandu bżonn il-gwida tal-Onor.", "Vella, allura dik hija kwestjoni oħra...(Interruzzjonijiet)", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Ħa nipprova nirrispondi peró ma naħsibx li għandi nirrpispondi għar-rwol tiegħi fil-Partit Nazzjonista.", "Ma naħsibx li dan il-Kumitat għandu interess li jidħol fil-kwestjonijiet tad-deċiżjonijiet ta' partiti politiċi.", "THE CHAIRMAN: Tant hu hekk li din ir-regola hija rispettata anke waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari!", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: Però, hemm regoli differenti li japplikaw għalina.", "Jien ma kontx naf li l-Prim Ministru kien informa lill-Ambaxxatriċi Amerikana li jekk jerġa' jsir Prim Ministru wara l-elezzjoni tal-2008 ibiddel il-policy tiegħu billi japplika jew jerġa' japplika biex Malta tidħol jew terġa' tidħol fil-Partnership for Peace.", "OWEN BONNICI: Mela inti ma kontx taf li hu kien qalilha hekk.", "U ma kontx taf l-anqas, jekk fhimtek sewwa, li jekk jiġi elett mill-ġdid l-Onor.", "Gonzi huwa kien se jdaħħal lil Malta mill-ġdid fil-Partnership for Peace.", "Fhimtek sewwa li din ma ddiskutihiex miegħek?", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: L-ewwel parti irrispondejtha.", "It-tieni parti tal-mistoqsija tiegħek, għalkemm ma naħsibx li għandek dritt tistaqsihieli, xorta se nirrispondiha!", "Allaħares nispiċċaw li jkollna diskussjoni f'dan il-Kumitat dwar x'iddiskuta Dr Muscat mas-Sur Brincat!", "Ma naħsibx li dak huwa r-rwol ta' dan il-Kumitat (Interruzzjonijiet) Ma niftakarx li l-Prim Ministru ddiskuta miegħi li jekk jerġa' jirbaħ l-elezzjoni l-Partit Nazzjonalista kien se jidħol fil-Partnership for Peace.", "Nista' ngħidlek… Għid lill-istrateġisti tal-Partit Nazzjonalista, jekk trid, jekk fil-perjodu ta' bejn Jannar u Marzu 2008jekk kellhomx problemi ferm iktar diffiċli u ferm iktar interessanti!", "Kellek sitwazzjoni fejn il-Partit Nazzjonalista kien bejn 6% u 10% wara l-Partit Laburista u xorta ried jaħdem biex jirbaħ elezzjoni u l-Onor.", "Vella probabbilment jaf li ma tantx tirbaħ elezzjonijiet fuq kwestjonijiet ta' foreign policy.", "THE CHAIRMAN: Ninnota li l-Ambaxxatur komdu jwieġeb imma jiena, bħala Chairman, xorta rrid nosserva li dan il-punt mhux relevanti assolutament.", "THE CHAIRMAN: Regola bażika ta' kif timxi.", "LUCIANO BUSUTTIL: Le, m'għandekx regola bażika.", "Jekk trid toġġezzjona, hemm proċedura apposta.", "THE CHAIRMAN: Nafha l-proċedura.", "L-AMBAXXATUR RICHARD CACHIA CARUANA: M'għandix problemi li nipprovaw nagħmlu xi tutorial fuq l-elezzjonijiet.", "THE CHAIRMAN: Nagħmlu section fuq l-elezzjonijiet!", "LUCIANO BUSUTTIL: Il-metodu.", "LUCIANO BUSUTTIL: Bir-rispett kollu, il-metodu.", "THE CHAIRMAN: Jimporta nikkwotalek ir-regolament li jirrigwardja lili?", "LUCIANO BUSUTTIL: Mhux tiegħek.", "THE CHAIRMAN: Mela jien nippretendi li hawn ...", "LUCIANO BUSUTTIL: Seta' kellu avukat jiddefendih.", "THE CHAIRMAN: Biex Chair jimxi bis-serjetà irid jagħti protezzjoni lil min ikun xhud.", "LUCIANO BUSUTTIL: Ix-xhud irid iwieġeb il-mistoqsijiet kollha.", "THE CHAIRMAN: Iddaħlunix fit-triq tal-kumment politiku għax jien ma niddejjaq xejn nagħmlu.", "LUCIANO BUSUTTIL: Meta trid u fejn trid.", "THE CHAIRMAN: Min imur fit-triq ta' dak li huwa irrelevanti, ikun mar hemm għax m'għandux il-provi fuq dak li huwa relevanti.", "LUCIANO BUSUTTIL: Dak x'tgħid int.", "THE CHAIRMAN: Dak li ngħid jien u kburi li ngħidu u għandi dritt ngħidu.", "Għandek ukoll id-dritt għall-opinjonijiet żballjati.", "Onor. Bonnici, għandek mistoqsijiet relevanti?", "OWEN BONNICI: M'għandix iktar mistoqsijiet.", "THE CHAIRMAN: Hawn xi mistoqsijiet finali?", "Jekk mhawnx, nirringrazzja mill-ġdid lill-Ambaxxatur Cachia Caruana tal-ħin kollu li għamel ma' dan il-Kumitat.", "Naturalment f'dan l-istadju huwa skużat.", "Issa, aħna, bħala Kumitat, niddiskutu kif se nipproċedu.", "L-Onor.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, nixtieq infakkar li aħna nixtiequ li nsibu ħin biex nagħmlu xi mistoqsijiet lill-Attorney General.", "Kont aċċennajt ukoll li nixtiequ nitolbuh jipprepara rapport biex jispjegalna għaleix is-sħubija ta' Malta fil-Partnership for Peace m'għandhiex bżonn ratifika parlamentari u dan japplika wkoll għas-Security of Documents Agreement ukoll.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "TONIO BORG: Mr Chairman, diġà għedt li din hija irrelevanti għall-iskop ta' din il-mozzjoni.", "GEORGE VELLA: Le, mhux irrelevanti, mela hawn tiddeċiedi inti?", "Il-Prim Ministru ġabilna parir mingħandu.", "Allura, dan il-parir huwa irrelevanti!", "TONIO BORG: Ħalli nispjegalek għaliex.", "Il-mozzjoni, kif inhi fformulata, hija li kemm jekk hemm bżonn taħt ir-Ratification of Treaties u kemm jekk mhemmx bżonn, il-permanent represetnative tagħna fl-2004, jew f'dak il-perjodu, daħal f'diskussjonijiet ma' potenza barranija sabiex jiġi evitat l-iskrutinju parlamentari.", "Diversi nies ġew hawnhekk biex jgħidu li dan mhuwiex minnu.", "GEORGE VELLA: Dak inti qed tgħidu.", "TONIO BORG: Dak inti mhux qed taqbel magħhom!", "Il-kwestjoni ta' jekk biex tidħol fil-Partnership for Peace hemmx bżonn ir-Ratification of Treaties Act hija irrelevanti għal din il-kwestjoni kif ibbażata fuq din il-mozzjoni.", "Tista' tkun rilevanti għal diskussjoni ġenerali fuq il-Partnership for Peace li aħna għedna li mhux se nagħmluha hawn għax kieku jien lest nagħmilha hawn.", "LUCIANO BUSUTTIL: Bir-rispett kollu, il-parir ġabu l-Prim Ministru waqt ix-xhieda tiegħu.", "Mela jekk dak il-parir jiġi sforzat, imissna ma ngħodduhx.", "TONIO BORG: Id-diskussjoni dwar il-mozzjoni kif inhi fformulata hija li persuna partikolari, mhux il-Prim Ministru, għamlet minn kollox sabiex konxjentement tevita l-iskrutinju parlamentari u addirittura kienet in league ma' potenza barranija biex tagħmel dan … Din it-talba hija irrelevanti għax anke jekk l-Avukat Ġenerali jgħid li ma kienx hemm bżonn ratifika parlamentari, l-akkuża xorta trid tiġi pprovata, kieku tista' tiġi pprovata.", "Tista' tgħid, veru ma kienx hemm bżonn ratifika parlamentari però xorta għamilt minn kollox biex tiftiehem ma' ħaddieħor kontra l-interessi ta' Malta sabiex din ma tiġix diskussa fil-Parlament.", "Hemm żewġ argumenti, wieħed jekk hux legalment rikjest li jkun hemm ratifika parlamentari.", "Jiena ma narax li kien hemm bżonn.", "Ratifika parlamentari ta' xiex!", "Ta' ittra?", "L-Onor.", "Vella ma jaqbilx miegħi.", "Irrispettivament minn jekk ġietx re-activated jew activated jien hekk insostni, imma dik hija l-opinjoni tiegħi.", "Għall-iskop ta' din il-mozzjoni m'għandha x'taqsam xejn għax l-akkuża mhix dik.", "Mela l-ewwel ħaġa hija jekk kienx hemm legal requirement u l-oħra hija li tista' tgħidli li mhemmx legal requirement imma missek għamilt dibattitu parlamentari.", "Hija irrelevanti jekk hemmx legal requirement ta' ratifika mill-Parlament għall-akkuża kif inhi, tant hu veru li l-Oppożizzjoni ma qajmithiex din il-kwestjoni erba' snin ilu billi tgħid: jiena rrid dibattitu għax intom ma rratifikajtuhiex.", "Din qed issir issa għax ħarġu l-Wikileaks u il-Wikileaks jirreferu għal laqgħa fl-2004 …", "GEORGE VELLA: Inti qed tagħmel winding up?", "TONIO BORG: Le, mhux qed nagħmel winding up imma ħallini nispjega din għax wara kollox kull domanda tal-Onor.", "Qed nispjega li jgħid x'jgħid l-Attorney General, anke jekk jgħid li ma kienx hemm bżonn ta' ratifika parlamentari, xorta l-akkuża tibqa' li l-permanent representative indiehes jew ikkollabora ma' potenzi barranin biex ma jkunx hemm dibattitu parlamentari fuq din il-kwestjoni.", "GEORGE GVELLA: M'għandu x'jaqsam xejn!", "TONIO BORG: Dawn huma bbażati fuq il-laqgħa tal-2004.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "GEORGE VELLA: Hemm rilevanza diretta għax qegħdin tirreferu għal x'qed ngħidu li għamel l-Ambaxxatur Cachia Caruana, jiġifieri l-kwestjoni jekk kemm-il darba s-security agreement man-NATO jew is-sħubija ta' Malta fil-Partnership for Peace kellhomx bżonn ratifika parlamentari, u dik hija ċentrali għall-akkuża li qegħdin nagħmlu hawnhekk.", "Jien inkompli nsostni li kien qed jaħdem minn wara dahar il-Parlament għax jekk kemm-il darba kien hemm bżonn ir-ratifika, allura l-Parlament ġie injorat.", "L-Attorney General għandu jiġi hawnhekk biex jagħtina parir dwar is-security agreement bħalma l-Prim Ministru ġabilina l-opinjoni tiegħu.", "Dan mhu security of documents agreement xejn għax fil-fatt jinvolvi ħafna iktar minn hekk.", "Dan huwa parti mill-proċess kollu tal-Partnership for Peace.", "L-Attorney General għandu jgħidilna jekk kemm-il darba l-Partnership for Peace kellux ikun ratifikat mill-Parlament.", "La bħala raġuni ġab l-argument li r-Ratification of Treaties Act titkellem fuq \"states\", anke l-Partnership for Peace Programme jibda \"we the states\" u jkompli billi joħroġ l-invit.", "L-Attorney General għandu jispjegalna jekk dan jitkellimx fuq \"states\" għax din hija importanti għalina.", "Jekk ma tridux iġġibuh, iġġibuhx, imma aħna qegħdin nitolbu li l-Attorney General jiġi hawn ħalli nkunu nistgħu nistaqsu għall-parir legali tiegħu u anke nistaqsu x'pariri kellu fl-2004.", "Nistaqsu jekk kienx qed ikun hemm aċċess għall-pariri tal-AG meta, skont l-Ambaxxatur Cachia Caruana, kien hemm suġġeriment min-naħa Amerikana - din ma toħroġx mid-dokumenti – u li l-Maltin kienu qegħdin sounding lill-Amerikani fuq dik il-proposta, ħaġa li noħorġuha fil-Parlament.", "Imma aħna jimpurtana jekk kemm-il darba l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kienx miżmum au courrant ta' x'kien għaddej u x'parir ta!", "LUCIANO BUSUTTIL: Biex inżid ma' li qal l-Onor.", "Vella, speċjalment in vista tal-fatt li fix-xhieda kemm tal-Prim Ministru u kemm tal-Eċċellenza Tiegħu hemm riferenza li fl-2004 stess ma kienx hemm għalfejn is-Security of Documents Agreement jiġi ratifikat.", "Għandna bżonn li l-Avukat Ġenerali jagħti parir jekk kienx hemm jew le dan il-bżonn.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TONIO BORG: Il-kwestjoni tar-Ratification of Treaties Act mhija msemmija mkien fil-mozzjoni.", "Fil-mozzjoni hemm imsemmi li l-Permanent Representative, kemm jekk hemm bżonn u kemm jekk mhemmx bżonn ir-ratifika tal-Parlament, indiehes ma' potenza barranija, l-iktar waħda importanti fin-NATO, sabiex ma jkunx hemm skrutinju parlamentari.", "Irrispettivament jekk il-parir tal-AG ikunx li l-gvern aġixxa llegalment għax l-irrilevanza tagħha hija li hawnhekk mhijiex kwestjoni legali imma hija kwestjoni politika.", "Hawnhekk l-akkuża hija… L-Onor.", "Vella qed jgħid li llum l-Oppożizzjoni taqbel mal-Partnership for Peace u qed tgħid li mhix se toħroġ minnha allavolja jsostni u ilu jsostni li dħalna fiha mhux bi proċedura legali.", "TONIO BORG: Qed tgħidu li fl-2008 ma ġietx segwita l-liġi, jiġifieri, kważi kważi qegħdin fil-Partnership for Peace b'mod illegali u li minnha ma tridux toħorġu.", "Dik hija l-problema li se jiffaċċja l-Parlament għada pitgħada.", "TONIO BORG: Din m'għandha x'taqsam xejn mal-kwestjoni ta' jekk fl-2004 l-Ambaxxatur Cachia Caruana, kontra l-interessi ta' pajjiżna u favur l-interessi ta' pajjiż ieħor, ipprova xi strataġema biex nevitaw skrutinju parlamentari.", "M'għandha x'taqsam assolutament xejn.", "Tista' tkun relevanti kieku għamiltu mozzjoni li tgħidu li dħalna fil-Partnership for Peace illegalment, ħaġa li intom ilkom tgħidu erba' snin.", "GEORGE VELLA: Dan id-diskors għal Parlament.", "TONIO BORG: Hawnhekk intom marbutin mal-mozzjoni tagħkom stess, sakemm ma tridux tbidluha.", "GEORGE VELLA: Jekk fi ftit kliem trid tgħid li ma triduhx jiġi allura għidilna ċar u tond mill-ewwel.", "TONIO BORG: Agħmlu mozzjoni fejn tgħidu li aħna qbadna u dħalna fil-Partnership for Peace illegalment.", "(Interruzzjonijiet)", "GEORGE VELLA: Jiġifieri, jibagħtli parir quddiem kumitat ...", "LUCIANO BUSUTTIL: Imbagħad ma nistax nistaqsih?", "TONIO BORG: Qed tindunaw li m'approvajtuhiex u allura issa tridu titfgħu l-attenzjoni fuq kwestjoni legali li ...", "GEORGE VELLA: Jiġifieri l-Attorney General jibgħat parir mal-Prim Ministru lil dan il-Kumitat Parlamentari u intom ma triduhx jiġi hawn biex inkunu nistgħu nkellmuh fuqu.", "Din hija xi ħaġa li ma nistax nifhimha!", "X'għandkom kontra li jiġi hawn biex nistaqsuh dawn il-mistoqsisjiet?", "L-Attorney General għandu x'jaqsam għax kieku ma kellux x'jaqsam imissu qal lill-Prim Ministru biex ma jdaħlux fiha.", "Kieku qallu li ma riedx jagħtih parir fuq is-security agreement, il-Prim Ministru ma kien iġib xejn.", "Għaliex daħal fiha l-AG?", "Aħna għandna dritt inkellmu lill-AG?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "LEO BRINCAT: Le, ħalli l-ewwel nagħlqu din l-item dwar l-AG.", "GEORGE VELLA: Intom għamiltu lista ma tispiċċa qatt ta' xhieda li se ġġibu, però lill-AG insejtuh.", "OWEN BONNICI: Se nkun qasir ħafna.", "Ir-raġunijiet li kienu jimmilitaw favur li jinġieb dak il-parir f'dan il-Kumitat huma l-istess raġunijiet li jimmilitaw favur li aħna nistaqsu min għamel dak il-parir.", "Din hija sempliċi ħafna.", "TONIO BORG: Le, intom tlabtu jekk il-Partnership for Peace jaqax taħt ir-Ratification of Treaties Act.", "GEORGE VELLA: I-argument kollu li l-Ambaxxatur Cachia Caruana għamel mal-Prim Ministru u mal-Kabinet għar-riattivazzjoni ta' Malta bħala membru fil-Partnership for Peace joħroġ kollu mill-parir tal-Attorney General.", "TONIO BORG: Mr Chairman, ir-Russja wkoll iffirmat u allura dak ifisser li r-Russja għandha security agreement man-NATO?", "GEORGE VELLA: X'jimpurtani mir-Russja!", "TONIO BORG: X'jimpurtak mir-Russja!", "In-NATO… (Interruzzjonijiet) .. tgħin lir-Russja biex tiffirma security agreement magħha?", "TONIO BORG: Iffirmat security of documents agreement man-NATO bħala pre-kondizzjoni ...", "TONIO BORG: Kieku ridna ngħidu li nsiru membri tan-NATO konna ngħiduh imma, apparti l-Kostituzzjoni, aħna m'għandniex interess li nkunu fin-NATO.", "GEORGE VELLA: Ma kontux tiddejqu!", "TONIO BORG: Għalhekk dħalna fil-Partnership for Peace għax ma rridux nidħlu fin-NATO għax kieku qegħdin fin-NATO mhemmx għalfjen nidħlu fil-Partnership for Peace.", "GEORGE VELLA: Iddaħlu SOFA Agreement, kif għedtu li ridtu tagħmlu!", "GEORGE VELLA: Nies fid-dipartiment tiegħek mhux hekk qalu.", "Nies fid-dipartiment tiegħek issuġġerew li tidħlu minn wara dahar dan il-Parlament.", "TONIO BORG: Le, mhux jien għedtha u lanqas nies li jaqgħu taħti.", "GEORGE VELLA: Mhux inti, imma nies fid-dipartiment tiegħek, Marisa Frazier.", "Din turi kemm-il Wikileaks jistgħu jingannaw u din għedtha anke pubblikament.", "THE CHAIRMAN: Jimporta nibqgħu fuq il-mozzjoni!", "TONIO BORG: Mr Chairman, ħa nwieġeb fuq is-SOFA agreement biex tkun on the record.", "Mhux veru li jiena qatt aċċettajt li jiġi ffirmat SOFA agreement, anzi meta dan tqajjem mill-awtoritajiet Amerikani jien għedt li fejn jidħlu proprjetà Maltija u persuni Maltin no go area.", "GEORGE VELLA: Qed tittratta l-pożizzjoni tiegħek?", "TONIO BORG: Fil-Wikileaks ġabu li kien hemm dawn l-explanatory discussions.", "Ovvjament ma ġabux dawn iż-żewġ kondizzjonijiet għax kulħadd irid jiftaħar b'rixu.", "Din jien għedtha pubblikament u inti qbilt miegħi fejn fil-fatt inti għedt li din hija l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni.", "Allura issa qed takkużani ha bis-SOFA Agreement?", "GEORGE VELLA: Għax aħna ma nkunux nafu xi tkun qed tgħid il-pożizzjoni uffiċjali.", "GEORGE VELLA: Xi tkun il-pożizzjoni uffiċċjali tal-pajjiż.", "TONIO BORG: Jien għedtilhom li jekk niftiehmu rridu mmorru l-Parlament u għamiltilhom kondizzjoni oħra, li rrid nikkonsulta mal-Oppożizzjoni.", "Mela jien se nirrinunzja l-ġurisdizzjoni tiegħi mingħajr ma nikkonsulta mal-Parlament!", "GEORGE VELLA: Tan-NATO talbukom li jkun hawn u fi tlett ijiem kienu hawn.", "THE CHAIRMAN: Onor. Vella, żgur li bħalissa m'intix qed tiddiskuti l-mozzjoni tiegħek.", "GEORGE VELLA: Lanqas il-Ministru.", "L-Onor.", "LUCIANO BUSUTTIL: Fuq il-kwestjoni tal-Avukat Ġenerali nagħmel riferenza għax-xhieda li kien ta l-E.T. Richard Cachia Caruana fejn qal hekk:", "\"apparti raġunijiet li diġà tajt f'paġna 7, il-Gvern Malti kien jaf anke dak iż-żmien\" - jiġifieri dan kien 2004 – \"li l-ftehim man-NATO ma kienx jaqa' taħt ir-Ratification of Treaties Act u għalhekk ma kienx kwestjoni ta' kif għandu jiġi evitat b'xi mod il-Parlament Malti.\"", "Huwa pivotal li nkunu nafu jekk l-Avukat Ġenerali ta' dak iż-żmien kienx qed jagħti pariri jew jekk kienx ikkonsultat.", "GEORGE VELLA: Irridu naraw kopja tad-dokumenti.", "LUCIANO BUSUTTIL: Minbarra l-parir li ngħata fit-22 ta' Mejju huwa importanti li nistaqsuh ukoll għax inkella jekk l-Avukat Ġenerali mhux se jiġi allura dak il-parir għandu jiġi skartat kompletament.", "Dak il-parir huwa parti mill-provi li ġab il-Prim Ministru u bħala prova jien għandi dritt nagħmel il-mistoqsijiet tiegħi fuqu.", "THE CHAIRMAN: Biex nifhem il-punt ta' relevanza, tista' tindikalna x'mistoqsijiet għandek f'moħħok għall-Avukat Ġenerali?", "LUCIANO BUSUTTIL: Il-mistoqsijiet?", "Ma tridx ngħidlek ir-risposti wkoll!", "(Interruzzjonijiet) Bir-rispett kollu, meta l-Gvern ippreżenta l-lista tax-xhieda, ġiet mitluba, rightly so, ir-relevanza ta' kull xhud.", "Bir-rispett kollu, mhux se nippretendu li l-gvern jgħidilna x'mistoqsijiet se nistaqsu.", "THE CHAIRMAN: Jekk qed titlob parir ma tridx tgħidli x'inhu dan il-parir?", "LUCIANO BUSUTIL: M'għandux x'jaqsam.", "Hemm xhud li aħna nixtiequ nressquh u qegħdin nagħtu r-raġuni għalfejn irridu dan ix-xhud, punto e basta, imma mhux il-mistoqsijiet!", "THE CHAIRMAN: Jekk qed titlob parir, normalment tgħid minn qabel x'inhu dak il-parir.", "LUCIANO BUSUTTIL: Le, jien mhux qed nitlob parir imma rrid nagħmel mistoqsijiet.", "THE CHAIRMAN: Eh, issa mhux parir?", "LUCIANO BUSUTTIL: Il-pariri ħadthom mingħand min kelli neħodhom.", "Jien diġà ħadt il-pariri tiegħi fuq dak il-parir li ngħatajna fuq din il-kwestjoni u jien issa rrid nistaqsi lill-Avukat Ġenerali.", "THE CHAIRMAN: Nissospendu ftit biex nitkellmu fuq dan il-punt.", "Dak li jkun diskuss waqt li l-Kumitat huwa sospiż m'għandux ikun irrapportat mill-media, anke jekk jinstema'.", "Il-Kumitat ġie sospiż għal ftit mumenti.", "THE CHAIRMAN: Donnu hawn qbil li jkollna x-xhieda tal-Avukat Ġenerali fuq żewġ punti u din nistgħu nagħmluha għada fis-1.30 p.m.", "TONIO BORG: Fuq żewġ affarijiet, is-Security of Documents Agreement u fuq il-PfP.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nistabbilixxu fuq xiex se nistaqsu l-pariri tal-Avukat Ġenerali.", "LEO BRINCAT: Ippermettili, din mhix fuq l-Avukat Ġenerali.", "THE CHAIRMAN: Jimporta nagħlqu dan il-punt!", "Lill-Avukat Ġenerali rridu navzawh fuq xiex se nistaqsuh għada fis-1.30 p.m. Jekk jistax jew le jikkordinaw bejniethom is-Segretarju tal-Kumitat u l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "L-Onor.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, fil-bidu tal-laqgħat li kellna ssemmew diversi xhieda u meta jien kont issuġġerejt lill-Kummissarju u ex-Foreign Minister John Dalli dehrli li kien hemm kunsens anke min-naħa tas-Sedja.", "Naf li hemm skadenzi maqbula bejn iż-żewġ naħat, jiġifieri jien mhux qed nipprova nivvinta xi skuża biex immorru oltre l-Ġimgħa, imma li kont se nissuġġerixxi huwa li jekk loġistikament huwa possibbli għandu jiġi jixhed il-Kummissarju Dalli, forsi anke permezz ta' video conference, però fuq din noqgħod għal deċiżjoni tal-kollegi tiegħi.", "THE CHAIRMAN: Onor. Brincat, għal korrettezza rrid infakkrek li l-argument kollu dwar jekk hijiex meħtieġa jew le x-xhieda tal-Kummissarju Dalli bħala ex-Ministru tal-Affarijiet Barranin, kienet fi-kontest li jinstemgħu diversi ministri għall-affarijiet barranin li kellhom xi...", "LEO BRINCAT: Ħalli ngħidlek għaliex qed ngħid li hija ġustifikata.", "THE CHAIRMAN: Ministri tal-Affarijiet Barranin għandek l-Onor.", "Michael Frendo, s-Sur-John Dalli u llum il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg.", "Issa li f'daqqa waħda ngħidu mhemm bżonn l-ebda wieħed minn dawn il-ministri tal-affarijiet barranin, anke min kien fil-perjodu relevanti, imma hemm bżonn xhud ieħor, naħseb li, bir-rispett kollu… Naħseb li hawnhekk mhux lok politiku.", "Onor. Brincat, jekk għandek xi mistoqsija għall-Kummissarju Dalli li hemm bżonn nikkomunikawlu, allura għidilna.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, din li biex inġibu xhud irridu niġġustifikaw u rridu ngħidu l-mistoqsijiet minn qabel ġejna qisna qegħdin taħt Beria meta lanqas biss kienu bdew jaħsbu li jkollhom Unjoni Sovjetika.", "THE CHAIRMAN: Unjoni Sovjetika meta jsiru akkużi u ma jipprovawhomx.", "LEO BRINCAT: Dak irid jiġġudikah il-poplu.", "THE CHAIRMAN: Iva, jiġġudika l-poplu!", "LEO BRINCAT: Il-poplu jiġġudika mhux issa biss imma anke fid-dibattitu li se jsir fil-Parlament.", "Il-mistoqsija tiegħi hija sempliċi u mingħajr ebda diżrispett lejn il-kollega tiegħi il-Foreign Minister li qiegħed hawnhekk bid-dritt għax huwa an ex officcio Membru tal-Kumitat jiġifieri anakroniżmu mhu il-preżenza tiegħu imma huwa l-istatut li aħna lkoll qbilna miegħu u dan biex inkun fair mal-Ministru.", "Il-Ministru, nerġa' ngħid kif kellu kull dritt jagħmel, forsi mar oltre billi kien parteċipattiv ħafna meta intervjena kemm mal-Prim Ministru, kemm mal-Ambaxxatur Cachia Caruana u anke fi stadji ulterjuri.", "Għalkemm hu ma deherx quddiemna formalment bħala xhud naħseb li bit-tip ta' interventi li għamel diġà ħadna quite a clear picture ta' x'jaħseb fuq din is-sitwazzjoni.", "Fil-bidu kont issuġġerejt li jixhed l-ex-Ministru Dalli għax fiż-żmenijiet ta' sħubija hu kien il-ministru responsabbli għall-affarijiet barranin.", "Filli konna qegħdin naqblu li jiġi jixhed u f'daqqa waħda issa qegħdin noġġezzjonaw għalih.", "Fil-kas għiduli u nieqaf hawn.", "Din mhix kwestjoni ħalli jkollna contrasting views imma biex jekk xejn inkunu smajna l-qanpiena ta' min mhux qiegħed fil-gvern illum li ovvjamemnt ikun irid jissapportja l-linja tal-gvern tal-lum.", "Naf x'se jgħid il-Kummissarju Dalli imma ta' lanqas ikollna l-fakultà li nindirizzaw persuna li llum m'għadux fil-gvern, imma li kien ministru għall-affarijiet barranin, anke jekk għal xi ħames xhur biss, fi żmien kruċjali ħafna, fl-opinjoni tiegħi.", "Inħoss li jkun relevanti ħafna jekk meta nhar it-Tnejn immorru fil-plenarja jkollna quddiemna l-fehmiet ta' persuna bħal Kummissarju Dalli.", "Imma jekk intom tħossu li dan għandu jiġi gagged, mhux qed ngħid li għamiltu hekk imma by inference hekk għamiltu, bħalma għamiltu anke fil-każ tal-AG, allura I rest my case u jiġġudika l-poplu.", "THE CHAIRMAN: F'kontest li l-Oppożizzjoni qegħda tinsisti għal dibattitu nhar it-Tnejn li ġej, jien qed nifhem tajjeb li hawn xewqa mill-Oppożizzjoni li jekk hemm bżonn nipposponu?", "TONIO BORG: Mr Chairman, il-laqgħat kollha li ssemmew hawnhekk saru wara li s-Sur-Dalli spiċċa minn ministru għall-affarijiet barranin.", "LEO BRINCAT: Ix-xhieda jridu jispiċċaw il-Ġimgħa stess għax hemm skadenzi u jien kont ċar mill-bidu nett.", "TONIO BORG: Din qalha l-Prim Ministru stess.", "Allura mbagħad intellgħu lill-Onor.", "Michael Frendo li wkoll kien ministru għall-affarijiet barranin.", "Il-punt tiegħi huwa li l-Ministru Dalli kien dam minn Marzu sa Lulju ta' 2004, jiġifieri qabel ma saru dawn il-famużi laqgħat man-NATO u mal-Amerikani.", "Jekk kulħadd jibda jtella' x-xhieda niftħu mare magnum u m'għandniex dan iċ-ċans minbarra li minn dak li ħareġ mill-fatti, fl-opinjoni tiegħi, dan huwa irrelevanti għall-akkuża li hawn hawnhekk.", "LUCIANO BUSUTTIL: Mela inti taf x'se jwieġeb il-Kummissarju Dalli?", "TONIO BORG: Mela nistgħu nitfgħu x-xibka forsi naqbdu xi ħuta!", "Aħna fuq il-mozzjoni tagħkom irridu nimxu!", "L-akkużi kollha li għamiltu fil-mozzjoni huma fuq laqgħat li ġraw wara li l-Kummissarju Dalli kien spiċċa minn ministru għall-affarijiet barranin.", "LEO BRINCAT: Allura qed neħodha formalment li qed toġġezzjonaw.", "Iva jew le?", "TONIO BORG: Minħabba r-relevanza u l-ħin.", "THE CHAIRMAN: L-oġġezzjoni hija purament abbażi ta' relevanza u ta' time constraints ....", "LEO BRINCAT: Kollox sew, allura hemm oġġezzjoni mis-Sedja u mill-Membri tan-naħa tal-Gvern.", "THE CHAIRMAN: Onor. Brincat, staqsejtek biex tindika jekk l-Oppożizzjoni hijiex disposta li l-vot isir f'data differenti.", "TONIO BORG: Fiċ-change of government fl-1998 l-Onor. de Marco kien ministru għall-affarjiet barranin u l-Onor.", "Dalli kien ministru tal-finanzi.", "LUCIANO BUSUTTIL: Qed nitkellmu fl-2004.", "TONIO BORG: Fl-2004 ma nbidilx il-gvern u fl-2003 l-Onor.", "Joe Borg kien ministru għall-affarijiet barranin.", "THE CHAIRMAN: Jekk mhawnx iżjed rimarki allura nistgħu nagħlqu biex ma jkollniex iktar sorpriżi!", "Qed ngħidu li għada se jkollna l-Attorney General fuq dawk iż-żewġ punti u mbagħad immorru fil-plenarja.", "Fid-9.03 pm il-Kumitat aġġorna għall-Erbgħa 13 ta' Ġunju 2012 fis-1:30 pm bil-kontinwazzjoni tad-Diskussjoni marbuta ma' Mozzjoni Nru. 301 ippreżentata fl-20 ta' April 2012 mill-Onor u mill-Onor dwar ir-Rappreżentant ta' Malta għall-Unjoni Ewropea."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20120612_071d_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 12 ta' Ġunju 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:40 p.m.", "L-Onor Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat, ippresieda.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Kumitat ta l-permess sabiex fotografi u cameramen ta' diversi ġurnali u stazzjonijiet ikunu jistgħu jieħu ritratti u filmat tal-ewwel parti tal-laqgħa.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 70 li saret fil-5 ta' Ġunju 2012 kienu konfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-PRESIDENT", "Il-President tal-Kumitat informa li d-dibattitu fil-plenarja fuq din il-mozzjoni kienet se jsir nhar it-Tnejn 18 ta' Ġunju 2012 bejn il-5 pm u d-9.00 pm.", "Il-President ippreżenta formalment lill-Kumitat dawn id-dokumenti li kienu ġew mitluba fil-laqgħa tal-5 ta' Lulju 2012, liema dokumanti kienu diġà ġew komunikati lill-Membrii:-", "Dokument 1123 Ittra datata l-11 ta' Ġunju 2012 mingħand is-Segretarju Privat tal-Prim Ministru dwar korrispondenza interna 'relevanti u relatata' ma' Mozzjoni Nru. 301; u", "Dokument 1124 Ittra datata l-11 ta' Ġunju 2012 mingħand ir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea flimkien mal-job description tiegħu bħala Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea u bħala advisor tal-Prim Ministru.", "Il-President ippreżenta wkoll u poġġa fir-records tal-Kumitat dawn il-ħames riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew li ntbagħtu għall-attenzjoni tal-parlamenti nazzjonali:-", "Dokument 1125 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (COM(2012)0041 – C7-0030/2012 – 2012/0019(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0148;", "Dokument 1126 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 dwar l-amministrazzjoni ta' ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa (COM(2011)0715 – C7-0396/2011 – 2011/0315(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0149;", "Dokument 1127 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2012 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (10222/5/2011 – C7-0076/2012 – 2011/0070(APP)) - P7_TA-PROV(2012)0150;", "Dokument 1128 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2012 dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (tfassil mill-ġdid) (COM(2011)0402 – C7-0190/2011 – 2011/0187(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0197;", "Dokument 1129 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (riformulazzjoni) (COM(2011)0245 – C7-0107/2011 – 2011/0105(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0198; u", "Dokument 1130 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2012 dwar il-Kummerċ għall-Bidla: L-Istrateġija Kummerċjali u ta' Investiment tal-UE għan-Nofsinhar tal-Mediterran wara r-rivoluzzjonijiet tar-Rebbiegħa Għarbija (2011/2113(INI)) - P7_TA-PROV(2012)0201.", "DISKUSSJONI MARBUTA MA' MOZZJONI NRU.", "301 IPPREŻENTATA FL-20 TA' APRIL 2012 MILL-ONOR GEORGE VELLA U MILL-ONOR LUCIANO BUSUTTIL DWAR IR-RAPPREŻENTANT TA' MALTA GĦALL-UNJONI EWROPEA - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat irriżuma d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni mit-Tlieta 5 ta' Ġunju 2012.", "L-Ambaxxatur Richard Cachia Caruana, Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, kompla bix-xhieda tiegħu u wieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu mill-Membri.", "L-Ambaxxatur Richard Cachia Caruana ppreżenta lill-Membri:-", "Dokument 1131 Stqarrija datata t-12 ta' Ġunju 2012 bħala parti mix-xiehda tiegħu dwar Mozzjoni Nru. 301 dwar ir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea.", "Fit-8.55 pm il-laqgħa kienet sospiża għal ftit minuti.", "Fid-9.00 pm il-laqgħa rriżumiet.", "Fil-Kumitat ma ntlaħaqx ftehim dwar il-proposta sabiex s-Sur John Dalli, ex-Ministru tal-Affarijiet Barranin, jiġi mitlub jagħti x-xiehda tiegħu u dan fuq bażi ta' rilevanza u nuqqas ta' żmien disponibbli biex jittellgħu xiehda oħra in vista tal-ftehim milħuq bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra li d-diskussjoni fil-plenarja fuq din il-mozzjoni ssir nhar it-Tnejn 18 ta' Ġunju 2012.", "Il-Kumitat qabel li l-Avukat Ġenerali jiġi mitlub jidher quddiem il-Kumitat sabiex iwieġeb mistoqsijiet dwar il-Partnership for Peace Framework Document u s-Security Agreement.", "Fid-9.03 pm il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa 13 ta' Ġunju 2012 fis-1:30 pm bil-kontinwazzjoni tad-Diskussjoni marbuta ma' Mozzjoni Nru. 301 ippreżentata fl-20 ta' April 2012 mill-Onor George Vella u mill-Onor Luciano Busuttil dwar ir-Rappreżentant ta' Malta għall-Unjoni Ewropea.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120612_071m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 135", "It-Tlieta, 12 ta' Ġunju, 2012", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 12 ta' Ġunju, 2012 fil-5.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni u spjegazzjoni minn ministeri, entitajiet, kumpaniji u għaqdiet volontarji dwar fuq liema bażi xjentifika qed isir ix-xogħol fil-qasam tar-radjazzjoni elettromanjetika li tiġi mill-antenni tat-telefonija ċellulari.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120612_135a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 135", "It-Tlieta 12 ta' Ġunju, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 135", "It-Tlieta 12 ta' Ġunju, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-05:40 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 134, li saret it-Tlieta 5 ta' Ġunju 2012, ġew ikkonfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Fl-aħħar laqgħa konna approvajna l-Għaxar Rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ntitolat \"Il-Vjolenza Domestika.\"", "Nifhem li għal din id-diskussjoni ma kienx hawn kulħadd u allura, għalkemm dan ir-rapport ġie approvat, għad iridu jsiru xi korrezzjonijiet għalih.", "Għaldaqstant inħeġġiġkom sabiex terġgħu tarawhom u, jekk xi ħadd ikun irid idaħħal xi korrezzjonijiet oħra, ikun jista' iġibhom fis-seduta li jmiss.", "U jekk nistgħu nressqu l-korrezzjonijiet minn qabel permezz tal-email, ikun ħafna aħjar ħalli nħaffu l-proċess kemm jista' ikun.", "THE CHAIRMAN: Il-laqgħa tal-lum, kif tistgħu taraw minn fuq l-aġenda tagħna, hija ntitolata 'Harmful effects of electromagnetic radiation (mobile telephony antennas) – Follow-up.'", "Se jkollna diskussjoni u spjegazzjoni minn Ministeri, entitajiet, kumpanniji u għaqdiet volontarji, li jistgħu jkunu wkoll preżenti, dwar fuq liema bażi xjentifika qed isir ix-xogħol fil-qasam tar-radjazzjoni elettromanjetika li tiġi mill-antenni tat-telefonija ċellulari.", "Se nimxu mal-proċeduri kif stabbiliti li bagħatna fl-ittra lill-mistednin tagħna.", "Nixtieq infakkar li, bħala Kumitat, konna ġejna mogħtija preżentazzjonijiet minn numru ta' persuni li jemmnu li l-antenni tal-mobile phones jagħmlu l-ħsara lill-bniedem.", "Dawn il-personalitajiet li ġew quddiemna ħallewlna żewġ rapporti, u jemmnu bis-sħiħ li dawn l-antenni jagħmlu l-ħsara.", "Għaldaqstant, aħna stedinna numru ta' entitajiet sabiex nistaqsuhom, abbażi ta' dawn iż-żewġ preżentazzjonijiet, x'jaħsbu huma minn din, li minn issa 'l quddiem se nibda nsejħilha, l-probabilità tal-harmful effects of electromagnetic radiation.", "Aħna wkoll għandna numru ta' mistoqsijiet li, fil-Minuti tal-laqgħat sussegwenti, konna qbilna li għandhom ikunu l-bażi tal-mistoqsijiet li aħna se nkunu qegħdin nistaqsu.", "L-istess mistoqsijiet, jekk m'iniex sejjer żball, kienu wkoll fl-e-mail li bagħatna lill-entitajiet, li tajnihom x'jifhmu li se nkunu qegħdin nistaqsu dawn il-mistoqsijiet, ħalli huma jagħtuna spjegazzjoni.", "Pereżempju, stedinna rappreżentanti minn kull Ministeru, entità jew kumpanija li huma responsabbli minn dawn l-affarijiet, u għednilhom li se jkunu mistennija jispjegaw fuq liema bażi xjentifika qed isir ix-xogħol fil-qasam tar-radjazzjoni elettromanjetika li tiġi mill-antenni tat-telefonija ċellulari.", "Se jkunu mistennija jgħidu wkoll x'linji gwida jew liġijiet qegħdin jimxu magħhom sabiex jaraw li l-antenni tat-telefonija ċellulari jkollhom l-inqas livell possibbli ta' radjazzjoni.", "Ir-rappreżentanti preżenti għal-laqgħa se jsirulhom mistoqsijiet mill-Membri ta' dan il-Kumitat, u se jkunu mistennija li jiġu ppreparati sabiex iwieġbu dawk il-mistoqsijiet li se jsirulhom.", "Qegħdin nipprovdulhom ukoll link għas-sit tal-parlament ħalli jkunu jistgħu jisimgħu dak kollu li ntqal fl-istess laqgħa, u jkunu nformati dwar dak li ntqal f'din il-laqgħa, u jkunu jistgħu jirrispondu – ħalli nuża din il-kelma – għall-akkuża li dawn l-antenni jistgħu jipprovdu harmful effects.", "Mela nistgħu nsejħu l-ewwel entità sabiex tidħol fil-Kamra.", "U allura nsejħu r-rappreżentanti min-naħa tal-GO.", "(Interruzzjonijiet)", "Skużawni ftit: hawnhekk jiena ċ-Chairman ta' dan il-Kumitat!", "Aħna għandna ftehim u ma nixtieqx niksru, u ma nixtieqx inkun flessibbli żżejjed, għax inkella nitilfu r-ritmu tal-laqgħa.", "Ejjew ħalli nibdew.", "M'għandniex ċans ta' siegħa, u allura naħseb li għandna wkoll din il-presentation tagħkom.", "Nitlobkom tgħadduha lilna u mmorru mill-ewwel għall-mistoqsijiet ħalli nagħmlu l-aħjar użu mill-ħin li għandna għad-disponibilità tagħna.", "Nitlob lil min ikun se jwieġeb sabiex jgħid ismu u minn liema kumpanija ġej, kif ukoll id-designation tiegħu fil-kumpanija.", "Kif diġà għedt, aħna għaddejnilkom kopji tal-presentations li saru lilna.", "F'dawn il-presentations hemm l-akkuża li l-antenni tal-mobile phones jistgħu jħallu effett fuq is-saħħa tal-bniedem, speċjalment tat-tfal.", "Jekk wieħed jara l-preżentazzjoni tal-Professur Daniel Massa, u jħares lejn slide minnhom li kienet tirreferi għall-effett tar-radjazzjoni fuq it-tfal waqt li dawn ikunu qegħdin jużaw il-mobile phone, ikun jista' jara biċ-ċar li jeżisti xi tip ta' effett.", "Naturalment, qiegħed ngħid dan kollu biex nagħmel introduzzjoni qasira dwar din l-akkuża.", "Jekk inħarsu lejn preżentazzjoni oħra li kienet saret minn dan il-grupp, naraw li fl-ewwel paġna qegħdin jgħidu li; \"There is consensus among researchers that children's brains are more vulnerable to cell phone radiation than those of adults\".", "Għandna riċerka differenti li turi li x-xjenzati qed jgħidu li: \"The signal was strongest between 50 metres and 200 metres from the mast.\"", "B'dan il-materjal kollu li bagħatnilkom, x'inhi r-risposta tagħkom fuq din l-akkuża li dawn l-antenni jistgħu verament qegħdin jagħmlu l-ħsara fuq is-saħħa, speċjalment fuq it-tfal li jkunu qegħdin jgħixu fil-viċinanzi ta' dawn l-antenni?", "IS-SUR STEFAN BRIFFA (Senior Manager, Regulatory Affairs, GO): L-operaturi ovvjament mhumiex xjentisti, u allura mhumiex l-aktar nies ikkwalifikati sabiex jaraw x'inhi tgħid ix-xjenza.", "Biss, mir-riżultati tax-xjenza, joħorġu l-liġijiet u r-regoli.", "Li nista' ngħid fiż-żgur hu li l-GO ssegwi skrupulożament dawn ir-regoli, u jekk ikun hemm dan it-tip ta' concerns li jiġu kkonvalidati mix-xjenza, ovvjament ir-regoli jinbidlu u l-GO ssegwihom definittivament.", "THE CHAIRMAN: Pereżempju, tista' issemmi x'tip ta' regoli bħala GO qegħdin issegwu?", "U inti, bħala l-ap tal-qasam regolatorju, qegħdin taraw li ssegwuhom bl-iktar mod skrupluż?", "Ma nafx jekk nistax nirreferikom għall-preżentazzjoni li ġibna magħna, għaliex hemmhekk fil-fatt semmejna xi wħud minnhom.", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Il-parti rilevanti tibda minn paġna 8, fejn hemmhekk għandek il-parti tal-planning u li, allura, forsi dik hija l-aktar fuq l-ambjent – kif jidher mast u affarijiet bħal dawn – imma, in terms ta' tħassib li ġie espress hawnhekk, naħseb li f'paġna 9 ssibu l-framework li japplika għall-EMFs.", "Kull operatur tal-mobile telephony, jew kull operatur li juża radio frequencies, irid ikollu l-liċenzja hawn Malta, u din toħroġ ukoll mir-regoli tal-EU.", "Jiġifieri ma tistax taqbad u tiftaħ kumpanija tal-mobile hekk, imma trid l-ewwel tapplika, imbagħad ikun hemm konkors u, jekk tirbaħ il-frekwenzi, tkun tista' tużahom għal perijodu ta' żmien.", "Dan ikun regolat minn liċenzja speċifika għalik.", "Fost ir-regoli li jkun hemm fil-liċenzja, jkun hemm ovvjament dik li inti trid iżżomm ma' livelli ta' emissions li jkunu stabbiliti mill-awtoritajiet Maltin, imma li huma bbażati fuq regoli internazzjonali.", "MICHAEL GONZI: Imma dawn il-frekwenzi tiċċekkjawhom?", "Dawn isiru fuq inizjattiva tagħna, u anke minħabba r-regoli li jeżistu.", "MICHAEL GONZI: Kemm isiru bid-dettall dawn?", "Jiġifieri intom, pereżempju, tiċċekkjaw sa 100 metru minn mast?", "Jew sa 200 metru minn mast?", "THE CHAIRMAN: Ħalli nkompli nżid mal-mistoqsija li għadu kif għamel l-Onor.", "Tistgħu tagħtuna spjegazzjoni bħala kumpanija – u kien proprju għalhekk li ridnikom tidħlu individwalment – fuq kif qegħdin twettqu din il-ħidma ta' sorveljanza, u kemm-il mast għandkom mxerrdin ma' Malta u Għawdex?", "MICHAEL GONZI: Jekk ma jimpurtax, nixtieq nagħmel erba' mistoqsijiet oħra.", "Intom bħala GO tiċċekkjaw il-frekwenza tal-GO biss?", "Qed ngħid hekk għax, jekk hemm tliet masts ħdejn xulxin, il-frekwenza ta' dawk it-tliet masts ma' xulxin tirdoppja, tittrippla jew ma jkun hemm differenza ta' xejn?", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Le, mhux neċessarjament, imma li nista' ngħidlek żgur hu li aħna niċċekkjaw ...", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri ma jittripplawx?", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Eżatt.", "Li nista' ngħid hu li aħna niċċekkjaw tal-GO, imma l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni tiċċekkja ta' kulħadd.", "MICHAEL GONZI: Intom bħala GO tiċċekkjaw tagħkom biss?", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Iva, tagħna biss.", "MICHAEL GONZI: U r-regolaturi suppost li jiċċekkjaw il-frekwenzi ta' kollha kemm intom biex jaraw jekk hemmx akkumulazzjoni?", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Hawnhekk naħseb li jkun jista' jweġibkom aħjar l-inġinier tagħna, peress li hu stess jagħmilhom.", "MICHAEL GONZI: Jekk ma jimpurtax qabel iwieġeb, nixtieq nistaqsi mistoqsija oħra.", "Is-size tal-mast tagħmillek varjazzjoni?", "Fis-sens li, ftit tas-snin ilu, l-masts kienu ta' ċertu għoli u mbagħad, wara ċertu żmien, dawn irriduċew il-heights tagħhom.", "Naf li intom m'għandkomx x'taqsmu ma' din il-biċċa tax-xogħol għax din kienet deċiżjoni tal-MEPA, imma din taffettwa l-frekwenza li jkun hemm viċin jew lejn il-mast?", "IS-SUR MARTIN ZAMMIT (Senior Manager, Radio Networks, GO): Ħalli nipprova neħodhom waħda waħda.", "L-ewwel nett, fil-preżentazzjoni din l-area hija ttrattata fis-slides li hemm f'paġni 14 u 15, b'mod partikolari f'paġna 15, fejn nirreferu għall-fatt li, kemm meta waħda minn dawn is-siti tkun qiegħda tiġi ddisinjata, jiġifieri nkunu għadna ma bdejnihiex, imma iktar u iktar meta base station tinbena, jittieħdu mill-ewwel il-measurements neċessarji.", "Il-mod ta' kif jittieħdu l-measurements huwa wkoll stabbilit minn dawk l-istess regolamenti tal-ICNIRP, li din proprju tistipula mhux biss il-livelli massimi, imma anke l-metodu ta' kif jiġu mkejla l-emission levels, u dak hu li aħna nagħmlu.", "Jiġifieri, appena xi waħda minn dawn l-istallazzjonijiet tiġi attivata, jsir dan is-survey fejn jiġu meħuda kwantità ta' measurements li jkunu bbażati fuq proċedura standard, u dawk il-measurements jiġu miġbura f'rapporti li nżommu aħna, imma li nagħtuhom ukoll lil min jitlobhom, inkluż lill-MCA.", "Kif qal is-Sur Stefan Briffa, l-MCA jagħmlu l-audits tagħhom, li huma audits indipendenti, u li aħna m'aħniex involuti fihom.", "Naturalment aħna, għal skopijiet interni tagħna, naċċertaw ruħna li l-emission levels huma within the limits stipulati f'dawn il-guidelines tal-ICNIRP.", "Rigward il-mistoqsija fuq jekk il-metodu ta' kif jittieħed il-measurement jinbidilx skont ħaġa jew oħra, nista' ngħid li le, il-measurement dejjem isegwi proċedura standard.", "U forsi niċċara l-mistoqsija ta' sieħbi, meta nkunu fuq is-sit u nieħdu l-measurements, l-istrument li jintuża biex jitkejjel il-livell ma jafx x'inhi t-transmission tal-GO, tal-Melita, tal-Vodafone jew inkella trasmissjonijiet oħra ta' broadcasters tat-television jew tal-istazzjonijiet tar-radju.", "Fil-fatt, dawk kollha huma sources ta' EMF li aħna ninsabu ċċirkondati bihom, u l-istrument ikejjel l-aggregate ta' dawk l-emissions kollha li jeżistu fuq dak is-sit, jiġifieri kemm tagħna kif ukoll trasmissjonijiet u emissions li jista' ikun hemm fil-viċinanzi.", "Mela jien qiegħed inkejjel fuq is-sit fejn ikollna s-sit tagħna, imma l-apparat ma jafx liema hu tagħna u liema mhuwiex, imma jkejjel kollox.", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri m'hemmx differenza bejn l-electro magnetic radiation tal-antennae u radiation oħra?", "M'hemmx differenza bejn ir-radiation tat-televisions u tas-satelliti u r-radiation tal-mobiles?", "Jiġifieri meta inti għandek makna li qed taqralek xi ħaġa, din tkun qed taqralek ta' kulħadd u ta' kollox?", "IS-SUR MARTIN ZAMMIT: Wieħed irid jikkwalifika x'irid jgħid bil-kelma \"kollox\".", "L-istrument huwa ddisinjat biex ikejjel l-electro magnetic fields.", "MICHAEL GONZI: Imma l-frekwenza tal-mobile mhijiex differenti mill-frekwenza tat-television?", "IS-SUR MARTIN ZAMMIT: Għandna tipi differenti ta' trasmissjonijiet li huma fi frekwenzi differenti.", "Anke l-mobile networks li għandna għandhom frekwenzi differenti, jiġifieri għandek il-GSMs u l-UMTS li huma kollha teknoloġiji designed mir-regolaturi … F'din il-preżentazzjoni nsibu slide li tispjega dawn l-affarijiet.", "Imma hemm ukoll trasmissjonijiet oħra li mhumiex tal-operaturi tal-mobile telephony, imma xorta huma electro magnetic fields.", "Eżempji tipiċi huma t-trasmissjonijiet tal-broadcasting tat-televiżjoni u tar-radju.", "MICHAEL GONZI: U jekk il-frekwenzi jkunu differenti?", "IS-SUR MARTIN ZAMMIT: L-istrument ikejjel range ta' frekwenzi, u mhux ikejjel frekwenza waħda speċifika.", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri jekk inti qiegħed ħdejn dar u qed tiċċekkja l-frekwenzi u ssibu għoli, ma tistax tgħid li ġej mill-aerial tal-GO jew mill-aerial tat-tali kumpanija, għax jista' ikun ġej mit-televiżjoni jew mir-radju.", "Allura għaliex tagħmlu l-measurements?", "IS-SUR MARTIN ZAMMIT: Biex tkun ċert li m'intix għoli bħala total.", "MICHAEL GONZI: U jekk ikun għoli jista' ikun li ma jkunx min-naħa tiegħek, imma jista' ikun li ġej minn tat-television?", "IS-SUR MARTIN ZAMMIT: F'dak il-każ, huwa l-irwol tal-MCA li tara dawn l-affarijiet.", "Jiġifieri, jekk ikun hemm xenarju fejn il-livell massimu stabbilit mir-regolamenti noqorbuh, jew addirittura naqbżuh, allura tidħol l-MCA biex tara liema hu dak is-sors partikolari li qiegħed iġiegħel il-livell għoli li jintlaħaq.", "MICHAEL GONZI: Ġieli ġara hekk hawn Malta?", "Safejn naf jien qatt ma ġara hekk.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CARMELO ABELA: L-ewwelnett nixtieq nirringrazzjakom talli ġejtu għal din il-laqgħa.", "Jiena kont qiegħed nifli daqxejn il-presentation tagħkom, u nista' ngħid li aħna m'għandna l-ebda dubju jew m'għandniex għalfejn niddubitaw li intom m'intomx timxu mar-regoli tal-MEPA.", "Imma l-ikbar concern li għandna bħala Kumitat, u li smajniha bħala Kumitat, hija fejn tidħol is-saħħa.", "Fil-presentation tagħkom, rightly so, semmejtu l-aspetti l-oħra tal-liġi u r-regolamentazzjoni, u napprezza li niżżiltuhom; imma fejn jidħol l-aspett ta' saħħa, ma tantx naraha daqshekk ċara f'moħħi.", "Fil-fatt, se nirreferi għal paġna 17 slide 33, fejn qed jingħad hekk: 'What are we doing to address the public's concerns?'", "Imbagħad insibu konklużjoni ċara minn naħa tagħkom bħala kumpanija, speċjalment fl-aħħar sentenzi fejn qed tgħidu hekk: 'Should you be concerned? – There is no need to be concerned about the emission (or exposure) of a radio base station.", "Iċ-Chairman, fl-introduzzjoni tiegħu, kkwota parti minn preżentazzjoni differenti li naħseb anke intom rajtu.", "U naħseb li anke l-WHO stess – li kkwotajtu fl-istess presentation tagħkom – hija kkonċernata dwar dan.", "Jiġifieri, ma nistax nifhem kif wasaltu għall-konklużjoni li qisu dawn ma jagħmlu l-ebda deni, u m'hemm l-ebda studju li juri dan.", "L-istatement hawnhekk huwa ċar, u għalhekk qed nistaqsikom, għax l-iktar uġigħ ta' ras ta' dan il-Kumitat mhuwiex dak li m'għandux ikollna avvanz fit-teknoloġija, jew li jkollna operaturi differenti, imma li filwaqt li jkollna dan l-avvanz, fl-istess ħin irridu naraw li ma mmorrux lura mill-aspett ta' saħħa.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nżid mistoqsija oħra: agħtuna ftit aktar deskrizzjoni ħalli nipprovaw nifhmu kif tkejlu r-radjazzjoni li toħroġ minn antenna tal-mobile phone.", "Agħtuna spjegazzjoni li jifhmuha t-tfal, ħalli jkun qed jifhimha kulħadd.", "Meta tkejlu, tkejlu l-emissjonijiet kollha, u allura ma tkunux tafu jekk hijiex tagħkom jew ta' ħaddieħor.", "U allura kif tistgħu sserħulna rasna li m'hemmx periklu, meta dak li qed tkejlu ma tafux jekk huwiex tagħkom jew inkella huwiex ta' ħaddieħor?", "Hemm kejl ta' radjazzjoni differenti minn spazji differenti?", "Jiġifieri intom tkejlu x'inhu l-effett tar-radjazzjoni mill-istess bejt li fuqu tkun imwaħħla dik l-antenna?", "Tistgħu tkejlu minn 15-il metru 'l bogħod ta' dik l-antenna?", "Tistgħu tkejlu x'inhu l-effett tar-radjazzjoni ta' dik l-antenna minn 50 metru 'l bogħod?", "X'tip ta' kejl qegħdin tieħdu meta tgħidu li qegħdin tkejlu l-livell ta' radjazzjoni?", "MICHAEL GONZI: Ir-radiation minn antenna, aktar kemm tgħaddi 'l fuq, aktar ikun hemm decay?", "Jekk hemm decay, intom tieħdu measurements ta' fejn l-iktar se jkollok radiation, speċjalment jekk għandek djar ħdejn l-antenna?", "Id-decay safejn jista' jasal, if you know what I mean?", "IS-SUR MARTIN ZAMMIT: Fil-fatt ipprovajna nindirizzaw uħud minn dawn il-mistoqsijiet fi slides li hemm proprju fil-bidu tal-presentation, fejn hemmhekk tistgħu taraw spjegazzjoni tal-kunċett tas-cellular network.", "Il-kelma \"cellular\" minn fejn ġejja?", "In-network tikkonsisti minn dawn iċ-ċelloli, fejn kull ċellola hija l-antenna u l-apparat assoċjat magħha.", "U allura n-network tikkonsisti minn dawn iċ-ċelloli li waħda ġġonġi mal-oħra, u ġġonġi f'iktar minn sens wieħed.", "Pereżempju, jekk inti ħriġt mill-coverage ta' waħda, awtomatikament dħalt fil-coverage tal-oħra li hemm maġenbha, imma inti ma tindunax b'dan proprju għaliex in-network jieħu ħsieb li jagħmel dak li ngħidulu l-hand over.", "Kif qed taraw f'dawn is-slides apposta, hemm il-kunċett ta' ċelloli żgħar u ċelloli kbar.", "Iċ-ċelloli żgħar fejn hemm iktar density ta' bini, u allura jridu jkunu aktar viċin ta' xulxin, u ċ-ċelloli kbar fejn hemm inqas bini, għaliex dawn jistgħu jsiru 'l bogħod minn xulxin.", "MICHAEL GONZI: Għax il-bini jtellef?", "IS-SUR MARTIN ZAMMIT: Għaliex ir-radio signal irid jippenetra l-bini sabiex jilħaq il-klijenti li qegħdin ġewwa.", "Biex nirrispondi ftit il-mistoqsijiet li saru dwar il-measurements, u nkompli mal-ispjegazzjoni li kont qed nagħmel qabel, irrid ngħid li l-istrument li jintuża, minn natura tiegħu, jkejjel l-emissjonijiet kollha f'dik il-bandwidth, jiġifieri minn ċerta frekwenza sa ċerta frekwenza, skont l-istrument li tuża sabiex inti tkejjel il-global emission level.", "U allura ma jieħux il-livell speċifiku ...", "JUSTYNE CARUANA: Ippermettili ftit ħalli nara jekk iniex nifhem sew.", "Intom hawnhekk qed tirrappreżentaw lill-kumpannija GO.", "Ġieli jkollok bejt fejn ikollok iktar minn antenna waħda u allura, f'dak il-każ, meta tmorru tkejlu, tkunu qegħdin tkejlu ta' kulħadd?", "Bilfors tkun qed tkejjel ta' kulħadd, għax l-istrument ma jafx li s-signal huwa tal-GO jew tal-Melita, eċċ. L-istrument ikejjel all the EMF emissions, u mhux biss il-mobile base station emissions, but any EMF emissions that are detectable on the roof minn fejn aħna nkunu qegħdin inkejlu.", "JUSTYNE CARUANA: Imma intom fuq tagħkom ikollkom kontroll għax tkunu tafu jekk dik l-antenna hijiex qed tiffunzjona kif suppost, imma fuq l-oħrajn just tmorru on the spot mingħajr ma tistgħu tkejlu, imma toqogħdu biss fuq l-emissions li joħorġu?", "IS-SUR MARTIN ZAMMIT: Kieku jinqabżu l-livelli massimi stabbiliti mir-regolamenti, hemmhekk jiskatta awtomatikament l-irwol tal-MCA sabiex tistabilixxi liema hu dak is-sors li qed jikkawża problema.", "Fl-esperjenza tiegħi, għadni qatt ma ltqajt ma' sitwazzjoni simili.", "JUSTYNE CARUANA: U din kemm-il darba ġrat?", "Qatt ma ġrat?", "THE CHAIRMAN: Il-livelli aċċettabbli għalikom, li qed tirreferi għalihom, tista' tgħidilna x'inhuma?", "IS-SUR MARTIN ZAMMIT: L-istrument huwa kkalibrat għall-istandards internazzjonali sabiex jaqra a percentage of the maximum level.", "Il-livelli massimi joħorġu mbagħad mill-ICNIRP u l-istrument jgħidlek ...", "JUSTYNE CARUANA: Imma aħna rridu nkunu nafu min jikkalibrah, x'inhuma l-persentaġġi massimi, jiġifieri altru qed tgħidli 10%, altru qed tgħidli 50%, u ta' xiex u ta' kemm?", "IS-SUR MARTIN ZAMMIT: Tipikament, il-measurements li jittieħdu – u nerġa' ngħid li huwa l-irwol tal-MCA li twettaq din il-funzjoni, imma aħna nagħmluha wkoll – jkunu a fraction of a percentage of the maximum, jiġifieri nkejlu 0.5% or 0.4% u dak il-0.4% jew 0.5% ikun it-total tal-emissions kollha li jkunu detectable mill-istrument f'dak il-post fejn qiegħed jitkejjel il-livell.", "JUSTYNE CARUANA: L-apparat min jikkalibrah?", "JUSTYNE CARUANA: U jikkalibrah skont il-parametri tagħna jew skont parametri internazzjonali?", "IS-SUR MARTIN ZAMMIT: Jikkalibrah skont international standards għal dak l-istrument.", "JUSTYNE CARUANA: Meta tmur hemmhekk bl-istrument quddiem l-antenna, dan attwalment jeħodlok il-measurements li hemm?", "Ikejjel mhux dak li attwalment ikun ħiereġ mill-antenna?", "IS-SUR MARTIN ZAMMIT: Ikejjel dak li attwalment ħiereġ, imma aħna jinteressana l-percentage tal-maximum.", "JUSTYNE CARUANA: Jiġifieri intom ma tafux kemm joħroġ?", "Mela dik il-1% ġejja mit-total tal-emissions kollha ...", "IS-SUR MARTIN ZAMMIT: Mit-total tal-emissions kollha li huma measureable f'dak ...", "MICHAEL GONZI: Jekk jien għandi tlett antennas u t-tlieta li huma qed jagħtu 5, 5 u 5, dik il-makna se tagħti t-total ta' kollox?", "IS-SUR MARTIN ZAMMIT: Hekk hu.", "JUSTYNE CARUANA: Imma jekk din tiġi kkalibrata fuq livell internazzjonali, jittieħdu ċ-ċirkostanzi tagħna, għax Malta, mhux bħall-Amerka jew bħall-Ingilterra, jiġifieri bħala territorju m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq territorji kbar, u barra minn hekk, il-konċentrazzjoni tagħna hija aktar dense minn postijiet oħra?", "IS-SUR IAN GAUCI (GO): Ejjew nibdew mill-parametru li mobile operator huwa liċenzjat.", "Prattikament, inti għandek tliet liċenzji, l-aktar waħda importanti hija tal-ispectrum frequency.", "Din mhijiex xi ħaġa li jista' jeħodha kulħadd għax tqum ħafna flus, u hija riżorsa scarce għall-gvern, u allura meta tiġi allokata, anke l-MCA per se, taħt il-guidelines tal-Ministeru, għax il-Ministeru huwa dak li jallokaha bħala frekwenza.", "U, f'dawn iċ-ċirkostanzi, hemm tliet frekwenzi; 900Mhz, 1.800Mhz u 2.100Mhz, skont it-teknoloġija li hija bbażata fuq dik ta' barra minn Malta, jiġifieri ma vvintajna xejn Malta.", "Hemm direttivi u deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea fuq l-ispectrum; imbagħad l-MCA f'dan il-każ tallokaha lill-operatur, u ħafna drabi jkun hemm kondizzjonijiet very tacit fuqha.", "Waħda mill-kondizzjonijiet hija dawn l-istandards li qed issemmu intom hawnhekk.", "U rrid inżid punt ieħor, għax dawn għandhom valur ta' liġi, peress li qegħdin stabbiliti fil-liġi u huma obbligatorji għall-operaturi.", "L-operaturi jridu jżommu mal-ICNIRP levels to a maximum, għax hemm massimu tal-ICNIRP levels.", "U għalhekk huma jieħdu persentaġġ, għax hemm massimu.", "Mhux hekk biss, għax dik il-liġi ma teżistix biss mil-lat ta' operaturi.", "Dik il-liġi kienet ukoll Council Recommendation antika li l-European Commission qatt ma biddlet, imma jekk taraw l-istorja tagħha, bejn l-2007 u l-2009 kien hemm l-MEPs li pprovaw, u dejjem l-outcome tal-Commission kien wieħed ċar: m'hemmx evidenza biżżejjed biex din tinbidel.", "Aħna bħalma għedna qabel, l-operatur jekk jiġi mandat xi ħaġa fuqu, aħna għandna liċenzja, hemm il-liġi and we are not scientific people, so we comply.", "Biss din ma tapplikax għall-mobile operators biss, imma tapplika wkoll għall-ħaddiema.", "L-electro magnetic frequency mhijiex xi ħaġa tipika għall-masts jew għall-mobiles, li huma żewġ affarijiet totalment differenti, imma hija xi ħaġa tipika.", "Id-dar għandek il-microwave, baby monitors, cordless phones u wi-fi.", "Dawn kollha jarmu l-electro magnetic frequency, u għandek ħaddiema li jaħdmu fihom.", "Mela l-Unjoni Ewropea, way back fl-2004, ħarġet Direttiva partikolari li tagħmel riferenza wkoll għall-ICNIRP levels, u din tapplika biss dik li jgħidulha l-Physical Agents Directive, u tapplikaha għal dawk in-nies li jaħdmu in exposure to these levels.", "Fil-fatt bilkemm jissemmew l-operaturi, imma jissemmew dawk li huma exposed for gamma rays, jiġifieri dawk li jaħdmu l-isptar, u dan it-tipi ta' nies.", "U din tkopri lil kulħadd.", "Il-livelli huma iktar għoljin minn dawk li tapplika l-ICNIRP għall-emissions, għax dawk huma baxxi.", "Jiġifieri aħna, bħala operatur, apparti li għandek dik mil-lat ta' emissions minħabba l-mast, bħal kull wieħed li jħaddem, din tapplika għal kulħadd u aħna nosservawha.", "Jiġifieri importanti ħafna li jekk ikun hemm pike – li skont il-kollega tiegħi qatt ma kien hemm pike – huma obbligati li jikkollaboraw bejnithom.", "Dan jista' ikun hemm ħaddiema tagħhom fuq il-post, u jista' ikun hemm ħaddiema oħra.", "Dik hija l-pożizzjoni.", "CARMELO ABELA: Imma meta qed ngħidu li qed nieħdu fraction, ifisser li qed ninjoraw il-kumplament?", "IS-SUR IAN GAUCI: Il-fraction fuq il-maximum.", "Ħalli jispjega aktar fid-dettal is-Sur Zammit għax importanti li din tiġi spjegata.", "CARMELO ABELA: Ħaġa oħra li lili nkwetatni kienet meta xi ħadd minnkom qal li dawn il-waves jippenetraw il-bini.", "Mela, jekk jippenetraw il-bini, ara x'saħħa għandhom, u żgur li ma tistax tqabbilhom ma' microwaves jew inkella ma' affarijiet oħra.", "Jien m'inix tekniku, imma r-raġunament tiegħi jgħidli li hawnhekk għandek xi ħaġa qawwija biex saħansitra tippenetra l-bini.", "U jekk qed tippenetra l-bini li fih naturalment għandek in-nies jgħixu fih … Imma din tal-fraction tinkwetani, fis-sens li ma nafx jekk hux qed tieħdu stampa żgħira, u allura ma nistgħux inkejlu l-effett sħiħ.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nkompli mal-mistoqsija tal-Onor.", "Meta tkun qed tkejjel il-fraction, inti tkun qed tkejjel at that actual moment, imma mbagħad għandek in-nies li huma exposed ġurnata sħiħa għal dawn il-waves.", "Għandek tfal reqdin ġo sodda l-lejl kollu, u qegħdin 50 metru 'l bogħod mill-mast.", "U allura, f'dak il-każ, il-fraction mhijiex iktar ta' sekonda fuq il-moħħ ta' dawk it-tfal jew ta' dik il-persuna, imma hija xi ħaġa kontinwa għal dawk is-sigħat kollha li jagħmlu f'dik il-binja.", "Allura dak il-fraction meta qed tkejlu ma jkunx harmful, imma meta mbagħad qed ikun kumulattiv, ma jistax jispiċċa harmful?", "Ħalli nerġa' nispjega ruħi.", "Microwave xegħeltu fi x'ħin ridt, u mobile phone stajt weġibtu u stajt ma weġibtux, imma lilna jgħidulna li l-effett tal-mast qiegħed hemmhekk il-ħin kollu fuqek, anke jekk ma tridux.", "Inti jekk tlaqt minn post u mort f'post ieħor, se ssib mast ieħor u se jerġa' ikollok l-istess effett fuqek.", "U biex inti għandek is-saħħa li tippenetra l-bini, allura meta aħna nimxu minn post għal ieħor, qed inkunu l-ħin kollu taħt l-effett ta' dawn ir-raġġi.", "Jekk m'aħniex nintlaqtu minn mast A, qed nintlaqtu minn mast B jew minn mast C, li kollha qegħdin fir-radius ta' 50 to 100 metres from each other.", "Allura l-effett tal-kejl li inti qed tgħid li qed tkejjel at that moment in time, meta se jkun akkumulattiv, ma jistax ikun veru li joħloq electro magnetic field li tista' tikkawża l-kanċer jew il-leukemia lill-bniedem, kif fil-fatt għandna postijiet li huma ikbar minna – bħall-Awstralja – u li qegħdin jieħdu l-precautionary initiative, mentri hawnhekk m'aħniex neħduha?", "IS-SUR MARTIN ZAMMIT: Forsi hemm żewġ affarijiet li wieħed irid jiċċarahom.", "Meta nkunu qed niċċaqilqu, m'aħniex esposti biss għall-EMF mill-masts tal-mobiles, imma nkunu esposti anke għall-wi-fi.", "Jekk inti m'għandekx wi-fi d-dar tiegħek, il-probabilità hi li l-ġirien għandhom, u allura inti xorta espost għalihom.", "Fil-fatt, jekk ikollok laptop u tfittex network, issib ħamsa, sitta u anke għaxra!", "Barra minn hekk, inti forsi ma tħobbx tisma' ir-radio u ma tħobbx tara t-television, imma xorta l-EMFs mir-radio u mit-television qegħdin hemm.", "Fir-radio u fit-television hemm inqas masts, u allura jarmu iktar saħħa.", "Il-vantaġġ li jkollok ħafna masts huwa li l-power ikun żgħir ħafna.", "Ma jkunux ikkonċentrati għaliex li jiġri – kif spjega l-kollega tiegħi – hu li kull mast isservi dik li jgħidulha s-cell.", "Il-mast ta' ħdejha sservi s-cell tagħha, u allura dawn ma jidħlux f'xulxin, jiġifieri għandek mast li qed isservi area, u imbagħad għandek mast oħra li qed isservi l-area li tmiss magħha.", "CARMELO ABELA: Imma inti għandek mast ta' kumpannija, u għandek mast oħra ta' kumpannija oħra.", "Jiġifieri dawn mhux qed iservu l-istess ...?", "IS-SUR IAN GAUCI: Se norbot din mal-mistoqsija li għamiltu qabel.", "X'hemm differenza f'mast?", "Intqal li mast qiegħda barra, u allura inti dejjem qiegħed espost għaliha, speċi dik ma tistax titfiha.", "Mil-lat ta' fraction li hija l-fraction tal-massimu, dik il-fraction tkopri wkoll li inti tidħol ġewwa.", "Għalfejn qed tkopri wkoll?", "Hawn se nerġa' naqa' lura għall-obbligi tagħna.", "Obbligu ta' operatur huwa meta jiġi sanċit b'liċenzja li tkopri nation-wide coverage.", "Dan ifisser mhux biss barra, imma anke ġewwa.", "Tgħiduli għalfejn qed tagħfas fuq dawn l-affarijiet?", "Importanti li nagħfas fuqhom biex tieħdu konjizzjoni tagħhom.", "Mela hemm l-ICNIRP levels li japplikaw għall-operaturi, u m'hemm l-ebda operatur li jkopri barra u mhux ġewwa, la Malta u mkien.", "Mela dak il-massimu ta' fraction li qed jittieħed u li qiegħed fil-liġi tagħna, jitkejjel minn barra u japplika wkoll mil-lat li jrid jidħol ġewwa.", "X'jiġri meta ma jidħolx ġewwa?", "Meta ma jidħolx ġewwa, jkollok nies li jistaqsu lill-operatur – u din tapplika across the board – għal specific repeaters.", "U allura, meta ma jidħolx ġewwa, mhux kwestjoni li żżid l-output power – ma jagħmluhiex – imma hija kwestjoni li inti jkollok bżonn repeater.", "Mela japplikaw għar-repeater, u hemmhekk l-operatur jiddeċiedi jwaħħalx repeater jew le fid-dar fejn il-power mhux qed tkun biżżejjed.", "Ħafna drabi jiddependi mid-dar, mill-ispessur tal-ħitan, mill-fatt jekk hijiex dar antika, u xi djar għandek madwarek.", "Jiġifieri it's complex.", "Imma meta jiġri hekk, ikollna klijenti li jitolbu repeater u jingħatalhom wieħed.", "CARMELO ABELA: Ir-repeater jaħdem bl-istess mod, imma fuq skala iżgħar, ta' antenna?", "IS-SUR IAN GAUCI: Iva, u jkun qiegħed ġod-dar tagħhom.", "IS-SUR MARTIN ZAMMIT: Forsi nikkompletaw l-ispjegazzjoni non-teknika tal-fraction.", "Bażikament, l-ICNIRP tgħidlek \"at any one point in time\", mhux at any one point in time għal minuta, imma għal continuous exposure.", "Persuna, biex tkun safe, m'għandhiex ikollha iktar minn 100 units … ejjew ngħidu 100 units, ħalli nagħmluha vera sempliċi.", "Meta l-persuna teknika tagħna – imbagħad għandek l-MCA tkejjel ukoll – tkun qed tkejjel is-sorsi kollha tal-EMF, jiġifieri jekk huwiex mast tal-GO, Vodafone, Melita jew tar-radio, television, wi-fi – għal dak kollu li huwa sors ta' EMF – u flok toqgħod taħdem is-somma inti, jekk, pereżempju, hi tgħidlek 100 u inti ġibt 0.5 u tagħmel fraction, l-equipment jagħmillek il-percentage hu.", "Meta jitkejlu, dawn tipikament ikunu inqas minn 1, jiġifieri jekk hi tgħidlek li biex inkunu safe rridu nkunu minn 100 'l isfel, meta jitkejlu dawn kollha ġo area, ir-reading ikun inqas minn 1, jiġifieri less than 1%.", "MICHAEL GONZI: Hemm xi guidelines jew xi affarijiet differenti bejn Malta u pajjiżi oħrajn, li f'Malta qed isiru għax f'Malta u f'pajjiżi oħra ma jsirux?", "Jiġifieri intom timxu eżatt skont guidelines li jsiru fl-Unjoni Ewropea, jew skont guidelines li jsiru minn Malta?", "Fuq il-masts li jkun hemm fi proprjetajiet privati, hemm xi maintenance routine li trid issir?", "Se nerġa' naqbad mas-sizes tal-masts: hemm xi size partikolari għal pajjiżna li jrid ikun ta' ċerta daqs?", "Jekk il-mast ikun ta' ħames sulari, se tagħmel differenza fuq il-catchment area?", "Jekk il-frequency qed tmur exponentially, la hemm is-cells, minn fejn teħduh ir-reading?", "Minn fejn sa fejn?", "Għax jekk għandek mast u għandek dar ħdejha, ovvjament se jkollok xi tip ta' kejl, pereżempju, trid tittieħed 10 metres 'il bogħod, jew trid tittieħed 50 metres 'il bogħod?", "U trid tittieħed darba fis-sena, darba fix-xahar,eċċ?", "IS-SUR IAN GAUCI: Ħalli nirrispondi, ma jmorrux jaħsbu li ma rridux nirrispondu!", "Naħseb li taqblu magħna li konna xi ftit ibbumbardjati!", "Semmejtu l-islide fejn fiha qed jingħad li m'hemmx concern.", "Bħalissa l-IARC, l-International Agency for Research on Cancer, qalet li m'hemmx serious concerns.", "L-istess il-WHO, jekk taraw l-aħħar reports tagħhom u, jekk tridu, nagħtikom kopja tal-official statement.", "Għandek ukoll il-Commission li qalitha several times, u hija prova ċara għalfejn ir-Recommendation, li issa hija liġi, qatt ma tbiddlet.", "Dejjem kien hemm review tagħha, imma qatt ma nbidlet.", "Aħna għamilna wkoll riferenza għal dawn, għax intom ikkwotajtu minn page 11 tal-presentation.", "Issa hawnhekk aħna qed ngħidulkom min huma l-international bodies.", "Għandek slide 21 u slide 22, fejn prattikament il-WHO hija t-top authority hawnhekk.", "Nispera li rrispondejtkom fuq dik il-mistoqsija.", "Rigward ir-regolamenti, rrid ngħid li aħna għandna regolamenti sija mil-lat ta' x'tista' tpoġġi f'liċenzja li huma harmonized, għax hemm direttivi tal-ICNIRP dwar emissions li japplikaw għal kulħadd u mhux biss għall-Ewropa.", "Imma hemm pajjiżi li pprovaw jiddevjaw.", "Għandek pajjiżi, bħall-Isvizzera u Spanja, li setgħu ddevjaw għaliex kull komun qisu pajjiż għalih, u allura ċ-ċirkostanzi tagħhom huma differenti.", "MICHAEL GONZI: Rigward is-size tal-mast?", "IS-SUR MARTIN ZAMMIT: Tistgħu taraw waħda slide 5 intitolata \"Coverage and Capacity\"?", "Meta inti tiġi biex tibni l-mobile network għandek dak it-trade-off, jiġifieri inti trid tipprovdi mhux biss il-coverage, u allura kull ċellola trid tipprovdi l-coverage f'area speċifika li tkun iddisinjat dik is-site biex tkopri dik l-area, u mhux area ikbar jew area iċken, u tissodisfa l-kriterju tal-coverage.", "Imma mbagħad trid tissodisfa wkoll il-kriterju tal-capacity.", "Jiġifieri jekk inti, fid-design tiegħek bħala inġinier f'dan il-qasam, tipprova tkopri area li hija kbira ħafna, se teċċedi l-kapaċità tal-apparat tiegħek biex iġorr dak it-traffiku, u għalhekk kemm id-daqs taċ-ċelloli jvarja, kif ukoll dak li inti sejjaħtlu l-għoli tal-masts.", "Fil-verità, x'inhu dak li inti qiegħed tara?", "Inti qiegħed tara struttura tal-ħadid, li mbagħad magħha hemm attached il-panel antennae, li jikkreaw dik l-EMF f'dik l-area.", "Issa skont kemm ikun għoli dak il-pole, you will maximize coverage.", "Jista' ikun hemm postijiet fejn ikun jaqbel li l-mast ikun ċerta għoli biex iġġib iżjed coverage, filwaqt li ma tkunx daqshekk concerned fuq il-capacity, jiġifieri you maximize coverage by raising the height.", "Jew inkella jidħol imbagħad il-kriterju l-ieħor fejn inti taf li hemm a very dense area, jew taf li se jkun hemm ħafna traffiku ġġenerat f'area relattivament żgħira, u allura ma jkunx jagħmel sens li tagħmilhom għoljin aktar milli hemm bżonn, għaliex tkun qiegħed teċċedi l-capacity li dik iċ-ċellola kapaċi ġġorr.", "Mela d-design ta' kull ċellola jrid jiddetermina x'inhu l-optimum height sabiex tilħaq dawn il-kriterji, imma dejjem dawk l-emission levels ma jinqabżux.", "IS-SUR MARTIN ZAMMIT: Il-limitations ta' height jiġu minn fatturi tekniċi u minn fatturi ta' permitting mil-lat ta' MEPA.", "MICHAEL GONZI: Niftakar li fil-MEPA kien hemm height limitation, u mbagħad f'salt minnhom din kienet ġiet imnaqqsa.", "IS-SUR MARTIN ZAMMIT: Hemm kriterji li huma differenti, u hawnhekk tistgħu taraw slide 8 li titkellem fuq ir-regulatory framework mil-lat ta' MEPA.", "Fil-fatt hemm Legal Notice speċifika li tirreferi għad-Development Notification Order Framework, imma hemm areas fejn id-DNO mechanism ma japplikax, u mbagħad hemm proċedura itwal.", "In any case, hemm l-elementi ta' estetika u s-sensittività tal-bini fejn qiegħed tibni.", "Jista' ikun li aħna nkunu nixtiequ nagħmluhom ta' ċertu għoli biex inkopru area kbira, imma mbagħad tkun qiegħed tikser xi parametru ta' estetika li jistabbilixxu l-Lands.", "CARMELO ABELA: Hemm ċerti masts li ma tapplikawx għall-permess.", "Fil-fatt, hemm Legal Notice 115, li kienet inbidlet, fejn tgħid li sa ċertu height – jekk niftakar tajjeb ħames metri – m'hemmx għalfejn tapplika għall-permess, imma tista' taqbad u twaħħal l-antenna.", "Il-fatt li jaqbad u jwaħħal l-antenna mingħajr … Jiġifieri qed ngħidu li sa ħames metri there is no harm?", "Ridt ngħid xi ħaġa wkoll rigward il-qasam tas-saħħa.", "Kellna studju differenti li skont l-IARC juru tendenzi differenti, jiġifieri jiddependi liema studju wieħed jara.", "Anke fl-istess rapport li għaddejtielna inti, Sur Gauci, mhux qed jgħidu li m'hemmx, imma qed jgħidu li m'hemmx evidenza biżżejjed fil-każ.", "Mhux qed ngħidu li m'hemmx, għax inkella qisna qed ngħidu m'hemmx għalfejn li wieħed jinkwieta, imma hemm għalfejn wieħed jinkwieta kemm mill-istudju li għamlu l-istess IARC kif ukoll …", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Hawnhekk ovvjament wieħed jidħol fil-mod ta' kif taħdem ix-xjenza.", "Aħna żgur m'aħniex esperti fil-mod ta' kif taħdem ix-xjenza, imma forsi hawn minnkom li għandhom daqsxejn ta' background xjentifiku, u dawn jafu li xjentist qatt ma jgħidlek 100% żgur li dik mhux se tiġri.", "Ix-xjenza tgħidlek li huma għamlu ħafna studji, u li dawn l-istudji huma validi, għax ovvjament mhux kull studju jista' jiġi kkonvalidat.", "Fil-fatt, l-IARC tistudja u tagħmel review ta' mijiet ta' studji, biex imbagħad tkun tista' toħroġ bil-konklużjonijiet tagħha.", "U minn hemmhekk għamlet differenzazzjoni l-IARC, u din hija importanti.", "It-titolu ta' dik il-Press Release li tajtkom tista' tkun daqsxejn misleading, għax titkellem fuq radio frequency etc, imma meta wieħed jaqra daqsxejn iktar 'l isfel, fl-ewwel paġna jsib li l-IARC qabdet rapporti u rat tlett affarijiet: (i) exposure for mobile phone use, għax ovvjament ikun hawn nies li għal żmien twil jużaw ħafna l-mobile; (ii) occupational exposure, għax għandek nies li jaħdmu f'ambjent fejn hemm l-EMFs, kemm jekk huwa wi-fi jew whatever; u mbagħad hemm (iii) environmental exposure li, għal dan l-argument, naħseb li huwa l-iktar wieħed rilevanti, jiġifieri li tkun fl-ambjent normali.", "Meta wieħed jara r-riżultati, l-IARC qiegħda tgħid għal min juża l-mobile ta' spiss, u għal ħafna snin hemm possibility … Fil-fatt l-IARC għandha ħames kategoriji, jiġifieri meta qed tgħid \"possibility\", hija waħda mill-kategoriji li hija two-way mingħalija.", "THE CHAIRMAN: Le, mhux bħall-kafè!", "Trid tispjega.", "Meta qed tgħid hemm 'probabilità', il-probabilità ta' xiex?", "Qed nistaqsi dan biex ikollna transcript miktub sew.", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Waħda mill-kategoriji hija limited evidence of increased incidence of carcinogenicity, jiġifieri hemm evidenza limitata, imma hemm evidenza.", "THE CHAIRMAN: Hemm probabilità li ...", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Le, hemm evidenza limitata.", "Jiena rrid noqgħod ma' dak li qed tgħid l-IARC.", "Dik tapplika għall-heavy use of mobile phones, u importanti li ngħiduha, għax mhuwiex il-mast.", "Fil-fatt, il-mast huwa covered fis-sentenza li tiġi wara.", "Ħalli naqra daqsxejn dawn iż-żewġ sentenzi biex niċċaraw dawn l-affarijiet.", "Mela t-titolu ta' din il-Press Release tista' ikun daqsxejn misleading, imma meta mbagħad taqra x'sar fid-dettal, issib id-differenza.", "Fil-fatt, ħafna mill-istudji li joħorġu li jista' ikun hemm xi evidenza tkun għal min juża l-mobile ħafna, mhux għal min huwa exposed għall-mast.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmel riferenza għar-rapport li konna bagħatnilkom flimkien mal-istedina li għamilnilkom, fejn f'paġna 17 tar-rapport li ġie ppreżentat mill-Professur Daniel Massa, nsibu din il-mistoqsija: \"Għandna naċċettaw linji gwida tal-ICNIRP?\"", "Aħna naqblu ma' dan, imma fil-ħidma tagħkom, bħala kumpanija, kemm qed isir eżerċizzju fejn intom tipprovdu lill-poplu Malti – lill-klijenti tagħkom – comprehensive information about potential EMF risks?", "Apparti minn hekk, tistgħu tagħtu garanzija bħala kumpanija li dawn l-antenni tal-mobile, bl-effetti tagħhom, mhu qed jagħmlu l-ebda ħsara terminali, speċjalment fuq it-tfal li kontinwament ikunu esposti għar-radjazzjoni minn dawn il-masts?", "IS-SUR IAN GAUCI: Jien se nirrispondi l-ewwel parti tal-mistoqsija.", "U naħseb li r-risposta tista' teħodha mill-general industry practice.", "Jekk taraw fl-Ewropa kollha fejn jiġi wżat l-ICNIRP, il-Commission, li at the end of the day ...", "THE CHAIRMAN: Imma issa qegħdin nitkellmu fuq Malta.", "Intom bħala kumpanija qegħdin taħsbu li tagħtu the public with balanced, clear and comprehensive information about potential EMF risks?", "IS-SUR IAN GAUCI: Se nasal għaliha.", "L-ewwel ħaġa aħna dejjem nagħmlu riferenzi għal dawn, u barra minn hekk hemm ukoll l-MCA.", "Il-GO, li kienet l-ewwel mobile provider, fil-bidu dak iż-żmien kien hemm in-Nortel Networks u, jekk tridu, nista' inġibilkom il-packs tan-Nortel li aħna konna nqassmu.", "Mhux talli hekk, imma talli aħna, bħall-Vodafone u l-Melita, nifformaw parti mill-we form part of what is called GSM Association fejn, mil-lat ta' operaturi, l-ħin kollu nħeġġu u noħorġu Press Releases fuq l-effetti li jista' ikun hemm, jekk jista' ikun hemm, fuq kif jintuża l-mobile, self-use of mobile, eċċ. Jekk tridu dawn nistgħu nagħtuhomlkom ukoll.", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Forsi l-kollega tiegħi, s-Sur Martin Zammit, ikun jista' jispjega aħjar.", "On a day-to-day basis, aħna xi kultant ikollna kuntatti minn nies li jkollhom xi concerns għax ikollhom mast viċin tagħhom, u aħna nagħmlu sforz biex nispjegawlhom bejn wieħed u ieħor dak li qed ngħidu llum hawnhekk b'mod sempliċi biex dak li jkun jifhimna.", "THE CHAIRMAN: Komplu spjegaw x'ħidma qed issir mill-kumpanija tagħkom sabiex tinformaw lill-pubbliku in ġenerali li dawk li jgħixu fil-viċinanza ta' dawn il-masts x'inhuma l-potential EMF risks.", "Jiġifieri, r-riskji li hemm intom kif titkellmu dwarhom?", "Agħtuna eżempju ta' eżerċizzju li tagħmlu intom.", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Kif diġa' għedna, aħna nżommu ma' dak li tgħid ix-xjenza, essenzjalment għal raġuni sempliċi, li dak li tgħid ix-xjenza huwa rifless fir-regoli ...", "THE CHAIRMAN: Inti għadek kemm qrajtilna minn Press Release ta' entità li tittratta fuq l-effetti tax-xjenza, u inti wrejt b'dak li għadek kemm qrajt li x-xjenza, b'mod jew b'ieħor, dejjem titkellem fuq probabilità ta' riskji …", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Fil-każ tal-masts, mhux hekk hemm.", "THE CHAIRMAN: Imma hemmhekk tkellmet b'mod ċar fuq l-industrija kollha, jiġifieri tkellmet ukoll fuq il-masts.", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Le, dak ir-rapport tkellem fuq l-użu tal-mobile phones.", "MICHAEL GONZI: M'hemm kategorikament imkien li l-masts ma jagħmlux ħsara.", "M'hemm xejn, daqskemm m'hemm xejn fuq affarijiet oħra.", "Jien li jinteressani hu li qed tagħmlu l-maintenance fuq il-masts, li dawn qed isiru kif suppost, u li hemm xi regolamenti li qegħdin isiru.", "THE CHAIRMAN: Intom tistgħu tagħtu garanzija li dawn l-antenni, bl-effetti tagħhom, ma jagħmlux ħsara terminali, speċjalment fuq it-tfal li jkunu qegħdin jgħixu fil-viċinanza tagħhom?", "Iva jew le?", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Jien spjegajt diversi drabi li aħna m'aħniex xjentisti.", "THE CHAIRMAN: Imma bħala nies responsabbli minn kumpanija, intom tistgħu tagħtu garanzija – u din nixtieq nistaqsiha lil kulmin jiġi quddiemi – li m'hemmx effetti terminali, speċjalment fuq tfal, li jkunu fil-viċinanza ta' dawn il-masts?", "Iva jew le?", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Il-garanzija hi li sal-lum ma jeżisti l-ebda studju kbir li jgħid li hemm dik il-problema.", "Jiena, u l-kollegi tiegħi, u l-ebda ħadd fl-industrija, u l-ebda xjentist ma jista' jagħtik dik il-garanzija.", "IS-SUR IAN GAUCI: Nixtieq nippreċiża punt żgħir.", "Napprezza li ċ-Chairman qed jistaqsi din il-mistoqsija, imma let's call a spade a spade.", "Tant kemm hu veru li aħna nipprovaw naraw li nagħmlu anke dak li m'hemmx fil-liġi, jigifieri we do our testing, everything.", "Se nirrispondik fuq il-garanzija, u dan jistgħu jikkonfermawh sija tal-Health u sija tal-MCA.", "Fil-fatt, jekk aħna nagħmlu xi ħaġa li tmur kontra l-liġi, they fine us, and the fines are very hefty!", "Apparti l-fatt li hemm ukoll effett fuq l-end user.", "At the end of the day, aħna m'aħniex qed inbigħu fuq il-Monti, imma l-valur tagħna huwa s-subscriber, jiġifieri jekk inti taffettwa s-subscriber, awtomatikament you've lost your business and you're out.", "Li nista' niggarantilek jien hi li dak li jsir mil-lat tal-operatur … Intom m'intomx se temmnuha din għax lill-operatur dejjem tarawh bħala xi ħadd li huwa biased, imma huwa dejjem fl-aqwa interess tiegħu għax huwa business, imma wkoll fl-aqwa interess tal-utent.", "Għaliex?", "Għax l-interess tal-utent long term huwa l-interess tal-business; mela mingħajr utent m'hemmx business.", "U nista' niggarantilek ukoll – u din niggarantihielek mil-lat ta' operatur – li aħna nottemporaw ruħna ma' kull leġislazzjoni u ma' kull standard li jiġi mandated.", "(Interruzzjonijiet)", "JUSTYNE CARUANA: Jien nixtieq inkun naf kemm hemm masts jew antennae fil-viċinanzi ta' skejjel, jew ġo skejjel, jew ġo premises oħra bħal knejjes, postijiet ta' tuition u ġonna pubbliċi, jew fil-viċinanzi ta' ġonna pubbliċi.", "Ma nafx jekk għandkomx l-informazzjoni available, imma jien nixtieq inkun naf kemm għandkom masts u fejn qegħdin.", "Barra minn hekk, hemm ħaġa oħra li tinkwetani: li jkollok aktar minn operatur wieħed li jagħżlu spazju komuni, u qishom kollha jagħmlu clustering ta' masts ħdejn xulxin.", "Safejn naf jien, intom kompetituri, u allura li jkollok bejt wieħed li fuqu jkollok żewġ operaturi jew tlieta ...", "IS-SUR IAN GAUCI: Se nirrispondik fuq l-aħħar mistoqsija.", "Noqogħdu attenti kif nitkellmu għax anke l-European Commission … Ejjew ninsew ir-raġġi, imma mil-lat ta' qafas regolamentorju li jirregola t-telecoms, issemmi wkoll dak li jgħidulu mast sharing, u din ma ssemmihiex minħabba health, imma ssemmiha mil-lat ta' kompetizzjoni.", "Għaliex?", "Għax inti meta għandek operatur li għandu network, u li dan, at the end of the day, għandu n-network f'postha u għandu s-subscribers miegħu, allura jekk inti trid lil xi ħadd jikkompeti, biex jaqbad jagħmel network u jikkompeti ma' xi ħadd li diġà għandu l-economies of scale f'posthom, hija prattikament impossibbli.", "Allura, mill-ambitu ta' kompetizzjoni, l-European Commission issemmi wkoll il-prinċipju ta' mast sharing.", "Jekk taraw id-direttivi li għadhom kemm ġew updated issa taraw li din hija qiegħda hemm.", "Veru li m'għandhiex x'taqsam ma' health, imma għandha x'taqsam ma' kompetizzjoni.", "Jiġifieri, din hija prassi li anke barra minn Malta jużaw.", "Din kienet tintuża wkoll fil-broadcasting.", "Infakkarkom li l-broadcasting f'Malta, mil-lat ta' radio, kien hemm site partikolari li kulħadd kien idur fuqha.", "JUSTYNE CARUANA: Lili din li qed tinkwetani: meta intom tiġu għas-site sharing, x'arranġamenti jew x'diskussjonijiet isiru, u x'testijiet isiru jekk, pereżempju, ikollok tnejn li diġà qegħdin hemmhekk, u intom tiddeċiedu li tridu tmorru hemmhekk ukoll?", "IS-SUR IAN GAUCI: Qabel spjegajna li l-measurements mil-lat ta' calibration …", "IS-SUR IAN GAUCI: L-ewwel ħaġa f'Malta hija rari.", "Jien qed nistaqsi x'tagħmlu qabel.", "IS-SUR IAN GAUCI: Ħalli ngħidlek għalfejn f'Malta hija rari.", "Se nerġa' naqa' fuq il-livell ta' kompetizzjoni biex nispjegaw ftit l-affarijiet … dejjem jekk tħalluni nispjega.", "Dik tagħmel sens jekk, pereżempju, għandek lil xi ħadd li se jinvesti f'teknoloġija ġdida, u għandek lil xi ħadd li għadu dieħel.", "Hemmhekk tagħmel sens li jkun hemm, jekk huwa fattibbli, għax dejjem it's based fuq economic reasonableness li tagħmilha, li inti għandek lil xi ħadd ġdid dieħel fis-suq u li dan, minflok jagħmel network ġdida, they share masts.", "Fil-każ tagħna hija differenti, għax aħna għandna operaturi li they are pretty much stabbiliti bil-masts tagħhom u kollox.", "Jiġifieri, anke l-element ta' mast sharing, li jkollhom jistudjawh mil-lat ekonomiku, ma jagħmilx sens.", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Tajjeb ngħidu li meta qed nirreferi għall-mast, inkunu qed nirreferu biss għall-arblu, li fuqu mbagħad trid twaħħal l-antennae.", "Meta jsiru l-measurements, isiru mhux ta' dawk li hemm fuq l-arblu, imma ta' sorsi oħrajn u li meta tgħoddhom flimkien, xorta nkunu qed nitkellmu fuq fraction ta' dak li l-ICNIRP tgħidlek li m'għandekx taqbeż.", "(Interruzzjonijiet)", "IS-SUR MARTIN ZAMMIT: Kien hemm mistoqsija fuq l-iskejjel u se nirrispondiha.", "Aħna m'għandna l-ebda stallazzjoni fuq xi skola jew fuq xi educational facility oħra.", "M'għandna l-ebda installation fuq educational institutions.", "Aħna bħala GO m'għandna l-ebda waħda fuq xi skola.", "THE CHAIRMAN: Mela nitolbok tagħmel dikjarazzjoni.", "IS-SUR MARTIN ZAMMIT: Aħna bħala GO m'għandna l-ebda antennae installation fuq xi skola jew educational institution.", "JUSTYNE CARUANA: Għandkom xi internal policy dwar id-distanzi li intom normalment tosservaw meta tiġu biex twaħħlu dawn l-istallazzjonijiet fejn hemm postijiet bħal skejjel, eċċ. li normalment ikunu ffrekwentati mit-tfal?", "IS-SUR MARTIN ZAMMIT: Jekk qiegħda tistaqsini jekk immorrux nagħmluhom fuq l-iskejjel, nista' ngħidlek li ma nagħmluhomx fuq skejjel.", "JUSTYNE CARUANA: Inti qed tgħid le.", "Imma d-distanza bejn l-antenna u l-iskola kemm tkun?", "IS-SUR MARTIN ZAMMIT: M'hemm l-ebda policy li tgħid li rridu nżomm tali distanza minn xi bini partikolari.", "JUSTYNE CARUANA: Imma intom iżżommu xi kriterju bħal dan?", "JUSTYNE CARUANA: Jiġifieri qed tgħidli li fuq skola ma twaħħluhiex antenna, imma mbagħad sa metru 'l bogħod tistgħu twaħħluha?!", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Ma nwaħħluhiex, għaliex l-esperjenza ta' operaturi oħra kienet dik li tant il-Headmaster ta' dik l-iskola partikolari jiġi bbumbardjat mill-ġenituri li mhuwiex worth it li tidħol għal dak il-hassle u tpoġġi l-Headmaster f'dik is-sitwazzjoni imbarazzanti.", "JUSTYNE CARUANA: Imma mbagħad next door tagħmluha!", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: X'imkien trid twaħħalha.", "(Interruzzjonijiet) Aħna ma mmorrux infittxu next door to a school, imma jekk ikun hemm bżonn, iva, nwaħħluha hemm.", "IS-SUR IAN GAUCI: Ħalli nkunu onesti: it's not because of health concerns li ma titwaħħalx.", "JUSTYNE CARUANA: Jien qed nistaqsikom jekk intom għandkomx xi internal policy fuq din il-kwestjoni.", "JUSTYNE CARUANA: Imma, mhux għax ma jridux huma ma jagħmluhiex, imma minħabba problemi loġistiċi ...", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Fil-każ tal-GO, għax ma rridux aħna, għax mhux worth it li nidħlu f'dak il-hassle kollu.", "JUSTYNE CARUANA: Għax mhux worth it ma tagħmluhiex, għax kieku worth it tagħmluha?", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Għax ma rridux aħna.", "IS-SUR IAN GAUCI: Ħalli ngħid l-aħħar ħaġa, u nagħlaq biha.", "Ma naħsibx li hija fair li ngħidu li kieku \"worth it\" nagħmluha.", "At the end of the day, il-GO u kull operatur f'dan il-qasam għandu l-utent bħala l-ħobża tagħhom.", "Jiġifieri hemm elementi oħra.", "THE CHAIRMAN: Il-biża' tiegħi – u jekk hawn xi ħadd li ma jaħsibhiex bħali jista' jgħidli – hu li minħabba l-profitti u minħabba l-avvanz li jeħtieġ li jkun hemm fl-attività kummerċjali, ħafna drabi nispiċċaw ninsew l-element ta' x'jista' veru joħloq ħsara lill- persuna.", "Intom tajtuna spjegazzjoni tajba, u jiena nemmen fil-ġenwinità tagħkom; imma naħseb l-interess lejn l-avvanz kummerċjali ta' dak li aħna qegħdin inbigħu u tal-profitti li rridu nagħmlu, jisbqu bil-wisq l-element ta' x'inhu effettivament qed iħalli effett fuq is-saħħa tal-individwu li qiegħed ikun ibbumbardjat kontinwament bir-radjazzjoni.", "Naħseb li l-fatt li x-xjenzati ma jistgħux jaqblu u jgħidu li hemm a harmful effect, qegħdin nagħmlu economic gain minn fuq dan in-nuqqas.", "S'issa hekk għadni naħseb.", "Issa jekk hemm bżonn li nkomplu nfittxu biex naraw il-verità eżatt x'inhi … Imma nħossni ftit xettiku rigward dan kollu.", "IS-SUR MARTIN ZAMMIT: Forsi nistgħu nagħmlu l-aħħar kumment ħalli nagħtu ċans lil ħaddieħor sabiex jgħid tiegħu.", "Fuq bażi personali, ma naqbilx ma' dak l-assessment.", "Fl-aħħar mill-aħħar, il-kumpaniji mhumiex xi ħaġa fittizja, imma huma magħmula minn nies.", "L-industrija tħaddem 'il fuq minn 2.000 ruħ, u ħafna minnhom għandhom il-familja tagħhom.", "Pereżempju, li jien kelli xi biża' fuq dawn l-affarijiet, inkun l-ewwel wieħed li nitkellem, għax ġimagħtejn oħra se mmur noqgħod f'post ġdid u maġenbi hemm proprju mast.", "Jien għandi tfal żgħar ukoll, u nassumi li nħobbhom daqskemm iħobbhom ħaddieħor.", "Inħobb naqra fuq is-suġġett ukoll, u kieku nkun l-ewwel wieħed li noħroġ qatta' bla ħabel kontra l-GO.", "Ma ninsewx li, għalkemm dawn huma kumpaniji, huma magħmulin minn nies, u n-nies jgħixu hawnhekk ukoll.", "Il-masts qegħdin kullimkien, u se jaffettwaw kullimkien u lil kulħadd.", "L-impjegati li jaħdmu fl-industrija tal-mobiles jgħixu fis-soċjetà bħal ħaddieħor, u huma viċin tal-wi-fi, viċin tal-mobile u viċin ta' kollox.", "Aħna m'aħniex speċjali, imma aħna nies bħal ħaddieħor.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Insejjaħ lir-rappreżentanti tal-Melita Plc sabiex jidħlu.", "Nixtieq nerġa' nirrepeti dak li għedt fil-bidu ta' din il-laqgħa, u ċioè li din il-laqgħa hija trasmessa live permezz tal-Internet, u għalhekk irridu noqogħdu attenti għal dak li se ngħidu.", "Min-naħa tagħna, se nistaqsu l-mistoqsijiet abbażi taż-żewġ rapporti li konna bagħatnilkom, u li kienu ngħataw lilna bħala presentations minn persuni li jemmnu li l-antennae tal-mobiles għandhom effett ta' magnetic radiation, speċjalment fuq it-tfal.", "Fuq dan nixtieq l-ewwel idea tagħkom.", "Mela intom rajtu dawn il-presentations li fihom informazzjoni tal-WHO, li turi ċerti dubji rigward li dawn l-antennae għandhom il-probabilità li jħallu ċerti effetti ta' radjazzjoni.", "U f'April tal-2009, kien hemm riżoluzzjoni fil-Parlament Ewropew dwar riskji serjissimi għas-saħħa marbutin mar-radjazzjoni elettro-magnetika minħabba mobile phone base stations.", "Dak huwa dak li qegħdin nitkellmu fuqu aħna bħala theddida.", "M'aħniex nitkellmu fuqu aħna biss, imma qegħdin nisimgħuh minn diversi entitajiet.", "Tistgħu tagħtuna r-risposta tagħkom dwar dan?", "DR THERESIENNE MIFSUD (Head of Legal & Regulatory Affairs, Melita Plc): Kellkom spjegazzjoni ta' kif jaħdem is-settur, u x'inhu l-qafas regolatorju li jirregola s-servizz tat-telekomunikazzjoni tal-mobiles?", "DR THERESIENNE MIFSUD: Kieku kont nispjegalkom li aħna, bħala operaturi, noperaw f'suq li huwa rregolat mill-MCA u minn entitajiet oħra, bħal pereżempju, il-MEPA, f'dak li għandu x'jaqsam mal-istallazzjonijiet, filwaqt li l-MCA timponi regoli li qegħdin kemm fil-liċenzja tagħna, kif ukoll fil-liġi li aħna rridu nosservaw.", "U aħna rridu nosservaw dawk li jgħidulhom l-ICNIRP guidelines.", "Issa min huma l-ICNIRP?", "Fi slide 23 tal-presentation, qegħdin nagħtu daqsxejn ta' informazzjoni fuq l-ICNIRP.", "L-ICNIRP huwa grupp ta' esperti indipendenti li qegħdin hemmhekk biex jevalwaw l-effetti tal-EMFs fuq is-saħħa tal-bniedem, u biex jagħtu parir bbażat fuq ix-xjenza.", "Jekk tidħol fuq is-sit tal-ICNIRP innifisha u tara min huma l-independent experts, issib li dawn kollha għandhom background xjentifiku, u huma stess iridu jagħtu dikjarazzjoni billi jesprimu jekk għandhomx conflict of interest.", "Jiġifieri, bħala esperti jridu jikkonfermaw ukoll – fil-fatt qiegħda fi slide 24 – li huma mhu qed jirrappreżentaw la l-industrija u lanqas il-pajjiż tagħhom.", "Fil-fatt, dawn ġejjin minn pajjiżi diversi, fosthom mill-Isvezja, mill-Amerka, mill-Awstralja u minn diversi pajjiżi oħra minn madwar id-dinja.", "L-ICNIRP, bħala an independent group of experts hija rikonoxxuta wkoll mill-World Health Organization kif ukoll mil-liġi Maltija.", "U allura aħna, bħala operatur fis-settur tat-telefonija ċellulari, qegħdin nosservaw ir-regoli li qegħdin stabbiliti kemm fil-liġi u kemm fil-liċenzja tagħna.", "Il-WHO jaraw dan is-settur, u josservaw dawn l-effetti tal-EMF.", "Fil-fatt, ilhom josservawh mill-1996, meta ssettjaw an international EMF project, u allura mhijiex xi ħaġa li ġiet issettjata fl-1996 u waqfet hemm, imma qed issir b'mod regolari.", "Dawn huma r-regoli stabbiliti.", "Aħna bħala operaturi qegħdin nimxu mar-regoli stabbiliti u mandati mil-liċenzji tagħna.", "THE CHAIRMAN: Tistgħu tgħidulna x'inhuma l-proċeduri tagħkom sabiex tkejlu l-effett tal-electro magnetic radiation mill-masts li għandkom madwar Malta u Għawdex?", "JAMES SPINA (Head of Distribution Networks, Melita Plc.): Aħna, kull meta nkunu se ntellgħu antenna ġdida, nieħdu r-readings qabel ma nistallawha biex naraw x'livelli ta' EMF hemm qabel nistallaw.", "U mbagħad nerġgħu nieħdu r-readings wara li nistallaw l-antenna, biex naraw li m'aħniex qegħdin neċċedu l-limits imposti mill-ICNIRP.", "JUSTYNE CARUANA: X'inhuma dawn il-limits?", "JAMES SPINA: Dawn huma l-general public exposure limits.", "JUSTYNE CARUANA: Ħu paċenzja spjegalna ftit, għax ngħid għalija ma nifhimx f'dawn l-affarijiet.", "JAMES SPINA: L-ICNIRP tistabbilixxi numru ta' livelli li m'għandhomx jinqabżu f'post partikolari.", "Hemm il-basic restrictions li huma l-livell minn fejn tibda l-ICNIRP, u mbagħad hemm il-precautionary factors li jittieħdu fuq dawn ...", "THE CHAIRMAN: Ir-reading tagħhom x'inhu?", "JAMES SPINA: Bħala numri?", "Li jkun qed jittieħed ikun qed jieħu measurement tal-EMF f'dak il-post, u l-meter joħroġ il-valuri.", "JUSTYNE CARUANA: Imma x'inhu dan?", "JAMES SPINA: Il-valur impost mill-ICNIRP fuq il-frekwenza ta' 20-100, li fiha noperaw aħna, huwa ta' 61 volts per metre.", "MICHAEL GONZI: Allura jekk il-voltaġġ jew il-frequency jaqbeż il-100, u jitla' għal 150 jew 200, x'jiġri fuq is-saħħa tal-bniedem?", "JAMES SPINA: Jiena m'inix bniedem mediku u għaldaqstant ...", "MICHAEL GONZI: Għaliex din l-Association għamlet dan il-cut-off?", "MICHAEL GONZI: Ta' xiex?", "Dawn huma mistoqsijiet li ma staqsejnihomx lill-oħrajn.", "Għaliex kien hemm din il-cut-off?", "Kien hemm raġuni għaliex kien hemm cut-off?", "DR THERESIENNE MIFSUD: Ma nafux il-proċeduri li adottaw l-ICNIRP biex waslu għal dawk il-livelli.", "Ovvjament, aħna qed nadottaw ir-riżultat ta' dak l-istudju, imma m'għandniex aktar informazzjoni ta' kif waslu għalihom.", "THE CHAIRMAN: Imma kif qegħdin tagħmlu s-sorveljanza tagħkom biex taraw li ma jinqabiżx dak il-kalkolu li l-ICHNRP qed tgħid li m'għandux jinqabeż?", "JAMES SPINA: Il-power tal-base station se jkun relattivament stabbli, jiġifieri jvarja, imma ma jvarjax beyond certain limits.", "Aħna li nagħmlu hu li, meta nkejlu, inkejlu l-EMF fil-post fejn qegħdin inkejlu, kemm dak li qed nittrasmettu aħna, kif ukoll dak li ġej mill-ambjent, peress li f'dak il-post partikolari jista' ikollok lil ħaddieħor.", "Dawn il-frekwenzi fil-fatt jistgħu jkunu ġejjin mit-TV, eċċ.", "CARMELO ABELA: Imma 61 huwa għalikom biss?", "JAMES SPINA: 61 huwa l-livell massimu li jista' ikun hemm f'post wieħed, ġej minn fejn ġej.", "DR THERESIENNE MIFSUD: Jista' ikun qed joriġina minn base stations oħrajn, minn wi-fi solutions, etc.", "JAMES SPINA: Dak aħna ma neċċedux il-1% tiegħu.", "JUSTYNE CARUANA: Il-parameters tas-61 kemm tista' tkun il-catchment tiegħu?", "JAMES SPINA: Is-61 qiegħed għall-general public, għax l-ICNIRP tagħmel numru ta' livelli: il-general public exposure level li huwa s-61; imbagħad għandek l-occupational power level li huwa ogħla.", "L-occupational power level għandu factor ta' 10 bħala precautionary level u l-general public għandu factor ta' 50.", "Ir-raġuni hi li l-occupational level se jkun hemm inqas frekwenti u se jkun hemmhekk volontarjament, mentri għall-general public huwa hemmhekk involuntary, jiġifieri m'għandux kontroll, u allura hemm factor ta' 50 ...", "JUSTYNE CARUANA: Qed tgħidilna 61; jiġifieri qiegħda nifhem li l-exposure limit huwa ta' 61, hux hekk?", "JAMES SPINA: Meta qed ngħidlek li aħna nieħdu readings li jkunu 1% tal-valur, dan ikun tal-general public.", "JUSTYNE CARUANA: Ma' dan hemm abbinat il-livell ta' frekwenza mad-distanza?", "JAMES SPINA: Id-distanza dejjem hija fattur minħabba li s-signal jonqos bl-isquare tad-distanza, jiġifieri jonqos b'rata mgħaġġla iktar kemm inti 'il bogħod.", "Meta qed tħares lejn general public, id-distanza tiġi kkonsidrata billi jekk xi ħadd jista' b'mod involontarju jiġi f'pożizzjoni li jkun viċin ta' dik l-antenna, mela dak għandu jitqies general public, u trid taddotta l-livelli tal-general public exposure levels li huma l-factor ta' 50.", "JUSTYNE CARUANA: Dwar l-installation tal-antennae għandkom xi policies li taddottaw intom, jew xi kriterji oħra li normalment ma twaħħlux fuq skejjel, knejjes jew fil-viċinanzi ta' xi playing field?", "Xi tgħidulna dwar dan?", "DR THERESIENNE MIFSUD: Ovvjament hemm il-konsiderazzjoni tan-network innifisha, jiġifieri aktar milli tħares lejn lokalità jew ...", "JUSTYNE CARUANA: Imma dik minħabba s-service providing.", "DR THERESIENNE MIFSUD: Is-servizz trid tħares lejh mhux bħala post jew bħala lokalità, imma bħala network sħiħa.", "Fejn jiġu mibnija dawn is-sites hemm il-proċedura tal-MEPA li aħna nsegwu u li ħafna drabi ma jkollokx bżonn development application ...", "JUSTYNE CARUANA: M'għandekx bżonn DNO, imma taqbad u tagħmilha.", "DR THERESIENNE MIFSUD: F'ċerti ċirkostanzi jkollok bżonn a full development application.", "JUSTYNE CARUANA: Jien mhux dak li qed nistaqsi.", "DR THERESIENNE MIFSUD: Fuq l-iskejjel jien nista' ngħidilkom li aħna bħala operatur m'għandniex antennas fuq skejjel.", "JUSTYNE CARUANA: Per scelta għax tagħżlu intom jew għax hemm xi ċirkostanzi li jaffettwaw din l-għażla tagħkom?", "JAMES SPINA: M'hemmx raġuni … Bażikament ma kellniex bżonn nagħmlu antennae fuq skejjel.", "JUSTYNE CARUANA: U jekk ikollkom bżonn?", "DR THERESIENNE MIFSUD: S'issa aħna nsegwu l-liġi.", "Jekk ikun hemm obbligu tal-liġi li b'xi mod jillimita ċerti sites ...", "JUSTYNE CARUANA: Il-liġi ma tgħidlek xejn.", "Inti legal representative tal-kumpanija, u żgur li taf x'qiegħda nipprova ngħidlek.", "DR THERESIENNE MIFSUD: Dak li qed ngħid jien.", "JUSTYNE CARUANA: Intom bħala internal policy fuq skejjel qiegħda tgħidli li m'għandkomx, imma jekk in-neċessità tas-service providing tirrikjedi li toqorbu lejn skola jew li tmorru ġo skola, intom x'tagħmlu?", "DR THERESIENNE MIFSUD: Naħseb li hemm ukoll limitazzjoni ta' aċċessibilità tal-post.", "Fil-fatt, meta jkollok site trid tiżgura li dik is-site tkun aċċessibbli, anke f'każ ta' fault.", "Issa trid tkun aċċessibbli 24 by 7, u jekk l-iskejjel ikunu magħluqin fis-sajf, fil-Milied u f'perijodi oħra, mhijiex fattibbli bħala ...", "JUSTYNE CARUANA: Jiġifieri għax mhijiex fattibbli, mhux għax intom as a rule teskludu ...", "JUSTYNE CARUANA: Jiġifieri jekk ma tkunx skola imma jkun bini maġenb l-iskola, tagħmluha?", "DR THERESIENNE MIFSUD: Ma neskludix li hemm, għax ma nafx fejn qegħdin is-sites kollha.", "JAMES SPINA: Hemm madwar 250 sit, u l-probabilità hi li jkun hemm.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Il-presentation tal-kumpaniji hija waħda komuni hux hekk?", "CARMELO ABELA: Mit-tweġibiet li tajtu jidher li intom tiffokaw fuq regolamentazzjoni, leġislazzjoni eċċ., imma mbagħad, fuq health issues, ma tantx qiskom tidħlu fihom, jew inkella sserrħu raskom billi tgħidu li hemm studji li juru … Imma bħalma hemm studji li juru mod, hemm studji oħra li juru mod ieħor.", "Il-fatt li aħna, bħala pajjiż żgħir, jista' ikun li ċerti regoli li, għal pajjiżi oħra minħabba l-kobor tagħhom, jaffettwahom mod, lilna, minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna, jistgħu jaffettwawna mod ieħor.", "U allura dan it-tħassib importanti li nagħtu kasu.", "Fil-presentation għandna ċar u tond li kważi kważi, għax m'hemmx evidenza ta' ħsara, intom qed isserrħu raskom li ħsara ma ssirx.", "Li rrid inkun naf jien huwa jekk intom hux qegħdin isserrħu raskom biss għax m'hemmx evidenza b'mod internazzjonali u daqshekk.", "U dan qed ngħidu għax jidher li, minn studji oħrajn, hemm evidenza ta' ħsara, anke lokalment, fuq is-saħħa tal-persuna.", "Barra minn hekk xtaqt nistaqsi xi ħaġa wkoll fuq il-Legal Notice 115 li neħħiet il-bżonn ta' applikazzjoni f'każ ta' antennae li jkunu ta' ċertu daqs.", "CARMELO ABELA: Mela qed ngħidu daqs żewġ sulari, bejn wieħed u ieħor, li dawn jkunu fuq il-bejt xorta waħda, u li allura għandek għoli mhux ħażin.", "Għalfejn kienet saret din?", "Intom bħala operatur kontu tlabtu hekk mal-MEPA jew ma' xi ħaddieħor, jew le?", "DR THERESIENNE MIFSUD: Aħna ma konniex fis-suq meta din inbidlet.", "Aħna dħalna fis-suq fl-2009, u allura naħseb li jkun aħjar jekk din il-mistoqsija tagħmluha lill-MEPA stess.", "DR THERESIENNE MIFSUD: Xtaqt nirrispondik għall-ewwel mistoqsija tiegħek.", "L-ewwel nett, kif qal ukoll l-Inġinier Spina, aħna m'aħniex nies tax-xjenza, imma noperaw f'suq li huwa rregolat b'mod sostanzjali, u aħna nserrħu rasna fuq l-istudji li jsiru minn nies li huma rikonoxxuti bħala esperti fis-settur.", "U dan mhux għax sempliċement ICNIRP għax, fl-aħħar mill-aħħar, iddur fejn iddur, l-ICNIRP hija rikonoxxuta mill-WHO u mill-European Union, u ħarġet rakkomandazzjoni fl-1999 u Direttiva fl-2004 fuq l-Occupational Measures.", "(Interruzzjonijiet) Avolja hemm allegazzjoni li dawn ġew obsolete fl-1998, kienu ġew ikkonfermati fl-2009, jiġifieri l-ICNIRP innifisha ħarġet stqarrija fl-2009 fejn ikkonfermat il-livelli tal-1998.", "Apparti minn hekk, il-European Union għandha wkoll is-SCENIHR, li huwa Kumitat tax-Xjenza li fl-2009 kien ikkonferma wkoll dawn l-istess valuri tal-ICNIRP tal-1998.", "Jiġifieri, fl-aħħar mill-aħħar, aħna nserrħu rasna fuq dak li huwa stabbilit bix-xjenza, għax l-ewwel nett huma x-xjenzati, filwaqt li aħna m'aħniex, u allura rridu nserrħu rasna fuq l-esperti.", "Apparti minn hekk, huwa rikonoxxut minn bodies internazzjonali.", "THE CHAIRMAN: Aħna politiċi u, allura, la aħna operaturi u lanqas aħna xjenzati.", "Madankollu jimpurtana minn nies.", "Il-problema tagħna hija li, filwaqt li intom – rightly so – tikkwotaw rapporti li jindikaw li l-effett tal-antennae tal-mobiles ma jagħmlux ħsara, l-istess entitajiet li intom ikkwotajtu minnhom – il-WHO, il-Parlament Ewropew u aġenziji oħra, u dan tistgħu tarawh fir-rapporti li bagħatnilkom – ġew ikkwotati li qed juru preokkupazzjoni.", "Issa aħna rridu nipprovaw insibu ftit verità f'isem iċ-ċittadini tagħna.", "Ġustament intom qed tgħidu li hemm l-entitajiet li jirregolawkom, u allura qed isserrħu moħħkom: imma, fl-istess ħin, aħna qegħdin nistaqsukom li l-probabilità li dawn l-antennae jistgħu … Hemm din il-probabilità, u ħadd mhu qed jgħid li m'hemmx din il-probabilità.", "Il-WHO, il-Parlament Ewropew u ħadd mhu qed jgħid li m'hemm l-ebda probabilità li jikkawżaw ħsara.", "Mela, la mhux qegħdin jgħidu li m'hemmx probabilità li jikkawżaw il-kanċer, qegħdin jgħidu li hemm il-probabilità li jikkawżaw dan.", "Mela aħna, bħala precaution, ladarba hemm din il-probabilità, u ladarba ħadd mhu qed jgħid li assolutament m'hemm l-ebda ċans li dawn mhumiex qed jikkawżaw xi ħsara, x'qiegħda tkun ir-reazzjoni tagħkom bħala kumpanija sabiex taraw li l-klijenti tagħkom u dawk in-nies li ħdejhom qed jitwaħħlu dawn l-antennae jkunu jafu li hemm din il-probabilità?", "Ftit ilu kkwotajt mill-WHO fejn din kważi tirrakkomanda li l-kumpaniji għandhom jinformaw lill-pubbliku in ġenerali rigward il-probabilità tal-effett tal-ħsara, għaliex in-nies jeħtieġu li jkunu jafu.", "Kif qiegħed jitwettaq dan l-obbligu tagħkom biex tinformaw lin-nies?", "Ħalli nagħti spjegazzjoni żgħira.", "Illum wasalna f'ċirkostanza fejn, jekk tixtri pakkett sigaretti, se ssib fuq dak l-istess pakkett avviż kontra t-tipjip u li t-tipjip joqtol.", "Allura, intom bħala kumpanija kif qegħdin tħarsu lejn dan l-obbligu tagħkom sabiex taraw li jekk hemm din il-probabilità, żgħira kemm tista' tkun żgħira, mingħajr dak li jkun ikollu għażla, u li jkun qed jgħix 50 metru 'il bogħod minn antenna?", "X'inhi l-pożizzjoni tagħkom rigward dan kollu?", "DR THERESIENNE MIFSUD: L-ewwel nett, naħseb li, bħala operaturi, l-fatt li qegħdin hawnhekk illum u lqajna l-istedina tagħkom sabiex inkunu hawn preżenti, turi kemm aħna nixtiequ ninvolvu ruħna f'dan id-djalogu.", "Aħna m'aħniex qed inkunu distakkati minn dak li qed jiġri u mill-biża' u mill-concerns tan-nies.", "Nafu li n-nies jista' ikollhom ċerta inkwiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-EMF exposure, u fil-fatt bħala operatur ġieli kellna sitwazzjonijiet fejn il-ġirien, jew in-nies stess li waħħlu din l-antennae, jiġu jistaqsuna għall-informazzjoni, u din tingħatalhom.", "Aħna qatt ma waqafna milli nagħtu informazzjoni, u we are very open.", "Jekk xi ħadd jitlobna informazzjoni fuq l-EMF, aħna nagħtuhom dik l-informazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Pereżempju, bħalissa x'informazzjoni qegħdin tagħtu lil min jitlobkom din it-tip ta' informazzjoni?", "DR THERESIENNE MIFSUD: M'hemmx literature uffiċjali, imma hija spjegazzjoni li l-persuna li tmur fuq is-site tagħti lil min jistaqsiha.", "L-ispjegazzjoni hija fuq kif taħdem it-teknoloġija.", "THE CHAIRMAN: Imma tagħtu spjegazzjoni dwar x'effetti tista' tħalli din it-teknoloġija?", "DR THERESIENNE MIFSUD: Ma jidhirlix, għax ovvjament aħna m'aħniex tobba jew xjenzati.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "ANTHONY ZAMMIT: Meta inti tmur tixtri mediċina, se ssib leaflet ġol-pakkett li jgħidlek eżattament x'jistgħu jkunu s-side effects ta' dik il-mediċina li xtrajt.", "Anzi jgħidlek ukoll li, jekk tħoss xi side effects oħra, għandek tmur tirrapporta, u jgħidlek fejn għandek tmur.", "Issa hawnhekk trid tqis li inti mhux qed tinvolvi biss lil dawk li qed iwaħħlu l-antenna fuq id-dar tagħhom, imma qed tinvolvi wkoll lin-nies tal-madwar.", "U allura, qabel ma jien nagħtik il-pillola, se nistaqsik jekk tbatix minn ċerti kondizzjonijiet, għax huwa responsabilità tiegħi bħala tabib li nagħmel hekk biex nevita dawk is-side effects.", "Issa intom, lil dawn in-nies li joqogħdu madwar dik l-antenna, qegħdin tistaqsuhom jekk jaċċettawx li jkollhom dik l-antenna viċin tagħhom?", "Nagħtu kas li inti għandek bżonn trattament ta' radio-isotypes.", "Meta jien se nagħtik dan it-trattament, se jkolli niżolak.", "Tant hu hekk li, meta jsir l-ablation treatment għat-thyroid tumor, inti għandek tlett ijiem ġo kamra speċjalizzata, u l-eskrementi tiegħek jiġu mpoġġija ġo fossa li ma tkunx tista' tinfetaħ, għax dawk ikunu għadhom radjoattivi.", "Għaliex qed inpoġġik ġo din il-kamra?", "Qed nagħmel hekk biex nipproteġi lill-membri tal-familja tiegħek, għax huma se jkunu f'kuntatt dirett miegħek.", "Fil-fatt, lil dawn il-pazjenti, wara li jgħaddu dawn it-tlett ijiem, tgħidilhom biex kemm jista' ikun they stay away from crowds u closed confinements etc, biex dawk li jiġu in contact magħhom ma jkollhomx radjazzjoni fuqhom.", "Dik hija l-ewwel ħaġa li trid tara.", "CARMELO ABELA: Biex inkompli ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Zammit, f'dak ir-radius ta' let's say 50 metres, jista' ikun hemm persuni li għandhom ċertu tip ta' mard u li allura naħseb li they are being exposed more to certain potential negative effects minn dawn l-antennae.", "Intom se tgħidulna li m'intomx xjenzati, imma aħna qed nistaqsu jekk, bħala kumpanija, intomx qegħdin tagħtu kas ta' din il-possibilità li jista' ikun hemm fuq in-nies, speċjalment fuq dawk li huma iktar vulnerabbli minħabba xi kondizzjoni medika li jista' ikollhom diġà.", "ANTHONY ZAMMIT: Jekk intom m'intomx xjenzati, imma bir-responsabilità kollha li għandkom, you should commission a study ħalli taraw fejn qegħdin.", "Jekk intom, bħala kumpanija intom responsabbli biżżejjed, mela allura you should commission a medical team to do a study ħalli taraw in-nies li jgħixu fil-viċinanzi tal-antennae … Jiġifieri tridu tieħdu n-nies li għandek f'dak ir-radius madwar kull antenna and commission a study, get a medical person to do it, ħalli tkunu tafu jekk huwiex minnu dak li qed jingħad.", "Fil-fatt, hemm ċerti każijiet ta' leukemia u ta' brain tumors li aħna qed ngħidu that we have a surge of brain tumors here in Malta, and it is not explainable.", "DR THERESIENNE MIFSUD: L-ewwel nett tajjeb li forsi niċċaraw li l-korrelazzjoni bejn l-EMF u d-dannu għas-saħħa qatt ma ġiet stabbilita.", "Fil-fatt, il-WHO, fil-konklużjonijiet tagħha, qalet li there does not appear to have any consequence on health.", "Dik hija l-problema!", "U dik hi l-problema, għax jien naħseb li, bħala kumpanija responsabbli, għandkom ukoll ir-responsabilitajiet tagħkom.", "MICHAEL GONZI: Kemm tagħmlu maintenance fuq l-antennae tagħkom?", "Din il-mistoqsija staqsejtha lill-kumpanija l-oħra wkoll.", "X'maintenance tagħmlu, u kemm hi perjodika?", "X'check-ups tal-frequencies isiru, u kemm intom obbligati li tagħmlu per month, per year, per five years, biex taraw jekk din il-frequency hijiex qed tvarja tul dan il-perijodu?", "In the long run, dik hi l-iktar li tinteressani lili, u ċioè li ma jkunx hemm varjazzjoni fuq din il-frequency.", "JAMES SPINA: L-equipment għandu l-limiti tal-power tiegħu, jiġifieri jista' jittrasmetti sa ċertu punt.", "Imma, apparti minn hekk, aħna nagħmlu maintenance fuq is-site darbtejn fis-sena, fejn jittieħdu r-readings biex nerġgħu nikkonfermaw il-livelli li kien hemm qabel.", "Barra minn hekk, in-network huwa monitored in terms ta' servizz u in terms ta' fejn is-signal tal-base station jasal u fejn m'għandux jasal il-ħin kollu.", "Mela jekk ikollok base station li qed titfa' dan il-power li ma jistax ikun li titfa', u mill-Fgura qed tasal il-Belt, se nindunaw mill-ewwel għax ikollna l-interferenza fuq il-base station tal-Belt.", "Għandna constant monitoring u, kif diġà għedt, kull sitt xhur nerġgħu nirrikonfermaw dawn ir-readings.", "ANTHONY ZAMMIT: Imma meta qegħdin tagħmlu dawn ir-readings, kemm-il darba sibtuhom li kien hemm problema bihom?", "Għax mhux imbilli qed tgħid li hija r-responsabilità tiegħek li tagħmilhom, imma tista' tgħidilna jekk qattx sibtu problema?", "JAMES SPINA: Meta ninstallaw is-sites, kif diġà għedt, nagħżluhom b'tali mod li l-ebda membru tal-general public ma jista' jkun f'xi żona fejn jista' jeċċedi l-general public exposure level.", "U normalment, minn fuq il-bejt minn taħt l-antenna fejn nipprovaw insibu l-massimu tar-reading … Aħna nieħdu readings direttament quddiem l-antenna.", "Il-livelli tagħna jvarjaw minn 0.5%, imma ma jkunux aktar minn 1% jew 1.5%.", "MICHAEL GONZI: Rigward l-impjegati tagħkom, dawn għandhom xi health insurance?", "Isirulhom health check-ups, jew inkella jagħmlu review mingħand it-tabib tagħhom fuq xi affarijiet?", "DR THERESIENNE MIFSUD: Għandhom health insurance.", "Pereżempju, min jaħdem fir-radiotherapy minħabba l-ionizing għandhom badge li tkun fuqhom, u mbaghad iridu jibagħtuha lura.", "L-impjegati tagħkom għandhom xi ħaġa simili?", "DR THERESIENNE MIFSUD: M'għandix din l-informazzjoni.", "Forsi nista' niċċekkja u nikkonferma mal-HR.", "THE CHAIRMAN: Xi ħadd qalli li meta tmorru biex tiċċekkjaw antenna, il-ħaddiema tagħkom jitfu dik l-antenna meta jkunu se jaħdmu fuqha.", "JAMES SPINA: Il-ħaddiema tagħna għandhom meter li jżommuh fuqhom, u b'hekk ikunu jafu jekk humiex qed jeċċedu l-occupational public exposure level.", "Issa, biex teċċedi dan il-livell, trid toqgħod eżatt quddiem l-antenna.", "U meta jkunu se jaħdmu direttament quddiem l-antenna, aħna nitfu dik l-antenna.", "F'każ li l-ħaddiema tagħna se jkunu qegħdin quddiem antenna ta' operaturi oħra, aħna nitkellmu magħhom, u dawn jitfu dik l-antenna wkoll.", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri, meta jkunu qed jaħdmu fuq l-antenna ma titfuhiex?", "Nitfuha biss jekk ikunu qed jaħdmu direttament quddiem l-antenna, li f'dak il-każ ikunu qegħdin biss madwar 5 ċentimetri 'l bogħod minnha.", "MICHAEL GONZI: Mela allura jeżisti health hazard?", "JAMES SPINA: L-ICNIRP tirrakkomanda li dak il-livell ma jinqabiżx, u allura aħna nirrispettaw l-ICNIRP u l-liġijiet imposti fuqhom.", "THE CHAIRMAN: Issa, min għandu antenna fuq il-bejt, x'inhu l-health hazard għalih meta dan jitla' fuq il-bejt tiegħu?", "Nafu li jkollok in-nisa li jitilgħu jonxru l-ħwejjeġ, u jkollok ukoll it-tfal li jitilgħu jilagħbu fuq il-bejt, eċċ.", "JAMES SPINA: Il-general public level jieħu ħsieb din il-ħaġa wkoll billi għandek il- precaution ta' 50 mit-threshold levels.", "Kif għedt qabel, il-general public huwa kwalunkwe persuna li tista' tkun qiegħda ħdejn l-antenna involontarjament, jiġifieri li ma jkunx technician minn tagħna, imma anyone mill-general public.", "U l-livelli tagħna jkunu mkejlin f'postijiet bħal dawn, jiġifieri minn fejn persuna tista' tkun qiegħda tonxor il-ħwejjeġ, jew qiegħda tagħmel xi ħaġa oħra, u naraw li ma jinqabżux dawk il-livelli.", "DR THERESIENNE MIFSUD: Apparti minn hekk, mhux biss inkejlu l-livell tal-antenna tagħna waħedha, imma obbligati li we aggregate the values of all the antennae li jkunu qegħdin fil-viċin, u naraw li dak il-livell ma jiġix maqbuż.", "Jiġifieri dak qatt mhu se jinqabeż.", "MICHAEL GONZI: Meta intom twaħħlu antenna ġdida fuq xi post, dak il-post għandu bżonn xi protezzjoni partikolari?", "Hemm xi ħaġa li intom tirrikjedu għal dik l-antenna?", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri l-MEPA ma tirrikjedix din il-protezzjoni, u lanqas intom?", "Il-bini stess jagħmel attenuation, u allura s-signal jonqos ħafna meta jgħaddi minn ġol-bini.", "MICHAEL GONZI: Jien qed ngħid li jekk ikollok antenna fuq binja, dik il-binja għandha bżonn xi ħaġa partikolari?", "Dik l-antenna għandha bżonn ta' protezzjoni madwarha?", "JAMES SPINA: Le, għax il-protezzjoni qiegħda bil-positioning tagħha.", "Aħna ma nistgħux inpoġġu antenna f'pożizzjoni fejn xi ħadd mill-pubbliku jista' jiġi f'post li l-livelli tal-EMF jeċċedu r-recommended levels.", "MICHAEL GONZI: U jekk dik l-antenna tkun fuq xi każin tal-banda jew ...?", "JAMES SPINA: Pereżempju, jekk l-antenna tista' titwaħħal b'tali mod li hemm xi pjattaforma u li xi ħadd jista' jiġi quddiemha, f'dak il-każ ma nwaħħluhiex.", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri protezzjoni madwarha jew li nkella tkun ta' ċertu qies m'hemmx għalfejn?", "Just twaħħal l-antenna u l-panels u daqshekk, għax la għandek bżonn base u lanqas għandek bżonn xi lead jew affarijiet simili.", "Il-protezzjoni tikkonsisti filli twaħħal l-antenna f'pożizzjoni fejn ma tħalli lil ħadd jiġi f'dak il-livell magħha.", "THE CHAIRMAN: Bħala kumpanija, tistgħu tagħtu garanzija li dawn l-antennae bl-effett tagħhom ma jagħmlu l-ebda ħsara terminali fuq il-bniedem, b'mod speċjali fuq it-tfal?", "Jien qed nintrabat ma' dak li huwa stabbilit bix-xjenza s'issa, u allura nista' ngħidlek li s'issa aħna qegħdin nimxu mal-ICNIRP levels u ma' dak li tgħid il-WHO u l-European Union.", "U dawn kollha qed jgħidu li mhemmx link bejn is-saħħa u l-exposure levels.", "Aktar minn hekk, ma nistax ngħidlek.", "MICHAEL GONZI: Bħala research development, għandkom xi ħaġa li tagħmilha l-kumpanija?", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Issa nsejjaħ lir-rappreżentanti tal-Vodafone.", "Nerġa' infakkar li l-laqgħa hija trasmessa live, u għaldaqstant dak li se tkunu qegħdin tgħidu jista' ikun qiegħed jinstema' minn news rooms tagħhom, u anke minn dawk li jkunu qegħdin isegwu tali laqgħa permezz tal-Internet.", "Min-naħa tagħna, bagħatnilkom dawk iż-żewġ presentations li ġew ippreżentati lilna bħala Kumitat, u li fihom indikawlna li hemm konnessjoni jew probabilità ta' konnessjoni bejn l-antennae tal-mobile phones li nsibu fuq il-bjut tad-djar u l-marda tal-kanċer, eċċ. Intqal lilna wkoll – fejn ġew ikkwotati diversi entitajiet internazzjonali, fosthom il-WHO – li anke fuq it-tfal, ir-riċerka turi li jista' jkun hemm probabilità li r-radjazzjoni tista' tħalli effetti aktar reali.", "X'inhi l-ewwel reazzjoni tagħkom fuq dawn l-istatements?", "DR RACHEL DESIRA (Senior Legal Counsel, Vodafone): Napprezzaw li ċerti persuni jistgħu jgħaddulhom dawn il-ħsebijiet minn moħħhom, u għalhekk nixtieq nassigura lil kulħadd – hawnhekk qiegħda nitkellem għan-nom tal-kumpanija u tal-kollegi tiegħi – li aħna nsegwu l-liġijiet, il-guidelines u r-regoli li huma rikonoxxuti kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment.", "Żgur li mhijiex l-intenzjoni tagħna li nagħmlu xi ħaġa li mhijiex skont il-liġi.", "Għaldaqstant, inħossni komda li ngħid li qatt ma mxejna 'il barra mil-liġi.", "Issa l-liġi hija bbażata fuq guidelines rikonoxxuti internazzjonalment mill-WHO u li għandha ċerti qualifying criteria, u rrikonoxxiet lill-ICNIRP bħala entità indipendenti mill-WHO u minn kwalunkwe industrija fid-dinja li ħarġet b'dawn il-guidelines żmien twil ilu.", "U minn dak iż-żmien lil hawn, kompliet regolarment tirrevedihom u toħroġ guidelines oħra u ssegwi d-dibattitu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CARMELO ABELA: L-ewwel nett, nirringrazzja lir-rappreżentanti tal-Vodafone talli aċċettaw l-istedina tagħna biex ikunu preżenti għal din il-laqgħa.", "Nixtieq nistaqsi jekk, minn naħa tagħkom, bħala kumpanija, kienx hemm okkażjonijiet fejn forsi saret xi tip ta' pressjoni mal-awtorità konċernata, mal-MEPA jew ma' xi ħaddieħor, sabiex pereżempju l-għoli ta' mast tal-antenna jonqos, u allura dawk il-masts li jkunu taħt ċertu height ma jkollhomx bżonn ta' applikazzjoni biex jitwaħħlu?", "Nafu li hemm Legal Notice partikolari li tistabbilixxi li, jekk il-mast tkun taħt ċertu ammont ta' metri, 10 metri jekk mhux sejjer żball, m'hemmx ħtieġa ta' applikazzjoni.", "Bħala kumpanija, ġieli tlabtu għal dan, jew inkella kienet il-MEPA jew min ippubblika l-Legal Notice li, out of their will, ħarġu b'din il-Legal Notice?", "Apparti minn hekk, nixtieq inkun naf jekk qattx ħassejtu l-ħtieġa, bħala operaturi, li tagħmlu xi studju ta' natura medika marbut mas-saħħa fuq Malta?", "Ir-raġuni hi li hemm pajjiżi żgħar oħra bħal Malta, u jista' jagħti l-każ li l-probabilità ta' ħsara f'pajjiż iżgħar … Għaliex nafu li, filwaqt li hawn operaturi differenti, u allura għal antenna waħda jista' ikollok tnejn jew tlieta, intom qatt ħassejtu l-bżonn li tgħidu li se tagħmlu studju lokali dwar il-probabilitajiet ta' ħsara, speċjalment fejn hemm konċentrazzjoni ta' dawn l-antennas?", "MICHAEL GONZI: Intom kontu l-ewwel operatur tal-mobiles.", "Il-frekwenza li kontu tużaw inizjalment, jiġifieri l-EMF radiation, minn mindu bdejtu s'issa naqset, żdiedet, x'għamlet?", "Kien hemm a health question fuqha għaliex niżlet?", "ADRIAN ZAHRA (Radio Networks Planning & Optimisation Manager, Vodafone): Jiena se nibda billi nwieġeb fuq il-kwestjoni ta' jekk saritx xi pressjoni fuq il-MEPA.", "Min-naħa tagħna, qatt m'għamilna pressjoni fuq l-awtoritajiet kif għandhom imexxu l-affarijiet.", "CARMELO ABELA: Meta għedt \"pressure\", kont qiegħed ngħid f'sens ta' talba, u mhux pressure b'mod negattiv.", "Kont qiegħed nistaqsi dwar jekk għamiltux xi talba.", "Li hu żgur hu, kif qiegħda lllum, aħna player bħal ħaddieħor u nimxu ma' dawk ir-regolamenti li jeżistu.