{"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 101", "It-Tlieta, 30 ta' Jannar 2007 fis-6.30 p.m.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar It-Tlieta, 30 ta' Jannar 2007 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa ma' delegazzjoni mill-Hong Kong Economic and Trade Office fi Brussels;", "Laqgħa ma' l-E.", "T. Karl Andreas von Stenglin, Ambaxxatur tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja f'Malta, dwar il-Programm ta' Ħidma tal-Presidenza Ġermaniża ta' l-Unjoni Ewropea bejn Jannar u Ġunju 2007 u", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070130_101a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 101", "It-Tlieta, 30 ta' Jannar, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru. 101", "It-Tlieta, 30 ta' Jannar, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.05 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 100 li saret fis-17 ta' Jannar 2007 kienu konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Jason Azzopardi): Nixtieq nipprezenta lill-Kumitat:", "Kopja ta' ruling mogħti minn Mr Speaker fis-Seduta Nru. 484 tat-Tnejn, 22 ta' Jannar 2007 fuq kwestjoni mqajma mill-Onor.", "Joe Mizzi dwar il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Xtaqt ninforma lill-Kumitat li jiena ma nistax nattendi għall-COSAC Chairpersons Meeting tat-12 ta' Frar u għalhekk tlabt, kif ġieli għamilt drabi oħra, lill-Onor.", "Clyde Puli biex jissostitwini għal dan il-meeting li se jsir ġewwa Berlin.", "Ngħaddi issa għal-laqgħa tagħna mad-delelgazzjoni mill-Hong Kong Economic and Trade Office fi Brussels.", "LAQGĦA MA' DELEGAZZJONI MILL-HONG KONG ECONOMIC AND TRADE OFFICE FI BRUSSELS", "LAQGĦA MA' L-E.T. KARL ANDREAS VON STENGLIN, AMBAXXATUR TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA F'MALTA DWAR IL-PROGRAMM TA' ĦIDMA TAL-PRESIDENZA ĠERMANIŻA TA' L-UNJONI EWROPEA BEJN JANNAR U ĠUNJU 2007", "THE CHAIRMAN: Ngħaddu għat-tielet item fuq l-aġenda li hija l-laqgħa tagħna ma' l-Eċċellenza Tiegħu l-Ambaxxatur tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja f'Malta dwar il-programm ta' ħidma tal-Presidenza Ġermaniża ta' l-Unjoni Ewropea bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena.", "Fit-8.40 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070130_101d_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 30 ta' Jannar 2007.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.05 p.m.", "L-Onor Jason Azzopardi, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Michael Asciak, l-Onor Jose' Herrera, l-Onor Clyde Puli u l-Onor George Vella.", "SKUŻAti: Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Onor Leo Brincat.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 100 li saret fis-17 ta' Jannar, 2007, kienu konfermati.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "Il-President tal-Kumitat ippreżenta lill-Kumitat:", "PL 463 Kopja ta' ruling mogħti minn Mr Speaker fis-Seduta Nru 484 tat-Tnejn 22 ta' Jannar 2007 fuq kwestjoni mqajma mill-Onor Joe Mizzi dwar il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Il-President tal-Kumitat informa lill-Kumitat li huwa ma jistax jattendi għall-laqgħa tal-COSAC li se ssir fit-12 ta' Frar 2007 f'Berlin il-Ġermanja u li l-Kumitat kien se jkun rappreżentat mill-Onor Clyde Puli.", "LAQGĦA MA' DELEGAZZJONI MILL-HONG KONG ECONOMIC AND TRADE OFFICE FI BRUSSELS", "Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti s-Sur Duncan Pescod, Kap ta' dan l-Uffiċċju, flimkien ma' Ms Mandy Wong, Ms Candy Nip u s-Sur Mark Neirynck.", "Fl-introduzzjoni tiegħu s-Sur Pescod spjega li bejn Malta u Hong Kong hemm deversi similaritajiet bħal, per eżempju, it-territorju limitat, it-turiżmu, il-problema ta' l-iskart u s-servizzi finanzjarji.", "Is-Sur Pescod esprima l-fhema li r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat jistgħu jitjiebu f'diversi oqsma, speċjalment f'dak ekonomiku u f'dak kulturali u biex iseħħ dan hemm bżonn jiżdiedu l-kuntatti fuq livelli differenti.", "Wara saret diskussjoni.", "LAQGĦA MA' L-E.T. KARL ANDREAS VON STENGLIN, AMBAXXATUR TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA F'MALTA DWAR IL-PROGRAMM TA' ĦIDMA TAL-PRESIDENZA ĠERMANIŻA TA' L-UNJONI EWROPEA BEJN JANNAR U ĠUNJU 2007", "L-E.T. von Stenglin ta' ħarsa lejn l-aspetti prinċipali tal-programm li l-Presidenza Ġermaniża se taħdem fuqhom matul l-ewwel sitt xhur ta' l-2007 liema programm jifforma parti mill-programm aktar wiesa' li jkopri perjodu ta' tmintax-il xahar li jrid jitkompla mill-presidenza Portugiża u dik Slovena.", "Fost dawn l-oqsma kien hemm it-Trattat tal-Kostituzzjoni, ix-xogħol u l-kompetittivita', is-sigurta', il-politika barranija, l-enerġija, l-ambjent u l-immigrazzjoni.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8.40 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070130_101m_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 78", "It-Tnejn, 5 ta' Frar, 2007", "L-Onor.", "Clyde Puli, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 5 ta' Frar, 2007 fis-7.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Rapport mis-Sur James Carabott, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, dwar Konferenza organizzata mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070205_078a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 78", "It-Tnejn, 5 ta' Frar, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 78", "It-Tnejn, 5 ta' Frar, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fit-7:38 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 77 li saret fid-29 ta' Jannar 2007 ġew konfermati.", "mis-Sur James Carabott, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet SoĊjali, dwar Konferenza organizzata mill-Ministeru gĦall-Familja u Solidarjetà SoĊjali", "THE CHAIRMAN: Li qed nagħmlu hu li issa li għandna faċilità ta' Research Analyst li qiegħed full-time ma' dan il-Kumitat, meta jkun hemm xi konferenzi li normalment inkunu mistednin għalihom u mhux kulħadd forsi jkollu l-opportunità li jmur għalihom, qed nitolbu lir-research analyst biex jattendi.", "Imbagħad ikun jista' jagħtina rapport qasir dwar dak li ġara.", "IS-SUR JAMES CARABOTT: F'din il-konferenza, b'kollox attendew 225 parteċipant, li kienu ġejjin minn kull sfera tal-politika soċjali jiġifieri min-naħa tal-gvern, mill-volontarjat, NGOs, u anke akkademiċi.", "Kien hemm erba' workshops, u jiena attendejt it-tielet wieħed.", "L-għan ewlieni kien li nenfasizzaw fuq il-bżonn ta' aktar komunikazzjoni bejn l-istakeholders kollha sabiex titfassal politika nazzjonali li tinvolvi lil kulħadd.", "Fl-ewwel parti ta' din il-preżentazzjoni permezz ta' Power-point se nitkellem fuq id-definizzjoni ta' inklużjoni soċjali, kif din il-prattika u terminoloġija tiġi użata, kif tintuża s-social inclusion fl-Ingilterra, fl-Ewropa u Malta u t-tliet mudelli ta' inklużjoni soċjali.", "Imbagħad naqleb għal x'intqal eżatt waqt il-konferenza, l-introduzzjoni mill-Ministru u l-pjan nazzjonali dwar l-inklużjoni soċjali fejn tkellmet id-direttur, Dr Marisa Scerri.", "Għal din il-konferenza kien mistieden ukoll Mr Chris Burton, li għandu d-direttorat ta' social inclusion, li kien ħareġ bil-proġett, Get Heard.", "Saret preżentazzjoni ta' riċerka min-naħa tal-Ministeru, intitolata \"Nagħtu leħen lil dawk in-nies li jagħmlu użu mis-servizzi\".", "Imbagħad kien hemm il-workshops fejn jiena dħalt għal workshop no. 3.", "Ħalli nibda minn hemm.", "Social inclusion bdiet mil-lat ta' faqar u xogħol, però imbagħad, iktar ma għadda żmien, din ħarġet b'terminoloġija iktar wiesa'.", "Din definizjoni ta' Baldock et al 1999.", "Kif din il-prattika u terminoloġija tiġi użata?", "Tintuża b'mod wiesa' minn politiċi, professjonisti, il-pubbliku ġenerali, ġurnalisti u għaqdiet volontarji/ NGOs.", "Illum tista' tgħid li hija fil-qalb ta' ħafna filosofiji politiċi moderni, speċjalment fil-Western Countries.", "Ħarġet minn Franza fis-sebgħinijiet.", "Inklużjoni soċjali tintuża l-aktar sabiex nirrispondu għas-social exclusion discourse.", "Hija mod kif kull individwu jiġi integrat b'mod sħiħ fis-soċjetà.", "F'Malta Social Inclusion bdiet tissemma' l-iktar meta sar il-pjan nazzjonali fuq social protection and social inclusion.", "Qed nerġgħu naraw kuntest iktar wiesa' fejn fosthom insemmu anke culture and leisure li tista' taffettwa social inclusion.", "Fil-pjan nazzjonali ta' l-Inklużjoni Soċjali, tkellmu fuq ix-Xogħol fejn l-iktar li taw importanza kienet il-parteċipazzjoni tal-mara, t-teleworking u l-family-friendly measures.", "Ma dak li għandha x'taqsam l-Edukazzjoni, sar enfasi qawwi fuq ir-riforma fl-edukazzjoni biex is-soċjetà tirrispondu għan-Knowledge Economy.", "Punt ieħor kien il-Housing fejn l-iktar li tkellmu kien bħala integration ta' ċerti dipartimenti, is-social housing, u l-affordabilità tal-housing.", "Health and Social Care fejn anke l-Unjoni Ewropea trid li nitkellmu bħala health and social care mill-aspett ta' equity, jiġifieri social justice u kemm kollox jiġi ridistribwit lis-soċjetà b'mod fair, aċċess għall-kulħadd u sustainability.", "U fl-aħħar imbagħad immorru għas-social security, li kif tafu, hemm cash benefits, Universal non-contributory, contributory, selective, u hawn Malta qed nenfasizzaw ħafna fuq reforms.", "Dan kollu jsir taħt l-Open Method for Coordination, jiġifieri li kulħadd irid jiġi involut fil-proċess.", "F'din l-islide qed naraw it-tliet mudelli ta' inklużjoni soċjali.", "Din ġiet imfassla u tintuża ħafna, minn Ruth Levitas.", "Dawn it-tliet mudelli jirrapreżentaw verżjonijiet distinti fuq ir-rwol ta' l-istat lejn is-soċjetà.", "Hawnhekk qed naraw kif hemm perspettiva leftist u oħra rightist, u l-SID li qed tipprova taqta' fin-nofs.", "It-tielet mudell hu bbażat fuq The Third Way ta' Giddens.", "Mudell li sab bilanċ bejn żewġ ideoloġiji politiċi u allura mfaħħar minn numru kbir ta' politiċi.", "Giddens jixtieq mudell ta' soċjetà lil hinn minn estremiżmu ta' lemin u xellug, fejn hu jixtieq jara soċjetà inklussiva, soċjetà ċivili attiva li taħdem ma' l-Istat.", "Hawnhekk tinħoloq relazzjoni reċiproka bejn is-soċjetà u l-istituzzjonijiet ta' l-Istat.", "Madankollu jidħol ukoll il-mudell ta' Etzioni (Mixed Scanning).", "Jiġifieri l-pjanijiet għandhom isiru pass pass, b'mod inkrimentali, però b'direzzjoni, jiġifieri l-ewwel nagħmel pjan A, imbagħad nimxi għal pjan B. Biss ma tagħmilx pjanijiet kbar radikali, kollox ftit ftit.", "Allura fis-snin sebgħin u anke fil-bidu tas-snin tmenin ħarġu b'dan il-kunċett ta' mixed scanning.", "Issa se ngħaddi x'sar fil-konferenza nnifisha.", "Kien hemm introduzzjoni mill-Ministru l-Onor Dolores Cristina li tkellmet fuq l-importanza ta' l-istrateġija nazzjonali u li rridu naħdmu biex din l-istrateġija - li diġà kienu tkellmu fuqha u ġiet imfassla - issa trid tiġi implimentata, l-iktar parti diffiċli tal-pjan.", "Qalet ukoll li kulħadd irid jaħdem flimkien, b'mod partikolari l-imsieħba soċjali, l-NGOs u għaqdiet volontarji.", "Madankollu l-importanza li naħdmu flimkien trid tkun ta' ġid l-aktar u fuq kollox għas-soċjetà tagħna, għaliex il-persuni l-aktar li għandhom bżonn huma l-akbar atturi f'dan il-qasam partikolari.", "Dr Marisa Scerri tkellmet fuq four overarching policies li daħħlu fil-pjan nazzjonali ta' l-inkużjoni soċjali.", "Din qalet li dawn il-pilastri jinbnew fuq xulxin.", "Tkellmet fuq li nsaħħu l-koeżjoni soċjali, jiġifieri l-edukazzjoni, djar adegwati, servizzi effettivi għall-ħarsien soċjali u li nipproteġu lit-tfal permezz ta' sistema ġudizzjarja għall-minorenni.", "Tkellmet ukoll kif insaħħu l-komunitajiet billi nsaħħu inizjattivi għall-iżivilupp fil-komunità billi niffukaw fuq diversi gruppi vulnerabbli - fejn ingħata elenku sħiħ ta' m'inhuma l-aktar gruppi vulnerabbli fis-soċjetà tagħna – u nieħdu aktar inizjattivi għall-prevenzjoni u interventi bikrija fil-qasam tas-saħħa u edukazzjoni.", "Dr Scerri qalet kif għandna nsaħħu s-settur tal-volontarjat billi jkollna struttura legali – li qed tiġi diskussa bħalissa fil-parlament - u aktar trasparenza, kontabilità, networking u kollaborazzjoni.", "Fuq dak li għandu x'jaqsam ma' networking f'dan il-qasam tal-ħarsien soċjali, jien nħoss li rridu nrawwmuh aħna, u ntejbu l-kollaborazzjoni u l-kooperazzjoni bejn dawk kollha nvoluti, anke jekk tevita ħafna duplication of work u ħela ta' riżorsi.", "U jrid ikun hemm aktar strutturi u mekkaniżmi formali.", "Il-Get Heard UK huwa l-pjan nazzjonali ta' l-Ingilterra dwar l-inklużjoni soċjali.", "Iktar m'għadda ż-żmien, bdew jibbażawh iktar fuq l-open method for coordination.", "Fil-fatt dan kien beda b'mod ta' pjanar razzjonali, fejn kienu ltaqgħu grupp ta' esperti u fasslu strateġija.", "Biss indunaw li kienu qed jiltaqgħu ma' ħafna reżistenza, li kulħadd irid jagħti l-opinjoni tiegħu, u allura l-kuntatti ma' organizzazzjonijiet tkabbar.", "Waslu għall-pjan NAP 2003 fejn ħolqu workshops magħmula minn NGOs u nies li kienu qed jesperjenzaw il-faqar huma stess.", "Fil-konferenza ħareġ ukoll li ma tantx hemm strutturi biex tkun tista' tilħaq nies li qed ibatu minn esklużjoni soċjali u titkellem magħhom.", "Għax normalment f'dan il-qasam dawn jkunu iktar esperti milli huma l-policy makers.", "Allura b'din l-istrateġija dawn irnexxielhom li anke jaqsmu l-esperjenzi magħhom.", "Għalhekk ħarġu bi proċess ċar, pjan inkrimentali - għalhekk l-ewwel semmejna l-mixed scanning ta' azzjoni - u ġiet imfassla għodda ta' parteċipazzjoni magħrufa bħala l-Get Heard.", "Minn Get Heard ħareġ il-Get Heard toolkit.", "Importanti li tkunu tafu li dan id-dipartiment iltaqa' u tkellem ma' kulħadd li hu nvolut - jidhirli ma 'l fuq minn 500 organizzazzjoni fl-Ingilterra - biex ħarġu dan it-toolkit.", "Dan it-toolkit huwa mod sempliċi ħafna biex dawn l-għaqdiet volontarji jiġu megħjuna ifasslu missjoni, u jgħinhom kif dan il-pjan jista' jwassal biex imbagħad jittkejlu r-riżultati.", "U qed isibuh utli ħafna.", "Sabu wkoll x'inhu tassew effettiv għan-nies li qed jesperjenzaw l-esklużjoni soċjali.", "Dan ir-rapport jinsab fuq il-website tagħhom:", "Kif qed taraw f'din l-islide, waqt il-konferenza ġiet ippreżentata r-riċerka \"Nagħtu leħen lil min jagħmel użu mis-servizzi.\"", "Milli stajt nifhem, din ir-riċerka ma tantx ħadet fit-tul, jiġifieri a matter of months, u l-aktar li ffukaw kienu fuq persuni li użaw is-servizzi u ġew meqjusa bħala esperti fil-qasam tagħhom.", "L-għanijiet primarji kienu ambizzjużi ħafna u naħseb kieku ffukaw fuq tnejn biss kien ikun aħjar.", "Dawn l-erba' għanijiet kienu sabiex ikun hawn ftehim dwar il-ħtiġijiet u xewqat ta' min jagħmel użu mis-servizzi; sabiex jissensitizza lil entitajiet li joffru s-servizzi u jiġi kkonsolidat is-sens ta' impenn f'dan il-qasam; sabiex ikun hawn evalwazzjoni ta' livell ta' sodisfazzjon ta' min jagħmel użu mis-servizz u sabiex jiġi adottat metodu konsistenti u uniformi għal dan it-tip ta' evalwazzjoni.", "F'dawn l-islides li ġejjin se naraw x'ħareġ minn din ir-riċerka.", "Mill-persuni kollha li kienu fil-mira, 80% wieġbu lura.", "Kien numru konsiderevoli, però ftit iktar 'il quddiem tindunaw x'seta' wassal biex kien hemm dan ir-rispons daqshekk qawwi.", "Il-popolazzjoni li ħadu sehem f'din ir-riċeka kienu tfal, persuni b'diżabilità, persuni bi problemi ta' abbuż ta' droga, persuni bi problemi ta' saħħa mentali u immigranti rregolari.", "Il-metodoliġija li ġiet użata kienet permezz ta' self-reported questionnaires, u kien hemm waħda għat-tfal u oħra għall-adulti.", "Kien hemm bilanċ bejn min jagħmel użu minn servizzi tal-gvern u dak volontarju.", "U hawnhekk nistaqsi meta tqabbel is-servizzi tal-gvern - li huma well funded - ma' dawk volontarji, dawn jistgħux jkunu itjeb?", "Kien metodu kwantitattiv u kwalitattiv tajjeb, u ma kienx hemm kliem tekniku li seta' ma jinftehimx mis-service users.", "Ma kienx hemm diskriminazzjoni bejn is-sessi u ma ġiex eskluż il-kuntest tal-familja.", "Hawnhekk nixtieq ngħaddi rimarka fuq hekk.", "Tul din il-konferenza, jien inħoss li l-kuntest ta' familja ma tantx ingħata importanza.", "Xtaqt li kieku l-aspett ta' familja kien ikun iktar importanti, kemm fil-lingwaġġ u naħseb anke bħala kif intgħażlet il-population.", "Kif ukoll ma tantx taw daqshekk indikazzjoni ċara bħala metodoloġija li ntużat.", "Issa se nagħtikom dak li tawna waqt il-konferenza.", "Jiena bħala limitazzjonijiet l-iktar li rajt kien li n-numru ta' parteċipanti ma kienx kbir biżżejjed biex wieħed jiġġeneralizza.", "Kif ukoll li l-parteċipanti ġew mogħtija l-kwestjonarji mill-istess entità li qed jipprovdi s-servizz.", "Jiġifieri immaġina hemm anzjana ġo home, u tmur u tgħidilha kif qed issibu s-servizz.", "Din ovvjament tgħidlek tajjeb għax int stess qed tagħtiha s-servizz.", "Minn naħa l-oħra bħala konklużjonijiet, il-parteċipanti ħassew li l-ħtiġijiet bażiċi tagħhom kienu ntlaħqu, u għalhekk qed iħossuhom komdi bis-servizz li qed jieħdu, li s-servizz huwa opportunità ta' fejn huma jistgħu jissoċjalizzaw u opportunità għall-maturità u żvilupp personali, flimkien ma' sapport emozzjonali.", "Jekk terġa' tmur lura lejn l-oġġettivi li suppost kellhom jitkejlu, jidher li xi wħud mill-oġġettivi ma ntlaħqux.", "Qed ngħid dan għax fil-workshop li kont fih jien, tkellimna fit-tul fuq hekk u qed ngħidilkom l-istess affarijiet li ntqalu fil-workshop.", "Bħala konklużjonijiet li ttieħdu f'din il-konferenza nsibu l-ħtieġa ta' aktar involviment tal-persuni li jagħmlu użu mis-servizzi, aktar riċerka dettaljata u estensiva – kif anke saħqet fil-bidu Dr Scerri fuq l-importanza tar-riċerka – u involviment akbar fir-riċerka min-naħa tas-service user.", "F'din l-islide qed naraw it-titlu tal-workshop li attendejt - Inkejjlu r-riżultati tas-servizzi: Nistabbilixxu indikaturi.", "Forsi mhux daqshekk ċara imma għaqdiet volontarji u ċerti NGOs żgħar, ma jkollhomx missjoni jew oġġettiv ċar u goals ta' eżattament xi jridu jagħmlu bis-servizz tagħhom.", "Issa jekk ma jkollokx dawn, ma jistax ikollok indikaturi ċari li tkun tista' tkejjel bihom faċilment.", "Din ħarġet - apparti min-naħa ta' l-Appoġġ u Sedqa, li huma żewġ organizzazzjonijiet li għandhom struttura kif ikejjlu ir-riżultati tagħhom - li l-NGOs iż-żgħar u l-għaqdiet volontarji m'għandhomx din l-istruttura u jridu l-għajnuna biex jagħmluha.", "F'dan il-workshop ħareġ ukoll biex huma jidħlu u jipparteċipaw ċerti proġetti ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa eżempju ċar ta' kif tagħmel missjoni tal-proġett.", "Jekk tidħol fis-site tal-European Social Funds, tifhem u titgħallem aktar ta' kif għandek tfassal missjoni, jew oġġettiv għal dawk il-proġetti li ngħataw.", "Imbagħad tkun tista' tkejjel wara.", "F'dan il-workshop għamilniha ċara wkoll li m'għandniex nintilfu f'ħafna numri għax il-pern ta' kollox għandha tkun il-persuna li qed tieħu s-servizz.", "Punt ieħor li ħareġ minn dan il-workshop hu li għandna nevitaw kejl suġġettiv – u hawnhekk se mmur fuq riċerka li saret u ġiet ippreżentata waqt il-konferenza stess - u nimxu lejn riċerka standard li diġà ġiet użata.", "Aħna sħaqna li ma nippruvawx nivvintaw riċerka aħna, imma mmorru fuq riċerka li hija standard u li qed jużaw pajjiżi oħra.", "Dan biex inkunu nistgħu nagħmlu benchmark ma' dawn il-pajjiżi.", "Dawn ir-riċerka jkunu standard u sempliċi ħafna u li jista' jużahom kulħadd.", "Ikunu diġà ġew ippruvati u ċ-ċans li tagħmel żball ikun żgħar.", "Imbagħad tkun tista' tqabbel ma' l-Ingilterra, ma' l-Italja, ma' Franza, ma' fejn trid.", "F'din l-islide hemm l-indikaturi li jien ġbarthom f'erbgħa.", "M'ilux, hawn Malta, ġie professur fuq twinning project u tkellem fuq kif iżżid u tkejjel il-kwalità.", "Waqt il-workshop jien semmejthielhom, għoġbithom u użajniha.", "Din hija kif jiġu mkejjla s-social jew clinical outcomes, skond il-bżonn.", "Jekk per eżempju persuna tkun ġejja mill-qasam tad-droga, tara l-clinical plus is-social outcomes, filwaqt jekk persuna tkun ġejja mill-qasam ta' domestic violence, tara s-social outcomes.", "Jiġifieri kemm il-klijent jerġa' jirrintegra ruħu fis-soċjetà.", "Again, biex tkejjel il-quality of life, teżisti metodoloġija approvata u diġà wżata.", "Jiġifieri jeżistu sett ta' mistoqsijiet standard, kemm taqbad u tużahom, jgħidulhom il-QALY - quality adjusted life years.", "Cost utility, jiġifieri kemm tonfoq u imbagħad utility li tfisser il-quality of life.", "U fl-aħħar il-users satisfaction, għax anke waqt ir-riċerka li saret fil-workshop, l-iktar li enfasizzaw kien fuq users satisfaction.", "Issa l-users satisfaction ma tistax tieħdu bħala indikatur ewlieni għax jista' jkun biased.", "Imma trid tqabblu ma' metodoliġiji oħra biex toħroġ l-indikaturi.", "Imbagħad kif diġà għedna, tagħmel benchmarking ma' pajjiżi oħra.", "Ir-rakkomandazzjonijiet tagħna kienu li f'Ministeri kbar, bħalma huma l-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, jkun hemm investiment akbar fir-riċerka u l-iżvilupp; li tingħata għajnuna mill-Gvern f'riċerka lill-għaqdiet NGO – dan kif semmejt fil-bidu, għaqdiet volontarji jingħataw għajnuna ta' kif jissettjaw ruħhom biex ifasslu l-missjoni tagħhom u eventwalment ikejjlu r-riżultati tagħhom biex jaraw jekk hux sejrin 'il quddiem, għandhomx ikabbru jew innaqqsu s-servizz jew jimmiraw għal klijenti oħrajn.", "Jiġifieri għalhekk huwa importanti li jiġu mkejjla l-indikaturi.", "Din it-tip ta' sistema tkun kważi statutorja.", "Nibbażaw fuq l-open method for coordination, biex indaħħlu lil kulħadd, u l-aħħar proposta - u jidher li ntlaqgħet tajjeb - li jsir forum bejn l-għaqdiet NGOs.", "Bħalma kien sar l-Ingilterra fil-Get Heard.", "THE CHAIRMAN: Grazzi ħafna.", "Naħseb bħala l-ewwel darba li qed nagħmlu dan ix-xogħol, huwa utli anke bħala rendikont biss.", "IS-SUR JAMES CARABOTT: Jien nipprova nkun oġġettiv.", "THE CHAIRMAN: Tinfurmana x'kien hemm waqt il-konferenza, u ovvjament tisseparalna bil-kummenti tiegħek.", "Jien li nnutajt hu li f'ħin minnhom qed ngħidu li rridu nintegraw aktar il-users fir-riċerka li nagħmlu, imma imbagħad, inti stess, fl-aħħar ikkummentajt li jekk taħdem biss fuq users satisfaction huwa perikoluż.", "Jiena kont qed naħsibha jekk nikkummentax fuq hekk, imma imbagħad fl-aħħar inti stess ġbidtilna l-attenzjoni li hu perikoluż ħafna, għax ovvjament, filwaqt li l-users huma importantissimi - għax dak li qed isir huwa għalihom - l-approach professjonali hu wkoll ta' ċerta importanza.", "Ovvjament ma jfissirx li għax jien marid u qed ngħid ajma, neċessarjament jien kapaċi nfejjaq u nikkura dik il-marda li għandi.", "Xi ħaġa oħra fuq benchmarking.", "Jien m'iniex xi statista li nista' nitkellem b'awtorità, però, min-naħa l-oħra, jiena nifhem li hawn kejl u instruments lesti, li huma ta' standard internazzjonali u li jintużaw mill-Unjoni Ewropea.", "Ovvjament trid tifhem ukoll li meta tkun qed tuża dawn tkun qed telimina l-partikolaritajiet tiegħek.", "Jiġifieri għal skop ta' benchmarking, jaqbillek tuża dawn l-instruments li huma lesti diġà biex tkun tista' tkejjel ma' pajjiż ieħor, imma imbagħad tuża kriterji oħrajn li jistgħu jirrakkixxu r-riċerka tiegħek u jagħtuk perspettiva aħjar fuq il-kuntest tiegħek.", "Naħseb li tista' tgħin.", "Ħa ngħaddi kumment żgħir - mhux botta - għall-istudenti tal-liġi, darb'oħra, meta tirriferi għal Giddens u għal Etzioni, għid li huma soċjologi.", "IS-SUR JAMES CARABOTT: Inkompli fuq dak li qed tgħid.", "M'ilux kellna opportunità li nużaw strument standard Olandiż - li jintuża ħafna fl-Ewropa - ma' servizz relattivament ġdid fis-Sedqa.", "Is-Sedqa hija community outreach, jiġifieri tagħti servizz lil dawk li għandhom problema bl-abbuż ta' l-alkoħol fil-komunità.", "Iva, u dehrilna li fil-kuntest Malti, kien jinħass li hemm nuqqas ta' parteċipazzjoni ta' familja f'dan l-istandard.", "Dan per eżempju, tistaqsih x'appoġġ għandu mill-familja fejn ħafna mill-Maltin se jsibu appoġġ qawwi mill-familja.", "F'każijiet bħal dawn, fejn għandek rata għolja ta' relapse, il-familja hija importanti.", "Allura mmodifikajniha għal Malta.", "Jiġifieri mhux neċessarjament tkun marbut bilfors ma' dak l-istandard u trid timxi bih.", "Tista' imbagħad tadattah għall-kuntest Malti.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Jiena naħseb li jekk jibqa' jkollna din it-tip ta' preżentazzjoni huwa żvilupp pożittiv ħafna għal dan il-Kumitat.", "Jien ma jidhirlix li kont mistiedna għal din il-konferenza, imma ġieli kont mistiedna u ma nkunx nista' mmur.", "Jiġifieri prosit ta' min kienet l-idea u prosit tax-xogħol li ħadt biex tagħtina ta' l-inqas idea ta' x'ġara u ma ġarax.", "Ovvjament, din mhux session li nagħmlu ċertu tip ta' kummenti.", "Tgħiduli allura minn xejn issa għandna xi ħaġa u issa se tmur għat-tieni pass?", "Jien tal-fehma li jkollna u għalhekk qed nipproponi li kif għamilna f'diversi seduti, bħal knowledge economy eċċ., għalfejn ma nagħmlux sessjoni fuq l-NAP?", "Aħna kellna żewġ National Action Plans u minn kif qegħdin naraw f'din il-konferenza qed nerġgħu niddiskutu qisu qatt ma kellna national action plan.", "Għadna qisna qed nitkellmu fuq metodoloġija, how to approach it, għandniex inwaqqfu forum ta' l-NGOs biex jitkellmu huma, għandniex ninvolvu iktar lill-klijenti għax huma iktar l-esperti fuq il-każ tagħhom eċċ.", "Jien personalment naqbel perfettament fuq il-kwestjoni ta' x'tools għandna nużaw biex nagħmlu benchmarking.", "Bir-rispett kollu lejn kulħadd, fil-fehma tiegħi - u qed ngħid hekk mhux b'mod partiġġjan imma aktar out of concern għax jien inħoss li nagħmel ħafna xogħol ta' social work aktar minn xi ħaġa oħra fil-politika – u dan għax niġi across sitwazzjonijiet fejn minkejja l-ħafna investiment li qed isir, jiġifieri funding minn aġenziji, u minkejja wkoll il-ħafna servizzi li huma available, aħna għadna m'aħniex qed nikkalkolaw l-outcomes u l-evaluation ta' dan ix-xogħol kollu li qed isir.", "Jiena per eżempju, anke hawnhekk fil-parlament, jekk m'iniex sejra żball fir-replika tiegħi tal-budget, meta tressqu l-voti tal-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, kont tkellimt fuq x'qed jiġri fis-Sedqa.", "Li qed jiżdiedu n-nies u jonqsu l-klijenti.", "Per eżempju fit-taqsima tal-prevenzjoni żdiedu n-nies, u sadanittant ħadd ma tkellem u ma qal xejn.", "Jien naf b'dan il-każ mija fil-mija għax għandi informazzjoni preċiża.", "U sadanittant għadna qegħdin nitkellmu b'dan il-mod.", "Lanqas kważi kważi m'hemm bżonn li tħares lejn ħaddieħor għax biex ngħid hekk, tista' tistudja tagħna.", "Pero' din m'hijiex xi ħaġa li nistgħu niżviluppaw hawnhekk.", "IS-SUR JAMES CARABOTT: Kumbinazzjoni fil-konferenza jidhirli li kien hemm s-CEO tas-Sedqa.", "Issa dawn bidlu kif jiffinanzjaw l-entità.", "Qabel kienet il-gvern jagħtik flus skond kemm għandek klijenti.", "Issa inbidlet, u bdew sistema....", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Bir-rispett kollu, jien mhux dak li qed ngħid.", "Il-Foundation for Welfare Services qed tieħu 'l fuq minn Lm4 miljuni.", "Issa fosthom hemm Sedqa, jiġifieri mhux qed nitkellmu fuq funds żgħar issa.", "Jien li qed ngħid huwa x'qed jiġri ġo Sedqa.", "Mela on one hand nisimgħu lil Monsinjur Victor Grech jgħid kemm qed jiżdiedu drogati u anke Dr. George Grech ġieli kien hawn u jgħid x'qed jiġri ġod-Detox.", "U żgur li dawn huma kollha nies reliable u li m'għandhomx xi tiċpisa ta' politika partiġġjana, nies integri u nies li jafu l-affarijiet tagħhom.", "Imma sadanittant, on the ground, Sedqa, filwaqt li żżid in-nies u nippumpjaw iktar flus, il-klijenti qegħdin jonqsu.", "U sinjal li f'dawn l-għaxar snin, aħna m'għamilniex evaluation ta' x'qed jiġri u everytime qisna qed ngħollu s-siparju u nibdew mill-ġdid, dik tinkwetani ħafna.", "Għax sadanittant l-affarijiet qed jiggravaw f'ċerti setturi.", "Dan m'huwiex diskors ta' issa.", "Jekk hu possibbli, jien nixtieq li jkollna session, u nistiednu hawnhekk nies li jistgħu jagħtu ċerti risposti u jdawwluna aktar.", "Dan mhux biex noqogħdu nagħmlu kapital politiku, jiġifieri lil hinn minn dan.", "Jien inkwetata fuq ċerti sitwazzjonijiet.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq kwestjoni ta' inklużjoni soċjali.", "Meta urejtna x'ġara f'din il-konferenza, xi ħaġa li lkoll kemm aħna nafu, qed nitkellmu fuq setturi li għandhom impatt qawwi fuq il-kwestjoni finanzjarja ta' pajjiżna, għax fl-aħħar mill-aħħar, kull servizz jiswa lit-taxpayer Malti X liri.", "Aparti minn din, imbagħad hemm ukoll il-kwestjoni - li fil-fehma tiegħi tiġi qabel - xi kwalità ta' ħajja qed jgħixu l-Maltin speċjalment dawn il-kategoriji ta' nies vulnerabbli.", "U wara dan l-ippumpjar kollu ta' fondi, fl-aħħar mill-aħħar aħna x'riżultati qed jirnexxielna nottjenu?", "Jien nemmen li huwa kompitu ta' dan il-Kumitat, għax fl-aħħar mill-aħħar, bħala Kumitat għall-Affarijiet Soċjali, din tinteressana ħafna.", "Jiena naħseb li forsi wasal il-mument li nagħmlu ftit sessions proprju fuq dan.", "Ma nafx ma' min normalment jikkonsulta ċ-chairman dwar min għandhom ikunu dawn, imma.… Meta darba c-Chairman kien talabna ideat dwar l-aġenda, jiena issuġġerejt u nixtieq issa, la kellna l-opportunità, inħarsu lejha din ħalli naraw x'attwalment qed jiġri.", "Veru, forsi ngħidu talking shop.", "Jien ma nixtieqx li dan il-Kumitat ikun talking shop, imma fl-aħħar mill-aħħar, naħseb li aħna bħala persuni, li rridu nirrappreżentaw lin-nies u nipparteċipaw biex intejjbu anke l-għodod leġislattivi għan-nies, ta' min ikollna aktar background miftuħ f'dan is-sens.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Qed nitkellmu dwar il-Konferenza Nazzjonali Insaħħu l-Inklużjoni Soċjali biex Nimxu 'l Quddiem Flimkien, u ssemmiet ukoll kif ċertu prattika u terminoloġija qed tiġi użata fl-Ingilterra, f'Malta u fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-qosor, globalment, x'impressjoni ħadt dwar Malta, pparagunata ma' l-Ingilterra u ma' l-Unjoni Ewropea?", "IS-SUR JAMES CARABOTT: Li huwa żgur hu li f'ċerti oqsma, Malta tiġi ħafna aħjar.", "M'ilux kien hawn konferenza fuq il-familja u kont irrapportajt lura f'dan il-Kumitat l-andament ta' din il-konferenza.", "Meta tipparaguna Malta ma' pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea - fosthom kont qabbilthom ma' l-Ingilterra, l-Isvezja u l-Italja - tibda tara kemm aħna, f'ċerti aspetti għandna t-trend li per eżempju s-separazzjonijiet qed jiżdiedu, li qed ikun hemm out of wedlock births.", "Però, minn ċerti aspetti, aħna għadna aħjar minnhom għax għandna il-feeling ta' familja u solidarjetà soċjali.", "Kif ukoll għadha tinħass li aħna nieħdu ħsieb lil xulxin, għax aħna żgħar.", "Jekk per eżempju tara mill-aspett ta' social care, aħna, pparagunati ma' pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea, għadna nieħdu ħsieb l-anzjani tagħna iktar minn pajjiżi oħra.", "Għaliex?", "Għax ir-rati ta' nisa li jaħdmu huma ħafna inqas minn ta' l-Unjoni Ewropea u allura għadna nieħdu ħsieb l-anzjani tagħna.", "Issa mbagħad wieħed irid jistaqsi x'jiġri jekk in-nisa..…", "Fis-saħħa, per eżempju, l-indikaturi huma li aħna pparagunati ma' pajjiżi oħra kemm nonfqu GDP per eżempju, f'sodod ma' sptarijiet oħra aħna aħjar, xi kultant.", "Però imbagħad aħna rridu naraw - u norbot ma' li qalet l-Onor.", "Coleiro Preca - x'inhu l-iktar urġenti, id-demografija, li qed nixjieħu, il-fatt li qed ikun hawn iktar abbuż mid-droga?", "Naħseb li jekk naraw x'inhuma l-iktar suġġetti li nħossu dak il-feeling ta' urġenza, nitkellmu fuqhom.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Imma l-benchmark m'għandux ikun biss l-aspett ta' kemm qed nonfqu flus.", "Aħna niġu l-ewwel f'ħafna affarijiet, u aqwa mill-aqwa pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, per eżempju fl-edukazzjoni.", "Il-mod ta' kif nippumpjaw hija xi ħaġa li naħseb niċċassaw lil ħafna.", "Fiċ-ċirkostanzi limitati tagħna… għax let's face it, dan hu pajjiż limitat, ħlief jekk xi darba ma jiġix dan l-imbierek żejt minn x'imkien u tibda taqa' l-manna mis-sema.", "Imma l-punt hu, meta tħares lejn l-outcomes dawn ma jikkomparawx ma' dak l-investiment.", "L-outcomes imorru taħt il-benchmarks ta' ħaddieħor imbagħad.", "IS-SUR JAMES CARABOTT: Għalhekk trid tara il-cost utility.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Prosit, imma dik imbagħad trid tiġi with an ongoing evaluation process, li tkun dejjem taħt skrutinju ta' x'inti tagħmel.", "Per eżempju li wara tant snin tgħid ħalli nara jien x'għamilt.", "IS-SUR JAMES CARABOTT: U mhux tara biss il-cost effectiveness jew cost benefit.", "Fil-verità trid tara kemm qed tonfoq u kif qed ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-bniedem, fil-kuntest wiesa' tiegħu, jiġifieri fl-activities of daily living, f'kollox.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Hemm xi ċans, Mr Chairman, li forsi jkollna pakkett sħiħ ta' all documents jew papers distributed?", "IS-SUR JAMES CARABOTT: Iva, bil-qalb kollha.", "THE CHAIRMAN: Ix-xewqa tagħna kienet li jkollna d-dokumenti tal-Konferenza għandna qabel, però dan kien esperiment żgħir li naħseb li overall, irnexxa.", "Naħseb kemm jista' jkun - għax ovvjament konferenzi jkun hawn ħafna - nippruvaw inżommu up to date, għallinqas ma' ċerti issues li jolqtuna direttament, kif għidt int.", "Il-problema, anke ta' laqgħat u ta' diversi suġġetti għax ovvjament hemm ħafna x'nixtieq inressaq.", "Ovvjament din hija waħda minnhom u naħseb li hija importanti wkoll.", "Hemm ukoll problema ta' ħin.", "Hija problema ta' sa fejn nistgħu naslu.", "Sfortunatament - għallinqas fl-opinjoni tiegħi biex ma niġbed lil ħadd - nibqa' ngħid li dan il-parlament għadu jaħdem part-time, u għalhekk aħna għadna limitati.", "Anzi għamilna pass li għandna research analyst, għax sa ftit ilu lanqas dan ma kellna.", "Jiġifieri dawn il-limitazzjonijiet, finalment jagħmlulna strain.", "U anke jekk jgħaddi ħafna materjal, nistgħu nżidu għaxra research analysts, imma jekk mingħandna ma jkunx jista' jiġi diġerit, għandna problema.", "Hemm numru ta' laqgħat oħra li huma skedati, baqa' tan-knowledge economy, tal-housing u laqgħat oħra ta' skrutinju.", "Jiġifieri rridu naraw kif se ndaħħlu kollox flimkien.", "Però naħseb li kien hawn kunsens ġenerali li kien esperiment li rnexxa.", "Fil-fatt hemm konferenza oħra nhar il-Ġimgħa, ta' l-NCPE, li qed nitolbu wkoll li jagħmlilna rapport dwarha.", "Nirringrazzja lil kulħadd.", "Nistgħu naġġornaw hawnhekk.", "Fit-8.20 p.m. il-Kumitat irriżuma u aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070205_078d_soc.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 33", "It-Tnejn, 19 ta' Frar 2007, fis-6.30 p.m.", "Mr Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 19 ta' Frar 2007, fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra;", "Affarijiet oħra.", "12 ta' Frar, 2007 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070219_033a_hbc.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 19 ta' Frar 2007", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis- 6.42 p.m.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor.", "Joe Mizzi.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 32 li saret fis-17 ta' Jannar 2007, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li fl-20 ta' Frar jgħaddi l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġustizzja Amministrattiva, fil- 21 ta' Frar tiġi diskussa l-mozzjoni ta' l-Oppożizzjoni dwar l-Avviż Legali Nru 4 ta' l-2007 dwar l-adozzjoni ta' l-Euro (Dual Display u Ipprezzar fl-Euro), fis-26 u s-27 ta' Frar jiġu diskussi l-estimi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u fit-28 ta' Frar tingħalaq id-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi.", "AFFARIJIET OĦRA", "B'riferenza għall-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran, il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern informa lill-Kumitat li l-Membri min-naħa tal-Gvern kienu l-Onor Michael Gonzi, l-Onor Michael Asciak u l-Onor Mario Galea, u l-Onor Joe Cassar bħala membru sostitut.", "L-Onor.", "Joe Mizzi informa lill-Kumitat li l-Membri min-naħa ta' l-Oppożizzjoni kienu l-Onor George Vella, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor.", "Justyne Caruana bħala membru sostitut.", "Mr Speaker informa lill-Kumitat li kien irċieva korrispondenza minn Heritage Malta fejn kienu qegħdin jitolbu biex jużaw il-parti t'isfel tal-palazz magħrufa bħala \"documentation centre\" għal ftit ġimgħat sakemm jagħmlu xi xogħol fl-Armerija.", "Il-Kumitat qabel li jinkariga lill-Iskrivan tal-Kamra biex jagħmel arranġament sod u dokumentat biex dik il-parti tgħaddi għand Heritage Malta għal sitt ġimgħat.", "L-Onor Mario Galea rrefera għal-liġi ta' l-1930 li fil-karnival tipprojbixxi l-użu ta' maskri bi xbihat ta' politiċi u ppropona li din il-parti tal-liġi titneħħa.", "Il-kumitat qabel li din il-proposta titressaq quddiem il-gruppi parlamentari.", "Fis-7.14 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070219_033m_par.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 79", "It-Tnejn, 19 ta' Frar, 2007", "L-Onor.", "Clyde Puli, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 19 ta' Frar, 2007 fis-7.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar l-Ekonomija ta' l-Għarfien (Knowledge Economy): Ir-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni – Preżentazzjoni minn Ms Maria Pia Chircop M.Sc.(Leic.)Trg & HRM, Chief Executive Officer tal-Foundation for Human Resources Development", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070219_079a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 79", "It-Tnejn, 19 ta' Frar, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 79", "It-Tnejn, 19 ta' Frar, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fit-7:45 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 78 li saret fil-5 ta' Frar 2007 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN: Ninforma lill-kumitat li rċevejt ittra mingħand il-Ministru Dolores Cristina biex inlaqqa' dan il-kumitat biex jiddiskuti l-proposta għall-għażla għan-nomina ta' kummissarju tat-tfal ġdid.", "Navża lill-kumitat li fil-ġranet li ġejjin inkun f'pożizzjoni li nħabbar id-data għal din id-diskussjoni li ssir in camera.", "Diskussjoni dwar l-Ekonomija ta' l-Għarfien (Knowledge Economy):", "Ir-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni – Preżentazzjoni minn Ms Maria Pia Chircop M.Sc.(Leic.)Trg & HRM, Chief Executive Officer tal-Foundation for Human Resources Development", "THE CHAIRMAN: Nilqgħak magħna Sinjura Chircop u grazzi ħafna talli aċċettajt l-istedina tagħna.", "Nitolbok tagħmel il-preżentazzjoni tiegħek imbagħad ippermettielna nagħmlu ftit domandi wara.", "MS MARIA PIA CHIRCOP (Chief Executive Officer): Grazzi ta' l-istedina tiegħek Mr Chairman.", "Jien ili naħdem bħala chief executive officer dawn l-aħħar tliet snin.", "Xi ħaġa ħafifa fuqi nnifsi.", "Jien kont naħdem l-Occupational Health and Safety Authority fejn għamilt sentejn u nofs.", "For over four years ħdimt bħala HR Manager u wara ħdimt il-MITTS.", "Però l-iktar post li domt fih - kważi 20 sena - kien il-Baxter Ltd.", "Fil-bidu kienet il-Malta Hospital, imbagħad meta kien hemm merge bejn l-Amerikani u l-Franċiżi ġiet il-Medical Hospital.", "U llum il-ġurnata għadha teżisti bħala Baxter Ltd.", "Fil-bidu tal-karriera ħdimt ukoll barra minn Malta.", "Ħdimt Livorno u meta kelli madwar 18-il sena ħdimt anke l-OECD.", "Hemmhekk ix-xogħol tiegħi kien bħala typist imma mbagħad kelli ħafna opportunitajiet u ħadt promotion fil-publication sector meta kienu għadhom jaħdmu biċ-ċomb.", "Imma għalija it was a good opportunity to master my French għax bit-tagħlim ta' l-iskola biss naturalment ikun hemm differenzi kbar.", "Il-Foundation for Human Resources ilha teżisti minn early 90's u kienet setup mill-Ministru Louis Galea, li għad hemm illum, u anke minn business plan bħal Louis Farrugia ta' Farsons u oħrajn.", "Meta dan il-Kumitat avviċinani biex nagħmel presentation fuq Knowledge Economy staqsejt lili nnifsi żewġ domandi.", "Jiena esplorajt biex nara Malta fejn qiegħda u fejn terġa' tidħol knowledge based economy.", "Għax jiena nemmen li hawn Malta hawn ħafna knowledge imma issa rridu naraw how we're going to really monitor it.", "Dak huwa naqra iktar kumpless.", "Din tinteressani ħafna imma jien niċċalinġjah lil Drucker u ngħidilkom għaliex.", "Għax illum il-ġurnata f'kumpanniji kbar tal-manifattura, anke l-operatur - li aħna ngħidu li huwa forsi illiterate u fil-fatt nies illiterati għadhom jeżistu - ukoll irid ipoġġi s-suġġerimenti tiegħu fuq il-produzzjoni.", "Ħafna drabi dawn il-ħaddiema joħorġu b'suġġerimenti aħjar milli kieku l-management jew xi ħadd ieħor joħroġ b'xi idea.", "Naturalment fis-small/medium enterprises dan forsi lanqas jeżisti, pero' anke in an informal way jagħti ħafna strutturar f'kumpanija kbira u llum il-ġurnata l-impjegati tagħna we make them think because they have brains.", "Jekk nitkellem fuqi nnifsi jiena bdejt nistudja l-università meta kont in my 40's u għamilt il-Masters in my early 50's. U jien nemmen li dak kollu li ġbart f'dan il-qasam tax-xogħol, meta imbagħad ġejt biex nistudja, il-materjal sibtu inqas diffiċli milli kieku jiena bqajt għaddejja u mort dritt l-università.", "U naħseb li tajjeb li llum nesploraw li qabel ma persuna tagħmel xi masters toħroġ u tara verament x'tagħti d-dinja tax-xogħol.", "Illum il-ġurnata naraw illi dawk kollha li huma knowledgeable u għandhom anke id-degrees, dawn kważi kważi għandhom il-passaport for a better quality of life.", "Jekk nagħmlu użu tajjeb minn dak li għandna u dak li nafu aħna we share it with others it can be very productive.", "L-agħar ħaġa hi, li dak li jkun jibża' jixxerja għax jaħseb li ħaddieħor se jeħodlu xi ħaġa.", "Għamilt riċerka ma' l-NSO u sibt statistika interessanti ħafna ta' l-Università tat-terza età.", "Fl-Academic Year 2003/2004 bħala total ta' dawk li attendew l-Universita kien hemm ta' 702.", "Jekk forsi tixtiequ iktar informazzjoni nistgħu anke nitkellmu minn liema professions kienu ġejjin.", "Lili intrigatni ħafna din l-istatistika u hawnhekk se ngħaddielkom kopja tagħha.", "F'din l-istatistika nsibu minn fejn qed jiġi further knowledge.", "Dan primarjament qed jiġi mit-TV and Internet in households.", "99.3% għandhom television set u 53.1% għandhom internet access li dan ikun jew desktop computer jew inkella portable computer.", "Veru tista' tara jekk ikunx hemm koppji kbar forsi jew ħaġa jew oħra.", "Però la jkollok computer, ngħid jien, tużah mhux qiegħed hemm għalxejn.", "Għalkemm din hija biss statistika, tajjeb li forsi wieħed jidħol iktar fil-profond biex naraw xi jfissru dawn in-numri.", "Malta is knowledge based and we are using that knowledge għax hawn ħafna nies, speċjalment żgħażagħ, li huma very knowledgeable.", "Però xi rridu nfissru meta ngħidu I'll be managing this knowledge.… Fit-Times of Malta, darba fix-xahar l-FHRD għandha faċċata sħiħa u jiena nagħmel il-kummentarju tiegħi.", "Dan il-kummentarju jista' jkun related to our business jew inkella nikteb fuq xi suġġett li jintrigani.", "Fil-fatt intrigani dan il-kumment Measuring Intellectual Capital.", "Qabel konna ngħidu \"personnel\" u bejn \"personnel\" u \"Human Resources\" mhux we just rub off the name personnel u niktbu HR.", "Hemm gap kbira bejn personnel u HR.", "Kif se taraw l-istudenti tagħna anke nagħtuhom a special membership fee.", "We have over 2000 direct contacts li qegħdin fid-database li nċemplulhom u nibagħtulhom e-mails.", "Għandna anke overseas partners illi naħdmu magħhom.", "Nispjega naqra iktar fid-dettall.", "Jagħmlu surveys fejn għamlu l-Pan-European Manager fejn ħareġ where these Pan-European managers are?", "U issa għaddej survey fuq professionalisation of HRM in Europe.", "Minn hemmhekk stess aħna nġibu anke high profile speakers for conferences.", "Fil-fatt din is-sena for our annual conference se nġibu lil Dr Hans Bohm.", "Li hu interessanti hu li għalkemm aħna nħallsu fee żgħira biex inkunu fl-EAPN, l-ispeakers kważi jiġu b'xejn biex ngħid hekk.", "Kif se naraw through CIPD, biex iġġib speaker minn tagħhom - għax aħna nġibu speakers minn hemm - jista' jiswielek anke sa Stg 5,000.", "They're very high profile speakers u jistgħu jkunu gurus ta' management books u anke diretturi tas-CIPD kif issa naraw iktar 'il quddiem.", "CIPD hija kbira ħafna, u fil-UK and in Ireland għandha over 120,000 members.", "Biex l-FHRD tipprova tidħol member jew iddaħħal xi membri tagħha fis-CIPD, it is very discreet.", "Dawn jagħmlu ħafna konferenzi, però hemm żewġ konferenzi kbar li huma l-iktar popolari fostna l-Maltin.", "I am proud to say illi l-konferenza ta' Harrogate għandna kważi l-ikbar grupp, sitta – which is quite a big group mill-FHRD.", "Dan huwa magazine li joħroġ mill-fergħa tas-CIPD u dawn tawna l-approvazzjoni biex jiġi fl-e-journal li għandkom kopja anke fil-folder.", "Il-University of Glamorgan, Wales ġiet irrakkomandata lilna, kif ukoll l-OECD.", "L-OECD tawna l-go ahead biex nieħdu xi statistika mill-website tagħhom li tkun anke fl-e-journal tagħna u li għandkom fil-folder.", "Bħala konferenzi li żammejna hawn Malta, jien se nsemmi kemm huma high profile lis-speakers li ġiebna minn barra.", "U magħha għajjatna wkoll lil Ms Sue Vella li hija CEO fl-ETC.", "Fl-annual conference ta' dik is-sena ġibna lil Geoff Armstrong, kittieb u huwa d-DG tas-CIPD UK.", "Jekk tiġu il-librerija tagħna għandna l-kotba tiegħu.", "F'din il-konferenza wkoll ġibna lil Dr John C Grech li m'għandu bżonn ta' l-ebda preżentazzjoni.", "F'dawn il-konferenza jkollna madwar 80 u anke 90 people attending.", "Għajjatna lil Frank Edwards, Principle & CEO ta' l-MCAST u l-kumplament li kienu ġejjin from various private industries.", "Is-sena l-oħra through CIPD ġibna lil David Clutterbuck.", "Jekk ikollkom ċans tidħlu fl-Internet taraw li dan għandu his own Associate fuq Mentoring and Coaching.", "Kienet tema popolari ħafna u miegħu ġibna lil Dr Paul Micallef li huwa clinical psychologist però huwa wkoll Consultant/Adviser Training and Retraining mal-Gvern.", "Fl-annual conference ġibna lil Michael McDonnell Director, CIPD Ireland u miegħu ġibna lil Mr Sergio Vella managing director li telaq minn mal-Baxter għal Actavis Ltd dak inhar.", "Din il-konferenza semmejniha Leadership in Today's Economy.", "Bħala leadership jiena kont stedint lill-Prim Ministru ukoll però dak il-mument ma setax jattendi.", "To date - għax l-FHRD ilha magħhom mill-2001 - għandna 151 graduates li huma maqsumin 21 Certificates, 75 Diploma u 55 fil-Masters.", "Currently din is-sena għandna 64 active students u qegħdin maqsuma 3 Certificate, 10 Diploma, 47 Masters u għandna anke erba' Dottorat.", "Issa għandhom iktar Courses fl-Industrial Relations per eżempju jew International Human Resources and Globalisation.", "Dawn il-korsijiet kollha huma recognised mill-Malta Qualifications Council li hemm fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.", "L-ewwel sena kien hemm għaxar studenti - li ma kenux ħafna - u nispera li jiżdiedu għax naturalment they have to work on numbers ukoll.", "X'nagħmlu iktar?", "Barra l-akkademja - fejn hemmhekk we encourage group studies fejn persuni li jkunu ġejjn from different companies in different sectors jistudjaw flimkien – nagħmlu wkoll continuous Professional Development Courses.", "Fil-pack li tajtkom, hemm x'ippreparajna għas-sena kollha.", "Issa aħna u għaddejjin b'xi kors u jkun hemm xi ħadd li ma jgħaddix, we don't make profit but at least we break even.", "Issa tistaqsuni dawn il-courses kif tagħmluhom?", "Konferenzi kemm lokali kif ukoll barra minn Malta u hawnhekk għandi kopja tal-programm ta' l-HRD Conference tas-CIPD li għaddejja bħalissa f'April.", "Dan il-programm huwa tal-Konferenza tas-CIPD tas-sena l-oħra, għax għadu ma ħarigx il-programm ta' l-2007 li jsir f'Harrogate.", "Għal konferenza ta' Harrogate ikun hemm over 2,000 people li meta tmur vera tiġi refreshed u tiġi b'filosofiji ġodda li you'll miss it if you don't go every two years as you get dry of new ideas.", "Dawk huma l-konferenzi li aħna norganizzaw, fejn anke nieħdu delegati minn Malta għas-CIPD.", "Nagħmlu anke HR Practitioners' Meetings.", "Prattikament min ikun jixtieq jagħti kors f'dawn il-meetings, ngħidulu biex jibda billi jagħti presentation u wara jkun hemm diskussjoni fejn tipparteċipa l-udjenza.", "Bdejna s-sena billi xxerjajna l-Best HR Initiatives li kellna.", "Konna kkonkludejna s-sena 2006 bl-HR Awards allura għal dawk li ma ġewx iċ-ċerimonja offrejnilhom opportunità oħra biex jiġu jisimgħu dawn il-best practices minn dawn il-kumpanniji.", "Fil-fatt kien hemm l-HSBC u l-MITTS.", "L-FHRD tagħmel networks b'xejn u mmorru naraw il-kumpanniji fejn anke jkun hemm presentation mill-HR Manager fejn jispjega xi proċessi jkunu għaddejjin f'dik il-kumpannija, anke forsi xi issue li se jkollohom fil-futur.", "In the pipeline għandna oħrajn, fosthom il-Lufthansa Technique, il-Mater Dei, so on and so forth.", "Jiena pprintjajtilkom l-aħħar kummentarju li għamilt fuq il-gazzetta u ssibuh fil-pack ukoll.", "Se niltaqgħu l-ewwel darba nhar l-Erbgħa u s'issa applikaw għalih over 40.", "Nispera li jiġu kollha għax meta japplokaw ikun hemm ċertu entużjażmu imbagħad meta tiġi l-ġurnata jibda jonqos.", "Fil-fatt ikollna problema li noqogħdu nċemplulhom u kważi nitolbuhom biex jiġu.", "L-għan ta' dan il-fora - kif inhu spjegat anke fil-gazzetta - huwa to share practices and share issues u bħala FHRD tgħajjat lis-social partners u tismagħhom fir-rakkmandazzjoni.", "Tirrikkmanda wkoll dawn is-social partners, li fost oħrajn jistgħu jkunu l-unions, MCAST, ETC biex inkunu iktar qrib lejn dak l-owner manager jew l-employer.", "Kif tafu diġà sar breakfast meeting u din il-ġimgħa għandi laqgħa mal-Forum Malta fl-Ewropa, biex nibdew id-dibattitu fuq din il-green paper.", "Darba fis-sena noffru anke l-FHRD HR awards, li għandkom ukoll fil-pack biex nurikom fiex jikkonsistu.", "Prattikament meta I joined FHRD in 2005, ta' qabli kien ħallieli a one minute in the minute biex nagħmlu Excellence in People Management.", "Ħarist anke fil-passat ta' dawn il-kumpanniji kbar għax we used to participate in international awards u prattikament kif ħriġt in-number of criteria - ma nistax ngħidilhom standards għax they are not from MSA huma criteria bl-evidences what one has to look for - għamilt scoring li s'issa jismu Judging Committee.", "25% min-non managerial tawna l-feedback tagħhom għax management ta' kumpannija jistgħu jaraw kollox sabiħ imma issa rridu naraw kif jarawna isfel.", "Imbagħad mhux biss inqabblu n-numri u r-results, imma l-assessors imorru fuq il-post biex jaraw jekk hux veru r-report tagħhom.", "Ġieli jsibuh anke aħjar għax ir-report xi kultant ma jkunx daqshekk dettaljat u spjegat.", "Qabel il-Milied, Miller Distributors, tawna kotba vera sbieħ fuq management u għandna l-e-journal which is out every quarter, fil-fatt fil-pack hemm l-aħħar wieħed li kien ta' Diċembru, fejn hemmhekk taraw anke kumpanniji li ħadu l-HR award.", "Minn meta dħalt l-FHRD, qed nipprova li these awards can be accredited.", "Staqsejt anke lil Dr James Calleja li qiegħda f'idejh u anke staqsejt jekk Leicester University jistax jgħinna xi ħadd.", "Għandna anke s-CIPD press releases.", "Għal min jinteressah dawn jagħmlu riċerka kontinwa fil-UK.", "Vera li qegħdin fil-UK però forsi xi ħadd jinteressah u tistgħu tarawhom anke minn fuq il-website tagħna.", "F'din l-islide naraw x'inhuma l-awards li tajna s-sena l-oħra.", "Bħala Dissemination of knowledge nużaw is-Sunday Times u għandna l-e-journal.", "Kif taraw fl-e-journal dejjem ikollna artiklu mill-People Management - li aħna nieħdu permess għalih anke mill-author - ikollna statistika mill-OECD; artiklu from the local scene għax tajjeb li anke l-Maltin jagħtu l-kontribuzzjonijiet tagħhom u something about FHRD.", "Jiena nemmen illi n-network huwa sors ta' tagħlim.", "Jiġifieri minn hemmhekk vera tista' titgħallem ħafna.", "Jien nemmen li dawk kollha li jieħdu kemm degree jew inkella jieħdu l-courses tagħna, għandhom possibilità li iktar ma tkun taf iktar you are employable.", "We are in partnership with the institute of health and safety - these course are all to be published on the Sunday Times - fejn qegħdin nagħmlu courses ma' Chris Hudson speċjalment… Aħna ħsibna li se nagħmlu one course, bħal per eżempju Controlling of Risk imma we had four groups u kellna nagħmluh għal erba' darbiet.", "L-istess ġara f'other courses kellna nagħmluhom times three.", "There are also accredited courses, jiġifieri hemm l-għatx, proprju hemm il-bżonn ta' dawn il-courses u Chris Hudson huwa anke konsulent.", "Like that hopefully, anke aħna nipparteċipaw billi we reduce workplace accidents u naturalment b'hekk jiġu ffrankati l-flus kollha li jistgħu joħorġu because the employer has to pay now.", "Jiena dejjem infittex local partners biex jaħdmu ma' l-FHRD.", "Jiġifieri mhux Ministeri biss.", "In the pipeline barra li għandna l-konferenza, nhar is-Sibt mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni - u anke I am invited on the panel - nixtiequ nagħmlu half-day conference fuq pension reform per eżempju mal-Ministru Dolores Cristina.", "Ma nafx jekk forsi tixtiequ tistaqsuni xi domandi.", "L-Onor.", "MARIO GALEA: Jiġifieri meta tkun qed tgħid knowledge based economy tkun qed tfisser li nistgħu nagħmlu użu anke minn riċerka eżistenti?", "Għax din ir-riċerka jista' tkun li tkun saret kemm barra minn Malta kif ukoll f'Malta speċjalment meta tqis l-ammont ta' żgħażagħ u anke adulti li jkomplu bl-istudji tagħhom f'livelli Universitarji.", "U naħseb ukoll li hawn ċerta riċerka lokali li probabbli lanqas aħna stess ma nafu li teżisti.", "Imma xtaqt nistaqsi wkoll jekk \"knowledge based economy\" tinkludix ukoll knowledge - kif għedt tajjeb int – li jipproduċu nies li probabbli lanqas huma kapaċi jiktbu isimhom, imma tant ikun ilhom fl-istess mistjier li dawn tiskanta kemm ikollhom knowledge għax ikunu għamlu r-riċerka tagħhom u raw liema sistemi jaħdmu aħjar minn oħrajn.", "Jekk hux qed tirreferi għal dawn ukoll.", "It-tieni mistoqsija torbot ukoll ma' l-ewwel waħda.", "Jekk hux qed isir monitoring jew għandniex informazzjoni jew hemmx modi oħra - għax lanqas naf jekk jeżistix xi mod ieħor - kif niġbru informazzjoni dwar riċerka li ssir.", "Nagħti eżempju mil-linja li nvolut fiha jien.", "Fl-Institute of Health Care hemm studenti li qed jagħmlu jew Degree in Mental Health, jew Masters jew PHD in nursing.", "Issa dawn kollha jridu jagħmlu teżi, kif ukoll jagħmlu r-riċerka tagħhom.", "Issa aħna b'xi mod are we informed jew għandna informazzjoni x'tip ta' riċerka qed issir u fuqhiex?", "MS MARIA PIA CHIRCOP: It-teżijiet kollha li jsiru through Leicester University - u jien nista' nitkellem biss fuq dawk li jagħmlu ma' l-FHRD – l-istudenti m'humiex obbligati li jħallu kopja lill-FHRD għax l-FHRD mhix Universita' u għalhekk m'għandhiex awtorità li tiġbor teżijiet jew li jitħallew kopja.", "Però hemm xi ftit teżijiet imma dawn huma accessible biss għall-istudenti tas-CLMF u għal ħadd iktar.", "Per eżempju ma jistax jiġi student mill-Università ta' Malta biex jarahom.", "Naturalment f'Leicester University issib teżijiet.", "Dwar riċerka, kif diġa' għidt l-FHRD is not a research centre.", "Jiena nixtieq li qabel ma nitlaq ikolli xi konsulenti jew nagħmel l-FHRD a research centre.", "L-FHRD hija komposta minn tlieta min-nies, jiena naħdem full-time, waħda qegħda on 35 hours u persuna oħra taħdem 30 hours fuq tele-working.", "Jiġifieri b'dawn it-tlieta min-nies qed niġġeneraw dan ix-xogħol kollu.", "Hemm ukoll persuna oħra li tagħti kontribut fl-e-journal who is not being paid għax proprju taħdem volontarju u li qiegħda tgħinna fih għax hemm ħafna xogħol xi jsir.", "Biex indaħħlu iktar nies irid ikollna iktar fondi u dan m'għandniex għax minn dak kollu li nagħmlu ma naħdmux għal profitt.", "If we recover the costs, għalina biżżejjed għax imbagħad ovvjament we cannot operate at a loss.", "Għad domanda tiegħek dwar dawk li huma forsi llitterati imma għandhom ħafna knowledge, iva huma an asset to the economy u tajjeb li nkunu nafu dawn in-nies min huma.", "Jiena naħseb li l-gvern qed jagħmel ħafna biex ma jkunx hawn nies illitterati u nixtieq ma nibqax nisma' li hawn nies li lanqas jafu jiktbu u jaqraw għax tant isiru sforzi biex dawn in-nies almenu jitgħallmu anke through il-local councils.", "Huwa dnub li wieħed ikollu ċertu knowledge u mbagħad forsi jidħol fuq l-Internet u ma jkunx jaf jespandi iktar fuq in-knowledge tiegħu għax ma jafx jaqra.", "Għax naturalment meta jkun hemm nuqqas ta' edukazzjoni ta' skola, jkun hemm ukoll nuqqas ta' kif wieħed jesprimi ruħu u kif jiġi analizzat in-knowledge tiegħu u anke jiċċalinġja li jara madwaru.", "MARIO GALEA: Naqbel miegħek totalment.", "Hija xi ħaġa li ma tistax tispjegaha illi għad hawn nies, mhux kbar biss imma anke żgħażagħ – u naħseb il-membri parlamentari l-oħra għandhom din l-istess esperjenza – u sfortunatament ma rridux nilludu ruħna li m'hawnx.", "Jien għadni niltaqa' ma' żgħażagħ li jiġu għandek biex issibilhom xogħol u ma jirnexxilekx tgħinhom u litteralment dawn ma jkunux jafu jiktbu isimhom.", "U dan mhux qed nitkellem fuq persuni li għandhom 60 u 70 sena imma żgħażagħ li suppost għaddew mill-proċess edukattiv.", "Din hija problema reali speċjalment meta nitkellmu fuq żgħażagħ.", "Naħseb li hawn eluf li ma jafux jiktbu u hija problema għax illum anke fabbriki jitolbu l-\"O\" levels biex jaħdmu ta' machine operators.", "Illum il-ġurnata f'fabbrika jkun hemm proċeduri li jridu jinftehmu u anke l-ħaddiema iridi jiffirmaw li dawn ikunu jafu x'inhuma jagħmlu.", "Issa jekk dawn il-proċeduri jkunu miktuba bil-Malti jew bl-Ingliż jistgħu jiġi spjegati imma tajjeb li anke l-ħaddiem jipparteċipa għal dawn il-proċeduri mhux biss kemm tagħtihomlu, jiffirma u fehmu.", "Jiġifieri importanti li jkollhom naqra skola.", "12-il sena ilu fil-fabbrika li kont naħdem fiha jien, anke l-istatistical process control ridna nitgħallmu.", "Jiġifieri ma tistax tgħid għax wieħed m'għandux skola, għax anke kif tħallat ir-raw material jew biex tfittex, l-iskola tagħtik ċertu livell ta' intellettwali.", "Għax Malta ma nafx kif għad hawn min jiskarta mill-iskola u dawn lanqas ikunu jafu jiktbu u jaqraw.", "Però dan mhux ir-remit ta' l-FHRD għax l-FHRD huwa ta' livell iktar għoli.", "Nispera li fil-fora li se nagħmlu joħorġu dawn l-affarijiet.", "U forsi l-FHRD bħala catalyst, taħdem mas-social partners u nsibu forsi… (Interuzzjoni)", "MARIO GALEA: Forsi nista' nagħmel suġġeriment bil-permess taċ-chairman.", "Tikkonsidraw li tiktbu lill-Universitajiet u d-diversi dixxiplini u institutes - jiena semmejt l-Institute of Healthcare imma hemm istituti oħra bħal ta' l-inġiniera - li dawn b'mod volontarju jitolbu lill-istudenti tagħhom jibgħatulkom kopja tat-teżi li jkunu għamlu?", "Ma tkunx obbligatorja u ma tistgħux tagħmluha bilfors li jibagħtu kopja tat-teżi.", "Imma per eżempju naf li għall-ewwel darba hemm nurses li qed jagħmlu PhD fin-nursing jew għamluha diġa' u għamlu riċerka.", "Jiġifieri jekk intom tipprovaw titolbu b'mod volontarju li jkollkom kopja tat-teżi għallinqas ikun ikkatigulat x'tip ta' riċerka għamlu.", "U mistoqsija oħra, għaliex it-teżijiet li jsiru through l-FHRD ma jistgħux jarawhom studenti barranin?", "What's the point li jkun hemm teżi u ma nistax niġi jien u naraha?", "MS MARIA PIA CHIRCOP: Le, għax dawk huma r-rules li ħarġu mill-Università ta' Leicester.", "Aħna m'għandniex awtorità li niġbru dawn it-teżijiet għaliex m'aħniex Università.", "Però min irid jista' jħalli kopja hemm għal studenti oħra, just to have an idea.", "Għalhekk qegħdin hemm, però jridu jkunu CLMS students.", "Issa x'inhu l-iskop meta tgħid biex jiena nitlob lill-istudenti biex dawn jekk iridu jibagħtu t-teżijiet tagħhom ?", "MARIO GALEA: L-iskop li qed ngħid jien hu li jiena għandi l-impressjoni, - issa ma nafx jekk hawnx xi ħaddieħor jew xi constituted body li qed jagħmilha - li f'pajjiżna hawn riċerka produced locally, li saret jew li qed issir, illi donnu ħadd m'għandu l-inkarigu li din jiġborha u għallinqas nkunu nafu x'qed isir.", "U ma nafx taqax jew tistax tkun waħda mir-responsabbiltajiet tagħkom.", "Għax għandi l-impressjoni li ħadd ma jaf eżatt x'inhu jiġri and it's a waste.", "Imma dan mhux fir-remit tagħna, iktar u iktar jekk dawn ir-riċerki m'humiex fil-missjoni tagħna ta' l-HR, biex ngħidha kif inhi.", "Però HR huwa wiesa' jiġifieri tista' ddaħħal knowledge u suġġetti oħra.", "Kieku hi idea tajba u naqbel miegħek għax nixtieq indaħħal affarijiet ġodda l-FHRD, però għandi bżonn in-nies.", "Jiġifieri għandi bżonn mhux biss in-nies imma għandi bżonn min jifhem u jarahom, jagħmel sintesi u jikteb fuqhom.", "Għax inutli nżommuhom aħna u jibqgħu għalina, imma we need to open up biex ħaddieħor ikun jaf bihom.", "Idea tajba u nista' anke mmexxiha lejn il-bord, però jkollna bżonn pool ta' iktar riżorsi.", "Interessanti żgur għax naf li ssir ħafna riċerka.", "U anke l-istudenti kulħadd jagħmel ir-riċerki u kulħadd iħallihom hemm, ibda minni meta għamilt ir-riċerka fuq il-Psychology Contact fil-Hotels kienet interessantissima.", "MARIO GALEA: U tkun taqa' taħt HR.", "Għax jekk issir riċerka - u naf li saret riċerka xjentifika dwar il-livelli ta' stress fost in-nurses u min juża l-isptar, patients u relatives – ovvjament hija interessanti.", "Tajjeb li tkun hemm u qed ninsisti li forsi xi ħadd jiġbor din ir-riċerka, nkunu nafu bihom u jkun hemm katalgu ta' riċerki.", "Għax jiena ngħid li jekk xi darba aħna niġu biex nagħmlu policies, tajjeb li dawn nirreferu għalihom.", "Għax l-impressjoni li għandi hu li jsir pataflun xogħol ta' riċerka, din issir b'mod xjentifiku, u qegħda hemm mitluf u aħna hawn niġu biex nilleġislaw u lanqas biss inkunu nafu biha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "FRANCO GALEA: Għal li jista' jkun, kellkom xi request għal future studies?", "Tipo courses dwar x'effett qed ikollha s-soċjetà li qed tevolvi fiż-żmenijiet preżenti - ma tistax tgħidilhom żmenijiet moderni għax 20 sena ilu kienu wkoll żmenijiet moderni - vis-a-vis l-ħajja ta' kuljum.", "Per eżempju bħalissa barra minn Malta huma popolari ħafna l-future studies u kif jirrelataw affarijiet oħra.", "Imma fil-każ ta' human resources għaddejja xi ħaġa - tipo ta' courses – ta' dak li qed jiġri u huwa provvist li jiġri fil-futur fil-qasam tax-xogħol?", "MS MARIA PIA CHIRCOP: L-ewwel ħaġa Leicester University ma tmissx il-liġijiet, jiġifieri dik żgur li le.", "Li ġara, kif forsi rajtu anke bil-lista ta' l-MSEs li għamlu - they remodernise them biex jagħtuhom an EU globalised dimension.", "Ma rridux ninsew illi HR huwa pjuttost an intangible subject mhux bħal meta tgħid inġinerija, x'se jiġri fl-inġinerija.", "FRANCO GALEA: Iva, imma l-punt tiegħi hu jekk hux qed isiru xi courses dwar l-evolvement tas-soċjetà versus it-tip ta' xogħol li qed isir fil-preżent.", "Per eżempju x'effett se jkun hemm iktar 'l quddiem fuq id-dinja tax-xogħol - għas-saħħa ta' l-argument fl-industrija tal-manifattura tal-karozzi - l-fatt li qed naraw iżjed nisa jipparteċipaw mill-irġiel?", "Din is-sitwazzjoni kif qed tevolvi?", "Qed isir xi tip ta' studju – jew forsi xi tip ta' courses jew whatever - li hu more statistical u forsi fhiex se jwassal?", "Hemm xi ħaġa għaddejja fuq dak il-livell?", "MS MARIA PIA CHIRCOP: Le, ma jidhirlix.", "Dak mhux course, again riċerka forsi, it's not a course.", "FRANCO GALEA: Li qed ngħid hu, jekk hux qed isiru xi tipi ta' courses, biex ngħidu hekk, fil-każ tan-nisa li qed jinserixxu iżjed ruħhom fuq il-post tax-xogħol f'jobs li normalment m'humiex tradizzjonalment tan-nisa.", "MS MARIA PIA CHIRCOP: Iva dak bħala entrepreneurship.", "Per eżempju s-sena l-oħra għamilna kors intitolat Women as Leaders.", "Tajnihom kors anke fuq social security u x'għandhom ifittxu għall-impjegati tagħhom.", "Ġew irġiel ukoll jipparteċipaw, però the facilitators kienu kollha nisa li huma stess huma entrapreneurs.", "Nista' nsemmi żewġt aħwa li għandhom il-Green Skip Recycling Plant Doris u Mary.", "Kellna ukoll lil Ms Anna Borg mill-ETC.", "Għal din is-sena se nitkellem fuq il-mara rigward work/life balance.", "We are really promoting the women - equal gender naturalment - biex ngħidu li hemm possibilitajiet għalihom, mhux biss li joqogħdu d-dar - ma nistax ngħid meta jibdew joħorġu mid-dar, għax dan affari tagħhom - però li l-post tax-xogħol huwa kemm għar-raġel u kemm għall-mara għax il-familja hija kemm tal-mara u kemm tar-raġel.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Nagħmel riferenza għal din il-handout li tajtna....", "MS MARIA PIA CHIRCOP: L-artiklu li se jidher nhar il-Ħadd?", "Hawnhekk qed tgħid", "Xtaqt li telabora ftit iktar fuqha.", "FREDERICK AZZOPARDI: U t-tieni mistoqsija hija fuq l-istatistika.", "Vera hemm numru kbir ta' nisa!", "Meta qed tgħid minn 702 għandek 504 li huma females, ma nafx qatt dħaltux biex taraw x'kienet ir-raġuni li hemm iktar nisa jipparteċipaw.", "Forsi għaliex ma kellhomx il-mezzi meta kienu għadhom żgħar?", "Ma nafx għaliex in-numru tan-nisa huwa daqshekk ikbar minn ta' l-irġiel.", "MS MARIA PIA CHIRCOP: Hawnhekk qed tirreferi għall-statistics li ħarġu l-NSO hux veru?", "L-unika parti ta' l-istatistika li tidher hemmhekk u li tinteressani ħafna hija li hemm numru għoli li huma professionals; medical doctors, pharmacists, li għandhom quite a high education.", "Jiena l-filosofija tiegħi hi illi iktar ma bniedem jitgħallem iktar jiġih l-għatx li jkompli jitgħallem.", "FREDERICK AZZOPARDI: Imma x'inhi r-raġuni li kellkom daqshekk iktar nisa minn irġiel?", "MS MARIA PIA CHIRCOP: Jiena ma nistax nispjegaha għaliex mhux jien għamiltha dik ir-riċerka.", "Din mill-NSO ħarġet jiġifieri ma nafx kif għamlu ir-riċerka tiegħu.", "Ara x'inhu ġej bħala teknoloġija fl-2010!", "Wieħed mill-workshops li attendejt is-CIPD kien dwar x'se jiġri u mhux se jiġri fil-futur.", "Hija xi ħaġa li wieħed jitbissem meta jismagħha, dan qal mhux se jkun hemm iktar washing machines.", "Fil-futur il-ħwejjeġ se jkunu kollha ta' l-istess drapp, indaħħluhom puliti qishom ġo gwardarobba hemm ċippa u toħroġhom indaf u kważi kważi anke ironed, lesti.", "Iva, nitbissmu għax ma nafux jekk hux veru jew le, it looks incredible, can it be?", "Il-bidla kbira li se jkun hemm fit-teknoloġija.", "MARIO GALEA: Hemm min qed jgħid li tant se jkun hawn nuqqas ta' ilma li probabbli 20 sena oħra lanqas ikollna l-lussu li jkollna ilma biex naħslu l-ħwejjeġ.", "MS MARIA PIA CHIRCOP: Nothing to discard naħseb jiena għax ara kif ġejna.", "Għadna Jannar u qisu s-sajf.", "THE CHAIRMAN: Grazzi ħafna.", "Kienet interessanti mmens.", "Il-kumitat jaġġorna għal nhar l-Erbgħa li ġej fejn ikollna diskussjoni dwar il-housing.", "Fid-8:40 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa 21 ta' Frar 2007."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070219_079d_soc.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 102", "It-Tnejn, 19 ta' Frar 2007 fis-7.15 p.m.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar It-Tnejn, 19 ta' Frar 2007 fis-7.15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa ma' l-E.T. President Emeritus Dr Ugo Mifsud Bonnici dwar il-European Commission For Democracy Through Law – The Venice Commission.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070219_102a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 102", "It-Tnejn, 19 ta' Frar, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru. 102", "It-Tnejn, 19 ta' Frar, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.21 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 101 li saret it-Tlieta, 30 ta' Jannar, 2007 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Jason Azzopardi): L-Onor.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, naf li inti ma kellek l-ebda ħtija fiha l-biċċa tax-xogħol pero' nixtieq nirreġistra d-diżappunt tiegħi li kellna nsiru nafu xi erba' sigħat biss qabel li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Michael Frendo kien indispost u li allura l-laqgħa ma' l-Eċċellenza Tiegħu s-Sur Richard Cachia Caruana kellha tiġi kkanċellata jew posposta għal data oħra.", "Dan meta jiena suppost qed nattendi fl-istess ħin is-Social Affairs Committee flimkien ma' l-Onor.", "Clyde Puli fuq item li tlabna aħna stess.", "Id-data biex niltaqgħu llum intgħażlet għall-konvenjenza tas-Sur Richard Cachia Caruana.", "Jien m'iniex qed niddubita dwar l-indispożizzjoni tal-Ministru Frendo, imma ladarba din il-laqgħa kellha titħassar kien imissna ġejna notifikati fil-bidu tal-ġurnata u b'hekk kien ikollna ċ-ċans nagħmlu arranġamenti oħra.", "It-tieni punt li nixtieq nagħmel huwa dwar l-istedina li rċevejt bħala membru tal-Foreign and European Affairs Committee għal Malta/China Long Standing Relationship Conference, li għalkemm hija datata s-16 ta' Frar irċevejtha llum u b'koinċidenza jew le din tikkonċidi ma' l-istatement li ħriġt bħala spokesman tal-Malta Labour Party.", "Għalkemm is-suġġett kien \"The Long Standing Relationship bejn Malta u ċ-Ċina\", xi ħaġa li suppost hemm kunsens politiku fuqha, l-Oppożizzjoni tħalliet kompletament barra mill-panel ta' din il-konferenza u nħoss li huwa nsult li sempliċement niġi mistieden biex nattendi għal din l-event biex insegwi l-proceedings.", "It-tielet, peress li l-Ministru m'huwiex preżenti – jien persważ li he couldn't make it - nixtieq nagħmel talba formali biex f'data mhux 'il bogħod u li tkun konvenjenti għall-Ministru nagħmlu seduta speċifika li jkollha fuq l-aġenda item waħda li tkun dwar iż-żjara tiegħu fil-Libja ġaladarba l-Kamra ma ġietx mgħarrfa b'ministerial statements fuq l-eżitu tal-laqgħa.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Se nieħu punt punt dawn ir-rimarki li qajjem il-kollega tiegħi l-Onor.", "L-ewwelnett dwar l-indispożizzjoni tal-Ministru nista' nirrelata x'ġara.", "Għall-ħabta tas-1.55 p.m. ċempilli personalment il-Ministru Frendo, dan kien jinstema' ma jiflaħx u dgħajjef u qalli li kien għadu kemm ħareġ mil-laqgħa tal-Kabinett li attenda għaliha bi sforz kbir.", "Fil-fatt, effettivament irkada u sa kellu anke d-deni.", "Għaldaqstant talabni ġentilment biex b'kortesija kbira nipposponi l-laqgħa tal-lejla peress li l-għaqal kien jiddetta - u dan anke għall-aħjar proċediment tal-laqgħa - li l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ikun preżenti għal din il-laqgħa.", "Jien mill-ewwel għedtlu li ma nsib l-ebda diffikulta' u li kont se ninforma lill-kollegi tiegħi immedjatament kif fil-fatt għamilt.", "Meta konna fuq it-telephone, il-Ministru Frendo minn jeddu qalli - u hawn nixtieq nenfasizza l-kliem \"minn jeddu\" - li hu jixtieq li malli jkun aħjar insibu ġurnata li tkun konvenjenti għal kulħadd sabiex ikun jista' jiġi fil-kumitat u jirrelata ż-żjara tiegħu fil-Libja.", "Jiena mill-ewwel irringrazzjajtu u għedtlu li din hija xi ħaġa li we are looking forward għaliha u dak il-ħin stess tlabt lill-clerk, is-Sur Vella, biex jagħmel kuntatt mas-segretarjat tal-Ministru biex tiġi ffissata ġurnata fil-futur qarib sabiex tinżamm din is-seduta.", "Ninforma lill-Kumitat li l-istedina taċ-Ċina għadni kif irċevejtha issa mal-korrispondenza.", "Irrid ngħid ukoll li fis-2.15 p.m. ċempilli l-Ambaxxatur Cachia Caruana biex jaċċertani li hu jixtieq li din il-laqgħa tinżamm, naturalment flimkien mal-Ministru, jekk jista' jkun within the next few days.", "Fil-fatt qalli li kellu l-briefs lesti biex jitkellem fuqhom u biex jqassamhom.", "Hija ħasra li din il-laqgħa, li tant ilha ffissata, kellha titħassar imma sfortunatament ħadd m'għandu kontroll fuq il-mard.", "THE CHAIRMAN: Qabel ngħaddu għal-item prinċipali qed nippreżenta lill-Kumitat 12-il riżoluzzjoni li ġew adottati mil-Parlament Ewropew bejn it-12 ta' Diċembru, 2006 u t-18 ta' Jannar, 2007.", "Dawn huma s-segwenti:", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, ta' Arranġament bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta' dawn l-istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (COM(2006)0178 – C6-0358/2006 – 2006/0063(CNS)) P6_TA-PROV(2006)0533 adottata fit-12 ta' Diċembru 2006;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar l-inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Renju tal-Belġju u r-Repubblika tal-Finlandja bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-koperazzjoni bejn l-Uffiċċji ta' l-Irkupru ta' Assi ta' l-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta' rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha (7259/2006 – C6-0122/2006 – 2006/0805(CNS)) P6_TA-PROV(2006)0541 fit-12 ta' Diċembru 2006;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar programm leġiżlattiv u ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2007 P6_TA-PROV(2006)0565 adottata fit-13 ta' Diċembru 2006;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-aspetti istituzzjonali tal-kapaċita' ta' l-Unjoni Ewropea li tintegra Stati Membri ġodda (2006/2226(INI)) P6_TA-PROV(2006)0569 adottata fit-13 ta' Diċembru 2006;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-laqgħa għolja bejn l-UE u r-Russja f'Helsinki ta' l-24 ta' Novembru, 2006 P6_TA-PROV(2006)0566 adottata fit-13 ta' Diċembru 2006;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2006–2007 P6_TA-PROV(2006)0568 adottata fit-13 ta' Diċembru 2006;", "Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill bi proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar l-iżvilupp tan-negozjati rigward id-deċiżjoni ta' qafas dwar il-protezzjoni ta' data personali fil-qafas tal-koperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fi kwestjonijiet kriminali (2006/2286(INI)) P6_TA-PROV(2006)0602 adottata fl-14 ta' Diċembru 2006;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru (COM(2006)0266 – C6-0308/2006 – 2006/0094(CNS)) P6_TA-PROV(2006)0576 adottata fl-14 ta' Diċembru 2006;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-konklużjoni tal-ftehima għat-tiġdid u l-modifikazzjoni tal-ftehima dwar l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp fil-qasam tas-Sistemi ta' Manifattura Intelliġenti (IMS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja, il-Kanada, il-pajjiżi ta' l-EFTA tan-Norveġja u l-Isvizzera, il-Korea, il-Ġappun u l-Istati Uniti ta' l-Amerika (COM(2006)0343 – C6-0373/2006 – 2006/0111(CNS)) P6_TA-PROV(2006)0577 adottata fl-14 ta' Diċembru 2006;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima li temenda il-Ftehima ta' Sħubija bejn, fuq naħa waħda, il-Membri tal-grupp ta' Stati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku u fuq in-naħa l-oħra, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmata f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (6987/2006 – C6-0124/2006 – 2005/0071(AVC)) P6_TA-PROV(2007)0002 adottata fit-18 ta' Diċembru 2006;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-Seba' u t-Tmien Rapport Annwali tal-Kunsill skond id-Dispożizzjoni Operattiva 8 tal-Kodiċi ta' Kondotta ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-Esportazzjoni ta' l-Armi (2006/2068(INI)) P6_TA-PROV (2007)0008 adottata fit-18 ta' Diċembru 2006; u", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Programm ta' Azzjoni Ewropew għas-Sikurezza tat-Toroq - reviżjoni ta' nofs iż-żmien (2006/2112(INI)) P6_TA-PROV(2007)0009 adottata fit-18 ta' Diċembru 2006.", "Dawn ir-riżoluzzjonijiet għandhom jinteressaw mill-qrib lil dan il-kumitat għax jittrattaw ftehim li sar bejn l-Unjoni Ewropea u diversi pajjiżi - kemm viċin kif ukoll 'il bogħod – kif ukoll aġenziji internazzjonali.", "Niġbed l-attenzjoni b'mod partikolari għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-aspetti istituzzjonali tal-kapaċita' ta' l-Unjoni Ewropea li tintegra stati membri ġodda.", "Inqiegħed ukoll fuq il-mejda ittra ta' Mr Speaker fejn qed jiġbed l-attenzjoni tal-Kumitat għall-għaxar rapporti li ġew adottati fis-sessjoni plenarja ta' l-Assembly of Western European Union li nżammet fit-18 ta' Diċembru, 2006:", "Għaxar rapporti li ġew ippreżenati waqt it-52 Sessjoni ta' l-Assemblea tal-Western European Union, The Interparliamentary European Security and Defence Assembly li nżammet bejn it-18 u l-20 ta' Diċembru 2006 f'Pariġi.", "LAQGĦA MA' L-E.T. PRESIDENT EMERITUS DR UGO MIFSUD BONNICI DWAR IL-EUROPEAN COMMISSION FOR DEMOCRACY THROUGH LAW – THE VENICE COMMISSION.", "THE CHAIRMAN: Ngħaddu għall-item prinċipali fejn bi pjaċir għalija u għall-membri ta' dan il-Kumitat qegħdin nilqgħu għall-ewwel darba fostna lill-Eċċellenza Tiegħu, il-President Emeritus Dr. Ugo Mifsud Bonnici, li kien aċċetta mill-ewwel l-istedina tiegħi li jiġi jaqsam magħna l-ħsebijiet tiegħu dwar il-Venice Commission, liema laqgħa kellha tiġi riskedata darbtejn jew tliet darbiet minħabba impenji min-naħa tal-Kumitat.", "Eċċellenza nilqgħek, nagħtik merħba u nirringrazzjak talli onorajt lili u lill-Kumitat bil-preżenza tiegħek.", "Il-fatt li qegħdin nilqgħu dak li kien kap ta' Stat għalija għandu sinifikat partikolari u anke l-fatt li inti se tirrelata dwar suġġett li huwa importanti ħafna u dwar ir-rwol tiegħek fi ħdan il-Venice Commission.", "Jien anzjuż ħafna biex nisma' dak li għandek x'tgħidilna.", "Il-kelma f'idejk.", "E.T. PRESIDENT EMERITUS UGO MIFSUD BONNICI (Membru tal-EUROPEAN COMMISSION FOR DEMOCRACY THROUGH LAW – THE VENICE COMMISSION) : Nirringrazzjakom talli stedintuni biex nitkellem fuq il-Venice Commission u x-xogħol tiegħi fiha.", "Nibda biex nispjega kif twieldet u x'tagħmel din il-Venice Commission.", "Din il-kummissjoni twieldet fl-1990 u se ngħid għala nħasset il-ħtieġa li titwaqqaf.", "Kien hemm ċaqliq ta' demokraziji ġodda, speċjalment fil-Lvant ta' l-Ewropa, u nħass il-bżonn li dawn jiġu assistiti teknikament biex jagħmlu liġijiet għad-demokraziji tagħhom li jkunu tajbin.", "Il-proposta kien għamilha oriġinarjament il-gvern Taljan, dak iż-żmien kien il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Italja, Gianni Demichelis, u dan jispjega għaliex din il-kummissjoni, li t-titlu tagħha bl-Ingliż huwa Democracy through Law, ġiet imwaqqfa fl-Italja.", "Oriġinarjament kien hemm il-ħsieb li ssir ġewwa Firenze pero' billi Gianni Demichelis kien joħroġ fuq Venezja allura ġie deċiż li din issir ġo Venezja.", "B'hekk ħadet l-isem ta' Venice Commission.", "Mill-1990 'il quddiem kellha l-istess president, li huwa La Pergola, li għamel żmien fil-Qorti Kostituzzjonali Taljana u anke kien ministru fil-gvern Taljan ta' Craxi.", "Illum dan għandu 76 sena, pero' mentalment għadu tajjeb ħafna.", "Għaliex qed insemmi lil La Pergola?", "La Pergola ta ċertu indirizz lil din il-kummissjoni billi pprova jżommha kemm jista' jkun ħaġa kompletament teknika li la tindaħal fil-politika u lanqas tipprova tagħmel reklam għaliha nnifisha.", "Kif inhi komposta din il-kummissjoni?", "Hija komposta minn rappreżentant ta' kull pajjiż tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Fil-fatt din hija organu tal-Kunsill ta' l-Ewropa u kull pajjiż għandu dritt ikollu membru.", "Ġeneralment il-pajjiżi l-kbar kollha għandhom substitute member biex meta ma jkunx jista' jiġi wieħed, jiġi l-ieħor u l-parti l-kbira tal-membri tas-46 pajjiż huma mħallfin jew professuri ta' l-universita' u ftit huma dawk il-membri li kienu fil-politika.", "Fil-fatt hemm Madame Hanna Suchocka, ir-rappreżentanta tal-Polonja, li kienet prim ministru, jiena li okkupajt kariga politika u r-rappreżentanta tal-Lussemburgu, li wkoll kienet membru parlamentari.", "Il-bqija l-oħrajn kienu kollha mħallfin f'pajjiżhom jew fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Irrid ngħid li bħala l-ewwel membru tagħha Malta kellha lil Dr. Giovanni Bonello, imbagħad lil Dr. Said Pullicino u mbagħad jien.", "Il-kummissjoni tiltaqa' erba' darbiet f'sena ġewwa Venezja f'sala sabiħa ħafna bl-isem ta' Scuola San Giovanni Evangelista u l-ġranet dejjem jiġu ffissati minn sena qabel.", "Niltaqgħu f'Marzu, f'Ġunju, f'Ottubru u f'Diċembru u fil-fatt l-14 ta' Marzu għandna l-laqgħa li jmiss.", "X'inhu x-xogħol li tagħmel din il-kummissjoni?", "Il-kummissjoni teżamina, fuq talba jew tal-pajjiżi stess jew ta' l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa jew tal-Kunsill tal-Ministri ta' l-Ewropa, liġijiet li għandhom x'jaqsmu jew mal-kostituzzjoni jew mad-drittijiet umani jew ma' l-elezzjonijiet.", "Hemm ċertu numru ta' liġijiet rigward minoranzi li jaffettwaw ċerti pajjiżi bħar-Rumanija u l-Ungerija.", "Ġeneralment is-seduti jsiru nhar ta' Ġimgħa l-ġurnata kollha u nhar ta' Sibt nofs ta' nhar.", "Il-Ħamis ikun hemm is-sotto-kumitati li kultant ikomplu s-Sibt wara nofs in-nhar.", "Dawn is-sotto-kumitati jittrattaw l-elezzjonijiet demokratiċi, id-drittijiet umani u problemi oħrajn partikolari.", "L-atmosfera hemm ġew tkun waħda kwieta fis-sens li għandek 46 avukat u f'seduta ta' ġurnata u nofs nagħmlu aġenda twila.", "Jien ġibt miegħi r-rapport tad-69 Sessjoni Plenarja ta' Diċembru li fiha kien hemm 24 item ta' l-aġenda, kollha fit-tul u b'ċertu nkwiet, daqqa fuq Montenegro, daqqa fuq il-Messiku, daqqa fuq il-Latvia u daqqa fuq Iżrael li talbet observer status.", "Dawn il-kwestjonijiet ħafna drabi jkunu spinużi pero' b'danakollu l-materja tiġi ttrattata bl-iktar mod ordnat.", "Meta jintalab xi parir mill-kummissjoni, is-segretarjat jistaqsi min hu interessat li jagħmel relazzjoni preliminari u jintgħażlu tnejn jew tlieta li ħafna drabi jmorru fil-pajjiż biex jeżaminaw il-liġi, jagħtu draft opinion u din tintbagħat lill-membri kollha minn żmien qabel.", "Imbagħad000000000000 niltaqgħu aħna biex nikkummentaw dwarha.", "Kultant jitolbuk tagħti l-kummenti tiegħek bil-miktub anke qabel ma niltaqgħu biex dawn jiġu ċċirkolati.", "B'dan il-mod kulħadd ikun diġa' ppreparat fuq il-liġi li jkollna quddiemna u jkollhom il-kummenti lesti.", "Kultant is-seduti jkunu daqsxejn movimentati.", "Nista' nsemmi, per eżempju, id-diskussjoni li kien hemm fuq il-liġi tax-xandir ta' l-Italja u fuq il-liġi Frattini dwar il-konflitt ta' interess.", "U billi l-president huwa Taljan, La Pergola, dan talabni biex nippresjedi jien.", "Irrid ngħid li jiena wieħed mit-tliet viċi presidenti u meta hu ma jkunx jista' jattendi, jippresjedi wieħed minna.", "Din is-seduta kienet animata għax kien hemm min qed jara li dawn il-liġijiet m'humiex konformi ma' l-istandards demokratiċi u kien hemm oħrajn li ddefendewha.", "Fil-fatt, l-opinjoni kienet li ma kenux konformi ma' l-istandards demokratiċi, iġifieri, dawn iż-żewġ liġijiet ġew kundannati, pero' nista' ngħidilkom li ma saritx għagħa kbira għax il-kummissjoni kemm jista' jkun tipprova tagħmel l-affarijiet fuq bażi sempliċi u teknika kemm jista' jkun.", "Jiġifieri għalkemm f'ċertu ħinijiet f'din is-seduta kien hemm exchanges daqsxejn sħan, l-opinjoni li ġiet adottata kienet sempliċement fuq bażi legali.", "Naturalment isir hekk mhux fuq din biss imma fuqhom kollha.", "Il-kummissjoni daħlet f'affarijiet oħrajn bħal, per eżempju, l-osservazzjoni ta' l-elezzjonijiet.", "Tintalab ukoll biex tagħti pariri lill-gvernijiet anke fil-formolazzjoni ta' liġi sħiħa fuq ċerti affarijiet.", "Per eżempju, jiena tajt ir-relazzjoni tiegħi fuq liġi li kienet tittratta d-drittijiet tal-minoranza Ungeriża fir-Rumanija, dwar id-drittijiet tagħha biex tkun rappreżentata fil-parlament u fil-gvernijiet lokali.", "Il-parir li tajt jien kien kuntrarju għal dik il-liġi u naturalment ir-rappreżentant tar-Rumanija kkontestani fit-tul pero' sirna ħbieb ħafna minħabba f'hekk u fil-fatt din il-liġi bidluha.", "Għandi ngħid li 99% tal-pariri li tagħti l-kummissjoni jiġu aċċettati u l-liġijiet jiġu mibdula anke f'pajjiżi bħar-Russja, il-Kyrgystan u oħrajn.", "Il-kummissjoni bdiet għall-Ewropa biss imma fil-fatt qed tiġi kkonsultata anke minn pajjiżi oħrajn.", "Per eżempju, jien ħadt parti f'osservazzjoni li kien hemm dwar elezzjoni fil-Palestina meta tela' Abbas.", "Osservazzjonijiet ta' elezzjonijiet isiru kważi kullimkien.", "Barra minn hekk hemm ukoll kollaborazzjoni ma' qrati ta' pajjiżi oħra barra mill-Ewropa, per eżempju, ma' l-għaqda tal-qrati supremi jew kostituzzjonali Għarab fejn jien kont parti mid-delegazzjoni fejn stabbilejna relazzjoni ma' l-Alġerija s-sena l-oħra.", "Hemm kollaborazzjoni mal-qrati tal-pajjiżi ta' l-Afrika tan-naħa t'isfel.", "(Interruzzjonijiet) Mhux fl-Eritrea imma f'pajjiżi fin-naħa t'isfel bħall-Angola u l-Mozambique.", "Naturalment is-South Africa kienet laqqgħet lil dawn il-pajjiżi biex jagħmlu din l-għaqda imma mbagħad l-kummissjoni ta' l-Ewropa ġiet mistiedna biex tagħmel exchange of views magħhom.", "Fil-fatt, kważi f'kull laqgħa li ssir ikollna rappreżentanti minn dawn il-postijiet u anke mill-Amerika Latina.", "Ħafna drabi l-ewwel item tkun cooperation with the Committee of Ministers, imbagħad ikun hemm il-parliamentary assembly bil-kungress għal-local u regional government u mbagħad il-kollaborazzjoni ma' dawn l-entitajiet barranin.", "Ix-xogħol ta' din il-kummissjoni huwa magħmul b'ċertu għaqal, b'ċerta ordni u qiegħed jikkontribwixxi.", "Barra milli jsiru dawn l-attivitajiet li semmejt, kultant joħorġu studji partikolari u fil-fatt għandhom serje li jgħidulha \"Science and Technique of Democracy\".", "Jien ġibt wieħed minnhom, in-numru 39, li jismu: \"European Standards of Electoral Law in Contemporary Constitutionalism\".", "Fih issib paragun bejn kif jaraw dawn l-affarijiet fl-Ewropa, kif jarawhom fl-iStati Uniti u fi bnadi oħra.", "Barra minn hekk, isir studju partikolari biex nistabbilixxu l-istandards u fil-fatt ġie stabbilit code of good practice in electoral matters.", "Biex dan il-code of good practice seta' ġie kkompilat sar kwestjonarju mal-pajjiżi kollha dwar kif jaħdmu ċerti ħwejjeġ.", "Ir-risposti ġew miġburin flimkien, id-dokument mar quddiem l-assemblea parlamentari u ġie aċċettat.", "Illum, dan qed jiġi magħdud ukoll bħala a secondary source of law bħala European custom.", "Hemm sentenza mogħtija mill-Qorti Ewropea f'każ ta' Ingliż jismu Hurst li kien qiegħed il-ħabs u li għamel kawża biex jiġi dikjarat li l-fatt li ma jistax jivvota minħabba li kien qiegħed il-ħabs huwa ċaħda tad-dritt kostituzzjonali tiegħu għad-demokrazija.", "Il-qorti daħlet biex tikkonsidra safejn huwa aċċettat li tillimita d-dritt tal-vot.", "L-Ingilterra l-ewwel kellha l-esklużjoni ta' kulmin kien il-ħabs dak iż-żmien, anke min kien qiegħed jistenna li jsirlu proċess ma setax jivvota.", "Imbagħad dik bidluha.", "Pero' s-sentenza tal-Qorti Ewropea kkritikat lill-Ingilterra li żammet lil kulmin kien ikkundannat milli jivvota, anke dawk li jkunu kkundannati fuq delitti li m'għandhom x'jaqsmu xejn mad-demokrazija.", "(Interruzzjonijet) Imma f'din is-sentenza l-qorti qalet li għalkemm il-code of good practice tal-Venice Commission ma torbotx, fis-sens li m'hijiex liġi, pero' tqisha bħala ħaġa awtorevoli.", "Issa qegħdin jaħdmu biex jagħmlu code of good pracitce fil-każ tar-referenda.", "Il-parti l-kbira ta' l-ispiża ta' din il-kummissjoni hija funded mill-gvernijiet.", "Fil-fatt, biex jien immur Venezja jħallasli l-Gvern Malti u s-segretarjat u spejjeż inċidentali jħallashom il-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Il-Gvern Taljan jagħti s-sede u jagħti wkoll żewġ ikliet u s-servizz ta' traduzzjoni.", "Bħalma jaf kulħadd, fil-Kunsill ta' l-Ewropa ssir it-traduzzjoni bl-Ingliż u bil-Franċiż pero' billi r-Russja hija pajjiż ta' importanza kbira u r-Russu huwa l-lingwa kurrenti bejn il-pajjiżi li qabel kienu parti mill-Unjoni Sovjetika, hemm ukoll traduzzjoni għar-Russu u mir-Russu, jiġifieri dawn jistgħu jitkellmu bir-Russu u naturalment ikun hemm it-traduzzjoni.", "Hemm kontinġent mhux ħażin ta' dawk li jitkellmu bir-Russu għax għandek l-istati Baltiċi u għandek dawk osservaturi minn Kyrgystan u minn pajjiżi simili li jitolbu pariri allavolja m'humiex membri u fil-fatt uħud minn qed jitolbu li jkunu membri u d-deċiżjoni kienet li jekk jissodisfaw ċerti kriterji allura jkunu jistgħu jidħlu membri.", "Hemm ukoll osservaturi mill-Korea, mill-Ġappun, miċ-Ċili u mill-Kanada, jiġifieri madwar il-mejda nkunu numru mhux ħażin.", "Naturalment dawn l-osservaturi jiġu mitluba jitkellmu meta jkun hemm bżonn u rari jintervjenu ħlief meta jiġu mitluba.", "Barra minn hekk, din il-kummissjoni qed tagħti wkoll għajnuna fil-Kosovo u fil-Bosnia, bħal pariri fuq pulizija u drittijiet tal-pulizija.", "Il-kummissjoni tagħmel xogħol ukoll fuq kif inti tikkontrolla s-secret service, jiġifieri l-kontroll politiku tas-secret service u ħwejjeġ oħra ta' natura kostituzzjonali.", "Jiena nista' ngħid li tgħallimt ħafna.", "Ħafna drabi meta nara li xi parir li tkun tat il-kummissjoni li jista' jagħmel xi differenza hawn Malta - ħafna mis-sitwazzjonijiet tal-Lvant ma jkollhomx relevanza għal Malta - nieħu l-briga li nibgħathom jew lill-Prim Ministru jew lill-Ministru ta' l-Intern skond ma jkun il-każ.", "Jien naħseb li din il-kummissjoni qed tagħmel il-ġid u ma naħsibx li saret għal xejn.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Prosit ferm, Eċċellenza.", "Jien tgħallimt ukoll u jkolli nammetti li forsi ma kontx naf biżżejjed dwar din il-commission.", "Qabel ma nistieden lill-membri sħabi biex jintervjenu, nixtieq nirrimarka li m'għandi l-ebda dubju li l-pubblikazzjonijiet tal-Venice Commission jistgħu jkunu ta' għajnuna u ta' utilita' anke għall-parlament tagħna, b'mod partikolari ta' dan il-Kumitat.", "Kemm huwa possibbli li jintlaħaq xi forma ta' ftehim bejn il-parlament tagħna u l-Venice Commission biex nibdew nirċievu jew nissottoskrivu għall-publications li toħroġ?", "Jien m'għandi l-ebda dubju li, kif għedt inti, uħud mill-osservazzjonijiet ma jkunux rilevanti għal Malta pero' wħud minnhom definittivament jistgħu jkunu ta' interess anke mil-lat politiku, jekk mhux mil-lat legali.", "E.T. PRESIDENT EMERITUS UGO MIFSUD BONNICI: Dawn il-pubblikazzjonijiet ikunu aċċessibbli mill-Kunsill ta' l-Ewropa.", "B'kumbinazzjoni għadni kif attendejt għal laqgħa fejn id-diskussjoni kienet dwar applying common standards fl-elezzjonijiet.", "Li nista' ngħid hu li nara kif b'xi mod jew ieħor dawn il-pubblikazzjonijiet jaslu hawn, imma naħseb li r-rappreżentant Malti fil-Kunsill ta' l-Ewropa, jiġifieri l-Ambaxxatur Licari, jista' jiġi nkarigat biex jara li dawn il-pubblikazzjonijiet jaslu għandkom.", "Brincat biex jagħmel l-intervent tiegħu.", "LEO BRINCAT: Eċċellenza, l-ewwelnett nixtieq nuri l-apprezzament għall-ħidma tiegħek.", "Jekk tiftakar sewwa aħna attendejna flimkien, f'vesti differenti, laqgħa fil-Polonja fejn inti kont qed tirrappreżenta lill-Venice Commission u jiena kont qed nirrappreżenta lill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Minn hemmhekk jien ħadt ħjiel tax-xogħol pożittiv li qed tagħmlu għalkemm permezz tal-laqgħa tal-lum nista' ngħid li għandi stampa iktar wiesgħa tal-ħidma ta' din il-kummissjoni.", "Jekk fhimtek sew il-focus tagħkom titfgħuh fuq pajjiż partikolari jew fuq talba tal-pajjiż speċifiku jew fuq talba tal-kunsill tal-ministri jew fuq talba ta' l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Dan għax kif qed naraw jiġri llum f'postijiet li huma lil hinn mill-areas li qed toperaw fihom intom - qed nirriferi b'mod partikolari għal-Lvant Nofsani - hemm push, li primarjament ġejja mill-Istati Uniti u anke minn pajjiżi oħrajn, biex isaħħu l-istrutturi demokratiċi ta' dawn il-pajjiżi.", "Jiena fil-prinċipju ma nistax ma naqbilx ma' dan għax ħadd ma jista' jkun kontra xi ħaġa li tkattar u tifrex id-demokrazija.", "Biss fuq livell prattiku qed jiġri li ħafna drabi qed jiġu stabbilizzati gvernijiet li huma close mal-pajjiżi tal-Punent u anke b'mod partikolari ma' l-Unjoni Ewropea u b'konsegwenza ta' dan qed jinbtu u jingħataw ċerta saħħa movimenti ta' tendenza pjuttost fundamentalista.", "Forsi tgħidli li dan huwa riżultat tal-vot ħieles, imma din qed tkun il-konsegwenza ta' dan ix-xenarju.", "Ma nafx dan ix-xenarju wiesa' jinkwadrax mal-ħidma tagħkom u din norbotha ma' domanda oħra tiegħi.", "Kien hemm xi talba speċifika biex tiffukaw fuq il-Libanu?", "Qed nagħmel din id-domanda għax bħala rapporteur tal-parliamentary assembly kont ifflowtjat l-idea li wieħed jirrikorri għas-servizz tal-kummissjoni tagħkom u nista' ngħid li meta avviċinajt deputati parlamentari individwali ta' diversi gruppi politiċi Lebaniżi u spjegajtilhom more or less x'inhi l-Venice Commission dawn ma dehrux ostili lejha.", "Kien hemm min kien biered, kien hemm min kien entużjast u kien hemm min kien entużjast ħafna.", "Imma aħna biex nimxu 'l quddiem ridna li jkollna l-barka tal-President tal-Parlament Lebaniż u dan anke minħabba s-sistema komplessa li għandhom.", "Sfortunatament ma tantx kellna suċċess fuq livell ta' assemblea parlamentari u dan bejn għax inqalgħet il-gwerra tal-Libanu u bejn għax inqalgħu konflitti nterni li reġgħu ħarġu fid-deher bejn il-Hezbollah u l-partit fil-Gvern ta' Fouad Siniora.", "Peress li kien hemm proposti kif nistgħu nimxu 'l quddiem biex ngħinuhom isaħħu l-istituzzjonijiet tagħhom iktar milli l-proċess tad-demokratizzazzjoni, aħna konna qed naħsbu fil-kummissjoni tagħkom bħala conduit importanti biex jintlaħaq dan l-għan.", "Safejn jien informat bħala rapporteur ma nafx li kien hemm żviluppi f'dan ir-rigward, imma jista' jkun li min-naħa tagħkom ġejtu avviċinati jew mill-Kunsill ta' l-Ewropa innifisha jew anke mill-Parlament Lebaniż.", "Għaldaqstant tista', to the best of your knowledge u sakemm m'hemmx xi affarijiet konfidenzjali għaddejjin, tilluminana dwar dan?", "E.T. PRESIDENT EMERITUS UGO MIFSUD BONNICI: Kif għedt, il-kummissjoni kienet altru milli prudenti u allura ma tindaħalx fi kwestjonijiet ta' politika interna ta' pajjiżi oħra jekk mhux għax tiġi mitluba jew mill-gvern tal-pajjiż stess jew mill-kunsill tal-ministri jew mill-assemblea.", "LEO BRINCAT: Jien qed ngħid dan għax it-talba tista' ssir mill-assemblea parlamentari u din mhux neċessarjament tkun tirrifletti r-rieda tal-gvern tal-pajjiż.", "E.T. PRESIDENT EMERITUS UGO MIFSUD BONNICI: Ħafna drabi l-intervent tal-Venice Commission ikun mill-bogħod u fuq liġijiet.", "Jiġifieri f'każ li l-assemblea parlamentari tgħidilna biex naraw jekk liġi li se tagħmel, per eżempju, il-Bulgarija hijiex aċċettabbli skond l-istandards allura dik il-liġi tiġi eżaminata, ikun hemm diskussjoni fuqha, issir draft opinion li nibagħtuha lil min inkarigana biex neżaminawha imma ma nagħmluhiex pubblika.", "Ħafna drabi meta dawn il-karti jiġu għandi jkunu reserved, allavolja jiġu bl-e-mail.", "Kemm jista' jkun aħna ma nippruvawx nagħmlu politika minnha u fil-fatt ma jiġix eżaminat l-istat tad-demokrazija imma tiġi eżaminata l-istruttura.", "Ilum hemm il-forum for democracy li aħna konna attendejna għaliha u hemmhekk qed jipprovaw javvanzaw l-idea li jkun hemm mod kif tagħmel democratic audit ta' pajjiżi partikolari.", "Pero' llum il-Venice Commission ma tagħmilx democratic audit ta' pajjiż imma tagħmel democratic audit tal-liġijiet tal-pajjiż.", "Din id-distinzjoni wieħed irid iżommha.", "Per eżempju, aħna ma ngħidux li r-Russja miexja ħażin ħlief meta jkun hemm election observation.", "F'dak il-każ tgħid x'ġara fl-election observation bħal meta ħadt parti jien fil-Palestina fejn għamilna rapport fuq kif kien l-andament ta' dik l-elezzjoni.", "Pero', barra minn dan il-Venice Commission qed tagħmel biċċa xogħol oħra fis-sens illi meta tiġi mitluba biex tgħin f'institution building, jiġifieri billi nagħtu għajnuna anke f'pajjiżi tal-Lvant Nofsani, dan nagħmluh.", "Jiena stess mort għal seminar ta' 40 deputati Iraqqini li sar ġo Amman fil-Ġordan.", "Dan kien jitratta diversi problemi fosthom ir-reliġjon ta' l-istat u l-influwenza tar-reliġjon fil-politika, is-sekulariżmu, il-lajċiżmu u l-federaliżmu.", "Miegħi kelli professur Ġermaniż li qiegħed l-Universita' ta' Londra li tkellem fuq kif jaħdem il-federaliżmu fil-Ġermanja u jien tkellimt fuq il-lajċiżmu, is-sekulariżmu, id-diviżjoni bejn l-istat u l-knisja fil-pajjiżi li naf jien, il-Koran u d-demokrazija u affarijiet oħrajn.", "Naturalment meta tkellimt fuq il-Koran u d-demokrazija għedt li huwa possibbli li jkollok demokrazija bil-Koran bħalma huwa possibbli li jkollok il-Kristjaneżmu, imbagħad tkellimt fuq id-distinzjoni bejn l-impożizzjoni, id-dritt ta' kulħadd li jagħżel ir-reliġjon tiegħu, id-diffikulta' fil-pajjiżi Mawmettani minħabba t-tibdil tar-reliġjon u affarijiet oħra li għamilna ġurnata u nofs nitkellmu dwarhom.", "Jien deherli li dan is-seminar, li għalih attendew 40 deputat, kien pożittiv u fruitful u jien ngħid xi kelma bl-Għarbi u allura morna tajjeb ħafna.", "L-istess għamilna meta ħadt parti fis-seminar li sar f'Ażerbajġan fejn hemm president li huwa daqsxejn dominanti.", "Jiena u Lord Russell Johnston, liberali Skoċċiż u ex-President tal-Parlament, għamilna dan is-seminar f'Ażerbajġan dwar kif taħdem id-demokrazija fejn spjegajna kemm taħdem tajjeb is-sistema meta jkun hemm l-oppożizzjoni.", "Meta f'Jannar għamilna laqgħa f'Lisbona mal-pajjiżi ta' l-Afrika, jiena tkellimt fuq dan l-istess suġġett minħabba l-esperjenza tiegħi peress li jiena għamilt 16-il sena fl-oppożizzjoni u seba' snin ministru.", "Allura jien nista' ngħid kemm kien utli ż-żmien għalija meta kont fl-oppożizzjoni biex nipprepara lili nnifsi u kemm kien importanti għalija meta kont ministru u kelli oppożizzjoni qawwija.", "Id-domandi li kienet tagħmilli s-Sinjura Sant, per eżempju, kienu lluminanti għalija għax l-ilmenti kollha tal-Partit Laburista kienu jmorru għandha, u hi kienet tagħmel ruxxmata ta' domandi fuq ħwejjeġ li n-nies ta' madwarek ma jgħiduhomlokx.", "Ħadd ma jiġi jgħidlek li hemm nuqqas fit-tali skola, per eżempju, imma dawn l-affarijiet jew trid tiskoprihom inti jew ikollok xi ħadd li jkun qiegħed apposta biex jiskoprihom jew inkella tiskoprihom mill-oppożizzjoni.", "Meta f'Lisbona kont qed nitkellem fuq dawn l-affarijiet skoprejt li ħafna miid-deputati mill-pajjiżi Afrikani għadhom jarawha bi kbira li wieħed jgħid li tajjeb li tkun fl-oppożizzjoni għax titgħallem jew li tajjeb li jkollok oppożizzjoni meta tkun fil-gvern għax titgħallem minnha.", "Il-Venice Commission kultant tużani għal dan l-iskop ukoll.", "Dan is-seminar sar f'Lisbona għax kultant ibiddlu l-venue u din id-darba riedu jagħmluh fil-Mediterran biex ikun viċin ta' l-Afrika.", "Rigward il-Libanu smajt diskors u anke kellna appelli biex ngħinu, pero' għad m'hemmx inkarigu għax il-materja hija ta' ċerta delikatezza u s'issa għadha fuq il-back burner.", "LEO BRINCAT: Nitolbok tiskużani għax għandi laqgħa oħra u grazzi ħafna għall-preżentazzjoni tiegħek.", "THE CHAIRMAN: Grazzi ħafna.", "L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Grazzi Eċċellenza.", "Għalija dan is-suġġett huwa interessanti għax jien għamilt seba' snin fil-Kunsill ta' l-Ewropa u b'kumbinazzjoni spiċċajt membru fil-Kumitat ta' l-Affarijiet legali u d-Drittijiet tal-Bniedem.", "Jien għamilt żmien twil f'din il-kummissjoni u wieħed mill-items fuq l-aġenda kien dejjem ikun il-Venice Commission.", "Fil-fatt dan il-kumitat kien maqsum fi tnejn, għall-affarijiet legali u għad-drittijiet tal-bniedem, u kien jippreżenta l-opinjoni tiegħu lill-assemblea parlamentari.", "Qed nieħu gost li inti membru ta' din il-kummissjoni għax inti bniedem idoneu għaliha.", "Jiena konxju ħafna mix-xogħol li tagħmel din il-kummissjoni u xtaqt nagħmillek domanda fuq pajjiż Ewropew li għadu jħabbatna sal-lum bħala membru tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Il-Kunsill ta' l-Ewropa huwa familja li l-bażi tas-sħubija fiha titlob li inti tkun pajjiż demokratiku, pero' għad fadal pajjiż wieħed illi għadu ma kkonformax ruħu ma' din is-sistema u hawnhekk qiegħed nirriferi għal Belarus.", "Kellkom xi rapporti fuqu u qatt ħadtu xi deċiżjoni fuqu?", "E.T. PRESIDENT EMERITUS UGO MIFSUD BONNICI: Titla' u tinżel ħafna fl-aġenda u ssir pressjoni biex jinbidlu ċerti ħwejjeġ imma s'issa l-Belarus huwa wieħed mill-pajjiżi l-iktar li jagħti xogħol lill-Venice Commission.", "Hemm pajjiżi oħrajn li jibdew u mbagħad jergħu jikkonsidraw l-affarijiet u mbagħad hemm pajjiżi li għandhom ħafna diffikultajiet, bħal Georgia, l-Armenja u anke r-Russja rigward iċ-Ċeċnija, li jagħtu piż kbir lill-Kummissjoni ta' Venezja.", "Ħafna minn sħabi f'din il-kummissjoni huma ta' ċerta eta' u esperjenza, fosthom l-ex-imħallef Franċiż li jirrappreżenta lil Andorra u li għandu madwar 88 sena.", "Dan jiġi mal-mara qishom il-ftieli tal-lampi tal-mantil li jekk tonfħilhom jaqgħu imma l-pariri tiegħu huma mill-iktar profondi.", "Imbagħad hemm min għadu żagħżugħ, fosthom il-Professur Finlandiż Kaarlo Tuori, li huwa bniedem brillanti, li l-biċċa l-kbira tagħhom huma mħallfin.", "Hemm ukoll is-Sur P. Van Dijk tan-Netherlands, ex-imħallef ta' l-European Court of Human Rights, li jkun ħdejja fuq il-mejda.", "THE CHAIRMAN: Grazzi ħafna.", "Spiċċajna fuq nota ftit umoristika.", "Jien tlabt lis-Sur Vella biex jagħmel kuntatt ma' l-Ambaxxatur Licari ħalli nkunu nistgħu nibdew nirċievu l-pubblikazzjonijiet tagħkom għax nixtieq ħafna li jkollna librerija attrezzata fil-parlament tagħna, ħaġa li naħseb hija ftit lacking.", "Jien nemmen li pubblikazzjonijiet bħal dawn jagħmlu ħafna ġid.", "Grazzi mill-ġdid talli onorajtna bil-preżenza tiegħek, tar-riflessjonijiet tiegħek u nawguralek buon lavoro.", "Grazzi.", "Fit-8.31 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070219_102d_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 19 ta' Frar 2007.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.21 p.m.", "L-Onor Jason Azzopardi, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Michael Asciak u l-Onor Leo Brincat.", "SKUŻAti: L-Onor Clyde Puli kien fuq xogħol parlamentari ieħor filwaqt li l-Onor George Vella kien imsiefer fuq xogħol parlamentari.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 101 li saret fit-30 ta' Jannar, 2007, kienu konfermati.", "L-Onor Leo Brincat qajjem it-tliet punti li ġejjin:", "(i) li huwa kien ġie avżat dwar il-posponiment tat-tieni item fuq l-aġenda oriġinali, jiġifieri l-laqgħa mar-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, ftit sigħat biss qabel ma din il-laqgħa kellha tibda u li kien ikun aħjar kieku ġie avżat \talmenu fil-għodu biex huwa kien ikun jista' jorganizza l-appuntamenti tiegħu;", "(ii) dak inhar stess kien irċieva stedina bħala membru ta' dan il-kumitat għall- Malta/China Long Standing Relationship Conference u għalkemm jeżisti consensus dwar ir-relazzjonijiet ta' Malta maċ-Ċina, l-Oppożizzjoni ma ġietx mistiedna biex tifforma parti\tmill-panel imma sempliċement biex issegwi dak li jkun għaddej; u", "(iii) talab li ssir laqgħa apposta fejn il-Ministru għall-Affarijiet Barranin jinforma lill- Kumitat dwar iż-żjara tiegħu fil-Libja.", "Il-President tal-Kumitat irrimarka li:", "(a) kien għall-ħabta tas-sagħtejn ta' wara nofs inhar li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin ikkuntatjah fejn informah li kien ma jiflaħx u peress li l-Ministru ried jipparteċipa fil-laqgħa tal-Kumitat mar-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall- Unjoni Ewropea ġentilment talab li dik il-laqgħa tiġi posposta.", "Fiċ-ċirkostanzi huwa \tħass li jkun raġjonevoli li l-laqgħa tkun posposta.", "Il-President tal-Kumitat żied jgħid \tli s-Sur Richard Cachia Caruana, Rappreżentant \tPermanenti ta' Malta għall-\tUnjoni Ewropea, kien diġa' ikkuntatjah fejn talbu li l-laqgħa miegħu possibbilment \tissir fi \tftit ġranet oħra;", "(b) huwa kien għadu ma rax l-istedina għall-Malta/China Long Standing Relationship Conference, u probabli li din kienet għadha fil-korrispondenza li kienet għadha kif ġiet mgħoddija lilu; u", "(c) il-Ministru għall-Affarijiet Barranin diġa' għarrfu bid-disponibilita' tiegħu li fl- ewwel okkażżjoni jinforma lill-Kumitat dwar iż-żjara tiegħu fil-Libja.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "Il-President tal-Kumitat informa lill-Kumitat li Mr Speaker kien għadda għall-attenzjoni tal-Kumitat dawn id-dokumenti:-", "Dokument 464 Għaxar rapporti li ġew ippreżenati waqt it-52 Sessjoni ta' l-Assemblea tal-Western European Union, The Interparliamentary European Security and Defence Assembly li nżammet bejn it-18 u l-20 ta' Diċembru 2006 f'Pariġi.", "Il-President tal-Kumitat informa lill-Kumitat li l-Iskrivan tal-Kamra kien irċieva mingħand is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tnax-il riżoluzzjoni, hawn taħt indikati, li kienu ġew adottati mill-Parlament Ewropew:-", "Dokument 465 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, ta\" Arranġament bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta\" l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta\" dawn l-istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta\" l-Istati Membri ta\" l-Unjoni Ewropea (COM(2006)0178 – C6-0358/2006 – 2006/0063(CNS)) P6_TA-PROV(2006)0533 adottata fit-12 ta' Deċembru 2006;", "Dokument 466 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar l-inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Renju tal-Belġju u r-Repubblika tal-Finlandja bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji ta' l-Irkupru ta' Assi ta' l-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta' rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha (7259/2006 – C6-0122/2006 – 2006/0805(CNS)) P6_TA-PROV(2006)0541 fit-12 ta' Deċembru 2006;", "Dokument 467 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar programm leġiżlattiv u ta\" ħidma tal-Kummissjoni għall-2007 P6_TA-PROV(2006)0565 adottata fit-13 ta' Deċembru 2006;", "Dokument 468 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-aspetti istituzzjonali tal-kapaċita ta' l-Unjoni Ewropea li tintegra Stati Membri ġodda (2006/2226(INI)) P6_TA-PROV(2006)0569 adottata fit-13 ta' Deċembru 2006;", "Dokument 469 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-laqgħa għolja bejn l-UE u r-Russja f'Ħelsinki ta' 24 ta' Novembru, 2006 P6_TA-PROV(2006)0566 adottata fit-13 ta' Deċembru 2006;", "Dokument 470 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2006–2007 P6_TA-PROV(2006)0568 adottata fit-13 ta' Deċembru 2006;", "Dokument 471 Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill bi proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar l-iżvilupp tan-negozjati rigward id-deċiżjoni ta' qafas dwar il-protezzjoni ta' data personali fil-qafas tal-koperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fi kwistjonijiet kriminali (2006/2286(INI)) P6_TA-PROV(2006)0602 adottata fl-14 ta' Deċembru 2006;", "Dokument 472 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru (COM(2006)0266 – C6-0308/2006 – 2006/0094(CNS)) P6_TA-PROV(2006)0576 adottata fl-14 ta' Deċembru 2006;", "Dokument 473 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-konklużjoni tal-ftehima għat-tiġdid u l-modifikazzjoni tal-ftehima dwar l-attivitajiet ta\" riċerka u żvilupp fil-qasam tas-Sistemi ta\" Manifattura Intelliġenti (IMS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja, il-Kanada, il-pajjiżi ta' l-EFTA tan-Norveġja u l-Iżvizzera, il-Korea, il-Ġappun, u l-Istati Uniti ta\" l-Amerika (COM(2006)0343 – C6-0373/2006 – 2006/0111(CNS)) P6_TA-PROV(2006)0577 adottata fl-14 ta' Deċembru 2006;", "Dokument 474 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima li temenda il-Ftehima ta' Sħubija bejn, fuq naħa waħda, il-Membri tal-grupp ta' Stati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku u fuq in-naħa l-oħra, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmata f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (6987/2006 – C6-0124/2006 – 2005/0071(AVC)) P6_TA-PROV(2007)0002 adottata fit-18 ta' Deċembru 2006;", "Dokument 475 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-Seba\" u t-Tmien Rapport Annwali tal-Kunsill skond id-Dispożizzjoni Operattiva 8 tal-Kodiċi ta\" Kondotta ta\" l-Unjoni Ewropea dwar l-Esportazzjoni ta\" l-Armi (2006/2068(INI)) P6_TA-PROV(2007)0008 adottata fit-18 ta' Deċembru 2006; u", "Dokument 476 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Programm ta' Azzjoni Ewropew għas-Sikurezza tat-Toroq - reviżjoni ta' nofs iż-żmien (2006/2112(INI)) P6_TA-PROV(2007)0009 adottata fit-18 ta' Deċembru 2006.", "LAQGĦA MA' L-E.T. PRESIDENT EMERITUS DR UGO MIFSUD BONNICI DWAR IL-EUROPEAN COMMISSION FOR DEMOCRACY THROUGH LAW – THE VENICE COMMISSION.", "l-E.T. President Emeritus Dr Ugo Mifsud Bonnici, li huwa wieħed miż-żewġ viċi presidenti ta' din il-Kummissjoni, spjega b'ċertu dettal il-kompożizzjoni, l-għanijiet u l-ħidma ta' din il-Kummissjoni.", "Huwa enfasizza li din il-Kummissjoni, minbarra li tagħti pariri lill-Kunsill ta' Ewropa fuq kwestjonijiet kostituzzjonali, tagħti wkoll l-opinjoni teknika tagħha dwar liġijiet, jiġifieri dwar jekk liġi jew proposta ta' liġi jew struttura tkunx tilħaq ir-rekwiżiti demokratiċi, imma toqgħod attenta li ma tidħolx fil-politika nterna tal-pajjiż konċernat.", "Din il-Kummissjoni għandha sitta u erbgħin membru li jiġu magħżula abbażi tal-kapaċitajiet u tal-kontribuzzjoni tagħhom fil-kamp legali jew fix-xjenza politika.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8.31 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070219_102m_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 80", "L-Erbgħa, 21 ta' Frar, 2007", "L-Onor.", "Clyde Puli, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 21 ta' Frar, 2007 fis-7.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Riflessjonijiet dwar il-Ġustizzja Soċjali – Djar u Ħwejjeġ Oħra li għandhom x'jaqsmu – Preżentazzjoni mis-Sur Godfrey Leone Ganado, Chairperson tal-Kummissjoni Djoċesana Ġustizzja u Paċi.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070221_080a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 80", "L-Erbgħa, 21 ta' Frar, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 80", "L-Erbgħa, 21 ta' Frar, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.37 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa 79 li saret fid-19 ta' Frar 2007 ġew kkonfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Clyde Puli): Sinjuri merħba għal din is-seduta tal-Kumitat u nistieden lis-Sur Godfrey Leone Ganado u l-membri l-oħra tal-Kummissjoni biex tagħmlulna preżentazzjoni dwar il-Ġustizzja Soċjali.", "Imbagħad ippermettu lil-membri ta' dan il-kumitat jagħmlu xi domandi.", "Riflessjonijiet dwar il-Ġustizzja Soċjali –", "Djar u Ħwejjeġ Oħra li għandhom x'jaqsmu – Preżentazzjoni mis-Sur Godfrey Leone Ganado, Chairperson tal-Kummissjoni Djoċesana Ġustizzja u Paċi", "IS-SUR GODFREY LEONE GANADO (Chairman, Kummissjoni Ġustizzja u Paċi Djoċesana): L-ewwelnett nixtieq li anke jien nirringrazzjakom għan-nom tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi Djoċesana talli stedintuna biex nispjegaw ftit iżjed u nidħlu iktar fid-dettal fuq dawn ir-riflessjonijeit li għamilna.", "Flimkien miegħi hawn is-Sur Joe Gafà, membru tal-Kummissjoni u lil Daniela Debono li hija s-Segretarja Ġenerali tal-Kummissjoni.", "Sfortunatament Patri Luċjan Borg, li huwa l-provinċjal ta' l-Agostinjani, ma setax ikun hawnhekk, għax bħalissa qiegħed imsiefer peress li għandu ħafna impenji barra minn Malta.", "Naturalment tajjeb li wieħed jagħti ftit background dwar il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi.", "Kif rikjest mid-dokument tad-Djakonija u Ġustizzja fis-Sinodu Djoċesan li sar bejn l-1999 u l-2003 kien punt, biex ngħid hekk, kruċjali li l-Kummissjoni Djoċesana Ġustizzja u Paċi terġa' tingħata ċertu impetus.", "Din mhijiex kummissjoni li ma eżistitx qabel, però kienet kif ngħidulha bl-Ingliż dormant.", "U rajna l-importanza li din il-Kummissjoni terġa' tingħata statut ġdid, tingħata objettivi ġodda u tibda tiffunzjona kif għandha tiffunzjona.", "L-iskop ewlieni tal-Kummissjoni huwa t-tagħlim soċjali tal-Knisja u kif dan jaffettwa l-issue soċjali tal-pajjiż.", "Naturalment l-objettiv finali huwa dejjem li kemm jista' jkun inkattru l-ġustizzja soċjali.", "L-ewwel riflessjoni li għamlet il-Kummissjoni kien proprju dwar l-issue tal-housing.", "U għaliex għażilna l-issue tal-housing?", "Għaliex nafu li hi waħda mill-problemi li qed tikkawża ħafna separazzjonijiet.", "U propju problema li għandhom ħafna żgħażagħ li qed jibżgħu jidħlu fis-sagrament taż-żwieġ minħabba l-biża' ta' piż finanzjarju li se jkollhom biex isibu d-dar tagħhom.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jgħid u jagħmel enfasi li l-housing huwa wieħed mill-aspetti u mid-drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "Anzi wieħed anke jgħid li l-housing huwa l-iżjed aspett fundamentali f'dik li hija d-dinjità tal-bniedem.", "Għaliex jekk wieħed irid jibda' jibni familja l-ewwel ħaġa li għandu bżonn hija d-dar.", "Ma ngħidux li x-xogħol mhuwiex importanti imma mingħajr dar ma jistax ikollok moħħok fil-paċi li inti tibda tikkrea familja.", "U għalhekk qegħdin nagħmlu r-riflessjonijiet tagħna fuq id-djar.", "Għax ma tistax ma tinkwetax meta tara l-problema ta' kif qegħdin jitilgħu l-prezzijiet tad-djar.", "Dan l-aħħar il-BICC - li huwa l-Kunsill Konsultattiv ta' l-Industrija tal-Bini - ippublika survey li sar għall-2005, State of the Construction Industry Report.", "Minn dan id-dokument joħroġ li bejn Jannar 2004 u l-aħħar ta' l-2005, l-appartamenti żdiedu mhux inqas minn 56.5%, u minn naħa l-oħra fl-istess perijodu, l-prezzijiet tal-maisonettes żdiedu bi 48.6%.", "Naturalment dawn il-figuri li ħadet il-BICC huma bbażati fuq informazzjoni li ħarġet mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika, kif ukoll mir-rapporti li ħarġu fir-rivisti tal-Bank Ċentrali ta' Malta.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li kien hemm dibattitu pjuttost sħun fil-pubbliku fuq dawn il-figuri u kien hemm dibattitu qawwi bejn dawk li ngħidulhom il-players fil-kamp tal-kostruzzjoni u dawk fil-kamp tal-real estate li donnhom ma bdewx jaqblu bejniethom.", "Dawn bdew jgħidu li ma jistax ikun li l-prezzijiet telgħu daqshekk għaliex il-figuri li kellhom fir-records tagħhom ma jindikawx li l-prezzijiet telgħu hekk.", "Eventwalment qisu ġie stabilit li, iva veru kien, li l-prezzijiet telgħu daqshekk.", "Però telgħu daqshekk għaliex minn meta wieħed jirreġistra l-konvenju - kull darba li jagħmel konvenju - u minn meta l-Income Tax Department beda jagħfas daqsxejn iżjed fuq il-bejgħ ta' proprjetà u l-prezzijiet reali ma jidhrux, allura qallu għalhekk għola l-valur tal-proprjetà.", "Imma mhux għax realment għola l-valur imma għaliex il-bażi kienet qed titla' kontinwament u ma kenitx qed tirrifletti ruħha fil-kuntratti.", "Jiġifieri jekk sentejn ilu wieħed biegħ proprjetà ta' Lm60,000 imma ddikjara Lm40,000 u issa f'salt wieħed kawża tal-liġijiet ta' l-enforcement li saru, dan beda jiddikjara Lm60,000, allura awtomatikament il-prezz deher li tela' minn Lm40,000 sa Lm60,000.", "Però jibqa' l-fatt li xorta waħda fit-tul ta' dak il-perijodu l-prezzijiet telgħu.", "Issa jekk qabel ma kenux qegħdin jiġu stabbiliti korrettament il-prezzijiet ma nafx, però l-fatt hu l-prezz tal-proprjetà qiegħed tiela'.", "Ġie stabbilit ukoll - għax donnu kien hemm qbil dwar dan - li l-livell tal-valur tal-proprjetà kien tela' b'7% u għalhekk il-Kummissjoni ddeċidiet li tieħu din il-figura bħala l-ammont kemm hu maħsub li kienet l-inflazzjoni fil-proprjetà.", "Però ma waqafniex hawn fir-riflessjoni.", "Għedna li jekk id-dibattitu huwa inċert u dawn il-figuri qisu hemm min qiegħed jinnegahom, mela ejjew immorru fuq dawk li huma fatti: illum il-proprjetà, flat jew appartament kemm qiegħed jiswa?", "Illum maisonnette kemm qed jiswa?", "U naturalment kulma wieħed irid jagħmel hu jew jara r-rapporti tas-Central Bank fejn dan joħroġ il-medja tal-prezzijiet, jew jara l-avviżi li jkun hemm fil-gazzetti jew il-brochures li jippubblikaw l-estate agents stess.", "U jsib li biex tixtri appartament trid roughly xi Lm65,000 u biex tixtri maisonnette trid, jekk mhux sejjer żball, xi Lm80,000.", "Mela aħna fuq bażi ta' dan qed ngħidu li persuna tieħu 80% bħala loan mill-bank – jiġifieri personalment tkun iffinanzjat 20% - u wasalna għal figuri ta' appartament ta' Lm40,000.", "Nagħmel enfasi li dan il-kalkolu sar fuq appartament.", "Biex tħallas loan fuq Lm40,000 trid tidħol għal dejn ta' Lm2,352 fis-sena.", "Issa jekk tieħu koppja li qegħdin jagħmlu joint computation u dawn qed jaqilgħu Lm10,000....… Hawnhekk nixtieq nagħmel daqsxejn ta' parentesi għaliex kien hemm min ikkritika l-Kummissjoni għaliex ħadna l-figura ta' Lm10,000 u li aħna donnu konna qegħdin naqbżu għal min fir-realtà jista' jiġi kklassifikat bħala ''sinjur'', meta fir-realtà aħna qegħdin nipprovaw nuru - u għahekk tajna l-benchmark ta' Lm10,000 - li min bħala koppja qed jaqla' Lm10,000, diġà qiegħed ibati biex jixtri flat ta' Lm65,000 aħseb u ara min għandu income ta' inqas minn Lm10,000.", "Naturalment hemm ċerta ceiling u dawk li għandhom il-Housing Authority loans huma iktar milqutgħin, u allura xi ftit jew wisq dawn diġà hemm min qiegħed jipproteġihom.", "Però hemm faxxa fin-nofs, il-middle income earner - li aħna ngħidu li din il-faxxa qegħda dejjem titwessa' - li qegħdin ibatu biex isibu proprjetà.", "U din kienet ir-raġuni għaliex ħadna ċ-ċifra ta' Lm10,000.", "Però ma jfissirx li m'aħniex inkopru lil kulmin jaqla' inqas minn Lm10,000.", "Issa l-problema x'inhi?", "Il-problema hi li meta koppja bejniethom jaqilgħu Lm10,000 u jidħlu għal dan id-dejn u sadanittant jitnaqqsu l-Income Tax u l-bolla issib li jibqgħu b'pressa poco bi Lm8,000 fil-but.", "Kif hawn miktub f'dan id-dokument li qassamna:", "Tajjeb li wieħed jieħu eżempju ta' koppja li tagħżel li tkun intaxxata flimkien u taqla' bejn it-tnejn Lm10,000.", "It-taxxa fuq dan id-dħul titla' għal Lm1,025 u l-kontribuzzjoni tan-National Insurance għal Lm1,000 (10% tad-dħul), li tħallilhom dħul disponibbli ta' Lm7,975.", "Is-Lm7,975 jikkwevalu għal Lm465 fix-xahar u hemmhekk wieħed jibda jistaqsi: koppja miżżewwġa b'Lm465 fix-xahar jistgħu jkampaw meta għadhom lanqas bdew iħarsu lejn l-ispejjeż biex immantjenu l-familja?", "X'inhi l-problema?", "Il-problema hija li dawn il-koppji bilfors ikollhom jiddejnu għaliex bħala renta m'hemmx għażla.", "Għax fuq l-istess valur ta' proprjetà, irid ikollok return ta' 3.5%.", "Jiġifieri jekk nibni proprjetà u niġi biex nikkrieh, insib li jien irrid bilfors niċċarġja kera li teċċedi l-Lm2,000.", "Jekk jien qed inħallas il-loan lura bir-rata ta' Lm2,300 fis-sena, jien biex nikri rrid lm2,000, mela jien jaqbilli nieħu loan, nixtri u mhux nikri.", "Jiġifieri hawnhekk qed nipprovaw ngħidu li r-renta hija alternattiva fiċ-ċirkostanzi?", "U r-risposta hija le, r-renta mhux alternattiva, iżjed u iżjed issa li wieħed irid jibda' ukoll jaħseb għall-pensjoni.", "Għaliex meta wieħed jibda jaħseb għall-pensjoni hemm żewġ aspetti.", "Għandek il-persuna li qiegħda tibni l-proprjetà u dik il-persuna li qiegħda tixtri l-proprjetà bħala investiment biex tikkaverja l-pensjoni tagħha għall-futur li naturalment se tipprova tistaqsi għal return aħjar minn 3.5%.", "Fil-fatt illum diġà bdejna li min jikri l-proprjetà jipprova jitolbok iktar minn 3.5%.", "U hemm raġuni għaliha wkoll din.", "L-ewwelnett ma naħsibx li r-rata ta' l-inflazzjoni tal-proprjetà se tibqa' tiela' bir-rata li diġà telgħet, allura se jkollok sitwazzjoni li fejn dahri meta wieħed jikri l-proprjetà - u din anke kif konna nikkalkolaw il-valuations tal-proprjetà ta' kumpannija – kien jieħu into consideration li jekk għandu capital appreciation relattivament qawwi, irid ipatti għar-renta billi jżommha relattivament baxxa għaliex għandek l-apprezzament - the capital gain - fuq il-proprjetà.", "Meta min-naħa l-oħra l-valur tal-proprjetà ma jitlax bl-istess rata li tela' dawn l-aħħar erba' snin, allura awtomatikament jipprovaw jitolbu iżjed biex ikollhom income ikbar għal pensjoni tagħhom.", "Mela l-possibbiltà hija li anke r-renti se jibdew telgħin u min ikun, jibda jitlob kera ogħla.", "Qegħdin nieħdu r-rata ta' imgħax ta' 4.75% liema rata tekkwavali għar-rata wara l-ewwel żieda tas-central integration rate tas-Central Bank, però qabel it-tieni żieda li fil-fatt għadha kemm żdiedet issa.", "Illum nistgħu ngħidu li r-rata diġà telgħet naqra iżjed u allura l-piż se jkun akbar anke milli kien qabel.", "Fil-fatt meta wieħed jikkalkola fuq loan ta' Lm40,000 - li hija l-bażi li qegħdin nieħdu bħala loan - issib li s-Central Intervention Rate li għolla s-Central Bank b'0.25% tekkwivalhielek għal Lm100 żejda fis-sena.", "Issa għandna 0.25 oħra fi żmien tliet xhur u mela għandna 0.5%.", "Jiġifieri b'dik il-0.5% min għandu loan ta' Lm40,000 immedjatament sab ruħu li jrid iħallas Lm200 interessi oħra fis-sena.", "Kieku wieħed kellu jirrelata dik il-Lm200 maż-żidiet li nagħtaw fl-aħħar budget issib li kważi kważi ż-żieda diġà ġiet newtralizzata.", "U din bħala Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tinkwetana mill-aspett li l-iskop prinċipali tal-budget ta' din id-darba kien li jindirizza lin-nies li qegħdin fil-faxxa tan-nofs biex jipprova jħallilhom daqsxejn iżjed spending power, mentri fir-realtà x'ġara?", "Wara li dawn bdew jibbenefikaw minn savings li kellhom fit-taxxa, immedjatament intlaqtu minn din iż-żieda ta' Lm200 fuq self ta' Lm40,000 fis-sena, u ma neskludux il-possibbiltà li fil-ftit xhur li ġejjien ir-rata terġa' titla'.", "Mela se jkompli jitnaqqar minn dak l-ammont li ingħata fil-budget.", "Hemm żewġ punti partikolari li qegħdin jikkawżaw spekulazzjoni.", "L-ewwel punt huwa l-ammont ta' players li qegħdin jidħlu fuq il-conveyor belt tal-proprjetà.", "X'inhu jiġri?", "Għandek sitwazzjoni fejn bniedem ibiegħ proprjetà, u hawnhekk issa qed nitkellmu fuq spekulazzjoni u se nidħlu fuq dik li ngħidulha the right of substitution.", "Dan huwa punt importanti għaliex the right of substitution, skond aħna, qiegħed jiġi abbużat.", "L-ispirtu tar-right of substitution fl-aspett ekonomiku fiskali - għall-mument jintuża bħala tax planning tool - huwa li tixtri proprjetà jew tidħol f'konvenju biex tixtri proprjetà u tkun għadek mhux deċiz jekk dik il-proprjetà hux se tagħmilha f'isem it-tifel jew it-tifla bħala tax planning measure biex meta tiġi nieqes ma jkunx hemm it-transmission duty ta' 5%.", "Jew inkella ma tkunx għadek ddeċidejt jekk titfaħħhiex fuq il-kumpannija tiegħek li fil-maġġoranza hija tiegħi.", "Imma fir-realtà x'inhu jiġri?", "Fir-realtà qed ikun hemm proprjetà li għadha se tibda tiela', tinxtara minn fuq il-pjanta u tħallas Lm50,000 għaliha.", "Mela b'10% depożitu se tħallas Lm5,000 depożitu u dik il-proprjetà tixtriha.", "By the time li dik il-proprjetà tiġi finished - li normalment tieħu sentejn u ġieli anke tliet snin - ovvjament il-valur tal-proprjetà se jitla'.", "Issa jekk ikun hemm spekulatur li jkollu l-kuntatti, huwa stess ikun kapaċi jgħolli l-livell u l-prezz ta' dik il-proprjetà.", "Mela kull darba li jinstab xerrej għal dik il-proprjetà – li din mhux se tinbiegħ għaliex tkun diġà inbiegħet minn min biegħha l-ewwel darba għal Lm50,000 fuq il-kuntratt - l-kuntratt finali se jkun Lm50,000, anke jekk in between ikun hemm sitt konvenji.", "Mela x'se jiġri?", "Tinstab persuna oħra u ovvjament l-ispekulatur jikkonvenċieh li that is a good buy u minn Lm50,000 ibegħilhu għal Lm 55,000.", "Immedjatament fuq dawk il-Lm5,000, dejjem - u nagħmel dejjem proviso li jekk isir il-konvenju u dik tiġi dikjarata bħala transazzjoni - se jeħel 35% taxxa.", "Hemmhekk mhux capital gains għaliex qed issir transazzjoni ta' negozju, allura hemmhekk jeħel 35% taxxa li trid tingħata lill-gvern.", "Meta ngħid 35% trid titħallas il-provisional tax ta' 7%, però finalment il-probabbilta' hija li min qiegħed jispekula se jaqla' biżżejjed li jaf jidħol fil-bracket ta' 35%.", "Mela dik il-proprjetà immedjatament diġà telgħet.", "U jekk jerġa' jinstab xi ħadd ieħor għal the right of substitution - għax qed jinbiegħ id-dritt li jidher xi ħaddieħor flok l-ewwel xerrej fil-kuntratt finali - il-proprjetà xorta tinbigħ b'Lm50,000.", "Mela hemmhekk qed jiġi mibjugħ id-dritt li jidher it-tieni xerrej fil-kuntratt u l-proprjetà tittieħed b'Lm5,000.", "Allura immedjatament dik il-proprjetà diġà telgħet għal Lm50,000 plus Lm5,000 plus 35% of Lm5,000 li jiġi xi Lm1,750.", "Dik il-persuna terġa' ssib lil xi ħaddieħor - dawn affarijiet li qed jiġru - u tistaqsih jekk jitħajjarx jieħu dik il-proprjetà.", "Mela immedjatament il-proprjetà titla b'Lm5,000 u jerġa' jitħallas 35%.", "Proprjetà li tkun telqet b'valur ta' Lm30,000 fuq is-suq, f'żewġ transazzjonijiet telgħet għal Lm43,500.", "Mela minħabba l-ispekulazzjoni li sar fuq dik il-proprjetà din telgħet diġà b'45%.", "Wieħed jgħid u iva Lm5,000 imma magħhom għandek plus 35%.", "Issa hawnhekk m'iniex qed nieħu l-commissions li meta jkollok aġent involut fiha dan se jeħodlok il-kummissjoni fuq id-dritt li qed ibigħ u għalhekk ikollok bejn 3.5% u 5% oħra fuq dawk il-Lm5,000.", "Dik hija waħda mir-raġunijiet għaliex qiegħed ikun hawn spekulazzjoni.", "Fir-riflessjonijiet tagħna aħna x'qegħdin ngħidu?", "Qed ngħidu li rridu nirringfensjaw kemm jista' jkun the right of substitution.", "Li the right of substitution b'xi mod jew ieħor tingħata lil persons in the direct line ta' min qiegħed jixtri dik il-proprjetà.", "Mela jekk tidħol f'konvenju, dik il-proprjetà bir-right of substitution tista' tagħtiha biss jew lit-tifla jew lit-tifel tiegħek jew lill-kumpannija li tikkontrolla fil-maġġoranza minnha and no more.", "Allura hemmhekk inti qiegħed immedjatament tirringfensja li ma jistax isir spekulazzjoni fuq dik il-proprjetà.", "It-tieni punt li huwa wkoll aspett inflazzjonarju huwa l-fatt li llum qed nibdew inwaqqgħu binja anke wara tlieta jew erba' snin - aħna qed ngħidu hawnhekk f'dawn l-ewwel għaxar snin.", "Mela immedjatament kif titwaqqa' proprjetà - terraced house jew maisonette – biex terġa' tinbena u minnha jitilgħu tliet appartamenti, il-flus li kienu ntefqu fuq dik il-proprjetà biex din tiġi mibnija u ffinixxjata, dawn il-flus trid tirkuprahom.", "Anke mill-aspett ekonomiku, jekk dar titwaqqa' wara ħames jew sitt snin dawn il-funds qed joħorġu mill-pajjiż u mhux qed ikun hemm added value.", "Għaliex per eżempju jkunu ntefqu Lm30,000 biex jitlesta post, u minflok dawk it-Lm30,000 tkaxkarhom fuq perijodu ta' 20 jew 30 sena.… Per eżempju jien fejn noqgħod ilu mill-1968 mibni, u minn dak kollu li hemm biddilt xi affarijiet, però l-pay back period araw kemm kienet fit-tul.", "Mentri jekk jien wara ftit snin waqqajt dak il-post - u llum nafu biżżejjed li meta wieħed ikun diġà bena, jiffinixxja bl-iżjed mod lussuż - mela dan qed jispiċċa.", "Sitwazzjoni oħra inflazzjonarja hija s-size tal-proprjetà.", "X'qed jiġri?", "Dahri konna nibnu u ngħidu fih three bedrooms, illum veru li qed nibnu three bedroom flats però qed indaħħluhom f'area ħafna iżgħar.", "Jiġifieri għandek three bedrooms imma bilkemm għandek fejn tiċċaqlaq.", "U hawnhekk nidħol għal punt ieħor.", "Minn dar li titwaqqa' qed jirnexxielhom joħorġu iktar appartamenti għaliex qed inaqqsulhom is-size.", "U llum, per eżempju, estate agents jgħidu għalfejn m'għandniex nibnu 80 square meters u anzi ukoll 60 square meters għaliex barra minn Malta jgħixu f'60 square meters.", "Nixtieqkom tikkalkolaw is-size ta' 60 square meters, naħseb li toqgħod darbtejn hawn ġew.", "Immaġinaw illum koppja li żżewġu u għandhom it-tfal, kif jistgħu jgħixu b'mod san fi proprjetà li m'għandhiex iżjed minn 60 square meters!", "Hija sitwazzjoni li tista' twassal għal depressions u problemi ta' saħħa, apparti ovvjament li għandek il-problemi tat-tfal u m'hemmx dik il-privatezza li jista' jkollok.", "Ifisser li jekk jien għandi proprjetà kbira u waqqajtha u ħriġt iżjed appartamenti, u għalkemm dak il-flat biegħtu b'Lm60,000 però relattivament dak il-flat ġie jiswa iktar għaliex dak il-flat is-size tiegħu ċkien.", "Mela jekk jien minn area daqshekk ħriġt żewġt appartamenti għaliex naqqast is-size u xorta biegħthom Lm60,000 u għamilt il-kmamar iżgħar, mela jien awtomatikament żidt il-valur tal-proprjetà.", "Jiġifieri għandek aspett spekulattiv ieħor.", "Jista' jsir xi ħaġa fuq is-Central Intervention Rate li diġà semmejna?", "Mir-riflessjonijiet tagħna x'inhuwa l-iskop li ngħidu li s-Central Bank jintervjeni?", "L-iskop li jintervjeni s-Central Bank huwa purament li jfassal il-politika monetarja, partikolarment meta l-ekonomija tkun tirrikjedi li jitrażżan l-infiq.", "Hemm ħafna metodi kif trażżan l-infiq, però meta s-Central Bank jgħolli r-rata across the board l-ewwel u l-iżjed nies li se jintlaqtu negattivament huma dawk in-nies li qegħdin fil-faxxa tan-nofs u li għandhom il-loans fuq il-proprjetà.", "Minn naħa l-oħra, dawk li għandhom id-depożiti fil-banek huma l-iżjed nies li se jintlaqtu pożittivament.", "Mela hawnhekk jien ngħid qed nirriversjaw is-sitwazzjoni from robbing Peter to pay Paul to robbing Paul to pay Peter.", "Jiġifieri lil dawn ta' l-aħħar qed inżidulhom ir-rata ta' depożiti u min għandu l-loans u ma jiflahx għal iktar, għaliex lanqas għandu biex iġemma, qed insalbuh iżjed bis-Central Intervention Rate.", "Jista' jagħmel xi ħaġa hawnhekk is-Central Bank?", "Jien ngħid li iva, għaliex wasal iż-żmien li s-Central Bank - u din ngħidha wkoll għall-banek l-oħra - jdaħħlu dik li ngħidulha kuxjenza soċjali.", "Kuxjenza soċjali ma tikkwevalix għal corporate social responsibiltiy li tant nisimgħu fuqha llum.", "Nafu li l-banek u l-kumpanniji l-kbar għandhom corporate social responsibility, imma x'jagħmlu?", "Tarahom jippreżentawlek cheque ta' Lm15,000 għal kawża leġittima - mhux qed ngħid li qed jagħmlu ħażin - imma r-responsabbiltà soċjali tmur oltre, għaliex l-ewwel trid tara li l-klijenti tiegħek stess qed tagħtihom opportunità għad-dinjità tagħhom u tax-xogħol.", "Hawnhekk nista' ngħid, u forsi nidħol f'kamp ieħor, il-famuża right sizing jew down sizing, li b'miżuri soċjali tista' tgħin lill-istess klijenti tiegħek.", "Mela jekk is-Central Bank irid isalva Lm55 miljun mill-infiq tal-pajjiż jista' jagħmel politika diversa u dawk kollha li huma first time buyers u qegħdin iħallsu l-loans, ir-rata ta' interess tagħhom ma titlax.", "Però r-rata ta' interessi fuq l-infiq li qed isir fuq il-credit cards, minflok itellgħuha b'0.25 itellgħuha b'iżjed.", "U hemmhekk tkun qiegħed trażżan l-infiq.", "Għaliex l-infiq li qiegħed isir fuq id-dar u biex tħallas il-loan huwa infiq soċjali.", "Imma l-infiq li jsir minn fuq il-credit cards, kultant huwa infiq żejjed u ta' lussu.", "Allura s-Central Bank iridu jfasslu politika monetarja b'mod li l-aspett soċjali ma jinsewhx.", "L-istess ħaġa jista' jingħad għall-banek.", "Nafu kif il-banek qed jagħmlu l-profitti, profit ta' xi Lm40 miljun.", "Meta wieħed jidħol f'iżjed dettal ta' kif qed jagħmlu l-flus il-banek, issib li n-net interest income tal-banek dejjem tiela', u tiela' pressapoco b'rata ta' 6% fis-sena.", "Meta xi żmien ilu bdew neżlin l-interessi u kien hemm l-inkwiet li l-banek se jibda jkollhom il-problemi u mhux se jibdew jaqilgħu biżżejjed flus, ħadu inċentiva biex huma jibdew jieħdu ċertu policies u jaraw kif jinvestu u jaqilgħu l-flus f'affarijiet oħra.", "Imma minn dan kollu ma seħħx għaliex fir-realtà n-net interest income tal-banek baqgħet dejjem tiela'.", "Naturalment dan wera ċar li l-bank għandu politika tajba ta' investiment u li minn naħa kien qiegħed irażżan l-ammont ta' interessi li jħallas fuq id-depożiti u minn naħa l-oħra qiegħed idaħħal iżjed mill-interessi li qegħdin jitħallsu fuq il-loans.", "Wieħed irid joqgħod attent kif jagħmel din il-miżura f'dan il-kamp.", "Biex naturalment ma jagħtix lok li min qiegħed jieħu loan għal spekulazzjoni jieħu l-benefiċċji ta' dak li qed jieħu l-loan għaliex huwa first time buyer.", "X'jista' jsir fuq l-interessi?", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li jkun hemm tax incentives fuq l-interessi li jitħallsu.", "Tajjeb li ngħidu li fuq medda ta' 25 sena, loan ta' Lm30,000 issir Lm60,000.", "Mela over a period of 25 years awtomatikament tkun ħallast Lm60,000 u tkun irdoppjajt is-somma bl-interessi.", "U jien hawn ngħid, dawk l-interessi kif ġew intaxxati?", "Min qed iħallas il-loan fuq id-dar, ir-repayment li qed iħallas ġejjin minn flus li diġà ġew intaxxati.", "Jekk aħna nieħdu l-każ li ħadna, dak ta' Lm10,000 income, l-aħħar Lm1,500 jiġu ntaxxati bi 30%.", "Mela l-flus li qed tħallas il-loan bihom lill-bank dawn diġà ġew intaxxati bir-rata ta' 30%.", "Dawk l-interessi marru l-bank u l-bank minn naħa tiegħu qed iħallas rata fuq il-profitti ta' 35%.", "Issa ejja ngħidu li fuq dawk l-interessi, l-bank għandu administration fee ta' 10% fuq 35% - jiġifieri hija ogħla minn 10% - mela awtomatikament jekk taraha t-transazzjoni globali, il-gvern qed idaħħal 30% mingħand min qiegħed jaqla' dawk l-Lm10,000 u qed idaħħal 25% oħra mingħad il-banek.", "Mela fuq dak id-dħul, il-gvern qiegħed idaħħal 55%.", "Naturalment wieħed irid jikkappjaha u jgħid li the average loan ta' koppja hija ta' Lm40,000.", "Allura hawnhekk wieħed jistaqsi jekk il-gvern jikkonsidrax li jagħti inċentiva fit-taxxa fuq l-interessi li jitħallsu fuq dawn l-Lm40,000.", "Dawn ikunu jistgħu jitnaqqsu mit-taxxa bħalma llum hemm inċentivi fuq il-flus li qed jitħallsu għall-edukazzjoni tat-tfal fl-iskejjel privati.", "Tajjeb li wieħed jerġa' jidħol fis-sitwazzjoni tar-renta għaliex hemm aspetti oħra.", "F'Chapter 116 tan-1939 Ordinance r-Rent Regulations hemm problemi oħra u inġustizzja doppja.", "L-ewwel inġustizzja hija mal-proprjetarju.", "Fl-1995 din l-inġustizzja ġiet xi ftit jew wisq indirizzata, però mhux għal dawk il-proprjetajiet li kienu mikrijin u għadhom mikrijin fuq il-bażi tal-pre-1939.", "In-1939 Rent Regulations kienu saru bħala miżura temporanja biex wara l-gwerra n-nies ikunu jistgħu jsibu proprjetà x'jikru.", "Illum wara li għaddew kważi 70 sena, wieħed jistaqsi jekk hiex ġustizzja jew inġustizzja li din il-liġi għadha ma ġietx indirizzata.", "Għax għandna sitwazzjoni fejn nies li kienu magħrufa bħala sinjuri imma llum biex qed jgħixu?", "Dawn ma kenux jaħdmu allura ma kellhomx income u għalhekk m'għandhomx pensjoni, ħlief the minimum pension.", "Dawn qed jgħixu b'renta ta' Lm24 fis-sena biss.", "Mhux talli hekk biss, jekk dawn jiġu neqsin jeħlu 5% duty on transmission causa mortis fuq il-valur tal-proprjetà.", "Mela fuq proprjetà li hija mikrija - u li din ma tistax tittieħed lura – hemm Lm750 stamp duty bħala taxxa fuq il-mewt.", "Veru hemm l-allowances, però qed neħodha globalment.", "Bir-rata ta' Lm25 per annum - għalkemm ħafna minnhom huma inqas minn hekk - biex tirkupra dik is-somma li tkun ħallast bħala stamp duty on transmission, trid 30 sena.", "Mela jekk tiret dar meta jkollok 60 sena, sa 90 sena – mingħajr ma jittieħed l-aspett inflazzjonarju - kulma ma tkun qed tirkupra bħala renta hu dak li tkun ħallast bħala transmission duty.", "X'jista jsir?", "Jien inħoss li wasal iż-żmien li l-ewwelnett ikun hemm eżenzjoni minn dawn id-djar li qegħdin bil-pre-1939 rents u meta wieħed jiġi nieqes ma jiġux intaxxati.", "U t-tieni ħaġa li l-liġi tal-kera trid bilfors tiġi indirizzata mill-partijiet kollha – kif qed ngħidu fid-dokument - b'mod ta' ekwita'.", "Għax min qiegħed jgħix fi proprjetà taħt in-1939 ordinance...… Illum żgur li mhijiex fair rent dik tan-1939.", "Veru lil min qed jgħix ġo dar bħal din, ma tistax minn Lm24 tgħidlu li jrid jibda jħallas Lm2,000!", "Imma forsi jidħol l-aspett li l-ewwelnett lil dawn in-nies li qed iżommu dawn id-djar magħluqa - għax ma jaqbillhomx jikru - jingħataw inċentivi biex dik id-dar joħorġuha fis-suq u forsi tibda tinkera.", "U min qed iħallas dawk il-Lm25 fis-sena, tista' tgħollilu ir-rata.", "Jekk almenu jiġu ċċarġjati Lm120 tkun bdejt, u jien konvint li Lm10 fix-xahar hawn min jonfoqhom fuq is-Super Five.", "Jiġifieri ma jista ħadd jgħid li mhux kapaċi li jħallas Lm10 fix-xahar fuq dar li kellu fl-1939.", "Barra minn hekk l-aspett ta' l-inheritance għandu jkun indirizzat, u ma jistax ikun li dar qatt ma tista' tmur lura għand is-sid.", "Napprezza li jkun hemm ċerti diffikultajiet li għandhom jiġu indirizzati, bħal meta jkun hemm raġel u mara joqgħodu f'dik id-dar, jgħixu fiha sakemm imutu huma u ħadd ma jkun jista' jeħodilhom.", "Però fuq ir-renta tista tiġi ffissata rata u tiġi ssussidjata wkoll mill-housing authority bħalma jissussidjaw renti oħra.", "Mela għandek ir-right of inheritance u għandek ukoll il-maintenance, li għadu l-obbligu tas-sid li jirranġa fuq dik il-proprjetà.", "U dik ukoll jien inħoss li għandha tiġi indirizzata.", "Jiġifieri jekk wieħed jibda ftit ftit ineħħi the right of inheritance, naturalment irid jagħmel ċerti provisions.", "Għaliex jekk ikun hemm tifel jew tifla ħandikappata ta' 50 sena li tkun qed tgħix f'dik id-dar, trid tipprovdi għaliha.", "Imma ma jimpurtax jekk ikun hemm ċerti eċċezzjonijiet, basta dawn ma jaffettwawx negattivament ir-renta futura li wieħed għandu jħallas.", "Il-pre-1939 rents għandhom jiġu ndirizzati u jitneħħew l-inġustizzji - sew ta' min hi l-proprjetà kif ukoll ta' min qiegħed jgħix fiha.", "Għaliex min qiegħed jgħix f'proprjetà bħal din, ma tistax tgħidlu li se jsib ruħu barra imma almenu tagħtih iċ-ċans li tul ħajtu dan jaf li għandu proprjetà fejn jgħix.", "Naħseb li dawk huma l-punti prinċipali li kelli ngħid.", "Naturalment nieħu gost li r-riflessjonijiet tagħna jintlaqgħu b'mod pożittiv, fis-sens li l-iskop tagħna huwa proprju li nindirizzaw dak li nħossu li hu inġustizzja soċjali.", "Illum b'kumbinazzjoni fil-gazzetta kont qed naqra li l-housing authority għadha kemm ħarġet skema li diġà bdiet tindirizza dawn is-sitwazzjonijiet u tajjeb li wieħed isemmiha din.", "Però tajjeb ukoll li meta wieħed ikellem lill-estate agents jgħidulek li l-expectations huma kbar.", "Veru li forsi l-expectations taż-żgħażagħ huma kbar, imma dik hija issue oħra li wieħed għandu jindirizza.", "U m'għandix dubju li, per eżempju, min-naħa tal-Knisja, fl-ewwel talk li jagħti l-Moviment ta' Kana dawn jipprovaw jgħinu liż-żgħażagħ kif ikejjlu bix-xiber u ma jaslux sax-xiber imma jaslu inqas mix-xiber.", "Jiġifieri dan huwa punt li definitely qed isir min-naħa tal-Knisja.", "Li kont se ngħid ukoll hu li l-estate agents jgħidu li hawn ħafna proprjetà b'prezz ħafna inqas minn Lm50,000 u hawn ħafna proprjetà bi Lm30,000.", "Biex inkun preċiż minn meta ħareġ dan id-dokument ma rajt l-ebda proprjetà bi Lm30,000.", "Kont nippretendi li nara ħafna iktar proprjetà advertised biex huma jipprovaw juru l-punt tagħhom.", "Huwa fatt li l-housing authority identifikat mal-1,500 proprjetà li l-prezz tagħhom huwa below Lm50,000 li hija s-ceiling li qed topera fl-equity sharings.", "Tajjeb li wieħed jgħid li 1,500 proprjetà m'humiex biżżejjed, meta wieħed jieħu into consideration li kull sena l-average marriages bil-Knisja huma just about 1,515, waqt li bħala total marriages jaqbżu xi 2,300 fis-sena.", "Jiġifieri hawnhekk diġà qed ngħidu li d-domanda hija akbar mis-supply li għandna jew the actual stock of houses li jaqgħu taħt il-Lm50,000.", "Let alone s-separazzjonijiet, għaliex nafu li dawn trid tiddupplika l-housing għaliex fejn koppja tkun qed tgħix taħt saqaf wieħed, immedjatament dawn iridu jixtru proprjetà separata.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Forsi nistgħu nagħmlu xi ftit kummenti.", "L-ewwel ħaġa grazzi għall-preżentazzjoni tiegħek u ovvjament ikolli naqbel miegħek li għandna nidħlu wkoll f'dan l-ispirtu.", "Diġà qamet id-diskussjoni għaliex ħafna miċ-ċifri li ppreżentajtu huma statistika li wieħed jista' jaraha.", "Jiġifieri l-fatt li tippreżentahom f'dokument jagħti lok għal tħassib u ħsebijiet li ħafna drabi tismagħhom fit-triq.", "Però jien ngħid li għalkemm ikun hemm mumenti fejn tippreokkupa ruħek imma jonqos ħafna ħsieb għal soluzzjonijiet.", "L-ewwelnett argumenti li għamilthom drabi oħra - anke meta kellna ċans nitkellmu meta konna flimkien fi programm - mhumiex biss l-ispekulaturi li qed jgħollu l-prezzijiet, għallinqas min tqis li huwa spekulatur.", "Trid tqis li għandna nuqqas ta' art - sakemm ma nibdewx nibnu fuq il-baħar ukoll -, nuqqas ta' bini għoli minħabba l-estetika u affarijiet oħra..… Hemm numru ta' proprjetà li huma villeġġjaturi, però veru wkoll li hemm numru ta' proprjetà li hija vojta.", "Issa wieħed għad irid jara r-raġunijiet għalfejn huma vojta.", "Però nerġa' ngħid li mhux l-ispekulaturi biss qed jgħollu.", "Jiġifieri n-nies li llum biegħu terraced house Lm100,000 huma dawk in-nies li aħna ngħidulhom żgħar u li kienu ħadu l-art b'xejn per eżempju.", "Min illum biegħ flat Lm50,000 huma dawk li kienu fis-Social Housing u kienu xtrawh b'Lm5,000 jew b'Lm4,500.", "U imbagħad hemm oħrajn li forsi għamlu part-time, ħadmu u stinkaw kemm felħu, 15-il sena ilu xtraw il-maisonette tagħhom b'Lm7,000 u issa biegħuh bil-prezzijiet tal-lum.", "Jiġifieri jiena meta qed nitkellmu fuq trażżin meta naħdmu f'suq bħal dan ma tantx jiena konvint.", "Ovvjament interventi tipo tal-Housing Authority trid tagħmilhom u naqbel li għandhom isiru, però m'iniex konvint li nistgħu nitkellmu ħafna dwar trażżin tal-proprjetà 'lil hinn mis-suq.", "Fl-opinjoni tiegħi anke tampering żejjed ibeżżagħni.", "Kellna diġà esperimenti li għallinqas lili ma għoġbunix, jiġifieri naħseb wieħed irid iżomm ftit lura minnhom.", "Anke meta ngħidu per eżempju li l-prezz qed jiżdied b'mod esaġerat.", "Inti diġà semmejt waħda minnhom, meta qalulek il-kwestjoni tat-taxxi imma jibqa' l-fatt li l-prezzijiet vera żdiedu.", "Jiena ma nafx jekk intomx konxji wkoll ta' rapport li ġie f'idejja, li huwa intitolat housing development in European countries li huwa ppublikat mid-dipartiment ta' l-ambjent u l-gvern lokali ta' l-Irlanda u ħareġ fl-2004.", "Ma nafx jekk forsi kkonsultajtux dan il-ktieb, imma hawn miktub illi Malta il-parti dovuta mill-households għan-nefqa fuq id-djar fuq ammont ta' snin hija ta' 8.4%.", "Issa hawn qed nitkellmu fuq statistika tas-sena 2000, mhux qed nitkellmu fuq l-2007.", "Imma per eżempju fir-Renju Unit din kienet ta' 9.69% u dik fl-Olanda kienet ta' 21%, jiġifieri fil-fatt tagħna kienet l-inqas rata fost il-pajjiżi riċerkati.", "Aħna qed nitkellmu fuq grupp ta' nies li deħlin fis-soċjetà fejn qed jagħmlu familji ġodda.", "Għandek dawk l-2000, 3000 fis-sena.", "THE CHAIRMAN: Għax inti ovvjament qed tieħu faxxa żgħira.… Jiġifieri altru tagħmel interventions fis-suq b'ċertu mod indirizzat għal xi ħadd u altru tipprova tgħid jien se nraħħas.", "Mhux qed ngħid biss lilkom biex tagħmlu dan l-argument, imma ovvjament il-kumment tagħkom ġab ħafna reazzjonijiet miegħu.", "Anke meta qed nitkellmu dwar proprjetà li dejjem qed tiċkien fid-daqs vera dawk il-qisien li tajtuna ma naħsibx li huma qisien biex ngħidu hekk idonei li wieħed ikollu.", "Però min-naħa l-oħra wkoll, minn dan ir-rapport joħroġ li b'mod ġenerali bħala numru ta' kmamar li għandhom il-households tagħna qegħdin it-tieni wara l-Irlanda.", "Jiġifieri fejn għandek 76% li huma average - ħames kmamar u fuqhom - jiġifieri again wieħed għandu joqgħod attent għal dak li qed tgħid ma tmurx tiġi ssettjata t-trend u dan il-bilanċ ovvjament naqilbuh għal naħa oħra.", "U allura naħseb li wieħed ukoll irid jieħu in konsiderazzjoni ta' dak li qegħdin ngħidu.", "Issa dwar il-kera.", "Jiena jkellimni min ikellimni, jiena bid-difetti kollha - u xi ħadd kiteb fil-gazzetta li f'dak il-programm li konna jiena u int, jiena kelli streak Mintoffjana ġo fija, jista' jkun għax hemm affarijiet li naqbel ukoll ma dak li jagħmlu r-rivali politiċi tiegħi - ngħidlu jekk jista' jkun, tkun is-sid ta' darek u jiena naqbel ma' din 100%.", "Jiġifieri jiena nippreferi nħallas loan milli nħallas Lm2,000 kera, anke jekk inħallas id-doppju għax finalment se jkolli xi ħaġa.", "U aħna l-Maltin għad għandna valur qawwi ta' familja u jien nista' ngħid għada ngħaddi din il-proprjetà lil uliedi u għallinqas inkun qed ngħaddi xi ħaġa.", "Vera li fl-1995 ma lliberalizzajniex l-antiki, però llum s-suq huwa liberalizzat, jiġifieri llum min qed jikri mhux suppost għandu dawk il-biżgħat.", "Jiena tkellimt ma' businessman u qalli li kien hemm min għadu jibża' li nistgħu nirriversjaw lura għal ċerti policies tas-snin 70 u 80.", "Min-naħa l-oħra s'issa ma ħadmitx u jiena m'iniex konvint li tista' taħdem għax jiena naħseb li parti tal-politika tagħna u forsi parti ta' nies li jitkellmu bħali, jgħidu le aħjar tixtri.", "Hawn ċerta propensità li aħna nippreferu li nixtru.", "Jiena nerġa' ngħid, fl-opinjoni tiegħi ma naħsibx li hija xi ħaġa ħażina li nkomplu nirrevedu l-liġi tal-kera għax mhux se tagħmel xi effett qawwi biex ngħid hekk.", "Ovvjament nifhem li hemm inġustizzja kbira mas-sidien.", "Jiġifieri l-inqas li nistgħu nagħmlu hu li naqtgħu l-kwestjoni tal-wirt.", "L-inqas.", "Ovvjament l-affarijiet l-oħra jridu jsiru gradwalment u ma naħsibx li nistgħu nagħtu xokkijiet anke soċjali - jiena ngħidilhom.", "Għax min qiegħed joqgħod f'proprjetà mhux il-każ ta' jekk hux xi ħadd disabled jew le, imma anke jekk you are 50 year old u qed toqgħod hemm, issa x'se tagħmel?", "Għax finalment dan jekk jispiċċa barra xorta waħda se jmur għand il-gvern.", "Imbagħad jekk għall-argument ikun hemm dipendenza, m'hemmx għalfejn tkun disabled imma għandek tradizzjoni ta' numru ta' familji li xi ħadd jibqa' d-dar, xebba b'mod partikolari li din qatt ma ħadmet u m'għamlet xejn u din se ssibha ma' wiċċek u bħala gvern trid tara wkoll x'se tagħmel.", "Ovvjament hawnhekk qed nitkellmu dwar nies mhux dwar numri u naħseb illi rridu noqgħodu attenti x'nagħmlu.", "Jiġifieri jiena ma naħsibx li din tista' tindaqq bħala s-soluzzjoni tal-liġi tal-kera però ovvjament inneħħu l-inġustizzja mis-sidien.", "Nerġa' ngħid iva, jiena naqbel kompletament sakemm ma nagħtux ix-xokkijiet li semmejt.", "Issa nixtieq nagħmel domanda, għax dawn kienu kollha kummenti li xtaqt nagħmel.", "Meta ssemmi r-rati tas-Central Bank - għax inti għedt jistgħu jsiru xi affarijiet - jekk aħna nissieħbu fl-Ewro, nibqgħu b'din il-possibiltà?", "X'jiġri?", "IS-SUR GODFREY LEONE GANADO: Jekk nissieħbu fl-Ewro, probabbilment din is-sitwazzjoni tispiċċa kompletament min-naħa tas-Central Bank.", "Però xorta jibqa' l-fatt li l-banek qegħdin jagħmlu profitti kbar u m'humiex qegħdin joħorġu policies biżżejjed li jindirizzaw l-aspett soċjali.", "Jiġifieri meta inti għandek ...", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri ma tistax timponihom bħala gvern qed ngħid.", "Il-gvern, se mai, li jista' jagħmel hu li jintaxxa iżjed.", "Jekk bank jagħmel Lm40 miljun profitt u l-gvern qed idaħħal iżjed taxxa mill-banek, allura l-gvern jista' jalloka iżjed minn dawk il-profitti żejda li qed jagħmel il-banek u jallokahom iżjed fuq il-Housing Authority Schemes tiegħu.", "Fil-fatt din insibuha fid-dokument tal-Proposed Charter ta' l-Ewropa.", "Għalkemm ma dħaltx fiha, però għandi dubju kemm anke l-membri parlamentari Ewropej Maltin qegħdin jagħmlu l-parti tagħhom fl-aspett tal-Housing fil-kamp Ewropew għaliex fiċ-charter tal-European Union insibu li l-Ewropa ma kenitx tqis il-housing bħala issue tagħhom.", "Jiġifieri l-Ewropa kważi qed tammetti li falliet u li l-housing ma kenitx qed tħares lejh bħala issue.", "Allura biex tonfoq miljuni ta' miljuni ta' miljuni f'toroq, l-Ewropa kienet qed tgħid alright għal infrastructural funds, però housing kienet qegħda tinjorah kompletament.", "U hawnhekk qed nagħmel enfasi illi ċ-Charter ta' l-Ewropa fuq il-housing qed jagħmlu enfasi qawwi biex jaraw kif se jrażżnu l-aspetti spekolattivi fuq il-proprjetà.", "Illum anke fuq livell Ewropew diġà qed naraw nies li jgħidulhom sharks li qed jidħlu f'pajjiżi bħall-Bulgarija u bħar-Rumanija u jaraw kif jixtru l-proprjetà bix-xejn.", "Dan qed jiġri, kif sa ċertu punt ġara hawn Malta, jkun hemm erba' farmers li jkollhom biċċa art estensiva, toffrilhom the equivalent għal 30 sena ta' dak li jaqilgħu kull sena, dawn jiġu enticed għax jarawhom sbieħ, imbagħad l-ispekolaturi jibdew jispekolaw dik il-proprjetà.", "Però anke hawnhekk l-Ewropa qed tgħid biex noqogħdu attenti u li importanti li d-dinjità tal-bniedem hu li jkollu aċċess għall-housing, li jkun adegwat, raġjonevoli fil-prezz u li jagħtih l-opportunità ta' a healthy life.", "Jiġifieri hawnhekk jidħol is-size li konna qed ngħidu qabel.", "Illum nafu li s-size hija waħda mill-problemi l-oħra.", "Ħaġa żgħira fuq l-aspett tar-renti.", "Aħna anke fid-dokument qegħdin ngħidu ċar u tond li din m'hijiex is-soluzzjoni.", "Però kull ftit li jsir.… jekk issir miżura anke fuq ir-Rent Regulations ta' l-1939, u tilleasja għaxart idjar li hemm min mhux kapaċi jixtri jew ma jistax jixtri u jidħol f'dawn id-djar, mela inti l-problema tiegħek diġà naqqastha b'għaxra.", "U Malta nafu illi n-numri tant huma żgħar li l-ftit huwa ħafna għalina.", "Però ma nistgħux ngħidu ma nagħmlux miżura għaliex m'aħniex se naraw is-soluzzjoni kollha fiha.", "Jekk dik il-miżura se tagħtina 3% tas-soluzzjoni, mela ejja mmorru għaliha.", "THE CHAIRMAN: Minn dan l-istudju ħareġ, li fuq rati ta' self għad-djar, Malta wkoll toħroġ waħda mill-inqas.", "Dan l-istudju kien meħud fuq snin varji.", "U hemm differenza, jiġifieri jekk tqabbel Malta ma Ċipru, Malta qiegħda 3% imma mbagħad Ċipru qegħda 6% to 8%.", "Irrid insemmi wkoll il-kwestjoni ta' l-expectations.", "IS-SUR GODFREY LEONE GANADO: Noqogħdu attenti meta nikkomparaw lil Malta ma' pajjiżi oħra.", "Għaliex sfortunatament – veru tgħidli qegħdin ngħixu fl-istess dinja - kultant aħna donna nidħlu wisq f'sitwazzjoni ta' aspetti ta' ġustizzja soċjali u li kollox sar relattiv.", "U hemm irridu noqogħdu attenti.", "Jekk xi ħaddieħor qed jagħmel xi ħaġa ħażina ma nistgħux ngħidu li dak il-pajjiż qed jagħmel ħażin mela aħna qegħdin aħjar minnu.", "Dan bħal meta kumpannija qed tagħmel il-profitti, ma jfissirx li din sejra tajjeb, għax jekk kumpannija kapaċi tagħmel iżjed profitti, allura mhix qed taħdem tajjeb iktar.", "THE CHAIRMAN: Iva, imma min-naħa l-oħra, Malta mhix qiegħda f'bozza u meta tkun f'dinja globalizzata bħal tal-lum bilfors trid tagħmel il-paraguni kollha tiegħek għax hemm ċerta intercombativness.", "Issa xtaqt ngħid ukoll, l-ewwelnett anke fuq modi ta' nterventi oħra.", "Jiena nerġa' nistqarr hawnhekk, naħseb irridu noqogħdu attenti anke minn suġġerimenti bħal taxxa fuq proprjetà magħluqa u xi tfisser u kif se tiddefinixxi l-affarijiet.", "(Interuzzjonijiet) Għax imbagħad nibda niġi fid-dubju u ngħid li min għandu villeġġjatura nintaxxawh?", "U jekk le, xi tfisser eżatt il-kelma villeġġjatura?", "Jiġifieri min għandu post Buġibba għax ħdejn il-baħar huwa definit bħala villeġġjatura u min għandu post Tal-Ħandaq f'Ħal Qormi għax għandu ġardina u erbat ifniek dik ma tgħoddx.", "Huma parti mir-riflessjonijiet li tqajmu, tqajmu oħrajn bħal li nifqgħu s-suq, qamu ħafna affarijiet.", "Però l-ewwel irrid nikkummenta wkoll fuq ta' l-expectations.", "X'imkien hawn qegħda imma ma nistax insibha.", "IS-SUR GODFREY LEONE GANADO: L-opinjoni personali tiegħi fuqha din hija li qed tikkrea inġustizzja oħra.", "THE CHAIRMAN: Però ssemmiet u xtaqt insemmiha hawnhekk.", "L-akbar ammont ta' proprjetajiet magħluqa huma madwar il-port il-kbir imma hija parti mill-expectations ukoll.", "Jiġifieri jekk sa ftit ilu hemmhekk ma kien imur joqgħod ħadd allura żvojta, issa f'daqqa' waħda - jista' jkun li għada pitgħada jkun hemm x'imkien ieħor - tiġi posh area u tibda tgħid jiena noqgħod il-Kottonera, jien noqgħod il-Marsa.", "Jiġifieri l-expectations ngħidu x'ngħidu aħna dejjem se jilgħabu parti u nkun onest ma nafx kif se jitrażżnu.", "Jiġifieri kultant lanqas il-but fir-realtà ma jirnexxielha trażżanhom.", "Inti semmejt il-kors ta' Kana.", "Ħafna drabi dan jsir ftit tard meta l-koppji jkunu diġà committed xi xtraw jew le, u meta jkunu għadhom jieklu b'xejn u ma bdewx iħallsu l-kont tad-dawl.", "Jiġifieri r-realtà tkun għadha ma bdietx tigdem kif tibda' tigdem ftit wara.", "Ma nafx jista' jkun li għandna bżonn - apparti l-miżuri ta' life skills - naraw kif se nintroduċu ftit iktar fil-fond dan il-programm.", "IS-SUR GODFREY LEONE GANADO: Nibdew minn tfal żgħar għax ir-rata ta' l-infiq tagħhom u l-mod kif jonfqu mingħajr ma jqisu naħseb li għandu jsir xi ħaġa minn naħa ta' l-edukazzjoni.", "FRANCO GALEA: Ftit punti żgħar għax fid-9.00p.m. irridu mmorru għal vot.", "Jien nemmen li l-istorja tad-dinja hija storja u nafu minn xhiex u fejn ...", "THE CHAIRMAN: Qabel ma nkomplu, kulmin irid jagħmel xi kumment jew issaqsi xi domanda jagħmilhom u imbagħad iwieġeb għal kollox ...", "ONOR FRANCO GALEA: Nafu x'ġara fl-istorja tal-bini f'pajjiżna, iżda jiena naħseb - u din għandha tkun fir-realtà ukoll – li rrid jinstab bilanċ bejn l-art disponibbli, bejn l-iżviluppaturi, min ibiegħ u l-banek.", "U jekk ma jintlaħaqx dan il-bilanċ ċertament mhux se jkun hemm l-ebda suċċess.", "U s-suċċess li rridu, x'inhu?", "Is-suċċess huwa ż-żgħażagħ futuri, dawk li se jiżżewwġu in a couple of a year's time, kif ukoll it-tfal li għadhom telgħin.", "Jiena nemmen li l-istat, il-bank – li hu ukoll shareholder - u anke l-Knisja jibdew jagħtu eżempju billi jibdew iraħħsu r-rati tagħhom.", "Dik hija xi ħaġa li għandha ssir fl-opinjoni tiegħi.", "It-tieni ħaġa.", "Nafu riċentement x'ġara meta kien hemm art Ż u nqala' pandimonju sħiħ għax estendejna ż-żoni ta' l-iżvilupp u nafu l-kontroversja sħiħa li wasslet għaliha.", "Jiġifieri għandna ċirku ta' art li qegħdin ngħidu li nistgħu niżviluppawha, u twessa' ftit ieħor u nafu x'inqala', allura x'inhi the next possible solution?", "Din hi li fejn hemm bini eżistenti li jiflaħ per eżempju erba' sulari fuqu, u bniedem jixtieq jgħolli fuqu, jgħolli bil-kundizzjonijiet, tipo transfer of development rights etc, li jraħħas il-kumplament tal-bini.", "Mhux iżjed ma titla' fil-għoli iżjed il-prezz ikun expensive imma jinstab bilanċ fejn forsi tinħadem formula per square meterage.", "Voldieri mhux imbagħad inti terġa' tgħaddi minn bieb ieħor.", "Jiġifieri dan huwa pjan ieħor li fl-opinjoni jista' jsir.", "Jidher ukoll li fil-pajjiż - ovvja li din m'hijiex ad etaernum - hemm xi proprjetajiet u nismagħhom ukoll jitkellmu fuqha però għadni qatt ma dħalt fid-dettall – li huma tal-joint office.", "Dawn il-proprjetajiet għadhom jeżistu u hemm in-nies jgħixu fihom, u ma nafx f'liema kondizzjoni huma eċċ.", "Imbagħad irridu nikkreaw l-inċentiv li kulħadd jaf biha u li hija dejjem ripetuta dik li nużaw l-empty buildings.", "Imma dik issa it's an old hat għax issa ilna għaddejjin biha.", "Hemm ukoll il-ħaġa bejn kemm nies qegħdin jitwieldu vis-a-vis kemm qegħdin imutu.", "Hemmhekk ma nafx il-bilanċ kif qiegħed, mhux biss dwar dawk in-nies li se jiżżewġu imma x'qed issir mil-bini ta' dawk li jmutu ukoll.", "Ma nafx jekk għamiltux xi riċerka dwar dan intom, x'inhi l-proporzjon tagħha.", "Imbagħad hemm kwestjoni oħra li hija d-domanda jekk aħna l-Maltin are living beyond our means?", "U x'effett għamlu l-banek fuq iż-żgħażagħ u fuq ċertu settur ta' żgħażagħ meta ġew introdotti l-credit cards.", "Jiġifieri jekk bniedem qabel kellu bżonn computer....., issa jaqbad u jħallsu bil-credit card u jkompli jħallsu bil-mod.", "Voldieri dan ikollu xi loans oħra imma l-credit card għadha the silent loan.", "Għalkemm qed iħallas għaliha, dik waħda mill-affarijiet.", "Għalkemm naħseb li l-credit cards jaffettwaw, però one of the things li verament irridu nikkonċentraw fuqha hija, li bearing in mind li għandna art żgħira, naħseb li rridu nikkonċentraw fuq l-ogħli tal-bini in return għar-roħs tal-bini.", "Mhux naqbdu u noħorġu l-permessi imma għandu jsir studju bil-għaqal li ovvjament ikun jinkludi kemm il-kwestjoni ta' water supply, il-kwestjoni ta' toroq dojoq eċċ u l-kwestjoni ta' fejn ikun hemm ċerta areas li jkunu ristretti għall-bini.", "Però jekk isir studju sewwa u bil-għaqal u ffokat fuq din l-issue, naħseb li this could also lead biex ikollna roħs fil-bini.", "Però definitely l-ebda naħa ma tista' titlaq tiġri waħedha għax jekk tkun għamilt il-parti ma jkunx sfruttat mingħand min irid jixtri.", "Kif spjegajt fil-bidu, din trid tkun issue tal-banek - u jien nemmen speċjalment li l-bank tal-Knisja hu fejn hu għaliex hu shareholder ukoll il-gvern - il-bini eżistenti; il-gvern biex jilleġisla jew jagħmel dan il-qafas biex isir studju ta' l-arja disponibbli plus il-kwestjoni l-oħra ta' l-ispekolaturi ta' the final seller u min irid jibni - the developer.", "Dawn naħseb li kienu l-punti li ridt inqajjem.", "Ovvjament dwar il-kwestjoni tal-joint office ma nafx kemm hemm ammont ta' proprjetajiet għax ġieli nisma' figura u ġieli nisma' oħra.", "Nirringrazzjakom.", "MICHAEL GONZI: Xtaqt nagħmel żewġ kummenti.", "Inti għidt li ħafna mill-kawżi ta' separazzjoni huma l-problemi minħabba d-djar u l-flats.", "Issa intom għamiltu xi studju fuqha din, jew huwa biss ħsieb li qed ikun hemm is-separazzjonijiet minħabba li l-prezzijiet huma għoljin u li għandhom ħafna loans?", "Meta inti semmejt koppja li qegħdin jaqilgħu Lm10,000 u dawn qed iħallsu Lm2,000 loan u Lm2,000 taxxa u bolla, jiġifieri dawn jibqgħalom Lm6,000 qliegħ fil-but.", "Issa ma taħsibx li kieku kellhom id-dar b'xejn, dawk l-Lm2,000 se jmorru l-bank u se jieħdu l-interessi fuqhom?", "Jekk din il-koppja qed tagħmel dan l-investiment fuq il-proprjetà, m'huwiex investiment għal ħajjitha ukoll?", "Jekk koppja għadha kemm iżżewġet, vera daħlu f'piż, imma trid tara wkoll jekk dawn iż-żgħażagħ li jaqilgħu Lm10,000, barra li daħlu f'dan il-piż, jekk daħlux f'piżijiet oħrajn.", "Għax bħala tabib, il-problemi li nara mhux għax jidħlu fil-piż tad-dar biss, imma jidħlu f'ħafna piżijiet oħra bħal xiri ta' karozzi lussużi, televisions plasma screen.", "Għalhekk qed nistaqsi jekk parti mill-problema tas-separazzjonijiet hijiex kawża tad-djar.", "Għamiltu riċerka fuq din?", "Staqsejtu lin-nies li ġew separati jekk il-kawża tagħhom kenitx id-dar?", "Jew hija xi ħaġa oħra?", "It-tieni ħaġa.", "Jien ma nistax nifhem - veru jien m'iniex ekonomista - għaliex dawn il-prezzijiet jibqgħu jogħlew u xorta jkun hemm il-bejgħ, għax kieku skond il-prinċipji ekonomiċi, il-prezzijiet skond il-market economy, jonqsu.", "U tibda taħseb.", "Jekk dawn il-prezzijiet xorta qed jogħlew, allura waħda mill-kawżi hi li dawn id-djar qed jinbiegħu lin-nies minn barra minn Malta, imma statistikament m'hemmx prova ta' dan.", "Il-punt tiegħi huwa, jekk dawn id-djar hux qed jogħlew minħabba s-suq u allura jekk jiena qed naċċetta li hemm is-suq fin-nofs, eventwalment jekk jimxu skond is-suq dawn ukoll għandhom jinżlu.", "Dik waħda mill-proġetti li jiena mhix qed nolqot.", "Semmejt ħafna soluzzjonijiet.", "Idealment is-soluzzjonijiet huma tajbin u naħseb jekk bħala politiku naqbad dawn is-soluzzjonijiet li inti u kulħadd qed isemmi fil-gazzetti u noħodhom right through, probabbilment dawn il-problemi jissolvew.", "Imma jekk jien politiku naħseb fuq ħafna iktar affarijiet.", "Int għedt li filwaqt li huwa dmir tal-Bank Ċentrali ta' Malta li jindaħal fil-politika monetarja f'livell macro ekonomiku, irid bilfors iniżżel is-central intervention rate.", "Issa meta tgħid \"irid bilfors\" jien ma nifhimx f'punti ekonomiċi, imma biex għidt hekk, ħadtu xi opinjoni ta' ekonomisti?", "Naf li inti intiż f'dan is-suġġett, u għalhekk qed nipprova nniggżek.", "Għax safejn naf jien il-Bank Ċentrali jtella' s-Central Intervention Rate għar-raġuni għax ikun hemm iktar..… Il-Bank Ċentrali jirraġuna li jkun aħjar jekk itella' s-central intervention rate biex insalva l-pajjiż kollu.", "Issa fil-linja tiegħi, f'moħħi ma narax housing biss.", "Jiena nixtieq nara ideat li għandek għal dawk in-nies li għandhom bżonn kura l-isptar, li għandhom bżonn benefiċċji oħrajn u għal dawk li huma unemployed.", "Jiġifieri ma nistax naħseb fuq housing biss.", "U nerġa' nagħmel il-punt tiegħi.", "Jekk ikun hemm żagħżugħ u jieħu loan fuq proprjetà - li bħala nvestiment huwa aħjar mill-bank - ngħidlu prosit, imma personalment għandi dubji serji u qed ngħid hekk mhux għax għandi statistika, imma milli nara jiena bħala tabib.", "Il-problemi tas-separazzjoni m'huwiex il-loan as such tad-djar imma huwa l-effett ta' planning ħażin taż-żgħażagħ.", "Huwa hawnhekk imbagħad fejn tiġu intom u l-korsijiet ta' Kana u dawk kollha li jaħsbu għaż-żgħażagħ.", "Jien naħseb li għandna bżonn nindirizzaw iż-żgħażagħ aħjar u ngħallmuhom aħjar fuq planning.", "Il-gvern ma jidhirlix li jagħmel dan, ta' Kana biss jagħmluha, u naħseb aħjar nagħmlu naqra riflessjoni nterna u nsaqsu jekk nistgħux ngħinu u ngħallmu iktar lil dawn iż-żgħażagħ fuq economic u family planning.", "Għax li tidħol f'loan ta' dar tajjeb, imma hawn min qed jidħol f'loan ta' dar, ta' karozza lussuża, plasma screen u banju li jesa' ma nafx kemm glalen ilma, għal cable television għandna tlieta u television f'kull kamra.", "Imbagħad jiġu l-kontijiet tad-dawl u tal-loans.", "Dawn narahom jien u l-problemi qegħdin l-iktar għal dawk li huma unemployed.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buontempo, għax ma tantx fadal ħin.", "MICHAEL GONZI: Ħaġa oħra.", "Jien jidhirli li dan is-suġġett huwa interessanti ħafna u nixtieq li iktar 'il quddiem nerġgħu niddiskutuh.", "Jiddispjaċini imma dan id-dokument issa rajtu u nixtieq narah iktar iddettaljat.", "STEFAN BUONTEMPO: Sur President, l-ewwelnett nibda billi niskuża ruħi li wasalt tard imma kelli nkun preżenti f'kumitat ieħor.", "Naqbel perfettament ma' l-Onor.", "Iva forsi aktar 'il quddiem nerġgħu niltaqgħu magħkom.", "Is-suġġett tal-housing jien ngħix bih, studjajtu u ili nvolut fih mill-1992.", "Naħseb ġejt elett minħabba l-għajta fuq il-housing.", "B'dispjaċir ngħid illi f'dan il-pajjiż qed tintilef ir-ruħ soċjali.", "Jiena ngħix u naħdem ma' ħafna nies imsejħin il-'vulnerabbli', għal dawk li ma jaffordjawx jixtru - mhux żgħażagħ biss - u li bilfors iridu jirrikorru għall-għajnuna min-naħa ta' l-istat.", "L-ikbar problema li għandna f'dan il-pajjiż mhix ta' housing imma ta' soluzzjoni biex inkunu kapaċi ngħixu fil-postijiet li hawn f'dan il-pajjiż.", "Il-postijiet jinbnew biex jgħixu u jiġu abitati fihom in-nies u jkollhom familja.", "Il-postijiet jinbnew bħala kenn.", "Minn hemm irridu nibdew.", "Issa dawn tħalltu flimkien.", "Min irid jispekola u jien m'iniex kontra n-negozju tal-proprjetà imma kontra min jispekola.", "U llum kważi kulħadd jista' jispekola.", "Jekk jiena ħadt plot fil-passat, HOS, BDA, whatever, illum nista' nkun negozjant tal-proprjetà tiegħi stess.", "M'iniex ngħid li m'għandekx tagħmilha, imma għaliex għandek traħħas il-prezz meta l-prezzijiet dejjem telgħin?", "U għaliex qed jitilgħu dawn il-prezzijiet kollha?", "Il-ġebla qed togħla?", "Il-labour qed jogħla?", "Ftit kważi qegħdin jogħlew għar-rata li qed insibu u naraw fuq il-gazzetti u mmissu b'idejna.", "Dawn iż-żgħażagħ li qed insemmu, li d-dħul finanzjarju tagħhom ngħidu li hu Lm8,000.… Intom semmejtu figura u jien ma kontx ippreparat għal dan il-kumitat imma d-dar għandi ħafna l-figuri li dħaltu fihom.", "Nirringrazzjakom talli qed tqajjmu awareness.", "J'Alla ma tieqfux hawnhekk.", "Għax fl-aħħar mill-aħħar f'dan il-pajjiż id-deċiżjonijiet jittieħdu mill-politiċi bit-tajjeb u l-ħażin kollha tagħhom.", "U l-politiċi - l-ewwel wieħed jien - ngħidu ħafna paroli b'kull rispett lejn sħabi, nidhru sbieħ quddiem il-mezzi tax-xandir u mbagħad meta nieħdu azzjoni rridu nħarsu l-interessi tal-vot tagħna biex nibqgħu membri parlamentari.", "Hekk hu dan il-pajjiż.", "U dawk in-nies jibqgħu jistennew u jittamaw li ż-żiemel tagħhom se jirbaħ biex isolvilhom il-problema.", "Ma ninsewx ukoll, li l-istess nies li qed jistennewna u imbagħad jieħdu l-post tagħhom - kif jiġri regolarment f'każijiet li jiġu jkellmuni - jinsewna kompletament.", "Għax jkollhom saqaf fuq rashom, u ma jinteressahom xejn.", "Iħallu f'idejn il-gvern tal-ġurnata.", "Nixtieq inkompli, imma l-karattru tiegħi hu li nħobb nagħlaq eżatt fil-ħin.", "Forsi xi darba nerġgħu niltaqgħu magħkom.", "IS-SUR GODFREY LEONE GANADO: Nixtieq nirrispondi għal xi punti.", "L-ewwelnett tajjeb li wieħed jgħid li iva, waħda mill-kawżi li qiegħda tkompli taċċellera l-proċess ta' separazzjoni huwa l-piż żejjed finanzjarju li hemm fuq dawn il-koppji.", "THE CHAIRMAN: Din deduction tagħkom imma?", "IS-SUR GODFREY LEONE GANADO: Kellem il-koppji li jisseparaw u ara l-problemi li jkollhom il-counsellors kollha ta' Kana u ssib li waħda mill-iżjed affarijiet li qed tikkawża ġlied hija l-problema ta' nuqqas ta' finanzi.", "Huwa kontribut għas-separazzjonijiet ..", "(Interuzzjonijiet).", "MICHAEL GONZI: Li tikkawża clash, jew stress, jew depression naċċettaha, imma li tikkawża separazzjoni hi nnifisha.… M'iniex konvint.", "Le, mhux qed ngħidlek li proprju l-loans qed jikkawżaw s-separazzjonijet.", "Imma naqbel miegħek li loan hija investiment m'hemmx dubju.", "Nagħmilha ċara li l-proprjetà qatt ma tista' tonqos.", "U Allaħares tonqos il-proprjetà - u din semmejniha f'wieħed mill-punti tagħna - għax fejn filwaqt qegħdin ninkoraġġu bniedem biex jieħu investiment, jekk jorħos il-prezz tal-proprjetà se jkollna kaos fil-pajjiż.", "Għaliex immedjatament min għandu loan il-bank ta' Lm50,000 u f'daqqa' waħda jsib li l-garanzija tiegħu fuq dik il-loan issa sar Lm30,000, il-bank se jdur fuqu u jgħidlu biex isiblu s-sigurtà.", "Dan ikun żagħżugħ, ikollu l-ispejjeż tiegħu u ma jagħtihx sigurtà, il-Bank ikeċċih 'il barra u jaqbadlu l-proprjetà.", "Dawn affarijiet li ġraw f'pajjiżi oħra.", "Però ħa nżid xi punti żgħar.", "Il-bank tal-Knisja, l-APS Bank.", "L-ewwel ħaġa wieħed jgħid il-Knisja m'għandhiex bank?", "Naħseb li kieku wieħed kellu jara l-profitti li jagħmel il-bank tal-Knisja vis-a-vis l-profitti li jagħmlu l-banek l-oħra tirrealizza li l-bank tal-Knisja huwa bank assolutament żgħir, b'profitt żgħir, però nkompli hawnhekk.", "Jekk wieħed jipprova jieħu loan biex jixtri proprjetà u jmur il-banek kollha jsib li l-iżjed wieħed li jagħtik rati vantaġġjużi għaliex idaħħal rati soċjali huwa proprju l-bank tal-Knisja, l-APS Bank, u hawnhekk immur oltre wkoll.", "Meta sentejn ilu ...", "MICHAEL GONZI: Għalfejn ma jmorrux kollha għandu mela?", "IS-SUR JOE GAFà: Il-bieraħ sirna nafu li l-bank tal-Knisja, l-APS.… L-ewwel ħaġa fil-programm kien hemm rappreżentant ta' l-APS u kkwota li meta l-Bank Ċentrali għolla l-interessi, l-APS m'għollihomx.", "Il-Bank Ċentrali għamel pressure fuq l-APS Bank – li tkun ġejja mill-banek l-oħrajn - biex jgħollihom ukoll.", "L-APS bank qed joffri pakkett..", "(Interruzzjoni)", "MICHAEL GONZI: Jekk jien qiegħed level playing field ....", "Hemm ħaġ'oħra.", "Il-bieraħ sirna nafu - u dan jidħol fih ukoll Il-BOV fejn għandu l-maġġoranza l-bank tal-gvern – li meta kien hemm flow of funds, fejn iħallsu l-loans lill-BOV biex imorru mbagħad jieħdu l-loan mill-APS għax qed jagħtihom rati aħjar, il-BOV beda jiċċarġjahom u għamel kundizzjoni ta' 3% exit charge.", "Intervenew l-MFSA u ġiegħluhom jirtirawha, imma għad fadal koppji marbutin biha.", "Duru t-toroq u taraw il-posters ta' l-HSBC: Home loan within 48 hours.", "Jekk trid karozza, jew issiefer jagħtik loan, aqbad u ċempel, u ibiegħhomlok.", "L-MFSA għandu jwaqqaf dan it-tip ta' pressure fuq iż-żgħażagħ, bombardament sħiħ.", "MICHAEL GONZI: Hemm fejn irridu ngħallmu ż-żgħażagħ tagħna.", "Punt żgħir fuq l-ekonomija li semmejt.", "It-teorija demand and supply, imma meta għandek a need, dik ma taħdimx whatever the price, jekk għandek bżonnu trid tieħdu.", "L-ilma għandek alternattiva għalih?", "Jagħmluh kemm jagħmluh, jiġi jiswa kemm jiġi jiswa trid tixtrih u trid tieħdu bħall-elettriku.", "Din is-sistema ma taħdimx hekk.", "MICHAEL GONZI: Imma l-biċċa xogħol hija li dawk il-flats u l-proprjetajiet on the market .......", "IS-SUR JOE GAFà: Bilfors trid tixtrihom għax id-dar tridha bilfors.", "MICHAEL GONZI: ..… imma jinbiegħu.", "IS-SUR JOE GAFà: Iva, għax għandek bżonnha biex tgħix.", "Tissallab u tagħmel kollox.", "Meta tiltaqa' ma' xi ħadd - u hawn fejn jidħlu l-problemi - li tilef x-xogħol, xi ħadd li kuljum jaħdem l-overtime f'daqqa' waħda jinqatagħlu l-overtime, jew mard, paniku.", "Dawn huma s-sitwazzjonijiet.", "Persuna li qed ngħidu li jitlef job, ikollu loan mal-bank tal-Knisja, voldieri dawn hemm xi ħaġa li jikkaverja?", "Hemm xi tip ta' insurance jew xi arranġamenti?", "IS-SUR GODFREY LEONE GANADO: Id-dividends li jagħmel l-APS Bank - li m'humiex fil-kwantità - imorru għand il-Knisja bħala shareholder, huwa shareholder u kieku dawk id-dividends ma jmorrux għand il-Kurja, u l-Kurja tużahom għad-djar ta' l-anzjani u għad-djar tat-tfal, il-Knisja jkollha tagħlaq ħafna djar ta' l-anzjani biex ma ngħidlekx kollha u djar tat-tfal ukoll għaliex qed jibbilanċjaw l-aspett soċjali proprju dawk il-ftit dividends li jieħdu mill-APS Bank.", "Noqogħdu attenti li ma niddemonizzawx iż-żgħażagħ, ma nistgħux nagħmlu ċerti statements għax iż-żgħażagħ irridu nagħllmuhom, għax iż-żgħażagħ hekk.", "L-edukazzjoni hija importanti però m'humiex it-tfal kollha.", "Jiena għandi tfal ukoll.", "Mhux it-tfal kollha jonfqu bl-addoċċ u m'għandhomx sens ekonomiku.", "Jiena t-tifla tiegħi għadha sal-lum, illum miżżewġa, jekk noffrilha li nixtrilha tazza tgħidli le dik it-tazza rrid inbati għaliha jiena.", "Jiġifieri irridu noqogħdu attenti li ma nagħmlux general statements fuq iż-żgħażagħ.", "Għandna żgħażagħ li għandhom responsabbiltà, they do not want to live beyond their means.", "U xi kultant donnu l-miżura taż-żgħażagħ huma ż-żgħażagħ li naraw ġo Paceville.", "Iż-żgħażagħ tal-pajjiż m'humiex iż-żgħażagħ ta' Paceville.", "THE CHAIRMAN: Ħa nagħlaq hawnhekk.", "Aħna niltaqgħu nhar it-Tnejn biex niddiskutu l-ħatra għall-Kummissarju tat-Tfal.", "Fid-9.00 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn, 26 ta' Frar, 2007."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070221_080d_soc.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 81", "It-Tnejn, 26 ta' Frar, 2007", "L-Onor.", "Clyde Puli, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 26 ta' Frar, 2007 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar l-Ekonomija ta' l-Għarfien (Knowledge Economy): Ir-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni – Preżentazzjoni minn Dr Jennifer Cassingena Harper u Mr Eric Flask mill-Malta Council for Science and Technology.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070226_081a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 81", "It-Tnejn, 26 ta' Frar, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 81", "It-Tnejn, 26 ta' Frar, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:16 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 80 li saret fil-21 ta' Frar 2007 ġew konfermati.", "Diskussjoni dwar l-Ekonomija ta' l-Għarfien (Knowledge Economy): Ir-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni", "Il-Kumitat irriżuma mid-19 ta' Frar, 2007 id-diskussjoni fuq dan is-suġġett.", "THE CHAIRMAN (Onor. Clyde Puli): Illum se nkomplu bid-diskussjoni dwar l-Ekonomija ta' l-Għarfien (Knowledge Economy): Ir-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni, u għandna preżentazzjoni minn Dr. Jennifer Casingena Harper u mis-Sur Eric Flask, mill-Malta Council for Science and Technology.", "Nitlobkom tagħmlu preżentazzjoni qasira, imbagħad wara tagħtuna ċans li nagħmlu xi domandi.", "IS-SUR ERIC FLASK: Nirringrazzjak.", "F'din il-preżentazzjoni qasira se nitkellem dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-framework fuq riċerka u innovazzjoni, is-sitwazzjoni ta' Malta u x'qed tagħmel l-MCST u ovvjament x'qed tagħmel Malta fuq riċerka u innovazzjoni.", "Bażikament nibda' billi ngħid li l-innovazzjoni m'hijiex xi ħaġa ta' barra minn hawn u m'hijiex xi ħaġa li ma tistax tintlaħaq.", "Hija limitata biss mill-immaġinazzjoni tagħna.", "Jiġifieri jekk ittejjeb prodott jew issib xi ħaġa biex tagħmlu aħjar, dik hija innovazzjoni.", "Ovvjament ir-riċerka tmur id f'id ma' innovazzjoni.", "Jiġifieri tibda r-riċerka - kif fil-fatt għandna muri f'din l-islide - kif tagħmel riċerka, issib dik ix-xi ħaġa li tista' tagħmillek il-prodott jew is-servizz iktar innovattiv.", "Fil-fatt, fuq hiex se nitkellmu?", "Se nitkellmu fuq inizjattivi lokali, li bażikament, bħala policy u strateġija, hemm il-Pjan Strateġiku għar-Riċerka u Innovazzjoni għas-sena 2007 sa l-2010 li ħareġ l-MCST is-sena l-oħra.", "Dan qed jiġi implimentat mill-programm ta' riċerka u innovazzjoni lokali, kif ukoll mill-fondi bħalma huma l-ESF u l-ERDF.", "Fuq pjan internazzjonali imbagħad bħala policy u strateġija hemm ovvjament l-aġenda ta' Lisbona u l-European Research Area, li qed jiġu implimentati minn diversi programmi ta' l-Unjoni Ewropea, bħalma huma l-Framework Programme 7 (FP7) li l-MCST timmaniġġja, is-CIP kif ukoll l-iStructural Funds.", "Dan kollu joħloq jew jgħin li tinħoloq l-ekonomija ta' l-għarfien.", "Se ngħaddi issa għal Dr. Jennifer Casingena Harper, biex tispjega s-sitwazzjoni kurrenti kif ukoll tidħol iktar fid-dettal tal-pjan strateġiku għar-riċerka u l-innovazzjoni.", "DR JENNIFER CASINGENA HARPER: Fil-fatt is-sena l-oħra fin-National Strategy for Research and Innovation, fil-parti tal-benchmarking, konna għamilna statistika li l-EU toħroġ regolari fuq innovation performance.", "Fuq kull pajjiż ikun hemm dawk li jgħidulhom country pages u jkun hemm report sħiħ.", "Kif qed taraw f'din l-islide fuq din in-naħa tat-table hemm id-drivers.", "Hemm different sets of benchmarks li jintużaw.", "Fil-country page ta' Malta hemm naqra ta' paradox.", "Fil-fatt this is always being discussed għax l-inputs tagħna huma fqar ħafna.", "Le, iħalluhom, għax anke l-Estonja għanda l-istess sitwazzjoni.", "Also if you go through all the pages tinduna li ċerti pajjiżi għandhom l-istess sitwazzjoni.", "Bażikament qed jikkummentaw li sar improvement, però mhux biżżejjed, allura aħna, under the European Innovation Survey fil-fatt konna qed nidhru mal-catching up but we're actually lagging behind now.", "Imma ma tistax tagħmel changes malajr fihom dawn l-affarijiet.", "Bil-mod il-mod qed nippruvaw, imma it takes time.", "Però imbagħad fuq l-inputs - li kont qed ngħidilkom qabel - hemm problemi fuq Science and Engineering Graduates u lifelong learning.", "L-overall level tal-business R and D huwa baxx.", "Però hemm a very positive trend, għax fil-fatt minn 0.07 tela' 2.45.", "Kien hemm l-aspett ta' statistika u benchmarking, fejn anke ġbarna ċerta data kif konna sejrin fil-framework programme bħal fejn konna attivi u fejn kien hemm strengths.", "Imma hemm spjegazzjoni sħiħa fuqha din.", "Imbagħad anke saru consultations oħrajn at a higher level.", "This followed a review tas-settur li kien sar miċ-chairman tagħna - għalkemm at that time ma kienx għadu ċ-chairman tagħna - u ħafna mill-affarijiet li ssuġġerixxa kienu bbażati fuq reviews oħrajn, li saru – fejn anke kien hemm review minn barra - which were based on a lot of consultation, and most of these changes were actually taken on board.", "Ibbażat fuq il-consultation li saret, ġew identifikati four areas.", "IS-SUR ERIC FLASK: Fi ftit kliem, se nispjega ftit l-inizjattivi lokali li saru fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni.", "Fil-fatt, fl-2004 kien beda programm ta' riċerka u innovazzjoni u mbagħad sar ieħor fl-2006.", "Fl-2004 il-gvern kien alloka Lm300,000 fuq riċerka u innovazzjoni.", "Ħaġa interessanti hi li r-rikjesti u l-proposti li saru għal dawn il-proġetti, kienu jlaħħqu t-Lm3 miljuni.", "Jiġifieri it-Lm3 miljuni hija figura maġika naħseb għax fil-fatt, anke fl-2006, il-budget kien l-istess imma l-proposta għalih jew id-domanda kienet għal Lm3 miljuni.", "Fil-fatt, fl-2004 ġew sottomessi 85 proposti għall-proġett u ġew iffinanzjati 15.", "Fil-fatt bħalissa hemm min qiegħed fil-fażi li jikkonkludi u hemm min għadu għaddej.", "Is-sena l-oħra - fl-2006 - il-programm kellu xi kambjamenti.", "Fejn fl-2004 kien hemm Lm300,000 - imma ma kienx hemm stipulat il-minimu kemm nistgħu nagħtu flus - din id-darba, biex nagħmlu iktar impatt, se nagħmlu livell minimu ta' Lm20,000 u massimu ta' Lm100,000 għal kull proġett.", "Dan sar, għaliex rajna li fl-2004, kien hemm ħafna proġetti fejn ma tantx kienu ta' valur miżjud kemm għall-ekonomija ta' Malta kif ukoll għall-għan prinċipali tal-programm.", "Fil-fatt, kambjament li kien hemm fil-programm ta' l-2006 kien li ffoka fuq erba' areas identifikati fil-pjan strateġiku, li huma l-ICT, Health and Biotech, Energy and Environment u Value Added Manufacturing.", "Dawk huma - kif semmiet il-kollega tiegħi - erba' areas fejn qed niffukaw ir-riċerka u l-innovazzjoni f'Malta.", "Fil-programm ta' l-2006, kif għedt qabel, reġa' hemm il-figura maġika ta' Lm3 miljuni, ġew proposti 58 proġett u d-domanda kienet tlaħħaq mat-Lm3 miljuni.", "Bħalissa għaddej il-proċess ta' l-evalwazzjoni ta' short listing.", "Kambjament ieħor kien li fejn qabel kien hemm stadju wieħed, din id-darba hemm żewġ stadji fejn il-proġetti jiġu short listed.", "Imbagħad minn din ix-short list se jgħaddi proċess li għandu jitlesta kemm jista' jkun malajr.", "Fil-fatt huwa propost li fit-22 ta' Marzu, se ssir award, fejn se jintagħżlu uħud minn dawn it-tnax-il proġett biex imbagħad jiġu funded.", "F'din l-islide qed naraw table kif bażikament ġiet imqassma l-istatistika.", "Kif tistgħu taraw, l-iktar li tapplika għal dawn il-proġetti hija l-Academia bħall-Università u l-MCAST.", "Sfortunatament, l-industriji żgħar u medji għadhom qegħdin jersqu lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, jew biex japplikaw għall-proġetti.", "Waħda mid-diffikultajiet li rajna kienet li jekk ażjenda jkollha impjegat jew tnejn, din ma taffordjax ħin partikolari biex taħdem fuq proġett jew proposal meta imbagħad eventwalment dan jista' ma jintagħżilx.", "Jiġifieri hemm dik il-kwestjoni.", "F'din it-table hawn l-breakdown bħala settur u l-proġetti li ġew submitted.", "Dik kienet ħarsa lejn ftit mill-affarijiet lokali li jsiru.", "Għax imbagħad hemm proġetti oħra bħall-ESF u l-ERDF, li l-MCST tieħu ħsieb ukoll.", "Imbagħad, fost l-oħrajn min-naħa internazzjonali, hemm is-7th framework Programme, li tieħu ħsieb l-MCST.", "Bażikament l-istruttura ta' l-FP7, hija magħmula minn area li hija Cooperation, li tiffoka fuq Collaborative Research, Ideas fuq Frontier Research, People hija speċifikament kif tibni dak li qed nitkellmu fuqu llum, in-Knowledge Economy, kif ukoll Capacities li iktar tiffoka fuq Research Capacity.", "Imbagħad hemm il-EURATOM u l-Joint Research Centre (JRC), li bħala pajjiż, Malta ma tidħolx fihom għax huma iktar fuq il-ġeneru ta' enerġija atomika eċċ.", "F'din l-islide hemm il-programmi miftuħa fl-istruttura ta' l-FP7.", "Kif qed taraw, fejn tidħol per eżempju People hemm dak il-proġett li naħseb hu kemmxejn famuż, u ħafna min-nies jafu bih, li huwa l-Marie Curie.", "F'Cooperation, li kif qed taraw jieħu l-ikbar budget, insibu 10 temi differenti.", "Jekk trid tagħmel riċerka fuq ICT, ovvjament trid issib partners li huma mill-Unjoni Ewropea u tista' tpoġġi l-proġett tiegħek flimkien ma' dawn ir-riċerkaturi, u tara jekk tkunx tista' tieħu fondi mill-Ewropa.", "F'kull riċerka u programm - dan huwa fattur importanti ħafna - meta titkellem fuq fondi, ma tridx tara l-Unjoni Ewropea bħala bir ta' fondi u li kulħadd jista' jieħu minnhom.", "Meta nħarsu lejn l-Unjoni Ewropea u l-fondi tagħha .… Il-kelma bl-Ingliż hija co-funding.", "Jiġifieri l-Ewropa qed tinvesti fik għar-riċerka biex ovvjament inti tgħinha jew tgħin lill-ekonomija Ewropea bħala Malta pajjiż Ewropew, biex tidħol fir-riċerka u l-innovazzjoni.", "Jiġifieri m'hijiex xi ħaġa li se nidħol f'proġett biex nieħu l-flus.", "Tagħmel parti minnha.", "Imma nieħu l-flus biex tgħinni għar-riċerka u l-innovazzjoni.", "Però l-iktar ħaġa importanti hi li tidħol għar-riċerka, toħroġ parti mill-flus u l-Unjoni Ewropea tgħinek biex tilħaq l-għan tiegħek b'dik ir-riċerka.", "Fl-aħħar mill-aħħar tkun qed tagħmel lilek innifsek iktar kompetittiv, eventwalment tkun qed tagħmel lil Malta iktar kompetittiva u fuq kollox tkun qed tagħmel l-Ewropa iktar kompetittiva.", "Bażikament dawn is-slides huma dak li għadni kemm spjegajt.", "Fil-pack li għandkom quddiemkom, apparti l-executive summary tar-riċerka u l-innovazzjoni, tal-pjan, hemm ukoll informazzjoni fuq kull tema partikolari.", "Fil-website tagħna, , hemm ukoll informazzjoni iktar dettaljata fuq din l-informazzjoni li għadni kemm semmejtilkom.", "Issa se nħalli f'idejn il-kollega tiegħi, Dr. Casingena Harper biex tikkonkludi din is-seduta.", "Anke għall-fatt, kif indunajtu, fuq l-R & I programme tagħna, qed niffukaw inqas fuq basic.", "Actually security kien diġà hemm....", "IS-SUR ERIC FLASK: Security kien kważi fl-oħrajn kollha, imma għamluh bħala....", "DR JENNIFER CASINGENA HARPER: Issa għamlu tema għalih, u għamlu wkoll Space.", "Dawn ġew miżjuda as two new thematic areas.", "Fil-fatt f'Malta hemm interess fl-area ta' security.", "Li qed jaraw hu li għandhom a high potential.", "Jiġifieri to a certain extent, ma jidħlux considerations ta' new member states li forsi m'għandhomx dak il-livell.", "Fil-fatt this week, on Wednesday morning, at MCST, se nagħmlu a briefing session u se jkun hemm żewġ barranin ġejjin.", "Hemm xi ħadd dedikat fuq din il-parti tal-programm, u ieħor fuq international cooperation.", "Fil-presentation tagħna llum ma tkellimniex fid-dettal fuq affarijiet oħra li hemm għaddejjin within MCST.", "Aħna qed nagħmlu wkoll xogħol fuq foresight and horizon scanning.", "Obviously l-impatt qed jinħass beyond.", "Basically, dawn jgħinu dipartimenti differenti meta jiġu biex ifasslu policies.", "Fil-fatt ħallejt dan is-suġġett għall-aħħar.", "Fil-fatt, kont attendejt meeting interessanti f'Londra li kien fuq citizenship.", "L-ewwel ħaġa li qalet kien li speċi iva, dan il-proġett għamluh għax kienu concerned ħafna li waqa' l-interess in elections.", "THE CHAIRMAN: Grazzi tal-preżentazzjoni tagħkom.", "Ovvjament f'dan il-pajjiż, l-interpretazzjonijiet tagħna hi xi kultant ftit differenti minn affarijiet.… Meta nitkellmu fuq Social Affairs, anke l-futur narawh mill-perspettiva ta' dan il-Kumitat.", "Anke minħabba li aħna rridu nkunu kreattivi, innovattivi, minħabba n-numri.", "Kif dejjem ngħid, dan huwa Parlament ta' 65 membru, 19 fl-eżekuttiv, wieħed huwa Speaker, u l-kumplament huma part-timers.", "Jiġifieri jekk nagħmlu kumitat ieħor, ikollna ftit tal-problemi kif u fi x'ħin se jirnexxielna niltaqgħu.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Grazzi Mr Chairman.", "L-ewwelnett nixtieq nirringrazzja, kemm lil Dr. Casingena Harper kif ukoll lis-Sur Flask tal-preżentazzjoni interessanti ħafna li tawna.", "Jiena nixtieq nistaqsi ftit mistoqsijiet.", "L-ewwel waħda hi iktar fuq natura ġenerali.", "X'tibdil seħħ fl-MCST minn kif kien qabel u issa li spiċċa taħt l-OPM, taħt il-kappa tal-Prim Ministru?", "U kif l-MCST qed taħdem f'din il-linja f'dan iż-żmien, u anke għall-quddiem.", "Naħseb li kien hemm bżonn li l-MCST tingħata impetus ġdid f'dan is-sens.", "Jidhirli li l-MCST twaqqfet b'remit fl-1992 jew fl-1989, jekk m'iniex sejjer żball, imma mbagħad, over the years, qisha baqgħet bl-istess remit meta kien hemm ħtiġijiet differenti.", "Naħseb anke x-xogħol li kienet qed twettaq l-MCST ukoll kien jidher li mhux qed timxi mar-remit eżatt tagħna, għax kellna nidħlu f'affarijiet oħrajn, speċjalment fuq programmi ta' l-EU eċċ.", "Fin-National Strategic Plan li għaddejtulna qabel il-laqgħa hemm madwar 66 proposta li ċertament l-MCST ma tistax twettaqhom waħedha, anzi trid il-partners bilfors li jidħlu u jwettqu dan il-pjan magħha fl-istess ħin.", "Jiġifieri bħalissa l-MCST, kif qegħda taħdem bl-istaff li għandha biex jaraw li l-Ministeri, d-Dipartimenti u l-aġenziji oħra tal-gvern qed jimxu ma' dawn l-affarijiet?", "Hemm per eżempju xi ko-ordinatur fil-Ministeri jew fid-Dipartimenti, whatever, li qegħdin in liason ma' l-MCST biex fl-aħħar mill-aħħar, dawn l-affarijiet li individwajtu li hemm bżonn isiru, jitwettqu?", "Għax inutli jkollna pjan mill-2007 sa l-2010, jekk imbagħad niġu fl-2010 u ngħidu li waqajna lura fl-attwazzjoni tiegħu.", "Punt li jispikka ħafna f'dawn is-66 pjan - għalkemm m'għamiltx statistika – hu li hemm ħafna proposti li għandhom x'jaqsmu mas-settur edukattiv.", "Intom fil-preżentazzjoni tagħkom semmejtu, li f'ċerti aspetti waqajna lura.", "Anke meta nqabblu lilna nfusna fejn jidħlu gradwati, per eżempju fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija, jidher ċar li hemm bżonn bidla fil-mod ta' kif qed naħdmu llum fil-qasam edukattiv.", "U dan anke intom f'ħin minnhom issuġġerejtuh, meta għedtu li fis-sena 2007/2008 il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni għandu jara x'hemm bżonn isir biex din it-trend ma tibqax, anzi nibdew inħajjru miċ-ċokon.", "Jiena dejjem ngħid li fil-primarja hemm bżonn li jibdew dawn is-suġġetti.", "Allura, s'issa, per eżempju kellkom xi feedback min-naħa ta' l-edukazzjoni dwar punti li ssemmew, b'mod partikolari anke fejn tidħol l-Università, fuq dan il-qasam?", "Ħaġ'oħra li ssemmiet bħala weakness - fil-fatt semmejtha inti, Dr. Casingena Harper - hija fejn jidħlu Patents and Community Designs.", "Community Designs forsi tajjeb tispjegaha ftit, għax jiena ma nifhimx f'dan il-qasam, però nimmaġina li dawn it-tnejn flimkien, ikollhom value added anke għall-pajjiż.", "Naħseb jekk ir-riċerka - u hawnhekk norbot mat-tibdil li hemm bżonn isir fl-Università - kif ukoll li nkabbru l-human power f'dan il-qasam, kif ukoll il-mod ġdid ta' kif tibda taħdem l-Università, li tkun tiffoka aktar fuq il-ħolqien ta' patents - forsi jekk mhux direttament hi, imma permezz ta' l-akkademji tagħha li jistgħu jissieħbu anke mas-settur privat fl-aħħar mill-aħħar – dawn kollha jkollhom value added għall-pajjiż.", "Għalhekk huwa importanti li minn weakness, din tkun strength għalina speċjalment bħala pajjiż.", "Aħna nafu li bħala pajjiż 95% ta' l-industrija tagħna hija SME fl-aħħar mill-aħħar.", "Dawn qed isibu diffikultà, mhux biss mill-aspett finanzjarju għax forsi b'mod jew ieħor, għada pitgħada l-għajnuna finanzjarja tista' tiżdied u jkun hemm il-potenzjal li jiżdiedu l-fondi, anke bis-saħħa ta' inizjattivi li ssemmew f'dan l-istrategic plan, fejn f'uħud minnhom hemm ippjanat li tiżdied in-nefqa għalihom, anke bis-saħħa ta' fondi ta' l-EU.", "Però problema oħra ta' dawn l-SMEs hija l-human element.", "Ħafna minnhom għandhom numru ta' ħaddiema limitati, li kif għedt inti stess fil-preżentazzjoni tiegħek, ikun diffiċli li jħallu persuna tiffoka fuq proġett u ma tagħmilx ix-xogħol tal-ġurnata.", "Kif qed tiġi tackled din il-problema?", "Fejn jidħol l-RTDI programme, semmejt dak ta' l-2004 u ta' l-2006.", "Jidher li għall-2006 kien hemm Lm100,000 inqas, jiġifieri minn Lm300,000 morna għal Lm200,000.", "Jien naħseb li anke f'ħin minnhom - niftakar għax f'sena partikolari għamilt salt mistoqsijiet parlamentari fuq hekk - lanqas it-Lm300,000 ma kienu se jingħataw imma imbagħad ġew carried forward u ngħataw għas-sena ta' wara.", "Nassumi li l-prijoritajiet kif ingħataw kienu abbażi ta' dawk il-four areas li kienu bħala focus.", "Dik importanti ħafna naħseb.", "Anke l-fatt when we are issuing certain strategic documents, il-fatt li qed tagħmilhom from a certain base, tgħin ħafna dik.", "Għad hemm ċertu xogħol ieħor li jrid isir bħala coordination across government.", "Per eżempju fl-area ta' R & I hemm l-Università u l-Malta Enterprise, u anke l-MCMP that have quite a critical role.", "Issa speċjalment mal-Malta Enterprise rridu noqogħdu attenti minħabba fl-iskemi li qed noħorġu aħna.", "Dawn għadhom qegħdin jitfasslu.", "One of the issues is, li kien hemm batch li diġà kienu fasslu l-Malta Enterprise, u anke other organisations bħall-Università.", "Imbagħad meta aħna morna u għedna lill-PPCD li għandna this list of schemes based on the national R & I plan, il-PPCD qalulna li issa kienu se jimxu ma' dak li ġie approvat mill-Gvern.", "Imma xorta għad hemm ċertu xogħol li jrid isir, speċjalment mal-Malta Enterprise.", "Bħalissa għaddej proġett li huwa funded taħt l-istructural funds - under Interreg - fejn qegħdin nużaw parti mill-funding for a pilot action to promote regional development, but we have re-oriented those funds.", "Il-Malta Enterprise u aħna, are working together and assess the measures li diġà għandhom in place u x'kien effettiv minnhom.", "So far l-inqas xogħol li sar huwa ma' l-MCMP, and I think we need to do a lot more work with them, speċjalment il-Ministeru għall-Kompetittività.", "Huma suppost qed imexxu l-Competitiveness and Innovation Programme, imma nqalgħu l-affarijiet kollha li kellhom x'jaqsmu ma' Innovation under FP6, u marru into the new programme, is-CIP.", "Il-contact points tas-CIP m'aħniex aħna, huma l-MCMP.", "CARMELO ABELA: Jekk m'iniex sejjer żball il-Ministeru għall-Kompetittività huwa wkoll dak responsabbli min-naħa tal-Kabinett jew sub-committee tal-Kabinett, li jekk kien hemm xi intervisti, huwa ċ-chair tiegħu....", "DR JENNIFER CASINGENA HARPER: Eżatt.", "Anke għall-fatt per eżempju, jekk taraw l-NRP, in-National Reform Programme linked mal-Lisbon Strategy, xi kultant hemmhekk konna qed niffukaw iktar fuq riċerka u l-innovation part kienet weak ħafna.", "Mhux għax ma kenux qed isiru affarijiet.", "Fil-fatt dak li qed nippruvaw nagħmlu fuq il-linkage bejn l-istrateġija tagħna u l-MARIS, to preampt MARIS a little bit.", "Fil-fatt, ħafna mill-progress fuq il-measures, veru għamel 66 recommendations u waqt l-aħħar Management Meeting li kellna staqsejnih what he's prioritising.", "Jiġifieri qed jagħmel numru ta' meetings ukoll.", "Riċenti kellu meeting ma' l-Education dwar kif ħadmu l-iskema ta' scholarships - għax se nibdew skema ta' fellowships - biex isir dovetailing ma' l-iskema tagħhom.", "We tried to do quite a comprehensive scan fuq x'għamlu pajjiżi oħra fis-sitwazzjoni tagħna, by looking at their EU policy.", "Anke ma' l-Università hemm links tajba ħafna wkoll.", "Fuq patents hemm ċerti issues.", "IS-SUR ERIC FLASK: Jekk inti tirreġistra patent f'Malta, u l-istess ħaġa tkun reġistrata l-Amerika, sa fejn naf jien, it's confined to, jekk m'iniex sejjer żball, hija confined għal.… Jiġifieri jekk tirreġistra xi ħaġa f'qasam dinji, naħseb li trid tirreġistraha in different places.", "DR JENNIFER CASINGENA HARPER: U bħalissa hemm issue fejn l-EU qed tipprova toħroġ with a common community patent as well.", "Bħalissa taħt l-ESF għandna proġett għaddej – although now it's coming to an end, but we're hoping to follow it up - fejn qed nagħtu għajnuna lil SMEs.", "Dan meta kien ġie Malta ppruvajt - because he came on another visit - għax xtaq ħafna jiltaqa' anke ma' xi nies mill-Parlament, fuq x'qed jagħmlu huma.", "Fil-fatt xi nies mill-Uffiċju tal-Prim Ministru, kienu ġew miegħi fuq Foresight Horizon Scanning, and it' amazing how much follow-up......", "THE CHAIRMAN: Irrid ngħid li delegazzjoni mill-parlament diġa' ltaqgħet ma' dan il-kumitat ta' Finland meta l-iStanding Committee on Foreign and European Affairs konna morna fuq żjara bilaterali proprjament fil-Baltiċi.", "Imma ovvjament, mhux kulħadd....", "Bħala deputy speaker, ma jien membru fl-ebda kumitat ieħor.", "IS-SUR ERIC FLASK: Se nieħu ftit punti - ħames minuti kollox - biex inżid ma' dak li qalet Dr. Casingena Harper.", "L-Onor Abela staqsa x'kambjamenti kien hemm.", "Naħseb wieħed mill-kambjamenti li kien fundamentali u naħseb għamel bidla sostanzjali u importanti għall-MCST – għalkemm jien kull ma ilni xi sena u nofs hemmhekk – li fejn qabel il-membri ta' l-advisory council kienu iktar akkademiċi - għax kien hemm ħafna nies mill-Università - llum, fil-fatt hemm rappreżentanti, kemm mill-Università, mill-industrija, mis-settur ta' l-SMEs, kif ukoll nies, li fil-kapaċità personali tagħhom bħala riċerkaturi, jistgħu jgħinu.", "L-għan speċifiku ta' dan l-advisory council hija l-konsultazzjoni.", "Fil-fatt jekk m'iniex sejjer żball, il-pjan strateġiku għadda minn xi tlett iterations.", "Ktibnih, għaddejnih lilhom, kien hemm il-feedback u wara għadda fl-inter-governmental committee fejn ġie diskuss.", "Jiġifieri dan kien pass importanti fil-proċess ta' konsultazzjoni.", "Staqsejt ukoll kif iseħħ il-pjan.", "Mis-sena 2007 sa l-2010, hemm erba' snin, jiġifieri impossibbli tipprova tagħmel dawk is-66 rakkomandazzjonijiet fl-ewwel sena.", "Fil-fatt, ipprijoritizzajna u ħadna ftit minnhom.", "Rakkomandazzjoni fundamentali - li fil-fatt tidħol fit-tielet mistoqsija - hija l-popularisation campaign.", "Sfortunatament, fil-kultura tagħna, minn meta nkunu żgħar, il-kultura ta' riċerka u innovazzjoni jew science and technology ma tantx teżisti, jew inkella forsi dak li tipproduċi l-Università m'huwiex iffokat fuq dak li għandu bżonn il-pajjiż.", "Mhux se nidħol iktar fid-dettal għax m'hijiex l-area tiegħi, però hemm prijoritajiet li ġew individwati f'dawn ir-rakkomandazzjonijiet.", "Biex ngħid hekk se jkun hemm ukoll Programme Management, u hemm allokat Programme Manager biex jieħu ħsiebu.", "Jiġifieri kollox se jiġi koordinat fi ħdan l-MCST.", "Ovvjament, kif semmejt int, hemm limitazzjonijiet, anke ta' staff, però mhix xi ħaġa li mhux qed naħdmu fuqha.", "Fuq it-tielet mistoqsija tiegħek dwar is-settur edukattiv.", "Kif semmejt hemm il-Popularisation Campaign u għandna link tajba ħafna ma' l-Università u mal-Higher Education Commission.", "Qed naħdmu id f'id, anke biex nagħmlu scholarships u proġetti eċċ. Fil-fatt illum kellna laqgħa ma' l-NSTF biex naraw kif nistgħu ngħinu aktar fuq Science and Technology u Research and Innovation f'Malta, f'kuntest edukattiv.", "Fuq Patents u designs, naħseb tkellmet Dr. Casingena Harper, għax mhix l-area tiegħi.", "Irrid niċċekkja naqra fuqha u nġib iktar dettalji.", "IS-SUR ERIC FLASK: Fuq id-diffikultajiet ta' l-SMEs, iva, fil-fatt Dr. Casingena Harper semmiet l-ESF funds.", "Fil-fatt, bgħatna nies fuq training u anke kien hemm link tajba ħafna mas-Segretarjat ta' l-Intrapriżi ż-żgħar, fejn il-For-link fil-fatt kien sar id f'id magħhom.", "M'ilux ukoll kellna preżentazzjoni lill-kumpanniji żgħar li hemm fil-Mosta Technopark.", "L-aħħar mistoqsija, ma nafx jekk kinetx assunzjoni jew kumment.", "Jekk tista' terġa' tirrepetiha, jekk jogħġbok.", "CARMELO ABELA: Kien kumment bħala stat ta' fatt ta' dak li ġara.", "Kif rajna fil-presentation, kien hemm Lm300,000 għall-2004 li ġew carried over, imbagħad għal din is-sena, għall-2006, jidher li kien hemm Lm200,000.", "IS-SUR ERIC FLASK: Dawk il-flus ġew carried over fis-sens li l-proġett baqa' jissemma' RTDI 2004.", "Fil-fatt dawk il-funds ġew carried over u ġew allokati.", "Fil-fatt kien hemm Lm200,000, però ittieħdet deċiżjoni li jiżdiedu.", "Fil-fatt bħalissa għaddejja l-evalwazzjoni ta' dawk it-tnax-il proġett li ġew shortlisted.", "Kif rajna, t-talba kienet fuq Lm800,000, li impossibbli minn dawk il-fondi żgħar li hemm.