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri intom din tal-height taqblu magħha, u bbenefikajtu minnha ladarba qiegħda hemmhekk.", "Dak huwa r-regulatory framework, imma minn naħa tagħkom qatt ma saret xi talba lill-awtoritajiet biex din tinżel u ma jkunx hemm bżonn ta' applikazzjoni?", "ADRIAN ZAHRA: Kif qalet Dr. Rachel Desira, aħna nimxu mal-liġi.", "U la l-liġi u r-regolamenti jgħidu hekk, naħseb li nkunu stupidi min-naħa tagħna jekk ma nużawhomx u ma nimxux mal-liġi.", "Dwar jekk qattx saru xi studji fuq Malta, rrid ngħid li, bħala kumpanija, l-policy tagħna dwar l-istudji titkellem ċar u tond globalment u internazzjonalment, u mhux sempliċement fuq Malta.", "Il-kumpanija tistabbilixxi li, biex veru l-istudji jkunu unbiased u free from any suspicion of interest, il-kumpanija ma tinvolvix ruħha fi studji.", "Imma l-kumpanija għandha committment totali li tforni l-informazzjoni meħtieġa, u dan qegħdin nagħmluh diġà f'ħafna pajjiżi, fejn nagħtu l-informazzjoni relattiva għal dawn l-istudji, u skont xi jkun hemm bżonn.", "U din l-informazzjoni tiġi wżata.", "A case in point huwa l-phone usage ta' individwi, kemm għamel calls kwantitattivament: m'hemm xejn dment li d-data ma tikser l-ebda issue ta' konfidenzjalità.", "Aħna bħala kumpanija fully committed li ssir ir-riċerka, u fully committed li nissapportjaw dik ir-riċerka billi nfornu l-informazzjoni li hemm bżonn, u anke nagħmlu review ta' dik ir-riċerka.", "Peress li ssemma' il-kuntest ta' Malta, jkolli ngħid li, fl-opinjoni tiegħi, l-kuntest ta' Malta, mill-esperjenza internazzjonali li għandna, huwa ħafna inqas minn dak ta' pajjiżi oħra.", "Ħalli ngħid għaliex.", "It-teknoloġija tiffunzjona b'tali mod li, fejn għandek clutter ta' bini jew bini aktar dense, allura għandek bżonn aktar minn dawn l-antennae.", "Jekk taqbad metropoli f'nofs l-Ewropa –fil-Ġermanja, Dusseldorf jew Frankfurt – tara masts fuq kull bini u allura għandek mijiet ta' eluf ġo kull belt, u mhux ftit eluf ġo pajjiż.", "Jiġifieri, din mhijiex xi ħaġa li qiegħda biss f'pajjiżna, imma hija xi ħaġa globali.", "Fil-metropolis Ġappuniża, ilhom 40 sena bihom!", "Issa jista' ikun hemm affarijiet pekulari għal Malta, imma naħseb li dawk huma l-awtoritajiet li għandhom jarawhom.", "Li hu żgur hu li aħna mhux se nikkonduċu studji.", "Aħna nissapportjaw billi nipprovdu l-informazzjoni, u we're a very open company.", "Għaldaqsant, nipprovdu l-informazzjoni kollha li jkun hemm bżonn.", "CARMELO ABELA: Li kelli nistaqsik bħala kumpanija kemm għandkom antennae, qiegħed f'pożizzjoni li tgħidilna?", "ADRIAN ZAHRA: Prattikament għandna around 250 sites.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri fuq site jista' ikun hemm iktar minn antenna waħda tal-kumpanija tagħkom.", "ADRIAN ZAHRA: Normalment sit ikun fih tlett antennae biex ikopri tliet bearings partikolari.", "CARMELO ABELA: Tlett antennae għall-kumpanija tagħkom, imma jista' ikun hemm antennae oħra ta' kumpaniji oħra.", "Ikollok mast u three antennae mwaħħlin miegħu?", "ADRIAN ZAHRA: Eżatt.", "Il-konfigurazzjoni tagħha qisha l-arma tal-Mercedes.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri hawnhekk qed ngħidu li għandkom 250 arblu, u ma' kull arblu hemm 3 antennae.", "Ħalli nagħmel mistoqsija żgħira: filwaqt li inti għadek kemm għedt li intom lesti li taqsmu kull informazzjoni, fl-istess ħin, għall-mistoqsija fuq kemm għandkom antennae, ma tajtniex risposta speċifika, imma għedtilna bejn wieħed u ieħor …", "ADRIAN ZAHRA: Ir-raġuni hija waħda sempliċi, għax il-kwalità tas-servizz tagħna jiddependi ħafna mill-ammont ta' antennae li jkollna, u din tista' tiġi sfruttata kontra tagħna mill-kompetizzjoni.", "Aħna kull sena lill-MCA ngħaddulha rapport dettaljattisimu dwar kemm għandna sites, il-bearings tal-antennae, il-powers set on them, it-teknoloġiji li joperaw, eċċ. Dak huwa d-disinn tan-network tagħna, u dak id-disinn ġie jiswa lill-kumpanija l-miljuni biex ġie żviluppat.", "THE CHAIRMAN: Sirna nafu li jista' ikun hemm il-possibilità ta' agreement ta' mast sharing jew site sharing.", "Allura meta jkun hemm dawn l-agreements ta' site sharing, l-antennae ma jkunux moħbija, imma jidhru.", "Mela allura intom tistgħu tkunu tafu kemm għandhom antennae l-kompetituri tagħkom u viċi versa.", "ADRIAN ZAHRA: Wieħed jista' jgħoddhom għax ikun qed jarahom u anke permezz ta' test equipment apposta.", "U lanqas neskludi li ħaddieħor jagħmilha din il-biċċa tax-xogħol.", "Rigward is-site sharing, li jista' jirriżolvi ftit huwa fuq il-kwestjoni ta' estetika, fis-sens li minflok tara għaxar arbli, tara tlieta f'dan il-każ – tal-Vodafone, Melita u GO.", "Imma, in terms of how much transmission is required, mhu se jbiddel assolutament xejn, għax kemm ikun hemm EMF jiddependi mill-ammont ta' traffiku, u l-ammont ta' traffiku tiddeterminah il-popolazzjoni li tkun qed tuża s-servizz.", "Il-popolazzjoni li qed tuża s-servizz se tiddetermina n-neċessità li jiġu stallati s-sites 'l hemm u 'l hawn biex tiġi satisfied dik id-demand.", "Issa biex nallaċċja mal-punt li semma' l-Onor.", "Michael Gonzi dwar jekk hemmx xi raġunijiet għalfejn naħsbu li żdiedu jew naqsu, jkolli ngħid li teknikament m'hemm l-ebda raġuni għalfejn wieħed jaħseb li naqsu.", "Jekk xejn, jista' ikun li żdiedu xi ftit, u r-raġuni prinċipali hi minħabba l-fatt li t-teknoloġija dejjem tevolvi.", "Il-frekwenza li konna nużaw qabel kienet 900Mhz, u dak iż-żmien konna noperaw biss il-GSM, filwaqt li llum qed noperaw a GSM and 3G network, bħall-kompetituri l-oħra bl-eċċezzjoni tal-Melita.", "Ovvjament, l-operaturi żdiedu wkoll.", "ALAN CARUANA (Networks Manager, Vodafone): Bażikament, il-frekwenzi jiġu allokati minn standard bodies.", "Jekk int għandek ċerta frekwenza allokata għal ċerta teknoloġija, jekk imbagħad tevolvi jew tiġi introdotta teknoloġija ġdida, trid tingħata spectrum band li fiha tkun tista' topera.", "Fil-GSM bdejna b'900Mhz, u mbagħad bdejna nespandu u ngħatajna 1800Mhz ħalli tkun tista' tintuża dik it-teknoloġija.", "Imbagħad, ovvjament, f'dawk il-bands ma kienx hemm biżżejjed spazju, u allura t-3G ingħata l-frekwenza tat-2.1GB.", "Bażikament, inti għandek standard bodies li jallokaw frekwenzi għat-teknoloġiji li jkunu qed jintużaw.", "THE CHAIRMAN: Tistgħu tgħidulna xi ħaġa fuq kif tagħmlu l-maintenance ta' dawn l-antenni, u kif tkejlu r-radjazzjoni tagħhom?", "ADRIAN ZAHRA: Bażikament preventive maintenance fuq site ssir darba fis-sena u kull darba li jinqala' il-bżonn.", "Xi rrid ngħid b'dan?", "Ovvjament, aħna għandna a network operation centre li minnu nkunu nafu kif qed topera kull site, u x'inhu jiġri u ma jiġrix.", "Inkunu nafu anke jekk qorbu xi nies lejn is-site, u meta jinqalgħu l-ħsarat immorru nsewwu.", "THE CHAIRMAN: Meta tgħid \"qorbu xi nies lejn is-site\", xi tkun trid tfisser?", "ADRIAN ZAHRA: Meta jiftħulna l-bibien, u allura fil-kuntest ta' security.", "Forsi kont żbaljat fil-mod ta' kif poġġejt il-kliem.", "THE CHAIRMAN: Imma jekk tkun fuq bejt ta' dar, l-aċċess mhuwiex esklussiv għalik, għax in-nies ikunu jistgħu jitilgħu fuq il-bejt.", "ADRIAN ZAHRA: In-nies residenti fil-postijiet li fuqhom għandna s-sites jiġu spjegat lilhom x'inhi s-sitwazzjoni.", "Għandna leaflet li nagħtuhulhom dwar l-EMF, u b'hekk ikunu jafu safejn għandhom jaslu.", "ALAN CARUANA: Dwar l-aċċess, li ried jgħid il-kollega tiegħi hu li għandna alarms biex jaċċessaw l-equipment innifsu.", "Aċċess fuq il-bejt il-biċċa kbira mhuwiex għall-general public, u l-antennae jerġa' qegħdin fuq l-arblu, b'hekk għandek il-clearance.", "Għalhekk aċċess dirett fuq l-antenna ma jkunx hemm.", "MICHAEL GONZI: Biex inkompli ma' dak li qed tgħid inti, l-antennae fuq il-bjut tad-djar għandhom bżonn ta' xi protezzjoni partikolari, fejn naf jien, xi lead base jew xi ħaġa simili biex ma jkunx hemm penetrazzjoni?", "Hemm bżonn ta' xi affarijiet bħal dawn?", "ADRIAN ZAHRA: Le, m'hemm l-ebda precaution ta' dak it-tip.", "MICHAEL GONZI: L-impjegati tagħkom li jkunu qed jagħmlu assessments jew maintenance għandhom bżonn ta' xi protective gear, jew inkella jagħmlu metering jew iridu jitfu l-antenna li jkunu se jaħdmu fuqha?", "ADRIAN ZAHRA: Il-ħaddiema tagħna huma mħarrġa u jkollhom magħhom personal monitor, liema personal monitor jindika l-EMF level li jkun hemm f'forma ta' persentaġġ.", "Meta jkunu qegħdin jaħdmu fil-viċinanza tal-antenna, din ma tintefiex sakemm ikunu within limits.", "Tintefa' biss meta n-nies ikunu qegħdin jaħdmu fuq l-arblu nnifsu.", "MICHAEL GONZI: Għax jista' jaqbeż il-limits.", "ADRIAN ZAHRA: Jista' jaqbeż il-limits, u anke bħala ...", "MICHAEL GONZI: U, jekk jaqbeż il-limits, x'se jiġrilu l-impjegat?", "ADRIAN ZAHRA: Safejn nafu aħna, bażikament mhijiex kwestjoni ta' x'se jiġrilu l-impjegat.", "Il-limits huma stabbiliti mil-liġi u mill-awtoritajiet, u aħna nimxu ma' dik il-liġi.", "Aħna niggwidaw u nħarrġu lin-nies tagħna sabiex jaħdmu within those limits.", "Jien ma nistax nagħti indikazzjoni, u lanqas nista' ngħid x'jiġri, għax m'hemm l-ebda dokumentazzjoni jew informazzjoni li tgħidli li jekk jinqabeż dak il-limit se jiġri xi ħaġa.", "MICHAEL GONZI: Imma jekk il-monitor juri aktar, lil dak il-ħaddiem tibagħtuh għand it-tabib?", "Bażikament il-monitor jindikalu meta jkun jista' jaħdem jew le.", "Pereżempju, jekk irid jixxabbat, irid ikollu l-harness, u jrid jimxi ma' dik il-proċedura.", "THE CHAIRMAN: Ejjew nissimplifikaw dak li qegħdin ngħidu.", "Jekk jien inkun qed nixxabbat, nilbes il-harness għax, jekk ma nilbisx il-harness, naf li se nkun qiegħed fil-periklu li naqa'.", "Issa, jekk jien se naħdem fuq antenna, u din ma tintefix waqt li jien inkun qiegħed faċċata tagħha, bħala ħaddiem, jekk se tibda ddoqqli l-alarm għax inkun qbiżt il-limit, se jfisser li jien qiegħed fil-periklu: imma x'inhu dan il-periklu?", "ADRIAN ZAHRA: M'aħniex qegħdin nitkellmu fuq periklu, imma qed nitkellmu fuq limitu li jinqabeż, liema limit huwa ssettjat mil-liġi.", "THE CHAIRMAN: Imma x'inhuma l-konsegwenzi?", "ADRIAN ZAHRA: Aħna ma nistgħux ngħidu x'inhuma l-konsegwenzi, għax m'aħniex in-nies kompetenti.", "ANTHONY ZAMMIT: Jekk intom responsabbli, ma tistaqsux lilkom infuskom …", "ADRIAN ZAHRA: Imma jekk m'aħniex in-nies kompetenti biex nirrispondu …", "THE CHAIRMAN: Ippermettili ftit.", "Intom kemm timpjegaw nies magħkom?", "ADRIAN ZAHRA: Qrib it-300 ħaddiem.", "THE CHAIRMAN: Minn dawn it-300, kemm minnhom jagħmlu xogħol ta' maintenance fuq dawn l-antenni?", "ADRIAN ZAHRA: Mhux iżjed minn għaxra.", "THE CHAIRMAN: U lil dawn l-għaxra, intom bħala kumpanija serja li tinvestu – u jiena naf li intom serji – m'intomx kapaċi tgħidulhom lill-ħaddiema tagħkom xi ħsara jista' jiġrilhom, u x'inhu r-rimedju li jistgħu jagħmlu jekk jinqabeż il-livell ta' radjazzjoni?", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq radjazzjoni.", "Lit-tifel tiegħi, jien nista' ngħidlu li jekk se jilgħab bis-sulfarini jista' jaħraq idejh.", "Intom lin-nies tagħkom kif se tfejquhom jekk dawn iweġġgħu?", "Jekk jaqa' xi ħadd tfejqu, imma jekk hemm radjazzjoni m'intix kapaċi tgħidlu li hemm radjazzjoni jew li qabeż il-livell ta' radjazzjoni?", "ADRIAN ZAHRA: Ħalli nibdew minn hawnhekk, għax importanti li wieħed jissimplifika ftit x'qed nifhmu b'radjazzjoni.", "Aħna hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq x-ray, gamma ray, beta rays u ionizing radiation, fejn dawn ix-xjenza kapaċi tiddetermina b'mod preċiż x'inhuma l-konsegwenzi tagħhom, u kapaċi tikkontrollahom u tużahom għall-kura.", "Aħna hawnhekk qed nitkellmu fuq enerġija ferm iżjed baxxa, u sal-ġurnata tal-lum ix-xjenza għadha mhijiex kapaċi tagħti garanziji li ma jagħmlux ħsara.", "Ix-xjenza ma tgħidx li jista' ikun hemm riskji, imma tgħid li ma tistax tagħti garanziji – se nkun ċar hawnhekk – li jistgħu jagħmlu l-ħsara, u din hija ħafna differenti milli wieħed jgħid li tista' tagħmel il-ħsara.", "Aħna lin-nies tagħna nittrattawhom tajjeb ħafna.", "In-nies tagħna konsapevoli mis-sitwazzjoni tal-EMF, fis-sens jafu li fid-dinja jeżistu nies li għandhom dan it-tħassib.", "THE CHAIRMAN: Hemm probabilità li jagħmlu ħsara.", "ADRIAN ZAHRA: Le, mhux hemm probabilità li jagħmlu ħsara, imma hemm concern.", "Jien jista' ikun li għandi concern li bil-bini bl-addoċċ li qed ikun hawn, l-ambjent qiegħed jonqos u s-saħħa tiegħi se tbati.", "Dik hija concern tiegħi, u għandi dritt li jkolli dik il-concern.", "THE CHAIRMAN: Jista' ikolli concern li, fejn nara konsentura fil-bini, nifhem li hemm probabilità li dak il-bini jista' jaqa'.", "Mela allura, fejn ix-xjenza lili qaltli li m'għandi l-ebda serħan ta' moħħ li m'hemmx ħsara, dak ifisser li hemm il-probabilità li jista' ikun hemm il-ħsara.", "ANTHONY ZAMMIT: Il-possibilità mhux il-probabilità.", "THE CHAIRMAN: Il-possibilità.", "Nista' nuża l-kelma \"possibilità\"?", "ANTHONY ZAMMIT: Inti trid tgħid bejn 'possibilità' u 'probabilità'.", "'Probabilità' hi xi ħaġa fejn inti tgħid it's probable, u li allura dan jista' isir.", "Il-possibilità jista' 'iva' u jista' 'le', imma din hija xi ħaġa bħal meta aħna ngħidu t-tazza nofsha mimlija u t-tazza nofsha vojta.", "THE CHAIRMAN: Il-fatt li hemm il-possibilità ifisser li jista' ikun hemm il-ħsara.", "U għax hemm il-possibbiltà li jista' ikun hemm il-ħsara, intom tieħdu l-prekawzjoni meħtieġa sabiex l-individwu li jitla' jagħmel il-maintenance ma jiġrilux ħsara.", "U għax temmnu li hemm il-possibilità li jkun hemm il-ħsara, tgħidulu biex jitfi l-antenna, għax jekk ma jitfix l-antenna jista' jiġrilu xi ħaġa.", "ADRIAN ZAHRA: L-unika ħaġa li nemmnu aħna hi li x-xjenza sal-lum m'għandha l-ebda prova ċara li din ma tistax tagħmel ħsara, u għaldaqstant l-ebda xjentist mhu f'pożizzjoni li jagħti garanzija li dawn ma jagħmlux ħsara.", "THE CHAIRMAN: Imma sadanittant tieħdu l-prekawzjoni meħtieġa biex tevitaw il-ħsara li tista' tiġri lill-ħaddiema tagħkom jekk jaħdmu qrib l-antenna.", "ADRIAN ZAHRA: Sadanittant aħna nsegwu dawk li huma l-guidelines globali tal-WHO, li huma maħsuba biex jevitaw il-ħsara.", "Jiġifieri, biex niftiehmu sew, l-ICNIRP tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tagħha fuq livelli varji.", "Fil-fatt, tagħmel recommendations for level għan-nies li jaħdmu f'dan il-qasam, u tagħmel recommendations for level li jinkorporaw safety margins enormi għall-general public, fis-sens li l-41W u s-61W li smajtu bihom qabel per metre huma l-livelli għall-general public li jersqu lejn l-antenna.", "Aħna qed nitkellmu fuq livelli ta' 300W u 400W per metre, li huma aċċettabbli għan-nies li jaħdmu f'dan il-qasam.", "In-nies tagħna huma fitted with monitors biex, meta jkollhom bżonn, speċjalment meta jkunu qegħdin jixxabtu ma' masts enormi, tipo transmission ta' wires tat-television jew tar-radios … Għax l-EMF, biex ngħidu kollox, mhuwiex biss tal-mobile stations, imma l-akbar sors tiegħu huma l-high power transmitters tat-TV u tar-radio.", "THE CHAIRMAN: Imma dawk huma masts selettivi, u dawn ftit hawn minnhom.", "Imma mal-bjut tagħna għandna mal-250 site…", "ADRIAN ZAHRA: Hija kwestjoni ta' powers differenti.", "Tat-televiżjoni jkun qiegħed fuq mast u jkollu 100W jew 500W...", "THE CHAIRMAN: Imma kemm għandna minn tat-TV f'Malta kollha?", "ADRIAN ZAHRA: Il-kwestjoni hi kemm jiġġenera signal.", "THE CHAIRMAN: Kemm għandna f'Malta kollha minn tat-TV?", "DR RACHEL DESIRA: Naħseb dak li qed jiċċara l-kollega tiegħi hu li ma tagħmilx differenza kemm hemm antenni, imma tagħmel differenza l-power li jkollu l-base station.", "THE CHAIRMAN: Imma, jekk għandek massa kbira ta' nies li, mingħajr ma kellhom l-għażla, qed ikollhom jgħixu, jorqdu u jqumu, jew jaħdmu fil-viċinanzi ta' antenna minn tagħkom, dawn ma jafux eżattament x'inhi l-ħsara li tista' tiġrilhom.", "Hemm min qed jgħid li l-exposure kontinwa tal-antennae differenti tista' tagħmel il-ħsara.", "Aħna politiċi u qegħdin nipprovaw nifhmu x'inhuma jgħidu x-xjenzati, x'inhuma jgħidu l-awtoritajiet regolatorji, u x'qegħdin tgħidu intom bħala operaturi.", "U dan għaliex l-evidenza li hemm possibilità li jkun hemm aktar leukemia, jew kanċer, jew tbatija oħra fost it-tfal.", "Dawn huma l-affarijiet li lilna jinkwetawna.", "Inti x'parir se tagħtina biex innaqqsu minn din il-preokkupazzjoni?", "U intom tistgħu tagħtu garanzija li dawn l-antennae ma jagħmlu l-ebda ħsara terminali fuq il-bniedem, speċjalment fuq it-tfal?", "DR RACHEL DESIRA: Ħalli nibda bl-aħħar mistoqsija tiegħek.", "Garanzija la jien u naħseb li ħadd ma jista' jagħtiha.", "Hawnhekk m'aħniex f'kapaċità ta' xjentisti, u ma naħsbux li għandha tiġi minna, lanqas għax aħna m'aħniex kompetenti biex nagħtu din il-garanzija.", "Ix-xjenza aħna nsegwuha, imma m'aħniex se nagħmluha aħna, għax m'aħniex il-persuni kompetenti biex nagħmlu dan.", "Bħala assigurazzjoni, nifhem li persuna tista' tagħżel jekk tużax il-mobile, filwaqt li ma tistax tagħżel li ma jkollhiex base station; imma, bħalma beda jgħid il-kollega tiegħi, inti għandek il-limiti, u dawn hemm raġuni għalfejn qegħdin.", "Nibdew billi ngħidu li m'hemmx provi li ssir il-ħsara, u hemm differenza bejn \"hazard\" u \"risk\".", "Pereżempju, hemm riskju li t-tipjip jagħmel ħażin, u li l-eċċess tal-alkoħol jagħmel ħażin.", "Mela dak huwa riskju.", "Imbagħad hemm hazard li jien jista' ikun li, meta nkun qed insuq, ikolli inċident.", "X'se nagħmel?", "Ma nsuqx?", "THE CHAIRMAN: Imma hemm differenza żgħira, għax fuq il-pakkett tas-sigaretti għandek l-avviż kontra t-tipjip, u fit-toroq tagħna għandek l-ispeed cameras biex jien ma nsuqx b'veloċità, filwaqt li intom għadkom f'suq ħieles għal kollox.", "Pereżempju, lill- ommijiet m'aħniex ngħidulhom li l-użu tal-mobile f'widnejn tfal żgħar joħloq radjazzjoni li tista' tweġġagħhom?", "Imma aħna rridu ngħidulhom hekk, u forsi dwar dan inkunu nistgħu niddiskutu mal-Awtorità tat-Telekomunikazzjoni.", "Imma m'għandkom l-ebda regolamentazzjoni biex, bħas-sigaretti, tgħidu li, jekk dan jużah tifel żgħir, jista' jweġġa'.", "Il-mobile u l-antenna l-istess ħaġa, m'hemm l-ebda diskors xi jsir, anzi jiena nixtieq nisma' risposta.", "L-aħħar ħaġa: meta intom tmorru biex twaħħlu antennae fuq bejt, xi tgħidu eżatt lil dawk li jaċċettaw li din l-antenna titwaħħal fuq il-bejt tagħhom?", "Wieħed minnhom huwa dwar is-saħħa, filwaqt li tħassib ieħor huwa fuq is-sajjetti.", "Imma kull ħaġa li tagħmel fuq il-bejt tista' tiġbed is-sajjetti!", "Aħna lin-nies nispjegawlhom eżattament kif tiffunzjona t-teknoloġija.", "Fil-fatt għandna leaflet apposta li nqassmuhilhom, u fiha jsibu l-istruzzjonijiet biex, jekk ikollhom bżonn jaħdmu ħdejn il-pannelli, bħal pereżempju, xi ħadd irid itella' festun tal-festa…", "CARMELO ABELA: Jew inkella jitilgħu jonxru l-ħwejjeġ fuq il-bejt.", "ADRIAN ZAHRA: Li jitilgħu jonxru fuq il-bejt m'għandhomx riskju, għax aħna kull sena nieħdu l-measurements fuq il-bejt kollu, u niċċaraw li ...", "CARMELO ABELA: Imma ftit qabel għedtu li jekk jitla' ħaddiem minn tagħkom u jkun taħt il-mast ...", "ADRIAN ZAHRA: Hemm bżonn li nagħmlu distinzjoni.", "Aħna nkejlu fuq il-bjut kollha fejn normalment min joqgħod fid-dar jista' jitla' hemmhekk.", "U nkejlu wkoll dawk tal-ġirien, u naraw li l-livelli huma compliant mal-istandards tal-ICNIRP.", "Fil-fatt rarament dawk il-livelli jeċċedu l-5% ...", "CARMELO ABELA: 5% tas-61?", "ADRIAN ZAHRA: Tal-41, għax aħna fuq il-41 nibbażaw irwieħna.", "Il-livelli jvarjaw skont il-frekwenza.", "THE CHAIRMAN: Filwaqt li se tkompli tispjega x'inhu l-għoli normali ta' antenna llum il-ġurnata, tista' tgħidli jekk jien, li għandi tul ta' metru u nofs, u nkun qiegħed fuq il-bejt nonxor, kemm se tgħaddi differenza bejni u l-antenna?", "ADRIAN ZAHRA: L-aktar stallazzjoni tipika hija dik imwaħħla ma' washroom.", "Mela inti hemmhekk diġà għandek l-għoli tal-kamra.", "Mela għandek id-differenza tiegħek u tal-washroom bħala iżolazzjoni.", "Mela b'kollox se jkollok madwar 2.4 metres distance mill-antenna, jekk inti tkun eżattament taħtha.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri l-mara jew it-tfal li jkunu qegħdin jilagħbu taħt l-antenna jistgħu jkunu l-iżjed qrib tal-antenna żewġ metri u nofs jew tliet metri kollox.", "Intom l-ewwel kontu għedtu li lin-nies tavżawhom.", "Tista' tgħidilna xi tgħidu lil dawn in-nies li jaċċettaw li titwaħħlilhom antenna fuq il-bejt tagħhom?", "Għalxiex iridu joqogħdu attenti?", "MICHAEL GONZI: Tgħidulhom biex ma jitilgħux fuq il-bejt?", "ADRIAN ZAHRA: Lin-nies nispjegawlhom li, jekk ikollhom bżonn jaħdmu fil-viċinanzi eżatt tal-antenna, jċemplu fuq numru tat-telefon li nkunu tajnihom aħna, u b'hekk inkunu nistgħu nitfulhom dik l-antenna.", "F'dan il-każ, nagħmlu l-istess bħalma nagħmlu għan-nies tagħna meta dawn ikollhom bżonn jaħdmu in contact mal-antennae.", "MICHAEL GONZI: Mela fuq il-bejt jistgħu jitilgħu n-nies?", "ADRIAN ZAHRA: Dażgur!", "Jistgħu jitilgħu liberalment!", "THE CHAIRMAN: Jitilgħu ħdejn l-antenna?", "CARMELO ABELA: Internament, bħala kumpanija, għandkom il-policy tagħkom ta' fejn twaħħlu l-antennae?", "ADRIAN ZAHRA: Ma naħsibx li hija xi ħaġa guided by policy fejn inwaħħluhom.", "CARMELO ABELA: Pereżempju, l-għażla jekk twaħħalx fuq id-dar tiegħi jew fuq id-dar ta' ħaddieħor tiġi minni?", "ADRIAN ZAHRA: Naħseb li aħjar nispjega l-proċess li bih nagħżlu post li fuqu nwaħħlu l-antenna.", "CARMELO ABELA: U intom twaħħlu fuq djar privati biss, jew inkella twaħħlu wkoll fuq bini pubbliku?", "ADRIAN ZAHRA: Bażikament, il-proċess li bih tiġi magħżula site huwa dettat purament minn neċessitajiet tekniċi biex noffru l-aqwa servizz, u mhux minn neċessitajiet kummerċjali jew ta' flus.", "Pereżempju, inutli nagħmel site ġo nofs ir-raba' biex inkopri l-qalba tal-Qrendi, imma s-site rrid nagħmilha fil-qalba tar-raħal.", "Li jsir hu li nidentifikaw area minn testijiet li jsiru periodically u mill-complaints tan-nies, għax at the end of the day aħna nirċievu madwar 150 complaint mingħand persuni li ma jkunux kuntenti bis-servizzi minħabba l-coverage.", "Bħala kumpanija, konxji li rridu noffru l-aqwa servizz, u dejjem ninvestu biex ikollna iktar minn dawn is-sites.", "Rigward policies, aħna qgħadna lura milli nwaħħlu biss fuq l-iskejjel, u r-raġuni prinċipali hi għax nafu li hemmhekk iċ-chances li jinħolqu l-polemiċi li jkunu ta' dannu, anke għas-social image tal-kumpanija, huma ħafna ikbar.", "Ma qgħadniex lura għax naħsbu li hemm xi riskju, jew għax hemm xi ħsara li qiegħda sseħħ.", "Dan qisu bniedem daħal ġo post tan-nar jilgħab bil-lighter!", "Jekk hemm 2,000 ġenitur li kollha għandhom opinjoni differenti, huwa ħafna iktar diffiċli li nilħqu punt ta' consensus.", "CARMELO ABELA: U fir-rigward ta' djar privati?", "Pereżempju, intom tgħidu li d-dar ta' Carmelo Abela hija ideali sabiex tilħaq l-area taż-Żejtun, b'hekk tiġu għandi u tistaqsuni jekk nagħtikomx il-permess biex twaħħlu l-antenna?", "ADRIAN ZAHRA: Aħna għandna għodda apposta – radio planning tools – li biha nidentifikaw l-area, inkunu nafu l-bini kemm hu għoli mis-satellite maps li jeżistu u li tista' tixtrihom mingħand il-MEPA stess, u minn hemmhekk inkunu nafu where is the optimal place to position the antenna.", "Tinħareġ a search area, u forsi b'kollox ikunu nvoluti mas-sitta jew sebat idjar, u aħna navviċinaw lil kull wieħed mis-sidien.", "Imbagħad, min ikun willing li jidħol f'deal kummerċjali magħna, nagħmlu d-deal miegħu.", "CARMELO ABELA: U jien nista' nirrifjuta din id-deal?", "Jiġifieri m'hemmx obbligu …", "ADRIAN ZAHRA: Ħadd ma jisfurzak biex tagħmilha.", "CARMELO ABELA: Imma jekk jien nirrifjuta u l-ġar tiegħi jaċċetta, mhux xorta se nintlaqat jien?", "Fis-sens li, jekk ta' maġenbi jaċċetta, u jien inkun irrifjutajt għax potenzjalment inkun qed naħseb li tista' tagħmel xi ħsara – issa pprovata jew le, jekk jien indaħħal xi ħaġa ġo rasi, ħadd mhu se jneħħihili, anke jekk ikun hemm benefiċċju kummerċjali – imma jekk jien irrifjutajt u ta' maġenbi aċċetta, is-side effects li potenzjalment jista' ikun hemm jien xorta se nlaqqathom.", "ADRIAN ZAHRA: Aħna nipproċedu ma' min jaċċetta.", "At the end of the day, naħseb li l-esperjenza wrietna li ħafna drabi kien hemm każi ta' nies li bdew igergru wara li jkunu għamluha, meta qabel kienu xtaquha.", "Tista' tgħid li jkun hemm il-każ ta' xi ħadd li jkun iridha, u l-ieħor li ma jkunx iridha.", "Jien nista' nsemmilek każ ta' tliet persuni li riedu l-antenna kollha, u spiċċaw jiġġieldu fuq min se jwaħħalha fuq il-bejt tiegħu.", "Kellna każi ta' nies li riedu jeħduna l-Qorti, għax ħasbu li l-kuntratt kienu se jeħduh huma.", "CARMELO ABELA: Hekk jaqbillek, għax tara min jaċċetta l-inqas u tagħtiha lilu.", "ADRIAN ZAHRA: Il-postijiet jiġu evalwati minn inġiniera kwalifikati, għax kull dar se jkollha xi ħaġa differenti: min ikollu metru aktar mill-ieħor, min ikollu aċċess aktar mill-ieħor f'każ ta' maintenance, eċċ. Jiġifieri hemm benefiċċji għalfejn tagħżel lill-Ċikku flok lil Peppi.", "Meta bniedem aktar ikun imsiefer milli Malta, se jkollna problema għalina.", "CARMELO ABELA: Bħala inġinier u persuna kompetenti f'dan il-qasam, tista' tgħidilna jekk l-effett tar-radjazzjoni tal-antenna huwiex iktar taħt l-antenna nnifisha, jew inkella aktar ma' titbiegħed minnha?", "ADRIAN ZAHRA: Ħalli nispjega b'mod sempliċi ħalli jifhimni kulħadd.", "Għandkom idea ta' kif inhi brunġiela?", "Issa, immaġina li għandek tliet brunġiliet kbar enormi ħerġin u li normalment, bħala coverage, jaslu minn 400 to 500 metres bogħod bit-teknoloġija 3G tal-lum.", "Taħtha, kif tista' timmaġina, l-ammont ta' power huwa inqas milli fil-ġnub.", "Bl-affarijiet kif inhuma, li se jiġri hu li minn din se jkun hemm xi komponent li se jaħbat mal-bini u jerġa' jiġi lura.", "U allura, meta jittieħdu l-measurements issib livell hawn, livell hawn u prattikament kważi kollha jkunu qrib ta' xulxin.", "Ġieli ssib fejn ikun ftit ogħla imma, fl-aħħar mill-aħħar, it's an even.", "Għalhekk, ma naħsibx li huwa l-każ li se tesponi aktar lill-ġar tiegħek milli lilek.", "THE CHAIRMAN: Li kieku jkollok tkejjel x'inhu l-effett tar-radjazzjoni minn barra t-triq, u mbagħad nieħdok f'kamra ta' dik id-dar, issib differenza fil-kejl jew inkella jibqa' l-istess?", "ADRIAN ZAHRA: Aktar kemm titbiegħed mill-antenna, aktar il-kejl se jkun baxx.", "THE CHAIRMAN: Jekk jien nieħdok f'kamra 50 metru 'il bogħod minn antenna, il-kejl minn din il-kamra fejn qegħdin bħalissa, u l-kejl mit-triq ...", "ADRIAN ZAHRA: Tendenzjalment, fil-kamra se tkun inqas minħabba raġuni sempliċi – il-bini se jattenwa ħafna mis-signals.", "Meta ngħidu li se jattenwa ħafna mis-signals, normalment nsibu li jinżel għan-normal bħala signal level.", "Issa, se niddevja mill-EMF value, għax iktar faċli nikkwota bil-percetage-wise.", "Fil-fatt, dan ikun ta' 20 DBM, bejn wieħed u ieħor.", "Isolation ta' ħajt twaqqa' is-sinjali għal 20 DBM.", "Meta wieħed iqis li s-signal coverage taħt l-antenna eżatt normalment ikun ta' madwar - 42, u fil-kamra eżatt maġenb l-antenna jkun - 62, mela hawnhekk qed nitkellmu fuq deterioration in signal ta' kważi 25%, għax, at zero signal, ikollna a -100 or -110 level.", "Għandna minn 60 jew 70, u aħna nżidu bi 20.", "THE CHAIRMAN: U xi jkun il-kalkolu ta' dak it-tip ta' radjazzjoni fuq tifel, jew fuq persuna, li se tagħmel bejn wieħed u ieħor għaxar sigħat rieqda bir-radjazzjoni minn dik l-antenna kontinwament fuqha?", "ADRIAN ZAHRA: Ma naħsibx li jiena kompetenti biżżejjed biex inwieġeb din il-mistoqsija, u se nispjega għaliex.", "Fuq dan il-qasam tal-absorption, hemm riċerka kbira għaddejja.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmillek mistoqsija oħra.", "Ejjew ninsew kif tiġi absorbed ir-radjazzjoni, imma nistgħu nagħmlu kalkolu fuq din il-kamra.", "Ejja ngħidu li din il-kamra li qegħdin fiha bħalissa qiegħda 50 metru 'l bogħod minn antenna, u aħna ilna f'din il-kamra għal dawn l-aħħar għaxar sigħat.", "Ejja ma nikkalkolawx x'assorbejna ġo fina aħna, imma naħseb li nistgħu nagħmlu kalkolu ta' x'radjazzjoni se jakkumula f'din il-kamra f'dawn l-aħħar għaxar sigħat?", "ADRIAN ZAHRA: Din hija kwestjoni matematika.", "Pereżempju, ejja nsemmu l-ikel.", "Huwa faċli li nikkalkula kemm niekol u nżomm kalkolu l-ħin kollu tal-ikel li qed nikkonsma.", "THE CHAIRMAN: Mela jekk \"X\" huwa l-ammont ta' radjazzjoni li hemm fil-kamra f'ħin partikolari, f'għaxar sigħat se jiġu \"X\" times 10.", "Allura dan jista', skont l-opinjoni tiegħek, iżid it-tendenza li l-probabilità tal-mard tista' tinħoloq riżultat ta' dik ir-radjazzjoni?", "CARMELO ABELA: Inti semmejt l-eżempju tal-ikel, imma hawnhekk ma rridux ninsew li x'ħin trid tista' tieqaf tiekol, filwaqt li r-radjazzjoni mill-antenna mhijiex se tieqaf, imma tibqa' għaddejja l-ħin kollu.", "Barra minn hekk, hemm ukoll l-aspett tal-livelli differenti fil-bini.", "Inti għedt li, bejn wieħed u ieħor, hemm żewġ metri u nofs bogħod, imma fejn ikollok diżlivelli …", "ADRIAN ZAHRA: Ħalli nispjega daqsxejn.", "Li l-antenna tkun tagħti għal ġol-ħajt tal-ġar għalina ma jagħmilx sens, għax jekk l-antenna tagħna b'xi mod tiġi obstructed mill-bini ta' maġenbha, din ma tibqax tajba biex taqdi l-funzjonijiet tagħha.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Immaġina kanna tal-ilma li minnha ħiereġ l-ilma.", "Jekk jien se nagħmel subgħajja quddiemha, l-ilma se jmurli 'l hawn u 'l hinn, filwaqt li 'l hawn mhu se jiġi xejn.", "CARMELO ABELA: Imma ejja ngħidu li d-diżlivell huwa b'tali mod u manjiera li ma jkunx hemm iż-żewġ metri u nofs mill-antenna …", "ADRIAN ZAHRA: Aħna noqogħdu attenti li jkun hemm clearance minn mal-bini.", "Neħħejna ħafna antenni minħabba l-iżvilupp li sar.", "Pereżempju, kelli antenna f'post partikolari fejn tela' il-bini maġenbha m'ogħla żewġ sulari.", "B'hekk neħħejtha minn hemm u rrilokajtha, għax jekk tgħolliha 'il fuq, estetikament se tiġi pastażata.", "Jekk ngħolliha żewġ sulari 'il fuq terġa' tiġi teknikament valida, imma l-problema hi li, jekk ngħolliha żewġ sulari fuq pipe, se tiġi estetikament pastażata.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Insejjaħ issa lir-rappreżentanti tal-Awtorità tat-Telekomunikazzjoni u tal-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.", "Sinjuri, nilqagħkom magħna u nirringrazzjakom tad-disposizzjoni tagħkom.", "Kellna suġġett interessanti, u s'issa ddiskutejna mat-tlett operaturi f'dan il-qasam, fejn smajna x'kienet ir-reazzjoni tagħhom fuq iż-żewġ rapporti li bagħatnilhom.", "Dawn ir-rapporti jindikaw il-possibilità li l-mobile antennae li aħna għandna fuq il-bjut tagħna jistgħu effettivament jikkawżaw mard bħall-kanċer u l-leukemia.", "Ovvjament, m'għandix għalfejn nidħol fir-risposti li tawna l-operaturi, imma dawn kollha jaqblu li huma, bħala operaturi kummerċjali, qegħdin jaderixxu mal-liġijiet ambjentali tal-MEPA u tal-MCA.", "Għaldaqstant, iħossuhom li qegħdin jagħmlu l-iktar li jistgħu jagħmlu sabiex ikunu koerenti mal-obbligazzjonijiet tagħhom.", "Issa, s'hemmhekk ma nagħtihomx tort, imma mbagħad smajna diversi evidenzi rigward l-operat, u anke dwar il-possibilità tal-ħsara li r-radjazzjoni tista' tagħmel.", "Iċ-Chairman tal-MCA kien preżenti għal din il-laqgħa, u allura m'għandix għalfejn nikkummenta aktar fuq dak li smajna.", "L-idea tagħna li jkollna rappreżentant tal-Ministeru kien proprju għaliex xtaqna li r-responsabilità tiġi shared.", "Xtaqna wkoll li jkollna rappreżentanza mill-Ministeru tal-Edukazzjoni għaliex nafu li numru ta' skejjel seta' jkollhom dawn l-antennae disponibbli.", "Issa sirna nafu li dawn il-kumpaniji, b'għażla awtomatika, ma tantx jagħżlu li jwaħħlu l-antennae mal-iskejjel – mhux għax xi ħadd huwa qalbu tajba – biex jevitaw l-inkwiet mal-ġenituri u mal-head teachers.", "Raġuni oħra kienet li, ħafna drabi, l-iskejjel ma jkunux disponibbli l-ħin kollu sabiex issir il-maintenance fuq dawn l-antennae, u allura id-deal kummerċjali mal-iskola ma tantx isir.", "Mill-mistoqsijiet ta' sħabi l-membri ta' dan il-Kumitat ħareġ biċ-ċar li, għalkemm fuq l-iskola ma titwaħħalx antenna, jista' jagħti l-każ li din titwaħħal fuq dar maġenb l-iskola.", "Aħna ridna li intom tisimgħu din it-tip ta' diskursata u, jekk ma nispiċċawx illum, inkompluha l-ġimgħa d-dieħla.", "Aħna xtaqna li nitkellmu mal-MEPA, kif ukoll mal-awtoritajiet tas-Saħħa, għax dawn huma responsabbli minn dawn l-antennae tal-mobiles.", "Ma nafx jekk ma nkunx korrett ngħid li hemm il-probabilità li jkun hemm il-ħsara, jew il-possibilità li jkun hemm il-ħsara.", "Meta tlabt lil kull entità kummerċjali sabiex tagħtini l-garanzija li dawn il-mobile antennae ma jagħmlux ħsara, ħadd minnhom ma tana din it-tip ta' garanzija.", "Kollha wrew biċ-ċar l-evidenza xjentifika, u li, skont huma, m'hemmx evidenza li turi li dawn jistgħu jagħmlu l-ħsara.", "Effettivament, il-ħsara teżisti għax, jekk ħadd ma jista' jikkwantifikaha, xorta waħda lill-ħaddiem ngħidulu li meta se jkun qiegħed jaħdem quddiem l-antenna, dan għandu jitfiha.", "Mela hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq li toqgħod quddiem kannestru frott, għax dan żgur li m'għandux radjazzjoni ħlief jekk ikun imħassar, u allura jibda jinten u jdejqek!", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq antenna li, kif qalulna l-operaturi stess, lill-ħaddiema tagħhom javżawhom li, meta jkunu qegħdin jaħdmu faċċata tagħha, għandhom jitfuha.", "Sur Micallef, inti rajthom ukoll dawn ir-rapporti.", "Allura inti komdu mal-pożizzjoni li ħadtu s'issa, meta nafu li għandna numru ta' parlamenti oħra li llum qegħdin jaħsbuha darbtejn jekk għandhomx jinkwetaw jew le, u llum bdew jinkwetaw fuq il-possibilità li jista' jkun hemm ħsara, filwaqt li aħna m'għandna l-ebda preokkupazzjoni?", "Pajjiżi oħra, kif għandna f'dawn ir-rapporti stess, qegħdin jużaw il-prinċipju tal-prekawzjoni ma jmurx ikun hemm il-ħsara.", "F'Malta qiegħda tittieħed prekawzjoni?", "PHILIP MICALLEF (Chairman, MCA): Sur President, hawnhekk għandi preżentazzjoni u nixtieq ngħaddihilkom.", "Nixtieqkom tifhmu x'inhu l-irwol tal-Malta Communications Authority skont il-liġi, ħalli mbagħad nibdew minn hemm, u nkun nista' ngħidilkom x'inhu x-xogħol tagħna.", "Fl-ewwel faċċata, nistgħu naraw xi tgħid il-liġi, fejn din qiegħda tgħid hekk:", "Ix-xogħol tagħna huwa li, meta jkun hemm non-compliance ma' xi tgħid il-liġi, aħna nieħdu azzjoni.", "Kif taraw iktar 'il quddiem, nista' nispjegalkom x'nagħmlu.", "Aħna nagħmlu measurements perjodiċi, sew b'mod proattiv u sew meta n-nies iċemplulna u jitolbuna li nagħmlu dawn il-measurements.", "In-nies li jċemplulna mmorru għandhom u nieħdu l-measurements minn fuq l-bjut, mis-sitting room tagħhom u minn fejn jitolbuna sabiex nieħdu l-measurements.", "Dawn imbagħad nippubblikawhom.", "Jekk tmorru fil-website tagħna, ssibu kull measurement li nieħdu.", "Jekk taraw ukoll il-presentation tagħna, taraw kull site bil-measurements tagħna.", "Pereżempju, jekk nieħdu l-measurements li għamilna fl-2010, fl-2011 u dawk li għamilna sal-aħħar tax-xahar li għadda taraw li, fl-2011, għamilna 201 planned measurements u 49 by request.", "Dawn il-measurements dejjem nibagħtu kopja tagħhom lill-Health Department, lill-individwu li jkun talabna biex nieħdu dawn il-measurements, u npoġġuhom ukoll fuq il-website tagħna.", "Pereżempju, fl-2011 minn 250, kien hemm 240 li kienu inqas minn 5% mil-livelli permissibbli, u 10 li kienu bejn 5% u 25%.", "Din is-sena, minn 125, kien hemm 123 li kienu inqas minn 5%, u 2 li kienu bejn 5% u 25%.", "L-iktar livell li lħaqna kien ta' 25% ta' dak li jgħid l-istandard.", "CARMELO ABELA: Hawnhekk qed ngħidu li fl-2011 kien hemm għaxar darbiet li nqabżu ...", "PHILIP MICALLEF: Mhux inqabżu, għax il-100 huwa l-limit.", "Intlaħaq il-kwart tal-permissible level.", "CARMELO ABELA: Smajna mingħand il-kumpaniji li qatt ma kien … (Interruzzjonijiet) Dan issa qed jiġi kkorroborat mingħandkom bħala Awtorità.", "Jekk il-livell huwa 100, l-ogħla li qatt kellna kien ta' 25.", "Kif taraw miċ-ċifri, minn din is-sena pereżempju, minn 125 kellna 123 li kienu inqas minn 5%, u kellna 2 li kienu bejn 5% u 25%.", "CARMELO ABELA: Dawn kienu kollha assoċjati mal-antennae tal-mobiles?", "Meta nieħdu l-measurements, aħna nieħdu ta' kollox u mhux nieħdu l-measurement ta' antenna waħda.", "Nieħdu wkoll il-measurements ta' antennae oħra li jkunu fil-viċin, bħall-antenna tat-television.", "Jiġifieri hawnhekk m'hawnx biss il-base stations.", "Pereżempju, jekk immorru l-Għargħur, fejn għandek it-television antenna li qed tittrasmetti ...", "MICHAEL GONZI: It-25% hija ta' kollox?", "MICHAEL GONZI: Tanalizzawha?", "PHILIP MICALLEF: Iva nanalizzawha, u meta taqbeż it-25% nitkellmu wkoll mal-operatur ħalli naraw x'hemm.", "MICHAEL GONZI: Fuq dawk l-10 li sibtu over 25%, analizzajtu li kienu ġejjin mill-base stations?", "MICHAEL GONZI: X'kienet il-ħsara?", "PHILIP MICALLEF: Ma kienx hemm ħsara, għax il-livell huwa ta' 100.", "MICHAEL GONZI: Għaliex fl-2011 għamiltu 201 planned measurements, u fl-2010 għamiltu 107?", "PHILIP MICALLEF: Li ġara hu li żidna l-man power kif ukoll l-apparat.", "Jiġifieri kienet kwestjoni ta' riżorsi.", "MICHAEL GONZI: Il-133 test points, dawk ivarjaw kull sena, jew dejjem l-istess ikunu?", "PHILIP MICALLEF: Għandna metodoloġija, u jekk in-network tal-operaturi titbiddel ħafna, jitbiddlu wkoll, però skont in-networks tal-operaturi.", "MICHAEL GONZI: Bi ftehim mal-operatur, jew m'għandux x'jaqsam?", "Fil-fatt, il-metodoloġija hija li aħna ma nitilgħux fuq il-bejt, għax jidhrilna li, jekk se ċċempel minn qabel, m'intix se tagħmel audit kif suppost.", "Għaldaqstant, nipprovaw nagħmluha mill-post l-iktar viċin, u l-operaturi ma jkunux jafu, għax inkella dawn jistgħu jaqbdu u jniżżlu l-livell.", "MICHAEL GONZI: It-test tagħmluh eżatt mal-antenna?", "PHILIP MICALLEF: Din il-mistoqsija jista' jirrispondiha ħaddieħor.", "MICHAEL GONZI: Ħalli nkompli l-mistoqsija.", "Jekk, bejn wieħed u ieħor, għandek 200 antenna għal kull operatur, li tagħmel 133 test points ma taħsibx li huma ftit?", "PHILIP MICALLEF: Inti qed taqbad ta' kollha.", "Pereżempju, jiena noqgħod faċċata tal-ex-Sptar ta' Santa Katerina, fejn hemmhekk hemm xi erba' antennae.", "Meta nagħmlu l-measurements hemmhekk, naqbdu ta' kulħadd.", "ANTHONY ZAMMIT: Meta spjegalna l-inġinier qalilna li l-antenna is like a Mercedes Benz star, u mbagħad toħroġ il-waves f'forma ta' brunġiela.", "U qalilna li eżatt taħt l-antenna se tkun zero.", "ANTHONY ZAMMIT: Jekk se tibda mit-triq, għandek l-antenna u ħadt it-triq.", "Jekk din se teħodlok hekk, your test point is underneath.", "LONGINO DINGLI (Malta Communications Authority): Il-metodoloġija li wżajt tieħu into consideration il-popolazzjoni.", "Inti qisu għandek grid u ksejt lil Malta u l-Għawdex biha.", "Imbagħad, rajt fejn hemm l-iktar densità ta' nies, u hemmhekk erġajt żidt it-test points within the test points biex tirrifletti l-popolazzjonii densa li jkollok dawk in-naħat.", "U allura, fl-għelieqi hemm inqas test points milli fejn joqogħdu n-nies.", "Hemm ċerti affarijiet li jaffettwaw dawk ukoll u li, indirettament, dawk jistgħu jaffettwaw lin-nies.", "PHILIP MICALLEF: Fuq dawn hemm standards u metodoloġija kif wieħed ikejjel.", "THE CHAIRMAN: Sur Micallef, inti smajt x'kienet il-loġika li konna qegħdin ninkwetaw ruħna biha, jiġifieri jista' jkollok skola, u 50 metru 'l bogħod minnha jkollok antenna bit-tfal ta' dik l-iskola jkunu esposti għal perijodu kontinwu kuljum għal dik l-antenna.", "Jista' ikollok ukoll familja li qed tgħix bit-tfal tagħha f'appartament ftit metri 'l bogħod minn antenna.", "Allura l-kalkolu tar-radjazzjoni – mhux li ħadtu at one moment in time – akkumulattiva li qed ikunu esposti għaliha t-tfal mill-iskola, kif nistgħu nikkalkulawha?", "Qiegħda tiġi kkalkulata din ir-radjazzjoni?", "Qegħdin nikkalkulaw biex ma naqgħux taħt it-thresholds stabbiliti, jew biex naraw li, bil-grid li ħloqna, m'aħniex noħolqu l-possibilità ta' iktar cancer jew leukemia fuq it-tfal minħabba li qed ikunu aktar esposti għal din it-tip ta' radjazzjoni?", "Dik hija l-preokkupazzjoni prinċipali tagħna.", "PHILIP MICALLEF: Ħalli nirrispondi l-mistoqsija f'żewġ partijiet, u se nkompli nispjega kif isiru l-measurements.", "Aħna ma mmorrux hemm b'dawn il-meters u naqbdu u nkejlu biss, imma naraw ukoll il-ħinijiet li fihom immorru nkejlu.", "Fil-fatt, jekk tmur fl-10.00 a.m. f'Paceville mhux se jkollok ħafna nies li qed jużawh, u allura aħna nikkalkulaw il-massimu li jista' jkollok.", "Dik hija l-ewwel parti, jiġifieri mhux naqbdu u nieħdu r-reading u nieqfu hemm, but we extrapolate to the maximum.", "Ġieli mmorru filgħaxija nkejlu postijiet bħal Paceville fejn għandek ħafna nies jużaw il-mobile u li, f'dak il-każ, il-power ikun għaddej mhux ħażin.", "Fuq il-parti l-oħra tal-mistoqsija, forsi jirrispondi aħjar l-Inġinier Longino Dingli.", "LONGINO DINGLI: Min iċempilli u jkolli nispjegalu, nħobb inġib l-eżempju tal-ispeed camera.", "Immaġina jien għandi speed camera, u għaddiet karozza minn quddiemi, u din ġiet clocked bis-60 kilometres per hour.", "Imma mbagħad, x'ħin inħares lejn il-karozza, nara li din hija Ferrari u li kapaċi ttella' 300 kilometres per hour.", "X'nagħmlu fir-rapport?", "Fir-rapport dak is-60 intellgħuh għal 300, u niktbu 300 kilometres per hour.", "Anke meta ngħoddu, ngħoddu x'kapaċi tagħmel dik il-Ferrari li rajna, u allura nieħdu l-maximum, li f'dan il-każ huwa l-maximum speed.", "Aħna qegħdin nieħdu għall-maximum conditions tat-traffic għal kull frekwenza individwali.", "Aħna mhux immorru hemm u jkollna t-total, bħallieku qisna morna fis-supermarket u jkollna itemised bill.", "Mela aħna, għal kull frekwenza, sew tal-mobile, sew tat-television, sew tar-radio, eċċ, kull frekwenza ngħolluha, u mbagħad ngħoddu kollox flimkien, u nqabbluh mal-limit.", "U hemmhekk fejn joħroġ il-5% jew it-3%.", "THE CHAIRMAN: Hawnhekk nixtieq nagħmillek osservazzjoni oħra.", "Bil-ħiliet tiegħek, kapaċi dak il-kalkolu tittraduċih f'possibbilità ta' kawża ta' mard?", "Mela nistenna li r-risposta jieħdu ħsiebha l-Awtorità tas-Saħħa.", "PHILIP MICALLEF: Importanti li nispjegalkom kif naħdmu, għax importanti.", "MICHAEL GONZI: Ħalli nistaqsi mistoqsija dwar il-problema tal-frequencies.", "It-25% u 5% hija magħmula minn frekwenzi differenti?", "Jiġifieri jista' jkollok micro wave, eċċ …", "LONGINO DINGLI: Jista' jkollok UNTS, il-GSM, ir-radio, it-television …", "MICHAEL GONZI: Intom għandkom xi metodu kif dawn jitqassmu, u toħroġ persentaġġ tagħhom separati?", "Jekk għandek din l-antenna, fejn tidħol fiha?", "L-antennae għandek 1% ta' dawk it-25%?", "LONGINO DINGLI: Fil-verità, l-ogħla reading kien 12%, u dan meta qed nieħdu l-worst case scenario.", "MICHAEL GONZI: Imma mhux tal-antennae qed tgħid, imma ta' kollox?", "LONGINO DINGLI: Iva, ta' kollox f'salt.", "THE CHAIRMAN: Bniedem għalxiex jista' ikun exposed?", "LONGINO DINGLI: Għal kollox, ovvjament taħt il-frekwenzi li tirregola l-Awtorità.", "MICHAEL GONZI: Dawk it-25% li qed nikkalkulaw, fejn jidħlu l-antennae f'din l-equation?", "LONGINO DINGLI: Inti trid bħala percentage?", "MICHAEL GONZI: Bħala percentage ta' dawk it-25%, jekk tgħidli dak it-25% huwa kollu mill-antennae.", "Imma, jekk issa qed tgħidli li l-antennae qed ikollhom 0.5% tat-25% ...", "LONGINO DINGLI: Mela, bħala antennae jvarjaw minn 0.001% – li huwa negliġibbli – sal-ogħla wieħed, li kien ta' xi 10%.", "MICHAEL GONZI: Jekk immur il-Mellieħa, u nara post li għandu erba' antennae ħdejn xulxin, u nidħol f'kamra f'dar, kemm se nsibu l-livell hemmhekk?", "LONGINO DINGLI: Fid-dar kważi mhu se ssib xejn, għax il-livell se jkun negliġibbli.", "MICHAEL GONZI: Allura l-microwave u l-mobile li jkunu qed jużaw?", "LONGINO DINGLI: Għandek il-ħitan li jilqgħu, u huwa proprju għalhekk li aħna dejjem nieħdu l-kejl mit-triq, jew minn barra, jew minn fuq il-bejt.", "MICHAEL GONZI: Dawk li jkunu eżatt ħdejn l-antenna m'għandhomx għalfejn jinkwetaw?", "LONGINO DINGLI: Fid-dar se jkollok biss reflections, jiġifieri bħal meta, għall- ħabta ta' nofsinhar, għalkemm ma tkunx qed tara x-xemx, xorta waħda għandek id-dawl, għax dan ikun qed jirrifletti mal-ħitan ta' faċċata.", "Bl-istess mod, inti tkun kapaċi tagħmel telefonata d-dar proprju minħabba dawn ir-reflections.", "Again semmejt it-25%, filwaqt li l-100% huwa l-limit, f'dik il-kamra kemm hu l-percentage?", "THE CHAIRMAN: Li t-tfal huma exposed, u jekk se jibqgħu għaxar sigħat exposed, x'inhu l-periklu tagħhom?", "MICHAEL GONZI: Nassumu li għandi post bi tlieta jew erba' antennae, u jien qiegħed f'dik il-kamra, x'persentaġġ minn dawk il-100% hemm f'dik il-kamra?", "LONGINO DINGLI: Forsi smajtu bil-volts per metre, u ġol-kamra l-aktar li se jkun hemm volts per metre huma dawk ġejjin mill-grid tal-elettriku, jiġifieri mit-toaster, mit-television, eċċ.", "MICHAEL GONZI: Insiha l-grid, u agħtini biss tal-antenna, għax l-argumenti ta' dan il-Kumitat huma fuq l-antennae.", "Meta tmur u tiċċekkja kamra, tista' tkun taf l-antenna kemm qed tagħti frequency, vultaġġ, EMF?", "PHILIP MICALLEF: Kif rajna, dan dejjem ikun inqas mil-limit, u jkun 12%.", "MICHAEL GONZI: Dik qed taħrabha, Sur Micallef!", "PHILIP MICALLEF: Għaliex?", "MICHAEL GONZI: Jien nixtieq li tgħidli jekk, minn dawk it-25%, għandix 0.001% mill-antenna, 3% mill-microwave, eċċ.", "PHILIP MICALLEF: Jistgħu jvarjaw skont x'għandek fil-viċinanza, imma ejja neħduhom 100%.", "Il-limiti xorta huma iktar baxxi minn dawn.", "PHILIP MICALLEF: Skont, għax jekk tmur ħdejn substation, se ssibu mod u jekk …", "MICHAEL GONZI: Ħalli nlesti l-argument tiegħi.", "Jekk qed ngħidu 25%, li diġà huwa safe, imma inti qed tgħidli 0.001% ġej mill-antenna, u l-bqija ġej minn affarijiet oħra.", "Allura l-argument tal-EMF u l-ħsara li jista' jagħmel jispiċċa, għax ma jagħmilx ħsara, hu x'inhu l-livell tal-frekwenza tal-antenna f'kamra?", "PHILIP MICALLEF: Hemm postijiet fejn ma jkollok xejn.", "(Interruzzjonijiet) Jista' jkun ukoll, imma m'għandekx electric grid viċin, u m'għandekx affarijiet oħra, jiġifieri jista' jkun il-maximum ukoll.", "Jista' jvarja.", "MICHAEL GONZI: L-Awtorità għandha l-attrezzar meħtieġ sabiex tkun taf minn fejn ġej?", "Aħna nkejlu l-livelli, u l-kompitu tagħna huwa li dawn il-livelli kollha … Tinsewx li dawn kollha jagħmlu l-ħsara, kemm jekk ġejjin mill-microwave, kemm jekk ġejjin mill-mobile, kollha jagħmlu l-ħsara.", "L-importanti hu li l-maximum ma jaqbiżx il-livell ...", "MICHAEL GONZI: Jekk qed nitkellem fuq l-antennae, u l-ħsara tal-antennae għalija tfisser ħafna ekonomikament, irrid inkun naf jekk l-antennae humiex qed jagħmlu il-ħsara, u mhux il-microwave.", "PHILIP MICALLEF: Onor. Gonzi, qegħdin nitkellmu fuq livelli li qatt ma qabżu ...", "MICHAEL GONZI: Konvint minn dan, imma l-argumentazzjoni kollha hi li għandi 25% ta' din ir-radjazzjoni fil-kamra, u minnha għandi 24.99% ġej minn affarijiet oħra.", "PHILIP MICALLEF: Trid tieħu każ każ.", "Ejja ngħidu kollha - 100% - ġejjin mill-mobile stations.", "PHILIP MICALEF: Eżatt, u that is the way li wieħed iserraħ moħħ in-nies.", "Ma tistax toqgħod tgħidilhom għax dak ġej mill-microwave u dak ġej mit-television.", "MICHAEL GONZI: Il-ħsieb tiegħi huwa li jekk għandi l-attrezzar meħtieġ biex inkun naf minn fejn ġejjin …", "DR LUISA GAUCI BALUCI (Malta Communications Authority): Ir-rapport tagħna maqsum frequency frequency.", "Inkunu rridu nagħmlu computation ibbażat fuqhom biss.", "MICHAEL GONZI: Jekk hija possibbli, għaliex ma ssirx?", "Kieku ssir din il-biċċa xogħol, lil dawk in-nies li qegħdin hemmhekk, aħna nistgħu nserrħulhom rashom u ngħidulhom li l-problemi tagħhom ġejjin mill-microwave, u mhux mill-antenna.", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk qed nipprovaw nagħmlu argumenti intelliġenti.", "THE CHAIRMAN: Nitlobkom sabiex tirrispettaw il-proċeduri tal-Parlament.", "MICHAEL GONZI: Fhimtu l-punt tiegħi?", "Aħna nagħmlu l-kalkoli, u nagħmluhom hekk.", "MICHAEL GONZI: U tippubblikawhom?", "Dawn qegħdin fuq il-website tagħna.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq ukoll spjegazzjoni biex inkun naf b'dak il-kalkolu fuq tal-mobile antennae, u anke tal-grid u l-microwave li għandna d-dar.", "In-nies irridu nagħtuhom eżerċizzju sħiħ, u allura jekk nibagħtuk f'kamra partikolari biex tkejjel l-effett tar-radjazzjoni fuq tfal li jkunu exposed għal dik ir-radjazzjoni għal tul ta' ħin, x'effett jista' jkollha, ħalli nkunu nistgħu naraw jekk hemmx il-possibilità li jiġi kkawżat ċertu mard li qed jingħad f'ċerti rapporti.", "MICHAEL GONZI: Ħalli nagħtik biċċa xogħol oħra.", "Inti għandek limit, u allura minn 25% qed ngħidu 100%.", "Jekk jaqbeż dak il-100%, x'se jiġrilu l-bniedem?", "U għalxiex għamiltu dak il-limit?", "IS-SUR MANUEL DELIA (Head of Secretariat – Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni): L-ewwel nett, bħalma għamel iċ-Chairman tal-MCA, jien nillimita l-kompetenza tiegħi, li fil-verità hija limitata ħafna, għax il-kompetenza u r-responsabilità hija assenjata mil-liġi, u l-liġi tassenja l-għassa u r-regolamentazzjoni tas-settur tat-telekomunikazzjoni lill-Awtorità Maltija dwar it-Telekomunikazzjoni.", "Jekk ma jimportax, nixtieq nesprimi l-ħsieb tiegħi fuq din id-diskussjoni.", "Kull oġġett, minn martell sa ajruplan, fih element ta' riskju.", "Kull oġġett fih element ta' riskju, u xejn mhu mingħajr konsegwenza.", "Li jsir – u dan huwa l-iskop tan-normi u tal-istandards – hu li jkun hemm standards, li jkunu akkumulati maż-żmien bl-esperjenza u bir-riċerka fuq livell internazzjonali – u nissottolinea \"konsiderazzjonijiet internazzjonali\" – għax, kemm fuq regolamentazzjoni tas-safety tal-imrietel, kemm tal-ajruplani, kif ukoll tal-antennae tal-mobiles, Malta qatt ma jista' jkollha r-riżorsi sabiex tagħmel riċerka suffiċjenti u jkollha l-expertise suffiċjenti sabiex twieġeb il-mistoqsijiet rerum cognoscere causas, mhux biss x'inhuma u kif ngħassu l-istandards internazzjonali, imma għalfejn huma hekk, li hija l-aħħar mistoqsija tal-Onor.", "Aħna li nagħmlu, u li nippretendu mill-awtoritajiet pubbliċi, huwa li dawn jassiguraw li dawk l-istandards internazzjonali, li huma biżżejjed biex iserrħulna rasna – mhux jeliminaw kull riskju, mhux jagħtu garanzija, imma jserrħulna rasna – li l-imrietel mhux se jweġġgħu lit-tfal, li l-ajruplani mhux se jaqgħu fuq it-tfal, u li l-antennae tal-mobiles mhux se jikkawżaw cancers lit-tfal, huma addottati f'Malta.", "U, bl-istess standards ta' kif dawk l-istandards huma mgħassa – għax l-għassa tal-istandards hija parti mill-istandards – huma addottati b'mod sħiħ f'Malta.", "Dan hu li nfittxu mill-Awtorità.", "Naturalment, huwa interessanti għal kwalunkwe skop politiku u akkademiku li nkunu nafu għalfejn l-istandard hu kif inhu, li dejjem neżaminaw l-istandard huwiex suffiċjenti, li dejjem inkunu aġġornati ma' kif jinbidlu n-normi, minħabba li r-riċerka ġdida taf turi li dak li konna mingħalina tajjeb, illum m'għadux tajjeb.", "Jekk pereżempju, nieħdu n-normi tal-avjazzjoni, li għandhom standards kumplessi ħafna, naraw li dawn jinbidlu ma' kull air crash li jkun hemm.", "In-normi tal-emissjonijiet u r-radjazzjoni għandhom jinbidlu ma' kull riċerka li turi – jekk hemm riċerka li turi dan – li hemm bżonn li jinbidlu biex jeliminaw kemm jista' ikun ir-riskji li joħorġu minn din it-teknoloġija.", "Aħna li naraw, bħala Gvern, hu li dawk l-istandards u dawk id-drawwiet internazzjonali jkunu aġġornati sal-aħħar minuta, u li l-infurzar tagħhom huwa addottat u qed isir.", "Ir-riċerka li ġiet ippreżentata lilna mill-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni, u li qed tiġi ppreżentata lilkom ukoll, turi li f'Malta nadottaw l-istandards internazzjonali, u li jiggarantixxu dak li jgħidu l-istandards!", "Mhux iktar!", "Jiggarantixxu dak li jgħidu l-istandards, bil-livell ta' riskju li jħallu l-istandards.", "F'Malta, dawn huma nfurzati tajjeb dawk l-istandards, u mir-riċerka ripetuta li ssir skont dawk l-istandards f'Malta, dawk l-istandards ma niksruhomx!", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Ikolli ngħid li ma naqbilx ma' kollox.", "Ir-reazzjoni tiegħi hija waħda sempliċi: numru ta' snin ilu, ma konna naraw fuq l-ebda pakkett ta' sigaretti dak l-avviż li jgħidlek li t-tipjip joqtol, mentri llum narawhom.", "Li kieku aħna forsi konna politiċi ftit iktar attenti, dak ir-regolament fuq il-pakkett tas-sigaretti konna nagħmluh għaxar snin ilu, u mhux ħames snin ilu!", "U b'dan il-mod konna nagħmlu iktar ġid.", "Aħna bħala politiċi, f'dan il-Kumitat, infittxu li nagħmlu l-iktar ġid possibbli, għax ladarba m'għandniex l-eżekuttiv tal-Gvern f'idejna, allura kapaċi nagħmlu ftit iktar riċerka politika fuq dak li qegħdin nagħmlu.", "B'din l-evidenza f'idejna, minkejja li l-leġiżlazzjoni kulħadd irid jimxi magħha, aħna mhux niddubitaw mil-leġiżlazzjoni; imma, bħala leġiżlaturi, irridu inqajjmu interess biex ċerta leġiżlazzjoni, jekk ikun hemm bżonn, tiġi emendata kemm jista' ikun malajr.", "Issa, jekk dawn huma fatti li ħadd mhu qiegħed imerihom, u jekk dan li qed taraw temmnuh … Hawnhekk qed taraw ritratt ta' radjazzjoni fuq ras ta' bniedem adult u fuq tifel ta' għaxar snin meta jkun qed jintuża l-mobile.", "U grazzi għal dan ir-ritratt, jiena għedt lill-mara tiegħi sabiex ma tħallix il-mobile phone f'idejn it-tifel tagħna, għax dan jista' jagħmillu l-ħsara.", "U forsi tagħmillu l-ħsara llum, u tagħmillu l-ħsara għada, jien nista' nevitalu milli jkollu xi ħaġa, jew inkella nista' nikkawżalu xi ħaġa.", "Jekk dawn huma veri, intom bħala esperti – u hawnhekk nixtieq nara lill-Awtorità tat-Telekomunikazzjoni ..", "(Interruzzjonijiet) Jien nixtieq li dan l-istess diskors li qed nagħmlu magħkom, meta jasal il-waqt nagħmluh ukoll ma' tas-Sanità.", "Nixtieq narakom – b'kuxjenza ta' ġenituri u ta' nies responsabbli – toħolqu sitwazzjoni – fl-aħħar mill-aħħar, intom tibqgħu l-Awtorità tat-Telekomunizzjoni – fejn min jixtri mobile, jkollna kampanja nazzjonali bħalma għandna fuq it-tipjip, u li allura, fuq il-kaxxa tiegħu, jingħad ukoll li l-użu tiegħu mit-tfal jista' iweġġa'.", "Aħna nixtiequ naraw li, xi darba, jkun hawn kampanja fejn l-operaturi jitkellmu iktar fuq x'jista' ikun l-effett tal-użu tal-mobile phones u x'jista' ikun l-effett tal-antennae fuq il-bjut tad-djar.", "Jekk ma tkunux intom li tgħiduhom dawn l-affarijiet, m'hemm ħadd li jista' jgħidhom.", "Li kieku kelli nagħmel proposta ta' emenda, kont ngħid li, minkejja li fl-Awtorità Maltija tat-Telekomunikazzjoni jeżistu inġiniera u għandha nies kapaċi, il-fatt li fiha m'hemmx nies mill-qasam mediku, qed noħolqu sitwazzjoni fejn, dawk li huma min-naħa medika qed jgħidu li huma mhumiex inġiniera, u dawk li ġejjin min-naħa tal-inġiniera qed jgħidu li huma mhumiex min-naħa medika!", "U din qed toħloq sitwazzjoni li tista' taqa' between two stools.", "B'hekk iċ-ċittadin jista' isib mankanza fuq min jista' josserva ċerta leġiżlazzjoni.", "Nerġa' ngħid li, jekk dawn l-affarijiet huma minnhom, trid tittieħed azzjoni.", "INĠ.", "PHILIP MICALLEF: Sur President, hawnhekk inti tajt l-impressjoni li aħna ma nitkellmux mal-Public Health Authorities!", "Imma dan mhuwiex minnu!", "Kull rapport li jkollna nibagħtuh lill-Health u nitkellmu fuqu, sew lill-Unjoni Ewropea, id-DG Sanco u DG Info, u nistaqsuhom għall-parir tagħhom.", "Ħalli nkunu ċari fuq din!", "Huma qatt ma qalulna biex nagħmlu hekk jew biex nagħmlu hekk.", "Aħna mal-Health nitkellmu.", "U jien, bħala Awtorità li għandha x'taqsam mal-komunikazzjoni, l-expertise tiegħi huwa fuq il-komunikazzjoni u mhux fuq is-saħħa!", "Veru li ommi u missieri kienu tobba, u anke n-nannu u l-bużnannu kienu tobba, imma jien ma nifhem xejn, u lanqas in-nies ta' madwari ma jifhmu.", "Aħna inġiniera u nikkoperaw mal-Public Health Authorities fuq dawn l-affarijiet.", "Jekk għada jgħidulna li dan l-istandard mhuwiex tajjeb u rridu nbiddluh, aħna mmorru nkejlu skont l-istandard il-ġdid!", "Għalhekk, nerġa' intenni, li ma naħsibx li huwa ġust li jingħad li aħna qisna xi silos, u li ma nitkellmux.", "La hija ġusta fuqna, u lanqas fuq il-Health.", "ANTHONY ZAMMIT: Fil-fatt jien kont se nikkummenta fuq dak li hemm miktub fl-ewwel paġna tar-rapport tagħkom, fejn qed jingħad hekk:", "Mela awtomatikament hawnhekk qegħdin tgħaddu l-ballun lill-Public Health Authorities.", "Nieħu gost meta qed tgħidli li inti dejjem ikollok dik il-komunikazzjoni mal-Public Health Authorities, għax nixtieq li l-awtoritijiet f'pajjiżna jimxu id f'id għall-ġid tal-poplu.", "Jien ma rridkomx taħsbu li aħna kontra tagħkom, but we have to play a bit the devil's advocate on both parts, għax quddiemna ġew nies li sabu l-wens fina.", "Fil-fatt ma nixtiequx noħorġu minn hawnhekk u ngħidu li there is a grey area – bħalma għedna hawnhekk x'inhi d-differenza bejn il-possibilità u l-probabilità.", "INĠ.", "PHILIP MICALLEF: Naħseb li wieħed irid japprezza l-kompetenza ta' kull awtorità.", "Fil-każ tagħna, l-kompetenza medika hija żero!", "THE CHAIRMAN: Ma nistgħux naċċettawha!", "MICHAEL GONZI: Ma nistax naċċettaha din … Li hemm limitu ta' 100 …", "INĠ.", "PHILIP MICALLEF: U din qatt ma qabżet it-12 s'issa ...", "MICHAEL GONZI: Imma ma tafux x'jiġri jekk taqbeż il-100!", "Ħalli nagħtik analoġija differenti.", "Jekk jien nuża ultrasound machine fuq pregnant patient, ħadd ma jaf jekk din tagħmilx ħsara jew le.", "M'hemm provi ta' xejn.", "Madankollu, hemm il-guidelines li wieħed jista' jimxi magħhom.", "Pereżempju, tieħux ultrasound biex tara biss wiċċ il-baby, tieħux ultrasound il-ħin kollu, kemm jista' ikun iddumx meta qiegħed tieħu ultrasound, u l-magna ssetjaha speċifikament.", "Fost ir-raġunijiet li jagħtik jgħidlek li l-ultrasound jista' jgħolli t-temperatura taċ-ċelluli, eċċ. Jiġifieri għandek numru ta' raġunijiet għalfejn għandek toqgħod attent.", "Issa intom fuq din il-100 – mhux intom bħala Awtorità, imma kull stakeholder – ħadd ma tana raġuni x'jiġri jekk tabqeż dik il-100!", "Imma ma tiġix f'moħħok li tgħid għaliex 100?", "THE CHAIRMAN: X'jiġri jekk tinqabeż il-100?", "MICHAEL GONZI: X'jiġri jekk tinqabeż il-100?", "INĠ.", "PHILIP MICALLEF: Jekk jasal 100, jintefa' mill-ewwel!", "MICHAEL GONZI: It-temperatura taċ-ċelluli tal-bniedem se togħla m'ogħla s-smewwiet?", "INĠ.", "PHILIP MICALLEF: Il-100 għandu safety margin skont l-ICNIRP.", "Naf li intom … Ix-xogħol ta' kull entità kkonvinċini – ma nafx jekk dan jgħoddx għall-kollegi tiegħi wkoll – u naf li dawn jagħmlu xogħol tajjeb safejn jaslu l-istandards li għamilna aħna!", "IS-SUR MANUEL DELIA: Sur President, hawnhekk forsi rrid niċċara misconception.", "MICHAEL GONZI: Jistgħu jkunu ġejjin mill-Unjoni, u allura ma jkollok xejn?", "IS-SUR MANUEL DELIA: Għalhekk enfasizzajt ħafna r-riferenza li għamilt għall-kuntest internazzjonali.", "Jekk aħna nippretendu li qabel nagħmlu tal-emissions inkunu ...", "IS-SUR MANUEL DELIA: … jew ikollna biżżejjed expertise li nifhmu fuq x'inhuwa dak il-livell li ma tistax tilħaq biex ma jkollokx konsegwenzi … (Interruzzjonijiet)", "Kieku naqbdu dak li ġara f'pajjiżi oħra, ma kienx ikollna għalfejn nagħmlu dan il-Kumitat!", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Aħna politiċi, u mhux nies tekniċi!", "MICHAEL GONZI: Aħna politiċi, u rridu nirrispondu għal dak li jgħidulna.", "THE CHAIRMAN: Mela hawnhekk kien hawn manager ta' network partikolari – mhux se nsemmi l-isem tal-kumpanija – li qalilna li l-ħaddiema li jistgħu jkunu exposed għar-raġġi tal-antenna ma jafx x'jista' jgħidilhom!", "Jekk il-ħaddiem li jkun qed jaħdem quddiem antenna jaqbad idoqqlu l-apparat – forsi ħeba minni, imma ma naħsibx – ma jafx jgħidilhom x'għandhom jagħmlu l-ħaddiema tiegħu!", "L-Onor.", "Gonzi staqsih min jiġi espost x'irid jagħmel.", "Dak li jkun irid imur l-isptar jew għand it-tabib?", "U dan reġa' qallu li ma jafx.", "Mela għandna inġiniera li jitħallsu l-eluf tal-ewro f'pagi, jobdu r-regolamenti u l-istandards, imma ma jafux x'jiġri jekk jinqabeż dak l-istandard!", "Allura qegħdin ngħixu f'sitwazzjoni ta' possibilità ta' periklu, imma għax qegħdin nobdu l-istandards li xi ħadd impona fuqna għax huwa espert iktar minna, ma nafux x'jiġri jekk jinqabeż dak l-istandard!", "Aħna qegħdin ngħixu fil-possibilità ta' time bomb, u ma nafux meta se tieħu din it-time bomb!", "U lanqas nafu l-effett ta' din it-time bomb x'se jkun!", "Mela fil-possibilità li jien għandi t-tfal li qegħdin jimirdu, imma għaliex s'issa qiegħed nobdi r-regolamenti li mhumiex jgħidu li hemm possibilità ta' mard, allura nħallihom jimirdu!", "Jien għalhekk xtaqt li dawk li huma responsabbli mill-iskejjel ikunu preżenti magħna llejla ħalli, lkoll flimkien, minkejja li ħadd m'għandu l-kompetenza biex ikun jaf aktar minn dak li suppost ikun jaf, imma almenu nkunu konxji li jista' jkun hemm il-possibilità ta' kawża ta' mard.", "U dan qed ngħidu biex l-affarijiet ikunu magħrufa!", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Wara tliet sigħat u nofs, ninsab daqxejn konfuż!", "Ma nafx jekk dan huwiex minħabba l-għejja, jew minħabba xi ħaġa oħra.", "Imma f'ħin minnhom smajt liċ-Chairman tal-MCA jgħid li dawn kollha jagħmlu l-ħsara, u allura nixtieq li dan l-istatement jiġi ċċarat.", "Smajt lis-Sur Dingli jgħid li, mill-persentaġġi ta' 5% u 25%, huwa negliġibbli dak li joħroġ mill-antennae.", "Fhimt ħażin jien?", "INĠ.", "LONGINO DINGLI: L-argument kien fuq ġewwa tad-dar.", "Meta jċempilli xi ħadd għax ikun inkwetat u jgħidli biex nagħmillu indoor test, jiena ngħidlu li jekk nagħmlu indoor test se nkun qed nidħak bih, għax indoor mhu se nsib kważi xejn.", "U għalhekk ngħidlu biex dan it-test nagħmluh fuq il-bejt – jekk għandu antenna faċċata tiegħu – għax dak huwa l-aktar post espost.", "Meta nkunu fuq il-bejt, għandna meter ieħor u nfittxu l-iktar pożizzjoni fuq il-bejt fejn l-iktar li jkollna livell għoli.", "Imbagħad minn dik il-pożizzjoni nieħdu l-itemised reading.", "INĠ.", "PHILIP MICALLEF: Pereżempju, kellna każijiet fejn ikollok antenna fuq post u mbagħad, maġenb dak il-post, jitla' bini ieħor, u allura jkollna nagħlqu dik l-antenna.", "CARMELO ABELA: Kellna rappreżentanti minn kumpanija li qalulna li huma jpoġġu l-antennae skont konsiderazzjonijiet tekniċi, ġustament, biex ikunu jistgħu jieħdu l-massimu tagħhom.", "U allura jgħidu li d-dar ta' Carmelo Abela qiegħda forsi fl-aktar punt minn fejn huma jistgħu jieħdu l-massimu, imma x'ħin jiġu jkellmuni jien nirrifjuta li nwaħħalha.", "Għalhekk imorru għand il-ġar tiegħi, u dan jaċċetta.", "Issa l-mod ta' kif taħdem l-antenna lkoll kemm aħna smajniha, u allura, ladarba l-ġar tiegħi aċċetta, jien m'għandi saħħa ta' xejn, għax għalkemm inkun irrifjutajt milli nwaħħalha fuq il-bejt tiegħi, il-ġar aċċettaha u wisq probabbli jien se nkun blajtu aktar.", "Fuq dan il-punt, l-Awtorità tista' tidħol fiha din jew le?", "Rigward il-famużi studji li semma' is-Sur Delia, meta qalilna li aħna nimxu mar-rakkomandazzjonijiet internazzjonali, jien m'għandix dubji li aħna nimxu magħhom.", "Imma, bħalma llum qrajna kwotazzjoni minn studji li jgħidu li, fin-nuqqas ta' ċertezza, hemm bżonn li jsiru aktar studji eċċ., hemm studji oħrajn, li forsi ma ġewx ikkwotati illum, imma dawn jeżistu wkoll.", "Tant hu hekk li l-Kunsill tal-Ewropa, li jagħmel rakkomandazzjonijiet li jinkludu l-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej, qal li għandna bżonn nieħdu aktar prekawzjonijiet u nagħmlu aktar studji, għax m'aħniex konvinti li dawk l-istudji li qed jiġu kkwotati mill-awtoritajiet kompetenti huma dawk biss.", "Issa, r-raġunijiet għalfejn il-Kummissjoni Ewropea, il-World Health Organisation, eċċ, ħadu dawk l-istudji mhuwiex fil-kompetenza tagħna li nidħlu fihom, imma hemm studji oħrajn li juru ċerti ħsarat li qed isiru, speċjalment fuq it-tfal u fuq persuni li jbatu minn ċertu mard, u li kawża t'hekk, il-marda tagħhom qiegħda taċċellera aktar.", "Issa tgħiduli li l-kompetenza tagħna mhijiex fuq l-istudji, u hawnhekk għandkom raġun.", "Imma naħseb jien li, bħalma hemm studji mod, hemm studju oħra li juru mod ieħor.", "INĠ.", "PHILIP MICALLEF: Ħalli nirrispondik fuq l-ewwel mistoqsija tiegħek dwar il-ġar li jaċċetta l-antenna fuq il-bejt tiegħu.", "Issa, mill-aħħar tas-sena l-oħra, għadda l-EU Telecoms Framework il-ġdid, u dan jagħtina l-poteri tal-infrastructure sharing.", "Fejn qabel ma kellniex dawk il-poteri, issa, bl-EU Telecoms Framework, għandna dawn il-poteri.", "Il-problema ma solvejnihiex, imma almenu, minn naħa tal-estetika, qegħdin nibdew nistudjaw il-possibilità li dawn jinbnew iktar 'il bogħod mill-villaġġ, u li dawn jibdew jagħmlu x-sharing tagħhom.", "Din mhijiex xi ħaġa faċli.", "U forsi l-MEPA jistgħu jikkonfermaw dak li qed ngħid għax, minn ftit tax-xhur lil hawn, kulmin irid jibni torri – li jaqbeż l-għaxar metri – irid iġib il-permess mingħand il-MEPA, u dawn it-torrijiet iridu jkunu jifilħu l-pannelli ta' kulħadd.", "B'hekk ma nibqgħux nibnu waħda 'l hawn u waħda 'l hemm.", "Fuq dak il-lat, qegħdin nippruvaw naħdmu, imma dik mhijiex se tnaqqas ir-radjazzjoni.", "Fil-fatt, dik aktar hija xi ħaġa estetika, u hija xi ħaġa tajba wkoll għax ma jkollokx ħafna masts jiġru ma' kullimkien.", "Madankollu, jekk inti se tmur taħt il-mast, xorta se jkollok ir-radjazzjoni.", "CARMELO ABELA: Sur Micallef, ippermettili nagħmillek mistoqsija oħra.", "Inti semmejt il-MEPA u l-Avviż Legali tal-għaxar metri li kien ippubblikat ftit ilu.", "Kien hemm konsultazzjoni bejnkom bħala Awtorità u bejn il-MEPA?", "X'inhi r-raġuni li l-MEPA jew min ħareġ l-Avviż Legali ffissa l-għoli ta' għaxar metri, u li sa għaxar metri jistgħu jeħlu fejn iridu?", "DR LUISA GAUCI BALUCI: Bażikament, il-liġi tal-MEPA – u jistgħu jispjegawlkom huma stess, għax qegħdin hawn barra – tindika li, jekk torri huwa inqas minn għaxar metri minn roof level, m'għandux bżonn permess.", "Hemm proċedura fejn l-operaturi jinnotifikaw lill-MEPA li se jtellgħu dan it-torri u jipproċedu.", "U allura m'għandhomx bżonn permess.", "Jekk it-torri huwa aktar minn għaxar metri, għandek full development permit.", "THE CHAIRMAN: Kien hemm konsultazzjoni bejnkom u bejn il-MEPA?", "Safejn nafu aħna, ma kienx hemm konsultazzjoni.", "Imma kif għedtilkom, huma jistgħu jgħidulkom aktar, għax jarawha minn sitwazzjoni ta' estetika …", "CARMELO ABELA: Din il-mistoqsija se nagħmilha wkoll lill-MEPA.", "Imma filwaqt li l-MEPA hija kkonċernata mill-estetika, l-MCA mhux biss mill-estetika trid tkun ikkonċernata, imma anke fuq affarijiet oħra.", "Issa li hemm dak l-Avviż Legali, are you concerned about it jew le?", "Jekk mhux ikkonċernati, għiduli li m'intomx.", "Issa li ħareġ dan l-Avviż Legali, kellkom xi reazzjoni għalih bħala Awtorità?", "INĠ.", "PHILIP MICALLEF: Biex inkun għedt il-verità, aħna m'aħniex konċernati per se, imma qed nippruvaw naddottaw mudell – dak li semmejt qabel – tax-sharing, fejn issa li għandna l-poteri skond l-Unjoni Ewropea, se nipprovaw nagħmluhom.", "Aħna qegħdin nipprovaw inġibu lill-operaturi flimkien, imma kemm jista' m'aħniex qed nużaw id soda.", "Imma mbagħad, jekk ma jirnexxilniex, immorru bil-poteri li tagħtina l-liġi.", "THE CHAIRMAN: Sur Micallef, ippermettili ħalli ngħid xi ħaġa.", "Nixtieq li, dak li se ngħid, sħabi ma jaqblux miegħi, u nixtieq li jien żbaljat.", "Intom titkellmu fuq ix-sharing tal-masts, imma ma nara l-ebda sharing bejn it-tlett awtoritajiet li suppost jagħmlu f'dan l-ambitu ta' responsabilità biex naraw li ċ-ċittadini tagħna jkollhom l-aħjar li jistgħu jkollhom, u li jkollhom l-inqas probabilità jew possibilità ta' mard.", "Fl-istess ħin, ma nara l-ebda sharing bejn il-MEPA, l-MCA u s-Saħħa.", "Jien se nispiċċa dan il-meeting, u mhux se nkun konvint li għandna tliet awtoritajiet li, meta jieħdu responsabilità li jiddeċiedu xi ħaġa … Imma kulħadd jiddeċiedi mill-punto di vista tar-responsabilità partikolari tiegħu!", "Meta hawnhekk kellna l-operaturi, qalulna li huma jinteressahom mir-regolamenti imposti minn min tahom il-liċenzja, u daqshekk!", "Issa intom jimportakom milli toħorġu l-liċenzja, u li toqgħodu – kif qal sewwa s-Sur Delia – għar-regolamenti ta' barra, u daqshekk!", "Il-MEPA jimpurtahom mill-estetika, u daqshekk!", "Skużawni, imma jien hekk qed nifimha l-affari, u nixtieq li jien żbaljat.", "Dalwaqt se jkollna lil tas-Saħħa, u dawn se jgħidulna li huma jimpurtahom mis-Saħħa, mingħajr ma jafu x'inhuma l-kalkoli, għaliex huma mhumiex inġiniera!", "Dawn se jgħidulna li huma tobba, u mhux inġiniera.", "Imma allura kif tista' tara li l-istandards qed jinżammu?!", "Jien nemmen – kif kien qed jgħid l-ewwel l-Onor.", "Michael Gonzi – li l-istandards jinżammu mhux għall-gost, imma fihom infushom fihom sinifikat.", "Nuqqas ta' health hazard ifisser xi ħaġa.", "Imma għax intom inġiniera, ma tidħlux fil-qasam tas-saħħa, u allura, dak l-aspett inħalluh f'idejn tas-Saħħa.", "INĠ.", "PHILIP MICALLEF: Kif spjegajtlek aktar qabel, kull kejl li jsir nibagħtuh lis-Saħħa, u nagħmlu meetings mas-Saħħa fuqu.", "(Interruzzjonijiet) Dan għamilnih kontinwament.", "Kull biċċa artiklu li jiġi quddiemna fuq xi ħaġa, nibagħtuh lis-Saħħa, mmorru nkellmuhom, u nistaqsuhom x'jidhrilhom fuqha.", "Jiġifieri ma naħsibx li huwa ġust meta ngħidu …", "THE CHAIRMAN: Imma b'dak l-Avviż Legali, biex dak li jkun itella' arblu spiċċa d-DNO, u allura r-riskju li jista' ikun hemm spillage ta' radjazzjoni, li huwa responsabilità tiegħek li tarah dan, qed tgħidu li mhijiex f'idejkom, imma f'idejn il-MEPA.", "U allura issa, lill-operaturi, l-MEPA fetħitilhom idejha.", "INĠ.", "INĠ.", "PHILIP MICALLEF: Għax jien nista' inwaqqafha.", "THE CHAIRMAN: Twaqqaf l-aċċess?", "INĠ.", "PHILIP MICALLEF: Mill-ewwel jitwaqqaf!", "THE CHAIRMAN: L-unika responsabilità li hemm fl-Avviż Legali hija li, fl-ODZ, ma jistax jagħmel mobile antenna, u dan jagħmlu xorta.", "Jekk m'hemmx impatt viżiv, tista' tagħmlu bid-DNO.", "U allura l-MEPA, dak li intom tirregolaw mil-lat ta' saħħa, għall-MEPA ma tirregolahx minn possibilità ta' mard, imma tirregolah biss minn possibilità ta' visual impact.", "Mela ma jistax ikollna nuqqas ta' responsabilità fuq is-saħħa fi kwestjoni ambjentali!", "Mela hawnhekk għandi lil xi ħadd li qed ifarfar mir-responsabilità tiegħu!", "INĠ.", "PHILIP MICALLEF: Ħalli nispjegalek x'jiġri meta tittella' antenna ġdida.", "Meta titla' antenna ġdida, għaxar metri jew inqas, l-operaturi jridu jagħmlu l-measurements u r-rapporti tagħhom.", "Dawn imorru mbagħad għand il-Health, għand l-MCA, u għand il-MEPA.", "Aħna rridu mmorru wkoll biex nagħmlu l-audit tagħna, u niċċertifikaw li dik l-antenna hija konformi.", "Issa jien ma naħsibx li kulħadd għaddej qisu qiegħed fil-Wild West!", "(Interruzzjonijiet) L-istudji tagħna qegħdin fuq il-website wkoll.", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri sakemm ikunu 100 jew inqas, kollox jgħaddi: imma qegħdin tgħidu x'jidhrilkom fuq kull rapport?", "INĠ.", "PHILIP MICALLEF: Kif għedt qabel, hekk għadha.", "Il-Health jgħidulna: 'Le, mhux 100 irridu li jkunu, imma 50.'", "Aħna mmorru, u naraw li jkunu 50.", "CARMELO ABELA: Sur Micallef, s'issa kien hemm wieħed biss mill-operaturi li qalilna li, qabel ma jagħmel l-istallazzjonijiet, jagħmlu t-testijiet meħtieġa.", "Mela ejja ngħidu li kien hemm żewġ operaturi li għandhom l-antennae tagħhom.", "Naturalment, l-MCA tmur u tagħmel il-measurements tagħha wkoll.", "Imma, jekk jidħol it-tielet operatur f'dak il-post u jagħmel l-antenna tiegħu, mhux se jkun qiegħed jaqbeż dak il-livell?", "Huma jagħmlu rapport lilkom, u mbagħad intom tmorru tiċċekkjaw dik l-antenna l-ġdida … Ma nafx jekk spjegajtx ruħi tajjeb.", "INĠ.", "PHILIP MICALLEF: Fil-fatt, ir-regolamenti jitkellmu b'mod ċar.", "Ħalli nieħdu eżempju.", "Inti diġà għandek il-Vodafone u l-GO li għandhom l-antennae tagħhom.", "Warajhom daħlu l-Melita, u dawn jiddeċiedu li jridu jwaħħlu l-antenna tagħhom hemmhekk ukoll.", "Jekk, bit-twaħħil tal-antenna tagħhom, se jaqbżu l-mija, dawn ma jistgħux iwaħħluha, imma jridu jsibu post ieħor.", "L-aħħar wieħed li ġie m'għandux dritt li jmur iwaħħal f'dak il-post jekk hemmhekk se jinqabeż il-limitu.", "CARMELO ABELA: Ippermettili ftit, għax aħna fir-rapport tagħkom rajna li waslu sa massimu ta' 25% ...", "INĠ.", "PHILIP MICALLEF: Jien qed ngħid f'każ li jiġri hekk.", "CARMELO ABELA: Għadna ferm 'il bogħod.", "INĠ.", "PHILIP MICALLEF: Imma, fil-każ li jiġri hekk, il-liġi tippermetti li jekk inti tkun l-aħħar wieħed, allura għandek tinqala' minn hemm.", "CARMELO ABELA: It-tweġiba tiegħek kienet, f'każ li jiġri hekk, ma tħalluhomx hemmhekk.", "INĠ.", "CARMELO ABELA: Mhux għax kien hemm xi każ?", "INĠ.", "Kif għidtlek, il-każijiet li seħħew – li nqalgħu u tfejnihom – kienu meta kien hemm antenna fuq bini partikolari, li mbagħad tela' bini maġenbu, u dak il-bini ġie livell mal-washroom li fuqha kien hemm din l-antenna.", "Min-naħa tagħna, dehrilna li jkun aħjar li nneħħuha, avolja l-kejl ma' kienx jeċċedi l-livell massimu.", "Dak il-każ kien ġo Ħaż-Żabbar.", "LONGINO DINGLI: Fil-każ ta' Ħaż-Żabbar, l-actual ma kienx jaqbeż il-100.", "INĠ.", "PHILIP MICALLEF: Imma xorta deherilna li għandu jintefa'.", "INĠ.", "LONGINO DINGLI: Jekk tippermettuli, xtaqt ngħid xi ħaġa la qed issemmu din tat-25% u 12%.", "Qabel ġejt hawnhekk għamilt eżerċizzju fejn ħadt il-medja tal-emmissjonijiet tar-rapporti kollha u, fil-worst case scenario, l-ammont medju kien ta' inqas minn 1%.", "(Interruzzjonijiet) Iva, dan jinkludi kollox.", "MICHAEL GONZI: Tista' tkun iktar speċifiku fuqha din?", "(Interruzzjonijiet)", "INĠ.", "PHILIP MICALLEF: Iva, u dawn nippubblikawhom ukoll.", "Issa, jekk intom jidhrilkom li tridu tagħmlu awditjar indipendenti fuq il-kejl li nagħmlu, we are more than welcome to help.", "Ħalli nkunu ċari!", "Jekk tridu serħan il-moħħ ...", "THE CHAIRMAN: Aħna nagħmlu l-argumenti tagħna bħala politiċi, imma dawn nagħmluhom għax irridu li jkollna xi ħaġa aħjar.", "ANTHONY ZAMMIT: Sur Micallef, f'wieħed mir-rapporti li bagħatnilkom kopja tagħhom, insibu diversi studji, fosthom wieħed li ħareġ f'April tal-2009, ieħor mill-European Environment Agency, ieħor mill-Parliamentary Assembly of the Council of Europe, li ħareġ f'Mejju tal-2011, ieħor min-New Russian Recomendations Against Cell Phone Use by Children, datat 19 ta' Mejju 2011, u ieħor mis-Seletun Scientific Statement tal-2011.", "Dawn ġew mibgħuta lilna, u aħna ħassejna d-dover u r-responsabilità li ngħadduhom lilkom.", "Issa, if you have such a good liaison mal-Public Health, tista' tgħidli jekk, min-naħa tagħkom, iddiskutejtux dawn ir-rapporti mal-Public Health?", "U x'kien ir-riżultat?", "INĠ.", "PHILIP MICALLEF: Mhux kollha, imma kien hemm li ġew diskussi mal-Public Health Authorities.", "U anke, bħala membri ta' awtorità regolatorja, niltaqgħu kull xahrejn, bil-liġi, mar-regolaturi l-oħrajn kollha tal-Unjoni Ewropea.", "INĠ.", "INĠ.", "PHILIP MICALLEF: Li s'issa m'hemm xejn x'jindika li m'għandhomx ikunu l-istandards ...", "ANTHONY ZAMMIT: Qegħdin nitkellmu fuq il-Kunsill tal-Ewropea, jiġifieri ...", "INĠ.", "ANTHONY ZAMMIT: Fi kliem ieħor, qed tgħidilna li, meta jiġu huma, nistaqsu lilhom!", "INĠ.", "Mhux qed ngħid hekk.", "Jien qed ngħidlek x'iddiskutejna.", "Imma ma nistax ngħidlek jekk dawk humiex tajbin jew humiex aħjar mill-oħrajn.", "ANTHONY ZAMMIT: Imma jekk iddiskutejtu, wasaltu għal xi rużultat!", "INĠ.", "PHILIP MICALLEF: Iva, ir-riżultat kien li tad-WHO għadhom validi.", "Dak huwa r-riżultat!", "SUR MANUEL DELIA: Jien bħalkom nieħu in konsiderazzjoni l-perspettiva politika, għax jien ukoll m'iniex persuna teknika.", "Fil-fatt aħna policy nagħmlu, u bħalkom naħseb li l-prudenza hija politika tajba.", "Il-prekawzjoni tal-periklu hija politika tajba.", "Li teżamina dejjem il-liġi li għandek biex tara jekk hijiex suffiċjenti u aġġornata hija politika tajba.", "Jien nargumenta wkoll li hija politika tajba li tippromwovi t-teknoloġija, u li l-pubbliku jkun infurmat bil-prekawzjonjiiet li jittieħdu biex it-teknoloġija ma tagħmilx ħsara.", "Li ma tostakolax it-tkattir tat-teknoloġija, u li tuża standards li, għalkemm ma hemm l-ebda standard li huwa universalment aċċettabbli, imma huwa standard li aktarx iqajjem l-ikbar fiduċja, għalkemm dejjem hemm ix-xettiċi fil-komunità.", "Jien lanqas il-bużnanniet ma kelli tobba!", "Fehmiet differenti u iktar aġġornati fil-qasam tal-mediċina naf li jiġu minn żmien għal żmien.", "Naf ukoll li l-awtoritajiet tas-Saħħa jirreferu għall-pariri li tagħtihom il-World Health Organization rigward l-istandards.", "Dejjem ikun hemm aktar prekawzjonijiet li jistgħu jittieħdu, jew li jistgħu jiġu rrakkomandati minn dak li jiġi rrakkomandat mill-World Health Organisation fir-rigward tal-kawtela u għall-prevenzjoni, imma li ma jkunux meqjusa mill-WHO, u allura mill-Awtorità tas-Saħħa lokali, bħala kawtela proporzjonata.", "Mela, mingħajr ma nċekken l-eżerċizzju li qed tagħmlu, għax hawnhekk dejjem qegħdin nitkellmu fuq tfal, nixtieq nerġa' nagħmel l-analoġija li għamilt ftit ilu fuq l-ajruplani.", "L-unika mod kif tiggarantixxi li ebda ajruplan ma jaqa' huwa billi tipprojbixxi l-avjazzjoni!", "L-unika mod biex tiggarantixxi li ebda tifel ma jmut f'inċident tal-ajru huwa billi tipprojbixxi lit-tfal mill-avjazzjoni!", "Dan huwa assurd, bħalma kien assurd meta bdew l-ajruplani, u kienu bdew jgħidu li kieku Alla ridna ntiru kien jagħtina l-ġwienaħ.", "Teknoloġija ġdida ġġib magħha xettiċiżmu, u maż-żmien l-iżvilupp tal-istandards tas-safety jistimulaw aktar fiduċja f'dik it-teknoloġija u jitkabbar l-użu tagħha, mingħajr ma jeliminaw għal kollox ir-riskji minnha.", "It-teknoloġija tal-mobile hija ġdida, bħalma kienet ġdida t-teknoloġija tal-ajruplani fl-1920.", "L-istandards li jgħaddu maż-żmien jikkorreġu n-nuqqasijiet li wriet l-esperjenza fl-imgħoddi, u m'hemmx dubju li, maż-żmien, l-istandards tas-safety tal-mobile antennae jafu jinbidlu.", "Jien naħseb li hija politika tajba li nkunu kawti, però li nieħdu l-istandards li tagħtina l-WHO fuq il-mobile antennae bħalma tagħtina l-WHO fuq it-tipjip u fuq x'ngħidu fuq il-pakketti tas-sigaretti … Issa dik mill-perspettiva politika.", "Mill-perspettiva teknika, jien ma nistax inlum lis-Sur Philip Micallef li jgħidlek li 'xi tgħid il-WHO m'inix kompetenti li nifhem u li ninforzah, għaliex hemm ħaddieħor li huwa kompetenti.'", "Imma mbagħad naħseb li, bħala klijent u bħala utent, l-assigurazzjoni li jagħtuni l-Awtoritajiet tas-Saħħa li l-istandards li qed isegwu u li qed jinforzaw huma dawk tal-WHO – għalkemm ma tistax teliminali kull forma ta' dubju li jista' jkolli, u d-dubju se jibqa' jiġi ppreżentat – lili tagħtini forma ta' fiduċja li almenu s-safety li huwa salvagwardat minna huwa n-normal fil-bqija tad-dinja.", "CARMELO ABELA: Imma, Sur Delia, hemm ukoll rakkomandazzjonijiet tal-Council of Europe – issa forsi l-kumpaniji ma tantx jagħmlu sforz fuqhom, għax huma biss rakkomandazzjonijiet – li jgħidulek li, fin-nuqqas ta' ċertezza, għandna nkunu aktar kawti u nieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa.", "Issa jien mhux qed immeri dak li qed tgħid inti jew dak li qed jgħid is-Sur Micallef, imma dawn qed jgħidu li, fin-nuqqas ta' ċertezza xjentifika, għalkemm hemm rapporti li forsi jmorru aktar 'il bogħod minn dan, imma jgħidulek biex inkunu aktar kawti… Allura r-rakkomandazzjonijiet tal-Council of Europe, għax huma rakkomandazzjonijiet, se narmuhom ...?", "SUR MANUEL DELIA: Fl-aħħar mill-aħħar, anke tal-WHO huma rakkomandazzjonijiet, għax il-WHO ma tilleġislax.", "L-istandard aħna nagħmluh f'leġiżlazzjoni, u nistgħu nagħżlu liema standard irridu bħala leġiżlazzjoni.", "Li jkun perikoluż hu – mingħajr ma nidħol fil-mertu tar-rakkomandazzjonijiet tal-Council of Europe – li nieħdu l-iktar rakkomandazzjonijiet kawti possibbli, u fil-proċess nostakolaw it-tkattir tat-teknoloġija.", "CARMELO ABELA: Ħadd mhu qed jgħid hekk.", "Fil-fatt, fil-bidu tad-diskussjoni, għedna li aħna napprezzaw l-iżvilupp tat-teknoloġija, imma mbagħad, minħabba l-aspett tat-teknoloġija, ma nistgħux inwarrbu s-saħħa tal-bniedem għax, jekk nagħmlu hekk, inkunu verament irmejna kollox.", "THE CHAIRMAN: Jien hawnhekk irrid nissostanzja dak li qed jgħidu sħabi, u nikkwota xi ħaġa minn dan ir-rapport li għandna.", "Mela hawnhekk qed jgħidu hekk:", "Dawn ma nistgħux nilleġislaw fuqhom, imma mbagħad, għaliex kellna min kien aktar kawt … Hawnhekk qed jgħidu hekk:", "Mela għandna evidenza ta' entitajiet responsabbli li kapaċi joqogħdu fuq x'inhi tgħid il-WHO mingħajr ma jmeruha, u qegħdin jieħdu – dak li qed tgħid inti, Sur Delia – l-prekawzjonijiet sabiex, jekk jinqala' xi ħaġa, ikunu diġà on the forefront, għax ikunu ħadu deċiżjonijiet sabiex jiddefendu liċ-ċittadini tagħhom.", "INĠ.", "PHILIP MICALLEF: Aħna lesti li nikkollaboraw, jekk ikun hemm bżonn li l-affarijiet jinbidlu.", "Imma nerġa' ngħid li mhux aħna minn rajna se naqbdu u nagħmlu l-istandards, għax il-kompitu tagħna hu dak li hu.", "Jiġifieri aħna, jekk xi awtorità kompetenti tiddeċiedi li l-livelli għandhom ikunu tant, aħna nkunu minn tal-ewwel li ovvjament inbiddluhom.", "Apparti minn hekk, aħna kull sena jkollna audit fuq l-operat tagħna mill-\"A\" saż-\"Ż\" mill-Unjoni Ewropea.", "Dawn jiġu f'Ottubru / Novembru u jagħmlu an implementation report, li x'aktarx joħroġ fl-aħħar ta' Ġunju.", "Waħda mill-affarijiet li jeżaminaw hija proprju l-public concerns fuq electromagnetic fields, u qed jimmoniterjaw il-leġiżlazzjoni tal-pajjiżi stati membri min-naħa tat-telekomunikazzjoni sabiex jaraw jekk humiex tajbin jew le.", "Din hija l-Kummissjoni.", "Meta tkellimna magħhom, qatt ma qajmu concerns magħna, u din hija xi ħaġa li ssir kull sena.", "Jien nippretendi li, jekk hemm xi concerns mill-Unjoni Ewropea, jgħidulna fuqha, u jgħidulna biex nagħmlu hekk jew nagħmlu hekk.", "L-istess bħalma jgħidulna biex nagħmlu hekk fuq it-tali ħaġa tal-mobile termination rates, fuq il-fixed line prices u affarijiet hekk.", "Nerġa' ngħid li aħna lesti li nbiddlu u nagħmlu dak li hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Mela, nistennew mingħandkom l-eżerċizzju tekniku li bih, kif kien qed jgħid l-Onor.", "Gonzi, tkunu tistgħu tagħtuna l-evidenza mqassma, u tgħidulna x'effetti jkun hemm ġo kamra, ħalli jkollna l-għarfien dwar l-effett tar-radjazzjoni minn fejn hu ġej fil-households tagħna.", "DR LUISA GAUCI BALUCI: Nixtieq nirrispondi ftit fuq tar-Resolution tal-Council of Europe, għax irridu noqogħdu attenti x'nikkwotaw.", "That was never adopted, and it was rebutted by the European Commission, jiġifieri noqogħdu attenti wkoll, għax anke l-presentations li saru, saru b'eżerċizzju ta' cut and paste minn rapporti oħra, li lanqas għandhom x'jaqsmu mal-base stations!", "Jiġifieri noqogħdu attenti kif ninterpretawhom.", "Intom qed taraw presentation quddiemkom, u ma tafux minn fejn ġejja l-informazzjoni, u m'għandkomx references!", "(Interruzzjonijiet) Li jien ikolli informazzjoni ġo presentation li tittratta mobile phones, meta aħna qegħdin nitkellmu fuq base stations, ma naħsibx li hija l-istess ħaġa!", "Tafu iżjed minni li fil-Parlament ikun hemm ħafna rapporti li jiġu ppreżentati, imma allaħares ir-rapporti kollha li jkunu ppreżentati lill-MEPs u fil-Parlament Ewropew jiġu kollha adopted.", "Kif kien hemm ippreżentati fuq il-base stations, fuq il-mobile phones, fuq l-ajruplani u fuq kollox!", "Għalhekk, nerġa' ngħid, li rridu noqogħdu attenti, u mhux naqbdu ngħidu li kien hemm rapport, u nieħduh f'moħħna bħala adopted, u li huwa xi policy tal-Ewropa.", "CARMELO ABELA: Irrid niċċara minn xiex ikkwotajt.", "Din hija rakkomandazzjoni tal-Council of Europe, u jien mhux qed ngħid li din hija xi direttiva tal-EU.", "Jien għedt kemm-il darba li qed nikkwota mill-Council of Europe u li it's a recommendation.", "Din sempliċement qiegħda tgħidlek li tistgħu tieħdu dawn il-prekawzjonijiet.", "CARMELO ABELA: Fil-kas, għandna konflitt bejn l-EU Commission u l-Council of Europe.", "Imma jien ma nistax ma ngħidx li l-Council of Europe taw riżoluzzjoni u li taw ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom.", "Issa, r-raġunijiet għalfejn il-Council of Europe wasal għaliha għandhom ukoll, bħalma għandhom il-Commission.", "Imma ma nistax ma nistaqsix fuqhom, jew inkella ma ngħidx li nistgħu nieħdu prekawzjonijiet, ġaladarba hemm rakkomandazzjoni bbażata fuq ċerti studji li jagħmlu l-Council of Europe, fejn qed jgħidulna li, fin-nuqqas ta' ċertezza xjentifika, ejjew nieħdu aktar prekawzjonijiet.", "Qed jgħidu xi ħaġa ħażina?", "Kulħadd jaqbel li l-Council of Europe recommendations biss tagħmel.", "CARMELO ABELA: Mhux qed ngħid li din tirrifletti fuq ix-xogħol tal-MCA, kif spjega ċ-Chairman u kif spjega kulħadd.", "Hemm id-direttivi u l-leġiżlazzjoni ġejja minn barra, u intom qegħdin timxu magħha.", "Fuq dan ħadd mhu qed jikkontesta dan il-fatt.", "Dak huwa x-xogħol tal-MCA, u jien persważ li qed tagħmluh; imma ġbidt l-attenzjoni tagħkom fuq kif hemm dawn ir-rakkomandazzjonijiet, u jekk intom intomx lesti – persważ li tagħtu kashom – li you go one step further fuqhom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Naġġorna din il-laqgħa għal data li għad trid tiġi mħabbra.", "Fid-21.45 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120612_135d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 135", "It-Tlieta, 12 ta' Ġunju, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-5.40 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 134 li saret nhar It-Tlieta, 05 ta' Ġunju , 2012 ġew konfermati.", "Saret diskussjoni u spjegazzjoni min-naħa tal-kumpaniji ewlenin fil-qasam tat-telefonija ċellulari, kif ukoll minn ministeri u entitajiet pubbliċi dwar fuq liema bażi xjentifika qed isir ix-xogħol fil-qasam tar-radjazzjoni elettromanjetika li tiġi mill-antenni tat-telefonija ċellulari.", "Għal din il-laqgħa kienu preżenti s-Sur Stefan Briffa, is-Sur Martin Zammit u s-Sur Ian Gauci min-naħa tal-GO, Dr Theresienne Mifsud u l-Ing.", "James Spina min-naħa tal-Melita, Dr Rachel Desira, l-Ing.", "Alan Caruana min-naħa tal-Vodafone.", "Min-naħa tal-Malta Communications Authority kienu preżenti ċ-Chairman l-Ing.", "Min-naħa tal-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kien hemm preżenti s-Sur Manuel Delia.", "U min-naħa tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol kien hemm preżenti Miss Micheline Sciberras u s-Sur Paul Attard.", "Kien hemm ukoll preżenti Dr Rosanne Cuschieri Director of Church Schools.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Din id-diskussjoni ma spiċċatx u se titkompla f'laqgħa oħra li għaliha se jiġu mistiedna rappreżentanti min-naħa tal-Malta Environment and Planning Authority kif ukoll rappreżentanti min-naħa tal-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità", "Fid-21.45 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120612_135m_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 72", "L-Erbgħa, 13 ta' Ġunju, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru. 72", "L-Erbgħa, 13 ta' Ġunju, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-1:37 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 71 li saret fit-12 ta' Ġunju, 2012 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Francis Zammit Dimech): Għandna talbiet mill-media sabiex jittieħdu ritratti u filmati tal-ewwel parti tal-laqgħa u l-ewwel mumenti ta' kull xhud.", "Nistaqsi jekk hawnx il-permess tal-Kumitat?", "Jidher li mhawnx diffikultajiet u allura nistiednu l-media biex jieħdu ritratti u filmati tal-ewwel parti ta' din il-laqgħa.", "DISKUSSJONI MARBUTA MA' MOZZJONI NRU.", "301 IPPREŻENTATA FL-20 TA' APRIL 2012 MILL-ONOR GEORGE VELLA U MILL-ONOR LUCIANO BUSUTTIL DWAR IR-RAPPREŻENTANT TA' MALTA GĦALL-UNJONI EWROPEA - KONTINWAZZJONI", "THE CHAIRMAN: Niġu għall-item li għandna fuq l-aġenda, jiġifieri l-kontinwazzjoni tad-diskussjoni marbuta mal-mozzjoni Nru. 301 ippreżentata fl-20 t'April 2012 mill-Onor.", "George Vella u mill-Onor.", "Luciano Busuttil dwar ir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea.", "Kif miftiehem illum fuq talba tal-Oppożizzjoni għandna magħna lill-Avukat Ġenerali sabiex iwieġeb il-mistoqsijiet tal-membri fir-rigward tal-Partnership for Peace Framework Document u s-Security Agreement.", "Nitlob lill-Avukat Ġenerali jieħu l-ġurament bħala xhud.", "DR PETER GRECH (Avukat Ġenerali): Jien, Peter Grech, naħlef li ngħid is-sewwa, is-sewwa kollha u xejn ħlief is-sewwa, hekk Alla jgħini.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Avukat Ġenerali b'notice pjuttost qasira nfurmajtek bit-talba ta' dan il-Kumitat u anke ddiskutejt miegħek.", "Ma nafx jekk kellekx il-ħin li tagħmel rapport imma jekk għandek allura tista' taqrah hawn ħalli mbagħad isiru l-mistoqsijiet.", "DR PETER GRECH: Veru kien hemm short notice imma għamilt mezz kif nagħmel rapport biex kemm jista' jkun is-sitwazzjoni tiġi spejgata sew.", "THE CHAIRMAN: Il-parir tiegħi huwa li taqra r-rapport tiegħek bħalma għamlu xhieda oħra u fl-istess ħin jiġi mqassam lill-membri tal-Kumitat u lill-media.", "DR PETER GRECH: Nibda billi ndur ftit ir-rapport dwar il-Partnership for Peace.", "Ġejt mitlub nattendi għas-seduta tal-Kumitat tat-13 ta' Ġunju 2012.", "Nifhem illi waqt is-seduta tal-Kumitat tat-12 ta' Ġunju 2012 saru mistoqsijiet dwar diversi kwistjonijiet legali relatati mal-parteċipazzjoni ta' Malta fil-programm 'Partnership for Peace' u partikolarment dwar jekk dik il-parteċipazzjoni tinħtieġx jew kienx jinħtieġilha f'xi stadji li tiġi approvata mill-Kamra skont l-Att dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Kap 304).", "Staqsejtni jekk ikunx possibbli li nipprepara opinjoni jew rapport bil-miktub.", "F'dan id-dokument se nipprova, fiż-żmien limitat li għandi, nesponi l-kwistjonijiet prinċipaIi ta' fatt u ta' liġi li huma relevanti għall-kwistjonijiet imqanqla u nagħti l-opinjoni tiegħi.", "Il-Bażi Legali tal-Programm 'Partnership for Peace'", "Il-bażi legali biex Stat jipparteċipa fil-programm 'Partnership for Peace' hija s-sottoskrizzjoni għall-'Partnership for Peace Framework Document'.", "Dan huwa dokument fil-forma ta' dikjarazzjoni magħmula mill-\"Member States of the North Atlantic Alliance and other states subscribing to this document\" fejn dawn l-Istati jirriżolvu illi japprofondixxu r-rabtiet politiċi u militari ta' bejniethom biex jikkontribwixxu għat-tisħiħ tas-sigurtà fl-area Ewro-Atlantika.", "Il-'Partnership For Peace' huwa programm ta' kooperazzjoni stabbilit fi ħdan il-qafas tan-\"North Atlantic Cooperation Council\" li hija organizzazzjoni tan-NATO u huwa għalhekk sostanzjalment programm ta' dak il-'Council' u ma għandux status ta' organizzazzjoni internazzjonali per se.", "Fil-fatt il-Partnership huwa waħda mill-inizjattivi tan-North Atlantic Cooperation Council.", "Abbażi tal-programm tal-Partnership kull Stat li jissottoskrivi l-Framework Document juri r-rieda li jiżviluppa 'Partnership Programme' individwali man-NATO.", "Il-Framework Document ġie ffirmat mill-Kapijiet ta' Stat tal-pajjiżi tan-NATO fi Brussell fl-10 ta' Jannar 1994.", "Il-parteċipazzjoni ta' Malta", "Malta ssottoskriviet għall-\"Partnership For Peace Framework Document\" fis-26 ta' April 1995 u dan wara li l-Kamra tar-Rappreżentanti kienet, wara division, approvat Mozzjoni li kienet \"Tirriżolvi li Malta tilqa' l-invit biex Malta tissieħeb fil-'Partnership For Peace\"' u dan fil-5 ta' April 1995.", "Dik ir-riżoluzzjoni ma kienet tagħmel ebda referenza għall-Att Dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Kap 304).", "Fid-29 ta' Ottubru 1996, permezz ta' Note Verbale mibgħuta mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Gvern ta' Malta lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO fi Brussell, Malta informat lin-NATO illi fit-termini tal-mandat elettorali mogħti fl-elezzjonijiet tas-26 ta' Ottubru 1996 il-parteċipazzjoni ta' Malta fil-Partnership kienet meqjusa bħala inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet Kostituzzjonali li jiddefinixxu n-newtralità ta' Malta.", "Hawnhekk ukoll ma tidher li saret ebda referenza għall-Att dwar ir-Ratifika tat-Trattati u partikolarment għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tiegħu li jistipula li \"Meta Malta ma tibqax, jew tagħmel xi ħaġa li biha ma tibqax parti fi trattat li jolqot jew għandu x' jaqsam ma xi waħda mill-ħwejjeġ imsemmija fl-artikolu 3(1)(a), (b) jew (c), il-Ministru responsabbli għall-affarijiet barranin għandu jgħarraf lill-Kamra bil-fatt, u jgħati r-raġunijiet għaliex ikun sar dan, mal-ewwel opportunità u f'ebda każ mhux wara t-tieni seduta tal-Kamra wara li jgħaddi xahar mid-data tad-denunzja.\"", "Fil-fatt ma jirriżultax illi fis-seduti tal-Kamra li kienu rilevanti għall-Artikolu 4 fil-każ in kwistjoni, u cioè fis-seduti tal-5 ta' Diċembru 1996 u tad-9 ta' Diċembru 1996 saret xi referenza għall-Programm tal-Partnership for Peace jew għan-NATO.", "Sussegwentement il-Gvern ta' Malta reġa' ġie aċċettat bħala partiċipant fil-Partnership for Peace.", "Anke hawnhekk ma saret l-ebda referenza għall-Att dwar ir-Ratifika tat-Trattati.", "Għalhekk jidher illi kemm meta issottoskriva l-Partnership for Peace Framework Document fl-1995, kif ukoll meta ttermina l-parteċipazzjoni fil-Partnership For Peace fl-1996 kif ukoll meta reġa' irriattiva l-parteċipazzjoni fil-Partnership for Peace fl-2008, il-Gvern ta' Malta, immexxi minn amministrazzjonijiet ta' xejriet politici differenti, qatt ma qies illi l-parteċipazzjoni fil-Partnership for Peace kienet regolata bl-Att dwar ir- Ratifika tat-Trattati.", "In-natura tal-Framework Document", "Il-kelma 'trattat' fil-liġi internazzjonali hija nomen generalissimus u tista' tirreferi wkoll għal skambju ta' ittri jew anke għal ftehim verbali.", "Madankollu huwa ċar illi l-'Partnership For Peace Framework Document' ma jużax kliem li minnu nnifsu jimplika rbit legali u mhuwiex redatt fil-forma ta' Konvenzjon jew ta' Ftehim iżda huwa sostanzjalment dokument li jniedi l-Partnership u li jistieden lill-pajjiżi li mhumiex membri tan-NATO biex jissieħbu fih.", "L-Istati li jipparteċipaw fil-programm juru r-rieda li jikkoperaw man-NATO għal ċerti għanijiet (Art 3), li jinfurmaw lin-NATO x' passi jkunu se jieħdu u x' mezzi jkunu se jużaw biex jilħqu l-għanijiet politiċi tal-Partnership u li jiżviluppaw 'Partnership Programme' individwali man-NATO (Art 4), li jkollhom il-faċilità li jistabbilixxu 'Liason Office' man-NATO fil-kwartieri ġenerali tagħha fi Brussell, u li jimxu fuq ċerti 'understandings' dwar il-ħidmiet tagħhom man-NATO (Art 6).", "Minn dan jirriżulta illi d-dokument huwa biss dak li t-titolu tiegħu jgħid li hu u cioè 'Qafas' li fuqu jinbnew relazzjonijiet oħra ma' kull pajjiż individwali skont ir-rieda sussegwenti tan-NATO u tal-Istat partiċipant partikolari.", "Qiegħda tqum issa, donnu għall-ewwel darba wara sbatax-il sena, l-kwistjoni kruċjali dwar jekk dan il-Framework Document huwiex wara kollox \"trattat\" fit-termini tal-Att dwar ir-Ratifika tat-Trattati minkejja li ma jirriżultax li qatt ġie kkunsidrat bħala tali.", "Skont dak l-Att \"trattat\" huwa definit, fuq l-ispirazzjoni tal-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati, 1969, bħala \"ftehim internazzjonali bil-miktub finalizzat bejn Stati li hu regolat bid-dritt internazzjonali, sew jekk magħmul f' dokument wieħed jew f' żewġ dokumenti jew aktar konnessi u jkun xi jkun imsejjaħ.\"", "Din id-definizzjoni tidher wiesgħa biżżejjed biex tippermetti illi l-Framework Document jiġi, skrupolożament, interpretat bħala ftehim magħmul f' diversi partijiet li permezz tiegħu Malta, bħala Stat mhux membru tan-NATO, qed tiftiehem mal-Istati Membri tan-NATO u ma' Stati oħra fuq bażi multilaterali li tidħol fil-Partnership for Peace u li tikkopera man-NATO fil-limiti ta' dak il-Partnership u fil-limiti tal-programm individwali li jista' jiġi negozjat u konkluż sussegwentement.", "Però din l-interpretazzjoni hija ukoll dubjuża peress illi bis-sottoskrizzjoni għall-Framework Document, Malta ma assumietx obbligi speċifiċi iżda kienet qiegħda tidħol bħala partiċipant fi programm ta' koperazzjoni li l-limiti tiegħu għaliha kellhom jiġu definiti sussegwentement u bi qbil magħha.", "Din l-interpretazzjoni hija msaħħa mill-fatt illi l-Framework Document mhuwiex redatt fil-forma ta' trattat, ta' konvenzjoni jew ta' ftehim u ma fih xejn mill-klawżoli li normalment ikun fihom dawn id-dokumenti bħal, pereżempju, l-ħtieġa u l-mod ta' ratifika, l-mod ta' denunzja, ir-relazzjoni u l-ġerarkija bejnu u bejn trattati u obbligi internazzjonali oħra u affarijiet simili.", "Kif diġà ingħad, il-Framework Document ma jimponix obbligi speċifiċi għajr l-aderenza politika għall-prinċipji tal-Partnership u r-rieda ta' koperazzjoni man-NATO fil-limiti ta' dak li jkun miftiehem sussegwentement.", "Il-parteċipazzjoni fil-programm hija volontarja f'kull stadju u, kif uriet ukoll l-esperjenza ta' Malta, wieħed jista' jitlaq minnu meta jrid u b' effett immedjat.", "Għalhekk lanqas ma hi skorretta interpretazzjoni tal-Partnership For Peace Framework Document illi tara dak id-dokument bħala dokument li ma fihx il-kontenut, il-forma u s-sustanza ta' trattat kif kontemplat fl-Att dwar ir-Ratifika tat-Trattati.", "Konsiderazzjonijiet u Konklużjoni", "L-iter tar-relazzjonijiet ta' Malta mal-Partnership For Peace Programme jagħti lok għal dawn il-possibilitajiet legali:", "Illi għad illi fir-riżoluzzjoni parlamentari tal-5 ta' April 1995 ma jissimmiex l-Att dwar ir-Ratifika ta' Trattati, Malta kienet xorta waħda aderiet mar-rekwiżiti ta' dak l-Att permezz ta' dik ir-riżoluzzjoni u għalhekk id-dħul ta' Malta fil-Programm fl-1995 kien fi kwalunkwe każ validu anke jekk il-Framework Document jiġi interpretat bħala li jikkostitwixxi trattat għall-finijiet tal-Att;", "2.Illi jekk tintagħżel l-interpretazzjoni tal-Att illi tqis il-Framework Document bħala 'trattat' allura t-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni ta' Malta fil-Programm tad-29 ta' Ottubru 1996 setgħet kienet difettuża in kwantu għal-liġi domestika fis-sens illi ma kinetx konformi mal-artikolu 4 taI-Att;", "Jekk it-terminazzjoni tad-29 ta' Ottubru 1996 kienet difettuza ir-riattivazzjoni tal-parteċipazzjoni fil-Programm tas-17 ta' Marzu 2008 ma kellhiex bżonn terġa' tgħaddi mill-Parlament; u", "Jekk l-Att dwar ir-Ratifika ta' Trattati ma japplikax għas-sottoskrizzjoni tal-Framework Document allura kull ma sar matul iż-żminijiet kien validu.", "Għar-raġunijiet fuq miġjuba u ukoll, u b' mod partikolari, in konformità mal-prinċipju ġenerali tal-liġi illi l-interpretazzjoni għandha aktar tfittex iċ-ċertezza legali u li tirrispetta il-validità tal-atti milli tfittex in-nullità tagħhom, is-sottoskritt jaderixxi għall-interpretazzjoni tal-liġi relattiva għall-parteċipazzjoni fil-Programm tal-Partnership For Peace li tqis illi l-atti li saru matul iż-żminijiet kemm għar-rigward tal-parteċipazzjoni fil-Programm tal-Partnership for Peace kif ukoll dwar it-terminazzjoni ta' dik il-parteċipazzjoni kienu validi u ma kenux jaqgħu taħt l-Att dwar ir-Ratifika ta' Trattati iżda kienu jaqgħu fil-parametri tal-poteri ġenerali tal-Gvern.", "THE CHAIRMAN: Nifhem li l-Onor.", "Vella jixtieq jagħmel xi mistoqsijiet u li wara anke l-Viċi Prim Ministru jixtieq jagħmel mistoqsijiet ukoll.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, l-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lill-Avukat Ġenerali li ġie hawnhekk b'avviż qasir u talli għamel dan ir-rapport li, naqblu jew ma naqblux miegħu, ħadlu ċertu ammont ta' ħin u commitment biex għamlu.", "Dr Grech, kemm ilek Attorney General?", "DR PETER GRECH: Mid-9 ta' Settembru tal-2010.", "GEORGE VELLA: Qabel sirt Attorney General inti kont impjegat fl-Attorney General's Office?", "DR PETER GRECH: Iva, mill-21 ta' Ġunju tal-1983 f'diversi gradi.", "GEORGE VELLA: Din hija l-ewwel darba li ntlabt tagħti opinjoni dwar jekk trattat jew liġi jew aderenza ta' pajjiżna jew deċiżjoni li tingħaqad f'xi ħaġa kenitx taqa' taħt ir-Ratification of Treaties Act?", "Din hija xi ħaġa mhux spissa ħafna imma hija kwestjoni li tinqala' meta jkun qed isir trattat, pereżempju, fi ħdan xi organizzazzjoni internazzjonali u allura tqum il-kwestjoni jekk dan it-trattat jaffettwax ir-relazzjonijiet ta' Malta ma' dik l-assoċjazzjoni internazzjonali jew inkella huwiex sempliċement trattat multi-laterali mal-membri l-oħra ta' dik l-assoċjazzjoni.", "Dik il-kwestjoni tqum, pereżempju, fit-trattati tal-Kunsill tal-Ewropa.", "It is not uncommon li tqum u lanqas mhuwa rari li jkollok opinjonijiet varji.", "Però reċentement l-opinjoni prevalenti hija li jekk dak it-trattat ma jinvolvix, pereżempju, kwestjoni ta' observer status jew kwestjoni ta' membership jew ma jinvolvix obbligi diretti lejn dik l-organizzazzjoni internazzjonali allura għandu jitqies bħala trattat multi-laterali bħall-oħrajn allavolja t-trattat, pereżempju, jifforma parti mit-treaty series tal-Council of Europe u minn dawn hemm diversi, anzi, mijiet.", "Reċentement kont intlabt mill-Prim Ministru biex nagħti opinjoni rigward is-security agreement u hemmhekk kont għamilt parir bil-miktub.", "THE CHAIRMAN: Il-parir tiegħek tat-22 ta' Mejju 2012 huwa esebit fir-records tal-Kamra.", "GEORGE VELLA: Fuq il-memorja tiegħek, meta fl-1995 dħalna membri fil-Partnership for Peace u saret id-diskussjoni fil-Parlament, kien hemm xi avviż mill-AG Office li dak ried isir għaliex kellu bżonn jirratifika ruħu skont ir-Ratification of Treaties Act?", "DR PETER GRECH: Le, għax jiena fittixt daqsxejn x'dokumenti hemm rigward tal-Partnership for Peace u mhemmx dan it-tip ta'...", "GEORGE VELLA: Biex jieħu din id-deċiżjoni ma kienetx saret talba lill-AG's Office?", "Però hemm ukoll użanza li ċerti pariri jingħataw ukoll waqt id-diskussjonjiet u allura ma jkunux dokumentati.", "Iktar tard, ngħidu aħna mill-2004 'l hawn, kien hemm xi dokumentazzjoni dwar xi talba min-naħa tal-Prim Ministru jew tal-Gvern jew inkella tar-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea rigward kif dawn it-trattati, fosthom dak li huma semmewh security agreement li wieħed għad irridu jidħol fihom, jistgħux jiġu aċċettati mingħajr ma jkollhom ratifika tal-Parlament?", "L-unika ħaġa li sibt kien parir tal-1999 mill-Avukat Ġenerali ta' dak iż-żmien li kien jitratta l-kwestjoni tal-kompatibilità tal-Partnership for Peace Agreement mal-Artiklu 1, subinċiz 3 tal-Kostituzzjoni rigward kwestjonijiet ta' newtralità.", "Il-bqija, fuq din il-kwestjoni tar-Ratification of Treaties Act jidher li mhemm xejn, almenu dokumentat.", "GEORGE VELLA: Qed niskanta kif inhu hekk.", "Jekk naqraw ir-Ratification of Treaties Act, Artiklu 3, jgħid:", "Niġu għas-Security Agreement li fuqu riċentement inti ntlabt tagħti opinjoni.", "Nimmaġina li inti konxju li l-hekk imsejjah s-Security Agreement, għax imbagħad hawnhekk qegħdin jgħidulna li dan mhuwiex security agreement imma Security of Documents Agreement, huwa parti mill-pakkett ta' ftehim jew trattati li pajjiżi jagħmlu meta jidħlu membri tal-Partnership for Peace fejn għandek il-Framework Document, il-Code of Conduct, is-Security Agreement u l-Individual Partnership Programme.", "Inti konxju tagħha din?", "DR PETER GRECH: Fil-preambolu ta' dan is-Security Agreement hemm li l-pajjiż li qed jiffirmah huwa membru tal-Partnership for Peace u allura, nassumi li dan huwa parti minn pakkett ta'...", "GEORGE VELLA: Le, mhux tassumi, imma dan huwa wieħed mill-erba' agreements li jidħol fihom pajjiż meta isir membru tal-Partnership for Peace!", "Inti ma kontx konxju li meta titkellem fuq security agreement – li mbagħad nidħlu aktar fil-fond tiegħu – tkun qed titkellem fuq parti minn sħubija ta' Malta fil-Partnership for Peace Programme tan-NATO?", "Għall-inqas, dan id-dokument partikolari ma jeżistix barra sħubija fl-Unjoni Ewropea u dik hija premessa li qegħda ssir fl-ewwel sentenza.", "Però b'daqshekk ma jfissirx li biex tidħol f'dan it-trattat trid tkun diġà membru tal-Partnership for Peace...", "DR PETER GRECH: B'daqshekk ma jfissirx li dak it-trattat awtomatikament jaqa' taħt ir-Ratification of Treaties Act.", "Jien qed ngħid ir-rabta ta' dan mal-fatt li trid tkun membru fil-Partnership for Peace.", "Dan ma jistax jieqaf waħdu.", "DR PETER GRECH: Però r-rabta ma tirrendihx trattat fid-defenizzjoni.", "Il-parir huwa li dak it-trattat man-NATO, li hija international organisation, mhuwiex kopert bid-definizzjoni ta' trattat taħt ir-Ratification of Treaties Act.", "Dik id-defenizzjoni hija meħuda mit-text tal-Vienna Convention on the Law of Treaties, li ukoll tgħid li dawk it-trattati li mhumiex between states ma jaqgħux taħt dik id-defenizzjoni.", "Allura jien ma kellix għalfejn inkompli nara jekk hemmx dispożizzjonijiet oħra għax dan inqata' barra mill-ewwel għax mhux trattat fit-termini ta' dik id-defenizzjoni.", "GEORGE VELLA: Sewwa, imma huwa trattat li jippresupponi sħubija fil-Partnership for Peace.", "Tammetti li l-Partnership for Peace huwa trattat bejn stati?", "DR PETER GRECH: Ma nafx jekk tistax tgħidlu trattat.", "GEORGE VELLA: Ħa nigwidak.", "L-invit għall-parteċipazzjoni jgħid: We, the Heads of State and Government of the member countries of the NATO … Dan biex jien immur għal dak li inti ktibt fir-rapport tiegħek li dan is-Security Document mhux bejn stat.", "Dan huwa bejn stati għax qed jgħid: We, the Heads of State and Government....", "GEORGE VELLA: Huwa parti minnu!", "Tista' tagħmel security agreement bħal dan mingħajr ma tkun membru tal-Partnership for Peace?", "DR PETER GRECH: Imma dik ma tfissirx ...", "Ma jistax ikun li it stands by itself!", "Tant huwa hekk li fil-hearings li kellna hawnhekk irriżulta li ma ġietx aċċettata t-teorija li nimxu fuq dan daqs li kieku għandna dan għax la m'intix membru m'għandekx dan.", "Il-Prim Ministru hawnhekk qal kemm il-darba li l-parteċipazzjoni kienet spiċċat.", "Naħseb li taf fuq xiex kienet qegħda titkellem!", "L-argument tiegħi huwa dan: kif nista' jien ngħid li dan jista' jeżiżti u kif jien nista' nagħti parir li dan tista' tipproċedi fuqu meta m'intix membru tal-Partnership for Peace li jgħid: We, the Heads of State and Government of the Member Countries.… Jiġifieri stat qiegħed jistieden stat ieħor.", "It-teorija tiegħek tgħid li dan mhux trattat għaliex mhuwiex bejn stati.", "Però, fl-istess ħin qed jitkellem fuq ir-relazzjoni ta' Malta ma' \"multinational organization, agency, associations or similar bodies\".", "THE CHAIRMAN: Mhux biex ninterrompik, il-parir li issa hawn mitkub huwa fuq il-Partnership for Peace...", "DR PETER GRECH: Iridu naraw il-parir fuq xiex huwa ...", "THE CHAIRMAN: Ħu paċenzja bija!", "Ħa nikklarifika ftit jien...", "Huwa fuq is-Security Agreement.", "Il-parir tal-lum, mhux tat-12 ta' Mejju ...", "GEORGE VELLA: Jien qed norbot ma' dan.", "TONIO BORG: Hemm tnejn.", "THE CHAIRMAN: Nifhem, imma int qed tgħid li dak jorbot mal-Partnership for Peace Framework Document.", "Fil-preambolu...", "THE CHAIRMAN: M'iniex qed ngħid hekk.", "Qed ngħid li l-parir, u issa anke l-spjeg verbali li kellna hawnhekk illum, huwa li dak li inti qed torbot miegħu wkoll ma kellux bżonn tar-Ratification of Treaties Act.", "THE CHAIRMAN: Ħa nagħmel domanda jien biex nara jekk jien hux qed nifhem tajjeb.", "Jekk dan kien jaqa' taħt ir-Ratification of Treaties Act, allura l-ħruġ ta' Malta kien wieħed difettuż?", "GEORGE VELLA: Hemmhekk hemm skorrettezza.", "Ippermettuli!", "Hemmhekk kien hemm programm ellettorali… Iva, agħtuni ċans!", "THE CHAIRMAN: Mela l-liġi titkellem fuq il-programm elettorali!?", "GEORGE VELLA: Minuta waħda!", "Kien hemm commitment ta' Gvern u kien hemm ratifikazzjoni tal-poplu kollu.", "Jekk naraw l-ewwel seduti nsibu li kien hemm referenza għall-fatt li aħna ħriġna mill-Partnership for Peace.", "Nammetti li ma kienetx dikjarazzjoni formali imma l-pajjiż kollu kien jaf...", "THE CHAIRMAN: Onor. Vella, naħseb li tgħallimni li l-mandati elettorali mhumiex superjuri għal-liġijiet...", "THE CHAIRMAN: Il-parir li għandna huwa li allura l-ħruġ ma sarx skont il-liġi!", "Allura l-ħruġ huwa difettuż!", "Hawn punt ieħor li għal sbatax-il sena sħaħ...", "OWEN BONNICI: Dan il-punt ma tqajjimx imma to be fair l-obbligu huwa li tinforma lill-Kamra.", "OWEN BONNICI: L-ewwel toħroġ imbagħad tinforma lill-Kamra, to be fair...", "THE CHAIRMAN: Anki meta jkollok ratification of a treaty, l-ewwel tiffirma mbagħad tagħmel ir-ratifika.", "GEORGE VELLA: Il-kwestjoni tas-Security Agreement.", "Hawnhekk għandek exchange of classified information bejn il-Gvern ta' Malta u n-NATO u allura qed nitkellmu fuq affarijiet ta' sigurtà tal-pajjiż.", "L-integrità tal-pajjiż hija s-sigurtà tiegħu.", "Tajjeb!", "Issa dan meta aħna qegħdin niddeċiedu li nagħmlu skambju ta' informazzjoni, anzi, mhux biss skambju ta' dokumenti imma intensified political and military operation.", "Jien nistaqsi, ħalli nitgħallem għax wara kollox jien m'inix persuna legali, li fuq oġġett serju bħal dan il-parir tal-uffiċċju tiegħek ikun le?", "Fl-opinjoni tiegħi dan il-security act nistgħu inqattuh!", "Aħna qegħdin nitkellmu fuq pajjiż Sovran u, iktar u iktar, fuq pajjiż li jiftaħar bil-newtralità tiegħu!", "THE CHAIRMAN: Onor. Vella, żgur li m'għandniex nidħlu f'dibattiti ma' xhieda!", "GEORGE VELLA: Skużi, jien qiegħed nistaqsi .....", "THE CHAIRMAN: Jien ma fhimtx li qed tistaqsi, imam li inti qed tagħmel argument!", "GEORGE VELLA: Żgur li qed nagħmel argument!", "X'affarijiet dawn!", "Ma nagħmilx argument!", "Mela irid nistaqsi għal tweġiba ta' 'iva' jew 'le'?", "THE CHAIRMAN: Ma tistax tidħol f'dibattitu max-xhud tiegħek stess.", "Għamel mistoqsija.", "GEORGE VELLA: Dan mhux xhud!", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri d-domanda tiegħek hija li nistgħu nqattgħu liġi jekk ma tfissirx dak li iriduha tfisser aħna?", "GEORGE VELLA: Lill-Avukat Ġenerali hawnhekk qed nitrattah bl-ikbar rispett bħala espert u mhux bħala xhud!", "Bħala espert, biex jilluminana u biex niftħilna ...", "THE CHAIRMAN: U tagħmillu domanda ta' opinjoni legali, mhux ta' opinjoni politika!", "GEORGE VELLA: Id-domanda l-oħra inkompliha ukoll b'dan il-mod: l-Avukat Ġenerali, konxju li f'dawn l-aħħar snin fl-Ewropa sar żvilupp fejn il-parlamenti nazzjonali qegħdin jagħmlu skrutinju fuq id-deċiżjonijiet tal-gvern b'mod partikolari f'dawk li huma sigurtà, militar u difiża?", "Possibbli dan ma jimpenġix?", "Bħala membri parlamentari ma rridux inħossu li din id-dikjarazzjoni hija ġusta?", "Inti għandek pajjiż...", "THE CHAIRMAN: Imma din żgur mhix opinjoni legali!", "Bir-rispett kollu!", "(Interruzzjonijiet)", "GEORGE VELLA: Ma tridux titkellmu bis-serjetà!", "TONIO BORG: Dr Vella għandu kull dritt jgħid id-differenza bejn ratifika parlamentari rikjesta mil-liġi u skrutinju politiku parlamentari, anke jekk dan il-każ ma jaqax taħt ir-Ratification of Treaties Act, li jien ngħid li jaqa'.", "Imma anke jekk ma jaqax, ma kienx sew li l-Gvern ma jikkonsultax mal-Parlament.", "Dan huwa argument politiku.", "M'għandux jistaqsi lix-xhud, li huwa l-awtorità legali, fuq argument politiku, jiġifieri jekk hemmx kuxjenza… Naturalment, inti tista' tagħmel l-argument li l-Gvern xorta waħda ikkonsulta mal-Parlament, but it is a different.", "Fl-opinjoni tiegħi, jekk inħalltu ż-żewġ affarijiet ma jkunx ġust, l-anqas fuq ix-xhud.", "Issa huwa jista' jgħid li l-liġi m'għamilhiex hu imma għamilniha aħna.", "THE CHAIRMAN: Apparti l-fatt li x-xhud kien korrett ħafna għax qal li ż-żewġ interpretazzjonijet jistgħu jkunu aċċetta.", "Issa ħa l-konferma kulħadd!", "Però fl-aħħar paragrafu huwa qal x'inhija l-opinjoni tiegħu u xi jkunu l-konsegwenzi jekk immorru triq jew oħra.", "GEORGE VELLA: Mela ħa nagħlqu fuq dan il-punt.", "L-opinjoni tal-Avukat Ġenerali hija li dan is-Security Agreement seta' eżiżta waħdu.", "Iva jew le?", "DR PETER GRECH: Le, jien qatt ma għidt hekk!", "GEORGE VELLA: Ma setax eżiżta waħdu?", "DR PETER GRECH: Stenna ftit, jien intlabt parir jekk dak is-Security Agreement jaqax taħt ir-Ratification of Treaties Act.", "Ir-Ratification of Treaties Act tiddefinixxi trattat bħala li ma jinkorporax, ma jinkludix dak it-tip ta' agreement ma' international organizations.", "Jien la dħalt fil-kwestjoni ta' dan huwiex agreement serju, la dħalt jekk huwiex suppost li fir-Ratification of Treaties Act inkiteb hekk… Jien qed nagħti pariri legali u mhux pariri politiċi.", "GEORGE VELLA: Mhux ovvja!", "THE CHAIRMAN: Dawk żgur li m'għandekx tagħtihom!", "DR PETER GRECH: Meta nara liġi jien ngħid: isma', dan jaqa' taħt il-liġi jew ma jaqax.", "Issa xi kulltant dak il-proċess jinvolvi evalwazzjoni għax, kif taf inti, żewġ avukati ma jaqblux ma' xulxin fuq l-istess liġi.", "Tant hu hekk li huwa normali li qorti tal-appell tirrevoka sentenza ta' qorti tal-ewwel grad.", "Kollox tista' tara b'żewġ modi.", "Però, jien deherli li hija ċara biżżejjed li biex jaqa' taħt dak l-Att irid ikun a treaty between states.", "Ma ivvintajnihiex aħna din imma ġejja mill-Vienna Convention...", "GEORGE VELLA: Imma meta qed tgħid North Atlantic Organization, allura dawk mhumiex states?", "Mela mal-United Nations mhemmx għalfejn jaqa' taħt ir- Ratification of Treaties Act għax hija organizzazzjoni!", "DR PETER GRECH: Għax hija international organization.", "L-international organizations huma wkoll suġġetti ta' dritt internazzjonali però differenti mill-istati...", "GEORGE VELLA: Allura t-trattat ta' pajjiżna mal-United Nations m'għandux jiġi ratifikat?", "Jagħmlu l-Gvern għax jaqa' taħt il-poteri tal-Gvern.", "Issa jien mhux qed nidħol fil-kwestjoni ta' dan hux tajjeb jew le però, kif inhu mitkub...", "GEORGE VELLA: Din hija l-aħħar mistoqsija għax inutli noqgħodu nargumentaw.", "(Interruzzjonijiet) Meta inti għandek invit biex tidħol f'għaqda li jgħidlek: We, the Heads of State and Government of the Member Countries eċċ. Anki l-Prim Ministru Fenech Adami wara li kien ra l-invit fl-1995 kien qal mill-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-pajjiżi membri tan-NATO, jiġifieri, between states u mhux NATO għax kieku man-NATO ħaġa oħra.", "DR PETER GRECH: Qatt ma għidt li l-Framework Document ma jistax…", "GEORGE VELLA: Dan mhux trattat?", "Il-Framework Document iktar jippresta ruħu għal interpretazzjoni 'l hemm jew 'l hawn u dan għedtu fir-rapport.", "Is-Security Agreement le, dak ma jaqax taħt ir-Ratification of Treaties Act.", "GEORGE VELLA: Ma jistax jeżisti mingħajr il-PfP!", "DR. PETER GRECH: M'għandux x'jaqsam.", "GEORGE VELLA: Kif m'għandux x'jaqsam?", "Dażgur li għandu x'jaqsam!", "THE CHAIRMAN: Onor. Vella, imma kif tista' tibqa' targument ma' xhud tiegħek stess!", "Opinjoni għamilha wara għax inkella hawn ġew qed nagħmlu kollox bil-maqlub.", "GEORGE VELLA: Kif din hija separata mill-ġisem.", "THE CHAIRMAN: X'għandu x'jaqsam?", "Bir-rispett kollu, dak argument ieħor.", "GEORGE VELLA: Argument loġiku għal min irid ikun oġġettiv u mhux legalistiku.", "THE CHAIRMAN: Dak argument politiku li tagħmlu fil-ħin tiegħu.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "Ngħid sew li aħna, bħala pajjiż, insegwu t-teorija Ingliża u ta' xi pajjiżi Skandinavi li bħala regola l-firma u r-ratifika tat-trattati huma fid-diskrezzjoni tal-eżekuttiv ħlief f'ċertu sitwazzjonijiet kuntrarjament għall-pajjiżi oħrajn, bħall-Italja, li kull trattat irid imur il-Parlament.", "Qed ngħid sew?", "DR. PETER GRECH: Iva, u din ġejja mill-kwestjoni li f'diversi pajjiżi trattat internazzjonali huwa superjuri għal-liġi domestika u allura jrid dejjem jgħaddi mill-Parlament.", "Pero' hawn Malta ir-Ratification of Treaties Act ma jirriflettix dik it-tip ta' pożizzjoni.", "TONIO BORG: Jekk niftakar mill-Public International Law hemm dawk li huma monist u dualist u aħna qegħdin fid-dualist, jiġifieri fil-każ tagħna trattat l-ewwel jiffirmah il-gvern - tajjeb jew ħażin – u bħala regola m'għandux għalfejn imur il-Parlament ħlief jekk jaqa' taħt dawn il-każijiet imsemmijin fir-Ratification of Treaties Act (Cap.", "U inti qed tgħid li l-pajjiżi l-oħrajn veru jmorru l-Parlament, pero' imbagħad it-trattat jirbaħ fuq il-liġijiet l-oħrajn kollha u għalhekk iridu jmorru l-Parlament bilfors.", "DR. PETER GRECH: Hawn Malta fir-Ratification of Treaties Act aħna ngħidu li jekk trattat huwa inforzabbli bħala parti mil-liġi domestika, allura trid tgħaddi Act of Parliament.", "TONIO BORG: Imma ħalli nagħtik każ ta' extradition agreements, li jsir wieħed kull sena żgur, li qatt ma niġu l-Parlament għax ma jaqgħux taħt ir-Ratification of Treaties Act, imma l-gvern jerfa' r-responsabbiltà u jirratifikahom hu jiffirmahom u ma jbiddlu l-ebda liġi.", "DR PETER GRECH: Hemm ħafna trattati li ma jaqgħux taħt ir-Ratification of Treaties Act imma dak ma jfissirx li huma xi trattati leggeri.", "TONIO BORG: Nagħtu eżempju ta' trattat li jiġi vetted mid-dipartiment tiegħek, jiġifieri dwar il-ġlieda kontra d-droga u l-kriminalità organizzata li ma jiġix il-Parlament.", "Qed ngħid sew li sabiex tapplika r-Ratification of Treaties Act l-agreement mhux biss irid ikun trattat imma jrid jaqa' taħt Art.", "3 (1) ta' Kap. 304 jew jemenda liġi?", "DR PETER GRECH: Hekk hu.", "TONIO BORG: Inti qed tasal għall-konklużjoni li d-dħul tagħna fil-PfP fl-1995, il-ħruġ tagħna mill-PfP fl-1996 u r-riattivazzjoni tagħna mill-PfP fl-2008 huma t-tlieta validi għaliex ma jaqgħux taħt ir-Ratification of Treaties Act.", "DR PETER GRECH: Dment li nabbraċċjaw l-interpretazzjoni li donnha dejjem kienet abbraċċjata li ma jaqgħux taħt dak ..…", "TONIO BORG: Inti ġustament għedt li meta saret ir-riżoluzzjoni parlamentari tal-1995 ma sarx referenza għal Chapter 304.", "Safejn naf jien meta nirratifikaw – u dan qed ngħidu mil-lat purament legali – mhemm xejn xi jżomm gvern milli jgħid li għalkemm dan ma jaqax taħt ir-Ratification of Treaties Act, jien xorta se mmur il-Parlament.", "Aħna mil-lat purament legali ta' chapter 304 hawn ma' dan ix-xhud, imbagħad nistgħu nagħmlu l-argumenti l-oħra wkoll.", "Meta fl-1995 ġiet propost li nidħlu fil-PfP, fejn inti qed tgħid li ma saret l-ebda referenza għar-Ratification of Treaties Act u lanqas jidhirlek li messa saret, fil-mozzjoni ma ssemmiex is-security agreement, anzi ma ssemma' xejn.", "DR PETER GRECH: Kull mhemm hu li Malta tilqa' dan l-invit.", "TONIO BORG: Jiġifieri, kieku r-Ratification of Treaties Act tapplika, ir-riżoluzzjoni suppost kienet tgħid li jien nixtieq nirratifika s-Security Agreement u allura agħtuni l-permess biex nirratifikah.", "Mela tista' tirratifikah hekk, en blanc!", "DR PETER GRECH: Jiena fhimt li dik ir-riżoluzzjoni tal-1995 kienet tirreferi għall-Framework Document għax dak huwa invit, mentri l-oħrajn mhumiex invit imma huma programmi u trattati.", "TONIO BORG: Jien qed ngħid li hawn opinjoni, anke f'dan il-Kumitat, li s-security agreement, li huwa security of documents agreement – imma din niġi għaliha wkoll iktar tard - jaqa' taħt ir-Ratification of Treaties Act.", "Issa jien qed ngħid li kieku kien dak jaqa' taħt ir-Ratification of Treaties Act allura meta fl-1995 Dr. Fenech Adami ippreżenta l-mozzjoni, suppost semmih fir-riżoluzzjoni.", "Mela aħna se nirratifikaw hekk en blanc!", "Inti qed tgħid li r-Ratification of Treaties Act ma tapplikax.", "DR PETER GRECH: Jista' ikun li ddeċieda li dak ma japplikax.", "TONIO BORG: Iva, hekk għedt u jaqbel mal-opinjoni tiegħek.", "Imma li kieku l-intenzjoni tiegħu kienet li japplika allura legalment suppost semmih fir-riżoluzzjoni.", "Bl-istess argument hawnhekk ħareġ bħala fatt – naf li xi wħud mill-Membri ta' dan il-Kumitat ma jaqblux magħha din – li meta erġajna rriattivajna l-programm aħna ma erġajniex iffirmajna Security Agreement ġdid u ma ffirmajniex Framework Document ġdid u n-NATO aċċettat dan l-argument.", "Issa mhux qed ngħidlek li għamlet tajjeb jew ħażin.", "Nifhem sew li r-ratifika tista' tagħmel sens biss jekk inti tiffirma ftehim, jiġifieri l-ewwel tiffirma mbagħad tirratifika.", "Jiġifieri, jekk jien ma niffirmax mhemmx bżonn ta' ratifika għax ma ffirmajt xejn.", "DR PETER GRECH: Ir-ratifika tagħmlek parti, jiġifieri ġġib l-obbligi tal-ftehim into force ..…", "TONIO BORG: Tajjeb jew ħażin erġajt ġejt aċċettat mingħajr ma ffirmajt l-ebda Security Agreement ġdid imma baqa' viġenti dak li ffirma s-Sur Martin Scicluna dakinhar fejn qal li mhemmx għalfejn niġi l-Parlament għal ratifika għax mhemmx firma.", "DR PETER GRECH: Però biex inkun ċar qatt ma ntlabt parir fuq dan il-punt.", "Imma inti qed tgħid li r-ratifika hija marbuta ma' firma u, tajjeb jew ħażin, jien ma ffirmajtx u allura mhemmx bżonn ratifika.", "Jista' jkun li għamilt ħażin ma ffirmajtx, imma r-ratifika hija marbuta direttament mal-firma.", "Fuq is-Security of Documents, apparti l-argument li inti ġibt li dan mhuwiex between states, jekk wieħed iħares lejn dan il-ftehim iffirmat minn Martin Scicluna, għan-nom tal-Gvern Malti, u minn Javier Solana, għan-nom tan-NATO, f'April 1996, meta tara l-kontenut issib li dan jitkellem dwar informazzjoni.", "Meta tara s-sustanza, mhux il-preambolu, to protect and safeguard information, jiġifieri security tad-dokumenti mhux is-sigurtà fis-sens kif nifhmuha aħna, jiġifieri li d-dokumenti li se jkollna aċċess għalihom min-NATO ma nħalluhomx jiġru kullimkien u ma nagħtuhomx lil kullimkien, u li jittrenjaw in-nies tagħna.", "DR PETER GRECH: Jiena fhimtha li hi security fis-sens bħal meta ngħidu bniedem ikollu security clearance, jiġifieri li hemm ċerti prekawzjonijiet li dak li jkun jista' jafda jekk qed jibgħatlek ċerta informazzjoni.", "TONIO BORG: Jiġifieri apparti r-raġuni tiegħek li a priori dan ma jaqax taħt ir-Ratification of Treaties Act għax mhuwiex between states, allura jien staqsejt jekk tistax tgħid li dan jaqa' taħt is-security ta' Malta?", "Jien issa qed nipproponi t-tieni raġuni jiġifieri li din hija security tad-dokumenti u mhux is-security ta' Malta.", "Jien qed nistaqsi jekk jaqblux miegħi jew le.", "GEORGE VELLA: Imma d-dokumenti mhux fuq is-sigurtà jitkellmu?", "TONIO BORG: Imma mhux fuq is-sigurtà ta' Malta fis-sens ta' trattat dwar is-sigurtà ta' Malta imma dwar id-dokumenti.", "GEORGE VELLA: Ħallina minnek!", "Issa allura se tgħid li pajjiżna m'għandux sensitive u privileged information, ma jiswa xejn!", "THE CHAIRMAN: Onor. Vella, qed tagħmel argument politiku fuq ħaġa li llum inti taqbel magħha.", "GEORGE VELLA: Aħna qegħdin ninterpretaw dak li hawn hawnhekk.", "THE CHAIRMAN: Inti kontra tiegħu dan?", "Trid tgħidli jekk intix kontra jew favur tiegħu!", "TONIO BORG: Mr Chairman, mill-memorja ngħid li meta kont Ministru tal-Intern konna niffirmaw ftehim dwar il-ġlieda kontra d-droga, dejjem kien ikun hemm a classified information clause, jiġifieri jekk il-pulizija taċ-Ċina, mod tal-kelma, tagħti informazzjoni klassifikata lil Malta, jiena ma mmurx nagħtiha lil-Libjani u dik tidħol f'kull ftehim dwar l-intern imma b'daqshekk ma tagħmlux a security agreement.", "Dan hu l-punt li qed nagħmel jien.", "Issa jekk jaqbilx miegħi l-AG jew …", "Jekk dan l-agreement jaffettwax is-security of Malta minħabba li qed jittratta fuq informazzjoni, nassumi ta' tip militari .....", "GEORGE VELLA: Id-dokument fuqhiex jitkellem?", "TONIO BORG: Ħalli l-Avukat Ġenerali jkompli jitkellem.", "Kull agreement li jidħol f'affarijiet ta' military jew ta' pulizija jew ta' dwana se ngħidu li dak jaffettwa s-security.......", "TONIO BORG: Ikollok military alliance, per eżempju.", "Imma ma jfissirx li hawn trattat dwar is-sigurtà ta' Malta għax qed jgħid li jiddependi mid-degree.", "THE CHAIRMAN: Nistgħu naqblu li almenu qed nitkellmu fuq id-dokumenti?", "Dan apparti li suppost f'Malta llum kulħadd jaqbel li dan il-ftehim jibqa' in vigore.", "Almenu s'issa hekk qed nifhem!", "TONIO BORG: Hemm tlett raġunijiet għaliex mhemmx bżonn ratifika ta' dan it-trattat - t-tieni darba għallinqas – l-ewwel għax kif qed jgħid l-AG dan mhuwiex trattat fid-definizzjoni - għalkemm tista' tagħmel argument li xorta waħda messkom ġejtu l-Parlament – it-tieni għax fl-opinjoni tiegħi mhuwiex dwar security ta' Malta imma security tad-dokumenti u t-tielet għax fl-2008 m'erġajniex iffirmajnih u allura mhemmx ratifika x'tagħmel.", "THE CHAIRMAN: Jien qed nagħmel konklużjoni li jekk kien trattat u kellha ssir proċedura ta' trattat se mai dik il-proċedura kienet segwita fl-1995, meta ħriġna ma mxejniex mal-proċedura u allura se mai baqa' viġenti l-ewwel trattat.", "Qed ngħid dan jekk se nimxu bil-mod legalistiku.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, dan għandu x'jaqsam ma' hawnhekk jew inkella diskors tal-Parlament?", "THE CHAIRMAN: Dik opinjoni tiegħi pero' bbażata fuq id-dokument minn dak li għadu kif ġie ppreżentat bil-miktub quddiemi.", "L-Onor.", "Brincat li kien ibbukkja l-post tiegħu imma se jċedi lill-Onor.", "Jiena kont qed nifhem li llum ma kellhiex tkun seduta twila, imma dik f'idejkom.", "L-Onor.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jiena m'inix se ndum ħafna.", "Mhux se nidħol fil-kwestjoni tal-1995 għax fuqu tajt argument legali li fhimtu.", "Pero' meta fl-2008 erġajna dħalna fil-PfP, l-Avukat Ġenerali ntalab parir fuq jekk għandhiex issir ratification skont ir-Ratification of Treaties Act, jiġifieri jekk għandux jiġi l-Parlament jew le?", "LUCIANO BUSUTTIL: Jiġifieri qatt ma ntalab parir bħalma ntalab għal dawn il-proċeduri ...", "DR. PETER GRECH: Ma nafx jekk intalab jew ma ntalabx għax, kif qed ngħid, naħseb li l-maġġoranza tal-pariri jingħataw f'meetings u affarijiet hekk.", "Imma meta għamilt speċi ta' eżerċizzju storiku biex nara fil-files, ma sibtx.", "LUCIANO BUSUTTIL: Fuq din il-kwestjoni tas-security of documents tal-1996 u fuq il-parir li tajt inti datat it-22 ta' Mejju, 2012 fuq il-kwestjoni tal-kelma \"treaty\", dan huwa ovvjament agreement u allura huwa ftehim li jorbot both parties, jiġifieri lil pajjiżna u n-North Atlantic Treaty Organization (NATO).", "Naqblu li n-North Atlantic Treaty Organization hija organizzazzjoni ta' stati indipendenti sovrani?", "DR. PETER GRECH: Imma hija wkoll organizzazzjoni internazzjonali.", "LUCIANO BUSUTTIL: Pero' din magħmula mill-pajjiżi sovrani.", "DR. PETER GRECH: Iva, imma ma rridux nikkonfondu l-kwestjoni jekk dak huwiex treaty among states.", "Jiġifieri biżżejjed wieħed jara kumitati fuq il-Vienna Convention.", "LUCIANO BUSUTTIL: Le, le, bħala organization qed nitkellem, jiġfieri organization magħmula minn stati indipendenti.", "DR. PETER GRECH: Organizzazzjonijiet normalment jistgħu jkunu magħmulin minn stati u jistgħu jkunu wkoll NGOs.", "F'dan il-każ in-NATO hija bbażata fuq trattat bejn diversi stati.", "LUCIANO BUSUTTIL: U dawn id-diversi stati allura jawtorizzaw lin-NATO, lill-organizzazzjoni per se, biex għan-nom tagħhom tidħol fi trattati, f'agreements.", "Allura biex dan ġie ffirmat sinjal illi Javier Solana, Segretarju Ġenerali tan-NATO, kellu xi awtorizzazzjoni mill-istati membri biex jista' jidħol f'agreement għan-nom ta' dawn l-istati membri.", "THE CHAIRMAN: Onor. Busuttil, bir-rispett kollu, kif tista' tagħmel mistoqsija lill-Avukat Ġenerali ta' Malta dwar x'parir kellu s-Segretarju Ġenerali tan-NATO?", "Bir-rispett kollu, ma nistgħux nagħmlu mistoqsijiet bħal dawn lil xhud li hu tagħkom stess.", "LUCIANO BUSUTTIL: Onor. Zammit Dimech, ippermettili ftit għax jekk se toqgħod tgħajjat tal-media se jgħidulek your'e loosing your temper.", "Naħseb issa I'm loosing my temper, għax il-mistoqsija jien qed nagħmilha fuq il-parir tiegħu stess.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri inti qed tistaqsi lill-Avukat Ġenerali jekk tax parir lil Javier Solana?", "Jew inti ma tifhimx bil-Malti jew inkella qed tipprova ....", "LUCIANO BUSUTTIL: Id-domanda tiegħi hija ċara u tonda li ladarba Javier Solana kien qiegħed jaġixxi bħala s-Secretary General tan-NATO mela allura kellu awtorizzazzjoni mill-istati membri biex dan jiffirma.", "THE CHAIRMAN: Le, hija domanda skorretta għaliex Avukat Ġenerali ta' Malta ma jistax ....", "LUCIANO BUSUTTIL: Naħseb hija d-domanda kruċjali u inti taf għalxiex se nasal.", "THE CHAIRMAN: Onor. Busuttil, Avukat Ġenerali ta' Malta ma jistax jgħid x'ġara bħala fatt bejn Solana u n-NATO.", "LUCIANO BUSUTTIL: Kif stajt tagħti dan il-parir meta ma tistax tikkonstata l-fatt jekk Javier Solana kienx id-delegat tal-stati membri u allura, ergo, qed nagħmlu agreement bejn pajjiż u r-rappreżentant tal-stati membri l-oħra?", "DR PETER GRECH: Din l-interpretazzjoni ġġib kwalunkwe agreement ma' organizzazzjoni internazzjonali bħala agreement between states imma dik mhijiex interpretazzjoni korretta tal-Vienna Convention.", "LUCIANO BUSUTTIL: Pero' din l-organization għandha d-delega - il-prokura biex kulħadd jifhimni - ta' stati membri biex tista' tiffirma trattati, agreements and whatever għan-nom ta' dawk l-istati membri.", "Il-personalità ta' organizzazzjoni militari hija differenti.", "Pereżempju, l-Unjoni Ewropea, within certain limits, tista' tintrabat hi.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jiġifieri qed ngħid li dan l-agreement ma kienx qed jorbot l-istati membri tan-NATO?", "Meta tara l-agreement, l-ewwel nett trid tgħid: min huma l-partijiet f'dan l-agreement?", "Il-partijiet huma l-Gvern Malti u n-NATO, allura mhuwiex agreement within states.", "DR PETER GRECH: In-NATO hija organizzazzjoni li għandha pesonalità ...", "THE CHAIRMAN: Onor. Busuttil, il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni hija fuq Solana jew fuq l-Ambaxxatur Cachia Caruana?", "Qed nitkellem fuq Solana għax hu kien Segretarju Ġenerali tan-NATO.", "Dan, wara kollox, kien xhud tagħkom ukoll.", "THE CHAIRMAN: Inti qed tistaqsi jekk Solana kellux delega, mela l-Oppożizzjoni għamlet mozzjoni fuq Solana?", "LUCIANO BUSUTTIL: Tipprovax twaqqa' għaċ-ċajt il-proċedura ...", "THE CHAIRMAN: Le, għax hija diġà taċ-ċajt u allura mhemmx għalfejn inwaqqgħha għaċ-ċajt jien.", "LUCIANO BUSUTTIL: Qed nistaqsi din il-mistoqsija għax ladarba ħareġ dan il-parir li qed jeskludi kategorikament li dan ma jaqax taħt il-kelma trattat, allura stabbilixxa li Javier Solana, bħala Segretarju Ġenerali tan-NATO, ma kienx qed jaġixxi għan-nom tal-istati membri u allura l-istati membri mhumiex marbuta ma' dan l-agreement.", "DR PETER GRECH: Hemm differenza f'organizzazzjoni internazzjonali taġixxi għan-nom ta' stati membri u allura qed torbot l-istati membri u organizzazzjoni internazzjonali li qed tintrabat f'isimha.", "In-NATO jien minix familjari magħha imma, pereżempju, meta l-Unjoni Ewropea tiffirma on behalf of Member States, u dan tgħidu, ma tiffirmax in its own right għax fil-fat qed jintrabtu l-membri u normalment anke l-Member States jiffirmawhom dawk it-trattati.", "GEORGE VELLA: Mela l-Unjoni Ewropea se tiffirma għaliha u mhux f'isem il-member states?", "Kif jista' jkun?", "LUCIANO BUSUTTIL: Jew, pereżempju, il-Ġnus Magħquda.", "THE CHAIRMAN: Hija kwestjoni ta' personalità ġuridika.", "Din tiġri anke f'kumpaniji aħseb u ara fil-European Union.", "DR PETER GRECH: Fejn għandha kompetenza tiffirma ...", "GEORGE VELLA: Il-kompetenza tiġi għax tawhielha l-istati membri.", "DR PETER GRECH: Pereżempju, fi ftehim ma' kumpanija huwa veru li l-kumpanija hija kostitwita mix-shareholders, imma mhux qed torbot ix-shareholders għax hemm personalità ġuridika fin-nofs.", "LUCIANO BUSUTTIL: Forsi se niżballja f'dan li se nistaqsik.", "Inti qed tgħid li l-gvern, qualsiasi gvern, jista' jdaħħal lil Malta fin-NATO u r-Ratification of Treaties Act ma tapplikax?", "Jekk il-ftehim li permezz tiegħu tidħol fin-NATO trid tiffirmah mal-membri tan-NATO allura għandek bżonn.", "LUCIANO BUSUTTIL: Qed tagħmel paragun ma' kumpanija u x-shareholders imma hawnhekk in-NATO għandha personalità ġuridika separata mill-member states tagħha jew qed tirrappreżentahom u allura qed tkun il-prokuratur tagħhom?", "THE CHAIRMAN: Onor. Busuttil, l-Avukat Ġenerali ta' Malta għandu jwieġeb fuq il-liġijiet ta' Malta u fuq, se mai, x'pariri jkunu ngħataw lill-Gvern ta' Malta.", "Mhuwiex l-Avukat Ġenerali tan-NATO!", "LUCIANO BUSUTTIL: Bir-rispett kollu, il-parir tal-Avukat Ġenerali jikkonċerna jekk in-NATO hijiex organizazzjoni jew stat jew taqax taħt id-definizzjoni ta' trattat … Jien allura bilfors irrid nistaqsih din.", "DR PETER GRECH: Min iffirma, iffirma għan-nom tan-NATO u ma qalx li qed jiffirma għan-nom tal-istati membri, jiġifieri t-trattat huwa ffirmat għan-nom ta' dik l-organizazzjoni.", "Dan huwa Security Agreement between Malta and the North Atlantic Treaty Organisation, jiġifieri dik l-organisation hija awtorizzata fil-qasam kostituzzjonali tagħha li tiffirma hi dak it-trattat.", "LUCIANO BUSUTTIL: Hekk hu, ovvjament jiena għamilt daqsxejn ta' Google search u sibt hekk:-", "DR PETER GRECH: Iva imma jekk akkwistaw din it-treaty-making capacity, imbagħad jeżerċitawha...", "LUCIANO BUSUTTIL: Imma qabel ma fit-22 ta' Mejju tajt dan il-parir, inti dan stabbilejtu b'xi mod?", "Is-set-up kostituzzjonali tan-NATO?", "Il-parir huwa jekk dan il-ftehim bejn il-Gvern u n-NATO huwiex treaty among states?", "Mhuwiex, għax għandek a state and an international organisation.", "LUCIANO BUSUTTIL: Imma jekk l-organizzazzjonijiet li għandhom treaty-making capacity li hu mogħti mill-member states allura dawn jaġixxu għan-nom tal-member states u allura biex tasal għal dan il-parir kellek tistabbilixxi jekk hemmx personalità ġuridika differenti.", "DR PETER GRECH: Naħseb li kieku kienet is-sitwazzjoni hekk, il-partijiet kienu jiġu mniżżlin mod ieħor, jiġifieri ma kienetx tissemma n-NATO biss kieku dan qed jorbot stati individwali.", "Dik hija l-opinjoni tiegħi u forsi wieħed jista' jaqbel jew jista' ma jaqbilx.", "Naħseb li normalment fi trattat il-partijiet jiddikjaraw f'liema kapaċità qegħdin jidhru.", "LUCIANO BUSUTTIL: Meta qed tgħid li hija n-NATO ma qgħadtx tidħol fil-kwistjoni.", "DR PETER GRECH: Le, ma dħaltx fis-setup kostituzzjonali tan-NATO.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jekk hux delegat tal-pajjiżi membri kollha u allura jekk dan is-security of documents agreement jorbotx lil Malta bħalma jorbot pereżempju lill-Ingilterra, li hija membru tan-NATO?", "Jekk dan l-Agreement jorbotx għaż-żewġ pajjiżi?", "Issa jekk ġiex mill-Ingilterra jew mit-Turkija, jekk ġie min-NATO huwa kopert b'dan.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jiġifieri skont dan l-agreement id-dokumenti tagħna huma miftuħin beraħ għan-NATO imma aħna nistgħu naraw biss tan-NATO u mhux tal-pajjiżi membri tan-NATO.", "THE CHAIRMAN: Onor. Busuttil id-domanda għamiltha.", "Hawnhekk hawn parir bil-miktub u ċar.", "DR PETER GRECH: Kull ma trid tagħmel terġa' taqrah u ssegwih.", "THE CHAIRMAN: Naturalment tista' ma taqbilx miegħu.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jiena miegħek ma naqbilx dejjem.", "THE CHAIRMAN: Imma ma tistax tiġġieled max-xhud tiegħek.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jien, qed niġġieled?", "Lanqas xejn!", "THE CHAIRMAN: Targumenta, ħalli nużalek kelma aktar pulita.", "LUCIANO BUSUTTIL: Qed nipprova nagħmel mistoqsijiet anke biex forsi to enlighten my legal knowledge għax l-Avukat Ġenerali lili jgħallimni.", "THE CHAIRMAN: Jgħallem lilna ukoll!", "LUCIANO BUSUTTIL: Jiena m'għandiex aktar mistoqsijiet.", "THE CHAIRMAN: Onor. Busuttil, nirringrazzjak.", "L-Onor.", "LEO BRINCAT: Jiena ovvjament ħa nitkellem bħala layman għaliex hawnhekk hawn ħafna legal experts li jagħllmuni.", "THE CHAIRMAN: Nagħti parir lix-xhud biex ma jiżgwidax ruħu b'dan!", "LEO BRINCAT: Ħa nagħmel domanda fil-qosor għax inkella… (interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat żgur jaf ħafna fuq il-media.", "L-Onor.", "BRINCAT: Se nistaqsi mhux biex nitfa xi dell la fuq il-mod abbli ta' kif qed tmexxi l-uffiċċju tiegħek u lanqas fuq in-nies abbli li ġew qablek.", "Jekk tintalab tagħti opinjoni jew parir legali, pereżempju minn xi membru tal-Kabinett jew senior official tal-Gvern, fuq xi ħaġa li hemm grey area dwarha inti, bħala prassi, jekk tagħti opinjoni li taf tkun verbali, kif aċċennajt li jista' jkun hemm każi, ma tħossx il-ħtieġa – issa din qed nistaqsiha mhux bi kritika imma purament għall-informazzjoni - li tagħmel xi side note biex in case għada inti tirtira jew xi ħadd li jieħu over, ikun hemm sens ta' kontinwita u ma tkunx stop and go procedure?", "DR PETER GRECH: L-ewwel nett naħseb li dawn in-noti jkun ħadhom ukoll dak li jkun tkellem miegħi.", "Però jekk ikun parir li qed jistabbilixxi linja, pereżempju, din il-kwestjoni jekk trattat tal-Council of Europe...", "LEO BRINCAT: Eżattament, xi ħaġa li m'għandha x'jaqsam xejn ma li qed niddiskutu llum.", "DR PETER GRECH: Naħseb li għandu jinfetaħ file u dik il-konklużjoni tiġi minuted.", "Forsi l-hassle tal-ħajja mhux dejjem iħallik taħdem b'dan il-mod ideali.", "Però naqbel miegħek li idealment deċiżjonijiet jiġu reġistrati.", "Mingħalija antikament, meta sintendi x-xogħol kien inqas u mod ieħor, anke kien jinżamm xi forma ta' reġistru però jien qatt ma rajt reġistru tal-pariri li jingħataw.", "Kieku jkun ideali.", "LEO BRINCAT: Nifhem il-loġika tiegħu.", "DR PETER GRECH: Naqbel li hija ħaġa tajba li ssir però l-ħajja mhux dejjem taħdem hekk.", "LEO BRINCAT: Mhux se nidħol fil-mertu ta' dan il-każ imam, kif spjegajt inti, min-naħa ma tiftakarx li kien hemm konsultazzjonijiet fuq din l-issue – ikkoreġini jekk qed nikkwotak ħażin għax dik hi l-aħħar ħaġa li nixtieq nagħmel – imma min-naħa l-oħra m'eskludejtx li seta' kien hemm xi abbokkamenti li ma kienux dokumentati.", "DR PETER GRECH: Jiena l-ewwel ħaġa li għamilt fittixt x'files hemm fuq dan il-Partnership for Peace.", "Fil-files sibt dan il-parir bil-miktub mill-Avukat Ġenerali fl-1999 li m'għandux x'jaqsam mar-Ratification of Treaties Act.", "DR PETER GRECH: Safejn naf jien il-kwistjoni ċentrali tal-Partnership for Peace kienet in-newtralità u mhux ir-Ratification of Treaties Act.", "THE CHAIRMAN: Safejn naf jien il-parir kien li ..… (Interruzzjonijiet) u allura ma tmurx kontra l-provvedimenti tan-newtralità (Interruzzjonijiet)", "LEO BRINCAT: Imma indipendentement mill-provvedimenti tan-newtralità, r-Ratification of Treaties ...", "DR PETER GRECH: Jiena spjegajt l-iskarsezza ta' dokument però jista' jkun ukoll li s-sistema tal-filing ma tkunx perfetta.", "Jien mhux ħa nidħol f'dak l-aspett amministrattiv.", "DR PETER GRECH: Jiġifieri hemm hundred and one reasons għaliex tista' ma ssibx file.", "Jiena għedt jista' jkun li din l-iskarsezza tad-dokumenti tirrifletti l-fatt li forsi ċerti pariri jkunu ngħataw verbalment imma mhux qed ngħid li ġara hekk jew li ma ġarax hekk.", "LEO BRINCAT: Ejja ninsew għal mument l-issue tal-PfP li, ħa nagħmluha ċara, illum ħadd ma jaħseb li ħa nerġgħu niftħu xi can of worms jew li għad ikollna second thoughts mill-ġdid fuq il-PfP innifisha.", "Kif spjega tant tajjeb l-Onor.", "Vella f'laqgħat preċedenti, anke fil-pubbliku, l-issue tal-PfP mhijiex parti mir-riżoluzzjoni u n-NATO lanqas tissemma fir-reżoluzzjoni.", "L-osservazzjoni tiegħi hija din: jekk ikun hemm issue li b'xi mod dirett jew indirett hija relatata mas-sigurtà ta' pajjiżna u given li r-Ratification of Treaties Act għandha klawsola 3(i) (b) li titkellem dwar \"security of Malta\", anke kieku kien hemm bipartisan support mill-bidu nett - jiġifieri mhux qed nitkellem kienx hemm element ta' kontroversja - fil-kapaċità tiegħek ma taħsibx li dan l-arranġament b'xi mod jew ieħor kien marbut mas-sigurtà ta' Malta, kemm meta dħalna, kemm meta ħriġna u kemm meta ġiet riattivata.", "Mhux qed ngħid li dan kien fin-negattiv għax jista' jkun fil-pożittiv.", "DR PETER GRECH: Kieku inqabżet l-ewwel hurdle, jiġifieri jekk dan hux trattat, imbagħad din kienet tkun kwistjoni daqsxejn iżjed miftuħa dwar jekk agreement fuq dokumenti, biex ngħid hekk, sensittivi huwiex agreement li għandu x'jaqsam mas-sigurtà ta' Malta.", "Jiena naħseb li jekk tagħti interpretazzjoni stretta ta' agreement li għandu x'jaqsam mas-sigurtà ta' Malta probabilment dan l-agreement ma taqbdux.", "Jekk tagħti interpretazzjoni daqsxejn iżjed wiesa' allura jinqabad.", "Però l-ewwel hurdle ma nqabżitx, jiġifieri mhux jekk hux trattat, għax huwa trattat, imam jekk hux trattat fid-definizzjoni ta' dik il-liġi.", "Jekk dan ma jaqax taħt din il-liġi nieqaf hemm u ma noqgħodx nagħti pariri ipotetiċi.", "Min jitlobni parir jien ngħidlu, 'iva' jew 'le'.", "LEO BRINCAT: Ħa nipprova nagħlaq ħalli ma nieħux ħin minn tal-kollegi tiegħi.", "Fit-3 ta' Marzu 2010, jiġifieri, jekk fhimtek sew, kont għadek ma ħadtx il-kariga tiegħek għax dik ħadtha f'September, hux hekk?", "LEO BRINCAT: Imma nimmaġina li kont involut sew għax niftakrek tattendi ħafna laqgħat bil-kapaċità tiegħek ta'… (Interruzzjoniet) Jiena niftakar għax kont ħadt sehem fid-dibattitu flimkien mal-kollega tiegħi, ix-shadow foreign Minister l-Onor.", "Jiena, bħala layman, perpless ħafna dwar il-fatt li l-issue ta' sigurtà, li hija tant sensittiva u li anke kellha element ta' intelligence sharing, li minħabba li ma konniex qegħdin fil-Partnership for Peace konna qegħdin niġu precluded … Għalina kien importanti, imma mill-aspett tal-Gvern u forsi anke mill-aspett ta' Uffiċċju tal-AĠ ma kienx meqjus bħala importanti.", "DR PETER GRECH: Il-fatt li trattat jaqa' taħt il-poteri tal-Gvern mhux taħt ir-Ratification of Treaties Act ma jfissirx li mhux importanti.", "Bħalma spjega l-Onor.", "Borg, aħna għandna dualist system allura trattat imur quddiem l-Parlament jekk liġi …", "THE CHAIRMAN: Ikun xieraq li tispjegaha b'mod lajk ukoll għax dan huwa konċett legali ....", "DR PETER GRECH: Mhux it-trattati ż-żgħar ma jaqgħux taħt ir-Ratification of Treaties Act, għax dawn jistgħu jkunu trattati mportanti u sensittivi minn diversi lati, peress li r-regola fis-sistema tagħna hi li t-trattati jaqgħu fil-poteri tal-Gvern u hija l-eċċezzjoni li jmorru quddiem il-Parlament u dawk imorru quddiem il-Parlament skont jekk hemmx liġi li tordna li għandu jsir hekk.", "Issa jekk din l-liġi …", "LEO BRINCAT: Ħalli ngħidlek fejn nixtieq nasal, Dr Grech.", "Fit-3 ta' Marzu 2010 konna ddiskutejna xi ħaġa li kien ressaq l-kollega tiegħi l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin fejn kien hemm emenda għall-konvenzjoni dwar l-assessjar tal-impatt ambjentali f' kuntest transkonfinali, il-konvenzjoni ESPOO (EIA).", "Mingħajr ma nċekken l-importanza tagħha għax wara kollox għandha ċerta relevanza minħabba t-transboundary contest tagħha biss fil-prattika din lilna kienet tant tolqotna ftit li l-Onor.", "Ministru tal-Affarijiet Barranin kien qal, skont it-test tad-debate, xi ħaġa fis-sens li din il-konvenzjoni se jibbenefikaw l-aktar minnha dawk l-pajjiżi li għandhom a land frontier - li aħna m'għandniex – bħal, pereżempju, l-Isvizzera, l-Italja u l-Awstrija, biss aħna nistgħu nispiċċaw on the receiving end ta' xi ħaħa qrib tagħna, bħal xi power station fi Sqallija.", "Issa meta tipparaguna din it-tip ta' emenda, li jien ma rridx nċekken l-importanza tagħha, ma' dak li qed niddiskutu llum naħseb li it assumes a second role, given li f'dan il-każ r-Ratification of Treaties Act fi Clause 3 (2) tgħidlek: in any other case, by Resolution of the House of Representatives.", "Jiġifieri f'każi bħal dawn intom ma tiġux ikkonsultati jew id-deċiżjoni tittieħed fuq livell purament politiku.", "TONIO BORG: Il-każijiet l-ewwel iridu jaqgħu taħt Art.", "Jekk imbagħad se jemendaw minn liġi allura trid tagħmel Act of Parliament u jekk jaqgħu taħt Art.", "3 però ma jemendawx minn att tal-Parlament allura trid tagħmel riżoluzzjoni.", "Jiġifieri l-ewwel trid taqa' taħt Art.", "3 (1), imbagħad jekk temenda b'liġi trid tagħmel Act of Parliament u jekk ma temendax b'liġi trid tagħmel riżoluzzjoni.", "LEO BRINCAT: L-aħħar kumment.", "Meta l-Viċi Prim Ministru ressaq il-mozzjoni tiegħu, apparti li qal li kkonsidrajna li aħna naċċedu għall-konvenzjoni li semmejt iktar kmieni kien semma li huwa kkonsidra anke l-Artiklu 3 (2) tal-Att dwar il-Poteri li jsiru Regolamenti fl-Interess Nazzjonali.", "Nerġa' ngħid, jekk il-Kamra dakinhar ħasset il-ħtieġa li tawtorizza lill-Gvern biex jaċċedi għal din il-konvenzjoni abbażi ta' ratifika li ttieħdet in full plenary, li hija xi ħaġa li hawnhekk m'għamilnihiex u allura ċċaħħadna minn ċertu information jew intelligence gathering, u allura hawnhekk qed ngħidu li minkejja s-sensittività tal-informazzjoni involuta u minkejja li r-Ratification of Treaties Act titkellem ċar f'Art.", "Dak kollu u nieqaf hawnhekk għax naħseb li s-suġġett huwa talked out.", "DR PETER GRECH: Ir-Ratification of Treaties Act ma tidħolx fl-importanza politika tat-trattati ħlief dawk li jsemmi hawnhekk.", "Suppost jekk illum se tidħol membru f'organizzazzjoni internazzjonali allura dak jaqa' taħt Art.", "3 (1) tar-Ratification of Treaties Act u dan allavolja dik l-organizzazzjoni internazzjonali tista' ma tkunx daqshekk importanti .… (Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Il-firmatarji hemmhekk ikunu l-istati.", "DR PETER GRECH: Mela dik il-hurdle qbiżtha għax se jiffirma l-istat.", "Is-second hurdle hija dwar x'inhi l-materja ta' dan it-trattat għax jekk dik tinvolvi r-relazzjoni ta' Malta ma' organizzazzjoni internazzjonali, fis-sens ta' membership, observer status eċċ, allura dik trid tgħaddi permezz tar-Ratification of Treaties Act.", "GEORGE VELLA: Jiġifier, fil-PfP mhux l-istates iridu jaċċettawk?", "Hemmhekk qed jaġixxu taħt in-NATO bħala organizzazzjoni.", "DR PETER GRECH: Fir-rapport tiegħi jien għedt li l-Att dwar ir-Ratifika tat-Trattati (Kap. 304) jista' japplika però jippresta ruħu wkoll għall-interpretazzjoni li jista' ma japplikax u donnu li matul iż-żmenijiet qatt ma tqis li applika.", "Dik hija l-pożizzjoni li jien ipprovajt inpoġġi quddiem dan il-Kumitat.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzja lill-Onor.", "Vella u lill-Onor.", "Busuttil li għandhom impenji oħra u ngħaddi biex nistaqsi lill-Onor.", "Bonnici sabiex jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu.", "Dr Grech qed jgħid li l-ewwel ħaġa li wieħed għandu jinvestiga hija jekk dak d-dokument li għandek quddiemek huwiex trattat.", "Dr Grech qalilna li trattat bilfors irid ikun ftehim internazzjonali bejn l-istati.", "Issa l-liġi tgħidilna li jekk dan it-trattat, li allura jrid ikun bilfors iffirmat bejn stati, min-natura tiegħu jkun jolqot l-istatus ta' Malta allura dak trid iġġibu fil-Parlament jew inkella jekk dak jolqot is-sigurtà ta' Malta allura dak trid iġġibu b'att parlamentari.", "Ejja ngħidu li l-PfP ma tolqotx dawk it-tnejn u, biex niffaċilitaw l-eżerċizzju, għal mument inwarrbu s-security of Malta, però mbagħad fejn ikun hemm ir-relationship of Malta with any multi-national organisation, agency, association or similar body irridu nagħmlu riżoluzzjoni u allura d-domanda tiegħi se nibdiha minn wara: Allura kif jista' jkun hemm trattat li jolqot ir-relazzjoni ta' Malta ma' any multi-national organisation, agency, association or similar body li l-firmatarja tagħha ma jkunux multi-national organisation, agency, association or similar body?", "DR PETER GRECH: Jeżistu trattati hekk, pereżempju, meta wieħed jissieħeb fl-Unjoni Ewropea t-trattat jiffirmah mal-member states u mhux mal-Unjoni Ewropea nnifisha.", "Jista' jkollok an agreement among states li jaffettwa r-relazzjonijiet ta' Malta ma' organizzazzjoni internazzjonali.", "OWEN BONNICI: Jiġifieri inti qed tgħid li l-uniku trattat li jrid jiġi ratifikat mill-Parlament permezz ta' riżoluzzjoni huwa dak it-trattat ma' aġenżija fejn l-istati membri individwalment jiffirmaw għan-nom tal-aġenzija.", "Hux hekk qed ngħidu?", "Jiġifieri mhux Javier Solana jiffirma għan-nom ta' kulħadd imma kulħadd jiffirma għan-nom ta' Javier Solana.", "DR PETER GRECH: Jekk Javier Solana jiffirma għan-nom kulħadd u qed jiddikjara li qed jiffirma għan-nom ta' kulħadd dak jiġi agreement of states imma …", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri l-kumpanija tkun fuq il-kuntratt u mhux ix-shareholders.", "OWEN BONNICI: Wieħed irid jara jekk fil-fatt kienx hemm firma tal-istati individwali li jiffurmaw dik l-organizzazzjoni, aġenzija jew association.", "Inti diġà kkonnċedejt li dan jista' jaqa' taħt din ....", "DR PETER GRECH: Jista' jippresta ruħu skont kemm tkun strett fl-interpretazzjoni.", "OWEN BONNICI: Fil-fatt inħoss li l-framework document jaqa'.", "Se ngħaddi kumment u ma nafx jekk l-Onor.", "Francis Zammit Dimech hux se jgħajjat miegħi!", "Il-framework document ffirmah, Alla jaħfirlu, il-Professur Guido de Marco u miegħu hemm lista tal-persuni kollha li ffirmaw dak il-framework document bid-data, l-isem u kunjom tal-persuna u għan-nom ta' liema stat iffirma.", "Allura ma tħossx li dik taqa' taħt din?", "DR PETER GRECH: Il-kwestjoni tal-framework document hija differenti ...", "THE CHAIRMAN: Naraw x'inhuma dawk il-firem fuq il-framework document u se mai … (Interruzzjonijiet)", "DR PETER GRECH: Hemm firem illustri.", "TONIO BORG: Tajjeb jew ħażin, in-NATO aċċettat li aħna niffirmaw il-framework document.", "Ir-Ratification of Treaties Act tagħmel sens biss jekk jiena ffirmajt imma jekk jien ma ffirmajtx allura tista' tikkritikani politikament għax ma ffirmajtx imma ma tistax tikkritikani legalment għax ma ġejtx il-Parlament għar-ratifika.", "OWEN BONNICI: L-argument tiegħi huwa li l-entità li dħalt li fiha fl-1996 ma baqgħetx l-istess waħda meta mbagħad jien dħalt wara l-2008.", "Tant hu hekk li twieled l-Euro Atlantic Partnership Council (EAPC) u sirna nafu li Malta mhix membru fih wara li l-bieraħ qal dan li l-Prim Ministru.", "Issa rridu naraw ukoll kif dħalna membr, iġifieri, dħalna membri billi ffirmajna individwalment ....", "TONIO BORG: Il-Partnership for Peace hija ...…", "OWEN BONNICI: Jiġifieri li tidħol membru fl-EAPC li twieldet eventually hekk kif dħalna membri ....", "THE CHAIRMAN: Dawn huma argumenti għal nhar it-Tnejn meta se jkollna erba' sigħat dibattitu.", "OWEN BONNICI: L-aħħar domanda tiegħi hija din: nagħtu każ li jkun hemm gvern, hu min hu, li jgħid li jrid li jidħol fin-NATO – diġà kien hemm din id-domanda imma ma ġietx imwieġba – u għalissa ejja nħallu barra l-argument tan-newtralità u nidħlu biss f'jekk dak ikunx trattat jew jaqax taħt l-Art.", "Inti qed tgħidli li jiddependi mill-metodu ta' kif nidħlu.", "Jiġifieri, jekk ikunx hemm firma individwali ta' kull kap ta' stat jew inkella jekk il-kap ta' stat jiffirmax direttament ma' persuna ġuridika bħan-NATO.", "Dak li qed tgħid?", "DR PETER GRECH: Iva, għaliex jekk l-istrument li permezz tiegħu se tidħol membru huwa agreement between states allura dak jaqa' taħt r-Ratification of Treaties Act u jekk le allura ma jaqax taħt ir-Ratification of Treaties Act imma ikun jaqa' taħt il-funzjoni tal-Gvern.", "Issa jien ma nafx x'inhuma r-regoli interni tan-NATO, pereżempju, x'jiġri jekk ikun hemm xi stat li ma jridekx tidħol, kemm se tidħol għax hemm ħafna organizzazzjonijiet internazzjonali li jirrikjedu l-firma ta' kulmin diġà jkun qiegħed fiha.", "OWEN BONNICI: Se nagħmel dan il-punt u nieqaf hawnhekk: l-Ordni Sovran tal-Kavallieri ta' Malta kif jinkwadra ruħu mill-lat ta' trattat?", "DR PETER GRECH: Ġejt mitlub nagħti parir fuq ħafna affarijiet imma fuq l-ordni sovran .… (Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Id-domanda tkun rilevanti biss jekk l-Ambaxxatur Cachia Caruana huwa membru tal-Ordni Sovrana .… Jidher li nsejna kompletament minn fejn tlaqna.", "DR PETER GRECH: Safejn naf jien, dawk m'għandhomx status ta' statehood.", "OWEN BONNICI: Dawk mhumiex stati imma huma stati għall-fini tal-liġi internazzjonali.", "Meta aħna nitkellmu fuq dawn l-affarijiet dejjem nġibu l-eżempju tal-Ordni Sovran ta' Malta għax huwa eżempju ...", "THE CHAIRMAN: Ħalli nkun ġeneruż mal-Onor.", "Bonnici, forsi kieku l-Ordni tal-Kavallieri jistgħu jitqiesu bħala l-anteċedenti tal-Unjoni Ewropea jew tal-Partnership for Peace, allura nifhem ir-relevanza.", "OWEN BONNICI: Jekk tippermettili nistaqsik din id-domanda: ladarba l-Ordni Sovran mhuwiex stat inti qed tgħidli li f'dak il-każ ma jkunx hemm ħtieġa ta' ratifika fil-Parlament.", "OWEN BONNICI: Qed inġib dan l-eżempju biex nifhem il-pożizzjoni tal-Avukat Ġenerali x'inhi.", "(Interruzzjonijiet)", "DR PETER GRECH: Jekk qed tittrasferixxi art allura dik ħaġa oħra għax imbagħad dik taqa' taħt id-Disposal of Government Land Act (Kap. 268).", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzja lill-Onor.", "DR PETER GRECH: Nirringrazzja lilkom tal-paċenzja u tal-kordjalità.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Ormai inti mhux l-ewwel darba li kont f'laqgħat ta' natura parlamentari u allura mdorri b'dawn il-battuti li jkollna bejnietna.", "Jekk qed nifhem tajjeb qegħdin naqblu li nagħlqu hawnhekk bid-dibatittu li jmiss ikun nhar it-Tnejn mill-5 pm sad-9 pm. Apparti hekk, naħseb li kienet ix-xewqa ta' dan il-kumitat li l-inkartament kollu, jiġifieri transcripts ta' xhieda u dokumenti esebiti, jitqiegħed formalment fuq il-Mejda tal-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Ma kontx qed nipproponi li nagħmlu 70 kopja imma li nagħmlu kopja waħda stampata fuq il-Mejda tal-Kamra u mbagħad nikkomunikawha elettronikament lis-70 Membru Parlamentari.", "Għaliex le?", "Aħna favur l-ambjent u allura ma rridux nkunu responsabbli għad-distruzzjoni tas-siġar.", "Aħna qegħdin naġġornaw għal għada, il-Ħamis, fl-3.45 p.m. fejn mhux se niddiskutu l-Mozzjoni Nru 301 imma se niltaqgħu mal-Kummissarju Ewropea Maria Damanaki responsabbli mill-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.", "Fit-3.03 p.m. il-Kumitat aġġorna għall-Ħamis 14 ta' Ġunju 2012 fit-3:45 pm bil-laqgħa mal-Kummissarju Maria Damanaki, responsabbli mill-Affarijiet Marittimi u s-Sajd."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20120613_072d_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 13 ta' Ġunju 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-1:37 p.m.", "L-Onor Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor Charlò Bonnici, l-Onor Owen Bonnici, l-Onor Leo Brincat, l-Onor Luciano Busuttil u l-Onor George Vella.", "Preżenti wkoll kien hemm l-Onor Joseph Falzon.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Kumitat ta l-permess sabiex fotografi u cameramen ikunu jistgħu jieħu ritratti u filmat tal-ewwel parti tal-laqgħa.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 71 li saret fit-12 ta' Ġunju 2012 kienu konfermati.", "DISKUSSJONI MARBUTA MA' MOZZJONI NRU.", "301 IPPREŻENTATA FL-20 TA' APRIL 2012 MILL-ONOR GEORGE VELLA U MILL-ONOR LUCIANO BUSUTTIL DWAR IR-RAPPREŻENTANT TA' MALTA GĦALL-UNJONI EWROPEA - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat irriżuma d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni mit-Tlieta 12 ta' Ġunju 2012.", "Dr Peter Grech, Avukat Ġenerali, bil-ġurament qara stqarrija, liema stqarrija tqassmet lill-Membri tal-Kumitat u tqiegħdet ukoll fir-records tal-Kumitat:-", "Dokument 1132 Parir legal tal-Avukat Ġenerali fir-rigward tal-parteċipazzjoni fil-programm Partnership for Peace flimkien mal-programmi/dokumenti/ftehim relatati.", "Wara, l-Avukat Ġenerali wieġeb għall-mistoqsijiet tal-Membri.", "Fit-3.03 pm il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Ħamis 14 ta' Ġunju 2012 fit-3:45 pm bil-laqgħa mal-Kummissarju Maria Damanaki, responsabbli mill-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120613_072m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 73", "Il-Ħamis, 14 ta' Ġunju 2012 fit-3:45 pm", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Ħamis, 14 ta' Ġunju, 2012 fit-3:45pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa mal-Kummissarju Maria Damanaki, responsabbli mill-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.", "Riforma tal-Politika Komuni għas-Sajd", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120614_073a_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ħamis, 14 ta' Ġunju 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fit-3:47 p.m.", "L-Onor Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Leo Brincat.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "LAQGĦA MAL-KUMMISSARJU MARIA DAMANAKI, RESPONSABBLI MILL-AFFARIJIET MARITTIMI U S-SAJD.", "Il-Kummissarju Maria Damanaki, responsabbli mill-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, kienet akkumpanjata mis-Sur Martin Bugelli, Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta, is-Sur Andreas Papaconstantinou, Membru tal-Cabinet, is-Sur Fabrizio Donatella, Kap ta' Unit fid-DG MARE, u s-Sur Oliver Drewes, Spokesperson.", "Wara introduzjoni qasira mill-President tal-Kumitat kien hemm diskussjoni dwar il-Politika Integrata għall-Affarijiet Marittimi u r-Riforma fil-Politika Komuni għas-Sajd, b'aċċenn għaċ-ċirkostanzi partikolari ta' Malta fir-rigward ta' dawn l-oqsma.", "Fl-4.27 pm il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120614_073m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 54", "Il-Ġimgħa, 15 ta' Ġunju 2012 fin-12.30 pm", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ġimgħa, 15 ta' Ġunju 2012 fin-12.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra", "Affarijiet oħra", "14 ta' Ġunju 2012 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120615_054a_xog.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ġimgħa, 15 ta' Ġunju 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fin-12.30p.m.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor David Agius, l-Onor Joseph Falzon u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-minuti tal-laqgħa nru.", "53 li saret fit-8 ta' Mejju 2012 ġew konfermati.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin informa lill-Kumitat li kien intlaħaq qbil li nhar it-Tnejn 18 ta' Ġunju 2012 kellha tiġi diskussa l-Mozzjoni 301 imressqa mill-Onor George Vella u l-Onor Luciano Busuttil dwar ir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Is-seduta kellha tibda fil-5.00pm u tispiċċa fid-9.00pm bil-ħin jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni bil-ftuħ u l-għeluq jittieħed mill-Oppożizzjoni.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet u dak tal-aġġornament ma kellux jittieħed u li jekk tintalab division fuq din il-Mozzjoni, din kellha tittieħed wara għoxrin minuta minn meta titqiegħed il-mistoqsija fid-9.00pm sakemm ma jkunx hemm qbil mod ieħor.", "Fuq is-seduta ta' nhar it-Tlieta 19 ta' Ġunju 2012 il-Kumitat qabel li għandha titkompla d-diskussjoni dwar il-Mozzjoni 260 imressqa mill-Onor Franco Debono dwar riforma fis-settur tal-ġustizzja.", "Dwar limitu ta' ħin għad-diskorsi, intlaħaq ukoll qbil li l-Onor Debono seta' jieħu l-ħin kollu li kellu bżonn biex ikompli jippreżenta l-mozzjoni tiegħu u li dan l-arranġament kellu japplika wkoll għal kelliem mill-Oppożizzjoni.", "Il-Kumitat ġie informat mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin li kien hemm il-possibilità li fl-istess Seduta ta' nhar it-Tlieta 19 ta' Ġunju 2012, issir stqarrija ministerjali dwar il-bailout li qiegħda titlob Spanja, f'liema każ id-diskussjoni dwar il-Mozzjoni 260 tibda hekk kif tintemm id-diskussjoni fuq din l-istqarrija.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin qal li hemm żewġ liġijiet li huwa urġenti li jgħaddu; l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Unjoni Ewropea – Abbozz Nru 101 - u l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Parteċipazzjoni u l-Għoti ta' Appoġġ għall-Istabbiltà Finanzjarja skont il-Mekkaniżmu ta' Stabbilità Ewropea – Abbozz Nru 112.", "Huwa qal li peress li safejn jaf, l-Oppożizzjoni ma kellhiex oġġezzjoni għall-emendi li l-Gvern kellu jippreżenta għall-Abbozz Nru 101 kien qiegħed jistenna risposta mill-Oppożizzjoni dwar jekk huwiex possibbli li fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa, 20 ta' Ġunju 2012 dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi mgħoddi mill-istadji tiegħu kollha.", "Il-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin qal li jekk tali ftehim ma jintlaħaqx, fis-seduta tal-20 ta' Ġunju 2012 kellha titkompla d-diskussjoni fuq il-Mozzjoni 260.", "L-Onor Joe Mizzi qal li wara l-laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburista li jmiss kien se jkun f'pożizzjoni li jkun jaf kemm għandu kelliema min-naħa tal-Oppożizzjoni fuq il-Mozzjoni 260 preżentata mill-Onor Franco Debono, u li mbagħad kien beħsiebu jikkonsulta man-naħa tal-Gvern biex jintlaħaq ftehim dwar in-numru meħtieġ ta' seduti biex jekk hemm bżonn din il-mozzjoni tgħaddi qabel ir-recess tas-sajf.", "L-Onor Mizzi rrefera għall-mozzjonijiet pendenti mressqa minn Membri tal-Oppożizzjoni jiġifieri l-Mozzjoni 198 imressqa mill-Onor Evarist Bartolo fl-10 ta' Diċembru 2010 li kienet qiegħda tipproponi Abbozz ta' Liġi dwar l-Identità tal-Ġeneru, il-Mozzjoni 153 ippreżentata mill-Onor Anġlu Farrugia fil-31 ta' Mejju 2010 dwar l-Avviż Legali 296 tal-2010 – Regolamenti tal-2010 dwar il-Kuntratti Pubbliċi, u l-Mozzjoni 253 ippreżentata mill-Onor Chris Cardona fis-17 ta' Ottubru 2011 dwar l-introduzzjoni ta' service charge għal kumpanniji tal-manifattura f'żoni industrijali.", "Huwa qal li uħud minn dawn il-mozzjonijiet kienu ilhom li ġew preżentati mill-2010 u l-2011 u talab li jiġu diskussi qabel ir-recess tas-Sajf u li għandhom jiġu ffissati dati għal tali diskussjoni.", "Dwar il-Mozzjoni 198 ippreżentata mill-Onor Bartolo, Il-Viċi Prim u Ministru tal-Affarijiet Barranin qal li kien intlaħaq ftehim li qabel tiġi diskussa din il-mozzjoni kellhom jistennew sentenza tal-Qorti tikkonferma sentenza tal-prim istanza.", "Huwa qal li kien informat li s-sentenza kellha tingħata qabel ir-recess tas-sajf u li kien qiegħed jaqbel mal-Onor Mizzi li jekk is-sentenza tkun se ddum ma tingħata, il-Mozzjoni 198 kellha titpoġġa fuq l-aġenda.", "Dwar il-Mozzjoni 153 ippreżentata mill-Onor Farrugia, il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin qal li kien se jagħti data imma li jekk jintlaħaq ftehim dwar il-materja trattata f'din il-mozzjoni, id-diskussjoni ma ssirx.", "L-Onor Mizzi talab li qabel ir-recess tas-Sajf jiġu diskussi żewġ mozzjonijiet mit-tlieta li hemm pendenti.", "Dwar il-Mozzjoni 198 ippreżentata mill-Onor Bartolo, huwa qal li kien se jkun qiegħed jikkonsulta ruħu, u li jekk ikollu insistenza li din il-mozzjoni titmexxa 'l quddiem, huwa kien se jitlob li d-diskussjoni ssir u li mhux se jistenna s-sentenza tal-Qorti.", "Intlaħaq ftehim li minkejja li ma jkunux għaddew tliet ijiem mill-preżentata tal-Mozzjoni, fis-Seduta ta' nhar it-Tnejn 18 ta' Ġunju 2012 kellu jitressaq l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi finanzjarji.", "AFFARIJIET OĦRA", "L-għan ta' dan il-ftehim huwa li jitwaqqaf f'Malta Forum dwar id-Drittijiet Umani u li darba fis-sena jiġi organizzat seminar msejjaħ \"Forum Parlamentari dwar id-Drittijiet tal-Bniedem\" liema seminar jiġi finanzjat mill-entijiet hawn fuq imsemmija..", "L-iSpeaker talab lill-Membri tal-Kumitat jagħtu l-kummenti tagħhom dwar video li ġie ppreparat dwar il-Parlament Malti bħala parti mill-kommemorazzjoni ta' għeluq id-90 sena tal-Parlament mill-Kostituzzjoni tal-1921.", "L-Onor David Agius irrimarka li apparti xi żbalji fl-ortografija li se jkun qiegħed jgħaddihom lill-Iskrivan tal-Kamra, huwa qal li fejn fil-video ikunu qed isiru intervisti, għandu jkun hemm indikazzjoni ta' min huma l-persuni li jkunu qed jiġu intervistati.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li r-rappreżentanti tal-Bank of Valletta, liema bank kien qiegħed jisponsorja esibizzjoni permanenti tal-istorja tal-Parlament Malti mill-1921, talbu li l-Parlament iwaqqaf fondazzjoni li tkun veikolu legali li magħha l-bank ikun jista' jiffirma ftehim dwar it-tmexxija ta' din l-esibizzjoni.", "L-iSpeaker qal li kunċett tiegħu għal din il-fondazzjoni huwa li jkun il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra li jikkontrolla l-ħidma tagħha, liema ħidma ma tkunx limitata biss għat-tmexxija tal-esibizzjoni iżda tkun waħda aktar wiesgħa li tmexxi, per eżempju, bookshops u attivitajiet oħra bħalma jiġri f'parlamenti nazzjonali oħrajn.", "Huwa informa lill-Membri li kien se jgħaddilhom abbozz ta' kuntratt li jwaqqaf din il-fondazzjoni.", "Il-Kumitat approva l-linji gwida dwar video streaming tal-laqgħat tal-Kumitati tal-Kamra, kif emendati.", "L-Onor Joe Mizzi staqsa meta kien hemm il-ħsieb li tiġi stallata t-tieni sistema ta' video streaming.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li wara li ġew approvati l-linji gwida, se jibda jsir video streaming mill-kamra fejn soltu jiltaqà l-Kumitat dwar ix-Xogħol u skond qbil li kien intlaħaq f'dan l-istess Kumitat, wara perjodu ta' prova tiġi mogħnija bl-istess faċilità kamra oħra tal-Kumitati", "L-Onor David Agius qajjem il-punt dwar kif għandu jiġi regolat l-użu tal-kamra fejn ġie stallat il-video streaming f'każ li jkun hemm żewġ kumitati jiltaqgħu fl-istess ħin.", "Intlaħaq qbil li l-priorità għandha tingħata lil dawk il-kumitati li normalment jużaw din il-kamra partikolari.", "Intlaħaq qbil ukoll li s-servizz jista' jibda minn nhar it-Tnejn, 18 ta' Ġunju 2012.", "L-iSpeaker ippropona dawn iż-żewġ emendi fil-metodu ta' kif il-Parlament kien qiegħed jimplimenta l-proċedura ta' skrutinju ta' proposti mill-Kummissjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mal-prinċipju tas-sussidjarjetà:", "Meta l-Parlament Malti jkollu riżerva dwar xi proposta, minbarra lill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, notifika ta' tali riżerva għandha tintbaghat ukoll lill-Parlamenti Nazzjonali tal-Membri Stati kollha; u", "Il-Membri kollha tal-Kamra tad-Deputati għandhom jiġu notifikati bil-kontenut tat-tweġiba li tintbagħat mill-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Malti dwar ir-riżerva li tkun saret.", "Il-Kumitat qabel mal-emendi proposti.", "L-iSpeaker fakkar lill-Membri tal-Kumitat fil-memorandum li kien għaddielhom fil-laqgħa 52 tat-2 ta' Mejju 2012 dwar l-introduzzjoni ta' proċedura parlamentari li tirregola aħjar dak li jsir mill-petizzjonijiet.", "Huwa talabhom jaraw dan id-dokument ħalli jkunu jistgħu jiddiskutuh f'laqgħa oħra tal-Kumitat.", "Fis-1.00 pm il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120615_054m.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 136", "It-Tlieta, 19 ta' Ġunju, 2012", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 19 ta' Ġunju, 2012 fil-7.15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120619_136a_soc.docx"} {"text": ["Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 135, li saret nhar It-Tlieta, 12 ta' Ġunju 2012, ġew ikkonfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Nixtieq navża lill-Kumitat li rċevejna din il-korrispondenza:", "Korrispondenza datata 12 ta' Ġunju mingħand is-Sinja.", "Ruth Bugeja, residenti n-Naxxar, fejn bagħtet lil Kumitat petizzjoni li kienet saret f'dan ir-raħal dwar l-antenni tal-mobajls fuq il-bjut tar-residenti, kif ukoll kopji ta' ittri li bagħtet l-istess Sinjura lil diversi awtoritajiet, kif ukoll informazzjoni oħra fuq dan is-suġġett.", "Email datata 18 ta' Ġunju mingħand il-Professur Peter G Xuereb, fejn qed jiġbed l-attenzjoni tal-Kumitat dwar petizzjoni li nbdiet ftit tal-jiem ilu sabiex jitwaqqaf it-twaħħil ta' antenna tal-mobajls f'Ħal Lija.", "Mal-korrispondenza li rċevejna mingħand is-Sinjura Bugeja, għandna wkoll ittri li ntbagħtu lil Dr Simon Busuttil, kif ukoll mistoqsijiet parlamentari rigward l-istallazzjoni ta' mobile phone antennas.", "Naħseb li din il-korrespondenza hija waħda interessanti għax tagħtina aktar għarfien dwar dak li ntqal u ma ntqalx fil-Parlament Ewropew fuq dan is-suġġett tal-mobile phone antennas.", "L-email li rċevejna mingħand il-Professur Peter G Xuereb tittratta l-istess suġġett tal-antennas tal-mobile phones, fejn qed javżana li fil-preżent qiegħda tinġabar petizzjoni, li s'issa ffirmawha mal-200 persuna, kif ukoll tħassib li qed juru ċerti persuni minħabba l-effett li jista' ikollhom dawn l-antenni.", "Naħseb li diġa' għandna qbil fuq kif se nipproċedu fil-ġimgħat li ġejjin fir-rigward tal-programm ta' laqgħat li se jkollna bħala Kumitat.", "S'issa għadna bla konferma, imma se nkunu qegħdin nistiednu lill-Ministru Chris Said, kif ukoll lill-Ministru Mario de Marco, ħalli nagħtuhom kopja tar-rapport li nieda dan il-Kumitat intitolat \"Lejn Aktar Sigurtà u Bon Ordni f'Paceville\".", "Imbagħad, wara din il-preżentazzjoni, l-Ministru Chris Said ikun jista' ikompli bid-diskussjoni li se nibdew nitkellmu fuqha llum.", "Imbagħad, it-Tlieta ta' wara, nistiednu lill-awtoritajiet konċernati biex ikollna kontinwazzjoni tal-laqgħa fuq il-mobile phone antennas.", "Imbagħad, it-Tlieta ta' wara, nagħmlu laqgħa oħra sabiex niddiskutu bħala Kumitat il-punti li se joħorġu mil-laqgħa tal-lum.", "Jekk jista' ikun dan is-suġġett irridu nlestuh qabel ir-recess tas-sajf.", "THE CHAIRMAN: Mela ngħaddu minnufih għas-suġġett tal-lum.", "Imma qabel xejn nixtieq navża lill-membri ta' dan il-Kumitat li għandna talba mill-PBS sabiex jiffilmjaw l-ewwel parti ta' din il-laqgħa.", "Hawn oġġezzjoni?", "La m'hawnx oġġezzjoni, jistgħu jidħlu jiffilmjaw.", "Il-ħsieb li rrid naqsam magħkom qabel ma nibdew din il-laqgħa huwa li aħna se nisimgħu – jekk mhux hekk, nitlob lis-Sur David Spiteri Gingell jikkorreġini – l-proposti u l-veduti ta' dan il-Working Group, li t-terms of reference tiegħu kienu proprju dawk li, maż-żmien, joħroġ bi proposti sabiex is-sistema tal-liġi li tirregola l-pensjonijiet tkun tista' tiġi emendata skont il-ħteġijiet taż-żmien.", "Għaldaqstant, il-proposti li se nisimgħu llum mhumiex il-proposti tal-Gvern, jew inkella s'issa l-Gvern għadu ma ddiskutihomx.", "Nerġa' ngħid li dawn mhumiex il-proposti tal-Gvern.", "Dan intqal lili wkoll mill-Ministru Chris Said.", "Fil-preżent, saret preżentazzjoni ta' dawn il-proposti lill-MCESD.", "U bil-liġi dawn il-proposti jridu jiġu diskussi f'dan il-Kumitat, u sussegwentement aħna rridu nagħmlu r-rapport finali tagħna fuq x'inhuma l-veduti u l-proposti tagħna rigward dak li qiegħed jipproponi dan il-Working Group.", "Allura, anke aħna nżommu d-dritt li nistgħu naqblu jew ma naqblux ma' dak li se jiġi diskuss hawnhekk, peress li rridu nkomplu d-diskussjoni tagħna iktar 'l quddiem.", "Jien se nżomm mill-ewwel id-dritt li 'l quddiem inkunu nistgħu nerġgħu nsejħulkom bħala Working Group sabiex tgħinuna niddeliberaw u niddeċiedu x'rakkomandazzjonijiet se nkunu qed nagħtu lill-eżekuttiv tal-Gvern fuq kif jista' jipproċedi fil-ħidma tiegħu.", "Nifhem li 'l quddiem se jiġi mogħti rapport lill-eżekuttiv tal-Gvern kemm mill-MCESD, kemm minn dan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, kif ukoll minn dan il-Working Group li għamel dawn il-proposti.", "Qed ngħid hekk sabiex, kemm aħna li se nisimgħu, u kemm jekk hemm xi ġurnalisti li se jkunu qegħdin jirrapportaw dak li se jgħid is-Sur David Spiteri Gingell, li – bla preġudizzju għal dak li aħna nistgħu naqblu miegħu u naħdmu fuqu – żgur li dan l-eżerċizzju huwa food for thought tajjeb sabiex id-diskussjoni tagħna, minflok se tibda minn blank paper, se jkollna dawn il-ħsibijiet li aħna nistgħu nkomplu nissostanzjaw, bi wħud minnhom nistgħu ma naqblux magħhom għal kollox u b'oħrajn li nistgħu neħduhom on board.", "Mela, nista' ngħaddi mill-ewwel il-kelma lis-Sur Spiteri Gingell.", "Navża biss li din is-seduta qiegħda tiġi trasmessa live fuq l-Internet, u allura kull kelma li tgħidu għandkom tkunu responsabbli għaliha, għax ladarba kelma tingħad, ma tkunux tistgħu treġġgħuha lura.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL (Chairman of the Pensions' Working Group): Sur President, kelli l-opportunità li nkun ukoll iċ-Chairman tal-Pensions' Working Group, li kien ġie stabbilit fl-2004, u li kien involut fl-ewwel fażi tar-riforma.", "Maġenbi għandi lis-Sur Frank Micallef, Direttur fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, kif ukoll membru tal-Pensions' Working Group.", "Ħdejh hemm is-Sur Godwin Mifsud, Direttur fl-Economic Policy Division tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment, kif ukoll membru tal-Pensions' Working Group.", "Hemm tliet membri oħra li jixtiequ jiskużaw ruħhom talli ma setgħux jattendu għal-laqgħa tal-lum.", "Dawn huma s-Sur Joe Camilleri, Direttur Ġenerali fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, is-Sur Joe Rapa, Direttur Ġenerali fl-Economic Policy Division, u s-Sur Mark Musú, Direttur tal-Affarijiet Internazzjonali fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.", "Tista' tgħidli kemm għandi ħin għad-dispożizzjoni tiegħi?", "THE CHAIRMAN: Jekk trid, għandek sad-9.00 p.m. Jekk taħseb li għandek bżonn aktar ħin, inkunu nistgħu niltaqgħu f'seduta oħra.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Ir-rapport li qed nippreżentaw huwa rapport tal-grupp tekniku, u ma jirrappreżentax l-opinjoni tal-Gvern.", "Issa, l-Gvern beda proċess politiku fejn qed jiltaqa' mal-partijiet differenti, u qiegħed jagħmel assessment tar-rapport.", "Aħna, bħala Pensions' Working Group, il-brief tagħna kienet li ġiet triggered is-Sezzjoni 64B tas-Social Security Act, li kienet ukoll parti mir-riforma li ddaħħlet fl-2007, fejn kien hemm understanding li l-issue tal-politika tal-pensjonijiet hija waħda strateġika.", "Għaldaqstant, kull ċertu żmien għandu jsir health check sabiex wieħed jagħmel assessment fuq kif qed iġġib ruħha s-sistema tal-pensjonijiet vis-à-vis l-adegwetezza, is-solidarjetà u s-sostenibbilità.", "Fil-fatt, din il-klawsola ġiet triggered fl-aħħar tal-2010.", "Il-Working Group kien ġie stabbilit fi Frar tal-2010, dak iż-żmien mill-Ministru Dolores Cristina, fejn aħna konna ppreżentajna l-ewwel rapport tagħna lill-Ministru, u li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fl-14 ta' Diċembru 2010.", "Il-Gvern kien ta struzzjonijiet lili u lill-membri l-oħra tal-Grupp, fejn xtaq li, qabel ma niffinalizzaw ix-xogħol tagħna, nagħmlu proċess ta' diskussjoni konsultattiva mal-istakeholders kollha, kemm dawk li huma kostitwiti, kif ukoll ċittadini jew businessmen li xtaqu jagħmlu r-rapprażentazzjonijiet tagħhom.", "Dan huwa proċess li kien beda fil-15 ta' Marzu 2011, fejn il-Ministru Dolores Cristina dak iż-żmien kienet fetħet diskussjoni mal-Malta Council for Economic and Social Development.", "Kien hemm proċess estensiv ta' konsultazzjoni, li kkonkludejnih lejn Awwissu tal-2011.", "Fil-fatt, fost id-dokumenti li ppreżentajna, kien hemm dokument li jissintetizza l-key feedback minn kull entità kostitwita, partiti politiċi u stakeholders oħra li kellna l-opportunità li niltaqgħu magħhom.", "Mill-feedback li kellna, kien hemm numru ta' rimarki li wieħed kellu jikkonsidrahom.", "Fil-fatt, l-islide li qed nurikom bħalissa turi l-feedback essenzjali – biex ngħid hekk – li ħareġ mill-proċess ta' konsultazzjoni.", "Rimarka li qamet minn numru ta' stakeholders kienet dik li, filwaqt li nftiehem għalfejn aħna għażilna l-macro assumptions li fuqu sar il-modelling biex nipproġettaw kif se ġġib ruħha s-sistema tal-pensjonijiet fuq perijodu ta' 50 sena, kien hemm il-kritika li aħna konna riġidi wisq, għax m'għamilnix sensitivity analysis ta' kif tista' iġġib ruħha s-sistema tal-pensjonijiet taħt macro assumptions differenti oħra.", "Fil-fatt, din kienet kritika leġittima fl-opinjoni tagħna.", "Għamilna numru ta' xogħol biex nikkonkludu u nimmudellaw sensitivity analyses ħalli nkunu nistgħu nindirizzaw xenarji differenti ta' kif tista' ġġib ruħha … U waħda mill-kwestjonijiet li qamu kienet proprju mis-sensitivity assessments li għamilna, fejn kien hemm l-argument – argument politiku, kif ukoll minn numru ta' stakeholders – li r-rapport tagħna kien qed ikun negattiv wisq, għax ma konniex qed nagħtu konsiderazzjoni biżżejjed lill-fatt li Malta għandha l-vantaġġ li l-active participation rate tagħha hija waħda baxxa, u li allura, jekk wieħed kellu jagħmel effort politiku aggressiv sostenibbli biex idawwar l-active participation u ttellagħha għal rata ħafna iżjed għolja, wieħed seta' jindirizza numru sew ta' difetti jew ta' defiċjenzi li s-sistema tal-pensjonijiet jista' ikollha fil-futur.", "Għaldaqstant, dan kien ukoll wieħed mill-mudelli li studjajna.", "Kien hemm diskussjoni komprensiva vis-à-vis l-introduzzjoni jew le ta' pilastru ġdid fil-qafas tal-pensjonijiet tagħna.", "Kif tafu, s-sistema tal-pensjonijiet bħalissa tinvolvi l-pensjoni tal-iStat, il-pensjoni taż-żewġ terzi, jew kif nafuha l-contributory insurance.", "Kien hemm diskussjoni fuq numru ta' affarijiet fuq is-second pension.", "Fl-opinjoni tagħna, naħsbu li kien hemm qbil ta' prinċipju bejn il-partijiet li l-prinċipju tas-second pension huwa prinċipju li wieħed għandu jistudjah.", "Madankollu, kien hemm numru ta' concerns li tqajmu dwar xi tfisser din fir-realtà, kif se tiddaħħal, x'impatt se jkollha kemm fuq l-impjegat u kemm fuq min iħaddem, u dwar jekk dan huwiex l-aħjar żmien biex wieħed jikkonsidra d-dħul ta' pensjoni mandatorja meta nafu li qegħdin ngħixu fi żminijiet li mhumiex daqshekk faċli.", "U nista' ngħidilkom li kien hemm dibattitu twil.", "Kien hemm numru ta' entitajiet li ma qablux mar-rakkomandazzjoni li ppreżentajna fir-rapport fejn, fost affarijiet oħra, aħna għedna li waħda mill-miżuri li wieħed jista' jikkonsidra sabiex isaħħaħ iżjed is-sistema tal-pensjonijiet kif nafuha llum hija dik li jiddaħħal mekkaniżmu ta' indexation bejn is-sena ta' meta wieħed uffiċjalment jirtira ma' kif tiċċaqlaq il-longevity, jiġifieri jekk bħala persuni se ngħixu aktar bejn illum u l-2060, allura għandux ikun hemm mekkaniżmu fejn, kif aħna nibdew ngħixu aktar, awtomatikament tiġi aġġustata r-rata tal-irtirar.", "Kien hemm numru ta' stakeholders li wrew li ma jaqblux ma' din ir-rakkomandazzjoni.", "Tista' tgħid li kien hemm kunsens unanimu fuq il-bżonn li jidħol qafas ta' pensjoni volontarja, dak li aħna nsejħulha t-third pension.", "Hawnhekk forsi tinqala' xi ftit ta' konfużjoni għax, fis-suq finanzjarju, naraw numru ta' entitajiet, inkluż il-banek stess, li jbiegħu prodotti tal-irtirar.", "Dawn mhumiex verament prodotti tal-irtirar kif nafuhom aħna meta nitkellmu fuq il-pensjonijiet.", "Fil-fatt, prodotti tal-irtirar speċifiċi għall-pensjonijiet huma prodotti li wieħed ma jistax jiddissolvi at any point in time li jixtieq hu!", "Bażikament dan it-tip ta' prodotti ta' pensjonijiet, kif nafuhom aħna, huma prodotti li wieħed jibqa' jagħmel kontribuzzjoni fihom, u meta jiritira jkun jista' jieħu bħala lump sum mhux aktar minn 30% tal-valur tal-maturità.", "CARMELO ABELA: Inti qed tgħid li, meta jirtira, dak li jkun jieħu 30% tal-valur tas-somma li jkun beda jħallas waqt li kien għadu fid-dinja tax-xogħol.", "Imma x'jiġri mill-kumplament tas-somma?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Ġeneralment, il-prattika fuq mekkaniżmi finanzjarji li huma third pension hi dik li inti ma teħux is-surrendered value totali.", "L-esperjenzi barra minn Malta wrew li meta dawn il-mekkaniżmi ddaħħlu fid-Disgħinijiet, ħafna min-nies, malli ġie f'idejhom is-surrendered value, nefqu l-flus f'vakanzi, karozzi, eċċ. Issa l-għan tagħhom kien dak li jagħtuk aktar valur biex inti tkun tista' tgħix aħjar meta tiġi biex tirtira, u dan l-għan falla.", "U għalhekk kienu biddlu l-mekkaniżmi, fejn dan it-tip ta' prodotti – li ġeneralment huma incentivised għax inti qed tipprova tinkoraġġixxi l-persuna biex iġġemma' ħalli jkollha iżjed flus minn kemm tista' tagħtiha l-pensjoni li tkun ikkontribwiet għaliha – inti ma tieħux is-surrendered value totali.", "Ġeneralment, ir-ratio huwa bejn 70% u 30%, jew bejn 75% u 25%.", "Li jiġri hu li tista' tieħu dawk il-25% jew it-30%, skont il-ġurisdizzjoni li tagħtik, u dawk teħodhom bħala lump sum, mentri l-kumplament teħodhom jew bħala annuity, jiġifieri bħala pensjoni oħra li toħroġ minn dik is-somma li inti tkun bnejt u tibqa' teħodha sakemm tmut, jew inkella bħala programmed withdrawals, fejn inti kull sena tkun tista' tieħu parti minn dik is-somma.", "L-intenzjoni kienet dik li inti ma tieħux is-somma totali u tmur tonfoqha mal-ewwel, għax kif kont qed ngħid, ħafna pajjiżi jagħmlu inċentivi biex inti ma tonfoqx illum, imma ġġemma' u mbagħad tonfoq meta tkun irtirat.", "Kien hemm concerns li r-rapport li konna għamilna ma kienx ta daqshekk attenzjoni daqskemm wieħed kien qed jistenna lejn l-issue ta' risk at poverty tal-pensjonanti.", "Kellna wkoll diskussjonijiet fit-tul mal-għaqdiet li jirrappreżentaw lill-pensjonanti llum vis-à-vis l-anomaliji jew issues oħra li qegħdin jesperjenzaw fis-sistema tal-pensjonijiet kif din hi llum, jew inkella vis-à-vis affarijiet li ddaħħlu fir-riforma tal-2007 għal dawk li aħna nsejħulhom l-iswitchers.", "Ħalli nispjega ruħi aħjar.", "Il-parti l-kbira tar-riforma li saret fl-2007 kienet tikkonsisti billi żidna l-età tal-irtirar minn 61 għal 65, billi biddilna l-perijodu tal-akkumulazzjoni minn 30 għal 40 sena, billi biddilna kif tiġi kkalkolata l-pensjoni mill-aħjar tliet snin konsekuttivi fl-aħħar għaxar snin għall-aħjar għaxar snin minn 40 sena, eċċ. Dawk il-miżuri kienu partikolarment indirizzati lejn min kellu 45 sena jew inqas fl-1 ta' Jannar, 2007.", "L-Għaqda tal-Pensjonanti qiegħda tgħid li ċerti affarijiet li ddaħħlu għal dan il-cohort ta' nies qed joħolqu anomaliji vis-à-vis l-istatus tagħhom.", "CARMELO ABELA: Xtaqt li forsi tiċċaralna ftit l-issues relating to 'at risk of poverty' għax din semmejtha, imma ma spjegajthiex.", "F'dak il-każ, kien hemm persuni li tkellmu magħkom u wrew il-preokkupazzjoni tagħhom …", "THE CHAIRMAN: Jien se nkompli ftit mar-rimarka li għamel l-Onor.", "F'idejja għandi r-rapport li dan l-istess Kumitat kien ħareġ rigward il-familji u l-anzjani.", "Dan ir-rapport għamilnih wara li kellna konsultazzjoni mal-Għaqda tal-Pensjonanti, fejn anke bħala kumitat ħsibna li nħarsu 'l quddiem fuq x'se jkunu l-esiġenzi tal-anzjani ta' għada.", "Kien hemm proposti li kważi kważi kienu jitkellmu fuq din il-probabilità li qed titkellem dwarha inti, Sur Gingell.", "Claim li tressqet quddiemna kienet tgħid li l-pensjoni taż-żewġ terzi, kif ġiet maħduma għall-pensjonanti tal-lum, qisha m'għadhiex tgħodd peress li l-life style tagħhom m'għadux l-istess kif kien 15-il sena ilu.", "Ħafna drabi li qed jiġri hu li dawn il-pensjonanti mhumiex ilaħħqu mal-ispiża rikorrenti tagħhom.", "Allura importanti li jkun hemm ċertu treshhold, u li jkun hemm ċertu capping.", "Għax, jekk tkun inqas, il-pensjonanti jistgħu jkunu qegħdin jaqgħu taħt ir-risk of poverty minħabba l-istil ta' ħajja li llum qegħdin ngħixu.", "Sussegwentament, konna qegħdin nitkellmu wkoll fuq persuni li jistgħu jispiċċaw waħedhom.", "Hawnhekk qed nitkellem minn dak li ħareġ mir-rapport u mill-proposti li kellu dan l-istess Kumitat fil-proposti tiegħu fir-rapport \"Il-Familji u l-Anzjani\".", "Anke jekk persuni jispiċċaw waħedhom, forsi anke minħabba separazzjonijiet jew ċirkostanzi oħra, dawn jispiċċaw jieqfu jaħdmu ta' 50 sena u mbagħad … Hemm diffikultajiet fuq kif wieħed jista' ikompli jħallas, u anke jekk persuna tispiċċa b'diżabilità, x'jiġri minnha din il-persuna jekk imbagħad taqa' biss fuq ir-relief?", "Hawn għandna ħtieġa mhux biss biex aħna nipprovdu l-minimu … Jien ma nistax ma nsemmix leħen dawk li ġew quddiemna, għaliex aħna r-rapporti nagħmluhom f'isem in-nies.", "Dawn kienu qegħdin jitolbu biex ikollhom pensjoni li ssostnihom skont id-diffikultajiet li jkunu qegħdin jiffaċċjaw.", "FREDERICK AZZOPARDI: Inti għamilt riferenza għar-riforma tal-2007.", "Għalhekk xtaqt inkun naf jekk din ir-riforma li qegħdin tipproponu hijiex kontinwazzjoni, u jekk fl-2007 kenitx envisaged li jkun hemm riforma oħra 'l quddiem?", "Din hija kontinwazzjoni tar-riforma tal-2007?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Nista' neħodhom separatament il-mistoqsijiet, għax dak li qed jistaqsi l-Onor.", "Azzopardi se nasal għalih fl-islide li jmiss?", "Tajjeb li wieħed jgħid li t-terms of reference tagħna ma kienux li aħna nħarsu lejn il-current pensioners, u noħorġu bir-rakkomandazzjonijiet ta' kif il-current pensioners u s-sistema tal-lum se taffettwahom.", "L-istruzzjonijiet li dejjem tana l-Gvern kienu li l-current pensioners qegħdin jiġu indirizzati min-naħa tiegħu through the budgetary fiscal measures.", "Il-Gvern dejjem tenna issues li forsi huma iżjed immedjati, issues li huma reali, li n-nies qegħdin jgħixuhom.", "Għaldaqstant, dejjem ried iżomm il-flessibilità li jkun jista' jindirizza dawk l-issues taħt il-budgetary measures.", "Having said that, aħna, bħala Pensions' Working Group, konna miftuħin li niltaqgħu ma' kull grupp.", "Iltqajna u għamilna ħafna ħin nisimgħu u niddiskutu ma' organizzazzjonijiet varji li jirrappreżentaw il-pensjonanti llum.", "Fil-fatt, wieħed miċ-chapters li huwa preżenti fir-rapport finali tagħna bħala grupp proprju iħares lejn issues li qajmu l-pensjonanti tal-lum, u x'inhi l-pożizzjoni tal-grupp tekniku vis-à-vis issues, u kif dawk l-issues jaffettwaw pensjonanti futuri.", "U dan għalina huwa punt importanti ħafna.", "Il-brief tagħna kien li nħarsu lejn il-futur, u allura li nħarsu lejn projections fuq perijodu ta' 50 sena.", "Ir-raġuni li tħares lejn perijodu ta' 50 sena, li huwa perijodu twil ħafna, hija li inti trid tagħmel projection ta' persuna minn x'ħin tibda l-karriera tagħha – u allura ta' meta jkollha 18-il sena – sakemm din tiġi biex tirtira mix-xogħol, u allura ta' 65 sena.", "U bejn wieħed u ieħor dawn jiġu 47 sena.", "Rigward l-issue tal-faqar, l-issue li qajmu magħna l-pensjonanti llum hija dik li, filwaqt li aħna, fir-riforma tal-2007, daħħalna yardstick għal dawk il-pensjonanti – li jiena ddefinejthom bħala l-iswitchers – li kienu 45 sena jew iżgħar mill-1 ta' Jannar 2007, fejn daħħalna l-prinċipju ta' guaranteed national minimum pension, li m'għandha taqa' qatt below the treshhold of 60% of the median income, il-pensjonanti tal-lum mhux qed igawdu minn dik il-miżura.", "Il-concern tagħhom kienet dik li hemm realtà – u l-istatistika li toħroġ l-NSO turi biċ-ċar li, wara t-tfal, it-tieni grupp li huwa l-iżjed vulnerabbli huwa proprju dak tal-pensjonanti.", "Għaldaqstant, dawn għamlu rappreżentazzjoni sabiex il-Gvern jikkonsidra li dik il-miżura li ddaħħlet proprju għall-iswitchers tiġi kkonsidrata wkoll għall-pensjonanti tal-lum.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri l-pensjonanti tal-lum ikunu qed igawdu għax il-pensjoni li jieħdu ma tkunx inqas minn 60% tal-median income?", "U allura dak ikun aktar baxx mill-paga medja għax inti, minbarra l-pagi, qiegħed tieħu wkoll il-benefiċċji soċjali li jieħdu dawk li ma jaħdmux.", "B'hekk il-medja tkun aktar baxxa.", "THE CHAIRMAN: Ħalli niftiehmu aħjar; f'termini prattiċi x'kienu qegħdin jitolbu l-Għaqda tal-Pensjonanti?", "F'termini reali, li kieku l-Gvern kellu jgħid li se jagħmel kif qegħdin jitolbu l-għaqda tal-anzjani, kemm tkun iż-żieda in nominal terms tal-pensjoni llum?", "X'ifisser dan f'Ewro?", "IS-SUR GODWIN MIFSUD: L-istima li għandna hija bażikament li, għal koppja miżżewġa, titla' għal madwar €190 fil-ġimgħa.", "Madankollu rrid nikkonferma.", "THE CHAIRMAN: €190 fil-ġimgħa?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: L-istima li għandna tinsab f'paġna 103 tar-rapport, u dik hi r-rakkomandazzjoni li kellha tidħol għall-pensjonanti tal-lum fl-2012.", "U l-impatt hu ta' €84.5 miljun żieda.", "IS-SUR GODWIN MIFSUD: Fuq il-pensjonanti li jeżistu llum.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Ir-rakkomandazzjoni li għamilna aħna, bħala Grupp, tinsab minn paġna 107 sa paġna 110 tar-rapport.", "Aħna qegħdin ngħidu lill-Gvern li hemm mertu fejn ikun hemm mekkaniżmu, li aħna qed insejħulu a risk at poverty protection mechanism, li fl-opinjoni tagħna, fid-disinn tiegħu, wieħed għandu jieħu wkoll il-benefiċċji, kemm tanġibbli u kemm dawk li mhumiex daqshekk tanġibbli.", "Aħna qegħdin ngħidu li jekk se tieħu s-saħħa, u din il-Gvern qiegħed jipprovdiha b'xejn, mela dak huwa benefiċċju li mhuwiex tanġibbli, u għandu jidħol ukoll f'dan il-pakkett li aħna qegħdin insejħulu the Pensioner's Equivalised Income.", "THE CHAIRMAN: Allura tkun qed tnaqqas minn dawn l-€84.5 miljun?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Hekk hu.", "Qed ngħidu wkoll li aktar milli t-trigger jiskatta awtomatikament, jiskatta għal dawk in-nies li ssir evalwazzjoni fuqhom, u li verament jidhru li huma at risk of poverty.", "Dik hi r-rakkomandazzjoni li aħna ppreżentajna.", "THE CHAIRMAN: Tajjeb.", "Ir-rakkomandazzjoni li għamiltu intom, li kieku wieħed ikollu jaqbel magħha, kemm tkun in real terms iż-żieda għall-pensjonanti?", "Għadu kemm intqal lilna li, mingħajr ma jkollna din il-bidla li għadek kemm qed tipproponi inti, iż-żieda lill-pensjonanti tkun mal-€190 fil-ġimgħa, hux hekk?", "IS-SUR GODWIN MIFSUD: Xtaqt nippreċiża xi ħaġa.", "Li qed ngħid hu li kieku kellna naqbdu tal-2010 u nieħdu 60% tiegħu, li jiġi madwar €6,260 kull sena, li kellna naħdmu gross u naraw x'inhu n-National Minimum Pension fuqha, ir-rati jkunu ta' €123 fil-ġimgħa għal persuna single u ta' €185 għal persuna miżżewġa.", "Xtaqt nippreċiża dan, peress li l-ewwel għedt €190 meta fil-fatt jiġi €185.", "THE CHAIRMAN: Dawn jammontaw għal żieda ta' €84.5 miljun fuq dak li diġa' qed jinħareġ illum?", "THE CHAIRMAN: Mela l-proposta tagħkom hi li naqqastu minn dawk l-€84.5 miljuni, għax ikkalkulajtu li l-għajnuna li dawn il-pensjonanti qegħdin jieħdu, bħal, pereżempju, għajnuna medika, eċċ, tagħmel tajjeb … Qiskom ikkwantifikajtu s-servizzi li qed jieħdu fil-mediċini bħala parti minn din il-pensjoni.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Li qed ngħidu aħna hu li, apparti l-pensjoni, diġà jeżisti qafas ta' social inclusion, fejn għandek is-Social Assistance, is-Supplementary Allowance, l-Energy Benefit, il-Medical Assistance, eċċ. Dan aħna ma kkwantifikajnihx għax ma kellniex il-ħin biex nagħmlu hekk, u lanqas ridna nwaqqfu kollox.", "Ir-rakkomandazzjoni tagħna, biex inkun eżatt, hija dik li aħna qed ngħidu lill-Gvern li dan huwa l-prinċipju li qegħdin inpoġġu, li għandu jiġi kkreat a risk at poverty protection mechanism, u li l-Gvern għandu jagħmel studju sa Ottubru 2012 biex ikun jista' jiddetermina xi jfisser f'termini reali li kieku dan il-mekkaniżmu kellu jiġi applikat.", "THE CHAIRMAN: Kemm ikkalkulajtu li hemm pensjonanti – mill-ammont totali ta' pensjonanti li għandna llum – li se jkunu qed jibbenefikaw minn dan l-inċentiv?", "Nimmaġina li mhux il-pensjonanti kollha jkun jeħtiġilhom li tiżdied il-pensjoni tagħhom ħalli ma jaqgħux taħt ir-risk of poverty?", "Naħseb li hemm numru limitat, jew kulħadd?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: L-istatistika tas-Silk 2010 tgħid li dawk li għandhom 65 and over hemm 'il fuq minn 11,300 li huma at risk of poverty.", "Preċiżament hemm 11,355 – baseline 2010 – u li allura jiġu 19%.", "THE CHAIRMAN: Mela 19% jammontaw għal 11,355 pensjonant li llum il-ġurnata jistgħu jaqgħu at risk of poverty għax il-pensjoni tagħhom ma tkunx qed isservihom daqs kemm jixtiequ huma.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Skont is-Silk diġa' ikkwalifikati li huma at risk of poverty.", "THE CHAIRMAN: Imma fil-preżent, kif għadek kemm spjegajt inti wkoll, hemm l-għajnuniet supplimentari li dawn qegħdin jieħdu, u li allura qed jagħmlu tajjeb għalihom.", "Għandek l-għajnuna tal-benefiċċji soċjali, li xi darba kien spjegat lilna fl-ewwel diskussjonijiet li kellna meta konna qegħdin niddiskutu r-rapport fuq il-faqar, fejn hemmhekk kien ġie kkwantifikat mill-NSO li, jekk tieħu l-għajnuniet soċjali, dawn qegħdin jgħinu lil numru ta' persuni ħalli ma jaqgħux taħt ir-riskju tal-faqar.", "CARMELO ABELA: Biex inżid xi ħaġa ma' dak li qed jgħid iċ-Chairman, naħseb li rridu nagħmlu distinzjoni.", "Dawn is-servizzi li semma s-Sur Spiteri Gingell jeżistu, imma kemm qed jiggwadanjaw minnhom l-anzjani nfushom?", "Nafu li s-Servizz tas-Saħħa huwa b'xejn, imma nafu b'anzjani – mhux qed ngħid li huma fil-maġġoranza – li minħabba li forsi ilhom jistennew fuq waiting lists, eċċ, għamlu sagrifiċċju u marru għand il-privat.", "Mela hemmhekk il-medja li jaqgħu taħt the risk of poverty se tikber għax, jekk forsi kellhom xi ħaġa imġemma', se jużawha biex jagħmlu t-tali operazzjoni, eċċ. Ma nafx jekk il-Working Group kellux iċ-ċans li jidħol f'dawn l-affarijiet.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Fil-fatt, aħna ma kellniex ċans għax, biex isir dan it-tip ta' studju, trid tagħmel dak li nsejħulu tracking ta' nies differenti, peress li mhux kulħadd ikollu bżonn tal-istess tip ta' operazzjoni.", "Aħna għidna li, jekk il-Gvern jaqbel ma' dan il-prinċipju, allura għandu jagħmel studju bis-serjetà.", "Ir-rapport ippreżentajnih fl-14 ta' Marzu, jiġifieri diġà għadda ċertu żmien, imma konna qed ngħidu li hemm sitt xhur ċans biex isir studju fejn ikun jista' jagħmel il-kwantifikazzjonijiet reali li hemm bżonn.", "CARMELO ABELA: Ħaġa oħra li nsejt insemmi hi li inti għedt li l-base line kien l-2010.", "Ma nafx jekk kenitx bdiet diġà l-possibilità li persuni li joħorġu bil-pensjoni ma jitilfu xejn mill-pensjoni jekk jibqgħu jaħdmu.", "Imma, jekk dak iż-żmien kienet għadha ma bdietx, żgur li llum għandna madwar 10,000 persuna li qed jieħdu l-pensjoni u fl-istess ħin qegħdin jaħdmu.", "Naħseb li din trid tkun inkluża f'dan l-istudju li, kif qed jgħid iċ-Chairman, jista' ikun li mhux kulħadd ikollu bżonnha.", "Jekk wieħed ikompli jaħdem u fl-istess ħin qed jirċievi l-pensjoni, allura din trid tittieħed into equation.", "Allura l-ammonti li semma s-Sur Mifsud, jiġifieri s-somma ta' €84.5 miljun, li f'sena waħda tidher li hija kbira mhux ħażin, ...", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Kien għalhekk li aħna ma għedniex li ġiet €84 miljun, u allura m'għandna nagħmlu xejn!", "Anzi għedna li hemm mertu fiha u li, fl-opinjoni tagħna, hemm approach li wieħed jista' jieħu sabiex jagħmel dan is-safety mechanism għall-pensjonanti kurrenti, u dak jista' isir permezz ta' dak li qegħdin nipproponu.", "Wieħed għandu jikkwantifika xenarji differenti biex jara safejn nistgħu nwasslu.", "THE CHAIRMAN: Xtaqt nagħmel l-aħħar mistoqsija, għax għandi dubju.", "Naf li għadu ma sarx l-istudju, imma li kieku kellha tidħol din ir-riforma biex tagħmel tajjeb għal dan in-nuqqas li għandhom il-pensjonanti tal-lum, għal kemm snin trid iddum tingħata sabiex imbagħad we break even ma' dawk li deħlin ġodda – tal-età tiegħi – ħalli jkollhom il-garanzija li ma jaqgħux taħt ir-risk of poverty bħalma qegħdin jaqgħu dawn il-11,000 persuna fil-preżent?", "IS-SUR GODWIN MIFSUD: Jekk qed nifhmek sew. inti qed tgħid kemm irid jgħaddi żmien sakemm jibdew jirtiraw in-nies li se jkunu eliġibbli ...", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri, inti għedt li għandek dawn il-11,000 ...", "IS-SUR GODWIN MIFSUD: Fuq il-kotba, dawn diġà qed jieħdu l-pensjoni.", "THE CHAIRMAN: Iva, dawk qegħdin jieħdu l-pensjoni, u għandhom il-problemi.", "IS-SUR GODWIN MIFSUD: Il-grupp li se jibbenefika bis-sħiħ mill-guarantee of minimum pension huwa dak li jibda fl-2027.", "Jiġifieri, qegħdin nitkellmu fuq persuni li twieldu wara l-1961 u li, naturalment, jagħlqu l-65 sena fl-2027.", "(Interruzzjonijiet) Dawk ikunu l-ewwel cohort ta' nies, li skont ir-riforma tagħna, jibdew jieħdu pensjoni tal-irtirar marbuta mal-guaranteed national minimum pension.", "CARMELO ABELA: Ma jkollhomx bżonn dan il-mekkaniżmu li l-pensjonanti attwali ...", "IS-SUR GODWIN MIFSUD: Ma jkunx hemm bżonn li l-Gvern jagħmel xi ħaġa, għax diġà jkun ipprovda għalihom.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri, fl-2027, il-pensjonanti li se jibdew jirċievu l-pensjoni mhux se jkollhom id-diffikultà li teżisti llum, u li allura jistgħu jaqgħu at risk of poverty, għax hemm il-garanzija li se jkollhom is-60% tal-median income.", "IS-SUR GODWIN MIFSUD: Se jkollhom 60% tan-national median income.", "(Interruzzjonijiet)", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Iva, imma, jekk 20 sena oħra, jinstab li dawk is-60% mhumiex biżżejjed, wieħed ikollu bżonn jirfina.", "Imma llum bnejna fuq dan il-binarju.", "Biex ngħid kollox, dan mhuwiex binarju li vvintajnih bħala Grupp, imma huwa binarju internazzjonali, u aħna stabbilixxejna ruħna miegħu.", "THE CHAIRMAN: Imma sadanittant, minn issa sal-2027, għandna dan il-gap fejn għandek numru ta' persuni li jistgħu jkunu at risk of poverty.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Kif qegħdin ngħidu aħna, għamilna assessment ta' xi jfisser li kieku dak il-mekkaniżmu tas-60% kellu jdaħħlu mhux fl-2027 imma llum, u deher li l-ispiża mhijiex waħda sostennibbli.", "Imma, kif għedna, pprovajna noħorġu b'rakkomandazzjoni u pproponejna prinċipju lill-Gvern, li għad irid jistudjah biex verament ikun jaf xi jfisser.", "Qabel ma nwieġeb il-mistoqsija li għamilli l-Onor.", "Azzopardi, xtaqt ngħid l-aħħar ħaġa.", "Waħda mill-affarijiet inkwetanti li ħarġet fil-proċess ta' konsultazzjoni hija dik li n-nies li verament se jiġu affettwati minn dak li qed nipproponu ma jidhru mkien fil-proċess!", "Hawnhekk qiegħed nirreferi għaż-żgħażagħ.", "Issa, bħala Grupp, ipprovajna nidħlu f'diskussjonijiet mal-Università, mal-Aġenzija Żgħażagħ, tkellimna wkoll mas-Segretarjat u pprovajna niltaqgħu ma' numru ta' żgħażagħ, imma ma rnexxilniex ninvolvuhom.", "Issa dan mhuwiex fenomenu għal Malta biss, għax fl-ekonomija hemm subset jgħidulu behavioural economics.", "Ir-riċerkaturi sabu li inti, ġej minn fejn ġej, Ġappuniż, Kanadiż, Ingliż jew mill-Perù, ta' 20 sena mhux se toqgħod taħseb fuq meta jkollok 65 sena, u xi trid tagħmel biex tpoġġi lilek innifsek fuq sisien sodi.", "Il-fatt li dan il-grupp huwa proprju dak il-grupp li se jintlaqat minn dak li qed nipproponu aħna, u li ma rnexxilnix ninvolvuhom – fallejna f'kelma waħda – naħseb li hija concerning.", "THE CHAIRMAN: Sur Spiteri Gingell, tista' terġa' tispjega ftit fejn qed tgħid li fallejt, ħalli nifhmuk sew?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Li qed nipprova ngħid hu li r-remit tagħna ma kenux il-pensjonanti kurrenti, imma kienu l-miżuri li jridu jsiru għal dawk li se jirtiraw fl-2060 – u li allura qegħdin nitkellmu fuq dawk li llum għandhom 18-il sena, jew min se jirtira fl-2050, u li allura llum għandhom 22 sena – u kif se jiġu affettwati minn dawn il-miżuri li qed nipproponu.", "Huwa fl-interess tagħhom li jagħġnu u jinfluwenzaw il-politika li dan il-Gvern – jew kwalunkwe gvern ieħor – qiegħed iwassal u li jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn li jittieħdu.", "Minkejja li pprovajna ndaħħlu liż-żgħażagħ biex jinfluwenzaw il-politika tal-pensjonijiet, xorta ma rnexxilniex nagħmlu dan!", "Dik hija xi ħaġa ta' tħassib, għax qegħdin nitkellmu fuq deċiżjonijiet li se jaffettwaw lil dawn in-nies, meta huma mhumiex preżenti fid-diskussjoni!", "THE CHAIRMAN: Mela inti qed tgħid li t-terms of reference huma tali li intom ipprovajtu tikkonsultaw ħalli taraw iż-żgħażagħ tal-lum x'tip ta' pensjoni se jkunu qegħdin jieħdu fl-2060 …", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Ir-remit tagħna kien bażikament fuq 40 sena oħra.", "THE CHAIRMAN: Il-Gvern irid jaħseb xi prodott se jkun qed joffri 40 sena oħra mil-lum, u b'hekk ikun jista' iserraħ moħħu li s-sistema tal-pensjoni tkun waħda sostenibbli u adegwata.", "Qed ngħid dan il-kliem biex tittieħed nota, peress li dawn il-proposti jridu jilħqu wkoll dawn it-terms of reference, u ċioè li aħna nagħmlu proposti, bħalma qegħdin tagħmlu intom, għal sistema adegwata u sostenibbli.", "Biex tkun sistema sostenibbli, irid ikun hemm projections ta' xi prodott se jkun qed joffri fis-suq il-Gvern daqs 40 sena oħra mil-lum, u anke għaliex irid jibda jiġbor il-flus mil-lum u b'hekk ikun jaf x'se jkun qed iħallas daqs 40 sena oħra.", "Issa li kieku aħna konna ż-żgħażagħ u inti qiegħed tikkonsulta magħna, x'kienu se jkunu l-mistoqsijiet tiegħek li kont se tkun qed tagħmlilhom?", "Qed nistaqsik dan biex inkun naf x'inhuma l-preokupazzjonijiet tagħkom f'dan ir-rigward.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Din hija mistoqsija valida ħafna.", "Il-prinċipju tagħna bħala Grupp huwa li l-ewwel pensjoni, jiġifieri l-pensjoni taż-żewġ terzi kif nafuha llum, hija u għandha tibqa' s-sies tas-sistema ta' solidarjetà ta' pensjonijiet li għandu dan il-pajjiż.", "Konxji wkoll tal-fatt li bejn il-pensjoni li tieħu – adegwata kemm hi adegwata – u bejn l-income li tkun ħadt meta kont fl-impjieg tiegħek, hemm gap li l-pensjoni qatt mhu se timliha.", "Mela, jekk aħna rridu nwasslu sabiex meta persuna tirtira jkollha kwalità ta' ħajja li tkun viċin lejn l-istil ta' għajxien li kellha meta kienet għadha mpjegata, ifisser li inti llum, apparti l-importanza tal-ewwel pensjoni, trid tibda taħseb u ġġemma' biex ikollok xi ħaġa oħra li tista' tagħtik dik il-kwalità ta' ħajja li kont drajt tgħix fiha meta kont għadek taħdem.", "THE CHAIRMAN: Inti se tkun qed tipprova tiggarantixxi li xi ħadd, fi żmien 40 sena oħra, iż-żewġ terzi se tibqa' hemm, imma mbagħad għandek problema b'dak it-terz li se jkun nieqes.", "Fil-fatt inti se jkollok terz mill-paga nieqes, għax bil-pensjoni se tieħu biss iż-żewġ terzi.", "U allura trid tara kif se żżid dak it-terz nieqes b'xi ħaġa oħra, u b'hekk ikollok l-istess dħul li kellek meta inti kont qiegħed taħdem.", "Hux hekk qed tgħid?", "Dak li qed jinkwetak lilek?", "IS-SUR FRANK MICALLEF (Director (Benefits) Social Security Department & member of the Pensions' Working Group): F'każijiet bħal dawn, ma rridux inqisu biss it-terz li suppost għandek biex tibqa' fl-istess livell ta' meta kellek il-paga.", "Jekk qed nitkellmu fuq persuna li llum hija żagħżugħa u li din m'għandhiex biex tirtira dak iż-żmien, din se jkollha l-istess żewġ terzi tal-paga tagħha.", "Issa dak ma jfissirx li, at that point in time, se jkun qed ifisser żewġ terzi, imma se jkun inqas.", "U aħna rridu, b'xi mod jew ieħor, nikkonvinċu lil dak li jkun biex iżid dak in-nuqqas li se jkollu!", "Jekk suppost illum ir-replacement rate qiegħda 55%, dak iż-żmien mhux se tkun hekk, imma se tkun 45% tal-pensjoni tiegħu.", "Allura jrid iġib dak l-10%!", "Issa dawk l-10% minn fejn se jiġu?", "Naturalment billi tinvesti f'xi ħaġa oħra ħalli tikkumpensa dak in-nuqqas.", "THE CHAIRMAN: Ħa nagħmillek mistoqsija li qed tiġini f'moħħi bħalissa.", "Qiegħed nagħmel dan it-tip ta' mistoqsijiet għax f'xi ħin aħna se nkunu qegħdin naħsbu u niddeliberaw, u allura rridu nidħlu f'dan il-mekkaniżmu li intom diġà dħaltu ħafna fih.", "Jekk intom għadkom kif serraħtu moħħ min qed jismagħna li ż-żewġ terzi għandha tibqa' bħala s-sies tas-sistema tal-pensjoni għax dik hija sistema tajba, għalfejn qed tgħidu li dik attwalment mhux se tkun żewġ terzi imma 45%?", "Dak ifisser li l-pensjoni se tkun nofs il-paga u mhux żewġ terzi!", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Sur President, hawnhekk qegħdin nidħlu f'affarijiet li kont beħsibni nidħol fihom aktar tard.", "THE CHAIRMAN: Fil-każ tirrispondinix.", "Imbagħad tkun tista' tagħtini risposta waqt li tkun għaddej bil-presentation tiegħek.", "IS-SUR GODWIN MIFSUD: Xtaqt niċċara dan il-punt għaliex huwa daqsxejn sensittiv.", "Is-sistema tal-lum ma tagħtikx żewġ terzi tal-paga, imma tagħtik żewġ terzi tad-dħul pensjonabbli, u dan ikun up to a ceiling.", "Minħabba li hemm persuni li jaqbżu dak is-ceiling, ħafna drabi ma tieħux iż-żewġ terzi tas-salarju li kellek meta kont taħdem, imma tieħu żewġ terzi up to a level of income li bażikament huwa capped.", "Il-messaġġ tar-rapport huwa li l-iStat għad għandu rwol importanti: jekk tibqax pensjoni marbuta direttament mal-formula taż-żewġ terzi, jew inkella tiġix xi forma ta' pensjoni oħra.", "Il-messaġġ tal-Grupp huwa li l-pensjoni tal-iStat, li hija l-ewwel pensjoni, għandha tkun il-forma ewlenija li tipprovdi lill-pensjonant bil-pensjoni bażika.", "Issa mbagħad hemm forom oħra ta' dħul li għandhom jgħinu sabiex il-pensjonant jilħaq l-ambizzjonijiet tiegħu.", "CARMELO ABELA: Jien xtaqt inkompli nżid xi ħaġa ma' dak li kien qed jgħid is-Sur Spiteri Gingell fuq iż-żgħażagħ, għaliex naħseb li dak li kien qed jgħid huwa l-headlines tal-lum – li ż-żgħażagħ ma kienux interessati fuq dan is-suġġett.", "Issa jien ma nafx jekk irċevejtux xi tip ta' risposta għall-istedina li għamiltulhom.", "Jew inkella injorawkom kompletament?", "Li kieku qalulkom li mhumiex interessati, tista' tgħid li għallinqas ma ġejtux injorati.", "Punt ieħor għall-konsiderazzjoni huwa l-fatt li għandek numru mhux żgħir ta' żgħażagħ li, meta jibdew jaħdmu, jibdew iħallsu wkoll xi dejn li jkollhom.", "Dan ifisser li gidma mid-dħul tagħhom diġa' qegħdin jitilfuha, għax qed tmur biex iħallsu l-loan repayments.", "Allura wieħed jista' jargumenta li dawn għandhom 45 sena jew 50 sena jħallsu d-dejn, skont il-loan li jkollhom, u meta jiġu għall-pensjoni se jkunu qishom draw b'parti mill-paga tagħhom nieqsa.", "Jista' jkun hemm dak l-argument fin-nofs jew le?", "THE CHAIRMAN: Biex inkompli ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Abela, jekk m'iniex sejjer żball, f'kull loan repayment li jkun hemm mal-banek, suppost li jkun hemm ukoll sistema ta' assigurazzjoni sabiex tkopri dik il-loan.", "Imma mbagħad il-banek jipprovaw iħajjru lil dak l-individwu sabiex jidħol ukoll f'assigurazzjoni oħra.", "Din kemm qiegħda tkun reali?", "Intom qed tieħdu in konsiderazzjoni jekk mill-ħlas tal-loan hemmx ukoll investiment għal assigurazzjoni wara li titħallas il-loan?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Ħalli nipprova nispjega, u nitlob lill-kollegi tiegħi sabiex jintervjenu fejn iħossu li hemm bżonn.", "Waħda mill-akbar problemi li kellna waqt li konna qegħdin nagħmlu dan l-istudju kien proprju biex nartikolaw verament x'inhu d-domestic saving capacity tal-Maltin.", "Sfortunament, il-qafas dwar id-data fuq is-saving capacity mhuwiex robust daqskemm wieħed jixtieq.", "L-iktar mekkaniżmu li jista' iwassalna sabiex naslu għal xi konklużjonijiet huwa l-Housing Budgetary Survey.", "Madankollu, mhuwiex dak li aħna nsejħu mekkaniżmu proprju ta' x'inhuwa s-saving, għax il-Housing Budgetary Survey iħares ukoll lejn il-konsum.", "Jekk wieħed iħares lejn il-Housing Budgetary Survey tal-2008 – li kien l-aħħar wieħed, u li kien ħareġ fl-2011 – isib li fl-2008 il-familji kważi ma kienu qed iġemmgħu xejn!", "Fl-opinjoni tiegħi, dik hija daqsxejn ta' misnomer għaliex nafu li f'Malta għandna home ownership għoli ħafna.", "L-aħħar ċensiment li sar fl-2005 wera li l-home ownership kien ta' 75%.", "Jekk tneħħi l-aħħar tliet snin fejn beda jidħol il-ħsieb tal-kiri, issib li sal-2008 dak il-prinċipju ma kienx qiegħed hemmhekk.", "Dan ifisser li parti sostanzjali tas-salarju, waqt li veru li ma kienx qed imur f'savings kif niddefinixxuh tradizzjonalment, kien qed imur ġo mortage biex dak li jkun jifdi l-proprjetà li jkun xtara.", "Fl-opinjoni tagħna, din għandha żewġ impatti: l-ewwel impatt huwa dak li ma' dawn il-mortgages mal-banek inti trid tieħu insurance.", "U hemm mekkaniżmi ta' insurances li tista' tieħu.", "Tista' tieħu insurance li hija straight forward, li tkopri biss il-loan u tmut mal-loan, jew inkella tista' tieħu insurance li tkopri l-loan, imma li tkun ukoll akkumulattiva.", "Issa jien m'għandix id-data tad-differentiation bejniethom, imma nafu li bejn il-life endownment insurance policies u l-unit based policies hemm aktar minn 80,000.", "Nafu li l-MSV Life – qed insemmiha għax tatna d-data tagħha – għandha 'l fuq minn €180 miljun li se jimmaturaw bejn illum u l-2015.", "Nafu wkoll li l-HSBC – li wkoll tana d-data tiegħu – għandu kważi €280 miljun li se jimmaturaw sal-2020.", "Dan ifisser li hemm element ta' saving li diġà qiegħed isir.", "Fl-opinjoni tagħna, din hija opportunità fejn il-Gvern għandu jinċentiva lil dawn is-savers li, meta jimmatura s-surrendered value tal-life insurance jew tal-insurance fuq id-dar, minflok jieħduh cash u jagħmlu dak li jkun ilhom jipposponu li jagħmlu, jaqbdu u jidħlu in a true pension fund.", "Fil-fatt, waħda mir-rakkomandazzjonijiet tagħna hija proprju dik li hawn opportunità li mhijiex żgħira fejn, jekk aħna nkunu intelliġenti, nistgħu ninkoraġixxu lil dak li jkun ħalli parti sostanzjali jpoġġiha hemmhekk biex iżid il-benefiċċji tiegħu meta jirtira.", "Din se nsemmiha biss, imma ma rridx nidħol fiha, għax naħseb li niddevjaw totalment mis-suġġett.", "It-tieni issue hija dik li inti qed iġġemma' ġod-dar, fejn bażikament għandek 75% ownership, li jfisser li 75% tal-popolazzjoni se jkollha kapital meta tirtira għax għandha d-dar tagħha.", "Hemm numru ta' opportunitajiet, għax hemmhekk għandek assi li, fir-realtà, mhumiex flus fil-bank, imma huma flus fi propjetà.", "Jien ma nissuġġerix li nidħlu fiha issa għax hija kkomplikata, għandek ħafna issues u naħseb li nispiċċaw niddevjaw mis-suġġett.", "THE CHAIRMAN: Jien ma rridekx tiddevja, imma l-kurżità tiegħi ma nħobbx inżommha moħbija.", "Madankollu nagħtik id-dritt sabiex ma tirrispondinix.", "Is-75% ownership huwa riżultat ta' mentalità u kultura li kellna mill-bieraħ sal-lum.", "(Interruzzjonijiet) Għadha qawwija b'riżultat tal-bieraħ.", "Issa kemm taħseb li din is-75% tista' togħla jew tonqos maż-żmien?", "Qed ngħid hekk għax fl-imgħoddi kien hawn mentalità ta' tfaddil, filwaqt li llum qegħdin ngħixu b'mentalità ta' konsum.", "Jien naħseb li għandna d-diffikultà llum – jien smajthom kemm-il darba jilmentaw iż-żgħażagħ – li meta ż-żgħażagħ jiġu għal xiri ta' post, ħafna drabi jistgħu ma jkollhomx dak l-ekwivalenti ta' Lm10,000 biex ikunu jistgħu jagħmlu l-ewwel depożitu.", "Mela għandna l-ewwel ċirkostanza fejn il-kultura ġdida tal-lum, il-kultura konsumista li tiffavorixxi l-konsum, tiffavorixxi li inti tonfoq dak li għandek minflok tiffavorixxi t-tfaddal.", "Issa ħa niġi għat-tieni rimarka.", "Jekk taħsbu li dak li qed ngħid huwa minnu, kemm taħsbu li jkun f'waqtu li ssir proposta lill-Gvern tal-ġurnata u anke gvernijiet futuri, sabiex jagħmlu budgets li jiffavorixxu t-tfaddil?", "Jien niftakar budgets, anke meta kont Segretarju Parlamentari, fejn il-Ministru tal-Finanzi kien jgħid li, bħala poplu Malti, we are living beyond our means.", "Imma filwaqt li aħna ngħidu dan id-diskors, xorta bqajna niffavorixxu budgets li jiffavorixxu l-infiq u l-konsum.", "Biex issa jkollna sitwazzjoni fejn is-sistema tal-pensjoni maż-żmien tkun waħda sostenibbli u adegwata, rridu nagħmlu shift minn fuq il-mentalità ta' konsum għal waħda ta' tfaddil.", "Allura jien naħseb li kważi kważi – u għalhekk qed nagħmel din il-proposta – rridu naħsbu biex ikollna proposta sabiex il-budgets jibdew jiffavorixxu t-tfaddil.", "X'inhu l-ħsieb tiegħek fuq dan?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Mela ħalli l-ewwel nirrispondik fuq x'naħseb jien personalment, u mbagħad ngħidlek x'naħsbu bħala Grupp.", "Ir-riċerka turi li pajjiżi bħall-Ingilterra u oħrajn fl-Ewropa, il-probabilità hi li t-tfal tagħna se jkunu ifqar mill-ġenerazzjoni tiegħi.", "Il-probabilità hi li jien se nkun ifqar mill-ġenerazzjoni ta' missieri.", "L-istudji juru li, minħabba l-konsum u minħabba l-fatt li n-nies mhumiex iġemmgħu, se jkun hemm inqas nies li se jkunu sidien ta' djarhom.", "Il-probabilità hi – jekk kollox jibqa' kif inhu – li se naraw shift lejn inqas home ownership – li jista' jkun tajjeb ukoll – u żieda fil-kera.", "Dan ifisser li, lill-ġenerazzjoni li jmiss, se ngħaddulha inqas wealth, għax ladarba qiegħed tikri m'intix se tgħaddi lill-uliedek il-proprjetà tiegħek.", "Dik hija l-opinjoni tiegħi.", "Issa x'qegħdin nirrakkomandaw aħna bħala Grupp?", "Aħna qegħdin nirrakkomandaw li għandu jkun hemm politika li tinċentiva t-tfaddil.", "Anke fil-konsultazzjoni, kulħadd jaqbel ma' dan.", "Kien hemm kunsens unanimu li għandha tidħol politika li tinċentiva lil dak li jkun sabiex ifaddal.", "L-ewwel nett, meta ġġemma' qed ikollok deferred consumption, fejn inti dak li tfaddal se tonfqu aktar tard.", "Li m'intix se tonfqu llum, se tonfqu 20 sena oħra.", "U mbagħad għandek il-fatt ukoll li hemm dan in-national savings li huwa wealth li jista' jiġi ġġenerat.", "Issa aħna ma waqafniex hemmhekk, imma qegħdin ngħidu – din għalina hija pedina importanti ħafna – li wasal iż-żmien li l-gvern, ikun min ikun fil-gvern, għandu jistabbilixxi kummissjoni permanenti li tibda tibni kull miżura ta' financial literacy u financial capability, fejn minn mindu jkunu tfal, nibdew nibnu kultura li minn waħda ta' infiq u konsum, nibdew naħsbu daqsxejn iżjed fit-tul.", "CARMELO ABELA: Hawnhekk se nħalli barra kummenti politiċi, għax mhuwiex il-lok li nagħmilhom.", "(Interruzzjonijiet) Aħna għaddejna minn punt fejn, jekk issemmi lin-nanniet tagħna l-kultura ta' dejn, jgħidulek li għalihom kienet dawgħa mill-kbar nett!", "Illum, kważi kważi, trid tiddejjen anke biex issiefer, għax dik hi l-mentalità u l-messaġġi li qed nirċievu.", "Il-punt li xtaqt insemmi – u nieqaf hawn – huwa dwar is-saħħa tal-paga u jekk, mill-paga tiegħek, biex tgħix inti u l-familja tiegħek, jifdallekx flus x'iġġemma'!", "Ħa nħallu barra affarijiet li forsi jistgħu jkunu superfluwi jew mhux daqshekk importanti.", "Imma kemm is-saħħa tal-paga attwali jibqagħlek minnha biex inti tkun tista' tfaddal xi ħaġa?", "Nafu li matul is-snin is-saħħa tal-paga naqset, bejn forsi għax hemm iktar xi tħallas eċċ, imma biex ngħixu kif konna ngħixu sal-bieraħ, qiegħda tiswina iktar flus.", "Jiġifieri hemm ukoll dan l-element fin-nofs.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Sfortunatament, f'Malta m'għandniex riċerka, jew tal-inqas ma konniex konxji tar-riċerka, tar-relazzjoni bejn inċentiv u inċentiv biex iġġemma'.", "Bażikament, l-esperjenza turi li, barra minn Malta, meta jidħlu dan it-tip ta' mekkaniżmi hija xi ħaġa pożittiva għax hemm dak li jgħidulu l-elasticity, fejn jien bħala bniedem, jekk inti se tinċentivani, il-probabilità hi li se nagħmel l-isforz u s-sagrifiċċju biex ma nonfoqx illum u nġemma' għal għada.", "Ir-riċerka barra minn Malta turi li numru minn dawn il-mekkaniżmi huma effettivi biex dak li jkun iżomm parti mill-infiq tiegħu u jiddiferih għal postijiet oħra.", "Ir-riċerka turi wkoll li dan it-tip ta' mekkaniżmi għandhom jiġu ddisinjati b'tali mod li jimxulek verament lejn dak li ngħidulu n-new saving, u mhux isir substitute saving, fejn inti diġa' qed tfaddal permezz ta' fixed account, eċċ, u kulma qed tagħmel hu li toħorġu minn hemmhekk biex titfgħu x'imkien ieħor.", "Dik imbagħad qed taħdem kontrija.", "Id-disinn u l-bilanċ biex jien nassigura li l-inċentiv verament qed jikkrea savings ġodda huwa importanti ħafna.", "CARMELO ABELA: Nikkonferma dak li qed jgħid is-Sur Spiteri Gingell għaliex, anke fejn jidħlu stocks tal-gvern jew stocks oħrajn, tara li filli l-flus ikunu f'kontijiet bankarji, u mbagħad minn hemmhekk jiġu shifted x'imkien ieħor.", "Issa inti tkun tixtieq tikkonvinċi lil dawk li għandhom il-flus moħbija taħt il-maduma, u mhux lil xi ħadd li għandu fixed account jew savings account li jwaddabhom fuq xi ħaġa oħra.", "Dik imbagħad hija realtà oħra.", "(Interruzzjonijiet)", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Issa se nirrispondi l-mistoqsija li għamilli l-Onor.", "Azzopardi fuq jekk din hijiex kontinwazzjoni, jew inkella xi ħaġa ġdida.", "Tajjeb li wieħed isemmi li l-proċess ta' riforma ta' pensjonijiet lanqas bdiet mal-Working Group tal-2004.", "Fil-fatt, taħt l-amministrazzjoni ta' Dr Sant kienet ġiet stabbilita Kummissjoni li kienet ġiet ippresjeduta mis-Sur Reno Camilleri, li r-rapport tiegħu wieħed jista' jarah minn fuq il-website tal-Working Group.", "Bażikament, fir-rapport tiegħu, is-Sur Camilleri jikkonkludi li ċertu elementi importanti li fuqhom kienet iddisinjata l-pensjoni taż-żewġ terzi, b'mod partikolari l-fertility rate u l-impatt tagħha fuq id-demografija u l-longevity, kien diġà fl-1997 qed juri sinjali li s-sistema taż-żewġ terzi, jekk mhux se jsiru tibdiliet fiha, kemm fil-qafas tagħha, kif ukoll kif tista' tiġi msaħħa b'mekkaniżmi oħrajn, se jkun hemm il-problemi.", "Ix-xogħol li kien sar mis-Sur Camilleri, biex ngħid hekk, kien mibni fuq ix-xogħol tas-Sur Galdes.", "Fil-fatt, qabel kien hemm il-Kummissjoni li kienet saret mis-Sur Tony Galdes fejn, minkejja li r-rapport tiegħu qatt ma kien ġie ppubblikat għax kien sfaxxa, il-working papers tiegħu writnihom aħna.", "Dawn juru biċ-ċar li wieħed ma setax jinjora dawn il-premessi fundamentali.", "Wara li sfaxxat il-Kummissjoni tas-Sur Galdes, il-Gvern kien qabbad lill-World Bank li, f'Ottubru 2003, kienu ppreżentaw ir-rapport tagħhom.", "Għal darb'oħra dan ir-rapport ikkonferma li hemm dawn il-problemi u poġġa għall-konsiderazzjoni tal-Gvern numru ta' rakkomandazzjonijiet.", "Dak iż-żmien, il-Gvern ħaseb li r-rakkomandazzjonijiet tal-World Bank kienu kliniċi wisq, u ma kenux se jwasslu għal trasformazzjoni mingħajr skossi.", "Għaldaqstant il-Gvern kien poġġa Cabinet Committee fuq il-politika soċjali fejn, fost affarijiet oħra, kien taha r-responsabilità li tistudja l-problema tal-pensjonijiet.", "F'Ġunju tal-2004, kien ġie stabbilit il-Pensions' Working Group, li jien ukoll kelli l-opportunità, flimkien mas-Sur Frank Micallef u oħrajn, li nibdew nidħlu u nibnu fuq ix-xogħol preċedenti li sar tant tajjeb.", "Tajjeb li wieħed jgħid li r-rakkomandazzjonijiet li konna għamilna bħala Pensions' Working Group, il-Gvern kien ħariġhom bħala White Paper mal-Budget ta' Novembru 2004.", "Imbagħad, kienet saret konsultazzjoni twila, fejn aħna bħala Grupp konna tajna lill-Gvern ir-rapport finali u – kien kważi l-istess proċess li qegħdin fih hawnhekk – rrakkomandajna lill-Gvern qafas ta' riforma li jmur 'il bogħod minn riforma ffokata biss fuq l-ewwel pilastru.", "Dak iż-żmien, jiġifieri fl-2005, fir-rapport finali li konna ssottomettejna, konna għidna lill-Gvern li l-ewwel pilastru għandu jkun il-pilastru ewlieni tas-sistema tal-pensjonijiet tagħna.", "Imma minħabba defiċjenzi strutturali, partikolarment ta' demografija, ta' fertilità, tal-impatt finanzjarju u tal-lonġevità, kien hemm bżonn li jsiru numru ta' riformi parametriċi, jiġifieri meta għandek tirtira, iż-żmien tal-kontribuzzjoni, l-akkumulazzjoni, eċċ. U lanqas waqafna hemmhekk.", "Irrakkomandajna lill-Gvern sabiex jikkonsidra li jdaħħal it-tieni pensjoni, u li din idaħħalha b'mod mandatorju, fejn bażikament tadotta sistema paternalistika fejn tgħid lil dak li jkun li inti m'intix tafdah li veru se jġemma,' u allura se ġġiegħlu jġemma', u li jidħol qafas biex ninċentivaw lil dak li jkun biex iġemma' b'mod volontarju.", "Kien hemm rakkomandazzjonijiet oħra, fosthom li nsaħħu s-sistema tal-invalidità, eċċ. Min-naħa tiegħu l-Gvern – kif għandu kull dritt li jagħmel – iddeċieda li japplika r-riformi parametriċi u s-sistemi supplimentari li għandhom x'jaqsmu mas-sistema tal-kontribuzzjoni.", "Xi kultant ninsew li s-sistema tal-pensjonijiet, kif insejħulha hekk, mhijiex biss il-pensjoni tal-irtirar, imma li għandek ukoll il-pensjoni tal-invalidità, is-survivor's pension, ix-short term sick leave, il-bonus, eċċ, li dawn kollha huma kontributorji.", "Il-pakkett kontributorju mhuwiex biss il-pensjoni tal-irtirar, imma huwa wkoll is-survivor's pension fejn, jekk jien immut – allaħares qatt! – il-mara tiegħi tieħu l-pensjoni, u jekk nispiċċa b'xi injury, tagħtini l-insurance.", "THE CHAIRMAN: Issa bil-liġi tad-divorzju min se jieħu l-pensjoni ta' min?", "Jiġifieri, jekk għada pitgħada – m'hemmx bżonn li tirrispondi issa – se jibda jkollna l-ewwel, it-tieni u anke t-tielet mara, b'aktar familji li jisfaxxaw u oħrajn ġodda li jinħolqu, dik trid tidħol fl-equation il-ġdida li nistgħu naħdmu fuqha.