… Aħna nittamaw li eventwalment, dawk il-fondi, minn Lm300,000 - anke skond il-pjan li għandna - jiżdiedu sostanzjalment.", "Il-problema hi li rridu niddentifikaw x'tip ta' fondi għandna, għax jekk ikollna structural funds jew fondi mill-EU, dawn huma differenti mill-istate funds, u anke l-mod kif nutilizzawhom huwa ferm differenti.", "Allura, jekk huma fondi ta' stat - ovvjament in line with the state aid regulations - irridu naraw kif nużawhom, jekk huma structural funds, hemm il-limitazzjonijiet li huma governati terġa' mhux mill-pajjiż imma mill-Unjoni Ewropea, jiġifieri hemmhekk, iva, nixtiequ jkollna iktar fondi.", "Kif rajna, d-domanda tlaħħaq it-Lm3 miljuni.", "Jiena kelli x-xorti anke li nara l-proġetti li ġew sottomessi, ovvjament wara li għalqet id-data.", "Huma interessanti ħafna għax iżidu l-valur, kemm lill-ekonomija, kif ukoll lill-pajjiż, u naħseb iva, jkomplu jitfgħu lil Malta fuq il-mappa tal-pajjiżi Ewropej.", "Però hemm il-limitazzjonijiet.", "Kif għedt, bħalissa l-ħsieb huwa li niffinanzjaw daqs forsi sitta, sebgħa minn dawn il-proġetti, u anke ninnegozjaw it-talba tagħhom.", "Jekk it-talba tkun ta' Lm40,000 u aħna naraw li jew m'hemmx fondi biżżejjed jew hekk, nippruvaw ninnegozjaw biex naraw kif nistgħu ngħinuhom xorta waħda.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjakom.", "Grazzi ħafna tal-preżentazzjoni.", "Il-Kumitat aġġorna għal għada, it-Tlieta 27 ta' Frar 2007 fis-7.30 pm."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070226_081d_soc.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 82", "It-Tlieta, 27 ta' Frar, 2007", "L-Onor.", "Clyde Puli, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 27 ta' Frar, 2007 fis-7.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Konsultazzjoni b'riferenza għall-ħatra tal-Kummissarju għat-Tfal.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070227_082a_soc.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 83", "It-Tnejn, 26 ta' Marzu, 2007", "L-Onor.", "Clyde Puli, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 26 ta' Marzu, 2007 fis-7.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Skrutinju ta' dokument ta' l-Unjoni Ewropea:", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070326_083a_soc.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 84", "It-Tlieta, 27 ta' Marzu, 2007", "L-Onor.", "Clyde Puli, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 27 ta' Marzu, 2007 fis-7.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar l-Ekonomija ta' l-Għarfien (Knowledge Economy): Ir-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni – Preżentazzjoni mis-Sur Pierre Theuma, Head Technological Development & Innovation, Malta Enterprise.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070327_084a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 84", "It-Tlieta, 27 ta' Marzu, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 84", "It-Tlieta, 27 ta' Marzu, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fit-7:45 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 83 li saret fis-26 ta' Marzu 2007, ġew konfermati.", "Diskussjoni dwar l-Ekonomija ta' l-GĦarfien (Knowledge Economy):", "Ir-RiĊerka, l-IŻvilupp u l-Innovazzjoni", "Il-Kumitat irriżuma d-diskussjoni fuq dan is-suġġett mis-26 ta' Frar, 2007.", "The Chairman (Onor Clyde Puli): Ngħaddu għall-aġenda tal-lum, it-Tlieta 27 ta' Marzu, 2007 bid-diskussjoni dwar l-ekonomija ta' l-għerf, riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni u għandna preżentazzjoni mis-Sur Pierre Theuma, Head Technological Development & Innovation tal-Malta Enterprise.", "IS-SUR PIERRE THEUMA: Kont sodisfatt li l-innovazzjoni mhux xi ħaġa li aħna biss qed nippruvaw naħdmu għaliha, imma I'm very much pleased to learn li ħaddieħor ukoll qed jagħtiha l-importanza tagħha.", "Bħala background, dawn l-aħħar sentejn il-Malta Enterprise ħasset il-ħtieġa li tagħti importanza lil innovazzjoni.", "Għax fil-verità mingħajr innovazzjoni, l-ebda kumpannija ma tista' timxi 'l quddiem.", "Għaldaqstant din l-aħħar sena ġejt inkarigat biex nieħu ħsieb section żgħira li llum il-ġurnata kibret, u qegħdin għaxra min-nies.", "Aħna nieħdu ħsieb partijiet differenti, kif se taraw fil-presentation.", "Jiġifieri hemm ħafna azzjonijiet minn nies differenti biex kemm jista' jkun intejbu u fuq kollox, inħeġġu l-innovazzjoni fost il-kumpanniji.", "Din il-presentation hi bbażata fuq il-viżjoni tal-Malta Enterprise biex inkattru l-valur kif ukoll inżidu l-prodottività.", "Ovvjament dawn kollha jġibu l-ġid.", "Minn hemmhekk għandna l-istrateġiji tal-Malta Enterprise li huma:", "Ovvjament min-naħa tas-section tagħna, aħna nieħdu ħsieb partijiet speċifiċi li huma l-entrepreneurships; intejbu l-aċċess għall-financing - fejn għandu x'jaqsam il-bżonnijiet tat-teknoloġija; clustering; kif ukoll ir-riċerka u l-innovazzjoni.", "Jiġifieri bħala strateġija, wieħed jista' jara l-importanza ta' l-innovazzjoni fejn għandha sehem kbir il-Malta Enterprise.", "Il-kunċett huwa bbażat fuq ħafna biċċiet.", "Fil-fatt tliet snin ilu bdejt bi proġett pilota jismu \"Innovation Day Centre\", fi żmien il-Malta Council for Science and Technology, u bil-mod il-mod bdejna nikbru.", "In addition to the Innovation Day Centre, se nispjega wkoll ftit iktar ta' x'qegħdin nagħmlu l-lum il-ġurnata.", "Għandna diversi programme:", "EUREKA - li huwa purament fuq riċerka;", "Business Technology Network li fil-fatt se nagħmlu l-launch tiegħu għada.", "Dan huwa programm lokali u idealment qed nippruvaw inressqu iktar l-Università viċin l-industrija u viċe-versa, kif ukoll viċin il-financing.", "Għaliex normalment financing huwa diffiċli ħafna u l-financing models tagħna għadhom daqsxejn weak biex ngħidu hekk;", "MARIS li hija r-Regional Innovation Strategy;", "KBIC il-Kordin Business Incubation Centre;", "Ovvjament jidhru hekk, imma lejn il-kumpanniji tagħna, dawn kollha huma trasparenti.", "Jiġifieri l-idea hi li kollha jifformaw parti minn xi programm, imma li għandhom bżonn hu, li lejn il-kumpanniji u l-klijenti kemm jista' jkun iżommu kollox trasparenti, biex kemm jista' jkun innaqqsu mill-paper work li hemm involut.", "Probabilment l-iktar proġett li fiżikament wieħed jista' jara xi ħaġa huwa l-inkubatur, l-Business Incubation Centre, ġewwa Kordin.", "Dan il-proġett beda lejn l-aħħar ta' l-2001 u llum, jiġifieri sitta jew ħames snin wara, fil-fatt qegħdin naħdmu fuq saturation.", "Bħala kunċett, l-inkubatur huwa post fejn persuna jkollu idea - ovvjament li jkollha x'taqsam u relevanti ma' innovazzjoni, teknoloġija u valur miżjud – u aħna ngħinuh biex dik l-idea nkabbruhielu f'business.", "Il-programm huwa twil kważi erba' snin.", "Sena minnhom hija pre-incubation u tliet snin sakemm il-kumpannija tikber.", "Il-post innifsu huwa modular.", "Jiġifieri persuna tiġi b'idea u jkollha spazju biżżejjed għal persuna waħda.", "Waqt li qed tikber il-kumpanija nagħtuha spazji differenti li dejjem ikunu ikbar fid-daqs.", "Ħa nagħti eżempju prattiku.", "Dan l-aħħar, kumpannija ħarġet mill-inkubatur imma meta sentejn ilu, kienet fil-bidu, kien persuna waħdu.", "Kellu idea li ħassejna li kienet tajba - il-kumpannija jisimha \"Spektra\" - u llum sab ukoll niċċa li jista' jħaddem disa' min-nies.", "Dan ra li kien hawn ħafna nisa tad-dar li kienu jaħdmu fl-industrija, marru lura d-dar, rabbew il-familja u tgħallmu ħafna affarijiet li meta kienu fl-industrija kienu jużawhom.", "U allura tahom iċ-ċans li jerġgħu joħorġu lura fid-dinja tax-xogħol.", "Tahom daqsxejn flexibility, jiġifieri min jista' jaħdem satgħejn huwa welcome, min jista' jaħdem nofs ta' nhar, eċċ. Hu ħadem fuq dan il-kunċett u beda joffri servizz ta' inspection li fil-verità l-kumpanniji l-kbar - l-FDI's - sabuh ta' utilità kbira għaliex normalment l-inspection huwa very high in overheads.", "Kumpannija tħallas ħafna flus fuq overheads u hu billi qed jaħdem b'mod sempliċi ħafna, kien kapaċi joffri dan is-servizz bi prezzijiet tajbin.", "Dan beda u fi żmien sentejn impjega b'kollox mal-110 persuna.", "Bħalu għandna kumpannija oħra.", "Kif għidt issa spiċċa mill-KBIC, u ħa xi erba' units li kienu daqsxejn kbar.", "Xi xahar ilu, dan mexa ġewwa fabbrika proprja.", "Il-programm huwa maħsub għalhekk, biex bniedem jidħol u kemm jista' jkun ma jkunx distracted b'affarijiet li m'għandomx x'jaqsmu proprju fuq business.", "Jiġifieri aħna nipprovdu receptionists, communications centre, u jekk ikun hemm bżonn li jintbagħtu xi faxes jew ittri jew bżonn xi meeting nieħdu ħsieb aħna biex ikunu ffukati fuq il-business tagħhom.", "Il-programm ukoll jingħata brazz għax hu importanti li persuna turi commitment.", "Mhux biss tiġi \"iva agħtina xi ħaġa\", imma trid tagħmel il-parti tagħha u aħna nagħmlu l-parti tagħna vis-à-vis il-brazz.", "Illum il-ġurnata l-Kordin Business Incubating Centre huwa 80% occupied u fit-terminoloġija ta' incubation, 80% is like full occupancy.", "The reason being li nagħtu ftit leeway, u nħallu spazju għal min qiegħed jikber f'dak il-perijodu.", "Fil-fatt għamilna request through structural funds - għax fl-antik din kienet fabbrika li kienu jagħmlu l-PCBs - għax s'issa qegħdin nużaw nofsha u għamilna request biex nieħdu n-nofs l-ieħor.", "Ħafna drabi l-ikbar problema - jew iktar minn kollox diffikultà - hi li l-ebda industrial premises hi maħduma għall-bżonnijiet tal-kumpanniji.", "Jew ikollhom bżonn xi structural works jew ma jkunux available, jew ħaġa jew oħra.", "Allura l-idea hi li tkun a touch down facility għall-kumpanniji li huma ta' ċertu daqs, li jkunu interessati li jinvestu f'Malta u jkunu encouraged li jikkonsidraw jiġu Malta.", "Minn meta klijent jiġi għandna, naraw l-idea tiegħu u jkun kapaċi jwassal dik l-idea, within three weeks jkun jista' jidħol fil-post u jaħdem fih.", "Ovvjament il-KBIC mhux il-post fejn wieħed jiġi biex sempliċement jimporta xi ħaġa, jew fejn wieħed jiġi biex jiftaħ ħanut ta' per eżempju, mechanic.", "F'din l-islide hemm tliet ritratti ta' klijenti li hemm fil-KBIC bħalissa.", "L-industrija tas-super yacht hija lucrative biss però f'Malta għadha mhijiex strutturata.", "Jidħol super yacht u x-xogħol ikun piecemeal.", "Fil-fatt Steve, li huwa technician, sab area fejn qiegħed jipprovdi servizz lis-super yachts.", "Hu daħal sentejn ilu, b'kunċett li jgħaddi ftit wires u llum għandu business.", "Fil-fatt illum il-ġurnata jħaddem seba' min-nies.", "Qiegħed jikkwota għal super yachts.", "Dan beda bil-kunċett li jagħmel kollox hu, u għednilu le għaliex ħaddieħor diġà wasal fejn inti għadek trid tasal u sibnilu the right collaborators.", "Fil-fatt fil-pack hemm l-istorja tiegħu għaliex intagħżlet mill-European network ta' l-IRC bħala 'a good story to encourage networking'.", "Fil-business hu importanti ħafna li jkun hemm networking, u permezz ta' programmi oħrajn sibnilu partnerships, wieħed l-Italja u ieħor l-Olanda biex hu jkun kapaċi jipprovdi s-servizzi kollha li super yachts jkollhom bżonn vis-à-vis control systems.", "It-tieni ritratt huwa kumpannija ġdida li qed tipprovdi lab services fuq id-DNA.", "U t-tielet ritratt huwa ta' kumpannija interessanti li hija koperattiva bejn sitta min-nies li kienu l-Institute of Restoration.", "Dawn raw li kienu kapaċi joffru servizz u llum il-ġurnata they are doing very well.", "ICT mhux biss ikopri software development, imma hemm areas oħrajn.", "Per eżempju, għandna kumpanniji partikolari li jispeċjalizzaw fuq television stations, fuq Renewable Energy li ovvjament hija ta' importanza, u hemm ukoll fuq Bio-technology, Equipment Systems and Other Innovative Pioneering Projects.", "L-iktar kumpanniji riċenti huma dawk li jipprovdu servizzi f'dak li għandu x'jaqsam ma' food stuff testing.", "Illum anke frotta jekk tiġi maħduma għandek bżonn tagħmilha ċertu testing u to date kollox jintbagħat barra minn Malta.", "Dawn raw li hawn opportunità li jipprovdu dan is-servizz u definitely we are supporting them.", "Għandna wkoll dawk li jgħidulhom Anchor Tenants.", "Dawn huma ċerti kumpanniji li qegħdin fil-KBIC b'mod permanenti.", "Dawn huma l-MSA li għandhom il-Metrology Labs, il-Computer Society, u żewġ Associations li huma waħda tal-printing u l-oħra tal-furniture.", "As we speak hemm Association oħra li qegħdin ngħinuha tifforma li hija tal-Medical Devices.", "Hemm ukoll għaqda oħra - u din mhux se tkun association - li rriduha li tkun bħala network jew cluster.", "Nispjega ftit għal xiex.", "Ir-raġuni hija li jekk kapaċi jwassluhom in a cluster formation permezz ta' state aid u R&D&I framework ta' l-EU nistgħu nassistuhom b'mod iktar effiċjenti biex huma jaħdmu flimkien.", "Kif qed taraw f'din l-islide, s'issa għaddew 46 clients mill-programm.", "Qegħdin inħarsu biex inkabbru l-inkubatur well over 100% għaliex se nutilizzaw per eżempju, il-kuruturi li diġà jeżistu u se noffru units ftit ikbar.", "Fil-fatt diġà għamilna l-ewwel request biex jibdew ix-xogħlijiet.", "F'din l-islide hawn il-figuri vis-à-vis full time employment.", "We encourage li tiġi persuna, tibda xi ħaġa u jekk tara li sejra tajba taqleb għal full employment.", "U hawnhekk hawn xi ftit figuri ta' kif over the past three years il-post beda jiġġenera impjiegi.", "Normalment tibda' persuna waħeda - l-entrepreneur - u mbagħad jibda jħaddem in-nies skond il-bżonn.", "Is-sena l-oħra lħaqna l-Lm1.4 miljun f'termini ta' sales.", "Biċċa minnhom ukoll marru għall-export u ovvjament, peress li aħna jinteressana li dawn fil-verità qegħdin jagħmlu xi forma jew oħra ta' riċerka, we do measure their investment in R&D. Fil-verità, it-trend qed tidher li qiegħda tonqos fl-R&D. Hemm raġuni speċifika għal xiex.", "F'dawn l-aħħar sentejn bdejna nassistu għall-kumpanniji li qed iżidu s-servizzi lil kumpanniji oħrajn.", "As such huma ma jkunux qed jagħmlu riċerka.", "Jiġifieri bħala figuri għenuna biex l-employment jiżdid, imma fil-verità l-investimenti tagħhom fir-riċerka kien kważi ftit li xejn biex ngħidu hekk.", "Forsi jkunu xtraw xi equipment, imma ftit li xejn bdew jesperimentaw b'affarijiet ġodda.", "It-tieni action area, li fil-fatt semmejt iktar qabel, hija l-Innovation Relay Centre.", "Dan huwa programm ta' l-FP6 li huwa l-framework protocol ta' l-EU fejn ukoll inġibu l-co-financing skond ovvjament l-attività.", "Huwa meqjus bħala l-ikbar network fid-dinja f'dak li għandu x'jaqsam mat-teknoloġija u n-know-how.", "Huwa very focused u mhux network għal kollox.", "Hawn qed nitkellmu biss fuq teknoloġija and we broker technologies.", "Huwa servizz li fil-verità huwa diffiċli.", "Apparti li jien ukoll head ta' din is-section kollha, jien ukoll manager ta' dan il-proġett.", "Huwa diffiċli għaliex mhux biss sign-posting, u tagħti e-mail address, imma trid tassisti kumpannija bil-ħsieb sa l-aħħar.", "Fil-fatt jekk ikollkom naqra ċans hawn DVD żgħira fil-pack, fejn hemm l-istorja tas-Sur George Camilleri li jagħmel l-istained glass.", "Fil-fatt fuq perijodu ta' sena u nofs, minn idea dan investa f'teknoloġija li hija state of the art.", "Biex nagħtikom idea, l-ewwel darba li ltqajt miegħu, staqsejtu jekk għandux e-mail d-dar u qalli \"le\".", "Imbagħad staqsejtu kif se jaħdem bl-ACAD li huwa software, u qalli biex ngħinu u jasal.", "U hekk għamilt, sibt perit minn Għawdex, għinu u fi żmien erba' ġimgħat tgħallem kollox waħdu.", "Kellu bżonn għajnuna, per eżempju, bil-kuntratt u għamilnilu l-kuntratt, dwar it-terms of payment li jiġi xi ħadd minn barra u jqatta' ġimgħa jgħallmu.", "Kien proġett bellezza.", "Fil-fatt sentejn ilu din l-istorja kienet fost tlieta li ntgħażlu minn xi 110 stejjer.", "Kienu anke ġew crew minn Brussels, ħadu l-istorja tiegħu, u anke għamlu video.", "Hija storja sempliċi ta' kif persuna jekk irid tasal, tasal.", "Fil-verità dan l-investiment irrendilu biex joħroġ prodotti iktar malajr u naqqas il-perijodu biex jagħmel biċċa xogħol, b'40%.", "Ovvjament illum huwa kompetittiv u wkoll qiegħed iħares lejn swieq barra minn Malta.", "Kellu anke xi enquiries minn Franza u minn pajjiżi oħra.", "U jekk tmur għandu, waħdu jaħdem.", "Allura huwa ta' kuraġġ għal ħaddieħor biex min irid veru jasal, iva jista' jasal.", "Ovvjament trid tinvesti bil-għaqal u ma tistax tgħid iva rrid l-aqwa teknoloġija, imma trid tagħmel il-kalkoli u dan il-proġett jgħinnek għal dawn l-affarijiet.", "F'Malta qegħdin tlieta min-nies, filwaqt li fil-kumplament tal-pajjiżi l-oħra b'kollox qegħdin 1,000 ruħ.", "Aħna nużaw kwalunkwe mezz ta' proprja networking, jiġifieri niltaqgħu regolari u nagħmlu brokerage.", "Per eżempju, ġimgħatejn ilu tlajna b'xi kumpanniji Maltin għall-fiera jisimha CeBIT.", "Minn qabel nipprovdulhom x'hemm u x'ma hemmx biex huma mhux telgħu l-fiera u ma jafux x'se jaqbdu jagħmlu imma nlaqqgħuhom fi żmenijiet stipulati u neħduhom f'areas apposta biex huma jkunu jistgħu jitkellmu mal-counterparts tagħhom u jikkollaboraw magħhom.", "S'issa għamilna 19-il agreement f'dan il-proġett.", "Biss però kien hemm mal-200 negotiation.", "Huwa diffiċli biex tasal għax mhux proġett ta' ħafna eluf, imma proġett li fiżikament tlaqqa' kumpannija Maltija ma' oħra barranija biex ikunu jistgħu jikkollaboraw flimkien.", "F'din l-islide hawn l-isteps tal-proċeduri li nagħmlu.", "L-ewwel we make contact, u nagħmlu technology audit.", "Normalment dejjem nesiġu li aħna mmorru fuq il-post tax-xogħol tal-klijenti u ngħinuhom.", "Naraw ftit x'għandhom bżonn, so on and so forth.", "Hemm ukoll il-proċess ta' brokerage.", "F'din l-islide għandna storja oħra, dik ta' Fiona u James.", "Fil-fatt it-teknoloġija li ġibna kienet fuq packaging.", "Dawn kien ilhom madwar seba' snin jipprovaw jagħmlu xi ħaġa waħedhom imma ma rnexxilhomx għaliex tant kienet komplessa għalihom li qatt ma waslu.", "Huma kienu rsistew ħafna u kull sena kienu jitilgħu għall-fieri.", "Imma jkollok bżonn ċertu integration, għax normalment mhux biss tixtri teknoloġija, imma f'ċerti każijiet ikollok bżonn tintegra ħafna iktar affarijiet.", "Fil-fatt f'dan il-każ konna sibna tliet kumpanniji mill-Italja.", "Kont assistejthom billi tlajt magħhom, għenthom fin-negozjar, so on and so forth u fi żmient tliet ijiem għalqu l-kuntratti mas-suppliers kollha.", "Ovvjament konna ilna minn sena qabel naħdmu fuq hekk.", "Anke bħala spiża ma kellhomx għalfejn joqogħdu jergġħu jitilgħu għal fiera, u kienu sodisfatti għaliex irnexxilhom jagħmlu dak li riedu.", "Ovvjament kellhom il-backing tagħna minn naħa, u ta' l-IRC min-naħa l-oħra biex nikkonfermaw li kollox huwa kif suppost.", "Ħafna drabi din it-teknoloġiji ma tkunx off the shelf, jiġifieri mhux la kemm tagħmel internet search u sibtha.", "Kien hemm tliet IRCs involuti, fejn l-aħħar IRC minn Manchester ipperswadew kumpannija, li kienet tagħmel magna simili li taqta' inserts għall-frames, biex tinvesti l-ħin tagħha u tiżviluppa magna to inscibe on the stained glass.", "Li kieku kellu jagħmilha waħdu s-Sur Camilleri qatt ma kien jasal, li kieku kellna nippruvaw nagħmluha aħna għalihom lanqas ma konna naslu.", "Però l-effett li jħalli l-fatt, li għandek persuna f'reġjun li kapaċi jagħmel ix-xogħol għalik hija tremenda.", "Għaliex illum il-ġurnata anke jekk tibgħat e-mail, ħafna drabi ħafna kumpanniji lanqas biss jirrisponduk, let alone li jkun pro-active biex jgħinuk.", "In-networking huwa importanti speċjalment għall-kumpanniji Maltin peress li aħna gżira.", "Jiġifieri hu diffiċli ħafna biex iva naqbdu train u mmorru post. Apparti minn hekk, mhux qegħda ġo fina li nagħmluha.", "Allura dawn in-networks jgħinuhom għaliex għandna counterparts oħrajn li daqslikieku morna aħna.", "U s-sabiħ ta' dan huwa li kollox b'xejn, kemm għaliex għandna funding mill-Malta Enterprise, kif ukoll għax jien nikklejmja funding mingħand il-commission fejn ngħidilhom eżattament x'qegħdin nagħmlu u l-attività tagħna.", "Fil-fatt bħalissa qegħdin nagħlqu s-sena tagħna.", "F'din l-islide hawn ir-riżultati ta' l-aħħar tliet snin.", "Kull ma rrid noħroġ hawnhekk hija, li aħna għandna per eżempju mal-1,400 kuntatt lokali li naħdmu miegħu, biss però biex tasal għal dak li jgħidulu TTT agreement, 16 biss joħorġu għaliex għandek bżonn ħafna xogħol biex tasal.", "F'din l-islide hawn skema li qed issir in parallel għaliex aħna kemm jista' jkun nippruvaw nolqtu l-bżonnijiet tal-klijent tagħna.", "Din hija xi ħaġa riċenti li fil-fatt bdejtha bħala pilot action, rajna li kienet suċċess u se naqilbuha fi skema.", "Aħna nagħmlu diversi workshops, nistiednu kumpanniji u jiġu jitgħallmu fuq diversi affarijiet.", "Biss dak mhux biżżejjed.", "Ir-raġuni hija li kumpannija tiġi, tisma', tmur lura, u ma tafx minn fejn se tibda.", "U dak kollu li tkun tgħallmet se jibqa' ġewwa u jintesa.", "Hawnhekk qegħdin immorru ftit oltre minn hekk.", "Qegħdin ngħidu li jekk ikun hemm xi ħadd li jkun interessat li per eżempju jagħmel ISO standard u jattendi lectures apposta, aħna nkunu nistgħu nkomplu ngħinuh billi nibagħtulu advisor u jaħdem miegħu biex dak l-ISO ġġibu.", "L-advisors huma magħżulin u għandhom agreements magħna u konna dħalna f'ħafna hassle biex nagħżlu l-aħjar nies.", "L-iskema tkopri li l-ewwel għaxar sigħat jitħallsu mid-De Minimis Aid, u l-Malta Enterprise tħallas 65% mill-additional forty hours.", "Biex b'hekk more or less ikollok ħamsin siegħa fuq perijodu ta' sitt xhur.", "Fil-fatt din l-iskema kienet pjuttost suċċess u dawn l-aħħar sitt xhur approvajna sittax-il assistenza u bħalissa qegħdin naraw xi sitta oħra.", "Hemm ħafna areas differenti.", "Qbadna areas fuq R&D u issa ftaħnih ftit iktar.", "Ftaħniha fuq waste management and water management u ftaħniha wkoll fuq energy auditing għaliex wara kollox jekk aħna nistgħu ngħinu lill-kumpanniji jottimizzaw l-ispiża tagħhom fuq l-enerġija, mela huma se jifdallhom iktar flus.", "U din fil-fatt hija waħda mill-iktar skemi li naħseb jien se tgħin lill-kumpanniji.", "Issa se mmorru fuq slide oħra Access to Finance.", "S'issa tkellimt biss fuq għajnuna li mhijiex financing, jiġifieri għajnuna ta' xi advisor jew aħna ngħinu jinstab l-aħjar partner.", "Biss ikun hemm każijiet - u ħafna huma l-każijiet - fejn fil-verità kumpannija jkollha bżonn ammont ta' flus.", "Aħna qed nitkellmu speċjalment fuq start-ups fejn ħafna nies - speċjalment dawk li jkunu għadhom fil-bidu - jibdew jużaw il-flus tagħhom u ma jarawhomx ġejjin lura.", "More or less dawn huma l-areas jew x'tipi ta' financing li nistgħu noffru.", "Għandna financing li qed jagħti l-Business Incubation Centre.", "F'dan il-każ nagħtu sa Lm5,000 fuq tliet snin.", "Hemm programm ieħor li jismu \"Outreach\" li għadni ma semmejtux.", "Dan huwa l-istess bħall-Incubation Centre imma min ma jkunx interessat juża l-facilities tagħna, għaliex għandu facilities tiegħu jew jixtieq jaħdem mid-dar, so on and so forth, xorta waħda nistgħu nassistuh.", "L-assistenza tkun inqas għaliex fil-verità jkollna inqas control u nkunu nafu ftit inqas x'inhu jiġri, allura ovvjament irridu nnaqqsu wkoll ir-riskju minn fuq il-programm innifsu.", "Hemm l-SME Loan Guarantee, u l-Loan Guarantee normali - li huwa assistit mill-European Investment Bank u s-Soft Loans.", "L-iktar li huma popolari huma l-Loan Guarantees fejn bħala Malta Enterprise noħorġu a Letter of Intent fejn aħna nagħtu l-garanzija tagħna biex kumpannija tkun tista' tieħu loan mingħand il-bank preferut tagħha.", "Ovvjament biex wieħed jasal għal-loan hemm proċess li wieħed irid jgħaddi minnu.u mhux sempliċiment ġejt u ħadt il-loan.", "Xi ħaġa oħra ġdida hija r-Royalty Financing.", "Din tmur fuq Risk Financing, fejn persuna jkollha idea u għandha bżonn il-financing għaliha.", "Ma tkunx idea tajba biex tmur il-bank biha, però mill-banda l-oħra tkun idea tajba li jeħtieġilha l-financing.", "Għandna skema li biha nistgħu nagħtu sa Lm20,000 fuq dik l-idea.", "Ovvjament hemm ċerti prerequisites.", "Jiġifieri rridu niċċekkjaw jekk fil-passat kienx hemm problemi, so on and so forth.", "Huma jingħataw iċ-ċans li b'dawk il-flus ikabbru l-idea tagħhom, u ladarba jibdew ibiegħu imbagħad jistgħu jibdew iħallsu lura.", "Jiġifieri mhux ħadt l-Lm20,000 u daqshekk.", "S'issa kellna request ta' tlieta.", "Din it-tool hija pjuttost ġdida, u we launched it għall-aħħar tas-sena l-oħra.", "Hopefully bil-mod il-mod nibdew naraw iktar rispons.", "It-trick mhux biss hu li jkollok teknoloġija tajba, għax jekk m'għandekx suq għaliha, m'għandek xejn.", "It-trick hu li jkollok teknoloġija tajba u li hemm suq għaliha għaliex otherwise mhu se tbiegħ xejn.", "Importanti wkoll li fil-proċess mhux biss tiġi b'idea, imma jkollok suq għaliha.", "U mbagħad aħna nippruvaw ngħinuk biex issib is-suq għaliha.", "Din hija skema pjuttost interessanti ta' kif nistgħu ngħinu.", "Qbadt ukoll biċċa mill-Business Promotion Act.", "Għandna żewġ tax credits, waħda purament fuq R&D - fejn jingħata credit fuq it-taxxa fuq ċerti attivitajiet u l-oħra for Professional Capacity Building.", "Dan kien suċċess tremend.", "Jekk wieħed jara l-barometer tagħna fuq innovation issib, li we are very weak in science and technology.", "Basically b'din l-iskema, tertiary students li jidħlu għal science and technology, kemm fil-first degree fuq M.Sc kif ukoll Ph.D. qed jingħataw opportunità li any expenses which are incurred biex jagħmlu l-Masters fil-Ph.D. basically iġġibhom lura f'forma ta' tax reduction 'il quddiem.", "Din hi tajba kemm għall-kumpanniji kif ukoll għall-individuals.", "Normalment inħarsu lejn sciences, engineering, imma illum infetħet fuq ICT għaliex ovvjament hemm bżonn ta' ICT ukoll.", "Action oħra li għandna hija l-MARIS, li hija fuq innovation strategy.", "Din hija bottom-up approach u għandna steering committee li huwa magħmul minn stakeholders.", "Għandna questionnaire li hija pjuttost estensiva u qegħdin insiru nafu iktar fuq il-barriers tagħhom li jmorru in addition to innovation.", "Jissemma ħafna t-transportation u aċċess għall-Università.", "Qegħdin naqbdu dak kollu b'mod iktar ħolistiku.", "Bħalissa qegħdin fil-fażi fejn qegħdin niġbru l-informazzjoni mingħand il-kumpanniji, kif ukoll mingħand min qed jipprovdi s-servizzi.", "It-trick huwa li tqabbel il-bżonnijiet tal-kumpanniji ma' min qed jipprovdu s-servizzi.", "Inutli nipprovdu servizz jekk ma jkunx ta' bżonn.", "Allura naraw it-tnejn fiex inhuma, nagħmlu gap analysis u minn hemm noħorġu strateġija.", "Suppost is-sena d-dieħla jingħalaq dan id-dokument.", "Biss però dak għandu jkun il-bidu ta' azzjonijiet oħrajn.", "Aħna qegħdin insegwu metodoloġija li hija żviluppata u financed ukoll mill-EU u ħafna reġjuni qegħdin jgħaddu minnha.", "Imbagħad biha tista' tieħu financing biex tagħmel attivitajiet oħrajn.", "Xi ħaġa ġdida li bdejna hija specific fuq Environmental Technologies li huwa FP programme ukoll.", "Dan huwa bħall-IRC imma qegħdin niffukaw purament fuq enviroment.", "Qegħdin induru kumpanniji u naraw x'inhuma l-bżonnijiet tagħhom vis-à-vis l-obbligi tagħhom lejn il-leġislazzjonijiet differenti.", "Se nassistuhom ukoll to broker l-aħjar teknoloġija għall-bżonnijiet tagħhom.", "L-environment huwa daqsxejn speċjali għaliex kulħadd jgħid li qed joffri l-aħjar soluzzjoni, imma fil-verità hu diffiċli.", "Naraw ukoll li aħna gullible għaliex m'għandniex dik l-exposure, u wkoll nixtru teknoloġija li hija skaduta, jew within two or three years time il-leġislazzjoni ta' l-EU ma tippermettix iktar l-użu ta' dik it-teknoloġija.", "Basically qegħdin nipprovdulhom x'inhuma l-bżonnijiet tal-kumpanniji tagħna, u huma jgħidulna x'proċessi jkunu għaddejjin.", "Fil-fatt round about June f'Malta se jkun hawn event ta' brokerage.", "Se jiġu mal-50 persuna minn dan in-network to broker the best technologies, u hopefully nagħtu servizz lill-kumpanniji.", "Hemm kumpanniji li huma manufacturers, hemm xi aġenziji tal-gvern li se jużaw dan is-servizz, u għandna wkoll xi farmers.", "B'kollox għandna xi 14-il request.", "It-teknoloġija għandha tkun the best available għaliex otherwise nkunu qed ninvestu ħafna flus u nsibu li two years down the line ma tistax tibqa' tużaha.", "U fl-environment hawn ħafna minn dawn.", "Il-Eureka huwa proġett ieħor interessanti u huwa purament R&D. Bdejnih is-sena l-oħra u s'issa għandna żewġ kumpanniji li qegħdin jibbenefikaw minnu.", "Li huwa interessanti hu li dawn iż-żewġ kumpanniji qegħdin jikkollaboraw ma' l-università ta' Malta kif ukoll ma' kumpanniji oħra barra minn Malta.", "L-Eureka huwa programm ta' l-istat mhux programm ta' l-EU, b'tali mod li l-istat jassisti billi jagħti financing.", "Hemm skema ta' financing ta' Lm60,000 over three years jew maximum ta' 40% jekk ikunu SME, u jekk ma jkunux SME imma jkunu kbar jieħdu 30%.", "So far hemm żewġ kumpanniji li qegħdin jibbenefikaw mill-full-Eureka.", "Imma qed insibu li għad għandna bżonn iktar xogħol biex naslu għall-Eureka, allura ħriġna mini programme li semmejnih il-pre-Eureka fund li basically huwa preparation għall-Eureka u hemm 10 kumpanniji li qegħdin jipparteċipaw fih.", "F'din l-islide qed naraw dak kollu li għedna magħquda f'idea waħda.", "Dan se jissejjaħ il-Business Technology Network.", "Għalkemm il-launching tiegħu diġà sar, imma għada se jkollna the first official gathering.", "L-idea hi li nesponu kumpanniji Maltin għal kunċetti ġodda u se jkollna persuna li għandu expertise fuq R&D u product development.", "Jiġifieri permezz ta' Eureka qegħdin naħdmu fuq product development, u permezz tal-Business Technology Network we want to build our marketing abilities.", "Dan huwa purament proġett tal-Malta Enterprise u l-idea kienet li nifformaw network.", "Networks jeżistu hawn Malta però ridna nagħtuha xejra aktar ħolistika - biex ngħidu hekk – fejn qed nippruvaw ngħaqqdu players differenti kif ukoll financing għall-bżonnijiet tal-kumpanniji.", "Bħalissa qegħdin naħdmu fuq R&D&I framework.", "Hemm diversi skemi li qegħdin jiġu żviluppati.", "Ovvjament għad hemm ċertu fine tuning li jrid isir, imma hopefully within the next month nibdew naraw skemi ġodda li jiffokaw iktar fuq R&D, networking u product development.", "Basically l-intenzjoni tagħna hi li b'mod iktar ħolistiku somehow ikun hemm xi ħaġa tajba għal kwalunkwe kumpannija li tixtieq tagħmel xi ħaġa.", "THE CHAIRMAN: Grazzi ħafna Sur Theuma.", "Tajtna preżentazzjoni estensiva u tajba ħafna.", "IS-SUR PIERRE THEUMA: Li għamilt ukoll tajtkom pack u fih se ssibu documentation ta' kull programm.", "THE CHAIRMAN: F'dan il-pack hawn materjal li wieħed jista' jifhem kull pogramm aħjar.", "Membri għad-domandi.", "L-Onor.", "FRANCO GALEA: Għandi domanda żgħira.", "L-ewwel nett thank you tal-preżentazzjoni.", "FRANCO GALEA: Jiġifieri tagħżluh intom u tmorru dirett fuqu intom?", "IS-SUR PIERRE THEUMA: Aħna li nagħmlu, għandna ....", "FRANCO GALEA: Per eżempju, kif tkun taf li jien għandi idea jew whatever?", "IS-SUR PIERRE THEUMA: Ħalli ngħidlek x'sistema nużaw.", "Aħna nagħmlu diversi streams.", "Għandna grupp - Relations Management - li xogħlu huwa in the field, jiġifieri jiltaqa' man-nies, mal-kumpanniji, so on and so forth.", "Issa ladarba huma jiltaqgħu ma' proposta li tkun interessanti - għax we specialise iktar fuq teknika, riċerka u ngħinu businessmen - imbagħad nidħlu aħna.", "Aħna nibagħtu IRC newsletter lil madwar 1,400 persuna u dak huwa sors tajjeb biex persuna ċċemplilna.", "Nużaw ukoll aġenziji oħra bħal l-FOI, associations li nipprovdulhom materjal u we encourage them biex jibagħtu skema partikolari lejn il-kumpannji tagħhom.", "Per eżempju over the past two weeks, l-FOI bdiet tiċċirkola l-IMPs mal-membri tagħha.", "Fl-istess perjodu rċevejna mal-15-il expression of interest.", "Issa to make it a bit easier mmorru aħna għand il-klijent.", "Normalment ma nistaqsuhomx biex jiġu għandna, imma mmorru għandhom u nispjegawlhom.", "Għaliex normalment ikun hemm iktar minn persuna waħda nteressat.", "Ovvjament hemm ħafna nies li għadna ma qbadniex.", "Naħdmu wkoll mal-Patent Office, fejn persuna tmur hemm għax jixtieq jirreġistra xi idea, imbagħad nidħlu aħna.", "Nikkonfermaw l-idea u nagħmlu xi searches.", "Kemm jista' jkun naħdmu ma' sistemi li diġà jeżistu.", "FRANCO GALEA: Jiġifieri jekk persuna tivvinta xi ħaġa jew għandha xi idea, irid ikollu n-negozju tiegħu bbażat ġo Malta però biex ikollu l-għajnuna tagħkom, tħalluh jiftaħ fergħa barra minn Malta?", "FRANCO GALEA: Per eżempju, fil-każ tal-kumpanija ta' l-istained glass.", "Nassumu jkun hemm xi klijent u jgħidlu li hu interessat biex jagħmlu xi ħaġa flimkien u jiftaħ branch f'pajjiż ieħor.", "Hemm xi kondizzjonijiet li ma jkunx jista' jmur ...", "IS-SUR PIERRE THEUMA: Iva, hemm ċerti kondizzjonijiet.", "Iridu jkunu reġistrati hawn Malta, mhux ikunu Maltin imma jrid ikunu reġistrati hawn Malta.", "Per eżempju, fl-incubation centre hemm tliet kumpanniji li mhumiex Maltin.", "Hemm kumpanija Russa, oħra Taljana u oħra mill-Awstrija.", "U l-assistenza li tingħata tkun biex ikunu jistgħu jagħtu benefiċċju lis-soċjetà Maltija.", "Ġieli kellna każijiet fejn kumpanija ma tkunx interessata f'Malta, imma jiġu biex jiżviluppaw xi ħaġa għal pajjiżhom.", "F'dak il-każ huwa diffiċli li tingħata assistenza.", "Jista' jkun hemm każijiet fejn jekk aħna naraw li se jimpjegaw lin-nies u b'xi mod jew ieħor ir-riċerka li se jagħmlu se tħalli impatt fuq is-soċjetà, that will be considered.", "Imma meta - u jkun hemm dawn il-każijiet - jiġi xi ħadd għaliex issa parti mill-EU, u allura faċli jiġi, jara xi skemi għandna, jieħu l-funding u jitlaq, le dik għadha ma ġratx .", "Noqogħdu ħafna attenti.", "FRANCO GALEA: Iżda għaċ-ċittadin Malti - kif kont qed nispjegalek - tgħinnuh biex jifforma azjenda ġo Malta u huwa permessibbli jekk jiftaħ branch barra minn Malta.", "IS-SUR PIERRE THEUMA: Hemm section oħra li jisimha trade promotion.", "Issa jekk dak is-sale jirrikjedi li jiftaħ branch barra, m'aħniex se nżommuh.", "However ma nassistux financially, jekk dik hi l-mistoqsija.", "FRANCO GALEA: Dak hu l-punt tiegħi.", "IS-SUR PIERRE THEUMA: Le, financially no. Ħalli nipprova naħseb ftit jekk hemmx xi skema li tista' tgħin financially biex tiftaħ kumpannija barra minn Malta.… le, ma jidhirlix li hemm xi skema fuq hekk.", "Biex tkun suċċess fis-suq ma tridx tikkonsidra biss is-suq Malti.", "Fil-verità trid timraħ ftit iktar 'il hinn.", "Aħna nassistu f'dak kollu li għandu x'jaqsam to find the right contacts, l-aħjar fieri u anke nassistuhom biex jitilgħu f'dawn il-fieri.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Grazzi Mr Chairman.", "Fil-fatt nibda biex nirringrazzja u anke nifraħ lis-Sur Theuma għall-preżentazzjoni tiegħu.", "Per eżempju, fil-bidu tal-presentation tiegħek għidt \"nħeġġu l-innovazzjoni\".", "Imbagħad aktar tard semmejt l-Università u ċerti kuntatti u anke ħidma li qed issir ma' l-università.", "Waħda mir-raġunijiet ta' dawn il-laqgħat li qed nagħmlu fil-fatt kienet, li l-ewwelnet tkun magħrufa l-ħidma li qed issir, u fejn hemm bżonn ikun hemm kordinament - u nemmen li hemm lok fejn ikun hemm iktar kordinament u ħidma flimkien - biex b'hekk ir-riżultati jidhru aktar u wkoll ikunu aktar tanġibbli.", "Dak kien l-iskop li l-kumitat ta' żmien ilu talab li jiddiskuti dan is-suġġett.", "Allura nħoss li huwa importanti li l-iskejjel, speċjalment meta niġu f'livelli post-sekondarju u issa terzjarju, ikunu iktar involuti.", "Fil-fatt inti semmejt li l-programm EUREKA jressaq l-Università lejn l-industrija.", "Hux hekk?", "IS-SUR PIERRE THEUMA: Hemm programm jismu Discover Enterprise.", "Jiena ma semmejtux, imma huwa programm li qegħdin nagħmlu fejn qegħdin nisponsorjaw ċerti klassijiet fuq entrepreneurship u wasalna kemm fl-Università kif ukoll fl-MCAST.", "Sfortunatament għadna ma wasalniex iktar l'isfel.", "L-entrepreneurship hija xi ħaġa li tibda minn età żgħira ħafna, fejn tmur lil hinn mill-akkademika \"li aħna tajbin ħafna\".", "Għax fil-verità t-tfal għandhom dak in-nuqqas ta' esperimentazzjoni u dik hija xi ħaġa li fil-fatt bħalissa qegħdin naraw kfi nistgħu nużaw il-BTN biex nagħtu iktar awareness.", "Imma għandna bżonn ftit iktar, għanda bżonn ħidma iktar koordinata bejn diversi entitajiet.", "Il-problema li nsibu hija li min ħareġ mil-Università qatt ma avviċinana biex jiftaħ business jew avviċinana b'idea.", "Possibbli student joħroġ mill-Università u m'għandux ideat?", "Kif jista' jkun?", "Il-klijenti kollha tal-KBIC huma kollha mid 30's sa 40's, ħaddmu għaxar snin fl-industirja, kellhom idea, għandhom ftit flus u jridu jagħmlu xi ħaġa.", "Il-problema li naraw hija kif jista' jkun li m'għandiex spin outs mill-Università?", "Daqstant proġetti, daqstant riċerka possibbli li ħadd minn dawn l-istudenti …", "Issa qegħdin nagħmlu xi ħaġa oħra.", "Qegħdin nintroduċu l-inkubatur fl-Università.", "Imma hemm kwestjonijiet jew hemm areas li aħna ftit li xejn nistgħu ngħinu.", "Hemm il-kwestjoni tal-patents.", "L-Università għandha dritt fuq patents totali allura dik ma tagħtix kuraġġ la għall-istudent u lanqas għal professur li qed jgħinu.", "Kulma jinteressahom hu li joħorġu paper, u kuntenti.", "Imma paper m'hijiex kollox.", "Riċerka tista' tagħmilha commercialisation u tista' taqla' l-flus minnha, allura sakemm il-biċċa xogħol tal-patents ma tiġix maħduma tajba mill-bidu sa l-aħħar allura diffiċli naraw spin offs mil-Università.", "Aħna b'mod formali u informali niltaqgħu ma' diversi membri ta' l-Università, ir-rettur, so on and so forth u suppost din għandha tiġi indirizzata għax waħda mill-pillars hija li jkun hemm iktar spin outs mil-Università.", "Hopefully ladarba tiġi indirizzata, allura nistgħu naraw iktar ideat mill-Università imma believe it or not.… Ikollna xi ħaġa żgħira fuq ICT għax hija iktar knowledge based.", "CARMELO ABELA: Fil-fatt kont se nistaqsi, jekk jistax forsi wieħed mit-targets tal-programm EUREKA jkun immirat lejn University graduates biex jagħmlu start ups.", "Fis-sens li peress li hemm funding involut, tkun qed tgħin student li jkun iggradwa, ħareġ mill-Università u se jibda jiffaċċja d-dinja tax-xogħol.", "U minflok imur ifittex li jiġi impjegat, jkollu idea u jkun jista' jikkunsidra li he will have his own business.", "Ikun jaf li se jsib għajnuna finanzjarja, għax fil-bidu jkollu bżonn ta' start up għall-kumpannija tiegħu jew tagħha allura ma nafx jekk jekk il-programm EUREKA jistax ...", "IS-SUR PIERRE THEUMA: Il-EUREKA huwa pass kbir.", "L-iktar programm ideali huwa l-inkubatur għax il-EUREKA mix-xejn.… L-ewwelnett għandek trans-national colloboration.", "Għalkemm noħorġu 40%, il-kumplament irid joħorġu l-individwu u fil-verità you need to commercialise it.", "EUREKA huwa tajjeb biss però qabel hemm pass li wieħed irid jgħaddi, li huwa l-incubation, li l-idea li għandek inkubajtha bil-kumdità tiegħek mingħajr ma esponejtha u tista' tkabbarha.", "It-target li nixtiequ naraw iktar huwa li l-graduates jużaw l-inkubatur.", "CARMELO ABELA: Fil-fatt nixtieq nistaqsi fuq l-inkubatur.", "Jekk jeżistix terminu ta' żmien kemm wieħed jista' idum f'inkubatur.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri minn meta jidħol hemmhekk....", "IS-SUR PIERRE THEUMA: Mill-ewwel darba li tiġi.", "Għax l-ewwel hemm application faċli, u wieħed jista' jibda fi żmien tliet ġimgħat.", "Imbagħad għandek qisu bejn sitt xhur u sena biex tiżviluppa l-business plan tiegħek.", "Sadanittant tista' tibda l-attività.", "Imbagħad minn meta tiġi approvata l-business plan tiegħek għandek tliet snin oħra.", "CARMELO ABELA: Imbagħad ikollu jiċċaqlaq mill-inkubatur biex jagħmel spazju għal ħaddieħor.", "IS-SUR PIERRE THEUMA: Imbagħad aħna nużaw l-MIP u ċerta attività li tkun kibret nassistuhom biex isibu location oħra u jekk ma jsibux inżommuhom sakemm isibu.", "Fil-fatt din is-sena kellna żewġ kumpanniji li l-MIP ma kellhiex premises li kienu tajbin għal din l-attività, u sakemm ġew irranġati dawn il-premises, bqajna nżommuhom għax inkella m'hemm l-ebda skop li lestejt u tibda xi ħaġa oħra.", "CARMELO ABELA: Imbagħad l-assessment ta' l-ideat biex jidħlu fl-inkubatur kif isir?", "IS-SUR PIERRE THEUMA: L-assessment għandha ....", "CARMELO ABELA: Tikkonċentraw fuq ċerti oqsma?", "Inti semmejt ċertu xogħol, per eżempju mechanic mhux postu hemm.", "IS-SUR PIERRE THEUMA: Hemm ċertu goes and no goes li awtomatikament mill-ewwel meeting ngħidu iva jew le.", "In house m'għandniex experts għal kollox allura nużaw advisers li qegħdin parti mill-advisory pool u nużawhom biex jassistuna.", "L-agħar ħaġa hi li aħna ma nkunux nifhmu f'xi idea u ngħidu le.", "Jiġiferi dik hija krudili għal min jkollu l-idea.", "Irridu nevitaw li jiġu nies b'xi idea u forsi tant tkun avvanzata li aħna lanqas biss fhimniha u ngħidu le.", "So basically indaħlu external advisers biex flimkien niddeċiedu l-partijiet fejn nagħmlu slot, ngħidu liema huma l-weaknesses u potenzjalment ngħidu tista' tasal, imma qabel ma jibdew il-programm jkollhom bżonn jieħdu ċertu training u nagħtuh it-training li għandu bżonn.", "L-idea hija li kemm jista' jkun we encourage li persuna ladarba tiġi b'idea timxi, imma mill-banda l-oħra rridu nkunu ċerti.", "Fil-fatt is-success rate tagħna huwa tajjeb ħafna u huwa ta' 85%.", "Fl-incubation jekk teċedi l-50% huwa tajjeb.", "Ir-raġuni hija li nagħtu ħafna re-enforcement jew one to one jew meta jattendi workshop jew meta naraw il-business plan u ngħidu li trid tagħmel hekk u hekk.", "Għandna staff dedikat ta' erba' min-nies li jaħdem mill-KBIC u qegħdin b'kuntatt mal-klijent.", "So we make sure li klijent ikun qiegħed jiffoka fuq dak li għandu jiffoka imma more or less idumu erba' snin.", "CARMELO ABELA: Semmejt ukoll l-IRC fejn hemmhekk kien hemm il-figura ta' 1,440 kumpannija li ssegwu.", "Is-sur PIERRE THEUMA: Bħala Contacts.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri, dawn l-1,400 ma rridux inħalltuhom ma' l-inkubatur.", "CARMELO ABELA: L-inkubatur jista' jkun hemm any company jew any person li tiġi b'idea anke jekk m'huwiex f'dawn li ssegwu...", "Is-sur PIERRE THEUMA: Hekk hu.", "Bħalissa għandna 24 kumpannija.", "CARMELO ABELA: Fuq l-IRC, kif taħdem?", "Għalfejn ġew magħżula dawn il-kumpaniji u mhux oħrajn?", "X'inhi r-raġuni?", "IS-SUR PIERRE THEUMA: Aħna nużaw tliet databases jiġifieri jinteressana li f'dik id-database għandna kemm kumpanniji kif ukoll stakeholders, nies li qegħdin jipprovdu servizzi jew dipartimenti tal-gvern eċċ.", "CARMELO ABELA: Ikunu f'ċerta area?", "Fil-fatt il-lista dejjem qed tikber għax ikun hemm nies li jsiru jafu bina u nżiduhom mal-lista.", "L-importanti hi l-ħtieġa tat-teknoloġija, li l-klijent mhux biss ikun jinteressah l-import/export, imma jkun jagħraf il-bżonn ta' l-innovazzjoni li tinkludi wkoll it-teknoloġija, il-mod ta' kif jagħmel ix-xogħol tiegħu u kif ittejjeb ix-xogħol tiegħek biex finalment ikun iktar kompetittiv.", "Din il-lista nbniet f'dawn l-aħħar tliet snin.", "Imma mbagħad għandna dawk li ngħidulhom star clients tagħna.", "Jiġfieri dawk il-klijenti li ta' kull xahar immur għandhom u nara x'għandhom bżonn, nara fiex waslu, nara għalfejn mhux qed jaħdmu ma' dak li ġie miftiehem qabel.", "Jiġifieri xi ftit jew wisq qegħdin insegwuhom biex huma jilħqu l-bżonnijiet tagħhom.", "Ħafna drabi dawn ikunu iżolati, qegħdin waħedhom jew forsi b'erba' min-nies jaħdmu miegħu u jkollu bżonn persuna oħra biex tagħtih encouragement.", "CARMELO ABELA: L-aħħar mistoqsija tiegħi hija dwar ir-Royalty Financing.", "L-istess anke hawnhekk, x'inhuma l-ideat jew il-konċetti li jiġu kkunsidrati for Royalty Financing marbutin ma' l-innovazzjoni?", "IS-SUR PIERRE THEUMA: Kollox, aħna m'aħniex magħluqin għall-ebda idea.", "L-importanti hu li rrid ikun hemm proof of concept f'idea, illi mhux sempliċiment wieħed interessa ruħu biex jixtri xi ħaġa u se juża dan il-funding biex jixtriha.", "Irridu naraw li jkun hemm internationalisation u li idealment dak li se jiġi żviluppat huwa tajjeb mhux biss għal Malta imma tajjeb għal barra minn Malta wkoll.", "Jiġifieri rrid ikun hemm market penetration f'dak is-suq.", "CARMELO ABELA: Mistoqsija oħra li qed tiġini f'rasi issa.", "Peress li jkun hemm il-ħtieġa - speċjalment fl-incubation centre – meta per eżempju, persuna tibda waħedha mbagħad tibda żżid l-impjegati, intom tissuġġerixxu jew it is an open call li bilfors trid issir mill-ETC.", "Il-head tiegħi huwa board member fuq l-ETC għalhekk aħna ma' l-ETC għandna kuntatt, u anke ninformawhom ftit xi skemi hemm, eċċ, imma it is up to the clients to decide lil min jixtiequ jħaddmu jew le.", "Ħaġa oħra li naħdmu wkoll biha u li wkoll tassisti lil dawn il-kumpanniji hija li jiena contact person għal Malta għal żewġ Universitajiet Franċiżi li dawn jispeċjalizzaw fuq decatronics.", "Basically dawn l-Universitajiet għandhom skemi biex studenti tagħhom imorru barra minn Franza biex jagħmlu l-esperjenza tagħhom f'pajjiżi oħrajn.", "This is free of charge to our clients allura nużaw dawn l-istudenti biex jieħdu l-esperjenza tagħhom.", "Peress li start up huwa tricky ħafna għax kemm jista' jkun, jkunu jridu jagħmlu containment ta' l-ispiża tagħhom allura jużaw dawn l-istudenti biex mhux persuna li qiegħed waħdu jaqbad u jimpjega lil xi ħadd imbagħad ma jkunx jista jżommu.", "Allura qed isir assignment ta' student għal xahrejn jew tlieta.", "Din issir ukoll ma' studenti Maltin.", "Din hija skema tajba għax hija free of charge għal kumpannija.", "Imbagħad meta jaraw, iva, li kellna raġun, imma jkollhom bżonn persuna magħhom, imbagħad jibdew jaħdmu ma' l-ETC.", "Jużaw studenti mill-MCAST eċċ ħalli jkollhom xi ħadd fiss.", "Għalkemm għalina l-employment huwa importanti ħafna mill-banda l-oħra jekk ma tagħmilx timing tajjeb taf tfalli.", "We have to make sure li bdejt u mhux f'daqqa waħda timpjega ruxmata nies miegħek.", "Il-Kumitat huwa aġġornat sine die.", "Fid-8:47p.m. il-Kumitat aġġorna sine die."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070327_084d_soc.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 103", "It-Tnejn, 16 ta' April 2007 fis-7.15 p.m.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 16 ta' April 2007 fis-7.15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa ma' l-Onor.", "Anton Kokalj, Chairman tal-Kumitat għall-Affarijiet Ewropej tal-Parlament tar-Repubblika tas-Slovenja dwar l-aġenda tal-Presidenza Slovena ta' l-Unjoni Ewropea għal Jannar – Ġunju 2008 u temi oħra marbuta ma' l-Unjoni Ewropea", "Affarijiet oħra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070416_103a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 103", "It-Tnejn, 16 ta' April, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru. 103", "It-Tnejn, 16 ta' April, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.35 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 102 li saret fid-19 ta' Frar, 2007 kienu konfermati.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "THE CHAIRMAN (L-Onor Jason Azzopardi): Qed nippreżenta lill-Kumitat għadd ta' riżoluzzjonijiet li ġew adottati mill-Parlament Ewropew:", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill rigward il-konklużjoni tal-Ftehima dwar il-Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea (COM(2006)0422 – C6-0438/2006 – 2006/0141(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0013 adottata fl-1 ta' Frar 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon (COM(2006)0454 – C6-0303/2006 – 2006/0156(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0017 adottata fl-1 ta' Frar 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar \"Il-promozzjoni ta\" dieta tajba għas-saħħa u ta' l-attività fiżika: Dimensjoni Ewropea għall-prevenzjoni tal-ħxuna, l-obeżità u l-mard kroniku\" (2006/2231(INI))P6_TA-PROV(2007)0019 adottata fl-1 ta' Frar 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-perjodi ta' preskrizzjoni f'tilwim transkonfinali li jinvolvi korriment personali u aċċidenti fatali (2006/2014(INI)) P6_TA-PROV(2007)0020 adottata fl-1 ta' Frar 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar ir-relazzjonijiet ta' l-EU mal-Gżejjer tal-Paċifiku - Strateġija għal sħubija msaħħa (2006/2204(INI))P6_TA-PROV(2007)0022 adottata fl-1 ta' Frar 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istatut tal-kumpanija privata Ewropea (2006/2013(INI)) P6_TA-PROV(2007)0023 adottata fl-1 ta' Frar 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Strateġija tematika għar-riċiklaġġ ta' l-iskart (2006/2175(INI)) P6_TA-PROV(2007)0030 adottata fit-13 ta' Frar 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-użu allegat ta' pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasport u d-detenzjoni illegali ta' priġunieri (2006/2200(INI)) P6_TA-PROV(2007)0032 adottata fl-14 ta' Frar 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-bidla fil-klima P6_TA-PROV(2007)0038 adottata fl-14 ta' Frar 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-SWIFT, il-ftehima dwar il-PNR u d-djalogu transatlantiku dwar dawn il-kwistjonijiet P6_TA-PROV(2007)0039 adottata fl-14 ta' Frar 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni ta' l-UE kontra s-sajd illegali, mhux iddikjarat u mhux irregolat (2006/2225 (INI)) P6_TA-PROV(2007)0044 adottata fil-15 ta' Frar 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar l-abbozzi ta' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu Dokumenti ta' Strateġija tal-Pajjiż u Programmi Indikattivi għall-Malasja, il-Brażil u l-Pakistan P6_TA-PROV(2007)0045 adottata fil-15 ta' Frar 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra (8780/2006 - COM(2006)0188 – C6-0169/2006 – 2006/0062(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0046 adottata fil-15 ta' Frar 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-ammissjoni mill-ġdid (8779/2006 - COM(2006)0191 – C6-0168/2006 – 2006/0064(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0047 adottata fil-15 ta' Frar 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-dimensjoni esterna tal-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali (2006/2032(INI)) P6_TA-PROV(2007)0050 adottata fil-15 ta' Frar 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-djalogu bejn il-Gvern Ċiniż u l-Mibgħuta tad-Dalai Lama P6_TA-PROV(2007)0055 adottata fil-15 ta' Frar 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2007 dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ottubru 2005 dwar l-immaniġġjar transkonfinali kollettiv tad-drittijiet ta' l-awtur u d-drittijiet relatati għal servizzi mużikali online leġittimi (2005/737/EC) (2006/2008(INI)) P6_TA-PROV(2007)0064 adottata fit-13 ta' Marzu 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Marzu 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri jirratifikaw, fl-interess tal-Komunità Ewropea, il-Konvenzjoni Konsolidata ta' l-ILO ta' l-2006 dwar ix-Xogħol Marittimu (COM(2006)0288 – C6-0241/2006 – 2006/0103(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0069 adottata fl-14 ta' Marzu 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Marzu 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, minn naħa l-oħra P6_TA-PROV(2007)0071 adottata fl-14 ta' Marzu 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2007 dwar l-azzjoni komunitarja dwar il-provvediment ta' kura tas-saħħa transkonfinali P6_TA-PROV(2007)0073 adottata fil-15 ta' Marzu 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2007 dwar il-kaċċa u l-insib ta' l-għasafar tal-passa waqt ir-rebbiegħa f'Malta P6_TA-PROV(2007)0074 adottata fil-15 ta' Marzu 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2007 dwar ir-relazzjonijiet Ewro-Mediterranji P6_TA-PROV(2007)0075 adottata fil-15 ta' Marzu 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2007 dwar il-ħolqien ta' żona ta' kummerċ ħieles Ewro-Mediterranja (2006/2173(INI)) P6_TA-PROV(2007)0076 adottata fil-15 ta' Marzu 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2007 dwar il-konformità tal-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali: metodoloġija għall-moniteraġġ strett u sistematiku (2005/2169(INI)) P6_TA-PROV(2007)0078 adottata fil-15 ta' Marzu 2007;", "Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2007 bi proposta dwar il-mandat għal negozjar ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u l-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali fuq in-naħa l-oħra (2006/2222(INI)) P6_TA-PROV(2007)0079 adottata fil-15 ta' Marzu 2007;", "Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2007 dwar il-mandat għal negozjati ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u l-Komunità Andina u l-pajjiżi membri tagħha, minn naħa l-oħra (2006/2221(INI)) P6_TA-PROV(2007)0080 adottata fil-15 ta' Marzu 2007; u", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2007 dwar l-awtoritajiet lokali u l-koperazzjoni għall-iżvilupp (2006/2235(INI)) P6_TA-PROV(2007)0083 adottata fil-15 ta' Marzu 2007.", "LAQGĦA MA' ANTON KOKALJ, CHAIRMAN TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ TAL-PARLAMENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA", "THE CHAIRMAN: Ngħaddu għall-item prinċipali ta' din is-seduta li hija l-laqgħa ma' Anton Kokalj, Membru Parlamentari u Chairman tal-Kumitat għall-Affarijiet Ewropej tal-Parlament tar-Repubblika tas-Slovenja, li matulha se niddiskutu l-aġenda tal-Presidenza Slovena ta' l-Unjoni Ewropea li kif jaf kulħadd se tibda f'Jannar li ġej.", "Fit-8.20 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070416_103d_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 16 ta' April 2007.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.35 p.m.", "L-Onor Jason Azzopardi, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Michael Asciak u l-Onor George Vella.", "Preżenti wkoll kien hemm l-Onor Joseph Falzon u l-Onor Joe Mizzi membri tal-Malta-Slovenia Parliamentary Friendship Group.", "SKUŻAti: L-Onor Evarist Bartolo kien fuq xogħol parlamentari ieħor filwaqt li l-Onor Leo Brincat u l-Onor Clyde Puli kienu imsiefra fuq xogħol parlamentari.", "Assenti: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor Mario de Marco u l-Onor Jose' Herrera.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 102 li saret fid-19 ta' Frar, 2007, kienu konfermati.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "Il-President tal-Kumitat informa lill-Kumitat li l-Iskrivan tal-Kamra kien irċieva mingħand is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew sebgħa u għoxrin riżoluzzjonijiet, hawn taħt indikati, li kienu ġew adottati mill-Parlament Ewropew:-", "Dokument 477 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill rigward il-konklużjoni tal-Ftehima dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea (COM(2006)0422 – C6-0438/2006 – 2006/0141(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0013 adottata fl-1 ta' Frar 2007;", "Dokument 478 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima ta\" Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon (COM(2006)0454 – C6-0303/2006 – 2006/0156(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0017 adottata fl-1 ta' Frar 2007;", "Dokument 479 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar \"Il-promozzjoni ta\" dieta tajba għas-saħħa u ta\" l-attività fiżika: dimensjoni Ewropea għall-prevenzjoni tal-ħxuna, l-obeżità u l-mard kroniku\" (2006/2231(INI))P6_TA-PROV(2007)0019 adottata fl-1 ta' Frar 2007;", "Dokument 480 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-perijodi ta' preskrizzjoni f'tilwim transkonfinali li jinvolvi korriment personali u aċċidenti fatali (2006/2014(INI)) P6_TA-PROV(2007)0020 adottata fl-1 ta' Frar 2007;", "Dokument 481 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar ir-relazzjonijiet ta' l-EU mal-Gżejjer tal-Paċifiku - Strateġija għal sħubija msaħħa (2006/2204(INI))P6_TA-PROV(2007)0022 adottata fl-1 ta' Frar 2007;", "Dokument 482 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istatut tal-kumpanija privata Ewropea (2006/2013(INI)) P6_TA-PROV(2007)0023 adottata fl-1 ta' Frar 2007;", "Dokument 483 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Strateġija tematika għar-riċiklaġġ ta' l-iskart (2006/2175(INI)) P6_TA-PROV(2007)0030 adottata fit-13 ta' Frar 2007;", "Dokument 484 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-użu allegat ta' pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasport u d-detenzjoni llegali ta' priġunieri (2006/2200(INI)) P6_TA-PROV(2007)0032 adottata fl-14 ta' Frar 2007;", "Dokument 485 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-bidla fil-klima P6_TA-PROV(2007)0038 adottata fl-14 ta' Frar 2007;", "Dokument 486 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-SWIFT, il-ftehima dwar il-PNR u d-djalogu transatlantiku dwar dawn il-kwistjonijiet P6_TA-PROV(2007)0039 adottata fl-14 ta' Frar 2007;", "Dokument 487 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni ta' l-UE kontra s-sajd illegali, mhux iddikjarat u mhux irregolat (2006/2225 (INI)) P6_TA-PROV(2007)0044 adottata fl-15 ta' Frar 2007;", "Dokument 488 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar l-abbozzi ta\" deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu Dokumenti ta\" Strateġija tal-Pajjiż u Programmi Indikattivi għall-Malasja, il-Brażil u l-Pakistan P6_TA-PROV(2007)0045 adottata fl-15 ta' Frar 2007;", "Dokument 489 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta\" viżi għal żjarat qosra (8780/2006 - COM(2006)0188 – C6-0169/2006 – 2006/0062(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0046 adottata fl-15 ta' Frar 2007;", "Dokument 490 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta\" Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-ammissjoni mill-ġdid (8779/2006 - COM(2006)0191 – C6-0168/2006 – 2006/0064(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0047 adottata fl-15 ta' Frar 2007;", "Dokument 491 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-dimensjoni esterna tal-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali (2006/2032(INI)) P6_TA-PROV(2007)0050 adottata fl-15 ta' Frar 2007;", "Dokument 492 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-djalogu bejn il-Gvern Ċiniż u l-Mibgħuta tad-Dalai Lama P6_TA-PROV(2007)0055 adottata fl-15 ta' Frar 2007;", "Dokument 493 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2007 dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta\" Ottubru 2005 dwar l-immaniġġjar transkonfinali kollettiv tad-drittijiet ta\" l-awtur u d-drittijiet relatati għal servizzi mużikali online leġittimi (2005/737/EC) (2006/2008(INI)) P6_TA-PROV(2007)0064 adottata fit-13 ta' Marzu 2007;", "Dokument 494 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Marzu 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri jirratifikaw, fl-interess tal-Komunità Ewropea, il-Konvenzjoni Kkonsolidata ta' l-ILO ta' l-2006 dwar ix-Xogħol Marittimu (COM(2006)0288 – C6-0241/2006 – 2006/0103(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0069 adottata fl-14 ta' Marzu 2007;", "Dokument 495 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Marzu 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa,u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, minn naħa l-oħra P6_TA-PROV(2007)0071 adottata fl-14 ta' Marzu 2007;", "Dokument 496 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2007 dwar l-azzjoni Komunitarja dwar il-provvediment ta' kura tas-saħħa transkonfinali P6_TA-PROV(2007)0073 adottata fil-15 ta' Marzu 2007;", "Dokument 497 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2007 dwar il-kaċċa u l-insib ta' l-għasafar tal-passa waqt ir-rebbiegħa f'Malta P6_TA-PROV(2007)0074 adottata fil-15 ta' Marzu 2007;", "Dokument 498 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2007 dwar ir-relazzjonijiet Ewro-Mediterranji P6_TA-PROV(2007)0075 adottata fil-15 ta' Marzu 2007;", "Dokument 499 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2007 dwar il-ħolqien ta' żona ta' kummerċ ħieles Ewro-Mediterranja (2006/2173(INI)) P6_TA-PROV(2007)0076 adottata fil-15 ta' Marzu 2007;", "Dokument 500 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2007 dwar il-konformità tal-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali: metodoloġija għall-monitoraġġ strett u sistematiku (2005/2169(INI)) P6_TA-PROV(2007)0078 adottata fil-15 ta' Marzu 2007;", "Dokument 501 Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2007 bi proposta dwar il-mandat għal negozjar ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u l-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali fuq in-naħa l-oħra (2006/2222(INI)) P6_TA-PROV(2007)0079 adottata fil-15 ta' Marzu 2007;", "Dokument 502 Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2007 dwar il-mandat għal negozjati ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa l-waħda, u l-Komunità Andina u l-pajjiżi membri tagħha, minn naħa l-oħra (2006/2221(INI)) P6_TA-PROV(2007)0080 adottata fil-15 ta' Marzu 2007; u", "Dokument 503 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2007 dwar l-awtoritajiet lokali u l-koperazzjoni għall-iżvilupp (2006/2235(INI)) P6_TA-PROV(2007)0083 adottata fil-15 ta' Marzu 2007.", "LAQGĦA MA' ANTON KOKALJ, CHAIRMAN TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ TAL-PARLAMENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENIA", "L-Onor Anton Kokalj, Chairman tal-Kumitat għall-Affarijiet Ewropej tal-Parlament tas-Slovenja, li kien akkumpanjat minn Dr Zvonko Bergant, Segretarju, spjega l-prijoritajiet li se jkollha s-Slovenja matul il-Presidenza tagħha ta' l-Unjoni Eworpea bejn Jannar u Ġunju ta' l-2008.", "Dawn il-prijoritajiet jinkludu, fost oħrajn, il-futur ta' l-Ewropa, it-tkabbir, id-djalogu bejn il-kulturi, l-enerġija u l-istrateġija ta' Lisbona.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8.20 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070416_103m_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 104", "It-Tlieta, 17 ta' April 2007 fn' 12.00 p.m", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 17 ta' April 2007 fn' 12.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa ma' Delegazzjoni mis-Senat u mill-Kamra tad-Deputati ta' l-Awstralja mmexxija mis-Senatur Paul Calvert, President tas-Senat.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070417_104a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 104", "It-Tlieta, 17 ta' April, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru. 104", "It-Tlieta, 17 ta' April, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fin-12.07 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 103 li saret fis-16 ta' April, 2007, kienu konfermati.", "THE CHAIRMAN (L-Onor Jason Azzopardi): Ninforma lill-Kumitat li saret talba mill-mezzi tax-xandir sabiex ikunu jistgħu jittieħdu filmati ta' partijiet tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "LAQGĦA MA' DELEGAZZJONI MIS-SENAT U MILL-KAMRA TAD-DEPUTATI TA' L-AWSTRALJA", "IS-SENATUR PAUL CALVERT (President tas-Senat ta' l-Awtralja): Thank you, Mr Chairman.", "(Interruzzjonijiet)", "Fl-12.48 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070417_104d_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 17 ta' April 2007.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fin-12.07 p.m.", "L-Onor Jason Azzopardi, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Preżenti wkoll kien hemm l-Onor Joseph Cuschieri u l-Onor Joe Mizzi Membri tal-Malta-Australia Parliamentary Friendship Group.", "SKUŻAti: L-Onor Leo Brincat u l-Onor Clyde Puli kienu imsiefra fuq xogħol parlamentari.", "Assenti: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor Michael Asciak u l-Onor Evarist Bartolo.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 103 li saret fis-16 ta' April, 2007, kienu konfermati.", "Il-President informa lill-Kumitat li kienet saret talba biex il-mezzi tax-xandir jirrapportaw din il-laqgħa u għal dan il-għan talab il-permess sabiex ikunu jistgħu jittieħdu filmati ta' partijiet tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "LAQGĦA MA' DELEGAZZJONI MIS-SENAT U MILL-KAMRA TAD-DEPUTATI TA' L-AWSTRALJA", "Il-Kumitat ta merħba lid-delegazzjoni Awstraljan mmexxija mis-Senatur Paul Calvert, President tas-Senat, u magħmula mill-Onor Bernie Ripoll, l-Onor Ian Causley, Deputy Speaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onor Warren Entsch, is-Senatur Andrew Murray u is-Senatriċi Concetta Fierravanti-Wells.", "Fost is-suġġetti li l-Kumitat u d-delegazzjoni Awstraljana tkellmu dwarhom kien hemm ir-relazzjonijiet bilaterali, l-immigrazzjoni u s-sehem ta' l-Awstralja fil-konflitti ta' l-Iraq u l-Afghanistan.", "Fl-12.48 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070417_104m_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 34", "L-Erbgħa, 25 ta' April 2007, fis-6.30 p.m.", "Mr Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 25 ta' April 2007, fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra;", "Affarijiet oħra.", "10 ta' April, 2007 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070425_034a_hbc.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 25 ta' April 2007", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis- 6.40 p.m.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor.", "Joe Mizzi.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 33 li saret fis-19 ta' Frar 2007, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni kellu jgħaddi f'dik il-ġurnata stess u bi qbil ma' l-Oppożizzjoni l-Kamra kellha tgħaddi għall-Abbozz ta' Liġi dwar il-Foster Care.", "Wara, il-Kamra kellha tgħaddi għall-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Decontrol tad-Djar.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern informa wkoll lill-Kumitat li nhar l-Erbgħa, 2 ta' Mejju, il-Kamra kellha tibda tiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kumpanniji.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni jingħata prijorita' hekk kif jasal mingħand l-Avukat Ġenerali.", "B'riferenza għall-Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji, il-Viċi Prim Ministru qal li wara li tiġi diskussa fil-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali, jekk ikun hemm qbil, din kellha tmur fil-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' l-Abbozzi.", "AFFARIJIET OĦRA", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-għażla dwar liema konferenzi jintbagħtu delegazzjonijiet għalihom hija deċiżjoni politika li għandha tittieħed miż-żewġ partiti rappreżentati fil-parlament jew inkella minn dan il-kumitat.", "Fis-7.20 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070425_034m_par.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 105", "Il-Ħamis, 26 ta' April 2007 fis-7.00 p.m.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ħamis, 26 ta' April 2007 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni mill-Onor.", "Michael Frendo, Ministru għall-Affarijiet Barranin, dwar żjarat barra minn Malta fuq xogħol tal-Gvern.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070426_105a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 105", "Il-Ħamis, 26 ta' April, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru. 105", "Il-Ħamis, 26 ta' April, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.06 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 104 li saret fis-17 ta' April 2007 kienu konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Jason Azzopardi): Ninforma lill-Kumitat li hawn talba minn One News biex jieħdu filmat ta' l-ewwel parti tal-laqgħa.", "Hawn xi oġġezzjonijiet jew kummenti?", "Il-permess ingħata.", "PREŻENTAZZJONI MILL-ONOR MICHAEL FRENDO, MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN, DWAR ŻJARAT BARRA MINN MALTA FUQ XOGĦOL TAL-GVERN", "THE CHAIRMAN: Ngħaddu għall-item prinċipali u nibda biex nirringrazzja lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin li minkejja li llum m'hijiex ġurnata normali li fiha jiltaqa' l-parlament xorta talab li jiltaqa' mal-Kumitat ħalli jkun jista' jaġġornah dwar żjarat li saru minnu fuq xogħol tal-gvern f'dawn l-aħħar ġimgħat.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, nirringrazzjak ta' l-opportunita' li tajtni sabiex nirrelata lil dan il-kumitat id-diversi żjarat u attivitajiet li kelli bejn Jannar u April ta' din is-sena.", "Ħafna drabi, meta wieħed ikun qed jaħdem ma jirrealizzax kemm ikun qed jagħmlu b'mod intensiv.", "Fil-fatt, meta ġbart din l-informazzjoni sabiex nagħtih lil dan il-Kumitat tal-Kamra skoprejt li f'16-il ġimgħa għamilt 20 viżita differenti.", "Veru li l-ministeru tiegħi għandu r-rwol li jieħu ħsieb l-affarijiet barranin, pero' ċ-ċirkostanzi jagħtuk l-impetus li tattendi għal diversi laqgħat, anke bħala Unjoni Ewropea.", "Meta tħares lejn dawn il-laqgħat qed tħares lejn erba' attivitajiet tal-GAERC, jiġifieri tal-General Affairs and External Relations Council, lejn il-laqgħa nformali li saret fi Bremen u lejn il-viżita li għamilt mal-Prim Ministru għall-Kunsill Ewropew.", "Saru żjarat bilaterali fit-Tuneżija, fl-Alġerija u darbtejn fil-Libya, barra r-reġjun tagħna saret żjara bilaterali f'Washington, kien hemm ukoll żjarat li għandhom x'jaqsmu ma' l-impenn tagħna fil-Commonwealth, li jinkludu darbtejn Londra u l-Indja filwaqt li kien hemm konferenzi viċini tagħna, fi Sqallija u f'Ruma, li se nirrelata fuqhom ukoll aktar tard.", "Ħafna drabi, għar-rigward il-laqgħat tal-General Affairs and External Relations Council, l-issues jgħaddu minn aġenda għal oħra.", "L-aktar issue li komplejna niddiskutu hija dik tal-Lvant Nofsani, li hija importanti ħafna anke għal Malta.", "Aħna nagħtu importanza partikolari għall-konklużjonijiet li jkun hemm fuq il-Lvant Nofsani u l-linja li dejjem nieħdu f'dawn il-materji hija li nagħtu l-akbar appoġġ lill-President Abbas, li huwa president elett demokratikament mill-poplu Palestinjan fuq platform ta' bidla permezz tal-paċi, jiġifieri ta' bidla non-vjolenti.", "Din hija l-leġittimita' li għandu l-President Abbas.", "Malta dejjem tkellmet konsistentement matul dan il-perijodu u rridu nkomplu nagħtu l-appoġġ tagħna lill-President Abbas billi nippruvaw niftħu kemm jista' jkun id-djalogu bejn il-President Abbas u l-awtoritajiet Iżraeljani.", "Naturalment id-djalogu ma nistgħux niftħuh bħala Unjoni Ewropea imma nistgħu ninkoraġġuh u nappoġġjawh.", "F'din il-materja Malta kienet impenjata ħafna sabiex tgħin u tinkoraġġixxi lill-President Abbas jasal għall-gvern ta' unita' nazzjonali.", "Dan ifisser li l-aġenda tal-forzi politiċi Palestinjani tibqa' primarjament aġenda ta' nazzjonaliżmu.", "Aħna nemmnu fl-aġenda ta' nazzjonaliżmu, jiġifieri l-aġenda li jinħoloq Stat Palestinjan li jista' jgħix side by side ma' l-Istat Iżraeljan f'paċi u nisperaw ukoll f'kollaborazzjoni.", "M'għandix dubju li fi żmien hekk se jsir.", "Gvern ta' unita` nazzjonali li ġie stabbilit fil-Palestina kien kruċjali anke għall-mod ta' kif nistgħu nimxu 'l quddiem f'relazzjonijiet mal-Palestina u biex nersqu iktar viċin il-paċi u allura għas-soluzzjoni ta' din il-problema.", "F'dan il-każ għamilna l-pożizzjoni tagħna fi ħdan l-Unjoni Ewropea li kemm jista' jkun wieħed għandu jinkoraġġixxi li jkun hemm żviluppi pożittivi min-naħa tal-komunita` internazzjonali li jirriflettu din il-bidla.", "F'wieħed mill-interventi tiegħi jiena għedt li ma nistgħux nittrattaw ma' l-Awtorita` Palestinjana bl-istess mod kif konna nittrattaw qabel qisu ma nbidel xejn.", "Saret bidla u minkejja li forsi dik il-bidla ma saritx fil-livelli u bl-intensita` li aħna xtaqna, xorta waħda saret bidla u allura għandu jkun hemm ftuħ aktar għar-rigward ta' kif wieħed jaħdem ma' l-Awtorita` Palestinjana.", "Naturalment irridu nimxu wkoll mal-prinċipji li ġew miftehma fil-Kwartett imma, fil-fehma tiegħi, issa rridu wkoll nosservaw u nagħmlu monitoring b'attenzjoni kif se jaġixxi l-Gvern Ġdid Nazzjonali tal-Palestina.", "Pero' rridu nkunu dejjem miftuħin għall-kambjamenti ladarba naraw li dawn jistgħu jsiru minn dik in-naħa.", "Fil-fehma tagħna huwa importanti ħafna li l-Iżrael ma jkomplix bl-azzjonijiet tiegħu fit-tkomplija tal-bini tal-ħajt imma wkoll li dan ma jinbeniex fuq artijiet li jkunu jirriflettu illegalita'.", "Fil-fehma tagħna, huwa importanti ħafna li nipprovaw nagħmlu minn kollox sabiex inkomplu nressqu l-partijiet flimkien.", "Minn dan il-lat aħna favur li nagħtu kull appoġġ possibbli lil kull inizjattiva, fosthom l-inizjattiva ta' Condoleezza Rice sabiex tipprova tasal għal soluzzjoni.", "L-Unjoni Ewropea baqgħet tagħti appoġġ anke finanzjarju u fil-fatt Malta qablet li l-Kummissarju Ferrero-Waldner tilqa' lill-Ministru tal-Finanzi Fayad għax naħseb li dan huwa pass importanti ta' engagement mal-Gvern Palestinjan.", "Kien importanti wkoll li sussegwentement l-istess Ministru Fayad kellu laqgħat fl-iStati Uniti.", "Jien naħseb li l-Ewropa hawnhekk għad għandha l-ispazju tagħha u għalkemm m'għandna nkunu qatt f'kompetizzjoni ma' ħadd dejjem għandna nkunu f'kollaborazzjoni sħiħa ma' dawk li jridu l-paċi u s-sigurta` fir-reġjun.", "Wieħed mill-punti importanti li ġew diskussi f'dan il-perijodu kien il-Kosovo.", "Din hija realta' diffiċli, hija sitwazzjoni diffiċli legalment, hija realta` maġenbna, hija realta' fejn is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda qabbad lill-ex-President tal-Finlandja Ahtisaari sabiex jagħmel rapport dwar kif nistgħu nimxu 'l quddiem fil-Kosovo.", "Dan ir-rapport sar, ġie ppreżentat lis-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda li min-naħa tiegħu għamel ir-rapport tiegħu u ppreżentah lill-Kunsill tas-Sigurta` fejn talbu biex jaddottah.", "Jiġifieri llum mhux qed inħarsu iktar lejn ir-rapport ta' Ahtisaari iżda qed inħarsu lejn ir-rapport tas-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda li ġie ppreżentat lis-Security Council biex jadottah.", "Minkejja li numru ta' pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea għandhom ċerti diffikultajiet u anke kien hemm espressjonijiet mill-parlamenti tagħhom fuq ċerti aspetti ta' dan ir-rapport, aħna għamilna l-punt - anke b'mod informali fil-laqgħa tal-ministri ta' l-affarijiet barranin li saret fi Bremen fejn ħafna drabi f'dawn il-laqgħat informali jittieħdu deċiżjonijiet importanti - li għandna nkunu flessibbli.", "Aħna rridu li kemm jista' jkun malajr is-Serbia, fil-kuntest tal-kondizzjonijiet neċessarji, tersaq f'perspettiva Ewropea għax fl-aħħar mill-aħħar irridu li hemmhekk tibqa' l-istabilita` u l-paċi.", "L-istabilita` u l-paċi fil-Balkani tal-Punent huma kruċjali u importanti anke għalina li qegħdin f'nofs il-Mediterran għax dawn huma pajjiżi li jmissu mal-pajjiżi tal-Mediterran.", "Huwa kruċjali l-mod kif se nimxu fil-Kosovo biex inżommu din l-istabilita`.", "Wieħed mill-punti li qed tagħmel l-Unjoni Ewropea u li Malta wkoll għamlet b'ċerta enfasi huwa li ma jistax ikun hemm missjonijiet jew azzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea jekk ma jkunx hemm mandat mill-Kunsill tas-Sigurta` tal-Ġnus Magħquda.", "Dan il-mandat huwa neċessarju għax mingħajru huwa diffiċli ħafna li wieħed jimxi 'l quddiem.", "Issa qed nistennew li l-Kunsill tas-Sigurta' jieħu d-deċiżjoni tiegħu u ta' min jgħid li l-membri tiegħu għażlu li jmorru fuq fact-finding mission fil-Kosovo.", "Allura aħna qed nistennew ir-riżultati ta' dan pero` huwa fundamentali li naġixxu b'mod li jkun konformi mad-dritt internazzjonali.", "Dan huwa punt li jiena, bħala Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' Malta, enfasizzajtu wkoll fil-laqgħat li kellna fl-Unjoni Ewropea.", "Kosovo hija realta' diffiċli u Malta qed tagħti kontribut f'din ir-realta' għax għandha ċittadini tagħha li qegħdin bħala mħallfin fil-Kosovo u għandha lil Alexander Borg Olivier bħala l-legal adviser tal-United Nations Mission in Kosovo, l-UNMIK, fejn ta servizz li huwa rikonoxxut minn kulħadd.", "Jiġifieri għalkemm aħna m'għandniex truppi on the ground, għandna persuni li qegħdin jagħtu servizz mill-aqwa għar-rigward ta' l-istabilita` u l-paċi f'dak ir-reġjun.", "F'dan il-perijodu ħadt id-diversi laqgħat tal-GAERC flimkien sabiex ma noqgħodx nirrepeti l-istess suġġetti.", "Hemmhekk issemmiet ukoll is-sitwazzjoni taż-Zimbabwe.", "Malta stess kienet għamlet talba sabiex jiġi diskuss iż-Zimbabwe għax dehrilna li ma nistgħux ninsew ir-realtajiet tal-poplu taż-Zimbabwe.", "Is-soċjeta' ta' dan il-pajjiż tinsab għaddejja minn diffikultajiet kbar u allura huwa importanti ħafna li wieħed iħares lejn kif nistgħu ngħinu biex dik is-sitwazzjoni tistabbilizza ruħha.", "Jiena kelli diskussjoni fuq din il-materja fil-laqgħa bilaterali li kelli f'Malta mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tas-South Africa.", "Naturalment is-South Africa huwa pajjiż ġirien taż-Zimbabwe u għandu nfluwenza kbira fir-reġjun.", "B'riżultat tad-diskussjoni li għamilt magħha ġie diskuss iż-Zimbabwe fil-laqgħa li għaddiet tal-GAERC.", "Fil-preparazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill - li fihom Malta ħadet sehem attiv tant li għamilna diversi emendi li mbagħad ġew aċċettati u addottati - għamilna enfasi fuq il-fatt li filwaqt li l-Unjoni Ewropea toffri ruħha biex tkun ta' appoġġ jekk jinħass il-bżonn hija qed tagħti spazju għall-inizjattiva tas-South African Development Community (SADC) li hija magħmula minn diversi stati f'dak ir-reġjun, fosthom, iż-Zimbabwe u s-South Africa, u din l-istess komunita` nkarigat lill-President Mbeki biex jipprova jlaqqa' l-forzi politiċi taż-Zimbabwe ħalli jersqu għar-rikonċiljazzjoni nazzjonali.", "Jien naf li dan il-proċess jinsab għaddej għaliex sussegwentement jien kelli konversazzjonijiet permezz tat-telephone mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tas-South Africa.", "Il-punt li ġie addottat mill-Kunsill tal-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Unjoni Ewropea kien li nagħtu ċans u spazju lil dan il-proċess biex jekk jista' jkun ikunu n-nies tar-reġjun innifsu, jiġifieri l-pajjiżi li huma affettwati mill-istabilita` li hemm fiż-Zimbabwe, li jgħinu għal forma ta' soluzzjoni li tkun aċċettabbli għal kulħadd.", "Dawn kienu konklużjonijiet daqsxejn partikolari għax minflok ma qalu x'naħsbu aħna li għandu jsir ġew rikonoxxuti l-isforzi li saru mis-SADC u l-importanza li nagħtu ċ-ċans biex dan il-proċess jopera b'mod seren.", "Dan għandu jżid iċ-chances ta' suċċess f'sitwazzjoni diffiċli ħafna kif ukoll għandu jiffaċilita x-xogħol tal-President Mbeki.", "Meta niġu għall-European Council, il-funzjoni tiegħi bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin hi li nagħmel ix-xogħol ta' preparazzjoni biex meta jiltaqgħu l-heads of government inkunu kemm jista' jkun ftehemna fuq l-affarijiet biex imbagħad il-laqgħa tkun aktar waħda ta' diskussjoni ta' politika ġenerali.", "L-aħħar laqgħa ta' l-European Council li saret f'Marzu kienet attiva ħafna fejn id-diskussjoni kienet fuq il-climate change u l-enerġija.", "Malta għamlet il-punt tagħha qalet li għandha vulnerabilita` u l-problemi partikolari tagħha anke fil-kuntest ta' kif tista' tuża l-enerġija mir-riħ u mix-xemx.", "Għar-rigward ta' l-enerġija mir-riħ Malta m'għandhiex areas viċin il-kosta li huma fond adattat, pero` jiena nħoss li l-binding target ta' 20% għal renewables li għamel il-Kunsill Ewropew se jkun ta' vantaġġ għalina.", "Dan jien esprimejtu anke f'artikolu li ktibt fil-gazzetta għax naħseb li aktar ma tiżviluppa din it-teknoloġija aktar ikollna ċans li nsibu użu li jkun adattat għalina partikolarment jekk dik it-teknoloġija tiżviluppa b'mod li tkun tista' tagħmel wind farms f'iktar minn 50 metru.", "Dan għaliex dawn trid tagħmilhom 'il bogħod biex ma jtellfux lit-turiżmu.", "F'dan il-perijodu bqajna għaddejjin bl-inizjattiva tagħna li nressqu iktar fil-qrib l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Lega Għarbija.", "Din hija opportunita' kbira għall-Unjoni Ewropea u anke għal-Lega Għarbija li trid tinħataf fi żmienha biex ikun hemm djalogu ħafna iktar lil hinn minn sempliċiment l-issue tat-troika, fejn fit-troika dawn jiltaqgħu biss on the margins tal-laqgħat tal-ministri ta' l-Euro-Med.", "Huwa importanti ħafna li din wieħed iħares lejha bl-akbar serjeta` u għalkemm jien nixtieq nidħol fiha aktar fid-dettall qed nirrealizza li l-ħin huwa limitat Allura, biex anke nagħtu ċans li jsiru l-mistoqsijiet jien nissuġġerixxi li r-rapportaġġ fuq l-affarijiet oħra nħalluhom għal-laqgħa li jmiss fejn anke jkollna persuni oħrajn.", "Madanakollu huwa tajjeb li nitkellmu fuq il-kollaborazzjoni bejn l-Arab League u l-Unjoni Ewropea.", "Jien kelli diversi diskussjonijiet ma' Amr Moussa u mal-presidenza u aħna ppreżentajna r-rapport tagħna kif wkoll aide memoir li fih qegħdin nitkellmu fuq x'naħsbu li għandu jiġi diskuss.", "Prinċipalment jien qed nirriferi għad-diskussjoni fuq ir-riformi neċessarji, l-iżvilupp - partikolarment ir-rapport ta' l-UNDP fuq il-human development in the Arab world - l-energy security, climate change u sitwazzjonijiet oħrajn.", "Għandu jkun hemm ukoll diskussjoni ġenerali fuq il-Lvant Nofsani pero' mhux li diskussjonijiet mal-Lega Għarbija jkunu ffokati biss fuq il-problemi fil-Lvant Nofsani.", "Din hija inizjattiva Maltija li għadha għaddejja fl-Unjoni Ewropea u fil-fatt jidher li l-presidenza issa qed tħares lejn il-possibilita` li tiftaħ id-diskussjonijiet anke fuq livell tekniku.", "Dan ifisser li se nibdew id-diskussjonijiet fuq livell tekniku biex imbagħad naslu għal-livell politiku.", "Jekk dan ikun ifisser li nibdew fuq livell tekniku u nieqfu hemm, fil-fehma tagħna, dan ikun żball għax l-Unjoni Ewropea tkun tilfet okkażjoni tajba.", "Pero' jkun aħjar jekk nistennew u naraw kif jiżviluppaw l-affarijiet għax fil-fatt għandu jkun hemm diskussjonijiet dwar dan f'dawn il-ġranet stess.", "Jien naf li fil-Lega Għarbija hemm ħafna rieda biex din il-laqgħa ssir ħalli niddiskutu dwar il-metodu ta' kif wieħed għandu jaġixxi.", "Fit-tielet laqgħa li kellna tal-ministri ta' l-affarijiet barranin tal-pajjiżi Mediterranji li saret f'Malta kien hemm appoġġ għal din l-idea u aħna se nżommuha on the agenda għax fil-fehma tagħna huwa importanti ħafna li dan isir.", "Kellna diversi żjarat bilaterali, l-aktar waħda riċenti kienet dik li għamilt il-bieraħ fil-Libja.", "Għadna kif ħriġna l-istqarrija għall-istampa li forsi nistgħu niddiskutuha fid-dettall f'laqgħa oħra pero` jekk hemm xi mistoqsijiet dwarha jiena nista' nirrispondihom.", "Din kienet żjara ta' 48 siegħa li fiha għamilt madwar ħames laqgħat.", "Tkellimt fl-akkademja tal-graduate studies dwar il-perspettivi futuri tal-politika barranija Maltija bejn Malta u l-Libja liema diskors issa se jiġi ppubbikat.", "Kelli laqgħa interessanti ħafna mal-Ministru Ezawi li huwa nkarigat mit-tranżizzjoni ta' l-ekonomija Libjana fejn tkellimna dwar kif nistgħu niftħu aktar opportunitajiet in both directions.", "Il-ministru aċċetta l-istedina li għamiltlu sabiex jiġi Malta għall-konferenza biex niddiskutu l-possibiltajiet ta' investiment u kummerċ bejn Malta u l-Libja u din se tkun okkażjoni partikolari biex ngħinu lill-SMEs Maltin biex joperaw fil-Libja u biex dan isir anke b'sens ta' reċiproċita.", "Fi ħdan il-Mixed Commission qed nistennew li ssir l-ewwel laqgħa ta' esperti f'Mejju biex niddiskutu l-possibiltajiet ta' joint oil exploration in the adjacent maritime boundaries ta' Malta u l-Libya taħt id-direzzjoni tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.", "Il-laqgħat mal-Libja kienu kordjalissimi.", "Jiena nħoss li l-joint commission li għamilna fi Frar kienet a watershed fir-relazzjonijiet tagħna.", "Fil-fatt din kienet l-ewwel joint commission minn wara li sirna membri ta' l-Unjoni Ewropea u din twaqqfet meta kienu qed jiġu scrapped ħafna mill-joint commissions li l-Libya kellha ma' diversi pajjiżi oħrajn.", "Jiena nħoss li hemm affjattament tajjeb ħafna bejn Malta u l-Libja.", "Għamilt ukoll żjara qasira fl-Alġerija biex inkomplu niddiskutu b'mod politiku u nformali x-xogħol li qed nagħmlu bejna u t-Tuneżija, li kien ukoll suġġett ta' diskussjoni fil-Kamra.", "Jiena ħassejt li wasal iż-żmien li wara li kkonsolidajna r-relazzjonijiet tagħna ma' l-Eġittu, il-Libja u t-Tuneżija għandna nħarsu lejn l-Alġerija, pajjiż li kien għaddej minn żmien twil ta' stabilita`, pajjiż li għandu surplus ta' biljuni ta' dollari fis-sena, pajjiż li qed ifittex ħafna li jsaħħaħ l-infrastruttura u allura pajjiż ta' opportunitajiet kbar.", "Fl-Alġerija ħadt miegħi delegazzjoni żgħira ta' businessmen - wara li tlabna liċ-Chamber of Commerce biex jgħidulna min huwa nteressat li jiġi magħna – li wħud minnhom diġa' jaħdmu l-Alġerija u jien kelli ċ-ċans li nlaqqagħhom mal-ministru responsabbli mix-shareholdling fil-kumpanniji statali, mill-privatizzazzjoni u anke mill-investiment.", "Mhux biss kellna laqgħa miegħu imma kellna wkoll working dinner miegħu kellna ċ-ċans niltaqgħu miegħu, ma' l-uffiċjali tiegħu u ma' membri tal-komunita` kummerċjali Alġerina.", "L-Alġerija apprezzat ħafna li aħna morna hemmhekk għal 48 siegħa u dan anke minħabba l-attakki terribbli li saru f'dan il-pajjiż minn tliet kamikasi li qatlu diversi nies.", "Jien kont iddeċidejt li ma nħassarx din il-viżita għax din kellha tkun espressjoni ta' solidarjeta' ma' l-Alġerija f'dawk il-mumenti diffiċli.", "Jidher li fin-North Africa hemm preokkupazzjoni għall-preżenza dikjarata ta' l-Al-Qaeda, li qabel kienet qed tħares iktar lejn il-Lvant mentri issa bdiet tħares ukoll lejn il-Punent.", "Malta trid iżżomm għajnejha miftuħa sew fuq dawn l-iżviluppi.", "L-aħħar ħaġa li rrid nitkellem fuqha hija ż-żjara mas-Segretarju ta' l-Istat Condoleezza Rice f'Washington fejn iffirmajna l-ftehim ta' koperazzjoni fil-qasam marittimu dwar in-non-proliferazzjoni ta' l-armamenti ta' distruzzjoni tal-massiva, ftehim li fih iż-żewġ partijiet iddikjaraw li jridu l-permess ta' xulxin biex jagħmlu kwalunkwe azzjoni li tista' sservi biex twaqqaf it-tixrid ta' l-armamenti ta' distruzzjoni tal-massiva fuq l-ibħra internazzjonali permezz tal-vapuri.", "Naturalment jien ħadt l-okkażjoni wkoll biex nitkellem fuq il-visa facilitation ħaġa li erġajt tkellimt fuqha fil-laqgħa tal-GAERC fejn ippreparajna s-summit bejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Unjoni Ewropea.", "Hemmhekk, fuq l-insistenza ta' Malta u ta' diversi pajjiżi oħrajn, tkellimna fuq il-bżonn li nimxu 'l quddiem fil-visa process facilitation u anke ġibt għall-attenzjoni ta' l-Istati Uniti l-importanza tad-double taxation agreement.", "Jien ħadt wkoll l-okkażjoni li nsemmi l-inizjattiva Maltija rigward id-dinja Għarbija u l-Unjoni Ewropea.", "Fil-kuntest multi-laterali, Malta ħadet pass favur li naħdmu flimkien għar-rigward tal-ġlieda kontra n-non-poliferazzjoni ta' l-armi ta' distruzzjoni massiva.", "Jiena ħadt l-okkażjoni biex nagħmel statement fejn irriferejt għas-Security Council resolutions fejn il-pajjiżi ntalbu biex jaħdmu flimkien kontra l-proliferazzjoni tal-weapons of mass destruction u għedt ukoll li dan qed nagħmluh fil-kuntest multi-laterali u bit-tama u bl-oġġettiv - anke jekk inhu oġġettiv diffiċli ħafna - li naslu għal nuclear-free world.", "Jien kelli wkoll diskussjoni mas-sotto-segretarju fid-dipartiment ta' l-Istat fejn qsamt miegħu dawn ħsebijiet u fejn semmejt kif Malta tħares lejn il-Kosovo.", "Qabel xejn nifraħlek u nawguralek għan-nomina prestiġġjuża ta' Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth.", "Baqgħalna bejn wieħed u ieħor 20 minuta għall-mistoqsijiet.", "Jiena mistoqsija waħda rrid nagħmel u rridek tħossok liberu li ma tweġibx jekk fid-diskrezzjoni tiegħek tara li t-tweġiba tista' b'xi mod ma tkunx ta' utilita` għall-ħidma diplomatika.", "Jiena segwejt b'interess dak li għedt inti dwar l-inizjattiva Maltija għal djalogu iktar strutturat u formali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Lega Għarbija, inizjattiva li qed taqbad ċertu ritmu anke fi ħdan l-Unjoni.", "Tista' tgħidli – nerġa' ngħid, jekk inti tħoss li t-tweġiba ma tkunx ta' ħsara għal din il-ħidma - x'kienu r-reazzjonijiet ta' l-Istati Uniti u ta' Iżrael għall-inizjattiva Maltija fuq dan il-punt?", "Issa nitlob lill-Onor.", "Brincat jagħmel id-domanda tiegħu.", "Grazzi.", "LEO BRINCAT: Minħabba l-esiġenza tal-ħin se nipprova nkun telegrafiku u fl-istess ħin napprezza jekk il-Ministru wkoll ikun telegrafiku għax m'iniex qed nippretendi ħafna tweġibiet eżawrenti.", "Jien ningħaqad maċ-Chairman tal-Kumitat biex nawguralek dwar in-nomina tiegħek.", "Forsi l-gazzetta The Times kienet teknikament skorretta meta qalet li l-Oppożizzjoni qed tagħti qualified support għax it is not a qualified support imma an unqualified support.", "Veru forsi kien hemm kumment politiku separat mill-issue tal-kandidatura nnifisha imma rrid nagħmilha ċara li l-appoġġ ta' l-Oppożizzjoni huwa wieħed unqualified.", "Nistgħu nagħmlu battibekki diversi drabi bejnietna, nistgħu ma naqblux fuq policies, fuq stil jew fuq enfasi, imma naħseb li l-Ministru għandu l-kwalifiki neċessarji għal din il-kariga u naħseb li l-fatt li jkun hemm kandidat Malti qed jersaq 'il quddiem bl-appoġġ tal-gvern tiegħu għal kariga prestiġġjuża bħal din tirrikjedi b'sens ta' maturita' appoġġ fuq skala nazzjonali.", "Għalhekk nawgura li jkun hemm eżitu pożittiv.", "Ħalli nitkellem fil-qosor kemm jista' jkun dwar iż-żjara tal-Ministru fl-Istati Uniti.", "Jien persważ li l-Ministru qajjem il-kwestjoni tal-visas mas-Segretarju ta' l-Istat Condoleezza Rice, biss qed jippreokkupani l-fatt - din lanqas se ngħidha f'kuntest Malti għax qed nisma' li dan qed jiġri ma' pajjiżi oħra - li filwaqt li l-ostaklu prinċipali huwa l-kwestjoni tal-biometric passports, li naf li l-gvern Malti qed jieħu miżuri biex jintroduċihom, għandi nformazzjoni li hemm pajjiżi li daħlu l-biometric passports, anke way back in November or December tas-sena li għaddiet, u għadhom sal-lum m'għamlux progress ma' l-Istati Uniti f'dan ir-rigward.", "Il-Ministru jantiċipa problemi simili fir-rigward tagħna ma' l-Istati Uniti?", "Fuq id-double taxation agreement jien persważ li l-gvern qed jagħmel dak kollu possibbli, kemm fuq livell politiku u anke fuq livell tekniku, biex jimbotta 'l quddiem din l-issue, biss anke hawnhekk qed ikolli ċerti indikazzjonijiet li jekk ikun hemm ftehim bejn gvern u gvern - mhux biss fuq livell tekniku imma anke fuq livell governattiv - jista' jagħti l-każ li jkun hemm ostakli mill-Kungress, speċjalment billi l-Kungress illum m'huwiex ta' l-istess partit li hemm fil-gvern.", "Jista' l-Ministru jelabora dwar dan?", "Naturalment jekk hemm xi ħaġa kunfidenzjali jiena nirrispetta l-konfidenzjalita'.", "Xtaqt nagħmel żewġ mistoqsijiet dwar is-ship boarding agreement.", "Dan se jkun sottomess għar-ratifika tal-plenarja tal-parlament f'data li l-gvern jidhirlu konvenjenti?", "Mingħajr ma nidħlu fil-merti jew fid-dettall tax-ship boarding agreement, x'inhi r-raġuni li għalkemm il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li qegħdin fuq quddiem nett fix-ship registration, bħal Malta, Ċipru, il-Liberia u oħrajn, kważi kollha aderixxew għal dan l-agreement, hemm pajjiż minnhom - li jekk m'iniex sejjer żball huwa l-Greċja, li għandu mal-35% jew 40% tax-ship registry - li sal-lum għadu ma aderixxix ruħu ma' dan il-ftehim?", "Dwar iż-żjara fil-Libja nixtieq ngħid li xi żmien ilu l-Ministru kien qal li kien qed jagħmel launching tas-Central Mediterranean Ecomonic Forum, xi ħaġa li żgur m'hijiex kontroversjali u hija anke multi-laterali.", "Jista' jgħid jekk kienx hemm xi approfondiment ta' din l-issue man-naħa Libjana?", "Jista' jgħidli wkoll x'inhu r-rwol, jekk hemm, li Malta qiegħda tilgħab vis-a-vis il-problema tan-nurses Bulgari li jinsabu miżmumin fi Tripli?", "Dan qed ngħidu mhux biss minħabba r-rabtiet tajbin li għandna mal-Libja imma peress li llum aħna qegħdin fl-Unjoni Ewropea.", "Jista' l-Ministru jgħid - dejjem jekk diplomatikament iħoss li huwa opportun li jikkummenta - x'inhi l-pożizzjoni li qed tieħu Malta fuq din l-issue anke fi ħdan l-Unjoni Ewropea?", "Il-gvern jikkonsidra li fi stadju ieħor jintervjeni man-naħa Libjana biex jipprova jiżblokka din is-sitwazzjoni?", "Billi l-gvern jinsab impenjat li jippromwovi l-inizjattiva ta' structured dialogue bejn l-UE u l-Lega Għarbija, jista' jgħid jekk kienx hemm diskussjoni dwar dan mal-Libja u x'kien il-feedback min-naħa Libjana?", "Għalkemm fil-Maghreb il-Ministru aċċenna xi ħaġa dwar it-terroriżmu, jista' jagħtina indikazzjoni qasira ħafna jekk mil-laqgħat li kellu - kemm fl-Alġerija u anke mkejjen oħra - iħossx li l-problema tat-terroriżmu fil-Maghreb hijiex theddida li se tikber fix-xhur li ġejjin u forsi - nittama li le - tinfirex anke lejn in-naħa tan-Nofsinhar ta' l-Ewropa?", "F'dan l-istadju rrid nagħmel kumment dwar il-Lvant Nofsani.", "Jiena naqbel li għandna nimxu mal-prinċipji tal-Kwartett, imma naqbel iktar u iktar li l-gvern li hemm illum - qed nitkellem għall-Gvern Nazzjonali Palestinjan - għandu jiġi ġġudikat iktar skond l-azzjonijiet tiegħu milli skond il-kompożizzjoni tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Meta dan l-aħħar kont fi Strasbourg - veru li dawn kienu kuntatti parlamentari u mhux governattivi - kien hemm kritika min-naħa Iżraelita li dan il-gvern m'huwa xejn ħlief il-Hamas liebes libsa tal-Fatah.", "Filwaqt li l-issue ta' l-Iran u tal-fundamentaliżmu huma issues ta' preokkupazzjoni, wisq nibża' li dawn qed jintużaw anke for leverage to downplay l-issue Palestinjana.", "Tant hu hekk, li kien hemm deputat parlamentari Iżraelit li qal ċar u tond li fil-fehma tiegħu l-kwestjoni Iżrael-Palestina m'hijiex il-problema prinċipali fil-Lvant Nofsani.", "Sur President, nagħlaq billi nagħmel kumment ta' l-aħħar indirizzat lilek.", "X'inhuma l-kriterji meta niddeċiedu li laqgħa bħal din tiġix streamed jew le peress li għadni kemm irċevejt messaġġ li l-laqgħa m'hijiex qed tiġi streamed fuq l-internet?", "THE CHAIRMAN: Grazzi Onor. Brincat talli you pointed it out, imma jiena ma nafx li din il-laqgħa m'hijiex qed tiġi streamed fuq l-internet.", "LEO BRINCAT: Naċċetta bla dubju ta' xejn l-ispjegazzjoni tiegħek, biss nixtieq nirreġistra formalment protest mal-Clerk of the House li ma jaħsibhiex darbtejn biex meta jfettillu jdaħħal ruxxmata messaġġiera overtime u mbagħad insir naf li laqgħa importanti bħal din - li konna ilna nippressaw lill-Ministru biex nagħmluha peress li għandu l-impenji tiegħu - m'hijiex qed tiġi streamed u dan sirt nafu issa mingħand bniedem li m'huwiex involut fil-politika imma li jinteressa ruħu fil-foreign affairs billi bgħatli e-mail u jiena ma stajtx nagħtih tweġiba.", "THE CHAIRMAN: Għandek mitt elf raġun.", "Jien ħadtha for granted li din il-laqgħa qed tiġi streamed.", "MICHAEL FRENDO: Imma naħseb li qiegħda tiġi taped?", "THE CHAIRMAN: Issa naraw x'nistgħu nagħmlu għax l-Onor.", "Brincat għandu raġun u jien qed inħossni mbarazzat li bħala President ta' dan il-Kumitat ma kontx naf li l-lalqgħa m'hijiex qed tiġi streamed, anzi kont misled.", "MICHAEL FRENDO: Grazzi ħafna.", "Sur President, l-ewwelnett nixtieq nirringrazzja ħafna lilek u lill-Onor.", "Brincat għall-espressjonijiet ta' inkoraġġiment għal din id-deċiżjoni.", "M'huwiex faċli li wieħed jikkandida ruħu għal din il-kariga.", "Din hija kariga interessanti ħafna, hija kariga ta' challenge kbir u naħseb li jekk jirnexxielna nirbħuha tkun ta' prestiġġju kbir mhux biss għall-persuna nvoluta imma anke għal Malta.", "Naturalment din hija elezzjoni u aħna nafu li fl-elezzjonijiet l-affarijiet jistgħu jmorru favur u jistgħu jmorru kontra, pero' nirringrazzja lill-Onor.", "Brincat tal-kumment tiegħu għar-rigward ta' l-appoġġ sħiħ tal-Parlament kollu Malti għal din il-kandidatura.", "Għar-rigward tad-diversi punti li ssemmew se nibda fuq l-Istati Uniti għax kien hemm daqsxejn ta' enfasi dwar dan.", "Trid tagħmel assessment dwar f'liema mument se tikkonkludi ċertu tip ta' ftehim.", "Dak li jissejjaħ ix-Ship Boarding Agreement kien tressaq quddiemi tliet snin ilu meta kont għandi kif sirt ministru għall-affarijiet barranin.", "Meta dak iż-żmien tkellimt mal-persuna li għamel żmien twil rappreżentant permanenti ta' l-Istati Uniti fil-Ġnus Magħquda u li kien is-sotto-segretarju nkarigat biss minn non-proliferation of weapons of mass destruction, jien kont għedt li hawnhekk hawn żewġ konsiderazzjonijiet.", "Għedt li l-ewwelnett m'huwiex aċċettabbli għalina li jkun hemm ship boarding mingħajr il-permess tagħna għax l-ewwel proposta kienet li jkun hemm ship boarding fuq suspett billi tiġi nformat biss.", "Din m'hijiex aċċettabbli għalina.", "Din hija materja ta' sovranita` tal-vapuri tagħna u fl-istess ħin hija materja fejn naraw x'għamlu pajjiżi oħrajn għax qegħdin f'sitwazzjoni fejn irridu nħarsu wkoll lejn is-sitwazzjoni internazzjonali u x'inhi l-pożizzjoni legali ta' pajjiżi li għandhom vapuri reġistrati magħhom.", "Dak iż-żmien kien hemm numru żgħir ta' pajjiżi li kienu daħlu għal dan il-ftehim.", "Għaddew tliet snin, ir-relazzjonijiet tagħna ma' l-Istati Uniti żviluppaw, iċ-ċirkostanzi fil-qasam marittimu nbidlu u numru ta' pajjiżi daħlu f'dan l-agreement.", "Meta daħal Ċipru kienet saret bidla li għalina kienet importanti ħafna.", "Permezz tal-ftehim li sar ma' Ċipru parti riedet il-permess tal-parti l-oħra biex jagħmlu x-ship boarding u allura bdew jinbidlu l-parametri ta' kif wieħed jista' jidħol għal dan l-agreement.", "Għalina dik kienet a sine qua non.", "Jien naħseb li din hija xi ħaġa ta' consensus fil-pajjiż għax aħna ma nistgħux nippermettu li mingħajr il-permess tagħna jkun hemm min jieħu ġurisdizzjoni fuq il-vapuri tagħna.", "Irid ikun hemm it-talba qabel ma jkun hemm kwalunkwe azzjoni u jrid ikun hemm l-aċċettazzjoni tat-talba bl-aktar mod ċar qabel ma tittieħed l-azzjoni.", "Ir-relazzjonijiet tagħna ma' l-Istati Uniti baqgħu jiżviluppaw ukoll fis-sens li bdejna mexjin fuq il-visa waiver u bdejna mexjin b'ċertu ritmu u dan mhux għax ma jistax ikun hemm diffikultajiet.", "Irrid ngħid ukoll li l-Istati Uniti huwa wieħed mill-pajjiżi li wieġeb għas-sejħa tagħna biex jgħina fuq ir-refuġjati u fuq il-persuni bi status umanitarju.", "L-ewwel għena b'numru żgħir, imbagħad offra li jgħina b'numru ta' 200 u dak in-numru jista' jiżdied jekk aħna jkollna l-emerġenzi.", "Jiġifieri r-relazzjoni tagħna, fil-fehma tiegħi, bdiet timmatura anke fuq livelli prattiċi u ta' ċertu dettall.", "Id-deċiżjonijiet jittieħdu f'kuntest sħiħ u allura kien fil-kuntest tal-fatt li mexjin fuq il-visas, fuq id-double taxation agrreement (DTA), fuq ir-refuġjati u fuq persuni ta' status umanitarju li allura mxejna u kkonkludejna dan il-ftehim li issa jrid jiġi ratifikat min-naħa ta' l-Istati Uniti u min-naħa tagħna.", "Bħalissa aħna qed nieħdu l-parir ta' l-Avukat Ġenerali dwar kif għandha ssir din ir-ratifika.", "Dan ma jfissirx li jekk il-parir legali jkun mod, bi ftehim man-naħa l-oħra tal-Kamra aħna ma nistgħux nagħmlu deċiżjoni politika biex nimxu mod ieħor.", "Pero' tajjeb li jkollna l-parir legali jekk huwiex neċessarju li dan il-ftehim jidher quddiem il-parlament jew le anke jekk bejnietna nieħdu deċiżjoni politika differenti.", "Jiġifieri hemm żewġ scenarios; jew li jidher quddiem il-parlament biex jiġi ratifikat jew li m'hemmx għalfejn jidher quddiem il-parlament biex jiġi ratifikat.", "Jien qed ngħid li anke fil-każ li l-parir legali jkun li m'hemmx għalfejn issir diskussjoni fil-parlament xorta nistgħu nieħdu deċiżjoni politika li ssir id-diskussjoni fil-parlament.", "Aħna bħalissa għadna fl-istadju tal-legal advice.", "Naħseb li tajjeb li ż-żewġ naħat tal-Kamra jkunu flimkien dwar il-mod ta' kif se nimxu fuq din il-materja.", "Il-Greċja ma aderixxietx pero' għadha fin-negozjati - bħalma qegħdin aħna - fuq il-visa waiver.", "Kemm aħna u kemm huma rridu naraw issa kif se nimxu bħala rapidita` sabiex naslu għall-visa waiver.", "Mill-punto di vista tagħna rridu ngħidu wkoll li aħna kontra li jkun hemm proliferazzjoni ta' weapons of mass destruction.", "Jiġifieri, bħala punt ta' prinċipju aħna favur li l-pajjiżi jaħdmu flimkien kontra l-weapons of mass destruction u fil-kuntest tal-multi-laterali rridu naġixxu wkoll billi naħdmu flimkien bilateralment.", "Dan huwa statement sħiħ dwar x'nemmnu u x'inhi l-pożizzjoni tagħna fuq in-nukleari.", "Jien għamilt statement - ma nafx jekk ġiex riprodott kollu fil-gazzetti u jekk ma ġiex żgur li qiegħed fis-site tad-DOI - fejn fl-istess kamra ta' l-iState Department, fejn jiġu ffirmati t-trattati għedt li Malta qed tagħmel dan fil-kuntest li temmen li għandna nersqu u nkomplu naħdmu biex ikollna a nuclear free world.", "Naturalment dan għedtu mhux għar-rigward ta' l-enerġija nukleari imma fir-rigward tan-nuclear weapons.", "Mhux biżżejjed li jkollok il-passaporti biometriċi pero' din tidher li hija l-ostakolu li għandna għax fil-fatt aħna issa ilna għal perijodu neċessarju taħt it-3% tat-threshold of refusal of visas.", "Issa biex inkunu għedna d-dettalji kollha l-istatistika tar-refusal of visas tista' inkludi wkoll Malti li japplika għall-visa x'imkien ieħor, mhux f'Malta.", "Minkejja dan aħna xorta għadna below it-threshold u allura nikkwalifikaw.", "Ladarba jsiru l-biometric passports, jien, bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin, nagħmel it-talba formali lis-Segretarju ta' l-Istat biex hi tmexxi l-proċess.", "Jien għamilt rappreżentazzjonijiet magħha biex inħaffuh kemm jista' jkun minn dan il-lat.", "Id-DTA u l-visas huma tekniċi ħafna u fl-Istati Uniti hemm forzi kontra li jkun hemm visa waiver għal min diġa' kellu let alone għal min m'għandux.", "Pero' din tal-visa waiver tqajjmet qabel fil-GAERC li għadda u m'għandix dubju li se titqajjem fis-summit ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika.", "Fid-DTA hemm kungress ifformat minn gruppi oħrajn u aħna rridu nkunu bħal ħaddieħor, jiġifieri li nifhmu kif taħdem is-sistema Amerikana u nagħmlu dak li din is-sistema titlob minna.", "Hemm min qed jgħid bl-aktar mod ċar biex din tkun parti mill-istrateġija tagħna li nagħmlu lobbying ma' forzi politiċi oħrajn biex nispjegaw lill-membri ta' dan il-kungress dwar dan.", "Ngħid bl-aktar mod ċar li waħda mill-funzjonijiet li jien tajt lill-ambaxxatur il-ġdid li f'dawn il-ġranet sejjer fl-Istati Uniti ta' l-Amerika hi li jagħmel lobbying mal-forzi politiċi fil-kungress biex jifhmu aktar ir-realtajiet ta' Malta u biex inġibu appoġġ għal dan il-għan.", "Jiġifieri, sewwa qal l-Onor.", "Brincat - hemm proverbju tal-Haiti li jgħid \"After the mountains, more mountains\" - li għad hemm ostakoli pero' jien fiduċjuż li l-perseveranza tagħna jkollha l-effett neċessarju.", "Jiena tkellimt fit-tul dwar is-suġġett tas-Central Mediterranean Forum u kelli anke mistoqsijiet fil-preżentazzjoni li jien għamilt fl-Academy of Graduate Studies tal-Libja.", "Kien hemm diversi awtoritajiet u persuni importanti fil-ħajja tal-Libja, mhux biss akkademiċi imma anke politiċi, u jien stedint formalment lil-Libja biex hi tkun waħda mill-fundaturi ta' dan il-proċess.", "Qed ngħid dan għax aħna qegħdin nikkontemplaw li lejn l-aħħar ta' din is-sena nagħmlu launching ta' dan il-forum liema forum ma jkunx ta' gvernijiet iżda ta' chambers of commerce jew ta' economic operators bl-istess mod kif kont tkellimt anke mal-President Ben Ali tat-Tuneżija.", "Huwa interessanti ħafna li l-Confindustria ta' Sqallija hija fully on board fuq din il-materja u allura hemmhekk jista' jkollna wkoll sors ta' appoġġ u ta' funding għal dan il-proċess.", "Fil-fehma tiegħi dan il-forum għandu jkun fuq ċertu mudell bħal, per eżempju, il-mudell tal-fondazzjoni patrimonju Malti liema fondazzjoni assistejniha b'fondi għal sentejn, tlieta, imbagħad din tant irnexxielha toħloq fondi tagħha stess li wieħed ma kienx hemm għalfejn jappoġġaha aktar.", "F'dan il-każ jista' jkun li l-operaturi ekonomiċi ikunu kapaċi jagħmluha waħidhom filwaqt li aħna nkunu l-catalysts biex titwaqqaf u biex nagħtuha d-direzzjoni neċessarja.", "Jien nemmen ħafna li din tista' tkun ta' interess u ta' ġid kbir billi toħloq investiment u kummerċ ma' reġjuni oħra apparti li nagħmlu kummerċ u investiment bejnietna f'dan ir-reġjun ċentrali.", "In-nurses Bulgari u t-tabib Palestinjan huma sors ta' nkwiet għall-Unjoni Ewropea, għal-Libja, għall-Bulgarija, għall-awtoritajiet Palestinjani u anke għall-familji u allura ma nistgħux nieħdu aspett wieħed.", "Kelli mistoqsija diretta fuq din il-kwestjoni meta għamilt il-preżentazzjoni tiegħi fl-akkademja fil-Libja u dik kienet l-ewwel darba li pubblikament jien għamilt statement ta' kif inħarsu lejn din il-kwestjoni.", "Aħna nħarsu lejn din il-materja mill-aspett prinċipali, jiġifieri dak umanitarju, lejn it-tfal li mietu - l-aħħar wieħed li miet kellu 18-il sena - it-tfal li għandhom il-kondizzjoni ta' l-HIV u dawk li huma morda bl-AIDS, il-familji tagħhom, il-persuni akkużati u l-familji tagħhom.", "Jekk aħna naraw din il-kwestjoni minn dan l-lat nistgħu naslu għal soluzzjoni filwaqt li rridu nirrispettaw is-sistema ġudizzjarja Libjana.", "Dik kienet il-pożizzjoni tagħna anke fid-diskussjonijijet interni fl-Unjoni Ewropea.", "Għalkemm hija ħaġa aċċettabbli li wieħed jitlob, anke pubblikament, li s-sistema ġudizzjarja titħaffef irridu noqogħdu attenti li huma għandhom is-sistemi tagħhom li aħna rridu nirrispettawhom u jekk aħna nagħmlu dan filwaqt li nkomplu nenfasizzaw bl-aspett umanitarju sħiħ allura nistgħu nsibu soluzzjoni.", "Malta hija dejjem lesta li tagħti l-appoġġ tagħha f'din il-materja u dejjem fittxejna li nkunu interlokuturi.", "Iddikjarajt diversi drabi li m'għandna l-ebda interess li nkunu superstars għax jekk nippruvaw inkunu superstars nistgħu nkunu qed infixxklu l-proċess u mhux ngħinuh.", "Għaldaqstant naħseb li għandna nkomplu għaddejjin b'diplomazija kwieta f'din il-materja sabiex naslu għal soluzzjoni li tkun ġusta għal kulħadd.", "Bla dubju ta' xejn din hija biċċa wġiegħ ta' ras għall-partijiet kollha nvoluti li nerġa' ngħid huma t-tfal li mietu u li jinsabu morda - hawn qed titkellem fuq iktar minn 400 tifel affettwati f'Benghasi - il-familji tagħhom, l-infermiera Bulgari, it-tabib Palestinjan u l-familji tagħhom.", "Għar-rigward tal-Lega Għarbija, jiena ġibtha għall-attenjoni ta' l-Istati Uniti u anke ddiskutejtha ma' l-ambaxxatur ta' Iżrael bħala informazzjoni, jiġifieri huma t-tnejn ġew involuti fiha u ma rċevejna l-ebda pożizzjoni li tgħid li din nistgħu narmuha l-baħar.", "Pero' dan ma jfissirx li rċevejna appoġġ sħiħ.", "Aħna m'aħna qed nipprovaw nagħmlu xejn għajr li nsaħħu l-politika tal-moderazzjoni.", "Aħna dan biss jinteressana għax nemmnu li l-politika tal-moderazzjoni hija l-politika li trid tirbaħ fuq il-politika ta' l-estremiżmu u tat-terroriżmu.", "M'għandna aġenda kontra ħadd imma għandna biss aġenda favur il-moderazzjoni u kontra l-estremiżmu u t-terroriżmu.", "It-terroriżmu huwa theddida reali u dan jidher mill-mod ta' kif saru l-attentati fl-Alġerija u fil-Marokk.", "Dawn juru bl-aktar mod ċar li ċ-ċelluli terroristiċi huma attivi f'dawn il-pajjiżi.", "Nafu li kien hemm inċidenti, wieħed partikolari kien jinvolvi terroristi f'Tuneż, u nafu li hemm preżenza ta' estremiżmu f'pajjiżi oħra tan-North Africa u allura waħda mill-affarijiet importanti ħafna li ddiskutejna mal-Libja u li aħna nappoġġaw hi li jkun hemm laqgħa mmedjata tal-ministri ta' l-intern tal-Five Plus Five biex jiddiskutu din il-materja flimkien mal-materja ta' l-immigrazzjoni llegali li huma żewġ materji importantissimi.", "Fil-fehma tiegħi hemm bżonn ukoll li ssir laqgħa mmedjata tal-ministri ta' l-affarijiet barranin għax dawn ma ltaqgħux aktar wara li kienu ltaqgħu hawn Malta fl-2005 għax il-laqgħa li kellha ssir fil-Marokk fil-fatt ma saritx.", "Din l-idea esprimejtha wkoll fil-laqgħa li kelli fil-Libja.", "Naħseb li hekk irrispondejt kollox.", "(Interruzzjonijiet) Ma tkellimtx fil-fond mal-Libja dwar il-Lega Għarbija għax forsi ma dehrlix li kien l-aktar mument propizju li nagħmel dan, pero` meta semmejtha, anke drabi oħra, qatt ma kien hemm reazzjoni negattiva.", "Il-Libjani huma nvoluti fl-Arab League pero` nkun inkorrett jekk ngħid li din il-materja ddiskutejtha fil-fond magħhom f'din l-aħħar laqgħa li kelli imma din semmejtha bħala eżempju ta' l-inizjattivi li trid tieħu Malta.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak ferm Ministru.", "Sinċerament prosit għall-mod komprensiv u fl-istess ħin inċisiv li inti koprejt it-terren.", "Sakemm m'hemmx aktar kummenti jew rimarki, din il-laqgħa qiegħda tiġi aġġornata għal data li titħabbar aktar tard.", "Grazzi.", "Fit-8.18 p.m. il-Kumitat aġġorna għal", "data oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070426_105d_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ħamis, 26 ta' April 2007.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.06 p.m.", "L-Onor Jason Azzopardi, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Onor Leo Brincat.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 104 li saret fis-17 ta' April, 2007, kienu konfermati.", "Il-President informa lill-Kumitat li kellu talba minn One News biex jieħdu filmat ta' l-ewwel parti tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "PREŻENTAZZJONI MILL-ONOR MICHAEL FRENDO, MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN, DWAR ŻJARAT BARRA MINN MALTA FUQ XOGĦOL TAL-GVERN", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin informa lill-Kumitat li matul is-sittax-il ġimgħa bejn Jannar u Marzu 2007 għamel għoxrin żjara barra minn Malta, fosthom, erbgħa darbiet għal General Affairs and External Relations Council, darba mal-Prim Ministru għall-Laqgħa tal-Kunsill Ewropew, darbtejn Londra u darba l-Indja fuq xogħol tal-Commonwealth, flimkien ma' darbtejn il-Libja, darba l-Alġerija u darba Washington fejn ġew diskussi r-relazzjonijiet bilaterali.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin spjega l-għanijiet prinċipali ta' dawn iż-żjarat.", "Il-President tal-Kumitat awgura lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin għan-nomina tiegħu għall-elezzjoni ta' Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth.", "L-Onor Leo Brincat ingħaqad mal-President tal-Kumitat u żied jagħmel kjarifika fis-sens li l-Oppożizzjoni, kuntrarju għal dak li ġie rapportat minn sezzjoni tal-medja, kienet qed tagħti l-appoġġ tagħha mingħajr kwalifiki għall-kandidatura ta' l-Onor Michael Frendo, Ministru għall-Affarijiet Barranin, għall-elezzjoni ta' Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8.18 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070426_105m_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 9", "It-Tnejn, 30 ta' April, 2007 fis-7:00 p.m.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 30 ta' April, 2007 fis-7:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Ħatra ta' Uffiċjal dwar il-Verifika tal-MEPA.", "23 ta' April 2007 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070430_009a_dpc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI GĦALL-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 9", "It-Tnejn, 30 ta' April, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru. 9", "It-Tnejn, 30 ta' April, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:20p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 8 li saret fit-18 ta' Lulju, 2006 kienu konfermati.", "ĦATRA TA' UFFIĊJAL DWAR IL-VERIFIKA TAL-MEPA", "THE CHAIRMAN (Onor. George Pullicino, Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Jiena infurmat li l-bord tal-MEPA fit-22 ta' Frar, 2007 fil-preżenza tal-bord, iddeċieda li jerġgħu jissuġġerixxu li l-persuna li tkun appuntata bħala awditur tal-MEPA tkun il-Perit Joe Falzon li preżentament jokkupa l-istess kariga.", "Irrid ngħid li jiena bħala ministru responsabbbli mill-affarijiet rurali u ambjent nfurmajt liċ-chairman tal-MEPA li naqbel ma' din il-proposta.", "Hawn kummenti?", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: L-ewwelnett naħseb li meta ġiet quddiemna l-aħħar darba n-nomina tal-perit Joe Falzon ivvotajna favur tagħha u m'għandi l-ebda raġuni għalfejn din id-darba wkoll ma nivvotawx favur din in-nomina.", "Pero' xtaqt inqajjem żewġ punti.", "L-ewwel punt hu li lill-perit Falzon hemm jgħinu l-perit Karmenu Cacopardo, u xtaqt li forsi wieħed jispjega daqsxejn iktar fid-dettall x'inhu r-rwol tal-perit Cacopardo fl-uffiċċju ta' l-awditur tal-MEPA.", "THE CHAIRMAN: Il-perit Cacopardo huwa persuna li l-perit Joe Falzon kien talab lill-bord tal-MEPA biex ikun il-persuna li jassistih.", "Effettivament irrid nispjega li l-ebda parti mil-liġi ma tipprovdi għall-appointment jew le ta' persuni li effettivament jassistu lill-awditur u allura ma naħsibx li huwa każ li aħna fil-kumitat tal-kamra niddiskutu l-persuna jew il-persuni li effettivament jassistu lill-awditur tal-MEPA, f'dan il-każ għallinqas qabel ma skadielu l-perijodu tiegħu l-perit Joe Falzon.", "Naħseb li mhux il-każ li wieħed jitkellem fuq assistent jew assistenti imma nħalliha f'idejn il-bord tal-MEPA biex imbagħad jistabbilixxi flimkien ma' l-awditur il-persuna jew il-persuni li hu jidhirlu li għandu bżonn jassistuh kif imbagħad jiddeċiedi l-bord tal-MEPA.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma bħala assistent ta' l-awditur x'inhu r-rwol tiegħu?", "THE CHAIRMAN: Biex jassistih, nimmaġina.", "CHARLES BUHAGIAR: Iva, imma għandu xi rwol partikolari dan?", "Għandu l-istess funzjoni li għandu l-awditur?", "THE CHAIRMAN: Jiena nifhem li m'huwiex bl-ebda mod persuna li għandu xi grad jew responsabbilitajiet bħall-awditur.", "Ir-responsabbilita' tibqa' dejjem ta' l-uffiċjal tal-verifika, u tiegħu biss.", "Minn dak li jiena nfurmat, il-perit Cacopardo huwa l-persuna li jagħmel id-dog work, biex ngħidu hekk, bħala assistenza għall-awditur tal-verifika, imbagħad sta għall-awditur tal-verifika li jieħu d-deċiżjonijiet u jipprepara r-rapporti li jgħaddi lill-bord tal-MEPA li eventwalment jaslu għandi.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, it-tieni punt li xtaqt inqajjem huwa x'qiegħed jiġri mid-deċiżjonijiet li jieħu l-awditur tal-MEPA.", "THE CHAIRMAN: Lili r-rapporti jasluli u jasluli wkoll il-kummenti tal-bord tal-MEPA għax il-bord tal-MEPA jiddiskuti wkoll ir-rapporti li jkun għamel l-awditur tal-verifika.", "Jien m'għandix ċifri f'idejja - imma forsi wieħed ikun jista' jipprovdihom lill-Onor.", "Buhagiar - ta' kemm minn dawk effettivament ikun qed jipproponi soluzzjonijiet jew tibdiliet l-awditur, li effettivament il-bord tal-MEPA takes on board, jaċċettahom hu u jagħmel it-tibdiliet neċessarji.", "Hemm affarijiet fejn effettivament il-bord tal-MEPA jkun iddiskutihom, jieħu konjizzjoni ta' l-opinjoni ta' l-awditur imma m'hemm xejn x'jorbot lill-bord ta' l-awtorita' li bilfors jieħu s-suġġeriment ta' l-awditur.", "Dan huwa l-istess każ bħal ta' l-ombudsman.", "Fil-każ ta' l-ombudsman hu għandu r-responsabbilita' li jagħti l-opinjoni tiegħu, imma mbagħad sta għall-eżekuttiv li jieħu konoxxenza ta' dak li jkun qed jgħid l-ombudsman u sta għalih li jiddeċiedi jekk il-parir ta' l-ombudsman huwiex wieħed li jista' jieħu u jimplimentah, jew inkella jgħid li japprezza l-opinjoni ta' l-ombudsman imma ma jidhirlux li dan huwa każ li wieħed jista' jsegwih bil-mod kif qed jissuġġerixxi l-ombudsman.", "CHARLES BUHAGIAR: Pero' jiena naħseb li l-awditur ikollu żewġ tipi ta' deċiżjonijiet, ikollu deċiżjonijiet dwar każi partikolari li jikkonċernaw proġett partikolari imbagħad ikun hemm deċiżjonijiet li jkunu aktar fuq policy jew inkella fuq tħaddim tal-policy.", "Waħda mid-diffikultajiet li għandna hija li safejn naf jien l-awditur tal-MEPA ma jippubblikax rapport pubbliku kif jippubblika l-ombudsman b'ċertu dettall.", "Għalhekk jien xtaqt nistaqsi għaliex ma jiġix ippubblikat rapport pubbliku tal-każijiet li jkollu quddiemu l-awditur tal-MEPA, x'deċiżjonijiet ikunu ttieħdu u x'follow up tkun għamlet il-MEPA fuq dawk id-deċiżjonijiet, jekk tkunx addottathom.", "THE CHAIRMAN: L-awditur jagħmel żewġ tipi ta' komunikazzjoni.", "Kull rapport li huwa jlesti, jekk huwa rapport li sar abbażi ta' talba minn xi ħadd, ir-rapport finali jintbagħat lill-\"objector\" - mhux neċessarjament ikun objector imma jkun il-persuna li jkun ġibed l-attenzjoni lill-awditur - u dak ir-rappport jiġi komunikat.", "It-tieni komunikazzjoni li ssir hija komunikazzjoni ta' rapport annwali li jagħmel l-awditur li mbagħad ikun inkluż fir-rapport annwali tal-bord tal-MEPA.", "Fil-fatt rapporti annwali li jitpoġġew anke fuq il-mejda tal-Kamra jkollhom fihom inkluż ir-rapport annwali ta' l-awditur.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma dan ir-rapport li qed tirriferi għalih issa huwa xi ħaġa qasira ħafna.", "Jiena qed ngħid għaliex deċiżjonijiet ta' l-awditur m'għandhomx jiġu ppubblikati.", "Fuq kollox aħna ngħidu li kull ħaġa li hemm fil-MEPA tiġi ttrattata b'mod trasparenti u kull ċittadin għandu dritt għall-informazzjoni li għandha l-MEPA.", "Allura għaliex f'dawn il-każi ikun hemm din id-diffikulta' li ma jiġux ippubblikati d-deċiżjonijiet ta' l-awditur?", "THE CHAIRMAN: Safejn naf jien, għallinqas minn dak li wieħed jara anke fil-media, effetivament huma aċċessibbli dawn id-deċiżjonijiet.", "Jiena tlabthom fil-parlament u jidhirli li qatt ma tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.", "Tlabt li titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra lista tad-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-awditur minn kemm ilu jiffunzjona.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "MARIO GALEA: Il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Safejn naf jien i-ombudsman – u nafha din għax qiegħed fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra – jagħmel żewġ affarijiet.", "Peress li huwa uffiċjal tal-parlament u jirrapporta direttament lill-parlament, l-ombudsman iħejji darba fis-sena ombudsplan li jiġi diskuss fil-kumitat dwar ix-xogħol tal-Kamra imbagħad ħa l-inizjattiva hu – jiġifieri din ma toħroġx mil-liġi – li jippubblika dawk li jgħidulhom case notes fejn hu jagħżel liema każijiet kienu l-iktar importanti u forsi utli li jagħmilhom pubbliċi, u jippubblikah u nassumi li jibagħtu lill-media wkoll.", "Imma din hija inizjattiva li jieħu l-ombudsman u naħseb li m'hemm xejn milli jżomm lill-awditur tal-MEPA li jagħmel l-istess ħaġa, dejjem jekk jagħżel hu.", "Imma din hija deċiżjoni ta' l-uffiċċju tiegħu.", "CHARLES BUHAGIAR: Ħafna drabi d-deċiżjonijiet ta' l-awditur tal-MEPA li nsiru nafu bihom ikunu dawk ippubblikati minn min ikun talab lill-awditur jinvestiga.", "Kellna l-każ mingħalija ta' Santa Marija Estate fejn kien hemm dawk ir-rezoning u marru għand l-awditur tal-MEPA, imbagħad ippubblikaw id-deċiżjoni li kien ħa.", "Pero' dik ippubblikaha mhux l-awditur per se, imma min kien għamel il-complaint ma' l-awditur.", "Aħna, bis-sistema li taħdem il-MEPA u bl-appelli li hemm anke previsti bil-liġi kontra deċiżjonijiet tal-MEPA, naħseb li huwa importanti li aħna – jiġifieri l-periti – inkunu nafu d-deċiżjonijiet ta' l-awditur kif ikun qed jeħodhom.", "Għaliex?", "Għax dawn jistgħu jiġu kkwotati anke f'appelli.", "Tinsiex li fil-MEPA hemm id-dritt ta' l-appell.", "Jiġifieri jekk inti għandek dritt ta' l-appell allura kull informazzjoni li tista' tgħinek għal dak l-appell naħseb li għandha tkun aċċessibbli.", "Jiena qed ngħid għaliex m'għandhomx ikunu aċessibbli deċiżjonijiet li jieħu l-awditur f'każi partikolari.", "Anke kieku stess ma jiġux ippubblikati b'mod ġenerali, imma jekk xi ħadd jistaqsi għalihom dawn id-deċiżjonijiet għaliex m'għandux ikollu aċċess għalihom?", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Sur President, l-ewwelnett sewwa qed jgħid l-Onor.", "Buhagiar, u naħseb li l-awditur, il-Perit Falzon, żgur li se jaqra t-transcript ta' dan il-kumitat u żgur li se jirrifletti fuqhom.", "Pero' wieħed irid joqgħod ftit attent li dak li jagħmel l-awditur huma rakkmandazzjonijiet f'kull każ partikolari.", "Mhux neċessarjament li f'każ partikolari jkollok effett għal każijiet oħrajn.", "Jiġifieri m'hemmx ir-rabta li għax l-awditur ħa linja partikolari ta' kritika f'każ partikolari, dak jgħodd għal każijiet oħra u jista' jiġi ċitat b'awtorita' f'każijiet jew f'applikazzjonijiet oħrajn.", "Jiġifieri wieħed irid joqgħod ftit attent, fis-sens li dan mhux tribunal.", "Hawnhekk huwa natura ta' bniedem li jara x'qiegħed isir, jekk hux skond il-liġi jew skond il-policy u jirrapporta fuqha.", "Jiġifieri huwa watchdog biex jieħu ħsieb li l-affarijiet tajbin, jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, pero' imbagħad m'huwiex qorti, bħal qrati.", "Jiġifieri wieħed irid joqgħod ftit attent.", "Ovvjament il-fatt li jkun qalha l-awditur ikollha ċerta piż, piż morali, piż ta' ċertu effett, pero' m'għandux il-piż legali li għandha sentenza tal-qorti.", "Ovvjament il-punt imqajjem minnek, jekk l-awditur għada pitgħada jiddeċiedi jippubblika xi każijiet, dak jara hu.", "Pero' wieħed irid joqgħod attent għax ħafna mill-każijiet huma tan-nies partikolari, iktar huma sensittivi mill-każijiet in ġenerali.", "Per eżempju, anke kif jagħmilhom l-ombudsman, jekk m'iniex sejjer żball, ma jgħidx, per eżempju, kien hemm \"Joseph Debono\" li għamel \"din\" l-applikazzjoni imma jgħid \"a postman\" jew \"a policeman\" jew \"an officer\".", "Jiġifieri anke hu stess għażel linja – hawnhekk ovvjament qed nirriferi għall-ombudsman Joe Sammut u jkun interessanti issa naraw l-ombudsman il-ġdid liema linja se jieħu – imbagħad accordingly huwa mexa fuqha.", "Pero' huwa suġġeriment li tajjeb li jiġi kkunsidrat.", "THE CHAIRMAN: Pero' wieħed irid joqgħod ħafna meta nitkellmu fuq rapporti għal dak li qed jalludi għalih l-Onor.", "L-awditur jidħol fuq il-kwestjoni ta' proċedura, ma jidħolx fuq il-kwestjoni ta' jekk każ effettivament kienx ħaqqu jew le għax inkella l-uffiċċju ta' l-awditur jiġi jissostitwixxi l-enti li hemm diġa' fil-liġi u li għandek biex inti timxi permezz ta' dawk l-organi li hemm.", "Jiġifieri jekk inti għandek applikazzjoni ta' klijent u teħodha għar-rikonsiderazzjoni quddiem il-bord, dik id-deċiżjoni hija totalment pubblika, jekk se teħodha quddiem l-appell, il-komunikazzjoni ta' l-appell u d-deċiżjoni ta' l-appell hija totalment pubblika.", "L-awditur ma jidħolx fuq il-każistika ta' l-ippjanar imma jidħol fuq l-element tal-proċedura biss.", "Allura wieħed irid joqgħod attent u jifhem li dawn huma żewġ affarijiet separati minn xulxin.", "CHARLES BUHAGIAR: Dan kollu nifhmu jien u nifhem ukoll li l-awtorita' ta' l-ippjanar mhux dejjem timxi fuq il-preċedent, jiġifieri mhux neċessarjament li dak li tagħti lil xi ħadd terġa' tagħtih lil xi ħadd ieħor, għalkemm illum il-ġurnata bil-bord ta' l-appell il-preċedent jingħata ċerta weight meta jkunu qed jikkunsidrawh.", "Pero' huwa għalhekk li jiena qajjimt dan il-punt għax jien naf li hija kwestjoni ta' proċedura.", "Jiġiferi l-awditur jikkummenta fuq il-proċedura li tkun intużat u jekk hemmx nuqqas tagħha u peress li jkun ikkummenta b'dan il-mod jekk dan jippubblika d-deċiżjonijiet tiegħu wieħed jista' joħloq dibattitu fil-pajjiż dwar dak li għandu bżonn isir sabiex l-operat ta' din l-awtorita' jitjieb.", "Jiġifieri l-ħsieb tiegħi kien mhux tant biex inkunu nafu meta Charles Buhagiar mar quddiem l-awditur, x'qal l-awditur fuqu, imma biex jekk l-operat ta' l-awtorita', jew parti minnu, mhux qed jaħdem tajjeb biżżejjed, l-awditur points it out, isir dibattitu fil-pajjiż minn min ikun interessat u jittieħdu l-miżuri neċessarji.", "Jiġifieri li qed ngħid huwa biex l-ewwelnett ikun hawn iktar trasparenza u anke biex ikun hawn dibattitu aktar wiesa' fuq nuqqasijiet li jista' jindika l-awditur li hemm f'dan l-operat tal-MEPA.", "THE CHAIRMAN: Jiena ma naħsibx li huwa l-każ li r-rapporti li qed ilesti l-awditur mhux qed ikun hemm diskussjoni fuqhom, anzi naħseb li ħafna drabi qed ikun hemm diskussjoni pubblika fuq dawk ir-rapporti għax huwa evidenti li anke meta l-media tistaqsi jkun hemm anke kummenti min-naħa ta' l-awditur fuqha.", "Fil-liġi preżenetement m'hemmx dak il-provvediment.", "Forsi jekk wieħed eventwalment jiġi biex jiddiskuti emendi fl-att dwar l-ippjanar ta' l-iżvilupp wieħed jista' jieħu dak in konsiderazzjoni.", "Sal-lum ir-rapport effettivament jingħata lill-bord ta' l-awtorita', il-bord ta' l-awtorita' jeżeminah u jagħti l-kummenti lill-ministru.", "Għallinqas dak hu li hemm provdut fil-liġi.", "Jekk eventwalment wieħed jiġi biex jemenda l-att dwar l-ippjanar ta' l-iżvilupp forsi wieħed ikun jista' jikkonsidra din l-emenda li r-rapporti kollha jkunu pubbliċi.", "Wieħed għandu jgħid ukoll li anke kif ikkummenta l-ombudsman fuq l-uffiċċju ta' l-awditur stess f'ittra li saret pubblika min-naħa ta' l-uffiċċju ta' l-awditur, effettivament huwa importanti li wieħed jifhem l-ispirtu ta' għalfejn qiegħed hemm l-uffiċċju ta' l-awditur.", "Din l-ittra li hija datata 19 ta' Frar, 2007 tgħid hekk:", "Jiġifieri wieħed irid jifhem li l-uffiċċju ta' l-awditur jista' jkun hemm mumenti fejn – ma nafx sempliċiment qed naħseb – mhux neċessarjament li dak ir-rapport jiġi esternat se jagħti l-aħjar riżultat neċessarju għall-progress ta' dik l-awtorita'.", "Qed nagħmel dan l-argument abbazi anke ta' l-ittra li għandi kemm ikkwotajt minnha.", "CHARLES BUHAGIAR: Bir-rispett kollu, ma naħsibx li l-awditur jista' jissalvagwarda l-interessi ta' min jagħmel il-complaint għar-raġuni li l-awditur jinvestiga l-każ, jagħmel ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu pero' ħadd m'hu marbut li dawk ir-rakkamndazzjonijiet imbagħad isegwihom.", "Jiġifieri jagħtuk raġun u speċi ta' tibqa' bih.", "Jiġifieri fejn huwa l-interess ta' min jagħmel il-complaint?", "THE CHAIRMAN: Imma dak huwa dak li stabbilixxa l-parlament.", "Nixtieq infakkar li kemm meta ġie imwaqqaf l-uffiċċju ta' l-ombudsman kif ukoll meta ġie mwaqqaf, bejn l-1996 u l-1998 l-uffiċċju ta' l-ombudsman għall-universita' dan huwa l-istat ta' fatt x'approva dan il-parlament bħala tali.", "Jiġifieri li l-ombudsman jagħti opinjoni imma mbagħad m'hemm l-ebda deċiżjoni li l-eżekuttiv irid bilfors jimplimenta.", "Dan huwa dejjem mhux biss l-ispirtu ta' l-ombudsman f'pajjiżna, imma wkoll huwa l-ispirtu ta' kif joperaw l-uffiċċji ta' l-ombudsman kulfejn huma mwaqqfa.", "Għallinqas dak li jiena informat bih.", "Fil-fatt din trattajtha meta ġejna biex nagħmlu l-att dwar il-ġustizzja amministrattiva fejn ipprovajna naraw ukoll, bħala riċerka, liema huma l-pajjiżi fejn hemm l-ombudsman li għandu r-rwol tiegħu li huwa ta' eżekuttiv, jiġifieri dak li jgħid irid jiġi implimentat.", "Sibna li fl-Ewropa kollha t-trend ġenerali m'hijiex dik.", "Anzi hija r-rakkmandazzjoni li anke l-ombudsman Ewropew jimxi b'din l-istess linja u b'dan l-istess ġeneru ta' affarijiet.", "CHARLES BUHAGIAR: Pero' biex ir-rakkmandazzjonijiet iwasslu għal xi ħaġa, anke jekk ma jindirizzawx il-każ partikolari, trid titgħallem minnhom.", "Issa li qed ngħid jiena huwa, jekk lanqas jafu x'inhuma rakkmandazzjonijiet kif nistgħu nitgħallmu minnhom?!", "Allura jiena naħseb li wieħed jista' jagħmel hu li meta jagħmel rapport l-awditur, jagħmel tipo ta' case notes fuq l-aktar każi li jkollu recurring u jikkummenta fuqhom.", "Dan biex ma jkunx biss rapport fejn jgħid li kellu tant każi u nqatgħu tant każi u daqshekk imma jkun ftit aktar dettaljat b'mod ġenerali.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Suġġeriment tajjeb.", "THE CHAIRMAN: Ir-rapport annwali ta' l-awditur, jekk wieħed jarah m'huwiex xi rapport li jitkellem biss fuq statistika imma jidħol f'ammont ta' dettall fejn janalizza mhux biss over all, imma jidħol fuq każijiet partikolari fejn jidhirlu li dawk il-każijiet partikolari kellu jamplifika aktar fuqhom.", "Jiena xi kultant ikolli domandi mill-media fejn jistaqsuni kif jista' jkun li jkun hemm awditur li jkun negattiv daqshekk fil-konfront ta' l-awtorita'.", "Jgħidluli: Għalfejn mortu biex tappuntaw awditur tal-MEPA?", "U r-risposta tiegħi hija li jien irrid li jkun hemm dan il-proċess ta' verifika għaddej ħalli ċ-ċittadin komuni jkun jaf li għandu lil xi ħadd fuq min idur biex ikun jista' jiċċekkja l-proċedura li hemm użata minn dik l-awtorita'.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma l-iskrutinju ta' l-operat huwa l-ewwel pass.", "It-tieni pass huwa li wara li jsir dak l-iskrutinju u jsiru r-rakkmandazzjonijiet, tajbin jew ħżiena, dawn b'xi mod iridu jiġu diskussi.", "Imma mhux jiġu diskussi fil-livell ta' MEPA board biss, għax fil-livell ta' MEPA board biss ma naħsibx li huwa biżżejjed, l-ewwelnett għax naħseb li meta jiltaqa' l-bord biex jagħmel rakkmandazzjonijiet jiltaqa' in camera mhux fil-pubbliku, u t-tieni nett għax naħseb li għandhom jingħataw iktar pubbliċita', fis-sens li d-diskussjoni tkun aktar wiesgħa.", "U l-iskop aħħari huwa dejjem li jekk issir diskussjoni aktar wiesgħa fuq l-operat tal-MEPA u dan ikun xprunat mir-rakkmandazzjonijiet li jagħmel proprju l-awditur, naħseb li kapaċi ntejbu l-operat tal-MEPA.", "Dan għandu jkun l-iskop aħħari ta' din l-istorja kollha.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jiena nieħu pjaċir nara lil dawn l-uffiċjali li ħtarna … Meta għamilna l-att oriġinali dwar l-ippjanar din il-kreatura ma kenitx parti mil-liġi imma daħlet iktar tard u m'iliex li bdiet topera u għalhekk naħseb li rridu nagħtuha ftit taż-żmien tiżviluppa l-uffiċċju.", "U bħalma ġara fl-uffiċċju ta' l-ombudsman - li għandu ċerta tradizzjoni warajh għax kien hemm żewġ terms ta' Joe Sammut u issa daħal fit-tielet term - naħseb li għandna nħallu wkoll dan il-proċess naturali, fis-sens li qed jiżviluppa l-uffiċċju, qed jiżviluppa n-knowhow tiegħu, qed jiżviluppa kif jaħdem, qed jiżviluppa kif għandu jkollu l-interactions sija mal-MEPA, kif ukoll mal-pubbliku u ma' l-isituzzjonijiet, u naħseb li qiegħed fuq it-triq it-tajba.", "Illum għalhekk qegħdin hawn biex nerġgħu nikkonfermaw lill-perit Joe Falzon.", "Għax l-iktar ħaġa importanti hija li se nerġgħu nikkonfermaw lill-perit Joe Falzon għax qiegħed jagħmel xogħol tajjeb.", "Issa jekk Joe Falzon miexi bi speed 7 u hawn min jixtieq jimxi bi speed 14, Joe Falzon bi speed 7 miexi.", "U naħseb li l-ispeed tiegħu huwa slow but sure.", "Onor. Buhagiar, naħseb li Joe Falzon miexi tajjeb, u m'għandix dubju li nbeda rapport bejnu u l-ombudsman innifsu għax jidher li hemm dan ir-rapport isitituzzjonali ieħor li huwa enriching ukoll, u naħseb li qegħdin fit-triq it-tajba.", "Kieku hemm xi ħaġa li qiegħda ssir ħażin jew mhux qed issegwi l-proċedura allura nifhem, pero' naħseb li dan il-proċess miexi tajjeb.", "Ċert li dak li għedna llejla, b'mod speċjali dak li għedt int Onor. Buhagiar, Joe Falzon żgur li se jarah u janalizzah u jara x'għandu jagħmel hu.", "Naħseb li għandu l-liberta' kollha, m'hemmx projbizzjoni tal-liġi li tgħidlu ma jagħmilx ħaġa jew oħra, issa mbagħad spetta a lui li fl-iżvilupp ta' l-affarijiet jagħmel l-affarijiet kif iħoss li huwa sewwa.", "THE CHAIRMAN: Jiena qed nifhem li m'hemmx oġġezzjoni fuq il-ħatra ta' Joe Falzon.", "CHARLES BUHAGIAR: M\"hemmx oġġezzjoni pero' kif diġa' għedt, għandna nitgħallmu minn din l-esperjenza billi dak li jagħmel il-perit Falzon jingħata aktar rikonoxximent, anke billi wieħed ikun aware tax-xogħol li jagħmel.", "Jiġifieri jekk tistgħu forsi b'xi mod l-ispirtu ta' dan id-dibattitu jitwassal lill-awditur biex hu jifhem x'qiegħed jingħad hawnhekk.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nistgħu naqblu li s-segretarja tal-kumitat tgħaddilu kopja tat-transcript ta' din il-laqgħa.", "THE CHAIRMAN: Tajjeb.", "Mela ngħaddi biex inpoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Perit Falzon jinħatar bħala uffiċjal tal-verifika tal-MEPA.", "Il-Perit Joe Falzon kien approvat unanimant bħala Uffiċjal tal-Verifika tal-MEPA.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjakom u naġġorna l-kumitat.", "Fit-7.50p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070430_009d_dpc.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 30 ta' April, 2007", "Il-Kumitat Permanenti għall-Ippjanar ta' l-Iżvilupp ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis- 7:20 p.m.", "L-Onor.", "George Pullicino, Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, ippreseda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Joseph Falzon (sostitut) u l-Onor.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 8 li saret fit-18 ta' Lulju, 2006 ġew konfermati.", "ĦATRA TA' UFFICJAL DWAR IL-VERIFIKA TAL-MEPA", "Iċ-Chairman informa lill-Kumitat li hu kien qed ilaqqa' l-Kumitat sabiex jiġi maħtur uffiċjal dwar il-Verifika tal-MEPA.", "Il-persuna nominata kienet il-Perit Joseph Falzon.", "Wara diskussjoni qasira l-Kumitat qabel unanimament li l-Perit Joseph Falzon jinħatar Uffiċjal dwar il-Verifika tal-MEPA.", "Fit-7:50p.m. il-Kumitat aġġorna.", "GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT", "CHAIRMAN TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070430_009m_dpc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 106", "It-Tnejn, 30 ta' April, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru. 106", "It-Tnejn, 30 ta' April, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fit-8.37 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 105 li saret fis-26 ta' April, 2007 kienu konfermati.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "THE CHAIRMAN (Onor. Jason Azzopardi): L-ewwelnett irrid nippreżenta lill-Kumitat tliet riżoluzzjonijiet li ġew adottati mill-Parlament Ewropew fid-29 ta' Marzu ta' din is-sena:", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-futur tar-riżorsi proprji ta' l-Unjoni Ewropea (2006/2205(INI)) P6_TA-PROV(2007)0098 - adottata fid-29 ta' Marzu 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-futur tal-futbol professjonali fl-Ewropa (2006/2130(INI)) P6_TA-PROV(2007)0100 - adottata fid-29 ta' Marzu 2007; u", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2007 dwar l-integrazzjoni ta' l-Istati Membri Ġodda fil-Politika agrikola komuni (2006/2042(INI)) P6_TA-PROV(2007)0101 - adottata fid-29 ta' Marzu 2007.", "LAQGĦA MAS-SUR RICHARD CACHIA CARUANA, RAPPREŻENTANT PERMANENTI TA' MALTA GĦALL-UNJONI EWROPEA DWAR:", "THE CHAIRMAN: L-item prinċipali tal-lum hija l-laqgħa mas-Sur Richard Cachia Caruana, ir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, dwar il-programm ta' ħidma tal-Presidenza Ġermaniża, il-programm leġislattiv tal-Kummissjoni Ewropea u l-programm ta' 18-il xahar li jkopri l-presidenzi Ġermaniża, Portugiża u Slovena.", "Għalhekk nirringrazzja lill-ambaxxatur talli laqa' l-istedina tal-Kumitat u tana l-ħin biex ikollna dan l-iskambju fuq dawn it-temi daqstant importanti.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, teknikament jien ukoll suppost nirrapporta lil dan il-Kumitat.", "Din hija laqgħa li qed tħares lejn it-tliet presidenzi f'daqqa u hija l-ewwel darba li qatt ġrat fl-Unjoni Ewropea.", "L-idea tiegħi kienet li nagħmel introduzzjoni qasira, imbagħad naturalment ikun hemm il-mistoqsijiet li s-Sur Richard Cachia Caruana jkun jista' jwieġeb filwaqt li jien nagħmel xi punti wkoll.", "Aħna se niddiskutu l-aktar affarijiet importanti u ta' prijorita`, partikolarment dwar il-work programme tal-Presidenza Ġermaniża.", "Jien se nenfasizza fuq tliet affarijiet ta' dan il-work programme.", "L-ewwelnett il-programm ried iżid il-momentum fil-proċess ta' achieving better regulation.", "Naħseb li better regulation fl-Unjoni Ewropea hija xi ħaġa ta' importanza kbira.", "Ġeneralment, il-kritika dwar l-Unjoni Ewropea tkun li r-regolamentazzjoni toħloq piż eċċessiv fuq l-operaturi ekonomiċi, partikolarment l-operaturi ż-żgħar.", "Hemm min jgħid ukoll li huwa importanti li r-regolamentazzjoni ssir meta jkun hemm bżonnha jiġifieri m'għandux ikun hemm over-regulation.", "Per eżempju, huwa importanti li r-regulation tieħu in konsiderazzjoni l-SMEs.", "Din hija xi ħaġa li anke Malta qed isir xogħol mill-gvern biex ikun jista' jindirizza din il-problema.", "L-Unjoni Ewropea kollha hija impenjata f'din u m'hijiex xi ħaġa li nħolqot mill-Ġermaniżi imma minn presidenzi oħrajn ukoll.", "Fil-fehma tiegħi, waħda mill-aktar affarijiet importanti li jitkellem fuqha l-work programme tal-Presidenza Ġermaniża – din ikollna ċans niddiskutuha anke mal-membri ta' dan il-kumitat - hija l-ħidma għall-pożizzjoni komuni ta' l-Unjoni Ewropea fuq il-protezzjoni dwar il-klima partikolarment fil-kontest li nħarsu lejn l-iżvilupp ta' pakkett negozjat, fejn jiġu ridotti l-emissions u jkun hemm pjan ta' azzjoni fil-qasam ta' l-enerġija.", "Kif nafu, din ġiet diskussa wkoll fil-European Council tar-rebbiegħa fejn Malta ħadet sehem attiv fih.", "Sur President, il-kwestjoni tal-climate change hija importanti ħafna għax taffettwa lilna u lil diversi pajjiżi oħrajn.", "Il-pożizzjoni ta' l-Unjoni Ewropea hija importanti għax hija parti mill-Protokoll ta' Kyoto.", "Nixtiequ li jkun hemm nies oħrajn li jidħlu f'dan il-protokoll, per eżempju, operaturi oħrajn li huma għajn ta' tniġġis.", "Fil-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa kien hemm deċiżjonijiet dwar li jkun hemm binding targets biex 20% ta' l-enerġija tiġi prodotta minn renewable energies.", "Malta wkoll għamlet il-punti tagħha fejn qalet li aħna għandna ċerti diffikultajiet.", "Naturalment mhux kull pajjiż irid inaqqas 20% imma l-Unjoni Ewropea kollha f'daqqa trid tnaqqas 20% mill-fossil fuels u tissostitwixxihom b'renewable energies.", "Interessanti ħafna huwa l-fatt li l-ambaxxatur tagħna, is-Sur Michael Zammit Cutajar, jiddedika ruħu għal din il-materja u huwa wieħed mill-11-il persuna fl-Ewropa kollha li qegħdin fl-advisory board li għandu l-President Barroso fuq l-issue tal-climate change.", "Fil-fehma tiegħi anke hawnhekk aħna qed nagħtu kontribut importanti.", "Il-Presidenza Ġermaniża qalet mill-ewwel li se tagħti importanza kbira lin-neighbourhood policy.", "Fil-fatt għamlet diversi diskussjonijiet u ppreżentat anke papers mhux biss lill-Kummissjoni imma anke lill-Kunsill dwar il-kunċett li nistabbilizzaw il-Western Balkans u li nressqu dak ir-reġjun aktar viċin ta' l-Unjoni Ewropea.", "Illum qegħdin fil-proċess li dan isir b'diffikultajiet mhux żgħar.", "Per eżempju, hemm ir-rapport ta' Ahtisaari li issa qiegħed ukoll quddiem il-Kunsill tas-Sigurta` tal-Ġnus Magħquda u hemm ukoll l-estensjoni tar-relazzjoni mar-Russja u ma' l-Asja Ċentrali.", "L-aħħar diskussjoni li kien hemm fil-laqgħa tal-ministri ta' l-affarijiet barranin kienet tirrigwarda l-Asja Ċentrali u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-Middle East li jidhru mexjin 'l quddiem taħt il-Presidenza Ġermaniża.", "Il-prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea għall-2007 jorbtu ftit ukoll ma' l-għażliet tal-presidenza.", "Per eżempju, hemm l-idea ta' secure, competitive u sustainable energy u ta' strategic energy review għall-Ewropa.", "Hemm action plan għall-iżvilupp ta' energy policy, green paper fuq l-EU climate change policy kif ukoll il-perspettivi għall-kooperazzjoni internazzjonali wara l-2012.", "Għalhekk il-Kummissjoni qed tirrifletti x-xogħol li qed tagħmel il-Presidenza.", "Il-Kummissjoni qed tħares ukoll lejn l-Ewropa bħala world partner u din hija xi ħaġa ta' importanza kbira.", "Pero` hemm id-diffikultajiet dwar kif nistgħu nsibu soluzzjoni għad-Doha Round, fuq il-progress ta' l-applicant countries ta' l-Unjoni Ewropea, fosthom il-Kroazja u t-Turkija, in-negozjati ta' association agreements ma' pajjiżi oħrajn, fosthom iċ-Ċina u r-Russja u t-tisħiħ tan-neighbourhood policy li hija wkoll in line mal-prijorita` tal-Presidenza li ssaħħaħ il-protezzjoni konsulari u diplomatika għaċ-ċittadini Ewropej fid-dinja kollha.", "Din hija materja importanti li dwarha fil-fatt kien hemm rapport ta' Michel Barnier.", "Pero` dan għadu work in progress.", "Hemm imbagħad l-immaniġġjar tal-financial and operative programmes, se jkun hemm l-applikazzjoni tal-financial perspectives, il-miżuri tas-seventh research framework programme kif ukoll l-istrument ta' l-European neighbourhood policy, jiġifieri l-European neighbourhood and partnership instrument li huwa marbut ma' l-action plans ta' kull pajjiż.", "Jekk tħares lejn il-prijoritajiet tat-18-il xahar tal-Presidenzi Ġermaniża, Portugiża u Slovena ssib li dawn huma komuni.", "Per eżempju, fuq quddiem nett hemm il-futur ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt hemm diskussjoni importanti ħafna li qed tinvolvi lill-Ġermanja u lil dawk il-pajjiżi li kellhom diffikultajiet, per eżempju lil Franza fejn naturalment id-diskussjoni tissaħħaħ wara li jkun jsiru l-elezzjonijiet.", "Pero` l-Olanda, l-Ingilterra u r-Renju Unit qed jidħlu f'diskussjonijiet mal-Kanċillier Angela Merkel ħalli jsibu soluzzjonijiet biex ma jkollhomx bżonn referendum.", "Fil-fatt Malta wkoll hija mpenjata u hija rappreżentata mir-rappreżentant permanenti tagħha fi Brussels li regolarment jiltaqa' mas-segretarju permanenti tal-ministeru għall-affarijiet barranin.", "Sur President, l-Istrateġija ta' Lisbona nafuha.", "Fil-fatt il-better regulation, il-protezzjoni ta' l-ambjent, l-iżvilupp ta' politika integrata marittima u l-fatt li jkollna sustainable and competitive energy supply, li diġa` tkellimna fuqha, huma parti mill-istrateġija ta' Lisbona.", "It-tisħiħ ta' l-area of freedom, justice and security, jiġifieri li jkun hemm protezzjoni aktar effettiva tal-borders esterni ta' l-Unjoni Ewropea, għalina huwa importanti ħafna minħabba l-immigrazzjoni illegali.", "Huwa importanti li jkun hemm politika ta' immigrazzjoni u ta' asylum u li jkun hemm kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-awtorita` ġudizzjarja.", "L-aħħar ħaġa li nixtieq ngħid hija li waħda mill-prijoritajiet għat-18-il xahar tal-Ġermanja, il-Portugall u s-Slovenja hija li jkun hemm enhancement ta' l-external role ta' l-Unjoni Ewropea fl-areas tas-sigurta`, l-iżvilupp u l-economic relations.", "Naturalment dawn huma prijoritajiet komuni għat-tliet presidenzi u l-aħħar waħda li semmejt tirreferi wkoll għal xi forma ta' outcome li għandu jkun hemm mid-Doha Round.", "Wara l-Presidenza Ġermaniża se jkun hemm ċerti presidenzi li se jkollhom items partikolari fuq l-aġenda tagħhom.", "Per eżempju, nafu li l-Portugall qed tipprova tasal għal summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika li hija ħaġa li kienet ġiet deċiża u miftiehma fl-aħħar laqgħa li kien hemm snin ilu fil-Kajr.", "Naturalment għall-presidenza tagħhom is-Sloveni wkoll qed iħarsu lejn punti li huma importanti għalihom.", "Sur President, kif għedt il-futur ta' l-Unjoni Ewropea, l-Istrateġija ta' Lisbona, it-tisħiħ ta' l-area tal-liberta`, sigurta` u ġustizzja kif ukoll it-tisħiħ tar-rwol estern ta' l-Unjoni Ewropea huma l-erba' prijoritajiet tal-programm ta' 18-il xahar.", "Sur President, din hija biss l-introduzzjoni ħalli issa ngħaddu għall-mistoqsijiet.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak, Ministru, għall-mod komprensiv u inċiżiv li bih koprejt is-suġġett li għandna quddiemna.", "GEORGE VELLA: Sur President, jien naħseb li aktar minn mistoqsijiet nixtieq nagħmel kummenti biex naqsam ċerti ħsebijiet.", "Huwa veru li kienet l-ewwel darba li kellek tliet pajjiżi, il-Ġermanja, il-Portugall u s-Slovenja, li ftiehmu li jagħmlu programm aktar fit-tul u b'dan il-mod dawn qed jagħtu konferma kemm l-idea ta' presidenza ta' sitt xhur hija assolutament redikola.", "M'hemmx kelma oħra x'tuża!", "Qed ngħid dan għax kważi s-sitt xhur teħodhom biex taqra l-programm ta' azzjoni li jkunu fasslu, let alone tattwah.", "Kull sena jkun hemm lista ma tispiċċa qatt ta' affarijiet li mbagħad tgħaddi quddiem il-Parlament Ewropew.", "Is-sitt xhur ikunu spiċċaw qabel ikunu bdew speċjalment meta jkunu l-aħħar sitt xhur tas-sena għax sa Settembru ħadd ma jagħmel xejn u wara jkun hemm ukoll il-Milied.", "Għaldaqstant meta tliet presidenzi jagħmlu programm fit-tul bejniethom ikun hemm sens ta' kontinwita` u dan jikkonferma kemm hija tajba l-idea li hemm fil-kostituzzjoni li jkollok presidenza li ddum sentejn u nofs biex għallinqas ikollok żmien biżżejjed li fih tkun tista' tagħmel xi ħaġa.", "Sur President, il-ministru semma ħafna topics dwar x'suppost kellu jsir u ma jsirx.", "Jien naħseb li ħafna minnhom huma carry-overs u jekk wieħed janalizza eżatt x'sar insibu li s'issa taħt il-Presidenza Ġermaniża ma kellna xejn earth-shaking imma għandek rolling over ta' problema wara problema.", "Bla ma noqgħod nidħol f'xi diskussjoni akkademika, waħda mill-aktar affarijiet li skonvolġiet lill-Ewropa f'dawn l-aħħar xhur kienet il-kwestjoni ta' l-enerġija li hija marbuta mal-problema tal-climate change.", "Illum il-climate change saret problema mhux biss ta' l-ambjent imma wkoll problema politika numru wieħed minħabba l-enerġija.", "Malli r-Russja għalqet daqsxejn is-supply tal-gass lill-Ukrajna, l-Ewropa twerwret u ġustament għamlet hekk.", "Jekk dan kollu se torbtu mal-miri ta' Kyoto li nnaqqsu 20% issib li dawn huma kollha miri fuq il-karta biss għax meta tiġi għall-fatti ssib li ma jiġux delivered.", "Jien ma rridx inkun kritiku imma Malta żgur li mhux se tilħaq l-20% ta' l-Ewropa kollha għax sal-lum għadna ma nafux fejn se nagħtu rasna rigward alternative sources of energy.", "Qed ngħid dan għax minkejja l-ħafna kitba fil-gazzetti għandna ċerti problemi f'dan il-qasam.", "L-ewwel ngħidu li se nagħmlu riċerka fuq il-ġenerazzjoni ta' l-enerġija permezz tar-riħ imbagħad jiġi espert jgħidilna li r-riħ m'huwiex reliable, imbagħad jibdew isemmu s-sistema tal-photovoltaic fejn jgħidu li m'għandniex art biżżejjed.", "In-neighbourhood policy hija marbuta mal-Barcelona Process imma jekk dan se jibqa' marbut mal-kwestjoni tal-Middle East allura m'hemmx ċans li nimxu.", "Pero` fil-programm Ġermaniż, Portugiż u Sloven xorta għadhom jgħidu – kważi kważi taqbad tidħak - li qegħdin jimmiraw għal free trade area fil-Mediterran sas-sena 2010.", "Din hija redikola għax kulħadd jaf li mhux possibbli.", "Ma wasalna mkien, la għax għamlu ħaġa u lanqas għax jagħmlu oħra!", "South south trade ma jeżistix.", "Per eżempju, l-Alġerija diġa` qalet li m'hijiex interessata fin-neighbourhood policy jekk ma jkunx hemm vertical bilateral relations.", "Illum din il-policy hija aktar intiża għall-Balkani għax hemmhekk hemm potenzjal li wieħed jistabbilizza dak ir-reġjun biex wieħed jevita dak li ġara fl-Ewropa kemm fl-istorja riċenti kif ukoll fl-istorja kemm kemm aktar 'il bogħod.", "Dwar il-problema tal-Middle East irrid ngħid li l-Presidenza Ġermaniża tat kontribut.", "Meta jien kelli okkażjoni niltaqa' mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Ġermaniż tkellimna fuq hekk u fraħtlu talli wera mpenn għall-kwestjoni tal-Middle East pero` sfortunatament għadna fejn qegħdin għax wara kollox dawn huma affarijiet li lanqas l-Ewropa ma tikkmandahom pero` hija trid tirreaġixxi għalihom u tiggwida lilha nnifisha għalihom.", "Sur President, hawnhekk issemmew diversi punti minn dak li hemm fid-dokument tat-tliet presidenzi, per eżempju, it-terroriżmu, l-asylum, l-integrated maritime policy, il-Lisbon Strategy, l-innovazzjoni, l-impjiegi, il-growth u l-istabilita`.", "Dawn huma ċ-challenges kontinwi li għandha quddiemha l-Ewropa u huwa veru li you roll them over minn rapport għall-ieħor pero` jekk wieħed jibda jkejjel isib li għad hemm x'wieħed jagħmel.", "Jien se nagħlaq fuq b'dan il-punt: il-Presidenza Ġermaniża wiegħdet li se tittratta b'serjeta` t-trattat kostituzzjonali imma llum litterlament għadna fejn konna f'Jannar meta bdiet il-presidenza.", "Donnu li l-ministru ma tantx qed jaqbel u dan forsi għaliex sar ħafna diskors imma għad għandna pajjiżi, bħalma huma d-Danimarka u Franza li għadhom… Per eżempju, Sarkozy diġa` qal li jekk jitla' fil-poter ikun irid jagħmel mini treaty li ma qalx x'qed ifisser bih.", "Issa anke Tony Blair tħajjar għax qed jgħid li għandna nneħħu kollox minn hemmhekk u nagħmlu xi ħaġa ta' malajr li tiġi aċċettata.", "Il-fatt li qed jgħidu li m'għandux għalfejn immorru għal referendum għalija it's fuelling the anti-democratic sentiment għax ħafna qed jgħidu li qed nadottaw l-affarijiet 'il fuq mill-irjus tal-poplu.", "L-iskop tat-trattat kostituzzjonali fil-bidu kien biex inġibu l-Unjoni Ewropea fil-livell taċ-ċittadin.", "Mela jekk issa se nagħmlu minn kollox biex nevitaw li nerġgħu mmorru għall-approvazzjoni taċ-ċittadin ifisser li għandna xi ħaġa li ma tantx qed idoqq tajjeb.", "Dan qed jagħti ħafna fuel lill-gruppi radikali fil-Parlament Ewropew li qed jgħidu li biex tadotta trattat bħal dak trid tagħmel referendum fl-Ewropa kollha fl-istess ġurnata.", "Ovvjament dan kollu m'huwiex tort tal-presidenza imma jien qed ngħid dan kollu biex nuri l-komplessivita` tal-kwestjoni kollha.", "Fil-fatt it-trattat kostituzzjonali kien se jġib taqlib kbir u sal-lum tisma' min jgħidlek – speċjalment meta nattendi għal-laqgħat tas-Soċjalisti – li jkun hemm min ikun hemm fil-gvern f'pajjiżhom mhux se jaċċetta trattat kostituzzjonali bħal dak.", "Imbagħad ovvjament hemm dawk li joqogħdu jokorbu ħalli jkun hemm il-passerelle clause biex dak li huwa b'unanimita` jibda jgħaddi bil-qualified majority.", "Naħseb li bħall-Ingilterra u pajjiżi oħrajn aħna ma jaqblilniex inċedu dan għax inkunu qegħdin nagħtu lil ħaddieħor xi ħaġa tal-fidda fuq platt tad-deheb.", "Hemmhekk hemm problemi li wieħed irid jindirizzahom.", "Jien se nieqaf hawn għax iridu jitkellmu sħabi imma rridu nirrealizzaw li din m'hijiex xi ħaġa fejn ngħidu ara kemm morna tajjeb imma hija xi ħaġa fejn we're plodding ahead very slowly.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "LEO BRINCAT: Sur President, bil-permess tiegħek jien nixtieq inwessa' ftit id-diskussjoni f'forma ta' mistoqsijiet ladarba hawnhekk għandna lis-Sur Cachia Caruana.", "Jien mhux se nagħmel il-mistoqsijiet wara l-intervent tiegħu ħalli jkun jista' jagħmel aċċenn għalihom u ma noqogħdux nagħmlu ħafna ping-pong u nitilfu ż-żmien ta' xulxin.", "Closer to home illum hemm ħafna mistoqsijiet li qed jistaqsu ċ-ċittadin komuni, kemm jekk huma favur l-adeżjoni ta' Malta, kemm jekk huma indifferenti kif ukoll jekk huma Ewro xettiċi.", "Naħseb li bħala deputati parlamentari, we owe these people some more enlightenment fuq issues li qed jitkellem fuqhom kulħadd, speċjalment il-media.", "Jien naf li dan m'huwiex marbut direttament mal-presidenza u jekk qiegħed out of order, Sur President, waqqafni u jien noqgħod għad-deċiżjoni tiegħek.", "Waħda mill-issues li hemm bħalissa hija l-kwestjoni ta' l-hekk imsejħa infringements, b'mod partikolari fil-qasam ta' l-ambjent.", "Jien m'iniex qed nippretendi li s-Sur Cachia Caruana jagħtini d-dettalji kollha mill-ewwel imma personalment inkun sodisfatt jekk jipprovdihom fi żmien raġunevoli at a later stage għall-benefiċċju tal-Kumitat.", "Naħseb li jkun ta' interess u ideali li jkollna kopja ta' l-ittra uffiċjali li l-Kummissjoni bagħtet lil Malta dwar infringements speċifiċi, per eżempju, il-kaċċa u l-insib, is-SEA Directive, il-Landfill Directive, il-PCB Directive u d-direttiva dwar l-emissjonijiet fl-arja.", "Għalhekk ikun interessanti li jkollna dettalji jew ħjiel tal-fażijiet li jinsabu fihom il-proċeduri kontra Malta f'kull każ partikolari.", "Nafu li d-delegazzjoni Maltija fi Brussell kellha taħdidiet ma' rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kaċċa u l-insib u allura naħseb li jkun ta' interess jekk ikollna, jekk mhux il-minuti nfushom, xi forma ta' executive summary jew id-dettalji dwar il-laqgħat li kien hemm bejn l-infringements unit u l-Gvern Malti.", "Ikun ta' interess ukoll jekk inkunu nistgħu nitolbu wkoll kopja tar-rapporti li bagħat il-Gvern Malti lill-Unjoni Ewropea biex tiġi aċċettata d-deroga dwar il-kaċċa anke fir-rebbiegħa.", "Biex ma neħux aktar ħin irrid nirriferi għal xi ħaġa li qrajt dan l-aħħar - mingħalija din kienet fil-Malta Today tal-25 ta' Marzu – fejn ingħad li dawn kellhom xi kuntatt mal-Kummissjoni Ewropea fejn qalulhom hekk - qed nikkwota mill-gazzetta:", "Jien ma nafx min kien dan l-EC official u ma nafx jekk dan ir-rapport huwiex korrett u allura nixtieq li forsi s-Sur Cachia Caruana jagħtina ħjiel dwar dan kif ukoll ħjiel dwar xi reazzjoni li seta' kien hemm min-naħa Maltija jekk kien hemm xi reazzjoni.", "Fl-istess kuntest nixtieq inkun naf jekk kienx hemm xi komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet Maltin dwar il-probes jew l-investigazzjonijiet li qed tagħmel il-Kummissjoni Ewropea dwar il-waiving ta' l-EIA ta' Fort Cambridge, il-Ulysses Lodge fir-Ramla f'Għawdex u każijiet oħrajn, u anke dwar xi komunikazzjoni li seta' kien hemm bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern Malti dwar il-pjani tal-gvern li jiżviluppa għadd ta' golf courses f'Malta.", "Skużani jekk ħadt ħafna ħin.", "THE CHAIRMAN: Aktar mill-problema tal-ħin, li qed jinkwetani huwa l-fatt li dak li għedt huwa ftit differenti mis-suġġett.", "Din qed ngħidha b'sens ta' lealta` għax bħala chairman jien irrid nissalvagwardja kemm lil min qed jagħmel l-intervent kif ukoll lil min se jwieġeb għall-intervent.", "Issa jekk intom attrezzati bil-materjal ma nsibx diffikulta` pero` rrid inkun fair maż-żewġ naħat.", "LEO BRINCAT: Kieku waqqaftni mill-bidu kont noqgħod għal dak li tgħidli u barra minn hekk jien stess għamiltha ċara li mhux qed nippretendi li s-Sur Cachia Caruana … (Interruzzjonijiet) Imma jekk jista', at a later stage, forsi jagħtina xi ħjiel għax naħseb li jkun ta' interess mhux għalina biss imma anke għall-pubbliku.", "THE CHAIRMAN: M'għandix dubju li dak li staqsejt huwa fl-interess pubbliku, pero` għandna aġenda.", "LEO BRINCAT: Naf u fil-fatt jien stess għedtlek.", "MICHAEL FRENDO: To be fair, ma tantx huwa faċli li nkunu hawn biex inwieġbu mistoqsijiet bħal dawn.", "Fil-fatt kellna ħafna diffikultajiet biex insibu d-dati u ma naħsibx li għandna nirrestrinġu wisq.", "Illum aħna nistgħu nirrispondu mill-aħjar li nistgħu imma peress li qegħdin f'ċertu stadju delikat ta' kontenzjożita` forsi jkun vale la pena li l-kumitat jiddiskutihom in camera.", "Ma jfissirx li m'għandniex niddiskutuhom fuq livell parlamentari pero` dan nagħmluh in camera biex nissalvagwardaw il-pożizzjoni li qed tieħu Malta.", "Pero` se jiġi stadju fejn ma jkunx importanti li ċerti affarijiet niddiskutuhom in camera u fil-fatt ħafna mill-affarijiet li semma' l-Onor.", "Brincat nistgħu niddiskutuhom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, naf li l-Ġermanja qiegħda tagħmel sforzi kbar fuq il-kwestjoni tal-kostituzzjoni.", "Fil-fatt jien u l-Onor.", "Vella kemm-il darba attendejna għad-debates bejn in-national parliaments u l-European Parliament.", "Hemm ukoll il-famuż Plan D li ħadd ma jaf x'inhu.", "Jien favur li jkun hemm kostituzzjoni u dan l-aħħar, ftit qabel il-Milied, saret konferenza hawn Malta - mingħalija jien kont l-uniku politiku li attendejt għaliha - mill-European Documentation and Research Centre, l-EDRC, ta' l-universita` fejn iddiskutejna fid-dettall dwar x'jista' jsir biex il-kostituzzjoni tingħata xokk u terġa' tibda miexja.", "Jien għaddejt l-argumenti li konna qegħdin nisimgħu fil-Parlament Ewropew fosthom li tinqata' t-tielet parti, li hija parti teknika, imma l-professoressa li ħadet sehem f'din il-konferenza assolutament m'aċċettatx din it-teżi.", "Fil-fatt hija kienet konvinta li dik il-parti ma tistax tinqata' imma fl-opinjoni tagħha għandu jerġa' jiġi re-drafted it-trattat kollu billi ssir IGC oħra.", "THE CHAIRMAN: Grazzi ħafna.", "MICHAEL FRENDO: L-ewwelnett naqbel ma' l-Onor.", "George Vella li din tat-18-il xahar hija xi ħaġa pożittiva u, jekk m'iniex sejjer żball, dan huwa wieħed mis-suġġerimenti li kien sar ukoll fil-konvenzjoni u fl-IGC.", "L-Alġerija m'hijiex interessata fin-neighbourhood policy imma hija interessata li tħaddem l-association agreement.", "Fil-fatt waħda mir-raġunijiet għaliex Malta ħadet l-inizjattiva li titlob biex l-Unjoni Ewropea tibda tagħmel laqgħa fuq livell ministerjali mal-Lega Għarbija hija biex ikollna fejn niddiskutu dawn l-affarijiet u mhux ikollna biss il-Proċess ta' Barċellona fejn ħafna drabi nispiċċaw niddiskutu l-konflitt bejn Iżrael u l-Palestina.", "Dan jagħtina l-possibilita` li nitkellmu fuq affarijiet oħrajn, fosthom l-żvilupp, l-enerġija u l-climate change u diversi affarijiet oħrajn fil-kuntest ta' l-Euro-Arab Dialogue li fl-antik kien diġa` jeżisti, jiġifieri hawn mhux qed nitkellmu fuq xi ħaġa li qatt ma kienet teżisti.", "Dik l-inizjattiva miexja 'l quddiem għalkemm, biex inkun għidt kollox, f'mument minnhom ħsibt li kienet miexja minn naħa tad-desk għall-ieħor.", "Kif qed jgħid tajjeb l-Onor.", "George Vella, Amr Moussa semmiha fid-diskors tiegħu tal-Euro-Med Parliamentary Association u semmewha wkoll fil-laqgħa tal-ministri bi preparazzjoni għas-Summit tal-Lega Għarbija ta' Riyadh f'liema summit hemm riferenza biex l-EU u d-dinja Għarbija jersqu aktar viċin xulxin.", "Allura din il-proposta miexja anke min-naħa ta' l-Arab League.", "Ma nafx għedthiex pubblikament imma jien kont ikkonsultajt ukoll ma' Amr Moussa meta ġejt biex nagħmel din il-proposta għax kien jagħmel sens li nitkellem man-naħa tagħhom ukoll.", "Min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea hemm diversi pajjiżi li qed jitkellmu dwarha b'mod aktar voċiferu.", "Barra minn hekk din issa qiegħda fuq l-aġenda tal-GAERC li jmiss.", "Għalhekk issa se joħorġu fil-beraħ dawk il-pajjiżi li aħna nafu li fil-kumitati diġa` wrew appoġġ kbir għal din l-idea, fosthom l-Awstrija u Spanja.", "Dan qed isir biex nevitaw l-istaġnar li semma l-Onor.", "Rigward it-trattat kostituzzjonali rrid ngħid li fil-fehma tiegħi l-Presidenza Ġermaniża mxiet b'ċertu għaqal għax għamlet il-ground work u issa rridu naraw jekk dak il-ground work ikollux riżultat.", "Jien m'għandix qalbi maqtugħa għal kollox.", "Ħafna qed isemmu t-tieni parti u t-tielet parti.", "Fil-konvenzjoni jien kont għedt li fit-tieni parti għandna l-European Commission of Human Rights, pero` mbagħad is-Soċjalisti, li huma b'saħħithom ħafna, li huma favur li t-tieni parti tibqa' hemm.", "GEORGE VELLA: Jekk tippermettili, hawnhekk se ngħid dak li qal Rasmussen fis-sens li jekk xi ħadd imiss it-tieni parti mit-trattat kostituzzjonali, is-Soċjalisti se jibbojkottjaw kollox.", "Dan għaliex hemmhekk għandek id-drittijiet tal-ħaddiema kollha.", "MICHAEL FRENDO: Id-diskors ma kienx li ma jkunx hemm drittijiet soċjali imma li jkun hemm anke l-European Convention of Human Rights.", "GEORGE VELLA: Ministru, inti taf li kienu s-Soċjalisti li mbuttaw biex tidħol it-tieni parti u fil-fatt dik kienet il-baby tagħhom.", "Għalhekk, ladarba daħlet issa mhux se tneħħihielhom.", "MICHAEL FRENDO: Le, imma jien qed ngħidlek li hemm min hu favur u min hu kontra.", "Rigward it-tielet parti rrid ngħid li hemm xi partijiet li kienu parti mill-pakkett li aħna, bħala Malta, ftehemna fuqu fl-IGC.", "Jiġifieri trid toqgħod attent li ma tneħħix xi ħaġa li tkun favur tagħna.", "Jekk m'iniex sejjer żball, l-island status qiegħed hemmhekk.", "Li rrid ngħid huwa li għad hemm ħafna xogħol xi jsir.", "Huwa importanti li ngħid ukoll li għalkemm huwa l-line ministry li jittratta l-infringements, dawn nispiċċa niffirmahom jien bħala ministru u allura jien irrid inwieġeb.", "Kultant naħsbu li aħna biss għandna l-infringements imma fil-fatt il-pajjiżi kollha għandhom għax dawn huma parti mis-sistema.", "Hemm ħafna pajjiżi li għandhom ħafna iktar minna u hemm numru ta' pajjiżi li għandhom inqas minna, jiġifieri basically aħna qegħdin la mat-tajbin u lanqas mal-ħżiena u allura qegħdin ngħumu x'imkien fin-nofs.", "Kultant neħduha bi kbira jekk xi ħadd jagħmlilna xi infringement imma nerġa' ngħid li dik hija parti mis-sistema.", "Jien m'għandix diffikulta` u anke s-Sur Richard Cachia Caruana jrid jitkellem fuq l-issue ta' l-ambjent għalkemm ma qabadx eżatt il-mistoqsijiet kollha li għamel l-Onor.", "Leo Brincat meta kien qed jirriferi għad-direttivi li jirrigwardaw l-ambjent.", "LEO BRINCAT: Jien semmejt is-SEA Directive, il-Landfill Directive, l-PCB Directive u d-direttiva dwar l-emissjonijiet fl-arja.", "Imbagħad staqsejt ukoll fuq l-infringements unit.", "MICHAEL FRENDO: Dawn nirrisponduhom għax m'humiex kollha f'livell ta' kontenzjożita`.", "L-aktar parti kontenzjuża hija l-kaċċa u l-insib u forsi dan is-suġġett nistgħu nitkellmu dwaru in camera.", "Rigward il-punti l-oħrajn jista' jirrispondi s-Sur Richard Cachia Caruana.", "IS-SUR RICHARD CACHIA CARUANA (Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea): Kif qal il-ministru, għalkemm għandna lista ta' infringements, aħna qegħdin x'imkien fin-nofs ma' l-Isvezja minn fost is-27 pajjiż.", "Fl-opinjoni tiegħi naħseb li hemm għandna nkunu għax l-issues ta' l-infringements m'humiex biss kwestjonijiet ta' jekk saritx implementation jew transposition jew le imma ħafna drabi dawn ikunu kwestjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-istati membri fuq l-elementi tat-transposition u jista' jkun li pajjiż ma jaqbilx ma' l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni.", "Per eżempju, hemm rapport ta' l-awditur fuq il-kwestjoni tas-SEA Directive fejn hemm a specific timetable u hemm ukoll il-kwestjoni tar-rationalisation tal-building development zones.", "Skond il-Gvern Malti, il-proċeduri u t-timetable li uża l-gvern biex id-development plans ġew approvati mill-parlament on a purely technical basis ma jaqgħux taħt s-SEA Directive.", "Kien hemm ilmenti min-naħa ta' ċittadini Maltin jew min-naħa ta' xi NGOs li talbu lill-Kummissjoni tara jekk il-gvern aġixxiex skond id-direttiva jew le.", "S'issa l-gvern irċeva letter of formal notice – dan huwa l-ewwel pass fil-proċess - u kien hemm spokesperson tal-Kummissjoni li spjegat li bħala proċedura, il-letter of formal notice normalment toħroġ biex il-Kummissjoni tkun taf uffiċjalment x'inhuma l-fatti min-naħa tal-gvern.", "Għalkemm din hija parti mill-infringement process u r-risposti tal-gvern jiġu wżati anke fit-tieni stadju, il-Kummissjoni qed tipprova tqabbel il-pożizzjoni uffiċjali tal-gvern mal-complaints li rċeviet u anke ma' l-artikli li kien hemm fil-gazzetti.", "Ir-risposta tal-gvern suppost tintbagħat f'dawn il-ġranet pero` l-gvern se jispjega li mhux biss mexa mat-timetable imma li fir-rationalisation process kien hemm kondizzjoni li dan il-proċess kien parti mil-local plan process li nbeda xi għaxar snin ilu.", "Jekk tara l-obbligi li għandu l-gvern taħt dik id-direttiva, mir-risposta li se jagħti l-gvern se jidher ċar li l-gvern mexa skond l-istess direttiva mbagħad il-Kummissjoni trid tara jekk taċċettax dik ir-risposta jew toħroġx reasoned opinion.", "Jekk toħroġ reasoned opinion ikun hemm it-tieni stadju fejn il-gvern ikollu xahrejn ċans biex jirrispondi.", "Jekk il-gvern u l-Kummissjoni jibqgħu ma jaqblux il-kwestjoni tispiċċa f'idejn il-qorti tal-ġustizzja.", "Jien ma nistax ngħid x'se tkun id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, pero` l-gvern mhux biss kellu l-opinjoni ta' l-avukat ġenerali iżda kien hemm proċeduri legali f'Malta li wrew li l-gvern kellu raġun.", "Sur President, il-kwestjoni tat-PCB/PCTs marret il-qorti u l-gvern għamel statement of defence, li fil-fatt dan sar fit-2 ta' Marzu ta' l-2007, u allura din issa qiegħda għad-deċiżjoni tal-qorti.", "Hawnhekk il-proċeduri huma kważi eżawriti min-naħa tal-gvern.", "Fuq il-kwestjoni tal-Landfill Directive il-gvern għandu sat-23 ta' Mejju biex jirrispondi għall-ewwel ittra tal-Kummissjoni.", "F'dan il-każ kien hemm dawk li jgħidulhom pre-infringement discussions, jiġifieri kien hemm diskussjoni bejn il-gvern u l-Kummissjoni qabel din ħarġet il-letter of formal notice.", "Fil-fatt il-letter of formal notice ħarġet fit-23 ta' Marzu ta' l-2007 u l-gvern għandu xahrejn biex jirrispondi.", "Jidher li l-gvern jaqbel ma' l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni u se joħroġ emendi għall-Waste Management (Landfill) (Amendment) Regulations biex iġib in vigore l-kummenti li għamlet il-Kummisjoni u malli nagħmlu hekk jieqfu l-proċeduri.", "Issemmew ukoll il-golf courses.", "S'issa l-gvern għadu ma rċeva xejn uffiċjalment fuq il-golf courses.", "Meta ngħid \"uffiċjalment\" qed infisser bħala parti mill-proċeduri ta' l-infringements.", "Kien hemm diversi artikli fil-gazzetti u anke diskussjonijiet informali mal-Kummissjoni fuq dawn l-istess artikli, pero` s'issa l-kummissjoni ma ħarġitx il-letter of formal notice.", "LEO BRINCAT: Jien mhux qed ngħid jekk kienx hemm a formal complaint min-naħa tal-Kummissjoni, imma f'xi exchange of correspondence jew f'xi communication min-naħa tal-Kummissjoni kien hemm xi reazzjoni indikattiva?", "Fid-diskussjoni mal-Kummissjoni li kien hemm fl-aħħar ta' Marzu f'Malta fejn kien hemm l-annual package meeting, li għalih jiġu uffiċjali tal-Kummissjoni biex jiddiskutu ċerti affarijiet pendenti għaż-żewġ naħat, tkellmu fuq il-golf courses u l-gvern informa lill-Kummissjoni li se jkun hemm evaluation tal-policy tal-gvern dwarhom.", "Probabbilment tafu li fl-1997 il-MEPA kienet ħarġet dokument fuq il-kwestjoni tal-golf courses għalkemm dak iż-żmien ma kenitx identifikat siti għalihom.", "Pero' hemm il-willingness min-naħa tal-MEPA u min-naħa tal-gvern, minn diversi gvernijiet fil-fatt, ingħad li jagħmel sens li jkun hemm żvilupp ta' aktar golf courses, pero` s'issa ma jidhirx li se jkun hemm proposta formali ta' fejn dawn se jsiru.", "Il-Kummissjoni ħarġet letter of formal notice fl-2006 dwar l-emissions from new passenger cars.", "Dan għaliex għar-rigward tar-reġistrazzjoni tal-karozzi l-ġodda, hemm id-dettalji fuq is-CO2 emissions mill-2006 'il quddiem, pero` d-data ta' l-2004 u ta' l-2005 m'hijiex fuq il-computer.", "Allura l-Kummissjoni qed tinsisti li jkollha d-data ta' l-2004, 2005, 2006 u għalkemm il-gvern għadda d-data ta' l-2006, id-data ta' l-2004 u l-2005 se jgħaddiha lill-Kummissjoni għall-aħħar ta' Ġunju u Settembru rispettivament għax it takes a manual operation to extract the data.", "Jiġifieri anke hawn il-kwestjoni hija pjuttost waħda teknika.", "GEORGE VELLA: Ma' din ma kienx hemm marbut ukoll in-nuqqas ta' monitoring ta' l-emissions mill-power stations?", "MICHAEL FRENDO: Le, għax l-infringement li semma l-Onor.", "Brincat naħseb li hija marbuta ma' Coucil Decision 2000/1753 EC fuq il-monitoring ta' specific emissions of CO2 from new passenger cars.", "Din tal-power stations hija kwestjoni separata.", "IS-SUR RICHARD CACHIA CARUANA: Rigward il-power stations il-gvern suppost li se jirrispondi għall-ittra tal-Kummissjoni u hawnhekk għandi nota li diġa' hemm il-final draft ta' l-ittra pero` m'għandix dettalji dwarha.", "Jien m'għandix aktar dettalji imma ma nsib l-ebda problema li ngħaddihom aktar 'il quddiem.", "MICHAEL FRENDO: Jekk m'iniex sejjer żball bħalissa huma qed jitolbu aktar informazzjoni, jiġifieri bħalissa qegħdin fi stadju li nagħtuhom aktar informazzjoni.", "IS-SUR RICHARD CACHIA CARUANA: Per eżempju, hemm infringement dwar l-state control tal-port inspectorate fejn aħna għandna pożizzjoni kompletament kontra dik tal-kummissjoni.", "(Interruzzjonijiet) Hemm kwestjoni ta' interpretazzjoni fejn il-Kummissjoni qed tgħid li l-gvern huwa obbligat li jimxi skond id-direttiva li tgħid li dawk in-nies li ġew impjegati wara l-1993 għandhom ikollhom ċerti kwalifiki filwaqt li l-gvern qed jgħid li hemm ġurisprudenza li turi li l-gvern huwa obbligat li jagħmel dan mill-1 ta' Mejju ta' l-2004.", "(Interruzzjonijiet) Eżatt, hemm nies f'pajjiżi membri li daħlu qabel l-1993 u għadhom hemm bl-istess kwalifiki.", "Pero` anke hawn hemm kwestjoni purament legali li meta taqra ċerti affarijiet fil-gazzetti u l-press releases tal-Kummissjoni xi drabi tieħu l-impressjoni li hemm xi ħaġa li taffettwa affarijiet aktar serji, li m'hu veru xejn.", "Per eżempju, anke rigward il-kwestjoni tal-Birds Directive, sfortunatament il-Kummissarju għamel żewġ statements żbaljati meta kien hemm id-diskussjoni fil-Parlament Ewropew.", "L-aktar item importanti kienet li Malta naqset milli tapplika għad-deroga skond Artiklu 9 tad-direttiva.", "Fil-fatt skond il-handbook tal-Kummissjoni Malta għandha d-dritt li tuża d-derogation mingħajr ma titlob permess subject to submitting a report within a certain period mentri l-Kummissarju kien qal li aħna m'applikajniex.", "GEORGE VELLA: Jien ma rridx nidħol fid-dettall għax inkella se nispiċċaw nitkellmu fuq il-kaċċa u l-insib, pero` l-Kummissarju Dimas qed jgħid li kull pajjiż għandu d-dritt li jitlob deroga fuq Artiklu 9, pero` dan irid jipprova li għandu raġunijiet validi li jieħu dik id-deroga.", "Issa skond kif ġie interpretat il-Kummissarju Dimas, Malta għandna deroga meta qatt ma tressqet la talba għad-deroga u lanqas rapport.", "Dan hu li qal Dimas.", "IS-SUR RICHARD CACHIA CARUANA: Għalhekk huwa żbaljat.", "Dan qal ukoll li waqt il-package meeting tas-27 ta' Marzu se jkun hemm diskussjoni fuq il-kaċċa u l-insib meta fil-fatt ma kienx hemm u lanqas ma kien previst li jkun hemm.", "Pero` fuq dan il-punt sfortunatament kien hemm miżinterpretazzjoni tad-direttiva għax din tgħid li kull gvern għandu d-dritt li juża l-Article 9 derogation.", "Qed nistaqsi dan għax Artiklu 9 jispeċifika ċar u tond erba' stanzi li fuqhom wieħed jista' jkollu deroga.", "Għalhekk jien ma nistax ngħid li se ninvoka Artiklu 9, għax fuq liema parti se tagħmel dan?", "Se tagħmel dan għax se jkollok theddida għas-saħħa?", "Hemm erba' klawsoli u trid tgħid liema waħda minnhom.", "Għaldaqstant nifhem lill-Kummissarju Dimas meta qal li għandek dritt tgħid li se tapplika għal deroga, bla dubju ta' xejn, pero` trid tikkonvinċi li għandek grounds li dik id-deroga tiġi mogħtija billi tinvoka parti mill-Artiklu 9.", "MICHAEL FRENDO: Ħalli nara fhimtx sew.", "Jien naħseb li inti għandek dritt tapplika d-deroga u mhux tapplika għal deroga.", "Hemm differenza.", "Jiġifieri Dimas għamel l-iżball li minflok qal li għandek dritt tapplika d-deroga skond Article 9 qal li Malta m'applikatx għal deroga, qisu trid tagħmel xi applikazzjoni lill-Kummissjoni.", "Dak hu l-iżball li għamel.", "GEORGE VELLA: Imma trid tiġġustifika.", "MICHAEL FRENDO: Iva, imma tapplika d-deroga u tiġġustifikaha.", "(Interruzzjonijiet) Imma tapplikaha abbażi ta' l-awtorita` li tagħtik id-direttiva, mentri Dimas għamel żball u aħna kkontestajnielu ...", "MICHAEL FRENDO: Le mhux legalita` għax ta l-impressjoni lill-Parlament Ewropew li Malta kellha xi time limit u m'applikatx.", "U kkontestajnihielu.", "(Interruzzjonijiet) Il-Kummissarju għamel żball meta qal li rridu napplikaw għal deroga.", "Napplikaw deroga iva, imma mhux napplikaw għal deroga.", "GEORGE VELLA: Imma trid tiġġustifika l-applikazzjoni tad-deroga wkoll.", "MICHAEL FRENDO: Trid timmotivaha imma mhux tapplika għaliha x'imkien lil xi ħadd.", "Hu ta l-impressjoni li aħna ridna napplikaw għal deroga mentri aħna nistgħu napplikaw id-deroga u nimmotivawha fir-rapport li nagħmlu lill-Kummissjoni.", "GEORGE VELLA: Issa ħalli nkun ċar.", "Skond in-normi li hemm f'Artiklu 9 gvern responsabbli għandu jħoss li għandu jingħata permess biex japplika deroga.", "MICHAEL FRENDO: Le, għax id-direttiva tgħid: Jien abbażi ta' dawn l-affarijiet qiegħed napplika d-deroga.", "Jien qed napplikaha u mhux qed inħoss li għandu jkolli l-permess biex napplikaha … (Interruzzjonijiet) Jiġifieri ex post facto qed ninforma lill-Kummissjoni u mhux nitlob il-permess biex nagħmilha.", "GEORGE VELLA: Qed tapplika d-deroga fis-sens li m'intix qed tapplika Artikli 5,6, 7 u 8 bis-saħħa ta' Artiklu 9, għax inti taf u trid tipprova li inti għandek dritt tinvoka waħda mill-erba' subartikoli ta' Artiklu 9.", "When I start implementing the derogation fl-istess ħin irrid niġġustifika mal-Kummissjoni li jien għandi bażi xjentifika jew inkella legali li tissodisfa waħda mis-subartikoli ta' Artiklu 9 biex nużufruwixxu d-deroga.", "MICHAEL FRENDO: Hawnhekk qed naqblu bejnietna mija fil-mija.", "Aħna ma qbilniex mal-Kummissarju Dimas għax hu qisu ta l-impressjoni li l-ewwel irridu nagħmlu applikazzjoni u jekk jagħtuna napplikawha, mentri aħna qed ngħidu li l-ewwel napplikawha imbagħad irridu niġġustifikawha.", "GEORGE VELLA: Il-ġustifikazzjoni qed tiġi kkontestata.", "(Interruzzjonijiet) Le, ir-rapport dam ma ntbagħat żmien twil.", "MICHAEL FRENDO: L-issue hija jekk hemmx ġustifikazzjoni jew le, pero` mhux jekk applikajniex jew le.", "GEORGE VELLA: Dak huwa argument ieħor u hawnhekk naqblu mija fil-mija.", "Il-Kummissarju Dimas qal li kull pajjiż għandu dritt japplika deroga imma jrid jiġġustifikaha.", "IS-SUR RICHARD CACHIA CARUANA: Sfortunatament fil-Parlament Ewropew il-Kummissarju Dimas qal li kull pajjiż għandu dritt japplika għal deroga u Malta m'applikatx għal deroga.", "Sfortunatament għamel dak l-iżball u spiċċajna morna lura għall-Grieg għax assumejna li kien hemm żball min-naħa tal-press mentri fil-fatt l-iżball kien tal-Kummissarju.", "GEORGE VELLA: Rigward l-impjant ta' Sant'Antnin, kien hemm xi kuntatt magħkom min-naħa tal-Kummissarju Dimas?", "IS-SUR RICHARD CACHIA CARUANA: Formalment ma kien hemm xejn.", "Kien hemm xi statement fil-gazzetti fejn il-Kummissarju qal li din hija kwestjoni għall-gvern lokali.", "Jista' jkun li nformalment kien hemm xi diskussjoni fuqha mal-Ministru George Pullicino, pero` m'hemmx korrispondenza uffiċjali fuqha.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq nistaqsi xi ħaġa fuq ir-roaming.", "Kif nafu dan l-aħħar ġiet to the fore il-kwestjoni tar-roaming charges fuq inizjattiva tal-Kummissjoni u r-rapport li kien hemm fil-Parlament Ewropew.", "Kif taraw l-eżitu ta' dak li għaddej fil-Parlament Ewropew u kif tipprevedu li din il-kwestjoni se tispiċċa?", "Ovvjament din tinteressa lil ħafna konsumaturi fl-Ewropa, inkluż f'pajjiżna.", "IS-SUR RICHARD CACHIA CARUANA: Huwa diffiċli li tagħmel previżjoni għax il-parlament għadu f'nofs diskussjoni u kif ingħad fil-gazzetti għad hemm xi kwestjonijiet.", "Fil-fatt il-bieraħ jew il-bieraħt lura kien hemm statement tar-rapport tas-Sur Muscat.", "Hemm kwestjoni ta' lobby wkoll pero` min-naħa tagħna, fost affarijiet oħrajn, dejjem ħadna in konsiderazzjoni l-pożizzjoni taK-konsumatur.", "Skond it-tabelli li ħarġet il-kummissjoni r-roaming charges għall-Maltin meta jkunu msefrin u anke għall-barranin f'Malta kienu ogħla min-normal, jiġifieri l-gvern ħa interess f'dawk il-kwestjonijiet.", "Pero` l-gvern kien favur il-proposta.", "L-uniku caveat li kien hemm kien li l-gvern, jew aħjar ir-regolatur, ma riedx li minħabba r-regoli li jsiru għall-pajjiżi l-kbar nispiċċaw f'sitwazzjoni li l-operators Maltin ikunu f'pożizzjoni fejn jew ma jkollhomx margins tajbin jew jispiċċaw jipprovaw jgħattu għall-iżbilanċ tar-roaming billi jgħollu r-rati tal-mobiles f'Malta, jiġifieri tal-calls Maltin.", "Dik kienet il-caveat tal-gvern.", "MICHAEL FRENDO: Dan huwa caveat normali għax jista' jkun li meta taqbad regola u tapplikaha f'ekonomija żgħira, jekk ir-roaming f'Malta jkollu margin u tneħħihulu allura jagħmlu tariff re-balancing u l-cost imur fuq il-local calls.", "Ħaġa bħal din dejjem taqta' miż-żewġ naħat għax mill-banda l-oħra meta l-Maltin jsiefru barra jkollhom roaming charges irħas.", "Bħala gvern inħarsu lejn dawn l-affarijiet u l-ministeru responsabbli mill-kompetizzjoni jkun iktar edott fuqhom, b'mod li jagħti kas tal-partikolaritajiet ta' Malta.", "Sur President, anke fil-kwestjoni ta' l-enerġija aħna mxejna biex naqilbu 20% mill-fossil fuels għal renewables imma għedna li aħna challenged mit-territorju meta tiġi biex titkellem fuq ix-xemx u mill-fatt li m'għandniex it-teknoloġija biex nagħmlu l-enerġija mir-riħ sa 50 metru - għallinqas għalissa għax jien sinċerament naħseb li l-għażla li għamlet l-Ewropa se tagħti push biex it-teknoloġija tkompli tiżviluppa u nisperaw li aħna nkunu nistgħu niggwadanjaw minnha.", "Pero` issa rridu naraw kif il-Kummissjoni, b'konsultazzjoni ma' diversi pajjiżi, se tasal għal dawn l-20%.", "Jiġifieri hawnhekk għadna fl-istadju fejn fid-diskussjonijiet bilaterali mal-kummissjoni biex naraw x'se jkunu t-targets tagħna.", "Żgur li tagħna mhux se jkun 20%, pero` kull pajjiż se jkollu t-targets tiegħu li flimkien jagħmlu l-20%.", "Dawn iridu jiġu miftiehma mal-pajjiżi partikolari għax, jekk m'iniex sejjer żball, kienet qamet diskussjoni kbira fil-Kunsill Ewropew biex nassiguraw li l-President tal-Kummissjoni jieħu in konsiderazzjoni l-aspetti l-iktar partikolari ta' kull pajjiż biex jaslu għal dawn it-targets.", "Dan għaliex ma tistax tagħmilhom across the board, jiġifieri mhux taqbad 20% u tqassamhom bejn 27 pajjiż.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "GEORGE VELLA: Fil-kwestjoni ta' l-enerġija ma jistax ikun li kull pajjiż jagħmel il-kontijiet tiegħu waħdu li mbagħad jgħaqqadhom ma' ta' l-oħrajn imma bilfors irridu jinħadmu kollha flimkien.", "Per eżempju, bħalissa hemm l-inizjattiva tat-Trans-European Energy Network tal-Club of Rome li qed jgħidu li rridu mmorru għall-photovoltaic system.", "Tajjeb li wieħed jgħid li jekk 0.3% tad-desert area li hemm fin-North Africa, fil-Mediterran u fl-Ewropa jiġu mgħottijin b'photovoltaic panels, you can do away with all power stations għax dawn jipprovdu l-enerġija kollha li għandha bżonn l-Ewropa u allura jispiċċa l-argument kollu dwar l-enerġija nukleari u t-theddida li l-Ewropa tkun tiddependi għall-enerġija mir-Russja.", "Fil-fatt il-Ġermanja hija interessata ħafna f'dan tant li qegħdin jistudjaw ħafna dwaru.", "Pero` ma jistax ikun li kull pajjiż jagħmel dan kollu waħdu.", "Kif jista' jkun!", "IS-SUR RICHARD CACHIA CARUANA: Fil-fatt il-Kummissarju Piebalgs, li kien hawn din il-ġimgħa, kellu diskussjonijiet kemm mal-Ministru Ninu Zammit kif ukoll mal-Prim Ministru fuq din il-kwestjoni.", "Se jkun hemm sistema mmexxija mill-Kummissjoni fejn kull pajjiż se jkun parti mid-diskussjoni biex jagħmlu targets għal kull pajjiż.", "Ta' min jgħid li hemm ċerti pajjiżi li diġa` laħqu r-rata ta' 20%, jiġifieri dawk il-pajjiżi li għandhom il-hydroelectrics u affarijiet bħal dawn. qegħdin.", "THE CHAIRMAN: Rigward is-suġġeriment tal-Ministru li niltaqgħu in camera dwar ċerti aspetti partikolari, ma nsib ebda diffikulta`, anzi nilqa' s-suġġeriment mill-ewwel għax bla ebda dubju laqgħa bħal din tkun ta' utilita` kbira għaż-żewġ naħat.", "Irridu naraw ftit meta tkun l-aħjar data konvenjenti għaż-żewġ naħat.", "MICHAEL FRENDO: Għandi nifhem li din il-laqgħa nagħmluha fil-bidu jew matul kull presidenza, kif konna ftehemna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "GEORGE VELLA: Għal kull bon fini, billi qed nitkellmu fuq laqgħat in camera ma rridux ninsew li dan il-kumitat jista' jagħmel laqgħat in camera pero` taħt ċirkostanzi partikolari, jiġifieri mhux għalxejn b'xejn.", "Jien nista' ngħid – għallinqas nitkellem għan-naħa tagħna – li rridu mmorru in camera meta jkollok informazzjoni li l-ministru jħoss li f'dak l-istadju m'għandhiex tkun pubblika.", "MICHAEL FRENDO: Ħalli nkun partikolari, ma jimpurtax.", "Jien qed nitkellem għall-parti kontenzjuża li bħalissa qed tiżviluppa u li tista' tispiċċa anke quddiem il-Qorti Ewropea.", "U li allura għalissa m'għandhiex tiġi pubblika.", "MICHAEL FRENDO: Qed għidu għal dak l-istadju.", "GEORGE VELLA: Bħala politiċi li ġejjin partiti differenti aħna ma nistgħux nieħdu l-okkażjoni biex tiġi mgħoddija lilna informazzjoni li tkun ta' interess nazzjonali u li mbagħad inkunu marbutin li nżommuha.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti x'suġġetti niddiskutu.", "THE CHAIRMAN: Jien qed nifhem x'qed tgħid pero` jekk u meta naslu f'dak il-punt issir diskussjoni bejnietna.", "Pero` jien nemmen li l-maturita` u s-sens komun jiddettaw li, kif dejjem għamilna f'dan il-kumitat, jekk xi ħaġa tkun ta' interess nazzjonali ż-żewġ naħat niġbdu ħabel wieħed biex inħarsu l-interess nazzjonali.", "Jekk m'hemmx aktar kummenti jew rimarki nirrigrazzja lill-Ministru u lill-Ambaxxatur u naġġornaw għal data oħra.", "Il-lejl it-tajjeb lil kulħadd.", "Fit-8.37 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070430_106d_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 30 ta' April 2007.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.20 p.m.", "L-Onor Jason Azzopardi, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor Michael Asciak, l-Onor Leo Brincat, l-Onor Clyde Puli u l-Onor George Vella.", "SKUŻATI: L-Onor Mario de Marco kien fuq xogħol parlamentari ieħor.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 105 li saret fis-26 ta' April, 2007, kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumitat informa lill-Kumitat li l-Iskrivan tal-Kamra kien irċieva mingħand is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tliet riżoluzzjonijiet, hawn taħt indikati, li kienu ġew adottati mill-Parlament Ewropew:-", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-futur tar-riżorsi proprji ta' l-Unjoni Ewropea (2006/2205(INI)) P6_TA-PROV(2007)0098 - adottata fid-29 ta' Marzu 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-futur tal-futbol professjonali fl-Ewropa (2006/2130(INI)) P6_TA-PROV(2007)0100 - adottata fid-29 ta' Marzu 2007; u", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2007 dwar l-integrazzjoni ta' l-Istati Membri Ġodda fil-Politika agrikola komuni (2006/2042(INI)) P6_TA-PROV(2007)0101 - adottata fid-29 ta' Marzu 2007.", "LAQGĦA MAS-SUR RICHARD CACHIA CARUANA, RAPPREŻENTANT PERMANENTI TA' MALTA GĦALL-UNJONI EWROPEA DWAR:", "Il-Membri tal-Kumitat flimkien mar-Rappreżentant Permanenti ta' Malta ġħall-Unjoni Ewropea ddiskutew diversi mill-prijoritajiet tal-programm ta' xogħol tal-Presidenza Ġermaniża kif ukoll tal-programm li jkopri t-tmintax-il xahar minn Jannar 2007 sa Ġunju 2008, fosthom, it-Trattat tal-Kostituzzjoni, l-Istrateġija ta' Lisbona, it-tisħiħ tar-rwol ta' l-Unjoni Ewropea fil-kamp internazzjonali u n-Neighbourhood Policy.", "Ġew diskussi wkoll il-każijiet fejn il-Kummissjoni Ewropea qed titlob lil Malta biex twieġeb dwar allegat ksur ta' direttivi, fosthom, dwar il-kaċċa u l-insib, it-tniġġis mill-vetturi u mill-power stations u l-eżerċizzju dwar ir-razzjonalizzazzjoni ta' l-arei għall-iżvilupp.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8.37 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070430_106m_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 85", "L-Erbgħa, 2 ta' Mejju, 2007", "L-Onor.", "Clyde Puli, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 2 ta' Mejju, 2007 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Equal Projects – Promoting Equal Opportunities through Empowerment – Preżentazzjoni minn Ms Sina Bugeja, Executive Director, NCPE.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070502_085a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 85", "L-Erbgħa, 2 ta' Mejju, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 85", "L-Erbgħa, 2 ta' Mejju, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.09 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 84 li saret nhar il-Tlieta, fis-27 ta' Marzu 2007 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (ONOR CLYDE PULI): Qabel ma tibda l-preżentazzjoni ippermettili npoġġi fuq il-Mejda tal-Kumitat korrispondenza mill-Imħallef Franco Depasquale li huwa ċ-Chairman tal-Bord tal-Pulizija li qed jibgħatilna dan id-dokument skond id-dispożizzjoni ta' artiklu 57 (1) ta' l-Att Nru XIII ta' l-2002 li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta.", "Promoting Equal Opportunities through Empowerment – Preżentazzjoni minn", "Il-laqgħa tal-lum hija dwar l-Equal Projects - Promoting Equal Opportunities through Empowerment.", "Preżentazzjoni minn Ms Sina Bugeja, Direttur Eżekuttiv ta' l-NCPE.", "MS SINA BUGEJA: Mr Chairman grazzi ta' l-introduzzjoni.", "Se ngħid żewġ kelmiet fil-bidu imma se tkun Ms Marija Sammut li se tagħmel il-preżentazzjoni proprja.", "Qabel xejn ngħidilkom l-iskop għalfejn tlabna din il-laqgħa.", "Bħalissa l-proġett Equal wasal fl-aħħar fażi tiegħu u fil-presentation se jiġi spjegat eżattament x'kienet kull fażi ta' dan il-proġett.", "L-għan prinċipali ta' dan il-proġett kien li inħarsu lejn is-settur li nsejħulu the inactive population jiġifieri dawk in-nies li m'humiex jaħdmu u mhux qegħdin ifittxu xogħol però huma of working years jiġifieri huma ta' l-età li jistgħu jaħdmu.", "Jekk inħarsu lejn is-settur feminili, qed inħarsu lejn figura mil-inqas ta' 110,000 mara li huma ta' età li jistgħu jaħdmu però m'humiex qegħdin la jfittxu xogħol u lanqas qegħdin jaħdmu.", "Il-proġett kien immirat li jwassal ċertu training għal dawn in-nisa biex jikkonsidraw iktar il-possibilità li jaħdmu.", "L-aħħar fażi tal-proġett titlob li niktbu a policy document.", "Issa apparti li ħarisna lejn is-social partners – dawk li jistgħu jkunu li se jikkontribwixxu l-informazzjoni għalina biex niktbu dan id-dokument - ħassejna li jekk nagħmlu meeting hawnhekk se nieħdu wkoll informazzjoni u naqsmu magħkom it-thinking tagħna ta' x'ħareġ mill-proġett.", "Dan biex mhux biss intom tkunu nformati fuq is-sitwazzjoni reali imma aħna nisimgħu wkoll lilkom kif tħarsu lejn din is-sitwazzjoni u b'hekk inħossu li se nkunu ħadna approach mill-iktar mod wiesgħa billi nkunu inkludejna wkoll il-policy makers – intom u l-input tagħkom.", "Issa se ngħaddi l-floor lil Ms Marija Sammut ħalli tagħmel il-presentation imbagħad inkomplu d-diskussjoni wara.", "MS MARIJA SAMMUT (Equal Project Coordinator): Mr Chairman, l-isem tal-proġett huwa Promoting Equal Opportunities through Empowerment.", "Hemm diversi partners li qegħdin jikkollaboraw f'dan il-proġett u fosthom hemm l-MCAST (Malta College of Arts, Science and Technology), il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, l-ETC (Employment and Training Corporation), il-Bord tal-Kooperattivi, l-MEA (Malta Employers' Association) u l-FOI (Malta Federation of Industry), il-KNPD u l-General Workers' Union, il-UĦM u l-NCW.", "L-għan ta' dan il-proġett kien li nħarsu lejn l-inactive population, partikolarment in-nisa, u ninkoraġġuhom biex jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol.", "Għan ieħor tal-proġett kien li nħeġġu n-nies li qegħdin jaħdmu fl-informal economy biex jixxiftjaw lejn il-formal economy minħabba l-benefiċċji li din toffri.", "Dan il-proġett kien jinvolvi ħames stages differenti.", "L-ewwel stage kienet li niġbru l-informazzjoni fuq it-training u l-education opportunities available kif ukoll employment opportunities; it-tieni stage kienet Dissemination of Information through the Media, bażikament through television/radio programmes, it-tielet stage kienet il-Local Council Seminars li kienu aimed għall-inactive population ir-raba' waħda kienet Meeting with Employers - li qegħdin nagħmlu bħalissa - u l-aħħar waħda hi Formulation of Policy.", "Bażikament, fl-ewwel stage, ġbarna l-informazzjoni mill-partners kollha tal-proġett.", "Per eżempju l-MCAST bagħtulna x'courses għandhom available u l-ETC qalulna x'opportunitajiet ta' xogħol hawn.", "Ġbarna l-informazzjoni u ħriġna booklets li mbagħad qassamnihom lin-nies li attendew is-seminars.", "Ħaġa oħra kienet ir-role models.", "F'dan il-proġett użajna l-konċett ta' role models li huma nies li rnexxew fid-dinja tax-xogħol, għamlu xi żmien inactive, u issa reġgħu lura fid-dinja tax-xogħol.", "Dawn ħadu sehem kemm fis-seminars - fejn qassmu l-esperjenzi tagħhom biex ħeġġew nies oħra - kif ukoll fuq programmi tat-television u radjo fejn għamlu statements ta' kif rnexxew.", "It-tieni stage kien il-programm \"Naħdem u kif.\"", "Din kienet serje ta' programmi li kienu jidhru fuq it-TV darba fil-ġimgħa.", "Kien programm ta' nofs siegħa u kien flowing ħafna fejn kien ikun hemm speaker fuq kull suġġett u anke role models li tkellmu dwar l-esperjenza tagħhom.", "Fil-programm kien ikun hemm ukoll l-education u training opportunities li kienu available.", "Is-seminars kienu mqassmin f'erba' partijiet.", "Minħabba t-trasport qsamna lil Malta fin-north, central, south u Għawdex u kull ġimgħa - mqassma fuq ħames ġimgħat - għamilna seminar darba fil-ġimgħa għan-north, għas-south, central u Għawdex.", "F'dawn is-seminars kien hemm speakers varji u per eżempju, għednilhom kif tinkiteb CV, kif tfittex xogħol, kif tmur għal-interview, fuq il-liġi, ir-rights li għandek, x'mistoqsijiet jistgħu jistaqsuk waqt l-interview, kif tweġibhom, u kif tapplika għax-xogħol - il-letter of application.", "Ipprovajna nippromwovu l-koperattivi biex dak li jkun ma jibqax iħares lejn l-istess tip ta' xogħol imma jħarsu lejn tipi differenti ta' xogħol.", "Aħna kellna aim li jkun hemm tant nies li jattendu imma attendew inqas milli stennejna.", "Allura ddeċidejna li nwaqqfu Focus Group biex naraw x'inhuma d-diffikultajiet li qed isibu n-nies.", "L-għan ta' dan il-Focus Group kien biex naraw x'knowledge għandhom fuq employment u training opportunities u x'inhuma l-istumbling blocks li qegħdin isibu biex jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol u s-support structures li huma jaħsbu li għandhom bżonn.", "F'din l-islide hawn ftit mill-feedback li rċevejna min-nies li attendew għal focus groups u għas-seminars.", "Waħda mid-diffikultajiet li sabu hija l-flessibilità fuq il-post tax-xogħol.", "Ħafna min-nisa xorta jaħsbu li huma għandhom jieħdu ħsieb it-tfal u allura jippreferu li jkollhom part-time minflok full time job.", "Imma biex isibu part-time job hija diffiċli għax m'hemmx part-time registry.", "Għalhekk iridu bilfors jirreġistraw għal full time job imma peress li ma jmorrux jirreġistraw dawn qed jinqatgħu mir-reġistrar.", "Apparti minn hekk ġieli jidħlu għal xi xogħol full-time, jkunu jridu l-flessibilità u l-employer mhux dejjem jagħtihom dak iċ-ċans u jispiċċaw jitilqu milil-post ta-xogħol.", "Diffikultà oħra li qed isibu huma l-ischool hours.", "Għax jekk huma jaħdmu sal-5.00 p.m. fejn se jħallu t-tfal mis-2.00 p.m. sal-5.00 p.m.?.", "Is-summer holidays huma problema oħra għax fejn se jħallu lit-tfal fit-tliet xhur tas-sajf?", "Ħarġet ukoll l-age discrimination.", "Bażikament ħafna minn dawn il-women returnees huma over 35 u 40 years allura apparti l-gender qed isibu wkoll age discrimination.", "Diffikultà oħra li sabu hi li minn meta jkunu telqu mill-post tax-xogħol, l-education level tagħhom jkun differenti għax illum id-dinja tax-xogħol inbidlet allura qed isibuha diffiċli biex jilħqu magħha.", "Meta tgħidilhom li jistgħu jieħdu training, diffikultà li jsibu hi jekk illum għandhom 40 sena u jieħdu training għal \"O\" level, sakemm jistudjaw u jagħmlu eżami ta' l-\"O\" level ikollhom 45 years.", "Issa diġà qed isibuha diffiċli biex isibu xogħol ta' 35 years aħseb u ara ta' 45 years.", "F'din l-islide qed naraw ftit mir-recommendations li ġbarna mingħandhom fejn kien hemm dawn l-issue:", "Making work pay - jiġifieri li kultant jaqbilek taħdem fl-informal economy;", "Recognition of voluntary and community work - fejn ħafna minn dawn in-nisa li attendew huma involuti f'xogħol volontarju u community work, però meta jiktbuhu fuq is-CV mhux rikonoxxuta bħal meta għandek ċertifikat ta' l-\"O\"level;", "Empowerment for women especially at grass roots level - fejn ħafna minnhom jaħsbu li m'għandhom l-ebda skills għax m'għandhomx \"O\" levels.", "Issa fil-verità jkollhom ħafna skills imma jaħsbu li m'għandhomx għax ħafna minnhom jkunu jafu jimmaniġjaw il-flus;", "Mentoring and on the job training - diffikultà oħra li sabu kienet li minflok tibda tistudja ta' 35 years, kien hemm min qal għaliex m'għandux ikun hemm mentoring u on the job training biex inġiebu l-esperjenza;", "Bħalissa għaddejjin mill-fażi li nżommu seminars ma' l-employers.", "Wara li smajna x'qalet l-inactive population, se nagħmlu wkoll seminars mal-Unions u policy makers biex nisimgħu min-naħa tagħhom u naraw x'diffikultajiet għandhom.", "Per eżempju mhux billi ngħidu li rridu iktar flexibility, imma rridu naraw kemm hija vijabbli min-naħa ta' l-employers, nisimgħu ż-żewġ naħat u nsibu t-triq tan-nofs.", "L-aħħar stage huwa l-Formulation of Policy fejn irridu niktbu d-dokument, Policy recommendations.", "MS SINA BUGEJA: Mr Chairman nixtieq niċċara xi punti li ħarġu mill-presentation biex noħroġhom iktar bis-saħħa.", "Kif rajtu s-social partners kollha li b'xi mod jistgħu jikkontribwixxu - l-employers, employees, unions, ETC, min jista' joffri training - kollha kienu qegħdin hemmhekk.", "Il-programm tat-television kellu skop partikorali dak li jwassal il-messaġġ fid-djar - allura mhux skuża ta' kif se nilħqu l-pubbliku.", "Użajna role models u ma morniex għal nies li qed imexxu organizzazzjonijiet u li drajna narawhom fuq it-television.", "Per eżempju użajna persuna li ilha żmien li telqet mill-iskola, imbagħad reġgħet ġiet lura fid-dinja tax-xogħol wara li rabbiet it-tfal, għamlet course ta' hairdressing u llum għandha s-salon tagħha.", "Jiġifieri mhux qed immorru għall-affarijiet ta' barra minn hawn imma we are pitching at that level biex iktar tkun maniġabbli għan-nies li qegħdin inħarsu lejhom.", "Għamilna enfasi qawwija fuq il-koperattivi.", "Ħdimna ħafna mal-Bord tal-Koperattivi imma ħareġ ċar li l-idea ta' entrepreneurship tbeżża' lin-nies.", "Jien naħseb, jekk fis-sistema edukattiva mhux se ndaħħlu l-idea ta' imprenditur minn kmieni, mhux se nwasslu li jkun hemm ċertu inizjattivi.", "Il-ħsieb għadu li meta tfittex ix-xogħol, tħabbat il-bieb ta' employer, dan jipprovdilek ix-xogħol u you deliver.", "FREDERICK AZZOPARDI: Din ġejja iktar min-naħa tan-nisa jew min-naħa ta' l-irġiel?", "MS SINA BUGEJA: Aħna mainly ħarisna lejn in-nisa.", "Skond il-Bord tal-Koperattivi dawn isibu diffikultà fiż-żewġ setturi.", "Però jekk f'Malta naraw kemm hawn koperattivi tan-nisa u ta' l-irġiel, insibu li tan-nisa tgħoddhom fuq id waħda filwaqt ta' l-irġiel hawn ftit iktar.", "Però l-idea ta' entrepreneurship u r-riskju li jaraw meta tiġi biex tiftaħ business għalik waħdek, tbeżża' lil ħafna.", "Aħna għadna nħarsu lejn il-financial independence tal-mara bħala mhux neċessarja imma li jikkumplimenta l-introjtu tal-familja.", "Allura hi trid ċerta sigurtà biex tikkumplimenta li ma tmurx tagħmel xi pass u allura se jmorru iktar agħar milli.