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Fil-fatt, waħda mir-rakkomandazzjonijiet tagħna, li tinsab fuq paġna 67, tgħid proprju hekk f'dan ir-rigward:", "Aħna nirrikonoxxu li l-binarju tbiddel, u għandna bżonn li ndaħħlu l-protezzjoni li hemm bżonn.", "CARMELO ABELA: Nista' inżid biċċa oħra minbarra fuq din tad-divorzju.", "Il-fatt li jkollok nisa li qegħdin fid-dinja tax-xogħol – u dawn ikunu nisa miżżewġin, u jibqgħu miżżewġin – li dawn jispiċċaw jagħmlu dawk is-snin kollha jaħdmu, biex imbagħad finalment jispiċċaw ma jieħdux pensjoni!", "Mhux hekk qiegħda bħalissa?", "Din tieħu parti inqas milli suppost tieħu.", "Issa ma nafx jekk hux qed nispjega ruħi tajjeb jew le.", "IS-SUR FRANK MICALLEF: Jekk inti għandek koppja li t-tnejn jaħdmu u li t-tnejn ikkontribwew, allura għandhom dritt għall-pensjoni t-tnejn li huma b'mod regolari.", "THE CHAIRMAN: Ippermettili ftit, għax mhux hekk.", "Mela inti għandek koppja – biex ma naqtgħux għad-dritt li qegħdin jikkontribwixxu t-tnejn – fejn ir-raġel baqa' jaħdem u, għal xi raġuni, l-mara waqfet taħdem sakemm rabbiet it-tfal.", "Ejja ngħidu li din kellha 30 jew 35 sena, u mbagħad forsi reġgħet bdiet taħdem ta' 50 sena meta jkunu kibru t-tfal.", "Mela għandek perijodu sostanzjali fejn din il-mara ma ħallsitx il-bolla, u allura se tkun żvantaġġata għax mhijiex se tieħu l-pensjoni li suppost tieħu.", "Dak huwa argument wieħed.", "It-tieni argument huwa fejn mara tkun ħadmet minn żgħożitha jew, wara li kellha l-professjoni, imbagħad waqfet ta' ċertu età u ma reġgħetx daħlet lura għax-xogħol.", "F'dan il-każ għandek issue partikolari fejn għandek xenarju li huwa reali, ta' mara li ta' 35 jew 40 sena tieqaf mix-xogħol.", "Fil-fatt, jien naħseb li ftit huma dawk in-nisa li jibqgħu jaħdmu u jħallsu l-bolla sakemm jagħlqu l-65 sena.", "Jiġifieri ma naħsibx li dan huwa x-xenarju.", "IS-SUR FRANK MICALLEF: Jien naħseb li t-trend hi li se jibqgħu jaħdmu!", "Apparti l-fatt li meta inti għandek koppja fejn il-mara waqfet taħdem għal ċertu perijodu biex trabbi t-tfal, illum għandha ċ-ċans li jkollha l-kontribuzzjonijiet tagħha akkreditati għal ċertu perijodu.", "U allura n-nuqqas se jkun inqas milli qed naħsbu aħna.", "THE CHAIRMAN: Jien qed nagħmel dawn il-mistoqsijiet għaliex naħseb li aħna, bħala Social Affairs Committee, nistgħu nidħlu f'realtajiet li forsi intom diġa' dħaltu fihom, u jista' ikun li ma dħaltux.", "Imma filwaqt li intom qegħdin tagħmlu proposti fattwali in economic terms għas-sostenibbilità tal-pensjoni fiha nnifisha, jien naħseb li jkun aktar xieraq li nagħmlu proposti lill-Gvern fuq il-kunċett tas-sostenibbilità soċjali tas-soċjetà tagħna, u li dawn imorru beyond is-sostenibbilità tal-pensjoni diretta, imma li finalment, indirettament u direttament, ikunu qegħdin isostnu l-income tan-nies tagħna biex, kif kien qed jgħid l-ewwel is-Sur Spiteri Gingell, ma nispiċċawx bil-ġenerazzjoni li ġejja tkun waħda ifqar!", "Jien naħseb li kieku, bħala Social Affairs Committee, filwaqt li nsostnu numru ta' proposti li tagħmlu intom, aħna mmorru ftit aktar 'il bogħod minn dak li mortu intom, u lill-Gvern nagħtuh proposti b'mentalitajiet ġodda, għax jekk se nibqgħu bil-mentalitajiet li għandna fil-preżent, jista' ikun li 'l quddiem it-tfaddil li jeħtieġ li jibda jsir – kif kontu qed tgħidu intom stess - will not repay u toħloq bidliet fl-immedjat.", "Imma jekk noħolqu kulturi ta' home ownership, fejn aħna nixtiequ li jkollna kultura ta' aktar kiri, imma jekk naħsbu li b'aktar home ownership se jkollna soċjetà aktar sostenibbli ekonomikament, u ż-żgħażagħ tagħna se jkunu aktar b'saħħithom bħalma kienu missirijietna, u forsi bħalma hi s-soċjetà tagħna fil-preżent, allura jrid ikollna kultura fejn il-gvernijiet, ikunu ta' liema partit ikunu, ikollhom qbil fuq liema soċjetà jridu jibnu fuqha.", "Jekk se nibqgħu nibnu soċjetà fejn tonfoq illum u ma jimpurtaniex minn għada, allura għada se jkollna soċjetà ifqar, u mhux se nkunu nafu kif se nsostnuha.", "Hawnhekk mhux qed nirreferi biss għall-pensjoni, imma qed nirreferi wkoll għas-sostenn tal-familja.", "Qed ngħid ukoll li jrid ikollna gvern li jsostni l-valuri tal-familja, għax jekk se jibqa' ikollna t-tkissir tal-familja, se jkollna aktar problemi, mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam mas-sostenibbilità tal-pensjoni, imma anke b'nies li jkunu fir-riskju tal-faqar.", "Pereżempju, xi ħaġa li rridu nibdew naħsbu dwarha hija dik ta' meta jkollok persuna li tkun iżżewġet darbtejn, u r-raġel tagħha jmut, min se jieħu l-pensjoni?", "U allura rridu noħolqu sistemi fejn it-tnejn irid ikollhom il-pensjoni tagħhom imħallsa biex dak li jkun mhux jispiċċa bil-pensjoni tar-romol, imma jkollu l-pensjoni personali tiegħu jew tagħha, jgħixu ma' min jgħixu.", "Ma ninsewx li għada pitgħada jista' ikollok raġel u raġel li qegħdin jgħixu flimkien!", "Jekk se jkollna familja jew koppja magħmula – jista' ikun fi żmien 20 sena oħra, u jista' ikun minn għada wkoll – minn raġel u raġel jew minn mara u mara, min minnhom se jieħu l-pensjoni tar-romol?", "Dawn se jkunu l-fatti fis-soċjetà ta' għada.", "It-tibdil li rridu fuq id il-leminija trid taħseb għalih l-id ix-xellugija, u allura jeħtieġ li kull persuna, miż-żgħożija sakemm tikber, mingħajr differenzi jekk hijiex mara jew raġel … U hawnhekk fejn tidħol il-liġi tal-ugwaljanza.", "Kulħadd irid ikollu s-sistema tal-pensjoni li taħseb għaliha nnifsha, mingħajr il-bżonn li jkollna – bħalma għandna llum – l-bżonn li xi ħadd jagħmel tajjeb għal ħaddieħor permezz taż-żwieġ.", "Issa, jista' ikun li dak li qed ngħid jien huwa kollu żbaljat, imma rridu nibdew naħsbu fuq dawn il-linji bħala Social Affairs Committee.", "IS-SUR FRANK MICALLEF: Inti hawnhekk ftaħt mare magnum, u mhux mistoqsija waħda għamilt!", "THE CHAIRMAN: Aħfruli!", "(Interruzzjonijiet)", "IS-SUR FRANK MICALLEF: Naf żgur li fuq il-pensjonijiet tar-romol, rigward dawk li jistgħu jiddivorzjaw u jisseparaw, hemm draft u memo – kien involut ukoll l-Avukat Ġenerali u avukat mill-Ministeru tal-Familja ta' dak iż-żmien – b'suġġerimenti li ġew diskussi fil-Kabinett.", "Diġà hemm ħsieb fuqhom, kemm għal dawk li se jkunu divorzjati, u l-mara li se tispiċċa mingħajr ir-raġel jekk jiġi nieqes hu, suppost li se jkun hemm mekkaniżmu li jiskatta biex din tieħu parti mill-pensjoni tar-romol li suppost għandha dritt għaliha.", "L-istess għall-mara l-oħra wkoll.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmel l-aħħar rimarka.", "Imma rridu naslu f'sitwazzjoni fejn xi ħadd li jkun f'relazzjoni ma' persuna oħra, dawn ma jibqgħux aktar dipendenti fuq xulxin, imma jkunu t-tnejn li huma indipendenti biex, jiġri x'jiġri fil-ħajja tagħhom, ikollhom sistema ta' pensjoni jew ta' tfaddil li, come what may, fir-relazzjonijiet tagħhom, jafu li għandhom xi ħaġa fuq xiex jistrieħu.", "CARMELO ABELA: Dak li semma is-Sur Micallef japplika mbagħad għal fejn m'hemmx min jikkontribwixxi għax mhux qed jaħdem.", "Li semmejt inti hija xi ħaġa aktar wiesgħa, għax tiġbor lil kulħadd.", "Dak li qed tgħid inti, Sur President, huwa fejn għandek realtà ta' tnejn li jaħdmu, li mbagħad ikun hemm dawn il-komplikazzjonijiet jew realtajiet ġodda ta' divorzju ...", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Waħda mill-affarijiet li ħarisna lejha bis-sew kienet dik tal-gender equality, fejn waħda mid-defiċjenzi tas-sistema tal-pensjonijiet kif nafuha llum – aħna u fil-West - hija dik li hija sistema bbażata fuq karriera uninterrupted.", "Bażikament, inti għandek perijodu kemm se takkumula, u fuq bażi ta' dik l-akkumulazzjoni se tieħu l-pensjoni tiegħek.", "Nafu li s'issa l-unika persuna li taħdem u li ħafna drabi – għallinqas fis-soċjetà tagħna - opts out biex ikollha t-tfal hija l-mara, kemm għal raġunijiet bioliġiċi u, fil-każ tagħna, anke forsi s-social model għadu tali li hija l-mara li hi mistennija li trabbi lit-tifel jew lit-tifla.", "Dan aħna nirrikonoxxuh u qed nipprovaw nindirizzawha billi nibnu fuq implimentazzjoni li daħlet fl-2007.", "Fil-fatt, fl-2007 ipprovajna nużaw is-sistema tal-pensjonijiet biex ninkoraġixxu ċ-child rearing, mingħajr ma niddiskriminaw kontra l-mara jew il-ġenitur.", "U daħħalna sistema fejn, jekk inti jkollok tarbija, inti tista' toħroġ mis-sistema tax-xogħol għal sentejn sħaħ, u xorta nikkreditawlek il-pensjoni tiegħek.", "B'hekk, dawk is-sentejn ma titlifhomx, bil-patt u l-kondizzjoni li, at a point in time, trid tidħol lura biex taħdem dawk is-sentejn.", "Aħna qegħdin nieħdu dak il-prinċipju aktar 'il quddiem, u qegħdin ngħidu li mhux talli qegħdin ninkoraġġixxu u nippromptjaw iċ-child rearing, li fir-realtà għandu economic value fih innifsu, imma li qed norbtuh ukoll mal-fertility, jiġifieri mat-tieni u t-tielet wild nagħtu iżjed!", "Aħna qegħdin nirrakkomandaw li, fejn qabel kienet li għal kull tifel jew tifla tieħu sentejn, issa qegħdin ngħidu li għall-ewwel wild tkun sentejn, għat-tieni wild tkun tliet snin u għat-tielet wild tkun ħames snin.", "Mela hawnhekk qed torbtu mal-fertilità, u fl-istess ħin qiegħed tassigura li l-mara, jekk ħarġet mix-xogħol, mhux qed tiddiskrimina kontriha għax għamlet din l-għażla.", "Aħna qegħdin nipprovaw nikkompensaw billi nużaw is-sistema tal-pensjoni proprju biex nindirizzaw waħda minn dawn l-issues li konna qegħdin niddiskutu.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjakom għall-preżentazzjoni li għamiltulna.", "Nifhem li ma tantx għamilna progress, u għalhekk nistgħu naġġornaw għal nhar it-Tlieta li ġejjin.", "Nitlobkom jekk tistgħux tiġu darb'oħra biex tkunu intom li titkellmu.", "Issa ma nafx jekk nistgħux niġu ftit aktar qabel biex nibdew kmieni?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Lili għiduli biss fi x'ħin irrid inkun hawnhekk.", "Biss bejn id-29 ta' Ġunju u l-5 ta' Lulju se nkun imsiefer fuq xogħol.", "IS-SUR GODWIN MIFSUD: Jien se inkun imsiefer fuq xogħol tal-Gvern.", "THE CHAIRMAN: Nhar it-Tlieta li ġej?", "Jekk ma tistax tiġi inti, forsi jkun jista' jiġi xi ħadd minn dawk li llum ma setgħux jiġu.", "Mela naġġornaw għal nhar it-Tlieta fis-6.00 p.m. Grazzi.", "Fid-21.05 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120619_136d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 136", "It-Tlieta, 19 ta' Ġunju, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-19.30 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Frederick Azzopardi u l-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Kumitat ta l-permess sabiex cameraman mill-Public Broadcasting Services ikun jista' jieħu filmat tal-ewwel parti tal-laqgħa.", "Iċ-Chairman informa lill-Kumitat li kien irċieva din il-korrispondenza:", "Dok 175 Korrispondenza datata 12 ta' Ġunju mingħand is-Sinj.", "Ruth Bugeja, residenti n-Naxxar, fejn bagħtet lil Kumitat petizzjoni li kienet saret f'dan ir-raħal dwar l-antenni tal-mobajls fuq il-bjut tar-residenti kif ukoll kopji ta' ittri li bagħtet l-istess Sinjura lil diversi awtoritajiet kif ukoll informazzjoni oħra fuq dan is-suġġett.", "Dok 176 Email datata 18 ta' Ġunju mingħand il-Professur Peter G Xuereb fejn qed jiġbed l-attenzjoni tal-Kumitat dwar petizzjoni li nbdiet ftit tal-jiem ilu sabiex jitwaqqaf it-twaħħil ta' antenna tal-mobajls f'Ħal Lija.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 135 li saret nhar It-Tlieta, 12 ta' Ġunju , 2012 ġew konfermati.", "Saret preżentazzjoni tar-rapport finali tal-2010 mill-Pensions Working Group.", "Il-Kumitat kellu bħala mistednin tiegħu lis-Sur David Spiteri Gingell Chairman tal-Pensions Working Group, lis-Sur Frank Micallef Direttur (Benefits) Social Security u membru tal-Pensions Working Group u lis-Sur Godwin Mifsud Direttur Economic Policy Division tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment kif ukoll membru tal-Pensions Working Group.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Din id-diskussjoni ma spiċċatx u se titkompla f'laqgħa oħra.", "Fid-21.05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120619_136m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 137", "It-Tlieta, 26 ta' Ġunju, 2012", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 26 ta' Ġunju, 2012 fis-6.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120626_137a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 137", "It-Tlieta 26 ta' Ġunju, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 137", "It-Tlieta 26 ta' Ġunju, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-06:20 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 136 li saret nhar It-Tlieta, 19 ta' Ġunju 2012, ġew ikkonfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Ngħaddu għas-suġġett tal-lum, fejn se nkomplu d-diskussjoni li bdejna l-ġimgħa l-oħra dwar ir-rapport finali maħruġ mill-Pensions' Working Group.", "Fil-laqgħa tal-ġimgħa l-oħra, kellna lis-Sur David Spiteri Gingell bħala ċ-Chairperson ta' dan il-Working Group, kif ukoll persuni oħra li ħadmu miegħu fuq dan ir-rapport.", "Kienet saritilna preżentazzjoni ħafifa ħafifa, peress li aħna ma tantx ħallejnihom ikomplu bil-mistoqsijiet li għamilna.", "Ovvjament, bħala Kumitat, riedna nifhmu iktar x'hemm wara dan ir-rapport, u naħseb li issa rnexxielna nidħlu ftit fix-xena.", "Għaldaqstant illum se nitlob lis-Sur David Spiteri Gingell u lis-Sur Frank Micallef sabiex ikomplu jagħtuna din il-preżentazzjoni.", "Qabel nibdew, nixtieq niġbed l-attenzjoni tagħkom li llum, dan il-Kumitat, mhux biss se jkun qiegħed jiġi streamed live permezz tal-audio, imma issa anke se jibda jiġi recorded viżwalment.", "Falzon għax, is-soltu, meta jkun hawn tat-television ikun qiegħed hawn!", "Għaldaqstant nirringrazzja lit-tekniċi talli għamlu dan possibbli għall-ewwel darba f'dan il-Parlament.", "Nispera li dan huwa suġġett interessanti, u li dawk li se jkunu qegħdin isegwuna jifhmu aħjar dan li qed nitkellmu fuqu.", "Irrid infakkar ukoll lil dawk li se jkunu qegħdin isegwuna mill-inews rooms tagħhom li jridu jifhmu li l-proposti li se jkun qed jagħmel is-Sur David Spiteri Gingell mhumiex proposti tal-Gvern, imma huma proposti ta' dan il-Kumitat.", "Fil-fatt, s'issa l-Gvern għadu ma tax il-commitment tiegħu fuqhom.", "U għalhekk, nerġa' ngħid, li dawn il-proposti li qed niddiskutu huma proposti tal-Kumitat, bla preġudizzju għad-deċiżjonijiet li għad irid jieħu l-Gvern, u li aħna, finalment, wara li niddiskutuhom, irridu noħorġu rapport dwar proposti li aħna bħala Kumitat se nkomplu nsostnu fuqhom.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL (Chairman tal-Pensions' Working Group): Sur President, grazzi lilek u grazzi lill-Membri ta' dan il-Kumitat.", "Qabel nibda bil-preżentazzjoni nixtieq nagħmel apoloġija għall-membri l-oħra tal-Pensions' Working Group li ma setgħux ikunu magħna llum peress li kellhom commitments oħra barra mill-pajjiż jew f'sezzjonijiet oħra.", "Għaldaqstant illum se nkunu biss jiena u s-Sur Frank Micallef, li huwa d-Direttur tal-Benefiċċji Soċjali u membru f'dan il-Working Group.", "Mela issa ħalli nkompli fejn ħallejna l-aħħar darba, fejn kont qiegħed nirrispondi mistoqsija ta' Membru Parlamentari dwar jekk il-proċess tar-riforma huwiex xi ħaġa ġdida jew inkella huwiex xi ħaġa li hija kontinwazzjoni.", "Fil-fatt, jien kont qed nispjega li din hija kontinwazzjoni ta' proċess li kien beda fl-1997, u li kompla jibni fuq is-sisien tar-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet li kienu saru minn diversi studji qabel.", "Li kont qed ngħid ukoll huwa li, meta l-Pensions' Working Group kien għamel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Gvern fl-2004, kien għamel rakkomandazzjoni tar-riforma ħolistika, riforma li kienet qiegħda tħares lejn kif jista' jissaħħaħ l-ewwel pilastru, u ċioè l-pensjoni tal-Istat, li nerġa' ngħid li dak kien l-oġġettiv, u jibqa' l-oġġettiv, ta' dan il-Pensions' Working Group.", "Fil-fatt, l-oġġettiv tagħna huwa dak li l-pensjoni tal-Istat tibqa' il-qafas fundamentali tal-pensjoni, biex tassigura adegwatezza u tagħti dinjità lill-persuni li jkunu rtirati.", "Min-naħa tagħna, konna rrakkomandajna wkoll li, mal-ewwel pilastru, għandu jiġi introdott it-tieni pilastru.", "Ovvjament, dan mhux biex idgħajjef l-ewwel pilastru.", "Anzi l-argument li poġġejna kien dak li, filwaqt li l-ewwel pensjoni għandha tassigura dinjità u adegwatezza lill-pensjonant, aħna konxji tal-fatt li, fir-realtà, pensjoni – b'saħħitha kemm tkun b'saħħitha – qatt mhi se tagħti l-istess livell ta' għajxien li persuna jkun qed igawdi waqt li jkun għadu jaħdem.", "Għaldaqstant, ir-rakkomandazzjoni tagħna sabiex jidħol it-tieni pilastru kien proprju sabiex persuna ġġemma' – biex ngħid hekk – f'karus personali tagħha ħalli tkun tista' tagħmel tajjeb għal dik il-gap bejn l-income li tagħtiha l-pensjoni u l-income li kellha meta kienet taħdem.", "U konna rrakkomandajna wkoll li jidħol dak li jissejjaħ it-tielet pilastru, li hija sistema ta' tfaddil inċentivata mill-Gvern sabiex iġġiegħel lin-nies iġemmgħu b'mod volontarju.", "Dan kien il-qafas.", "Kien hemm rakkomandazzjonijiet oħrajn li kellna nħarsu sabiex insaħħu l-pensjoni tal-invalidità, kif ukoll il-mekkaniżmu tal-invalidità, ħalli ma jkunx hemm abbuż minnha.", "Kellna wkoll rakkomandazzjonijiet dwar kif nistgħu nużaw is-sistema tal-pensjonijiet biex inħarrġu dak li nsejħulu ċ-child rearing, biex is-sistema tal-pensjoni ssir vejikolu li tapprezza u tippremja lill-persuni li jkollhom it-tfal.", "U r-rakkomandazzjoni li kienet ġiet aċċettata mill-Gvern kienet dik li ġenitur, raġel jew mara – imma ħafna drabi, fil-kultura tagħna, hija aktar probabbli li tkun mara milli raġel – jekk ikollha t-tfal, tkun tista' toħroġ mis-suq tax-xogħol għal sentejn bil-pensjoni tagħha tiġi akkreditata qisha għadha taħdem, bil-patt u l-kondizzjoni li tidħol lura għal sentejn at any point in time.", "Kellna wkoll inizjattiva simili li ġiet aċċettata biex ninkoraġġixxu lin-nies wara li jirtiraw jibqgħu jaħdmu.", "U dan għamilnih billi neħħejna l-capping bejn l-income li wieħed jiġġenera waqt li jkun qiegħed ikompli bix-xogħol tiegħu, ħalli dan ma jkollux impatt fuq il-pensjoni li l-individwu jieħu.", "Naħseb li din il-miżura kellha element ta' suċċess għax, mill-aħħar statistika li ħarġet, jidher li kien hemm 'il fuq minn 13,000 ruħ li għadhom jaħdmu filwaqt li qegħdin jieħdu l-pensjoni.", "Meta l-Gvern ddeċieda fl-2006 li jmur il-Parlament bir-rakkomandazzjonijiet, il-qafas tar-riforma li nieda kienet vis-à-vis dawk ir-rakkomandazzjonijiet li kienu indirizzati sabiex isaħħu l-ewwel pensjoni, jiġifieri l-pensjoni tal-Istat.", "Issa, sew jekk kienu inċentivi ta' child rearing biex persuna tkompli taħdem wara li tirtira, kif ukoll jekk huma fil-core tas-sistema tal-pensjoni, jiġifieri dawk li ngħidulhom metric changes, il-focus hemmhekk kien.", "Fil-fatt, wara sessjoni ta' dibattitu li kienet bdiet f'Ġunju tal-2006 u li kompliet f'Novembru tal-istess sena, il-Gvern kien nieda dawn it-tibdiliet fis-sistema tal-pensjoni.", "Hawnhekk se nsemmi l-aktar importanti.", "L-ewwel waħda, biddel il-perijodu tal-kontribuzzjoni minn 30 sena għal 40 sena għal dawk in-nies li kellhom 45 sena fl-1 ta' Jannar tal-2007, u żiedha għal 35 sena għal dawk li kienu transitional, jiġifieri dawk li kellhom bejn 46 sena u 54 sena fl-1 ta' Jannar tal-2007.", "Biddel ukoll kif issir il-kalkolazzjoni tal-pensjonijiet, partikolarment għall-iswitchers, għal dawk li kienu 45 years and younger fl-1 ta' Jannar tal-2007, u fejn qabel kienet tiġi kkalkolata fuq l-aħjar tliet snin konsekuttivi mill-aħħar għaxra, biddilha għall-aħjar għaxar snin minn 40 sena.", "Biddel ukoll b'mod inkrementali l-perijodu tal-irtirar għal dawk li kienu under 45 years mill-1 ta' Jannar tal-2007, billi r-rata tal-irtirar tagħhom kellha titla' għal 65 sena, filwaqt li dawk li kienu transitional, jiġifieri dawk li kienu bejn 46 sena u 54 sena fl-1 ta' Jannar tal-2007, din kellha tiżdied minn 62 sa 64 b'mod inkrementali.", "Fost ir-riformi, kien hemm rikonoxximent li, filwaqt li l-Gvern ried u ħa d-deċiżjoni konxja li jibda jgħolli r-rata tal-irtirar, kien hemm ċerti xogħolijiet li persuna ma setgħetx tibqa' tagħmilhom la jkollha ċertu età.", "U biex jippermetti lil dawn in-nies ħalli jkollhom opt-out, u ma jkunux imġiegħla jaħdmu sa 65 sena minħabba t-tip ta' xogħol li jagħmlu, kien daħħal mekkaniżmu ta' opt-out fejn bażikament dawn in-nies – issa hawnhekk qed nitkellem għall-iswitchers li għandhom 45 years and younger – jekk ikollhom 40 sena kontribuzzjoni, jistgħu jieqfu ta' 61 sena u jkunu jistgħu jirtiraw bil-pensjoni totali, imma bil-patt u l-kondizzjoni li ma jagħmlux xogħol ieħor.", "Mela kien hemm dak ir-rikonoxximent ukoll.", "Inti għandek żewġ impatti tal-NI (National Insurance).", "Waħda mir-rakkomandazzjonijiet importanti ħafna kienet li jiżdied il-maximum pensionable income.", "X'jiġifieri?", "Is-sistema tal-pensjoni tagħna taħdem fuq żewġ terzi, imma żewġ terzi sa massimu.", "Mela, jekk persuna għandha salarju ta' €25,000, inti ma tieħux żewġ terzi tal-€25,000, għax is-sistema taħdem fuq il-maximum pensionable income.", "Allura, kif inhi s-sistema llum, il-maximum pensionable income huwa ekwivalenti għal madwar Lm7,300, li jammontaw għal €16,500.", "Dak ifisser li l-massimu ta' pensjoni li tista' tieħu huwa żewġ terzi ta' dawk is-€16,500!", "Fir-rakkomandazzjonijiet li konna poġġejna quddiem il-Gvern dak iż-żmien – u hawnhekk qed nitkellem fuq il-pensjonanti tal-futur – kien proprju li, biex wieħed iżomm adegwatezza, ma setax iħalli s-ceiling staġnat.", "Dan għaliex, jekk iżżomm is-ceiling staġnat fuq €16,500, u jgħaddu għaxar snin u l-pagi jiżdiedu, inti tkun qiegħed tkabbar id-distakk bejn il-pensjoni u l-paga reali llum.", "Imma, aktar minn hekk, il-valur per se jittiekel, għax inti għandek dik li jsejħulha inflazzjoni.", "Fil-fatt, waħda mill-problemi għalfejn illum jgħidu li s-sistema tal-pensjonijiet tista' tkun ħafna aħjar hi minħabba l-fatt li, bejn l-1981 u l-2004, is-ceiling baqa' ma nbidel qatt.", "Fil-fatt, dan kien Lm6,400, u mbagħad fl-1979 tela' għal Lm6,900, u sal-2004 baqa' l-istess.", "Fl-2007, kien hemm imbagħad żblokk bir-riformi li konna għamilna.", "Issa dak x'ifisser?", "Persuna li rtirat bil-massimu fl-1981 u ħadet pensjoni ta' żewġ terzi ta' Lm6,000 se jfisser li din se tkun ħadet pensjoni verament b'saħħitha.", "Imma persuna li rtirat bil-massimu fl-2003, fejn is-ceiling baqa' xorta ta' Lm6,400, iż-żewġ terzi ta' din il-persuna ovvjament mhumiex ekwivalenti għal tal-persuna l-oħra, minħabba l-impatt tal-inflazzjoni.", "Għaldaqstant, aħna rrakkomandajna lill-Gvern biex il-maximum pensionable income ceiling għandu jitla' b'żewġ modi: għal dawk li jkollhom 45 years and younger fl-2007 irrakkomandajna lill-Gvern li, bejn l-2011 u l-2013, is-ceiling jitla' minn €16,500 għal €20,900 in three equal tranches, jiġifieri kellek l-ewwel impatt ta' dik ir-rakkomandazzjoni fl-2011, fl-2012 u fl-2013.", "Dan xi jfisser?", "Ifisser li dawk in-nies li qabel kienu jaqilgħu 'l fuq minn €16,500, u kienu above s-ceiling l-antik, u llum inqabdu bejn is-ceiling l-antik u s-ceiling il-ġdid, qegħdin iħallsu kontribuzzjoni iżjed ta' 10% fuq id-differenza bejn is-ceilings l-antiki.", "Imma mbagħad aħna qed ngħidu li dak l-adjustment – għax dak huwa adjustment biex naċċelleraw ftit kif iġib ruħu l-maximum pensionable income ceiling – mill-2014 'il quddiem jibda jiżdied b'formula ta' adjustment kull sena, li hija magħmulha minn 70% żieda fil-pagi u 30% żieda fl-inflation.", "Issa għalfejn għamilna dik ir-rakkomandazzjoni?", "Idealment, il-formula kellha tkun 100% wages.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Biex inti dejjem iżżomm ir-relattività tal-valur tal-pensjoni mal-average wage biex, kif timxi l-average wage, il-pensjoni timxi bl-istess mod.", "Però, mill-mudelli li konna għamilna dak iż-żmien, kien jidher li, biex wieħed iżomm dik ir-relazzjoni ta' 100%, ma kenitx sostenibbli, u allura konna wasalna biex nirrakkomandaw lill-Gvern li l-bias ikun fuq il-wage inflation, jiġifieri 70% ikun fuq il-wage inflation biex kemm jista' ikun iżżomm dik il-link mal-wages, u 30% tkun fuq l-inflation.", "Għalfejn huwa aktar importanti li żżomm mal-wages milli man-normal inflation?", "Għax ġeneralment fl-ekonomija – għalkemm bħalissa għaddejjin minn żmenijiet mhux sbieħ, imma fir-realtà l-ekonomija hija ċiklika – l-pagi jiżdiedu b'rata ħafna iżjed għolja mill-inflazzjoni normali.", "U allura, biex iżżomm ir-relattività tal-valur tal-pensjoni tiegħek, hija importanti li kemm jista' ikun torbotha totalment f'relazzjoni mal-wages.", "THE CHAIRMAN: Mill-argument tiegħek stess, it-30% li se jkunu marbutin mal-inflazzjoni se jkunu superfluwi.", "Qiegħed ngħid sew li, ladarba m'għandekx il-100% kalkolu għaż-żieda tal-pensjoni u ż-żieda tan-national insurance ...?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Iva, għax kif jiżdied is-ceiling, se jiżdied għal dawk in-nies ...", "THE CHAIRMAN: Fl-istess ħin, huwa aħjar li inti għandek is-70% kalkolu mal-income biex in-national insurance ma tiżdiedx daqshekk għax, li kieku, bil-kalkolu li ż-żieda tan-national insurance tiżdied 100%, iż-żieda tkun enormi aktar milli 70%!", "U għalhekk hemmhekk naqbel li ż-żieda għandha tkun 70% minflok 100%.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Sur President, jekk wieħed iħares lejn kif ġabet ruħha s-sistema tal-pensjoni, jsib li sal-2006 is-ceiling kien fiss.", "Jekk m'inix sejjer żball, il-Gvern intervjena darbtejn, fl-2001 u fl-1987, fejn żied is-ceiling b'ċerti aġġustamenti, imma bażikament fil-ħajja tas-sistema tal-pensjonijiet taż-żewġ terzi, bejn l-1979 u l-2006, kulma żdiedet kien minn Lm6,400 għal Lm6,900!", "Lanqas kien hemm aġġustamenti mal-inflazzjoni, aħseb u ara mal-wage inflation.", "Aħna biex inżommu l-valur adegwat, irridu norbtuh f'totalità mal-wage inflation; imma l-kalkoli juru li, jekk tagħmel hekk, dan ma jkunx sostenibbli.", "Is-70% li qed jorbot mal-wages ovvjament huwa fejn qed isaħħaħ il-pensjoni, u dawk it-30% qed ikollhom impatt pożittiv, imma mhux bis-saħħa tal-wage inflation.", "Dan ifisser li r-relazzjoni bejn il-pensjoni u l-average wage, hekk kif nimxu 'l quddiem, ovvjament se jkun hemm distakk li se jikber, għax inti m'intix qed timxi 100% ma' xulxin, u allura se jkun hemm distakk u r-relazzjoni bejn il-pensjoni vis-à-vis l-average wage se tiddgħajjef.", "CARMELO ABELA: Dan li qed tgħid japplika għal dawk li għandhom 45 years and younger.", "Mela teknikament, għalkemm is-ceiling qed jogħla, dan qed jogħla biex meta dawn il-persuni, li għandhom 45 years and younger, joħorġu bil-pensjoni ta' 65 sena...", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Fl-2029, dawn mhux se joħorġu bil-pensjoni ta' €16,500 fiss.", "CARMELO ABELA: Mill-pensjonanti tal-lum, ħadd mhu qed jitħallas taħt dan is-ceiling li spjegajt inti, imma eventwalment dawn se jeħduhom dawk li jkunu pensjonanti fl-2029.", "Jiġifieri dawk li huma 45 years and younger illum, meta jibdew joħorġu bil-pensjoni, se jibbenefikaw biż-żewġ terzi b'ceiling ogħla?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Hekk hu.", "THE CHAIRMAN: Dan huwa l-mekkaniżmu li inti spjegajtilna, u li ġie introdott biex ma jiġrix dak li qed jiġri llum, fejn għandek persuni li jistgħu jaqgħu fir-riskju tal-faqar għax proprju dan il-mekkaniżmu ma jeżistix.", "Jiġifieri l-Gvern poġġa in place dan il-mekkaniżmu li qed tispjega inti biex dawk li għandhom 45 sena jkollhom inqas riskju li jiġrilhom bħall-pensjonanti tal-lum u b'hekk ikollhom pensjoni aħjar.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Dik hija raġuni waħda, u l-oħra hija biex iżomm il-valur tal-pensjoni milli tittiekel, għax inti qed tagħmel dan l-aġġustament sena wara sena biex issaħħaħ il-valur tal-pensjoni.", "U ovvjament, kif semmejt inti, li sakemm tirtira u tasal għall-maximum ceiling, inti qed tħallas aktar kontribuzzjoni, għax il-massimu tiegħek qiegħed jogħla u qed tagħmel kontribuzzjoni għal dak il-valur li se tieħu meta tiġi biex tirtira.", "Dawn kienu r-rakkomandazzjonijiet li l-Gvern kien tella' fil-Parlament fl-2006, u li daħħalhom mill-1 ta' Jannar tal-2007.", "U bażikament dik hi s-sistema tal-pensjonijiet illum wara dawk ir-riformi li ddaħħlu.", "FREDERICK AZZOPARDI: Fuq l-istess ħaġa li semmejt inti dwar ir-rikonoxximent tal-ħaddiema li jaħdmu għal perijodu qasir, kif nafu llum għandna ħafna ħaddiema li qed jaħdmu b'sigħat ridotti, u allura l-valur tal-pensjoni se jkun fuq il-qligħ.", "Issa fuq dawn il-ħaddiema se jkun hemm xi ħaġa li taħdem favur tagħhom biex ma jkollhomx pensjoni baxxa ħafna?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Hemm żewġ affarijiet: waħda li qed nirrakkomandaw fir-rapport li għandna quddiemna u li ppreżentajna lill-Gvern, u ċioè il-miżura li ddaħħlet fir-riforma tal-2007, fejn il-Gvern daħħal mekkaniżmu importanti ħafna li semmejnih l-aħħar darba, u li huwa l-guaranteed National Minimum Pension.", "Hawnhekk bażikament qed jgħid li dawk li għandhom 45 years and under fl-2007, il-pensjoni tagħhom ma tkunx inqas minn 60% tal-median equivalised income.", "Mela hemmhekk qed nagħmlu protezzjoni u, jekk niftakar sew, li kieku wieħed kellu jipparaguna l-guaranteed minimum pension illum mal-guaranteed National Minimum Pension li qed nirrakkomandaw aħna, hemm kważi €42 fil-ġimgħa differenza bejniethom.", "Dak huwa l-ewwel mekkaniżmu li aħna ressaqna.", "Qegħdin nirrakkomandaw ukoll xi ħaġa oħra.", "Aħna konxji tal-fatt li, kif jinħadmu l-jobs illum, mhumiex neċessarjament fuq l-istess mudell li kienu jinħadmu ħames snin, 10 snin u 15-il sena ilu.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Ħafna mill-background tiegħi huwa fl-informatika, u ħafna drabi fl-informatika huwa diffiċli biex issib persuna li taħdem għal 40 siegħa, għax ma jkunx jaqblilha.", "Għalhekk, ħafna drabi dak l-impjieg ikun magħmul minn ħamsa jew sitt persuni differenti, u kollha jagħtuk sigħat differenti.", "Apparti minn hekk, nafu wkoll li t-trend m'għadhiex dik li jkollok a job for life, imma l-impjiegi llum saru għal perijodi qosra, u huma wkoll flessibbli.", "Għalhekk aħna qegħdin nirrakkomandaw li l-qafas tal-pensjoni llum, fejn prattikament hija bbażata fuq impjieg wieħed ta' 40 siegħa fil-ġimgħa,+ jinbidel biex il-pensjoni tiegħek tiġi marbuta mhux ma' impjieg wieħed ta' 40 siegħa, imma tkun marbuta ma' ħafna mpjiegi li jagħtuk 40 siegħa ta' xogħol.", "U hemmhekk aħna qed nagħmlu r-rakkomandazzjonijiet biex is-sistema tal-pensjonijiet tirrikonoxxi li persuna jista' ikollha ħafna xogħolijiet, imma fl-istess ħin xorta qiegħda tagħmillek 40 siegħa fil-ġimgħa.", "THE CHAIRMAN: Meta jkun hekk, dak mhux self-employment jiġi?", "U għalhekk wisq probabbli li l-employability li qiegħda tinbidel.", "Mela dak li jkun jispiċċa jaħdem bil-kuntratt, u jiġi qisu self-employed.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Imma taffettwa wkoll il-pensjoni għax, kif tinħadem il-pensjoni llum, jekk inti taħdem part-time, ma tieħux it-tlieta jew l-erba' part-time jobs li għandek u li jistgħu jakkumulaw xorta għal 40 siegħa, imma tieħu l-ewwel xogħol li tiegħu titħallas l-aktar.", "Mela, meta persuna għandha tliet part-time jobs u qiegħda tagħmel 40, 50 jew 60 siegħa fil-ġimgħa, m'aħniex qed nirrikonoxxuha fis-sistema tal-pensjonijiet tal-lum.", "U aħna qegħdin ngħidu li n-normi llum inbidlu, u jista' jagħti l-każ li persuna m'għandhiex xogħol wieħed li jagħtiha 40 siegħa xogħol fil-ġimgħa.", "Għaldaqstant, is-sistema tal-pensjoni għandha tirrikonoxxi dan il-fatt, għax jista' ikun hemm nies li forsi m'għandhomx full time job, imma għandhom tnejn jew tliet part-time jobs, u xorta qegħdin jakkumulaw l-40 siegħa fil-ġimgħa, imma mhux qegħdin iħallsu l-kontribuzzjonijiet meħtieġa biex jipproteġu lilhom infushom billi jakkumulaw il-credits li hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Imma dik hija għażla tagħhom.", "Il-liġi mhijiex tirrikonoxxihom, imma mbagħad għandek persuni oħra li, b'għażla ħielsa, jistgħu qegħdin jaħdmu 40 siegħa, imma qegħdin jirrapportaw li qegħdin jaħdmu 20 siegħa biex iħallsu inqas kontribuzzjonijiet, u allura jkollhom aktar spending power f'idejhom.", "Għandek oħrajn li qegħdin jaħdmu, imma l-liġi lanqas hija tassattiva li jridu bilfors iħallsu.", "Fil-fatt, ma nafx jekk l-istess liġi tobbligax lid-Dipartiment konċernat sabiex jiġri wara min suppost iħallas biex iħallas dak li għandu jħallas.", "IS-SUR FRANK MICALLEF (Direttur tal-Benefiċċji Soċjali u Membru fil-Pensions' Working Group): Rigward l-enforcement tal-liġi tas-Sigurtà Soċjali, biex jinġabru l-kontribuzzjonijiet ma jaqax direttament taħt id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali imma jaqa' taħt id-Dipartiment tat-Taxxi Interni, u dan għandu l-obbligu li jiġri wara dawk il-flus li suppost tħallsu u ma tħallsux.", "Jekk persuna taqla' iktar min €910 fis-sena minn attività ekonomika, allura trid tħallas ammont ta' kontribuzzjoni.", "THE CHAIRMAN: Imma huwa veru li r-raġunar hu li, jekk dawn jispiċċaw ma jħallsux, fl-aħħar mill-aħħar mhux se jieħdu pensjoni?", "IS-SUR FRANK MICALLEF: Jistgħu ma jieħdux il-pensjoni kontributorja, imma jistgħu jaqgħu fuq l-Istat xorta waħda.", "THE CHAIRMAN: Għax jieħdu r-relief?", "IS-SUR FRANK MICALLEF: Eżattament.", "THE CHAIRMAN: Imma jekk l-istandard of living tagħhom, minħabba l-means test, ma jippermettilhomx li jieħdu r-relief, mhux se jieħdu relief.", "IS-SUR FRANK MICALLEF: Hekk hu.", "CARMELO ABELA: Ma nafx jekk fhimtx tajjeb dak li qal is-Sur Spiteri Gingell, jiġifieri jekk persuna b'għażla tagħha għandha tliet part-time jobs, u li dawn bażikament jakkumulaw għal full time employment, bil-liġi llum irid iħallas fuq part-time wieħed tal-għażla tiegħu – imma naħseb li jkun l-iktar wieħed li jaqla' income minnu – u t-tnejn l-oħra jista' ikun li jħallas 15% fuqhom daqshekk bħala taxxa.", "Imma għall-fini ta' pensjoni, dawn tal-15% ma jiġux meħudin in konsiderazzjoni.", "Tajjeb fhimt?", "IS-SUR FRANK MICALLEF: Kif inhi bħalissa l-liġi, dak li jkun qed iħallas il-kontribuzzjoni fuq dak l-impjieg assigurabbli li għandu, jiġifieri dak huwa l-impjieg prinċipali tiegħu, u t-tnejn l-oħra se jiġu part-time.", "CARMELO ABELA: Imma mhux it-tlieta part-time?", "IS-SUR FRANK MICALLEF: Il-liġi tipprovdi li dak li jkun jagħżel dik il-paga l-aktar għolja li se jkollu, u fuqha titħallas il-kontribuzzjoni.", "U minn hemmhekk jimxi kollox.", "Il-pensjoni tinħadem fuq dak l-ammont biss, filwaqt li t-tnejn l-oħra mhux se jiġu inklużi għall-fini ta' pensjoni.", "CARMELO ABELA: Illum għandna fenomenu fejn jidħol il-part-time, għax hemm min għandu numru ta' jobs part-time li jiġu meqjusa bħala l-impjieg full-time tiegħu.", "Issa min dik tkun l-għażla tagħhom well and good, imma hemm min forsi ma tkunx l-għażla tiegħu, imma ċ-ċirkostanzi jiddettaw hekk.", "U għandek min għandu introjtu tajjeb, u mbagħad għandek oħrajn li qegħdin fuq part-time job wieħed u li huwa l-main income tagħhom.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Huwa għalhekk li aħna qegħdin nirrakkomandaw li din għandha tinbidel.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri hemm lakuna sħiħa.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Hemm lakuna sħiħa, u lakuna li ma tirrifletti xejn in-normi tal-prattiċi.", "F'ċerti setturi, għandek ċerti skills li diffiċli biex issibhom on a full time basis.", "CARMELO ABELA: Nixtieq niġbed l-attenzjoni fuq xi ħaġa oħra li semmejtha wkoll ftit tal-ġimgħat ilu waqt il-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari.", "Għandna ċirkostanzi – li m'għandix idea kemm jistgħu jkunu, għax jistgħu jkunu waħdiet, jistgħu jkunu ftit għaxriet, jew jistgħu jkunu addirittura mijiet – fejn persuna tiġi mġiegħla tirreġistra bħala self-employed, meta n-natura tax-xogħol tagħha huwa li tkun employed bħala employee.", "Eżempju ċar huwa s-servizzi ta' cleaner li, teknikament, timpjegaha ma' kumpanija, imma minflok jagħżlu li jimpjegawha ma' kumpanija, tiġi mġiegħla tirreġistra ruħha bħala self-employed.", "Din ukoll naħseb li hija xi ħaġa ġdida, u li għall-fini ta' pensjoni jista' ikollha mpatt.", "IS-SUR FRANK MICALLEF: Fil-fatt, hekk jiġri, għax jgħidu li l-employer se jixtri s-servizz ta' dik il-persuna.", "CARMELO ABELA: Jiena daqsxejn xettiku fuq dan l-iżvilupp.", "IS-SUR FRANK MICALLEF: Fil-fatt, lanqas jien ma jien daqshekk intiż fuqha, imma ħareġ xi ħaġa mid-Dipartiment tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali fuqha biex speċi jirranġa jew jawtorizza dan il-fenomenu li qed issemmi.", "Jekk niftakar sew, kien hemm xi emenda fil-liġi, imma ma dħaltx fiha għax mhijiex fir-remit tiegħi.", "Din l-emenda tispjega x'jista' jissejjaħ bħala mpjieg jew self-employment jew self-occupation.", "THE CHAIRMAN: Skużani ftit għax għandi kurżità fuq xi ħaġa.", "Meta kontu qegħdin tagħmlu r-riċerka tagħkom, sibtu li hemm diskrepanza bejn in-numru ta' dawk li suppost għandhom xogħol u suppost li huma rrapportati li qegħdin jaħdmu bi qligħ, u dawk li effettivament qegħdin iħallsu l-kontribuzzjoni?", "Għax jekk – kif għandi f'moħħi – għandna numru ta' nies li, bid-deċiżjoni ħielsa tagħhom, qegħdin jagħżlu li ma jħallsux kontribuzzjoni, u m'hemmx min qed jiġri warajhom biex iħallsu din il-kontribuzzjoni għax, fl-aħħar mill-aħħar, għall-Gvern, la mhux qed jiġbor lanqas mhu se joħroġ għalihom, u allura l-biċċa qisha qiegħda tibbilanċja ruħha … Imma qabel ma tipproponu dak li qegħdin tipproponu, jrid ikun hemm mekkaniżmu biex jassigura li kulmin suppost qiegħed jaħdem, tassattivament – iktar milli hi llum – irid iħallas il-kontribuzzjonijiet tiegħu skont il-każ għax, jekk ma jkunx hekk, allura ta' xejn qegħdin tagħmlu l-proposti tagħkom meta għandek din il-lakuna.", "Nerġa' ngħid li jien ma nafx jekk għamiltux ir-riċerka tagħkom li turi x'inhu n-numru ta' persuni li suppost qegħdin jaħdmu u li qegħdin iħallsu l-kontribuzzjoni dovuta.", "Jekk fuq il-kotba tagħna għandna għaxra li huma rapportati li qegħdin jaħdmu, imma fil-fatt huma sebgħa li qegħdin iħallsu l-kontribuzzjoni, mela għandek differenza ta' tlieta li għażlu minn jeddhom li ma jinvolvux lilhom infushom f'din is-sistema.", "Issa mbagħad, jista' ikollok tnejn oħra minn dawk l-għaxra li mhumiex qegħdin iħallsu daqskemm suppost qegħdin iħallsu.", "U allura hemmhekk dik il-lakuna se tkompli tikber.", "Imbagħad, jerġa' għandek l-ikbar problema li ddiskutejna fil-laqgħa li għaddiet fejn għandek numru ta' persuni – jistgħu jkunu ż-żgħażagħ tal-lum – li diġà lanqas jimpurtahom kemm se jkollhom pensjoni għada.", "Lil dawn jekk tistaqsihom jekk jixtiequx ma jħallsu xejn, se jgħidulek li jippreferu li ma jħallsu xejn, u allura, li kieku n-national contribution mhijiex tassattiva, jkollok ħafna nies li jiddeċiedu li ma jħallsu xejn.", "Dan hu r-raġunar tiegħi: x'taħseb?", "Huwa minnu jew le?", "Ir-realtà tagħkom x'inhi?", "IS-SUR FRANK MICALLEF: Semmejt argument wiesa' ħafna.", "Se jkun hemm żgur persentaġġ – id-dettalji tagħhom m'għandix hawnhekk – ta' nies li qegħdin fil-black economy.", "THE CHAIRMAN: Skużani, imma ejjew ma ngħidulhiex black economy, għax dawn huma rrapportati li qegħdin iħallsu b'xi mod l-income tax u l-VAT.", "Dawn jistgħu jkunu nies li qegħdin jaħdmu u jħallsu t-taxxi tagħhom, il-kuntratti li jagħmlu jidhru, u allura ħadd mhu qed jgħidilhom li mhumiex jaħdmu. jew li mhumiex jieħdu l-benefiċċji soċjali għax mhumiex qegħdin jaħdmu.", "Effettivament, dawn jidhru bħala nies li qegħdin jaħdmu.", "THE CHAIRMAN: Imma biex ma mmorrux mill-ewwel fuq il-black economy.", "IS-SUR FRANK MICALLEF: Imma, fl-opinjoni tiegħi, rridu ngħidulha dik li hi, u mhux insejħulha mod ieħor.", "Dan qed jisraq lill-Istat, fl-opinjoni tiegħi, u l-Istat m'għandux biex ikompli jsostni l-benefiċċji kollha tiegħu.", "THE CHAIRMAN: Skużani ftit ħalli nitkellem f'isem din il-persuna li qiegħda tiddeċiedi li tagħmel hekk: dan se jgħidlek li hu mhu qed jagħmel xejn ħażin għax hu mhu se jagħti xejn, u għada pitgħada mhu se jieħu xejn lura.", "Jiġifieri, jekk jispiċċa veru dahru mal-ħajt, u b'dak li faddal mhu se jispiċċa jkollu xejn fil-but, dan se jaqa' taħt l-għajnuna tal-Gvern għal dak li jissejjaħ ir-relief.", "CARMELO ABELA: L-NI hija obbligatorja.", "THE CHAIRMAN: Suppost l-NI hija obbligatorja.", "Jien hawnhekk qed nitkellem għax dak hu l-iskop tiegħu dan il-Kumitat.", "Li kieku m'aħniex niddiskutu, ma ngħid xejn.", "Imma kemm hija obbligatorja u bl-istess mod tassattiva?", "Onor. Abela, għandek ħafna sistemi fejn hija obbligatorja bil-liġi, imma mbagħad m'hemm ħadd jiġri wara dak li jkun għax mhux qed iħallas dak li suppost għandu jħallas.", "IS-SUR FRANK MICALLEF: Hemm id-Dipartiment tat-Taxxi Interni.", "Meta dak li jkun jagħmel ir-rimessa tiegħu tad-dħul li għandu u jħallas it-taxxa fuqha, hemm it-Tax Compliance Unit u d-Dipartiment tat-Taxxi Interni kollha jiġru wara dawn in-nies li mhux qed iħallsu dak li huwa dovut minnhom.", "Mat-taxxa hemm il-kontribuzzjoni, u dawn jimxu id f'id.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri solvejtili l-problema li kelli.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Mela, biex inkompli ma' dak li kien qed jgħid is- Sur Micallef, hawnhekk m'għandniex iċ-ċifri mitluba, imma r-rata tal-impjegati li jħallsu l-NI hija ta' madwar 95%, jiġifieri hija għolja ħafna.", "Issa meta tidħol fuq is-self-employed, hija daqsxejn iżjed diffiċli.", "Sfortunatament, ir-riċerka indiġina tal-grey economy u tal-black economy, u l-kif u l-come ta' kif taħdem, ma tantx hawn.", "Hemm paper li, jekk m'inix sejjer żball, hija tas-Sur Godfrey Baldacchino, li bażikament jikkwantifikaha għall-5.4% tal-GDP.", "CARMELO ABELA: Jidhirli li dan l-aħħar kien hemm rapport tal-Unjoni Ewropea wkoll.", "CARMELO ABELA: Imma hemm diskrepanza sħiħa.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Imma, kif għedtlek, dak barometer kien.", "Riċerka solida kienet tas-Sur Godfrey Baldacchino.", "CARMELO ABELA: Imma l-punt tiegħek fuq is-self-employed u l-high rate ta' NI li tinġabar, u li din tlaħħaq il-95%, irrid ngħid xi ħaġa fuqha.", "Għax xi kultant ikun hemm ċerti problemi – li ma rridux neħduhom across board, għax huma waħdiet – fejn l-NI tinġabar mingħand l-impjegat, imma mbagħad dan ma jgħaddihiex lill-Gvern.", "U allura dak il-ħaddiem, x'ħin jispiċċa mix-xogħol, isib li mhuwiex intitolat għall-pensjoni għax jgħidulu li ma ħallasx il-kontribuzzjonijiet kollha!", "Fil-fatt, dan ikun ħallashom, għax lill-impjegat tiegħu l-employer ikun ħadhomlu, imma ma jkunx għaddihom lill-Istat.", "IS-SUR FRANK MICALLEF: Normalment, meta jiġri każ hekk, huwa l-obbligu tal-impjegat li jżomm ir-records tiegħu up to date, fejn imbagħad l-individwu suppost li jkollu l-FS3 li huwa rendikont tal-aħħar tas-sena ta' x'daħħal u x'ma daħħalx, u javviċina lid-Dipartiment tagħna.", "Jiena se nqis li dawk il-kontribuzzjonijiet ġew imħallsin, u mbagħad indur lejn id-Dipartiment tat-Taxxi Interni biex jiġru wara l-employer ta' dak l-individwu.", "Imma l-impjegat ma jbatix il-konsegwenzi.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nipprova nagħmel l-aħħar argument abbażi ta' dak li għedt l-ewwel.", "Ir-raġunar kien li t-tendenza fl-ekonomija ta' għada jista' ikun li l-employability diretta tonqos minn kif inhi llum.", "Jiġifieri jista' ikollna aktar negozji li jqabbdu lin-nies magħhom bħala self-employed.", "Issa aħna hawnhekk, bħala Social Affairs Committee, irridu nagħtu l-proposti tagħna jew nissostanzjaw il-proposti tagħkom.", "U allura, jekk m'aħniex se nipprovdu provvedimenti ġodda, jekk m'aħniex se nipprovaw naħsbu b'mod kreattiv f'sitwazzjonijiet ġodda ta' ekonomija li se tkun qiegħda taħdem differenti minn dik tal-lum, wisq nibża' li s-sostenibbilità tas-sistema tal-pensjoni tista' tirriskja ħafna, għax l-employability u x'se jagħmel is-suq fil-futur se jkun totalment differenti minn dak li kien fil-passat.", "Fil-passat, kellna sistema li kienet taħdem tajjeb ħafna, għaliex kellek ħafna azjendi li l-maġġoranza tagħhom kienu kbar u li kienu jħaddmu b'mod dirett.", "Allura dak li jkun jaf min hu l-imgħallem tiegħu, u għandu mpieg wieħed, u baqa' għaddej hemmhekk.", "Imma issa, jekk fil-ġenerazzjoni l-ġdida, kif għedtilna inti, se taħdem ma' erba' employers differenti u qiegħed self-employed, jekk l-ingranaġġi li għandna llum mhumiex se jkunu msaħħa, se jkollna nuqqas ta' sostenibbilità.", "Jiena din qed naraha bħala problema għax, għada pitgħada, dan in-nuqqas ta' riċerka u ta' traceability ta' min qed jaħdem ma' min tista' tkun enormi.", "Jiġifieri dik iċ-ċifra ta' 95% tal-lum tista' tonqos, għax it-trends jinbidlu.", "Fil-fatt, illum jista' ikollok fotografu ma' news room li huwa in self-employment għax hekk ikun jaqbillu, u għalhekk f'din it-tendenza rridu naraw wieħed x'jista' jagħmel.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Il-punt tiegħek huwa minnu.", "In-normi qegħdin jinbidlu, u llum hemm kunċetti ġodda – dawk li nsejħulhom job sharing – u l-impatt mhux biss huwa fuq is-sostenibbilità, imma huwa wkoll mix-short-sightedness tal-individwu li jgħid li biex jiffranka llum ma jħallasx l-NI, imma mhux qed jara l-impatt li din se jkollha 15, 20 jew 30 sena oħra fuq il-pensjoni tiegħu jew tagħha.", "Imbagħad, meta jiġu biex jirtiraw, f'daqqa waħda jirrealizzaw li they short-changed lilhom infushom!", "Naħseb li l-qafas irid ikun dinamiku biex jirrifletti kif għandu bżonn jissaħħaħ ħalli jassigura li tinġabar il-kontribuzzjoni li hemm bżonn li tinġabar, imma wkoll li naraw kif nedukaw u nibnu kultura ma' dawk in-nies li jistgħu jkunu iżjed mexjin lejn job sharing, biex ma jieħdux short cuts li minn għalihom qed jiggwadanjaw xi ħaġa llum meta, fir-realtà, jkunu se jħallsu għalih bil-qares meta jirtiraw.", "CARMELO ABELA: Il-Working Group qatt ikkonsidra sitwazzjoni fejn l-NI tkun option, imma mbagħad ma titlobx lill-Gvern biex iħallaslek il-pensjoni?", "Jiġifieri ġieli kien hemm xi ħadd fil-Working Group li qal jekk għandniex nikkonsidraw li l-NI tkun optional, imma li jekk ma tħallashiex ma tieħux pensjoni meta tirtira?", "THE CHAIRMAN: Ħalli nkompli ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Mela ma tieħux pensjoni għax l-NI bħala kontribuzzjoni u income għall-Gvern qiegħda tmur ukoll għall-ispiża ta' saħħa b'xejn.", "U allura jekk, per eżempju, Edwin Vassallo mhux qed iħallas kontribuzzjoni u mar l-isptar għax għandu bżonn heart surgery, jew għax kiser saqajh, ma jistax jieħu dak is-servizz b'xejn.", "Il-problema tkun li jekk m'għandix income, m'għandix biex inħallas dak li suppost qed nieħu b'xejn.", "CARMELO ABELA: Intenzjonalment kienet għall-pensjoni, u mbagħad by time spiċċat tmur għas-servizzi tas-saħħa.", "THE CHAIRMAN: Pensjoni u servizzi tas-saħħa.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: L-NI bil-liġi suppost li hija għall-pension retirement, pension survivors, pension invalidity, short-term sick leave u l-bonus, u għal xi ħaġa oħra li bħalissa nsejt x'inhi.", "Jiġifieri dak huwa l-pakkett, u mhux qiegħda għas-saħħa.", "Il-problema, fl-opinjoni tiegħi – u hawnhekk qed nitkellem personalment, u mhux f'isem il-Pensions' Working Group – hija li, meta ġie ddissinjat il-qafas tal-1979, kien sar żball, u l-iżball kien li r-revenue li kien qed jinġabar mill-kontribuzzjonijiet – dak iż-żmien, is-sistema konna nsejħula immatura għax kienet għadha kemm ġiet ikkreata, u allura kellek inqas nies qegħdin jirtiraw – qatt ma mar ġo pension account, imma mar fil-Fond Konsolidat.", "Li kieku mar ġo pension account, illum is-surplus ta' dan l-account huwa fil-biljuni.", "Qed ngħid dan għaliex, sal-2010, is-sistema kienet għadha qed tagħmel il-profitt.", "CARMELO ABELA: Allura din għax ma bdietx fl-2007?", "Ma sarx hekk lanqas, jiġifieri l-pension fund ma twaqqafx.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Ir-rakkomandazzjoni tagħna ma ġietx aċċettata mill-Gvern.", "Aħna rrakkomandajna li għandu jidħol ring fence pension account, imma l-Gvern m'aċċettax, kif għandu kull dritt li jagħmel.", "Fl-2004, ikkonsidrajna jekk għandniex indaħħlu qafas fejn persuna tista' tiddeċiedi li ma tidħolx u ma tħallasx, u tiddeċiedi għaliha fuq il-pensjoni tagħha.", "Imma kkonkludejna li dik mhijiex it-triq it-tajba, għax hemm il-prinċipju tas-solidarjetà, u l-probabbiltà hi li għandek nies li huma sinjuri biżżejjed li l-pensjoni taż-żewġ terzi għalihom hija sempiċement pocket money, u dawn iridu jikkontribwixxu għax hemm dak li huwa, fl-opinjoni tagħna, is-solidarjetà kemm bejn il-ġenerazzjoni u kemm ġol-ġenerazzjoni stess.", "U allura dak il-prinċipju m'erġajniex qajjimnih.", "Jiena semmejt fejn saru r-riformi.", "X'impatt kellhom ir-riformi?", "Din kienet il-bażi minn fejn tlaqna aħna.", "Ma nafx jekk hux qed jirnexxilkom tarawha din is-slide.", "Aħna mmudellajna l-behaviour tas-sistema tal-pensjonijiet hekk kif inhi fl-2010, u pproġettajna l-imġieba tas-sistema tal-pensjonijiet bejn l-2010 sal-2060.", "Fil-mudelli li għamilna, ħadna numru ta' dawk li jissejħu macro economic assumptions.", "Ma rridx nidħol fit-teknika wisq, għax inkella nitlef lil kulħadd miegħi, imma bażikament fil-macro economic assumptions aħna abbinajna l-macro economic assumptions li juża l-Ageing Working Group tal-Economic Policy Committee tal-ECOFIN tal-Ewropa.", "L-Ageing Working Group huwa grupp li Malta tipparteċipa fih, u li dan jagħmel long term projections ta' 50 sena fuq affarijiet li jikkonsistu f'edukazzjoni, saħħa, social security, long term care u pensjonijiet.", "Kien hemm ħafna diskussjoni interna, u naħseb li domna sena niddeċiedu jekk għandniex nabbinaw ma' dawn il-macro economic assumptions jew le.", "Kien hemm ħafna diskussjoni u kritika fil-konsultazzjoni minħabba li abbinajna magħhom.", "Id-deċiżjoni li aħna abbinajna magħhom kienet ibbażata fuq dawn il-kriterji: l-ewwel nett illum aħna membri tal-Unjoni Ewropea, u għaldaqstant fl-opinjoni tagħna jagħmel sens li jekk se nużaw yard stick, nużaw yard stick li llum hija tal-Unjoni Ewropea.", "Tajjeb ngħid li, meta fl-2004 għamilna l-modelling, ma konniex użajna yard sticks tal-Ewropa, imma konna wżajna yard sticks tal-World Bank, u r-raġuni kienet – apparti l-fatt li konna għadna kemm dħalna fl-Unjoni Ewropea – minħabba li r-rapport tal-World Bank kien ġie mniedi lill-Gvern mill-World Bank f'Marzu tal-2004.", "U kif semmejtilkom l-aħħar darba, r-rapport tal-World Bank kien kliniku ħafna.", "Mela, waħda li l-yard stick kellu jkun Ewropew, u t-tieni minħabba li ried ikun kredibbli.", "Issa x'irrid ngħid meta qed ngħid li ried ikun kredibbli?", "Sfortunatament, Malta m'għandhiex metodoloġija ta' kif tikkrea l-GDP.", "Jiġifieri, inti ma taqbadx u tgħid li timmaġina li l-GDP ta' Malta se jkun average ta' 3% minn issa sal-2060, għax biex tikkalkula l-GDP hemm ħafna inputs – total productivity factor, labour productivity, population, employment, active employment etc., u m'għandniex mekkaniżmu li huwa robust li aħna stajna ngħidu li m'aħniex se nużaw tal-Ageing Working Group għax se nużaw din il-metodoloġija robusta, u din il-metodoloġija nistgħu niddefenduha.", "M'aħniex f'dik il-pożizzjoni.", "Li kieku m'aċċettajniex il-macro assumptions tal-Ageing Working Group, l-alternattiva kienet li nisparaw fl-arja, jiġifieri aħna bħala Working Group ngħidu li, fl-opinjoni tagħna, l-GDP bejn issa u l-2060 se tkun medja ta' 2.5%, imma mhijiex kredibbli, iżjed u iżjed meta wieħed jikkonsidra l-qafas li qegħdin fih fejn għandek diskussjonijiet li ilhom għaddejjin minn tal-inqas sentejn fuq id-debt structures u d-deficits fl-Ewropa, u meta, aktar u aktar, qed tara l-konsolidazzjoni li jidher li se jsir fil-Euro Zone li aħna membri tiegħu, kien se jfisser li bħala pajjiż konna nitilfu l-kredibilità.", "U għalhekk iddeċidejna li nużaw l-assumptions tal-Ageing Working Group.", "Kif għedt l-aħħar darba, kien hemm ukoll il-kritika, u aħna għamilna numru ta' sensitivity analyses fejn, filwaqt li l-binarju baqa' fuq dawn il-macro economic assumptions, aħna lagħbna b'scenarios differenti tal-GDP u tal-active employment.", "Il-modelling li għamilna huwa bbażat fuq is-sistema tal-pensjonijiet as at 2010, bl-aħħar data as at 2010, macro economic assumptions tal-Ageing Working Group projected fuq software li huwa tal-World Bank.", "Kien għalhekk li wżajna l-World Bank, għax is-software kien tagħhom, u dan is-software jismu Prost.", "Dan huwa software li jintuża biex isiru dawn it-tip ta' projections tal-pensjonijiet u, kif għedt l-ewwel, ipproġettajna sal-2060.", "L-average pension replacement rate tfisser kemm tiswa l-pensjoni mal-average wage.", "Mela, jekk l-average wage fl-2012 kienet €15,600, kemm tiswa l-pensjoni?", "Ilum, l-average pension replacement rate – għax inti għandek min hu fuq il-maximum, u min mhuwiex – hija ta' 54.6% tal-average wage.", "Jekk nipproġettaw fil-futur se nsibu li dan se jinżel u jibqa' nieżel għal 45%.", "X'qed turi l-projection?", "Il-projection qiegħda turi li, jekk kollox jibqa' kif inhu, il-valur tal-pensjoni pparagunat ma' dak tal-lum, se jonqos b'9%.", "Tgħidli allura r-riformi tal-2007 fallew?", "Le, ma fallewx għax, li kieku m'għamilniex ir-riformi tal-2007, l-average replacement rate ma kienx jaqa' għal 45%, imma kien jaqa' għal 18%!", "Mela x'għamlu r-riformi tal-2007?", "Ir-riformi tal-2007 ibbrejkjaw il-kollass assolut tas-sistema on average ta' 45% replacement rate.", "CARMELO ABELA: Għandi problema biċ-ċifri, għax hawnhekk jidher li mhux 54% imma ftit iktar minn 49% fil-margin.", "Ma nafx jekk huwiex xi żball jew le?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Le, mhuwiex żball per se.", "CARMELO ABELA: Ejja nieħdu 49.5%.", "Qed nirreferi għall-2009.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Aħna għamilna actuarial study – u dak huwa fuq il-mudell – imma għamilna actuarial study biex naraw verament il-valur x'inhu.", "Konna qabbadna l-World Bank biex jagħmlulna actuarial study, għax aħna m'għandniex l-iskills set biex nagħmlu dak it-tip ta' actuarial study, peress li trid ċerta xjenza biex tagħmel dan l-istudju.", "U kienu ħarġulna b'average ta' 54.7%.", "Għalhekk, dan il-54.7% li qed nikkwota huwa l-actuarial li huwa l-iktar wieħed korrett.", "Bażikament, dawn daħlu fis-sistema, raw kemm ħareġ overtime, kemm daħal overtime u l-average reali as at 2010 kien ta' 54.7%.", "Il-projections juru li se jinżel għal 45%.", "Kif kont qed ngħid l-ewwel, li kieku r-riformi tal-2007 ma sarux, is-sistema kien ikollha kollass għax inti kellek ceiling fiss, u dan is-ceiling ma kienx qed iġib ruħu biex jiżdied hekk kif qed jiżdiedu l-wages.", "U allura, l-wages bdew telgħin fuq perijodu ta' 50 sena, u s-ceiling baqa' fiss.", "B'hekk kien se jaqa' għal 18% fost affarijiet oħra.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri, qegħdin nirreferu għal dik l-inizjattiva li semmejniha l-aħħar darba u semmejniha wkoll dalgħodu, u ċioè dik l-inizjattiva tal-capping, biex dawk in-nies li għandhom 45 sena, meta jiġu biex jieħdu l-pensjoni, ma jiġrilhomx dak li qed jiġrilhom illum u jaqgħu taħt il-probabbilità tal-poverty line?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Il-key dik hi.", "THE CHAIRMAN: Mela inti għal dak qed tirreferi?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Prinċiparjament iva.", "Li kieku l-capping baqa' kif kien u ma saritx dik il-parti tar-riforma, il-valur li persuna kienet se tieħu kien se jaqa' għal 18%, għax il-capping huwa fiss, il-wages telgħin u, jekk tagħmel l-average wage relationship, se ssib li din se tkun ikkrollat għax m'għandek xejn.", "Imma aħna qegħdin nitkellmu fuq l-adegwatezza, u mbagħad għandek il-parti l-oħra tal-equation li hija s-sostenibbilità.", "Dan ifisser li s-sistema bażikament qiegħda in equilibrium sal-2030.", "Bejn l-2030 u l-2035, is-sistema tħares lejn il-kontribuzzjonijiet li deħlin, u hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar it-tliet partijiet tal-kontribuzzjonijiet: il-kontribuzzjoni tal-impjegat, il-kontribuzzjoni ta' min qed iħaddem, u l-kontribuzzjoni tal-Istat.", "Bażikament, il-forecast juri li hemmhekk għandek equilibrium.", "Imma jidher ċar ukoll li, bejn l-2035 u l-2060, in 25 years' time, is-sistema se tmur minn deficit ta' zero għal deficit ta' kważi 5.8% jew 6%.", "Dan jibqa' ftit jew wisq l-istess, anzi qed jinżel xi ftit points.", "Ir-relazzjoni għal dak id-deficit hija l-popolazzjoni, għax meta noqorbu lejn l-2035, il-popolazzjoni se tibda tiċkien, mentri n-nies li għandhom 'il fuq minn 65 se jiżdiedu.", "Dawk li huma aktar minn 65 sena qed jiżdiedu u qed jgħixu iżjed, u n-nies li qegħdin jaħdmu u jħallsu l-kontribuzzjonijiet mhumiex qed jidħlu fis-sistema.", "Mela bażikament hawnhekk għandek a critical point.", "(Interruzzjonijiet) Jekk wieħed iħares lejn il-popolazzjoni kif se ġġib ruħha – dawn dejjem huma projections – jara li sal-2060 għandek il-population pyramid rasha 'l fuq.", "Dawn li qed taraw hawnhekk suppost li huma dawk li għandhom 75 plus.", "Minn hawn 'il fuq, dawk li għandhom 65 and over u li se jkunu rtirati.", "Nies ġodda deħlin fil-popolazzjoni li għandhom 14 years and under qed jisparixxu, u bażikament għandek din il-faxxa ta' nies li trid iżżomm għall-pensjoni ta' dawn li qegħdin f'din il-faxxa.", "THE CHAIRMAN: Fi żmien 25 sena oħra naslu għal dak id-deficit?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: It will be triggered off għax il-popolazzjoni, jekk taraha mill-2035 – kif qed taraw hawnhekk – tistgħu taraw din il-graph fejn għandek din il-hump, li hija tal-baby boomers.", "Issa tgħidli: jekk il-baby boomers joħorġu mis-sistema, mhux suppost li mmorru aħjar?", "Il-problema hi li mhux deħlin biżżejjed biex jikkontribwixxu, għax il-popolazzjoni nieżla.", "Filwaqt li l-popolazzjoni hawnhekk nieżla, dawk li huma rtirati from 65 years and over qegħdin jiżdiedu b'mod sostanzjali.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri qegħdin ngħidu sew li llum, li qegħdin fl-2012, jekk mhux se jiġri xi ħaġa biex din is-sena u s-sena dieħla jerġa' ikollna baby boom ...?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Illum, għal kull pensjonant nikkalkolaw li hemm erbgħa minn nies jaħdmu.", "Sal-2050, nikkalkulaw li għal kull pensjonant se jkun hemm 1.5 biss jaħdmu!", "Il-matematika ma treġix, u għalhekk għandek dak it-tailspin tad-deficit.", "Dan huwa l-pyramid kif inhu pproġettat mill-NSO għall-2060.", "Il-pyramid hekk suppost tkun, jiġifieri bażikament għandek zero to four hawnhekk.", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk qegħdin imqassmin nisa u rġiel, fejn ovvjament in-nisa għandhom longevity aktar, u allura għandek cohort ikbar.", "Ir-relazzjoni mad-demografija hija straight forward, u hawnhekk fejn isir it-tipping point.", "Dan ifisser li, jekk kollox jibqa' kif inhu u ma nagħmlu xejn, filwaqt li r-riformi tal-2007 għenu biex titjib ir-replacement rate u niminimizzaw id-deficit, xorta ma sarx biżżejjed.", "Jien nerġa' infakkarkom li l-Pensions' Working Group tal-2004 kien irrakkomanda ħafna iżjed minn dak li kien aċċetta l-Gvern.", "Jiġifieri jien m'inix sorpriż li ma sarx biżżejjed, għax aħna bħala Working Group konna rrakkomandajna tliet partijiet, mentri l-Gvern ħa waħda biss.", "Having said that, naħseb li l-Gvern għamel tajjeb li mmira fuq il-first pension – u nispera li hawnhekk ma taħsbux li qed nitkellem b'mod politiku, għax il-first pension hija, u għandha dejjem tibqa' hekk, s-sies tas-sistema tal-pensjoni.", "Imma avolja għamilna dawk it-tibdiliet, liema tibdiliet ma kienux żgħar, dawn mhumiex biżżejjed.", "Ejjew ma nilludux ruħna.", "Jiġifieri biddilna l-kontribuzzjoni minn 30 għal 40 sena, morna fuq kalkolu tal-aħjar tliet snin konsekuttivi għall-aħjar 10 snin mill-40 sena, u tellajna l-età tal-irtirar.", "Dawn ma kienux parametric changes żgħar, u huma fundamentali.", "Però, nerġa' ngħid li waħedhom mhumiex biżżejjed.", "THE CHAIRMAN: Dawn il-bidliet, aktar milli huma bidliet fiskali, huma aktar trends fl-istil ta' ħajja tan-nies.", "Jiġifieri kważi hawnhekk, anke għalina bħala Social Affairs Committee, meta niġu biex naħsbu fuq il-proposti li rridu nressqu, irridu naraw li dawn il-proposti jqanqlu bidliet fil-kultura biex inqanqlu bidla fin-nies ħalli jkollna aktar ulied.", "Jekk mhux se jkollna bidla fil-ħsieb, fl-2040 jew fl-2060 mhux biss tista' tfalli s-sistema tal-pensjonijiet, imma tista' kważi kważi tfalli s-sistema tal-lifestyle tagħna.", "Issa mhux qed ngħid li se nfallu bħalma falliet il-Greċja, imma nfallu għax ikollok ammont ta' nies li qegħdin jiddependu fuq l-Istat, li huwa ogħla mill-ammont ta' nies li qegħdin jaħdmu u joffru l-kontribuzzjoni tagħhom lejn il-ħolqien tal-ġid.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Hekk hu, għax meta inti tikkonsidra li terz tal-popolazzjoni se jkunu 'l fuq minn 65 sena, u jekk dan it-terz tal-popolazzjoni mhux se jkollhom ...", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri fi żmien 25 sena, terz tal-popolazzjoni se jkollhom aktar minn 65 sena!", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Hekk hu.", "U jekk dawn m'għandhomx biżżejjed ġid, l-ekonomija kollha se tiġi affettwata, għax għandek dak li jgħidulu l-multiplier impact fuq l-ekonomija minħabba li għandek dan il-cohort kbir.", "THE CHAIRMAN: Illum ir-ratio diġa' hija ta' pensjonant għal kull erbgħa li jaħdmu.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Fl-2050, nikkalkulaw li din se tkun pensjonant għal kull 1.5 ħaddiem.", "Illum għal kull pensjonant hemm erbgħa jaħdmu.", "THE CHAIRMAN: Skużani ftit, għax jien qed immur għal sistema differenti.", "Inti qed titkellem biss fuq is-sistema tal-pensjoni, imma jien qed nitkellem fuq ir-ratio għal kull kontributur, fejn għandek tfal jew nisa li mhumiex qegħdin jaħdmu, jew inkella nies oħra li huma inactive.", "Fil-każ, nikkorreġi lili nnifsi, imma jien kont nafha li din ir-rata hija 1:3 għal dawk li mhumiex qegħdin jaħdmu.", "Issa 25 sena oħra, kemm se jkollna persuni qegħdin jaħdmu għal kull persuna li hija inattiva fis-soċjetà Maltija?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Aħna ma nikkalkulawhomx hekk, imma nikkalkulawhom fuq il-pensjonanti li hija 1:4 bħalissa, mentri sal-2050 hija pproġettata li tkun 1:1.5.", "CARMELO ABELA: Allura, b'dak li qed tgħid inti, ma jgħidux aktar imsaħħaħ l-argument tal-Working Group li kien għamel riferenza għall-emenda tal-2007 li kien hemm ring fencing fejn tidħol il-pensjoni?", "Għax forsi dik tista' tkun parti mis-soluzzjoni għal dak li jista' jiġri b'mod studjat sal-2035.", "Taqbel miegħi f'dan is-sens?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Il-pożizzjoni tal-Working Group – u nixtieq nagħmlu dan il-punt għax, xi kultant, sfortunatament niġu miżinterpretati – hija li l-ewwel pensjoni għandha tibqa' is-sies.", "Nemmnu li l-pay-as-you-go defined benefits, jiġifieri s-sistema tal-pay-as-you-go kif nafuha llum, mhijiex l-aħjar mudell għal soċjetà li qiegħda tixjieħ, u għall-problemi ta' demografija li qegħdin inħarsu lejha.", "Aħna tal-opinjoni li l-aħjar sistema – li kieku kellna nibdew from a greenfield site – għas-soċjetà hija still a pay-as-you-go, imma dik li nsejħulha a notional defined contribution system.", "X'tagħmel din?", "X'għandha differenti mis-sistema li għandna llum?", "Ma rridx inkun tekniku, imma se nsemmi numru ta' affarijiet biex inżommha sempliċi.", "Filwaqt li l-pay-as-you-go kif inhi llum torbot intrinsikament mad-demografija, u d-demografija qed turina li għandna problemi serji, in-notional defined contribution system torbot mal-employment base, u hemmhekk għandna leeway, għax l-active employment tagħna huwa ta' 54%, li huwa on the low side.", "Mela diġa' qed inbiddlu s-sisien fejn wieħed qed jagħtina r-riżultati, u l-ieħor se jagħtina fejn nimirħu, għax huwa marbut mal-employment rate.", "It-tieni hija li n-notional defined contribution system – għall-kuntrarju tal-pay-as-you-go – il-kontribuzzjoni tmur ġo dak li jgħidulu n-notional account, u allura tixbaħ ħafna lis-sistema pensjoni privata, imma mhijiex sistema pensjoni privata.", "L-Istat jiddeċiedi an annual growth rate li hija abbinata ma' kif iġġib ruħha l-ekonomija.", "Mela, l-kontribuzzjoni tiegħek mhijiex qiegħda tmur fil-Fond Konsolidat imma qed tmur fin-notional account tiegħek, u qiegħda tikber skont l-annual growth li inti tkun għamilt.", "U allura qiegħed tagħmel ir-ring fencing.", "It-tielet hi li din ma tiddependix iżjed mir-retirement age.", "Inti dejjem għandek statutory retirement age, imma ma tiddependix magħha.", "Għaliex?", "Għax filwaqt li hija notional u qiegħda torbot miegħek, jekk inti tiddeċiedi li taħdem ħames snin aktar, se tagħtik pensjoni aktar b'saħħitha għax il-kontribuzzjoni se tmur għalik, u allura se tagħtik ir-return fuqha.", "Mela qiegħda tinċentivak u mhux tisforzak.", "Qiegħda tinċentivak biex taħdem aktar.", "U jekk inti trid il-leisure, tista' toħroġ meta trid, imma ovvjament se tieħu pensjoni inqas, għax il-kontribuzzjonijiet li tkun ħallast mhux se jkunu biżżejjed.", "Issa għalfejn m'aħniex qed niġu miftehmin?", "Għax hemm min qed jgħid li aħna rridu nirrakkomandaw żieda fl-età tal-irtirar, imma aħna mhux dik hi r-rakkomandazzjoni tagħna.", "Aħna qegħdin nirrakkomandaw li l-pay-as-you-go kif inhi llum għandha difetti intrinsiċi.", "Għandna nistudjaw bis-serjetà in-notional defined pay-as-you-go biex naraw jekk hijiex fattibbli.", "U hawn fejn nagħlaq iċ-ċirku tal-greenfield site, għax aħna m'aħniex qegħdin on a greenfield site.", "Issa kif se ssir it-transition mis-sistema li għandna llum for a notional defined pay-as-you-go?", "Per eżempju, jekk jien għandi 46 sena u fadalli 19-il sena oħra biex nirtira, għandi parti sew tal-kontribnuzzjoni tiegħi li marru taħt il-pay-as-you-go l-antika, imma issa x'se jiġri mid-19-il sena l-oħra li jmiss?", "Se jmorru taħt il-ġdida?", "X'relazzjoni se jkun hemm bejn il-ġdid u l-antik?", "Dawn huma transitional issues.", "Dik hija l-pożizzjoni tal-Working Group.", "Imma jekk dik mhijiex fattibbli – u aħna qegħdin ngħidu lill-Gvern biex iġib l-esperti, għax jien l-ewwel wieħed ma nifhimx fin-notional defined contribution system biex inkun nista' nagħmel dan il-judgement – u se nibqgħu fuq is-sistema tal-pay-as-you-go li qegħdin fiha llum, fl-opinjoni tagħna wieħed ma jistax ma jabbinax ir-retirement age mal-longevity.", "Qed ngħid dan biex niftiehmu.", "Aħna rridu li l-Gvern jistudja u jġib l-esperti biex naraw jekk huwiex fattibbli li naqilbu għal notional defined contribution system.", "Ir-riċerka turi – u hemm diversi pajjiżi li issa ilhom li implimentawha 'l fuq minn 20 sena – li għat-tip ta' soċjetà li deħlin fiha, din hija l-aħjar sistema.", "Il-question mark kbira hija fuq kif se ssir it-transition u fuq kif se niffinanzjaw it-transition.", "Jekk dik ma tistax issir, u aħna jkollna jdejna marbutin li jkollna nibqgħu bis-sistema li għandna llum għax forsi ma nistgħux niffinanzjaw it-transition tagħha, kif qiegħda tipproġetta ruħha d-demografija, fl-opinjoni tal-Grupp, jekk wieħed jibqa' fuq il-pay-as-you-go kif nafuha llum, wieħed ma jistax jaħrab mir-relazzjoni tal-longevity u r-retirement.", "Għaliex?", "Żommu f'moħħkom it-tailspin mill-2035 tad-deficit.", "Mela, aħna żidna r-retirement age minn 65 years għal 79, li hija l-età medja tal-longevity, u allura bażikament dak ifisser li inti se tiffinanzja l-irtirar ta' persuna għal 14-il sena.", "Il-projections juru li l-unisex longevity sal-2060 se tiżdied b'sitt snin.", "Mela, jekk ir-retirement age tibqa' 65, il-unisex longevity se tiġi 85 years, u dan ifisser li se jkollna terz tal-popolazzjoni li għandhom aktar minn 65 sena, u li inti trid tiffinanzja għal one third tal-cohort tal-popolazzjoni tiegħek b'sitt snin oħra.", "Għalhekk id-deficit mill-2035 sal-2060 jisplodi għax it's unaffordable.", "U għalhekk aħna qegħdin ngħidu li, jekk wieħed jidħol fis-sistema ta' pay-as-you-go kif nafuha llum, hija diffiċli fl-opinjoni tagħna li taqta' minn din ir-relazzjoni.", "CARMELO ABELA: Inti semmejt li hemm bżonn ta' studju fuq in-notional defined pay-as-you-go.", "Il-fatt li inti qisek temmen fiha din hemm bżonn li tiġi backed permezz ta' studju lokali – avolja internazzjonalment jidher li fejn intużat qiegħda taħdem tajjeb – imma d-diffikultà tiegħek kienet li, apparti li jsiru studji lokali, għandek ukoll diffikultà biex iddaħħalha.", "Fis-sens li aħna qegħdin taħt sistema, u allura x'se jiġri jekk naqilbu għal sistema oħra?", "X'inhu l-vantaġġ jew l-iżvantaġġ?", "Li ngħidu lil min qiegħed fid-dinja tax-xogħol illum għandu jibqa' bis-sistema, imma min se jidħol fid-dinja tax-xogħol minn din is-sena 'l quddiem ikun bin-notional defined?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Onorevoli, dik hija waħda mix-xenarji li rridu nisħqu fuqha, għax dik li qed issemmi inti hija possibbilment soluzzjoni.", "Li aħna ngħidu li se nibdew il-cohort il-ġodda li għandhom 18 and over se jkunu full, that is one of the solutions.", "Mela, definittivament dik hija waħda mis-soluzzjonijiet which is doable għax it's clean and straight.", "Imbagħad għandek l-issue tal-legacy u x'se tagħmel bihom dawn.", "Dak li qed tgħid inti huwa minnu, u żgur li dik hija waħda mill-options li rridu nistudjaw, għaliex naħseb li it could be a potential way forward.", "THE CHAIRMAN: Dan l-islide rigward l-adequacy, fejn konna qegħdin ngħidu minħabba l-età li se tinbidel, u li allura demografikament se jkollna problema, dan qed jieħu biss in konsiderazzjoni l-birth rate li għandna fil-lokal.", "Qiegħed ngħid sew?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Wieħed mill-assumptions li hemm hija l-birth rate.", "THE CHAIRMAN: Imma jekk fil-pajjiż l-ekonomija tkompli toħloq ix-xogħol, u f'Malta jiġu nies barranin biex ikomplu jaħdmu hawnhekk, ladarba jkunu qegħdin jiżdiedu, inti xorta waħda għandek metodu differenti ta' kif qed ikollok in-nies li qed jinvolvu lilhom infushom fl-ekonomija.", "Dawn xorta waħda, la jkunu qegħdin jaħdmu fl-ekonomija, se jkunu qegħdin jaġġustaw l-adequacy li inti għandek fil-preżent, u li qed turi li se jkollok falliment fis-sistema.", "Jekk il-pajjiż ikompli joħloq ix-xogħol, u allura hawnhekk is-sistema tal-pensjonijiet tista' tkun marbuta ma' kemm inti għandek nies fil-workforce, allura għandek parti mis-soluzzjoni.", "It-tieni, jekk il-fażi l-ġdida, minflok tibda taħdem – kif kien qed jgħid l-Onor.", "Carmelo Abela – għal dawk ta' 18-il sena li se jibdew mis-sena li ġejja, imma tibda taħdem għas-sistema ta' persuni li inti mort biex tiddiskuti magħhom u ma sibtx ma' min tista' tiddiskuti għax dawn għadhom l-Università… Jiġifieri mhux se naħsad lil min se jibda ta' 18-il sena, imma dawk li għadhom ta' 18-il sena llum u allura se jibdew iħallsu l-kontribuzzjoni fi żmien seba' snin mil-lum, x'tista' tkun is-sitwazzjoni?", "Hawnhekk jiena qed nagħti żewġ ideat differenti minn dak li kellek inti.", "Qegħdin ngħidu li nistgħu nibdew minn seba' snin, jiġifieri qed ngħid għal dawk li qegħdin l-Università illum fl-2012 u għandhom seba' snin kors, li jfisser li se jidħlu fid-dinja tax-xogħol seba' snin oħra mil-lum.", "Apparti minn hekk qed ngħid li, jekk l-ekonomija tagħna tibqa' toħloq ix-xogħol, allura se jibqgħu jiżdiedu n-nies li issa ġejjin minn barra mill-pajjiż, imma se jkunu qegħdin jaħdmu b'mod regolari.", "Mela iżjed għandek tendenza li jkollok persuni li qegħdin iħallsu, imma mhux bilfors li se jkunu qegħdin jieħdu l-pensjoni hawn Malta.", "Dan għaliex jista' ikun li jkollok nies li qegħdin jaħdmu mod illum u jagħmlu seba' snin, tliet snin, eċċ fil-workforce, u mbagħad jinbidlu.", "U hawnhekk għandek kontradizzjoni għall-proposta tiegħek li kont qed issemmi fil-bidu.", "Inti kont qed tipproponi li persuna tista' tinċentivaha biex tibqa' taħdem għax taf li, jekk se taħdem iktar, awtomatikament minflok se toħroġ bil-pensjoni ta' 61 sena, se toħroġ bil-pensjoni ta' 65 sena jew ta' 68 sena ħalli tkun faddlet aktar.", "Imma hawnhekk naħseb li għandna problema ta' kif jaħdem il-moħħ tal-bniedem, għax inti trid tagħtih xi ħaġa ta' 62 sena biex ikollu xi ħaġa f'idejh u, jekk se jkompli jaħdem, trid tagħtih xi ħaġa oħra ta' 68 sena.", "Mela se jkollok żewġ tipi ta' pensjonijiet.", "Jien ma narax persuni li se jafdaw lill-Istat jew lilhom infushom, u allura trid tgħidilhom biex jibqgħu jfaddlu ħalli mbagħad jieħdu xi ħaġa f'temp ta' ħames snin, u b'hekk ittawwal l-inċentiv biex il-pensjoni, minflok jieħduha ta' 62 sena jew ta' 63, jieħduha ta' 68 sena.", "Jien hemmhekk ma nistax naqbel miegħek malajr, u ma naqbilx mhux għax il-matematika tagħha ma taħdimx, anzi l-equation taħdimlek perfettament, imma kif nafu l-egoiżmu tal-bniedem mhux se jċedi.", "Dak li jkun jibqa' jaħdem, imma jkun irid xi ħaġa f'idejh.", "(Interruzzjonijiet) Jiena naħseb li ħafna nies jieħdu pjaċir li jkollhom xi ħaġa f'idejhom.", "U naħseb li dik hi t-tendenza tal-umanità.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Aħna ma dħalniex f'dak il-livell ta' dettall biex naħdmu l-mudelli fuq il-proposta tan-notional defined, imma fid-dinja kollox jiddependi fuq l-elasticity, jiġifieri jiddependi kemm se jkun aħjar.", "Mod li jkun 2% u tgħid li mhux worth it, u mod li jkun 15% jew 20%.", "THE CHAIRMAN: Kemm se tkun qiegħda ttawwal l-età?", "Jiġifieri inti qed tgħid li bis-sistema se ttawwal l-età tal-irtirar tal-persuna biex tinċentivaha tibqa' ħames snin oħra, jew tliet snin oħra, taħdem?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Għandi riċerka ta' pajjiżi oħra, imma ċ-ċifri ma niftakarhomx bl-amment, u għalhekk ma rridx nisparahom bl-addoċċ.", "THE CHAIRMAN: Aħna qegħdin hawnhekk biex nissostanzjaw idea, u allura jekk tagħtina l-informazzjoni biex nissostanzjaw dik l-idea, anke bħala Social Affairs Committee nkunu nistgħu nissostanzjawha.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Jekk tippermettili, ngħaddihomlkom by e-mail għax hemm studji li juru d-differenza li tagħmel, u ma rridx nazzarda ngħidhom għax m'inix ċert fuqhom.", "Imma, kif għedt, għandi l-informazzjoni ta' pajjiżi oħra, u dawn se ngħaddihomlkom.", "CARMELO ABELA: Jiena ma fhimtx eżatt meta semmejt li ma tibqax marbuta mal-pensjoni, imma ma' min ikun qed jaħdem.", "Dak il-punt ma fhimtx eżatt kif il-fatt li ddawwar ix-xenarju, awtomatikament ix-xenarju jdawwar persentaġġ daqshekk kbir.", "Ma fhimtx eżatt ir-rabta li hemm.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Hija xi ħaġa teknika ħafna.", "Filwaqt li l-pay-as-you-go hija marbuta ma' kemm għandek nies fid-demografija li qed jagħtu kontribuzzjoni, għax il-pay-as-you-go huwa bbażat fuq li l-kontribuzzjoni tiegħi mhux neħodha jien, imma qiegħed inħallas il-pensjoni ta' missieri, u jien nispera li t-tifla tiegħi jkun hemm biżżejjed bħala sabiex iħallsu l-pensjoni tiegħi.", "Imma hemmhekk għandek dik ir-relazzjoni mad-demografija immedjata.", "Fin-notional defined, m'għandekx dik ir-relazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Hekk hu.", "Hija employment based, u allura aktar m'għandek nies jaħdmu fil-pool, aktar għandek min qed jikkontribwixxi, u allura l-pool aktar qiegħda tirrendi.", "CARMELO ABELA: Din taħdem bħala ring-fence.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Hekk hu, u allura aktar tirrendi.", "CARMELO ABELA: L-argument tiegħi kien il-fatt li, għalkemm nbidlu l-mod ta' kif inħallsu eċċ., in-nies xorta mhux se jisparixxu.", "Il-problema hija xorta dik li semmejt inti, jiġifieri in between it-transition, xorta se jibqa' ikollna problema li rridu naħsbu għaliha minn x'imkien ieħor.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Hekk hu.", "Pereżempju, meta Sweden implimentawha, kienu qabdu benchmark ta' min twieled fl-1933 sal-1994, u min daħal fl-1994 daħal fit-totalità tagħha.", "Imbagħad mill-1993, tieħu sena biss tan-notional defined, u l-bqija se tkun fuq il-legacy cost.", "B'hekk għamluha stepped.", "Kif qegħdin ngħidu, aħna ma dħalniex f'dak il-livell ta' dettall.", "Aħna qegħdin ngħidu li, fl-opinjoni tagħna, this deserves attention because it could be a solution għall-make-up tas-soċjetà, għall-ageing society, għad-demographic issues, etc. Jekk taqraw ir-rapport issibu li aħna b'saħħitna ħafna, u meta nitkellmu fuq il-longevity index, only if we don't go down that road u nibqgħu fuq il-pay-as-you-go kif nafuh illum, minħabba that intrinsic link mad-demografija.", "THE CHAIRMAN: Il-proposta li qed issemmi inti titlob ukoll li s-sistema tal-finanzjament tal-Gvern toħloq struttura totalment adegwata għaliha.", "Qisu l-Gvern ħoloq a special vehicle fejn inti warrabt dak it-tip ta' finanzjament fiha, u allura ma tibqax iktar fil-kaxxa tal-Gvern, jew fil-cashflow li qed juża' minn ġurnata għal oħra.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Għandha mpatt fuq il-Gvern kemm bħala employer, għax fejn issa l-kontribuzzjonijiet huma a paper transaction, ftit jew wisq they will become a real transaction, għax il-kontribuzzjoni tal-impjegati li qed tħaddem trid tpoġġihom fin-notional account, jiġifieri għandha mpatt fuq il-Gvern, kemm bħala employer kif ukoll bħala stat, għax illum dak ir-revenue jużawh għal affarijiet oħra.", "Jiġifieri żgur li mhijiex bidla żgħira, imma lanqas hija a big bang change, u għalhekk hemm bżonn li tiġi studjata sew.", "Hawnhekk qed nitkellem fuq fehma personali, u mhux qed nitkellem għan-nom ta' sħabi, imma jiena naħseb li hemm modi li wieħed jista' jikkonsidrahom biex idaħħal din is-sistema.", "THE CHAIRMAN: U dan kollu – biex nispiċċa l-argument tiegħi – biex tagħmel is-sistema tal-pensjonijiet sostenibbli on its own footing.", "FREDERICK AZZOPARDI: Jiena xtaqt immur lura għall-argument li għadek kif għamilt dwar mudelli f'pajjiżi oħra, u ridt nistaqsik jekk it-trend tad-demografija ta' pajjiżi oħra hijiex l-istess bħal ta' pajjiżna?", "U allura dan iġibni għall-argument l-ieħor fuq jekk pajjiżna jistax jimxi fuq mudelli ta' pajjiżi oħra, fis-sens fuq jekk ir-rakkomandazzjonijiet jistgħux ikunu a one size fits all?", "Ma nafx jekk Malta tistax tipparaguna ruħha ma' pajjiżi oħra.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Il-fenomenu tal-ageing fid-dinja moderna – jekk nista' ngħid hekk – huwa wieħed universali.", "Jiġifieri jekk tħares lejn l-Awstralja, il-Kanada, l-Amerka, l-Ewropa u l-Ġappun kollha għandhom l-istess tip ta' problema, forsi d-degrees li huma daqsxejn differenti.", "Anke ċ-Ċina bil-one child policy.", "Mela kulħadd qiegħed fl-istess binarju.", "Il-konklużjonijiet tar-riċerka qegħdin juru li, in an ageing society, a notional defined contribution system – għallinqas s'issa mill-esperjenzi ta' min daħħalha hekk jidher – seems to be the best pension model to adopt.", "Ir-riċerka hija konsistenti, u turi dan b'mod ċar.", "Pereżempju, Sweden, li għandhom in-notional defined, daħħlu ġo fiha mekkaniżmi of self correction, jiġifieri jekk jaraw li s-sistema mhijiex qiegħda taħdem għax il-growth rate ma marritx kif antiċipaw, għandhom tliet mekkaniżmi ta' triggering: waħda hija mal-longevity index, it-tieni mal-GDP, u t-tielet mal-employment base.", "Il-Latvja ma nafx jekk għandhomx triggers.", "Ir-raġuni li Sweden daħħlu t-triggers kien minħabba li bħala pajjiż damu ħafna biex jaqblu, u għalhekk fl-aħħar iddeċidew li joħorġu din il-biċċa barra mir-realm politiku, u daħħlu t-triggers ħalli ma joqogħdux idumu s-snin jiġġieldu bejniethom biex jieħdu deċiżjoni.", "U b'hekk fis-sistema bnew il-corrective mechanisms.", "Jekk wieħed jaqra l-history isib li dik kienet deċiżjoni konxja mill-klassi politika kollha, għax ma riedux li jerġgħu jqattgħu ħafna snin jiġġieldu għax ma setgħux isibu qbil.", "Imma, bħala prinċipju, n-notional defined tidher li hija l-aħjar sistema għal din it-tip ta' ageing society.", "Għandek imbagħad xejriet differenti, xejriet anglo-sassoni fejn għandek il-private pensions u s-second pension, fl-Ingilterra u fl-Amerka.", "Li huwa interessanti hu li fi Sweden – u aħna qed nirrakkomandawh ukoll – is-second pension hija mibnija fuq il-first pension.", "Kif għedt, aħna qegħdin nirrakkomandaw l-istess prinċipju fejn iħaddnu l-Gvern billi jagħmel investment principles u outsourcing lill-privat biex jiġi mmaniġġjat.", "Naturalment, l-investment principles, jiġifieri x'għandu jiġi investit, għandu jiġi mħaddan mill-Gvern u jħaddnu fuq dak li jsejħulu l-life cycle concept, fejn bażikament inti ma tmurx għal 15% return, imma tmur għal 3.5% return u toħloq profil li, skont l-età tal-individwu, malli jasal fl-età ta' 50 sena jmur into secure bonds.", "X'jiġifieri?", "Ir-riċerka turi li dawk li nvestew f'life cycle mechanisms ma tilfu prattikament xejn, u dawk li qed joħorġu llum qegħdin jieħdu l-istess li kienu joħorġu fl-2007.", "Dawk li nqabdu f'equity u ħarġu fl-2010, jekk tipparaguna persuna mal-2007 qabel il-kriżi u matul l-2010, issib li dawn tilfu bejn 25% u 40%.", "U l-life cycle dak li jagħmel, jimmaniġġja biex joħorġok from high risk or risk into conservative.", "M'intix se tagħmel 15% return, imma m'intix se tfalli.", "(Interruzzjonijiet) Huma kważi ggarantiti għax l-investment principles huma konservattivi, u l-għan huwa li jpoġġu r-riskju ta' meta għadek żgħir fuq shares, għax inti għandek cycle ta' 40 sena biex tirritornahom, and it becomes progressively much more secure.", "U għalhekk huma għamlu extension tas-social security b'investment principle f'idejn il-gvern, jiġifieri l-gvern għamel a Board of Trustees u they outsource the actual…", "CARMELO ABELA: Din il-presentation għamiltuha wkoll lill-MCESD.", "Il-fatt li rbattu s-second pillar mal-first pillar kif spjegajt inti, u l-aħħar darba kont għedtilna li kien hemm agreement in principle, etc., tista' tgħidilna x'qed iżomm biex ikun hemm agreement mhux biss in principle imma attwali ħalli naslu għaliha?", "X'inhi l-oġġezzjoni tiegħek?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Jiena segwejt id-diskussjonijiet li saru, kif ukoll dak li kienu qegħdin jgħidu l-partiti politiċi, u nista' ngħid li fl-2004 kien hemm gulf politiku kbir, mentri llum, jekk qed nifhem sew, kważi kulħadd jemmen li huwa importanti li jkollna a second pension.", "THE CHAIRMAN: Hija importanti u meħtieġa.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Fid-dettall u kif għandna nagħmluha li hemm xi ftit tad-differenzi.", "Pereżempju, l-understanding li għandi jien hu li numru ta' unions jaqblu li jkun hemm a mandatory second pension on a first pension li jkollha investment principles li huma ssettjati tripartite.", "Il-problema hija Catch-22 għax inti, jekk se ddaħħal it-tieni pillar, se tgħolli l-kontribuzzjoni, u jekk se tgħolli l-kontribuzzjoni, se jkollok impatt fuq il-kompetittività u fuq id-disposable income.", "CARMELO ABELA: Imma meta tgħid tgħolli l-kontribuzzjoni, inti qed tirreferi kemm għall-impjegat, kif ukoll għal min qed iħaddem.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Hekk hu.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri l-oġġezzjonijiet ta' min iħaddem huma ovvjament għax se jkollhom iħallsu aktar f'dan it-tip ta' environment?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Hekk hu.", "CARMELO ABELA: U minn naħa tal-Gvern ukoll, għax il-Gvern se jkollu joħroġ aktar finanzi biex jagħmel tajjeb.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Fil-fatt, ma ssib imkien rakkomandazzjoni li ngħollu l-NI contribution tat-10%, u hemm raġuni għalfejn aħna rrakkomandajna t-tieni pensjoni.", "Il-biża' tagħna hi li, jekk tgħolli l-kontribuzzjoni, dik il-kontribuzzjoni mhux se tmur in a ring-fenced account, imma se tmur fil-Fond Konsolidat, u l-value added jiġi neutralized.", "U għalhekk ir-rakkomandazzjoni tagħna hi li mmorru għas-second pension.", "Jekk wieħed iħares lejn ix-xogħol li għamilna fl-2004 u x-xogħol li għamilna lllum, avolja qegħdin nitkellmu fuq second pension, il-kunċett tas-second pension tagħna nbidel fenomenalment, u nkunu boloh jekk ngħidu li ma nbidilx għax rajna x'ġara fl-2008 u fl-2009.", "U l-pożizzjoni tagħna tas-second pension illum mhijiex l-istess kif kienet fl-2004.", "Aħna qegħdin nikkonsidraw it-tieni pensjoni bħala alternattiva.", "Potenzjalment, if we go to a notional defined contribution, lanqas ikollna bżonnha għax jien – u hawn qiegħed nitkellem għalija – nemmen li, if we safeguard the contribution, tista' tibni fuq l-NDC.", "Għax is-second pension x'tagħtik differenza?", "Il-problema hi li l-Bambin biss jaf x'se jiġri!", "Lanqas nafu jekk l-Ewro huwiex se jibqa' jeżisti.", "Allura tażżarda llum?", "Jien l-ewwel wieħed li ngħid le; illum mhuwiex iż-żmien opportun.", "Li rrakkomandajna hawnhekk bħala Grupp – u aħna konxji tal-fatt – kien li s-second pension kif qed narawha aħna, jiġifieri bħala an extension to the first pension, għandek bżonn ta' tmien snin biex iddaħħalha.", "Għaliex?", "L-ewwel nett, għandek l-ambjent li qegħdin fih; it-tieni, trid tiddisinjaha b'mod għaqli li ma tkaħħalx l-ekonomija u r-rakkomandazzjoni tagħna hija li għandna l-ewwel naqblu fuq il-prinċipju.", "Iva allura, fl-ICT ħdimna bħala pajjiż, fil-financial services ħdimna bħala pajjiż, mela fuq din m'aħniex kapaċi naħdmu bħala pajjiż?!", "Kulħadd għandu t-tfal.", "Mela ejja nġibu l-partijiet kollha flimkien, u niddisinjaw sistema flimkien, u meta tidħol tidħol.", "Imma għallinqas nibdew nagħmlu l-ħsebijiet, u mhux dejjem nipposponu.", "Dak li qegħdin nipprovaw nartikolaw aħna hawnhekk.", "Nerġa' ngħid li this is not a switch.", "Hemm ix-xogħol x'tagħmel biex issir sew, u trid tagħmilha b'mod għaqli, u trid iġġib il-partijiet kollha flimkien.", "THE CHAIRMAN: Aħna diġà nafu li dawk li għandhom 45 sena ttieħdet konsiderazzjoni tagħhom biex jiġu salvagwardjati ħalli ma jiġrilhomx bħal dawk li huma bil-pensjoni llum, u allura ma jaqgħux fir-riskju tal-faqar.", "Jiġifieri hemm ċertu threshold ta' adegwatezza.", "Qed ngħid sewwa?", "THE CHAIRMAN: In the meantime, illum hemm budgetary measures biex jikkorreġu ħalli, b'inċentivi soċjali, dawk li qegħdin jieħdu l-pensjoni llum ma jaqgħux taħt ir-riskju tal-faqar.", "U rajna wkoll x'inhu r-riżultat tal-benefiċċji soċjali llum.", "Mela s'issa aħna għandna żewġ miżuri li qegħdin jgħinu; mela, bearing in mind dan kollu, s-second pillar tista' tkun meħtieġa biex toħloq iktar adegwatezza minn dak li diġà ġie maħsub.", "Qiegħed ngħid sewwa?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Sewwa qed tgħid.", "Xi kultant toħroġ l-interpretazzjoni li s-second pillar huwa taxxa, imma din mhijiex hekk.", "Li tagħmel is-second pillar hu li s-saving li qed tagħmel … U meta nitkellmu fuq second pillar, ġeneralment qed nitkellmu fuq formula li tista' tkun varjata.", "Is-second pillar hija bbażata fuq dak li jgħidulu l-behavioural economics, fejn inti taf li dak li jkun mhux se jaħseb għall-futur tiegħu, mela allura teħodlu għaxar liri mill-paga ta' kull xahar, u tpoġġiha f'account ta' pensjoni.", "Meta dan jirtira se tkun bħala accrued interest, jekk tkun immaniġġjata tajjeb, u lanqas se jieħu s-somma kollha f'cash, imma jieħu biss up to 30% cash, mentri s-70% l-oħra jeħodhom biċċa biċċa sakemm idum ħaj.", "Dak li tagħmel is-second pillar, jiġifieri mhijiex taxxa.", "Ovvjament your'e deferring income, allura mela għandek impatt fuq il-konsum tal-lum, għandek impatt fuq il-VAT, fuq revenue u fuq il-multiplier effect tal-ekonomija because you're displacing expenditure today to the future.", "Għandek ukoll impatt fuq il-kompetittività għax qed iddaħħal lill-employer …", "THE CHAIRMAN: Imma jien irrid inżidlek problema oħra ma' dik li diġa' għandek.", "CARMELO ABELA: Sur President, jekk tippermettili nixtieq ngħid xi ħaġa.", "F'pajjiżna għandna persentaġġ ta' familji li bil-Malti ngħidu li jġebbdu l-paga tagħhom biex ilaħħqu, u ma jistgħux iġebbduha iktar biex jagħtu xi ħaġa għas-second pillar.", "Jiġifieri, filwaqt li hemm dak li semmejt inti tad-deferred expenditure, u allura għandek lil min jiflaħ jaffordja jagħmilha, imma mbagħad għandek persentaġġ ieħor li l-paga sservihom għall-bżonnijiet essenzjali tal-lum.", "Issa min jiflaħ jagħmilha, għandek tgħidlu biex jibdiha għad-detriment tal-oħrajn, jew inkella ma jibdiha ħadd għad-detriment ta' kulħadd?", "THE CHAIRMAN: Tinsiex li aħna konna qegħdin nissopponu li, fil-futur, il-make-up tal-ekonomija se jkun fih aktar self-employment, jiġifieri nies li qegħdin jaħdmu għal rashom b'kuntratt ma' employers differenti, u allura l-mekkaniżmu kollu ta' kif taħdem il-pensjoni llum u l-kontribuzzjoni tal-lum se tinbidillek.", "Jiġifieri, filwaqt li qegħdin ngħidu dan kollu, wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni li l-metodu ta' kif qiegħda tinġabar il-kontribuzzjoni llum se tinbidel il-bażi tagħha għada pitgħada.", "U din, fejn se tħallik meta inti jista' ikollok nurse li ġejja taħdem fl-isptar Mater Dei, u li forsi l-Gvern stess se jkun qiegħed iħaddimha bil-kuntratt?", "Allura din trid tħallas il-kontribuzzjonijiet tagħha hi. għax hi se tkun qiegħda taħdem in self-employment bil-kuntratt għax ġejja minn barra minn Malta, u qed taħdem ħames snin ħames snin, tliet snin tliet snin?", "Qegħdin naħsbu f'ċirkostanza li tista' tinbidel il-ħaġa?", "U dan kollu fejn se jħallik?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: U għalhekk il-Gvern kien ħa r-rakkomandazzjoni tagħna li kull ħames snin isir strategic review.", "Impossibbli li llum naraw it-totalità tagħha u nsolvu l-problemi ta' 50 sena oħra.", "L-aktar li nistgħu nagħmlu hu li nsaħħu u nikkalibraw.", "U għalhekk aħna dejjem emminna … U nieħu pjaċir li, għallinqas, dik ir-rakkomandazzjoni l-Gvern aċċettaha, għax inti trid iżżommha ħajja.", "Ir-realtà hi li, meta għamilniha fl-2004, bl-ebda mod m'antiċipajt li d-dinja se tikkrolla finanzjarjament fl-2008!", "Il-Gvern ħa d-deċiżjonijiet fl-2006, jiġifieri jrid ikun hemm dan il-periodic calibration.", "Issa hemm ways and means kif tagħmilhom l-affarijiet.", "Jiena ma ngħidx li hemm triq waħda, u għalhekk huwa importanti li jsir dan id-diskors.", "Pereżempju, l-Ingilterra daħħlu s-second pillar, imma daħħluha b'mod differenti, daħħluha on a mandatory opt-in u on a voluntary opt-out li jisimha n-NEST, in-National Employment Saving Trust.", "Dawn ibbażaw it-thinking tagħhom fuq żewġ affarijiet: waħda, li persuna meta taqbadha fil-bidu, għax tkun għadha kemm daħlet fl-impjieg tagħha, u allura tkun għadha ma ddeterminatx l-expenditure patterns tagħha, mela tkun għadha ma daħletx għall- mortgage, u allura jekk se teħdilha għaxar liri, l-probabbilità hi li se tassorbiha b'mod jew ieħor.", "It-tieni, għax dan mhux se jaħseb fil-futur, u allura trid tipprova taqbdu mill-ewwel.", "Imma mbagħad hemm perijodu – jekk m'inix sejjer żball – ta' xi xhur fejn dak li jkun jista' joħroġ minnha.", "Issa jekk imbagħad ma joħroġx minnha, jfisser li se jibqa' fiha.", "Pereżempju, l-Ingilterra ssettjaw it-threshold at €8,786.", "Fir-rapport, f'paġni 77 u 78, hemm numru ta' thresholds li jiddeterminaw kemm se jaqbdu nies at that threshold, kemm se jaqbdu impatt negattiv li jista' ikollu fuq l-ismall and medium enterprises, jiġifieri daħlu f'ħafna riċerka biex jgħidu x'inhu l-aħjar threshold.", "Li qed nipprova ngħid hu li, għall-mistoqsija tiegħek, naħseb li dan it-tip ta' analiżi biex wieħed jasal jgħid to what extent inti se ddaħħalha u kif se ddaħħalha, jista' isir kif qed insemmi hawnhekk.", "CARMELO ABELA: Jekk tieħu l-eżempju tal-Ingilterra stess, inti semmejt li hija a mandatory opt-in, imma mbagħad għandek perijodu fejn tista' tagħmel l-opt-out.", "Jekk ikun hemm ċirkostanzi fejn dawn l-ewwel ikunu jifilħu jidħlu għaliha, imma mbagħad jiġi perijodu fejn ikollhom il-mortgage jew xi loans oħra.", "Hemm l-opt-out tagħha, jew inkella temporanjament sakemm tkun tista' terġa' tidħol fiha?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Iva, hemm ċerti eċċezzjonijiet, pereżempju tal-Ingliżi bbażawha fuq dik ta' New Zealand, li hija l-Kiwi-safe system.", "L-ewwel kunċett minn hemmhekk beda.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhijiex daqshekk tassattiva.", "U anke, pereżempju, jekk għall-grazzja tal-argument inti tmut, il-flus ma jintilfux, imma jispiċċaw għand l-eredi tiegħek.", "THE CHAIRMAN: Dażgur, għax hija sistema ta' savings bħalma joffri l-bank.", "Allura wieħed jista' jaħseb li tkun tajba li din it-tip ta' sistema tas-second pillar kważi tidħol għal dawk li għad iridu jkunu pensjonabbli wara dawn tal-45 years of age li diġa' ħsibna fihom.", "Jiġifieri, kważi s-second pillar trid tiġi maħsuba mhux għal min se jieħu l-pensjoni imminenti, imma għal dawk li se jibdew id-dinja tax-xogħol għaxar snin oħra.", "Is-second pillar tkun tajba biss sabiex ikollok sistema ta' savings, li allura tista' tkun barra mill-Fond Konsolidat.", "Hux hekk konna qegħdin ngħidu?", "CARMELO ABELA: Għas-second pillar, kif għedt inti stess, trid tipprepara u mhux you just switch on u switch off.", "Jiġifieri, mbilli ngħidu għaxar snin oħra u ma nagħmlu xejn, ifisser li ...", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Onorevoli, tajjeb jew ħażin, ilna tmien snin naħdmu flimkien u l-Grupp kważi baqa' l-istess, u dik li tinkwetak.", "Għallinqas aħna, għax forsi dħalna fih, imma tinkwieta meta taf li hemm ix-xogħol xi jsir biex wieħed jasal, u huwa xogħol li mhux se jsir overnight, imma huwa xogħol li jrid isir bi ħsieb, u kull sena li tgħaddi hija sena mitlufa.", "Ħalli nkun onest, fir-rapport li għamilna fl-2005 lill-Gvern għednielu li ma jistax jipposponi aktar mill-2010 biex idaħħal is-second pillar.", "U r-raġuni li aħna għedna li l-ewwel strategic review isir fl-2010 kienet proprju biex niggejġjaw jekk ma tidħolx dik ir-rakkomandazzjoni.", "Issa qegħdin ngħidu fl-2020, u diġa' qegħdin fis-sena 2012.", "THE CHAIRMAN: Però kif kien qed jistaqsi l-Onor.", "Carmelo Abela, fuq dawk li jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol minn hawnhekk u kważi għaxar snin oħra, x'kien il-feedback li ħadtu intom mingħand l-MCESD?", "Dejjem qegħdin niftiehmu li fis-second pillar għandek sistema ta' savings li mhux qiegħda tmur fil-Fond Konsolidat u li għandha s-sistema flessibbli tagħha, eċċ.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: L-MCESD għad trid tibgħat il-feedback formali tagħha, imma l-enfasi – u jien kelli diskussjonijiet ma' kull wieħed minnhom separatament – primarjament kienet fuq dan il-qafas li hawnhekk qegħdin inħarsu lejh, u ċioè fuq dawk li aħna nsejħulhom id-determinants tas-sistema.", "Jekk nibqgħux fuq il-pay-as-you-go kif nafuha llum jew inkella jekk immorrux fuq in-notional defined, huma affarijiet importanti li nsaħħu d-demografija permezz ta' pro-natal policies.", "THE CHAIRMAN: Jista' ikollok mix-and-match?", "Jiġifieri, inti jista' ikollok is-sistema tal-pensjoni ġenerika li tibqagħlek bil-pay-as-you-go?", "U s-second pillar tkun bin-notionally defined, biex ikollok bilanċ taż-żewġ sistemi?", "In-notional defined hija l-first pension u mbagħad fuqha tista' tibni t-tieni pillar.", "Inti għandek dawk li huma d-determinants, li huwa importanti li nsaħħuhom.", "Mela għandek il-pro-natal, għandek il-family-friendly, għandek il-gender, għandek il-high risk at poverty, għandek l-active participation, għandek potenzjalment l-immigration, u għandek l-atypical employment, kif konna qegħdin ngħidu ftit ilu.", "Jiġifieri għandek dan il-baskett ta' policies li jridu jsiru, u nkomplu nibnu fuq dak li sar s'issa.", "Fuq dan kulħadd qabel, jiġifieri m'għandniex fejn nintilfu.", "Issa hawnhekk niġu għall-first pension.", "It-take li għandi jien, u anke mis-submissions formali, jidher li hemm qbil li l-prinċipju mhuwiex mit-totalità on a notional defined contribution, jiġifieri li jsir migration mill-pay-as-you-go kif nafuha llum to a notional defined.", "U aħna qegħdin ngħidu li l-Gvern għandu jagħmel dak l-istudju sal-aħħar tal-2013.", "It-tielet hija fuq is-second pension, u hawnhekk hawn numru ta' mistoqsijiet.", "Probabbli le, imma ħallejniha miftuħa.", "U jekk immorru għas-second pension biex nagħmlu top-up?", "Naħseb li l-bias huwa favur a notional defined.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Jekk nibqgħu kif aħna, hemm limitu x'nistgħu nagħmlu.", "Diġa' għamilna parametric changes fundamentali, u din hi r-realtà.", "Għax jekk, fl-opinjoni tiegħi, niftħu l-immigration fit-totalità tagħha biex nagħmlu l-immigration deficit, naħseb li se jkollna ċerti issues.", "Mela definittavament li iva, imma biha biss mhux se naslu fejn irridu naslu.", "CARMELO ABELA: Din tar-retirement age – se nitkellem fuq titlu personali, u ma rridx ninftiehem li qed nitkellem f'isem in-naħa li jiena nirrappreżenta – jekk inħarsu lejha – mhux biss lokalment, imma anke forsi fuq bażi ta' EU – sempliċement mill-aspett ta' kemm għandek persuni in employment li qed jikkontribwixxu, allura se nkunu qed inħarsu lejha mill-aspett ta' pounds, shillings and pence.", "Jien naħseb li rridu nżommu quddiem għajnejna li hemm cost ukoll, fis-sens li persuna li għamlet 40 sena taħdem, għandha dritt li meta tirtira – li issa f'pajjiżna ġiet ta' 65 – jkollha daqxejn ħin għaliha.", "Din se tgħid li issa ħadmet għomorha kollu u, qabel tmur fil-qabar u meta għad fadlilha ftit saħħa, tixtieq li tagħmel xi ftit affarijiet għaliha, minflok tibqa' sentejn jew tliet snin oħra taħdem.", "Fl-opinjoni tiegħi, din ukoll fiha l-valur tagħha.", "Jiena nifhem li l-Working Group ħadem fuq dawn l-affarijiet, u ra x'inhi l- affordability tal-pajjiż.", "Nifhem ukoll dak kollu li qed jgħidu l-esperti fl-Unjoni Ewropea, imma qisu li minn dan kollu kulħadd qed iwarrab – forsi żbaljat, imma fil-każ nitolbok tikkorreġini – dan l-aspett soċjali li wkoll għandu l-valur tiegħu.", "Jien l-ewwel wieħed li ma rridx naħdem sa 65 sena għax diġà xbajt naħdem!", "THE CHAIRMAN: Sur Spiteri Gingell, dan il-kumment li għadek kemm għaddejt inti stess ftit tal-minuti ilu jikkontradixxi dak li għedt li wieħed jista' jiddeċiedi b'mod volontarju li jkompli jaħdem iktar biex ikollu aktar savings, u b'hekk meta jirtira jieħu aktar pensjoni.", "Dak l-ewwel argument li jiena poġġejt, li b'mod naturali tmur kontra l-istess natura tal-individwu li, wara li jkun għamel tant snin jaħdem, dan se jgħid li issa jixtieq jagħmel xi ħaġa għalih u mhux se jibqa' sejjer fir-rutina tax-xogħol ta' kuljum.", "Issa erħilu li ħafna nies, anke f'pajjiżna, iddeċidew li jibqgħu jaħdmu wara l-61 sena, imma dawn ġew inċentivati li jkomplu jaħdmu għax kienu qegħdin jieħdu l-pensjoni wkoll, jiġifieri fiha nnifisha diġa' qisu għandek is-second pillar volontarju, mingħajr ma daħħalna sistema ta' taxxa.", "Qed ngħid dan biex nifhem aktar, speċjalment għal meta se niġu biex nipproponu bħala grupp, irridu fl-aħħar mill-aħħar naħsbu fuq dak li għandna fil-preżent.", "Bħala Kumitat, se nkunu qegħdin nagħmlu r-rapport tagħna għal dak li għandna fil-preżent.", "Jiġifieri, minn dan kollu jiena qed nifhem li, għal dawk li għandhom 45 sena, diġà hemm il-miżuri meħtieġa biex ikollhom pensjoni adegwata.", "Qed ngħid sewwa?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Ma nafx jekk fhimtekx sew.", "THE CHAIRMAN: Mela ħalli nerġa' nirrepeti dak li għedt.", "Meta niġu biex nagħmlu l-proposti tagħna, jiena nixtieq li jkun fihom ċertu sens.", "Mela jien qed ngħid sew li, għal dawk li għandhom 45 sena llum, diġà ittieħdu ċerti miżuri bl-aħħar emendi li saru fil-mod ta' kif tiġi kkompilata l-pensjoni, u allura dawn ġew imħarsa u protetti milli jaqgħu fir-riskju tal-faqar?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Huma protetti mis-60% equivalized median mill-guaranteed National Minimum Pension; imma dawk li għandhom bejn 38 u 46 sena llum inqabdu bejn is-sistema l-antika u s-sistema l-ġdida, u mhux se jkollhom biżżejjed ħin biex jakkumulaw biżżejjed fondi jekk tidħol it-third pillar.", "Issa li rrakkomandajna aħna hu li dawn għandhom ċertu element ta' exposure.", "U aħna rrakkomandajna li l-Gvern għandu jdaħħal miżuri llum sabiex jinċentiva lil dan il-cohort ta' nies li għandhom bejn it-38 u s-46 sena ħalli jinvestu in existing financial services products, u mhux f'third pension financial products.", "Għaliex?", "Għax it-third pension għadu ma daħalx, u ma nafux meta se jidħol.", "THE CHAIRMAN: Biex ikollhom top-up ma' dik il-pensjoni li se jkollhom.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Hekk hu.", "THE CHAIRMAN: Mela dak wieħed jista' jieħu nota tiegħu.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Li għedna wkoll – u li aħna nemmnu fiha – hu li dan il-cohort ta' nies mhux neċessarjament huma biss, imma fosthom hemm 'il fuq minn 80,000 li llum diġà għandhom investiment in unit link policy, in profit link policy, in life endowment policy, etc. L-MSV Life qalulna li sal-2015 – tliet snin oħra – għandhom kważi €190 miljun li se jimmaturaw, u l-HSBC informawna wkoll li sal-2020, għandhom €280 miljun li se jimmaturaw.", "U aħna nirrakkomandaw lill-Gvern sabiex jinċentiva lil dawn in-nies li għandhom dawn il-policies li se jimmaturaw li, rather milli jieħdu l-lump sum kollha, jaqbdu 70% minnhom u jżommuha għall-pensjoni tagħhom.", "Din hija opportunità unika.", "Hawn nofs biljun li se jimmaturaw!", "THE CHAIRMAN: We cannot afford li tispiċċa cash in hand immedjatament.", "Mela dawk huma għall-grupp ta' bejn it-38 u s-46 sena.", "Għal dawk li għandhom iktar minn hekk, jiġifieri 47 plus, irid ikun hemm ukoll inċentiv ta' tfaddil fl-immedjat.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Hekk hu, fl-immedjat.", "THE CHAIRMAN: Nafu li hemm diġà fiscal u budgetary measures li se jkunu qegħdin jieħdu ħsieb għal dawk il-pensjonanti tal-lum; imma għal dawk li se jkunu 47 plus, jiena naħseb li rridu nirrakkomandaw li jkomplu jsiru l-istudji sabiex issir riċerka ħalli l-Gvern ukoll ikun jista' jipprovdi l-mekkaniżmu li pprovda lil dawk li diġà kienu minn 38 sa 46 sena.", "Qiegħed ngħid sewwa?", "Jiġifieri, għal dak li għedna fuq ir-risk of poverty mechanisms, dak huwa sostenibbli jekk ikun qed isir għal dawk li huma wkoll 47 plus, biex naraw li dawk li se jieħdu l-pensjoni fl-immedjat, jibdew jieħdu l-pensjoni ħames snin oħra.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Hekk hu.", "Kif tkellimna l-aħħar darba, dawk li ħerġin bejn issa u l-2028 li mhumiex protetti bil-guaranteed National Minimum Pension ta' 60% equivalized median.", "THE CHAIRMAN: U għal dik is-sezzjoni ta' nies trid issir aktar riċerka fl-immedjat, biex naraw kif jista' isir xi tip ta' mekkaniżmu.", "CARMELO ABELA: Sur President, bil-permess tiegħek jiena nissuġġerixxi li, minflok nitkellmu fuq potenzjalment x'jista' il-Kumitat jissuġġerixxi f'xi rapport li jista' jagħmel, jekk is-Sur Spiteri Gingell u s-Sur Micallef jixtiequ jżidu xi affarijiet oħra mal-preżentazzjoni tagħhom, aħna nagħtuhom iċ-ċans li jkomplu l-preżentazzjoni li għamlulna.", "THE CHAIRMAN: Se jkompluha xorta waħda.", "Jekk ikun hemm bżonn, anke jiġu darb'oħra.", "Jien bl-ebda mod mhu qed ngħid li kkonkludejna.", "(Interruzzjonijiet)", "CARMELO ABELA: Ħalli mbagħad wara nitkellmu bħala Kumitat.", "THE CHAIRMAN: Onor. Carmelo Abela, għandek raġun.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Nista' ngħid li we covered everything.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmilha ċara, jien ma kontx qed nagħmel dawn l-osservazzjonijiet għax fhimt li wasalna fil-konklużjoni tal-preżentazzjoni.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Il-punti li kellna niddiskutu eżawrejnihom kollha.", "Biss, nixtieq ninforma lis-Social Affairs Committee li l-Ministru nforma lill-MCESD li ħa żewġ rakkomandazzjonijiet li huma newtrali, u l-Kabinett approvahom.", "L-ewwel waħda hija li ssir a Pensions' Strategy Unit fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.", "Bażikament, Unit iddedikata b'erbgħa minn nies li r-raison d'être tagħha hija proprju biex iżżomm ir-riċerka fuq il-pensjonijiet ħajja.", "U r-rakkomandazzjoni li aħna għamilna fir-rapport hu li għandu jkun hemm kummissjoni fuq financial literacy u retirement information, ħalli nibdew nibnu dik il-kultura, u nibdew ninformaw xi jfissru ċerti deċiżjonijiet fuq is-sistema tal-pensjonijiet illum.", "U ġiet approvata li se titwaqqaf Kummissjoni Permanenti fuq financial literacy and capability.", "Dawn huma żewġ deċiżjonijiet newtrali vis-à-vis il-qafas, imma huma importanti għall-kontinwità tax-xogħol li jrid isir sabiex nistudjaw in-notional defined u r-rakkomandazzjonijiet l-oħra li hawn hawnhekk, u biex ikollna wkoll struttura ddedikata ħalli nibnu kultura ta' savings.", "CARMELO ABELA: Rigward l-aħħar Task Force li semmejt ,diġà kien hemm xi ħaġa fil-Budget preċedenti.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Anke fuq il-Pensions' Strategy Unit.", "CARMELO ABELA: L-isfortuna hi li l-Budget jgħid xi ħaġa, li mbagħad mhux dejjem issibha li twaqqfet.", "U forsi diġà ninsabu sentejn tard.", "Naf li kien hemm ukoll xi Cabinet memos fuqhom.", "CARMELO ABELA: Naqbel miegħek, imma fuq tal-financial literacy bażikament mhux qed nibnu kultura ta' tfaddil.", "Niftakar li konna ddiskutejna fuqha u kien hemm ukoll xi battuti.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Għandek raġun, u sfortuntament ma saritx.", "Fil-fatt, fir-rapport oriġinali, jiġifieri fl-istrategic review oriġinali, hemm chapter fuq kemm huwa importanti l-financial literacy, u jekk jinteressakom inkun nista' ngħaddilkom il-URLs tagħhom.", "Hemm tal-Awstralja, ta' New Zealand u tal-Kanada li huma affaxxinanti.", "Aħna, bħala Grupp, kuntenti li ttieħdu dawn iż-żewġ deċiżjonijiet, għax anke tal-Pensions' Strategy Unit sfortunatament ilha ġejja.", "CARMELO ABELA: Min-naħa tiegħi, nixtieq nirringrazzja lilek, Sur Spiteri Gingell, kif ukoll lis-Sur Micallef, ta' dawn iż-żewġ diskussjonijiet li għamiltu magħna, għax kienu verament informattivi.", "FREDERICK AZZOPARDI: Jekk ma jimpurtax nixtieq nagħmel mistoqsija, għax din kont għamiltha wkoll fil-laqgħa li kellna mal-MEUSAC, u jiddispjaċini ngħid li ma kontx ħadt risposta dakinhar.", "Kif nafu, ħafna kumpaniji biex jibqgħu vijabbli, qed jirrikorru għall-early retirement scheme.", "Issa r-riforma qed tgħid li din l-early retirement scheme, jekk jista' ikun, trid tispiċċa.", "La qegħdin ngħidu hekk, ir-riforma qiegħda taħseb biex tpatti għat-tneħħija ta' din l-iskema?", "L-uniku mezz biex kumpanija ma tfallix hija li tirrikorri għall-early retirement scheme, u allura f'dan il-każ x'se jkun hemm li jagħmel tajjeb biex ma jirrikorrux għall-early retirement scheme?", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Bħala Grupp, il-pożizzjoni tagħna hija li kemm jista' ikun ma jkunx hemm l-early retirement scheme, because it defeats the purpose li aħna rridu nżommu n-nies ġol-labour market.", "Min-naħa l-oħra, jien ma ngħix ġo bozza, u nifhem li jista' ikun hemm ċirkostanzi fejn kumpanija, biex tibqa' ħajja, jkollha tieħu ċerti deċiżjonijiet.", "Imma, nerġa' ngħid li, bħala prinċipju, wieħed ma jmurx għall-early retirement.", "THE CHAIRMAN: Fil-ftit minuti li fadlilna, l-membri tal-Grupp jistgħu joffru l-opinjoni tagħhom.", "L-ewwel nett, nirringrazzjakom tad-diskussjoni li għamiltu magħna hawnhekk, u nirringrazzja lill-grupp kollu li ħadmu fuq dan ir-rapport.", "Nifhem li seduta oħra se jkun hawn il-Ministru, li se jkompli jagħtina l-opinjoni tiegħu biex aħna nkunu nistgħu nimmaturaw il-fehmiet tagħna.", "Imma hawnhekk nixtieq li sħabi jkunu ftit miegħi, u nitlob lir-Research Analyst tagħna sabiex tipprova tieħu nota ta' dak li għedna sabiex tara x'kienu dawk il-punti li kien hemm qbil fuqhom, ħalli tibda minn issa tibni r-rapport tagħna.", "Jien ma nafx xi preżentazzjoni se jkun qed jagħmel il-Ministru f'dan is-sens, u ma nafx jekk hux ġej biex jagħtina l-ħsebijiet tiegħu.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Fil-każ niċċarawha mal-Ministru.", "THE CHAIRMAN: Jien qed ngħid il-proċeduri x'inhuma.", "Hawnhekk jien m'għandix idea, u għalhekk qed nitlob l-għajnuna tagħkom.", "Intom tixtiequ li l-Ministru jkun qiegħed hawnhekk flimkien ma' dan il-Grupp?", "U l-laqgħa nistgħu nagħmluha mhux nhar it-Tlieta li ġejjin, imma ta' wara?", "CARMELO ABELA: L-obbligu tas-Social Affairs Committee huwa li jiġi briefed mill-Working Group, u allura l-iskop tal-liġi sar.", "Issa se nisimgħu lill-Ministru mhux biex jgħidilna l-opinjonijiet tiegħu, imma biex jgħidilna x'inhuma l-opinjonijiet tal-Gvern fuq dan ir-rapport.", "Rigward ir-rapport li potenzjalment jista' jagħmel is-Social Affairs Committee, naħseb li dan għandu jkun rapport b'differenza, jekk naqblu li għandu jsir xi tip ta' rapport, għax jien għadni daqsxejn xettiku fuq x'tip ta' rapport nistgħu nagħmlu.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmel mistoqsija, imma ma nafx min jista' iwieġeb.", "CARMELO ABELA: Jien qed nipprova nagħti l-opinjoni tiegħi.", "THE CHAIRMAN: Elaine, nitolbok iġġibilna understanding aħjar milli għandna s'issa.", "Are we expected to draft a report, jew inkella kulma rridu huwa li nisimgħu dak li kellhom jgħidulna, u ma nagħtux il-veduti tagħna?", "CARMELO ABELA: Fil-Liġi tas-Sigurtà Soċjali, l-obbligu qiegħed fuq il-Working Group, u mhux li aħna nagħmlu rapport.", "Issa, jekk aħna niddeċiedu jew naqblu bħala Membri li għandna nżidu xi ħaġa, allura ngħidu li se nagħmlu rapport.", "Imma meta għandek suġġett daqshekk delikat – mhux mill-aspett politiku, imma fih innifsu – u s-sinjuri ta' quddiemna u oħrajn li ħadmu fuqu damu s-snin biex ħejjewh, għalhekk ma naħsibx li aħna nistgħu naqbdu u nagħmlu rapport hekk, biex ngħidu li għamilna rapport.", "THE CHAIRMAN: Nagħmlu rapport abbażi ta' dak li smajna hawnhekk.", "Għalhekk naħseb li, aktar milli niddiskutu bejnietna, bħala Membri rridu naraw x'tip ta' rapport nixtiequ li jkun hemm, għax m'għandniex nagħmlu rapport biex ngħidu li għamilna rapport.", "Jekk naqblu li għandu jkun hemm rapport, dan irid ikun differenti minn dak li għamilna qabel.", "Jista' ikun an input jew inkella an addendum ta' dak li smajna, jew inkella forsi ngħidu li din issue ta' min wieħed jagħti kasha iktar, imma naħseb li ta' min niddiskutu ftit kif għandu jkun ir-rapport.", "Imma l-obbligu skont il-liġi kien li jsir ir-rapport tal-Working Group, imma mhux li s-Social Affairs Committee jagħmel ir-rapport hu.", "THE CHAIRMAN: Onor. Zammit, filwaqt li tibqa' in possession, se nagħmillek din ir-rimarka: 'Imma biex nagħmlu dak li qed tgħid inti, irridu nagħmluh in a written form?'", "THE CHAIRMAN: Jiena naħseb li, biex nagħmlu dak li qed tgħid inti, xi forma ta' rapport huwa meħtieġ.", "ANTHONY ZAMMIT: Both sides of the House għandhom jiġu flimkien.", "THE CHAIRMAN: Aħna diġà qegħdin flimkien fuq din il-bażi", "CARMELO ABELA: Naħseb li aħna nappartjenu għall-gruppi parlamentari rispettivi tagħna, u għalhekk jiena nkun nixtieq li nitkellem f'aktar dettall fi ħdan il-Grupp Parlamentari tiegħi biex wieħed jara x'deċiżjoni se jieħu.", "L-opinjoni individwali tagħna għandha impatt u m'għandhiex, imma jien ma nirrappreżentax lili nnifsi.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Onor. Abela, min-naħa tiegħi, nista' ngħidlek li, jekk tridu li nagħmlulkom aktar preżentazzjonijiet, aħna bħala Working Group ninsabu għad-dispożizzjoni tagħkom.", "CARMELO ABELA: Safejn naf jien, għandna niltaqgħu xi darba.", "IS-SUR DAVID SPITERI GINGELL: Jiġifieri, jekk tkun trid li niġu biex nitkellmu – u din qed ngħidha għaż-żewġ naħat rispettivi – anke mal-Grupp Parlamentari, aħna qegħdin għad-dispożizzjoni tagħkom.", "CARMELO ABELA: Kollox sew, u nwassal il-messaġġ tagħkom.", "CARMELO ABELA: Is-sens li qed nitkellem bih mhux dak li qal is-Sur Spiteri Gingell, u jien irrid nirringrazzjah, u bħala Oppożizzjoni nikkonferma li ltqajna magħhom ukoll.", "Li qed ngħid hu li rridu noqogħdu attenti fuq il-pożizzjoni li jista' jieħu s-Social Affairs Committee, għax aħna qegħdin fil-gruppi parlamentari rispettivi tagħna, u ma nistax ngħid jien x'naħseb għax mhux qiegħed hawnhekk biex nirrappreżenta lili nnifsi.", "U allura jekk se nagħtu xi tip ta' pożizzjoni, trid tkun konfortata wkoll mill-kollegi tiegħi.", "Naf li qed issir diskussjoni, u tajjeb li din tkompli ssir.", "THE CHAIRMAN: Id-direzzjoni li nixtieq nipprovdi hi li, wara li aħna smajna dan ir-rapport, ninsab konxju li ħadd mhu qed jistenna li aħna jkollna l-financial social background li għandhom l-esperti li ġew quddiemna, għax aħna politiċi.", "Fl-aħħar mill-aħħar, aħna se nkunu qegħdin nikkonkludu l-ideat tagħna fuq dak li smajna, bla preġudizzju għal ideat oħra, imma marbutin fuq dak li smajna.", "Issa jiena ma niddejjaqx, anzi favur ħafna li noħorġu rapport bi qbil unanimu bejnietna, anke wara li nkunu smajna lill-Ministru.", "Min-naħa tiegħi, rrid nistaqsi lill-Ministru affarijiet biex jissostanzjaw l-ideat li jista' ikolli abbażi ta' x'irrid nagħmel fir-rapport.", "Onor. Abela, jiena m'għandix il-biża' li jista' għandek inti għax irrid nerġa' immur lura lejn il-Grupp Parlamentari tiegħi.", "CARMELO ABELA: Jien m'għandix dan il-biża', imma li qed ngħid hu li, jekk aħna se naqblu fuq xi tip ta' rapport u se nieħdu ċerta pożizzjoni, irridu naraw x'fehma għandhom il-gruppi parlamentari rispettivi tagħna.", "Kif diġa' għedt, aħna ma nirrappreżentawx lilna nfusna.", "THE CHAIRMAN: Jiena kelli din il-kuxjenza: abbażi tar-rapporti kollha li aħna s'issa ppubblikajna, u abbażi tad-diversi persuni li aħna smajna, pensjonanti, persuni b'diżabilità u kulmin ġie quddiemna u sawwar fina l-kuxjenza li aħna għandna llum, jien nista' nieħu nota ta' kull proposta li ressaqna, u jekk hemm proposta li setgħet diġà ħarġet f'rapport ieħor, imma li titkellem fuq xi tip ta' pensjoni adegwata … jiena nkun konxju tagħha biex issa, li aħna smajna x'inhuma s-suġġerimenti li qed jagħmel dan il-grupp tekniku, aħna bħala politiċi lill-Gvern nagħtuh ir-rapport tagħna, li se jkun wieħed elementari imma b'kuxjenza soċjali.", "U jekk hemm xi nuqqasijiet li ġew murija lilna, kif kien qed jgħid l-Onor.", "Zammit, jien ma niddejjaq xejn – minkejja li ġej minn naħa tal-Gvern – li f'dan ir-rapport ngħid li hawnhekk qed nitilfu l-ħin, u li naħseb li jkun tajjeb li l-Gvern jieħu nota biex ma jintilifx aktar ħin.", "Imma nemmen li dan irridu nagħmluh bil-kitba.", "Jiena naħseb li din l-islide tiġbor kollox fiha.", "Jekk aħna għandna indikazzjoni li jeħtieġ li jkun hawn kultura ta' tfaddil, ejjew fir-rapport tagħna nitkellmu fuqha.", "Jiena ma niddejjaqx li kieku nagħmel din il-proposta, u lill-Elaine nagħtuha minn issa sabiex taħseb minn kull wieħed minna x'jaħseb li għandhom ikunu l-highlights tal-proposti tagħna.", "Ma niddejjaq xejn li nitlob lis-Sur Spiteri Gingell u lis-Sur Micallef sabiex jgħinu lil Elaine fil-formolazzjoni ta' dan ir-rapport.", "Issa, jekk Elaine tgħidilna li mhuwiex possibbli li jsir, allura nitlobha tgħidli, imma naħseb li nistgħu nipprovdu rapport li ma jkunx kuntrarju għal dak li ġie ppreżentat lilna.", "Ovvjament, aħna mhux se nikkupjaw minn fuq dak ir-rapport, imma għandu jkun rapport minn politiċi li għandhom għal qalbhom l-element tal-kuxjenza soċjali, u hawnhekk niġu biex imbagħad naqblu dwaru.", "Jekk hemm xi ħadd li jkun irid iressaq xi proposta – u din konna għedniha oriġinarjament kważi erba' snin u nofs ilu – jew forsi ma jkunx jaqbel ma' xi proposta mressqa, dak ir-rapport irid jindika wkoll li t-tali ma qabilx, biex nuru l-fehma ta' kulħadd.", "Issa ma naħsibx li se naslu s'hemm, qatt ma wasalna s'hemm, imma dejjem konna tal-fehma li r-rapporti tagħna juru l-opinjoni ta' kulħadd.", "Jekk it-tali għandu opinjoni mod, ma jimportax li fir-rapport tagħna jkun hemm miktub li t-tali kellu dik l-opinjoni, għaliex aħna mhux se nimxu bil-maġġoranza.", "L-opinjoni ta' kulħadd se tkun qiegħda fir-rapport.", "Jekk taqblu ma' din il-proċedura, jiena ma niddejjaq xejn li nimxu magħha.", "Naħseb li dik hija l-core tal-presentation kollha.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, l-ewwel nett nirringrazzja lill-membri kollha ta' dan il-Working Group, b'mod speċjali lis-Sur Micallef u lis-Sur Spiteri Gingell.", "Li rrid ngħid jien hu li, meta aħna qed ngħidu li se nagħmlu rapport, mhux qed ngħidu li se nagħmlu rakkomandazzjoni, għax dak naturalment inħalluhom għall-Working Group u għall-esperti.", "Li rrid ngħid hu li rridu nagħmlu analiżi ta' dak li smajna.", "Pereżempju, f'rapporti oħra konna ħadna l-prassi li nagħmlu l-ispjegazzjonijiet li talab il-membru tal-bord u r-reaction tal-esperti x'sar…", "Elaine, ħalli nagħmel mistoqsija lilek, għax fl-aħħar mill-aħħar inti trid tpoġġi jdejk mal-karta.", "Huma workable il-proposti li qegħdin naqblu fuqhom bħala Membri?", "(Interruzzjonijiet)", "ANTHONY ZAMMIT: Le, impossibbli li jsir hekk.", "Imma inti tista' issegwi dak li qegħdin ngħidu u naqblu dwaru.", "Nirringrazzjakom.", "Il-laqgħa li jmiss hija mal-Ministru Chris Said.", "Nhar it-Tlieta se nibdew fis-6.00 p.m., u hopefully din se tkun laqgħa konklussiva b'kontinwazzjoni tal-ewwel laqgħa li kellna.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-9.00 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120626_137d_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 74", "It-Tnejn, 2 ta' Lulju 2012 fil-5.00 pm", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 2 ta' Lulju 2012 fil-5.00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Mozzjoni li tawtorizza l-ħruġ ta' Ordni mill-Prim Ministru dwar l-approvazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Marzu 2011 li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' mekkaniżmu ta' stabbilità għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/99/UE).", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120702_074a_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 2 ta' Lulju 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fil-5:12 p.m.", "L-Onor Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment (sostitut tal-Onor Francis Agius), l-Onor Charlò Bonnici, l-Onor Leo Brincat, l-Onor Beppe Fenech Adami, l-Onor Charles Mangion (sostitut tal-Onor Owen Bonnici), l-Onor Alfred Sant (sostitut tal-Onor Luciano Busuttil) u l-Onor George Vella.", "Preżenti wkoll kien hemm l-Onor Karmenu Vella.", "Il-Kumitat qabel li din il-laqgħa tiġi video streamed fuq is-sit elettroniku tal-Parlament.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħat numri 72 u 73 li saru fit-13 u l-14 ta' Ġunju 2012 kienu konfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-PRESIDENT", "Il-President ippreżenta u poġġa fir-records tal-Kumitat dawn il-15-il riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li ntbagħtu għall-attenzjoni tal-parlamenti nazzjonali:-", "Dokument 1133 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2012 dwar l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna tal-Unjoni Ewropea (2010/2308 (INI)) - P7_TA-PROV(2012)0207;", "Dokument 1134 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2012 dwar l-approċċ tal-UE rigward id-dritt kriminali (2010/2310(INI)) - P7_TA-PROV(2012)0208;", "Dokument 1135 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2012 dwar strateġija għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-konsumaturi vulnerabbli (2011/2272(INI)) - P7_TA-PROV(2012)0209;", "Dokument 1136 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro (COM(2011)0295 – C7-0140/2011 – 2011/0131(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0210;", "Dokument 1137 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 302/2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (COM(2011)0330 – C7-0154/2011 – 2011/0144(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0214;", "Dokument 1138 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta' rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed (tfassil mill-ġdid) (COM(2011)0566 – C7-0269/2011 – 2011/0243(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0215;", "Dokument 1139 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Możambik (18059/2011 – C7-0028/2012 – 2011/0378(NLE)) - P7_TA-PROV(2012)0216;", "Dokument 1140 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta' taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE (COM(2011)0594 – C7-0355/2011 – 2011/0261(CNS)) - P7_TA-PROV(2012)0217;", "Dokument 1141 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Mejju 2012 dwar il-ġlieda kontra l-omofobija fl-Ewropa (2012/2657(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0222;", "Dokument 1142 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Mejju 2012 dwar Ewropa li tuża r-riżorsi b'effiċjenza (2011/2068(INI)) - P7_TA-PROV(2012)0223;", "Dokument 1143 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Mejju 2012 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta' valur ugwali (2011/2285(INI)) - P7_TA-PROV(2012)0225;", "Dokument 1144 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Mejju 2012 dwar il-kwoti Svizzeri dwar in-numru ta' permessi ta' residenza mogħtija liċ-ċittadini tal-Polonja, il-Litwanja, il-Latvja, l-Estonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka u l-Ungerija (2012/2661(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0226;", "Dokument 1145 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Mejju 2012 dwar l-irtirar possibbli tal-Veneżwela mill-Kummisjsoi Inter-Amerikana tad-Drittijiet tal-Bniedem (2012/2653(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0227;", "Dokument 1146 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Mejju 2012 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Azerbajġan (2012/2654(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0228; u", "Dokument 1147 Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Mejju 2012 dwar sostenn kontinwu u ikbar għall-vaċċinazzjonijiet f'pajjiżi li qiegħdin jiżviluppaw - P7_TA-PROV(2012)0230.", "MOZZJONI LI TAWTORIZZA L-ĦRUĠ TA' ORDNI MILL-PRIM MINISTRU DWAR L-APPROVAZZJONI TAD-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW TAL-25 TA' MARZU 2011 LI TEMENDA L-ARTIKOLU 136 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA FIR-RIGWARD TA' MEKKANIŻMU TA' STABBILITÀ GĦALL-ISTATI MEMBRI LI L-MUNITA TAGĦHOM HIJA L-EURO (DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/99/UE)", "Il-President qiegħed fir-records tal-Kumitat kopja tad-dokumenti li ġejjin li kienu ġew ċirkolati lill-Membri:-", "Dokument 1148 Kopja ta' Mozzjoni Nru. 312 dwar il-Ħruġ ta' Ordni mill-Prim Ministru dwar l-approvazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Marzu 2011 li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' mekkaniżmu ta' stabbilità għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro;", "Dokument 1149 Kopja ta' tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Marzu 2011 li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' mekkaniżmu ta' stabbilità għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro;", "Dokument 1150 Kopja tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' mekkaniżmu ta' stabbilità għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro;", "Dokument 1151 Kopja tal-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' mekkaniżmu ta' stabbilità għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro;", "Dokument 1152 Kopja tal-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' mekkaniżmu ta' stabbilità għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.", "Il-Kumitat iddiskuta l-mozzjoni li kellu quddiemu fejn ħadu sehem ukoll Dr Peter Grech, Avukat Ġenerali, u s-Sur Ivan Saliba, uffiċċjal fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.", "Il-Kumitat qabel li l-President jirrapporta lill-Kamra li fil-Kumitat kien hemm qbil unanimu favur il-Ħruġ ta' din l-Ordni mill-Prim Ministru kif indikat fil-mozzjoni b'riserva min-naħa tal-Membri tal-Oppożizzjoni sabiex mar-ratifika l-Gvern ta' Malta jagħmel side letter fejn fiha jiġi ċċarat li l-Gvern Malti qiegħed jifhem li l-mekkaniżmu ta' stabbilità ma jiġix attivat biss sabiex tiġi salvagwardjata l-istabilità taż-żona tal-euro kollha imma jiġi attivat ukoll sabiex tiġi salvagwardjata l-istabilità ta' Stati Membri individwali, inklużi Stati Membri relattivament żgħar bħal Malta li ma jkollhomx impatt fuq iż-żona tal-euro kollha.", "Fl-6:20 pm il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120702_074m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 138", "It-Tlieta, 03 ta' Lulju, 2012", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 03 ta' Lulju, 2012 fis-6.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni u spjegazzjoni minn ministeri, entitajiet u kumpaniji dwar fuq liema bażi xjentifika qed isir ix-xogħol fil-qasam tar-radjazzjoni elettromanjetika li tiġi mill-antenni tat-telefonija ċellulari – Continuation.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120703_138a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 138", "It-Tlieta 03 ta' Lulju, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 138", "It-Tlieta 03 ta' Lulju, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-06:08 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 137, li saret nhar it-Tlieta, 26 ta' Ġunju 2012, ġew ikkonfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Ninforma lill-Kumitat li rċevejt din il-korrispondenza:", "Email datata 30 ta' Ġunju 2012, mingħand is-Sur Howard J Zammit, Lecturer fil-Junior College, rigward il-kwestjoni tar-radjazzjoni elettromanjetika.", "F'din l-email jagħti l-ħsebijiet tiegħu, kif ukoll xi proposti fuq din il-materja.", "Email datata 02 ta' Lulju 2012, mingħand is-Sur Mario Desira, rigward il-kwestjoni tar-radjazzjoni elettromanjetika.", "F'din l-email qed jagħtina l-ħsebijiet tiegħu dwar din ir-radjazzjoni, u jagħti s-suġġerimenti fejn għandhom jitwaħħlu dawn l-arbli tal-antennae.", "Se nagħmel din il-korrispondenza pubblika, ħalli kulħadd ikun jista' jaraha.", "THE CHAIRMAN: Illum se nkomplu d-diskussjoni li konna bdejna ftit ilu fuq l-antennae tal-mobile phones li nsibu fuq il-bjut tad-djar madwar Malta u Għawdex.", "U se nibdew din il-laqgħa billi nitolbu lit-tliet rappreżentanti tat-tliet kumpaniji li dehru quddiemna fis-seduta preċedenti – jiġifieri l-GO, il-Melita plc u l-Vodafone – sabiex jirrispondu xi mistoqsijiet li kienu saru mill-awtoritajiet konċernati, u mbagħad inkunu nistgħu nkomplu s-seduta billi nitkellmu mar-rappreżentanti tal-awtoritajiet l-oħra li, fil-laqgħa preċedenti, ma kellhomx ċans jitkellmu.", "Ovvjament, din il-laqgħa hija waħda pubblika, u l-pubbliku ġie avżat b'din il-laqgħa permezz ta' Press Release, u għalhekk min ried seta' jattendi llum magħna.", "Din il-laqgħa se tiġi streamed live fuq l-Internet ukoll, u għalhekk kulħadd jista' isegwina mid-dar tiegħu jew mill-inews rooms tagħhom.", "Għaldaqstant, irrid infakkarkom sabiex toqogħdu attenti x'tgħidu, u nfakkarkom ukoll li, għall-fini tat-transcript, tgħidu isimkom u mil-liema entità jew kumpanija ġejjin meta tkunu se titkellmu.", "Fil-laqgħa preċedenti li kellna fuq l-istess suġġett, kienu preżenti magħna rappreżentanti tat-tliet kumpaniji ewlenin tat-telefonija ċellulari.", "Kulmin sema' l-aħħar laqgħa li kellna fuq dan is-suġġett, seta' jisma' ir-risposti kważi identiċi li taw it-tliet kumpaniji għall-mistoqsijiet li għamlu l-membri ta' dan il-Kumitat.", "Jien kont ġbidt l-attenzjoni tat-tliet kumpaniji b'mistoqsija sempliċi imma pjuttost goffa, fejn staqsejthom jekk huma jagħtux garanzija li l-antennae ma jagħmlux ħsara.", "Ir-risposta kienet li l-ebda kumpanija ma tagħti din il-garanzija.", "Saru statements mir-rappreżentanti tal-kumpaniji li rrispondew b'tali mod, u mbagħad qalulna li huma ma jistgħux ikomplu jamplifikaw, anke jekk qegħdin nitkellmu fuq radjazzjoni, minħabba li huma kienu inġiniera jew xi ħaġa oħra u mhux mill-qasam mediku!", "Issa llum irridu naraw x'se jirrispondu r-rappreżentanti li ġejjin proprju mill-qasam mediku.", "Qiegħed nagħmel dawn il-hints qosra sabiex nirrikapitola dawk il-punti saljenti tal-laqgħa preċedenti.", "L-aktar risposta li lili ħasditni – u llum se nerġa' nistaqsiha lit-tliet kumpaniji flimkien – kienet proprju dik meta staqsejna x'jista' jiġrilu dak il-ħaddiem li jiġi espost għar-radjazzjoni meta jiġi biex jaħdem quddiem antenna.", "Dakinhar kontu għedtulna li kull impjegat ikollu apparat apposta, ħalli meta jkun qiegħed jaħdem viċin antenna turih x'livelli ta' radjazzjoni qiegħed jiġi espost għalihom dak il-ħin.", "Dwar dan issa nistaqsi lil xi ħadd minnkom sabiex jitkellem f'isem kulħadd, jew inkella nieħdu risposta mingħand it-tlieta li intom.", "Għedtulna wkoll li, jekk ħaddiem jinjora l-apparat li jkollu meta jkun qiegħed jaħdem quddiem antenna li ma ġietx mitfija … Għedtulna wkoll li, jekk xi ħadd mis-sidien tad-djar ikun se jagħmel xi xogħol fil-viċinanzi tal-antenna, javżakom u intom titfu dik l-antenna.", "Nitlobkom tikkorreġuni jekk jien żbaljat f'dak li qed ngħid.", "Issa allura, jekk ħaddiem jinqabad jaħdem għal ammont ta' ħin quddiem antenna, xi ħsara tkun qed tiġrilu?", "U għal din il-mistoqsija ma kellniex risposta fl-aħħar laqgħa li għamilna fuq dan is-suġġett.", "Għaldaqstant, illum nixtieq nisma' mingħandkom it-tlieta x'risposta għandkom.", "ADRIAN ZAHRA (Radio Networks Planning & Optimisation Manager, Vodafone): Naħseb li l-ewwel ħaġa li rridu nibdew minnha hi minn fejn ġej dan il-livell li qed nitkellmu fuqu.", "Dan il-livell ġie determinat mill-ICNIRP, fejn dawn kienu stabbilixxew livell li fih ix-xjenza kienet kapaċi tipperċepixxi xi forma ta' effett fuq il-bioloġija tal-ġisem, liema effett kien a slight rise in surface temperature.", "Issa hawnhekk qed nitkellmu fuq deċimali ta' degrees, u mhux qed nitkellmu fuq 2 jew 3 degrees rise in temperature.", "Dawn iddeterminaw livell li fih ikun hemm dan l-effett.", "U biex żgur ikunu safe, qabdu dan il-livell u għamlu downsizing tiegħu biex jibnu margin enormi fih, u dak il-livell ikun aċċettabbli għax żgur li mhux se jħalli xi effetti li jistgħu jarawhom.", "Mela bdejna mill-fatt fejn, bix-xjenza kif ġiet żviluppata, llum stajna naraw xi forma ta' effett, u dan l-effett ġie mkejjel għax huwa effett fiżiku, u mhux xi babaw ta' moħħna.", "L-ICNIRP għamlet downsizing – għax huma n-nies kompetenti fl-oqsma tagħhom – għal-livell li nafu li żgur li m'hemmx measureable effects.", "Importanti li nifhmu l-kunċett ta' measureable u mhux measureable, x'kapaċi naraw, x'kapaċi nħossu, x'kapaċi nivviżwalizzaw.", "Għaldaqstant, aħna f'dak il-punt ma konniex kapaċi nagħtu risposta fuq x'jiġri jekk jinqabeż dak il-livell, u dan għaliex l-ewwel nett, bl-equipment li għandna, żgur li mhux se nilħqu l-livell oriġinali u li bih titla' l-iskin temperature bi ftit degrees, which is the scientifically proven element li nistgħu naraw illum.", "Għalina dik kienet qisha mistoqsija, bħal meta qed ngħidu li l-liġi tgħidlek li ma tistax issuq iktar minn 60 kilometru fis-siegħa.", "Għaliex il-liġi tgħid hekk?", "Il-liġi tgħid hekk biex inti żgur ma tkunx ta' dannu għalik jew għal ħaddieħor fit-triq.", "Bl-istess mod, ma nistgħux ngħidu x'jiġri jekk issuq b'aktar minn 60 kilometru fis-siegħa.", "Naħseb li kulħadd jaqbel miegħi li ftit huma l-każi li jaħbtu, imma jeżistu wkoll, u dawn ikunu ta' dannu għal ħafna nies.", "Ma jfissirx li, billi jinqabeż il-livell, hemm xi forma ta' effett li huwa pprovat, jew li huwa perċepibbli, jew li huwa tanġibbli.", "U x-xjenza sal-lum mhijiex kapaċi tiddetermina b'ċertezza li m'hemmx effetti ħżiena, u din importanti li nifhmuha għax ħafna mir-riċerka ssir fuq bażi ta' ipotesi.", "Mela jien għandi ipotesi, niġbor l-informazzjoni, nanalizzaha – jiġifieri, nara kemm hemm nies jgħixu madwar l-antennae, kemm in-nies huma exposed u dan it-tip ta' affarijiet – u nara jekk nistax nistabbilixxi korrelazzjoni b'ċertu livell ta' ċertezza fuq jekk dik l-ipotesi hijiex ipprovata jew le.", "Mela, jien nista' nitlaq mill-ipotesi tiegħi li l-antennae jagħmlu l-ħsara.", "F'dak il-każ, I cannot prove it with certainty li jagħmlu l-ħsara.", "U llum ix-xjenza qiegħda titlaq minn dik l-ipotesi, jiġifieri hi qed tipotizza li jagħmlu, biex żgur jekk jagħmlu, ssib il-ħsara.", "Jiġifieri x-xjenza llum, safejn hi żviluppata, mhijiex kapaċi tiġbor korrelazzjoni, fis-sens li mhijiex kapaċi li tipprova jew li tmeri dik l-ipotesi.", "Dak li nista' ngħid min-naħa tiegħi.", "Fuq il-livell tal-ICNIRP, ix-xjenza stabbilixxiet xi ħaġa li hija tanġibbli, u aħna nimxu ma' dak il-livell.", "Lil hinn minn dak il-livell, l-unika ħaġa li teżisti hija a slight rise in surface body temperature, li prattikament hija l-istess bħal meta tmur toqgħod fix-xemx.", "DR IAN GAUCI (GO): Nixtieq inżid xi ħaġa ma' dak li qal il-kollega tiegħi, fis-sens li aħna meta qed nitkellmu fuq base station, fejn l-aħħar darba għamilna enfasi fuq l-ICNIRP – m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa li mhijiex regolata.", "U issa li qegħdin fl-Unjoni Ewropea, dak l-equipment għandu electricity standards u hemm id-direttiva fuq l-electricity that it has to be complied with.", "Apparti minn hekk, għandek ukoll it-terminal equipment li fuqu għandek direttiva speċifika, u dik id-direttiva mil-lat ta' terminal equipment f'base station li nġibu huwa kollu CE approved.", "Imbagħad kif spjegajna l-aħħar darba, anke l-livelli tal-ICNIRP huma sanċiti mil-lat tal-liġi, sija mil-lat tat-Telecommunications Framework għall-operaturi, sija mil-lat ta' direttivi speċifiċi, u minħabba l-Physical Agents Directive li qegħdin fl-Occupational Health & Safety u mil-lat ta' regolamenti, u sija mil-lat ta' meta nixtru mobile.", "Meta tixtri mobile għandek dik li jgħidulha l-iSpecific Absorption Rate, li hija rregolata mill-ICNIRP.", "Imbagħad, hemm direttivi apposta fejn terġa' tapplika n-99/9 li hija fuq it-terminal equipment, u l-livelli tal-ICNIRP huma stabbiliti minn dik id-Direttiva wkoll.", "Jiġifieri, per se nistgħu ngħidu li huwa ambjent regolat u aħna nottemporaw ruħna miegħu.", "Hemm ukoll l-esperjenza tal-operaturi fejn nipprovaw mill-aħjar li nistgħu – għax, at the end of the day, kulħadd uman – sabiex l-impjegati tagħna jkollhom a very safe environment.", "Forsi biex nispjega ftit is-safety factors li semma' il-kollega tiegħi, xtaqt ngħid li hemm distinzjoni fil-livelli tas-safety factors bejn dak li jgħidulu l-occupational exposure, u dak li huwa l-general public exposure.", "Il-kollega semma li hemm dak is-safety margin li huwa multiplied by 10 fejn tidħol occupational exposure, u multiplied by 50 fejn tidħol general public exposure.", "Jiġifieri l-ICNIRP guidelines innifishom jieħdu in konsiderazzjoni d-distinzjoni bejn dawk in-nies li huma exposed to EMF on an accidental basis, u dawk li huma exposed minħabba x-xogħol tagħhom.", "U huwa għalhekk li hemm din id-distinzjoni bejn l-exposure limits u bejn il-precautionary levels.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, service providers barranin, bħalma għandna hawn Malta, li naturalment għandhom il-mother companies tagħhom barra minn pajjiżna, jużaw xi tip ta' teknoloġija differenti minn dak li nużaw hawnhekk, jew inkella din it-teknoloġija tintuża kullimkien?", "Bħala Vodafone nużaw l-istess equipment, u diffiċli nemmen li l-oħrajn mhumiex bħalna, fis-sens li l-equipment ħafna drabi huwa konformi ma' standards stretti ħafna.", "Dan l-istandard huwa stabbilit minn bord internazzjonali li fih prattikament hemm l-istakeholders kollha fit-teknoloġija: min jimmanifattura l-mobiles, min jimmanifattura t-test equipment għall-EMF, eċċ. Kulħadd qiegħed fih, u l-equipment li ssib hawn Malta se ssibu l-Ġermanja, l-Iskandinavja, l-Ingilterra u f'kull pajjiż ieħor li joperaw bit-3G network jew bil-GSM network.", "Prattikament, illum il-GSM qiegħed kważi f'kull pajjiż tad-dinja.", "CARMELO ABELA: Qed nifhem tajjeb li fil-pajjiżi tal-Ewropa m'hemmx sistemi oħra jew alternattivi oħra għall-antennae, jew għall-mast antennae kif għandna hawnhekk?", "Jiġifieri kull pajjiż fl-Unjoni Ewropea jużaw l-istess tip ta' sistemi li qed nużaw hawnhekk?", "ADRIAN ZAHRA: L-istess tip ta' sistemi, l-istess mudelli ta' antennae u anke jitwaħħlu fuq il-bjut, mal-faċċati tad-djar u mal-faċċati ta' bini kbir, bil-feeder cables jiġru ġol-bini u ġot-tunnels tal-underground u fit-tunnels ġol-muntanji.", "Pereżempju, fl-underground tal-Ingilterra jew tal-Ġermanja, ssib network coverage kullimkien!", "Prattikament, dawn għandhom l-antennae ma' rasek ġot-tunnels tal-underground.", "Jiġifieri din mhijiex xi ħaġa li qed issir biss f'dan il-pajjiż, u dan isir dejjem b'rispett mal-ICNIRP values.", "CARMELO ABELA: Ħadd mhu qed jgħid li din hija xi issue lokali, imma jien għandi informazzjoni li hemm ċerti pajjiżi li f'żoni residenzjali jużaw tip ta' teknoloġija li forsi hija iktar avvanzata minn dak li mdorrijin biha hawnhekk, u li din it-teknoloġija hija iktar cautious minn dik li għandna llum.", "Tafu biha din it-teknoloġija?", "INĠ.", "ADRIAN ZAHRA: To my knowledge, l-equipment hu dak li hu.", "L-ewwel nett, l-equipment tista' tirregolalu l-power tiegħu.", "Apparti minn hekk, ma nistax nifhem x'tip ta' teknoloġija tista' tkun din li kapaċi toffri l-livell ta' servizz li għandna llum.", "CARMELO ABELA: Ippermettili nagħmel premessa żgħira hawnhekk, għax dan l-equipment naturalment iqum aktar.", "Skużawni, imma jien m'iniex bniedem tekniku, u allura ma nistax nagħtikom aktar dettalji fuqu, imma lili qaluli li dan l-equipment jipprovdi servizz – kif kull kumpanija hawnhekk preżenti jixtiequ jagħtu servizz lill-klijenti tagħhom – li huwa inqas harmful.", "Ovvjament, il-capital cost tiegħu huwa aktar mill-equipment l-ieħor.", "Dik l-informazzjoni li għandi, imma ma nafx jekk din l-informazzjoni hijiex tajba jew le.", "DR IAN GAUCI: Irrispettivament mill-equipment, aħna għedna li t-type of equipment li jidħol Malta huwa regolat minn Direttiva sanċita fil-liġi tagħna mil-lat ta' product liability.", "Imma ejja nerġgħu lura għal dak li tkellimna dwaru l-aħħar darba.", "Bħala operaturi – irrispettivament mill-equipment li nużaw mat-teknoloġija, għax il-liġi hija technology neutral – aħna obbligati li nottemporaw mal-ICNIRP, u allura hawnhekk se jkolli ma naqbilx ma' dak li għedt inti aktar qabel.", "Nuża x'nuża bħala teknoloġija, u tqum kemm tqum dik it-teknoloġija – kull operatur hawnhekk għandu l-business case tiegħu, u mhijiex kwestjoni ta' flus – aħna għandna obbligu mil-lat tal-Awtorità, u anke għaliex l-ICNIRP huwa sanċit fil-liġi, u allura aħna obbligati li nżommu ma' dawk il-limits.", "Għaldaqstant, m'iniex qed nara rilevanza għal din il-mistoqsija.", "CARMELO ABELA: Min-naħa tagħna, ħadd mhu qed jiddubita minn xi kumpanija għaliex din mhux qiegħda timxi mal-liġi li hawn fil-pajjiż.", "U jekk ġejt miftiehem hekk, nista' ngħidilkom li mhux hekk ridt ngħid.", "Imma jien qiegħed nistaqsi fuq alternattivi teknoloġiċi li jwasslu għall-istess riżultat, li kull kumpanija tixtieq toffri servizz lill-klijenti tagħha, li huma wkoll konformi mal-liġijiet internazzjonali bħal dawk li qed tużaw bħalissa, imma għal pajjiż żgħir bħal tagħna forsi dawn it-tip ta' teknoloġiji, li huma potenzjalment inqas harmful minn dawk li qegħdin nużaw illum, jistgħu jiswew aktar bħala capital investment għall-kumpanija li tiddeċiedi li tagħmel lilhom.", "Imma dawn it-teknoloġiji jistgħu forsi jagħtu aktar serħan il-moħħ li min qiegħed viċin dawn l-antennae ma jsofrix, għax jidher li hemm studji differenti, kif ukoll hemm ħafna rapporti li jistgħu jkunu konfliġġenti …", "ADRIAN ZAHRA: Li xtaqt nifhem eżatt hu liema hi r-riga li biha se nkejlu x'inhu l-iżjed jew l-inqas harmful, għax sal-lum l-unika riga li għandna hija l-ICNIRP.", "U allura, bħala operaturi, rridu nimxu ma' dik ir-riga.", "U, to my knowledge, t-teknoloġija hi dik li hi, u żgur li din ma tistax tiġi vvintata fi żmien ġimgħa, u sal-lum is-soluzzjonijiet li jeżistu madwar id-dinja kollha għandna ġewwa Malta!", "Jiġifieri, diffiċli nemmen li hemm xi ħaġa hemm barra li aħna, speċjalment bħala board room, ma konniex konxji tagħha to some extent.", "Aħna għandna operazzjonijiet f'għexieren ta' pajjiżi u fl-aktar swieq avvanzati madwar id-dinja, u żgur li jekk hemm teknoloġija li kapaċi toffri livelli ta' performance ugwali, mingħajr ma jkollna l-issue ta' concerns minn nies, allura żgur li kien ikollna notifika tagħha.", "U dik hija xi ħaġa li nista' ngħidha b'ċertezza.", "Naturalment, jekk tista' tagħtina aktar dettalji fuq din it-tip ta' teknoloġija, aħna nkunu nistgħu nagħtu l-kummenti tagħna aktar fid-dettall.", "CARMELO ABELA: Hawnhekk m'għandix din l-informazzjoni, imma jekk ikolli ngħaddihilkom, bil-qalb kollha.", "Issa hawnhekk nixtieq nagħmel analoġija ma' x'kien jiġri fis-snin Sittin fejn jidħol l-asbestos.", "Illum ġie aċċettat minn kulħadd li l-asbestos jagħmel il-ħsara, u kien hemm ukoll kawżi fil-qrati fejn intrebħu somom kbar ta' flus minħabba li n-nies kienu esposti għall-asbestos.", "Li ma nixtieqx hu li jgħaddu numru ta' snin, u niġu ngħidu li issa skoprejna li l-antennae jagħmlu l-ħsara, bħalma ġara fil-każ tal-asbestos fis-snin Sittin!", "Jien mhux qed ngħid li se jiġri hekk, imma lanqas ma nista' neskludi li mhux se jiġri hekk.", "Fl-ewwel laqgħa – wkoll irrefera għaliha l-Onor.", "Vassallo – fejn intqal li, jekk potenzjalment huwa possibbli, li jkollna sistemi f'dan il-pajjiż li huwa l-aktar pajjiż densely populated fl-Ewropa, jiġifieri f'dawn il-ftit metri kwadri hawnhekk għandna ħafna nies, u allura hemmhekk forsi wieħed irid jeżerċita daqsxejn aktar kawtela minn pajjiżi ħafna ikbar minna, u allura jekk, bħala prekawzjoni, nistgħux inkunu aktar attenti.", "L-Inġinier Zahra qalilna li aħna nimxu mar-regoli kollha, u jien m'għandix dubju dwar dan.", "Żgur li ħadd min-naħa tagħna mhu qed jgħid li intom ma tagħmlux hekk.", "U għalhekk li jien staqsejt jekk hemmx forsi teknoloġiji oħra li pajjiżi oħra qed jużaw, u forsi anke f'ċerti żoni aktar densely populated minn oħrajn, biex inserrħu ras in-nies li qed nużaw din it-tip ta' teknoloġija li, għalkemm tiswa iktar, imma qed nużawha biex inserrħu ras in-nies.", "Il-mistoqsija tiegħi hi jekk teżistix din it-tip ta' teknoloġija u li forsi hawn Malta għadna m'addottajnihiex, filwaqt li nerġa' ngħid li intom qegħdin timxu mar-regoli kif diġa' spjegajtulna, ħalli ma jgħaddux is-snin u jerġa' jiġrilna bħalma ġralna bl-asbestos.", "DR IAN GAUCI: Nixtieq ngħid xi ħaġa ma' dan li qed tgħid inti, Onorevoli.", "Qiegħed nifhem minn fejn ġew, u qiegħed nifhem ukoll il-każ tal-asbestos, imma ma naħsibx li tista' tqabbel like with like.", "Nerġa' ngħid li dan huwa ambjent li huwa highly regulated u li, at the end of the day – għax din qegħdin narawha minn lat wieħed biss – intrabatna wkoll mil-lat ta' Gvern Malti b'konformità mal-Lisbon Objectives.", "Il-Lisbon Objectives, at the end of the day, jaqgħu fuq operaturi bħalna, u fuq ir-regolaturi li jirregolawna li they need those objectives, għax il-gvernijiet tagħna kkommettew ruħhom għalihom.", "Huma ma jarawx mil-lat ta' what you develop only, imma jaraw ukoll mil-lat ta' safety, u hemmhekk jidħlu d-direttivi, kif spjegajt qabel, li diġa' qegħdin fis-seħħ imma li, at the end of the day, se nerġgħu naqgħu għall-ICNIRP, u se nerġgħu naqgħu għalfejn intużat l-ICNIRP.", "L-ICNIRP ma ntużatx in arja.", "Meta ntużat l-Amsterdam Treaty, li kien f'Article 152 kien very specific fuqha, għax hija kondizzjoni b'dimensjoni Ewropea.", "L-Unjoni Ewropea, fl-Amsterdam Treaty, meta toħroġ direttiva jew xi ħaġa li jkollha impatt, hija ċara ħafna.", "Article 152 jgħid hekk:", "Issa aħna, bħala operaturi, x'qegħdin nagħmlu?", "Aħna konxji tat-teknoloġija u tal-iżviluppi.", "Fil-fatt, għandna sett ta' regoli u narawhom, imma ma nieqfux hemm.", "Aħna l-ħin kollu nikkollaboraw mal-awtoritajiet, u għandna wkoll operaturi barra minn Malta li nikkollaboraw magħhom.", "Issa jekk ikun hawn teknoloġiji ġodda jew affarijiet oħra, aħna nħarsu lejn l-awtoritajiet lokali u lejn l-Unjoni Ewropea.", "X'qalet l-Unjoni Ewropea fuq l-ICNIRP?", "Din semmejniha l-aħħar darba, u ma nixtieqx noqgħod nirrepeti.", "Imma kien hemm review tal-ICNIRP fis-snin Disgħin, fl-2007 u fl-2009, u dejjem sabet li l-livelli kif inhuma qegħdin tajbin, u li m'hemmx evidenza ta' harmful effects.", "Jiġifieri dawn huma affarijiet li mhux qed ngħiduhom aħna, imma qiegħda tgħidhom l-Unjoni Ewropea.", "L-ICNIRP limits ma japplikawx biss għall-EMF, imma qegħdin f'direttivi speċifiċi tal-Unjoni Ewropea, qegħdin fil-liġijiet ta' ħafna pajjiżi li jimplimentawhom minħabba l-masts u l-EMF, u qegħdin fil-liġijiet tagħna wkoll.", "Aħna dik li qed naraw.", "L-Unjoni Ewropea għandha kull remit, u għandha wkoll a scientific group li jagħmel ir-riċerka.", "Inti qabel għedtilna li intom politiċi, u għalhekk nixtieq nirreferikom għal dak li qalu l-politiċi fuq ir-Reese Report dwar il-Bioinitiative Report, wara li dan ġie intavolat quddiem il-European Parliament.", "B'hekk taraw x'qalu l-kollegi tagħkom MEPs, u taraw x'inhu l-livell politiku f'dak ir-rigward.", "Il-livell politiku hu li, jekk ikun hemm riskju, għandek tieħdu, imma inti trid tara d-dimensjoni kompluta.", "L-Unjoni Ewropea qiegħda tirregola dan is-settur minn kull ambitu.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Nitlobkom iżżommu s-serjetà ta' dan il-post.", "Se nagħmel avviż darba, u m'iniex se nerġa' nirrepetih!", "Hawnhekk qegħdin nimxu mal-proċeduri parlamentari għax qegħdin fil-Parlament.", "Dan huwa Kumitat Parlamentari, u għalhekk irridu nsegwu l-proċeduri parlamentari.", "Għalhekk ejjew inżommu s-serjetà tal-Parlament!", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Naħseb li ħadd minna l-Membri Parlamentari ma esprima l-ħsieb li għandna nabolixxu l-mobiles, jew dawn l-affarijiet.", "U naħseb li kulħadd jaqbel li dawn huma affarijiet li, fiż-żmenijiet tal-lum, huma essenzjali fil-ħajja tagħna.", "Anzi xi kultant, meta ninsew il-mobile id-dar, qisha tkun waqgħet id-dinja għalina.", "U meta jiġrili hekk, nibda nistaqsi lili nnifsi kif konna ngħaddu mingħajr il-mobile fl-imgħoddi.", "Ovvjament, ħadd mhu qed jgħid li għandna mmorru lura għall-karettuni meta llum għandna l-karozzi.", "Bl-istess b'mod, jekk illum għandna din l-għodda u għodod oħrajn, ħadd mhu qed jgħid li għandna mmorru lura minnhom u nħalluhom, għax dawn fihom diversi aspetti, fosthom il-ħolqien ta' xogħol, investiment, eċċ.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-argument huwa wieħed sempliċi ħafna: m'għandniex dubju li qegħdin timxu mal-liġijiet li jeżistu, lokali u internazzjonali.", "Kellna wkoll l-MCA li tkellmet u esprimiet il-ġudizzju tagħha fuq dak li tagħmlu intom u fuq dak li staqsejna aħna.", "Il-kumment li qed nipprova ngħaddi llum huwa jekk, fin-nuqqas ta' ċertezza fuq jekk hemmx ħsara jew le, għax jien ma nistax ngħid li hemm ċertezza li hemm il-ħsara, imma min-naħa l-oħra lanqas nista' ngħid b'ċertezza li m'hemmx ħsara … Fil-fatt, intom tajtuna kopja tal-Press Release 208 tal-31 ta' Mejju 2011 tal-International Agency for Research on Cancer mill-World Health Organization, u li fiha qiegħed jingħad li hemm inadequate evidence, u għandna xi tfisser inadequate evidence, jiġifieri ma jistgħux jgħidu b'ċertezza jekk din twassalx għal xi tip jew ieħor ta' kanċer, imma lanqas mhu qed jeskluduha.", "U hawnhekk, għalkemm hija daqxejn differenti, nerġa' inġib l-analoġija tal-asbestos, fejn fis-Sittinijiet kienu qalulna li m'hemmx problemi fuqu.", "Imbagħad għaddew is-snin, ix-xjenza avvanzat u għamlu r-riċerka, u sabu li għandna l-problemi.", "Jien mhux qed ngħid li dan se jkun il-każ fuq il-kwestjoni tal-mobile antennae, ħalli ħadd ma jifhimni ħażin.", "Li qed nipprova ngħid hu jekk hemmx sistemi aktar moderni li b'xi mod jew ieħor iserrħu ftit aktar ras ir-residenti u persuni oħra, speċjalment lil dawk li huma aktar vulnerabbli minħabba l-istat tas-saħħa tagħhom fil-preżent.", "Ħalli nġib eżempju.", "Jekk jien, għall-grazzja t'Alla, b'saħħti, għalija forsi jista' ikun inqas problematiku milli għall-mara tiegħi, li forsi – u hawn qed inġib eżempju fuq il-familja tiegħi stess – m'għandhiex l-istess livell ta' saħħa li għandi jien.", "Dak hu l-punt tiegħi.", "Għalhekk, jekk m'għandniex ċertezza b'mod xjentifiku, naħseb li għandna neżerċitaw il-kawtela li anke l-istess Council of Europe qegħdin isemmuh.", "Jekk hemm metodi differenti biex neżerċitaw il-kawtela – tqum kemm tqum din il-kawtela, għax fejn tidħol is-saħħa tan-nies ma joqgħod xejn – intom tagħmlu sew li tipproteġu s-saħħa tal-ħaddiema tagħkom, għax hekk għandu jkun.", "U dan tagħmluh mhux għax potenzjalment ma jistax ikun hemm diffikultajiet, għax hemm diffikultajiet.", "Li kieku m'hemmx diffikultajiet, tgħidu hawn m'hawn xejn u tibqgħu għaddejjin.", "Imma għall-kawtela tagħmluh, u tagħmlu sew.", "U ħadd mhu qed iċanfarkom fuq dan!", "Anzi ngħidilkom prosit.", "Pereżempju, issue oħra hi li mobile tużah jekk trid inti, avolja li llum il-maġġoranza l-kbira tan-nies għandhom mobile.", "Imma l-aħħar darba konna staqsejna lir-regolatur x'jiġri jekk Edwin Vassallo u jien noqogħdu ħdejn xulxin, u Edwin ma jaċċettax li titwaħħal antenna fuq il-bejt tiegħu, filwaqt li jien naċċettaha.", "F'dan il-każ, Edwin mar agħar għax kien ikun aħjar li kieku aċċetta hu, għax kont nibla' iktar jien milli hu.", "Fil-fatt, kif spjegawlna, l-effett tal-EMF qisu forma ta' brunġiela.", "Imma r-regolatur mid-dehra ma jistax jgħid li ladarba Edwin ma jridx l-antenna fuq il-bejt tiegħu, lanqas Carmelo Abela ma jista' jaċċettaha, għax xorta se jagħmillu l-ħsara.", "U allura għandna dan it-tip ta' problemi li forsi aktar jaqgħu taħt ir-regolatur.", "INĠ.", "ADRIAN ZAHRA: F'dan il-kuntest, jien ma naqbilx ma' dan l-argument.", "Kull darba nsemmu l-ħsara u l-marda tal-kanċer li hija waħda mill-agħar mard li għandna llum, u li sfortunatament għadna ma sibniex tarfha.", "Madankollu, sal-lum ix-xjenza għadha ma stabbilixxiet l-ebda forma ta' link bejn dawn iż-żewġ affarijiet.", "Din il-link tinsab biss f'moħħna!", "CARMELO ABELA: Jien m'għedtx hekk, imma għedt li għandna neżerċitaw aktar kawtela fin-nuqqas ta' evidenza xjentifika.", "Fil-fatt, ikkwotajt dak li tajtuna intom fuq li hemm inadequate evidence mhux għax qed jeskludu, imma għax għadna ma wasalniex għaliha.", "Fuq ċertu tipi ta' kanċer qed jgħidu li jista' ikun, imma mhumiex ċerti.", "U allura ħadd mhu qed jgħid li hekk hu.", "IS-SUR STEFAN BRIFFA (Senior Manager Regulatory Affairs, GO): Rigward dik il-Press Release tal-IARC, li fiha qed jingħad li hemm inadequate evidence, qed jingħad hekk mhux għax ma saritx biżżejjed riċerka, għax ir-riċerka saret bħalma saret f'ħafna affarijiet oħra, u din ir-riċerka ma turik l-ebda link tanġibbli li hemm xi problema.", "Jiġifieri, mhux li m'għamilniex biżżejjed riċerka as such, imma li r-riċerka li saret ma turix li hemm dak il-link.", "CARMELO ABELA: Kieku tfisser differenti, fl-opinjoni tiegħi.", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Hawnhekk nistgħu nerġgħu naqraw id-definition ta' \"inadequate evidence\".", "CARMELO ABELA: Naħseb li se jkollna bżonn Professur tal-Ingliż biex jispjegalna xi tfisser!", "THE CHAIRMAN: Ippermettuli ħalli ninġabru ftit, għax dan huwa mument tajjeb sabiex inkunu nafu fejn irridu naslu.", "L-ewwel ħaġa, rrid nagħti merħba lill-uffiċjali tad-diversi awtoritajiet li qegħdin magħna llum.", "Fil-fatt, għandna uffiċjali mill-MCA, mill-MEPA, mill-Ministeru tas-Saħħa, kif ukoll mill-OHSA, u mis-Supritendenza tal-Public Health.", "Illum se nitkellmu quddiem l-uffiċjali tal-awtoritjiet u ta' dan nirringrazzjahom.", "Mela hawnhekk għandna tliet entitajiet different,i filwaqt li aħna qegħdin nirrappreżentaw lill-Parlament Malti, il-politiċi, l-entitajiet kummerċjali u l-entitajiet regolatorji, u għandna wkoll uħud li qegħdin jirrappreżentaw lill-pubbliku in ġenerali.", "Issa rridu nifhmu fejn irridu naslu, u kważi kważi nibdew nikkonkludu minn issa, għalkemm se nkunu qegħdin nitkellmu ma' kulħadd.", "Irridu nifhmu li aħna lqajna t-talba li saritilna minn numru ta' membri mill-pubbliku, u qsamna magħhom il-preokkupazzjoni tagħhom, fejn anke jekk fix-xjenza m'hemmx evidenza ċara li jista' ikun hemm kawża ta' mard, xorta waħda m'hemmx evidenza ċara li ma jistax ma jkunx hemm kawża ta' mard.", "Mela l-konflitt kollu fid-dinja, fil-Parlament Ewropew, mal-politiċi, mas-settur kummerċjali u bejn l-awtoritajiet regolatorji, huwa biex isibu din il-verità.", "Filwaqt li l-Parlament Ewropew u l-entitajiet regolatorji jaqblu – bħalma qegħdin nisimgħu hawnhekk – li m'hemmx prova ċara li jista' ikun hemm korrelazzjoni għall-kawża tal-mard tal-kanċer, fl-istess ħin jagħrfu li, minkejja li m'hemmx ċarezza li turi dan, hemm din il-possibilità, u allura dan jinkwetana u rridu naqsmu mal-awtoritajiet regolatorji l-preokkupazzjoni ta' din il-possibbilità.", "Kif qed jgħid tajjeb il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Carmelo Abela, jalla li dak li ġara fil-każ tal-asbestos ma jiġrix f'dan il-każ ukoll ħalli nibqgħu safe, imma jekk jiġri hekk allura għandna għalxiex inkunu preokkupati.", "Għaldaqstant ikun tajjeb li kemm l-uffiċjali tal-MEPA, tal-Health u tal-MCA jifhmu li aħna, bħala politiċi, għandna din il-preokkupazzjoni fejn, filwaqt li nifhem u napprezza li l-entitajiet kummerċjali tagħna qegħdin jirregolaw lilhom infushom ma' dak li qed jiġi stabbilit, fl-istess ħin irridu nifhmu wkoll li filwaqt li ssemmiet il-Lisbon Treaty, l-Amsterdam Treaty, etc, is-sabiħ ta' dan il-ftehim huwa li x'imkien issib miktub li kull stat għandu jirregola lilu nnifsu fuq livell nazzjonali.", "Insibu wkoll deċiżjonijiet politiċi minn madwar id-dinja fir-rigward tal-mobile antennas u l-użu tal-mobile phones, u li dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu fuq politika ta' kawtela, għaliex riedu jilqgħu għall-possibilità ta' kawża ta' mard.", "Aħna wkoll ninkwetaw fuq din il-possibilità.", "Nifhem li intom, bħala rappreżentanti tal-entitajiet kummerċjali, tgħidu li intom għandkom ir-regolamenti u li qegħdin timxu magħhom.", "Imma, bħala politiċi, għandna t-tħassib tagħna, avolja qed tgħidulna li intom tiġu regolati minn dawn ir-regolamenti.", "Fil-fatt, aħna nirrikonoxxu li filwaqt li intom kellkom kull libertà, u l-awtoritajiet ikkonċernati kellhom kull possibbiltà li jaċċettaw mobile antennae fuq l-iskejjel, xorta waħda ttieħdet deċiżjoni sabiex dawn ma jiġux imwaħħla fuq l-iskejjel tagħna.", "Dak il-punt nilqgħuh, għax li kieku kien ikollna problema addizzjonali.", "Imma mbagħad irrid niġbed l-attenzjoni immedjata fuq dawk l-antennae li qegħdin fil-viċinanzi tal-iskejjel.", "Nixtieq li l-awtoritajiet konċernati, minkejja li m'hemmx evidenza ta' problemi, jaraw daqxejn dak li ntqal fil-laqgħa preċedenti.", "Fil-fatt, dakinhar intqal li jien nuża l-mobile jekk irrid, imma l-antenna qrib skola tista' toħloqli effett fuq it-tfal li qegħdin f'dik il-klassi, u naħseb li ta' min jippreokkupa lilu nnifsu.", "U naħseb li ma nkunu qed nagħmlu xejn ħażin jekk inwasslu din il-preokkupazzjoni lill-awtoritajiet konċernati.", "Qabel nagħti l-kelma lill-awtoritajiet konċernati, nixtieq ngħaddilkom kopja ta' din il-Press Release tal-International Agency for Research on Cancer.", "Fil-fatt, l-IARC qalet hekk:", "Mela hawnhekk it-tħassib mhuwiex biss fuq il-mobile antennae, imma huwa wkoll fuq l-użu tal-mobile phones.", "Hawnhekk qiegħed nirreferi għall-Press Release 208, li ħarġet fil-31 ta' Mejju 2011 mill-International Agency for Research on Cancer.", "Jekk wieħed ikompli jaqra din il-Press Release jara aktar tħassib rigward il-possibilità tal-kawża tal-kanċer.", "Dak huwa dokument li se nirrelata għalih ma' kull awtorità li se nitkellmu magħha llejla.", "Din ir-Resolution, filwaqt li tkompli tikkonferma li m'hemmx evidenza daqshekk ċara, tkompli tgħid hekk:", "Mela hawnhekk wieħed ikompli jara kif fuq dak li qegħdin nitkellmu fuqu, u ċioè il-precautionary measure, din qiegħda tittieħed minn ħafna pajjiżi.", "Dak li għadu kif qal fi kliem sempliċi l-Onor.", "Carmelo Abela fejn, minn politika ta' preokkupazzjoni, rridu naslu għal politika ta' kawtela.", "Dokument ieħor tal-European Parliament inkiteb fl-2009, u qed jgħid \"avoiding potential risk of electromagnetic fields\", u aħna qegħdin ngħixu f'din ir-realtà.", "Ir-realtà hi li hemm kultura li tgħid li jista' ma jkunx hemm periklu, imma xorta ma tagħtix garanzija.", "Anke t-tliet entitajiet kummerċjali li kellna hawnhekk ma tawx garanzija li m'hemmx periklu, u l-istatements tagħkom jidhru f'dawn il-papers għax, bħalma titkellmu intom, l-istess jagħmlu l-kollegi tagħkom f'fora oħra aktar għolja tal-Parlament Ewropew u ta' aġenziji oħrajn.", "Imma, fl-istess ħin għandna numru ta' membri parlamentari – f'dan il-każ MEPs – li vvotaw favur il-precautionary position, \"Better protection for EU citizens through optimal placement of devices\" u \"Increased access to reliable information\" , ċioè, kemm jeħtieġ li ċ-ċittadini jkollhom iktar informazzjoni rigward x'jistgħu jkunu l-health hazards, u x'jistgħu jkunu l-isfidi u l-problemi għall-ħaddiema tagħna.", "Naħseb li sħabi l-membri parlamentari f'dan il-Kumitat jaqblu miegħi meta ngħid li tgħallimna ħafna permezz ta' dawn il-laqgħat u, jekk aħna mħassba fuq il-mobile antennae, jiena mħasseb ukoll dwar l-użu tal-mobile phones mit-tfal.", "U jeħtieġ li f'dan il-pajjiż issir xi ħaġa biex ikun hawn iktar konoxxenza dwar dan, għax jekk jista' ikun hemm possibilità ta' ħsara fuqi, żgur li se ssir ħsara akbar fuq tfal żgħar.", "U allura rridu naraw jekk għandniex ngħidu lit-tfal tagħna bħalma konna ngħidulhom fuq is-sigaretti, u li allura dawn jistgħu jweġġgħuk.", "Nitlob lil sħabi jgħaddu l-kummenti tagħhom, imma jekk il-membri parlamentari Ewropej u politiċi oħra beżgħu mill-effett tal-użu tal-mobile phones fuq it-tfal, jien, wara li tgħallimt mil-laqgħa preċedenti dwar il-possibilità li jista' ikun hemm ħsara fuq it-tfal tiegħi li għadhom żgħar ħafna, għedt lill-mara sabiex ma tagħtix il-mobile f'idejn it-tfal.", "Madankollu, għandna ġenituri li jixtru mobile lit-tfal tagħhom bħala rigal, u żgur li dan jagħmluh għax m'għandhomx konoxxenza tal-possibilità ta' ħsara.", "Dawn mingħalihom li qegħdin jagħmlu xi ħaġa tajba.", "Imma aħna se nżommu lin-nies tagħna fl-għama?!", "Qegħdin nagħmlu tajjeb?", "Hawnhekk se nkun qed nagħmel din il-mistoqsija lill-awtoritajiet konċernati.", "U npoġġi wkoll għad-disposizzjoni tagħkom rapport fuq l-electromagnetic fields maħruġ mill-Euro Barometer.", "Nixtieq li l-awtoritajiet konċernati, bħalma huma l-Malta Communications Authority, il-MEPA u l-Ministeru tas-Saħħa, jsiru konxji tiegħu għax, filwaqt li jekk inħares lejn dan il-Euro Barometer nieħu pjaċir li n-nies tagħna huma l-iżjed attivi jew li għandhom xogħol, min-naħa l-oħra niddejjaq meta nara – fil-Euro Barometer published in June 2010 – li bħala poplu Malti, x'ħin niġu għall-environmental factors and health … U l-MEPA hija wkoll responsabbli mill-ambjent tagħna.", "Malta ġabet - 9, li jfisser li l-poplu tagħna l-inqas wieħed li jaf fuq dawn l-affarijiet.", "Pajjiżna ġab - 6, filwaqt li l-average fil-pajjiżi tal-EU kien ta' - 12.", "Pereżempju, hemm pajjiżi oħra, bħall-Ingilterra, li ġabu - 18 filwaqt li l-Italja ġabu - 7.", "Għallinqas l-awtoritajiet jistgħu jifirħu ftit li ma ġejnix mill-agħar.", "U pajjiżna jiġi mill-inqas pajjiżi li huma konxji ta' xi ħsara jista' ikun hemm mill-electromagnetic fields!", "Ovvjament, ma nistennix li intom bħala kumpaniji tagħmlu din it-tip ta' kampanja, imma li kieku jkollna aktar kuxjenza soċjali fuq il-konsumaturi tagħna … Issa, bħalma ġejtu hawnhekk ippreparati biex tiddefendu lilkom infuskom, tistgħu tagħmlu din it-tip ta' kampanja flimkien, ħalli b'hekk tagħmlu lin-nies aktar konxji dwar dawn l-affarijiet.", "Naħseb li jkun aħjar li tagħmlu hekk.", "Min-naħa tiegħi, frixt il-karti kollha fuq il-mejda biex l-awtoritajiet li se jitkellmu warajkom ikunu jafu għalxiex aħna għandna l-preokkupazzjonijiet tagħna, u għaliex irridu mmorru – kif qal l-Onor.", "Carmelo Abela – għal miżuri ta' kawtela.", "Dan il-Parlament, permezz tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, qiegħed jitlob miżuri ta' kawtela, miżuri aktar prattiċi u miżuri aktar effettivi.", "Fuq dan kollu nixtieq nisma' l-aħħar ftit statements min-naħa tagħkom, ħalli mbagħad nisimgħu lill-awtoritajiet konċernati.", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Jekk tippermettili, nixtieq nagħmel żewġ kummenti: fuq il-Press Release li konna tajnikom tal-IARC u fuq ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Rigward il-Press Release tal-IARC, għalkemm, kif konna spjegajna l-aħħar darba, t-titolu jagħtik l-impressjoni li dawn kollha huma electromagnetic fields, meta wieħed jaqra l-Press Release jsib li din qiegħda tistabbilixxi l-użu tal-mobile phones bħala possibly carcinogenic.", "Il-parti 2B qiegħda tispeċifika dan b'mod ċar ħafna.", "Fil-fatt, qiegħda ssemmi l-occupational exposures u l-environmental exposures, fejn qed tgħid li m'hemm l-ebda link solidu li nistgħu ngħidu li dan possibbilment jikkawża l-kanċer.", "Dawn li qed naqra llum konna qrajnihom l-aħħar darba.", "THE CHAIRMAN: Ippemermettili ftit għax m'hemmx hekk!", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Iva, hekk hemm.", "Li hu miktub ma nistax immerih!", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: L-aħħar darba qrajniha, u kienet ċarissima.", "Pereżempju, fil-paġna ta' wara nsibu hekk:", "THE CHAIRMAN: Imma għandek ukoll fuq il-mobile antennae.", "Jien qed inpoġġiha u nagħmilha pubblika, u għalhekk għamilna kopji tagħha għall-awtoritajiet konċernati.", "Issa, jekk intom se tikkonfermaw li l-użu tal-mobile phones leads to the possibility of having cancer, allura jien se nitlob lill-awtoritajiet konċernati sabiex jeħduha aktar bis-serjetà, għaliex hawnhekk għandna rappreżentanti tal-entitajiet kummerċjali ...", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Le, aħna mhu qed ngħidu xejn minn dan!", "Aħna mhux qegħdin nikkonfermaw, imma qegħdin naqblu ma' dak li hemm miktub.", "THE CHAIRMAN: Imma you are setting the point li l-IARC qiegħda timplika l-possibilità … Jien qiegħed noqgħod attent il-ħin kollu kif qbilna l-aħħar darba, u qegħdin inħarsu lejn il-kwadru kollu.", "Mingħajr antennae m'għandekx mobile phones, u mingħajr mobile phones mhux se jkollok bżonn l-antennae.", "Mela allura ejjew inħarsu lejn il-pakkett sħiħ.", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Imma dak x'kien eżaminat.", "Ir-riżultat fir-rigward tat-tielet punt qiegħed jgħid fuq il-usage of mobile phones, fejn qed jingħad li jista' ikun hemm indikazzjoni, u kien għalhekk li poġġewhom f'category 2B.", "Mela ejja mmorru għad-definition ta' 'inadequate'.", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Hekk hu.", "Dik konna qrajniha l-aħħar darba wkoll.", "CARMELO ABELA: Qrajniha l-aħħar darba, imma nispera li qed nifhmu l-istess mod, għax dawn mhux qed jgħidu li ma teżistix din il-possibilità jew din il-probabilità.", "Magħna għandna persuna li teknikament tista' tikkonferma mill-aspett mediku.", "(Interruzzjonijiet)", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Imma fil-każ tal-mobile phones huma qegħdin jgħidu li aħna għandna konfidenza biżżejjed sabiex ngħidu li jista' ikun hemm xi effetti.", "Fil-każ tal-masts u affarijiet bħal dawn … Hawnhekk tajjeb ngħidu li dawn studjaw ukoll it-television u r-radio.", "U allura jekk hemm din il-biża' fuq l-electromagnetic frequencies u rridu nindirizzawha, mela rridu naraw kollox u mhux naraw biss il-mobiles!", "U din teħodna għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa, fejn l-unika darba li semmiet il-masts kien f'point 8.4 fejn, pereżempju, issemmi l-baby monitors, l-electrical appliances, il-wi-fi, il-wireless phones u l-elettriku.", "Mela allura l-concern mhuwiex fuq il-masts …", "CARMELO ABELA: Huwa biss fuq dan.", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: … imma hawnhekk fuq il-masts biss, bħallikieku l-uniku sors ta' electromagnetic frequencies fid-dinja huma l-masts!", "U dan assolutament mhuwiex il-każ.", "IS-SUR IAN GAUCI: Nixtieq norbot ma' dak li qal iċ-Chairman.", "Napprezza u nifhem li ċerti affarijiet qegħdin hemm u huma palpabbli.", "Jien nixtieq nerġa' neħodkom lura għal dak li ntqal fl-2007 mill-MEPs, fejn dawn qegħdin jirrikonoxxu dak li qegħdin tgħidu intom, u li anke l-Istat għandu jara li jkun hemm disseminazzjoni ta' informazzjoni, partikolarment fuq it-tfal.", "U din aħna naqblu magħha u m'għedniex li ma nagħmluhiex.", "Imma huwa stat ta' fatt ukoll li l-operatur, f'għajnejn l-individwu, huwa always biased, apparti li hemm issues oħra ta' konflitt.", "Naqbel miegħek u naqbel maċ-Chairman fuq li nistgħu nagħmlu affarijiet aħjar, biss naqblu wkoll li dawk l-affarijiet għadhom ma laħqux the required level hawnhekk, u hemm ċertu livell ta' nuqqas ta' informazzjoni.", "Meta jkun hawn dan il-livell ta' nuqqas ta' informazzjoni, huwa wkoll l-obbligu tal-Istat li jaraha … L-Ingliżi jgħidu knee jerk reaction, mingħajr ma ssir analiżi korretta dwar l-impatt fuq l-industrija u fuq kulħadd.", "Jiġifieri, għandu jsir dan l-istudju u, kif qal il-kollega tiegħi, l-istudju m'għandux isir biss fuq il-mobile masts, imma għandu jsir fuq kollox, inkluż fuq il-broadcasting.", "Il-broadcasters Maltin kollha jużaw mast, u minn dak il-mast they emit.", "Għandu jkun hemm l-informazzjoni, imma kollox fih proċess.", "Għandu wkoll jiġi roped in iċ-Chair Production Commissioner, mela le!", "Għalfejn le?", "Anke mil-lat ta' tfal, jiena qbilt miegħek, għax jien ukoll għandi tfal żgħar.", "Jiena lit-tfal żgħar ma nħallihomx bil-mobile f'idejhom.", "Issa jien iffokat f'din l-industrija, imma ma nħallihomx.", "Issa mil-lat ta' mobile phone, mhijiex responsabilità per se tagħna, għax hemmhekk għandek il-mobile manufacturers.", "Hemm proċess li jrid isir l-ewwel, u mbagħad, meta jsir dak il-proċess, inkunu fi stanza li, bħala poplu, nkunu nistgħu nittekiljaw dan is-suġġett b'mod intelliġenti, u naraw jekk hemmx bżonn jew le li jsir xi rimedju.", "THE CHAIRMAN: Jien nawgura li d-diskussjoni tkun waħda intelliġenti, u li twassal lejn konklużjoni fattwali.", "Għaldaqstant, se nagħmel din il-proposta lill-awtoritajiet konċernati.", "Intom lesti li taraw li jkollna bidu ta' proċess u responsabilizzazzjoni f'dan il-pajjiż – aktar milli diġa' kellna – ħalli l-precautionary position tibda tittieħed bi ftit iktar responsabilità u jkollna proċess ta' maturità?", "Mil-lum 'il quddiem, fejn se naslu?", "X'se nagħmlu aktar biex, jekk hemm l-evidenza ta' possibilità ta' kawża ta' mard … Kważi kulħadd hawn ġew huwa ġenitur.", "Il-MEPA u l-awtoritajiet l-oħra, fuq affarijiet li fuqhom hemm aktar evidenza ta' periklu, li huma iktar tanġibbli għaliex jidhru, bħal pereżempju, id-duħħan mill-karrozzi, eċċ, huwa faċli li nieħdu deċiżjonijiet fuqhom biex nilqgħu għalihom, imma f'din iċ-ċirkostanza għad m'għandniex dik l-evidenza tanġibbli.", "Seħibna hawnhekk għadu kif qal li, biex ikun livell aċċettabbli, l-effett irid ikun tanġibbli.", "Iva, imma jekk irridu nkunu safe għax hemm ċerta unsafety x'imkien u hemm ċerta perikolożità … Mela ejja ma neħduhiex daqshekk lightly il-kwestjoni.", "Huwa fatt li jista' ikun hemm possibilità.", "Aħna m'aħniex qegħdin noħorġu xi proposta biex inġiegħlukom tagħmlu xi miżura li se tiswikom il-miljuni tal-Ewro, imma qegħdin inġiegħlukom tieħdu miżura ta' responsabilità fuq livell volontarju s'issa.", "Imbagħad, jekk naraw li jkun hemm iktar evidenza ta' periklu, nkunu nistgħu nirrakkomandaw lill-Eżekuttiv paper biex, jekk jista' ikun, minn dak li huwa volontarju jiġi aktar effettiv, u jkun hemm xi ħaġa aktar tanġibbli.", "Sinjuri, hija xi ħaġa ta' barra minn hawn li nitolbu li, fuq livell volontarju, tibdew tipparteċipaw u tieħdu l-precautionary position biex, jekk jista' ikun, kull possibilità li hemm innaqqsuha kemm jista' ikun?!", "ADRIAN ZAHRA: Nixtieq nippreċiża punt fuq il-precautionary measure, u xi prekawzjonijiet aħna nieħdu.", "Aħna nimxu mal-ICNIRP għax l-ICNIRP diġa' jaħseb għal livelli ta' prekawzjoni ta' 50 darba for the general public.", "(Interruzzjonijiet) L-ICNIRP mhuwiex obsolete, imma jiġi rivedut b'mod regolari kif diġa' spjegajna, u ma naħsibx li huwa argument li jrieġi meta ngħidu li dan huwa obsolete!", "Dwar xi precautionary measures se nieħdu jiddependi ħafna minn x'inhuma l-concerns.", "Hawnhekk erġajna smajna dwar concerns fuq l-estetika, fuq li l-masts humiex fuq id-dar tiegħi jew fuq id-dar tal-ġar tiegħi, eċċ. Imma l-concern x'inhi?", "L-EMF?", "L-aspett estetiku smajnih l-aħħar darba.", "CARMELO ABELA: Imma jien ma tkellimtx fuq l-aspett estetiku.", "ADRIAN ZAHRA: Le, illum ma tkellimnix fuq l-aspett estetiku.", "THE CHAIRMAN: Dak l-aspett niddiskutuh mal-MEPA.", "ADRIAN ZAHRA: Imma fuq l-aspett estetiku kien hemm diskussjonijiet ukoll.", "X'se nagħmlu biex inkunu aktar precautionary?", "Personalment ma nafx x'wieħed jista' jagħmel meta ma jafx x'inhuma l-effetti reali.", "Jekk se nitkellmu fuq l-użu tal-phones, l-użu tal-phones huwa xi ħaġa distinta mill-masts, u din importanti li nifhmuha.", "Ħalli nispjega għaliex.", "Aktar ma jkun hawn masts u antennae, r-riskju tal-phones se jkun inqas.", "Dan għaliex fil-mod ta' kif topera t-teknoloġija għandek dak li jissejjaħ power control.", "Issa x'inhu dan il-power control?", "Se nipprova nkun sempliċi kemm nista', ħalli jifhimni kulħadd.", "Bħal kwalunkwe teknoloġija li topera bil-wireless, din topera fuq frekwenza.", "Issa jekk jien u int qed nitkellmu fuq l-istess frekwenza, hemm ċans tajjeb li noħolqu interferenza lil xulxin.", "U biex jiġi limitat iċ-ċans li s-signal li qed joriġina mid-device tiegħi jmiss mad-device tiegħek, fuq in-network tagħna nimplimentaw features li bihom il-phones nikkontrollawlhom it-transmitting power tagħhom.", "Mela l-phone mhuwiex xi ħaġa li jitrasmetti permezz ta' power fiss, imma jitrasmetti with the just amount of power just to maintain a call or to maintain a data session, skont xi tkun qiegħed tagħmel fuq il-phone.", "Minn xiex jiddependi dan il-power?", "Mela dan il-power jiddependi minn element prinċipali: il-livell ta' signal kif ikun qiegħed, u l-livell ta' signal, aktar kemm inti qiegħed qrib tal-antennae, aktar se jonqos, u l-antennae jistgħu joperaw fuq livell iktar baxx ukoll, għax dan il-fattur jeżisti kemm fil-phone li qed jitrasmetti 'l fuq lejn l-antenna, kif ukoll fl-antenna li qed titrasmetti 'l isfel lejn il-phone.", "U dan importanti li nifhmuh.", "Teknikament, ejja nieħdu ż-żewġ estremi u ngħidu li għandna antenna f'kull dar.", "Hemmhekk il-livelli ta' power li se nkun espost għalihom huma l-livelli ta' wi-fi router, xi ħaġa li forsi llum kulħadd għandu wieħed fid-dar tiegħu.", "Wi-fi router id-dar illum jiġi mal-ADSL connection jew mal-cable connection, skont xi jkollok, jiġġenera l-istess EMF, jiġifieri prattikament hija l-istess frekwenza, l-istess teknoloġija.", "Microwave oven l-istess ħaġa.", "Jiġifieri l-livelli ta' EMF huma paragunabbli …", "Każ estrem ieħor huwa li nagħmel antenna waħda powerful f'post wieħed – li mhijiex alternattiva – imma li kieku kelli nagħmel antenna f'post wieħed, l-ammont ta' power li rrid huwa infinit biex inkun nista' nikkomunika magħha.", "Bl-istess mod, jekk jien nagħmel antenna ġo kull dar biex nikkomunika magħha, il-power ikun wieħed nominali.", "Somewhere across hemm punt ottimali ta' ammont ta' sites madwar Malta biex in-network tiegħi nkun nista' noperaha b'tali mod li jkun l-aktar ottimizzat, li jkun bl-aktar mod effiċjenti, pulit, b'nuqqas ta' interferenza u li joffri quality of service impekkabbli.", "Jekk jien se nilgħab mal-way ta' kif se nippożizzjona l-antennae, u noqgħod ngħid li fuq l-iskola ma nistax nagħmilha, fuq l-isptar ma nistax nagħmilha, fuq l-istadium ma nistax nagħmilha, u fuq il-knisja lanqas, jiġifieri jekk se noqogħdu nilagħbu b'dawn il-parametri, naħseb li tapprezza aktar minni kemm dan il-pajjiż huwa ristrett fejn jidħol spazju.", "Probabbilment tapprezza aktar minni, għax tara ħafna iktar tipi ta' problemi.", "Se naslu f'punt fejn il-mobile network, f'dan il-pajjiż, ma jkunx jista' jopera.", "Jiġifieri fuq il-pożizzjoni ta' kawtela jew precautionary measures ta' fejn jiġu pożizzjonati l-antennae hemm repercussions kbar – din qed ngħidha per esperienza ta' 11-il sena naħdem f'dan is-settur – f'dak li se jkun jista' jiġi offrut lill-poplu bħala servizz.", "Minn naħa l-oħra, fuq użu ta' phones, anke l-manuals tal-phones jitkellmu ċar u tond fuq l-issue tal-SAR.", "Il-phones mhux aħna nagħmluhom, imma jitkellmu ċar u tond fuq l-użu tagħhom.", "JUSTYNE CARUANA: Fuq dan il-kunċett naħseb li nistgħu naqblu.", "Intom service providers u semmejtu l-mobiles, imma biex il-mobile jaħdem irid ikollu ovvjament l-antennae bl-emissjonijiet ħerġin minnu.", "Inti qed tgħid li fil-pakkett tal-mobile jkun hemm l-instructions u jsemmu l-potential harm, jiġifieri qed tgħid li bir-regolamenti dawn ikunu qegħdin hemmhekk.", "ADRIAN ZAHRA: Jindirizzaw il-punt li ntqal li m'hawnx edukazzjoni.", "Fil-manuals tal-mobiles l-edukazzjoni hemmhekk qiegħda.", "Jekk aħna qegħdin ngħidu li, biex inti jkollok servizz tal-mobile, irid ikollok il-masts bl-antennae, allura fejn jidħol l-użu tal-mobile għandek l-avviżi, bħal meta tixtri pakkett sigaretti u fuqu jgħidlek li t-tipjip jista' jikkawża l-kanċer u li jagħmlulek ħsara fil-pulmun u f'partijiet oħra tal-ġisem ...", "ADRIAN ZAHRA: Imma naħseb li hawnhekk l-analoġija mas-sigaretti mhijiex waħda ġustifikata!", "JUSTYNE CARUANA: Mhux qed ngħid li hija ġustifikata, imma qed nagħmel biss eżempju.", "Jiġifieri m'iniex qiegħda nqabbel like with like.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom.", "JUSTYNE CARUANA: Jiena qed nillimita ruħi għal dak l-avviż li qed jgħid is-sinjur li jkun hemm … (Interruzzjonijiet) Imma inti qabblu ma' xiex trid, u jien inqabblu ma' xiex irrid!", "Jekk inti mal-mobile għandek dawn l-avviżi, fejn jidħlu l-masts x'avviżi tagħmlu?", "Qed naqblu li hemm dubju, u intom stess qed tinsistu li hemm dubju!", "Imma jekk hemm dubju, l-element tar-riskju kemm tagħtuh weight?", "Għaliex meta intom qegħdin tiżnu r-riskju mad-dubju u mal-interessi kummerċjali tagħkom, l-interessi kummerċjali tagħkom se tagħtuhom l-aktar weight.", "Rightly so, imma ma jfissirx li din hija xi ħaġa tajba.", "Meta nitkellmu fuq l-edukazzjoni, jien nara li kull entità kummerċjali għandha responsabbilità soċjali, u r-responsabilità soċjali tagħkom hija daqsxejn iktar imprekattiva u kkomplikata, għaliex hemm id-dubju fuq is-saħħa tan-nies.", "Jiena naf li, minn naħa tagħkom, issegwu ċerti regolamenti, jiġifieri mhux qed ngħid li ma tagħmlux dan, imma din naraha bħala s-social corporate responsibility tagħkom.", "Kemm tiddedikaw enerġija, riżorsi u trained staff biex forsi lin-nies tispjegawlhom dawn l-affarijiet?", "Għalija, dak narah bħala parti essenzjali mis-social corporate responsibility tagħkom, fejn għandkom l-ikbar dmir anke bħala service providers u, meta hemm dubju li dak li qegħdin tagħmlu intom u li qed taqilgħu l-flus minnu, jista' ikun kaġun ta' ħsara għas-saħħa tan-nies.", "Jiena dawn li rrid inkun naf, u mhux li toqgħod tispjegali fuq l-emissions, għax jien fuq dawn għandi d-dubji.", "Inti stess semmejt l-użu tal-mobiles mit-tfal, jiġifieri inti stess urejt ċerti concerns.", "Lili serraħli rasi li intom dawn l-affarijiet qegħdin tagħmluhom.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq inżid kumment ma' dak li qalet l-Onor.", "Fil-meeting preċedenti intom kontu għedtulna li l-ħtieġa tal-masts hi minħabba l-bżonn ta' aktar coverage u connectivity.", "Mela, aktar ma jiżdiedu l-mobile phones fl-idejn, aktar jeħtieġ li jkun hemm masts.", "U allura hemm distinzjoni.", "INĠ.", "ADRIAN ZAHRA: Kif kien jiżdied l-użu normalment.", "THE CHAIRMAN: Mela kieku jien nitlob aktar responsabilizzazzjoni fl-użu, u allura nitlob kawtela minn min qed juża l-mobile phone, inkun korrett jekk ngħid li nkunu qegħdin innaqqsu mill-ġenerazzjoni ta' aktar masts u antennae?", "U allura l-frekwenza li konna niftaħru biha, u fuq kemm għandna mobile phones fl-idejn – għax dan kien jitqies bħala barometru tal-kwalità tal-ħajja tagħna – illum jien qed inħares lejh bħala preokupazzjoni!", "U hawnhekk nitolbok tgħidli jekk iniex korrett jew le.", "Nixtieq li jien skorrett f'din il-kwestjoni, għax fejn tidħol is-saħħa tan-nies ma rridx li jkolli problemi.", "INĠ.", "ADRIAN ZAHRA: In-network jinbena fuq żewġ kunċetti: l-ewwel kunċett huwa l-kunċett prinċipali oriġinali li kwalunkwe operatur jibda minnu, u ċioè l-kunċett tal-coverage kullimkien.", "Meta wieħed iqis li, bit-tip ta' bini li għandna hawn Malta, mhuwiex possibbli li tasal iktar minn 600 jew 700 metru radius madwar site b'coverage adegwat li tagħmel telefonata, allura wieħed faċli jasal għall-ammont ta' siti li bejn wieħed u ieħor hemm bżonn fil-pajjiż.", "Kulma trid tagħmel hu li taqbad ċrieki ta' 700 metru kull wieħed, u tagħmel disposition tagħhom madwar Malta, u bejn wieħed u ieħor tasal għal somma ta' bejn 200 u 300 sit.", "Mela kwalunkwe operatur se jkollu bżonn dak l-ammont.", "THE CHAIRMAN: Bejn 200 u 300.", "INĠ.", "ADRIAN ZAHRA: Eżatt.", "Dak huwa l-livell ta' coverage.", "Apparti minn hekk, meta n-nies tibda tagħmel it-telefonati, browsing fuq l-Internet etc, se jkun hemm bżonn li jittieħdu l-passi biex nevitaw il-konġestjoni.", "Pereżempju, inti tixtieq iċċempel u ma jirnexxilekx, għax il-frekwenza tkun pjenament okkupata.", "F'dawk il-każi, aħna ma nżidux il-poles tagħna, imma nżidu t-transmitters, jiġifieri fuq l-antenna tiżdied frekwenza oħra, u l-EMF – biex inkun ċar, għax forsi nista' niġi misinterpreted – tonqos.", "Ħalli nispjega ruħi.", "Meta inti tikkombina żewġ frekwenzi flimkien, il-proċess ta' combination tagħhom f'livell elettroniku jwassal għall-attenwazzjoni tas-sinjal.", "Li jiġri hu li s-cell jew il-mast jibda jlaħħaq inqas, imma jibda jieħu iżjed traffiku ġo fih.", "Fil-fatt, jagħmel sens li jlaħħaq inqas, imma li jiġbor iktar ġo fih għax, la għandi ħafna nies qed jużaw din is-cell partikolari, jiena nista' innaqqsilha l-power tagħha u nieħu ħafna traffiku ġo fiha.", "F'ċerti punti naslu f'estremità li din ma tibqax tlaħħaq, u jkollna nżidu oħra ta' power inqas, u b'hekk inkunu nistgħu nilħqu aktar nies.", "Jiġifieri awtomatikament toħroġ l-issue dwar ir-raġuni li żidna l-arbli biex inlaħħqu mad-domanda u naqqasna l-power, għax il-power going forward li joriġina minn kull site partikolari jonqos in terms ta' neċessità teknika.", "U dik importanti li nifhmuha.", "DR RACHEL DESIRA (Senior Legal Counsel, Vodafone): Fuq l-edukazzjoni, minn naħa tagħna bħala operaturi kollha nifformaw parti mill-GSMA Association.", "Fil-fatt, konna nkludejna xi punti fil-presentation li konna qassamnilkom l-aħħar darba.", "U din tistgħu tarawha f'paġna 29.", "Hemmhekk hemm link fejn tieħdok għal din il-website, u din il-website għandha ċerta informazzjoni li tgħin lin-nies jifhmu eżattament x'isir bir-riċerka li ssir kontinwament.", "Apparti minn hekk, hemm ukoll żewġ links li jirrigwardaw Vodafone, sija link għall-website tagħna lokalment, kif ukoll għal dik ta' Vodafone Group, fejn hemmhekk hemm ċertu ammont ta' informazzjoni li tispjega lill-pubbliku affarijiet rigward l-EMF.", "Ħafna drabi dawn jinkludu wkoll l-aktar reviews riċenti ta' studju li jkunu saru.", "Apparti minn hekk, kull meta nirċievu xi mistoqsijiet, dejjem nipprovdu spjegazzjonijiet.", "Għandna wkoll leaflets, u dwar dan jista' jikkorreġini l-kollega tiegħi.", "Jiġifieri l-informazzjoni hemm qiegħda, u min ikun irid ifittex l-informazzjoni, għandna l-website li hija pubblika u aċċessibbli għal kulħadd.", "(Interruzzjonijiet) F'dak il-każ, aħna xorta għandna l-customer contact numbers.", "Kien hemm tlett elementi: l-element tal-edukazzjoni, l-element fejn is-servizz ġie mqabbel mas-sigaretti, u kien hemm l-element tal-business.", "Se nibda mill-ewwel fuq l-aħħar element, u ċioè l-element tal-business.", "Naħseb li hija nġusta li tgħid li l-main concern tal-operatur – u hawnhekk hawn tlett operaturi – huwa l-business!", "Il-business huwa importanti, imma mingħajr il-konsumatur il-business mhu xejn.", "Trid tarah ukoll mil-lat legali.", "Taħsbu li l-operaturi m'għandhomx legal teams barra li jevalwaw ir-riskji?", "Parti mir-riskji hi li tara li l-konsumatur, jekk qed tagħtih servizz, dak is-servizz huwa fin-norma, għax inkella bħala operaturi we're liable.", "U dwar dan żgur li inti tgħallimni Onor. Caruana, għax inti avukata wkoll.", "JUSTYNE CARUANA: Filwaqt li, barra minn Malta, n-nies huma iktar konxji mil-legal rights tagħhom, hawn Malta għandna ċerta injoranza fejn jidħlu d-drittijiet tagħna.", "IS-SUR IAN GAUCI: Fuq ir-rapport li semma ċ-Chairman, m'inix qed ngħid li qegħdin tajjeb, għax hemm żvilupp xi jsir.", "Jien se ngħidilkom essenzjalment x'inhu business.", "Li kieku aħna nsegwu kif qegħdin tgħidu intom, u ninsew ir-regolamenti li hemm – jiġifieri li aħna għandu jkollna a nation-wide coverage; li peress li l-frekwenza hija a scarce resource, tutilizzaha bl-aħjar mod possibbli għax il-gvern jagħtihielek; u li jkolli quality of service – naraw il-business interest tagħna – li kull operatur jaraha u, kif jiftiehmu l-operaturi kollha, li it's anti-competitive għax tiġi collusion – mela allura l-Buskett m'għandux għalfejn ikolli reception!", "Aħna bħala operaturi nikkonċentraw fejn għandek heavy traffic, għax inti, at the end of the day, hemmhekk minn fejn se taqla' l-flus, u mhux kemm ikollok mobiles u kemm ikollok subscribers.", "Jiġifieri l-operatur jieħu r-revenue u jara fejn qiegħda l-attività.", "Jekk teħodha mil-lat ta' business paradigm, ibqa' ċert li ħadd m'għandu fl-interess tiegħu li jkopri lill-Malta u l-Għawdex kollha.", "Jekk narawha mil-lat ta' business, imbilli jkolli anzjana li tagħmel telefonata darba fix-xahar, għandi għalfejn inkopri site in place \"X\" minħabba fiha?!", "Imma aħna obbligati mil-lat ta' LGA, u we have a social corporate responsibility as well, għax is-servizz għandu jkun available għal kulħadd, u għandu jkun affordable għal kulħadd.", "Il-mobile m'għadux lussu, imma sar bżonn illum.", "U allura din irridu narawha minn dik il-perspettiva wkoll.", "Mela dik mil-lat tal-business.", "Jien ma naqbilx miegħek, imma xorta nirrispetta l-opinjoni tiegħek.", "Jiena ngħidlek li kieku l-operaturi jaraw il-business per se u ma jkunux regolati, nista' nassigurak li l-ebda wieħed mill-operaturi hawnhekk ma jkollu a nation-wide coverage.", "Biss, dik mil-lat ta' x'naħsbu aħna bħala operaturi, u dik hija mil-lat ta' business.", "Issa se nħalli l-education għall-aħħar, u se mmur għall-comparison li għamilt bejn is-servizz u s-sigaretti.", "Lanqas irrid inqabbilha mal-kafè.", "U se ngħidlek x'jgħid l-IARC.", "Se nagħmilha sempliċi biex jifhimni kulħadd.", "Hekk kif inkun nieżel it-taraġ, hemm il-possibilità li niżloq u nikser saqajja.", "Jew inkella, hekk kif inkun qiegħed fit-triq, hemm il-possibilità li ttajjarni karozza.", "(Interruzzjonijiet) Se nabbinaha mal-affarijiet legali.", "Mela inti għedtli li fuq il-pakkett tas-sigaretti, issib l-avviż kontra t-tipjip.", "Issa s-sigaretti għandhom klassifikazzjoni differenti.", "Rigward il-kafè, nista' ngħidlek li aħna regolati, filwaqt li l-kafè mhuwiex to a certain extent.", "Fejn aħna regolati?", "Aħna regolati sija mil-lat ta' base stations li nużaw, għax il-base stations tagħna, kemm ilna li dħalna fl-Unjoni Ewropea, anke mil-lat ta' product liability – għax għamilt aċċenn għaliha li qiegħda fil-liġi tagħna – hemm it-Terminal Equipment Directive li qiegħda fil-liġi, tapplika l-ICNIRP levels li, jekk se nixtri any type of equipment, it has to be within those laws and CE approved.", "Dak mil-lat ta' terminal equipment.", "CARMELO ABELA: Qabel dħalna fl-EU ma kontux tagħmluhom?", "IS-SUR IAN GAUCI: Qabel dħalna fl-EU, kien hemm il-parametri xorta waħda, biss id-direttivi ma kienux directly applicable, għax dawn saru applikabbli meta dħalna fl-EU.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri ma kontux tagħmluhom?", "Bħalissa hija sanċita fil-liġi, u għandek il-liġi.", "CARMELO ABELA: Imma meta ma kenitx fil-liġi, ma kenitx issir?", "IS-SUR IAN GAUCI: Jien ma nafx x'kienu jagħmlu, imma qed ngħidlek issa x'hemm fil-liġi.", "Id-direttiva ilha mill-1999!", "CARMELO ABELA: U intom kontu diġa' toperaw fl-2004!", "IS-SUR IAN GAUCI: Aħna qabel għamilna l-proċess to align the legislation – u intom suppost tafu bħala Parlament – ħalli nġibuha konformi mad-direttivi tal-EU, u wara, kif ġiet konformi, dħalna fl-EU.", "Issa ħalli nsegwi l-ħsieb għax inkella ninsa x'kont qed ngħid.", "Dak mil-lat ta' product liability, li qiegħda fil-liġi.", "L-ICNIRP – li intom qed tgħidu huwa skadut – qiegħed mil-lat ta' product liability u mil-lat ta' SR levels japplika għall-mobiles.", "Jiġifieri anke l-mobiles, li huma terminal equipment, aħna qabel ma nittestjawhom man-network tagħna, naraw li huma CE approved.", "Dawk qegħdin fl-RTT Directive.", "(Interruzzjonijiet) Dik mil-lat ta' direttiva.", "Għandna wkoll l-Occupational Health & Safety, li hija fil-Physical Agents Directive, u li tagħmel riferenza għall-ICNIRP.", "Għedna wkoll li l-ICNIRP ġejja mill-Amsterdam Treaty.", "Jiġifieri, as such, urejnikom kif bħala operaturi … Dwar din intom ridtu garanzija, u jien ġimagħtejn ilu tajthielkom il-garanzija, u I can vouch li they are compliant with the law 100%!", "Jiġifieri hemm qafas regolamentarju minn kull lat, u aħna qegħdin nottemporaw ruħna miegħu.", "Minn dak il-lat, aħna naħdmu hand in hand mal-awtoritajiet, u m'għandix aktar xi nżid fuqha.", "Mil-lat ta' edukazzjoni, jkolli naqbel miegħek, u għalhekk ħallejtha għall-aħħar.", "Ma nistgħux niġu hawnhekk nopponu biss u ma niddiskutux l-affarijiet b'mod loġiku u raġjonevoli!", "Inkella għalxejn ġejna hawnhekk, u lanqas ma rridu niddieħku bin-nies!", "Naqbel ma' dan, biss hemm ċerti premessi.", "Is-sitwazzjoni trid tiġi tackled b'mod intelliġenti, għax it is a very complex subject.", "Jekk huwa mobile usage, ngħidu li huwa mobile usage, u jekk huwa mast, ngħidu li huwa mast.", "Mela le, nagħmluha!", "Aħna wkoll fil-bidu għamilna educational campaign.", "Kellna n-Nortel Network – semmejtha l-aħħar darba wkoll – li kienet l-ewwel network li għamlet Malta.", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li qed inkun very candid.", "Ħalli nerġa' infakkrek.", "Fl-2007, meta kien hemm il-kummenti fuq ir-Reese Report, l-MEPs stess qalu li – mhux se noqgħod nerġa' nirrepeti dak li għedna qabel – hemm bżonn li jkun hemm dik l-informazzjoni.", "Naħseb li ħadd mill-operaturi hawnhekk ma qal li m'hemmx bżonnha, imma ma nistgħux nagħmluha waħedna.", "U għandu jkun parti minn proċess li, jekk jistednuna, aħna nkunu parti minnu.", "Biss aktar minn hekk, ma nistax ngħidilkom.", "CARMELO ABELA: Min qed tistenna li jistedinkom?", "IS-SUR IAN GAUCI: Jien se nirrispondik mod ieħor.", "IS-SUR STEFAN BFIRRA: Onor. Abela, intom stedintuna hawnhekk, u aħna ġejna.", "Issa jekk terġgħu tistednuna, nerġgħu niġu!", "CARMELO ABELA: Hemm xi awtorità li tixtiequ li tistedinkom biex tissieħbu f'dan it-tip ta' ...?", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Mhux awtorità waħda, imma dan huwa proċess li jridu jiġu nvoluti fih ħafna entitajiet differenti.", "JUSTYNE CARUANA: Intom qegħdin hawnhekk mhux biex noqogħdu nagħmlu l-battibekki bejnietna, imma biex minn din il-laqgħa noħorġu ċerti affarijiet pożittivi.", "From your expert side, x'nistgħu nagħmlu biex negħlbu din il-problema?", "Jekk il-problema hija ta' perċezzjoni, u li allura rridu nispjegaw lin-nies kif taħdem in-network u affarijiet bħal dawn, allura nistgħu nagħmlu hekk.", "Imma jekk se nitilqu bil-premessa li dawn il-mobiles verament huma xi ħaġa tal-biża' għax jistgħu jikkawżaw il-marda tal-kanċer jew tal-leukemia …", "THE CHAIRMAN: Waħda mill-issues tista' tkun reasonable usage għaliex hemm il-possibilità tal-health risk, u allura wieħed jitlob li jkun hemm reasonable usage tal-mobile phone.", "Jiena rajt daqsxejn l-Annual Report & Financial Statements tal-MCA u, għalkemm tista' tkun xi ħaġa li tifraħ biha meta tara li l-call minutes and SMSs qegħdin jiżdiedu, illum nippreokkupa ruħi meta nara dan.", "Jekk xi darba din naraha nieżla ma ngħidx li għandna l-livell tal-għajxien tagħna qed jonqos, imma ngħid li qed ikollna aktar għarfien dwar kif nagħmlu l-aħjar użu mill-mobile phones.", "Jekk għandek ir-raġel qiegħed fis-sular t'isfel u inti qiegħda fuq, aqbad u għajjatlu u mhux iċċempillu bil-mobile.", "Jiġifieri nagħmlu reasonable usage tal-mobile.", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Nista' nibda b'suġġeriment daqxejn leġġer.", "Waqt din il-laqgħa, ma stajtx ma nindunax li intom il-ħin kollu tużaw il-mobile, u allura forsi tistgħu tużawh inqas ukoll.", "THE CHAIRMAN: Hekk hu.", "Aħna nagħmlu kampanja elettorali mingħajr mobile phones!", "Jien se nagħmel reasonable usage.", "Issa se nisimgħu l-aħħar kumment tal-Onor.", "Anthony Zammit, u mbagħad wara ngħaddu għas-session mill-awtoritajiet.", "ANTHONY ZAMMIT: Meta niġi biex nagħti pillola lil pazjenta tiegħi, rrid nispjegalha l-possible side effects li jista' ikollha.", "L-ewwel se nara jekk il-pillola hijiex adegwata għall-pazjenta, u nara jekk din għandhiex xi mard jew affarijiet oħra.", "Imbagħad wara rrid nispjegalha l-possible side effects.", "Issa, s-side effects mhumiex biss għall-pazjenta.", "Ejja mmorru għal xi ħaġa oħra u nħarsu lejn l-isotopye ablation treatment tat-thyroid carcinoma.", "Sfortunatament, il-kanċer tat-thyroid ilu hawn Malta, u nafu li dan għandu x'jaqsam mar-radio activities, etc. Imma, wara li nopera l-pazjenta, jekk nagħmlilha total thyroidectomy, ikollha bżonn ablation treatment biex, jekk ikun fadal xi ftit taċ-ċelloli mad-dawra, neqridhom ukoll.", "Dan l-ablation treatment għandu s-side effects tiegħu kemm fuq il-persuna li tkun qed tirċievi tali trattament, u anke għan-nies li jkunu madwar dik il-persuna.", "Tant hu hekk li dan it-treatment għandu jsir taħt ċerti kondizzjonijiet, fejn il-pazjenta trid tiddaħħal f'area speċjalizzata, ma jkollha kuntatt ma' ħadd b'mod dirett f'dawk it-tlett ijiem, u anke l-eskrementi tagħha jinġabru u jintefgħu ġo cesspit u nagħlquha.", "Wara li toħroġ il-pazjenta mit-trattament, ngħidilha li for the next two weeks don't come close to any pregnant ladies, u ngħidilha biex toqgħod attenta minn tfal żgħar.", "Issa ħalliha li ma jagħmluhiex!", "Anke fejn jidħlu radio therapy machines, kellna problemi u din għedtha fil-Parlament.", "Mela jien qed nagħtik xi ħaġa li inti għandek bżonnha, imma din tista' tagħmillek id-deni, u allura rrid ninformak fuqha, għax hija r-responsabilità tiegħi li nagħmel hekk.", "Barra minn hekk, jekk din tkun għadha żgħira – qabel konna ngħidulhom biex ma jkollhomx aktar tfal – ngħidilha biex f'dawn it-tlieta sa ħames snin ma tinqabadx tqila.", "Illum għandna magħna d-Direttur Ġenerali tal-Health, u hija r-responsabilità tiegħu li jara li tiġi salvagwardata s-saħħa tal-pubbliku ta' madwar din il-persuna, fejn irid jispjega lilha u lill-oħrajn li qegħdin mad-dawra tagħha.", "Anke meta toħroġ pillola ġdida fis-suq, jekk toħroġ mill-Ewropa, biex tkun tista' tinbiegħ fl-Istati Uniti trid tgħaddi mill-Federal Drugs Authority.", "Fil-fatt, dawn jerġgħu jittestjawha huma, avolja din il-pillola tkun diġa' qiegħda tinbiegħ fl-Ewropa, u viċi versa.", "U aħna, bħala tobba, ġieli nirċievu rapporti fejn jgħidulek li dik il-pillola ma tistax tużaha, jew inkella trid toqgħod attent meta tużaha.", "Eżempju ta' dan kienu dawk it-tablets minħabba d-dardir fil-pregnancy, fejn min kien jeħodhom spiċċaw bi tfal immankati.", "Issa tiġix tgħidli li jiena noqgħod fuq testijiet li jsiru barra because you are also a service provider.", "Anzi intom, bħala service providers, għandkom ir-responsabilità li tagħmlu r-research, and remember that we are a small country.", "Din l-istess bħal tad-diabete.", "Aħna nintużaw – u nispera li nkomplu nintużaw – minħabba r-research fid-diabete, għax minn hawnhekk għad toħroġ ħafna informazzjoni fuq id-diabete!", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax aħna komunità żgħira u tista' tlaħħaq ma' kulħadd.", "Nerġa' ngħid li it is your responsibility.", "U naħseb li taqblu miegħi dwar dan.", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Li l-operaturi għandhom ir-responsabilità tagħhom naqblu perfettament.", "Fil-fatt, ipprovajna nispjegaw f'żewġ sessions li, kemm jista' ikun, nipprovaw inkunu responsabbli.", "Issa għandi diffikultà mal-analoġija tal-pillola, għax il-pillola hija xi ħaġa totalment differenti.", "Ħalli naqbdu analoġija ma' affarijiet li żgur se taqblu magħhom, u dawn huma l-istess affarijiet li semma il-Kunsill tal-Ewropa fir-Riżoluzzjoni.", "Is-sigaretti qabel kienu jgħidulhom li jistgħu jpejpu kemm iridu.", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Dak kien fil-Ħamsinijiet, meta x-xjenza kienet għadha primittiva!", "ANTHONY ZAMMIT: Imma mbagħad saret iktar riċerka.", "U nista' ngħidlek li min għandu l-ulcerative colitis, jgħidulu biex ipejjep għax he will improve.", "THE CHAIRMAN: Mela ħalli ngħaddu għall-aħħar mistoqsija mingħand l-Onor.", "Michael Gonzi, u mbagħad, kif ikollna risposta, nitlob lil Dr. Ray Busuttil u lis-Sur Charles Bonnici min-naħa tas-Superintendence of Public Health.", "MICHAEL GONZI: Jekk ikollkom antenna ftit 'il bogħod mid-djar tagħkom, issibuha ta' problema?", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Jiddispjaċini li ma ġibtx ritratt miegħi.", "Mill-uffiċċju tiegħi, tistgħu taraw antenna enormi fejn qiegħed il-GO.", "THE CHAIRMAN: Imma kif qalulna rappeżentanti oħra li min ikollu l-antenna fuqu…", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: F'dak il-każ, għandi problema d-dar għax żewġ bibien 'il bogħod mid-dar tiegħi – jekk tridu, nibagħtilkom r-ritratt tagħha – hemm antenna, u jien tfal żgħar għandi!", "JUSTYNE CARUANA: Imma mhux fuq id-dar tiegħek ...", "IS-SUR STEFAN BRIFFA: Fuq id-dar tiegħi kieku naqla' il-flus, u nkun safe minn kif għedna hawnhekk.", "Kif intqal, suppost li l-periklu qiegħed għalija, imma ninsab konvint li I'm not a prime target għal dak it-tip ta' periklu.", "U allura m'għandi assolutament l-ebda problema b'din l-antenna li qiegħda żewġ bibien 'l bogħod minni.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Issa nistieden liż-żewġ rappreżentanti min-naħa tas-Saħħa.", "L-ewwel nett, nirringrazzjakom talli lqajtu l-istedina tagħna.", "U naħseb li segwejtu l-każ tagħna, u għalhekk m'għandix għalfejn nagħmel xi introduzzjoni tas-suġġett diskuss.", "Din hija t-tieni laqgħa tagħna fuq dan is-suġġett.", "Issa intom, bħala Awtorità tas-Saħħa, x'inhi l-opinjoni tagħkom fuq il-preokkupazzjonijiet tagħna?", "Meta niġu biex nitkellmu fuq il-precautionary measures, kif nistgħu nagħmlu iktar milli qegħdin nagħmlu?", "L-evidenza turina li hemm possibilità ta' riskju ta' health hazard, u hemm possibilità serja.", "Jien nirrikonoxxi l-evidenza li taw sħabna mill-element kummerċjali, u nemmen li huma forsi ma jistgħux jagħmlu iktar milli qegħdin jagħmlu għaliex, fl-aħħar mill-aħħar, l-esiġenzi tagħhom huma dawk li jottemporaw ruħhom mar-regolamentazzjoni eżistenti.", "Fl-ewwel laqgħa li kellna, nnotajt li meta bdejna nitkellmu u nistaqsu lill-mistiedna li kellna quddiemna, għall-ħafna mill-mistoqsijiet li sarulhom bdew iweġbuna li huma inġiniera u mhux tobba!", "Għaldaqstant illum ma nixtieqx nisma' mingħand it-tobba li huma mhumiex inġiniera, u allura ma jifhmux x'jista' ikun dak il-livell.", "Dan il-kumment għaddejnih meta konna qegħdin nitkellmu mar-rappreżentanti tal-MCA.", "Xi kultant naraw li hemm diversi responsabbiltajiet li, f'xi ħin jew ieħor, dawn jaqgħu between two stools.", "U kważi kważi, kieku kelli nitlob emenda fl-MCA, kont nitlob immedjatament li, bil-liġi, l-MCA trid tkun komposta minn nies mill-Awtorità tas-Saħħa u mill-awtoritajiet l-oħra konċernati.", "B'hekk, il-konsultazzjoni ma ssirx b'mod volontarju imma tkun a must, għax tkun fil-liġi.", "Nerġa' ngħid li, fl-opinjoni tiegħi, hemm ħafna responsabilità imferrxa, u li xi kultant mhux kulħadd ikun jista' jerfa' l-istess piż.", "DR RAY BUSUTTIL (Director General – Superintendence of Public Health): Forsi jkun aħjar jekk nibda mill-aħħar punt li qajjimt.", "Nista' nassigurak li jsir xogħol mill-qrib ħafna bejna u bejn l-MCA.", "Fil-fatt, kwalunkwe riżultat li jkollhom l-MCA u li fuqu jkollhom xi diffikultà, jiġu għandna, waqt li kwalunkwe complaint, problema jew whatever li jkollna aħna, tmur għand l-MCA.", "Jiġifieri dejjem issir dik il-konsultazzjoni u bejnietna hemm koperazzjoni assoluta.", "Minn dak li smajt waqt id-diskussjoni, naħseb li jkun tajjeb li niċċaraw daqsxejn x'inhi din il-kwestjoni tal-possible risk u l-classification tal-IARC.", "Irridu ngħidu li l-IARC ikklassifikat l-electromagnetic radiation bħala possibbli li tikkawża l-kanċer fl-inqas livell ta' klassifikazzjonijiet li hemm, jiġifieri f'level 2B.", "Qed ngħid hekk għaliex hemm riċerka li turi li ċerti dożi ta' radjazzjoni – biex insejħilha hekk – jistgħu jikkawżaw żieda fit-temperatura tal-ġisem, speċjalment fil-moħħ.", "Hemm riċerka wkoll li turi li żieda fit-temperatura fil-moħħ tista' twassal għal żieda f'ċertu tipi ta' cancers tal-moħħ, primarjament il-Glioma u l-Acoustic Neuroma.", "Biss s'issa m'hemm l-ebda evidenza li turi li r-radjazzjoni tikkawża żieda f'dawn il-cancers, jiġifieri hemm il-link, but there is no evidence, u għalhekk qiegħed fit-2B.", "THE CHAIRMAN: Allura fi kliem ieħor, nistgħu ngħidu li hemm il-possibilità?", "DR RAY BUSUTTIL: Hemm link bejn A u B, hemm link bejn B u C, imma m'hemm l-ebda link stabbilit s'issa bejn l-A u s-C.", "Fil-qasam mediku, ma tistax tgħid li għax A causes B u għax B causes C, mela allura A causes C. Dik ma tistax tagħmilha fil-mediċina.", "THE CHAIRMAN: Imma jien nista' nissostitwixxi l-kelma \"link\" li qed tuża inti mal-kelma \"possibilità\"?", "Hemm evidenza f'ċertu riċerka li turi li r-radjazzjoni tikkawża żieda fit-temperatura.", "Hemm riċerka li turi wkoll li din iż-żieda fit-temperatura tista' iżżid ir-riskju tal-cancer, imma b'dik biss ma tistax tikkonkludi minnha li ż-żieda fir-radjazzjoni, jew b'doża ta' radjazzjoni, tikkawża l-cancer.", "Evidenza mir-riċerka li saret ta' link diretta għad m'hemmx, u allura l-IARC għamlet dik il-possibility – u hawnhekk jidħol il-precautionary principle – għax la A causes B, u B causes C, jista' jagħti l-każ li A causes C. B'hekk tieħu l-prekawzjoni just in case A causes C. Fl-opinjoni tiegħi, importanti li wieħed jispjegaha din.", "Importanti wkoll li wieħed jispjega li l-fatt li doża \"X\" ta' radjazzjoni tagħmel xi ħaġa, ma jfissirx li doża \"X\"–1 tagħmel xi ħaġa –1 jew \"X\"+1 tagħmel xi ħaġa +1.", "Jiġifieri ma jfissirx li għax doża qawwija hemm evidenza li ssaħħan il-moħħ, allura doża inqas baxxa se ssaħħan il-moħħ naqra inqas.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti kif nirrelataw ir-riċerka li saret fuq il-mobile phones u r-riċerka li saret fuq il-base stations, għaliex l-emissions mill-mobile phones u l-emissions mill-base stations huma totalment differenti.", "Fil-fatt, fil-mobile phones hija ferm iktar għolja milli mill-base stations.", "U allura, jekk hemm riċerka ta' xi ħaġa mill-mobile phones, ma tistax tgħid li la din hija għolja fil-mobile phones u tagħmel hekk, allura għax hawn inqas baxxa fihom bilfors li tagħmel hekk!", "Dik ir-riċerka ma teżistix.", "Irridu niftakru li bħala sorsi – kif diġa' issemma diversi drabi – ta' electromagnetic radiation fl-ambjent hawn diversi.", "Fil-fatt, jekk wieħed joqgħod id-dar għandu l-mobile phone, għandu l-antenna tiegħu jew tal-ġirien, imbagħad għandu t-television, il-microwave, ir-router u l-cordless phone.", "Dawk kollha għandhom l-emissions tagħhom.", "Il-microwave għandu emissions daqs il-mobile phone.", "Jekk ir-router tal-wi-fi toqgħod ħdejh, għandu emissions iktar milli jkollok mill-base station jekk tkun 'il bogħod, għax jekk toqgħod ħdejha mod ieħor.", "Jiġifieri l-livelli ta' radjazzjoni fl-ambjent huma tali li xi kultant huwa diffiċli biex tidentifika jekk hux dik li qed tikkawża r-radjazzjoni jew l-oħra.", "Imma, pereżempju, fuq ċerti affarijiet, the history is long, għax it-televisions u r-radios, li kollha għandhom l-emissions, ilhom magħna madwar 60 sena, u m'hemm l-ebda evidenza ta' żieda f'xi mard jew ieħor fil-pubbliku kkawżat minnhom.", "Il-pożizzjoni tagħna bħala Sanità ma nistgħux inkunu emottivi, u lanqas nistgħu ngħidu \"forsi\", \"kif\" u \"come\".", "Il-pożizzjoni tiegħek bilfors trid tibbażaha fuq l-evidenza xjentifika.", "Inti trid solid evidence, u l-pożizzjoni tagħna kienet ibbażata, u tibqa' ibbażata, fuq il-pożizzjoni li tieħu l-WHO fil-Fact Sheets tagħha.", "Dawn il-Fact Sheets hemm biċċiet minnhom li għadda ż-żmien minn fuqhom, imma xorta waħda għadhom validi, għax kieku kienu jiġu replaced.", "Li kieku l-fatti li qed tgħid il-WHO m'għadhomx kif kienu, allura kienu jinbidlu u ssir Fact Sheet ġdida.", "Hemm Fact Sheets 193, 296 u 304 u, jekk tridu, ngħaddulkom kopji tagħhom aktar 'il quddiem.", "Hemm ir-rakkomandazzjonijiet li għamel il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-1999 li għadhom validi u viġenti sal-lum.", "Hemm l-iStewart's Report li kien sar għall-Gvern Ingliż fl-2000.", "F'dan ir-rapport, kien ta pariri lill-Gvern Ingliż fuq il-kwestjoni tal-EMFs, tal-antennas, eċċ, u mbagħad hemm rapport li ħareġ f'April ta' din is-sena mill-Advisory Group fuq in-non-ionizing radiation, li kien inkarigat minnu l-Health Protection Agency tal-Ingilterra.", "Naħseb li dan huwa l-akbar studju li sar għaliex irrevedew 'il fuq minn 1,000 riċerka li kienu saru f'dan il-qasam, u indirizzaw diversi aspetti tal-EMF.", "Jekk wieħed jara l-Fact Sheet 193 tal-WHO li kienet ħarġet fl-2011, jiġifieri fuq l-EMF u l-Public Health, wieħed jista' jikkonkludi li, wara 20 sena ta' użu ta' mobile phones, m'hemmx evidenza diretta ta' adverse health effects ta' mard jew effetti fuq is-saħħa li ġew stabbiliti b'mod dirett mal-użu tal-mobile phones.", "U m'hemm l-ebda evidenza li hemm xi impatt fuq is-saħħa tal-individwu f'livelli ta' radjazzjoni li ma jikkawżawx żieda fis-sħana tal-ġisem.", "Mela ġie stabbilit, u għedna, li r-radjazzjoni tista' iżżid it-temperatura tal-ġisem b'mod minimu.", "Fejn dan ma jseħħx, minkejja l-exposure għar-radiation, m'hemm l-ebda effett, jew m'hemm l-ebda indikazzjoni ta' effett fuq is-saħħa.", "M'hemm l-ebda evidenza – u hawn qed ngħid għall-A, B u s-C – ta' żieda fl-inċidenza ta' Meningioma jew ta' Glioma wara iktar minn għaxar snin esperjenza fl-użu tal-mobile phone.", "U hawnhekk irridu ngħidu li l-population base li qiegħda tagħmel il-monitoring mhijiex popolazzjoni ta' 300,000 li għandna f'pajjiżna, imma qed tuża numru ta' nies li jużaw il-mobile phones across the globe, li hija għolja ħafna.", "U r-reġistrazzjoni ta' cancers bħall-Meningioma u l-Glioma hija xi ħaġa li ssir fil-pajjiżi kollha, jiġifieri mhijiex statistika direttament allaċjata ma' din ir-riċerka.", "Fil-fatt, din hija statistika li nżommu u li ilna nżommu snin twal, anke minn qabel ma ġew fl-eżistenza l-mobile phones.", "Għalhekk, jekk ikun hemm xi żieda fl-inċidenza ta' dan il-mard, wieħed jidentifikaha u jinnotaha b'mod pjuttost globali.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri dak li qed tgħid inti huwa bbażat fuq studju internazzjonali u mhux lokali?", "DR RAY BUSUTTIL: Iva, kollox internazzjonali.", "Fuq studju lokali – u hawnhekk ma naqbilx mal-Onor.", "Zammit – f'dawn iċ-ċirkostanzi, meta għandek ir-riskju daqshekk żgħir, għandek bżonn ta' popolazzjonijiet kbar.", "Jiġifieri f'Malta forsi nidentifikaw xi ħaġa, imma mbagħad trid tikkorelataha ma' popolazzjonijiet kbar.", "CARMELO ABELA: Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq studji internazzjonali, u jidher li ma sarux studji lokalment.", "DR RAY BUSUTTIL: Fuq dan it-tip ta' studji, żgur li le.", "CARMELO ABELA: Pereżempju, bħala Dipartiment tas-Saħħa, jekk ikun hemm żieda f'ċertu tip ta' mard, jiġu analizzati għalfejn kien hemm żieda fihom?", "Ħalli forsi ma naslux għall-kawża diretta mija fil-mija, imma jekk hemm żieda fit-tip ta' kanċer ...", "DR RAY BUSUTTIL: Ma kellna l-ebda żieda f'dak it-tip ta' kanċer.", "CARMELO ABELA: Pereżempju, ma kellniex żieda ta' leukemia fit-tfal?", "DR RAY BUSUTTIL: Imma mbagħad hawnhekk, dwar il-leukemia fit-tfal, hawn evidenza oħra wkoll.", "Il-leukemia fit-tfal hija multi-factorial origin, and you cannot link it to one particular cause, għax hemm diversi raġunijiet għalfejn it-tfal jistgħu jiżviluppaw il-leukemia.", "Jekk kien hemm xi żieda żgħira … Imma naħseb li aħjar ma nirrispondix minn hemm, imma nirrispondi minn hawn.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri, jekk tul numru ta' snin id-Dipartiment tas-Saħħa forsi osserva ċerta żieda f'ċertu tip ta' mard, bħala d-dipartiment konċernat, jgħid x'tista' tkun il-kawża għal dan?", "Isir dan it-tip ta' studju jew le?", "Aħna l-istatistika ma niġbruhiex biex ikollna ċ-ċifri, imma niġbruha biex nanalizzawha.", "Imma meta wieħed jinterpreta l-istatistika, jrid jikkonsidra n-numri li wieħed ikun qiegħed jitkellem fuqhom.", "Mod li jkollok 250 mewt mill-mard tal-qalb, u s-sena ta' wara jkollok 260 jew 270, u allura forsi dik id-differenza tkun waħda sinifikanti.", "Imma meta jkollok numri żgħar, ta' sitta jew sebgħa, il-fatt li f'sena minnhom żdiedu tnejn jista' jagħti l-każ li s-sena ta' wara jonqsu tnejn, u allura ma tistax tgħid kemm kellna suċċess, għax in-numri li jvarjaw ikunu żgħar ħafna.", "Għaldaqstant, ikollok bżonn a very long period of time biex tara li jkun hemm trend.", "CARMELO ABELA: Il-fatt li aħna popolazzjoni ta' erba' mitt elf, u li żgur li qatt mhu se nsiru erba' mitt miljun, allura ma ninkwetaw fuq xejn hawn Malta!", "DR RAY BUSUTTIL: Għalhekk f'ċertu aspetti epidemjoloġiċi rridu noqogħdu fuq studji li jsiru fuq popolazzjonijiet ferm ikbar.", "Biex nerġa' ndur għall-mobiles, dawn huma l-istess bħal dawk li jużaw fl-Ingilterra, fi Franza, fil-Ġermanja u fl-Istati Uniti.", "U jekk dawn il-pajjiżi f'numri kbar qed jaraw żieda, aħna f'Malta, forsi minħabba n-numri żgħar tagħna, dik iż-żieda ma narawhiex.", "Madankollu xorta noqogħdu fuq dik iż-żieda, u nieħdu l-passi li hemm bżonn jittieħdu.", "THE CHAIRMAN: Imma kif qal l-Onor.", "Abela, allura aħna qegħdin f'ċirkostanza li kważi minħabba n-numri żgħar tagħna qatt m'aħna se ninkwetaw fuq xejn!", "Hawnhekk ma naqbilx miegħek.", "THE CHAIRMAN: Mela nitolbok biex tiċċara ruħek aħjar.", "L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri din l-assoċjazzjoni qiegħda bejn il-Glioma u l-Acoustic Neuromas?", "MICHAEL GONZI: Imma fuq affarijiet ta' mard ieħor …", "DR RAY BUSUTTIL: Għandi aktar xi ngħid, u dawn kollha se nindirizzahom, għaliex fuqhom hemm l-evidenza kollha.", "MICHAEL GONZI: Allura fuq dawn l-ispecific tumors, it-trend f'dawn l-aħħar 20, 30 sena żdiedet f'pajjiżna?", "Din baqgħet l-istess, u anke f'pajjiżi oħra baqgħet l-istess.", "MICHAEL GONZI: U jekk ma żdiditx, lanqas ma kien hemm varjazzjoni?", "Pereżempju, ngħidu li fil-Mellieħa kelli tnejn jew tlieta.", "MICHAEL GONZI: Ħalli nara d-density tal-population.", "DR RAY BUSUTTIL: Kollox sew, imma jekk se tipprova tispezzetta l-ħames Gliomas li jkollok f'sena biex tara jekk kienux fil-Mellieħa, jew f'Marsaxlokk, jew inkella f'Raħal Ġdid, se terġa' iċċekken iċ-ċifri li jkollok, u allura d-differenzi aktar u aktar se jkun diffiċli biex tanalizzahom.", "Hawnhekk nagħmel riferenza għall-mistoqsija tal-Onor.", "Vassallo, għax li kieku noqogħdu biss fuq iċ-ċifri li niġbru minn Malta, minħabba li f'Malta se ddum ħafna biex tara xi tibdil, allura nispiċċaw li qatt ma nagħmlu xejn.", "U għalhekk ma noqogħdux fuq iċ-ċifri ta' Malta, imma nieħdu ċ-ċifri internazzjonali, ħalli b'hekk naraw x'inhuma t-trends f'pajjiżi oħra.", "U jekk it-trends f'pajjiżi oħra juru xejra differenti, m'hemm l-ebda raġuni għaliex f'Malta dik ix-xejra ma tkunx qiegħda teżisti wkoll.", "Biss, miċ-ċifri tagħna, ma nistgħux nindunaw biha, għax għandna numri żgħar ħafna.", "Aħna nimplimentaw dak li qed isir fuq ir-riċerka barra għaliex ir-riċerka f'Malta jew ma tistax tiġborha, jew inkella biex tiġborha se ddum ferm iżjed milli jdumu pajjiżi oħra li għandhom numri ferm akbar.", "Dan huwa l-mod ta' kif noperaw.", "Jekk nerġa' immur għal Fact Sheet 193, naraw li din terġa' issemmi l-link tal-possible carcinogenic effect tal-IARC classification, u li hemm l-iżvilupp tal-exposure guidelines li llum saru diġà on the basis tar-rescue, jiġifieri dawk l-exposure guidelines li qegħdin nimxu magħhom.", "Primarjament, Fact Sheet 296 titkellem fuq l-electromagnetic hypersensitivity.", "Dan huwa syndrome li għandu a variety of non-specific symptoms, fejn min ibati minn dan il-grupp ta' sintomi jattribwihom għall-electromagnetic forces.", "Dawn is-sintomi, from a medical perspective view, ma jifformaw l-ebda parti minn xi syndrome li wieħed jaf biha.", "Saru ħafna studji fuqha.", "Saru wkoll controlled double blind trials li huwa, biex ngħid hekk, the top type of research li wieħed jista' jagħmel.", "These double blind studies had shown no co-relation between symptoms and EMF exposure, jiġifieri m'aħniex qed ngħidu li dawn in-nies qed jivvintawhom is-sintomi.", "Is-sintomi huma reali, ivarjaw ħafna kemm fil-kwalità kif ukoll fis-severità tagħhom, imma m'hemm l-ebda bażi xjentifika li wieħed jista' jassoċjahom mal-electromagnetic forces.", "Rigward il-base stations, naraw li f'Fact Sheet 304 qed jgħidu li l-exposure hija ta' bejn .002 u 2% tal-guidelines li ġew stabbiliti.", "U allura qegħdin noperaw f'livell ta' exposure ferm inqas – hawnhekk mhux għal Malta qed nitkellem, imma fuq bażi internazzjonali – mill-guidelines li ġew stabbiliti.", "MICHAEL GONZI: Naħseb li dan il-punt qbadnih ukoll id-darba l-oħra.", "Meta inti għandek a cut-off, jiġifieri 2% ta' xi ħaġa, jekk taqbeż dik ix-xi ħaġa x'jiġri?", "Għadek tqabbel mat-temperatura?", "DR RAY BUSUTTIL: Mill-evidenza ġenerali, mhux biss it-temperatura imma, from all the evidence in the literature, ġew stabbiliti mill-esperti – jien m'inix espert f'dan il-qasam, u dan ikunu grupp ta' esperti kemm inġiniera kif ukoll mediċi, riċerkaturi, eċċ. – guidelines sabiex il-pubbliku ma jiġix espost għal livelli aktar għoljin minn dak determinat.", "Mill-evidenza li ġabru huma, sa dak il-livell m'hemm l-ebda evidenza li hemm effetti fuq is-saħħa.", "Issa, jekk taqbżu, jista' ikun hemm xi sintomi.", "MICHAEL GONZI: Xi jkunu dawn?", "DR RAY BUSUTTIL: Primarjament, għandek relazzjoni mal-cancer.", "MICHAEL GONZI: Imma jekk hemmhekk għad m'hemm link ta' xejn!", "Ħalli ngħidlek x'inhi l-problema.", "Din il-mistoqsija saret ukoll lill-istakeholders kollha, u ħadd ma kien jaf x'jiġri wara dak il-100%!", "Inti ħadt cut-off point li tgħid minn hawn s'hawn jien qiegħed safe, u jekk naqbżu I am increasing my risk.", "The only association sal-lum stabbilita mill-istudji kollha hi – I can go through it meta niġi għall-aħħar rapport tal-2012 li daħal ferm iktar f'dettall milli jagħtu l-Fact Sheets tal-WHO – li l-Advisory Group tal-Health Protection Agency fuq in-non-ionizing radiation għamlu dawn il-kummenti: l-ewwel, ikkummentaw u raw l-exposure kemm qed jiġi espost għall-electromagnetic radiation fil-pubbliku, u qalu li din l-exposure hija universali minħabba li hawn numru ta' affarijiet li joperaw fuq frekwenzi differenti fl-ambjent, jiġifieri mhumiex biss relatati mal-mobile phones li, minkejja li hemm żieda fin-numru ta' affarijiet li qed joperaw, jiġifieri l-collection ta' dawn kollha f'daqqa, xorta waħda għadha taħt il-guidelines li kienu ġew stabbiliti fuq livell internazzjonali.", "Jiġifieri mill-istudji kollha li saru, l-uniku impatt li sabu hu li aktar ma żżid ir-radjazzjoni, jista' ikollok żieda fit-temperatura tal-ġisem u li l-mobile phone hand sets are most likely to produce the highest exposures, whilst all others are considerably low.", "La huma l-antennae, la r-router tad-dar u lanqas il-microwave.", "Issa mbagħad dawn ħarsu wkoll lejn is-cellular studies, lejn ir-riċerka li saret b'mod internazzjonali, u they reviewed ma nafx kemm-il mitt biċċa riċerka biex jaraw l-impatt tar-radjazzjoni fuq iċ-ċelloli tal-ġisem.", "Fil-fatt, dawn sabu li r-riżultati huma diverġenti; kien hemm riżultati li jgħidu mod, u kien hemm riżultati li jgħidu mod ieħor.", "U waħda mill-affarijiet li l-aktar li sabu kienet dawk li jsejħulhom ir-replication studies.", "Jekk inti tagħmel studju li \"A\" jikkawża \"B\", u jien nagħmel l-istess studju bl-istess metodoloġija li wżajt inti, suppost li nsib li \"A\" jagħmel \"B\".", "Ir-riżultati oriġinali jitfgħuhom f'dubju serju jekk kienux tajbin, u sabu ħafna minn din in-non-replicability tal-istudji.", "Issa mhux qed jgħidu li m'hemmx evidenza, imma l-evidenza li hemm mhijiex konvinċenti.", "Kien hemm ċerti studji li wrew li, jekk inti għandek pre-disposizzjoni għall-cancer, l-exposure jista' iżidha, jiġifieri jaġixxi b'mod sinerġistiku ma' affarijiet li jistgħu possibbilment jikkawżawlek il-cancer.", "Biss ma sabu l-ebda evidenza b'mod dirett li huma jagħmlu xi tibdil f'dawn iċ-ċelloli li jipproduċu l-cancer.", "Mela jista' ikun li r-radjazzjoni, jekk inti espost għal xi tip ta' xi ħaġa li tikkawża l-cancer, iżżid l-effett tagħha, imma b'mod dirett huma ma jaħdmux biex jikkawżaw il-cancer.", "THE CHAIRMAN: Jien ma nifhimx f'dawn l-affarijiet imma, fil-bidu tad-diskors tiegħek, tajtni x'nifhem li l-marda tal-kanċer jista' ikollha multiple causes.", "U allura, biex l-evidenza xjentifika ssib raġuni waħda valida, tista' ma ssibhiex minħabba li hemm ħafna affarijiet oħra.", "Jekk inhu hekk, nistgħu naslu f'ċirkostanza fejn ikollna ftit mill-użu tal-mobile phones, ftit mill-masts u ftit minn xi għaxar affarijiet oħra, imma mbagħad dawn qajla jistgħu jiġu misjuba bħala evidenza minħabba li għandek multiple causes.", "(Interruzzjonijiet) Jien qiegħed nistaqsi din il-mistoqsija bħala politiku.", "DR RAY BUSUTTIL: Dan li għedt fuq iċ-ċelloli u t-tibdil li jista' iwassal għall-cancer fiċ-ċelloli huma komuni għall-cancers kollha, jiġifieri tibdil li jsir fiċ-ċelloli fl-iżvilupp ta' cancer huma l-istess, sew jekk huwa cancer tal-pulmun, u sew jekk huwa cancer tal-musrana.", "It-tibdil li jsir inizjalment fiċ-ċelloli huwa l-istess għalihom kollha, u dan l-istudju ħares proprju lejn dawn l-affarijiet, u ċioè biex jaraw jekk hemmx xi tibdil, mhux f'tip wieħed ta' cancer, imma fiċ-ċelloli li jġiegħlhom isiru cancerous wherever they are.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmel mistoqsija oħra ta' kurżità.", "Bejn illum u 15-il sena ilu, bejn illum u 30 sena ilu, l-evidenza ma turiniex li għandna iktar imwiet bil-cancer f'Malta?", "Qed nistaqsi dan b'mod ġeneriku.", "Jien politiku, u għalkemm m'għandix grounds tekniċi, xorta għandi din il-kurżità f'isem in-nies.", "DR RAY BUSUTTIL: Hemm numru ta' raġunijiet: kien hemm żieda fl-ammonti ta' cancer, imma l-fatt li 20 jew 30 sena ilu bdew il-mobile phones, ma jfissirx li dik iż-żieda kienet minħabba l-mobile phones!", "Hemm diversi fatturi oħra, u għalhekk ...", "THE CHAIRMAN: Imma ftit id-duħħan tal-karrozzi, ftit il-mobile phones, ftit l-asbestos u ftit hekk, u nibdew noħolqu …", "DR RAY BUSUTTIL: Hemm il-fatt li kien hemm bidla fl-ambjent, hemm il-fatt li l-poplu qed jgħix aktar, u allura ta' età ikbar joħorġu aktar cancers, hemm il-fatt li qegħdin naqbduhom u nidentifikawhom ferm aktar malajr milli konna nagħmlu qabel.", "Għaldaqstant hemm diversi fatturi li jikkawżaw il-cancers, u allura ma tistax tqabbel waħda ma' oħra.", "Dwar dawn kont qed ngħid li jekk hemm żieda ta' cancer ma tistax tillinkja ...", "THE CHAIRMAN: Jista' ikollok baskett ta' kawżi, u dan jista' ikun wieħed minnhom!", "DR RAY BUSUTTIL: Ma tistax tagħmel dak l-argument.", "THE CHAIRMAN: Naf li ma tistax, imma qiegħed nipprova nirraġuna.", "Allura ma jistax, f'xi ħin jew ieħor, lill-poplu toħroġlu xi ħaġa bħalma titkellmu fuq healthy life … Naf li intom għandkom ħidma impekkabbli fuq il-prevenzjoni, imma dwar mobile phones u dwar masts s'issa ma jidhirx li qatt tkellimtu fuqhom biex tavżaw lin-nies sabiex joqogħdu attenti minnhom.", "Jien nieħu pjaċir nisma' lid-Dottoressa responsabbli titkellem fuq dawn l-affarijiet.", "Issa se nżidu xi ħaġa oħra, u se ngħidu li ma tistax iċċempel.", "Fuq dan l-element donnu qatt ma tkellimtu, imma qisu hemm link ta' possibilità.", "Jiġifieri meta niġu għall-precautionary measures f'dan ir-rigward m'aħniex se neħduhom?", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Apparti l-cancer, nistgħu nsemmu l-asthma?", "L-ewwel nett naqblu li kien hemm żieda fl-asthma fuq medda ta' snin?", "Jidher ukoll li ommijiet tqal ikunu iktar vulnerabbli għal dan it-tip ta' emissjonijiet li mbagħad jiżviluppaw fi tfal ta' seba' jew tmien snin ...?", "M'hemm l-ebda link bejn dawn l-emissjonijiet u l-asthma.", "Assolutament m'hemm xejn.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri hemm rapporti li jikkontrastaw lil xulxin.", "DR RAY BUSUTTIL: L-asthma ma ssemmiet fl-ebda minn dawn l-istudji.", "Jiġifieri asthma is such a multi-factorial, waħda mill-iktar affarijiet li hija multi-fattorjali, jiġifieri hemm a familiar tendency, hemm l-ambjent u t-tibdiliet li kellna fl-ambjent huma enormi llum.", "CARMELO ABELA: Meta tgħid l-ambjent xi tfisser biha?", "CARMELO ABELA: Hemm rapporti li jgħidu li l-ambjent f'Malta suppost tjieb, u allura suppost li jkollna inqas asthma.", "DR RAY BUSUTTIL: Jiddependi liema aspett tal-ambjent qed tħares lejh.", "CARMELO ABELA: Jew ir-rapporti li jagħtu tal-ambjent ikunu ħżiena?", "If I'm not stating the facts, għiduli li l-fatti tiegħi huma ħżiena.", "Jiġifieri jekk kien hemmx żieda jew le fl-asthma.