… (Interuzzjoni)", "FREDERICK AZZOPARDI: Skond il-paga.…", "MS SINA BUGEJA: Eżatt.", "Dawk ħarġu ċari ħafna.", "Jidher ċar ukoll, li fil-kultura tagħna għalkemm il-mara ġġorr ħafna iktar responsabilitajiet biex tidħol fid-dinja tax-xogħol, ir-responsabilitajiet l-oħrajn ta' kura baqgħu għandha wkoll.", "Jiġifieri fir-realtà ma saritx qasma tar-responsabiltajiet ma' kulħadd u l-mara qed iġġorr iktar billi qed tgħin ukoll fil-finanzjament tal-familja.", "Il-kura – qed nitkellem b'mod ġenerali - baqgħet ħafna f'idejn in-nisa u minn naħa l-oħra n-nisa ma jridux jitilquha.", "Anzi jgħidu li huma jridu li jsibu xogħol li jagħtihom il-possibilità li jaħdmu, imma l-kura tat-tfal u tal-familja jibqgħu jeħduha huma.", "Allura l-iktar ħaġa li qegħdin ifittxu hija l-flessibilità.", "Din sibniha wkoll f'riċerka oħra li għamilna fejn in-nisa ma kienux daqhekk interessati fil-career breaks.", "Iktar iridu li jkollhom a reduced week u flessibilità.", "Jiġifieri n-nisa jippreferu jibqgħu in kuntatt mad-dinja tax-xogħol - biex ma jinqatgħux għax imbagħad diffiċli biex jerġgħu jidħlu lura - u mhux qegħdin ifittxu career breaks.", "Mill-presentation ħareġ ċar ukoll il-limitazzjonijiet tagħna.", "Il-fatt li aħna, bħala pajjiż, għadna bla reġistru tal-part-timers, jurina ċar li mhux qed nagħtu l-possibilità li ċerti setturi tan-nisa li jridu jew jistgħu jaħdmu biss bħala part-timers, juru din ix-xewqa tagħhom x'imkien.", "U aħna b'xi mod inkunu nistgħu - meta naħdmu ma' l-employers - ngħidu li hemm lista ta' nies li lesti jaħdmu b'dawn il-kundizzjonijiet.", "Issa la m'għandniex dan ir-reġistru tal-part-timers lanqas għadna wassalna għal-idea tat-temping possibilities.", "Irridu nqisu li 90% tal-kumpanniji huma SMEs u mhux realtà għal pajjiżna l-fatt li jekk dawn jitilqilhom xi ħadd minn fuq il-post tax-xogħol, iridu jżommu dak l-ispazju għal sena jew tnejn.", "Allura hemmhekk jidħol il-bżonn ta' temping agencies fejn għandek nies li huma trained u they can fill in a gap mingħajr m'għandhom bżonn żmien partikorali ta' training għax ikunu ġabuh magħhom.", "U lil l-employer jagħtuh il-bżonnijiet f'dak il-ħin li għandu bżonnhom, mingħajr ma qed jissagrifika iktar jew qed tiswielu iktar b'xi mod partikolari.", "Ħareġ ċar ukoll il-punt ta' l-ischool hours.", "Sakemm se nibqgħu bis-sistema edukattiva li taħdem fuq is-sigħat li għandna, mhux veru li rridu li n-nisa joħroġu jaħdmu.", "Għax fir-realtà jekk l-ommijiet jidħlu tard filgħodu biex iwasslu lit-tfal għall-iskola, dawn fis-1.30 p.m. jew fis-2.00 p.m. iridu jerġgħu jitilqu biex jiġbruhom.", "Issa fejn hemm koppja li jistgħu jaħdmu t-tnejn bir-reduced hours mhux daqshekk possibbli finanzjarjament.", "Jiġifieri ħafna drabi fejn hemm two parents in employment, xi ħadd minnhom ikollu jagħżel li jaħdem fuq reduced hours meta hemm responsabilitajiet oħrajn.", "Dan ifisser li jekk ir-reduced hours teħodhom l-mara - għax x'aktarx l-income tagħha huwa inqas għalkemm jista' jkun hemm sitwazzjonijiet differenti imma qegħdin nitkellmu fuq il-ġenerali - trid tidħol xogħol bejn it-8.30 a.m. u 9.00 a.m. u bejn is-1.30 p.m. u s-2.00 p.m. trid terġa' tkun barra biex tilħaq tiġbor lit-tfal.", "Jiġifieri sakemm se nibqgħu b'dawn is-sistemi m'aħniex qegħdin niffaċilitaw li n-nisa jkunu preżenti fid-dinja tax-xogħol.", "Issa jiena m'iniex ngħid biex inżidu s-sigħat ta' l-iskola b'iktar academic input.", "Imma hemm ħafna affarijiet li nistgħu nagħmlu fil-ħin ta' wara l-iskola sal-ħin li l-omm tispiċċa mix-xogħol.", "Dawn rajnihom f'mudelli li jintużaw f'pajjiżi oħrajn.", "Wara l-ħin ta' l-iskola most parents jispiċċaw taxi drivers għat-tfal biex iwassluhom il-privat, imbagħad għad-duttrina eċċ. Fil-kultura tagħna dawn għandhom schedule ċara ta' x'hemm bżonn għal kull età tat-tfal.", "M'hemmx daqshekk diffikultà li dawn il-bżonnijiet kollha niġbruhom taħt kappa waħda u mhux neċessarjament li tkun it-teacher li tibqa' wara l-ħin tax-xogħol għax at the end of the day most teachers are working mothers ukoll.", "Aħna mhux qegħdin ngħidu biex intawlu s-sigħat tat-teachers.", "Imma qed ngħidu li hemm lakuna u trid timtela b'nies li għandhom expertise f'areas partikorali biex it-tfal jieqfu jużaw il-kotba f'dak il-ħin u jaraw l-iskola bħala idea ta' fun, kultura, arti, eċċ. Hemm ħafna affarijiet li t-tfal tagħna huma neqsin minnhom u li nistgħu ngħallmuhom.", "Meta nikkomparaw il-livell ta' kultura li għandhom it-tfal tagħna mal-livell tal-pajjiżi l-oħra Ewropej insibu li we are too focused on exams.", "Hemm tellieqa għall-eżami biex tgħaddi u mbagħad we move on.", "Ħareġ ċar ukoll li meta staqsejnihom xi jkunu rridu meta jfittxu x-xogħol, huma qalulna li l-punt kardinali hu li huma xogħol jkunu jridu u mhux training.", "Dak messaġġ għalina li rridu nqajmu iktar awareness fuq il-ħtieġa ta' iktar training għax ix-xogħol inbidel.", "Jekk tkun barra mid-dinja tax-xogħol ftit snin, bidla mod, jekk minn naħa l-oħra tkun ilek barra numru ta' snin hemm bidla ħafna ikbar.", "Il-punt tat-training qed neħduh biex inwasslu iktar dan il-messaġġ.", "Imma l-iktar punt kruċjali huwa – u hawnhekk forsi niftħu d-diskussjoni - making work pay.", "Għalija kienet an educational activity meta xi ħadd ħadimli somma preċiża ta' x'tieħu jekk tkun a single mother bi tlett itfal, bir-rebates tad-dawl u l-ilma, bl-allowance tal-ħalib u lanqas naf x'affarijiet oħra semmgħu.", "Issa meta nagħmel dawn fil-miżien u nqabbilhom jew mal-minimum wage - jekk ikunu gainfully employed, and that means also losing 40 hours of your week - jew ma' dawk li huma jaraw bħala immediate gratification ta' l-informal economy - li jekk mort għamilt siegħa għand xi ħadd bil-Lm5 is-siegħa - huma jaraw li daħħalt Lm5 netti fil-but u ma nfaqt xejn minnhom.", "Il-kontribuzzjoni lejn il-pensjoni tagħhom assolutament mhux fuq l-aġenda.", "Dawn huma l-punti li ħadna aħna biex inqajmu awareness fuq dawn l-affarijiet.", "Dawn huma punti kruċjali li ħarġu mir-riċerka li ġbarna.", "Din l-informazzjoni ġbarniha prinċipalment mill-Focus Groups li għamilna apposta.", "Inizjalment il-Focus Groups ma kenux parti mill-proġett imma meta rajna li ma kellniex response tajjeb għat-training - għalkemm kien really well set għalihom u kien anke organizzat bit-trasport f'two specific points f'kull raħal fejn tiġborhom il-bus, u ma kienx hemm problema - għamilnihom biex ikollna idea iktar ċara ta' x'inhi s-sitwazzjoni.", "Issa se niġu biex nagħmlu il-policy document, so now we need to discuss, possible ways forward.", "The CHAIRMAN: Kif qed tipproponi li nagħmlu?", "Għandek xi domandi u niddiskutu suġġett suġġett?", "MS SINA BUGEJA: Fil-fatt kważi kważi kont se ngħidilkom biex tiggwidawni intom għax intom tafu kif isiru l-affarijiet.", "Dak huwa l-importanti għalina.", "The CHAIRMAN: Staqsejt biex nara jekk hux idejali li naqbdu item item li tixtieq inti.", "MS SINA BUGEJA: Hi u titkellem Marija, jien għamilt xi punti biex inkunu nistgħu mmexxuhom iktar 'l quddiem.", "Fil-każ nistgħu nagħmlu hekk.", "Nibdew mil-punt ta' Making Work Pay għax naħseb li huwa verament punt kruċjali.", "Filwaqt as a welfare society irrid inħalli spazju totali għal min għandu bżonnijiet soċjali u li nagħtuh is-support li għandu bżonn - jiġifieri bl-ebda mod ma rrid immiss dik - naħseb irridu naraw ukoll kif ikun hemm il-possibilità li jekk jiena - ħalli nuża kelma goffa – nissagrifika 40 siegħa mill-ġimgħa tiegħi, at the end of the week it must be worth my while.", "Naħseb li dak huwa punt kruċjali li rridu nifhmu, naraw u nesploraw how we can take this forward.", "The CHAIRMAN: Kif nara jiena, tista' tinqabad bejn żewġ postijiet, waħda l-kunċett tal-kompetittività u t-tieni waħda bejn ix-xibka ta' solidarjetà li wieħed jixtieq ikollu.", "Fil-budget speech li għadda, u anke f'ta' qabel, ir-reazzjonijiet u l-kummenti tiegħi dejjem kienu li hemm problema simili bejn l-unemployment benefit u l-minimum wage.", "Il-minimum wage ma tħajrekx tmur taħdem għal Lm10 biss.", "Issa s-soluzzjoni x'inhi, tnaqqas l-unemployment benefit jew iżżid il-minimum wage?", "Wieħed jifhem li tagħmel x'tagħmel se tolqot lil xi ħaġa, jew se tolqot il-kompetittività jew se tnaqqar l-għixien kważi diċenti ta' ċertu setturi.", "Hawnhekk jista' jkun li terġa' tintlaqat minn din id-dilemma.", "Jiġifieri lanqas jiena ma nista' naqbad u ngħid x'għandna x'nagħmlu, però żgur li wieħed irid jesplora il-modi ta' kif ngħidu huwa worth it li toħroġ taħdem.", "Wieħed minnhom jista' jkun dak li semmejt inti, li sal-lum donnu ħafna min-nies - b'mod partikolari n-nisa - ma tolqothomx il-kwestjoni tal-pensjoni.", "Il-mentalità hija li, vera biex tissupplimenta l-paga tal-familja, u allura l-pensjoni speċi 'min ra', jiġifieri dik hija forsi parti mil-kultura u mill-valur li qed ngħixu.", "Tista' tagħmel kampanja ta' edukazzjoni, jiġifieri li jaqbilek....", "MS SINA BUGEJA: S'hemmhekk diġa qegħda f'idejna.", "Imma nixtieq li mmorru pass oltre minn hekk.", "Ovvjament int m'intix se tgħidli x'se jagħmel il-gvern għax tridu tiddiskutu u taraw x'inhu feasible, imma let us start looking at possible solutions mingħajr ma ngħidu this is it u mingħajr ma norbotha li għedtha inti jew b'xi mod anchored it.", "Aħna li nixtiequ naraw hija diskussjoni, għax jekk mhux se nifhmu.… Dan bħal Health Promotion.", "Ngħidu li rridu awareness raising campaign, nistgħu nagħmlu miljun waħda, però jekk mhux se ssib il-brimba li qed tagħmel l-għanqbuta u tara kif se tneħħiha, se noqogħdu nneħħu għanqbuta wara oħra u l-brimba tibqa' hemm.", "Jekk inħarsu lejn il-possibilità li l-allowances li jingħataw bħala welfare society jonqsu, ma tagħmel sens għal ħadd u lanqas hija politikament feasible għal ħadd, jiena nifhimha.", "Irridu nħarsu lejn iktar moviment, għax aħna fl-aħħar mill-aħħar għandna l-Lisbon Agenda, jiġifieri bħala pajjiż irridu nħarsu lejha u rridu naslu li nimplimentawha.", "Min-naħa ta' l-irġiel li jaħdmu, Malta għandna iktar mill-basic requriements għax hawn jaħdmu more than 75%.", "Filwaqt li minn naħa tan-nisa rridu nilħqu is-60% sa 2010 meta we are at 33%.", "The CHAIRMAN: Intom qed tħarsu li toħorġu dawk li hemm inattivi, mhux tibda minn isfel u kulmin se joħroġ mix-xogħol, tħajru jibqa' hemm.", "MS SINA BUGEJA: Jekk se nagħmel hekk, minħabba l-Lisbon Agenda mhux se nlaħħaq sa' l-2010, għax għandna target u rridu naslu għaliha.", "The CHAIRMAN: Immaġina xi ħadd ta' età kbira naħseb hija ftit ...", "MS SINA BUGEJA: Huma iktar diffiċli però having said that l-ETC għamlu studju....(Interuzzjoni)", "The CHAIRMAN: Naħseb min qorob lejn il-50 sena lanqas tgħaddielu minn rasu li joħroġ jaħdem..", "MS SINA BUGEJA: L-ETC għamlu investigazzjoni ma' l-inactive popolazzjoni u ħareġ li 48% minnhom - li huma between the 35 and 45 age bracket - are prepared to work for the right conditions.", "Jiġifieri jekk minn 110,000 se ninżel 50%, naf li għandi cohort ta' 50,000 li nista' nimmira lejhom.", "Allura hemmhekk nippretendi li nara xi riżultati, għax dawk li għandhom ċerta età u mhux interessati qtajthom barra.", "Però baqa' żgur 50,000 li m'hijiex ċajta meta tara l-ekonomija..…", "The CHAIRMAN: Qed tagħmel target minn ċerta età?", "The CHAIRMAN: Inti qabel semmejt employable age, sa 60 employable age...", "Imma jekk nużaw l-istudju li għamlet l-ETC, qisna qegħdin inħarsu lejn it-35 to 45 age bracket, which is more than feasible.", "Dawk li huma aktar qrib lejn il-35 sena għax economically they need to work, u dawk li huma eqreb lejn il-45 sena qalu li t-tfal tagħhom issa tfarfru u settiljati biżżejjed li jistgħu joħorġu jaħdmu għax m'għadhomx daqshekk dipendenti fuqhom.", "Fl-aħħar mill-aħħar qed nitkellmu fuq l-ekonomija tal-pajjiż.", "U naħseb li 50,000 ruħ oħra jaħdmu, m'hijiex ċajta.", "The CHAIRMAN: Meta jgħidu li lesti jaħdmu - ovvjament għal part-time qed ngħidu - issa mill-esperjenza tiegħi dawn ma jieqfux sa part-time, imma part-time u f'dawn il-ħinijiet jgħidulek.", "MS SINA BUGEJA: Għax huma jkunu jafu verament il-bżonnijiet tagħhom x'inhuma.", "The CHAIRMAN: Ħafna part-time work ma jkunx f'dak il-ħin imma jkun f'ħin ieħor ġeneralment jew fil-weekend jew filgħaxija.", "Jiġifieri qas terġa part-time imma part-time u f'ħin partikorali li jkompli jagħmilha iktar diffiċli għal ċerti employers.", "F'dan l-istudju ħareġ jekk humiex qed jgħidu xi ħin partikulari li jridu jaħdmu?", "MS SINA BUGEJA: Dan l-istudju qiegħed fuq il-website ta' l-ETC u you can access it faċilment.", "Li ħareġ ċar huwa li hemm ħafna li qed jikkonsidraw jaħdmu part-time.", "Aħna m'għamilniex distinzjoni bejn part-time u full time work għax tant m'għandniex nisa jaħdmu, li jekk iridu joħorġu jaħdmu on a part-time basis, diġà huwa vantaġġ għaċ-ċirkostanzi li għandna.", "Il-fatt li jridu jaħdmu, jiena ngħid, ejja narawha fil-verità li jridu jaħdmu u nimxu fuq dik l-approach.", "Però min-naħa ta' l-employers – u diġà kellna ftit diskussjonijiet magħhom - għadhom pjuttost tqal biex jaħsbu a bit laterally.", "Jiġifieri għandna tendenza li kulħadd jaħseb li x-xogħol isir bejn it-8.00 a.m. u l-5.00 p.m. Issa fir-realtà jekk jiena nista' nkun l-uffiċċju fis-6.00 a.m. għandi sagħtejn bi kwieti ntella' x-xogħol ta' ġurnata mbagħad jibdew ġejjin it-telefonati u disturbances oħrajn, jew noqgħod tard fil-għaxija bħalma normalment nagħmel.", "Minn naħa l-oħra bejn it-8.00 a.m. u l-5.00 p.m. kulħadd ikun f'postu u hu l-inqas ħin li jsir xogħol.", "Insemmu production line ġewwa fabbrika, mhux se nsemmi l-isem, imma fabbrika partikorali kkonkludiet li ma jaqbilhiex titfi l-makni tagħha u għamlu shift ieħor bejn it-8.00 p.m. u l-11.00 p.m. li kien suċċess ħafna.", "FREDERICK AZZOPARDI: F'Għawdex ukoll hemm fabbrika li jibqgħu jaħdmu anke bil-lejl.", "Il-problema hija biex tħaddem in-nisa, toħroġhom jaħdmu bil-lejl?", "Ma nafx jekk wieħed hux qed jikkonsidra dan l-aspett ġdid.", "Veru, ħafna fabbriki qegħdin jipprovaw jagħmlu dawn ix-shifts.", "Fil-fatt l-unika fabbrika li għandha numru sostanzjali ta' impjegati qed tħaddem in-nies b'dan ix-shift f'Għawdex.", "Issa meta tgħid mara tad-dar, jkollha r-raġel jaħdem il-ġurnata kollha, it-tfal l-iskola mbagħad tibgħatha taħdem dawk il-ħinijiet?", "Il-problema hija li bil-lejl l-iktar li qed idaħħlu ħafna nies.", "Tagħmel l-interview u jgħidlek \"Tista' tibda, imma bil-lejl mill-11.00 p.m. sa 7.00 a.m.\"", "MS SINA BUGEJA: Bħala ħinijiet ta' shift, forsi mhux daqshekk idoneu però jeżistu possibilitajiet oħra.", "Per eżempju bejn il-5.00 p.m. - x'ħin normalment jitilqu l-ħaddiema - u l-11.00 p.m. hemm ukoll spazju għal shift ieħor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Hemm shift ieħor bejn l-4.00 p.m. u l-11.00 p.m.", "MS SINA BUGEJA: Wieħed irid jesplora wkoll dawk il-possibiltajiet.", "Però naħseb li għadda ż-żmien li noqogħdu nħarsu lejn il-mara għax taħdem bil-lejl.", "Min jaħdem l-isptar ilu żmien u għomor jaħdem bil-lejl.", "The CHAIRMAN: Il-punt li qed jagħmel l-Onor.", "Frederick Azzopardi huwa ħarira differenti minn tiegħi.", "L-Onor.", "Frederick Azzopardi - jekk qed nifhmu sew - qed jgħid jekk għandux ikun hekk u jien qed ngħid – u qed nassumi u minn dak li niltaqa' magħhom - li ma jridux li jkun hekk.", "MS SINA BUGEJA: Irridu noffrulhom l-option għax naħseb li qed nagħmlu konklużjonijiet qabel ma noffrulhom u nesploraw huma x'iridu.", "Huma jridu kollox tailor-made għal bżonnijiet li jaraw huma, però jekk tgħinhom jesploraw iktar ...", "The CHAIRMAN: Li se ngħid mhux sigriet.", "Imma ħafna min-nies imorru għand il-politiċi biex isibu xogħol.", "Meta jiġi xi ħadd għandi, jgħidli irid naħdem part-time u f'dan il-ħin - il-ħin meta t-tfal ikunu l-iskola - u jekk jista' jkun nofs siegħa wara u nofs siegħa qabel.", "Kif jaqbeż dak il-ħin ifisser li ma jgħoddx għalihom.", "MS SINA BUGEJA: Imma rridu ngħinuhom jaraw il-fatt li meta t-tfal poġġejthom fis-sodda, huwa ħin available wkoll u they have to see that angle.", "The CHAIRMAN: Għalhekk l-ewwel kont qed ngħid li hija kwistjoni ta' kultura.", "U jekk mhux b'awareness campaign f'soċjetà bħal tagħna ma tistax tisforzahom", "MS SINA BUGEJA: Hija bidla fil-kultura.", "L-awareness campaigns huma hemmhekk u huma ppjanati.", "U jistgħu jġibu jew ma jġibux bidliet.", "Jekk il-kampanja ma tkunx sostnuta b'policy direction se tibqa' awareness campaign.", "Ngħidu għax hekk iridu, hekk jixtiequ u tieqaf hemmhekk, ma tkun qatt tiegħi.", "Irridu nixprunaw a policy direction ħalli nkunu ċari.", "Fil-verità m'hemmx possibiltajiet oħrajn kif nagħmluha u kif se nsolvu din is-sitwazzjoni.", "Jiġifieri rridu nsibu mod kif ngħinuhom jaraw ir-realtà ta' kemm huwa importanti anke għalihom li joħorġu mid-dar; two li japprezzaw li jkollhom economic independence - għaliex donnu aħna nibżgħu nitkellmu fuqha din.", "Jekk nitkellem personalment fuq l-esperjenza tiegħi bħala medjatur fil-qorti, tliet kwarti tal-problemi li niltaqa' magħhom huma relatati finanzjarjament, għax ma jkunx hemm indipendenza ekonomika.", "U meta jkun hemm economic independence, ma twassalx għall-problemi għax il-koppja jkunu qed jaħdmu flimkien, jafu d-direzzjoni x'inhi u qed jgħinu lil xulxin fis-sitwazzjoni.", "Fejn hemm economic dependence l-affarijiet jistgħu jmorru ħażin u jkollok il-problemi.", "Jiġifieri l-fattur ekonomiku nifflaggjawh b'ċertu saħħa.", "THE CHAIRMAN: Naqbel assolutament, għalkemm forsi għad hemm min ma jaqbilx.", "Imma naħseb li l-maġġoranza tan-nies, iktar milli jikkonsidraw jekk economic independence tal-mara tagħmilx ħsara, naħseb li l-priorità tagħhom hi aktar meta jgħidu familja jkunu qed jifhmu l-ħinijiet tat-tfal.", "Naħseb li t-tfal jiġu l-ewwel u qabel kollox u ma naħsibx li hija xi ħaġa ħażina.", "Imma rridu nsibu bilanċ.", "THE CHAIRMAN: Meta lil xi ħadd tgħidlu biex jagħmel ċertu shift jew immaġina li tagħmel shift bejn l-4.00 a.m. u nofsinhar, issa meta it-tifel jew tifla jmorru skola ftit 'il bogħod u ġew lura bil-private, ifisser li dak ix-shift tliftu.", "Naħseb li dawn huma affarijiet li rridu nikkonsidraw.", "MS SINA BUGEJA: Hija verità li se jaraw dawk il-punti.", "Però aħna min-naħa l-oħra rridu nieħdu approach li nsibu s-soluzzjonijiet f'dawn id-diffikultajiet.", "Jiġifieri jien ma rridx ngħid x'inhuma l-istumbling blocks u nieqaf hemm, imma rrid nara x'inhuma l-istumbling blocks, u kif rajna, I want to hear solutions.", "THE CHAIRMAN: L-esiġenzi ekonomiċi waħidhom iġiegħlu lil dak li jkun joħroġ jaħdem, speċjalment hekk kif il-lifestyle jinbidel, u l-internet, il-mobile u t-tieni karozza isiru regolarità.", "Naħseb li finalment is-suq jikkmanda.", "MS SINA BUGEJA: Eventwalment naħseb li hemm se naslu.", "U forsi iktar b'mod strutturat milli reazzjoni ta' ċirkostanza.", "Għax jekk aħna naħsbu qabel, nagħmlu pjan u f'dak it-thinking u d-diskussjoni tal-pjan inkunu nistgħu neleminaw ċertu casualties għaliex inkunu ħsibna qabel.", "Jekk se tkun reazzjoni għaċ-ċirkostanzi, nemmen li jkun hemm iżjed casualties milli kieku l-affarijiet tippjanahom b'ċertu mod.", "Jien hekk naħseb.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "MARIO GALEA: Jien nixtieq nistaqsi biex niċċara punt għaliex forsi fhimtek ħażin.", "Ħin minnhom inti għedt dwar xogħol part-time li ma jkunx iddikjarat.", "Imma naħseb li it is healthy li għandek numru ta' nisa, uħud minnhom li jistgħu jkunu widows, li jmorru jgħinu lil xi ħadd id-dar.", "Forsi tidher stramba li MP li ġej min-naħa tal-gvern jagħmel din id-dikjarazzjoni.", "Dawn jaqalgħu Lm10, ma jiddikjarawiex u naħseb li la qed jisirqu lill-Istat u it is healthy li jkun hemm din it-tip ta' black economy.", "Qed ngħid għan-nisa li probabbli għandhom ċirkostanzi diffiċli familjari, li jmorru nofs ta' nhar u tgħid li għandha an extra income.", "Issa dak huwa part-time mhux dikjarat.", "Naħseb li fiha m'hemm xejn ħażin u xtaqt il-kummenti tiegħek fuq din.", "It-tieni mistoqsija hija dwar ir-reġistru tal-part-timers.", "Aħna qed ngħidu li l-ETC ma jeżistix reġistru ta' xi ħadd li jrid jaħdem part-time?", "MS SINA BUGEJA: Le, ma jeżistix.", "Issa t-tielet mistoqsija ma nafx tistgħux tidħlu fiha intom.", "Naħseb li ġo qalbek ir-risposta għal din il-mistoqsija se tkun: Isma' inti MP ġej min-naħa tal-gvern, għamel xi ħaġa dwarha.", "Fil-fatt qed nagħmel xi ħaġa dwarha.", "Teżisti sitwazzjoni fejn numru ta' part-timers - kemm rġiel imma l-iktar nisa - qed jiġu exploited minħabba li dawn jaħdmu kważi full-time jew full-time.", "Ikollok tliet kumpanniji, jirreġistraw ħaddiem għal għaxar sigħat ma' dak, ħames sigħat ma' dak u ħames sigħat ma' dak, u jispiċċa bil-minimum wage.", "Jien nibqa' skantat kemm jiġuni nies - għadha kemm ġiet waħda l-uffiċċju tiegħi ż-Żejtun il-ġimgħa li għaddiet - jgħidulek kemm qed jaħdmu u x'inhuma jieħdu.", "Ħafna drabi dawn ikunu nisa, jkunu ġejjin mil-low education background u ma jafux x'inhuma d-drittijiet tagħhom.", "Inġib għajnejja wara widnejja kif jiġu exploited dawn.", "Hemm kumpannija partikolari tat-tindif - u mbagħad wara ngħidlek min hi – li hu oxxen l-mod kif iħallsu.", "Tistgħu tidħlu fiha intom because it is exploitation fl-agħar forma tagħha.", "Rigward ix-xogħol part-time, l-ewwel punt hu l-fatt li biex tieħu l-benefiċċji pro-rata trid taħdem minn 20 hours 'il fuq.", "Issa dan qed iħalli ċertu spazju li f'ċertu instances iħaddmu sa 19 and a half hours biex b'hekk ma jintrigax bir-responsabbiltà ta' benefiċċji relatati mat-tip tax-xogħol.", "Worse still, kif qed tgħid inti, li qed jħaddmu l-istess nies imma dawn ikunu marbutin ma' tliet kumpanniji differenti.", "Il-ħaddiem ma jiċċaqlaqx minn postu, jibqa' jagħmel l-istess ħaġa u jkollu ftit sigħat marbutin ma' company A u ftit sigħat ma' company B. Imma jien nagħmel mistoqsija hawnhekk u se nagħmilha lilek bħala MP.", "F'pajjiż żgħir daqs kemm hi Malta, fejn il-kumpanniji u s-subsidiaries tagħhom huma reġistrati, hu daqshekk diffiċli li nsibu din ix-xibka?", "Għaliex kif għedt inti, hija exploitation u mainly huma nisa li qegħdin f'din iċ-ċirkostanza.", "Iktar minn hekk, nieħdu per eżempju lis-Schools of English u s-sistema kif qegħdin jimpjegaw lin-nies.", "Dan hu business importanti ħafna għal Malta, għax jekk hemm il-possibbiltà li jonqos it-turiżmu min-naħa, nġibu dawn l-studenti.", "Però l-iskejjel ta' l-Ingliż qed jispiċċaw f'ċirkostanza fejn m'għandhomx nies impjegati magħhom imma jixtru servizz ta' ftit sigħat mingħand individwi varji.", "Il-problema hi li every other person għandu TEFL certificate u allura kulħadd jista' jgħallem u malli inti tgħolli rasek il-headmistress jew il-headmaster ta' l-iskola jgħidlek bye-bye, u jsibu kull gradwat mill-Università, dan għaliex prattikament kulħadd ikun għamel it-TEFL course.", "Dawn in-nies qed ikunu exploited b'saħħa kbira f'ċirkostanza fejn dan huwa business importanti għall-pajjiżna.", "Jiġifieri jien ngħid li ma nistgħux ma nħarsux lejha b'ċertu mod and we have to standardize it, if we want to maintain the levels.", "Għaliex jekk aħna ma jimpurtaniex bil-level ta' tagħlim, mela ma ġara xejn, imma tant qed naraw pajjiżi li qed imorru up this road u jgħallmu l-Ingliż, li jekk aħna mhux se jkollna standard tajjeb, se jkun hemm problema kbira li nibqgħu nħajru dawn l-istudenti jiġu Malta.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "FRANCO GALEA: Għadek ma spjegajtx kif jistgħu jiġu exploited dawn l-għalliema jew studenti waqt li qed jagħmlu t-TEFL course.", "Għax ma nistax naqbel miegħek fuq ċerti prinċipji bħal il-fatt ta' kif l-għalliema jistgħu jiġu exploited meta huma marbutin bil-ħinijiet.", "Għax normalment l-għalliema jagħtuhom ċertu ħinijiet x'jaħdmu, u jkunu quite flexible ġeneralment.", "Ma nafx jekk għandekx xi ħaġa f'idejk?", "MS SINA BUGEJA: Li naf hu, li inti lili ma tarani qatt bħala impjegat tiegħek.", "Inti tixtri s-servizz mingħandi - service provision - u jien ikolli kuntratt miegħek ta' so many hours.", "Jien qed nixtri erba' sigħat kuljum, issa erba' sigħat kuljum m'huma full employment għal ħadd.", "FRANCO GALEA: Imma biex iġġib it-TEFL ovvjament trid tmur tagħmel il-kors, u trid tagħmel l-eżami.", "Nimmaġina .........", "MS SINA BUGEJA: Imma l-maġġoranza ta' l-istudenti ta' l-Università għandhom dan iċ-ċertifikat.", "FRANCO GALEA: Kollox sew, imma jekk qegħdin l-Università, ma nistax nifhem fejn huwa the cheapness of having a TEFL course jekk jien għandi TEFL course u kulħadd għandu TEFL course, mhux l-istess ħaġa?", "Jekk jien iniex kompetenti jew bil-għaqal bħala għalliema huwa li jgħodd.", "Għax inkella qed ngħidu li s-sistema TEFL mhijiex korretta.", "MS SINA BUGEJA: Le, imma għall-heads ta' l-iskejjel li qed jagħmlu l-costings - the pounds, shilling and pence – li qed iħarsu hu lejn the end result li kien hemm għaxar studenti, għaddew mis-sistema u at the end of the week baqa' ''x'' profit mis-sitwazzjoni.", "Mhux qed jagħmlu enfasi fuq l-istandard neċessarju.", "L-istandard bażiku tat-TEFL hemm qiegħed, imma inti bejn persuna li ilha tgħallem għaxar snin u xi ħadd li għadu se jibda jgħallem issa, hemm differenza.", "Jiġifieri jien qed ngħid ejjew inħarsu dak is-settur ukoll.", "Aħna diġà aware li għandna ċirkostanza problematika.", "FRANCO GALEA: Hemm għalliema - għax inzertajt naf xi skejjel - li ilhom jgħallmu għal ħafna snin u bl-istess prinċipju anke ġieli jagħmluhom Head of School.", "Ikun hemm anke junior teachers li they are gaining experience billi jiltaqgħu ma' studenti barranin u għal ħafna minnhom - speċjalment dawk li jispiċċaw għalliema - diġà per se għandhom dak il-vantaġġ li jistgħu jippassjaw ċerti affarijiet u ċerti esperjenzi lill-istudenti tagħna Maltin.", "Anzi jien naħseb li peccato li m'għandniex iżjed minn dawn l-għalliema li jistgħu jgħallmu u hija tal-biża' jekk qiegħed joħroġ dan il-messaġġ hemm barra li dawn l-għalliema tat-TEFL li jmorru jgħallmu l-Ingliż qed jiġu esplojtati.", "Jien naħseb li jekk għandi bżonn - għas-saħħa ta' l-argument - nixtri 50 siegħa servizz ta' għalliema - jien m'għandix School of English - why should I buy 100 hours?", "Imma s-sub-contracting hija xi ħaġa legali, issir anke min-naħa tal-gvern u issir anke minn kumpanniji privati.", "MS SINA BUGEJA: Li qed ngħid jien huwa, li fil-maġġoranza tagħhom dawn huma nisa u li dan huwa their only income.", "Allura minflok qegħdin nieħdu the full pay li nistgħu per person, we are splitting out in a way li ma tħallix..… Anyway fuq dan is-suġġett għandi iktar informazzjoni u ngħaddihielek.", "FRANCO GALEA: Jekk jogħġbok.", "Ovvjament bis-sub-contracting hemm il-vantaġġi u trid tqis ukoll li hemm competition fis-suq ta' l-iskejjel ta' l-Ingliż, mill-English - speaking countries, bħall-Ingilterra, l-Amerika, l-Awstralja.", "Imma tiskanta kemm in-nies jivvjaġġjaw.", "Per eżempju hawn Malta naf li jiġu nies anke mill-Ġappun u miċ-Ċina.", "U naħseb li hawn Malta għandna livell tajjeb ħafna ta' skola.", "Ir-riżultati juru dan għaliex minn sena għal sena - dan mhux qed jgħidu il-Ministru tat-Turiżmu jew jien - il-figuri qegħdin jidhru, anke mill-iskejjel li qed jinfetħu regolari.", "MS SINA BUGEJA: Imma l-punt li qed ngħid jien huwa min-naħa ta' min qed jaħdem, per eżempju, għaliex m'humiex unionised?", "Għaliex ħabbtu ħafna bibien ta' Unions biex ikunu unionised but they were never unionised.", "Dak li nixtieq nqajjem min-naħa bħala nisa li qed jaħdmu.", "FRANCO GALEA: Imma bħala sub-contracting it's up to them jekk jidħlux f'Union u se ngħidlek għalfejn.", "Jekk jien tile layer u qed inbiegħ is-servizz tiegħi għalfejn għandi nidħol f'Union?", "Fhimt x'qed ngħidlek?", "Sakemm ma rridx nifforma cartel għax ma nafx jekk hux legali.", "Voldieri hemm ċerti affarijiet li naħseb .....", "MS SINA BUGEJA: Dan huwa l-punt, li ma jixtiequx jibqgħu sub-contractors imma jsiru employees.", "Dik hi d-differenza li qed jaraw.", "THE CHAIRMAN: Semmejt li fil-focus groups kien hemm min qal li ma jridux jagħmlu training imma meta jridu job iridu job, apparti li dan mhux dejjem possibbli u realistiku.", "Jiġifieri jekk inti tikkakkma għaxar snin fuq job, diġà għandek problema li hawn għajta kbira li min qed jaħdem irid training għal skills ġodda, imma forsi tipprova għaliex inti bdejt tgħid x'wieħed jista' jagħmel.", "Qisna qed nagħmlu a think-tank session.", "Jiġifieri forsi tista' tagħmel xi ħaġa li jidħlu flimkien tipi ta' skemi li saru għal dawk li għandhom 40 sena u iktar mill-ETC forsi jinbdew qabel għal nisa li qatt ma ħadmu jew tittargitja lil nisa ta' 35 sena biex terġa' tiġbidhom lura fis-suq tax-xogħol.", "U forsi - mingħalija kien sar esperimenti mhux ċert jekk hux mill-EQUAL stess - bit-teleworking?", "MS SINA BUGEJA: Iva, aħna għamilniha.", "THE CHAIRMAN: Naf li kont għedtli xi ħaġa.", "Jiġifieri ma jkunx tajjeb li wieħed jipproponi sussidju mill-gvern ...", "MS SINA BUGEJA: Xi tip ta' mentoring qed tgħid?", "Għax fil-fatt aħna rajna din is-sistema taħdem Spanja.", "Rajna xi jsir meta kellna proġett partikolari, fejn kumpannija li għandha bżonn timla ċerta vacancies għandha dan ir-reġistru ta' nies li huma interessati li jaħdmu f'dan is-settur.", "Issa biex tagħmel mentoring ikun hemm xi ħadd li huwa full-time employee, u ċertu numru ta' sigħat tal-ġurnata ta' din il-persuna, jew tal-ġimgħa tiegħu, jkunu dedikati għal dan il-mentoring.", "Dawn in-numru ta' sigħat ikunu subsidised.", "Mela l-employer diġà għandu gwadan għalih għaliex il-paga mhux qed iħallasha kollha hu, il-mentor qed jagħti l-informazzjoni tiegħu lil ħaddieħor u qed jieħu gost jgħallem ukoll u min dieħel qed ikollu hands-on experience li meta dan jispiċċa l-perijodu tal-mentoring, he is already fully trained u mhux għadu se jibda l-learning curve.", "Jiġifieri dawn huma esperimenti li diġà rajnihom isiru f'postijiet oħrajn u mentoring could be one of these possibilities li nistgħu nesploraw.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri tista' tagħmel mentoring.", "Tista' tinkoraġġixxi wkoll tele-working billi tissussidjah, jekk ikun hemm xi ħadd li jgħidlek li jrid ikun iktar flessibbli.", "Kien esperiment li rnexxa u jekk fhimt sew it-tnejn baqgħu jaħdmu full-time...…", "MS SINA BUGEJA: Erbgħa fil-fatt.", "Kienu bir-reduced hours u wara marru full-time, jiġifieri r-riżultati wrew.", "Bħalissa hemm numru ta' nies oħra li qegħdin fuq tele-working.", "Jiġifieri l-esperiment għadu għaddej u twessa' iktar mas-sistemi taċ-ċivil u it is being taken forward b'ċerta serjetà.", "Kważi kważi naħseb li f'kull Ministeru hemm numru ta' nies li qegħdin jaħdmu bit-tele-working u r-riżultati li qed naraw huma pożittivi ferm.", "Dan għaliex qed ilaħħqu mal-bżonnijiet l-oħrajn u l-out-put kollhu tagħhom prattikament żdied minn meta kienu jagħmlu 40 siegħa fl-uffiċċju.", "Jiġifieri dawn l-affarijiet qed narawhom, inkejluhom u qed niżnuhom.", "L-output tagħhom kien aħjar, għax l-ewwel ħaġa, f'uffiċċju għalkemm tkun qiegħed preżenti fiżikament, disturbances ta' l-uffiċċju huma hemm normali.", "Jiġifieri wriet dik il-ħaġa wkoll.", "Però jekk inti tixtieq, nistgħu nħarsu lejn il-mistoqsijiet li konna bagħtna u nkomplu daqsxejn fuqhom.", "X'taħsbu?", "MARIO GALEA: Jien iktar milli mistoqsija, nixtieq nagħmel proposta, Mr Chairman.", "Jien waħda mill-iktar affarijiet li tiffrustani f'dawn il-kumitati hi li jqumu ħafna punti, imbagħad meta noħorġu minn hawn jintesew.", "Mhux qed ngħid għal dan il-kumitat biss imma hija difett ta' kull kumitat li kont.", "Issa jien naqra żbukkat, għandi dan id-difett – bħalissa hawn il-ġurnalista ta' ''The Times'' u aħjar noqgħod attent xi ngħid għax tagħmilli xi editorjal ieħor.", "Qam issue hawn - li naħseb li huwa reali u jrid isir xi ħaġa fuqu - dwar l-abbuż fuq il-part-timers.", "Jekk taqbel, taħseb li dan il-kumitat għandu jikteb lill-Ministru inkarigat mix-xogħol - il-Ministru Louis Galea - biex jitolbu jinvestiga dan l-ilment li qam hawnhekk.", "Għax din hi r-realtà u huma n-nisa li ħafna drabi qed jiġu abbużati u naħseb li kieku dan il-Kumitat jitlob lill-Ministru biex jinvestiga, għallinqas inkunu għamilna pass.", "THE CHAIRMAN: Jekk m'hawnx oġġezzjonijiet qed nilqa' s-suġġeriment tiegħek.", "MS SINA BUGEJA: U jekk nista' nżid kelma oħra ma' dan is-suġġeriment bil-permess tiegħek tikteb ukoll dwar il-part-time register.", "THE CHAIRMAN: Ovvjament.", "L-iskop tal-laqgħa huwa li inti tieħu l-ideat tagħna u nassumi li imbagħad dawn tiġborhom u tgħid li dawn ġew diskussi fil-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali.", "MS SINA BUGEJA: Dwar ir-reġistru tal-part-timers.", "Jekk per eżempju, persuna titlaq minn fuq il-post tax-xogħol għal xi raġuni jew titkeċċa, jekk tkun trid terġa tfittex ix-xogħol, nidħol fir-reġistru.", "Imma reġistru tal-part-timers ma jeżistix.", "Naf li sar xi xogħol fuqu imma uffiċjalment m'hemm xejn.", "Jiġifieru , jekk tmur l-ETC u tgħidilhom li interessat li taħdem part-time, jgħidulek li jiddispjaċihom imma ismek ma jżommuhx għaliex m'għandhomx reġistru fejn jidħol il-part-time.", "THE CHAIRMAN: M'hemmx reġistru dedikat għal part-timers.", "Imma jekk l-employer imur l-ETC u jgħidilhom li jrid 20 ruħ part-time, ma jgħidulux le.", "Imma joffrihom lil oħrajn.", "MS SINA BUGEJA: Iva, imbagħad dawk jagħmlu għażla jekk iridux jaħdmu full-time.", "Imma ovvjament qed immorru kontra ċerti affarijiet.", "THE CHAIRMAN: Nistgħu nibdew bid-domandi biex norganizzaw iktar il-ħsebijiet tagħna wara din is-session?", "Fir-riċerka tagħna, aħna ħarisna lejhom bħala grupp sħiħ u poġġejnihom bħala homogenous group.", "Intom fl-opinjoni tagħkom meta nitkellmu fuq inactive population, what comes to mind?", "THE CHAIRMAN: Jiena f'moħħi hemm dawk li jkunu inactive għax qegħdin hemm b'għażla u oħrajn b'neċessità għax biex ngħid hekk, iċ-ċirkostanzi jiddettaw hekk.", "Trid ukoll tagħmel distinzjoni bejn inactive għaliex inti irtirat...", "MS SINA BUGEJA: Dawk ma jidħlux.", "Għax dawk huma off-working age.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri inti fuq il-working age qed tgħid.", "Inactive, again, jekk ma tgħoddx lil min qed jieħu ħsieb household jew lil min qiegħed jieħu ħsieb anzjani.", "Jiġifieri jiddependi kif se tiddefiniha, għax din bħal employment.", "Jiġifieri min jaħdem u min ma jaħdimx.", "Studenti huma inactive jiġifieri?", "Xi ħadd reġa' lura lejn l-Università inactive tgħodduh?", "Kif qed tgħodduh?", "THE CHAIRMAN: Il-kwestjoni hija ta' definizzjoni, jiġifieri mhux la' kemm tgħid....", "MS SINA BUGEJA: Kieku ndaħħlu dawk il-figuri kollha n-numru se jogħla ħafna iktar mill-110,000 li għandna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Jiena fil-fatt naħseb li b'inactive we have to consider a wider spectrum.", "Il-kollegi tiegħi diġà semmew xi aspetti, u ovvjament l-unemployed and those registering for unemployment huma l-iktar ovvji.", "Imbagħad għandek kategorija sħiħa ta' nies li jidhru bħala inactive imma fil-verità dawn qed jikkontribwixxu ħafna, u hawn qed nirriferi għal carers.", "Per eżempju għandna numru ta' nisa f'pajjiżna li għandhom tfal b'diżabilità li assolutament xi ħadd irid jibqa' d-dar magħhom.", "U ovvjament kważi kważi dejjem taqa' fuq il-mara biex tibqa' d-dar.", "U jgħidulek ċar li they need the income imma x'se jagħmlu bit-tifel jew tifla tagħhom.", "Illum qed naraw - almenu mill-esperjenza tiegħi hands-on - li qed jiżdied l-ammont ta' nisa li ħarġu, biex ngħid hekk mill-working life, imma they want to work and they need to work.", "Jiġifieri xi wħud minnhom they want to put their time into something għaliex l-familja kibret, eċċ. Però hemm element sostanzjali ta' nisa li minkejja li ħarġu mill-perijodu tax-xogħol, għandhom bżonn l-income u jixtiequ jaħdmu.", "Din narawha fl-irġiel ukoll.", "Dawn ovvjament ma jistgħux imorru jirreġistraw għax-xogħol bl-istess mod li xi ħadd li għadu fil-ħajja tax-xogħol jista', jekk jispiċċa mix-xogħol.", "Imma dawn ukoll huma inattivi għax hemm ix-xewqa u għandhom in-neċessità li jaħdmu.", "Imbagħad din it-tip ta' data tkun broken-down f'kategoriji u hemmhekk nistgħu nieħdu u jkollna indikatur ta' ċerti sitwazzjonijiet soċjali u ekonomiċi tan-nisa.", "Allura mbagħad tidħol il-kwestjoni ta' Feminization of Poverty.", "Aħna kulma għandna xi ħaġa ħafifa ħafna li it goes back sas-sena 2000 u kienet veru limitata u minn dak iż-żmien s'issa ma kellna l-ebda tip ta' aġġornament.", "U naħseb li jkun importanti li nevalwaw il-kategoriji kollha.", "Issemmew l-istudenti.", "Veru, wieħed jgħid - u bir-raġun ngħiduha - li dawn huma attivi għaliex qed jistudjaw.", "Jien niltaqa' wkoll ma' familji fejn unfortunately on one hand ikunu entużjażmati ħafna u jwaddbu l-weight kollu tagħhom biex uliedhom jimxu 'l quddiem fil-ħajja edukattiva u akkademika tagħhom, imma on the other hand b'dieqa kbira jgħidulek li they cannot afford to keep them at school.", "Jiġifieri dawn it-tfal u ż-żgħażagħ iridu jitilgħu daqsxejn fuq saqajhom u jaraw kif se jsibu t-triq.", "Issa dawn again huma question mark, x'se tgħidilhom attivi, inattivi?", "MS SINA BUGEJA: Sibt interessanti l-punt tal-women of pensionable age li they still need to sustain themselves through an income u naħseb li dik hija kategorija partikolari li trid tħares lejha b'ċertu mod.", "Ħareġ ċar ukoll mill-focus groups, li age is definitely a deterrent to find employment.", "Issa jekk qed ngħidu li 45 years is difficult to be employed, let alone if you are 55 or older, kemm huwa iktar diffiċli mbagħad allura biex tidħol fid-dinja tax-xogħol.", "THE CHAIRMAN: Imma din hi kwestjoni ta' kultura li rrid jkollok inqas minn 40 u 45 sena biex taħdem.", "Illum ħafna jobs jiirekjedu ħafna inqas enerġija milli kienu jirrikjedu qabel.", "MS SINA BUGEJA: Għandna sitwazzjoni fejn hemm legal notice li tagħmilha illegali li tara l-age ta' xi ħadd biex tiddiskrimina kontra tiegħu jew tagħha.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Imma fil-prattika nafu li qed tiġri.", "Sfortunatament mhijiex estranja għal Malta din.", "Sewwa qed jgħid l-Onor.", "It is a cultural perception li dħalna fiha, qisha xi culture mode.", "THE CHAIRMAN: Domanda oħra.", "MS SINA BUGEJA: Din torbot ħafna ma li konna qegħdin ngħidu.", "Ħareġ il-fattur ta' l-age.", "THE CHAIRMAN: Id-diżabilità li semmiet l-Onor.", "Coleiro Preca għaliex kwestjoni ta' mard, għalkemm ftit l'bogħod din tista' tiġi wkoll mill-mistoqsija numru 3, il-kwestjoni tal-familja.", "Kif naraha jien - anke mingħajr ma ngħid jekk hux tajjeb jew ħażin - aħna għandna kultura b'saħħitha tal-familja u kunċett tradizzjonali ta' kif inħarsu lejn il-familja li jfisser li tagħti importanza u dedikazzjoni kbira lit-tfal, akkost li tissagrifika ħafna affarijiet oħra.", "MS SINA BUGEJA: Jien naħseb li xorta nibqgħu nħarsu lejn l-aspett ta' familja bl-importanza li nagħtuha bħala kultura u m'għandux għalfejn jeżenta l-gruppi totalment (Interuzzjoni)...", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: ..… tmur minn aspett prattiku tal-familja....", "THE CHAIRMAN: Jien mhux qed ngħid - u għalhekk għedtha mill-ewwel - jekk hux tajjeb jew ħażin.", "Jiġifieri mhux kwestjoni li trid tikkonvinċi lili.", "Jien qed nipprova naħseb - għalkemm mhux b'mod xjentifiku għaliex bħalissa qed ngħidu x'naħseb mill-esperjenza tal-ħajja – x'jaħsbu n-nies.", "Jien jekk tgħid lili, nerġa' ngħid li l-maġġoranza tan-nisa li ħarġu jaħdmu meta kienu beyond a certain age, - bħal dawk li qabżu t-30 sena - ma kenitx kwestjoni ta' avventura, bħal dawk l-avventurużl li għadhom iżgħar bħal meta mort il-Lufthansa Technik mal-Prim Ministru u kien hemm żewġ inġiniera nisa u tgħid, il-aħwa, din qabża kbira għax mhux talli qed jaħdmu imma qed jaħdmu f'jobs li mhux normalment jaħdmu fihom in-nisa, imma kwestjoni ta' neċessità ekonomika għaliex il-lifestyle tagħhom inbidlet.", "U la nbidlet allura hu neċessarju li jkollok żewġ pagi.", "Jiġifieri jekk tgħid lili, naħseb li waħda mill-affarijiet li fl-opinjoni tiegħi iżżomm lura oħrajn milli jagħmlu bħalhom hija li jippreferu li jissagrifikaw ċertu lifestyle u jagħtu iktar importanza lill-familja.", "Jien niltaqa' ma' diversi ċirkostanzi ta' nisa li qed jaħdmu li jiġu f'sitwazzjonijiet - anke ħafna drabi minħabba ċerti dikjarazzjonijiet mill-Knisja għalkemm mhux minn hemm biss - li kważi they have to apologise u jridu jispjegaw għalfejn qed joħorġu jaħdmu.", "U naħseb li anke din we need to address it, bil-media, bil-kampanji li nagħmlu, bil-mod kif nitkellmu għaliex it is unfair li dawn jiġu f'sitwazzjoni .…", "Jien m'ilux kont mistieden biex nagħmel diskors fuq Gender Sensitising Parliament u wieħed mill-argumenti li qam kien, għaliex il-parlamenti saru mill-irġiel u saru speċifikament għal irġiel u ma ħasbux li xi darba se jkun hemm in-nisa.", "F'parentesi żgħira, meta telgħet l-ewwel mara fil-House of Commons, din poġġewha fin-nofs tal-Bank u kellha ruxxmata rġiel kull naħa.", "Meta kellha bżonn tmur il-bathroom, apparti li kellha tgħaddi minn fuq xi sitt irġiel sabet li lanqas kien hemm toilet for females fil-House of Commons.", "Jiġifieri f'dan il-parlament din kienet waħda mill-affarijiet li għamlu l-irġiel għall-irġiel.", "Imma li kont qed nipprova ngħid hu li rridu nippruvaw inbiddlu l-kultura, li fl-aħħar mill-aħħar dawn joħorġu jaħdmu.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Xtaqt inkompli nżid fuq dan il-punt.", "Kultant l-aspett kulturali, veru, jista' wkoll iġib ċerti espressjonijiet ta' tradizzjoni reliġjuża tagħna, jiġifieri aktar minn kollox jġib in-nies fi kriżi ta' kuxjenza.", "Però mhux kulħadd jiġi fi kriżi ta' kuxjenza, jiġifieri hemm nies li jagħmlu hekk minħabba n-neċessità.", "Hemm numru sostanzjali ta' nies – speċjalment dwak żgħażagħ – illi mhux biss hija in-neċessità imma jħossu li jridu joħorġu jaħdmu speċjalment jekk ikunu koppja.", "Imbagħad għandek l-istrutturi li mhumiex in place, li joħolqu l-work life balance u l-bilanċ bejn ir-rikonċiljament, bejn ir-responsabbiltà tax-xogħol u l-familja.", "Għadna lura ħafna fuq dawk li huma family friendly work practices.", "Fis-settur pubbliku hemm il-parental leave li hija ta' għajnuna kbira, s-sistema tar-reduced hours hi ta' għajnuna wkoll – għalkemm m'humiex suffiċjenti għaliex tieqaf ma ċertu eta' tat-tfal li tkun għadha tenera…", "SINA BUGEJA: Ta' tnax-il sena.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: It-tifla tiegħi qatt ma tajtha ċ-ċavetta ta' 12 years.", "I was lucky li kelli l-mama miegħi, imma kieku ġejt fin-neċessità li nħalliha waħedha kont nagħtihielha ċ-ċavetta.", "Ma nafx x'kien jiġri.", "Lanqas għandi sens ta' judgement fuq min attwalment ikollu jagħti ċ-ċavetta, għax in-neċessità iġġiegħlek tagħmel ħafna affarijiet li jkunu kontra qalbek u jkollok tagħżel u l-għażliet iebsin f'ħafna affarijiet.", "Imma jekk m'aħniex se nindirizzaw b'mod ċar il-kwestjoni ta' miżuri li jkunu family friendly li n-nisa jħossu li hemm xi ħaġa..…", "Apparti minn hekk, imbagħad hemm ċertu liġijiet.", "Fl-aħħar budget, ċertu affarijiet ġew indirizzati pożittivament, tipo l-kwestjoni tal-part-timers jew il-kwistjoni tal-bolla, jew mara li taħdem fil-business tar-raġel, li issa din ġiet viżibbli.", "Dawn huma kollha aspetti pożittivi li jinkoraġixxu lin-nisa jitħajjru joħorġu jaħdmu.", "Ma rridux ninsew insemmu l-kwestjoni tal-black economy li hemm ħafna nies inviżibbli.", "Irridu nkomplu nħabblu rasna biex insibu mod biex fis-settur privat ikun hemm aktar awareness mill-employers, li jifhmu li meta għandhom mara ttrejnjata, n-next step hu li jinħoloq inċentiv biex dik il-mara tibqa' hemmhekk, u tkompli tagħti servizz, eċċ. Unfortunately ma nafx kif meta jkunu qegħdin jagħmlu l-business plans dawn l-affarijiet donnhom ma tantx jikkonsidrawhom.", "SINA BUGEJA: Dawn huma eżempji tajbin u anke nixxerjawhom meta mmorru nagħtu diskussjonijiet.", "Għax f'ċirkostanzi fejn tinħoloq din il-possibbiltà u jkun hemm committment li joħloq dawn l-ispazji, l-output tal-persuna ikun aħjar milli qatt seta' jissoponi li se jkun l-employer.", "Apparti l-family friendly measures, tkellimna ukoll dwar il-ħin ta' l-iskola.", "Dawn huma żewġ aspetti li rridu nħarsu lejhom b'ċertu mod..…", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Irridu noqogħdu attenti.", "Illum tfal li jattendu skola primarja joħorġu fis-2.30 p.m issa jekk dawn se jibqgħu l-iskola, per eżempju sa l-4.00 p.m. jew sal-5.00 p.m, irridu nsibu mod ta' kif dawn it-tfal jirrileksjaw, għax diġa' għandna problema ....", "THE CHAIRMAN: Nitlobkom tkunu aktar konċiżi għaliex m'aħniex se nlaħħqu nlestu għax baqgħalna ħafna x'niddiskutu.", "U kemm jista' ikun punt li diġà nkunu ddiskutejnih ma nirritornawx lura għalih għax inkella ma nlaħħqux.", "SINA BUGEJA: Ħalli niċċara dan il-punt biss.", "Aħna m'għidniex li nżidu l-ħin ta' l-iskola għat-tagħlim, imma li jkun hemm affarijiet oħrajn li ma jkunux academic imma li jkunu enjoyable.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Ikunu extra- curriculum, bħal life skills eċċ.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "ONOR MARIO GALEA: Dwar il-kultura tagħna irridu wkoll nindirizzaw ta' min hi r-responsabbiltà tat-tfal.", "Eżempju ċar li kien ħareġ meta kellna din id-diskussjoni, kien meta Membru Parlamentari minn New Zealand kienet qalet li biex ir-raġel tagħha joħroġ għall-part-time fil-għaxija jew biex imur jiltaqa' mal-ħbieb, he never raises the question ta' min se jieħu ħsieb lit-tfal.", "Imma hi meta jkollha l-Parlament fil-għaxija trid tara min se jieħu ħsieb it-tfal.", "Donnu mingħajr ma qalha ħadd din, hija miktuba fir-regoli ta' ħafna familji, illi r-responsabbiltà tat-tfal hi f'idejn il-mara.", "Jekk ir-raġel joħroġ kuljum – jista' imur għall-part-time, jista' jmur il-Parlament, jista' imur il-każin jara l-logħba tal-Manchester illejla – ma jgħidx min se jieħu ħsieb it-tfal.", "Minn naħa l-oħra, jekk il-mara tiġi biex toħroġ, imqar għax-xogħol, trid tħabbel rasha min se jieħu ħsieb it-tfal.", "U naħseb din torbot ukoll mal-kultura tagħna u għandna nibqgħu nenfasizzaw iktar milli għamilna s'issa, illi r-responsabbiltà tat-tfal is a shared responsibility.", "THE CHAIRMAN: Mela għandek suġġeriment ieħor hawnhekk, kampanja speċifikament għall-irġiel u d-dmirijiet tagħhom fid-dar.", "SINA BUGEJA: Imma agħar u agħar minn hekk hu li jekk jiġri xi tip ta' failure jew xi ħaġa oħra lit-tfal, dejjem lejn l-omm inħarsu.", "U jekk kienet taħdem għax kienet taħdem, jekk ma kienitx taħdem għax ma kienitx taħdem.", "Jiġifieri aktarx illi l-blame se npoġġuha hemmhekk u ma nimxux 'il quddiem.", "THE CHAIRMAN: Nistgħu ngħaddu għall-punt ieħor.", "SINA BUGEJA: Ir-raba' mistoqsija hija dwar il-punt tal-black economy li b'xi mod diġà tkellimna fuqha.", "L-issue hawnhekk hija illi n-nisa ma jirrealizzawx illi bil-parteċipazzjoni tagħhom fil-black economy – u naħseb din anke tirrispondi lill-Onor.", "Galea – l-ikbar inġustizzja li qed jagħmlu, hija lejhom infushom.", "Meta inti m'intix tikkontribwixxi bl-income tiegħek bħala N.I. etc., il-possibbiltà li jkollok il-pensjoni tiegħek is going out of the window completely.", "Jiġifieri apparti li tkun qed tikkontribwixxi ekonomikament tkun qed tikkontribwixxi wkoll għalik innifsek għall-futur.", "U dan il-concern għadu mhuwiex f'moħħ in-nisa tagħna u għadhom m'humiex qegħdin jirrealizzawh.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Imma qed jiġri hekk għaliex qed jesperjenzaw affarijiet oħra.", "Jiena niltaqa' ma' ħafna nisa li jipprovaw jidħlu fil-frame proprju tax-xogħol imbagħad meta jaraw il-kondizzjonijet tax-xogħol u the actual pay, tant ma tkunx regolata, li jirraġunaw li se jħallu l-familja warajhom għal, per eżempju, Lm10 aktar fil-ġimgħa, u għalihom din ma tkunx worth it.", "Jippreferu joqgħodu nieqsa minn xi ħaġa u, biex ngħid hekk, ibatu minħabba fiha imma ta' l-inqas jibqgħu jgawdu lill-familja u l-familja tgawdi lilha.", "Fil-fehma tiegħi din torbot mal-biċċa ta' l-equal pay.", "Unfortunately in-nisa qed jieħdu a rougher deal meta jiġu għall-conditions of work u għas-salarji tagħhom.", "Mhux qed nitkellem fuq is-settur pubbliku li huwa regolat, trasparenti, eċċ. imma qed nitkellem fuq il-ħafna nisa u ħafna postijiet tax-xogħol fis-settur privat.", "Mhux qed ngħid għal kulħadd, imma hemm pockets sħaħ.", "Per eżempju, fil-hotel industry unfortunately hemm racket sħiħ.", "Jiena naf min jaħdem għal 35c biex inaddaf kamra.", "Taf kemm-il kamra trid tagħmel biex tagħmel Lm 5?", "Lanqas ngħoddhom.", "Imma naf nisa li qegħdin jaħdmu hekk.", "Apparti minn hekk, wħud mill-kuntratturi tat-tindif, qegħdin joffru low wages lill-ħaddiema tagħhom u x'ingħidu għal conditions of work li qed jingħataw?", "Jiġifieri għandek dawn l-elementi kollha.", "U hemmhekk li rridu nindirizzaw.", "Għax inutli noqogħdu ngħidu ħafna affarijiet li nixtiequ hekk u nixtiequ hekk.", "Jekk aħna m'aħniex se nwaddbu subgħajna fuq il-ġerħa se nibqgħu ngħidu l-istess.", "Jien ili snin kbar nitkellem fuq il-kwestjoni tal-family friendly measures.", "We have to go għal affarijiet prattiċi.", "SINA BUGEJA: Ippermettuli nagħmel mistoqsija għax jiena nħoss illi aħna qegħdin hawnhekk nisimgħu biex nieħdu l-informazzjoni but you are the people with the power.", "Għax jien nista' noħroġ b'xi idea milli tkunu għidtu, but eventually you are the policy makers.", "U għalhekk qegħdin hawnhekk aħna.", "THE CHAIRMAN: Ġeneralment aħna ngħidu li n-nies taċ-ċivil għandhom iktar poter minnha, però ....", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Jien naħseb illi jekk mhux se jkun hawn soċjetà ċivili li tkun b'saħħitha u bis-sinsla f'dan il-pajjiż, aħna hawnhekk komdi u l-unika ħaġa li nibżgħu minnha huma l-voti, u n-nies turina snienha darba f'ħames snin.", "Imma soċjetà ċivili Maltija b'saħħitha, n-nies jistgħu juruna snienhom f'ħafna mill-ħin.", "U naħseb li dan l-approach.", "Hemm irid ikun il-poter mhux … L-Onor.", "Mario Galea kien qed jitkellem fuq il-parlamenti, eċċ. M'għandniex għalfejn immorru 'l bogħod, nistgħu nieħdu l-Parlament Malti.", "Il-Parlament Malti jiltaqa' fis-6.00 p.m. Jekk jinzerta ikun hawn vot, qabel l-10.00 p.m. ma tidħolx id-dar.", "Jien mhux qed ngħid hekk għax mara, għax dawn ukoll għandhom it-tfal.", "Qed ngħid għalina lkoll.", "Jiġifieri jekk tqis biss il-ħin, ukoll lanqas jagħmel sens.", "Ħaġa oħra.", "Il-Parlament kemm ilu biex jiddiskuti dan il-qasam?", "Naħseb l-aħħar darba kienet meta kien hemm l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Vjolenza Domestika.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq nofs il-popolazzjoni.", "Qed nitkellmu fuq nies li għandhom responsabbiltà diretta lejn il-familji Maltin, lejn il-poplu Malti w Għawdxi kollu.", "Dawn huma l-fatti.", "SINA BUGEJA: Xi ħaġa oħra li laqtitna kienet illi meta tkellimna ma' dawn il-gruppi ta' nisa, speċjalment dawk li ġew għat-training, kien il-fatt illi dawn il-ħin kollu jħarsu lejhom infushom bħala nies mingħajr skills.", "Meta fir-realtà, għandhom ċertu skills għax dawn bl-income - għandhom x'għandhom - they make ends meet għax m'għandhomx għażla oħra.", "Again, meta nieħdu s-soċjetà, nħarsu lejn il-mara qisha bħala dik l-extension tal-familja jew parti mit-trobbija tat-tfal.", "Per eżempju meta tistaqsihom x'xogħol jagħmlu li kieku kellhom jagħżlu, ammont ta' nisa li qalu childcarer - għax iħossu illi huma kollha kapaċi li jkunu childcarers għax kollha kellhom it-tfal jew rabbew it-tfal, eċċ. - hija xi ħaġa li tagħmillek il-question mark.", "U tgħid: 'Imma hekk biss?'", "Ma jarawx possibiltajiet jew affarijiet oħrajn li jistgħu jagħmlu?", "Min jaf kemm għandhom skills u affarijiet li qed jużaw il-ħin kollu?", "Again, bħala soċjetà għadna wisq inħarsu lejn il-mara equals to the caring aspect.", "U dak il-messaġġ li qed jasal.", "Sakemm l-ETC tibqa' taħdem fuq bażi ċentrali, ħafna nisa mhumiex se jiċċaqilqu.", "Jiena jidhirli li jekk l-ETC tiddiċentralizza - u llum għandna l-istrutturi tal-Kunsilli Lokali għal ċertu programmi komunitarji - tkun aktar effettiva biex tippenetra f'imħuħ in-nisa u mmorru forsi kemm xejn lil hinn minn dawk li huma skills tradizzjonali tagħhom.", "Għax anke l-fatt li jridu jmorru Ħal Far isibuha diffiċli - mhux in-nisa biss imma anke l-irġiel - għax għalihom hu nofs inhar barra mid-dar u ma jafux eżattament x'se jsibu.", "SINA BUGEJA: Punt ieħor fejn jidħol training hu, li fir-riċerka tagħna ħarġet ċara, li meta tistaqsi għar-reazzjoni tagħhom, din kienet li huma mhumiex interessati fit-training u meta jgħidu irrid naħdem hekk ifissru.", "Ovvjament jidher illi kulturalment qas għadna wassalna l-messaġġ illi biex tmur fid-dinja tax-xogħol irrid ikollok ċertu preparazzjoni, u rridu naraw kif se nwassluh dan il-messaġġ.", "U l-punt li semmejna, norbtu mal-mentoring li għidna iktar kmieni, għaliex almenu qed idaħħlu xi ħaġa fil-but.", "Għax li toħroġ mid-dar for so many hours, for so many days or weeks, u ma tieħu xejn in return, forsi dik hija ukoll questionable.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri inti donnok qed tirrikonoxxi li s-suq jiddetta ċerti affarijiet.", "Għax ma tistax tgħid: 'Jiena ma rridx nagħmel training.'", "Għax l-iskills huma neċessarji.", "SINA BUGEJA: Imma rridu nsibu mod kif nagħtuhomlhom.", "Jiġifieri l-mod strutturat li aħna qed nużaw illum, jien għalija jidher li mhuwiex il-mod ideali kif nistgħu nilħquhom.", "Ngħidu xi ħaġa rigward Question 8 li tgħid", "THE CHAIRMAN: Dwar il-part-time registry bażikament għidna li minn naħa tagħna se niktbu lil Ministru Galea jikkonsidrahiex.", "Dwar l-oħrajn, wieħed għad irid jiddiskuti.", "Making work pay, xorta waħda nibqa' b'dik dik id-dilemma li semmejna fil-bidu.", "SINA BUGEJA: Imma rridu nkunu konxji tagħha.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Jiena nixtieq insemmi żewġ kategoriji ta' nisa li ma ndirizzajnix daqshekk bil-mistoqsijiet u d-diskussjoni li għamilna s'issa.", "Il-kwestjoni tas-single mothers f'dan il-pajjiż.", "Ħafna minn dawn is-single mothers qed jaqgħu fit-trappola tal-povertà and it is proved li iktar ma jdumu fil-povertà iktar se jidħlu fil-poverty traps u tipperpetwa ruħha għall-ġenerazzjonijiet ta' warajhom.", "Naħseb li wasal il-żmien li jkun hemm xi tip ta' indirizz, first and foremost għall-ġid tagħhom kif ukoll għall-ġid ta' uliedhom.", "Għax fl-aħħar mill-aħħar, xi ħadd li jidra jirċievi ċ-cheque u somehow ma nafx kif jibda jagħmel, biex jasal għall-aspettattivi kollha li llum il-ħajja qed twaddab quddiemna, hija xi ħaġa .… Jiġifieri wħud minnhom jidħlu f'ħafna sitwazzjonijiet li bil-Malti, jipprovaw iġebbdu dawn il-funds.", "U hawnhekk jiena naħseb li wasal il-mument fejn irridu naraw bis-serjetà kif dawn jidħlu fi programmi ta' taħriġ malli t-tarbija tkun se tibda l-kindergarten.", "Jien mhux qed ngħid li jitneħħa l-perijodu li fih joqogħdu d-dar meta jkollhom it-tarbija anzi dan il-bonding irridu nenfasizzawh.", "Għax ta' min jenfasizza illi l-ewwel ftit snin, l-omm għandha jkollha bondage mat-tarbija.", "Dan mhux importanti biss għall-mother and child relationship, imma anke għall-istess soċjetà.", "Li jkollok bondage bejn l-omm u l-ulied hija xi ħaġa importanti.", "Hija kwestjoni ta' stabilità kemm tat-tifel u anke tat-tifla.", "M'hemmx għalfejn nidħol f'iktar dettall.", "Kollha kemm aħna nafuhom dawn l-affarijiet.", "Fejn jidħlu single mothers, fl-ewwel perjodu hemm ħtieġa li jkun hemm.......", "Però imbagħad wara, once li t-tfal jibdew il-kindergarten, hemm bżonn li dawn l-ommijiet jidħlu fi programm ta' taħriġ u jibqgħu jingħataw l-għajnuna kollha kif inhi, sakemm isibu l-impjieg.", "Għandna ħafna żgħażagħ li huma under 20s, li dawn diġà kważi kkunslaw li ħajjithom se jibqgħu jgħixu biċ-cheque tar-relief kif popolarment jgħidulu.", "Dak fejn iwassal, Lm120 fix-xahar, biex trabbi, teduka, tikkura, eċċ.?", "Irridu nieħdu a konjizzjoni l-problema ta' ħafna single parents nisa – u jistgħu jkunu rġiel ukoll - li qed irabbu.", "Il-potenzjal tad-dħul tagħhom huwa biss ta' paga waħda, għax dawn qed irabbu waħedhom.", "Insa l-kwestjoni ta' manteniment or whatever għax hemm numru li anqas dak m'għandhom to fall backupon.", "Hawnhekk il-kwestjoni tal-family friendly measures hija ħafna iktar kruċjali, għax hemmhekk kulħadd waħdu.", "Jiġifieri jekk single parent m'għandhiex lill-ommha u l-missierha fuq min taqa', min se jżomm lil uliedha?", "Imbagħad jibdew deħlin il-perikli ta' tfal waħedhom id-dar, ta' tfal ippressati, ta' tfal illi they resolve themselves to habits, etc. I think these people have to be focused upon as well.", "SINA BUGEJA: Kif kont qed titkellem dwar is-single mothers ftakart f'esperjenza li kelli li kienet parti minn proġett ġewwa Northern Ireland.", "Bħala partners kellna organizzazzjoni partikolari li meta mort niddiskuti magħhom – fil-fatt konna tant at different poles li bid-diskussjoni mbagħad fhimna lil xulxin – skoprejt illi dawn xogħolhom hu li jgħinu jew jgħallmu lil dawn is-single mothers kif jirnexxielhom isibu kull possibbiltà li jieħdu sa l-inqas 1c mis-sistema.", "Fl-istess ħin kienu qed joffru ħafna training, però it-training qatt ma kien marbut ma' timeframes.", "Jiġifieri jiena nista' niddeċiedi li nidħol għal kors ta' diploma, nagħmel sentejn jew tlieta minn ħajti nattendi twice a week – it's my outing - imma at the end of it ma kienx hemm irbit.", "Jien meta smajt eżattament x'kienu qed joffru, bdejt inqajjem dawn il-mistoqsijiet.", "Is-sistema qiegħda, b'xi mod, tissapportjahom.", "Imma tgħidlu ħażin, tajjeb?", "Ma jistax ikun tajjeb għax dawn qatt m'għandhom xi income fejn tista' tgħid li huwa tajjeb.", "Però qatt ma kien hemm din l-inizjattiva jew din il-push illi jiena se nsostnik għall-perijodu però se jiġi mument meta trid tħares 'il quddiem, ngħinek tħares 'il quddiem u ngħinek tasal.", "Id-diskussjoni kienet interessanti ħafna u preżenti kien hemm ukoll single mothers.", "Ovvjament l-ewwel punt li qajjimt ma rawhx bħala xi ħaġa pożittiva.", "Però fl-aħħar tad-diskussjoni waħda minnhom qaltli li fir-realtà qatt ma kienet ħasbet hekk.", "Imbagħad hi stess bdiet tirrealizza li at some point kien se jkollha l-potenzjal, u she can stand on her own two feet.", "Fuq il-punt li qed tgħid int irridu nħarsu lejn dik id-direzzjoni biex nimxu anke lejn il-possibbiltà illi at some point you stand on your own two feet.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: L-Ingilterra ħadu xi inizjattivi f'dan is-sens u hemm diversi programmi għaddejjin.", "Ma nafx jekk qattx analizzajtu x'qed isir.", "SINA BUGEJA: Le mhux analiżi.", "Imma minħabba dan il-proġett konna rajna x'hemm Belfast u huma kienu għamlu comparision mas-sistema Ingliża.", "THE CHAIRMAN: Meta nitkellmu fuq dan, wieħed irid jgħid ukoll illi din mhijiex problema tas-single mothers biss.", "Apparti li trid tiddistingwi ukoll bejn single mothers u single mothers 'fittizji', li jkunu qed jgħixu f'relazzjoni.", "Wieħed irid jammetti li hawn abbuż sfaċċat fuqha din.", "Però il-kwestjoni mhijiex biss għal dan il-każ.", "Li l-welfare state jikkrea dipendenza naħseb qiegħda all around.", "Irid forsi jgħaddi ftit taż-żmien ieħor sakemm jasal il-mument illi wieħed jiddiskuti b'mod iktar serju l-bżonn li jiġi ikkreat, u allura wieħed ikun jista' jitkellem b'iktar razzjonalità, għax il-welfare state għadu issue, biex ngħid hekk, sentimentali.", "Irridu naraw ukoll jekk dawn iċ-cheque handouts kollha humiex qed jagħmlu iktar ħsara milli ġid.", "Jekk hux qed jikkreaw iktar dipendenza milli awtonomija.", "U dan assolutament mhux każ ta' single mothers jew ta' nisa biss.", "Nixtieq ukoll ngħid li illi f'din l-inizjattiva li qed nieħdu biex joħorġu aktar nisa fis-suq tax-xogħol, ma nżidux pressjoni żejda oħra.", "Diġà hemm pressjoni ekonomika u ma rridux nagħmlu pressjoni oħra fis-sens li qisna issa f'daqqa waħda ħloqna neċessità.", "Imma rridu nipprovdu l-opportunitajiet kollha biex mara jekk tagħżel toħroġ taħdem.", "Però irridu nibqgħu nirrispettaw id-deċizjoni ta' dawk illi b'għażla tagħhom jgħidu le, li hija l-priorità tagħhom u li huma hekk jifmuha...", "SINA BUGEJA: Fl-equation ma rridux nħallu barra dawk li jaħdmu fil-volontarjat.", "Jekk inħarsu lejn il-volontarjat Malti naraw, li persentaġġ qawwi ħafna ta' voluntierà huma nisa.", "Jiġifieri rridu narawha u napprezzawha din il-ħaġa.", "Però minn naħa l-oħra, kull darba li tara sitwazzjoni problematika, aktarx il-bottom line tkun ekonomika.", "U allura s-soluzzjoni ekonomika tista' tgħin lil ħafna nies isibu soluzzjonijiet oħrajn għal ħajjithom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "ONOR MARIO GALEA: Nixtieq nagħmel kumment qasir.", "F'question 8 jissemmew id-day care centres.", "Jidher illi qed isir xi ħaġa f'dawn iċ-ċentri, fis-sens illi ngħataw fondi biex jiġu rranġati u jiġu up to standard.", "Jiġifieri fuq dik l-issue mexjin.", "Se nieħu spunt minn tweġiba ta' Mistoqsija Parlamentari fejn issemmew is-single parents.", "Ma nafx hijiex perception tiegħi, għax m'għandiex statistika, imma donnu qed ngħixu f'soċjetà iktar permessiva, fejn illum ċertu affarijiet huma aktar aċċettati milli kienu qabel.", "Tinkwetani wkoll l-ammont ta' tfajliet żgħar li qegħdin joħorġu pregnant.", "Naħseb iktar milli nipprovaw infittxu s-soluzzjoni, ta' min li nipprovaw nindirizzaw din il-problema.", "Illum kien hemm Mistoqsija Parlamentari li weġibha, ma nafx hux il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jew il-Ministru tas-Saħħa, illi din is-sena jew is-sena l-oħra, l-età ta' l-iżgħar tfajla li kellha tarbija kien ta' 13-il sena.", "M'ilux ġiet tfajla tkellimni ma' ommha u missierha b'tarbija u jien staqsejtha jekk kienx ħuha iż-żgħir, il-fessud hux.", "U missierha qalli li le dak mhux ħuha, imma hu kien in-nannu tiegħu.", "Kien it-tifel tat-tifla.", "Issa f'għajnejja kienet tidher għadha tifla, u mbierek Alla diġà saret omm.", "Naħseb anke hemm, irridu nindirizzaw ftit is-sitwazzjoni.", "Ma nafx x'counselling għandhom l-iskejjel, imma r-realtà hija realtà.", "Minn survey li sar dan l-aħħar instab li tfal ta' età żgħira huma diġà sexually active u għallinqas għandna nibdew ngħallmuhom issa.", "Nerġa' ngħid, ma nafx x'għandhom fil-curriculum tagħhom jew jekk jattendux Sedqa, imma għandna bżonn nibdew ngħallmuhom x'alternattivi hemm fuq family planning jew x'jistgħu jagħmlu biex ma joħorġux pregnant.", "Għax li jsiru ommijiet ta' 13-il sena - u issa l-Onor.", "Coleiro Preca qed tgħidli li kien hemm tifla ta' 11-il sena li ħarġet pregnant – hija xi ħaġa li taħsdek.", "Dan mhux fenomenu ta' Malta biss, imma anke ta' barra minn Malta, imma we have to address this problem għax se jibqa' jkollna single mothers.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Jien naħseb li dawn il-ħafna tfajliet qegħdin ifittxu - apparti l-aspett bioloġiku li huma jkunu sesswalment attivi minn kmieni, eċċ. - dak is-sens ta' sigurtà emozzjonali.", "Għaliex li tkun sesswalment attiv mod, imma attwalment qed jaċċettaw ċerti sitwazzjonijiet, li jien naraha li hi aktar attribwita psikoloġikament.", "Għalhekk naħseb li f'ċertu sens irridu nindirizzaw is-sitwazzjoni tal-familja minn kmieni.", "Per eżempju, fejn qabel our values and our life skills used to emanate mill-parents tagħna għax huma kienu jkunu d-dar, il-mama dejjem kienet id-dar, toħroġ x'ħin toħroġ, tidħol x'ħin tidħol, il-mama qiegħda d-dar imma llum aħna m'aħniex id-dar.", "Mela r-responsabiltajiet li aħna konna nieħdu direttament mill-parents tagħna, issa we are sharing them, u daħlu mingħajr ma xtaqu l-għalliema, in-nursery carers, etc. Jiġifieri llum il-kwestjoni tal-parenting skills m'għadhiex marbuta ma li l-parents jagħtu l-parental skills huma biss, imma jien ngħid li wasal il-mument fejn in-nursery carers, il-kindergarten assistants u l-għalliema jinkwadraw irwieħhom because they are sharing dak li qabel kienu jġorruh waħedhom il-parents.", "Illum bil-bidla soċjo ekonomika qawwija li ġiet fuqna u trid tibqa' tiġi fuqna - għax jien ma ngħidx li se tieqaf hawn, għax dawn mewġiet – ġiegħluna nagħmlu dawn l-affarijiet.", "ONOR MARIO GALEA: Imma fl-aħħar mill-aħħar x'messaġġ se nwasslulhom lit-tfal tiegħek, tiegħi, whatever, aħna, lin-nanniet, fl-iskola?", "Fl-aħħar mill-aħħar ir-realtà ta' din il-problema – u hawnhekk qed ngħid fuq unwanted pregnancies – hi li t-trend hi li t-tfal jiġu sexually active minn età iktar żgħira.", "Fl-aħħar mill-aħħar, lit-tfal tagħna, qed ngħidulhom l-options ta' x'contraceptives jeżistu?", "Jew qed nibżgħu għax hija kontra r-reliġjon tagħna għax din hija a no go area u ħadd ma jitkellem fuqha?", "Minn hemmhekk irridu nibdew.", "ONOR MARIO GALEA: Ma nafx jekk hux qegħdin jattendu.", "Naf li s-Sedqa imorru imma ma nafx jekk jgħidulhomx.", "Imma flimkien ma' din, trid tindirizza wkoll l-idea li t-tfal tagħna jibdew jagħrfu jagħżlu.", "ONOR MARIO GALEA: Imma llum it-tfal huma bbumbardjati mill-internet ...", "Huma tant ibbumbardjati li allura l-iskills li aħna konna nieħdu u forsi kienu jkunu suffiċjenti, unfortunately illum għat-tfal tagħna dawk l-iskills mhumiex biżżejjed u terġa' lanqas qed nagħtuhomlhom aħna.", "U ma nafux jekk il-kumplament li rridu jieħdu, hux qed jieħduh.", "Dan hu l-punt tiegħi.", "Jien għalija l-prevenzjoni mhux din il-parti biss, Onor. Galea.", "Għax wara kollox, anke l-għażla tmurx torqod ma' wieħed jew le, m'hiex l-unika għażla li t-tfal tagħna jiġu fiha.", "Anke x'għażla se jagħmlu, jekk jixtrux tad-ditta jew le, per eżempju.", "Imma dik hija sitwazzjoni oħra u mhux se noqogħdu nidħlu fiha hawnhekk.", "SINA BUGEJA: Naħseb li dawn huma kollha issues li rridu, b'xi mod, nindirizzaw.", "Imma dik tkun diskussjoni darba oħra.", "THE CHAIRMAN: Hekk hu.", "Għandek xi punt ieħor li xtaqt issemmi?", "I really needed to hear intom x'qegħdin tħarsu.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 7 ta' Mejju, 2007.", "Fid-8.40 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn 7 ta' Mejju, 2007.", "Fit-8:30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070502_085d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 86", "It-Tnejn, 7 ta' Mejju, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 86", "It-Tnejn, 7 ta' Mejju, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-18.35 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 85 li saret fit-2 ta' Mejju 2007 ġew konfermati.", "The CHAIRMAN: Il-laqgħa tal-lum hija mad-delegazzjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa mill-Parlament Ewropew.", "Fis-7.27 p.m. aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070507_086d_soc.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 107", "L-Erbgħa, 9 ta' Mejju 2007 fis-7.15 p.m.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 9 ta' Mejju 2007 fis-7.15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa ma' delegazzjoni mill-Kumitati għall-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Parlament tar-Repubblika tal-Litwanja mmexxija mill-Onor Justinas Karosas, President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070509_107a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 107", "L-Erbgħa, 9 ta' Mejju, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru. 107", "L-Erbgħa, 9 ta' Mejju, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.29 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 106 li saret nhar it-Tnejn, 30 ta' April 2007, kienu konfermati.", "LAQGĦA MA' DELEGAZZJONI MILL-KUMITATI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA MMEXXIJA MILL-ONOR JUSTINAS KAROSAS, PRESIDENT TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN", "JUSTINAS KAROSAS (President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Litwanja): Mr Chairman, if I may, I would also like to make a contribution.", "Fit-8.20 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070509_107d_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 9 ta' Mejju 2007.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.29 p.m.", "L-Onor Jason Azzopardi, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Michael Asciak, l-Onor Clyde Puli u l-Onor George Vella.", "Assenti: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor Evarist Bartolo, l-Onor Leo Brincat, l-Onor Mario de Marco u l-Onor Jose' Herrera.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 106 li saret fit-30 ta' April, 2007, kienu konfermati.", "LAQGĦA MA' DELEGAZZJONI MILL-KUMITATI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA MMEXXIJA MILL-ONOR JUSTINAS KAROSAS, PRESIDENT TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN", "Id-delegazzjoni mir-Repubblika tal-Litwanja kienet magħmula mill-Onor Justinas Karosas, President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u Kap tad-Delegazzjoni, l-Onor Dailis Alfonsas Barakauskas, l-Onor Aldona Staponkiene u l-Onor Jadvyga Zinkeviciute.", "Il-Membri tal-Kumitat u d-delegazzjoni mill-Litwanja tkellmu fuq diversi temi, fosthom, ir-resettlement fil-Litwanja ta' refuġjati minn Malta, it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea, it-Trattat Kostituzzjonali, in-Neigbhourhood Policy kemm fir-reġjun tal-Mediterran kif ukoll fil-Lvant ta' l-Ewropa, l-enerġija u l-ftehim ta' koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russja.", "Fit-8.20 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070509_107m_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 108", "L-Erbgħa, 16 ta' Mejju 2007 fis-7.00 p.m.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 16 ta' Mejju 2007 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa ma' E.T. Ms Molly Bordonaro, Ambaxxatur ta' l-iStati Uniti ta' l-Amerika għal Malta.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070516_108a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 108", "L-Erbgħa, 16 ta' Mejju, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru. 108", "L-Erbgħa, 16 ta' Mejju, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.10 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 107 li saret fid-9 ta' Mejju 2007, kienu konfermati.", "LAQGĦA MA' E. T. MS MOLLY BORDONARO, AMBAXXATUR TA' L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA GĦAL MALTA", "THE CHAIRMAN: (Onor. Jason Azzopardi): L-item prinċipali hija l-laqgħa ma' l-Eċċellenza Tagħha, Ms Molly Bordonaro, Ambaxxatriċi ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika għal Malta.", "Fit-8.20 p.m. il-Kumitat aġġorna għal", "data oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070516_108d_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 16 ta' Mejju 2007.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.10 p.m.", "L-Onor Jason Azzopardi, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Michael Asciak, l-Onor Leo Brincat u l-Onor Clyde Puli.", "Preżenti wkoll kien hemm l-Onor Joseph Falzon, sostitut ta' l-Onor Mario de Marco, u", "Assenti: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor Evarist Bartolo, l-Onor Mario de Marco, l-Onor Jose' Herrera u l-Onor George Vella.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 107 li saret fid-9 ta' Mejju, 2007, kienu konfermati.", "LAQGĦA MA' E. T. MS MOLLY BORDONARO, AMBAXXATUR TA' L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA GĦAL MALTA", "L-E.T. Ms Molly Bordonaro kienet akkumpanjata minn Ms Monica Cummings, uffiċċjal fl-ambaxxata Amerikana.", "Il-Kumitat u l-Ambaxxatur ta' l-iStati Uniti ta' l-Amerika ddiskutew, fost temi oħra:", "i) ir-relazzjonijiet bilaterali, fosthom, il-visa, il-ftehim dwar it-taxxa doppja, ir-resettlement ta' refuġjati minn Malta, is-sigurta' fil-Mediterran u l-koperazzjoni f'diversi oqsma;", "ii) ir-relazzjonijiet bejn l-iStati Uniti u l-Unjoni Ewropea;", "iii) is-sitwazzjoni fl-Iraq u fil-Lvant Nofsani; u", "iv) ir-relazzjonijiet mar-Russja u ma' l-Iran.", "Fit-8.20 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070516_108m_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 109", "Il-Ġimgħa, 18 ta' Mejju 2007 fn' 12.00 p.m.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ġimgħa, 18 ta' Mejju 2007 fn' 12.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa ma' Dr Joe Borg, Kummissarju tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli mis-Sajd u l-Affarijiet Marittimi, dwar it-tema: Lejn Politika Marittima għall-Unjoni Ewropea.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070518_109a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 109", "Il-Ġimgħa, 18 ta' Mejju, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru. 109", "Il-Ġimgħa, 18 ta' Mejju, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, f'n-12.13 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 108 li saret nhar l-Erbgħa, 16 ta' Mejju 2007, kienu konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Jason Azzopardi): Qabel ma ngħaddu għall-item prinċipali rrid nitlob il-permess tal-Membri ta' dan il-Kumitat għaliex hemm talba minn ġurnalist tan-Net Television sabiex jiffilmja l-ewwel ftit minuti tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "LAQGĦA MAL-KUMMISSARJU JOE BORG, MEMBRU TAL-KUMMISSJONI EWROPEA RESPONSABBLI MIS-SAJD U L-AFFARIJIET MARITTIMI, DWAR IT-TEMA: LEJN POLITIKA MARITTIMA GĦALL-UNJONI EWROPEA", "THE CHAIRMAN: L-item prinċipali ta' l-aġenda tal-lum huwa l-laqgħa mal-Kummissarju Malti Joe Borg.", "Huwa ta' pjaċir sinċier u ta' unur għalina li nerġgħu niltaqgħu miegħek Kummissarju.", "Apparti milli qegħdin inġeddu l-konoxxenza u l-ħbiberija tagħna, huwa wkoll importanti li taġġornana daqsxejn dwar x'inhuma l-aħħar żviluppi fil-proċess tal-green paper li inti nidejt ftit taż-żmien ilu u li issa waslet biex tiġi konkluża.", "Nirringrazzjak mill-ġdid u nħalli l-kelma f'idejk.", "IL-KUMMISSARJU JOE BORG (Membru tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli mis-Sajd u l-Affarijiet Marittimi): Sur President, l-ewwelnett nixtieq nirringrazzjakom ħafna talli stedintuni sabiex niġi niltaqa' ftit magħkom u nirrapportalkom fuq kif miexi l-proċess dwar il-possibilita` li fil-futur ikun hemm politika marittima għall-Unjoni Ewropea.", "Nixtieq ukoll nisma' l-kummenti tagħkom fuq dan is-suġġett u kif intom qegħdin taraw li dan jista' jaffettwa s-settur li tiegħu għandkom ir-responsabilita` f'Malta.", "Jekk tridu tagħmlu xi mistoqsijiet, osservazzjonijiet jew riflessjonijiet, jiena lest li nweġibkom bil-qalb kollha.", "Ma xtaqtx indum ħafna fuq il-preżentazzjoni u d-diskussjoni tiegħi se naqasamha fi tliet partijiet.", "L-ewwelnett se nsemmi x'sar s'issa għaliex huwa tajjeb li wieħed jerġa' jiftakar ftit minn xiex għadda l-proċess.", "It-tieni se ngħid xi ħaġa fuq dak li se jiġri għaliex huwa importanti li Malta u l-membri parlamentari Maltin ikunu mdaħħla f'dak li se jiġri.", "F-aħħar nett se ngħid x'ħareġ mill-konsultazzjonijiet u x'inhuma l-indikazzjonijiet dwar il-futur tal-politika marittima.", "Kif għedt l-ewwel parti se nħalliha għal dak li sar s'issa.", "Kif tafu malli ġie nominat Barroso bħala President tal-Kummissjoni mill-ewwel ħass li għandu jkun hemm focus f'dak li għandu x'jaqsam mal-politika marittima għall-Unjoni Ewropea.", "Naħseb li stigah li jagħmel dan il-fatt li dan is-suġġett kien ġie diskuss qabel pero` qatt ma mexa 'l quddiem.", "Li ġara matul is-snin disgħin u l-bidu ta' dan is-seklu kien li ċerti pajjiżi oħra, b'mod partikolari l-Kanada, l-Istati Uniti, l-Awstralja u anke pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, bħall-Portugall, Spanja u Franza, bdew jagħtu importanza partikolari lill-aspett integrali tal-politika marittima.", "Meta Barroso avviċinani sabiex jgħidli x'għandu f'moħħu dwar dak li kelli nkun responsabbli tiegħu, offrieli li nikkoordina x-xogħol li għandu x'jaqsam mal-politika marittima.", "Min-naħa tiegħi aċċettajt.", "L-ewwel ħaġa li għamilna kienet li waqqafna tliet strutturi.", "L-ewwel waħda fuq livell politiku fejn waqqafna steering group ta' kummissarji.", "L-idea kienet li jkunu l-kummissarji kollha li għandhom fir-responsabilitajiet tagħhom ta' kuljum xi aspett li għandu x'jaqsam mal-politika marittima.", "Fil-fatt f'dan il-grupp għandek lill-Kummissarju Jacques Barrot tat-Trasport, il-Kummissarju Stavros Dimas ta' l-Ambjent, il-kummissarju għall-politika reġjonali, il-kummissarju għall-politika ta' l-intrapriża, il-kummissarju għall-politika dwar ir-riċerka u l-iżvilupp, il-kummissarju għall-politika ta' l-enerġija u jien li nikkordina dan ix-xogħol.", "Illum qegħdin għaxar kummissarji f'dan l-isteering group għax żdied il-Kummissarju Franco Frattini tal-Ġustizzja u Sigurta`, il-Kummissarju Benita Ferrero-Waldner tar-Relazzjonijiet Esteri u l-Kummissarju Vladimir Spidla tal-Politika Soċjali.", "Twaqqaf ukoll inter-services group fuq il-livell tas-servizzi kollha fil-kummissjoni li għandu r-responsabilita` li jara kif għandu jkun il-koordinament tax-xogħol f'dak li għandu x'jaqsam mal-politika marittima futura.", "Twaqqaf task force ta' grupp ta' nies li jaqgħu taħt id-direttorat ġenerali tiegħi mmexxi minn direttur li l-funzjoni tagħhom hija dik li jagħmlu dak kollu li hemm bżonn sabiex il-proċess jimxi 'l quddiem on a day-to-day basis.", "Għalhekk id-daily management tiegħu huwa f'idejn dan it-task force.", "Wara t-twaqqif ta' dawn l-entitajiet, l-ewwel fażi kienet dik li jkun hemm konsultazzjoni sabiex niġbru l-ideat ħalli b'hekk inħejju ruħna għal dak li jista' joħroġ fil-green paper.", "Fil-fatt għamilna konsultazzjoni ta' madwar sena qabel il-pubblikazzjoni tal-green paper, fejn matul dak iż-żmien ikkonsultajna ma' l-għaqdiet rappreżentattivi kollha u barra minn hekk kienu diġa' qegħdin jinvolvu ruħhom ċerti istituzzjonjiet, bħalma huwa l-Kumitat tar-Reġjun għaliex dan il-kumitat għandu interess dirett.", "Irċevejna wkoll madwar 300 sottomissjoni li għenuna immensament sabiex stajna nifformolaw il-green paper.", "Il-green paper ġiet adottata mill-Kummissjoni f'Ġunju tas-sena l-oħra u l-iskop tagħha kien aktar li tistaqsi mistoqsijiet dwar kif għandna naslu għal deċiżjoni dwar is-sura li tista' tieħu l-politika marittima għall-Unjoni Ewropea.", "Il-green paper nidiet sena ta' konsultazzjoni abbażi ta' dak li kien hemm fiha u din is-sena se tagħlaq fl-aħħar ta' Ġunju li ġej.", "F'dan ir-rigward nixtieq ngħid li rċevejna ħafna sottomissjonijiet addizzjonali ma' dawk li saru qabel il-pubblikazzjoni tal-green paper.", "Saru numru konsiderevoli ta' events, konferenzi, seminars u laqgħat sabiex nipprovaw nieħdu l-opinjonijiet tas-setturi differenti u sabiex naraw x'inhuma l-aspetti li fuqhom jidher li hemm qbil u x'inhuma l-aspetti li huma ta' ċerta sensittivita` li niġi għalihom aktar 'il quddiem.", "Irrid ngħid ukoll li rċevejna ħafna feedback pożittiv minn dawn il-konsultazzjonijiet u diġa` għandna indikazzjoni fuq x'inhuma l-pożizzjonijiet ta' dawn l-istakeholders differenti.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq l-istituzzjonijiet.", "Wara li ġiet ippubblikata l-green paper, il-Kumitat tar-Reġjuni għadda sabiex jagħmel it-tieni rapport tiegħu li ġie ppubblikat fi Frar ta' din is-sena.", "Fil-Kumitat tar-Reġjuni kien hemm membri Maltin li ħadu sehem attiv ħafna.", "Ir-riżultat tar-rapport huwa wieħed pożittiv immens u fih hemm sensiela sħiħa ta' issues li l-Kumitat tar-Reġjuni jħoss li għandhom ikunu indirizzati fil-politika marittima futura għall-Unjoni Ewropea.", "L-istess għamel il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għax fil-fatt dan il-kumitat ippreżenta r-rapport tiegħu fil-bidu ta' dan ix-xahar u li l-istess huwa pożittiv ħafna.", "Wara perijodu li kien xi ftit problematiku - sakemm iddeċidew min se jieħu l-lead - il-Parlament Ewropew iddeċieda li ħamsa mill-kumitati tal-Parlament Ewropew għandhom jagħmlu r-rapport settorjali tagħhom.", "Imbagħad ġie appuntat an over all coordinator li huwa membru parlamentari li ġej mill-qasam tat-trasport pero` li t-terms of reference tiegħu f'dan ir-rigward jagħmluha ċara li r-rapport irid ikopri l-areas kollha.", "Fil-fatt dan għandu r-responsabilita` li jintegra l-ħames rapporti flimkien biex imbagħad jippreżenta rapport wieħed li għandu jmur quddiem il-plenarja tal-Parlament Ewropew sabiex jiġi vvotat fl-10 ta' Lulju.", "Probabbilment fl-10 ta' Lulju jew xi ġimgħa wara jien beħsiebni mmexxi orientation discussion fil-Kummissjoni fil-Kulleġġ tal-Kummissarji sabiex nirrapportalhom dak li jkun sar bħalma qiegħed nagħmel illum.", "Il-pajjiżi membri kienu diġa` taw is-sottomissjonijiet tagħhom qabel il-pubblikazzjoni tal-green paper pero' issa bdew deħlin mill-pajjiżi membri individwali sottomissjonijiet aktar iffokati fuq l-issues li qiegħda tindirizza l-green paper.", "S'issa rċevejna rapporti minn madwar ħames pajjiżi membri individwali, fosthom minn Franza u d-Danimarka.", "Mill-informazzjoni li għandi sa l-aħħar ta' Ġunju se jkunu daħlu s-sottomissjonijiet mill-pajjiżi membri kollha.", "Barra minn hekk mal-presidenzi differenti mxejna tajjeb ħafna u fil-fatt fil-Kunsill Ewropew ta' Ġunju tas-sena l-oħra taħt il-Presidenza Awstrijaka kien hemm riferenza għall-green paper fejn qalu li they welcome the publication of the green paper u qisu ngħatat il-go-ahead sabiex we take it a step further.", "Mal-Presidenza Finlandiża mxejna tajjeb ħafna u fil-fatt il-Finlandiżi fformaw dak li jgħidulu friends of the presidency group fejn ikollok rappreżentanti minn pajjiżi membri differenti sabiex jiddiskutu l-mod ta' kif għandna nimxu 'l quddiem f'dak li għandu x'jaqsam mal-politika marittima.", "Għadna kemm żammejna wkoll konferenza bejn il-Kummissjoni u l-Presidenza Ġermaniża fi Bremen li għaliha kien hemm madwar 600 rappreżentant mill-għaqdiet u mill-entitajiet kollha li b'xi mod jew ieħor għandhom interess fil-politika marittima.", "Din il-konferenza nfetħet minn mill-President Barroso u mill-Kanċillier Merkel.", "Allura issa nistgħu ngħidu li it was at the top level u fejn dawn taw indikazzjoni ċara fuq id-direzzjoni li wieħed jista' jieħu.", "Mal-Portugall qegħdin naħdmu id f'id .", "Issa se ngħaddi ftit fuq dak li qiegħed jiġri.", "Fit-30 ta' Ġunju jagħlqu formalment il-konsultazzjonijiet.", "Se nagħmilha ċara mill-ewwel li dan ma jfissirx li jekk jidħlu sottomissjonijiet oħra wara dik id-data, dawn se jiġu injorati.", "Pero` tifhmu li jrid ikollok a cut-off point għaliex imbagħad irridu ngħaddu għall-fażi li jmiss.", "Kif għedt fl-10 ta' Lulju se jkun hemm l-adozzjoni tar-rapport konġunt tal-Parlament Ewropew.", "Għalkemm dan se jsir wara t-30 ta' Ġunju, xorta waħda se jkun parti ċentrali ta' l-analiżi li rridu nagħmlu tal-konsultazzjonijiet li saru.", "F'Lulju stess se ssir konferenza taħt l-awspiċi tal-Presidenza Portugiża li se tindirizza aspetti dwar il-governanza ta' politika marittima li fiha nnifisha hija issue ta' ċerta sensittivita` għaliex fuqha jiddependi x'tip ta' strutturi futuri għandu jkun hemm għall-politika marittima.", "Bejn Lulju u Settembru l-Kummissjoni trid tipprepara żewġ komunikati.", "Wieħed minnhom irid jirriproduċi fih il-konklużjonijiet li joħorġu minn dawn il-konsultazzjonijiet u allura fih se jkollok x'inhuma l-messaġġi li rċevejna mill-konsultazzjonijiet kollha li jkunu saru, inklużi d-diversi konferenzi li attendejna għalihom.", "Il-komunikat l-ieħor se jkun fih il-viżjoni dwar il-politika marittima futura li toħroġ mill-messaġġi li nkunu rċevejna u se jkollu fih ukoll pjan ta' azzjoni sabiex naslu għal dik il-viżjoni.", "L-idea hija li fl-10 ta' Ottubru, wara li dawn il-komunikati jkunu ġew approvati mill-isteering group tal-kummissarji, il-Kummissjoni, permezz tal-Kulleġġ tal-Kummissarji, tieħu deċiżjoni formali dwar dawn iż-żewġ komunikati.", "Diġa` miftiehmin mal-Presidenza Portugiża ħalli qabel l-aħħar ta' Ottubru ssir konferenza ministerjali - probabbilment din se ssir fil-Portugall stess - li se tkun waħda oriġinali.", "Dan mhux se jkun Ministerial Council meeting normali, fejn ikollok il-ministri tal-komunikazzjoni, il-ministri ta' l-ambjent jew il-ministri tas-sajd, imma f'dan il-meeting se jkollok il-ministri li fil-pajjiż membru għandhom responsabilita` ġenerali għal dak li għandu x'jaqsam mal-politika marittima.", "Ovvjament din hija biċċa uġiegħ ta' ras għaliex kull pajjiż membru jrid jidentifika dik il-persuna li għandha the overriding role f'dak li għandu x'jaqsam mal-politika marittima.", "Sur President, jien m'iniex qiegħed neskludi li f'ċerti pajjiżi jkollok żewġ persuni minflok wieħed li jattendu għal dan il-meeting.", "Għalhekk irridu naraw eżattament din kif se tinħadem pero` jekk irid ikollok diskussjoni b'sustanza f'dak li għandu x'jaqsam mal-politika marittima futura jridu jkunu l-ministri li fil-pajjiżi membri tagħhom għandhom ir-responsabilita` għal dan.", "Dan ifisser li se jkollok taħlita enormi fil-pajjiżi membri għaliex se jkollok min huwa ministru tal-komunikazzjoni, min huwa ministru tat-trasport, min huwa taħt l-uffiċċju tal-prim ministru u min huwa ministru tad-difiża bħalma se jkun fil-każ tal-Portugall.", "Allura se jkollok taħlita enormi ta' min se jieħu s-sopravvent għal dak li għandu x'jaqsam mal-politika marittima dwar l-Unjoni Ewropea.", "Jekk kollox jimxi kif inhu previst fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru se jiġu approvati ż-żewġ komunikati u l-pjan ta' azzjoni għall-politika marittima futura.", "Xi ħaġa li m'għedtx l-ewwel hija dik li wieħed minn dawn iż-żewġ komunikati se jkollu fih il-viżjoni u l-pjan ta' azzjoni li se jidentifika numru ta' proġetti jew inizjattivi speċifiċi u konkreti li jistgħu jiġu mnedija immedjatament.", "Fil-fatt ġaladarba jidher li m'hemmx diffikultajiet partikolari, aħna diġa` bdejna nħejju x-xogħol ħalli ma nispiċċawx ikollna speċi ta' vacuum minn mindu jittieħdu d-deċiżjonijiet sakemm tħejji l-mekkaniżmu ħalli dawn jibdew mexjin.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq it-tielet aspett tad-diskussjoni.", "Jekk kollox jimxi kif qiegħed ngħid il-pjan ta' azzjoni jidħol fis-seħħ mill-bidu tas-sena 2008 taħt il-Presidenza Slovena u fil-fatt aħna diġa` bdejna nitkellmu magħhom.", "Imbagħad it-tieni sitt xhur se nkunu taħt il-Presidenza Franċiża fejn probabbilment il-momentum se jiżdied.", "Jekk inħarsu ftit lejn x'inhuma dawn il-proġetti jew inizjattivi konkreti fuq l-oqsma differenti nista', per eżempju, insemmi dak li għandu x'jaqsam mas-sajd.", "Waħda mill-inizjattivi li diġa` bdejna naħdmu fuqha - l-Onor.", "Ministru George Pullicino jaf dwarha għaliex diġa` kellna laqgħa informali tal-ministri - hija dik li għandha x'taqsam mas-sajd illegali jew mas-sajd li ma jkunx irrapportat fuq dimensjoni internazzjonali ħalli naraw kif nistgħu nsaħħu l-mekkaniżmi biex nillimitaw kemm jista' jkun is-sajd li huwa illegal or unreported or unregulated.", "Il-fatt huwa li dan jirrappreżenta perċentwali sostanzjali tal-qabda kollha tal-ħut u jekk aħna rridu li verament ikollna sajd sostenibbli allura rridu neliminaw is-sajd illegali li qiegħed jikkrea a dislevel playing field enormi mas-sajjieda li jagħmlu l-affarijiet kif suppost.", "Fil-qasam tar-riċerka f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam marittimu għandek research institutes ma' l-Ewropa kollha.", "Jekk m'iniex sejjer żball għandek madwar 300 research institutes fil-qasam marittimu.", "Madankollu n-networking ta' bejniethom ma jaħdimx kif suppost u allura hemm bżonn li jkun hemm network kif suppost ta' l-istituti dwar ir-riċerka marittima ħalli b'hekk ikunu koperti l-areas kollha tar-riċerka li għandhom x'jaqsmu mal-qasam marittimu.", "Barra minn hekk ma jkollokx xogħol doppju jekk mhux ukoll ikkwadrupplat.", "Nisperaw li din tkun waħda mill-inizjattivi konkreti.", "Jien mhux qiegħed ngħid li din hija l-politika marittima imma dawn huma eżempji ta' kif nistgħu nibdew inwittu t-triq għaliex kemm-il darba ssib li jkollok il-biċċiet kollha tal-jigsaw puzzle il-problema li jibqa' tkun sabiex tgħaqqad dawk il-biċċiet flimkien u aħna dan li qegħdin nipprovaw nagħmlu b'dawn l-eżempji.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-intrapriża nistgħu noħorġu b'eżempji ta' best practice.", "Per eżempju, fl-Olanda għandek sistema għal dak li għandu x'jaqsam mal-management tal-portijiet u għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-immaniġġjar tal-maritime clusters.", "Din is-sistema tidher li qiegħda taħdem tajjeb ħafna għaliex huwa mezz ta' kif l-istakeholders differenti jkunu mdaħħla fil-proċess sabiex jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Għalhekk tajjeb li wieħed jieħu dawn il-mudelli u jippreżentahom lill-pajjiżi membri l-oħra sabiex jaraw jekk jaqblilhomx idaħħlu sistemi simili.", "Imbagħad trid tara kif dawn il-clusters jinterrelataw ma' xulxin ħalli tikkrea network ta' clusters biex dawn jispiċċaw jiġbdu ħabel wieħed.", "Dwar il-politika reġjonali naħseb li fil-perspettivi finanzjarji eżistenti 2007/2013 hemm programmi li nistgħu nagħmluhom jiffokaw aktar fuq il-qasam kostali u marittimu.", "B'hekk fondi strutturali li forsi kienu jiġu awtomatikament indirizzati lejn iċ-ċentru minflok jibdew imorru aktar lejn il-periferija b'mod partikolari għaż-żoni kostali fejn għandek potenzjal ta' żvilupp enormi li ovvjament irid isir b'mod sostenibbli.", "Per eżempju, nista' nsemmi dak li għandu x'jaqsam mal-ġustizzja u s-sigurta' fejn għandek il-kwestjoni tal-gwardji kostali għax irridu naraw jekk għandux ikun hemm aktar koordinament bejn is-sistemi differenti tal-gwardji kostali.", "Fil-qasam ta' l-ambjent għandek il-kwestjoni tal-vessel emissions u mill-feedback li qiegħed ikolli mil-laqgħat li kelli mar-rappreżentanti tas-settur tax-shipping jidher li hemm bżonn naraw kif nistgħu naslu sabiex innaqqsu l-emissions mill-bastimenti.", "Imbagħad hemm issue oħra li għandha x'taqsam ma' l-enerġija, mat-trasport, ma' l-ambjent u mas-sajd.", "Din hija l-kwestjoni ta' spatial planning u forsi l-ewwel aspett li jista' jiġi ndirizzat sabiex tkun tista' topera l-ispatial planning b'mod effiċjenti huwa li jkollok dak li jsejħulu bl-Ingliż, is-seabed mapping u s-sea surface mapping.", "B'hekk tkun tista' tara kif jistgħu jkunu l-aħjar rotot, fejn jista' jkollok l-aħjar sitings għal wind farms, fejn huma l-aħjar żoni għas-sajd u fejn huma ż-żoni ekoloġikament sensittivi ħafna.", "Sur President, dawn huma ftit punti li jistgħu jiġu indirizzati bħala short-term deliverables.", "Ovvjament dawn il-punti huma biss parti żgħira minn pjan ta' azzjoni, pero' huma punti li fuqhom aħna nistgħu nagħmlu progress u li jistgħu jagħtu value added għall-mod ta' kif qed nagħmlu l-affarijiet illum.", "Dawn jistgħu wkoll iħejju t-triq għad-deċiżjonijiet li jkunu jridu jittieħdu aktar 'il quddiem fuq il-politika marittima integrata.", "Wieħed jista' jsemmi wkoll aspetti li jagħtu ċerta viżibilita` għal dak li huwa l-maritime heritage li għandha l-Unjoni Ewropea, bħall-Maritime Day u l-Maritime Award.", "Fil-qasam soċjali mbagħad għandek faċilita` ta' taħriġ ta' ħaddiema b'mod partikolari dwar jekk għandux ikun hemm a certificate of maritime excellence fuq livell Ewropew.", "Nagħlaq billi ngħid li hemm aspetti sensittivi u għalxejn, kif jgħid il-Malti, nipprovaw nistaħbew jew ngħattu x-xemx bl-għarbiel.", "Hemm aspetti fuq livell ġenerali fosthom li ma rridux aktar burokrazija u li ma rridux aktar ċentralizzazzjoni ta' poter.", "Naħseb li l-ewwel ħaġa li rridu ngħidu fil-komunikat huwa li dan m'huwiex eżerċizzju li l-intenzjoni tiegħu hija li jkun hemm iżjed burokrazija jew iżjed ċentralizzazzjoni ta' poter imma li dan huwa eżerċizzju sabiex niffaċilitaw il-mezz ta' kif isiru l-affarijiet u li żgur m'għandhomx jittieħdu deċiżjonijiet just for the sake of it imma għandhom jittieħdu deċiżjonijiet jekk hemm value added mill-aspett ekonomiku, mill-aspett soċjali jew mill-aspett ambjentali.", "Kwestjoni li dwarha joħroġ ċara li hemm ċerta reżistenza minn diversi pajjiżi membri hija l-kwestjoni tar-reġistru Ewropew jew tal-bandiera Ewropea.", "Hawnhekk wieħed ikollu jistaqsi dwar jekk hemmx għalfejn nimxu f'din id-direzzjoni jew inkella għandniex naqbdu u naqtgħulha rasha.", "Jekk f'dan ir-rigward m'hemmx benefiċċju allura jkun tajjeb li forsi wieħed jgħid li din hija xi ħaġa li m'hemmx interess fiha għax kif aħna nistgħu nottjenu l-istess riżultat.", "Fl-aħħar mill-aħħar ir-riżultat huwa li nipprovaw nattiraw reġistrazzjoni ta' vapuri taħt il-bnadar tal-pajjiżi Ewropej.", "Għandek numru sostanzjali ta' ship owners li rreġistraw l-vapuri tagħhom taħt pajjiżi terzi u allura għandna naraw kif nistgħu niffaċilitaw l-affarijiet ħalli dawn jerġgħu jiġu taħt il-bnadar Ewropej.", "Għandek ukoll il-kwestjoni tar-rappreżentanza fl-International Maritime Organisation (IMO) li hija issue sensittiva ħafna.", "Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni, li kienet stabbilita fl-2002, hija dik li l-Kummissjoni għandu jkollha rappreżentanza fl-IMO addizzjonali għal dik tal-pajjiżi membri ta' UE.", "Fiha nnifisha din tikkrea ċerti reżistenzi mhux għaliex hemm xi ħaġa ħażina li l-Kummissjoni tkun membru over and above imma minħabba l-biżgħa li ladarba l-Kummissjoni tidħol imbagħad tieħu over.", "Għaldaqstant wieħed irid jara kif jista' jippreżenta din il-kwestjoni.", "Għandek ukoll il-kwesjtoni tal-politika marittima Ewropea komuni għax il-kelma \"komuni'' tbeżża' meta ssemmi s-sajd, per eżempju, għax din tfisser aktar ċentralizzazzjoni ta' poter f'idejn il-Kummissjoni.", "Allura rridu naraw jekk minflok ma ngħidu politika marittima komuni forsi nsibux mezz ta' kif nistgħu nneħħu x-xkiel li hemm għall-eżerċizzju tal-politika marittima.", "Għandu jkun hemm gwardja kostali Ewropea jew le?", "Għandek pajjiżi membri li huma favur li jkollok il-gwardja kostali Ewropea, fosthom il-Greċja għalkemm ix-shipowners Griegi ma tantx huma favur tagħha.", "Għandek imbagħad pajjiżi membri li huma kontra din il-kwestjoni, b'mod partikolari dawk il-pajjiżi li jħarsu lejha bħala indħil għas-sovranita` tagħhom fosthom ċerti pajjiżi Nordiċi.", "Għalhekk naħseb li tkun ħaġa tajba li wieħed jindirizza din il-kwestjoni billi jkun hemm koordinament aħjar għas-sistemi kostali nazzjonali, jiġifieri għandu jkollna dak li ngħidulu l-coordination of national coastguards.", "Id-dimensjoni soċjali jista' jkollha wkoll aspetti sensittivi.", "Hija xi ħaġa tajba li ttejjeb il-kondizzjoni tal-ħaddiema abbord il-vapuri.", "Ħaġa li tweġġgħani ħafna hija dik li għandek ċerti provvedimenti fil-liġi soċjali, bħalma huma l-collective redundancies u bħalma huma f'każ ta' trasferiment ta' l-intrapriża, li japplikaw għall-ħaddiema ta' fuq l-art imma li ma japplikawx għall-ħaddiema abbord il-vapuri.", "Pero' dan huwa settur globali fejn għandek kompetizzjoni enormi u jekk inti se żżid l-ispiża taf ikollok problema għaliex imorrulek taħt bandiera oħra.", "Il-messaġġ li joħroġ huwa dak li hemm bżonn ta' politika ħolistika, ta' politika integrata marittima u diġa' ħarġu ħafna indikazzjonijiet ta' kif nistgħu nimxu 'l hemm.", "Hawnhekk indikajt l-aspetti negattivi għaliex fuq il-bqija hemm qbil li nimxu b'politika marittima integrata.", "Naħseb li rridu niffokaw fuq aktar inizjattivi li jagħtu value added u rridu niffokaw fuq li jkun hemm aktar koordinament għaliex din m'hijiex kwestjoni fejn ikollok struttura ċentrali imma għandu jkun hemm strutturi li jġibu aktar involviment ta' l-istakeholders u aktar koordinament biex b'hekk min se jiġi affettwat mid-deċiżjonijiet ikun jista' jagħti l-input tiegħu u jkun parteċipi fid-deċiżjonijiet.", "Għalhekk wieħed jispera li jkun hemm tmexxija aħjar fuq il-livelli differenti bħal, per eżempju, fuq il-livell orizzontali bejn l-amministrazzjonijiet reġjonali u anke fuq il-livell vertikali bħal, per eżempju, bejn ir-rappreżentanti reġjonali u r-rappreżentanti ta' pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "THE CHAIRMAN: Kummissarju nirringrazzjak ta' dan l-overview komprensiv li tajtna.", "Jien kont nissuġġerixxi li nieħu round ta' mistoqsijiet u mbagħad inti tkun tista' twieġeb.", "Inti dħalt f'ċerti dettalji dwar x'se jsir wara Ġunju u għalhekk xtaqt inkun naf jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm pilot projects f'dan ir-rigward?", "Xi ħaġa li jien dejjem innotajt hija li l-green paper titkellem fuq il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Pero' nafu li hemm parti sostanzjali tal-Mediterran li fiha għandek pajjiżi li m'humiex membri u li ma jistgħux ikunu membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Forsi se nkun xi ftit crude iżda l-Unjoni Ewropea qiegħda tagħmel dan l-isforz sabiex ikun hemm koordinazzjoni fil-ġlieda tagħha kontra l-oil pollution u sabiex inħarsu l-wirt ekoloġiku u marittimu tagħna, pero` l-baħar huwa wieħed u għalhekk bilfors irridu l-kollaborazzjoni tal-pajjiżi tan-North Africa li ma jistgħux ikunu membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mela d-djalogu huwa xi ħaġa essenzjali imma m'huwiex suffiċjenti.", "Issa kif se nindirizzaw dak l-istat ta' fatt sabiex ikun hemm a holistic approach mal-pajjiżi tan-North Africa?", "Ma rridx b'xi mod jew ieħor nikkomprometti l-pożizzjoni tiegħek pero` meta inti tkellimt fuq il-governance, nixtieq inkun naf jekk kontx qiegħed tinkludi l-iżvilupp istituzzjonali sabiex ikun hemm koordinazzjoni u implimentazzjoni tal-green paper?", "Xtaqt inkun naf jekk għandux ikun hemm żvilupp istituzzjonali sabiex għada pitgħada jkun hemm poteri eżekuttivi ħalli tkun implimentata l-konklużjoni tal-green paper?", "Mill-aspetti marittimi kollha li hemm, l-Unjoni Ewropea għandha kompetenza biss fuq issues fuq fisheries.", "Taħseb li dawn il-kompetenzi ta' l-Unjoni Ewropea għandhom jiżdiedu jew le?", "Jien se nieqaf hawnhekk ħalli nagħti ċans lil sħabi jintervjenu.", "Issa nsejjaħ lill-Onor.", "LEO BRINCAT: Kummissarju, l-ewwelnett nixtieq nirringrazzjak għall-intervent interessanti tiegħek.", "Min-naħa tiegħi għandi erba' mistoqsijiet qosra u se nipprova nkun konċiż kemm jista' jkun.", "Fl-intervent tiegħek inti stess aċċennajt għall-optional EU register u semmejt ir-reazzjonijiet li jista' jkun hemm mill-istakeholders.", "Given li fost ix-ship registry companies ewlenin għandek tlieta li huma mill-Unjoni Ewropea, jiġifieri Malta, Ċipru u l-Greċja, kien hemm xi indikazzjoni ta' kif il-gvernijiet qegħdin iħarsu lejha din?", "Fl-opinjoni tiegħi għamilt tajjeb li fil-green paper għamilt riferenza għall-climate change.", "Fil-qosor ħafna tista' tindika daqsxejn jekk tħossx li dan is-suġġett għandux jiġi approfondit aktar?", "Dan qiegħed ngħidu minħabba l-enfasi li l-green paper qiegħda tagħmel fuq is-sustainable management, fuq id-development u anke fuq l-ecosystem base management.", "Mistoqsija oħra titratta l-EU coastguards.", "Naf li din għadha at a germination stage pero` jekk dan id-dokument jiġi adottat se jkun il-kompitu tagħkom li tifformolaw jew tesploraw il-feasibilty tiegħu?", "F'paġna 41 tal-green paper inti semmejt il-kwestjoni tax-shipyards Ewropej li kif jaf kulħadd - u għamilt tajjeb li enfasizzajtha - min-naħa huma marbutin bir-regoli ta' l-istate aid ta' l-Unjoni Ewropea u min-naħa l-oħra qegħdin jiffaċċjaw unfair competition qawwija minn għadd ta' pajjiżi Asjatiċi.", "Barra minn hekk, jidher li ħafna mir-regoli tad-WTO u ta' l-OECD, kif għedt tant tajjeb inti stess, m'humiex qegħdin jiġu implimentati.", "L-EU qiegħda teżerċita direct pressure bl-istess mod ta' kif qiegħda teżerċita l-enforcement ta' l-aderenza għall-istate aid fl-interess tat-tarznari tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea?", "Nirringrazzjak.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent): Kummissarju, qabel xejn nixtieq nirringrazzjak ta' l-overview wiesgħa li tajtna fuq il-politika marittima.", "Min-naħa tiegħi xtaqt niffoka l-intervent tiegħi fuq il-parti ta' l-ambjent.", "Naħseb li l-kolonna prinċipali tal-maritime policy, għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent, se tibqa' l-Marine Strategic Directive.", "Kien hemm diskussjoni sħiħa fuq il-good environmental status għal dak li għandu x'jaqsam ma' analiżi, maniġibililta` u collection ta' informazzjoni kif ukoll fuq l-implimentazzjoni.", "Li għadni daqsxejn xettiku dwaru huwa fuq x'se jiġri fil-qasam tal-Mediterran.", "Kif nafu d-differenza li hemm ma' ibħra oħra fl-Unjoni Ewropea huwa li fil-Mediterran hemm idawruh ħafna pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk wieħed irid jaħseb daqsxejn aktar fuq kif din se tiġi implimentata għaliex s'issa wieħed jista' jgħid li għandna l-mappa imma bażikament m'hemm xejn aktar mill-mappa.", "Irridu naraw kif se nimplimentaw dak li wieħed jaħseb li għandu jimplimenta.", "Dan għaliex in-naħa ta' fuq tal-Mediterran tkun rigoruża f'dak li tagħmel fuq il-protezzjoni ta' l-ambjent imma mbagħad fl-istess banju jkollok il-pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq li jadottaw standards ħafna aktar inferjuri minn dawk Ewropej.", "Dan ma jwassal għalxejn ħlief għal nuqqas ta' kompetittivita` min-naħa Ewropea, fejn il-pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq ikunu qegħdin jiggwadanjaw u fl-istess ħin ikunu qegħdin jagħmlu impatt negattiv kbir fuq l-ambjent kollu tal-Mediterran.", "Naħseb li huwa importanti li l-Marine Strategy Directive tħares ukoll lejn obbligi oħra li għandha l-Unjoni Ewropea bħal dak li għandu x'jaqsam mal-polluter pays u ma' l-environmental damage li għandu jkun indirizzat at source u mhux fir-riżultat.", "Naħseb li huwa importanti wkoll l-aspett tat-training u tal-capacity building għal dak li għandu x'jaqsam mal-politika marittima u nittama li dan li kellek f'moħħok għal dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni ambjentali u ma' l-użu tar-riżorsi marittimi b'mod sostenibbli.", "Ħalli ngħid xi ħaġa fuq dak li għandu x'jaqsam mal-kwestjoni tat-tibdil fil-klima għax naħseb li huwa importanti li nindirizzaw ħafna aktar dan is-suġġett.", "L-ewwel inti semmejt in-network ta' istituti ta' riċerka għar-rigward tal-qasam marittimu fis-sens ta' maritime transportation jew b'mod ġenerali.", "Jekk inhuwa b'mod ġenerali, waħda mill-areas fejn naħseb li l-maritime paper għadha m'hijiex tindirizza biżżejjed hija r-riċerka f'dak li għandu x'jaqsam mal-biofuels minn pjanti marini.", "Din hija xi ħaġa li pajjiżi u reġjuni oħra diġa` avvanzaw fiha u fil-fatt dan nistgħu narawh f'dak li għamlu l-Istati Uniti u l-Venezuela mhux biss fuq biofuels min-pjanti ta' l-art imma anke fuq biofuels minn marine plants.", "Din hija wkoll xi ħaġa li l-pajjiżi Nordiċi diġa` għamluha pero` naħseb li għad m'hemmx biżżejjed investiment min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea għal dak li għandu x'jaqsam mar-riċerka minn biofuels minn marine plants.", "Punti oħra li xtaqt nagħmel huma fuq dak li għandu x'jaqsam mal-fisheries.", "Wieħed minnhom huwa fuq il-kwestjoni tas-sajd illegali.", "Naħseb importanti ħafna li l-Unjoni Ewropea tagħfas fuq l-implimentazzjoni tal-code of practice jew il-code of conduct tal-FAO għal dak li għandu x'jaqsam ma' responsible fisheries u li dan tagħmlu fi kwalunkwe negozjati dwar it-trade billi tużah bħala arma ta' implimentazzjoni.", "Dan għaliex nibża' li ħafna drabi qiegħed ikun hemm diskussjonijiet anke fuq livell ta' WTO fejn l-argument ta' good conduct fil-qasam tal-fisheries, b'mod speċjali fil-Mediterran, m'huwiex qiegħed jiġi enfasizzat biżżejjed.", "Dak li kont qiegħed ngħid fuq l-ambjent huwa rilevanti wkoll għall-qasam tas-sajd fis-sens li għalxejn aħna jkollna regoli ta' konservazzjoni stretti fuq l-ispeċi meta mbagħad il-pajjiżi l-oħra għandhom standards differenti.", "Hemm bżonn li huma wkoll jifhmu li they need to come on board.", "L-aħħar punt li xtaqt niktellem dwaru huwa fuq dak li għandu x'jaqsam mas-sajd artiġġjanali.", "Fl-opinjoni tiegħi hemm enfasi fuq is-sajd industrijali pero` naħseb li fuq l-aspett tas-sajd artiġġjanali, kemm bħala attivita` ekonomika li tagħti lill-konsumatur Ewropew ħut frisk fl-inqas żmien possibbli kif ukoll bħala attivita` ekonomika li l-inqas li tagħmel impatt negattiv fuq l-ambjent, ma tantx qiegħda tiġi ndirizzata.", "Għalhekk naħseb li fil-maritime policy hemm bżonn li s-sajd artiġġjanali jkun enfasizzat aktar.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Inti rriferejt għall-kondizzjonijiet tal-baħħara li jaħdmu fuq il-bastimenti.", "Kif taf inti hemm il-prassi li dawn iħaddmu baħħara li jkunu ġejjin minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea u lil dawn il-baħħara jħaddmuhom b'kondizzjonijiet miżeri u l-kwalifikazzjonijiet li jkollhom dawn in-nies ipoġġu l-operat tal-bastiment stess fil-periklu.", "Min-naħa tiegħi nixtieq inkun naf kif l-Unjoni Ewropea qiegħda tħares lejn din il-biċċa xogħol u kif se tissalvagwarda l-fatt li l-baħħara li jkunu kkwalifikati minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea jkollhom garanzija li anke huma jingħataw ix-xogħol.", "Nerġa' ngħid li kulħadd jaf li hemm differenza kbira fil-kwalifiki tan-nies li jkunu ġejjin mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u dawk li jkunu ġejjin minn pajjiżi oħra.", "Nixtieq inkun naf x'inhi l-pożizzjoni ta' l-Unjoni Ewropea fuq il-baħħara li jaħdmu fuq il-bastimenti li jtellgħu bandiera ta' pajjiżi li qegħdin fl-Unjoni Ewropea?", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq l-operazzjoni tal-portijiet.", "Kif taf kien hemm kwestjoni dwar il-ħatt tal-merkanzija u kien hemm diskussjoniijiet sabiex dan il-ħatt ikun jista' jsir mill-kumpannija tal-bastiment u affarijiet bħal dawn.", "Din il-kwestjoni se terġa' tqum jew inkella se jibqa' kollox kif ġie deċiż dan l-aħħar?", "Nixtieq inkun naf jekk ġietx diskussa r-reklamazzjoni fil-baħar?", "Se jkun hemm xi policy ta' l-Unjoni Ewropea fejn tidħol l-esplorazzjoni taż-żejt u l-minerali?", "Jekk kien hemm xi diskussjonijiet fuq dan is-suġġett x'ħareġ minnhom s'issa?", "Nixtieq inkun naf jekk hux se jkun hemm xi policy jew inkella jekk kienx hemm xi diskussjonijiet fuq id-disputed areas bejn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u pajjiżi oħra li m'humiex fl-Unjoni Ewropea?", "Xtaqt inkun naf jekk hemmx xi policy biex pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jaħdmu flimkien biex isolvu id-disputes ta' bejniethom?", "Dan jista' jsir, per eżempju, permezz ta' joint exploration biex l-affarijiet bejn pajjiżi ta' Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jimxu.", "Nirringrazzjak.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Sur President, jien ukoll irrid nirringrazzja lill-Kummissarju Joe Borg għall-intervent interessanti ħafna li għamel fuq l-iżvilupp ta' din il-policy.", "Min-naħa tiegħi se nagħmel il-kummenti u l-mistoqsijiet li jolqtu l-aktar l-aspett tat-turiżmu u tal-kultura.", "L-ewwelnett, ma nafx hemmx skop li wieħed jindirizza l-aspett ta' dawk li jissejħu l-peripheral islands tourism.", "Naturalment Malta għandha esperjenza prattika f'dan is-sens u fil-fatt bħala gżira l-issue ta' l-aċċessibilita` hija issue importanti ħafna mill-aspett ta' turiżmu.", "Hawnhekk wieħed irid isib dejjem il-bilanċ bejn l-element ekonomiku u l-element ambjentali pero` l-element ambjentali ma jistax min-naħa l-oħra jiżvantaġġa lil min għandu problema ta' aċċessibilita`minħabba l-ġeografija u l-konfigurazzjoni tiegħu.", "F'dan is-sens Malta forsi tista' tkun il-vuċi ta' destinazzjonijiet li huma gżejjer kostali u naħseb li dan nistgħu narawh anke minn kuntatti li ġieli jkollna ma' gżejjer oħra, per eżempu, l-Azores tal-Portugall.", "Dawn huma realtajiet li ta' spiss niddiskutuhom bejnietna.", "Jekk qed nifhem tajjeb f'dan ir-rigward qiegħda tiġi evitata apposta – jien naħseb li dan huwa tajjeb – li jkun hemm xi definizzjoni wiesgħa li tapplika għal kulħadd ta' x'inhi coastal zone.", "Naħseb li jekk ikollok konfigurazzjoni ta' miżuri differenti tkun l-aħjar triq milli jkollna miżura li tapplika b'mod identiku għal kulħadd.", "Bla ebda dubju l-aspett ta' l-ispatial energy huwa xi ħaġa interessanti ħafna għal Malta fejn il-konsiderazzjonijiet ta' spazju jolqtuna ħafna.", "Mill-aspett ta' turiżmu, apparti l-aspett ta' l-ambjent, jolqotni b'mod partikolari l-element tal-cruise routes li ma jidhirx li huma ppjanati tajjeb biżżejjed fil-livell ta' IMO u dan jista' jkun ta' detriment għal min jiddependi ħafna fuq dik l-attivita` ekonomika.", "Għalhekk, l-enfasi li hemm fil-green paper fir-rigward ta' l-ispatial planning at sea qiegħed ipoġġi l-prijoritajiet b'mod tajjeb.", "Pero` żgur li hemmhekk se jkun hemm il-ħtieġa sabiex l-aspett istituzzjonali jkun definit aktar, jiġifieri jekk hijiex l-aġenzija marittima jew jekk hux se jkun hemm diversi istituzzjonijiet oħra.", "Biex nagħti eżempju ta' malajr mingħajr ma nidħol f'din il-lista kollha, nista' nsemmi l-kunċett tat-tsunami għaliex dan jista' japplika wkoll fil-Mediterran bħalma japplika f'areas oħrajn.", "Dejjem mill-element ta' turiżmu rrid nenfasizza fuq is-servizz terzarju kif ukoll fuq is-servizz ta' djalogu kulturali għaliex naħseb li dan wkoll huwa importanti ħafna.", "Irrid nirriferi wkoll għall-element kulturali kif ukoll għall-element ekonomiku kulturali li huwa mogħti rilevanza kbira fil-green paper li għandna quddiemna.", "Issa hawnhekk xtaqt inkun naf jekk wieħed għandux forsi jikkonsidra l-kunċett tal-wirt komuni ta' l-umanita` li ġie definit madwar id-dinja f'diversi okkażjonijiet b'modi differenti u minn awturi differenti.", "Prof. Stiglitz, li rebaħ il-Premju Nobel fil-qasam ta' l-ekonomija, dan l-aħħar semma kunċett li kjarament joħroġ mill-common heritage applikata f'oqsma differenti.", "Fil-fatt, dan il-professur uża l-kunċett tal-global public goods li forsi jista' jkun applikat taħt l-element kulturali.", "Bla ebda dubju Malta żgur għandha esperjenza f'dan il-qasam.", "Kif nafu, fl-Unjoni Ewropea wieħed qiegħed jerġa' jimxi lejn l-idea ta' żvilupp kostituzzjonali li huwa suġġett vast ħafna u li jirrifletti wkoll l-isforzi li qegħdin isiru bħalissa mill-Presidenza Ġermaniża.", "Qiegħed insemmi dan il-ħsieb għaliex fejn jidħlu priorities areas u l-aspett ta' kompetenza, wieħed qed jerġa' jipprova jersaq lejn il-ħsieb li t-turiżmu ikun b'xi mod kopert.", "Għalhekk, ikun importanti jekk hemmhekk ikun hemm riferenza għall-maritime għaliex din hija area li kif nafu tolqotna lkoll.", "Fuq kwalunkwe aspett li semmejt hemm dak l-element li diġa' ġie enfasizzat mill-kollegi kollha ta' dan il-kumitat, jiġifieri, il-ħtieġa ta' ftehim ta' ko-involviment aktar qawwi ta' pajjiżi terzi.", "Din hija xi ħaġa rilevanti ħafna.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "CENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): Sur President, bħal sħabi jien ukoll nixtieq nirringrazzja lill-Kummissarju tal-preżentazzjoni tiegħu.", "Naħseb li kemm dan il-kumitat kif ukoll il-parlament innifsu kellhom il-possibilita` jaraw il-green paper kif ukoll li jidħlu fil-fond tal-pożizzjoni li qiegħda tieħu Malta.", "Kif nafu, dan il-kumitat kien indirizzat mill-Kummissarju 14-il xahar ilu meta l-green paper kienet għadha ma ħarġitx u fl-liema stadju Malta kienet qiegħda tipprepara l-pożizzjoni tagħha dwar din il-green paper.", "Ċerti aspetti tal-green paper, kif ippubblikata, ħarġu wkoll mill-pożizzjoni li ħa l-gvern ta' Malta meta kien issottometta l-ewwel pożizzjoni tiegħu.", "Rigward il-pożizzjoni Maltija ma ħarġitx minn ministeru wieħed għax fil-fatt il-ministeru li jiena responsabbli minnu ma setax jagħmel il-pożizzjonijiet tal-fisheries, tat-turiżmu u tad-diversi oqsma oħra.", "Għalhekk il-pożizzjoni ta' Malta kienet fiha nnifisha proċess ta' konsultazzjoni fuq bażi lokali mil-lat governattiv, dipartimentali u ta' awtoritajiet oħrajn.", "Minn meta ġiet ippubblikata l-green paper Malta kellha l-opportunita` li tieħu sehem f'diversi laqgħat barra minn Malta.", "Uħud minn dawn il-laqgħat saru fil-livell ministerjali u kien hemm oħrajn li saru f'livell ta' esperti.", "Fl-aħħar konferenza li I am aware of, Malta kienet mistiedna proprju sabiex tara l-iżviluppi li qegħdin iseħħu f'dan ir-rigward.", "Wieħed mill-punti li qamu diversi drabi kien ir-rappreżentanza ta' l-Unjoni Ewropea fl-International Maritime Organisation.", "Sal-lum Malta dejjem għamlitha ċara li hija kontra li l-Unjoni Ewropea tidħol fl-IMO in substitution ta' l-istati membri.", "Fil-fatt kelli l-opportunita` li niddiskuti l-idea tar-rappreżentanza unika fl-IMO mal-Kummissarju Joe Borg u anke mal-Viċi President il-Kummissarju Barrot, li huwa l-promotur ta' l-idea f'isem il-Kummissjoni.", "Madankollu dan l-aħħar il-pożizzjonijiet bdew jinbiddlu.", "L-istess ħaġa nista' ngħid dwar li jkun hemm bandiera Ewropea waħda.", "Kien hemm il-punt sabiex ikollna forma ta' regolamentazzjoni fuq livell Ewropew u li naturalment din tkun aċċettabbli għall-istati membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Li jkun hemm sitwazzjoni fejn is-27 bandiera, li kif nafu hemm ċerti pajjiżi bħal Malta, Ċipru u l-Greċja li jagħtu importanza kbira lill-bandiera tagħhom, jiġu replaced minn bandiera waħda Ewropea, aħna ma naqblux magħha imma naqblu li l-istati membri għandu jkollhom il-bandiera tagħhom.", "Min-naħa tiegħi se nieħu din l-opportunita` sabiex inkompli nenfasizza l-ħtieġa li meta d-diversi ministeri jiġu biex jippreżentaw il-pożizzjoni tagħhom fil-kunsill rispettiv jifhmu sew x'inhi l-pożizzjoni ta' Malta f'dan ir-rigward għax irridu noqgħodu attenti ħalli ma nsibux ruħna fil-pożizzjoni li jittieħdu miżuri strettament fuq livell Ewropew li mbagħad jirriflettu lilhom infushom ħażin fuq il-pożizzjoni tagħna u hawnhekk qiegħed nirriferi b'mod partikolari għall-merchant shipping.", "Aħna nemmnu li jekk jittieħdu miżuri li japplikaw fuq vapur ta' bandiera Ewropea liema miżuri ma jkunx applikabbli wkoll għal vapur ta' bnadar oħra allua dan ikollu effett negattiv fuq il-bandiera Ewropea.", "Jien se nieqaf hawnhekk għaliex ħafna mill-punti l-oħra li kont se nitkellem dwarhom diġa` ssemmew minn ħaddieħor.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent): Sur President, jien ukoll nixtieq nirringrazzja lill-Kummissarju.", "Irrid ngħid li riċentement aħna wkoll kellna l-okkażjoni li nipparteċipaw għal presentations bħal din, b'mod partikolari fuq l-illegal, unreported and unregulated fishing (IUU).", "S'issa ma ssemma xejn fuq l-akwakultura pero` naf żgur li din qiegħda fuq id-dokument.", "Nixtieq li forsi l-Kummissarju jispjega aħjar x'inhuma l-ħsebijiet għal dik li hija r-riġenerazzjoni tal-kosta, b'mod speċjali l-villaġġi tas-sajjieda u fejn kien hemm id-degradazzjoni ta' l-ambjent kostali.", "Sur President, nixtieq inkun naf kif il-Kummissjoni qiegħda tħares lejn l-ibħra involuti għax, per eżempju, il-pajjiżi kollha li jmissu mal-Baħar Baltiku qegħdin fl-Unjoni Ewropea imma mbagħad għandek il-baħar tagħna li, kif diġa` ssemma, huwa nofs u nofs, u l-Baħar l-Iswed u l-Oċean Atlantiku wkoll qiegħed nofs b'nofs.", "Jien nixtieq li tiċċara l-mod kunċettwali ta' kif l-Unjoni Ewropea qiegħda tħares lejn dan l-aspett?", "Diversi drabi ssemma l-kunċett tal-pajjiżi terzi li ovvjament hija ta' interess għalina.", "Min-naħa tiegħi xtaqt inkun naf x'hemm maħsub f'din il-green paper mhux biss fir-rigward tal-pajjiżi li diġa` ssemmew, bħal dawk tan-North Africa, imma anke ta' pajjiżi li ġeografikament ma jappartjenux għal dawn l-ibħra u fil-fatt lanqas biss huma fil-viċinanzi ta' dawn l-ibħra?", "Kumment li ridt nagħmel huwa li din il-green paper forsi tista' tissejjaħ ukoll blue paper peress li hija assoċjata mal-qasam marittimu.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Issa nħalli f'idejn il-Kummissarju Joe Borg sabiex jirrispondi u jikkonkludi.", "IL-KUMMISSARJU JOE BORG: Sur President, jien se nibda mill-aħħar punt li sar, jiġifieri fuq li l-green paper tista' tissejjaħ blue paper.", "Fil-fatt l-idea hija li l-pakkett li se nippreżentaw f'Ottubru - mingħajr ma niżvela l-ebda sigrieti – se jkun jissejjaħ blue paper u fih se jkun hemm il-komunikazzjonijiet kollha.", "L-użu tat-terminu huwa wieħed semi-legali għaliex proposta tiġi green paper, imbagħad white paper u mbagħad isir leġislazzjoni.", "Fil-fatt dan ta l-impressjoni ma' ċerti stakeholders li m'humiex midħla ta' dan it-terminu li din hija xi ħaġa environmentally led minħabba li hija green paper.", "Aħna għamilniha innoċentement u semmejniha green paper għaliex inti se tniedi d-diskussjoni.", "Kien hemm ħafna pajjiżi differenti li għall-bidu wrew ċertu xettiċiżmu, b'mod speċjali fil-qasam tax-shipping, peress li ħasbu li din hija environmentally led, mentri fil-fatt dan ma kellu x'jaqsam xejn u naħseb li meta qraw id-dokument irrealizzaw li fil-fatt dan ma kienx minnu.", "Issa ħalli nibda nirrispondi ftit mill-mistoqsijiet li għamiltuli.", "Ovvjament ma nistax inkun eżawrjenti għaliex saru ħafna punti madankollu ħadt il-punti kollha li għamiltu għax dawn jifformaw parti mill-informazzjonijiet li qegħdin niġbru fil-kuntest ta' konsultazzjoni.", "Min-naħa tiegħi se nagħti ftit kummenti fuq diversi punti.", "Fir-rigward tal-pilot projects tal-11 ta' Ġunju pprovajt naċċenna għalihom meta kont qiegħed nagħmel il-preżentazzjoni inizjali tiegħi.", "Li qed nipprovaw nagħmlu huwa li f'Ottubru li ġej, apparti mill-viżjoni ħolistika, se noħorġu komunikat li se jkun fih pjan ta' azzjoni fejn se jkollok lista ta' affarijiet li jridu jsiru in the short, medium u long term.", "Apparti minn hekk irridu nidentifikaw, kif qegħdin nagħmlu, numru ta' proġetti konkreti u speċifiċi li nistgħu nniedu immedjatament u li jistgħu jagħtu riżultat f'perijodu relattivament qasir, bażikament matul il-ħajja tal-Kummissjoni preżenti.", "Semmejt il-kwestjoni tan-networking tar-research institutes li b'mod ġenerali għandhom x'jaqsmu mal-qasam marittimu.", "Semmejt il-kwestjoni ta' l-ispatial planning, mhux fit-totalita' tiegħu għax dak huwa kompless ħafna u li se jkun parti mill-pjan ta' azzjoni, imma l-aspett tas-sea mapping fejn jista' jkollok numru ta' istituti ta' riċerka li diġa` huma avvanzati mhux ħażin, b'mod partikolari dak ta' l-Irlanda.", "F'Ġunju se nattendi konferenza ta' xjentisti ġewwa l-Iskozja u probabbiliment ir-research institutes ta' l-Ewropa se joħorġu with a common position li għandna nimxu fuqha.", "Dawn huma t-tip ta' pilot projects jew inkella ta' short-term deliverables li dak li jkun jista' jmiss b'idejh u jgħid li hemm valur aġġunt.", "Wieħed irid iħares lejn politika marittima b'tali mod li fiha tiġbor kollox u mhux li tħalli setturi differenti fil-kompartimenti tagħhom.", "Il-kwestjoni li ssemmiet minn diversi minnkom hija dik tal-pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea u li hemm bżonn ta' djalogu magħhom.", "M'hemmx dubju li l-politika marittima fiha nnifisha tittratta diversi setturi li jmorru oltre l-konfini ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk nista' nsemmi, per eżempju, is-sajd, it-trasport marittimu kif ukoll l-ambjent.", "M'hemmx dubju li hawnhekk aħna rridu nimxu kemm jista' jkun id f'id ma' pajjiżi terzi.", "Forsi din il-problema hija inqas fin-naħa ta' fuq ta' l-Ewropa għaliex jekk nieħdu, per eżempju, l-Atlantic Arch għandek il-Kanada u l-Istati Uniti li diġa` mxew u għalhekk irridu ningħaqdu magħhom.", "Min-Norveġja għandna persuna li qiegħda tagħmel parti mit-task force tagħna għaliex in-Norveġja kienet interessata ħafna.", "Anke l-Islanda qiegħda issegwi mill-qrib ħafna.", "L-uniku pajjiż fil-Baltiku li m'humiex membru hija r-Russja u fl-aħħar irnexxielna naslu wkoll għal ftehim mar-Russja fuq l-immaniġġjar tas-sajd fil-Baltiku.", "Se jkun hemm l-ewwel laqgħa sabiex nestendu dan fuq id-dimensjoni marittima kollha f'dak li għandu x'jaqsam mal-Baltiku u possibilment anke oltre.", "Fil-Mediterran għandek ċerti pajjiżi li forsi huma ftit iżjed diffiċli pero' għallinqas ma' dawk il-pajjiżi li magħhom għandek in-neighbourhood partnership agreement u li allura diġa` hemm pjantazzjoni jew inkella qiegħda titfassal pjantazzjoni għal magħhom, il-maritime policy tidħol bħala waħda mill-aspetti tal-pjan ta' azzjoni u b'hekk ikun hemm focus fuq il-politika marittima Mediterranja.", "Dan l-aħħar kont il-Marokk li huwa nteressat ħafna.", "Imhagħad għandek pajjiżi bħalma hija l-Libja fejn għad m'hemmx in-neighbourhood policy u allura hemmhekk għandek ċerti problemi.", "Min-naħa l-oħra aħna grupp ta' pajjiżi li huma avvanzati ekonomikament u politikament kif ukoll min-naħa soċjali u anke min-naħa ambjentali u allura ma nistgħux ma nagħtux l-eżempju għax jekk aħna mhux se nagħtu l-eżempju l-pajjiżi l-oħra m'humiex se jsegwu.", "Ir-riskju qiegħed b'mod partikolari fuq l-ambjent imma jeżisti wkoll fuq setturi oħra u allura se jkollok a race downhill li min-naħa tagħna rridu nipprovaw nevitaw mhux billi nikkreaw ostakoli għall-industrija jew għall-kompetittivita` tagħna imma billi nagħtu l-eżempju u xi kultant l-eżempju jrid ikollu ftit tal-forza miegħu.", "Jien nista' nagħti l-każ ta' l-immaniġġjar tas-sajd fil-Mediterran, b'mod partikolari għas-sajd tat-tonn.", "Wara l-ftehim li ntlaħaq f'Dubrovnik u f'Tokyo kien hemm żewġ membri ta' l-ICCAT – din hija l-entita' li għandha x'taqsam ma' l-immaniġġjar tal-blue fin tuna - li oġġezzjonaw għal dak li ntlaħaq.", "Min-naħa tal-Kummissjoni kien diġa` diffiċli li ssib bilanċ bejn il-pajjiżi membri pero` rnexxielna nsibu bilanċ u fl-aħħar mill-aħħar dak il-bilanċ kien li kkonvinċa lill-oħrajn.", "Kif nafu hemm spectrum ta' pajjiżi li m'għandhomx interess f'dan is-sajd imma li huma ambjentali ħafna u mbagħad hemm pajjiżi oħra li għandhom interess enormi fis-sajd tal-blue fin tuna u li għalihom dan huwa settur fejn dan it-tip ta' ħut is worth their weight in gold, kif jgħidu l-Ingliżi.", "Sur President, s'issa t-Turkija m'għamlitx oġġezzjoni imma qablet ma' dak li ġie miftiehem f'Dubrovnik fir-rigward tal-pjan ta' rkupru, dak li qegħdin insejħulu r-recovery plan għall-blue fin tuna, imma mbagħad ma qablitx għall-mod ta' kif ġew allokati l-kwoti.", "Il-Libja kienet oġġezzjonat sew għall-pjan ta' rkupru u sew għall-mod ta' kif ġew allokati l-kwoti.", "Il-Kummissjoni, l-Istati Uniti u l-Ġappun kitbu lil-Libja fejn intalbet tirrikosidra l-pożizzjoni tagħha għaliex seta' jkun hemm riperkussjonijiet enormi u seta' ikun hemm anke trade sanctions.", "Ġimgħa ilu l-Libja rrikonsidrat id-deċiżjoni tagħha u qalet li se taħsibha sabiex tottempora ruħha ma' dak li ġie miftiehem.", "Għalhekk, kemm jista' ikun l-eżempju għandu jkun b'tali mod li tikkonvinċi għalkemm naturalment jista' ikollok l-eċċezzjoni ta' min xorta waħda ma jkunx irid jikkonvinċi ruħu fejn imbagħad għandek mezzi oħra li huma permessibbli ħalli r-regoli jiġu segwiti.", "Mat-Turkija qegħdin nipprovaw nagħmlu l-istess ħaġa ħalli jaċċettaw il-mod kif ġew imqassma l-kwoti.", "Nispera li fil-11 ta' Ġunju aħna stess nadottaw il-pjan ta' rkupru u b'hekk għallinqas inkunu adottajnih ftit ġimgħat wara l-Libja.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' governence rridu noqogħdu attenti għaliex naħseb li bħalissa l-mood taċ-ċittadini Ewropej mhux favorevoli li jkun hemm xi istituzzjonijiet li jiċċentralizzaw iżjed il-poter u allura jieħdu aktar poter mill-pajjiżi membri.", "F'dan il-qasam l-Unjoni Ewropea qiegħda f'sitwazzjoni ftit stramba għaliex għandek ir-reġjuni li jixtiequ li jkollhom aktar say f'dak li għandu x'jaqsam mal-politika marittima mentri l-pajjiżi membri – jiġifieri l-amministrazzjonijiet ċentrali - bażikament jixtiequ li mil-lat ta' istituzzjonijiet l-affarijiet ma jiċċaqilqux.", "Mil-lat ta' Unjoni Ewropew m'hemm l-ebda ambizzjoni sabiex tipprova tiċċentralizza jew inkella li tagħmel politika komuni jekk dan ma jġibx valur addizjonali.", "F'Lulju li ġej se jkun hemm konferenza speċifikament fuq kif rridu nindirizzaw din il-ħaġa.", "Imbagħad irridu niddeċiedu biex realistikament naslu għall-aħjar tip ta' strutturi li jkunu jistgħu jagħtu riżultat aħjar milli qed jagħtu llum.", "Probabilment the way forward għas-snin li ġejjin hija li jkun hemm strutturi għal aktar koordinament u kooperazzjoni bejn l-istakeholders u l-amminstrazzjonijiet li jieħdu d-deċiżjoni.", "Tista' mbagħad tiġi żviluppata xi struttura iżjed formali li tieħu r-responsabbilta' għall-politika marittima, bħal per eżempju, li f'kull pajjiż membru jkollok ministru għall-politika marittima u fil-fatt diġa' hemm min mexa f'dik id-direzzjoni.", "Pero' naħseb li fuq livell Ewropew wieħed irid jimxi pass pass għaliex the mood is not right għal din it-tip ta' diskussjoni.", "Veru li s-sajd hija politika komuni imma b'daqshekk ma jfissirx li fuq l-areas l-oħra l-Unjoni Ewropea m'għandhiex kompetenza fuqhom għax, per eżempju, fit-trasport u fl-ambjent għandha l-kompetenza tagħha peress li hemm diversi miżuri maħruġa fuq livell Ewropew li jirrigwardaw lil dawn l-oqsma u allura dawn qishom kwestjonijiet ta' mixed competence.", "Imbagħad għandek areas oħra bħalma huma t-turiżmu, ir-riċerka u l-iżvilupp li għandhom member state competence.", "L-iskop m'huwiex dak li l-Unjoni Ewropea żżid il-kompetenza tagħha fit-trasport jew fl-ambjent jew fir-riċerka jew fit-turiżmu imma li jkollna strutturi aħjar dwar kif jittieħdu d-deċiżjonijiet fejn min jeħodhom se jibqa' l-istess imma forsi l-mezz sabiex tasal għad-deċiżjoni jkun aħjar.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq ir-reġistrazzjoni jew in-new flag.", "Jiena naħseb li hemm reżistenzi minn diversi setturi fuq li għandu jkun hemm a new register jew li jkun hemm a new flag.", "Jien naħseb wieħed irid jindirizza iżjed x'inhu l-iskop wara li jkollok a new register.", "Wieħed mill-iskopijiet huwa dak li tistabilixxi ċerti regoli komuni dwar ir-reġistrar ta' vapuri, standards u affarijiet oħra.", "L-issue kienet attiva ħafna fil-bidu tas-snin disgħin meta wieħed kien qed iħares lejn l-EU register bħala l-mezz li jwassal biex jittieħdu ċerti deċiżjonijiet imma wara li kien hemm il-każi ta' l-Erika u l-Prestige kienu ttieħdu ċerti miżuri ħalli jkollok aktar safety fuq il-vapuri, bħalma huma d-double hull u affarijiet oħra, li wasslu għal aktar security against spillages u collisions.", "Kif qiegħed naraha jien illum hemm inqas pressjoni fuq il-bżonn ta' EU register.", "Issa forsi wieħed irid jara x'inhuma l-aspetti l-oħra.", "Aspett minnhom huwa li wieħed jipprova jattira lura ship owners li għandhom bastimenti reġistrati taħt bandiera ta' pajjiż terz lejn bnadar Ewropej billi joffru x' incentive packages u affarijiet simili.", "Għalhekk illum wieħed aktar iħares lejn l-aspett pożittiv milli lejn l-aspett negattiv u dik forsi m'għandekx għalfejn tagħmilha billi tagħmel EU register.", "Xi ħadd semma l-kwestjoni tal-climate change.", "M'hemmx dubju li din il-kwestjoni hija ta' prijorita' għal din il-Kummissjoni.", "Flimkien ma' l-enerġija, il-climate change hija identifikata bħala prijorita' u din hija xi ħaġa li ħarġet mill-kunsill Ewropew li għadu kif għadda.", "Jien naħseb li l-climate change hija issue ċentrali li bilfors trid tiġi indirizzata fil-kuntest ta' politika marittima.", "Fil-fatt indirettament din ukoll tifforma parti mill-marine environment strategy li għamel riferenza għaliha l-Ministru Pullicino.", "M'hemmx dubju li jekk inti jkollok coastal erosion jew jekk ikollok żieda fil-livell tal-baħar minħabba t-tibdil fil-klima, dawn l-affarijiet se jkollhom impatt dirett fuq l-ambjent marittimu u impatt fuq in-nies li jiddependu mill-baħar għall-għajxien tagħhom.", "Għaldaqstant m'hemmx dubju li din hija area li rridu nindirizzawha direttament u indirettament.", "Fil-fatt xi ħadd semma t-Tsunami u fil-fatt diġa' hemm istituti ta' riċerka li qegħdin jagħmlu ħafna xogħol fuq monitoring u affarijiet bħal dawn biex b'hekk ikollok aktar dissemminazzjoni ta' din il-formazzjoni għaliex b'hekk tibni databases.", "Kif semmejt qabel, jekk jiġi propost li jkun hemm an EU coastguard se jkun hemm reżistenzi nsormontabbli ta' ċerti pajjiżi membri li jħarsu lejha bħala issue ta' sovranita'.", "Forsi huwa possibbli li tippreżenta a system of coordination of national coastguard systems fuq ċerti issues li m'humiex sensittivi mil-lat ta' sovranita' bħal, per eżempju, migrazzjoni tan-nies, traffikar tad-droga, international crime u environmental monitoring.", "Dawn m'humiex daqshekk sensittivi għax fihom m'għandekx aspetti ta' difiża u għalhekk jista' ikollok koordinament, usage of common facilities u anke l-exchange of data li jwasslu għal riżultati mixtieqa.", "Fir-rigward tal-kwestjoni tax-shipyards hemm possibbiltajiet ta' trade sanctions taħt il-WTO u taħt l-OECD, pero' we need to have our house in order.", "Dan għaliex ma tistax tipproponi li tagħmel trade sanctions jekk imbagħad ikollok loopholes fis-sistema.", "Din bdejna nagħmluha u s'issa dejjem ipprovajna nieħdu pożizzjonijiet li jwasslu għal bilanċ li mbagħad iwasslu għal kompromess.", "Kemm-il darba fl-Unjoni Ewropea jkollok żewġ pożizzjonijiet estremi jkollok tipprova ssib it-triq tan-nofs.", "Fejn ċerti setturi għandek unfair practices bdejna nagħtu warnings li jekk dawn l-unfair practices se jkomplu f'dak li għandu x'jaqsam ma' shipbuilding, per eżempju, jista' ikun hemm lok fejn nieħdu protective measures li jkunu permessi taħt id-WTO.", "Fil-fatt bdejna nagħtu dawn it-tip ta' sinjali.", "Biss huwa importanti li wieħed jissotolineja li anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' shipbuilding, l-Unjoni Ewropea għandha l-lead f'ċerti setturi.", "Per eżempju, fuq il-building ta' cruiseliners, navy vessels u yachts l-Unjoni Ewropea għandha domination tal-world market share, jiġifieri hemmhekk l-UE hija b'saħħitna ħafna għaliex huma setturi ta' shipbuilding fejn għandek bżonn ta' ħafna riċerka u innovazzjoni.", "Where there is the element of innovation and research bħal fil-każ ta' cruiseliner building - rather than mass production - għandek b'mod partikolari l-pajjiżi tan-north bħall-Ġermanja u fuq yacht building għandek l-Italja u Franza.", "Iżda mbagħad we are not competitive fuq dak li għandu x'jaqsam mal-bini ta' tankers u vapuri merkantili u għalhekk wieħed irid joqgħod attent kif jimmaniġġja.", "Sur President, kif għedt qabel, il-marine environment strategy hija l-kolonna prinċipali f'dak li għandu x'jaqsam mal-politika marittima.", "Fil-qasam tal-Mediterran semmejt li qegħdin nipprovaw ninvolvu lill-pajjiżi tan-North Africa through the European Partnership Agreements ħalli fil-pjan ta' azzjoni magħhom ikun hemm il-politika marittima.", "Diġa' għandek ċerti strutturi fejn qegħdin nikkoordinaw flimkien, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mas-sajd li sa ċertu punt għandu x'jaqsam ma' l-ambjent ukoll.", "M'hemmx dubju li din hija kwestjoni fejn we have to take the lead għaliex ma nistgħux naslu f'sitwazzjoni fejn nibdew neżlin għan-niżla.", "Għalhekk irridu nikkonvinċuhom sabiex jimxu magħna bl-eżempju u bl-għajnuna għax fl-aħħar mill-aħħar nagħtu ħafna għajnuna lill-pajjiżi tal-Mediterran u allura tajjeb li parti mill-għajnuna jużawha sabiex they set their own house in order as well.", "Irridu nindirizzaw ukoll il-kwestjoni tat-training.", "Huwa tajjeb li l-baħħara jkollhom it-taħriġ fuq il-protezzjoni ambjentali u fuq l-użu tal-baħar b'mod sostenibbli.", "Fil-fatt diġa' għandek numru ta' pajjiżi li għandhom training institute għas-sajjiedau għall-baħħara.", "Allura tajjeb li f'dan is-settur ikollok ukoll examples of best practice li tippreżentahom bħala mudell biex pajjiżi membri oħra u reġjuni oħra jkunu jistgħu japplikaw dawk il-mudelli għalihom.", "B'mod ġenerali r-riċerka tal-biofuels hija point taken.", "Pero' għandek ukoll istituti ta' riċerka fuq livell Ewropew għal setturi differenti, per eżempju, maritime transport, marine environment, sajd u oħrajn.", "Sa ċertu punt dawn għandhom networks bejniethom imma m'għandekx network for the networks jew cross referencing, jiġifieri istituti ta' riċerka li għandhom x'jaqsmu mat-trasport marittimu ma' istituti ta' riċerka li għandhom x'jaqsmu mas-sajd.", "B'hekk kemm-il darba jkun hemm ħafna overlapping bla bżonn u allura din hija xi ħaġa li verament irridu nindirizzawha.", "Fir-rigward tas-sajd diġa' semmejt it-trade dimension fejn għedt li qegħdin nagħtu s-sinjali.", "Fl-eżempju tal-Libja, it-tliet partners taw indikazzjoni lil Libja fejn qalulha li jekk ma tirrikonsidrax id-deċiżjoni tagħha jista' ikun hemm trade repercussions għax, per eżempju, il-Ġappun jibda jikkonsidra dan bħala illegal tuna fishing għax maqbud fl-ibħra Libjani u allura ma jippermettix li dan il-ħut li jidħol fis-suq tiegħu.", "Aħna konna diġa' ħriġna struzzjonijiet lis-sajjieda tagħna li jekk jistadu fil-Libja u din ma taċċettax il-pjan ta' rkupru l-ħut li jaqbdu jiġi kkonsidrat bħala ħut illegali.", "Jiena naħseb li dan huwa eżempju ta' kif tista' tieħu trade measures li jkollhom effett imma sabiex tkun tista' tagħmel hekk you have to set your own house in order.", "Ma tistax tgħid li se tieħu dawn il-miżuri u mbagħad tħalli lis-sajjieda tiegħek jew lill-industriji tiegħek to flout sustainability rules bl-amment jew to flout the environmental rules bl-amment.", "Sa ftit taż-żmien ilu hekk kienet is-sitwazzjoni fl-Unjoni Ewropea!", "Fil-qasam tas-sajd – forsi mhux daqshekk fl-oqsma ta' l-ambjent - kellna perċezzjoni negattiva ħafna li llum tbiddlet tant li qegħdin nibdew nieħdu l-lead anke f'oqsma reġjonali u internazzjonali sabiex nippromwovu s-sajd sostenibbli.", "Bir-riformi li seħħew fl-2002 l-affarijiet bdew jitbiddlu b'mod konsiderevoli.", "Il-punt tas-sajd artiġġjanali huwa validu ħafna u jorbot ukoll ma' l-iżvilupp ta' żoni kostali għaliex fl-aħħar mill-aħħar is-sajd artiġġjanali jsir mal-kosta.", "Għalhekk naħseb li dak se jkun wieħed mill-focuses li rridu niffokaw fuqhom fir-rigward tal-politika marittima futura.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq dak li qal l-Onor.", "Mizzi fir-rigward ta' baħħara li jaħdmu fuq bastimenti ta' l-Unjoni Ewropea b'kondizzjonijiet minimi.", "Veru li hemm din id-dikotomija għaliex bażikament l-uffiċjali huma kollha Ewropej u għandhom kondizzjonijiet tajbin ħafna.", "Min-naħa l-oħra d-deck hands għandek il-bulk tagħhom li kważi kollha ġejjin minn pajjiżi terzi bħall-Indonesja li għandhom kondizzjonijiet miżeri u dan huwa ħażin.", "Ir-realta' l-oħra hija li din hija industrija globali u trid tikkompeti ma' setturi oħra u allura trid toqgħod attent li in the short term ma tikkreax sitwazzjoni fejn tant jiżdiedu l-costs ta' l-operat li jitilqulek band'oħra għaliex b'hekk ma tkunx solvejt il-problema.", "Allura rridu naraw kif b'diskussjoni max-ship owners naslu sabiex intejbu l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg tal-ħaddiema in ġenerali fuq il-bastimenti b'mod li l-ewwelnett ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn ħaddiema li ġejjin mill-Unjoni Ewropea u ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi terzi u t-tieni nett li tipprova tgħolli kemm jista' ikun il-kondizzjonijiet minimi tagħhom.", "Imbagħad jekk hemm ċerti esklużjonijiet naraw li ta' l-inqas tneħħi dawk l-esklużjonijiet sabiex tagħtihom protezzjoni minima.", "Madankollu din hija xi ħaġa li wieħed irid jippjanaha sew għaliex fl-aħħar mill-aħħar jekk nispiċċaw nitilfu dan is-settur ma nkunu ggwadanjajna xejn.", "Fuq l-operazzjoni tal-portijiet ninsabu għaddejjin bid-diskussjonijiet fuq il-ports package.", "Il-Kummissarju Barrot mill-ewwel beda d-diskussjonijiet mar-rappreżentanti tal-portijiet u anke mal-pajjiżi membri biex fix-xhur li ġejjin jippreżenta pakkett – probabilment f'Ottubru – dwar il-miżuri tal-port.", "Dan il-pakkett mhux se jkun fih miżuri li jimponu ċerti kondizzjonijiet imma se jmexxi 'il quddiem dwar x'għandhom ikunu the best practices dwar l-operat tal-portijiet.", "Dan se jipprova jdaħħlu permezz ta' inċentivi aktar milli b'impożizzjoni.", "Fuq ir-reklamazzjoni ta' l-art mill-baħar ikolli ngħid li din ukoll trid tiġi indirizzatha pero' mhux se tkun il-politika marittima li tistabilixxi l-parametri.", "Il-politika marittima tipprova tiffaċilita l-affarijiet imma fl-aħħar mill-aħħar dawn huma issues li għandu jiddeċidihom il-pajjiż membru.", "Li għandu jew m'għandux ikun hemm reklamazzjoni ta' art mill-baħar m'aħniex se ngħiduh fuq livell Ewropew imma l-pajjiż membru jrid jistabilixxi l-parametri li fihom għandu jsir dan.", "Għalhekk, jekk ikollok żoni li huma ekoloġikament sensittivi ħafna ma jagħmilx sens li hemmhekk tagħmel reklamazzjoni ta' l-art mill-baħar.", "Disputed areas bejn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi u disputed areas bejn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea nnifishom hija kwestjoni ta' sovranita'.", "Għalhekk ħadd ma japprezza l-indħil tal-Kummissjoni li kieku kellha tidħol biex tgħid x'għandu jsir f'każi bħal dawn.", "Madankollu l-Kummissjoni żgur li lesta tiffaċilita l-affarijiet jekk ikun hemm bżonn.", "Per eżempju, għandna l-kwestjoni tal-Kroazja u s-Slovenja dwar il-linja li taqsam il-baħar tat-tnejn liema kwestjoni għandha riperkussjoni fuq is-sajd u xi ftit tar-riperkussjoni fuq l-Italja wkoll.", "Għaldaqstant il-Kummissjoni daħlet sabiex issib soluzzjoni temporanja li se tiġi diskussa fil-qafas tan-negozjati mal-Kroazja.", "Jiena diġa' kelli laqgħat sew mal-Ministru tal-Kroazja kif ukoll mal-Ministru tas-Slovenja u nisperaw li tinstab soluzzjoni.", "Fi kwestjonijiet bejn pajjiżi membri u pajjiżi terzi, bħalma għandek Malta, il-Libja, it-Tuneżija u l-Italja, din hija kwestjoni li primarjament iridu jitrattawha l-gvernijiet bejniethom pero' l-Kummissjoni lesta tgħin jekk tintalab sabiex tipprova tiffaċilita' l-affarijiet ħalli tinstab soluzzjoni.", "Sabiex nirrispondi lill-Ministru Francis Zammit Dimech ikolli ngħid li m'hemmx dubju li t-turiżmu u l-kultura huma żewġ punti li fil-green paper insibu focus mhux ħażin fuqhom.", "Fuq l-island tourism kellna numru ta' konferenzi li ndirizzaw l-aspett ta' turiżmu fi gżejjer u f'żoni periferali.", "Il-ġimgħa l-oħra kont Madeira fejn il-Kumitat tar-Reġjuni kien qiegħed jiddiskuti dan l-aspett filwaqt li x-xahar id-dieħel sejjer L-Azores sabiex inkomplu niddiskutu din it-tema.", "Naħseb li l-fatt li l-fondi reġjonali se jkollhom an increased focus fuq il-gżejjer u fuq iż-żoni periferali għandha tkun waħda mix-short term priorities.", "Naħseb li waħda mill-highlights tal-konklużjonijiet se tkun il-fatt li ġiet evitata d-definizzjoni wiesa' ta' coastal zone biex b'hekk jekk aħna jkollna politika marittima integrata ma tistax tieħu l-forma ta' one size fits all għaliex inkella din tkun negattiva ħafna.", "Wieħed irid iħares lejn ir-reġjuni differenti u jekk, per eżempju, għall-Baltiku l-maritime transport huwa sensittiv ħafna allura niffokaw aktar fuqu mentri jekk għall-Mediterran it-turiżmu kostali huwa iżjed importanti nkunu rridu ngħatuh aktar prijorita'.", "Bħala kontenut u bħala prioritization ma tistax tieħu a one size fits all approach.", "Kif diġa' għedt fit-turiżmu m'aħniex se nindirizzaw direttament il-kwestjoni ta' li għandhom jitbiddlu n-nies li jiddeċiedu x'hiex għaliex inkella nispiċċaw with a non starter.", "Pero' naħseb li t-turiżmu għandu jkollu aktar focus f'dak li għandu x'jaqsam mal-marittimu.", "Naħseb li dik hija xi ħaġa li wieħed jista' idaħħalha u jagħmel aċċenn għaliha anke within the heritage chapter li hemm fil-green paper għall-fatt li it is the heritage of maritime policy and also the practical manifestation of how one can manage global public goods.", "Naqbel mija fil-mija fuq il-punti li għamel il-Ministru Censu Galea.", "Fuq ir-rappreżentanza ta' l-IMO naħseb li mhux Malta biss hija kontra imma l-maġġor parti tal-pajjiżi membri jkunu kontra li l-Kummissjoni jkollha rappreżentanza fl-IMO in sostituzzjoni għall-pajjiżi membri.", "Pero' tajjeb li wieħed ikun jaf il-pożizzjoni tal-pajjiżi membri dwar li l-Kummissjoni jkollha rappreżentanza addizzjonali għal dik tal-pajjiżi membri.", "Jekk anke r-rappreżentanza bħala full member hija diffiċli li wieħed jaċċettaha, allura rridu naraw jekk ta' l-inqas għandux ikun hemm rappreżentanza f'forma ta' osservatur sabiex b'hekk il-Kummissjoni tkun tista' tikkoordina l-pożizzjonijiet.", "Fuq issues sensittivi ħafna ħalli lil kull pajjiż jiddefendi r-rokna tiegħu.", "Pero' fejn m'għandekx dik is-sensittivita' jkun meħieġ li jkollok koordinament tal-pożizzjoni tal-pajjiżi membri.", "Din lilna ssaħħaħna mmens għal meta niġu biex nintroduċu miżuri fuq livell internazzjonali għax kif qegħdin ngħidu din hija a global industry and therefore it requires global regulation first and foremost.", "Madankollu to obtain global regulation irid ikollok koordinament minn qabel għaliex din m'hijiex xi ħaġa daqshekk faċli.", "Tajjeb ngħid li minn naħa tat-DG Fisheries għadna kemm nidejna konsultazzjoni dwar l-akwakultura fuq il-web u fil-fatt l-istakeholders differenti għandhom sa nofs Lulju sabiex jagħtu l-pożizzjoni tagħhom dwar kif nistgħu nimxu 'il quddiem sabiex navvanzaw fl-akwakultura.", "Tajjeb ngħidu li l-akwakultura hija parti mill-politika marittima għaliex jekk ikollok spatial planning maħdum tajjeb isolvi ħafna mill-problemi li llum tiltaqa' magħhom meta tiġi biex tieħu deċiżjoni dwar l-akwakultura.", "L-argument tal-Kummissjoni huwa li jekk inti jkollok sistema ta' konsultazzjoni u ta' parteċipazzjoni minn qabel, għalkemm forsi ddum aktar sabiex tieħu deċiżjoni, din twassal biex ikun ferm iżjed faċli biex imbagħad timplimenta d-deċiżjoni.", "Jekk ma jkollokx dawn il-mekkaniżmi f'posthom se ssib li għalkemm tista' tieħu deċiżjoni malajr imbagħad ikollok taqla' fwiedek biex timplimenta d-deċiżjoni.", "Fuq l-ibħra differenti diġa' għedt li huwa essenzjali li nkunu speċifiċi għall-bżonnijiet differenti u li ma nadottawx soluzzjoni li tkun one size fits all. Naħseb li koprejt kollox.", "THE CHAIRMAN: Kummissarju nirringrazzjak talli tajtna l-opportunita' li nagħmlu dan l-iskambju ta' ideat u sakemm nerġgħu niltaqgħu nawgurawlek il-ħidma t-tajba.", "Fis-1.53 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070518_109d_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ġimgħa, 18 ta' Mejju 2007.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-12.13 p.m.", "L-Onor Jason Azzopardi, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Leo Brincat.", "Preżenti wkoll kien hemm il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, il-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni, il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, is-Segretarju Parlamentari l-Onor Francis Agius u l-Onor Joe Mizzi.", "Assenti: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor Michael Asciak, l-Onor Evarist Bartolo, l-Onor Mario de Marco, l-Onor Jose' Herrera, l-Onor Clyde Puli u l-Onor George Vella.", "Il-President informa lill-Kumitat li kienet saret talba minn Media.link Communications sabiex jieħdu filmat ta' l-ewwel parti tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 108 li saret fis-16 ta' Mejju, 2007, kienu konfermati.", "LAQGĦA MA' DR JOE BORG, MEMBRU TAL-KUMMISSJONI EWROPEA RESPONSABBLI MIS-SAJD U L-AFFARIJIET MARITTIMI, DWAR IT-TEMA: LEJN POLITIKA MARITTIMA GĦALL-UNJONI EWROPEA", "Il-Kummissarju Dr Joe Borg kien akkumpanjat minn Dr Joanna Drake, Kap tal-Kummissjoni Ewropea Rappreżentanza f'Malta u Ms Ella Strickland, Membru tal-cabinet tal-Kummissarju Borg.", "Id-diskussjoni bejn il-Kumitat u l-Kummissarju Dr Joe Borg iffukaw prinċipalment fuq:", "i) il-konsultazzjonijiet li saru fit-tnax-il xahar ta' qabel u ta' wara li ħarġet il-Green Paper dwar il-Politika Marittima għall-Unjoni Ewropea, jiġifieri, f'Ġunju ta' l-2006;", "ii) il-kordinament li kien qed isir tad-diversi setturi li jagħmlu parti mill-politika marittima mill-iSteering Committee li jħaddan fih għaxar kummissarji u li kien presedut mill-Kummissarju Borg;", "iii) il-lista ta' pilot projects w inizjattivi li kienu se jaħdmu fuqhom u li kellhom jagħtu riżultat fuq medda qasira ta' żmien, fosthom azzjoni kontra s-sajd irregolari, kordinament ta' l-istituti ta' riċerka, il-promozzjoni ta' best practice bħal fil-każ ta' maniġġjar ta' portijiet u li jsiru mapep ta' qiegħ il-baħar; u", "iv) ċerti proposti għall-politika marittima li kienu qed isibu ċerta reżistenza u/jew kienu jeħtieġu aktar diskussjoni bħal, reġistru għall-vapuri ta' UE u r-rappreżentanza ta' l-UE fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.", "Fis-1.53 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070518_109m_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 110", "It-Tlieta, 29 ta' Mejju 2007 fis-7.15 p.m.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 29 ta' Mejju 2007 fis-7.15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa mal-Membru tal-Parlament Ewropew Jo Leinen, Chairman tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Kostituzzjonali.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070529_110a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 110", "It-Tlieta, 29 ta' Mejju, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru. 110", "It-Tlieta, 29 ta' Mejju, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.32 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 109 li saret nhar il-Ġimgħa, 18 ta' Mejju 2007, kienu konfermati.", "LAQGĦA MAL-MEMBRU TAL- PARLAMENT EWROPEW JO LEINEN, PRESIDENT TAL-KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET KOSTITUZZJONALI", "Fit-8.33 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070529_110d_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 29 ta' Mejju 2007.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.32 p.m.", "L-Onor Jason Azzopardi, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Michael Asciak, l-Onor Leo Brincat u l-Onor George Vella.", "Assenti: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor Evarist Bartolo, l-Onor Mario de Marco, l-Onor Jose' Herrera u l-Onor Clyde Puli.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 109 li saret fit-18 ta' Mejju, 2007, kienu konfermati.", "LAQGĦA MAL-MEMBRU PARLAMENTARI EWROPEW JO LEINEN, PRESIDENT TAL-KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET KOSTITUZZJONALI", "Il-President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament Ewropew Jo Leinen għamel preżentazzjoni dwar id-dokument intitolat Proposal for a solution to the Constitutional Crisis li huwa stess ħareġ fl-10 ta' Mejju 2007.", "Il-punti prinċipali kienu:", "i) il-proposta li Partijiet I u IV tat-Trattat Kostituzzjonali dwar il-valuri, l-objettivi, l-istituzzjonijiet u l-kompetenzi ta' l-Unjoni Ewropea jinġabru f'test iqsar – 70 artiklu - u li jinftiehem aktar u li jkun magħruf bħala t-Trattat Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea;", "ii) il-proposta li Parti II tat-Trattat Kostituzzjonali dwar id-Drittijiet Fundamentali tiġi nkluża f'protokoll li jingħata forza legali permezz ta' artiklu fit-Trattat Fundamentali;", "iii) il-proposta li Parti III tat-Trattat Kostituzzjonali dwar il-policies tiġi nkluża fi trattat separat, jiġifieri, it-Trattat dwar il-Policies ta' l-Unjoni Ewropea li bħala bażi tiegħu jkollu t-Trattat ta' Nizza modifikat skond dak li kien ġie propost f'Parti III tat-Trattat Kostituzzjonali; u", "iv) il-kwestjonijiet pendenti dwar it-Trattat Kostituzzjonali ta' l-Unjoni Ewropea u l-laqgħat f'diversi livelli li kien hemm skedati għal dan il-għan.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8.33 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070529_110m_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 35", "L-Erbgħa, 6 ta' Ġunju 2007, fis-7.30 p.m.", "Mr Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 6 ta' Ġunju 2007, fis-7.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra;", "Indirizz lill-Kamra mill-E.T. Mr Jose' Manuel Durao Barroso", "Affarijiet oħra.", "4 ta' Ġunju, 2007 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070606_035a_hbc.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 6 ta' Ġunju 2007", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis- 7.40 p.m.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor.", "Joe Mizzi.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 34 li saret fil-25 ta' April 2007, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li l-Kamra tkompli tiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Mediċini (Abbozz Nru 95) u imbagħad tgħaddi għall-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Abbozz Nru 91) u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji (Abbozz Nru 94).", "Huwa informa wkoll lill-Kumitat li kienu ġew komunikati lill-Oppożizzjoni żewġ abbozzi draft; abbozz li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi u abbozz li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Maltija dwar l-iStandards.", "INDIRIZZ LILL-KAMRA MILL-E.T. JOSE' MANUEL DURAO BARROSO", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern irrefera għaż-żjara ta' l-E.T. Jose' Manuel Durao Barroso, President tal-Kummissjoni Ewropea, li matulha kien se jindirizza l-Parlament nhar il-Ġimgħa, 15 ta' Ġunju 2007.", "Il-Kumitat qabel li għas-seduta li fiha jsir l-indirizz mill-E.T. Jose' Manuel Durao Barroso, kellha tiġi segwita l-proċedura kollha li ntużat fl-okkażjoni ta' meta l-Parlament kien ġie indirizzat mill-E.T. Romano Prodi, President tal-Kummissjoni Ewropea.", "AFFARIJIET OĦRA", "Mr Speaker informa lill-Kumitat li huwa kien irċieva korrispondenza dwar contact visit mill-Kummissjoni Ewropea kontra r-razziżmu u intolleranza fi ħdan il-Kunsill ta' l-Ewropa u ntlaħaq qbil li din id-delegazzjoni tiltaqa' mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali flimkien mad-delegazzjoni parlamentari għall-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Fit-8.00 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070606_035m_par.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 87", "L-Erbgħa, 6 ta' Ġunju, 2007", "L-Onor.", "Clyde Puli, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 6 ta' Ġunju, 2007 fis-6.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar l-Ekonomija ta' l-Għarfien (Knowledge Economy): Ir-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni – Preżentazzjoni minn Prof Edward Debono, Fundatur tal-Ħsieb Kreattiv u l-Innovazzjoni.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070606_087a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 87", "L-Erbgħa, 6 ta' Ġunju, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 87", "L-Erbgħa, 6 ta' Ġunju, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-17:40 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 86 li saret fis-7 ta' Mejju 2007, ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Clyde Puli): Qabel ma ngħaddu għall-aġenda tal-lum, ippermettuli npoġġi fuq il-Mejda tal-Kumitat korrispondenza mill-Ministru Dolores Cristina fejn qed titlobna niddiskutu l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji, proċess li rridu nibdewh fil-ġranet li ġejjin, imbagħad niddeċiedu kif nipproċedu minn hawn.", "Inpoġġi ukoll fuq il-Mejda tal-Kumitat dokument ta' l-EU:", "Dan id-dokument li intbagħat minn Working Group 1 mhux se jkun għal skrutinju imma qiegħed hawnhekk għall-informazzjoni ta' kull wieħed mill-Membri.", "Nitlob lis-Segretarja biex tiċċirkola kopja lill-Membri tal-Kumitat.", "Diskussjoni dwar", "l-Ekonomija ta' l-GĦarfien", "(Knowledge Economy):", "Ir-RiĊerka, l-IŻvilupp u", "l-Innovazzjoni", "Il-Kumitat irriżuma d-diskussjoni fuq dan is-suġġett mis-27 ta' Marzu, 2007.", "Illum għandna preżentazzjoni mill-Prof.", "Edward Debono, Fundatur tal-Ħsieb Kreattiv u l-Innovazzjoni.", "Nilqa' fostna lill-Prof.", "Edward Debono.", "Huwa ta' pjaċir kbir għalina li nilqgħuk f'dan il-Parlament u f'dan il-Kumitat.", "Kif naħseb li diġà ġejt informat, aħna għadna kemm għamilna course f'wieħed mis-suġġetti tiegħek is-Six Thinking Hats.", "Naħseb hawnhekk ukoll anke nista' nitkellem f'isem sħabi wkoll li Sibna dan il-course utli ħafna u nispera li nkunu kapaċi nutilizzawh kemm għal ġid ta' dan il-Parlament, għalina u finalment anke għal dan il-pajjiż.", "Ovvjament aħna mhux biss nużaw dawn il-konċetti mil-lat prattiku imma kburin li konċetti bħal dawn ħarġu minn xi ħadd bħalek, minn xi ħadd Malti.", "Jekk tippermettili, nintroduċi formalment dan il-Kumitat.", "L-ewwelnett dan hu l-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Minħabba li l-Parlament Malti huwa żgħir allura r-remit ta' dan il-Kumitat huwa wiesa'.", "Allura niddiskutu suġġetti li huma purament ta' servizzi: politika soċjali, s-saħħa, l-edukazzjoni, l-ambjent, eċċ. Bażikament niddiskrivu dan il-Kumitat iktar b'dak li m'hux milli b'dak li hu minħabba li huwa Parlament żgħir.", "Allura ngħidu li m'huwiex il-Public Accounts Committee u m'huwiex il-Foreign and European Affairs Committee, l-kumplament jaqa' kollox taħt is-Social Affairs Committee fil-limitazzjonijiet ta' parlament żgħir.", "Però min-naħa l-oħra jagħmilna iktar interessanti.", "Fil-mument qegħdin niddiskutu l-Ekonomija tal-Għerf, ir-relazzjoni ma' l-information society allura r-Riċerka, l-Iżvilupp u anke l-Innovazzjoni.", "Hawnhekk fejn laqqagħna ma' l-ideat tiegħek u li nixtiequ nisimgħu ftit iktar fuqhom 'il quddiem.", "Ħalli nintroduċi ftit il-Membri mbagħad nagħtik il-mikrofonu.", "Fuq in-naħa tal-lemin tiegħi għandi lill-Onor.", "Michael Gonzi, membru ta' dan il-Kumitat, u wkoll Chairman ta' sotto kumitat ta' skrutinju dwar l-Affarijiet Ewropej; l-Onor.", "David Agius li huwa Chairman tal-Kumitat dwar l-Abbozzi - fejn jiġu drafted il-liġijiet - u fuq in-naħa l-oħra hemm l-Onor.", "Jason Azzopardi li huwa ċ-Chairman tal-Foreign and European Affairs Committee.", "Dawn it-tlieta, kif ukoll jien bħala Chairman ta' dan il-Kumitat, kollha membri min-naħa tal-gvern.", "Fuq in-naħa tax-xellug hawn l-Onor.", "Carmelo Abela, Membru Parlamentari li ġej min-naħa ta' l-Oppożizzjoni li huwa wkoll id-Deputy Speaker ta' dan il-Parlament.", "Imbagħad is-Sur Ray Scicluna, Assistant Clerk u Ms Anna Coleiro, Committee Clerk ta' dan il-Kumitat u jagħmlu parti wkoll mill-istaff tal-Parlament.", "Nispera li b'din l-introduzzjoni tajtek ftit ħjiel ta' x'qed jiġri u issa nagħtik il-mikrofonu u nħares 'il quddiem biex nisma' il-perspettiva tiegħek anke dwar is-suġġett ta' l-innovazzjoni u kif dan jista' jolqot lil Malta u kif nistgħu nużawh aħjar.", "THE CHAIRMAN: Grazzi ħafna għal preżentazzjoni interessanti ħafna li tajtna li agħmiltha ftit iktar faċli kif tippreżentaha, kfi tidħol f'sistema ġdida biex toħroġ b'ideat.", "Forsi wara s-Six Thinking Hats ta' min jaqra dan il-ktieb li għedtilna \"Simplicity.\"", "CARMELO ABELA: Din hi l-ewwel darba li qed insibni f'diffikultà x'mistoqsija nista' nagħmel lill-Prof.", "L -ewwelnett nirringrazzjak ħafna tal-preżentazzjoni tiegħek u tal-preżenza tiegħek hawnhekk.", "Il-ħsieb tal-kumitat kien li niddiskutu n-Knowledge Economy biex naraw x'qed isir f'pajjiżna in ġenerali – jiġifieri nagħmlu stock taking tas-sitwazzjoni - kif ukoll naraw li l-ħidma li qed issir separatment minn kull entità tistax b'xi mod jew ieħor tibda' tinħadem iktar flimkien.", "Fl-aħħar mill-aħħar dak huwa l-għan tagħna, li we maximise r-riżorsi li għandna.", "Jiena dejjem inħobb nistaqsi - anke bħala kelliem ta' l-Oppożizzoni fuq l-Edukazzjoni - dwar l-iskejjel tagħna.", "Ma nafx jekk nistax nistaqsik kif tħares lejn l-iskejjel tagħna - il-primary schools, secondary, post secondary and tertiary level - minn dan l-aspett u x'nistgħu ntejbu?", "Jista' jkun hemm listi sħaħ, imma mill-analiżi tiegħek, kif tħares lejn l-edukazzjoni u l-iskejjel tagħna?", "THE CHAIRMAN: Jidher li m'hawnx iktar domandi.", "Grazzi ħafna għal darba oħra.", "Nerġa' ngħid li kienet session mill-aktar illuminanti għaliex naħseb tatna opportunità li naħsbu b'differenza wkoll.", "J'Alla jkollna ċans li nużawha iktar ukoll fil-ħidma tagħna u kien tassew ta' unur għalina li narawk hawnhekk fostna.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Is-seduta hi aġġornata sine die.", "Fis-18:35p.m. il-Kumitat aġġorna sine die."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070606_087d_soc.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 88", "L-Erbgħa, 13 ta' Ġunju, 2007", "L-Onor.", "Clyde Puli, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 13 ta' Ġunju, 2007 fis-7.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar l-Ekonomija ta' l-Għarfien (Knowledge Economy): Ir-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni – Preżentazzjoni mis-Sur Philip (Pippo) Psaila, Commercial Manager ta' l-Edible Oil Refining Co Ltd dwar il-proġett tal-Bio Diesel f'Malta.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070613_088a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 88", "L-Erbgħa, 13 ta' Ġunju, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 88", "L-Erbgħa, 13 ta' Ġunju, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fit-19.50 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 87 li saret fis-6 ta' Ġunju 2007 ġew konfermati.", "Diskussjoni dwar l-Ekonomija ta' l-Għarfien (Knowledge Economy): Ir-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni", "Il-Kumitat irriżuma id-diskussjoni fuq dan is-suġġett mit-23 ta' Mejju, 2006.", "THE CHAIRMAN (Onor. Clyde Puli): Illum tkompli d-diskussjoni dwar l-ekonomija ta' l-għerf, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni.", "U se jkollna preżentazzjoni mis-Sur Pippo Psaila, Commercial Manager ma' l-Edible Oil Refining Co Ltd, dwar il-proġett tal-Biodiesel f'Malta.", "Qabel xejn, grazzi talli qiegħed magħna, anke jekk ovvjament qiegħed magħna f'kapaċità differenti.", "Qabel xejn nifraħlek għall-akkwisti tat-team Olimpiku Malti li int ukoll involut fih, tassew tagħmlulna unur.", "Imma hemm affarijiet li rridu nitkellmu fuqhom li huma importanti wkoll għall-ekonomija tagħna u ovvjament kif se jimxu 'l quddiem anke permezz ta' l-għerf, tan-knowledge u kif nistgħu nużawh aħjar.", "L-esperjenza tagħkom naħseb hija waħda li nistgħu nitgħallmu minnha.", "IS-SUR PIPPO PSAILA: L-ewwelnett nixtieq nirringrazzjak ta' l-istedina, lilek u lill-Membri kollha.", "Nixtieq nibda b'video qasir dwar l-effett tat-tniġġis fuq is-saħħa u dwar l-ażma.", "The first time we took our vehicles for VRT testing, m'hemmx għalfejn ngħidilkom li tal-post beda jidgħi li kissirnilu l-apparatus għax ma mmarkalu xejn.", "Ma setax jifhem x'kellu il-fuel tagħna, għax kien qed ixomm biss riħa ta' chips.", "He hadn't yet heard about biodiesel u beda jistaqsi x'ġara.", "One of their reservations was: jekk dan id-diesel nużah għat-trakkijiet u għal inġenji l-kbar se nbati?", "Sometimes you hear people say: għax għandi iktar spejjeż biex inżomm il-karozza jew it-trakk.", "Tmorrux għat-2c exceeding li huwa l-price disparity mill-ewwel għax se taħlihom fil-filter.", "Jekk Allaħares qatt jgħaddilek dan is-sludge through the filter għax il-micro se jkun naqra kbir, se jkollok il-ħsara fil-pompa.", "Għax jekk ma titlax ix-xemx għada, ibqa' ċert li l-biodiesel se jeħel żgur, u jekk jinqala xi ħsara fil-karozza ġara hekk għax uża l-biodiesel anke jekk ikun użah darba.", "The CHAIRMAN: Prosit u grazzi tal-preżentazzjoni estensiva u li spjegat ħafna affarijiet.", "Ippermettilna nagħmlu ftit domandi.", "Xtaqt nibda ftit jien.", "F'ħin minnhom għedt li għalissa qed tinkoraġġixxu 30% minħabba dak li tistgħu tipproduċu mbagħad tajt xi ċifri kemm nistgħu nilħqu kieku ndaħħlu proġetti u metodi ġodda.", "Naf li hija stima, imma bejn wieħed u ieħor kemm tieħu żmien biex ikollna konsum jekk mhux totali imma adegwata?", "IS-SUR PIPPO PSAILA: Ara, fl-ewwel sentejn ma tieħu xejn imma wara dawn is-sentejn li tkun żrajt il-Jatropha tibda tieħu 2 tonnes per hectare jekk niftakar tajjeb, and beyond five years jagħtik 12 tonnes per hectare.", "Jiġifieri l-vantaġġ intrinsiku fl-agro-industrija jkun wara l-ħames sena.", "THE CHAIRMAN: Kemm għandna bżonn bħala konsum?", "Wara dawn il-ħames snin il-vantaġġ kbir għall-agrikoltura qiegħed hemm, huwa evidenti.", "IS-SUR PIPPO PSAILA: Aħna, Malta, nużaw bejn wieħed u ieħor 95,000 tunnellata diesel u 100,000 tunnellata petrol.", "Jekk wieħed jieħu almenu 10% - li se jkun is-suġġeriment tal-Kummissjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar – ifisser li 10% ta' 95,000 hija 10,000 tunnellata.", "Illum il-ġurnata aħna diġà qegħdin inbiegħu qrib it-3,000 tunnellata.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri dawn tilħaqhom f'ħames snin qed tgħid?", "IS-SUR PIPPO PSAILA: Le dawn qed nilħquhom issa għax nużaw il-feed stock u l-used oil.", "Malta per capita nikkunsmaw 9,000 tunnellata żjut u xaħmijiet, nafu għax sa 1994 konna suq magħluq u aħna biss konna nipproduċuh jiġifieri l-istatistika żgur tajba.", "Minn dawk għandek 6,000 tunnellata żjut likwidi.", "Statistikament il-pajjiżi Ewropej jirriġeneraw 40%, jiġifieri awtomatikament aħna għandna 40% ta' 6,000 tunnellata - qrib l-4,000 tunnellata – li suppost nirkavawhom u nikkonvertuhom f'bio-fuel.", "Jiġifieri nofs id-9,500 huma żjut użati.", "Id-differenza li jkun fadal jintuża parti minnu x-xaħmijiet mill-biċċerija stess u parti minnhom trid tuża l-virgin feed stocks.", "Jekk bniedem jieħu 10% tal-konsum tad-diesel - 9,500 tunnellata - l-impjant tagħna jagħmel 100,000 litru kuljum, jiġifieri 0.5 miljun litru fil-ġimgħa.", "Bħala kapaċità m'għandniex problema, il-problema hija l-feedstock.", "Hija problema relattiva għax jekk tuża l-virgin, tista' timporta kemm trid għax id-dinja dejjem tipproduċi.", "MICHAEL GONZI: Nassumi li jekk iddaħħal il-households.…", "Is-sur pippo psaila: Iva, għalhekk importanti li dan id-djalogu mal-Wasteserv jiġi amplifikat għax il-households huma riżorsi importanti għalina.", "The CHAIRMAN: Nifhem li wara dan il-proċess li se tibdew - l-ewwelnett anke hemm l-impatt fuq l-ambjent - imma anke peress li din hija parti mid-diskussjoni iktar wiesgħa fuq l-Innovazzjoni, semmejt xi proġetti oħra.", "X'weight qed tagħtuhom?", "Diġà ssottomettejna proġett, fejn kellna partner Svediż u kellna Università Ġermaniża għax hekk kien jirrikjedi dan it-tip ta' proġett li ridna - mingħalija kien il-framework ta' FP6 - u dawk jiskorjaw bil-punti.", "L-ewwel darba li konna ssottomettejna proġett kellna partnership ma' kumpannija li kienet se tagħmel il-proġett, l-Università ta' Malta bħala aspett akkademiku, aħna bħala entrepreneurs, u imbagħad kellna kumpanija barranija bħala research u wkoll il-comune ta' Catania.", "Il-Comune ta' Catania daħħalnihom biex jagħmlu il-household collection scheme għax roughly il-popolazzjoni ta' Catania hija qrib tagħna u b'hekk ikollna parallel: il-household scheme ta' Malta u l-household scheme ta' Catania.", "Mingħalija kellna bżonn 21 points biex nikkwalifikaw u ġibna xi 19.5 jiġifieri for the first time it was very close.", "KARL CHIRCOP: Prosit ta' din l-inizjattiva.", "Il-containers sofor, dawk minn fejn tista' ġġibhom?", "Bħala konsumatur naħseb tkun ħaġa tajba li tista' tikkontribwixxi favur dan il-proġett.", "Is-sur pippo psaila: Naħseb li kien sar żball tattiku li ġiet launched f'seba' lokalitajiet biss u allura iktar ikkreajna antipatija lejn il-proġett.", "Kien hemm ħafna nies li riedu jipparteċipaw imma ma setgħux allura iktar ġew frustrati.", "Is-sistema kienet li nużaw il-petrol stations stess, fejn għamilna cabinet biċ-ċavetta u l-konsumatur kien jieħu l-barmil vojt, he exchanges it u ninċentivawh billi jingħata biljett tal-lotterija.", "Kull erba' xhur titla' l-lotterija u kien hemm ħafna premjijiet bħal household appliances, cruises, eċċ. Bħalissa l-idea hija li rridu mmorru on a national scale biex ma jkunx hemm distinzjoni bejn distretti u geographical locations but it has to be widespread.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri, mhux aħna ma rajnihiex.", "Is-sur pippo psaila: Bħala postijiet kien hemm biss Manoel Island, in-Naxxar, is-Savoy, San Ġwann, u f'ċerti petrol stations oħra.", "Il-Wasteserv kienu mmiraw postijiet fejn kellhom a high incidence ta' riċiklaġġ mill-households u ddeċidew li allura aħjar jibdew minn dawn il-postijiet għax iktar faċli.", "U veru hemm loġika warajha.", "Fil-fatt kien hemm ħafna nies li staqsewna għal dawn il-containers.", "KARL CHIRCOP: Ma tikkonsidrawx tagħmluhom fis-supermarkets?", "KARL CHIRCOP: Għax huwa sors fejn il-konsumatur jixtri ż-żejt u jieħu wieħed miegħu.", "FREDERICK AZZOPARDI: Jiġifieri intom li qed tipproduċu dak l-ammont ta' biodiesel qed issibu tbiegħuh kollu, hux hekk?", "Kieku għandkom iktar tbiegħu iktar?", "Is-sur pippo psaila: Fil-fatt niġġennu meta jasal l-aħħar tax-xahar u jogħla l-prezz tad-diesel!", "Fil-fatt ġimgħa ilu ħadulna 90,000 litru f'ġimgħa waħda għax semgħu xnigħat minn fuq il-pompi li se jogħla d-diesel!", "Teknikament il-biodiesel dejjem jiċċaqlaq mal-prezz tad-diesel.", "Huma comodities meta jorħos jorħos miegħu, meta jitla' jitla' miegħu.", "FREDERICK AZZOPARDI: Dwar il-kwestjoni tas-sludge, nifhem li jekk ikollok karozza ġdida m'hemmx problema għax tista' taqbad u tuża l-biodiesel mal-ewwel.", "Is-sur pippo psaila: Iva, però trid toqgħod attent għax jekk se tagħtiha diesel darba, xorta se ssib is-sludge.", "Kellna karozza ta' xi erba' xhur u min ħa d-diesel, ħadu mill-pompa tar-Rabat, u ġabli t-tank għax ridt nagħmel esperiment u għedtlu ħa niċċekkjah għal ġurament.", "U tiskanta x'sibna alavolja l-karozza kienet għadha ġdida.", "Parti minnu huwa l-kulur li jżidu d-dwana, li over time jiddetjora għax ikunu jafu li qed tħallas is-sisa jżidulu l-kulur.", "FREDERICK AZZOPARDI: Dwar il-pjanta tal-Jatropha, qatt għamiltu xi esperiment f'Malta biex tippruvaw tkabbruha?", "L-ewwelnett ridna nkabbruha fl-airport, għax hemm mas-sitt mitt tomna art u bħalissa qegħdin ikabbru l-qamħ.", "Issa għall-ajruplani l-qamħ huwa perikoluż għax huwa inflammable ħafna, speċjalment fis-sajf.", "Allura diġà tkellimna mal-MIA li nesperimentaw anke fuq biċċa art żgħira biex naraw jekk tieħux.", "Tkellimna ukoll mal-Government Experimental Farm fl-Għammieri għax hemmhekk hemm mal-200 tomna art.", "U għamilna proposta lil wieħed min-Naxxar espert ta' dawn il-crops ta' l-inbejjed fejn qed jiggwidana fiha din il-biċċa ta' xogħol.", "FREDERICK AZZOPARDI: Din hija l-crop tal-crop jew il-frott tagħha?", "Is-sur pippo psaila: Le, tieħu l-frott tagħha, qisha żebbuġa jew bajtra tax-xewk kbira mbagħad tqaxxarha, tagħsarha u tieħu ż-żejt.", "FREDERICK AZZOPARDI: Se jkollha vantaġġ li ssebbaħ l-ambjent għax se jkollok sigra bi fjuri.", "Hemm kumpannija D 1 oils…", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri din diġa' qed tintuża għalhekk?", "Tista' timporta ż-żejt li joħroġ minnu però it's not cost effective at the moment.", "THE CHAIRMAN: Qed jużawha?", "THE CHAIRMAN: Qed jużawha għal biodiesel?", "MICHAEL GONZI: Għandi żewġ domandi.", "Minn liema entità qed issibu l-iktar reżistenza kontra l-biodiesel?", "Is-sur pippo psaila: Le, l-Enemalta jieħdu mingħandna.", "It-trakkijiet ta' l-Enemalta kollha biodiesel jieħdu u kieku qatt kellhom ilment.", "MICHAEL GONZI: Fl-introduzzjoni, pinġejt stampa ta' best fuel, jkollok best consumption fil-karozza, imma at the same time hemm reżistenza.", "Il-gut feeling tiegħi hija li fil-karozza tiegħi tgħid nużah jew se ngħarraq pompa?", "Għalissa ma rridx ngħarraq pompa.", "Dik hija t-tendenza forsi, dik hija r-reżistenza.", "Is-sur pippo psaila: Dik hija r-reżistenza.", "Hemm nuqqas ta' edukazzjoni, u ta' awareness.", "Fil-fatt għalhekk irridu nagħmlu proġett - diġà tkellimna mal-Wasteserv - biex nidħlu fl-iskejjel, nagħtuhom .…", "MICHAEL GONZI: Ħaġa oħra li xtaqt nistaqsi.", "Biex isir il-biodiesel trid tħallat l-alcohol u l-methanol, tagħmel bħala catalyst, sodium hydroxide jew potassium, li huma affarjiet sempliċi.", "It-teknoloġija hija sempliċi daqshekk?", "Dak huwa l-vantaġġi li għandna fuq ħaddieħor....", "MICHAEL GONZI: Imma is it possible, li tagħmilha fil-households din?", "Nista' naqbad l-alcohol u l-hydroxide u npoġġih bħala fuel?", "Is-sur pippo psaila: Fil-fatt tista' tixtri kit ta' madwar US$3,000 u jkollok barmil ta' 200 litres u tista' tħallat.", "FRANCO GALEA: qed nifhem sewwa li m'huwiex vijabbli li timporta s-seed oil li jiġi minn Jatropha?", "Is-sur pippo psaila: Le, m'huwiex vijabbli biex timporta ż-żejt.", "FRANCO GALEA: Hawn Malta hawn xi ħsieb li timportawh minn barra ż-żerriegħa?", "FREDERICK AZZOPARDI: Qed nitkellmu fuq id-diesel għall-petrol hemm xi ħaġa?", "Jgħidulu E85 u fih 85% petrol u 15% methanol, u huwa magħmul mix-sugar cane.", "Għalissa ma nixtiequx nidħlu fih għas-sempliċi raġuni li diġà għandna reżistenza fid-diesel aħseb u ara fil-petrol, però technologically it is no hassle.", "Onor Michael Gonzi: Reżistenza?", "Is-sur pippo psaila: Reżistenza mill-konsumatur, fis-sens biex jaċċetta l-biodiesel you have to plod along.", "And the mechanics għax dawk jagħmlulek ħafna ħsara.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak tal-preżentazzjoni għax kienet utli ħafna.", "Fid-8.50 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070613_088d_soc.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 111", "L-Erbgħa, 20 ta'Ġunju 2007 fis-7.15 p.m.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 20 ta' Ġunju 2007 fis-7.15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Taħdita ma' l-E.T. Nicholas Archer, Kummissarju Għoli tar-Renju Unit għal Malta, dwar it-tema: Cost Effective Diplomacy.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070620_111a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 111", "L-Erbgħa, 20 ta' Ġunju, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru. 111", "L-Erbgħa, 20 ta' Ġunju, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.33 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 110 li saret fid-29 ta' Mejju, 2007, kienu konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Jason Azzopardi): Ninforma lill-Kumitat li l-Iskrivan tal-Kamra rċieva mingħand is-Segretarju Ġenerali tal-parlament Ewropew 12-il riżoluzzjoni, hawn taħt indikati, li ġew adottati mill-Parlament Ewropew:", "Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Kommunità Ewropea u l-Gvern tal-Malasja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru (COM(2006)0619 – C6-0004/2007 – 2006/0202(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0103 - adottata fl-24 t' April 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-25 ta' April 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima Multilaterali bejn ir-Repubblika ta\" l-Albanija, il-Bożnja u Ħerżegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, il-Komunità Ewropea, ir-Repubblika ta\" l-Islanda, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, is-Serbja u l-Montenegro, ir-Rumanija u l-Missjoni ta\" Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo dwar it-Twaqqif ta\" Żona Ewropea ta\" Avjazzjoni Komuni (ECAA) (COM(2006)0113 – C6-0218/2006 – 2006/0036(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0139- adottata fil-25 t' April 2007;", "Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-25 ta' April 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea ta\" Ftehim ta\" Qafas dwar Programm Ambjentali Nukleari Multilaterali fil-Federazzjoni Russa u tal-Protokoll dwar il-Pretensjonijiet, Proċedimenti Legali u l-Indennizz għall-Ftehim ta\" Qafas dwar Programm Ambjentali Nukleari Multilaterali fil-Federazzjoni Russa.", "(COM(2006)0665 – C6-0475/2006 – 2006/0227(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0141- adottata fil-25 t' April 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-25 ta' April 2007 dwar il-Green Paper dwar azzjonijiet ta' riżarċiment tad-danni għal ksur tar-regoli tal-KE dwar l-antitrust (2006/2207(INI)) P6_TA-PROV(2007)0152- adottata fil-25 t' April 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta April 2007 dwar relazzjonijiet transatlantiċi P6_TA-PROV(2007)0155- adottata fil-25 t' April 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2007 dwar ir-rapport ta' progress ta' l-2006 dwar il-Kroazja (2006/2288(INI)) P6_TA-PROV(2007)0156- adottata fil-25 t' April 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa b'diżabilita' fl-Unjoni Ewropea (2006/2277(INI)) P6_TA-PROV(2007)0160- adottata fis-26 t' April 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar in-negozjait ta kuntratt ta' Konċessjoni Galileo P6_TA-PROV(2007)0164- adottata fis-26 t' April 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja 2006 u l-politika ta' l-UE fir-rigward ta' dan (2007/2020(INI)) P6_TA-PROV(2007)0165- adottata fis-26 t' April 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar dwar il-Finanzi Pubbliċi fl-EMU 2006 (2007/2004(INI)) P6_TA-PROV(2007)0168- adottata fis-26 t' April 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar il-ħtif f'Gaża tal-ġurnalista' tal-BBC Alan Johnston - P6_TA-PROV(2007)0170- adottata fis-26 ta' April 2007; u", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar iż-Żimbabwe - P6_TA-PROV(2007)0172- adottata fis-26 t' April 2007.", "TAĦDITA MA' L-E.T. NICHOLAS ARCHER, KUMMISSARJU GĦOLI TAR-RENJU UNIT GĦAL MALTA, DWAR IT-TEMA: COST EFFECTIVE DIPLOMACY", "THE CHAIRMAN: Ngħaddu mill-ewwel għal-laqgħa tagħna ma' l-Eċċellenza Tiegħu Nicholas Archer, Kummissarju Għoli tar-Renju Unit għal Malta.", "It-taħdita għandha t-tema: Cost Effective Diplomacy.", "Fit-8.35 p.m. il-Kumitat aġġorna għal", "data oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070620_111d_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 20 ta' Ġunju 2007.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.33 p.m.", "L-Onor Jason Azzopardi, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Michael Asciak u l-Onor Jose' Herrera.", "Preżenti wkoll kien hemm l-Onor Joseph Falzon u Dr Melanie Vella, research analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Assenti: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor Evarist Bartolo, l-Onor Leo Brincat, l-Onor Mario de Marco, l-Onor Clyde Puli u l-Onor George Vella.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 110 li saret fid-29 ta' Mejju, 2007, kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumitat informa lill-Kumitat li l-Iskrivan tal-Kamra kien irċieva mingħand is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tnax-il riżoluzzjoni, hawn taħt indikati, li kienu ġew adottati mill-Parlament Ewropew:-", "Dokument 507 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Kommunità Ewropea u l-Gvern tal-Malasja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru (COM(2006)0619 – C6-0004/2007 – 2006/0202(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0103 - adottata fl-24 t' April 2007;", "Dokument 508 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-25 ta' April 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima Multilaterali bejn ir-Repubblika ta\" l-Albanija, il-Bożnja u Ħerżegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, il-Komunità Ewropea, ir-Repubblika ta\" l-Iżlanda, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, is-Serbja u l-Montenegro, ir-Rumanija u l-Missjoni ta\" Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo dwar it-Twaqqif ta\" Żona Ewropea ta\" Avjazzjoni Komuni (ECAA) (COM(2006)0113 – C6-0218/2006 – 2006/0036(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0139- adottata fil-25 t' April 2007;", "Dokument 509 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-25 ta' April 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea ta\" Ftehim ta\" Qafas dwar Programm Ambjentali Nukleari Multilaterali fil-Federazzjoni Russa u tal-Protokoll dwar il-Pretensjonijiet, Proċedimenti Legali u l-Indennizz għall-Ftehim ta\" Qafas dwar Programm Ambjentali Nukleari Multilaterali fil-Federazzjoni Russa.", "(COM(2006)0665 – C6-0475/2006 – 2006/0227(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0141- adottata fil-25 t' April 2007;", "Dokument 510 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-25 ta' April 2007 dwar il-Green Paper dwar azzjonijiet ta' riżarċiment tad-danni għal ksur tar-regoli tal-KE dwar l-antitrust (2006/2207(INI)) P6_TA-PROV(2007)0152- adottata fil-25 t' April 2007;", "Dokument 511 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta April 2007 dwar relazzjonijiet transatlantiċi P6_TA-PROV(2007)0155- adottata fil-25 t' April 2007;", "Dokument 512 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2007 dwar ir-rapport ta' progress ta' l-2006 dwar il-Kroazja (2006/2288(INI)) P6_TA-PROV(2007)0156- adottata fil-25 t' April 2007;", "Dokument 513 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa b'diżabilita' fl-Unjoni Ewropea (2006/2277(INI)) P6_TA-PROV(2007)0160- adottata fis-26 t' April 2007;", "Dokument 514 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar in-negozjait ta kuntratt ta' Konċessjoni Galileo P6_TA-PROV(2007)0164- adottata fis-26 t' April 2007;", "Dokument 515 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja 2006 u l-politika ta' l-UE fir-rigward ta' dan (2007/2020(INI)) P6_TA-PROV(2007)0165- adottata fis-26 t' April 2007;", "Dokument 516 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar dwar il-Finanzi Pubbliċi fl-EMU 2006 (2007/2004(INI)) P6_TA-PROV(2007)0168- adottata fis-26 t' April 2007;", "Dokument 517 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar il-ħtif t'Gaża tal-ġurnalista' tal-BBC Alan Johnston - P6_TA-PROV(2007)0170- adottata fis-26 ta' April 2007; u", "Dokument 518 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar iż-Żimbabwe - P6_TA-PROV(2007)0172- adottata fis-26 t' April 2007.", "TAĦDITA MA' L-E.T. NICHOLAS ARCHER, KUMMISSARJU GĦOLI TAR-RENJU UNIT GĦAL MALTA, DWAR IT-TEMA: COST EFFECTIVE DIPLOMACY", "L-E.", "T. Nicholas Archer, li kien akkumpanjat mis-Sur Andrew Hamilton Third Secretary, fl-introduzzjoni tiegħu spjega li tradizzjonalment l-għan ta' l-ambaxxati tar-Renju Unit kien dak li jżommu u jtejbu r-relazzjonijiet bilaterali mentri minn numru ta' snin 'il hawn l-ambaxxati qed ikollhom numru ta' issues speċifiċi li jridu jaħdmu fuqhom u saħansitra r-renumerazzjoni tal-kummissarju għoli qed tkun marbuta ma' kemm l-ambaxxata tkun laħqet il-miri tagħha.", "Fil-każ ta' Malta, l-E.", "T. Nicholas Archer elenka dawn l-erba' prijoritajiet:", "i) li jieħdu ħsieb il-bżonnijiet taċ-ċittadini tar-Renju Unit f'Malta, jiġifieri madwar 12,000", "residenti kif ukoll madwar 450,000 turisti li jżuru Malta kull sena;", "ii) li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta' l-Unjoni Ewropea;", "iii) il-bidla fil-klima, u", "iv) il-migrazzjoni.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8.35 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070620_111m_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 89", "It-Tnejn, 25 ta' Ġunju, 2007", "L-Onor.", "Clyde Puli, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 25 ta' Ġunju, 2007 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni mill Kummissarju tat-Tfal dwar ir-Rapport Annwali 2006 – It-Tfal Issa.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070625_089a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 89", "It-Tnejn, 25 ta' Ġunju, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 89", "It-Tnejn, 25 ta' Ġunju, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:30 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 89 li saret l-Erbgħa t-13 ta' Ġunju 2007, ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Clyde Puli): Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Preżentazzjoni mill Kummissarju tat-Tfal dwar ir-Rapport Annwali:", "THE CHAIRMAN: Illum għandna preżentazzjoni mill-Kummissarju tat-Tfal.", "Nilqgħek magħna.", "L-ewwelnett uffiċjalment nifraħlek għar-rwol il-ġdid tiegħek u nitolbuk biex minnufih tagħmel il-preżentazzjoni tiegħek, imbagħad tagħtina ftit ħin biex inkunu nistgħu nressqu d-domandi tagħna.", "CARMEN ZAMMIT (Kummissarju għat-Tfal): Onorevoli,", "Nirringrazzja lill-Kumitat ta' l-istedina li għamiltuli llum sabiex niġi nippreżenta x-xogħol tal-Kummissarju għat-Tfal tas-sena li għaddiet.", "Jiena ġejt maħtura Kummissarju għat-Tfal mill-Onorevoli Prim Ministru, Dr Lawrence Gonzi, f'Marzu ta' l-2007 għal tliet snin.", "Jien, kif tafu, m'iniex ġdida għal dan il-qasam, għalhekk dawn it-tliet xhur li ili fil-kariga ddedikajt ħafna mill-ħin tiegħi sabiex nifhem iżjed mill-qrib il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda tad-Drittijiet tat-Tfal u kif din il-perspettiva tista' tgħin sabiex tagħti direzzjoni lill-qasam f'Malta.", "Il-Liġi tal-Kummissarju għat-Tfal għaddiet mill-Parlament Malti f'Novembru 2003, u fid-19 ta' Diċembru ta' l-istess sena ġiet maħtura s-Sinjura Sonia Camilleri, Kummissarju għat-Tfal.", "Hija spiċċat il-mandat tagħha proprju iżjed kmieni din is-sena u għalhekk inħossni fi dmir li nieħu din l-okkażjoni sabiex nirringrazzjaha.", "Dan ir-Rapport li se nippreżentalkom huwa ta' l-2006 u tfassal mis-Sinjura Sonia Camilleri.", "Għalhekk jiena ser nippreżenta – kif tirrikjedi l-liġi – ir-Rapport ta' l-2006 għalkemm dak iż-żmien ma kontx Kummissarju, u bil-permess tal-President tal-Kumitat, ser nżid ukoll il-pjanijiet li qed inħejji flimkien mal-Kunsill għat-Tfal, għat-tliet snin tal-mandat tiegħi.", "Kif mitlub mil-Liġi tal-Kummissarju għat-Tfal, ir-Rapport huwa maqsum f'erba' sezzjonijiet:", "Ir-rapport ta' l-attivitajiet tal-Kummissarju;", "Deskrizzjoni ġenerali tal-qagħda tat-tfal f'Malta u stħarriġ ta' l-iżviluppi maġġuri li laqtu lit-tfal tul is-sena 2006;", "Rakkomandazzjonijiet dwar il-ħtieġa ta' bidla ta' leġislazzjoni u policies, u", "Reazzjonijiet li saru lill-Uffiċċju tal-Kummissarju.", "IR-RAPPORT TA' L-ATTIVITAJIET TAL-KUMMISSARJU", "Dan il-kapitlu jinkludi deskrizzjoni tal-ħidma li saret:", "Fl-edukazzjoni u l-għarfien pubbliku fuq id-drittijiet għat-tfal kif ukoll fuq l-irwol tal-Kummissarju għat-Tfal.", "Dan sar bi preżenza f'seminars u konferenzi, kif ukoll permezz tal-Media.", "Għat-tieni sena sar kors dwar id-drittijiet tat-tfal għal żgħażagħ ta' bejn it-13 u l-15-il sena.", "Din il-ħidma hi parti mix-xogħol tal-Kummissarju għat-Tfal u huwa mezz importanti sabiex tintlaħaq is-soċjetà b'mod ġenerali kif ukoll gruppi partikolari.", "F'riċerka u policy.", "Ix-xogħol li jsir f'dan il-qasam huwa kontribut importanti tal-Kummissarju għat-Tfal sabiex il-ħidma li tkun qed issir mill-Gvern, mill-Ġudikatura, minn organizzazzjonijiet mhux governattivi u minn entitajiet oħra iservu sabiex tiġi mħaddna l-viżjoni tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal filwaqt li jiġu mħarsa d-drittijiet tagħhom.", "Il-proġetti prinċipali tal-Kummissarju għat-Tfal sas-sena 2006 kienu:", "a. It-Tfal u l-Media: Programmi ta' Kwalità għat-Tfal", "Il-Kummissarju għat-Tfal u l-Awtorità tax-Xandir fl-2005 waqqfu grupp ta' ħidma konġunt sabiex jiddiskuti u jissottometti emendi għat-taqsima fuq il-Ħarsien tal-Minorenni fl-Att dwar ix-Xandir.", "Saru sensiela ta' laqgħat ma' professjonisti, Round Table Conference f'Novembru 2005 u sett ta' inizjattivi bħal-Linji Gwida għal Ipprogrammar ta' Kwalità għat-Tfal li ġew adottati mill-Awtorità tax-Xandir.", "Dawn ġew maħruġa bħala Legal Notice iżjed kmieni din is-sena.", "Il-Grupp ta' Ħidma fassal bid-dettall id-diffikultajiet ewlenin li magħhom professjonisti differenti jiltaqgħu magħhom.", "Identifikaw ukoll l-ostakoli prinċipali li jżommu lura l-'importazzjoni' ta' programmi għat-tfal minn pajjiżi barranin.", "F'Ġunju 2006 ġiet organizzata Konferenza Nazzjonali u Konsultazzjoni.", "Ir-riżultat kienet Strateġija Proposta għal Ipprogrammar ta' Kwalità għat-Tfal li ntbagħtet lill-Prim Ministru u l-Ministri involuti.", "Il-Prim Ministru, f'ittra lill-Kummissarju tat-Tfal f'Diċembru 2006, esprima x-xewqa tiegħu li jara lill-media tikkontribwixxi lejn żvilupp pożittiv tat-tfal.", "Hu enfasizza l-importanza tat-taħriġ tat-tfal fil-mod kif jirrelataw mal-media b'mod kritiku.", "F'Jannar ta' l-2007, ġie ppubblikat ktieb li jinkludi l-iStrateġija Proposta, il-Linji Gwida, il-preżentazzjonijiet u d-diskussjoni li kien hemm waqt il-Konferenza Nazzjonali u xi dokumenti oħra.", "b. Tfal b'Imġiba Diffiċli Ħafna", "L-iskop ta' dan il-proġett kien li jkunu suġġeriti sett ta' proposti fuq kif tfal u żgħażagħ bi mġiba diffiċli ħafna setgħu jkunu megħjuna b'mod professjonali u dinjituża.", "Il-proġett kien jinkludi riċerka fuq aspetti differenti biex inkunu nistgħu nifhmu aħjar u jkollna stampa aktar kompleta qabel jitfasslu l-proposti.", "F'Ġunju ta' l-2006 saret Konferenza Nazzjonali li tulha kienu ppreżentati r-rapporti tar-riċerka flimkien mal-proposti lill-Prim Ministru.", "Ġew imnieda wkoll żewġ pubblikazzjonijiet 'A Fair Deal: Children and Young People with Very Challenging Behaviour' u verżjoni child-friendly bil-Malti u l-Ingliż 'Mil-Lenti Tiegħi/See it My Way'.", "Dan ta' l-aħħar tqassam lil Form 1 u 2 ta' l-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex bil-għan li tiġi nkoraġġita diskussjoni nformata u bbażata fuq drittijiet fost iż-żgħażagħ.", "Waqt il-Konferenza Nazzjonali l-Prim Ministru ħabbar li kien se jitwaqqaf grupp ta' ħidma taħt l-awspiċi tal-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali bil-mandat li jevalwa l-proposti preżentati.", "Dan il-grupp ta' ħidma twaqqaf.", "Dan huwa wieħed mill-prijoritajiet ta' ħidma tiegħi, li se nkompli naħdem fuqu f'dawn it-tliet snin li ġejjin.", "Għalhekk nixtieq li fil-futur qarib ikolli nformazzjoni dwar il-konklużjonijiet ta' l-istess Task Force.", "c. Id-Dritt tat-Tfal għal-Logħob", "L-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu kien mogħti aktar importanza f'numru ta' proġetti fis-sena 2006.", "Id-dritt tat-tfal għal-Logħob ittratta wkoll l-aspetti kulturali u artistiċi ta' Artikolu 31.", "saret riċerka fuq id-dritt tat-tfal għal-logħob 'Children's Right to Play: A Study of Maltese Children's Perceptions on Cultural and Recreational Activities'", "sar ukoll stħarriġ fost il-Kunsilli Lokali f'Malta u Għawdex, 'Stħarriġ fuq playing fields u l-provvista ta' faċilitajiet ta' mistrieħ alternattivi'.", "L-iskop ta' dan l-istħarriġ kien li jesplora l-implimentazzjoni ta' Artikolu 31 f'livell lokali u f'livell ta' governanza lokali.", "L-informazzjoni mitluba mill-Kunsilli Lokali kienet kemm fuq faċilitajiet pubbliċi u kemm privati, inklużi żona ta' logħob liberu, provvista ta' faċilitajiet alternattivi ta' mistrieħ, fosthom l-arti, drama u sport u aċċessibilità għal tfal bi problemi ta' mobilità.", "saru wkoll żjarat lil Sindki ta' 7 lokalitajiet mill-Kummissarju u numru ta' żgħażagħ biex jiġi diskuss l-implimentazzjoni tad-dritt tat-tfal għal-logħob fil-lokalità tagħhom.", "Il-Kummissarju għat-Tfal segwiet mill-qrib l-iżviluppi f'dan il-qasam.", "Dan minħabba t-tħassib dejjem jikber li s-sigurtà tat-tfal tista' tkun ipperikolata ħtija:", "tal-firxa ta' materjal illegali fuq l-internet speċjalment fejn jiġu wżati t-tfal;", "il-problema ta' 'online grooming'.", "Il-Kummissarju għalhekk ikkollaborat f'diversi proġetti organizzati mill-Aġenzija APPOĠĠ, mill-Ministeru responsabbli għall-IT u mal-Grupp ta' Ħidma Nazzjonali għal e-Security.", "Tat ukoll l-appoġġ sħiħ tagħha lil proġett ta' chatting fuq l-Internet li sar mid-Drama Unit fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "e. Is-Saħħa u s-Sigurtà tat-tfal.", "Fl-2006 dan il-qasam ingħata importanza mill-Kummissarju għat-Tfal li għamlet mezz li tagħti l-appoġġ tagħha lil inizjattivi f'dan il-qasam u kien hemm kollaborazzjoni f'diversi attivitajiet li jinkludi:", "d-diskorsi prinċipali fis-seminars nazzjonali, 'Sigurtà tat-Tfal fit-Toroq Tagħna' organizzata mill-Malta Association of Public Health Medicine, u fil-Konferenza fuq is-Saħħa u s-Sigurtà tat-Tfal organizzata mit-Taqsima Saħħa u Sigurtà tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi;", "il-Kummissarju wkoll issieħbet fil-proġett pilota 'Walking Bus' flimkien mal-Kunsill Malti għall-Isport, mad-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa, u ma' l-amministrazzjoni ta' l-iskola tas-Siġġiewi, mal-kunsill ta' l-iskola u mal-ġenituri ta' l-iskola u voluntiera oħrajn.", "Il-Kummissarju żaret numru kbir ta' skejjel u bħala riżultat ta' dawn iż-żjarat semgħet x'kellhom x'jgħidu t-tfal u ż-żgħażagħ u l-edukaturi.", "Ir-rapport jagħmel sensiela ta' rakkomandazzjonijiet li ġew ippreżentati lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Hemm diversi attivitajiet oħra li saru mill-Kummissarju għat-Tfal fosthom:", "attivitajiet ikklassifikati bħala edukazzjoni dwar id-drittijiet tat-tfal – 'children's rights education',", "b. xogħol li sar sabiex tingħata vuċi akbar lit-tfal fis-soċjetà.", "Dan kien jinkludi attivitajiet li saru ma' entitajiet oħra bħaċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji għat-Tfal u Jum iż-Żgħażagħ, u attivitajiet li ġew organizzati speċifikament mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal bħal kors għaż-żgħażagħ fuq id-drittijiet tat-tfal 'Rights4U';", "c. tisħiħ ta' relazzjonijiet internazzjonali b'mod partikolari man-Network Ewropew tal-Kummissarji għat-Tfal, ENOC.", "b. Deskrizzjoni ġenerali tal-qagħda tat-tfal f'Malta u stħarriġ ta' l-iżviluppi maġġuri li laqtu lit-tfal tul is-sena 2006", "Fis-sena 2006 id-deskrizzjoni tal-qagħda tat-tfal f'Malta saret fid-dawl ta' Artiklu 31.", "Dan l-Artiklu huwa fuq id-dritt tat-tfal għal-logħob u affarijiet kulturali:", "Id-deċiżjoni li ttieħdet is-sena li għaddiet kienet li l-qagħda tat-tfal f'Malta tiġi ppreżentata mil-lenti ta' Artiklu wieħed biss.", "Nifhem għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni u fil-fatt din is-sena nixtieq li kieku qegħda f'pożizzjoni li nippreżenta s-sitwazzjoni tat-tfal f'Malta kif titlob il-liġi imma dan jirrikjedi investiment ikbar fi staff u riżorsi oħra.", "Il-Ministeri kollha kienu mistiedna jibagħtu informazzjoni dwar il-ħidma li għamlu mat-tfal fi ħdan il-Ministeru tagħhom.", "Ir-rispons kien tajjeb ħafna, b'9 Ministeri jibagħtulna feedback fuq żviluppi li kien hemm f'oqsma li jolqtu lit-tfal.", "Nispera li l-Ministeri jkomplu jikkooperaw bl-istess mod fis-snin li ġejjin.", "C. rakkomandazzjonijiet dwar bidla fil-leġislazzjoni u policies.", "Il-Kummissarju wkoll ressqet is-suġġerimenti tagħha dwar oqsma differenti fosthom il-qasam edukattiv, ġudizzjarju, tas-saħħa, tal-media u oħrajn.", "Uħud mir-rakkomandazzjonijiet qed isir xogħol fuqhom.", "Saru żewġ rapporti mill-Kummissarju li huma inklużi f'dan ir-rapport.", "'Emendi Proposti mill-Kummissarju għall-Att dwar il-Kummissarju għat-Tfal: saru suġġerimenti għall-emendi fil-Liġi tal-Kummissarju għat-Tfal wara l-ewwel tliet snin ta' ħidma.", "b. Kwestjonijiet Pendenti mill-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, Rapport ta' Malta: saret evalwazzjoni tax-xogħol li sar b'risposta għar-rakkomandazzjonijiet li saru fis-sena 2000 mill-Kumitat tal-Ġnus Magħquda dwar ir-rapport ta' Malta dwar id-Drittijiet tat-tfal.", "Hemm numru ta' issues li ġew indirizzati mill-Gvern f'dan il-qasam, però għad jibqa' numru sostanzjali ta' oqsma li għad iridu jiġu indirizzati.", "Dawn ir-rapporti qed iservu ta' gwida fit-tfassil ta' policies u strateġiji fuq it-tfal.", "D. reazzjonijiet li saru lill-uffiċċju tal-kummissarju skond l-att dwar il-kummissarju għat-tfal.", "Il-każijiet li tressqu għall-attenzjoni tal-Kummissarju kienu ta' 155.", "Dawn il-każijiet laqtu l-oqsma ta' l-edukazzjoni, il-ġustizzja, is-saħħa u s-servizzi soċjali.", "Il-każijiet kienu jinvolvu 176 tifel u tifla li minnhom 80 kienu taħt l-10 snin, filwaqt li 96 kellhom bejn l-10 snin u t-18-il sena.", "Il-maġġoranza assoluta ta' l-ilmenti waslu mingħand adulti, filwaqt li 3 ilmenti biss waslu direttament mingħand it-tfal.", "Il-pjanijiet tiegħi bħala Kummissarju għat-tliet snin li ġejjin", "Nixtieq naqsam magħkom xi pjanijiet u proġetti li għandi għal tliet snin li ġejjin.", "Dawn il-pjanijiet ġew diskussi wkoll mal-Kunsill għat-Tfal.", "Ċerti proġetti diġà nbdew, għal proġetti oħra bħal website qed infittxu mezzi ta' finanzjament.", "Proġetti oħrajn bħar-'roadshow' ser jinħadmu bl-appoġġ mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.", "Filwaqt illi hemm għadd ta' focus areas illi se nkomplu nsegwuhom mill-viċin u nagħtu l-kontribut tagħna fejn ikun hemm bżonn.", "Għażilna li niffokaw fuq:", "L-iżvilupp ta' Osservatorju tat-Tfal.", "Dan għandu jservi kemm bħala ċentru ta' dokumentazzjoni fuq l-affarijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mat-tfal, kif ukoll ċentru li jippromwovi u jagħti direzzjoni lil riċeka li tkun qed issir fil-qasam fuq it-tfal.", "Nittama li dan ikun mezz sabiex ikun hemm ġbir ta' statistika speċifika għat-tfal u li tiġi aġġornata b'mod regolari.", "Il-qasam tal-Looked After Children.", "Dan huwa qasam illi għandi esperjenza twila fih.", "Inħoss li f'dawn it-tliet snin nista' nagħti kontribut sabiex titjib kemm il-kwalità ta' ħajja fl-ambjent residenzjali, kif ukoll l-opportunitajiet tat-tfal għall-aftercare.", "Il-ħsieb tiegħi hu li ssir riċerka estensiva u komprensiva li twassal eventwalment għal tfassil ta' politika nazzjonali għal 'Looked after children'.", "Attivitajiet għal wara l-ħin ta' l-iskola u ħin ta' kwalita' flimkien għall-familji.", "L-għan ta' dan il-proġett ikun li nesploraw flimkien ma' Ministeri oħra l-possibbiltà li jiġu maħluqa attivitajiet fil-ħin ta' wara l-iskola fil-komunità stess.", "L-Użu u s-Sigurtà tat-Tfal fuq l-Internet, huwa qasam relattivament ġdid, li qed jiżviluppa b'mod mgħaġġel u qed joħloq kemm opportunitajiet u perikli ġodda għat-tfal.", "Inkomplu nikkollaboraw ma' l-entitajiet u l-Ministeri kkonċernati sabiex l-użu ta' l-Internet isir dejjem iżjed sigur għat-tfal.", "Fil-qasam ta' tfal b'diżabilità saru ħafna żviluppi importanti f'dawn l-aħħar snin.", "Se nkunu qed naħdmu flimkien mal-Kummissarji u Ombudsman Ewropej sabiex noħorġu stqarrija dwar id-drittijiet tat-tfal b'diżabilità.", "Se nkun qed naħdem mill-qrib mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità u hemm il-ħsieb, dejjem jekk jinstabu l-fondi neċessarji, li jiġi organizzat kors tad-drittijiet tat-tfal li jiffoka prinċipalment fuq id-drittijiet tat-tfal b'diżabilità.", "Grupp ta' tfal oħra li qegħdin f'sitwazzjoni diffiċili huma t-tfal jew minuri akkumpanjati u mhux akkumpanjati illi jkunu f'pajjiżna.", "Aħna se naħdmu, fid-dawl ta' ħarsien tad-Drittijiet tat-Tfal, flimkien ma' l-entitajiet li diġà qegħdin joffru servizzi f'dan il-kamp.", "L-aħħar tliet oqsma huma kontinwazzjoni tal-ħidma li diġà kienet qed issir qabel.", "Dawn huma:", "It-tfal b'Imġieba Diffiċli Ħafna", "Id-Dritt tat-Tfal għal-Logħob", "Programmi ta' Kwalità għat-Tfal fil-Media.", "Minbarra dawn il-proġetti, matul dawn it-tliet snin li ġejjin se nkun qed nissokta l-ħidma fit-tixrid ta' informazzjoni fuq il-Kummisssarju għat-Tfal u fuq id-Drittijiet tat-Tfal kif titlob il-Liġi tal-Kummissarju.", "Għalhekk minbarra preżenza kontinwa fuq il-media u leaflets ta' informazzjoni, beħsiebni nibnu website illi tkun adattata għat-tfal ta' etajiet differenti kif ukoll għall-adulti, bħall-ġenituri, edukaturi u professjonisti.", "Nafu kemm illum il-ġurnata kemm tista' tilħaq nies b'website u b'mod partikolari lit-tfal.", "Għalhekk inqis li wieħed mill-proġetti prinċipali tiegħi se tkun proprja din il-website.", "Din il-website m'hiex se tkun biss għall-professjonisti, imma se tkun maqsuma u ddisinjata b'modi differenti għal tfal ta' etajiet differenti.", "Nemmen li permezz ta' din il-website se nkun nista' nilħaq anke lil tfal li qegħdin fil-marġini tas-soċjetà.", "Naturalment importanti li jkun hemm l-appoġġ ta' l-għalliema fil-klassijiet sabiex it-tfal jiġu mħeġġa jużaw dan il-website li se tkun tinkludi logħob, informazzjoni u links għal siti oħrajn.", "Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni se jkun wieħed mill-isħab ewlenija sabiex tiġi mifruxa l-użu ta' din il-website fost it-tfal fl-iskejjel.", "Nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni li diġà qiegħed jieħu l-passi sabiex isir secondment ta' impjegat ma' l-Uffiċċju tiegħi.", "Ix-xewqa tiegħi hija li l-użu ta' din il-website tinfirex anke ma' għaqdiet mhux-governattivi li għandhom kuntatt mat-tfal li għal xi raġuni jew oħra ma jmorrux l-iskola u b'hekk inkunu qed nilħqu dejjem aktar tfal.", "Proġett ieħor li sar fi snin li għaddew, u beħsiebni nkompli, huma l-korsijiet fuq id-drittijiet tat-tfal għaż-żgħażagħ.", "Fis-sena li ġejja, dejjem jekk jinstabu l-fondi, qed nippjanaw li ninvolvu liż-żgħażagħ Għawdxin iżjed, billi anke nagħmlu kors Għawdex.", "Bdejna naħdmu wkoll fuq Manifest fuq id-Drittijiet tat-Tfal li għandu jiġi ppreżentat lill-partiti politiċi sabiex il-qasam tat-tfal ikun inkluż fil-manifesti tagħhom.", "Minħabba li nħoss il-bżonn li jkolli iktar informazzjoni mill-grassroots qed tiġi esplorata l-possibbiltà li jitwaqqfu diversi gruppi oħra, per eżempju Kunsill għat-Tfal magħmul minn tfal ta' etajiet differenti, kif ukoll Kunsill ta' Ġenituri u Tfal u nwaqqfu Gruppi Ad Hoc fuq issues li jinqalgħu minn żmien għal żmien.", "L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal ġie mwaqqaf biex jippromwovi l-ħarsien tat-tfal u l-qbil mal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-Ġnus Magħquda.", "Jien se nibqa' naħdem fl-oqsma kollha fl-aħjar interess tat-tfal.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi ħafna ta' dik il-preżentazzjoni pjuttost komprensiva u issa nitolbok tippermettilna nagħmlulek xi ftit domandi.", "L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: L-ewwelnett nirringrazzjawk talli għoġbok tagħtina anke insight tax-xogħol tiegħek u nawguralek li jkollok xogħol siewi għaliex għad hemm ħafna u ħafna affarijiet li jeħtieġ li nindirizzaw fl-aħjar interess tat-tfal Maltin.", "Forsi wkoll nieħdu l-opportunità biex dan il-kumitat, b'mod uffiċjali, jirringrazzja lis-Sinjura Sonia Camilleri.", "Għalkemm kellna xi opportunitajiet oħra, imma forsi dan huwa l-mument ukoll li rridu nirreġistraw il-ħidma qawwija u l-istatura li tat lil din il-pożizzjoni ġdida f'pajjiżna.", "U naħseb il-fatt li mill-bidu kellna Kummissarju daqshekk effettiva kienet xi ħaġa verament importanti biex nistabilixxu dan l-ispazju ċar għat-tfal tagħna, almenu anke mill-aspett ta' kultura u perċezzjoni.", "F'dan il-mument jien aktar se nikkonċentra fuq dak li għedtilna.", "Irridek tieħu l-affarijiet li se ngħid bi spirtu ġenwin 'il hinn minn kwalunke politika partiġġjana, għax dan mhux qasam li għandu b'xi mod ikun mimsus.", "Se nipprova wkoll nagħmel ftit mistoqsijiet.", "Naturalment mhux qed nippretendi tweġibiet.", "Però nixtieq li dan li se ngħid 'il quddiem, twaddbu taħt il-lenti u taħt il-konsiderazzjoni tiegħek, għaliex nemmen mill-hands-on tiegħi fil-komunità u minn membri numerużi tas-soċjetà li nagħmilha u niltaqa' magħhom, li qed immiss ċerti problemi u diffikultajiet.", "Ħadt gost li per eżempju wieħed mill-focuses li se jkun hemm min-naħa tiegħek bħala Kummissarju għat-Tfal huwa rigward it-tfal b'diżabilità.", "Dan huwa wieħed mill-gruppi vulnerabbli f'dan il-pajjiż.", "Però nixtieq li kieku jkun hemm aktar focus fuq issue li unfortunately qed narawha tikber, l-issue tal-faqar fost it-tfal.", "Il-faqar fost it-tfal huwa reali.", "Mill-indikaturi soċjali li aħna kellna fis-sena 2000 permezz tal-Household Budgetary Survey ġie stabbilit li wieħed jew waħda minn kull ħames tfal Maltin u Għawdxin f'dan il-pajjiż qegħdin f'riskju tal-faqar.", "Mill-aħħar indikaturi soċjali li kellna permezz tas-survey fuq l-Income and Living Conditions li sar fis-sena 2005, fuq bażi ta' ħames snin il-faqar fost it-tfal minn 20% tela' għal 22%.", "Qed nitkellmu fuq l-istadju ta' indikaturi ta' dak li huwa faqar materjali.", "Jekk imbagħad m'aħniex se nindirizzaw fejn għandek il-kwistjoni ta' faqar materjali, żgur li għandek esklużjoni u ħafna aspetti oħra soċjali li jirrikreaw jew rather they emanate minn sitwazzjonijiet ekonomiċi.", "Imbagħad hemm per eżempju l-kwestjoni tal-website.", "Importanti li jkollna website li tkun fornuta bid-dettalji kollha.", "Qed nieħu gost li qed tħares lejn l-involviment ta' l-NGOs, u jien ngħid li fil-website irid ikun hemm iktar NGOs.", "Mhux qed ngħid li fil-website ma jkunx hemm gvern u istituzzjonijiet tal-gvern imma hemm bżonn li jkun hemm NGOs, biex ma nibqgħux biss niffidjaw dak li l-istabbiliment qiegħed jippreżenta, imma nkunu nafu wkoll mill-NGOs li huma hands-on fil-grass roots u b'hekk ikunu jistgħu jersqu 'l quddiem ċerti issues.", "Anke għalina stess il-politiċi u leġislaturi ta' dan il-pajjiż, niġu aktar sensibilizzati fuq ċerti sitwazzjonijiet.", "Minkejja li you are looking forward li din il-websites tista' tkun milħuqa minn ħafna, imma min hu fqir m'għandux kompjuter, u lanqas jista' jkollu aċċess għall-internet.", "Dejjem jekk mhux se jkun hemm xi spazju ġo l-iskola fejn dan it-tifel jew din it-tifla tista' tmur.", "Mela min hu fqir se jkun eskluż mill-website li se jkun hemm min-naħa tal-Kummissarju għat-Tfal.", "Imbagħad hemm il-kwestjoni ta' l-istress li qed toħroġ mis-sistema edukattiva.", "Din hija sitwazzjoni reali.", "L-istress mhux biss qed ikun fuq it-tfal imma qed ikun fuq il-familja kollha.", "Jien ma nafx kellkomx l-opportunità matul dawn l-aħħar jiem tiltaqgħu ma' parents imkissrin għaliex it-tifel jew it-tifla tagħhom m'għaddewx għall-Junior Lyceum għal suġġett wieħed.", "U l-biża' kbira li għandhom għax se jkollhom jibagħtuhom ġo Area Secondary School fejn għandhom storja kerha u ta' dwejjaq, ta' bullying, ta' harassment, ta' tfal li jidħlu b'ċertu mod ġo dawn l-iskejjel u jsiru bullies biex ma jkunux bullied huma, eċċ. Jiġifieri dawn huma tfal li sfortunatament minkejja x-xewqa li jimxu 'l quddiem u minkejja li kellhom ċertu motivazzjoni matul l-aħħar snin fil-primarja, unfortunately id-daqqa tal-Junior Lyceum apparti l-istress kollu ta' l-eżamijiet se tkun illejbiljata.", "Qed insemmi l-iskejjel tal-Junior Lyceum għaliex huwa wieħed mill-ewwel demarcations tagħna ta' fejn tara l-istress viżibbli.", "Imma l-istress fuq it-tfal minħabba s-sistema edukattiva li għandna qed ikun regolari u qed iħalli effetti koroh mhux biss fuq it-tfal - li fil-fehma tiegħi l-effett huwa ħafna akbar - imma qed ikun rippled ukoll ġo l-istess familja.", "U anke problemi ta' saħħa mentali.", "Jien naf per eżempju, tfal b'panic attack fuqhom, u anke tfal li l-parents tagħhom kellhom iġibulhom it-tabib u they were prescribed ukoll drugs, eċċ. So we need to have a sort of approach.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tal-vuċi tat-tfal fil-proċeduri legali.", "Jien unfortunately ikolli niġbed l-attenzjoni għal din il-kwistjoni.", "Iltqajt ma' każijiet li lanqas nista' nemmen li seħħew ġo dan il-pajjiż.", "Irid isir xi ħaġa biex l-avukat tat-tfal isir tassattiv ġol-qorti.", "Biżżejjed insemmi każ partikolari li ġara madwar 15-il ġurnata ilu, fejn anke saħansitra jien qlajt lill-istess Ministru Cristina minn ġo konferenza minħabba deċiżjoni li ttieħdet fil-qorti.", "Din it-tifla – li bħalissa qegħda under psychological therapy minn psikoloġista tat-tfal - qed tirriġektja lil ommha b'mod komplet.", "Hi qed tgħix b'ħafna imħabba ma' missierha u ma' l-extended family tagħha.", "Imma kien hemm deċiżjoni, li t-tifla tittieħed minn dar missierha mill-marixall tal-qorti u bi tliet pulizija biex l-omm jkollha aċċess għaliha.", "Din it-tifla għad għandha għaxar snin.", "Din ġrat u għalkemm il-każ ġie għandi imma ppruvajt nitlob l-għajnuna ta' kulħadd, bħal l-Appoġġ b'permezz ta' Joe Gerada.", "Qed insemmi d-dettalji apposta biex ma taħsbux li qed nivvinta.", "Kieku din it-tifla ġiet imsejħa bil-permess ta' l-avukat tat-tfal, u b'xi mod kienet tittrażmetti x-xewqat jew l-aspirazzjonijiet u d-dwejjaq tagħha, forsi din it-tip ta' deċiżjoni ma kenitx tittieħed.", "Din it-tifla, ttieħdet fiżikament mid-dar ta' missierha ġo għassa tal-pulizija biex in-nannu - li t-tifla tiegħu tiġi l-mamà ta' din it-tifla - jkun jista' jeħodha għand il-mamà tagħha biex taqta' x-xewqa tagħha, whatever is the whole implication u tara din it-tifla.", "Din it-tifla hija bla vuċi.", "Bħal dan il-każ naf b'każijiet oħrajn.", "Jiġifieri tfal per eżempju, abbużati li jispiċċaw ġo l-istitut, jew saħansitra jispiċċaw anke b'diżabilità bis-swat li qalgħu, tfal abbużati sesswalment u vjolentament u mbagħad ma jkunx hemm alternattiva oħra imma jerġgħu jmorru ġod-dar ta' ommhom u ta' missierhom.", "U għax kien hemm każijiet il-qorti, l-omm u l-missier saħansitra intervenew u bagħtu lil din it-tifla ġo Mount Carmel.", "Proċess ta' tmien snin u din it-tifla ma nstemgħet qatt.", "U llum reġgħet qiegħda f'dan il-gwaj kollu.", "Jiġifieri jien inħoss li l-kwestjoni tal-vuċi tat-tfal fi proċeduri legali hija xi ħaġa mill-aktar urġenti u jekk vera rridu l-konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda nagħtuha effett bis-serjetà.", "Tinkwetani wkoll il-kwestjoni tal-fondi, speċjalment meta rbatha ma' tfal Għawdxin.", "It-tfal Għawdxin jien inqishom bħala tfal li rridu nħarsu lejhom b'ċertu attenzjoni, anke għall-fatt li huma maqtugħin mill-mainland.", "Forsi hemm affarijiet fiżiċi u kważi kważi loġistiċi neqsin u rridu nagħtuhom ċertu attenzjoni.", "U l-aħħar punt.", "Importanti wkoll, li t-tfal tagħna mhux biss inkellmuhom fuq id-drittijiet imma anke fuq is-sens ta' obbligu li għandu jkollhom.", "Waħda mill-affarijiet li jien kontinwament nisma' mill-għalliema, minn parents u nies li huma all out biex it-tfal Maltin u Għawdxin hu li jkollhom id-drittijiet tagħhom.", "Imma minkejja li qed ikunu ħafna iktar informati fuq id-drittijiet, però ftit huma dawk li attwalment iħarsu wkoll lejn l-obbligi li suppost għandhom.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Kummissarju, nitolbok tieħu nota għaliex se jista' jkun hawn kummenti fuq numru ta' affarijiet.", "U xi kummenti forsi jallaċċjaw ma xulxin biex imbagħad tkun tista' tagħti r-reazzjonijiet u t-tweġibiet tiegħek.", "Ħalli nallaċċja ma' l-aħħar punt li qalet l-Onor.", "Ovvjament se ngħidu for the record, għax diġà għedtu fil-Kunsill tat-Tfal.", "Naħseb li issa anke wasal iż-żmien li l-Kummissarju u l-Kunsill tat-Tfal jibdew jitkellmu anke fuq id-dmirijiet tat-tfal.", "Jien nemmen ħafna fil-kunċett no rights without responsibility.", "Jiġifieri naħseb li wasal iż-żmien li ma nibqgħux nagħtu forsi l-impressjoni li l-affarijiet jiġu hekk u ma jġorrux ukoll l-implikazzjonijiet magħhom.", "Ovvjament il-problemi li nistgħu niddentifikaw f'dan il-qasam tant delikat, jistgħu jkunu bosta.", "Nistgħu nagħmlu lista twila li ma tieqaf qatt.", "Però fl-opinjoni tiegħi anke jekk inħares lejn dak li ġara fil-passat, forsi anke sforz l-entużjasmu tal-bidu pprovajna nitkellmu fuq ħafna affarijiet mingħajr m'għamilna l-focus neċessarju.", "Allura kultant tibda titlaq ħafna affarijiet.", "Naħseb illi l-Kummissarju u l-Kunsill tat-Tfal irid jibda jipprioritizza mbagħad jiffoka fuq ċerti affarijiet.", "Jidher imma li inti qed tagħti focus lejn l-affarijiet.", "Jiena naqbel li wieħed irid iħares - anke kif qalet l-Onor.", "Coleiro Preca - lejn dawk li qegħdin f'riskju ta' faqar, mhux faqar biss, imma importanti li ngħidu li f'riskju ta' faqar.", "Hemm 20%.", "Però anke minn dak li ppreżentajtilna inti, huwa ċar li ma tistax tinjora t-80% l-oħra għaliex jekk iġġebbidha u tagħtiha definizzjoni oħra li mhux neċessarjament assoluta – kif ħafna drabi tħobb tingħata wkoll f'dan il-kumitat li mhux preċiżament dejjem naqbel magħha – hemm affarijiet oħra.", "Jekk qed nagħmlu numru ta' attivitajiet li jagħtu numru ta' ħiliet lit-tfal – anke lil dawk it-80% li skond l-istatistika m'humiex fir-riskju ta' faqar – naħseb li hija xi ħaġa utli ħafna u naħseb li ma nistgħux ninjorawha mill-prioritajiet tagħna.", "Mhux biss se insemmi l-ħin u allura l-awareness li rridu nagħtu dwar il-ħin għal-logħob u anke għall-aċċess illi konna qegħdin nitkellmu qabel, imma anke dwar il-website.", "Il-website – kif qed nifhem jien – m'hijiex sempliċement website biex turi x'inhu jsir imma tgħaddi ħiliet lit-tfal, hux hekk?", "Anke l-logħob, huwa ntenzjonat biex jgħaddi ħiliet lil dawn it-tfal.", "L-awareness tad-drittijiet narahom ukoll f'dan is-sens.", "L-istess qed nara l-konsum tat-tfal tal-media.", "Din ovvjament tolqot kważi lil 100%, lil dawk it-80% li m'humiex fir-riskju tal-faqar u dawk l-20% li qegħdin.", "L-istess il-kwestjoni ta' l-internet u l-kwalità ta' ħin flimkien mal-familja.", "Tista' tkun miljunarju imma tkun nieqes minn dawn l-affarijiet.", "Hawnhekk hawn numru ta' priorities li naħseb li huma ssettjati tajjeb u bi ħsieb.", "U togħġobni ħafna wkoll l-idea ta' l-Osservatorju tat-Tfal.", "Naħseb għandna bżonn inżidu r-riċerka biex inkunu nistgħu nitkellmu u nidentifikaw iktar problemi u nkunu nistgħu nsolvuhom.", "Jiena iktar kelli kummenti x'nagħmel milli domandi, ovvjament għax ħafna domandi – għal kuntrarju ta' sħabi - kelli l-opportunità li nagħmilhom dirett.", "Imma nagħlaq kif bdejt.", "Nemmen u naqbel ħafna ma' l-Onor.", "Coleiro Preca illi l-konċett tad-dmirijiet ta' dawn iċ-ċittadini żgħar, li għada pitgħada se jkollhom ir-responsabbiltajiet tagħhom u tal-pajjiż, naħseb li ma jistgħux jitwarrbu fil-ġenb.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Nibda biex l-ewwelnett nirringrazzjak tal-presentation li għamiltilna.", "Nixtieq nagħmillek xi mistoqsijiet.", "Semmejt it-Task Force u wrejt ix-xewqa li fil-futur qarib jagħtuk iktar informazzjoni.", "Tista' tgħidilna fiex waslet u jekk wasalx biex jiġi konkluż dan it-Task Force?", "Semmejt ukoll il-kwestjoni ta' l-internet u t-tħassib tiegħek li dejjem jikber dwar is-sigurtà tat-tfal.", "Forsi tgħidilna x'proposti għandek biex l-internet ikun iżjed sigur għat-tfal.", "Naqbel ukoll ma' l-Onor.", "Puli dwar l-osservatorju tat-tfal.", "Naħseb hija inizjattiva ta' min jinkoraġġiha.", "Forsi tkun tista' tgħidilna xi ħsebijiet għandek dwar kif se jaħdem dan l-osservatorju.", "Semmejt ukoll proġett ieħor li se tagħmlu għaż-żgħażagħ Għawdxin.", "Tista' tgħidilna jekk fi żmienijiet oħra sarux xi korsijiet għall-Għawdxin jew jekk hux dan l-ewwel wieħed li se jsir?", "Semmejt ukoll il-problema tal-fondi.", "Nisperaw li ma tkunx problema u l-fondi jiġu minn x'imkien biex l-Għawdxin ukoll ikollhom dan it-tip ta' kors.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "FRANCO GALEA: Is-sena l-oħra jidhirli li kont tkellimt ukoll mal-Kummissarju Camilleri meta staqsejtha dwar it-tfal li għandhom diffikultajiet mentali u li qegħdin fl-isptar Monte Carmeli.", "Tista' tgħidilna jekk għadx hemm tfal hemmhekk?", "Fil-każ ta' fejn jidħlu dawn it-tfal darba kont tkellimt dwar a well being centre - imma ma nafx x'kien sar għax imbagħad għadda ż-żmien – imma hemm xi ħsieb li tfal b'dawn il-problemi jinġabru ġo dar partikolari?", "U jekk aħniex ninkoraġixxu tipo ta' Pet Care Therapy.", "Nixtieq nistaqsik ukoll dwar id-dritt tat-tfal għal-logħob.", "Nafu li f'diversi lokalitajiet ta' Malta hemm iċ-children's playground - dawk li nafuhom bħala l-bandli - li huma fi stat perikoluż ħafna.", "Nafu li xi wħud mill-Kunsilli Lokali kienu neħħew xi logħob perikoluż, imma minn naħa ta' l-uffiċċju tagħkom qed tagħmlu pressjoni biex dawn il-parks jew l-affarijiet li huma perikolużi u li qegħdin jitneħħew jiġu replaced b'affarijiet iżjed safe?", "Nista' ngħidlek li hemm lokalità partikolari fejn hemm żewġ skejjel għat-tfal bi bżonnijiet speċjali u lanqas għandhom dik in-naqra rokna fejn jista' ikun hemm xi tip ta' logħob għat-tfal", "Hemm issue oħra, dik tat-tfal ta' l-immigranti li jiġu unaccompanied or accompanied .", "How are we following it up li qegħdin jieħdu t-tagħlim neċessarju?", "Jekk humiex qegħdin imorru skola?", "Kif inhu l-well being tagħhom?", "Kif inhu l-medical care, il-clothing u n-nutrition tagħhom?", "Tista' tgħidilna jekk hux qed isir xi koordinament mal-Kunsilli Lokali – there again, naf li semmejt xi ħaġa fuqha u l-Kummissarju preċedenti kienet iltaqgħet ma' xi seba' kunsilli lokali – dwar l-issue tal-play grounds u jekk jistgħux jintużaw xi uffiċini wara l-ħin ta' l-uffiċċju biex isiru xi attivitajiet oħra għat-tfal.", "Ma nafx jekk għandkomx xi ħaġa in mente bħalissa u jekk għamiltux xi follow up tagħha?", "CARMEN ZAMMIT: Il-playing fields, kienet waħda mill-affarijiet li ħsibt ħafna fuqhom.", "U anke avviċinawni xi nies u staqsweni dwarha minħabba safety.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Nirringrazzjak talli għoġbok tkun preżenti għal dan il-kumitat.", "Li se ngħid illejla huma affarijiet illi nużahom kemm bħala missier ta' erbat itfal kif ukoll minn xogħli bħala tabib.", "Ta' kuljum niltaqa' ma' familji li xi wħud minnhom ikollhom ċertu diffikultajiet u allura nista' nqabbel familja ma' oħra.", "L-ewwel ħaġa hi l-pressjoni esaġerata li t-tfal tagħna qegħdin jiġu esposti għaliha mill-iskejjel.", "Nemmen illi l-Kummissjoni għandha jkollha l-jedd illi twaqqaf din il-proliferazzjoni ta' pressjoni, għax iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed tiżdied.", "Nemmen li ma jistax ikun nibqgħu sejrin f'din id-direzzjoni.", "Illum fl-iskola, hija tal-biki li li tara student ta' seba' snin jiġi mogħti eżerċizzji li konna nagħmlu aħna meta kellna 10 jew ta' 11-il sena.", "Ma jistax ikun illi t-tfal tagħna jibqgħu jiġu esposti għal din il-pressjoni kollha, għaliex qed nispiċċaw biex naħarqulhom proprju t-tfulija tagħhom.", "Nieħu gost nara kotba bħal ta' Valerie Sollars bl-isem ta' \"Children's Right to Play\".", "U hekk nemmnu; li t-tfal tagħna għandhom mhux biss ikollhom id-dritt li jilagħbu, imma jridu jiġu mogħtija ċ-ċans li jilagħbu, għaliex il-logħob jiżvolġi fi kreattività u l-kreattività hija mportanti ħafna fl-iżvilupp tal-karattru tat-tfal tagħna, ħafna iktar importanti mill-achievement akkademiċi speċjalment ta' dik l-età.", "Tajjeb allura li iktar 'il quddiem nidħlu fid-dettall fuq dan id-dokument u naraw forsi jekk anke hemmx xi studju kronoloġiku biex naraw jekk it-tfal hux qed ikollhom inqas u inqas ċans li jilagħbu, u dan iċ-ċans – li fl-opinjoni tiegħi, qiegħed dejjem jonqos - kemm fil-fatt iqiegħed iseħħ.", "Naraw sarx studju f'dan is-sens għax hekk biss nistgħu niġġudikaw kemm fil-fatt it-tfal huma lacking f'dan l-aspett illum il-ġurnata, meta mqabbla ma' dawk ta' qabilhom.", "Xi ħaġa oħra li tinkwetani hija proprju l-lakuna li teżisti f'pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam ma' servizzi psikoloġiċi.", "Nafu li għandna ammont kbir ta' tfal illi għandhom bżonn ta' back up psikoloġiku u għalkemm dan jeżisti fis-sistema governattiva, imma sfortunatament il-waiting lists tant huma esaġerati li s-sitwazzjoni hija tad-daħk.", "In-nies qegħdin ngħidulhom: Morru fittxu l-privat.", "U kif jaf kulħadd, biex tmur għand il-privat, session ta' siegħa llum il-ġurnata trid tħallas medja ta' bejn Lm12 u Lm17 mal-psikologu jew psikologa.", "Issa jien mhux qiegħed nattakka l-fees tal-psikologi.", "Imma minn naħa l-oħra ma nistax nifhem kif familji li diġà qegħdin magħsurin u għandhom l-ispending power tagħhom diġà mittiefes, kif jistgħu jaffordjaw dawn it-tip ta' fees meta nafu li minn naħa tas-CDAU hemm waiting lists twal ħafna?", "Fl-opinjoni tiegħi nemmen illi hawn Malta hemm bżonn illi ninvestu ħafna iktar f'dan l-aspett.", "Biżżejjed nieħdu per eżempju suġġett speċifiku li huwa d-dyslexia.", "Nafu kemm saru avvanzi f'dan il-qasam.", "Per eżempju l-Amerika sar studju - bħalma hu l-Connecticut study - fejn ġew evalwati madwar 500 student illi kienu deħlin l-iskola u kienu f'età ta' bejn is-sitt u s-seba' snin.", "Huwa stmat illi fl-Amerika, hemm medja ta' wieħed minn kull ħamest itfal li b'xi mod jew ieħor, għandhom reading and learning difficulties u fil-maġġoranza nistgħu nikklassifikawhom fil-coinage ta' dyslexia.", "Fl-istess ħin nafu kemm hawn Malta għandna problema ta' illitteriżmu, u l-mistoqsija tiġi waħedha: Imma r-rata ta' illitteriżmu hija minħabba xi nuqqas ta' investiment edukattiv minn naħa tal-gvernijiet sussegwenti jew inkella għandna dawn il-problemi li qegħdin magħna u m'aħniex qegħdin niddentifikawhom kmieni biżżejjed?", "Nafu li if you are born a dyslexic you will live a dyslexic, imma bil-mezzi moderni tal-lum ħafna minn dawn it-tfal – li wara kollox huma gifted children – jiġu 'il quddiem ħafna u jkunu leaders ukoll fis-soċjetà.", "Imma sfortunatament nemmen illi f'pajjiżna m'aħniex qegħdin nagħmlu biżżejjed biex ngħinuhom ħalli nagħtuhom dik il-platform li jkunu jistgħu jiżviluppaw il-pluses li jkollhom ħalli jagħmlu tajjeb għal minuses.", "Ma rridx ninstema' politiku hawnhekk, imma sinċerament din il-problema tinkwetani u anke tkellimt fuqha f'diversi nterventi tal-budget tiegħi.", "Din hija l-problema taċ-children's allowance versus is-surcharge li qed ikun hemm fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Qiegħed nitolbok sinċerament biex b'xi mod jew ieħor tuża l-pressure tiegħek fuq il-gvern biex naraw x'nistgħu nagħmlu f'dan ir-rigward.", "Kif jaf kulħadd, għal diversi raġunijiet iċ-children's allowance naqset b'mod drastiku.", "Issa jista' jkun forsi għax kien hemm min qed jabbuża minnha, jew li as you go along il-fertilità dejjem qed tonqos, imma huwa fatt magħruf li s-surcharge li qed tiġi imposta fuq id-dawl u l-ilma qed tiġi imposta b'mod lineari.", "Ifisser li familja li m'għandhiex ulied se tikkonsma 2x amount ta' units ta' dawl u ilma, familja li għandha tifel wieħed se tikkonsma 3x amount, familja li għandha żewġ ulied se tikkonsma 4x amount u tibqa' sejjer hekk.", "Allura jfisser li qegħdin nintaxxaw lil dawk il-koppji li għandhom il-kuraġġ li jġibu t-tfal fid-dinja.", "Nisimgħu ħafna tbaqbiq miż-żewġ naħat li għandna problema ta' nuqqas ta' fertilità u din il-problema qed iġġib magħha problemi fid-demografija, problemi fis-sostenibilità tas-sistema tal-welfare eċċ., allura għandu jkun il-gvern li jaħseb minn qabel biex jinvesti b'dan il-mod.", "Ma jistax ikun li għax familja għandha erbat itfal tiġi ntaxxata erba' darbiet iktar minn ħaddieħor minħabba s-surcharge kif inhu llum.", "B'xi mod jew ieħor trid tinstab formola ta' tax holidays relativa ta' kif qed tiġi mitfugħa l-pressjoni fuq il-familji minħabba dawn il-kontijiet.", "Persważ li bħala deputati, lkoll kemm aħna ta' kuljum nduru l-familji u niltaqgħu ma' dawn il-problemi.", "Illum il-ġurnata ġejna f'sitwazzjoni fejn anke koppja li jkunu jaħdmu t-tnejn, imma m'għandhomx a very well paid jobs u jkollhom minn tifel sa tnejn kważi kważi minħabba dawn l-imberkin kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma qegħdin jiġu fil-limitu tal-faqar.", "Din hija s-sitwazzjoni llum il-ġurnata u mhux qed inkun esaġerat hawnhekk.", "Qed nitkellem minn qalbi u nkun apolitiku.", "Qed nitkellem b'dak li nara b'għajnejja u nħoss ta' kuljum bħala tabib.", "Hemm bżonn, li b'xi mod jew ieħor, il-Kummissjoni tuża pressure biex is-surcharge tiġi riflessa mhux bl-ammont assolut tagħha imma b'xi mod jew ieħor min għandu ħafna tfal irid jiġi aġevolat.", "Għax min-naħa qed tonqos iċ-children's allowance u min-naħa l-oħra qed jiżdiedu l-kontijiet.", "Importanti u nappellalek biex tieħu nota.", "FRANCO GALEA: Mistoqsija oħra li nixtieq insaqsi hija, waħda mill-affarijiet li tinkwetani hi fejn ikun hemm ċirkostanza ta' xebbiet li jkollhom tarbija u jgħidu \"father unknown\".", "Naf li hemm makkinarju legali iżda ninkwieta ħafna li jista' jkun hemm xi tfajliet li jkunu f'sitwazzjoni mhedda biex ma jiżvelawx min hu l-missier.", "Min-naħa tiegħek bħala Kummissarju qed tagħmel xi ħaġa fuqha jew hemm xi pjan li jsir xi ħaġa?", "THE CHAIRMAN: Għandek serje ta' domandi għax ovvjament l-ewwel darba li qiegħda hawn.", "Il-kummenti għandek teħodhom li huma jiġifieri miż-żewġ naħat għax meta wieħed jikkummenta jkun qed jagħti l-opinjoni personali tiegħu wkoll.", "Hemm affarjiet li ma jkunx hemm qbil tal-Kumitat kollu, speċjalment dwar il-kumment ta' jekk is-surcharge hijiex taxxa lineari jew le.", "Għalija, per eżempju, kien il-meter charge lineari ta' l-1998 mhux din.", "Imma ovvjament dawk kienu l-kummenti imma d-domandi u l-ispirtu tagħhom, naħseb li jaqbel magħhom kulħadd.", "MRS CARMEN ZAMMIT: Nibda biex inwieġeb il-mistoqsija li għamlet l-Onor.", "Meta ġejt maħtura Kummissarju, waħda mill-prijoritajiet tiegħi - għax jiena ġejja minn dak il-kamp - kienet kif se nagħmel biex nilħaq it-tfal li ħafna drabi ma jintlaħqux.", "Ħsibt li bil-website filwaqt li nilħaq il-maġġoranza tat-tfal, għax imorru l-iskola, però jkun hemm il-possibilità - u għalhekk anke għamilt kuntatti mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni - li fil-ħin ta' l-iskola, b'xi mod dawn it-tfal ikollhom ħin li jidħlu fil-website u għedt dak ikun l-ewwel pass.", "Dak ma jilimitax li jiena nagħmel kuntatti ma' għaqdiet li jiġbru dawn it-tfal biex jien inkun nista' nwassalhom l-informazzjoni sal-website.", "Jiġifieri l-mira tiegħi kienet biex nilħaq dawn it-tfal li huma emarġinati.", "Naf li hawn ħafna, u għar-raġunijiet differenti, però naf li hawn.", "Rigward l-istress fis-sistema edukattiva.", "Diġà kien hemm xi ġenituri li qaluli u f'dawn it-tliet xhur li ili fil-kariga għad ma kellix iċ-ċans li nara kif nagħmel biex niftaħ diskors mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.", "Però lili jinkwetani wkoll l-istress li t-tfal qegħdin għadejjin minnu.", "Dwar il-vuċi legali tat-tfal.", "Bħalissa hemm żewġ avukati li ġew appuntati biex jiddefendu u jsemmgħu l-vuċi tat-tfal.", "Dawn jaħdmu part-time u jkopru kemm lil Għawdex kif ukoll Malta u konxja li hu daqsxejn diffiċli biex jilħqu l-każijiet kollha.", "Għax hu importanti ħafna li fis-sistema ġudizzjarja speċjalment fejn jidħlu t-tfal, dawn ikunu verament jistgħu jsemmgħu l-vuċi tagħhom.", "Din xi ħaġa li f'dawn it-tliet snin li ġejjin, nixtieq li jkolli l-opportunità u nkellem lill-ġudikatura u nara x'nistgħu nagħmlu biex it-tfal kollha verament ikunu jistgħu jinstemgħu u ma jsirux affarjiet jew jittieħdu deċiżjonijiet li jistgħu jagħmlulhom ħsara.", "Dwar Għawdex, diġà bdejna u kellna diversi laqgħat ma' gruppi ta' volontarji li lesti li jgħinu għal dan il-kors ta' \"Rights for You\".", "Din is-sena ħassejt li rridu naraw kif nagħmlu u nagħtu opportunità ikbar lit-tfal Għawdxin.", "Is-sena li għaddiet il-maġġoranza kienu tfal Maltin imma kien hemm xi tfal Għawdxin ukoll.", "Però din is-sena, qegħdin nippjanaw li dan il-kors - u diġà sar xi xogħol – isir f'Għawdex u qed nittama - u m'għandiex qalbi maqtugħa - li l-fondi jinstabu.", "Aħna qed nistiednu wkoll dawk it-tfal Maltin li jkunu jridu jipparteċipaw, li ikunu jistgħu jiġu wkoll għal dan il-kors.", "Dwar id-dmirijiet.", "Malli ħadt il-kariga, ħassejt l-importanza li t-tfal mhux ngħidulhom biss li għandhom ħafna drittijiet, imma mad-drittijiet hemm ukoll ir-responsabiltajiet u d-doveri.", "Nifhem li hemm ċerti drittijiet li huma bażiċi u li qegħdin fil-konvenzjoni u t-tfal għandhom dritt għalihom per eżempju, id-dritt ta' l-ikel, li jkunu b'saħħithom, tal-logħob.", "Però hemm drittijiet oħra li jġibu responsabilità u doveri għalihom.", "Nemmen li t-tfal - anke l-konvenzjoni tgħid l-istess ukoll - barra d-drittijiet għandhom doveri li jikkorrespondu għal età li jkunu fiha.", "Però hemm drittijiet fundamentali li t-tfal għandhom dritt għalihom u għalhekk li l-Uffiċċju tal-Kumissarju huwa mwaqqaf.", "It-Task Force diġà bdiet tiltaqa', imma għadhom m'humiex fl-istat li jagħtuni rendikont tax-xogħol li sar.", "Dan huwa proġett għal qalbi ħafna jiġifieri dak tat-tfal bi problemi kbira ta' imġieba u diġà għamilt kuntatt maċ-Chairperson li qed imexxi dan it-Task Force u naf li qegħdin jaħdmu.", "Però għad ma kellix feedback bil-miktub dwar dak li qed isir.", "Qed nikkollaboraw u jkollna laqgħat mal-pulizija u mas-Cyberlink, biex naraw kif nistgħu nagħmlu l-Internet iżjed safe għat-tfal.", "Dwar il-Conservatorium.", "L-ewwelnett li kelli f'moħħi hu li jkun hemm post fejn jinġabru d-dokumentazzjonijiet kollha bħal statistika u kulma jirrigwardja lit-tfal, jiġifieri jista' jkun hemm dokumenti, policies, strateġiji u anke li jkunu on-line.", "Issa kif qed nimmaġina jien, irid jkun hemm post fiżiku, fejn ikun hemm dawn l-affarijiet però irid ikun hemm persuna li jżommu up to-date.", "Dan ma tistax tagħmlu darba u tħallih hemm, imma irid ikun hemm persuna li kontinwament taħdem biex taġġornah.", "Dan il-Conservatorium ikun utli ħafna għar-riċerki u jkun tà informazzjoni.", "U min ikun irid jagħmel riċerka fuq it-tfal ikun jista' jagħmilha għax naħseb li għadna lura ħafna f'dik li hija statistika li tirrigwardja lit-tfal.", "It-tfal li qegħdin f'Mount Carmel, eżattement l-YPU.", "Attendejt xi meetings, għax kont id-Direttur ta' żewġ residenzi li jżommu tfal b'imġieba diffiċli - fejn kienet preżenti wkoll is-Sinjura Sonia Camilleri - u li ħareġ minn dawk il-laqgħat kien li se jinfetaħ post li se jkun jismu Kids u se jieħu numru limitat ta' tfal b'diffikultajiet żgħar ta' mġieba.", "Dan se jkun immexxi fuq livell professjonali ħafna u probabilment se jinfetaħ fil-futur qrib ħafna.", "Id-dritt tat-tfal għal logħob nemmen fih u l-fatt ta' l-istress joħroġ minnu wkoll.", "Kelli l-opportunità li mmur l-iskola ta' San Ġwann u tmur fejn tmur it-tfal jgħidulek li jridu iżjed ħin biex jilagħbu.", "Lesti li anke joqogħdu iżjed wara l-ħin ta' l-iskola basta jilagħbu.", "Min-naħa tiegħi nixtieq nimpenja ruħi mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex naraw kif nistgħu nsibu soluzzjoni.", "Qed jitwaqfu Kulleġġi Ġodda li huma mmirati biex ineħħu parti mill-istress tat-tfal billi ma jkunx hemm diskriminazzjoni u t-tfal ma jitpoġġewx f'kategoriji.", "Però naħseb li hemm lok ta' diskors mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex insibu mod kif it-tfal ikollhom l-opportunità li jiżviluppaw akkademikament mingħajr ma jkun hemm dak is-stress kollu.", "Jien ħdimt ftit mat-tfal ta' l-immigranti u naf kif inhi s-sitwazzjoni tagħhom.", "Bħala Kummissarju għat-Tfal u l-Uffiċċju tiegħi diġà kellna kuntatti ma' Dar l-Immigrant biex naraw x'nistgħu nagħmlu biex intejbu s-sitwazzjoni tat-tfal.", "Mill-informazzjoni li għandi, l-maġġoranza tat-tfal li bħalissa qegħdin residenti ġod-djar, per eżempju fid-djar ta' Ħal Balzan, Dar Liedna u Dar il-Qawsalla, ġew integrati fl-iskola.", "Jiġifieri l-problema m'hijiex daqshekk gravi li ħadd minnhom m'hu qed imur l-iskola.", "Però hemm xi ħaġa li għad irrid nidħol fiha sew, biex naraw kif ngħinu dawk it-tfal li huma daqsxejn kbar.", "X'għajnuna qegħdin nagħtuhom biex ngħinuhom jintegraw mal-mainstream ta' l-iskola tagħna?", "Hemm lakuna kbira ta' servizzi psikoloġiċi.", "Din hija verità u nixtieq niddiskutiha.", "Naf li xi servizzi qegħdin jingħataw mill-Appoġġ u hemm unit ta' psikoloġi però għandhom waiting list twila.", "Naf li xi ġenituri qed jagħmlu sagrifiċċji kbar u uliedhom qegħdin imorru għand psikoloġi privati bi prezzijiet li semma' l-Onor Chircop.", "Però nixtieq li din l-issue nistudjaha sew, kemm mal-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali kif ukoll mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex flimkien naraw jekk nistgħux insibu soluzzjoni għaliha, għax naf li hija problema.", "KARL CHIRCOP: Waħda mid-diffikultajiet li għandi hija fejn qed jispiċċaw l-gradwati tal-psikoloġija, għax qed ikun hemm gradwati.", "Imma anke naraw dipartimenti oħra tal-gvern fejn huma meħtieġa bħall ETC li ma jimpjegawx psikoloġi.", "Naħseb li d-dipartiment għandu bżonn jimpjega ħafna iktar mill-ammont li hemm illum, għalhekk mhux qed ilaħqu mad-domanda.", "MRS CARMEN ZAMMIT: Il-problema hija komplessa.", "Jiġifieri ma naħsibx li l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ma jridx jimpjiega psikoloġi, imma għax ma jsibx lil min jimpjiega.", "U kultant għar-raġunijiet li wieħed jifhem għaliex.", "L-Appoġġ għandu servizz għal unmarried mothers, u naf li meta aħna jkollna każijiet bħal dawn ġeneralment nirreferuhom lilhom.", "Li nista' nagħmel hu li nara ftit x'tip ta' servizz qegħdin jagħtu l-Appoġġ u jekk hemmx lok li jitjieb is-servizz li diġà hemm.", "FRANCO GALEA: Dwar l-unmarried mothers, jien qed ngħid li jista' jkun hawn każijiet li l-missirijiet, jistgħu jkunu aggressiv, jekk l-omm ifettlilha tgħid li l-missier huwa tali.", "Għalkemm hija kriminali ma nafx x'qed isir f'dak l-ambitu u kemm qed tiġi nfurzata.", "Ta' min jaħseb iżjed fuq dan il-kontest għax nemmen li ħafna minn dawn il-każijiet jistgħu jkunu relatati ma' dawn l-affarijiet.", "MRS CARMEN ZAMMIT: Naf li hija komplessa ħafna u r-raġunijiet jistgħu jkunu varji.", "L-Appoġġ jagħti servizz ta' counselling u ta' support, anke morali.", "Kultant ikunu t-tfajliet stess li ma jixtiequx li jiġi rikonoxxut il-missier u kultant il-missier ma jkunx irid.", "U veru ġieli jkun hemm forza b'aggressività.", "Però parti mis-servizz li jagħti l-Appoġġ, huwa biex jgħin lit-tfajla tieħu l-aħjar deċiżjoni fl-interess tagħha u tat-tarbija.", "Imma nidħol fiha iżjed, għax naf li hemm servizz però ma nafx x'tip ta' servizz qed jingħata.", "The CHAIRMAN: Grazzi ħafna għat-tweġibiet tiegħek.", "Għalkemm mhux fl-agenda imma bħas-sena l-oħra kont tlabt lir-rappreżentanti tal-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali biex ikunu magħna biex jekk ikun hemm xi domandi li wieħed xtaq jagħmel nagħmluhom dirett mhux imbagħad jgħaddi ż-żmien.", "Ma jidhirx li hawn iktar domandi.", "Jidher li r-risposti tiegħek kienu sodisfaċenti.", "Nirringrazzjak.", "Awguri għal ħidma tiegħek u looking forward li s-sena d-dieħla tkun hawnhekk biex niddiskutu l-pjan.", "Il-Kumitat huwa aġġornat.", "Fid-8:40p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070625_089d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 112", "L-Erbgħa, 27 ta' Ġunju, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru. 112", "L-Erbgħa, 27 ta' Ġunju, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.40 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 111 li saret fl-20 ta' Ġunju, 2007 kienu konfermati.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "THE CHAIRMAN (Onor. Jason Azzopardi): Ninforma lill-Kumitat li l-Iskrivan tal-Kamra rċieva mingħand is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tliet riżoluzzjonijiet, hawn taħt indikati, li kienu ġew adottati mill-Parlament Ewropew:", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta'1-10 Mejju 2007 dwar il-kontribut tal-politka reġjonali tal-ġejjieni għall-kapaċita' ta' innovazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea (2006/2104(INI)) P6_TA-PROV(2007)0184- adottata fl-10 ta' Mejju 2007; u", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta'1-10 Mejju 2007 dwar it-tisħiħ tal-leġislazzjoni Ewropea fil-qasam ta' l-informazzjoni u tal-konsultazzjoni mal-ħaddiema P6_TA-PROV(2007)0185- adottata fl-10 ta' Mejju 2007.", "LAQGĦA MA' PROF.", "MAREK BELKA, KAP TAL-UNITED NATIONS ECONOMIC COMMISSION FOR EUROPE (UNECE) U EX-PRIM MINISTRU TAL-POLONJA, BIT-TEMA: THE UNITED NATIONS ECONOMIC COMMISSION FOR EUROPE – STRENGTHENING ECONOMIC COOPERATION IN EUROPE", "Fit-8.37 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070627_112d_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 27 ta' Ġunju 2007.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.40 p.m.", "L-Onor Jason Azzopardi, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Preżenti wkoll kien hemm Dr Melanie Vella, research analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Assenti: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor Evarist Bartolo, l-Onor Clyde Puli u l-Onor George Vella.", "SKUŻAT", "L-Onor Leo Brincat kien imsiefer fuq xogħol parlamentari ieħor.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 111 li saret fl-20 ta' Ġunju, 2007, kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumitat informa lill-Kumitat li l-Iskrivan tal-Kamra kien irċieva mingħand is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tliet riżoluzzjonijiet, hawn taħt indikati, li kienu ġew adottati mill-Parlament Ewropew:-", "Dokument 520 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta'1-10 Mejju 2007 dwar il-kontribut tal-politka reġjonali tal-ġejjieni għall-kapaċita' ta' innovazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea (2006/2104(INI)) P6_TA-PROV(2007)0184- adottata fl-10 ta' Mejju 2007; u", "Dokument 521 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta'1-10 Mejju 2007 dwar it-tisħiħ tal-leġislazzjoni Ewropea fil-qasam ta' l-informazzjoni u tal-konsultazzjoni mal-ħaddiema P6_TA-PROV(2007)0185- adottata fl-10 ta' Mejju 2007.", "LAQGĦA MA' MAREK BELKA, KAP TAL-UNITED NATIONS ECONOMIC COMMISSION FOR EUROPE (UNECE) U EX-PRIM MINISTRU TAL-POLONJA, BIT-TEMA: THE UNITED NATIONS ECONOMIC COMMISSION FOR EUROPE – STRENGTHENING ECONOMIC COOPERATION IN EUROPE", "Is-Sur Belka għamel preżentazzjoni dwar l-istruttura, l-għanijiet u l-ħidma tal-United Nations Economic Commission for Europe b'referenza wkoll għall-proġetti u l-inizjattivi ta' relevanza partikolari għal Malta.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8.37 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070627_112m_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 90", "It-Tlieta, 3 ta' Lulju, 2007", "L-Onor.", "Clyde Puli, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 3 ta' Lulju, 2007 fis-7.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar l-Ekonomija ta' l-Għarfien (Knowledge Economy): Ir-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni – Preżentazzjoni minn Dr Chris Scerri, Project Manager l-MCST.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070703_090a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 90", "It-Tlieta, 3 ta' Lulju, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 90", "It-Tlieta, 3 ta' Lulju, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-19:45 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 89 li saret fil-25 ta' Ġunju 2007, ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Clyde Puli): Qabel ma ngħaddu għall-aġenda tal-laqgħa tal-lum, se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Korrispondenza ndirizzata liċ-Chairman tal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u datata 23 Mejju 2007, mibgħuta minn Ms Anna Záborská biex tirringrazzja lill-Kumitat għal-laqgħa li saret fis-7 ta' Mejju 2007 mad-Delegazzjoni mill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u għall-Ugwaljanza bejn il-Ġendru tal-Parlament Ewropew; u", "li qiegħed hawn ukoll għad-dispożizzjoni tal-membri.", "Illum il-kumitat se jiltaqa' għall-kontinwazzjoni tad-diskussjoni dwar l-Ekonomija ta' l-Għerf, Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni u magħna biex jagħtina preżentazzjoni hawn Dr. Christian A Scerri, Project Manager ta' l-MCST.", "Merħba f'dan il-kumitat Dr Christian Scerri u mal-ewwel nistiednek biex tagħtina l-preżentazzjoni tiegħek u mbagħad tagħtina ftit kummenti għad-domandi tagħna.", "Diskussjoni dwar", "l-Ekonomija ta' l-GĦarfien", "(Knowledge Economy):", "Ir-RiĊerka, l-IŻvilupp u", "l-Innovazzjoni", "Il-Kumitat irriżuma d-diskussjoni fuq dan is-suġġett mit-13 ta' Ġunju, 2007.", "DR. CHRISTIAN A. SCERRI: L-ewwelnett nirringrazzjakom talli tajtuna din l-opportunità.", "Fil-verità l-preżentazzjoni hija meħuda minn fuq write-up li kont għamilt jien flimkien ma' Pierre Schembri-Wismayer li kien ġie anness bħala consultation qabel ma sar l-R & D strategy document.", "Fil-fatt lis-Sur James Carabott tajtu kopja tad-dokument u tistgħu tagħmlu użu minnu kif tridu.", "Kif għidt se nitkellem fuq il-bioteknoloġija.", "L-ewwelnett ippruvajt insib definition ta' x'inhi \"biotechnology\" u l-eħfef definizjoni ta' biotechnology hija l-użu ta' materjal bioloġiku jew proċessi għall-bżonnijiet umani.", "Aħna naħsbu li l-bioteknoloġija hija xi ħaġa li bdiet forsi għaxra jew ħmistax jew għoxrin sena ilu, imma fil-fatt il-bioteknoloġija hija ixjeħ minn hekk.", "Meta l-bniedem beda jsib pjanti għall-ikel, meta beda jagħmel hybrids għall-qamħ, jagħmel l-imbid, il-birra, jew meta ukoll beda jagħmel in-breeding ta' l-annimali bħal klieb, u hekk, dawn kollha huma bioteknoloġija.", "Jiġifieri qed ngħidu fuq medda ta' eluf ta' snin.", "Fil-fatt minn dawn l-eluf ta' snin, illum wasalna billi għandna varjazzjonijiet enormi fit-tipi ta' qamħ u ta' ikel u fit-tipi ta' annimali li aħna nrabbu.", "S'hemmhekk hi l-bioteknoloġija l-antika, li fil-fatt ftit nies jaħsbu li hija bioteknoloġija.", "Illum ovvjament il-bioteknoloġija nbidlet fl-isem jew fil-kunċett tagħha.", "U anke hawnhekk, ftit nies jafu li l-biotechnology minnha nfisha mhijiex xi ħaġa li qed tagħmel xi xogħol imma hija an enabling technology.", "Dan bħalma huma l-computers, li waħedhom ma jagħmlu xejn, imma jridu xi ħaġa oħra.", "Hemm indikazzjonijiet ċari li l-enabling technology se tkun splużjoni kif kienet l-isplużjoni tal-computers, anke minħabba l-għajnuna tal-computers.", "F'din l-islide qed naraw din il-lista: computers, health, space technology, marine services, agriculture u environmental remediation, u tista' tibqa' sejjer.", "Irridu nifhmu li mhux il-computers qed jgħinu lill-biotechnology imma l-biotechnology qed tagħmel il-computers.", "Illum hemm sistemi fejn viruses qegħdin jiġu modifikati biex jiffurmaw cables tal-computer.", "Jiġifieri minflok tagħmel cable bil-magni, tibni virus u l-virus jibni l-cable.", "Vantaġġ huwa li l-cable jkun irqaq u jkunu jistgħu jidħlu iktar transistors.", "Kif rajtu fil-lista hemm ukoll is-saħħa, it-teknoloġija spazjali, l-agrikoltura u l-ambjent.", "Għar-remediation ta' l-ambjent, illum qed tintuża ħafna l-bioteknoloġija.", "Jekk per eżempju jkun hemm għalqa li għandha ħafna heavy metals, waħda mill-metodi sempliċi biex tneħħihom huwa li tiżra' jew tħawwel fiha pjanti li jidhru l-heavy metals għandhom.", "Dan il-crop tiġbru u tista' taħarqu u tużah għall-enerġija u l-irmied li jibqa' jkun fih il-heavy metals, u tkun tista' terġa' tbiegħu.", "Jiġifieri din hija ċirku li nistgħu nagħmlu.", "It-tliet areas li jmorru ma' xulxin u li qed ikunu wkoll importanti ħafna fil-qasam ekonomiku huma l-ICT, in-Nanotechnology - li qed infissru wkoll il-micro-electronics - u l-bio-teknoloġija.", "Dawn huma tliet areas li d-dinja qed tara bħala l-futur.", "Issa jekk niġu għal biotechnology, għaliex saret din l-isplużjoni u x'kien li beda jew li qajjem dan ir-riħ kollu?", "L-ewwel ħaġa l-mapping tal-human genome.", "Forsi kif tafu, bażikament id-DNA huwa l-instruction booklet li għandna ġewwa fina biex jgħidilna kif naħdmu.", "Dak illum ġie moqri kollu.", "Issa meta qed ngħid \"moqri\" dan inqabblu ma' kif xi ħadd jagħtina ktieb bir-Russu; l-ittri bir-Russu naqrawhom imma ma nifmuhomx.", "Illum qegħdin f'din is-sitwazzjoni, għandna l-ittri kollha imma qed nifhmu biss forsi 5% minnhom.", "Id-differenza bejn il-bniedem u l-ġurdien, daqshekk kulma qed nifhmu biss.", "Jiġifieri baqagħlna ħafna u ħafna x'niskopru.", "Imma din il-push enormi to map a human genome għenet biex il-bioteknoloġija tisplodi.", "Apparti minn hekk, il-bioteknoloġija ma setgħetx tisplodi kieku ma kellniex l-informatika.", "Bl-isplużjoni ta' l-informatika llum ħafna mix-xogħol tiegħi huwa quddiem computer u mhux quddiem test-tubes u laboratorju, imma litteralment quddiem computer.", "Jiġiferi l-bio-informatika hija xi ħaġa importanti ħafna.", "Hemm ukoll qasam li qajjem ċertu diskussjoni u argumenti: l-istem cell technology, u hawnhekk qed nitkellmu fuq both types of stem-cells.", "Naħseb li qrajtu biżżejjed fuqhom dawn, hemm żewġ tipi ta' stem cells, hemm l-embryonic stem cells – pluripotents - u l-istem cells li ġejjin mill-organi.", "Ħaġa oħra li qajmet diskussjoni, ukoll minħabba l-ammont ta' finanzi biex il-bio-teknoloġija ġiet 'il fuq huwa l-GMOs, il-Genetically Modified Crops, u hawnhekk nixtieq nagħmel differenza wkoll.", "Ħafna nies iqajmu l-argument li jekk bejn żewġ tipi ta' maize tagħmel hybrid, din tkun a genetically modified organism.", "Fil-fatt mhijiex vera, a genetically modified organism huwa meta ddaħħal biċċa gene minn speċi totalment oħra ta' annimal.", "Issir hybrid meta taqbad żiemel ma' ħmar u jkollhom iż-żgħar, dawn l-istess speċi inkella ma jistax ikollhom.", "Fil-genetically modified crops taqbad biċċa virus jew biċċa baktirja u qed indaħħlu, dik hija definizzjoni importanti wkoll.", "U l-aħħar ħaġa imma mhux l-inqas kienet il-push tal-gvern li jiżviluppa l-bio-teknoloġija.", "Waħda mill-ikbar areas fejn il-bioteknoloġija qed tiżviluppa hija l-Ewropa.", "Rapport magħmul fl-2005 bażikament jgħid li chemicals - fine kif ukoll bulk - bio-plastics u bio-pesticides - u dawn huma importanti għaliex huma easily recyclable - bio-fuels u anke enzymes, huma kollha affarijiet li jistgħu jintużaw.", "Kif qed naraw il-bioteknoloġija ma tagħtiniex affarijiet, mhux qed tagħmel karozza biex issuqha, imma tagħmel affarijiet biex tagħmel xi ħaġa oħra.", "Tagħmel il-bio-fuels biex tista' ssuq karozza, tagħmel il-bio-pesticides biex tkun tista' toqtol pests mill-ambjent.", "U Malta m'aħniex inqas.", "Ftit tfittix mill-internet, naraw li l-ewwel rapport fejn ssemmiet il-bioteknoloġija kien fl-1994, jiġifieri twelve years ago.", "Fl-2003 kienet ukoll parti min-National Foresight Programme u s-sena li għaddiet kienet iddaħħlet kemm fin-National Strategic Plan for Research and Innovation 2007 and 2010, kif ukoll fil-pjan tal-gvern anke ta' l-iStructural Fund.", "F'din l-islide hawn xi ftit figuri minn Malta.", "Dawn huma meħudin mill-NSO fejn qed naraw l-oqsma ta' l-R, D & I. Fil-fatt l-areas tan-Natural Sciences, l-Engineering and Technology, il-Medical and Agriculture Sciences kollha se jkollhom xi parti jew ftit minnhom bħala bulk technology u kollha fihom bioteknoloġija.", "U kif qed taraw l-ammonti żdiedu.", "Jekk tistaqsu lil xi ħadd jekk hux biżżejjed, żgur li se jgħid le, imma għallinqas hemm xi ħaġa, m'aħniex qed ngħidu xejn.", "Dawn il-figuri huma l-ammonti ta' kemm nefaq il-gvern u li huwa tajjeb hu li hemm ħafna flus li ġew ukoll bħala partners minn proġetti ta' l-Ewropa.", "Fil-privat sfortunatament hemm ftit.", "Fir-write-up ippruvajna nagħmlu a swot analysis u niżżilna l-istrengths ta' Malta fil-bioteknoloġija li huma maqsuma fi tliet areas, Health li hija Red Biotechnology, Environmental Biotechnology li hija Green, u Industrial Biotechnology li hija White.", "F'din l-islide naraw li Malta għandha areas importanti ħafna.", "Nieħdu l-health.", "Aħna poplu żgħir, u faċli nieħdu l-ġenetika tagħna.", "Vera niftaħru li aħna għandna 7,000 sena ta' storja, imma fil-fatt fiż-żmien l-Għarab hemm qasma ta' 200 sena fl-istorja tagħna.", "F'dak iż-żmien ma kienx fadal iktar nies Maltin hawnhekk.", "Il-Maltin reġgħu bdew jiżdiedu wara dak iż-żmien.", "U l-iktar li żdiedu kien fi żmien il-kavallieri.", "Mal-wasla tal-kavallieri f'Malta, kien hawn 17,000 ruħ jgħixu.", "Il-kavallieri ġabu 3,000 ruħ oħra magħhom li l-maġġoranza kienu rġiel.", "Dawn l-iktar li ġew mill-Italja u minn Sqallija.", "In those one hundred years imbagħad ġew nies mill-Italja biex jibnu l-Belt u qagħdu hawnhekk, ġew nies oħrajn bħala baħrin u qagħdu hawnhekk, uħud minnhom għal ftit snin u wħud minnhom għal tul ta'żmien, u dawn kollha ħallew l-input ġenetiku tagħhom.", "Minħabba dan l-input ġenetiku, Malta għandha ħafna ġenetika stramba.", "Hemm ħafna mard li forsi jinstab biss Malta u ma jinstabx f'postijiet oħra u hemm mard li jinstab f'postijiet oħra u jinstab f'Malta wkoll.", "Dan bħall-mard tal-qalb u l-mard tas-coeliac.", "Il-genes li jagħmluha huma ftit genes.", "U allura bi ftit familji u bi ftit flus wieħed jista' jsib numru ta' genes f'temp qasir u once li ssib il-genes issib il-pathway u once li ssib il-pathway tista' ssib mod tat-treatment.", "Dak huwa l-ħsieb.", "Jiġifieri dan huwa oġġett importanti ħafna.", "Mgħaqqad ma' dan, għandna l-health care.", "Bil-problemi kollha li hemm, jekk tikkomparah ma' pajjiżi oħra – għax aħna niltaqgħu ma' nies barranin - għandna health care tajjeb.", "U huwa tajjeb għas-sempliċi raġuni li huwa kkonċentrat u ċċentralizzat fi sptar wieħed.", "Dik biss ukoll tagħmlu tajjeb għal dan il-qasam.", "Imbagħad nistgħu ngħidu wkoll li għandna nies u fakultajiet tajbin u li lesti jaħdmu.", "Fl-environment pjuttost l-istess ħaġa.", "Bħala gżejjer, kulħadd żgur jaf li għandna l-gremxula ta' Fifla, l-gremxula ta' Kemmuna, ta' Malta u ta' Għawdex.", "Għaliex?", "Għax huma gżejjer u qatt ma tħalltu.", "U tista' wkoll issib affarijiet li ma ssibx f'postijiet oħra.", "Per eżempju, f'Malta hawn algae żgħira li tgħix f'konċentrazzjoni qawwija ta' melħ - xi 30% salt – li ħadd ma jgħix iktar fih ħlief din.", "U jekk titfagħlha l-melħ din tipproduċi prodott li jissejjaħ il-beta carotene - dak li aħna nħalltu mal-luminati biex nagħmluh aħmar.", "Dan tista' tużah ukoll għal affarijiet oħra mediċi.", "Vera aħna m'għandniex art kbira, imma għandna baħar kbir li jista' jgħinha u għandna wkoll ix-xemx.", "Illum hawn ħafna prodotti magħmulin by photo-chemistry li jistgħu jaħdmu, jiġifieri hemmhekk għandna area tagħna.", "Min-naħa ta' l-industrija, għandna l-farmaċewtika u allavolja hi generic imma within the next twenty years il-farmaċewtika se tibda tiġi iktar pharma co-genetics, kważi kważi tipproduċi pillola għall-ġenetika ta' dak li jkun.", "Allura dik hija area li rridu naħsbu fiha.", "U dawn il-pharmaceutical sectors se jkunu jipprovdu faċilitajiet ta' training u ta' labs.", "Għandna wkoll il-qasam importanti tal-fermentazzjoni, l-imbid u l-birra.", "Id-differenza bejn li tagħmel l-imbid u l-birra u l-antibiotics hija żgħira ħafna.", "Bi ftit ħsieb, fi tliet ġimgħat jew erba' ġimgħat tipproduċi antibiotics at a value added daqskemm tipproduċi birra f'sena, bl-istess sistemi u bl-istess apparat.", "All right ma tistax tagħmilhom fil-breweries imma t-training u l-apparat huwa l-istess.", "Hemm l-IT li qed nagħtuh ħafna importanza u naħseb diġà qed naraw ċertu xogħol.", "Hemm ukoll il-multi-lingual aspect speċjalment fl-Ingliż, imma hemm ukoll it-Taljan u l-Franċiż u anke sa ċertu punt l-Għarbi.", "Hemm ukoll it-temp sabiħ, fejn xi wħud min-nies jiġu hawn Malta għat-temp.", "Per eżempju jippreferu jiġu Malta mill-Ingilterra allavolja t-tnejn English speaking għax Malta t-temp huwa iktar stabbli, biex ma ngħidux ukoll, li llum ukoll għandna post safe, għax m'għandniex splużjonijiet ta' karozzi u l-ebda bombi.", "Dawk huma l-istrengths.", "Biss hemm wkoll xi weaknesses.", "Bħala weaknesses hemm in-nuqqas ta' post-graduates fil-bioteknoloġija u n-nuqqas ta' postijiet ta' riċerka kemm fl-industrija kif wkoll fl-Universitajiet.", "Din imbagħad tirrifletti f'nuqqas ta' capabilities ta' riċerka u developments.", "Weakness oħra hi t-time lag, li ndumu naħsbuha.", "Aħna poplu - inkluż jien - li ndumu naħsbuha u naħseb li dik hija kontrina.", "Ħaġa importanti ħafna li m'għandniex hija l-IP, Intellectual Property.", "M'għandniex sistema kif wieħed jista' jipproteġi l-Intellectual Property tiegħu.", "Dan id-diskors kien intqal is-sena li għaddiet u llum naf li hemm ċerti regolamenti għaddejjin u probabbilment din se titranġa ma ddumx.", "Hemm ukoll il-problema tal-finanzi tal-gvern.", "Aħna ngergru li m'għandniex biżżejjed flus, imma mil-lat l-ieħor nifhmu li hemm ċertu ammont ta' flus u dak l-ammont irid jinqasam u jista' jkun hemm il-prioritajiet.", "U dik tagħtina ċertu weakness.", "Jista' jkun li hemm nuqqas ta' targeting ta' kumpanniji biex jiġu hawn Malta.", "Qed ngħid hekk għax il-kumpanniji li jiġu hawn Malta f'dan il-qasam huma iktar kumpanniji barra l-komunità Ewropea.", "Il-kumpanniji fil-komunità Ewropea m'għandhom xejn x'jiġbidhom lejn Malta kemm b'mod ta' finanzi kif ukoll bħala xogħol għax pjuttost isibu li Malta hija iktar għolja minn per eżempju l-Eastern Countries.", "Allura Ġermaniż illum jippreferi jmur l-Ungerija jew iċ-Ċekoslovakia.", "Imma jekk jiġi xi ħadd Malta min-naħa ta' l-Amerika, l-vantaġġ huwa fejn iktar jista' jmur?", "Minħabba l-lingwa jew jibqa' Malta, jew imur l-Ingilterra jew l-Irlanda jew Ċipru.", "Din tista' tkun area li wieħed jista' jiġbed lejh dawn il-postijiet.", "L-isfortuna hi li jekk Amerikan jgħid ġejt minn Malta, jgħidulu Malta fejn hi.", "Jew inkella min jafha, jafha biss bħala post ta' turiżmu, post ta' xemx u baħar, mhux post li tista' tagħti l-opportunitajiet.", "Hawnhekk naħseb li għandna ftit weakness.", "Bażikament l-opportunitajiet tagħna huma li aħna parti mil-Ewropa, qegħdin Objective One, għandna test bed importanti ħafna fejn wieħed jista' jagħmel clinical trials għax il-poplu tagħna huwa easily available u mhux 'il bogħod.", "U jista' jkollok ukoll il-Bioinformatics peress li għandna l-IT fil-popolazzjoni tagħna.", "Hemm it-threats, li ta' min jieħu ħsiebhom.", "In-neighbouring countries tagħna qed jaħdmu f'dan il-qasam, anke pajjiżi min-North Africa telgħin u jistgħu jaqbżuna.", "Ħaġa importanti ħafna u li qed tagħtina ġewwa hija l-brain drain.", "Illum aħna nagħmlu student, intellgħuh sa l-Università, jiggradwa, inħallsu minn butna t-taxxa biex hu jilħaq u mbagħad fejn imur?", "Imur il-Ġermanja.", "U l-Università Ġermaniża tieħu gost għax ma ħalsitx penny, ġabritu u tagħtih l-flus biex joqgħod u żżommu hemmhekk.", "Jekk iddaħħlu ftit ismijiet Maltin f'search engines, anke fil-Google Scholars, jitilgħu eluf ta' nies Maltin li għandhom patents jew li qegħdin fir-riċerka imma inqas minn 10% minnhom jgħixu f'Malta.", "U rridu nippruvaw nżommuhom hawnhekk.", "Threat oħra li hija importanti ħafna u li ftit jafu biha hija l-Bioresource Dispersal.", "Ħa nagħtikom eżempju.", "Il-Gvern Malti jibgħat kwantità ta' samples ta' demm barra għat-testing kuljum mingħajr ma jagħti kas li jagħmel kondizzjoni miktuba li dawn is-samples se jintbagħtu barra għal dak it-test biss u imbagħad jintremew.", "Jekk tieħu 300 sample ikollok sample tajjeb tal-popolazzjoni Maltija jiġifieri xi ħadd jista' jkollu bank tal-popolazzjoni Maltija u jista' jbiegħ dik l-informazzjoni.", "Dik hija threat li ftit tingħaraf imma qiegħda hemmhekk.", "Threat oħra tista' tkun il-biodiversità, jonqsu l-pjanti u l-annimali minħabba development kemm għax taqla' l-bini kif ukoll minħabba t-trab li jkun hemm mill-kostruzzjoni ta' bini u t-toroq eċċ.", "F'din l-islide qed naraw it-targets għal futur.", "Il-funding diġà semmejnih.", "Għan ieħor li jista' jsir min-naħa tal-Health huwa a national human biobank.", "Jiġifieri bank fejn jintrefgħu ċertu materjal uman, jista' jkun demm, jew ċelloli, jew DNA.", "Dan il-bank ikollu wkoll informazzjoni medika.", "Illum nisperaw li bl-isptar il-ġdid se jkollna informazzjoni medika li tkun diġà komputerizzata għax illum m'hijiex.", "Jien biex għamilt studju fuq il-Parkinson Disease ħadt l-isbaħ sitt ġimgħat għax kelli niġbor 500 file u narahom wieħed wieħed biex niġbor 200 minnhom.", "Kieku kienu in e-format kienet tkun iktar ħafifa.", "Imma dik ġejja wkoll.", "Dan il-bank ikun b'saħħtu, għax malli jkollok iċ-ċelloli tad-demm jew DNA, informazzjoni medika u database tal-family trees ta' Malta kollha flimkien, nistgħu nkunu nafu kif niġu minn xulxin u minn hemm tista' tkun taf kif tfittex għal genes, it is much easier biex tagħmilha.", "Bħala eżempju nistgħu nieħdu l-Islanda.", "L-Islanda għandhom tliet affarijiet, għandhom biobank, għandhom medical history li huwa in e-format u għandhom il-family trees li jmorru sa l-ewwel Viking li mar ġewwa l-Islanda, again on e-format.", "F'Malta dawn it-tnejn diġà qed isiru.", "L-Università għandha biobank tad-DNA, fejn parti minnu huwa anonymous, jiġifieri jinġabar id-demm mill-cord bloods tat-trabi li jitwieldu u hu just a sample ta' normal population u l-parti l-oħra huwa fuq mard li jintiret.", "Dan ta' l-aħħar trid tieħdu bil-consent tal-pazjent u bil-proċeduri kollha għax m'huwiex anonymous.", "Fil-Mediterranean Institute l-Università, hemm min qed jaħdem fuq database tal-family trees li jmur lura sa madwar l-1400.", "U llum, safejn naf jien, bejn wieħed u ieħor 20% jew 25% minnha hija lesta.", "Dan huwa proċess li tajjeb li jsir.", "Dan il-proċess tad-database ilu għaddej għaxar snin.", "Ħaġa oħra fil-qasam tal-health, li hi interessanti u ta' min jagħtiha support huma l-clinical trials.", "Clinical trials għandna bżonnhom kemm bħala informazzjoni għall-generic medicine kif ukoll għan-non-generics.", "Ħafna drabi m'hemmx għalfejn li l-mediċina tkun magħmula Malta, għax tista' tkun magħmula l-Ġermanja.", "Tiġi kumpannija, taqbad grupp ta' nies, tpoġġihom f'lukanda għal ftit jiem, tagħtihom ikel li trid, teħdilhom id-demm u tittestjahom.", "Dak huwa kif jaħdem clinical trial.", "Allura din ukoll tista' tkun opportunità kif il-lukandi Maltin jużaw il-faċilitajiet li għandhom fix-xitwa meta jkunu vojta.", "Jiġifieri m'hemmx għalfejn li l-post ikun sptar.", "Jekk kumpannija tipproduċi l-panadols din trid turi li l-Panadols tagħha huma importanti u b'saħħithom daqs il-Panadols normali, allura tagħti panadol lil xi ħadd u teħodlu ftit demm for a period of time, for two or three days not more.", "Jiġifieri m'hemmx affarijiet kbar.", "Irid ikun hemm affarijiet ta' emerġenza fil-building imma mhux xi ħaġa kbira.", "L-istess jista' jingħad għal biodiversità, fejn hemm bżonn li jinfetaħ bank ta' endemic flora and fauna.", "Din hija importanti għalina għax għandna ċans li nitilfu ċerti pjanti u annimali li jgħixu f'areas partikolari u li jekk inqalbulhom il-ħamrija nistgħu nitilfuhom u allura ta' min jagħmilha.", "Żewġ targets oħra huma s-support għal micro propogation programmes speċjalment għal dawn ir-rare species u t-tfittix għal prodotti importanti f'dan il-qasam.", "Eżempju ta' dan, hemm fabbrika fil-Mosta Technopark li tipproduċi sustanza li toħroġ mill-Padina pavonica li hija alga tal-baħar u li hi tajba għal għadam.", "F'din il-fabbrika joħorġu ukoll sustanza mill-bajtra tax-xewk li taħdem kontra l-istress.", "Dawn huma affarijiet li wieħed jista' jara, apparti li hemm ħafna affarijiet li wieħed jista' jsib u min jaf x'hemm iktar li aħna għadna ma nafux bihom.", "L-Aquaculture hija l-istess ħaġa, bid-differenza li fuq il-ħut.", "Oġġett li forsi ftit jafu huwa, li mill-alga, kemm alga kbira kif ukoll microalgae, tista' tipproduċi biofuels.", "Ma tkunx qed tagħmel modification tal-genoma, jiġifieri kulma qed tagħmel huwa qed tfittex l-aħjar algi li jipproduċu l-iktar xaħmijiet f'ċertu proċess, u dan ix-xaħam tista' tużah biex tagħmel il-biodiesel.", "Il-biodiesel li nużaw illum jiġi mix-xaħam veġetali.", "Issa jekk huwiex feasible jew le hija ħaġa oħra, imma imbagħad wieħed irid jistudja biex jara jekk hemm feasibility biex tagħmel dan il-proċess.", "Tkellimt ftit ukoll fuq il-Biogenerics.", "Il-probabilità hi li l-generic industry f'Malta għandha time limit u mhux se tkun hawnhekk għal dejjem.", "Hemm 15 to 20 years window u jekk inħalluha biss bħala generics se tiċċaqlaq u tmur x'imkien ieħor.", "Oġġett interessanti wkoll huwa l-Contract R&D. Hemm kumpanniji barra minn Malta li m'għandhomx biżżejjed faċilita biex jagħmlu r-riċerka tagħhom u imbagħad dawn jagħtu x-xogħol tagħhom on subcontracting lil-laboratorju barra minn pajjiżhom.", "U this is what it means Contract R&D: li jkun hemm laboratorju, jkollu spazju biex jagħmel ċerti testijiet u jikri l-ispazju u l-ħin għat-testijiet minn barra.", "Jew jikri l-ispazju biex jipproduċi affarijiet ta' barra, per eżempju, fermentation għal kumpannija bħal m'hi r-Roche jew il-Merck.", "F'din l-islide hawn dik li sejjaħtilha The Biotech Rose għax għandha l-forma tal-compass rose.", "M'hijiex ikkumplikata daqskemm tidher.", "Fin-nofs għandek tliet ċrieki tal-bioteknoloġija, hemm areas ta' overlaps fejn jistgħu jidħlu u ċ-ċrieki l-blue huma tliet areas li rajna li huma importanti u hemm is-strengths ta' Malta fihom.", "Imbagħad x'hemm bżonn li jsir biex dawk l-opportunities verament insaħħuhom, imbagħad it-tliet areas ta' barra huma l-areas fejn wieħed jista' jieħu prodott ekonomiku minnhom.", "Irridu niftakru li l-biotech m'hijiex waħedha.", "Policies fuq il-biotech, overlap ma' policies oħrajn, ta' IT, finanzi, turiżmu, enerġija, xogħol, saħħa u ambjent.", "Nispera li tajtkom pillola żgħira ta' informazzjoni, il-bioteknoloġija m'hix ħafifa, la biex tispjegaha u lanqas biex tgħidha kollha.", "Ippruvajt inkun qasir, imma naħseb li hija area li wieħed għandu jaħseb fuqha.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Kienet preżentazzjoni interessanti ħafna u li tatna overview li spjegat sew.", "Kif għedtlek qabel, forsi tagħtina ftit ħin li wieħed jagħmel xi domandi.", "L-Onor.", "Għall-ewwel mistoqsija se nilgħabha ta' l-avukat tax-xitan.", "Billi aħna pajjiż żgħir ma taħsibx li l-aħjar ħaġa għal pajjiżna hi li nidħlu f'joint ventures ma' pajjiżi oħrajn?", "DR CHRISTIAN SCERRI: Mhux qed tagħmilha ta' l-avukat tax-xitan, imma qed tgħid soluzzjoni tajba.", "Bejn Novembru u Frar kont qiegħed bħala external expert ġewwa r-research council ta' Luxembourg u konna qegħdin inħarsu lejn ir-Research and Development tagħhom in the next 20 years.", "Luxembourg għandha s-size ta' Malta, 400,000 ruħ u bl-istess problemi ta' Malta.", "Jiġifieri it is service oriented bħalna wkoll u m'għandhomx critical mass.", "Meta kont hemmhekk, waħda mill-proposti li tajt barra my official capacity, għedtilhom li huma jitkellmu li m'għandhomx Critical Mass, aħna nitkellmu li m'għandniex Critical Mass, Ċipru jitkellem li m'għandux Critical Mass imma jekk naħdmu flimkien il-Critical Mass nagħmluha.", "Dawn l-affarijiet li għadna kemm rajna m'humiex affarijiet li bilfors isiru mill-Maltin waħedhom bil-bandiera Maltija biss, anzi għandna nfittxu dawn il-partners li jistgħu jgħinuna bħalma qed isir bħalissa mal-Fraunhofer.", "Il-Fraunhofer through the Euro-MEDITI project hija partner ma' Malta imma huma mitfugħin iktar fuq engineering u fuq IT.", "Semmejt il-Parkinson's. Biex dan l-istudju kellu statistical power kellna bżonn 1,000 ruħ u l-ebda pajjiż ma seta' jkun li jkollu dan in-numru.", "Fil-fatt konna ħames pajjiżi u kull pajjiż ġabar 200 ruħ, biex kellna l-ammont meħtieġ.", "Jiġifieri importanti li naġevolaw dawn il-partnerships.", "MICHAEL GONZI: Mistoqsija fuq il-clinical trials, għax naħseb li Malta għandha potenzjal qawwi hawnhekk.", "Min jikkontrollahom jew min jorganizzahom?", "Smajt li hemm kumpannija barra minn Malta li kienet ċentralizzata u kienet tiddeċiedi hi fuq liema prodott isiru l-clincal trials.", "Jew inkella jkun hemm xi Professur minn Malta li jkun irid jagħmel clinical trial fuq xi mediċina jew l-kumpannija tagħmel ir-riċerka ?", "Niġi għall-aħħar mistoqisja.", "Fuq il-biotechnology kollha, kemm ta' Malta, kif ukoll ta' barra eċċ, hemm xi tip ta' checks and balances?", "Għax bil-biotechnology tista' per eżempju tinbidel il-flora kollha ta' Malta bħalma tista' tikkura z-zokkor.", "Jiġifieri tista' tagħmel il-ħsara.", "F'Malta, qed nikkontrollaw x'qed isir minn dawn il-kumpanniji?", "DR CHRISTIAN SCERRI: Nibda bil-clinical trials.", "Ħafna drabi biex isir clinical trial tajjeb, irid ikollok kumpannija li tieħu ħsieb it-trial.", "Għax għat-trial hemm liġijiet ta' l-etika, u ta' wieħed x'jista' jagħmel u ma jagħmilx.", "Imma apparti l-liġijiet għandek ukoll il-kontrolli tal-kwalità.", "Jiġifieri li ddaħħal persuna f'lukanda, jagħmel tlett ijiem ġewwa u f'dawn it-tlett ijiem tagħtih ikel ikkontrollat biss.", "Jiġifieri din il-persuna se tkun litteralment ġewwa ħabs, u la tista tiekol ikel minn ta' x'imkien ieħor u ma tistax tara lil xi ħaddieħor.", "Lanqas tħallih jara lil tal-familja għax probabilment idaħħlu xi ħaġa ta' l-ikel u jagħtuhielu minn taħt.", "Allura jrid ikun bħal ta' grande fratello magħluq fil-kamra, kważi bil-cameras fuqu biex tkun ċert li dan ma kiel xejn ħlief l-ikel li tajtu inti.", "Għax skond l-ikel li nieklu jkun hemm differenza fl-absorption.", "Dawn l-affarijiet huma ta' kwalità anke l-laboratorju fejn isir it-test irid ikun certified u jrid ikollu l-iso.", "Inkella l-kumpannija ma jkollhiex f'idejha xi ħaġa li tista' turi.", "Biex tagħmel trial, irid ikollok Research Company.", "Hawn Malta kien hawn xi ħadd li fetaħ kumpannija fuq trials biss imma ma nafx jekk għadhiex teżisti.", "Onor Gonzi, ma fhimtx jekk għidtx jekk hawn xi kumpannija waħda fid-dinja li tagħmel it-trials.", "MICHAEL GONZI: Jiena ħadt l-Unjoni Ewropea, għax kelli l-impressjoni li kien hemm kumpannija waħda ċentralizzata li tirregola hi l-clinical trials li jsiru.", "DR CHRISTIAN SCERRI: Li jkun hemm kumpannija waħda kbira li jkollha interessi u subgħajha mdaħħlin f'ħafna affarijiet, probabilment iva bħal kull oġġett ieħor fid-dinja imma mhux għax hija struttura apposta.", "L-Unjoni Ewropea għandha d-directives tagħha fuq clinical trials u dawn iridu jiġu obduti bilfors.", "Għax minnhom, il-Unjoni Ewropea jew l-FDA - fil-każ ta' l-Amerikani - iridu jagħtu rendikont, u jagħtu l-go ahead għad-drug jekk tidħolx fis-suq jew le.", "F'Malta għandna wkoll – u mhux hawn biss – the ethical background, jiġifieri meta tagħmilha trid tieħu an ethical approval.", "Fejn tidħol il-bioteknoloġija, dejjem irid ikun hemm iċ-checks and balances.", "Hemm areas ta' bioteknoloġija fejn m'għandekx għalfejn tagħmel checks and balances kbar, speċjalment fejn qed tagħmel a genetic study fejn they are just ethical u l-persuna tgħidilha li se teħodilha d-demm jew le.", "Imma fejn qed tagħmel proċedura....", "Issa f'Malta ma nistgħux nipproduċu genetically modified organisms u personalment lanqas nagħti parir li jsiru.", "Fir-rapporti kollha li kelli s'issa mal-MEPA dejjem tajt a negative view on this għax għadna ma nafux eżatt x'isir, and I would move away from GMO.", "L-algae li semmejt mhux qegħdin nitkellmu fuq GMO.", "Għax prattikament tkun qed taqbad il-baħar u qed timmultiplika l-organism li hemm fih u imbagħad iżżid il-melħ.", "At 30% salt l-organiżmi l-oħra kollha jmutu u tibqa' din l-algae biss li diġà qiegħda fil-baħar u mhux ivvintajtha jiena.", "Jiġifieri fil-laboratorju kulma rrid nagħmel huwa li nżid jew innaqqas xi sustanzi biex din il-pjanta nitfagħha under stress - f'kelma waħda nittorturaha - u joħroġ il-prodott minnha.", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri qed tvarja l-external influence mhux qed tvarja l-genetic...", "DR CHRISTIAN SCERRI: Fl-ebda każ.", "Jekk irrid nara l-prodott mill-bajtra tax-xewk, irrid insib l-iktar bajtra tax-xewk li fiha dak il-prodott.", "Allura malli nsib waħda, neħodha u nibda nippropogaha.", "Għalhekk trid toqgħod attent, għax id-diversità tridha.", "Jekk jirnexxili neqred il-bajtar tax-xewk kollu ta' Malta u nipproduċih b'mod wieħed, ma nafx f'dak il-bajtar tax-xewk kollu li qridt kienx hemm xi ħaġa.", "Din nista' naqbad u nagħmilha jien?", "DR CHRISTIAN SCERRI: Illum iva.", "MICHAEL GONZI: Dak il-punt li rrid nieħu, li llum nista' nagħmilha with no control whatsoever.", "DR CHRISTIAN SCERRI: L-isfortuna hi l-istess bħal ma hija ta' l-istem-cells u l-embryos - imma mhux se nidħlu f'dik l-area llum- li iva llum m'hemmx kontroll.", "Dawn huma affarijiet li wieħed irid jaħseb għalihom biex jagħmel kontroll u biex laboratorju jkun jista' jiġi spezzjonat u jkun hemm anke kontroll kif qed jintremew il-prodotti biex ma jitħallewx imorru fl-ambjent.", "Trid toqgħod attent speċjalment meta titkellem fuq żerriegħa li ma tinferix fejn mhux suppost.", "Mhux li ma tħallihiex, għax dik hija ħażin, imma tħalli bil-kontrolli li hemm bżonn.", "U jista' jkun hemm kumpanniji li qegħdin jagħmlu l-inspections.", "Postijiet oħra hemm, jiġifieri din m'hijiex xi ħaġa li qed nivvintawha aħna.", "Imma bħalissa f'Malta m'hemmx, imma trid tidħol maż-żmien.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Nirringrazzjak, Dr Scerri, tal-parteċipazzjoni tiegħek.", "Sa ċert punt nistqarr li llum kważi daħħaltna f'atmosfera ta' fantaxjenza.", "Għalkemm jiena tabib napprezza kemm din l-isfera avvanzat 'il quddiem.", "Dik ir-rose li wrejtna mad-daqqa t'għajn hija kumplikata u nemmen li minħabba l-critical mass tagħna forsi m'aħniex daqshekk adapted li nistgħu niddiljaw ma' kollox.", "Kieku personalment ikollok tagħżel, bħala pajjiż, fejn tara li l-iktar nistgħu nkunu effiċjenti minn dawn l-oqsma kollha?", "DR CHRISTIAN SCERRI: Ma naqbilx miegħek għax għażilna l-areas fejn nafu li jew hemm critical mass jew kważi se jkun hemm.", "Jekk naraw ftit il-Biotech Rose, fil-Health kull m'hemm Family Trees, Disease Information u Genetic Information u dawk għandna critical mass biżżejjed għalihom.", "Nixtiequ li jkun hemm iktar ħaddiema li jaħdmu f'dan il-qasam biex inkunu nistgħu nagħmlu ħafna iktar xogħol, imma bħala materjal qiegħed hemmhekk u se jsir.", "Min-naħa ta' l-isptar, id-Disease Information se tkun komputerizzata, u kif għidt kemm il-family trees u anke l-genetic information qed isiru.", "Jekk imbagħad inħarsu lejn in-naħa tal-Environment għandna t-tissue/cell culture fejn għandna l-Micropropogation Centre ta' Ħal-Lija li qed jaħdem diġà.", "DR CHRISTIAN SCERRI: Dr Simon Mercieca - u qed insemmih b'ismu għax dan hu xogħolu - qabad ir-records tat-twelid, żwiġijiet, u imwiet kemm governattivi - jiġifieri records notarili - kif ukoll tal-Knisja.", "Issa kull record jarawh wieħed wieħed u iqabbluhom ma' xulxin.", "Dan il-proċess ilu għaddej fuqu mil-1996.", "Diġà hemm xi areas, u irħula lesti.", "Is-south jiġifieri l-area ta' l-Inner Harbour lest u jekk m'iniex sejjer żball anke l-area ta' Ħaż-Żebbuġ lesta.", "It is a painstaking process għax trid tmur fl-atti notarili, fir-reġistru pubbliku, u fil-knejjes u hemm biżibilju ta' informazzjoni u kollha qed ikunu komputerizzati.", "KARL CHIRCOP: Il-pubbliku jista' jaċċessjahom?", "Trid tħallas?", "DR CHRISTIAN SCERRI: Għalissa l-pubbliku ma jistax jaċċessjahom għax they are not on a public domain.", "Dan huwa studju ta' Dr Simon Mercieca u ta' l-istudenti tiegħu, imma il-probabilità hija li jekk xi ħadd jistaqsih naħseb li mhux se jgħidlu le.", "Kważi kważi b'xi mod jew ieħor kull ċirku diġà għandu l-massa, bħal, affarijiet finanzjarji u Pharmaceutical Industries.", "Dawn huma ċrieki fejn diġà għandna il-critical mass.", "U jekk m'għandniex, kull m'għandna bżonn huwa li nsibu partner ieħor biex inkunu nistgħu nagħmluha.", "Ovvjament ma tistax tagħmel bioteknoloġija kollha.", "U noqogħdu attenti lanqas m'aħna qed ngħid li mmorru on the frontier tar-riċerka, jiġifieri nipprova nivvinta antibiotiku ġdid from scratch.", "Naħseb li għandna lura għax m'għandniex il-finanzi u l-mezzi.", "Fiex aħna tajbin?", "Fis-Servizzi.", "Mela nużaw dak li aħna tajbin fih biex nagħtu servizz lill-bioteknoloġija.", "Mhux se noħroġ ħafna patents għax lanqas jinteressani.", "Jien li fil-competitivity index issib kemm il-numru ta' patents ħarġu, fl-opinjoni tiegħi, hija żbaljata.", "Li jinteressana huwa li naqilgħu l-flus min-naħa ta' l-ekonomija, issa nġibuhx bil-patents jew inġibuhom għax nagħtu servizz lil ħaddieħor mhux importanti.", "Dik hi l-opinjoni tiegħi għalkemm ħafna xjentisti oħrajn ma jaqblux miegħi.", "The CHAIRMAN: Naqbad ma' l-aħħar punt.", "Peress li llum id-diskussjoni hija iktar fuq bioteknoloġija imma mil-lat ta' Knowledge Economy, Research and Development, kemm tara potenzjal - ma nafx qattx fl-istudju tagħkom ħriġtux xi ammont - li tista' tiġġenera impjiegi?", "Tgħidli limitless, skond l-immaġinazzjoni.", "Imma hemm xi pronostiċi x'imkien li jgħidu li f'dawn l-oqsma nistgħu, per eżempju, tal-generics tgħid dawn għandhom timeframe minn 15 sa 25 sena u jispiċċaw.", "Ovvjament dawn jistgħu jkunu affarijiet li jibdew jiġu replaced.", "Nista' nagħmel fabbrika tal-bioteknoloġija f'din il-kamra u li tkun tiġġenera turnovers li ma nibqax niġi meqjus bħala a small or medium enterprise - għax ikun qed naqbeż il-Lm50 miljun turnover - imma se nħaddem għaxar min-nies.", "Imma min ikun impjegat ikun qed jaqla' iktar, allura d-domino effect se jikber.", "Għax mhux se jiżbogħ hu imma se jġib bajjad, jista' jkun li jsuq hu imma se jsib driver.", "Il-bioteknoloġija m'hijiex industrija tal-massa, jiġifieri m'intix se ssib fabbriki b'100, b'200 jew b'300 persuna.", "Hemm fabbriki kbar mhux m'hemmx.", "Per eżempju hemm in-Novartis li għandha qasam ġewwa l-iSvizzera fejn tħaddem mijiet ta' nies f'New Research.", "Imma kull grupp ta' ħamsa jew sitta min-nies qed jagħmlu riċerka fuq drug partikolari", "M'aħniex qed ngħidu li dan għandu jkun pillar ta' l-industrija daqskemm għandu jkun is-settur tat-turiżmu.", "Żgur li le.", "Jekk għandi mezz kif inġib lejn Malta l-R&D ta' l-industrija farmaċewtika, għandi iktar ċans li l-industrija farmaċewtika li qed tipproduċi d-drugs tibqa' Malta u mhux taħrabli lejn in-North Africa.", "Għaliex?", "Għax tkun stabbilit ruħha, għandha riċerka u production line.", "Hemm fabbriki li jħaddmu ammont ta' nies u hemm oħrajn li l-ammont dirett ikun ftit, imma dejjem se jkollok ammont indirett li jaħdmu magħhom.", "Bħala perċentwali eżatt ma nistax ngħid, imma naħseb żgur tista' tagħtina dawk il-3% jew 4% ta' employability.", "Issa b'3% qed ngħidu bejn wieħed u ieħor 2,000 ruħ imma dawk l-2,000 ruħ se jdaħħlu flus daqskemm iddaħħal fabbrika oħra li forsi timpjega b'kollox 10,000 ruħ.", "Just to give you an indication, biex wieħed ipoġġi a drug on the market irid jagħmel volumi kbar ta' informazzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-aħħar domanda, m'għandhiex taqsam daqshekk ma' l-ekonomija imma iktar mas-soċjetà.", "It-teorija ta' information power semmejt affarijiet bħal banking, databases eċċ, taħseb se jkun hemm ħafna iktar poter f'idejn l-istat li ma jkunx il-bogħod minn teoriji oħra?", "DR CHRISTIAN SCERRI: L-istat ibeżżagħni ftit jew wisq imma mhux daqshekk, għax m'għandu l-ebda poter.", "Iktar milli l-istat, il-poter ta' biża' li jista' jkolli huwa li nipprova napplika għal-job u l-employer il-ġdid isib li għandi terz kuġin x'imkien li għandu riskju li jmut b'qalbu ta' 50 sena.", "U peress li jiena niġi minnu u għandi l-istess genetics fid-database l-oħra, jgħidli int ukoll għandek riskju li tmut b'qalbek ta' 50 sena.", "Dawn id-databases huma databases separati, u qatt u imkien fid-dinja u l-ebda ethics board m'hu se jkollu l-permess li dawk id-databases jagħqadhom.", "Id-databases tista' tagħqadhom b'mod limitat, b'informazzjoni limitata għal dak li jkollok bżonn.", "Per eżempju, aħna m'għandniex bżonn inkunu nafu l-isem tal-persuna u minflok nagħtuha ittra.", "Imma nkunu nafu li persuna \"a\" tiġi minn persuna \"b\" u nafu li \"A\" u \"B\" għandhom l-istess marda.", "U għalina dak huwa biżżejjed, u m'għandniex għalfejn inkun naf li hu Christian Scerri.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri diġà għandkom xi ħaġa legali x'imkien?", "DR CHRISTIAN SCERRI: Minħabba l-Etika.", "Għax tkun qed tgħaqqad dik l-informazzjoni flimkien, legali m'hemmx imma etika żgur, id-Data Protection Act.", "Id-Data Protection Act hija legali u ma tħallikx tagħqad dawk id-databases flimkien.", "L-informazzjoni f'idejn l-insurances tbeżżagħni iktar milli tkun għand il-gvernijiet għax il-gvernijiet għandhom iċ-checks and balances tagħhom, li l-insurances m'għandhomx.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Fid-20:40p.m. il-Kumitat aġġorna sine die."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070703_090d_soc.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 113", "Il-Ħamis, 5 ta' Lulju 2007 fn' 12.00 p.m.", "Il-President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ħamis, 5 ta' Lulju 2007 fn' 12.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa ma' Jacques Barrot, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u Kummissarju responsabbli mit-Trasport."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070705_113a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 113", "Il-Ħamis, 5 ta' Lulju, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru. 113", "Il-Ħamis, 5 ta' Lulju, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fn' 12.15 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 112 li saret fis-27 ta' Ġunju, 2007, kienu konfermati.", "THE ACTING CHAIRMAN (Onor. Clyde Puli): Hawn il-permess tal-Kumitat sabiex cameraman tan-NET Television ikun jista' jieħu filmat ta' l-ewwel parti tal-laqgħa?", "Il-permess ingħata.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "THE ACTING CHAIRMAN: Ninforma lill-Kumitat li l-Iskrivan tal-Kamra rċieva mingħand is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew 13-il riżoluzzjoni, hawn taħt indikati, li ġew adottati mill-Parlament Ewropew:", "Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-koperazzjoni fil-qasam tas-sajd u l-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-Baħar Baltiku (COM(2006)0868 – C6-0052/2007 – 2006/0309(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0186 - adottata fit-22 ta' Mejju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2007 dwar it-Twaqqif tat-telf tal-Bijodiversità sa l-2010 (2006/2233(INI)) P6_TA-PROV(2007)0195 - adottata fit-22 ta' Mejju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2007 dwar L-Ewropa Globali: l-aspetti esterni tal-kompetittività (2006/2292(INI)) P6_TA-PROV(2007)0196 - adottata fit-22 ta' Mejju 2007;", "Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-twaqqif ta' ekonomija ta' l-idroġenu favur l-ambjent u t-tielet rivoluzzjoni industrijali fl-Ewropa permezz ta' sħubija ma' reġjuni u bliet impenjati, SMEs u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili P6_TA-PROV(2007)0197 - adottata fit-22 ta' Mejju 2007;", "Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim dwar Partenarjat Ekonomiku, ta' Kordinazzjoni u ta' Koperazzjoni Politika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (16522/2006 – COM(2006)0777 – C6-0077/2007 – 2006/0259(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0200 - adottata fit-23 ta' Mejju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2007 dwar l-impatt u l-konsegwenzi tal-linji politiċi strutturali fuq il-koeżjoni ta\" l-Unjoni Ewropea (2006/2181(INI)) P6_TA-PROV(2007)0202 - adottata fit-23 ta' Mejju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2007 dwar ir-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tas-CFSP, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea - 2005 (2006/2217(INI)) P6_TA-PROV(2007)0205 - adottata fit-23 ta' Mejju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2007 dwar il-promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd (2006/2240(INI)) P6_TA-PROV(2007)0206 - adottata fit-23 ta' Mejju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Mejju 2007 dwar l-elezzjonijiet reċenti fin-Niġerja P6_TA-PROV(2007)0210 - adottata fl-24 ta' Mejju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Mejju 2007 dwar it-tqegħid ta\" l-għarfien fil-prattika: strateġija għall-innovazzjoni msejsa fuq bażi wiesgħa għall-Ewropa (2006/2274(INI)) P6_TA-PROV(2007)0212 - adottata fl-24 ta' Mejju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Mejju 2007 dwar il-Kashmir: sitwazzjoni kurrenti u prospetti għall-futur (2005/2242(INI)) P6_TA-PROV(2007)0214 - adottata fl-24 ta' Mejju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Mejju 2007 dwar l-Estonja P6_TA-PROV(2007)0215 - adottata fl-24 ta' Mejju 2007; u", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Mejju 2007 dwar id-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan P6_TA-PROV(2007)0218 - adottata fl-24 ta' Mejju 2007.", "LAQGĦA MA' JACQUES BARROT, VIĊI PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA U KUMMISSARJU RESPONSABBLI MIT-TRASPORT", "JACQUES BARROT (Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u Kummissarju responsabbli mit-Trasport): Thank you, Mr Chairman.", "Fn' 12.50 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070705_113d_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ħamis, 5 ta' Lulju 2007.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fn' 12.15 p.m.", "L-Onor Clyde Puli, Aġent President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Michael Asciak u l-Onor Leo Brincat.", "Dr John Attard Montalto, Membru tal-Parlament Ewropew, ħa sehem f'din il-laqgħa.", "Preżenti wkoll kien hemm Ms Maria Carbonaro, Ms Eleanor Scerri, Ms Maryanne Vella u Dr Melanie Vella, research analysts mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Assenti: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor Evarist Bartolo, l-Onor Mario de Marco, l-Onor Jose' Herrera u l-Onor George Vella.", "SKUŻAT", "L-Onor Jason Azzopardi kien imsiefer fuq xogħol parlamentari ieħor.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 112 li saret fis-27 ta' Ġunju, 2007, kienu konfermati.", "L-Aġent President talab il-permess tal-Kumitat sabiex cameraman tan-NET Television ikun jista' jieħu filmat ta' l-ewwel parti tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "L-Aġent President tal-Kumitat informa lill-Kumitat li l-Iskrivan tal-Kamra kien irċieva mingħand is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tlettax-il riżoluzzjoni, hawn taħt indikati, li kienu ġew adottati mill-Parlament Ewropew:-", "Dokument 522 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd u l-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-Baħar Baltiku (COM(2006)0868 – C6-0052/2007 – 2006/0309(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0186 - adottata fit-22 ta' Mejju 2007;", "Dokument 523 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2007 dwar it-Twaqqif tat-telf tal-Bijodiversità sa l-2010 (2006/2233(INI)) P6_TA-PROV(2007)0195 - adottata fit-22 ta' Mejju 2007;", "Dokument 524 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2007 dwar L-Ewropa Globali: l-aspetti esterni tal-kompetittività (2006/2292(INI)) P6_TA-PROV(2007)0196 - adottata fit-22 ta' Mejju 2007;", "Dokument 525 Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-twaqqif ta' ekonomija ta' l-idroġenu favur l-ambjent u t-tielet rivoluzzjoni industrijali fl-Ewropa permezz ta' sħubija ma' reġjuni u bliet impenjati, SMEs u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili P6_TA-PROV(2007)0197 - adottata fit-22 ta' Mejju 2007;", "Dokument 526 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim dwar Partenarjat Ekonomiku, ta' Koordinazzjoni u ta' Kooperazzjoni Politika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (16522/2006 – COM(2006)0777 – C6-0077/2007 – 2006/0259(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0200 - adottata fit-23 ta' Mejju 2007;", "Dokument 527 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2007 dwar l-impatt u l-konsegwenzi tal-linji politiċi strutturali fuq il-koeżjoni ta\" l-Unjoni Ewropea (2006/2181(INI)) P6_TA-PROV(2007)0202 - adottata fit-23 ta' Mejju 2007;", "Dokument 528 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2007 dwar ir-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tas-CFSP, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea - 2005 (2006/2217(INI)) P6_TA-PROV(2007)0205 - adottata fit-23 ta' Mejju 2007;", "Dokument 529 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2007 dwar il-promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd (2006/2240(INI)) P6_TA-PROV(2007)0206 - adottata fit-23 ta' Mejju 2007;", "Dokument 530 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Mejju 2007 dwar l-elezzjonijiet reċenti fin-Niġerja P6_TA-PROV(2007)0210 - adottata fl-24 ta' Mejju 2007;", "Dokument 531 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Mejju 2007 dwar it-tqegħid ta\" l-għarfien fil-prattika: strateġija għall-innovazzjoni msejsa fuq bażi wiesgħa għall-Ewropa (2006/2274(INI)) P6_TA-PROV(2007)0212 - adottata fl-24 ta' Mejju 2007;", "Dokument 532 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Mejju 2007 dwar il-Kashmir: sitwazzjoni kurrenti u prospetti għall-futur (2005/2242(INI)) P6_TA-PROV(2007)0214 - adottata fl-24 ta' Mejju 2007;", "Dokument 533 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Mejju 2007 dwar l-Estonja P6_TA-PROV(2007)0215 - adottata fl-24 ta' Mejju 2007; u", "Dokument 534 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Mejju 2007 dwar id-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan P6_TA-PROV(2007)0218 - adottata fl-24 ta' Mejju 2007.", "LAQGĦA MA' JACQUES BARROT, VIĊI PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA U KUMMISSARJU RESPONSABBLI MIT-TRASPORT", "Il-Kummissarju Jacques Barrot kien akkumpanjat minn Ms Kerstin Jorna u s-Sur Sagredo, membri tal-cabinet tiegħu, u mis-Sur Edward Demicoli, uffiċċjal tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta.", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-Kummissarju Barrot spjega x'inhuma l-prijoritajiet u l-għanijiet tal-politika ta' Unjoni Ewropea għat-trasport speċjalment fit-trasport bl-ajru u bil-baħar li huma ta' importanza partikolari għal Malta peress li hija gżira, tinsab fil-periferija ta' Unjoni Ewropea kif ukoll hija wieħed mill-pajjiżi ewlenin f'dak li għandu x'jaqsam mar-reġistrazzjoni tal-vapuri", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fn' 12.50 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "AĠENT PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070705_113m_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 36", "L-Erbgħa, 11 ta' Lulju 2007, fis-7.30 p.m.", "Mr Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 11 ta' Lulju 2007, fis-7.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra;", "Affarijiet oħra.", "3 ta' Lulju, 2007 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070711_036a_hbc.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 11 ta' Lulju 2007", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis- 7.35 p.m.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor.", "Joe Mizzi.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 35 li saret fis-6 ta' Ġunju 2007, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li wara li l-Kamra tikkonkludi d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Maltija dwar l-iStandards u Diversi Liġijiet, tgħaddi biex tiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Ħaddiema tal-Port, liema abbozz kellu jgħaddi qabel il-vaganzi tas-sajf.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern irrefera għall-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni u qal li jekk jintlaħaq ftehim bejn il-partiti politiċi, dan l-abbozz kellu jgħaddi qabel il-vaganzi tas-sajf.", "Huwa informa wkoll lill-Kumitat li kien ġie komunikat lill-Oppożizzjoni abbozz draft dwar ir-Ratifika ta' Pattijiet bejn Malta u l-Istati Uniti ta' l-Amerika fuq l-Imbarkazzjoni ta' Bastimenti.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li l-Parlament jaġġorna għall-vaganzi tas-sajf fit-18 ta' Lulju.", "AFFARIJIET OĦRA", "Mr Speaker irrefera għal ħsieb li kien ġie miftiehem f'laqgħat preċedenti sabiex ikun hemm open day fil-Parlament u rrefera għan-notte bianca li se tiġi organizzata fil-Belt Valletta nhar is-Sibt, 6 ta' Ottubru 2007.", "Il-Membri qablu li l-Parlament ikun inkluż mal-lista ta' postijiet pubbliċi li jkunu miftuħa għall-pubbliku dakinhar.", "Il-Kumitat ġie informat permezz ta' l-Onor David Agius li l-Erbgħa, 18 ta' Lulju, l-aħħar ġurnata tal-Parlament qabel il-vaganzi tas-sajf, il-mobile blood transfusion unit kien se jkun quddiem il-Palazz għall-benefiċċju ta' Membri li jkunu jixtiequ jagħtu d-demm.", "Fit-8.03 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070711_036m_par.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 114", "L-Erbgħa, 11 ta' Lulju 2007 fis-7.15 p.m.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 11 ta' Lulju 2007 fis-7.15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa ma' l-E.", "T. Antonio Augusto Russo Dias, Ambaxxatur tal-Portugall għal Malta, dwar il-Programm ta' Ħidma tal-Presidenza Portugiża ta' l-Unjoni Ewropea bejn Lulju u Diċembru 2007 u", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070711_114a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 114", "L-Erbgħa, 11 ta' Lulju, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru. 114", "L-Erbgħa, 11 ta' Lulju, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.25 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 113 li saret nhar il-Ħamis, 5 ta' Lulju 2007, kienu konfermati.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "THE CHAIRMAN (Onor. Jason Azzopardi): Qiegħed inġib għall-attenzjoni tal-Kumitat ħames riżoluzzjonijiet li ġew adottati mill-Parlament Ewropew f'Lulju ta' din is-sena, fosthom ir-riżoluzzjoni li tirrigwarda l-pjan direzzjonali tal-proċess kostituzzjonali ta' l-Unjoni Ewropea:", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li jistabbilixxu Dokumenti ta' Strateġija Reġjonali u Programmi Indikattivi Reġjonali għall-Mercosur u għall-Amerka Latina P6_TA-PROV(2007)0233 - adottata fis-7 ta' Lulju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar il-pjan direzzjonali tal-Proċess Kostituzzjonali ta' l-Unjoni (2007/2087(INI)) P6_TA-PROV(2007)0234 - adottata fis-7 ta' Lulju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar il-ħames sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHRC) P6_TA-PROV(2007)0235- adottata fis-7 ta' Lulju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar l-istatus soċjali ta' l-artisti (2006/2249(INI)) P6_TA-PROV(2007)0236 - adottata fis-7 ta' Lulju 2007; u", "Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0138 – C6-0125/2007 – 2007/0048(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0219 - adottata fis-7 ta' Lulju 2007.", "LAQGĦA MA' L-E.T. ANTONIO AUGUSTO RUSSO DIAS, AMBAXXATUR TAL-PORTUGALL GĦAL MALTA, DWAR IL-PROGRAMM TA' ĦIDMA TAL-PRESIDENZA PORLTUGIŻA TA' L-UNJONI EWROPEA BEJN LULJU U DIĊEMBRU 2007", "Fit-8.28 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070711_114d_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa,11 ta' Lulju 2007.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.25 p.m.", "L-Onor Jason Azzopardi, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Leo Brincat u l-Onor George Vella.", "L-Onor Frederick Azzopardi kien preżenti wkoll għal din il-laqgħa.", "Preżenti wkoll kien hemm Ms Eleanor Scerri, research analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Assenti: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor Evarist Bartolo, l-Onor Mario de Marco, l-Onor Jose' Herrera u l-Onor Clyde Puli.", "SKUŻAT", "L-Onor Michael Asciak kien fuq xogħol parlamentari ieħor.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 113 li saret fil-5 ta' Lulju, 2007, kienu konfermati.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "Il-President tal-Kumitat informa lill-Kumitat li l-Iskrivan tal-Kamra kien irċieva mingħand is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew ħames riżoluzzjonijiet, hawn taħt indikati, li kienu ġew adottati mill-Parlament Ewropew:-", "Dokument 535 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li jistabbilixxu Dokumenti ta\" Strateġija Reġjonali u Programmi Indikattivi Reġjonali għall-Mercosur u għall-Amerka Latina P6_TA-PROV(2007)0233 - adottata fis-7 ta' Lulju 2007;", "Dokument 536 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar il-pjan direzzjonali tal-Proċess Kostituzzjonali ta' l-Unjoni (2007/2087(INI)) P6_TA-PROV(2007)0234 - adottata fis-7 ta' Lulju 2007;", "Dokument 537 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar il-ħames sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHRC) P6_TA-PROV(2007)0235- adottata fis-7 ta' Lulju 2007;", "Dokument 538 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar l-istatus soċjali ta' l-artisti (2006/2249(INI)) P6_TA-PROV(2007)0236 - adottata fis-7 ta' Lulju 2007; u", "Dokument 539 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta'l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0138 – C6-0125/2007 – 2007/0048(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0219 - adottata fis-7 ta' Lulju 2007.", "LAQGĦA MA' L-E.T. ANTONIO AUGUSTO RUSSO DIAS, AMBAXXATUR TAL-PORTUGALL GĦAL MALTA, DWAR IL-PROGRAMM TA' ĦIDMA TAL-PRESIDENZA PORTUGIŻA TA' L-UNJONI EWROPEA BEJN LULJU U DIĊEMBRU 2007", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-Ambaxxatur elenka erba' prijoritajiet li l-Presidenza Portugiża se taħdem fuqhom, jiġifieri:", "(i) ir-riforma tat-trattati ta' l-Unjoni Ewropea skond il-mandat li ngħata mill-Kunsill Ewropew li nżamm ġewwa Brussels f'Ġunju 2007;", "(ii) l-immodernizzar ta' l-ekonomija u tas-soċjeta' Ewropea billi tingħata spinta lil dawk l-oqsma msemmija fl-iStrateġija ta' Lisbona, fosthom, il-kompetittivita', l- impjiegi, l-enerġija u l-ambjent;", "(iii) tisħiħ fl-oqsma tal-liberta', sigurta' u ġustizzja billi, fost ħidmiet oħra, jiġi kumbattut it-terroriżmu u tittieħed azzjoni globali rigward il-migrazzjoni legali u illegali; u", "(iv) ir-rwol ta' l-Unjoni Ewropea fix-xena internazzjonali billi, fost oħrajn, jinżamm summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika, tingħata aktar attenzjoni lir- reġjun tal-Mediterran u jissaħħu r-relazzjonijiet ma' l-iStati Uniti ta' l-Amerika u ma' \tsieħba strateġiċi oħra bħalma huma l-Brażil, iċ-Ċina, l-Indja u r-Russja.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8.28 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070711_114m_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 91", "It-Tlieta, 17 ta' Lulju, 2007", "L-Onor Clyde Puli, il-President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 17 ta' Lulju, 2007 fis-7.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar il-Voluntary Organizations Act – Laqgħa ma' organizzazzjonijiet voluntarji.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070717_091a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 91", "It-Tlieta, 17 ta' Lulju, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 91", "It-Tlieta, 17 ta' Lulju, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fit-7.40 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 90 li saret nhar il-Tlieta, 3 ta' Lulju 2007, ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Clyde Puli): Nitlob lil Dr. Maria Sciriha, rappreżentanta mill-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali, tingħaqad magħna biex tagħmel preżentazzjoni qasira fuq il-liġi mbagħad tippermettielna wkoll nagħmlu xi domandi.", "Preżentazzjoni dwar l-Abbozz ta' Ligi Nru 80", "Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji", "Lill-Kumitat tal-Affarijiet Soċjali tal-Parlament", "17 ta' Lulju 2007", "Introduzzjoni", "Illum qegħdin hawn quddiem dan il-Kumitat tal-Parlament sabiex flimkien nagħmlu pass ieħor importanti lejn liġi li tħares u ssostni s-settur volontarju, liġi li ilha mistennija mill-għaqdiet volontarji ta' dan il-pajjiz.", "Is-settur volontarju jirrappreżenta element kruċjali fl-iżvilupp ta' soċjeta demokratika u fil-ħolqien ta' soċjeta li ma tħalli barra lil ħadd.", "Żgur li hemm qbil li ħafna minn dak li jwettaq is-settur volontarju ma jistax jagħmlu l-iStat.", "Dawk kollha li jaħdmu f'dan is-settur qegħdin dejjem jifirxu l-għeruq tal-valur tas-solidarjetà fis-soċjeta b'mod li kulħadd jagħti s-sehem tiegħu biex ikun ta' spalla għal min ikun f'diffikulta.", "Għaldaqstant dan is-settur għandu rwol ċentrali fl-iżvilupp tas-soċjetà ċivili sabiex din tieħu bixra aktar qawwija biswit il-Gvern.", "L-għanijiet prinċipali ta' dan l-abbozz ta' liġi huma li jkun hemm qafas legali li jkompli jsaħħaħ u jagħti direzzjoni li dan is-settur hekk importanti u li jinħolqu aktar opportunitajiet għall-organizzazzjonijiet volontarji, għall-membri tagħhom, kif ukoll għal dawk il-persuni numerużi li jibbenefikaw mill-attivitajiet ta' l-għaqdiet volontarji.", "Bla dubju, f'pajjiżna s-settur volontarju huwa mifrux sew.", "Naraw għaqdiet volontarji f'diversi oqsma fosthom dawk soċjali, edukattivi, ambjentali, kulturali, reliġjużi u sportivi fost oħrajn.", "Għal ħafna snin, il-volontarjat kien imżewwaq b'ħidma diversa u mifruxa fuq attivitajiet varji u żgur li din il-ħidma ħalliet impatt pożittiv ħafna fuq is-soċjeta` tagħna.", "Meta nbeda dan l-proġett biex titfassal din il-liġi, il-ħsieb kien li jkun hemm liġi waħda li tagħti kemm il-personalita` ġuridika lill-forom differenti ta' għaqdiet kif ukoll li tipprovdi għall-benefiċċji, għat-trasparenza u għall-kontabilita` li huma tant importanti għal dan is-settur.", "Fil-fatt oriġinarjament kienet ġiet imfassla liġi waħda.", "Pero` irriżulta li din kienet ikkomplikata u diffiċli biex titħaddem.", "Għaldaqstant ittieħdet id-deċiżjoni li l-qafas legali jerġa' jinkiteb mill-ġdid u dan il-proġett jinqasam fi tnejn sabiex il-liġi ssir waħda li tkun tiftiehem u tkun flessibbli kemm jista jkun.", "Fil-fatt, fil-Parlament ġew ippreżentati żewġ abbozzi ta' liġi.", "Ġie ppreżentat dan l-Abbozz Nru. 80 immirat speċifikament għas-settur volontarju u l-Abbozz Nru. 79 b'emendi għall-Kodiċi Ċivili li jittratta dwar il-personalita` ġuridika u l-istrutturi legali, bħalma huma l-fondazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet.", "M'hemmx dubju li dawn iż-żewġ liġijiet se jimlew il-vojt li kellna sa' llum fis-sistema legali Maltija.", "Dan għaliex s'issa ma kienetx teżisti liġi li tipprovdi dwar personalita` ġuridika u lanqas liġi li tagħti lok għar-reġistrazzjoni ta' l-għaqdiet volontarji u għar-rikonoxximent tal-ħtiġijiet tagħhom.", "Il-Publikazzjoni tal-White Paper u l-Konsultazzjoni mas-Settur Volontarju", "Pass importanti ħafna fil-mixja li waslitna hawnhekk illum sar fl-Lulju ta' l-2005, meta l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali ppubblikat l-White Paper bit-titolu \"Insahhu l-Volontarjat\", li pproponiet qafas li seta' jgħin lill-organizzazzjonijiet volontarji jkollhom rwol akbar fis-soċjeta tagħna.", "Għalkemm mhijiex ħaġa daqstant komuni, din il-White Paper ġiet ippubblikata bi proposta għal abbozz ta' liġi mehmuż maghha.", "Dan sar bl-intenzjoni u bil-konvinzjoni li kellu jiġi faċilitat dibattitu nazzjonali dwar materji relevanti għas-settur volontarju u għalhekk jiġu nkoraġġiti aktar dawk kollha li huma interessati u li għandhom dan is-settur għal qalbhom.", "Bi pjaċir wieħed jista' jgħid li dan l-iskop intlaħaq.", "Fil-fatt, l-White Paper qajmet l-interess ta' ħafna għaqdiet volontarji, kumitati u ta' volontiera fuq bażi personali, u dawn kollha taw ir-reazzjonijiet tagħhom.", "Irċevejna anke reazzjonijiet mingħand oħrajn li m'humiex neċessarjament involuti f'dan is-settur.", "Tant kien hemm interess li oriġinarjament il-perijodu ta' konsultazzjoni kellu jkun sa l-aħħar ta' Ottubru ta' l-2005, imma wara bosta talbiet minn numru ta' għaqdiet sabiex jiġi estiż il-perijodu ta' konsultazzjoni, għax riedu iżjed żmien sabiex jixtarru l-proposta fil-White Paper, il-perijodu ta' konsultazzjoni kien ġie estiż sa' l-aħħar ta' Novembru 2005.", "Saru wkoll xi laqgħat pubbliċi ta' konsultazzjoni kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex sabiex kemm jista' jkun tkun faċli għal kulħadd iwasslilna r-reazzjonijiet tiegħu.", "In-numru ta' reazzjonijiet li wasslu l-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali kien kbir u jista' jingħad li l-konsultazzjoni għadha ma waqfitx anke sa reċenti ħafna, għaliex proprju sal-ġimgħa l-oħra konna għadna għaddejjin bil-laqgħat ta' konsultazzjoni u diskussjoni dwar dan l-Abbozz 80 li dwaru qegħdin hawn illum.", "Il-kummenti u r-reazzjonijiet kienu varjati ħafna fil-kontenut tagħhom.… bla dubju xhieda ta' kemm hu vast u diversifikat dan is-settur.", "Kien hemm min qabel kompletament mal-proposta oriġinali li kienet ġiet ippreżentata mal-White Paper.", "Kien hemm oħrajn li esprimew il-fehma li kellhom jinbidlu xi affarijiet jew xi partijiet mill-abbozz.", "Kull kumment li sar kemm jekk intbagħat direttament il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, kif ukoll dawk ir-reazzjonijiet li dehru fil-gazzetti jew intqalu fuq il-mezzi tax-xandir ġew mixtarra u kkunsidrati bir-reqqa.", "Dawk is-suġġerimenti li kienu fl-interess tas-settur volontarju in ġenerali tas-soċjeta` Maltija, intlaqgħu.", "Sabiex nagħti ftit eżempju ta' xi kummenti li ntlaqgħu u ġew mibdula mill-proposta oriġinali u li insibu f'dan l-abbozz hemm:", "(a) il-ħatra tal-Kummissarju għal l-Organizzazzjonijiet Volontarji ser issir mill-Ministru b'konsultazzjoni ma' dan il-Kumitat fejn fil-proposta oriġinali din il-ħatra kienet issir mill-Ministru waħdu;", "(b) id-dmirijiet kollha tal-Kummissarju ġew riveduti sabiex jiġi żgurat li kull deċiżjoni li huwa jieħu tkun soġġetta għal appell quddiem il-Bord ta' Appell;", "(c) ġiet aċċettata l-proposta ta' xi għaqdiet volontarji li f'ċertu ċirkostanzi ħassew li l-Kummissarju kellu jitkellem magħhom l-ewwel qabel ma jippubblika xi dokument dwarhom.", "L-Abbozz 80 jmur il-bogħod aktar minn hekk u f'dan l-abbozz ta' liġi żdiedet ukoll li jekk ma jintlaħaqx ftehim bejn il-Kummissarju u l-għaqda volontarja konċernata, il-Kummissarju irid imur quddiem il-Bord ta' Appell sabiex ikun dan il-Bord li jiddeċiedi jekk il-Kummissarju għandux jippubblika dak l-istatement dwar xi għaqda partikolari;", "(d) twessat it-tifsira ta' skop soċjali;", "(e) ġiet emendata t-tifsira ta' organizzazzjoni volontarja sabiex din tirrifletti l-kummenti li waslulna;", "(f) inbidel il-mod ta' kif jinħatru l-membri tal-Kunsill għas-Settur Volontarju sabiex f'dan l-abbozz issa insibu li l-Ministru tista' biss taħtar minn fost dawk il-membri li jiġu nominati mis-settur volontarju nnifsu;", "(ġ) iddaħħal provvediment speċifiku li jittratta dwar dawk l-organizzazzjonijiet li huma hekk imsejħa temporanji, jiġifieri dawk l-organizzazzjonijiet li jiġu imwaqqfa għal perijodu qasir sakemm jinlaħaq l-għan li huma jkunu ġew imwaqqfa għalih;", "(h) żdiedu provvedimenti li jittrattaw dwar l-awtonomija u l-indipendenza ta' l-organizzazzjonijiet volontarji u anke tal-Kummissarju nnifsu;", "(i) daħlet fis-seħħ, sistema ġdida ta' fast track enrolment għal dawk l-organizzazzjonijiet li huma diġa' regolati minn xi regolatur ieħor bil-għan li jiġi evitat duplikazzjoni ta' xogħol u titnaqqas il-burokrazija kemm jista' jkun.", "Dawn huma l-emendi kollha li naraw f'dan l-Abbozz 80 b'riżultat ta' din il-konsultazzjoni wara l-pubblikazzjoni tal-White Paper.", "Irrid ngħid ukoll li qabel ma ppubblikajna dan l-abbozz ta' liġi, konna kkonsultajna wkoll mas-Sur Douglas Rutzen, il-President taċ-Centru Internazzjonali dwar il-Leġislazzjoni Not-For-Profit.", "Is-Sur Rutzen kien mistieden biex jiġi Malta aktar qabel mill-NGO Legislation Working Group u kien ta' kontribut qawwi u siewi sabiex għandna l-abbozz li għandna quddiem il-Parlament illum.", "Id-Dibattitu fil-Parlament", "Fit-8 ta' Jannar ta' din is-sena ingħata bidu għad-diskussjoni fil-Parlament fuq dan l-Abbozz 80.", "Id-diskussjoni ħadet bosta seduti fejn assistejna għal kontribuzzjonijiet miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "F'dan l-istadju, din il-liġi għaddiet b'mod unanimu b'vot favur miż-żewġ naħat tal-Kamra għaliex it-tnejn irrikonoxxew l-impenn u l-kontribut validu li jagħti s-settur volontarju.", "Fis-seduta ta' l-14 ta' April 2007, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali qalet li \"biex il-konsultazzjoni tkun sħiħa u far reaching u s-soċjeta ċivili tagħna verament ikollha l-opportunita li ssemma leħinha, jien diġa' wassalt ix-xewqa tiegħi lill-President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ta' dan il-Parlament, l-Onor Clyde Puli, li għaqdiet volontarji jiġu mistiedna għal seduti li jsiru fi ħdan il-kumitat sabiex hemmhekk inkomplu nisimgħu l-fehma tagħhom qabel ma ngħaddu għall-istadju ta' kumitat ta' dan l-abbozz ta' liġi.\".", "Dan huwa proprju l-iskop ta' din il-laqgħa hawnhekk illum.", "Xi Għaqdiet Volontarji li Kien Baqalhom xi Diverġenzi", "Ħaġa li ħarġet ċara matul il-konsultazzjoni dwar dan l-Abbozz 80, kienet il-varjeta fil-kontenut tal-kummenti u reazzjonijiet li rċevejna.", "Jekk xejn din id-diversita` żgur li hija xhieda ta' kemm hu vast u diversifikat dan is-settur.", "Kellna min qabel kompletament ma' dak li kien hemm fil-proposta oriġinali mehmuża mal-White Paper.", "Kien hemm oħrajn li esprimew il-fehma li għandna nbiddlu xi affarijiet jew xi partijiet minn din il-liġi.", "Kien hemm xi għaqdiet partikolari li anke bit-tibdiliet li daħħalna wara l-perijodu uffiċċjali ta' konsultazzjoni, xtaqu li jaraw xi emendi oħra introdotti fil-liġi.", "Fil-fatt proprju sal-ġimgħa l-oħra, il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali kompla jiltaqa' ma dawn l-għaqdiet partikolari li għad għandhom xi diverġenzi ma' dak li jidher f'dan l-abbozz sabiex ikompli jiġi spjegat dan l-abbozz u sabiex niddiskutu l-idejat li huma għandhom.", "Nista ngħid li jidher li ntlaħaq qbil fuq il-principji kollha li għandhom jiddaħħlu fil-liġi, madanakollu għad fadal xi diverġenza żgħar fuq it-terminu ta' żmien li fihom iridu jiġu attwati dawn il-principji.", "Irrid ngħid li kien hemm rappreżentanti ta' l-għaqdiet li aċċettaw l-ispjegazzjoni u fehmu eżattament x'kien hemm wara.", "Kien hemm dawk li stqarrew li fehmu xi affarijiet b'mod differenti.", "Anke fejn kien hemm xi interpretazzjonijiet li urew li d-drafting tal-liġi seta ma kienx wieħed car daqskemm mixtieq, saru emendi sabiex jitneħħew xi dubbji li seta kien hemm.", "Nistgħu niġbru l-issues li kien għad fadal pendenti hekk kif ġej:", "(a) l-aspett volontarju ta' għaqda volontarja jrid jiġi enfasizzat aktar;", "(b) xi deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji għandhom jittieħdu flimkien ma' grupp żgħir ta' nies indipendenti minnu sabiex tiġi żgurata aktar trasparenza fid-deċizjonijiet li jingħataw mill-istess Kummissarju;", "(ċ) l-għaqdiet volontarji m'għandhomx jiġu iskritti jekk huma State dependent.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri nifhem illi d-diskussjoni baqgħet għaddejja u bażikament xi ftit jew wisq kien hemm qbil fuq il-prinċipji.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali): Iva, d-diskussjoni baqgħet għaddejja.", "Però illum irridu nħarsu eżattament għalfejn qegħdin hawn.", "Din hija laqgħa ta' konsultazzjoni, allura aħna qegħdin hawnhekk biex inkomplu nisimgħu x'għandhom jgħidulna dawk li huma preżenti.", "Ma jfissirx illi b'xi mod jew ieħor bilfors ilkoll irridu naqblu f'dak li jingħad.", "Fl-aħħar mill-aħħar ikun hemm stadji ta' kumitat fejn aħna, bħala membri tal-Kamra tal-Parlament, infettqu u verament niddiskutu l-liġi fil-fond.", "U m'għandix dubju li l-fehmiet ta' kulħadd jiġu fuq il-mejda hemmhekk.", "Imma naħseb aħjar ma naħlux aktar ħin u nisimgħu eżattament x'għandhom x'jgħidu r-rappreżentanti li hawn preżenti llum.", "THE CHAIRMAN: Ippermettieli nsejjaħ rappreżentant jew rappreżentanta ta' l-NGO Legislation Working Group, biex jagħti l-pożizzjoni tal-grupp.", "PATRICIA CAMILLERI (President ta' l-NGO Legislation Working Group): Nixtieq nistaqsi jekk irċevejtux l-aħħar e-mail tagħna fuq l-aħħar punti li għamilna.", "THE CHAIRMAN: Lil min qed tistaqsi?", "PATRICIA CAMILLERI: Qed nistaqsi lil Dr. Sciriha.", "DR. MARIA SCIRIHA: Nikkonferma li rċevejt l-e-mail tagħkom.", "Kif spjegajt anke fid-diskors qasir li għamilt, fil-prinċipju naqblu .....", "DOLORES CRISTINA: Naħseb jekk hu possibbli, aħjar taqraw il-kontenut ta' l-e-mail għall-benefiċċju ta' dawk kollha li ma jafux x'fiha l-e-mail.", "PATRICIA CAMILLERI: F'dik l-e-mail konna ktibna dawk l-aħħar punti fejn kellna daqsxejn ta' diffikultà.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Naf li kien hemm amalgamazzjoni ta' att sostanzjali ta' NGOs flimkien biex iffurmaw l-NGO Legislation Working Group.", "Imma biex forsi anke nkunu aktar preċiżi, b'liema mod saret il-konsultazzjoni?", "Biex ngħid hekk, din il-laqgħa tal-lum, jien kont il-Prima Donna tagħha, meta fl-intervent tiegħi fil-Parlament minħabba d-diversi affarijiet li kienu qegħdin jaslu minn NGOs differenti, kien jidher ċar li minkejja we are all for - jiġifieri kemm l-Oppożizzjoni, il-Gvern, kif ukoll l-NGOs infushom – lkoll konna xtaqna li mmorru 'il quddiem b'leġislazzjoni tajba.", "Il-fatt li kien għad hemm dawn iċ-ċertu diskrepanzi fuq punti fundamentali, ma kienux sempliċement trivjali.", "Niftakar li f'isem l-Oppożizzjoni kont issuġġerejt, li ssir laqgħa ta' din ix-xorta.", "Jiena naħseb li huwa mportanti għalina lkoll biex nifhmu, minħabba li qed jintqal li minn meta ngħalaq it-tieni stadju jew it-Tieni Qari tal-Liġi baqgħu jsiru konsultazzjonijiet u issa wkoll qed jiġi relevat li kien hemm xi e-mail, għalhekk tridu twaddbuna ftit fl-istampa ħalli nkunu qegħdin nifhmu tajjeb aħna bħala membri ta' l-Oppożizzjoni fuq dan il-Kumitat, biex imbagħad inkunu nistgħu wkoll inkunu f'qagħda .…", "Għax fl-aħħar mill-aħħar is-suġġeriment li għamilt jien f'isem l-Oppożizzjoni kien proprju biex din tkun owned u trid tkun owned mhux minnha l-parlamentari jew mill-partiti politiċi f'dan il-Parlament, imma fl-aħħar mill-aħħar trid tkun għodda effiċjenti ta' l-NGOs li hawn f'dan il-pajjiż u li qed tagħti dan il-kontribut qawwi u mixtieq.", "Anzi grazzi għal ħin ta' dan il-kontribut.", "U b'hekk allura aħna nkunu f'qagħda aħjar li meta niġu fil-fażi fejn se nerġgħu niddiskutu din il-liġi - probabbilment fil-Kumitat ta' l-Abbozzi - inkunu nafu fejn qegħdin.", "THE CHAIRMAN: Nistgħu nkunu nafu il-kontenut ta' din l-e-mail?", "DOLORES CRISTINA: Qabel ngħaddu għall-kontenut ta' l-e-mail naħseb aħjar nibda billi nwieġeb il-mistoqsija ta' l-Onor.", "Wara li kellna t-Tieni Qari fil-Parlament, kien hemm numru ta' NGOs illi talbu li jkollhom laqgħa mal-Ministeru - mhux neċessarjament miegħi, għalkemm jiena ltqajt ma' numru minnhom ukoll - imma anke ma' Dr. Sciriha u ma' Dr. Ganado - li naħseb aħjar javviċina l-mejda bil-permess taċ-chairman għaliex għandu kontribut x'jagħti hawnhekk.", "DOLORES CRISTINA: Iddiskutejna l-punti varji li deher li wħud mill-NGOs – mill-għaqdiet volontarji - ma kienux kuntenti bihom hekk kif wasal l-abbozz tal-liġi fit-Tieni Qari.", "Nixtieq ngħid illi tkellimt ma' NGO partikolari li kien hemm ammissjoni li r-rimarki li saru anke fil-gazzetti pubbliċi, ma kienux abbażi ta' l-abbozz ta' liġi kif tela' għat-Tieni Qari, imma kienu abbażi tal-white paper.", "Issa bejn il-white paper u bejn l-abbozz kien hemm baħar jaqsam.", "Jiġifieri attwalment kellna NGO li lanqas kienet irrealizzat li ħafna mill-proposti li kienet għamlet hi, kienu taken on board.", "Affarijiet illi jiġru, ma jimpurtax u hemmhekk konna ċċarajna l-punt.", "Ma' għaqdiet oħra – u hawnhekk nixtieq nagħmel punt kruċjali – ir-rappreżentanza li għandna hawnhekk illum bl-ebda mod ma xxellef parti min-numru kbir enormi ta' għaqdiet volontarji li għandna f'dan il-pajjiż.", "Jiġifieri hawnhekk illum għandna rappreżentanza li ma jidhirlix li kienet magħżula minnha, imma naħseb huma stess urew ix-xewqa li jkunu hawnhekk.", "U rridu niftakru li hemm barra għandna mijiet kbar jekk mhux iktar, ta' għaqdiet volontarji li mhumiex rappreżentanti hawn, la ndividwalment u lanqas kollettivament għax forsi ma jagħmlu l-ebda parti minn Federazzjoni jew Assoċjazzjoni jew whatever biex isemmgħu leħinhom illum.", "Imma dawk illi mertu tagħhom talbu laqgħa, il-laqgħa saret, iddiskutejna, ma kienx hemm qbil fuq kollox imma kien hemm punti kruċjali li naħseb inftehemu miż-żewġ naħat.", "U allura jekk wieħed iħares lejn il-proposti li saru minn dawn l-għaqdiet tul dawn il-laqgħat li saru fix-xhur li għaddew, ħafna minn dawn il-proposti ntellgħuhom bħala emendi meta naslu għal stadju ta' kumitat.", "Per eżempju, punt kruċjali li deherli li ntlaħaq ftehim fuqu, kien tal-Kummissarju.", "Spjegajna li aħna ma nistgħux inħarsu lejn l-għaqdiet volontarji biss imma rridu nħarsu wkoll lejn il-pubbliku hemm barra u lejn dawk li jibbenefikaw mis-servizzi li jingħataw mill-għaqdiet volontarji tagħna.", "U anke for the sake ta' logistics partikolarment, ta' effiċjenza u ta' affarijiet li joħorġu mil-liġi stess, l-idea li jkollok Kummissarju kienet tagħmel ħafna sens, kienet għaqlija.", "Għaliex hemm bżonn persuna li tiffoka full-time fuq l-enrolment ta' l-għaqdiet, li tikkonsulta mal-Kunsill, li tieħu deċiżjonijiet illi jekk ma jkunx hemm persuna waħda partikolarment iffukata, allura jista' ikun jkun hemm telfien ta' ħin li mbagħad jiġi anke kontro-produttiv u jiġi kontra l-liġi kif inhi stabbilità.", "Jiena hemmhekk deherli li ma kellniex problemi, però għamilna bosta emendi wkoll fejn jidħlu l-funzjonijiet tal-Kummissarju, partikolarment kif il-Kummissarju jikkonsulta mal-kunsill u affarijiet oħra.", "Hemmhekk qbilna wkoll.", "Kien hemm punti oħra li qbilna dwarhom, ħassarna ċertu klawsoli u daħħalna emendi f'postijiet oħra.", "Il-punt li qed tagħmel Mrs. Camilleri hu fejn jidħlu – jekk m'inix sejra żball, imma għandek l-e-mail biex taqraha – dawk l-għaqdiet li huma, biex ngħidu hekk, taħt influwenza governattiva jew ta' l-istat.", "Hemmhekk kien għad baqa' xi punt illi l-Legislation Working Group ma qabilx, għalkemm nixtieq ngħid illi għaqdiet oħrajn li huma rappreżentati hawn illum kellhom opinonijiet differenti.", "Imma dak imbagħad l-opinjonijiet tagħhom isemmgħuhom huma meta jiġu minflok Mrs. Camilleri.", "PATRICIA CAMILLERI: Point four ta' l-e-mail li bagħat.", "Naħseb fid-draft ta' qabel kien hemm il-kelma \"existing\" u mbagħad tħalliet barra .....", "DR. MAX GANADO: Kien hemm diskussjoni sħiħa dwar il-poteri ta' l-istat fil-kontest ta' entitajiet volontarji.", "Qed ngħid hekk għax hemm diverġenza enormi jekk jistax ikun hemm għaqda volontarja li għandha nfluwenza fl-istat għax l-istat għandu dritt li jinnomina r-rappreżentanti.", "L-iktar diskussjonijiet ikkumplikati kienu dwar kif se tbiddel il-viżjoni ta' dan is-settur.", "Jekk taqlax l-istat kompletament mis-settur jew tħalli l-istat però daqsxejn mal-ġenb.", "Jiġifieri fejn tagħmel il-linja.", "U d-diskussjoni kienet jekk tikkrea perijodu ta' żmien għal dawk li jeżistu li llum huma b'amministraturi nominati mill-gvern jew inkella se teliminahom kompletament.", "U allura tgħid: mela minn issa 'il quddiem ma tistax tirreġistra dawn l-entitajiet għaliex għandhom influwenza tal-gvern.", "Jew inkella tgħid hemm perijodu ta' żmien u jkun hemm transition period biex tneħħi l-influwenza tal-gvern f'dawn l-għaqdiet.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri l-gvern qiegħed jgħid li għandu jagħmel transition period?", "DR. GANADO: Hekk hu, jiġifieri hemm dawn iż-żewġ possibbiltajiet.", "Kif inhi llum il-liġi tħalli li jkun hemm enrolled entitajiet fejn il-gvern għandu l-poter li jinnomina l-amministraturi.", "THE CHAIRMAN: U intom x'qegħdin tgħidu Mrs. Camilleri?", "Taċċettawha din?", "CAMILLERI: Qed nissuġġerixxu transition period.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri taqblu mat-transition period.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Meta Dr Ganado qed jgħid il-gvern ikollu nfluwenza, jiġifieri li jkollu dritt li jaħtar amministratur or else jgħin lil dik l-NGO billi jagħtiha per eżempju administrator jew xi tip ta' personnel?", "DR. MAX GANADO: Mhux għajnuna jew flus.", "Hija kwestjoni li jaħtar diretturi.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Ma jistax ikun public funded NGOs.", "Nistgħu nagħtu isem lil uħud minn dawn l-għaqdiet?", "Għax naħseb inkunu iktar ċari .… Per eżempju għandek Fondazzjoni Patrimonju Malti, Community Chest Fund, Richmond Foundation, il-Vincenzo Buġeja Conservatorio u aktarx hemm Sir Temi Zammit ta' l-Università.", "Dawk l-iktar li jiġu to mind.", "Per eżempju, jekk inħarsu lejn l-istatut tar-Richmond foundation, il-gvern jappunta tlieta mit-12-il membru.", "Għandek oħrajn li għandhom numru ikbar, jiġifieri li hemm maġġoranza.", "Meta konna qegħdin nitkellmu, l-idea kienet – jien l-ewwel waħda – li meta qed insemmu għaqdiet, organizzazzjonijiet li taw u qed jagħtu kontribut kbir lis-soċjetà Maltija, dan ma tistax f'daqqa waħda tgħidilhom: intom m'intomx eliġibbli, barra.", "L-idea kienet li nagħtu a transition period illi huma either they fall in line u jsiru konformi, jew inkella jieħdu d-deċiżjoni tagħhom u ma jiġux enrolled.", "Il-verità hi li kulħadd għandu dritt, kull għaqda tista' ma tiġix enrolled.", "Jiena nista' nagħżel li ma niġix enrolled.", "Il-problema li nara jien – biex ngħid il-verità - hi li iktar ma jkollok enrollment mir-registration iktar għandek regulation, iktar għandek accountability.", "Għaliex waħda mill-affarijiet li nitkellmu fuqha fil-liġi hija accountability.", "Meta konna madwar mejda jiena tfajtha bħala a compromise solution.", "Ħa nagħmlu a transition period, five years għal dawk li għandhom minority u ten years għall-oħrajn.", "Bosta mill-għaqdiet ġew b'termini differenti.", "Jiġifieri minn semma' erba' snin, minn semma' tliet snin, min semma' sentejn u min semma' sena.", "Però il-konċett huwa aċċettat illi jkun hemm a transition period illi fl-opinjoni tiegħi hi l-iktar ħaġa mportanti.", "Biex mhux kif tidħol fis-seħħ il-liġi, f'daqqa waħda lil uħud mill-organisations, li, nirrepeti, taw u qed jagħtu kontribut tgħidilhom: Intom barra.", "Tista' forsi taqra l-e-mail?", "DR. MAX GANADO: Biex nispjega, kien hemm daqsxejn drafting ta' soluzzjonijiet biex wieħed ikun jista' jaħdem fuqha propju.", "L-idea kienet li għandek żewġ transition periods.", "L-ewwel il-gvern li għandu maġġoranza ssir f'minoranza, allura d-diretturi ta' l-għaqdiet ikunu ndipendenti mill-gvern u nominati minn persuni mhux mill-gvern.", "Allura se ġġib l-influwenza tal-gvern għall-influwenza minoritarja.", "U wara erba' jew għaxar snin jew skond ma jiġi deċiż, imbagħad l-ebda wieħed mill-amministraturi ma jkun nominat mill-gvern.", "Issa hawnhekk il-fatt li ntlaħaq ftehim fuq il-prinċipju kif qalet il-Ministru, huwa mportanti għax hemm kambjament ta' viżjoni.", "Il-viżjoni issa qegħda lejn sitwazzjoni fejn il-gvern jasal - wara ċertu perijodu - illi ma jinnominax persuni fuq dawn l-għaqdiet non-profit jew volontarji.", "Sar kompletament diffiċli li l-gvern ma jistax jagħmel ftehim ta' funding jew ftehim ta' support mod ieħor kuntrattwalment.", "Però ċertament bil-metodu li tappunta lin-nies fuq il-bord ta' l-amministraturi, dik il-metodoloġija titneħħa darba għal dejjem.", "Ovvjament se jkollok – kif qalet il-ministru – ċertu vittmi tagħha din.", "Għax min imbagħad ma jemendax l-istatut u jneħħi l-poter tal-gvern – cioè fl-aħħar mill-aħħar, il-gvern għandu l-poter li jneħħi dan il-poter - allura mbagħad dawn l-għaqdiet jitneħħew minn enrolled organizations.", "U hekk allura jkollok il-prinċipju tas-settur kif promoss mill-għaqdiet, li jkun kompletament privat.", "Allura hemm qbil totali fuq il-prinċipju però kif tasal għall-metodoloġija għal dawk li jeżistu, għad trid tiġi mfassla fid-dettall.", "U jidher li d-diverġenzi huma żgħar.", "THE CHAIRMAN: Mrs. Camilleri apparti dan, hemm xi oġġezzjonijiet oħra?", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri hawnhekk qed naqblu fuq prinċipju ta' tant perijodu ta' transizzjoni.", "Hemm xi oġġezzjonijiet fuq xi punti oħra minn naħa tagħkom?", "PATRICIA CAMILLERI: Xtaqt inkun ċara fuq l-approach tal-Legislation Working Group.", "Nixtieq ngħid ukoll li in-ġenerali, forsi meta bdejna xtaqtna leġislazzjoni inqas regolatorja u forsi iżjed iffukata fuq l-iżvilupp tas-settur.", "Però nħossu li bejnietna rnexxielna nikkreaw liġi li tista' tkun ta' benefiċċju għas-settur.", "Ma kien ebda rikjesta ta' bidla jew amendament li sar b'kapriċċ, iżda kollu kien frott ta' riċerka u diskussjonijet twal.", "Staqsejna opinjonijiet ta' esperti barranin, mentri dejjem żammejna f'moħħna l-kontest Malti.", "Il-prinċipju ewlieni ta' indipendenza mill-gvern issa huwa nkluż u enshrined fil-liġi.", "Se jkun hemm perijodu ta' transizzjoni għal dawk il-gruppi li għandhom maġġoranza ta' kontijiet fil-gvern.", "Aħna dejjem ħarisna lejn il-kwadru l-kbir u l-long term.", "Sinċerament nisperaw li issa l-Att jista' jgħaddi mill-proċess parlamentari biex is-settur jista' jikber u s-civil society hawn Malta tista' tiżviluppa kif xieraq f'pajjiż demokratiku.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "DOLORES CRISTINA: Naħseb huwa xieraq illi anke minn naħa tagħna nuru apprezzament għax-xogħol kollu li sar mill-għaqdiet volontarji.", "Naħseb qatt ma kelli kuntatt ma' liġi fejn rajt entużjażmu, impenn u dedikazzjoni.", "Qed ngħidha b'mod leġġer illi kultant ħbatna ras ma' xulxin, imma naħseb fl-aħħar mill-aħħar wasalna with a very good look.", "Bla dubju ta' xejn mhijiex liġi perfetta għax ebda liġi m'hi hekk.", "Imma kif qalet Mrs. Camilleri, naħseb illi hija liġi li hija more than welcome f'dan il-pajjiż u li se tgħin lis-settur volontarju.", "Xtaqt nipproponi wkoll - però ovvjament hawnhekk inkun irrid l-appoġġ ta' l-Oppożizzjoni – li jekk hu possibbli anke nsibu ħin minn meta l-Parlament jidħol fir-recess għal qabel ma nerġgħu niġu f'Settembru biex niltaqgħu biex imbagħad meta nidħlu lura f'Settembru kemm nagħmlu t-Tielet Qari u allura l-liġi tidħol fis-seħħ mingħajr aktar dewmien.", "Ix-xewqa tiegħi kienet li tidħol fis-seħħ qabel ma nieqfu, però sfortunatament l-aġenda tal-Parlament mhijiex taħt il-kontroll tagħna.", "L-uniku ħaġa li nista' noffri hawnhekk hija li forsi niltaqgħu fis-sajf u nkunu nistgħu ngħadduha minn stadju ta' kumitat.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Jiena ma naħsibx li se jkun hemm diffikultà.", "Jiena nista' ngħid li I'm very willing.", "Nidħlu kemm hemm bżonn ħalli kif nerġgħu lura, jekk Alla jrid mir-recess tas-sajf, tkun tista' tgħaddi mit-Tielet Qari.", "Jiġifieri nistgħu nagħmlu kif ħdimna fuq il-liġi tal-Foster Care.", "Anke jekk nibdew minn filgħodu biex inkunu nistgħu ngħidu li hemm liġi oħra soċjali li tagħmel unur lill-kodiċi tagħna, kif ukoll tagħmel unur lill-NGOs li jagħtu ħafna u ħafna xogħol siewi fl-aħjar interess tad-diversi kategoriji fil-poplu tagħna.", "Ovvjament nirranġa mal-whip u jiena minn naħa tiegħi I'm on board definitely.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Insejjaħ issa lir-rappreżentanta tan-National Council of Women.", "Għidilna l-pożizzjoni tagħkom, inkluż bid-diskussjonijiet tal-lum.", "Doreen MICALLEF (President tan-National Council of Women): Il-pożizzjoni tagħna hija li pjuttost naqblu ma' kollox ħlief għal xi rqaqat li ddiskutejna ma' Dr. Sciriha l-ġimgħa li għaddiet.", "Xtaqna li klawsola 3, per eżempju, punt nru.", "5 tiġi mneħħija totalment u li klawsola 19 .… (Interuzzjonijiet)", "DOLORES CRISTINA: Jiena ma nafx jekk forsi tkellimtux dwar din il-proposta ma' Dr. Sciriha u ma' Dr. Ganado, però jiena l-ewwel darba li qed nismagħha.", "Jiġifieri fejn jissemmew it-Trusts?", "DR MARIA SCIRIHA: Ippermettili niċċara xi ħaġa.", "Is-Sinjura Micallef qed tirriferi għal klawsola ġdida li qegħdin naħdmu flimkien, fejn se jiddaħħal dan il-prinċipju…", "DR MARIA SCIRIHA: Le, din il-parti mhux se ssibha fl-abbozz għax hija parti mid-diskussjonijiet li kellna fejn qed jiġi stabilit il-prinċipju, dak li għadna kif spjegajna.", "Din hi diskussjoni dwar dawk l-organizzazzjonijiet li ma jkollhomx x'jaqsmu ma' l-istat biex niftehmu.", "U fil-proposta, meta bdejna naħdmu l-working document, hemm definizzjoni – jekk nista' insejħilha hekk – dwar x'inhu l-istat.", "U qegħdin ngħidu li l-istat huwa l-Gvern ta' Malta u bil-Kunsilli Lokali u l-Korpi Statutorji u l-Aġenziji Pubbliċi u dan kollu.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Biex nikkonferma dak li qed tgħidu, din hi emenda għall-artikolu 2 Definizzjonijiet, fejn hemm definizzjoni ta' stat?", "DR MARIA SCIRIHA: Le, qegħdin naħdmu fuq artikolu ġdid illi jdaħħal dawn il-prinċipji li hawn qbil dwarhom.", "Jiġifieri m'għandux x'jaqsam ma' artikolu 2 li huwa tifsiriet.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Jiena qed nifhem li se jiġu ppreżentati bħala emendi fi stadju ta' kumitat imbagħad ikun hemm.… To be honest huwa diffiċli ħafna biex taqbad ..… Imma sakemm ikunu ppreżentati waqt il-Kumitat....", "Onor DOLORES CRISTINA: L-emendi huma diġa' drafted.", "Meta nkunu fi stadju ta' kumitat - bħalma għamilna llum - inressquhom.", "Ms Doreen Micallef: Klawsola 19, ittra (f) ġiet issuġġerita li titneħħa, però aħna, bħala National Council of Women, xtaqna li din tibqa' għaliex ma rajna l-ebda raġuni għalfejn din għandha titneħħa.", "DR. MAX GANADO: Ħa nispjega eżatt.", "Klawsola 19 (f) tgħid li meta organizzazzjoni ma toperax għal aktar minn sentejn allura l-Kummissarju għandu l-poter illi jikkanċellaha.", "Biex ngħid il-verità din l-idea ġiet ispirata ħafna mill-Companies Act, għax hemm insibu li hemm ħafna kumpanniji fuq ir-reġistru li ma jkunu qed jagħmlu assolutament xejn u ovvjament mil-lat burokratiku xorta qed jikkreaw numru.", "Allura l-idea kienet jekk organizzazzjoni mhux qed topera, xorta qed tidħol fi statistika … (Interuzzjonijiet) ....allura eliminaha.", "Kien hemm grupp li ssuġġerixxa li l-Kummissarju m'għandux jindaħal jekk organizzazzjoni hux qed topera jew le.", "Jekk iridu, l-membri jagħlquha u ma jħallsux l-enrollment fee.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri qed tgħid il-konċett ta' awtonomija?", "Infatti apparantament qed jgħidu li huma jidhrilhom li m'għandix titneħħa.", "Aħna konna aċċettajna suġġeriment ta' grupp ieħor, li titneħħa din il-klawsola biex il-Kummissarju ma jindaħalx f'dawn l-affarijiet.", "THE CHAIRMAN: Ms Micallef abbażi ta' xiex ma tixtieqx li titneħħa?", "MS DOREEN MICALLEF: Għar-raġuni li qed jgħid Dr. Ganado; illi r-reġistru jiġi dejjem imnaddaf u l-burokrazija li tkun qed tiddilja ma' xi kunsilli u gruppi li m'għadhomx eżistenti, hija banali.", "Huwa xogħol kollu żejjed.", "U allura punt (f) jagħmel sens.", "DR. MAX GANADO: U li din għandha tibqa' hemm.", "Hemm opinjoni oħra li din għandha titneħħa, imma n-National Council of Women qed jgħidu li għandha tibqa' hemm.", "2 ġie ssuġġerit illi l-Kummissarju jkun ex-officio.", "Però aħna qegħdin ngħidu li dan għandu jkun hemmhekk without any voting rights fil-Kunsill.", "THE CHAIRMAN: Wieħed minn għaxra jiġifieri.", "Onor Dolores Cristina: Li kien wieħed minn tlieta forsi nara għaliex.", "X'inhi r-raġuni?", "MS DOREEN MICALLEF: L-ewwelnett, hekk jiġu nine members u dejjem jkollok an odd number u qatt ma jkollok dik is-sitwazzjoni fejn ikollok an equal vote.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Il-casting vote veru jiġi remot.", "Imma jista' ikollok xi ħadd assenti u jiġu tmien voti, allura xorta jiġu erbgħa u erbgħa u għandek l-element tal-casting vote.", "DOLORES CRISTINA: U għaliex proprju l-vot tal-Kummissarju għandu jitneħħa biex inti logistically jkollok an odd number?", "THE CHAIRMAN: Magħmul mill-president u għaxar membri.", "MS DOREEN MICALLEF: Għax meta tgħoddhom fil-fatt jiġu 11.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri qed nassumi li dan is-suġġeriment ġie rtirat.", "Hemm iktar suġġerimenti?", "Fl-istess klawsola, jiġifieri 35, ġie ssuġġerit li jidħol punt nru.", "12 li jkun jgħid l-Kumitat ikun kompost minn erba' membri u li l-quorum jintlaħaq minn tlieta.", "Però aħna ġejna ....", "DR. MAX GANADO: Dan kien suġġeriment ta' grupp li qalu li meta Kummissarju jiddeċiedi affarijiet sensittivi, m'għandux jaħdem waħdu, u jrid ikun hemm xi tip ta' Review Committee.", "Dan kien kompromess ma' l-argument illi għandu jkun hemm Kummissarjat minflok Kummissarju.", "Però l-kompromess intlaħaq meta ħarġet l-idea illi ċerti deċiżjonijiet sensittivi jittieħdu ġo kumitat.", "Bħal per eżempju, li ma taċċettax enrollment ta' organizzazzjoni jew ma tagħtix permessi li jsir ġbir pubbliku.", "THE CHAIRMAN: U ma tiddefenix x'inhu sensittiv?", "Issa il-kumitat minn fejn se ssibu?", "Jew tagħmel kummissarjat – li jrid ikun heavy-going kif qalet il-Ministru - inkella għal dawn l-affarijiet tikkrea Kumitat tal-Kunsill.", "Is-suġġeriment kien li l-membri tal-Kunsill jinnominaw, minn membri tagħhom stess li huma kollha ġejjin mill-għaqdiet volontarji, żewġ persuni ndipendenti mill-Kummissarju li mbagħad biex tittieħed deċiżjoni jrid ikun hemm maġġoranza.", "THE CHAIRMAN: Ms Micallef issa inti qed tgħid erbgħa?", "DR. MAX GANADO: Inti qed tissuġġerixxi li jkun hemm aktar membri fuq is-sotto-kumitat?", "Ms Doreen Micallef: Li jkun hemm erba' membri u l-quorum jiġi tlieta.", "DR. MAX GANADO: Din hija idea ta' struttura ta' sotto-kumitat.", "THE CHAIRMAN: Imbagħad iddeċiedu intom.", "DR. MAX GANADO: Is-suġġeriment huwa li wieħed jagħmel sotto-kumitat ftit ikbar milli hu.", "Ms Doreen Micallef: In-National Council of Women taqbel li jrid ikun hemm il-perijodu transitorju.", "Aħna xtaqna li l-perijodu transitorju jkun ta' sentejn, però wara li kien hemm diskussjoni qbilna li dan il-perijodu transitorju għandu jkun ta' erba' snin.", "DR. MAX GANADO: Imbagħad kien hemm is-suġġeriment li minflok żewġ perijodi ta' sentejn għal minoranza u ta' erbgħa għal total elimination, tagħmel wieħed ta' erba' snin u kulħadd jirregola ruħu biex ma jkollokx il-kumplikazzjoni ta' żewġ perijodi.", "Allura jkun hemm erba' snin għal kollox.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Insejjaħ issa lir-rappreżentanta tal-Confederation of Women's Organisation.", "Ms Anna Borg (President Confederation of Women's Organisation): Bażikament meta l-ġimgħa l-oħra ltqajna ma' Dr. Sciriha qbilna mal-proposti ta' l-NGO Legislation Working Group.", "Jiġifieri fl-aħħar fażi ddiskutejna magħhom u anke qbilna mal-proposti tagħhom.", "Rigward il-perijodu ta' transizzjoni.", "Filwaqt li aħna konxji li idealment dan isir kemm jista' ikun malajr, però għax nafu r-realtà dak il-ħin ipproponejna li l-perijodu ta' transizzjoni jkun ta' sentejn u ta' erba' snin.", "Jiġifieri ħallejna żewġ thresholds, biex fejn hemm minoranza din issir qabel, għax il-proċess jista' ikun iktar faċli u fejn hemm iktar input mill-gvern, il-perijodu jkun itwal, erba' snin.", "Jiġifieri dik kienet il-proposta tagħna.", "Punt ieħor - li ma nafx jekk semmewhx għaqdiet oħra - hu li jsir elenku proprju ta' dawn l-għaqdiet, biex meta tgħaddi l-liġi nkunu nafu fuq min qed nitkellmu.", "Kif ukoll biex anke wara, jkun jista' isir skrutinju biex aħna ngħidu liema huma dawn l-għaqdiet li fil-perijodu ta' transizzjoni qegħdin jinbidlu.", "Jiġifieri nixtiequ li a priori nkunu nafu min huma dawn l-għaqdiet.", "THE CHAIRMAN: Jekk qed nifhem sew, tkun taf din id-definizzjoni sħiħa eżatt ...", "Ms Anna Borg: Il-Ministru diġà semmiet xi wħud minnhom.", "DOLORES CRISTINA: Mrs Borg mhix qed tgħid li tridha fil-liġi.", "Tixtieq li tkun taf min huma .....", "Ms Anna Borg: Xi ħadd ikun jaf biex anke wara jkun jista' isir skrutinju mhux forsi qed nitkellmu fuq għaqdiet li ma nafux min huma.", "Dak kollu li kellna xi ngħidu minn naħa tagħna.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Insejjaħ issa lir-rappreżentant tal-Federation of NGOs.", "Dr RudolF Ragonesi: L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom ta' l-inizjattiva li tajtuni.", "Bażikament hemm żewġ punti li xtaqt inqajjem.", "Xtaqna nagħfsu daqsxejn fuq il-punt ta' l-istate influence fuq l-NGOs.", "Naħseb l-istand tagħna bħala terminu huwa daqsxejn twil peress li dawn huma tibdiliet illi jsiru at annual general meeting.", "U naħseb li jridu jgħaddu erba' annual general meetings qabel ma jiġu in line, li huwa perijodu pjuttost twil.", "Il-problema hi li minn naħa ta' ċerti NGOs forsi ma jkunx hemm level playingfield peress li forsi ċerti NGOs illi għandhom appointments mill-istat ikollhom ċertu ammont ta' vantaġġ.", "Allura xtaqna li ż-żmien ikun ta' influwenza (Interuzzjonijiet), anke forsi ndirettament.", "Dak li jkun a potential funder jgħid forsi iktar tagħmel sens illi aħna nagħtu kontribut it-tali u mhux lil xi ħaddieħor.", "Allura xtaqna li dak il-perijodu jkun ta' sena jekk jista' ikun.", "Rigward it-tieni punt forsi jista' jkollna spjegazzjoni iktar ċara minn Dr Ganado dwar il-foundations.", "Peress li din il-liġi se tinkorpora l-foundations.", "Biss intom semmejtu li hemm il-ħsieb li jkun hemm liġi ad hoc għaliha wkoll?", "Jiġifieri huma se jkunu milquta miż-żewġ liġijiet?", "Allura ma jkunx hemm possibbiltà li jkun hemm mhux overlap biss imma .....", "DR MAX GANADO: Se nispjega dan il-punt.", "Il-liġi tal-foundation li issa għaddiet mill-Parlament - illum suppost kien hemm it-Third Reading tagħha – tirregola l-istitut legali, jiġifieri l-entità legali u ma tidħolx fi skop jew fil-benefiċċjarji jew il-liċenzji.", "Għaqda volontarja tista' tuża fondazzjoni, tista' tagħmel assoċjazzjoni, tista' tuża forma legali differenti.", "Dik il-liġi hija parti mill-kodiċi ċivili.", "Imma din il-liġi ma toqgħodx tħares lejn il-forma legali.", "Tista tkun għaqda temporanja, jew assoċjazzjoni, jew trust, jew foundation, mhux importanti; l-iskop huwa mportanti.", "Naħseb tapprezzaw minn naħa tagħkom jekk taraw illi hemm bżonn illi t-terminu jkun itwal, naraw forsi r-raġunijiet.", "Għax jista' jagħti l-każ illi jkun hemm raġunijiet validi imma fil-mankanza tagħhom ovvjament nippreferu li t-terminu jkun qasir.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Ma nafx jekk il-membri tal-kumitat iridux jagħmlu xi kummenti oħra.", "Jidher li mxejtu mhux ħażin.", "Ladarba qbilna fuq il-konċett tat-transition period, naħseb fuq il-punto e virgola issa araw kif, ngħaddikom għand il-kollega tiegħi l-Onor.", "David Agius u tiddibattuha fil-Kumitat ta' l-Abbozzi.", "Fit-8:30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070717_091d_soc.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 92", "It-Tnejn, 10 ta' Settembru, 2007", "Il-President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 10 ta' Settembru, 2007 fl-10:20 a.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa ma' Meglena Kuneva – Kummissarju tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli mill-Ħarsien tal-Konsumaturi.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070910_092a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 92", "It-Tnejn, 10 ta' Settembru, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 92", "It-Tnejn, 10 ta' Settembru, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-10.20 a.m.", "Laqgħa ma' Meglena Kuneva", "– Kummissarju responsabbli mill-Ħarsien tal-Konsumaturi fil-Kummissjoni Ewropea.", "Fil-10:50 am, il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070910_092d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 92", "It-Tnejn, 10 ta' Settembru, 2007", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-10.20 a.m.", "L-Onor Michael Gonzi, aġent-President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Michael Farrugia u l-Onor Franco Galea.", "SKUŻAT: L-Onor.", "Is-Sur James Carabott, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali fil-Kamra tad-Deputati attenda għal din il-laqgħa.", "L-Iskrivana tal-Kumitat qalet it-talba.", "Laqgħa ma' Dr Meglena Kuneva – Kummissarju fil-Kummissjoni Ewropea responsabbli mill-Ħarsien tal-Konsumaturi", "L-Eċċellenza Tagħha, Dott Meglena Kuneva, kienet akkumpanjata minn Ms Jivka Staneva, Membru tal-Kabinett tal-Kummissarju u minn Ms Anita Fokkema, DG tas-SANCO.", "Mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta kienu preżenti ukoll Dr Joanna Drake, il-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta u s-Sur Edward Demicoli, uffiċċjal fil-Kummissjoni Ewropea f'Malta.", "Fost suġġetti oħra ġew diskussi l-aħħar żviluppi fil-proċess tal-leġislazzjon, id-Direttiva fuq prattiċi kummerċjali mhux ġusti, ir-reklamar minn intrapriżi żgħar u medji, is-saħħa u s-sigurta' tal-konsumatur u l-proċess ta' transizzjoni mill-munita Maltija għal dik ta' l-Ewro.", "Fil-10:50 a.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "AĠENT PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070910_092m_soc.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 37", "Il-Ħamis, 20 ta' Settembru 2007, fin-12.30 p.m.", "Mr Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ħamis, 20 ta' Settembru 2007, fin-12.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra;", "Affarijiet oħra.", "13 ta' Settembru 2007 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070920_037a_hbc.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ħamis, 20 ta' Settembru 2007", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis- 12.35 p.m.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor.", "Joe Mizzi.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 36 li saret fil-11 ta' Lulju 2007, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li l-Kamra tibda tiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi Liġijiet dwar il-Komunikazzjoni - Abbozz Nru 103 - u mbagħad tgħaddi għall-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni Maltija għall-Intrapriża – Abbozz Nru 104.", "Huwa rrefera għall-emendi kostituzzjonali u informa lill-Kumitat li hekk kif jirċievi r-risposta ta' l-Oppożizzjoni dwar l-emendi proposti mill-Gvern, l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Abbozz 68 – jieħu preċedenza fuq xogħol parlamentari l-ieħor.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern irrefera għall-parkeġġ minn Membri Parlamentari fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta.", "Huwa qal li kien ġie deċiż li jkun hemm area riżervata għall-Membri Parlamentari tul il-ġimgħa kollha.", "AFFARIJIET OĦRA", "Mr Speaker irrefera għal talba li kellu minn SOS Malta sabiex jinżamm dibattitu fuq il-Millennium Development Goals fil-bini tal-Parlament nhar il-Ġimgħa, 19 ta' Ottubru 2007.", "Il-Kumitat qabel li preferribbilment, dan id-dibattitu jinżamm fil-Kamra tal-Kumitati.", "Mr Speaker irrefera għan-notte bianca li se tiġi organizzata fil-Belt Valletta nhar is-Sibt, 6 ta' Ottubru 2007.", "Il-Viċi Prim Ministru ssuġġerixxa li jkun hemm Membri Parlamentari preżenti dakinhar sabiex jiltaqgħu mal-pubbliku.", "Il-Kumitat kien favur din il-proposta.", "Mr Speaker irrefera għal korrispondenza li kien irċieva mingħand il-Commonwealth Parliamentary Association sabiex Malta tospita l-konferenza annwali fl-2008 li għaliha jkun mistenni li jattendu mill-anqas 600 delegat.", "Ġie deċiż li għalkemm Malta kienet onorata li ntablet tospita konferenza daqshekk prestiġjuża, ma setgħetx tintrabat li tospita l-konferenza fl-2008 meta se jkun hemm elezzjoni ġenerali fil-futur qarib.", "Fis-1.10 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20070920_037m_par.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 38", "L-Erbgħa, 3 ta' Ottubru 2007, fil-5.30 p.m.", "Mr Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 3 ta' Ottubru 2007, fil-5.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra;", "Affarijiet oħra.", "1 ta' Ottubru 2007 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20071003_038a_hbc.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 3 ta' Ottubru 2007", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fil-5.30 p.m.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor.", "Joe Mizzi.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 37 li saret fl-20 ta' Settembru 2007, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li hekk kif titlesta d-diskussjoni fl-istadju ta' Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni Maltija għall-Intrapriża – Abbozz Nru 104 – il-Kamra tgħaddi għall-istadju ta' kumitat ta' l-istess abbozz ta' liġi.", "Kif tintemm id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi, il-Kamra tibda tiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar ir-Riżorsi ta' l-Enerġija – Abbozz Nu 105.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern informa lill-Kumitat li fis-16 u 17 ta' Ottubru l-Kamra kellha tiddiskuti fi stadju ta' Tieni Qari l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Pattijiet bejn Malta u l-Istati Uniti ta' l-Amerika fuq l-Imbarkazzjoni ta' Bastimenti – Abbozz Nru 102.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern informa lill-Kumitat li l-budget għas-sena 2008 kellu jitressaq mill-Prim Ministru nhar it-Tnejn, 15 ta' Ottubru 2007.", "L-iskeda tas-seduti kellha tingħata lill-Oppożizzjoni u hekk kif tkun maqbula, tiġi konfermata fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Id-dibattiti relatati mal-budget kellhom jintemmu fit-2 ta' Novembru.", "Il-Kumitat qabel li l-proċedura ta' xandir tad-dibattiti tkun bħal dik tas-snin ta' qabel, ċioe', li l-Public Broadcasting Services jitrasmettu s-seduta meta jiġi ppreżentat il-Budget, ir-risposta tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-konto risposta tal-Prim Ministru, filwaqt li l-istazzjonijiet l-oħra, jekk jitolbu, jieħdu live feed mingħandhom mingħajr ħlas.", "Għar-rigward il-press conferences li jsiru matul id-dibattiti tal-budget, ġie miftiehem li l-Gvern juża l-librerija tal-Parlament għal dakinhar tal-preżentazzjoni tal-budget.", "Il-Viċi Prim Ministru rrefera għal riżoluzzjoni dwar trasferiment ta' art tal-Gvern, liema riżoluzzjoni kellha tiġi diskussa fil-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika qabel tiġi diskussa fil-Kamra.", "AFFARIJIET OĦRA", "Il-Viċi Prim Ministru rrefera għan-Notte Bianca li kienet se tiġi organizzata nhar is-Sibt, 6 ta' Ottubru u l-Kumitat qabel li jkun hemm preżenti Membri miż-żewġ naħat tal-Kamra sabiex jiltaqgħu mal-pubbliku u jispjegawlhom il-proċedura parlamentari.", "Mr Speaker irrefera għal talba li kellu mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u talba oħra minn Fondation de Malte flimkien ma' l-International Ocean Institute biex jorganizzaw seduta fil-parlament.", "Il-Kumitat ma kellu ebda oġġezzjoni li dawn il-laqgħat isiru fil-Kamra tal-Kumitati.", "Mr Speaker irrefera għal ittra li huwa rċieva mingħand il-Public Broadcasting Services fejn infurmawh li kienu se jintroduċu programmi ġodda fuq l-istazzjon tar-Radju 106.6 meta ma jkunux qed jiġu trasmessi s-seduti parlamentari.", "Il-Kumitat irrefera għal proposta mill-COSAC b'riferenza għall-prinċipji ta' sussidjarjeta' u proporzjonalita' u kien hemm qbil li din il-proposta għandha tiġi mistħarrġa aktar fil-fond billi jkun hemm aktar diskussjoni dwarha.", "Il-Kumitat irrefera għall-ipparkjar mill-Membri Parlamentari fi Pjazza San Ġorġ u intlaħaq ftehim li kollox jibqa' kif inhu.", "Fis-6.02 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20071003_038m_par.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 115", "L-Erbgħa, 3 ta' Ottubru 2007 fis-6.15 p.m.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 3 ta' Ottubru 2007 fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "fis-6.15 p.m.:-", "Laqgħa ma' delegazzjoni Russa mir-Reġjun ta' St Petersburg; u", "fis-7.00 p.m.:-", "Preżentazzjoni mill-Onor Michael Frendo, Ministru għall-Affarijiet Barranin, dwar:", "(i) l-aħħar żviluppi dwar il-Kosovo", "(ii) iż-żjarat tiegħu relatati mal-kandidatura Maltija għal Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth (dan l-item se jkun diskuss in camera);", "Proposta Franċiża dwar it-twaqqif ta' Unjoni ta' l-Istati tal-Mediterran; u", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20071003_115a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 115", "L-Erbgħa, 3 ta' Ottubru, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru. 115", "L-Erbgħa, 3 ta' Ottubru, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.37 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 114 li saret fil-11 ta' Lulju, 2007, kienu konfermati.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "THE CHAIRMAN (Onor. Jason Azzopardi): Qed nippreżenta 41 riżoluzzjoni li ġew adottati mill-Parlament Ewropew mid-19 ta' Ġunju sas-6 ta' Settembru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehim ta' sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta' São Tomé e Príncipe u l-Komunità Ewropea (COM(2007)0085 – C6-0098/2007 – 2007/0034(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0256 - adottata fid-19 ta' Ġunju 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa, u r-Repubblika ta\" Kiribati, min-naħa l-oħra (COM(2007)0180 – C6-0128/2007 – 2007/0062(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0257 - adottata fid-19 ta' Ġunju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2007 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u r-Russja (2006/2237(INI)) P6_TA-PROV(2007)0262 - adottata fid-19 ta' Ġunju 2007;", "Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2007 ibbażata fuq ir-rapport tal-Kumitat għall-Inkjesta fuq il-kriżi ta' l-Equitable Life Assurance Society P6_TA-PROV(2007)0264 - adottata fid-19 ta' Ġunju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2007 dwar qafas regolatorju għall-miżuri ta' konċiljazzjoni tal-ħajja familjari u tal-perjodu ta' studju għan-nisa żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea (2006/2276(INI)) P6_TA-PROV(2007)0265 - adottata fid-19 ta' Ġunju 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ġunju 2007 dwar problemi speċifiċi fit-Traspożizzjoni u fl-Implimentazzjoni tal-Leġiżlazzjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi u r-relazzjoni tagħha ma\" l-aġenda ta\" Liżbona (2006/2084(INI)) P6_TA-PROV(2007)0273 - adottata fl-20 ta' Ġunju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-Għanijiet ta\" Żvilupp għall-Millennju - il-punt f'nofs triq (2007/2103(INI)) P6_TA-PROV(2007)0274 - adottata fl-20 ta' Ġunju 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-21 ta' Ġunju 2007 dwar il-MEDA u appoġġ finanzjarju għall-Palestina - evalwazzjoni, implimentazzjoni u kontroll (2006/2128(INI)) P6_TA-PROV(2007)0277 - adottata fil-21 ta' Ġunju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-21 ta' Ġunju 2007 dwar l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Dokument ta' Strateġija Reġjonali 2007-2013 u Programm Indikattiv Plurijennali għall-Asja (CMT-2007-1122) P6_TA-PROV(2007)0280 - adottata fil-21 ta' Ġunju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ġunju 2007 dwar trattat dwar il-kummerċ ta\" l-armi: l-istabbiliment ta\" standards internazzjonali komuni għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment ta\" armi konvenzjonali P6_TA-PROV(2007)0282 - adottata fil-21 ta' Ġunju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-21 ta' Ġunju 2007 dwar zona ta\" libertà, sigurtà u ġustizzja: Strateġija għad-dimensjoni esterna, Pjan ta\" Azzjoni li jimplimenta l-Programm ta\" l-Aja (2006/2111(INI)) P6_TA-PROV(2007)0284 - adottata fil-21 ta' Ġunju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-21 ta' Ġunju 2007 bi proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar l-iżvilupp tan-negozjati rigward id-deċiżjoni kwadru dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija (2007/2067(INI)) P6_TA-PROV(2007)0285 - adottata fil-21 ta' Ġunju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ġunju 2007 dwar il-kunfidenza tal-konsumatur fl-ambjent diġitali (2006/2048(INI)) P6_TA-PROV(2007)0287 - adottata fil-21 ta' Ġunju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2007 dwar it-tlaqqigħ tal-Konferenza Intergovernattiva (IGC): l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (Artikolu 48 tat-Trattat UE) (11222/2007 – C6-0206/2007 – 2007/0808(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0328 - adottata fil-11 ta' Lulju 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u r-Repubblika ta' l-Armenja min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Repubblika tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea (COM(2007)0113 – C6-0161/2007 – 2007/0041(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0294 - adottata fl-10 ta' Lulju 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Partenarjat u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta'l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Repubblika tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0098 – C6-0162/2007 – 2007/0046(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0296 - adottata fl-10 ta' Lulju 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-konklużjoni ta' protokoll tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta\" l-Estonja, ir-Repubblika ta\" Ċipru, ir-Repubblika ta\" l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta\" Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja (8937/2007 – COM(2006)0765 – C6-0153/2007 – 2006/0254(AVC)) P6_TA-PROV(2007)0291 - adottata fl-10 ta' Lulju 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta'l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Repubblika tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0009 – C6-0103/2007 – 2007/0003(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0292 - adottata fl-10 ta' Lulju 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0007 – C6-0102/2007 – 2007/0004(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0293 - adottata fl-10 ta' Lulju 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Partenarjat u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta'l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea (COM(2007)0114 – C6-0160/2007 – 2007/0040(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0295 - adottata fl-10 ta' Lulju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-immodernizzar tal-liġi tax-xogħol biex tiffaċċja l-isfidi tas-seklu 21 (2007/2023(INI)) P6_TA-PROV(2007)0339 - adottata fil-11 ta' Lulju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-prospetti għas-suq intern tal-gass u ta\" l-elettriku (2007/2089(INI)) P6_TA-PROV(2007)0326 - adottata fil-11 ta' Lulju 2007;", "Riżoluzzjoni ta' l-10 ta' Lulju 2007 tal-Parlament Ewropew dwar l-imminimizzar ta' l-ispejjeż amministrattivi imposti mil-leġiżlazzjoni (2005/2140(INI) P6_TA-PROV(2007)0316 - adottata fil-11 ta' Lulju 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2007 dwar l-iskrutinju demokratiku ta\" l-implimentazzjoni ta\" l-istrument ta\" finanzjament għall-koperazzjoni għall-iżvilupp (DCI) P6_TA-PROV(2007)0354 - adottata fit-12 ta' Lulju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2007 dwar il-ftehim PNR ma' l-Istati Uniti P6_TA-PROV(2007)0347 - adottata fit-12 ta' Lulju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2007 dwar azzjoni biex jiġi miġġieled il-mard kardjovaskulari P6_TA-PROV(2007)0346 - adottata fit-12 ta' Lulju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2007 dwar ir-Rapport ta' Progress ta' l-2006 dwar l-ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (2006/2289(INI)) P6_TA-PROV(2007)0352 - adottata fit-12 ta' Lulju 2007;", "Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2007 lill-Kunsill dwar mandat għal negozjati għal ftehim ġdid u msaħħaħ bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Ukraina min-naħa l-oħra (2007/2015(INI)) P6_TA-PROV(2007)0355 - adottata fit-12 ta' Lulju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2007 dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fi Transnistia (Repubblika tal-Moldova) P6_TA-PROV(2007)0358 - adottata fit-12 ta' Lulju 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-diżastri naturali P6_TA-PROV(2007)0362 - adottata fl-4 ta' Settembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2007 dwar Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea (2007/2095(INI)) P6_TA-PROV(2007)0363 - adottata fl-4 ta' Settembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2007 dwar tfassil aħjar tal-liġijiet 2005: l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità - it-13-il rapport annwali (2006/2279(INI)) P6_TA-PROV(2007)0364 - adottata fl-4 ta' Settembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2007 dwar id-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni (2007/2096(INI)) P6_TA-PROV(2007)0365- adottata fl-4 ta' Settembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2007 dwar l-implikazzjonijiet istituzzjonali u legali ta\" l-użu ta\" strumenti ta\" soft law (2007/2028(INI)) P6_TA-PROV(2007)0366 - adottata fl-4 ta' Settembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2007 dwar ir-Reviżjoni tas-Suq Wieħed: negħlbu x-xkiel u l-ineffiċjenzi permezz ta\" implimentazzjoni u infurzar aħjar (2007/2024(INI)) P6_TA-PROV(2007)0367 - adottata fl-4 ta' Settembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2007 dwar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1546/2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 622/2003 li jistabilixxi miżuri sabiex jiġu implimentati standards bażiċi komuni għas-sigurtà fl-avjazzjoni (il-ġarr ta\" likwidi fl-ajruplani) P6_TA-PROV(2007)0374 - adottata fil-5 ta' Settembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2007 dwar Strateġija ta' l-Unjoni Ewropea mmirata biex tassisti l-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex inaqqsu d-danni li ġejjin mill-konsum ta' l-alkoħol (2007/2005(INI)) P6_TA-PROV(2007)0377 - adottata fil-5 ta' Settembru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Settembru 2007 dwar ir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2007/2079(INI)) P6_TA-PROV(2007)0379 - adottata fis-6 ta' Settembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Settembru 2007 dwar l-iffunzjonar tad-djalogi u tal-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi Terzi (2007/2001(INI)) P6_TA-PROV(2007)0381 - adottata fis-6 ta' Settembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Settembru 2007 dwar il-Green Paper dwar ir-Reviżjoni ta' l-Acquis dwar il-Konsumatur (2007/2010(INI)) P6_TA-PROV(2007)0383 - adottata fis-6 ta' Settembru 2007; u", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Settembru 2007 dwar l-iffinanzjar tal-Qorti Speċjali għas-Sierra Leone P6_TA-PROV(2007)0386 - adottata fis-6 ta' Settembru 2007.", "LAQGĦA MA' DELEGAZZJONI RUSSA MIR-REĠJUN TA' ST.", "THE CHAIRMAN: Ngħaddu għall-item prinċipali tal-laqgħa tagħna tal-lejla, jiġifieri l-preżentazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin dwar żewġ temi differenti iżda importanti.", "PREŻENTAZZJONI MILL-ONOR MICHAEL FRENDO, MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN, DWAR L-AĦĦAR ŻVILUPPI DWAR IL-KOSOVO", "THE CHAIRMAN: L-ewwel parti se tkun dwar l-aħħar żviluppi fil-Kosovo filwaqt li t-tieni parti se tkun dwar iż-żjarat tal-Ministru relatati mal-kandidatura Maltija għal Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth.", "Nagħmilha ċara li t-tieni parti, jiġifieri dik relatat mal-Commonwealth, se tkun diskussa in camera.", "Nagħti l-kelma mill-ewwel lill-Ministru.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Grazzi Sur President.", "Fil-fatt, jien tlabt li din l-issue tal-Kosovo titpoġġa fuq l-aġenda u li jkollna diskussjoni fuqha minħabba l-implikazzjonijiet tad-deċiżjonijiet illi kull membru ta' l-Unjoni Ewropea u kull membru tal-komunita' internazzjonali jista' jkollhom jieħdu dwar il-Kosovo.", "Allura jien ħsibt li din il-materja jimmeritha diskussjoni f'dan il-Kumitat u jista' jkun ukoll li din ma tkunx l-unika diskussjoni li jkollna f'dan il-kumitat imma jista' jkun hemm okkażjonijiet oħrajn fejn nerġa' niġi hawn biex inkomplu bid-diskussjonijiet.", "Naturalment, jien mhux se nidħol fl-istorja kollha għax l-istorja hija magħrufa, pero' aħna nafu li l-Kosovo llum jinsab b'amministrazzjoni tal-Ġnus Magħquda u li biha l-Kosovo huwa stabbli.", "Din l-amministrazzjoni ġiet wara l-attroċitajiet kbar li saru f'dak it-territorju.", "L-issue importanti li għandna issa hija din: Minn hawn fejn se mmorru?", "Il-komunita' internazzjonali ilha ssaqsi din il-mistoqsija.", "Fil-fatt is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda kien appunta lill-ex President tal-Finlandja, Martti Ahtisaari, biex ikun l-envoy tiegħu ħalli jirrapporta kif għandu jimxi l-Kosovo minn issa 'l quddiem.", "Kif nafu, ir-rapport ta' Ahtisaari jgħid li l-Kosovo għandu jimxi lejn indipendenza li, biex ngħidu hekk, tkun monitored abbażi ta' numru ta' kondizzjonijiet li hemm fl-istess rapport.", "Jiena m'iniex se nidħol fid-dettall tar-rapport imma dan jagħmel numru ta' osservazzjonijiet u kondizzjonijiet, fosthom, li jkun hemm il-protezzjoni tal-minoranza Serba Ortodossa, il-protezzjoni tal-postijiet tagħhom u anke l-parteċipazzjoni tal-komunita' f'minoranza fid-deċiżjonijiiet illi jittieħdu fil-Kosovo flimkien ma' punti oħrajn.", "X'inhu l-iktar punt importanti fil-fehma tiegħi, Sur President?", "L-aktar punt importanti huwa li l-membri ta' l-Unjoni Ewropea, Malta inkluża, iddiskutejna kif għandna nimxu fuq ir-rapport ta' Ahtisaari u hemmhekk kien hemm consensus, anke fil-GYMNICH, jiġifieri fil-laqgħa informali tal-ministru ta' l-affarijiet barranin, li kien sar fi Bremen taħt il-presidenza Ġermaniża.", "Hemmhekk kien hemm il-membri ta' l-Unjoni Ewropea li huma wkoll membri fil-Kunsill tas-Sigurta' tal-Ġnus Magħquda.", "Minn din il-laqgħa ħareġ li r-rapport ta' Ahtisaari jista' jiġi attwat.", "L-Unjoni Ewropea kienet diġa' qed tipprepara t-triq biex tidħol bl-amministrazzjoni tagħha.", "Fil-Kosovo Malta għandha numru ta' membri fil-ġudikatura u għandha wkoll lil Alexander Borg Olivier li qiegħed fl-amministrazzjoni nnifisha u li huwa wieħed mill-arkitetti tal-leġislazzjoni li saret u li għadha qed issir fil-Kosovo.", "Pero', dan kien suġġett għal consensus li jkun hemm riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurta' tal-Ġnus Magħquda.", "Allura, il-leġittimita' ta' l-azzjoni tkun ibbażata fuq ir-rapport ta' Ahtisaari, liema rapport is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda mbagħad għamlu tiegħu u liema raport ippreżentah lis-Security Council bir-riżoluzzjoni neċessarja.", "Pero' jidher ċar illi dik ir-riżoluzzjoni sabet diffikultajiet u allura ġie deċiż li jkun hemm diskussjonijiet diretti bejn il-partijiet taħt troika, li fosthom hemm l-Ambaxxatur Ischinger għan-naħa ta' l-Unjoni Ewropea.", "Id-diskussjonijiet tat-troika għandhom ikomplu għaddejjin sa Diċembru biex imbagħad it-troika tagħmel ir-rapport.", "Meta din il-kwestjoni qamet fil-GYMNICH li għadda fil-Portugall, kien hemm numru ta' pajjiżi li esprimew ruħhom fuq din il-materja, fosthom Malta.", "Jiena, bħala Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' pajjiżi, għażilt li nagħmel pubblika l-pożizzjoni li esprimejna f'dik il-laqgħa.", "Naturalment, wieħed jista' jippubblika l-pożizzjoni tiegħu imma ma jistax jippubblika l-pożizzjoni ta' ħaddieħor.", "Hemmhekk jiena esprimejt il-fehma li ma nistax niggarantixxi li Malta tieħu pożizzjoni li tkompli tirrikonoxxi l-indipendenza ta' stat ġdid tal-Kosovo mingħajr ma jkun hemm riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurta'.", "Għedt ukoll li rridu nkunu konxji ta' x'qegħdin nagħmlu għax hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-possibbilta' li jkun hemm riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurta' tal-Ġnus Magħquda.", "Fil-fehma tiegħi, imma naħseb li jien korrett, aħna ma kellniex okkażjonijiet oħrajn fejn kien hemm pajjiżi li twieldu fis-sovranita' b'riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurta' tal-Ġnus Magħquda.", "Kellna l-każ ta' East Timor, imma hemmhekk kellna wkoll il-kunsens ta' kulmin seta' kellu claim għas-sovranita', jiġifieri l-Portugall u l-Indonesja, u allura f'dak il-każ il-kwestjoni, kif jgħidu aħna l-avukati, kienet paċifika.", "Kellna wkoll il-każ tal-partition fil-Middle East bejn l-Iżrael u l-Palestina imma dik ma kienitx deċiżjoni tas-Security Council imma ta' l-Assemblea Ġenerali.", "Hawnhekk qegħdin nipproponu li l-leġittimita' biex il-Kosovo jkun jista' timxi għal status ġdid issir permezz tas-Security Council.", "Jiena semmejt dan għax jista' jkun li jekk id-diskussjonijiet ma jirnexxux – aħna nawguraw li ż-żewġ partijiet ikunu kreattivi biżżejjed u li jaħsbu outside the box b'mod li jsibu soluzzjonijiet dejjiema - aħna nkunu rridu nagħmlu deċiżjonijiet fuq kif irridu naġixxu għar-rigward ta' options fil-Kosovo.", "Irrid ngħid li fid-diskussjonijiet li ilhom għaddejjin għal diversi xhur fuq il-Kosovo u fuq is-Serbja, Malta dejjem għamlet il-pożizzjoni tagħha - u naħseb li lkoll naqblu ma' dan - bl-interess primarju jkun l-istabilita' fil-Balkani tal-Punent.", "L-istabilita' fil-Balkani tal-Punent m'hijiex xi ħaġa li rridu neħduha for granted għax diġa' għaddejna minn esperjenza kerha immens fl-Ewropa li m'għandhiex tiġi ripetuta.", "Illum ċerti sitwazzjonijiet huma stabilizzati, pero' dan ma jfissirx li l-istabilita' ma tistax tkun riversibbli u allura rridu noqogħdu attenti li fid-deċiżjonijiet kollha li nieħdu nkunu assigurati li qegħdin nieħdu azzjoni li ssaħħaħ l-istabilita' tal-Balkani u mhux li tipperikolaha.", "F'dan il-kuntest aħna dejjem tkellimna fuq l-importanza illi kemm il-Kosovo kif ukoll is-Serbja jkollhom perspettiva Ewropea, jiġifieri, ta' eventwali sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Naturalment fil-każ tas-Serbja huwa u jibqa' importanti ħafna li jkollha ċertifikat ċar ta' kollaborazzjoni sħiħa kif huwa mixtieq mill-International Criminal Tribunal for Former Yugoslavia (ICTY), minħabba li żewġ persuni importanti, Karadžić u Mladić, għadhom imfittxijau fuq akkużi kriminali kontrihom quddiem dan it-tribunal.", "Fil-fehma tiegħi, wieħed irid jagħti wkoll attenzjoni għall-fatt illi fis-Serbja hemm diversi nies li għandhom din il-perspettiva Ewropea u allura wieħed irid iżomm din il-perspettiva ħajja.", "Wieħed jifhem ukoll li m'huwiex possibbli li nirritornaw għal kif kien il-Kosovo fil-passat u allura rridu nfittxu t-triq eżatta ta' kif nistgħu nimxu 'l quddiem fil-futur.", "Jiena esprimejt il-ħsieb li wieħed ma jistax jassigura xi tkun il-pożizzjoni tagħna jekk ma jkunx hemm riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurta' għax, naturalment, għal kwalunkwe azzjoni illi trid tittieħed irridu nsibu bażi legali.", "Id-dikjarazzjoni li jien għamilt ma teskludi xejn.", "Din ma teskludix illi aħna ma nistgħux niftehmu illi nimxu 'l quddiem, anke mingħajr riżoluzzjoni tas-Security Council, imma tpoġġiha bl-iktar mod ċar li m'hemmx ċertezza tal-pożizzjoni jekk ma jkunx hemm riżoluzzjoni tas-Security Council.", "Jidher li huwa diffiċli li jkun hemm riżoluzzjoni tas-Security Council, għallinqas fuq il-pożizzjoni ppreżentata minn Ahtisaari, imma jista' jkun - għallinqas nisperaw – li joħorġu ċerti affarijiet mid-diskussjonijiet diretti li qed isiru bil-facilitation ta' l-ambaxxaturi tat-troika u allura wieħed għad irid jara x'se tkun is-sitwazzjoni.", "Jien inħoss li huwa importanti li jkollna ċ-ċans li nitkellmu u li naraw il-veduti tal-membri ta' dan il-Kumitat fuq din il-materja għax din jista' jkollha rifless f'postijiet oħrajn.", "Din jista' jkollha rifless f'sitwazzjonijiet oħrajn fejn bħalissa hemm separazzjoni de facto.", "Din jista' jkollha rifless fuq x'jista' jiġri anke għar-rigward ta' ftehim li diġa' sar f'postijiet oħrajn fil-Balkani u anke f'postijiet oħra fid-dinja u allura wieħed irid kontinwament joqgħod attent li jidentifika l-kwestjoni tal-Kosovo separatament minn kwestjonijiet oħrajn.", "Għalhekk huwa tant importanti kieku kien possibbli - pero' ma jidhirx li hu - illi jkun hemm riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurta' tal-Ġnus Magħquda, għax minnha nnifisha dik kienet turi l-ispeċifiċita' ta' l-azzjoni li qiegħda tieħu l-komunita' internazzjonali.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Jiena nistqarr u nammetti li kien ta' konfort u ta' sodisfazzjon kbir meta ġejt mitlub mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin biex inqiegħed dan is-suġġett fuq l-aġenda għax huwa suġġett rilevanti ħafna apparti li huwa sensittiv.", "Dan il-Kumitat jagħmel sew li jiddibatti dan is-suġġett fi ħdanu għax huwa tajjeb li nixtarru dan l-aspett anke jekk ma jolqotniex b'mod dirett daqstant mill-viċin għalkemm dan ir-reġjun mhux daqstant 'il bogħod lanqas.", "Jiena se nagħmel il-pożizzjoni personali tiegħi ċara.", "Jiena naqbel perfettament mal-mod kif il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin espona l-veduti tiegħu u mal-premessi li wassluh għall-pożizzjoni ta' pajjiżna.", "Naħseb li, per prinċipju, kulħadd għandu jkun favur id-dritt ta' kull poplu u ta' kull nazzjon għall-awto determinazzjoni.", "Kull nazzjon għandu dritt jikkostitwixxi ruħu bħala stat, pero', kif qal tant tajjeb il-Ministru, l-aspett ta' l-istabilita' fir-reġjun ma jistax jiġi injorat.", "Din m'hijiex sitwazzjoni ta' qualsiasi pajjiż.", "Jiena nistqarr li kull meta nkun f'laqgħat – ovvjamnet fuq livell ta' chairman tal-kumitat – dejjem kont milqut bit-ton li jużaw id-delegati tas-Serbja meta jissemmu l-Kosovo.", "Nista' ngħid li f'laqgħa taċ-chairmen tal-foreign affairs committees ftit tax-xhur ilu r-rappreżentant tas-Serbja saħansitra wasal biex uża quddiem kulħadd il-frażi - u kien hemm preżenti wkoll Ahtisaari - \"over our dead body naċċettaw l-indipendenza tal-Kosovo\".", "Dan huwa kliem iebes ħafna li m'għandux jingħad, li m'għandniex naċċettawh u, fil-fehma tiegħi, jagħmel sew pajjiżna li jkun favur l-indipendenza purche' din tkun leġittimata u konfortata mill-Kunsill tas-Sigurta' tal-Ġnus Magħquda.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "MICHAEL FRENDO: Aħna lanqas qegħdin ngħidu eżatt hekk.", "Aħna qegħdin ngħidu wkoll li jekk ma tkunx sanċita wieħed ma jistax jagħti garanzija.", "Qegħdin infittxu bażi ta' legalita' għaliex kulma jsir, fil-fehma tiegħi, irid isir fil-kontest ta' legalita' inkella jkollna sitwazzjoni diffikultuża ħafna fir-relazzjonijiet internazzjonali.", "Kif semmejt tajjeb inti, hemm dawn iż-żewġ affarijiet li jiġbdu lil naħa u lil oħra.", "Waħda hija d-dritt li l-popli jfittxu l-awto determinazzjoni tagħhom anke fil-kontest ta' l-ex Jugoslavja.", "Bħala stat ta' fatt – u dan mhuwiex kumment politiku imma huwa biss stat ta' fatt – is-Slovenja, il-Kroazja u s-Serbja, biex nieħu tliet eżempji, kienu wkoll stati fi ħdan il-Federazzjoni Jugoslava.", "Fil-każ tal-Kroazja u tas-Slovenja kien hemm bażi legali anke fil-Kostituzzjoni Federali Jugoslava biex huma joħolqu l-istat tagħhom.", "Fil-Kostituzzjoni Jugoslava l-Kosovo u l-Vojvodina dejjem kienu reġjuni awtonomi, imma qatt ma kienu stati fil-kontest ta' stat federali.", "Dak qed ngħidu bħala stat ta' fatt. Stat ta' fatt ukoll huwa li kien hemm attroċitajiet tal-biża' u atti kontra l-umanita' fil-Kosovo.", "Hemm periklu fl-istatus quo daqskemm hemm periklu fil-bidla u allura wieħed irid iħares lejha minn dan il-lat.", "Jiena naħseb li għan ieħor ta' din d-diskussjoni tagħna huwa li niġbru r-riflessjonijiet tal-membri .", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "LEO BRINCAT: L-ewwelnett nirringrazzja lill-Ministru ta' din l-opportunita'.", "Kien interessanti li jkollna dan il-background brief u jien segwejt anke l-media release li ħareġ il-Ministru.", "Jien naħseb li l-preżentazzjoni tiegħu dwar il-pożizzjoni attwali ta' Malta hija waħda pjuttost bilanċjata.", "Il-mistoqsijiet li se nagħmel mhux qed nippretendi li l-Ministru jweġibni speċifikament fuq kull waħda minnhom f'dan l-istadju għax is-sitwazzjoni hija fluwida u ma tistax torbot lill-gvern ta' pajjiżek bil-quddiem meta ma tafx kif l-affarijiet se jiżvilupaw.", "Għaldaqstant, iktar milli nagħmel mistoqsijiet kategoriċi li jitolbu tweġibiet kategoriċi, jien xtaqt nagħmel – mingħajr ma ntawwal iżżejjed – ftit osservazzjonijiet u mistoqsijiet li għandhom jiġu interpretati aktar f'forma ta' riflessjoni.", "Kif indika l-Ministru – u naħseb li hawn kulħadd jaqbel – il-best case scenario huwa li jkun hemm supervised independence li tkun approvata jew sanzjonata mill-Kunsill tas-Sigurta' tal-Ġnus Magħquda.", "Mill-iżviluppi li jiena segwejt jidher illi l-istrateġija preferuta, jekk ma fallietx hija diffiċli ħafna biex tavvera ruħha għax jidher li diġa' kien hemm xi dikjarazzjonijet li r-Russja tista' tuża l-veto, għalkemm jien qrajt illi hemm gvernijiet li qegħdin jagħmlu lobbying biex jekk din il-kwestjoni tiġi to the boil din għallinqas tirrikorri għall-astensjoni iktar milli għall-eżerċizzju tal-veto.", "Sinjali konfliġġenti li qiegħed ikolli – hawnhekk forsi l-Ministru, fir-rwol tiegħu uffiċjali, għandu iktar aċċess first hand għal ċerta informazzjoni - huma li min-naħa hemm min qiegħed jgħidlek illi l-mexxejja Albaniżi tal-Kosovo jistgħu jċedu għall-pressjonijiet interni biex sa tmiem din is-sena jiddikjaraw l-indipendenza b'appoġġ jew mingħajr appoġġ barrani u min-naħa l-oħra naf li bħalissa għaddej studju min-naħa tal-Kunsill ta' l-Ewropa – sfortunatament jien ma stajtx nattendi għal din is-seduta – li mill-feedback li kelli jidher li r-rapporteur li qiegħed isegwi mill-qrib dawn l-iżviluppi jħoss illi mhux daqshekk fattibbli li dawn jiddikjaraw indipendenza unilateralment mingħajr appoġġ barrani.", "Qed tissemma' ukoll il-possibbilta' illi jekk il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea ma jkollhomx kunsens bejniethom, jista' ikun hemm inizjattiva li tittieħed min-naħa tas-Six-Nation Contact Group.", "Dan qed ngħidu jekk l-Unjoni Ewropea ma tasalx għall-pożizzjoni unanima.", "It-thinking tal-Gvern Malti llum nafu x'inhu u dan jagħmel sens.", "Imma hawnhekk toħroġ il-mistoqsija: X'se jiġri jekk se jkun hemm għadd ta' pajjiżi Ewropej – ma nfax kemm huma fin-numru u lanqas min huma individwalment – illi jibqgħu xettiċi, kif naf li llum hemm uħud minnhom li huma xettiċi, li jappoġġjaw l-Ahtisaari Plan fin-nuqqas tal-barka tal-Kunsill tas-Sigurta'?", "Wieħed tajjeb jistaqsi, anke bħala punt ta' riflessjoni, x'jiġri min-naħa tal-Gvern Malti jekk ċerti pajjiżi fl-Unjoni Ewropea se jkunu xettiċi dwar dan.", "Qed ngħid hekk għax naf li min-naħa l-oħra hemm elementi fl-Unjoni Ewropea – forsi anke min-naħa ta' gvernijiet oħrajn barranin, fosthom, l-Istati Uniti - li qegħdin jgħidu: Le, jekk hemm bżonn għandna nibqgħu għaddejjin anke jekk din tkun fehma maġġoritarja u mhux neċessarjament tkun il-fehma kunsenswali min-naħa ta' kulħadd.", "Tqum ukoll il-kwestjoni tas-Serbja nnifisha.", "Jekk ikun hemm nuqqas ta' approvazzjoni mill-Kunsill tas-Sigurta' – kif faċilment jista' jirriżulta - jaħsibx il-Gvern Malti, jew il-Ministru, li min-naħa tas-Serbja jista' ikun hemm inqas ħeġġa li titlaq lill-Kosovo minn taħt idejha, biex ngħid hekk, milli kieku hemm il-mandat tal-Ġnus Magħquda.", "Hemm min qiegħed jargumenta li għalkemm ikun aħjar li kieku l-Kunsill tas-Sigurta' jwassal għall-indipendenza tal-Kosovo taħt il-pjan ta' Ahtisaari li għadna kif semmejna, min-naħa l-oħra l-konsegwenzi ta' kwalunkwe forma ta' nuqqas ta' azzjoni, jiġifieri, li ma jsir xejn min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea, jafu jkunu saħansitra agħar.", "Ma nafx jekk f'dan il-forum il-Ministru jħossx li għandu jgħidilna jekk kienx hemm kuntatti bejn il-Gvern Malti u dak Russu dwar din il-kwestjoni.", "Min-naħa l-oħra, il-Ministru, anke mid-dimensjoni Ewropea li hu isegwi mill-qrib bħala parti mill-brief tiegħu, jaħseb li s-Serbja hija lesta li tippreġudika jew ixxellef xi ftit, minħabba l-kwestjoni tal-Kosovo, il-progress li jista' ikollha – u li jiena persważ li hija tixtieq – kemm dwar l-istabilization u l-association agreement tagħha kif ukoll dwar żvilupp aktar intensiv fir-relazzjonijiet tagħha ma' l-Unjoni Ewropea.", "Ma' min tkellimt jidher li hemm il-feeling illi l-Bosnia se ssibha diffiċli ħafna biex tagħraf lill-Kosovo bħala stat indipendenti jkunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi.", "Ma nafx jekk il-Ministru għandux xi feedback dwar dan.", "Imbagħad hemm min qiegħed jargumenta li jekk il-Punent juri li se jibqa' jmexxi anke regardless minn deċiżjoni tal-Kunsill tas-Sigurta', dan jista' jwassal biex is-Serbja taqa' iktar fl-orbita' ta' influwenza tan-naħa Russa.", "Min-naħa l-oħra – forsi din hija kontradizzjoni ta' dak li għadni kif għidt – hemm min qiegħed jargumenta li r-Russja u l-Punent, għalkemm il-kelma \"Punent\" illum forsi m'għadhiex valida daqs qabel, tant għandhom issues oħra prioritarji bejniethom illi at the end of the day dawn ma jkunux lesti li jħallu r-relazzjonijiet ta' bejniethom jiġu dominati mid-differenzi dwar il-Kosovo.", "Ma nafx il-Ministru għandux xi riflessjoni fuq dan.", "Fil-fehma tiegħi, għalkemm m'għandix soluzzjoni immedjata għal dan kollu, personalment nemmen illi l-agħar xenarju mhux li ma jsir xejn imma li jkollok unilateral unsupervised independence għaliex fil-fehma ta' ħafna analisti jista' ikollok tixrid ta' demm f'chaos reġjonali u forsi anke firxa ikbar ta' refuġjati f'pajjiżi qrib tagħna.", "Il-Ministru semma l-kwestjoni tat-trojka.", "L-uniku misgiving li għandi fuq it-trojka – u din tidher anke fit-thinking tar-rapporteur tal-Kunsill ta' l-Ewropa - hija li filwaqt li on paper tagħmel sens li wieħed jistrieħ fuq it-troika ma rridux ninsew illi t-troika tikkonsisti fl-Istati Uniti, l-Unjoni Ewropea u r-Russja.", "Il-mandat tat-troika huwa limitat ħafna - għallinqas skond esperti legali, għax jien ma flejtx id-dokumenti - u għalhekk se jkun diffiċli biex wieħed jistimula kompromess bejn iż-żewġ naħat u anke li jipproponi soluzzjonijiet konkreti let alone li jimponi soluzzjonijiet konkreti.", "Imbagħad tqum il-mistoqsija: kif wieħed jista' jimmaġina li t-trojka tista' tiffaċilita' t-tfassil tar-riżoluzzjoni meta l-membri tat-troika nnifisha tant għandhom fehmiet li jvarjaw minn xulxin?", "Fuq livell ta' membri parlamentari tal-parlamenti nazzjonali ta' pajjiżi Ewropej hemm min qed jargumenta - u hawn se nkun onest li s'issa jien m'għandix opinjoni konkreta fuq din - li mill-feedback li għandhom il-future status tal-Kosovo jista' jkollu a spillover.", "Fil-fatt, il-Ministru diġa' laqa' għal dan meta qal li l-impatt jista' jkun mhux biss reġjonali imma anke globali.", "Closer to home, dawn qed jantiċipaw li anke f'kuntest ta' Unjoni Ewropea jew ta' Ewropa qed jaħsbu li jista' jkun hemm spillover fuq Ċipru, minħabba l-kwestjoni tan-northern part tagħha, fuq il-Greċja, minħabba ċerti unrecognised minorities u anke minħabba l-concern li għandhom fuq is-sitwazzjoni f'Ċipru, fuq ir-Rumanija, minħabba l-minoritajiet Ungeriżi, fuq is-Slovakkja, minħabba l-minoritajiet Ungeriżi, u fuq Spanja, minħabba l-problema tal-Baski li ilha tkaxkar is-snin u anke minħabba l-Katalunja.", "Jien nawgura li din is-sitwazzjoni ma tibqax tkaxkar fit-tul mingħajr konklużjoni.", "L-aħħar osservazzjoni tiegħi u forsi l-inqas sitwazzjoni mixtieqa, anzi, li ma' hi mixtieqa xejn, hija li jkun hemm partition tal-Kosovo.", "Jien għallinqas ikkonfortat mill-fatt li ma' ċerti nies li tkellimt, jew għallinqas li kelli kuntatti magħhom, qaluli li l-partition tal-Kosovo lanqas biss hija meqjusa bħala an option.", "Ma nafx mill-kuntatti li għandu l-Ministru kellux xi reazzjoni għal dan.", "Niskuża ruħi jekk tawwalt u nirringrazzja lill-Ministru mill-ġdid għall-preżentazzjoni tiegħu.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "MICHAEL FRENDO: Grazzi ħafna, Sur President, għax l-osservazzjonijiet li għamel l-Onor.", "Brincat huma osservazzjonijiet pertinenti ħafna għal din il-materja.", "M'għandniex is-soluzzjonijiet kollha lesti u ċari, imma nista' nikkumenta fuq xi punti li semma jew li staqsieni dwarhom.", "Naturalment wieħed irid iħares għar-rigward tas-Serbja.", "Fi New York kelli laqgħa bilaterali mal-Foreign Minister tas-Serbja liema laqgħa talbuha huma stess u kienet laqgħa li fiha jien ukoll ħeġġiġtx lis-Serbja biex timxi mal-bżonnijiet ta' l-ICTY.", "Nemmen li s-Serbja, u dan esprimejtu wkoll, għandu jkollha perspettiva Ewropea.", "Nemmen li fil-Gvern fis-Serbja llum hemm dawk il-forzi politiċi li huma favur il-perspettiva Ewropea u li għandhom jingħataw kull inkoraġġiment li nistgħu nagħtuhom.", "Naturalment, jiena poġġejt xenarju lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, li mhux xenarju ġdid, li meta jkollok perspettiva Ewropea l-issue tas-sovranita' forsi ma tibqax daqshekk ippuntata.", "Kieku wieħed jara sitwazzjoni fejn is-Serbja u l-Kosovo jkunu fl-Unjoni Ewropa allura s-sovranita' bejniethom ma tibqax, biex ngħidu hekk, daqshekk sharp.", "Iċ-challenge kbir li għandha l-komunita' internazzjonali, primarjament l-Ewropa, għax kif qalet kemm-il darba l-Unjoni Ewropea din hija kwestjoni ta' l-Ewropa u li jiġri x'jiġri hija l-Ewropa li trid tibqa' bil-baby f'idejha, huwa kif se tmexxi s-sitwazzjoni biex tistabbilizza aktar lil dan ir-reġjun billi ddaħħal membri tal-Balkani tal-Punent fi ħdan il-familja tagħha u dan isir kemm jista' jkun skond il-kondizzjonijiet tagħha u skond kemm huma jkunu ppreparati.", "Dik kienet anki waħda mir-raġunijiet għaliex Malta dejjem espremiet ruħha bl-iktar mod b'saħħtu favur id-dħul tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea biex b'hekk tagħti sinjal ċar li hemm perspettiva Ewropea mhux biss għall-Kroazja imma għar-reġjun għax bħalma daħlet is-Slovenja u bħalma tista' tidħol il-Kroazja jistgħu jidħlu wkoll il-pajjiżi l-oħrajn tar-reġjun.", "Dik hija importantissima għax, fil-fehma tiegħi, il-perspettiva Ewropea tista' tistabilizza r-reġjun.", "Naturalment il-forzi pro-Ewropej fis-Serbja qed jaraw ukoll li jekk ikun hemm sitwazzjoni, kif semma wkoll l-Onor.", "Brincat, ta' unilateral declaration of independence fejn ikollok unsupervised independence u forsi wkoll rikonoxximent ta' l-indipendenza minn ċerti pajjiżi - pajjiżi fl-Ewropa jew pajjiżi oħrajn barra mill-Ewropa - f'dak il-każ jista' jiġri li l-forzi pro-Ewropej fi ħdan is-Serbja jitilfu daqsxejn mill-kredibilita' tagħhom anke politikament.", "Din hija sitwazzjoni li taqta' minn kullimkien.", "Mill-banda l-oħra huwa ċar li s-sitwazzjoni fil-Kosovo ma nistgħux inħalluha ffiżati kif inhi għal żmien twil u dan partikolarment meta wieħed jaf li kien hemm pajjiżi li diġa' qalu li l-Kosovo se jkun pajjiż indipendenti u li se jirrikonoxxuh.", "Naturalment min qiegħed fil-Kosovo qiegħed jaspira għal dan l-istatus ta' indipendenza.", "Il-ħidma li qed issir mit-troika, li hija magħmula minn tliet entitajiet li, biex ngħid hekk, huma differenti fl-attaġament tagħhom pero' nista' ngħid, mingħajr ma nidħol fid-dettall, li l-ministri ta' l-affarijiet barranin ta' l-Unjoni Ewropea kellhom djalogu ma' l-ambaxxatur Ishinger u l-konklużjoni tiegħi wara dik il-laqgħa hija li jidher li hemm kollaborazzjoni sħiħa bejn it-tliet rappreżentanti u li jidher li t-troika fil-fatt qiegħda taħdem.", "Issa huwa importanti ħafna li ż-żewġ partijiet jidħlu f'negozjati biex joħorġu b'ideat ġodda u kreattivi billi jaħsbu a bit out of the box.", "Vera li l-mandat tat-troika huwa limitat, jiġifieri t-troika qiegħda hemm biex tiffaċilita d-djalogu bejn iż-żewġ partijiet u mhux biex hi toħroġ b'ideat ġodda u għalhekk l-Onor.", "Brincat kien korrett meta qal li l-mandat huwa limitat.", "Minkejja dan, fil-fehma tiegħi huwa importanti li t-troika tkun kreattiva kif tapproċja l-affarijiet.", "Kif nafu, kultant tista' tagħmel mistoqsija u biha tkun ukoll qed titfa' l-ideat, aħseb u ara meta tkun fil-pożizzjoni li qegħdin fiha huma.", "Huwa importanti li jkun hemm il-messaġġ liż-żewġ naħat li aħna qed nistennew li jinnegozjaw bis-serjeta' u mhux li jekk ma jinnegozjawx ma jkun hemm l-ebda konsegwenzi għall-fatt li ma nnegozjawx.", "Dan huwa messaġġ importanti li għandha tagħti l-komunita' internazzjonali u dan huwa l-messaġġ li ħareġ ukoll mill-istatement li għamel il-Contact Group dwar il-Kosovo fi New York fis-27 ta' Settembru fejn qal:-", "Jiġifieri, għalkemm il-proposta għadha fuq il-mejda, il-mejda m'hijiex mgħottija kollha b'din il-proprosta imma għad hemm spazju fuq il-mejda għal żviluppi oħrajn.", "Jien ma nafx kemm dan huwa Ingliż tajjeb allura se ngħid li jkun hemm inqas spazju.", "Naħseb li għandna nistennew li jkun hemm imqar ċaqlieq f'dawn il-pożizzjonijiet.", "Il-crunch se jiġi - u jista' jkun hemm bżonn li nerġgħu nħarsu lejn din il-materja anke f'dan il-kumitat - meta niġu f'pożizzjoni li ma jkunx hemm - nisperaw li le - żvilupp wara li jispiċċa ż-żmien għat-Troika fil-bidu jew għal nofs Diċembru.", "Huwa ċar li m'hemmx kwestjonijiet ta' astensjonijiet għax imbagħad iridu jsiru d-deċiżjonijiet.", "Naturalment l-ewwel nisperaw fis-Security Council u jekk hemmhekk ma jkunx hemm deċiżjoni allura mbagħad iridu jittieħdu d-deċiżjonijiet fiċ-ċirkostanzi tal-mument.", "Jista' jkun li jkollok il-pożizzjoni - l-Onor.", "X'inhuma l-konsegwenzi ta' dik, partikolarment jekk ikun hemm rikonoxximent?", "L-issue kbira li se jkun hemm fl-Unjoni Ewropea hija jekk l-Unjoni Ewropea hijiex se tibqa' magħquda fil-pożizzjoni tagħha jew jekk f'dak l-istadju hux se jkun hemm reazzjoni diversifikata.", "Wieħed għad irid jara fejn inkunu wasalna dakinhar.", "Meta jien għamilt id-dikjarazzjoni u ħriġt l-istqarrija fil-Kosovo, jien m'għalaqt l-ebda bieb u m'għalaqt l-ebda tieqa għax ħsibt li hekk kien jitlob il-mument.", "Jien esprimejt id-diffikulta' jekk wieħed jaġixxi mingħajr riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurta' u allura esprimejt dubju jekk Malta tkunx f'pożizzjoni li allura tirrikonoxxi l-unilateral declaration of independence (UDI) mingħajr din ir-riżoluzzjoni.", "Jien għedt ukoll li aħna diġa' konna qegħdin nimbuttaw, biex ngħid hekk, is-sitwazzjoni fid-dritt internazzjonali pubbliku meta konna qed nibbażaw fuq ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurta' tal-Ġnus Magħquda.", "Is-sitwazzjoni m'hijiex faċli u hemm konsegwenzi li ma tagħmel xejn daqskemm hemm konsegwenzi li tagħmel.", "Allura, f'sitwazzjoni fejn żgur li trid issir xi ħaġa dalwaqt se jkollna din id-dilemma.", "Tajjeb li nkomplu nagħmlu diskussjonijiet bħal dawn fil-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej ta' dan il-Parlament għax, fil-fehma tiegħi, din hija issue li fuqha l-kumitat jista' jagħti kontribut għad-dibattitu u anke għall-iżvilupp tal-ħsieb tagħna stess.", "Grazzi ħafna.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-item li jmiss.", "PREŻENTAZZJONI MILL-ONOR MICHAEL FRENDO, MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN, DWAR IŻ-ŻJARAT TIEGĦU RELATATI MAL-KANDIDATURA MALTIJA GĦAL SEGRETARJU ĠENERALI TAL-COMMONWEALTH", "Id-diskussjoni fuq dan is-suġġett inżammet fil-magħluq.", "PROPOSTA FRANĊIŻA DWAR IT-TWAQQIF TA' UNJONI TA' L-ISTATI TAL-MEDITERRAN", "THE CHAIRMAN: Ir-raba' item fuq l-aġenda ma jistax jiġi diskuss għal żewġ raġunijiet, jiġifieri minħabba li l-Ministru ġie msejjah biex jitkellem fil-Kamra u minħabba li l-ħin ma kienx ser jippermetti.", "Hemm suġġeriment min-naħa tal-Ministru biex niltaqgħu nhar it-Tnejn li ġej mill-5.00 p.m. sas-6.30 p.m. Jien kont diġa kkomunikajt dan informalment ma' l-Onor.", "Leo Brincat li aċċettaw mill-ewwel.", "Pero', issa li l-budget mhux se jkun nhar it-Tnejn imma t-Tnejn ta' wara qed nissuġġerixxi li xorta niltaqgħu t-Tnejn pero` nibdew ftit aktar tard, jiġifieri fil-5.30 p.m.", "Fit-8.29 p.m. il-Kumitat aġġorna għat-Tnejn, 8 ta' Ottubru fil-5.30 p.m. bl-item prinċipali fuq l-aġenda tkun Il-Proposta Franċiża dwar it-twaqqif ta' Unjoni ta' l-Istati tal-Mediterran."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20071003_115d_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 3 ta' Ottubru 2007.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.37 p.m.", "L-Onor Jason Azzopardi, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Onor Leo Brincat.", "Preżenti wkoll kien hemm Dr Melanie Vella, research analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 114 li saret fil-11 ta' Lulju, 2007, kienu konfermati.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "Il-President tal-Kumitat informa lill-Kumitat li l-Iskrivan tal-Kamra kien irċieva mingħand is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew wieħed u erbgħin riżoluzzjoni, hawn taħt indikati, li kienu ġew adottati mill-Parlament Ewropew:-", "Dokument 540 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehim ta' sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta' São Tomé e Príncipe u l-Komunità Ewropea (COM(2007)0085 – C6-0098/2007 – 2007/0034(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0256 - adottata fid-19 ta' Ġunju 2007;", "Dokument 541 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa, u r-Repubblika ta\" Kiribati, min-naħa l-oħra (COM(2007)0180 – C6-0128/2007 – 2007/0062(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0257 - adottata fid-19 ta' Ġunju 2007;", "Dokument 542 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2007 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u r-Russja (2006/2237(INI)) P6_TA-PROV(2007)0262 - adottata fid-19 ta' Ġunju 2007;", "Dokument 543 Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2007 ibbażata fuq ir-rapport tal-Kumitat għall-Inkjesta fuq il-kriżi ta' l-Equitable Life Assurance Society P6_TA-PROV(2007)0264 - adottata fid-19 ta' Ġunju 2007;", "Dokument 544 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2007 dwar qafas regolatorju għall-miżuri ta' konċiljazzjoni tal-ħajja familjari u tal-perjodu ta' studju għan-nisa żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea (2006/2276(INI)) P6_TA-PROV(2007)0265 - adottata fid-19 ta' Ġunju 2007;", "Dokument 545 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ġunju 2007 dwar problemi speċifiċi fit-Traspożizzjoni u fl-Implimentazzjoni tal-Leġiżlazzjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi u r-relazzjoni tagħha ma\" l-aġenda ta\" Liżbona (2006/2084(INI)) P6_TA-PROV(2007)0273 - adottata fl-20 ta' Ġunju 2007;", "Dokument 546 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-Għanijiet ta\" Żvilupp għall-Millennju - il-punt f'nofs triq (2007/2103(INI)) P6_TA-PROV(2007)0274 - adottata fl-20 ta' Ġunju 2007;", "Dokument 547 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-21 ta' Ġunju 2007 dwar il-MEDA u appoġġ finanzjarju għall-Palestina - evalwazzjoni, implimentazzjoni u kontroll (2006/2128(INI)) P6_TA-PROV(2007)0277 - adottata fil-21 ta' Ġunju 2007;", "Dokument 548 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-21 ta' Ġunju 2007 dwar l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Dokument ta' Strateġija Reġjonali 2007-2013 u Programm Indikattiv Plurijennali għall-Asja (CMT-2007-1122) P6_TA-PROV(2007)0280 - adottata fil-21 ta' Ġunju 2007;", "Dokument 549 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ġunju 2007 dwar trattat dwar il-kummerċ ta\" l-armi: l-istabbiliment ta\" standards internazzjonali komuni għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment ta\" armi konvenzjonali P6_TA-PROV(2007)0282 - adottata fil-21 ta' Ġunju 2007;", "Dokument 550 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-21 ta' Ġunju 2007 dwar zona ta\" libertà, sigurtà u ġustizzja: Strateġija għad-dimensjoni esterna, Pjan ta\" Azzjoni li jimplimenta l-Programm ta\" l-Aja (2006/2111(INI)) P6_TA-PROV(2007)0284 - adottata fil-21 ta' Ġunju 2007;", "Dokument 551 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-21 ta' Ġunju 2007 bi proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar l-iżvilupp tan-negozjati rigward id-deċiżjoni kwadru dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija (2007/2067(INI)) P6_TA-PROV(2007)0285 - adottata fil-21 ta' Ġunju 2007;", "Dokument 552 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ġunju 2007 dwar il-kunfidenza tal-konsumatur fl-ambjent diġitali (2006/2048(INI)) P6_TA-PROV(2007)0287 - adottata fil-21 ta' Ġunju 2007;", "Dokument 553 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2007 dwar it-tlaqqigħ tal-Konferenza Intergovernattiva (IGC): l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (Artikolu 48 tat-Trattat UE) (11222/2007 – C6-0206/2007 – 2007/0808(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0328 - adottata fil-11 ta' Lulju 2007;", "Dokument 554 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u r-Repubblika ta' l-Armenja min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Repubblika tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea (COM(2007)0113 – C6-0161/2007 – 2007/0041(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0294 - adottata fl-10 ta' Lulju 2007;", "Dokument 555 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Partenarjat u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta'l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Repubblika tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0098 – C6-0162/2007 – 2007/0046(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0296 - adottata fl-10 ta' Lulju 2007;", "Dokument 556 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-konklużjoni ta' protokoll tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta\" l-Estonja, ir-Repubblika ta\" Ċipru, ir-Repubblika ta\" l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta\" Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja (8937/2007 – COM(2006)0765 – C6-0153/2007 – 2006/0254(AVC)) P6_TA-PROV(2007)0291 - adottata fl-10 ta' Lulju 2007;", "Dokument 557 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta'l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Repubblika tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0009 – C6-0103/2007 – 2007/0003(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0292 - adottata fl-10 ta' Lulju 2007;", "Dokument 558 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0007 – C6-0102/2007 – 2007/0004(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0293 - adottata fl-10 ta' Lulju 2007;", "Dokument 559 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Partenarjat u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta'l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea (COM(2007)0114 – C6-0160/2007 – 2007/0040(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0295 - adottata fl-10 ta' Lulju 2007;", "Dokument 560 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-immodernizzar tal-liġi tax-xogħol biex tiffaċċja l-isfidi tas-seklu 21 (2007/2023(INI)) P6_TA-PROV(2007)0339 - adottata fil-11 ta' Lulju 2007;", "Dokument 561 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-prospetti għas-suq intern tal-gass u ta\" l-elettriku (2007/2089(INI)) P6_TA-PROV(2007)0326 - adottata fil-11 ta' Lulju 2007;", "Dokument 562 Riżoluzzjoni ta' l-10 ta' Lulju 2007 tal-Parlament Ewropew dwar l-imminimizzar ta' l-ispejjeż amministrattivi imposti mil-leġiżlazzjoni (2005/2140(INI) P6_TA-PROV(2007)0316 - adottata fil-11 ta' Lulju 2007;", "Dokument 563 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2007 dwar l-iskrutinju demokratiku ta\" l-implimentazzjoni ta\" l-istrument ta\" finanzjament għall-koperazzjoni għall-iżvilupp (DCI) P6_TA-PROV(2007)0354 - adottata fit-12 ta' Lulju 2007;", "Dokument 564 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2007 dwar il-ftehim PNR ma' l-Istati Uniti P6_TA-PROV(2007)0347 - adottata fit-12 ta' Lulju 2007;", "Dokument 565 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2007 dwar azzjoni biex jiġi miġġieled il-mard kardjovaskulari P6_TA-PROV(2007)0346 - adottata fit-12 ta' Lulju 2007;", "Dokument 566 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2007 dwar ir-Rapport ta' Progress ta' l-2006 dwar l-ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (2006/2289(INI)) P6_TA-PROV(2007)0352 - adottata fit-12 ta' Lulju 2007;", "Dokument 567 Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2007 lill-Kunsill dwar mandat għal negozjati għal ftehim ġdid u msaħħaħ bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Ukraina min-naħa l-oħra (2007/2015(INI)) P6_TA-PROV(2007)0355 - adottata fit-12 ta' Lulju 2007;", "Dokument 568 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2007 dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fi Transnistia (Repubblika tal-Moldova) P6_TA-PROV(2007)0358 - adottata fit-12 ta' Lulju 2007;", "Dokument 569 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-diżastri naturali P6_TA-PROV(2007)0362 - adottata fl-4 ta' Settembru 2007;", "Dokument 570 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2007 dwar Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea (2007/2095(INI)) P6_TA-PROV(2007)0363 - adottata fl-4 ta' Settembru 2007;", "Dokument 571 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2007 dwar tfassil aħjar tal-liġijiet 2005: l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità - it-13-il rapport annwali (2006/2279(INI)) P6_TA-PROV(2007)0364 - adottata fl-4 ta' Settembru 2007;", "Dokument 572 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2007 dwar id-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni (2007/2096(INI)) P6_TA-PROV(2007)0365- adottata fl-4 ta' Settembru 2007;", "Dokument 573 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2007 dwar l-implikazzjonijiet istituzzjonali u legali ta\" l-użu ta\" strumenti ta\" soft law (2007/2028(INI)) P6_TA-PROV(2007)0366 - adottata fl-4 ta' Settembru 2007;", "Dokument 574 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2007 dwar ir-Reviżjoni tas-Suq Wieħed: negħlbu x-xkiel u l-ineffiċjenzi permezz ta\" implimentazzjoni u infurzar aħjar (2007/2024(INI)) P6_TA-PROV(2007)0367 - adottata fl-4 ta' Settembru 2007;", "Dokument 575 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2007 dwar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1546/2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 622/2003 li jistabilixxi miżuri sabiex jiġu implimentati standards bażiċi komuni għas-sigurtà fl-avjazzjoni (il-ġarr ta\" likwidi fl-ajruplani) P6_TA-PROV(2007)0374 - adottata fil-5 ta' Settembru 2007;", "Dokument 576 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2007 dwar Strateġija ta' l-Unjoni Ewropea mmirata biex tassisti l-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex inaqqsu d-danni li ġejjin mill-konsum ta' l-alkoħol (2007/2005(INI)) P6_TA-PROV(2007)0377 - adottata fil-5 ta' Settembru 2007;", "Dokument 577 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Settembru 2007 dwar ir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2007/2079(INI)) P6_TA-PROV(2007)0379 - adottata fis-6 ta' Settembru 2007;", "Dokument 578 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Settembru 2007 dwar l-iffunzjonar tad-djalogi u tal-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi Terzi (2007/2001(INI)) P6_TA-PROV(2007)0381 - adottata fis-6 ta' Settembru 2007;", "Dokument 579 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Settembru 2007 dwar il-Green Paper dwar ir-Reviżjoni ta' l-Acquis dwar il-Konsumatur (2007/2010(INI)) P6_TA-PROV(2007)0383 - adottata fis-6 ta' Settembru 2007; u", "Dokument 580 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Settembru 2007 dwar l-iffinanzjar tal-Qorti Speċjali għas-Sierra Leone P6_TA-PROV(2007)0386 - adottata fis-6 ta' Settembru 2007.", "LAQGĦA MA' DELEGAZZJONI RUSSA MIR-REĠJUN TA' ST.", "Il-Kumitat u d-delegazzjoni Russa tkellmu dwar ir-relazzjonijiet bejn Malta u r-Reġjun ta' St Petersburg speċjalment fil-qasam tat-turiżmu, kultura, teknoloġija ta' l-informazzjoni u kummerċ kif ukoll dwar il-possibilta' ta' ġemellaġġ ta' bliet u rħula Maltin ma' dawk fir-Reġjun ta' St Petersburg.", "PREŻENTAZZJONI MILL-ONOR MICHAEL FRENDO, MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN, DWAR:", "(i) l-aħħar żviluppi dwar il-Kosovo: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin għamel preżentazzjoni dwar id-dikjarazzjoni tal-Gvern Malti dwar is-sitwazzjoni fil-Kosovo fid-dawl tar-rapport ta' Martti Ahtisaari, Ambaxxatur tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għal Kosovo u tax-xogħal li qed isir mit-Troika – l-Istati Uniti, l-Unjoni Ewropea u r-Russja- mis-six-nation contact group għal Kosovo u f'fora internazzjonali oħra.