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri fl-1995, kelli 8.8% tat-tfal Maltin bejn is-sitta u s-seba' snin li kienu jbatu bl-asthma.", "U fl-2002 il-persentaġġ tela' għal 14.9%.", "Jiġifieri jekk dan huwiex stat ta' fatt jew le …", "CARMELO ABELA: Mhux qed ngħid dawn kollha minħabba l-antennae u l-mobile phones etc., u naħseb lanqas dawn ma qalu hekk.", "Fil-fatt, jista' ikun ukoll marbut mal-lifestyle, mal-ikel, eċċ. Imma, jekk għandna din iż-żieda, inutli ngħidu li ħa nibbażaw ruħna fuq studji barranin jekk l-asthma f'pajjiżi barranin is not an issue.", "CARMELO ABELA: Mela allura jista' ikun hemm relazzjoni wkoll ma' dawn l-affarijiet.", "THE CHAIRMAN: Hemm il-possibilità li …", "DR RAY BUSUTTIL: Inti qed tgħid li kien hawn żieda fl-asthma u dan huwa minnu, imma mbagħad qed tgħidli li jista' jagħti l-każ li kien hawn żieda fl-asthma għax żidna l-mobile antennae.", "Jista' jagħti l-każ għax kieku ma llinkjajthiex mal-lum; imma, bl-istess mod, jien nista' ngħidlek li hawn iktar asthma għaliex ittellgħu iktar arbli tal-bnadar fuq il-bjut milli kien hawn għaxar snin ilu!", "M'hemm l-ebda link bejn waħda u oħra.", "Inti qed tgħid li kien hawn żieda f'din u kien hawn żieda f'din; mela la kien hawn żieda f'din u la kien hawn żieda fl-oħra, dawn huma linked ma' xulxin.", "CARMELO ABELA: L-ewwel nett jien mhux qed ngħid hekk.", "Dan il-Kumitat ġie ppreżentat bi preżentazzjonijiet u rapporti, u kkwotawlna dak li qalu xjenzati barranin.", "Issa, jekk il-WHO tirrikonoxxihomx jew le, u inti semmejt li meta kellek studju rriżulta mod, imbagħad it-tieni studju rriżulta mod ieħor, għalfejn qed ngħidu li t-tieni studju huwa aħjar mill-ewwel wieħed, jew l-ewwel wieħed aħjar mit-tieni wieħed?", "DR RAY BUSUTTIL: Ħalli nispjega ftit, għax hawnhekk nista' nidħol ukoll fuq il-punti li semma' l-Onor.", "Meta inti tevalwa studji fil-mediċina, dejjem se ssib studji li juru ħaġa, u studji oħra li juru mod ieħor.", "Jiġifieri, xi kultant issib xi ħaġa li turi abjad, u xi ħaġa oħra li turi iswed.", "Pereżempju, meta tiġi biex tiddeċiedi fuq xi ħaġa, se ssib studji li jgħidu din il-mediċina hija safe, u se ssib studji oħra li jgħidu din il-mediċina mhijiex safe.", "Issa meta tiġi biex tiddeċiedi jekk dik il-mediċina tpoġġihiex fis-suq jew le, se tieħu a body of evidence, u tieħu the overall trend tar-riċerka kollha li tkun saret.", "Ma jfissirx li x'imkien, f'xi pajjiż, ma kienx hemm xi ħadd li jgħid kontra!", "Fil-fatt, kien hemm nies li għamlu studji u għamlu ħoss kbir.", "Bħalissa qiegħed niftakar fl-istudju li kien ħareġ fuq il-vaċċin tar-rubella, fejn f'dan l-istudju kienu qalu li r-rubella vaccine tikkawża l-multiple sclerosis.", "Waqqfu r-rubella vaccine kullimkien proprju għaliex dan il-bravu ħareġ bil-multiple sclerosis!", "U mbagħad sabu li dak l-istudju kien ivvizzjat u mbagħbas!", "Għaldaqstant, irridu noqogħdu attenti kif nikkwotaw l-istudji li jsiru.", "CARMELO ABELA: Jekk noqogħdu sejrin hekk, nibdew ngħidu li kull studju jista' ikun imbagħbas!", "(Interruzzjonijiet) Imma the body of studies mhuwiex wieħed.", "Tgħid saru 100 studju fejn 20 kienu hekk u 80 kienu mod ieħor.", "This is a review from an advisory group li raw l-evidenza kollha u ħarġu b'dawn il-konklużjonijiet.", "Jien mhux qed ngħid li m'hemmx studji li jindikaw mod ieħor, imma qed ngħid li l-evidenza ġenerali, mill-istudji kollha li saru sal-lum, twassal lejn dan.", "Jien ħriġt dawn bħala punti, imma mhux se nagħtikom il-kopja li għandi f'idi, għax id-dokument mhuwiex irqiq, u ġie printed fuq quddiem u wara.", "Imma nista' nagħtikom a proper printout tiegħu.", "Jiġifieri, f'kull settur hemm l-istudji li jgħidu x'inhu l-pożittiv u n-negattiv.", "Imbagħad fl-aħħar hemm is-summary of conclusions tal-istudji kollha li jkunu saru.", "Issa ma jfissirx li ma kienx hemm studji li setgħu saru, u aħna, bħala Health, ma nistgħux noqogħdu fuq dak l-istudju li seta' sar, imma we have to rely on the body of evidence available.", "THE CHAIRMAN: Imma minkejja dan kollu, intom bħala dipartiment tistgħu tagħtu garanzija li m'hemmx evidenza ta' kawża ta' mard?", "DR RAY BUSUTTIL: Sur President, inti tista' tagħtini garanzija li għada filgħodu se nqum jien?!", "Hawnhekk qiegħed titlobni l-impossibbli, għax jien ma nista' nagħti garanzija ta' xejn.", "L-unika garanzija li nista' nagħti hu li, sal-lum, m'hemm l-ebda evidenza li dawn jagħmlu l-ħsara.", "There is a great distinction meta tidħol fir-riċerka biex tipprova li xi ħaġa tagħmel xi ħaġa, u biex tipprova li xi ħaġa ma tagħmilx xi ħaġa.", "Li xi ħaġa ma tagħmilx xi ħaġa huwa ferm iktar diffiċli biex tipprovaha, u ftit isiru studji ta' dan it-tip, u huma studji li jieħdu snin twal.", "Is-surveillance li qed isir għadu għaddej.", "Minn dawn l-advisory groups kollha, m'hemm l-ebda advisory group li jgħid biex inserrħu rasna.", "Kollha jgħidu li le rridu nkomplu bir-riċerka tagħna, għax inti trid tibqa' għaddej.", "Anke meta mediċina toħroġha fis-suq u tgħid li hija tajba għax tfejjaq, inti trid tibqa' għaddej bir-riċerka wara li toħroġha fis-suq.", "THE CHAIRMAN: Imma, Dr Busuttil, minkejja dak kollu li għedt, xorta waħda jibqa' il-fatt li aħna għandna raġuni għaliex nibqgħu mħassba, għax hemm il-possibilità li.", "Aħna konna qegħdin nitkellmu fuq li hemm possibilità li hemm konnessjoni.", "Għax, kif kien qed jgħid l-Onor.", "Carmelo Abela, hemm evidenza li mhux bilfors hemm relazzjoni, imma allura daqshekk ieħor hemm evidenza ...", "DR RAY BUSUTTIL: Ħalli nġiblek analoġija, għax din il-kwestjoni tal-precautionary principle trid tinkwadraha daqsxejn, għax tista' teħodha to the limit.", "Aħna għandna sitwazzjoni fejn nevalwaw jew nispezzjonaw il-lukandi minħabba l-legionella.", "Fil-fatt, niċċekkjaw l-airconditioners u l-ilma tal-lukandi billi nieħdu s-samples, u dawn is-samples irid ikollhom inqas minn ċertu ammont ta' mikrobi fihom.", "U sa ċertu livell ta' mikrobi naċċettawh, għax ir-riskju huwa żgħir, imma 'l fuq minn dan il-livell dik il-lukanda jkollha tagħlaq.", "Jekk tkun fin-nofs, bħala prekawzjoni nġiegħluhom inaddfu, u hemm sistemi ta' kif tnaddaf is-sistema.", "Dawk li jaqgħu fil-biċċa ta' taħt ma nagħmlu xejn.", "Jekk se nieħdu l-precautionary principle to the extreme, fejn jekk insib mikrobu wieħed nagħlaq il-lukanda għax qed nieħu l-precautionary principle …", "Imma dan huwa l-argument hawnhekk, jiġifieri you have to cut off x'imkien.", "Trid tgħid li, minn hawn 'il quddiem, l-evidenza hemm linji gwida internazzjonali li jgħidulek dan l-ammont tista' taċċettah, għax jidher li huwa safe u r-riskju huwa minimu.", "(Interruzzjonijiet) L-istess prinċipju qiegħed nuża.", "DR RAY BUSUTTIL: Għala le?", "THE CHAIRMAN: Għaliex meta nħares lejn x'inhu jiġri f'dan il-pajjiż f'dik li hija informazzjoni fir-rigward ta' x'inhuma l-health risks fuq min juża l-mobile phone, għadna kemm semmejniha ...", "U, meta aħna nħarsu lejn din, naraw li intom, bħala awtoritajiet, l-informazzjoni hija kważi zero, nil, ma teżistix!", "DR RAY BUSUTTIL: Konna ħriġna leaflet.", "THE CHAIRMAN: Imma jien mhux qed naraha.", "Sħabna l-operaturi qalulna li għandhom website.", "Issa jien jista' ikolli l-website tiegħi, anke dik politika, imma jekk il-usage tagħha huwa zero, kollu ta' xejn li għandi l-website!", "Qegħdin niftiehmu?", "Mela mhux imbilli hemm il-website jekk xorta waħda lil Edwin Vassallo ma jafu ħadd.", "Issa, kif kienet qed tgħid l-Onor.", "Justyne Caruana, jekk il-Eurobarometer qed jurina li aħna ninsabu taħt l-Ingilterra f'dak li huwa tagħrif, xorta waħda ma jissodisfanix, għax fuq ċerti mistoqsijiet, aħna nafu ferm inqas minn ħaddieħor.", "Imma jekk pajjiżi oħra diġa' qegħdin jieħdu l-precautionary measures, u qed jgħidu li t-tfal m'għandux ikollhom mobile phone, hawn Malta m'għandna fattwalità ta' xejn!", "Allura l-precautionary measure hawnhekk m'għandux analoġija ma' tal-lukanda għax il-lukanda hija differenti.", "Precautionary measure f'dan is-sens nistgħu nibdew nagħmlu xi ħaġa dwaru, għax s'issa m'għamilna xejn.", "L-eżempju tal-lukandi huwa eżempju tajjeb, imma ma jreġix fil-precautionary measure li għandu x'jaqsam mal-mobile phones.", "Aħna m'aħna nagħmlu xejn fir-rigward tal-informazzjoni dwar il- health risks.", "Kemm hawn ġenituri li jafu li lit-tfal tista' tagħmlilhom il-ħsara?", "Jien sirt naf b'din il-biċċa f'dan il-Kumitat.", "Imma kemm hawn ġenituri li jafuha?", "Kemm għandna bill boards li jgħidu li għandek tagħmel reasonable usage mill-mobile phone għax tista' tagħmel il-ħsara?", "Fuq kemm tagħmel ħsara x-xemx għandna!", "DR RAY BUSUTTIL: M'hemm l-ebda evidenza li fit-tfal tagħmel il-ħsara.", "There is a supposition fejn jgħidu li, minħabba li l-ġisem tat-tfal għadu teneru u għadu żgħir, allura potenzjalment huwa iktar vulnerabbli, u anke għaliex għandhom ferm iktar life span li se jkunu esposti għal dan l-ammont, mela bħala prekawzjoni jkun tajjeb li ma tħallihomx jużaw il-mobile phone.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri l-istudji li hemm f'dan is-sens mhumiex validi?", "Mhux qed ngħidu li mhumiex validi, imma there is no result to show li hemm xi effett fuq it-tfal.", "CARMELO ABELA: Imma jekk hemm persuni xjentifiċi li qed jagħmlu dan it-tip ta' studju, u qed jgħidu li hemm dawn ir-riskji!", "MICHAEL GONZI: Imma fil-WHO review m'hemmx ...", "THE CHAIRMAN: Pajjiżi oħra barra minn Malta ħadu deċiżjoni f'dan ir-rigward.", "Madankollu ngħaddilkom kopja.", "MICHAEL GONZI: Kien hemm pajjiżi oħrajn fl-Unjoni Ewropea jew barra mill-Unjoni Ewropea li ħadu precautionary measures fuq l-antennae u mhux fuq il-mobiles?", "At this point, ma tantx jinteressani fuq il-mobiles għax dan il-Kumitat fuq l-antennae qed jitkellem.", "Kien hemm xi pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li qalu li m'hawnx evidenza, imma li jista' ikun hemm u li allura ddeċidew li jagħmlu l-mobile antennae 100 metru minn kullimkien?", "Certainly within the health context, ma kien hemm l-ebda riferenza għall-impatt tal-antennae, u din l-issue la qatt telgħet fil-World Health Assembly, u lanqas f'xi ħaġa of this sort.", "Naf li hemm local councils ta' xi pajjiżi li jkunu ħadu deċiżjoni li ma jagħmlux antennae fuq l-iskejjel, pereżempju, imma that is a local empirical decision.", "Biss fuq livell nazzjonali ma nafx li qatt ħarġu tassattivament liġijiet from a health perspective.", "U issa, ilni mmur il-World Health Assembly 12-il sena, u dan l-argument qatt ma tela' quddiem l-Assembly.", "Tixtiequ li ngħaddilkom kopja ta' dan ir-rapport?", "Nista' ngħaddihulkom b'mod elettroniku wkoll.", "Fil-kas, għaddih lil min jieħu ħsieb dan il-Kumitat.", "DR RAY BUSUTTIL: Tajjeb.", "Ħalli nagħmel l-aħħar rimarka.", "Hawnhekk għadna kemm għedna – u din kienet l-aħħar konklużjoni minn naħa tal-operaturi – li, jekk jibda l-proċess ta' precautionary measure f'dan is-sens, li allura jkun hemm id-diskussjoni biex nibdew nirresponsabilizzaw iktar lejn ir-reasonable usage, lejn kif nistgħu nindokraw ħalli jekk hemm il-possibilità ma nsibuhiex ma' wiċċna, xi jkun ir-rispons tiegħek bħala regolatur importanti f'dan il-qasam?", "DR RAY BUSUTTIL: Ir-rispons tiegħi jkun li nippreżenta l-fatti li hemm lill-pubbliku, u li nagħti parir abbażi ta' dawk il-fatti.", "Imma ma nistgħux aħna, bħala Dipartiment, noħorġu rakkomandazzjonijiet li mhumiex ibbażati fuq concrete solid evidence.", "Ma nistax ngħid, 'Għax aħjar hekk.'", "Jekk għandi l-evidenza, noħroġ parir.", "Jekk għandi direzzjoni, nagħti direzzjoni.", "Imma ma nistax ngħid ħa noħroġ b'dan il-parir biex nagħlaq ħalq erbgħa minn nies!", "JUSTYNE CARUANA: Hawnhekk ġie raġel jgħidilna li hu sensittiv għar-radjazzjoni, u li din ir-radjazzjoni affettwatlu l-kwalità ta' ħajtu.", "Dan ir-raġel kellu bżonn jagħmel ukoll xi testijiet.", "Kif tista' teħodha daqshekk lightly li għandek nies li qed jiġu milquta minn din il-kwestjoni, u inti qiegħed tistrieħ kompletament fuq ir-reviews li għandek, għax m'hemmx evidenza li dawn jagħmlu hekk?!", "DR RAY BUSUTTIL: Naħseb li aktar jagħmel sens, u nkun aktar responsabbli li nistrieħ fuq evidenza xjentifika magħmula b'mod xjentifiku milli fuq dak li jgħidli individwu, għax individwu huwa individwu, u qed jgħidli biss l-esperjenzi tiegħu.", "JUSTYNE CARUANA: Imma inti tabib, u għalkemm illum qiegħed tokkupa din il-kariga, qabel kont tipprattika ta' tabib.", "Issa jien tkellimt ma' tobba, u dawn qaluli li jiltaqgħu ma' każijiet simili.", "Hawnhekk ġie ppreżentat lilna studju fejn qalu li nisa tqal li huma esposti għall-electromagnetic radiation, it-trabi tagħhom se jkunu aktar f'inċidenza li toħroġilhom l-asthma.", "Dan huwa studju li m'għamilnihx aħna, imma għamlu xi ħadd bħal dawk li kkwotajt inti!", "JUSTYNE CARUANA: Jien ġie quddiemi dan l-istudju, li huwa studju bħal dawk li għadek kemm ikkwotajt minnhom inti.", "Imma jien ma nħossnix mistrieħa li dawn ninjorahom kompletament għaliex imbagħad hemm review li jurini li m'hemmx evidenza li dawn jagħmlu xi ħaġa, meta s-service providers stess qablu li hemm dubju u li m'hemmx din iċ-ċertezza assoluta.", "Allura kif tista' isserraħ rasek b'din iċ-ċertezza assoluta meta inti l-ewwel wieħed hawn ġew li qed tesprimi ruħek b'dan il-mod, b'din iċ-ċertezza assoluta, meta inti għandek dawn in-nies li joperaw f'dan il-qasam, li it's their bread and butter, li wkoll qegħdin jesprimu dan id-dubju?", "THE CHAIRMAN: Ħalli nissostanzja dak li kienet qed tgħid l-Onor.", "Aħna tajnikom kopja tal-Press Release 208 tal-International Agency for Research on Cancer fejn, f'page 2, qiegħed jingħad hekk:", "DR RAY BUSUTTIL: Dak li qed ngħid.", "Hekk spjegajt meta rreferejt għal \"A\", \"B\" u \"C\".", "L-\"A\" hija l-electromagnetic radiation li tikkawża s-sħana, is-sħana tikkawża l-kanċer u allura we need to keep a close look at the link bejn ir-radiation u l-cancer, għax dak għad m'hemmx sal-lum.", "U hemmhekk irridu nħarsu biex naraw jekk dik hijiex ħierġa.", "THE CHAIRMAN: Naqbel mal-metodoloġija ta' kif qed tipprova tirraġuna …", "DR RAY BUSUTTIL: Le, mhux kif qed nipprova nirraġuna jien, imma kif inhuma l-fatti.", "THE CHAIRMAN: Imma l-fatt li qed toqgħod fuqhom biss, u ċioè fuq x'evidenza se tirċievi minn studji barra minn Malta … imma, kif intqal hawnhekk, fuq x'tista' tkun l-evidenza miġbura f'pajjiżna u li ma jidhirx li hemm studji fuq dan.", "Jiġifieri, a close watch for a link between cell phones and cancer risk f'pajjiżna in a Maltese-made measure, għax iċ-ċirkostanzi tagħna jistgħu jkunu differenti minn ta' barra jekk huma hekk, ma jidhirx li hemm a close watch.", "Fuq dak li qed tgħid inti qegħdin noqogħdu biss, kif diġa' irrimarkaw sħabi, fuq evidenza li tista' tiġi minn barra.", "Imma, fiċ-ċirkostanzi ta' Malta, m'aħna qegħdin naraw l-ebda link.", "DR RAY BUSUTTIL: B'mod responsabbli nħossni komdu ferm iktar li nagħti pariri fuq l-evidenza li ġejja minn barra, milli minn dik li kieku kellna niġbruha minn hawn Malta.", "Għaliex?", "Għax, kif diġa' għedt, l-evidenza li hemm minn barra hija fuq numru ferm akbar ta' nies, u allura kwalunkwe kambjament se jsiru konxji tiegħu ferm aktar kmieni milli hawn Malta.", "Apparti minn hekk, meta wieħed ikejjel l-exposure, l-istrumenti li nkejlu bihom hawn Malta huma l-istess bħalma jużaw barra.", "Jiġifieri, jekk f'Malta għandna exposure ta' 5 u barra qiegħed ta' 5, m'għandi xejn għaliex naħseb li l-impatt ta' 5 fuq bniedem Ingliż jew Franċiż għandu jkun differenti mill-impatt ta' 5 fuq bniedem Malti.", "M'hemm xejn xi jġiegħlni naħseb hekk.", "THE CHAIRMAN: Jien noqgħod fuq li tgħid inti għax inti l-espert f'dan il-qasam.", "Imma x-xettiċiżmu tiegħi huwa li, minħabba li d-dense population u l-make-up ta' Malta, għandna xi ħaġa li tagħmilna totalment differenti minn pajjiżi oħra.", "DR RAY BUSUTTIL: Ma tagħmilx differenza.", "Għaliex għandha tagħmel differenza li aħna densely populated?", "THE CHAIRMAN: Jien ma ngħidx għaliex għandha tagħmel differenza, imma ngħid li forsi tista' tagħmel differenza.", "THE CHAIRMAN: Għax inti m'għandekx basis li tgħid din m'għandekx.", "MICHAEL GONZI: Imma l-mediċina kollha li aħna nikkuraw u nagħtu treatment tagħha mhijiex ibbażata fuq Malta biss.", "THE CHAIRMAN: Imma hawnhekk nagħmel ir-rimarka li għamilt l-aħħar darba inti, Onor. Gonzi.", "Jekk ikollna ħaddiem li jkun espost għar-raġġi ta' waħda minn dawn l-antennae, ma nafux jekk għandniex nieħduh l-isptar biex nipprovaw indewwuh!", "MICHAEL GONZI: Dak mhux studju.", "Dak il-punt għamiltu għax l-inġiniera li kellna hawnhekk kollha bdew isemmu l-limit ta' 100, imma ma kienux jafu x'jiġri meta jinqabeż dak il-100.", "U dik kienet is-sitwazzjoni.", "DR RAY BUSUTTIL: Ejja nagħmlu distinzjoni, għax anke hawnhekk ma tistax tħallat il-public health risk mal-occupational risk.", "Dwar ir-riskju għal min iħaddem, naħseb li Dr. Gauci huwa iktar f'pożizzjoni li jitkellem minni, għax jien inħares lejn is-sitwazzjoni mil-lat pubbliku.", "THE CHAIRMAN: Imma, jekk jiġi ħaddiem li ġie exposed għal din ir-radjazzjoni, mhux Dr. Gauci se jfejqu, imma inti se tfejqu l-isptar!", "Xi treatment se tagħtih?", "Biex ikun qed ibati?", "X'analiżi se ssir fuqu?", "DR RAY BUSUTTIL: Jekk inti għandek lil xi ħadd – għallinqas kif naraha jien – li ġie espost għal ammont ta' radjazzjoni aktar milli wieħed huwa permess bil-limiti stabbiliti, mela allura daħal f'żona ta' riskju.", "Ma jfissirx li bilfors se jiżviluppa xi ħaġa, imma inti trid timmonitorjah, u jekk jiżviluppa xi sintomi jew xi ħaġa jew oħra, tara mir-riċerka jekk dawk is-sintomi humiex possibilment kawża tal-exposure li kellu.", "Dan għax mhux neċessarjament il-fatt li dan baqa' jgħix, u ħames snin wara li kien espost tah xi ħaġa, allura ngħidu mela dan ġralu hekk għax kien espost għar-radjazzjoni ħames snin ilu!", "Fil-fatt, dak li tah seta' qabdu xorta waħda anke li kieku ma ġiex espost.", "Għalhekk trid tara jekk hemmx link bejn it-tnejn, u mbagħad tittrattah skont il-link li jkollu.", "Jiġifieri, kulma tkun trid tagħmel, għal min kien over-exposed, is to monitor and follow up biex tara jekk dak ir-riskju li kien espost għalih huwiex se jiżviluppa f'xi ħaġa.", "Dari, xi ħadd li kien iħoss uġigħ 'l hawn u uġigħ 'l hemm, konna ngħidu li għandu l-Münchausen syndrome, jiġifieri ngħidu li dan m'għandu xejn u li qed jivvinta!", "Dan iż-żmien qed jaċċettaw il-fibromyalgia as a chronic disease, imma yet there is no evidence.", "(Interruzzjonijiet)", "DR RAY BUSUTTIL: Jekk wieħed jaqra l-Fact Sheet fuq l-electromagnetic hypersensitivity, jgħidlek li żgur the conglomeration of symptoms jeżistu.", "Fil-fatt, hemm diversi ismijiet li jirreferu għaliha.", "Jiġifieri, mhux qed ngħidu li s-sintomi ma jeżistux.", "Nafu li tal-fibromyalgia u tal-myalgic encephalomyelitis jeżistu, imma l-kawża tagħhom ma nafux x'inhi.", "THE CHAIRMAN: Jekk xi ħadd, meta ma kienx hemm l-antenna ma kellu xejn, u mbagħad, meta waħħlu antenna ħdejh, beda jħoss hekk jew ġralu hekk, allura ma tistax tgħid …", "DR RAY BUSUTTIL: Ma tistax tgħid hekk fuq persuna waħda, għax it can be just incidental, or it could be just chance.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzja lil Dr Ray Busuttil u lil Mr Charles Bonnici tal-kontribut tagħhom.", "Issa nitlob lil Dr Mark Gauci u lill-assistenti tiegħu minn naħa tal-OHSA sabiex jiġu madwar il-mejda.", "Sinjuri, nitlobkom tmorru dritt għall-punt.", "Il-preokkupazzjoni tagħkom safejn tasal?", "Smajna diversi livelli ta' preokkupazzjoni.", "Issa ħa nagħmlu l-mistoqsija bil-livelli.", "MICHAEL GONZI: U, jekk tistgħu, agħmlu riferenza l-aktar fuq il-ħaddiema.", "DR MARK GAUCI (CEO – OHSA): Min-naħa tagħna, nistgħu nitkellmu fuq il-livell ta' protezzjoni ta' ħaddiema.", "Il-livell ta' dak li huwa aċċettabbli f'dak li għandu x'jaqsam ma' exposure ta' ħaddiema huwa ta' livell ferm ogħla minn dak li huwa aċċettabbli għall-pubbliku ġenerali.", "Illum, in-non-ionizing radiation, b'mod partikolari l-EMF, ma tissemmiex speċifikament fil-leġislazzjoni Maltija, u fil-fatt m'għandek l-ebda regolament speċifiku li jirreferu għal ħaddiema li jkunu esposti għall-EMF, imma japplikaw il-prinċipji ġenerali li joħorġu taħt il-liġi, kemm mil-liġi li twaqqaf l-Awtorità, bil-prinċipji ta' prevenzjoni bil-ġerarkija ta' miżuri li jkunu jridu jittieħdu, u mbagħad għandek il-prinċipju tad-drittijiet tal-ħaddiema f'dak li għandu x'jaqsam mad-dritt ta' informazzjoni, konsultazzjoni u parteċipazzjoni fil-miżuri li jkunu jridu jittieħdu.", "Riċentement, kien hemm żvilupp fejn fl-2004 ġiet ippubblikata Direttiva tal-Unjoni Ewropea, imma din għadha ma daħlitx fis-seħħ.", "Kien hemm diversi posponimenti biex tidħol fis-seħħ, u d-data li għandna issa hija f'Ottubru tal-2013.", "Din bażikament qiegħda terġa' tirrepeti l-istess prinċipji ta' prevenzjoni li kien hemm taħt regolamenti oħra.", "Madankollu, issa qiegħda tinkludi bħala annexes ċertu exposure limit, dawk li jissejħu exposure limit values.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Dr Gauci, hemm xi raġuni għalfejn din id-Direttiva ma daħlitx fis-seħħ?", "Għalfejn għaddew tmien snin, u jidher li għadha qed tiġi posposta?", "DR MARK GAUCI: Ħa nagħmel risposta fil-qasir ħafna.", "Il-Kummissjoni Ewropea, li kienet l-entità responsabbli mid-drafting ta' din id-Direttiva, ppreferiet li tistenna l-ICNIRP sabiex toħroġ l-exposure limit values tagħha.", "U fil-fatt, sakemm inħarġu dawn il-guidelines tal-ICNIRP, ittieħdet ukoll l-opportunità sabiex jerġgħu jiġu re-visited ċerti provvedimenti li hemm fid-Direttiva.", "Hemm diversi emendi li qed ikunu proposti: waħda minnhom, li għadha kif ġiet proposta riċentement u li saret mill-presidenza Ċiprijotta, kienet proprju li taħt ċerti ċirkostanzi dawn l-exposure limit values jistgħu jiġu exceeded f'ċerti ċirkostanzi ġustifikati, sakemm il-perijodu jkun wieħed qasir.", "Dan fil-fatt juri s-safety margin li jinkludi wkoll dawn l-exposure limit values.", "MICHAEL GONZI: Jekk inti taqbeż dawn l-exposure limit values … Inti semmejt ukoll ix-short period, imma jekk dak ix-short period ikun a long period, x'jiġri health-wise?", "Il-ħaddiem f'dan it-tip ta' xogħol għandu bżonn xi protective gear speċjali?", "Pereżempju, ir-Radio Therapists għandhom xi ħaġa li turi l-exposure.", "Mela, dawn il-ħaddiema jrid ikollhom an exposure meter partikolari?", "Jien ma nafx kemm ikollhom xi ħaġa simili.", "Min għamlu dak il-limit?", "Kif għamluh, u x'jiġri jekk taqbżu?", "U l-perijodu huwa cumulative?", "Mela, jekk jien għandi ħaddiem li se jaħdem illum, għada, pitgħada u se jkun espost for a very short period, dawn se jiżdiedu?", "DR MARK GAUCI: L-ewwel nett, nixtieq nieħu l-opportunità sabiex nintroduċi malajr lin-nies li għandi miegħi.", "Mela, hawn l-Inġinier Vince Attard, li huwa l-persuna teknika fl-Awtorità, u huwa responsabbli fuq il-machinery, equipment, plants and installation, u l-Professur Charles Sammut, li huwa l-Advisor u l-Konsulent tal-Awtorità.", "L-oriġini tiegħu huwa mill-Università ta' Malta, imma ħadem ukoll mal-Awtorità fuq dak li għandu x'jaqsam mal-EMFs.", "Tajjeb ngħidu li l-Professur Sammut huwa meqjus ukoll bħala a world expert on EMFs, u huwa persuna ta' stoffa u ta' ċerta kompetenza f'dan il-qasam.", "Għandna wkoll lil Dr Mark Rosso, li huwa l-Occupational Physician, u huwa mpjegat mal-Awtorità.", "Rigward l-effetti fuq il-ħaddiema, jkun tajjeb li l-ewwel nett niddistingwu bejn il-public exposure u l-occupational exposure, għax dan tal-aħħar huwa ogħla mill-ieħor, u allura se jkollok effetti differenti.", "L-effett jiddependi mit-tul ta' ħin li wieħed ikun espost, kif ukoll għall-frekwenza tal-EMF.", "Dak li għandu x'jaqsam ma' ħaddiema, jista' ikollok a full range ta' effetti, imma jiddependi wkoll mis-sors.", "Pereżempju, jista' ikollok burns fil-ġisem li jkunu ta' ċerti livelli.", "Jista' ikollok effett fuq il-peripheral nervous system.", "Jista' ikollok ukoll effett fuq is-central nervous system.", "(Interruzzjonijiet) Le, huma riskji.", "Hawnhekk, nixtieq nagħmel parentesi żgħira fuq xi ħaġa li semma il-Professur Zammit meta tkellem fuq il-prekawzjonijiet li jkunu jridu jittieħdu fil-każ ta' ionizing radiation.", "F'dan il-każ, qegħdin nitkellmu fuq non-ionizing, u hemmhekk għandek a demonstrable risk.", "Fil-livell ta' ħaddiema wkoll għandek a demonstrable risk, imma din hija xi ħaġa differenti mill-każ tal-pubbliku ġenerali għax, fuq dan, sal-lum għad m'għandekx a demonstrable risk.", "Għalhekk, wieħed irid joqgħod attent fuq liema livell ta' exposure qed jitkellem, għax fil-każ ta' ħaddiema hija differenti.", "Dr. Ray Busuttil semma ukoll il-popolazzjoni pjuttost żgħira li għandna Malta.", "Jerġa', meta qed titkellem fuq ħaddiema, għandek popolazzjoni ferm inqas, għax qed nitkellmu fuq inqas minn 50 ħaddiem f'dan il-qasam.", "U peress li hemmhekk għandek a demonstrable risk, bilfors iridu jittieħdu ċerti prekawzjonijiet.", "U skont il-liġi kif inhi, għandek l-element ta' risk assessment li l-operaturi f'dan il-qasam kollha għamluh.", "THE CHAIRMAN: L-argumentazzjoni kollha li kellna kienet li meta konna qegħdin nistaqsu fuqiex, u kien għadu kemm għamel l-osservazzjoni l-Onor.", "Michael Gonzi, ħadd ma kien qed jirrispondi.", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin jintalbu jagħmlu risk assessment of what?", "DR MARK GAUCI: Għall-ħaddiema.", "THE CHAIRMAN: Iva, għall-ħaddiema, imma ma kienux qegħdin jirrisponduna li jafu what is the risk.", "U din kienet l-osservazzjoni.", "Jiġifieri jafu li hemm il-livelli u jafu li ma jistgħux jaqbżu dawk il-livelli.", "Imma mbagħad x'jiġri jekk jinqabżu dawk il-livelli ma nafux!", "Jekk inti se ddaħħlu l-isptar għalxiex se tikkurah?", "Fuqiex se tanalizzah?", "ANTHONY ZAMMIT: Fil-fatt, min kien jaħdem fil-batteriji kien f'riskju ta' high level of lead.", "Allura l-gvern x'kien jagħmel?", "Il-gvern kien jagħmlilhom il-lead level test, u dan kien mandatorju għal kulħadd.", "Issa lil dawn in-nies x'tip ta' testijiet jagħmlulhom?", "DR MARK GAUCI: F'dan il-każ ma tistax toqgħod fuq il-biological exposure levels.", "X'tagħmlilhom?", "DR MARK GAUCI: Imma trid toqgħod fuq l-exposure li huwa magħruf u li tista' tikkaġuna dannu u risk assessment.", "ANTHONY ZAMMIT: Dawn ma jagħmlulhom testijiet xejn, u jgħidulhom li there is a risk, imma ma jafux x'inhu dak ir-riskju.", "Mela tagħmel it-test, jiġik normali, but you accept it as a disease.", "DR MARK GAUCI: Imma f'dan il-każ mhuwiex hekk.", "ANTHONY ZAMMIT: Dik hi d-differenza, jiġifieri two weights, two measures.", "Jiena la qiegħed naħa u lanqas qiegħed oħra, imma d-dover tiegħi hu li niddiskutu dawn l-affarijiet ladarba kien hemm min ġie jkellimna fuqhom.", "In a way, I want to be the devil's advocate, għax irrid naqbeż għall-pubbliku.", "Fuq kollox ir-responsabilità tiegħi hija lejn il-pubbliku.", "MICHAEL GONZI: Punt li rrid noħroġ hawnhekk huwa li, jekk hemm riskju, jiġifieri meta tgħid li 100% għall-ħaddiema, irrid inkun ċert li m'hemmx riskju for the rest of the population.", "Jekk qed tgħidli li l-ħaddiem huwa differenti mill-pubbliku u dawn l-affarijiet, jien la naf id-duration tagħha kemm se ddum …", "DR MARK GAUCI: Jien nista' nitkellem mill-punto di vista ta' protezzjoni tal-ħaddiema, għaliex anke l-liġijiet ma jwasslux biex jitkellmu f'dan is-sens ta' protezzjoni tal-pubbliku, minħabba li r-range of exposure hija ferm u ferm inqas.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni tal-ħaddiem, it-thrust tal-protezzjoni hija li tara li l-livelli ma jinqabżux, u l-operaturi għandhom meters apposta biex jaraw li dawk il-livelli ma jkunux qegħdin jinqabżu.", "Imma, f'dak li għandu x'jaqsam ma' health and safety, il-kunċett ta' protezzjoni jmur lil hinn minn sempliċement monitoring, imma jmur f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni, għaliex l-operaturi jiżviluppaw l-operating procedures tagħhom dwar x'għandhom jagħmlu l-ħaddiema f'tali ċirkostanzi.", "THE CHAIRMAN: Mela ħalli nagħmillek mistoqsija biex tibqa' fuq l-argument.", "Intom kemm tosservaw u tissorveljaw x'tip ta' informazzjoni qegħdin jingħataw il-ħaddiema li huma at risk of radiation għaliex qegħdin jaħdmu fil-qrib ta' dawn l-antennae?", "DR MARK GAUCI: Aħna għamilniha diversi drabi.", "Għamilniha diversi snin ilu, u għamilniha wkoll riċentement qabel din il-laqgħa ta' dan il-Kumitat.", "THE CHAIRMAN: X'għamiltu?", "DR MARK GAUCI: Li rajna x'qegħdin jagħmlu l-operaturi, it-tip ta' monitoring equipment li għandhom, u t-tip ta' risk assessment li għandhom.", "Fil-fatt, intqal li m'hawnx risk assessment.", "L-Awtorità irnexxielha takkwista kopji tar-risk assessment li sar mill-operaturi, kif ukoll rajna l-assembly and operating procedures li l-kumpanija stabbilit u li qassmet lill-ħaddiema tagħha.", "U dawn huma aware tal-kontenut ta' dak l-istudy and operating procedure.", "Jiġifieri hawnhekk qed nitkellmu fuq operazzjoni li trid issir skont ċerta prattika stabbilita mill-employer, li f'dan il-każ huwa l-operatur tal-kumpaniji li jiggarantixxu safejn hu possibbli l-aħjar livell ta' protezzjoni għall-ħaddiema.", "THE CHAIRMAN: Għax hemm riskju.", "DR MARK GAUCI: Imma rridu noqogħdu attenti għaliex ...", "THE CHAIRMAN: Imma għaliex irridu noqogħdu attenti?!", "Lil min qegħdin nipproteġu?", "M'aħna nipproteġu lil ħadd!", "Mela għaliex irridu noqogħdu attenti?", "DR MARK GAUCI: Jiena kont preżenti llum, imma d-darba l-oħra ma kontx.", "Li rajt hu li hemm konflitt bejn dak li huwa aċċettabbli xjentifikament f'ċerti terminoloġiji xjentifiċi u tekniċi, bħal pereżempju, li tgħid li m'hemmx evidenza.", "Ix-xjenza b'hekk timxi, fuq jekk hemmx jew m'hemmx evidenza.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nitkellem għalija.", "Jiena politiku u għandi x-xettiċiżmu tiegħi fuq għaliex ix-xjenzati qegħdin iżommu lura milli forsi juru li hemm evidenza.", "Jista' ikolli ftit dubju?", "Hawn ħafna nies li għandhom dubji fil-politiċi.", "Bħalissa jien jista' ikolli dubju fix-xjenzati.", "Issa hawnhekk għandna s-saħħa tan-nies fin-nofs!", "DR MARK GAUCI: Onor. Vassallo, agħtini garanzija li l-ilma ma jagħmel assolutament l-ebda ħsara lil ħadd.", "Jista' xi ħadd minnkom jagħtini garanzija li l-ilma ma jagħmel ħsara lil ħadd?", "THE CHAIRMAN: Skont fuq liema ħsara qed titkellem.", "DR MARK GAUCI: M'għedtlix iva jew le.", "THE CHAIRMAN: Imma skont fuq liema ħsara qed titkellem, għax hemm ħsara fejn jien nista' negħreq fl-ilma ...", "DR MARK GAUCI: Jien qed nitkellem fuq l-ilma li tixrob.", "THE CHAIRMAN: F'dak il-każ, nispera li nista' nagħtik garanzija fuqu, għax jien minnu qiegħed nixrob!", "ANTHONY ZAMMIT: Jekk għandek il-kliewi mhux tajbin, ma tistax tixrob kemm trid ilma.", "Fil-fatt, għandek ċertu ammont ta' ilma kemm tista' tixrob kuljum.", "DR MARK GAUCI: Għalhekk qed ngħidu hekk.", "Hemm kondizzjoni li twassal għal persuna biex tmut għax tixrob l-ilma.", "CARMELO ABELA: Jiena nħossni aktar komdu b'dak li qed tgħid inti għax, l-ewwel nett, l-Awtorità qiegħda tara u ssegwi li ċertu tip ta' precautions qegħdin jittieħdu.", "Inħossni komdu wkoll li l-istess kumpaniji li kellna llum, u anke l-aħħar darba, huma stess diġa' qalu li jieħdu dawn it-tip ta' inizjattivi.", "Madankollu, dan jikkuntrasta ma' dak li ntqal qabel.", "Mela, fejn jidħlu l-ħaddiema qed nieħdu l-prekawzjonijiet, u jagħmlu sew il-kumpaniji li jeħduhom, bħalma tagħmel sew l-Awtorità li ssegwi dawn l-affarijiet.", "Imma issa, jekk hux ftit jew ħafna, hemm xi tip ta' riskju.", "Issa fejn jidħol il-pubbliku in ġenerali – u għalhekk li d-Direttur Ġenerali ħasadni ftit meta kien kważi kategoriku li qed joqgħod fuq Fact Sheets u affarijiet minn dawn ta' studji barranin u mhux fuq ta' Malta.", "Għalkemm jista' ikun li għandu raġun mil-lat ta' teorija, imma mill-aspett lokali aħna ma nidhru mkien?", "Fejn tidħol public health, mhux qed ngħidu nabolixxu dik jew nabolixxu l-oħra, jew inkella għandna dubju fuq kif qed jimxu l-liġijiet, eċċ, imma li prekawzjonijiet addizzjonali se mai mhux qed jittieħdu, mentri fejn jidħlu l-ħaddiema, rightly so, qed jittieħdu, u qed nieħu gost li qed jittieħdu.", "Dan hu l-punt tiegħi.", "DR MARK GAUCI: Jien kont qiegħed hawnhekk u Dr Busuttil ma qal xejn li ma naqbilx miegħu mill-aspett tekniku, jiġifieri I concur with everything that he said mhux għax dik hija l-linja ta' ħidma tiegħi, imma għaliex jien persuna teknika u għandi ċertu knowledge xjentifiku, bħalma hawn ħafna minnkom preżenti hawnhekk.", "U nifhem dak li kien qed jipprova jgħid imma mill-aspett xjentifiku, nerġa' ngħid li meta tiġi biex tittraduċih f'termini ta' lay person … (Interruzzjonijiet) Għalhekk kont qed ngħid li wieħed irid joqgħod attent ...", "CARMELO ABELA: F'termini ta' lay person, aħna l-politiċi niġu wisq ikkritikati, fejn tisma' lil min jgħidlek li jekk tisma' dawn l-aħbarijiet se tisma' mod, u jekk tisma' l-aħbarijiet l-oħra se tisma' xi ħaġa totalment differenti.", "Issa jista' ikun li jkollok xjenzat li jgħidlek hawnhekk għandek periklu sħiħ, u mbagħad ikollok xjenzat ieħor li jgħidlek hawnhekk m'għandek periklu ta' xejn?", "Aħna wkoll nikkwotaw l-istatistika, u ssib min jgħidlek li din l-istatistika hija pożittiva, u mbagħad issib lil ħaddieħor li jgħidlek dik l-istatistika hija negattiva.", "DR MARK GAUCI: Il-politiku jista' jaffordja li jinterpreta l-affarijiet kif jixtieq u kif jaqbillu hu, imma x-xjenzat ma jistax jagħmel hekk.", "Ix-xjenzat għandu body of evidence quddiemu, u jrid jimxi magħha.", "Ħalli nagħtikom eżempju li forsi tifhmuh ftit aktar.", "Ejja ngħidu li hemm elezzjoni bejn Partit \"A\" u Partit \"B\", u jirbaħ Partit \"A\" b'60%.", "Dak se joħroġ jgħid li kellu landslide victory.", "Il-body of evidence tiegħu li qed jgħid li għamel dik ir-rebħa kienet il-voti li tawh in-nies.", "Meta aħna qed nitkellmu fuq ix-xjenza, il-body of evidence ġġibha billi teżamina diversi studji.", "Pereżempju, kien hemm studji fejn kellhom evidenza li l-exposure to electromagnetic fields għal ċerti trades jimpruvjaw biha.", "Dawk kienu tajbin, u kien hemm oħrajn jgħidu bil-maqlub.", "Kien hemm eluf li jgħidu li ma jagħmlu l-ebda effett.", "Se temmen dawk fejn għandek l-ikbar body of evidence, bħalma se jirbaħ dak il-partit li għandu l-iktar voti.", "CARMELO ABELA: Biex nifhem aktar kif taħdem ix-xjenza, jiġifieri se nemmnu fejn ikun hemm l-aktar rapporti li juru l-istess tip ta' riżultat, waqt li niskartaw l-oħrajn?", "DR MARK GAUCI: Eżatt.", "THE CHAIRMAN: Skużawni ftit.", "L-ewwel, l-Onor.", "Carmelo Abela ġab anoloġija tajba meta kien għad hawn l-operaturi.", "Xi darba, l-body of evidence fl-asbestos ma kienx jgħid li dan jikkawża problema.", "Xi darba, fis-sigaretti ma kellniex body of evidence, imma llum għandna!", "Intom xjenzati u toqogħdu fuq il-body of evidence.", "Issa peress li hemm test case ta' każijiet fejn ix-xjenza llum tgħid ħaġa, u għada jkollok xi ħaġa oħra, allura l-body of evidence, filwaqt li llum nirrispettawha … Il-problema li għandi jien hija waħda morali għax il-kelma \"possibilità li\" għada pitgħada l-body of evidence jista' jinbidel, f'dak il-każ x'se jiġrili jien?", "Jien għandi nies li llum din is-sitwazzjoni qed tikkawżalhom il-ħsara, u għada x'se jiġrili?", "Imbagħad jiġu x-xjenzati u jgħidu li l-body of evidence hija hekk.", "Ħalli nagħtik eżempju.", "Jien kelli xjenzati ekonomiċi li kienu jgħiduli li l-banek huma b'saħħithom, u kulħadd aġixxa fuq dak li qalu x-xjenzati ekonomiċi għax qalulhom li l-banek kienu b'saħħithom.", "Ġurnata wara, l-ekonomisti ġew jgħiduli li l-banek fallew, u l-body of evidence kellu jsofriha kulħadd.", "Jiena politiku u jien ftit xettiku fuq kollox.", "Qegħdin niftiehmu?", "Forsi dik il-landslide victory ta' 60% seħħet għax kien hemm xi ħadd li bagħbas!", "U allura jien ma tantx nemmen kollox fl-immedjatezza tiegħu.", "Intom isserrħu moħħkom fuq il-body of evidence, imma aħna nserrħu moħħna fuq li dak il-body of evidence jista' jinbidel.", "CARMELO ABELA: Ben Ali fit-Tuneżija kien iġib 95% u aktar tal-voti, u llum jinsab maħrub mit-Tuneżija!", "THE CHAIRMAN: Skużani, għax ħdejk jien ma jien xejn.", "Jien irrid noqgħod fuq dak li tgħid inti, imma xtaqtek tifhem il-loġika li biha jien qiegħed bilqiegħda hawnhekk.", "CARMELO ABELA: Aħna kellna żewġ studji differenti ...", "THE CHAIRMAN: L-ewwel, xi ħadd mill-membri qal li aħna hawnhekk nagħmluha tal-avukati tax-xitan.", "Issa jien nirrispetta x'intom tgħidu, imma ppermettulna li, filwaqt li qegħdin bilqiegħda, bħala avukati tax-xitan nipprovaw ukoll … Fil-fatt, jien nixtieq li aħna nkunu żbaljati l-ħin kollu, biex dak li qegħdin tgħidu intom ikun korrett, u allura ma jkollniex evidenza ta' mard.", "Jiena ma nixtieq fl-ebda ħin li jien inkun korrett.", "DR MARK GAUCI: Kemm nagħmel parentesi żgħira, u mbagħad ikun jista' ikompli l-Professur Sammut.", "Hemm differenza kbira bejn l-asbestos u s-sigaretti għaliex, filwaqt li s-sigaretti ilhom jintużaw għal mijiet ta' snin u l-asbestos ilu jintuża għal deċenju ta' snin, mingħajr ma kienu saru studji speċifiċi fuqu, allura ma tistax tgħid li ma kienx hemm evidenza.", "Ma kienx hemm evidenza għax ħadd ma fittixha, imma l-problemi kienu hemmhekk mill-ewwel.", "Dan il-każ huwa differenti.", "L-EMF huwa fenomenu pjuttost riċenti meta pparagunat mal-użu tat-tipjip, u saru eluf ta' studji biex jaraw l-effett fuq in-nies.", "U minkejja li saru dawn l-istudji, nistgħu nibqgħu ngħidu li ma nstabitx din l-evidenza.", "CHARLES SAMMUT (OHSA): Jiena naqbel miegħek li dejjem ikun hemm l-element ta' dubju, u dan huwa kunċett fundamentali.", "Ħafna nies ma jifhmux li fix-xjenza you cannot prove a negative.", "Kif ipprova jispjega Dr Gauci aktar qabel, inti ma tistax tipprova li jekk tixrob l-ilma mhux se taqbdek xi marda!", "Dik qatt ma nistgħu ngħiduha.", "L-ebda xjenzat mhu se jagħtik dik il-garanzija.", "Jiġifieri, meta tintalab garanzija, x-xjenzat ma jista' qatt jagħti garanzija ta' prova negattiva.", "Meta neżaminaw ir-riskji, rridu nsibu bilanċ.", "Kull ħaġa fil-ħajja tgħid li l-ikel huwa tajjeb, imma jekk tiekol iż-żejjed se jagħmillek ħażin, u anke jekk tiekol in-nieqes se jagħmillek ħażin.", "Inti trid tiekol biżżejjed kemm tgħix.", "Mela aħna qegħdin il-ħin kollu nagħmlu dawn id-deċiżjonijiet fejn jidħlu riskji ta' natura differenti.", "Qed ngħidu \"risk\" għaliex m'hemmx evidenza, u ħadd ma jista' jagħti garanzija li ma tagħmilx dannu lis-saħħa.", "Bl-istess argument, ħadd ma jista' jagħti garanzija li l-ilma ma jagħmilx dannu lis-saħħa.", "Allura inti trid tgħaddi mill-ħajja u tieħu d-deċiżjonijiet: kemm hu riskju kbir li għandek xi ħaġa li se tikkawża dannu għas-saħħa, u x'benefiċċju se tieħu minnha s-soċjetà?", "Pereżempju, ma ssemmitx exposure importanti oħra, u ċioè dik li ngħidulha l-ELF jew l-Extra Low Frequency Emission, li toħroġ mill-wires tal-elettriku, u li hija ta' 50 hertz.", "Dik ukoll għandha exposure ta' electromagnetic fields, u hemmhekk ukoll hemm riskju marbut magħha, għax hemm l-inċertezza.", "Pereżempju, saret ukoll riċerka fuq l-effett li jista' ikun hemm fuq nies li jgħixu qrib il-power lines.", "U hemmhekk instab li, f'ċerti pockets, għandek inċidenza akbar ta' leukemia.", "Madankollu, kien hemm studji oħra li wrew bil-maqlub.", "Meta tkun qed issir riċerka ta' dan it-tip, fejn m'hemmx link mal-kawża li hija demonstrable xjentifikament … Irridu ngħidu wkoll li saru ħafna studji bioloġiċi, u mhux biss epidemjoloġiċi, u ma nstab l-ebda effett dirett li qed tikkawża exposure to electromagnetic fields.", "Allura x-xjenzati jkollhom jirrikorru għal studji epidemjoloġiċi, jiġifieri dawn se jieħdu snin twal għax ikollhom bżonn ta' samples kbar ta' nies, u jrid ikollhom control groups, xi ħaġa li hija diffiċli ferm, għax trid issib control group li mhuwiex exposed biex tqabbel miegħu.", "Issa, se ssib control group li mhuwiex exposed?", "Imbagħad, meta niġu biex nagħmlu assessment, inti tista' tagħmel monitoring tal-inċidenza ta' ċertu marda u ta' ċertu kanċer, bħal pereżempju tal-glioma, u tkun taf għax ikollok is-surveys nazzjonali tal-pajjiżi differenti.", "Imbagħad, meta tiġi biex tagħmel correlation mal-exposure li jkollhom dawn in-nies, se ssib problema fenomenali.", "Fil-fatt, kif se tassessja x'exposure kellha l-persuna over so many years?", "L-assessments isiru by interview fejn jistaqsuhom dawn il-mistoqsijiet: kemm qiegħed tuża l-mobile phone?", "Fuq liema naħa żżommu, fuq ir-right jew fuq il-left?", "U minn dan it-tip ta' risposti fejn tidħol exposure ma tistax xjentifikament tikkonkludi kemm kienet id-doża li assorbiet il-persuna.", "U allura, jekk hemm effett, u dan l-effett huwa verament żgħir, ma tista' qatt tipprovah conclusively meta inti għandek error in-built fir-riċerka ta' dak il-kalibru.", "Issa, nemmen li aħna mhux kollox nagħmlu tajjeb bħala xjenzati, u nista' ngħidlek fejn huma d-difetti fir-riċerka li għandna.", "CARMELO ABELA: Li xtaqt nistaqsi huwa dan: naqblu li hemm ċerti nies li forsi huma iktar vulnerabbli minn oħrajn, fosthom it-tfal ...?", "CHARLES SAMMUT: Interessanti li ssemmew it-tfal u l-vulnerabilità tagħhom.", "Ir-riċerka turi li l-make-up tal-ġisem tat-tfal fih ikollhom kontenut akbar ta' ilma fihom.", "Jiġifieri, from the point of view of physics, nistgħu nifhmu tajjeb għaliex jassorbu aktar electromagnetic fields ġo fihom it-tfal milli jassorbu l-kbar.", "U b'hekk għandek penetration depth akbar.", "CARMELO ABELA: Dik kienet l-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħi.", "Issa t-tieni parti hija din: ilkoll naqblu li mobile phone tista' tużah, u tista' ma tużahx.", "Imma, fejn għandek mast antenna li qiegħda hemmhekk 24 hours, l-exposure huwa ħafna iktar minn mobile phone li nista' nużah għal minuta jew nista' ma nużahx.", "Issa, ejja ngħidu li aħna suppost norqdu tmien sigħat kuljum, u hemmhekk għandek il-mast antenna attiva fuqek.", "F'dak il-każ, hemm xi tip ta' evidenza xjentifika li, at that point biss, għallinqas hemm aktar probabilità?", "CHARLES SAMMUT: Jekk qed tirreferi fuq jekk ħarġitx xi tip ta' riċerka li turi li hemm xi riskji, nista' ngħidlek b'mod kategoriku li le m'hemm l-ebda evidenza ta' din it-tip.", "Imma, from the physics point of view, meta inti tkun qiegħed ġewwa l-livell ta' radjazzjoni li jkollok – anke jekk għandek antenna right across the road – huwa ferm u ferm inqas.", "U dan kejjilnih u nafu x'jiġifieri, għax għamiltha kemm-il darba bi strumenti speċjalizzati.", "MICHAEL GONZI: Nixtieq nistaqsik xi ħaġa li kumbinazzjoni staqsejtha d-darba l-oħra wkoll.", "Mill-electromagnetic radiation totali li jkun hemm ġo kamra, kemm huwa l-percentage mill-antenna li jkollok ġo kamra partikolari?", "CHARLES SAMMUT: Dak ivarja ħafna skont iċ-ċirkostanzi, imma dak mhuwiex l-unika sors.", "Issa, bħala livell ta' signal, jiena għamilt ukoll measurements żmien ilu fid-dar tal-Professur Massa, fejn kelli strumenti sabiex inkejjel il-livell ta' radiation ġewwa, kemm bl-antenna mixgħula – għax kont ftehimt mal-Vodafone – kif ukoll bl-antenna mitfija.", "U bejn l-antenna mixgħula u l-antenna mitfija d-differenzi kienu minimi.", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri, konklussivament, l-effett jew l-ammont ta' EMFs mill-antenna ġo kamra ħdejn affarijiet oħra huma zero?", "CHARLES SAMMUT: Le, mhux zero, għax li kieku jkunu zero, l-mobile ma jaqbadx.", "CHARLES SAMMUT: Punt interessanti hu fejn l-Onor.", "Abela semma li jekk inti tkun rieqed ġo kamra, x'livelli ta' radjazzjoni jkollok fuqek.", "Tajjeb ngħidu li jekk ikollok mobile phone ħdejk fil-kamra, inti se jkollok aktar radiation mill-mobile milli għandek mill-antenna!", "MICHAEL GONZI: Din il-whole session bdiet bl-antennae, u mhux bil-mobile phones.", "Aħna qegħdin nitkellmu fuq l-antennae, u l-problemi u l-mard assoċjati magħhom.", "Issa se nduru fuq il-mobile phones li m'għandhom x'jaqsmu xejn mas-suġġett li qed niddiskutu.", "THE CHAIRMAN: Kollox għandu x'jaqsam xi ftit.", "MICHAEL GONZI: Imma bħalissa qed nitkellmu fuq l-antennae, jiġifieri jekk aħna qed ngħidu li hemm antenna fuq il-bejt, xi ħsara qiegħda tagħmel din fil-kamra?", "Mela ħalli nispjega ruħi aħjar.", "Jekk għandi livell ta' 100 f'dik il-kamra bil-mobile mitfi, x'inhu l-effett tal-antenna f'dik il-kamra?", "Kemm se jkun l-ammont f'dik il-kamra?", "CHARLES SAMMUT: Jiddependi x'sorsi oħra hemm f'dik il-kamra.", "MICHAEL GONZI: Meta inti qbadt l-istrument u mort tiċċekkjah fid-dar tal-Professur Massa, kemm sibtu?", "CHARLES SAMMUT: Ma niftakarx bl-amment, imma x'imkien għandi r-riżultat.", "MICHAEL GONZI: Imma, bejn wieħed u ieħor, naħseb li tiftakar.", "MICHAEL GONZI: Jien irrid inkun naf f'dik il-kamra – jekk għandi microwave, wi-fi, eċċ – x'inhu l-ammont ta' radjazzjoni li ġej mill-antenna.", "CHARLES SAMMUT: Ma nistax nirrispondi għaliex hemm sources oħra, u jiddependi ħafna miċ-ċirkostanzi li jkollok f'dik il-kamra partikolari.", "Pereżempju, fejn qiegħda l-antenna vis-a-vis it-tieqa?", "Kemm tmur 'il bogħod mit-tieqa sabiex tkejjel?", "U affarijiet bħal dawn.", "MICHAEL GONZI: Kemm-il darba ċċekjajthom dawn l-affarijiet ġol-kmamar?", "MICHAEL GONZI: Kemm bejn wieħed u ieħor?", "CHARLES SAMMUT: Ma niftakarx, imma qatt m'għamilt studju sistematiku ħlief dak il-one-off.", "Waqt li kont qed nagħmel is-surveys, għamilt ukoll measurements ġo żewġ skejjel, waħda fil-Wardija u l-oħra fil-Għargħur.", "CHARLES SAMMUT: Kienu aċċettabbli, jiġifieri well below the ICNIRP reference levels.", "Issa l-iskola tal-Għargħur m'hemmx biss tal-mobile phones.", "Jekk tara l-ispectrum kollu ...", "MICHAEL GONZI: Profs, jien ma jinteressanix li jkunu below il-livelli li qed tgħid, imma rrid inkun naf, minn dawk il-100%, x'persentaġġi għandi li qed jaffettwaw lis-sinjuri.", "Jekk għandi 0.1% li ġej mill-antenna, u l-oħrajn kollha ġejjin mill-microwave, mela allura nistgħu nwaqqfu din il-laqgħa, għax allura l-antennae mhumiex jagħmlu ħsara.", "CHARLES SAMMUT: F'diversi partijiet tal-gżira, l-komposizzjoni tal-exposure tinbidel skond fejn tkun qiegħed.", "Pereżempju, fil-Għargħur hemm it-telecommunications mast, u hemmhekk il-mobile phone antennae huma minimal compared to other sources, bħall-broadcasting channels tat-television u tar-radios.", "MICHAEL GONZI: U x'persentaġġ ikun bejn wieħed u ieħor?", "Fil-fatt, din il-mistoqsija diġa' staqsejtha d-darba l-oħra, u ma tawnix risposta.", "Qaluli li kienu saru xi testijiet …", "CHARLES SAMMUT: Nista' ngħidlek, bejn wieħed u ieħor, li kien inqas minn 100 of the total.", "MICHAEL GONZI: (Interruzzjonijiet) In-natura ma tatna xejn!", "CHARLES SAMMUT: Le, mhux zero, għax mix-xemx għandek l-ispectrum, u għandek ukoll il-cosmic microwave background.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Il-Professur Sammut qed isemmi l-livelli tal-ICNIRP, u allura dawk huma livelli aċċettati u pprovati.", "Mela aħna qed inkejlu ma' xi ħaġa li suppost illum hija aċċettata b'mod dinji mill-esperti.", "Għax jekk il-livell ikun għoli ħafna, u dan jiġi taħtu, mela ward u żahar; imma, jekk nindunaw li l-livell suppost ikun inqas, allura mbagħad hemmhekk jibdew il-problemi.", "CHARLES SAMMUT: Ma fhimtx eżattament il-mistoqsija li qed tagħmel.", "CARMELO ABELA: Aħna qed ngħidu li, meta nqabblu fuq il-livelli tal-ICNIRP, trid tqabblu ma' 1,000.", "Issa, jekk jiġi 100, għandi differenza kbira, u allura dak il-livell huwa aċċettabbli.", "Imma, jekk forsi minflok 1,000 suppost għandi numru ferm iżgħar u niġu 100, il-concern se tkun ikbar.", "CHARLES SAMMUT: L-Onor.", "Michael Gonzi l-ewwel staqsa mistoqsija li xtaqt nirrispondiha: kif ġew stabbiliti l-livelli tal-ICNIRP?", "Il-paper ġiet ippubblikata fl-1998 fejn kienu ngħaqdu flimkien grupp ta' esperti, fosthom physicists, engineers, biologists, nies mill-mediċina, eċċ. u dawn għamlu studju ta' riċerka, u għamlu review tal-literature kollha li kienet teżisti dak iż-żmien.", "U ma setgħux isibu effett li ma kienx thermal effect, u dak nifhmuh tajjeb kif jinħoloq.", "Mela, l-electric field li teżisti ġo fihom tirreaġixxi mal-molecule tal-oġġett, l-aktar mal-ilma li hemm ġol-biology tat-tissue.", "Issa, dawk il-vibrations isarrfu ruħhom in a higher temperature.", "Dak kien l-uniku effett li sabu 'il fuq minn 300 kilohertz bħala frequency u sa 300 gigahertz.", "Dawn, la sabu biss it-thermal effect, riedu jaraw fejn se jistabbilixxu l-limitu, u diġa' kellek problema, għax jekk inti ma sibtx body of evidence li qed jindika li hemm a non-thermal effect, jiġifieri a bioligical effect li mhuwiex directly related to the heating effect, allura għandek problema għax ma tafx fejn se tistabbilixxi l-limitu.", "U allura l-limitu trid tistabbilixxih fuq l-effett li tista' tkejjel, u ċioè fuq the thermal effect.", "Kif se niġbdu linja?", "U raw riċerka fejn fuq il-heat stress li kien hemm sabu li, to be safe, ma tridx tħallihom iżidu l-body temperature tagħhom greater than 1 degree.", "B'hekk, ikkalkulaw xjentifikament kemm trid tassorbi enerġija biċċa human flesh in general biex titla' 1 degree Celsius, u stabbilixxew ċifra ta' madwar 4 watt per kilogram of body tissue.", "Dawn qalu li dak se jkun il-basic restriction, għax l-ICNIRP għandha livelli differenti, u żgur li ma jistax jinqabeż dak il-livell.", "Anzi għamlu safety factor ten times less than that, u allura dak żgur li ma jistax jinqabeż.", "Imma, biex tkejjel dik li ngħidulha l-ispecific absorption rate, jiġifieri kemm jassorbi l-ġisem per watt, huwa diffiċli għax hija xi ħaġa speċjalizzata, u trid numerical calculations komplikati, u trid nies esperti li kapaċi jagħmlu dawn il-calculations.", "B'hekk, mhijiex prattika li tagħmel monitoring għall-exposure, u allura ħarġu bir-reference levels, u bir-reference levels ikkalkulaw kemm trid exposure at the worst case sabiex tilħaq il-basic restriction, u ddeċidew li jerġgħu jdaħħlu safety factor ten times more below that.", "U hemmhekk ġew stabbiliti r-reference levels.", "Il-livell għall-ħaddiema huwa ħames darbiet akbar minn dak, imma ma jfissirx li se jinqabeż, għax il-basic restrictions qegħdin l-istess għal kulħadd u ma jistgħux jinqabżu.", "Inti semmejt x'jiġri jekk ikollok persuna li tiġi over-exposed.", "Issa qed tara s-scenario kif jinbena, u ma tistax tgħid eżattament x'se jiġrilu bniedem jekk jaqbeż ir-reference level.", "Jien nista' ngħidlek li ma jiġrilu xejn, u lanqas biss jinduna.", "Jien stess, waqt li kont qed nagħmel il-measurements, kemm-il darba mort direttament quddiem l-antennae u ma ħassejt xejn.", "U żgur li hemmhekk il-livell ġie maqbuż b'għaxar darbiet!", "Issa jien għamilt tajjeb b'daqshekk?", "Anzi għamilt ħażin, però dak kien riskju li ħadt jien, u kont naf għalxiex dieħel.", "Jekk ngħidu jinqabeż ir-reference level, b'kemm se jinqabeż?", "Jekk se jinqabeż bi ftit, irridu naraw jekk inqabżux il-basic restrictions, u jekk jinqabżu l-basic restrictions, ikun hemm każ għalfejn wieħed jista' jibda jikkonfondi, għax jista' jagħti l-każ li dan xi parti minn ġismu żdiedet it-temperatura tagħha b'1 degree Celsius jew iżjed.", "Issa pereżempju, biex iżżid it-temperatura tar-ras by 1 degree Celsius, biżżejjed li toħroġ barra fix-xemx, jew tilbes kappell, jew inkella jkollok id-deni.", "MICHAEL GONZI: Li kieku kellek antenna quddiem id-dar tiegħek, ma tinkwetax?", "Nixtieq insemmi punt ieħor.", "MICHAEL GONZI: Dak m'għandux x'jaqsam mal-antennae, u jien jinteressani mill-antennae.", "Allaħares hawnhekk indaħħlu l-microwaves ukoll!", "CHARLES SAMMUT: Punt ieħor li nixtieq nagħmel hu li anke l-mobile phones għandhom antenna.", "MICHAEL GONZI: Hekk hu.", "Imma aħna qed nitkellmu fuq dawk l-antennae l-kbar.", "Ħalli nistaqsikom mistoqsija oħra: li kieku dawn l-antennae kienu 100 metres 'il fuq mil-livell tad-djar, kienet tagħmel differenza?", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri, jekk jien minn 100 għandi 1% jew 0.2% mit-total tal-EMF li ġejja mill-antenna, jekk din nagħmilha 100 metres 'il fuq, dak il-persentaġġ se jonqos?", "CHARLES SAMMUT: Dażgur li jonqos, u jonqos sewwa.", "Imma mbagħad ikollok il-problema li l-mobile phone tiegħek irid jibgħat signal ferm ogħla biex jipprova jaqbad.", "MICHAEL GONZI: U jagħmel iktar ħsara?", "CHARLES SAMMUT: Jekk qiegħed ħdejk, jista' jagħmel il-ħsara.", "Jekk għandek mobile ħdejk, u tneħħih minn ħdejk, allura se tonqos l-exposure.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "DR MARK ROSSO: Nixtieq ngħid li l-cancers għandhom dak li jgħidulu l-latent period, li huwa l-perijodu bejn l-initial exposure u meta joħroġ il-cancer.", "Pereżempju, bl-asbestos għandek dak li jissejjaħ il-mesothelioma, li tista' toħroġ anke sa 35 sena wara l-exposure.", "U din hija waħda mir-raġunijiet għaliex dak iż-żmien kienu jgħidu li l-asbestos ma jagħmilx ħsara, għax ma kienux għadhom bdew jitfaċċaw il-cancers.", "S'issa l-istudji ma ħarġux, u huma qosra wisq biex ngħidu li jistgħu joħorġu xi cancers.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri, nista' ngħid li maż-żmien jista' ikollna repetizzjoni ta' dik li kellna bl-asbestos!", "Jalla ma jkunx hekk.", "DR MARK ROSSO: Jien nista' ngħid li s'issa m'hemmx evidenza ta' cancers, u li fil-futur jista' jkollna u jista' ma jkollniex.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "DR MARK GAUCI: Anke l-ilma jista' jikkawża xi cancer.", "THE CHAIRMAN: Imma l-ilma ilu jeżisti!", "DR MARK GAUCI: L-electromagnetic fields ilhom jeżistu daqs l-ilma.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Issa nsejjaħ lill-uffiċjali tal-MEPA.", "Oriġinarjament dawn l-antennae tal-mobiles kienu regolati u kienu ta' ċertu qies, imma maż-żmien dak l-għoli naqas.", "Apparti minn hekk, qabel kellek bżonn li tapplika biex tkun tista' tinstalla antenna, mentri llum lanqas DNO m'għandek bżonn.", "Mela, lliberalizzajtu l-istallazzjoni tal-antennae.", "Skont il-Legal Notice tagħkom, hemm lokalitajiet fejn suppost ma jeħlux antennae, imma għandi d-dubji tiegħi kemm qiegħda tiġi osservata dik il-Legal Notice.", "Issa, kważi bl-evidenza li ngħatat, faċli għalikom li tgħidu li dawn l-antennae mhumiex ta' periklu, għax smajtu diversi personalitajiet jgħidu li m'hemmx evidenza xjentifika.", "Madankollu, jien xorta jifdalli xi ftit tax-xettiċiżmu.", "U l-ewwel konklużjoni li tiġini f'moħħi hija dik fejn intom, bħala MEPA, għandkom ċerti ebusija fil-fermezza, fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħkom, f'ċerti attitudnijiet, f'ċerti oqsma, f'ċerti ċirkostanzi, mentri hawnhekk kellkom laxkezza enormi.", "X'inhuma l-kummenti tagħkom dwar dan?", "IS-SUR AUSTIN WALKER (Chairman - MEPA): Biex nirrispondi din il-mistoqsija, jkun tajjeb li naraw minn fejn tlaqna u x'ġiegħlna naslu fejn wasalna.", "Barra minn hekk, naħseb li jkun ġust li nħarsu lejn il-funzjoni tal-MEPA bir-remit u bir-responsabilità li għandha.", "Qabel ma daħlet fis-seħħ l-emenda fil-Legal Notice tad-DNO fl-2007, fejn dawn l-antennae ġew permitted li jistgħu jiġu regolati b'din il-Legal Notice, id-deċiżjonijiet li kienet tieħu l-MEPA dakinhar u l-vehicle li kien jintuża, jiġifieri li l-applikazzjoni hija full, kienet tittieħed wara li ssir konsultazzjoni mal-entitajiet responsabbli, u ċioè mal-MCA bħala r-regolatur prinċipali, mal-Public Health u, if I'm not mistaken, anke f'ċerti każi mal-OHSA.", "Il-każijiet kollha li kienu jiġu riferuti biex il-MEPA eventwalment tieħu deċiżjoni fuqhom, kemm minn naħa tal-MCA u kemm minn naħa tal-Public Health, dejjem kien hemm il-clearance darba, tnejn, tlieta għal kull applikazzjoni li kien ikun hemm.", "Kien ikun hemm li inti m'għandekx bżonn tikkonsulta miegħi għax m'għandekx problema, u għax m'għandniex evidenza ta' problema ta' saħħa.", "F'April tal-2006 – sibt ukoll il-Minuti tagħhom – saru laqgħat bejn il-MEPA, l-MCA u l-operaturi fejn ġew definiti l-parametri li għandhom jintużaw u stabbiliti jekk dawn l-operaturi jsegwu l-istandards internazzjonali.", "U allura l-inkwiet li l-MEPA għandu jkollha fuq il-ħruġ tal-permess għandu jiġi sorvolat.", "Sussegwentement, saru l-emendi għal-Legal Notice tad-DNO, fejn ġie stabbilit fejn għandha ssir applikazzjoni u fejn m'għandhiex issir applikazzjoni.", "Ġie stabbilit li, jekk inti m'intix se titlob biex tagħmel antenna f'ODZ jew fuq scheduled property, jew inkella jekk l-antenna m'għandhiex għoli aktar minn għaxar metri, allura m'għandekx għalfejn tagħmel applikazzjoni imma timxi b'DNO.", "Għall-kumplament, għandek bżonn li tagħmel applikazzjoni.", "Jekk jeżistux antennae li suppost saru applikazzjoni għalihom imma ma sarux, ma nistax nirrispondik għax ma nafx bihom.", "Imma jekk hu hekk, dawk huma suġġetti għall-enforcement.", "L-oħrajn, jiġifieri dawk li huma either within scheme għax mhumiex ODZ u ma jaqbżux l-għaxar metri, jew inkella mhux qegħdin fuq bini skedat, permess ta' DNO kien ikun biżżejjed għalihom.", "Jekk dik tissejjaħ liberalizzazzjoni ma nafx, imma ovvjament irridu nħarsu lejn il-funzjoni tal-MEPA li qiegħda tagħti servizz lil min japplika.", "Once li ġew maqbula dawn il-kriterji, allura ġie stabbilit x'vehicle għandu juża l-applikant, jiġifieri jekk hux DNO jew full application.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Għalfejn għedtu 10 metres u mhux inqas jew iktar?", "Din kienet minħabba estetika jew minħabba xi raġuni oħra?", "IS-SUR AUSTIN WALKER: M'inix kapaċi nirrispondi jekk hux minħabba estetika jew le, imma b'Legal Notice ġie stabbilit li jekk ma teċċedix it-10 metres, allura tkun tista' issir through a DNO.", "Jien naħseb – u din hija xi ħaġa li possibbilment irridu nirriċerkaw – li jekk inti se tagħmel antenna li ma taqbiżx it-10 metres, minn dawk l-antennae l-oħrajn tat-transmission, fejn dawk huma antennae proprji u mhumiex either a booster jew inkella dawk li qed isiru fuq ir-residenzi, allura hemmhekk għandek bżonn a full application.", "Jiġifieri ġie definit x'jgħaddi b'DNO, u x'jgħaddi jew x'inhu l-bżonn li ssir a full application għalih.", "CARMELO ABELA: Jekk l-għoli tat-10 metres jinqabeż, dejjem għandek bżonn a full application: imma tagħmel differenza jekk hux fiċ-ċentru residenzjali jew fl-outskirts?", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Id-distinzjoni li ħarġet fil-Legal Notice hija fuq jekk huwiex ODZ jew le, jiġifieri jekk hija f'ċentru abitat din tista' tgħaddi b'DNO, u jekk hi ODZ, allura suppost issir with a full application.", "CARMELO ABELA: U din tat-10 metres oriġinat minn naħa tal-MEPA?", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Mill-Minuti jidher li ħarġet mir-requirements tal-MCA, imma soġġett għall-korrezzjoni, għax hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq l-2006, u qed nitkellem mid-dokumenti li sibt.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri l-MCA talbet jew issuġġeriet lill-MEPA, peress li dan huwa r-remit tagħha …", "CARMELO ABELA: Mela l-MCA għamlet talba lill-MEPA, u l-MEPA aċċettat fuq l-evidenza tal-MCA u fuq evidenza oħra, imma ma sarux submissions lill-MEPA mis-service providers infushom.", "Jista' ikun hemm limit li m'għandniex bżonn applications, u forsi over that limit ikollna bżonn applications jew le?", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Nerġa' ngħid li minn dak li rriferejt għalih mid-dokumentazzjoni, l-MCA li hija r-regolatur f'dawn l-affarijiet kienet preżenti għal dawn il-laqgħat meta ġew stabbiliti dawn il-kriterji.", "U l-MEPA ħadet il-veduti tal-MCA, u l-MCA kienet kuntenta b'dawn il-kriterji.", "Ma nafx jekk hux qed inwieġeb il-mistoqsija tiegħek.", "THE CHAIRMAN: Insejjaħ lill-MCA sabiex jiġu madwar il-mejda ħalli jkollna cross-examination.", "CARMELO ABELA: Jidhirli li din il-mistoqsija għamilniha fis-seduta ta' qabel lill-MCA, u ma jidhirx li kien hemm tweġiba fuqha, fis-sens li t-tweġiba kienet li hija l-MEPA li tiddeċiedi dan it-tip ta' permessi.", "U llum il-MEPA, permezz tas-Sur Walker, qed tgħidilna li l-MCA għamlet ir-request tagħha.", "Naturalment mhux qed ngħid li s-Sur Walker mhux korrett f'dak li qed jgħid, imma xtaqt inkun naf jekk kienx hemm dan il-qbil mal-Awtorità.", "MS CELIA FALZON (Chief of External Relations - MCA): Nixtieq niskuża ruħi f'isem iċ-Chairman tal-MCA, Philip Micallef, għax ma setax jattendi għal din il-laqgħa minħabba li kien imsiefer.", "Fuq dan il-punt, aħna noqogħdu definittivament fuq l-istatement li għamlet il-MEPA.", "Jekk hemm il-Minuti ta' din il-laqgħa, u ovvjament kien hemm membru tal-MCA preżenti … Jien personali ma nafx bih dan il-meeting, imma naturalment jagħmel sens li jsir meeting simili.", "Jista' ikun li aħna tajna pariri fuq il-height idoneu sabiex is-servizz jitwassal kif suppost għand il-konsumatur.", "Naturalment, il-Legal Notice finali tkun għaddiet fuq il-pariri tal-MEPA nimmaġina, li mbagħad tiġi mgħoddija lill-Ministeru responsabbli.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Il-households għandhom xi say fiha din il-biċċa xogħol?", "Jiġifieri, jekk inti tiddeċiedi li twaħħal tlett arbli ġo area, dawn jistgħu jagħmlu objection?", "Jien ma nistax nifhem kif il-MEPA – meta ġiet biex tnaqqas il-height tal-arbli – filli jkollha ċerti regoli dwar l-għoli ta' dawn il-masts, u mbagħad f'salt minnhom tbiddilhom - tnaqqas il-height, m'għandekx bżonn permessi, eċċ. Because this was done only for the service provider ħalli jkollu coverage.", "Issa dan naturalment huwa tajjeb, imma fejn jidħlu d-djar, il-visual impact tal-area ma nistax nifhem … Jien sifirt u dawn l-aerials rajthom barra wkoll, u huma koroh, jiġifieri mhux qed ngħid għal Malta biss.", "Imma dan il-visual impact qatt ma kkonsidrajtuh intom?", "Ma sibtux xi soluzzjoni oħra fejn tgħidu aerial wieħed jista' ikun tajjeb għas-service providers kollha?", "Saru diskussjonijiet bejn il-MEPA, l-MCA u l-istakeholders kollha?", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Biex inwieġeb il-mistoqsija li għamiltli, nista' ngħidlek li hija l-MEPA li tistabbilixxi l-għoli fejn għandek żvilupp.", "Jekk għandek service provider, jekk huwiex tat-telefonija jew tat-television, li jrid jagħmel applikazzjoni mal-MEPA biex jagħmel antenna ta' 50 sular, il-MEPA se tilqa' dik l-applikazzjoni u se tiddeċiedi fuqha.", "Fil-mument li item jidħol fil-Legal Notice tad-DNO ifisser – fit-terminoloġija, u fil-mod ta' kif topera l-MEPA – li dak ġie a permitted development, u allura jista' jgħaddi bil-mekkaniżmu tal-fast track fejn m'għandekx bżonn ta' applikazzjoni full, fejn issir il-konsultazzjoni u joħroġ il-permess bil-kondizzjonijiet … (Interruzzjonijiet)", "MICHAEL GONZI: Biex ħarġet din il-Legal Notice ma ġejtx jien ...", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Ma ġejtx inti, imma wara li jkollok esperjenza ta' diversi applikazzjonijiet, li kif spjegajt qabel għal kull applikazzjoni kienet qed issir konsultazzjoni mal-entitajiet jew mar-regolaturi, l-esperjenza ta' dawk l-applikazzjonijiet qabel ma nbidlet il-Legal Notice kienet li l-MCA u d-Department of Public Health kienu dejjem jagħtu l-consent tagħhom.", "Sussegwentement, minn dawk il-Minuti li semmejt ta' April 2006, jidher li through il-MEPA u l-MCA, li huma ż-żewġ regolaturi prinċipali, qablu fuq kriterji fejn dak is-servizz jista' jiġi labelled bħala a permitted development.", "Anything li ma jaqax fil-kriterju ta' dak il-permitted development xorta tista' tapplika għalih, imma ovvjament l-applikazzjoni tiegħek tiġi kkonsidrata on a longer period, b'konsultazzjoni pubblika u b'notice lill-klijenti.", "Pereżempju, kull servizz li bniedem iwaħħal fuq il-bejt huwa kkonsidrat bħala permitted development, u b'hekk m'għandux bżonn li jagħmel applikazzjoni għalih, u lanqas għandu bżonn jagħmel notifika.", "Pereżempju, jekk twaħħal tank tal-ilma fuq il-bejt, għalkemm dan huwa parti minn servizz, jekk ma jaqbiżx metru u nofs mill-għoli tal-bejt jew tat-turretta tiegħek, lanqas għandek bżonn li tapplika.", "Jekk inti ddeċidejt li twaħħal aerial tat-television jew dish tas-satellita, m'għandekx bżonn tapplika.", "(Interruzzjonijiet) Il-viżwal tagħhom ikerrah, speċjalment l-aerials tat-televisions l-antiki.", "L-aerials tad-dawl lanqas ma jagħmlu sabiħ.", "Illum għandek fenomenu ġdid li huma permitted ukoll li huma l-PVs.", "MICHAEL GONZI: Fuq l-objections li jistgħu jagħmlu n-nies meta jkun hemm dan it-tip ta' żvilupp, fejn jistgħu jirrikorru biex iwaqqfu dan il-permit?", "IS-SUR AUSTIN WALKER: F'każ ta' DNO, m'hemmx mod li twaqqfu għax huwa a permitted development.", "MICHAEL GONZI: U f'każ li ma jkunx?", "IS-SUR AUSTIN WALKER: F'dak il-każ, f'kull applikazzjoni llum għandek in-notifika li trid twaħħal fuq is-site li fiha se jsir l-iżvilupp.", "Għandek notifika li tingħata lill-ġirien li jmissu mas-sit, jew dawk li qegħdin faċċata ta' dak l-iżvilupp.", "Għandek notifika fil-gazzetta, notifika lill-kunsill lokali u titwaħħal notice fuq in-notice board speċifika f'kull lokalità li fiha se jsir dak l-iżvilupp.", "B'dawn in-notifiki kollha li semmejt, xorta jkun hemm persuni li jiġu jgħidulek li huma ma ġewx notifikati, jew li ma kienux jafu li se jsir tali żvilupp.", "Min-naħa tagħna, ħadna l-prekawzjonijiet kollha, inkluż li żdiedu n-numru ta' ġranet tan-notifika.", "Fil-fatt, fejn qabel il-pubbliku kien ikollu 15-il ġurnata, illum għandu 20 ġurnata ta' notifika.", "CARMELO ABELA: Il-mistoqsija li għadu kif semma l-Onor.", "Michael Gonzi għamiltha liċ-Chairman tal-MCA, fis-sens, ejja ngħidu jien u Edwin Vassallo ġirien, u Edwin jirrifjuta li fuqu teħel il-mast antenna … L-operaturi spjegawlna kif jagħżlu fuq liema dar iridu jwaħħlu l-antenna.", "Qalulna wkoll li ġieli jkun hemm xi ġlied bejn il-ġirien għax kollha jkunu jriduha fuq il-bejt tagħhom minħabba l-income li jkunu se jdaħħlu.", "Mela ejjew ngħidu li Edwin jirrifjutaha, u jien, li qiegħed maġenbu, niġi second best u jien naċċettaha.", "Edwin, li forsi f'moħħu għandu li din tagħmel il-ħsara u allura ma jkunx iridha fuq il-bejt tiegħu, joġġezzjona għat-twaħħil tagħha.", "Imbagħad jien naċċetta li teħel fuq il-bejt tiegħi, u Edwin qisu m'għandux is-saħħa biex dik il-mast ma teħilx fejn id-dar tiegħu.", "Fil-fatt, iċ-Chairman tal-MCA l-aħħar darba qalilna din hija issue li għad irridu nittekiljaw – dan fi kliemi qed ngħidu, mhux qed nikkwotah perfettament, fil-każ jekk mhux il-każ ikkorreġuni dejjem – u hija issue li tqum b'mod regolari, u nassumi li mal-MEPA tqum iktar regolari, għax naturalment hija l-Awtorità fejn wieħed jirrikorri biex jagħmel xi oġġezzjoni fuq każ bħal dan.", "Ma nafx jekk iltqajtux ma' din iċ-ċirkostanza, jew inkella kienx hemm xi diskussjoni interna jew mal-awtorità konċernata, bħall-MCA, fuq x'jiġri f'każ li jkollok persuna – u inti nformajtna tajjeb ħafna – li wara li joħorġu dawn in-notices kollha, ikun irid jagħmel xi oġġezzjoni.", "Nassumi li dan ikun jista' jagħmilha, u jagħmilha on any ground l-objection tiegħu.", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Teknikament, lanqas għandu għalfejn jgħid ir-raġuni għaliex qed joġġezzjona, għax il-fatt li oġġezzjona dak ġie reġistrat bħala a registered objector jew inkella an interested party, u l-liġi tagħtih ċerta protezzjonijiet fejn jiġi nnotifikat kull meta jidħlu pjanti ġodda, kull meta tkun se ssir seduta li tiġi diskussa dik l-applikazzjoni u, over and above, għandu wkoll id-dritt li, jekk id-deċiżjoni ma togħġbux, jagħmel appell minn dik id-deċiżjoni.", "Mela, a registered objector għandu diversi protezzjonijiet li tagħtih il-liġi, imma f'każ ta' permitted development dawk is-salvagwardji mhumiex qegħdin hemmhekk.", "Jekk il-leġislatur jiddeċiedi li antennae ta' dan it-tip m'għandhomx jibqgħu a permitted development, allura dik il-klassi, li hija class 7 fil-Legal Notice tad-DNO, din għandha titneħħa.", "U allura, kull antenna li trid titwaħħal – jekk hijiex ta' seba' metri, ta' tliet metri jew whatever – trid bilfors tgħaddi mill-proċess ta' applikazzjoni.", "Wieħed irid joqgħod attent li ma nerġgħux ninqabdu f'sitwazzjoni – niftakar mill-gazzetti, għax dak iż-żmien ma kontx fil-MEPA – bħal dik li kellna fuq is-satellite dishes.", "Għal dawn kellek bżonn applikazzjoni, u allura kont tispiċċa inondat b'enforcement notices, għax dak jirrapporta lill-ieħor u viċi versa!", "B'hekk kont tispiċċa timtela' b'eluf ta' objections fuq dish antenna.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq nagħmel żewġ kummenti qosra: inti l-ewwel għaddejt kumment fejn għedt li l-pannelli huma \"a necessary evil\" għax mhumiex sbieħ.", "X'inhi l-idea tiegħek dwar dawn l-antennae tal-mobile phones?", "Imma, jekk għandi mobile fil-but u rrid nużah, biex nużah irrid dawk l-antennae.", "Imma meta qed tgħid eyesore, trid tara jekk huwiex bħala inkonvenjent jew inkella bħala a hazard.", "THE CHAIRMAN: In-North West Local Plan jgħid hekk:", "Imbagħad fil-paragrafu ta' wara jkompli jingħad hekk:", "Hemm iżjed evidenza imma jidher li għandek in-North West Local Plan li qed jgħid fejn jixtieq li jara li jkollok protezzjoni minn eyesores, u llum dan in-North West Local Plan kważi qiegħed jiġi overuled, u mhux qed jiġi enforced.", "Anzi llum jistgħu jmorru Tal-Ibraġġ, jew il-Mellieħa, jew fejn iridu, anke residential priority areas, u xorta jista' ikollok minn dawn in-necessary evils.", "Ma taħsibx li għandek in-North West Local Plan li qed jgħid ħaġa, u mbagħad għandek il-Legal Notice li qed tgħid bil-kontra?", "IS-SUR AUSTIN WALKER: L-iskop kollu tar-residential priority area fil-Local Plan kien biex jipproteġi dawk li aħna nsejħulhom il-villa areas, u fl-opinjoni tiegħi huwa tajjeb u għandna nieqfu nagħmlu l-iżbalji li saru fil-passat – fejn sar żvilupp jew kibret id-density ġo dawn il-villa areas – għax nemmen li, min hu kapriċċuż u jrid jgħix ġo villa area, għandu jkollu l-potenzjal u l-possibilità li jgħix ġo villa areas.", "Fil-fatt, naħseb li meta interferejna b'developments li mhux suppost saru f'dawn ir-residential priority areas, ħallasna l-prezz għaliex in-nies marru ODZ.", "U allura naħseb li jekk għandna nwaqqfu – fl-opinjoni tiegħi kienet tajba ħafna – l-iżvilupp fir-residential areas in ODZ … (Interruzzjonijiet).", "Issa jekk tistaqsi lili fuq l-antenna, ngħidlek li kieku kelli nikklassifikaha fil-klassifika tad-dnubiet, kont inwaddabha taħt id-dnub venjali.", "Huwa dnub venjali li tagħmel antenna in a residential priority area, għax huwa a necessary evil peress li anke dik l-area trid tiġi servuta bis-servizz tat-telephone ċellulari.", "THE CHAIRMAN: Hawnhekk l-ambjent qed jiġi sagrifikat minħabba s-servizz li jrid jiġi mogħti.", "Hux hekk qegħdin ngħidu?", "THE CHAIRMAN: Imma l-priority ma jibqax l-ambjent.", "In-North West Local Plan ma jibqax l-ambjent, imma jiġi l-esiġenzi tas-suq.", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Anke meta nagħmlu affarijiet favur l-ambjent inħallsu prezz għalihom.", "A case in point huma l-PV panels, fejn qed tikkrea eyesore biex tiġġenera enerġija nadifa.", "THE CHAIRMAN: Bħala Awtorità tal-Ambjent, smajtu l-laqgħa kollha għax issa ilkom hawnhekk mill-bidu tagħha.", "Kemm intom konxji li effettivament dan it-tip ta' antennae tal-mobile phones jistgħu jkunu qegħdin jagħmlu ħsara lill-ambjent?", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Nixtieq li jirrispondi xi ħadd li qiegħed fuq l-ambjent, għax din hija issue li ddibattejniha anke internament qabel ma ġejna hawnhekk.", "Il-fatt jekk din ir-radjazzjoni hijiex ikkonsidrata bħala pollution jew le, u jekk mhijiex pollution, ħassejtx li fil-bidu tad-diskussjoni qisniex bdejna nħalltu l-health mal-ambjent.", "Nifhem li kollox huwa magħġun ġo xulxin, imma dak li huwa health irid jiġi kkonsidrat mill-awtoritajiet konċernati mill-health, u dak li huwa ambjent … Imma tgħidli kif se tiddefinixxih?", "Jekk inti għandek emissjonijiet jew pollution li jaqgħu taħt id-direttivi tar-remit tagħna, huwa fir-remit tal-MEPA li trid tikkonsidrahom, u f'dan il-każ mhumiex ikkonsidrati li din hija xi forma ta' pollution jew emissions.", "Madankollu nħalli f'idejn l-esperti.", "IS-SUR KEVIN MERCIECA (MEPA): Kif qal sewwa ċ-Chairman, f'dan il-każ m'hemm l-ebda leġislazzjoni, la internazzjonali, la fil-livell ta' Unjoni Ewropea u lanqas fil-livell lokali li tiddefinixxi dan it-tip ta' antennae bħala a source of pollution.", "U allura, awtomatikament, la mhumiex a source of pollution, ma jaqgħu bl-ebda mod fir-remit tagħna.", "THE CHAIRMAN: Skużani.", "Fil-kwestjoni tal-ambjent, jaqgħu ħafna affarijiet fir-remit tagħkom li mhumiex a source of pollution.", "IS-SUR KEVIN MERCIECA: Iva, imma f'dawn il-każi normalment ikun hemm leġislazzjoni li tkoprihom.", "M'hawn l-ebda leġislazzjoni li tkopri dan it-tip ta' antennae bħala a source of pollution, jew li tpoġġi xi obbligazzjonijiet fuq Malta sabiex nagħmlu xi monitoraġġ.", "Aħna, fejn jidħol id-Dipartiment tal-Protezzjoni tal-Ambjent, nagħmlu diversi monitoraġġi: nagħmlu monitoraġġ tal-ilma, tal-arja, tal-ħsejjes, eċċ, għax hekk mitlubin mil-liġi.", "Ir-remit tagħna bħala MEPA ma nieħduhx b'mod awtomatiku fejn naqbdu u ngħidu li jkun aħjar li minn għada nibdew nirregolaw l-imwejjed tal-kewba.", "Ikun hemm leġislazzjoni li l-Gvern jiddeċiedi li jgħaddi taħt ir-remit tal-MEPA, u meta jkun hemm dan it-tip ta' leġislazzjonijiet, ovvjament jgħaddu għal taħt ir-remit tagħna, u aħna nagħmlu l-monitoraġġ li jkun mitlub mil-liġi.", "S'issa m'hemm l-ebda liġi li titlob dan it-tip ta' kontroll fuq dan is-settur.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "MICHAEL GONZI: L-MCA għandha dan it-tip ta' monitoraġġ?", "L-MCA, fil-liġi tagħha, għandha skeda, u din l-iskeda tistabbilixxi l-ICNIRP limit li llum xbajna nisimgħu fuqu bħala limitu li jridu jaderixxu ruħhom miegħu l-operaturi tagħna, u aħna nagħmlu monitoraġġ regolari.", "Naħseb li kienu ppreżentati wkoll ir-riżultati fis-seduta li għaddiet biex nassiguraw ruħna li dan il-limit qed jiġi rispettat.", "THE CHAIRMAN: Fis-seduta li għaddiet, konna tlabna li tagħtuna spjegazzjoni fuq dik l-analiżi, sabiex tiġi maqsuma skond il-kawża tar-radjazzjoni.", "Forsi tista' tagħtina analiżi ħafifa ħafifa.", "LONGINO DINGLI: Fis-seduta li għaddiet tlaqna minn din l-islide li konna ppreżentajna fejn kontu staqsejtuna x'inhuma l-livelli tar-radjazzjoni li toħroġ mill-mobile base stations.", "L-islide ta' wara qbadna l-EMF audits kollha tal-2011, u sa Mejju ta' din is-sena neħħejna dak li ma kienx ġej mill-mobile base stations.", "F'din l-islide qed naraw il-Y axis, fejn isfel nett qegħdin naraw li huwa less than 0.25%, jiġifieri l-maġġoranza assoluta u l-X axis huwa n-numru ta' audits li kellna.", "Mela qegħdin ngħidu less than 0.25%, u kien hemm 304.", "Il-maġġoranza assoluta kienu inqas minn 0.25%.", "Jekk imbagħad inkomplu telgħin naqra, naraw li bdejna b'0.25% sa 0.5% fejn kien hemm 19, minn 0.5% sa 0.75% kien hemm 8, minn 0.75% sa 1% kien hemm 12.", "Aktar minn 1 hemm 21, 8 u 3 biss minn 375.", "CARMELO ABELA: Naturalment, din it-tabella li wrejtu l-aħħar darba kienet ħarġet fil-pubbliku għax ġiet ikkwotata.", "Fil-fatt, kont qiegħed nitkellem ma' persuna li qaltli kemm aħna bravi hawn Malta li dan il-persentaġġ ma naqbżuhx, meta forsi barra minn Malta jkun hemm drabi fejn dan jinqabeż.", "Ma nafx kif nitqabblu ma' pajjiżi oħra skond din l-istatistika li pprovdejtulna.", "Ninsabu tajjeb ħafna meta kkomparati ma' pajjiżi oħra?", "U jkun hemm xi drabi fejn f'dawn il-pajjiżi jinqabżu?", "LONGINO DINGLI: Skont kif qalu tal-Health ukoll, li kkwotaw statistika tal-WHO, il-maximum ma jaqbiżx it-2% mill-base stations.", "L-audit programme tagħna jsir minn street level, u dan huwa aċċessibbli għall-pubbliku.", "Intom ġibtu żewġ eżempji, fejn inti għamilt antenna fuq darek u l-Onor.", "Vassallo ċemplilna u aħna morna għandu biex nieħdu l-kejl minn fuq il-bejt … Dak jifforma parti minn dawn li qed taraw hawnhekk.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri, inti trid tgħid li dawn li qegħdin mill-1 għal 5, jew inkella mill-1 sal-15%, fejn għandek 21, 8 u 3 rispettivament, kienu għax tlajt fuq il-bjut?", "LONGINO DINGLI: Kienu qrib ħafna tal-antenna, u mhux at street level.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri, dawk li huma qrib tal-antennae u mhux at street level jidher li qegħdin jaqbżu dak li l-kelliema ta' qabel qalu li huma l-livelli normalment aċċettabbli?", "LONGINO DINGLI: Hawn fuq għamilt dotted line fejn taħtu huwa below l-ICNIRP level li llum tant semmejna.", "U allura, sakemm aħna below dak id-dotted line … Issa aħna mhux qegħdin hawn fuq, għax l-ogħla wieħed qiegħed hawn isfel.", "Ara kemm qegħdin 'l isfel!", "CARMELO ABELA: Dik kienet il-mistoqsija tiegħi.", "Jiġifieri, meta nitqabblu ma' pajjiżi oħra, dawn il-pajjiżi għandhom l-istess riżultati tagħna, jew inkella qed joqorbu ħafna lejn dak id-dotted line li inti semmejt bħala tal-ICNIRP?", "LONGINO DINGLI: Se nsemmi xi ħaġa oħra li kont semmejt id-darba l-oħra: jista' ikun – dwar din m'għandix informazzjoni – li pajjiżi oħra jiġbru d-data tagħhom billi jagħmlu l-actual reading.", "Aħna r-reading actual li nsibu ngħolluh 'il fuq.", "Jekk tiftakru, kont ġibtilkom l-eżempju tal-ispeed camera u l-Ferrari.", "Jekk tgħaddi karrozza minn quddiemi bis-60 km/h, u jien naf li dik hija Ferrari u li allura kapaċi tagħmel 300 km/h, mela jien fir-rapport tiegħi se nniżżel it-300 km/h, avolja minn quddiemi għaddiet bis-60 km/h. U hawnhekk nidħlu wkoll għall-precautionary principle.", "(Interruzzjonijiet) Tagħna huwa inflated, jiġifieri aħna m'aħniex qegħdin innaqqsu l-limit tal-ICNIRP, imma r-riżultati tagħna huma inflated.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri, jekk qed nifhem tajjeb, l-argument tiegħek huwa li dawn ir-riżultati huma ħafna aħjar.", "LONGINO DINGLI: Dawk huma l-worst cases.", "Jiġifieri, jekk jien mort għand xi ħadd u għedtlu 2%, li hu żgur inqas minn 2% … Imma taħt l-ebda ċirkostanza dak it-2% mhu se jinqabeż.", "MICHAEL GONZI: Jien qiegħed nara ftit it-tieni slide, u allura, minn 300 test li għamiltu, 0.25% tat-total kien ġej mill-base station?", "Għandek rapport wieħed fejn jien qisu mort inkejjel biss il-base station, għax il-maġġoranza tat-total ta' dan ir-rapport kien 0.25%, u kellna 304 rapporti.", "Nassumi li l-kumplament kienu electromagnetic radiation mill-microwaves, wi-fis, etc. Aħna qed nitkellmu fuq street level, jiġifieri dawk kollha EMFs minn bnadi oħra?", "MISS CELIA FALZON: Għandna slide li tittratta l-porzjon ta' emissions li ġejjin mill-mobile base stations, u dawk li kienu ġejjin minn sorsi oħra.", "Imma din l-islide turi l-emissions li ħerġin mill-mobile base stations biss.", "LONGINO DINGLI: Ħalli nagħti eżempju: mela jien mort għand l-Onor.", "Edwin Vassallo, u sibt li l-livell fid-dar tiegħu huwa 2% b'kollox, anke meta nfaħtu dak il-livell.", "Intom tlabtuna biex nagħtukom rendikont ta' dak li ġej mill-mobile biss.", "MICHAEL GONZI: Ta' dak it-2%.", "LONGINO DINGLI: Dak it-2% niżel għal 1.7% imma d-differenza mhijiex 100.", "Id-differenza minn 1.7% telgħet għal 2%.", "MICHAEL GONZI: Rigward l-aħħar slide, fejn għandna r-roof level readings kontra l-indoor readings in the same property, tista' tispjega daqxejn din l-islide?", "Jiġifieri, aħna qed ngħidu li l-EMF at roof level ħadtuh tal-antennae biss, jew inkella ħadtu tal-ambjent kollu?", "LONGINO DINGLI: Hawnhekk aħna bqajna fuq l-EMF tal-antennae, għax fl-aħħar laqgħa li kellna għedtulna li fuq dak l-aktar li kontu interessati.", "Ovvjament, l-uffiċċju għandi kollox, imma hawnhekk għandi fuq l-antennae biss.", "F'din l-islide, fuq nett qed naraw li hemm 209 rapporti, u kollu kien ġej mill-base stations.", "Il-kejl li ħadna kien esklussivament mill-base stations.", "Imbagħad, ovvjament, jekk immur għall-estrem l-ieħor, isfel nett naraw li kellna 28 rapport li l-base stations kienu qegħdin jikkontribwixxu 25% jew inqas, jiġifieri t-total li kien hemm fir-rapport min-naħa tal-base stations naraw li dawn kienu qegħdin jikkontribwixxu kwart jew inqas.", "MICHAEL GONZI: U fejn qed tikkalkolahom dawn?", "Minn fejn qed tieħu r-readings?", "Minn fuq il-bejt?", "Minn barra?", "LONGINO DINGLI: Dawn huma minn street level u minn fuq il-bejt.", "Kif inhu maqsum bejn street level u minn fuq il-bejt kellna l-islide oriġinali.", "MICHAEL GONZI: Nimmaġina li dawn mhux mobile phones.", "Kif tikkummenta fuq l-islide ta' wara?", "LONGINO DINGLI: L-aħħar slide turina li fejn huma bil-kulur blu huma l-outdoor u fuq il-bejt, u ħdejhom imbagħad hemm dawk bil-kulur aħmar – imma dawn ma tantx ġew jidhru minħabba l-printer li wżajna ma kenitx daqshekk sensittiva.", "Il-limit ta' din l-islide qiegħed hawn fuq biex dak li jkun jieħu stampa ċara fejn hu l-limit.", "L-islide ta' qabilha hija l-istess waħda, imma hija iktar enlarged bil-ħsieb li jidhru l-ħomor.", "Li huma kkuluriti ħomor jidhru ftit f'Marsaskala.", "THE CHAIRMAN: Għalfejn f'San Ġiljan jidhru aktar?", "LONGINO DINGLI: Għax kienet in line of sight tal-antenna.", "MISS CELIA FALZON: Kien hemm antenna ħdejha, u sibna l-maximum point.", "Jiġifieri dik minn antenna normali.", "LONGINO DINGLI: Probabbli ma kienx at street level, imma kien aktar viċin tal-antenna, u għalhekk jidher għoli.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri dawn huma specific readings, u mhux ir-readings kollha?", "U allura hemm l-aktar emissions f'San Ġiljan?", "MICHAEL GONZI: Ta' Marsaskala hija property ukoll?", "LONGINO DINGLI: Dawk huma kollha properties.", "MICHAEL GONZI: Allura kif tispjega li, f'San Ġiljan, għandek dik il-qabża u m'għandekx l-aħmar, meta mbagħad f'Marsaskala għandek qabża żgħira u għandek l-aħmar?", "LONGINO DINGLI: Ħalli nispjega.", "L-outdoor kollha saru minn fuq il-bejt, jiġifieri mill-highest reading, għax aħna l-bejt infittxu fejn hemm il-highest reading.", "Pembroke kienet ġos-sular taħt l-antenna u kien hemm skylight, imma xorta hija trivjali.", "F'Ħ'Attard, il-kejl ittieħed mill-main bedroom.", "F'Marsaskala interessanti, għax il-base station kienet viżibbli mill-tieqa tal-bedroom.", "Fil-Mosta, miċ-children's bedroom near the window, eċċ. Importanti ngħidu li bdejna nfittxu l-maximum point fil-kamra.", "F'San Ġiljan, ħadna l-kejl mil-living room, imma kien hemm bieb kbir ħafna għal barra.", "U f'Ħ'Attard, ħadna l-kejl mill-Isptar ta' Santa Katerina mir-reception area.", "Dawn ħadnihom riċentement, u allura mhumiex fl-istatistika li ppreżentajna ftit qabel.", "MICHAEL GONZI: Qatt kellkom complaints jew requests minn nies sabiex tagħmlu l-measurements tagħkom?", "U minn liema partijiet ta' Malta kienu?", "LONGINO DINGLI: Complaints ikollna regolari fejn xi ħadd iċemplilna, u aħna ġeneralment immorru fuq il-bejt biex nieħdu l-kejl tagħna, peress li dak huwa l-aktar post espost.", "MISTIEDEN: Hawnhekk kellkom tendenza li tisimgħu biss lir-rappreżentanti tal-industrija u tad-dipartimenti tagħkom, imma aħna bħala ċittadini – jien l-ewwel wieħed – ma kellniex ċans li nagħmlu mistoqsija lil kull wieħed minn dawn id-dipartimenti!", "U għalija dik mhijiex demokrazija!", "Se nsemmilek każ fejn kien hemm 100% tar-residenti li ma riedux l-antenna, u bħalma jgħidu l-kbarat u l-amministraturi li l-maġġoranza għandha tingħata priorità.", "Ma qgħadniex ngħidu li qed jaħbu l-antennae ġot-tankijiet biex ir-residenti ma jarawhomx!", "Jien l-iktar li jien iddisgustat huwa li smajtu lil kulħadd, imma lir-residenti ma smajtuhomx!", "THE CHAIRMAN: Mela, ħalli niċċara xi affarijiet.", "Bħala Kumitat, kellna iktar minn laqgħa waħda ma' numru ta' residenti, kif ukoll ma' lobby group – u inti kont magħhom – fejn smajna bl-attenzjoni kollha dak li kellkom xi tgħidu.", "Apparti minn hekk, jien kelli wkoll laqgħat privati ma' numru ta' persuni oħra.", "Intom tajtuna r-rapporti tagħkom ukoll, u allura żgur li kellkom ċans titkellmu.", "(Interruzzjonijiet) Bħala lobby group qed ngħid!", "Issa ma jfissirx li jekk ma tkellimtx, mhux se jkollok iċ-ċans li tagħmel dan aktar 'il quddiem.", "Dan is-suġġett se nibqgħu nsegwuh sakemm tibqa' għaddejja din il-leġislatura.", "U min-naħa tiegħi, nagħtikom il-kelma li aħna se nibqgħu nsegwu dan il-każ anke mal-awtoritajiet konċernati, speċjalment mal-MCA, biex nibqgħu naraw il-varjazzjoni kif se tibqa' titkejjel.", "Jiġifieri, ma rridu xejn biex sal-Milied nagħmlu laqgħa oħra magħkom, għax dan huwa suġġett fejn, minkejja li aħna smajna dak li smajna, bħala politiċi se nibqgħu dubjużi, għax irridu nkunu fuq in-naħa taċ-ċittadin.", "Apparti minn hekk, jien u sħabi ġejna hawnhekk ippreparati biex nagħmlu l-mistoqsijiet u nitkellmu f'isimkom.", "Fil-fatt, l-Onor.", "Anthony Zammit qal li aħna qed nagħmluha tal-avukati tax-xitan, jiġifieri hawnhekk ersaqna b'kuxjenza biex nagħmlu l-mistoqsijiet – u xi drabi deherna goffi waqt li konna qegħdin nagħmluhom – f'isimkom, u naħseb li ma ħallejnix paġna mir-rapporti tagħkom li ma tkellimniex dwarha.", "Jien u sħabi ġejna ppreparati, u nirringrazzja lil sħabi kollha għal dan il-ħin kollu li għamilna biex niddiskutu dan is-suġġett.", "Fil-fatt, għamilna kważi 11-il siegħa ta' diskussjoni, u għamilna kważi 15-il siegħa ta' diskussjoni magħkom fuq dan l-item.", "U allura tajnikom l-attenzjoni kollha.", "Għaldaqstant, naħseb li huwa ftit inġust meta tgħidu dan il-kliem.", "U rigward dak li għedt fuq id-demokrazija, ma naqbilx miegħek, għax din eżawrixxejniha, ħadna ħsiebha u ndokrajniha!", "Ma neskludix li 'l quddiem jista' ikollna laqgħa aktar organizzata, fejn intom tiġu organizzati b'sett ta' mistoqsijiet, u tagħmluhom lil xi wħud minna.", "Imma jien kuntent għax smajna lil kulħadd: smajna lix-xjenzati, lill-operaturi u lill-awtoritajiet regolatorji.", "Jekk tridu, għandkom ir-rapporti, u tistgħu tisimgħu dawn il-laqgħat minn fuq l-Internet u tistudjawhom matul is-sajf, u jekk hemm rapporti oħra li tistgħu tagħmlu, dawn tistgħu tagħmluhom bil-libertà kollha.", "Il-ġuri fuq dan il-każ m'għalaqx.", "Qegħdin niftiehmu?", "Il-verdett mhux se joħroġ illum.", "Jekk nista' nagħmel konklużjoni fuq il-laqgħa tal-lum, nista' ngħid minn dak li għandna miktub fuq l-International Agency on Research on Cancer, fejn intqal hekk:", "Jien ma niddejjaq xejn ngħid li aħna bdejna minn fuq l-antennae, u spiċċajna fuq l-użu tal-mobile phones.", "Fl-aħħar nett, ngħid lill-awtoritajiet li l-appell tagħna semgħuh, lid-deputati smajtuhom, u minkejja li x-xjenzati qed jgħidu dak li qed jgħidu, aħna nitolbukom iżżommu għajnejkom miftuħin, għaliex aħna għandna poplu li rridu nieħdu ħsieb l-esiġenzi tiegħu.", "Huwa d-dmir tagħkom, u nitolbukom li kemm jista' ikun taraw li s-settur kummerċjali tħalluh jaħdem.", "Irridu noqogħdu attenti min-necessary evil, imma jekk hemm impatt ta' saħħa, ejjew noqogħdu attenti b'mod immedjat.", "Irridu nsibu l-bilanċ bl-iktar mod responsabbli, għaliex jekk inserrħu moħħna ż-żejjed fuq x'inhuma r-riżultati tax-xjenzati minn barra, u ngħidu qabel ma jiċċaqilqu huma aħna ma niċċaqilqux, jista' ikun li mbagħad nindunaw li konna żbaljati!", "Grazzi.", "Fil-22.45 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120703_138d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 138", "It-Tlieta, 03 ta' Lulju, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.00 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Iċ-Chairman informa lill-Kumitat li kien irċieva din il-korrispondenza:", "Dok 177 Email datata 30 ta' Ġunju, 2012 mingħand is-Sur Howard J Zammit Lecturer fil-Junior College rigward il-kwestjoni tar-radjazzjoni elettromanjetika.", "F'din l-email jagħti l-ħsebijiet tiegħu kif ukoll xi proposti fuq din il-materja.", "Dok 178 Email datata 02 ta' Lulju, 2012 mingħand is-Sur Mario Desira rigward il-kwestjoni tar-radjazzjoni elettromanjetika.", "F'din l-email qed jagħtina l-ħsebijiet tiegħu dwar din ir-radjazzjoni u jagħti s-suġġerimenti fejn għandhom jitwaħħlu dawn l-arbli tal-antennas.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 137 li saret nhar It-Tlieta, 26 ta' Ġunju , 2012 ġew konfermati.", "Tkompliet id-diskussjoni u l-ispjegazzjoni min-naħa tal-kumpaniji ewlenin fil-qasam tat-telefonija ċellulari, kif ukoll minn ministeri u entitajiet pubbliċi dwar fuq liema bażi xjentifika qed isir ix-xogħol fil-qasam tar-radjazzjoni elettromanjetika li tiġi mill-antenni tat-telefonija ċellulari.", "Għal din il-laqgħa kienu preżenti s-Sur Stefan Briffa, is-Sur Martin Zammit u s-Sur Ian Gauci min-naħa tal-GO, Dr Theresienne Mifsud u l-Ing.", "James Spina min-naħa tal-Melita, Dr Rachel Desira, l-Ing.", "Alan Caruana min-naħa tal-Vodafone.", "Min-naħa tal-Malta Communications Authority kienu preżenti l-Inġ.", "Min-naħa tas-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika kienu preżenti Dr Ray Busuttil Director General u s-Sur Charles Bonnici Senior Principal Environmental Health Officer.", "Min-naħa tal-OHSA kienu preżenti Dr Mark Gauci, l-Inġ.", "Vincent Attard, Dr Mark Rosso u l-Prof.", "Min-naħa tal-Malta Environment and Planning Authority kienu preżenti s-Sur Austin Walker u s-Sur Kevin Mercieca.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-22.45 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120703_138m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-familja", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 10", "It-Tlieta, 10 ta' Lulju 2012 fis-7:30pm", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Familja, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 10 ta' Lulju, 2012 fis-7:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120710_010a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-Familja", "LAQGĦA NRU 10", "It-Tlieta, 10 ta' Lulju, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fit-7:49 p.m.", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "9, li saret nhar it-Tlieta 12 ta' Ġunju 2012, ġew konfermati.", "Il-Kumitat stieden lill-Professur Mark Brincat, Kap tad-Dipartiment tal-Obstetrija u l-Ġinekoloġija fl-Isptar Mater Dei biex jagħti preżentazzjoni dwar is-suġġett.", "Il-Professur Mark Brincat ta introduzzjoni tas-suġġett billi spjega dwar x'inhu jiġri madwar id-dinja f'dan il-qasam.", "Wara l-Professur Brincat indika l-problemi, kemm ta' saħħa kif ukoll soċjali, li jiltaqgħu magħhom dawn it-tfajliet li jsiru ommijiet fejn ħafna drabi jkunu għadhom l-iskola.", "Prof Brincat spjega l-ħtieġa li jkun hemm Respite Homes fil-lokalitajiet biex jgħinu lil dawn it-tfajliet jilħqu l-potenzjal tagħhom.", "Fost oħrajn ġew diskussi wkoll ir-Reproductive Health Education, Family Spacing Technique, l-opportunità u d-direzzjoni fl-edukazzjoni u l-faqar ekonomiku u soċjali li jispiċċaw fih dawn it-tfajliet u l-familji tagħhom.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-9:05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha titħabbar iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120710_010m_fac.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 139", "It-Tlieta, 10 ta' Lulju, 2012", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 10 ta' Lulju, 2012 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni tar-rapport \"Lejn Aktar Sigurtà u Bon Ordni f'Paceville\" lill-Ministru Mario de Marco, lill-President tal-MHRA, lill-President tal-MTA u lis-Sindku ta' San Ġiljan.", "Diskussjoni u approvazzjoni tal-Ħdax ir-Rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali intitolat \"Il-Familja u d-Diżabilità.\"", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120710_139a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 139", "It-Tlieta 10 ta' Lulju, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 139", "It-Tlieta 10 ta' Lulju, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-06:55 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 138, li saret nhar it-Tlieta, 3 ta' Lulju 2012, ġew ikkonfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Se nressaq din il-korrispondenza li rċevejna bħala Kumitat:", "Email datata 11 ta' Lulju 2012, mingħand is-Sur George Abdilla (Acting Executive Secretary) mill-Burmarrad Administrative Committee, fejn qed jitlob li jiltaqa' mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali fuq il-kwestjoni tal-ERM radiation mill-antenni tal-mobiles.", "Ma naħsibx li se nsibu oġġezzjoni sabiex nilqgħu din it-talba, imma l-ewwel irridu nsibu l-opportunità sabiex nagħmluha.", "Naturalment, irridu naraw l-aġenda tagħna biex inkunu nistgħu niffissaw din il-laqgħa.", "Qabel ma ngħaddi għall-item tal-lum, fejn se niddiskutu r-rapport dwar il-familja u d-diżabilità, għandi f'idejja d-dokument li konna ddiskutejna u approvajna fil-laqgħat preċedenti, u ċioè ir-rapport fuq il-vjolenza domestika.", "Dan ir-rapport fih il-korrezzjonijiet li konna għamilna?", "Jiġifieri, din il-verżjoni li għandi f'idejja hija l-verżjoni finali?", "Hawn xi oġġezzjoni li nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra tal-Parlament bħala rapport approvat?", "Li nista' nagħmel, Elaine, hu li nerġa' nqabbdek – bħalma nagħmlu fil-proċedura normali – sabiex, jekk tara li hemm xi spelling mistakes jew xi korrezzjonijiet oħra, dawn tkun tista' taqbad u tagħmilhom.", "DR ELAINE BURMINGHAM (Research Analyst): Iva, kkorreġut.", "THE CHAIRMAN: La qiegħda tgħidli hekk, naqbel miegħu.", "Mela hemm qbil li llejla nqiegħed dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva) Mela, la hawn qbil, nista' inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Ilum se niddiskutu r-rapport dwar il-Familja u d-Diżabilità.", "Infakkar ftit li din hija t-tieni darba li se nkunu qegħdin niddiskutu dan ir-rapport, għax inizjalment konna bdejna niddiskutuh, imma kellna nieqfu minħabba li ndunajna li konna qegħdin nagħmlu ħażin li nifirdu d-diżabilità mentali mid-diżabilità fiżika, u allura erġajna bdejna naħdmu fuqu mill-ġdid.", "Sussegwentement, għamilna numru ta' laqgħat oħra, u issa r-Research Analyst tagħna ipprovditilna l-aħħar verżjoni ta' dan ir-rapport, wara li semgħet il-laqgħat kollha li għamilna fuq dan is-suġġett partikolari.", "Għaldaqstant, nistgħu nibdew mill-ewwel naqraw dan ir-rapport ħalli naraw jekk naqblux mal-kontenut tiegħu u nagħmlu l-korrezzjonijiet meħtieġa.", "Se mmur mal-ewwel fuq l-ewwel paragrafu, u se nibda naqra:", "\"Id-diżabilità", "L-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b 'Diżabilità) (Kap. 413 tal-Liġijiet ta' Malta) jiddefinixxi 'diżabilità' bħala \"nuqqas fiżiku, mentali, intellettwali jew sensorju għal żmien twil li, flimkien ma' ostakli diversi, jista' jillimita lil persuna milli tipparteċipa b'mod sħiħ u effettiv fis-soċjetà b'mod ugwali daqs l-oħrajn.\"", "Is-soċjetà tagħna għamlet avvanzi kbar fil-kamp tad-diżabilità.", "Illum qed nersqu 'l bogħod mill-mudell mediku tad-diżabilità, u aktar viċin dak soċjali.", "Dan ifisser li, minflok inqisu d-diżabilità bħala nuqqas, narawha bħala differenza.", "M'għadniex naraw id-diżabilità biss, iżda qed naraw lil persuna li għandha bżonnijiet differenti minn ta' ħaddieħor.", "Qed naċċettaw il-fatt li m'hemm l-ebda dritt li niddominaw il-ħajja ta' persuna b'diżabilità bid-deċiżjonijiet tagħna.", "Il-persuna b'diżabilità għandha kull dritt li tgħid x'tixtieq u x'taħseb li hu l-aħjar għaliha, u dawn ix-xewqat għandhom jiġu rispettati.\"", "FREDERICK AZZOPARDI: Fejn qed ngħidu l-kliem \"intellettwali jew sensorju\", nistgħu nużaw xi kelma oħra?", "CARMELO ABELA: Dik hija d-definizzjoni li tagħti l-liġi.", "Jien naħseb li nistgħu nżidu xi ħaġa oħra ma' dan il-paragrafu li għadek kemm qrajtilna.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nkomplu naraw x'hemm miktub l-ewwel.", "Ħalli nkompli naqra:", "\"F'ħafna każijiet, id-diżabilità tinħass l-aktar meta l-persuna tiġi meqjusa bħala differenti jew inqas minn ħaddieħor.", "Fi kliem ieħor, tista' tkun is-soċjetà li tkabbar id-diżabilità għaliex, f'ħafna każijiet, persuna b'diżabilità jista' jkollha ħajja tajba daqs persuna li m'għandhiex diżabilità, jekk tingħata l-opportunità, l-aċċessibilità u l-għajnuna li teħtieġ\".", "CARMELO ABELA: Jiena xtaqt li kieku nżidu sentenza żgħira magħha sabiex nagħmluha aktar pożittiva.", "Pereżempju, ngħidu li iktar milli nħarsu lejn id-diżabilità, għandna nħarsu lejn l-abilità ta' kull persuna, jiġifieri ma rridux nenfasizzaw wisq fuq persuna b'diżabilità, imma rridu dejjem inħarsu lejn l-abilità ta' kull persuna.", "THE CHAIRMAN: Naqbel mal-Onor.", "Mela nżidu din is-sentenza fejn ngħidu hekk:", "\"Għalhekk għandna nħarsu lejn l-abilità ta' kull persuna li aħna nqisuha bħala persuna b'diżabilità.\"", "CARMELO ABELA: B'hekk l-iskop huwa aktar pożittiv u huwa aktar ċar.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nkompli naqra:", "\"2.1 Diżabilità fiżika u intelletwali", "In-Nazzjonijiet Uniti, fid-definizzjoni tagħhom ta' diżabilità, jinkludu dik fiżika, mentali, intellettwali u sensorja:", "Id-diskussjonijiet li saru mal-Membri tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ttrattaw kemm id-diżabilità fiżika, kif ukoll dik intellettwali.", "Louise Grech, Executive Manager tal-Equal Partners Foundation, spjegat li:", "\"… jista' jkun li l-fatt li tipprova tissepara d-diżabilità fiżika mid-diżabilità intellettwali jista' jwassal għal daqsxejn ta' diżgwid, speċjalment fejn hemm nies li għandhom diżabilità fiżika u intellettwali.", "Jiġifieri, se jkollok a lot of overlapping li, kważi kważi, ma tistax tagħmel daqshekk distinzjoni retta għax m'intix se tolqot lil kulħadd.\"", "Grech kompliet tispjega li ħafna drabi jsiru ħafna diskussjonijiet fuq id-diżabilità fiżika, waqt li d-diżabilità intellettwali ma tingħatax daqshekk importanza:", "\"Pereżempju, mir-rapport tal-aħħar Budget li kien hemm, tkellimna fuq il-mobilità, li hija importanti; imma tant hemm firxa ta' diżabilitajiet li, kemm mid-diskors tal-Gvern, kif ukoll mid-diskors tal-Oppożizzjoni, jekk ma jkunux inklussivi għal kulħadd, jiġifieri għad-diżabilitajiet kollha, nispiċċaw li dejjem ikun hemm diviżjoni, u dejjem ikun hemm diskriminazzjoni.\"", "Permezz ta' diskussjoni ħolistika dwar id-diżabilità fiżika u dik intellettwali, seta' jkun aċċertat li r-rakkomandazzjonijiet li jsiru iktar 'il quddiem f'dan ir-rapport jieħdu in konsiderazzjoni kull tip ta' diżabilità.'", "2.3 Ir-realtà li tiffaċċja l-persuna b'diżabilità", "Marquita Mangiafico, President tal-Għaqda Nazzjonali Ġenituri ta' Persuni b'Diżabilità, semmiet ħafna diffikultajiet li jkollhom jiffaċċjaw il-persuni b'diżabilità u l-familji tagħhom, fosthom dawk li għandhom x'jaqsmu ma' djar residenzjali, edukazzjoni, aċċessibilità, xogħol u infurzar ta' liġijiet.", "Hi bdiet billi spjegat kif il-bżonnijiet tal-familja jibdew mat-twelid tat-tarbija li jkollha diżabilità u qalet li, hawn Malta, għad m'hawnx sistema fejn ġenituri li għadhom kif kellhom tarbija jingħataw għajnuna immedjata.", "Spjegat li hi welldet lil binha fi sptar fl-Ingilterra:", "\"Qiegħda hawn illum għaliex ingħatajt it-tama mingħand psikologa li t-tifel tiegħi jista' jgħix ħajja ta' kwalità tajba, anke jekk se jkollna niffaċċjaw ħafna diffikultajiet.", "Din il-psikologa baqgħet miegħi għal ħafna ħin biex, jekk kelli xi mistoqsijiet, setgħet tipprova tagħtini risposta għalihom.", "Indunajt li żammewni xi jiem oħra żejda fl-isptar sakemm ġie aċċertat li jien stajt nikkowpja bis-sitwazzjoni ġdida li sibt ruħi fiha.\"", "Issemma l-bżonn li ġenituri b'tarbija ġdida jkollhom is-sapport ta' ħaddiema soċjali sabiex jingħataw l-għajnuna meħtieġa, u jiġu ggwidati lejn servizzi u benefiċċji li jkunu intitolati għalihom.", "Dan il-bżonn issemma anke minn Dr Elena Tanti Burlò li qalet:", "'… meta l-mara tkun tqila u jkollha xi problemi matul it-tqala, dawn għandhom jiġu segwiti.", "Apparti l-għajnuna tas-social worker, ikollhom bżonn ukoll ħafna appoġġ psikoloġiku.", "Anke meta t-tabib jagħti l-aħbar li t-tarbija se titwieled b'diżabilità, irid ikun hemm professjonisti, jew social worker jew inkella wkoll psikologu, għax hemm ħafna xogħol li jrid isir.'", "Dr Tanti Burlò kompliet tispjega kif, minn meta titwieled it-tarbija, hemm bżonn li jsir screening tajjeb, partikolarment fl-ewwel tliet snin, għaliex aktar ma nindunaw tard b'xi diżabilità, iktar tilħaq issir ħsara:", "'Jekk aħna ma nindunawx li t-tifel mhux qed jisma' sa sitt xhur, hija problema biex imbagħad jiżviluppa l-kliem.", "U aħna, mingħajr kliem m'hemmx ħsieb, hux hekk?", "Jiġifieri, anke l-iżvilupp tal-ħsieb, l-iżvilupp intellettwali … Jiġifieri hemm bżonn li jkun hemm screening programme.'", "2.3 (1) L-aċċessibilità", "L-aċċessibilità hija waħda mill-iktar fatturi importanti għal persuni b'diżabilità.", "B'aċċessibilità m'għandniex nifhmu biss ir-rampi fit-toroq, għax il-kwestjoni ta' aċċessibilità hija ħafna ikbar minn hekk.", "Tkopri kwestjonijiet bħall-użu tal-Braille, li huwa forma ta' kitba li tista' tinqara minn persuni għomja, kif ukoll l-aċċessibilità għall-informazzjoni, fost ħafna affarijiet oħra.", "Jekk wieħed jindirizza l-kwestjoni tal-aċċessibilità fit-toroq u fil-bini, għalkemm sar ħafna avvanz, għad fadal ħafna xogħol x'isir.", "Marquita Mangiafico spjegat id-diffikultajiet li għadhom isibu l-persuni b'diżabilità fir-rigward ta' aċċessibilità fil-postijiet pubbliċi:", "\"Minkejja li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità ilha li ħarġet l-Access for All Design Guidelines mis-sena 2000, l-aċċessibilità fiżika għadha problema kbira peress li ħafna mill-postijiet pubbliċi mhumiex aċċessibbli, speċjalment għal persuni li jużaw siġġu tar-roti.", "Ta' min isemmi li s-siġġu tar-roti tal-elettriku ma jsolvix il-problemi, anzi, xi kultant jista' jkun agħar għax, peress li huwa tqil, ma jitlax bankina.", "Għandna informazzjoni li mhux il-permessi kollha tal-MEPA jintbagħtu għand il-KNPD biex jiġu vvettjati jekk il-binja jew il-post tal-madwar hux se jkun aċċessibbli jew le.", "Ċerti xogħolijiet lanqas biss imorru għand il-KNPD.", "Għalhekk, sakemm jibqgħu l-affarijiet kif inhuma, se nibqgħu bil-problemi.'", "Dan il-fatt ikkonfermah is-Sur Joe Camilleri, President tal-KNPD:", "\"Rigward il-MEPA, jien naqbel mal-frustrazzjoni li ssemmiet għax, filwaqt li stabbilimenti pubbliċi u ħafna stabbilimenti privati mill-kbar u kummerċjali qegħdin jiġu għandna … U rrid ngħid li meta daħlet fis-seħħ il-liġi tal-opportunitajiet indaqs fis-sena 2000 u aħna bdejna nagħmlu l-vetting għan-nom tal-MEPA, għall-ewwel tlieta, erba' snin, bdejna niskopru li mhux il-pjanti kollha kienu qegħdin jintbagħtu għandna, bir-riżultat li ġieli konna niġu kkritikati għaliex kien hemm xi post ġdid li ma kienx aċċessibbli, u lanqas biss konna nkunu rajnih jew inkunu nafu bih.\"", "Mangiafico kompliet issemmi n-nuqqas ta' aċċessibilità f'numru ta' postijiet, fosthom bajjiet, ristoranti, swali taċ-ċinema, teatri u ħwienet.", "Semmiet ukoll li ħafna bankini għadhom mhumiex aċċessibbli għal min għandu nuqqas ta' mobilità, u kompliet tispjega l-problemi li jiffaċċjaw fl-użu tat-trasport:", "\"M'hawnx taxis jew karozzi tal-kiri li jistgħu jieħdu persuni fis-siġġu tar-roti.", "Il-vannijiet il-blu li jieħdu l-lifters huma diskriminatorji għax mhux inklussivi, u jeħtieġ jingħataw dehra bħal minibuses normali.", "Dawn huma problemi mhux tagħna biss, iżda anke tat-turist li jixtieq jiġi Malta għal btala.", "Jekk verament irridu l-inklużjoni soċjali tal-persuni b'diżabilità, rridu nkunu żguri li dawn in-nies jistgħu jmorru fejn jixtiequ kull ħin u kull mument.\"", "THE CHAIRMAN: Lili jolqotni ħafna dak li hawn miktub hawnhekk għaliex naħseb li huwa importanti ħafna.", "Filwaqt li t-title kif inhu huwa tajjeb, naħseb li għandna naraw kif nagħmlu titlu li jqanqal aktar il-ħtieġa ta' iktar kultura ta' aċċessibilità.", "Naħseb li we need to hammer it down din il-ħtieġa ta' kultura ta' aċċessibilità.", "CARMELO ABELA: Nista' nissuġġerixxi l-kelma 'inkattru' l-aċċessibbilità, għax mid-diskors stess intqal li sar progress, imma li hemm bżonn aktar.", "Nistgħu ngħidu 'nkattru' jew 'inkabbru' l-aċċessibilità.", "THE CHAIRMAN: Hekk aħjar, imma kont inpoġġi l-kelma 'neħtieġu', jiġifieri 'il-ħtieġa ta' iktar aċċessibbilità għal persuni b'diżabilità'.", "Immaġina li xi ħadd jaqra dan il-kapitlu biss, se jara li din ġiet stressed aktar.", "Għall-preżentazzjoni nħalli f'idejk, Elaine, imma nixtieq li taqbad kwotazzjoni li taraha bħala goffa, pereżempju, bħal dak li kienet qiegħda tgħid Dr Elena Tanti Burlò f'paġna 8, u tagħmilha bold, ħalli min ikun qiegħed jaqrah u jaqra biss dak li hemm bil-bold, jieħu aktar il-feel ta' dak li qegħdin nisħqu fuqu.", "Fejn qed jingħad li 'meta l-mara tkun tqila u jkollha xi problemi waqt it-tqala' naħseb li dik il-parti għandna nagħmluha bold biex nagħtuha importanza ikbar.", "(Interruzzjonijiet) Tajjeb, mela nħalluha kif inhi.", "CARMELO ABELA: Mela ħa nkompli naqra:", "\"Spejjeż", "Il-familji li għandhom membri b'xi tip ta' diżabilità għandhom ħafna spejjeż li forsi wieħed ma jkunx konxju tagħhom.", "Huma spejjeż li, fost ħafna affarijiet, ikopru terapiji, safar għal raġunijiet mediċi, trasport, siġġijiet tar-roti, pushchairs u modifikazzjonijiet fid-dar.", "L-Għaqda Nazzjonali Ġenituri ta' Persuni b'Diżabilità qasmu mal-Membri tal-Kumitat id-diffikultajiet finanzjarji li jiltaqgħu magħhom ta' kuljum:", "'Spejjeż kontinwi minħabba konsultazzjonijiet mediċi u terapiji, u ħlasijiet biex it-tfal tagħna jkunu jistgħu jattendu jew jieħdu s-servizzi speċjalizzati għalihom.", "Għalkemm ħafna servizzi huma b'xejn għat-tfal tagħna, mhux l-istess jista' jingħad għal min ikun qed jakkumpanjahom.", "Irridu nħallsu iktar biex ikollna mezzi ta' trasport aċċessibbli.", "Dan minħabba l-modifikazzjonijiet li jridu jsiru fil-vetturi speċjalizzati.", "Ħafna drabi jkun hemm bżonn ta' equipment speċjali, pereżempju computer software u hardware.", "Problemi finanzjarji biex isiru l-modifikazzjonijiet ġod-dar, anke jekk xi spejjeż jiġu koperti mill-Iskema 7 tal-Awtorità tad-Djar.", "L-ispejjeż koperti għandhom limitu, u għalhekk mhux dejjem jistgħu jsiru l-modifikazzjonijiet meħtieġa, iżda jsiru skont kemm tiflaħ toħroġ aktar flus mill-but.", "Spejjeż ta' manutenzjoni ta' apparat, bħal lifts, ma tingħata l-ebda għajnuna.", "Hemm spejjeż oħra straordinarji minħabba trasport speċjalizzat li jieħdu l-wheelchair.", "Ħafna drabi jkun hemm spejjeż oħra ta' safar minħabba kura medika, fejn il-persuna li tkun qed takkumpanja lil persuna b'diżabilità trid tħallas.", "Problema kbira oħra hi meta ma jkunx possibbli li ż-żewġ ġenituri joħorġu jaħdmu, minħabba li xi ħadd ikollu jibqa' d-dar biex jieħu ħsieb it-tfal b'diżabilità.'", "Hawnhekk ma rridux nagħtu l-impressjoni li ma tingħatax għajnuna finanzjarja lil dawn il-familji, għaliex hemm diversi servizzi u għajnuniet, kif se jiġi spjegat iktar 'il quddiem.", "Madankollu, wieħed jista' japprezza li familji ta' persuni b'diżabilità għandhom iktar spejjeż minn familji li m'għandhomx persuni b'diżabilità, u għalhekk kull għajnuna li tingħata tgħin biex ittaffi ftit mill-ispejjeż tagħhom.\"", "THE CHAIRMAN: Nerġa' nġib l-istess argument.", "Jien il-ħin kollu għandi f'moħħi li aħna qegħdin nitkellmu f'isem min ġie jkellimna, u allura, meta qegħdin inressqu dan ir-rapport, irid ikollna l-istess kuxjenza tal-ġenituri u tan-nies li ġew ikellmuna.", "Għalhekk mal-kelma 'spejjeż', irridu nżidu l-kliem 'li qegħdin jiżdiedu għall-ġenituri u persuni b'diżabilità'.", "JUSTYNE CARUANA: Jiena nixtieq li mmorru oltre minn hekk, għax l-ispejjeż li qed jissemmew hawnhekk qegħdin ixekklu lil dawn il-persuni u l-familji tagħhom milli jgħixu bħal ħaddieħor.", "Dawn l-ispejjeż, filwaqt li qegħdin joħolqu tbatija, qegħdin joħolqu wkoll diskriminazzjoni, u eventwalment esklużjoni.", "Ma rridux nillimitaw ruħna billi nsemmu l-ispejjeż biss, imma rridu nikkwalifikaw x'inhuma dawn l-ispejjeż, għax qegħdin joħolqu diskriminazzjonijiet kbar.", "Fil-heading nistgħu nagħmlu 'spejjeż li qed ixekklu', jew 'spejjeż li qed jimpedixxu', jew 'spejjeż li qed jiddiskriminaw' kontra persuni b'diżabilità u l-familji tagħhom, speċjalment fejn qegħdin nitkellmu fuq trasport.", "Naħseb li, bħala Kumitat, din għandna nidħlu fiha xi darba għax l-ispejjeż huma eżorbitanti.", "Pereżempju, biex tikri vann jitlobhom €30 kull persuna, u allura dawn, biex joħorġu darba, tiġihom spiża enormi.", "Hemm għaqda partikolari li jagħmlu fundraising events biex ikollhom il-flus ħalli jiffinanzjaw il-vannijiet biex joħorġu tlieta jew erba' darbiet f'sena!", "Meta qegħdin nitkellmu fuq dan it-tip ta' spejjeż, qegħdin nitkellmu fuq spejjeż kbar li jxekklu u joħolqu diskriminazzjoni.", "Meta għandek dan it-tip ta' spejjeż, se jaffettwawlek il-mod ta' kif tgħix ħajtek bħal ħaddieħor.", "Inressaq il-proposta li qed jagħmel l-Onor.", "Carmelo Abela għax dik hija r-realtà.", "CARMELO ABELA: Għoġbitni l-kelma \"jxekklu\" li wżat l-Onor.", "Caruana, jiġifieri forsi nistgħu ngħidu \"l-ispejjeż li jxekklu l-inklużjoni sħiħa\", u b'hekk inkunu qed nagħtu ħjiel ta' x'inhu ġej aktar 'l isfel.", "JUSTYNE CARUANA: U li jiddiskriminaw.", "THE CHAIRMAN: Mela biex inkunu iktar korretti, wara l-kelma \"spejjeż\" indaħħlu l-kelma \"addizzjonali\".", "X'taħsbu?", "JUSTYNE CARUANA: Dawn mhumiex spejjeż addizzjonali.", "THE CHAIRMAN: Jien qed nifhem li dawn l-ispejjeż huma iktar minn dawk normali, u għalhekk naħseb li huma addizzjonali.", "JUSTYNE CARUANA: L-ispejjeż tat-trasport tagħhom mhumiex l-ispejjeż tat-trasport tagħna.", "THE CHAIRMAN: Ejja nagħmlu ġid ma' dawn in-nies billi ngħidu \"spejjeż li jxekklu l-inklużjoni.\"", "JUSTYNE CARUANA: M'hemmx mezzi termini – jew inti jew m'intix.", "CARMELO ABELA: Jista' jkun li minħabba l-ispejjeż involuti, jkollhom jagħżlu fejn imorru.", "JUSTYNE CARUANA: Għalija mhux biss ixekklu l-inklużjoni, imma jiddiskriminaw ukoll.", "Għalija hija iktar profonda minn esklużjoni soċjali, għax naraha wkoll bħala xi ħaġa diskriminatorja.", "Issa suppost li aħna qed inħarsu lejn id-drittijiet sħaħ tal-persuni b'diżabilità, u allura suppost li qegħdin nimmiraw għal drittijiet ugwali.", "THE CHAIRMAN: Mela ngħidu \"spejjeż li jistgħu joħolqu diskriminazzjoni\".", "JUSTYNE CARUANA: Mhux \"li jistgħu\", imma \"li joħolqu diskriminazzjoni\" għax, anke jekk tkun miljunarju, dawn l-ispejjeż se jaffettwawk!", "THE CHAIRMAN: Dawk huma l-fatti.", "Servizzi offruti lill-persuni b'diżabilità", "3.1 Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità", "Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità hija organizzazzjoni li taħdem ma' persuni b'diżabilità u l-familji tagħhom sabiex dawn ikollhom l-għajnuna meħtieġa għal ħajja tajba.", "Hija organizzazzjoni li toffri numru ta' servizzi lil persuni b'diżabilità, fosthom:", "Reġistru ta' Persuni b'Diżabilità", "Karta ta' Identità Speċjali", "Din il-Karta ta' Identità tikkonferma li l-persuna jkollha diżabilità, u permezz tagħha l-persuna b'diżabilità tkun tista' tagħmel użu mis-servizzi tal-KNPD u servizzi oħra.", "Servizz Għajnuniet Speċjali (Apparat Assistiv)", "Il-KNPD tipprovdi għajnuna finanzjarja lil persuni b'diżabilità u l-familji tagħhom sabiex jinxtara apparat speċjali li jgħinhom jgħixu ħajja iktar indipendenti.", "Ċentru ta' Riżorsi Wenzu Dalli", "Il-KNPD għandha Ċentru ta' Riżorsi li fih kotba, perjodiċi, DVDs u CDs li għandhom x'jaqsmu mas-settur tad-diżabilità.", "Dan iċ-Ċentru huwa miftuħ għall-pubbliku, u huwa ta' interess speċjali għal persuni b'diżabilità, il-familji tagħhom u dawk il-persuni li jistudjaw jew jaħdmu fil-qasam tad-diżabilità.", "L-oqsma tad-diżabilità", "Il-Kummissjoni tmexxi laqgħat dwar id-diżabilità b'mod regolari.", "It-taħditiet u l-korsijiet jiffokaw fuq l-aspett soċjali tad-diżabilità, u fuq kif ħafna ostakoli li jiffaċċjaw il-persuni b'diżabilità huma mibnija mis-soċjetà stess.", "PEKTUR huwa program li jipprovdi għajnuna finanzjarja għal edukazzjoni, taħriġ u riċerka fil-qasam tad-diżabililtà.", "Taqsima Liġi Opportunitajiet Indaqs", "Il-KNPD għandu Compliance Unit fis-Segretarjat tiegħu.", "Xogħol dan il-Unit hu li jinvestiga allegazzjonijiet ta' diskriminazzjoni fuq bażi ta' diżabilità.", "Servizz Ħajja Indipendenti", "Il-Kummissjoni tagħti r-rakkomandazzjonijiet tagħha lid-dipartimenti li jieħdu ħsieb il-benefiċċji li ġejjin:", "Applikazzjonijiet għal żvilupp ta' proprjetà;", "Eżenzjoni minn dazji fuq karozzi;", "Eżenzjoni mill-ħlas ta' liċenzji tat-toroq;", "Kumpens fuq ix-xiri ta' apparat modifikat għal użu minn persuni b'diżabilità (Eżenzjoni mill-VAT).", "JUSTYNE CARUANA: L-ewwel nett, bħala KNPD rrid ngħid li din mhijiex sempliċi organizzazzjoni, imma hija kummissjoni nazzjonali maħluqa bil-liġi, u għandha rwol ben definit b'liġi.", "Il-KNPD, forsi b'differenza ta' kummissjonijiet oħra, hija kemm policy maker, kif ukoll service provider, jiġifieri hemm żewġ rwoli tal-KNPD li kultant wieħed jarahom bħala li jikkuntrastaw ma' xulxin.", "Meta inti suppost policy maker, u fl-istess ħin inti wkoll is-service provider, kultant toħloq ċerti konflitti, għax m'hemmx sistema ta' checks and balances.", "Fuq id-definizzjoni tal-KNPD irridu nkunu iktar ċari.", "Nerġa' ngħid li din mhijiex organizzazzjoni, imma hija kummissjoni nazzjonali.", "U għalhekk ma naħsibx li għandna nirrelegawha għal organizzazzjoni fuq livell ta' NGO.", "THE CHAIRMAN: X'inhi l-emenda li qed tipproponi inti?", "JUSTYNE CARUANA: Irridu ngħidu li hija kummissjoni nazzjonali, u mhux organizzazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Mela nneħħu l-kelma \"organizzazzjoni\" u nagħmluha \"Kummissjoni Nazzjonali\".", "JUSTYNE CARUANA: Hija kummissjoni nazzjonali mwaqqfa bil-liġi.", "THE CHAIRMAN: Jew inkella nistgħu ngħidu li hija 'entità'?", "JUSTYNE CARUANA: Hija entità nazzjonali mwaqqfa b'liġi, u li taħdem fil-qasam tad-diżabilità.", "Għalhekk għedtlek li hemm il-policy making side tagħha, u s-service provider side tagħha.", "THE CHARIMAN: Naħseb li xi darba rridu naqbdu u niddiskutu l-KNPD.", "JUSTYNE CARUANA: Iva, imma bħala preambolu rridu nkunu iktar ċari.", "THE CHAIRMAN: Għandek raġun li tgħid inneħħu l-kelma \"organizzazzjoni\" u nużaw il-kelma \"entità li hija mwaqqfa b'liġi\".", "Mela se ngħidu hekk: \"… hija entità nazzjonali mwaqqfa b'liġi li taħdem ma' persuni b'diżabilità u l-familji tagħhom.