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "(ii) iż-żjarat tiegħu relatati mal-kandidatura Maltija għal Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth:", "Id-diskussjoni fuq dan is-suġġett inżammet fil-magħluq.", "Fit-8.29 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn, 8 ta' Ottubru fil-5.30 p.m. b'din l-aġenda:-", "Proposta Franċiża dwar it-twaqqif ta' Unjoni ta' l-Istati tal-Mediterran; u", "Affarijiet oħra.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20071003_115m_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 116", "It-Tnejn, 8 ta' Ottubru 2007 fis-6.30 p.m.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 8 ta' Ottubru 2007 fis-6.30 p.m fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Proposta Franċiża dwar it-twaqqif ta' Unjoni ta' l-Istati tal-Mediterran; u", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20071008_116a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 116", "It-Tnejn, 8 ta' Ottubru, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru. 116", "It-Tnejn, 8 ta' Ottubru, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.45 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa nru.", "115 li saret fit-3 ta' Ottubru, 2007, kienu approvati.", "PROPOSTA FRANĊIŻA DWAR IT-TWAQQIF TA' UNJONI TA' L-ISTATI TAL-MEDITERRAN", "THE CHAIRMAN (Onor. Jason Azzopardi): L-item prinċipali ta' l-aġenda tagħna huwa d-diskussjoni dwar proposta Franċiża dwar it-twaqqif ta' Unjoni ta' l-Istati tal-Mediterran.", "Smajna u qrajna fuq din il-proposta tal-President Sarkozy, pero' naħseb tajjeb ukoll illi nfakkru xi affarijiet li għamlet Malta diversi snin ilu.", "Pero' qabel ma niġi għal dak il-punt, nixtieq nagħmel on record li hawn qbil bejn il-membri li l-esperti, jiġifieri, s-Sur Joe Mangion Diplomatic Officer fl'Uffiċju ta' Mr Speaker, u l-Ambaxxatur Alfred Zarb, is-Sur John Inguanez Direttur Ġenerali u s-Sur Patrick Cassar Officer in Grade 5 fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, joqogħdu madwar il-mejda biex b'hekk inkunu nistgħu nagħmlu diskussjoni tête-á-tête.", "Nixtieq nirringrazzja lil dawn l-uffiċċali talli għoġobhom jattendu għal din il-laqgħa.", "Punt ieħor li xtaqt nagħmel huwa li kien hemm talba minn wieħed mill-mistednin li għandna madwar il-mejda sabiex il-laqgħa kollha, jew għallinqas parti sostanzjali minnha, tkun in camera għal raġunijiet ta' interess nazzjonali.", "Jekk m'hemmx kummenti jew rimarki mod ieħor jiena ma nsibx diffikulta', anzi nixtieq li jsir hekk.", "GEORGE VELLA: For the record nixtieq li din it-talba jimmotivaha, speċi jagħti r-raġuni għaliex għandna nagħmlu hekk.", "IS-SUR JOE MANGION (Diplomatic Officer fl-Uffiċju ta' Mr Speaker): Infatti dalgħodu jien ktibt lill-iskrivan tal-Kumitat biex jikkonsulta maċ-Chairman għax xtaqt li din il-laqgħa, jew parti minnha, issir fil-magħluq biex inkunu liberi ngħidu x'se nagħmlu u x'mhux se nagħmlu jew x'għamilna u x'm'għamilniex u allura ma nkunux ristretti milli ngħidu ċerti affarijiet li forsi jistgħu jimpinġu anke fuq in-naħa Franċiża.", "THE CHAIRMAN: Jekk qiegħed nifhem sew ix-xewqa tiegħek m'hijiex li l-laqgħa kollha tkun in camera iżda dawk il-partijiet illi s-sens komun jiddetta li għandhom ikunu fil-magħluq biex ma tiġix preġudikata l-pożizzjoni ta' pajjiżna.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, naħseb li se jkun diffiċli li meta tispiċċa sentenza tgħid li għas-sentenza li jmiss il-laqgħa se tkun in camera u mbagħad għas-sentenza ta' wara dik il-laqgħa terġa' tkun bil-miftuħ.", "Li rrid ngħid hu li forsi għandna niddeċiedu li nagħmlu din id-diskussjoni bejnietna to air our views, imbagħad meta nkunu pproċedejna iktar nagħmlu laqgħa oħra li ma tkunx in camera.", "Jiena m'għandix diffikulta' either way.", "GEORGE VELLA: Sur President, jien għamilt il-mistoqsija sempliċement għar-record.", "Barra minn hekk, jekk niftakar tajjeb, dan il-kumitat darba ltaqa' in camera u dan kien fi żmieni meta konna ddiskutejna, jekk m'iniex sejjer żball, il-kwestjoni tat-Tuneżija meta l-Prof.", "Guido de Marco u jien qbilna li l-laqgħa tkun in camera għax kien hemm ċerti affarijiet sensittivi ta' politika interna u ta' relazzjonijiet ma' pajjiż ieħor u allura ma kienx ta' min jagħmilhom pubbliċi.", "Staqsejt dan biex on the record ikun hemm ġustifikazzjoni għaliex qegħdin nagħmlu hekk għax għalija ma jkunx tajjeb jekk meta jfettillu dan il-kumitat jibda jiltaqa' in camera bla ebda raġuni.", "Meta jkun hemm kwestjoni bħalma hi din fejn, kif qal tajjeb is-Sur Mangion, jista' jkun hemm ammissjonijiet ta xi stajna għamilna u m'għamilniex, x'qegħdin naħsbu u xi prospetti se nagħmlu, allura jien nifhem li d-diskussjoni għandha tinżamm fil-magħluq.", "Għaldaqstant jien naqbel mal-Ministru u naqbel miegħek, Sur President, għax, wara kollox li xtaqt jien kien mhux to challenge the decision imma to motivate the decision.", "THE CHAIRMAN: For the record biss, u din qed ngħidha b'naqra ta' tbissima wkoll, mingħalija kellna laqgħa in camera meta ġie is-", "Segretarju għall-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit Jack Straw, li dwarha kien hemm aftermath daqsxejn problematiku.", "Il-ġimgħa l-oħra wkoll kellna parti mill-laqgħa in camera u din kienet tirrigwarda l-parti dwar il-Commonwealth.", "Jidher li hemm qbil li l-laqgħa kollha kemm hi ssir in camera u allura se ngħid lill-iskrivan tal-Kumitat biex iwaqqaf l-istreaming tagħha fuq l-internet.", "Il-Kumitat qabel li d-diskussjoni titkompla fil-magħluq.", "Fit-8.20 p.m. il-Kumitat aġġorna għall-Erbgħa, 17 ta' Ottubru fis-7.00 p.m. bl-item prinċipali fuq l-aġenda tkun il-laqgħa ma' l-E.", "T. Jean-Marc Rives, Ambaxxatur ta' Franza għal Malta."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20071008_116d_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 8 ta' Ottubru 2007.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.45 p.m.", "L-Onor Jason Azzopardi, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor Michael Asciak, l-Onor Leo Brincat u l-Onor George Vella.", "Preżenti wkoll kien hemm is-Sur Joseph Mangion, Diplomatic Officer fl-Uffiċċju ta' Mr Speaker u Dr Melanie Vella, research analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, u, mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, is-Sur Alfred Zarb, Ambaxxatur, is-Sur John Inguanez, Direttur Ġenerali (Political) u s-Sur Patrick Cassar, Officer in Grade 5 External Relations and Mediterranean Affairs Directorate.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 115 li saret fit-3 ta' Ottubru, 2007, kienu konfermati.", "PROPOSTA FRANĊIŻA DWAR IT-TWAQQIF TA' UNJONI TA' L-ISTATI TAL-MEDITERRAN", "Il-Kumitat qabel li d-diskussjoni fuq din il-proposta ssir fil-magħluq peress li l-Parlament Malti kien għadu fi stadju li jikkonsidra l-pożizzjoni tiegħu f'dan ir-rigward.", "Fit-8.20 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 17 ta' Ottubru fis-7.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Laqgħa ma' l-E.", "T. Jean-Marc Rives, Ambaxxatur ta' Franza għal Malta; u", "Affarijiet oħra.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20071008_116m_bar.docx"} {"text": ["L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 117", "L-Erbgħa, 17 ta' Ottubru 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru. 117", "L-Erbgħa, 17 ta' Ottubru 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta fis-7.11 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 116 li saret nhar it-Tnejn, 8 ta' Ottubru 2007, kienu konfermati.", "LAQGĦA MA' L-E.", "T. JEAN-MARC RIVES, AMBAXXATUR TA' FRANZA GĦAL MALTA", "THE CHAIRMAN (L-Onor.", "E. T. JEAN-MARC RIVES (Ambaxxatur ta' Franza għal Malta): Mr. President and Hon.", "Xtaqt nitlob lill-membri jibqgħu ftit għax irrid ninforma lill-Kumitat li, jekk ma tinqalax xi kriżi internazzjonali, bħal nhar it-Tnejn 29 ta' Ottubru fl-4.00 p.m. aċċetta li jindirizzana Dr Javier Solana.", "Dan għadu qatt ma ġie Malta u jien sinċerament kuntent li dan se jseħħ għax ma kienx faċli nsibu ġurnata.", "Din il-laqgħa se tkun permezz ta' video conference ma' Brussels u sssa fingers crossed li ma jinqalax xi ħaġa, speċjalment f'Kosovo jew f'bnadi oħra, li minħabba f'hekk ikollu jsiefer.", "Dr Solana ilu numru ta' xhur li kkonfermali u fil-fatt reġa' kkonfermali ftit tal-ġranet ilu.", "Għaldaqstant huwa importanti ħafna li nżommu l-ħin.", "Punt ieħor huwa li l-cabinet tiegħu stedinni sabiex aħna ngħidulu minn qabel dwar x'nixtiequ niddiskutu.", "M'hemm ebda rbit ma' xi suġġett u nħalli lil kull membru fil-liberta` biex jara x' jixtieq jistaqsi pero` talabni biex sal-ġimgħa d-dieħla ngħaddulhom il-punti li dwarhom inkunu nixtiequ li jitkellem.", "Il-ħin ma jistax jeċċedi l-50 minuta u dan għal diversi raġunijiet.", "Nerġa' ngħid, j'Alla ma jinqala' xejn internazzjonalment, pero' s'issa din il-laqgħa għanha ssir nhar it-Tnejn, 29 ta' Ottubru.", "Grazzi.", "Fit-8.26 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn, 29 ta' Ottubru 2007 bl-item prinċipali fuq l-aġenda jkun:", "Laqgħa permezz ta' video conference ma' Dr Javier Solana, Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni Ewropea għall-Politika Komuni dwar l-Affarijiet Barranin u Sigurta'."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20071017_117d_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 17 ta' Ottubru 2007.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.11 p.m.", "L-Onor Jason Azzopardi, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Michael Asciak, l-Onor Leo Brincat u l-Onor George Vella.", "Preżenti wkoll kien hemm l-Onor Michael Gonzi u Ms Maryanne Vella, research analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Assenti: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor Evarist Bartolo, l-Onor Mario de Marco, l-Onor Jose' Herrera u l-Onor Clyde Puli.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 116 li saret fit-8 ta' Ottubru, 2007, kienu konfermati.", "LAQGĦA MA' E. T. JEAN-MARC RIVES, AMBAXXATUR TA' FRANZA GĦAL MALTA", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-Ambaxxatur Franċiż tkellem dwar:", "(i) ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Franza u Malta fid-diversi oqsma, fosthom, il-kummerċ, il-kultura, l-edukazzjoni u s-sigurta' u", "(ii) ir-rwol ta' Franza fuq livell Ewropew, Mediterranju u internazzjonali.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-Membri tal-Kumitat, fost affarijiet oħra, saħqu li l-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran, li għandha s-segretarjat tagħha f'Malta, għandha sservi bħala waħda mill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni ta' l-Istati tal-Mediterran li qiegħed jipproponi l-Gvern Franċiż.", "Il-President tal-Kumitat informa lill-Membri li wara kuntatti li saru ġiet skedata laqgħa permezz ta' video conference ma' Dr Javier Solana, Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni Ewropea għall-Politika Komuni dwar l-Affarijiet Barranin u Sigurta', għal nhar it-Tnejn 29 ta' Ottubru 2007 fit-3.45 p.m.", "Fit-8.26 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn, 29 ta' Ottubru 2007 b'din l-aġenda:-", "Laqgħa permezz ta' video conference ma' Dr Javier Solana, Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni Ewropea għall-Politika Komuni dwar l-Affarijiet Barranin u Sigurta'.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20071017_117m_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 118", "It-Tnejn, 29 ta' Ottubru, 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru. 118", "It-Tnejn, 29 ta' Ottubru, 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-4.00 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 117 li saret fis-17 ta' Ottubru, 2007, kienu konfermati.", "LAQGĦA PERMEZZ TA' VIDEO CONFERENCE MA' DR. JAVIER SOLANA, SEGRETARJU ĠENERALI TAL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA U RAPPREŻENTANT GĦOLI TA' L-UNJONI EWROPEA GĦALL-POLITIKA KOMUNI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U SIGURTA'", "THE CHAIRMAN (Onor. Jason Azzopardi): Fi ftit minuti oħra se ningħaqdu – permezz ta' video conference – għal-laqgħa tagħna ma' Dr. Javier Solana, Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u rappreżentant għoli ta' l-Unjoni Ewropea għall-politika komuni dwar l-affarijiet barranin u sigurta'.", "Għandna talba minn xi media biex ikunu jistgħu jidħlu fil-Kamra u jiffilmjaw il-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "DR. JAVIER SOLANA (Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni Ewropea għall-Politika Komuni dwar l-Affarijiet Barranin u Sigurta'): Thank you very much.", "Fl-4.59 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20071029_118d_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 29 ta' Ottubru 2007.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-4.00 p.m.", "L-Onor Jason Azzopardi, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Preżenti wkoll kien hemm Ms Eleanor Scerri, Dr Melanie Vella u Ms Maryanne Vella, research analysts mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Assenti: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor Evarist Bartolo, l-Onor Clyde Puli u l-Onor George Vella", "Il-President talab il-permess tal-Kumitat sabiex cameraman u fotografi jkun jistgħu jieħdu filmat u ritratti ta' l-ewwel parti tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 117 li saret fis-17 ta' Ottubru, 2007, kienu konfermati.", "LAQGĦA PERMEZZ TA' VIDEO CONFERENCE MA' DR JAVIER SOLANA, SEGRETARJU ĠENERALI TAL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA U RAPPREŻENTANT GĦOLI TA' L-UNJONI EWROPEA GĦALL-POLITIKA KOMUNI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U SIGURTA'", "Il-Membri tal-Kumitat u Dr Javier Solana kellhom diskussjoni fuq dawn il-kwestjonijiet li ġejjin:-", "(i) il-Lvant Nofsani;", "(ii) il-programm nukleari ta' l-Iran;", "(iii) il-proposta tal-Gvern Franċiż dwar it-twaqqif ta' Unjoni ta' l-Istati tal-Mediterran;", "(iv) il-Libja;", "(v) il-Malta Initiative dwar laqgħat bejn il-ministri ta' l-affarijiet barranin tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u tal-pajjiżi tal-Lega Għarbija; u", "(vi) l-immigrazzjoni llegali u s-summit li se jsir f'Lisbona bejn l-Unjoni Ewropea u l- Afrika.", "Fl-4.59 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20071029_118m_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 39", "L-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2007, fil-5.00 p.m.", "Mr Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2007, fil-5.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra;", "Ombudsplan għas-sena 2008", "Affarijiet oħra.", "6 ta' Novembru 2007 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20071114_039a_hbc.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2007", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fil-5.05 p.m.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor Helena Dalli, l-Onor Mario Galea u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 38 li saret fit-3 ta' Ottubru 2007, kienu konfermati.", "Il-Kumitat stieden lill-Imħallef Emeritus Dr Said Pullicino, Ombudsman, sabiex jieħu parti fil-Kumitat ħalli jikkummenta b'mod ġenerali kif ukoll iwieġeb għal xi mistoqsijiet jew osservazzjonijiet li jistgħu jsirulu fuq l-Ombudsplan 2008 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati fil-24 ta' Settembru 2007.", "Ħadu sehem ukoll fid-diskussjoni Dr Michael Sant u Dr Anthony Vassallo mill-Uffiċċju ta' l-Ombudsman.", "Fis-5.50 p.m. id-diskussjoni fuq l-Ombudsplan 2007 kienet konkluża.", "Il-Kumitat qabel li Mr Speaker kellu jirrapporta fil-Kamra tad-Deputati li l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra kien iddiskuta u approva l-Ombudsplan u li t-transcript ta' din il-laqgħa kellha tiġi ċċirkolata lill-Membri Parlamentari sabiex sussegwentement titressaq fil-Kamra l-mozzjoni għall-approvazzjoni ta' l-Ombudsplan.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li nhar it-Tnejn, 19 ta' Novembru, il-Kamra tiddiskuti l-emenda għall-iskeda annessa ma' l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern u fis-seduta ta' wara, jitkompla jiġi diskuss l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi.", "Fis-5.55 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20071114_039m_par.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 119", "L-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2007 fis-7.15 p.m.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2007 fis-7.15 p.m fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa ma' delegazzjoni mill-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja mmexxija minn Ms Flora Kadriu, President tal-Kumitat Parlamentari dwar il-Politika Barranija; u", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20071114_119a_bar.docx"} {"text": ["L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 119", "L-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru. 119", "L-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta fis-7.15 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 118 li saret fid-29 ta' Ottubru, 2007, kienu konfermati.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "THE CHAIRMAN (Onor. Jason Azzopardi): Ninforma lill-Kumitat li l-Iskrivan tal-Kamra rċieva mingħand is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew 20 riżoluzzjoni, hawn taħt indikati, li kienu ġew adottati mill-Parlament Ewropew:-", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kirgistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru (COM(2007)0189 – C6-0173/2007 – 2007/0065(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0388 - adottata fil-25 ta' Settembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2007 dwar Pjan Direzzjonali għall-Enerġija li Tiġġedded fl-Ewropa (2007/2090 (INI)) P6_TA-PROV(2007)0406 - adottata fil-25 ta' Settembru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta' l-Iżrael (COM(2007)0276 – C6-0237/2007 – 2007/0096(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0390 - adottata fil-25 ta' Settembru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru (COM(2007)0219 – C6-0201/2007 – 2007/0074(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0389 - adottata fil-25 ta' Settembru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Panama dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru (COM(2007)0151 – C6-0198/2007 – 2007/0057(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0387 - adottata fil-25 ta' Settembru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal- Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehima dwar Kooperazzjoni u Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, wara l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea (COM(2007)0309 – C6-0250/2007 – 2007/0105(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0391 - adottata fil-25 ta' Settembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Settembru 2007 dwar \"Lejn politika barranija Ewropea komuni għall-enerġija\" (2007/2000(INI)) P6_TA-PROV(2007)0413 - adottata fis-26 ta' Settembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Settembru 2007 dwar il-prijoritajiet tal-politika fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali ta\" ċittadini ta' pajjiżi terzi (2006/2250(INI)) P6_TA-PROV(2007)0415 - adottata fis-26 ta' Settembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Settembru 2007 dwar il-programm ta' azzjoni fuq il-migrazzjoni legali (2006/2251(INI)) P6_TA-PROV(2007)0414 - adottata fis-26 ta' Settembru 2007.", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2007 dwar l-effiċjenza u l-ekwità tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ Ewropej (2007/2113(INI)) P6_TA-PROV(2007)0417 - adottata fis-27 ta' Settembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2007 dwar i2010: Il-Librerija Diġitali Ewropea (2006/2040(INI)) P6_TA-PROV(2007)0416 - adottata fis-27 ta' Settembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2007 dwar l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill rigward moratorju għall-piena tal-mewt P6_TA-PROV(2007)0418 - adottata fis-27 ta' Settembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2007 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea - 2007 (2007/2065(INI)) P6_TA-PROV(2007)0423 - adottata fis-27 ta' Settembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2007 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta\" Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (2007/2094(INI)) P6_TA-PROV(2007)0422 - adottata fis-27 ta' Settembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehimiet rilevanti skond l-Artikolu XXI tal-GATS ma\" l-Arġentina, l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Territorju doganali separat ta\" Taiwan, Penghu, Kinmen u Matsu (it-Taipei Ċiniża), il-Kolumbja, Kuba, l-Ekwador, Ħong Kong Ċina, l-Indja, il-Ġappun, il-Korea, in-New Zealand, il-Filippini, l-Isvizzera u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta\" kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta\" l-Estonja, ir-Repubblika ta\" Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta\" l-Ungerija, ir-Repubblika ta\" Malta, ir-Repubblika ta\" l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta\" l-Isvezja ma\" l-Unjoni Ewropea (11507/2007 – COM(2007)0154 – C6-0239/2007 – 2007/0055(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0424 - adottata fil-11 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, imlaqqgħa fil-Kunsill, dwar il-konklużjoni tal-Ftehima dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, min-naħa l-oħra (8044/3/2007 – COM(2006)0169 – C6-0210/2007 – 2006/0058(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0428 - adottata fil-11 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ottubru 2007 dwar is-sitwazzjoni umanitarja f'GażaP6_TA-PROV(2007)0430 - adottata fil-11 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ottubru 2007 dwar qtil ta\" nisa (femiċidji) fil-Messiku u fl-Amerika Ċentrali, u l-irwol ta\" l-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra dan il-fenomenu (2007/2025(INI)) P6_TA-PROV(2007)0431 - adottata fil-11 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ottubru 2007 dwar l-implikazzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità, Stati Membri u l-kumpanija Philip Morris dwar l-intensifikar tal-ġlieda kontra l-frodi u l-kuntrabandu tas-sigaretti u dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Inkjesta tal-Parlament dwar is-Sistema tat-Tranżitu Komunitarju (2005/2145(INI)) P6_TA-PROV(2007)0432 - adottata fil-11 ta' Ottubru 2007; u", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ottubru 2007 dwar il-kapaċità u l-ground handling ta' l-Ajruporti: lejn politika iktar effiċjenti (2007/2092(INI)) P6_TA-PROV(2007)0433 - adottata fil-11 ta' Ottubru 2007.", "Issa ngħaddu għall-item prinċipali tal-lum li hija l-laqgħa tagħna mad-delegazzjoni ta' l-ex-repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, immexxija mis-Sinjura Flora Kadriu, President tal-Kumitat Parlamentari dwar il-politika barranija.", "LAQGĦA MA' DELEGAZZJONI MILL-EX-REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA MMEXXIJA MINN FLORA KADRIU, PRESIDENT TAL-KUMITAT PARLAMENTARI DWAR IL-POLITIKA BARRANIJA", "Fit-8.20 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20071114_119d_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2007.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.15 p.m.", "L-Onor Jason Azzopardi, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Michael Asciak u l-Onor George Vella.", "Preżenti wkoll kien hemm Dr Melanie Vella, research analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Assenti: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor Evarist Bartolo, l-Onor Leo Brincat, l-Onor Mario de Marco, l-Onor Jose' Herrera u l-Onor Clyde Puli.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 118 li saret fid-29 ta' Ottubru, 2007, kienu konfermati.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "Il-President tal-Kumitat informa lill-Kumitat li l-Iskrivan tal-Kamra kien irċieva mingħand is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew għoxrin riżoluzzjonijiet, hawn taħt indikati, li kienu ġew adottati mill-Parlament Ewropew:-", "Dokument 581 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kirgistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru (COM(2007)0189 – C6-0173/2007 – 2007/0065(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0388 - adottata fil-25 ta' Settembru 2007.", "Dokument 582 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2007 dwar Pjan Direzzjonali għall-Enerġija li Tiġġedded fl-Ewropa (2007/2090 (INI)) P6_TA-PROV(2007)0406 - adottata fil-25 ta' Settembru 2007.", "Dokument 583 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta' l-Iżrael (COM(2007)0276 – C6-0237/2007 – 2007/0096(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0390 - adottata fil-25 ta' Settembru 2007.", "Dokument 584 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru (COM(2007)0219 – C6-0201/2007 – 2007/0074(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0389 - adottata fil-25 ta' Settembru 2007.", "Dokument 585 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Panama dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru (COM(2007)0151 – C6-0198/2007 – 2007/0057(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0387 - adottata fil-25 ta' Settembru 2007.", "Dokument 586 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehima dwar Kooperazzjoni u Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, wara l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea (COM(2007)0309 – C6-0250/2007 – 2007/0105(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0391 - adottata fil-25 ta' Settembru 2007.", "Dokument 587 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Settembru 2007 dwar \"Lejn politika barranija Ewropea komuni għall-enerġija\" (2007/2000(INI)) P6_TA-PROV(2007)0413 - adottata fis-26 ta' Settembru 2007.", "Dokument 588 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Settembru 2007 dwar il-prijoritajiet tal-politika fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali ta\" ċittadini ta' pajjiżi terzi (2006/2250(INI)) P6_TA-PROV(2007)0415 - adottata fis-26 ta' Settembru 2007.", "Dokument 589 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Settembru 2007 dwar il-programm ta' azzjoni fuq il-migrazzjoni legali (2006/2251(INI)) P6_TA-PROV(2007)0414 - adottata fis-26 ta' Settembru 2007.", "Dokument 590 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2007 dwar l-effiċjenza u l-ekwità tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ Ewropej (2007/2113(INI)) P6_TA-PROV(2007)0417 - adottata fis-27 ta' Settembru 2007.", "Dokument 591 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2007 dwar i2010: Il-Librerija Diġitali Ewropea (2006/2040(INI)) P6_TA-PROV(2007)0416 - adottata fis-27 ta' Settembru 2007.", "Dokument 592 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2007 dwar l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill rigward moratorju għall-piena tal-mewt P6_TA-PROV(2007)0418 - adottata fis-27 ta' Settembru 2007.", "Dokument 593 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2007 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea - 2007 (2007/2065(INI)) P6_TA-PROV(2007)0423 - adottata fis-27 ta' Settembru 2007.", "Dokument 594 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2007 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta\" Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (2007/2094(INI)) P6_TA-PROV(2007)0422 - adottata fis-27 ta' Settembru 2007.", "Dokument 595 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehimiet rilevanti skond l-Artikolu XXI tal-GATS ma\" l-Arġentina, l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Territorju doganali separat ta\" Taiwan, Penghu, Kinmen u Matsu (it-Taipei Ċiniża), il-Kolumbja, Kuba, l-Ekwador, Ħong Kong Ċina, l-Indja, il-Ġappun, il-Korea, in-New Zealand, il-Filippini, l-Isvizzera u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta\" kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta\" l-Estonja, ir-Repubblika ta\" Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta\" l-Ungerija, ir-Repubblika ta\" Malta, ir-Repubblika ta\" l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta\" l-Isvezja ma\" l-Unjoni Ewropea (11507/2007 – COM(2007)0154 – C6-0239/2007 – 2007/0055(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0424 - adottata fil-11 ta' Ottubru 2007.", "Dokument 596 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, imlaqqgħa fil-Kunsill, dwar il-konklużjoni tal-Ftehima dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, min-naħa l-oħra (8044/3/2007 – COM(2006)0169 – C6-0210/2007 – 2006/0058(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0428 - adottata fil-11 ta' Ottubru 2007.", "Dokument 597 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ottubru 2007 dwar is-sitwazzjoni umanitarja f'GażaP6_TA-PROV(2007)0430 - adottata fil-11 ta' Ottubru 2007.", "Dokument 598 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ottubru 2007 dwar qtil ta\" nisa (femiċidji) fil-Messiku u fl-Amerika Ċentrali, u l-irwol ta\" l-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra dan il-fenomenu (2007/2025(INI)) P6_TA-PROV(2007)0431 - adottata fil-11 ta' Ottubru 2007.", "Dokument 599 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ottubru 2007 dwar l-implikazzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità, Stati Membri u l-kumpanija Philip Morris dwar l-intensifikar tal-ġlieda kontra l-frodi u l-kuntrabandu tas-sigaretti u dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Inkjesta tal-Parlament dwar is-Sistema tat-Tranżitu Komunitarju (2005/2145(INI)) P6_TA-PROV(2007)0432 - adottata fil-11 ta' Ottubru 2007.", "Dokument 600 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ottubru 2007 dwar il-kapaċità u l-ground handling ta' l-Ajruporti: lejn politika iktar effiċjenti (2007/2092(INI)) P6_TA-PROV(2007)0433 - adottata fil-11 ta' Ottubru 2007.", "LAQGĦA MA' DELEGAZZJONI MILL-EX-REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA MMEXXIJA MINN FLORA KADRIU, PRESIDENT TAL-KUMITAT PARLAMENTARI DWAR IL-POLITIKA BARRANIJA", "Id-delegazzjoni mill-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja kienet magħmula minn Ms Flora Kadriu, President tal-Kumitat Parlamentari dwar il-Politika Barranija, Mr Ogce Dzalevski, State Counsellor fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, Ms Ljilja Trpkovska, Segretarja tal-Kumitat, u Mr Milovan Takov, interpretu.", "It-temi prinċipali li ġew diskussi kienu:", "(i) il-kwestjoni li dan il-pajjiż għandu mal-Greċja dwar l-isem formali tiegħu – fis- sens li hemm riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti li sakemm din il-kwestjoni tinqata' wieħed għandu jirreferi għalih bħala ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u mhux ir-Repubblika tal-Maċedonja – u l-problema li din ħolqot biex formalment jiġu stabbiliti relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi;", "(ii) l-aspirazzjoni ta' dan il-pajjiż biex isir membru ta' Unjoni Ewropea – fejn diġa' kien hemm rapporti mill-Kummissjoni Ewropea li wrew li dan il-pajjiż għamel progress f'diversi oqsma;", "(iii) il-mira ta' dan il-pajjiż li jidħol fl-istrutturi tan-North Atlantic Treaty Organisation (NATO); u", "(iv) l-istabilita' fil-Balkani.", "Fit-8.20 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20071114_119m_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 120", "It-Tnejn, 19 ta' Novembru 2007 fis-7.00 p.m.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 19 ta' Novembru 2007 fis-7.00 p.m fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa ma' delegazzjoni mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Majlis Ash Shura – Kunsill Konsultattiv – tar-Renju ta' l-Arabja Sawdija mmexxija minn Dr Sadakah Yahia Fadil, President tal-Kumitat; u", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20071119_120a_bar.docx"} {"text": ["L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 120", "It-Tnejn, 19 ta' Novembru 2007", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru. 120", "It-Tnejn, 19 ta' Novembru 2007", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta fis-7.16 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 119 li saret fl-14 ta' Novembru, 2007, ġew konfermati.", "LAQGĦA MA' DELEGAZZJONI MILL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ TAL-MAJLIS ASH SHURA – KUNSILL KONSULTATTIV – TAR-RENJU TA' L-ARABJA SAWDIJA", "E.T. DR. SADAKAH YAHIA FADIL (President tal-Kumitat u Kap tad-Delegazzjoni Sawdita): Thank you Mr. Chairman.", "DR. BANDAR MOHAMMAD AL EIBAN (Membru tad-Delegazzjoni Sawdita): Thank you Mr. Chairman.", "8.23 p.m. il-Kumitat aġġorna għal", "data oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20071119_120d_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 19 ta' Novembru 2007.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.16 p.m.", "L-Onor Jason Azzopardi, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Preżenti wkoll kien hemm l-Onor Roderick Galdes, Membru tal-Malta-Saudi Arabia Parliamentary Friendship Group u s-Sur Godwin Montanaro, Ambaxxatur ta' Malta għas-Sawdi Arabja.", "Assenti: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor Jose' Herrera, l-Onor Clyde Puli u l-Onor George Vella.", "Il-President talab il-permess tal-Kumitat sabiex cameramen u fotografi jkun jistgħu jieħdu filmat u ritratti ta' l-ewwel parti tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 119 li saret fl-14 ta' Novembru, 2007, kienu konfermati.", "LAQGĦA MA' DELEGAZZJONI MILL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ TAL-MAJLIS ASH SHURA – KUNSILL KONSULTATTIV – TAR-RENJU TA' L-ARABJA SAWDIJA", "Id-delegazzjoni mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Majlis Ash Shura – Kunsill Konsultattiv – tar-Renju ta' l-Arabja Sawdija kienet magħmula kif ġej:", "Dr. Sadakah Yahia Fadil President u Kap tad-Delegazzjoni", "Dr. Saeed Hamad Al Hagri Membru", "Mr. Mohammad Hamad Al Ibrahim Direttur tal-Protocol", "Mr. Anwar Ali Al Ghamdi Direttur tal-Kumitat", "It-temi prinċipali li ġew diskussi kienu:", "(i) il-potenzjal għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi f'diversi oqsma, fosthom, it-turiżmu, l-edukazzjoni għolja, is-servizzi tas-saħħa, it-tagħlim ta' l-Ingliż u s-servizzi finanzjarji kif ukoll il-possibilta' li jitwaqqaf ċentru għall-Islamic Banking and Finance;", "(ii) ix-xebh fil-pożizzjoni li ħadu Malta u s-Sawdi Arabja fuq diversi kwestjonijiet, fosthom, il-Lvant Nofsani, l-Iraq, il-Libanu, l-armi nukleari u l-bidla fil-klima;", "(iii) il-prezz taż-żejt; u", "(iv) l-istabilita' fir-reġjuni tal-Mediterran u tal-Golf.", "Fit-8.23 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20071119_120m_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 40", "It-Tnejn, 14 ta' Jannar 2008, fit-8.00 p.m.", "Mr Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 14 ta' Jannar 2008, fit-8.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra;", "Prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità;", "Affarijiet oħra.", "9 ta' Jannar 2008 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20080114_040a_hbc.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 14 ta' Jannar 2008", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fit-8.01 p.m.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor Charles Mangion, l-Onor Mario Galea u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 39 li saret fl-14 ta' Novembru 2007, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li jiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar Awtorità dwar it-Trasport ta' Malta – Abbozz Nru 113 – u l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Abbozz Nru 112.", "Huwa qal ukoll li kellha titressaq rizoluzzjoni biex tiżdied lista ta' trattati u konvenzjonijiet ma' l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern informa wkoll lill-Kumitat li sa l-aħħar ta' Jannar il-Gvern kellu jressaq riżoluzzjoni biex jiġi ratifikat it-trattat ta' Liżbona, liema riżoluzzjoni kellha l-ewwel tiġi diskussa fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "PRINĊIPJI TA' SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ", "Il-Kumitat irrefera għall-kwestjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità mħaddma mill-Kummissjoni Ewropea.", "Ma ntlaħaqx ftehim dwar jekk kellux jitwaqqaf kumitat ad hoc biex jikkonsidra dawn il-prinċipji jew jekk ikunx il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej li jidħol f'din il-materja.", "Il-Kumitat qabel li d-diskussjoni dwar dan is-suġġett kellha titkompla.", "Dr Melanie Vella, research analyst fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, ħadet sehem fid-diskussjoni.", "Fit-8.58 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20080114_040m_par.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 121", "It-Tnejn, 21 ta' Jannar 2008 fis-6.30 p.m.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 21 ta' Jannar 2008 fis-6.30 p.m fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "It-tħaddim tal-prinċipji tas-Sussidjarjeta' u Proporzjonalita' fil-proċess leġislattiv ta' l-Unjoni Ewropea; u", "Diskussjoni dwar ir-Riżoluzzjoni għar-Ratifika tat-Trattat ta' Lisbona."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20080121_121a_bar.docx"} {"text": ["L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 121", "It-Tnejn, 21 ta' Jannar 2008", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "L-GĦAXAR PARLAMENT", "L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru. 121", "It-Tnejn, 21 ta' Jannar 2008", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta fis-6.35 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 120 li saret fid-19 ta' Novembru 2007, ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Jason Azzopardi): Ġejt mitlub minn xi rappreżentanti tal-media fosthom l-istazzjoni nazzjonali t-TVM u anke, jekk m'iniex sejjer żball, in-NET TV sabiex ikopru permezz ta' camera l-ewwel ftit minuti ta' din il-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "Preżentazzjoni ta' karti", "THE CHAIRMAN: Fuq talba ta' l-iSpeaker qiegħed nippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra press releases dwar il-Kosovo u t-trattat dwar l-armi konvenzjonali fl-Ewropa u wkoll 51 riżoluzzjoni u rapport tal-Parlament Ewropew.", "Kopja ta' Stqarrija għall-Istampa Nru 3 datata l-21 ta' Diċembru 2007 dwar il-Kosovo maħruġa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Federazzjoni Russa;", "Kopja ta' Stqarrija għall-Istampa Nru 4 datata l-21 ta' Diċembru 2007 dwar it-Trattat għall-Forzi Armati Konvenzjonali fl-Ewropa maħruġa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Federazzjoni Russa;", "Kopja ta' Stqarrija għall-Istampa datata t-12 ta' Diċembru 2007 dwar il-kwestjoni tas-Sahara tal-Punent maħruġa mill-Parlament tal-Marokk; u", "51 riżoluzzjoni u rapport tal-Parlament Ewropew:", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar is-sitwazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika (2007/2002(INI)) P6_TA-PROV(2007)0483 - adottata fil-25 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar l-Iran P6_TA-PROV(2007)0488 - adottata fil-25 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubbika ta\" l-Albanija dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta\" viżi għal żjajjar qosra (COM(2007)0413 – C6-0293/2007 – 2007/0148(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0455 - adottata fl-24 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-24 ta' Ottubru 2007 dwar Strateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi (2007/2006(INI)) P6_TA-PROV(2007)0467- adottata fl-24 ta' Ottubru 2007;", "Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u s-Serbja (2007/2126(INI)) P6_TA-PROV(2007)0482 - adottata fil-25 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar abbozz ta\" deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi miżura Speċjali 2007 għall-Iraq P6_TA-PROV(2007)0481 - adottata fil-25 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar il-produzzjoni ta' l-opju għal skopijiet mediċi fl-Afganistan (2007/2125(INI)) P6_TA-PROV(2007)0485 - adottata fil-25 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar \"Lejn trattat dinji għall-projbizzjoni tal-munizzjon kollu tat-tip cluster\" P6_TA-PROV(2007)0484 - adottata fil-25 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar l-Istrateġija Komunitarja sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO 2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief (2007/2119(INI)) P6_TA-PROV(2007)0469 - adottata fl-24 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar is-Sudan P6_TA-PROV(2007)0490 - adottata fil-25 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija P6_TA-PROV(2007)0472 - adottata fl-24 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi għal żjajjar qosra (COM(2007)0421 – C6-0294/2007 – 2007/0159(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0454 - adottata fl-24 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-25 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Kunsill li jirrigwarda l-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar (COM(2007)0428 – C6-0064/2007 – 2007/0006(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0477 - adottata fil-25 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubbika ta' Montenegro dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi għal żjajjar qosra (COM(2007)0426 – C6-0297/2007 – 2007/0149(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0452 - adottata fl-24 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar ir-rapport annwali li jikkonċerna l-attivitajiet ta' l-Ombudsman Ewropew fis-sena 2006 (2007/2131(INI)) P6_TA-PROV(2007)0487 - adottata fil-25 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Montenegro dwar ir-riammissjoni (COM(2007)0431 – C6-0301/2007 – 2007/0146(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0451 - adottata fl-24 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar ir-riammissjoni (COM(2007)0432 – C6-0300/2007 – 2007/0147(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0453 - adottata fl-24 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill fuq l-aċċettazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim TRIPS, magħmul f'Ġinevra fis-6 ta' Diċembru 2005 (8934/2006 – C6-0359/2006 – 2006/0060(AVC)) P6_TA-PROV(2007)0459 - adottata fl-24 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubbika tas-Serbja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi għal żjajjar qosra (COM(2007)0422 – C6-0295/2007 – 2007/0144(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0450 - adottata fl-24 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubbika tas-Serbja dwar ir-riammissjoni (COM(2007)0438 – C6-0298/2007 – 2007/0153(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0449 - adottata fl-24 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bożnija u Ħerzegovina dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi għal żjajjar qosra (COM(2007)0423 – C6-0296/2007 – 2007/0140(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0448 - adottata fl-24 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea (12550/2007 – C6-0325/2007 – 2007/0083(AVC)) P6_TA-PROV(2007)0436 - adottata fl-24 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-25 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jirrigwarda l-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Możambik (COM(2007)0472 – C6-0284/2007 – 2007/0170(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0478 - adottata fil-25 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-firma f'isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika tal-Ftehim ta' Koperazzjoni Xjentifika uTeknoloġika bejn il-Komunitajiet Ewropej fuq naħa u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq l-oħra (COM(2007)0305 – C6-0227/2007 – 2007/0106(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0437 - adottata fit-23 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, ta' l-ewwel u tat-tieni emenda għall-Konvenzjoni ta' Espoo ta' l-UN/ECE dwar l-Evalwazzjoni ta' l-Impatt Ambjentali fil-\tKuntest Transkonfinali (COM(2007)0470 – C6-0291/2007– 2007/0169(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0440 - adottata fit-23 ta' Ottubru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bożnja u Ħerzegovina dwar ir-riammissjoni (COM(2007)0425 – C6-0299/2007 – 2007/0142(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0447 - adottata fl-24 ta' Ottubru 2007;", "Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-\"dis\" kriminazzjoni u l-esklużjoni soċjali tat-tfal \"dis\" P6_TA-PROV(2007)0506 - adottata fit-13 ta' Novembru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea u f'erba' ftehimiet relatati (12641/2007 – C6-0350/2007 – 2007/0115(AVC)) P6_TA-PROV(2007)0492 - adottata fit-13 ta' Novembru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra (COM(2007)0190 – C6-0187/2007 – 2007/0069(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0493 - adottata fit-13 ta' Novembru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar ir-riammissjoni (COM(2007)0197 – C6-0188/2007 – 2007/0071(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0494 - adottata fit-13 ta' Novembru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Republika tal-Moldova dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta\" viżi għal żjarat qosra (COM(2007)0488 – C6-0339/2007 – 2007/0175(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0495 - adottata fit-13 ta' Novembru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-rijammissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni (COM(2007)0504 – C6-0340/2007 – 2007/0182(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0496 - adottata fit-13 ta' Novembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar l-interoperabilità tas-servizzi tat-televiżjoni diġitali interattiva (2007/2152(INI)) P6_TA-PROV(2007)0497 - adottata fit-13 ta' Novembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar l-irwol ta' l-isport fl-edukazzjoni (2007/2086(INI)) P6_TA-PROV(2007)0503 - adottata fit-13 ta' Novembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar l-Istrateġija Tematika għall-Ħarsien tal-Ħamrija (2006/2293(INI)) P6_TA-PROV(2007)0504 - adottata fit-13 ta' Novembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar l-impatt reġjonali tat-terremoti (2007/2151(INI)) P6_TA-PROV(2007)0507 - adottata fl-14 ta' Novembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar l-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament(KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' l-Istandards Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 8 rigward informazzjoni dwar oqsma operattivi P6_TA-PROV(2007)0526 - adottata fl-14 ta' Novembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar il-Laqgħa Għolja UE-Russja P6_TA-PROV(2007)0528 - adottata fl-14 ta' Novembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet matul is-sena 2006 (2007/2132(INI)) P6_TA-PROV(2007)0529 - adottata fl-14 ta' Novembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2007 dwar l-Interess Ewropew: suċċess fl-epoka tal-globalizzazzjoni P6_TA-PROV(2007)0533 - adottata fil-15 ta' Novembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2007 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE dwar id-drittijiet tal-liberta' tal-moviment u tar-residenza taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u l-membri tal-familji tagħhom fit-territorju ta' l-Istati Membri P6_TA-PROV(2007)0534 - adottata fil-15 ta' Novembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2007 dwar il-limitar tal-bidla fil-klima dinjija għal 2 gradi Celsius - it-triq lejn il-Konferenza ta' Bali dwar il-Bidla fil-Klima u lil hinn (COP 13 u COP/MOP3) P6_TA-PROV(2007)0537- adottata fil-15 ta' Novembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2007 dwar it-tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (2007/2088(INI)) P6_TA-PROV(2007)0538 - adottata fil-15 ta' Novembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2007 dwar inventarju tar-realtà soċjali (2007/2104(INI)) P6_TA-PROV(2007)0541 - adottata fil-15 ta' Novembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2007 dwar ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fir-Repubblika Ċeka, fir-Repubblika ta' l-Estonja, fir-Repubblika tal-Latvja, fir-Repubblika tal-Litwanja, fir-Repubblika ta' l-Ungerija, fir-Repubblika ta' Malta, fir-Repubblika tal-Polonja, fir-Repubblika tas-Slovenja u fir-Repubblika Slovakka P6_TA-PROV(2007)0535 - adottata fil-15 ta' Novembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2007 dwar is-sitwazzjoni fil-Georgia P6_TA-PROV(2007)0572 - adottata fid-29 ta' Novembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2007 dwar il-kummerċ u l-bidla fil-klima (2007/2003(INI)) P6_TA-PROV(2007)0576 - adottata fid-29 ta' Novembru 2007;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill rigward il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu (COM(2007)0352 – C6-0247/2007 – 2007/0124(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0548 - adottata fid-29 ta' Novembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2007 dwar Prinċipji Komuni ta' Flessigurtà (2007/2209(INI)) P6_TA-PROV(2007)0574 - adottata fid-29 ta' Novembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2007 dwar it-tiġdid tal-Politika ta' l-UE dwar it-Turiżmu: Lejn partenarjat aktar b'saħħtu għat-Turiżmu Ewropew (2006/2129 (INI)) P6_TA-PROV(2007)0575 - adottata fid-29 ta' Novembru 2007;", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2007 dwar l-Avvanz fl-Agrikoltura Afrikana – Proposta għall-iżvilupp agrikolu u għas-sigurtà ta' l-ikel fl-Afrika (2007/2231(INI)) P6_TA-PROV(2007)0577 - adottata fid-29 ta' Novembru 2007; u", "Rapport dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet fis-sena parlamentari 2006 (PE390.591v02-00) – datat l-10 ta' Ottubru 2007.", "IT-TĦADDIM TAL-PRINĊIPJI TAS-SUSSIDJARJETA' U PROPORZJONALITA' FIL-PROĊESS LEĠISLATTIV TA' L-UNJONI EWROPEA", "THE CHAIRMAN: Ma naħsibx li għandna għalfejn intawlu żżejjed fuq it-tħaddim tal-prinċipji tas-sussidjareta` u proporzjonalita` fil-proċess leġislattiv ta' l-Unjoni Ewropea għax dan ġie diġà diskuss fi ħdan dan il-kumitat u fi ħdan il-working group.", "Jien u Dr. Vella ltqajna ma' l-iSpeaker fuq dan is-suġġett u ġie diskuss fil-House Business Committee proprju ftit tal-ġranet ilu.", "Però naħseb ikun għaqli, utli li l-kumitat kollu jagħmel endorsement formali tar-rapport li l-analyst tagħna qiegħda tissuġġerixxi u ngħidu jekk naqblux jew le.", "Dan sabiex ikun hemm il-proċedura li jkun hemm rapporteur minn ħdan il-membri tal-kumitat, kif għandna spjegat - biex ma nidħolx fid-dettall u ma neħux ħafna ħin - sabiex ikun hemm l-għarbiel tas-sussidjarjeta` u l-proporzjonalita` ta' leġislazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Inċidentalment xi ħaġa li issa se tiskatta wkoll mit-trattat ta' riforma li se niddiskutu minn hawn u ftit ieħor.", "Jien xtaqt ngħid li naqbel ma' dan ir-rapport u kulma nżid hu li din hija miżura li qegħdin nipproponu bħala waħda temporanja, bħala waħda interim għax jien nemmen li f'dan il-parlament għandu jkun hemm struttura bħalma hemm f'parlamenti oħrajn - mhux kbar biss imma anke żgħar bħal ta' Ċipru u bħal tal-Lussemburgu - struttura permanenti sabiex ikun hemm l-għarbiel u l-iskrutinju tal-proporzjonalita` u s-sussidjarjeta` tal-leġislazzjoni li issa se jkun obbligu tagħna li nagħmlu minn hawn u ftit xhur oħra.", "Dak huwa l-kumment li xtaqt nagħmel fuq dak l-item.", "Naf li l-Onor.", "Vella xtaq jikkummenta wkoll.", "GEORGE VELLA: Just for the record xtaqt li, jekk jogħġobha, is-Sedja tagħmel résumé qasir tad-deċiżjonijiet li ttieħdu fil-House Business Committee rigward is-suġġerimenti li saru u dan ir-rapport mill-analista tagħna.", "THE CHAIRMAN: Kieku kelli nirrispondi għal din id-domanda naħseb neħodlok qrib is-sagħtejn, u ngħidlek għaliex.", "Fil-House Business Committee kellna diskussjoni interessanti, pero` naħseb li kienet ftit long winded.", "Fuq ton pożittiv irrid ngħid li ftit tal-ġranet ilu fil-House Business Committee kellna diskussjoni għall-ewwel darba fid-dettall u ġie deċiż li d-diskussjoni tkompli fuq u abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom l-analista tal-kumitat tagħna.", "Irrid ngħid li kienet l-ewwel darba, Onor. Vella, li l-House Business Committee fuq talba tiegħi u tiegħek iddiskuta dan is-suġġett kemm-il darba f'dawn l-aħħar ġimgħat.", "Jien tlabt li t-transcript tad-diskussjoni ta' dak il-kumitat jitqassam.", "Fil-fatt dalgħodu tqassam lill-membri kollha ta' dan il-kumitat biex kulħadd ikun informat dwar dak li ġie diskuss fil-House Business Committee.", "Però fil-qosor ħafna, meta wieħed jixtarr dak li ntqal isib li hemm l-intendiment bejn iż-żewġ naħat li jrid isir xi ħaġa biex nindirizzaw din l-isfida li ġejja għalina.", "Forsi n-nuqqas ta' qbil hu dwar x'tip ta' struttura rridu nagħmlu.", "Jien qed ngħid - għedtha kemm-il darba miegħek u għedtha pubblikament - li għandu jkun hemm struttura permanenti, kumitat permanenti kif għandhom kumitati ta' parlamenti oħra.", "Pero` għalissa minħabba ċ-ċirkostanzi u l-limitazzjoni tal-parlament aħna qegħdin nissuġġerixxu, kif taf tajjeb inti, li jkun hemm rapporteur maħtur minn ħdan il-membri ta' dan il-kumitat li jkun qed jirrapporta fi żmien sitt ġimgħat - u issa tmien ġimgħat - li qed jipprovdi għalihom it-trattat dwar jekk dak l-abbozz ta' liġi jiksirx jew le l-prinċipji tas-sussidjarjeta` u l-proporzjonalita`.", "GEORGE VELLA: Ma nixtieqx intawwal fuq dan l-item għax kif taf int nixtieq nagħtu aktar ħin għad-diskussjoni fuq it-trattat tar-riforma.", "Pero` nistaqsi allura għalfejn ġibna dan l-item hawnhekk meta għandna xi ħaġa ħafna iktar importanti.", "Jien ma rajtx it-transcript li int qed tgħid li tqassam dalgħodu.", "Ma rajtux, pero` jidher li aħna qegħdin fil-pożizzjoni li konna.", "U xorta għadna f'pożizzjoni li jekk kemm-il darba rridu nwettqu l-obbligi tagħna li jkollna żewġ items mill-work programme tal-kummissjoni għas-sena 2008, kif se naħdmu biex naqbdu żewġ items jekk kemm-il darba niġu mitluba mill-kummissjoni biex nagħmlu l-analiżi tagħhom biex naraw jekk jaqblux jew le mas-sussidjarjeta`?", "Ħalliha l-proporzjonalita`.", "Il-kwestjoni se tibqa' xorta billi jkollok rapporteur.", "L-argument prinċipali li għamilna kien jekk dan hux se jkollu rikors għal sors indipendenti ta' informazzjoni jew inkella parir legali li ma jkunux l-istess esperti li għandu l-gvern, għax inkella d-differenza bejn dan il-kumitat u l-gvern ma toħroġx.", "Aħna ma nistgħux nagħmlu skrutinju fuq il-gvern u fuq il-ministri u d-deċiżjonijiet tagħhom meta ħa nużaw l-istess esperti.", "Għax l-istess parir li jagħti lill-ministru se jagħti lill-analista jew inkella lir-rapporteur li se jkollna aħna.", "Jiġifieri mill-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra, miegħek u nixtieq li anke ma' sħabna, irridu nkomplu nimbuttaw li r-riżorsi neċessarji jridu jingħataw, inkella se nibqgħu fejn konna.", "U jekk mhux se nimbuttaw nistgħu ma neħdux parti fl-eżerċizzju tas-sussidjarjeta` u ngħidu mill-ewwel li m'għandniex ir-riżorsi meħtieġa biex nieħdu parti.", "Mhux bħalma għamilna s-sena l-oħra, l-ewwel nipprovaw nagħtu ħames topics biex jintgħażlu u meta bdejna biex nagħmlu analisi fuq wieħed minnhom kellna nieqfu fin-nofs għax ma kellniex ir-riżorsi.", "Dan huwa stat ta' fatt. U l-House Business Committee bħalma mbuttajnieh biex jiddiskuti, nistgħu nimbuttawh biex jieħu deċiżjoni.", "THE CHAIRMAN: Fil-fatt xtaqt ngħid biss li dak li qed tgħid inti qbilna jien u inti fuqu u qiegħed rifless fil-konklużjonijiet ta' l-analista, fejn allura r-rapporteur ikollu wkoll il-possibbilta` jagħmel rikors għal pariri indipendenti, xi ħaġa li tkellimna fuqha.", "U jien ġejt mitlub mill-iSpeaker biex ikun hemm endorsement formali ta' dan il-kumitat ta' dak li konna qbilna fuqu biex ma jkunux konklużjonijiet tiegħi u tiegħek u ta' l-analista biss.", "Imbagħad id-diskussjoni tkompli fil-House Business Committee.", "Pero` jekk id-diskussjoni fuq dan l-item se tieħu fit-tul, ma rridx nieħu ħin mit-tielet item.", "Jien fhimt li se jkun hemm endorsement formali għax diġa` ddiskutejniha u allura diġa` hemm qbil fuq dak li ddiskutejna.", "Però ma nżomm lil ħadd milli jikkummenta iktar.", "Allura jekk hemm bżonn, niddiferixxuha għal darb'oħra.", "Pero' jekk inti għandek xi diffikulta` jew xi oġġezzjoni, Onor. Vella, ħossok liberu u nagħmluha darb'oħra.", "GEORGE VELLA: Jien daqsek ma rridx naħli ħin fuq dan l-item, u skantajt għaliex ġie mal-kwestjoni tat-trattat tar-riforma.", "Pero` once li qiegħed hawnhekk fuq il-mejda nistgħu nħallu d-diskussjoni għal laqgħa oħra, ħalli nkunu nistgħu nitkellmu iktar fit-tul.", "Però jien imkien m'għandi f'idejja deċiżjoni formali tal-House Business Committee li qegħdin jagħtuna l-OK ħalli jkollna riżorsi biex min ikun rapporteur ikun jista' jqabbad parir legali jew esperti tekniċi fuq materja li għandha x'taqsam ma' dak is-suġġett li jkun se jiġi diskuss biex jiġi eżaminat rigward jekk jissodisfax in-normi tas-sussidjarjeta`.", "Minn fejn se ġġib il-flus u minn fejn se ġġib ir-riżorsi ?", "M'għandniex OK mill-House Business Committee.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, naħseb daqsxejn chicken and egg għax jekk fhimt sewwa dak li għedt int m'hemmx endorsement tal-House Business Committee għax meta ppreżentajtu din l-opinjoni ta' l-analista, il-House Business Committee talbet biex tkun talba formali tal-kumitat.", "Jiġifieri milli jidher għalhekk m'hemmx dik id-deċiżjoni.", "Pero` naħseb li l-aħjar ħaġa hija li tħalliha għal darba oħra.", "Tipposponi dan l-item.", "THE CHAIRMAN: Naqbel u allura ngħaddu għat-tielet item.", "DISKUSSJONI DWAR IR-RIŻOLUZZJONI GĦAR-RATIFIKA TAT-TRATTAT TA' LISBONA", "THE CHAIRMAN: Nagħti mill-ewwel il-kelma lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin l-Onor.", "MICHAEL FRENDO: Grazzi, Sur President.", "Din id-diskussjoni qed nagħmluha wara l-mozzjoni li l-Prim Ministru ppreżenta lil din il-Kamra.", "Allura skond il-proċedura, jkun hemm diskussjoni fil-Kumitat Permanenti ta' l-Affarijiet Barranin u Ewropew, imbagħad wara jkun hemm id-diskussjoni fil-plenarja, kif għamilna anke d-darba l-oħra.", "Nibda billi ngħid \"here we go again\".", "Dan huwa t-tieni tentattiv ta' l-Unjoni Ewropea li tirrisolvi l-problema ta' kif se tirregola ruħha biex tkun iktar effettiva u effiċjenti issa li għandha 27 membru u biex taffronta l-isfidi li għandha quddiemha l-Ewropa llum u ċioe` biex l-Ewropa ssir ukoll attur internazzjonali aktar effettiv u aktar b'saħħtu.", "Kif nafu, anke l-kwestjoni tat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea hija pjuttost marbuta ma' din ir-realtà, għax il-fatt li jkun hemm dan it-trattat ta' Lisbona jfisser ukoll li l-Unjoni Ewropea tħossha ppreparata biex tkun tista' ddaħħal membri ġodda wkoll.", "Fil-verità t-trattat ta' Lisbona jirrifletti ħafna mill-punti - ħafna sewwa - li kien hemm fit-trattat kostituzzjonali li ġie ffirmat f'Ruma li huwa stess kien jirrifletti ħafna mix-xogħol li kienet għamlet il-konvenzjoni Ewropea li l-Onor.", "George Vella u jien konna qegħdin fuq din il-mejda.", "Dan it-trattat issa huwa frott ta' dawn l-esperjenzi kollha u frott ukoll ta' l-esperjenza fejn Franza u l-Olanda f'referendum ma kenux għaddew it-trattat kostituzzjonali.", "Abbażi ta' dan l-Unjoni Ewropea ddeċidiet li minflok tagħmel trattat ġdid li bih twaqqa' t-trattati l-oħra, kif kienet l-idea tat-trattat kostituzzjonali, tmur lura għall-metodu tradizzjonali tagħha li wżat dawn l-aħħar 50 sena, li meta trid tagħmel bidliet tagħmilhom billi tagħmel bidliet fit-trattati eżistenti, jiġifieri bidliet fit-trattat ta' Maastricht partikolarment u t-trattat ta' Ruma.", "Fil-fatt dan it-trattat ta' Lisbona, trattat ta' riforma jkompli miexi billi jkun hemm żewġ trattati; wieħed ikun trattat fuq l-Unjoni Ewropea, u l-ieħor ikun trattat fuq il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.", "U dan isir bil-mod tradizzjonali, jiġifieri jkun hemm emendi għat-text eżistenti.", "Però mhux hekk biss, kien hemm pajjiżi li ħassew li t-trattat kostituzzjonali seta' ta l-impressjoni - naħseb iktar impressjoni milli s-sustanza - li kien se jkun hemm xi super states Ewropej u allura b'reazzjoni għal dan, simboli li huma ta' l-Ewropa li kienu se jiġu endorsed mit-trattat kostituzzjonali tneħħew ukoll mit-trattat ta' Lisbona u b'hekk ma ġewx formalment endorsed il-bandiera Ewropea, l-innu Ewropew u affarijiet simili.", "Kien hemm ukoll bidliet li ħarġu mid-diskussjoni li saret fl-inter-governmental conference li baqgħet għaddejja sa l-aħħar mument.", "Anke Malta kienet impenjata sa l-aħħar mument għax aħna ridna li dawk l-affarijiet li konna akkwistajna fit-trattat kostituzzjonali nkunu nistgħu nissalvagwardjawhom ukoll fit-trattat il-ġdid, fit-trattat ta' riforma.", "Nafu li kien hemm mumenti fejn anke s-sitt siġġu fil-parlament Ewropea kellna \"niġġieldu għalih\" biex nassiguraw li aħna jkollna lilu bħala parti mill-akkwisti li Malta tagħmel f'dan it-trattat.", "Dan huwa trattat li jagħmel diversi bidliet, jagħti personalita` ġuridika lill-Unjoni Ewropea, jagħti lill-Unjoni Ewropea mekkaniżmi ġodda billi prattikament jagħmel li l-mod ordinarju ta' kif tgħaddi l-liġijiet huwa b'co-decision mal-parlament Ewropew, u allura jagħti iktar leġġittimita` għad-deċiżjonijiet u jagħti iktar poteri lill-parlament Ewropew.", "F'dan il-kontest nenfasizza kemm kien importanti għalina li jkollna siġġu ieħor għax iktar ma l-parlament Ewropew żidulu l-poteri tiegħu, siġġu ieħor iżidilna l-possibbilta` li għallinqas nipparteċipaw mill-inqas f'żewġ kumitati oħra.", "Huwa importanti li naraw dan ukoll minn dak il-lat.", "Dan huwa trattat li jirrikonoxxi s-saħħa legali tal-karta tad-drittijiet fundamentali, iżid il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini billi jagħti l-possibbilta` li ċittadini jieħdu inizjattiva huma stess biex ikun hemm leġislazzjoni meħuda mill-Unjoni Ewropea jekk mill-inqas miljun ċittadin minn numru sinifikanti ta' stati membri jistaqsu l-kummissjoni li tieħu azzjoni f'ċerta area.", "Dan huwa trattat li jibdel il-metodu tal-qualified majority voting fejn mill-weighted voting immorru għal double majority voting, naturalment b'ċerti kompromessi bħal Ioannina compromise li jagħti l-possibbilta` li ċerta minoranza ta' stati membru jitolbu għal rikonsiderazzjoni anke jekk ma jirnexxilhomx li jkollhom biżżejjed biex jimblokkaw ċerti deċiżjonijiet.", "Huwa trattat li jagħmilha wkoll aktar faċli li jkollok enhanced cooperation bejn ftit mill-pajjiżi biex jimxu 'l quddiem meta pajjiżi oħrajn isibu diffikulta` biex jimxu fuq ċerti affarijiet.", "Huwa trattat li jagħti wkoll il-bażi legali biex l-Unjoni Ewropea ssir membru tal-Konvenzjoni Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem, u allura l-konvenzjoni tal-kunsill ta' l-Ewropa.", "Huwa trattat li joħloq presidenza tal-Kunsill Ewropew - ħaġa ġdida assolutament - eletta permanenti għal sentejn u nofs bil-possibbilta` li tiġi estiża darba oħra, jiġifieri possibbilta` ta' ħames snin.", "Iżid in-numru tal-membri tal-parlament għal 750, naturalment għaliex kien hemm dak is-siġġu li l-Italja ngħatalha fl-aħħar mument.", "Huwa trattat li fih għandna wkoll l-amalgamazzjoni tal-pożizzjoni tal-Kummissarju għall-Affarijiet Esterni fil-Kummissjoni Ewropea kif ukoll tar-rappreżentant għoli għall-affarijiet barranin.", "Il-Kummissarju Għoli għall-Affarijiet Barranin ikun ukoll Viċi President tal-Kummissjoni u allura ma jibqax ikollok żewġ persuni li jkollhom ħafna overlapping.", "Huwa trattat li jagħti wkoll l-possibbilta` li jinħoloq servizz ta' azzjoni esterna Ewropea, jiġifieri li r-rappreżentant għoli dwar l-affarijiet barranin ikollu l-possibbilta` li jkollu koerenza fl-azzjoni esterna ta' l-Unjoni u jkollu wkoll il-faċilita` ta' servizz tiegħu, servizz Ewropew, biex ngħidu hekk servizz diplomatiku Ewropew.", "Huwa trattat li jkompli jippreserva u jsaħħaħ il-politika barranija tas-sigurta` komuni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Huwa trattat li fih klawsola ta' solidarjeta` tal-membri bejniethom f'każ li jkunu vittmi ta' xi aggressjoni armata.", "Huwa trattat li jagħti iktar saħħa lill-parlamenti nazzjonali, li fih il-parlamenti nazzjonali ngħataw mekkaniżmi ġodda - wieħed minnhom semmejtu hawnhekk - essenzjalment biex iħarsu lejn id-demokrazija, biex iħarsu lejn l-issues tas-sussidjarjeta` u tal-proporzjonalita` bi proċeduri ġodda li jagħtuhom iktar saħħa.", "F'dan it-trattat kien hawn żviluppi komparat mat-trattat ta' Ruma għax jagħti bażijiet legali ġodda għal kif l-Unjoni Ewropea tista' tħares lejn aspetti bħalma huma l-enerġija u l-bdil fil-klima.", "Huwa trattat li jagħti metodi ġodda, pero` fl-essenzjal tagħhom iżommu l-unanimita`, jiġifieri għal tibdil fit-trattat innifsu wieħed iżomm dejjem l-aspett ta' l-unanimita` biex dan ikun jista' jsir.", "Irrid nidħol fil-bidliet bejn dan it-trattat u t-trattat ta' Ruma, pero' qabel ma nagħmel dan irrid nenfasizza wkoll li f'dan it-trattat Malta żammet il-kondizzjonijiet speċjali kollha u d-derogi kollha li kienet kisbet meta ssieħbet fl-Unjoni fl-2004.", "Għalhekk il-protokolli annessi ma' dan it-trattat li għandhom x'jaqsmu ma' l-abort u n-newtralita` mhumiex mittiefsa.", "Għar-rigward tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali qabel ir-riferenza għall-gżejjer kienet interpretata bħala riferenza għal dawk il-gżejjer li fuqhom m'hemmx belt kapitali, pero` issa t-trattat jagħmilha mill-iktar ċara li - qed naqra mid-dikjarazzjoni 33 - \"Il-Konferenza tikkonsidra li l-frażi \"reġjuni insulari\" prevvista fl-artiklu 158 tista' tinkludi stati gżejjer fit-totalita` tagħhom, bil-kondizzjoni li jintlaħqu kriterji meħtieġa.''", "Allura l-bidla li konna nnegozjajna taħt it-trattat ta' Ruma hija nkluża hawnhekk.", "Il-Kummissjoni Ewropea mill-2014 - jiġifieri mhux mill-kummissjoni li jmiss, imma mill-kummissjoni ta' wara - hija maħsuba li tinbidel u li tista' ssir fuq bażi ugwali pero` li tiċkien u ma tkunx in-numru kollu imma tirrifletti biss żewġ terzi tal-pajjiżi membri.", "Irrid ngħid, Sur President, li Malta kienet strumentali biex fil-kostituzzjoni dak iż-żmien - u din hija riflessa wkoll fit-trattat - ikun hemm il-poter li jekk il-pajjiżi membri fl-2014 iħossu li għandhom ikomplu bis-sistema l-antika ma jkunx hemm bżonn li jiġi emendat it-trattat.", "Jekk ikun hemm qbil bejn il-pajjiżi kollha allura jkunu jistgħu jkomplu bis-sistema l-antika, jiġifieri bis-sistema li kull pajjiż ikollu kummissarju tiegħu.", "Kien suġġeriment tagħna fi grupp ta' pajjiżi li kienu żgħar u like-minded u fil-fatt sabet ruħha wkoll fit-text tat-trattat.", "Naħseb huwa importanti li nagħmlu nota ta' dan ukoll.", "Naturalment fir-rigward tas-siġġijiet il-minimu se jibqa' sitta.", "Ir-rebħa tas-sitt siġġu wieħed għandu jenfasizzaha għax hija rebħa ta' proposta li konna għamilna fil-konvenzjoni Ewropea, bqajna niġru magħha u niġru biha sakemm fl-aħħar wasalna fejn ridna u naturalment jekk jiġi ratifikat it-trattat ta' Lisbona - li tkun xi ħaġa li tibda tapplika mill-parlament Ewropew li jmiss, mill-elezzjonijiet li jmissu tal-parlament Ewropew - għandha sinifikat partikolari għax il-parlament Ewropew issa għandu numru limitat li ma jistax jeċċedih.", "Allura jekk jidħlu pajjiżi ġodda se jkun hemm bżonn adjustments tan-numri.", "Pero` qatt ma jista' jiġi adjusted in-numru ta' sitta.", "Allura aħna llum għandna daqs Estonia u Ċipru u qatt, la aħna, la l-Estonia, la Ċipru u la pajjiż ieħor li jista' jidħol bħall-Islanda, ma jista' qatt ikollhom inqas minn sitt membri.", "Huwa akkwist garantit anke jekk jidħlu membri ġodda fl-Unjoni Ewropea u minn dak il-lat huwa aktar sinifikattiv forsi milli sempliċement iġġib is-sitta għal elezzjoni waħda, imma qiegħed hemmhekk għal kull elezzjoni li jmiss.", "Id-differenzi naturalment jinkludu l-artikli fuq is-simboli ta' l-Unjoni, il-bandiera, il-motto u l-innu li ġew imneħħija fit-trattat ta' Lisbona, pero` qegħdin f'dikjarazzjoni minnhom, Dikjarazzjoni Nru. 52, li Malta hija waħda mill-pajjiżi li ffirmat.", "Pero` din hija biss dikjarazzjoni.", "Fost dawk il-pajjiżi hemm tmienja mill-għaxar pajjiżi tal-grupp taż-żebbuġa, l-Olive Group, li jirrikonoxxu l-bandiera, l-innu, il-motto, l-ewro, Jum l-Ewropa bħala simboli ta' appartenenza komuni taċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea u tar-rabta tagħhom magħha.", "Il-ministru ta' l-affarijiet barranin ta' l-Unjoni issa sparixxa u baqa' jiġi riferut għalih bħala rappreżentant għoli Ewropew ta' l-affarijiet barranin u politika ta' sigurta`.", "Il-primat tat-trattat li qabel kienet inkluża direttament fit-trattat issa saret riferenza għalih f'Dikjarazzjoni Nru. 17.", "Din hija xi ħaġa li ħarġet mill-każistika ta' l-Unjoni Ewropea u, sempliċement billi t-trattat kien jgħid li l-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea huma supremi, essenzjalment kienet qed tpoġġi b'mod statutorju dak li kien diġa` deċiż fuq livell ta' qrati.", "U issa dan it-test qiegħed ukoll fit-trattat, hemm riferenza għalih f'Dikjarazzjoni Nru. 17.", "Hemmhekk ukoll hemm l-opinjoni tas-servizz legali tal-Kunsill li jagħmel riferenza għal każistika stabbilita.", "Il-karta tad-drittijiet fundamentali ġiet adottata fit-12 ta' Diċembru ġo Strasbourg mill-parlament Ewropew kif ukoll il-presidenti tal-parlament tal-kunsill tal-ministri kif ukoll tal-Kunsill Ewropew u l-President tal-Kummissjoni u din hija endorsed, qed tingħata s-saħħa legali permezz ta' riferenza f'dan it-trattat innifsu.", "Jiġifieri artiklu 6 jagħmel riferenza għal din il-karta u allura jagħtiha bażi legali li tista' tiġi applikata.", "Din trid taraha wkoll marbuta mal-fatt li issa l-Unjoni Ewropea wkoll għandha d-dover li ssir membru tal-konvenzjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-kunsill ta' l-Ewropa, u allura se jkun hemm ukoll l-allaċċjament mal-każistika taż-żewġ qrati.", "Qed joħroġ bl-iktar mod ċar mill-każistika, pero` issa qiegħda f'subartiklu (3) ta' l-artiklu 6 li jgħid:", "\"Id-drittijiet fundamentali kif iggarantiti mill-konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittjiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, għandhom jagħmlu parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt ta' l-Unjoni.\"", "Allura kemm il-konvenzjoni kif ukoll it-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni ta' l-istati membri kif dejjem kienu - imma issa miktuba, qabel kienet case law biss - jifformaw parti mill-għejjun tad-dritt Ewropew.", "Il-bidla għal framework laws ma ġietx aċċettata u morna lura għall-konċett li diġa` kellna, jiġifieri regolamenti, direttivi u deċiżjonijiet.", "Waħda mill-affarijiet li huma sinifikanti u li kien hemm ħafna enfasi fuqha fl-IGC, u li aħna nilqgħuha bil-qalb bħala pajjiż, hija li hemm iktar rwol għall-parlamenti nazzjonali li ssaħħew fil-mekkaniżmu tad-deċiżjonijiet.", "Iż-żmien li fih jistgħu jinformaw lill-president tal-Parlament Ewropew b'opinjonijiet motivati dwar konformita` ta' att leġislattiv tal-prinċipju tas-sussidjarjeta` huwa ta' tmien ġimgħat u mhux ta' sitta, allura ngħata daqsxejn iktar żmien.", "Il-kwestjoni tal-maġġoranza doppja ġiet imbuttata lura għall-2014 u hemm ukoll it-tibdil li għandu x'jaqsam mal-kompromess ta' Ioannina, jiġifieri meta jkun hemm numru sostanzjali ta' membri pero` mhux kbir biżżejjed biex jimblokka deċiżjoni leġislattiva jista' jitlob li jkun hemm reconsideration ta' dik id-deċiżjoni.", "Allura ma tistax tgħaddi għall-vot qabel ma tagħmel reconsideration ta' dik id-deċiżjoni.", "Jista' jkun hemm kwestjonijiet ta' delay u kwestjoni ta' reconsideration, allura dawk il-pajjiżi jkunu jistgħu jagħmlu l-każ tagħhom iktar b'saħħtu fuq il-livell ta' Kunsill Ewropew.", "Mr. Chairman, kif qed tara d-differenzi m'humiex kbar ħlief li ssaħħaħ iktar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-arkitettura Ewropea, ħaġa tajba, ħaġa li niftakarni nitkellem favur tagħha fil-konvenzjoni Ewropea.", "Jien żgur ma nista' ngħid xejn kontriha, anzi ngħid biss favur tagħha għax nemmen ħafna li l-parlamenti nazzjonali għandhom ħafna valur għar-rigward tal-kuntatt maċ-ċittadini u dak id-deficit li dejjem jinħass ta' aċċettazzjoni ta' dak li jiġri fl-Ewropa fost iċ-ċittadini b'mod partikolari f'pajjiżi kbar, il-parlamenti nazzjonali jistgħu jimlew bl-aħjar mod dak il-vojt.", "Il-ministru ta' l-affarijiet barranin m'għadux ministru imma baqa' rappreżentant għoli u allura dak li seta' kien simbolu ta' stat tneħħiet ukoll it-terminoloġija tiegħu.", "Is-simboli mhux qegħdin hemm u allura dawk li setgħu jfissru li qisha l-Ewropa qed issir stat, għallinqas bħala perception, mhux qegħdin hemm lanqas.", "Allura naħseb li ġew indirizzati problemi li deher li kellhom ċerti pajjiżi.", "Minħabba li din hija kjarament bidla ta' trattati eżistenti hemm consensus sħiħ fl-Unjoni Ewropea li l-pajjiżi - fejn jistgħu, u kulħadd jista' ħlief l-Irlanda, id-Danimarka ħadet parir legali u sabet li setgħet ukoll - jgħaddu dawn il-proċessi permezz tal-proċess parlamentari b'deċiżjonijiet mir-rappreżentanti tal-poplu eletti fil-parlamenti.", "L-Irlanda għandha rabta kostituzzjonali li tagħmel ir-referendum.", "Għalhekk nittama u nawgura li l-parlament tagħna, bħalma kien wieħed mill-parlamenti li ddeċieda li jagħmel din ir-ratifika għat-trattat kostituzzjonali b'unanimita`, wara d-diskussjonijiet li nagħmlu nkunu nistgħu naslu għal dan ir-riżultat b'consensus bejn il-partijiet politiċi fil-parlament Malti.", "Grazzi, Mr. Chairman.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Xtaqt nikkummenta fuq dak li għedt, pero` ngħaddi mill-ewwel għall-Onor.", "Vella u mbagħad nikkummenta wara.", "GEORGE VELLA: Mr. Chairman, dan huwa kważi rerun tad-dibattitu li konna għamilna kemm fil-kumtiat kif ukoll fil-parlament meta ġejna biex nirratifikaw id-draft constitutional treaty.", "Għadda ħafna ilma minn taħt il-pont, l-espressjoni Ingliża water under the bridge, minn dakinhar sal-lum.", "Nafu minn xiex għaddiet l-Unjoni Ewropea u nafu wkoll li kienu sentejn, kważi tliet snin ta' qtigħ ta' qalb li f'mumenti minnhom kien hemm kważi kważi l-periklu li jisfaxxa dak kollu li kien inbena matul is-snin, jisfaxxa b'mod li kellek diġa` kapijiet ta' stati li kienu qegħdin jiddikjaraw ċar u tond li t-trattat huwa mejjet, m'hemmx ċans li terġa' tqajmu u m'hemmx ċans li terġa' ġġib lura dak li kien akkwistat fil-konvenzjoni.", "Mhux se noqgħod nidħol fl-istorja hawnhekk, forsi jkollna ċans iktar fil-parlament meta nagħmlu dibattitu plenarju u mbagħad wieħed isemmi parti minn din l-istorja interessanti ħafna għax wieħed jara kif jitbiddlu l-pożizzjonijiet tal-pajjiżi skond l-interessi nazzjonali tagħhom.", "Kien hemm pajjiżi li n-nies tagħhom iddeċidew li jivvotaw kontra kif ukoll pajjiżi oħra li kienu qegħdin jaraw ċerti diffikultajiet u rikbu l-okkażjoni li ma jidħlux għad-deċiżjoni - u hawnhekk qed nirriferi għall-Ingilterra – għax ma ridux jikkommetu ruħhom rigward dak it-trattat.", "Hawnhekk wieħed irid isemmi l-għaqal u x-xogħol li għamlet il-Presidenza Ġermaniża minkejja li diġa` kellha \"theddida\" mingħand Sarkosy – li kien hemm ċans li se jsir u fil-fatt sar president ta' Franza - li kien qed jgħid li għandna nneħħu kollox, nagħmlu trattat żgħir, nagħmlu a simple treaty.", "Imbagħad, wara li kien qed ibigħ din it-tip ta' idea lill-elettorat Franċiż bil-mod il-mod beda jbiddilha as he went along.", "U iktar u iktar meta mbagħad ġie elett president u ra li kien jista' jaħdem mal-Ġermanja biex iwasslu l-affarijiet fejn waslu.", "Kif semmejt hemm pajjiżi li baqgħu barra, hemm pajjiżi li ratifikaw bħalma konna rratifikajna aħna u allura kienu committed għal dak il-materjal, hemm oħrajn li riedu jirrispettaw l-opinjoni tal-popli tagħhom u oħrajn bħall-Ingilterra li sabu l-okkażjoni li jibqgħu 'l barra minn din il-biċċa xogħol.", "U hawnhekk jekk wieħed janalizza eżatt x'ġara fl-aħħar sena minn mindu ħadet il-presidenza l-Ġermanja u ħadet l-inkarigu li tibgħat dawk li kienu magħrufa bħala x-sherpas biex iduru fil-pajjiżi wieħed wieħed ħalli jaraw x'inhuma d-diffikultajiet, saret analiżi bis-serjeta` u l-Presidenza Ġermaniża kienet konvinta li tasal li tfassal trattat li b'xi mod jiġi aċċettat mill-istati membri kollha.", "Irrid ngħid li jkun faċli tagħmel hekk jekk tkun lest li taċċetta, li tkun lest li ċċedi għall-pressjoni ta' ċerti membri kif fil-fatt ġara.", "Ejja nkunu ċari, per eżempju, bniedem ma jistax jifhem kif ikollok pajjiżi bħall-Ingilterra li jemmnu tant fil-valuri soċjali, pero` jkunu huma li jiddeċiedu u jimbuttaw kemm jifilħu biex dik iċ-charter tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem - li bħala ċittadini Ewropej irridu mmorru madwar id-dinja kollha u nbigħuha lil ħaddieħor - nagħmlu minn kollox biex inneħħuha milli tifforma parti minn dak it-trattat li kien qed jiġi diskuss.", "Kif semma l-Ministru eventwalment rebaħ il-buon senso għax ġie aċċettat li ċ-charter tad-drittijiet fundamentali jifforma parti mill-kostituzzjoni.", "Bħalma jaf il-Ministru, kienet inizjattiva tal-grupp soċjalista fil-konvenzjoni li riedu assolutament li jiġu enshrined dawk id-drittijiet tal-ħaddiema, taċ-ċittadini Ewropej fil-kostituzzjoni u eventwalment saret bħala protokoll, pero` protokoll li huwa binding daqslikieku kien parti mill-kostituzzjoni.", "Pero` xorta baqa' l-fatt li biex intlaħaq kompromess l-Ingilterra u f'mument minnhom anke l-Polonja ngħataw iċ-ċans li jagħmlu l-opt-out, ma jiġux marbutin b'din iċ-charter u allura l-liġijiet ta' l-Ingilterra huma supremi u jmorru over dak li tgħid iċ-charter tad-drittijiet fundamentali.", "Qed insemmi dan bħala eżempju għax imbagħad kien hemm il-kwestjoni kif ġiet ippaċifikata - iktar il-kelma Ingliża \"appeased\" - il-Polonja.", "L-istess il-kwestjoni tas-siġġu li semma l-Ministru fejn l-aħħar siġġu li kien qed jiġri 'l hemm u 'l hawn spiċċa ngħata lill-Italja ħalli minflok 750 ikollna 751 membru fil-Parlament Ewropew.", "U tajjeb jew ħażin ġie formulat dan ir-reform treaty kif ġie aċċettat fl-aħħar ħinijiet wara ħafna qtigħ il-qalb u anke theddid.", "Ma ninsewx il-President Pollakk Kaczynski u oħrajn li kienu qegħdin jipprovaw fl-aħħar minuti jieħdu dak kollu li jistgħu mill-konferenza.", "Ejja niġu għal-lokal.", "Hawnhekk qed nitkellem bħala membru ta' dan il-grupp, pero` ovvjament nitkellem ukoll f'isem il-Partit Laburista.", "Qegħdin naraw li x-xenarju għalina bħala Maltin ma tbiddilx daqstant.", "Il-Ministru għamel enfasi kbira fuq is-sitt siġġu.", "Insemmih ħalli neħislu mill-bidu.", "Irrid ngħid li iva, veru l-Ministru kien insistenti ħafna, pero` jiftakar ukoll li kemm jien kif ukoll Dr Sant fil-position paper li konna ktibna lill-konvenzjoni għamilna argument sħiħ fuqu għax dak iż-żmien il-biża' kien mhux li ma jkollniex sitta imma li jkun hemm erba' siġġijiet.", "U l-argument kien li b'erbgħa ma tistax tlaħħaq assolutament max-xogħol li se jkun hemm fil-Parlament Ewropew, u allura nemmnu li għandu jkun hemm is-sitt siġġu.", "Jien ma qed inneħħi l-ebda mertu min-negozjaturi tal-gvern u l-Ministru u l-Prim Ministru u kulmin kien involut – ovvjament aħna bħala oppożizzjoni ma konniex involuti – imma aħna konna hemmhekk il-ħin kollu four-square ma' dak li kien qed jgħid il-gvern.", "Bħala Malta - u għalhekk għedt li d-dibattitu fil-parlament għalija mhux se jkun fih dak l-interess jew dak l-akkanitiżmu li kien fih id-dibattitu l-ewwel darba fuq it-trattat kostituzzjonali għax, kif għedt, we have been here before, għaddejnieh diġa` u dak li kien hemm fit-trattat kostituzzjonali, tajjeb jew ħażin, b'mod diplomatiku u pulit ġie mibdul b'mod li tpoġġa f'dan it-trattat u sar iktar palatable, jista' jinżel iktar lil min forsi kellu riżervi.", "Irrid ngħid li jekk wieħed ifittex test konsolidat tat-trattat sal-lum ma jeżistix jiġifieri bniedem ma jistax imur isib trattat, he downloads it u jaqrah.", "Illum għad għandna ruxxmata emendi, dan il-paragrafu jidħol hawn, l-ieħor jidħol hemm, dan jiġi replaced bl-ieħor, għax it-test tat-trattat konsolidat huwa mwiegħed li joħroġ wara li jsiru r-ratifiki kollha mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri jekk ċittadin se jipprova jaqra dan li ġie pubblikat fil-ġurnal uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea ma tantx se jagħmel sens minn dak li se jaqra.", "Pero` jrid jingħad li wieħed ma jistax isib tibdil kbir jew sostanzjali minn dak li kien hemm fit-trattat kostituzzjonali.", "Ovvjament tneħħew dawk l-affarijiet kollha li b'xi mod kienu jagħtu sembjanza ta' federaliżmu, il-bandiera, l-innu, id-data, il-ministru ta' l-affarijiet barranin u l-affarijiet l-oħrajn kollha li kienu jagħtu xeħta li l-Unjoni miexja għal stat federali.", "Bħalma jaf il-Ministru fil-bidu tal-konvenzjoni kellna lil Giscard d'Estaing li ġie b'ideat federalisti, ipprova jmexxi l-konvenzjoni biex tagħmel kostituzzjoni tipo l-kostituzzjoni Amerikana.", "Kien qed jimmaġina lilu nnifsu xi Jefferson ieħor jew xi Washington ieħor.", "Pero` eventwalment il-preżenza tas-soċjeta` ċivili fil-konvenzjoni u l-preżenza tal-parlamenti nazzjonali wrew li m'aħniex mexjin għal dik il-linja u rnexxielhom joħorġu, bħalma semma tajjeb, ir-rwol importanti tal-parlamenti nazzjonali u anke r-rwol tas-soċjeta` ċivili.", "Apparti l-fatt li anki fit-trattat kostituzzjonali kellek diġa` enfasi biex l-Unjoni tagħti iktar attenzjoni għal affarijiet ġodda bħalma hi l-enerġija, il-klima, l-ispazju u t-turiżmu, affarijiet li fit-trattat ta' Nizza kienu assolutament injorati kompletament.", "Mr. Chairman, jekk wieħed jaqbad jgħid fuq dan it-trattat ma jispiċċax għax jekk jibda jdur klawsola klawsola jew suġġett suġġett li hemm ma jispiċċax.", "Pero` wieħed irid jgħid li jekk dan it-trattat jiġi ratifikat - u nisperaw li ma jkunx hemm xi sorpriżi bħalma semma minn postijiet bħall-Irlanda għax biex jiġi ratifikat irid ikun ratifikat mill-pajjiżi kollha b'mod unanimu, ma jistax ikollok pajjiż li ma jirratifikahx - suppost għandu jieħu lill-Unjoni Ewropea għas-snin li ġejjin.", "Wieħed jista' jiddubita u jistaqsi jekk dan hux se jkun tajjeb biżżejjed biex jilqa' għat-tkabbir propost.", "Per eżempju, jekk wieħed iħares lejn il-futur qed jara l-possibilita` ta' tkabbir li jinkludi pajjiżi bħat-Turkija.", "Iżda jekk wieħed jara t-trattat xorta jara ċerti lakuni, ċerti mankanzi, ċerti diffikultajiet li m'hemmx maħsub għalihom.", "Jien m'iniex qed ngħid għal pajjiżi bħall-Kroazja, il-Balkani tal-Punent u dawn il-postijiet, imma jekk se timxi 'l quddiem – u dan ħadd ma jista' jgħid x'jiġri għax minkejja li Sarkosy jibqa' jinsisti li ma jridx it-Turkija, pero` bħalma għamlu t-Torok, in-nies fil-politika jinbidlu, pero` l-proċess politiku jibqa' għaddej - għandi d-dubji tiegħi li dan it-trattat ikun mankanti biex jagħmel tajjeb għal dak it-tip ta' tkabbir.", "Mr. Chairman, bla dubju ta' xejn jekk wieħed janalizza t-trattat isib li kien hemm moviment għal iktar demokrazija għax hemm iktar rwol taċ-ċittadini.", "Hawnhekk insemmi żewġ affarijiet li huma importanti, id-dritt taċ-ċittadin li jagħmel petizzjoni u anke jġiegħel lill-Unjoni tieħu ċerti azzjonijiet u nerġa' nsemmi wkoll - minkejja li forsi xi ħadd jinterpretani ħażin - id-dritt li pajjiż joħroġ mill-Unjoni Ewropea.", "Meta semmejtu fil-parlament xi ħadd li, jiddispjaċini ngħid, ma kienx qed jirrifletti eżatt is-sinifikat, kien qed jipprova jinterpreta li l-partit Laburista qed jikkontempla din il-possibilita` u jifraħ b'din il-possibilita`.", "Hawnhekk ngħid ċar u tond li l-partit Laburista huwa irrevokabbilment kommess li t-triq tiegħu hija t-triq ta' l-Ewropa u mil-lum 'il quddiem t-tellieqa bejnietna bħala żewġ partiti hija kemm nistgħu nsaħħu u nkabbru l-ħidma tagħna fl-Unjoni Ewropea u kemm kapaċi nġibu ġid lejn pajjiżna minn dan l-istatus ġdid ta' pajjiżna.", "Pero` jekk wieħed jirrifletti l-iktar artiklu demokratiku huwa li qed jgħid lill-pajjiż: Inti sirt membru f'din l-unjoni b'deċiżjoni demokratika u sovrana tiegħek, u dik id-deċiżjoni sovrana għadha tiegħek.", "Eventwalment jekk xi darba trid toħroġ minn din l-unjoni inti għadek sovran li tiddeċiedi li toħroġ minn din l-unjoni, u allura hija the underlining of democracy f'dan il-proċess.", "Jiġifieri s-sovranita` ma ġietx abolita, ma spiċċatx.", "L-ebda stat Amerikan ma jista' jitlaq mill-Istati Uniti ta' l-Amerika għax huwa federaliżmu li ma jistax jippermetti dan.", "Pero` f'dan il-każ – u qed nagħmel enfasi ħalli ngħallmu lill-poplu u niftħu d-diskussjoni mhux fuq il-ħmerijiet, imma fuq affarijiet serji - din hija xi ħaġa li tagħti timbru tad-demokrazija lill-Unjoni Ewropea.", "Meta qed ngħid fuq id-demokrazija, kif semmejt, il-moviment li beda fi ħdan il-konvenzjoni kien dritt tal-parlamenti nazzjonali u għadu mhux kbir biżżejjed.", "Il-parlamenti nazzjonali, anke bit-trattat ta' Nizza u eventwalment bit-trattat kostituzzjonali, kienu diġa` bdew jingħataw l-importanza tagħhom.", "Kienu qed jiġu rikonoxxuti bħala organu li se jiġi nvolut f'ħafna mill-ko-deċiżjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea għax wara kollox il-parlament jirrappreżenta liċ-ċittadini.", "U mit-trattat kostituzzjonali għal dan it-trattat ta' riforma li għandna quddiemna l-perijodu ta' konsultazzjoni li l-kummissjoni jew inkella l-membri ddeċidew li jagħtu lil-parlamenti nazzjonali għar-rigward tal-leġislazzjoni, minn sitt ġimgħat ittawwal għal tmien ġimgħat.", "B'hekk f'dawk it-tmien ġimgħat isir dak li konna qegħdin nitkellmu fuqu fuq it-tieni item ta' din il-laqgħa tal-lum, fuq id-dritt li wieħed jeżamina, janalizza x'inhuwa l-impatt tal-leġislazzjonijiet fuq il-pajjiż rigward is-sussidjarjeta`.", "L-istess trattat fih żewġ protokolli, wieħed li jiddeskrivi x'inhuma d-drittijiet u rwol tal-parlamenti nazzjonali – anness ma dan it-trattat - u l-protokoll l-ieħor jitkellem fuq il-konċett tas-sussidjarjeta` u l-proporzjonalita`.", "Dan qed ngħidu biex wieħed jifhem ukoll għaliex konna qed nagħmlu dak id-dibattitu qasir fil-bidu fejn għedna li rridu li l-parlament tagħna wkoll jagħtina l-mezzi biex neżerċitaw id-drittijiet tagħna.", "Mhux imbilli jkollna t-trattat u ngħidu li t-trattat issa jagħtina dan id-dritt u dan id-dritt!", "Id-dritt teżerċitah jekk ikollok il-mezzi biex teżerċitah.", "Il-kummissjoni tgħidlek li se tibgħatlek il-leġislazzjoni u fi żmien tmien ġimgħat trid tagħtiha risposta jekk taqbilx magħha ħalli jekk hemm numru ta' parlamenti flimkien li ma jaqblux u jlaħħqu ċertu ammont allura l-kummissjoni tkun dovuta li jew tirtira dik il-leġislazzjoni jew tirrevediha, imma jekk ma jkollokx l-għodda biex f'dak il-perijodu tagħmel dak li hu mitlub minnek jista' jkollok provvedimenti fit-trattat għax jekk ma tisfruttahomx ma tagħmel xejn bihom.", "Barra minn hekk għandek id-drittijiet taċ-ċittadini.", "Ma nixtieqx intawwal ħalli jitkellmu sħabi, pero` wieħed jifhem li b'dan it-trattat saru ħafna emendi - għax ma tistax taqta', jekk taqta' minn naħa tweġġa' min-naħa l-oħra - biex ikun hemm iktar faċilita` biex jittieħdu d-deċiżjonijiet .", "Iktar ma tikber l-għaqda tal-pajjiżi, ikunu ħamsa mod, ikunu 11 mod, ikunu 15 mod, ikunu 27 mod ieħor.", "Irid jinstab mezz - u f'dan il-każ instab il-mezz - biex jittieħdu d-deċiżjonijiet b'iktar faċilita` għax jekk kemm-il darba wieħed jibqa' fuq is-sistema ta' l-unanimita` allura jipprevedi li kollox se jistalla.", "Fil-fatt li ġara huwa li l-unanimita` fid-deċiżjonijiet sal-lum baqgħet fuq kwestjoni ta' tassazzjoni, fuq politika baranija, fuq id-difiża u anke fuq social security.", "Dawn huma affarijiet li baqgħu kompetenzi tal-pajjiżi membri ħalli ma jkunx hemm pajjiż li jkun imġiegħel - għax għandek deċiżjoni li ma tkunx unanima imma li tkun vinkolanti - biex jagħmel ċerti affarijiet.", "Pero` ħafna mid-deċiżjonijiet l-oħrajn, tajjeb jew ħażin, huma bil-qualified majority u 'l quddiem anke b'double majority, b'maġġoranza ta' stati membri u b'maġġoranza ta' ċittadini.", "Kif se nintlaqtu bihom aħna?", "Meta analizzajna l-oqsma - għax dawn baqgħu l-istess li kien hemm fit-trattat kostituzzjonali, ma kien hemm xejn li daħal ġdid f'dan it-trattat ta' riforma - sibna li ħafna minnhom huma oqsma jew amministrattivi jew oqsma li mhux se jġegħluk tagħmel affarijiet li jmorru kontra t-twemmin tiegħek jew kontra l-prattika kostituzzjonali tiegħek.", "Hemmhekk ukoll – u dan ħareġ mit-trattat kostituzzjonali – kien hemm dikjarazzjoni ċara ta' x'inhuma l-kompetenzi.", "Qabel wieħed ried iqalleb it-trattat ta' Amsterdam, is-Single European Act, it-trattat ta' Nizza biex jara fejn qegħdin, pero` fit-trattat kostituzzjonali, u repetut issa, għandek dikjarazzjoni ċara x'inhuma l-kompetenzi ta' l-unjoni, x'inhuma l-kompetenzi ta' l-istati membri u x'inhuma x-shared competencies.", "U hemm ukoll il-provvediment li l-pajjiżi membri bejniethom jistgħu jiddeċiedu li jieħdu lura mingħand il-kummissjoni, mingħand il-kunsill, mingħand l-Unjoni Ewropea oqsma li jkunu tawha għax hemm l-għarfien li dawk il-kompetenzi li għandha l-Unjoni Ewropea qegħdin għandha għax tawhomlha l-istati membri u mhux għax ħadithom hi b'xi dritt divin.", "Jiġifieri hemmhekk ukoll hemm ċerti reverberations tad-demokrazija.", "Rigward it-tħaddim ta' l-Unjoni Ewropea - u importanti ħafna li wieħed jara l-Unjoni Ewropea, the European scenario on the global stage - sal-lum għad għandek il-kompetenza ta' l-external relations li ħafna drabi sfortunatament immorru bl-idea li din hija biss politika barranija.", "Ma ninsewx li politika barranija tinvolvi politika ta' development aid, tinvolvi t-trade, il-kummerċ, dak kollu li tagħmel l-Unjoni barra mill-konfini tagħha.", "Hemmhekk kien hemm kompetenzi li jaqbżu ħafna fuq xulxin, kien hemm prattikament erba' kummissarji li kienu jidħlu fihom.", "Illum se jkun hemm il-high representative ta' l-Unjoni Ewropea li se jkollu l-istaff tiegħu, se jkun viċi president tal-kummissjoni, jippresjedi l-laqgħat tal-ministri ta' l-affarijiet barranin u għandu l-European external service, li biex ngħid hekk huwa s-servizz diplomatiku ta' l-Unjoni Ewropea.", "F'dan il-każ fil-kontest lokali wieħed irid jifhem li l-politika barranija, jiġifieri l-European common security policy - u dan b'distinzjoni mal-European secuirty and defence policy ta' l-Unjoni Ewropea biex ma nidħlux f'dik li hija defence policy - huwa qasam fejn id-deċiżjonijiet iridu jkunu b'mod unanimu kif kienu qabel u, minkejja s-saħħa li se jkollu l-high representative, dan ma jistax jinizja l-ebda azzjoni jekk il-pajjiżi membri b'mod unanimu ma jkunux tawh il-mandat biex jagħmel hekk.", "Ovvjament jista' jirrikkmanda pero` ma jistax jieħu l-ebda azzjoni jekk ma tkunx b'mandat unanimu mill-pajjiżi membri.", "Dan imbagħad jiftaħ il-qasam ta' l-enhanced co-operation li kien anke fit-trattat ta' Nizza fejn kien hemm il-possibbilta` tal-constructive abstention, li ma teħux parti f'ċerti inizjattivi u tħalli lill-oħrajn jimxu.", "Illum wasal għall-konċett ta' l-enhanced co-operation fejn numru ta' pajjiżi li bejniethom għandhom ir-rieda u l-mezzi li jieħdu ċerta azzjoni jistgħu jeħduha bla ma jiġu mfixkla mill-oħrajn.", "Punti żgħar oħra li xtaqt insemmi huma l-kwestjoni tad-drittijiet soċjali ta' l-Unjoni Ewropea.", "Bħalma għedt iċ-charter sfortunatament m'hijiex parti mill-korp proprju tat-trattat, pero` saret f'forma ta' protokoll li huwa legali, huwa binding.", "Kif għedt fil-bidu, interessanti wieħed jara li l-Unjoni għall-ewwel darba qed titkellem fuq problemi ta' saħħa, problemi ta' konsumatur li għalkemm kien hemm riferenzi żgħar għalihom fit-trattat ta' Nizza ma kenux daqshekk miftuħin u daqshekk wesgħin.", "Dik hija xi ħaġa li qiegħda hawnhekk.", "Bħala konklużjoni xtaqt ngħid li l-partit Laburista f'dan kollu ma jsib l-ebda raġuni għaliex m'għandux ikun favur li jiġi ratifikat dan it-trattat u għandi x'nifhem li fil-parlament meta niftiehmu li nagħmlu dibattitu l-partit Laburista se jkun favur li jiġi ratifikat dan it-trattat.", "Ma ninsewx li s'issa se nibqgħu nimxu fuq dak li hemm fit-trattat ta' Nizza sakemm jiġi ratifikat dan it-trattat li nisperaw jiġi into force fl-1 ta' Jannar 2009 biex imbagħad għall-elezzjonijiet ta' Ġunju 2009 inkunu qegħdin nimxu fuq dan it-trattat.", "Irrid ngħid li l-partit Laburista se jkun favur tiegħu, m'għandu l-ebda oġġezzjonijiet, pero` b'dawk ir-riżervi.", "Iktar milli riżervi kienu kjarifikazzjonijiet ta' x'qegħdin nifhmu li jistgħu jkunu l-implikazzjonijiet ta' ċerti klawsoli u ċerti aspetti tat-trattat kostituzzjonali.", "Dawk għadhom qegħdin hemmhekk, aħna xorta ninterpretaw dan it-trattat fil-kontest ta' dawk ir-riżervi, ta' dawk il-kjarifiki, imma beyond that il-partit Laburista m'hu se jkollu xejn kontra u se nivvotaw favur dan it-trattat biex pajjiżna jadottah mal-pajjiżi l-oħa membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Grazzi, Mr. Chairman.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "LEO BRINCAT: Mr. Chairman, bħala membru tal-grupp Laburista nikkondividi l-feelings espressi mill-kelliemi tagħna għall-affarijiet Ewropej.", "Xtaqt nistaqsi tliet mistoqsijiet lill-Ministru, iktar bħala gut feeling tad-diskussjonijiet li kien qed jattendi dan l-aħħar.", "L-ewwelnett jekk jaqbilx li fost ħafna gvernijiet – ma tistax tgħid kollha għax kif semma l-Onor.", "Vella hemm diversi ċirkostanzi f'pajjiżi differenti - hemm il-feeling li wara tmien snin sħaħ ta' dibattiti kontinwi dwar riformi istituzzjonali, konvenzjonijiet, negozjati inter-governamentali u anke kellna żewġ referenda li ma rnexxewx, jixtiequ jagħlqu dan id-dossier istituzzjonali u jikkonċentraw iktar fuq policy issues li jolqtu lil pajjiżhom u liċ-ċittadini tagħhom mill-viċin?", "It-tieni nett – u din hija osservazzjoni personali - inħoss li hemm bżonn li jiġi spjegat lill-pubbliku li l-Lisbon Treaty jintroduċi t-tibdiliet għal EU treaties eżistenti, xi ħaġa kuntrarja għall-EU constitution li kienet maħsuba to replace it-trattati eżistenti li jmorru lura għall-1957.", "L-aħħar mistoqsija - mingħajr ma nitfa' ebda dubji jew noħloq inċertezza fuq il-pożizzjoni tagħna għax il-pożizzjoni tagħna spjegaha tajjeb ħafna l-kollega tiegħi u m'għandix x'inżid fuqha - hija iktar mistoqsija teknika milli forsi jista' jweġibni l-Ministru jew l-advisers tiegħu.", "Qed ngħid hekk għax qrajt anke xi publications fejn esperti fuq affarijiet Ewropej ma qablux bejniethom fl-interpretazzjoni legali.", "Din hija xi ħaġa ipotetika li forsi lil Malta mhix se tolqotna direttament mill-viċin imma tajjeb li wieħed ikun jafha ġaladarba hemm provvediment għaliha fit-trattat ta' Lisbona.", "Għalkemm huwa fatt magħruf li dan se jiġbor flimkien id-dmirijiet tal-high representative u tal-commissioner for external relations teknikament x'jiġri mill-hekk imsejjaħ high representative of the Union for foreign affairs and security policy jekk tirriżenja, ipotetikament, il-kummissjoni Ewropea u tilħaq waħda ġdida?", "Hu jew hi, minħabba … (Interruzzjonijiet) Le mhux qed nawgura .… Kien hemm min ta interpretazzjoni differenti.", "Jien qed nistaqsi dan sempliċement for information.", "Hu jew hi, min ikun qed jokkupa din il-kariga, ikollu jew ikollha tirriżenja mill-Kunsill jew le?", "Mhux qed nawgura li l-Kummissjoni Ewropea ...", "GEORGE VELLA: Onor. Brincat, jekk tippermettili, nixtieq nagħmel kjarifika.", "LEO BRINCAT: Bil-qalb kollha.", "GEORGE VELLA: Il-Parlament Ewropew jirratifika l-Kummissjoni kollha in toto.", "(Interruzzjonijiet) Le, le.", "Jien biex niċċara dak li qed tgħid int. Għandek raġun mija fil-mija.", "Jien qed ngħid – anke biex jifhimna min qed isegwina – li l-Parlament Ewropew irid jirratifika l-Kummissjoni kollha, jekk kemm-il darba ma jaqbilx ma wieħed ikollu jirrifjuta l-oħrajn kollha.", "L-argument validu li qed tagħmel inti hu dan: Jekk dan se jkun parti mill-Kummissjoni allura se jkollu jirriżenja jekk kemm-il darba tirriżenja l-Kummissjoni?", "Għax parti minnha jew mhux parti minnha.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Irrid ngħid ħaġa żgħira.", "Il-pożizzjoni tiegħi minn dejjem kienet ċara: Jien federalista Ewropew fil-ħsibijiet politiċi tiegħi.", "Irrid ngħid li minn dak il-lat it-trattat il-ġdid huwa pass lura mit-trattat kostituzzjonali, pero` wieħed irid jibbilanċja dak li jitlef ma' dak li jirbaħ.", "It-trattat oriġinali, bħalma jaf kulħadd, weħel f'żewġ pajjiżi partikolari u allura awtomatikament ġiet eliminata l-possibbilta` li jiġi ratifikat b'mod unanimu.", "Nafu li kien hemm perijodu ta' riflessjoni dwar x'jista' jsir u x'ma jsirx u, considerando li m'aħniex qed ngħixu f'dinja ideali u li jkun hemm ħafna ideat differenti, naħseb li t-Trattat ta' Lisbona, għalkemm huwa pass ftit lura mill-ħsibijiet idealisti tiegħi bħala federalista, naħseb li rnexxielu jsib bilanċ li għalkemm huwa inqas ideali huwa iktar prattiku biex il-pajjiżi kollha jaqblu miegħu.", "Huwa interessanti d-dħul ta' ċerti ideat li ma kenux jeżistu fit-trattat oriġinali tal-kostituzzjoni biex inkun għedt kollox.", "Per eżempju, il-kwestjonijiet dwar il-klima u l-enerġija li naħseb li fiċ-ċirkostanzi li miexja fihom id-dinja llum huma artikli ta' importanza kbira.", "Għadni ma fhimtx eżatt fejn hu l-post taċ-charter of fundamental rights fit-trattat il-ġdid.", "Fit-trattat l-antik kien fil-preambolu, safejn naf jien, issa fejn qiegħed fit-trattat il-ġdid?", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Nixtieq ngħid prosit liż-żewġ naħat ta' din il-Kamra li ħadmu flimkien.", "Meta l-Kamra tkun magħquda f'pożizzjoni waħda naraw il-vantaġġi li jkollna fin-negozjati tagħna ma' l-Unjoni Ewropea.", "Rajna dan fir-riżultat tas-sitt siġġu u f'affarijiet oħra.", "Dan huwa trattat li javvanza l-iskop Ewropew billi jagħmel Ewropa iktar demokratika, trasparenti u effiċjenti, fejn naraw iktar l-affermazzjoni tal-valuri tad-demokrazija, tal-konċett tas-solidarjeta` u s-sigurta`, Ewropa li se tkun attur prinċipali fuq il-global stage.", "Huwa trattat li jġib iċ-ċittadin eqreb lejn l-istituzzjonijiet Ewropej u l-Ewropa iktar viċin iċ-ċittadini.", "Huwa trattat li jafferma iktar il-poter tal-parlamenti nazzjonali.", "Hawnhekk nieħu spunt ukoll minn dak li qal l-Onor.", "Vella iktar kmieni f'dan id-dibattitu meta konna qegħdin nitkellmu fuq il-prinċipju tas-sussidjarjeta`.", "Hawn nistaqsi jekk wasalx iż-żmien, ladarba qed nitkellmu fuq aktar rwol għall-parlamenti nazzjonali vis-a-vis l-Unjoni Ewropea, li jkun hemm dibattitu serju fil-parlament dwar il-pass li jmiss biex nagħtu iktar għodda lid-deputati Maltin fil-ħidma tagħhom bħala deputati f'dan il-parlament li għandhom rwol nazzjonali kif ukoll rwol fuq livell Ewropew.", "Filwaqt li dan huwa vot ta' fiduċja fid-deputati ta' kull parlament nazzjonali ta' l-Ewropa, naħseb li llum il-ġurnata f'Malta post l-Indipendenza, f'Malta post Repubblika, f'Malta post membru ta' l-Unjoni Ewropea, wasal iż-żmien li nagħtu lid-deputati Maltin dawk l-għodda biex isiru aktar effiċjenti fil-ħidma tagħhom bħala leġislaturi u deputati tal-poplu?", "Jien nemmen li jekk irridu nkunu iktar effiċjenti għandna nħarsu lil hinn minn xtutna u naraw l-għodda li għandhom deputati f'parlamenti nazzjonali barra minn Malta, naraw dawk l-għodda li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom id-deputati fil-Parlament Ewropew u naħseb għandna nagħmlu dibattitu serju u matur dwar kif aħna nistgħu nsiru aktar effiċjenti fil-ħidma tagħna.", "Wara kollox aħna għandna responsabbilta` lejn il-poplu tagħna, għandna responsabbilta` lejn in-nies li jeleġġuna u għandna responsabbilta` lejn l-Ewropa wkoll.", "Allura naħseb li għandna nkunu iktar effiċjenti f'dan is-sens.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Jien se nieħu spunt mill-aħħar intervent li sar u nallaċċja ftit ukoll mat-tieni item li kellna.", "Il-ġimgħa l-oħra fil-ħin ta' l-aġġornament f'dan il-parlament ħadt spunt dwar id-diskussjoni li kien hemm fil-House Business Committee dwar il-konċett tas-sussidjarjeta` u l-proporzjonalita` u għedt kemm hemm bżonn li dan il-parlament ikollu l-istrutturi u l-għodda li għandhom parlamenti oħra issa li aħna membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jgħidu li l-paraguni huma odjużi.", "Veru jsiru paraguni ma' parlamenti kbar bħall-House of Commons u veru li huwa parlament ta' pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea, pero` jien għadni nsostni li għandna nħarsu wkoll lejn parlamenti żgħar bħal ta' Ċipru li għandu 56 membru, bħal tal-Lussemburgu li għandu bejn wieħed u ieħor 60 membru u li eppure għandhom 19-il kumitat permanenti parlamentari meta aħna għandna ħamsa.", "Dak jagħti skop għal riflessjoni u hawnhekk naqbel perfettament ma' dak li qal l-Onor. de Marco.", "Jekk il-Bambin irid dan it-trattat ikun ratifikat u jiġi fis-seħħ sena oħra dan il-parlament irid ikollu l-għodda u struttura li tixtarr l-aspett tas-sussidjarjeta` u proporzjonalita` kif xieraq.", "Dak li qegħdin nipproponu bħala kumitat ta' l-affarijiet barranin u Ewropej f'sede oħra.", "Jien ħadt gost nisma' din id-diskussjoni.", "Kif għedt tajjeb inti Onor. de Marco, għal darb'oħra dan il-parlament qed juri li meta niġu f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-interess nazzjonali, iż-żewġ naħat iqumu għall-okkażjoni u jitkellmu, tista' tgħid, b'vuċi waħda.", "Jien naħseb li dak huwa xhieda ta' parlament matur u ta' sistema parlamentari sana ħafna.", "Punti prinċipali li jien inħoss li huma importanti li diġa` ssemmew b'mod jew ieħor, imma li nixtieq nagħmel enfasi fuqhom, huma r-rwol ikbar li se jingħataw lill-parlamenti nazzjonali f'żewġ proċeduri prinċipali hekk imsejjħa l-yellow card u l-orange card.", "Il-yellow card procedure hija dik li nsibu f'subinċiż (ii) u (iii) ta' l-artiklu 7 fil-protokoll numru 2 għal dan it-trattat, fejn terz tal-parlamenti nazzjonali flimkien jistgħu jgħollu l-karta safra jekk il-Kummissjoni Ewropea tkun qed tipproponi xi ħaġa li tmur lil hinn mill-kompetenzi tagħha, allura s-sussidjarjeta`.", "L-orange card procedure hija fejn iktar min-nofs tal-parlamenti nazzjonali jħossu li għandhom iwaqqfu lill-Kummissjoni Ewropea milli tilleġisla fuq aspett partikolari.", "Mela t-tisħiħ tal-parlamenti nazzjonali huwa importanti u ġaladarba u stante li aħna parlament żgħir, dan ċertament huwa ta' benefiċċju għalina.", "It-tieni punt huwa li dan it-trattat se jkun ifisser trasparenza ikbar dwar dak li l-Ewropa tista' u ma tistax tagħmel.", "It-tielet, se jkun hemm focus aħjar dwar x'inhuma l-isfidi globali ta' l-Unjoni Ewropea, prinċipalment fosthom, il-global warming.", "L-istituzzjonijiet Ewropej se jkunu aktar streamlined.", "Diġa` ġie aċċennat il-benefiċċju li jkollna president tal-Kunsill Ewropew u l-benefiċċji li se jkollna bit-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-high representative li inċidentalment kellna video conference miegħu ftit tal-ġimgħat ilu.", "Ċertament li punti pożittivi ħafna huma t-tisħiħ tal-majority voting u l-karta tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem li se jsaħħu l-ħarsien taċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea.", "Naħseb li punt importanti ħafna u li wieħed għandu jirrifletti dwaru huwa l-fatt li issa m'għandniex aktar il-pillars ta' kompetenzi bħal qabel, imma prattikament għandna tliet kompetenzi prinċipali, jiġifieri dawk li huma l-kompetenzi esklussivi ta' l-Unjoni Ewropea, ix-shared competence u s-supporting competence.", "Allura hawnhekk, filwaqt li ċerti stati membri jista' jkollhom opt-outs minn dawn il-policy areas - per eżempju, ir-Renju Unit għandu opt-out fl-area tas-sigurta` u l-ġustizzja - jien naħseb li dan ifisser iktar trasparenza u simplifikazzjoni tal-mod kif l-Unjoni Ewropea tiffunzjona.", "Ħaġa li naħseb hija ta' ġid kbir għalina hija artiklu 7A ġdid dwar in-neighbourhood policy.", "Il-fatt li issa għandna kodifikat għall-ewwel darba - u tajjeb li nfakkru li Malta kellha rwol fih – li \"The Union shall develop a special relationship with neighbouring countries aiming to establish an area of prosperity and good neighbourliness\" juri li l-Ewropa trid rapporti tajbin mal-ġirien tagħha, allura l-arja Ewro-Mediterranja.", "Għandi żewġ punti xi ngħid fuq dan l-artiklu ġdid.", "L-ewwelnett ir-rikonoxximent tar-rwol ta' Malta permezz ta' l-ittra li ntbagħtet għan-nom tal-gvern Malti lill-Prim Ministru Berlusconi meta l-Italja kellha l-presidenza fejn Malta, flimkien ma' xi pajjiżi oħrajn, talbu lill-presidenza Taljana ta' l-Unjoni Ewropea biex ikun hemm dan il-konċett.", "It-tieni nallaċċjah mal-proposta tal-Ministru, li issa qabdet ritmu tajjeb ħafna fi ħdan l-Unjoni Ewropea, biex għall-ewwel darba jkun hemm djalogu strutturat bejn il-Lega Għarbija u l-Unjoni Ewropea.", "Naħseb dan ukoll huwa ta' interess għalina bħala pajjiż Mediterranju b'vokazzjoni Ewropea.", "Fl-aħħarnett, pero` ċertament mhux l-inqas, is-sitt siġġu li se jagħtina l-possibbilta` prattika – nitolbok tikkoreġini Ministru jekk qed ngħid ħażin – li nkopru ta' l-inqas żewġ kumitati oħra jekk mhux tlieta fil-Parlament Ewropew.", "Allura se jkollna preżenza ikbar u viżibilita` aħjar ta' Malta fil-Parlament Ewropew.", "Punt ieħor importanti huwa r-rikonoxximent ta' stati membri li huma gżejjer għall-fini tal-politika ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali ta' l-Unjoni Ewropea.", "Meta dan it-trattat jiġi ratifikat mill-parlament Malti - wieħed mill-ewwel parlamenti li se jkun qed jirratifika dan it-trattat - se nkunu qegħdin nibagħtu messaġġ li din hija Ewropa se toħloq iktar impjiegi, aktar opportunitajiet, sigurta` aħjar fis-soċjeta` Ewropea u allura influwenza ikbar għal Malta fil-palk Ewropew u fuq il-palk tax-xena internazzjonali.", "Dawk huma l-kummenti li xtaqt nagħmel jien.", "L-Onor.", "GEORGE VELLA: Xtaqt nagħmel punt żgħir li ma semmejnihx, la jien u lanqas il-Ministru, dwar il-fatt li l-presidenza ta' l-Unjoni Ewropea mhux se tibqa' tinbidel kull sitt xhur minn pajjiż għall-ieħor u ħadd ma jilħaq jagħmel xejn … (Interruzzjonijiet) Kont semmejtha inti fil-bidu?", "Skużani, imma nixtieq li we underline it għax perijodu ta' sentejn u nofs joffri iktar stabilita`.", "MICHAEL FRENDO: Xtaqt insemmi xi punti żgħar u anke nirrispondi l-mistoqsijiet li saru.", "Naħseb li d-diskussjoni turi li hemm qbil fuq ir-ratifika ta' dan it-trattat anke għax dan it-trattat mhuwiex sostanzjalment wisq differenti mit-trattat l-ieħor ħlief li tneħħew is-simboli li setgħu jiġu meqjusa bħala simboli ta' l-istat, pero` hemm ukoll iktar saħħa għall-parlamenti nazzjonali, kif diġa` għedna, li aħna favur tagħha.", "Fil-fehma tiegħi hawnhekk hawn approach realistika.", "Meta kellna żewġ pajjiżi li sabu diffikulta` biex jirratifikaw, aħna kellna quddiemna – u din semmiha wkoll l-Onor.", "George Vella f'wieħed mill-kummenti tiegħu - l-possibbilta` li jispiċċa kollox, jiġifieri li jgħidu li t-trattat kostituzzjonali ma rnexxiex u nibqgħu mexjin kif aħna.", "Għalina kien ifisser, per eżempju, li nibqgħu b'ħames siġġijiet.", "Kien ifisser li jekk jidħlu pajjiżi oħrajn nistgħu ninżlu għal inqas minn ħames siġġijiet.", "Jiġifieri aħna ma qablilniex li ngħidu li ladarba kien hemm żewġ pajjiżi li m'għaddewhiex, allura ninsew kollox l-istorja mietet.", "Aħna kellna kull interess li ngħidu – u għedniha - li anke jekk dawk it-tnejn ma rratifikawx għandna nkomplu bir-ratifiki.", "Fil-fatt kien hemm min irratifika wara li dawk it-tnejn ma rratifikawx, pero` kien hemm min waqaf u qal li ladarba ma rratifikawx dawk it-tnejn m'għandniex għalfejn inkomplu.", "Aħna konna ma' dawk il-pajjiżi – għax ma semmejthiex fil-bidu u naħseb tajjeb li nsemmiha – li għamlu pressure biex dak ix-xogħol kollu li sar ma jintilifx.", "Fortunatament il-pressure ta' dawk il-pajjiżi li kienu rratifikaw – li kienu numru kbir - u li baqgħu jagħmlu pressure biex l-affarijiet jimxu 'il quddiem wasslet għat-trattat ta' Lisbona.", "B'hekk l-akkwisti li konna għamilna ma spiċċawx taru mar-riħ.", "Biddilna t-thinking li kien hemm – u sewwa għamel l-Onor.", "George Vella li semmieh – fejn kien hemm min qed jgħid li t-trattat kostituzzjonali spiċċa u allura nibqgħu kif aħna u nimxu bit-trattat ta' Nizza.", "Aħna lanqas konna għadna membri, imma dan ir-raġunament ma kienx favur tagħna, allura aħna kellna kull interess li naslu hawn.", "Issa li wasalna hawnhekk nixtiequ ħafna li naraw ir-ratifika ta' dan it-trattat ta' Lisbona għax l-Ewropa għandha bżonnha.", "Id-dinja għandha bżonnha għax id-dinja għandha bżonn Ewropa b'saħħitha.", "Iktar ma naraw l-aspetti tal-politika internazzjonali aktar joħroġ ċar kemm id-dinja għandha bżonn Ewropa b'saħħitha.", "Issemmew ċerti punti li jien nixtieq ukoll nenfasizza, fosthom il-kompetenzi li llum huma ċari.", "U dik saret għax kien hemm min qed jibża' li l-Unjoni Ewropea kienet qed tieħu kompetenzi li ma kenux tagħha permezz tal-case law u permezz ta' l-interpretazzjoni.", "Allura ġie stabbilit u, biex ngħidu hekk, imbierek il-prinċipju li l-Unjoni Ewropea tieħu biss id-drittijiet li jingħatawlha mill-pajjiżi membri.", "Bħala pajjiż żgħir dak il-prinċipju jiswielna għax meta tiġi biex tagħti drittijiet lill-Unjoni Ewropea, f'dak il-livell kull pajjiż żgħir ta' 400,000 ruħ u pajjiż kbir ta' 70 miljun huma l-istess.", "L-istess ħaġa għar-rigward ta' dak li semmejt inti dwar artiklu 7A, jiġifieri r-relazzjoni speċjali mal-pajjiżi ġirien ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għadni ġej mill-Marokk mil-laqgħa tal-Five Plus Five li kienet ilha ma ssir, u qabel din il-laqgħa saret laqgħa bejn il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, il-Marokk u l-Kummissjoni.", "Kien hemm laqgħa tas-soċjeta` ċivili fejn il-Marokk talab li minħabba li hu jħoss li huwa avvanzat iktar minn ħaddieħor, għandu jkollu status speċjali.", "Ipprova jasal għal dik it-tip ta' relazzjoni.", "Fid-diskors tiegħi jien għamilt riferenza eżattament għal dan l-artiklu, fejn għedt li dak l-artiklu jagħti l-fakulta` lill-Unjoni Ewropea li tasal għal xi status speċjali mal-Marokk.", "Iċ-Charter of Fundamental Human Rights qabel kien f'kapitolu 2 tat-trattat Kostituzzjonali u llum huwa karta b'identita` tagħha, endorsed mill-Parlament Ewropew, mill-President tal-Kummissjoni u mill-President tal-Kunsill Ewropew u mbagħad mogħti saħħa legali permezz tat-trattat ta' Lisbona.", "Jiġifieri dan mhux qiegħed fit-trattat ta' Lisbona imma hemm riferenza għalih u t-trattat ta' Lisbona jagħti saħħa legali lil dak id-dokument.", "Jiġifieri bqajna essenzjalment fl-istess pożizzjoni imma kien hemm min ried jagħti aktar visibility lil dan iċ-charter billi jaqilgħu għalih waħdu u allura l-parlament Ewropew ikun jista' jurih ukoll għalih, Pero` essenzjalment id-differenza hija zero, jiġifieri hija kwestjoni ta' forma.", "F'dak iċ-charter hemm opt-out clauses tar-Renju Unit u tal-Polonja fuq ċerti affarijiet.", "Niġi għat-tliet mistoqsijiet li għamel l-Onor.", "L-ewwelnett jekk il-gvernijiet ħassewx li jridu jagħlqu dan il-kapitlu biex jikkonċentraw iktar fuq policy issues.", "Naħseb li iva, iva u iva.", "Fl-Unjoni Ewropea hemm dak il-feeling li wasal iż-żmien li jingħalaq dan il-kapitlu tant diskuss u tant analizzat.", "Pero` dan kollu wassal għal bidliet li ħafna drabi jridu jkunu maturi għax inutli l-leaders politiċi jkunu qegħdin jiġru iktar milli jriduhom in-nies.", "Meta n-nies ma riduhomx jiġru daqshekk urewhom u esprimew ruħhom.", "Fid-demokrazija trid tmur lura, tara x'qalu n-nies u tipprova taġġusta l-politika tiegħek biex tirrifletti r-rieda li kien hemm fl-Ewropa dakinhar.", "Ħafna drabi r-referenda ma jsirux biss fuq kwestjonijiet dwar l-Unjoni Ewropea imma jista' jkun hemm kwestjonijiet oħra flimkien magħha.", "L-idea hi li l-Unjoni Ewropea għandha bżonn tħares iktar lejn l-enerġija, lejn il-kwestjoni tas-sigurta' ta' l-enerġija u lejn il-kwestjoni ta' l-enerġija alternattiva.", "Għandna t-target li 20% ta' l-enerġija fl-Unjoni Ewropea tkun minn enerġija alternattiva.", "Irid ikun hemm iktar enfasi fuq l-impjiegi, fuq l-aġenda ta' Lisbona u l-kompetittivita`.", "Dawn l-affarijiet huma kollha importantissimi anke għall-ekonomija ta' l-Unjoni Ewropea.", "Meta wieħed jagħlaq dan il-kapitlu nkunu nistgħu niġu wkoll għad-diskussjoni dwar l-enlargement.", "Naħseb anke d-diskussjoni dwar it-tkabbir ġiet imwaqqfa minħabba l-kwestjoni li kienet għaddejja.", "Il-Lisbon Treaty huwa l-metodu tradizzjonali li jbiddel it-trattati.", "Irridu nkomplu nispjegaw li dan huwa l-metodu tradizzjonali kif tbiddel it-trattati eżistenti.", "Wara diskussjoni li kellna waqt il-budget, jien staqsejt lill-Forum Malta fl-Ewropa biex jagħmlu dak id-dibattitu wkoll fuq it-trattat ta' Lisbona.", "Fil-fatt id-dibattitu dwar it-trattat ta' Lisbona se jsir u jien informat li qed jorganizzaw konferenza internazzjonali f'dawn il-ġimgħat biex tissaħħaħ aktar l-informazzjoni dwar dan.", "It-tielet mistoqsija kienet dwar x'jiġri mill-kummissarju għoli, li se jkun ukoll viċi president tal-Kummissjoni Ewropea, jekk tirriżenja l-Kummissjoni Ewropea.", "Għandu jirriżenja magħha?", "Fil-fehma tiegħi iva, imma din hija l-fehma tiegħi.", "Wieħed forsi jrid jieħu pariri oħrajn, pero` ladarba issa ma baqax dik id-distinzjoni, imma se jkun hemm double hacking, insibha diffiċli biex ngħid li dan għandu jibqa' jopera ta' high representative u fl-istess ħin ma jkunx fil-kummissjoni.", "Bilfors irid ikun fil-kummissjoni wkoll.", "Jista' jagħti l-każ li jsir l-argument legali li waqt li l-kummissjoni tkun irriżenjat imma ma tkunx għadha ġiet appuntata kummissjoni oħra, allura jkun hemm caretaker commission, pero` huwa jkun jista' jopera in full steam bħala high representative, mhux bħala caretaker high representative, għax fil-fatt il-high representative part tiegħu jkun qed jagħmilha b'mod leġittimu u l-parti l-oħra bħala caretaker.", "Jiġifieri jista' jkun hemm dak it-tip ta' argument.", "Pero` huwa importanti u tajjeb li din issir għax fil-prattika meta tara kif topera li jkollok kummissarju għall-affarijiet esterni u high representative għall-foreign relations issib li jkun hemm punti ta' overlapping.", "Ejja ngħidu, biex nieħdu eżempju prattiku, li jkun hemm deċiżjoni politika bħala foreign policy issue fuq kif wieħed jista' jgħin lill-Awtorita` Palestinjana biex tattwa l-programm tal-Prim Ministru Palestinjan Fayad, pero` mbagħad id-deċiżjoni tal-flus trid toħroġ mill-kummissarju, mhux mingħand il-high representative.", "Jiġifieri se jkun hemm żewġ persuni jiddeċiedu fuq aspetti ta' l-istess ħaġa.", "Meta jkollok dan id-double hacking se jkollok persuna waħda li se jkollha kontroll fuq id-dekasteru kollu u naħseb din tista' tkun ta' vantaġġ.", "Is-sitt siġġu, li diġa` tkellimna fuqu, kien punt importanti ħafna.", "Kellna ftit kedda dwar dan anke waqt il-mandat tal-Presidenza Ġermaniża - li għamlet xogħol tajjeb ħafna kemm min-naħa tal-Kanċillier Merkel kif ukoll mill-Foreign Minister Frank-Walter Steinmeier għax ippreparat it-triq għall-presidenza Portugiża li wkoll għamlet xogħol tajjeb ħafna u li wkoll sibniha ta' appoġġ kbir għalina - sakemm wasalna fil-punt li ma ridniex ikun hemm dubju li s-sitt siġġu jibda jopera mill-elezzjoni li ġejja.", "Dik iġġelidna għaliha, ġibna l-parir legali ta' l-avukat tal-Kunsill, għamilniha deċiżjoni legali u politika u kondizzjoni tal-fatt li aħna għedna iva.", "Fil-fatt imn'Alla għamilna hekk għax dan issemma fid-diskussjonijiet taħt il-Presidenza Portugiża u it sailed through abbażi ta' dak li konna għamilna dakinhar.", "F'dawn is-snin li għaddew jien forsi għext tnejn jew tlieta minn dawn il-mumenti fejn inti trid tkun mhux biss alert, imma attentissimu u tieħu azzjoni immedjata.", "Ma tistax tgħid li se tieħu azzjoni minuta oħra għax tgħaddilek dik il-minuta u titlef il-kontroll tas-sitwazzjoni.", "Aħna konna attenti ħafna u minħabba f'hekk assigurajna li s-sitt siġġu jiġi fl-2009, jiġifieri fl-elezzjonijiet li jmiss għall-Parlament Ewropew.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Irrid ngħid ukoll li issa b'dan it-trattat l-Unjoni Ewropea se ssir parti wkoll mill-European Convention on Human Rights.", "Fl-opinjoni tiegħi dan huwa pass kbir 'il quddiem għax qabel kienu qed jinħolqu ċerti proċeduri fl-Unjoni Ewropea fejn bniedem ma setax itella' lill-UE bħala istituzzjoni quddiem il-European Convention on Human Rights ta' Strasbourg.", "B'dan it-trattat inkiseb dak id-dritt ukoll.", "THE CHAIRMAN: Dak kien punt tajjeb ħafna.", "Grazzi.", "La m'hawnx aktar kummenti, dan il-kumitat qed jiġi aġġornat għal data li titħabbar aktar tard.", "Fit-8.10 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20080121_121d_bar.docx"} {"text": ["L-GĦAXAR PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 21 ta' Jannar 2008.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.35 p.m.", "L-Onor Jason Azzopardi, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor Michael Asciak, l-Onor Evarist Bartolo, l-Onor Leo Brincat, l-Onor Mario de Marco u l-Onor George Vella.", "Preżenti wkoll kien hemm is-Sur Charles Inguanez, Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Ewropej, u s-Sur Mario Schiavone, Communications Co-ordinator, mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, u Dr Melanie Vella, research analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Il-President talab il-permess tal-Kumitat sabiex cameramen u fotografi jkun jistgħu jieħdu filmat u ritratti ta' l-ewwel parti tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 120 li saret fid-19 ta' Novembru, 2007, kienu konfermati.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "Il-President tal-Kumitat ippreżenta lill-Kumitat dawn id-dokumenti:-", "Dokument 601 Kopja ta' Stqarrija għall-Istampa Nru 3 datata l-21 ta' Diċembru 2007 dwar il-Kosovo maħruġa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal- Federazzjoni Russa;", "Dokument 602 Kopja ta' Stqarrija għall-Istampa Nru 4 datata l-21 ta' Diċembru 2007 dwar it-Trattat għall-Forzi Konvenzjonali fl-Ewropa maħruġa mill- Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Federazzjoni Russa;", "Dokument 603 Kopja ta' Stqarrija għall-Istampa datata t-12 ta' Diċembru 2007 dwar il-kwestjoni tas-Sahara tal-Punent maħruġa mill-Parlament tal- Marokk; u", "51 riżoluzzjoni u rapport tal-Parlament Ewropew:", "Dokument 604 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar is- sitwazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika (2007/2002(INI)) P6_TA-PROV(2007)0483 - adottata fil-25 ta' Ottubru 2007;", "Dokument 605 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar l-Iran P6_TA-PROV(2007)0488 - adottata fil-25 ta' Ottubru 2007;", "Dokument 606 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubbika ta\" l-Albanija dwar il- faċilitazzjoni tal-ħruġ ta\" viżi għal żjajjar qosra (COM(2007)0413 – C6-\t0293/2007 – 2007/0148(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0455 - adottata fl-\t24 ta' Ottubru 2007;", "Dokument 607 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-24 ta' Ottubru 2007 dwar Strateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi (2007/2006(INI)) P6_TA-PROV(2007)0467- adottata fl-24 ta' Ottubru 2007;", "Dokument 608 Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u s-Serbja (2007/2126(INI)) P6_TA-PROV(2007)0482 - adottata fil-25 ta' Ottubru 2007;", "Dokument 609 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar abbozz ta\" deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Miżura Speċjali 2007 għall-Iraq P6_TA-PROV(2007)0481 - adottata fil-25 ta' Ottubru 2007;", "Dokument 610 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar il- produzzjoni ta' l-opju għal skopijiet mediċi fl-Afganistan (2007/2125(INI)) P6_TA-PROV(2007)0485 - adottata fil-25 ta' Ottubru 2007;", "Dokument 611 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar \"Lejn trattat dinji għall-projbizzjoni tal-munizzjon kollu tat-tip cluster\" P6_TA-PROV(2007)0484 - adottata fil-25 ta' Ottubru 2007;", "Dokument 612 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar l- Istrateġija Komunitarja sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO 2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief (2007/2119(INI)) P6_TA-PROV(2007)0469 - adottata fl-24 ta' Ottubru 2007;", "Dokument 613 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar is- Sudan P6_TA-PROV(2007)0490 - adottata fil-25 ta' Ottubru 2007;", "Dokument 614 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar ir- relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija P6_TA-PROV(2007)0472 - adottata fl-24 ta' Ottubru 2007;", "Dokument 615 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ex- Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta\" viżi għal żjajjar qosra (COM(2007)0421 – C6-0294/2007 – \t2007/0159(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0454 - adottata fl-24 ta' Ottubru \t2007;", "Dokument 616 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-25 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Kunsill li li jirrigwarda l- konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar (COM(2007)0428 – C6-\t0064/2007 – 2007/0006(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0477 - adottata fil-\t25 ta' Ottubru 2007;", "Dokument 617 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubbika ta\" Montenegro dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta\" viżi għal żjajjar qosra (COM(2007)0426 – \tC6-0297/2007 – 2007/0149(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0452 - adottata \tfl-24 ta' Ottubru 2007;", "Dokument 618 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar ir- rapport annwali li jikkonċerna l-attivitajiet ta' l-Ombudsman Ewropew fis-sena 2006 (2007/2131(INI)) P6_TA-PROV(2007)0487 - adottata fil- 25 ta' Ottubru 2007;", "Dokument 619 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Montenegro dwar ir-riammissjoni (COM(2007)0431 – C6-0301/2007 – 2007/0146(CNS)) \tP6_TA-PROV(2007)0451 - adottata fl-24 ta' Ottubru 2007;", "Dokument 620 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta\" Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ex Repubblika Jugoslava tal- Maċedonja dwar ir-riammissjoni (COM(2007)0432 – C6-0300/2007 – \t2007/0147(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0453 - adottata fl-24 ta' Ottubru \t2007;", "Dokument 621 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill fuq l-aċċettazzjoni, f'isem il- Komunità Ewropea, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim TRIPS, magħmul f'Ġinevra fis-6 ta' Diċembru 2005 (8934/2006 – C6-0359/2006 – \t2006/0060(AVC)) P6_TA-PROV(2007)0459 - adottata fl-24 ta' Ottubru \t2007;", "Dokument 622 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubbika tas-Serbja dwar il- faċilitazzjoni tal-ħruġ ta\" viżi għal żjajjar qosra (COM(2007)0422 – C6-\t0295/2007 – 2007/0144(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0450 - adottata fl-\t24 ta' Ottubru 2007;", "Dokument 623 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubbika tas-Serbja dwar ir- riammissjoni (COM(2007)0438 – C6-0298/2007 – 2007/0153(CNS)) \tP6_TA-PROV(2007)0449 - adottata fl-24 ta' Ottubru 2007;", "Dokument 624 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bożnija u Ħerzegovina dwar il- faċilitazzjoni tal-ħruġ ta\" viżi għal żjajjar qosra (COM(2007)0423 – C6-\t0296/2007 – 2007/0140(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0448 - adottata fl-\t24 ta' Ottubru 2007;", "Dokument 625 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-\tRepubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-\tRepubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea \t(12550/2007 – C6-0325/2007 – 2007/0083(AVC)) P6_TA-\tPROV(2007)0436 - adottata fl-24 ta' Ottubru 2007;", "Dokument 626 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-25 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jirrigwarda l-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r- Repubblika tal-Możambik (COM(2007)0472 – C6-0284/2007 – \t2007/0170(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0478 - adottata fil-25 ta' Ottubru \t2007;", "Dokument 627 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il- firma f'isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika tal-Ftehim ta' Koperazzjoni Xjentifika uTeknoloġika bejn il-\tKomunitajiet Ewropej fuq naħa u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq l-oħra \t(COM(2007)0305 –C6-0227/2007 – 2007/0106(CNS)) P6_TA-\tPROV(2007)0437 - adottata fit-23 ta' Ottubru 2007;", "Dokument 628 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, ta' l-ewwel u tat-tieni emenda għall-Konvenzjoni ta' Espoo ta' l-UN/ECE dwar l-Evalwazzjoni ta' l-Impatt Ambjentali fil-\tKuntest Transkonfinali (COM(2007)0470 – C6-0291/2007– \t2007/0169(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0440 - adottata fit-23 ta' Ottubru \t2007;", "Dokument 629 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bożnja u Ħerzegovina dwar ir- riammissjoni (COM(2007)0425 – C6-0299/2007 – 2007/0142(CNS)) \tP6_TA-PROV(2007)0447 - adottata fl-24 ta' Ottubru 2007;", "Dokument 630 Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-\"dis\" kriminazzjoni u l- esklużjoni soċjali tat-tfal \"dis\" P6_TA-PROV(2007)0506 - adottata fit-13 ta' Novembru 2007;", "Dokument 631 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal- ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea u f'erba' ftehimiet relatati (12641/2007 – \tC6-0350/2007 – 2007/0115(AVC)) P6_TA-PROV(2007)0492 - adottata \tfit-13 ta' Novembru 2007;", "Dokument 632 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta\" viżi għal żjarat qosra (COM(2007)0190 – C6-0187/2007 – \t2007/0069(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0493 - adottata fit-13 ta' \tNovembru 2007;", "Dokument 633 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta'ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar ir-riammissjoni (COM(2007)0197 – C6-0188/2007 – 2007/0071(CNS)) P6_TA- PROV(2007)0494 - adottata fit-13 ta' Novembru 2007;", "Dokument 634 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Republika tal-Moldova dwar l- iffaċilitar tal-ħruġ ta\" viżi għal żjarat qosra (COM(2007)0488 – C6-\t0339/2007 – 2007/0175(CNS)) P6_TA-PROV(2007)0495 - adottata fit-\t13 ta' Novembru 200;", "Dokument 635 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir- rijammissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni \t(COM(2007)0504 – C6-0340/2007 – 2007/0182(CNS)) P6_TA-\tPROV(2007)0496 - adottata fit-13 ta' Novembru 2007;", "Dokument 636 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar l- interoperabilità tas-servizzi tat-televiżjoni diġitali interattiva (2007/2152(INI)) P6_TA-PROV(2007)0497 - adottata fit-13 ta' Novembru 2007;", "Dokument 637 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar l- irwol ta' l-isport fl-edukazzjoni (2007/2086(INI)) P6_TA- PROV(2007)0503 - adottata fit-13 ta' Novembru 2007;", "Dokument 638 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar l- Istrateġija Tematika għall-Ħarsien tal-Ħamrija (2006/2293(INI)) P6_TA- PROV(2007)0504 - adottata fit-13 ta' Novembru 2007;", "Dokument 639 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar l- impatt reġjonali tat-terremoti (2007/2151(INI)) P6_TA- PROV(2007)0507 - adottata fl-14 ta' Novembru 2007;", "Dokument 640 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar l- abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament(KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-\tKunsill fir-rigward ta' L-Istandards Internazzjonali ta' Rappurtaġġ \tFinanzjarju (IFRS) 8 rigward informazzjoni dwar oqsma operattivi \tP6_TA-PROV(2007)0526 - adottata fl-14 ta' Novembru 2007;", "Dokument 641 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar il- Laqgħa Għolja UE-Russja P6_TA-PROV(2007)0528 - adottata fl-14 ta' Novembru 2007;", "Dokument 642 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar id- deliberazzjonijiet tal-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet matul is-sena 2006 (2007/2132(INI)) P6_TA-PROV(2007)0529 - adottata fl-14 ta' Novembru 2007;", "Dokument 643 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2007 dwar l- Interess Ewropew: suċċess fl-epoka tal-globalizzazzjoni P6_TA- PROV(2007)0533 - adottata fil-15 ta' Novembru 2007;", "Dokument 644 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2007 dwar l- applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE dwar id-drittijiet tal-liberta' tal- moviment u tar-residenza taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u l-membri tal-familji tagħhom fit-territorju ta' l-Istati Membri P6_TA-PROV(2007)0534 - \tadottata fil-15 ta' Novembru 2007;", "Dokument 645 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2007 dwar il- limitar tal-bidla fil-klima dinjija għal 2 gradi Celsius - it-triq lejn il- Konferenza ta\" Bali dwar il-Bidla fil-Klima u lil hinn (COP 13 u \tCOP/MOP3) P6_TA-PROV(2007)0537- adottata fil-15 ta' Novembru \t2007;", "Dokument 646 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2007 dwar it- tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (2007/2088(INI)) P6_TA- PROV(2007)0538 - adottata fil-15 ta' Novembru 2007;", "Dokument 647 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2007 dwar inventarju tar-realtà soċjali (2007/2104(INI)) P6_TA-PROV(2007)0541 - adottata fil-15 ta' Novembru 2007;", "Dokument 648 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2007 dwar ir- riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni sħiħa tad- dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fir-Repubblika Ċeka, fir- Repubblika ta' l-Estonja, fir-Repubblika tal-Latvja, fir-Repubblika tal-\tLitwanja, fir-Repubblika ta' l-Ungerija, fir-Repubblika ta' Malta, fir-\tRepubblika tal-Polonja, fir-Repubblika tas-Slovenja u fir-Repubblika \tSlovakka P6_TA-PROV(2007)0535 - adottata fil-15 ta' Novembru 2007;", "Dokument 649 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2007 dwar is- sitwazzjoni fil-Georgia P6_TA-PROV(2007)0572 - adottata fid-29 ta' Novembru 2007;", "Dokument 650 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2007 dwar il- kummerċ u l-bidla fil-klima (2007/2003(INI)) P6_TA-PROV(2007)0576 - adottata fid-29 ta' Novembru 2007;", "Dokument 651 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill rigward il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il- Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta\" l-Eġittu (COM(2007)0352 – C6-0247/2007 – 2007/0124(CNS)) P6_TA-\tPROV(2007)0548 - adottata fid-29 ta' Novembru 2007;", "Dokument 652 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2007 dwar Prinċipji Komuni ta' Flessigurtà (2007/2209(INI)) P6_TA- PROV(2007)0574 - adottata fid-29 ta' Novembru 2007;", "Dokument 653 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2007 dwar it- tiġdid tal-Politika ta\" l-UE dwar it-Turiżmu: Lejn partenarjat aktar b'saħħtu għat-Turiżmu Ewropew (2006/2129 (INI)) P6_TA- PROV(2007)0575 - adottata fid-29 ta' Novembru 2007;", "Dokument 654 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2007 dwar l- Avvanz fl-Agrikoltura Afrikana – Proposta għall-iżvilupp agrikolu u għas-sigurtà ta' l-ikel fl-Afrika (2007/2231(INI)) P6_TA- PROV(2007)0577 - adottata fid-29 ta' Novembru 2007; u", "Dokument 655 Rapport dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet fis- sena parlamentari 2006 (PE390.591v02-00) – datat l-10 ta' Ottubru 2007.", "IT-TĦADDIM TAL-PRINĊIPJI TAS-SUSSIDJARJETA' U PROPORZJONALITA' FIL-PROĊESS LEĠISLATTIV TA' L-UNJONI EWROPEA", "Il-Kumitat iddiskuta l-proċedura u r-riżorsi li hemm bżonn biex il-parlament iwettaq l-eżerċizzju dwar is-sussidjarjeta' u l-proporzjonalita' fil-proċess leġislattiv ta' l-Unjoni Ewropea skond kif propost fit-Trattat ta' Lisbona.", "Il-Kumitat qabel li d-diskussjoni titkompla f'laqgħa oħra.", "DISKUSSJONI DWAR IR-RIŻOLUZZJONI GĦAR-RATIFIKA TAT-TRATTAT TA' LISBONA", "Wara diskussjoni dwar Riżoluzzjoni Numru 331 ippreżentata mill-Prim Ministru fis-16 ta' Jannar 2008 dwar ir-ratifika tat-Trattat ta' Lisbona li qed jemenda trattati eżistenti ta' l-Unjoni Ewropea, il-Kumitat qabel dwar ir-ratifika ta' dan it-trattat peress li dak li kien qed jiġi propost kien pożittiv kemm għal Malta u anke għall-Unjoni Ewropea.", "Il-Kumitat irrakkomanda li għandu jsir dibattitu sħiħ fil-Kamra dwar l-istess Mozzjoni.", "Fit-8.10 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20080121_121m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqħa Nru. 1", "It-Tnejn, 19 ta' Mejju 2008 fis-6.30 p.m.", "Mr Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-laqgħa Nru. 1 tal-Kumitat se ssir it-Tnejn, 19 ta' Mejju 2008, fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt.", "14 ta' Mejju 2008 AĠENT SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20080519_001a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 1", "It-Tnejn, 19 ta' Mejju 2008", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru. 1", "It-Tnejn, 19 ta' Mejju 2008", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:45 p.m.", "MR SPEAKER (Onor. Louis Galea): Nagħtikom merħba għal din l-ewwel laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra fil-bidu ta' din il-leġiżlatura l-ġdida tal-11-il Parlament.", "Nawgura li dan il-Kumitat jgħin biex it-tmexxija tax-xogħol tal-Kamra jsir b'mod effettiv u effiċjenti, biex l-Onor.", "Membri jkollhom gwida ċara tal-ħidma u l-impenji tagħhom u biex kemm jista' jkun ix-xogħol ikun wieħed ippjanat.", "Naħseb li fiċ-ċokon tiegħu dan il-Kumitat jagħtina l-opportunità li jkollna djalogu tajjeb ħalli l-atmosfera hawnhekk tkun tista' tgħin il-ħidma tal-Kamra għall-ġid tal-poplu tagħna.", "B'dan il-mod jien inkun lest li nagħti l-ħin u l-appoġġ meħtieġ lill-membri ta' dan il-Kumitat kemm formalment waqt il-laqgħat kif ukoll informalment biex inkunu nistgħu nkunu tal-aħjar appoġġ possibbli għad-deputati tal-Kamra.", "Nistieden lill-Kap tal-Kamra, il-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin biex jgħaddi r-rimarki u jistradana ftit fid-diskussjoni.", "ONOR TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin): Sur President, jien ukoll nirreċiproka s-sentiment li int għadek kif espremejt.", "L-appell tiegħi hu li dan il-Kumitat ikun Kumitat li jiddeċiedi sabiex il-proċedura fil-Parlament kemm jista' jkun timxi tajjeb.", "Meta ngħid tajjeb, jien nifhem li l-Gvern għandu l-programm leġiżlattiv li kull Gvern ikollu però dan isir f'rispett ukoll għad-drittijiet tal-Oppożizzjoni fil-Parlament ukoll u jien naħseb li kemm jien kif ukoll din in-naħa hekk imxejna fl-aħħar leġiżlatura.", "Mill-esperjenza tiegħi nista' ngħid li mill-2004 sal-2008 ħafna mill-proċedura li saret, saret bi ftehim mal-Oppożizzjoni.", "Ovvjament ikun hemm problemi u kwestjonijiet ukoll imma kontra l-impressjoni li tingħata kultant barra minn dan il-Parlament, il-maġġoranza stragranti tal-liġijiet li jgħaddu mill-Parlament jgħaddu bl-approvazzjoni ta' kulħadd fis-sens li jew l-Oppożizzjoni ma tivvotax kontra jew inkella wara li jsiru ċerti emendi ta' kompromess, il-liġi tgħaddi b'mod unanimu fil-Parlament.", "Naturalment fejn ma niftehmux jagħmel aktar news imma nista' ngħid li madwar 85% tal-Abbozzi ta' Liġi jgħaddu bil-kunsens taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Qabel ngħaddi għal xi xogħol tal-Kamra nixtieq nistieden lill-Onor.", "Joe Mizzi, il-Whip tal-grupp parlamentari fl-Oppożizzjoni.", "JOE MIZZI: Kif jaf il-Viċi Prim Ministru, min-naħa tal-Oppożizzjoni aħna kkooperajna biex ix-xogħol jimxi u l-affarijiet isiru kif għandhom isiru.", "Ovvjament aħna l-membri tal-Oppożizzjoni nagħmlu d-dover tagħna biex l-affarijiet tal-Gvern jimxu 'l quddiem però nippretendu bi dritt illi l-Oppożizzjoni tiġi rispettata.", "Jien mhux qed ngħid li ma ġietx rispettata però nemmen illi f'din il-leġiżlatura għandna naraw li fl-interess tal-Parlament naħdmu flimkien.", "Nispera li d-drittijiet tal-Oppożizzjoni jiġu mħarsa.", "MR SPEAKER: Grazzi, Onor. Mizzi.", "Qabel nerġa' nistieden lill-Kap tal-Kamra biex jindirizza lill-Kumitat, nixtieq inpoġġi għall-konsiderazzjoni tagħkom il-kwestjoni li għandha x'taqsam mal-istreaming fuq l-internet tad-dibattiti li jsiru fil-Kumitati Permanenti jew fil-Kumitati Magħżula.", "Qed ngħid dan biex tkunu tistgħu tikkonsidraw jekk intom tridux issegwu l-prassi li kienet diġà qed tiġi wżata fil-leġiżlatura li għaddiet illi d-diskussjonijiet fil-Kumitati Permanenti jiġu streamed fuq l-internet.", "L-informazzjoni li għandi hija li s'issa d-diskussjoni ta' dan il-Kumitat ma kenitx qed tiġi streamed fuq l-internet.", "Aħna bħala Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra qegħdin naqblu li d-diskussjonijiet ta' dan il-Kumitat u tal-Kumitati Permanenti jew Kumitati Magħżula jiġu streamed fuq l-internet, ħlief f'dawk l-okkażjonijiet meta xi membru jidhirlu li għandu jissospendi dan l-istreaming jew f'dawk l-okkażjonijiet meta l-kumitati jiddeċiedu li jiltaqgħu in camera u li jkunu wkoll aċċessibbli wara l-laqgħat tal-Kumitat.", "MR SPEAKER: L-Onor Mizzi.", "JOE MIZZI: Min-naħa tagħna m'hemm l-ebda oġġezzjoni anzi nfakkar li kien hemm konsiderazzjoni, li għadna qed nikkonsidrawha, illi anke d-debates tal-Kamra jiġu trażmessi fuq it-televiżjoni.", "Ma naħsibx li hija xi ħaġa ħażina li jkun hemm channel jew xi ħin allokat għall-waqt it-trażmissjonijiet tas-seduti.", "MR SPEAKER: Grazzi, Onor. Mizzi.", "L-Onor.", "Mario Galea, il-whip tan-naħa tal-Gvern.", "MARIO GALEA: Min-naħa tagħna m'hemm l-ebda oġġezzjoni għall-istreaming fuq l-internet.", "Naħseb li din kienet prassi li ħdimna biha f'diversi kumitati fil-leġiżlatura l-oħra u ma kienx hemm problemi.", "JOE MIZZI: Fil-fatt fuq kollox konna ftehemna u ma nafx kif kien eskluż dan.", "Aħna ma konniex nafu imma dan ma eskludejniehx.", "MARIO GALEA: Lanqas jien ma kont naf.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa nistieden lill-Viċi Prim Ministru biex jinformana aħjar fuq l-aġenda tal-Kamra għas-seduti li ġejjin.", "ONOR TONIO BORG: Mr Speaker, bħalissa qegħdin nagħmlu dibattitu fuq l-Indirizz tal-President.", "Nixtieq ngħid li għalkemm ir-regola hija dik li jkun hemm tliet seduti fil-fatt konna ftehemna informalment bejnietna u informajna lis-Sedja wkoll li dan id-dibattitu jieħu sitt seduti anke għaliex għandna żieda fil-Membri Parlamentari u anke għaliex iż-żewġ partiti fil-Parlament xtaqu hekk.", "Dan qed ngħidu in vista li l-iStanding Orders jgħidu \"three full days\" u allura qed inqajjem din il-kwestjoni hawnhekk biex ikun hemm dan il-qbil li nkomplu għaddejjin oltre t-tlett ijiem.", "Dan ifisser li dan id-dibattitu jingħalaq nhar l-Erbgħa, 21 ta' Mejju.", "Hawnhekk għandna problema żgħira imma mbagħad jikkonfermali l-Onor.", "Mizzi.", "Hemm laqgħa tal-Ministri tal-Intern tal-5 + 5 summit il-Mawretanja illi aħna dejjem attendejna għaliha fuq livell ministerjali imma ma nafx jekk l-Oppożizzjoni, għal dan il-każ biss, hijiex lesta li tagħti l-pairing.", "Issa meta qed ngħid \"għal dan il-każ biss\" mhux qed nirriferi għall-każ tal-votazzjoni sħiħa imma għal dan il-Ministru partikolari tal-Intern illi nhar l-Erbgħa suppost li jattendi għal din il-laqgħa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Fir-realtà l-Oppożizzjoni diġà ddikjarat illi fuq il-kwestjoni tal-Indirizz tal-President ma jistax jingħata pairing u din wassaltha wkoll lin-naħa tal-Gvern biex ikun hemm biżżejjed żmien.", "Illum il-Ministru talabni biex jiġi paired il-Ministru tal-Intern.", "Id-deċiżjoni li fuq l-Indirizz tal-President ma jkunx hemm pairing ilha li ttieħdet jiġifieri l-pożizzjoni tal-grupp parlamentari hija ċara.", "Kieku kien hemm laqgħa tal-grupp parlamentari din kont inressaqha imma ma kienx hemm.", "Issa milli jidher il-Ministru jrid isiefer għada jiġifieri l-pożizzjoni hi ...", "TONIO BORG: Aħna dejjem ngħidu li aħna Ewro-Mediterranji u għall-ewwel darba mhux se jkun hemm Ministru tal-Intern jattendi għall-5 + 5 summit.", "Kieku jien tlabt biex jagħtuna l-pairing għall-Indirizz tal-President u għax-xogħol uffiċjali kollu nifhimha.", "Jien qed nitkellem fuq eċċezzjoni waħda biss għal dan il-każ partikolari.", "MR SPEAKER: Jien qed nifhem illi l-Oppożizzjoni qiegħda tagħmel il-pożizzjoni tagħha ċara illi għall-vot li għandu jittieħed nhar l-Erbgħa li ġejjin fl-aħħar tad-diskussjoni mhu se jkun hemm l-ebda pairing dwaru.", "JOE MIZZI: Mhux issa qed nagħmilha ċara imma għamilnieha ċara pubblikament li fuq il-kwestjoni tal-Indirizz tal-President m'hemmx pairing.", "MARIO GALEA: Jien għar-records u biex tkun informata s-Sedja nikkonferma li l-Onor Mizzi lili kien informani li għal nhar l-Erbgħa mhux se jingħata pairing.", "MR SPEAKER: Naħseb li dan il-punt nistgħu nagħlquh u issa jkompli l-Leader of the House.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "TONIO BORG: Sur President, nhar l-Erbgħa aħna nagħlqu d-dibattitu u nhar it-Tnejn naġġornaw bis-Central Registry Bill li huwa l-Abbozz ta' Liġi Nru. 3 li jressqu l-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.", "Wara nagħmlu l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"l-Att ta' l-2008 li jemenda l-Att dwar il-Professjoni tal-Accoutancy u Liġijiet oħra\".", "Dawn iż-żewġ liġijiet kienu diġà fl-aġenda fl-aħħar leġiżlatura.", "(Interruzzjonijiet) Dan huwa Abbozz ta' Liġi li diġà ġie pubblikat, ma nbidel xejn minnu, ġie approvat fil-Kamra fit-Tieni Qari u waqt li kien fi stadju ta' Kumitat imbagħad kien hemm ix-xoljiment tal-Parlament.", "Safejn naf jien fiż-żewġ istanzi l-Oppożizzjoni ma vvotatx kontra dawn iż-żewġ Abbozzi ta' Liġi li wieħed minnhom diġà huwa ppubblikat u għada nistgħu ngħaddu kopja tal-Abbozz ta' Liġi l-ieħor lill-Ministru Tonio Fenech u lill-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Dan kollu jiġi diskuss fil-grupp parlamentari li se jiltaqa' nhar it-Tnejn imbagħad jien nagħti r-reazzjoni lill-Ministru u ninformah in time bl-affarijiet.", "Min-naħa l-oħra l-prassi kienet illi liġi, anke jekk ma tkunx ġiet ippubblikata xorta ningħata kopja biex nagħtiha lill-kelliema ewlenin u lil min hu responsabbli.", "Fil-fatt ikollna sebat ijiem minn dakinhar li ningħata dik il-kopja.", "MR SPEAKER: Ladarba l-Leader of the House qed jinformana li m'hemm l-ebda tibdil fl-Abbozz ta' Liġi, jista' jikkonferma dan mal-Ministru konċernat u llejla stess jgħaddi kopja lill-Oppożizzjoni?", "ONOR TONIO BORG: Dan jista' jsir fi kwalunke każ.", "Jien naħseb li peress li s-Central Registry Bill huwa oħxon hemm bżonn żewġ seduti.", "Għalhekk l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Accountancy nibdewh nhar l-Erbgħa u ma naħsibx li dan għandu jieħu ħafna ħin.", "JOE MIZZI: Imbagħad niltaqgħu u bħas-soltu ninformak kemm ikun hemm kelliema biex inkunu nistgħu nipprogrammaw il-ġranet.", "Il-biċċa xogħol li rrid niċċara hija din.", "Jien mhux qed noġġezzjona għax m'għandix id-dokument imma nixtieq inkun naf jekk hux se nżommu l-prassi tas-sebat ijiem.", "TONIO BORG: Iva, se nżommuha.", "JOE MIZZI: Mela liġi, jekk ma tkunx pubblikata ningħata kopja mis-sebat ijiem.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jien irrid nirrimarka biss dan li se ngħid.", "Dan huwa l-Kumitat li fih norganizzaw ix-xogħol tal-Kamra.", "Naħseb li għall-futur ikun utli li ż-żewġ naħat, safejn hu possibbli dejjem, ikollhom idea ta' xi kemm ħin kull naħa se jkollha bżonn għad-diskussjoni.", "Pereżempju l-Viċi Prim Ministru qed jgħidilna li fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali qed jaħseb li se nieħdu żewġ seduti.", "Għandi nifhem li f'dawn iż-żewġ seduti hija nkluża d-diskussjoni min-naħa tal-Gvern kif ukoll min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "JOE MIZZI: Peress li għadna fil-bidu tal-leġiżlatura, fil-grupp parlamentari għad irridu naraw il-liġijiet li se jiġu diskussi.", "Dejjem hekk kienet il-prassi.", "M'għandu jkun hemm l-ebda diffikultà għax il-linja se nżommuha imma ma nistax nintrabat la għadna ma ddiskutejna xejn dwar dan fil-grupp parlamentari.", "Però kieku ma kienx se jkun hekk, kont ngħid mill-ewwel.", "TONIO BORG: L-Oppożizzjoni kienet ivvotat favur il-liġijiet li semmejna.", "Imbagħad jibqa' l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Refuġjati.", "Dan nixtieq nagħtih ftit importanza wara li ngħaddu dawn iż-żewġ liġijiet li kien hemm fil-leġiżlatura l-antika għaliex hemm l-ewwel infringement proceedings kontra Malta li għadhom ma nbdewx.", "Dawn huma żewġ direttivi tal-Unjoni Ewropea u allura konna lestejna l-Abbozzi ta' Liġi qabel imma mbagħad ġiet il-kampanja elettorali, ġie xolt il-Parlament imbagħad għaddew xahrejn biex jiltaqa' l-Parlament.", "Dawn huma ppubblikati u jemendaw il-liġi dwar ir-refuġjati sabiex iġibu l-liġi Maltija allinjata mad-direttiva.", "Però napprezzaw kieku l-Oppożizzjoni tagħtina indikazzjoni dwar x'se tkun il-pożizzjoni tagħha fuq dan l-Abbozz ta' Liġi għax jien inkun irrid nippjana wkoll.", "Aħna ma morniex oltre d-direttivi tal-Unjoni Ewropea.", "Imbagħad hemm - bħala ordni ta' kif nixtieq inressaq il-programm leġiżlattiv - l-Att dwar Ġieħ ir-Repubblika biex ikun hemm aktar flessibilità rigward in-numru.", "Dan hemm bħal capping dwar kemm jistgħu jingħataw medalji u dan se jiġi estiż bi ftit.", "Imbagħad għal-long service medal hemm xi emendi li safejn naf jien huma żgħar ħafna.", "Wara rridu ngħaddu l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Minn dawn l-Abbozzi ta' Liġi li għandna quddiemna llum dan qed inpoġġih lejn l-aħħar.", "Fl-aħħar leġiżlatura dan l-Abbozz ta' Liġi kien fi stadju ta' Kumitat imbagħad ġie xolt il-Parlament.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor Galea.", "MARIO GALEA: Jien nixtieq nissuġġerixxi - fejn hu possibbli dejjem hekk naħdmu jien u l-Onor.", "Mizzi - li issa li nafu s-sekwenza ta' kif se jiġu diskussi dawn il-liġijiet forsi niftiehmu ftit meta jkun se jiġi diskuss kull Abbozz ta' Liġi.", "Billi s'issa l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni fuq il-pairing hi li se tikkonsidra każ b'każ, aħna ovvjament irridu nkunu nafu, bejn wieħed u ieħor meta jkunu se jiġu diskussi l-Abbozzi ta' Liġi għax ikun hemm numru ta' talbiet ta' Ministri li jkunu jridu jsiefru fuq xogħol tal-Gvern.", "Naħseb li jkun tajjeb li nipprogrammaw ftit ix-xogħol u forsi jkollna xi kuntatt bejnietna.", "JOE MIZZI: Naċċertak li mhux se nimxi kif imxew miegħi fis-snin bejn l-1996 u l-1998 meta kienu jinformawni jekk kienx se jkun hemm pairing jew le filgħodu meta l-Abbozz ta' Liġi jkun se jiġi diskuss filgħaxija.", "Jien mhux se nimxi b'dik is-sistema għax ġieli lill-membri lanqas kont nibgħathom barra peress li kont inkun informat tard u ġieli kont nissallab biex nara kif se nirranġa.", "Jien se nara li ninformakom bl-affarijiet mill-ewwel.", "TONIO BORG: Jista' jkun li għandna impressjoni differenti tal-istorja però issa se niċċekkja u nara kemm il-darba ngħata l-pairing.", "Safejn naf jien f'kull division - sakemm kien irtirat jew meta jinħoloq xi inċident - dejjem tajna l-pairing.", "JOE MIZZI: Jien nista' nġiblek it-transcript fejn dak li qed ngħid jien huwa kkonfermat.", "TONIO BORG: Biex tirtira xi ħaġa trid tkun teżisti.", "(Interruzzjonijiet)", "JOE MIZZI: Le, mhux biex tirtirah imma biex tgħid li hemm pairing.", "Bir-rispett kollu jekk il-liġi tkun se tiġi diskussa filgħaxija u nagħtik il-pairing filgħodu … (Interruzzjonijiet) Imma jien ma kontx ningħata garanzija li hemm pairing.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, qegħdin noħorġu ftit barra mil-limiti tad-diskussjoni li għandna quddiemna.", "Fuq dan il-punt tal-pairing indipendentement mill-istorja tal-lum - dik inħalliha għall-istoriċi u għal min jirriċerka s-sitwazzjoni - jidhirli li l-kwestjoni hija waħda ta' importanza u f'xi okkażjonijiet tista' tkun anke ta' importanza nazzjonali.", "Filwaqt li jien nirrispetta bis-sħiħ id-deċiżjoni ta' kull naħa fuq dan is-suġġett, f'dan il-każ sta għall-Oppożizzjoni illi tiddeċiedi hi fil-kwadru politiku li jidhrilha hi x'għandha tagħmel.", "Jekk se timxi - almenu għal dan l-ewwel perjodu - bis-sistema li tagħti l-pairing f'kull każ fuq il-merti tiegħu, fil-fehma tiegħi huwa importanti li kull każ għandu jiġi deċiż kmieni b'mod raġunevoli biex il-pairing ikun jista' jkollu l-effett prattiku tiegħu u n-naħa tal-Gvern tkun tista' tipparteċipa fix-xogħol tal-Gvern barra mill-pajjiż.", "JOE MIZZI: Jien nista' ngħid illi fil-prattika diġà għamilnieha.", "Fil-fatt kif eżatt iddiskutejna li jista' jkun hemm xi kontroversja jew vot jien mill-ewwel għaddejtha lill-Oppożizzjoni.", "Din bdejtha mill-ġimgħa l-oħra jekk mhux mill-ġimgħa ta' qabel.", "Jiġifieri fil-prattika hekk qed nagħmlu però ovvjament tajjeb li nfakkar illi f'dawn ix-xahrejn l-affarijiet se jibqgħu kif inhuma, sakemm ikun hemm il-ħatra tal-mexxej tal-Oppożizzjoni.", "MARIO GALEA: I am stating the obvious u ġustament ngħid illi l-Onor.", "Mizzi ilu li qalli mill-ġimgħa l-oħra li mhux se jkun hemm pairing.", "Però jekk jgħidli ftit qabel jagħmel differenza għax ovvjament bħala whip jien ikolli request ta' Ministri li jkunu jridu jsiefru fuq xogħol tal-Parlament.", "Is-sitwazzjoni s'issa hi illi jien qed nirrifjuta kull talba li jkolli kemm fuq xogħol tal-Parlament - diġà għandna numru ta' commitments ta' safar parlamentari illi ma nistgħux nonorawhom għax ma nafux il-pożizzjoni fuq il-pairing – kif ukoll fuq xogħol tal-Ministri.", "Jiġifieri jekk inkunu nafu minn qabel li mhux se jkollna vot jew mhux se jkun hemm Abbozz ta' Liġi ta' kontroversja u nkunu ċerti li jkun hemm qbil dwaru ovvjament kieku wieħed jista' jiċċara ċertu safar li jkun hemm.", "JOE MIZZI: Naċċertak illi min-naħa tagħna m'hemm l-ebda problema.", "Dejjem ikkooperajna u nibqgħu nikkooperaw jiġifieri taħsbux li se jkun hemm xi ħaġa differenti.", "Meta liġi tkun ippubblikata u nkunu ngħatajna kopja wieħed ikun irid jaraha u jiddiskutiha mill-ewwel.", "Issa meta jien ikolli l-liġijiet f'idejja mill-ewwel ngħaddihom lill-grupp biex niddiskutuhom.", "Kif inkun naf il-pożizzjoni tagħna ovvjament ngħaddihom, bħalma nagħmel is-soltu, jiġifieri m'hemm l-ebda problema.", "MR SPEAKER: Rigward il-kompożizzjoni u l-ħatra tal-Kumitati Permanenti ridt niġbed l-attenzjoni illi l-Ordni Permanenti 120A jitkellem dwar it-terminu ta' xahar minn meta tiltaqa' l-Kamra l-ewwel darba.", "TONIO BORG: Iva, aħna se nlaqqgħu l-grupp parlamentari biex nikkomponu l-parti tagħna tad-delegazzjoni.", "Se nagħmel appell - diġà għamiltu fil-passat u issa se nagħmlu aktar - għax hemm żewġ organizzazzjonijiet li huma l-Inter-Parliamentary Union u l-Kunsill tal-Ewropa li jimponu fuqna li għallinqas persuna waħda trid tkun tas-sess femminili.", "Issa min-naħa tal-Gvern għandna żewġ deputati nisa u t-tnejn huma Cabinet Ministers.", "Aħna ma nistgħux nibagħtu ministri fl-Inter-Parliamentary Union u fil-Kunsill tal-Ewropa għax ix-xogħol tagħhom hu li jkunu Malta mentri l-Oppożizzjoni għandha tliet deputati nisa u l-ebda waħda minnhom mhi ministru.", "In-numri hekk qegħdin.", "(Interruzzjonijiet) Fl-IPU fejn m'għandniex mara … Fil-Kunsill tal-Ewropa kellna lil Helen D'Amato.", "MR SPEAKER: Però inti kont qed titkellem fuq id-delegazzjonijiet parlamentari.", "(Interruzzjonijiet) Jien se nqajmu dak l-argument jiġifieri fuq il-kumitati permanenti … (Interruzzjonijiet)", "JOE MIZZI: Il-kumitati permanenti u d-delegazzjonijiet se jibqgħu kif inhuma.", "Imbagħad tiġi ppreżentata mozzjoni u la jinħatar mexxej ġdid ikun hemm tibdil u nerġgħu nagħmlu … (Interrruzzjonijiet)", "Peress li jien membru tal-IPU nista' ngħid li hemm soluzzjoni għall-problema li hemm dwar in-nisa.", "Mhux kull darba trid titla' mara imma għallinqas trid titla' darba għax inkella titlef il-vot.", "Tista' titla' mara għall-okkażjoni ta' Ġinevra u ma nitilfuhx il-vot.", "Irridu nikkooperaw biex meta jkun hemm bżonn, nivvotaw imma ma tistax torbot lilna bilfors.", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li din aħjar niddiskutuha bejnietna għax hemm soluzzjoni.", "TONIO BORG: Però wieħed irid japprezza li aħna għandna żewġ deputati nisa u t-tnejn huma ministri.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-importanza li nara jien hija li ż-żewġ naħat huma konxji minn dawn l-impenji li għandna quddiemna.", "Jien napprezza d-diskussjonijiet ta' bejnietkom imma nistgħu nikkonkluduhom.", "TONIO BORG: Nifhem li l-Oppożizzjoni qed tgħid li l-membri kollha li kellha, mhux biss fil-Kumitati Permanenti inma anke fl-IPU, se jibqgħu l-istess.", "JOE MIZZI: Iva, għalissa kollox kif inhu se jibqa'.", "Imbagħad jekk jinbidlu l-affarijiet nagħmlu mozzjoni.", "Min-naħa tagħna tista' tmexxi.", "AFFARIJIET OĦRA", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Xtaqna nagħtu xi informazzjoni fuq il-kwestjoni ta' għoti tad-demm.", "Hawn stedina biex il-Membri Parlamentari f'xi okkażjoni partikolari jiftiehmu biex jagħtu d-demm u l-blood bank lest li jibgħat il-mobile blood bank unit viċin il-Parlament.", "Naħseb li dan ikun għall-ħabta ta' Lulju.", "JOE MIZZI: M'hemmx problema dwar dan.", "MARIO GALEA: Naħseb illi din ġiet darb'oħra u kien hemm konkorrenza.", "L-aktar ħaġa importanti hi li jagħżlu ġurnata huma meta jiġu.", "Jien nissuġġerixxi li tkun ġurnata fejn ikun hemm il-Parlament u idealment meta jkun hemm division għax jiġu aktar nies.", "Naħseb li m'għandhiex tkun problema.", "MR SPEAKER: Qabel naġġornaw nixtieq naqsam xi ħaġa magħkom.", "Ma nixtieqx li tikkummentaw fuqha imma sempliċement tqanqluha fil-gruppi parlamentari tagħkom.", "Fid-dawl tal-ħtieġa li kemm jista' jkun nagħmlu użu mit-tmexxija elettronika tal-affarijiet tal-Parlament u nevitaw ħafna karti, għad hemm aktar skop li nibqgħu nibagħtu l-aġenda bil-posta u b'dawk il-karti kollha li nibagħtu magħha, pereżempju?", "Jien naħseb li qed nużaw wisq karti li mbagħad jintremew, għalkemm f'ċertu sens jiġu riċiklati.", "JOE MIZZI: Iva, naħseb li l-aħjar niltaqgħu u naraw x'hawn electronic u x'hawn hard copies.", "Imbagħad wara li naraw x'hawn u x'ma hawnx nitkellmu ftit dwar dan għax jien bħalek nemmen.", "MR SPEAKER: Jekk ikun hemm xi Membru li forsi ma jkunx daqshekk familjari ma' dawn l-affarijiet forsi niftehmu biex jibqa' jirċeviha b'dan il-mod hu biss.", "MARIO GALEA: Jien xtaqt li jkun hemm konsiderazzjoni ta' proċedura both ways għax fil-leġiżlatura l-oħra jien kont għedt li lili m'hemmx għalfejn jibagħtuli hard copy tal-aġenda għax jien neħodha mill-email.", "Imma minkejja li jien kont għedt li kif nirċeviha nqattagħha għax jien inkun rajtha fuq l-email xorta bqajt nirċeviha kuljum jiġifieri naħseb illi jrid ikun hemm konsiderazzjoni anke min-naħa tal-Parlament", "MR SPEAKER: Jien nippreferi li din titqanqal fiż-żewġ gruppi parlamentari mbagħad terġa' tiġi diskussa.", "Jien nirringrazzjakom u naġġorna l-laqgħa għal data ulterjuri li tiġi miftiehma aktar tard.", "Grazzi ħafna.", "Fis-7.15 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20080519_001d_hbc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 19 ta' Mejju 2008", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.45 p.m.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' Affarijiet Barranin, is-Segretarju Parlamentari l-Onor Mario Galea, l-Onor Frederick Azzopardi u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-Viċi Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Onor Joe Mizzi, Whip ta' l-Oppożizzjoni, esprimew ir-rieda tagħhom li anke matul din il-leġislatura ż-żewġ naħat tal-Kamra jaħdmu b'sens ta' koperazzjoni biex il-Parlament iwettaq il-ħidma tiegħu għall-ġid tal-poplu kollu.", "Il-Kumitat qabel li l-laqgħat tal-Kumitati Permanenti, inkluż il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra u l-Kumitati Magħżula, jiġu streamed fuq l-internet ħlief jekk mhux ordnat xort'oħra, u jkunu aċċessibbli fuq il-website uffiċjali tal-Parlament.", "L-Onor Joe Mizzi qajjem il-punt li fil-leġislatura preċedenti kienet qed tiġi esplorata l-possibilità li s-seduti tal-Parlament jiġu trasmessi fuq it-televiżjoni.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin informa lill-Kumitat li, bi ftehim bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, in-numru ta' seduti bi tweġiba għall-Indirizz tal-President ser jiġi estiż minn tlieta, kif provdut bl-Ordnijiet Permanenti, għal sitta.", "Għar-rigward tal-pairing, l-Onor Joe Mizzi informa lill-Kumitat li l-grupp parlamentari fl-Oppożizzjoni kien iddikjara – kif anke kien informa lill-Whip tal-grupp parlamentari fil-Gvern dwar dan - li l-pairing ma kienx se jingħata fi tmiem id-dibattitu bi tweġiba għall-Indirizz tal-President nhar l-Erbgħa, 21 ta' Mejju, u għaldaqstant it-talba tal-Gvern li l-Ministru ta' l-Intern jattendi laqgħa Ewro-Mediterranja ma setgħetx tiġi milqugħa.", "L-Onor Joe Mizzi informa lill-Kumitat li l-pairing kien se jingħata fuq il-mertu ta' kull każ.", "Xogħol tal-Kamra", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin informa lill-Kumitat li wara d-dibattitu bi tweġiba għad-diskors tal-President, il-Kamra kienet se tgħaddi biex tiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Abbozz Nru 3 – u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni ta' l-Accountancy u liġijiet oħra – Abbozz Nru 5.", "Il-Kamra kellha wkoll tiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Refuġjati, l-Abbozz ta' Liġi dwar Ġieħ ir-Repubblika, u l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Il-Kumitat ikkonferma l-prassi li abbozz ta' liġi, pubblikat jew kopja draft, jiġi mgħoddi lill-Oppożizzjoni permezz tal-Whip mhux anqas minn sebat ijiem qabel ma jersaq għad-diskussjoni fil-Kamra.", "Mr Speaker wera x-xewqa li ż-żewġ naħat tal-Kamra jkollhom idea ċara tal-ħin meħtieġ għad-dibattitu fuq l-abbozzi ta' liġi quddiem il-Parlament.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin irrefera għall-kompożizzjoni tal-Kumitati Permanenti li skond l-Ordni Permanenti 120A jridu jitwaqqfu sa xahar minn meta jiltaqa' għall-ewwel darba l-Parlament.", "Irrefera wkoll għall-kompożizzjoni tad-delegazjonijiet parlamentari b'mod partikolari għad-delegazzjoni fil-Kunsill ta' l-Ewropa u fl-Unjoni Inter Parlamentari li jesiġu li fid-delegazzjoni jkun hemm membru feminili.", "L-Onor.", "Joe Mizzi informa lill-Kumitat li għalissa, il-membri ta' l-Oppożizzjoni fil-Kumitati Permanenti u fid-delegazzjonijiet parlamentari se jibqgħu dawk li kienu fil-leġislatura preċedenti.", "Affarijiet oħra", "Mr Speaker informa lill-Kumitat dwar stedina li l-Parlament kellu mill-Blood Transfusion Unit biex il-Membri Parlamentari jagħtu d-demm.", "Aktar dettalji kellhom jingħataw lill-Parliamentary Whips aktar 'il quddiem.", "Mr Speaker talab lill-gruppi parlamentari jikkonsidraw jekk għadx hemm il-ħtieġa li l-aġenda parlamentari tibqa' tintbagħat bil-posta.", "Fil-preżent, l-aġenda kienet qed tintbagħat lill-Membri permezz tal-posta u ta' l-email u anke titpoġġa fuq il-website tal-Parlament.", "Din il-proposta kellha tiġi kkonsidrata fi ħdan il-gruppi parlamentari.", "Fis-7.15 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard", "AĠENT SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20080519_001m.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 1", "It-Tnejn, 7 ta' Lulju 2008 fis-6.30 p.m.", "L-Onor.", "Michael Frendo, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 7 ta' Lulju 2008 fis-6.30 p.m fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Affarijiet Amministrattivi;", "Relazzjoni tal-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin dwar:", "Affarijiet oħrajn."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20080707_001a_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 7 ta' Lulju 2008.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.40 p.m.", "L-Onor Michael Frendo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Dr Tonio Borg, l-Onor Charlo' Bonnici, l-Onor Leo Brincat, l-Onor Beppe Fenech Adami u l-Onor George Vella.", "SKUŻAT: L-Onor Francis Agius kien imsiefer fuq xogħol parlamentari tal-Kumitat stess.", "Preżenti wkoll kien hemm Ms Maryanne Vella, is-Sur Charlot Cassar u s-Sur Ian Paul Bajada, research analysts mal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u s-Sur Charles Inguanez, Direttur Ġenerali, is-Sur Martin Valentino, Direttur, u Ms Hanan El Khatib mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.", "Il-President talab il-permess tal-Kumitat sabiex cameraman u fotografu tal-Media.link Communications Ltd ikunu jistgħu jieħdu filmat u ritratti ta' l-ewwel parti tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "Il-President tal-Kumitat ippreżenta lill-Kumitat dawn id-dokumenti:-", "Dokument 1 Riżoluzzjoni 643 adottata mill-Kamra tad-Deputati tar-Repubblika Ċeka dwar il-Kosovo bid-data tas-6 ta' Frar 2008 mibgħuta lill-Mr Speaker fil-21 ta' Frar 2008;", "Dokument 2 Prague Declaration on European Conscience and Communism adottata fil-Konferenza Internazzjonali li nżammet fis-Senat tar-Repubblika Ċeka fit-2 u t-3 ta' Ġunju 2008;", "Dokument 3 Riżoluzzjoni tal-Joint Parliamentary Committee tal-European Economic Area fuq l-Annual Report on the Functioning of the EEA Agreement in 2007 li ġiet adottata fid-29 ta' April 2008 ġewwa Svartsengi fl-Iżlanda; u", "100 riżoluzzjoni, 4 dikjarazzjonijiet, deċiżjoni u rakkmandazzjoni li għaddew jew ittieħdu mill-Parlament Ewropew bejn il-perjodu ta' Diċembru 2007 u Mejju 2008 u li l-Parlament Ewropew iddeċieda li jibgħat lill-parlamenti ta' l-Istati Membri:", "Dokument 4 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' protokoll li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija (COM(2007)0497 – C6-0329/2007 – 2007/0183(CNS)) - P6_TA-PROV(2007)0578;", "Dokument 5 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokolli li jemendaw il-Ftehimiet dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġeorġja, ir-Repubblika tal-Libanu, ir-Repubblika tal-Maldivi, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Gvern tar-Repubblika ta' Singapor u r-Repubblika Orjentali ta' l-Urugwaj biex tittieħed kunsiderazzjoni ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija (COM(2007)0366 – C6-0265/2007 – 2007/0125(CNS)) - P6_TA-PROV(2007)0579;", "Dokument 6 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta ta' deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehima Ewro-Mediterranja rigward is-servizzi ta' l-ajru bejn, fuq naħa, il-Komunita?", "Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u fuq l-oħra, ir-Renju tal-Marokk (COM(2006)0145 – C6-0333/2007 – 2006/0048(CNS)) - P6_TA-PROV(2007)0600;", "Dokument 7 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi ta' l-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija.", "Dokument 8 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2007 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur tal-prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura (2007/2109(INI)) - P6_TA-PROV(2007)0606;", "Dokument 9 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2007 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu - P6_TA-PROV(2007)0612;", "Dokument 10 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2007 dwar il-Programm Leġiżlattiv u ta\" Ħidma tal-Kummissjoni għall-2008 - P6_TA-PROV(2007)0613;", "Dokument 11 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, minn naħa l-oħra (COM(2007)0350 – C6-0463/2007 – 2007/0123(AVC)) - P6_TA-PROV(2007)0617;", "Dokument 12 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar l-10 Anniversarju mill-Konvenzjoni ta' Ottawa dwar il-Projbizzjoni ta' l-Użu, tal-Ħażna, tal-Produzzjoni u tat-Trasferiment ta' Mini Antipersonell u l-Qerda Tagħhom ta' l-1997 - P6_TA-PROV(2007)0621;", "Dokument 13 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar is-Samit UE/Ċina u l-UE/Ċina djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem - P6_TA-PROV(2007)0622;", "Dokument 14 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar il-finalizzazzjoni ta' Ftehima ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa waħda, u l-Montenegro min-naħa l-oħra - P6_TA-PROV(2007)0624;", "Dokument 15 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar id-diżastri navali fl-Istress ta' Kerch fil-Baħar l-Iswed u t-tniġġiż miż-żejt li rriżulta - P6_TA-PROV(2007)0625;", "Dokument 16 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar it-tessuti - P6_TA-PROV(2007)0628;", "Dokument 17 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi mal-Korea (2007/2186(INI)) - P6_TA-PROV(2007)0629;", "Dokument 18 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2008 dwar l-istrateġija Komunitarja 2007–2012 għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (2007/2146(INI)) P6_TA-PROV(2008)0009;", "Dokument 19 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2008 dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu - P6_TA-PROV(2008)0023;", "Dokument 20 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2008 dwar it-tieni Forum dwar il-Governanza ta' l-Internet, li sar f'Rio de Janeiro bejn it-12 u l-15 ta' Novembru 2007 - P6_TA-PROV(2008)0020;", "Dokument 21 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2008 dwar tagħlim għall-adulti: qatt ma huwa tard wisq biex titgħallem (2007/2114(INI) - P6_TA-PROV(2008)0013;", "Dokument 22 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2008 dwar l-arrest tad-dissident Ċiniż Hu Jia - P6_TA-PROV(2008)0021;", "Dokument 23 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2008 dwar Approċċ Politiku Reġjonali għall-Baħar l-Iswed (2007/2101(INI)) - P6_TA-PROV(2008)0017;", "Dokument 24 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2008 dwar l-Iran - P6_TA-PROV(2008)0031;", "Dokument 25 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2008 dwar ir-riżultat tal-Konferenza ta' Bali dwar il-Bidla fil-Klima (COP 13 u COP/MOP 3) - P6_TA-PROV(2008)0032;", "Dokument 26 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2008 dwar il-Pjan ta' azzjoni għall-effiċjenza fl-enerġija: it-twettiq tal-potenzjal (2007/2106(INI)) - P6_TA-PROV(2008)0033;", "Dokument 27 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2008 dwar Strateġija Ewropea għar-Roma - P6_TA-PROV(2008)0035;", "Dokument 28 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma\" l-Unjoni Ewropea (15061/2007 – COM(2007)0464 – C6-0445/2007 – 2007/0165(AVC)) - P6_TA-PROV(2008)0036;", "Dokument 29 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (13199/2007 – COM(2007)0487 – C6-0438/2007 – 2007/0180(AVC)) - P6_TA-PROV(2008)0037;", "Dokument 30 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-finalizzazzjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam Awdjoviżiv, li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programmi tal-Komunità MEDIA 2007, u Att Finali (COM(2007)0477 – C6-0328/2007 – 2007/0171(CNS)) - P6_TA-PROV(2008)0046;", "Dokument 31 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar l-Istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea li tiżgura aċċess għas-suq għall-kumpaniji Ewropej (2007/2185(INI)) - P6_TA-PROV(2008)0053;", "Dokument 32 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Frar 2008 dwar it-Trattat ta' Lisbona (2007) - P6_TA-PROV(2008)0055;", "Dokument 33 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Frar 2008 dwar il-kontribut ghall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegha 2008 rigward l-Istrateġija ta' Liżbona - P6_TA-PROV(2008)0057;", "Dokument 34 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Frar 2008 dwar il-Linji Gwida Integrati għat-Tkabbir u l-Impjiegi (Taqsima: linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi ta' l-Istati Membri u l-Komunità): It-tnedija taċ-ċiklu l-ġdid (2008-2010) (COM(2007)0803 – 2007/2275(INI)) - P6_TA-PROV(2008)0058;", "Dokument 35 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Frar 2008 dwar Strateġija ta' l-UE għall-Asja Ċentrali (2007/2102(INI)) - P6_TA-PROV(2008)0059;", "Dokument 36 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar it-23 Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar il-Kontroll ta' l-Applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja (2005) (2006/2271(INI)) - P6_TA-PROV(2008)0060;", "Dokument 37 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar is-Sitwazzjoni f'Gaża - P6_TA-PROV(2008)0064;", "Dokument 38 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar is-Seba' Sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti - P6_TA-PROV(2008)0065;", "Dokument 39 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar il-ġejjieni demografiku ta\" l-Ewropa (2007/2156(INI)) - P6_TA-PROV(2008)0066;", "Dokument 40 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar l-importanza li jkunu appoġġjati miżuri għat-titjib tal-koperazzjoni xjentifika internazzjonali ma' l-Afrika - P6_TA-PROV(2008)0067;", "Dokument 41 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar Timor Leste - P6_TA-PROV(2008)0070;", "Dokument 42 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar il-Belarus - P6_TA-PROV(2008)0071;", "Dokument 43 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar Kivu tat-Tramuntana - P6_TA-PROV(2008)0072;", "Dokument 44 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar politika Ewropea tat-trasport sostenibbli li tqis il-linji politiċi Ewropej dwar l-enerġija u l-ambjent (2007/2147(INI)) P6_TA-PROV(2008)0087;", "Dokument 45 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Emirati Għarab Maqħquda dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru (COM(2007)0134 – C6-0472/2007 – 2007/0052(CNS)) P6_TA-PROV(2008)0074;", "Dokument 46 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2008 dwar l-Agrikoltura sostenibbli u l-bijogass: il-ħtieġa għal reviżjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-UE (2007/2107(INI)) P6_TA-PROV(2008)0095;", "Dokument 47 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2008 dwar il-każ taċ-ċittadin Iranjan Seyed Mehdi Kazemil P6_TA-PROV(2008)0107;", "Dokument 48 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2008 dwar ir-Russja P6_TA-PROV(2008)0105;", "Dokument 49 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2008 dwar il-każ tal-ġurnalista Afgan Perwiż Kambakhsh P6_TA-PROV(2008)0106;", "Dokument 50 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2008 dwar l-Ugwaljanza tas-Sessi u Poter lin-Nisa fil-Koperazzjoni għall-Iżvilupp (2007/2182(INI)) P6_TA-PROV(2008)0103;", "Dokument 51 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2008 dwar is-sitwazzjoni partikolari tan-nisa fil-ħabs u l-impatt tal-priġunerija ta' ġenituri fuq il-ħajja soċjali u dik tal-familja (2007/2116(INI)) P6_TA-PROV(2008)0102;", "Dokument 52 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2008 dwar l-Armenja P6_TA-PROV(2008)0104;", "Dokument 53 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2008 dwar l-Isfida tal-Politika ta' l-UE dwar il-Koperazzjoni għall-Iżvilupp għall-Istati Membri l-ġodda (2007/2140(INI)) P6_TA-PROV(2008)0097;", "Dokument 54 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2008 dwar il-Kodiċi ta\" Kondotta ta\" l-UE rigward l-Esportazzjoni ta\" l-Armi – in-nuqqas min-naħa tal-Kunsill li jadotta l-Pożizzjoni Komuni u jibdel dan il-Kodiċi fi strument li jorbot legalment P6_TA-PROV(2008)0101;", "Dokument 55 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehima tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea-Bissaw.", "Dokument 56 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jirrigwarda l-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa u l-Kosta ta' l-Avorju min-naħa l-oħra (COM(2007)0648 – C6-0429/2007 – 2007/0226(CNS)) P6_TA-PROV(2008)0086;", "Dokument 57 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' April 2008 dwar l-analiżi ta' nofs il-perjodu tas-Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali Komunitarju (2007/2204(INI)) - P6_TA-PROV(2008)0122;", "Dokument 58 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' April 2008 dwar l-għodod ta' ġestjoni bbażati fuq id-drittijiet għas-sajd (2007/2111(INI)) - P6_TA-PROV(2008)0113;", "Dokument 59 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' April 2008 dwar l-industriji kulturali fl-Ewropa (2007/2153(INI) - P6_TA-PROV(2008)0123;", "Dokument 60 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' April 2008 dwar aġenda Ewropea tal-kultura fl-era tal-globalizzazzjoni (2007/2211(INI) - P6_TA-PROV(2008)0124;", "Dokument 61 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-10 ta' April 2008 tal-Parlament Ewropew dwar il-ġlieda kontra l-kanċer fl-Unjoni Ewropea mkabbra - P6_TA-PROV(2008)0121;", "Dokument 62 Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-qtil ta' l-attivist tad-drittijiet tal-bniedem Munir Said Thalib - P6_TA-PROV(2008)0126;", "Dokument 63 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' April 2008 dwar ir-rapport ta\" progress tal-Kroazja għall-2007 (2007/2267(INI)) - P6_TA-PROV(2008)0120;", "Dokument 64 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' April 2008 dwar is-sitwazzjoni fit-Tibet - P6_TA-PROV(2008)0119;", "Dokument 65 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar id-Donazzjoni u t-Trapjant ta' Organi: Azzjonijiet politiċi fil-livell ta\" l-UE (2007/2210(INI)) P6_TA-PROV(2008)0130;", "Dokument 66 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-irwol tal-volontarjat fil-kontribuzzjoni għal koeżjoni ekonomika u soċjali (2007/2149(INI)) P6_TA-PROV(2008)0131;", "Dokument 67 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar ir-rapport annwali 2006 tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment (2007/2251(INI)) P6_TA-PROV(2008)0132;", "Dokument 68 Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tmiem tal-problema ta' persuni bla djar li jgħixu fit-toroq P6_TA-PROV(2008)0163;", "Dokument 69 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-iffirmar ta' Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex tibda titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea.", "Dokument 70 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2008 dwar il-Green Paper dwar l-irwol tas-soċjetà ċivili fil-politika dwar id-drogi fl-Unjoni Ewropea (2007/2212(INI)) P6_TA-PROV(2008)0169;", "Dokument 71 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2008 dwar ir-rapport ta' Progress 2007 dwar l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja(2007/2268(INI)) P6_TA-PROV(2008)0172;", "Dokument 72 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2008 dwar il-politika taċ-Ċina u l-effetti tagħha fuq l-Afrika (2007/2255(INI)) P6_TA-PROV(2008)0173;", "Dokument 73 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2008 dwar l-Istrateġija Annwali ta\" Politika tal-Kummissjoni għall-2009 P6_TA-PROV(2008)0174;", "Dokument 74 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2008 dwar l-għarqa tan-'New Flame' u l-konsegwenzi tagħha fuq il-Bajja ta' Algeciras P6_TA-PROV(2008)0176;", "Dokument 75 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April dwar il-Ħames Samit bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew f'Lima P6_TA-PROV(2008)0177;", "Dokument 76 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-24 ta' April 2008 dwar is-sitwazzjoni fil-Burma P6_TA-PROV(2008)0178;", "Dokument 77 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2008 dwar \"Lejn Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ riformata\" (2007/2184(INI)) P6_TA-PROV(2008)0180;", "Dokument 78 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2008 dwar il-Ftehima ta' Kummerċ Ħieles bejn il-KE u l-Kunsill tal-Koperazzjoni tal-Golf P6_TA-PROV(2008)0181;", "Dokument 79 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2008 dwar il-Green Paper dwar strumenti bbażati fuq is-suq għall-ambjent u għanijiet ta' politika relatati (2007/2203(INI)) P6_TA-PROV(2008)0182;", "Dokument 80 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2008 dwar iż-Zimbabwe P6_TA-PROV(2008)0184;", "Dokument 81 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2008 dwar id-drittijiet tan-nisa fl-Iran P6_TA-PROV(2008)0185;", "Dokument 82 Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2008 dwar il-konklużjoni ta' ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-proċeduri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni, kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (C6-0009/2008 – 2008/2002(ACI)) P6_TA-PROV(2008)0189;", "Dokument 83 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2008 dwar ir-Rapport Annwali 2007 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika ta' l-UE dwar il-kwistjoni (2007/2274(INI)) P6_TA-PROV(2008)0193;", "Dokument 84 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri dwar emendi għall-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati bil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles, għall-perjodu bejn it-18 ta\" Jannar 2005 u s-17 ta\" Jannar 2011 (COM(2007)0664 – C6-0430/2007 – 2007/0232(CNS)) P6_TA-PROV(2008)0187;", "Dokument 85 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2008 dwar ir-relazzjonijiet kummercjali u ekonomiċi ma\" l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk ta\" l-Ażja (ASEAN) (2007/2265(INI)) P6_TA-PROV(2008)0195;", "Dokument 86 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2008 dwar il-ġestjoni ta' l-istokkijiet tal-baħar fond (2007/2110(INI P6_TA-PROV(2008)0196;", "Dokument 87 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2008 dwar il-White Paper dwar l-Isport (2007/2261(INI)) P6_TA-PROV(2008)0198;", "Dokument 88 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2008 dwar Missjonijiet ta' l-UE għall-Osservazzjoni ta' l-Elezzjonijiet: objettivi, prattika u sfidi futuri (2007/2217(INI)) P6_TA-PROV(2008)0194;", "Dokument 89 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2008 dwar il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku P6_TA-PROV(2008)0192;", "Dokument 90 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Mejju 2008 dwar l-evalwazzjoni tal-Programm PEACE u l-istrateġiji għall-ġejjieni (2007/2150(INI)) P6_TA-PROV(2008)0205;", "Dokument 91 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta Mejju 2008 dwar il-kummerċ ta' materja prima u ta' prodotti bażiċi (2008/2051(INI)) P6_TA-PROV(2008)0209;", "Dokument 92 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Mejju 2008 dwar il-progress li sar fl-opportunitajiet indaqs u fin-non-diskriminazzjoni fl-UE (it-traspożizzjoni tad-Direttivi 2000/43/KE u 2000/78/KE) (2007/2202(INI)) P6_TA-PROV(2008)0212;", "Dokument 93 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2008 dwar in-Nisa u x-Xjenza (2007/2206(INI) P6_TA-PROV(2008)0221;", "Dokument 94 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-Green Paper dwar żarmar aħjar ta' bastimenti (2007/2279(INI)) P6_TA-PROV(2008)0222;", "Dokument 95 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-fatti xjentifiċi tal-bidla fil-klima: sejbiet u rakkomandazzjonijiet għat-teħid ta' deċiżjonijiet (2008/2001(INI)) P6_TA-PROV(2008)0223;", "Dokument 96 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ir-rapport tal-progress tat-Turkija għall-2007 ((2007/2269(INI)) P6_TA-PROV(2008)0224;", "Dokument 97 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2008 dwar is-sitwazzjoni fil-Libanu P6_TA-PROV(2008)0228;", "Dokument 98 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2008 dwar iż-żieda fil-prezzijiet ta\" l-ikel fl-UE u fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw P6_TA-PROV(2008)0229;", "Dokument 99 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2008 dwar negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti fir-rigward ta' l-eżenzjonijiet tal-visa (visa waiver) P6_TA-PROV(2008)0230;", "Dokument 100 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2008 dwar is-sitwazzjoni traġika fil-Burma P6_TA-PROV(2008)0231;", "Dokument 101 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2008 dwar l-armi ta\" l-uranju (imdgħajjef) u l-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent - lejn projbizzjoni globali fuq l-użu ta\" armi bħal dawn P6_TA-PROV(2008)0233;", "Dokument 102 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2008 dwar l-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi metodi ta' ttestjar skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) P6_TA-PROV(2008)0234;", "Dokument 103 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2008 dwar l-istrateġija ta\" l-UE għat-tielet Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta\" Aarhus f'Riga, il-Latvja P6_TA-PROV(2008)0236;", "Dokument 104 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-arrest ta\" dissidenti politiċi fil-Belarus P6_TA-PROV(2008)0239;", "Dokument 105 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2008 dwar it-tensjoni tikber fil-Burundi P6_TA-PROV(2008)0240;", "Dokument 106 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2008 dwar is-segwitu tad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi ta' l-2005 dwar l-Effettivita' ta' l-Għajnuna (2008/2048(INI)) P6_TA-PROV(2008)0237;", "Dokument 107 Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-immarkar ta\" l-oriġini - P6_TA-PROV(2007)0599;", "Dokument 108 Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-investigazzjoni u r-rimedju ta' l-abbuż ta' poter minn supermarkets kbar li joperaw fl-Unjoni Ewropea - P6_TA-PROV(2008)0054; u", "Dokument 109 Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2008 dwar l-irwol ta' l-Unjoni Ewropea fl-Iraq (2007/2181(INI)) P6_TA-PROV(2008)0100.", "AFFARIJIET AMMINISTRATTIVI", "Gruppi ta' Ħidma: Il-President tal-Kumitat ressaq proposta sabiex ix-xogħol ta' skrutinju ta' l- acquis propost ta' l-Unjoni Ewropea jiġi faċilitat billi jiżdied grupp ta' ħidma ieħor u ssir ridistribuzzjoni tal-kompetenzi.", "Il-proposta kienet milqugħa.", "Il-President tal-Kumitat għarraf lill-Kumitat li l-Grupp Parlamentari tal-Gvern kien issottometta l-ismijiet tal-Membri fuq il-Gruppi ta' Ħidma:", "Grupp ta' Ħidma I:", "Dan għandu l-inkarigu li jiddeċiedi liema dokumenti għandhom jiġu mgħoddija mingħajr aktar diskussjoni u liema dokumenti għandhom jgħaddu lill-Gruppi ta' Ħidma l-oħra għal aktar diskussjoni.", "Żewġ Membri mill-Oppożizzjoni", "Grupp ta' Ħidma II:", "Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, Tassazzjoni, Trasport, Enerġija, Baġit, Suq Intern u Unjoni Doganali.", "Żewġ Membri mill-Oppożizzjoni", "Ministru responsabbli mill-acquis", "Membru ad hoc min-naħa tal-Gvern", "Membru ad hoc min-naħa ta' l-Oppożizzjoni", "Grupp ta' Ħidma III:", "Saħħa Pubblika, Żvilupp, Għajnuna Umanitarja, Agrikoltura u Żvilupp Rurali, Sajd u Affarijiet Marittimi u Ġustizzja, Liberta' u Sigurta'.", "Żewġ Membri mill-Oppożizzjoni", "Ministru responsabbli mill-acquis", "Membru ad hoc min-naħa tal-Gvern", "Membru ad hoc min-naħa ta' l-Oppożizzjoni", "Grupp ta' Ħidma IV:", "Riċerka u Innovazzjoni, Xjenza u Riċerka, Impjiegi, Edukazzjoni u Kultura, Ħarsien tal-Konsumatur, Ambjent u Politika Reġjonali.", "Żewġ Membri mill-Oppożizzjoni", "Ministru responsabbli mill-acquis", "Membru ad hoc min-naħa tal-Gvern", "Membru ad hoc min-naħa ta' l-Oppożizzjoni", "Il-President tal-Kumitat għarraf lill-membri li huwa kien infurmat li l-Oppożizzjoni kienet fil-proċess li tippreżenta l-ismijiet tal-Membri tagħha fuq dawn il-gruppi ta' ħidma.", "Skond l-aġenda tal-laqgħa, il-President tal-Kumitat stieden lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin biex jirrelata lill-Kumitat dwar Kosovo, Partnership for Peace u Zimbabwe.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin irrelata dwar:-", "(i) Kosovo: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin aġġorna lill-Kumitat bis-sensiela ta' żviluppi li seħħew fil-Kosovo mil-laqgħa tat-3 ta' Ottubru 2007 meta l-Kumitat kien iddiskuta s-sitwazzjoni fil-Kosovo u nforma lill-membri dwar il-pożizzjoni li Malta kienet qed tikkonsidra li tieħu rigward ir-rikonoxximent ta' l-indipendenza tal-Kosovo.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "(ii) Partnership for Peace: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin qassam lill-Membri tal-Kumitat dokument intitolat \"Draft Document that will form the basis of the Presentation Document of Malta for Partnership for Peace\" datat is-7 ta' Lulju 2008 u spjega r-raġunijiet għad-dħul ta' Malta fil-Partnership for Peace u d-diversi programmi li pajjiż jista' jieħu sehem fihom.", "Dan id-dokument ma kienx għadu ġie sottomess formalment.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Il-President tal-Kumitat imbagħad fetaħ id-diskussjoni fuq l-aħħar materja ta' l-aġenda: Is-sitwazzjoni fiż-Zimbabwe.", "Il-Kumitat iddiskuta s-sitwazzjoni mwera f'Zimbabwe partikolarment l-aħħar żviluppi f'dak il-pajjiż.", "Fid-8.54 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20080707_001m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 1", "L-Erbgħa, 16 ta' Lulju, 2008", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 16 ta' Lulju, 2008 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Stqarrija mill-President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, dwar il-pjan ta' ħidma ta' dan il-Kumitat.", "Diskussjoni mill-Membri tal-Kumitat.", "Pjan ta' azzjoni rigward il-Familja.", "Proċedura u affarijiet amministrattivi oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20080716_001a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 1", "L-Erbgħa, 16 ta' Lulju, 2008", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 1", "L-Erbgħa, 16 ta' Lulju, 2008", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.20 p.m.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): L-ewwel ħaġa għandi pjaċir li jiena wieħed minn dan il-Kumitat u li se nkunu qegħdin naħdmu flimkien sabiex ikollna direzzjoni ċara u bħala Chairman irrid nifhem 'il fejn sejrin.", "Nixtieq li fl-aħħar ta' din il-laqgħa nkunu qbilna fuq direzzjoni u nkunu nafu aħjar x'nixtiequ nagħmlu minn dan il-ħin li se nkunu qegħdin inqattgħu hawnhekk flimkien bħala membri ta' dan il-kumitat.", "Qabel ma nkompli, npoġġi fuq il-mejda tal-Kumitat:", "Kopja tar-Raba' Rapport Annwali dwar il-Ħidma tal-Bord tal-Pulizija għas-sena 2006 mibgħut mill-Imħallef Franco Depasquale, Chairman tal-Bord u datat 14 ta' Frar 2008;", "Genitourinary Report 2007 mibgħut minn Dr Philip Carabott, Konsulent fil-GU Medicine;", "Korrispondenza mill-Whip tal-Oppożizzjoni biex javża li l-Onor Justyne Caruana se tissostitwixxi lill-Onor Marie Louise Coleiro Preca għal-Laqgħa t'illum, is-16 ta' Lulju 2008.", "Forsi jkollna ħin ukoll biex niddiskutu x'se nagħmlu b'din it-tip ta' korrispondenza li għandna.", "Jien ma niddejjaq xejn li anke jekk xi ħadd ikollu xi ideat jaqsamhom mal-Kumitat.", "Jien għandi idea rigward x'nistgħu nagħmlu dwar ir-rapport ta' Dr. Philip Carabott.", "Li kont qed naħseb hu li nagħmlu session – iktar 'il quddiem nispjega kif nixtieq li nimxu u allura se nagħti eżempju wieħed partikolari minnhom – fuq dan is-suġġett, inġibu lil Dr. Philip Carabott u lil xi ħaddieħor biex inkunu nistgħu nisimgħu iktar minn persuna waħda anke fuq l-istess suġġett, imbagħad we draw our own conclusions u nkunu qegħdin nagħmlu rapport.", "Però biex tkunu tistgħu tifhmu aħjar kif se nkunu qegħdin ukoll indaħħlu sessions ta' diskussjoni fuq x'nistgħu nirċievu mingħand NGOs jew persuni oħra bħala suġġetti anke għad-diskussjoni tagħna, ippermettuli nkompli nespandi fuq dan is-suġġett anke waqt li nkun qed nagħmel l-istqarrija fuq il-viżjoni tiegħi ta' kif se naħdmu bħala kumitat.", "L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Jiena li nixtieq inżid huwa li meta tiġi riferuta din it-tip ta' korrispondenza, idealment iċ-chairperson jgħaddiha lill-Membri tal-Kumitat kollha.", "Possibilment anke lil Membri li jkunu bħala replacement ħalli l-korrispondenza tiġi studjata u awtomatikament ikun hemm żmien biżżejjed biex wieħed jistudjaha.", "Bil-mezzi limitati li għandna kulħadd jaf li jrid jgħaddi ċertu ammont ta' żmien biex kultant tistudja korrispondenza li tkun ħoxna mhux ħażin.", "Però naqbel perfettament li mbagħad jiġu mistiedna s-social partners - possibbilment kollha mhux tnejn biss - li jkunu nteressati u relatati mas-suġġett.", "Sexual Health huwa suġġett interessanti ħafna.", "Nemmen li Dr. Carabott qed jagħmel xogħol siewi għall-pajjiż u għandu bżonn framework leġislattiv iktar b'saħħtu milli għandu u allura għandna nkunu aħna li nixprunaw malajr kemm jista' ikun dan il-framework permezz tal-Kumitat biex forsi nkunu nistgħu niffaċilitaw dan il-proċess.", "THE CHAIRMAN: Bil-permess tal-kumitat il-bidu ta' din id-diskussjoni tista' tiżvolġi aktar fid-dettall wara li nagħmel l-istqarrija tiegħi.", "L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Li nitlob biss hu, li tgħaddulna mqar soft copy by e-mail ta' dan ir-rapport.", "THE CHAIRMAN: Hekk irċevejthom.", "KARL CHIRCOP: Ħsibtkom niżżiltuha minn fuq l-internet.", "Imbagħad ibgħatuhielna via e-mail fil-każ.", "THE CHAIRMAN: Ngħaddu għall-ewwel item fuq l-aġenda rigward l-istqarrija tal-President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, dwar il-Pjan ta' Ħidma ta' dan il-Kumitat.", "Jien ippreparajt xi ħaġa li nħobb nagħmel kull fejn inkun, Business Plan - Pjan ta' Ħidma - li jurina eżattament u juri lil dawk li se jkunu qegħdin jaħdmu magħna x'inhuma l-objettivi tagħna.", "Ovvjament din hija proposta li wara li naqraha, tajjeb li jkun hemm id-diskussjoni tagħkom biex dawn il-ħsiebijiet tagħmluhom tagħkom u tkunu tistgħu żżidu magħhom jew tikkritikaw.", "STQARRIJA MILL-PRESIDENT TAL-KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI, DWAR IL-PJAN TA' ĦIDMA TA' DAN IL-KUMITAT", "Għeżież Kollegi,", "Illum, bi pjaċir, inressqilkom dan il-pjan ta' ħidma, li għalkemm għadu fi stadju ta' proposti, jista' jservi bħala gwida għall-ħidma ta' dan l-imsemmi Kumitat Parlamentari.", "Fih wieħed isib lista indikattiva u komprensiva ta' temi attwali fl-oqsma tal-politika soċjali f'pajjiżna.", "Għaldaqstant inħeġġiġkom sabiex niddiskutu dawn is-suġġetti, ħalli flimkien noħolqu pjan ta' ħidma li jsaħħaħ il-kapital soċjali u jagħti profil għoli lill-Kumitat.", "Filwaqt li l-għan ewlieni tal-Kumitat hu li noffru l-impenn tagħna għall-ħidma mitluba mill-Kamra tad-Deputati, ser inkunu wkoll ta' sostenn għal diversi Ministeri li jiddeterminaw l-iżvilupp tal-politika soċjali lokali u li jitolbu s-servizzi tagħna.", "Dan jista' jsir għaliex il-Membri ser ikollhom iċ-ċans li jisimgħu xhieda, akkademiċi u esperti fis-suġġetti partikolari li ser niddibattu.", "Permezz ta' diskussjoni kontinwa rridu nitfgħu dawl fuq kif il-politika soċjali tista' tibqa' tiggarantixxi kwalità ta' ħajja tajba lis-soċjetà Maltija kollha.", "Ser inkunu qed inħejju rapporti bbażati fuq l-evidenza u r-riċerka u li jgħinuna nħejju rakkomandazzjonijet plawsibbli u fattwali.", "L-Objettivi ta' Ħidma", "Il-Membri tal-Kumitat iridu jimpenjaw ruħhom sabiex b'mod inklussiv jirriflettu l-aspirazzjonijiet, it-tamiet, il-bżonnijiet u l-weġgħat tas-soċjetà Maltija.", "Permezz ta' dan issir evalwazzjoni kontinwa ta' kif il-politika soċjali qed tirrispondi għall-iżviluppi, il-ħtiġijiet u l-għażliet il-ġodda tas-soċjetà Maltija u lejn għejxien ta' kwalità ta' ħajja aħjar.", "Huwa fatt li kull diskussjoni fil-politika soċjali tkun imqanqla minn ideoloġiji u valuri politiċi u morali individwali.", "Għalhekk il-ġid soċjali u l-bniedem għandhom ikunu dejjem fiċ-ċentru u f'kull raġuni tad-diskussjoni, ħalli b'hekk nimminimizzaw l-aljenazzjoni li l-ħajja moderna ta' llum tista' ġġib magħha, partikolarment il-ġid materjali, l-isfida tal-globalizzazzjoni, l-iżvilupp mhux sostenibbli u t-tentazzjoni li wieħed jgħix f'livell ta' għejxien li ma jiflaħx għalih (living beyond one's means).", "Hija x-xewqa tiegħi li nixpruna lil dan il-Kumitat sabiex f'kull diskussjoni nixhdu li, bħala politiċi, l-objettiv primarju tagħna hu li nkomplu nsaħħu d-dinjità tal-bniedem u nressquh aktar lejn il-milja tad-dinjità.", "Għalhekk nixtieq li dak kollu li jtappan id-dinjità tal-bniedem, kull politiku jrid iħoss li qed imur kontra l-interess tas-soċjetà tagħna lkoll.", "Il-Kumitat tagħna jrid ikun kapaċi jisma' l-ħtiġijiet u l-esperjenzi ta' kulħadd u għalhekk irridu nkunu aċċessibbli u disponibbli għas-soċjetà Maltija permezz ta' pjan ta' laqgħat ta' djalogu, maħsuba apposta sabiex iqarreb il-Membri lejn ir-realtà tas-soċjetà tagħna.", "Dan ser jgħin ħalli f'pajjiżna nagħmlu l-aħjar li nistgħu sabiex il-politika tkun eqreb u jimpurtaha dejjem aktar minn nies.", "Jien nixtieq ukoll li permezz ta' konsultazzjoni wiesgħa, il-Kumitat ikun disponibbli sabiex jaħdem ma' diversi awtoritajiet u dipartimenti tal-Gvern, organizzazzjonijiet mhux governattivi, u li qed jikkontribwixxu direttament għall-ġid soċjali f'pajjiżna.", "Madankollu, il-Kumitat irid jisma' wkoll lil dawk il-persuni li jagħmlu użu minn servizzi u benefiċċji soċjali.", "B'hekk id-djalogu jkun, kemm ma' min joffri u kif ukoll ma' min jirċievi s-servizz jew benefiċċju f'xi qasam tal-politika soċjali.", "Tfassil ta' Rapporti", "Konxji li l-Kumitat ma jistax jieħu deċiżjonijiet eżekuttivi, nifhmu li għandna rwol li jista' jirresponsabilizza u jissensibilizza.", "B'sinerġija bejn il-pubbliku inġenerali, l-entitatjiet eżekuttivi u dawk mhux governattivi, ser inħejju rapporti inklussivi u li jixhdu l-fatti kollha li nkunu ltqajna magħhom.", "Ir-rapporti ser ikun fihom ukoll il-ħsibijiet ta' kull Membru fi ħdan dan il-Kumitat.", "Din il-konvinzjoni għandha tixprunana sabiex b'kollaborazzjoni ma' esperti, tekniċi u akkademiċi nippreparaw rapporti li jkunu bbażati fuq l-evidenza u r-riċerka diġà approvata (empirika).", "Għal dan il-għan il-Kumitat irid iżomm kuntatt regolari ma' dawk il-professjonisti, ġejjin kemm mill-kamp akkademiku u kemm minn dak eżekuttiv, ħalli dawn ir-rapporti jkunu tassew kompleti u inklussivi.", "Għalkemm ir-rapporti jiġu fformulati bl-għajnuna ta' dawn il-professjonisti, m'għandu fl-ebda ħin jitqies li dawn jeżawrixxu s-suġġett.", "Għaldaqstant ir-riċerka u l-evalwazzjoni personali ta' kull politiku tkun dejjem rakkomandata.", "Temi proposti għad-diskussjoni", "Għaldaqstant ser inressaq lista ta' temi li fil-fehma tiegħi jistgħu jkunu suġġetti għad-diskussjoni ta' dan l-imsemmi Kumitat Parlamentari.", "Minkejja dan, nifhem li kull Membru jista' jkollu s-suġġerimenti tiegħu/tagħha u għalhekk nixtieq li preżentament din il-lista tkun kunsidrata bħala proposta.", "Barra minn hekk, ippermettuli nressaq is-suġġett tal-familja bħala l-ewwel priorità tagħna.", "Deskritta bħala kapital soċjali minn akkademiċi, professjonisti, teoloġi u anki politiċi, il-familja hija l-ewwel komunità ta' persuni li b'imħabba, rispett u solidarjetà jaqsmu kollox bejniethom, minn dħul finanzjarju, mingħand min jaħdem għal min ma jaħdimx, sa ikel, ħwejjeġ, u akkomodazzjoni.", "Hija komunità ta' persuni li jipprovdu l-kura fit-tul u kura informali, it-trobbija tat-tfal, jagħmlu x-xogħol domestiku u jqattgħu ħin ta' divertiment u mistrieħ flimkien.", "Is-soċjetà tagħna hija mibnija fuq il-valur tal-familja u permezz ta' din l-analiżi tagħna nkunu nistgħu nirriflettu aħjar dwar x'deċiżjonijiet jista jieħu kemm il-politiku, kif ukoll is-soċjetà Maltija kollha.", "B'hekk naraw li jkollna l-aħjar politika għall-familja sostenibbli.", "B'sinergija ma' dawk kollha involuti fl-oqsma tal-familja ser niddiskutu dawn it-temi li qed inressaq għall-aprovazzjoni tagħkom.", "Il-ħsieb tiegħi hu li ġaladarba niddiskutu dawn it-temi, ser ikollna l-aħjar għarfien tekniku, soċjali u politiku ta' x'inhuma l-sfidi tal-familja Maltija.", "X'qed ikun l-effett tal-media fuq il-familja?", "X'qed jgħaqqad il-familja Maltija u x'qed jifred il-familja Maltija?", "X'inhu l-effett tas-separazzjoni, kif ukoll tad-divorzju (dawk li għandhom) fuq il-koppja nnifisha u t-tfal?", "Kemm qed toħroġ l-importanza tal-preżenza tal-missier fil-familja, l-aktar meta l-omm tkun qed trabbi t-tfal waħedha minħabba separazzjoni?", "X'qed ikun l-effett tal-vjolenza domestika fuq it-tfal u l-ġenituri?", "X'servizzi u għajnuna jeżistu lill-familji bi problemi msemmija hawn fuq?", "X'servizzi u għajnuna jeżistu lill-familji li jkollhom persuni b'diżabilità fiżika u mentali?", "X'inhu l-effett ta' ċertu stil ta' ħajja fuq il-familja, bħax-xorb, logħob ta' l-ażżard u vizzji oħra?", "Kif inhi r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal Maltin?", "Għandna kultura favur il-familja f'soċjetà Maltija?", "X'inhi r-realtà tal-Qorti tal-Familja?", "Nistgħu inkejlu x'qed tiswa l'ispiża, mill-finanzi pubbliċi, f'għajnuniet soċjali li tgħin lill-familji f'pajjiżna?", "X'inhi r-realtà tal-koppji bla tfal fis-soċjetà Maltija?", "X'inhuma l-isfidi ta' llum u ta' għada għall-familja Maltija?", "Qed insibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, b'mod partikolari meta t-tnejn li huma jaħdmu?", "X'effett qed ikollhom is-separazzjonijiet tal-familji fuq il-prestazzjoni ta' l-individwu fuq il-post tax-xogħol?", "Kif il-liġi tax-xogħol u t-taxxa jistgħu jaġevolaw aħjar lill-familja?", "X'inhuma l-effetti u r-riżultati taċ-child care centres?", "Kif id-dejn fuq id-djar qed jaffettwa l-għarajjes?", "X'inhuma l-isfidi tal-ġenitur waħdu/waħedha f'pajjiżna?", "Ser ikollna preżentazzjoni ta' riċerka oġġettiva fuq il-familja, sabiex ikollna tassew stampa ċara u sħiħa fuq ir-realtajiet tal-familja Maltija.", "Naħseb li jkun għaqli li sabiex nindirizzaw dawn il-punti jrid isir koordinament bejn l-entitatijiet u professjonisti l-aktar influwenti fis-suġġett u/jew jistgħu jagħtuna informazzjoni bżonjuża bħal", "Kummissjoni Nazzjonali Familja", "Università ta' Malta – Fr Dr Charles Tabone (Soċjologu), Dr Abela (psikologa), Prof Troisi (Soċjologu), Rev Prof Emanuel Agius (Etichal issues)", "Dr. Carmen Sammut – Il-media u soċjetà Maltija - Università ta' Malta", "Kummissjoni Vjolenza Domestika", "Sur Joe Gerada - Appoġġ", "Qorti tal-Familja", "Cana Movement – Rev Dr Joseph Mizzi", "Proċeduri ta' kif jiġu mressqa s-suġġetti għad-diskussjoni", "Filwaqt li jien qed nissuġerixxi li t-temi għad-diskussjoni elenkati hawn taħt, ikunu t-temi ewlenin, qed nissuġġerixxi wkoll li kull Membru, skond il-ħtieġa tiegħu/tagħha, jista' jressaq kull proposta għall-diskussjoni.", "Evidentament dan isir wara qbil mill-Membri u sta għalina li bħala politiċi Membri ta' dan il-Kumitat nagħmlu l-aħjar użu tal-ħin sabiex inkopru s-suġġetti kollha ta' importanza għas-soċjetà tagħna.", "Is-suġġetti għad-diskussjoni jistgħu jiġu mressqa minn:", "Membri fi ħdan il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali", "Ministri u Segretarji Parlamentari", "Kumitat għall-Affarijiet Barranin u Ewropej (Dokumenti ta' l-Unjoni Ewropea għal Skrutinju)", "Soċjetà Ċivili", "Għaqdiet mhux Governattivi", "Bi qbil magħkom, qed nipproponi li l-Kumitat iħaddem il-proċess imsejjaħ Open Method for Coordination.", "Dan huwa proċess irrakkomandat mill-Unjoni Ewropea u jħeġġeġ sabiex kulħadd jieħu sehem fi proċess ta' konsultazzjoni wiesgħa sabiex tinġabar informazzjoni, linji gwida, tqabbil ta' prattiċi u investigazzjoni dwar l-aqwa prattiċi.", "B'hekk tabilħaqq nistgħu niddibattu s-suġġetti u nirrakkomandaw fejn ikun hemm bżonn.", "Suġġetti oħra ta' interess soċjali li jistgħu jiġu diskussi fi ħdan dan il-Kumitat", "X'inhi l-preokuppazzjoni tal-ġenituri rigward it-tfal?", "Għandna tfal li qed jiġu sfruttati f'pajjiżna?", "Għandna tfal li qegħdin jgħixu l-esklużjoni soċjali?", "X'inhi r-realtà tat-tfal f'familji b'sitwazzjoni diffiċli?", "X'inhi s-sitwazzjoni tat-tfal f'istitutuzzjonijiet tal-Gvern u tal-Knisja?", "X'inhi l-parteċipazzjoni tat-tfal f'attivitajiet sportivi u ċiviki?", "Kif ser nistħarrġu l-possibilità li jsir reġistru ta' persuni involuti f'każijiet ta' pedofilija?", "Kif ir-rata ta' twelid tat-tfal qed taffettwa d-demografija Maltija?", "Adolexxenti u Żgħażagħ", "X'inhuma x-xewqat u l-aspirazzjonijiet ta' l-adolexxenti u ż-żgħażagħ?", "X'valuri għandhom l-adolexxenti u ż-żgħażagħ?", "Kif qed ikun id-divertiment taż-żgħazagħ f'pajjiżna?", "X'inhi l-preokkupazzjoni tal-ġenituri fuq uliedhom adolexxenti u żgħażagħ?", "X'qed jagħmlu ż-żgħażagħ kuntenti tagħna u x'qed jagħmlu ż-żgħażagħ imdejqa tagħna?", "X'qed tkun ir-realtà taż-żgħażagħ li jgħixu waħidhom?", "X'inhi r-realtà ta' l-adolexxenti u ż-żgħażagħ fil-qasam tax-xogħol f'pajjiżna?", "X'tip ta' servizzi fil-komunita` jeżistu għall-adolexxenti u ż-żgħażagħ li qegħdin jgħixu l-esklużjoni soċjali?", "X'inhi r-realtà tal-abbuż ta' sustanzi illegali fl-adolexxenti u żgħażagħ?", "Kif dan l-abbuż qed jiġi trasferit f'faqar, diżimpjieg, nuqqas ta' akkomodazzjoni u livell ta' edukazzjoni baxx?", "Kemm hu faċli l-aċċess taż-żgħażagħ għall-ħwienet tal-logħob ġodda li qed jiftħu fl-irħula Maltin u x'inhuma l-implikazzjonijiet ta' dawn il-ħwienet tal-logħob?", "Kif ser nirregolarizzaw il-liċenzji ta' dawn il-ħwienet u ma nħajrux adolexxenti u żgħażagħ li jinqabdu fil-vizzju tal-logħob?", "Ugwaljanza", "X'inhi l-pożizzjoni tal-mara u r-raġel fis-soċjetà Maltija?", "Fid-dawl li l-mara qed toħroġ taħdem, x'bilanċ qed ikun hemm bejn il-mara u r-raġel fit-trobbija tat-tfal u x-xogħol domestiku?", "Teżisti diskriminazzjoni bejn il-mara u r-raġel ma' dak li għandu x'jaqsam benefiċċji tal-Istat?", "X'inhuma l-isfidi li qed tħabbat magħhom il-mara fis-soċjetà Maltija?", "X'inhuma r-realtajiet tal-mara u r-raġel li jaħdmu?", "Teżisti differenza fil-paga bejn mara u raġel?", "Anzjani", "X'inhi s-sitwazzjoni ta' l-anzjani fil-komunità?", "X'inhuma l-bżonnijiet, l-isfidi, x-xewqat u l-beżgħat tal-anzjani fis-soċjetà Maltija?", "Kif qed jgħixu l-anzjani fid-djar ta' l-anzjani ta' l-Istat?", "X'qed isir f'pajjiżna sabiex jitjiebu l-oqsma tal-kura soċjali u kura fil-komunità?", "Għandna anzjani li qegħdin jgħixu l-esklużjoni soċjali?", "Persuni b'Diżabilità", "X'inhuma l-ħtiġijiet u l-bżonnijiet tal-persuna b'diżabilità sabiex jibqgħu indipendenti fil-komunità?", "X'inhuma l-isfidi tal-ġenituri bi tfal b'persuni b'diżabilità?", "Kemm u kif qed tiġi implimentata l-liġi favur persuni b'diżabilità u x-xogħol?", "X'inhuma t-targets tal-Gvern f'dan il-qasam u x'indikaturi qed jinżammu sabiex naraw li dawn il-persuni jirnexxu wkoll?", "X'leħen għandu l-persuna b'diżabilità fit-tfassil tal-politika nazzjonali?", "Kif ser innaqqsu l-esklużjoni soċjali fil-qasam tad-diżabilità f'pajjiżna?", "Kif ser ngħinu fit-tfassil tal-Mental Health Act?", "Edukazzjoni u Taħriġ", "Kif qed nipparagunaw ma' pajjiżi oħra Ewropej ma' dak li għandu x'jaqsam livell ta' edukazzjoni?", "X'inhi r-realtà ta' l-illitteriżmu u studenti li jitilqu kmieni mill-iskola?", "X'taħriġ qed nagħtu lill-istudenti tagħna?", "X'inhu l-istress li qed ibatu minnu l-istudenti tagħna?", "F'liema stadju ta' implimentazzjoni jinsab il-Kurrikulum Minimu Nazzjonali?", "Kif l-edukazzjoni u t-taħriġ qed jirrispondu għall-ħtiġijiet tal-individwu u tal-ekonomija?", "Kif se nħajru aktar adulti sabiex ikomplu jitħarrġu jew jibqgħu jistudjaw?", "In-nefqa tal-Istat fl-edukazzjoni qed tagħti l-frott meħtieġ?", "Kif nistgħu naslu sabiex f'Malta jkollna aktar għarfien tal-valuri tal-ġid komuni?", "Kif il-valur tas-solidarjetà jista' jgħin fit-tfassil ta' kodiċi ta' etika li jintuża f'oqsma differenti, bħal per eżempju s-suq, il-kompetittività u x-xogħol?", "X'valuri qed tħaddem is-soċjetà Maltija, dawk tradizzjonali jew post-tradizzjonali?", "X'valuri qed ngħallmu lill-istudenti Maltin?", "Kif u min ser jirreseponsabilizza s-soċjetà Maltija għal tħaddim ta' valuri tajbin?", "Is-Saħħa", "X'inhi r-realtà ta' l-aċċess, affordabilità u ekwità għall-kura tas-saħħa f'pajjiżna?", "Kif il-gruppi vulnerabbli f'pajjiżna qed taffettwahom din ir-realta`?", "Fiex qed isarrfu l-ostakli ta' aċċess għall-kura tas-saħħa pubblika, bħal listi twal, prezzijiet għolja tal-kura tas-saħħa privata u nuqqas ta' screening u promozzjoni tas-saħħa?", "Xi kwalità huma s-servizzi tas-saħħa f'pajjiżna u kif qed jirrispondu għall-bżonnijiet individwali tal-pazjenti?", "X'qed ikun il-kontribut tal-Istat lejn ir-riċerka fil-qasam tas-saħħa?", "X'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern sabiex tissaħħaħ il-kura soċjali u kura fil-komunità?", "Kif ser ngħinu fit-tfassil tal-Community Care Act?", "Kif ser intejbu s-sostenibilità tal-qasam tas-saħħa pubblika?", "Teżisti kultura ta' service-induced demand mal-professjonisti fil-qasam tas-saħħa f'pajjiżna?", "X'inhi r-realtà tal-BINGOS (Business-Industry NGOs) f'pajjiżna?", "L-Immigrazzjoni Irregolari u r-Refuġjati", "Fid-dawl tat-trattati li rratifikat Malta, kemm man-Nazzjonijiet Uniti u anki ma' l-Unjoni Ewropea, x'obbligazzjoniet u drittijiet għandna lejn il-kategoriji kollha ta' immigranti f'Malta, partikolarment dawk irregolari?", "X'sapport soċjali qed nagħtu lil immigrant irregolari u r-refuġjat f'Malta?", "Kif ser intejbu l-kapital soċjali bl-immigrazzjoni f'Malta?", "X'koperazzjoni qed isir ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u anki pajjiżi differenti sabiex noħolqu kultura ta' immigrazzjoni ċirkulari?", "Kif ser intejbu il-kundizzjonijiet taċ-ċentri magħluqa u miftuħa f'pajjiżna?", "Xi djalogu jeżisti mal-pajjiżi ta' oriġini, transitu u ta' destinazzjoni?", "L-Ambjent", "X'inhuma l-isfidi ambjentali f'pajjiżna?", "X'inhi l-ispiża li l-familji Maltin ser iħallsu sabiex jgħixu f'ambjent aħjar?", "X'inhi l-preokkupazzjoni tas-settur kummerċjali rigward dak kollu li għandu x'jaqsam mal-ħidma ambjentali?", "X'qed jistenna l-poplu Malti ma' dak li għandu x'jaqsam ambjent u żvilupp sostenibbli?", "X'inhuma r-riżsorsi u n-nefqa ta' enerġija nadifa u li tiġġedded?", "Xogħol, Ekonomija u l-Ħolqien ta' l-Impjiegi", "Kif l-ekonomija Maltija qed issarraf f'aktar ġid u aktar xogħol b'valur miżjud?", "Il-ġid li qed jinħoloq qed jiġi mqassam lura b'politika soċjali aċċessibbli u ekwu?", "X'nistgħu nagħmlu sabiex f'Malta niżviluppaw il-kunċett ta' social market economy?", "Kif ser jinħoloq bilanċ aħjar bejn il-pagi u l-għoli tal-ħajja?", "Kif nistgħu nevitaw li l-benefiċċji tad-diżimpjieg u l-paga minima jwasslu għall-poverty trap f'pajjiżna?", "X'tip ta' xogħol qed jinħoloq f'pajjiżna?", "Kif ser innaqqsu d-dipendenza mill-benefiċċji tal-Istat u nsaħħu politika soċjali ta' empowerment?", "Jidher li wieħed mill-aktar oqsma li qed jiġġenera xogħol u ġid huwa dak tal-gambling.", "Kif il-Gvern qed jirregola dan il-qasam ħalli jnaqqas l-abbuż?", "Kif ser insaħħu s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol b'mod aktar wiesgħa u ħolistiku?", "X'livell ta' stress għandhom il-ħaddiema Maltin, kemm dawk manwali, professjonali u klerikali?", "X'inhuma l-fatturi li jwasslu għal stress u x'servizzi jeżistu għal dawk li jiġu ċertifikati li qed ibatu minn sintomi ta' stress fuq xogħol?", "X'inhuma l-isfidi tax-xogħol, kemm ta' min iħaddem, kif ukoll tal-ħaddiem?", "X'qed isir mill-aġenziji statali għal min huwa fid-diżimpjieg?", "X'effett għandu x-xogħol part-time fuq persuni li jaħdmu part-time biss jew addizzjoanli max-xogħol full-time?", "X'inhi r-realtà ta' dawk il-persuni li jaħdmu part-time biss?", "X'emendi għandhom bżonn isiru fil-liġi tax-xogħol sabiex jieqaf l-isfruttament tal-ħaddiema f'Malta?", "Kif tista' titrażżan l-ekonomija s-sewda u x'inhuma l-effetti tagħha fuq il-kompetizzjoni u l-ekonomija Maltija?", "X'inhuma l-indikaturi ta' Liżbona għall-pajjiżna u l-isfidi sabiex nilħqu l-massimu tal-kapaċità u l-kompetittività tagħna?", "Ekonomija ta' l-Għerf - Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni", "Kif ser inħejju rakomandazzjonijiet għal rapport fuq l-Ekonomija ta' l-Għerf li ħejja l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali fil-leġislatura l-oħra?", "Ma' dan ir-Rapport ta' Pjan ta' Ħidma hemm ukoll fil-qosor analiżi li tispjega x'inhu l-Open Method for Coordination li ġie ppreparat mir-Research Analyst tal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali s-Sur James Carabott.", "Ħa nagħti l-ewwel ħsebijiet qosra tiegħi ħalli tifhmu aħjar kif ġie dan ir-rapport.", "Minn mindu ġejt mogħti dan l-inkarigu sal-lum - li għaddew ftit ġimgħat mhux ħażin – jiena ħsibt u ppruvajt ma naħlix ħin, ħalli meta niġu biex nibdew, ikollna Pjan ta' Ħidma li jagħti direzzjoni aktar ċara.", "U meta wieħed ikun ġej għal dawn il-laqgħat, ikun jaf aħjar x'inhu s-sehem tiegħu u x'jista' jagħmel.", "Ovvjament hemm għażla ta' suġġetti għad-dibattitu u issa hu f'idejna, bħala membri, biex niddeċiedu u wkoll inżidu magħhom.", "L-ewwel mistoqsija li nissoponi kieku kelli nkun minn flokhom nistaqsi hija x'għandi f'moħħi u kif se nibdew niltaqgħu?", "Jiena qed naħseb li dawn l-items li jiena qed nissuġġerixxi jkunu l-long term issues, u jkunu issues li aħna se nkunu qegħdin niddiskutu.", "Id-diskussjoni tista' tieħu fit-tul, imma ma tkunx endless, irridu nkunu focused u nafu li jekk se niddiskutu fuq il-familja nafu li se niddiskutu dawk is-suġġetti.", "Imbagħad ikun hemm dawk li nsejħilhom ix-short term issues.", "Jiena diġà iddiskutejt ma' uħud minnkom din il-proċedura u għidtuli li lesti li tressqu xi suġġetti.", "Allura huwa tajjeb li intom bħala membri jkollkom il-libertà, li jekk taħsbu - kemm minħabba kostitwenza kif ukoll minħabba l-professjoni tagħkom - li hemm xi ħaġa li nistgħu niddiskutuha, wieħed iqanqalha u jipproponi dak is-suġġett.", "Allura nistgħu ngħidu li se jkollna tliet issues fuq dan is-suġġett u nkunu qegħdin niddiskutuhom paralellament ma' l-issue prinċipali.", "Ħa nispjega l-proċedura ta' kif se jimxi dan il-Kumitat, biex wara kulħadd ikun jista' jikkumenta.", "Nhar ta' Erbgħa nħalluha għall-main issues.", "Matul is-sajf jien se nipprepara numru ta' ismijiet ta' esperti li jistgħu jiġu għal dawn id-diskussjonijiet.", "Is-Sur James Carabott ikun jista' jgħidilkom li għal dak is-suġġett partikolari se nġibu dawn l-esperti, taqblu li jiġu?", "Jekk xi ħadd ikun irid iġib lil xi ħaddieħor, jagħtina l-parir tiegħu.", "Aħna xorta se nikkomunikaw magħkom permezz ta' e-mail minkejja li se jkun is-sajf.", "Imma wara r-recess tas-sajf, once li nerġgħu nibdew il-Parlament bejn wieħed u ieħor inkunu diġà nafu min se jkunu l-ispeakers, u s-suġġetti li għandna.", "Imbagħad nhar ta' Tlieta jekk ikun hawn xi ħadd minnkom jew xi ħaddieħor li jissuġġeriexi xi suġġett - bħalma rċevejna din il-korrispondenza - ngħidu: mela din tista' tkun l-ewwel item supplimentari li se jiġi diskuss.", "Mela nhar ta' Tlieta se jkollna dan is-session ma' Dr. Carabott u xi ħaddieħor.", "Nistgħu bil-pariri li tagħtuni ngħidu li għandna kważi erba' sessions fuq din id-diskussjoni.", "Jiena nifhem – kif konna qegħdin ngħidu jien u l-Onor.", "Karl Chircop – li dan il-Kumitat jista' jkun a talk shop.", "Però biex ma nippermettix li jkun a talk shop mingħajr riżultati jien tal-fehma - ovvjament dejjem jekk intom taqblu – li d-dibattiti jkunu focused u ma nittrattawx is-suġġett daqslikieku qegħdin l-Università se nagħmlu xi degree u rridu nkunu nafu kollox fuq kollox.", "Imma bħala politiċi - li aħna m'aħniex tekniċi - ejjew inħarsu lejn proposta li tiġina, ikollna diskussjoni wiesa' fuq dak is-suġġett imbagħad we draw our own conclusions u joħroġ ir-rapport.", "Minn naħa l-oħra jekk ikollna xi skrutinju ta' dokumenti ta' l-Unjoni Ewropea li ġew riferuti lilna mill-Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin, dawk nistgħu nħalluhom għal nhar ta' Tnejn.", "Però jien m'iniex qed nara ġimgħa li fiha nkunu qed niltaqgħu t-Tnejn, it-Tlieta jew l-Erbgħa.", "Jien ovvjament nixtieq nixpruna lil dan il-Kumitat li jkollna impenn ta' ħidma, li nkunu ppreparati u jkollna sens ta' commitment meta niġu hawn.", "Xi ħaġa oħra, u nagħlaq b'dan il-ħsieb.", "Kont diġà qed niddiskuti mas-Sur James Carabott għax ridt li jkolli hand over ħalli nara kif kienu jsiru r-rapporti.", "Jien nixtieq li ma jkollniex rapporti tal-maġġoranza bla minoranza.", "Ippermettuli.", "Hawn mhux qed nifhem bħall-Kamra plenarja fejn għandek maġġoranza tal-Gvern jew ta' Oppożizzjoni, imma jekk għandna issue li nista' nkun jien il-minoranza bl-idea favur jew kontra jew għandi ideat differenti minn ta' ħaddieħor.", "Jien irrid li r-rapporti konklussivi jkun fihom ir-rakkmandazzjoni jew il-ħsebijiet ta' kull membru fuq il-Kumitat.", "Mela jekk jien kumbinazzjoni qed ngħid iswed meta kulħadd qed jgħid abjad, ir-rapport irid ikun jelenka li ħamsa qalu abjad u qed jaħsbu fuq hekk, hekk u hekk, u wieħed qal 'ma naqbilx, qed naħseb totalment differenti'.", "Ir-rapporti jekk ikunu inklussivi - għax aħna m'aħniex qegħdin nieħdu deċiżjoni - ikunu iżjed ta' tagħrif u ċari għall-membri l-oħra sħabna li qegħdin fil-parlament, u allura tajjeb li jkunu jiġbru fihom kull tip ta' informazzjoni u ideat li joħorġu minn dan il-grupp.", "Niġu għat-tieni item fuq l-aġenda: Id-Diskussjoni tal-membri tal-kumitat.", "Allura niftaħ id-diskussjoni u ovvjament nieħdu nota ta' proposti li tixtiequ tressqu għal dak li għadni kemm ressaqt quddiemkom għall-approvazzjoni tal-kumitat.", "Insejjaħ lill-Onor.", "KARL CHIRCOP: L-ewwel ħaġa nirringrazzjak ta' l-introduzzjoni tiegħek, Sur Chairman.", "Dak li għedt lilek fil-bidu, ras imb'ras, se nerġa' niftaħ fuqu għax onestament hija xi ħaġa li tinkwetani ħafna.", "Jien ili membru fuq dan il-kumitat mill-1996 - tnax-il sena u fuqhom - u nista' nistqarr magħkom - u anke pubblikament - li dan il-kumitat ġieli għadda minn mumenti ta' apatija kbira fost il-membri.", "U r-raġuni hi li sfortunatament ħafna drabi - mingħajr ma noqgħod nippponta subgħajja lejn l-ebda chairperson li kkollaborajt miegħu jien personali - dan il-kumitat intuża biss bħala talk shop.", "Ftit kienu l-okkażjonijiet fejn per eżempju, kellna out reach, fejn aħna bħala membri parlamentari - wara kollox rappreżentanti tal-poplu - ħriġna minn din il-kamra u morna fiżikament nżuru postijiet ta' suġġetti li jkunu qegħdin jiġu diskussi jew f'dan il-kumitat jew ikunu se jiġu diskussi jew ikunu forsi ta' natura taħraq b'mod kontemporanju ta' dak iż-żmien.", "Kull wieħed u waħda minna hu politiku - u se nitkellem ċar hawnhekk - u naħseb li jekk dan il-kumitat ikun kapaċi anke juża l-qawwa tal-media, nagħmlu gwadann minnu aħna personali imma iktar minn hekk forsi nkunu nistgħu wkoll noħorġu iktar ġid.", "U mhux bla bla bla u nerġa' ngħid talk shop minn hawn ġew, versu l-affarijiet li nkunu qegħdin niddiskutu.", "Dan biex eventwalment intellgħuhom fuq pedestal nazzjonali u jekk jista' jkun ukoll inressquhom fil-Parlament.", "Jien kont membru fil-Kunsill ta' l-Ewropa bejn l-1996 u l-1998.", "L-eżistenza ta' dan il-Kumitat lili jfakkarni l-istess qisu kif inhu l-Kunsill ta' l-Ewropea meta jkun ipparagunat ma' l-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri hemmhekk għandek talk shop, u ftit li xejn isiru affarijiet proattivi.", "Isiru mhux ma jsirux, imma l-Unjoni Ewropea hija wara kollox l-eżekuttiv ta' l-Ewropa u mhux il-Council of Europe.", "U dan huwa fatt li jaqbel miegħu kulħadd.", "U ma nixtieqx li dan il-Kumitat jibqa' qisu xi forma ta' Cinderella tal-Kamra, inkella kull waħda u wieħed minna nistgħu nippakkjaw għax aħna kollha professjonisti, għandna l-kostitwenza tagħna u nistgħu mmorru noqogħdu nduru lill-kostitwenti tagħna.", "Dik bħala tema ġenerali ta' x'nixtieq jien li jsir, jekk verament irridu li dan il-kumitat ikun iktar ta' ġid wara kollox għall-poplu.", "Il-kwestjoni li nħejju r-rapporti nemmen li hija xi ħaġa sabiħa.", "Però bil-finanzi u riżorsi umani li għandna, naħseb li se nkunu daqsxejn limitati.", "Meta kulħadd jaf li aħna bħala Membri Parlamentari lanqas biss aċċess għal laptop jew PC m'għandna - mhux għal segretarja kif għandhom membri parlamentari barranin - aħseb u ara kemm nistgħu qatt noħolmu li se nħejju ħafna rapporti li mbagħad jistgħu jintużaw għall-iskopijiet li semma ċ-chairperson.", "Ngħid il-verità, il-lista li hawn fuq il-familja verament kważi eżawriet kollox, u j'Alla naslu biex niddiskutu dawn it-temi kollha.", "Nemmen forsi f'mistoqsija 17 f'paġna 6", "\"Kif il-liġi tax-xogħol u t-taxxa jistgħu jaġevolaw aħjar lill-familja?\"", "għandna wkoll indaħħlu l-utilitajiet.", "Jiġifieri problemi bħal per eżempju, kif is-surcharge qiegħda tiġi imposta b'mod lineali fuq il-familji.", "Li allura qed ikun hemm familji kbar li qed jiġu żvantaġġjati fuq familji iżgħar, meta kull wieħed u waħda minna jaf li għandna problema ta' ageing popolution, u increase in infertility rate.", "Naħseb li f'dan il-kumitat għandna nkunu ta' xprun ewlieni u bi qbil bejnietna wara kollox.", "Issa hawnhekk mhux qegħdin ngħidu blu u aħmar.", "Jien din nemmen ħafna fiha.", "Fil-passat tkellimt fuqha f'diversi okkażjonijiet kemm fid-debate tas-social policy, kif ukoll f'dan il-kumitat.", "Jien nemmen li speċjalment din l-issue tas-surcharge għandna ndaħħluha b'mod speċifiku.", "U mbagħad meta naslu biex niddiskutuha nitolbu d-diversi dipartimenti governattivi jiġu u jispjegaw b'mod l-iktar fattwali ta' kif is-surcharge qiegħda taħdem u kif tista' allura taffettwa lill-familji b'mod lineali, iktar ma jkollhom tfal iktar jikkonsmaw, eċċ.", "Naħseb li Sur Chairman, forsi stajt ukoll għamilt aċċenn daqsxejn iktar espliċitu fuq il-problema ta' l-abbuż tad-drogi.", "Għalkemm hawnhekk mill-elenku tan-nies li qed tgħid li tixtieq taħdem magħhom, voldieri għandek l-appoġġ, hemm riferenza għal Dr. George Grech.", "Bla dubju kollha huma nies ta' ċertu .....", "THE CHAIRMAN: Jista' jkun li jkun hemm tibdil fis-suġġett.", "Imma ma rridux imbagħad li nagħtu x'wieħed jifhem li per eżempju se nħallu lill-Caritas barra.", "Għax mhijiex imsemmija fil-lista.", "THE CHAIRMAN: Niskuża ruħi għax qbiżtha jien.", "KARL CHIRCOP: Jiena nħoss li l-Caritas trid tiġi msemmija.", "THE CHAIRMAN: Grazzi li ġbidtli l-attenzjoni.", "KARL CHIRCOP: Persważ li kemm il-Caritas kif ukoll l-Appoġġ jagħmlu xogħol siewi.", "Jien naħseb ukoll li rridu nagħmlu xi forma ta' road map.", "Però m'għandix dubju li minn żmien għal żmien jinqalgħu wkoll ċertu issues bħalma għandna bħalissa per eżempju, l-istrajk tat-trasport.", "U naħseb li l-kaġun ewlieni ta' dawn it-tensjonijiet li se jinħolqu fil-pajjiż, jistgħu jkunu wkoll minħabba l-iżmantelliment tas-sistema ta' sussidji li dan il-pajjiż ilu imdorri biha mis-sittinijiet u s-sebgħinijiet.", "Bit-tajjeb u bil-ħażin, illum aħna membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ovvjament hekk hija l-politika ta' l-Unjoni Ewropea, u aħna wkoll għandna nippreemptjaw, u għandna nkunu kważi proattivi biex naraw li meta jkun se jinqala' xi ħaġa nippruvaw fejn huwa possibbli, anke minn dan il-kumitat, niddiskutu tali issues li persważ ikunu wara kollox cabinet issues għas-soċjetà.", "As we go along naħseb tajjeb li forsi dawn l-individual items wieħed jistudjahom sewwa u wieħed persważ li jaf isib affarijiet oħra li jista' jżid u jnaqqas.", "Imma on the whole dawk huma l-affarijiet li xtaqt ngħid għalissa.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Waħda mill-affarijiet li rridu naraw hija il-funzjoni verament ta' dan il-kumitat.", "Dan il-kumitat mhuwiex eżekuttiv imma huwa investigattiv.", "Naħseb li r-rapporti li fl-aħħar mill-aħħar iridu jsiru, iktar milli noqgħodu ngħidu kif jaħsibha l-individwu, imma naslu għal konsensus wara dak li nkunu smajna.", "U jekk ikun hemm xi ħadd li joġġezzjona għal ċerti dettalji jew sentenzi jew xi ħaġa partikolari, ejja jitniżżel in-nuqqas ta' qbil li jkun hemm ta' individwu f'rapport li jkun wieħed finali.", "Biss naħseb li għandna nkunu qegħdin nimxu primarjament lejn konsensus bejn iż-żewġ naħat u għall-prinċipju li huma soċjali.", "Dwar it-tieni problema, ċ-chairman diġà aċċenna biċċa żgħira għaliha.", "Però jien kont forsi mmur ftit iktar minn hekk.", "Naħseb għandna bżonn ukoll il-fakultà li jkollna anke nies li jifhmu fl-istatistika, u li jkollna aċċess għalihom.", "Waħda mill-affarijiet li ħafna drabi wieħed jipprova jifhem huwa s-social impact assessment ta' anke ċerti liġijiet li jkunu għaddejjin.", "Naħseb xi ħaġa li forsi s'issa mhux qed isir f'dan il-parlament u forsi wieħed irid jibda jħares lejn din il-possibbiltà, hi li meta jkun hemm ċerti liġijiet li b'xi mod jew ieħor jolqtu l-aspett soċjali b'mod l-iktar wiesa', għandhom l-ewwel jiġu għall-konsiderazzjoni ta' dan il-kumitat.", "Għandhom l-ewwel jiġu mgħarblin f'dan il-Kumitat.", "Ngħid il-verità ħadt pjaċir, li meta ssemmiet per eżempju, l-white paper tal-kera, intqal - u nispera li tiġi attwata - li meta tkun qed tiġi mbagħad il-liġi se jkun hemm diskussjoni fi ħdan il-kumitat soċjali.", "Għax ċerti affarijiet ta' l-informazzjoni li jkun hemm fil-white paper ma ssibhomx.", "Per eżempju, kif wieħed wasal għall-fatt li l-kera għandha tkun minimu ta' Lm79?", "Hemm xi ħaġa warajha.", "Ma naħsibx li kien hemm xi ħadd qed jaħseb filgħodu u qal kemm nagħmluha?", "Kien hemm mod kif waslu għal dak il-valur.", "Jiġifieri hemm xi social impact.", "Naħseb li dan il-Kumitat għandu jkollu aċċess liberu li meta nkunu qed niddiskutu affarijiet simili, dawn ir-rapporti jitqiegħdu għall-iskrutinju ta' dan il-Kumitat.", "Ma nixtieqx li naslu f'sitwazzjoni bħalma mhux l-ewwel darba jkollna Public accounts committee, li meta tintalab ċertu informazzjoni, le dik ma nistgħux inpoġġuha fuq il-mejda għad-diskussjoni jew inkella: nagħtuhielek però ma tistax titkellem fuqha.", "Naħseb li f'dan il-kumitat irridu nkunu daqsxejn iktar open għal dawn il-punti.", "Apparti, nerġa' nirrepeti, li jkollna persuni li qegħdin hawnhekk li naf li għamlu ħafna xogħol għal dan il-kumitat, imma naħseb li għandna jkollna aċċess liberu wkoll għal persuni li huma tekniċi, li huma professjonisti fuq ċerti punti bħal statisticians ,,,,,(Interruzzjonijiet) Imma importanti li jkollna persuni li l-istatistika jkunu jistgħu jevalwawha u jagħtuna rapport eżatt ta' x'turi u ma turiex.", "Issa sfortunatament nafu wkoll li hawn Malta, l-istatistika mhux kollha hija available.", "Diġà bdejt inħossha kif missejt mal-White Paper tal-kera, fejn bdejt insib ruxmata ta' statistika li ħadd ma jaf xejn fuqha anke jekk tistaqsi għaliha.", "Forsi hija diffiċli wkoll biex iġġibha, għax biex iġġib l-informazzjoni trid terġa' tagħmel Household Survey ieħor mill-qiegħ b'mistoqsijiet speċifiċi biex ikollok ir-risposti li inti tkun qed tistaqsi.", "Jien nifhem li f'ċerti każi se jkun hemm diffikultà biex ikollna statistitka eżatta biex inkunu nistgħu nimxu fuqha, imma naħseb li b'xi mod jew ieħor irridu nkomplu nimxu f'din id-direzzjoni.", "Se nitkellem ċar.", "Naħseb huwa importanti li meta nkunu qegħdin nitkellmu hawnhekk u nagħmlu rapporti aħħarin, ma nagħmlux żbalji li qegħdin isiru f'ċerti każi oħrajn.", "Jekk qegħdin niddiskutu affarijiet bl-ikar mod miftuħ u reali tal-ġurnata, ma jkollniex f'moħħna li forsi ċerti barrieri ma jħalluniex nitkellmu b'ċertu libertà.", "Nafu li ċerti diskussjonijiet sfortunatment f'ċerti kwartieri għadhom taboo, u naħseb li dawn il-kwartieri ta' taboo m'għandhomx ikunu xi forma ta' barriera f'dan il-Kumitat Soċjali.", "F'dan il-Kumitat Soċjali se niltaqgħu ma' kollox.", "Se niltaqgħu ma' minoranzi.", "Anzi se niltaqgħu ma' ħafna minoranzi u l-bżonnijiet tagħhom li forsi l-maġġoranza ma tapprezzax u ma tagħtix kas għax ma tħosshomx.", "Imma naħseb li rridu nifhmu kif nistgħu nagħmlu l-ħajja ta' dawn il-minoranzi ġol-pajjiż tagħna aħjar, kif nistgħu ntejbulhom ħajjithom u mmexxuhom 'il quddiem.", "U naħseb jekk nixmu f'dan l-ispirtu nkunu qed nimxu ħafna 'l quddiem.", "Xi ħaġa li qed iddejjaqni f'dan il-Parlament hija li b'mod ġenerali bil-kemm qed jiġi rrapportati s-seduti tal-parlament fil-media.", "U minn naħa l-oħra tista' tagħmel l-aqwa aġġornament fil-parlament, għax ħafna mill-ġurnali jgħidulek li jekk huwa aġġornament assolutament ma jirraportawhx.", "U jien inħoss, li wisq u wisq inqas se jkunu rraportati laqgħat ta' dan il-Kumitat, sakemm ma tkunx xi issue li taħraq ħafna.", "Jekk se nkunu qed niddiskutu d-divorzju naħseb li jkun hawn in-nies.", "Nistgħu wkoll nkunu qed niddiskutu issues kontroversjali bħal per eżempju, l-HIV u kif nipprevenuh, jista' jkun li forsi ssib xi ġurnalist jiġi hawnhekk.", "Imma jekk se nkunu qed niddiskutu issues li ħafna min-nies hemm barra qegħdin ibatu u huma mniżżlin f'din il-lista, l-isfortuna hija li se nkunu għamilna eżerċizzju sempliċement biex inpoġġuh f'xi vetrina biex għada pitgħada, xi mitt sena oħra jiġi xi ħadd jgħid ara, mitt sena ilu hekk kienu jaħsbuha fil-kumitat soċjali tal-parlament Malti.", "Imma naħseb li m'għandux ikun.", "Naħseb li għandna nkunu qegħdin nagħmlu xogħol li nwassluh u nutilizzawh bl-iktar mod wiesa' lill-persuni u lill-media.", "U naħseb waħda mill-ewwel laqgħat li għandna nagħmlu - forsi qed nibdew ftit żgħira llum – hi x'għandna nagħmlu biex ix-xogħol li nkunu qed nagħmlu hawnhekk inwassluh 'il barra.", "Se tkun problema diffiċli.", "Issues li huma polemiċi se jkunu qed jiġu rrapportati - forsi aħna m'aħniex il-public Accounts Committee fejn wieħed qed jipprova jaqbad lil xi ħadd fuq sieq ħażina - imma donnhom it-temi soċjali m'għadhomx jappellaw għall-media għax ma joħolqux ċertu kjass kbir ġewwa l-pajjiż.", "Naħseb illum, irrid naħdmu daqsxejn b'din it-tema, u jekk naħsbu fuq din, nistgħu nwasslu l-messaġġ b'mod jew ieħor barra, u ma jibqax sempliċement dokument għal xi vetrina biex jibqa' hemmhekk.", "Għax allura mbagħad nispiċċaw verament li jgħaddi xahar, jgħaddu xahrejn, tlieta, u tibda l-apatija, u din nammettiha jien stess.", "Fl-aħħar leġislatura jien kont membru f'dan il-kumitat u qabditni ċertu apatija.", "Qabditni ċertu apatija għax l-affariijet li bdew isiru hawn ġew għal vetrina kienu qed isiru.", "Il-laqgħat iridu jsiru għal żewġ punti, biex tittieħed azzjoni fuqhom min-naħa tal-gvern biex inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem ħalli dawn il-persuni għallinqas mit-tbatija li għandhom nagħtuhom daqsxejn ta' tama ta' forsi bidla ġol-pajjiż.", "Dawn veru se jibqgħu l-minoranza, imma għallinqas mhux tkompli tagħtihom fuq rashom.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak, u prosit.", "JUSTYNE CARUANA: L-ewwelnet jien qatt ma pparteċipajt f'Kumitat Permanenti u allura hija l-ewwel esperjenza tiegħi u mhux se nkun prużuntuża li ngħid ċerti affarijiet.", "Però milli qed nifhem se nkunu qed niddiskutu ċerti affarijiet, on a level playing field u kulħadd se jkun qed jagħti l-input tiegħu mingħajr ebda distinzjoni u aġendi oħra.", "Jiġifieri se nħossni komda li nitkellem fuq ċerti affarijiet mingħajr ma jkun hemm xi ħadd li jinterpretahom b'ċertu mod jew ikun hemm xi affarijiet ulterjuri.", "Jien u l-Onor Frederick Azzopardi, peress li t-tnejn minn Għawdex, nistgħu nwaslulkom realtajiet li intom ma tistgħux twassluhom.", "Jiġifieri kull wieħed u waħda minna hawnhekk ġej minn background differenti u l-input li nistgħu nagħtu hawnhekk se jkun widespread, nistgħu nirriflettu realtajiet li forsi ħadd ma ta kashom qabel.", "Però naħseb li huwa opportun ukoll, u aċċenna għaliha ukoll l-Onor Karl Chircop, l-out reach.", "Għax għalkemm aħna għandna l-esperjenzi tagħna, dawn huma limitati, ma jwasslux sa kullimkien u fejn ma naslux aħna, naħseb li apparti l-esperti għandna nisimgħu wkoll from the horse's mouth, jiġifieri persuna li tiġi tispjegalek il-problema għax tkun qed tgħixha, tifhimha aktar.", "Jien nista' nispjegaha però ma nistax nittrażmetti dak li tista' tittrażmettilek persuna li qed tgħix il-problema hi.", "Ma nafx kif jaħdem dan il-kumitat, ma nafx jekk kienx hemm okkażjonijiet fejn dan sar.", "THE CHAIRMAN: Dan se jaħdem kif irriduh jaħdem.", "JUSTYNE CARUANA: Biex nifhmu u nsibu soluzzjonijiet li verament ikunu effettivi u biex anke l-pubbliku jħoss li aħna qed nagħmlu xi ħaġa għall-ġid tagħhom, naħseb li għandu jkun hemm l-involviment tagħhom ukoll.", "Mr Chairman, dwar l-issues.", "Dawn mhumiex issues li bdew issa, imma huma issues li ilna nġorruhom magħna għal diversi snin.", "U allura ma nafx jekk fil-passat qatt sarx hekk.", "L-entitajiet li jiddiljaw ma' dawn it-tip ta' issues jiġu hawnhekk, jispjegawlna x'sar, mhux just rapportaġġ.", "THE CHAIRMAN: Viżwalment aħna se nkunu qed nagħmlu hekk.", "Immaġina li qegħdin niddiskutu l-media u l-familja, jien se nkunu qed nagħtikom - la għandna dan iċ-ċans minħabba s-sajf - lil min naħseb li se nkunu qegħdin nistiednu biex jiġu hawnhekk.", "Nibgħathielkom email - jekk forsi ma jkollniex ċans niltaqgħu - u jekk intom taħsbu li trid iżżidu lil xi ħaddieħor tkunu tistgħu żżiduh.", "JUSTYNE CARUANA: Għandi fil-fatt.", "THE CHAIRMAN: Aħna se nkunu nistgħu nikkomunikaw flimkien.", "Imbagħad meta jiġu hawn jagħmlulna presentation u nistaqsuhom.", "JUSTYNE CARUANA: Però apparti minn hekk, apparti r-rapportaġġ u apparti l-kjarifiki li jkollna bżonn nagħmlu, nistgħu anke mmorru aħna naraw l-operat tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Ovvjament, iva.", "JUSTYNE CARUANA: Hawn l-Onor Frederick Azzopardi ukoll preżenti.", "It-tendenza hi li anke kif qegħdin taraw f'dan il-Pjan ta' Ħidma, l-lista hija kollha magħmula min-nies Maltin.", "Jien Għawdxi ma qed nara lil ħadd.", "(Interruzzjonijiet) F'Għawdex, għandna l-Oasi, l-Arka..… Anke fil-Kummissjoni tal-Familja għandna rappreżentanza Għawdxija, tal-vjolenza domestika għandna Għawdxi wkoll.", "Jiġifieri għandna nies li nistgħu nġibuhom hawnhekk.", "Għax aħna dejjem inħossuna abbandunati fil-periferija u l-problemi soċjali tagħna - għalkemm forsi taħsbu li m'għandniex - tant huma kumplessi u tant huma kumplikati li lanqas il-qrati tagħna mhu qed isolvuhom.", "Anzi, qed nispiċċaw f'ċirku vizzjuż li hemm bżonn jiġu indirizzati.", "Issa meta inti qed tgħid, per eżempju, l-Qrati, il-Qorti tal-familja, mhux il-Qorti tal-familja biss imma s-sistema ġudizzjarja kollha.", "Meta inti qed issemmi l-familja ma tistax teskludi l-Kummissarju tat-Tfal u ma tistax teskludi l-vuċi tat-tfal.", "Jien anke nissuġġerixxi li jkun hemm session tat-tfal.", "Meta kien hawn il-parlament tat-tfal - ma nafx min minnkom kien preżenti - jien tbellaħt għax tant ġew b'ideat, bl-innoċenza kollha tagħhom.", "Jien naħseb li għandu jkun hemm input ta' etajiet differenti u rappreżentenza......", "THE CHAIRMAN: Onor. Caruana, ma rridx inwaqqafek mill-fil li qed tiddiskuti, imma naqbel miegħek u fil-fatt meta qed ngħidu li se niddiskutu u nibdew bil-Method of Coordination, il-ħsieb tagħna hu li nippruvaw nesperimentaw u nkunu innovattivi fl-istess ħin. u li ma jkollniex l-espert biss li jgħid tiegħu, imma jkollna nies oħrajn - jistgħu jkunu laymen - li jkunu għaddew mill-esperjenza.", "U allura iva huwa f'moħħi, li meta nkun qed nipprepara - u jien li għandi responsabiltà ta' chairman biex ngħid hekk allura minni tistenna li nagħmel ċertu ground work – nġib firxa ta' nies.", "Biex stajna noffru din il-lista - għax ma ġietx waħedha - kull nhar ta' Tlieta filgħodu nkun qiegħed hawnhekk.", "Fil-fatt diġà bdejt ċerti laqgħat anke biex jien ikolli brief u nibda nisma'.", "Iva, il-ħsieb tagħna hu li nġibu n-nies.", "Però jekk se nġibu t-tfal irid il-parir mingħand il-Kummissarju tat-Tfal biex jien ma nkunx qed nuża n-nies.", "Irridu noqogħdu attenti għax kif qal tajjeb l-Onor Michael Farrugia dawn huma issues sensittivi, u ma rridx li mbagħad aħna niġu qisna qed nużaw in-nies jew iżjed u iżjed qisna qed nilagħbu bin-nies.", "Rigward Għawdex.", "Jien kont qed naħseb - ovvjament jekk il-parlament u r-regoli dejjem jippermettu - li minflok ikollna session hawn, jkollna session Għawdex.", "Qegħdin niftehmu?", "U allura aħna qisna nkunu għamilna seminar ta' ġurnata Għawdex.", "Aħna xorta nkunu smajna fuq is-suġġetti kollha.", "Però ovvjament la intom u inqas aħna m'aħna full-time fuq dan il-Kumitat.", "U jista' jkun hemm membri li ma jistgħux jmorru Għawdex f'dik it-tali ġurnata.", "Però minkejja l-limitazzjonijiet, irridu niddiskutu mhux biss waqt il-laqgħat imma anke bejnietna qabel biex ovvjament ikollna l-aħjar tħejjija u kif għedt inti, Onor Caruana level playing field fejn kulħadd jagħti l-input tiegħu biex dawn il-laqgħat ikunu suċċess.", "Però fl-istess ħin irridu niġġieldu l-apatija.", "Jien qisni għamilt Swot Analysis u kelli briefs fuq x'jistgħu jkunu l-affarijiet li jikkontribwixxu għal apatija.", "Iva, waħda mill-weakness ta' kumitat - bħalma hu l-kunsill ta' l-Ewropa - hi fejn taħsbek li inti parti minn talk show u tista' taqta' qalbek.", "Issa sta għaliha, bir-responsabiltà tiegħi li niġġieled li l-apatija ma' taqa' qatt.", "U sta għalija li noħloq u nġiegħel lil min jistedinna anke jekk mhux parti mid-diskussjoni, imma NGOs jistidnuna ħalli mmorru naraw huma kif qegħdin jaħdmu.", "Imbagħad sta għalina li nsibu l-ħin u ngħidu li għandna ċans u mmorru.", "Minkejja li ġej ir-recess tas-sajf, jekk tagħtuni permess, biex jien norganizza ċerti żjajjar għax nistieden lil min jistedinna, jien inkun nista' nagħmilhom.", "Imma ovvjament jien irrid nisma' mingħandkom kemm intom disponibbli, biex ngħid hekk, biex inkunu nistgħu nagħmlu ċertu xogħol.", "Għax jien lest għax-xogħol.", "Jien inqisni full time biex ngħid hekk fuq hekk biss.", "Qegħdin niftehmu?", "Imma jekk intom tagħtuni l-brief li tgħiduli isma', dik il-ġurnata filgħodu, jew wara nofsinhar lest li mmorru, jien bil-qalb kollha nagħmel kuntatti min lest jagħtina preżentazzjoni biex ngħid hekk tax-xogħol li qegħdin jagħmlu, speċjalment NGOs, dipartimenti tal-gvern, u hemm inkunu nistgħu nifhmu aħjar x'inhu x-xogħol tagħhom.", "MICHAEL GONZI: Mr Chairman, l-ewwel nibda' biex ngħidlek prosit ta' dan id-dokument għax jidher studjat għax qisu għandek l-affarijiet kollha ppjanati.", "Xtaqt nagħmel żewġ punti, l-ewwelnett fuq it-talk shop.", "Fil-leġislatura l-oħra attendejt kumitati kemm ippreseduti mill-Onor.", "D'Amato kif ukoll ta' l-Onor.", "U konna ddiskutejna l-bio teknoloġija.", "Għamilna sena sħiħa niltaqgħu kważi darba fil-ġimgħa u ġibna lil kulħadd hawn, nies li kellhom il-problemi, esperti fuq iċ-ċelloli u l-embryo, qassisin.", "(Interruzzjonijiet) Mhux ma ġara xejn.", "Kien ħareġ dokument u nħajjar lil kulħadd biex jarah.", "Kien dokument riċerkat, fl-opinjoni tiegħi, imma minħabba raġunijiet li jien dak iż-żmien rajthom politiċi ma kienx hemm consensus fuqu.", "Kienet sitwazzjoni importanti għax kellna sitwazzjoni u għad għandna sitwazzjoni fejn qed isiru In Vitro Fertilization mingħajr m'hemm kontroll ta' xejn u dan il-Kumitat ..", "The CHAIRMAN: Għal fini tar-recording u għal min jista' jkun qed jisma', nitolbok u semmi l-isem tad-dokument.", "MICHAEL GONZI: Id-dokument li qed nirreferi għalih huwa l-Bio Technology Report.", "The CHAIRMAN: Għall-informazzjoni ta' kulħadd dan id-dokument huwa available mill-website tal-parlament.", "MICHAEL GONZI: Kien dokument ippreparat tajjeb ħafna, imma tistgħu tiċċekkjaw l-attendenza u min kien jipparteċipa fil-Kumitat soċjali ta' dak iż-żmien u nieqaf hawnhekk.", "Seta' ħareġ ħafna ġid minn dan id-dokument u fl-opinjoni tiegħi ma ħareġ xejn.", "Issa jekk kenitx raġuni politika, kienx hemm raġunijiet oħrajn, ma nafx.", "Jiena nixtieq ħafna li dak id-dokument jerġa' jiġi sottomess f'dan il-Kumitat il-ġdid u nerġgħu niddiskutuh, u jekk ikun hemm bżonn ikollna konklużjoni fuqu wkoll.", "Dan il-Kumitat m'għandux poteri leġislattivi imma nistgħu nixprunaw il-gvern biex jagħmel xi ħaġa, għax is-sitwazzjonijiet u l-problemi li konna ltqajna magħhom tliet snin ilu għadhom jeżistu llum.", "F'dan il-Kumitat qegħdin ħames tobba, 20% ta' dan il-parlament huma tobba, jiġifieri fuq dawn l-affarijiet naħseb kulħadd jifhem u kulħadd japprezza l-problemi li qed naraw.", "Dak id-dokument ma kienx talk show.", "F'dan il-kumitat iddiskutejna l-obessità, id-drug sharing u drug trafficking, imbagħad ħarġu affarijiet utli oħra.", "Jien fl-opinjoni tiegħi, biex inkun għedt il-verità, l-ewwel tliet snin tal-kumitat kienu sbieħ u tajbin, imma l-aħħar sentejn imbagħad intlaqna.", "Dan il-kumitat huwa importanti ħafna u jista' jagħmel ħafna ġid għal pajjiżna.", "Fuq il-Pjan ta' Ħidma li ppreżenta ċ-Chairman.", "X'se jkun l-għan ta' dan il-kumitat?", "Hemm ċerti affarijiet, per eżempju, qed nara fuq it-tfal.", "L-affarijiet li hemm fuq it-tfal huma xogħol il-Kummissarju tat-Tfal.", "Nista' naqbad lill-Kummissarju tat-Tfal, insaqsiha dawn id-domandi u nsaqsiha x'inhi l-istatistika tiegħek, x'qed isir, x'għandek bżonn minn dan il-Kumitat, għandekx bżonn ta' għajnuna finanzjarja, jew ta' xi affarijiet?", "Hemm ċerti affarijiet li ma rridx li jkun hemm duplication tagħhom jew inkunu qed nidħlu f'xogħol ministerjali li suppost jagħmlu l-Ministru.", "Jiena li rrid hu li hemm problema soċjali fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, mela ħalli niddiskuti l-problema fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar li kultant dawn il-problemi jidħlu f'ħafna Ministeri u ma jkunx hemm entità waħda.", "Il-Kumitat Soċjali jista' jagħmel ħafna ġid, naħseb li speċjalment niltaqgħu kollha fil-pajjiżi individwali tagħna.", "Waħda mill-affarijiet hija li dan il-Kumitat jista' jkun Knowledge Based, jiġifieri li inġib il-Kummissarju u nkun irrid nara d-dettalji u x'qed isir.", "Imma jien irrid li dan il-Kumitat janalizza jew jiffoka fuq problema li forsi ma tantx qed iddur mal-Ministeri.", "Per eżempju, il-bio teknoloġija ħadd ma semmiha, qatt ma dehret fuq agenda ministerjali imma kien dan il-kumitat li mbagħad mexa fuqu.", "Nixtieq li nanalizaw dawn l-affarijiet.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Mr Chairman, l-ewwelnett irrid ngħidlek prosit tal-Pjan ta' Ħidma għax naħseb li l-pjan u l-issues li fih se jgħinu kemm lil dan il-parlament kif ukoll lill-poplu in ġenerali.", "U jekk nimxu miegħu naħseb għandna jkollna diskussjoni interessanti fuq ħafna suġġetti.", "Ħafna mill-punti li kont se ngħid, kważi kollha ssemmgħu, u ma tantx baqa x'inżied.", "Imma ridt nagħmel kumment żgħir rigward is-suġġett ta' Għawdex li diġà ssemma' wkoll.", "F'Għawdex hemm aspirazzjonijiet li m'humiex komuni għal Malta u jista' jkun hemm sitwazzjonijiet li huma realtà għal Għawdex imma m'humiex ta' Malta jew viċiversa.", "Meta semmejt il-proposti ma' l-organizzazzjonijiet li għandna niltaqgħu magħhomm, naħseb li għandna nżiedu organizzazzjonijiet, individwi u professjonisti Għawdxin li jistgħu jagħtuna sitwazzjoni reali ta' Għawdex.", "Minn din il-lista li hawn fil-Pjan ta' Ħidma ma toħroġx ir-realtà ta' Għawdex u nitlob li nżiedu ismijiet - anke nista' nissuġġerixxi ismijiet iktar 'il quddiem - u nistgħu niddiskutu magħhom.", "Naqbel ukoll ma' l-Onor.", "Gonzi meta qal li għandna nerġgħu niddiskutu r-rapport tal-Bio Teknoloġija.", "Naħseb kien rapport tajjeb u huwa dnub li nħalluh qisu qatt ma kien sar xejn.", "Ħareġ ħafna ġid minnu u naħseb li jekk nerġgħu niddiskutuh u naraw kif nistgħu nattwaw partijiet minnu - jekk mhux kollu - naħseb li jkun ta' interess in ġenerali għal kulħadd.", "Nesprimi lili nnifsi bħala sodisfatt ħafna.", "Sodisfatt għax bil-ħsibijiet li għadkom kemm qsamtu madwar din il-mejda, jien ukoll I share your views jiġifieri ma nistax ngħid li m'iniex qed naqbel jew għandi xi veduta totalment differenti minn ta' xi ħadd minnkom.", "Ipprovajt li jkolli xi ħaġa bil-miktub biex inkunu nistgħu nixprunaw u jkollna din id-diskussjoni llum.", "U anke bħala bidu għal-ħidma tagħna.", "Il-Pjan ta' Ħidma issa m'huwiex tiegħi, ladarba ġejtu intom u ddiskutejtuh issa huwa tagħna lkoll.", "Dak kollu li għedtu intom f'din is-session tal-lum, issa jirrifletti fil-Pjan ta' Ħidma mingħajr riżervi ta' xejn.", "Għaldaqstant se tittieħed nota biex isiru l-emendi u jiġu inklużi l-proposti li qal kull Membru Parlamentari hawnhekk u taħt l-isem ta' kull Membru jiġi elenkat x'kienu l-proposti li ġew suġġeriti.", "Fil-fehma tiegħi l-proposti kemm ta' l-Onor Chircop kif ukoll dawk ta l-Onor Farrugia, pjuttost kienu diġà mniżżlin hawn, imma kif għedtuhom intom, ikomplu jżiedu.", "Dwar l-outreach – li pproponiet l-Onor Caruana - fil-fehma tiegħi trid issir imma bżajt niktibha għax bżajt li niġi hawn u tgħiduli li intom m'intomx full-time, u ma jkollkomx ċans li tmorru fuq żjarat.", "Imma l-fatt li smajtha mingħandkom, jien kuntentissimu li tridu li jkun hemm dawn il-programmi ta' żjajar.", "Nieħu mill-ewwel l-inizjattiva ta' l-outreach u ngħaqqadha mal-proposta ta' l-Onor Gonzi u nsibu l-okkażjoni fejn ir-rapport tal-Bio Teknoloġija nitkellmu dwaru mhux biss hawnhekk imma mmorru nippreżentawh lil min jista' jkun responsabbli għal bidliet li jista' jsiru.", "Qed nesprimi dan kollu mingħajr ma tant tajtu ħsieb.", "Imma t-target tiegħi huwa dan, ejjew immedjatament immiddu idejna għal dan it-tip ta' xogħol.", "Jien li rrid mingħandkom huwa li żżommu komunikazzjoni miegħi għax kif qal l-Onor Michael Gonzi nifhem li hawnhekk għandna jkollna din it-tip ta' ħidma għaddejja, u long term nafu fuq xiex qegħdin naħdmu.", "Jiena qatt ma fhimt li rrid naħdem x'imkien qisna crisis management għalkemm il-crisis management irid ikun ukoll.", "Mela nressaq għall-approvazzjoni tal-Kumitat dan il-Business Plan b'din l-iskeda, f'dik li hija long term.", "Imma issa ejjew intom u ġiebu x-short term.", "Diġà ħarġu żewġ proposti, il-Bio teknoloġija, iva, dik se tittieħed minn issa.", "L-outreach, minn naħa l-oħra ukoll se tittieħed minn issa imma bħala fatt li rridu naħdmu fuqha.", "Li ninvolvu iżjed lil Għawdex, anzi niddiskutu l-issues ta' Għawdex f'Għawdex stess ħalli jkollna l-prinċipju tas-sussidjarjetà u kulħadd iħossu at home.", "Għax bniedem li forsi taqilgħu fid-9.00 p.m. biex jiġi hawn imbagħad ma jkollux ċans jitkellem mhux daqshekk idejali.", "Imma rridu nsibu dawn ir-rimedji, jiġifieri iva nieħu nota tagħhom u anke ninvolvi lill-iSpeaker u nfiehmu x'kien l-outcome ta' dan id-dibattitu.", "Dak li ser isir, però issa sta għalikom li tagħtuni s-suġġerimenti skond l-urġenza u l-ħteġijiet tagħkom.", "Aħna li ġejjin minn oqsma differenti kemm professjonali kif ukoll bħala politiċi, nġorru l-esperjenzi kollha magħna meta niġu fuq din il-mejda u għalhekk nixtieq naħdem hekk.", "Ħalli nuża lil Onor Gonzi bħala eżempju.", "Jekk tgħidli ejja naħdmu fuq issue li f'Buġibba qed tqajjem rasha.", "Dan il-kumitat ipoġġi bilqiegħda flimkien u jara x'inhi l-issue f'xi ġurnata oħra barra l-Erbgħa.", "Jekk hemm bżonn anke niltaqgħu mit-8.00 p.m. sad-9.00 p.m., għax intom it-tobba komdi iktar fit-8.00 p.m. u nġibu lil min għandu x'jaqsam, tliet individwi, erbgħa u niltaqgħu.", "Nista' nagħmel - u nwiegħdkom li nagħmel - xogħol preparatorju fuq dik il-problema li tagħtuni.", "Matul il-ġurnata niġi hawnhekk u nkun nista' nlaqqa' dawk in-nies biex x'ħin ġew hawn mhux irridu niftħu l-kapitlu mill-ġdid, imma nkunu ġejna kważi għal konklużjonijiet.", "B'hekk inkunu qegħdin naħdmu b'tali mod li dan il-Kumitat la jkun talk shop u lanqas xi ħaġa li tibqa' fuq l-ixkaffa.", "Fil-fatt fil-Pjan ta' Ħidma jien ktibt li naħdmu għax nissensibilizzaw kemm lis-soċjetà, l-entitajiet governattivi jew mhux governattivi li jistgħu joħorġu bis-soluzzjoni imma anke għalina tkun learning experience.", "Nispiċċa b'nota li beda biha l-Onor Chircop.", "Jekk nafu li l-ikbar tentazzjoni li jista' jkollna hi li naqgħu f'apatija, l-ħidma kollha tagħna trid tkun li ma nippermettux li naqgħu fiha.", "Nerġa' ngħid, jekk nhar ta' Erbgħa se jkollna l-long term policy qed tinħadem, għalija nhar ta' Tlieta u nhar ta' Tnejn nistgħu nħalluhom fuq suġġetti oħra.", "Matul il-ġurnata għandi ħin fejn inkun il-parlament u minn kemm ili li nħtart, kull nhar ta' Tlieta filgħodu żammejtha regolari li nkun fl-uffiċċju tiegħi hawn isfel u diġà bdejt nżomm laqgħat.", "Fil-fatt il-ġimgħa li ġejja se nkun qed niltaqa' mal-Professur Kenneth Wain bħala l-persuna responsabbli mill-NGOs.", "Fl-ewwel session li nixtieq nagħti data għaliha minn issa - għalkemm ma tkunx data definita imma ngħidu as a date - se nkun qed nistieden lill-NGOs kollha jew Dipartimenti tal-Gvern li diġà bejn wieħed u ieħor għandna l-lista tagħhom li qegħda f'paġna 6 u li se nkunu qegħdin naħdmu magħhom fuq issues tal-familja.", "Se ngħidilkom min huma qabel ma npoġġuha fuq l-aġenda biex jekk ikun hemm xi ħadd nieqes tgħiduli.", "Jien qed nara hekk, fl-ewwel session li niltaqgħu wara r-recess tas-sajf se nagħmlu presentation ta' x'inhu l-programm ta' ħidma tagħna fuq l-issues kollha tal-familja.", "Fis-sajf se nkun diġà ltqajt magħhom u ppreparajthom biex meta jiġu hawn, jitkellmu fuq dak it-tali suġġett.", "Mhux jiġu from scratch imma nkun avżajthom biex minn issa jibdew jippreparaw mhux jgħidulna li ġew avżati minn tlett ijiem qabel.", "Jekk, per eżempju, lil Mr X se nistiednuh biex jitkellem fuq l-ewwel issue navżawh minn qabel.", "Intom ukoll tkun tafu min huma dawk li diġà jkunu sar qbil magħhom u jkunu ġejjin.", "Peress li se jkollna session every Wednesday mhux se jkun hemm skossi.", "Ovvjament meta jiġi l-budget eċċ nieqfu għal ftit.", "Sadanittant intom tistgħu tibagħtuli r-rakkomandazzjonijiet tagħkom biex niltaqgħu ma' xi ħadd b'e-mail.", "Jekk problema soċjali qed tfeġġ minħabba s-sajf, jien lest li dan il-kumitat nlaqqgħu ma' dawk il-personalitajiet li jkunu responsabbli minn dik l-issue partikolari, l-Membru Parlamentari li huwa l-iżjed konness ma' dik il-problema u l-entitajiet konnessi u nġibuhom flimkien issa fis-sajf.", "MICHAEL GONZI: Nistgħu nġibuhom darbtejn.", "Nagħmlu mod għall-argument fis-sajf - fir-recess - tara li hemm urġenza għax fix-xatt ta' Buġibba qed jinħarqu t-tfal.", "Inti tgħidli li ma nistax noqgħod nistenna sa Settembru li ġej biex insolvu din il-problema, tara li għandha ċerta portata u li ma tistax issolviha waħdek.", "Bil-permess tiegħek u miegħek jekk tkun trid, jista' jkun inti, tista' tkun Justyne, inġibu hawnhekk il-membri tad-dipartimenti tal-gvern jew NGOs ....", "MICHAEL GONZI: Kif qed nifhem jien, irid jissejjaħ il-kumitat kollu.", "The CHAIRMAN: Nistgħu nagħmlu żewġ affarijiet, jew ikollna ....", "MICHAEL GONZI: Waħda mill-problemi li jiena se nissottometti lil dan il-kumitat hija jekk l-antenni tat-telekomunikazzjonijiet jistax ikollhom problemi ta' saħħa.", "Jien nista' niltaqa' miegħek u nġib in-nies.", "Imma ma jagħmilx sens għax il-problema li nista' niltaqa' magħha fil-lokalità tiegħi jista' jkun qed jiltaqgħa magħha ħaddieħor fil-lokalità tiegħu.", "U jiena bħala tabib nista' nagħmel ċerti domandi imma bħala avukat ma nagħmilhomx.", "Allura fl-opinjoni tiegħi, hu importanti li għal kwalunkwe suġġett, il-kumitat kollu jkun involut.", "Jekk membru iridx jattendi jew le imbagħad dak affari tiegħu, imma jiena tal-parir li l-kumitat kollu jattendi u jagħmel id-domandi lin-nies li jidhrilna għandhom jiġu.", "The CHAIRMAN: Onor. Michael Gonzi naqbel miegħek, dak huwa suġġett li jrid jiġi trattat, ippermettili nsejħilhom, fis-sessions ta' nhar ta' Tlieta.", "Dawk, iva, nittrattawhom.", "Jien li kont qed nifhem jekk - u jalla ma jkun qatt – ikun hemm każ partikolari li bil-ħidma kollha preparatorja għal laqgħa tal-kumitat inkunu nistgħu nsolvuh.", "Jew tgħidli biex nuża l-influwenza tiegħi biex insolvu l-problema qabel ma niltaqgħu hawnhekk.", "Jekk dak il-każ ikun jitlob hekk, lest li nkunu innovattivi biżżejjed biex nipprovaw dak l-esperiment.", "Issa jekk jirnexxix jew le ma nafx imma nifhem li kapaċi nsejħu hawnhekk numru ta' esperti jew nies li jkunu fid-Dipartimenti biex niddiskutu magħhom dik l-issue partikolari.", "Jien li qed nagħmel aċċenn għalih huwa tistennewx sa wara r-recess biex niddiskutu xi problema f'xi lokalità.", "Onor. Justyne Caruana, semmiet li nkunu qegħdin nitkellmu fuq level playingfield jiġifieri dik hija l-intenzjoni tagħna.", "Jien il-ħin kollu rrid inżomm kuntatt magħkom.", "Jiġifieri s-Segretarja tieħu ħsieb li tqassam it-telephones u l-e-mail addresses lill-Membri kollha.", "Naħseb li diġà huma disponibbli u nkunu nistgħu nikkomunikaw ma' xulxin meta jkun hemm bżonn.", "Għalissa m'għandi xejn iżjed x'inżied.", "L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Xtaqt nagħmel punt ta' kjarifika fuq ir-rapport ta' Dr Philip Carabott.", "Kumbinazzjoni kelli żewġ każi fil-lokalità tiegħi u tkellimt ma' Dr Carabott li huwa l-Head tal-GU clinic ta' l-Isptar Boffa u qalli li qed jinnota li hemm żieda qawwija ta' infections sesswali fl-adoloxxenti.", "Qalli wkoll li hemm bżonn iktar awareness.", "Fil-fatt jekk tmorru f'paġna 6 tar-rapport u nikkwota sentenza waħda:", "Din naraha xi ħaġa inkwetanti u qed nissuġġerixxi minn issa li dan id-dokument jiġi diskuss fl-ewwel sessjoni wara r-recess tas-sajf.", "The CHAIRMAN: Biex inkompli fuq li qed tgħid, Onor. Michael Gonzi, dalgħodu diġà kelli diskussjoni.", "Tajjeb tkunu tafu li fid-Dipartimenti konnessi qed jinħadem xi ħaġa għax il-WHO rrikomandat li fil-pajjiżi jkun hemm din it-tip ta' edukazzjoni.", "U tajjeb li fl-ewwel sessions ikollna diskussjoni ma' dawk kollha li huma nvoluti jiġifieri kemm ma' Dr Philip Carabott, kif ukoll ma' personalitajiet oħrajn anke fl-edukazzjoni biex jagħtuna stampa ċara ta' x'qed jiġri fiż-żewġ oqsma.", "Għaldaqstant nista' ngħaddi għal meta se jkollna dawn il-meetings.", "L-Erbgħa tat-tieni ġimgħa wara li jiltaqa' l-parlament, ikollna l-meeting mal-NGOs kollha.", "Tajjeb għalikom li l-laqgħa tibda fis-7.15 p.m.?", "Ma' dawn l-NGOs se nkunu qegħdin nittrattaw id-diskussjoni fuq il-familja.", "Se nkunu qegħdin nitkellmu magħhom – kif ikkummenta l-Onor Gonzi - biex nuruhom li mhux se jkun hemm dupplikazzjoni ta' xogħol imma biex insaħħu s-sinerġija ta' bejniethom.", "Għalhekk ikun tajjeb li għal dan l-ewwel meeting ikunu hawnhekk kollha, għax kull nhar ta' Erbgħa se jibdew ikunu hawnhekk u jista' jkollhom xi nteress f'xi suġġett għax anke jisimgħu wieħed lill-ieħor.", "M'aħniex se nkunu qed niddupplikaw imma nikkordinaw huma jkellmu lilna u aħna nisimgħu lil kullħadd.", "Għalhekk l-Erbgħa tat-tielet ġimgħa se jkollna l-ewwel session skond din il-proċedura, li se tkun \"X'qed ikun l-Effett tal-Media fuq il-familja?\"", "Imbagħad sussegwentement kull nhar ta' Erbgħa nkomplu niddiskutu dawn is-suġġetti rigward il-familja.", "It-Tlieta ta' wara l-meeting ma' l-NGOs se jkollna l-meeting ma' Dr Philip Carabott mill-GU Clinic.", "Jiġifieri anke l-NGOs jistgħu jagħtuna proposti fuq xiex nistgħu nitkellmu, u immedjatament aħna inkunu nistgħu npoġġu idejna fuqhom.", "Għaldaqstant qed nagħmel dan l-appell għal min jinteressah.", "Ladarba se jkollna dan il-Pjan ta' Ħidma fuq il-Webpage tas-Social Affairs Committee kulmin hu interessat, jara x'inhuma l-veduti tagħna u kif se naħdmu.", "Dan għandu jgħin biex jekk hemm xi ħadd li jew irid jipparteċipa f'xi diskussjoni jew jagħtina xi suġġett għal fuq l-aġenda tagħna, se jkunu jistgħu jersqu 'l quddiem.", "It-tama tiegħi f'Alla l-Imbierek u fina lkoll li qegħdin madwar il-mejda hija li jkollna sessions produttivi, konsultattivi, impennjattivi u li fl-aħħar mill-aħħar qatt ma jkunu tedjanti u ma naqgħux fl-apatija imma nirrendu riżultati pożittivi għas-soċjetà tagħna.", "B'dan nirringrazjakom u nikkonkludi.", "Fid-8:40 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20080716_001d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 1", "L-Erbgħa, 16 ta' Lulju, 2008", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.20 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Justyne Caruana (sostituta), l-Onor Karl Chircop, l-Onor Michael Farrugia, l-Onor Michael Gonzi u l-Onor Stephen Spiteri.", "Is-Sur James Carabott, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali fil-Kamra tad-Deputati attenda għal din il-laqgħa.", "L-Iskrivana tal-Kumitat qalet it-talba.", "L-Onor Edwin Vassallo, l-President tal-Kumitat qiegħed fuq il-Mejda tal-Kumitat:", "Dokument 1 Kopja tar-Raba' Rapport Annwali dwar il-Ħidma tal-Bord tal-Pulizija għas-sena 2006 mibgħut mill-Imħallef Franco Depasquale, Chairman tal-Bord u datat 14 ta' Frar 2008;", "Dokument 2 Genitourinary Report 2007 mibgħut minn Dr Philip Carabot, Konsulent fil-GU Medicine;", "Dokument 3 Korrispondenza mill-Whip tal-Oppożizzjoni biex ikun mgħarraf li l-Onor Justyne Caruana se tissostitwixxi lill-Onor Marie Louise Coleiro Preca għal-Laqgħa tas-16 ta' Lulju 2008.", "Wara t-tqegħid ta' karti, kien hemm qbil bejn il-Membri li l-Konsulent Dr Philip Carabot, għandu jkun mistieden biex il-Genitourinary Report jiġi diskuss iktar fid-dettal f'laqgħa tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.", "STQARRIJA MILL-PRESIDENT TAL-KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI, DWAR IL-PJAN TA' ĦIDMA TA' DAN IL-KUMITAT", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippreżenta l-proposti tiegħu dwar il-pjan ta' ħidma għall-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali għal din il-Leġislatura.", "L-Onor Vassallo tkellem ukoll dwar il-proċedura u affarijiet amministrattivi oħra", "Wara, l-Onor Vassallo stieden lill-membri biex jagħtu il-veduti tagħhom dwar il-Pjan ta' Ħidma.", "Huwa wkoll stedinhom biex jissuġġerixxu xi suġġetti oħra li jixtiequ li jkunu diskussi u li ma kenux inklużi fil-Pjan ta' Ħidma.", "Dawn l-ideat kellhom jiġu wkoll inklużi fir-rapport.", "Fid-8:40 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20080716_001m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 2", "It-Tnejn, 1 ta' Settembru 2008 fl-4 p.m.", "L-Onor.", "Michael Frendo, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar t-Tnejn, 1 ta' Settembru 2008 fl-4 p.m fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa mas-Sur Peter Altmaier, Segretarju Parlamentari tal-Istat fil-Ministeru ta' l-Intern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, dwar:", "(i) l-immigrazzjoni irregolari;", "(ii) il-ħidma tal-Frontex;", "(ii) it-Trattat ta' Liżbona, u", "(iv) l-Unjoni Mediterranja.", "Affarijiet oħrajn."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20080901_002a_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 1 ta' Settembru 2008.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-4 p.m.", "L-Onor Michael Frendo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Preżenti wkoll kien hemm il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.", "Assenti: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, l-Onor Charlo' Bonnici u l-Onor Beppe Fenech Adami.", "PERMESS TAL-KUMITAT", "Il-President talab il-permess tal-Kumitat sabiex cameramen u fotografi jkunu jistgħu jieħdu filmat u ritratti ta' l-ewwel parti tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "Il-Kumitat qabel ukoll li wara l-introduzzjoni min-naħa Maltija u min-naħa Ġermaniża d-diskussjoni dwar l-item prinċipali fuq l-aġenda titkompla fil-magħluq u mingħajr ma tiġi rekordjata u dan sabiex id-diskussjoni tkun waħda miftuħa u fl-istess ħin kunfidenzjali.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 1 li saret fis-7 ta' Lulju 2008, kienu konfermati.", "Fuq proposta tal-President, il-Kumitat qabel li sakemm tasal id-delegazzjoni Ġermaniża immexxija minn Dr Peter Altmaier, Segretarju Parlamentari tal-Istat fil-Ministeru ta' l-Intern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-Kumitat jgħaddi għal xogħol ieħor ta' natura amministrattiva.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "Il-President tal-Kumitat ippreżenta lill-Kumitat 31 riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li l-istess Parlament bagħat lill-parlamenti nazzjonali:", "Dokument 110 Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-mard rewmatiku P6_TA-PROV(2008)0262;", "Dokument 111 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar ir-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-orjentazzjonijiet tal-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK), preżentata lill-Parlament Ewropew skond tal-punt G, paragrafu 43 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 (2007/2219(INI)) P6_TA-PROV(2008)0254;", "Dokument 112 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar is-Laqgħa għolja bejn l-UE u l-Istati Uniti li se jsir fl-10 ta' Ġunju 2008 P6_TA-PROV(2008)0256;", "Dokument 113 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar regoli u proċeduri ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni effiċjenti fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-politika tal-kummerċ (2007/2256(INI)) P6_TA-PROV(2008)0247;", "Dokument 114 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija Ewropea ta' sigurtà u tal-PESD (2008/2003(INI)) P6_TA-PROV(2008)0255;", "Dokument 115 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran P6_TA-PROV(2008)0257;", "Dokument 116 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar it-Titjib tal-kapaċità ta\" l-Unjoni fir-reazzjoni għad-diżastri P6_TA-PROV(2008)0304;", "Dokument 117 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovakkja tal-munita unika fl-1 ta' Jannar 2009 (COM(2008)0249 – C6-0198/2008 – 2008/0092(CNS)) P6_TA-PROV(2008)0287;", "Dokument 118 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-impatt tal-politiki ta' koeżjoni fuq l-integrazzjoni ta' komunitajiet u gruppi vulnerabbli (2007/2191(INI)) P6_TA-PROV(2008)0288;", "Dokument 119 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-koerenza tal-politika għall-iżvilupp u l-effetti li qiegħda tħalli l-esplojtazzjoni mill-UE ta\" ċerti riżorsi bijoloġiċi naturali fuq l-iżvilupp fl-Afrika tal-Punent (2007/2183(INI)) P6_TA-PROV(2008)0289;", "Dokument 120 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar l-awtorizzazzjoni tal-karkass tat-tjur P6_TA-PROV(2008)0307;", "Dokument 121 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar il-Laqgħa Għolja UE-Russja tas-26-27 ta' Ġunju 2008 f'Khanty-Mansiysk P6_TA-PROV(2008)0309;", "Dokument 122 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar il-ġejjieni tas-setturi tan-nagħaġ u l-mogħoż fl-Ewropa (2007/2192(INI)) P6_TA-PROV(2008)0310;", "Dokument 123 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Lejn Mobilità Aktar Sikura, Aktar Nadifa u Effiċjenti fl-Ewropa Kollha: L-Ewwel Rapport dwar il-Karozzi Intelliġenti (2007/2259(INI)) P6_TA-PROV(2008)0311;", "Dokument 124 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar id-detenzjoni kontinwa ta' priġunieri politiċi fil-Burma P6_TA-PROV(2008)0312;", "Dokument 125 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar l-Iran P6_TA-PROV(2008)0314;", "Dokument 126 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar id-difiża tal-prerogattivi tal-Parlament Ewropew quddiem il-qrati nazzjonali () P6_TA-PROV(2008)0327;", "Dokument 127 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehima bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera ma\" l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta\" l-acquis ta\" Schengen ( – C6-0089/2008 – ) P6_TA-PROV(2008)0321;", "Dokument 128 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar l-Istabbilizzazzjoni ta\" l-Afganistan: sfidi għall-UE u għall-komunità internazzjonali () P6_TA-PROV(2008)0337;", "Dokument 129 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-propsta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta' l-Espoo ta' l-UN/ECE ta' l-1991 dwar il-Valutazzjoni ta' l-Impatt Ambjentali f'Kuntest Transkonfinali ( – C6-0161/2008 – ) P6_TA-PROV(2008)0320;", "Dokument 130 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta\" Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-ħatra ta\" l-Istat responsabbli mill-eżaminazzjoni ta\" talba għal ażil imressqa fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera ( – C6-0090/2008 – ) P6_TA-PROV(2008)0322;", "Dokument 131 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar ta\" Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, l-Iżvizzera u Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżaminar ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru, l-Iżvizzera jew Liechtenstein ( – C6-0091/2008 – ) P6_TA-PROV(2008)0323;", "Dokument 132 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta Ftehima li ġġedded il-Ftehima dwar il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta' l-Indja (16681/2007 – - C6-0073/2008 – ) P6_TA-PROV(2008)0325;", "Dokument 133 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar l-impatt ambjentali tas-sistema tal-pajpijiet tal-gass ippjanata fil-Baħar Baltiku biex tgħaqqad ir-Russja mal-Ġermanja (Petizzjonijiet 0614/2007u 0952/2007) (() P6_TA-PROV(2008)0336;", "Dokument 134 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija ta' l-Enerġija () P6_TA-PROV(2008)0354;", "Dokument 135 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar l-abbozzi tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-Programmi ta' Azzjoni Annwali għall-Brażil għall-2008 u għall-Arġentina għall-2008 P6_TA-PROV(2008)0338;", "Dokument 136 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2008 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja provduti fil-ftehim ta\" sħubija fil-qasam tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta\" Awissu 2008 sal-31 ta\" Lulju 2012 ( – C6-0199/2008 – ) P6_TA-PROV(2008)0359;", "Dokument 137 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2008 dwar l-ispazju u s-sigurtà () P6_TA-PROV(2008)0365;", "Dokument 138 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2008 dwar iċ-ċensiment tar-Roma fuq bażi ta' l-etniċità fl-Italja P6_TA-PROV(2008)0361;", "Dokument 139 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2008 dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċina wara t-terrromot u qabel il-Logħob Olimpiku P6_TA-PROV(2008)0362; u", "Dokument 140 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2008 dwar is-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe P6_TA-PROV(2008)0364.", "ĦATRA TA' MEMBRI FUQ IL-GRUPPI TA' ĦIDMA FI ĦDAN IL-KUMITAT", "Il-President tal-Kumitat għarraf lill-Kumitat li l-Grupp Parlamentari tal-Oppożizzjoni kien innomina l-Membri tiegħu fuq il-Gruppi ta' Ħidma u li allura dawn kienu komposti kif ġej:", "Grupp ta' Ħidma I: Presidnet: Onor Michael Frendo", "Grupp ta' Ħidma II: President: Onor Jean Pierre Farrugia", "Ministru responsabbli mill-acquis", "Membru ad hoc min-naħa tal-Gvern", "Membru ad hoc min-naħa ta' l-Oppożizzjoni", "Grupp ta' Ħidma III: President: Onor Beppe Fenech Adami", "Ministru responsabbli mill-acquis", "Membru ad hoc min-naħa tal-Gvern", "Membru ad hoc min-naħa ta' l-Oppożizzjoni", "Ministru responsabbli mill-acquis", "Membru ad hoc min-naħa tal-Gvern", "Membru ad hoc min-naħa ta' l-Oppożizzjoni", "LAQGĦA MA' DR PETER ALTMAIER, SEGRETARJU PARLAMENTARI TAL-ISTAT FIL-MINISTERU TAL-INTERN TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA", "Dr Peter Altmaier, Segretarju Parlamentari tal-Istat fil-Ministeru tal-Intern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja kien akkumpanjat minn Dr Maas, segretarju privat, is-Sur Standt, kap tas-sezzjoni, is-Sur Haas, uffiċjal anzjan tal-pulizija, u s-Sur Resinek, deputat ambaxxatur.", "Wara li l-President tal-Kumitat u Dr Peter Altmaier għamlu l-introduzzjoni tagħhom id-diskussjoni dwar l-immigrazzjoni irregolari, it-Trattat ta' Liżbona u l-Unjoni Mediterranja tkompliet fil-magħluq u mingħajr ma ġiet rekordjata skont il-qbil milħuq fil-bidu tal-laqgħa.", "Fil-5.10 p.m. il-Kumitat aġġorna għad-9 ta' Settembru, 2008, bl-item prinċipali jkun:", "Laqgħa mas-Sur Libor Secka, Direttur Ġenerali fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Ċeka, dwar il-prijoritajiet tal-programm ta' ħidma tal-Presidenza Ċeka ta' l-Unjoni Ewropea għall-perjodu bejn Jannar u Ġunju 2009.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20080901_002m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 3", "It-Tlieta, 9 ta' Settembru 2008 fl-4.15 p.m.", "L-Onor.", "Michael Frendo, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar t-Tlieta, 9 ta' Settembru 2008 fl-4.15 p.m fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa ta' konsultazzjoni mas-Sur Libor Secka, Direttur Ġenerali għall-Unjoni Ewropea fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Ċeka, dwar il-prijoritajiet tal-programm ta' ħidma tal-Presidenza Ċeka ta' l-Unjoni Ewropea għall-perjodu bejn Jannar u Ġunju 2009; u", "Affarijiet oħrajn."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20080909_003a_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 9 ta' Settembru 2008.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-4.30 p.m.", "L-Onor Michael Frendo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, l-Onor Charlo' Bonnici, l-Onor Leo Brincat, l-Onor Luciano Busuttil (sostitut ta' l-Onor Evarist Bartolo), l-Onor Marie Louise Coleiro Preca (sostitut ta' l-Onor Jose' Herrera) u l-Onor Beppe Fenech Adami.", "SKUŻAT: L-Onor Francis Agius kien imsiefer fuq xogħol parlamentari.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 2 li saret fl-1 ta' Settembru 2008 kienu konfermati.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "Il-President tal-Kumitat ippreżenta lill-Kumitat:", "Dokument 141 Il-pożizzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament tar- Repubblika tal-Polonja dwar is-sitwazzjoni fil-Georgia approvata fis- sessjoni ta' l-14 ta' Awissu 2008 li ġiet komunikata lill-Parlament Malti mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ta' Malta fl-4 ta' Settembru 2008.", "Fl-4.35 pm il-laqgħa ġiet sospiża sakemm waslet id-delegazzjoni mir-Repubblika Ċeka u rriżumiet fl-4.40 pm.", "LAQGĦA TA' KONSULTAZZJONI MAS-SUR LIBOR SECKA, DIRETTUR ĠENERALI GĦALL-UNJONI EWROPEA FIL-MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN TAR-REPUBBLIKA ĊEKA, DWAR IL-PRIJORITAJIET TAL-PROGRAMM TA' ĦIDMA TAL-PRESIDENZA ĊEKA TA' L-UNJONI EWROPEA GĦALL-PERJODU BEJN JANNAR U ĠUNJU 2009", "Is-Sur Libor Secka, Direttur Ġenerali għall-Unjoni Ewropea fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Ċeka, kien akkumpanjat mis-Sur Jan Brunner, Segretarju, Ms Adela Rubesova, Segretarju għall-Affarijiet ta' l-Unjoni Ewropea fl-Ambaxxata Pollakka u mis-Sur Tonio Casapinta, Konslu Onorarju tar-Repubblika Ċeka.", "Wara li s-Sur Libor Secka spjega l-prijoritajiet ġenerali tal-programm ta' ħidma għall-Presidenza Ċeka, liema programm kien għadu fit-tħejjija tiegħu, il-Membri tal-Kumitat ressqu l-proposti u l-veduti tagħhom f'dan ir-rigward b'aċċenn fuq il-ħtiġijiet ta' Malta u tar-reġjun tal-Mediterran.", "Fil-5.17 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20080909_003m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqħa Nru. 2", "Il-Ħamis, 18 ta' Settembru 2008 fid-9.30 a.m.", "Mr Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-laqgħa Nru. 2 tal-Kumitat se ssir il-Ħamis, 18 ta' Settembru 2008, fid-9.30 a.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħrajn.", "15 ta' Settembru 2008 AĠENT SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20080918_002a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 2", "Il-Ħamis, 18 ta' Settembru 2008", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru. 2", "Il-Ħamis, 18 ta' Settembru 2008", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9:35 a.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 001 li saret nhar it-Tnejn, 19 ta' Mejju, 2008 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Louis Galea): Qabel nibdew irrid ngħid li għandna talba formali għal permess biex ikunu jistgħu jiġu ffilmjati l-ewwel ftit minuti ta' dan il-Kumitat.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin): Iva, jien kelli din it-talba mill-Oppożizzjoni u nista' ngħid li min-naħa tal-Gvern m'hemmx oġġezzjoni.", "MR SPEAKER: Il-permess ingħata u tistgħu tiffilmjaw.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "MR SPEAKER: Issa nistieden lil-Leader of the House, il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor.", "Tonio Borg biex jindirizza lill-Kumitat.", "TONIO BORG: Sur President, malli niftħu l-Parlament, fid-29 ta' Settembru, se nibdew niddiskutu t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Portijiet Ħielsa.", "Ma nafx kemm se nieħdu seduti imma naħseb li għandna żewġ seduti żgur fuq dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Kull sena konna nagħmlu dibattitu dwar il-kummerċ b'mod ġenerali, b'enfasi partikolari fuq is-small and medium-sized enterprises u kien jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li kien jiġi diskuss.", "Għalhekk naħseb li matul dik il-ġimgħa li nibdew, sakemm ma neħduhiex kollha fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Portijiet Ħielsa, se nibdew id-dibattitu fuq dan ir-rapport.", "Jekk ikolli xi ħaġa oħra ninforma lill-Oppożizzjoni mill-ewwel.", "JOE MIZZI: Għalkemm hawn din l-aġenda li semma l-Leader of the House, jien diġà tkellimt miegħu b'mod informali fuq il-kwestjoni tal-co-option.", "Fil-fatt tkellimna bejnietna u għedna li nhar it-Tnejn se tkun seduta normali imma peress li l-Aġġornament huwa għan-naħa tal-Gvern, bil-permess tan-naħa tal-Gvern l-Aġġornament se tieħdu l-Oppożizzjoni.", "Imbagħad it-Tlieta u l-Erbgħa tieħdu n-naħa tal-Gvern biex niġu skont il-proċedura.", "Ir-raġuni hija li fl-Aġġornament tat-Tnejn jitkellem il-membru li se jirriżenja mill-Parlament.", "Fil-fatt dan jagħti r-riżenja tiegħu dak il-ħin fl-Aġġornament.", "Ovvjament dan il-Membru tela' bil-by-election.", "Imbagħad, skont il-proċeduri, il-Leader of the House jagħmel mozzjoni għal co-option ta' Dr Joseph Muscat, u suppost din il-mozzjoni tieħu tlett ijiem biex titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli tiġi diskussa.", "Però bi ftehim taż-żewġ naħat din se tiġi diskussa l-Erbgħa, l-1 ta' Ottubru.", "Jiġifieri fl-1 ta' Ottubru jkun hemm din il-mozzjoni fuq l-aġenda, wara l-ħin tal-mistoqsijiet titressaq il-mozzjoni u titqiegħed għall-vot.", "Jien ma naħsibx li hemm għalfejn issir diskussjoni.", "Imbagħad jieħu l-ġurament Dr Joseph Muscat u wara l-ġurament, bil-permess .… (Interruzzjonijiet) Ovvjament jekk mhux se titolbu division imma dak tarawh intom.", "Imbagħad jagħmel ftit minuti diskors ta' ringrazzjament u minn hemmhekk imbagħad jinħatar bħala Kap tal-Oppożizzjoni.", "Imma ovvjament għal din il-ħatra jrid imur għand il-President tar-Repubblika mhux fil-Parlament.", "Jien tlabt lil-Leader of the House biex dik il-parti tas-seduta minn meta titressaq il-mozzjoni sakemm jieħu l-ġurament u jagħmel id-diskors tiegħu tiġi trasmessa diretta mis-Super One Television jew minn kulmin irid.", "Jien tlabt dan il-permess, issa naraw ftit.", "TONIO BORG: Ħalli nibdew bil-proċedura parlamentari.", "Aħna ftehemna li l-Aġġornament li jmiss lin-naħa tal-Gvern ma jitteħidx min-naħa tal-Gvern nhar it-Tnejn, 29 ta' Settembru, imma jittieħed min-naħa tal-Oppożizzjoni għall-iskop li semma l-Onor.", "Mizzi.", "Imbagħad in-naħa tal-Gvern tieħu l-Aġġornament tat-Tlieta u tal-Erbgħa.", "Miftehmin ukoll li Membru Parlamentari min-naħa tal-Oppożizzjoni li tela' bil-by-election, waqt l-Aġġornament se jippreżentalek ittra ta' riżenja mbagħad titħejja - se nħejjuha minn qabel - mozzjoni għal co-option ta' Dr Joseph Muscat bħala Membru Parlamentari.", "Din il-mozzjoni li ma jkollhiex bżonn in-notice ta' tlett ijiem, titressaq għall-aġenda tal-Erbgħa, l-1 ta' Ottubru u tiġi diskussa first item on the agenda wara l-question time.", "Inressaqha jien, nimmaġina, imbagħad wara li tgħaddi din il-mozzjoni jieħu l-ġurament Dr Joseph Muscat bħala Membru Parlamentari.", "Il-ġurament tal-Kap tal-Oppożizzjoni m'għandniex x'naqsmu miegħu aħna.", "Dik hija kwestjoni tal-President u tiftiehmu mal-Uffiċċju tal-President.", "Ma nafx jekk id-data hux se tkun it-2 ta' Ottubru, araw intom.", "JOE MIZZI: Wara li jieħu l-ġurament fl-1 ta' Ottubru u jagħmel id-diskors ta' ringrazzjament imur direttament għand il-President.", "TONIO BORG: Nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-media.", "Naf li din hija xi ħaġa speċjali għall-Oppożizzjoni, fejn xi ħadd li mhuwiex membru parlamentari se jsir mhux biss membru parlamentari imma Kap tal-Oppożizzjoni.", "Jien ma noġġezzjonax għall-fatt li dik il-parti fejn wieħed li qed jieħu l-ġurament u li fl-istess ġurnata se jsir kemm deputat kif ukoll kap tal-oppożizzjoni tiġi reġistrata fuq il-media imma ma naħsibx li din għandha ssir diretta.", "Almenu qatt ma saret u ma naħsibx li għandha ssir.", "Issa jien għandi talba jekk dik il-parti meta lil Dr Joseph Muscat joqogħdu jistaqsuh ċerti mistoqsijiet qabel jidħol hawnhekk għandhiex issir diretta.", "Nixtieq kieku nagħti risposta llejla fuqha però dik il-parti fejn isir it-teħid tal-ġurament ma naħsibx li għandha tkun diretta.", "JOE MIZZI: Mela ħalli naraw kif nistgħu naslu fi ftehim.", "Qatt ma kien hemm oġġezzjoni biex ikun hemm intervista diretta ma' xi ħadd fil-kurutur.", "Fil-fatt jien stess kemm-il darba tajt permess lin-NET Television.", "Allura m'għandux ikun hemm problema li nġibuh dirett dieħel u ħiereġ mill-kurutur.", "TONIO BORG: M'għandux ikun hemm problema imma nikkonfermalek illejla.", "JOE MIZZI: Irridu nitolbu wkoll il-permess għal meta jkun għand il-President imma dik hija xi ħaġa li rridu nitkellmuha mal-Uffiċċju tal-President.", "Ejja naslu fi ftehim fuq kif se nimxu fil-Kamra.", "Bil-permess tal-Kamra jiffilmjaw mill-ħin li titressaq il-mozzjoni sakemm jieħu l-ġurament u jagħmel żewġ minuti diskors.", "Din ma jagħtuhiex diretta imma jkunu jistgħu jittrasmettuha wara.", "Naħseb li nistgħu naslu għal dan il-kompromess.", "MR SPEAKER: Jien se nħalli għall-ftehim bejn iż-żewġ naħat dwar kif l-aħjar li tirregolaw il-kwestjoni tal-mezzi ta' komunikazzjoni kemm dwar il-mozzjoni, kemm dwar il-ġurament kif ukoll dwar xi intervisti li jistgħu jsiru.", "Naħseb li l-aħjar ħaġa tkun li din tiġi diskussa miż-żewġ naħat u ssibu l-aħjar ftehim.", "Però għandi mistoqsija.", "Jekk Dr Joseph Muscat se jieħu l-ġurament nhar l-Erbgħa, il-Parlament, bil-liġijiet li għandna, irid ikollu forma ta' dokument jew konferma li huwa rriżenja minn Membru tal-Parlament Ewropew.", "Naħseb li jekk irridu nkunu f'pożizzjoni ta' ċertezza legali m'għandniex inħallu xi dubju, li hemm xi inkompatibilità bejn il-fatt li huwa Membru tal-Parlament Ewropew u li se jsir Membru tal-Parlament Malti.", "Nixtieq li din tiċċarawha, jekk jogħġobkom.", "TONIO BORG: Mr Speaker, niftakar li din konna ddiskutejnieha meta konna qegħdin infasslu l-liġi tal-Parlament Ewropew.", "Ma naħsibx - għallinqas su due piedi għax qbadtni ftit fuqha din - li hemm problema għax min ikun deputat, kif tispiċċa minn deputat u x'jiskwalifikak milli tkun deputat huwa regolat mill-Kostituzzjoni.", "Fil-Kostituzzjoni m'hemmx ir-raġuni li ma tibqax deputat għax tiġi elett fil-Parlament Ewropew.", "Fil-Kostituzzjoni m'hemmx dan.", "Li hemm huwa li jekk inti titla' fil-Parlament Ewropew - dik hija regolata mhux bil-Kostituzzjoni imma b'liġi ordinarja oħra - ma tistax iżżomm iż-żewġ pożizzjonijiet.", "Jidhirli li fil-liġi tal-European Parliamentary Elections hemm - forsi din ta' min jiċċekkjaha u jivverifikaha – li jekk titla' mit-tnejn u ma tagħmel xejn u tħalli lil kulħadd fil-għama, inti titlef mhux is-siġġu parlamentari nazzjonali imma titlef is-siġġu parlamentari Ewropew.", "Ara kieku kienet fil-Kostituzzjoni kienet tkun differenti.", "Ma naħsibx li għandna diffikultà hemmhekk.", "Se mai jekk hu ma jippreżentax ir-riżenja tal-Membru Parlamentari mill-Ewropa jiddekadi minn Membru Parlamentari tal-Ewropa però ma jiddekadix minn Membru Parlamentari Malti għax fil-Kostituzzjoni m'hemmx dik l-iskwalifika.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, m'għandux ikun hemm diffikultajiet apparti dak li qed jgħid il-Viċi Prim Ministru.", "Min-naħa tagħna m'hemmx problemi.", "MR SPEAKER: Ippermettuli ftit.", "Ladarba hawnhekk ġabuli l-liġi nixtieq li jaraha ftit il-Viċi Prim Ministru ħalli niċċaraw daqsxejn dan il-punt.", "TONIO BORG: Mr Speaker, quddiemi għandi subartiklu (2) ta' artiklu 19 tal-Kapitlu 467 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Niftakar li għalkemm ma kontx ressaqtha jien din il-liġi kont involut fiha, kont tkellimt fuqha u bilfors kellha ssir hekk.", "Fil-fatt l-uffiċċju tal-membru parlamentari Ewropew huwa inkompatibbli ma' deputat tal-Kamra tad-Deputati għax fil-Kostituzzjoni tagħna m'hemmx l-iskwalifika li biex tkun deputat tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta ma tistax tkun membru parlamentari Ewropew.", "Allura kellna nagħmluha bil-maqlub, li jekk inti titla' fil-Parlament Malti u tibqa' membru parlamentari Ewropew inti tiġi skwalifikat bħala membru parlamentari tal-Ewropa mhux bħala membru parlamentari ta' Malta u allura ssir il-by-election tiegħek.", "Issa l-liġi tgħidlek hekk:", "MR SPEAKER: Kien importanti li din tkun iċċarata u recorded.", "TONIO BORG: Jiġifieri m'hemmx dubju li se jkun hemm vakanza jew volontarja jew ex lege tas-siġġu ta' Dr Joseph Muscat fil-Parlament Ewropew.", "JOE MIZZI: Fil-fatt diġà ħabbar li fil-25 ta' Settembru se jirriżenja.", "Xi ħaġa oħra li rrid insemmi hija li trid issir mozzjoni dwar il-ħatriet fil-kumitati permanenti għax kien fadal xi ħaġa pendenti min-naħa tagħna.", "Għalhekk ikun tajjeb li ngħid min se jkunu l-membri li se naħtru fuq il-kumitati biex meta nidħlu fil-Parlament inkunu nistgħu naħtruhom formalment.", "Fil-Working Group 1 hemm l-Onor.", "Gavin Gulia u l-Onor.", "Joe Sammut u fil-Working Group 4 hemm l-Onor.", "Charles Mangion bħala Chairman, l-Onor.", "Helena Dalli u l-Onor.", "Anġlu Farrugia u l-Onor.", "Fis-Social Affairs Committee bħalissa hemm l-Onor.", "Karl Chircop, li għalissa ħallejnieh hemmhekk, l-Onor.", "Anġlu Farrugia u jien.", "Fil-Consideration of Bills Committee konna għedna li se nagħmlu lill-Onor.", "Josè Herrera b'mod permanenti imma għedna li għandu jkun hemm ieħor biex żgur ikun hemm xi ħadd.", "(Interruzzjonijiet) Naf li mhux soltu jsir hekk imma se nsemmiha biex tkunu informati għax huwa tajjeb li wieħed ikun jaf.", "Min-naħa tagħna – dan huwa understanding għalina bħala Oppożizzjoni - se jkun hemm b'mod permanenti l-Onor.", "Jiġifieri xi ħadd minnhom se jkun hemm dejjem.", "Imbagħad fis-CPA - għalkemm mhijiex xi ħaġa li kienet tiġi fil-Parlament biex nagħmlu mozzjoni imma fl-aħħar tal-leġiżlatura kienet daħlet il-prassi fejn kienu nħatru żewġ membri u għan-naħa tal-Gvern kien hemm l-Onor.", "Jeffrey Pullicino – għan-naħa tagħna hemm jien u bħala sostitut hemm l-Onor.", "TONIO BORG: Mr Speaker, dawn diġà kien ikkomunikahomli l-Whip u issa wieħed ilesti l-mozzjonijiet u ngħadduhom mingħajr avviż fl-ewwel seduta.", "Però fuq id-Development Planning Committee għad m'hemm kostitwit xejn għax il-membri tal-Oppożizzjoni kienu qaluli biex jekk ma jimportax nistennew ftit peress li l-Onor.", "Joseph Brincat ma telax fil-Parlament.", "Peress li dan mhuwiex daqshekk urġenti kont għedt iva però issa jkun tajjeb li nikkostitwixxuh għax anke jekk ma jiltaqax għax ma nqala' xejn, imma jrid ikun hemmhekk.", "Dan bħall-Privileges Committee; huwa importanti li jkun hemmhekk.", "Jekk jista' jkun nhar it-Tnejn nikklerjaw din ukoll.", "MR SPEAKER: Il-Leader of the House qed jgħid li se jġib il-mozzjoni fl-ewwel seduta imma jien naħseb li huwa viċin wisq.", "JOE MIZZI: Le, ladarba jkun hemm ftehim ma jkunx hemm problema.", "MR SPEAKER: Il-mozzjonijiet tridu tiktbuhom, tippreparawhom, eċċ.", "JOE MIZZI: Bi ftehim ma jkunx hemm problema.", "TONIO BORG: Min-naħa tagħna hemm l-Onor.", "Joe Falzon fuq dan il-kumitat.", "JOE MIZZI: Min-naħa tal-Gvern lesti, min-naħa tagħna mhux lesti u għalhekk m'hemmx problemi.", "MR SPEAKER: Jien kont qed nara jekk hemmx diffikultà ta' żmien biex titlesta l-mozzjoni u titressaq.", "JOE MIZZI: Le, anzi aħjar titressaq immedjament il-mozzjoni ħalli kemm jista' jkun il-kumitati jibdew jiffunzjonaw għax bħalissa qed naħdmu bis-sostituti.", "MR SPEAKER: Mela s'issa tkellimna dwar ix-xogħol tal-Kamra, għallinqas għall-ġimgħa d-dieħla, fejn minbarra li se jkollna l-aġġornamenti u t-teħid tal-ġuramenti min-naħa ta' Dr Joseph Muscat biex ikun membru parlamentari, hemm l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Portijiet Ħielsa fi stadju tat-Tieni Qari.", "Dan għadu se jibda?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nixtieq ngħid lill-Onor.", "Mizzi li bgħatna xi nies għall-Parliamentary Assembly tal-Kunsill tal-Ewropa imma hemm ukoll affarijiet uffiċjali oħrajn.", "Nixtieq li jkollna konferma kemm jista' jkun kmieni jekk huwiex se jingħata l-pairing.", "JOE MIZZI: Il-problema li kelli kienet li ma kontx naf l-aġenda u allura ma stajtx ngħid.", "TONIO BORG: Pereżempju jien nixtieq inkun naf jekk hux se titolbu division fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta' Malta.", "Imbagħad hemm l-Abbozz ta' Liġi dwar il-kummerċ li qatt ma konna nieħdu vot fuqu.", "Donnu jidher li għall-ewwel ġimgħa l-affarijiet huma ċari.", "JOE MIZZI: Jien ġibt il-Minuti tal-grupp parlamentari miegħi apposta biex nara x'deċiżjonijiet ħadna fuq il-liġijiet għax b'hekk inkun naf fejn qiegħed.", "Jien bilfors kelli nistenna li jkollna l-aġenda għax ma kontx naf x'inhi u waħda mill-kondizzjonijiet hija li jrid tkun hemm l-aġenda biex naraw l-affarijiet.", "DAVID AGIUS: Id-diffikultajiet li se jkollna anke mal-Parlament huma l-biljetti tal-ajru u r-reservations.", "Kemm-il darba ma nagħtux ċertu żmien lill-Parlament jew lill-Ministeri konċernati dawn jeħlu jew il-flus tar-reservation jew inkella jkun hemm kanċellazzjoni.", "JOE MIZZI: Meta kont naf l-aġenda dejjem għedtilkom x'inhi l-pożizzjoni tagħna.", "Issa li naf x'hemm fuq l-aġenda ngħidilkom il-pożizzjoni tagħna x'se tkun imma llum ma stajtx nieħu dik ir-responsabilità għax ma kontx naf x'hemm fuq l-aġenda.", "Din hija prattika li ma jista' jaħrab minnha ħadd.", "Jekk l-aġenda ma ġietx diskussa diġà fil-grupp parlamentari, nhar it-Tnejn żgur tiġi diskussa.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, jien nirrikkmanda li kemm jista' jkun dawn it-tip ta' risposti - naf li inti tagħmilha din il-ħaġa - tagħtihom mill-aktar fis possibbli.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, naċċertak li din żgur ħadd ma jista' jgħidli xejn fuqha għax dejjem għamiltha mill-ewwel.", "Min jaf kif isir ix-xogħol tal-Kamra jaf li llum inutli tistaqsini għax la ma nafx l-aġenda ma nista' ngħid xejn u ma stajtx nikkummenta la ma kellix l-aġenda.", "Issa li għandi l-aġenda, illum stess naħdem fuqha.", "Il-grupp parlamentari għalhekk se nlaqqgħuh nhar it-Tnejn li ġej, biex ma nħallihx għat-Tnejn ta' wara u jilħaq jgħaddi ż-żmien.", "Għaldaqstant jekk hemm xi ħaġa li ma ġietx diskussa, nhar it-Tnejn żgur li se tiġi diskussa u nkun naf fejn qiegħed.", "Naċċertak li jien qed nimxi b'mod li intom tkunu tafu l-affarijiet mill-ewwel.", "Jekk ma jkollokx aġenda ma tistax tieħu deċiżjoni.", "AFFARIJIET OĦRA", "MR SPEAKER: Jekk eżawrixxejna t-tieni item tal-aġenda, nixtieq li ngħaddu għat-tielet item għax hemm affarijiet oħrajn.", "Naħseb li huwa utli li lill-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ninformah li l-Kumitat Magħżul li twaqqaf fl-aħħar seduta tal-Parlament iltaqa' fil-25 ta' Lulju, fit-22 ta' Awwissu u fit-3 ta' Settembru.", "Ippubblikajna wkoll avviżi pubbliċi bl-iskop li naraw min hu interessat li jattendi għal-laqgħa tal-konsultazzjoni li eventwalment il-Kumitat se jagħżel.", "Barra minn hekk il-membri tal-Kumitat Magħżul bejniethom iddistribwixxew ċertu xogħol biex ikunu jistgħu jibdew jaħdmu fuqu.", "Nipprevedi li d-data li ffissat ir-riżoluzzjoni għar-rapport twassalna biex ikollna rapport mhux finali, żgur, imma ta' xi progress li nkunu rreġistrajna fuq xi xogħol li nkunu għamilna.", "M'hemmx dubju li d-data tal-31 ta' Ottubru ġiet iffissata biex inkunu nistgħu nagħtu rapport ta' progress.", "Ħadd ma fehem li sa dakinhar il-kwestjonijiet li tipprefiġġi r-riżoluzzjoni kienu se jiġu diskussi jew inkella kien se jkun hemm xi rakkmandazzjonijiet.", "Minħabba l-fatt li hemm proċess ta' konsultazzjoni pubblika li għadu lanqas beda, id-data li l-Kumitat ta għal dawk interessati f'din il-konsultazzjoni pubblika hija dik tal-24 ta' Settembru.", "Dan ifisser li wara l-24 ta' Settembru nkunu nafu min għandu interess li jiġi għal dawn il-konsultazzjonijiet.", "Ninforma wkoll li jien ktibt direttament lill-partiti politiċi, lill-unions, lill-korpi kostitwiti u lid-diversi għaqdiet tas-soċjetà ċivili.", "Issa nistennew il-feedback biex kemm jista' jkun malajr nerġgħu niltaqgħu bħala Kumitat Magħżul biex inkunu nistgħu norganizzaw il-programm ta' konsultazzjonijiet pubbliċi.", "Infakkar ukoll li hawn proposta biex nhar it-Tlieta, 30 ta' Settembru, il-Membri Parlamentari jieħdu sehem f'donazzjoni tad-demm.", "L-Onor.", "David Agius jista' jagħti xi dettalji fuq dan.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, meta għamilnieha l-ewwel darba kienet suċċess u talbu li jerġgħu jagħmluha min-naħa tal-Blood Bank.", "Il-problema kienet li ma jistgħux jagħmluha fil-mobile unit tagħhom għax qed jiġi refurbished u allura ridna nidħlu ġewwa fil-bini tal-Parlament.", "Il-bieraħtlula ġejna hawnhekk, rajna l-postijiet u għażilna l-kamra l-oħra biex ikun hemm xi tnejn jew tliet couches.", "MR SPEAKER: Fi x'ħin se tkun din?", "DAVID AGIUS: Naħseb fis-6.00 p.m. jkun l-aħjar ħin.", "(Interruzzjonijiet) Din il-kamra tintuża mit-tabib.", "MR SPEAKER: Jien nissuġġerixxi li l-uffiċjali mediċi u n-nurses ikunu hawn għallinqas nofs siegħa qabel jiġifieri fil-5.30 p.m. għax jekk jien niddeċiedi li nagħti d-demm u jaċċettawni, ma nkunx nista' fis-6.00 p.m. peress li dak il-ħin irrid inkun fis-Sedja.", "DAVID AGIUS: Mela nagħmluha fil-5.30 p.m.", "MR SPEAKER: Irrid niġbed ukoll l-attenzjoni tal-Membri li nhar is-Sibt, 4 ta' Ottubru se jkun hawn edizzjoni oħra tan-Notte Bianca u l-Palazz se jinfetaħ bejn is-6.00 p.m. u 12.00 a.m. Din id-darba se jinfetaħ ukoll il-Ħadd bejn l-10.00 a.m. u s-1.00 p.m. Naturalment anke l-parti tal-Parlament se tkun miftuħa.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TONIO BORG: Mr Speaker, dan kien esperiment is-sena li għaddiet li rnexxa beyond expectations.", "Dejjem għandna naħsbu kif intejbu s-sitwazzjoni ta' kif niftħu aktar il-Parlament għal min hu interessat.", "Irrid ngħid li kulmin ġie wera interess kbir.", "Jien kont sorpriż x'interess intwera u din inħadmet tajjeb ħafna.", "Naħseb li għandna nsegwu l-istess proċedura bħall-aħħar darba, jiġifieri li kulmin irid jiġi jara dan il-palazz u dan il-Parlament jidħol min-naħa tal-iSpeaker, jgħaddi min-nofs il-Parlament u f'dak il-mument preferibbilment dejjem ikun hemm xi Membru wieħed min-naħa tal-Oppożizzjoni u ieħor min-naħa tal-Gvern jispjegalhom il-proċedura parlamentari kif issir, fejn joqgħod l-iSpeaker, fejn joqgħod il-Kap tal-Opożizzjoni, fejn joqgħod il-Prim Ministru eċċ. u anke jwieġeb għal xi domandi.", "Jien ipparteċipajt għal nofs siegħa mal-Onor.", "Carmelo Abela u nista' ngħid li l-ammont ta' mistoqsijiet serji li għamlu kien impressjonanti.", "Naħseb li din l-attività għandna nagħmluha kemm jista' jkun informali u jekk xi ħadd ikun irid jieħu ritratt bit-tifel fuq l-iSpeaker's Chair, why not.", "Ejja ma ngħidux li dan mhux suppost anzi jekk fil-ġranet li fadal nistgħu nivvintaw aktar metodi x'nistgħu nagħmlu jkun aħjar.", "Pereżempju forsi nistgħu noħorġu xi pamphlet - veru issa qegħdin tard - li jispjega l-Parlament … (Interruzzjonijiet) Jekk jeżisti diġà wieħed jista' jqassmu.", "Jien dan li nixtieq ngħid u naħseb li jkun apprezzat ħafna wkoll li jkun hawn int, Mr Speaker, għax ikun hawn min ikun irid jieħu xi ritratt u jistaqsik xi mistoqsijiet.", "Nista' nassigurak - għallinqas dik kienet l-esperjenza tiegħi s-sena l-oħra - li kienet esperjenza tajba u waħda mill-ftit okkażjonijiet meta l-poplu jkun jaf x'inhu jiġri hawnhekk.", "Jalla din il-ħaġa ma nillimitawhiex għal darba fis-sena biss.", "Issa ma rridux nagħmluha darba fix-xahar, imma kemm jista' jkun dan il-Parlament għandu jkun miftuħ.", "Naf li inti huwa għal qalbek ħafna dan is-suġġett u l-Parlament taż-Żgħażagħ, pereżempju, kien suċċess ukoll.", "Għalhekk nappellaw biex kemm jista' jkun, ikun hawn Membri Parlamentari preżenti.", "Mhux jiġi kulħadd f'daqqa imbagħad ma jkun hemm ħadd f'sigħat oħra.", "MR SPEAKER: L-esperjenza tiegħi turi li l-whips iridu jiftiehmu min huma l-Membri Parlamentari taż-żewġ naħat li se jiġu.", "Jekk mhux se toħolqu roster se nispiċċaw li ma jkun hawn ħadd.", "JOE MIZZI: L-aħħar darba ma stajtx inkun preżenti imma min-naħa tiegħi din id-darba nista' nkun available.", "Issa nitkellmu bejnietna biex naraw il-ħinijiet u nitqassmu.", "MR SPEAKER: Il-whips se jitkellmu u se nsegwi magħkom permezz tal-Iskrivan tal-Kamra biex ikolli l-lista tal-Membri Parlamentari ħalli nkopru l-ħinijiet.", "JOE MIZZI: Is-Sibt minn x'ħin?", "TONIO BORG: Is-Sibt mis-6.00 p.m. sa 12.00 a.m.", "JOE MIZZI: Is-Sibt nagħmel tliet sigħat jew erba' sigħat żgur.", "Imbagħad niftiehmu.", "MR SPEAKER: Għandi suġġett ieħor li dwaru nixtieq nisma' ftit opinjonijiet.", "Dan jolqot lill-Membri Parlamentari għax huwa dwar il-bar tal-Kamra.", "DAVID AGIUS: Qabel ma nibdew nitkellmu dwar il-bar tal-Kamra nixtieq nistaqsi jekk il-Membri tal-Parlament hux se jkollhom xi sessjoni partikolari għalihom fis-Select Committee jew ikunux jistgħu jressqu l-proposti tagħhom flimkien mal-pubbliku.", "MR SPEAKER: Irridu niddeċiedu aħna bħala Kumitat Magħżul.", "Inkunu lesti nisimgħu kemm deputati individwalment kif ukoll bħala gruppi.", "JOE MIZZI: Il-proposti jistgħu jgħadduhom lill-partiti tagħhom għax dawn jiġu diskussi fil-gruppi tagħhom.", "Jekk hemm xi ħadd individwali li jrid iressaq il-proposti tiegħu barra mill-grupp għandu jkollu l-faċilità li jagħmel dan.", "MR SPEAKER: Mela għandna sitwazzjoni fejn minn meta fetaħ dan il-Parlament 'l hawn il-bar kien magħluq u baqa' magħluq.", "Issa meta eżaminajt l-istorja ta' x'ġara f'dan il-bar sibt fl-aħħar 40 sena kien hawn xi okkażjonijiet fejn qisu kien ingħata b'direct order.", "L-ewwel darba kien ingħata lill-Café Premier u l-arranġament kien li l-Uffiċċju tal-Parlament jagħti ħlas lil xi ħaddiema li l-kuntrattur ikun irid iġib.", "Kien hemm okkażjonijiet fejn kienu ħaduh f'idejhom il-membri tal-Armata però l-Parlament ried jixtri l-affarijiet, jgħaddihom below the line account u jbigħ minn hemmhekk.", "Imbagħad kellna okkażjonijiet oħra fejn il-messaġġiera tal-Parlament kienu ġew inkarigati biex jieħdu ħsieb il-bar però kienu responsabbli minn kollox huma.", "F'okkażjoni oħra l-istess messaġġiera baqgħu jiġġestixxu l-bar però l-affarijiet kienu jinxtraw mill-Uffiċċju tal-Parlament u l-qligħ kien jgħaddi għand dan l-Uffiċċju bil-komplikazzjonijiet li seta' kien hemm.", "Erġajna pprovajna fl-1998 sal-2003 lill-kumpannija Camilleri and Sons.", "Hawnhekk il-Gvern kien iħallas, permezz tal-Uffiċċju tal-Iskrivan tal-Kamra, Lm20 kull seduta biex jagħmel tajjeb għas-salarji taż-żewġ impjegati, imbagħad kien ingħata lill-ex-impjegat tal-Parlament, is-Sur Toni Briffa li kien jitħallas Lm12 għal kull seduta.", "Dan kien jieħu ħsieb kollox hu bil-profitt ikun għalih ukoll, u sa meta għalaqna fi Frar 2008 kompla jieħu ħsiebu dan is-Sur Toni Briffa bi Lm15 kull seduta tas-servizz li kien jagħti.", "Dan kien responsabbli hu, kien iġib id-drinks hu, kien iġib l-affarijiet l-oħra hu, u jekk kien ikun hemm xi qligħ kien iżommu hu.", "Qabel ma waqafna għas-sajf kelli diversi talbiet li l-Membri Parlamentari xtaqu li jkollhom dan il-bar jiffunzjona.", "Ma nafx kif taħsbu l-aħjar li għandna niġġestixxuh.", "Pereżempju affarijiet li jokkorruli huma jekk nistgħux insibu xi impjegati tal-Gvern li jieħdu ħsieb huma.", "DAVID AGIUS: Dan il-bar huwa tal-Membri Parlamentari jew ta' min jiġi hawnhekk biex jistenna lil xi Membru Parlamentari?", "TONIO BORG: Nistgħu niktbu ktieb dwaru għax iqumu dawn il-mistoqsijiet li għadu kemm għamel l-Onor.", "Naħseb li fil-mument li nagħmluh għall-Membri Parlamentari biss inkunu qed nikkundannawh li jagħlaq, għax apparti li mhux il-Membri kollha jkunu hawn fl-istess ħin ħlief għad-Division, ma jkunx vijabbli sakemm ma rridux nissussidjawh mill-erarju pubbliku biex ikun bar għal 65 ruħ biss.", "Inwaħħlu kemm inwaħħlu avviżi naħseb li dan huwa bar għal kulmin jinzerta jkun fil-Parlament.", "Issa li ġġib ruħek tajjeb dik għandha tkun parti mid-dixxiplina.", "Forsi xi darba ngħidu li jkun miftuħ għal kulħadd imma jkun hemm section għad-Deputati biss għax ġieli wieħed ikun irid jgħid kelma u ma jkunx jista'.", "Però jekk nirrestrinġuh għad-Deputati biss inkunu qed nikkundannawh aktar għax is-sitwazzjoni diġà hija diffiċli.", "U tinduna kemm is-sitwazzjoni hija diffiċli, għax dan huwa wieħed mill-ftit bars fejn minflok iħallas il-barman inħallsuh aħna.", "F'postijiet oħrajn, f'każini, eċċ. iħallas il-barman mhux tħallas int. Però għax nafu li s-sitwazzjoni hi dik li hi hemm dawn il-kondizzjonijiet li nagħtuh Lm15 kull seduta plus li l-qligħ imur għalih.", "Naħseb li din hija l-aħjar sistema jekk insibu lil xi ħadd li lest li jidħol għaliha għax jekk nagħmlu xi restrizzjonijiet wisq nibża' li magħluq hu bħalissa u magħluq se jibqa' fil-futur.", "Però tajjeb li jkun hawn xi ħaġa hawnhekk.", "L-ewwel nett hawnhekk jiġu kostitwenti u jiġu nies anke minn Għawdex jiġifieri li tieħu kikkra kafe' jew xi ħaġa oħra naħseb li hija tajba.", "Hemm ukoll l-aspett ta' socialising.", "Pereżempju minjaf kemm-il darba nara grupp ta' Deputati hemmhekk li jkunu qed jieħdu flixkun birra u niddeċiedi li nidħol magħhom.", "Jiġfieri għandu dak l-aspett li f'partijiet oħra tal-Parlament ma tistax tagħmel ħaġa bħal din.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Jien ukoll għaddejt minn esperjenza u naf x'jiġri fil-bar tal-Parlament.", "Hemm il-pożittiv u hemm in-negattiv.", "Nista' ngħid li ġieli jkun hemm ċerti nies ta' ċertu kalibru u bħal donnu jikkapparraw il-bar u dan mhuwiex sewwa.", "Dawn jaħsbu li jistgħu jagħmlu li jridu u l-Membri Parlamentari ma jistgħux jitkellmu bil-libertà man-nies għax dawn joqogħdulek hemm ġew u ma jiċċaqalqux.", "Mhux hekk l-affarijiet.", "Irid ikun hemm il-kontrolli.", "Ħalli jidħlu n-nies ma' Membru Parlamentari imma jrid ikun hemm Membru Parlamentari mhux kull min irid jaqbad u jidħol hemmhekk.", "Fil-fatt minn mindu rajt dawn l-affarijiet ma dħaltx aktar u ili s-snin ma nidħol hemmhekk.", "Jien qed ngħid għaż-żewġ naħat għax anke meta kont Ministru kellna ħafna problemi.", "Veru li jekk ma jkunx miftuħ għal kulħadd mhux se jirnexxi, ħalli ngħiduha kif inhi, però ma jistax ikun li kulmin irid jista' jaqbad u jidħol hemmhekk iparla u jispiċċa jagħmel il-ġranet hemmhekk.", "Hemm nies minn dawn.", "Ma jistax ikun dawn l-affarijiet.", "Irridu nikkontrollaw.", "Naqbel li l-bar ikun miftuħ u nsibu lil xi ħadd li jieħu xi ħaġa u jieħu ħsiebu hu, mela le.", "Imma xi ħadd irid ikun responsabbli biex jikkontrolla lin-nies.", "Ma jistax ikun li ċerti nies jidħlu liberament qisu l-bar huwa tagħhom u qisu għandhom dritt aktar mill-membri parlamentari.", "Nista' ngħid li jkun hemm ċerti nies miż-żewġ naħat b'ċertu karattru li ma jogħġobnix u mhux se noqgħod indur mal-lewża.", "Dak li qed idejjaqni.", "TONIO BORG: L-ideali hu li jkun hemm żewġt ikmamar li f'waħda minnhom joqgħod kull min jiġi hawnhekk u l-oħra tkun riżervata għall-Membri Parlamentari biss.", "Però ma nafx bir-restrizzjonijiet kbar li diġà għandna f'dan il-bini nistgħux nagħmlu din il-ħaġa.", "Bħalissa peress li naqsu l-Ministri suppost li hawn aktar kmamar available.", "Din kieku tkun l-aħjar soluzzjoni.", "JOE MIZZI: Ma nafx kemm hawn kmamar available għax għal xi raġuni għandi kamra nieqsa minħabba li ċ-chairman tal-Public Accounts Committee qed jokkupa kamra li hija tal-Oppożizzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Le, bir-rispett kollu, din hija parti minnha.", "Dik jien iffirmajtilkom għaliha għax intom dawwartuha hekk bla ma għedtu lili.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: L-idea tal-Ministru Borg li jkollna żewġt ikmamar tkun possibbli jekk kemm-il darba l-kamra li bħalissa hija tal-grupp parlamentari tal-Gvern inċeduha - ovvjament irridu x'imkien ieħor, tgħidulix fejn għax ma ħsibtx fuq dan - għax it is interlinked.", "Din hija kamra erba' passi 'l bogħod u jekk niftħu bieb għaliha tkun għall-Membri Parlamentari biss.", "Però rridu x'imkien ieħor tal-istess daqs jew viċin.", "Issa forsi naħsbu fuq xi post ieħor.", "MR SPEAKER: L-ispazju fiżiku li huwa allokat għall-Parlament hu li hu u nafu x'inhuma d-diffikultajiet.", "Hija ftit pio desiderio li tgħid titlaq minn din il-kamra tal-grupp parlamentari tal-Gvern biex tmur f'oħra għax tispiċċa ma ssibx.", "Dwar l-ewwel punt dwar min jista' jidħol fil-bar u min ma jistax naħseb li għandna nadottaw il-prinċipju li jekk jirnexxielna nsolvu l-problema li jkollna l-bar miftuħ, dan għandu jkun miftuħ għall-Membri Parlamentari u l-mistednin tagħhom.", "Issa meta ngħidu \"l-mistednin tagħhom\" qisna qegħdin nistabbilixxu regola li jekk ikun hemm xi ħadd fil-bar li forsi xi Membru Parlamentari jidhirlu li mhuwiex idoneu li jkun hemmhekk allura wieħed dejjem jista' japplika l-prinċipju li jara ta' min hu l-mistieden.", "Jekk dan ma jkun mistieden ta' ħadd wieħed jitolbu biex ma jibqax hemmhekk.", "JOE MIZZI: Kif diġà għedt, għal snin sħaħ ma dħaltx fil-bar u r-raġuni kienet li jkun hemm nies irresponsabbli.", "Nerġa' ngħid li jien favur li l-bar ikun miftuħ imma favur li jkun hemm xi ħadd li jkun responsabbli min-nies li jidħlu.", "MR SPEAKER: Naqblu li din il-persuna responsabbli ġeneralment tkun Membru Parlamentari li miegħu jkun ġie mistieden?", "JOE MIZZI: Ma jistax ikun li wieħed jgħid li mhu qiegħed ma' ħadd.", "MR SPEAKER: Jekk xi ħadd ikun irid imur fil-bar irid iġib permess tal-patroċinju ta' xi Membru Parlamentari.", "TONIO BORG: Nassumi li x-xufiera huma l-mistednin tal-Ministri.", "JOE MIZZI: Bir-rispett kollu, hemm soluzzjoni.", "Kull min jidħol f'dan il-bini jrid ikollu t-tag, kemm jekk ikun mistieden, kemm jekk ikun xufier ta' Ministru kif ukoll jekk ikun konsulent.", "Issa ovvjament Membru Parlamentari jew inkella l-mara jew ir-raġel ta' Membru Parlamentari m'għandux bżonn ikollu tag.", "(Interruzzjonijiet) Kien hemm il-kontroll tat-tag u kien waqa' kollox.", "Xi ħaġa li kont għamilt jien kienet li fuq it-tag kien ikun hemm min hu l-Membru Parlamentari responsabbli għal dak li jkun daħal hawnhekk għax inkella ma jkollokx kontroll.", "DAVID AGIUS: Naqbel miegħek, Onor. Mizzi.", "Però huwa importanti li ladarba jkollok it-tag u tagħtiha lit-tali, dan wara li jinżel irid jirritornaha.", "U rridu naraw li jkun irritornaha għax inkella jerġa' jiġik l-għada u juża l-istess tag.", "MR SPEAKER: Ħalli nirreġistraw progress.", "Jiġifieri jekk se nipproċedu fuqha u jirnexxielna, il-prinċipju hu għall-Membri Parlamentari u l-mistednin tagħhom.", "Nies oħrajn irid ikollhom identità maħruġa apposta biex ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-bar.", "Issa se nagħmel il-mistoqsija l-oħra.", "Evidentement minħabba li l-kwantità ta' kummerċ li jirrendi l-bar mhijiex vijabbli, naħseb li jrid jiġi sussidjat.", "Qabel kien hemm il-proċedura li l-bar irid jiġi sussidjat billi jew xi ħadd li huwa diġà impjegat tal-Gvern jew ħaddiem fl-Armata jingħata ċertu ħlas, jew inkella, bħalma kien il-każ tas-Sur Toni Briffa - forsi nistgħu nerġgħu nkellmu lilu – li kien jingħata ħlas għal kull seduta.", "JOE MIZZI: Jien naqbel li nagħtu sussidju però naqbel li din tkun miftuħa għal min irid u mhux naqbdu u npoġġu persuna aħna.", "Ovvjament naraw min hu interessat u min għandu karattru tajjeb eċċ. imma din għandha tkun miftuħa għal kulħadd.", "MR SPEAKER: Inti qed tgħid li toħroġ sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern u tara min hu interessat.", "JOE MIZZI: Mhux fil-Gazzetta tal-Gvern.", "(Interruzzjonijiet) Iva, agħmel ex-impjegat ma jimpurtax u dan jingħata preferenza, mhux problema, imma ejja nagħmlu l-affarijiet b'mod li nagħtu ċans lil kulħadd.", "(Interruzzjonijiet) Le, imbagħad ngħidlek x'inhi r-raġuni.", "(Interruzzjonijiet) Għandek dritt li ma tagħżilhomx.", "Ma jfissirx li għandek taċċettahom bilfors.", "Kien hemm nies li kienu jaħdmu ma' kumpanija - mhux impjegati t'hawnhekk – li jafu x-xogħol sew.", "Allura lil dawk taqtagħhom barra u ma tagħtihomx dritt?", "MR SPEAKER: Jiġifieri qed jiġi suġġerit li jkun hawn avviż li joħroġ fil-qasam tas-settur pubbliku u mhux fil-qasam tas-servizz pubbliku.", "Dan ifisser li xi ħadd mill-Enemalta jista' japplika.", "JOE MIZZI: Jien qed ngħid għal kulħadd.", "MR SPEAKER: Qed tgħid li ma tirrestrinġihiex għas-settur pubbliku.", "JOE MIZZI: Meta niġu biex nagħżlu nieħdu ċerti konsiderazzjonijiet imma nħalluha għal kull min jixtieq imbagħad niddeċiedu aħna, però ma naqtgħux barra lil ħaddieħor li mhuwiex impjegat mal-Gvern.", "Naf nies li kienu jaħdmu ma' dak il-kuntrattur li kien jagħti s-servizz hawnhekk u qed nirriferi għal C. Camilleri & Sons.", "Allura lil dawk ma tagħtihomx iċ-ċans?", "Dawk għamlu xogħol sew.", "DAVID AGIUS: Ħalli nagħmel punt ieħor relatat ma' dan għax ovvjament dan huwa relatat ma' xi tbigħ u b'kemm tbigħ.", "Jekk se tissussidja tista' tgħid li flixkun Pepsi .… (Interruzzjonijiet) Imma jekk se ġġib wieħed barrani biex jagħmilek il-qligħ il-konċett se jkun kompletament differenti.", "MR SPEAKER: Noqogħdu attenti għax jista' jkun li qed nidħlu f'qasam li mhuwiex strettament tal-Kumitat.", "Dawn l-affarijiet dejjem kienu regolati mill-Uffiċċju tal-Clerk of the House u kien hu li kien responsabbli biex jinforza l-kondizzjonijiet li kien hemm tat-tender, għax għalkemm ma kienx ingħata b'tender kien hemm kondizzjonijiet ta' x'jista' jbigħ, x'ma jistax ibigħ, xi prezzijiet irid jagħmel, insurance, eċċ. Dan il-Kumitat m'għandux jidħol responsabbli hu biex joqgħod jinforza dawn l-affarijiet on a day-to-day basis.", "Jien qed niġi ggwidat minn hawnhekk li għandu jsir avviż pubbliku biex naraw min hu interessat.", "Hawnhekk stabbilixxejna tliet affarijiet.", "L-ewwel li wieħed jipprova jsolvi l-problema ħalli jinfetaħ dan il-bar, għax dan kollu li qed ngħidu ma jfissirx li se naslu.", "It-tieni, li jekk jirnexxielna, il-prinċipju hu li jkun għal Membri Parlamentari u għall-mistednin tagħhom u għandu jkun hemm sistema ta' identifikazzjoni ta' impjegati oħrajn, u t-tielet, li l-persuna li se tiġġestih tkun magħżula wara applikazzjonijiet miftuħa għall-pubbliku.", "Però huwa l-Clerk of the House li jieħu ħsieb dawn l-affarijiet.", "Hawn xi punt ieħor li tixtiequ tqanqlu?", "(Onor. Membri: No) Allura l-Kumitat huwa aġġornat.", "Fl-10.25 a.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20080918_002d_hbc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ħamis, 18 ta' Settembru 2008", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.35 a.m.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor David Agius u l-Onor Joe Mizzi.", "SKUŻAT", "L-Onor Frederick Azzopardi kien imsiefer fuq xogħol parlamentari.", "Il-Minuti tal-laqgħa Numru 1 li saret fid-19 ta' Mejju, 2008 kienu konfermati.", "Mr Speaker informa lill-Kumitat li kellu talba sabiex One TV jiffilmja l-ewwel ftit minuti tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "Xogħol tal-Kamra", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarjiet Barranin informa lill-Kumitat li wara l-vaganzi tas-sajf il-Parlament kellu jibda jiddiskuti fi stadju ta' Tieni Qari l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Portijiet Ħielsa – Abbozz Numru 8 – u wara jibda dibattitu dwar il-kummerċ b'mod ġenerali, b'enfasi partikolari fuq intrapriżi żgħar u medja.", "Il-Kumitat iddiskuta r-riżenja ta' membru mill-Oppożizzjoni u l-co-option ta' Dr. Joseph Muscat fil-Parlament.", "Intlaħaq ftehim li l-ħin ta' l-aġġornament ta' nhar it-Tnejn, 29 ta' Settembru 2008 jittieħed mill-Oppożizzjoni waqt li dak tat-Tlieta, 30 ta' Settembru u dak ta' l-Erbgħa, 1 ta' Ottubru, jittieħed mill-Gvern.", "L-Onor Joe Mizzi informa lill-Kumitat li waqt il-ħin ta' l-aġġornament tat-Tnejn, 29 ta' Settembru, membru mill-Oppożizzjoni li tela' bil-casual elections f'April 2008, kien se jagħti ittra ta' riżenja lil Mr Speaker.", "Il-Kumitat qabel li l-mozzjoni ta' co-option ta' Dr. Joseph Muscat tidher fuq l-aġenda tal-Parlament ta' nhar l-Erbgħa, 1 ta' Ottubru 2008 u dakinhar stess, Dr Joseph Muscat jieħu l-ġurament ta' lealtà.", "Għar-rigward is-seduta ta' Erbgħa, 1 ta' Ottubru, l-Onor Joe Mizzi talab li dik il-parti tas-seduta minn meta titressaq il-mozzjoni ta' co-option ta' Dr. Joseph Muscat, flimkien mat-teħid tal-ġurament u d-diskors qasir ta' ringrazzjament minn Dr. Joseph Muscat, tiġi trasmessa dirett minn One TV.", "It-talba ta' l-Onor Joe Mizzi ma ntlaqatx, però ntlaħaq ftehim li dik il-parti tas-seduta tiġi ffilmjata u mxandra aktar tard fuq it-televiżjoni.", "L-Onor Joe Mizzi informa lill-Kumitat li Dr. Joseph Muscat kellu jirriżenja mill-Parlament Ewropew fil-25 ta' Settembru 2008.", "Għar-rigward il-Kumitati Permanenti tal-Kamra, l-Onor Joe Mizzi informa lill-Kumitat bit-tibdil ta' membri fil-kumitati permanenti skond kif jidher hawn taħt:", "fil-Kumitat Permanenti għall-Affarjiet Barranin u Ewropej, l-Onor Luciano Busuttil u l-Onor Marie Louise Coleiro Preca jissostitwixxu lill-Onor Evarist Bartolo u lill-Onor José Herrera;", "fil-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, l-Onor Alfred Sant jissostitwixxi lill-Onor Chris Agius;", "fil-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi, l-Onor Owen Bonnici jissostitwixxi lill-Onor Joseph Sammut;", "fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarjiet Soċjali, l-Onor Justyne Caruana tissostitwixxi lill-Onor Marie Louise Coleiro Preca;", "fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, l-Onor Anġlu Farrugia jissostitwixxi lill-Onor Charles Mangion; u", "fil-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, l-Onor Chris Agius jissostitwixxi lill-Onor Joseph Sammut.", "Għar-rigward il-membri fil-gruppi ta' ħidma fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, l-Onor Joe Mizzi informa lill-Kumitat li:", "fil-Grupp ta' Ħidma I ġew nominati l-Onor George Vella u l-Onor Luciano Busuttil;", "fil-Grupp ta' Ħidma II ġew nominati l-Onor Gavin Gulia u l-Onor Roderick Galdes;", "fil-Grupp ta' Ħidma III ġew nominati l-Onor Noel Farrugia u l-Onor Joseph Sammut; u", "fil-Grupp ta' Ħidma IV ġew nominati l-Onor Evarist Bartolo u l-Onor Chris Agius.", "L-Onor Joe Mizzi qal ukoll li l-membri permanenti fuq il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi huma l-Onor José Herrera u l-Onor Owen Bonnici; waqt li l-membri fid-delegazzjoni tal-Commonwealth Parliamentary Association huma l-Onor Joe Mizzi u l-Onor Joseph Sammut bħala membru sostitut.", "Affarijiet oħra", "Mr Speaker informa lill-Kumitat:-", "dwar il-ħidma tal-Kumitat Magħżul tal-Kamra mwaqqaf permezz ta' riżoluzzjoni parlamentari mgħoddija fis-seduta tas-16 ta' Lulju 2008;", "dwar l-inizjattiva li Membri Parlamentari jagħtu d-demm.", "Il-Membri Parlamentari setgħu jagħtu d-demm nhar it-Tlieta, 30 ta' Settembru mill-5.30 pm 'il quddiem fil-kmamar tal-Kumitati; u", "dwar in-Notte Bianca li din is-sena kienet se tinżamm nhar is-Sibt, 4 ta' Ottubru u l-Ħadd, 5 ta' Ottubru.", "Il-ftehim kien li s-Sibt, 4 ta' Ottubru, il-Parlament jinfetaħ bejn is-6.00 pm u nofsilejl u bejn l-10.00 am u s-1.00 pm nhar il-Ħadd, 5 ta' Ottubru.", "Il-Kumitat qabel li bħas-sena l-oħra, il-Membri Parlamentari jipparteċipaw matul il-ħin li l-Parlament ikun miftuħ għall-pubbliku.", "Mr Speaker tkellem dwar is-servizz tal-bar fil-Parlament u ta rendikont ta' kif kien tmexxa matul dawn l-aħħar erbgħin sena.", "Il-Kumitat qabel li jinħareġ avviż biex ikun jista' japplika kulmin hu interessat li jmexxi l-bar.", "Il-Kumitat qabel li kulmin ikun fil-Parlament waqt seduta parlamentari għandu jilbes identification tag li turi l-isem tal-persuna flimkien ma' l-isem ta' min ikun tah il-permess li jidħol fil-Parlament.", "Fl-10.25 am il-Kumitat aġġorna.", "AĠENT SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20080918_002m.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 4", "It-Tnejn, 6 ta' Ottubru 2008 fis-6.30 p.m.", "L-Onor.", "Michael Frendo, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 6 ta' Ottubru 2008 fis-6.30 p.m fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa ma' delegazzjoni mill-Parlament tal-Federazzjoni Russa immexxija minn Liudmila Narusova, President tal-Kummissjoni tal-Parlament Federali għall-Politika dwar l-Informazzjoni; u", "Affarijiet oħrajn."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081006_004a_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 6 ta' Ottubru 2008.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.35 p.m.", "L-Onor Michael Frendo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Assenti: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, l-Onor Leo Brincat u l-Onor George Vella.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 3 li saret fid-9 ta' Settembru 2008 kienu konfermati.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "Il-President tal-Kumitat ippreżenta lill-Kumitat:", "Dokument 142 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u r-Repubblika ta' l-Użbekistan min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea (COM(2007)0117 – C6-0213/2008 – 2007/0044(CNS)) P6_TA-PROV(2008)0373;", "Dokument 143 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0133 – C6-0228/2008 – 2007/0047(CNS)) P6_TA-PROV(2008)0374;", "Dokument 144 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0143 – C6-0254/2008 – 2007/0050(CNS)) P6_TA-PROV(2008)0375;", "Dokument 145 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar is-Sajd u l-Akkwakultura fil-kuntest ta\" Amministrazzjoni Integrata taz-Zona Kostali fl-Ewropa (2008/2014(INI)) P6_TA-PROV(2008)0382;", "Dokument 146 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar strateġija koordinata bil-għan li titjieb il-ġlieda kontra l-evaїjoni tat-taxxa (2008/2033(INI)) P6_TA-PROV(2008)0387;", "Dokument 147 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2008 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel – 2008 (2008/2047(INI)) P6_TA-PROV(2008)0399;", "Dokument 148 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2008 dwar l-effett tal-kummerċjalizzazzjoni u tar-riklamar fuq l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (2008/2038(INI)) P6_TA-PROV(2008)0401;", "Dokument 149 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2008 dwar il-qagħda tal-priġunieri Palestinjani f'ħabsijiet Iżraeljani P6_TA-PROV(2008)0404;", "Dokument 150 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2008 dwar l-evalwazzjoni tas-sanzjonijiet ta' l-UE bħala parti mill-azzjonijiet u l-politiki ta' l-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem (2008/2031(INI)) P6_TA-PROV(2008)0405;", "Dokument 151 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2008 dwar l-Imwiet marbuta mal-Maternità qabel il-Laqgħa ta\" Livell Għoli tan-NU tal-25 ta\" Settembru dwar ir-reviżjoni tal-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp P6_TA-PROV(2008)0406;", "Dokument 152 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2008 dwar il-Kummerċ fis-servizzi (2008/2004(INI)) P6_TA-PROV(2008)0407;", "Dokument 153 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Settembru 2008 dwar Politika Ewropea għall-Portijiet (2008/2007(INI)) P6_TA-PROV(2008)0408;", "Dokument 154 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa (2008/2008(INI)) P6_TA-PROV(2008)0409;", "Dokument 155 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2008 dwar l-evalwazzjoni ta\" nofs il-perjodu tal-pjan ta' azzjoni Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010 (2007/2252(INI)) P6_TA-PROV(2008)0410; u", "Dokument 156 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2008 dwar l-eżekuzzjonijiet fl-Iran P6_TA-PROV(2008)0412.", "LAQGĦA MA' DELEGAZZJONI MILL-PARLAMENT TAL-FEDERAZZJONI RUSSA, IMMEXXIJA MINN LIUDMILA NARUSOVA, PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI TAL-ASSEMBLEA FEDERALI DWAR IL-POLITIKA GĦALL-INFORMAZZJONI", "Id-delegazzjoni mill-Parlament tal-Federazzjoni Russa kienet magħmula minn Liudmila Narusova u Yevginiy A. Yeliseev, President u Deputat President rispettivament tal-Kummissjoni ta' l-Assemblea Federali dwar il-Politika għall-Informazzjoni, u Sergey Merzlikin, Kap tas-Segretarjat tal-istess Kummissjoni.", "Dawn kienu akkumpanjati mill-E.T. Andrey Granovsky, Ambaxxatur tal-Federazzjoni Russa għal Malta, u minn Andrey Filippov, interpretu mill-Ambaxxata Russa.", "Wara l-introduzzjonijiet kien hemm diskussjoni dwar, fost affarijiet oħrajn, il-liberta' u r-regolamentazzjoni tal-medja, ir-rappurtaġġ mill-ġurnalisti u s-sigurta' tagħhom anke minn żoni ta' konflitt bħal dak li seħħ fil-Ġeorġja u l-kontroll ta' siti fuq l-internet minħabba, per eżempju, pedofelija, terroriżmu u traffikar ta' persuni.", "Fis-7.49 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081006_004m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ġimgħa, 17 ta' Ottubru 2008", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, f'nofsinhar.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor David Agius, l-Onor Anglu Farrugia u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-Minuti tal-laqgħa Numru 2 li saret fit-18 ta' Settembru, 2008 kienu konfermati.", "Xogħol tal-Kamra", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li fil-ġranet li ġejjin jiddiskuti r-riżoluzzjoni biex il-Korporazzjoni Enemalta titrasferixxi b'ċens proprjetà f'Bengħajsa, limiti ta' Birżebbuġa, lill-kumpanija Gasco Energy Ltd.", "Wara, il-Kamra kellha tgħaddi biex tiddiskuti fi stadju ta' Tieni Qari l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Kummerċ (Abbozz Numru 10) u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità Maltija dwar l-iStandards (Abbozz Numru 11).", "Il-Viċi Prim Ministru qal li hemm il-ħsieb ukoll li l-Kamra tiddiskuti r-reform programme.", "Għar-rigward il-preżentazzjoni tal-budget għall-2009, il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin qal li dan kellu jiġi ppreżentat fil-Parlament fl-ewwel jew fit-tieni ġimgħa ta' Novembru.", "Huwa qal li kellu jikkomunika l-programm lill-Oppożizzjoni għad-diskussjoni.", "Mr Speaker fakkar lill-Kumitat li kien għad irid jiġi diskuss l-Ombudsplan għas-sena 2009 li kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fid-29 ta' Settembru 2009.", "Fuq mistoqsija tal-Onor Joe Mizzi għar-rigward meta se tiġi diskussa l-mozzjoni tal-Onor Leo Brincat dwar il-ħtieġa ta' leġislazzjoni fuq il-bdil fil-klima, il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin informa lill-Kumitat li kellu jikkomunika mal-Oppożizzjoni u mal-kumitat aktar 'il quddiem.", "Mr Speaker tkellem dwar l-Ordni Permanenti 13 li tipprovdi l-aġġornament tal-Kamra fuq ħaġa definita ta' importanza pubblika urġenti u r-ruling li s-Sedja kienet tat fid-29 ta' Settembru 2008 fejn segwiet il-prassi tal-ħtieġa ta' importanza pubblika urġenti, mingħajr ma jiġi invokat il-paragrafu (2) tal-Ordni Permanenti.", "Il-Membri tal-Kumitat ingħataw informazzjoni dwar talbiet fil-passat għall-aġġornament tal-Kamra taħt l-Ordni Permanenti 13.", "Wara diskussjoni qasira, il-Kumitat qabel li s-suġġett jerġa' jitressaq quddiem il-Kumitat wara akter riflessjoni min-naħa tal-Membri tal-Kumitat.", "Affarijiet oħra", "Mr Speaker informa lill-Kamra li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità kienet talbet biex bħala parti mill-attivitajiet organizzati matul il-Ġimgħa tal-Persuni b'Diżabilità, torganizza l-Parlament għall-Persuni b'Diżabilità nhar l-Erbgħa, 10 ta' Diċembru li taħbat il-Jum Dinji għad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Fi 12.35 pm il-Kumitat aġġorna għal data li kellhi tiġi komunikata aktar tard.", "AĠENT SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081007_003m.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 2", "L-Erbgħa, 8 ta' Ottubru, 2008", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 8 ta' Ottubru, 2008 fis-7:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni tal-Pjan ta' Ħidma tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali lil NGOs, esperti fil-Qasam tal-Familja u rappreżentanti mill-Ministeri.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081008_002a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 2", "L-Erbgħa, 8 ta' Ottubru, 2008", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 2", "L-Erbgħa, 8 ta' Ottubru, 2008", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.04 p.m.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Qabel ma ngħid it-talba, nixtieq li niftakru fil-ħteġijiet ta' wieħed mill-kollegi tagħna u li hu wkoll membru f'dan il-kumitat.", "Bħalissa l-Onor.", "Dr. Karl Chircop qiegħed għall-kura intensiva, u l-ideja tiegħi hi li t-talba tal-ftuħ tal-Kumitat noffriha għalih.", "Nixtieq li kull wieħed u waħda minnha, skont il-konvinzjonijiet tiegħu, jitlob lil Alla biex jgħinu.", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien min-naħa tal-Oppożizzjoni nissekonda l-proposta li għamel l-Onor.", "Karl huwa kollega u ħabib li ħdimna ħafna flimkien anke f'dan il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali mhux biss f'din il-leġislatura imma anke fil-leġislaturi ta' qabel.", "Għadu għaddej minn problemi li wieħed jista' jgħid li se jieħdu ħafna fit-tul.", "Naħseb li għad baqagħlu bżonn ta' ħafna kura u ta' ħafna talb.", "Naħseb li t-talba tal-lum għandha tkun waħda minn diversi talbiet li fil-fatt għandu bżonn il-kollega tagħna.", "U għalhekk jien nissekonda s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Edwin Vassallo biex it-talba noffruha għal-Onor.", "Karl Chircop biex il-Bambin jgħinu.", "Grazzi.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba u offriha għall-fejqan ta' l-Onor Karl Chircop, membru ta' l-istess Kumitat.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq nintroduċi lill-Onor.", "Anthony Zammit li ġie magħżul min-naħa tal-Oppożizzjoni biex ikun sostitut sakemm l-Onor.", "Karl Chircop ikun indispost.", "Ngħaddi issa għall-korrispondenza.", "Għandna ittra mibgħuta mill-Ministru John Dalli dwar in-National Strategic Report on Social Protection and Social Inclusion mill-2008 għall-2010.", "Aħna bħala Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali qed niġu mitlubin nagħtu l-kummenti tagħna għal dan ir-rapport sa nhar il-Ġimgħa 17 ta' Ottubru.", "Jien se nitlob biex id-data tas-17 ta' Ottubru tiġi estiża fid-dawl li din l-ittra ġiet mibgħutha lilna fit-2 ta' Ottubru u rċevejniha l-bieraħ.", "Bil-permess tagħkom jien kont qed naħseb li minflok ma nagħtikom ir-rapport - li huwa ftit oħxon biex taqrawh - u tagħtuni r-rendikont tagħkom, nagħmlu laqgħa tal-Kumitat ma' l-esperti fi ħdan il-Ministeru tal-Politika Soċjali li ħadmu fuq dan ir-rapport.", "Huma jkunu jistgħu jagħtuna presentation u anke jagħtuna comparative report bejn dan ir-rapport u l-aħħar wieħed.", "Għaldaqstant ikollna wkoll diskussjoni fuq dan ir-rapport hawnhekk bejnietna.", "Dejjem jekk intkom tagħtuni l-permess biex nagħmel din il-laqgħa.", "Nerġa' nitkellem magħkom biex insibu l-ġurnata mill-iktar imminenti.", "MICHAEL FARRUGIA: Min-naħa tiegħi ma nsib l-ebda oġġezzjoni li jkun hemm din il-preżentazzjoni.", "Naħseb li r-rapport huwa importanti li jkun qiegħed f'idejna.", "Jekk ir-rapport huwa oħxon nagħmel bedtime reading, issa forsi jaqbadni n-nagħas jew inkella jħallini mqajjem, jiddependi x'ikun fih.", "Imma naħseb huwa importanti li jkun hemm ir-rapport kif ukoll anke jkun hemm il-presentation li għandu jkun hemm.", "THE CHAIRMAN: Ir-rapport se nippruvaw nagħmlu ħilitna kollha biex kemm jista' jkun malajr ikun f'idejkhom.", "Dokument ieħor li ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra huwa dokument li tpoġġa mill-Kummissarju għat-Tfal li ovvjament naħseb intkom diġà għandkom kopja tiegħu.", "Min m'għandux kopja, bħala membri ta' dan il-kumitat jien hawnhekk ġibt xi kopji biex teħduhom.", "Nhar it-Tnejn, fuq l-aġenda tagħna għandna laqgħa mal-Kummissarju għat-Tfal li se tiġi tkellimna fuq il-ħidma tagħha, imma jien għamiltilha rakkomandazzjoni.", "Nhar it-Tnejn dan ir-rapport se nieħdu taken as read, allura nagħmel premura biex intom bħala membri ta' dan il-kumitat taqrawh.", "Lill-Kummissarju għat-Tfal għidtilha biex minflok tkompli ma' dan ir-rapport u tgħidilna x'fih, tiġi b'preżentazzjoni ta' x'pendenzi qed iħalli warajh dan ir-rapport.", "U allura d-diskussjoni mal-Kummissarju għat-Tfal tkun iktar - biex ngħid hekk - politikament kredibbli u allura jistgħu joħorġu riżultati aħjar.", "Nitlob permess lill-Kumitat sabiex nippermettu lill-membri tal-istampa jkunu preżenti għal din is-session skont il-proċeduri.", "M'hemmx oġġezzjoni.", "Nistieden lill-membri tal-istampa biex ikunu preżenti u jsegwu l-laqgħa tal-lum.", "Preżentazzjoni tal-Pjan ta' Ħidma tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali lil NGOs, esperti fil-Qasam tal-Familja u rappreżentanti mill-Ministeri", "Għaldaqstant immorru mill-ewwel għas-suġġett li għandna llum.", "Il-preżentazzjoni tal-Pjan ta' Ħidma tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali lill-NGOs, l-esperti fil-qasam tal-familja, rappreżentanti mill-ministeri u wkoll rappreżentanti u esperti li aħna ħsibna li jistgħu jkunu importanti li nitkellmu magħhom fil-qadi ta' dmirijietna.", "Ħbieb tiegħi, intom ġejtu mogħtija kopja tar-Rapport in full, però tistgħu ssegwu wkoll permezz ta' Power Point presentation - li anke ġejtu mogħtija kopja tagħha - bħala sintesi tal-Pjan ta' Ħidma.", "M'iniex se nieħu fit-tul biex imbagħad wara nisimgħu s-suġġerimenti u l-kummenti tagħkom biex tgħinuna fil-ħidma tagħna biex din tkun, mhux biss iktar faċli, imma iktar effettiva.", "Għaldaqstant nistidinkom biex issegwu x'inhuma l-objettivi ta' dan il-kumitat – li ntlaħħqu bi qbil bejnietna lkoll bħala membri -u anke x'se jkunu l-prijoritajiet li aħna qegħdin nagħżlu.", "Il-mission statement tagħna tgħid:", "\"Filwaqt li nirrispettaw bi sħiħ l-Ordnijiet tal-Kamra tad-Deputati ser nkunu ta' sostenn lill-entitajiet kollha li jiddeterminaw il-politika soċjali f'pajjiżna, permezz ta' diskussjoni u tfassil ta' dokumenti li jirrisponsabbilizzaw favur it-titjieb tal-kwalità tal-ħajja tas-soċjetà Maltija kollha.\"", "Il-missjoni tal-kumitat hi li noffru l-impenn tagħna għall-ħidma mitluba mill-Kamra tad-Deputati fuq temi relatati mal-politika soċjali.", "Smajtuni per eżempju nirrelata kif il-Kumitat irċieva stedina minn Ministeru partikolari biex nirraportaw fuq rapport li għadu kemm ħareġ.", "Se nkunu wkoll ta' sostenn għal diversi Ministeri, għaqdiet mhux governattivi - li huma intom - u entitajiet soċjali oħra li jidditerminaw l-iżvilupp tal-politika soċjali lokali u li jitolbu s-servizzi tagħna.", "Nikkollaboraw ma' akkademiċi u esperti fis-suġġett partikolari msemmija fil-Pjan ta' Ħidma kif se naraw minn hawn u ftit ieħor.", "U nitfgħu dawl fuq kif il-politika soċjali tista' tibqa' tiggarantixxi kwalità ta' ħajja tajba lis-soċjetà Maltija kollha.", "Għaldaqstant ħejjejna pjan ta' ħidma li jinkludi lista komprensiva ta' temi attwali fl-oqsma tal-politika soċjali f'pajjiżna.", "L-objettivi tal-ħidma ta' dan il-kumitat tirrifletti l-aspirazzjonijiet, it-tamiet, il-bżonnijiet u l-weġgħat tas-soċjetà Maltija.", "Se ssir evalwazzjoni kontinwa ta' kif il-politika soċjali qed tirrispondi għall-iżviluppi, għall-ħteġijiet u għall-għażliet tas-soċjetà Maltija lejn għajxien ta' kwalità aħjar.", "Minkejja li kull diskussjoni fil-politika soċjali tkun imqanqla minn ideoloġiji, valuri politiċi u morali individwali, se nżommu l-ġid soċjali u l-bniedem fiċ-ċentru u f'kull raġuni ta' diskussjoni.", "B'hekk innaqqsu kemm jista' jkun l-aljenazzjoni li l-ħajja moderna tal-lum tista' ġġib magħha.", "Kull diskussjoni se tixhed li bħala politiċi, l-objettiv primarju tagħna hu li nkomplu nsaħħu d-dinjità tal-bniedem u nressquh aktar lejn il-milja tad-dinjità tiegħu.", "Għalhekk nixtieq li dak kollu li jtappan id-dinjità tal-bniedem, kull politiku jrid iħoss li qed imur kontra l-interess tas-soċjetà tagħna wkoll.", "Bħala objettivi tal-ħidma tiegħu, l-kumitat irid ikollu l-kapaċità li jisma' l-ħteġijiet u l-esperjenzi ta' kulħadd.", "U għalhekk se jkun aċċessibbli u disponibbli għas-soċjetà Maltija, permezz ta' pjan ta' laqgħat ta' djalogu maħsub apposta sabiex iqarreb lill-membri politiċi ta' din il-kamra lejn ir-realtà tas-soċjetà tagħna.", "Dan se jgħin biex f'pajjiżna, nagħmlu l-aħjar li nistgħu sabiex il-politika tkun eqreb u jimpurtha aktar dejjem min-nies.", "Permezz ta' konsultazzjoni wiesa', l-kumitat irid ikun disponibbli sabiex jaħdem ma' diversi esperti u akkademiċi, awtoritajiet u dipartimenti tal-gvern, u organizzazzjonijiet mhux governattivi, u li jikkontribwixxu direttament għall-ġid soċjali f'pajjiżna.", "Madanakollu, l-kumitat irid jisma' wkoll lil dawk il-persuni li jagħmlu użu mis-servizzi u l-benefiċċji soċjali.", "Dan id-djalogu irid isir kemm ma' min joffri, kif ukoll ma' min jirċievi s-servizz jew il-benefiċċju f'xi qasam tal-politika soċjali.", "Jekk niġi mistoqsi x'inhu l-messaġġ primarju li nixtieq li ngħaddi f'din il-laqgħa tagħna magħkom illum, huwa proprju l-messaġġ li għadni kemm għaddejt.", "Aħna qegħdin nagħmlulkom stedina - speċjalment intom l-NGOs u għaqdiet oħra li tirrappreżentaw il-qasam soċjali f'dan il-pajjiż.", "Aħna disponibbli li niddiskutu dak li intom taħsbu hu ta' ħtieġa li jiġi diskuss.", "Ovvjament nixtiequ li nsibu spazju li niddiskutu ħafna affarijiet, però lesti li nkunu ta' għajnuna.", "Ma rridux inkunu ta' dupplikazzjoni tal-ħidma tagħkom, iżda rridu naħdmu biex inġibukom iktar flimkien ħalli f'dan il-pajjiż ikun hawn sinerġija ta' efforts tajbin li diġà għandna ħafna minnhom.", "Għalhekk is-soċjetà tieħu dak li l-iktar tista' tieħu.", "Tfassil ta' Rapporti", "Il-Kumitat ma jistax jieħu deċiżjonijiet eżekuttivi, però nifhmu li għandna rwol li jista' jirresponsabilizza u jissensibilizza.", "Dan se nagħmluh permezz ta' tfassil ta' rapporti li jistgħu jwasslu għal aktar għarfien ta' din ir-responsabbiltà.", "B'sinerġija ma' kulħadd, ser nħejju rapporti inklussivi li jixhdu l-fatti kollha li nkunu ltqajna magħhom.", "Ir-rapporti se jkun fihom ukoll il-ħsebijiet ta' kull Membru li huwa f'dan il-kumitat.", "Mhux se jkollna rapporti tal-maġġoranza li teskludi x'inhi tgħid il-minoranza, imma se jkollna rapporti li jixhdu anke jekk ikun hemm wieħed li jaħsibha totalment differenti mill-bqija tal-kumitat.", "Għax la aħna m'aħniex eżekuttivi, tajjeb li r-rapport ikun jixhed il-veduti u l-opinjonijiet kollha tal-membri ta' dan il-Kumitat.", "Din il-konvinzjoni għandha tixprunana sabiex b'kollaborazzjoni ma' esperti, tekniċi u akkademiċi nippreparaw rapporti li jkunu bbażati fuq l-evidenza u r-riċerka diġà approvata.", "Għal dan il-għan il-Kumitat ser iżomm kuntatt regolari ma' dawn il-professjonisti, ġejjin kemm mill-kamp akkademiku u kemm minn dak eżekuttiv, ħalli dawn ir-rapporti jkunu tassew kompleti u nklussivi.", "Għalkemm ir-rapporti jiġu fformulati bl-għajnuna ta' dawn il-professjonisti m'għandu fl-ebda ħin jitqies li dawn jeżawrixxu s-suġġett.", "Għaldaqstant ir-riċerka u l-evalwazzjoni personali ta' kull politiku se tkun dejjem irrakomandata.", "Il-proċeduri ta' kif se jiġu mressqa s-suġġetti għad-diskussjoni.", "Filwaqt li qed nuru x'inhuma t-temi kollha li għandna għad-diskussjoni elenkati aktar 'il quddiem, qed inħajjarkom sabiex tkunu minn ta' quddiem sabiex intom jew tressqu s-suġġett għad-dibattitu jew inkella tipparteċipaw b'mod attiv fid-diskussjonijiet pubbliċi tal-kumitat.", "Evidentement kull tema proposta trid tkun approvata mill-membri.", "Qabel ma bdejna l-laqgħa rajtuni x'għamilt.", "Meta nirċievi stedina, jien nitlob l-approvazzjoni ta' sħabi biex effettivament ikollna laqgħa fuq dak ir-rapport partikolari.", "Jekk xi ħadd minkom jibgħat stedina, fl-ewwel laqgħa wara li nkun irċevejt dik l-istedina, din tinqara mal-korrispondenza.", "Jekk ikun hemm talba li ssir laqgħa, jien effettivament nipprova niltaqa' magħkom qabel il-laqgħa tal-Kumitat – fil-fatt m'hu se ssir l-ebda laqgħa li jien ma nkunx iltqajt f'laqgħa primarja ma' dak li jkun - u wara li nkun iddiskutejt ma' min ikun bagħtli dik l-ittra ta' stedina, nitlob lill-membri jekk jagħtunix il-permess biex ssir laqgħa tal-Kumitat u ssir diskussjoni ma' min ikun, NGO jew Dipartiment jew Ministeru.", "Is-suġġetti għad-diskussjoni jistgħu jiġu mressqa bil-miktub liċ-chairperson mill-membri parlamentari fi ħdan il-kumitat dwar l-affarijiet soċjali - allura tajjeb li bħala NGOs anke tkellmu lill-membri ta' dan il-kumitat biex ikollkom iktar min jimbotta fil-lobbying tagħkom biex it-tema tad-diskussjoni tagħkom tiġi aċċettata - mill-ministri jew segretarji parlamentari, mill-membri parlamentari kollha, l-kumitat għall-affarijiet barranin u Ewropew, is-soċjetà Ċivili u l-għaqdiet mhux governattivi.", "Temi proposti għad-diskussjoni", "Bħala kumitat qbilna li nagħtu prijorità lil dawn is-suġġetti fid-diskussjoni tagħna, kif inhuma mniżżla f'dan ir-rapport ta' ħidma: il-Familja; it-Tfal, l-Adoloxxenti u ż-Żgħażagħ; l-Ugwaljanza; l-Anzjani; l-Persuna b'Diżabilità; l-Edukazzjoni u t-Taħriġ; il-Valuri; s-Saħħa; l-Immigrazzjoni Irregolari u r-Refuġjati; l-Ambjent; ix-Xogħol, Ekonomija u l-ħolqien tal-impjiegi u l-ekonomija tal-Għerf – riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni.", "Ġie maqbul li bħala l-ewwel suġġett għad-diskussjoni ikun il-familja.", "Jekk inħarsu lejn il-familja b'sinerġija ma' dawk l-għaqdiet kollha nvoluti fil-qasam tal-familja, se niddiskutu dawn it-temi li qed inressqu, u li ngħataw l-approvazzjoni ta' sħabi.", "Il-ħsieb tiegħi hu li ġaladarba niddiskutu dawn it-temi, se jkollna l-aħjar għarfien tekniku, soċjali, u politiku ta' x'inhi r-realtà u l-futur tal-familja Maltija.", "Għal kull suġġett se jkollna laqgħa partikolari u se nibdew biex niddiskutu x'inhu l-effett tal-media fuq il-familja.", "Imbagħad inkomplu b'dawn it-temi li ġejjin: X'qed jgħaqqad u x'qed jifred lill-familja Maltija?", "X'inhu l-effett tas-separazzjoni kif ukoll tad-divorzju (dawk li għandhom) fuq il-koppja nnifisha u t-tfal?", "Kemm qed toħroġ l-importanza tal-preżenza tal-missier fil-familja - l-aktar meta l-omm tkun qed trabbi lit-tfal waħedha minħabba separazzjoni?", "X'qed ikun l-effett tal-vjolenza domestika fuq it-tfal u l-ġenituri?", "X'servizzi u għajnuna jeżistu lill-familji bi problemi msemmija hawn fuq?", "X'servizzi u għajnuna jeżistu lill-familji li jkollhom persuni jew tfal b'diżabilità fiżika u mentali?", "X'inhu l-effett ta' ċertu stil ta' ħajja ħażina fuq il-familja, bħax-xorb, logħob ta' l-azzard u vizzji oħra?", "Kif inhi r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal Maltin.", "Is-soċjetà Maltija għandha kultura favur il-familja?", "X'inhi r-realtà tal-qorti tal-familja?", "Nistgħu nkejlu x'qed tiswa l-ispiża mill-finanzi pubbliċi f'għajnuniet soċjali li tgħin lill-familja f'pajjiżna?", "X'inhi r-realtà tal-koppja bla tfal fis-soċjetà Maltija?", "X'inhuma l-isfidi tal-lum u ta' għada għall-familja Maltija?", "Qed insibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja b'mod partikolari meta l-ġenituri jkunu t-tnejn jaħdmu?", "X'effett qed ikollhom is-separazzjonijiet tal-familja fuq il-prestazzjoni tal-individwu fuq il-post tax-xogħol?", "Kif il-liġi dwar ix-xogħol u dik dwar it-taxxi jistgħu jaġevolaw aħjar lill-familji u kif nistgħu nevitaw li t-tassazzjoni tkun soċjalment regressiva b'enfasi partikolari fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma?", "X'inhuma l-effetti u r-riżultati taċ-child care centres?", "Kif id-dejn tad-djar qed jaffettwa l-għarajjes?", "X'inhuma l-isfidi tal-ġenitur waħdu jew waħedha f'pajjiżna?", "Ovvjament għal iktar dettall rigward il-ħidma tagħna, tistgħu ssegwu r-rapport ta' ħidma, fejn tistgħu taraw ukoll x'beħsiebna niddiskutu f'dak li hu immigrazzjoni, ambjent, xogħol, ekonomija, eċċ. Jiġifieri r-rapport li aħna tajnikom bħala business plan, huwa indikattiv, biex ngħidu hekk, u jagħti iktar ħjiel ta' x'se tkun il-ħidma ta' dan il-kumitat.", "Bil-presentation li għadni kemm għamilt, tajt sintesi ta' dan ir-rapport.", "Però l-ħin li fadal issa huwa għall-kummenti min-naħa tagħkom.", "Wara dan kollu li għidt - ovvjament jekk hemm mistoqsijiet, inkunu nistgħu nirrisponduhom jien jew sħabi - taħsbu li aħna bħala Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali nistgħu nkunu ta' għajnuna għalikom?", "Dan biex ovvjament aħna nkomplu intejbu l-ħidma tagħna, u nitgħallmu mingħandkom stess ir-realtà ta' madwarna kif nistgħu nkunu ta' għajnuna għalikom stess..", "Qed nifhem li hawn roaming microphone.", "Tajjeb li tkunu tafu li din is-seduta qed tkun irrekordjata bħas-seduti l-oħrajn tal-parlament, u min ikun irid jerġa' jisma' s-seduta jista' jidħol fil-website tal-parlament, fejn ukoll jista' jisma' s-seduti l-oħrajn tal-parlament.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jogħġobkom min se jitkellem, jagħti ismu u jgħid mil-liema assoċjazzjoni ġej.", "JOE MIZZI (Moviment ta' Kana): Sur Chairman u għeżież membri tal-kumitat, huwa pjaċir kbir għalija - u naħseb anke għal dawn kollha li qegħdin hawnhekk u li jaħdmu fl-oqsma tal-familja - li ninnotaw li dan il-Kumitat tal-Kamra dwar l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament qed jieħu b'interess l-issue tal-familja.", "Tassew huwa ta' sodisfazzjon kbir għalija li nara li fost il-ħafna issues fuq l-aġenda, se jkunu diskussi t-tfal, persuni anzjani, l-ambjent, eċċ. li juri kemm tassew għandu verament għall-qalbu l-għożża u t-tisħiħ tal-familja Maltija.", "U naħseb – kif diġà semmejt inti - huwa tajjeb li aħna bħala għaqdiet, NGOs, individwi, professjonisti, akkademiċi u nies minn kull qasam tal-ħajja nipparteċipaw f'fora u diskussjoni bħal ta' dan it-tip.", "Għax naħseb bħala NGOs ma tantx ikollna ċans ta' dan it-tip li niltaqgħu u niddiskutu.", "Jiġifieri l-ewwel punt tiegħi huwa prosit li aħna se ninġabru flimkien u jkollna ċans niddiskutu anke ċerti temi li huma hekk vitali, hekk essenzjali għas-soċjetà speċjalment f'dan iż-żmien ta' llum.", "It-tieni nett nixtieq li ladarba qegħdin insemmu l-familja naħseb li waħda mill-concerns tiegħi hija r-riċerka.", "Jekk ma niżbaljax inti fid-daħla tiegħek, Sur Chairperson, semmejt li se jintalbu xi papers - ikkorreġini jekk żbaljat.", "Naħseb li llum il-ġurnata jkun tajjeb li f'pajjiżna verament ikollna riċerka sħiħa, riċerka adegwata, riċerka li tirrifletti l-istat veru tas-soċjetà u tal-familja Maltija.", "Speċjalment preokkupanti ħafna għalija huwa meta xi kultant nisma' fuq il-media ċerti figuri ta' separazzjonijiet li jiġu mkabbra b'mod esaġerat iżjed milli huma.", "U allura tajjeb li dan il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tal-Kamra juża, biex ngħidu hekk, is-setgħat mogħtija lilu mill-Kamra biex ikun jista' jkollna verament riċerka vera li tista' tgħin biex inkunu nistgħu nagħmlu riflessjoni vera fuq il-familja Maltija, u dak kollu li qed jassedja u jattakka din is-soċjetà hekk vitali għalina.", "Jien naħseb li dan il-Kumitat għandu sfida kbira, għax illum il-familja tinsab tassew mhedda.", "Imma konvint li bil-kollaborazzjoni tagħna lkoll, aħna nistgħu verament inkomplu nsaħħu ż-żwieġ u l-familja għax dan kulħadd jaqbel fuqu, u dan li huwa ta' vera ġid għall-individwi, għall-familja u għal pajjiżna.", "Grazzi.", "IS-SUR FREDDIE BEZZINA (Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità): Naħseb li kull min qiegħed hawnhekk, jaħseb f'suġġetti oħrajn li jistgħu jiġu proposti biex jiġu diskussi f'dan il-kumitat.", "U allura b'ċertu kawtela se nagħmlu rakkomandazzjoni fuq żewġ temi li naħseb li t-tnejn huma importanti.", "Waħda hija l-konvenzjoni ġdida tal-Ġnus Magħquda dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità li Malta qed taħseb biex tirratifika fiż-żmien li ġej.", "Naħseb li dan il-Kumitat għandu wkoll jara kif din se tiġi ratifikata u eventwalment tiġi implimentata.", "L-ewwel nett din il-konvenzjoni hija landmark kbira f'dan il-qasam u għalhekk nissuġġerixxi li dan il-kumitat jara jistax li fl-aġenda tiegħu jiddiskuti wkoll din il-konvenzjoni.", "L-oħra hija topika wkoll.", "Bħalissa l-Unjoni Ewropea qiegħda f'diskussjoni li tagħmel direttiva dwar l-ugwaljanza fl-oqsma kollha tal-minoranza, jiġifieri fis-sitt oqsma tal-minoranzi li jinkludi lill-persuni b'diżabilità, però jinkludu wkoll il-gender, l-issues ta' l-orjentazzjoni sesswali, ir-razza, etċ.", "L-ewwel nett irridu naraw x'se tkun il-pożizzjoni tal-gvern tagħna vis-à-vis din id-direttiva.", "Imma wkoll, l-opinjoni tiegħi hija li din żgur hi kwestjoni ta' meta u kif, u rridu naraw ukoll, kif Malta se tħejji ruħha biex dak li tkun fuq liġi - għax direttiva hija liġi ukoll - tiġi implimentata b'dawn l-oqsma kollha.", "Grazzi ħafna.", "THE CHAIRMAN: L-ewwel ħaġa, tajjeb tkunu tafu li wieħed mill-objettivi li dan il-kumitat għandu hu li meta dokumentazzjoni min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea tgħaddi għand il-kumitat responsabbli – li huwa dak għall-Affarijiet Barranin - dan jista' jgħaddihom lilna.", "Dik hija l-proċedura normali.", "Però jekk inti taħseb - u għalhekk għamilna din il-laqgħa apposta biex nistiednu lilkom bħala NGOs - u tixtieq li tiġi tiddiskuti f'dan il-Parlament xi suġġett li huwa għal qalbek - għax din hija kamra tal-parlament Malti - intom stednuna u niddiskutuh.", "Jiġifieri jekk inti tixtieq li niddiskutu din il-konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda għamlilna proposta.", "Dan qabel ma niddiskutu l-issue tal-persuni b'diżabilità kif għandna fir-rapport tagħna u forsi jgħaddu xi sentejn oħra - dan minħabba l-ħafna suġġetti fuq il-familja li nixtiequ niddiskutu, nkunu qegħdin niltaqgħu għalihom kull nhar ta' Erbgħa, għalkemm minn xi waqtiet ikollna l-pawsiet tagħna għax ikun hemm seduti oħra fil-plenarja u għalhekk ma nkunux nistgħu niltaqgħu, allura nieħdu l-ħin - biex naslu għaliha.", "Però jekk jien nirċievi mingħandkom - u din hija l-proċedura li rridu nimxu biha - bħala Kummissjoni b'Persuni b'Diżabilità, pjan, suġġett u tgħidulna isma', nixtiequ niddiskutu dan għax l-objettivi ta' dan il-meeting nixtiequ li jkunu dawn.", "Meta nirċievi l-istedina jien nressaqha quddiem il-membri u jkollna ħin tad-diskussjoni.", "L-aġenda hija pubblika.", "Allura kull NGO oħra li qed taħdem għall-istess għan tista' tiġi u tagħti sehma wkoll, tista' tiġi u tisma' wkoll.", "Jiġifieri huwa importanti li dan il-kumitat issaħħaħ anke s-sinerġija bejn l-NGOs li diġà jkunu qed jaħdmu.", "Il-ħsieb tagħna bħala kumitat hu li għalkemm ma nemminx li għandna sparpaljar ta' efforts, imma jekk hemm, innaqqsuh.", "Jekk hemm nies f'ħafna għaqdiet, li qegħdin jaħdmu għall-istess għanijiet u qatt ma ġew flimkien, il-ħsieb tagħna huwa li nġibuhom hawn flimkien.", "Dan mhux biex noħolqu dupplikazzjoni tal-kummissjoni għall-volontarjat xejn minn dan - dik teżisti u għandha l-irwol tagħha.", "Jekk xi NGO tixtieq li ssemmha leħinha fil-parlament – u aħna nixtiequ li kull preokkupazzjoni li għandha valur, għandha tissemma f'dan il-parlament - niddiskutu dik il-preokkupazzjoni.", "Dan ikun forsi pass ieħor 'il quddiem biex fil-lobbying politiku tal-assoċjazzjoni, dejjem jitressaq il-boċċa qrib il-likk.", "Insejjaħ issa lill-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Ħaġa waħda.", "Xi ħaġa li niftehmu fuqha hi, li hawnhekk qegħdin differenti mill-parlament.", "Fil-parlament impaċċpu bejnietna.", "Hawnhekk kważi xogħolna huwa iktar biex niltaqgħu mill-viċin mal-persuni li huma nvoluti fil-ħidma kontinwa ta' suġġetti li fil-fatt se nkunu qed niddiskutu hawnhekk.", "Bħalma qal iċ-Chairman, kull suġġet li jkun qed jiġu diskuss fil-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali se jkun ukoll fuq il-website tal-Parlament.", "Kull ma se tinvolvilkom hu ftit ħin.", "Bħalma qal iċ-Chairman ukoll, jekk qabel niddiskutu suġġett, per eżempju, il-persuni b'diżabilità li mhux se nagħmluha għada għax bħalissa se naqbdu niddiskutu l-familja u d-diżabilità se tiġi diskussa iktar 'il quddiem matul din il-leġislatura, però jistgħu jqumu ċirkostanzi fejn is-suġġett tad-diżabilità jqum qabel għal xi raġuni jew oħra.", "Bħalma semmejt inti dwar il-kwestjoni tal-Unjoni Ewropea li jrid jgħaddi minn dan il-Kumitat.", "Li tista' tagħmel hu li żżomm link maċ-Chairman jew mas-segretarja tal-Kumitat u tgħidilhom li taf li se jiġi diskuss is-suġġett ta' persuni b'diżabilità vis-à-vis id-direttivi tal-Unjoni Ewropea u li tixtieq li jkun hemm diskussjoni qabel dan ikun konkluż.", "Hemmhekk jasal il-messaġġ u allura nkunu nistgħu nħaffu u forsi ma nidħlux in depth tas-suġġett.", "Imma għallinqas fil-limiti tad-direttivi li jkun hemm inkunu nistgħu nevalwawhom flimkien u naraw dawk li huma in line ma' dak li nkunu qegħdin nagħtu s-support.", "Jew għandniex nagħmlu xi tibdil jew suġġerimenti jew oġġett ieħor fir-rakkomandazzjonijiet li jkun hemm.", "B'hekk ikun hemm link kontinwu.", "Jiġifieri differenti minn dak li jiġri fil-Kamra tad-Deputati.", "Naħseb li jkun iktar għaqli li nimxu b'dak il-mod.", "MS DORIS GAUCI (Richmond Foundation): Mr Chairman, qabel xejn nixtieq nirringrazzja lil dan il-Kumitat għal l-istedina biex inkunu hawnhekk illejla.", "Aspett li nixtieq inġib l-attenzjoni għalih huwa dak li jirrigwardja s-saħħa mentali.", "Mhux neċessarjament mard mentali biss, imma saħħa mentali fil-wider sense tiegħu.", "Ir-raġuni hija li by the year 2020 il-World Health Organisation identifikat li l-mard mentali se jkun it-tieni l-iktar problema ta' saħħa fid-dinja.", "U din tikkonċernani, għax m'hijiex qed tingħata l-importanza li jistħoqqilha kemm mill-aspett preventiv, mill-aspett promozzjonali li s-saħħa mentali fost il-familji nrawmuha, kif ukoll mill-aspett ta' mard.", "Nagħmlu aċċenn għal saħħa mentali, per eżempju meta nitkellmu fuq stress, imma dak huwa aspett limitat ħafna ta' kif wieħed għandu jħares lejn is-saħħa mentali in ġenerali.", "Naħseb wasal iż-żmien li jekk verament irid ikollna familji b'saħħithom, Malta tibda tindirizza dan is-suġġett b'mod iktar strutturat u li jkun hemm pjan strateġiku li jilħaq ċerti għanijiet.", "Wara kollox il-Gvern stess kien involut per eżempju fid-Declaration of Helsinki fis-sena 2000 fejn qed jikkommetti ruħu li jħares lejn dan l-aspett b'mod wiesa'.", "Però ma naħsibx li dan qed issir hawn Malta.", "Jiġifieri tmien snin down the line u għadna ma bdejniex inħarsu lejha b'dan il-mod.", "U lanqas m'aħna qegħdin inħarsu lejha b'mod wiesa' issa, li l-Kummissjoni ħarġet it-tieni pass wara dak il-pact fejn tgħid li Promotion u Prevention għandhom jingħataw importanza qawwija mill-gvernijiet li jifformaw parti mill-Unjoni Ewropea.", "Nixtieq li din tkun ta' diskussjoni iktar 'il quddiem f'din il-Kamra.", "Grazzi Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: Nagħmel osservazzjoni oħra.", "Qegħdin tgħinuni nilħaq iktar l-iskop għalxiex għamilna din il-laqgħa llum.", "Aħna nixtiequ li nkunu ta' għodda f'idejkom.", "M'aħniex qegħdin hawn biex nikkmandaw, hawnhekk ma jikkmanda ħadd imma nipprovaw nisimgħu lil kulħadd.", "Irridu nagħtukom vuċi jekk taħsbu li m'għandkomx.", "Irridu nisimgħukom jekk taħsbu li ħadd ma kien qed jismagħkom jew mhux se jismgħakom.", "Jiġifieri l-opportunità li jkun hawn diskussjoni fuq suġġett li tkunu tixtiequ, hija f'idejkom.", "Il-lista bil-prijoritajiet ta' dak li rridu niddiskutu - jekk ħadd ma jibgħatilna stedina biex niddiskutu suġġett - tafu x'inhi, poġġejnhielikom fuq il-pjan ta' ħidma tagħna.", "M'aħniex se nilgħabu crisis management, għandna Pjan ta' Ħidma u se nimxu fuqu.", "Parallel ma' dak il-pjan ta' ħidma, se nkunu ffokati lejn ċerti riżultati.", "Din il-laqgħa tal-lum hija sejħa lilkom biex - bħalma diġà għedt lil tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'diżabilità – jekk għandkom suġġett li taħsbu li għandu jingħata iktar importanza, tibgħatulna stedina biex niddiskutuh.", "Aħna niddiskutuh magħkom, nagħmlu preliminary meeting imbagħad nitlob il-permess ta' sħabi, u jekk jingħata dan il-permess ikun hemm esperti mill-qasam tagħkom, u nistiednu wkoll ir-rappreżentanti tal-Ministeri konċernati.", "Għalhekk f'din il-laqgħa magħkom hawn ukoll rappreżentanti ta' diversi Ministeri biex il-messaġġ jasal għand dak il-Ministru partikolari.", "Veru din il-kamra qisha ta' Harry Potter imma m'aħniex se nagħmlu magic.", "Però se ngħinu biex il-kawża li għaliha qegħdin taħdmu intom, tingħata importanza.", "Allura l-Parlament ikun qed jilħaq l-għan tiegħu li jkun Parlament li veru qed iwieġeb għal weġgħat, għall-aspirazzjonijiet u għat-tamiet tal-poplu tagħna hemm barra.", "MICHAEL FARRUGIA: Mhux hekk biss Ms Gauci, imma jista' jkollok tema li mhux bilfors tkun speċifika fuq is-suġġett partikolari.", "Meta taqbad is-suġġett il-familja dan m'huwiex sempliċiment relazzjoni mara ma' raġel, ġenituri mat-tfal, ġenituri ma' ommijiethom u missirijiethom imma għandek firxa sħiħa ta' suġġetti.", "Nafu li jekk inħarsu lejn familja bl-iktar mod ħolistiku, nsibu problemi kbar fejn jidħol il-mard mentali, vizjijiet, u ċertu mard ieħor.", "Tidħol ukoll l-edukazzjoni, x-xogħol,eċċ. Hija wiesgħa ħafna.", "Naħseb dan is-suġġett ta' familja tant hu wiesa', tant hemm suġġetti li jidħlu fih, li bla ma rridu se nkunu qegħdin immissu u nifirxu u nolqtu suġġetti oħrajn iktar 'il quddiem.", "Għax jista' jkollok l-influwenza ta' persuni b'diżabilità fil-familja, l-effett tagħhom u l-effett ta' persuni b'mard mentali li jistgħu jagħqdu familja u jistgħu jkissru familja.", "Huwa suġġett wiesa' ħafna.", "Li nitlob huwa, li waqt li nkunu għaddejjin bil-laqgħat u tħoss li ma' suġġett partikolari - per eżempju waqt li qed niddiskutu l-familja - l-kondizzjonijiet mentali ta' xi ħadd fil-familja u r-relazzjoni ta' dak fi ħdan il-familja, you will be most welcome li tkun tista' tattendi.", "Bħalma jkunu most welcome dawk li għandhom x'jaqsmu ma' persuni b'diżabilità, dawk li għandhom x'jaqsmu ma' vizzji, dawk li għandhom x'jaqsmu mar-relazzjoni ta' familja u relazzjoni ta' xogħol, ambjent.", "Jiena nara l-familja bħala focus li tant tolqot suġġetti, li idealment taqbad lilha.", "Ħalli mbagħad taqbad issues partikolari u tkompli tespandi fuqhom, imma dik se nkunu qegħdin nolqtu setturi kbar tas-soċjetà u ħafna oqsma li rridu u ma rridux jidħlu taħt is-suġġett familja.", "The CHAIRMAN: Se nagħti eżempju konkret ta' dak li qed jgħid l-Onor.", "Issa rajt dieħla l-Kummissarju għat-Tfal, Ms Carmen Zammit.", "Bħal-lum ġimgħa, jekk Alla jrid, se nkunu qed niddiskutu l-effett tal-media fuq il-familja.", "Mir-rapport tal-Kummissjoni, li għadu kemm ġie ppubblikat, rajt li kemm-il darba ġie diskuss il-kwalità tal-programmi tat-televiżjoni u t-tfal.", "Daqsha, jista' wieħed ikollu importanza relatata fil-ħidma tiegħu fit-television, il-media u kif tista' tkun affettwata l-familja.", "Kull m'aħna qegħdin 'il bogħod huwa, kif qal l-Onor.", "Farrugia, imma minħabba proċedura tkun iżjed business friendly jekk aħna inkunu nafu minn qabel.", "Jekk nirċievu e-mail li barra li se tattendu, tixtiequ twasslu messaġġ - għax aħna nkunu diġà programmajna l-laqgħa - allura nkunu nistgħu nħallu spazju fil-ħin għalikom.", "Se nkompli ma' dak li qalu sħabi.", "Kif qed taraw, jekk taħsbu li jolqotkom suġġett, m'aħniex se niddiskutuh f'kamra magħluqa, u għalhek huwa sta għalikom li tkunu tafu x'se niddiskutu.", "Fittxu biex tkunu tafu x'se nkunu qegħdin nagħmlu, imma jekk xi ħaġa tolqotkom mill-qrib ejjew għaliha u f'dak il-meeting partikolari tkunu tistgħu tisimgħu.", "Meta jkun se jsir ir-rapport imbagħad inkunu nistgħu nitolbukom iktar informazzjoni.", "U filwaqt li hawnhekk tkunu tkellimtu għal tliet minuti ħamsa, imma fil-ġabra tar-rapport nitolbukom biex tagħtuna sinteżi, biex tagħtuna materjal ta' riċerka li jkun qed jgħin lil dak il-Ministeru jew organizzazzjoni partikolari biex tibni iktar l-opinjoni tagħha.", "MICHAEL FARRUGIA: Suġġeriment żgħir.", "Nispera li ħadd ma jisparali.", "Jekk is-segretarja ta' dan il-Kumitat nagħtuha biċċa xogħol li forsi biex anke l-NGOs jew l-għaqdiet ma joqogħdux jidħlu fil-website tal-Parlament għax forsi ma tantx jogħġbuhom id-diskussjonijiet li nkunu qegħdin nagħmlu.", "Imma kieku għal kull laqgħa li jkollna nibagħtu e-mail, ikunu jafu x'se nkunu qegħdin niddiskutu.", "Ejja nkunu proattivi aħna stess, minflok nistennew lil ħaddieħor jieħu azzjoni.", "The CHAIRMAN: Inħallu f'idejn il-kollega tagħna u jekk taħseb li din tista' ssir, allura nistgħu nagħmluha.", "MICHAEL FARRUGIA: Importanti li min għadu ma tax l-e-mail tiegħu jew b'liema mod irid jirċievi l-korrispondenza biex jipprovdi l-indirizz.", "DR MARCELiNE NAUDI (Lecturer l-Università fis-social Work u Chairperson tal-Kummissjoni għall-Vjolenza Domestika): Mr Chairman, nirringrazzjakom u qed nieħu gost għax naf li ħafna drabi n-nies ta' din in-naħa tal-Kamra jħossuhom frustrati u ma jafux kif se jwasslu l-messaġġ tagħhom.", "Inti għidt dawk l-affarijiet li huma qrib għalina.", "Ħafna minn dawn l-affarijiet - l-inġustizzja soċjali hi x'inhi - hija qrib ħafna għalina.", "Allura nirringrazzjakom li tajtuna din l-opportunità li nistgħu nkellmukom u ngħidulkom din u tinsewx l-oħra.", "Jekk nixtrux aħna.", "MICHAEL GONZI: Dawn id-domandi li għadek kemm staqsejt Ms Gauci, staqsejthom lill-Ministru partikolari tiegħek?", "Għax waħda mill-problemi li naħseb li se jkun hawn hija d-dupplikazzjoni tax-xogħol.", "Ms Gauci ilha taħdem fuq is-saħħa mentali s-snin, u nixtieq nistaqsik Ms Gauci, kemm-il konferenza għamilt fuq is-saħħa mentali?", "Jien kont attendejt konferenza u kienet interessanti ħafna u bħal dawn intom kollha experts fil-fields tagħkom.", "Jiġifieri nimmaġina li għamiltu lobbying tal-affarijiet tagħkom ma' nies li huma importanti.", "L-għan ta' dan il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali hu li jmur ftit oltre.", "Jiġifieri rridu naslu x'imkien u mhux se nagħmlu repetition tal-affarijiet li intom iddiskutejtu jew ma' Ministeru jew ma' xi ħaddieħor imbagħad tiġu hawnhekk għax weħiltu.", "Irid ikun hemm xi ħaġa fejn aħna nistgħu mmorru jew irridu nipproġettaw il-viżjoni tagħkom lin-nies hemm barra jew irridu nagħmlu rapport biex nerġgħu nagħtuh lill-Ministru jew lill-Gvern.", "Imma importanti li permezz tal-expertise tagħkom – u li jiena m'iniex expert allura intom tridu tgħinuna - nagħmlu dik id-differenza.", "U għalhekk il-pjan taċ-Chairman u ta' dan il-Kumitat kollu huwa interessanti ħafna.", "Fil-Kumitat ta' l-aħħar Leġislazzjoni konna għaddejna minn proċedura fuq il-bioetika u li wkoll ħdimna ħafna fuqha u nixtiequ li mmorru oltre bl-għajnuna tagħkom.", "MS DORIS GAUCI: Jekk nista' nkompli għal dak li kont qed tgħid.", "Ħafna drabi, kif taf inti, nintervjenu fuq is-saħħa mentali però meta, per eżempju, tħares lejn il-Mental Health Act inħnaqna nitkellmu fuqha.", "Għaxar snin ilu, l-Onor.", "Hawnhekk mini-parliament u hopefully intom tistaqsu lill-AG għaliex din il-liġi għadha quddiemu.", "Jekk taraw \"The Times\" ta' nhar il-Ġimgħa se taraw artiklu fejn ġejt ikkwotata, li jekk intom m'intom se tagħmlu xejn inutli aħna niġu hawnhekk u niddiskutu, għax se noqogħdu nirrepetu to the converted.", "I'm sure li hawnhekk kulħadd jaqbel miegħi.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Chairman, bħalma qalet Ms Gauci, l-Mental Health Act bdejniha fl-1987, u minn dakinhar sal-lum għadna ma wasalniex.", "Naħseb parti mix-xogħol tagħna mhux li nkomplu għaddejjin bil-konferenzi, imma xogħol dan il-Kumitat huwa mhux biss li nisimgħu, imma rridu nagħmlu l-pressjoni tagħna.", "Naħseb bħala Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali rridu nagħmlu pressjoni biex jekk hemm bżonn li dawn l-għaqdiet tal-NGOs jiġu jeqirdu magħna, iva jiġu jeqirdu magħna u aħna rridu nagħtuhom is-support tagħna biex dak li għadu ma sarx, xi darba jsir.", "Veru aħna m'aħniex eżekuttivi - naċċetta li m'aħniex eżekuttivi - imma jekk nagħmlu l-pressjoni tagħna u jibqa' ma jsir xejn imbagħad huwa d-dmir tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali li joħroġ barra u jgħid smajna, issuġġerejna u bqajna fejn konna.", "The CHAIRMAN: Nirringrazzja l-Membri sħabi, imma se nagħmel appell.", "Kemm l-Onor.", "Justyne Caruana kif ukoll l-Onor.", "Frederick Azzopardi – iż-żewġ Għawdxin Membri ta' dan il-Kumitat – għadhom kemm qaluli li hawn xi nies Għawdxin fl-udjenza li jridu jilħqu l-vapur.", "Għalhekk nitlob lill-Membri jisimgħu biss - bħal Parlament.", "Jiena se nieqaf ngħid, fhimna l-proċeduri kif se nimxu issa nisimgħu lilkom.", "Kif għidt, se nagħti prijorità lill-Għawdxin, ftit diżugwaljanza mal-Maltin.", "DR MARCELiNE NAUDI: Mr Chairman, naqbel ma' dak li qalet Ms Doris Gauci.", "Intom qed tagħtuna aċċess iktar dirett u b'kull rispett, intom għandkom iktar poter milli għandi jiena jew dan jew din.", "Jiġifieri aħna nisperaw li niġu hawnhekk, ngħidu l-affarijiet li għandna bżonn ngħidulkom u intom tmexxu.", "Kelli diversi punti imma se nqassar u nagħmel tnejn biss.", "L-ewwelnett, id-definizzjoni ta' familja.", "Fil-Pjan ta' Ħidma, l-punt numru 1.3 - jekk m'iniex sejra żball - għandkom definizzjoni sabiħa ta' familja li jaqsmu kollox flimkien, hemm ħafna mħabba eċċ li hija familja ideali.", "Fil-fatt familja reali m'hijiex hekk.", "Huma ftit u l-veru fortunati dawk li jgħixu f'familja hekk.", "Il-familja hawn Malta saret iktar diversi.", "Jiġifieri meta tgħid familja ma tfissirx relazzjoni sempliċiment bejn il-ġenituri u t-tfal u l-ġenituri mal-ġenituri tagħhom, imma hemm forom iktar minn hekk.", "Meta nitkellmu fuq familja ma nafx intom f'moħħkom x'qegħdin taraw però nispera li m'intomx qegħdin taraw biss il-familja tradizzjonali.", "Dak kien l-ewwel punt li xtaqt nagħmel.", "It-tieni punt huwa li nixtieq nissaportja lis-Sur Bezzina meta tkellem fuq il-grounds differenti ta' diskriminazzjoni imma m'iniex ċerta 100% li ħadt il-punt tiegħu.", "Issemmew diversi grounds f'dan id-dokument: l-anzjani, d-diżabilità, l-ugwaljanza bejn is-sessi, fuq ir-refuġjati li forsi tista' tgħid hija race issue, però mbagħad is-Sur Bezzina qal li jeżistu issues oħrajn li jinkludu l-issue ta' orjentazzjoni sesswali.", "Dan id-dokument qrajtu u għamilt kumment għal kull punt - li m'iniex se ngħidhomkom - imma ma rajtx imsemmi l-orjentazzjoni sesswali.", "The CHAIRMAN: Se nżomm kelmti u mhux se nirrispondik.", "Imbagħad nirrispondi wara, biex nagħtu ċans lil kulħadd jitkellem.", "DUN MANUEL CORDINA (Direttur tal-Fondazzjoni OASI): Mr Chairman, li ridt nistaqsi fil-qasam tiegħi partikolari - apparti s-saċerdozju – hu li l-qasam tal-addictions ġie mħaxken ma' dak taż-żgħażagħ u l-addoloxxenti.", "Hawnhekk tidħol il-kwestjoni ta' policy u mentalità.", "Il-problema tad-droga m'hijiex tat-tfal u ż-żgħażagħ - it-tfal u ż-żgħażagħ huma l-vittmi - allura għaliex ma kenitx kondizzjoni b'tema għaliha waħedha f'dan ir-rapport?", "Ir-raġuni hi li ili 20 sena naħdem f'dan il-qasam.", "Bdejna b'ħafna furja 20 u 25 sena ilu u llum il-ġurnata l-issue tad-droga u l-alkoħoliżmu saret xi ħaġa aċċettata b'tali mod li lanqas fil-policies tal-Gvern ma jidhru għad li aħna noħorġu d-dokumenti.", "U x'ħin niġu niltaqgħu madwar mejda fil-Ministeri nkunu injorati, u tistħi tgħid li mort għal dik il-laqgħa, anzi tgħid li aħjar ma tkun mort xejn għax itelfulek il-ħin.", "Għandek bżonn l-għajnuna, u x'ħin titlobha, jgħadduk biż-żmien anzi jekk ma joħorġukx li inti korrott, minkejja li qegħdin noffru 24 hour service ġimgħa sħiħa, b'nies bħali, aqwa minni u iktar anzjani minni, imma sibna mblokk.", "Qabel konna fil-kummissjoni.", "Illum il-kummissjoni totalment awtonoma minna, 'il bogħod minna, 'il fuq minna biex ma nindaħlulhiex u qrib l-awtoritajiet.", "Jidhirli li l-ewwelnett jistħoqqilha li tkun tema għaliha bi bżonnijiet speċjali għax hija tema apparti, fiha l-professjonalità u l-fatt li tħalliet barra jidher li l-mentalità qiegħda li qegħdin naċċettawha mbagħad tara r-riżultati fis-soċjetà.", "Waħda mill-problemi soċjali kbar li għandna f'pajjiżna hija l-abbuż ta' dawn is-sustanzi li jridu approach differenti għax la huma kriminali, la huma mentali imma għandhom assoċjazzjoni mal-kriminalità u mal-mard mentali imma posthom mhux l-isptar mentali.", "Allura fejn se tqiegħdhom?", "X'ħin jiġu biex imorru x-xogħol għandhom kondizzjoni.", "Jekk ma jkunux l-ETC fit-8.00 a.m. eżatti biex jmorru jittimbraw, jitilfu l-ftit għajnuna soċjali.", "Mnejn se jgħixu, xogħol m'għandhomx.", "Suppost kellha tkun tema għaliha partikolari għar-raġuni li jiena nħossni qed niġi mwarrab bħala speċjalizzazzjoni tal-qasam soċjali.", "Naf li hawn il-kummissjoni, ħriġna policies is-sena l-oħra u hawnhekk tiġi mħaxken mat-tfal u ż-żgħażagħ meta hemm kondizzjonijiet oħra li huma speċifikati.", "FR EDGAR BUSUTTIL(Ċentru Fidi u Ġustizzja): L-Onor.", "Michael Gonzi semma' x-xogħol li sar f'dan il-Kumitat snin ilu fuq il-bio-etika.", "Kif tafu l-bio-etika taffettwa ħafna l-familja u anke l-mod kif jiġi ttrattat il-bniedem fl-iktar mument vulnerabbli tiegħu.", "Ħareġ dokument tajjeb ħafna minn dan il-Kumitat, però s'issa għadna ma xammejniex liġi.", "U din hija nkwetanti għalija li niġu hawnhekk nipproduċu ħafna affarijiet sbieħ, ħafna kliem - ma qbiltx ma' kollox li ntqal - imma almenu naslu għal leġislazzjoni fejn l-embrijun - u anke l-bniedem - fl-iktar mumenti vulnerabbli, jiġi protett.", "Naħseb li dan huwa importanti u jaffettwa l-familja wkoll.", "Xtaqt insemmi wkoll li meta nitkellmu fuq familja, ma ninsewx lill-familji tar-refuġjati jew ta' nies mill-Afrika li qegħdin jiġu hawnhekk, jew anke l-familji ta' l-immigranti li qegħdin jgħixu f'kondizzjonijiet verament diżumani.", "Naħseb importanti li nitkellmu fuq dan ukoll.", "DR TATIane CASSAR (Avukat tat-Tfal): Jiena nirrikkmanda u nispera li meta titkellmu fuq it-tema tat-tfal, titkellmu wkoll dwar l-Uffiċċju tal-Avukat tat-Tfal.", "Għax sfortunatament m'hemm l-ebda guidelines għal dan l-uffiċċju u m'hemm l-ebda poteri li huma delineati fil-liġi dwar x'inhu r-rwol tagħna bħala avukat tat-tfal.", "Fil-fatt jiena waħda mill-pijunieri f'din l-area u nagħmlu l-affarijiet skont l-esiġenzi, jiġifieri m'hemmx xi ħaġa fil-liġi li tgħidilna kif irridu nimxu, imma proċedura li qegħdin insegwu skont l-esiġenzi tal-qorti.", "Nittama wkoll li titkellmu dwar iċ-Children's Act li sfortunatament għadha ma ġietx ippreżentata fil-Parlament.", "U nirrikkmanda wkoll li meta titkellmu mal-Kummissarju għat-Tfal, niġu mgħarfa bil-laqgħa biex inkunu preżenti.", "DUN VICTOR ZAMMIT MCKEON (Direttur tal-Uffiċċju Ċentrali Djar tat-Tfal): Mr Chairman, ma rridx indum imma grazzi ħafna ta' din l-istedina u fhimt ukoll l-għan ta' l-istedina tagħkom.", "Fil-fatt illejla stess, permezz ta' e-mail, se nibgħat ninforma lill-Malta Dementia Society - li jiena ko-fondatur tagħha - biex uffiċjalment jistednukhom għax għandna bżonn nindirizzaw din l-isfida ġdida.", "Rigward punt 1.2 Tfassil ta' Rapporti fil-Pjan ta' Ħidma.", "Ħadt gost li ma rridux nagħmlu xogħol doppju imma mill-esperjenza limitata tiegħi nista' ngħid li saru ħafna rapporti u dawn ir-rapporti jinsabu fil-Ministeru tal-Politika Soċjali, fl-Aġenzija Governattiva Appoġġ u fil-Fondazzjoni tas-Servizzi Soċjali.", "Ħafna studenti, li llum gradwati fix-xjenzi soċjali, għamlu wkoll ħafna teżijiet interessanti, fejn anke l-uffiċċju tiegħi ta s-sehem ċkejken tiegħu, u dawn ir-rapporti nittama li ma jibqgħux fuq l-ixkaffa.", "Xi wħud minn dawn ir-rapporti huma fil-fatt fuq l-ixkaffa u hemmhekk għandna minjiera ta' data.", "Tafu għalfejn?", "Iż-żmien ta' kulħadd huwa prezzjuż u la sar dan ix-xogħol tajjeb li nagħtuh weight.", "JOE INGUANEZ(Discern): Mr Chairman u membri, nirringrazzjakom tal-istedina.", "Niskuża ruħi jekk forsi Ms Doris Gauci qalet xi ħaġa li jiena ma smajthiex minħabba xi nuqqas minn naħa tiegħi.", "Nixtieq nikkummenta mhux għar-raġunijiet analitiċi imma għar-raġunijiet li jiena nħoss ħafna fuqhom.", "Nixtieq nissuġġerixxi lil Onor. Membri, li l-Mental Health Act li tissemma taħt Punt 3.5 tidħol taħt Is-Saħħa, punt 3.8.", "It-titlu huwa l-kelma Health u għalkemm mental tista' tkun xi ħaġa oħra imma huwa l-health li hu ċentrali.", "Naqbel mal-Onor.", "Farrugia li għal affarijiet kollha, meta tkun qed titkellem fuq issues soċjali m'hemmx kawża waħda.", "Kellu bżonn kien hekk għax kieku malajr insolvuhom.", "Li jkollna overlapping huwa naturali u jkollok diffikultà fejn se tqiegħed l-affarijiet.", "Per eżempju għada kif issemmiet id-droga.", "Jiena personalment inħoss li għandha taqa' taħt is-saħħa, inkella min-naħa l-oħra għandha tidħol mal-kriminalità.", "Fl-opinjoni tiegħi d-droga qegħdin fejn qegħdin, għax ma kellniex law enforcement biżżejjed fuq id-drug pushers.", "Kieku ħdimna iżjed fuq id-drug pushers għaxar snin ilu, kieku llum ma kienx ikollna bżonn daqshekk kura ta' nies.", "MS CARMEN ZAMMIT (Kummissarju għat-Tfal): Wara ftit li ħadt il-ħatra, l-ewwel ħaġa li mort nistaqsi l-Ministeru kienet x'kien ġara miċ-Children's Act.", "Ir-risposta li ngħatatli kienet li kienet se tkun kumplikata ħafna u ma kenitx se tgħaddi mill-Parlament allura qed titfassal biċċa biċċa.", "Fil-fatt hemm il-Fostering Act u l-Adoption Administration Act però għadni ma nistax nifhem - ili sena u nofs naħdem bħala Kummissarju - kif se naslu biex ikollna a Children's Act.", "Din hija xi ħaġa importantissima u ma nistax nifhem kif ġejt maħtura jiena bħala kummisarju għat-tfal, imma fl-istess ħin, xi ħaġa daqshekk importanti m'iniex qed inħoss li qed nagħtuha l-importanza tagħha.", "Fuq iċ-Children's Act irridu nibnu policies, strategies għax irridu nagħmlu riferenza u jkollna l-backing tal-liġi.", "Nixtieq u nitlobkom biex l-ewwelnett nieħu risposta jekk huwiex se jkun hemm a Children's Act, u fil-każ nibdew naħdmu biex ikollna a Children's Act bis-serjetà.", "SUR NATHAN FARRUGIA (Razzett tal-Ħbiberija): Mr Chairman, naħseb xi ħaġa li tista' tkun utli għalina lkoll hija l-fatt - bħalma semmejt qabel – li aħna navviċinaw il-Ministeri konċernati fuq il-kamp fejn naħdmu imma ħafna drabi dan il-kamp m'huwiex indirizzat biss minn Ministeru wieħed.", "Per eżempju, d-diżabilità.", "Għal ċerti affarijiet aħna rridu nirreferu lill-Ministeru tal-Politika Soċjali u għall-affarijiet oħra lill-Ministeru tal-Edukazzjoni.", "Il-problema li qegħdin insibu hija li qed jibagħtuna minn Kajfas għal għand Pilatu, mmorru għand Ministeru u b'xi mod jew ieħor dawn jirriferuna għand Ministeru ieħor.", "Huwiex il-każ li bis-saħħa tagħkom Ministeri differenti jitkellmu madwar mejda fuq suġġett wieħed minflok induru minn wieħed għal ieħor inħabbtu bibien differenti.", "is-sur MATTHEW AGIUS (Għaqda mid-Dlam għal Dawl): Mr Chairman, nixtieq li qabel xejn nagħtu iktar importanza għall-priġunieri, l-ex-priġunieri u l-familji tagħhom.", "Tajt ħarsa malajr lejn il-punti fil-Pjan ta' Ħidma, u għalkemm jissemmgħu għax ħafna minnhom ikunu bil-vizju tad-droga, nixtieq li nagħtuhom kategorija importanti wkoll.", "Din is-sena ppubblikajna research interessanti ħafna \"The Resettlement of Maltese Prisoners – A scientific research\" li nixtieq nippreżenta koppja lill-Kumitat.", "Sar studju tajjeb ħafna u anke ġie aċċettat barra minn Malta.", "Qabel xejn nixtieq nirringrazzjakom, bħala Kumitat, talli stidintuna.", "Però nħoss li hawn Malta kultant nimxu ħafna bil-kriżi mbagħad nipprovaw nagħmlu xi ħaġa.", "Naraw mill-problema tad-droga.", "Qabel konna ngħidu li huma s-16 year olds, imma llum ngħidu 10 u 11 year olds.", "Meta sentejn ilu dħalt għall-ewwel darba fis-section taż-żgħażagħ tal-ħabs kien hemm għaxra jew 11-il persuna, llum sfortunatament hemm 40.", "Nixtieq li verament ikun hawn studju fuq żewġ affarijiet, il-faqar f'pajjiżna - li naħseb huwa taboo u li nibżgħu nsemmuh imma qed jiżdied - u l-ex-priġunieri li dawn ħafna drabi qed jiġu skartati u qatt ma jingħataw it-tieni ċans.", "Ħerġin ħafna żgħażagħ mill-università u nemmen li hemm il-potenzjal.", "Hawn Malta għandna ħafna riżorsi u nixtieq li dan il-Kumitat verament jinvesti fi studju - programm jekk hemm bżonn ta' ħames snin - imma verament nattakkaw il-problema mil-għeruq, mhux inqalgħet xi ħaġa mbagħad nipprovaw insolvuha.", "Sur MICHAEL PACE ROSS (Uffiċċju Nazzjonali tal-iStatistika): Aħna li nixtiequ bħala uffiċċju ta' l-istatistika hu li nikkontribwixxu għal dan il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, biex meta nitkellmu u nieħdu deċiżjonijiet ikollna ċerta statistika ekonomika u soċjali f'idejna, li hi importanti ħafna.", "Bħala uffiċċju lesti li nissapportjaw kull talba li tiġi minn dan il-Kumitat u fil-fatt hawnhekk għandi xi pubblikazzjonijiet li nixtieq inqassamhom lill-Onor.", "Membri ta' dan il-Kumitat.", "Għaliex huwa mportanti mhux biss l-aspett soċjali, imma wkoll l-aspett ekonomiku.", "Fil-bidu staqsejtu, per eżempju, li kieku kellna nkejlu l-ispiża ta' x'qed jiswa mill-finanzi pubbliċi l-għajnuniet soċjali u liema familji qegħdin ngħinu.", "Din l-istatistika hija kollha available, aħna nipproduċuha, imma ma nafux kemm hawn nies li verament qed jinteressaw ruħhom fiha.", "Forsi permezz ta' dan il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ikun hawn iktar awareness ta' din l-ispiża kemm hi.", "Jekk nitkellmu fuq statistika soċjali għandna wkoll kemm hawn familji fil-bżonn - li Fr Joe Inguanez semma' ftit qabel – kemm hawn familji li għaddejjin minn proċess ta' separazzjoni u statistika fuq l-income and living conditions tan-nies.", "Isiru surveys ukoll mill-uffiċċju tagħna, u forsi għandna bżonn insiru iktar aware minn din id-data li hemm u nutilizzawha aħjar biex d-deċiżjonijiet li nieħdu, kif nitkellmu u l-opinjoni li niffurmaw ikunu bbażati dejjem fuq bażi soda.", "Ms MARIJA ATTARD (Direttriċi Dar Ġużeppa Debono Għawdex): Mr Chairman, aħna nixtiequ li din l-issue tas-single mothers tiġi indirizzata b'mod serju speċjalment fejn jidħlu s-support u l-finanzi.", "Għandha tingħata iktar edukazzjoni u anke jibqgħu jiġu segwiti biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol ħalli ma jkunux piż fuq il-familja.", "Aħna nħossu li bħala dar għandna bżonn tal-personnel anke bħala NGO.", "S'issa ħdimna bil-volontarjat, imma n-numru ta' single mothers li jitolbu l-assistenza tad-dar kemm minn Malta kif ukoll minn Għawdex dejjem qed jikber.", "Hija l-unika dar residenzjali u għandna bżonn l-għajnuna tagħkom.", "Għandna bżonn li nagħtu vuċi lis-single fathers ukoll li ħafna minnhom huma moħbijin, u nistudjaw l-issue tagħhom.", "Per eżempju tweġġgħana ħafna l-unknown father u issues bħal dawn.", "Inħossu li wasal iż-żmien li din l-issue tiġi indirizzata bis-serjetà.", "The CHAIRMAN: L-aħħar ħin ta' din il-laqgħa se nħallih f'idejn il-membri tal-Kumitat għal kummenti li jixtiequ jagħmlu mbagħad nikkonkludi.", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Chairman, nibda fuq dak li qalet il-Kummissarju għat-Tfal.", "Ma nafx minn fejn ġiet dik li qalulek li jekk titressaq il-liġi fil-Parlament ma tgħaddix.", "Jiena kont membru fil-Kunsill tal-Ewropa bejn l-1994 u l-1996 u wieħed mis-suġġetti li konna tkellimna fuqu kien id-drittijiet tat-tfal.", "Dak li ddiskutejna fl-1995/1996, issa għaddew 12-il sena minn fuqu u għadna ma wasalniex fuq dak li kien ġie diskuss fil-Kunsill tal-Ewropa.", "Bħalma għadna ma wasalniex kif qalet ukoll Ms Gauci, fil-fatt fuq il-kwestjoni tal-liġi tal-mard mentali.", "Forsi rajtni nidħak l-ewwel, imma ma nistax nifhem minn fejn ġiet dik li qalulek li jekk titressaq fil-Parlament ma tgħaddix.", "Għadni ma nistax nikkonċepiha minn fejn ħarġet.", "Mhux qed ngħid għalik - għandek raġun - naħseb li l-liġi tat-tfal hija bżonnjuża u hemm bżonn li titressaq.", "Li tressaq biċċiet 'l hemm u 'l hawn ma naħsibx li hija sistema ideali kif għandhom isiru l-affarijiet.", "Mhux fil-Kunsill tal-Ewropa biss, jekk m'iniex sejjer żball, anke fil-Ġnus Magħquda hemm ir-Rights of the Child u jekk m'iniex sejjer żball anke fi ħdan l-Unjoni Ewropea hemm ukoll drittijiet li jirrigwardjaw it-tfal.", "Nagħtik is-support kollu fejn tidħol il-liġi li tikkonċerna d-drittijiet tat-tfal b'mod ġenerali.", "Il-kwestjoni ta' dak li qal Fr Inguanez minn Discern.", "Naħseb forsi kien hemm taħlita bejn is-saħħa mentali u d-diżabilità mentali.", "Naħseb li d-diżabilità mentali m'hijiex kondizzjoni ta' saħħa mentali, għax huma żewġ affarijiet kompletament distinti.", "U naħseb li filwaqt li nħallu r-riferenza għal diżabilità mentali taħt il-konċett ta' diżabilità – għalkemm mhux bilfors kulħadd jaqbel - imma fejn tidħol saħħa mentali għandha tkun separata.", "Fejn għandu x'jaqsam il-kwestjoni tad-djar għat-tfal.", "Għamel riferenza għaliha Fr Zammit Mckeon.", "Naħseb ta' min jagħti l-piż kollu neċessarju tal-punti li semma' Fr Zammit Mckeon.", "Rigward dak li qalet Dr Naudi.", "Naħseb li tant qed nitkellmu fuq diversi familji differenti li jekk wieħed iħares lejn il-Familja f'punt1.4, numru 21, għalija meta qed naqra dik il-proposta qed indaħħal id-diversi konċetti u eżempji ta' familja.", "Hemmhekk qed ngħidu li:", "Se jkollna preżentazzjoni ta' riċerka oġġettiva fuq il-familja, sabiex ikollna tassew stampa ċara u sħiħa fuq ir-realtajiet tal-familja Maltija.\"", "Ir-realtajiet ta' familja Maltija hi dik li hi.", "Jiġifieri m'hijiex il-familja tradizzjonali imma għandna familji differenti.", "Qabel meta konna qegħdin niddiskutuha, kienet ġenerali u konna qed nikkonċentraw fuqha bħala familji differenti.", "Nittama li bid-diskussjonijiet li se jkun hemm li jirrigwardjaw il-familja nkunu qegħdin nolqtu d-diversi familji varji li hawn fis-soċjetà Maltija, issa li llum il-ġurnata rridu naġġornaw maż-żminijiet.", "Naħseb l-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu hija li mmorru fuq dak li huwa utopiku.", "Dak li hu utopiku, hu dak li nixtiequ.", "Imma l-ħajja m'hijiex kif nixtiequha, il-ħajja hi dik li hi.", "Bħal m'għamilt f'diversi oqsma dejjem tkellimt b'mod liberali fuq il-ħajja li hi dik li hi u rridu naċċettawha kif inhi.", "Ma nistgħux ningħalqu għax il-ħajja hija utopika, nixtiequha tkun hekk allura rridu nixmu b'mod ristrett b'dak il-mod.", "Il-ħajja hi dik li hi.", "Forsi mhux bilfors nintogħġob mas-setturi kollha imma l-ħajja hi dik li hi, allura jkollna naċċettaw u nressqu l-proposti.", "Nħoss li jiena se nkun qed inressaq il-proposti - jekk jaqblux miegħi sħabi kollha dik ħaġa oħra - dwar il-ħajja hi kif inhi llum.", "Se nkunu qegħdin naraw il-konċetti ta' familja f'diversi oqsma.", "U d-diversi proposti li jkun hemm, irridu narawhom anke fir-realtajiet tal-ġurnata.", "Jekk inkunu qed nitkellmu fuq il-kwestjoni ta' mard sesswali - li se nkunu qegħdin niddiskutu ftit tal-ġimgħat oħra - rridu nħarsu lejn ir-realtà kif inhi.", "Ir-realtà hija dik.", "L-utopiku huwa dan.", "Jekk għandek dan, jien se nimxi b'dan il-mod, imma jekk ir-realtà tal-ħajja hija differenti allura rrid nimxi fuq edukazzjoni kompletament differenti minn dik ir-realtà tal-ħajja li hija utopika, kieku kif nixtieqha.", "Allura r-realtà tal-ħajja hi kif inhi, irridu nittakiljawha kif inhi.", "Naħseb li naqbel miegħek li meta nkunu qegħdin inħarsu lejn ir-realtajiet tal-familja kif inhi llum u mhux forsi kif kienet 200 sena ilu.", "Irid ikun il-punt ideali, imma rridu nħarsu lejn il-punt reali.", "Ma nafx għal xiex semmejtha hawnhekk.", "Dwar l-euthanasia, jien kont fil-Council of Europe, kien hemm il-Murphy Report jekk m'iniex sejjer żball, u Malta kienet tkellmet fil-Council of Europe kontra l-euthanasia u għadna fl-istess pożizzjoni.", "Dwar id-drogi.", "Għandek raġun, naħseb li l-problema qiegħda hemmhekk u naħseb li hemmhekk fejn tistgħu tgħinu lill-Health Promotion u fejn nistgħu aħna bħala Kumitat nixprunaw il-media u nġibu iktar awareness fuq il-problema tad-droga. dak huwa parti mix-xogħol tal-Kumitat u hemmhekk fejn naħseb li dan il-Kumitat jista' jkun utli u ma jkunx hemm duplication tal-affarijiet.", "Smajt ukoll l-Avukat għat-Tfal u l-kummissarju għat-tfal.", "Xtaqt nistaqsi, ltqajtu xi darba biex taraw tixprunaw din il-liġi?", "Għax ma nistax nimmaġina kif intom għamiltu kollox biex tiddiskutu mal-Ministru u dan il-Kumitat - li m'huwiex eżekuttiv - nistgħu nagħmlu iktar minnkom, intom l-experts fuq din il-materja.", "Ovvjament se nagħmlu minn kollox biex din il-materja nsolvuha.", "Xtaqt nagħmel żewġ punti żgħar - mhux se ndum - dwar ir-rappreżentant ta' Kana.", "Importanti Father li int tkun preżenti hawnhekk f'kwalunkwe laqgħa li nagħmlu fuq il-familja, għax fl-opinjoni tiegħi inti se tilgħab logħba importanti, jien ngħid bħala Membru Parlamentari kattoliku.", "Għandek mitt raġun.", "Jiena bħala tabib - u naħseb il-kollegi tiegħi hawnhekk bħala tobba niltaqgħu ħafna magħhom dawn - xi kultant ma tkunx taf x'se taqbad tagħmel.", "Imma kemm huma mportanti li jkollna strutturi biex ngħinu lill-ġenituri ta' dawn.", "Għax ix-xokk ta' l-aħbar - u hemmhekk fejn tidħol imbagħad il-gift of life - li aħna t-tobba wkoll niltaqgħu miegħu, huwa enormi.", "Huwa f'dan il-mument li dawn il-ġenituri jridu jkunu jafu fejn se jmorru.", "Huwa mportanti li iktar 'il quddiem intom tiġu hawnhekk u nippruvaw naraw kif dawn is-sistemi nistgħu nirranġawhom għall-ġid tal-familji tagħna kollha.", "Grazzi Sur President.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Nixtieq li żżommu l-eżempju ta' l-Onor.", "Michael Gonzi u ma ttawlux.", "(Interruzzjonijiet)", "Mela messaġġ fil-qosor.", "L-ewwelnett nirringrazzjakom talli ġejtu hawnhekk biex tiltaqgħu u titkellmu magħna u nispera li fix-xhur li ġejjin se taċċettaw ukoll l-istedina li se nagħmlulkom u anke intom stess tkun proattivi u tavviċinawna biex inkomplu niddiskutu affarijiet u suġġetti tematiċi u speċifiċi li mid-dehra huma ħafna għal qalbkom u li qed tinvestu l-enerġija tagħkom f'dawn id-diversi oqsma.", "Mill-mod ta' kif qed titkellmu, tidhru li intom impenjati u dedikati ħafna u aħna, min-naħa tagħna, veru li qegħdin f'kumitat u kulħadd għandu l-opinjoni tiegħu, però weħidna ċertament ma nistgħux nagħmlu x-xogħol proprju kif jixraq, allura għandna bżonn il-kontribut tagħkom biex ix-xogħol ikun komplessiv, ikun iktar dirett u jkun iktar ta' portata.", "Xtaqt nirrimarka fuq iċ-children's act.", "Ma nistax nifhem għalfejn m'għandniex Children's Act, għax f'pajjiżi oħrajn teżisti.", "Fil-liġi tagħna hemm ħafna spezzettar - jiġifieri għandek biċċiet 'l hawn u biċċiet 'l hemm - u ma nafx għalfejn qed naraw dawn il-barrieri kbar biex issir.", "Li nissuġġerixxi hu - jiena diġà tkellimt miegħek Ms Zammit u kellna laqgħa li kienet fruitful ħafna – li jekk għandek xi draft jew xi proposti, jiena min-naħa tiegħi bħala Kelliema ta' l-Oppożżizzjoni għal-familja u għat-tfal, lesta li naħdem miegħek u anke nressqu Private Members' Bill.", "Aħna bl-Standing Orders u bil-liġijiet tagħna, kull membru parlamentari jistà jressaq Private Members' Bill.", "Din il-liġi tista' ssir u nistiednek biex jekk għandek xi proposti, jew xi draft jew xi qafas, naħdmu fuqu u nressquh.", "Ħalli ma jiġix aċċettat, però jkun qed isir pass u naħseb li jkun avvanz tajjeb.", "Għar-rigward ta' dak li qal is-Sur Nathan Farrugia, dik li jibagħtukom 'l hawn u jibagħtukom 'l hemm.", "Hija ħasra li minflok li l-ħidma tagħkom tiġi apprezzata u tiġi faċilitata, tiltaqgħu ma' din it-tip ta' burokrazija żejda u telf ta' ħin u ta' riżorsi tagħkom, speċjalment fejn dan il-ħin jista' jiġi nvestit għall-klijenti jew għan-nies li jirrikorru għall-għajnuna tagħkom, u qed taħluha billi intom tmorru mingħand Kajfas għal għand Pilatu, kif għedt inti.", "Naħseb huwa opportun li nibdew nitkellmu fuq il-one-stop shop fejn area partikolari jkollha key office jew key person biex wieħed ikun jista' jindirizza l-problemi li jistgħu jinqalgħu f'settur partikolari biex nevitaw burokrazija żejda u dan it-telf ta' ħin u ta' riżorsi.", "Jiena mingħandkom nistenna biex fejn hemm shortcomings jew fejn hemm lakuni, huma ta' xiex inhuma, jew affarijiet oħra li nistgħu nitkellmu magħkom biex nagħmlu improvement - indipendentament mil-liema naħa tal-kamp politiku ġejjin, għax aħna hawnhekk m'aħniex Gvern u Oppożizzjoni, aħna hawnhekk qegħdin bħala Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Is-soċjetà jafha kulħadd, daqskemm hija tagħna hija tagħkom, kemm ta' naħa u kemm ta' oħra u allura jekk ma jkollniex a collective effort naħseb li l-affarijiet se jibqgħu kif inhuma.", "Allura nistiedinkom biex nagħmlu effort kollettiv, effort ġenwin mingħand kulħadd, biex verament din is-soċjetà nimpruvjawha ġenwinament.", "Grazzi lil kulħadd.", "ANTHONY ZAMMIT: L-ewwelnett nirringrazzjakom ilkoll.", "Din il-laqgħa kienet interessanti ħafna għax intom għalija, qiskom qegħdin titkellmu fuq il-problemi li għandha s-soċjetà, problemi li aħna bħala tobba niffaċċjaw kostantament.", "Għaliex aħna meta jiġu l-pazjenti għandna ma jiġux bil-problema tal-mard biss imma jiġu bil-problemi kollha tagħhom.", "U għalhekk huwa mportanti għalina għax aħna verament inħossu l-problemi li hawn fis-soċjetà.", "Għalija l-familja Maltija hija mportanti ħafna.", "Il-familja fil-fatt qegħda tirrifletti l-problemi li għandha s-soċjetà, l-problemi li hawn f'dan il-pajjiż huma l-istess problemi li għandhom f'pajjiżi oħra, però peress li dan il-pajjiż huwa żgħir, allura l-problemi jidhru kbar.", "Huwa importanti ħafna li naqtgħu l-burokrazija.", "Il-burokrazija m'għandhiex tkun u għalhekk nieħu gost illi, iva, għandna bżonn nitkellmu aktar flimkien u għandna bżonn illi issa, wara dan iż-żmien kollu, nxammru l-kmiem u ejjew naħdmu.", "Għax bħalma għedtu qabel, mhux imbilli nagħmlu r-rapporti imma let's go down to it, let's work it, let's get something out of it, għax inkella s-soċjetà m'hijiex sejra 'l quddiem.", "Għax għalkemm qed ngħidu kemm għamilna progress f'dawn is-snin kollha, is-soċjetà se tibqà lura.", "U meta s-soċjetà tibqà lura, se nżidu l-problemi tagħha, hi stess se żżid il-problemi tagħha.", "Is-Sur Pace Ross mill-Uffiċċju ta' l-Istatistika qal illi hemm bżonn naraw ukoll x'se jkunu l-finanzi.", "Jiġifieri mhux biss kif inhi l-istatistika, imma kemm aħna kapaċi nagħmluhom.", "Jiena naħseb li l-iktar ħaġa mportanti huwa li inti trid tagħmel xi ħaġa.", "Il-finanzi, minn hawn u minn hemm, iġġibhom.", "Għaliex meta inti qed tagħmel xi ħaġa minn qalbek, qed tagħti iktar minn dak li jiswa a pot of gold.", "Nirringrazzjakom ħafna, lest li naħdem ħafna magħkom, għalija s-soċjetà hija mportanti, il-familja hija mportanti, it-tfal huma mportanti, għax dawn huma l-futur tal-pajjiż.", "Iva, ejjew naħdmu flimkien u fl-aħħar nibdew nagħmlu xi ħaġa madwarna.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Nixtieq nagħmel kumment żgħir.", "L-ewwelnett nirringrazzjakom li ġejtu hawn għax dan ifisser l-interess tagħkom fis-soċjetà Maltija u Għawdxija.", "Għandna pjan ta' proposti pjuttost ambizzjuż u estensiv.", "Nitlobkom tagħmluh tagħkom daqskemm hu tagħna.", "Nitolbukom li tersqu u tinvolvu ruħkom biex flimkien inkunu nistgħu naħsbu biex dan il-pjan fl-aħħarnett inwettquh.", "Nikkwota sentenza waħda mir-rapport kollu li verament jiġbor dak kollu li huwa l-għan tagħna f'dan il-kumitat.", "\"Il-kumitat tagħna jrid ikun kapaċi jisma' l-ħteġijiet u l-esperjenza ta' kulħadd u għalhekk irridu nkunu aċċessibbli u disponibbli għas-soċjetà Maltija.\"", "Jekk naslu għal dan il-għan, naħseb li nkunu għamilna biċċa xogħol tajba u nkunu ġibna lis-soċjetà Maltija 'l quddiem.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "STEPHEN SPITERI: Bħal sħabi nirringrazzjakom talli ġejtu hawnhekk.", "Xi ħaġa interessanti hija li hawn overlap kbir ta' ideat partikolari ta' l-NGOs kollha.", "Jiġifieri settur jilħaq settur ieħor u naħseb li lkoll kemm aħna għandna noħorġu b'ideat li jkunu komuni għalina lkoll.", "Nixtieq nipproponi lil dan il-kumitat, li l-problemi jmissna nressquhom speċifikament reġjonali għal postijiet differenti u diversi f'Malta u Għawdex.", "Jien ġej mill-Kottonera, u l-problemi li semmejtu kollha narahom u f'persentaġġi għoljin.", "Kollha jiġu għandi bħala tabib, kulħadd għad-DHCs, għas-Subatex, min irid imur hemm, min irid imur 'l hawn, jiġifieri narahom regolarment.", "Naħseb li kieku nittekiljaw ċertu problemi reġjonali, se jkun hemm iżjed suċċess u iktar għan speċifiku ta' ċertu problemi.", "Per eżempju jekk nieħdu l-housing, ta' familji li qed jgħixu f'faqar … Xi ħadd semma' ir-realtà tal-faqar.", "Jiena mmissu b'idejja.", "Nidħol ġo familji u m'hemmx għalfejn ngħid x'nara b'għajnejja.", "Jiġifieri għandna mmorru speċifikament fir-reġjuni.", "Għax jekk se mmorru, per eżempju, f'area - ma nsemmix postijiet - se naraw persentaġġ u konċentrazzjoni ta' ċertu problemi.", "Jekk tmur f'post ieħor, se tara konċentrazzjoni ta' problemi oħra.", "Naħseb li jekk aħna ċerti problemi nqisuhom b'mod reġjonali, se nkunu aktar ta' suċċess li nistgħu naslu għall-konklużjoni.", "Grazzi ħafna.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Nikkonkludi.", "L-ewwel ħaġa nirringrazzja lilkom li aċċettajtu l-istedina tagħna.", "Grazzi partikolari tmur għal sħabi membri ta' dan il-Kumitat.", "Mhux se niddubblika dak li diġà qalu l-membri, imma l-Onor Justyne Caruana qalet punt li hawnhekk qegħdin biex inkunu kumitat wieħed u rridu naħdmu magħkom għax l-isfidi li intom tressqu quddiemna, fl-aħħar mill-aħħar huma l-isfidi tas-soċjetà Maltija, huma l-isfidi tal-familja, l-isfidi taż-żgħażagħ u tat-tfal tagħna.", "U allura dawk l-isfidi li hemm hemm barra huma l-isfidi tagħna hawn ġew.", "Se jkun hemm min jaqbad jaqta' qalbu għax l-issue li se jiġu jitkellmu dwarha magħna jkun xeba' jitkellem fuqha ma' dak u ma' l-ieħor.", "Però s-saħħa tagħna hija fil-kuraġġ.", "Is-saħħa tagħna hija kemm ma naqtgħux qalbna nitkellmu fuq l-issue li jkollna għal qalbna sakemm mhux xi ħadd jismagħna għax tgħaddi liġi … Għax imbilli tgħaddi liġi … Jiena għaddejt liġijiet u l-affarijiet setgħu baqgħu kif kienu għax l-użanzi ma tbiddilhomx imbilli tgħaddi liġi.", "Għalhekk ħbieb tiegħi, l-għan u l-objettiv ta' dan il-kumitat m'huwiex biss dak li aħna nippruvaw ngħaddu l-liġijiet imma li ngħaddu wkoll messaġġ lis-soċjetà Maltija.", "L-objettiv ta' dan il-kumitat huwa dual action.", "Daqskemm irridu nirrisponsabilizzaw Ministeri, rridu nirrisponsabilizzaw lis-soċjetà Maltija.", "Minn hawnhekk aħna qegħdin nitkellmu mas-soċjetà Maltija.", "U lil dawk il-ġurnalisti li jkunu se jismgħuna jew qegħdin jisimgħuna bħalissa jew jisimgħuna permezz tal-web page biex jirrapportawna, se ngħidilhom \"grazzi\" minn issa talli se jkunu qegħdin jagħtu leħen lill-isfidi tas-soċjetà Maltija.", "Punt ieħor.", "It-tajjeb ta' dan ir-rapport ta' ħidma, huwa li jindika x'inhu t-tluq fit-triq tagħna.", "Ma jfissirx li aħna se nagħmlu dak biss li hemm miktub.", "Niskuża ruħi, hija r-responsabbiltà tiegħi li m'hemmx id-droga mniżżla bħala tali issue u li m'hemmx l-issue tal-priġunieri jew l-ex priġunieri mniżżla u li tingħaraf.", "Imma ppruvajna nkunu ġeneriċi.", "Iva veru jiddispjaċini, f'isem dawk kollha li qed ibatu mid-droga, u li jiena forsi wieħed minn dawk li tant drajna b'din il-problema li qisha m'għadhiex issue trendy u naqbel miegħek.", "Iżda m'għandniex inkunu ġudikati fuq dak li jidher miktub biss.", "Ovvjament, it-tajjeb meta jkollok bil-miktub, il-business plan - jien ġej min-naħa tal-kummerċ u nemmen fil-business plan li tippjana qabel ma tagħmel xi ħaġa u nitlobkom tagħmlu hekk intom - kapaċi ssegwiha iktar u kapaċi tilħaq l-għanijiet tiegħek iktar.", "Kif ukoll kapaċi ġġib miegħek lil xi ħaddieħor li kapaċi jsegwik.", "Allura għax aħna għandna dan il-pjan ta' ħidma, kapaċi intom issegwuna, kapaċi intom tikkritikawna u allura kapaċi tagħmluna l-ħidma tagħna aħjar.", "U allura nitlobkom, jekk taħsbu li m'hemmx xi suġġetti nklużi, kunu intom katalisti ta' dawk is-suġġetti.", "U kif għedna fil-bidu, jien se nitlobkom biex tużaw lil sħabi membri ta' dan il-kumitat.", "Tafu min huma.", "Nies kollha tajbin fil-fehma tiegħi.", "Kollha responsabbli u sensibbli għall-problemi li ressaqtu.", "Kellmuhom privatament biex inressqu 'l quddiem il-kawża tagħkom.", "Hawnhekk niltaqgħu, imbagħad ovvjament niddiskutu dik l-issue partikolari.", "Kollox jiswa' l-flus u seħibna ta' l-istatistika ġibdilna l-attenzjoni li għal kull ajma trid il-mediċina.", "U l-mediċina tiswa' l-flus.", "Jiġifieri x'kapaċi jagħmel dan il-pajjiż huwa daqskemm kapaċi noħolqu ġid, fl-aħħar mill-aħħar.", "U kif imbagħad il-gvern tal-ġurnata se jqassam dak il-ġid biex jirrispondi għal dawk il-ħteġijiet.", "Fuq liġijiet li saru jew li ma sarux.", "Jiena niftakar li kważi tliet kwarti tal-liġijiet li għaddew mill-parlament fil-leġislatura li għaddiet kienu kollha mgħoddijin mill-Onor.", "Dolores Cristina, Ministru responsabbli mill-Politika Soċjali u l-Familja.", "Jiġifieri in the pipeline seta' kien hemm ħafna iktar, imma bil-prijoritajiet anke aħna qegħdin nagħmlu inġustizzja ma' ħafna suġġetti oħrajn għax jekk se naqbdu l-familja se nwarrbu tliet suġġetti oħra.", "Aħna niltaqgħu nhar ta' Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa fl-għaxija.", "Jiena, jekk ikun hemm bżonn niġi hawn matul il-ġimgħa kollha wara nofsinhar biex niltaqa' ma' dak jew ma' l-ieħor, biex nipprepara għal dawn il-laqgħat.", "Però f'kollox hemm l-għażliet: ta' flus, ta' ħin.", "Aħna lesti li nagħtu widen u nippruvaw nirrisponsabilizzaw.", "Ħalli nagħti eżempji u nitlob lil sħabi tal-kumitat jieħdu nota ta' dan.", "Fil-11 ta' Novembru, filgħodu, għandna stedina biex inżuru d-Detox Centre u l-Appoġġ.", "Jekk ikun hemm il-qbil, aħna se nippruvaw … Għax anke aħna m'aħniex se noqogħdu bil-qiegħda hawn imma qed nagħmlu l-outreach programmes tagħna.", "Imbagħad il-membri jagħtuni lura l-feedback tagħhom jekk inkunux nistgħu nagħmluha jew le, peress li jkun żmien il-budget.", "bħala kumitat għandna stedina kemm mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport kif ukoll mill-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern biex inżuru dawn iż-żewġ ministeri.", "Imbagħad hawn huwa x-xogħol tagħna: li dak li nisimgħu mingħandkom, nittrasmettuh ukoll b'mod uffiċjali jew inqas uffiċjali.", "U sħabi l-membri jistgħu wkoll jagħmlu aġġornament fil-parlament.", "Jiġifieri qegħdin nirresponsabilizzaw lil xulxin il-ħin kollu.", "Fl-20 jew il-21 ta' Ottubru - għad trid tiġi definita d-data skont jekk tagħtuniex il-go-ahead jew le - jista' jkollna l-laqgħa fuq ir-rapport tas-Social Protection and Social Inclusion.", "Dan ir-rapport jinsab fuq il-website tal-Ministeru għall-Politika Soċjali.", "Min irid, jista' jinkludi lilu nnifsu fid-diskussjoni fuq dan ir-rapport.", "Jekk jidħol f'dan ir-rapport u jara li hemm xi kapitlu, xi chapter, li jittratta r-responsabbiltà tiegħu u jixtieq jiġi hawnhekk u jagħtina l-feedback tiegħu fuq dak li huwa miktub fir-rapport jekk hux hekk jew le, jekk aħna rridux inżidu xi ħaġa, nistaqsu xi ħaġa f'ismu jew le, ikun jista' jagħmel hekk ukoll.", "Qed nagħtikom din l-esperjenza u qed ngħaddi l-kalendarju tagħna fil-pubbliku wkoll biex intom ikollkom ħjiel ta' kif aħna rridu nibnu dan il-mument.", "Ovvjament irridu naslu bl-għajnuna t'Alla u bl-għajnuna ta' xulxin, però m'għandniex bacchetta magica li tagħmel il-mirakli.", "Però bir-rieda tajba tagħkom, ta' sħabi, nemmen li kapaċi nagħmlu differenza.", "Ir-ringrazzjament imur ukoll għall-istaff tal-Parlament li jagħmlu ħilithom biex jaraw li dan il-kumitat jiffunzjona għall-ġid tas-soċjetà Maltija, u li fl-aħħar mill-aħħar li nixtiequ t-tajjeb lilha.", "Nawgura li nara ħafna minnkom waqt il-laqgħat li jmiss biex tagħtuna l-feedback tagħkom.", "Jekk tixtiequ tistidnuna biex niġu u jkollna outreach u hawnhekk jiena nieħu l-opportunità biex insemmi l-proposta ta' l-Onor.", "Stephen Spiteri, biex mmorru reġjonalment.", "Kull stedina li tgħadduli jien nipproniha lil sħabi, u fiduċjuż li jilqgħu l-proposta tagħkom u niġu nżurukom.