\"", "JUSTYNE CARUANA: Jew \"li taħdem fil-qasam tad-diżabilità.\"", "THE CHAIRMAN: Le, nħalluha kif inhi.", "JUSTYNE CARUANA: Għax mhux neċessarjament huwa hekk.", "Għalhekk għedtlek fil-bidu li hija service provider, imma hija wkoll policy maker, għax hi ma taħdimx magħhom.", "THE CHAIRMAN: Huma jirrelataw magħhom.", "JUSTYNE CARUANA: Imma ma taħdimx magħhom.", "THE CHAIRMAN: Taħdem ma' kulħadd.", "CARMELO ABELA: Għalhekk taħdem fil-qasam tad-diżabilità, kif qed ngħid.", "THE CHAIRMAN: Mela, 'taħdem fil-qasam tad-diżabilità sabiex tipprovdi din l-għajununa', u mbagħad inniżżlu dan l-elenku tal-għajnuna.", "JUSTYNE CARUANA: Imma mhux biss tipprovdi l-għajnuna.", "Għalhekk ħallejtha b'mod ġeneriku, u għedt li topera fil-qasam tad-diżabilità.", "THE CHAIRMAN: Mela nagħmluha \"… li taħdem fil-qasam tad-diżabilità.\"", "Imbagħad inkomplu ngħidu: \"Din l-entità toffri numru ta' servizzi lil persuni b'diżabilità, fosthom ...\", u nkomplu b'dik il-lista.", "JUSTYNE CARUANA: Rigward l-apparat assistiv, għaddejna liġi wkoll fl-2012.", "Rigward il-punt 'Servizzi Ħajja Indipendenti', dan kemm semmejnih biss?", "THE CHAIRMAN: Aħna qegħdin nirrelataw dak li ntqal lilna.", "Huma tawna indikazzjoni li jagħmlu dan ix-xogħol, u aħna ħadna nota ta' dak li qalulna.", "JUSTYNE CARUANA: Dwar il-policy document li toħroġ il-Kummissjoni, pereżempju, laqgħat ta' konsultazzjoni li tagħmel fuq il-policy ...", "CARMELO ABELA: Dawk ma jissemmewx?", "THE CHAIRMAN: Naħseb li ma ssemmewx.", "JUSTYNE CARUANA: Però jagħmluha wkoll.", "Għalhekk fil-bidu għamilt distinzjoni bejn is-service provider u l-policy maker, għax il-Kummissjoni għandha wkoll rwol ta' policy maker.", "THE CHAIRMAN: Mela rridu ndaħħlu punt ieħor li jipprovdu wkoll għall-konsultazzjoni bħala policy.", "JUSTYNE CARUANA: Tħejji wkoll pubblikazzjonijiet u rapporti dwar il-qasam tad-diżabilità.", "THE CHAIRMAN: Mela, wara \"Servizz Ħajja Indipendenti\" għandu jiddaħħal punt ieħor \"Ħidma ta' policy making\" li jgħid, \"Tħejjija ta' pubblikazzjonijiet ta' rapporti, u parteċipazzjoni fil-proċess ta' konsultazzjoni fit-teħid ta' deċiżjonijiet.\"", "JUSTYNE CARUANA: Fuq punt nru.", "7, bil-liġi l-ġdida li għamilna, il-KNPD tista' tkun ukoll prosekutur, jiġifieri tista' tieħu l-azzjonijiet, u allura dan ifisser li m'hemmx għalfejn li jkun hemm xi ħadd li jagħmel ilment, imma tista' tħarrek hi stess.", "CARMELO ABELA: Kif nagħmlu l-update ta' dan ir-rapport, inżiduha wkoll.", "JUSTYNE CARUANA: Apparti minn hekk, ma nistgħux ngħidu \"… jew benefiċċji li ġejjin\".", "Pereżempju, l-blue sticker toħroġ mill-KNPD.", "Il-kumpens mill-KNPD joħroġ għax il-KNPD għandha l-budget tagħha.", "THE CHAIRMAN: Hawnhekk qed ngħidu hekk: \"Il-Kummissjoni tagħti r-rakkomandazzjonijiet tagħha lid-dipartimenti li jieħdu ħsieb il-benefiċċji li ġejjin ...\"", "JUSTYNE CARUANA: Imma issa mhux hekk.", "Il-Kummissjoni għandha l-budget tagħha, u skont il-budget li jkollha talloka.", "CARMELO ABELA: Il-blue sticker toħroġha mill-budget tagħha?", "JUSTYNE CARUANA: Il-kumpens ta' xiri ta' apparat żgur li hekk.", "THE CHAIRMAN: Rigward l-applikazzjoni għall-iżvilupp ta' proprjetà?", "JUSTYNE CARUANA: Xorta jiġu proċessati mill-KNPD, jiġifieri mhijiex sempliċement rakkomandazzjoni.", "Ikun hemm rapportaġġ sħiħ.", "Pereżempju, anke fl-applikazzjonijiet għall-iżvilupp ta' proprjetà, jekk il-KNPD ma tagħtix il-go ahead … Jiġifieri hija sine qua non.", "THE CHAIRMAN: M'għandniex għalxiex neħduha daqshekk fit-tul ħalli, jekk illum jirnexxilna napprovawh bil-korrezzjonijiet li għamilna, inkun nista' inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili ftit, Onor. Caruana.", "Ħalli nħalluha hekk: \"Il-Kummissjoni tagħti r-rakkomandazzjonijiet tagħha lid-dipartimenti li jieħdu ħsieb il-benefiċċji li ġejjin: ...\", u mbagħad ngħidu liema huma dawn il-benefiċċji.", "Imbagħad, ikun hemm subheading ieħor biex inniżżlu l-ħruġ tal-blue sticker jew l-għoti tal-blue sticker.", "JUSTYNE CARUANA: Il-KNPD mhux rakkomandazzjonijiet tagħti!", "Dan ikollok persuna li tressaq it-talba tagħha, il-KNPD tilqa' it-talba tagħha, u mbagħad hi stess tipproċessa dik it-talba.", "THE CHAIRMAN: Tagħmel il-verifikazzjonijiet?", "JUSTYNE CARUANA: It-talba ssir lill-KNPD, li għandha l-proċess ta' evalwazzjoni tagħha.", "(Interruzzjonijiet) Fejn jidħlu applikazzjonijiet għal żvilupp ta' proprjetà, hemm il-MEPA.", "Issa għandek sezzjoni fejn il-MEPA tirreferi l-applikazzjoni lill-KNPD.", "Din, min-naħa tagħha, tara li dik l-applikazzjoni taderixxi mal-linji gwida tal-KNPD.", "U jekk il-KNPD tgħid iva, l-permess jimxi.", "Mela allura mhux rakkomandazzjoni, imma deċiżjoni.", "THE CHAIRMAN: Naqblu, Onor. Caruana, imma x'kelma se nużaw minflok il-kelma \"rakkomandazzjoni\"?", "JUSTYNE CARUANA: 'Topera wkoll f'dawn l-oqsma li ġejjin ...'", "THE CHAIRMAN: Jew \"tikkonsulta\"?", "JUSTYNE CARUANA: Mhijiex kwestjoni ta' konsultazzjoni.", "Kieku jien, bħalma elenkajna wara xulxin \"2.", "Karta ta' Identità Speċjali, 3.", "Kumpens fuq ix-xiri ta' apparat modifikat\", peress li dawk ġejjin mill-budget tal-KNPD, u mbagħad fuq l-oħrajn ngħidu li l-Kummissjoni topera f'dawn l-oqsma u għandha effett determinanti fuqhom.", "Imma mhux li tagħti rakkomandazzjoni fuqhom.", "THE CHAIRMAN: Naqblu, imma kif se tagħmilha?", "JUSTYNE CARUANA: \"Tipproċessa talbiet ...\"", "THE CHAIRMAN: \"Il-Kummissjoni tipproċessa talbiet mad-dipartimenti ...\"", "\"Tipproċessa talbiet għal applikazzjoni għal żvilupp ta' proprjetà.\"", "THE CHAIRMAN: Mela titneħħa s-sentenza \"tagħti r-rakkomandazzjoni tagħha lid-dipartimenti ...\" u minflok nagħmlu \"Il-Kummissjoni tipproċessa talbiet għal applikazzjoni għal żvilupp ta' proprjetà, eżenzjoni minn dazju fuq karozzi, eżenzjoni mill-ħlas ta' liċenzji tat-toroq\".", "JUSTYNE CARUANA: Għax l-oħrajn tipprovdihom.", "THE CHAIRMAN: Imbagħad ngħidu li \"Il-Kummissjoni tipprovdi servizz ta' ħruġ ta' Blue Sticker ...\"", "JUSTYNE CARUANA: Anke l-apparat assistiv jaqa' taħt din.", "THE CHAIRMAN: Il-Kummissjoni tipproċessa t-talbiet tal-ewwel tliet punti li semmejna.", "(Interruzzjonijiet) Naqblu.", "Nitlob lill-Onor.", "Abela sabiex ikompli jaqra.", "CARMELO ABELA: Mela ħalli nkompli naqra:", "\"L-Aġenzija Sapport", "L-Aġenzija Sapport hija organu li toffri servizzi lil persuni b'diżabilità u l-familji tagħhom.", "Dawn is-servizzi jinkludu:", "Servizz ta' ħaddiema soċjali", "Servizz residenzjali", "Servizz fil-komunità", "Servizz ta' ċentri ta' matul il-jum.", "L-Għaqda Nazzjonali Ġenituri ta' Persuni b'Diżabilità lmentat li s-servizzi offruti minn din l-Aġenzija mhumiex biżżejjed biex jaqdu l-bżonnijiet tal-familji:", "\"Hawn ġenituri li qegħdin jirċievu s-servizzi tal-Aġenzija Sapport.", "Sfortunatament, is-sigħat li qegħdin jieħdu l-familji mhumiex biżżejjed biex jaqdu l-ħteġijiet.", "Nafu wkoll li hawn ħafna li għadhom fuq il-waiting list.", "Naf nies li ilhom iktar minn tliet snin jistennew ftit sigħat fil-ġimgħa, u oħrajn li jieħdu biss xi sagħtejn fil-ġimgħa.", "L-Aġenzija għandha tingħata s-sapport finanzjarju meħtieġ biex tkun tista' taqdi lil dawk kollha li għandhom bżonn, u skont il-ħteġijiet. \"", "L-Aġenzija Sapport, min-naħa tagħha, spjegat li għas-servizzi residenzjali hemm waiting list ta' 60 persuna li diġà ġew ipproċessati, u oħrajn li għadhom ma ġewx ipproċessati.", "Fir-rigward tas-servizzi mogħtija fil-komunità, hemm 'il fuq minn mitt familja li qed jirċievu s-servizzi.", "L-Aġenzija tipprova taqdi lil min hu fil-bżonn tas-servizzi tagħha, però ħafna drabi ma tkunx f'pożizzjoni li tagħti l-ammont ta' għajnuna mitluba, għax tkun trid tqassam is-servizzi tagħha biex tilħaq iktar nies.", "Kif spjegat iktar 'il fuq, l-Aġenzija Sapport toffri servizz ta' ħaddiema soċjali.", "Preżentement, hemm ħames ħaddiema soċjali f'disa' ċentri ta' matul il-jum, żewġ ħaddiema soċjali fis-servizzi tal-komunità, ħaddiema soċjali fir-residenzi tas-Sapport, u ħamsa li jaħdmu b'mod ġeneriku.", "F'dan il-qasam wieħed jista' jgħid li m'hemmx waiting list, imma madankollu, is-Sinj.", "Mangiafico sostniet li hemm bżonn immedjat ta' ħaddiema soċjali u carers biex jgħinu lill-familji:", "\"Is-social workers li jkunu qegħdin jaħdmu mal-familji ma jistgħux isegwu b'mod regolari dak li jkun għaddej minħabba li mgħobbijin bix-xogħol u ma jkunux jistgħu jlaħħqu.\"", "THE CHAIRMAN: Nipproponi li jkun hemm addizzjoni żgħira fejn qed ngħidu li \"L-Aġenzija Sapport, min-naħa tagħha, spjegat li għas-servizzi residenzjali hemm waiting list ...\" fejn, wara l-kliem \"waiting list\", nagħmel fil-brackets xi ħaġa li tirreferi li dan jgħodd għal dakinhar li ntqal lilna, għax maż-żmien il-waiting list setgħet tiżdied jew tonqos.", "JUSTYNE CARUANA: Fil-fatt, irridu nagħmlu update tagħha din.", "THE CHAIRMAN: Ippermettili ftit, Onor. Caruana.", "Il-waiting list illum hija 60, imma meta jkun qed jinqara dan ir-rapport, dan in-numru jista' ikun akbar jew iżgħar.", "JUSTYNE CARUANA: Fil-fatt, nista' nikkonfermalek li llum il-waiting list żdiedet.", "THE CHAIRMAN: Dik dejjem tista' tiżdied, imma jiena tal-opinjoni li wara l-kliem \"waiting list\" irridu nagħtu x'nifhmu li dik iċ-ċifra kienet fit-tali data.", "CARMELO ABELA: Fuq quddiem tar-rapport m'hemmx id-data?", "Jiġifieri kulħadd se jkun jaf li dak kien f'Lulju 2012.", "Nagħmlu mod li dan intqal lilna sena ilu.", "Iċ-ċifra ta' 60 għalina mhijiex importanti as such, jiġifieri setgħet kienet 120 jew 200.", "L-aktar importanti għalina huwa dak li qed jingħad, u mhux in-numri.", "Għalhekk, ma niddejjaqx nuri li dik l-istatistika kienet rilevanti fiż-żmien li ntqalet lilna, u b'hekk min se jaqra r-rapport ikun fl-aħjar ċirkostanzi possibbli sabiex jifhem x'intqal.", "Fil-bidu, għandek erba' subheadings tat-tip ta' servizzi offruti.", "Huwa ovvju li l-ewwel caption li għandna hija fuq is-servizz fil-komunità, għax meta qegħdin jitkellmu fuq ftit sigħat, dawk qegħdin jitkellmu fuq servizz fil-komunità, servizzi li jingħataw fid-djar.", "Jekk fil-heading ta' wara għandna djar residenzjali, naħseb li hawnhekk ukoll għandna nagħmlu heading.", "It-tieni nett, jekk hawnhekk hawn iċ-ċifri, ikun tajjeb li ngħidu d-data ta' meta ntqalet dik iċ-ċifra, imma rridu ngħidu wkoll x'inhuma ċ-ċifri tal-lum.", "Mill-aħħar informazzjoni li għandna, dawn żdiedu.", "THE CHAIRMAN: Imma qatt mhu se jkollok l-aħħar ċifri.", "JUSTYNE CARUANA: Hemm madwar 80.", "Anke li kieku kienu 100, dik mhijiex importanti.", "Dak li se ngħidu jrid ikun kwalifikat bid-data ta' meta ntqal.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Fil-brackets nista' nagħmel id-data.", "CARMELO ABELA: Fil-brackets nagħmlu \"sa Lulju 2012\".", "CARMELO ABELA: Wara 60 persuna fil-brackets, nagħmlu \"Mejju 2012\".", "JUSTYNE CARUANA: Qed ngħid dan għax hawn statement kategoriku li f'dan il-qasam wieħed jista' jgħid li m'hemmx waiting list, li mhuwiex il-każ.", "Qiegħda nirreferi għat-tielet paragrafu, l-aħħar sentenza.", "THE CHAIRMAN: L-istess, hawnhekk għandna nniżżlu d-data ta' meta dak id-diskors intqal lilna.", "JUSTYNE CARUANA: Hemm 'il fuq minn 119-il persuna wait-listed sabiex jidħlu fiċ-Ċentru.", "DR ELAINE BIRMINGHAM: Fit-tieni paragraph, qed nitkellmu fuq servizzi residenzjali, fejn hemm waiting list ta' 60 ruħ.", "JUSTYNE CARUANA: Dik għadha ġejja, 'Djar residenzjali 2.4(3)'.", "DR ELAINE BIRMINGHAM: Fit-tieni paragrafu, qed ngħidu li 'L-Aġenzija Sapport, min-naħa tagħha, spjegat li għas-servizzi residenzjali hemm waiting list ta' 60 persuna.'", "JUSTYNE CARUANA: Imma għal kull servizz tal-Aġenzija Sapport hemm waiting list, u għaċ-ċentri ta' matul il-jum hemm 119 ir-ruħ li qed jistennew.", "CARMELO ABELA: Irridu nifirdu bejn servizzi ta' djar residenzjali u adult training centres, għax huma differenti minn xulxin.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Qed ngħidu li m'hemmx waiting list għas-servizz ta' ħaddiema soċjali.", "JUSTYNE CARUANA: Ma jistax ikun li m'hemmx waiting list, għax fil-Parlament ingħatajna informazzjoni mod ieħor!", "THE CHAIRMAN: Mela ejjew insibu t-triq tan-nofs.", "Dik is-sentenza nistgħu nneħħuha.", "Aħna qegħdin nitkellmu b'mod ġeneriku, u qegħdin nitkellmu fuq l-issues.", "Nistgħu ngħidu li: \"Il-ħaddiema soċjali fir-residenzi tas-Sapport huma ħamsa li jaħdmu b'mod ġeneriku\" u nieqfu hemm.", "U s-sentenza, \"F'dan il-qasam, wieħed jista' jgħid li m'hemmx waiting list\" nistgħu nneħħuha.", "JUSTYNE CARUANA: Mhijiex soġġettiva, imma li hemm waiting list hija xi ħaġa reali.", "THE CHAIRMAN: Iva, imma għal fini ta' dan ir-rapport wieħed irid jara li waqt li jkun qiegħed jaqrah ...", "JUSTYNE CARUANA: Agħtini ċans nispjega!", "Hawnhekk filli qed ngħidu \"servizz fil-komunità\" u filli qed ngħidu \"servizz ta' ħaddiema soċjali\", u mbagħad fit-2.4(3) qed ngħidu \"djar residenzjali\".", "Aħna x'se nagħmlu?", "Se nagħmlu \"servizz fil-komunità\" għalih, \"djar residenzjali\" għalih u \"ħaddiema soċjali\" għalih?", "Hawnhekk, f'din il-paġna, hawn erba' affarijiet f'daqqa, u mbagħad fit-2.4(3) għandek il-heading \"djar residenzjali\" biss.", "Nistgħu almenu nikkompartimentalizzaw?", "THE CHAIRMAN: Djar residenzjali għandna ċentri ta' matul il-jum.", "JUSTYNE CARUANA: Le, għax iċ-ċentri ta' matul il-jum mhumiex djar residenzjali.", "THE CHAIRMAN: Għandek heading ieħor.", "JUSTYNE CARUANA: Fejn qiegħed?", "THE CHAIRMAN: F'paġna 18.", "Imbagħad, f'paġna 20 għandna \"Inħarsu l' Quddiem\" u \"L-edukazzjoni inklussiva\".", "JUSTYNE CARUANA: Mela, t-tieni paragrafu jrid jiġi transposed fuq is-\"Servizzi residenzjali tad-djar\".", "Inti għandek miktub hekk: \"L-Aġenzija Sapport, min-naħa tagħha, spjegat li għas-servizzi residenzjali hemm waiting list ta' sittin persuna li diġà ġew ipproċessati, u oħrajn li għadhom ma ġewx ipproċessati\".", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq servizzi residenzjali.", "Imbagħad għandek \"fir-rigward ta' servizzi mogħtija fil-komunità ...\", li hija xi ħaġa oħra, imma nistgħu nħalluha hawnhekk.", "CARMELO ABELA: Xtaqt ngħid xi ħaġa ma' dak li qiegħda tgħid l-Onor.", "Fil-bidu nett, f'paġna 14 insibu dawk l-erba' bullet points.", "Imma, jekk wieħed ifittex, ma jsibx erba' subheadings, imma jsib tnejn biss.", "Jiġifieri, bħala subheadings, irid ikollna żgur erbgħa la semmejna erbgħa fil-bidu, u dawn huma: servizz fil-komunità, servizz ta' ħaddiema soċjali, djar residenzjali u ċentri ta' matul il-jum.", "JUSTYNE CARUANA: Tnejn diġà qegħdin hemm, imma jonqosna tnejn oħra.", "It-tnejn l-oħra nistgħu nagħmluhom hawnhekk fil-bidu, fejn għandna l-ewwel paragrafu li qed jitkellem fuq is-servizzi fil-komunità.", "Jiġifieri, f'nofs it-tieni paragrafu, qed nitkellmu fuq is-servizzi fil-komunità, u fit-tielet paragrafu qed nitkellmu fuq il-ħaddiema soċjali.", "U wara dawn, nistgħu nkomplu fuq l-oħrajn.", "Dik is-sentenza li tgħid, \"F'dan il-qasam, wieħed jista' jgħid li m'hemmx waiting list\" inneħħuha.", "JUSTYNE CARUANA: Mhijiex ir-realtà!", "U qatt ma kienet.", "Dan ir-rapport qed nagħmluh mhux biex nimxu 'l quddiem?", "Mela kif tista' timxi fuq premessa ħażina u fuq informazzjoni ħażina?!", "THE CHAIRMAN: Le, mhux qed nimxi fuq premessa ħażina.", "Jekk wieħed ikun qed jaqrah fi żmien għaxar snin oħra ...", "JUSTYNE CARUANA: Se jkun qed jaqra informazzjoni ħażina.", "THE CHAIRMAN: Skużani, maż-żmien xi ħadd ikun irid jagħmel indiċi tal-istatistika u jagħmel titjib fuqhom.", "JUSTYNE CARUANA: Imma jekk hemm statement li mhux korrett, neħħih.", "THE CHAIRMAN: M'għandix problema li nneħħih.", "Mela din is-sentenza titneħħa.", "\"Djar residenzjali", "Waħda mill-problemi li dejjem qiegħda f'moħħ ġenituri ta' persuni b'diżabilità hija x'se jiġri minn uliedhom meta huma ma jkunux jistgħu jibqgħu jieħdu ħsiebhom.", "Dan it-tħassib esprimietu s-Sinj.", "Mangiafico, f'isem il-Ġenituri tal-Persuni b'Diżabilità:", "'Illum, il-persuni b'diżabilità qed jgħixu lifespan normali minħabba l-avvanzi fil-mediċina.", "Dan ifisser li jasal iż-żmien meta l-ġenituri jsiru anzjani bil-probabilità li t-tfal b'diżabilità jissoppravivu lill-ġenituri tagħhom.", "Illum, il-ġenituri ma jistgħux jiddependu iktar fuq l-ulied l-oħra, jew membri oħra tal-familja, biex jieħdu ħsiebhom minħabba l-kwalità tal-ħajja moderna li ngħixu.", "Il-ġenituri qed jiffaċċjaw problema inkwetanti ħafna.", "Min se jieħu ħsieb lit-tfal tagħna b'diżabilità meta aħna ma nifilħux iktar?", "Aħna nħossu li m'hawnx serħan tal-moħħ minħabba li din il-problema mhux qed tiġi indirizzata bl-urġenza meħtieġa.", "Il-ftit djar residenzjali li jeżistu huma kollha mimlija.", "Nafu li barra minn Malta l-gvern għandu sistema li jibgħat għal dawk il-persuni b'diżabilità li jixtiequ jidħlu ġewwa djar residenzjali.", "Għalhekk, min jixtieq li t-tfal tagħhom ma jibqgħux id-dar minħabba raġunijiet validi, u xi kultant ovvji għax ma jistgħux jieħdu ħsiebhom iktar, għandhom il-possibilità li jagħmlu dan mingħajr ma jħossuhom guilty jew iridu jittalbu biex xi darba jkun hemm post għat-tfal tagħhom.", "Dawn l-aħħar snin, bdew jinfetħu djar residenzjali f'Malta, iżda dawn mhux biżżejjed biex jaqdu d-domanda, u għad m'hawnx djar li jikkejterjaw għal persuni with multiple complex needs.'", "F'dan ir-rigward, l-Għaqda Nazzjonali Ġenituri ta' Persuni b'Diżabilità semmiet il-bżonn ta' iktar djar residenzjali fil-komunità:", "'Hemm bżonn ta' aktar djar residenzjali fil-komunità.", "Naħsbu li wasal ukoll iż-żmien li l-kunsilli lokali jieħdu iktar interess fin-nies tal-komunità tagħhom.", "Li qegħdin nissuġġerixu aħna hu li jinfetħu djar residenzjali żgħar f'kull lokalità.", "B'hekk biss nistgħu niżguraw l-inklużjoni soċjali tat-tfal tagħna, għax jibqgħu jgħixu fil-komunità li trabbew fiha.", "Il-kunsilli lokali jistgħu jixtru s-servizzi meħtieġa biex ikunu jistgħu jmexxu dawn id-djar fil-komunità mingħand, pereżempju, l-Aġenzija Sapport.'", "L-Aġenzija Sapport, min-naħa tagħha, tħaddem numru ta' appartamenti żgħar li fihom jgħixu l-persuni b'diżabilità:", "Vajrita 1 - sitt appartamenti li jilqgħu 11-il persuna", "Vajrita 2 - sitt appartamenti li jilqgħu 14-il persuna", "Appartament fil-Fgura li jilqa' tliet persuni", "Appartament f'Ħal Kirkop li jilqa' erba' persuni", "Appartament f'Bormla li jilqa' seba' persuni", "Appartament fl-Imtarfa li jilqa' tmien persuni.", "L-Aġenzija għandha wkoll service agreements sabiex numru ta' djar jilqgħu persuni b'diżabilità:", "Dar Arka li tilqa' disa' persuni, anke f'livell għoli ta' sapport", "Dar Pirotta li tilqa' 11-il persuna", "Dar il-Wens li tilqa' 15-il persuna, u taċċetta klijenti li huma semi-indipendenti.", "Fil-qasam tar-residenzi, wieħed ma jistax jonqos milli jsemmi d-Dar tal-Providenza, li ilha tipprovdi servizzi residenzjali għal persuni b'diżabilità għal ħafna snin.", "Waqt id-diskussjoni ssemmiet ukoll il-kwestjoni tas-servizz tar-respite li joffri ftit serħan lil familji ta' persuni b'diżabilità.", "Fl-2010, is-Sinj.", "Mangiafico spjegat kif kien hawn Dar il-Kaptan f'Malta u Dar Arka f'Għawdex li joffru dan is-servizz, u talbet sabiex jiżdiedu d-djar li joffru dan is-servizz.", "L-Aġenzija Sapport spjegat li preżentement, dawn id-djar żdiedu, u hemm sitt idjar li joffru servizz ta' respite: Dar tal-Providenza, Dar il-Kaptan, Dar Arka, Dar Nażaret, Dar il-Wens u Dar Pirotta.'", "Fl-aħħar sentenza, għandna żball għax Dar Nażaret fil-fatt hija Fondazzjoni Nażaret, għax għandha tliet idjar u mhux waħda.", "Imbagħad, fl-aħħar paragrafu, għandna taħwida bejn is-servizzi residenzjali u r-respite.", "Veru li Dar il-Kaptan u Dar tal-Providenza joffru r-respite, imma l-Fondazzjoni Nażaret m'għandhiex possibilità li toffri respite, imma jkollha biss residenti.", "Imbagħad l-Fondazzjoni Nażaret mhijiex imsemmija mar-residenzi privati tal-NGOs.", "JUSTYNE CARUANA: Dawn mhumiex tas-Sapport, imma huma kollha tal-NGOs.", "Huma l-NGOs li joffru mixed services.", "Jiġifieri, għandek id-Dar tal-Providenza li jilqgħu għandhom persuni b'diżabilità, ħafna minnhom b'diżabilità severa, u allura mhux qed nitkellmu sempliċement fuq respite, imma qegħdin nitkellmu fuq residenzi.", "Dar il-Kaptan u Dar Arka huma mixed, imma Dar Nażaret, Dar Pirotta u Dar il-Wens huma kollha residenzi.", "THE CHAIRMAN: Huma residenzi, imma jistgħu joffru wkoll ir-respite?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Hawnhekk mhux qed ngħidu li mhumiex djar residenzjali.", "Li qed ngħidu hu minħabba li ssemmiet il-kwestjoni tar-respite, u s-Sinj.", "Mangiafico kienet qalet li dak iż-żmien kien hawn Dar il-Kaptan u Dar Arka biss.", "Jiena staqsejt lill-Aġenzija Sapport, li semmewli dawn is-sitt idjar li joffru respite.", "JUSTYNE CARUANA: Dawn ma jaqgħux taħt l-Aġenzija Sapport.", "THE CHAIRMAN: Mela nistgħu ngħidu li dawn huma NGOs.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Ma qalux li qed jimmaniġġjawhom huma.", "CARMELO ABELA: Tista' tistaqsi lill-Fondazzjoni Nażaret fuq dawn it-tliet idjar.", "JUSTYNE CARUANA: Se mai, trid tistaqsi lid-Dar tal-Providenza, lid-Dar il-Kaptan, Dar Arka, Dar Nażaret, Dar il-Wens u Dar Pirotta.", "THE CHAIRMAN: Li kieku kellna nemendawha, din nistgħu nagħmluha hekk: \"L-Aġenzija Sapport spjegat li preżentement dawn id-djar żdiedu, u hemm sitt idjar li huma ta' NGOs li joffru servizzi ta' respite.\"", "JUSTYNE CARUANA: As an update, xtaqt ngħid li dawn id-djar ingħaqdu flimkien biex ikunu jistgħu jikkoordinaw aħjar bejniethom, u jkunu jistgħu jagħmlu proġetti konġunti biex ikollhom iktar saħħa.", "Imma again, għalihom, m'għandhom x'jaqsmu xejn.", "THE CHAIRMAN: \"L-Aġenzija Sapport spjegat li preżentement dawn id-djar żdiedu, u hemm sitt idjar li huma kkoordinati minn diversi NGOs li joffru servizz ta' respite\".", "JUSTYNE CARUANA: Imma mhux ta' respite.", "THE CHAIRMAN: Mela nitlob lill-Elaine sabiex tiċċekkja mal-Aġenzija Sapport jew mad-djar infushom, u tistaqsihom jekk joffrux respite.", "JUSTYNE CARUANA: Se mai, jekk hawnhekk qegħdin insemmuhom waħda waħda, nagħmlu heading fuq kull waħda u nagħtu deskrizzjoni qasira tas-servizzi li joffru.", "THE CHAIRMAN: Mhux problema, avolja se nkunu qegħdin intawwlu fiż-żmien.", "JUSTYNE CARUANA: Kulma se tagħmel hu li f'paragrafu wieħed iddaħħal lil kulħadd.", "CARMELO ABELA: Naħseb li anke bħala stil ta' kitba, f'paġna 17 qegħdin ngħidu, 'L-Aġenzija Sapport, min-naħa tagħha, tħaddem numru ta' appartamenti żgħar', u mbagħad insibu l-lista ta' dawn id-djar.", "Fil-każ, biex inkunu qed inħallu stil li huwa iktar up to date … Imbagħad, hemm service agreements ma' djar oħra, u wara dan hemm imsemmija d-Dar tal-Providenza.", "Forsi biex nikkonkludu dan iċ-ċirku kollu, hemm imbagħad 'djar immexxija mill-NGOs', u nsemmu wkoll l-oħrajn li mhumiex imsemmija aktar 'il fuq.", "Il-Fondazzjoni Nażaret hija l-unika waħda li mhijiex imsemmija iktar 'il fuq, imma mbagħad qiegħda tissemma fejn hemm servizz ta' respite, meta din il-Fondazzjoni assolutament ma toffrix servizz ta' respite.", "Fil-fatt, din għandha tliet idjar – naf x'qed ngħid hawnhekk – li huma kollha residenzjali, jiġifieri l-persuni jgħixu fihom bħal dar normali, u m'hemmx lok ta' respite.", "Jekk dar tesa' sitta, diġà hemm sitt residenti.", "Jekk id-dar tesa' għaxra, hemm diġà għaxar persuni b'diżabilità li jgħixu hemmhekk.", "U jekk xi ħadd imur jitlobhom biex iżommulu t-tifel għal xi jiem, dawn ma jkollhomx sodod available.", "JUSTYNE CARUANA: Dawk huma servizzi ta' matul il-jum.", "Respite tfisser li għandek bżonn l-akkomodazzjoni għal, pereżempju, tul ta' ġimgħa jew tul il-weekend, fejn dak li jkun jorqod u jqum hemmhekk, u għandu programm sħiħ.", "CARMELO ABELA: Għax il-ġenituri tiegħu jkollhom bżonn isiefru.", "JUSTYNE CARUANA: Jew inkella għax ikollhom bżonn jagħmlu xi operazzjoni, jew ikunu għaddejjin minn xi mument diffiċli u ma jkunux jistgħu jżommu lil dik il-persuna fid-dar tagħhom.", "B'hekk, dik il-persuna tiġi allontanata mid-dar għal perijodu ta' żmien, u din tkun tirrisjedi f'din id-dar partikolari biex isserraħ lill-familja tagħha.", "Imma dawn mhumiex servizzi għal matul il-ġurnata.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmel riflessjoni waħda.", "Għandna żewġ għażliet x'nistgħu nagħmlu: jew inkunu responsabbli biss ma' dak li ntqal lilna, u nieqfu eżatt qabel il-kliem \"L-Aġenzija Sapport\" biex niġu qed ngħidu hekk: 'Is-Sinj.", "Mangiafico spjegat kif kien hawn Dar il-Kaptan f'Malta u Dar Arka f'Għawdex li joffru dan is-servizz, u talbet biex jiżdiedu djar oħra li joffru dan is-servizz.'", "Imma hekk m'aħniex se nkunu korretti għax, b'mod korrett, wieħed irid jgħid ukoll, 'sa meta jkun qed jinħareġ dan ir-rapport', għax dan issa se jkun ilu kważi sentejn li ntqal lilna.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux fair u jrid ikun hemm korrezzjoni.", "Ippermettuli ftit.", "Għall-fini ta' pubblikazzjoni qed ngħid hekk jien.", "Kieku jien, qabel il-kliem 'waqt id-diskussjoni, ssemmiet ukoll il-kwestjoni tar-respite', kont indaħħal subheading ieħor fuq ir-respite biss.", "Ma nafx taqblux miegħu?", "JUSTYNE CARUANA: Għalfejn?", "Respite taqa' taħt ir-residenzjali.", "THE CHAIRMAN: Mela nħalluha kif inhi.", "Issa ħalli niġi għat-tieni osservazzjoni: jekk dan ir-rapport nispiċċawh illum, u Elaine ddaħħal dawk il-korrezzjonijiet iż-żgħar, jien inkun nista' nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra llum stess.", "CARMELO ABELA: X'għaġġla għandna?", "THE CHAIRMAN: Jien m'għandix għaġġla, imma xtaqt nagħmel dak li d-darba l-oħra konna wegħedna lil xulxin li se nagħmlu, u ċioè li nsibu l-opportunità 'l quddiem li, flimkien mal-iSpeaker, inġibu rappreżentanti – u din nistgħu nagħmluha xi darba fis-sajf – tal-partiti politiċi, u nippreżentawlhom ir-rapporti kollha li ħareġ dan il-Kumitat.", "Issa jekk mhux se jkun lest dan ir-rapport, mhux se nkunu nistgħu ngħaddulhom kopja tiegħu flimkien mar-rapporti l-oħra.", "JUSTYNE CARUANA: Lili u lill-Onor.", "Carmelo Abela trid tagħmilha.", "THE CHAIRMAN: Kollox sew, imma mbagħad inkun irrid inġib rappreżentanti tal-Alternattiva Demokratika u rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista.", "Naħseb li jkun tajjeb li, b'mod uffiċjali, nidhru li, bħala Parlament, qegħdin ngħaddu lill-partiti politiċi dawn ir-rapporti għat-teħid tal-konsiderazzjoni tagħhom meta jiġu biex ifasslu l-programmi elettorali tagħhom.", "F'moħħi għandi li aħna qegħdin nagħmlu biċċa xogħol utli, tajba u neċessarja.", "(Interruzzjonijiet) Jekk ma jkunx lest, u aħna ma nkunux ilħaqna qbilna dwaru, ma nkunx nista' ngħid li lest, għax ma nistax immexxi minn warajkom u ngħid li dan ir-rapport lest.", "Żommu f'moħħkom biss li l-emendi li rridu nagħmlu huma kożmetiċi, u allura nħallu f'idejn Elaine sabiex tiċċekkjahom.", "Irridu niftiehmu ħalli, jekk illum inlestuh, inqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra, u 'l quddiem inkunu nistgħu nagħmlu użu minnu.", "CARMELO ABELA: Aħna għandna diġà għaxar rapporti, u allura din il-preżentazzjoni nistgħu nagħmluha fuq l-għaxar rapporti li diġà lestejna.", "THE CHAIRMAN: Imma dan huwa rapport tajjeb, u naf li kienu ilhom jistennewh.", "CARMELO ABELA: Jien m'għandix dubju li huwa tajjeb.", "THE CHAIRMAN: Kienu qegħdin jistennewh, u hija ħasra li għandna rapport tajjeb bħal dan li, bi ftit korrezzjonijiet, nistgħu ntejbuh u se nitilfu dan iċ-ċans li nippreżentawh.", "(Interruzzjonijiet) Nitilfuh iċ-ċans.", "Ejja nżommu dan f'moħħna.", "CARMELO ABELA: Qattusa għaġġelija friegħ għomja tagħmel!", "THE CHAIRMAN: Imma l-qattusa għaġġelija tagħmel affarijiet tajbin ukoll.", "CARMELO ABELA: Tagħmel frieħ, imma ġġibhom għomja.", "Aħna kkonkludejna li Elaine se tagħmel il-korrezzjonijiet, u se tiċċekkja ma' dawn id-djar biex tara joffrux respite jew le.", "Nitlobha biex din l-informazzjoni tiprrova ġġibha bil-miktub.", "L-Aġenzija Sapport qaltilna li toffri.", "Mela ġib risposta mingħand kull dar ħalli naraw jekk jagħmlux respite jew le.", "Dak kien is-suġġeriment, imma naħseb li nkunu qegħdin intawwluh.", "CARMELO ABELA: Il-Fondazzjoni Nażaret hija dar immexxija minn NGO li toffri servizz residenzjali, imma msemmija bħala li qiegħda toffri servizz ta' respite.", "THE CHAIRMAN: Mela, Elaine, ġibilna l-informazzjoni korretta.", "CARMELO ABELA: Jekk naqraw l-aħħar sentenza, nsibu hekk: 'L-Aġenzija Sapport spjegat li preżentement dawn id-djar żdiedu, u hemm sitt idjar li joffru servizz ta' respite.'", "U allura qiegħda tinftiehem biss għal djar bħala respite.", "THE CHAIRMAN: Irridu nżidu l-kelma \"NGO\".", "DR ELAINE BURMINGHAM: Fejn għedna \"fil-qasam tar-residenzi, wieħed ma jistax jonqos milli jsemmi d-Dar tal-Providenza\", hemmhekk nistgħu nżidu l-oħrajn li joffru servizz residenzjali?", "CARMELO ABELA: Nistgħu nagħmlu sentenza oħra magħha biex ngħidu li hemm djar oħra residenzjali mmexxija minn NGOs, u mbagħad nagħmlu l-elenku tagħhom.", "Fil-fatt, li jkun fadal hija l-Fondazzjoni Nażaret, għax l-oħrajn jissemmew iktar 'il fuq.", "THE CHAIRMAN: Din l-emenda li għandna neħduha.", "Inkunu ġusti jekk mad-Dar tal-Providenza nżidu djar oħra li qegħdin joffru l-istess trattament u servizz bħad-Dar tal-Providenza, filwaqt li niċċekkjaw liema huma dawk mid-djar kollha tal-NGOs li qegħdin joffru respite?", "Ħalli nkompli naqra:", "\"Ċentri ta' matul il-jum", "F'Malta hawn numru ta' ċentri ta' matul il-jum li jilqgħu fihom lil persuni b'diżabilità.", "L-għan tagħhom huwa li jipprovdu ambjent fejn il-persuni b'diżabilità jiġu stimulati permezz ta' attivitajiet bħal crafts, pottery, programm ta' integrazzjoni fil-komunità u daily life skills, fost oħrajn.", "L-Għaqda Nazzjonali Ġenituri ta' Persuni b'Diżabilità esprimiet id-diżappunt tagħha għall-problemi li hemm f'dawn iċ-ċentri, fosthom il-waiting lists:", "\"Nafu li dawn iċ-ċentri kienu dejjem bil-problemi.", "L-ewwel problema li għadha ma ssolvitx hija dik tal-waiting list.", "Wasalna fl-aħħar tas-sena skolastika, u nafu li hemm ħafna studenti b'diżabilità li suppost se jimxu għaċ-ċentri iżda m'hemmx post għalihom.", "… Nafu li hemm overcrowding fiċ-ċentri u li l-bżonnijiet mhux qed jiġu indirizzati skont il-bżonn tal-individwu.", "Aħna qegħdin nissuġġerixxu li dawk il-persuni li għalqu s-60 sena għandhom jimxu lejn iċ-ċentri tal-anzjani bħalma jagħmlu anzjani oħra.'", "L-Aġenzija Sapport spjegat li hemm persuni ta' 85 sena li għadhom jattendu dawn iċ-ċentri.", "Kien hemm attentati sabiex dawn il-persuni anzjani jimxu għaċ-ċentri tal-anzjani, iżda dawn ma rnexxewx għax iċ-ċentri tal-anzjani offrewlhom inqas ħin, u m'offrewx is-servizz ta' ikel u trasport.", "Barra minn hekk, wieħed irid japprezza li dawn huma nies li ilhom għal bosta snin jattendu dawn iċ-ċentri, u taf tkun trawma għalihom li jiġu mġiegħla jwaqqfu s-servizz biex jibdew servizz ieħor mill-ġdid.", "Il-President tal-Għaqda Nazzjonali Ġenituri ta' Persuni b'Diżabilità ssuġġeriet ukoll li dawn iċ-ċentri jerġgħu jintroduċu l-ħarġiet ta' filgħaxija għaż-żgħażagħ b'diżabilità:", "\"Hija ħaġa sabiħa li ż-żgħażagħ b'diżabilità jkollhom l-opportunità li joħorġu jieħdu xi pizza ma' sħabhom bħal kull żagħżugħ ieħor.", "Għandha tinħadem sistema aktar ta' flessibilità ta' kif jaħdmu s-support workers biex jiġi żgurat li l-bżonnijiet partikolari tal-persuni b'diżabilità jiġu mħarsa dejjem.", "Iċ-ċentri tal-adulti jridu jibqgħu jitbiegħdu mill-idea li dawn qegħdin hemm biss biex joffru respite.\"", "L-Aġenzija Sapport, filwaqt li taqbel mal-opportunità ta' ħruġ, spjegat li, biex tippromwovi l-inklużjoni fil-komunità, idealment ma toħroġx grupp sħiħ għax dawn jistgħu jiġbdu ħafna attenzjoni.", "Ġie spjegat ukoll li ċ-ċentri qed jiffaċċjaw problemi ta' staff u ta' trasport.", "L-unions jagħmlu limitazzjonijiet fuq l-ammont ta' attivitajiet li l-istaff jistgħu jattendu kull sena.", "L-attivitajiet tagħhom huma limitati għal sitta fis-sena għal kull ċentru.", "Dan joħloq ċertu restrizzjonijiet fl-organizzazzjoni ta' ħruġ għall-klijenti taċ-ċentri.'", "Inħarsu 'l quddiem", "L-edukazzjoni inklussiva", "Tul dawn l-aħħar snin, f'Malta sar progress kbir fil-kamp tal-qasam tal-edukazzjoni inklussiva, u tfal b'diżabilità qed ikunu integrati fi skejjel mainstream sabiex ikollhom opportunità ta' edukazzjoni mal-kumplament tat-tfal li qed isegwu l-kurrikulu minimu nazzjonali.", "Dr Elena Tanti Burlò mill-Equal Partners Foundation saħansitra qalet li Malta hija iktar avvanzata minn bosta pajjiżi oħra:", "\"Hawnhekk irrid nagħmel premessa, għax meta mmur barra minn Malta biex nitkellmu fuq l-affarijiet li qegħdin nagħmlu, insib li sar ħafna xogħol f'pajjiżna, u aħna qegħdin avvanzati ħafna aktar minn bosta pajjiżi oħra.", "F'dan il-kamp għandna nkunu verament kburin, imma ovvjament dejjem ikun hemm affarijiet li wieħed ikun irid forsi jara ftit, ħalli ma nitilfux dawk l-affarijiet li ggwadanjajna minnhom, u ma nitilfux il-filosofija tal-inclusion.\"", "Min-naħa tagħha, is-Sinj.", "Mangiafico, mill-Għaqda Nazzjonali Ġenituri ta' Persuni b'Diżabilità, spjegat kemm hemm bżonn ta' għajnuna individwali sabiex studenti b'diżabilità intellettwali jilħqu l-potenzjal tagħhom:", "\"Fejn jidħlu studenti b'diżabilità intellettwali, dawn jammontaw għal 94%.", "Nafu li qiegħda ssir ir-riforma fl-iskejjel speċjali, u anke fl-iskejjel mainstream, biex kull student jingħata l-għajnuna meħtieġa individwalizzata biex jilħaq il-potenzjal tiegħu.", "Irridu nieħdu ħsieb lill-istudenti b'diżabilità intellettwali biex ikunu aktar inklużi, speċjalment meta jilħqu l-livell sekondarju.", "Huwa diffiċli ħafna li dawn l-istudenti jlaħħqu mas-suġġetti akkademiċi, u għalhekk għandu jinħoloq programm individwalizzat.'", "THE CHAIRMAN: Fejn qed ngħidu li \"Fejn jidħlu studenti b'diżabilità intellettwali, jammontaw għal 94%\", dik it-94% għalxiex qiegħda tirreferi?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Qiegħda tirreferi għall-istudenti b'diżabilità.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li mela allura fil-brackets irridu ngħidu x'inhuma huma, ħalli ħadd ma jaħseb li qed nirreferu għall-istudenti kollha.", "CARMELO ABELA: Hawnhekk qegħdin nikkwotaw x'qalulna, u allura forsi nistgħu nagħmlu footnote bħala spjega?", "THE CHAIRMAN: L-aħjar li nagħmluha fil-brackets eżatt ħdejha, biex żgur ħadd ma jinterpretana ħażin.", "\"Dan il-bżonn indirizzah is-Sur George Borg, Direttur fil-Ministeru responsabbli għall-Edukazzjoni.", "Hu spjega li, filwaqt li jħaddnu l-politika tal-inklużjoni, jinsabu konxji li hemm tfal li għandhom bżonn programm aktar individwalizzat, u għalhekk qegħdin jaħdmu biex jipprovaw jilħqu l-potenzjal ta' kull student:", "\"Dawn it-tfal mhux se tagħtihom kotba milli għandna għal dak it-tip ta' tfal li jiffunzjonaw between the level A1 to A3, jiġifieri qed nitkellmu fuq the lowest levels.", "Imma aħna nemmnu, kif qalet il-Professur Grima, li dawk it-tfal għandhom dritt tal-edukazzjoni billi jimxu mal-mainstream curriculum, imma naturalment b'livelli differenti.", "Issa dawn ma tistax tasal għalihom bil-karta u bil-pinna, imma trid tasal b'ċertu equipment u b'ċerti riżorsi li rajtu b'għajnejkom.", "L-istess ħaġa għall-iskola Guardian Angel.", "F'din l-iskola, n-numru ta' tfal naqas drastikament, u hawnhekk, bħala skola sekondarja, daħħalna suġġetti bħal pereżempju, Design and Technology, Home Economics, ICT eċċ. Għandna wkoll, pereżempju, il-Home Economics Lab ġdid fejn it-tfal qegħdin jagħmlu l-Home Economics ma' tfal oħra.", "Anke dawk it-tfal li jiġu hawnhekk ikollhom s-sapport biex ngħinuhom jaċċessaw il-curriculum.'", "Micheline Sciberras spjegat kif is-sistema edukattiva mxiet minn skejjel speċjali għal sistema ta' resource centres:", "'Ir-resource centres, kif spjegat iktar kmieni Dr Burlò, huma dawk li konna nsejħu qabel l-iskejjel speċjali, li jifformaw parti mir-riforma tal-iskejjel speċjali, u li minn din is-sena bdiet isseħħ riforma fejn tfal imorru f'dawn l-iskejjel skont l-età, filwaqt li qabel kienu jmorru aktar skont it-tip ta' diżabilità, jew skont il-gravità tad-diżabbilità tagħhom.", "Illum il-ġurnata għandna San Miguel School li tipprovdi għat-tfal fil-livell primarju, il-Guardian Angel School, il-Helen Keller School fil-livell sekondarju, u l-Wardija School fil-livell post-sekondarju.'", "Id-diskussjoni fir-rigward tal-edukazzjoni u l-persuni b'diżabilità kompliet fuq il-kwestjoni tal-Learning Support Assistants.", "Dr Elena Tanti Burlò spjegat kif hija l-għalliema li hija responsabbli għat-tfal, u għaldaqstant il-komunikazzjoni trid issir magħha, aktar milli mal-Learning Support Assistants:", "\"U jekk l-għalliema huma responsabbli mit-tagħlim tat-tfal kollha li għandhom fil-klassi, il-liaison irid ikun iżjed mal-għalliema milli mal-LSAs.", "Kif tafu, aħna għandna sistema tal-LSAs, u niftakar – għax kont involuta fiha – li konna għedna kif se nagħtu s-sapport lill-għalliema fil-klassi, u għalhekk konna rajna diversi mudelli differenti.", "Il-mudell Taljan – dwar dan naf ħafna għax mort ħafna drabi l-Italja – jissejjaħ l'insegnante di sostegno, u dan jirrikjedi sentejn aktar l-Università mill-għalliema l-oħra.\"", "Is-Sur George Borg, min-naħa tiegħu, ta rendikont tat-taħriġ li qed jingħataw il-Learning Support Assistants biex ikunu jistgħu jagħmlu xogħolhom ma' tfal b'tipi differenti ta' diżabilità:", "\"Rigward it-taħriġ, irrid ngħid li huwa inutli li jkollok l-LSAs jekk ma tħarriġhomx.", "Inutli jkollok in-nies jekk ma tipprovdilhomx is-sapport.", "Bażikament, wara r-Rapport Spiteri, kif ġie msemmi, waħda mill-miżuri li konna ħadna b'mod immedjat kienet li min jiġi mpjegat bħala LSA, għallinqas ikollu l-ewwel induction course, li huwa a compulsory ten-week course wara l-ħin tax-xogħol.", "L-ewwel korsijiet li saru kienu volontarjament, u kellna rispons qawwi.", "Dan il-kors għadu għaddej, u se jibqa' għaddej għax huwa obbligatorju.", "Imbagħad ftaħna top-up course li jkun għal 20 ġimgħa, imma f'dan il-perijodu qed nitħaddtu dwar taught course.", "Issa minbarra dak, hemm components oħra fil-kors li jifformaw parti mill-kors kollu.", "Dan huwa rikonoxxut ukoll at Level 5 mill-MQC.\"", "Is-Sur Joseph Camilleri, President tal-KNPD, spjega li waħda mid-diffikultajiet fis-sistema tal-Learning Support Assistants kienet li t-taħriġ li kienu qed jingħataw kien wieħed ġeneriku.", "Għaldaqstant, kien ikun hemm problemi meta jiġu ffaċċjati bi tfal li għandhom bżonnijiet speċifiċi:", "\"Veru li oriġinarjament l-LSAs jingħatalhom training ġeneriku, u li allura mhux dejjem ikun addattat meta jiġu biex jgħinu lil xi ħadd individwali.", "U każijiet klassiċi huma ta' dawk li huma profoundly deaf li, għal dawn in-nies, aktar ikollhom bżonn ta' sign language interpreter milli ħaġa oħra.", "L-LSA ma kentix taf is-sign language, għax kienet tkun imħarrġa ħafna drabi sabiex tgħin lil xi ħadd li għandu nuqqas intellettwali moderat jew sever.", "Aħna nemmnu lil dawk li għandhom id-Down Syndrome, imma anke meta kellna każijiet ta' autism, ħafna mil-LSAs kienu jispiċċaw mitlufin.", "Li qegħdin insibu issa, li l-iskills level bil-mod il-mod qed jiġi għall-aħjar, huwa l-fatt li anke l-iskejjel speċjali issa qegħdin jiffunzjonaw bħala resource centres għall-inclusion, jiġifieri qegħdin jagħtu sapport aħjar lit-teachers u lil-LSAs fil-mainstream meta dawn jitolbu għall-għajnuna.", "Ġieli ġew għandna, u jgħiduli li għandhom tifel jew tifla bit-tali diżabilità, u l-LSA tixtieq li jkollha naqra easier skills, u jistaqsuni jekk nistgħux ngħinuhom.", "Aħna nikkuntattjaw lil xi ħadd mid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, u mbagħad trid tmur it-teacher li għandha iżjed training f'dik l-area biex tgħinhom.", "Naħseb li din, bil-mod il-mod, qiegħda tiġi indirizzata; però hemm a learning curve.\"", "Iktar 'l isfel f'dan ir-rapport se niddiskutu s-settur tal-impjiegi, u għaldaqstant importanti li niddiskutu wkoll it-tip ta' edukazzjoni li tista' twassal għal impjieg aħjar għal persuni b'diżabilità.", "Mangiafico wriet it-tħassib tagħha għall-fatt li mhux kull persuna b'diżabilità jsirilha programm individwalizzat, u esprimiet ix-xewqa tagħha li ssir sistema biex iktar studenti b'diżabilità jingħataw iċ-ċans li jkollhom ċertifikat rikonoxxut:", "\"Il-qafas nazzjonali tal-kwalifiki hija għodda ta' sistema kreditorja li tista' tkun addatta għal persuni b'diżabilità li ma jilħqux il-livell meħtieġ fi żmien preskritt.", "Aħna nixtiequ li tiġi introdotta entry level qualification, biex numru akbar ta' studenti b'diżabilità jkunu jistgħu jikkwalifikaw għal ċertifikat rikonoxxut.\"", "Is-Sur George Borg spjega li s-sistema edukattiva, minbarra li qed tiffaċilita l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità fi skejjel post-sekondarji, qiegħda wkoll tipprepara liż-żgħażagħ b'diżabilità għad-dinja tax-xogħol:", "\"Ta' min jgħid li llum diġà għandna żgħażagħ b'diżabilità li jaċċessaw l-edukazzjoni terzjarja, filwaqt li għandna oħrajn li jmorru post-secondary education, u oħrajn li qed imorru vocational education and training bħall-MCAST.", "Ovvjament, dawn għandhom iċ-ċans li jidħlu għall-open employment mingħajr is-sapport.", "Imbagħad hemm programm ieħor li mhuwiex fid-Direttorat, imma rrid insemmih xorta waħda ladarba qegħdin nitkellmu fuq l-istampa ħolistika.", "Hawnhekk qed nirreferi għall-MCAST bil-kors tagħha Pathway Course, li jinkludi job coaching and follow-on support li jwassal lil dawn l-istudenti sabiex jidħlu fl-open employment.'", "Is-settur tal-impjiegi", "Il-liġi Maltija tesiġi li tnejn minn kull mitt persuna mpjegati jridu jkunu persuni b'diżabilità.", "Marquita Mangiafico saħqet li din il-liġi għandha tiġi osservata, u jekk ikun hemm nuqqas, jittieħdu l-passi meħtieġa:", "\"Il-liġi f'dan ir-rigward għandha tiġi mħarsa u, jekk kumpanija ma taċċettax dan, għandu jkun hemm multi.", "Il-persuni b'diżabilità ma jridux ikunu ta' problema fuq is-soċjetà, u dawk li jistgħu jaħdmu għandhom jingħataw kull għajnuna meħtieġa biex il-potenzjal tagħhom jiġi sfruttat mill-aħjar.", "Programmi bħal Me2, li huwa parti ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, li qed tmexxi l-Aġenzija Sapport flimkien mal-ETC u l-KNPD, għandhom jagħtu eżempju tajjeb ta' kif nistgħu nressqu lil persuni b'diżabilità lejn id-dinja tax-xogħol.", "Għandha tiġi introdotta sistema ta' mentoring u sheltered employment koordinati mill-ETC.\"", "Il-KNPD kellha reazzjoni kemmxejn differenti għal din il-problema.", "Filwaqt li taqbel li l-liġi għandha tiġi osservata, hija preokkupata li, jekk il-kumpaniji jiġu mġiegħla jimpjegaw persuni b'diżabilità, dan jista' ma jkunx ta' ġid għall-istess persuna:", "\"Issa aħna minn dejjem lill-ETC inkoraġġejnihom sabiex jagħmlu pressjoni ħalli din tat-2% tkun implimentata.", "Il-problema hi kif għandek timponiha, u r-raġuni hi li jekk tagħmel pressjoni żejda fuq l-employers sabiex jimpjegaw persuna b'diżabilità minħabba l-liġi, għandek ħafna modi indiretti kif din il-persuna tiddejjaq u titlaq mix-xogħol li tkun ingħatat.", "Jiġifieri, aħna rridu noqogħdu attenti li ma nilagħbux xi Russian Roulette mal-individwi biex taparsi qed nimplimentaw il-liġi u mbagħad, wara xahar, xahrejn, jibdew jitilqu wieħed wara l-ieħor.", "Irrid ngħid li filwaqt li jkun hemm progress fl-impjieg ta' persuni b'diżabilità fis-settur pubbliku, fis-settur privat għad għandna problemi kbar.", "Hemmhekk il-persentaġġ ta' impjieg ta' persuni b'diżabilità huwa baxx ħafna.\"", "Id-diżabilità u l-Unjoni Ewropea", "Riċentement, l-Unjoni Ewropea ħarġet Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010/2020 li tidentifika tmien setturi li fuqhom irid isir ix-xogħol u tittieħed azzjoni sal-2020:", "L-aċċessibilità", "Parteċipazzjoni", "Ugwaljanza", "Impjiegi", "Edukazzjoni u Taħriġ", "Protezzjoni Soċjali", "Saħħa", "Azzjonijiet Oħra.", "Kif ġie msemmi aktar 'il fuq minn Dr Elena Tanti Burlò, Malta hija pjuttost avvanzata fil-qasam tad-diżabilità, però dan ma jfissirx li ma fadalx xogħol xi jsir fis-setturi msemmija hawn fuq.", "Il-Kumitat sema' lil kull min għamel l-intervent tiegħu waqt il-laqgħat iddedikati lis-suġġett tad-diżabilità, u kkonsidra wkoll il-punti msemmija mill-Unjoni Ewropea sabiex joħroġ bir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, bil-għan li l-qasam tad-diżabilità jingħata l-attenzjoni u r-riżorsi kollha li jixraqlu.", "Suġġerimenti tal-Għaqda Nazzjonali Ġenituri ta' Persuni b'Diżabilità", "Għandu jkun hemm żieda fil-pensjoni tad-diżabilità sabiex wieħed ikun jista' jgħix ħajja diċenti.", "Preżentement din il-pensjoni hija kważi 60% tal-paga minima.", "Dan ifisser li persuna b'diżabilità ma tistax taħdem u jkollha tibqa' tiddependi fuq il-familja tagħha.", "F'ħafna familji, wieħed mill-ġenituri jkollu jibqa' d-dar biex jieħu ħsieb it-tfal b'diżabilità.", "Dawn il-ġenituri għandhom jiġu rikonoxxuti u għandha tingħatalhom carers' pension bħal dawk il-persuni li jieħdu ħsieb lil ġenituri anzjani.", "Għandha tiġi introdotta direct payment scheme għal spejjeż straordinarji.", "Din is-sistema tħalli lill-persuna b'diżabilità tagħżel is-servizz li tixtieq u li jaqdi l-ħteġijiet tagħha.", "Għandu jingħata tnaqqis fit-taxxa għal spejjeż straordinarji relatati mad-diżabilità (eż. tiswijiet ta' wheelchairs, pushchairs u apparat ieħor).", "Il-familji li jkollhom vetturi modifikati għandhom jiġu eżentati mill-ħlas ta' liċenzji.", "Dawn il-familji bilfors ikollhom jixtru karozzi kbar minħabba li jridu jġorru s-siġġijiet tar-roti, u għandhom ukoll l-ispejjeż tal-manutenzjoni tal-lifters f'dawn il-karozzi.", "Għandu jkun hemm skema fejn il-VAT fuq servizzi ta' manutenzjoni fuq modifikazzjonijiet ġewwa d-dar tingħata lura lill-familji.", "L-Aġenzija Sapport għandha tingħata aktar għajnuna finanzjarja sabiex tkun tista' tipprovdi s-servizzi meħtieġa lill-familji kollha li għandhom membri b'diżabilità.", "Għandha titħaddem skema ta' public private partnership fejn kuntratturi privati jingħataw inċentivi biex jipprovdu djar residenzjali għal persuni b'diżabilità.", "Għandha tiġi introdotta entry level qualification biex numru akbar ta' studenti b'diżabilità jkunu jistgħu jikkwalifikaw għal ċertifikat rikonoxxut.", "Suġġerimenti tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali", "Matul id-diskussjonijiet saru diversi suġġerimenti mill-esperti preżenti u mill-Membri tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Dan ir-rapport diġà spjega ħafna minn dak li ġie diskuss matul il-laqgħat li saru.", "Aktar 'l isfel se jitniżżlu s-suġġerimenti li l-esperti u l-Membri tal-Kumitat jidhrilhom li jistgħu jwasslu għal servizzi aħjar fil-qasam tad-diżabilità:", "Għandu jsir screening aħjar tat-tfal.", "Sabiex dan isir b'mod ħolistiku, għandu jkun hemm team ta' ħaddiema li jinkludu pedjatra, psikologu, early interventionist, ħaddiema soċjali u professjonisti oħra.", "Dan it-team jista' jaħdem mal-Well-Baby Clinics u mal-midwives li jagħmlu l-viżti fid-djar.", "Is-sapport għandu jibda waqt it-tqala jew immedjatament wara l-ħlas, hekk kif il-ġenituri jsiru jafu li t-tarbija jkollha diżabilità.", "In-nurses li jmorru fid-djar wara li l-mara twelled għandhom jingħataw aktar taħriġ speċjalizzat fir-rigward ta' trabi b'diżabilità, u għandhom jagħmlu tip ta' screening fuq it-trabi li jaraw.", "Għandhom jiżdiedu l-family friendly measures għal familji li għandhom membri b'diżabilità.", "Fl-Italja, ġenituri ta' tfal b'diżabilità huma intitolati għal sigħat leave bi ħlas biex jieħdu lit-tfal tagħhom għand it-tabib jew għat-terapiji.", "Miżuri ta' dan it-tip jistgħu jgħinu jnaqqsu l-istress fuq dawn il-familji.", "Għandna nimxu 'l bogħod mill-mudell mediku u nersqu lejn il-mudell soċjali.", "Għadha xi ħaġa komuni li xi tobba aktar jiffokaw fuq il-kondizzjoni tal-persuna milli fuq il-persuna nnifisha.", "Kull persuna għandha tingħata r-rispett li jixirqilha minkejja kwalunkwe diżabilità li jista' jkollha.", "Dan l-aspett soċjali għandu jkun parti integrali fil-kurrikulu f'livell terzjarju, sabiex jgħin lill-professjonisti ta' għada fir-relazzjonijiet tagħhom ma' persuni vulnerabbli.", "It-tobba għandhom jingħataw taħriġ dwar kif jikkomunikaw id-dijanjożi u l-iżvilupp ta' persuni b'diżabilità.", "Is-soċjetà għandha tkompli taħdem favur l-inklużjoni soċjali.", "Ħafna ġenituri ta' persuni b'diżabilità jkollhom jieqfu jaħdmu biex jieħdu ħsieb lil uliedhom, u dan minkejja l-ispejjeż straordinarji li jkollhom.", "Hemm bżonn li nevitaw ir-riskju li dawn il-persuni jiġu esklużi mis-soċjetà jew jaqgħu fir-riskju tal-faqar.", "L-Istat għandu jippromwovi r-rispett tas-soċjetà lejn il-persuni b'diżabilità billi joffri s-servizzi li għandhom bżonn dawn il-persuni bħala dritt bażiku li huma intitolati għalih.", "Il-persuni li jiġu mpjegati bħala carers ma' persuni b'diżabilità għandhom jingħataw taħriġ biex ikunu ppreparati għax-xogħol li jridu jagħmlu, u jkunu jistgħu jaqdu l-ħteġijiet tal-persuni b'diżabilità bl-aħjar mod possibbli.", "L-ETC għandha tkompli tippromwovi l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità intellettwali (bl-għajnuna tal-Learning Support Assistants) fil-korsijiet li toffri b'mod regolari.", "Fil-qasam tal-edukazzjoni rridu naċċertaw ruħna li l-istudenti b'diżabilità jiġu inklużi b'mod sħiħ f'kull livell ta' edukazzjoni.", "L-istituzzjonijiet edukattivi għandhom ikunu aktar sensittivi għall-ħteġijiet tal-istudenti b'diżabilità, sabiex dawn jiġu integrati fl-attivitajiet kollha u jingħataw esperjenza inklussiva tul is-snin ta' studju tagħhom.", "L-għalliema għandhom jingħataw taħriġ fl-edukazzjoni inklussiva.", "Dan għandu jkun inkluż fil-kors tal-B.Ed, fis-service training u f'korsijiet oħra.", "Għandhom jinfetħu aktar djar residenzjali fil-komunità.", "Il-persuni b'diżabilità li jgħixu fihom għandhom jiġu involuti fit-tmexxija tad-djar u fl-għażla tal-impjegati.", "Għandha ssir riforma taċ-ċentri ta' matul il-jum sabiex jinqatgħu l-waiting lists, u jiġi offrut servizz lil min għandu bżonnu.", "Għandu jiżdied l-użu tal-Braille u mezzi alternattivi li jgħinu lil persuni b'diżabilità kemm fiżika u kemm intellettwali jaċċessaw id-dokumenti li jiġu bżonn.", "Fl-aħħar nett, għandna nisħqu li l-akbar avvanz li nistgħu nagħmlu fil-qasam tad-diżabilità hu proprju li nemmnu li l-persuni b'diżabilità huma persuni sħaħ, b'abbilitajiet differenti u li huma parti importanti fis-soċjetà.", "Huma persuni li jistgħu jagħtu kontribut validu, u għaldaqstant għandhom jingħataw kull għajnuna biex joħorġu l-potenzjal kollu tagħhom u jgħixu ħajja mimlija bħala ċittadini f'soċjetà inklussiva.\"", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, punt nru 9 li jittratta fuq l-ETC, m'iniex qed narah li hu spjegat sew.", "CARMELO ABELA: Kif qed nifhem jien hu li qed jgħidu li l-ETC toffri korsijiet għal persuni b'diżabilità.", "FREDERICK AZZOPARDI: Imma ma toħroġx ċara li hemm dawn il-korsijiet għal persuni b'diżabilità.", "CARMELO ABELA: Korsijiet oħra offruti mill-ETC.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Le, huma l-korsijiet li joffru sabiex wieħed jidħol fl-impjieg, imma meta għandek persuna b'diżabilità jista' jkun li din ikollha bżonn LSA sabiex issegwi dak il-kors, u allura nkomplu nippromwovu li huma jiġu integrati f'dawn il-korsijiet.", "FREDERICK AZZOPARDI: Jien qed nifhem il-punt, imma forsi jkun aħjar jekk nistgħu nagħmluh iktar ċar.", "JUSTYNE CARUANA: Fuq l-ETC, hemm ir-rapport tal-Awditur Ġenerali.", "L-Awditur Ġenerali qed jgħid li l-istess ETC ma tħaddanx an inclusive policy u allura, se mai, jekk hawnhekk se nsemmu l-ETC, irridu nagħmlu riferenza għar-rapport tal-Awditur Ġenerali, u nħeġġu lill-ETC sabiex tħaddan an inclusive policy.", "Dan għaliex jekk l-ETC mhux se tħaddan an inclusive policy, ma jista' qatt ikun li din tkun mezz strumentali sabiex persuni b'diżabilità jimpjegaw irwieħhom.", "THE CHAIRMAN: Qegħdin ngħiduha.", "JUSTYNE CARUANA: Imma m'hawnx riferenza għar-rapport tal-Awditur Ġenerali.", "THE CHAIRMAN: Ma jimpurtax, imma qegħdin ngħidu x'qed tgħid inti.", "JUSTYNE CARUANA: Din mhux qiegħda tippromwovi l-integrazzjoni!", "THE CHAIRMAN: Għaliex le?", "JUSTYNE CARUANA: L-istess ETC trid tħaddan an inclusive policy!", "THE CHAIRMAN: L-ETC għandha tkompli tippromwovi.", "Fir-rapport tal-Awditur Ġenerali – l-aħħar reazzjoni tiegħu kienet madwar tliet xhur ilu, u dan ir-rapport ġie miktub iktar minn tliet xhur ilu – qed jgħid li l-ETC ma tħaddanx an inclusive policy.", "THE CHAIRMAN: Għaldaqstant qegħdin ngħidu li l-ETC għandha tkompli tippromwovi ...", "L-istess ETC trid tibda tifhem x'inhi l-inklużjoni, u timxi fuq l-inclusion policy.", "Qabel ma tasal f'dak l-istadju, ma tistax tippromwovi, għax hi stess ma tafx x'inhi l-inklużjoni.", "CARMELO ABELA: Din qiegħda f'rapport tal-Awditur Ġenerali?", "JUSTYNE CARUANA: L-aħħar wieħed li ħareġ kien tliet xhur ilu.", "Se mai, r-rakkomandazzjoni li għandna nagħmlu hija dik li l-ETC għandha tara r-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali, u timxi fuqhom.", "THE CHAIRMAN: Fil-każ inneħħu l-kelma \"tkompli\" u ngħidu \"l-ETC għandha tippromwovi l-integrazzjoni ta' persuna b'diżabilità\".", "JUSTYNE CARUANA: \"L-ETC għandha tara r-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali ...\"", "THE CHAIRMAN: M'għandniex għalxiex nidħlu fiha għaliex aħna …", "CARMELO ABELA: Nistgħu nagħmlu l-proposta tagħna.", "THE CHAIRMAN: Iva, l-proposta tagħna hawnhekk qiegħda.", "CARMELO ABELA: Inżidu oħra magħha mela.", "JUSTYNE CARUANA: Mhux li tingħata attenzjoni.", "Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali tkellem fuq il-korsijiet u fuq it-taħriġ in ġenerali, però kien hemm statement kategoriku li, fil-qasam tad-diżabilità, l-istess ETC ma tħaddanx an inclusive policy, u allura, awtomatikament, is-sezzjonijiet differenti tal-ETC ma jistgħux jippromwovu – kif qegħdin ngħidu hawnhekk – l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità fid-dinja tax-xogħol, la permezz tal-iskemi, u inqas u inqas permezz tat-taħriġ.", "Pereżempju, kien hemm statement li jgħid li l-ETC toffri taħriġ f'post partikolari, imma mbagħad m'hemmx trasport għal dawn il-persuni b'diżabilità biex imorru f'dan il-post.", "Mela kif tista' tippromwovi l-integrazzjoni u l-inklużjoni, meta pesuni b'diżabilità m'għandhomx aċċess?!", "Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali, fl-aħħar mill-aħħar, kien li jekk l-ETC qiegħda toffri xi ħaġa, trid tippermetti lil dak li jkun sabiex ikun jista' jattendi għaliha.", "Dan ir-rapport kien pjuttost eżawrjenti, and it says it all!", "THE CHAIRMAN: Jiena naf – nispera li m'iniex żbaljat – li hemm diversi rapporti tal-Awditur Ġenerali li ma jolqtux biss lill-ETC.", "JUSTYNE CARUANA: Imma dan kien rapport speċifiku.", "THE CHAIRMAN: Nistgħu noħorġu rakkomandazzjoni li għandhom jagħtu iktar attenzjoni lir-rapporti tal-Awditur Ġenerali fuq diversi oqsma li jirrakkomandaw suġġerimenti fuq persuni b'diżabilità.", "Araw ftit, għax jidhirli li m'hemmx biss ir-rapport li qiegħda ssemmi l-Onor.", "JUSTYNE CARUANA: Però hawnhekk hawn item tal-ETC, u peress li hemm rapport speċifiku fuq l-ETC, nistgħu nabbinawhom flimkien.", "(Interruzzjonijiet) Jekk trid, hemm ir-rapport tal-Kummissjoni li joħroġ item item kull sena.", "Hemm ukoll każijiet tal-Ombudsman, imma dan huwa ad hoc.", "THE CHAIRMAN: Jien kont inżid punt ieħor wara punt nru.", "14 biex nagħmel ir-rapport aktar rilevanti.", "JUSTYNE CARUANA: Imma din għandha rabta ma' punt nru 9.", "THE CHAIRMAN: Ejja ma ngħaġġlux!", "Jiena qed nissuġġerixxi li f'punt nru.", "15 ngħidu li matul iż-żmien jinħarġu numru ta' rapporti li jirrakkomandaw it-teħid ta' deċiżjonijiet fil-qasam tal-persuni b'diżabilità, u li aħna … (Interruzzjonijiet) Tgħaġġilx!", "Agħtini ċans nitkellem.", "Bħala Membri Parlamentari qegħdin ngħidu li dawn ir-rapporti għandhom jiġu implimentati u studjati.", "U b'hekk ikollna 15-il rakkomandazzjoni.", "Rigward l-ETC, imbagħad titneħħa l-kelma 'tkompli', għax l-ETC, kieku kellna nisimgħuha, abbli tgħid li hi tippromwovi u ma taqbilx mal-Awditur Ġenerali.", "Mela nneħħu l-kelma \"tkompli\", għax skont inti lanqas tibda l-integrazzjoni ta' persuna …", "15 se jkun konfliġġenti ma' punt nru.", "Jiġifieri ma jistax ikollok in-9 u l-15 f'daqqa.", "THE CHAIRMAN: Infakkar li f'xi ħin waqt il-laqgħat – u rrid infakkar li kellna 13-il laqgħa, li b'din se jkunu 14-il laqgħa – instmajna nagħmlu aċċenn meta konna qegħdin nitkellmu fuq l-ETC li, għal persuni b'diżabilità intellettwali, meta dawn imorru għat-training, għandhom jiġu mgħejjuna b'Learning Support Assistant.", "JUSTYNE CARUANA: L-ewwel nett, mhux Learning Support Assistant imma qegħdin nitkellmu fuq job coaching, jiġifieri dak huwa kunċett kompletament differenti.", "Issa, minn meta sar dan sal-lum, kien hemm rapport.", "Tgħaġġilx, Onor. Caruana, għax aħna mhux hekk qegħdin ngħidu.", "Aħna konna qegħdin ngħidu li l-ETC jmorru għandha persuni b'diżabilità intellettwali għax qiegħda toffrilhom korsijiet b'mod regolari.", "Mela, b'xi mod jew ieħor, bla preġudizzju għal dak li ntqal mill-Awditur Ġenerali, l-ETC qaltilna li diġà qiegħda tagħmel b'mod regolari korsijiet għal persuni b'diżabilità intellettwali ħalli lil dawn tippreparahom għad-dinja tax-xogħol.", "Kienu qalulna wkoll – u aħna konna għamilna rimarka fuqha wkoll – li numru minn dawn il-persuni għandhom bżonn li jkollhom Learning Support Assistant magħhom – u allura mhux job coaching waqt li jkunu bdew jaħdmu – meta jkunu qegħdin fil-klassi tal-ETC.", "Mela, b'dan is-suġġeriment sempliċi qegħdin infakkru lill-ETC li, bħalma fl-iskejjel it-tfal li għandhom xi nuqqas qegħdin jiġu mgħejjuna permezz ta' Learning Support Assistant, għandu jsir l-istess fl-ETC billi tipprovdi l-Learning Support Assistant fl-istadju tat-taħriġ.", "Issa, jekk irridu ngħidu xi ħaġa oħra lill-ETC, nistgħu nagħmluha wkoll.", "Pereżempju, li mhux qed nara rigward l-ETC huwa kif l-ETC qiegħda tkompli taħdem sabiex tara li aktar persuni b'diżabilità intellettwali jew fiżika jiġu ppreparati għad-dinja tax-xogħol.", "JUSTYNE CARUANA: Fir-realtà, dan it-tip ta' taħriġ lanqas ma jsir mill-ETC, imma jsir mill-Inspire u minn entitajiet oħra.", "THE CHAIRMAN: Elaine, tista' jekk jogħġbok tfakkarna ftit x'intqal waqt dawn il-laqgħat?", "DR ELAINE BURMINGHAM: X'intqal preċiż ma niftakarx għax ilni li qrajtu, imma l-ġist kien li dawn joffru numru ta' korsijiet ġenerali – u mhux għall-persuni b'diżabilità – li fihom qegħdin jippromwovu wkoll l-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità, anke jekk ikollhom bżonn il-Learning Support Assistant …", "JUSTYNE CARUANA: U mbagħad hemm ir-rapport tal-Awditur Ġenerali fejn qed jevalwa l-korsijiet, is-servizzi u l-policies kollha, u f'dan ir-rapport l-Awditur Ġenerali qed jgħid li dan mhux qed isir!", "U għamel ukoll sensiela ta' rakkomandazzjonijiet f'dan ir-rigward.", "Mela allura, minn naħa għandek l-ETC li qed tgħid mod, u min-naħa l-oħra għandek l-Awditur Ġenerali li qed jgħid mod ieħor.", "THE CHAIRMAN: Le, għax l-ETC mhux qed tgħid mod!", "Hawnhekk qed inkunu sempliċi u m'aħna nikkontradixxu lil ħadd.", "Kulma ntqal lilna mill-ETC hu li din tagħmel dawn il-laqgħat.", "Issa aħna qegħdin nagħmlu rakkomandazzjoni sempliċi; bħalma fl-iskejjel mat-tfal ikun hemm il-Learning Support Assistants, jeħtieġ li jkun hemm il-Learning Support Assistants fil-korsijiet tal-ETC sabiex jgħinu lill-persuni b'diżabilità intellettwali.", "M'aħniex qegħdin ngħidu jekk l-ETC hijiex tagħmel jew le dak li suppost tagħmel.", "JUSTYNE CARUANA: Imma mhijiex!", "THE CHAIRMAN: Li kont qed niġbed l-attenzjoni dwaru hu li, meta hawnhekk kellna chapter dwar l-ETC u s-settur tax-xogħol, fir-rakkomandazzjonijiet tagħna donnu m'aħniex qegħdin inressqu dik il-proposta dwar kemm għandna bżonn naħdmu biex persuni b'diżabilità – mhux se noqgħod nidħol fuq jekk hijiex diżabilità intellettwali jew fiżika – jiġu mgħejjuna aktar ħalli jsibu posthom fid-dinja tax-xogħol.", "Din m'għandhiex x'taqsam mal-punt nru 9.", "Dak il-punt kif inhu ma jdejjaqnix, imma jeħtieġ li jiżdied xi ħaġa oħra, u għalhekk issuġġerejt li jiġi punt nru 15 fejn ngħidu li l-ETC trid taħdem iktar biex persuni b'diżabilità jsibu posthom fid-dinja tax-xogħol.", "JUSTYNE CARUANA: L-ETC qaltilna kemm kienet ir-rata ta' suċċess mill-Bridging the Gap u l-Me2?", "JUSTYNE CARUANA: Mill-Bridging the Gap kellek xi 10 fuq perijodu ta' erba' jew ħames snin.", "U dan jikkonferma għalfejn l-Awditur Ġenerali ħareġ b'din il-konklużjoni.", "THE CHAIRMAN: Nerġa' ngħid li, apparti r-rapport tal-Awditur Ġenerali, hemm diversi rapporti oħra, u allura rridu nagħmlu rimarka li r-rapporti kollha li għandhom x'jaqsmu mal-persuni b'diżabilità – kemm jekk maħruġin mill-Awditur Ġenerali, kif ukoll jekk maħruġin minn entitajiet oħra – għandhom jingħataw widen ħalli jiġu implimentati.", "Din għandha tibqa' an ongoing recommendation, kemm fuq ir-rapporti li ħarġu, u kemm fuq dawk li għadhom qegħdin isiru u li se jkunu ppubblikati fix-xhur jew fis-snin li ġejjin.", "Li qed nipprova niġbed l-attenzjoni tagħha fuq punt nru 4, li għandu x'jaqsam mal-impjiegi.", "Aħna m'għandna xejn bħala deputati rigward l-impjiegi, u allura naħseb li rridu noħorġu b'suġġeriment fejn ngħidu li għandha tingħata iktar attenzjoni mill-ETC sabiex pesuni b'diżabilità li jridu jaħdmu jiġu mgħejjuna jsibu xogħol, għax fil-preżent dik qiegħda tkun ta' problema kbira.", "Din anke l-ġenituri tkellmu fuqha, u fil-fatt għandna chapter fuq ix-xogħol.", "JUSTYNE CARUANA: Dawn mhux fl-istadju ta' rakkomandazzjoni qegħdin?", "JUSTYNE CARUANA: Jekk qegħdin fl-istadju ta' rakkomandazzjonijiet, x'tiswa li tagħmel rakkomandazzjoni bħal din ...", "ANTHONY ZAMMIT: Għal dak iż-żmien meta in-between ħareġ rapport tal-Awditur Ġenerali li qed jgħid hekk!", "THE CHAIRMAN: Skużani, imma jien mhux qed niċħad dak li qegħdin tgħidu intom.", "Li qed ngħid hu li hemm aktar rapporti li taw l-attenzjoni tagħhom lill-persuni b'diżabilità.", "JUSTYNE CARUANA: Iva, dik tagħmilha as a generic point fl-aħħar, imma hawnhekk I'm getting down to a specific report marbut ma' punt nru 9, li huwa dwar l-ETC.", "Jekk qed nitkellmu fuq l-ETC, ma tistax tħalliha kif inhi, imma trid torbotha mar-rapport dwar l-ETC.", "THE CHAIRMAN: Mela kif tipproponi li għandha tiġi, Onor. Caruana, ħalli nifhmek aħjar?", "JUSTYNE CARUANA: L-ETC għandha tħaddem politika ta' integrazzjoni u inklużjoni ta' persuni b'diżabilità.", "U ma ssemmiex diżabilità intellettwali biss, imma tinkludi wkoll id-diżabilità fiżika, għax ma tistax tiddistingwi bejniethom.", "THE CHAIRMAN: Elaine, nitolbok biex tieħu nota ta' dak li qiegħda tgħid l-Onor.", "JUSTYNE CARUANA: Jiena qed ngħid li l-ETC għandha tħaddem politika ta' integrazzjoni u inklużjoni ta' persuni b'diżabilità, u toffri dawk is-servizzi kollha meħtieġa għal dan il-għan.", "THE CHAIRMAN: Imbagħad nistgħu nkompluha hekk: \"L-ETC għandha tkompli tippromwovi l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità intellettwali ...\", u ndaħħlu l- Learning Support Assistant.", "JUSTYNE CARUANA: Għalhekk semmejt l-inklużjoni u l-integrazzjoni, għax l-inklużjoni u l-integrazzjoni ma ssirx biss bil-Learning Support Assistant.", "Issir ukoll bl-interpreti, bl-użu tal-Braille, bl-apparat assistiv, billi tipprovdi t-trasport, u billi l-korsijiet tagħmilhom f'ħinijiet li jkun jista' jattendi għalihom kulħadd.", "THE CHAIRMAN: Suġġeriment milqugħ.", "Issa wara din is-sentenza, ladarba qegħdin nitkellmu fuq l-ETC, ejjew inkomplu nisħqu – għax trid tidħol x'imkien din il-proposta – li l-ETC għandha tkompli taħdem sabiex persuni b'diżabilità li jfittxu x-xogħol jiġu mgħejjuna jsibu x-xogħol.", "JUSTYNE CARUANA: Dik hija s-sentenza li għedtlek jien.", "DR ELAINE BURMINGHAM: L-ETC għandha tkompli bil-ħidma tagħha sabiex persuni b'diżabilità jidħlu fis-suq tax-xogħol …", "JUSTYNE CARUANA: U mhux li jidħlu fis-suq tax-xogħol biss, imma li jkun ukoll xogħol diċenti.", "(Interruzzjonijiet) Il-Kummissjoni toħroġ rapport kull sena.", "THE CHAIRMAN: Eżatt.", "Dawk ir-rapporti rridu nagħtu kashom.", "FREDERICK AZZOPARDI: Ir-rapporti tal-Awditur jiġu diskussi hawnhekk ukoll, u ġieli kien hemm xi affarijiet li jseħħu wara li jiġu spjegati.", "Ma jkunx rapport finali, imma x'qed jaħseb hu.", "JUSTYNE CARUANA: Imma, f'dan il-każ partikolari, ġew pin pointed ċerti nuqqasijiet li jien imbagħad segwejthom fil-Parlament permezz ta' mistoqsijiet parlamentari, u ġejt assigurata li dawn se jiġu implimentati għaliex huma nuqqasijiet reali.", "Issa, jekk hawn qbil, nissuġġerixxi li minn hawn u ftit ieħor, waqt li nkun se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-għaxar rapport tagħna li jittratta l-vjolenza domestika, inqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra dan ir-rapport li qed niddiskutu llum, u li huwa intitolat \"Il-Familja u d-Diżabilità\".", "X'taħsbu?", "Ovvjament, Elaine, trid iddaħħal il-korrezzjonijiet li għamilna.", "JUSTYNE CARUANA: Pereżempju, fil-punt nru 14 fejn għandek l-użu tal-Braille, hemmhekk ovvjament qegħdin nitkellmu fuq persuni neqsin mid-dawl.", "Imma hemm ukoll l-użu tal-interpreti għal dawk il-persuni neqsin mis-smigħ.", "THE CHAIRMAN: Issa aħna qegħdin ngħidu mezzi alternattivi.", "JUSTYNE CARUANA: Jekk se ssemmi l-Braille, trid issemmi wkoll il-lingwa tas-sinjali.", "Apparti minn hekk, illum il-ġurnata hemm ukoll is-sistema ta' readers.", "Bħala readers, hemm persuni u hemm mezzi elettroniċi.", "Mezz alternattiv nifhem li huwa apparat.", "THE CHAIRMAN: Mela ngħidu \"mezz alternattiv\", u ngħidu x'inhuma.", "JUSTYNE CARUANA: Imma għandu jiżdied l-użu tal-Braille u l-lingwa tas-sinjali.", "THE CHAIRMAN: Mela jiżdied l-użu tal-Braille u mezzi alternattivi.", "JUSTYNE CARUANA: U \"l-użu tal-lingwa tas-sinjali\".", "THE CHAIRMAN: Jew inkella ngħidu \"mezzi alternattivi\" u fil-brackets ngħidu x'inhuma.", "Tajjeb hekk?", "JUSTYNE CARUANA: Dwar mezzi alternattivi għaddejna l-liġi tal-apparat assistiv u mezzi oħra.", "Il-Braille hija l-lingwa tal-persuni neqsin mid-dawl, u allura trid tagħmel il-lingwa tal-persuni neqsin mid-dawl.", "Imma l-lingwa tas-sinjali hija l-lingwa tal-persuni neqsin mis-smigħ, u għalhekk trid tagħmilha on the same level.", "Imbagħad, għandek mezzi alternattivi skont il-liġi li għaddejna.", "Skont il-liġi li għadha kemm għaddiet.", "JUSTYNE CARUANA: Hemm id-definizzjoni.", "THE CHAIRMAN: Anzi, minflok ngħidu l-liġi li għadha kemm għaddiet, nagħmlu riferenza għal liema liġi qed nitkellmu fuqha.", "JUSTYNE CARUANA: Pereżempju, fuq 'apparat assistiv' fid-definizzjoni kien hemm il-klieb tal-persuni neqsin mid-dawl, u kien hemm battibekk fuqha għaliex aħna għedna li dak mhuwiex apparat assistiv, imma se mai huwa mezz ieħor.", "THE CHAIRMAN: Tajjeb.", "Nistgħu nikkonkludu din il-laqgħa, imma l-ewwel nixtieq infakkarkom li jien se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-10 rapport u l-11 ir-rapport wara li jsiru l-korrezzjonijiet meħtieġa.", "Il-laqgħa tagħna hija aġġornata għal nhar it-Tlieta li ġejjin, bl-aġenda tiġi kkomunikata aktar tard.", "Fid-8.45 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120710_139d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 139", "It-Tlieta, 10 ta' Lulju, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-18.55 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Iċ-Chairman informa lill-Kumitat li kien irċieva din il-korrispondenza:", "Dok 179 Email datata 11 ta' Lulju, 2012 mingħand is-Sur George Abdilla (Acting Executive Secretary) mill-Burmarrad Administrative Committee, fejn qed jitlob li jiltaqa' mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali fuq il-kwestjoni tal-ERM radiation mill-antenni tal-mobiles.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 138 li saret nhar It-Tlieta, 03 ta' Lulju , 2012 ġew konfermati.", "Diskussjoni u approvazzjoni tal-Ħdax ir-Rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali intitolat \"Il-Familja u d-Diżabilità.\"", "Iċ-Chairman qara r-rapport intitolat \"Il-Familja u d-Diżabilità\" imħejji minn Dr Elaine Birmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, u fejn kien meħtieġ iddaħħlu l-emendi proposti mill-membri tal-kumitat wara li kien hemm qbil.", "Iċ-Chairman ħabbar li se jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn ir-rapporti:", "Ir-Rapport intitolat \"Il-Vjolenza Domestika\".", "Ir-Rapport intitolat \"Il-Familja u d-Diżabilità\".", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-20.45 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120710_139m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 140", "L-Erbgħa, 11 ta' Lulju, 2012", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 11 ta' Lulju, 2012 fl-10.00 a.m. fil-Bini tal-Università, Għawdex b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni mal-Għaqda OASI, mal-Pro-Rettur tal-Università ta' Għawdex u ma' Eko-Għawdex.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120711_140a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 140", "L-Erbgħa 11 ta' Lulju, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 140", "L-Erbgħa 11 ta' Lulju, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-10:02 a.m.", "Diskussjoni", "Mal-Għaqda OASI;", "Mal-Pro-Rettur tal-Università ta' Għawdex; u", "Ma' Eko-Għawdex", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Din il-laqgħa se ssir b'mod formali, u se jkollna wkoll it-traskrizzjoni tagħha.", "Għaldaqstant nistgħu ngħaddu minnufih għad-diskussjoni tagħna.", "Bħalma tafu, llum il-laqgħa tagħna qiegħda ssir ġewwa Għawdex, u hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-Profs.", "Friggieri li għamilha possibbli li nużaw il-campus tal-Università ġewwa Għawdex.", "Il-laqgħa tal-lum se jkun fiha tliet suġġetti: l-ewwel, diskussjoni u preżentazzjoni mill-OASI, imbagħad diskussjoni mal-Profs.", "Friggieri dwar korsijiet u attivitajiet li jsiru fl-Università ta' Għawdex, u fl-aħħar preżentazzjoni u diskussjoni ma' rappreżentanti minn Eco-Gozo.", "Din il-laqgħa hija riżultat ta' diversi laqgħat li aħna kellna diġà fil-Parlament meta, bħala Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, ltqajna mal-GUG (Għaqda Studenti Universitarji Għawdxin) li magħhom iddiskutejna numru ta' ilmenti li kienu ressqu lilna.", "Sussegwentement kellna laqgħa oħra – li fil-fehma tiegħi kienet laqgħa tajba ħafna – fejn l-ilmenti tellajnihom għall-attenzjoni tal-awtoritajiet u d-dipartimenti konċernanti, u li minnhom stennejna risposta fuq dawn l-ilmenti.", "Fil-fatt, ingħataw numru ta' risposti, u allura b'hekk iffaċilitajna l-kisba ta' soluzzjonijiet għall-problemi li l-istudenti Għawdxin ressqu quddiemna.", "Kellna wkoll laqgħa oħra dwar proġett li kien imniedi minn Eco-Gozo dwar żgħażagħ f'Għawdex, u kellna preżentazzjoni mil-lecturer universitarju Dr Andrew Azzopardi, li min-naħa tiegħu tana ħjiel ta' x'inhi s-sitwazzjoni taż-żgħażagħ ġewwa Għawdex.", "Ovvjament, din ir-riċerka ma stajniex, bħala Social Affairs Committee, nħalluha għaddejja mingħajr ma nagħtu kasha u niddiskutuha.", "Min-naħa tagħna, bdejna nitkellmu mal-OASI minn mindu fil-Parlament bdejna nitkellmu fuq id-dipendenzi, u dejjem kellna l-wegħda li niġu Għawdex ħalli nkomplu niddiskutu din is-sitwazzjoni f'Għawdex.", "U llum wasalna biex nagħmlu tali laqgħa li qiegħed inqisha bħala l-qofol tad-diskussjonijiet li kellna.", "Madankollu, ma narahiex bħala l-aħħar laqgħa ta' din ix-xorta li dan il-Kumitat jista' jtella' f'Għawdex sabiex jiddiskuti issues marbutin ma' Għawdex.", "Għaldaqstant, nibda mill-ewwel sabiex nistieden lir-rappreżentanti tal-OASI sabiex jibdew bil-preżentazzjoni tagħhom.", "Nitlob lil min se jitkellem sabiex jgħid min hu u x'inhu x-xogħol tiegħu, ħalli niffaċilitaw ix-xogħol tat-transcript writers.", "DUN MANWEL CORDINA (Direttur OASI): Sur President, nixtieq nirringrazzja lilek u lill-Membri kollha tal-Kumitat talli rnexxilkom taslu għal din id-deċiżjoni li tiġu f'Għawdex u ttellgħu laqgħa minn hawnhekk.", "Bħala Direttur, dejjem kienet ix-xewqa tiegħi li nikkoordina x-xogħol li jsir hawnhekk mal-amministrazzjonijiet ċentrali jew huma x'inhuma, għar-raġuni li, mill-bidu nett, kien jidher li x-xogħol li l-Fondazzjoni OASI kienet se tidħol għalih 20 sena ilu kellu kwalitajiet li seta' jkun ta' ġid fil-qasam soċjali, mhux biss għall-Għawdxin, imma għan-nazzjon kollu.", "Fil-fatt, hekk ġara, u l-Fondazzjoni żviluppat b'tali mod li s-servizzi kollha li bdiet toffri kienu servizzi innovattivi għal dak iż-żmien, u baqgħu innovattivi llum il-ġurnata.", "U dan anke għas-suġġerimenti li jsiru minn żmien għal żmien.", "Il-programmi tagħna huma alternattivi oħra għal dawk li jeżistu fil-pajjiż minn għaqdiet oħra, mhux biss fil-qasam tal-prevenzjoni, imma anke fil-qasam tal-kura u r-riabilitazzjoni.", "Fil-fatt għandna programm – kif jista' jgħid il-Manager Noel Scerri – li huwa alternattiv għal dawk li wieħed isib f'Malta, biex b'hekk iċ-ċittadin ikollu alternattiva oħra jekk ma jaqbilx jew ma jirnexxilux jissettilja f'sistema riabilitattiva.", "Interessanti ħafna li l-Fondazzjoni OASI, bix-xogħol tagħha mifrux fuq bażi nazzjonali, rnexxilha wkoll li jkollha hold totali fil-prevenzjoni fuq ir-reġjun kollu ta' Għawdex.", "Bħala Fondazzjoni, niltaqgħu mal-istudenti kollha mill-Year 1 fil-Primarja tal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u tal-privat, u nibqgħu telgħin magħhom sal-livell post-Sekondarju.", "Dan dejjem bl-għajnuna u bl-aċċettazzjoni tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni.", "Għandna relazzjoni tajba magħhom, u jagħtuna ċ-ċans sabiex minn tal-inqas darba fis-sena niltaqgħu ma' kull klassi fl-iskejjel kollha.", "Għandna l-approvazzjoni tad-Dipartiment minn Malta u tal-Education Officer ta' Għawdex, u bl-approvazzjonijiet meħtieġa navviċinaw lill-Heads of School, u qatt ma sibna diffikultà li nidħlu fl-iskejjel u nagħmlu x-xogħol tagħna.", "Aħna niddiskutu mat-tfal skont is-sena li jkunu fiha.", "Kif diġà għedtilkom, għandna programm għall-Year 1 sa Year 5, u għandna programm minn Form 1 sa Form 5.", "Issa mhux dejjem se jkollok l-istudenti kollha preżenti meta tmur tagħmel is-session, imma kif qed taraw iċ-ċifri jitkellmu waħedhom.", "Ovvjament, dan jagħmlilna kuraġġ għax irnexxilna nidħlu fis-soċjetà Għawdxija.", "Fuq l-iscreen tistgħu taraw viżwali qasir ħafna biċ-ċifri kollha.", "IS-SUR NOEL SCERRI (Manager OASI): Min-naħa tiegħi, m'inix se nieħu fit-tul, imma se nurikom ftit ċifri kemm tieħdu idea fuq x'għamlet f'dawn l-aħħar snin il-Fondazzjoni OASI.", "L-OASI ġiet imwaqqfa fis-26 ta' Ġunju 1991, u għalhekk illum ilna aktar minn 20 sena mwaqqfin.", "Imbagħad fetħet iċ-ċentru tagħha fil-25 ta' Ġunju 1992.", "Is-sena l-oħra, fis-26 ta' Ġunju, li huwa l-Jum Dinji kontra l-Abbuż mid-Droga, inawgurajna r-residential treatment ġdida.", "Din li qed taraw hawnhekk hija l-istruttura tal-OASI, bil-Bord ta' Diretturi, il-management, u 'l isfel hemm id-dipartimenti tal-Fondazzjoni minn fejn joħorġu s-servizzi.", "Hemm il-prevenzjoni primarja, il-prevenzjoni sekondarja, l-immediate intervention u l-prevenzjoni terzjarja, li hija t-trattament li aħna se nipprovaw nitħaddtu ftit fuqha.", "Issa dawn huma l-aims tal-primary prevention:", "Dawn l-aims tilħaqhom b'diversi modi.", "Issa għad fadal x'isir, u dejjem jibqa' x'isir, imma, kif qal Dun Manwel, it-team tal-primary prevention jidħol f'kull skola sabiex jaħdem mat-tfal.", "Hemmhekk qegħdin taraw daqsxejn id-deskrizzjoni tax-xogħol li jaqsmu mal-ħaddiema fuq ix-xogħol permezz tal-ETC, permezz ta' employers li jistednuna, permezz tal-leisure, tal-familja u tal-media.", "Insomma, kull fejn jistednuna aħna mmorru, u kull fejn nistgħu nidħlu, nipprovaw nidħlu.", "Nagħmlu wkoll attivitajiet fil-komunità permezz ta' 'Riflessi Sajfin' u 'Żagħżugħ tas-Sena'.", "Isiru diversi attivitajiet sabiex ngħaddu l-messaġġ tagħna – li kultant ngħadduh b'mod sottili, u kultant ngħadduh b'mod dirett – dwar is-sbuħija tal-ħajja u l-prevenzjoni mid-droga.", "Dawn li qed taraw hawnhekk huma ċifri tal-involviment direttament tagħna maż-żgħażagħ permezz ta' laqgħat fi gruppi żgħar ta' mhux iktar minn 20 f'kull grupp.", "Dawn iċ-ċifri juru l-attivitajiet li saru mis-sena 2009 sas-sena 2011 f'Għawdex.", "Dawn li qed taraw hawnhekk huma l-istudenti li lħaqna matul is-snin.", "Fil-fatt, fl-2009 ilħaqna 3,332, fis-sena 2010 ilħaqna 4,487, u fis-sena 2011 ilħaqna 3,041.", "Bejn wieħed u ieħor, nistgħu ngħidu li lħaqna kull klassi f'Għawdex.", "F'dawk iċ-ċifri hemm ukoll attivitajiet li saru għal studenti li mhumiex fl-iskola, jiġifieri attivitajiet li ma jkunux se jsiru matul is-sena ta' wara, jew inkella jkun hemm xi grupp ta' studenti li jistedinna sabiex nagħmlu xi attivitajiet magħhom.", "DUN MANWEL CORDINA: L-iskola jkollha ċerti issues partikolari tagħha.", "Pereżempju, dik is-sena kien hemm programmi fuq kif dak li jkun għandu jonfoq il- pocket money tiegħu.", "JUSTYNE CARUANA: Jista' ikun li f'dawk iċ-ċifri hemm studenti li jkunu pparteċipaw kemm fil-programmi tal-iskejjel, kif ukoll fi programmi oħrajn?", "Ikun hemm studenti li jiġu magħduda darbtejn – għax jistgħu jkunu ġew milħuqa darbtejn – imma fuq suġġetti differenti, għax fil-primary prevention dejjem qegħdin nimmiraw għal ċerti suġġetti skont l-età.", "Pereżempju, tal-Year 3 jitkellmu fuq bullying fil-klassi, mentri fil-Year 5 u l-Year 6 jitħaddtu fuq stress tal-eżamijiet eċċ.", "JUSTYNE CARUANA: Jiġifieri jkunu age-related.", "IS-SUR NOEL SCERRI: Iva, s-suġġetti jvarjaw.", "Dawn li qed taraw hawnhekk huma n-nies li ntlaħqu permezz ta' attivitajiet li jkunu saru fil-komunità, permezz tal-OASI.com, u permezz tar-radju, eċċ. L-immediate intervention huwa dipartiment daqsxejn kwiet fl-OASI, imma jagħmel interventi f'waqthom u b'mod sottili ħafna.", "Hawnhekk qed ngħidu li:", "Hawnhekk is-servizz huwa iktar individwali fir-rigward ta' persuni li jkunu għaddejjin minn stressful situations bħal, pereżempju, tfal u r-relazzjonijiet tagħhom mal-ġenituri, persuni li jkunu għaddejjin minn separazzjonijiet, persuni li jkunu għaddejjin minn dipressjoni eċċ. Fis-sena 2009, kien hemm 60 persuna li għamlu użu minn dan is-servizz, fis-sena 2010 kien hemm 62 persuna, u fis-sena 2011 kien hemm 62 persuna wkoll.", "Dan huwa x-xogħol li sar on individual sessions, kif ukoll mal-familji.", "It-treatment li noffru huwa kif ġej:", "Dan huwa l-aim tat-treatment tar-rehabilitation li jsir fl-OASI.", "Hawnhekk qed taraw l-istruttura tas-servizzi u kif persuna, meta tfittex l-għajnuna, tgħaddi through is-servizzi, u li kull persuna tiġi assessjata sabiex naraw il-bżonnijiet tagħha, kemm psikoloġiċi, kemm soċjali, kif ukoll mediċi.", "Sakemm il-persuna tkun motivata li tagħmel programm, aħna nkomplu nagħtuha s-sapport tagħna.", "Jekk tkun motivata, aħna nimxu skont il-bżonn tagħha, u mmorru jew għal bażi residential, jew inkella fuq bażi outpatients.", "Mir-residential, persuna tista' tgħaddi għas-social integration, f'liema fażi tibda tfittex ix-xogħol, u terġa' tintegra lura fil-familja u fis-soċjetà.", "Hemm ukoll il-continued care li huwa fuq bażi outpatients, u li, bejn wieħed u ieħor, huwa twil sitt xhur.", "Imbagħad għandek ukoll l-after-care, fejn persuna tista' tibqa' żżomm kuntatt magħna matul is-snin.", "Tajjeb li wieħed jgħid li kwalunkwe servizz li toffri l-OASI, l-OASI makes it a point li jkun servizz personalizzat skont il-bżonnijiet tal-individwu, u mhux għax bniedem daħal fi struttura u jkollu jagħmel sena, allura kull persuna li tidħol se tagħmel hi wkoll sena.", "Is-servizz jiġi offrut skont il-bżonnijiet tal-individwu.", "Dawn li qed taraw hawnhekk huma l-bed nights li ġew offruti fis-sena 2009, 2010 u 2011, kemm fir-residential, kif ukoll fis-social integration.", "Dawn huma l-persuni b'mod individwali li għamlu użu mis-servizzi.", "Għall-kjarezza, dawk li kienu social reintegration, qabel kienu residential treatment, jiġifieri hemmhekk fis-sena 2009 fejn għandek 16-il persuna jistgħu qegħdin jidhru darbtejn.", "Dawn li qed taraw hawnhekk huma s-servizzi fuq outpatient basis u ta' terapija li ġew offruti against in-numru ta' persuni.", "Hawnhekk qed taraw il-persuni li talbu l-għajnuna lill-OASI, u f'din il-kolonna qegħdin nuru l-primary drug of abuse tagħhom.", "Fis-sena 2009, kien hemm 17-il persuna li talbu l-għajnuna għall-alkoħol, 16-il persuna li talbu l-għajnuna minħabba l-kokaina, u 51 persuna li talbu l-għajnuna minħabba l-eroina.", "Issa ċ-ċifri li qed taraw tal-2012 juru biss sal-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, fejn diġà għandek 15-il persuna li l-primary drug tagħhom kien l-alkoħol, 14-il persuna l-kokaina u 18-il persuna l-eroina.", "L-abbuż mill-alkoħol qiegħed jiżdied ukoll, għax f'sitt xhur diġà kellek 15-il persuna li talbu l-għajnuna, mentri qabel dak in-numru kważi f'sena kienu jitolbu l-għajnuna.", "L-istess ħaġa rigward il-kokaina, mentri dawk li jabbużaw mill-eroina baqgħu stabbli.", "CARMELO ABELA: Il-persuni li qed jersqu għall-għajnuna tkunu tafu jekk humiex minn Għawdex jew minn Malta?", "Fil-każ tal-Maltin, għal xi raġuni jew oħra, jippreferu jiġu Għawdex milli jibqgħu Malta.", "IS-SUR NOEL SCERRI: Il-maġġoranza tal-persuni huma fil-fatt Maltin.", "Għandi ċ-ċifri eżatti, imma ma ġibthomx miegħi.", "CARMELO ABELA: Għalija in-numri mhumiex importanti.", "Imma hemmhekk iċ-ċifri li qed turina huma fil-maġġornaza tagħhom Maltin, u mhux Għawdxin.", "IS-SUR NOEL SCERRI: Jiena nikkalkula li 80% li qegħdin fir-residenza huma Maltin, għax l-Għawdxin jiġu on an outpatient basis.", "DUN MANWEL CORDINA: Naturalment jiġu għax l-ambjent huwa iktar friendly u aktar seren, u aħna jkollna aktar aċċess għall-familja, u allura nkunu nistgħu naħdmu ħafna iktar mal-familja.", "Apparti minn hekk, bniedem ma noħorġuhx mix-xogħol tiegħu fejn ikun possibbli.", "Jekk imbagħad ikun każ serju, u ħajtu tkun imgerfxa ħafna, hemmhekk imbagħad indaħħluh fir-residenza.", "CARMELO ABELA: Din twassalni għat-tieni mistoqsija tiegħi.", "Dan l-aħħar kien hemm xi ħaġa tal-Caritas fejn il-Monsinjur Grech għamel ukoll xi dikjarazzjonijiet, eċċ. Aħna nafu b'dawk li jersqu għall-għajnuna, imma nafu wkoll li hemm ħafna aktar li mhumiex jersqu għall-għajnuna.", "Kif tħarsu lejn is-sitwazzjoni f'Għawdex minn dan l-aspett?", "Għandkom feeling tal-problema f'Għawdex?", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmel mistoqsija oħra u nipprova ma nagħmilx aktar, peress li qed isir il-ħin u intom għandkom xi laqgħa oħra, hux hekk?", "DUN MANWEL CORDINA: Kellna meeting mal-MEUSAC, imma tħassret.", "THE CHAIRMAN: Kollox sew, però xorta qegħdin tight fil-ħin, u allura se nagħmlulkom sett ta' mistoqsijiet, u mbagħad jekk ikollna l-ħin nerġgħu nagħmlu round ieħor ta' osservazzjonijiet u mistoqsijiet.", "Min-naħa tiegħi, xtaqt inkompli ma' dak li kien qed jgħid l-Onor.", "X'taħsbu li huwa s-suġġett li jwassal għal dawn id-dipendenzi fis-soċjetà Għawdxija?", "Intom għandkom ħafna Maltin residenti, imma meta qegħdin tiddiljaw mal-Għawdxin, fis-soċjetà Għawdxija, x'taħsbu li hi r-raġuni għalfejn dawn in-nies qed ifittxu dawn id-dipendenzi?", "DUN MANWEL CORDINA: Din hija mistoqsija pertinenti ħafna.", "JUSTYNE CARUANA: Bħalma tafu l-każijiet tad-droga qed jiżdiedu, bħalma qiegħda tiżdied id-droga fiċ-ċirkolazzjoni.", "It-traffikanti qed jiżdiedu wkoll, u qed jiżdiedu wkoll l-abusers, u l-età ta' min qed jabbuża qiegħda tonqos.", "Il-kokaina saret moda għax illum it is a social drug, u fejn sa ftit ilu ma kenitx daqshekk aċċessibbli, illum il-ġurnata għandek mekkaniżmu bejn traffikanti u min jużaha, fejn it-traffikant jagħtik id-droga bil-patt li inti tqassamha ma' sħabek!", "Hemm dan it-tip ta' arranġament biex id-droga ssir aktar aċċessibbli.", "Id-droga hija expensive, imma qiegħda ssir aktar aċċessibbli.", "Iż-żgħażagħ, apparti li jridu jkunu konxji tal-effetti tad-droga waqt l-awareness campaigns tagħkom, naħseb li huwa importanti li tidħlu f'dawn l-affarijiet, għax hemm riskji oħra li qegħdin jikbru.", "Fil-fatt, fejn qabel kont titkellem biss fuq konsum, illum għandek it-traffikar ukoll, u hemmhekk qegħdin nidħlu f'xibka organizzata iktar fina ta' kriminalità, u din qiegħda tikber f'Għawdex.", "Apparti minn hekk, għandek drogi bħall-Meow Meow li qed isiru aktar popolari, u qegħdin jgħidulhom li dawn ma jagħmlulekx ħsara!", "Imma l-verità hi li dawn xorta jagħmlu l-ħsara.", "Għandek ukoll drogi li tista' tixtrihom minn fuq l-Internet, u qed jgħidulhom li dan huwa tip ta' vitamini li jagħmluk aktar sharp, u qisu m'hawnx daqshekk konoxxenza tagħhom.", "Ftit ilu kien hemm ġenitur li bagħtilna email għax kien qed jagħmel awareness group fuq dawn l-affarijiet.", "Nerġa' ngħid li dawn jirċevuhom id-dar bil-posta, u qed jużawhom liberalment bħallikieku qegħdin jixorbu l-juice!", "U l-ħsara qiegħda tkun kbira mingħajr il-konoxxenza tar-riperkussjonijiet.", "Naħseb li jridu jsiru l-awareness campaigns fuq dawn l-affarijiet, u t-tfal iridu jkunu konxji li, apparti li qed jagħmlu l-ħsara lilhom infushom, qiegħda ssir ħsara soċjali kbira, u qed ikun hemm it-tiċpis mad-delinkwenza.", "Meta ngħidu li taparsi sejrin party biex nieħdu daqsxejn kokaina ħalli nkunu bħal ħaddieħor, hemmhekk qegħdin niksru l-liġi.", "M'hawnx dik l-awareness fuq kif qegħdin niksru l-liġi.", "U jiġu aware li qed jiksru l-liġi x'ħin jinqabdu u jitressqu l-Qorti.", "Issa l-qrati qed ikunu lenjanti ħafna mal-first-time offenders.", "Issa mhux qed ngħid li dak li jkun m'għandux jingħata ċans, imma forsi mhux qed isir biżżejjed, u lil dak li jkun mhux qed jiġi avżat biżżejjed.", "Issa għandna l-konsultazzjoni fejn minflok tmur il-Qorti tmur quddiem Bord; però, jekk min se jiġi quddiemna mhux se nissensibilizzawh li huwa mess mal-kriminalità … Jekk għandu bżonn l-għajnuna biex joħroġ mill-problema ngħinuh, imma dik hija xi ħaġa oħra.", "Li qed ngħid jien hu li lil dak li jkun irridu nagħmluh aware li qiegħed il-Qorti għax kiser il-liġi, u li tikser il-liġi mhijiex xi ħaġa taċ-ċajt, jew hija xi esperjenza li għandek tkun kburi biha, u li se toqgħod tiftaħar quddiem sħabek li għaddejt minn dik l-esperjenza, imma ħrabtilhom!", "THE CHAIRMAN: Onor. Caruana, ħalli nkompli miegħek, imma mbagħad nixtieqek tiċċara dan il-punt li se nsemmi.", "Jekk issa se nibdew nitilgħu quddiem il-Bord, lanqas se tibqa' dik il-mentalità li tlajt il-Qorti.", "Qed nagħmel din l-osservazzjoni peress li smajtek issemmiha fl-intervent tiegħek.", "JUSTYNE CARUANA: Imma anke jekk titla' il-Qorti, m'hemmx deterrent.", "Mela titla' il-Qorti u teħel conditional discharge, jew multa ta' €250!", "X'inhuma €250?!", "DUN MANWEL CORDINA: Il-kwestjoni qiegħda hawn: se npoġġielkom x'inhuma l-kawżi li nara jien, mill-analiżi tiegħi, fuq il-għala bdejt l-OASI, u fejn immirajt l-għan tagħna, u tindunaw mill-ewwel.", "Il-problemi joħorġu mill-familja ...", "FREDERICK AZZOPARDI: Ippermettili nagħmillek mistoqsija żgħira, u mbagħad irrispondini.", "Hawnhekk għandna 51 fis-sena 2009, mentri għandna 18 fis-sena 2012.", "(Interruzzjonijiet) Orrajt 18 f'sitt xhur, jiġifieri tibqa' dejjem l-istess trend.", "Li qed ngħid jien hu li, minbarra l-awareness, bħala OASI tidħlu sabiex taraw fejn hemm l-abbuż tad-droga u dak li jkun ikun ma jindunax jew idum ma jitlob l-għajnuna, allura intom tidħlu biex tipprovaw tgħinu?", "Għax aħna qed ngħidu 51 persuna, imma żgur li hemm ħafna aktar li mhumiex qed imorru għall-għajnuna.", "Allura intom għandkom indikazzjoni ġenerali ta' kemm hu l-abbuż?", "DUN MANWEL CORDINA: Hemm ċifri oħra li mhumiex jidhru hawnhekk, imma issa se nagħtukom pendrive bl-informazzjoni kollha.", "25 sena ilu ġietni l-idea f'rasi għax kont qed nipprevedi li l-familja se tgħaddi minn kriżi, u allura kont qed naħseb li bejn 10 u 15-il sena oħra se jkun hemm bżonn tal-OASI f'Għawdex.", "Meta bdejtha sibt oġġezzjonijiet kbar għax rawni li jien kont qed nagħmel l-affarijiet bi kbar, imma mill-esperjenza tiegħi ta' barra, mill-esperjenza tiegħi maż-żgħażagħ, mat-tfal u mal-ġenituri fil-familja, speċjalment minħabba l-alkoħol fil-familja min-naħa tal-ġenituri, f'kultura fejn l-alkoħol jiġi magħsur id-dar stess u t-tfal diġà huma esposti għall-alkoħol fid-dar, fil-garaxx jew fil-kantina, jien kont qed nara li, filwaqt li t-tfal ikunu onesti miegħi, ma jkunux onesti mal-ġenituri tagħhom.", "U allura pprevedejt li l-affarijiet se jaggravaw, l-ewwel nett għax għandek il-konsum tal-ġenituri, li allura mhumiex se jkunu responsabbli u stabbli biżżejjed, kemm emozzjonalment u kemm mentalment, għax min jixrob ħafna alkoħol l-emozzjonijiet u r-reazzjonijiet tiegħu se jsiru aggressivi.", "Għaldaqstant it-tfal se jitilgħu aggressivi wkoll.", "Minkejja li nħobbu l-familja, fil-familja m'għandniex dik l-edukazzjoni u l-bażi ta' skills ta' kif trabbi t-tfal.", "Pereżempju, jitilqulhom tfal ta' 16, 17 u 18-il sena li jiġu Għawdex għax isibu li hemm xi ħadd li qed jagħti kashom.", "U kollha jikkwitaw meta tkellimhom bil-mod.", "Kollha għandhom l-istess storja!", "Kollha jgħidulek li l-ġenituri jaraw fihom biss in-negattiv, u ma jarawx it-tajjeb.", "Issa mhux qed ngħid li l-familji kollha hekk, imma għandna ammont kbir – li f'ċerti areas partikolari huma ikbar – ta' ġenituri li minħabba l-għaġġla li għandhom għax iridu jlaħħqu mal-ħajja, fejn it-tnejn li huma jridu joħorġu jaħdmu għax it-tnejn bil-karriera eċċ, il-ħin għat-tfal naqas miż-żewġ naħat.", "U allura t-tfal qegħdin f'konflitt mal-ġenituri u qed iqumu għalihom.", "Il-ġenituri qed ikunu nervużi, vjolenti u minn hemmhekk tibda l-vjolenza domestika.", "Il-vjolenza domestika mhijiex mir-raġel fuq il-mara biss, imma hija mill-ġenituri fuq it-tfal, li mbagħad it-tfal jirreaġixxu u jispiċċaw it-tfal il-Qorti!", "Għalhekk, b'din is-sistema l-ġdida nistgħu nindirizzawhom b'dan il-mod, bħalma nagħmel jien għax jien din ili nagħmilha.", "Il-Family Court kont ilni nagħmilha għal 15-il sena f'Għawdex permezz ta' dawk l-avukati li kienu jaċċettaw li l-koppji jibagħtuhom għall-anger management.", "Il-maġistrati ħafna drabi kienu jibagħtuhom ukoll għall-anger management.", "F'Għawdex m'hawnx xi ammont kbir ta' każijiet, għax kulma hawn huwa popolazzjoni ta' 25,000 ruħ, jiġifieri għandek il-kontenut jekk trid taħdem, u kien ikollna r-riżultati.", "Koppja għal separazzjoni, wara sena jiltaqgħu miegħi individwalment, u anke bħala koppja, jispiċċaw jgħiduli biex immur inberkilhom iċ-ċrieket.", "Malta hija metropolis, hija belt kbira bil-problemi kollha li ġġib magħha.", "Il-familja hija waħda minnhom.", "Il-ġenituri u l-koppji għandna bżonn ngħallmuhom joqogħdu bilqiegħda u jisimgħu qabel ma jiġġudikaw lit-tfal tagħhom.", "It-tfal lesti li jgħidulhom kollox, imma jekk jibdew jhedduhom li se jkeċċuhom 'il barra, dawn se jingħalqu fihom infushom, u fl-aħħar se jispiċċaw iħossu s-saqaf jaqa' fuq rashom.", "U mbagħad joħorġu barra jfittxu u se jsibu l-lupu hemm barra jistennihom biex jeħodhom!", "Nista' nġibilkom każijiet ta' tfal, u nista' nlaqqgħakom mal-ġenituri wkoll.", "F'Għawdex jien imsemmi għal dawn l-affarijiet, u jekk għandek tifel bi problema, jgħidulek biex tieħdu għand Dun Manwel.", "Fil-fatt, qed nipprova nara kif se nagħmel biex forsi jidħol xi ħaddieħor floki, għax jien m'inix etern.", "Bħala qassis għandi din il-faċilità li nġib lill-ġenituri aware f'qasir żmien li jridu jirrispettaw lit-tfal tagħhom, u biex jaraw it-tajjeb tagħhom.", "Xtaqt li kelli miegħi llum ġuvnott li għandna bħalissa, għax ma kienx se jiddejjaq biex jitkellem.", "Dan ġie minn Malta biex jibda ħajja ġdida hawnhekk, imma biex tagħmel hekk irid ikollok ir-riżorsi.", "F'ġimgħa, ridt insiblu fejn joqgħod u fejn jaħdem biex ikun awtonomu u jibda jħoss li huwa raġel.", "Nista' ngħid li huwa bniedem intelliġenti u għandu karattru tal-ġenn.", "Huwa ried jibdel ħajtu, imma x'ħin jidħol id-dar mill-ewwel issirlu interrogazzjoni mill-ġenituri tiegħu.", "U dan mhuwiex każ iżolat.", "Jiena ngħid li l-maġġoranza tal-familji llum m'għadx għandhom paċenzja mat-tfal, u għalhekk ma jġibux tfal fid-dinja, għax m'għandhomx ħin għalihom.", "Iġibu wild wieħed biex ma jsirx ċertu diskors fuqhom, u forsi forsi jaslu sa tnejn, imma mbagħad daqshekk.", "Dik il-mentalità dieħla, fejn it-tfal mhumiex welcome.", "Għalhekk hemm bżonn li l-familja tiġi targeted.", "Fis-sekondarja, aħna nittrattaw dan is-suġġett.", "Jien dieħel u ħiereġ għand il-familji, it-tfal jiġu jkellmuni u ż-żgħażagħ stess iġibuli żgħażagħ oħra.", "Fil-fatt, ipprovajt niftaħ dar fejn inkun nista' neħodhom għal ġimgħa jew ħmistax, u xi kultant anke erbat ijiem biżżejjed biex il-ġenituri jindunaw xi ġralhom meta t-tifel telaq mid-dar, u ż-żagħżugħ jinduna wkoll kif ma jistax jgħaddi mingħajr il-ġenituri tiegħu.", "U b'dik l-esperjenza nkun nista' naħdem maż-żewġ naħat, u nista' ngħid li dejjem jerġgħu lura d-dar.", "Meta mbagħad iż-żagħżugħ ikollu 'l fuq minn 18-il sena, jkun tard wisq biex tagħtih id-dritta, għax dan ikollu l-awtonomija, ikollu t-tfajla u llum l-istil ta' ħajja sar differenti.", "Jien naħdem bħala social worker u m'iniex l-arċipriet.", "Dak l-arċipriet li jrid jara x'se jagħmel bihom x'ħin ikunu kwieti.", "Jien mhux se noqgħod nara ma' min qiegħed, imma ħafna minnhom jerġgħu jmorru għall-istil nisrani tagħhom jekk ikunu nsara.", "Illum għandna ateisti, għandek tal-Jehovah, tal-Evanġelisti u Musulmani.", "Għandek l-erbgħa normali, imma mbagħad irid ikollok dik il-waħda lesta għal li jista' jinqala'.", "Jekk ma tagħmilx hekk ma tolqothomx.", "Imma mbagħad jibdew imorru għall-valuri oriġinali tiegħu.", "L-oħra hija l-media.", "Il-media qed tibgħat il-messaġġ li xejn mhu xejn, u qed titħalla tibgħat dan il-messaġġ bl-iskuża tal-libertà tal-espressjoni.", "Din qiegħda tagħmel ħsara liż-żgħażagħ meta tisma' kummenti bħal 'x'fiha ħażin għax it-tifel qed ipejjep?'!", "Dawn qed jingħadu fi programmi fejn ikun hemm it-tfal.", "Kemm se ddum ittambar li t-tipjip tal-ħaxixa huwa ħażin?", "X'int tfissirlu lit-tifel bil-kwiet?", "Tgħidlu, 'Għaliex għamilt hekk?", "Għaliex sirt hekk?'", "Għaliex il-ħaxixa qiegħda tagħmlek aggressiv wara ċertu pressure, meta din suppost lilek tikkalmak?", "Il-ħaxixa tagħtik ċerta serenità, imma meta tiġi r-responsabilità, dik is-serenità tmurlek, u tiġik pressure li ma jkollokx saħħa mentali biex tlaħħaq magħha.", "Kollox sar permissibbli f'dan il-pajjiż, fejn dak li tħoss li huwa tajjeb għalik, sakemm ma tagħmilx ħsara lil ħaddieħor, tista' taqbad u tagħmlu!", "Imma l-but tiegħi qiegħed jintmiss, għax dawk in-nies li għadhom b'ċerti prinċipji qed iħallsu għan-nonchalance tal-oħrajn.", "Mela x'se nagħmlu?", "Jiena hawnhekk mhu qed nakkuża lil ħadd.", "Intom għandkom iktar responsabilità minni, u jien m'iniex l-Isqof.", "U rigward il-Knisja, jien dejjem nikteb fuq dawn l-affarijiet u niġbed l-attenzjoni għalihom, imma m'għandix dik is-setgħa li niddiskuti, għax hemm bżonn li ssir xi ħaġa.", "Il-media għandha tkun edukattiva, u mhux biex tippromwovi l-libertinaġġ.", "Għandha tkun libera li tikoopera mal-prinċipju u mal-valuri li l-awtoritajiet qegħdin jippromwovu flimkien għal dan il-pajjiż.", "Kif u x'fatta, dik ħaġa oħra, u jien m'iniex responsabbli tagħha.", "Ħaġa oħra hija d-divertiment.", "Id-divertiment qed jiġi promoted b'ċertu mod li min hu intelliġenti jinduna mill-ewwel x'inhuma jippromwovu.", "Bil-kliem li jużaw ikunu qed jistiednu lin-nies li f'dak it-tali post għandek il-libertà li tagħmel li trid u li tieħu li trid.", "Dawn ikunu jafu kif għandhom jgħaddu minn madwar il-liġi għax għandhom l-avukati tagħhom li jiddireġuhom biex ma jiżgarrawx mil-liġi.", "Jien m'għandi xejn kontra l-mużika jew kontra l-iżfin.", "Anzi, jien ħriġt minn dik il-kultura, u ż-żgħażagħ lili ma jdejqunix, imorru fejn imorru, imma dejjem hemm dak il-periklu li l-media qiegħda tippromwovi dawn l-abbużi.", "Ħaġa oħra hija l-bejgħ mhux kontrollat tal-alkoħol fost il-minorenni.", "Din ma sibniex tarf tagħha.", "U dawk huma l-erba' raġunijiet.", "Jekk taraw il-proġett tagħna għall-prevenzjoni li kien ippjanat fl-1993, taraw li dan kien jorbot ma' dawn l-erba' punti.", "Jien liż-żgħażagħ ma nagħtihom l-ebda tort, għax is-soċjetà li bnejna bnejniha aħna, u wieħed minnhom huwa jien, għax jien wieħed minn dawk l-adulti li bnejna s-soċjetà bil-mod il-mod, u għadna qegħdin nibnuha.", "Jekk żagħżugħ ma jagħmilx avventura meta jkun għadu adoloxxenti, meta se jagħmilha?", "U allura aħna rridu naħdmu fuq il-familja.", "Il-media għandha bżonn tħenn għal dawn iż-żgħażagħ, u mhux tarahom bħala mezz ta' qligħ.", "Jien ma nistax nifhimha kif, minn pajjiż żgħir bħal tagħna, bi tradizzjoni daqshekk fil-qrib ta' 30 sena ilu, fejn konna nies daqshekk tajbin minn ġewwa, u issa sirna biss materjalisti.", "Tgħidlix li aħna pajjiż Kattoliku għax m'aħniex, jew inkella l-pajjiż Kattoliku, imma aħna m'aħniex insara.", "Il-Kattoliċi huma fil-minoranza fil-prattika għax fir-realtà għandna ateisti prattiċi.", "Dawn huma l-erba' areas li nħoss li għandi niġbdilkom l-attenzjoni fuqhom, u f'Għawdex nixtieq li jkun hawn dar għal dan il-għan.", "Jiena lest li bl-enerġija li fadalli naħdem fuq dan il-proġett, jekk tagħtuni post biex nilqgħu fih lil dawn iż-żgħażagħ.", "THE CHAIRMAN: Għal liema skop triduha din id-dar?", "DUN MANWEL CORDINA: Jiena qed ngħid li jkollok dar għat-tfal minuri u li jibqgħu telgħin sa 18-il sena biex, meta dawn jiġu f'konflitt mal-ġenituri tagħhom, ikun hemm din id-dar li tilqagħhom fiha għal perijodu qasir.", "THE CHAIRMAN: Dar residenzjali.", "DUN MANWEL CORDINA: Iva, li tkun għal ftit taż-żmien.", "Jien għandi proġett lest, u dan ilu miktub għaxar snin.", "CARMELO ABELA: Il-mistoqsija tiegħi kienet marbuta mar-residenti li għandkom f'Għawdex, għax ninkwieta ftit meta s-Sur Scerri kkonferma li ħafna minnhom huma Maltin.", "DUN MANWEL CORDINA: Illum il-ġurnata ma naħsibx li hemm differenza bejn Malta u Għawdex.", "CARMELO ABELA: Inti spjegajt li l-Għawdxin jingħataw trattament ta' outpatient biex jibqgħu fl-ambjent tagħhom.", "JUSTYNE CARUANA: Għax l-Għawdxin imorru għall-għajnuna meta jinqabdu.", "DUN MANWEL CORDINA: Ir-residenza nħalluha libera kemm jista' ikun għar-raġuni li we are gearing up għal iktar tkabbir tal-problema.", "U allura, jekk Għawdxi tista' tissapportjah u tħallih fl-ambjent tiegħu, tista' iżżommu bħala outpatient; imma, min-naħa l-oħra, ma tistax tagħmel hekk b'wieħed Malti għax mhux se toqgħod tgħidlu biex jitla' kuljum Għawdex.", "Il-Maltin jaqblilhom jiġu hawnhekk, u l-programm tagħna huwa individwali fejn, f'erba', ħamsa jew sitt ġimgħat tista' toħroġ u terġa' tmur lura għax-xogħol.", "Mela jista' jieħu l-leave u s-sick leave tiegħu b'arranġament mal-employer tiegħu, u b'hekk ma jabbuża mill-ebda sistema.", "Għalhekk għażilt dan it-tip ta' programm fl-1992, għax rajtu meta mort fi klinika fl-Amerika fejn, fi tmien ġimgħat, tagħmel il-programm u terġa' tmur lura għax-xogħol tiegħek.", "U l-insurances kienu aċċettaw dan il-programm.", "Għalfejn il-health insurances m'għandhomx jikkonsidrawh dan il-programm?", "Jekk hawn programmi li jistgħu jsiru f'perijodu ta' bejn sitta u tmien ġimgħat, għalfejn ma jikkonsidrawhomx?", "THE CHAIRMAN: Jiena xtaqt inkompli ftit ma' dak li kienet qiegħda tgħid l-Onor.", "Nixtieq inkun naf jekk wasalniex fi stat li ladarba ħafna minn dawn id-dipendenzi huma social drugs, fejn qisu dak li jkun, għalkemm jużahom, ma jabbużax bihom … Jien għandi l-immaġinazzjoni li qegħdin ngħallmuhom kif għandhom jagħmlu użu tajjeb minnhom biex ma jinqabdux.", "Jiġifieri llum saru jafu jixorbu bla ma jiskru, għax jixorbu biss matul il-weekend meta marru biex jiddevertu, u jixorbu kemm kemm ma jiksrux il-livell permissibbli.", "Qisu xi ħadd qed isuq il-karozza bi speed eċċessiv, imma x'ħin jara speed camera jnaqqas tikka, u kif jaqbiżha jerġa' jagħfas il-gass.", "L-istess bid-drogi u l-alkoħol.", "Jien kapaċi nieħu l-alkoħol jew id-droga fil-limiti biex ma ninqabadx, jew biex ma niġix dipendenti u jkolli nispiċċa nfittex l-għajnuna.", "Naħseb li għandna żgħażagħ intelliġenti li jibqgħu dipendenti fuqha għax ma jafux jiddevertu mingħajrha, imma jżommu fil-limitu biex ma jinqabdux.", "JUSTYNE CARUANA: Sakemm il-vizzju ma jegħlbekx.", "THE CHAIRMAN: Sakemm ma tingħelibx, imma naħseb li dawn li qegħdin jingħelbu … Nerġa' ngħid, kif qalet l-Onor.", "Caruana, li għandek dawk li ma jinqabdux, jew li nkella jfittxu l-għajnuna wara li jinqabdu.", "JUSTUNE CARUANA: U jinqabdu mhux mill-Pulizija.", "U għandna wkoll tfajliet li jagħmlu s-sess qabel iż-żwieġ, li hija dipendenza wkoll.", "Mela jien nagħmel is-sess b'mod liberu, għax għalija l-importanti hu li ma ninqabadx pregnant, jew, jekk jien ġuvni, biex ma nispiċċax missier.", "Naħseb li hawnhekk għandna din il-kultura wkoll.", "Ridt ngħid ukoll li s-Sedqa ilhom jagħmluli osservazzjoni sabiex niddiskuti mal-GRTU – imma dejjem sibtha diffiċli – forsi naraw kif ikollna restrizzjoni fil-bejgħ ta' sustanza li tintuża fil-lighters minħabba l-isniffing.", "Fil-fatt, l-Aġenzija Sedqa u l-Aġenzja Appoġġ kienu qegħdin isibu li għandna l-kultura tal-isniffing f'pajjiżna, u li kienu qegħdin jużaw ir-refills tal-lighters għal dan il-għan.", "DUN MANWEL CORDINA: Qabel, kienu jużaw in-nail polish, u kienu jgħidulhom biex ixommuh.", "Meta kont żgħir, kont nisma' l-ġenituri jgħidulhom hekk.", "THE CHAIRMAN: Jien kont nieħu pjaċir bil-kolla tal-presepju.", "DUN MANWEL CORDINA: Tridu tifhmu wkoll li hemm il-media li qiegħda taħdem kontrina, hemm il-familja u hemm dak li tagħmel fl-iskola.", "Il-ġenituri jridu jsostnu dak li ngħidulhom aħna.", "Tifel jaf jispiċċa konfuż bejn dak li jara l-iskola u bejn dak li jara d-dar.", "Apparti minn hekk, hemm ukoll it-trawmi li joħorġu mit-trobbija.", "Jien personalment m'għandi xejn b'mod xjentifiku fuq kif il-kokaina, l-eroina u l-alkoħol għandek il-weġgħa u s-soluzzjoni tagħha, u d-dwejjaq u s-soluzzjoni tagħha, imma tibda tinduna għaliex hemm l-eroina u kokaina li qegħdin 'il fuq fil-lista.", "L-eroina tnaqqaslek il-weġgħat emozzjonali ta' xi ħaġa moħbija u soppressa, mentri l-oħrajn joħorġuhielek biex tmur tiddeverti.", "Il-kokaina hija assoċjata mad-divertiment.", "Ħadd ma jmur jieħu l-eroina biex imur il-parties, għax għal dawn il-parties għandek il-kokaina u drogi sintetiċi oħrajn.", "Hemm tinduna fejn huma l-problemi.", "Il-weġgħat u d-dwejjaq taż-żgħażagħ jibqgħu jikbru magħhom.", "Jekk inneħħulhom id-dwejjaq u l-weġgħat, mhux se jkollhom raġuni għalfejn jieħdu dawn is-sostanzi.", "Allura r-raġuni għalfejn inti tieħu, l-istress tiegħu, l-anxiety interna, id-dwejjaq, imur.", "Jiena nieħu ħsieb is-secondary għax huwa l-iktar dipartiment għażiż għalija.", "Jiena naħdem fuq kif inneħħilhom dawn l-affarijiet.", "U jekk il-kawża tagħhom tkun il-familja, nkun irrid inneħħihilhom.", "Jiena naħdem mal-familja, għax bħala qassis għandi dik il-faċilità li ma niddejjaqx immur inħabbat il-bieb tal-ġenituri, u l-ġenituri, min-naħa tagħhom, ma jiddejqux jiġu jkellmuni.", "CARMELO ABELA: Dun Manwel, għandek ukoll il-binja tal-karattru.", "Il-ħajja fiha l-ups and downs tagħha, u dawn jiġu fuq kulħadd.", "Il-ħajja hija sfida fiha nnifisha, u naqbel perfettament ma' dak li qed tgħid inti, imma naħseb li – jiena ġenitur ta' żewġt itfal, wieħed minnhom adoloxxenti, u l-oħra tifla ta' disa' snin – li llum mhuwiex faċli li tikkomunika u tgħaddi ċerti messaġġi ma' adoloxxenti ta' 14-il sena.", "Hemm metodu kif tipprova tagħmlu, imma fl-istess ħin lil dawn it-tfal irridu b'xi mod naraw li jkollhom karattru sod fejn, meta jasal il-maltemp, ikollhom karattru sod biex jikkumbattu miegħu.", "JUSTYNE CARUANA: Ir-reżiljenza tat-tfal.", "DUN MANWEL CORDINA: Għalhekk qed ngħidilkom li aħna rridu nindirizzaw dik is-sitwazzjoni u naraw x'inhuma l-kawżi li qed jagħmluhom imdejqin u ddisprati f'tali punt li qed jirrikorru għall-eroina biex ma jħossux l-uġigħ intern.", "CARMELO ABELA: Għalhekk il-familja hija importanti, għax jien, meta kont żgħir u għaddejt minn problema, dejjem sibt lill-ġenituri tiegħi.", "DUN MANWEL CORDINA: Iċ-ċifri juru l-ammonti li għandna, imma issa rridu naraw x'se nagħmlu bihom.", "JUSTYNE CARUANA: Anke fuq l-alkoħol.", "Il-ġenerazzjoni ta' qabli kollha trabbew bil-kultura li jixorbu l-inbid.", "Meta kont żgħira, jiena kont nara lill-missieri, lin-nannu u liz-zijiet jieħdu grokk whisky kull filgħaxija.", "CARMELO ABELA: Imma grokk qed tgħid, u mhux flixkun.", "JUSTYNE CARUANA: Id-dar kellna alkoħol, imma ma jfissirx li jien se nixrob għax kelli l-aċċess għall-alkoħol.", "DUN MANWEL CORDINA: Le, l-alkoħol u d-drogi mhumiex il-problema, għax dawk huma sustanzi li ssibhom fin-natura, u qegħdin hemm biex nużawhom għall-ġid tagħna.", "JUSTYNE CARUANA: Inti semmejt il-problema tal-alkoħol fil-familja, imma jiena naħseb li din hija aktar kwestjoni ta' edukazzjoni.", "DUN MANWEL CORDINA: Imma jekk il-familja m'għandhiex edukazzjoni?", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmel osservazzjoni, u fl-istess ħin indaħħal fil-Kredu lill-Profs.", "Friggieri, ħalli naqilbu wkoll is-suġġett u nibdew nitkellmu fuq l-edukazzjoni u fuq is-sehem tal-Università f'Għawdex.", "Irrid ngħid mill-ewwel li aħna ilna nipprovaw ngħallmu lill-familja Maltija.", "Jekk ilni erba' snin immexxi dan il-Kumitat, daqshekk ieħor ilni nisma' din il-ħaġa.", "Meta qabel kont Kunsillier u anke Segretarju Parlamentari, kont nismagħhom jgħidu dan il-kliem ukoll.", "U konna mmorru l-programmi tas-Sedqa biex naraw x'nistgħu nagħmlu, u niftakar li dejjem kien ikun hemm xi ħadd li jgħid – kemm mill-Knisja, u kemm mill-Istat – li pprova jagħmel xi ħaġa.", "Jista' ikun li m'aħniex nagħmlu biżżejjed, jew inkella qatt m'aħna se nagħmlu biżżejjed f'dan ir-rigward?", "Fl-istess ħin, kont smajt sentenza mingħand is-Sinjura Angela Abela fejn qalet li l-Università jeħtieġ li tipproduċi professjonisti b'kuxjenza soċjali.", "Li kieku ma smajthiex tgħidha din is-sentenza, lanqas kont inkun kapaċi noħlomha, u qatt ma kienet se tiġini f'moħħi.", "Din kienet ġiet tkellimna f'waħda mill-ewwel laqgħat li kellna tas-Social Affairs Committee meta konna għadna qegħdin niddiskutu l-faqar, u konna qegħdin nitkellmu fuq il-kuxjenza soċjali.", "Niftakar ukoll li meta konna qegħdin nitkellmu fuq il-vjolenza domestika, kont għamilt osservazzjoni, għax ma stajtx nifhem kif f'dan il-pajjiż, meta qegħdin inżidu l-edukazzjoni skolastika, il-vjolenza domestika aktar qiegħda tiżdied!", "Jien għandi nifhem li n-nies la ġew edukati aktar fil-kitba u fin-know how, dawn l-affarijiet kellhom jonqsu.", "L-Università qatt ma mort, imma xxokkjajt ruħi meta smajt dawn l-affarijiet.", "Tista' tkun ministru, tista' tkun avukat u tista' tkun xi tkun għax, jekk jitlagħlek, ikun telgħalek.", "Illum, kif naraw fil-media, nipprovaw naġixxu għal dawn l-affarijiet.", "Imma nerġa' ngħid li jien ippretendejt li, ladarba qegħdin inżidu l-edukazzjoni, il-vjolenza domestika kienet se tonqos.", "Mid-dehra kont żbaljat!", "DUN MANWEL CORDINA: Iva, imma aħna żidna l-informazzjoni, u mhux l-edukazzjoni fis-sistema.", "THE CHAIRMAN: Imma l-edukazzjoni żidniha.", "(Interruzzjonijiet) Nistenna li bniedem li mar l-Università …", "JUSTYNE CARUANA: Mela l-Università tagħna tgħallmek kif tiġġestixxi l-pressure?", "Anzi pjuttost iżżidlek aktar il-pressure!", "Dak huwa n-negattiv tal-edukazzjoni, imma fl-istess ħin l-edukazzjoni tagħmlek aktar kolt, jiġifieri bniedem li tgħallem il-filosofija, li tgħallem l-ekonomija, eċċ, għandi nissoponi – għax jien qatt m'għaddejt minnha – li se twessgħalek l-orizzonti intellettwali tiegħek, u se tagħmlek aktar skilled.", "DUN MANWEL CORDINA: Hekk suppost.", "THE CHAIRMAN: U kien għalhekk li xxokkjajt ruħi meta bdejt nisma' li l-vjolenza domestika qiegħda tiżdied.", "Fejn qegħdin infallu bħala soċjetà?", "JOE FRIGGIERI (Pro-Rettur fl-Università ta' Għawdex): Sur President, inti għedt li l-problemi qegħdin jikbru, u li kważi kważi qiegħed tieħu l-impressjoni li, tagħmel x'tagħmel, il-problemi fis-soċjetà qatt mhu se ssolvihom.", "Fil-verità, il-problemi fis-soċjetà qatt mhu se ssolvihom kollha.", "Il-problemi tas-soċjetà jistgħu jikbru, anke bħala riżultat tal-iżvilupp li tkun għaddejja minnu s-soċjetà, u dik ma rridux ninsewha, jiġifieri mhux bilfors għax jikbru l-problemi, allura s-soċjetà mhux qed tiżviluppa.", "Anzi, ħafna drabi jiġri bil-maqlub.", "Imma, jekk tara dawn il-problemi jikbru, m'għandekx tipprova taqta' qalbek u, minflok tipprova tiġġieldilhom jew tipprova ssolvihom, toqgħod tgħid li, tagħmel x'tagħmel, il-problemi se jibqgħu hemm.", "M'għandi l-ebda dubju li l-problemi se jibqgħu hemm, u li l-problemi se jikbru.", "Jekk id-droga llum hija available b'mod faċli, ma tista' qatt tistenna li ż-żgħażagħ kollha mhux se jeħduha minn rajhom.", "Ma tistax taħseb hekk, għax kif kien qed jgħid Dun Manwel, l-opportunità qiegħda hemm, u ħafna drabi din ma jħarsux lejha biss bħala xi ħaġa li se ssolvilhom il-problema, jiġifieri din hija xi ħaġa li forsi wieħed irid iżommha f'moħħu għax, psikoloġikament, mhux bilfors li żagħżugħ għandu problema biex jieħu d-droga.", "Jista' ikun li jiġi influwenzat minn sħabu, u l-peer pressure tant tkun kbira fuqu li jispiċċa jeħodha ħalli jħossu bħalhom, jew biex imur ippreparat ħalli jieħu aktar gost waqt il-party.", "Naħseb li l-unika ħaġa li tista' ssolvi hi li tipprova turi lill-familja, imma anke hemmhekk, din il-problema teżisti wkoll f'familji tajbin.", "Fil-fatt, ma ridtx nikkummenta waqt li kont qed nara dawk iċ-ċifri, imma naħseb li, kif kienet qiegħda tgħid l-Onor.", "Caruana, dawk iċ-ċifri qegħdin juruna biss dawk li marru għall-għajnuna.", "Imma l-ammont ta' żgħażagħ li jieħdu xi tip ta' droga żgur li huwa ħafna ikbar minn dak in-numru li rajna.", "Meta llum tistaqsi lil xi ħadd, ħafna jgħidulek li xi darba pejpu l-ħaxixa jew ipprovaw jieħdu xi ħaġa.", "Tinsewx ukoll li hawn moviment li qed jipprova jillegalizza tip ta' droga.", "Bħalma tafu, d-drogi huma varji; għandek il-hard drugs li huma mod, u mbagħad għandek il-light drugs, bħat-tipjip tal-ħaxixa, li hija xi ħaġa oħra.", "Inutli ngħidu kibret l-edukazzjoni, imma l-problemi żdiedu wkoll, għax m'hemmx relazzjoni diretta bejn kemm jirnexxilek teduka u kemm se tnaqqas il-problemi soċjali.", "Fuq il-vjolenza domestika, naqbel magħkom li din hija waħda mill-ikbar problemi li għandna llum fis-soċjetà Maltija.", "Fr. Mario Jaccarini, Alla jaħfirlu, meta kien ikun hemm problema ta' vjolenza domestika fid-dar – u ma noqogħdux nistaħbew wara subgħajna, għax ħafna drabi l-vjolenza domestika ssir fuq it-tfal u fuq in-nisa – kien jgħid li l-mara li tkun kontinwament abbużata vjolentement għandha taqbad u titilqu lir-raġel, u mhux toqgħod tistenna li dan se jikkonverti!", "Kien jgħid li aħjar toħroġ minn dik is-sitwazzjoni qabel ma ssib ruħha fil-frisk.", "Illum jaf refa' idejh, għada jaf tak xebgħa, u mbagħad pitgħada jaf jagħmillek xi ħaġa oħra.", "Meta qed ngħidu kif teduka, għandek il-preparazzjoni biex tipprova tipprevjeni, imma qatt ma tista' timmaġina li se ssib ruħek f'sitwazzjoni li ma jkollokx dawn il-problemi.", "Imma lanqas m'għandek tibqa' tgħid li għandha tissapporti, bħalma forsi konna ngħidu qabel.", "Il-kelma 'issapporti' fejn tidħol il-vjolenza domestika ħafna drabi hija ċertifikat li dak li jkun se jibqa' jiġi vittimizzat.", "THE CHAIRMAN: Kollox sew, imma issa hawn qegħdin.", "Wara li smajna lil Dun Manwel jitkellem, se nieħdu magħna dak li qalilna; imma issa x'taħseb li nistgħu nagħmlu aktar, anke fl-Università, bħala inizjattivi biex nibdew l-edukazzjoni tal-familji tagħna?", "Kif se nagħmlu biex ikollna ħidma konġunta anke mal-Università?", "JOE FRIGGIERI: Qed nieħu pjaċir li qed tistaqsini din il-mistoqsija, għax ħafna drabi l-Università tiġi akkużata li tagħti biss tagħlim teoretiku.", "Imma s-sena l-oħra twaqqfet fakultà ġdida dwar l-istudju tal-familja, u dan qed isir biex ikollna konoxxenza tal-fatti.", "Inutli tibda titkellem teoretikament, jekk ma tafx kif inhuma l-affarijiet.", "Apparti minn hekk, tgħallem kif jistgħu jittieħdu r-rimedji, għax fil-Fakultà tal-Edukazzjoni jgħallmuhom is-soċjoloġija tal-edukazzjoni u l-psikoloġija tal-edukazzjoni.", "Hemm dipartimenti sħaħ li jipprovaw jiftħu għajnejn l-għalliema futuri u jgħidulhom li, meta jidħlu fil-klassi u jaraw li hemm tifel jew tifla li għandha behavioural problems, ma jinjorawhiex.", "Jgħidulhom ukoll li mhux bilfors ikun l-għalliem li jrid isolvi dik il-problema, għax jista' ikun li lanqas hu ma jkollu l-iskills meħtieġa biex isolviha.", "Imma għallinqas għandu jirreferiha lil xi ħadd ieħor.", "Semmejt żewġ eżempji biss ta' x'qed isir l-Università, ħalli wieħed isir konxju tal-eżistenza ta' dawn il-problemi.", "Fil-korsijiet l-oħra, mhuwiex il-kompitu ta' min qed jgħallem li jitkellem fuq dawn l-affarijiet, għax imbagħad se nispiċċaw nirriduċu l-fakultajiet kollha għal fakultajiet ta' problemi soċjali.", "Ġimagħtejn ilu, ġiet approvata mis-Senat – u issa għandha tiġi approvata wkoll mill-Kunsill – fakultà ġdida li se tissejjaħ Faculty for Social Well-Being.", "Il-kelma 'well-being' qajmet diskussjoni kbira, imma t-traduzzjoni tagħha bil-Malti personalment tolqotni aktar, għax qiegħda 'Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà'.", "Naħseb li dan huwa pass ieħor tajjeb 'il quddiem.", "Naħseb li, minn dak li tista' tagħmel l-Università, dawn huma tliet inizjattivi riċenti li huma pożittivi u huma passi 'l quddiem.", "Nerġa' ngħid li bdejt bih, għax ikun inutli li naħsbu li l-problemi se nsolvuhom dejjem u għal dejjem, għax attwalment il-problemi se jikbru u allura jrid ikollok il-prevenzjoni u l-kura.", "Għaldaqstant, irridu nżommu f'moħħna dak li qalilna Dun Manwel u l-Onor.", "Justyne Caruana, u ċioè li aħna qegħdin naraw biss dawk li qegħdin jirrikorru għall-għajnuna.", "THE CHAIRMAN: Iva, imma qegħdin insemmu wkoll kemm huwa importanti li jkollna l-edukazzjoni.", "Hawnhekk inti qed tirrappreżenta l-Università kollha, jiġifieri kemm l-istudenti ta' Għawdex u wkoll l-istudenti ta' Malta.", "Għalhekk illum inti għandek ħatra importanti ħafna.", "JUSTYNE CARUANA: Meta fl-Università kien hemm tentattiv biex titwaħħal condom machine, kien qam pandemonju sħiħ.", "Allura dik mhux edukazzjoni wkoll?", "Tkellimniha fir-rapport tagħna fuq is-sexual health policy.", "Għalkemm qed ngħidu li għandu jkun hemm l-irwol tal-edukaturi, imma x'ħin l-edukaturi jipprovaw jagħmlu xi ħaġa, din kif se tiġi perċepita min-naħa tas-soċjetà in ġenerali?", "THE CHAIRMAN: Imma mhux kollox soġġettiv?", "Il-bieraħ fil-Parlament għadna kemm bdejna niddiskutu l-liġi taċ-ċensura.", "Naf li ċ-ċensura llum ġiet obsolete, imma fl-istess ħin – għadu kemm tkellem fuq hekk Dun Manwel – x'effett qiegħda tħalli l-media?", "JUSTYNE CARUANA: Fil-pajjiż qam għagħa sħiħ fuq is-sexual health policy u fuq il-ħtieġa ta' kemm għandna nedukawhom aktar lill-istudenti, u mbagħad fl-Università ittieħdet deċiżjoni …", "THE CHAIRMAN: Imma condom machine se tqisha bħala edukazzjoni?!", "JUSTYNE CARUANA: Inti wieħed minn dawk li taħsibha hekk, imma din kienet parti …", "THE CHAIRMAN: M'għandix kull dritt li naħsibha hekk?!", "Condom machine mhijiex edukazzjoni, imma hija faċilitizzazzjoni ta' xi ħaġa.", "JUSTYNE CARUANA: Il-bieraħ stess, fil-Kumitat Permanenti dwar il-Familja, konna qegħdin nitkellmu mal-Profs.", "Brincat fuq dawn l-affarijiet.", "DUN MANWEL CORDINA: Il-problema mhijiex il-condom machine.", "JUSTYNE CARUANA: Qiegħda nġib eżempju li meta jkun hemm tentattiv min-naħa ta' xi ħadd sabiex jagħmel xi ħaġa, ikun hemm kollass ieħor.", "CARMELO ABELA: Dwar l-eżempju li qiegħda tagħti l-Onor.", "Caruana, l-aktar li jinkwetani hu li l-istudenti iktar ħlew enerġija biex iġibu din il-condom machine milli tkellmu fuq affarijiet ta' sustanza.", "Dik tinkwetani lili, għax l-issue tagħhom għamluha fuq jekk għandhiex titwaħħal condom machine jew le.", "Fl-Università għandek għalfejn titkellem fuq xi ħaġa bħal din?", "THE CHAIRMAN: Din żgur mhux biex jitgħallmu fuq ir-relazzjonijiet sesswali!", "(Interruzzjonijiet)", "JUSTYNE CARUANA: Min irid jużaha jużaha, u min ma jridx jużaha ma jużahiex.", "Mela hawnhekk qed nitkellmu fuq it-tfal?!", "CARMELO ABELA: L-inkwiet tiegħi kien li dawn ħlew l-enerġija u għamlu kampanja sħiħa biex tidħol din il-condom machine.", "Bħallikieku dawn ma ssibhom imkien aktar!", "JOE FRIGGIERI: Jekk tippermettuli se nwessa' id-diskussjoni fuq din il-ħaġa.", "Din id-diskussjoni qamet u żviluppat f'forma ta' kontroversja għal raġuni usa' milli fuq jekk daħlitx il-magna jew le.", "Ir-raġuni usa' kienet din: għandek esperti fir-relazzjonijiet sesswali li qegħdin jgħidulek li l-mard venerju qiegħed jikber.", "Għandek tabib li huwa espert fil-materja li qed jgħidlek kemm huwa importanti li, f'dan il-każ, in-nies jieħdu l-prevenzjonijiet meħtieġa qabel ma jagħmlu atti sesswali.", "U huwa importanti li tifhem li t-teenage pregnancies qegħdin jikbru u se jibqgħu jiżdiedu.", "Il-mistoqsija tiegħek, sfortunatament, tqiegħdni ftit f'dawn iż-żewġ ibħra, għax minn banda ngħidlek li ma tridx taqta' qalbek imma trid tipprova tkompli, u mill-banda l-oħra rrid ngħidlek li dawn il-problemi se jikbru u mhux jonqsu.", "Jekk għad għandek konflitt ta' valuri li, fuq naħa qed jgħidulek le, l-iskola ma tridx tħajjar liż-żgħażagħ, jew tinformahom li, jekk huma se jagħmlu atti sesswali qabel ma jilħqu ċerta età, l-aħjar li jieħdu ċerta prevenzjoni, għax hemmhekk tkun qisek qed tħajjarhom għal dawn l-affarijiet.", "Jien qed ngħid li, jekk tinformahom, għandhom ikunu jafu li jekk se jaslu hemmhekk, għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa.", "Tista' wkoll tipprova tgħidilhom li aħjar jistennew ftit, imma llum ma tridx iddaħħal f'rasek ...", "DUN MANWEL CORDINA: L-edukazzjoni ma tħalli xejn barra, għax inkella tiġi informazzjoni li ngħaddi dak li rrid jien.", "JUSTYNE CARUANA: Trid teduka biex dak li jkun ikun informat.", "THE CHAIRMAN: Jien qed naraha bħala retorika li aħna qegħdin ngħidu li trid teduka – u nafu li rridu nedukaw – imma x'ħin niġu biex nedukaw – nispera li jien żbaljat hawnhekk – m'aħniex nedukaw!", "DUN MANWEL CORDINA: Għax ma nafux kif.", "THE CHAIRMAN: Ħadd mhu qed jeduka.", "DUN MANWEL CORDINA: Mhux kulħadd.", "THE CHAIRMAN: Ir-riżultat hekk qed juri.", "JUSTYNE CARUANA: Aħna qabel konna nibdew noħorġu ta' 14-il sena, mentri llum joħorġulek ta' 10 snin u ta' 11-il sena, u b'xi mod jew ieħor qed jirnexxilhom jixorbu, ipejpu, u qed ikun iktar faċli li jkollhom relazzjonijiet sesswali bejniethom.", "Illum li jkollok relazzjoni sesswali bejn adoloxxenti hija xi ħaġa cool għalihom, u għandhom aktar x'jirrakkontaw lil sħabhom.", "Meta għandna dan it-tip ta' xenarji għaddejjin, ma tistax toqgħod bigott!", "THE CHAIRMAN: Anzi qegħdin nitolbu biex nesploraw aktar kif għandna ċ-ċans li nitkellmu u naħdmu.", "JUSTYNE CARUANA: Għalhekk importanti li teduka, għax dawn huma r-realtajiet li qed naraw illum.", "THE CHAIRMAN: Naqblu li għandna nedukaw, imma m'aħniex qegħdin nedukaw.", "JUSTYNE CARUANA: Jekk għandna tfal li qed imissu mad-droga, għidilhom li dik it-tip ta' droga se tagħmillek hekk, hekk u hekk.", "U li, jekk tinqabad se jiġrilek hekk, hekk u hekk.", "THE CHAIRMAN: Onor. Caruana, naqblu li għandna nedukaw, però qegħdin nifhmu li m'aħniex qegħdin nedukaw?!", "JUSTYNE CARUANA: U tgħidilhom li jekk għandek problema u tixtieq toħroġ minnha, tista' tmur u tagħmel hekk, hekk u hekk.", "THE CHAIRMAN: Skużawni, imma hawnhekk qegħdin nifhmu x'inhi l-issue, imma m'aħniex qegħdin nedukaw.", "Jien hawnhekk mhux qed naħbi l-problema, imma qiegħed nikxifha.", "U se nerġa' nikkwota kwotazzjoni oħra minn dak li kienet qaltilna s-Sinjura Angela Abela waqt id-diskussjonijiet li kellna magħha.", "Is-Sinjura Abela kienet qaltilna hekk: 'Iż-żgħażagħ fl-Università l-iktar suġġett li jixtiequ jkunu jafu dwaru huwa fuq kif jibdew relazzjoni u fuq kif jispiċċawha!'