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-9:00 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081008_002d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 2", "L-Erbgħa, 8 ta' Ottubru, 2008", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.04 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Is-Sur James Carabott, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali fil-Kamra tad-Deputati attenda għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba u offriha għal-fejqan ta' l-Onor Karl Chircop, membru ta' l-istess Kumitat.", "L-Onor Edwin Vassallo, l-President tal-Kumitat qiegħed fuq il-Mejda tal-Kumitat:", "Dokument 4 Korrispondenza mill-Ministru għall-Politika Soċjali datata 2 ta' Ottubru 2008 biex il-membri tal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali jagħtu l-veduti tagħhom fuq in-National Strategic Report on Social Protection & Social Inclusion 2008-2010;", "Dokument 6 Korrispondenza mill-Whip tal-Oppożizzjoni biex ikun mgħarraf li l-Onor Anthony Zammit se jissostitwixxi lill-Onor Karl Chircop għal-Laqgħa tat-8 ta' Ottubru 2008.", "Il-President talab il-permess tal-Kumitat sabiex cameramen u fotografi jkun jistgħu jieħdu filmat u ritratti ta' l-ewwel parti tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "Preżentazzjoni tal-Pjan ta' Ħidma tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali lil NGOs, esperti fil-Qasam tal-Familja u rappreżentanti mill-Ministeri", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ta preżentazzjoni dwar il-Pjan ta' Ħidma tal-Kumitat għall-Ħdax-il Leġislatura.", "Huwa stieden lil dawk preżenti biex jagħtu xi kummenti fuqdan ir-rapport.", "Dun Joe Mizzi (Moviment ta' Kana), is-Sur Freddie Bezzina (KNPD), Ms Doris Gauci (Richmond Foundation), Dr Marceline Naudi (Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika), Dun Manwel Cordina (Fondazzjoni OASI), Fr Edgar Busuttil (Ċentru Fidi u Ġustizzja), Dr Tatiana Cassar (Avukat tat-Tfal), Fr Victor Zammit McKeon (Direttur ta' l-Uffiċċju Ċentrali tad-Djar tat-Tfal), Fr Joe Inguanez (Discern), Ms Carmen Zammit (Kummissarju għat-Tfal) u s-Sur Nathan Farrugia (Razzett tal-Ħbiberija) taw is-suġġerimenti tagħhom fuq il-pjan ta' ħidma.", "Is-Sur Matthew Agius (Mid-Dlam għad-Dawl) għamel l-intervent tiegħu fuq l-integrazzjoni ta' l-ex-priġunieri u ppreżenta lill-Kumitat:", "Is-Sur Michael Pace Ross mill-Economics Statistics Division tan-National Statistics Office, ppreżenta lill-Kumitat:", "Dokument 9 Demographic Review 2007, maħruġa min-National Statistics Office.", "Tkellmu wkoll is-Sur Paul Vincenti (Gift of Life) u Ms Maria Attard (Dar Ġużeppa Debono).", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-9:00 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081008_002m_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 3", "L-Erbgħa, 15 ta' Ottubru, 2008", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.21 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "SKUŻAT: L-Onor Michael Gonzi kien imsiefer fuq xogħol parlamentari.", "Is-Sur James Carabott, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali fil-Kamra tad-Deputati attenda għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħat Nri.", "1 u 2 li saru fis-16 ta' Lulju, 2008 u fit-8 ta' Ottubru, 2008, rispettivament ġew konfermati.", "Il-President talab il-permess tal-Kumitat sabiex cameraman tan-NET TV ikun jista' jieħu filmati tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "Il-President tal-Kumitat, f'ismu u f'isem il-Membri tal-Kumitat, tkellem dwar il-mewt ta' l-Onor Karl Chircop, Membru tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, li ġrat fit-12 ta' Ottubru 2008.", "L-Onor Michael Farrugia tkellem ukoll fuq l-istess ġrajja.", "Il-President tal-Kumitat talab lill-iSkrivan tal-Kumitat biex iwassal il-kondoljanzi lill-familja Chircop.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, qassam lill-Membri tal-Kumitat:", "Dokument 10 Korrispondenza mill-Ministru għall-Politika Soċjali datata 7 ta' Ottubru 2008 sabiex jikkonsulta mal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali dwar il-ħatra ta' Membri fuq il-Kunsill għas-Settur tal-Volontarjat skont Artiklu 35 (3) (iv) tal-Att Nru XXII ta' l-2007 dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji.", "Il-Kumitat qabel li dawn in-nomini jiġu diskussi in camera waqt parti mil-laqgħa li kien imiss, jiġifieri, dik tat-Tnejn 20 ta' Ottubru 2008.", "X'QED IKUN L-EFFETT TAL-MEDIA FUQ IL-FAMILJA?", "DISKUSSJONI MA' FR JOE BORG U REV DR CARMEL TABONE, SENIOR LECTURERS FL-UNIVERSITÀ TA' MALTA, U S-SUR ALBERT Debono, CHIEF EXECUTIVE OFFICER TAL-PUBLIC BROADCASTING AUTHORITY", "Fr Joe Borg u Rev. Dr Carmel Tabone, Senior Lecturers fl-Università ta' Malta, u s-Sur Albert Debono, Chief Executive Officer tal-Public Broadcasting Services Ltd, kienu l-mistiedna li tkellmu dwar dan is-suġġett.", "Fr Joe Borg ippreżenta lill-Kumitat sett ta' kotba ppubblikati mill-Media Centre Publications:", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8:54 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn 20 ta' Ottubru, 2008.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081014_003m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 3", "L-Erbgħa 15 ta' Ottubru, 2008", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 15 ta' Ottubru, 2008 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "X'qed ikun l-effett tal-media fuq il-familja?", "Diskussjoni ma' Fr Joe Borg, Dr Mary Anne Lauri, Rev Dr Carmel Tabone u Dr Angela Abela, Senior Lecturers fl-Università ta' Malta.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081015_003a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 3", "L-Erbgħa, 15 ta' Ottubru, 2008", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 3", "L-Erbgħa, 15 ta' Ottubru, 2008", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.21 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħat Nri.", "1 u 2 li saru fis-16 ta' Lulju, 2008 u fit-8 ta' Ottubru, 2008, rispettivament, ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Nagħmel talba lilkom membri biex nippermettu lill-camera man ta' NET TV biex ikunu jistgħu jieħdu filmat ta' l-ewwel parti ta' din il-laqgħa.", "Hawn xi oġġezzjoni?", "(Onor. Membri: No) Għaldaqstant nistieden il-camera man ta' NET TV biex jieħu filmat ta' l-ewwel parti tal-laqgħa.", "Ngħaddi għall-konferma tal-Minuti ta' l-aħħar laqgħa li saret fit-8 ta' Ottubru u wkoll, jekk m'hemmx oġġezzjoni, inkun nista' ngħaddi biex napprovahom.", "Nitlob ukoll formalment li jkunu approvati l-Minuti ta' l-ewwel laqgħa wkoll.", "Il-Minuti huma approvati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Nixtieq ngħaddi għal item ieħor li qatt ma xtaqt li kien ikun possibbli li nitkellmu dwaru.", "Wara t-telfa ta' seħibna, l-Onor.", "Karl Chircop, nixtieq li mhux biss bħala Kumitat ikollna opportunità li ngħaddu l-kondoljanzi tagħna, iżda nixtieq li iktar milli kondoljanzi nagħmel wegħda ċkejkna.", "Wegħda ta' impenn.", "Minkejja li l-Onor.", "Karl Chircop fiżikament mhux se jibqa' magħna jiena bħala chairman xorta waħda se nwiegħed li kif hemm miktub fil-pjan ta' ħidma tagħna - fejn hemm il-proposti li kien ħallielna l-Onor.", "Chircop fl-ewwel laqgħa tagħna - se nagħti kas li l-proposti tiegħu nġibuhom fis-seħħ u l-ispirtu tal-ħeġġa tiegħu nżommuh magħna u kemm jista' ikun ngħixuh.", "Nixtieq nagħmel wegħda oħra żgħira lilkom il-membri.", "Wegħda li l-proċedura ta' kif mmexxu dan il-kumitat tkun li nieħdu pjaċir fil-preżenza ta' xulxin u napprezzaw il-preżenza ta' xulxin waqt li aħna ħajjin u ma nistennewx li nitkellmu tajjeb meta jekk xi wieħed minna Allaħares qatt jonqos qabel iż-żmien.", "Għax ħafna drabi l-akkoljenza u l-kliem sabiħ ta' apprezzament li wieħed jagħmel meta jonqos narah li jkun tard wisq u nixtieq li l-metodu ta' kif se naħdmu jkun metodu li anke jekk ma naqblux fuq l-idea jew fuq l-iżvolġiment ta' dak li nkunu qegħdin nagħmlu, imma xorta waħda napprezzaw id-dinjità ta' xulxin.", "U għaldaqstant ma noqogħdux nistennew li xi ħadd ikun jista' jgħid kliem sabiħ fuqna wara mewtna.", "Ejjew napprezzaw il-ħajja waqt li qegħdin hawn.", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Din suppost kellha tkun ir-raba' leġislatura ta' Karl Chircop bħala membru fil-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Kien ġie elett l-ewwel darba fl-1996 u kien appuntu minn dakinhar sal-lum illi kien membru ta' dan il-kumitat.", "Bħalma tafu ħadem kontinwament f'dan il-Kumitat u għamel dak kollu possibbli biex bl-iktar mod karatteristiku tiegħu jipprova jagħmel ħiltu kollha biex imexxi l-affarijiet soċjali 'l quddiem.", "L-affarijiet soċjali li kien jiltaqa' magħhom anke fil-ħidma tiegħu professjonali mhux biss dik politika.", "Lil Karl inzertajt nafu tajjeb ħafna.", "Hemm qabża bejni u bejnu bħala età - hemm tmien snin - biss jien u hu konna ħbieb sew.", "Konna sifirna flimkien, konna noħorġu nieklu flimkien u konna, bħala koppji, noħorġu flimkien.", "Meta min-naħa tar-rappreżentanti tal-mediċina riedu jagħmlulna xi lectures, imbagħad wara forsi nieklu xi ikla flimkien bejnietna t-tobba, dejjem nista' ngħid li Karl kien wieħed minn dak il-grupp.", "Kellna diversi ċajt u waqtiet interessanti u sbieħ li jien u hu qsamna flimkien.", "U meta niltaqgħu fil-Parlament qatt ma konna ngħidu \"Kif inti ?\" lil xulxin imma ħafna drabi meta konna niltaqgħu konna ngħaddu kumment lil xulxin - hemm ċajta warajha daqsxejn twila biex noqgħod nidħol għaliha - xi ħaġa li għaddejna minnha meta konna Istanbul u dik baqgħet iċ-ċajta ta' bejnietna.", "Nittama li bħala kumitat inkomplu nimxu fuq il-ħsebijiet li kellu Karl, il-ħsieb li dejjem irid jara kif se jagħmel biex għajru jkun aħjar.", "Li jifhem il-problemi li qed tiġi ffaċċjata bihom is-soċjetà illum il-ġurnata u li jagħmel l-aħjar li jista' ħalli dawk l-affarijiet, kemm jista' ikun, jagħmilhom aħjar.", "Kien għamel diskorsi tajbin hawnhekk fil-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali u kien għamel diskorsi tajbin anke fil-Kamra tad-Deputati fejn kien minn dejjem fuq quddiem fejn jidħlu diskussjonijiet relatati ma' affarijiet soċjali.", "Fil-fatt l-aħħar darba li konna tkellimna qabel taħ il-ħass ħażin kien appuntu dwar xi ħaġa relatata mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Fil-fatt dan kien, meta kien se jkun hemm il-preżentazzjoni tad-dokument lill-Ministru Dalli u jien kont se nkun imsiefer u kien hu biss li seta' jattendi, minħabba li l-Onor.", "Justyne Caruana dakinhar kellha xi xogħol Għawdex u ma setgħetx tattendi.", "Kont tkellimt ma' Karl fit-tul dwar dak id-dokument u l-preżentazzjoni tiegħu u kif għandu jsir l-andament ta' dak id-dokument.", "Sfortunatament dak kellu jkun l-aħħar diskors illi kelli ma' Karl u li kien appuntu fuq xogħol relatat mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Minn hawnhekk nixtieq, f'isem l-Oppożizzjoni u f'isem ukoll il-Kumitat ta' din il-Kamra, minn naħa ta' l-Onor.", "Justyne Caruana u minn naħa ta' l-Onor.", "Anthony Zammit u anke minn naħa tiegħi u persważ ukoll minn naħa tal-gvern, nagħti l-kondoljanzi lill-mara u lit-tfal tiegħu u lill-ommu li kellha l-isfortuna tgħaddi mill-istess martirju darbtejn għax sfortunatament ir-raġel tagħha miet fl-istess età tat-tifel tagħha stess.", "Omm Karl għaddiet minn martirju twil u j'Alla l-Bambin iżomm idejh fuqha u fuq il-familja tiegħu.", "Naħseb li huwa anke dmir u responsabbiltà mhux biss ta' dan il-Kumitat imma ta' kull deputat illi fejn ikun hemm bżonn jekk din il-familja tista' tkun għaddejja minn ċertu tbatijiet, isibuna warajhom biex inkunu nistgħu ngħinuhom.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra biex f'isem il-kumitat kollu jibgħat il-kondoljanzi lill-familja ta' Dr. Karl Chircop u nagħmlu ħilitna kollha biex nhar is-Sibt li ġej inkunu preżenti għall-funeral ta' seħibna.", "Nitlob l-approvazzjoni tagħkom bħala Membri rigward il-kumplament tal-laqgħat ta' dan il-Kumitat.", "Tqassmitilkom ċirkolari li fiha l-forthcoming meetings tal-iStanding Committee on Social Affairs kif qed tiġi updated sal-lum.", "Jiġifieri nhar it-Tnejn 20 ta' Ottubru se jkollna diskussjoni fuq in-National Report on Strategies for Social Protection and Social Inclusion u l-Erbgħa 22 ta' Ottubru Diskussjoni fuq il-Vjolenza Domestika u dawn iż-żewġ laqgħat huma confirmed.", "Qed tinġibidli l-attenzjoni biex il-laqgħat tal-Kumitat jibdew isiru t-Tlieta minflok it-Tnejn.", "Imma dawn iż-żewġ laqgħat li huma confirmed ejja nżommuhom..… (Interuzzjoni) Għalhekk ġejna b'din il-lista llum, biex jekk jista' jkun kulħadd ikun komdu, u fil-każ nibdew nagħmlu l-laqgħat tagħna t-Tlieta u l-Erbgħa, m'għandi l-ebda oġġezzjoni.", "L-ewwel data li nitolbu lil dawn l-għaqdiet tibda' tkun nhar ta' Tlieta.", "Jiġifieri l-iSkrivan tal-Kamra jieħu nota biex il-laqgħat jekk jista' jkun ikunu nhar ta' Tlieta u nhar ta' Erbgħa.", "Nieħu nota ta' dak li qegħdin tgħiduli u nagħmlu ħilitna kollha biex nhar ta' Tnejn nevitaw il-laqgħat.", "Għaldaqstant il-laqgħa tat-Tlieta 28 ta' Ottubru hija konfermata u se jkollna diskussjoni ma' Dr Philip Carabot u l-Erbgħa 29 ta' Ottubru konfermata wkoll diskussjoni fuq Family Poverty and Social Exclusion.", "Imbagħad bħala outreach visits, it-Tlieta 11 ta' Novembru fil-11.00 a.m. qegħdin nipprovaw immorru l-Appoġġ u nagħmlu visit fil-premises tagħhom u l-għada l-Erbgħa 12 ta' Novembru qed niġu mistiedna biex immorru r-Razzett tal-Ħbiberija għal żjara ta' siegħa.", "Donnhom ġejjin iktar stediniet, jekk intom tagħtuna permess biex immorru dawn iż-żjarat immorru però… ...", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Chairman, waħda mill-problemi li għandna hija li l-Appoġġ jaqa' direttament taħt ir-responsabilaità ta' l-Onor.", "Justyne Caruana u f'dik id-data se tkun imsiefra fuq xogħol parlamentari.", "The CHAIRMAN: It-Tlieta jew l-Erbgħa ma tistax?", "Mill-11 sal-15 ta' Novembru.", "Ħalli nieħu nota forsi nkunu nistgħu nbidlu d-dati u nipprovaw nagħmluhom possibbli għal kulħadd minħabba dawn ir-raġunijiet li qed jgħid l-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma nafx jekk ikunx hemm id-diskors tal-budget ukoll.", "The CHAIRMAN: Dawn huma tentative dates, u jiġu confirmed soġġetti għad-diskussjoni tal-budget fil-Parlament.", "Jekk jogħġobkom għandna proposta oħra.", "Qegħda titqassam korrispondenza li ntbagħtet mill-Ministeru għal-Politika Soċjali, fejn bil-liġi l-Ministru huwa marbut – kif se nikkwota hawnhekk mil-leġislazzjoni li twaqqaf il-Kunsill għal Volontarjat:", "\"..qabel ma l-Ministru jappunta l-membri tal-Kunsill, għandu minnufih jikkonsulta mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tal-Kamra tad-Deputati jew xi kumitat ieħor li jissostitwixxih dwar in-nomini riċevuti.", "Aħna rċevejna din il-korrispondenza bl-ismijiet - li ma nixtieqx li f'dan l-istadju jkun hemm riferenza għalihom għax ovvjament dawn għadhom privati - u qegħdin niġu mitluba biex nikkonfermawhom.", "L-ewwel proposta hi li jekk intom bħala Membri lesti li tikkonfermaw l-ismijiet issa, nressaq il-konferma tagħkom minnufih.", "Jew inkella t-tieni proposta hi, li l-ewwel item fil-laqgħa ta' nhar it-Tnejn nistiednu hawnhekk lill-uffiċjal rappreżentant tal-Ministru konċernat kif ukoll lil Dr Kenneth Wayne, Kummissarju għal Volontarjat, u nagħmlu laqgħa in camera.", "Peress li se nkunu qegħdin nitkellmu fuq nies li għadhom m'humiex maħtura, nkunu nistgħu nistaqsu mistoqsijiet fuq il-kompetenza ta' dawn il-persuni.", "Liema waħda tixtiequni nirreferi għaliha, l-approvazzjoni issa jew li nhar it-Tnejn nitolbu lil Dr Wayne u uffiċjal mill-Ministeru tal-Politika Soċjali jkunu preżenti u tkunu tistgħu tagħmlu cross reference ma' dawn il-persuni fuq il-kompetenza ta' dawn il-persuni li qegħdin jitolbuna nikkonsultaw dwarhom?", "Onor. MICHAEL FARRUGIA: Mr Chairman, min-naħa tiegħi naħseb aħjar li nitkellmu nhar it-Tnejn.", "Waħda mill-affarijiet li nixtiequ nkunu nafu hija jekk il-persuni li huma msemmija u l-għaqda li qegħdin jirrappreżentaw, ġewx innominati mill-għaqda stess jew inkella xi ħadd għażilhom bħala isem imbagħad jirrappreżentaw l-għaqda.", "Jiġifieri l-għaqda għażlithom jew intgħażlu mill-Ministeru?", "The CHAIRMAN: Nipproponi li r-research analyst jikkomunika mal-Ministeru u juri mill-ewwel din it-tip ta' mistoqsija biex jiġu preparati ħalli jweġbuhom.", "Nhar it-Tnejn jittieħed vot ta' konferma fuq dawn l-ismijiet u nagħtu risposta lill-Ministeru konċernat li din l-issue hi riżolta.", "X'QED IKUN L-EFFETT TAL-MEDIA FUQ IL-FAMILJA?", "Ngħaddu għas-suġġett tal-lum X'qed ikun l-effett tal-Media fuq il-Familja.", "Bħala esperti għal din id-diskussjoni għandna lil Fr Joe Borg kif ukoll lill-Fr Carmel Tabone li se jagħtuna presentation.", "Stedinna wkoll rappreżentanti tal-istazzjonijiet televiżivi jiġifieri l-PBS, Super One u NET TV biex ikunu preżenti hawnhekk.", "Nifhem li għandna rappreżentant tal-PBS li qiegħed hawnhekk però s'issa jidher li għadhom ma ġewx r-rappreżentanti tas-Super One u lanqas tan-NET TV.", "Nitlob lill-Fr Joe Borg jibda l-presentation tiegħu.", "Nixtieq li min-naħa tagħna bħala Membri nħallu lil Fr Joe Borg jispiċċa u wara jkollna riflessjoni min-naħa ta' Fr Tabone mbagħad inkunu nistgħu nagħmlu l-mistoqsijiet tagħna lill-panel kollu.", "FR JOE BORG: Mr Chairman, nirringrazzjak tal-istedina.", "Il-heading li tajna \"Familji bi tliet ġenituri\" juri dak li rridu ngħidu u waqt li qed nitkellem nipprova nispjegah iżjed.", "Xtaqtkom taraw din is-silta:", "\"Jekk kull siegħa aħna sfurzati biex naraw u nisimgħu ġrajjiet orribbli, se jiġri li dan id-dulluvju ta' impressjonijiet waħxija se jneżża' anke lill-iktar delikati fostna minn kull rispett lejn l-umanità.\"", "Qawwija ħafna.", "U din is-silta li ġejja qawwija wkoll:", "\"Tgħidulix li għandna sempliċiment inħallu lit-tfal tagħna jisimgħu kull storja li xi ħadd ifettilu jgħid u b'hekk idaħħlu f'moħħhom ideat li huma l-oppost ta' dawk l-ideat li jidhrilna għandhom ikollhom meta jikbru?\"", "Dawn iż-żewġ siltiet qaluhom Ċiċerun - li dak iż-żmien ma naħsibx li kien hemm television - u l-oħra qalha ħafna qablu Platun.", "Għaliex qed ngħidhom dawn?", "Għax hemm qisu tendenza - u nixtieq li nissuġġerixxi hawnhekk li ma tiġix segwita fl-għażliet tas-social policy li nagħmlu - li wieħed iħares lejn il-media b'mod negattiv.", "Għaliex il-media għandhom jinteressaw il-policy makers?", "Waħda għax huma industriji kbar.", "Jimpjegaw - anke f'Malta llum - mijiet ta' nies.", "Jekk il-media twessagħha biex tinkludi t-telekomunikazzjoni u r-reklamar naħseb jagħmlu eluf ta' impjiegi.", "Imma huma industriji speċjali għax il-media jaħdmu fuq il-valuri tagħna, fuq is-simboli li nużaw.", "Fil-fatt għalhekk isejħulhom consciousness industries.", "Huma għalliema.", "X'qed jgħallmuna u għax jiddevertuna?", "Hemm ħafna raġunijiet għaliex il-media għandhom ikunu ta' interess għal policy makers.", "L-istrateġija għall-politika soċjali għandha tkun lil hinn mill-kontenut mhux biss f'xi programmi li naraw jew x'artikli jkun hemm, imma x'post għandhom fis-soċjetà.", "Din l-istrateġija għandha tkun mibnija fuq il-ħtiġijiet tal-bniedem u mhux tal-istituzzjonijiet.", "Aħna f'pajjiżna għandna sitwazzjoni partikolari fejn jidħlu r-radio u t-television.", "Dan għax għandna wkoll partiti politiċi li huma sidien tat-televiżjoni u fejn jidħol ir-radio anke hemm l-unions u anke l-knisja li hija sid.", "Imma l-media għandhom ikunu la għas-servizz tas-sidien kummerċjali, la għas-sidien politiċi u lanqas għas-sidien ekkleżjastiċi, il-media għandhom ikunu għas-servizz tan-nies u lil hinn mill-attitudni ta' paniku.", "Kif diġà semmejt f'dawk iż-żewġ siltiet tal-bidu.", "F'dan l-islide naraw x'inhu importanti għall-policy makers.", "Naħseb li ġejjin huma ħsibijiet komuni.", "Li n-nies kultant jimxu qisha li l-media tirrappreżenta dak kollu li hu vvizzjat.", "Jgħidu \"għax qed jinkissru ż-żweġijiet\", \"l-internet taf kif inhu\", \"x'għarukaża x'hemm fuq it-television\".", "Jew inkella jkun hemm min għal kull problema li hawn fid-dinja jgħid \"kieku nagħmlu packaging aħjar\", \"kieku nsolvuha\".", "Naħseb dawn huma żewġ attitudnijiet estremisti li huma żballjati.", "Issa f'din l-islide qed naraw x'inhuma l-infuwenza tal-media fuq il-familja.", "L-ewwel li hemm hi l-influwenza skont il-post li għandhom fl-ispazju fiżiku u soċjali tas-soċjetà u tal-familja.", "Skont il-ħin li jokkupaw jiġifieri jekk nagħmel erba' sigħat kuljum nara t-television mhux bħal meta nagħmel siegħa, jekk nagħmel sitt sigħat fis-social network tal-internet mhux bħal meta qatt ma nidħol fihom.", "U skont kemm nagħti kashom għax jekk stazzjon nemmnu se jinfluwenzani ħafna, jekk nemmnu ftit se jinfluwenzani inqas.", "Imbagħad anke skont il-mudelli li jipproġettaw.", "Il-media jipproġettaw mudelli ta' familja, mudelli ta' x'inhu tajjeb u ta' x'inhu ħażin, u ta' kif għandna nimxu fis-soċjetà u affarijiet bħal dawn.", "F'din is-slide naraw dan il-heading 'Il-familja kemm tagħti importanza lill-media?'", "Per eżempju, familja partikolari tuża t-television jew il-video games minflok babysitter.", "Lit-tfal tkun qed tgħidilhom li l-media importanti ħafna għax qed inħallikom waħedkom.", "Anke, per eżempju, tara familja bi tliet settijiet tat-television.", "X'qed tgħidlek?", "Qed tgħidlek li m'hemmx focus, dawn ma joqogħdux flimkien ħafna drabi u probabilment kulħadd jara t-television għalih waħdu.", "Jekk familja hija media rich jew media poor, l-istess influwenza jkun hemm?", "Dażgur li le.", "Din familja ma ssibilhiex ktieb fid-dar u ħlief media elettronika ma jkollhiex?", "Hemm esperiment interessanti ħafna Ġermaniż dwar għaliex is-subien qed iġibu inqas marki fl-eżamijiet mill-bniet.", "Għamlu riċerka u nnotaw li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar is-subien kienu qed iġibu marki inqas tajbin mill-bniet.", "Meta kellimt lil min għamel ir-riċerka qalli, li meta fid-djar bdew jiżdiedu s-settijiet tat-television fi kmamar differenti, il-computer fi kmamar differenti u l-play station f'kmamar differenti allura kulħadd kien qed ikun għar-rasu u kulħadd jara li jrid.", "Qalli li l-memorja tagħna mhix bħal queue.", "Dak li jolqot il-bniedem jagħmlu fil-queue li mhux daqshekk ordnat, imbagħad fil-għaxija jidħlu fil-hard disc tal-memorja u memorja li tkun storbjuża jew goffa taqbeż iktar lill-oħrajn.", "Allura jista' jkun li jekk filgħaxija rajt film vjolenti din se taqbeż il-lezzjoni tas-civics ta' filgħodu jew tar-reliġjon jew tal-matematika.", "U peress li s-subien itendu li jaraw materjal li jkun ixaqleb iktar lejn suġġetti li huma sesswali u vjolenti mill-bniet, allura l-memorja tas-subien tmur ħafna iktar lejn x'kien hemm fuq il-video games u fuq it-television.", "U l-memorja tal-bniet tmur ħafna iktar fuq dak li għamlu l-iskola milli dak li jaraw fuq it-television.", "Issa bħala statistika, kważi d-djar kollha Maltin għandhom mill-inqas sett wieħed tat-television.", "L-istatisitka li għandhi hi ftit antika għax tas-sena 2003 imma iktar minn hekk ma setgħux jiżdiedu.", "Iktar min-nofs id-djar għandhom żewġ settijiet jew iżjed.", "Din ħafna ma jafux biha, imma 95% biss tad-djar għandhom washing machine jiġifieri hemm djar b'washing machine inqas milli hemm djar b'television.", "Kif fil-fatt hemm ukoll inqas djar b'water heater u fridge freezer.", "Minn naħa l-oħra fis-sena 2000 l-Internet fid-djar kien ta' 9% u fil-2005 żdied għal iktar minn 50%.", "Illum iċ-ċifra tal-internet hija ħafna ogħla imma jiena ħadt ta' dawk il-ħames snin.", "Djar bil-computer bejn l-2000 u l-2006 żdied minn terz tad-djar għal żewġ terzi tad-djar.", "In-new media qed jidħlu ħafna għax bħala stazzjonijiet tar-radju għandna 12 nazzjonali, 26 permanenti tal-komunità u 26 b'liċenzja temporanja.", "Malta għandna stazzjon tar-radio jew tat-television għal kull 9,000 persuna.", "Għandna seba' stazzjonijiet tat-television, qisna s-super 5 imma n-numri kultant jindikawlna wkoll.", "Għandna wkoll 16-il gazzetta bejn dailies u weeklies.", "Mil-1998 sa l-2008 bejn wieħed u ieħor l-ammont ta' liċenzji tat-televison baqgħu l-istess - total ta' 122,000 – għax diġà kien hemm saturazzjoni.", "Imma l-internet, minn ammont ta' 22,000 fl-1998 tela għal 107,000 fl-2008 - ara kif sploda f'għaxar snin.", "U għal l-istess perjodu, l-mobile phones żdiedu minn 19,000 għal 374,000.", "Jiġifieri aħna żgur soċjetà fejn il-media nagħtuha importanza għax qed nagħtuhom ħafna ħin.", "Qed jagħmlu xi diviżjoni ġdida?", "Statistika tas-sena 2003 turina li familja li taqla' Lm3,000 kellha average ta' 1.23 sets tat-television.", "Dak iż-żmien kien għad hemm il-Video Cassette Recorders, fejn kien hemm 0.41 u computers 0.04 f'kull dar.", "Araw x'differenza kien hemm dak iż-żmien fejn jidħol it-television u fejn jidħol il-personal computer!", "Minn naħa l-oħra, familja li fl-2003 kienet taqla' Lm12,000, it-television huwa 1.5-il darba iktar mill-familja ta' qabel u bħala VCR huwa ta' 2.6 iktar.", "Imma s-sitwazzjoni kif kienet fl-2003, bejn familja li għandha ftit u familja li għandha ħafna, hi li familji li finanzjarjament hija tajba kellha 17-il darba iktar li jkollha computer milli familji oħrajn,.", "Skont statistika tas-sena 2005 - l-aħħar waħda li sibt - naraw li tfal fl-iskejjel sekondarji indipendenti kellhom computers u aċċess għall-internet mid-dar 79% iktar minn studenti fl-iskejjel tal-Gvern u minn studenti fl-iskejjel tal-knisja.", "Mela l-qasma diġitali għandha elementi tagħha anke f'pajjiżna u wieħed irid jagħti kasha.", "Skont l-istess statistika tas-sena 2005, l-istudenti Maltin jagħmlu online ħames sigħat fil-ġimgħa.", "Illum dawn iċ-ċifri tbiddlu imma ma sibtx statisitka iktar riċenti imma huma ħafna iktar żgur.", "Imma studenti fl-iskejjel indipendenti jagħmlu 9.7 siegħa on-line fil-ġimgħa filwaqt li studenti f'skejjel sekondarji (mhux Junior Lyceum) jagħmlu 3.8 siegħa on-line fil-ġimgħa.", "Jiġifieri ara kemm jużaw iktar l-internet, studenti li jattendu skejjel indipendenti - għallinqas dak iż-żmien fis-sena 2005 - li kif nafu biex tmur f'skola indipendenti trid tħallas iżjed minn skejjel sekondarji.", "Id-differenza hija kbira.", "Meta niġu biex nitkellmu fuq l-influwenza tal-media fuq il-familja, għax kultant naħsbu li din tkun one way biss u jekk tagħmel xi ħaġa fuq it-television jew fil-gazzetti jew fuq ir-radio jew fuq l-internet kulħadd ikun jaf, imma l-familji huma karta xuga?", "Meta tagħmel xi ħaġa, qisek meta titfa' ftit ilma jew linka fuq karta xuga?", "Mhux neċessarjament hekk - u x'aktarx mhux hekk u fil-parti l-kbira tal-każi mhux hekk.", "L-ewwelnett mhux kulħadd jaqra t-text tal-media l-istess.", "Nies fi gruppi soċjo-ekonomiċi differenti u nies b'livelli ta' edukazzjoni differenti jaqrawh differenti.", "Roger Silverstone juri kif il-familja tinnegozja t-tifsira tat-text skont il-kultura tagħha.", "Ħalli nsemmi eżempju faċli.", "Logħba football - biex insemmi eżempju li żgur naqblu fuqu u m'hemmx kontroversja – bejn l-Ingliżi u t-Taljani.", "Jekk immorru fuq livell edukattiv, l-intelliġenti jgħidu li l-aħjar l-Ingliżi u l-oħrajn jgħidu li l-aħjar it-Taljani.", "Kultant in-nies jifhmu dak li jkun hemm fuq it-television bil-maqlub.", "Saru ħafna studji fuq dan anke barra minn Malta.", "Kien hemm programm ta' ġrajjiet kurrenti fuq kwestjonijiet industrijali li kien hemm l-Ingilterra.", "Dawk li kienu attivi ħafna fil-unions fehmuh differenti minn dawk li kienu fil-management.", "Jiġifieri mhux kwestjoni ta' karta xuga u kulħadd jemmen kollox f'salt.", "In-nies huma attivi skont x'jiddeċiedu li huma jagħżlu.", "Anke per eżempju jekk tistaqsi lin-nies x'inhu l-livell ta' kredibilità li għandhom fit-television, fir-radio, fil-gazzetti, fil-politiċi, fl-ombudsman.", "Tinduna li n-nies ma jemmnux lil kulħadd l-istess.", "Fortunatament is-sitwazzjoni tal-media mhux f'Malta biss hi hekk, fl-Ewropa l-livell ta' index ta' kredibilità huwa baxx ukoll.", "Dak ifisser li n-nies jirreaġixxu u ma jibilgħux kollox.", "Il-media huma kompetitturi anke fejn jidħol il-kontenut.", "Qabel il-familja kienet aġent ta' soċjalizzazzjoni b'saħħitha ħafna - Fr Tabone żgur jitkellem ħafna aħjar minni fuq dan is-suġġett - u għadha, bla dubju ta' xejn - imma l-media qegħda tikkompeti wkoll.", "Fil-fatt insibu studju fejn il-valuri ta' żgħażagħ ta' pajjiż huma eqreb ta' żgħażagħ ta' pajjiż ieħor għax illum it-television sar internazzjonali bis-satellita.", "Allura żgħażagħ f'pajjiż jaraw, per eżempju l-MTV iktar milli jaraw ċerti stazzjonijiet lokali.", "Jiġifieri l-valuri li jkun qed jieħu u jesponi ruħu għalih żagħżugħ, huwa l-istess bħal ta' żagħżugħ ieħor f'pajjiż differenti, iktar mill-valuri tan-nies li joqogħdu fl-istess dar.", "Jekk tqabbad lil xi ħadd, hu min hu, u tgħidlu jagħmel lista ta' dak li jaf u x'ma jafx mill-media.", "Jiġifieri jien qatt ma mort Tokyo imma għandi idea ta' Tokyo, għandi idea tal-pulizija Amerikana li jisparaw għal kull xejn.", "Issa jekk din hijiex veru jew le hija ħaġa oħra.", "Meta nieħdu idea mit-television, imbagħad meta niltaqgħu mar-realtà din ma tkunx taqbel, mhux ngħidu mela aħna kellna idea ħażina imma ngħidu hawn xi ħaġa ħażina hawnhekk, mhux hekk suppost.", "Tant tkun daħlet l-idea mill-media.", "Il-karatterisitka fundamentali tat-television madwar id-dinja hija - l-iktar it-television kummerċjali - d-divertiment.", "Kollox ridott għad-divertiment anke llum nitkellmu fuq edutainment, l-edukazzjoni trid tkun entertainment allura nagħqdu l-education u l-entertainment.", "Illum kollox huwa ridott għall-entertainment.", "Imma anke jekk wieħed jagħmel analiżi.", "Għax kieku kelli nidħol u ngħidilkom ħa nurikom li tisraq mhux ħażin, tgħid: dan biex ġej?", "Aħna fuq it-television inkunu qed naraw stejjer u ħadd ma jiġi jgħidilna se nagħmlu lezzjoni fuq hekk, allura ma jkollix guard għax qiegħed hemmhekk biex niddeverti biss.", "Imma xorta nkun qed nieħu l-valuri jew il-konsum materjali.", "Allura dażgur li l-konsum materjali huwa importanti u hu valur li jagħtina l-media.", "Int stmat ta' li għandek mhux talli int. Dawk b'saħħithom jirbħu l-art.", "Id-dinja hija perikoluża.", "L-ammont ta' vjolenza li jkun hemm.", "Per eżempju, saru studji fuq nies li jaraw ħafna television u nies li jaraw ftit.", "Jekk taqbad karta u lapes u tara siegħa u nofs television kuljum bl-addoċċ żgur li se tiltaqa' ma' ħafna iktar vjolenza f'dik is-siegħa u nofs milli probabilment tiltaqa' fil-ħajja ta' veru f'sitt xhur jew f'sena.", "Allura dak li jkun jieħu l-impressjoni li d-dinja hija hekk.", "Imbagħad hemm oħra, jien ma nistax nifhem kif dawn ta' fuq it-television dejjem isibu jipparkjaw, waħda mill-affarijiet li għandhom vantaġġ.", "L-irġiel huma importanti iktar min-nisa.", "Meta per eżempju tanalizza l-età tan-nisa u l-età tal-irġiel li jidhru fuq it-television tinduna li n-nisa jisparixxu miċ-ċinema jew minn fuq it-television ħafna qabel jisparixxu l-irġiel.", "Allura l-messaġġ qed jgħidlek int għandek valur sa din l-età wara din l-età ma tantx għandek valur.", "Imbagħad hemm l-isterjotipi kontinwi tal-ġens, tal-età u tar-razza.", "Qishom jinżlu ma' l-arja li nkunu qed nieħdu.", "Il-media tagħtina materjal li jista' jkun li fil-familja tagħna ma nkunux esposti għalih imma nkunu esposti għalih fil-media.", "Per eżempju, terz tal-istudenti – għal Malta qed ngħid mhux għal barra – huma esposti għal materjal vjolenti, pornografiku u razzjali fuq l-internet.", "Dan kien studju tal-NSO tas-sena 2005.", "Id-differenza bejn is-sessi hi li s-subien jesponu ruħhom għal dan it-tip ta' materjal ħafna iktar mill-bniet.", "L-inqas esposti huma l-istudenti fil-primarja tal-Gvern probabilment minħabba l-età u kif rajna qabel, l-aċċess tagħhom għall-internet -għallinqas għas-sena 2005 – li ma jkunx daqs tal-oħrajn.", "Jirrifletti wkoll l-użu ikbar mit-tfal tal-iskejjel sekondarji indipendenti għax huma iktar esposti.", "Jekk tistaqsi lill-ġenituri: t-tifel x'jara fuq it-television meta jkun fil-kamra waħdu, x'sites tal-internet juża?", "Taħseb li t-tifel juża dawn it-tip ta' sites?", "Dak li jgħidu l-ġenituri u dak li jgħidu t-tfal li jagħmlu, huwa radikalment differenti minn xulxin.", "U dan issir kullimkien għax saru ħafna studji fuq hekk.", "Il-media qed jipprovdu l-familji tagħna b'worldview indipendenti, sistema ta' valuri, ta' miti differenti milli aħna mdorrijin.", "Jgħidulna x'inhu tajjeb jew x'inhu ħażin.", "Dak kien l-argument tiegħi fil-bidu, tal-ħin u tal-post.", "Jekk għandek tliet television sets fid-dar qed tgħid lil kulħadd li t-television huwa importanti ħafna, ftit hawn affarijiet li għandna tlieta minnhom.", "Jekk nagħmlu ħafna ħin narawh qed ngħidu li hu importanti ħafna, allura dak li jgħidilna hu tajjeb la qed nagħtuh daqshekk importanza għax kieku ma nagħtuhx importanza.", "Jgħidilna għala qed ngħixu u li s-sess u l-flus huma triq għal hena.", "Biex nikkonkludi, se nitkellem fuq l-istrateġija.", "Il-kwestjoni tad-digital divide li se nsemmi mhux se nidħol fiha.", "Imma xtaqt ngħid xi ħaġa li f'Malta konna avvanzati ħafna fiha u anke rikonoxuti fi studji li saru riċentement mill-Unjoni Ewropea u li issa qed jieħdu dimensjoni ukoll fuq l-Unjoni Ewropea.", "U din hija l-kwestjoni tal-media education.", "Il-loġika tagħha hija faċli ħafna.", "Jekk xi ħadd joqgħod ħdejn il-baħar x'tgħidlu?", "Tagħmillu ħajt biex ma jaqax jew tgħallmu jgħum?", "Jekk aħna mdawrin bil-kultura tal-media x'tagħmel?", "Tgħid lin-nies biex ma jużawx, ma jarawx, ma jmorrux fuq l-internet u ma jixtrux il-magazines?", "Jew tagħti lin-nies ħiliet tajbin biex jużawhom sew?", "Interessanti li fl-Audio Visual Media Services Directive tal-Unjoni Ewropea - li issa trid issir parti mil-liġi tagħna sal-aħħar tas-sena d-dieħla – li għall-ewwel darba fit-television without frontier directive ma kien hemm xejn.", "Issa dawn jagħtu definizzjoni ta' x'inhi media literacy, li llum hija waħda mir-recitals tad-direttiva.", "Jiġifieri jiena se nkun empowered u nużahom kif irrid jien b'mod effettiv mingħajr ma jagħmluli l-ħsara.", "Jidhirli li sad-19 ta' Diċembru 2011, l-istati membri jridu jagħtu lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport fejn ikunu waslu fuq media education f'pajjiżhom, imbagħad iridu jagħtu rapport kull tliet snin fuq din il-ħaġa.", "Id-direttiva tkompli tgħid hekk:", "X'qed nifhmu meta qed nitkellmu fuq media literacy?", "Qabel kulħadd kien jifhem meta tgħid kitba imma issa qegħdin f'kultura elettronika u f'cyber space allura trid tkun taf taqra u tikteb.", "Illum jekk ma tkunx taf tibgħat sms, tista' tgħid li inti literate?", "Jekk ma tkunx taf tuża computer u ma tafx tidħol fl-internet?", "Illum anke ż-żgħar.", "Jien għandi t-tifel tan-neputija tiegħi għandu tliet snin u seba' xhur jixgħel il-computer, għandu folder bil-favourites tiegħu, jidħol fih, imur minn wieħed għal ieħor, jipprintja.", "Meta jien kelli tliet snin u seba' xhur - u naħseb intom tal-età tiegħi - konna nilgħabu fit-triq, gwerra Franċiża, ħarba u dawn l-affarijiet, jiġifieri hemm din id-differenza wkoll fl-età.", "Illum jekk ikollok problema fuq l-internet u għandek tifel tgħid lilu biex isolvihielek għax huma ċittadini ta' din il-kultura.", "Aħna qisna bħall-immigranti, forsi mhux illegali f'din il-kultura, imma m'aħniex iċ-ċittadini vera ta' din il-kultura.", "Kif għedt, għadu kemm ħareġ studju tal-Unjoni Ewropea li rrikonoxxa li Malta hija waħda mis-seba' pajjiżi Ewropej fejn ilhom jaħdmu f'din l-area.", "Fil-fatt fl-1981 fl-iskejjel tal-knisja konna bdejna billi sar taħriġ għall-għalliema u nkitbu kotba fuq hekk.", "Hawnhekk se nħallielkom is-set tal-kotba li bħalissa jintuża mill-iskejjel tal-knisja.", "Media Workbook Grade 4, Grade 5 u Grade 6 jintużaw f'livell primarju u Exploring Media Languages huma l-kotba li jintużaw fil-Form 1 u fil-Form 2 tas-sekondarja.", "Dawn il-kotba li ktibna huma marbuta mal-ambjent Malti u nirreveduhom ta' spiss.", "Meta daħal il-pluraliżmu, u daħal ħafna t-television u daħal iktar l-internet f'Malta nirreveduhom ta' spiss.", "In-National Minimum Curriculum huwa obbligatorju fl-iskejjel kollha.", "Hemm l-istrateġija ta' fejn jintuża suġġett bħala parti minn diversi suġġetti oħrajn.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija ftit limitata kif qed titħaddem.", "Hemm l-istrateġija fejn f'pajjiżna qed tingħata importanza lil literacy fl-IT.", "Imma ma naħsibx li fl-iskejjel tal-istat, il-media education qed tingħata l-importanza li jmissha.", "Id-direttiva tagħmel riferenza wkoll għal media education mhux biss fl-iskejjel imma lil hinn mill-iskejjel.", "Allura biex inkunu nistgħu nuruha fl-iskejjel u barra mill-iskejjel hemm bżonn ta' taħriġ għall-għalliema u għal media education barra mill-iskola permezz tal-media u permezz ta' attivitajiet għal familji.", "Illum hawn Malta għandna consumer groups fejn jekk ikollok xi ħaġa ċċempilhom imma għad m'għandniex lobby u advocacy groups tal-media.", "Naċċettaw kważi kollox.", "Waħda mir-raġunijiet hija li peress li għandna ħafna stazzjonijiet minn fejn nagħżlu jekk stazzjon idejjaqna naqilbulu.", "Darba fuq it-TVM kienu għamlu play ta' Francis Ebejer.", "Din kienet play tajba ħafna imma ħafna nies dejqithom u kien qed jgħidli Mannie Spiteri - li kien hemm dak iż-żmien - li tant kellhom telefonati li l-PBX ikkrolla, ma baqax jaħdem.", "Illum in-nies jaqilbu fuq stazzjon ieħor, imma naħseb li hija xi ħaġa tajba li jitwaqqfu lobby groups ta' nies li jużaw il-media mhux biex ikunu gruppi kontra l-media imma jkunu gruppi li jistabilixxu partnerships u jipprovaw jinfluwenzaw b'mod pożittiv il-media.", "Grazzi.", "Minkejja li tkellimtu rigward id-direttiva tal-Unjoni Ewropea ejjew inħarsu lejn l-istazzjonijiet televiżivi Maltin, il-PBS, is-Super One u n-NET fost l-oħrajn.", "Nixtieq nistaqsi, intom bħala esperti x'taħsbu li qed ikun l-effett speċjalment tad-drama, ta' l-aħjar ħin wara l-aħbarijiet, fuq il-familja Maltija?", "Dawn meta qegħdin jaraw kważi l-istess affarijiet f'dawn l-aħħar numru ta' snin f'ċirkostanzi totalment differenti minn xuxlin.", "Għandek qtil, sess, vjolenza issa bil-Malti.", "Ftit ilu kont fuq stazzjon tar-radju, ċemplet waħda u qalet li t-tfal ta' Year 4 u Year 5 ikunu jiddiskutu x'raw il-bieraħ fuq it-TV.", "Mistoqsija oħra hija l-effett fuq il-komunikazzjoni tat-tfal mal-ġenituri.", "X'effett għandha l-media fuq it-tfal, il-ġenituri u l-familja?", "Ġenitur qalli li t-tfal lanqas għadhom jafu jitkellmu bil-Malti għax ikellmuk qishom qed jibagħtu sms.", "Jiġifieri l-lingwa qed tippronunzja lilha nnifisha bħala lingwaġġ tal-media.", "U nixtieq nistaqsikom, Fr Borg u Fr Tabone, jekk tħarsu lejn is-sitwazzjoni tal-familja Maltija b'riferenza tal-media, kemm jekk hija tat-television kif ukoll jekk hija tal-computers eċċ, x'jippreokkupakom l-iktar?", "Bħala żewġ persuni, intom dak li intom, mhux għax inzertajtu saċerdoti imma x'jippreokkupakom l-iżjed fis-sitwazzjoni tal-lum tal-familja u l-media.", "Issa nistieden lill-sħabi Membri biex jgħaddu l-mistoqsijiet tagħhom lilkom ħalli mbagħad jitkellem Fr Charles Tabone u jkun jista' jweġibkom.", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb punt interessanti ħafna, jekk iż-żgħażagħ b'mod speċjali, u anke tfal, jekk humiex qegħdin iqattgħu iktar ħin jaraw l-internet jew humiex iqattgħu iktar ħin jaraw it-television.", "Għax naħseb tagħmel differenza kbira fuq l-approach kollu.", "Kemm saru studji - fuq tfal u anke fuq żgħażagħ - fejn jidħol x'jippreferu jaraw fuq it-television u l-ħin li jippreferu jaraw u fuq liema stazzjonijiet.", "Semmejna l-istazzjonijiet Maltin, imma jien se mmur oltre minn hekk u nsemmi l-istazzjonijiet barranin u f'ċerti każi anke s-stazzjonijiet tas-satellita.", "U anke min iħobb jara l-cartoons.", "X'tip ta' cartoons?", "Cartoons Ġappuniżi, cartoons oħrajn li huma iktar family friendly?", "Hawn min jgħidlek li Tom and Jerry m'huwiex family friendly.", "Hemm ħafna ħsibijiet u konċetti imma mbagħad hemm cartoons li fihom iktar vjolenza minn cartoons oħrajn.", "X'tip ta' studji saru fuq dawn l-oqsma kollha biex wieħed jara x'influwenza kien hemm.", "L-aħħar punt.", "Kemm ilu għaddej dan it-tagħlim dwar il-media, sar xi studju dwar l-effett fuq it-tfal li għaddew minn din it-tip ta' edukazzjoni?", "Marret għall-aħjar?", "Marret għall-agħar?", "Jekk inqablu dawn it-tfal li bdew jingħataw dawn il-lezzjonijiet ma' tfal oħrajn, bqajna l-istess?", "Kemm sar studju dwar behaviour tat-tfal fid-diversi skejjel, speċjalment meta jkunu teenagers?", "Issa jekk hijiex kriminali, jew ħaġa jew oħra hija irrelevanti, imma f'kull qasam, kien hemm ċans li wieħed jidħol fil-passat tagħhom u jara x'wassalhom biex illum qed jagħmlu dak li qegħdin jagħmlu?", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: L-ewwelnett nirringrazzjak Fr Borg għal presentation verament interessanti.", "Jekk ikolli nagħmel analiżi ta' dak li għedt, naħseb li fil-qosor ngħid li l-media għandha tkun għan-nies u li l-istazzjonijiet huma industriji kbar li allura għandhom interess kummerċjali.", "Xtaqt li fil-qosor tgħidilna x'għandhom ikunu jew x'għandna nagħmlu biex insibu bilanċ bejn dawn it-tnejn f'dan l-ambjent lokali.", "Int semmejt il-media education u semmejt il-proposti.", "Jiena nixtieq nistaqsi fuq proposti li jkunu prattiċi għal gżejjer Maltin.", "JUSTYNE CARUANA: Lejn fl-aħħar parti tal-presentation għidt \"lil hinn mill-iskejjel permezz ta' attivitajiet għal familji\" nixtieqek tispjega għal xiex qed tirreferi eżattament.", "U tinkwetani din il-kwestjoni, għax meta fil-familja għandek ġenitur li wara li jiġi mix-xogħol minflok jiddedika l-ħin biex jikkomunika mat-tfal tiegħu u jsir jaf it-tfal tiegħu, jintefa' quddiem it-television u allura qed jostakola l-proċess ta' bonding bejn il-ġenituri u t-tfal.", "L-effett li qed ikollu dan l-aġir fuq il-familja as a whole jiġifieri l-komunikazzjoni bejn raġel u mara mbagħad vis-à-vis it-tfal.", "Kif isir eżerċizzju biex il-ġenituri jassiguraw li bl-ebda mod u manjiera materjal televiżiv jew awdioviżiv li jkollhom ma jispiċċax għad-dispożizzjoni tat-tfal.", "Dan qed ngħidu għax fil-professjoni tiegħi kelli każ ta' familja fejn kien hemm DVD ta' cartoon però ma kienx cartoon għat-tfal imma cartoon għal adulti.", "Però x'ħin ġie f'idejn it-tifla u bdiet tarah, bdiet tara cartoon però l-kontenut ma kienx addattat għat-tfal.", "Issa meta qed nara \"attivitajiet għal familji\", l-ġenituri jridu jkunu konxji tal-ħsara kbira li materjal bħal dan jista' jagħmel fuq it-tfal, speċjalment meta għandek cartoons u li l-cartoons huma intiżi għat-tfal.", "Niftakar meta kont żgħira kien hemm cartoon partikolari li llum meta kbirt u qrajt fuqu, sirt naf li kien hemm materjal suġġestiv b'konotazzjoni sesswali fih.", "Meta kont żgħira ma kontx nirrealizza dawn l-affarijiet, imma llum li kbirt qed nifhem.", "Allura hemm bżonn li jkun hemm iktar għarfien, iktar kuntatt mal-familji biex jekk ma jafux dawn l-affarijiet isiru jafuhom u eventwalment jevitaw id-dannu fuq it-tfal.", "Ħaġa oħra li ridt ngħid hi li rridu nirresponsabilizzaw ukoll lill-adulti dwar il-mod kif jitkellmu fuq programmi li jkunu raw tard fil-għaxija jew meta t-tfal jkunu reqdin.", "Forsi jkun hemm xi attività tal-familja l-Ħadd, jinġabru l-familjari flimkien u joqogħdu jirrakontaw, forsi fini ta' xejn, affarijiet li filwaqt li t-tfal tagħhom ma jħalluhomx jarawhom indirettament ikunu qed jgħidulhom x'raw u x'ma rawx.", "Naħseb li f'dawn l-attivitajiet tal-familja nistgħu nieħdu l-opportunitajiet li nispjegaw dawn l-affarijiet, ħalli nimminimizzaw l-impatt fuq l-imħuħ.", "Kif għedt fil-caption introduttorja tiegħek, x'ħin it-tfal se tesponihom għal xi ħadd, se jeħel ma' moħħhom u meta tkun ta' età żgħira l-karta xuga taħdem ħafna iktar minn meta tkun ikbar.", "ANTHONY ZAMMIT: Fil-fatt għalija l-media qiegħda hemmhekk biex twassal l-informazzjoni u tistimula l-immaġinazzjoni.", "Fil-fatt hemm prinċipju li jgħidlek li l-prodott huwa tajjeb daqskemm inti jirnexxilek tbiegħu.", "U li qed jiġri hu li there is a change, fejn qabel kien hemm il-fireplace li jġib il-familja together, l-media issa ħadet il-post tal-fireplace.", "Imma issa minflok qed iġġibhom flimkien qiegħda tisparpaljahom.", "Forsi hemm skuża wkoll għax il-parents m'għandhomx ħin biżżejjed għat-tfal.", "Forsi wkoll jippruvaw jgħidulhom għax inti mill-media, jew il-computer.", "Ma nafx għaliex, imma l-computer suppost il-ktieb.", "Il-ktieb kont nieħu gost naqrah.", "Dan iż-żmien it-tfal lanqas jaqrawhom il-kotba.", "Qegħdin hemmhekk quddiem il-computer, jiġu influwenzati minn dak kollu li jgħid il-computer, iktar mit-television għax iktar għandhom naħseb ċans jew ħin jintefgħu quddiem il-computer milli qegħdin jintefgħu quddiem it-television.", "Issa whereas li t-television kellu l-post fil-kċina allura se jġib lill-familja wkoll flimkien, dan iż-żmien it-tfal għandhom il-computer fil-kamra tas-sodda tagħhom.", "U l-ġenituri m'għandhom l-ebda kontroll fuq dak li qed jaraw it-tfal.", "Imbagħad joħorġu b'ideat it-tfal li mbagħad xi minn daqqiet iktar iġibu kwestjonijiet fil-familja milli għaqda.", "U hawn mhux il-familja biss imma anke l-iskola, trid tara x'qed jiġri, tara jekk dan it-tifel hux qed jiġi b'ċerti ideat, eċċ., u qed joħloq problemi.", "Anke meta mbagħad niġu għall-affarijiet sesswali.", "Il-konfrontazzjoni ta' dawn it-tfal fuq is-sesswalità qed tkun too early li huma ma jifhmux ċerti affarijiet u safejn għandek tasal.", "Is-sesswalità hija xi ħaġa sabiħa, li tispiċċa billi ġġib tarbija fid-dinja, żżid il-familja, tkabbar il-familja u tkabbar is-soċjetà.", "Mentri dan iż-żmien, is-sesswalità fil-familja qed jintuża ejja se mmorru, it is there for my pleasure and leisure.", "U din hija l-problema ta' l-individwi.", "Minn dik irridu noqogħdu naqra attenti kif se tidħol fil-familja tagħna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Għandi punt żgħir wieħed biss xi ngħid.", "Ħafna drabi jista' jkollok film li jiddependi mill-ispettatur li qed jarah u kif se jinterpreta dak il-film.", "Riċentament mort nara film fis-cinemas, li bażikament kien jittratta l-white human trafficking - kont rajt ukoll film ieħor li kien jismu attwalment 'Human trafficking'.", "Meta tara film, ħafna drabi ssib li fih ammont ta' vjolenza u abbli wkoll issib parti li hija sesswali.", "Fir-realtà jekk inti tħares lejn żgħażagħ, per eżempju, ta' tnax-il sena li forsi mhux suppost imorru jarawh dan il-film, kważi kważi jien inħossni ngħidilhom morru arawh, għax qed iħares lejh minn ċertu perspettiva.", "Qed iħares minn perspettiva ta' x'inhu l-periklu hemm barra, x'inhu l-periklu hawn Malta, x'inhu l-periklu barra minn Malta meta inti ssiefer u fejn inti trid toqgħod attent għax tista' b'mod mill-iktar innoċenti ssib ruħek vittma ta' human trafficking.", "Fil-fatt jekk tarah l-film, il-ħin kollu joqtol 'l hemm u joqtol 'l hawn, idaħħal sikkiena lil dak u lil ieħor, imma fir-realtà, l-messaġġ oriġinali ta' x'suppost juri l-film huwa tajjeb.", "U hija idea tajba li jkollok tfajla u forsi tgħidilha biex tmur tarah ħalli tkun taf ċerti perikli li tista' tiltaqa' magħhom u fiex tista' ssib ruħha.", "Jiġifieri filwaqt kemm jien xuga għal dan il-film, liema parti tax-xuga se nkun, il-parti tax-xuga tal-vjolenza li għaddejja, il-parti xuga tas-sesswalità u l-atti sesswali li għaddejjin jew inkella x-xuga ta' x'qed nitgħallem minn dak l-oġġett li qed nara biex ma naqax jien stess vittma tal-messaġġ li qed jipprova jwassal il-film.", "Fl-aħħar tal-film \"Human Trafficking\" fil-fatt jgħidlek li wara d-droga, l-human trafficking, speċjalment white human trafficking, hija waħda mill-iktar industriji li jrendu finanzi kbar madwar id-dinja.", "Hawnhekk se jkollok il-messaġġ.", "Imma x-xuga, rigward il-film x'se tgħid, kemm qatel nies, kif qatilhom, kif għamel, kemm dik il-persuna kienet ħelwa.", "Jew se tgħid isma' huwa importanti li t-tfal imorru jarawh għax minn dan se jieħdu xi ħaġa.", "U naħseb li l-mod - diffiċli biex ngħid - għax inkella titlef l-oġġett tal-film.", "Imma min-naħa l-oħra l-messaġġ li jista' jkun jiddependi l-mentalità ta' min imur jara dak il-film.", "Personalment films bħal dawn, jistgħu jkunu sixteen jew seventeen, kważi kważi jekk ikun hemm żgħażagħ li huma maturi, kważi kważi ngħidilhom biex imorru jarawh għax hemm xi ħaġa x'titgħallmu minnu.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak u nirringrazzja wkoll lil sħabi kollha tal-mistoqsijiet li għamlu.", "Naħseb jekk irridu nagħlqu fid-9.00 hemm ħin biżżejjed biex Fr. Tabone u imbagħad Fr. Borg, jikkonkludu bir-risposti u r-rimarki tagħkom.", "U immedjatament nistaqsi lis-Sur Albert Debono dwar l-esperjenza tiegħu fil-PBS – għalkemm mhux bilfors b'riferenza għall-PBS imma anke b'riferenza ta' l-esperjenza tiegħek fix-xandir lokali – jekk trid tista' tirrimarka jew tirrispondi.", "Sta għalik għandek il-libertà kollha biex tkun tista' tirrispondi.", "Ħalli jibda' Fr. Tabone biex imbagħad ikompli Sur Debono ma' dak li tkun qed tgħid, jekk forsi ma taqbilx ma' xi ħaġa għal li jkun qal.", "Imma tajjeb li nisimgħu xi ħadd mis-suq lokali kif jaħsibha fuq dawn il-mistoqsijiet kollha li ressqu sħabi membri ta' dan il-kumitat.", "Carmel TABONE: L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom tal-istedina, esperjenza sabiħa ħafna li naqsmu magħkom anke r-riċerka u r-riflessjonijiet tagħna.", "Nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi lil dan il-kumitat li agħżel il-familja biex jiffoka l-attenzjoni tiegħu, almenu għall-programm ta' din is-sena.", "Huwa importanti ħafna għax l-influwenza tal-familja fis-soċjetà Maltija għadha qawwija ħafna.", "Fil-fatt, nhar il-Ġimgħa se tiġi difiża teżi ta' dottorat ġol-università tagħna dwar l-orjentament taż-żgħażagħ tagħna lejn l-istudju u lejn il-karriera.", "U din it-teżi reġgħet sabet li minkejja li qed ngħixu f'soċjetà individwali - mhux bilfors individwalista, imma individwali fejn nagħtu l-importanza lill-individwu u kull individwu jista' jsegwi l-orjentament tiegħu b'mod indipendenti mingħalina aħna għax għandu ħafna opportunitajiet li jista' jaqbadhom f'idejh u jaħdimhom kif irid - fil-każ ta' Malta speċjalment, il-familja għandha influwenza qawwija anke fl-orjentament dwar x'se tistudja u anke dwar x'karriera se tieħu 'l quddiem.", "Jiġifieri din hija xi ħaġa li lili mmeraviljatni, għax llum is-soċjoloġija tgħidli kemm qed ngħixu f'soċjetà individwali, kemm l-individwu jista' jkun is-surmast tiegħu nnifsu, li jiddeċiedu hu x'se jagħmel b'ħajtu.", "U fl-istess ħin immeraviljatni u ħadt pjaċir li nara kemm hija qawwija l-familja fis-soċjeta tagħha għax hija xi ħaġa pożittiva.", "Issa jien irrid neħodkom fuq xena oħra.", "Is-suġġett tal-lum huwa l-familja u l-media.", "Tħadditna fuq il-media, u wieħed mill-esperti li għandna f'Malta hu Fr. Joe.", "Jien illum nixtieq li nirriflettu ftit fuq il-familja u x'qed nifhmu b'familja.", "U se neħodkom mill-ewwel għall-konklużjoni.", "Fid-dinja tal-lum li hija dinja pluralista, multi-formi, insejħilha jien kalejdoskopika għax b'ħafna kuluri, eċċ., jinħtieġ li fil-politika soċjali jkollna parametri ċari, inkella mhux se naslu.", "Din hi l-konklużjoni tiegħi.", "Jien inħobb nagħmel il-konklużjoni l-ewwel, ħalli mbagħad inkun nista' nispjegha, nikkorraborha u niftħu diskussjoni.", "Allura x'qed ngħidu?", "Qed ngħidu l-influwenza tal-media fuq il-familja; imma fuq liema familja qed nitkellmu?", "Ma tistax tgħid fuq \"il-familja\".", "Jien is-singular m'għadniex nużah, m'għadniex nitkellem 'mill-familja Maltija', qed nitkellem 'mill-familji Maltin'.", "Għax m'għadhiex teżisti l-familja Maltija.", "Jista' jkollna ideal li rridu naslu għalih.", "Allura aħna fil-politika soċjali nistgħu ngħidu li all right, għandna diversi tipi ta' familja, però jista' jkollna ideal lejn xiex irridu naslu u allura nippromwovuh, fil-politika, fil-leġislazzjoni, fil-prattika, fil-media.", "Imma rridu nkunu ċari.", "Allura jien qed ngħid – mhux eżatt jien imma qed ngħidu - li għandna bżonn politika għall-familja.", "Politika għall-familja li tkun pożittiva, jiġifieri diretta, miktuba, li nistgħu niddiskutuha, niddibattuha u matul iż-żmien inbiddlu fiha wkoll.", "Imma qiegħda hemm.", "Issa din qed issir, anzi saret.", "Fil-leġislatura ta' qabel din jien kont membru tal-Kummissjoni Nazzjonali Familja u qabel spiċċajna mal-battâla, aħna lestejna dokument li għadda minn diversi stadji ta' drafting.", "Għamilna konsultazzjoni mal-pubbliku, ma' għaqdiet interessati, ma' esperti, biex wasalna għal dan id-dokument li huwa abbozz ta' politika għall-familja.", "Allura l-iskop tal-Kummissjoni Nazzjonali Familja kien - anke bil-mandat tal-Ministru tal-Politika Soċjali li xtaq ħafna jitwieled dan id-dokument u li titwieled din il-politika soċjali bil-politika għall-familja - li nibdew inpoġġu l-parametri ħalli nkunu nafu fejn qegħdin, fejn sejrin, fejn nistgħu mmorru.", "Jien naħseb li fis-sitwazzjoni li qed ngħixu, fejn l-iskop tal-politika soċjali huwa l-inklużjoni - fil-fatt dejjem nitħadtu fuq inklużjoni u esklużjoni - hija li ninkludu lil kulħadd u nipproteġu lil kulħadd.", "Anzi fil-politika soċjali ngħidu speċjalment lil dawk li jaqgħulna mix-xibka tal-ħarsien - mis-safety net - lil dawk irridu niġbru u nieħdu ħsieb.", "Xi ħaġa bħal din illi ma tkunx sempliċement dokument jien qed ngħid, imma mid-dokument ta' politika soċjali joħroġ programm ta' ħidma.", "Kif wara kollox, huwa l-iskop ta' dan il-kumitat.", "Fil-fatt nhar l-Erbgħa li għaddew, ħadt pjaċir insegwi dak li kien qed isir f'din il-Kamra.", "Jiġifieri importanti ħafna.", "Jiġifieri diġà hemm min qed jara l-importanza tiegħu, u jien nixtieq anke lilkom nentużjażmakom b'din l-importanza għal xi ħaġa bħal din.", "L-aħħar darba smajtkom tgħidu li intom Onorevoli Membri m'intomx eżekuttivi, imma intom membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra li għandkom il-piż tagħkom f'dik li hija l-politika tal-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet) Hux hekk?", "Jiġifieri jien nixtieq nagħmel dan l-appell ġentili u li fl-istess ħin niddiskutu u nifhmu kemm hu importanti li jkollna parametri ċari.", "Qed ngħidu l-influwenza tal-media fuq il-familja.", "Fuq liema familja?", "Fuq liema familji?", "Id-diversi tipi ta' familji kif se jintlaqtu minn din id-diversità ta' media?", "Aħna bħala politika għandna nippromwovu xi tip ta' familja?", "Liema huma l-valuri tal-familja li aħna għandna nippromwovu?", "Għax fil-media qed jiġi promoss kollox.", "Jiġifieri aħna nistgħu ngħidu li qed jiġi promoss dan, imma għalina u għas-soċjetà tagħna għandu bżonn jiġi promoss dan, dan u dan?", "Speċjalment soċjetà fejn il-familja Maltija għadha qawwija u għadha nfluwenti fejn naħseb - u inti tikkonfermali u tgħidli - li ħafna drabi kemm dak li jsir fl-iskejjel u kemm dak li jiġi trasmess permezz tal-media jekk ma jiġix konfermat mill-familja, kultant ma jreġix.", "Jiġifieri l-familja fl-aħħar mill-aħħar trid tikkonfermha.", "U jien mill-esperjenza tiegħi nara, li ż-żgħażagħ tagħna jgħaddu mill-problemi kollha.", "U jekk ikollhom trobbija tajba tiskanta jerġgħu jiġu f'tagħhom.", "Mhux mill-punto di vista pastorali reliġjuż qed ngħid, imma anke mill-punto di vista pastorali soċjali.", "Jiġifieri wara dik il-burraxka li jgħaddu minnha sforz tal-influwenzi li għandhom fis-soċjetà pluralista post moderna li qed ngħixu fiha, jekk it-trobbija tkun tajba ż-żgħażagħ wara ċertu żmien jiġu f'posthom.", "Aħna ngħidu jrabbu l-għaqal u nwaħlu għax ġuvni sab tfajla tajba jew għax tfajla sabet ġuvni tajjeb.", "Fittixt, irriċerkajt u sibt li fil-fatt, il-familja hi kollox.", "Qabel, tradizzjonalment bejn wieħed u ieħor meta konna nitkellmu fuq familja konna nafu x'inhi u xm'hijiex din il-familja imma llum ma nafux.", "Illum irridu ngħidu din hija r-realtà.", "Imma rridu noqogħdu attenti.", "Per eżempju waħda mill-problemi li kellna fid-drafting tal-politika għal familja kienet, x'qed nifhmu b'familja, biex żgur ma neskludu lil ħadd.", "Għalkemm ma rridux neskludu lil ħadd u rridu ninkludu lil kulħadd, hemm xi forma ta' familja fuq livell ideali li aħna nixtiequ li nindirizzaw għaliha?", "Per eżempju, huwa fl-interess tal-pajjiż li r-relazzjonijiet permanenti jkunu pubbliċi u ordinati, jiġifieri biż-żwieġ.", "Għax jista' jiġrilek li f'soċjetà, dawn ir-relazzjonijiet permanenti u mhux permanenti ma jkunux formali, u ma jiġux formalizzati biż-żwieġ.", "Allura jibqgħulek hekk.", "Imma nafu x'taħwid hemm f'pajjiżi oħra.", "Allura, jista' jkollna politika, u għandna jkollna politika għal familja li tippromwovi ż-żwieġ?", "Issa hawnhekk qed nitħadded fuq żwieġ ċivili għax din hija soċjetà sekulari jiġifieri l-ewwelnett iż-żwieġ ċivili.", "Mhux qed ngħid kontra jew f'antagoniżmu maż-żwieġ tal-knisja imma bħala żwieġ li jkun istituzzjoni matrimonjali.", "Jekk ikollna l-affarijiet ċari allura bħala pajjiż qed nikkonfermaw li l-politika għal familja tagħna se tippromwovi l-istituzzjoni taż-żwieġ għax qed naraw li hija fundamentali għal ħarsien tal-familja tagħna.", "Issa din kif se tiġi riflessa fil-media?", "Jista' jkun hemm xi watchdog, xi ħaġa fil-media li jekk din mhux qed jaraha riflessa, almenu jiġbed l-attenzjoni?", "Imbagħad nibdew il-programmazzjoni u nibdew naraw kif nistgħu naslu għal dawn l-ideali li għandna.", "Il-konklużjoni tiegħi hija li rridu naslu b'xi mod, biex inkunu anke effettivi f'dak li nagħmlu, u dan billi jkollna parametri ċari li jkollna politika għal familja - a family policy - li ma tkunx sempliċiment f'moħħna.", "Issa jien qed nara li wasalna f'punt, li hu avvanz kbir, li l-politika soċjali qed tkun iktar ibbażata fuq riċerka u fuq bżonnijiet li qed narawhom reali.", "Għamilna żmien – u naħseb kulħadd japrezzaha din – li l-politika soċjali tagħna kienet ibbażata fuq l-impressjoni - jidhrilna li hemm bżonn hekk.", "Illum qed isiru riċerki qabel nilleġislaw.", "Il-pass li jmiss hu - speċjalment jekk qed niffokaw fuq il-familja - li jkollna politika għal familja, a family policy, li tkun miktuba, approvata, dejjem soġġetta għal bidliet skont iż-żmien, imma li tkun hemm u tkun il-barometru tagħna fejn irridu naslu.", "Jien fuq din nista' nitħadded għax m'iniex espert tal-media.", "IS-SUR ALBERT DEBONO: Mr Chairman, nixtieq nkompli mal-punt interessanti ħafna li għamel l-Onor.", "Farrugia dwar id-drama għax aħna mmissuha b'idejna regolarment.", "Kultant ikollna għażla nagħmlux drama purament kummerċjali li tkun ibbażata fuq il-valuri tal-lum jew b'xi mod jew ieħor nippakkeġjawha b'tali mod li tgħaddi valuri li huma konsidrati aħjar u iktar tradizzjonali.", "Imma kultant ma tkunx kapaċi tagħmilha.", "Jiġifieri aħna kellna każi – speċjalment kellna każ partikolari - fejn drama popolari ħafna li llum qegħda fuq stazzjon ieħor ġiet irrifjutata internament mill-istazzjon għax il-bord dehrlu li ma kenitx tirrifletti l-valuri tradizzjonali li għandu jirrifletti stazzjon nazzjonali.", "Issa minħabba dik id-deċiżjoni ovvjament tlifna ċerta udjenza.", "Jiġifieri dawn huma affarijiet li aħna nħabbtu wiċċna magħhom regolarment.", "Nixtieq ngħid ukoll li kultant il-ħażin hu iktar attraenti mit-tajjeb.", "Jiġifieri anke meta nħarsu lejn il-programmi tat-tfal u naraw is-surveys tal-Broadcasting Authority, insibu li t-tfal iridu jaraw cartoons bħal SpongeBob li jidher fuq in-Nickelodeon, li biex inkun konservattiv u diplomatiku m'għandu l-ebda valur.", "Jiġifieri hemm imbuttatura mit-tfal stess li jridu jaraw dawn it-tip ta' programmi u mhux il-programmazzjoni li nipprovaw noffru aħna li huwa iktar tradizzjonali.", "Dawn l-affarijiet inħabbtu wiċċna magħhom kuljum u rridu noqogħdu attenti li nibqgħu relevanti.", "Jiġifieri jekk aħna ma jarana ħadd inutli jkollna programmazzjoni u mhux faċli ssib dan il-bilanċ bejn li tibqa' relevanti u tipprova tgħaddi l-messaġġ.", "Punt ieħor li xtaqt naqsam magħkom huwa fuq xi ħaġa li għaddejt minnha jien personalment meta kont għadni l-iskola.", "Kien ħareġ is-soap opera Dallas u kif beda jintwera, is-surmast ta' l-iskola primarja li kont nattendi – li kienet tal-knisja -ddeċieda jagħmel kwestjonarju mal-istudenti kollha.", "Kien hemm 'l fuq minn elf student, u ried ikun jaf min qed jara Dallas.", "Kiteb lil kull ġenitur ta' dawk li qalu li qed jaraw Dallas biex jgħidilhom li dan huwa ħażin u għandu l-valuri kollha ħżiena.", "Fid-dinja tal-lum huwa relevanti dan it-tip ta' azzjoni?", "Għandna nibqgħu nirregolaw b'dan il-mod?", "X'inhu r-rwol tal-ġenitur u tal-edukatur?", "Naħseb li tajjeb nirrisponduha din id-domanda.", "FR JOE BORG: Mr Chairman, se nipprova naqbad ftit punti għax tqajmu ħafna punti interessanti.", "Huwa normali li meta nibdew nitkellmu fuq il-media nibdew nitkellmu fuq il-problemi li toħloq il-media.", "Il-media hija fantastika.", "Jiġifieri jien bla television ngħaddi imma mingaħjr internet ma ngħaddix, niġġennen.", "Meta nipprova nidħol fl-e-mails jew nidħol fl-internet u l-computer jeħel ftit, tkun se tagħtini rasi.", "L-affarijiet li huma tajbin u pożittivi huma ħafna u ma rridux ninsewhom għalhekk irridu noħolqu ambjent fejn il-pożittiv joħroġ ħafna iktar.", "Illum il-kwestjoni hija ta' edukazzjoni mhux ta' ċensura.", "Min hu tal-età tiegħi probabilment jiftakar il-kontroversja li kienet qamet fuq il-film li kien ħadem stazzjon tat-television Ingliż jismu \"Death of a Princess\".", "Dan kien ambjentat is-Saudi Arabia dwar xi prinċipessa li kienet ħarbet ma' commoner u qatgħulhom rashom.", "U kienu ħadmu din id-drama.", "Il-Gvern tas-Saudi Arabia kien qal lill-Gvern Ingliż biex ma jħalluhx juruh.", "Il-Gvern Ingliż staqsih kif se jżommu milli jurih u l-Gvern tas-Saudi Arabia ma setax jifhem kif ma jżommux milli jurih u kien anke rtira l-ambaxxatur tas-Saudi mill-Ingilterra.", "Fil-fatt kont il-Libya għand wieħed Malti u daħħal dan il-video u rajtu hemm.", "Jiġifieri s'issa l-Maltin għadhom jaraw l-istazzjonijiet lokali iktar minn dawk barranin imma qed tinbidel u jgħidulek li jekk ma jarawx dak li jridu, jaraw xi ħaġa oħra.", "Għalhekk irid ikollna programm qawwi ta' edukazzjoni għal-istudenti u għal-adulti biex jien inkun kapaċi nagħżel dak li hu sabiħ, dak li huwa teknikament u estetikament maħdum tajjeb.", "Tagħmel differenza jew le l-media education?", "Jien naf b'żewġ teżijiet.", "Waħda minnhom li għamlet Maryanne Lauri li qegħda l-Università ta' Londra u l-oħra li saret fl-Università ta' Malta minn under-graduate.", "U iva jidher li hemm differenzi, l-iktar fejn tidħol media language proprja.", "Issa rridu nqisu li l-programm tal-Media Education mhux mifrux daqskemm irridu, imma allura jekk immorru għall-iktar edukazzjoni fuq iċ-ċensura, għax iċ-ċensura llum se ssir out dated.", "Illum it-teknoloġija qed issir kważi mhux possibbli.", "Illum qed insemmu t-television, dan kif se jiżviluppa iktar?", "Illum kollox fuq computer bħal dan - u dan li hawn huwa mudell antik allura ma jagħmilx dak kollu li ngħid.", "Jiġifieri nista' nieħu video ta' din il-kamra, nibagħtu fuq U-tube minn hawn stess u nsir broadcaster.", "Minn hawn naqbad l-internet, nara t-television.", "X'ma tagħmilx illum?", "Illum ħafna jaraw it-television minn fuq il-computer mill-internet, jiġifieri ma jarawhx mis-sett tat-television.", "Anke mis-sett tat-television illum tista' tisma' r-radio, anke tista' taqbad l-internet fuq ċerti settijiet.", "Illum qegħdin nitkellmu fuq mobile TV jiġifieri stazzjonijiet tat-television jkunu magħmulin apposta għal mobile.", "Illum hemm ħafna iktar stazzjonijiet tar-radio fuq l-internet u stazzjonijiet tat-television fuq l-internet milli hemm stazzjonijiet tat-television li taqbadhom bis-satellita jew b'mod ieħor.", "U anke l-gazzetti huma online.", "Illum tant qed tinbidel it-teknoloġija, li l-edukazzjoni hija l-futur, mhux iċ-ċensura.", "Issemma' ħafna – u ġustament - li l-kbar u ż-żgħar jaraw il-films flimkien u ma jifhmuhomx bl-istess mod għax kulħadd jifhem skont il-background tiegħu.", "Allura tajjeb li l-ġenituri jiddiskutu mat-tfal biex jaraw jekk humiex qed jifhmu l-istess ħaġa u jiddiskutu.", "Imma x'jiġri ħafna drabi?", "U dan li hu negattiv.", "Għax b'diversi settijiet tat-television f'diversi kmamar iktar kibret il-problema u fil-familja m'aħniex nitkellmu bejnietna.", "Naħseb li m'aħniex 'il bogħod ħafna - jekk mhux diġà bdiet - li mhux fl-uffiċċju biss qed nikkomunikaw bl-e-mails bejnietna imma naħseb anke fil-familja se jibdew nikkomunikaw bl-e-mails u bl-sms.", "Dak ikun diżastru għax aħjar mill-komunikazzjoni fil-familja … Għaliex familja m'għandhiex tiddeċiedi u tgħid: \"Le se noħorġu x'imkien\" jew \"Se nagħmlu hekk flimkien.\"", "Naħseb din qed tonqos u dak li hu fl-opinjoni tiegħi, negattiv.", "Hemm bżonn riċerka u għalhekk qed nieħu gost bix-xogħol ta' dan il-Kumitat u anke biex intom tagħmlu l-influwenza tagħkom, għax fejn tidħol il-media lokali m'għandniex riċerka biżżejjed, ftit hemm riċerka.", "Qegħdin noqogħdu fuq riċerka barranija għax riċerka lokali tagħna biex nuru n-nies kif qegħdin, m'hemmx.", "Issemmiet ħafna, per eżempju, id-drama.", "Għaliex in-nies jaraw din id-drama u mhux din?", "Hemm tipi differenti ta' nies, li jaraw tipi differenti ta' drama?", "Meta jarawhom, kif qegħdin jifhmuhom?", "Insemmi eżempju.", "Hemm ktieb interessanti dwar esperimenti li saru fuq Dallas f'diversi komunitajiet f'Iżrael.", "Kien hemm komunità ta' Lhud li twieldu iżrael, komunità ta' Għarab li huma ċittadini ta' Iżrael, Lhud li ġew mill-iStati Uniti u dawn urewhom l-istess episodji.", "Meta bdew jiddiskutuhom indunaw li dawn qishom ma rawx l-istess film.", "Per eżempju, l-gruppi li ġew minn kultura fejn in-nies joqogħdu flimkien għax huma miżżewġin interpretaw li t-taħwid kollu li kien hemm għax dawk kienu kollha nies miżżewġin.", "Għax meta taqra t-text huma ma jaqrawx m'hemmx għalfejn tgħidli li dak miżżewweġ.", "L-oħrajn li ġew mill-iStati Uniti qalu hemm taħwid, hemm tbażwir u tġerfix u l-oħrajn qalu: x'taħwid hu?", "X'qed tgħidu?", "Anke aħna, iż-żgħażagħ u l-kbar, naħseb ikunu qed nitbiegħdu wkoll mit-tip ta' affarijiet li qisu importanti grupp u mit-tip ta' affarijiet li qisu importanti grupp ieħor.", "Jekk tmorru fuq il-Hi 5 jew fuq il-facebook hemm mal-50,000 Malti u għalihom kważi qisha – u għalhekk jgħidulha social network – xi ħaġa privata u jagħmlu ħafna ritratti li tgħidilhom: taf li dak pubbliku?", "Il-media aħna qed nagħtuha ċerta eżistenza.", "Għalhekk nerġa' nenfasizza dawn l-affarijiet: edukazzjoni mhux ċensura, iktar riċerka lokali u iktar investiment fi programmi tajbin b'mod partikolari fl-istazzjoni ta' servizz pubbliku.", "Jekk ma jkunx hemm investiment ta' flus biżżejjed fih, ma nistgħux.", "Insemmi l-programmi tat-tfal.", "Kemm is-sena li għaddiet u din is-sena, l-PBS kien l-iktar stazzjoni - meta tqabblu mal-istazzjonjiet l-oħrajn Maltin - li nvesta fi programmi tat-tfal.", "Il-programmi tat-tfal qed tieħu ħsiebhom persuna ta' età żgħira li qed tagħmel il-Ph.D. fis-suġġett jiġifieri qed ikun hemm riċerka wkoll.", "Imma meta hawn Malta tagħti Lm300 għal programm ta' nofs siegħa, ekwivalenti għal €700 jew €800, tkun tajt ħafna.", "Jien kellimt ħabib tiegħi l-BBC u staqsejtu: kemm tħallas il-BBC għall-programmi tat-tfal?", "Dan iċċekkjali u qalli li bħalissa l-programmi l-irħas - per eżempju, kwizz li jkollhom erbgħa wara xulxin - ma jonfqux ħafna xi STG28,000 ta' kull nofs siegħa jiġifieri mhux ta' sensiela sħiħa.", "Imbagħad ta' drama, ikollhom STG150,000 ta' kull nofs siegħa.", "Aħna bit-STG28,000 nagħmlu.… Jiġifieri jekk ma jsirx investiment bis-serjetà mill-istat fuq ix-xandir pubbliku minn issa, naħseb li l-problema tikber mhux tiċkien.", "FR CHARLES TABONE: Naqbel iktar ma' spots edukattivi, naqbel iktar ma' dik id-diskussjoni wara dik id-drama li mill-qrib jista' jgħidlek kfi ġiet interpretata milli sempliċiment tgħid din aċċettajtha.", "(Interuzzjonijiet)", "Irid ikollna parametri ċari, ma nistgħux nibqgħu hekk, qisna ma nafux x'se nagħmlu.", "Għalhekk qed ngħid li hemm bżonn politika għal familja għax din hija s-sitwazzjoni.", "ANTHONY ZAMMIT: Il-familja hija n-nucleus tas-soċjetà u dak huwa importanti għax jekk se ssaħħaħ il-familja se ssaħħaħ is-soċjetà u trid tqis li l-post fejn jiġu irrealizzati l-affarijiet tas-soċjetà huwa hemm.", "The CHAIRMAN: Ħalli nkompli – imma biex nikkonkludi – ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Anthony Zammit, insaħħu l-familja nsaħħu s-soċjetà.", "L-aħħar kummenti telegrafiċi kif is-soltu nkun fuq xi programm jgħiduli biex nikkonkludi imma qatt ma jirnexxili.", "Bil-media kif inhi llum, intom donnkom ftit liberali u allura l-impressjoni li jekk għada jidħol xi ħadd fuq il-website tal-Parlament u jisma' dan il-programm, hija l-opinjoni li għandu seħibna l-Onor.", "Anthony Zammit u jgħid dawn huma miftuħin però l-media, hi kif inhi, qiegħda ssaħħaħ il-familji Maltin?", "FR JOE BORG: M'għandniex riċerka.", "Imma jekk ikolli nirreaġixxi għal din is-sentenza ngħid, li l-isfortuna kbira tal-media b'mod ġenerali anke internazzjonali hi, li l-media saru magni li jagħmlu l-flus għall-investituri.", "Allura jaqgħu u jqumu.", "L-udjenza tagħhom m'għadhiex iċ-ċittadin imma hija s-suq.", "Jiġifieri lili jħarsu lejja bħala a market mhux a citizen allura dik hija problema kbira.", "The CHAIRMAN: Jekk b'riżultat ta' dan il-meeting tagħna hawnhekk, joħroġ il-fatt li f'dan il-pajjiż hawn bżonn li jkun hawn lobby group - bħal tal-għaqdiet tal-konsumaturi – ta' għaqdiet favur media aħjar, inti qed titfa' lil dawn in-nies, li jistgħu jibdew jaħsbu li joħolqu dawn il-lobby groups, f'abbiss tremend li huwa ikbar minn tal-għaqdiet tal-konsumaturi normali.", "Għax dawn se jiġġieldu l-isponsors tal-programmi televiżivi li qatt ma jistgħu jirbħu.", "FR CHARLES TABONE: Hemm xi ħaġa iktar faċli li nistgħu nagħmlu.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien ma narahiex hekk.", "Jien ma narax li l-media Maltija għandna nitfgħuha biex torjenta ruħha għal ċerti sitwazzjonijiet, għax jien kull ma nagħmel, naqleb fuq stazzjon Taljan.", "Naħseb li l-iktar fattur li f'kull qasam se nkunu qed niddiskutu huwa l-edukazzjoni.", "Jekk aħna nwasslu l-edukazzjoni ta' kif wieħed għandu jagħrbel dak li qed jara, jagħrbel dak li jisma', jagħrbel dak li qed jaqra allura naslu fejn irridu naslu.", "Billi l-istazzjonijiet Maltin inġibhom jorjentaw ruħhom kif irridhom, ngħaġġinhom kif nixtieq li jaslu, allura kull ma nagħmel hu li nfittex stazzjon ieħor u narah.", "FR CHARLES TABONE: Għalhekk irridu nużaw l-media kif jaqbel.", "Għandna strument f'idejna.", "Ħalli nagħtikom eżempju.", "30 sena ilu kont Ruma u llum meta nixgħel is-switch speċjalment tal-enerġija għadu jiġini f'rasi proverbju li kien jingħad bħala spot ta' promozzjoni biex insalvaw l-enerġija elettrika.", "Niftakar fuq it-television dak iż-żmien dan ir-reklam kien jgħid \"l-enel ci ricorda che rispamiare l'energia elettrica si puo'\" u dan daħal fija u baqa' fija.", "Kemm jiswa biex nagħmlu spots favur il-valuri familjari universali?", "Id-distinzjoni bejn familja tradizzjonali u familja progressiva spiċċat.", "Hemm valuri universali li japplikaw għal kull żmien.", "Ċensura mhux edukazzjoni.", "Spot bħal din tajba, trid ħafna rjus u ħafna enerġija biex tipproduċiha, imma once li toħroġ, dik tidħol f'ras in-nies u tibqagħlek hemm u tkun wasalt x'imkien.", "is-sur ALBERT debono: Huwa iktar faċli tagħmel spot biex ma tixrobx żejjed milli tagħmel dan it-tip ta' spot li qed tgħid int.", "The CHAIRMAN: Nasal biex nikkonkludi din il-laqgħa tagħna llum.", "It-tliet punti li nista' ngħid ħarġu mid-diskussjoni li kellna kienu li: li l-edukazzjoni hija l-futur u mhux iċ-ċensura; li m'għandniex riċerka lokali u jeħtieġ li jkollna u li hemm bżonn ta' investiment biex ikollna programmi ta' kwalità aħjar.", "Ovvjament nawgura li din id-diskussjoni, filwaqt li llum tieqaf hawnhekk minħabba l-ħin tal-Parlament imma tkompli mis-soċjetà tagħna.", "Dan biex tara kif eventwalment tirresponsabilizza lilha nnfisha biex teduka aħjar u kif tuża għodda daqshekk indispensabbli u daqshekk importanti bħalma hi l-media.", "Dan biex il-familji Maltin javvanzaw u almenu ngħidu li d-dinjità tal-bniedem tkun imħarsa biex il-bniedem ma jkunx suġġett u vittma tal-media imma jkun hu li kapaċi juża l-media għall-aħjar avvanz tiegħu.", "Nirringrazzjakom.", "Intom inawgurajtu din is-sensila ta' laqgħat u nawgura li nitgħallmu kif nagħmlu l-aħjar użu ta' dan il-ħin u tal-media f'dawn il-laqgħat.", "Qabel ma nispiċċaw, is-Sur John Vella li llum huwa l-iskrivan tagħna, filwaqt li nirringrazzjah talli kien hawn, jiddispjaċini għat-telfa ta' missierek.", "Kultant telfa fil-familja hija nuqqas kbir.", "Nirringrazzjkom u nitlob li l-Kamra wkoll tibgħat il-kondoljanzi lill-familja tiegħek bħala llum skrivan ta' dan il-Kumitat.", "Grazzi u niltaqgħu fis-seduta li jmiss.", "Fid-8:54 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn 20 ta' Ottubru, 2008."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081015_003d_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqħa Nru. 3", "Il-Ġimgħa, 17 ta' Ottubru 2008 fil-11.45 a.m.", "Mr Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ġimgħa, 17 ta' Ottubru 2008, fil-11.45 a.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra;", "Affarijiet oħrajn.", "13 ta' Ottubru 2008 AĠENT SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081017_003a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 3", "Il-Ġimgħa, 17 ta' Ottubru 2008", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru. 3", "Il-Ġimgħa, 17 ta' Ottubru 2008", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fin-12:00 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 2 li saret il-Ħamis 18 ta' Settembru, 2008 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Louis Galea): Nistieden lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u Kap tal-Kamra biex jinfurmana ftit fuq it-tieni item tal-aġenda: Xogħol tal-Kamra.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin): Aħna għandna, bħala diskussjoni prinċipali, riżoluzzjoni biex il-Korporazzjoni Enemalta tittrasferixxi b'ċens għal 33 sena proprjetà f'Bengħajsa, limiti ta' Birżebbuġa, li qed nimmaġina li se teħdilna żewġ seduti oħra, però naħseb li sa nhar it-Tlieta għandna nagħlquha, jiġifieri nhar it-Tlieta f'dak il-każ wieħed jieħu l-vot fuq ta' Bengħajsa.", "L-Erbgħa mbagħad inkomplu bl-aġenda li fadal li huma żewġ liġijiet pjuttost tekniċi u relatati ma' xulxin, li se jressaqhom il-Ministru tal-Ġustizzja.", "MR SPEAKER: Liema huma?", "TONIO BORG: L-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Kummerċ (Abbozz Numru 10) li qiegħed għas-Second Reading u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità Maltija dwar l-iStandards (Abbozz Numru 11) li huwa relatat, li qiegħed għall-kontinwazzjoni tas-Second Reading.", "Dawk għal Wednesday.", "It-Tnejn u t-Tlieta se nagħmlu r-riżoluzzjoni.", "Taħsbu li sa nhar it-Tlieta nagħlquha din ir-riżoluzzjoni dwar trasferiment ta' proprjetà f'Bengħajsa?", "Naħseb nistgħu għax għandna żewġ seduti sħaħ fuqha.", "MR SPEAKER: Hawn din ir-riżoluzzjoni.", "Nixtieq li, jekk jista' jkun, ikollna ċar f'moħħna jekk ngħidux żewġ seduti u nagħlquha.", "JOE MIZZI: Nifhem li wieħed jixtieq li jkun jaf u dejjem xtaqna li nkunu nafu minn qabel, imma qatt jista' jkun possibbli għax kull Membru għandu dritt jitkellem.", "Jien ma nistax inżomm lil xi ħadd milli jitkellem, però jien dejjem tajt indikazzjoni u nibqa' nagħti indikazzjoni.", "Meta qed ngħid li jista' jkun it-Tlieta u l-Erbgħa diġà tajt indikazzjoni ċara, jiġifieri qed inkun prattiku ħafna.", "Jien se nipprova nasal għat-Tlieta, imma ma nistax inwiegħed bilfors li din tkun it-Tlieta.", "TONIO BORG: Issa li m'għandniex pairing, se nibdew ukoll li lanqas inkunu nafu meta se nikkonkludu?", "JOE MIZZI: Le, bir-rispett kollu, din ma naċċettahiex.", "TONIO BORG: Jekk m'hemmx pairing għallinqas nipprogrammaw.", "MR SPEAKER: Titkellmux f'daqqa għax ma jiġix recorded tajjeb.", "JOE MIZZI: Jimporta tara daqsxejn x'kienet l-aġenda li tkellimna fuqha fl-aħħar laqgħa li kellna?", "L-aġenda li kellna nbidlet, hawn affarijiet li ma kenux fuq l-aġenda tal-aħħar darba, fosthom l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Kummerċ.", "Nerġa' ngħidlek,J jmporta naraw daqsxejn x'kienet l-aġenda tal-aħħar darba u x'iddiskutejna fil-Parlament f'dawn l-aħħar erbat ijiem.", "TONIO BORG: Li ġara hu li saru żewġ stqarrijiet u bejn l-istqarrijiet u d-domandi li jsiru wara, dawn ħadu seduta, allura kollox spostja ruħu.", "JOE MIZZI: Veru kollox spostja ruħu, imma issa għandna liġijiet li ma kenux inklużi qabek.", "Dawk ma spustjawx ruħhom bid-diskussjoni tal-istqarrijiet.", "Bir-rispett kollu, jien mhux qed infittex, imma biex ma nilagħbuhiex tal-qaddisin.", "Aħna qegħdin nipprovaw nirranġaw, imma mhux nipprovaw nilagħbuha tal-fidili, qisu aħna m'aħniex qegħdin inħallukom taħdmu jew li aħna ...", "MR SPEAKER: Nieħdu kollox bil-kalma u nevitaw ċertu tip ta' diskors.", "Meta ltqajna fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra, dak li ftehemna li se nagħmlu, l-Att dwar il-Portijiet Ħielsa, mexa u għalaqnieh.", "Jien nifhem li inti jinqalgħulek ċirkostanzi, pereżempju l-istqarrijiet li semma l-Ministru Borg jew inkella ċirkostanzi oħra kif kellna, li jbiddlu l-pjan.", "F'dan l-istadju x'qegħdin nipprovaw ngħidu?", "Jekk illum, għall-argument, qegħdin niftiehmu li nagħmlu tnejn jew tliet seduti fuq suġġett, imma mbagħad se jinqala' xi ħaġa gravi u seduta minnhom nitilfuha, evidentement allavolja hawnhekk inkunu għedna hekk, inbiddlu ftit l-affarijiet.", "Jiġifieri l-appell tiegħi huwa li wieħed ifittex kemm jista' jkun mod ta' operat li jwassalna.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Sur President, naċċertak li min-naħa tagħna dejjem hekk imxejt, però hawnhekk daħlu liġijiet li lanqas biss konna iddiskutejniehom hawnhekk, imma m'għedna xejn, biex nurik kemm aħna qegħdin nipprovaw naħdmu.", "Dakinhar ma tkellimniex fuq ċerti liġijiet u xorta għamilniehom f'dan il-perijodu, biex nurik kemm aħna qegħdin nikkollaboraw.", "Mhux dak hu l-argument.", "Jien għandi esperjenza kbira f'dan il-kumitat u la l-ammonti ta' kelliema ma kienu jingħatawli u lanqas meta naħseb li nistgħu nispiċċaw, xejn, però jien ma nħarisx lejn dik l-esperjenza biex nagħmel l-istess, imma ngħid kemm batejt u ma stajniex naħdmu.", "Aħna nipprovaw nikkollaboraw.", "Jien naf li għandi ammont ta' kelliema u naħseb li ma nlestux sat-Tlieta.", "Jien se nagħmel sforz biex nipprova li nlestu sat-Tlieta imma jista' jkun li jkollna nkomplu l-Erbgħa.", "Naħseb issa drawni għax jien dejjem din is-sistema wżajt.", "Issa f'daqqa waħda qishom mhux qed jifhmuha.", "Għalhekk qed nitkellem ċar u tond.", "TONIO BORG: Diġà ħadna biċċiet minn seduti għal din ir-riżoluzzjoni u fadal żewġ seduti, li jfisser ħames sigħat.", "Jien nappella li nqassmu l-kelliema b'mod li jiffittjaw f'ħames sigħat.", "Issa jekk hemm bżonn li minflok 40 minuta wieħed jieħu 35 minuta, jieħu 35 minuta, imma jiffittjaw f'ħames sigħat.", "Jien qed ngħid li jekk pairing m'hemmx, imma għallinqas nipprogrammaw.", "MR SPEAKER: Fuq dan il-punt naħseb li qed tittieħed nota ta' dan l-appell u mbagħad iż-żewġ whips bejniethom ikomplu bil-kooperazzjoni magħrufa tagħhom.", "Qabel tkompli Ministru, xtaqt nistaqsi fuq ir-riżoluzzjoni tal-Korporazzjoni Enemalta.", "Kien beda jintroduċi r-riżoluzzjoni s-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi li kien baqa' in possession teknikament.", "JOE MIZZI: Fuq dak ftehemna li issa jitkellem il-Ministru Tonio Fenech min-naħa tagħkom.", "DAVID AGIUS: Issa Jason Azzopardi ġie lura, jiġifieri nhar it-Tnejn jibqa' in possession.", "JOE MIZZI: Mela jibqa' in possession.", "La għadu ma tkellem ħadd jista' jibqa' in possession.", "DAVID AGIUS: Jista' jkompli l-Onor.", "MR SPEAKER: Allura la qiegħed f'Malta baqa' teknikament in possession u nhar it-Tnejn jkompli d-diskors tiegħu l-Onor.", "Jason Azzopardi u d-dibattitu jipprosegwixxi b'mod normali.", "TONIO BORG: Sur President, imbagħad jifdal il-ġimgħa ta' wara fejn hemm il-ħsieb li l-Kamra tiddiskuti r-reform programme li ma nafx jekk ġiex ippubblikat.", "(Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Mhux is-social inclusion, ir-reform programme.", "TONIO BORG: Sur President, jifdal il-budget.", "Jien għadni ma nistax nagħti d-data tal-budget lill-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Rigward id-dokument tar-reform programme, qegħdin tippjanaw li dan ikun il-ġimgħa ta' wara?", "L-ewwel nagħmlu l-abbozzi li semmejna iktar kmieni.", "Qed nittama li dawk nagħmluhom l-Erbgħa.", "ANĠLU FARRUGIA: Jekk ma nispiċċawx l-Erbgħa nkomplu t-Tnejn.", "TONIO BORG: Jekk ma nispiċċawhomx l-Erbgħa nkomplu t-Tnejn, imbagħad naqbdu r-reform programme.", "Wara naraw x'jiġri.", "Sur President, jien ċempilt lill-Ministru tal-Finanzi biex nara nistax nikkomunika d-data tal-baġit.", "Ma nistax nikkonfermaha, però żgur li se tkun fl-ewwel nofs ta' Novembru.", "Tista' tkun fl-ewwel ġimgħa jew fit-tieni ġimgħa, ma nistax ngħidha għax kieku kont ngħidhielek.", "Malli jien ikolli l-konferma tad-data nkun nista' nagħtik il-programm ta' kif se jinqasam ix-xogħol tal-Kamra fi stadju tal-Kumitat.", "JOE MIZZI: L-ewwel inti għamilt il-punt li wieħed tajjeb li jkun jaf kemm se nieħdu ġranet biex niddiskutu r-riżoluzzjoni, u għalhekk jien tajt indikazzjoni.", "Issa min-naħa tiegħi qed nitlob l-istess, jiġifieri biex inkunu nistgħu nikkollaboraw magħkom ovvjament irrid inkun naf bejn wieħed u ieħor, mhux id-data eżatt.", "Tinsiex li hemm ammont ta' dekasteri li għandna problema fuqhom din id-darba.", "MR SPEAKER: Ministru, jekk tippermettili, tistgħu tiddiskutu bejnietkom mingħajr id-data biex tkunu tistgħu taraw ...", "TONIO BORG: Sur President, din dejjem hekk ġrat u s'issa dejjem ftehemna u allaħares ma niftehmux issa li għandna inqas ministeri.", "Il-probabbiltà hi li bħas-soltu se jkun it-Tnejn, iwieġeb il-Kap tal-Oppożizzjoni t-Tnejn ta' wara, l-Erbgħa jkun hemm ir-replika tal-Prim Ministru, imbagħad nieħdu l-vot biex immorru fl-istadju ta' kumitat, mill-għada stess nibdew seduti fil-għodu u fil-għaxija.", "F'nofs id-diskussjonijiet tal-baġit se jkollna ż-żjara tal-Gvernatur Ġenerali tal-Awstralja li għadha kif ġiet appuntata fil-5 ta' Settembru.", "Din se tkun fuq tour fl-Ewropa u ġejja f'pajjiżna.", "Allura se naqbżu seduta filgħaxija biex ma nfixklux il-proċeduri tal-Kamra.", "Malli jkolli l-konferma tad-data nikkomunika l-programm mill-ewwel u niddiskutuh għaliex hemm inqas ministeri u forsi … Jekk hemm tmien ministeri fi tmint ijiem nagħmluha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Il-problema hi li se jkollna bżonn inżidu iktar ħin bilfors għax ...", "ANĠLU FARRUGIA: Monday ikun il-budget day, mhux hekk?", "TONIO BORG: M'hemm xejn li jgħidlek Monday, ġieli għamilnieh l-Erbgħa, pero' l-indikazzjoni hi li se jkun it-Tnejn għax it-Tnejn tiffittja aħjar bħala aġenda.", "ANĠLU FARRUGIA: Għandek Monday the 3rd ...", "TONIO BORG: Pereżempju jekk ikun Monday the 3rd il-Kap tal-Oppożizzjoni jwieġeb Monday the 10th u l-Prim Ministru jwieġeb on the 12th.", "ANĠLU FARRUGIA: Inti għedt fl-ewwel ġimagħtejn, jiġifieri m'intix qed teskludi Monday the 3rd lanqas.", "Jekk hija Monday the 3rd għandna nispiċċaw fid-19 ta' Novembru.", "ANĠLU FARRUGIA: Id-dibattiti dwar il-baġit?", "ANĠLU FARRUGIA: Jekk il-baġit jitressaq Monday the 10th inżidu ġimgħa.", "Però ma tistax tagħtina l-ebda waħda minn dawk id-dati?", "TONIO BORG: Però early next week naħseb inkun nista' ngħid.", "Jien illum stennejt li ġej bid-data.", "TONIO BORG: Imma nistax nagħtik id-data jekk m'għandix id-data.", "MR SPEAKER: Hawn xi informazzjoni oħra jew kummenti dwar il-kwestjoni tax-xogħol tal-Kamra?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Fil-fatt hemm Private Members Bill.", "Jiġifieri meta jkollna l-budget se niftiehmu jekk hux se jkollna question time filgħodu, jekk ikollniex sessions filgħodu u filgħaxija ...", "TONIO BORG: Sur President, meta s-seduti jkunu ta' tliet sigħat ikun hemm il-question time, meta naqbżu t-tliet sigħat ma jsirx il-question time.", "JOE MIZZI: Dik ħalliha għax jista' jkun li se jkollna bżonn iktar ħinijiet.", "Nitkellmu bħalma għamilna l-aħħar darba u niftiehmu ...", "MR SPEAKER: Fuq din tal-budget ejja nikkonkludu li se jsiru diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat biex niftiehmu fuq skeda bħalma ġara f'okkażjonijiet oħrajn.", "ANĠLU FARRUGIA: Kif dejjem ġara.", "DAVID AGIUS: Inkluż l-Aġġornamenti.", "JOE MIZZI: Dak niftiehmu biex ma jkunx hemm Aġġornamenti meta jkunu itwal.", "Dak naraw aħna.", "MR SPEAKER: Il-punt tal-Onor.", "Mizzi dwar il-mozzjoni tal-Onor.", "TONIO BORG: Mhux bill għax jiena ħsibt li se jkun hemm il-bill, imma meta fittixt sibt li kienet mozzjoni.", "MR SPEAKER: Hemm xi ħsieb Ministru Borg?", "JOE MIZZI: Hemm xi ħsieb biex tiġi diskussa?", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma nippretendi li bħala Private Members Bill trid tiġi diskussa fil-ġurnata tal-Private Members Bill, li hija l-Ħamis.", "Jekk wieħed jara kemm-il Ħamis hemm … Issa tinsiex li fiż-żmien tal-baġit hemm ...", "TONIO BORG: Jekk ikun hemm vot fuqha rrid nara meta nista' ndaħħalha anke minħabba l-pairing.", "Tridu tiċċekkjaw l-affarijiet u mbagħad naraw.", "TONIO BORG: S'issa kull Private Members Motion kważi dejjem ġiet diskussa ħlief dawk li ġew amalgamati, pereżempju, f'liġi.", "Jekk qed tipproponili emenda għall-Criminal Code u jiena se nagħmel Criminal Code (Amendment) Bill ....", "Tiegħi waqqajtuhomli mal-leġiżlatura, pereżempju.", "Domt sena u erba' xhur nistenniehom tiegħi.", "Mizzi kelli żewġ Private Members Bill, lanqas biss għall-kirjanza qaluli: Dik qed nikkonsidrawha.", "Imma nsomma dik issa preskritta, għaddew għaxar snin.", "JOE MIZZI: Imma tinsiex li dak iż-żmien ridtu tagħmlu l-ġurnata intom, mhux nagħtukom il-ġurnata aħna.", "TONIO BORG: Anzi jien lest, għamilt il-proposta li sitt darbiet fis-sena l-Oppożizzjoni tagħżel l-aġenda hi.", "Ilna erba' snin… (Interruzzjonijiet)", "JOE MIZZI: Jien għażilthom tiegħi imma qatt ma ġew diskussi.", "TONIO BORG: Jaħasra kieku l-Private Members Bill lanqas niddiskutuha iktar.", "Tiffissaw l-aġenda intom.", "JOE MIZZI: Kien hemm tnejn li damu madwar sentejn u ma ġewx diskussi.", "TONIO BORG: Forsi jekk taċċettaw dik inkunu nistgħu nagħmlu Private Members Bill sitt darbiet fis-sena.", "MR SPEAKER: Fuq din il-Kumitat ikollu informazzjoni fi stadju ulterjuri.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li f'xi kumitat bħal dan irridu niddiskutu l-Ombudsplan.", "Għandna bżonn xi seduta u għalhekk l-Aġent Skrivan tal-Kamra tkun tista' tikkomunika magħkom biex insibu dan il-ħin.", "Jekk m'hawnx iktar kummenti fuq Xogħol tal-Kamra ngħaddu għal item 3 dwar l-Ordni Permanenti 13.", "Kif ilkoll nafu, l-Onor.", "Anġlu Farrugia bejn ġimgħa u nofs u 15-il ġurnata ilu waqt li l-Onor.", "Charles Mangion invoka l-Ordni Permanenti 13 biex tiġi aġġornata l-Kamra ħalli tiġi diskussa materja definita ta' importanza pubblika u urġenti, qanqal il-punt - wara li jiena, jekk m'iniex sejjer żball, kont diġà tajt id-deċiżjoni - li l-Ordni Permanenti 13 jipprovdi li meta l-Membru jinvoka dik l-ordni u jispjega r-raġuni għaliex qiegħed jinvokaha, is-Sedja trid titlob jekk hemmx għaxar membri li jappoġġjaw dik it-talba.", "Meta qam dan il-punt wara li r-ruling fuq il-mertu kien diġà ngħata, id-deċiżjoni tiegħi dak il-ħin kienet li jiena qed naġixxi skont il-prassi li segwa l-Parlament matul iż-żmenijiet.", "Però jien ukoll nifhem li l-punt jirrikjedi diskussjoni tant li ftit wara li ġejt mitlub inservi bħala Speaker jien qajjimt il-punt anke mal-Aġent Skrivan tal-Kamra.", "Allura fhimt li jkun aħjar jekk preliminarjament niddiskutu dan il-punt ftit fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra biex naraw kif se nsegwu.", "Jiena tlabt lill-uffiċċju tal-Parlament taħt id-direzzjoni tal-Aġent Skrivan u tal-Assistent Skrivan is-Sur Ray Scicluna - xogħol prinċiparjament tas-Sur Ray Scicluna - biex jiġbor x'inhi s-sitwazzjoni, u mir-riċerka li saret jirriżulta li ġeneralment segwejna l-prassi fejn is-Sedja l-ewwel teżamina t-talba tissodisfax il-kriterju tal-urġenza, jekk ma tissodisfax il-kriterju tal-urġenza allura l-kwestjoni tieqaf hemm.", "Jekk tissodisfa l-kriterju tal-urġenza allura kien hemm okkażjonijiet fejn il-Kamra ġiet aġġornata dak il-ħin biex issir id-diskussjoni u f'xi okkażjonijiet ġieli kien hemm anke xi ftehim bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Jirriżulta wkoll li kien hemm xi okkażjonijiet fejn il-kwestjoni tal-għaxar membri wieħed kien irrikorra għaliha fi żmien l-iSpeaker Lawrence Gonzi.", "(Interruzzjonijiet)", "Ejja nagħmlu diskussjoni f'dan l-istadju, għallinqas preliminari għax jista' jagħti l-każ li tħossu li tridu tirriflettu ftit iktar fuq il-materja Onor. Farrugia, anke in vista tal-informazzjoni li qed nagħtukom.", "Però nixtieq preliminarjament nisma' ħalli mbagħad tiggwidawni ftit kif l-aħjar nitrattawha din.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ANĠLU FARRUGIA: Inti ovvjament qed tagħti din l-informazzjoni dwar l-iStanding Order 13 fuq dak li qajjimt jiena wara li int tajt ruling.", "U inti kont korrett meta għedt li inti tajt ir-ruling u mbagħad qomt jiena.", "Issa li qed tgħaddili l-materjal ovvjament irrid nara x'għandek u m'għandekx hawn u nħoss li għandi nerġa' nagħmel replika fuqha għar-raġuni li - and I stand to be corrected - dak li tlabt jien effettivament kien hawn każ bħalu.", "M'iniex ċert jekk hux taħt l-iSpeaker Farrugia jew taħt l-iSpeaker Gonzi, imma żgur f'dak il-perijodu.", "Allura ma nħossx li qiegħed f'pożizzjoni - għax issa qed narahom dawn quddiemi - li nagħmel kummenti fuqhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "TONIO BORG: Sur President, il-kwestjoni kollha, jekk fhimt sew, hija jekk din hijiex stadju wieħed jew żewġ stadji.", "Jiġifieri meta xi ħadd taħt l-Ordni Permanenti 13 li jqajjem kwestjoni li tant hija urġenti u importanti li l-Parlament għandu jieqaf milli jiddiskuti x'qed jiddiskuti u jiddiskuti l-materja mqajma mill-Onor.", "Membru, dak huwa dritt tal-membru u tal-għaxra min-nies, li jekk għandu għaxra jissapportjawh iwaqqfu l-aġenda, jew inkella hija maqsuma f'żewġ stadji?", "Jiġifieri, l-ewwel l-iSpeaker jgħaddiha mill-mangnu biex jara jekk hemmx l-urġenza u anke l-importanza - l-urġenza l-iktar ħaġa importanti - imbagħad, kif ġara f'xi darba jew darbtejn, ngħaddu għal diskussjoni u l-aġenda tieqaf.", "Pereżempju hemm strike u allura wieħed irid jiddiskuti l-istrike u tieqaf l-aġenda.", "Inkella hijiex li jekk għaxra min-nies iqumu u jgħidu li jridu jossospendu l-aġenda, tieqaf l-aġenda, li allura fl-opinjoni tiegħi tiġi diżordni kbir fil-Parlament, jekk tiġi interpretata hekk, għax ma naf bl-ebda pożizzjoni f'dawn l-aħħar snin li ma kellhiex għaxar membri kemm jekk kienet Nazzjonalista kif ukoll jekk kienet Laburista.", "Jiġifieri kuljum l-Oppożizzjoni, jekk ikollha għaxra min-nies jappoġġjaw dik il-pożizzjoni, tista' tqajjem kwestjoni ta' urġenza u twaqqaf l-aġenda u l-iSpeaker ma jista' jindaħal f'xejn, għax din hija l-interpretazzjoni l-oħra li s'issa rarissimu, kważi qatt, ma ġiet segwita mill-iSpeakers.", "Jiena ma naħsibx li dan l-Ordni Permanenti għandu jgħid hekk.", "Tant hu veru li interessanti li fir-riċerka li nġabret hemm inċident li jmur lura 52 sena, fejn l-Onor.", "Ġużé Maria Camilleri kien talab li jiġu sospiżi l-Ordnijiet tal-Ġurnata għax kien hemm xi qassis quddiem San Ġakbu l-Belt u l-pulizija ħadulu poster.", "Deherlu li dan huwa inċident biżżejjed urġenti u importanti li għandu jieqaf il-Parlament, fl-eqqel tal-integration, milli jkompli jiddiskuti l-affarijiet, u l-iSpeaker ta' dak iż-żmien, jidhirli Laiviera, kien qal li din mhijiex kwestjoni urġenti u waqfet hemmhekk.", "U s'issa dejjem ġiet segwita dik il-prassi.", "Il-punt mhuwiex għax dejjem ġiet segwita dik il-linja, imma jekk ma tiġix segwita dik il-linja dan ifisser li kull oppożizzjoni li mqar għandha għaxar membri - u jista' jkollna aktar minn partit wieħed fl-oppożizzjoni li jkollu għaxra, jista' jkollna tlieta - tista' twaqqaf kuljum l-Ordnijiet tal-Ġurnata, mingħajr ħadd ma jindaħlilha u mingħajr ħadd ma jista' jgħidilha li qed tagħmel tajjeb jew qed tagħmel ħażin, għax tgħid li hemm dik il-mozzjoni u trid tiġi diskussa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: L-istorja hija din.", "Jien niftakar li kien hemm każi li tqiesu li kellhom urġenza u oħrajn li ma tqisux li kellhom urġenza.", "Meta jingħata ruling ħafna drabi jingħad li qed nimxu skont il-prassi, imma f'dan il-każ hemm il-prassi ta' meta l-iSpeaker kien waqqaf l-aġenda għax kien hemm għaxar membri favur il-mozzjoni, u hemm il-prassi ta' meta l-iSpeaker iddeċieda li ma kienx hemm urġenza u ma ssospendiex l-aġenda.", "Kien hemm drabi oħra li meta tqajmet il-kwestjoni li dejjem imxejna fuq dik il-prassi, l-iSpeaker kien ta ruling li mhux il-prassi tgħodd, imma l-iStanding Orders.", "Ma nistgħux nibqgħu mexjin hekk f'dan il-Parlament, meta rridu ngħidu li nimxu skont il-prassi - mhux qed ngħid għalik, Sur President, qed ngħid x'ġara f'dan il-Parlament - u meta rridu ngħidu nimxu skont l-iStanding Orders.", "Bir-rispett kollu, meta jkun hemm xi ħaġa li mhijiex ċara għandna mmorru fuq l-Erskine May.", "Din il-kwestjoni ġieli qamet u mhumiex ċari l-affarijiet imma nista' nifhem x'għandu jsir.", "Imma l-kwestjoni hi li meta rridu nżeffnu l-prassi u meta rridu nżeffnu l-iStanding Orders.", "Hemm ħafna rulings li fihom ittieħdet deċiżjoni skont il-prassi, imma meta s-Sedja dehrilha li kellha tinjora l-prassi qalet li l-iStanding Orders jgħoddu.", "Jien naħseb li iktar irridu noqogħdu attenti meta għandna nimxu skont il-prassi jew meta għandna nimxu skond l-iStanding Orders, għax imbagħad jekk m'hemm xejn irridu nirriferu għall-Erskine May.", "Naħseb li fuq dan irridu niggwidaw ruħna.", "Wara kollox, anke fl-Erskine May hemm ċerti affarijiet li aħna m'għandniex.", "Ċerti affarijiet li jiġru f'dan il-Parlament ma jistgħux jiġru hemmhekk, u ma ġrawx hemmhekk.", "Anke hemmhekk irridu noqogħdu attenti issa.", "Aħna noqogħdu ngħidu li rridu nimxu skont l-iStanding Orders u fil-każ li ma naslux nirreferu għall-Erskine May, imma naħseb issa wasal iż-żmien li ngħidu li nimxu skont il-prattiċi tagħna u jekk hemm bżonn indaħħluhom fi ktieb għalih.", "Naħseb li tajjeb li nagħmlu dan.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Borg.", "TONIO BORG: Sur President, din hija kwestjoni li Speakers ta' perżważjonijiet differenti, b'politika differenti u taħt amministrazzjonijiet differenti, dejjem interpretawha l-istess.", "Pereżempju, biex ma nsemmux biss il-każ tal-qassis li qajjem l-Onor.", "Ġużè Abela kien talab mozzjoni ta' dan it-tip minħabba li l-madum tal-Insinwa kien qed jiċċaqlaq.", "Issa l-kwestjoni m'hijiex ta' x'inhi l-materja, imma xi proċedura ġiet adottata, kemm jekk inhi ħaġa serja u urġenti u kemm jekk m'hijiex.", "Dejjem hemm żewġ stadji, u jien ngħid bilfors hekk trid tiġi interpretata għax jekk ma tiġix interpretata hekk iġġib il-kaos fil-Parlament.", "Wieħed ma jridx jieħu s-sitwazzjoni tal-lum li għandna partit wieħed fl-Oppożizzjoni.", "Aħna f'dan il-pajjiż ġieli kellna erba' partiti fl-Oppożizzjoni.", "Mela dawn jekk kull wieħed minnhom għandu għaxar membri, daqqa wieħed u daqqa ieħor jistgħu jħarbtu l-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "Dan ikun abbuż, imma ħadd ma jkun jista' jikkontrollah dan l-abbuż, għax jekk iqumu għaxra jistgħu jwaqqfu l-aġenda.", "Mela jekk għandek għaxra min-nies tista' twaqqaf l-aġenda tal-gvern kuljum.", "Għalhekk mela Speakers differenti matul dawn l-aħħar 50 sena dejjem interpretawha hekk.", "(Interruzzjonijiet)", "ANĠLU FARRUGIA: Mela Oppożizzjoni serja se titlob biex noqogħdu niddiskutu l-madum jew il-kwestjoni tal-qassis!", "Jiġifieri issa se nivvintaw xi ħaġa li kienet paċifika f'50 sena ta' storja parlamentari, biex ma ngħidx iktar għax mill-1947.", "F'60 sena dejjem ġiet interpretata hekk.", "Issa jista' jkun li ngħidu li ta' qabilna kollha ħmir u aħna l-bravi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "JOE MIZZI: Sur Presdient, dan mhuwiex il-każ għax kieku riedet l-Oppożizzjoni kellha jumejn ċans u kienet tikkontesta r-ruling tiegħek.", "Il-kwestjoni hi li fir-regolamenti hemm affarijiet li mhumiex ċari.", "Jiena nista' nsemmillek każ fejn darba aġġornajna x-xogħol tal-Kamra fil-ħin tal-Aġġornament.", "Dak mhux il-ħin tax-xogħol tal-Kamra, imma kienet aġġornat il-Kamra.", "Mela allura fuq dik il-prassi se nimxu?!", "Mhix tajba, m'hemm xejn li jkopri dan fir-regolamenti.", "(Interruzzjonijiet) Infakkar li m'ilux fil-ħin tal-Aġġornament l-Onor.", "Jason Azzopardi ried ipoġġi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra u jien waqqaftu.", "Dan qed ngħidu biex nurik li l-affarijiet irridhom jimxu sew.", "Imma l-argument huwa li wasal il-mument li nagħmluha ċara: Jekk irridu nimxu skont il-prassi ngħidu li għandna nimxu skont l-prassi, u jekk rridu nimxu skont l-iStanding Orders ngħidu li għandna nimxu skont l-iStanding Orders.", "Imma mhux daqqa ngħidu skont il-prassi u daqqa ngħidu skont l-iStanding Orders, skont kif jaqblilna.", "Naħseb li wasal ukoll il-mument li qabel nirriferu għall-Erskine May – għax tal-Erskine May huma affarijiet diġà deċiżi - naraw x'inhuma l-prattiċi tagħna.", "Aħna għandna l-Parlament tagħna, għandna ċirkostanzi differenti.", "Allura l-ewwel irridu naraw x'inhuma l-prattiċi tagħna, inżommu mal-prattiċi tagħna, imbagħad wara, jekk ma nsibu xejn, immorru għall-Erskine May.", "TONIO BORG: Din mhijiex kwestjoni ta' prassi, imma kwestjoni ta' interpretazzjoni.", "Qisu il-prassi tmur kontra l-iStanding Orders.", "L-iStanding Order ġie interpretat hekk.", "MR SPEAKER: L-aħħar punt mingħand l-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ANĠLU FARRUGIA: Kif weġibt fil-bidu nett, nixtieq li dan l-item jerġa' jidħol fl-aġenda ħalli nkun nista' nagħmel ir-rimarki tiegħi.", "U hemm raġunijiet validi, għax anke fil-House of Commons kien hemm okkażjonijiet fejn din ma ġietx followed.", "Imma rrid nagħmel ir-riċerka tiegħi ħalli nkun nista' nkun f'pożizzjoni aħjar.", "MR SPEAKER: Jien biex nagħlaq nixtieq niċċara dan il-punt.", "L-ewwel nett naħseb li l-manjiera li rridu nsegwu fuq dan il-punt li tqanqal huwa li tajjeb li jien nisma' l-fehmiet differenti hawnhekk fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Eventwalment jista' jkun il-każ li jingħata ruling formali fil-Kamra fuq il-kwestjoni kollha kemm hi, però, kif kien anke qed jalludi l-Onor.", "Tonio Borg, għandna s-Select Committee wkoll li biċċa mix-xogħol tiegħu - u hija suppost xi ħaġa li qed naħdmu fuqha proprju f'dawn il-ġranet - hija li aħna ntejbu l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra.", "Għalhekk nittama li ż-żewġ naħat, jekk jista' jkun fil-ġranet li ġejjin, insibu xi ftit tal-ħin biex inkunu nistgħu anke nirriflettu fuq dawn il-punti.", "Iktar ma jkollna l-Ordnijiet Permanenti tagħna ċari, li jagħtuna direzzjoni ċara, iktar aħjar.", "Iktar kemm nistrieħu fuq is-sorsi legali nazzjonali huwa dejjem iktar aħjar.", "Però d-diskussjoni issa tkompli f'laqgħa oħra meta nerġgħu niltaqgħu.", "AFFARIJIET OĦRA", "Taħt l-item Affarijiet Oħra xtaqt ninforma lill-Kumitat li għandna talba mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità biex jorganizzaw diskussjoni li normalment tkun fil-Kamra tal-kumitati fl-okkażjoni tal-World Human Rights Day.", "Għalhekk nistaqsi jekk il-kumitat għandux diffikultà li ssir din il-laqgħa.", "ANĠLU FARRUGIA: Min-naħa tagħna naqblu.", "Jagħmluh hawnhekk huma stess, mingħajr ma jkunu involuti d-deputati?", "Jiġu mistiedna l-Membri Parlamentari.", "Ħafna drabi f'okkażjoni bħal din jiġi l-Ministru u x-Shadow Minister li jkunu responsabbli mis-settur u l-Whips jistgħu jintervjenu.", "It-talba hija magħmula mis-Sur Joseph Camilleri il huwa ċ-Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità.", "Jekk m'hawnx xi ħaġa oħra li tixtiequ tqanqlu allura l-Kumitat qed jiġi aġġornat għal data u b'aġenda li tiġi kkomunikata aktar tard.", "Grazzi.", "Fi 12.35 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081017_003d_hbc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 4", "It-Tnejn, 20 ta' Ottubru, 2008", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 20 ta' Ottubru, 2008 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Konsultazzjoni b'riferenza għal ħatra ta' membri fuq il-Kunsill għas-Settur tal-Volontarjat.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081020_004a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 4", "It-Tnejn, 20 ta' Ottubru, 2008", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 4", "It-Tnejn, 20 ta' Ottubru, 2008", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.24 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 3 li saret fil-15 ta' Ottubru, 2008 ġew konfermati.", "KONSULTAZZJONI B'RIFERENZA GĦAL ĦATRA TA' MEMBRI FUQ IL-KUNSILL GĦAS-SETTUR TAL-VOLONTARJAT", "Fis-7.29 p.m. il-Kumitat qabel li l-konsultazzjoni għal ħatra ta' membri fuq il-Kunsill għas-Settur tal-Volontarjat tinżamm fil-magħluq.", "Il-Prof Kenneth Wain tkellem fuq dan is-suġġett.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Il-membri tal-Kumitat qablu fuq il-persuni proposti biex jiġu appuntati bħala membri fuq il-Kunsill għas-Settur tal-Volontarjat.", "Fit-8.25 il-Kumitat irriżuma", "DISKUSSJONI FUQ IN-NATIONAL REPORT ON STRATEGIES FOR SOCIAL PROTECTION AND SOCIAL INCLUSION 2008 - 2010", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Ngħaddu għat-tieni item ta' l-aġenda tal-lum.", "Se jkollna preżentazzjoni minn esperti mill-Ministeru tal-Politika Soċjali sabiex inkunu nistgħu niddiskutu l-istrateġiji kif inhuma mniżżla fir-rapport li ġie mibgħut lilna, li jġib l-isem \"Strategies for Social Protection and Social Inclusion 2008-2010\".", "Aħna ġejna mitluba biex bħala Kumitat napprovaw dan ir-rapport, però ovvjament qabel nixtiequ li jkollna preżentazzjoni minn dawk kollha li kienu nvoluti fil-kitba tiegħu.", "Naf li l-preżentazzjoni diġà ġiet ippreparata u għaldaqstant nixtieq li immedjatament ngħaddu għaliha.", "Nixtieq ukoll li l-membri ma jinterrompux waqt il-preżentazzjoni, imma jieħdu nota u mbagħad naraw meta nkunu nistgħu nagħmlu d-diskussjoni, jekk hux illum jew inħalluha għal ġurnata oħra.", "Nitlob lill-kelliema jintroduċu lilhom infushom qabel l-intervent tagħhom.", "Biex inkun ftit iżjed uman, ladarba aħna hawnhekk qegħdin fis-Social Affairs Committee, nitlobkom tiskużawna tal-inkonvenjent u tal-ħin li domna fil-parti tal-aġenda ta' qabel.", "Għaldaqstant bħala nies impenjati nitolbukom tiskużawna imma ma nwegħdukomx li ma nerġgħux nirrepetu dak li għamilna llum.", "F'idejkom min se jmexxi.", "DR NATASHA AZZOPARDI MUSCAT (Director General - Strategy and Sustainability): Ngħaddi mill-ewwel biex nirringrazzja lill-kumitat talli laqa' l-proposta tagħna li niddiskutu dan ir-rapport.", "Dan huwa t-tieni rapport li Malta qiegħda tippreżenta - fil-fatt l-ewwel rapport kien ġie ppreżentat fl-2006 - bid-differenza li din is-sena l-oqsma prinċipali li jaqgħu taħt dan ir-rapport, jaqgħu kollha taħt ir-responsabilità ta' Ministeru wieħed, filwaqt li meta nbeda l-proċess konna taħt żewġ Ministeri.", "Fil-fatt id-diviżjoni tagħna għandha l-inkarigu kemm li tikkoordina l-preparazzjoni tar-rapport kif ukoll li ssegwi biex tara li l-miżuri jiġu mplimentati.", "Aħna qegħdin magħfusin b'deadlines stretti mill-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt dan ir-rapport suppost ġie sottomess fl-aħħar ta' Settembru, imma peress li konna waqajna daqsxejn lura fiż-żmien meta kien qed jerġa' jiġi stabbilit il-Ministeru, tlifna kemmxejn taż-żmien.", "Il-punt tiegħi hu li jekk inhu possibbli tingħalaq id-diskussjoni llum għax suppost sal-aħħar tal-ġimgħa, dan ir-rapport għandu jkun ippreżentat fi Brussell.", "Dawn huma d-deadlines li għandna.", "Ngħaddi mill-ewwel biex nintroduċi r-rapport u tajjeb li l-membri tal-kumitat ikunu jafu li dan ir-rapport mhuwiex frott ta' kitba ta' civil servants imma fil-fatt saru numru ta' konsultazzjonijiet, ta' focus groups u kien hemm l-input ta' ħafna organizzazzjonijiet differenti, mhux governattivi biss imma anke minn barra l-gvern.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "IS-SUR GEORGE SULTANA (Assistant Director – EU and International Affairs, Ministry for Social Policy): Bażikament jien ħsibt biex nipprepara l-common overview li tintroduċi dan ir-rapport.", "L-ewwelnett f'dan ir-rapport kellna ċerti guidelines min-naħa tal-Unjoni Ewropea u allura ovvjament ridna nsegwuhom kemm bħala kontenut, kemm bħala rappurtaġġ, kif ukoll bħala preżentazzjoni, eċċ. u apparti minn hekk, dan ir-rapport xi ftit jew wisq nibet ukoll mir-rapporti preċedenti li kien hemm għax l-istess Unjoni Ewropea talbitna biex kemm jista' jkun iservi ta' kontinwazzjoni mar-rapporti ta' qabilhom.", "L-idea ta' overview hi li nagħmlu analiżi tas-sitwazzjoni f'Malta, li hija pjuttost analiżi wiesa' ta' x'inhi r-realtà f'Malta u ovvjament li nagħtu iktar enfasi fil-qasam soċjali, jiġifieri dik li l-aktar tolqot lilna.", "Bażikament ippreparajna xi punti li joħorġu minn din il-common overview.", "L-ewwel ħaġa li wieħed irid isemmi hija l-viżjoni li tindikalna the way forward, jiġifieri x'qed nimmiraw li nippruvaw nagħmlu.", "Aħna rridu nippromwovu u nsostnu livell ta' ħajja aħjar għal kulħadd, l-aktar għal dawk li huma l-aktar vulnerabbli u dawk li għal xi raġuni jew oħra, qegħdin f'sitwazzjoni ta' esklużjoni soċjali jew f'element ta' riskju ta' povertà.", "Bażikament din hija l-viżjoni prinċipali tagħna li toħroġ minn dan ir-rapport.", "Ir-rapport jindika t-triq li aħna rridu nsegwu u dan ikopri t-tliet snin li ġejjin, jiġifieri mill-2008 sal-2010.", "L-iskop tiegħu hu li kemm jista' jkun isaħħaħ l-esklużjoni soċjali fil-pajjiż u jtejjeb il-livell ta' għajxien u l-prospetti ta' kulħadd.", "Id-direzzjoni, speċjalment li nsibu fil-common overview, hija ġenerali, tirrispetta s-sitwazzjoni u r-realtà li nsibu fil-pajjiżi llum u anke kif qed nistennewha li tkun fis-snin li ġejjin, b'mod partikolari fit-tliet snin li rriferejt għalihom, u aktar u aktar speċifikament it-tliet oqsma prinċipali li nsibu fir-rapport, li se nirriferi għalhom aktar 'il quddiem.", "Apparti l-viżjoni u d-direzzjoni li ridna nagħtu, aħna speċifikajna objettivi prinċipali.", "Kif għedt, ma ħarisniex biss lejn l-aspett soċjali, għax ovvjament dan ma tistax tiżolah, imma tkellimna f'kuntest ħafna aktar wiesa' fosthom l-ekonomija, l-iżvilupp, l-ambjent, eċċ. Ridna nindirizzaw dawn l-oqsma kollha u għaldaqstant identifikajna l-erba' objettivi prinċipali li ħassejna li għandna nindirizzaw.", "Irridu nsostnu l-ekonomija u l-iżvilupp fil-pajjiż, speċjalment fid-dinja tal-lum li hija daqshekk ibbażata fuq il-kompetittività u areas partikolari oħra li aħna nħossu li l-pajjiż jista' jiggwadanja l-aktar minnhom.", "Hemm l-aspett ambjentali, li naħseb li lkoll kemm aħna konxji tiegħu għax huwa xi ħaġa mportanti li rridu nħarsuh u li hu objettiv ieħor li l-pajjiż qed jimmira lejh.", "Huwa fatt magħruf minn kulħadd li l-unika riżorsa li għandna fil-pajjiż hija r-riżorsa umana u li biex il-pajjiż ikompli javvanza jrid neċessarjament jinvesti fl-aspett uman.", "Allura aħna ħassejna li dak kien objettiv ieħor ta' importanza li għandna nsegwu.", "U l-aħħar objettiv, li forsi jolqot aktar lilna direttament, hu li nipprovdu soċjetà protettiva, li jkun hemm protezzjoni soċjali għal kulħadd u support, speċjalment għal dawk li identifikajnihom bħala li huma l-aktar vulnerabbli u li l-aktar għandhom bżonn.", "Kif semmejt qabel, ir-rapport jindirizza partikolarment tliet oqsma li ġew mogħtija mill-Unjoni Ewropea.", "Dawn huma l-inklużjoni soċjali, il-qasam tal-pensjonijiet u l-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul.", "Ovvjament il-common overview hija aktar ġenerali u aktar deskrittiva filwaqt li aktar ma wieħed jidħol fil-kontinwità tar-rapport, jidħol aktar l-aspett tekniku ta' dawn it-tliet oqsma partikolari.", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel hu li aħna wkoll indikajna l-għanijiet li nixtiequ nilħqu permezz ta' dan ir-rapport u bażikament identifikajna tlieta.", "Dawn huma li nippromwovu l-aċċess għas-servizzi, speċjalment għal dawk li huma l-aktar fil-bżonn u vulnerabbli, li niżguraw li dawn is-servizzi jkunu adegwati u ta' kwalità għolja - kif jixtieq kulħadd bażikament - u li jindirizzaw il-priority areas u l-bżonnijiet fil-kuntest tagħna.", "L-aħħar għan prinċipali hu li niżguraw li dawn is-servizzi jkunu sostenibbli u li 'l quddiem ikun hemm ukoll il-kontinwità tagħhom, speċjalment meta nafu x'inhuma r-realtajiet demografiċi tal-pajjiż.", "U rridu niżguraw li dak li aħna qed ingawdu minnu llum, kemm jista' jkun ikomplu jgawdu minnu l-ġenerazzjonijiet li ġejjin.", "Nieqaf hawnhekk u nistgħu nkomplu bil-preżentazzjonijiet tat-three strands.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "DR MARISA SCERRI (Director – Programme Implementation, Ministry for Social Policy) Flimkien ma' Mary Grace ħdimt fuq il-qasam tal-inklużjoni soċjali u naħseb tajjeb li ngħidu mill-ewwel li trid issegwi ċerti linja gwida li toħroġ l-Unjoni Ewropea fil-mod ta' kif irid jinkiteb id-dokument.", "L-inklużjoni soċjali hija xi ħaġa kumplessa ħafna u ġġib ħafna oqsma flimkien, fosthom l-edukazzjoni, kwestjoni ta' housing u tfal inqas ixxurtjati.", "Allura l-isfida prinċipali hi kif se ddaħħal dak kollu li hu rilevanti u li rridu nimxu fuqu għas-sentejn li ġejjin, fin-numru ta' paġni limitati li jagħtuk il-linji gwida.", "Skont dawn il-linji gwida trid tibda biex tgħaqqad dan ir-rapport mar-rapport ta' qablu li kien ikopri s-snin mill-2006 sal-2008 u li kellu erba' policy objectives.", "Dawn kienu li nsaħħu l-inklużjoni soċjali, nibnu komunitajiet aktar b'saħħithom, insaħħu l-qasam tal-volontarjat u nintegraw aktar is-settur tas-social welfare biex ikun hemm networking aħjar.", "Allura f'din l-istrand nibdew biex nagħmlu analiżi ta' x'irnexxilna nilħqu matul is-sentejn li kopra r-rapport f'dawn l-erba' oqsma.", "Fis-slide li jmiss ngħidu kif ilħaqna l-ewwel mira tagħna, li hija li nsaħħu l-inklużjoni soċjali.", "Din għamilniha permezz ta' improvements u achievements kbar fl-edukazzjoni u fl-employability.", "Minħabba l-ħin allokat lilna żgur li ma nistgħux nidħlu f'ċertu dettall, però annessa ma' dan id-dokument hemm tabella 1.2 li tagħti d-dettalji tal-miżuri u l-programmi li saru biex jiġu grouped b'dak il-mod.", "Ovvjament dawn taw ir-riżultat.", "Tnaqqset ir-rata tal-early school leaving, żdiedet ir-rata tal-edukazzjoni fl-iskola sekondarja u permezz ta' dawn il-miżuri tnaqqas l-unemployment fost iż-żgħażagħ.", "L-istess taħt din il-policy objective kien hemm miżuri biex itejbu l-qagħda tat-tfal li huma meqjusa bħala l-aktar vulnerabbli u f'riskju ta' esklużjoni soċjali.", "Dan għamilnih billi estendejna servizzi għal minuri li għandhom dak li nsejħulu challenging behaviour, żdied in-numru ta' social housing units u allura jekk tgawdi l-familja sa jgawdu t-tfal kif ukoll tjiebet il-kuxjenza soċjali fuq id-drittijiet tal-tfal u taż-żgħażagħ.", "Fir-rigward tat-tliet policy objectives l-oħra, l-ewwel policy hi li nibnu komunitajiet aktar b'saħħithom fejn bdew l-urban regeneration projects, twaqqfu aktar empowerment centres għaż-żgħażagħ, bħal dawk tal-Kottonera, iddaħlu programmi ta' prevenzjoni u intervenzjoni kmieni u saru emendi fil-benefiċċji soċjali biex ikun hemm tqassim aħjar li jindirizza aktar ir-realtajiet tas-soċjetà tagħna llum.", "Fil-qasam tas-settur tal-volontarjat kien hemm il-volontary organisations act, iddaħħlu training programmes mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea u ġew konsolidati l-consultation processes.", "Xhieda ta' dan huwa l-fatt li din l-istrand inkisbet wara konsultazzjoni wiesa', fejn saru tmiem focus groups bejn Frar u Mejju, fejn ġew mistiedna grupp grupp in-nies identifikati bħala vulnerabbli fid-dokument ta' qabel.", "Għalhekk stajna nisimgħu sew mingħand dawn in-nies nfushom - kif ukoll mingħand min jagħtihom is-servizzi - x'inhuma r-realtajiet li jgħixu huma.", "Għax fl-aħħar iridu jkunu huma biex jgħidulna x'għandhom bżonn.", "U dan id-dokument huwa msejjes fuq xi punti li ħarġu minn dawn id-diskussjonijiet.", "L-aħħar policy objective li kellna fid-dokument ta' qabel dan kien, networking the social welfare sector u allura t-trasferibilità tal-good practise hemmhekk hija importanti biex nitgħallmu mill-esperjenzi ta' xulxin.", "Fl-istrand ta' l-inklużjoni soċjali għamilna din l-analiżi – li nerġa' ngħid għal kull aspett li semmejt s'issa t-tabella li hemm fl-annex 1.2 tagħti miżura miżura u allura jekk wieħed irid aktar informazzjoni jista' jmur għal dik it-tabella – u rajna x'inhuma l-isfidi ewlenin li għandna quddiemna għas-sentejn li ġejjin.", "Fost dawn naħsbu li hemm l-edukazzjoni, speċjament school absenteeism, learning difficulties u illiteracy.", "Dawn iridu jibqgħu għax nemmnu li huma realtajiet kbar u huma l-għanijiet prinċipali li għandna nippruvaw nilħqu.", "Imbagħad hemm l-impiegi.", "Irridu dejjem inkabbru l-overall employment rates, b'mod partikolari billi nżommu aktar loader workers fid-dinja tax-xogħol u nattiraw aktar nisa u nies li ġejjn minn gruppi vulnerabbli lejn is-suq tax-xogħol u li dak li jkun jibda jifhem u jaċċetta li jaqbillu li jibda jaħdem.", "Il-housing huwa dimensjoni oħra li fil-qasam soċjali rridu nagħtuh importanza kbira b'mod partikolari biex ikun hawn housing adegwat u affordable.", "Imbagħad hemm l-inklużjoni soċjali.", "Naħseb li waħda mill-isfidi ewlenin fl-inklużjoni soċjali hi li ma nħallux li jibqa' għaddej ir-riskju ta' povertà u esklużjoni soċjali minn ġenerazzjoni għal oħra.", "Inti trid tipprova tintervjeni biex fl-istess familji ma jibqax jintiret ir-riskju ta' povertà minn ġenerazzjoni għal oħra.", "Hemm ukoll l-ugwaljanza fid-diversi forom tagħha, l-aspetti soċjali li ġġib magħha l-immigrazzjoni kif ukoll l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-diversità fil-kuntesti kollha tagħha.", "Din toħroġ sew mir-razza, mir-reliġjon, mill-gender u mid-diversità fis-sens wiesa' tagħha.", "U mbagħad hemm ir-riforma fis-social protection system biex nkunu ċerti li din tibqa' sostenibbli, adegwata u komprensiva.", "Fid-dawl ta' dan kollu ħriġna l-policy objectives għad-dokument li qed nitrattaw illum.", "Filwaqt li fid-dokument ta' qabel kellna erba' objectives, din id-darba għandna tlieta, li jorbtu ħafna mad-dokument ta' qabel.", "Dawn huma li nippromwovu l-inklużjoni soċjali b'mod partikolari għat-tfal u ż-żgħażagħ, li nippromovu l-inklużjoni attiva u li nippromovu opportunitajiet kemm jista' jkun indaqs għal kulħadd.", "X'qegħdin nipproponu taħt kull waħda minn dawn?", "Qed nipproponu li nippromwovu l-inklużjoni soċjali b'mod partikolari l-prospetti għat-tfal u ż-żgħażagħ permezz ta' żvilupp personali, permezz tal-well being u billi ntejbu d-drittijiet, l-interessi u r-responsabbiltajiet.", "F'din is-slide elenkajna - forsi m'għandniex il-ħin li naqrawhom kollha – kif qed nimmiraw li nilħqu dawn il-miri tagħna f'dan il-policy proposal.", "It-tieni policy dimension li qed inħarsu lejha f'dan id-dokument hija Promoting active inclusion.", "Id-dokument jipprovdi l-istrateġija biex intejbu l-inklużjoni b'aktar mod attiv.", "Dan billi nipprovdu aktar income support li huwa adegwat, intejbu l-aċċess għas-suq tax-xogħol li huwa aktar inklussiv u aċċess għal servizzi soċjali li huma ta' kwalità aħjar minn dak li diġà għandna.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu b'mod wiesa' però imbagħad f'paġna 22 u 23 ta' dan id-dokument, insibu elenkati miri aktar speċifiċi li rridu nilħqu.", "Nagħlqu bl-aħħar slide li fiha nitkellmu dwar il-promozzjoni ta' opportunitajiet indaqs għal kulħadd.", "U nistgħu nelenkaw il-miżuri taħt tliet sub-headings; wieħed billi niġġieldu d-diskriminazzjoni, l-ieħor billi nippromovu l-integrazzjoni tal-immigranti – third country nationals - u l-ieħor billi l-inklużjoni soċjali u l-anti-discrimination issues ikunu mainstreamed f'dak kollu li nagħmlu, sew f'policies kif ukoll fi strutturi amministrattivi.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "IS-SUR JOSEPH CAMILLERI (Director General – Social Security): Jien imissni nippreżenta l-istrand fuq il-pensjonjiet.", "Se nipprova norbot l-NSR li kellna preċedenti ma' dan li għandna quddiemna llum biex nifhmu l-proċess li għaddej.", "Fl-NSR 2006 konna bdejna bir-riforma tal-pensjonijiet, fejn bażikament ir-riforma nnifisha ħarset lejn l-aspett li nsaħħu u niggarantixxu l-ewwel pilastru li hija l-pay as you go system tas-sigurtà soċjali li għandna, kif ukoll daħal il-kunċett jew il-ħsieb li 'l quddiem inkunu nistgħu ndaħħlu t-tieni u t-tielet pilastru.", "Dawn huma skemi privati fejn il-persuna tkun qed tħallas biex tgħin sabiex jiżdied id-dħul tagħha fiż-żmien li tkun qiegħda fuq il-pensjonijiet.", "Bażikament ir-riforma kif nistgħu naraw kienet iddisinjata hekk.", "Għaddiet il-liġi f'Novembru tal-2006, bdiet effettiva fl-1 ta' Jannar, 2007 u ovvjament hemm miżuri li għad iridu jidħlu fis-seħħ għax kif qed naraw, il-miżuri huma mifruxin biex kemm jista' jkun l-impatt tar-riforma nnifisha ma tkunx tolqot lill-persuni daqshekk b'mod drastiku mill-ewwel.", "Ippruvajna nevitaw li jkun hemm xi soluzzjonijiet drastiċi u fil-fatt bħala riforma, speċjalment dawk li ngħidulhom parametric changes fl-età, fil-bażi ta' kif tinħadem bil-kontriduzzjonijiet, kienu minimi kemm jista' jkun.", "U hija staggered kif qed naraw … Ovvjament fl-2007 introduċejna t-tibdil fl-etajiet, però qabel l-2012 mhijiex se tibda tinħass il-miżura tar-riforma għax f'dik is-sena taqleb minn 61 sena għal 62 sena.", "Daħħalna wkoll kunċett importanti ħafna, dak ta' structured reviews.", "Jiġifieri issa daħal il-kunċett li kull ħames snin irridu nirrevedu l-iskema tal-pensjonijiet, kif tkun qed tiffunzjona u kif se tiffunzjona għall-futur.", "B'hekk tkun tista' tiġi ppreżentata fil-parlament għad-diskussjoni.", "Dan effettivament huwa diġà fis-seħħ.", "Jekk nistabbilixxu x'għandna f'dan ir-rapport insibu li l-key challenges baqgħu hemm u mhumiex se jisparixxu.", "Jiġifieri ċ-challenges li konna qegħdin naraw għar-riforma għadhom hemm, huma mportanti u rridu nħarsu lejhom għall-futur anke fil-qasam tal-pensjonijiet.", "Ovvjament dawn baqgħu kif kienu u qed nitkellmu dwar ageing, fuq iż-żieda fil-health expenditure, fuq il-ħtieġa li nkabbru l-parteċipazzjoni tal-employment - speċjalment meta nafu li l-aktar riżors importanti għal pajjiżna huwa r-riżors uman, allura rridu nużawh kemm jista' jkun għal massimu tiegħu - u qed naraw ukoll il-bidla fil-gender roles.", "Dan ukoll jagħmel impatt u jinħtieġ li nħarsu lejhom anke fil-pensjonjiet.", "Ovvjament l-qasam tal-pensjonjiet, l-edukazzjoni u l-lifelong learning ukoll huma mportanti fil-qasam tal-iżvilupp ekonomiku għax fl-aħħar mill-aħħar jaffetwa wkoll il-pensjonjiet tal-futur.", "U issa qed naraw ġlieda bejn is-savings u l-consumerism li wkoll jista' jkollu impatt dirett u indirett fuq il-pensjonijiet mhux biss ta' issa imma anke għall-futur.", "Żewġ affarijiet bażiċi li żammejna quddiemna kienu li nipprovdu sistema sostenibbli.", "Dan kien l-oġġettiv prinċipali tar-riforma, li inti żżomm skema ta' pensjonijet kemm jista' jkun sostenibbli u fl-istess ħin tagħti dħul adekwat għall-pensjonant.", "U l-miżuri li qed naraw hawnhekk diġà bdejna nattwawhom biex kemm jista' jkun insaħħu l-adegwatezza f'dak li jirrigwarda pensjonijiet.", "Rajna tibdil meta ntroduċejna l-pro rata contributions għall-part timers biex aktar part timers jipparteċipaw u effettivament jidħlu kemm jista' jkun fis-suq tax-xogħol.", "Introduċejna krediti ta' kontribuzzjoni tal-ġenituri li qed iduru bit-tfal u rbatna wkoll dawk il-krediti ta' kontribuzzjoni li persuna tirritorna għax-xogħol biex kemm jista' jkun biex hi teħodhom, jew biex ir-raġel jeħodhom, irid jerġa' jidħol għal ħajja tax-xogħol.", "B'hekk, kemm jista' jkun, ninkoraġġixxu lill-persuna terġa' tersaq lejn il-labour market.", "Għamilna wkoll proċess tar-riforma fil-pensjoni ta' l-invalidità - ovvjament mhux qed nidħol fid-dettall imma fir-rapport hija msemmija wkoll - li biha ppruvajna noħolqu sistema li tkun naqra aktar trasparenti, imma fl-istess ħin tkun reali u tkun tista' toħloq sistema fejn inti verament tkun tista' tkejjel il-work related in capacity ta' persuna.", "Minn din is-sena l-pensjonanti bejn l-età ta' 61 sena – u f'każ ta' nisa ta' 60 sena - u l-65 sena jistgħu jaħdmu u m'hemm l-ebda capping ta' qliegħ mingħajr ma jitilfu d-dritt għall-pensjoni.", "Mis-sena l-oħra wkoll in-nisa setgħu jagħżlu huma li jirtiraw ta' 61 sena u mhux ta' 60 sena.", "Kif għedt diġà, mhemmx capping fuq employment minħabba l-pensjoni u l-pensjonanti bdew jirċievu l-full cost of living.", "Minn din is-sena ntroduċejna wkoll tibdil f'dak li jirrigwarda kif nikkalkulaw il-pensjoni tas-servizz għal kalkolu tar-rata tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali, żidna wkoll il-benefiċċju supplimentari u saret ukoll riforma fl-allowance tat-tfal.", "Fil-fatt il-familji kollha issa bdew jirċievu l-allowance tat-tfal u din taffetwa ħafna u ħafna aktar lill-pensjonanti li huma romol.", "Bażikament dawn kienu kollha miżuri li l-mira tagħhom hi li kemm jista' jkun iżżid fid-dħul tal-pensjonijiet kif ukoll inħajru aktar nies joħorġu għall-ħajja tax-xogħol biex jikkontribwixxu u ovvjament huma jkunu qed jiggarantixxu dħul adegwat għalihom innifishom fil-futur.", "Rigward is-sostenibilità, it-targets tagħna - kif qed insemmu anke f'dan ir-rapport kważi kullimkien - huma l-miżuri li qegħdin nagħmlu biex kemm jista' jkun inżidu r-rata tal-parteċipazzjoni kemm tan-nisa kif ukoll tal-anzjani.", "Il-miżuri ta' qabel li semmejt jien huma magħmulin apposta mhux biss biex iżidu fid-dħul tal-pensjonanti imma anke biex iħajru lill-pensjonanti u lin-nisa joħorġu għall-ħajja tax-xogħol.", "B'hekk ikunu assigurati u fil-futur ikollhom pensjoni f'isimhom ukoll.", "Il-miżuri bħalma hi r-riforma fl-invalidità kif ukoll it-tisħiħ fl-investigazzjonijiet kontra l-abbużi qegħdin ukoll jgħinu biex kemm jista' jkun nevitaw il-ħruġ mill-labour market ta' nies li ħafna drabi jippruvaw jevitaw li jkunu qed jiddikjaraw u jħallsu l-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali.", "Fl-aħħar mill-aħħar dan jaffetwalhom id-dħul tagħhom meta jaslu għall-pensjoni għax isibu li ma kenux ħallsu s-sigurtà soċjali.", "Bl-għan li nagħmlu ġlieda kontra l-abbużi fis-sigurtà soċjali inħoloq Benefit Fraud Directorate li bażikament huwa separat mid-divizjoni tas-sigurtà soċjali.", "Barra minn hekk il-proċessi tagħna interni qed nippruvaw insaħħuhom b'tali mod li jekk ikun hemm xi abbuż, tilħaq tinduna bih minn qabel.", "B'hekk tkun qed tiżgura li s-sistema tkun b'saħħitha u sostenibbli kemm jista' jkun.", "Lejn xiex qed inħarsu għall-futur?", "F'dan ir-rapport qed nitkellmu aktar fid-dettall fuq il-kontinwazzjoni tar-riforma, inkluż il-qasam tat-tieni u t-tielet pilastru li għad m'hemmx regoli dwaru.", "Għadhom qegħdin isiru studji ta' kif l-aħjar li dawn jiġu ntrodotti.", "Qed issir ukoll overview tas-sistema preżenti għax ovvjament din ir-riforma l-aktar li tolqot huma l-pensjonanti tal-futur.", "Imma rridu nħarsu wkoll lejn l-iskema tal-pensjonijiet tal-lum biex niddentifikaw ċerti anomaliji li l-iskema preżenti tal-pensjonijiet jista' jkun qiegħda toħloq u li jista' jkun qed jimpattaw fuq ċerti affarijiet, fosthom is-sostenibilità tal-iskema.", "Hemm ukoll il-proposta li nintroduċu l-Pensions Strategic Unit, li jkun il-mutur wara r-riforma.", "Dan ikun qiegħed hemmhekk biex jgħin li ssir ir-review ta' kull ħames snin fuq l-iskema imma fl-istess ħin jgħin lill-pubbliku jifhem aktar l-impatt tar-riforma fil-pensjonijiet u kif din tolqot lilu.", "Hemm ukoll proposti biex ninkoraġġixxu iktar il-parteċipazzjoni fil-labour market.", "Dawn jissejħu l-Flexicurity measures u fil-fatt hemm dokument u rapport ieħor dwar il-miżuri li hemm il-ħsieb warajhom.", "Ladarba ndaħħlu t-tieni u t-tielet pilastru, l-aktar ħaġa importanti hi li nkunu nistgħu nxerrdu l-informazzjoni dwar dawn l-iskemi.", "L-MFSA tkun qed tgħina biex inxerrdu din l-informazzjoni sabiex il-pubbliku in ġenerali jkun jista' jifhem kif dawn l-iskemi se jolqtuh, kif għandu jħares lejhom u x'informazzjoni jista' jieħu fuqhom.", "Hemm il-ħsieb ukoll li nkomplu nsaħħu l-benefit fraud directorate li s'issa ta riżultati pożittivi fil-ġlieda kontra l-abbużi għax b'hekk inkunu qegħdin insaħħu l-iskema tas-sigurtà soċjali tagħna.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "DR MIRIAM DALMAS (Director – Policy Development, Ministry for Social Policy): Flimkien mas-Sur Laurenti kont responsabbli miċ-chapter tal-health and long-term care u se nippreżenta xi informazzjoni fuq dan il-kapitlu.", "Bażikament il-main objectives ta' dan il-kapitlu huma li niżguraw li jkun hemm aċċess universali għas-servizzi tas-saħħa u l-kura fit-tul u li dan l-aċċess ikun kemm jista' jkun indaqs għal kulħadd.", "Allura qegħdin anke nagħmlu xi miżuri biex fejn hemm xi nies li huma vulnerabbli u m'għandhomx daqshekk aċċess, intejbu l-aċċess tagħhom.", "L-objective l-ieħor huwa li nippromovu kwalità għolja fis-servizzi u anke nimxu lejn livell ta' eċċellenza f'dan ir-rigward u l-aħħar objective huwa li ntejbu l-governance kif ukoll niżguraw li dawn is-servizzi huma sostenibbli fit-tul.", "Kif sar fl-istrands l-oħrajn, l-ewwel għamilna progress report fuq il-miżuri li konna pproponejna fir-rapport ta' qabel u qegħdin nelenkaw xi selected achievements li għamilna minn dan ir-rapport.", "Qsamnihom l-istess mal-main objectives, jiġifieri f'accessibility, sustainability u quality u qed nippreżentaw xi miżuri li fihom nistgħu ngħidu li għamilna progress sostanzjali bejn l-2006 u l-2008.", "Fost dawn nista' nsemmi l-Patient rights and responsabilities, fejn għandna l-mental health act li waslet fi stat avvanzat u forsi 'l quddiem tkun enacted ukoll.", "Twaqqaf ukoll il-Malta health network li hija organizzazzjoni li tiġbor l-NGOs li huma relatati u li għandhom xogħol li għandu x'jaqsam mal-health.", "Rigward l-aċċess ta' mediċini, beda l-moniteraġġ tal-prezzijiet tal-mediċini fuq xogħol li qed isir in conjunction mal-Consumer and Competition Division u anke ġie ntrodott il-pharmacy of your own choice, li kif nafu, 'il quddiem qed nipproponu li dan jibqa' jestendi u jinfirex ma' areas differenti oħrajn f'Malta.", "Fuq l-area ta' community-based health care, bħal servizzi li jingħataw fil-komunità fuq id-dijabete, per eżempju, bdejna f'lokalità waħda u qegħdin nestendu dan is-servizz.", "Is-sena li għaddiet kellna wkoll konsultazzjoni wiesa' ħafna fuq il-community care reform u issa hemm xi task force li qiegħda taħdem biex jiġu mplimentati l-miżuri li kienu miktubin f'din l-istrateġija.", "Rigward institutional long-term care, infetħet dar tal-anzjani fil-Mellieħa u żdiedu anke xi sodod kemm f'istituzzjonijiet oħra bħal San Vinċenz u Mount Carmel.", "Fir-rigward l-objettiv dwar il-kwalità, infetaħ l-Isptar Mater Dei, fejn rajna qabża sostanzjali fil-kwalità ta' l-infrastruttura tas-saħħa u komplejna nagħmlu refurbishment f'ċerti faċilitajiet oħrajn fejn bħala eżempju nirriferi għal dak li sar f'San Vinċenż.", "Rigward l-IT systems kien hemm stallazzjoni ta' diversi IT systems fl-isptar Mater Dei u bħala eżempju semmejna l-picture archival computer system li qed jagħti aċċess lit-tobba biex jaraw l-X-rays u r-riżultati fuq il-monitor fil-clinics u b'hekk qed innaqsu l-ġiri ta' X-ray files u ta' karti u ntejbu s-servizz.", "Rigward health research għadna kif spiċċajna l-fieldwork fuq il-Health Interview Survey 2008, u in the coming months se jkollna l-interpretation tiegħu.", "Mir-riżultati nkunu nistgħu noħorġu ħafna informazzjoni epidemjoloġika fuq ħafna kondizzjonijet u problemi li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa.", "Rigward Quality standards ġie mwaqqaf id-directorate of health-care standards li fir-rapport li jmiss qed nelenkaw xi proposti ta' kif għandu jaħdem u jagħmel improvement fix-xogħol.", "Rigward is-sostenibilità se nsemmi xi eżempji ta' progress li sar.", "Rigward Prevention and Promotion semmejna l-immunization rates fejn issemmiet l-influwenza però żdiedu wkoll l-immunization rates tat-tfal, ġie ssettjat kumitat intersettorali biex jiġġieled l-obeżità, ġiet enacted il-legislation against underage drinking, kien hemm riorjentazzjoni sostanzjali ta' school health service u ġew introdotti d-dementia clinic f'Zammit Clapp Hospital u anke activity centre ġewwa San Vinċenz.", "Rigward human resources kien hemm ħafna inizjattivi.", "Fosthom qed jingħata training lil livelli differenti ta' management fis-sistema pubblika tas-saħħa.", "Fil-financial management u control ġie ssettjat unit apposta li beda jaħdem u ġew introdotti tax incentives għall-private geriatric residential care.", "Issa se ngħaddi biex nippreżenta xi key proposals li qegħdin nipproponu fir-rapport 2008-2010.", "Dawn irbatnihom mal-overarching objectives li għandna.", "Fir-rigward tal-accessibility għamilna numru ta' key challenges, fosthom li nittekiljaw il-waiting times biex inniżluhom għal livell li huwa aċċettabbli.", "Qed isir xogħol biex we assess the existing list u anke naraw kif nistgħu nirrevedu l-working practises ħalli l-waiting times jonqsu.", "Hemm diversi modi kif dawn tagħmilhom.", "Waħda minnhom hija li forsi nżidu l-activity ta' ċerti interventi u anke li ngħaddu ċerti servizzi lejn il-primary health care biex innaqsu ċerta pressure li jkun hemm fuq l-isptarijiet.", "Iċ-challenge hija fuq access to new treatments.", "Kif nafu, l-avvanzi fil-mediċina tant huma fast li dejjem joħorġu mediċini u trattamenti iżjed ġodda u avvanzati.", "U ovvjament dawn kollha jiswew ħafna flus speċjalment fil-bidu.", "Allura aħna qegħdin nipproponu li nżidu l-kapaċità, li nkunu nistgħu nassessjaw dawn it-teknoloġiji u mediċini ġodda ħalli naraw kif u meta nkunu nistgħu ndaħħlu dawn il-mediċini u t-trattamenti fis-sistema tagħna tas-saħħa.", "Qegħdin naħdmu wkoll biex nagħmlu negozjati mal-industrija ħalli nkunu nistgħu nikkontrollaw il-prezzijiet tal-mediċini fis-suq tagħna.", "Fir-rigward tal-aċċess għal kulħadd indaqs, tiġi minn fejn tiġi u huma x'inhuma l-mezzi tiegħek, qegħdin nipproponu li jsir research.", "Fil-fatt s'issa għad m'għandniex research daqshekk qawwi fuq x'inhuma l-health inequalities hawn Malta u wieħed mir-riżultati li nistgħu nġibu ftit malajr mhux ħażin, huwa mill-health internal survey - li kif għedt qabel diġà sar – li r-riżultati tiegħu qegħdin f'idejna u se nibdew nanalizzawhom.", "Min-naħa tal-migrants il-ministeru tagħna qiegħed jaħdem biex jibda jiżviluppa l-migrants health policy u fil-fatt diġà beda x-xogħol fuqha.", "Żdied ukoll l-equipment ġo l-Isptar ta' Għawdex ħalli l-Għawdxin ikunu moqdijin aħjar u fl-istess ħin inaqqsu l-bżonn li joqogħdu jinżlu Malta għal ċerti trattamenti.", "Qegħdin nipproponu wkoll li l-community services for mental health care - li diġà bdew - jiġu estiżi biex ikopru aktar pazjenti, iżjed areas ġoegrafiċi - għax ħafna minnhom huma limitati għal area ġoegrafika waħda fil-preżent - u anke jiżdiedu xi servizzi oħrajn fil-komunità.", "Fir-rigward ta' numru ta' sodod għal long-term care, diġà qed isir xogħol ta' estensjoni ta' żieda ta' dawn is-sodod.", "Għalkemm aħna nemmnu li l-aħjar hu li nżommu l-anzjani tagħna attivi u fil-komunità, hemm ċertu numru ta' anzjani li jkollhom bżonn 24 siegħa intensive care ġewwa institution.", "Allura l-bżonn li nżidu dawn is-sodod xorta jibqa' u qegħdin naħdmu fuqu.", "U l-eżempju l-ieħor hu li nirreplikaw il-mudell li wżajna fid-dar tal-anzjani \"Il-Madonna tal-Mellieħa\" – bħala Private Public Partnership - fuq faċilitajiet ġodda.", "Fir-rigward tal-kwalità, identifikajna ħames key challenges ukoll, waħda minnhom hija fuq il-community care u kif diġà semmejt, saret konsultazzjoni estensiva fuq kif nistgħu nsaħħu l-community base response fil-pajjiż u hemm it-task forces li se jkunu qed jaħdmu u jgħinu biex dawn il-proposti jiġu mplimentati.", "Qed nipproponi li nkomplu nestendu l-POYC f'diversi postijiet oħra ta' Malta, qed nipproponu wkoll li jidħol iżjed il-kunċett u x-xogħol fuq multidisciplinary outreach teams.", "Dawn diġà qegħdin jaħdmu fl-area tal-mental health care, però qed nipproponi li jiġu anke estiżi għall-areas tal-elderly.", "Fil-mental health care stess l-outreach teams żdiedu u jistgħu jkopru iżjed pazjenti.", "Qegħdin nipproponu wkoll servizzi ġodda għall-anzjani bħal night shelters.", "Fir-rigward tal-health care standards, kif għedna, kien hemm dipartiment ġdid li bażikament sar sena ilu meta kienet saret ir-riforma fil-ministeru tas-saħħa ta' dak iż-żmien u qed nipproponu wkoll li jkollna sistema aħjar u iżjed estensiva biex inkunu nistgħu nkopru l-complaints dwar il-health care entities.", "Fir-rigward ta' Patient rights qegħdin nipproponu li l-health care act u l-mental health care act jkunu enacted f'dan il-perijodu tar-rapport.", "Fir-rigward ta' kwalità fil-health care facilities hemm il-proposti li jkollna rehabilitation u oncology hospital ġdid u se nkomplu bl-upgrading tal-health care systems u anke ta' l-isptar ta' Għawdex.", "L-aħħar challenge biex nittrattaw fuq cancer jinkludi l-launching tan-national cancer control Plan, l-introduzzjoni ta' equipment ġdid u anke nżidu ma' l-equipement li hemm diġà, fosthom il-PET u l-inner accelerator - jiġifieri jkun hemm tnejn minflok wieħed - u anke jiġi launched an organized mammography breast cancer screening.", "L-aħħar objective huwa s-sostenibilità.", "Aħna qed nidentifikaw li jkun hemm sostenibilità fir-rigward ta' żewġ areas importanti, kemm fuq human resources u anke financially, però qed inżidu wkoll iċ-challenge li ntejbu x-xogħol tagħna fuq il-prevention and promotion għax jekk ikollna suċċess f'dan ir-rigward - u din tkun effettiva - innaqqsu l-bżonn li dak li jkun jkollu bżonn jirrikorri għal expensive health care.", "Proposals in this area huma bażikament li nittrattaw ħafna fuq non-chemically diseases li huma diseases emerġenti u qed niffokaw fuq hypertension, obesity, diabetes u cancer, per eżempju.", "Hemm proposta – li diġà hemm ħafna xogħol fuqha - li ssir non chemically pre disease strategy li tinkorpora l-proposti kollha għal dawn il-kondizzjonijiet differenti.", "Proposta oħra hija li jkollna evalwazzjoni iżjed fit-tul u kompleta fuq l-outcomes tal-health promotion initiatives li jkollna, jiġifieri nevalwaw x'effett ikollhom u jkun hemm evaluation li forsi mhux qed issir daqshekk fil-preżent.", "Fir-rigward ta' human resources l-eżempji li ntagħżlu hu li nżidu u naraw li jkun hemm consolidation tal-post-graduates specialists training, ħalli nkunu nistgħu nattrattaw u nżommu iżjed l-istudenti tagħna jaħdmu ġo Malta, immorru għall-inizjattiva ta' disciplinary teamwork activity u li niżviluppaw il-career paths fil-primary care ħalli nkunu nistgħu nattrattaw lit-tobba żgħar tagħna li jidħlu f'dan is-settur importanti.", "L-aħħar challenge huwa fuq improving governance tas-sistema.", "Waħda mill-prinċipji tagħna hi li nkomplu nikkreaw awareness ħalli l-users ikunu qed jużaw is-servizzi b'mod responsabbli u kemm jista' jkun titnaqqas il-ħela li jista' jkun hemm u f'dak il-każ qegħdin nipproponu li jkun hemm iżjed campaigns ħalli l-pubbliku jkun infurmat, ikun hemm decentralization tal-provider accounts ħalli nkunu nistgħu niddentifikaw fejn qed jintefqu l-flus fil-fatt.", "Irridu naħdmu wkoll biex niddefinixxu aħjar u nivverifikaw l-entitlement għall-health care u long-term care.", "Hemm proposti wkoll biex nagħmlu improvement tal-information management systems u dawn huma importanti biex ikollna l-informazzjoni ħalli wieħed ikun jaf fejn qed isiru l-expenses.", "Eżempju ieħor hu li nżidu r-respite geriatric care ħalli nnaqsu l-bżonn li jkun hemm long-term care u allura tkun qed tgħin biex minflok l-anzjani jintbagħtu f'long-term care institution, jinżammu d-dar.", "Dawn huma eżempji li għażilna.", "Fil-programm proprju hemm iżjed dettalji u hemm iżjed miżuri.", "Ma semmejtx kollox però hemm ħafna iżjed dettall fir-rapport innifsu.", "Grazzi.", "Filwaqt li nirringrazzjakom għall-preżentazzjonijiet li għamiltu, sar il-ħin biex ikollna d-diskussjoni f'waqtha u proprja.", "Għaldaqstant nixtieq nagħmel ftit konsultazzjoni rigward meta se nkomplu din id-diskussjoni.", "Il-proposta tiegħi hija li nkomplu għada mis-7.30 p.m. sad-9.00 p.m. għax imbagħad għandna l-vot ta' l-Enemalta.", "Huwa possibbli għal sħabi li nibdew f'dan il-ħin?", "Jekk għandi din l-approvazzjoni, nistgħu nagħmlu appuntament għal għada.", "Nirringrazzja lil kulħadd u naġġorna d-diskussjoni għal għada fis-7.30 p.m.", "Fid-9:15 p.m. id-diskussjoni fuq dan is-suġġett ġiet interrotta u l-Kumitat ġie aġġornat għal nhar it-Tlieta, 21 ta' Ottubru, 2008."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081020_004d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 4", "It-Tnejn, 20 ta' Ottubru, 2008", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.24 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Justyne Caruana, l-Onor Michael Farrugia, l-Onor Michael Gonzi u l-Onor Anthony Zammit (sostitut).", "Is-Sur James Carabott, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali fil-Kamra tad-Deputati attenda għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr 3 li saret nhar l-Erbgħa 15 ta' Ottubru 2008 ġew konfermati.", "KONSULTAZZJONI B'RIFERENZA GĦAL ĦATRA TA' MEMBRI FUQ IL-KUNSILL GĦAS-SETTUR TAL-VOLONTARJAT", "Fis-7:29 p.m. il-Kumitat qabel li l-konsultazzjoni għal ħatra ta' membri fuq il-Kunsill għas-Settur tal-Volontarjat tinżamm fil-magħluq.", "Il-Prof Kenneth Wain tkellem fuq dan is-suġġett.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Il-membri tal-Kumitat qablu fuq il-persuni proposti biex jiġu appuntati bħala membri fuq il-Kunsill għas-Settur tal-Volontarjat.", "DISKUSSJONI FUQ IN-NATIONAL REPORT ON STRATEGIES FOR SOCIAL PROTECTION AND SOCIAL INCLUSION 2008 - 2010", "L-Onor Vassallo stieden lil Dr Natasha Azzopardi Muscat, Director General (Strategy and Sustainability); Mr George Sultana, Asst Director (EU and International Affairs); Dr Marisa Scerri, Director (Programme Implementation); Mr Joseph Camilleri, Director General (Social Security) u Dr Miriam Dalmas Director (Policy Development) kollha mill-Ministeru tal-Politika Soċjali taw preżentazzjoni dwar in-National Report on Strategies for Social Protection and Social Inclusion 2008 – 2010.", "Fid-9:15 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u l-Kumitat ġie aġġornat għal nhar it-Tlieta 21 ta' Ottubru, 2008.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081020_004m_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 5", "It-Tlieta, 21 ta' Ottubru, 2008", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 5", "It-Tlieta, 21 ta' Ottubru, 2008", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.34 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "4 li saret nhar it-Tnejn 20 ta' Ottubru 2008 ġew konfermati.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Illum għandna l-kontinwazzjoni tal-laqgħa li bdejna l-bieraħ, jiġifieri d-diskussjoni fuq in-National Report on Strategies for Social Protection and Social Inclusion 2008 and 2010.", "Qabel ma nibdew, xtaqt li sa għada tkun deċiża d-data meta se mmorru nżuru l-uffiċċini ta' l-Appoġġ.", "Nixtieq li jkollna wkoll id-data konfermata rigward meta se mmorru nżuru Dar Guzeppa Debono f'Għawdex.", "Kellna wkoll stedina biex immorru żjara ta' siegħa fir-Razzett tal-Ħbiberija nhar it-12 ta' Diċembru.", "Jien nixtieq li kulħadd jagħmel sforz biex jkollna informazzjoni rigward id-dati ta' meta jkun diskuss il-budget fil-parlament.", "Nitlob kemm lill-Onor.", "Justyne Caruana kif ukoll lill-Onor.", "Frederick Azzopardi biex jkollna informazzjoni meta tkun l-aħjar data biex inżuru Dar Gużeppa Debono f'Għawdex.", "Onor Frederick Azzopardi: Il-budget se jkun diskuss bejn it-12 u id-19 ta' Novembru.", "THE CHAIRMAN: Forsi is-Segretarja tal-Kumitat tkun tista' tkellem mar-Razzett tal-Ħbiberija biex naraw jekk dawk id-dati jistgħux jiġu mibdula skond il-programm tad-diskussjoni dwar il-budget.", "Nistgħu niddeċiedu li jew immorru issa din is-sena, jew inkella nħalluha għal Jannar li ġej.", "Imma għada nippruvaw niddeċiedu.", "Irrid ngħid ukoll li peress li s-sena d-dieħla se taħbat l-European Year of Creativity and Innovation qed niġu mitluba li nibdew naħdmu fuq xi tip ta' proposta.", "Kien diġà sar ħafna mill-kumitat preċedenti u ma nixtieqx li x-xogħol li sar jintilef.", "Wara kollox aħna bħala kumitat irridu nkomplu l-ħidma fuq il-kumitat ta' qabilna, jiġifieri ma nistgħux naħsbu li telgħet ix-xemx illum u ta' qabilna m'għamlu xejn imma hemm ħafna xogħol li huwa lest.", "Nixtieq ukoll inressaq proposta li nistgħu niddiskutuha għada imma se nsemmiha biex tkunu tistgħu taħsbu dwarha.", "Jien nixtieq li għal ċerti suġġetti jibda jkollna proċedura ġdida fejn niltaqgħu fi speċi ta' sottokumitat b'inqas formalita' ma' min ikun qiegħed jagħmel ir-riċerka jew l-analiżi, ikollna diskussjonijiet ftit itwal f'dik li hija riċerka u analiżi, però mbagħad ikollna laqgħa formali meta aħna nressqu l-proposti.", "Jien nixtieq li għada jkun hawn qbil jew kontro-proposta għal dan is-suġġeriment.", "Irridu nsibu wkoll metodu kif tippermettuli li f'ċerti każijiet jien inkun nista' niltaqa' ma' esperti wara nofsinharijiet matul il-ġurnata, nagħmlu x-xogħol fejn nidħlu f'ċertu dettall, ovvjament bil-kondizzjoni li mbagħad nitilgħu hawnhekk u nressqu l-proposti li mbagħad jerġgħu jiġu diskussi.", "Imma d-diskussjoni fuqhom tkun aħħarija.", "Jien qed ngħid li niltaqa', per eżempju, f'ġurnata wara nofsinhar fejn kulħadd ikun liberu li jattendi, imma nkun qed niltaqa', biex ngħid hekk, bħala sottokumitat fejn il-laqgħa ma tkunx recorded u ma jkunx hemm minuti imma tkun diskussjoni li aħna nkunu qegħdin nagħmlu biex naslu għall-proposta jew inkella għat-tiswir ta' dokument li fl-aħħar mill-aħħar irid jiġi diskuss minn dan il-kumitat.", "Il-vantaġġ huwa li jekk ikun hemm dokumenti twal li nkunu rridu nidħlu fid-dettall u nanalizzaw x'jistgħu jkunu l-proposti ma' min hu espert fuq il-qasam, minflok dik l-analiżi u d-diskussjoni tkun waqt ħidma tal-kumitat formali - bħalma hu issa - inkunu nistgħu niltaqgħu b'mod inqas formali u għalhekk il-laqgħa tal-kumitat tkun waħda ta' ftit ħin fejn fiha nagħmlu d-diskussjoni formali.", "Jien lest għall-opinjonijiet tagħkom.", "Qed nipprova nara biss kif dan il-kumitat isib metodu ta' kif itella' aktar xogħol u allura nnaqqas iktar mill-ħin ukoll li jiltaqa'.", "Però jien miftuħ għall-opinjonijiet, aħsbu iktar dwarha u għada tkunu tistgħu tagħtuni l-opinjoni tagħkom dwarha.", "Peress li għad hawn tnejn minn sħabna neqsin, mhux fair li niddeċiedu llum fuq proposta bħal din.", "Mela ngħaddu minnufih għad-diskussjoni tal-lum.", "Filwaqt li nerġa' nirringrazzjakom bħala esperti għall-preżentazzjoni li għamiltulna l-bieraħ irrid ngħid ukoll li kont qed naħseb dwar kemm ġiet f'waqtha din il-laqgħa magħkom fuq dan ir-rapport.", "Qed ngħid hekk għax dan ir-rapport fih elenku sħiħ ta' x'inhu l-progress fil-qasam soċjali.", "U jekk tieħdu nota ta' programm ta' ħidma li jien poġġejtilkom għad-dispożizzjoni tagħkom - tistgħu teħduh - għada jew matul il-lejl meta ma tkunux tistgħu torqdu u wieħed ikun irid jarah, taraw kemm qegħdin nippruvaw nidħlu fid-dettall ukoll fl-analisi, diskussjoni u proposti f'dak li għandu x'jaqsam l-aspett soċjali tas-soċjetà Maltija.", "Smajtuni nitkellem fuq il-proposta li kellna dwar il-Creativity and Innovation, li wkoll għandha x'taqsam magħkom.", "Jekk għada se nitkellmu fuq domestic violence b'xi mod għandha x'taqsam magħkom u jekk bħal-lum ġimgħa se nitkellmu fuq ir-rapport dwar family poverty and social exclusion, dan għandu x'jaqsam magħkom ukoll.", "Jien qed nagħmel dan il-preambolu biex nintroduċikom għall-ħidma li aħna qegħdin inwettqu.", "Issa jekk xi ħadd minnkom jew mid-dipartimenti tagħkom taħsbu li jista' ikun preżenti waqt il-laqgħat tagħna, jew jista' jgħin biex il-messaġġ tagħkom jinftiehem iktar u tridu tkunu preżenti waqt li qed jiġi diskuss xi topic, aħna bil-qalb kollha disponibbli biex nisimgħu l-kummenti jew il-proposti jew it-tweġibiet tagħkom.", "Irrid ngħid li din il-laqgħa li għandna llum mhijiex se tibda llum u tispiċċa llum.", "Għalkemm id-diskussjoni hija fuq is-suġġett partikolari ta' dan ir-rapport, imma aħna d-diskussjoni as such fuq dak li ktibtu intom se tkun twila l-leġislatura sħiħa tagħna.", "U allura jekk tibagħtu lil xi ħadd mid-dipartimenti tagħkom li jkun jista' jitkellem, intkom tkunu dejjem milqugħa biex tagħtu s-suġġerimenti tagħkom.", "Il-preżentazzjoni tlestiet il-bieraħ.", "Għaldaqstant issa nitlob lill-membri sħabi jressqu l-mistoqsijiet tagħhom.", "Intom bħala esperti mid-dipartimenti varji ħudu nota tal-mistoqsijiet li sħabi se jkunu qegħdin jistaqsu, imbagħad se jkun hemm ħin wara fejn intom tkunu tistgħu tirrispondu.", "Jekk ikun baqa' ħin - u nispera li jkun baqa' ħin - nerġgħu nagħmlu round ieħor ta' mistoqsijiet min-naħa tagħna u terġgħu twieġbu intom.", "Jien nixtieq li r-reseach analyst tagħna jieħu nota wkoll tar-risposta u l-kummenti tagħkom, però nixtieq ukoll li fl-aħħar jibqa' ħin biżżejjed biex kull membru jkollu l-opportunità li jagħmel il-conclusion tiegħu u tittieħed nota tal-konklużjoni ta' kull membru.", "Din mhijiex kwestjoni jekk naqblux kollha jew le, imma hija proċedura li aħna konna qbilna dwarha meta jkun qed jiġi diskuss rapport.", "Jekk ikun hemm il-minoranza, fir-rapport u l-analiżi xorta se tittieħed nota ta' xi tkun qalet dik il-minoranza.", "Biex inkunu fair, l-opinjoni ta' kull membru ta' din il-Kamra titniżżel fir-rapport konklussiv rigward ir-rapport tagħkom.", "Nagħti issa l-kelma lill-Onor.", "Michael Gonzi biex jibda' l-ewwel sett ta' mistoqsijiet.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "DISKUSSJONI FUQ IN-NATIONAL REPORT ON STRATEGIES FOR SOCIAL PROTECTION AND SOCIAL INCLUSION 2008 – 2010 - KONTINWAZZJONI", "ANTHONY ZAMMIT: Ir-rapport fil-fatt qiegħed maqsum f'introduzzjoni mbagħad hemm three main strands: Social Inclusion, Pensions, Healthcare and Long-term Care.", "Mela ejja nieħdu l-ewwel l-introduction imbagħad nieħdu domandi fuq Social Inclusion, domandi fuq pensjonijiet u domandi fuq Healthcare and Long term Care.", "B'hekk inkunu nistgħu nsegwu l-istess andament li segwew l-esperti fir-rapport tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Ħsibt dwarha wkoll però fl-aħħar mill-aħħar għedt aħjar ma nagħmlux hekk biex inkunu iktar free mingħajr ma noqogħdu nkunu analitiċi eżatt ma' dak ir-rapport.", "Jekk membru - għall-argument - irid jagħmel mistoqsija fuq pharmacy of your choice għax hemmhekk jinteressah l-iktar, allura ma jkunx marbut.", "Minkejja dan, jekk tridu nbiddlu, nistgħu nbiddlu wkoll.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien naħseb li l-Onor.", "Zammit għandu raġun.", "Huwa importanti li niffokaw il-mistoqsijiet fuq kelliema partikolari, ħalli kif neħilsu minn kelliemi mbagħad niffokaw fuq persuna oħra.", "Issa jekk jien m'għandix mistoqsijiet fuq l-introduction, ngħidlek pass.", "ANTHONY ZAMMIT: Eżatt.", "Aħna għandna ħin sad-9.00 p.m u rridu nagħmlu l-aħjar użu mill-ħin li għandna sad-9.00 p.m. Għaldaqstant irridu nippruvaw nagħmlu mistoqsijiet skond dak li jkun ipprepara l-membru.", "Jekk it-tieni round imbagħad naraw li jkun tajjeb li nagħmluh forsi b'suġġett b'suġġett, nagħmlu hekk.", "Però dak li intom ippreparajtu ejjew nistaqsuh ħalli nkunu ċerti li intom tistgħu tistaqsu iktar bil-libertà kollha mingħajr ma intom tkun marbuta ma' ebda suġġett.", "MICHAEL FARRUGIA: M'għandix ħsieb li niddibatti biex naħli l-ħin.", "Michael Gonzi biex jagħmel l-ewwel sett ta' mistoqsijiet tiegħu.", "Wara l-Onor.", "Anthony Zammit, l-Onor Frederick Azzopardi u mbagħad l-Onor.", "MICHAEL GONZI: Grazzi, Mr Chairman.", "L-ewwelnett nixtieq ngħidilkom prosit tar-rapport.", "Dettaljat ħafna u jidher li kien hemm riċerka sew fuqu.", "Billi r-rapport huwa dettaljat u ma ġiex f'idejja kmieni, ma qrajtux kif xtaqt jien allura jista' jagħti l-każ li l-kummenti li se nagħmel, forsi jkun nuqqas min-naħa tiegħi għax ma rajtx id-dokument.", "L-ewwel ħaġa nixtieq nikkummenta dwar il-problema li jsibu nies li jbatu bid-droga biex isibu employment wara li jkunu għaddew mill-programm.", "Ma rajtx xi enfasi fuq dan.", "Anke fuq single parent families u l-għajnuna li għandhom bżonn.", "Ma kienx hemm enfasi lanqas per eżempju fuq l-istresses li għandhom it-tfal fl-iskola, l-eżamijiet u dwar x'se nagħmlu aħna għal dawn it-tfal.", "Aħna nafu per eżempju li l-maġġorparti tat-tfal qed ikollhom stress qawwi minħabba li they want to achieve u kulħadd qed imur private lessons.", "Fuq din ankè l-ġenituri qegħdin under stress.", "Forsi dan ma jidħolx direttament f'dan ir-rapport imma kellkom xi ideat minn xi focus groups li ltqajtu magħhom?", "Dawn il-problemi ġew diskussi?", "Imma x'inhuma l-pjanijiet biex dawn in-nies li qed jaħdmu f'industrija partikolari jiġu retrained f'industrija oħra.", "Per eżempju, il-GRTU u l-FOI ġew ikellmukom biex dan il-programm isir?", "Fuq l-invalidity pension jingħad:", "Jien ngħid prosit, imma s-sistema qed taħdem tajjeb?", "Jien kelli każ ta' persuna li għandu għaxar molol f'qalbu li meta jimxi jaqta' nifsu u għadu kemm daħal l-isptar.", "Imma l-invalidity pension ma ħadhiex.", "Hemm sitwazzjonijiet oħrajn fejn in-nies li għaddew mill-invalidity pension, minflok qed jgħajtulhom qed jaraw jekk għandhomx file fl-isptar.", "Jiġifieri qed jieħdu deċiżjonijiet minn file ta' l-isptar.", "Issa hemm ħafna nies li probabbilment veru ħaqqhom li ma jgħaddux, imma hemm ċerti nies oħrajn li ħaqqhom jgħaddu u ma jgħaddux u għalhekk naħseb li s-sistema trid tiġi studjata sew.", "Xtaqt nitkellem ukoll fuq it-third pillar.", "Ma nafx x'inhu l-ħsieb tat-third pillar.", "Imma fis-sitwazzjoni finanzjarja tal-lum bl-istock, shares u investimenti sejrin lura, it-third pillar kienet tkun ideali bħalissa?", "Hemm xi sistemi fejn il-gvern ikollu safeguards just in case li jkollna xi problemi bħal dawn speċjalment nies li jkunu investew fuq a third pillar?", "Kif qed nifhimha jien m'hemm xejn ippjanat fuq it-third pillar imma qed nimmaġina li kieku kelli investments fit-third pillar kieku llum ikkrexxjaw u tlift nofshom.", "Fuq il-pharmacy of your choice rrid ngħid li din hija waħda mis-suċċessi.", "Nispera jien li għall-klijent hija xi ħaġa eċċezzjonali għax qed imur fl-ispiżerija u qed ikun iktar komdu, imma rridu l-fine tuning tas-sistema.", "Jien naħdem ġo spiżerija u naf il-problemi li qed jinqalgħu first hand.", "Qed ninnota wkoll li jekk qabel ċerti nies kienu jmorru fil-health centres jew fil-berġa biex jagħmlu r-riċetta tal-mediċina, issa minflok qed ikollhom imorru għand tabib privat.", "Issa jien qed nitkellem fuqi personali.", "Mhux talli hekk, talli issa l-prescriptions qed isiru kull erba' xhur jew kull ħames xhur.", "Jiġifieri jekk jien kelli l-idea li se niffranka mediċina jekk inkun qed nagħmel prescriptions li sservi għal erba' xhur..… Din is-sistema naħseb li trid xi fine tuning.", "Irrid nerġa' ngħid u nerġa' nissottolinja li din hija xi ħaġa vera tajba għall-klijent għax mhux qed isib il-queues, u qed isib il-kumdità", "Għandna każi fejn jekk għandek pazjent li għandu emerġenza se tarah malajr, imma dak il-pazjent li m'għandux emerġenza imma xorta għandu bżonn il-kura tat-tabib, qed ikollu jistenna erba' u ħames sigħat.", "Fl-opinjoni tiegħi jkun tajjeb it-triage jekk jien ikolli sett ta' tobba li jkunu qed jittekiljaw ukoll dawk l-inqas li għandhom bżonn.", "Jiġifieri s-sistema tal-waiting times u waiting lists qiegħda hemm, nafu bil-problema u naħseb li l-gvern qed jipprova jittekiljha mill-aħjar mod.", "All in all jien kif għedtilkom xtaqt li kelli iktar żmien biex naqra u nistudja dan ir-report għax jidher li it is a detailed document.", "Jien nivvota favurih mija fil-mija, u nirringrazzjakom tax-xogħol li għamiltu.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Onor.", "ANTHONY ZAMMIT: Nirringrazzjak.", "Jien ukoll jiddispjaċini li r-rapport komplet ma kellix, imma wżajt il-presentation li għamiltu l-bieraħ.", "Fuq l-introduction nixtieq inkun naf x'inhi d-definizzjoni tagħkom ta' povertà.", "Id-definizzjoni ta' povertà hija xi ħaġa fluwida, li tinbidel minn żmien għal żmien u minn pajjiż għal pajjiż, u jkun interessanti li nkunu nafu x'kriterju wżajtu bħala definizzjoni għall-povertà.", "Dan huwa interessanti immens.", "Però hu importanti li lill-youngsters tagħna niggwidawhom skont x'se jkun il-bżonn fil-futur għal dan il-pajjiż.", "Per eżempju, dan iż-żmien x'qed jiġri?", "Ħafna miż-żgħar tagħna qed imorru għall-IT.", "Għaliex?", "Għax jafu li forsi fil-futur se jkunu available jobs fuq l-IT u se jkunu importanti.", "If I look back jien nara l-iżball li sar f'dawn l-aħħar għaxar snin.", "La l-gvern ried jibni sptar u ried li jirrinova sptar, mela l-gvern kien imissu ggwida liż-żgħar tagħna fin-neċessità tan-nursing.", "Fil-fatt meta ġejt fis-section tal-healthcare sibt li r-rapport jelenka ħafna bżonnijiet li hemm.", "Imma il-bżonnijiet li qed jelenkaw dawn ir-rapporti, juru n-nuqqasijiet li kien hemm f'dawn l-aħħar għaxar snin.", "U din il-problema li hemm f'dawn ir-rapporti.", "U għalhekk meta hemm, \"ensuring continuous investment in human capital\", I have to tell my youngsters what my line is going to be, u għalhekk għandna n-nuqqasijiet tan-nurses.", "F'dawn l-għaxar snin il-gvern m'għamilx kampanja u qal li 'l quddiem se jkun hemm bżonn iktar nurses.", "Kieku għamel hekk, nassigurakom li kien ikollna ħafna żgħar li kienu jidħlu għan-nursing u b'hekk ma kienx ikollna l-problema li għandna llum ta' nuqqas ta' nurses.", "Rigward 'Building stronger communities' taħt il-heading \"Progress in Relations to Previous Report\", jiena ngħid prosit.", "Jien naħseb li dan huwa essenzjali ħafna.", "Jekk naraw x'qed jiġri, insibu li l-ammont ta' single parents qed jiżdied u l-problemi li qed jinħolqu fis-soċjetà qed jiżdiedu wkoll.", "Niġu għall-achievements.", "Jekk tieħu l-istatistika tal-EU ssib li dan il-pajjiż għandu l-ikbar rata ta' illitteriżmu fl-Unjoni Ewropea.", "Kollox sew tista tgħid li huwa a key achievement, li dan naqqasnih, però skużi while saying this is an achievement irrid ngħid ukoll dwar what I am aiming for.", "Jiena jiddispjaċini ngħid, imma l-gvernijiet ta' qabel fallew f'dawn l-affarijiet.", "Oħra, decrease in youth unemployment.", "Aħna għandna a very high rate in youth unemployment.", "Araw x'hemm fl-Unjoni Ewropea!", "Fl-istatistika li toħroġ mill-Unjoni Ewropea jirriżulta li l-youth unemployment li hawn Malta huwa tal-għaġeb, huwa tal-ġenn.", "Hawnhekk ngħid li jiena nieħu gost b'dan ir-rapport għax forsi bdejna nagħmlu pass biex nindirizzaw il-problemi li għandna.", "Din kienet problema, għadha problema u se tkun problema.", "Fil-fatt il-gvern kien offra għajnuna lill-koppji żgħar biex jixtru their first time home, però wara l-elezzjoni neħħiha.", "Imorru taħt il-heading \"Key challenges 2008 and 2010.\"", "Skużawni absenteeism hawn ħafna, we are seeing learning difficulties increasing, però ejjew noqogħdu attenti li ma jkunx hawn abbuż.", "Jiena ngħid li l-Mulej ma jagħtix intelliġenza lil kulħadd l-istess.", "U jekk missier ikunx perit jew kennies ma jgħoddx.", "Għax min għandu missieru professur ikollu carer avolja ma jkollux daqshekk bżonn.", "Imbagħad il-carer anke tmur tagħmillu l-eżamijiet hi minflok jagħmilhom hu, u din mhijiex ħaġa sabiħa.", "Imbagħad ħaddieħor li veru għandu bżonn ma jagħtuhx carer.", "Skużawni, imma hemmhekk noqogħdu attenti għax qed isir abbuż.", "Is-salarji tagħna, aħna part-time salaries għandna.", "L-increase li l-Gvern qal li kien hawn, kien fil-part-timers.", "Jekk naraw x'qed jiġri fil-qasam tal-part-timers insibu li l-employer lil impjegat jgħidlu: Jew dan jew itlaq għax hawn għaxra li jistgħu jiġu minflokok.", "U dan ikollu jibqa' jaħdem għax il-ħajja qed togħla.", "Section oħra hija l-Key Proposals.", "Aħna qed naraw x'qed jagħmlu t-tfal meta jmorru d-dar wara l-iskola?", "X'inhi l-influwenza tal-broken marriages fuqhom?", "It-tfal kif qed iqattgħu l-ħin li jkollhom fuq idejhom meta jmorru d-dar?", "Mużew, housework, hawn min imur jixtri lill-ommu għax forsi m'għandhiex ċans tmur tixtri, u hawn saħansitra ommijiet u missirijiet li ma jkunux jafu fejn qegħdin it-tfal.", "Dik hija problema oħra tas-soċjetà.", "Fil-Well-being Key Proposals għandna Strengthening psychological support.", "Iva hemm bżonn naraw li nsaħħu s-support ta' dawn it-tfal, jew insaħħu anke parti mill-familja.", "Għax hawnhekk jerġa' jidħol it-tifel bħala parti u individwu fil-familja, mela allura rridu naraw ir-relazzjoni tat-tifel mal-familja u l-familja mat-tifel.", "U hemm għandna l-problemi.", "Dawn għandna bżonnhom, iktar u iktar meta issa se jiżdiedu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Però jien ngħid li hemm bżonn li wieħed jara wkoll il-każijiet għat-talba tas-subsidisation.", "Jien per eżempju naf b'każ fir-Rabat ta' waħda li kellha traffic accident - li ma kienx it-tort tagħha - u spiċċat a wheelchair case, semi-spastic u bin-nappy.", "Is-subsidization li jibagħtilha tad-dawl u l-ilma huwa ta' xi €10 kull erba' xhur.", "Dak hu s-subsidization li qed tieħu.", "Dwar il-Pensjonijiet. means testing huwa importanti ħafna.", "Ejjew Ħaż-Żebbuġ filgħodu u taraw l-irġiel imorru jiffirmaw u wara imorru għall-ġebel.", "Rigward pensjonijiet aħna rridu naraw li l-pensjonant ikollu a decent standard of living.", "Dan irid jiekol, jixrob, jixtri l-ħwejjeġ, għandu r-running cost tad-dar, water and electricity, gas, drainage, maintenance, mediċinali imbagħad forsi għandu wkoll il-kera.", "Allura dan m'għandux jixtri present lill-mara tiegħu, lix-xiħa tiegħu u lill-grandchildren tiegħu?", "Agħmlu l-kont ta' dawn l-affarijiet.", "Mhux qed ngħidilkom li huma affarijiet tal-ħela, they are just simple means.", "Agħmlu l-kont u araw il-pensjonant jasalx bil-pensjoni tiegħu llum, għax iġġibu għajnejkom wara widnejkom.", "Agħmlu kont sempliċi, il-kera tad-dar, li jrid jiekol u li jrid jixrob u affarijiet hekk, u allura naqra tombla ma jilgħabx miskin jew imur għal naqra outing mal-kunsill?", "Jiena nassigurakom li l-pensjoni tiegħu ma twassalx.", "Din irridu narawha.", "Issa ejja naqbdu ftit fuq health.", "Jien fil-fatt meta kont qed naqra fuq health ħsibt li qed naqra l-pre-election labour manifesto li kien hemm qabel din l-elezzjoni.", "L-ideat minn hemmhekk ġew.", "MICHAEL FARRUGIA: Ikkoppjajtuhom.", "ANTHONY ZAMMIT: Ikkuppjawh.", "(Interruzzjonijiet) Ikkuppjawh għax fil-fatt jidher eżattament l-ideat li kellna aħna, id-decentralization, l-importanza tal-polyclinics biex nippruvaw nissalvagwardjaw l-isptar il-ġdid.", "Skużawni fl-isptar il-ġdid intefqu ħafna flus minn but il-poplu, ħadna l-iżbalji li kellu St. Luke's u żidna magħhom.", "Dik hija l-problema li għandna f'Mater Dei.", "U meta nibdew biex nelenkaw, jiddispjaċini, imma ejjew nippruvaw nittekiljawhom waħda waħda.", "Jien naf grupp ta' sitt nisa minn Tas-Sliema li kull tliet xhur imorru Katanja, outing on Saturday biex jixtru l-pilloli għal tliet xhur.", "Dan huma sitt nisa minn Tas-Sliema, sitt nazzjonalisti.", "Rigward il-pharmacy of your choice irrid ngħid li hemmhekk ma tantx morna tajjeb u mhux billi jgħid il-ħabib tiegħi Dr. Gonzi.", "Il-pharmacy of your choice waqfet, ma naħsibx li qed nipprogressaw iktar għax fiha l-iżbalji.", "Il-pharmacy of your choice mhux fine tuning għandha bżonn imma ideat ġodda, għax kważi nista' ngħidlek li ġejna fis-sitwazzjoni li l-idea has failed.", "Huwa tajjeb li xi ħadd li għandu d-diabete jistenna sena u nofs biex imur id-diabetic clinic l-isptar għall-ewwel appuntament tiegħu?", "Inti qabel ma bdiet il-pharmacy of your choice qatt mort il-Mosta Health Centre u rajt il-queues ta' nies li kien ikun hemm?", "ANTHONY ZAMMIT: Ejja l-isptar u ara l-queue ta' nies, u mhux hekk biss ngħidlek ......", "MICHAEL GONZI: Qatt mort l-isptar meta l-pazjenti kienu jmorru hemmhekk u llum dawn evitawh?", "ANTHONY ZAMMIT: Dr. Gonzi, jien ngħidlek ejja l-isptar.", "Anzi joqogħdu jistennew u malli jmisshom taf x'jgħidulhom?", "THE CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom.", "Onor. Zammit kompli bir-rimarki tiegħek ħalli mbagħad jirrisponduna.", "Però tiħux fit-tul ħafna għax tkun qed tnaqqas il-ħin tan-nies l-oħra.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Il-Mosta kien ikun hemm queues enormi u dawn issa evitawhom lill-klijenti.", "Hemm problemi u jien stess ngħid li hemm problemi, imma dawn ukoll jissettjaw ruħhom.", "Imma l-klijenti marru aħjar.", "ANTHONY ZAMMIT: Nisperaw li f'ħames snin jissettjaw ruħhom.", "MICHAEL GONZI: Imma inti suppost li taf daqsi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi l-Onor.", "Gonzi għall-kjarifika.", "Onor. Anthony Zammit għamel il-mistoqsijiet ħalli nkunu konċiżi, jekk jogħġbok.", "Kont qed ngħid li fuq diabete, biex dak li jkun jagħmel appuntament għall-ewwel darba biex jarah speċjalista għandu sena u nofs jistenna.", "Mentri jien naf li jekk id-diabetes nitfgħuha fuq reaseach project, hemm Direct Funding from EU.", "Jien għamilt għaxar snin il-Ġermanja, fl-Università ta' Dusseldorf, u kien hemm id-Diabetes-Forschung Institute.", "Din hija xi ħaġa li aħna rridu ndaħħlu u nistgħu nġibu l-fondi minn hemmhekk.", "Issemmiet ukoll il-Madonna tal-Mellieħa Home.", "Nixtieq inkun naf kemm tiswa sodda lill-gvern fil-Mellieħa Home, u kemm tiswa' sodda lill-gvern f'San Vincenz?", "Għax skond kif qaluli, lill-gvern sodda fil-Mellieħa Home tiswielu Lm20 kuljum u f'San Vinċenz tiswielu Lm8 jew Lm10 kuljum.", "Ma naħsibx li b'hekk qed nagħmlu progress.", "X'differenza tagħmel!", "Bil-costings ta' wieħed inkun nista' nakkomoda tnejn!", "Dwar l-IT systems.", "Jien illum xtaqt inġib miegħi appuntament li ħareġ għall-ultrasound ta' pazjenta.", "Dan l-appuntament ħareġ fit-10 ta' Ottubru 2008, u l-appuntament tal-ultrasound tal-pazjenta huwa għall-24 ta' Settembru 2010.", "Jekk jien marid, ninsab marid issa u mhux sentejn oħra.", "Fil-fatt li qed jiġri hu li xi minn daqqiet l-isptar qed inkunu wisq top heavy.", "Kulħadd irid isir manager, kulħadd għamluh manager, direttur, eċċ. Jekk hemm Manager tas-sodod, għandha bżonn ukoll Assistant Manager tas-sodod u taf għalfejn din?", "Biex tgħidlek li fl-NSU hemm sodda vojta u nista' ndaħħal appendix fl-NSU.", "Kieku nkun qed niġġennen indaħħal acute appendicitis f'sodda fl-NSU.", "Qed ngħid għal bieraħ għax il-Ħadd kont admitting jien.", "Acute appendicitis iddaħħlu fl-NSU?", "Imma xogħol ta' din il-bed manager hu li hawnhekk hawn sodda vojta, mela daħħalha hawn.", "U meta aħna nagħmlu l-ward round tagħna rridu nduru l-isptar kollu.", "Qabel, jien f'kemm trodd salib kont nara x'daħal u nitla' t-theatre.", "Illum I can't do it għax it takes more than two hours biex nimxi dak l-isptar kollu, infittex il-pazjent 'il hawn u pazjent 'il hemm.", "Irrid naħdem f'moħħi which is the best way for me biex ma naħlix żmien u niġri.", "Qabel, meta kien ikolli l-operations kont ngħaddi f'one ward, nara li kollox sew – a ten minute ward round - u tlajt għat-theatre.", "Jien u nieżel, immur f'ward oħra, nara li kollox sew u barra.", "Dan iż-żmien I can't do it.", "Il-problema li hemm bejn il-pazjent u t-tabib qed inżiduha għax jiena spot checks fuq il-personnel tiegħi irid nagħmel.", "Għax iktar ma nagħmel spot checks iktar I'm going to keep them on their toes u iktar se joqgħodu attenti x'se jagħmlu.", "Jekk ikunu jafu li ma nagħmilx spotchecks allura jagħmlu li jridu.", "Meta mmur fil-ward jippruvaw jkollhom kollox eżatt.", "Jekk tmorru issa u taraw x'qed jiġri fit-theatre suite taraw li minn 17-il theatre li hemm, disgħa jew għaxra mhumiex qegħdin jintużaw għax m'hemmx personnel.", "Jien diġà għedt li dan juri n-nuqqasijiet tal-gvern tal-aħħar għaxar snin.", "Jekk se nibni sptar bi 17-il theatre allura rrid naħseb mill-bidu biex ikolli personnel għal 17-il theatre.", "Din hi l-problema, l-mismanagement li sar f'dawn l-aħħar għaxar snin.", "Iva, you have hit the nails on the head però skużawni, wrejtu l-ineffiċjenza tal-gvernijiet ta' qabel.", "Jekk irridu nibżgħu għal dak l-isptar għandna bżonn niddeċentralizzaw u nerġgħu nqajmu l-polyclinics li għalaqna.", "Irridu niftħu polyclinics suret in-nies.", "Jekk hemm bżonn anke nagħmlu model polyclinics like small hospitals, u jiena għandi ideat.", "L-idea tiegħi hija li fejn tidħol is-saħħa m'hemmx kulur.", "Għalija l-iktar importanti huma l-pazjent u l-pajjiż u jiena lest li l-ideat tiegħi naqsamhom magħkom.", "Irrid ngħid ukoll li għandna potenzjal li l-health nistgħu nagħmluh the third pillar of our economy.", "Jekk naħdmu tajjeb – aħna l-Mulej tana tliet affarijiet.", "Tana l-pożizzjoni ġeografika tagħna, it-temp - jiġifieri x-xemx li kulħadd iħobb, u tana l-grazzja li t-tobba tagħna huma intelliġenti u tajbin ħafna.", "B'dawn kollha nista' nibni l-health bħala t-tielet pilastru tal-ekonomija ta' Malta għax nistgħu nagħmlu mecca tal-mediċina hawn Malta.", "Għandna tobba tajbin.", "Meta t-tobba tagħna jitilqu minn Malta kollha jsiru par excellance barra u għalhekk ma jiġux lura.", "Mhux se nitkellem fuqi, qed ngħid fuq sħabi.", "Jien ġejt lura minħabba l-familja, jien waħdi u daqshekk, imma qed ngħid fuq sħabi.", "Jien kont l-iżgħar li qatt sar surgeon il-Ġermanja, kont l-iżgħar li qatt sar consultant surgeon il-Ġermanja at a University Clinic u mal-Ġermaniżi u hemm sħabi barra li huma l-istess.", "Ħaġa oħra hija assessing new medicines and treatment.", "Jiddispjaċini wkoll għal dawk ix-xjuħ - minn 60 sa 80 sena - li jridu jiġu filgħodu, joqogħdu jistennew biex jeħdulhom id-demm, biex jgħidulhom kemm jieħdu mediċina eċċ. Ejjew niftħu l-care fid-djar.", "We can have somebody taking blood anke permezz tat-tabib tagħhom jiġifieri jerġa' jidħol il-GP.", "Il-GPs huma importanti, ma nagħtuhomx bis-sieq anzi għandna bżonn nelevawhom.", "Dari t-tabib tal-familja kien l-iktar ħaġa importanti.", "L-aħħar ħaġa Għawdex.", "Iva hemm bżonn li l-isptar ta' Għawdex intellgħuh fil-livell għax nistgħu nużawh biex jieħu ftit mill-workload mill-isptar ta' Malta.", "Hemm potenzjal.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Jiena wkoll nirringrazzjakom tal-preżentazzjoni tagħkom li għamiltu l-bieraħ.", "Skond l-NSR report jidher li sar xogħol u progress sinifikanti biex tingħata boost lill-edukazzjoni u x-xogħol, però jingħad ukoll li ċerti problemi bħall-absenteism mill-iskejjel u numru baxx ta' nisa fid-dinja tax-xogħol għadhom jippersistu.", "Tistgħu tgħidulna xi progress sar dwar dawn meta nqabluhom mar-rapport ta' 2006/2008?", "Jingħad ukoll li se jsir investiment fi tliet livelli tal-edukazzjoni u se tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi indirizzata l-ischool absenteism u support fl-edukazzjoni tat-tfal bi bżonnijiet speċjali.", "Ninnotaw ukoll li n-numru ta' learning support assistants dejjem qed jiżdied, jiġifieri jidher li din il-problema ta' tfal b'diżabilita mhijiex biss ta' riżorsi umani.", "Tistgħu tgħidulna x'diffikultajiet oħrajn jiltaqgħu magħhom jew din is-sezzjoni xi problemi għandha?", "Fir-rapport jissemma wkoll li l-element ta' integrazzjoni fis-soċjetà Maltija ta' persuni tat-tielet dinja.", "Hawn qed nirreferi għall-immigrazzjoni, speċjalment dawk li jitolbu kenn bħala refuġjati f'pajjiżna u meta dawn jiġu biex ifittxu x-xogħol f'pajjiżna.", "Fir-rapport jingħad li dan se jkun fattur importanti fl-istrateġija ġdida.", "Kif se jintlaħaq dan il-għan biex dawn nintegrawhom fis-soċjetà Maltija?", "Ir-rapport jagħti importanza wkoll għal fatt li s-soluzzjoni finali u dejjiema għas-sistema tal-pensjonijiet f'Malta tista' tintlaħaq biss billi jiġu introdotti t-tieni u t-tielet pilastri tal-iskema tal-pensjonijiet.", "Xtaqt nistaqsi jekk hemmx xi żmien stipulat li jibda dan il-proċess biex nintroduċu t-tieni u t-tielet pilastri.", "L-aħħar mistoqsija li xtaqt nistaqsi hija dwar Għawdex li għadu kif tkellem fuqu l-Onor.", "Tistgħu tgħidulna x'equipment hemm il-ħsieb li jsir jew li se jiġi introdott fl-iSptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "JUSTYNE CARUANA: Ningħaqad ma' dak li qalu kemm l-Onor.", "Frederick Azzopardi kif ukoll l-Onor.", "Zammit dwar l-equipment fl-iSptar Ġenerali ta' Għawdex.", "Aħna li ġejjin minn Għawdex nafu n-nuqqas ta' servizzi li hemm fl-iSptar.", "Anke nafu d-discomfort li jiffaċċjaw il-pazjenti li jkunu rikoverati fl-iSptar ta' Għawdex u li jkollhom il-kondizzjoni u l-uġigħ tagħhom, li waqt li jkunu qegħdin fl-isptar for treatment iridu jiġu trasferiti lejn Malta bil-helicopter jew bl-ambulanza.", "Fis-sajf imbagħad għandek problema għax mhux l-ambulanzi kollha huma air conditioned u dan qed joħloq inkonvenjent u tbatija żejda.", "Ġieli nkunu fuq il-vapur u aħna li nkunu b'saħħitna wkoll inbatu, aħseb u ara l-pazjenti x'ikunu qegħdin iħossu.", "Naħseb dan imur kontra l-patient's rights li qegħdin nitkellmu fuqu hawnhekk.", "Issemmew ukoll il-Learning Support Assistants.", "Fl-opinjoni tiegħi li taqbad u tagħmel recruiting ta' nies u titfagħhom in the field imbagħad tagħtihom training wara mhijiex sistema adegwata, għax meta jkollok tifel jew tifla li jkollu problemi partikolari u qed titfagħlu persuna li lanqas biss għandha ħjiel ta' x'inhu postha fil-klassi inqas u inqas tista' lil dak it-tifel jew tifla timpartixxi u tagħtih l-iskills li għandu bżonn biex ikollna sistema verament inklussiva bħalma wieħed jistenna u jippretendi li jkollu.", "Jien qed nassumi li dan se jsir b'kollaborazzjoni mal-Kummissarju għat-Tfal.", "F'laqgħa bħal din kont nippretendi li għallinqas ikun hawn rappreżentanza, jekk mhux tal-Kummissarju imma almenu minn xi ħadd fil-Kunsill u jekk m'iniex sejra żball ukoll hemm rappreżentant mill-Ministeru, u li ġie riappuntat m'ilux.", "Irrid ngħid ukoll li ma nistax nimmaġina kif qed titkellmu fuq key proposal fuq il-well being tat-tfal u fuq ir-rights of the child meta leġislatura wara l-oħra qed insibu ntoppi kbar u qed jgħidulna li hu impossibbli li jkollok A Children's Act meta f'pajjiżi oħra teżisti.", "Għandek il-pajjiżi Skandinavi li huma mudell eżemplari ta' kif dan jista' jsir.", "Fis-sena 2007 kien hemm rapport estensiv tal-EU - jidhirli kienet saret xi konferenza fi Stockholm - fejn jelenkalek il-prijoritajiet u l-mudelli ta' kif dawn għandhom isiru.", "Jiena ma nafx għaliex f'pajjiżna qed insibu din l-impossibilità tant kbira meta hemm min lest jagħmel abbozz u jippreżentah.", "Jiġifieri naħseb li dan huwa shortcoming f'dawn il-key proposals.", "Qed issemmu wkoll id-Developing of National Family Policy meta l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Familja tidher li tterminat ir-remit tagħha f'Mejju 2008 u għadha ma ġietx maħtura.", "Jiena ma nafx jekk forsi għandkomx policy li għamlet il-Kummissjoni qabel u intomx se timplimentawha.", "Jiena qrajtu dan ir-rapport u llum qgħadt naqra r-rapport ta' qabel.", "Prattikament qed nitkellmu fuq l-istess affarijiet u ma nafx x'avvanz kien hemm meta qed tgħidu l-improvements kollha li saru.", "Naċċetta li saru ħafna improvements speċjalment fil-qasam tal-pensjonijiet, però rigward l-objectives l-oħrajn, strictly speaking 2006/2008 u 2008/2010 qed nara ħafna affarijiet hemmhekk.", "Jekk ma jkunx hemm commitment ma narax li l-affarijiet verament se jitjiebu f'dan il-pajjiż.", "Se niġu fis-sena 2010/2012 u nerġgħu niġu b'reproduction u replika tal-istess rapport.", "Forsi hawnhekk kellna bl-Ingliż u bil-Malti - l-unika differenza - għax hawnhekk qiegħed bl-Ingliż biss.", "Jiġifieri qed nippretendi li in two years time meta niġu b'rapport simili, il-lista tal-achievements li qed tgħidu li hawn hawnhekk tkun iktar estensiva u jkunu verament oġġettivi f'li qed tgħidu.", "Qed ngħidu wkoll dwar ir-Ratifikar tal-Konvenzjoni tad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità.", "Il-ġimgħa l-oħra jew ta' qabel kien hawn laqgħa, stedinna l-istakeholders f'dan il-qasam u kien hemm concern mir-rappreżentanti tal-Kunsill Nazzjonali għall-Persuni b'Diżabilita dwar x'se jiġri meta se niġu nħabbtu wiċċna ma' dak li qed tirrikjedi l-konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Naħseb li apparti li nagħmlu revision tar-register u nimplimentaw leġislatura oħra, għandna bżonn induru dawra mal-ATCs.", "Mill-mistoqsijiet li qed nagħmel jidher li hemm bżonn li kull wieħed u waħda minnkom li intom responsabbli minn dan is-settur, tmorru u dduru kull ċentru u taraw kif l-aċċessibilità hija diżastru.", "Sirt naf li ċ-ċentru tal-blind qiegħed fi stat deplorevoli, huwa tal-mistħija u bir-rispett kollu mn'Alla dawn in-nies ma jarawx, għax kieku jaraw l-ambjent li deħlin fih żgur li jirrifjutaw li jidħlu fih.", "Dawn huma affarijiet li jridu jiġu indirizzati qabel ma niġu hawnhekk nippromwovu l-ugwaljanza tal-opportunitajiet.", "Biex tippromwovi l-ugwaljanza u titkellem fuq ugwaljanza trid you get down to the field u tara l-affarijiet fiżikament kif inhuma.", "Jekk idduru l-ATC's taraw problemi ta' aċċessibilità.", "Suppost qed nippromwovu l-inklużjoni, meta dawn għandhom diffikultà biex jidħlu fil-premises.", "Ma nafx jekk qattx sar l-eżerċizju ta' kull spazju li kull persuna tokkupa fl-ATCs.", "Ma tistax persuna bil-wheelchair - li għandha ċertu ngombru - tpoġġiha ma' xi sitta oħra fl-istess kamra.", "Dawn huma affarijiet fiżiċi li jridu jiġu indirizzati.", "Ma nistgħux nikkumbattu d-diskriminazzjoni jekk din qed noħolquha aħna stess.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa fuq iċ-Childcare Subsidy Scheme.", "Iċ-Childcare Subsidy Scheme kienet fil-budget ta' qabel dan li kellna, jekk m'iniex sejra żball, u kont nippretendi li wara sena din mhux se tiġi implimentata imma tissaħħaħ.", "Mhux ġejtu hawnhekk u wara sena nitkellmu fuq iċ-childcare facilities u l-utilità taċ-childcare facilities biex ngħinu lill-mara tipparteċipa fid-dinja tax-xogħol - li hija wkoll proposal tagħkom – imbagħad niġu hawnhekk biex nimplimentaw is-subsidy scheme.", "Suppost qegħdin insaħħuhom dawn l-affarijiet mhux għadna qegħdin nitkellmu fuq implimentazzjoni.", "Qegħdin nitkellmu fuq iċ-changing gender roles.", "Naħseb li l-Kummissjoni għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza kellha input f'dan id-dokument - nispera!", "Ġaladarba qegħdin titkellmu li r-remit tal-NCPE, irrid ngħid li nispera li din se titwessgħa.", "L-istess kont nistenna li jkun hawn rappreżentant tal-NCEP biex forsi jekk ikollna xi domandi naraw kif se jirrisponduna.", "Kemm qegħdin inkunu proattivi għar-rigward ta' family friendly measures?", "L-ewwelnett għandi diffikultà kbira meta għandek il-family friendly measures fis-settur pubbliku u għandek żbilanċ kbir x'ħin jidħol is-settur pubbliku.", "X'qed isir biex wieħed ipoġġi aktar burden fuq l-employers biex dawn jipprovdu dawn il-family friendly measures?", "Għaliex qed ngħid hekk.", "Kullimkien fil-pajjiżi Ewropej hemm dak l-impetus biex ikun hemm anke labelling ta' dawk l-intrapriżi li huma family friendly.", "Dawk li jiġu labelled jew jingħataw recognition instab, li qed jgħinu ħafna fl-inklużjoni tal-mara fid-dinja tax-xogħol speċjalment wara li jkollha t-tfal.", "Aħna x'aħna nagħmlu fuq dan il-livell?", "Apparti minn hekk, id-diskrepanza bejn in-nisa gradwati li qegħdin joħorġu mill-università u l-iżbilanċ tan-nisa li hemm fid-dinja tax-xogħol.", "Aħna nitkellmu fuq il-glass ceiling.", "Fil-fatt it-term li qed jintuża fil-pajjiżi Ewropej iktar milli glass ceiling li l-mara tiffaċċja biex tavvanza qed jużaw dan it-term gluing to the floor għax il-mara tasal sa ċertu punt u minkejja li tkun kwalifikata qed issib diffikultà biex tavvanza.", "X'qed isir biex iktar nisa jkollhom rwol ta' policy makers, ta' decision makers fil-livelli iktar għolja fit-tmexxija tal-pajjiż?", "Ħafna pajjiżi - fosthom pajjiżna - jgħidu li l-livell tad-demokrazija tkejlu bil-mod jew bin-numru skont kemm ikollok nisa in key roles.", "Aħna, bħala pajjiż, x'aħna nagħmlu biex dawn il-key roles ikunu okkupati min-nisa biex ovvjament jirrifletti l-gender balance kif wara kollox għandna fil-liġi u fil-Kostituzzjoni tagħna?", "Għax il-Kostituzzjoni tagħna tgħid u tipprovdi li l-gender equality huwa wieħed mid-drittijiet fundamentali.", "X'qed jiġri u x'inhuma l-pjanijiet tagħkom biex ikollna kollox in place fir-realtà Ewropea?", "Wara kollox intom għandkom id-deadline li tridu tissottomettu dan ir-rapport, u allura tajjeb li jkollna spjegazzjoni għal dan ukoll biex niġu in line mar-rekwiżiti li għandna bżonn.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien se nipprova biex jekk jista' jkun ma nirrepetix anke minħabba l-problema tal-ħin.", "Ma stajtx ma ninnotax riferenza għall-ambjent u l-iżvilupp fil-postijiet urbani u 'l barra mill-postijiet ta' bini.", "Waħda mill-affarijiet li nkwetatni hija li fil-fatt - u ma nafx jekk fir-rapport qabżitx għal xi raġuni jew oħra - kienu ħarġu numru ta' artijiet fuq l-outside development zone biex isir bini fuqhom.", "Qed nara li m'hemmx linja ċara bejn dak li hemm propost fid-dokument u dak li fir-realtà qed jiġri.", "Rigward il-kwestjoni tal-housing.", "Irrid ngħid li waħda mill-affarijiet li tul dawn l-aħħar snin kienet qed tiġri hija, li l-gvern - fejn jidħol social housing - kien jibni bini li kien iktar għax-xiri u ftit li xejn kien hemm housing li kien qed jitla' għall-kiri.", "Fid-dokument hemm li se jinbnew numru ta' postijiet għall-kiri.", "Id-dokument semma' wkoll li se jkun hemm riforma fuq il-kera.", "Se nkun onest magħkom, dak li kien hemm propost fil-white paper ma tantx jiftaħ għaċ-chances li l-kiri jiżdied għax hemm diversi flaws fil-liġijiet Maltin.", "Waħda minnhom hija li xi ħadd, anke wara l-liġi tal-1996, jista' jidħolok f'post ma jħallasx u ma tistax tkeċċih.", "Lil dan trid ittellgħu l-Qorti.", "La dħalt il-Qorti għandek ħames snin, sitt snin sakemm tinqata' l-kawża, mela dan ħallejtu ħames snin, sitt snin joqgħodlok f'post mingħajr ma wieħed jista' jieħu azzjoni ħalli l-inkwilin ikeċċih 'il barra għax mhux qed iħallas.", "Se nagħmel riferenza għal paper li tressqet minni f'isem il-Partit Laburista fejn qed jiġi rakkmandat li lil dak li jkun mhux ittellgħu l-qorti imma jkun hemm board speċifiku li jieħu deċiżjoni f'terminu ta' żmien, ngħidu aħna xahar.", "B'dan il-mod każ simili mhux jintilef mal-kawżi l-oħrajn fil-Qorti.", "Naħseb ikun pass ieħor mhux biss mal-liġi ta' kif se tinbidel minħabba l-white paper, imma li jkun hemm verament azzjoni li min hu s-sid tagħtih ċerta fiduċja li jekk ikun hemm problema l-post se jerġa' jieħdu lura fi żmien relattivament qasir.", "F'dan ir-rapport ma ssemma' xejn dwar dan u qed nagħmel rakkmandazzjoni biex wieħed jara jistax idaħħal dan il-konċett.", "Rigward il-kwestjoni tal-edukazzjoni hemm ħafna riferenzi tajbin u rrid ngħid li dan id-dokument huwa wieħed relattivament tajjeb ħafna.", "Forsi bħalma qalet l-Onor.", "Justyne Caruana huwa replika tal-ieħor, bi kliem jinbidel 'l hemm u 'l hawn biex jinbidel il-mod kif jinqara imma huwa rapport tajjeb bħala prinċipju.", "Jekk twettqux jew hux se jitwettqu l-proposti tiegħu huwa ħaġa oħra.", "Minkejja dan irrid ngħid li ma ssemma' xejn fuq il-qasam edukattiv fl-iktar post fejn għandna problemi.", "Mela qed ngħidu se nagħtu iktar għajnuna fl-Università, se nagħtu iktar għajnuna fejn jidħlu ċerti studenti imma fejn tidħol l-edukazzjoni primarja - fejn ħafna drabi t-tfal li huma illitterati mhux qed jiġu nnotati fil-ħin - ma jissemma xejn fid-dokument kollu.", "Qisu l-qasam primarju ma jeżistix.", "Il-problema tal-illiteriżmu hija hemmhekk u l-illiteriżmu f'pajjiżna huwa l-agħar fost il-membri tal-Unjoni Ewropea.", "Naħseb irridu naraw għaliex, u sfortunatament assolutament il-focus mhux qiegħed fuq il-primarja.", "Jekk tifel trid tibda tilliterah, ibda mill-primarja.", "Billi ttelgħu fis-sekondarja xorta mhux se ġġibu literat, xorta illiterrat jibqa'.", "Hemmhekk għandna problema.", "Il-pensjoni tal-invalidità.", "F'dan il-każ it-tobba qegħdin jaraw mingħajr ma jkun assessjat l-individwu - tajjeb jew ħażin hemm diversi kummenti fuqha – jgħidulek li d-deċiżjoni mhijiex appellabbli u wkoll ma jgħidulekx għalfejn m'għaddejtx.", "Persważ li jekk lill-individwu jgħidulu li ma għaddiex, issib li l-individwu kellu raġun u t-tobba għandhom tort – se nitkellem ċar.", "F'dan kollu hemm nuqqas ta' trasparenza.", "Aħna nippridkaw it-trasparenza però naħseb f'dan ir-rigward hawn flaw kbira fejn tidħol il-kwestjoni tal-pensjoni tal-invalidità.", "Nixtieq issa nagħmel kumment dwar il-Mental Health Act.", "Ir-rapport nazzjonali tas-sena 2006/2008 lanqas hemm għalfejn nagħmel riferenza għalih.", "Fl-1997 twaqqfet il-kummissjoni nazzjonali tal-mard mentali u waħda mill-focuses tagħha kien fuq mental health act ġdida.", "Naf biċ-ċert li lejn l-aħħar tal-1998 kien sar ħafna xogħol bħala Abbozz, però għaddew l-1997, l-1998, l-1999, l-2000, l-2001, l-2002, l-2003, l-2004, l-2005 u kien biss fis-sena 2006 li nsibuh fl-istrateġija għall-ħarsien u inklużjoni soċjali f'dan ir-rapport.", "Fil-fatt jintqal li għaddejja ħidma sabiex jitlesta t-tfassil ta' abbozz ta' liġi dwar is-servizzi tas-saħħa u ieħor dwar is-saħħa mentali.", "Minkejja dan għaddew l-2007 u l-2008, nerġgħu niġu hawn u fir-rapport nerġgħu ngħidu li qegħdin fil-fażi finali ta' dan l-abbozz.", "L-Onor.", "Justyne Caruana semmiet id-diskussjonijiet li kellna hawnhekk f'din il-Kamra.", "Kien hawn persuni min-naħa tal-qasam tal-mard mentali li qed jistaqsu dwar meta ġej ir-rapport u l-abbozz ta' liġi għax xebgħu jistennew.", "Naħseb għandna dritt nistaqsu kemm dwaru kif ukoll dwar l-abbozz ta' liġi dwar is-servizzi tas-saħħa.", "Dawn meta ġejjin?", "Rajnih fis-sena 2006, rajnih fis-sena 2008 u ma nafx kemm-il diskussjoni kellna fid-diskorsi tal-budget li smajt u bqajt nisma' l-istess ħaġa.", "Jekk m'iniex sejjer żball dan l-abbozz ilu jinħema minn qabel l-1996, jiġifieri konna qegħdin nisimgħuh qabel l-1996.", "Minn dakinhar 'l hawn f'kull budget u f'kull diskussjoni għadna nisimgħu dwaru.", "Naħseb li dan il-kumitat għandu dritt ikun jaf meta se titressaq din il-liġi.", "Rigward il-pharmacy of your own choice, kien sar il-ftehim fl-1998 u fis-sena 2007 twettaq ftehim ieħor simili għal dak li kien ġie ffirmat fl-1998 b'xi tibdil żgħir.", "Xorta għad hemm flaws.", "L-ewwelnett, meta se jkun hemm ir-riżorsi umani kollha ħalli jkun jista' jkompli dan il-proġett?", "Safejn naf jien, dan mhux veru waqaf għall-evalwazzjoni.", "Dan waqaf għax min kien qed jieħu ħsieb hemmhekk - anke bħalma qal hu stess - ma felaħx jaħdem b'nuqqas ta' riżorsi umani u ma setax ikompli jespandi dan il-proġett.", "U nistaqsi, meta se jkunu qegħdin hemmhekk ir-riżorsi umani ħalli jitwettaq il-pjan li kien inħema?", "Qabel, ċerti pazjenti kienu jmorru l-berġa u jagħmlu riċetta, iħallu r-riċetta l-berġa mbagħad jerġgħu jmorru jiġbru l-mediċini mill-berġa.", "Issa xorta għandna pazjenti jiġru 'l hemm u 'l hawn.", "Issa għandna pazjenti li jmorru fil-berġa biex jagħmlu r-riċetta, imbagħad imorru l-ispiżerija.", "Filwaqt li l-pharmacy of your own choice hija tajba, naħseb li hemm dawn il-flaws li wieħed forsi jrid jara li jsolvi biex jammeljora u ma jkollniex pazjenti jiġru ma' naħa l-oħra.", "Rigward il-kwestjoni tal-povertà.", "Meta l-inflazzjoni fil-pajjiż hija ogħla mill-medja tal-Unjoni Ewropea imma ż-żidiet fil-pagi huma l-inqas fl-Unjoni Ewropea, b'dan il-mod il-povertà bil-loġika tiżdied jew tonqos?", "Inħalliha f'idejkom.", "Fl-1996 kienet saret riforma taċ-children's allowance u l-income tax.", "Meta saret dik ir-riforma kienu saru inġustizzji kbar ma' ċerti familji.", "Biż-żewġ tibdiliet li saru fiċ-children's allowance u fl-income tax dawn l-inġustizzji għadhom ma ġewx ibaċu għall-inġustizzji kbar li saru fl-1996.", "Jekk per eżempju familja taqla' Lm10,000 u kellha ħamest itfal, wara l-budget kellha toħroġ mill-but iktar minn Lm100, filwaqt li koppja li m'għandhomx tfal marru tajjeb bi Lm800 fl-1996.", "Bit-tibdil kollu li sar fiċ-children's allowance u bit-tibdil kollu li sar fl-income tax għad għandna l-problemi.", "L-inġustizzja li saret fl-1996 għadha ma ssewwietx.", "Meta hu mistenni li forsi jissewwew dawn l-inġustizzji?", "Il-kwistjoni tan-nursing.", "Nixtieq nitkellem ukoll fuq in-nuqqas ta' koperazzjoni bejn l-università u d-Dipartiment tas-Saħħa.", "Id-Dipartiment tas-Saħħa jokrob għall-infermiera u l-Università donnha għandha xi forma ta' numerus clausus.", "Qed ngħid hekk għax applikaw ħafna studenti biex jidħlu għall-kors ta' l-infermiera u tħallew barra għax qalulhom li ma kienx hemm post għalihom.", "Dan meta hemm għatx kbir għalihom u meta d-Dipartiment tas-Saħħa qed jgħid - u qrajna fid-dokument stess - li qed jevalwa l-possibilità li jġib nurses barranin.", "Jekk f'dan il-pajjiż hemm bżonn l-infermiera u d-Dipartiment tas-Saħħa għandu ċertu problemi u għandu bżonn ir-riżorsi umani, l-università kif timblokkalek id-dħul ta' studenti li minn rajhom iridu jidħlu?", "Issa dawn iridu jidħlu meta l-allowances li jingħataw lill-istudenti li jidħlu għal kors tan-nurses, f'ħafna każi naqsu u m'għadhomx l-istess kif kienu, bħala inċentiv.", "Imma l-Università dehrilhom li għandhom jiġu jaqgħu u jqumu mill-bżonnijiet tad-Dipartiment tas-Saħħa u dan meta nafu li ħafna mill-espansjoni fid-Dipartiment tas-Saħħa tista' ssir mir-riżorsi umani li l-Università timblokka.", "Dan huwa ġenn.", "Ma nafx x'inhuma l-kummenti tagħkom, imma għalija dan huwa ġenn.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll rigward il-kwestjoni tas-single parents.", "Qed ngħidu li qed jittieħdu azzjonijiet kontra min jabbuża mill-pensjoni ta' l-invadilità u naqqasna n-numru ta' dawk li joħorġu b'din il-pensjoni.", "Issa ferħanin u nċapċpu jdejna għalkemm hemm ħafna nies li daħħalnihom fil-qasam tal-povertà għax waħħalnihom hemmhekk, għax dawn verament mà jistgħux imorru jaħdmu.", "Imbagħad mill-banda l-oħra minn risposta parlamentari ħareġ li 20% tat-twelidijiet f'Malta ikunu ta' single parents jiġifieri - jekk sejjer żball ikkoreġuni - f'15-il xahar kien hemm xi elf u xi ħaġa twelidijiet minn single parents.", "Jien nistaqsi kemm jitwieldu f'sena?", "Aħdmu l-perċentaġġi.", "Jien ikkalkolajt 20% u qed inkun verament konservattiv.", "Fil-fatt il-perċentaġġ huwa ħafna ikbar.", "Jien nistaqsi x'qed isir biex wara kollox naraw jekk dawn humiex verament single parents, anke għall-ġid u l-benefiċċju tat-tfal infushom.", "Ma fiha xejn ħażin li persuna tittimbra tifel jew tifla li għandu ommu imma ma jafx min hu missieru, imma jekk hemm min qed jagħmel hekk għall-kapriċċ, biex jieħu l-benefiċċju soċjali, naħseb li din il-ħaġa hemm bżonn tiġi tackled verament bis-serjetà.", "Naħseb li fl-Unjoni Ewropea, Malta hija waħda fost l-agħar fejn jidħlu t-twelidijiet minn single parents.", "Rigward il-kwestjoni ta' l-unemployment bħalma qal il-kollega tiegħi l-Onor Anthony Zammit għandna l-kwestjoni tan-nies li jmorru jirreġistraw imbagħad imorru jaħdmu.", "Barra minn dan għandna r-realtà ta' l-unemployment f'pajjiżna – u ma nafx jekk x'sarx studju fuq dan – li n-numru ta' nisa jaħdmu fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea huwa ħafna aktar min-numru tan-nisa li jaħdmu hawn Malta.", "Mela għandna ammont ta' nisa li mhux qed jidħlu fil-market.", "Issa li kieku dawn jidħlu fil-market u kollha jmorru jirreġistraw għax ma jsibux xogħol, niġu fl-istess livell ta' ammont ta' nisa li hemm jaħdmu fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?", "Ejja nieħdu l-average?", "Allura l-unemployment rate tagħna kif ivarja għax għandna ħafna nisa li mhumiex jidħlu fil-market tax-xogħol?", "Ma nafx jekk qattx sar dan it-tip ta' studju.", "Naħseb li tajjeb li wieħed jagħmel daqsxejn riflessjoni fuqha.", "Id-djar ta' l-anzjani.", "L-Onor.", "Anthony Zammit semma l-kwistjoni ta' familja anzjana li qegħda f'dar.", "Insibu li hemm waiting list relattivament twila rigward dħul fid-Djar ta' l-Anzjani tal-Gvern.", "Ħafna mill-persuni jispiċċaw imorru fid-djar ta' l-anzjani tal-Knisja u tal-privat għax verament ma jistgħux jagħmlu mod ieħor.", "U dawn ma jaqgħux fis-settur tal-povertà għax dak li kienu ġemmgħu matul ħajjithom qegħdin jonfquh kollu, għax barra l-pensjoni tagħhom, ikollhom bilfors iżidu biex ikunu jistgħu jħallsu biex joqgħodu f'dawn il-postijiet.", "Naħseb li worth it li issir evalwazzjoni dwar dan.", "Barra minn hekk irrid ngħid li f'ċertu każi naħseb li ċerti provvisti jew servizzi forsi huma aħjar f'dawn id-djar privati minn dawk tal-gvern waqt li ċerti affarijiet oħra li qed jipprovdi l-gvern huma ħafna aħjar minn dak li qed jiġu provduti minn dawn id-djar, għalkemm l-individwu qed ikollu jħallas ħafna u ħafna aktar biex joqgħod fihom.", "Naħseb li hemm bżonn issir evalwazzjoni għax l-affarijiet qed jaħarbu minn taħt idejna.", "Price monitoring tal-mediċina.", "Il-prezzijiet tal-mediċini f'Malta huma ogħla mill-average ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mill-banda l-oħra l-pagi f'Malta bħala average huma 60% ta' l-average ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mela meta bħala medja, l-pagi ta' Malta huma 60% tal-pagi tal-Unjoni Ewropea, u l-mediċini huma ogħla mill-medja tal-Unjoni Ewropea, x'inhi r-raġuni għal dan l-għoli u x'azzjoni qed tittieħed?", "Mhux billi nsibu ftit mediċini u nnaqsuhom fil-prezz.", "Il-price monitoring ma' liema pajjiżi qegħdin inqabbluhom, mal-pajjiżi l-aktar li għandhom prezzijiet għoljin jew ma' pajjiżi li għandhom prezzijiet relattivament irħas?", "Issemma wkoll l-użu aħjar tat-teatri.", "Il-kollega tiegħi l-Onor Anthony Zammit staqsa dwar riżorsi umani għat-teatri.", "Din hija l-istess problema ta' l-Università li semmejt qabel.", "Imma ejja ngħidu li kieku vera jkollna r-riżorsi umani għax inġibu lis-staff mill-qamar, u jibdew jitħaddmu t-teatri kollha, xorta se jibqa jkollna problema ta' sodod li jkunu okkupati l-ħin kollu u l-pazjenti xorta jintbagħtu d-dar qabel ikun għaddielhom verament u qabel ma jieħdu l-kura kollha li jkollhom bżonn.", "Issa aħna f'Malta għandna waħda mill-inqas perijodu taż-żmien li pazjent joqgħod fi sptar jiġifieri diġà qegħdin l-inqas u qed nkomplu nnaqsuh billi l-pazjenti nibgħatuhom qabel.", "Dan meta għandna Primary Healthcare li mhijiex adekwata biex tilqa' bħala xibka.", "F'pajjiżi oħrajn għandhom Primary Healthcare li hija soda ħafna.", "Hawn Malta jekk mhux is-settur privat, ma tantx għandna sodda soda.", "Issa jekk se nżidu jew it-teatri kollha jkunu jiffunzjonaw, is-sodod se nikkampjawhom x'imkien?", "Rigward il-kwistjoni tan-nurses barranin, naħseb il-problema mhux tan-nurses biss.", "Naħseb għandna problema wkoll ta' tobba.", "Għandna problema ta' onkoloġisti.", "Għandna problema ta' anestetisti.", "Għandna problema ta' radjoloġisti.", "Jekk nibqa' sejjer għandna problema ta' pediatricians u għandna problema ta' dentisti.", "Kemm telqu dentisti u pediatricians minkejja anke l-ftehim li sar mat-tobba?", "Naqset ir-rata ta' tluq imma sfortunatament il-brain drain għadha għaddejja.", "Mr. Chairman, jiena se nieqaf fuq il-kwestjoni ta' IT.", "X'prekawzjonijiet qegħdin jieħdu d-dipartimenti b'mod speċjali ta' l-isptar biex li dak li ġara fil-MITTS ma jiġrix fl-isptar?", "Qed inkun serju ħafna fuq din biex dak li ġara fil-MITTS ma jiġrix hawnhekk.", "Il-hacking tal-MITTS ma ġarax meta ndunaw bih imma kien ilu jiġri żmien twil.", "Jien fi Frar li għadda kont ġejt hacked u ndunajt imma ma rrealizzajtx x'kien qed jiġri.", "Illum il-ġurnata għajnejja nfetħu aktar dwar x'kien qed jiġri.", "X'inhu jiġri fl-IT tal-isptar biex ma jiġux hacked affarijiet mill-aktar personali?", "Jekk jiġri hekk inkunu qegħdin f'sitwazzjoni gravi ħafna u nittama li f'dan il-qasam hemm il-prekawzjonjiet kollha u ma jkunx hemm shortcomings bħal ma sar fil-MITTS, fejn kellhom is-sistemi u m'użawhomx.", "Nistaqsi jekk fis-settur tas-saħħa hux qed jużaw dawn is-sistemi.", "Grazzi.