.", "Din il-kwotazzjoni qiegħda wkoll fir-rapport tagħna.", "Jien ma kontx naħsibha, u ma kontx inkun kapaċi nasal għal din il-konklużjoni li kieku ma smajthiex mingħand din il-lecturer fl-Università.", "Din qaltilna li ż-żgħażagħ fl-Università jixtiequ jkunu jafu kif jibdew relazzjoni, għax ħafna minnhom ma jafux kif jibdewha u kif jispiċċawha.", "IS-SUR NOEL SCERRI: Dik mhijiex xi ħaġa li ġġibha mill-Università.", "THE CHAIRMAN: Qed nagħti dan l-eżempju biex ngħid x'qaltilna dwar x'jixtiequ jkunu jafu dawn iż-żgħażagħ fl-Università.", "IS-SUR NOEL SCERRI: Dik xi ħaġa li ġġibha mill-ġenituri.", "THE CHAIRMAN: Suppost li, kif tibda relazzjoni, inti taħsibha li hija l-iżjed ħaġa awtomatika u naturali, imma indunajna li, fl-Università, din il-ħaġa mhijiex daqshekk awtomatika u naturali.", "Il-films li tara għat-tfal u għaż-żgħażagħ kollha huma fuq kif jibdew ir-relazzjonijiet, u fuq kif jispiċċaw ir-relazzjonijiet, u x'jiġri fir-relazzjonijiet.", "Iżjed mhu qed jgħaddi iż-żmien, aktar qegħdin noqogħdu fuq time bomb.", "Għandna soċjetà li, iktar ma qed tiżviluppa, iktar qed issir soċjalment vulnerabbli, u aħna qegħdin sempliċement inħarsu lejha narawha timrad il-ħin kollu, ngħidu li rridu nedukaw u qegħdin naqblu li rridu nedukaw … Qegħdin nitkellmu mal-edukaturi u qegħdin naqblu; qegħdin nitkellmu mal-Knisja u qegħdin naqblu; u qegħdin nitkellmu mal-Gvern u qegħdin naqblu.", "Iċ-ċifri qed juruna l-istampa, u qed jintqal lilna li d-dipressjoni qed tiżdied, bħalma qed jiżdied l-istress.", "CARMELO ABELA: Il-kliem iqanqal, imma l-eżempju jkaxkar.", "Jekk illum it-tfal qed jaraw familji jitkissru, x'eżempju se jieħdu dawn?", "(Interruzzjonijiet)", "JUSTYNE CARUANA: Iż-żgħażagħ qegħdin jibżgħu mir-relazzjonijiet!", "THE CHAIRMAN: X'qegħdin nagħmlu bħala politiċi?", "Qegħdin nitfgħu iktar il-ħatab fuq in-nar biex is-soċjetà nġibuha iktar vulnerabbli milli hi.", "DUN MANWEL CORDINA: Naf li mhijiex faċli għalikom biex issibu soluzzjoni.", "THE CHAIRMAN: Dun Manwel, ejjew ma noqogħdux ninħbew wara subagħjna biex kulħadd jipprova jidher sabiħ quddiemna l-politiċi.", "Irridu ngħidu l-verità x'inhi.", "Hawnhekk jidħol ukoll il-kunċett ta' Eco-Gozo.", "Għalina Eco-Gozo mhijiex ix-xtieli, imma hija s-soċjetà Għawdxija!", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT (Direttur ta' Eko-Gozo): Jekk tippermettili, se nidħol ftit fuq dan is-suġġett li assolutament m'iniex espert fuqu, imma ma naqbilx fuq li qed tgħidu li llum m'hawnx opportunità għall-edukazzjoni.", "Illum hawn splużjoni enormi ta' edukazzjoni u ta' awareness.", "Id-differenza hi fuq min suppost qed jirċeviha, kemm qed jirċeviha jew le dik l-edukazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Skużi, m'għandekx edukazzjoni, għax għalkemm hemm is-supply, m'għandekx id-demand.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Jien m'iniex social scientist, imma kważi kważi naħseb li l-problema reali hi li l-istruttura soċjali qiegħda titkisser biċċiet.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Naħseb li hemm nieqes illum hija d-dixxiplina u r-rispett.", "U minn hemm jitlaq kollox.", "THE CHAIRMAN: Eco-Gozo kif se jħares lejn din l-issue?", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Eco-Gozo m'għandux x'jaqsam.", "THE CHAIRMAN: Għandu x'jaqsam ftit, għax Eco-Gozo ffinanzja rapport ...", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Fost affarijiet oħra.", "THE CHAIRMAN: Mela allura kellu ftit kuxjenza soċjali.", "Issa, mill-element kollu ta' Eco-Gozo ejjew inħarsu ftit lejn dan l-att.", "Issa mhux qed ngħid li l-oħrajn mhumiex affarijiet tajbin, imma llum qegħdin l-Università u qegħdin nitkellmu fuq il-bniedem.", "L-ambjent huwa importanti wkoll, imma naħseb li l-bniedem huwa l-qofol tal-ambjent.", "Ejjew inħarsu lejn il-persuna li hija l-iktar sors ambjentali importanti li għandna niddefendu, għax xi kultant naħseb li nitkellmu fuq l-ambjent u ninsew lill-bniedem bħala l-iktar sors ta' importanza fl-ambjent.", "Mela ejja nagħqdu dawn it-tliet riżorsi li hawn madwar din il-mejda għal kawża ġusta.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Kumbinazzjoni, diġà qegħdin naħdmu flimkien fuq dawn is-suġġetti.", "Issa, fejn jidħol l-aspett soċjali fl-idea ta' Eko-Għawdex?", "Il-kunċett ta' sustainable development jidħol li, x'ħin tkun qed iġġib improvement ambjentali mhux problema, imma li jkun sostenibbli ma tistax tiffoka biss fuq l-improvement ambjentali u tinsa l-kuntest.", "Jekk għandek soċjetà marida, din se jkun moħħha fil-mard tagħha u mhux fl-ambjent.", "Jekk l-ekonomija mhijiex b'saħħitha biżżejjed biex iżżomm dak l-improvement fl-ambjent, għax fuq kollox l-improvement ambjentali jiġi bil-flus ukoll, se tiġi f'sitwazzjoni fejn l-improvement ambjentali li qed tagħmel mhux se jkun sostenibbli.", "DUN MANWEL CORDINA: Min iżommu sostenibbli?", "Mhux il-bniedem?", "Jekk il-bniedem mhuwiex b'saħħtu, jew inkella marid, dan se jkun inkwetat fuq il-marda tiegħu, u mhux fuq l-ambjent.", "DUN MANWEL CORDINA: Aħna qegħdin hawnhekk għax nafu li hemm xi ħaġa li biha l-poplu tagħna qed jimrad.", "JOE FRIGGIERI: Min ivvintaha din il-frażi 'soċjetà marida'?", "Intom qegħdin tivvintawha din il-frażi!", "X'jiġifieri s-soċjetà marida?", "Is-soċjetà għandha l-problemi, imma mhijiex soċjetà marida.", "Jekk qed isir il-progress materjali u qed isir il-progress edukattiv, ma tistax issejħilha soċjetà marida.", "Xi trid mela li jkun hawn soċjetà fejn kien hawn il-faqar?!", "Dik mhijiex soċjetà marida?", "Iktar ma tagħmel progress materjali, iktar ma tinfetaħ lejn ideat ġodda, iktar ma s-soċjetà tagħna tesperjenza through the media … Issa inti ma tistax iżżommha lill-media, għax jekk se tipprova twaqqaf film, dak li jkun xorta se jarah bis-satellita.", "Imma żgur li dawn mhumiex sinjali ta' soċjetà marida.", "It-tkattir fl-edukazzjoni u fin-numru ta' nies li jmorru jistudjaw mhumiex indikazzjoni ta' soċjetà marida.", "Ħalli ngħidlek din, Dun Manwel: is-sokor fil-festi Għawdxin ma bediex il-bieraħ!", "Jien mort Għajnsielem, u rajthom jixorbu mid-dulliegħ mimli bil-whisky, u mbagħad jispiċċaw jinqalbu fuq xulxin mal-art!", "THE CHAIRMAN: Dak mhux mard ukoll?", "(Interruzzjonijiet) Ma tistax ma tgħidlux mard!", "DUN MANWEL CORDINA: Mhijiex soċjetà marida, imma qiegħda timrad.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Dawn huma trasgressjonijiet.", "THE CHAIRMAN: Għidilha li trid, imma għalija marida tibqa'!", "Jiena ngħidilha soċjetà marida.", "DUN MANWEL CORDINA: Is-sintomi ta' qtil, kriminalità, droga u dipressjoni x'inhuma jagħmlulha lis-soċjetà bil-mod il-mod?", "Jekk ma nammettux li hawn dawn il-ħafna affarijiet żgħar li qegħdin imarrdu lill-individwu mhu se naslu mkien, għax l-ekonomija u l-bini ġġibhom bil-flus u tagħmilhom, imma l-bniedem, jekk m'għandux is-saħħa interna ġo fih, mhux se jirnexxilek iġġibu.", "Jiena dejjem ngħid li, bil-budget li l-Gvern jonfoq ta' kull sena fuq Malta u Għawdex, suppost li aħna l-kuraturi tal-aqwa ġnien li hawn fl-Ewropa.", "Fiċ-ċokon tagħna u l-miljuni kbar li joħorġu kull sena, li kieku n-nies japprezzaw dawn l-affarijiet, bħalissa qegħdin infarfru l-ħitan tas-sejjieħ.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Sakemm ma jkissrulekx dak li għamilt il-ġimgħa ta' qabel.", "DUN MANWEL CORDINA: Meta qed ngħidu soċjetà marida, mhux fis-sens li hija impestata għall-mewt fatali.", "JOE FRIGGIERI: Jiena nammira x-xogħol kbir u utli li tagħmel inti, Dun Manwel, u dak li jagħmlu għaqdiet oħra simili, però għalija ma tagħmilx sens li tuża dik it-tip ta' frażi għax aħna soċjetà bħal soċjetajiet oħra.", "Allura, kull soċjetà fid-dinja li għandha problemi ta' droga, sess, vjolenza domestika, eċċ, se nibdew nittimbrawha bħala soċjetà marida?!", "Hija soċjetà li għandha l-problemi tagħha, imma mhux li hi marida.", "DUN MANWEL CORDINA: Dawk li qed tgħid inti huma sintomi, imma issa jien qed immur aktar fil-fond.", "Jien qed ngħidlek li, jekk il-ġenituri neħħew minn fuq spallejhom ir-responsabilità għall-edukazzjoni tat-tfal u ħallewha f'idejn l-għalliema, u dawn l-għalliema li huma ġenituri wkoll ħallew din ir-responsabilità f'idejn għalliema oħra.", "Il-maġġoranza tal-ġenituri m'għandhomx din l-attitudni, u jistħu jitkellmu fuq dawn l-affarijiet.", "THE CHAIRMAN: Illum lanqas għandhom ċans ikunu ġenituri.", "JOE FRIGGIERI: Ħalli nsemmi punt ieħor la tani din l-opportunità ċ-Chairman.", "Inti lilek kważi xxokkjatek li llum il-familja moderna ma tridx li jkollha iktar minn żewġt itfal.", "Imma allura dan ukoll huwa sintomu ta' soċjetà marida?", "Illum, il-fatt li l-familji jiddeċiedu li jieqfu wara tnejn huwa riżultat tal-fatt li l-mara ma tridx tibqa' l-ħin kollu trabbi, u allura …", "DUN MANWEL CORDINA: Għandek attitudni, mingħajr ma tinduna li qiegħda hemmhekk, li t-tfal huma ta' piż.", "Ħafna drabi, meta jinterferixxu mal-individwalità tal-ġenituri u mal-karriera tagħhom, hemmhekk isiru ta' piż għalihom.", "(Interruzzjonijiet) Mhux qed ngħid li l-mara m'għandhiex dritt li tagħmel hekk.", "JUSTYNE CARUANA: X'tagħmel allura?", "Iġġib xi tmint itfal u ma tkunx tista' trabbihom kif suppost!", "JUSTYNE CARUANA: Jiena nara minni, jien għandi żewġt itfal, u nixtieq li jkolli aktar tfal, imma I can't afford it.", "X'nagħmel allura?", "Noqgħod inġib it-tfal, u mbagħad inwaddabhom għand ommi jew fiċ-childcare centres 'l hawn u 'l hemm?", "DUN MANWEL CORDINA: Hemm ħafna pressures oħra.", "(Interruzzjonijiet)", "JOE FRIGGIERI: Ejjew nitkellmu b'mod oġġettiv u kalm.", "Il-fatt li llum, wara żewġt itfal, il-ġenituri jiddeċiedu li ma jridux iġibu aktar tfal huwa riżultat u konsegwenza ta' ħafna fatturi.", "Fattur minnhom huwa dak ekonomiku, imma fattur ieħor huwa li llum il-mara għandha l-opportunità li tkompli tiżviluppa l-potenzjal u t-talenti tagħha barra mid-dar.", "DUN MANWEL CORDINA: Le, jien m'għedtx hekk!", "Dak issa inti qed tgħidu!", "JOE FRIGGIERI: Dak il-ħin inti għedtha b'mod li qisu jekk ikollok aktar minn żewġ ulied se tispiċċa b'piż.", "DUN MANWEL CORDINA: Jien m'għedtx hekk imma.", "Il-fatt hu li anke tnejn qed isiru piż għaliha.", "Issa s-sitwazzjoni rridu niffaċċjawha.", "THE CHAIRMAN: Ma naħsibx li qegħdin tikkontradixxu lil xulxin, imma t-tnejn li intom qegħdin issemmu żewġ realtajiet differenti.", "JUSTYNE CARUANA: Hawn koppji li jgħidu li ma jridux tfal, u lili dak li jinkwetani, li jkollok koppji li jgħidu li ma jridux tfal.", "DUN MANWEL CORDINA: Għalhekk qed ngħidlek li mhijiex kwestjoni ta' jekk ikollokx tnejn, tlieta jew għaxra.", "THE CHAIRMAN: Sinjuri, m'intomx tikkontradixxu lil xulxin, imma qegħdin tikkumplimentaw lil xulxin.", "Intom qegħdin taraw realtà waħda minn żewġ veduti differenti.", "JUSTYNE CARUANA: Mela d-diskussjoni mhux hekk issir?", "Inti jaqaw imdorri bil-monologi?", "THE CHAIRMAN: Le, issa nitkellmu biss fuq Eco-Gozo, għax aħna sas-1.00 p.m. irridu nispiċċaw.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Fil-fatt, sar proġett interessanti ħafna mal-OASI, fejn ġie updated l-istudju Green Gozo li kien sar madwar 11-il sena ilu.", "Naħseb li sar żvilupp u li, jekk ma jkollokx informazzjoni fuq x'qed jiġri, se jsir diffiċli għall-organizzazzjonijiet bħall-OASI sabiex ikomplu jippjanaw u jimmudellaw is-servizzi tagħhom skont ir-realtajiet.", "Having said that, għandek nies li jaħdmu f'dan il-qasam, bħal Dun Manwel, is-Sur Noel Scerri u professjonisti oħra, li għandhom widnejhom mal-art il-ħin kollu, u għalhekk ikunu jafu x'inhuma t-trends attwali.", "THE CHAIRMAN: Sur Zammit, spjegalna x'inhu Eco-Gozo fil-qasam soċjali.", "L-ambjent l-ieħor, fosthom ir-roundabouts, ħallihom barra.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Il-kunċett tas-sustainable development jinbena madwar erba' kolonni prinċipali, li huma l-ekonomija, is-soċjetà, l-ambjent u, fil-każ ta' Għawdex, ħassejna li l-aspetti ta' kultura u identità kienu b'saħħithom ħafna, u għalhekk kien importanti li jiġu integrati f'dan l-argument.", "Meta tkun qiegħed tibda xi ħaġa ġdida, dejjem trid toqgħod attent li tifrex l-operat tiegħek fuq l-aspetti kollha ta' dak li tkun qed tagħmel.", "Kien hemm riskju qawwi ħafna li, anke minħabba l-media pressure u l-perceptions tan-nies, l-aspetti tal-ekonomija u tas-soċjetà forsi se jbatu xi ftit minħabba li jkun se jkollok focus iż-żejjed fuq l-ambjent.", "U għalhekk ittieħdet id-deċiżjoni li jintagħżlu numru ta' miżuri taħt kull wieħed minn dawk il-pilastri fl-Action Plan li qed jiġi implimentat bħalissa, u li dawn jiġu implimentati concurrently mal-kolonna tal-ambjent.", "Nista' ngħid li kien hemm ammont sostanzjali ta' proġetti.", "Ma' dawn it-tliet kolonni kien hemm ukoll id-deċiżjoni li, daqskemm ikun b'saħħtu x-xogħol fuq il-proġetti, ikun hemm xogħol ieħor għaddej fuq l-edukazzjoni u l-awareness li jibda mill-iskejjel, u jkompli ...", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħtik hint żgħira.", "Dun Manwel għadu kif qalilna li l-erba' punti li jistgħu qegħdin jikkawżaw dawn il-problemi huma l-familja u dak li jiġri fil-familja, il-media, id-divertiment u l-bejgħ tal-alkoħol.", "Skont inti, u minn dak li qegħdin tagħmlu, dawn l-erba' kawżi li qegħdin jikkawżaw il-problemi fis-soċjetà u li qegħdin joħolqu demand biex ikollna iżjed dipendenzi, x'qed isir fuqhom?", "Nistgħu naraw li l-bil-metodu ta' Eco-Gozo tgħaqqad ħidma biex, kif qed tgħid l-Onor.", "Caruana u kif qed ngħidu aħna, ikollna edukazzjoni aktar iffokata sabiex tasal tolqot lil min suppost qiegħda tolqot?", "B'hekk inkunu smajna l-problema, u nkunu qegħdin noqorbu lejn is-soluzzjoni tagħha.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Probabbilment aħna qegħdin naħdmu fuq il-livell li, kważi kważi, huwa tal-primary prevention fejn teduka u tinforma.", "THE CHAIRMAN: F'Għawdex min qed jeduka lill-familji?", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Ħalli nsemmilek xi ħaġa li jien personalment involut fiha fuq livell personali.", "F'dawn l-aħħar sentejn, sentejn u nofs, il-Knisja bdiet proċess ta' laqgħat għal dawk il-koppji li jkunu se jiżżewġu bil-Knisja, proċess li jdum sentejn u mbagħad ikompli wara li l-koppja tiżżewweġ.", "THE CHAIRMAN: Ejjew inħalluha ftit fil-ġenb dik għalissa.", "Eco-Gozo u dak li għandu x'jaqsam mal-Gvern, il-prevenzjoni primarja, hija importanti, imma kemm qegħdin inħarsu lejn il-familja biex ikollna dik is-sostenibbilità?", "Jekk jien out of order għidli hekk.", "Aħna bdejna din id-diskussjoni u sirna nafu x'inhuma l-problemi li jara Dun Manwel, u mid-diskussjoni mal-Profs.", "Friggieri qegħdin nindunaw li hemm ċerta awareness fuq dawn l-affarijiet.", "Issa l-mediċina tiegħek qiegħda tqarreb id-demand u s-supply lejn xulxin?", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Mil-lat tagħna, m'aħniex id-direttorat responsabbli mill-implimentazzjoni ta' dan l-Action Plan.", "THE CHAIRMAN: Imma s-sostenibbilità hija importanti.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: L-irwol li qed nieħdu aħna huwa li niffaċilitaw, u fejn hemm bżonn ninvestu, biex l-iżvilupp nagħmluh possibbli.", "Pereżempju, xi ħaġa oħra li saret matul din l-aħħar sena u nofs kienet li ffaċilitajna l-ħolqien tal-Mental Health Association f'Għawdex.", "U, ftit ftit, qegħdin ngħinuhom ikabbru l-membership tagħhom, u qegħdin ngħinuhom jifformaw irwieħhom.", "Aħna fuq dak il-livell qed ninvolvu ruħna.", "CARMELO ABELA: Eco-Gozo parti mill-Ministeru ta' Għawdex?", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Hija parti mill-istruttura.", "THE CHAIRMAN: Supppost hija jdejn il-Ministeru.", "JUSTYNE CARUANA: Li qed issemmi, l-Mental Health Association, hija xi ħaġa tajba, imma issa s-servizzi li kienu fil-mental health, kif se tikkumplimenta dan ix-xogħol il-Mental Health Association, u aktar u aktar kif se ssir il-prevenzjoni biex ikollok inqas persuni li jkollhom problemi ta' saħħa mentali, speċjalment fost it-tfal?", "Għandek il-Mental Health Association li qiegħda tipprevedi li, fuq medda ta' għaxar snin, se jkollok kważi nofs il-popolazzjoni li se jkollhom membru tal-familja li se jkollu problemi ta' saħħa mentali.", "Se mai, Eco-Gozo minn hemm trid titlaq – tajjeb li tgħin lil din l-assoċċazzjoni biex titwaqqaf u topera – u ċioè, billi tara li jkun hemm affarijiet anċillari u kumplimentari.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Irridu nifhmu li fid-Direttorat tagħna nispiċċaw nittrattaw ma' kull direttorat ieħor fil-Ministeru għal Għawdex.", "Pereżempju, aħna nittrattaw ukoll mal-Major Projects Office.", "CARMELO ABELA: Meta inti ġejt quddiem is-Social Affairs Committee f'Malta, kont għedtilna li dan il-kunċett ta' Eko-Għawdex qisu mhux qed jinftiehem, lanqas fost dawk li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Lanqas irridu nispiċċaw b'duplikazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex.", "Nifhem ukoll li l-irwol ta' Eko-Għawdex huwa across the board, u hemmhekk naqbel miegħek.", "Imma qiegħda fuq Eko-Għawdex li jiffaċilita li tinħoloq xi ħaġa bħall-Mental Health Association jew dak huwa l-irwol ta' ħaddieħor?", "U allura Eko-Għawdex għandu aktar jiffoka fuq ix-xogħol proprju tiegħu?", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: L-irwol tagħna huwa l-formolazzjoni ta' Action Plan u l-implimentazzjoni tiegħu.", "Din hija struttura żgħira ta' għaxar persuni kollox, u f'kull settur li nittrattaw fih, qed nipprovaw inkunu iktar proattivi.", "Aħna forsi għandna l-lussu li m'aħniex bogged fl-amministrazzjoni ordinarja, u allura forsi għandna iktar ħin sabiex inkunu proattivi għal dawn l-inizjattivi.", "JUSTYNE CARUANA: Il-Mental Health Association mhijiex entità governattiva.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Le, imma l-irwol tagħna kien li niffaċilitaw it-twaqqif tagħha.", "Din trid taħdem, fil-kuntest ta' servizzi mediċi, mal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, eċċ.", "JUSTYNE CARUANA: Dik ġiet imwaqqfa bħala NGO, u allura, as such, it's no big deal.", "Tajjeb li kien hemm l-input tagħkom.", "THE CHAIRMAN: Kollox fih il-biċċa xogħol tiegħu sakemm jibda.", "U dan naħseb li jista' jikkonfermah Dun Manwel.", "JUSTYNE CARUANA: Iva, imma billi twaqqfet il-Mental Health Association, x'kien l-effett fuq in-nies li għandhom problema ta' saħħa mentali?", "DUN MANWEL CORDINA: Jiena qiegħed nifhmu lis-Sur Zammit, għax dan qiegħed hemm biex isostni lil min ifittex l-għajnuna.", "Issa, jekk jien ma mmurx nitlob l-għajnuna, is-Sur Zammit mhux se jkun jaf jekk jien għandix bżonn xi ħaġa.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nagħmel mistoqsija lis-Sur Zammit ħalli tifhmuni aktar.", "Jien għandi problema għax nixtieq li jkun hemm dar fejn inkun nista' inpoġġi bniedem għal ħmistax biex minn hemmhekk insegwih, nikkalmah u mbagħad jerġa' imur lura għand il-ġenituri tiegħu.", "Infetħet parti mid-dar li kien l-Istitut ta' San Ġużepp, fejn hemmhekk għamilna l-Crisis Centre.", "Imma għalfejn dan għadu magħluq wara sitt xhur?!", "Għaliex lil dan il-bniedem ikolli naqflu fis-sezzjoni li jieħu ħsieb is-Sur Scerri, għax dan għandu konflitt mal-ġenituri tiegħu u beda jilagħbha mal-kriminalità, meta naf li nista' nittrattah mod ieħor lil dan it-tifel?", "Nixtieq li jkolli struttura għal dan il-għan, imma l-OASI m'għandhiex dak il-lussu u r-riżorsi sabiex tagħmilhom.", "Issa, jekk il-Mulej jibgħatli minn x'imkien id-Dar ta' Loretu, żgur li nieħu pjaċir biha.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Dun Manwel, nista' niċċekkja dak li għedtli.", "DUN MANWEL CORDINA: Jaħasra I-bieraħ kelli każ ieħor ġdid.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmel parenteżi żgħira.", "Nerġa' ngħid li aħna nafu x'inhi s-supply tas-servizzi, nafu x'inhu t-take-up tas-servizzi, u nafu minn fejn ġejjin il-problemi.", "Issa kif nistgħu nsibu tarf ħalli nagħqqdu d-demand u s-supply, u niffaċċjaw ir-realtà?", "Kif nistgħu nsibu tarf biex f'Għawdex inħallu xi ħaġa aħjar milli sibniha?", "Se nipprovaw inħallu lil Eco-Gozo, li se jaħseb mill-element soċjali tiegħu, biex ikollna soċjetà iktar sostenibbli?", "L-akbar element tal-ambjent huwa l-bniedem, u allura rridu naraw kif nistgħu nolqtuh sew.", "Irridu nitfgħu għajnejna fuq il-familja, irridu nedukaw lill-media u n-nies li għandhom x'jaqsmu mal-media, irridu nieħdu ħsieb id-divertiment, għax nafu li Għawdex sar suq tad-divertiment għall-Maltin.", "Għawdex sar oasi sħiħa, fejn dak li jkun jiġi hawnhekk biex jagħmel li jrid.", "Issa dan jista' ikun eżempju ħażin ta' kif nirriklamaw lil Għawdex, imma huwa fatt. Il-bejgħ tal-alkoħol huwa fatt f'Malta kollha, anke fil-festi kif kien qed jgħid il-Profs.", "Friggieri, u anke fil-familji.", "Jien lit-tifel ta' ħames snin l-aktar skandlu li stajt tajtu s'issa huwa l-mod ta' kif nixrob l-inbid id-dar.", "Imma issa se nkun responsabbli, u ma nixrobx iktar inbid quddiemu.", "JUSTYNE CARUANA: Imbilli tixrob grokk wieħed mhux se tagħmel ħsara.", "THE CHAIRMAN: L-eżempju jkaxkar.", "Jekk ma nistgħux nikkmandaw lill-uliedna, almenu l-eżempju jkaxkar.", "Kif nistgħu f'Għawdex inwasslu d-diskussjoni biex ngħidu li għandna żewġ elementi importanti ta' soluzzjonijiet – Eco-Gozo u l-Università ta' Għawdex – li jistgħu jwasslu għal ħidma koerenti fuq dawn il-problemi, u niffaċilitaw aktar awareness biex dawn il-problemi jonqsu?", "Insejjaħ lill-Profs.", "Friggieri sabiex jagħtina l-opinjonijiet tiegħu.", "JOE FRIGGIERI: Niringrazzjakom talli wrejtu dan l-interess li tiġu hawnhekk fuq il-campus tal-Universita biex ittellgħu l-laqgħa tagħkom.", "U mill-ġdid nerġa' noffrilkom il-faċilità ta' dan iċ-Ċentru għal meta jkollkom bżonn.", "Il-campus tal-Università ta' Għawdex ma twaqqafx biex joffri soluzzjoni għall-problemi soċjali.", "Aħna twaqqafna 20 sena ilu biex noffru lill-Għawdxin li ma jkollhomx l-opportunità li jattendu korsijiet l-Università u li, issa li kibru u li forsi qabdu karriera u għandhom familja, qegħdin jerġgħu jitħajjru jkomplu jistudjaw f'livell terzjarju.", "Dik kienet ir-raġuni għaliex twaqqaf iċ-Ċentru tal-Università f'Għawdex, li llum għandu l-istatus ta' campus.", "Matul dawn l-20 sena, l-campus offra għadd ta' korsijiet li jwasslu għal diploma u degrees.", "Dan għadna nagħmluh sal-lum, u l-idea tagħna hi li 'l quddiem inkomplu niżviluppaw dawn l-affarijiet.", "Pereżempju, żewġ korsijiet li qegħdin jattiraw interess kbir mill-komunità Għawdxija huma l-kors fl-Educational Leadership, għal dawk li 'l quddiem jixtiequ jokkupaw karigi importanti fl-amministrazzjoni tal-edukazzjoni, bħal Diretturi u Kapijiet tal-iskejjel, u l-kors tal-Learning Support Assistants, li huwa utli u bżonnjuż ħafna, għax illum il-ġurnata qed insiru aktar konxji ta' dawn il-problemi.", "Onor. Vassallo, jiena forsi daqsxejn iktar pożittiv minnek fuq kif inħares lejn l-iżviluppi fl-edukazzjoni, għax qattajt ħajti fiha.", "Din l-idea tal-Learning Support Assistants hija xi ħaġa riċenti ħafna fl-iżvilupp tas-servizzi edukattivi li qed noffru, u għad trid tkompli tiżviluppa.", "Ara ma jfettlilniex naħsbu li l-idea tal-Learning Support Assistants ma tqumx flus.", "Il-Learning Support Assistant ħafna drabi joffri servizz one-on-one, meta qabel għalliem jieħu ħsieb klassi ta' 30 student.", "Illum, biex toffri servizz utli u adegwat ta' learning support għal studenti li għandhom xi tip ta' problema, għandek bżonn li jkollok lil xi ħadd li jkun fuqu biss.", "Illum sirna konxji ta' dawn il-problemi, mentri qabel ma konniex nafu li teżisti kondizzjoni ta' xi ħadd li mhux kapaċi jikkonċentra l-attenzjoni tiegħu għal aktar minn 20 minuta.", "Din tissejjaħ attention disorder.", "Jista' ikollok xi ħadd li meta tkellmu moħħu jkun il-ħin kollu sparpaljat fuq xi ħaġa oħra.", "L-awareness tad-dyslexia llum huwa ħafna ikbar minn dak li kellna qabel.", "Il-Learning Support Assistant irid ikun dejjem fil-klassi biex dak li l-għalliem qed joffri lill-klassi b'mod ġenerali, hu jkun jista' jfiehmu lil dan l-istudent b'tali mod li jkun jista' jifhmu.", "L-idea hi li lil dawn in-nies xorta tibqa' tintegrahom mal-oħrajn, u mhux tisseparahom.", "Naħseb dak huwa kors li f'Għawdex irid jiżviluppa aktar, u allura se noffruh għal min hu interessat.", "Fil-fatt, diġà offrejnih darba u kien hemm 100 persuna li applikat.", "Madankollu, l-esperti li jamministraw dawn il-korsijiet fil-Fakultà tal-Edukazzjoni dehrilhom li ma tistax tagħmel kors għal 100 ruħ jekk trid tħarriġhom sew.", "Għalhekk iddeċidew li jnaqqsu n-numru għal 50 ruħ.", "Nafu li 'l quddiem din id-domanda se tkompli tikber, għax iktar m'għandek klassijiet u iktar m'għandek minn dawn it-tfal li għandhom bżonn tal-għajnuna individwali, inti jrid ikollok min joffri dan is-servizz.", "Mela dawk huma żewġ korsijiet li se noffru matul dawn is-sentejn li ġejjin.", "Jiena nara l-iskop ta' dan iċ-ċentru f'Għawdex iktar wiesa' minn hekk.", "Ir-responsabilità tiegħi hija wkoll dik li noffri l-għajnuna li nista' lill-istudenti Għawdxin kollha.", "Għandkom tkunu tafu – u dan huwa sinjal tajjeb għas-soċjetà Għawdxija – li hawn 1,000 student Għawdxi li jistudjaw f'livell terzjarju f'Malta, u li ftit ftit bdejna nipprovaw noffru l-possibilità lil dawn l-istudenti sabiex, jekk iridu, l-eżamijiet tagħhom jagħmluhom f'Għawdex stess.", "Din is-sena offrejna din il-possibilità li 80 student biex naraw kif immorru, u 60 minnhom aċċettaw bil-qalb li jagħmlu l-eżamijiet f'Għawdex, mentri l-20 l-oħra ppreferew li jagħmlu l-eżamijiet tagħhom ma' sħabhom Maltin.", "Ovvjament dawk aktar jgħaddu żmien Malta milli Għawdex, u lili qaluli li jsejħulhom l-Għawdxin ta' Malta għax għandhom flat fejn joqogħdu, u jitilgħu Għawdex il-Ħadd biss, ħafna drabi kemm jieklu mal-familja, u mbagħad jerġgħu imorru lura Malta dakinhar stess.", "Naturalment aħna m'obbligajnihomx biex jagħmlu l-eżamijiet f'Għawdex, imma ħallejnihom fil-libertà kollha.", "CARMELO ABELA: Imma mbagħad min jagħżel li jagħmilhom Għawdex, ikollu jagħmel l-eżamijiet kollha, u mhux ċerti eżamijiet jagħmilhom Għawdex u oħrajn jagħmilhom Malta?", "Aħna għednilhom li, jekk se jaċċettaw li l-eżamijiet tagħhom jagħmluhom Għawdex, mela l-eżamijiet tal-kors kollu jridu jagħmluhom Għawdex, u mhux jagħmlu nofshom hawnhekk u nofshom Malta.", "Jekk għażilna għaxar studenti minn kors wieħed, offrejna din il-faċilità lill-Għawdxin kollha f'dak il-kors, u mhux tellajnihom bil-polza.", "Jekk hemm għaxar studenti li qegħdin jagħmlu l-kors tal-kriminoloġija, jew tal-accounting, jew tal-engineering f'Malta, aħna rajna li l-Għawdxin kollha ta' dik is-sena li qed jagħmlu dak il-kors jiġu offruti dik il-possibilità.", "Kien hemm min aċċetta, u kien hemm min m'aċċettax.", "Imma naħseb li 'l quddiem il-campus għandu fejn jiżviluppa.", "Il-Grupp Universitarju Għawdxin (GUG) talbuni biex nagħtihom xi premises għalihom, u bil-qalb kollha offrejnilhom uffiċċju biex ikollhom fejn jiltaqgħu.", "U b'hekk dawk l-istudenti Għawdxin li jkollhom xi problema prattika jistgħu jmorru jkellmuhom f'dan l-uffiċċju.", "Għandna librerija żgħira wkoll – fil-fatt diġà dawwartkom ftit biex nurikom x'faċilitajiet għandna hawnhekk – fejn student Għawdxi li jrid jirritorna lura xi kotba ma jkollux għalfejn imur il-librerija ta' Malta, imma jista' jħallihom f'din il-librerija li għandna hawnhekk.", "Dawn huma affarijiet żgħar, imma jagħmlu differenza.", "Jiena lest li nirrispondi l-mistoqsijiet l-oħra li intom lesti li tagħmluli.", "Sur President, sfortunatament aħna m'aħniex ċentru li noffru pariri soċjali jew psikoloġiċi.", "F'Malta, għandna ċ-ċentru tal-counselling li huwa attrezzat apposta, b'nies imħarrġa, li jilqa' għandu studenti li matul iż-żmien tal-eżamijiet jispiċċaw b'ammont ta' stress għax ma jkunux jistgħu jlaħħqu, u allura jmorru hemmhekk biex ifittxu parir.", "Aħna hawnhekk m'għandniex dik il-faċilità, imma naħseb li, kif kien qed jgħid Dun Manwel, jeżistu faċilitajiet oħra f'Għawdex li joffru dawn is-servizzi.", "CARMELO ABELA: Jiena xtaqt nistaqsi lill-Profs.", "Friggieri x'viżjoni għandu bħala Pro-Rettur għall-campus ta' Għawdex.", "Pereżempju, hemm il-ħsieb li jkun hemm iktar korsijiet li jistgħu jingħataw minn hawnhekk?", "Hemm il-ħsieb li nikkonsidraw li ċerti korsijiet – forsi wħud minnhom ġodda – jingħataw minn hawnhekk, u mhux ikun hemm duplikazzjoni tagħhom Malta, u li allura jista' jagħti l-każ li jkun hemm studenti Maltin li jiġu Għawdex biex isegwu dak il-kors partikolari?", "THE CHAIRMAN: Ħalli nkompli mal-mistoqsija tal-Onor.", "Minkejja li inti għadek kif għedt li l-Università, rightly so, mhijiex hemm biex tagħti pariri soċjali, imma ladarba issa bħala pro-rettur qiegħed tifhem aktar x'jistgħu jkunu l-issues li qed jikkawżaw il-problemi fis-soċjetà … Diġà fhimna li l-edukazzjoni hija pass importanti fil-ħolqien tax-xogħol, u li llum naħseb li jekk irnexxejna fil-ħolqien tax-xogħol, dan kien proprju għax kellna l-element edukattiv li kien flessibbli biżżejjed li, skont id-demand tax-xogħol, kien hemm is-supply edukattiv relattiv biex noħolqu dak li kellna bżonn għal dak ix-xogħol.", "Issa, bħalma konna tajbin biżżejjed fil-ħolqien tax-xogħol, taħseb li tista' żżid mal-viżjoni tiegħek biex xi darba tagħti sehem fil-kisba ta' din is-soluzzjoni soċjali f'din l-Università?", "Fl-opinjoni tiegħi, ma jistax ikollok ekonomija sostenibbli jekk ma tkunx soċjalment sostenibbli, u ma jistax ikollok stat soċjalment sostenibbli jekk ma jkunx ekonomikament sostenibbli.", "U allura naħseb li hawnhekk fejn tidħol il-policy tas-sostenibbilità; l-ekonomija ssostni s-soċjal, u s-soċjal isostni l-ekonomija.", "L-Università ta' Għawdex, taħt id-direzzjoni tiegħek, tista' tittratta ma' din is-sitwazzjoni billi naraw li jkun hemm tagħlim apposta biex noħolqu leaders fil-lokalitajiet tagħna li jkunu kapaċi jsolvu dawn il-problemi?", "JOE FRIGGIERI: Dan jista' jsir bil-ħolqien ta' korsijiet apposta.", "Jien m'għandi l-ebda dubju li din il-possibilità tista' tiġi studjata.", "Inti semmejt li jkun hemm forsi a course for social leaders.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Dan diġà jeżisti.", "JOE FRIGGIERI: Jien ma nafx jekk diġà sarx jew le, imma jekk diġà sar, jista' jerġa' isir.", "DUN MANWEL CORDINA: Għall-volontiera li jikkwalifikaw sabiex jaħdmu.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Għandek il-Youth Studies.", "JOE FRIGGIERI: Jekk diġà sar, u wara l-laqgħa tal-lum xi ħadd jagħmilli proposta konkreta biex nerġgħu nagħmluh, jien m'għandi l-ebda dubju li nistgħu nerġgħu nagħmluh.", "THE CHAIRMAN: Ħalli ntejjeb din il-proposta ladarba għandna l-libertà li nitkellmu.", "F'dan il-Kumitat m'aħniex magħfusin bl-eżekuttiv, u allura nistgħu naħsbu iktar u nistgħu nitkellmu iktar.", "Fil-fatt, donnu li meta ma jkollokx l-eżekuttiv, inti tkun tista' taħseb iktar.", "Meta jkollok l-eżekuttiv, ma tistax taħseb imma tista' teżegwixxi biss.", "Dak li sar jista' isir b'doża kemmxejn differenti ħalli nsolvu l-problema.", "Ħafna drabi jien nara difett għax noħolqu supply ta' xi ħaġa li donnha tkun iffokata fuq soluzzjoni ta' problema, imma xi kultant we need to go beyond, jew inkella nidħlu iktar fil-profondità tal-issue.", "U naħseb li kieku kellna nagħmlu hekk anke f'din is-sitwazzjoni, kapaċi noqorbu biex – mhux se ngħid ġenna tal-art – ikollna għarfien aħjar ta' kif nistgħu ngħixu b'valuri aħjar.", "Jiena qiegħed nieħu pjaċir nisma' lill-Profs.", "Friggieri jgħidilna li fl-Università ta' Malta għadhom kemm inawguraw fakultà ġdida għat-tisħiħ tas-soċjetà.", "Fil-partit tiegħi, jien responsabbli lejn il-Kunsilliera tal-partit tiegħi, imma meta kont qed infassal il-policy, l-iktar prijorità li kont qed nagħti kienet lejn it-tisħiħ tal-komunità.", "Sodisfatt li qegħdin tgħidu li għamiltu fakultà għat-tisħiħ tas-soċjetà, għax naħseb li huwa importanti li jkollna għarfien aħjar dwar dan.", "Is-soċjetà tagħna qiegħda ssir vulnerabbli għax is-sens ta' komunità qiegħed jispiċċa, u meta tiġi biex titkellem fuq kif nistgħu nerġgħu nirrestawraw dan is-sens ta' belonging, tkun qisek qiegħed titkellem biċ-Ċiniż!", "U għalhekk nerġa' ngħid li, la se jkollna din il-fakultà, naħseb li se nagħmlu pass 'il quddiem.", "Issa f'Għawdex, dan it-tip ta' għarfien nistgħu narawh biex ikollna iżjed placement ta' dawn il-problemi soċjali, u allura jiġu indirizzati aktar?", "Jekk qiegħed nitkellem in arja, aqbad u jgħidli mill-ewwel.", "JOE FRIGGIERI: Ħalli nwieġeb l-ewwel il-mistoqsija tal-Onor.", "Abela, u mbagħad inwieġeb lilek, Sur President.", "Aħna dejjem għandna daqsxejn ta' dilemma fuq jekk intix tirdoppja l-korsijiet li qegħdin jingħataw Malta.", "Personalment, ma naqbilx li l-affarijiet jirduppjaw, u ma naqbilx għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwel raġuni hija minħabba l-ispiża finanzjarja, għax kull darba li qed tirdoppja xi ħaġa, qiegħed tirdoppja wkoll il-finanzi u r-riżorsi umani.", "Apparti minn hekk, in-nies ma jkunux lesti li jiġu Għawdex kuljum biex jgħallmu f'dak il-kors.", "U dik hija prijorità importanti.", "It-tieni raġuni hi li jiena nħoss li jkun tajjeb li l-istudenti ma nifirduhomx f'żewġ klassijiet, imma li l-istudenti Għawdxin nintegrawhom mal-istudenti Maltin.", "Waħda mill-affarijiet sfortunati li seħħew fil-passat kienet meta l-Fakultà tat-Teoloġija ma baqgħetx għal żmien fl-Università, u l-qassisin kienu nqatgħu għal kollox mir-realtà tal-istudenti l-oħra.", "Imma issa reġgħu lura.", "Naħseb li huwa utli wkoll, anke minħabba l-faċilitajiet li għandhom tal-librerija f'Malta, fejn żgur li ma tistax tirdoppja x-xogħol u n-numru ta' kotba li hemm hemmhekk biex tagħmilhom ukoll f'Għawdex.", "Anke n-numru ta' lecturers li jgħallmu hemm bl-ebda mod ma tista' ġġibhom hawnhekk.", "Il-laboratorji li għandek Malta, allaħares toħlom li ġġibhom Għawdex ukoll.", "Jiġifieri l-korsijiet kollha joffru dawk il-problemi.", "Pereżempju, il-Higher Diploma in Public Accounting qed noffruh permezz tal-video conferencing.", "Hemm korsijiet li nistgħu nużaw is-servizzi li għandna hawnhekk sabiex nilħqu lil Malta u lil Għawdex, mingħajr ma nispustjaw lil ħadd.", "Fuq il-mistoqsija l-oħra jekk nistgħux nagħmlu estensjoni tal-Fakultà tas-Social Well- Being f'Għawdex, naħseb li hawnhekk irridu naħsbu iktar f'termini ta' korsijiet milli f'termini ta' kors wieħed.", "La Dun Manwel kien qed jgħid li dari din il-ħaġa kienet issir, naħseb li nistgħu nerġgħu nibdew nagħmlu xi ħaġa simili.", "Il-preparazzjoni għas-social leaderships, jew inkella li noffru kors għal dawk li jridu jaħdmu, tista' tkun konklużjoni prattika u pożittiva li toħroġ minn din il-laqgħa tal-lum.", "Fil-fatt, issa nkellem ftit lil Dun Manwel biex nara kif kienet issir din il-ħaġa, u kulma nkunu rridu nagħmlu hu li nipproġettawha għas-sena d-dieħla.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħti suġġeriment.", "Ladarba jibda jsir dan il-kors, jistgħu jiġu mistiedna biex jagħtu lectures fuq l-istess suġġett il-Kunsilliera li qegħdin fil-Kunsilli Lokali.", "Naħseb li dan huwa importanti.", "Anke jekk jistgħu jiġu lecturers mill-Fakultà tal-Familja sabiex jagħtu xi lectures f'dan ir-rigward ikun tajjeb ukoll, għax aktar ma jkollna għarfien, aktar aħjar.", "JOE FRIGGIERI: Lectures individwali u korsijiet qosra huwa faċli ħafna li torganizzahom.", "THE CHAIRMAN: Jiena naħseb li dak huwa by-product importanti, għax tkun qed tilħaq parti mis-soċjetà li ma tista' qatt tkun bħala student regolari tal-Università.", "DUN MANWEL CORDINA: F'komunità żgħira bħal dik Għawdxija kapaċi nolqtu ħafna aktar, għax f'Għawdex m'għandniex dik il-massa ta' poplu daqskemm hemm Malta.", "JOE FRIGGIERI: Problema żgħira fejn jidħlu dawn il-korsijiet hija li ħafna drabi ma tkunx tista' toffrihom filgħodu.", "U ma nkunx nista' mhux għax m'għandix il-faċilità, imma minħabba li l-maġġoranza tan-nies ikunu jaħdmu.", "DUN MANWEL CORDINA: Matul il-ġimgħa filgħaxija?", "JOE FRIGGIERI: Jistgħu jsiru fost il-ġimgħa filgħaxija.", "Imma nixtieq li jsiru filgħodu u nagħmel korsijiet ta' dan it-tip għall-kunsilliera, għas-social workers, eċċ.", "DUN MANWEL CORDINA: Fil-fatt, dejjem filgħaxija jsiru.", "THE CHAIRMAN: Ladarba qiegħed nitkellem mal-Pro-Rettur tal-Università, jiena ngħid li dawn il-korsijiet għandhom isiru wkoll fl-Università ta' Malta għall-kumplament tal-Maltin.", "Ma niddejjaqx nara li l-Università ta' Malta toffri dan it-tip ta' laqgħat, ħalli b'hekk issir aktar popolari man-nies u jiġu mistiedna Kunsilliera, eċċ.", "JOE FRIGGIERI: L-obbligu tiegħi huwa li nieħu dak li qed jingħad hawnhekk bis-serjetà, u nipprova nimplimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha li saru.", "Fil-fatt, nista' ngħidilkom li din hija xi ħaġa li tista' titwettaq, u m'għandniex diffikultà biex nagħmluha.", "Anzi, kif tispiċċa din il-laqgħa, se nitkellem ftit ma' Dun Manwel, ħalli mill-ewwel nipprovaw nipproġettaw dan it-tip ta' laqgħat li qed insemmu għas-sena li ġejja.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Min-naħa ta' Eco-Gozo kellek preżentazzjoni li xtaqt tgħaddilna, imma nixtieq li din tkun marbuta mas-suġġett li qed niddiskutu llum.", "Nista' nagħmel il-preżentazzjoni, jew inkella nista' nikkonkludi d-diskussjoni.", "THE CHAIRMAN: Jekk għandek parti mill-preżentazzjoni li taffettwa din il-parti tas-suġġett, ħossok liberu sabiex telabora fuqha.", "Qegħdin naslu lejn l-aħħar tal-laqgħa, u għalhekk din is-siegħa li fadlilna nixtieq li nużawha tajjeb u nibdew nikkonkludu lejn il-kisba tas-soluzzjoni tal-problema li tkellimna fuqha.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Eco-Gozo qiegħda tippromwovi ħafna iktar minn qatt qabel il-kultura, l-arti u t-teatru.", "U dawn huma kollha inizjattivi li jġiegħlu liż-żgħażagħ joqogħdu 'l bogħod mid-droga u mill-perikli l-oħra.", "Għalhekk, fl-aħħar mill-aħħar, is-soċjal jidħol ukoll.", "Pereżempju, hemm inizjattiva għall-ħolqien tax-xogħol, inizjattivi għat-tisħiħ tal-kultura u tal-komunità biex ngħallmu lill-Kunsilli ħalli dawn ikunu jafu joħolqu iktar inizjattivi fl-irħula tagħhom.", "B'dan il-mod, anke l-Kunsill ikun jaf fejn hi l-problema tar-raħal tiegħu, u allura jgħid hemmhekk hemm problema ta' alkoħol, u allura jkun jista' idaħħal lill-OASI.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Xtaqt inkompli xi ħaġa żgħira fuq dak li konna qed ngħidu qabel, għaliex joħroġ ħafna l-element ta' kif ma tistax taqta' lill-ambjent mill-fattur soċjali u ekonomiku tar-realtà ta' gżira, u bl-istess mod ma tistax taqsam l-element soċjali u l-element ekonomiku mill-element ambjentali.", "Having said that, aħna nħossu li anke x-xogħol li qed isir fuq l-environmental education u fuq l-education for sustainable development, dan qed jittrasmetti sett ta' valuri li japplika għal kollox, u mhux għall-ambjent biss.", "THE CHAIRMAN: Dan kif qegħdin tagħmluh?", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Qegħdin nagħmluh billi għandna għalliema li qed tiffoka full-time fuq dan il-programm.", "Ix-xogħol tagħha mhuwiex li tiltaqa' mat-tfal, imma li toħloq ir-riżorsi u l-okkażjonijiet sabiex l-għalliema jużawhom ħalli jwasslu kemm l-environmental education kif ukoll …", "THE CHAIRMAN: Hawnhekk nixtieq nisfidak ftit.", "Fil-preżentazzjoni li tana s-Sur Scerri, rajna li waħda mill-issues kienet proprju dik li ċerti valuri qegħdin jintilfu.", "Jien mhux se ngħid li dawn huma l-valuri nsara, imma se ngħidlek valuri umani, għax m'hemm l-ebda valur uman li mhuwiex valur nisrani, u m'hemm l-ebda valur nisrani li mhuwiex valur uman.", "Aħna ngħixu f'kultura nisranija, u għalhekk ma rridx inwarrab dak it-tajjeb li diġà kelli, imma rrid inkompli nibni fuqu.", "Mela dawn il-valuri umani – intom bħala Eco-Gozo, f'soċjetà li hija iżgħar minn dik ta' Malta – kif qegħdin tipprovaw twassluhom?", "Jiena qed nittama li, sas-siegħa li fadlilna, inti titlaq minn hawnhekk indottrinat biżżejjed biex, jekk s'issa għadkom ma ddiskutejtux il-familja, issa se tittekiljawha.", "Jien se nibqa' persistenti sal-aħħar.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Dik hija waħda mill-ikbar challenges.", "THE CHAIRMAN: Li kieku jien kont Ministru, kont ngħidlek kif tagħmilha llejla stess.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Ejja nitilqu mill-bidu nett.", "THE CHAIRMAN: Ibda mis-sett ta' valuri.", "X'għandek ipprogrammat sabiex turina fuq kif qegħdin twasslu dawn il-valuri?", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Pereżempju, bħalissa għaddejjin bi programm ...", "THE CHAIRMAN: Komunikattiva man-nies.", "Il-partiti politiċi huma eżempju tajjeb ta' kif jikkomunikaw man-nies.", "M'hawnx min hu kapaċi jikkomunika man-nies daqskemm huma tajbin il-partiti politiċi, fejn dawn jużaw is-social media u r-riklamar, u lanqas iħalluk timxi barra li ma tarahomx x'imkien.", "Intom, bħala Eco-Gozo, x'tistgħu tagħmlu, bħalma jagħmlu l-partiti politiċi, bħal pereżempju kampanja ta' billboards?", "Il-partiti politiċi kapaċi jaslu jikkomunikaw man-nies.", "Issa ħalliha li ħadd ma jikkomunika lura magħhom, imma dik affari tagħhom.", "Almenu huma qegħdin jipprovaw iwasslu l-messaġġ tagħhom.", "Jiena għadni ma rajtx billboard wieħed f'Għawdex bil-messaġġ 'Għix tajjeb' jew 'Ipprova tixrobx'.", "Issa hawnhekk tajt eżempju banali.", "THE CHAIRMAN: Imma llum m'hawnx!", "Issa forsi s-suq ittieħed minn ħaddieħor.", "Imma tista' tgħidilna kif qegħdin tikkomunikaw ma' dawn il-25,000 ruħ li hawn f'Għawdex?", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Pereżempju, fuq livell ta' dieta bilanċjata u healthy eating ...", "THE CHAIRMAN: Jekk jogħġbok kellimni fuq il-valuri!", "(Interruzzjonijiet) Imma inti għedtilna li qegħdin titkellmu fuq il-valuri!", "Għedtha din, għax kieku ma kontx se nsemmiha.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Le, jien mhux qed ngħid li qegħdin nitkellmu fuq il-valuri.", "THE CHAIRMAN: Mela fuq xiex qegħdin titkellmu?", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: M'aħniex qegħdin nitkellmu direttament fuq il-valuri.", "Dak li qed ngħid jien hu li nħoss li dak ix-xogħol li qed isir …", "THE CHAIRMAN: Onor. Abela, ara taqbilx miegħi.", "Għawdex huwa mbierek mill-Mulej!", "M'hawnx pajjiż ieħor b'25,000 ruħ.", "Għawdex huwa djoċesi u għandha l-Isqof tagħha.", "Jekk qed naħseb ħażin, ikkorreġini, Onor. Abela.", "Għawdex għandu 14-il Kunsill Lokali.", "Id-distrett tal-Onor.", "Abela u d-distrett tiegħi, fejn fil-Mosta naħseb għandna aktar minn 25,000 ruħ, m'għandniex djoċesi, u għandna biss kappillan!", "Lanqas m'għandna 14-il Kunsill Lokali fil-Mosta, Ħ'Attard u Ħal Balzan.", "Mela għandek 25,000 ruħ f'Għawdex li għandhom djoċesi, Ministeru, Eco-Gozo, 14-il Kunsill Lokali u campus.", "Ara x'potenzjal hawn ta' kif tikkomunika man-nies!", "Fid-distrett tiegħi, m'għandniex campus, u naħseb li lanqas fid-distrett tal-Onor.", "Abela m'għandhom campus.", "Jekk Malta metropolis u ma nistgħux ikollna ġenna tal-art, f'Għawdex nippretendi li jkollna ġenna tal-art.", "F'Għawdex nippretendi li jkollna sistema fejn tkun qiegħda tikkomunika mal-familji u man-nies.", "Qed nippretendi ħafna li intom tikkoordinaw mal-Ministeru?", "Intom l-idejn tal-Ministeru, għandkom djoċesi u 14-il Kunsill Lokali.", "Intom suppost l-iktar nies li kapaċi tikkomunikaw u twasslu l-messaġġ.", "X'tip ta' komunikazzjoni teżisti f'Għawdex, mhux biex tiddottrinaw lin-nies, lanqas biex tgħidulhom x'għandhom jagħmlu, imma biex tagħtuhom direzzjoni.", "Suppost m'hawnx droga f'Għawdex.", "Suppost m'hawnx kawża għalfejn in-nies jieħdu d-droga f'Għawdex.", "Ikkorreġini, Profs.", "JOE FRIGGIERI: Ma tistax tgħid hekk, għax inti hawnhekk għandek idea utopika.", "THE CHAIRMAN: Iva, imma issa minn idea utopika rridu mmorru għar-realtà!", "JOE FRIGGIERI: Inti daqqa tuża frażi bħal 'soċjetà marida' u daqqa tuża frażi bħal 'ġenna tal-art'!", "THE CHAIRMAN: Minn soċjetà marida rridha tiġi ġenna tal-art.", "JOE FRIGGIERI: Le, naħseb is-soċjetà qiegħda x'imkien fin-nofs.", "Trid taħdem fuq il-pożittiv meta tista' u tipprevjeni kemm tista', u meta taqa' trid issib lil xi ħadd li jipprova jerfgħak.", "Mela inti ġej miegħi, għax f'komunità ta' 25,000 ruħ – issa jekk jien żbaljat, għiduli u nieqaf – b'14-il Kunsill Lokali, djoċesi, Ministeru, Eco-Gozo, sptar, skejjel u anke Università …", "CARMELO ABELA: Kien hemm Kumitat ta' 12-il persuna, u wieħed minnhom ukoll ittradih!", "U dan kien il-Mulej.", "THE CHAIRMAN: Għandek raġun.", "Friggieri, x'ħin taqa', għandek lil min jilqgħek.", "Hawnhekk għandek it-tentazzjoni li saret mix-xitan lil Ġesù, fejn dan qallu biex jintefa' minn fuq il-blat, għax kien hemm min se jilqgħu.", "M'hawnx min jilqgħek daqskemm hawn hawnhekk.", "(Interruzzjonijiet) X'tistgħu tagħmlu aħjar?", "DUN MANWEL CORDINA: Għawdex miftuħ għall-influwenzi kollha.", "THE CHAIRMAN: Iva naqblu, imma x'intom tagħmlu aħjar biex tikkomunikaw aħjar?", "Kultant il-kritika li nagħmel lili nnifsi u lis-soċjetà tagħna hija li aħna nafu x'inhuma l-problemi soċjali, nieklu minn fuqhom, imma we don't dare li nikkorreġuhom ħafna, għax qisna nibqgħu passivi quddiem ir-realtà, u l-komunikattiva tagħna mal-familja mhux veru qiegħda tasal, u liż-żgħażagħ tagħna m'aħniex ngħallmuhom il-parenting skills.", "Kulħadd jipprova, imma nibqgħu passivi u ma naslux.", "Issa jien fil-Gvern qiegħed, u mhux suppost qed ngħid hekk.", "DUN MANWEL CORDINA: Ix-xewqa tagħna kieku jagħmluha, imma mbagħad ngħidlek x'inhi wara.", "THE CHAIRMAN: Tgħidli xejn wara, għax ma rridx nisma'.", "DUN MANWEL CORDINA: Le, ngħidlek madwar il-mejda.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Veru Għawdex kif qed tgħid inti, post żgħir, imma taf x'ifisser ukoll li jkun post żgħir?", "Ifisser li persuna li għandha bżonn l-għajnuna, inqas tinduna li għandha bżonn l-għajnuna, u inqas tersaq 'il quddiem biex tfittex l-għajnuna.", "Naħseb li Dun Manwel huwa espert f'din il-ħaġa.", "Kemm għandna nies li nkunu qed ngħixu maġenbhom u jkunu ġirien tagħna, li jkollhom depravazzjonijiet esaġerati, u jgħaddu s-snin qabel tinduna b'xi ħaġa?!", "Iltqajt xi darba ma' dawn il-każijiet?", "DUN MANWEL CORDINA: Kwalunkwe soċjetà għandha dik il-possibilità li tkun indifferenti.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Speċjalment f'soċjetajiet żgħar.", "DUN MANWEL CORDINA: Għawdex kienu jgħidu li ħadd mhu se jmur l-OASI għall-kura, u dik kienet l-imblokk li bih ipprovaw iżommuni milli niftaħ l-OASI!", "Jien kont nemmen li jekk toffrilhom xi ħaġa, dawn illum jew għada se jiġu jħabbtu l-bieb, u hekk ġara.", "Illum l-eċċezzjonijiet jeżistu, għax il-kura li għandhom bżonn, jekk ma jiġux għandna, nirreferuhom Malta.", "Illum jiġu jħabbtu l-bieb il-ħin kollu għal kwalunkwe ħaġa.", "Ħaġa oħra li nixtieq ngħid, u l-Onor.", "Vassallo semmiha, hija fuq il-bżonn li tikkoordinaw.", "Wieħed mill-valuri tal-media huwa li kieku Għawdex għandu l-istazzjon tiegħu.", "Jien ipprovajt mas-CVC, u kien hemm arċiprieti li kienu favuriha, imma qatt ma wasalna minħabba kwestjoni finanzjarja.", "Li kieku bir-riżorsi ta' Eco-Gozo jsir programm fejn inkunu nistgħu niddiskutu ċerti issues lokali, naħseb li nilħqu ħafna aktar lil Għawdex, u nagħmlu ħafna ġid.", "Aħna li qegħdin naħdmu f'dan il-qasam, li kieku jkollna stazzjon fejn niltaqgħu hawnhekk Għawdex, in-nies ikunu jistgħu jisimgħuna, għax l-identità Għawdxija għadha qawwija, u stazzjon f'ċerti ħinijiet fejn ikun hemm programmi fuq Għawdex jisimgħuhom.", "U b'hekk inkunu nistgħu nxerdu iktar il-messaġġ tagħna.", "JOE FRIGGIERI: Jekk jirnexxili nakkwista siegħa mill-ispazju tar-radju tal-Università f'Malta, taħsbu li jkun biżżejjed għalikom?", "DUN MANWEL CORDINA: Xtaqt li kieku jkollna stazzjon minn hawnhekk.", "JOE FRIGGIERI: Jiġifieri inti tixtieq li jkollok radju hawnhekk.", "DUN MANWEL CORDINA: Jien nixtieq li jkollna stazzjon tat-television.", "L-irħula għandhom ir-radjijiet tagħhom, u jien immur nitkellem fuqhom ukoll.", "Anzi jekk ikollok bżonn titkellem fuq il-korsijiet tal-Università, mur fittex il-parroċċa u tgħidilhom biex isibulek ħin fejn tkun tista' tmur biex titkellem.", "THE CHAIRMAN: Għalfejn ma tmurx fuq il-programm 'Sellili', li huwa l-aktar programm segwit wara nofsinhar?", "JOE FRIGGIERI: Għax trid tmur Malta biex tagħmlu.", "THE CHAIRMAN: Trid tmur Malta biex tagħmlu, imma qed jisimgħek kulħadd!", "Il-kelma tajba li qed tgħid fuq Għawdex tkun qed tgħidha għal Malta wkoll.", "(Interruzzjonijiet) Hemmhekk tidħol it-teorija tal-Profs.", "Friggieri fejn l-affarijiet ma nidduplikawhomx.", "DUN MANWEL CORDINA: Jien qed ngħid li fuq problemi soċjali Eco-Gozo jgħaqqad lil dawn kollha …", "THE CHAIRMAN: Skużani ħalli nagħmel din il-mistoqsija lis-Sur Zammit.", "Eco-Gozo kemm ta eluf ta' Ewro lill-clubs tal-football?", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Ma ta l-ebda ċenteżmu lill-clubs tal-football.", "THE CHAIRMAN: Mela għalxiex tajtuhom il-flus?", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Bħala għajnuna sportiva.", "THE CHAIRMAN: Għajnuna sportiva.", "Bħala skemi?", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Inħarġet skema biex l-NGOs reġistrati f'Għawdex ikunu jistgħu jieħdu sehem fl-implimentazzjoni tal-Action Plan.", "U jekk tiftakru sew, kont qassamt kopji tiegħu.", "THE CHAIRMAN: Iva naf, imma tista' tagħtini eżempju ta' dan l-Action Plan?", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Pereżempju, kien hemm miżura f'dan l-Action Plan li tgħid li hemm bżonn li f'dawn it-tliet snin li ġejjin jiġu monitored it-trends li għaddejjin minnhom iż-żgħażagħ u l-adoloxxenti f'Għawdex.", "L-OASI ppreżentat proposta, u minflok għamilniha aħna dik il-miżura, iffinanzjajna lill-OASI biex tkun tista' tagħmlu hi.", "THE CHAIRMAN: Mela intom iffinanzjajtu diversi miżuri sabiex NGOs ikunu jistgħu jwettqu parti mill-programm tagħkom.", "Issa, intom taraw għada pitgħada kif tistgħu tiffinanzjaw inizjattivi sabiex NGOs, personalitajiet u entitajiet oħra jkunu jistgħu jitkellmu iktar mal-familji, u allura f'Għawdex ikun hawn iktar awareness – kif kien qed jgħid Dun Manwel – fuq parenting skills, jew fuq kif nistgħu ngħallmu liż-żgħażagħ biex ikunu aktar responsabbli waqt li jkunu qed jiddevertu?", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Nista' ngħidlek inizjattiva oħra li seħħet għax ġiet integrata fl-Action Plan.", "L-aġenziji tal-Gvern żviluppaw servizz li jeżisti barra minn Malta u li dan jissejjaħ 'Home Start'.", "Dan kien qed jingħata Malta, imma f'Għawdex ma wasalx!", "Bis-saħħa tal-Action Plan ta' Eco-Gozo, u l-flus li kellna għad-dispożizzjoni tagħna, għamilniha possibbli biex il-'Home Start' jibda jingħata Għawdex ukoll.", "'Home Start' huwa proġett internazzjonali, bi standards internazzjonali, li fih ġenituri li jkollhom tfal ta' inqas minn ħames snin u li jkollhom problemi, kemm ta' parenting kif ukoll ta' leadership tal-familja u tat-tfal, jingħataw dawn l-iskills.", "U dan is-servizz qed jingħata.", "THE CHAIRMAN: Intom bħala Eco-Gozo taraw il-possibilità li l-laqgħa tal-lum titkompla fil-preżenza ta' Dun Manwel, NGOs oħra u ta' Profs.", "Friggieri biex niġġieldu l-kawża tad-dipendenzi?", "Jien qed nagħti eżempju wieħed, imma intom liberi li tagħżlu liema objettiv tridu fil-qasam soċjali.", "Tridu tipprovaw taraw li dawk l-inizjattivi kollha li se jiġu ffinanzjati jkollhom dan l-għan prinċipali, u allura kulmin se jiġi ffinanzjat jaf li, b'xi mod jew ieħor, irid joħloq din il-bizzilla.", "Għawdex magħrufin għall-bizzilla, u għalhekk tridu toħolquha din il-bizzilla, għax kollox irid ikun koordinat.", "Il-finanzjament tal-proġetti tas-sena d-dieħla, b'xi mod, tafu li se jkunu koordinati parti minn ħaġa, parti minn ħaġa oħra, entità u entità oħra, imma flimkien qegħdin tifformolaw xi ħaġa li hija sħiħa.", "Kapaċi tagħmluh dan?", "Taf għaliex qed nisħaq fuqha?", "Nerġa' ngħid li Dun Manwel qalilna li l-erba' kawżi li skont hu jridu jiġu indirizzati – issa hawnhekk qed nieħu lilu bħala l-espert f'dan il-qasam – huma l-familja, il-media, id-divertiment u l-alkoħol.", "Ejjew nissimplifikaw l-affarijiet u naqblu li dawn huma l-erba' kawżi li qegħdin joħolqu diżastru fis-soċjetà, u li allura rridu nirresponsabilizzaw aktar fuqhom, ħalli ma ngħidx nikkorreġu jew infejqu.", "Kif tista' Eco-Gozo, bil-finanzjament tas-sena li ġejja, titfa' l-attenzjoni tagħha sabiex, wara li intom tiddiskutu kif se tipprogrammaw policy u taslu għal numru ta' attivitajiet konkreti, imbagħad tkunu tistgħu tiffinanzjawhom?", "L-għażla tkun minn dawn l-entitajiet, NGOs, eċċ; jista' jkun ukoll il-Profs.", "Friggieri li jidħol għall-inizjattiva biex l-Università ta' Għawdex tagħmel xi ħaġa.", "Imma meta dawk l-inizjattivi kollha jkunu qegħdin isiru, xi ħadd irid jgħid li qegħdin isiru dawn l-attivitajiet u li flimkien jagħmlu attività waħda, fejn kulħadd ikun jaf li hemm skop wieħed u koordinazzjoni waħda, mhux kulħadd sparpaljat, jaf li qed jagħmel dik ix-xi ħaġa, imma l-iskop għalxiex qed jagħmlu ħadd ma jaf bih.", "Li qed ngħid jien hu li kulħadd ikun qed jitkellem lingwa waħda.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Fil-fatt, dak huwa wieħed mill-iskopijiet dikjarati fil-programm ta' Eco-Gozo, u ċioè li jiġu integrati l-efforts.", "THE CHAIRMAN: Imma qed jiġu integrati l-efforts?", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Iva, qed jiġu.", "Xi ħaġa oħra li ridt ngħid hija li fl-Action Plan li hemm viġenti bħalissa, għad fadlilna pass ieħor 'il quddiem x'nagħmlu, wara l-Young People in Gozo li sar mill-OASI.", "Hemm miżura oħra li tgħid li għandha tiġi żviluppata sistema ta' edukazzjoni u awareness fuq abbuż mill-alkoħol u t-tipjip fuq l-Internet, li għad irridu nitkellmu fuqha.", "Hemm miżura oħra li titlob li jkun hemm forum fejn wieħed ikun jista' jaħdem ...", "THE CHAIRMAN: Ikkorreġi l-proposta li għadni kemm tajt.", "JOE FRIGGIERI: Ma rridx nagħti l-impressjoni li ma naqbilx mal-ideali tiegħek.", "THE CHAIRMAN: Ma ġara xejn b'daqshekk, għax jien il-ħin kollu żbaljat.", "Naqblu mija fil-mija fuq l-ideali u fuq li l-problemi jeżistu, u jekk ma joħroġ xejn minn din il-laqgħa, jiena ċert li nistgħu naħdmu ma' Eco-Gozo u ma' Dun Manwel sabiex f'dan il-post norganizzaw kemm kors għall-volontiera li jaħdmu fis-social work, li allura ngħallmuhom il-parental skills – diġà miftehmin li nagħmlu kors ta' tliet xhur – u nistgħu norganizzaw kors fil-media appreciation jew fil-media evaluation.", "B'hekk min qed isegwi l-media jkun jaf liema tricks jintużaw fil-media sabiex ikun jista' jivvalutahom jew japprezzahom aħjar.", "Dawn iż-żewġ affarijiet se neħodhom immedjatament f'idejja, u nispera li nkunu nistgħu nwettquhom.", "Nixtieq nirringrazzjakom talli tajtuni din l-opportunità.", "Sur President, l-ewwel ma ridtx nagħti l-impressjoni li ma kontx qed naqbel miegħek, imma l-vokabolarju nagħti daqsxejn kas tiegħu sew jien, u naħseb li meta tgħid li għandna soċjetà marida, tkun qed tieħu attitudni negattiva, mentri jekk nitkellmu fuq li hemm problemi f'soċjetà li qiegħda tiżviluppa … Jien inħobb ngħid soċjetà li qiegħda tiżviluppa, u fuq livelli materjali qed tiżviluppa żgur.", "Issa ma tistax ma jkollhiex il-problemi li huma intrinsikament marbutin ma' dak l-iżvilupp.", "Jekk nieħdu dawn iż-żewġ ideali u norganizzaw kors wieħed fuq il-media studies u l-ieħor għall-volontiera in social work, naħseb li nkunu qegħdin nagħmlu xi ħaġa tajba.", "THE CHAIRMAN: U anke għat-tisħiħ tas-soċjetà.", "JOE FRIGGIERI: Dak inkun irrid nikkoordinah magħhom, u naħseb b'dan il-mod ikun ħareġ xi ħaġa pożittiva.", "THE CHAIRMAN: U xi ħaġa mal-Family Studies.", "JOE FRIGGIERI: Jiena nirringrazzjakom ħafna ta' din l-okkażjoni imma, bil-permess tagħkom, se jkolli nħallikom.", "Friggieri, qabel ma titlaq nixtieq nippreżentalek tliet rapporti li ħejja l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Dawn huma suġġetti rilevanti ħafna, u 'l quddiem nipprova ngħaddilek aktar kopji minnhom.", "Għandna 11-il rapport b'kollox, u ġibt dawn biss bħala simbolu tagħhom, imma naħseb li fihom hemm riċerka li tista' tiswa lill-istudenti li jkunu hawn għada pitgħada.", "'Il quddiem ngħaddi wkoll kopji tagħhom lill-NGOs.", "Min-naħa tagħna, nistgħu nibdew nikkonkludu u nħalli f'idejn l-Onor.", "Jiena xtaqt ngħid li ġejna hawnhekk u ħallejna xi ħaġa konkreta warajna.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Personalment inħoss li minn dak li għamilna s'issa, matul dawn l-aħħar sentejn u nofs li ilna neżistu, waħda mill-affarijiet pożittivi li ġraw kienet id-diskussjoni biex ġew imfassla l-pjanijiet, u kemm l-implimentazzjoni saret f'kuntest ta' diskussjoni wiesgħa ħafna fl-ambitu tas-soċjetà Għawdxija.", "Ċerti miżuri u inizjattivi li ttieħdu, ittieħdu bi skop ċar, u ċioè biex ikomplu jinvolvu lin-nies u biex ngħaddu l-messaġġ tagħna.", "Il-messaġġ tagħna huwa ta' x'inhu sostenibbli?", "Aħna qed nispjegawh bħala li ntejbu l-gżira tagħna biex ngħixu lkoll aħjar.", "THE CHAIRMAN: Sur Zammit, ħalli noffendik tal-aħħar u nitolbok taħfirli.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Mela naħfirlek minn qabel.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Biex tispjega l-kunċett ta' Eco-Gozo, anke inti qed issibha bi tqila!", "Biex tispjega x'inhi sostenibbilità lill-ommi u lili, se ssibha bi tqila iktar, mingħajr ma ngħid li l-Għawdxin ma jifhmux, imma min jifhem?", "Aħna wkoll, meta kellna l-liġi tas-sostenibbilità, għedna l-ħmerijiet fil-Parlament, u kulħadd kien out of order!", "Issa filwaqt li intom tafu li se tkunu qegħdin titkellmu fuq sostenibbilità u tafu fejn tridu taslu, għalfejn man-nies ma nkunux sempliċi?", "Nafu li dak iċ-chapter huwa miktub, imma sostenibbilità tfisser soċjetà bla droga u tfisser soċjetà bla dipendenzi.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Ma naqbilx miegħek.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Jiena naħseb li sostenibbilità tfisser soċjetà li tħoss li d-droga hemm qiegħda, imma li m'għandhiex bżonnha.", "THE CHAIRMAN: Naqbel miegħek.", "Tfisser sports biex iwassalni nagħraf is-sabiħ tal-ħajja.", "DUN MANWEL CORDINA: Tfisser ukoll is-separazzjoni tal-iskart u l-indafa tal-widien.", "Dawn iridu jkunu jidhru fuq posters b'mod kontinwu.", "THE CHAIRMAN: Bħalma jrid ikun hemm policy tajba biex lin-nies ngħidulhom f'lingwaġġ sempliċi biex ma jarmux barra, u ngħarrfuhom bl-isbuħija tal-widien, imma mbagħad x'irridu l-wiċċ nadif jekk m'għandix familji li qed imorru jgawduh?!", "X'irridu Għawdex sabiħ u bil-bajjiet nodfa jekk imbagħad m'għandix l-omm u l-missier u t-tfal jgħumu u jieħdu pjaċir f'dawk il-bajjiet?!", "DUN MANWEL CORDINA: Anke wied nadif, agħmel area għall-barbecue ħalli jmorru l-familji u jieħdu pjaċir.", "THE CHAIRMAN: Il-familji rridhom.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Hekk ġara bl-iskema tal-Kunsilli.", "THE CHAIRMAN: Ħalli ngħidlek x'mhux jasal.", "Jien qed nagħti l-flus biex club jirranġa l-grawnd, imma x'kien jonqosni biex fil-kuntratt nagħmel erba' linji oħra fejn ngħid lil dak il-club sabiex jissieħeb ma' NGO biex għal għaxar snin – u dik tkun kondizzjoni li biha qed nagħtih il-flus – jagħmel kampanja edukattiva fil-club tiegħu kontra d-dipendenzi?", "B'dawk l-€40,000 qed inbiddel il-grawnd, u nimplika li dak il-club tal-futbol jew tal-boċċi għandu jagħmel xi ħaġa oħra by the side.", "Għaliex ma ninkwetawx li għandna l-familja li qed titkisser?", "Għaliex ma nagħmlux xi ħaġa biex fil-komunitajiet tagħna nagħtu l-parenting skills?", "Tajthom il-flus biex iżommu l-ambjent nadif, imma by-product tiegħu rrid li dawn jagħmlu l-parenting skills, u nipprovdilhom l-NGO li se tmur tagħmel dawn il-parenting skills.", "U inti diġà jkollok nies b'inizjattivi li jwasslu x'imkien, u allura dik is-sostenibbilità mhux qed nitkellem fuqha iżjed għax ħadd ma jifhimni, imma qed nasal għaliha b'mod konkret.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Fil-messaġġ li jgħaddi lill-individwu u lill-familji, aħna konna speċifiċi ħafna.", "THE CHAIRMAN: M'intomx, għax ħadd mhu qed jifhimkom!", "Allaħares kont il-Ministru tiegħek, għax meta kont Segretarju Parlamentari u kien ikolli nies quddiemi jgħidu hekk, kont naqleb l-imwejjed!", "Ma jistax ikun li nibqgħu nitkellmu teknikament bil-liġi tal-ktieb, u mbagħad fit-triq ma jifhimna ħadd!", "Mhu qed jifhimna ħadd!", "Lili iktibli 'Għawdex Nadif' u mbagħad taħt iktibli 'Eco-Gozo'.", "Iktibli 'Familji b'Saħħithom' u 'Eco-Gozo' taħt.", "Iktibli 'Għawdex bla Droga' u 'Eco-Gozo' taħt, imma għidli x'inhu l-prodott ta' Eco-Gozo biex nifhmek.", "Inkella t-tifel tiegħi se jgħidli li jrid il-Coco Pops minflok jgħidli li jrid il-kolazzjon.", "Dak il-linġwaġġ li rridu nitkellmu bih.", "Qed niftiehmu, jew m'aħniex niftiehmu?", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Eżempju żgħir ta' proġett kbir li qed isir bħalissa huwa l-agreement mal-Università fejn ġew trained 50 persuna mill-areas tas-social sciences u tax-xjenzi.", "U dawn qed iduru bieb bieb, familja familja, u jqattgħu 40 minuta ma' kull familja sabiex jitkellmu magħhom fuq l-indafa, is-separazzjoni tal-iskart, u l-istil tal-ħajja tagħna.", "THE CHAIRMAN: Tajjeb.", "Mela Eco-Gozo equals separazzjoni tal-iskart.", "Mela 'S-separazzjoni tal-iskart' trid tkun kbira, u 'Eco-Gozo' taħt, u mhux bil-kontra, għax inkella ħadd ma jaf x'ikun qed isir.", "DUN MANWEL CORDINA: Eżatt.", "THE CHAIRMAN: Darba xi ħadd qalli li aħna kollha morda bil-marda tal-ġebla, ibda mill-qassisin, fejn kulħadd jitkellem fuq tiegħu, u kif isib in-niċċa tiegħu jidħol fiha, u ma jkunx irid jiċċaqlaq minnha.", "U aħna fil-politika u fil-burokrazija l-istess, kulħadd irid jankra lilu nnifsu ma' fejn ikun laħaq.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Mhux il-każ.", "THE CHAIRMAN: U x'mhux il-każ!", "Kulħadd hekk, inkluż jien, għax kieku m'aħniex qegħdin hawn.", "Din hija l-marda tagħna!", "Aħna rridu nitkellmu bil-lingwaġġ li n-nies jifhmuna.", "Għalhekk nitkellmu u ma jifhimna ħadd, għax m'aħniex nitkellmu l-lingwaġġ tan-nies hemm barra.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Tippermettuli nagħti xi affarijiet?", "Għandkom l-Annual Report tagħna u l-presentation.", "Hawnhekk tistgħu taraw sample tal-affarijiet li saru.", "Kelli f'moħħi li nitkellem ftit iktar fuq l-ekonomija, u dawn l-ewwel żewġ booklets huma intenzjonati li jġonġu ma' numru ta' proġetti oħrajn, fosthom ta' website għat-turisti li tagħti numru ta' heritage trails u walks f'Għawdex, ħalli b'hekk inkomplu nippromwovu ...", "CARMELO ABELA: Dak li qed jgħid iċ-Chairman naħseb li huwa importanti li tinkwadrawh ftit iktar b'mod wiesa', jiġifieri mhux biss għal Għawdex, imma għal Malta wkoll.", "Il-pajjiż kollu, Għawdex u Malta flimkien, jiena narah bħala a jigsaw puzzle magħquda.", "Mela bħala pajjiż sħiħ, nerġa' ngħid Għawdex u Malta flimkien, għandna bżonn policies tajbin u f'posthom, ħalli kollox jimxi to achieve those policies.", "Ma nistgħux nippretendu li n-nies jafu jfaddlu llum – u din hija problema oħra li ġiet quddiem dan il-Kumitat – meta għamilna snin sħaħ intambru fuq kif għandhom jikkonsmaw.", "Intambru bħala pajjiż u bħala media, fejn tara reklami ma' kullimkien b'mod sfrenat.", "Mela kif nistgħu ngħidu lin-nies li jaqbillek tfaddal?", "Hemm diversi kumplikazzjonijiet għalfejn m'għandniex it-tfaddil, mhux għax il-kultura hija kontra t-tfaddil, imma għax forsi mhux kulħadd jista' jfaddal.", "Hemm min għandu konsum ħażin, u hemm min jonfoq il-flus fil-ħela u allura dan ma jkollux flus biex jixtri l-bżonnijiet tiegħu.", "Issa jekk tara Eco-Gozo waħedha, kif qal iċ-Chairman, wieħed jasal biex ma jifhimhiex, imma jekk hemm dawn l-inizjattivi tajbin – u persważ li hemm inizjattivi tajbin, mela le – imma li ma nistax nifhem eżatt hu fejn tibda r-responsabilità ta' wieħed, u fejn tieqaf tal-ieħor, jew inkella għalfejn twaqqaf l-Eco-Gozo?", "Aħna nafu li ilna numru ta' snin bil-Ministeru għal Għawdex.", "Hawnhekk ukoll, il-Ministeru għal Għawdex huwa tajjeb, ħalli ħadd ma jikkwotani li l-partit li nappartjeni għalih jien ma jaqbilx mal-Ministeru għal Għawdex.", "Il-Ministeru għal Għawdex huwa tajjeb, imma xorta waħda għandek ċerti diffikultajiet.", "Pereżempju, meta jsiru mistoqsijiet parlamentari, daqqa ssir lill-Ministru konċernat, daqqa ssir lill-Ministru għal Għawdex li jirreferik lill-Ministru konċernat!", "Min hu l-Ministru konċernat?", "Din għadha dilemma sal-lum, snin wara li nħoloq il-Ministeru għal Għawdex.", "Dan ifisser li, jekk qegħdin nitkellmu fuq l-edukazzjoni u rridu ngħidu li rridu iktar edukazzjoni, informazzjoni u tagħrif, il-policy mhux qiegħda taqbel mal-implimentazzjoni.", "Jekk irridu li mhux biss nagħtu informazzjoni fil-qasam edukattiv, imma rridu nagħtu edukazzjoni ħolistika, b'mod sħiħ, għall-ħajja kollha – u hawnhekk jidħol dak kollu li qal Dun Manwel u dak kollu li għedna madwar din il-mejda – ma jistax ikun li s-sillabi jibqgħu bl-istess mod mgħobbijin b'dak il-mod, u nippretendu li t-tfal se ngħallmuhom dawn l-affarijiet ukoll, għax żgur li m'hemmx ħin għalihom.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Nista' ngħidlek sitwazzjoni li ltqajt magħha u li ġrat f'dawn l-aħħar sentejn.", "Mal-College Principal ta' Għawdex konna ftiehmna li nżidu l-ħin tal-physical activity tat-tfal.", "Fil-fatt, ipprovajna nirdoppjawh.", "Min kien kontra tiegħu?", "Il-ġenituri, u mbagħad it-teachers, minħabba li saritilhom il-pressure mill-ġenituri sabiex ilaħħqu s-syllabus.", "Kellna programm biex nirdoppjaw l-ammont tal-physical activity tat-tfal.", "CARMELO ABELA: Jiena kont responsabbli mill-edukazzjoni, żgħażagħ, sports u kultura qabel l-aħħar elezzjoni, u għamilna perijodu naħdmu fuq policy documents fuq erba' suġġetti.", "It was no joke, għax kien proċess twil.", "L-isports huwa għal qalbi, għadu għal qalbi sal-lum il-ġurnata, u jibqa' għal qalbi.", "Waħda mill-proposti li għamilna kienet dik li nimxu mad-direttiva sempliċi ħafna tal-World Health Organisation.", "Jiġifieri hawnhekk ma vvintajniex ir-rota, u tista' tgħidilna li bħala partit kkopjajna dak li kienu qed jgħidu l-World Health Organisation, li suppost attività fiżika trid issir mill-inqas ħames sigħat fil-ġimgħa.", "Illum nafu li l-PE lanqas huwa physical activity, għax dan huwa suġġett bħall-oħrajn, imma mill-inqas irridu nagħmluh għal ħames sigħat fil-ġimgħa.", "Bħala starter, għedna li, jekk illum hemm problema għax ħafna mill-ġenituri forsi ma jkunux id-dar meta t-tfal jaslu lura mill-iskola, mela dan għandu jibda jsir wara l-ħin tal-iskola għal min irid jibqa'.", "Jiġifieri dan kien b'mod volontarju.", "Żgur li ssib lil min irid jibqa' wara l-ħin tal-iskola, kemm bħala tfal, kif ukoll bħala edukaturi.", "U jekk ikun hemm bżonn, anke ngħidu lil dawn l-anzjani li jkunu spiċċaw biż-żmien – għax illum ta' 60 sena jkunu għadhom ibiegħu s-saħħa, għall-grazzja ta' Alla.", "Mela, jekk toffrilhom li tagħtihom xi ħaġa żgħira to top up their pension, dawn se jiġu għal sagħtejn jew tliet sigħat wara l-ħin tal-iskola.", "Fid-Dipartiment tiegħi, għandi sitt volontiera.", "Smajtu xi darba b'sitt volontiera jaħdmu ma' dipartiment tal-gvern?", "Meta tkun qed tagħti l-messaġġ, u l-messaġġ jasal li qed tagħmel xi ħaġa għall-ġid, se ssib min jitħajjar biex jgħin.", "CARMELO ABELA: Għalhekk semmejt il-Ministeru għal Għawdex u d-dilemma li għandi.", "Bis-saħħa ta' Eco-Gozo li qed jieħu inizjattivi ġodda, għax forsi hemm remit differenti, nifhimha, imma l-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex u forsi ta' Ministeri oħra li jagħtu l-istess support lill-irħula f'Malta, għandhom jagħtuh ukoll lil Għawdex.", "Għalhekk ma nistax nifhem kif, pereżempju, int semmejt il-'Home Start', jekk bħala pajjiż twaqqaf il-'Home Start', dan suppost ma twaqqafx biss għal Malta, imma anke għal Għawdex.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Imma bis-saħħa tal-programm ta' Eco-Gozo …", "CARMELO ABELA: Imma r-riżorsi li għandkom stajtu wżajtuhom għal dak li Eco-Gozo verament twaqqaf għalih.", "DUN MANWEL CORDINA: Waħda mill-kruċjati ta' Eco-Gozo li nixtieq nara hija li l-Ministeru għal Għawdex ikollu aktar saħħa fl-edukazzjoni.", "Biex tibdel pajjiż trid taqbad lit-tfal u teħodhom minn taħt il-ġenituri, u mbagħad terġa' tibgħathom fejn il-ġenituri.", "U, fl-istess ħin, trid taqbad il-ġenituri wkoll.", "Jiena għallimt ġewwa l-Isvezja, pajjiż li ma jistax ikun iktar progressiv minn hekk, u li f'dan il-pajjiż jaqbdu t-tfal min-nuna – bniet u subien, li jkunu diġà flimkien – u jibqgħu telgħin flimkien, u apparti li qegħdin jitgħallmu flimkien, iġiegħluhom jagħmlu l-istess affarijiet, kemm dawk li tradizzjonalment huma maskili, u kemm dawk li tradizzjonalment huma femminili.", "Din kienet il-ħolma tiegħi hawnhekk, li nibda skola li tagħmel dawn l-affarijiet, fejn lit-tfal iż-żgħar joħorġuhom u jgħallmuhom fuq il-ward u l-ħaxix u l-insetti li għandna madwarna.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Qiegħda ssir, imma kif konna qed ngħidu qabel, hemm reżistenzi kbar biex it-tfal ma joħorġux iktar mill-iskejjel, għax għandhom ħafna x'jistudjaw.", "DUN MANWEL CORDINA: Dik responsabilità tal-Ministeri bejniethom.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: X'ħin niġu biex nimplimentaw aħna, se nsibu d-diffikultajiet.", "Identifikajna erba' għalliema biex jagħmlu dan ix-xogħol full-time …", "CARMELO ABELA: Il-ġenituri tkellmuhom fuqha din?", "DUN MANWEL CORDINA: Ir-reżistenza minn fejn ġejja?", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Dan li qed tgħidu jrid ikun parti mil-lezzjoni tal-Ingliż, u mhux xi ħaġa oħra.", "Dan bħal meta kont qed nipprova nintroduċi t-taħriġ fl-imprenditorija, l-aktar resentment li sibt kien mill-għalliema.", "Jien kont ngħidilhom li ma rridhomx iżidu xi kors ieħor ma' dak li diġà qed jgħallmu, imma li dak li qed jgħallmu, jgħallmuh b'tali mod li jżidu s-sens ta' responsabilità, is-sens ta' inizjattiva, is-sens ta' impenn, is-sens ta' kreattività u komunikattiva fl-istudenti tagħhom.", "Dak huwa l-entrepreneurship, u mhux l-accounts jew xi suġġett ieħor.", "IS-SUR ANTHONY ZAMMIT: Dan ġie ddiżinjat bil-mod kif qed tgħid inti eżatt.", "Dawn huma kollha l-eżempji li l-għalliema jistgħu jużaw fl-iskejjel, fejn jitkellmu fuq topics relatati mat-turiżmu, mal-ambjent, eċċ.", "FREDERICK AZZOPARDI: Kull teacher għandu kopja tiegħu?", "CARMELO ABELA: Tawhom laptop kull wieħed u lanqas jużawh!", "DUN MANWEL CORDINA: Jekk ma jkunx hemm follow-up tal-affarijiet, ikun kollu għal xejn.", "THE CHAIRMAN: Ħadd ma jrid jieħu biċċa xogħol żejda!", "DUN MANWEL CORDINA: Ix-xewqa tiegħi hi li jkollna dawn l-iskejjel fejn it-tfal, bniet u subien flimkien, ikollhom workshop fl-iskola biex jibdew jitgħallmu jagħmlu l-affarijiet minn meta jkunu żgħar.", "THE CHAIRMAN: Kollha jaqbdu l-ixkupa, u kollha kapaċi jaħslu platt.", "DUN MANWEL CORDINA: U jagħmlu s-sodda, ineħħu l-ħarqa flimkien, jagħmlu l-pasti fejn ikollhom cookers żgħar, toilet inaddfuh huma, eċċ. Kif se nnaqqsu l-vjolenza domestika, fejn ir-raġel huwa l-macho u l-mara hija d-dgħajfa, jew bil-maqlub, il-mara l-aggressiva u tisfida u ġġib lir-raġel żibel?", "Jekk ma jibdewx minn meta għadhom żgħar, ma naslu qatt.", "THE CHAIRMAN: It-tifel tiegħi ta' ħames snin jgħidli li l-girls are stupid, ma nafx minn fejn ġabha.", "DUN MANWEL CORDINA: Irridu naslu għal dik il-ħaġa.", "Jien ukoll insejt l-ismijiet tal-ħxejjex, għalkemm għadni niftakar ħafna minnhom.", "Inkun qed ngħallem is-social re-integration, u jibdew jgħiduli li mhumiex jifhmuni, għax nibda nsemmi ħafna kliem li ma jafuhx.", "Bl-Eco-Gozo u b'kollox, jekk ma jagħrfux is-sabiħ tal-warda, tal-ħaxixa niexfa, li tmur fuq il-blat … Jien nieħu lit-tfal miegħi, u nwaqqafhom biex nispjegalhom dik x'inhi u l-oħra x'inhi, u għall-ewwel jibdew jaħsbuni daqsxejn iblah!", "CARMELO ABELA: Illum anke min ma jafx jitkellem bl-Ingliż, ma jafx jgħid il-kelma 'Milied', imma jgħid 'Christmas'!", "DUN MANWEL CORDINA: Biex bniedem ikun b'saħħtu, jista' jkun jaf għaxar lingwi, imma jekk ma jafx tiegħu, il-feelings tiegħu mhux se jesprihom x'ħin jiġi man-nies ta' madwaru.", "THE CHAIRMAN: Jiena tgħallimt ħafna kemm ilni mmexxi dan il-Kumitat, u niftaktar dak li kienet qaltilna Dr Tanti Burlò – li lili werwritni b'dak li qalet – meta qaltilna li sabu tfal ta' tliet snin li għandhom diffikultà sabiex jiżviluppaw il-komunikattiva tagħhom.", "U dan kien ġej mill-fatt li l-ġenituri tagħhom ma sabux ħin jilagħbu magħhom!", "Issa, jekk aħna l-ġenituri ma sibniex ħin nilagħbu mat-tfal tagħna ta' sentejn u ta' tliet snin, kif se nilgħabu magħhom ta' għaxar snin?!", "Din hija r-realtà ta' Malta.", "Meta se nara billboard kbir fejn jgħid 'Ilgħab ma' wliedek'?", "Agħmluh dan il-billboard biex forsi mbagħad jagħmluh Malta wkoll.", "Jew inkella billboard fejn ngħidu 'Raġel, kellem lill-mara', mhux dejjem ngħidu li l-mara trid toħroġ għax-xogħol u qegħdin nonfqu l-eluf ta' liri biex il-mara toħroġ għax-xogħol!", "Ejjew nonfqu 1% ta' dak il-finanzjament biex nagħmlu billboard li jgħid \"Mara, tkellem ma' żewġek\", u mhux nimbottaw għax-xogħol, imbagħad lanqas qegħdin nagħtu kas li dawn irid ikollhom ħin għal xulxin.", "Insibu ċans biex naqsmu x-xogħol, imma daqstant ieħor trid issib iċ-ċans biex il-koppji jitkellmu flimkien.", "DUN MANWEL CORDINA: Eżatt, dak li ridt ngħid jien.", "THE CHAIRMAN: Dawn huma l-valuri.", "Ma rridx ngħid il-valur tas-solidarjetà, għax mhu se jifhimni ħadd.", "DUN MANWEL CORDINA: Iż-żgħażagħ irridhom u nieħu pjaċir magħhom.", "THE CHAIRMAN: Mela f'idejk biex tagħmilhom.", "Nirringrazzjakom ta' din l-istedina, u nitlobkom maħfra jekk offendejt lil xi ħadd.", "Naħseb li kienet a learning experience importanti ħafna.", "Grazzi.", "Fis-12.50 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120711_140d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 140", "L-Erbgħa, 11 ta' Lulju, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Bini tal-Università, Għawdex, fl-10.00 a.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Justyne Caruana u l-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Diskussjoni mal-Għaqda OASI, mal-Pro-Rettur tal-Università ta' Għawdex u ma' Eko-Għawdex.", "Il-Kumitat tela' Għawdex sabiex jiltaqa' mar-rappreżentanti ta' OASI u ta' Eko-Għawdex kif ukoll mal-Pro-Rettur tal-Università ta' Għawdex.", "Il-mistiedna għal din il-laqgħa kienu Father Manuel Cordina, is-Sur Noel Scerri, is-Sur Anthony Zammit (Eko-Għawdex) u l-Professur Joe Friggieri.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fis-12.50 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20120711_140m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 75", "L-Erbgħa, 12 ta' Settembru 2012 fit-3.30 pm", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 12 ta' Settembru 2012 fit-3.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa ma' Dr Giulio Terzi di Sant'Agata, Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Italja.", "Konsiderazzjoni ta' proposti leġislattivi maħruġa mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà:-"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20120912_075a_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 12 ta' Settembru 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fit-3:30 p.m.", "L-Onor Francis Zammit Dimech, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor Owen Bonnici, l-Onor , l-Onor Luciano Busuttil, l-Onor Beppe Fenech Adami u l-Onor .", "SKUŻATI: L-Onor Francis Agius kien imsiefer fuq xogħol parlamentari.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 74 li saret fit-2 ta' Lulju 2012 kienu konfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-PRESIDENT", "Il-President ippreżenta u poġġa fir-records tal-Kumitat ir-riżoluzzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet tal-Parlament Ewropew indikati hawn taħt li ntbagħtu għall-attenzjoni tal-parlamenti nazzjonali kif ukoll kopja tar-rapport ta' inkjesta datat Ġunju 2012 tal-Kumitat dwar d-Drittijiet Umani tal-Parlament Tork dwar qtil li sar min-Neo-Nazis fil-Ġermanja bejn l-2000 u l-2006:-", "Dokument 1153 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 2/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III – Il-Kummissjoni (09916/2012 – C7-0123/2012 – 2012/2057(BUD)) - P7_TA-PROV(2012)0232;", "Dokument 1154 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2012 dwar id-definizzjoni ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp ġdida mal-Amerika Latina (2011/2286(INI)) - P7_TA-PROV(2012)0235;", "Dokument 1155 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2012 dwar ir-rikonoxximent u l-promozzjoni fl-UE tal-ħidmiet volontarji transkonfinali (2011/2293(INI)) - P7_TA-PROV(2012)0236;", "Dokument 1156 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (COM(2011)0241 – C7-0116/2011 – 2011/0117(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0241;", "Dokument 1157 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar emendi għall-Ftehim li jistabbilixxi l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (il-BERŻ) li jwessgħu l-ambitu ġeografiku tal-ħidma tal-BERŻ għar-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran.", "Dokument 1158 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar Perspettivi Finanzjarji Multiannwali u riżorsi proprji (2012/2678(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0245;", "Dokument 1159 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar is-sitwazzjoni fis-Sudan u s-Sudan t'Isfel (2012/2659(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0248;", "Dokument 1160 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar in-negozjati dwar it-Trattat tan-NU dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT) (2012/2636(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0251;", "Dokument 1161 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1300/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokk ta' aringi li jinsab fil-Punent tal-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk.", "Dokument 1162 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi (COM(2010)0781 – C7-0011/2011 – 2010/0377(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0254;", "Dokument 1163 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar u dwar ikel għal skopijiet mediċi speċjali (COM(2011)0353 – C7-0169/2011 – 2011/0156(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0255;", "Dokument 1164 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar is-Sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tibet (2012/2685(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0257;", "Dokument 1165 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar il-Futur tad-Dritt Soċjetarju Ewropew (2012/2669(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0259;", "Dokument 1166 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar it-tmiem għall-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa (2012/2684(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0261;", "Dokument 1167 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar il-proteżijiet tas-sider difettużi magħmulin minn ġel tas-silikon manifatturati mill-kumpanija Franċiża PIP (2012/2621(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0262;", "Dokument 1168 Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar l-istabbiliment ta' ġimgħa Ewropea ta' tqajjim ta' kuxjenza dwar l-arrest kardijaku - P7_TA-PROV(2012)0266;", "Dokument 1169 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) rigward id-dati tat-traspożizzjoni tagħha u l-applikazzjoni u d-data tar-revoka ta' ċerti Direttivi (COM(2012)0217 – C7-0125/2012 – 2012/0110(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0267;", "Dokument 1170 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li timmodifika d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (COM(2012)0061 – C7-0054/2012 – 2012/0024(CNS)) - P7_TA-PROV(2012)0268;", "Dokument 1171 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar il-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (Riformulazzjoni) (18581/2/2011 – C7-0268/2010 – 2010/0253(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0270;", "Dokument 1172 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2011)0451 – C7-0205/2011 – 2011/0196(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0271;", "Dokument 1173 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (COM(2011)0285 – C7-0139/2011 – 2011/0137(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0272;", "Dokument 1174 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma, qabel l-adozzjoni ta' approċċ globali neċessarju għall-isfidi Ewropej rigward l-ilma (2011/2297(INI)) - P7_TA-PROV(2012)0273;", "Dokument 1175 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 ecall: servizz ġdid \"112\" għaċ-ċittadini (2012/2056(INI)) - P7_TA-PROV(2012)0274;", "Dokument 1176 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar l-attrazzjoni tal-investimenti fl-Ewropa (2011/2288(INI)) - P7_TA-PROV(2012)0275;", "Dokument 1177 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar l-aspetti kummerċjali tas-Sħubija tal-Lvant (2011/2306(INI)) - P7_TA-PROV(2012)0276;", "Dokument 1178 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa (COM(2010)0539 – C7-0294/2010 – 2010/0267(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0278;", "Dokument 1179 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (COM(2010)0537 – C7-0295/2010 – 2010/0266(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0279;", "Dokument 1180 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (COM(2010)0799 – C7–0008/2011 – 2010/0385(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0280;", "Dokument 1181 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni u li jirrevoka r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 165/94 u (KE) Nru 78/2008 (COM(2010)0745 – C7-0429/2010 – 2010/0365(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0281;", "Dokument 1182 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi (COM(2010)0759 – C7-0001/2011 – 2010/0364(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0282;", "Dokument 1183 Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta' finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (COM(2010)0761 – C7-0002/2011 – 2010/0366(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0283;", "Dokument 1184 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa fir-rigward taż-żamma ta' impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi inklużi fil-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni attwali bejn l-UE u r-Russja (16815/2011 – C7-0522/2011 – 2011/0328(NLE)) - P7_TA-PROV(2012)0284;", "Dokument 1185 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ ta' partijiet u komponenti ta' vetturi bil-mutur bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa (16806/2011 – C7-0517/2011 – 2011/0324(NLE)) - P7_TA-PROV(2012)0285;", "Dokument 1186 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-introduzzjoni jew iż-żieda ta' dazji tal-esportazzjoni fuq materja prima (16827/2011 – C7-0520/2011 – 2011/0332(NLE)) - P7_TA-PROV(2012)0286;", "Dokument 1187 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, l-Istati Uniti tal-Messiku, ir-Renju tal-Marokk, New Zealand, ir-Repubblika ta' Singapor, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Istati Uniti tal-Amerika (12195/2011 – C7-0027/2012 – 2011/0167(NLE)) - P7_TA-PROV(2012)0287;", "Dokument 1188 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 dwar l-applikazzjoni ta' pagamenti diretti lill-bdiewa fir-rigward tas-sena 2013 (COM(2011)0630 – C7-0337/2011 – 2011/0286(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0288;", "Dokument 1189 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (28-29 ta' Ġunju 2012) (2011/2923(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0292;", "Dokument 1190 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-Aċċess għas-Servizzi Bankarji Bażiċi (2012/2055(INI)) - P7_TA-PROV(2012)0293;", "Dokument 1191 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Anness I tiegħu (02074/2011 – C7-0090/2011 – 2011/0901A(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0294;", "Dokument 1192 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imħallfin ad interim tat-tribunal għas-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea (01923/2011 – C7-0091/2011 – 2011/0902(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0295;", "Dokument 1193 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija (COM(2011)0659 – C7-0372/2011 – 2011/0301(COD)) - P7_TA-PROV(2012)0296;", "Dokument 1194 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III – Il-Kummissjoni (11113/2012 – C7-0147/2012 – 2012/2071(BUD)) - P7_TA-PROV(2012)0297;", "Dokument 1195 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar il-politika tal-UE dwar ix-Xatt tal-Punent u l-Ġerusalemm tal-Lvant (2012/2694(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0298;", "Dokument 1196 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar il-libertà tal-espressjoni fil-Bjelorussja, b'mod partikolari l-każ ta' Andrzej Poczobut (2012/2702(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0300;", "Dokument 1197 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar l-iskandlu tal-abort sfurzat fiċ-Ċina (2012/2712(RSP)) - P7_TA-PROV(2012)0301;", "Dokument 1198 Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar l-edukazzjoni dwar l-iżvilupp u ċ-ċittadinanza globali attiva - P7_TA-PROV(2012)0302;", "Dokument 1199 Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar it-twaqqif tal-Jum Ewropew tal-Ġelat Artiġjanali - P7_TA-PROV(2012)0303; u", "Dokument 1200 Kopja tar-rapport ta' inkjesta datat Ġunju 2012 tal-Kumitat dwar d-Drittijiet Umani tal-Parlament Tork dwar qtil li sar min-Neo-Nazis fil-Ġermanja bejn l-2000 u l-2006.", "LAQGĦA MA' DR GIULIO TERZI DI SANT'AGATA, MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN TAL-ITALJA.", "Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Taljan, Dr Giulio Terzi, kien akkumpanjat mill-Ambaxxatur tal-Italja għal Malta l-E.T. Efisio Luigi Marras, il-Kap tal-Kabinet Gian Lorenzo Cornado, id-Direttur Ġenerali għall-Unjoni Ewropea Luigi Mattiolo, il-Kap tas-Servizz Stampa Giuseppe Manzo, u l-Mibgħut Speċjali tal-Ministru għall-Mediterran u l-Lvant Nofsani Maurizio Massari.", "Wara introduzzjoni mill-President tal-Kumitat kien hemm diskussjoni fuq diversi temi, fosthom:-", "fuq bażi bilaterali: il-koperazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, l-immigrazzjoni rregolari, l-operazzjonijiet tas-search and rescue, il-frekwenzi tar-radju u televiżjoni u fuq il-proġett dwar l-enerġija tal-interconnector bejn Malta u Sqallija; it-tfittxija għal soluzjonijiet dwar il-fruntieri bejn iż-żewġ pajjiżi u l-isfruttament tar-riżorsi f'qiegħ il-baħar; u", "fuq bażi reġjonali u internazzjonali: il-laqgħa tal-5+5 li se ssir f'Malta f'Ottubru 2012, il-politika komuni tal-Unjoni Ewropea dwar l-immigrazzjoni, is-sitwazzjoni fil-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq u fis-Sirja u l-programm nukleari tal-Iran.", "Il-laqgħa tkompliet in camera kif hija l-prassi meta jiġu diskussi proposti leġislattivi tal-Unjoni Ewropea għar-rigward tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.", "KONSIDERAZZJONI TA' PROPOSTI LEĠISLATTIVI MAĦRUĠA MILL-ISTITUZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA FIR-RIGWARD TAL-OSSERVANZA TAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ", "Il-Kumitat qabel li għandu jistenna l-pożizzjoni uffiċjali tal-Gvern fuq din il-proposta u, jekk ikun hemm bżonn, jinsisti mal-Gvern sabiex jgħaddilu din il-pożizzjoni mill-aktar fis sabiex jekk ikun hemm il-ħtieġa li tinħareġ reasoned opinion din tkun tista' ssir fiż-żmien stipulat, jiġifieri, sad-29 ta' Ottubru 2012.", "Il-Kumitat qabel mal-pożizzjoni tal-Gvern li għalkemm din il-proposta ma tikkostitwix ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, hija tqajjem kwestjonijiet ta' proporzjonalità u għaldaqstant kellha tinġabar l-informazzjoni meħtieġa sabiex il-Kumitat jinforma lill-Kummissjoni bit-tħassib tiegħu f'dan ir-rigward bħala parti mid-djalogu politiku bejn il-parlamenti nazzjonali u l-Kummissjoni skont Protokoll 1.", "Il-Kumitat ikkonsidra l-14-il proposta leġislattiva l-oħra li dehru fuq l-aġenda u li huma indikati hawn taħt u qabel li f'dawn il-każi ma rriżultax li hemm ksur tal-prinċipju dwar is-sussidjarjetà u l-propozjonalità:-", "Fl-4.15 pm il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20120912_075m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 55", "It-Tnejn, 1 ta' Ottubru 2012 fis-12.30 pm", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 1 ta' Ottubru 2012 fin-12.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra", "Affarijiet oħra", "27 ta' Settembru 2012 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121001_055a_xog.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 1 ta' Ottubru 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fin-12.39p.m.", "PREŻENTI", "L-Onor Tonio Borg Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor David Agius, l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Anġlu Farrugia u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-minuti tal-laqgħa nru.", "54 li saret fil-15 ta' Ġunju 2012 ġew konfermati.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li huwa kien irċieva talba mill-Public Broadcasting Services, mill-media.linkcommunications u minn ONE News biex jiffilmjaw l-ewwel parti tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin informa lill-Kumitat li għal matul is-seduta ta' dakinhar, jiġifieri tat-Tnejn 1 ta' Ottubru 2012, ma kienx se jkun hemm ħin allokat għall-mistoqsijiet parlamentari u t-tweġibiet kollha kienu se jingħataw bil-miktub.", "Qal ukoll li kien se jkun qiegħed jirrapporta lill-Kamra li l-Kumitat dwar il-Kontijiet tal-Uffiċċju tal-Verifika approva l-Mozzjoni dwar it-trasferiment tal-bini tal-Medical School f'Tal-Pietà lill-Provinċja tal-Patrijiet Agostinjani u l-Mozzjoni dwar proprjetajiet immobbli okkupati jew utilizzati mill-Korporazzjoni Enemalta, u li l-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iddiskuta l-Mozzjoni 312 li tawtorizza l-Ħruġ ta' Ordni mill-Prim Ministru dwar l-approvazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Marzu 2011 li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' mekkaniżmu ta' stabbilità għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin mbagħad irrefera għall-kondoljanzi li kellhom jingħataw matul is-seduta ta' dakinhar għat-telfa ta' missier l-Onor Louis Deguara u tal-Perit Dom Mintoff li ġraw fil-25 ta' Lulju 2012 u fl-20 ta' Awwissu 2012 rispettivament.", "Il-Kumitat qabel li dawn il-kommemorazzjonijiet isiru b'mod separat u jsiru wara t-tqegħid ta' karti.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-Kamra tispiċċa bil-kommemorazzjoni tal-Perit Dom Mintoff u li bħala sinjal ta' luttu taġġorna minnufih wara.", "Il-Kumitat qabel li fis-seduta tal-għada t-Tlieta 2 ta' Ottubru 2012 kellha tibda d-diskussjoni fuq il-Mozzjoni 312 li tawtorizza l-ħruġ ta' Ordni mill-Prim Ministru dwar l-approvazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Marzu 2011 li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' mekkaniżmu ta' stabbilità għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/99/UE).", "Qabel ukoll li meta tispiċċa d-diskussjoni fuq il-Mozzjoni 312 kellha tibda tiġi diskussa l-Mozzjoni 294 dwar ir-Ratifika tat-Trattat dwar Sabbilità, Kordinazzjoni u Governanza magħmul fi Brussel fit-2 ta' Marzu 2012, liema diskussjoni ma kelliex iddum aktar minn nhar it-Tlieta 9 ta' Ottubru 2012.", "Il-Kumitat qabel li fis-seduta tal-15 ta' Ottubru 2012 kellha tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni – Abbozz Nru 118 – u li ż-żewġ naħat kellhom jaraw kemm kellhom kelliema li jixtiequ jitkellmu fuq dan l-Abbozz biex jiġi determinat in-numru ta' seduti li hemm bżonn.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin qal li sakemm ma jinqalax xi ħaġa oħra l-intenzjoni tal-Gvern hija li d-diskussjoni tibqa' għaddejja sakemm tagħlaq.", "Bil-permess tal-kumitat intervjena l-Onor Franco Debono li qal li xtaq jinforma b'mod uffiċjali lill-Kumitat f'din l-ewwel opportunità li kellu biex jinforma lill-Parlament, li bil-Ministru Austin Gatt fil-Kabinett, huwa ma kienx se jappoġġa lill-Gvern.", "L-Onor Debono qal ukoll li kien jgħaddi lill-Iskrivan tal-Kamra emenda għall-Mozzjoni 327 mressqa mill-Onor Joseph Sammut dwar is-sejħa maħruġa mill-Gvern biex jiġu privatizzati l-postijiet tal-parkeġġ madwar il-pajjiż, sabiex din il-Mozzjoni tiġi trasformata f'mozzjoni ta' sfiduċja fil-Ministru Austin Gatt.", "L-iSpeaker ġibed l-attenzjoni tal-Onor Debono li l-mument propizju biex titressaq emenda għall-mozzjoni huwa waqt id-diskussjoni tal-istess mozzjoni.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin irrefera għall-Mozzjoni 327 mressqa mill-Onor Sammut u qara stqarrija maħruġa mill-Gvern dakinhar stess li tgħid:", "\"Il-Gvern ta struzzjonijiet lil Transport Malta biex tissospendi l-proċess tat-tender dwar il-parkeġġi.", "Il-Gvern jinnota d-diversi dikjarazzjonijiet li għamlet l-Oppożizzjoni li taqbel fil-prinċipji, iżda għandha xi riservi fuq id-dettalji.", "Għalhekk Transport Malta ingħatat direzzjoni biex issir diskussjoni mal-Oppożizzjoni dwar ir-riservi li esprimiet u tkompli tiddiskuti mal-Kunsilli Lokali.", "Il-qafas tat-tender maħruġ minn Transport Malta hu bħal dak maħruġ mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun immexxi minn maġġoranza laburista dwar il-parkeġġ f'din il-lokalità.", "Transport Malta ingħatat direzzjoni biex tibqa' taġġorna lill-UĦM li magħha kien hemm qbil bħala l-Union li tirrapreżenta lill-parkers, b'kull żvilupp.\"", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin qal li allura l-ġist tal-Mozzjoni 327 kien ġie milqugħ mill-Gvern u li l-urġenza li kienet marbuta mal-għeluq tas-sejħa spiċċat.", "Bil-permess tal-Kumitat intervjena l-Onor Jeffrey Pullicino Orlando li qal li huwa kien jaqbel li l-materja trattata fil-Mozzjoni 327 għandha tiġi diskussa fil-Parlament u li kien jaqbel ukoll li s-sejħa għall-offerti ġiet imwaqqfa.", "L-Onor Anġlu Farrugia u l-Onor Joe Mizzi qalu li l-Oppożizzjoni, filwaqt li ħadet nota li s-sejħa għall-offerti ġiet sospiża, ma kenitx qiegħda taqbel li l-element ta' urġenza ta' din il-Mozzjoni kien spiċċa.", "Il-Membri tal-Oppożizzjoni ġibdu l-attenzjoni tal-Kumitat li wara d-dikjarazzjonijiet li saru fl-istess Kumitat kien jidher ċar li teżisti maġġoranza li kienet qiegħda taqbel li din il-Mozzjoni tiġi diskussa fil-Parlament u għalhekk talbu li tiġi appuntata data għad-diskussjoni.", "L-Onor David Agius ingħaqad mal-espressjonijiet ta' apprezzament espressi mill-Oppożizzjoni u mill-Onor Pullicino Orlando li s-sejħa għall-offerti kienet ġiet sospiża u ssuġġerixxa li jingħata ftit taż-żmien biex isiru konsultazzjonijiet dwar li tiġi ffissata data għad-diskussjoni dwar il-Mozzjoni 327.", "Il-Kumitat qabel ma' din il-proposta u ġie miftiehem li l-Kumitat jiltaqa' nhar il-Ħamis 4 ta' Ottubru 2012 jiddiskuti dwar il-Mozzjoni 327.", "XOGĦOL IEĦOR", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li kien irċieva ittra mill-Kummissjoni Ewropea datata 12 ta' Settembru 2012 fejn ġie informat bl-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirtira Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-eżerċizzju tad-dritt li tittieħed azzjoni kollettiva fil-kuntest tal-libertà tal-istabbiliment u l-libertà tal-provvediment tas-servizzi KUMM(2012)130.", "Huwa spjega li dan ġara wara li l-Parlament Malti kien fost 12-il Parlament Nazzjonali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li adottaw opinjoni motivata dwar din il-Proposta għal Regolament u li għal-ewwel darba ntlaħaq it-treshhold ta' 19-il vot li skatta l-mekkaniżmu magħruf bħala l-\"kartuna s-safra\".", "L-iSpeaker fakkar lill-Kumitat li din kienet it-tielet darba li l-Parlament Malti esprima opinjoni motivata dwar kwestjoni ta' sussidjarjetà fuq proposti leġislattivi Ewropej u ġibed l-attenzjoni tal-Istampa li dawn il-pożizzjonijiet ittieħdu bħala Parlament Nazzjonali u mhux bħala Gvern.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin qal li xtaq jirreġistra l-apprezzament għall-fatt li l-pożizzjoni li ttieħdet ma kenitx waħda tal-Gvern jew tal-Oppożizzjoni imma tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni.", "Huwa qal li xtaq jirreġistra wkoll l-apprezzament għall-inizjattiva tas-Sedja u tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u Ewropej li ħatar bħala espert il-Prof.", "Peter Xuereb li pprepara l-parir li sostna t-teżi mhux tal-Gvern jew tal-Oppożizzjoni imma tal-Parlament Malti.", "L-iSpeaker informa lill-Membri li kien se jqiegħed il-korrispondenza mibgħuta mill-Kummissjoni Ewropea fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li kien ġie mgħarraf li kien hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra li għandu jitwaqqaf Kumitat Parlamentari tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura u li fuq dan il-Kumitat se jkun hemm l-Onor Francis Zammit Dimech bħala chairman u l-Onor David Agius, l-Onor Evarist Bartolo u l-Onor Owen Bonnici bħala membri.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li biex dan il-kumitat jitqies bħala Kumitat Parlamentari hemm bżonn li ssir mozzjoni u li fin-nuqqas ta' tali mozzjoni huwa kien se jikkonsidrah bħala an all-party group jiġifieri grupp parlamentari.", "L-iSpeaker qal ukoll li anke jekk ma titressaqx mozzjoni ah hoc il-Parlament kien dispost li jipprovdi assistenza lill-Membri maħtura.", "L-Onor David Agius talab li l-iSkrivan tal-Kamra jinforma b'dan lill-Onor Francis Zammit Dimech.", "L-iSpeaker talab lill-Membri tal-Kumitat jieħdu nota tal-memorandum li kien għaddielhom fil-laqgħa 52 tat-2 ta' Mejju 2012 dwar l-introduzzjoni ta' proċedura parlamentari dwar petizzjonijiet li jitressqu fil-Kamra.", "Huwa fakkarhom li din l-inizjattiva ittieħdet wara ż-żjara uffiċjali fl-Awstralja mmexxija minn Mr Speaker meta d-delegazzjoni ltaqgħet mal-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Awstraljan.", "L-iSpeaker talab lill-Membri jieħdu nota wkoll ta' memorandum dwar it-twaqqif ta' Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Finanzjarji u Ekonomiċi.", "Huwa spjega li l-Parlament Malti huwa wieħed mill-ftit Parlamenti Nazzjonali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li m'għandux dan it-tip ta' kumitat.", "L-iSpeaker emfasizza l-bżonn li jinħatar dan il-kumitat minħabba l-proċeduri li qiegħda titlob l-Unjoni Ewropea għar-rigward ta' budgeting u ta' obbligi li l-Parlament qiegħed jassumi biex ikun f'pożizzjoni jeżerċita s-sovranità tiegħu billi jagħti attenzjoni speċifika lil dan il-qasam.", "Huwa ħeġġeġ lill-Membri biex jaraw dan il-memorandum li kien jinkludi wkoll abbozz ta' emenda għall-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra li jipprovdi għat-twaqqif ta' dan il-kumitat.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li kien qiegħed jippreżentalhom memorandum ieħor dwar kif il-Parlament jista' jkun impenjat aktar fix-xogħol tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Huwa qal lill-Membri li kien qiegħed jagħaddilhom ukoll informazzjoni dwar x'isir f'dan il-kuntest minn Parlamenti Nazzjonali oħrajn.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin ikkongratula lis-Sedja għall-fatt li f'dawn l-aħħar snin, speċjalment matul l-aħħar sena, ħadet diversi inizjattivi biex tagħmel ix-xogħol tal-Parlament aktar magħruf.", "L-Onor Anġlu Farrugia ingħaqad mas-sentimenti espressi mill-Viċi Prim Ministru.", "L-iSpeaker għalaq id-diskussjoni billi esprima t-tama tiegħu li ż-żewġ naħat tal-Kamra jiftiehmu dwar u jgħaddu l-liġi dwar tal-awtonomija tal-Parlament.", "Fis-1.44pm il-Kumitat aġġorna għall-Ħamis, 4 ta' Ottubru 2012 fis-2.00pm.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121001_055m.docx"}