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Justyne Caruana tixtieq iżżid xi ħaġa.", "ONOR JUSTYNE CARUANA: F'paġna 61 qed nitkellmu fuq il-breast screening programme.", "Jiena mhux tabib imma hemm xi raġuni għalfejn in-nisa għandhom ikunu minn 50 sa 59 sena biss u over a three year period biss u mhux qabel jew wara dawn l-etajiet?", "THE CHAIRMAN: Se nagħmel ftit mistoqsijiet qosra imbagħad niddeċiedu kif nagħmlu minħabba t-tweġibiet.", "L-ewwel ħaġa jien dejjem laqatni l-fatt - anke mill-esperjenza li kelli qabel din il-leġislatura - li aħna fil-formulazzjoni ta' rapporti nipprovaw nirrispondi u noffru informazzjoni lill-Unjoni Ewropea.", "Kont ninduna li ħafna drabi min kien ikun qed jagħti l-informazzjoni, ma jkunx qed jifhem eżattament x'qed tkun il-mistoqsija ta' 'l-eżaminatur tagħna' mill-Commission li jkun se jara r-rapport.", "Dan kien jiġri fil-bidu fil-bidu però issa qed nara li qed ikun hemm progress.", "Kemm aħna kapaċi nifhmu x'inhi l-mentalità ta' min qed jistaqsina mill-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea?", "Dan qed nistaqsih għax jien persważ li f'ħafna setturi, pajjiżna huwa ferm aħjar milli fil-fatt qed jiġi mkejjel li hu.", "Fil-ħajja naraw li aħna bħala pajjiż qegħdin ħafna 'l quddiem f'ċerti setturi minn pajjiżi oħrajn però l-metodu tagħna kif inkejlu dak il-proġress, jew għadna m'għadniex kejl adekwat jew inkella għadna m'aħniex qed nifhmu min qed jistaqsina fir-realtà x'qed jistaqsina u x'iridna nirrispondu.", "Naħseb li ħafna drabi l-metodu ta' kif nirrispondu, qed jitfa' l-kalkolu ta' pajjiżna mhux daqshekk 'il fuq fil-Lisbon aġenda.", "Meta qed tifformulaw dawn ir-rapporti, intom bħala Ministeru qegħdin tifhmu sewwa x'inhu jistenna eżatt minna min qed jistqasina?", "Rigward il-faqar.", "Qed issir ħidma, biex jiġu identifikati familji foqra u allura fejn hemm pattern ta' faqar dan ikun jista' jitwaqqaf?", "Qed nistaqsi dan għax qed ikun hawn min jgħidilna li ħafna drabi l-faqar jintiret bħala stil ta' ħajja, bħalma jintiret fil-pożittiv stil ta' ħajja oħra.", "Għaldaqstant biex innaqqsu r-riskju tal-faqar, id-dipartimenti konċernati qegħdin jagħmlu selection exercise fejn personalment imorru biex nkunu nafu fejn verament qiegħed ir-riskju tal-faqar?", "Naħseb li nista' nagħmel l-istess mistoqsija rigward l-assenteiżmu tal-istudenti mill-iskejjel.", "Qed isir eżerċizzju biex inkunu nafu min huma l-istudenti li qegħdin jirrikorru għall-assenteiżmu mill-iskola - u kif qal xi ħadd minn sħabi – anke minn primary level?", "Ħafna drabi dawn jintbagħtu jaħdmu fin-negozju tal-familja però jekk dan ma jkunx il-każ naraw ir-raġuni għalfejn ikun hemm dan l-assenteiżmu meta fil-fatt dan ma jinħassx daqshekk soċjalment.", "Irrid ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-prezzijiet tal-mediċini.", "Bil-ħidma li qed ssir, nistgħu ngħidu li hemm xi stabbiltà fil-prezzijiet jew inkella li l-prezzijiet qegħdin jonqsu?", "Jien nifhem il-mistoqsija li qed jistaqsi l-Onor.", "Michael Farrugia minħabba l-esperjenza li għandi mil-lat kummerċjali.", "Però meta intom tagħmlu l-analiżi tagħkom fir-rigward tal-istruttura ta' kif jinxtraw u jinbiegħu l-mediċini, x'ġejjieni qed taraw rigward il-prezzijiet tal-mediċini f'pajjiżna?", "F'paġna 8 qed tgħidu li ħafna drabi l-għaqdiet tal-volontarjat f'pajjiżna kienu meħudin mill-għaqdiet tal-Knisja.", "Allura jekk ċerti għaqdiet tal-volontarjat immexxijin mill-Knisja jibdew jonqsu, qed ikollna ħidma biex għaqdiet oħra jieħdu posthom?", "Per eżempju f'Għawdex jien naf li kemm ilha li għalqet Lourdes Home, hemm vojt ta' dak is-servizz.", "Kieku għall-argument kellu jagħlaq il-Crèche, dawk it-trabi minn se jieħu ħsiebhom?", "Qed nagħmel din ir-rimarka biex sempliċement wieħed jibda jaħseb għaliex hemm dak l-element ta' kumment fuq il-volontarjat.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll rigward l-employment.", "F'Malta qed ikollna żieda fl-employment però fl-istess ħin xorta għandna nuqqas ta' nisa li jaħdmu u ta' nies li għandhom 'il fuq minn 60 sena.", "Naf li l-problema qed tiġi indirizzata u allura forsi nibdew naraw iżjed riżultati pożittivi.", "Però jien nixtieq nagħmel din ir-rimarka.", "Kif għandna żieda fl-employment u fl-istess ħin nibqgħu nidhru li għandna ċerti challenges rigward dan il-qasam?", "Hemm ukoll il-Primary Health Care.", "Nafu li sar avvanz kbir fl-investiment tal-isptarijiet però x'inhu l-ġejjieni fil-primary health care?", "Hawn riferenza wkoll għall-entrepreneurship u kellna wkoll social corporate responsibility.", "Fid-dipartiment tagħkom min qed jieħu ħsieb li jara li s-social corporate responsibility tingħata importanza wkoll f'dan ir-rigward?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija kemm fir-rigward ta' dan ir-rapport kif ukoll għax nixtieq li ninvolvu lilna nfusna f'diskussjoni f'dan il-pajjiż lejn iżjed social market economy.", "Per eżempju, qegħdin jonqsu il-waiting lists?", "Tistgħu tagħtuna informazzjoni dwar progress f'dan ir-rigward?", "Imbagħad hemm sfida partikolari oħra.", "F'pajjiżna rridu li n-nisa joħorġu jaħdmu aktar.", "Issa jien ħafna drabi nsib odjużi ħafna s-sitwazzjonijiet ta' Malta ma' sitwazzjonijiet ta' pajjiżi barranin meta nipprovaw nagħmlu like with like.", "Naħseb li hawnhekk niġu ftit żvantaġġjati f'dik li hija statistika imma fir-realtà qegħdin ħafna aħjar minn pajjiżi oħrajn.", "F'pajjiżi oħrajn il-mara hija mitluba biex tmur taħdem però f'Malta l-mara tidher li qed taħdem daqs pajjiżi oħrajn.", "Jien naħseb li f'Malta n-nisa qegħdin jaħdmu ferm aktar minn dak li jidher fl-istatistika.", "Ma nafx jekk qattx sarx stħarriġ dwar dan.", "Jiġifieri meta tara l-istatus tal-mara fis-soċjetà Maltija - skond l-istat edukattiv tagħha, skond kemm għandna nisa, skond l-etajiet u jekk għandhiex tfal - x'inhi r-realtà tal-mara fil-qasam tax-xogħol?", "Qabel nagħlaq għax fid-21.20 p.m. se nieħdu l-vot irrid ngħid li fil-każ, il-ġimgħa d-dieħla jkollna session fejn intom tagħtuna t-tweġibiet fid-dettall u ma nagħmlux mistoqsijiet aħna però fl-aħħar ikun hemm ħin għar-rimarka ta' kull kelliemi min-naħa tagħna.", "X'inhuma d-deadlines tagħkom rigward dan ir-rapport?", "Dr Natasha Azzopardi Muscat.", "DR NATASHA AZZOPARDI MUSCAT: Aħna nirringrazzjawkom tal-kummenti u mistoqsijiet li għamiltu u aħna nagħmlu l-almu tagħna biex nirrisponduhom.", "Jien ninsab inkwetata minħabba l-fatt li d-deadline skadiet.", "Però aħna bl-ebda mod ma nixtiequ naqtgħu d-diskussjoni fil-qasir.", "Jien nissuġġerixxi li aħna nkomplu bid-diskussjoni u fl-istess ħin jiġu rispettati d-deadlines li għandna aħna.", "Jien qed nifhem li m'hemmx oġġezzjoni għal xi kontenut fir-rapport.", "Jekk m'hemmx oġġezzjoni nitlob il-permess tal-Kumitat biex għada nkun nista' mmexxi r-rapport għall-clearances li jkollna ngħaddu ħalli sal-aħħar tal-ġimgħa nkunu lħaqna d-deadline li għandna mal-Kummissjoni.", "Minn naħa l-oħra l-ġimgħa d-dieħla bil-qalb kollha naraw ikunx hemm data tajba għalikom ħalli nerġgħu niltaqgħu biex nagħtukom it-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet li ħadna nota tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Jien personalment ma nsib l-ebda oġġezzjoni li napprova dan ir-rapport u naħseb li nistgħu napprovawh fuq il-proposta tiegħek bil-kondizzjoni li l-ġimgħa d-dieħla nsibu opportunità fejn ikollna d-diskussjoni.", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien nixtieq nagħmel kumment żgħir wieħed biss.", "Min-naħa tagħna se jkun hemm approvazzjoni favur dan ir-rapport imma aħna li xtaqna nagħmlu hu li l-kummenti tagħna għandhom ikunu rrapportati, imneżżlin u jkunu ċari li filwaqt li aħna ma nistgħux inkunu kontra affarijiet li jkunu mniżżlin hawnhekk, min-naħa l-oħra nemmnu li għandna nagħmlu l-kummenti u dawn ikunu reġistrati u mhux għaddew qishom xejn.", "THE CHAIRMAN: Mela nistgħu nikkonkludu l-laqgħa tal-lum.", "Intom għandkom ir-rapport approvat nem.con. min-naħa tagħna u din qed nagħmilha uffiċjali għall-Minuti.", "Però qed nagħmel uffiċjali wkoll għall-Minuti li l-kontinwazjoni ta' din id-diskussjoni tkompli second week from this week, f'ġurnata li tiġi mogħtija lil dawn l-esperti fejn ikollna appuntament magħkom, intom tieħdu l-ħin kollu biex tirrispondu u tispjegaw u fl-aħħar nofs siegħa jew tliet kwarti tal-laqgħa jkun hemm ħin fejn kull membru ta' din il-Kamra jkollu l-opportunità li jgħaddi l-kummenti tiegħu u dawk il-kummenti jkunu mniżżla fir-rapport.", "ONOR MICHAEL FARRUGIA: Ħalli nagħmel kumment żgħir.", "Għaddew nem. con. kummenti li se nkunu qed inressqu aħna fil-laqgħa li ġejja.", "THE CHAIRMAN: Iva, hekk qed ngħid.", "DR NATASHA AZZOPARDI MUSCAT: Il-kummenti mhux se jidhru fir-rapport li se jiġi ppubblikat.", "THE CHAIRMAN: Le, dak ir-rapport se jiġi ppubblikat kif inhu.", "Fid-9:20 p.m. id-diskussjoni kienet interrota u l-Kumitat aġġorna għal għada l-Erbgħa 22 ta' Ottubru, 2008."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081021_005d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 5", "It-Tlieta, 21 ta' Ottubru, 2008", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.34 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Justyne Caruana, l-Onor Michael Farrugia, l-Onor Michael Gonzi u l-Onor Anthony Zammit (sostitut).", "Is-Sur James Carabott, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali fil-Kamra tad-Deputati attenda għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr 4 li saret nhar it-Tnejn 20 ta' Ottubru 2008 ġew konfermati.", "Il-President tal-Kumitat avża lill-membri li fil-laqgħa li jmiss għandha tittieħed deċizjoni dwar id-dati ta' l-Outreach Programmes li hemm skedati għal ġimgħat li ġejjin.", "DISKUSSJONI FUQ IN-NATIONAL REPORT ON STRATEGIES FOR SOCIAL PROTECTION AND SOCIAL INCLUSION 2008 - 2010", "Il-Kumitat irriżuma d-diskussjoni fuq dan is-suġġett mit-Tnejn l-20 ta' Ottubru, 2008.", "Matul din il-laqgħa, il-membri tal-Kumitat iddiskutew u poġġew il-mistoqsijiet tagħhom dwar in-National Report on Strategies for Social Protection and Social Inclusion 2008 – 2010 lill-uffiċjali mill-Ministeru tal-Politika Soċjali preżenti.", "Il-President tal-Kumitat informa lill-membri li din id-diskussjoni se tkompli f'data li tiġi kkomunikata iktar tard.", "F'dik il-laqgħa, l-uffiċjali mill-Ministeru tal-Politika Soċjali jagħtu s-spjegazzjonijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet li tpoġġew mill-membri fuq dan ir-rapport.", "Fl-aħħar tal-laqgħa, il-membri tal-Kumitat ikollhom l-opportunità li jgħaddu l-kummenti tiegħi, li jiġu rreġistrati fir-rapport tal-Kumitat.", "Fid-9:20 p.m. id-diskussjoni kienet interrota u l-Kumitat aġġorna għal għada l-Erbgħa 22 ta' Ottubru, 2008.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081021_005m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 5", "L-Erbgħa, 22 ta' Ottubru 2008 fis-6.30 p.m.", "L-Onor.", "Michael Frendo, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 22 ta' Ottubru 2008 fis-6.30 p.m fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Il-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew li ltaqa' fi Brussell fil-15 u fis-16 ta' Ottubru 2008;", "L-inizjattiva ta' Malta għal djalogu bejn l-Unjoni Ewropea u l-Lega Għarbija u l-iżviluppi li qegħdin iseħħu dwarha; u", "L-iżviluppi fil-konflitt bejn il-Ġeorġja u l-Federazzjoni Russa."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081022_005a_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 22 ta' Ottubru 2008.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.50 p.m.", "L-Onor Michael Frendo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor Francis Agius, l-Onor Charlo' Bonnici, l-Onor Leo Brincat, l-Onor Beppe Fenech Adami u l-Onor George Vella.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 4 li saret fis-6 ta' Ottubru 2008 kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumitat talab il-permess sabiex cameraman ta' NET TV ikun jista' jieħu filmat tal-ewwel parti tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "IL-KONKLUŻJONIJIET TAL-PRESIDENZA TAL-KUNSILL EWROPEW LI ILTAQA' FI BRUSSELL FIL-15 U FIS-16 TA' OTTUBRU 2008", "L-INIZJATTIVA TA' MALTA GĦAL DJALOGU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-LEGA GĦARBIJA U L-IŻVILUPPI LI QEGĦDIN ISEĦĦU DWARHA", "L-IŻVILUPPI FIL-KONFLITT BEJN IL-ĠEORĠJA U L-FEDERAZZJONI RUSSA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin għamel preżentazzjoni fuq dawn it-tlett temi u wara kien hemm diskussjoni dwarhom.", "Fit-8.06 p.m. il-Kumitat aġġorna għat-Tnejn10 ta' Novembru fl-4.45 p.m. b'din l-aġenda:-", "Laqgħa mas-Senatur Lamberto Dini, President tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Emigrazzjoni tas-Senat Taljan.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081022_005m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 6", "L-Erbgħa, 22 ta' Ottubru, 2008", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 22 ta' Ottubru, 2008 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "X'qed ikun l-effett tal-Vjolenza Domestika fuq it-Tfal u l-Ġenituri.", "Diskussjoni ma' Dr Marceline Naudi (Chairperson tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika), Ms Maryanne Gauci (Service Manager APPOĠĠ) u Ms Yvonne Mallia (Operations Director APPOĠĠ).", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081022_006a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 6", "L-Erbgħa, 22 ta' Ottubru, 2008", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 6", "L-Erbgħa, 22 ta' Ottubru, 2008", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.32 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 5 li saret fil-21 ta' Ottubru, 2008 ġew konfermati.", "The CHAIRMAN: Qabel ma nibdew, nixtieq nitlob il-permess ta' din il-Kamra biex il-membri ta' l-istampa ikunu jistgħu jiffilmjaw.", "Hawn oġġezzjoni?", "(Membri: Le) Jekk m'hawnx oġġezzjoni nitlobhom li jidħlu.", "Nagħtikom merħba u nirringrazzjakom talli lqajtu l-istedina tagħna biex niddiskutu suġġett ieħor mill-Pjan ta' ħidma tagħna.", "Kif tafu s-suġġett prinċipali huwa l-Familja u f'dan il-kontest illejla se nkunu qegħdin niddiskutu l-Vjolenza Domestika.", "Però qabel ma nibdew id-diskussjoni, xtaqt nagħti xi avviżi.", "Wara l-laqgħa tal-bieraħ fejn ġie diskuss in-National Strategic Report, se tintbagħat ittra lill-Ministru John Dalli f'dan ir-rigward.", "Għal formalità ippermettuli naqraha: \"Qed nirreferi għall-ittra tiegħek datata t-2 ta' Ottubru 2008, fejn inti ġentilment stedint lill-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali sabiex jagħti l-veduti u l-opinjoni fuq ir-rapport imsemmi hawn fuq.\"", "Hawnhekk qegħdin nirreferu għan-National Strategic Report on Social Protection and Social Inclusion 2008 - 2010.", "\"Bi pjaċir ninfurmak li l-Membri tal-Kumitat qablu unanimament mal-kontenut ta' dan ir-rapport.", "Barra minn hekk ġie deċiż li filwaqt li r-rapport għandu jimxi mal-iskadenzi mitluba mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kumitat se jerġa' jiltaqa' għal darb'oħra mal-awturi tad-dokument ħalli jkunu jistgħu jwieġbu l-mistoqsijiet tal-Membri.", "B'hekk il-Kumitat ser ikun iltaqa' tliet darbiet mal-awturi tad-dokument u wara jinħareġ rapport bil-konklużjonijiet għal konsiderazzjoni tiegħek.", "Inselli għalik.\"", "U ffirmata minnhi bħala President tal-Kumitat.", "Nifhem li m'hawnx oġġezzjoni biex tintbagħat din l-ittra.", "Nixtieq ninforma ukoll lill-Membri tal-Kumitat dwar Stqarrija għall-Istampa intitolata \"Sejħa pubblika għal dawk li għandhom riċerka lokali dwar l-effetti tal-media fuq il-familja Maltija.\"", "Din l-informazzjoni qed ngħidha sempliċiment biex jekk tarawha fil-gazzetti tkunu tafu biha.", "Wara laqgħa pubblika li kienet saret fil-15 ta' Ottubru 2008 fil-Kamra tal-Kumitati tal-Parlament Malti mal-esperti dwar il-media u l-familja, il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ġibed l-attenzjoni li jinħass il-bżonn ta' iktar riċerka lokali fuq dan is-suġġett.", "Jidher li din il-laqgħa qanqlet interess u l-Kumitat ġie avviċinat minn diversi riċerkaturi li għamlu studju fuq l-effetti tal-media fuq il-familji jew is-soċjetà Maltija.", "Dan ġie nnotat bi pjaċir u għaldaqstant il-Kumitat qed isejjaħ lil dawk il-persuni li għamlu xi tip ta' riċerka fuq dan is-suġġett sabiex jagħmlu kuntatt mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali huwa lest li janalizza din ir-riċerka u jara li tista' ssir iktar kollaborazzjoni fil-futur qarib għal ġid tas-soċjetà Maltija.", "Se nħalli barra d-deċiżjonijiet dwar laqgħat għall-futur għal meta jkun hawn iktar minn sħabna.", "Però naħseb li l-aħjar ħin għall-outreach programme għandu jkun fis-1.30 p.m. Naħseb hawn qbil ma' kulħadd.", "'Il quddiem nitkellmu wkoll - forsi llum stess qabel ma nispiċċaw - fuq id-dokument tan-Knowledge Economy.", "X'qed ikun l-effett tal-Vjolenza Domestika fuq it-tfal u l-Ġenituri.", "Ngħaddu minnufih għal preżentazzjoni tal-lum.", "It-titlu tas-suġġett tal-lum huwa \"X'qed ikun l-effett tal-vjolenza domestika fuq it-tfal u l-ġenituri.\"", "Biex jieħdu sehem f'din id-diskussjoni nilqa' lil Dr Marceline Naudi, Chairperson tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika, Ms Maryanne Gauci, Service Manager fl-Appoġġ u Ms Yvonne Mallia Operations Director fl-Appoġġ.", "Niġbed l-attenzjoni biex inkunu iżjed iffokati fuq il-messaġġ li rridu nwasslu u l-ħsieb aħħari għal xiex qegħdin norganizzaw din il-laqgħa.", "L-objettiv ta' dawn il-laqgħat fil-Pjan ta' Ħidma huwa ċar.", "Però se nieħu l-briga biex fi ftit kliem nagħti spjegazzjoni tal-objettivi ta' dawn il-laqgħat.", "Nifhem li hemm tnejn.", "Waħda hi li nagħtu opportunità lil min hu konness f'dawn is-suġġetti biex iwassal leħnu magħna u anke mal-eżekuttiv tal-Gvern.", "Mela intom tgħaddu l-messaġġ tagħkom lil eżekuttiv – il-Gvern - li allura jservi ta' opportunità oħra biex il-preokkupazzjonijiet u l-weġgħat tagħkom u l-weġgħat tas-soċjetà jinstemgħu, u b'hekk l-eżekuttiv joqrob iktar lejkom u jkun iktar sensitiv li jwieġeb sabiex il-ħidma tagħkom tkun iktar faċilitata.", "Però nixtieq ukoll li minn hawnhekk inkellmu lis-soċjetà Maltija.", "Mhux għax qegħdin il-Parlament qegħdin nitkellmu one way mal-eżekuttiv.", "Ħudu l-briga intom li tibagħtu messaġġi lis-soċjetà Maltija.", "Aħna bħala Kumitat nieħdu wkoll l-inkarigu li l-għada tal-laqgħat nibgħatu Press Release fuq is-suġġett li jkun ġie diskuss, biex niffaċilitaw it-tqassim tal-informazzjoni anke lil ġurnalisti li ma jkunux preżenti għal-laqgħat.", "Nixtiequ li daqskemm aħna nagħtu importanza lill-messaġġ li intom twasslu lill-eżekuttiv, daqshekk ieħor dan il-messaġġ jasal għand is-soċjetà in ġenerali.", "Apparti minn hekk laqgħa bħal din tkun mezz ta' tagħlim, mezz edukattiv u mezz li fiha nixprunaw lis-soċjetà tagħna biex tkun iktar sensittiva.", "U aħna, l-politiċi li qegħdin hawnhekk, niffaċilitaw il-ħidma tagħkom u nkunu nistgħu ngħinu biex il-messaġġ tagħkom bħala esperti jasal.", "Għaldaqstant nistedinkom li tibdew.", "Bħala proċedura tal-laqgħa, l-ewwel għandkom il-ħin f'idejkom għall-preżentazzjoni, imbagħad wara jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet min-naħa tal-Membri ta' dan il-Kumitat.", "Wara li tirrispondu jekk ikun fadal ħin, il-membri jkunu jistgħu jerġgħu jagħmlu r-rimarki sad-9.00 p.m. u nikkonkludu.", "Jekk minn naħa l-oħra jekk xi persuni li qegħdin fl-udjenza jkunu jixtiequ jintervjenu, jagħmluli sinjal waqt il-ħin tal-kummenti u tiddejqu xejn tagħmlu r-rimarki tagħkom.", "U hawnhekk nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lil dawk preżenti li ġew biex isegwu din il-laqgħa.", "Nawgura li l-ħidma ta' din il-laqgħa tkun ta' għajnuna lis-soċjetà tagħna.", "DR MARCELINE NAUDI (Chairperson tal-Kummissjoni għal Vjolenza Domestika): Mr Chairman, se nibda l-presentation tiegħi billi ngħid xi ħaġa fuq il-Kummissjoni.", "Imbagħad wara nitkellem dwar il-blueprint tal-Council of Europe.", "Il-Council of Europe ħarġu blueprint biex niġġieldu l-vjolenza kontra n-nisa inkluż il-vjolenza domestika.", "Aħna bħala Kummissjoni rajna l-punti li fih u fiex aħna qegħdin hawn Malta.", "Naraw fejn l-affarijiet sejrin tajjeb u fejn hemm bżonn ....", "The CHAIRMAN: Kemm nagħmel rimarka żgħira.", "Filwaqt li se titkellmu fuq il-ħidma tagħkom, tiddejqux issemmu l-esperjenzi personali tagħkom.", "Aħna ġejna hawn mhux bl-intenzjoni li niddiskutu r-Rapport tal-Ħidma tagħkom, imma biex niddiskutu x'inhi s-sitwazzjoni tal-vjolenza domestika f'pajjiżna.", "Allura go beyond minn dak li nkiteb fir-rapport.", "Kopja tar-rapport diġà tqassmet lill-Membri tal-Kumitat jiġifieri x'hemm fir-rapport nikkonsidrah bħala taken as read għalkemm min irid xorta jista' jistaqsi fuqu.", "DR MARCELINE NAUDI: Mela l-Kummissjoni għal Vjolenza Domestika ġiet stabbilita meta ħarġet il-liġi fl-2006 u r-rwol prinċipali tal-Kummissjoni huwa dak li nagħtu pariri f'kull aspett tal-vjolenza domestika lill-Ministru responsabbli għas-Social Policy.", "Ħaġa importanti wkoll hija d-definizzjoni skont il-liġi tal-vjolenza domestika.", "Din tgħid:", "u fil-liġi hemm lista sħiħa ta' xi tfisser household member.", "Din tista' tfisser nies miżżewġin, separati, divorzjati, annullati - għax dawk jibqgħu household members alavolja wieħed jgħix x'imkien u l-ieħor jgħix x'imkien ieħor - nies għarajjes, nies li kienu għarajjes u nies li qatt ma kienu għarajjes però kellhom it-tfal flimkien.", "Din hija wkoll importanti, speċjalment għal pubbliku, għax ħafna drabi meta n-nies jisimgħu fuq vjolenza domestika jaħsbu li hija bejn nies miżżewġa.", "Naturalment huma inklużi però kif rajtu hemm ħafna iktar nies li jaqgħu taħt din id-definizzjoni.", "Id-definizzjoni tinkludi wkoll mhux biss atti li huma kommessi imma anke omissions, affarijiet li ma jsirux.", "Bħala natura, l-vjolenza domestika tista' tkun kemm fiżika, verbali u anke morali.", "Id-definizzjoni ta' Domestic Violence tal-Council of Europe, hija ftit iktar speċifika.", "Għax billi ngħidu physical jew emotional violence n-nies forsi ma jifhmux 100% x'inhi.", "Id-definizzjoni tgħid li", "- jiġifieri anke jekk ma tagħmilx ħsara però aktarx se ssir ħsara jew tista' tagħmel ħsara –", "- jiġifieri nafu li għandna rġiel li n-nisa tagħhom iżommuhom u jsakkruhom id-dar.", "Niftakar każ, ilu ftit, imma kien impressjonanti ħafna.", "Meta kellna t-telephones bid-dial, ir-raġel kien ineħħi d-dial u jsakkar lil martu ġewwa biex la tkun tista iċċempel u qas titlaq mid-dar jiġifieri dik hija \"arbitrary deprivation of liberty - \"…", "Jaf ikollna xi traditional practices li huma harmful għan-nisa.", "U forced marriages rari li jkollna.", "L-applikazzjoni attwali tal-blueprint.", "Fl-introduction tal-blueprint hemm diversi bold statements li forsi aħna hawn Malta ma nagħtuhomx daqshekk importanza u għalhekk daħħalthom.", "Ħafna nies jgħidulek: x'inhi l-kawża tal-vjolenza domestika?", "Hawnhekk tgħidilna ċar li", "- jiġifieri m'hijiex xi ħaġa tan-nisa biss –", "Ma jistgħux imorru iktar għoli minn hekk.", "Jiġifieri l-Council of Europe qed jgħid li l-vjolenza kontra n-nisa taffettwa b'mod negattiv il-paċi, is-sigurtà u d-demokrazija tagħna kollha fl-Ewropa.", "Jgħidulna wkoll li", "- jiġifieri m'hemmx risposta waħda għaliha din, irridu narawha minn kull naħa –", "Nofs il-ġlieda kontra l-vjolenza domestika hija", "- tagħna bħala soċjetà –", "Dari kienu jgħidu li l-feministi estremi jgħidu dawn l-affarijiet - u ġieli nisa stess qaluli hekk ukoll - imma din id-definizzjoni mhux jiena qed ngħidha imma l-Kunsill tal-Ewropa, kunsill sħiħ ta' 43 pajjiż.", "Imbagħad ikompli li:", "- li huma issues li jikkonċernawna lkoll", "Issa dawn huma issues li s-soltu ma tantx jiġu diskussi taħt il-vjolenza domestika.", "Imma jien ngħid li dawn huma issues li jmissu mal-vjolenza domestika.", "Għalhekk hu importanti li nqisuhom mhux biss għax aħna bħal pajjiż għandna bżonn li jaħdmu iktar nisa - għax fil-futur ser ikollna problema minħabba l-pensjonijiet - imma għax jaffettwaw il-human rights tan-nisa.", "- kultant inħossni li ili ħajti kollha niġġieled biex din l-issue tittieħed", "Għal xejn - mhux għal xejn, jiddispjaċini - imma tajjeb li nitkellmu u niddiskutu però għandna bżonn ukoll il-financial resources.", "Fil-fatt napprezza li tajtuna dan iċ-ċans li nżiedu l-awareness ta' din il-problema kemm magħkom – bħala eżekuttiv - kif ukoll mal-pubbliku.", "Issa se nieħu kemm-il problemi jew l-issues kif ukoll l-affarijiet tajbin u se nimxi fuq il-measures kif mxew fil-kampanja l-Council of Europe.", "L-ewwel ħaġa li hemm fil-legal and policy measures hi li tittieħed review tal-leġislazzjoni.", "Issa aħna ftit xhur qabel ma l-Council of Europe bdew il-kampanja, ħriġna l-liġi tal-vjolenza domestika.", "Li kienet ħaġa tajba u fil-fatt mhux kull pajjiż għandu legislation fuq il-vjolenza domestika.", "Però mhux id-Domestic Violence Act biss li taffettwa lin-nisa li jgħaddu minn dawn l-esperjenzi, imma hemm ħafna iktar liġijiet li għadhom gender biased.", "U dawn jaffettwaw lin-nisa għax dejjem jagħmilhom f'pożizzjoni ta' inqas poter u iktar vulnerabbli.", "U iktar ma jkunu vulnerabbli, iktar se jkunu vulnerabbli għal vjolenza domestika kemm fiżika u kemm le, kif diġa għidna.", "Id-Domestic Violence Act lokali tinkludi l-protection orders għan-nisa li jkunu għaddejjin minn vjolenza domestika.", "Però l-użu tal-protection orders għadu mhux commonplace ħafna.", "Dan għaliex biex każ jitla' quddiem il-qorti idum u jekk jilħqu jgħaddu xahrejn din il-mara qegħda xahrejn mingħajr protection order.", "Issa skont il-liġi meta jkun hemm vjolenza domestika każ irid jitla' b'urġenza within four days.", "Però sfortunatament dan mhux qed isir.", "Ladarba tkun hemmhekk tgħid four days paċenzja mbagħad jagħtuni protection order u għallinqas għandi l-liġi warajja, però qed ikun hemm delay biex il-każi jitilgħu l-qorti.", "Il-protection orders allavolja qegħdin fil-liġi - u hija ħaġa tajba li qegħdin hemmhekk – imma l-effettività tagħhom qed titnaqqas b'dawn id-delays.", "Bħala xogħol li jrid isir fil Kummissjoni hu li jkun hemm monitoring tajjeb tagħhom biex naraw eżattament x'qed jiġri.", "Il-liġi l-ġdida tpoġġi obbligu fuq il-pulizija li jmexxu, jinvestigaw u fejn jaraw li hemm każ imexxu.", "Din ukoll hija xi ħaġa tajba u importanti - u nisperaw - li b'dan l-obbligu, r-rata ta' prosekuzzjonijiet tiżdied.", "Għax qabel ir-responsabilità kienet f'idejn il-mara.", "Kien hemm il-kwerela, fejn il-mara kienet tgħid hi tridx tkompli u l-perpetrator kien dejjem jagħmel il-pressure fuqha biex ma tkomplix allura l-każ jaqa'.", "Imma issa l-pulizija qed imexxu.", "Il-mara għandha dritt li meta tmur il-qorti tgħid li ma tixtieqx tkompli imma huwa l-maġistrat li jagħmel dik id-deċiżjoni.", "Jiġifieri mhux fuq il-mara tkun id-deċiżjoni.", "Nisperaw li r-rata tal-prosekuzzjonijiet tiżdied u nisperaw li r-rata tas-sanctions of perpetrators of domestic violence kontra n-nisa tiżdied.", "Dawn l-aħħar xahrejn li bdejna naraw żieda fil-prosecutions, però għandna bżonn nagħmlu monitoring biex naraw eżatt x'qed jiġri.", "Punt ieħor huwa", "Din hija area li għandna bżonn naħdmu iktar fuqha.", "Kont għamilt presentation f'konferenza fuq il-Vjolenza Domestika rigward ir-refuġjati organizzata mill-United Nations High Commission for Refugees u l-Jesuits Refugee Services però din hija area li issa bdejna naraw x'hemm u x'mhemmx.", "Jiġifieri hija area li rridu nespandu għax dawn ukoll huma parti mis-soċjetà Maltija.", "Issa la nagħmlu parti mill-EU jekk ikun hawn mara Franċiża m'għandhiex biża' li jekk titlaq minn relazzjoni se tiġi deportata.", "Jekk hemm mara li hija non-EU u għandha t-tfal, allura l-qrati tagħna għandhom tendenza li għal benefiċċju tat-tfal – peress li t-tfal għandhom bżonn aċċess taż-żewġ ġenituri - l-mara ma tkunx deported.", "Jekk m'hemmx tfal, teżisti l-possibilità li tkun deported allura dik hija area li rridu naraw.", "Għax jekk per eżemplu, jien ngħix ma' raġel Ġappuniż - li m'huwiex fl-EU - u qed inbati l-vjolenza però ħajti qiegħda hawnhekk u għandi x-xogħol, jista' jkun hemm il-biża' li jekk nitilqu nista' nitlef il-permess tiegħi li nibqa' hawn Malta.", "U allura dik hija xi ħaġa li rridu naraw.", "Hawnhekk, f'din l-islide, niġu għal problemi reali.", "Dawn is-servizzi kollha għandna u huma tajbin però kollha huma stretched se jinqasmu u ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk.", "Meta mmur il-konferenzi tal-Council of Europe, jiena kburija li nista' ngħid li għandna hekk u għandna hekk.", "U veru għandna!", "Imma issa tant wasalna fl-estrem li qed nistennew l-aħħar biċċa biex itajjar kollox.", "Bħala legal aid għandna.", "L-Appoġġ jagħtu sessjoni lill-mara u jagħtuha advice u information dwar id-drittijiet tagħha mal-avukat tagħhom stess.", "Però fil-qorti hemm legal aid ukoll.", "Kien hemm problema li l-legal aid fil-qrati kienet qed iddum ħafna biex tiġi allokata u kemm aħna u l-Appoġġ ħdimna fuqha.", "Irridu nżommu għajnejna fuq din l-issue għax tagħmel xi ħaġa biex tiġi aħjar, imbagħad jekk tħalliha, terġa' tiżżerżaq.", "Imma sa ftit xhur ilu kienet għadha għaddejja tajjeb u l-legal aid qed tiġi allokata fi żmien ħames jew sitt ijiem, li huwa tajjeb.", "Il-psycho-social support huwa servizz ta' l-Appoġġ u jingħata wkoll minn xi NGOs.", "L-NGOs jagħmlu mill-aħjar li jistgħu u wħud minnhom għandhom ukoll social workers impjegati magħhom li jaħdmu man-nisa li jkunu magħhom.", "Għal dan il-psycho-social support, l-NGOs u l-voluntary organisations jagħmlu fundraising biex jibagħtu n-nisa privately għand psikoloġi, għax il-psychological services tal-Appoġġ - li hu tajjeb - hemm waiting list enormi u allura ma tagħmilx sens, li tistenna sentejn jekk għandek problema issa għax f'sentejn tkompli tbati l-problema sakemm tieħu s-servizz.", "Il-guarantee protection for witnesses ukoll hija area li qegħdin naħdmu fuqha però għadna ma wasalniex.", "Nistgħu nistaqsu għall-protezzjoni mill-pulizija.", "L-ewwelnett hemm il-protection orders li diġà semmejnihom iktar qabel.", "Però meta n-nisa jitilgħu l-qorti ħafna drabi jibżgħu ħafna - u kultant ikollhom mitt elf raġun li jibżgħu għax il-perpetrators ikunu magħrufin u jafu li jaslu.", "Jistgħu jistaqsu għal-għajnuna mill-vice squad, u jekk tal-vice squad ikunu jistgħu u għandhom il-personnel dakinhar jgħinuhom imma jekk m'għandhomx ma jgħinuhomx.", "Jistgħu jistaqsu għall-għajnuna mid-district police u jekk ikollhom il-personnel dakinhar jgħinuhom, imma jekk le ma jgħinuhomx.", "Għalhekk iddeċidejna li noħolqu fund bejn il-kummissjoni ....", "The CHAIRMAN: Skużani għax forsi qed tgħaġġel ftit fil-ħsieb.", "Tista' tispjega ftit aħjar x'jiġifieri meta tgħid li ma jkunux jistgħu jgħinuhom il-pulizija jew il-vice squad?", "Dan biex meta niġu għat-transcript tkun spjegata aħjar.", "Jiġifieri mhux għal min qiegħed hawnhekk imma għal xi ħadd li forsi jisma' r-recording jew jaqra t-transcript biex nispjegaw aħjar il-messaġġ.", "DR MARCELINE NAUDI: Fl-aħħar biċċa ta' l-ewwel bullet point ta' din l-islide - hemm guarantee protection for witnesses.", "Ħafna drabi l-witnesses ikunu dawk in-nisa stess li jkunu għaddew mill-abbuż.", "U ħafna drabi dawn in-nisa jibżgħu meta jitilgħu l-qorti u kif diġà għedt għandhom kull raġun li jibżgħu.", "Allura hemmhekk qed ngħid li għandna bżonn l-għajnuna tal-pulizija, biex jakkompanjaw lill-mara u xi drabi anke lis-social workers.", "Għax kultant anke s-social workers iridu jagħtu x-xhieda jew jitilgħu mal-mara biex jagħtuha s-support u għalhekk hemm bżonn il-protezzjoni tal-pulizija.", "Ġieli tawna l-protezzjoni jew mill-vice squad jew mad-district police, imma t-tnejn m'għandhomx daqshekk riżorsi biex jarmu.", "Allura issa qegħdin fi proċess li noħolqu fund, fejn il-kummissjoni tħallas nofs u l-Appoġġ iħallsu n-nofs l-ieħor biex inħallsu privatament għal protezzjoni tal-pulizija jiġifieri biex jakkompanjaw in-nisa fil-qrati.", "Dwar risk assessment and safety planning, dawn isiru mis-social workers, u għalhekk se inħalliha f'idejn l-Appoġġ biex jitkellmu iktar fuqha.", "Għandna s-support line 179 li se jitkellmu fuqu ta' l-Appoġġ.", "Hawnhekk se nerġa' nagħmel enfasi.", "L-Appoġġ se jitkellmu fuq is-servizzi tagħhom li huma tajbin ħafna.", "Għandna ħaddiema dedikatissimi li kieku m'humiex daqshekk dedikati, ilhom li telqu, għax dan ix-xogħol mhux biss huwa impenjattiv, imma tbati ħafna anke biex tagħmlu.", "Għax il-ħin kollu tara affarijiet koroh ħafna quddiem wiċċek.", "U rridu nżiedu wkoll li apparti milli jaraw u jaħdmu f'dan ix-xogħol - li huwa diffiċli ħafna - jafu li hemm nisa oħra li ma jistgħux jgħinuhom.", "Għax jekk diġà qegħdin jgħinu 50, ma jistgħux jgħinu 50 oħra.", "Għandna s-servizz - u huwa tajjeb - però għandna bżonn inżiedu r-riżorsi.", "Bħala adequate number of shelters, il-council of Europe jgħidilna li jrid ikun hemm \"one place in a woman's shelter per 7,500 inhabitants\".", "Jekk nibbażaw dan il-kalkolu fuq popolazzjoni ta' 400,000, jiġi 53 post biex immissu mal-istandards u nkunu adequate.", "Aħna għandna tliet postijiet li huma emergency shelters, jiġifieri li n-nisa jistgħu jaqbdu u jmorru hemmhekk f'nofs ta' lejl.", "Għandna shelter ieħor li huwa dak li ngħidulu the second stage shelter, jiġifieri meta n-nisa jkunu għaddew minn periklu l-iktar oppressiv però għadhom m'humiex lesti biex jgħixu b'mod indipendenti. u imbagħad għandna l-women's hostel li m'huwiex shelter tal-vjolenza domestika però meta ma jkunx hemm post fix-shelter jieħdu l-over spill.", "Jekk naraw dawn kollha għandna 53 u ftit fuqhom.", "Però jekk naraw l-emergency shelters biss, għandna 33 jew 34 postijiet jiġifieri 20 inqas minn dak li huwa rikjest.", "Issa meta ngħid li għandna 53 post u ftit fuqhom, irridu nerġgħu nnaqqsu minnhom.", "Ix-shelter ta' Għawdex, Dar Karolina, ilu ma jkun qed jaħdem full speed, għax uffiċjalment huwa magħluq għar-refurbishment.", "Għandhom post għal sitta, jiġifieri sitt ikmamar li jieħdu sitt nisa bit-tfal magħhom, però emerġenzi jibqgħu jieħdu.", "Jiġifieri Dar Karolina b'sitt sodod iridu jitnaqqsu, flat tas-second stage shelter ukoll għax qed jiġi refurbished u hemm kamra oħra f'Merħba Bik trid titnaqqas ukoll, għax qed tiġi refurbished.", "F'dan il-qasam ukoll għandna problema.", "Fis-sens għandna specialists f'diversi setturi però m'għandniex co-ordinated well resourced specialist sector.", "Għalhekk għandna bżonn nagħmlu iktar xogħol ta' koordinament, u jiddispjaċini ngħid, għandna bżonn iktar riżorsi.", "Bħala training, fil-puliziija, jiġifieri fil-curriculum tal-police cadets, jagħmlu ftit training fuq domestic violence.", "Is-social workers li jaħdmu mal-vjolenza domestika kultant jistaqsuhom ukoll biex imorru jagħtuhom talk.", "Dan l-aħħar il-Kummissarju qal li kull police officer se jkollu in-service training u aħna staqsejna li parti minn dak it-training tkun ukoll fuq il-vjolenza domestika.", "Bħala kummissjoni ktibna wkoll lill-Gender Issues Committee tal-Università ta' Malta biex jagħmlu enfasi fl-qosma diversi li jmissu mal-vjolenza domestika bħalma huma l-liġi, il-mediċina, social workers u li l-curriculum ikun jinkludu fih ukoll id-domestic violence.", "Huma kitbu lil diversi fakultajiet u rrispondewhom.", "Però hija waħda mill-areas li dejjem irridu nżommu għajnejna fuqha u kultant nerġgħu niċċekkjaw u naraw x'hemm u x'mhemmx.", "F'dan il-qasam diġà bdejna koordinament għax il-Kummissjoni għandha subcommittee fuq service development li fih rappreżentant kemm tal-Appoġġ u s-servizzi tal-Appoġġ kif ukoll ta' kull NGO.", "Per eżempju Merħba bik, Suret il-Bniedem, Tal-Qalb ta' Ġesù huma kollha rappreżentati hemmhekk u nitkellmu fuq is-servizz u kif nistgħu dejjem intejbu s-servizz li jingħata.", "Bħalma tafu mir-rapport iltqajna wkoll ma' diversi gruppi ta' nisa, lobby groups, biex kemm jista' jkun naħdmu id f'id.", "Bħala financial support għan-nisa hemm is-social welfare payments.", "Però dawn ħafna drabi m'humiex biżżejjed biex jgħixu fuqhom.", "Dwar Housing, is-sena 2006 kienet record year tajba għax ħadna ħames housing units fuq diversi skemi għan-nisa li kienu fix-shelters.", "Però rridu nkomplu naħdmu biex din tkompli għaddejja.", "Rigward employment and training, kull tant l-ETC ikollhom xi proġett u jiġu fix-shelters biex jagħtu training lin-nisa li huwa tajjeb.", "Irridu nsibu sistema li tibqa' għaddejja regolari.", "Rigward il-perpetrators programme se nħalli fi'idejn l-Appoġġ.", "Ħloqna sottokumitat biex jaħdem fuq din l-issue.", "Hawn Malta ikollna diversi statisitka, hemm tal-Appoġġ kif ukoll tal-pulizija.", "Diffiċli biex ikollok statistika tal-qrati, imma jekk ikun hemm xi ħadd ifittex każ każ issib id-data li jkollok bżonn.", "Però m'għandniex data li tiġi flimkien allura din hija ħaġa li nixtiequ nagħmlu u qegħdin naħdmu fuqha.", "Applikajna għall-ESF funds biex nagħmlu a prevalence survey.", "L-istatistika li għandna hija ta' dawk in-nisa li jmorru jirraportaw l-Appoġġ u għand il-pulizija u ma nafux kemm hemm nisa oħra hemm barra li ma jmorrux għal għajnuna.", "Nafu li hemm imma kemm hemm ma nafux.", "Għadna ma ħadniex risposta mill-ESF biex forsi nkunu nistgħu nagħmlu dan il-prevalence survey li tista' tgħinna biex nippjanaw bħala servizzi u policies.", "THE CHAIRMAN: Sakemm ikollna l-kelliema mill-Appoġġ, xi statisitka għandna fil-preżent?", "Il-każijiet li qegħdin jiġu rraportati lilkom f'sena?", "Għax ma rajt xejn fir-rapport.", "Ms YVONNE Mallia: Bħala statistika se nidħlu fiha aħna.", "DR MARCELINE NAUDI: Bħala statistika, se nħalliha f'idejn ta' l-Appoġġ.", "Però għandi statisitka tal-pulizija - għax dan l-aħħar staqsejthom għaliha għax kelli bżonnha għal xi ħaġa - u nista' ngħidilkom li fl-1998 kien hemm 127 li għamlu rapporti ta' vjolenza domestika lill-pulizija, filwaqt li fl-2008 sa Awwissu kien hemm 260 u għandi s-snin kollha ta' in between.", "Hija xi ħaġa tajba mhux ħażina li qed ikun hawn iktar rapporti.", "Fil-fatt waħda mill-problemi li għandna bħalissa hija li qabel is-sajf għamilna – nispera li ndunajtu - kampanja qawwija ta' pubbliċità.", "Konna fuq it-television, fuq ir-radju, kellna posters mal-bus shelters, kellna l-white ribbon campaign eċċ. Però għax għamilna dik il-kampanja, ħafna nies ħarġu jirraportaw, b'riżultat li issa s-servizzi huma stretched.", "Issa bdew il-waiting lists.", "Qatt ma kellna waiting list fid-Domestic Violence Unit qabel għax dejjem ngħidu: kif jista' jkollok waiting list?", "Jekk mara tiġi tgħidli li qed tiġi msawta, mhux se ngħidilha iva, ġbin, ħu paċenzja, oqgħod stenna xahar imbagħad narak.", "Imma issa bdew il-waiting lists u qegħdin ngħidu rridu noqogħdu ftit lura u ma nagħmlux wisq ħoss pubbliku għax inkella s-servizzi mhux stretched se jkunu imma snapped, li wkoll hija problema.", "Għandi dilemma etika fuqha din għax jekk hemm mara hemm barra li ma tafx li tista' tieħu l-għajnuna u qed tbati allura jien se nżomm fommi siekta u ma ngħid xejn?", "Min-naħa l-oħra jekk tgħid lil kulħadd ejjew għal għajnuna u huma jiġu u ngħidulhom trid tistenna xahrejn, xorta m'int se tagħmel xejn.", "U fl-istess ħin mbagħad se tiddistruġġi l-ħaddiema iktar, u iktar m'hu se jkollok xejn.", "MS MARYANNE GAUCI (Service Manager fl-Appoġġ): Biex inżied ma' dak li qed tgħid Dr Naudi, għandna obbligu etiku u professjonali li nieħdu ħsieb il-ħaddiema tagħna wkoll.", "Jiġifieri jekk il-ħaddiema jsofru minn burnout mhux se jkunu tajbin biex jgħinu lin-nies.", "Allura frekwentament għandna din id-dilemma.", "DR MARCELiNE NAUDI: Meta bdejt, ħsibt li se nibda bħala chairperson u f'kemm ili ngħidlek inbiddel id-dinja però kulħadd jgħidli biex nieħu l-affarijiet bil-mod.", "Bil-mod il-mod qegħdin naħdmu anke fuq dawn l-affarijiet.", "F'din l-islide naraw Awareness raising li diġà semmejt.", "M'għandix għalfejn nerġa' ngħaddihom għax diġà għedtilkom fuqhhom.", "Ħlief li forsi nżid to encourage national and community leaders and opinion formers to publicly acknowledge the gravity of violence eċċ. Apparti milli kellna l-white ribbon campaign li l-Kummissjoni għamlet flimkien mal-Appoġġ, fil-25 ta' Novembru 2007, jekk ġejtu l-Parlament konna fil-bieb qegħdin nagħtu l-white ribbon.", "Il-white ribbon huwa s-simbolu tal-irġiel kontra l-vjolenza tal-irġiel kontra n-nisa.", "Jiġifieri meta raġel jilbes il-white ribbon qed jgħid jiena kontra l-vjolenza kontra n-nisa.", "Ipprovajna b'dak il-mod u tkellimna wkoll kemm mal-Arċisqof ta' Malta kif ukoll mal-Isqof ta' Għawdex.", "Fl-aħħar slide hawn il-concluding messages tal-blueprint li huma", "Jiġifieri m'hijiex xi ħaġa tan-nisa, m'hijiex xi ħaġa ta' Marceline Naudi għax dik ossessjonata u trid tiġġieled għaliha waħedha, it calls for joint public action.", "Hawnhekk għandna wkoll lil Ms Carmen Zammit biex tkellimna fuq il-future generations u l-ħsara li qiegħda ssir lill-future generations minħabba l-vjolenza domestika.", "The CHAIRMAN: Hemm xi presentation oħra?", "Jekk jogħġobkom ippruvaw illimitaw għal għaxar minuti l-iżjed, biex wara jkollna ċans nagħmlu r-rimarki u terġgħu tikkonkludu intom.", "MS YVONNE mALLIA: Se nagħtikom ftit overview tas-servizzi li noffru mill-appoġġ u Ms Maryanne Gauci se titkellem fuq l-impatt tal-vjolenza domestika fuq il-vittmi u fuq it-tfal u l-familja.", "THE CHAIRMAN: Minħabba l-ispirtu tas-suġġett u tad-diskussjoni jekk nista' nitlobkom tagħmlu enfasi iktar ta' x'inhu jiġri fil-familja.", "Aħna m'aħniex qegħdin niddiskutu biss id-domestic violence u x'servizzi qed jingħataw f'dak il-kontest, imma primarjament qed niddiskutu l-familja Maltija b'konnessjonijiet differenti.", "Peress li din mhux l-ewwel darba li se nitkellmu fuq dawn is-suġġetti - u għad irridu nkomplu nitkellmu iktar 'il quddiem - biex inkunu iktar iffokati, naraw x'qed jikkawża u nitfgħu għajnejna fuq il-familja u x'inhu jiġri fil-familja.", "Imbagħad x'qed jikkawża l-vjolenza domestika.", "Jekk tistgħu, ffokaw minn dan il-lat, anke bl-għajnuna tal-presentation tagħkom.", "MS YVONNE mallia: Fil-fatt Ms Maryanne Gauci, se titkellem ħafna fuq x'jiġri meta ġo familja jkun hemm vjolenza domestika, x'qed jiġri lill-persuna li hi l-vittma u lit-tfal tagħha, u kif bis-servizzi tagħna nistgħu nwaqqfu dan iċ-ċiklu.", "Għax jekk it-tfal se jibqgħu jaraw il-vjolenza domestika u mhux se ngħinuhom biex inwaqfu dak iċ-ċiklu, huma se jikbru disposti li jerġa' jiġi ppreċipitat.", "THE CHAIRMAN: Mill-esperjenza tagħkom, illum, x'qed jikkawża l-vjolenza domestika fil-familja Maltija?", "MS MARYANNE GAUCI: Naħseb li Dr Marceline għamlitha ċara ħafna li rridu nitilqu mill-istarting point li this is an imbalance of power.", "THE CHAIRMAN: Iva, imma issa ejja nispjegaw ftit iktar.", "Għax li qed jiġri hu, li meta jkollna quddiemna l-esperti u jitkellmu, ħafna drabi l-poplu Malti m'huwiex tal-istess knowledge tagħhom.", "Irridu nitkellmu b'lingwaġġ li nfiehmu x'inhu dan l-imbalance of power.", "Jista' jkun hemm ukoll ġurnalist biex jgħinna nwasslu l-messaġġ.", "Allura fil-ħin li baqgħalna, x'jiġifieri imbalance of power?", "Jiena fil-familja tiegħi, għandi imbalance of power?", "Għax jiena Membru Parlamentari u l-mara tiegħi mhix?", "Morru iktar fid-dettal.", "DR MARCELINE NAUDI: Għandek imbalance of power fil-familja tiegħek għax inti raġel u l-mara mara.", "U s-soċjetà tagħna tagħti iktar poter lir-raġel milli lill-mara.", "Allura prima facie qabel inti tkun kennies jew Membru Parlamentari ...(Interuzzjoni)", "The CHAIRMAN: Ejjew nispjegaw iktar biex ninżlu fil-livell tal-poplu u niddiskutu x'inhi s-sitwazzjoni tal-poplu tagħna hemm barra.", "Mill-każi tagħkom u min-knowledge tagħkom, x'inhu jikkawża dan id-domestic violence fis-soċjetà tagħna llum, fil-familja tagħna llum?", "MS YVONNE MALLIA: Ma nafx inwieġeb għal mistoqsija tiegħek jew tridnix ngħaddi through the presentation għax naħseb il-case studies se jgħinu biex nifhmu ftit iktar aħjar is-sitwazzjoni.", "L-ewwelnett it-Taqsima Vjolenza Domestika bdiet fl-1994.", "Preżentement fid-Domestic Violence Unit għandna 7.5 social workers, waħda minnhom qiegħda bil-maternity leave u oħra ħierġa bil-maternity leave.", "Bħala servizzi li noffru.", "L-ewwelnett meta tiġi vittma ta' vjolenza domestika fl-uffiċċju tagħna, se tiġi f'mument ta' kriżi.", "Trid tgħinha tiffaċċja s-sitwazzjoni li għaddejja minnha.", "Jekk għadha kif ġiet imsawta, ġiet bit-tfal, trid toħroġ minn dik is-sitwazzjoni, u ġiet għal għajnuna.", "Mela aħna kif se ngħinuha biex toħroġ minn din is-sitwazzjoni?", "L-iktar ħaġa importanti hi safety planning.", "Anke jekk sejra lura jrid ikollha pjan ta' safety għaliha u għall-uliedha ta' x'se tagħmel meta tkun daharha mal-ħajt u trid toħroġ minn dik is-sitwazzjoni.", "Noffru servizz ta' support, guidance u ta' empowerment lill-klijenti.", "Meta qed nitkellmu fuq dan l-imbalance, li raġel iħossu iktar powerful minn mara, jista' jgħidilha x'għandha tagħmel, jista' jgħidilha fejn għandha tmur, inti trid tgħin lil dik il-mara biex tkun kapaċi tieħu deċiżjonijiet tagħha, biex tkun kapaċi temmen li hi tista' tieħu deċiżjonijiet u m'għandhiex għalfejn tiddependi minn ħaddieħor.", "Dan huwa proċess li jgħin lin-nisa li huma vittmi tal-vjolenza domestika jaslu li jkunu kapaċi jieħdu deċiżjonjiet tagħhom.", "Li mara titlaq mid-dar bit-tfal tagħha m'hijiex deċiżjoni faċli għaliha.", "M'hijiex deċiżjoni faċli bejn għax għandha l-familja u trid tgħix f'dik il-familja - u aħna l-Maltin nemmnu ħafna fil-familja allura hi se tipprova tagħmel minn kollox biex tibqa' hemmhekk – kif ukoll għax m'hijiex empowered biżżejjed li tieħu dik id-deċiżjoni allura trid l-għajnuna f'dan il-proċess.", "Se naqbeż affarijiet li diġà rreferiet għalihom Dr Naudi, bħal-legal advice u l-psychological support li importanti li jingħata mhux biss lin-nisa imma anke lit-tfal.", "Hemm servizz tax-shelters li fil-każ tal-appoġġ għandna emergency shelter li jieħu kemm lill-vittmi kif ukoll lit-tfal tagħhom.", "Importanti l-issue li meta mara titlaq għandha l-possibilità li tieħu l-uliedha magħha.", "Hija importanti ħafna, għax diġà hemm il-firda tagħha minn mal-partner u li tkun qed tħalli t-tfal warajha f'ambjent fejn huma jistgħu jiġu abbużati, tagħmilha impossibbli għal mara li titlaq.", "Allura li mara tmur ġo safe shelter b'uliedha u li għal perijodu ta' żmien se toffrilhom safety hija essenzjali.", "Huma se jkunu hemmhekk rashom mistrieħ li sa ċertu punt - għax Malta żgħira u malajr nsiru nafu fejn qegħdin ix-shelters - f'dak il-post se jkunu safe u li kemm hi kif ukoll uliedha m'humiex se jiġu abbużati jew mhux se jkun qiegħed l-ħin kollu warajhom.", "Għalkemm jista' jkun li jkun il-ħin kollu warajhom - għax-xorta jmorru l-perpetrators wara l-bieb - imma tipprova toffrilhom sens ta' sigurtà biex jaħsbu x'se jagħmlu għalihom u għall-uliedhom fil-futur.", "Meta qed tippjana u tgħin lil dawn in-nisa jippjanaw, se jaħsbu x'inhu tajjeb għalihom kif ukoll x'inhu tajjeb għal uliedhom u għall-familja tagħhom.", "Aħna nsibuha diffiċili ħafna li mara ma taħsibx ukoll fit-tfal tagħha meta hi qed tgħix f'din is-sitwazzjoni.", "Ġeneralment il-vjolenza tkun fuqha u t-tfal qed jaraw dik il-vjolenza - għalkemm jista' jkun hemm tfal li qegħdin jiġu abbużati wkoll - però anke għat-tfal li qed jaraw dik il-vjolenza l-effett fuqhom mhijiex xi ħaġa li l-mara li hi vittma tista' tinjorha.", "Ħafna drabi ssibha li iktar qed tiffoka fuq dak li għaddejjin minnhom it-tfal milli dak li qed tgħaddi minnu hi.", "U allura trid tgħinna li iva trid tieħu ħsieb tat-tfal tiegħek, imma inti trid tibni lilek innifsek biex tkun tista' tieħu ħsieb il-bżonnijiet ta' uliedek ukoll.", "Noffru servizz għall-perpetrators li huwa servizz għall-irġiel li jabbużaw min-nisa tagħhom.", "Dan jiċċelinġja ħafna l-ħsieb tar-raġel, dak li għandhom id-dritt sagrosant li jgħidu lill-mara fejn tmur, x'tagħmel u saħansitra li jsawwtu lill-mara tagħhom.", "Il-programm jindirizza dawn il-ħsebijiet li għandhom l-irġiel, u kif dawn il-ħsebijiet idawruhom f'xi ħaġa pożittiva li minn abbuż iridu jimxu għar-rispett, u jimxu għar-relazzjoni fejn jirrispettaw lill-mara u lit-tfal tagħhom.", "Il-programm li noffru jibda minn individual sessions li mal-ewwel nett iridu jammettu li għandhom problema għax jekk ma jammettux m'huma se jagħmlu xejn.", "Almenu jgħidu iva jien irrid nagħmel xi ħaġa.", "Minn hemmhekk iridu jibdew, li jammetu li għandhom problema.", "U nemmnu li għandu jkun fil-programm biex in-nies qed jisimgħu u jiċċelinġjaw lil xulxin għax din mhijiex problema individwali, imma hija problema ta' familja, hija problema ta' soċjetà u trid tindirizzha bħala grupp biex inti tkun tista' tiċċelinġja dawn il-ħsebijiet.", "U l-programm dak li jagħmel, jipprova jiċċelinġja dawn il-ħsebijiet biex jgħinhom jaslu għal relazzjoni ta' rispett.", "Statistika dwar id-Domestic Violence.", "Bħala referrals għad-Domestic Violence Unit ikollna 'l fuq minn 500 f'sena - bejn 500 u 600 f'sena ġeneralment - u nkunu qegħdin ngħinu viċin l-1,000 persuna matul is-sena.", "Għax inti jkollok nies li ġew riferuti u oħrajn li tkun għadek qed issegwi mis-snin ta' qabel.", "Ix-shelter jiddilja ma' 74 bejn adulti u tfal.", "At any point in time ġeneralment ikollna sittax jew sbatax.", "Fil-perpetrators programme għandna 136.", "Dawn il-figuri li għidt huma tas-sena l-oħra.", "Bħala snapshot ta' kemm ikun hemm tfal li jkunu witnesses ta' vittmi ta' vjolenza domestika, f'Novembru 2007 ħadna snapshots minn nisa li konna qegħdin insegwu u kien hemm 300 tifel u tifla li qegħdin jaraw din il-vjolenza domestika.", "DR MARCELINE NAUDI: U dawk kienu tan-nisa biss li ġew għall-għajnuna.", "MS YVONNE MALLIA: Eżattament.", "Dik is-snapshot ħadniha f'xahar, u konna qed ngħinu 200 mara.", "MS MARYANNE GAUCI: Dik l-istatistika tirrapprażenta potenzjalment vittmi u perpetrators, jiġifieri hemm cycle ta' intergenerational violence.", "MICHAEL FARRUGIA: Biex inkun daqsxejn iktar iffokat u iktar ċar.", "Dan l-ammont huwa kemm kellkom kuntatt ma' nisa f'Novembru u staqsejtuhom kemm kien hemm tfal li raw il-vjolenza jew kellkom 300 nisa ġodda tul ix-xahar ta' Novembru?", "MS YVONNE MALLIA: Konna qegħdin insegwu numru ta' nisa in November 2007, u kellhom 300 tifel u tifla li kienu qed jgħixu f'dan l-ambjent ta' vjolenza domestika.", "THE CHAIRMAN: Kif qegħdin nitkellmu fuq statistika, kemm jikkonċerna numru ta' familji?", "Per eżempju tgħidli l-average huwa ta' familja b'żewġt itfal ngħidu mela 150 familja.", "Imma bejn wieħed u ieħor kemm hu n-numru ta' familji?", "Dejjem għax qegħdin nippruvaw nittekiljaw il-familja bħala main subject ta' din id-diskussjoni.", "MS YVONNE MALLIA: Jekk nagħmel kalkolu rough, inkunu qegħdin insegwu madwar 250 persuna at a point in time.", "Familji, households mingħajr it-tfal tagħhom qed ngħid.", "THE CHAIRMAN: Meta inti qed tgħid qed tara mal-200 familja, spjegali ftit iktar għax jien ma nifhimx ħafna f'dan.", "MS YVONNE MALLIA: Jiġifieri d-Domestic Violence Unit tkun qed issegwi 200 mara li hija vittma ta' vjolenza domestika.", "THE CHAIRMAN: Imma dan ma jfissirx li huma każijiet ġodda kull xahar.", "F'sena jkollna bejn 500 u 600 każijiet ġodda.", "Issa ovvjament persuna se terġa' tkun qed issegwiha x-xahar ta' wara.", "Jekk nieħdu l-2007, kellna 928 persuna li ġew offruti s-servizz f'sena sħiħa.", "MICHAEL FARRUGIA: Meta ttieħed is-snapshot fil-perijodu ta' Novembru, inti kont attenta li tgħid nisa.", "Issa meta tgħid nisa, qed tgħid nisa fiż-żwieġ jew nisa f'relazzjoni, fi żwieġ, eċċ.", "U t-tieni ħaġa, jekk kien hemm 301 tifel u tifla, dawn kienu kollha tal-mara jew kien hemm każijiet fejn kienet ma' partner li kellu t-tfal u t-tfal tiegħu wkoll raw il-każijiet u allura jidħlu f'dawk it-301?", "Biex ikollna iktar stampa ċara.", "MS YVONNE MALLIA: Meta qed nirriferi għan-nisa, mhux neċessarjament nisa fiż-żwieġ, jistgħu jkunu il-partners tagħhom, qed jikkoabitaw.", "Jiġifieri hija miftuħa.", "L-istess għat-tfal.", "Ma jfissirx li neċessarjament ikunu t-tfal tagħha biss, jistgħu jkunu cohabiting couple, u hemm it-tfal tar-raġel ukoll li huma witness ta' dan.", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li aħjar Maryanne tagħti imqarr ftit idea tal-effett tal-vjolenza domestika fuq din.", "MS MARYANNE GAUCI: Forsi nelenka daqsxejn għad-domanda tal-kawżi ta' vjolenza domestika.", "Hija domanda komplessa ħafna u naħseb għandna bżonn sezzjoni waħda waħedha biex nispjegaw.", "Però kemm Dr Naudi kif ukoll Ms Yvonne Mallia semmew li waħda mill-major causes hi, l-messaġġi li l-irġiel irċevew mis-soċjetà, u partikolarment mis-soċjetajiet li huma patriarchal.", "Jiġifieri jieħdu l-messaġġ li għandhom dritt li jikkontrollaw.", "U għandhom dritt assolut li jikkontrollaw lill-membri tal-familja speċjalment il-partners tagħhom, in-nisa.", "THE CHAIRMAN: Jekk jogħġbok tista' tispjega mal-ewwel dan il-fatt teoretiku għar-realtà Maltija, ħalli tagħtina ħjiel f'liema sitwazzjoni qegħdin.", "Skont l-esperjenza tiegħek. (interuzzjonijiet)", "MS MARYANNE GAUCI: Kaġun ieħor hu, jekk tara l-upbringing ta' dawn l-irġiel li qed iwettqu l-abbuż.", "Meta huma kienu tfal, kienu esposti għall-abbuż ukoll.", "Mhux l-unika kawża imma hi waħda.", "Però hemm il-messaġġi mill-iskejjel - jew aħjar messaġġi mis-soċjetà - li s-subien huma dejjem superjuri.", "Hemm ħafna diskriminazzjonijiet ukoll.", "Ms Yvonne Mallia: Per eżempju, ir-raġel jidħol id-dar u jekk ma jsibx l-ikel lest, jagħmel straġi.", "It-tfal qed jaraw u jitgħallmu li raġel għandu dritt jasal id-dar u jsib kollox lest.", "Dik tgħallmuha u meta kibru se jippretendu l-istess.", "Jekk mhux se nkunu qegħdin nindirizzawha biex inwaqqfu dak iċ-ċiklu.", "U dawn huma affarijiet reali li għadhom jiġru llum fil-familji li niltaqgħu magħhom.", "U meta qed ngħid straġi jiġifieri sabbat, kissirt il-platt u mort u qbadt tagħti lill-mara.", "DR MARCELINE NAUDI: U jekk nista' nżid magħha din ukoll.", "Anke l-irġiel li ma jsabtux, li ma jwaħlulhiex lill-mara, huma jafu li għandhom id-dritt.", "U jekk il-mara taf li huma għandhom id-dritt - għax il-mara wkoll hekk titgħallem - taf li jaf jasal li jaħmillha hekk anke jekk qatt ma wasal.", "Qegħdin tifhmuni?", "Jaf ikun hemm dejjem dik il-possibiltà, dak il-potenzjal, dik it-theddida.", "Jiġifieri jien jaqbilli bħala mara jekk irid l-ikel, ħalli nagħtih l-ikel.", "Irid li ma noqgħodx noħroġ immur nara lill-ommi mela ħalli noqgħod naqra d-dar, nikkuntentah.", "Biex ma nabbużax li nimbotta naqra u nispiċċaw f'każ hekk.", "U hemm ħafna każijiet hekk ukoll.", "U dan li qegħdin ngħidu.", "Il-messaġġi li tagħti s-soċjetà.", "Is-soċjetà li hija inti u jien, aħna s-soċjetà.", "Jiġifieri l-familji tagħna jiffurmaw is-soċjetà.", "Jiġifieri ma nistgħux ngħidu għax is-soċjetà hija fl-arja.", "Mhijiex fl-arja għax aħna s-soċjetà.", "Il-ħsebijiet tiegħek u tiegħi jiffurmaw parti mis-soċjetà.", "MICHAEL FARRUGIA: Fix-xogħol tiegħi professjonali jkolli każijiet - u mhux ftit - fejn għax il-mara taf li jekk ikun hemm vjolenza hemm ċans li r-raġel jaqlagħha, tkun vjolenti l-mara għax taf li r-raġel mhux se jirreaġixxi.", "U din is-sitwazzjoni hija komuni ħafna, sfortunatament iktar forsi milli tidher fl-istatisika.", "U fejn l-irġiel, jirrifjutaw li jieħdu passi - kemm legali, bil-pulizija u b'kull mod ieħor - kontra n-nisa għax jistħu, għax jidhru li huma weak quddiem il-mara.", "Kemm qed jirriżultalkom - għax s'issa qed nisma' biss - li l-mara ssofri vjolenza?", "Kemm qed ikun hemm każi li jaslu għandkom – għallinqas bħala tabib jaslu - ta' nisa li huma vjolenti kontra l-irġiel, għax jafu li l-irġiel mhux se jirreaġixxu għax jekk jirreaġixxu faċilment titla' l-mara l-qorti u ma jkunx hemm xhieda.", "Meta jkun hemm it-tfal ma jkunux iridu jtellgħuhom għax jafu li jekk ir-raġel jirreaġixxi, l-qorti ħafna drabi se teħodha kontrih għax huwa superjuri u tiġi jekk bediex ir-raġel u ma bdithiex il-mara.", "Jekk hux l-ewwel il-bajda jew inkella t-tiġieġa.", "MS YVONNE MALLIA: Aħna jkollna madwar 10 jew 15 il-każ fis-sena ta' rġiel li jiġu jitolbu l-għajnuna.", "Qatt ma kellna iktar minn daqshekk.", "MICHAEL FARRUGIA: Imma l-problema hi jekk hux realistiku jew le.", "Maryanne gauci: Jista' jkun li mhux realistiku.", "Però l-fatt huwa li n-nisa huma l-maġġoranza tal-vittmi.", "Ir-raġuni li tajt li jista' jkun li għad hawn ċerti irġiel li huma vittmi imma ma japproċjawx aġenzija bħal tagħna minħabba mistħija, jista' jkun ukoll.", "Però xorta jibqa' l-fatt li l-maġġoranza tal-vittmi huma nisa.", "DR MARCELINE NAUDI: U hemm ħafna nisa li ma japproċjawx is-servizzi għax jibżgħu u anke jistħu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia għamel punt tajjeb.", "MS MARYANNE GAUCI: Forsi naraw daqsxejn l-impatt tal-vjolenza domestika.", "Il-vjolenza domesta huwa sors ta' stress u trawma fuq il-vittmi, in-nisa u t-tfal.", "Dawn huma xi problemi li jiffaċċjaw in-nisa u t-tfal, problema emozzjonali, psikoloġiċi, depression, lethargy, ikollhom nightmares, nuqqas ta' konfidenza, nuqqas ta' stima lejhom infushom, eċċ. u emotional numbness li hija defense mechanism u hija mezz ta' protezzjoni wara li l-vittma ikun ilu jaqla'.", "U hawnhekk fejn jidħlu l-intervent ta' servizzi kemm fil-livell proattiv kif ukoll preventiv.", "Jekk ma ngħinux dawn in-nisa b'dawn il-problemi, fil-fatt jistgħu jiżviluppaw mental health problems.", "Jistgħu jirrikorru għal substance abuse bħala ways of coping u ovvjament dan jista' jwassal biex isir ħsara għal-saħħithom.", "Xi wħud minnhom jippruvaw jikkommettu suiċidju wkoll, u hemm min jirnexxielu...(Interruzzjonijiet)", "Jekk ma jiġux maqtulin mill-perpetrator.", "Jidhirli li fl-Ingilterra jiġu maqtula żewġ nisa fil-ġimgħa.", "Again aħna m'għandniex din l-istatistika.", "DR MARCELINE NAUDI: Bħala statistika ta' feminicides li ġraw f'Malta nsibu li fl-1998 kien hemm 3, fl-1999 kien hemm 5, fl-2002 u fl-2001 kien hemm 3, imbagħad fl-2002 kien hemm 3.", "Dawn kienu nisa li ġew maqtula f'dawn is-sitwazzjonijiet.", "MS MARYANNE GAUCI: Irridu nieħdu l-feminicides proporzjonalment skont il-popolazzjoni.", "Minn naħa l-oħra, l-impatt tal-vjolenza domestika fuq it-tfal huma anxiety, hyperactivity, isibu diffiċli biex jikkonċentraw u jorqdu u anke eating problems.", "Jistgħu jsiru aggressivi, u jkollhom mard bħal ażma jew bronkite', u jimirdu frekwentement, eċċ; jibdew jibżgħu minn vuċijiet għolja u s'intendi jibżgħu jekk xi ħadd ikellimhom b'vuċi għolja; jkunu mistħija b'mod sever li mhux normali; jkollhom diffikultajiet jirrelataw ma' tfal oħra u jkollhom bed wetting, eċċ. Imbagħad meta jibdew imorru l-iskola they externalize their behaviour, jiġifieri jista' jkunu aggressivi ma' tfal oħra, dipressivi jew kwieti ħafna, jkollhom nightmares, eċċ. U xi wħud minnhom ukoll jagħmlu self harm, jiġifieri jaqtgħu lilhom infushom, eċċ.", "THE CHAIRMAN: Dan is-suġġett huwa veru vast u rridu nsibu okkażjoni oħra fejn nidħlu iktar fid-dettall.", "Però issa ppermettuli nagħtu ċans lil sħabi membri ta' dan il-kumitat biex fil-qosor ukoll, jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom għax persważ li għandhom ħafna x'jistaqsu.", "Ovvjament dejjem xtaqt li l-qofol ta' din id-diskussjoni ma jkunx is-servizz fih innifsu imma l-familja.", "Jiġifieri jekk hemm bżonn, fil-ftit ħin li baqagħlna, nitfgħu għajnejna fuq x'inhu jikkawża l-vjolenza domestika fil-familja Maltija.", "Il-ħsieb tagħna huwa li bħala kumitat nixtiequ ngħinu biex is-soċjetà Maltija tkun iktar aware - kif qal l-Onor.", "Michael Farrugia - biex tkun soċjetà iktar sħiħa.", "Ħalli ngħaddi mill-ewwel għar-rimarki biex kulħadd ikollu ċans jistaqsi.", "U wara jkollkom iċ-ċans twieġbu għall-mistoqsijiet u tikkonkludu din id-diskussjoni.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: F'Malta, kemm qed nilħqu l-objectives tal-Blueprint tal-Council of Europe?.", "Xtaqt il-kumment tagħkom fuq hekk.", "X'inhi l-pożizzjoni ta' Malta vis-à-vis dan l-objective?", "Jiġifieri intom sodisfatti bir-riżultati li qed tikseb Malta?", "Meta jkollkom xi rapport dwar vjolenza domestika, intom tisimgħu parti waħda jew tisimgħu lill-parti l-oħra wkoll?", "Għax jien naħseb li l-parti l-oħra wkoll trid min jgħallimha u turuha li qegħda tiżbalja.", "Jiġifieri normali li tisimgħu liż-żewġ partijiet?", "Semmejtu Dar Karolina ta' Għawdex li ilha magħluqa minħabba refurbishing.", "X'inhi r-raġuni li ħadet daqshekk fit-tul biex tiġi rranġata?", "THE CHAIRMAN: Onor. Farrugia, għandek xi mistoqsijiet jew rimarki?", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb li waħda mill-mistoqsijiet li staqsa l-Onor Frederick Azzopardi hija interessanti.", "F'ċerti każi naċċetta l-kummenti li għaddejtu, ta' x'iwassal għal vjolenza.", "Bħalma tafu teżisti wkoll vjolenza psikoloġika li wieħed jasal li jkun iċċelinġjat psikoloġikament sal-punt li żewġ alternattivi jibqa', jew jitlaq 'il barra jew inkella f'ċerti każi sfortunatament jinqabeż il-limitu.", "Naħseb il-mistoqsija ta' l-Onor Azzopardi hija interessanti għax x'jikkawża l-vjolenza, hija sempliċement l-upbringing jew sempliċement l-edukazzjoni li wieħed ħa?", "Il-messaġġi li wieħed qed jirċievi minn differenzi forzi - mit-televiżjoni, drawwiet - jew hemm affarijiet oħrajn li ħafna drabi jkun hemm vjolenza oħra differenti li r-raġel, jew il-mara, ma tkunx taf kif se taqbad toħroġ minn dik is-sitwazzjoni u tipprova tuża s-superjorità fil-vjolenza għax ma jkunux jafu mod ieħor kif se joħorġu mis-sitwazzjoni?", "Mis-separazzjonijiet li fil-fatt ikun hawn, kemm persentaġġ minnhom, ikollok kwestjoni ta' vjolenza?", "U mill-annullamenti - li jirriżultaw kemm mill-Istat kif ukoll mill-Knisja – kemm ikun hemm li l-vjolenza hija l-kawża li twassal għal tkissir ta' dak iż-żwieġ partikolari?", "THE CHAIRMAN: Grazzi Onor. Farrugia.", "Insejjaħ issa lill-Onor.", "JUSTYNE CARUANA: Jien nirringrazzjakom tal-ħidma li tagħmlu kollha kemm intom għax jien naħdem ħafna ukoll f'dan il-qasam.", "Nifhem il-problemi u jien niltaqa' ma' ħafna minnhom ukoll u grazzi għalikom qed tgħinu ħafna nies.", "Għandi ċerti punti li xtaqt ngħaddilkom.", "Inżied ma' dak li qal l-Onor.", "Michael Farrugia dwar il-kaġun tal-vjolenza.", "Jien qed niltaqa' ma' ħafna tipi ta' partners - speċjalment irġiel - li jħossuhom frustrati minħabba li ma jilħqux xi aspirazzjonijiet tagħhom u jiżvogaw mal-weaker sex.", "Anke meta jiġu għal-sitwazzjonijiet fejn ma jistgħux jiddiljaw mal-istress tagħhom, jispiċċaw b'the easiest way out li jiżvogaw mal-mara.", "Jien naħseb li din irridu nittekiljawha wkoll, għax hemm bżonn - u intom semmejtuha - ta' training fuq stress management u anke dwar l-effetti tal-istress fuq il-familja.", "Rigward kif qed jitressqu l-każijiet il-qorti.", "Nixtieq li veru jitressqu within four days, però mhux qed ikun il-każ.", "Jien ikolli każijiet fejn indum nistenna tliet xhur u nkun qed nirriskja li dawn il-kawżi jiġu preskritti.", "Issa mhux għax ma jsibux lill-akkużat biex jinnotifikawh imma biex jiktbu ċ-charges.", "Jekk inti tħalli ċertu żmien jgħaddi u ma tinnotifikax, il-każ jaqa' preskritt.", "Għax wara li l-vittma li tkun għaddiet minn dak il-hurdle kollu biex għamlet il-kuraġġ, irrapportat, ikkomponiet ruħha biex tipprepara ruħha u mbagħad il-każ jaqagħlha preskritt, naħseb li it's the worst thing that can happen.", "Naħseb ikun agħar milli kieku kellu joħroġ liberat.", "Għax il-vittma tkun marret all the way biex tirrikorri għall-istituzzjonijiet, imbagħad l-istituzzjonijiet stess ikunu fallewha.", "Naħseb hemm bżonn ta' iktar koordinazzjoni biex dawn il-każijiet ma jiġrux - dawn l-estremi tal-preskrizzjoni – u għallinqas jekk ma jkunx hemm four, seven, eight or nine days limit imma mhux two or three months.", "It's unacceptable li tistenna dak iż-żmien kollu biex jinstema' l-każ tiegħek u imbagħad ma tafx x'se jiġri x'ħin tasal hemmhekk.", "Semmejtu wkoll il-protection orders.", "Issa biex jinħareġ protection order irid jgħaddi minn proċess.", "Jiġifieri jinstema' l-każ, jinstab il-ħati, mbagħad ikun hemm il-protection order.", "Il-biża' li jkollhom il-vittmi - kif qalet Dr. Naudi stess - hija sakemm jinstema' l-każ u jitilgħu jixhdu.", "Allura naħseb li huwa opportun li nestendu l-protezzjoni sa minn qabel.", "Hemm pajjiżi barranin li diġà għandhom din.", "Fil-fatt, meta kont qed nipprepara għad-debate sibt artiklu minn \"The Times\" tal-Korea li malli l-vittma tagħmel ir-rapport u jirriżulta li hemm każ, awtomatikament jinħareġ protection order u l-perpetrator irid jitressaq il-qorti within five days.", "U mbagħad anke jkollok il-protection tal-witness awtomatikament, jiġifieri jkollok dik il-garanzija li l-vittma se titla' tixhidlek.", "Għax hemm aspett ieħor.", "Għalkemm il-pulizija, illum ex-officio, tista' tmexxi l-każ minkejja li ma jkunx hemm complaint, fir-realtà kemm qed isiru?", "Il-qrati kemm qed jibqgħu għaddejjin bil-kawżi?", "Jien nista' ngħidilkom li fil-kawżi li nkun involuta jien, u l-mara għal raġunijiet diversi tirtira l-kwerela tagħha, fl-ebda każ il-qorti ma tiddeċiedi li tkompli.", "Jiġifieri l-mara tirtira l-kwerela, ma tridx tixhed u daqshekk.", "Issa, hux ta' min jikkonsidra li nżidu l-valur probatorju tal-istqarrija jew ir-rapport li tagħmel il-vittma.", "Li għalkemm ma tixhidx il-mara, hux opportun li l-istqarrija tal-fatti li tkun tat, tibda tkun ġuramentata u titressaq il-qorti biex il-pulizija – il-prosekuzzjoni - jkollha l-każ imsaħħaħ.", "U l-qorti mbagħad tpoġġilha piż fuq spallejha li għandha dikjarazzjoni ġuramentata kif se tiġi eżaminata minnha.", "Jiġifieri huwiex iż-żmien li nibdew naħsbu fuq dak il-binarju wkoll.", "Issemma ukoll il-legal aid.", "Għax f'Malta biex tmur tħabbat f'uffiċċju, biex issib il-legal aid - u jien ħdmit f'Malta - naf kemm hu diffiċli.", "Minn naħa l-oħra Għawdex huwa iktar faċli.", "M'għandekx fiex tinfixel għax kulħadd jaf lil kulħadd.", "Kemm tmur għand il-persuna skont min imissu - għax hemm tnejn - u jgħinnek biex jiffaċilitalek il-proċess.", "Però rigward is-servizzi tal-appoġġ f'Għawdex jien diżappuntata għall-aħħar għax ftit jitilgħu.", "Fil-fatt jitilgħu jixhdu fil-qorti ta' Għawdex biss, rigward każijiet li normalment ikunu involuti t-tfal.", "Jiġifieri għar-rigward ta' domestic violence aħna għandna biss id-Dipartiment għall-ħarsien tal-familja.", "Qegħdin ħames jew sitt min-nies, u they do a lot of work imma ma jistax ikun li għandek servizz daqshekk basic meta inti għandek sitwazzjonijiet daqshekk kumplessi.", "Dar Karolina ssemmiet li qegħda taħt refurbishment.", "Però still jekk għandek problema burokratika u qed tispiċċa bl-uniku shelter magħluq, come on aħsbu f'alternattiva.", "Hemm daqshekk appartamenti tal-gvern magħluqa u mbarrati u ħadd ma jgħix ġo fihom, aqbad wieħed minnhom u kkonvertih f'emergency shelter biex tagħti servizz.", "Ma jistax ikun li jien nispiċċa b'mara tibki quddiemi u tgħidli li jekk titlaq mid-dar m'għandhiex fejn tmur.", "Se tmur għand l-arċipriet, għand il-kapillan, fejn se tmur.", "Għax dak l-ewwel ħsieb li jiġihom, jew imorru għand il-kapillan jew għand l-arċipriet.", "Jiġifieri lanqas biss hemm struttura.", "Hemm nuqqas ta' servizzi u nuqqas ta' esperti u ta' professionals.", "Social workers, care workers u psychiatrist għandna imma psychologists huma limitati ħafna.", "Jiġifieri għar-rigward ta' servizz hu very very basic.", "Semmejtu wkoll l-skorta.", "Kemm qed tiġi pprovduta l-skorta?", "Għandek xorti ssib lil xi ħadd fil-vice squad anke jekk ikollok każ urġenti, aħseb u ara kemm se jagħtuk l-skorta.", "U tad-distrett inqas u inqas.", "Jiġifieri naħseb li l-Kummissarju tal-Pulizija għandu bżonn daqqa fuq rasu mhux ħażin fuq din għax naħseb li għandu jiġi pprovdut servizz.", "U anke dwar l-in-service courses.", "Hemm bżonn li r-riżorsi umani jiġu wżati tajjeb għax jekk ikun hemm membru parlamentari li jitlob il-protezzjoni mill-ewwel jagħtuhielu l-pulizija!", "(Interruzzjonijiet)", "Għar-rigward imbagħad tal-in-services courses jien ma nafx x'qed isir.", "Ir-rekruti l-ġodda all right, hu parti mit-training tagħhom.", "Mara bit-tfal magħha, tmur l-għassa tal-pulizija, tibki u tipprova tagħmel rapport u jgħidulha \"Le ħi, mur għand l-avukat, aħna ma nedħuhomx dawk it-tipi ta' rapporti.", "Mur għand l-avukat jew mur għand ir-raġel ara kif se tirranġa\".", "Jiġifieri hemmhekk qed ngħaddu messaġġ ħażin lil dawk kollha li jagħmlu kuraġġ u jiddeċiedi jitkellmu.", "THE CHAIRMAN: Ibda kkonkludi jekk jogħġbok.", "JUSTYNE CARUANA: Issemmiet ir-rata ta' omiċidji tan-nisa b'konsegwenza ta' vjolenza domestika.", "Naħseb li ma tridx teħodha in proportion mal-popolazzjoni imma in proportion mal-omiċidji kollha li jsiru f'Malta.", "Hemm joħroġ il-persentaġġ.", "Kif għedtu tajjeb, għalkemm tajtu il-figuri, its not the real picture għax hemm ħafna nisa li jsofru ġos-silenzju tad-djar tagħhom u mhux la kemm tikkonvinċihom joħorġu.", "Hemm mentalità li trid tikkombattiha.", "Jien ġieli nara koppji s-supermarkets jixtru flimkien, però mbagħad tmur ġod-djar tagħhom u l-mara tgħidlek, li tmur mar-raġel tixtri għax jgħoddilha every penny, u ġol-portmoni tagħha lanqas one cent ma jkollha.", "U dak huwa fattur tal-economic dependence li naħseb irid jiġi indirizzat.", "Għalhekk aħna mbagħad, Onor. Vassallo, irridu nindirizzaw l-imbalance of powers.", "Għax minn hemm toħroġ li r-raġel għandu poter fuq il-mara, u li l-mara li tiddependi minnu.", "Allura faċli li r-raġel jabbuża mill-mara u mhux viċi versa.", "THE CHAIRMAN: Peress li sar il-ħin, aħjar tieħdu nota tal-mistoqsijiet, u imbagħad insibu okkażjoni oħra fejn tiġu u tagħtuna tweġiba.", "Iktar 'il quddiem nħabbru data għal meeting ieħor biex tkunu tistgħu telaboraw iktar fuq is-suġġett u tagħtu r-risposti tagħkom.", "Aħna per se m'aħniex nanalizzaw is-servizz tagħkom.", "Għalkemm nirringrazzjakom u nifhem minn xiex intom għaddejjin u x'inhuma l-objettivi tagħkom, imma nixtieqkom terġgħu tiġu lura u tagħtuna t-tweġibiet tagħkom biex aħna bħala kumitat nifhmu aħjar u intom tgħinuna nifhmu aħjar ukoll - anke fid-dawl tal-mistoqsijiet tal-Onor.", "Michael Farrugia - x'inhi s-sitwazzjoni tal-familja Maltija.", "Nirringrazzja ukoll lil sħabi li ħarġu b'dawn il-proposti u b'dawn il-mistoqsijiet.", "Jiġifieri aħna rridu naraw ir-relazzjoni tal-vjolenza domestika mal-familja Maltija.", "Mhux il-vjolenza domestika u s-servizzi li l-gvern qed joffri biex jikkombatti l-vjolenza domestika u nieqfu hemm.", "Jiġifieri jien m'iniex qiegħed nanalizza dan ir-rapport ta' ħidma and that's it.", "Ħa nagħmel il-mistoqsijiet tiegħi imbagħad irrisponduhom darba oħra.", "(Interruzzjonijiet)", "Fis-soċjetà tagħna x'qiegħed jikkawża l-vjolenza domestika?", "Għoġbuni l-mistoqsijiet ta' sħabi.", "Imma ma rridx li bħala risposta tgħiduli l-imbalance of power.", "Morru ftit iktar in depth anke bħala statistika, anke jekk tgħiduli l-media, jew l-edukazzjoni.", "Nixtieq li tiddiskutuha iktar fid-dettall, għalhekk fil-laqgħa li jmiss ejjew ippreparati.", "U jekk hemm bżonn, niltaqgħu ukoll qabel f'meeting preparatorju biex inkunu nafu lil min nistgħu nġibu - dawn jistgħu jkunu rappreżentanti jew mill-pulizija, jew mill-Ministeru tal-Ġustizzja, eċċ. - għal din il-laqgħa, biex filwaqt li nkunu qed niddiskutu, jisimgħu huma wkoll biex ma tkunx session ta' mistoqsija u risposta imma tkun session edukattiva u fl-istess ħin żżid iktar awareness.", "Hawnhekk m'intomx qegħdin għat-test, is-soċjetà qegħda għat-test.", "Lanqas il-politiku m'hu qiegħed għat-test.", "Hawn mhux eżami ta' xi ħadd fuq xi ħadd.", "L-imbalance of power huwa kontra tagħna kollha.", "Is-soċjetà qegħda timponi fuqna.", "Imma rridu nifhmu b'mod kliniku, llum fl-2008 is-soċjetà tagħna, Maltija jew Għawdxija – u jekk ikun hemm bżonn lil Għawdex niddiskutuh għalih għax kif qalu l-Onor.", "Justyne Caruana u l-Onor.", "Frederick Azzopardi, jista' jkun hemm ċirkostanzi totalment differenti minn Malta - kif nħarsu lejn il-familja Maltija u x'qed jikkawża fil-familja Maltija llum.", "Imma ejjew immorru skont l-esperjenza tal-każijiet li intom għandkom.", "Għalhekk tirrispondux illum, ejjew lura f'data oħra li nsibu konvinjenti għaż-żewġ naħat, u b'esperjenzi ta' veru x'qanqal dik il-kawża.", "U allura irridu wkoll proposti.", "Irridu niddiskutu bejnietna kif nistgħu nfejqu din il-problema għax aħna nafu, we're just speaking on the tip of an iceberg, qisna bilqiegħda on a time bomb, li iżjed ma nitkellmu dwarha, iżjed ifeġġ, iżjed ma taqta' iżjed jikber.", "Kieku statistikament ngħidilkom, kemm qegħdin taħsbu li se tikber din il-problema kull sena.", "Jekk intom tiltaqgħu ma' 500 persuna, tistgħu tgħidu li kull sena din se tikber b'tant persentaġġ ........(Interruzzjonijiet) Iżjed ma tagħmel pubbliċità iżjed se tbiegħ, iżjed dawn in-nies se jiġu.", "Jiġifieri f'dan il-qasam hekk hu.", "Però jien se nuża l-kelma li biha forsi sħabi jifhmuni, 'layman's language' għax se nibda niddejjaq għax anke f'laqgħat preparatorji għal meetings oħrajn bħal dan li jien ikolli - għal dan iddispjaċini ma kellix għax kieku nieħdu in vistament qabel - li ma jistax ikun li f'Malta, ir-risposta tkun ejjew nedukaw.", "Ftit ilu aħna kellna meeting dwar l-effetti tal-media u l-familja u ssemma rridu nedukaw għal iktar responsabbiltà.", "Ma jistax kulħadd jeduka għal iktar responsabbiltà, qisna qed nisparaw fl-ajru meta qed nitkellmu 'ejjew nedukaw' għal iżjed responsabbiltà.", "Hija l-iżjed ħaġa importanti li rridu nagħmlu imma fl-istess ħin m'aħniex qegħdin ninżlu 'l isfel fis-suġġett.", "Forsi mistoqsija teknika, kemm qegħdin idumu n-nisa fix-shelters?", "X'inhuma n-numri?", "Rigward il-każijiet fil-qorti, l-Onor Justyne Caruana għamlet rimarki tajbin, m'hemmx għalfejn nikkummenta.", "F'pajjiżna x'jistgħu jkunu dak li ġie irriferut fl-islide li: \"Member states address discriminatory traditions and attitudes.\"", "Meta qed ngħidu 'discriminatory traditions and attitudes' - ftakar li huwa persentaġġ żgħir mill-popolazzjoni Maltija li huma avukati u tobba, meta se nitkellmu mal-popolazzoni Maltija b'mod l-iżjed sempliċi u b'mod ġenerali - kif nistgħu nikkwantifikaw dak it-tip ta' statement?", "L-istess, ħadt nota fuq l-imbalance of power.", "Pajjiżna, minn mod popolista, minn xiex qed ikun ikkawżat.", "Jiġifieri nerġa' mmur kważi għall-ewwel mistoqsija li għamilt.", "U allura xi jrid isir biex fis-soċjetà tagħna nfejqu din il-pjaga, ma jibqax ikollna dan l-imbalance of power, ma jibqax ikollna l-attitudni negattiva ta' persuna fuq oħra għax jista' jkun raġel fuq raġel.", "Jiġifieri meta tħares fil-familja Maltija - u mmur lura għal mistoqsija tajba li agħmel l-Onor.", "Michael Farrugia - inti mhux bifors raġel fuq mara, imma jista' jkollok raġel fuq raġel, jista' jkollok mara fuq mara.", "Għada pitgħada x'inhu l-ġejjieni ta' din il-problema?", "Jagħti iktar enfasi ta' l-imbalance of power tar-raġel fuq il-mara, imma fil-ġejjini hemm min qed jaħseb - issa l-esperti - li dan il-blue print jista' jinbidel?", "Hemm min qed jaħseb li fil-ġejjieni fis-soċjetà tagħna, l-vjolenza domestika tista' tkun iktar wiesa' minn daqshekk.", "Politiku imma b'mod l-iktar miftuħ fejn la għandi esperjenza ta' tabib u lanqas esperjenza ta' avukat.", "Imma f'isem min mhux la tabib u lanqas avukat, qed nistaqsi dawn il-mistoqsijiet b'mod ġenerali.", "Issa se nħalli f'idejn it-tabib biex jistaqsi l-mistoqsijiet tiegħu.", "Qed ngħid għall-Onor.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Dawk huma l-iktar tliet affarijiet li huma importanti.", "Għalhekk naħseb fil-futur, meta niġu għal prevenzjoni ta' din il-problema, hemm bżonn li meta t-tfal jaslu f'ċerta età fl-iskejjel diġà nibdew nagħmluhom aware minn din.", "L-ewwelnett trid tqis li n-natura tas-soċjetà tagħna għandha male dominance.", "La din hija n-natura tagħna allura tiġi li r-raġel fuq il-mara.", "Għalhekk inħolqot din il-problema fejn ir-raġel huwa qisu dejjem superjuri għal mara.", "Is-soċjetà qed tinbidel u meta jiena se nibda nitkellem fuq familja se nuża l-kelma 'familja' in a wider section.", "Jiġifieri mhux biss ir-raġel u l-mara, imma two that are cohabiting.", "Jista' jkun ukoll a single person.", "X'qed jiġri?", "Naħseb li fejn hemm imħabba u unjoni f'partnership – biex ngħidulha hekk - ma jaslu qatt għall-vjolenza.", "Fejn hemm l-imħabba I don't think li wieħed jista' jasal għal dik il-vjolenza.", "Fejn hemm nies tal-istess livell, kif nista' nħobb il-partner tiegħi mbagħad inkun vjolenti magħha?", "Veru li hemm ċerti karattri li jridu dik il-ftit vjolenza wkoll, però naħseb li fejn hemm il-ftehim u l-imħabba f'familja ma hemmx il-vjolenza, ma jaslux għall-vjolenza.", "Għalhekk il-familja hemm bżonn nagħtuha ċertu feeling.", "What is really happening in a partnership between two people, li jirrispettaw lil xulxin, li jħobbu lil xulxin.", "Għax naħseb li meta għandna dawn il-prinċipji ma naslux biex ikun hemm domestic violence la min-naħa u lanqas minn oħra.", "Imma kif qed jiġri issa hu li l-familji tagħna qed jisparpaljaw u qed ikollna tipi ta' familji differenti.", "Jiġifieri anke minħabba li s-separazzjonijiet qed jiżdiedu fl-ammont u what the children are going through.", "Mill-banda l-oħra nitfagħlkom on the floor, dak li jgħidu l-Ingliżi, a male chauvinistic pig.", "Min-naħa l-oħra, kultant meta ma hemmx dik l-għaqda in a normal family - mara u raġel li għandhom it-tfal - il-mara taf tkun vjolenti fuq ir-raġel ukoll.", "Ikun hemm domestic violence fuq ir-raġel.", "We are treading on ice here għax tista' taħdem lir-raġel biex she'll get her separation or her divorce later on. Nirringrazzjakom tax-xogħol li għamiltu.", "Bdejna, ftaħna tieqa li m'aħniex se nagħlquha llum, imma nemmen li għandna nibqgħu niddiskutu.", "Irridu nsibu ħin ieħor għal meta nkunu nistgħu niltaqgħu - probabilment għal Jannar li ġej - fejn nixtiequ li tieħdu dan il-ħin favur tagħkom, biex meta nerġgħu niltaqgħu - u jekk tridu tagħmlu presentation oħra wkoll - din id-darba d-domestic violence nkunu nistgħu niddiskutuha abbażi ta' dawn il-mistoqsijiet u rimarki li għadhom kemm għamlu l-membri tal-Kumitat.", "Jekk tieħdu nota tal-meetings li se npoġġi quddiem sħabi biex jagħtuni tweġiba fuqhom, se tindunaw anke aħna kif qegħdin inħarsu lejn ċerti suġġetti.", "Però ma niddejjaqx li jkollna meeting preparatorju qabel ma jkollna dan il-meeting ħalli nkunu focused fuq is-suġġett primarju tagħna.", "MRS MARYANNE GAUCI: Naħseb li ma nistgħux inkomplu niddiskutu l-awareness mingħajr ma nsaħħu s-servizzi.", "Irrid nagħmel dan il-concluding remark.", "The CHAIRMAN: Naqbel miegħek.", "Imma jekk jogħġbok hawnhekk la aħna l-Ministru tal-Finanzi u lanqas aħna the mighty li nistgħu.… Jiġifieri intom filwaqt li napprezza u nifhem - għax kieku jien qed minflokkom nagħmel l-istess - li tieħdu din l-okkażjoni biex titolbu ftit iktar, imma hawn mhux il-meeting bħalma jkollna għaddej bħalissa jew minn hawn u ftit ieħor fejn tmur għal budget u titlob tant u jagħtik nofs.", "Imma hawnhekk qegħdin nipprovaw niddiskutu l-familja as such, jiġifieri kwestjoni ta' servizzi - l-istatement sar - issa niffokaw fuq il-familja.", "Jekk jogħġobkom......", "MICHAEL FARRUGIA: Li qed tinkwetani hija din, mhux kwestjoni ta' awareness biss.", "Naħseb li jinteressa lil dan il-Kumitat huwa, x'inhu jikkawża l-vjolenza?", "Apparti li ssemmew - waqt din il-laqgħa llum - imma fir-realtà, x'inhu jikkawża l-vjolenza?", "Naħseb jekk niffokkaw fuq hekk, għallinqas inkunu nistgħu nibdew nirrealizzaw x'inhi l-kawża li qed twassal għal hekk, imbagħad inkunu nistgħu naraw kif se nittakiljaw din il-problema.", "S'issa għandna li l-vjolenza teżisti, hija reali.", "L-effett fuq il-mara, fuq ir-raġel, fuq it-tfal huma reali u jeżistu.", "Hemm soluzzjonijiet li jeżistu - tajbin jew ħżiena, fihom in-nuqqasijiet tagħhom - imma jeżistu wkoll.", "Imma hemm vakum ta' informazzjoni ta' x'inhu vera li qed jikkawża il-vjolenza.", "Ir-reali fejn jinstemgħu l-vittma u min ikkawża.", "Anke jekk ikun hemm statisitka anke forsi fil-qorti x'jingħad, x'ma jingħadx; quddiemkom x'jintqal jew ma ntqalx; inkunu nistgħu nifhmu aħjar x'inhi r-realtà.", "Hawnhekk donnu hawn vakum, qed nisimgħu dan kollu imma fuq hawnhekk - s'issa jiena bħala tabib nisma' - imma nixtieq inkun naf fuq bażi nazzjonali x'inhi r-realtà.", "Sodisfatt ħafna li almenu xi ħadd minn sħabi qed jifhem fejn nixtieq li rridu naslu.", "Però huwa importanti ħafna, għeżiż ħbieb, li jkollna opportunità li nagħmlu meeting preparatorju wara nofs inhar u nipprovaw ninżlu iktar in depth - jiena u intom - għal meeting ieħor.", "Għax waħda mill-ikbar stumbling block li qed insib biex naslu hija li l-esperti fis-suġġetti qegħdin jitkellmu ta' esperti, u meta qegħdin nitkellmu inkunu fil-għoli wisq.", "Allura meta tkun qed titkellem u taqsam l-esperjenza tiegħek, probabilment taħseb li kulħadd huwa bħalek, b'dak kollu li taf inti u qed tinsa li hemm isfel ħadd ma jkun qed jifhmek għax m'għandux dik l-esperjenza tiegħek.", "Din ġrat meta kellna l-effett tal-media fuq il-familja.", "Kieku tgħidli kemm kont kuntent bl-eżitu ta' dak il-meeting, ngħidlek 20%.", "Għax l-esperti baqgħu jitkellmu ta' esperti imma s-soċjetà ma daħalnihiex.", "Ejjew nipprovaw nifhmu x'qegħdin ngħidu.", "Skużawni għal sħabi imma tifhmu fuq xiex qegħdin nitkellmu.", "Għeżiż Membri, nixtieq infakkarkom dwar il-laqgħat ta' dan il-Kumitat.", "Nhar it-Tnejn 27 għandna l-meeting mal-Kummissarju tat-Tfal biex tippreżenta l-Annual Report.", "Jiena diġà tlabt lill-Kummissarju tat-Tfal biex ma tiġix titkellem fuq ir-rapport li ppubblikat għax mis-slide presentation li rajt s'issa, m'jien qed nara xejn differenti minn dak li hemm ippubblikat diġà.", "Għamilt meeting preparatorju fejn lill-Kummissarju tat-Tfal għedtilha biex iġġib lista tal-pending issues li għandha u qed nieħu l-okkażjoni għax is-Sinjura Carmen Zammit qiegħda hawnhekk preżenti.", "Biex ma jkollniex repeating exercise ta' dak li hemm diġà miktub, għax dak taken as read jiġifieri hawnhekk qed niftaħ il-ferita mhux nagħlaqha.", "It-Tlieta 28 ta' Ottubru se nitkellmu ma' Dr Philip Carabot, ma' Dr Charmaine Gauci u ma' Dr Anna-Marija Vella dwar in-National Sexual Health Policy.", "L-għada, l-Erbgħa, 29 ta' Ottubru, se nkunu qegħdin nitkellmu dwar il-Family Poverty and Social Exclusion with special emphasis on children, research on family.", "Fuq dan is-suġġett se nkunu qegħdin nitkellmu ma' Dr Angela Abela u ma' Fr. Dr. Carmel Tabone.", "Diġà tawna r-rapport imma hemmhekk se mmissu xi ħaġa minn dik li tista' tkun problema tagħkom.", "Qegħdin tindunaw li dawn is-suġġetti kollha għandhom x'jaqsmu ma' xulxin.", "It-Tlieta, 11 ta' Novembru, għadha tentative - araw li jista' kulħadd – hija t-tkomplija tad-diskussjoni li kellna l-bieraħ dwar is-social inclusion.", "MICHAEL FARRUGUIA: Mhux għal xi ħaġa imma se jkollna l-preparamenti għad-diskorsi tal-budget, u dak iż-żmien ikolli ħafna laqgħat.", "The CHAIRMAN: Mela, fil-każ, inħalluha għal iktar tard.", "Onor. Michael Farrugia u sħabi, jien qed inpoġġi dawk li huma tentative biex intom tagħtuni iva jew le, jekk ikun le ma jkun ġara xejn.", "Dan irid jiġi mħolli għal Jannar.", "MICHAEL FARRUGIA: Mhux għal Jannar.", "Naħseb l-aħjar wara d-diskors tal-budget.", "Imma mbagħad ħudli ħsieb biss li peress jiena nkopri ċerti oqsma oħrajn bħal, per eżempju, il-housing u nkun irrid nitkellem meta jkun hemm l-awtoritajiet.", "The CHAIRMAN: Ara, id-diskussjoni fuq il-budget jispiċċa fid-19 ta' Novembru.", "MICHAEL FARRUGIA: Mhux aħjar forsi niltaqgħu xi jumejn qabel jispiċċa d-diskorsi tal-budget, naraw x'tentattivi hemm rigward diskorsi oħrajn tal-awtoritajiet imbagħad naraw fejn nistgħu nifilzaw minħabba l-awtoritajiet?", "Fid-9:20 pm id-diskussjoni kienet interrota u ġie maqbul li diskussjoni fuq l-istess suġġett għandha tkompli f'data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081022_006d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 6", "L-Erbgħa, 22 ta' Ottubru, 2008", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.32 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Is-Sur James Carabott, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali fil-Kamra tad-Deputati attenda għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr 5 li saret nhar it-Tlieta 21 ta' Ottubru 2008 ġew konfermati.", "Il-President talab il-permess tal-Kumitat sabiex cameraman tan-NET TV ikun jista' jieħu filmati tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "X'qed ikun l-effett tal-Vjolenza Domestika fuq it-tfal u l-ġenituri", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat stieden lil Dr Marceline Naudi (Chairperson tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika) fejn tat preżentazzjoni fuq il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika u dwar il-Blue Print li ħarġu l-Kunsill ta' l-Ewropa biex nikkumbattu l-Vjolenza fuq in-nisa, inkluż dik domestika.", "Wara Ms Yvonne Mallia (Operations Director, APPOĠĠ) u Ms Maryanne Gauci (Service Manager, APPOĠĠ) taw preżentazzjoni dwar \"The Effects of Domestic Violence on Children and Family\".", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-9:20 pm id-diskussjoni fuq dan is-suġġett kienet interrota u l-Kumitat qabel li diskussjoni fuq l-istess suġġett għandha tkompli f'data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081022_006m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 10 ta' Novembru 2008.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-4.47 p.m.", "L-Onor Michael Frendo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Preżenti wkoll kien hemm l-Onor Evarist Bartolo.", "Assenti: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Onor Luciano Busuttil.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 5 li saret fit-22 ta' Ottubru 2008 kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumitat talab il-permess sabiex cameraman ta' ONE TV ikun jista' jieħu filmat ta' parti mil-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "Il-President tal-Kumitat ippreżenta lill-Kumitat sittax-il riżoluzzjoniji, dikjarazzjoni u rapport tal-Parlament Ewropew li l-istess Parlament iddeċieda li jibgħat lill-Parlamenti ta' l-Istati Membri:", "Dokument 157 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar it-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni tal-għalliema' (2008/2068(INI)) P6_TA-PROV(2008)0422;", "Dokument 158 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-Proċess ta\" Bologna u l-mobilità ta' l-istudent (2008/2070(INI)) P6_TA-PROV(2008)0423;", "Dokument 159 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-allinjament ta\" atti legali mad-Deċiżjoni l-ġdida dwar il-Komitoloġija (2008/2096(INI)) P6_TA-PROV(2008)0424;", "Dokument 160 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet fl-2007 (2008/2028(INI)) P6_TA-PROV(2008)0437;", "Dokument 161 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-trasparenza tal-investituri istituzzjonali (2007/2239(INI)) P6_TA-PROV(2008)0426;", "Dokument 162 Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-proklamazzjoni tat-23 ta' Awissu bħala l-Jum Ewropew ta\" Tifkira għall-Vittmi ta' l-Istaliniżmu u tan-Nażiżmu P6_TA-PROV(2008)0439;", "Dokument 163 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar is-sitwazzjoni u l-prospettivi ta' l-agrikoltura fir-reġjuni ta' l-għoljiet u tal-muntanji (2008/2066(INI)) P6_TA-PROV(2008)0438;", "Dokument 164 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Hedge funds u l-ekwita' privata ((2007/2238(INI)) P6_TA-PROV(2008)0425;", "Dokument 165 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar \"Naħsdu l-benefiċċji kollha tad-dividend diġitali Ewropew\": Approċċ komuni għall-użu ta' l-ispettru rilaxxat mill-bidla diġitali (2008/2099(INI)) P6_TA-PROV(2008)0451;", "Dokument 166 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-tħejjija għas-Samit bejn l-UE u l-Indja (Marsilja, 29 ta\" Settembru 2008) P6_TA-PROV(2008)0455;", "Dokument 167 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali 2006 (11964/2007 – C6-0326/2007 – 2006/0263(CNS)) P6_TA-PROV(2008)0453;", "Dokument 168 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar il-Ftehima Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali (ITTA) 2006 P6_TA-PROV(2008)0454;", "Dokument 169 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2008 dwar il-konċentrazzjoni u l-pluraliżmu tal-media fl-Unjoni Ewropea (2007/2253(INI)) P6_TA-PROV(2008)0459;", "Dokument 170 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2008 dwar il-White Paper dwar kwistjonijiet ta\" saħħa marbuta man-nutriment, il-piż żejjed u l-obeżità (2007/2285(INI)) P6_TA-PROV(2008)0461;", "Dokument 171 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2008 dwar il-Media Komunitarja fl-Ewropa (2008/2011(INI)) P6_TA-PROV(2008)0456;", "Dokument 172 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2008 dwar id-dibattitu annwali dwar il-progress li sar fl-2007 fl-Ispazju ta\" Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (Artikoli 2 u 39 tat-Trattat UE) P6_TA-PROV(2008)0458;", "Dokument 173 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2008 dwar il-kontroll tal-prezzijiet tal-enerġija P6_TA-PROV(2008)0460; u", "Dokument 174 Rapport dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet fis-sena parlamentari 2007 (2008/2028(INI)) datat l-10 ta' Settembru 2008.", "LAQGĦA MAS-SENATUR LAMBERTO DINI, PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-EMIGRAZZJONI TAS-SENAT TALJAN", "Is-Senatur Lamberto Dini kien akkumpanjat mill-E.", "Wara introduzzjoni mill-President tal-Kumitat u mis-Senatur Lamberto Dini, saret diskussjoni fuq diversi materji kurrenti tal-politika barranija, fosthom, ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Italja, l-inizjattivi li Malta ħadet fil-kuntest tal-Unjoni Ewropea, is-sitwazzjoni fil-Mediterran u fil-Balkani, l-immigrazzjoni llegali, ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Uniti mal-Federazzjoni Russa, l-ewwel dikjarazzjonijiet li għamel il-President Elett tal-Istati Uniti Barack Obama u l-kriżi finanzjarja internazzjonali.", "Fis-6.11 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081110_006m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 7", "Il-Ħamis 13 ta' Novembru 2008 fis-7.00 p.m.", "L-Onor.", "Michael Frendo, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ħamis, 13 ta' Novembru 2008 fis-7.00 p.m fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa mal-Professur Bichara Khader, Direttur taċ-Ċentru għall-Istudji u r-Riċerka fuq id-Dinja Għarbija Kontemporanja tal-Universita' Kattolika ta' Louvain fil-Belġju, flimkien mal-Professur Stephen Calleya, Direttur tal-Akkademja Mediterranja għall-Istudji Diplomatiċi, dwar l-Unjoni tal-Mediterran.", "Affarijiet oħrajn."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081113_007a_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 13 ta' Novembru 2008.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.19 p.m.", "L-Onor Michael Frendo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor Francis Agius, l-Onor Charlo' Bonnici u l-Onor Beppe Fenech Adami.", "SKUŻAT: L-Onor George Vella kien imsiefer fuq xogħol parlamentari.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 6 li saret fl-10 ta' Novembru 2008 kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumitat ippreżenta ħdax-il riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li l-istess Parlament iddeċieda li jibgħat lill-Parlamenti ta' l-Istati Membri:", "Dokument 175 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta\" Protokoll mal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta\" persuni, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (9116/2008 – C6-0209/2008 – 2008/0080(AVC)) P6_TA-PROV(2008)0464;", "Dokument 176 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar l-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat (2008/2035(INI)) P6_TA-PROV(2008)0466;", "Dokument 177 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar il-Promozzjoni ta\" l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, inkluż il-faqar fost it-tfal, fl-UE (2008/2034(INI)) P6_TA-PROV(2008)0467;", "Dokument 178 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim taħt il-forma ta\" Skambju ta\" Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina fir-rigward taż-żamma ta\" l-impenji fil-kummerċ tas-servizzi mniżżla fil-Ftehim ta\" Sħubija u Kooperazzjoni (COM(2008)0220 – C6-0202/2008 – 2008/0087(CNS)) P6_TA-PROV(2008)0468;", "Dokument 179 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar \"Il-IASCF: Reviżjoni tal-kostituzzjoni - Responsabilità Pubblika u l-Kompożizzjoni tal-Proposti għal Bidla tal-IASB\" P6_TA-PROV(2008)049;", "Dokument 180 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar il-qagħda fil-Belarus wara l-elezzjonijiet parlamentari tat-28 ta' Settembru 2008 P6_TA-PROV(2008)0470;", "Dokument 181 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar il-ġejjieni tal-Aġenda tal-Iżvilupp ta' Doha tad-WTO P6_TA-PROV(2008)0471;", "Dokument 182 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar l-indirizzar tal-isfida tal-iskarsezza tal-ilma u tan-nixfa fl-Unjoni Ewropea (2008/2074(INI)) P6_TA-PROV(2008)0473;", "Dokument 183 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet soċjali fil-qasam tat-trasport bit-triq (2008/2062(INI)) P6_TA-PROV(2008)0475;", "Dokument 184 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-proċess Lamfalussy: l-istruttura futura ta' sorveljanza (2008/2148(INI)) P6_TA-PROV(2008)0476; u", "Dokument 185 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar 'Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013' (2008/2115(INI)) P6_TA-PROV(2008)0477.", "LAQGĦA MA' PROF.", "BICHARA KHADER, DIRETTUR TAĊ-ĊENTRU GĦALL-ISTUDJI U R-RIĊERKA FUQ ID-DINJA GĦARBIJA KONTEMPORANJA TAL-UNIVERSITA' KATTOLIKA TA' LOUVAIN FIL-BELĠJU, FLIMKIEN MA' PROF.", "STEPHEN CALLEYA, DIRETTUR TAL-AKKADEMJA MEDITERRANJA GĦALL-ISTUDJI DIPLOMATIĊI, DWAR L-UNJONI TAL-MEDITERRAN", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8.09 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa t-3 ta' Diċembru, 2008, fis-6.30 p.m. b'din l-aġenda:-", "Laqgħa mal-E.T. Gideon Meir, Ambaxxatur ta' Israel għal Malta.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081113_007m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 7", "It-Tlieta 25 ta' Novembru, 2008", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 25 ta' Novembru, 2008 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni mill-Kummissarju tat-Tfal dwar ir-Rapport Annwali 2007 – Every Child is Unique.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081125_007a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 7", "It-Tlieta, 25 ta' Novembru, 2008", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 7", "It-Tlieta, 25 ta' Novembru, 2008", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.18 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 6 li saret nhar l-Erbgħa 22 ta' Ottubru 2008 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nitlob lill-iSkrivan tal-Kumitat tibgħat ittra ta' kondoljanzi lill-familjari ta' l-Onor.", "Michael Gonzi wara l-mewt ta' ommu u ovvjament niftakru fiha fit-talb tagħna.", "THE CHAIRMAN: Inpoġġi fuq il-mejda tal-Kumitat ħames dokumenti ta' l-EU li ntbagħtu minn Working Group 1 bħala informazzjoni biss:", "Qabel ma nibdew nixtieq ngħid li ngħatajt notice li rrid ngħaddiha lilkom għax jien stess ma kontx naf b'din l-urġenza.", "Tajjeb li nfakkarkom li waqt li qegħdin nitkellmu dak kollu li jingħad waqt il-meeting qed jiġi trasmess via internet u allura qed ikun live.", "Jiġifieri mhux biss ikun recorded biex wara jiġi edited, imma dak li jingħad tridu tkunu responsabbli għalih.", "Ma' dik il-korrispondenza xtaqt inżid li kellna wkoll stedina mingħand il-Moviment ta' Kana biex immorru nżuruhom fl-uffiċini tagħhom.", "Nittama li f'Jannar inkunu nistgħu nagħmlu dawn il-visits li ġejna mitlubin biex nagħmlu.", "PREŻENTAZZJONI TAR-RAPPORT ANNWALI 2007 MILL-KUMMISSARJU GĦAT-TFAL", "THE CHAIRMAN: Nixtieq nagħmel introduzzjoni qasira għall-fini ta' records.", "Fil-laqgħa preparatorja li jien kelli mal-Kummissarju għat-Tfal, is-Sinjorina Carmen Zammit, jien tlabtha li din il-laqgħa li għandna hawnhekk illum ma tkunx diskussjoni fuq dak li diġà hemm miktub f'dan ir-rapport.", "Dan ir-rapport inqisu bħala moqri għax diġà tqassam lill-membri u lill-pubbliku u jien xtaqt li immedjatament immorru fuq xi ħaġa oltre minn dak li hemm f'dan ir-rapport u allura jkun ta iktar sustanza politika.", "Tlabt lis-Sinjorina Carmen Zammit tiġi għal din il-laqgħa għax din hija diskussjoni fuq il-ħidma tagħha, b'rapport ieħor li lilna tindikalna x'inhuma l-issues pendenti li wara l-ħidma li għamlet din is-sena tqishom bħala issues urġenti li aħna bħala kumitat għandna nkunu nafu dwarhom.", "Jien tlabt lir-research analyst James Carabott u lill-committee clerk Anna Coleiro sabiex jagħmlu kuntatti mal-ministeri differenti.", "Issa se nitlob lir-rappreżentanti tal-ministeri li hawn hawnhekk jintroduċu lilhom infushom sabiex ikunu immedjatament fuq din il-mejda għax l-idea tiegħi hi li wara li l-Kummissarju għat-Tfal, Carmen Zammit, tagħtina ħjiel ta' x'inhuma l-issues pendenti aħna mhux biss noqogħdu nistaqsu x'ġara jew ma ġarax, imma nidħlu mill-ewwel f'komunikazzjoni ta' ħidma biex, bħala rappreżentanti tal-ministeri, intom tgħidulna immedjatament kif nistgħu nipproċedu fuq dawk l-issues.", "Jekk se tkunu qed tisimgħu l-issues għall-ewwel darba ma ġara xejn, nerġgħu nagħmlu meeting ieħor 'il quddiem.", "Jista' jkun hawn membri ta' dan il-kumitat li jkomplu jagħmlu rimarki jew mistoqsijiet, imma x-xewqa tiegħi hi li dan il-kumitat ma jservix ta' skrutinju fuq il-Kummissarju għat-Tfal jew bħalma qegħdin nagħmlu ma' entitajiet oħra, imma nkunu hawn biex inġibu flimkien nies minn ministeri oħra li jistgħu jkunu huma l-eżekuttiv biex tinstab soluzzjoni għall-issues pendenti li hemm.", "Nerġa' ngħid, dan il-kumitat m'għandux ikun ta' skrutinju biss, imma għandu jkun iktar bħala l-link li jgħaqqad lill-Ministeri flimkien - fil-każ tal-lum mal-Kummissarju għat-Tfal - u naraw kif nistgħu nintefgħu f'ħidma li jekk hemm pending issues li jistgħu jkunu fattibbli, sostenibbli, doable, allura nsibu l-metodu kif nagħmluhom u ma jibqgħux pending, anzi bħal-lum sena nkunu nistgħu ngħidu liema minn dawn il-pending issues ma setgħux isiru għal din ir-raġuni jew l-oħra.", "Għaldaqstant nixtieq li immedjatament ir-rappreżentanti tal-ministeri jintroduċu lilhom infushom sabiex anke for the records ikollna min huma n-nies li għandi madwar il-mejda, imbagħad il-Kummissarju għat-Tfal tkun tista' tibda l-presentation tagħha.", "Nitlob lilek Dr Sciriha tintroduċi lilek innifsek.", "DR MARIA SCIRIHA: Jien Maria Sciriha, Policy Coordinator fi ħdan il-ministeru ta' l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport.", "MS CARMEN BORG: Jien Carmen Borg, Family Mediator Coordinator fil-Ministeru għall-Ġustizzja.", "MR ANDREW DECELIS: Jien Andrew Decelis mis-Segretarjat taż-Żgħażagħ u Sport, Membru tal-Kunsill Malti għall-Isport.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjakom.", "Nistieden lill-Kummissarju għat-Tfal biex tagħtina r-rapport interessanti fuq l-issues pendenti li ltqajt magħhom fil-ħidma li kellek din is-sena.", "MS CARMEN ZAMMIT (Kummissarju għat-Tfal): Mr Chairman u Onor. Membri, l-ewwel rapport se jagħti ħarsa ħafifa ħafna lejn l-attivitajiet għax hemm attivitajiet li bdejthom is-sena li għaddiet u qed inkomplihom din is-sena, però mbagħad se jiffoka ħafna fuq il-lakuni u l-kunsens tiegħi bħala Kummissarju għat-Tfal.", "Nixtieq l-ewwel u qabel kollox nirringrazzja l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali għal din l-istedina illum, sabiex nippreżenta rendikont tal-ħidma li wettaq l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal matul l-2007 u sabiex nixħet dawl fuq dawk il-kwistjonijiet li l-aktar jeħtieġu attenzjoni f'dan is-settur.", "Din is-sena kienet l-ewwel waħda minn mandat ta' tliet snin li ngħatajt bħala Kummissarju għat-Tfal, wara li kont ġejt appuntata f'din il-kariga mill-Prim Ministru, Dr Lawrence Gonzi, fis-6 ta' Marzu 2007.", "Mal-ħatra tiegħi bħala Kummissarju għat-Tfal il-prijorità immedjata tiegħi kienet li nibni u nkompli nespandi fuq l-esperjenza li akkwistajt f'dan is-settur.", "Mhux biss dħalt fil-fond f'dik li hi l-konsiderazzjoni tad-drittijiet minquxin fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tan-Nazzjonijiet Uniti, iżda wkoll kif dawn qegħdin jiġu applikati minn Malta.", "Dawn l-aspetti għamlu sehem sħiħ u kienu parti integrali fit-tfassil u t-twaqqif ta' pern koerenti għall-programm ta' ħidma ta' tliet snin ta' dan l-Uffiċċju.", "Il-pjan ta' xogħol li ġie mfassal għall-Uffiċċju matul it-terminu tiegħi bħala Kummissarju għat-Tfal jipprova jindirizza l-ħtiġijiet urġenti tat-tfal f'Malta, il-bżonnijiet li joħorġu miċ-ċirkostanzi ġenerali tat-tfal, kif ukoll l-osservazzjonijiet konklużivi għal Malta mill-Kumitat dwar id-Drittijiet tat-Tfal tan-Nazzjonijiet Uniti.", "L-Attivitajiet Prinċipali ta' dan l-Uffiċċju.", "L-uffiċċju tiegħi ħa ħsieb li jniedi għadd ta' proġetti fi sforz li jiġu mħarsin id-drittijiet tat-tfal b'mod aktar effettiv.", "Bla dubju l-akbar proġett imwettaq matul l-2007 kien il-Manifest għat-Tfal.", "Dan ġie varat fi Frar ta' l-2008 u kien ġie ppreżentat lill-erba' partiti politici prinċipali qabel l-aħħar elezzjonijiet ġenerali.", "Il-manifest kellu jidentifika l-ħteġijiet attwali tat-tfal f'Malta u jgħin sabiex isiru pjanijiet adegwati għall-futur.", "Bosta kienu l-konsultazzjonijiet ma' entitajiet u nies professjonali f'diversi oqsma, sabiex l-Uffiċċju seta' jiddentifika dawk il-firxiet li għandhom x'jaqsmu mat-tfal, u li l-aktar kellhom bżonn li jitmexxew 'l quddiem, kemm fl-ambitu tal-Familja kif ukoll f'dawk tal-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali, it-Tfal f'konflitt mal-Liġi, it-Tfal u l-Liġi, l-Edukazzjoni, l-iSport u l-Kultura, l-Ambjent, ix-Xogħol, is-Saħħa, kif ukoll Għawdex.", "Dawn il-konsultazzjonijiet kienu ta' importanza vitali sabiex setgħet tingħata stampa realistika u kemm jista' jkun preċiża tas-sitwazzjonijiet li t-tfal qegħdin jaffaċċjaw fil-gżejjer tagħna, b'mod partikolari fejn jidħlu s-servizzi u s-sapport li qegħdin jingħataw fil-preżent.", "Saru sforzi ukoll sabiex jiġu konsultati l-membri tal-pubbliku, inklużi t-tfal, sabiex l-uffiċċju jkollu anki l-feedback mill-pubbliku.", "Permezz ta' dan il-proġett, il-Kummissarju għat-Tfal kienet f'pożizzjoni li tagħti indikazzjoni tar-riżultati miksubin s'issa, u fl-istess ħin tippjana l-aħjar strateġiji għall-futur.", "Dan huwa xogħol li kompla u għadu jsir.", "Per eżempju, għada għandna diskussjoni pubblika oħra fejn jidħol ix-xogħol u t-tfal u sibna li l-konsultazzjonijiet li qed nagħmlu qed jattiraw anke nies li għandhom rwol importanti fil-kamp li nkunu qegħdin niddiskutu u qed nieħdu ħafna feedback li hu pożittiv u li nistgħu naħdmu fuqu.", "Jiġifieri dan xogħol li beda s-sena l-oħra u qed ikompli.", "Fl-2007 l-uffiċċju ta bidu għal proġett ta' tliet snin li jikkonċerna dawk it-tfal li jgħixu barra djarhom f'kura residenzjali.", "Dan il-proġett se jinkludi fih riċerka komprensiva li l-għan tagħha hu li tqiegħed il-pedamenti għal policy nazzjonali u strateġija nazzjonali għat-Tfal f'Kura Residenzjali.", "Hawnhekk nixtieq niġbed l-attenzjoni għan-nuqqas ta' policy.", "M'għandniex la policy u lanqas strateġija nazzjonali għat-tfal f'Malta.", "Mira oħra tal-proġett hi li s-sitwazzjoni ta' dawn it-tfal f'kura residenzjali titpoġġa fuq l-aġenda nazzjonali u tiġi trattata bħala kwistjoni ta' ġustizzja soċjali.", "B'hekk tista' tittieħed azzjoni diretta immedjata f'dawk il-każijiet l-aktar urġenti.", "Attwalment, dan il-proġett ta' riċerka jinsab lejn t-tmiem tal-istadju inizjali tiegħu, filwaqt li laqgħat regolari, informazzjoni u feedback għadhom għadejjin fil-kuntest usa'.", "Infatti llum kellna laqgħa oħra ma' esperti f'dan il-kamp li kienet utli ħafna biex tagħtina stampa eżatta tas-sitwazzjoni kif inhi u biex inkunu nistgħu nippjanaw anke l-kura ta' dawk it-tfal li jkun jeħtiġilhom joħorġu mid-dar tagħhom u biex naraw liema hu l-aħjar mezz għax s'issa għadha tistrieħ ħafna fuq il-kura residenzjali.", "'Il quddiem nispjega ftit iżjed fuq dan.", "L-edukazzjoni u l-għarfien pubbliku dwar id-drittijiet tat-tfal huma aspetti kostanti u kruċjali fil-ħidma tal-Kummissarju għat-Tfal, u matul l-2007 dan intwera permezz tal-kors annwali għat-tfal dwar id-drittijiet, imsejjaħ Rights 4U, li joffri l-opportunità lit-tfal bejn it-13 u l-15-il sena li jitgħallmu dwar id-drittijiet tagħhom b'mod mill-aktar informali permezz ta' weekend live-in.", "L-għan tal-kors huwa li jagħti s-setgħa liż-żgħażagħ li jkollhom sehem attiv fis-soċjetà u biex ikunu informati aħjar u jkunu disposti jaqsmu l-informazzjoni u l-esperjenzi tagħhom ma' tfal tal-istess età.", "Matul l-aħħar sena ngħatat attenzjoni partikolari lill-professjonisti li jaħdmu mat-tfal u ż-żgħażagħ.", "Dawn il-professjonisti għandhom rwol fundamentali bħala multiplikaturi fil-komunità billi jmexxu lit-tfal lejn l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tagħhom.", "Jien iddedikajt ħafna mill-ħin tiegħi għal dan l-ambitu billi kkomunikajt ma' youth workers u nies oħra li jipprovdu dawn is-servizzi.", "Matul l-2007 l-Uffiċċju ta bidu għal proġett li kellu joħloq sit elettroniku uffiċjali għall-Kummissarju għat-Tfal, li kellu jkun aktar attrajenti u li jiġbed lejh tfal u żgħażagħ ta' etajiet differenti fost l-udjenza li għaliha hu mmirat.", "Saru bosta konsultazzjonijiet f'dan ir-rigward.", "Minħabba diffikultajiet li qamu fi ħdan il-kumpannija li kienet responsabbli għall-iżvilupp tas-sit elettroniku, u li ma setgħux josservaw l-istandards mitlubin mill-MITTS, il-proġett kollu kellu jinbeda mill-ġdid fl-2008 meta l-kumpannija li kienet qed taħdem fuqu rtirat mill-kuntratt li kellha ma' dan l-uffiċċju.", "Fil-fatt ix-xogħol reġa' nbeda minn kumpannija ġdida u ninsab fiduċjuża li s-sit elettroniku se jiġi varat uffiċjalment sa l-aħħar ta' l-2008.", "L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal ipprova wkoll isegwi fuq l-inizjattivi mibdijin mill-Kummisarju preċedenti.", "Waħda minn dawn kienet ix-xogħol mibdi sabiex titjieb il-kwalità fil-programmi għat-tfal fuq il-mezzi tax-Xandir.", "Flimkien mal-Awtorità tax-Xandir, u wara l-konsultazzjonijiet neċessarji mal-bosta entitajiet involuti, inħareġ sett ġdid ta' linji gwida għall-kontenut awdjo-viżiv fil-programmi mmirati għat-tfal.", "Mhux hekk biss, iżda f'Jannar 2007 kienet ġiet proposta u pubblikata strateġija nazzjonali għal programmi għat-tfal ta' kwalità.", "Kien ġie propost ukoll li perċentwali tad-dħul mill-ħlas tal-liċenzji tat-televiżjonijiet domestiċi kellha tiġi indirizzata lejn il-produzzjoni ta' programmi għat-tfal ta' kwalità fuq il-mezzi tax-xandir lokali.", "Minkejja dan l-uffiċċju tiegħi huwa informat li l-Awtorità tax-Xandir għadha ma rċeviet l-ebda response u sapport għal din il-proposta.", "Kumitat Konsultattiv ġdid għal programmi ta' kwalità għat-Tfal ġie varat fis-27 ta' Settembru 2007 u għal dan l-aħħar żmien kien qiegħed jiffoka fuq żewġ elementi prinċipali: taħriġ fl-ambitu tal-media u reviżjoni tal-Kodiċi tax-Xandir għall-Ħarsien tal-Minuri.", "Irrid ngħid li ġew tnejn mill-Ingilterra li jaħdmu mal-BBC u taw taħriġ lil dawk li applikaw għalih, biex jibdew jifformaw programmi televiżivi tat-tfal li huma iżjed edukattivi u iżjed kostruttivi.", "Din hija biss deskrizzjoni ġenerali tal-attivitajiet prinċipali li wettaq dan l-uffiċċju, iżda ta' min jinnota li hemm għadd ikbar ta' attivitajiet li saru minn dan l-uffiċċju.", "L-uffiċċju jipparteċipa wkoll fi proġetti li jinvolvu is-sigurezza fuq l-internet, kif ukoll id-drafting ta' policy nazzjonali rigward il-ħarsien tat-tfal fl-isport, u hemm ħafna aspetti oħrajn li jaqgħu taħt l-ambitu tal-Kummissarju għat-Tfal u li jiġu indirizzati u segwiti hekk kif jinqalgħu minn jum għall-ieħor.", "Jien ninnota bi pjaċir li riċentement kien hemm titjib fir-riżorsi għad-dispożizzjoni tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal, u b'hekk l-uffiċċju seta' jkompli mal-ammont ta' xogħol li għandu b'mod aktar effettiv.", "Fost dawn kien hemm is-sekondjar ta' uffiċjal mill-ministeru responsabbli għall-edukazzjoni - però b'dispjaċir għandi ngħidilkom li ġie trasferit għall-OPM u m'għadux miegħi.", "Minkejja dan, ta' min jinnota li jeħtieġ aktar staff jekk ix-xogħol kollu ta' dan uffiċċju jkun jista' jiġi nwettaq b'suċċess.", "Huwa importanti li l-uffiċċju jkompli jikber minħabba ż-żieda fl-ammont ta' talbiet li qegħdin isiru kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll dak internazzjonali u biex dawn it-talbiet jiġu trattati b'mod effettiv.", "Hemm ukoll ħtieġa urġenti għal aktar spazju fejn jopera dan l-uffiċċju, u sabiex l-istess bini jkun indipendenti, u aktar attraenti u aċċessibbli għat-tfal.", "Mingħajr dawn il-faċilitajiet, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal ikollu jħabbat wiċċu ma' limitazzjonijiet fil-ħidma li jipprova jwettaq.", "Dan kollu jġegħelni npoġġi quddiemkom u niddiskuti magħkom kwistjonijiet li għadhom iħassbuni u li ltqajt magħhom fil-ħidma tiegħi bħala Kummissarju għat-Tfal.", "Dawn jeħtiġilhom l-attenzjoni urġenti tagħkom.", "In-nuqqas ta' Strutturi Nazzjonali u policy Nazzjonali għat-Tfal", "Ir-rwol primarju għall-Kummissarju għat-Tfal, hekk kif indikat fl-Att dwar il-Kummissarju għat-Tfal fil-paragrafu 9(f) hu: \"li jfittex li jiżgura li d-drittijiet u l-interessi tat-tfal jitqiesu kif għandu jkun minn Dipartimenti tal-gvern, awtoritajiet lokali, korpi pubbliċi u organizzazzjonijiet volontarji u pubbliċi oħra meta jittieħdu deċiżjonijiet fuq policies li jolqtu lit-tfal.\"", "Dan jeħtieġ li jiġu eżaminati bir-reqqa l-policies u l-leġislazzjoni eżistenti kif ukoll titmexxa 'l quddiem l-introduzzjoni ta' leġislazzjoni meħtieġa li għadha trid tidħol fis-seħħ.", "Bosta miżuri leġislattivi diġà ttieħdu sabiex jitjieb l-istatus tat-tfal, hekk kif mitlub mid-drittijiet minquxin fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Matul l-2008 ċerti miżuri oħrajn jidhru li huma fi stadju ta' preparazzjoni.", "Jeħtieġ li dan il-proċess għat-twettiq ta' dawn il-miżuri jitlesta mill-aktar fis possibbli u jiġi implimentat mingħajr dewmien.", "Sakemm dan iseħħ tibqa' din l-lakuna ta' nuqqas ta' strutturi nazzjonali u strateġija nazzjonali koordinata għat-tfal.", "Mhux biss, attwalment ma teżisti l-ebda entità li tista' tassumi r-responsabbiltajiet għall-ifformular ta' dawn l-istrateġiji u policies, kif ukoll il-monitoraġġ ta' servizzi speċifikament indirizzati lejn it-tfal.", "Id-Dipartiment tal-Istandards tas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali jidher li m'għandux l-istrutturi neċessarji li bihom jista' jeżamina u josserva dawk l-istandards fundamentali għat-tfal.", "Fl-opinjoni tiegħi, jeħtieġ it-twaqqif ta' dipartiment għat-tfal li jieħu ħsieb l-ippjanar u l-ifformular ta' policies sabiex ikun hemm distinzjoni aħjar bejn ir-rwoli u s-settur tad-drittijiet tat-tfal.", "2, Inkorporazzjoni tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC) fil-leġislazzjoni domestika.", "L-Att dwar il-Kummissarju għat-Tfal jistqarr li l-funzjoni ewlenija tal-Kummissarju hi li \"jippromwovi konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal kif ratifikata minn Malta\".", "Il-leġislazzjoni domestika għadha m'hijiex konformi għal kollox mal-Konvenzjoni, u l-Uffiċċju tiegħi se jagħmel minn kollox biex din is-sitwazzjoni tinbidel.", "Tkun ħaġa pożittiva jekk il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li fuq kollox huwa strument favur id-drittijiet tal-bniedem, tiġi inkorporata fil-leġislazzjoni domestika kif ġara fil-każ tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, skond ir-rakkmandazzjonijiet tal-Kumitat tas-CRC tas-sena 2000.", "Jiġifieri l-konvenzjoni għadha mhijiex inkorporata totalment fil-liġi Maltija.", "Att dwar it-Tfal", "Bħalissa, l-elementi neċessarji għal Att komprensiv dwar it-Tfal qegħdin jiġu konsolidati, u għal dan il-għan fl-2007 rajna l-introduzjoni tal-Att dwar il-Foster Care u l-Att dwar l-Amministrazzjoni ta' l-Adozzjonijiet, kif ukoll saru xi emendi fil-Kodiċi Ċivili.", "Filwaqt li bla dubju sar progress, it-tlestija u l-approvazzjoni ta' abbozz għall-Att dwar it-Tfal għandhom jingħataw importanza prijortarja.", "L-Att għandu jkun ġabra ta' leġislazzjoni kollha li għandha x'taqsam mat-tfal.", "Fil-preżent, professjonisti u l-pubbliku li jużaw is-servizzi f'dan il-qasam isibuha diffiċli li jkollhom aċċess faċli għal-leġislazzjoni relevanti.", "L-introduzzjoni, biċċa biċċa, ta' leġislazzjoni għat-tfal tista' toħloq lok għal varjazzjonijiet fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi, li jaħdmu kontra l-aħjar interessi tat-tfal.", "Qorti tal-Familja", "Il-kawżi li hemm quddiem il-qrati u li jinvolvu t-tfal kienu fost l-ikbar numru ta' ilmenti li tpoġġew għall-attenzjoni tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal.", "Bla dubju d-dewmien fil-qrati u l-impatt negattiv li dan qed ikollu fuq it-tfal huwa ta' tħassib kbir.", "L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal irċieva bosta ilmenti rigward l-effetti emozzjonali u psikoloġiċi negattivi minħabba d-dewmien esaġerat.", "Dan jista' jiġi evitat jekk tiġi stabbilita sistema fast track li fiha kawżi li jinvolvu t-tfal jingħataw prijorità u jitmexxew 'il quddiem.", "Għandha tingħata konsiderazzjoni wkoll għall-ħtieġa li t-tfal jipparteċipaw f'kawżi fil-qorti fejn ix-xewqat tal-istess tfal għandhom jingħataw l-importanza li tistħoqqilhom.", "Huwa essenzjali li t-tfal ikolhom aċċess għall-mekkaniżmi tal-ġustizzja u li jkun hemm proċeduri f'lokhom li jippermettu li t-tfal jipparteċipaw fil-proċeduri fil-qrati b'mod li jkun addattat għall-età tagħhom.", "Ix-xewqat tat-tfal dejjem għandhom jingħataw il-konsiderazzjoni li tixirqilhom, fuq kollox meta jittieħdu deċiżjonijiet li jaffetwaw il-well being preżenti u l-futur tagħhom.", "Meta nonqsu milli nagħmlu dan noħolqu riperkussjonijiet negattivi li jaffettwaw lit-tfal b'mod kbir.", "Il-Kunsill tal-Ewropa (permezz tal-Istrateġija ta' Stokkolma) poġġa din il-kwistjoni dwar child friendly access għall-ġustizzja 'l fuq ħafna fuq l-aġenda sal-2011.", "Kwistjoni oħra li tissemma f'dan il-kontest hija dik ta' Supervised Access Visits.", "L-uffiċċju rċieva xi ilmenti li t-tfal mhux qed jkollhom aċċess għall-ġenituri tagħhom, anke minħabba li l-istess ġenituri mhumiex f'pożizzjoni li jħallsu għal dan is-servizz.", "Minkejja li l-uffiċċju pprova jistabbilixxi n-numru preċiż ta' dawn it-tfal, tweġiba għal din l-istatistika qatt ma twasslitilna.", "THE CHAIRMAN: Għall-fini ta' min ikun qed jismagħna tagħti spjegazzjoni x'qed tfisser bil-kliem Supervised Access Visits?", "MS CARMEN ZAMMIT: Dawn jkunu meta wara kawża, il-Qorti tordna li t-tfal jaraw wieħed mill-ġenituri fil-preżenza ta' persuna oħra.", "Naturalment ikunu każijiet fejn ikun hemm xi tip ta' riskju jew inkella jista' jkun hemm problema meta t-tfal jiltaqgħu ma' wieħed mill-ġenituri li ma jkunx qiegħed jgħix magħhom.", "Allura biex jiġu salvagwardati l-interessi tat-tfal, il-Qorti tordna li jkun hemm Supervised Access Visits.", "Issa l-Uffiċċju irċeva ilment mingħand xi ġenitur li kien ordnat li jara t-tfal b'dan il-mod, li ma setax iħallas biex ikollu Supervised Access Visit, allura ma setax jiltaqa' mat-tfal.", "Ma nafx kemm hemm minn dawn.", "Jien ktibt lill-aġenzija Appoġġ biex tagħtini l-figuri ta' dawk it-tfal li ma setgħux jaraw xi wieħed mill-ġenituri tagħhom minħabba problema ta' finanzi, però r-risposta ma waslitlix.", "Onor Justyne Caruana: Din l-informazzjoni tista' tintalab mill-Qorti?", "MS CARMEN ZAMMIT: Fil-fatt beħsiebni li nitlob din l-informazzjoni mill-Qorti.", "Però l-Qorti tagħtini n-numru tat-tfal li għandhom bżonn Supervised Access Visits u mhux in-numru ta' dawk li ma rawx it-tfal minħabba problema ta' finanzi.", "Onor Anthony Zammit: Dan is-servizz huwa bi ħlas?", "MS CARMEN ZAMMIT: Is-servizz ikun against payment.", "Qrati tal-Minorenni", "Fi ħdan l-Istrateġija tal-Kunsill tal-Ewropa għas-snin 2009-2011 dwar 'Il-bini ta' Ewropa għal u mat-Tfal', qegħdin jiġu stabbiliti linji gwida Ewropej dwar strumenti li joħolqu ambjent aktar ideali għat-tfal fit-twettiq tal-ġustizzja.", "Dawn jinkludu l-protezzjoni tal-minorenni li jkunu f'konflitt mal-liġi.", "Il-Kunsill tal-Ewropa jirrikonoxxi li l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tibqa' l-pern li fuqu jintrabat il-protezzjoni tat-tfal fil-liġi internazzjonali.", "L-artikolu 40 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti f'dan ir-rigward jipprovdi għad-dritt li kull tifel jew tifla allegati li, jew akkużati li, jew ħatjin li kisru l-liġi penali, għandhom jiġu ttrattati b'manjiera li tirrispetta d-dinjità u d-drittijiet tagħhom.", "Konformi ma' dan il-provvediment, ir-rakkmandazzjonijiet tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar ir-Regoli Ewropej dwar il-Ħabsijiet, jistabilixxu li t-tfal taħt l-età ta' tmintax–il sena m'għandhomx jinżammu f'ħabsijiet għall-kbar, iżda fi stabbiliment magħmul għall-bżonnijiet tagħhom.", "Dan kien ġie kkonstatat fir-Regoli ta' Beijing u l-Linjigwida ta' Riyadh li tagħhom Malta tifforma parti.", "Fis-sena 2008 kien hemm ħames każijiet tat-tfal bejn l-età ta' 12-il sena u 15-il sena li kienu residenti fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.", "Kemm-il darba jien ħriġt stqarrijiet fejn urejt it-tħassib tiegħi dwar it-tpoġġija ta' tfal fil-ħabs u tlabt għall-provvediment ta' metodi oħrajn ta' detenzjoni, bħal postijiet għal residenza terapewtika li jkunu jinsabu 'l barra mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.", "L-alternattivi bħalma huma l-Isptar Monte Carmeli wkoll mhumiex aċċettabbli u huma ta' detriment għat-tfal, sakemm il-persuna ma tkunx qiegħda turi s-sintomi ta' mard mentali.", "Hemm ħtieġa kbira li jinħolqu servizzi u metodi alternattivi li jkunu magħmulin apposta biex jaqdu l-bżonnijiet speċifiċi tat-tfal u ż-żgħażagħ li jkunu f'konflitt mal-liġi.", "Fl-ambitu tal-isports, saru diversi rakkmandazzjonijiet bħala riżultat ta' inkjesta li saret mill-uffiċċju dwar il-youth nurseries tal-futbol.", "L-inkjesta waslet biex tiġi konkluża.", "Fost rakkmandazzjonijiet oħrajn l-isħarriġ wera li l-interessi u l-benesseri tat-tfal għandhom jiġu qabel kwalunkwè konsiderazzjoni oħra, u li formoli tar-reġistrazzjoni għandhom ikunu għad-dispożizzjoni kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż u magħmulin bl-użu ta' lingwaġġ li jiġi mifhum kemm mill-ġenituri u mit-tfal stess.", "Fuq kollox irid ikun hemm regolamentazzjoni speċjalment dwar ir-reklutaġġ u monitoraġġ tal-coaches.", "Il-Kunsill Malti għall-Isport qed iħejji abbozz ta' policy nazzjonali dwar il-ħarsien tat-tfal fl-Isport.", "Meta din il-policy titlesta jkun neċessarju li din issib l-appoġġ meħtieġ u mħarsa mill-klabbs u l-entitajiet kollha li jaħdmu mat-tfal.", "Hawnhekk nixtieq ngħidilkom li sadanittant il-policy tlestiet u qiegħda għall-konsultazzjonijiet.", "Il-policy proposta tagħmel riferenza wkoll għall-istruttura tal-faċilitajiet sportivi sabiex ikun żgurat li l-isport qed jiġi prattikat f'ambjenti li jkunu neqsin għal kollox mill-perikli u li jkunu mfasslin skond il-bżonnijiet tat-tfal.", "Iżda bħalissa hemm provvedimenti limitati li ma jpermettux lill-Kunsill Malti għall-Isport jassigura ħarsien u jirregola l-faċilitajiet eżistenti u dawk proposti minħabba n-nuqqas ta' riżorsi umani, dan dejjem fejn jidħlu l-bini u l-istruttura ta' dawn il-faċilitajiet.", "Għandu jkun hemm provvedimenti apposta sabiex il-Kunsill Malti ghall-Isport ikun jista' jiżgura li l-miżuri għall-ħarsien tat-tfal qed jiġu osservati fl-ogħla livell possibbli.", "Body piercing u l-bejgħ ta' alkoħol lill-minorenni", "Peress li l-uffiċċju irċieva numru ta' r-referrals fuq il-kwistjoni tal-body piercing fost il-minorenni, sar kuntatt mal-Onorevoli Ministri tal-Ġustizzja u l-Politika Soċjali kif ukoll mas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa.", "Sallum inħareġ avviż legali bħala żieda għall-Att dwar is-Saħħa Pubblika (Kapitli 465) sabiex jiġi regolat il-body piercing in ġenerali, iżda m'hemm l-ebda riferenza speċifika għall-minorenni.", "Jien tlabt li jiġi projbit għal kollox il-body piercing fuq minorenni jew tal-anqas ikun soġġett għall-kunsens tal-ġenituri.", "L-Att dwar il-Kontroll tat-Tattoo (Kapitlu 270) jispeċifika li: \"Ikun reat kontra dan l-Att li jsir tattoo fuq xi persuna li jkollha inqas minn tmintax-il sena jew li jsir tattoo fuq xi persuna oħra jekk mhux minn persuna li jkollha liċenzja valida.", "Dan il-provvediment għandu jkopri wkoll il-body piercing, ġaladarba l-kwestjoni qiegħda toħloq inkwiet fost il-ġenituri, kif ukoll fost għadd ta' tobba li osservaw li jista' jkun hemm riperkussjonijiet fuq is-saħħa fejn tali piercing ma jkunx qed isir b'mod professjonali.", "Fejn jidħol l-alkoħol, jien innotajt b'sodisfazzjon l-introduzzjoni ta' sezzjonijiet ġodda fil-Liġijiet tal-Kodiċi tal-Pulizija fl-2007 (Kap. 10, sezz.", "XXV B), fejn l-bejgħ jew l-akkwist jew li jkun servut l-alkoħol lill-minorenni taħt l-età jitqies reat.", "Bl-istess mod kien hemm l-introduzzjoni tal-projbizzjoni tal-konsum tal-alkoħol f'postijiet pubbliċi minn minorenni.", "Filwaqt li dawn huma kollha passi pożittivi, l-uffiċċju tiegħi jibqa' mħasseb dwar l-infurzar ta' din il-liġi.", "L-inforzar għandu jsir b'mod sħiħ, u jkopri l-ambjenti kollha fejn it-tfal ikollhom aċċess faċli għall-alkoħol, inklużi s-supermarkets.", "Jien nibqa' nsostni li l-liġi għandha tiġi estiża biex tkopri t-tfal kollha, jiġifieri l-persuni kollha taħt l-età ta' tmintax-il sena.", "Riċentement qiegħda tkopri sa 17-il sena, qabel kienet sa 16-il sena u issa żiedu sena oħra.", "Saħħa", "Bħalissa wara t-twelid ta' tarbija qiegħdin isiru żewġ testijiet li permezz tagħhom jista' jiġi identifikat mard possibbli minn kmieni kemm jista' jkun fl-iżvilupp tat-tfal.", "Sabiex l-identifikazzjoni bikrija tkun aktar effettiva qed nissuġġerixxu li ssir evalwazzjoni xierqa mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġu introdotti testijiet oħrajn.", "L-introduzzjoni ta' dawn it-testijiet żgur li ma tammontax għal xi nefqa kbira u permezz tagħhom jista' jkun hemm prevenzjoni aktar effettiva ta' dak il-mard li jaf joħloq problemi fit-tfal aktar ma jikbru.", "Ma' dan inżidu li bħalissa ftit li xejn hemm provvedimenti għall-amministrazzjoni ta' mediċini fl-iskejjel b'mod ikkontrollat, monitored u nieqes mill-perikli.", "Din il-ħaġa tista' tiġi indirizzata b'mod aktar effiċjenti billi l-iskejjel u l-istituzzjonijiet l-oħra edukattivi jintbagħtulhom numru ta' health workers professjonali skond il-proporzjon tal-popolazzjoni tal-istudenti.", "Naf li din il-kwestjoni qiegħda tiġi studjata u issa jeħtieġ li tgħaddi għall-fażi tal-implimentazzjoni.", "L-uffiċċju jinsab imħasseb dwar l-użu ta' mediċinali lit-tfal li għandhom sintomi ta' saħħa mentali, peress li nħossu li l-kura tagħhom għandha tingħata skond il-bżonnijiet tat-tfal u mhux ta' min jieħu ħsiebhom.", "Jeħtieġ ukoll aktar sapport fuq livell komunitarju sabiex tingħata l-assistenza neċessarja lil dawk il-familji li jkollhom kwistjonijiet ta' mard mentali u/jew nuqqas ta' parental skills.", "Edukazzjoni", "L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal jirċievi bosta ilmenti li għandhom x'jaqsmu mas-settur tal-edukazzjoni.", "Jidher li wieħed mill-akbar ostakoli li jista' jfixkel il-potenzjal tat-tfal huwa l-istreaming, peress li din is-sistema tista' toħloq ambjent kompetittiv mhux san għalihom.", "Is-sitwazzjoni preżenti taf taffettwa negattivament kemm lit-tfal li jsibu s-suġġetti akkademiċi diffiċli, kif ukoll lil dawk li huma avvanzati f'dawn it-tip ta' suġġetti.", "Dwar dan l-awtoritajiet diġà ħadu l-ewwel passi.", "Naturalment għandu jsir kull sforz sabiex dan il-proċess jitlesta mill-aktar fis possibbli minħabba l-impatt fuq it-tfal u t-time frames marbut magħhom.", "L-enfasi għandha titpoġġa fuq is-sistema ta' mixed ability teaching.", "Din is-sistema tirrkjedi numru iżgħar ta' studenti fil-klassijiet jew proporzjon akbar ta' għalliema meta mqabbel man-numru ta' studenti.", "Naf li l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni diġà ħareġ il-policy l-ġdida.", "Numru ta' tfal qed jgħaddu minn ħafna stess minħabba l-esiġenza li jirnexxu fuq livell akkademiku.", "Is-sillabu f'ħafna każi jxaqleb lejn elementi akkademiċi biss, u ftit li xejn ikun hemm elementi li jkunu utli għall-ħajja ta' kuljum.", "Dan l-aħħar inġibditli l-attenzjoni għall-fatt li l-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport qiegħda taħdem sabiex jiġi implimentat kurrikulu ġdid, u dan ta' min ifaħħru għax l-edukazzjoni għandha sservi biex tipprepara lit-tfal għall-ħajja, u eventwalment għall-impjieg tagħhom.", "Għandu jkun hemm sforz akbar sabiex it-tfal igawdu minn opportunitajiet adegwati li jgawdu d-dritt tagħhom li jilagħbu.", "Minħabba diversi fatturi, it-tfal mhux dejjem qegħdin igawdu dan id-dritt.", "Fost dawn insemmi l-pressjoni akkademika, sistema attwali li tressaqhom biss lejn l-eżamijiet, anzjetà eċċessiva min-naħa tal-ġenituri, u time-table ta' waqt il-ħin il-iskola u oħra ta' wara l-iskola mimlijin daqs bajda.", "Hemm ukoll nuqqas ta' faċilitajiet għal-logħob u dan żgur iżid mal-problema.", "L-uffiċċju mħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni tal-assenteiżmu fl-iskejjel.", "Jidher li hemm nuqqas ta' data eżatta li tagħti stampa ċara u preċiża tas-sitwazzjoni kif inhi.", "Jeħtieġ li jsir studju sabiex tiġi identifikata r-raġuni vera il għala t-tfal qed ikunu assenti mill-iskola.", "Minkejja li ġieli jinħarġulhom ċertifikati mediċi xahar wara l-ieħor, l-uffiċċju imħasseb li jista' jkun hemm raġunijiet ulterjuri għal dan l-assenteiżmu.", "Ġieli nara u nisma' bi tfal li mhux qiegħdin l-iskola fil-ħin li suppost ikunu mingħajr raġuni valida, u ma jidhirx li qed isir l-enforcement neċessarju.", "Preokkupazzjoni oħra ta' dan l-uffiċċju huwa n-nuqqas ta' sigurezza fit-trasport tal-iskejjel.", "Filwaqt li riċentement ittieħdet inizjattiva sabiex it-tfal li jaslu l-iskola sa nofs siegħa qabel jiġu supervised, għadha ma nstabitx soluzzjoni għall-kwestjoni tas-sigurezza tat-trasport.", "Kura Residenzjali", "Il-parti l-kbira tat-tfal f'Malta li qed jgħixu barra mid-dar tagħhom bħalissa qed jgħixu f'dar residenzjali u mhux f'ambjent li jixbah lil dak ta' familja.", "Filwaqt li irridu napprezzaw ix-xogħol utli u ta' fejda ta' dawn l-istituzzjonijiet, ir-riċerka kwalitattiva lokali, Ewropea u kif ukoll dik Internazzjonali turi li t-tfal li jiġu fostered imorru ferm aħjar minn dawk li jgħixu f'kura istituzzjonali.", "Madankollu, in-numru ta' tfal f'djar residenzjali jaqbeż bil-qabda lil dawk li jitpoġġew fil-foster care.", "Dan qed jiġri għax in-numru ta' placements u s-sapport li hemm għal foster care għadu pjuttost limitat.", "Ir-riċerka internazzjonali osservat li l-effett ta' istituzzjonijiet ta' kura residenzjali fuq it-tfal ta' taħt il-ħames snin hu partikolarment ta' detriment għalihom u li l-fostering hu alternattiva ferm aħjar għal dawk it-tfal f'din l-età ta' żvilupp.", "Hekk kif inhi l-liġi bħalissa ma tippermettix il-ħelsien temporanju (freeing) għal tfal biex jiġu fostered meta l-ġenituri ma jagħtux il kunsens tagħhom.", "Fil-fatt għad hemm numru ta' ġenituri li jippreferu l-kura residenzjali għat-tfal tagħhom aktar mill-fostering.", "Għandu jiġi stabbilit limitu ta' l-inqas età li għandu jiddetermina meta t-tfal għandhom jiddaħħlu f'kura residenzjali.", "Hemm bżonn urġenti li l-professjonisti japplikaw il-liġi li tippermetti li jittieħdu d-drittijiet tal-ġenituri meta id-dritt tat-tfal ikun jirrikjedi li jiġu fdati f'kura alternattiva.", "Dan għandu jiżgura li dawn it-tfal ikollhom l-opportunità li jibbenefikaw minn ambjent familjari alternattiv permezz tal-foster care.", "Il-foster carers għandhom ikunu mħarrġin sew u mħallsin adegwatament.", "Il-foster care għandu jiġi kkonsidrat bħala l-aħjar għażla għal tfal li jeħtiġilhom familja alternattiva.", "Il-kura residenzjali għadha tibqa għal dawk il-kazijiet fejn għal raġunijiet validi jibbenefikaw iżjed minn kura residenzjali.", "Dawk it-tfal li jsibu ruħhom f'kura residenzjali għandhom ikollhom staff b'taħriġ professjonali.", "Barra minn hekk dawn it-tfal għandhom jgħixu fi gruppi żgħar ta' mhux aktar minn sitta f'ambjent akkoljenti fi ħdan il-komunità.", "Concern ieħor tal-uffiċċju huwa n-nuqqas ta' after care li tingħata lil xi tfal u żgħażagħ li jkunu għexu f'dar residenzjali.", "Esklużjoni Soċjali", "Sar progress ukoll fl-ambitu tas-sapport offrut lit-tfal u ż-żgħażagħ li jbatu mill-esklużjoni soċjali.", "Madankollu, għandu jsir sforz akbar sabiex jintlaħqu dawk it-tfal li jinsabu fil-marġini tas-soċjetà.", "Eżempji ta' dan jafu jkunu t-tfal b' diżabilità; tfal ta' refuġjati u immigranti rregolari; tfal b'imġiba diffiċli ħafna; tfal jew familjari tagħhom li qegħdin ibatu l-faqar, xi effetti ta' mard mentali, abbuż ta' droga jew alkoħol, u diffikultajiet oħra.", "Għandu jingħata sapport akbar fi ħdan il-komunità lejn it-tfal u l-familji li qed jgħixu taħt ċirkustanzi li jġegħluhom ikunu esklużi soċjalment.", "Malta diġà tat bidu għal bosta inizzjattivi sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal, madankollu hemm il-ħtieġa li jkun hemm impenn akbar rigward dawn l-istess kwistjonijiet.", "Jeħtieġ li jkun hemm miri kwantitattivi għall-eradikazzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fuq livell nazzjonali.", "Miżuri li jkunu ta' għajnuna lill-Familji (family friendly measures)", "Illum-il ġurnata it-tfal qegħdin jgħixu fi żmien fejn iz-zewġt ġenituri joħorġu jaħdmu barra mid-dar għal diversi raġunijiet.", "Dan jaffettwa t-tul ta' l-ħin li l-ġenituri jistgħu iqattgħu mat-tfal tagħhom.", "Wieħed irid jikkonsidra wkoll li llum m'għadx hemm dak l-istess sapport mill-membri l-oħra tal-familja kif kien hemm qabel, fuq kollox min-nanniet li kienu jieħdu ħsieb lit-tfal waqt li l-ġenituri kienu barra mid-dar fuq xogħol.", "Din il-problema tinħass aktar meta t-tfal jgħixu ma' ġenitur wieħed (single parent families).", "Is-sitwazzjoni preżenti ħolqot domanda għal miżuri li jkunu indirizzati lejn l-għajnuna lill-familja.", "Dawn għandhom jgħinu lill-ġenituri jibbilanċjaw b'mod effettiv id-dinja tax-xogħol mar-responsabbiltajiet lejn il-familja.", "Tajjeb li jiddaħħlu family friendly measures, però magħhom iridu jiżdiedu miżuri li jwessgħu l-opportunitajiet sabiex it-tfal jingħatawlhom servizzi komprensivi tul il-ħin li l-ġenituri tagħhom ikunu barra mid-dar.", "Huwa concern għall-uffiċċju li hemm numru ta' ġenituri li jaħdmu fis-settur privat u li mhux dejjem possibbli għalihom li jgawdu minn dawn il-miżuri.", "Ta' min jikkonsidra l-użu ta' l-iskejjel wara l-ħin ta' l-iskola bħala ambjent fejn it-tfal jistgħu jirrikreaw ruħhom, jiġu megħjuna fix-xogħol akkademiku u jkomplu jiżviluppaw it-talenti tagħhom.", "Ħtieġa għall-Istrutturi", "L-uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal huwa preokkupat li għad m'hemmx struttura effikaċi ta' skrutinju għall-persuni li se jkunu reklutati biex jaħdmu mat-tfal.", "Dan l-eżeċizzju għandu jiġi applikat ukoll ma dawk li joffru is-servizz tagħhom b'mod volontarju.", "L-uffiċċju tiegħi lest li jlaqqa' grupp ta' esperti sabiex jgħin f'dan il-qasam.", "Konklużjoni", "Biex nikkonkludi, nixtieq nerġa' nisħaq fuq il-bżonn urġenti li strutturi nazzjonali jiddaħħlu fis-seħħ sabiex inkunu nistgħu navvanzaw id-drittijiet u l-interessi tat-tfal fuq livell nazzjonali b'mod aktar effettiv.", "Tinħtieġ struttura ċentrali li tassumi r-responsabbiltà għall-ifformular u l-koordinazzjoni tal-istrateġiji u l-policies, u servizzi ta' monitoraġġ maħluqin speċifikament għat-tfal.", "Il-progress għandu jibqa' jissaħħaħ sabiex jiġi żgurat li l-policies u l-leġislazzjoni jirrispondu b'mod effettiv għall-ħtiġijiet u s-sitwazzjonijiet tat-tfal f'Malta.", "Wara din l-ewwel sena tat-terminu tiegħi bħala Kummissarju għat-Tfal nista' nifhem aħjar ir-responsabilitajiet kbar li jifformaw parti integrali minn dan ir-rwol.", "Inwegħedkom li nibqa' naħdem fl-aħjar interessi tat-tfal, fl-ispirtu tal-osservanza assoluta tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.", "Filwaqt li nirringrazzjakom għall-attenzjoni tagħkom inħares 'il quddiem b'tama sħiħa li nkunu nistgħu naħdmu flimkien u nuru impenn sħiħ u kostanti fl-aħjar interessi tat-tfal.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Għall-benefiċċju tad-deputati li daħlu waqt li inti kont diġà bdejt taqra dan ir-rapport, nerġa' nispjega fil-qosor li meta jien iltqajt mal-Kummissarju għat-Tfal, f'laqgħa preparatorja għal din il-laqgħa, jien urejt ix-xewqa li kelli, li f'din il-laqgħa ma nixtieqx li niddiskutu r-rapport rigward il-ħidma kollha li saret.", "Dak kellu jkun \"taken as read\" f'din il-laqgħa imma tlabt lil Carmen Żammit, il-Kummissarju għat-Tfal, biex tiġi quddiem dan il-kumitat b'lista sħiħa, kif fil-fatt għamlet, ta' pending issues li mill-esperjenza tagħha jidhrilha li huma importanti li jiġu indirizzati biex tinstab soluzzjoni għalihom.", "Għal din il-laqgħa tal-lum jien stedint lir-rappreżentanti tal-ministeri kkonċernati għax l-idea tiegħi - u hekk se nagħmlu - mhijiex li aħna nagħmlu skrutinju, qisna awdituri tal-ħidma tal-Kummissarju għat-Tfal u l-Uffiċċju tagħha, iżda li naraw kif inkunu ta' għajnuna biex jekk hemm jinstabu soluzzjonijiet.", "U biex nirresponsabilizzaw iktar lil min qiegħed fl-eżekuttiv biex jieħu direzzjoni minn din l-informazzjoni, u nibdew ħidma ta' konvinzjoni, ħidma ta' konsultazzjoni pubblika, ħidma ta' konsultazzjoni ma' l-eżekuttiv tal-gvern u ħidma ta' għarfien tal-verità.", "Hawn smajna lill-Kummissarju titkellem fuq l-esperjenza tagħha.", "Jien irrid ngħidilha grazzi, ngħidilha prosit għall-mod dirett ta' kif kixfet il-karti, biex ngħid hekk, ta' fejn jista' jkun hemm issues li għadhom pendenti.", "Kif Ms Zammit qalet fil-konklużjoni tagħha f'paġna 12: \"Il-progress għandu jibqa' jissaħħaħ sabiex jiġi żgurat li l-policies u l-leġislazzjoni jirrispondu b'mod effettiv għall-ħteġijiet u s-sitwazzjonijiet tat-tfal f'Malta\".", "Jiġifieri l-liġijiet li għandna u d-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-eżekuttiv tal-gvern, tajbin kemm huma tajbin, dejjem iridu jiġu aġġornati għax il-ħajja dejjem tipprovdilna sfidi ġodda.", "Ovvjament l-eżekuttiv għandu l-limitazzjonijiet tiegħu għax kollox jiswa l-flus u l-eżekuttiv irid jiddeċiedi skond kemm għandu biex iħallas għas-servizzi li jridu jiġu offruti.", "Ngħarraf lir-rappreżentanti tal-ministeri kkonċernati li għandna hawnhekk li din il-laqgħa mhijiex se tispiċċa hawnhekk illum, imma ejja nibdew id-diskussjoni.", "Ejjew inħarsu lejn settur settur li l-kummissarju għat-tfal semmiet fir-rapport tagħha u nibdew minn paġna 4 fejn titkellem rigward nuqqas ta' strutturi nazzjonali u policies nazzjonali għat-tfal.", "Iżjed milli nistaqsu aħna, bħala membri ta' dan il-kumitat, nixtieq li xi ħadd mir-rappreżentanti tal-ministeri jagħti l-ewwel reazzjonijiet tiegħu rigward dak li l-kummissarju għat-tfal qed tpoġġi għall-konsiderazzjoni tagħna.", "Għandna tliet kwarti sakemm isiru d-9.00 p.m. imbagħad forsi nimxu għal item No. 2.", "M'għandniex ċans nidħlu fid-dettall, però l-idea tiegħi hija li intom bħala esperti tal-ministeri rispettivi tagħkom, sakemm niġu biex nispiċċaw din il-laqgħa, inkunu nafu min se jindirizza liema issue.", "Dan biex meta jkollna meeting ieħor 'il quddiem - fejn mhux bilfors ikun hawn rappreżentanti mill-Ministeri flimkien, imma jista' jkollna meeting, per eżempju, ma' rappreżentant jew ieħor li jkun mill-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern jew mill-Ministeru għall-Politika Soċjali - niddiskutu l-issues li tqajmu hawnhekk.", "Il-Ministeri huma erbgħa, allura f'erba' laqgħat separati dan il-Kumitat ikun jista' jiddiskuti ma' l-esperti mill-Ministeri rispettivi x'jeħtieġ isir biex tinstab tali soluzzjoni.", "Għaldaqstant ejjew nerġgħu nħarsu lejn l-issues.", "(Interruzzjonijiet)", "MICHAEL FARRUGIA: Ħaġa waħda biss.", "THE CHAIRMAN: Però fl-inqas ħin.", "MICHAEL FARRUGIA: Ħaġa waħda biss malajr.", "Naħseb waħda mill-affarijiet li rridu nagħmlu hija li naqbdu qasam u nindirizzawh.", "Ma jistax ikollna ħafna oqsma mibdijin.", "Per eżempju, għad għandna d-diskussjoni li kien hemm tar-rapport li ntbagħat lill-Unjoni Ewropea li għadna ma spiċċajniex fuqu.", "Ir-rapport intbagħat u l-kummenti tagħna bħala kumitat għadhom ma ntbagħtux.", "Għada se naqbdu r-rapport tal-GU Clinic, illum qbadna r-rapport tal-Kummissarju għat-Tfal.", "Qed naqbdu ħafna truf.", "Jien naħseb li l-aħjar ħaġa hi li jekk se naqbdu r-rapport tal-Kummissarju għat-Tfal u l-affarijiet relatati - u tajjeb qed tgħid li jinġabru l-ministeri ħalli mbagħad inkunu nistgħu nevalwaw x'qed jiġi suġġerit, x'inhuma l-problemi u aħna mbagħad naslu għar-rakkmandazzjonijiet tagħna – inkomplu fuqu.", "Ejja naqbdu suġġett u nibqgħu fuqu.", "Għandna ħafna trufijiet li partijiet minnhom huma urġenti bħalma huwa urġenti r-rapport li ntbagħat lill-Unjoni Ewropea fejn il-kummenti li għamilna aħna għalih s'issa għadna bla risposta u l-opinjoni tal-Kumitat għadha lanqas biss intbagħtet.", "Jien nissuġġerixxi li naqbdu suġġett partikolari, neżawruh u neħilsuh, inkella se nispiċċaw b'ħafna truf, niltaqgħu llum u mbagħad inħalluh ħmistax u nerġgħu niltaqgħu.", "Ma jistax ikun li nibdew b'ħafna truf.", "Naf li għandna ħafna truf x'irridu nagħmlu, naf li għandna ħafna ambizzjonijiet, imma jien dejjem tgħallimt li għandek taqbad xi ħaġa u teħlisha, tmur għal oħra u teħlisha, u imxi għal oħra.", "Naħseb li nimxu aħjar hekk.", "THE CHAIRMAN: Onor. Farrugia, jien nista' nagħmel kif qed tgħid inti, però naħseb li jekk nagħmlu hekk inkunu qed nillimitaw l-operat tagħna għax inkunu rridu nistennew id-deċiżjonijiet li jridu jieħdu ir-rappreżentanti tal-ministeri li nkunu qegħdin nitolbu jiġu hawnhekk.", "Ħalli nagħtik eżempju.", "Wara li kellna l-laqgħa fuq is-social inclusion ma stajniex nerġgħu niltaqgħu kemm minħabba l-esiġenzi tal-parlament, kellna d-dibattitu tal-budget, kif ukoll minħabba li l-personnel minn diversi ministeri talbu ċertu żmien biex jiġu hawnhekk bir-risposti.", "Idealment jien nixtieq li naqbdu suġġett wieħed u neħilsuh, imma aħna se jkollna niddependu minn min se jiġi hawnhekk jirrispondina.", "Aħna ma nistgħux naqbdu lil xi ħadd u ngħidulu jiġi għada u jagħtina risposta.", "Huwa veru li issa qed jidher li aħna qegħdin naqbdu ħafna trufijiet u ma jimpurtax li għalissa – jien ngħid nitgħallmu bl-iżbalji tagħna ma ġara xejn - qed naqbdu dawn il-ħafna trufijiet.", "Imma sal-aħħar tas-sena se nkunu għalaqna ċerti issues, jekk id-dibattitu fil-parlament ma jispiċċax ħesrem il-ġimgħa li ġejja, imma jagħtina ftit iktar ġimgħat xogħol.", "Imma ma jimpurtax jekk ikollna ċerti issues għadhom miftuħin.", "F'din il-laqgħa tal-lum nistgħu nagħmlu diskussjoni fuq ir-rapport tal-Kummissarju għat-Tfal li ġie ppubblikat, nistaqsuha l-mistoqsijiet f'session waħda u nikkonkludu.", "Imma aħna qegħdin niftħu iktar laqgħat għax qed nipprovaw ngħinu lill-Kummissarju għat-Tfal tasal għal ċerti konklużjonijiet.", "Jekk inkunu rridu naqtgħu ħesrem ċerti laqgħat, jew naslu għal ċerti konklużjonijiet imma mbagħad ma ngħinux fil-kisba tas-soluzzjoni jien naħseb li nkunu qed nillimitaw il-funzjoni tagħna.", "L-idea tiegħi hija li ngħinu lil min jiġi quddiemna, li minflok inkunu qisna l-awditur - kif il-liġi kważi tatna l-indikazzjoni li nkunu b'ċerti limitazzjonijiet biex ngħid hekk - u nagħmlu l-iskrutinju għall-informazzjoni li ningħataw, inkunu l-id il-leminija biex ngħinu lil dak li jkun jakkwista iżjed informazzjoni jew inkella ngħinuh jasal għas-soluzzjonijiet.", "Filwaqt li nifhem t-talba li għamilt, Onor. Farrugia, jien naħseb li jekk intom bħala membri tattendu, aħna se ngħidu lill-Ministeri konċernati jiġu 'l quddiem u f'erba' laqgħat apposta magħhom se nkunu ddiskutejna l-issues ta' dan ir-rapport li għandhom x'jaqsmu ma' kull Ministeru partikolari.", "F'kull laqgħa nkunu speċjalizzajna u ddiskutejna dak li kellu x'jaqsam ma' dak il-Ministeru.", "Jien naħseb li nkunu qed naslu ħafna qrib dak li qed tipproponi inti, Onor. Farrugia, u mhux biss inkunu tlabna l-informazzjoni, imma nkunu ksibna wkoll soluzzjoni.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien m'għandi l-ebda ħsieb li nibgħat rapport lill-Unjoni Ewropea wara li jkunu ħarġu r-rapporti kollha tagħhom u l-Unjoni Ewropea tkun għadha ma semgħetx il-kummenti ta' dan il-kumitat.", "Issa fil-kumitat saru ruxxmata mistoqsijiet, kellna quddiemna diretturi li nassumi li they are knowledgeable about their work li għaddej taħthom.", "If they are not knowledgeable allura m'huma diretturi xejn, għandhom ikunu kapaċi jirrisponduna mill-ewwel.", "Direttur qiegħed hemmhekk biex ikollu r-responsabbiltà tal-unit li taqa' taħtu u jkun knowledgeable biex jirrispondi għallinqas 90% jew 95% tal-mistoqsijiet li nagħmlu.", "Meta ma jkunx kapaċi jirrispondi, kulma jrid jagħmel huwa li dik il-parti mbagħad jibgħatha b'email jew b'mod ieħor lis-segretarja li hija parti minn dan il-kumitat u titqassam lil dan il-kumitat.", "Imbagħad jekk ikun hemm bżonn, dik il-persuna nerġgħu ngħajtulha ħalli tiġi hawnhekk u nkellmuha.", "Ma jistax ikun li nkunu wasalna biex niddiskutu rapport ieħor u lanqas inkunu għadna bgħatna r-rapport li suppost kellu jersaq hawnhekk qabel jintbagħat lill-Unjoni Ewropea.", "Ma jistax ikun li nimxu b'dan il-mod.", "THE CHAIRMAN: Nilqa' t-talbiet tiegħek u nwiegħdek li meta jasal rapport ieħor bħal dak li kellna dwar is-Social Inclusion, il-laqgħa ssir mar-rappreżentanti tal-ministeri fl-inqas żmien possibbli meta jiġi ppubblikat ir-rapport.", "MICHAEL FARRUGIA: Meta kellna l-laqgħa dwar ir-rapport – tista' taqra l-Minuti u tisma' r-recordings – issib li aħna għedna li dak ir-rapport se nibagħtuh bħala proviżorju u miegħu dalwaqt se nibagħtu attachment tal-kummenti tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali li mhux bilfors jaqbel ma' dak ir-rapport li hemm imniżżel.", "Jien dakinhar għamilt ruxxmati ta' mistoqsijiet impertinenti.", "THE CHAIRMAN: Onor. Farrugia, għandek raġun minn banda u m'għandekx raġun minn banda oħra.", "Jien ma xtaqtx nagħti spjegazzjoni fuq it-tieni argument issa.", "It-tieni argument kien li beda l-budget u intom il-membri ta' dan il-kumitat tlabtuni li ma nagħmilx laqgħat.", "(Interruzzjonijiet) Għalhekk ladarba ma ltqajniex mar-rappreżentanti tal-ministeru biex jagħtuna r-risposti ma kienx tort tagħna imma dan sar minħabba l-esiġenzi tal-parlament.", "Kieku ġimgħatejn ilu stajna ltqajna u smajna r-risposti.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-ġimgħa d-dieħla se jkollna risposta?", "THE CHAIRMAN: Iva, il-laqgħa ta' nhar it-Tnejn kienet avżata imma dakinhar se jkun hawn state visit u se nipprovaw nitolbu ruxxmata ta' rappreżentanti tal-ministeri biex jiġu t-Tlieta, dejjem jekk huma jkunu jistgħu jiġu t-Tlieta.", "Jekk ma jkunux jistgħu ma jkunx tort tagħna.", "(Interruzzjonijiet) Jien ukoll ma nkunx irrid inħalli affarijiet pendenti.", "Se jkollna nittrasferixxu l-laqgħa ta' nhar it-Tnejn għal nhar it-Tlieta.", "Issa aħjar inkomplu għax baqgħalna ftit inqas ħin milli kien previst.", "Irrid ngħid ukoll li r-rappreżentanti tal-ministeri mhux bilfors ikollhom l-informazzjoni fuq dak li jkun qed jintalab hawnhekk.", "Issa ovvjament dawn ma kellhomx ħjiel tar-rapport li se jitressaq u allura ħadd ma ġie ppreparat biex jirrispondi hawnhekk.", "Dak li hawn hawnhekk qed jinstema' għall-ewwel darba minni u minn kulħadd u allura issa ovvjament trid issir ir-riċerka u l-konsultazzjoni meħtieġa fil-ministeri konċernati u mbagħad ir-rappreżentanti jiġu lura u jagħtuna l-ħsebijiet tagħhom.", "MICHAEL FARRUGIA: Din nistgħu nagħmluha aktar faċli?", "MICHAEL FARRUGIA: Billi r-risposti tal-ministeri jintbagħtu lil dan il-kumitat permezz ta' email, aħna nirċievu l-email - nispera mhux fuq tal-MITTS għax ma nafdahx - u jekk ikun hemm bżonn, fil-laqgħa li jkollna naraw liema ministeru jkun irid jiġi ħalli ma naqilgħux lil kulħadd.", "(Interruzzjonijiet) Forsi jkun hemm issue partikolari.", "THE CHAIRMAN: Onor. Farrugia, aħna għandna biss erba' ministeri.", "(Interruzzjonijiet) Jien mhux inħaffef irrid imma nsib is-soluzzjoni.", "MICHAEL FARRUGIA: Hekk hu.", "THE CHAIRMAN: L-email tista' tkun xotta għax jiddependi min ikun kitibha.", "MICHAEL FARRUGIA: Mhux xorta mbagħad nibagħtu għar-rappreżentanti wara.", "THE CHAIRMAN: Allura aħjar inġibuhom mill-ewwel hawnhekk ħalli jkollna skrutinju aktar sod.", "Inti suppost qed titkellem kif qed nitkellem jien għax min-naħa tal-gvern ma nistax nitkellem kif qed titkellem int. Jien mhux qed infittex x'inhu faċli għax kieku kont nimxi fuq il-proċedura li ssir hawnhekk, nitkellmu fuq rapport li diġà ġie ppubblikat u jien naħbi l-problemi taħt it-tapit, kif hemm l-idea li jsir min-naħa tal-gvern.", "Hawnhekk il-gvern mhux qed jaħbi l-problemi taħt it-tapit imma qed jikxef x'inhuma l-issues, niddiskutuhom u naraw kif insibu s-soluzzjonijiet.", "Ma nixtieqx nisma' membri minn din in-naħa ta' dan il-kumitat jagħtuni proposti għall-proċeduri biex inħaffef u l-problemi tat-tfal tagħna jibqgħu pendenti.", "Jien qed nipprova nara kif insibu s-soluzzjonijiet.", "Jekk intom il-membri ta' dan il-kumitat tagħtuni l-fakultà biex jien inkun nista' nitkellem bħalma tkellimt f'laqgħa preparatorja ma' Ms. Carmen Zammit, jien niltaqa' personalment f'dan il-bini mar-rappreżentanti u niġi hawnhekk b'rapport wieħed li jiġbor fih il-konklużjonijiet ta' kollox u lilkom nagħtikom rapport wieħed .", "B'dan il-mod inkunu avvanzajna ħafna mit-technical procedures.", "Jekk intom tagħtuni din il-fakultà - għax ma nixtieq nagħmel xejn minn wara daharkom - jien lest li niltaqa' individwalment mal-ministeri rispettivi, nieħu x-xogħol li jien għandi ċans nagħmlu fil-ħajja privata tiegħi però mbagħad niġi hawnhekk u nagħtikom ir-rapport.", "Dan ir-rapport inkun qed nagħtihulkom bl-għajnuna ta' James Carabott bħala research analyst u ta' Anna Coleiro u jekk hemm bżonn nisimgħu r-recordings hawnhekk għax il-laqgħa tkun formali kemm jista' jkun.", "Dawn il-laqgħat isiru matul il-ġimgħa wara nofsinhar u intom tkunu tistgħu tattendu għaliha bħala membri.", "Jekk tagħtuni din il-fakultà li nipprovaw dan l-esperiment, inkunu qed inħaffu x-xogħol u nagħtikom il-wegħda tiegħi li jien ma nixtieq xejn ħlief li dan il-kumitat iservi biex jinstabu s-soluzzjonijiet u fl-aħħar mill-aħħar il-poplu tagħna jara l-bidliet meħtieġa.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, imissek taf li jien lanqas nemusa ma nħalliha għaddejja, jiġifieri żgur li mhux se niġi hawnhekk u jekk ikun hemm xi ħaġa li m naqbilx magħha, se nħalliha għaddejja qisha mhijiex hi.", "THE CHAIRMAN: Jien ma rridek tħalli xejn għaddej.", "MICHAEL FARRUGIA: Nista' nassigurak.", "THE CHAIRMAN: Se tgħiduli iva biex mexxi u nkun nista' nibda nagħmel dawn il-laqgħat preparatorji u nġib il-konklużjonijiet meħtieġa mbagħad niddiskutuhom?", "Jekk tgħiduli iva jien inkun nista' mmexxi b'dan il-mod u nkun nista' niltaqa' ma' sħabna l-esperti f'laqgħat wara nofsinhar.", "Minn naħa tiegħi ngħidilkom eżatt meta se nkun qed niltaqa' biex min minnkom ikun irid jiġi, ikun jista' jagħmel dan.", "MICHAEL FARRUGIA: Waħda mill-affarijiet li nistgħu nagħmlu meta jkollna rapport quddiemna u biex ma naħlux ħin hija din.", "Minflok lil dawn is-sinjuri noqogħdu nġibuhom hawnhekk kull darba, fejn nispiċċaw nagħmlu diversi mistoqsijiet, u mir-risposti li jagħtuna kapaċi ma jkunx hemm ir-risposti adegwati kif inkunu rriduhom, nerġgħu nagħmlu l-kummenti tagħna u jerġgħu ma jkunux fil-pożizzjoni li jistgħu jirrispondu.", "Issa li qed ngħid hu li għal ċerti punti li jitqajmu, jista' faċilment ikollna risposta mingħandhom permezz ta' email.", "Issa jekk ir-risposta tkun waħda xotta nkunu nistgħu nerġgħu nġibuhom hawnhekk ħalli nkomplu nevalwaw is-sitwazzjoni.", "Però jidher li jekk se nkomplu nevalwaw is-sitwazzjoni, kull darba l-kelliem jgħidilna li rrid jirriferi lid-dipartiment.", "Filwaqt jien qed ngħid li r-risposti jiġu permezz ta' e-mail, jekk aħna nkunu sodisfatti tkun aċċettata, imma jekk le aħna nibagħtu e-mail oħra through dan il-kumitat fejn ngħidu li hemm mistoqsijiet oħrajn li dan il-kumitat ikun jixtieq ikun jaf risposta dwarhom.", "B'dan il-mod minflok niltaqgħu tlieta jew erba' darbiet, jekk ikun hemm aktar mistoqsijiet li jkunu jridu jsiru, dawn isiru b'korrispondenza u mbagħad niltaqgħu speċi għall-grand finale wara li l-korrispondenza tkun saret u s-suġġett jingħalaq.", "Dan huwa aħjar milli noqogħdu niltaqgħu hawnhekk u r-risposta dejjem tkun li ikunu jridu jagħmlu riferenza lid-dipartiment.", "THE CHAIRMAN: Onor. Farrugia, jien naqbel u ma naqbilx.", "Ma naqbilx miegħek għax f'moħħi għandi li ma' dawn is-sinjuri li għandna llum preżenti, inġibu wkoll uffiċċjali li għandhom grad ogħla u li meta jkunu quddiemna ħadd minnhom ma jgħidilna li jrid imur lura għar-referral.", "U ladarba quddiemna jkollna ċerti issues ta' ċerta importanza, jekk hemm bżonn anke inġibu lill-Ministri jew lis-Segretarji Parlamentari konċernati.", "Jekk dawn jaċċettaw it-talba tagħna mhux se jgħidulna li jridu jagħmlu referral.", "Ejjew insibu u nkunu ta' għajnuna għall-kisba tas-soluzzjonijiet.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien mhux dak li rrid.", "THE CHAIRMAN: U hekk se jkun qed isir.", "Jien se nagħmel il-laqgħat preparatorji li hemm bżonn nagħmel biex lil dan il-kumitat inneħħilu min-numru ta' laqgħat individwali li jista' jkollu.", "Issa jekk ma jkollniex l-opportunità li niddiskutu issues partikolari mal-ministru jew mas-segretarju parlamentari, dawn dejjem jistgħu jibgħatulna l-ogħla persuna minflokhom.", "Kif qalu sħabi d-deputati, li ma rridux hu li jiġu nies hawnhekk li ma jkunux jistgħu jagħtuna risposta.", "Fl-aħħar mill-aħħar aħna soluzzjonijiet irridu hawnhekk.", "Jista' jkun ukoll li jkollna risposta li din il-ħaġa għad ma nistgħux nagħmluha imma fiha nnifisha għalina dik ukoll hija soluzzjoni.", "L-importanti huwa li nkunu nafu fejn qegħdin.", "Issa ħalli ngħaddu għall-ewwel issue li tirrigwarda nuqqas ta' strutturi u policies nazzjonali għat-tfal.", "Dr Maria Sciriha, jien nixtieq nistaqsik mistoqsija ta' informazzjoni.", "Hawnhekk kemm-il darba ssemmiet iċ-Children's Act.", "Inti li ħdimt mal-Ministru Dolores Cristina fl-aħħar ħames snin, hemm xi diffikultajiet tekniċi biex iċ-Children's Act titressaq fil-parlament?", "Naħseb li għandu jkollna ħjiel ta' dawn il-problemi.", "DR MARIA SCIRIHA: Jien se nispjega l-opinjonijiet tiegħi u l-esperjenza tiegħi dwar din il-mistoqsija li għamiltli għax ovvjament xejn m'hu vanġelu.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "DR MARIA SCIRIHA: Din l-Act kien hemm draft għaliha.", "Meta konna fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjietà Soċjali din il-liġi kkonsidrajniha u evalwajniha.", "Kien hemm diskussjoni vasta ħafna ħafna fuqha.", "U d-deċiżjoni kienet li biex ikun hemm l-aħjar protezzjoni għat-tfal, kien importanti li bil-mod il-mod nibdew naħdmu fuq liġijiet speċifiċi f'areas differenti.", "Dawn ngħadduhom mill-Kabinett u mill-Parlament, jiġu mplimentati waħda waħda u nimxu minn hemmhekk.", "Per eżempju, waħda mill-ewwel liġijiet kienet il-liġi li waqqfet l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal.", "Imbagħad kien hemm il-liġi dwar il-Care Orders, il-liġi tal-Adoption u l-liġi tal-Fostering.", "Ġew fis-seħħ ukoll numru ta' liġijiet oħrajn li kienu jidħlu f'areas tat-tfal b'mod differenti, bħalma huma l-vjolenza domestika, l-alkoħol eċċ. Jekk nibda nsemmi ma nispiċċa qatt.", "L-ewwel mistoqsija li staqsejna lilna nfusna kienet.", "Meta ngħidu li rridu liġi tat-tfal x'inkunu qed infissru?", "X'għandha tinkludi l-liġi tat-tfal?", "Xi protezzjoni rridu nagħtu lit-tfal?", "B'mod legali, x'se nibdew nagħmlu?", "Nibdew naqilgħu minn liġijiet differenti, kull fejn hemm imsemmi \"tfal\" u nitfgħuhom f'liġi waħda?", "U dan biex ikollna liġi waħda.", "X'ikun l-effett ta' dan?", "Dawn kienu d-diskussjonijiet kollha li kellna għall-mistoqsijiet li għamilna.", "Nibda biex ngħid esperjenza żgħira li għaddejna minnha meta ġejna biex nagħmlu l-liġi tal-adozzjoni.", "L-ewwel draft tagħna kienet proprju – ma jimpurtax billi ngħidha - an Adoption Act.", "L-artikli li diġà kien hemm fuq l-adozzjoni fil-Kodiċi Ċivili, qlajnihom u tfajnihom fl-ewwel draft tagħna ta' l-Adoption Act.", "Morna għand l-Avukat Ġenerali u kellna nerġgħu nibdew id-drafting mill-ġdid.", "Il-kumplikazzjoni legali li sibna kienet li kellna nħallu ċerti proviżjonijiet fil-Kodiċi Ċivili anke għaliex jibda jkun hemm ċerta replika.", "Għalhekk trid toqgħod attent.", "Jien qed nitfa' d-diskussjoni fuq il-mejda mbagħad nibdew naqbdu t-trufijiet.", "Konna ħarisna lejn il-liġi dwar il-vjolenza domestika.", "Din il-liġi ma tikkonċernax biss lit-tfal imma tikkonċerna wkoll lill-ġenituri, anzjani u koppji li jgħixu flimkien, jiġifieri tolqot firxa wiesgħa ta' nies.", "Mela x'aħna ngħidu?", "Sempliċiment għax artiklu jirriferi għat-tfal, naqilgħuh u x'se inħallu?", "Nifirdu lil dawk kollha konċernati dawn nagħmluhom f'liġi għalihom u t-tfal f'liġi għalihom?", "Indaħħlu lil dawk kollha relatati, bħalma huma anzjani, ġenituri u koppji, fil-liġi tat-tfal ukoll?", "Nagħmlu replika, fejn dak li jikkonċerna lit-tfal nagħmluh fil-liġi però mbagħad dak li jikkonċerna lil oħrajn nerġgħu nirreplikawh f'liġi oħra?", "Din hija diskussjoni li dejjem baqgħet għaddejja.", "Ħalli nerġa' ndur għal-liġi tal-adozzjoni.", "Aħna spiċċajna saħħaħna l-Kodiċi Ċivili proprju minħabba dawn ir-raġunijiet - għalhekk ġibt dan l-eżempju tal-vjolenza domestika - u għamilna l-amministrazzjoni tal-adozzjoni f'liġi għaliha.", "Jiġifieri consequential amendments għall-Kodiċi Ċivili.", "Ħarisna wkoll lejn liġijiet barranin.", "Ħadna l-mudell Ingliż taċ-Children's Act.", "Fih dak li huwa ekwivalenti għall-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal – li pajjiżna għandu - u fih dak li huwa ekwivalenti għall-care orders – li aħna għandna wkoll.", "Jien naqbel li dawn ta' l-aħħar għandhom jissaħħu u jiġu aġġornati.", "Fil-fatt nista' ngħid li wieħed mill-proġetti li kien imiss wara l-adoption, l-fostering u liġijiet oħra, kien proprju li nħarsu lejn il-liġi tal-care orders.", "Hemm bżonn li din tiġi aġġornata u about time li tiġi aġġornata.", "Qed nipprova niftakar x'fiha din il-liġi għax hija pjuttost ħoxna.", "THE CHAIRMAN: Tista' tibda tikkonkludi l-ħsieb tiegħek.", "DR MARIA SCIRIHA: Dawn huma l-ideat li kienu għaddejjin.", "L-istess fuq l-alkoħol.", "Fuq l-alkoħol diġà għandek proviżjonijiet li jeżistu, kellhom biss jiġu mlaħħma, qegħdin fil-kodiċi tal-pulizija u d-deċiżjoni hija dik.", "Jissemma l-punt li jista' jkun li għax ma jkollokx liġi waħda, jista' jkollok konflitt.", "Imma għandna eżempju ta' konflitt?", "Nafu b'xi liġi li tikkonfliġġi ma' liġi oħra?", "THE CHAIRMAN: Dr Sciriha, nista' nwaqqfek ftit.", "Dan ifisser li aħna – almenu jien u int - irridu nkomplu d-diskussjoni mar-rappreżentanti legali eċċ. u anke mal-Ministeru konċernat biex fuq din l-ispjegazzjoni tiġu armati aħjar bi proposti fuq din l-eventwalità.", "MS CARMEN ZAMMIT: Jien ftit ilu ċempilt l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali biex nitlob spjegazzjoni eżatt għaliex ma ssirx iċ-Children's Act.", "Ir-raġuni li qaluli hija li fl-1800 kien hemm xi ħadd li ġabar il-liġijiet kollha - dawk penali, ċivili u amministrattivi - biex wieħed ikun jista' jikkonsultahom iżjed bil-faċilità.", "Issa jekk nibdew naqilgħu - bħalma qalet Dr Sciriha - dawk il-siltiet kollha li għandhom x'jaqsmu mat-tfal, se nfarrku din is-sistema kollha.", "Qaluli wkoll li l-liġijiet li qed isiru, bħal-liġi tal-fostering, tal-care orders, tal-adoption u tal-vjolenza domestika jistgħu jingħaqdu u jsiru Children's Act.", "Jiġifieri diġà bdejna mmorru ftit 'il bogħod minn dik is-sistema li kienet inbniet għax inħolqu dawn il-liġijiet.", "THE CHAIRMAN: Ippermettili ftit għax inkella ma nispiċċawx.", "Dan huwa l-bidu ta' dak li għad irridu nkomplu nitkellmu dwaru.", "Kif qalet Dr Sciriha dawn huma issues legali li rridu nkomplu nitkellmu dwarhom.", "Bħalissa għandna ħafna trufijiet u mbagħad xi darba niġu hawnhekk – kif qal l-Onor.", "Farrugia – u ngħidu li din il-ħaġa għandna nneħħuha minn fuq il-lista jew din għandha tibqa' fuq il-lista.", "Però xi ħadd irid jgħidilna xi ħaġa aktar konkreta dwar x'inhi eżattament il-liġi tat-tfal.", "Inkella nistgħu ngħidu li l-liġi tat-tfal tikkorrispondi f'dawn il-provvedimenti u dawn tista' ssibhom hemm, hemm u hemm.", "Ma jimpurtax imma huwa żgur li din irridu diskussjoni dwarha.", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Irridu naraw ukoll x'għamlu pajjiżi oħrajn – mhux l-Ingilterra biss – f'dak li għandu x'jaqsam ma' leġislazzjoni tat-tfal.", "Jekk waqfux biss fuq ir-rights of the child bħala leġislazzjoni jew inkella jekk il-leġislazzjoni kenitx tinkorpora wkoll biċċiet minn liġijiet oħrajn 'l hemm u 'l hawn.", "Jekk naraw kif il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi bħall-Amerika, Kanada u Awstralja indirizzaw din il-problema, naħseb li jkun aktar għaqli liema linja rridu naqbdu.", "THE CHAIRMAN: Dan l-eżempju li qed iġib l-Onor.", "Farrugia għandna neħduh fl-uffiċċju tiegħek u jkollna ħin biex niddiskutuh hemmhekk anke bl-għajnuna ta' Dr Sciriha jew ta' xi ħaddieħor ħalli meta nitkellmu fuq liġi għat-tfal inkunu qegħdin nifhmu aħjar x'irridu nfissru.", "(Interruzzjonijiet)", "DR MARIA SCIRIHA: Jien sempliċement nixtieq niċċara li żgur mhux qed ngħid li għandha ssir jew m'għandhiex issir.", "(Interruzzjonijiet) Dr Ruth Farrugia.", "DR RUTH FARRUGIA (Avukat tal-Kummissarju għat-Tfal): Huwa interessanti li l-ewwel punt ma kienx dwar il-liġi tat-tfal imma dwar strutturi u policies.", "Dik hija interpretata bħala l-bżonn tal-liġi tat-tfal.", "Però kulma xtaqt ngħid huwa dwar l-issue tal-konflitt kif semmiet Dr Sciriha fit-tieni eżempju.", "Sfortunatament jinqalgħu kawżi ta' konflitt.", "Riċentement - minħabba li hemm possibbiltà li tinħareġ court order, fejn it-tfal jitqiegħdu taħt il-kura tal-Qorti - minflok taħt il-Care Orders Act, qorti minnhom ordnat li t-tfal jitqiegħdu taħt care order li hija ħaġa purament amministrattiva.", "Dan huwa eżempju żgħir imma hemm aktar minnhom.", "Però aktar importanti miċ-Children's Act huwa l-istruttura u l-policy.", "THE CHAIRMAN: Prosit, huwa dan li għandna bżonn.", "Irridu mmorru lura fl-uffiċċju tiegħek, Ms. Carmen Zammit, fil-preżenza tiegħi u fil-preżenza tal-personalitajiet li l-iżjed jistgħu jagħtuna feedback, biex ngħid hekk u - naħseb li hawnhekk Ms Gladys Vella tista' tieħu nota – nitlob ukoll lill-Ministru biex forsi jibagħtilna xi nies min-naħa tiegħu ħalli nibdew konsultazzjoni pubblika - jew sejħilha li trid - biex insibu l-veritajiet.", "Din hija xi ħaġa li trid issir.", "Ovvjament irridu naslu għal dak li qed tgħidilna l-avukatessa tal-Kummissarju għat-Tfal dwar l-istrutturi nazzjonali għax forsi nsibu soluzzjonijiet ferm aħjar minn dak li qegħdin jiġu mressqa bħala proposta.", "Għaldaqstant fuq l-ewwel issue naħseb li għandna ħafna risposti x'nistennew mill-uffiċċjali tal-Ministeru tal-Politika Soċjali li kien hemm fil-leġislatura ta' qabel u dik preżenti.", "It-tieni punt huwa dwar l-inkorporazzjoni tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal.", "(Interruzzjonijiet) Jien nixtieq li fuq kull issue nkun naf min se jkun responsabbli ta' min għalissa.", "Is-soluzzjoni m'aħniex se nsibuha hawnhekk.", "MS CARMEN ZAMMIT: Jien xtaqt niġbidlek l-attenzjoni li din tal-istrutturi, li hija xi ħaġa importanti ħafna, għadna ma ddiskutejnihiex.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Din mhux se nindirizzawha hawnhekk.", "Aħna se nerġgħu niġu lura b'informazzjoni biex meta ngħidu \"struttura\" lill-ministeri konċernati ngħidulhom iżjed x'aħna nfissru.", "Il-kelma \"struttura\" għadha ftit vaga.", "Illum tlaqna b'pass tajjeb u dan huwa importanti.", "Ma jistax ikun li noqogħdu niddiskutu n-nitty-gritties hawnhekk – kellu raġun l-Onor.", "Farrugia - għax inkella jibda jkun hawn ħafna laqgħat u ma naslu qatt.", "Hawnhekk irridu nerġgħu niġu lura b'informazzjoni aktar adegwata dwar x'aħna nfissru bil-kelma \"strutturi\".", "S'issa r-rapport li ressqitilna Ms. Carmen Zammit jiswa' mitqlu deheb.", "Issa rridu nespandu fuq kull item ħalli lill-politiċi nistaqsuhom xi jkunu qed ifissru.", "It-tieni punt huwa dwar l-inkorporazzjoni tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.", "Dan ma' liema ministeru għandu x'jaqsam?", "MICHAEL FARRUGIA: Rigward il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti - jien kont imdaħħal fil-Council of Europe - safejn naf jien kien hemm ukoll id-dmirijiet tat-tfal.", "MS CARMEN ZAMMIT: Jien meta nitkellem insemmi d-drittijiet fundamentali tat-tfal għax il-konvenzjoni ma titkellimx fuq id-drittijiet ta' kuljum, biex ngħid hekk, imma titkellem fuq id-drittijiet tal-familja, id-drittijiet tas-saħħa u d-drittijiet tal-edukazzjoni.", "MICHAEL FARRUGIA: Jekk m'iniex sejjer żball bħala dmirijiet tat-tfal.", "Tista' tiffriskali ftit il-memorja għax jien ilni xi 12-il sena li ħdimt fuqha din.", "MS CARMEN ZAMMIT: Hemm biss artiklu wieħed li jgħid li t-tfal għandu jkollhom id-drittijiet ekwivalenti għall-età li għandhom.", "Imma l-konvenzjoni per se titkellem dwar id-drittijiet li huma neċessarji għall-ħajja tat-tfal.", "MICHAEL FARRUGIA: Imma d-dmirijiet tat-tfal ma tissemmiex mingħalja.", "MS CARMEN ZAMMIT: Le, titkellem fuq drittijiet.", "THE CHAIRMAN: Fil-ministeru se jkollkom dan ir-rapport u f'xi ħin jew ieħor inkunu qed nerġgħu niltaqgħu magħkom.", "Għalhekk ippreparaw min minnkom għandu x'jaqsam ma' xiex għax 'il quddiem irridu nerġgħu lura għandkom.", "(Interruzzjonijiet)", "It-tielet issue tirrigwardja l-Att dwar it-Tfal.", "Din diġà ddiskutejniha.", "Ir-raba' issue tirrigwarda l-Qorti tal-Familja.", "Naħseb li din hija iżjed diretta fuq il-Ministeru tal-Ġustizzja.", "Ms Zammit, naħseb li meta kellimtni l-ewwel darba kont iktar diretta.", "(Interruzzjonijiet) Iva, ipprovajt telimina xi ħaġa u dan mhuwiex fair.", "Hawnhekk inti ma semmejtx direttament il-każijiet ta' separazzjonijiet.", "MS CARMEN ZAMMIT: Le, jien qed ngħid li waħda mill-preokkupazzjonijiet enormi tal-uffiċċju tiegħi huma t-trawmi enormi li għaddejjin minnhom it-tfal li l-ġenituri tagħhom ikunu għaddejjin minn separazzjoni.", "Din hija dovuta għal diversi fatturi.", "MS CARMEN ZAMMIT: Il-lista li hemm fuq is-slide mhuwiex fir-rapport.", "(Interruzzjonijiet) Imma xorta qiegħda hemmhekk.", "THE CHAIRMAN: Ir-rapport kellu jkun audio-visual biex jgħinna.", "MS CARMEN ZAMMIT: Kif għedt, is-separazzjoni hija problema enormi għax l-ewwelnett il-ġenituri la jippreparaw u lanqas ma jinvolvu lit-tfal.", "Imbagħad it-tfal jiġu ffaċċjati bis-separazzjoni għax isiru jafu b'xi mod ieħor u mhux direttament.", "Imbagħad ikun hemm il-problema tal-qrati.", "THE CHAIRMAN: Ms Zammit ħalli nwaqqfek ftit.", "Qed nagħmel dan il-punt għax naf li għandna rappreżentant mill-Qorti tal-Familja.", "Il-każijiet tas-separazzjonijiet l-iżjed li rridu nagħtu kas.", "MS CARMEN BORG (Family Mediator Coordinator fil-Ministeru għall-Ġustizzja): Meta qed ngħidu separazzjonijiet inkunu qed nirriferu għall-istadju ta' medjazzjoni, stadju ta' kawżi jew għal kollox?", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew, tibda mill-medjazzjoni imma l-problemi qed jinstabu fil-proċess kollu, jew huma iktar iffukati f'ċertu stadju?", "MS CARMEN ZAMMIT: Iva, il-problemi qegħdin fil-proċess kollu.", "Mill-esperjenza li għandi nista' ngħid li mill-bidu nett tal-proċess, li t-tfal qegħdin isofru għax mhux qed ikunu involuti u qegħdin jiffaċċjaw sitwazzjoni li ħafna drabi diġà tkun lesta bejn il-ġenituri.", "F'dawn it-tfal qed titnissel ansjetà enormi għax ikunu jafu li l-ġenituri se jisseparaw u ma jkunux jafu x'se jiġri minnhom, meta ma jintużawx mill-istess ġenituri biex jieħdu dak li jkunu jridu minnhom.", "Per eżempju, riċentament kitbitli tifla ta' 14-il sena, permezz tal-konsulent tagħha tal-iskola, u qaltli li l-ġenituri tagħha se jibdew is-separazzjoni u diġà qed tismagħhom jiftiehmu biex hi tibqa' mal-omm.", "Imma din it-tifla ma tridx, għax ommha għandha boyfriend.", "Fil-fatt staqsietni x'tista' tagħmel biex il-qorti jkun jista' jismagħha.", "ANTHONY ZAMMIT: Nixtieq nistaqsik x'inhi l-attitudni tal-Qorti lejn it-tfal f'dawn il-każijiet ta' separazzjoni.", "Il-qorti qiegħda tisma' lil dawn it-tfal indipendament mill-influwenza tal-omm u tal-missier?", "Jien naħseb li f'dawn il-każijiet ta' separazzjoni t-tfal għandhom importanza enormi.", "Jekk l-imħallef irid isib il-vera raġuni għax tkun qed issir dik is-separazzjoni jrid jisma' lit-tfal għax dawn jgħidu l-verità u aktar ikollu ċans li jiddeċiedi.", "Jien naħseb li din hija xi ħaġa importanti immens imma naħseb li t-tfal mhux qed jingħataw daqshekk importanza.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nwaqqfu għal ftit din id-diskussjoni però ovvjament id-diskussjoni trid tkompli bejn Ms Carmen Borg u l-Kummissarju għat-Tfal jew anke iżjed nies min-naħa tal-Uffiċċju tagħha, sabiex inkomplu nindagaw aktar fuq il-verità.", "L-istess ħaġa għandna rigward il-Qrati tal-Minorenni.", "Aħna nitolbu li jkollna din il-laqgħa ta' konsultazzjoni bejnietna ħalli nifhmu aktar ir-realtà x'inhi biex hopefully jinstabu s-soluzzjonijiet.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Jien nixtieq nagħmel kumment fuq il-Qrati tal-Minorenni.", "Nixtieq li nkunu nafu x'inhi s-sitwazzjoni f'Malta dwar dawn ir-rakkmandazzjonijiet u kemm qed nimxu fuq il-provvedimenti.", "Donnu li mill-ispjegazzjoni li saret din ma ħarġitx ċara.", "MS CARMEN ZAMMIT: Jien tajt aktar attenzjoni fuq it-tfal li qegħdin jitpoġġew il-ħabs minħabba nuqqas ta' faċilitajiet.", "F'Malta m'għandniex post fejn nibagħtu lit-tfal ta' 10, 11, 16 u 17-il sena.", "La għandna fostering u lanqas għandna residenza għalihom u l-preokkupazzjoni tiegħi hija li dawn it-tfal li huma taħt l-età qed jintbagħtu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, fejn m'għandhom l-ebda programm ta' riabilitazzjoni.", "Lil dawn it-tfal x'aħna nagħtuhom biex nippreparawhom għall-ħajja future ħlief li joħorġu minn hemmhekk, jerġgħu jagħmlu xi ħaġa u jerġgħu jidħlu fil-ħabs?", "Dik hija preokkupazzjoni enormi u għandu jinstab mod fejn ikun hemm faċilità apposta għalihom, ikollhom it-terapija u jkollhom training għal xi sengħa biex almenu jkollhom futur quddiemhom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Huwa importanti ħafna li dan is-suġġett għandna nagħmlu ħafna enfasi fuqu u jidħol fid-diskussjoni tagħna iktar 'l quddiem.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien se nsemmi xi ħaġa li forsi se tiġi ttrattata aktar tard.", "Riċentement kellna mistoqsija fil-parlament rigward persuni b'diżabilità li għadhom żgħar u li qegħdin f'St Vincent de Paule.", "(Interruzzjonijiet) Ma rajna xejn fuq din fir-rapport.", "MS CARMEN ZAMMIT: Għandek raġun.", "Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità qiegħda taħdem ħafna f'dak is-settur u allura jien qisni ffokajt iżjed fuq tfal oħrajn.", "(Interruzzjonijiet) Iva, dawn jidħlu fl-ambitù tiegħi wkoll.", "THE CHAIRMAN: Però nista' ngħid li se nkunu qed niddiskutu wkoll mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità.", "Issa għandna Item 6 li tirrigwarda l-isport.", "Jien nixtieq li meta taħsbu li jkun il-waqt li tirrispondu l-mistoqsijiet eċċ. ikollna meeting hawnhekk sabiex tkunu tistgħu tagħtuna l-feedback tagħkom, naraw x'inhuma l-limitazzjonijiet u jekk hemm bżonn niltaqgħu biex inkunu nistgħu niddiskutu anke ċerti deċiżjonijiet li qegħdin jittieħdu.", "Irrid inwassal il-messaġġ tagħna lis-Segretarju Parlamentari għall-isport li huwa l-ex-chairman ta' dan il-kumitat.", "Dan ma jiddejjaq xejn jidher quddiemna u jirrispondi, anzi iżjed milli jirrispondi għandu jgħidilna t-tibdil li se jkun qiegħed isir.", "MICHAEL FARRUGIA: Xi ħaġa oħra żgħira li nixtieq inżid fuq dan il-punt huwa meta jiġu reġistrati t-tfal mat-timijiet.", "Dawn jiġu reġistrati f'età żgħira, ikunu marbutin għal għomorhom kollu u ma jkunux jistgħu jinqalgħu mir-reġistrazzjoni ma' klabb.", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb li mhijiex insemmija hawnhekk.", "MR ANDREW DECELIS (Segretarjat għaż-Żgħażagħ u Sport u Membru tal-Bord tal-Kunsill Malti għall-iSport): Naħseb li din hija waħda mill-preokupazzjonijiet tagħkom meta semmejtu l-Youth Nurseries tal-futbol.", "THE CHAIRMAN: Ngħaddu għal item 7 dwar Body piercing u bejgħ ta' alkoħol lil minorenni.", "Din ukoll għandha x'taqsam mal-qasam tal-Ġustizzja u trid tiġi carried forward fid-diskussjoni li se jkollna bħala items.", "Jien se nqabbad lil James Carabott biex lil kull Ministeru jgħaddilu dawn il-punti, imbagħad ikunu fuq l-aġenda biex niddiskutuhom magħkom.", "Tista' tkompli, Onor. Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Jekk m'iniex sejjer żball kienet se tiżdied l-età fejn jidħol alkoħol u minorenni.", "(Interruzzjonijiet)", "MS CARMEN ZAMMIT: Iva, din żdiedet għal 17.", "MICHAEL FARRUGIA: Imma naħseb li għad trid tgħaddi l-liġi, hux hekk?", "THE CHAIRMAN: Iva, imma l-gvern ħadha d-deċiżjoni.", "MICHAEL FARRUGIA: Imma għadu ma implimentahiex għax meta tgħaddi l-liġi tiġi implimentata.", "MICHAEL FARRUGIA: Imma jekk illum tbigħ lil xi ħadd li għalaq 16-il sena ma tkunx qed tisker il-liġi, hux hekk, ladarba din għadha ma għaddietx?", "THE CHAIRMAN: Le, għandek raġun.", "MICHAEL FARRUGIA: Jidhirli li ma rajt xejn fuq is-sigaretti.", "Jista' jkun li dawn huma msemmijin aktar tard?", "MS CARMEN ZAMMIT: Le, ma semmejthomx is-sigaretti.", "Dawn qatt ma ssemmew fl-uffiċċju.", "Allaħares kelli nsemmi l-concerns kollha li jasluli fl-uffiċċju!", "MICHAEL FARRUGIA: Imma taf bihom?", "MICHAEL FARRUGIA: Hemm ukoll il-kwestjoni tad-droga fost it-tfal.", "Fil-fatt l-età qed tkun ħafna inqas.", "MS CARMEN ZAMMIT: Fil-fatt xi wħud jibdew saħansitra minn 10 u 11-il sena.", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb li hawnhekk wieħed irid jibda jikkonsidra wkoll jekk id-deterrent legali huwiex biżżejjed jew inkella għandniex inżidu ma' dak li hemm.", "Naħseb li wieħed irid iħares lejn dan punt.", "ANTHONY ZAMMIT: Irridu naraw ukoll fejn jidħlu t-tfal.", "MICHAEL FARRUGIA: Imma rridu naraw jekk għandniex inkomplu nżiduha iktar.", "MS CARMEN ZAMMIT: Per eżempju, kien hemm każ ta' wieħed ta' 17-il sena li qiegħed il-ħabs li kien diġà qed ibigħ id-droga.", "THE CHAIRMAN: Bil-permess tagħkom ngħaddu għal item 8 - Is-saħħa.", "Naħseb li hawnhekk Ms Gladys Vella aħjar tinforma lis-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa.", "Imbagħad James Carabott se jkun qiegħed jikkorrispondi miegħek biex jgħinukom.", "(Interruzzjonijiet) Fid-dokument semmejt żewġ testijiet li jsiru mat-twelid, nixtieq inkun naf liema huma.", "MS CARMEN ZAMMIT: Is-Cystic Fibrosis u l-Phenylketonuria eċċ. Dawn qed jiġu suġġeriti l-aktar u l-aħjar biex ikun hemm prevenzjoni minn qabel.", "Issa jien ma nifhimx fis-saħħa imma fil-konsultazzjoni li kellna anke minħabba l-manifest, iltqajt anke ma' professuri u tobba li qegħdin jaħdmu fis-settur u ħadt l-informazzjoni dwar kif nistgħu ntejbuh dan.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien nixtieq ngħid li donnu hawnhekk ħrabna mill-concern kbira tal-pregnancies fit-tfal.", "Hemm bżonn ta' edukazzjoni sesswali mill-aktar mod miftuħ fl-iskejjel dwar dan is-suġġett.", "THE CHAIRMAN: Nitkellmu dwar dan għada.", "MICHAEL FARRUGIA: Naf li għada se nitkellmu fuq dan ukoll imma hawnhekk qed nitkellmu fuq tfal u jkun tajjeb li nkunu nafu kif taħsibha l-Kummissarju għat-tfal dwar dan.", "(Interruzzjonijiet) Imma għada se niddiskutu s- sexual health.", "Naħseb li l-kummissarju tat-tfal għandha responsabbiltajiet ulterjuri u aktar weight minn Dr Carabot bħala GU clinic li hu wkoll qed jagħmel suġġerimenti dwar il-problemi li jiltaqa' magħhom.", "Irridu naraw jekk hux l-edukazzjoni sesswali fl-iskejjel qed tingħata tajjeb biżżejjed jew inkella għandhiex tingħata aħjar.", "Per eżempju, fil-ġurnali għaddej dibattitu sħiħ dwar xi ħadd li mar ikellem lit-teachers u qalilhom ċerti affarijiet mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-esperti.", "Fil-fatt in-naħa tal-GU clinic qed jgħidu kompletament differenti minn kif qed jiġu edukati t-teachers li għandhom jedukaw lit-tfal.", "THE CHAIRMAN: Ippermettili ftit għax forsi m'għandekx din l-informazzjoni jew forsi ma tajthielekx jien.", "Proprju għada se jkun hawn min se jkellimna, wara Dr Carabot, fuq kif qed tiġi spjegata jew maħsuba li tingħata s-sexual education fl-Uffiċċju tal-Health Promotion.", "Fil-fatt jien nitlob lill-Kummissarju għat-Tfal u anke lir-rappreżentant mill-Education Department biex ikunu preżenti ħalli jisimgħu d-diskussjoni li se jkun hawn fil-laqgħa ta' għada.", "Fuq hekk se tingħata l-informazzjoni.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien naħseb li din hija xi ħaġa kruċjali u importanti.", "THE CHAIRMAN: Għada Dr Carabot se jgħid dak li għandu jgħid fir-rapport tiegħu, joħroġ bil-konklużjonijiet tiegħu u immedjatament se nagħtu review dwar x'qed isir fuq il-proposti li għandu.", "B'hekk inkunu qegħdin naraw x'qed isir bħalissa.", "MS CARMEN ZAMMIT: Nista' ngħidlek li għada għandi public discussion fl-uffiċċju.", "Jekk trid tista' tibgħat lil xi ħadd biex jirrappreżenta l-uffiċċju tiegħek għal din il-laqgħa.", "(Interruzzjonijiet)", "MICHAEL FARRUGIA: Jien inkwetat ħafna dwar iż-żieda tal-mard sesswali, iż-żieda tal-pregnancies u l-fatt li kwart mill-pregnancies huma unknown fathers.", "(Interruzzjonijiet) Din semmejtha għal tapposta.", "Naf li hemm issue oħra so let's bring it up.", "Dak huwa l-argument tiegħi.", "THE CHAIRMAN: Jien naħseb li għandu raġun.", "Din l-issue għandha tiġi indirizzata u ma nistgħux inħalluha għaddejja.", "Issa ngħaddu għal Item 9 - Edukazzjoni.", "Jien nixtieq li 'l quddiem nistieden lill-Ministru tal-Edukazzjoni jew xi ħaddieħor, permezz tiegħek, Dr Sciriha, ħalli tkun tista' tagħmel konsultazzjoni magħna fuq il-proposti li hawn hawnhekk.", "DR MARIA SCIRIHA: Jien sempliċement qed ngħaddielkom kopja ta' dak li huwa għaddej bħalissa, xejn iżjed.", "THE CHAIRMAN: Kollox sew però għaddielna l-istedina uffiċjali li qegħdin nagħmlu lill-ministru konċernat.", "MS CARMEN ZAMMIT: Dr Sciriha, qed tinkwetani ftit il-kwestjoni tal-assenteiżmu però naf li din qed tiġi indirizzata bil-policy ġdida, jiġifieri hemm progress minn mindu ħareġ dan ir-report.", "Imbagħad hemm ukoll il-kwestjoni tat-trasport, biex it-tfal ma jaslux l-iskola kmieni ħafna.", "Jien kont tkellimt ma' uffiċjal mill-ministeru tagħkom u din kienet qaltli li dan jiddependi jekk isibux supervisors fl-iskola.", "Din hija xi ħaġa li kienet qed tinkwetani ħafna għax kelli complaints ta' tfal li kienu qed jitwasslu l-iskola kmieni ħafna u jitħallew wara l-bieb tal-iskola b'riskju għalihom għax l-ommijiet imorru jaħdmu.", "MICHAEL FARRUGIA: Hemm ukoll il-kwestjoni li tirrigwarda l-istreaming.", "Minkejja li kien hemm l-istreaming, sfortunatament għad għandna numru konsiderevoli ta' persuni li huma illitterati u din hija xi ħaġa li tinkwetani.", "Min-naħa tal-edukazzjoni x'qed isir biex jiġu ppikkjati dawk l-istudenti li jkollhom problemi ta' edukazzjoni ħalli dawn ma jibqgħux illitterati?", "M'għandniex insibu l-agħar teachers u nagħtuhom l-agħar tfal.", "(Interruzzjonijiet) (Pawsa)", "THE CHAIRMAN: Item 10 – Kura Residenzjali.", "Jien nixtieq nagħmel mistoqsija żgħira rigward il-foster care.", "X'jiġri jekk ma jkunx hemm familji li jkunu lesti li joffru servizzi ta' fostering?", "MS CARMEN ZAMMIT: Le, dejjem ikun hemm familji.", "Però l-bidla kollha li trid tagħmel trid tkun mibnija fuq l-ipotesi li jekk inti tagħti aktar flus u għajnuna finanzjarja, fl-aħħar mill-aħħar se jinqalgħu aktar familji għall-fostering.", "X'jiġri jekk ma jkunx hemm familji li joffru l-fostering?", "MS CARMEN ZAMMIT: Is-sistema tagħna għadha sistema fejn it-tfal għadhom qegħdin jgħixu fi gruppi kbar u mhux f'ambjent ta' familja.", "THE CHAIRMAN: Naqbel perfettament.", "Però biex tneħħihom mill-Creche jew minn x'imkien ieħor …", "MS CARMEN ZAMMIT: Le, dwar dawk iż-żgħar hemm riċerka ......", "THE CHAIRMAN: Imma lil dawk it-tfal trid tpoġġihom f'residential homes.", "MS CARMEN ZAMMIT: Fl-Ewropa hemm pajjiżi fejn huwa illegali li tpoġġi tfal minn zero sa ħames snin f'istituti minħabba l-effett negattiv li ma jissewwiex.", "THE CHAIRMAN: Naqblu, għandek raġun.", "Imma x'jiġri jekk bħala pajjiż ikun impossibbli li jkollna servizzi ta' fostering?", "MS CARMEN ZAMMIT: Imma għaliex qed tgħid hekk?", "M'għandux ikun impossibbli.", "THE CHAIRMAN: Ovvjament trid taħseb fuq kollox.", "Jekk ma jkunx hemm familji li joffru servizzi ta' fostering, x'jiġri?", "MS CARMEN ZAMMIT: Ikun hemm homes żgħar għax meta jkunu żgħar it-tfal ikollhom bżonn one to one carer u mhux ibiddlu minn carer għal ieħor kontinwament.", "Probabbilment f'Malta jkun hemm koppji li jkunu jixtiequ jagħmlu l-fostering però jekk il-mara u r-raġel ikunu qegħdin jaħdmu t-tnejn, kif jistgħu jieħdu tifel jew tifla oħra?", "(Interruzzjonijiet) €40 fil-ġimgħa qegħdin jagħtuhom għal kull tifel u tifla bħalissa.", "THE CHAIRMAN: Ippermettili ftit.", "Dr Sciriha għandha xi kummenti.", "DR MARIA SCIRIHA: Nixtieq nagħmel punt żgħir ħafna.", "Huwa importanti li f'din id-diskussjoni nħarsu ftit ukoll lejn il-liġi l-ġdida tal-adozzjoni u d-dispensa mill-kunsens.", "Id-diskussjoni hija wiesgħa ħafna.", "Issue 11 - Esklużjoni soċjali.", "Fl-aħħar se jkollna laqgħa rigward is-Social Inclusion Report.", "Imma dan il-punt ma' min se nkunu qegħdin niddiskutuh l-aktar?", "(Interruzzjonijiet) Se nkunu qed niddiskutuh mal-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali.", "Ngħaddu issa għal issue 12 - Miżuri li jkunu ta' għajnuna lill-familja.", "Naħseb li anke din l-issue se nkunu qed niddiskutuha mal-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali.", "Kif ukoll Item 13 - Ħtieġa ta' strutturi.", "(Interruzzjonijiet)", "MICHAEL FARRUGIA: Imbagħad hemm iċ-child care centres.", "Dawn taħt min jaqgħu?", "(Interruzzjonijiet) Ir-regolatur huwa differenti għax dan għandu jara li l-affarijiet jimxu kif suppost.", "Aħna rridu l-provision of service.", "Jekk ikollok provision of service u ma jkollokx regolatur, is-servizz jingħata xorta u jkollok xi ħaġa għaddejja.", "Però jekk ikollok regolatur u ma jkollokx provision of service, ikollok l-affarijiet fuq il-karta imma ma jkollok xejn.", "Mela naħseb li dawn l-affarijiet għandhom ikunu kkombinati flimkien.", "THE CHAIRMAN: Ovvjament.", "Mela għada li se jsir huwa dan.", "Ir-research analyst se jaqbad dan ir-rapport, janalizza l-issues li hemm miktubin u lill-Ministeri rispettivi se jibgħatilhom l-aġenda tal-issues li jolqtu lilhom rispettivament.", "Fejn għandek dupplikazzjoni - għax għandek ċerti issues li għandhom joint responsibility jew inkella shared responsibility - dik l-issue partikolari titpoġġa taħt ir-responsabbiltà taż-żewġ Ministeri rispettivi.", "Il-korrispondenza elettronika li se tgħaddi bejn dan il-Kumitat u l-Ministeri se tiġi kkupjata lill- membri deputati wkoll, biex dawn ikunu jafu l-lista lil min intbagħtet.", "Sadanittanti jekk xi membru deputat jixtiequ li jiġu tackled xi ħsebijiet oltre dak li għedna llum, għandu jibgħat dawn il-mistoqsijiet – anke jekk jinqalgħu fil-ġimgħat li ġejjin – biex inkunu nistgħu nżiduhom mal-lista tal-aġenda.", "'Il quddiem jien se nipprova nara kif nikkomunika mal-Ministri jew mas-Segretarji Parlamentari rispettivi ħalli nifformolaw il-meetings preparatorji.", "Però ultimately l-iżjed ħaġa li nixtieq hija li jkollna meetings mal-Ministri rispettivi biex jitkellmu magħna fuq l-aġenda li tkun qed tiġi mressqa.", "Ovvjament ikunu jridu jsiru l-laqgħat preparatorji sabiex meta niġu hawnhekk inkunu qegħdin nitkellmu fuq teħid ta' deċiżjoni jew inkella tingħata informazzjoni għalfejn deċiżjoni ma tistax tittieħed.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien se nagħmel dan il-punt biss.", "Jista' jkun hemm ukoll ċerti oqsma bħall-NGOs jew istituzzjonijiet tal-Knisja li jkunu qed jieħdu ċerti inizjattivi in line ma' dak li qed nitkellmu hawnhekk.", "Per eżempju, illum mort għall-ftuħ tar-residenza ta' Don Bosco li bażikament hija konċett kompletament ġdid u rivoluzzjonarju.", "Naħseb li jkun tajjeb li nagħmlu evalwazzjoni tal-affarijiet li jkunu qed jiġru f'ċerti oqsma u anke naraw l-iżvilupp tagħhom.", "Uħud minnhom dawn għandhom aktar esperjenza.", "Għalhekk inħarsu daqsxejn lejn l-esperjenza tagħhom u l-iżvilupp li għaddejjin minnu.", "THE CHAIRMAN: Ms Zammit, jien nixtieq nagħmillek mistoqsija waħda.", "Bħala Kummissarju għat-Tfal x'inhi l-akbar preokkupazzjoni li ltqajt magħha f'din is-sena ta' ħidma?", "MS CARMEN ZAMMIT: L-akbar preokkupazzjoni tirrigwarda lil dawk it-tfal li l-ġenituri tagħhom għaddejjin minn każijiet ta' separazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri kieku kellek tiġi quoted inti, l-akbar preokkupazzjoni tiegħek hija dwar dawn it-tfal.", "MS CARMEN ZAMMIT: Hemm ukoll il-preokkupazzjoni tar-residential care u jien nixtieq naħdem ħafna fuqha.", "Fil-fatt għandi grupp ta' esperti li qegħdin naħdmu fuq dan.", "Qed nagħmel ħafna xogħol f'dan ir-rigward biex meta niġu biex nagħmlu policies, dawn ikunu bbażati fuq riċerka xjentifika.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "ANTHONY ZAMMIT: Nixtieq nagħmel l-aħħar domanda.", "Kemm taħseb li għandek bżonn nies miegħek bħala manpower?", "Jistgħu jippuxxjaw biex ikollok aktar manpower?", "MS CARMEN ZAMMIT: Għandi bżonn ħafna manpower.", "THE CHAIRMAN: Meta jkollok lil xi ħadd quddiemek li tistaqsih kemm għandu bżonn nies, dejjem se jgħidlek li għandu bżonn ħafna.", "MS CARMEN ZAMMIT: Din hija verità kbira.", "Inti li ilek fuq il-kumitati forsi tafu dan.", "ANTHONY ZAMMIT: Nifhem il-problema li għandna u naħseb li dan huwa investiment.", "MS CARMEN ZAMMIT: Jien nixtieq ngħidilkom ukoll biex tiġu taraw il-post.", "MICHAEL FARRUGIA: Jekk inti tiġi bi struttura ta' kif tixtieq li jkun id-dipartiment - issa mhux bilfors li jiġi aċċettat dak li qed titlob għax forsi inti tgħid li għandek bżonn żewġ segretarji u jgħidulek li waħda tkun biżżejjed – forsi dan il-kumitat ikun jista' jevalwa u jiddiskuti miegħek xi jkun hemm bżonn.", "ANTHONY ZAMMIT: Fl-opinjoni tiegħi dan huwa investiment għall-futur tal-pajjiż.", "MS CARMEN ZAMMIT: Però nixtieq ngħidilkom li żieduli manager oħra.", "THE CHAIRMAN: Tajjeb.", "Fuq dan il-punt pożittiv li jaspira ħafna għall-quddiem nirringrazzjakom kollha.", "Il-laqgħa għadha ma spiċċatx hawnhekk imma tiġi aġġornata għal-laqgħat oħra li jridu jsiru sabiex jinstabu s-soluzzjonijiet.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-9.20 pm id-diskussjoni fuq dan is-suġġett ġiet interrota u l-Kumitat ġie aġġornat għall-għada l-Erbgħa 26 ta' Novembru 2008."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081125_007d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 7", "It-Tlieta, 25 ta' Novembru, 2008", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.18 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Is-Sur James Carabott, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali fil-Kamra tad-Deputati attenda għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr 6 li saret nhar l-Erbgħa 22 ta' Ottubru 2008 ġew konfermati.", "Il-President tal-Kumitat, f'ismu u f'isem il-Membri tal-Kumitat, talab lill-iSkrivana tal-Kumitat biex twassal il-kondoljanzi lill-familja ta' l-Onor Gonzi.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, poġġa fuq il-Mejda tal-Kumitat ħames dokumenti ta' l-EU, li ntbagħtu minn Working Group 1 bħala informazzjoni biss.", "PreŻentazzjoni mill-Kummissarju gĦat-Tfal dwar ir-Rapport Annwali 2007 – Every Child is Unique", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat stieden lill-Kummissarju għat-Tfal, is-Sinj.", "Carmen Zammit, biex tagħti preżentazzjoni dwar il-ħidma tal-Kummissjoni.", "Waqt il-preżentazzjoni tagħha, is-Sinj.", "Carmen Zammit ippreżentat lill-Kumitat:", "Dokument 21 Pubblikazzjoni mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal intitolat \"Manifest għat-Tfal\";", "Dokument 22 Informazzjoni dwar ir-Rights 4U Course;", "Dokument 23 Kwistjonijiet Pendenti mill-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, Rapport ta' Malta; u", "Dokument 24 Pubblikazzjoni maħruġa mill-Awtorità tax-Xandir u mill-Kummissarju għat-Tfal intitolata \"Programmi ta' Kwalità għat-Tfal\".", "L-Onor Vassallo stieden ukoll lil Dr Maria Sciriha, Policy Co-ordinator fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Ms Gladys Vella, Assistant Private Secretary fil-Ministeru tal-Politika Soċjali, Ms Carmen Borg, Family Mediator Coordinator fil-Ministeru għall-Ġustizzja u s-sur Andrew Decelis, mis-Segretarjat għaż-Żgħażagħ u Sport u Membru tal-Bord tal-Kunsill Malti għall-iSport biex jieħdu sehem fid-diskussjoni.", "Dr Maria Sciriha poġġiet fuq il-mejda tal-Kumitat:", "Dokument 25 Fuljetti maħruġa mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport dwar it-Transizzjoni mill-Iskejjel Primarja għas-Sekondarja.", "Waqt il-preżentazzjoni tagħha, l-Kummissarju tat-Tfal elenkat diversi suġġetti li ltaqgħet magħhom fil-ħidma tagħha bħala Kummissarju.", "Kien hemm qbil li dawn l-issues jintbagħtu lill-Ministri konċernati u fil-futur dawn is-suġġetti jiġu diskussi jew mal-Ministru konċernat, jew persuni li jiġu ddelegati mill-Ministru stess, waqt sessjonijiet fil-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali.", "Fid-9:20 pm id-diskussjoni fuq dan is-suġġett kienet interrota u l-Kumitat ġie aġġornat għal-għada l-Erbgħa s-26 ta' Novembru 2008.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081125_007m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 8", "L-Erbgħa 26 ta' Novembru, 2008", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 26 ta' Novembru, 2008 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni ma' Dr Philip Carabot (Head GU Clinic), Dr Charmaine Gauci (Director, Health Promotion and Disease Centre) u Dr Anna-Maria Vella dwar il-Genitourinary Report 2007.", "Dan ir-rapport kien mibgħut lill-Kumitat minn Dr Philip Carabot.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081126_008a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 8", "L-Erbgħa, 26 ta' Novembru, 2008", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 8", "L-Erbgħa, 26 ta' Novembru, 2008", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.30 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 007 li saret nhar it-Tlieta, 25 ta' Novembru 2008, ġew ikkonfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Sinjuri ngħaddu immedjatement għal-laqgħa tal-lum u nistieden lil Dr Philip Carabot, Head tal-GU Clinic, Dr Charmaine Gauci, Direttur tal-Health Promotion & Disease Centre u Dr Anna Maria Vella President tal-Cana Movement biex niddiskutu l-Genitourinary Report 2007.", "Dan ir-rapport kien mibgħut lill-kumitat minn Dr Philip Carabot.", "Qabel nibdew xtaqt nagħmel żewġ noti qosra.", "L-ewwel nota hija waħda teknika billi nixtieq ninformakom li dak kollu li jingħad f'dan il-kumitat, mhux biss qed jiġi recorded, imma se jkun qiegħed jinstema' b'mod dirett peress li qiegħed online permezz tal-internet.", "Għaldaqstant wieħed irid ikun responsabbli għal dak li jgħid għax ladarba jgħid xi ħaġa, m'hemmx mod ta' kif ireġġagħha lura.", "It-tieni punt li xtaqt insemmi huwa li llum se niddiskutu suġġett li ġie propost lilna għad-diskussjoni mir-rapport li bagħtilna Dr Philip Carabot.", "Fil-fatt dan kien l-ewwel rapport li rċevejt malli kellna l-ewwel meeting tagħna bħala kumitat.", "Għalhekk nixtieq nirringrazzjah mal-ewwel ta' dan, u nixtieq nirringrazzjah ukoll talli ġie għal laqgħa preparatorja li kellna għal dan il-meeting.", "Nirringrazzja wkoll lill-imsieħba l-oħra li huma l-esperti fuq dan il-qasam talli laqgħu wkoll l-istedina tagħna biex jattendu għal dan il-kumitat.", "Nixtieq biss infakkarkom – u dan nipprova nagħmlu kull meta jkollna suġġett simili – li filwaqt li qegħdin nitkellmu fuq suġġett tekniku, ejjew inżommu f'moħħna li hawnhekk qegħdin nitkellmu mal-poplu hemm barra.", "Għalhekk meta nitkellmu, naraw li n-nies hemm barra jifhmuna ħalli fl-istess ħin inkunu qegħdin nedukaw ukoll.", "Aħna nerfgħu r-responsabilità ta' politiċi imma r-responsabilità tagħna hija wkoll li ngħallmu, li ninformaw u li nirresponsabbilizzaw.", "Dan qed ngħidu biex inkunu koerenti mal-obbligu tagħna.", "Issa nistieden lil Dr Philip Carabot sabiex jagħmel il-presentation tiegħu.", "Diskussjoni ma' Dr Philip Carabot (Head GU Clinic), Dr Charmaine Gauci (Director, Health Promotion and Disease Centre) u Dr Anna-Maria Vella dwar il-Genitourinary Report 2007.", "Dan ir-rapport kien mibgħut lill-Kumitat minn Dr Philip Carabot.", "DR PHILIP CARABOT (Head tal-GU Clinic): Sur President, l-ewwelnett nixtieq nirringrazzjakom tal-opportunità li tajtuni.", "Nixtieq nagħmilkom konxji tal-problema tal-mard trasmess sesswalment hawn Malta u x'naħseb li hemm bżonn li jsir.", "Nista' ngħid li intom l-aktar udjenza importanti li qatt kelli f'ħajti.", "Konxju li m'intomx tobba u allura fejn taħsbu li nkun qiegħed nitkellem b'mod tekniku, aqbdu u waqfuni.", "Issa għalfejn qed nagħmlu dan il-fuss kollu fuq il-mard trasmess sesswalment?", "X'għandu speċjali?", "Dan il-mard tant hu komuni li jekk neħduh globalment naraw li qed ikollna madwar 300 miljun każ kull sena fid-dinja.", "Dawn il-miljuni kollha huma bbażati fuq erba' infezzjonijiet biss, jiġifieri hemm ħafna iżjed miljuni li għandhom mard ieħor.", "Per eżempju, għandek 30 miljun bil-felul (Warts), Herpes – 20 million, ix-Chancroid – 7 miljuni u 60 miljun oħra bl-HIV u ħafna oħrajn.", "L-aktar ħaġa importanti hija li fil-maġġoranza ta' dan il-mard m'għandu l-ebda sintomi f'ħadd, jiġifieri l-miljuni huma ħafna iżjed milli naħsbu.", "Allura għaliex għandna nagħtu kashom?", "Għandna nagħtu kashom għax għandhom konsegwenzi serjissimi.", "Ma rridx nidħol f'dettal tekniku imma per eżempju, fin-nisa jista' jaffettwalhom il-parti tagħhom kollha.", "Jistgħu jispiċċaw infertili, pregnancies ma jiżviluppawx fejn suppost imma f'postijiet oħrajn u t-tarbija ma tiżviluppax.", "Dan il-mard huwa kaġun ukoll ta' kanċers kemm fl-għonq tal-utru tal-mara kif ukoll fl-irġiel.", "Għandhom komplikazzjonijiet fit-tqala, miscarriages, prematurity u fl-aħħar irrealizzajna li huma assoċjati ħafna mat-trasmissjoni tal-HIV.", "Dan għaliex bdejna nitkellmu fuq l-HIV bħala xi ħaġa iżolata imma fil-fatt l-HIV hija trasmessa wkoll sesswalment.", "Minkejja li ilna għaddejjin daqshekk it-trends mhuma xejn inkorraġġanti.", "Per eżempju, nafu kemm għandna miljuni ta' każi bl-HIV, il-chlamydia li hija waħda mill-infezzjonijiet l-aktar importanti żdiedet b'141%, il-gonorrhoea li kienet kważi spiċċat żdiedet b'9%, is-syphilis żdiedet b'902% and so on and so forth.", "Hawnhekk dejjem qegħdin nitkellmu globalment.", "Issa hawn Malta ma nafux eżatt in-numru tal-każijiet.", "Skont il-WHO l-potenzjal huwa ta' madwar 13,000 każ kull sena imma m'aħniex qed naraw dawn il-każi li semmejt ftit ilu.", "Din hija bbażata fuq il-kultura tagħna u fuq il-ġeografija tagħna li qiegħda half way bejn is-southern Europe u n-North Africa.", "Din iċ-ċifra hija kkalkolata fuq in-nies li huma ta' ċerta età u li naħsbu li jkollhom is-sess.", "Imma aħna ma nafux kemm huma verament dawk attivi sesswalment u m'għandniex statistiċi uffiċjali.", "Il-GU Clinic qiegħda fl-iSptar Boffa u l-għan tagħha huwa li tagħmel djanjożi u trattament tal-mard trasmess sesswalment.", "Din ilha mwaqqfa mis-sena 2000 u kull ma jgħaddi ż-żmien, aktar qiegħda ssir popolari.", "Għalkemm ir-rapport li bgħatt kien tal-2007, jiena pprovajt naġġorna l-affarijiet u dawn iċ-ċifri huma sal-aħħar ta' Ottubru.", "Issa min huma n-nies li jiġu l-klinika?", "Il-maġġoranza tagħhom huma rġiel imma jiġu ħafna nisa wkoll, bħal kull kwalunkwe GU clinic fl-Ewropa.", "Il-maġġoranza jċemplu huma stess għall-appuntament u oħrajn jiġu mill-Caritas jew minn Sedqa.", "Ftit huma dawk li jiġu minn tobba oħrajn.", "Din iċ-ċifra hija waħda fissa u għalija tirrappreżenta kemm verament hawn gays hawn Malta – insomma dik hi t-teorija tiegħi.", "Imbagħad għandek 2.4% li huma bisexual.", "Għandek 7.4% tal-pazjenti huma taħt it-18-il sena, 25% jammettu li jieħdu d-droga, bil-ħaxixa tkun l-aktar waħda popolari imma għandek ħafna li jużaw ukoll il-cocaine.", "Hija inkwetanti ħafna - u forsi din inkunu nistgħu niddiskutuha aħjar – li 34% jammettu li jkollhom anal sex li huwa l-aktar sess riskjuż li wieħed jista' jagħmel.", "Għalkemm jgħidu wkoll li dan it-tip ta' sess ma jagħmluhx b'mod konsistenti, xorta jibqa' l-fatt li dan huwa l-aktar sess riskjuż.", "Tajjeb ngħidu wkoll li 75% ta' dawk li jipprattikaw dan it-tip ta' sess huma hetrosexuals, jiġifieri ma mmorrux bl-idea li dawn huma kollha gays.", "Ċifra oħra inkwetanti hija dik li 43% jiddeskrivu l-partner tagħhom bħala casual filwaqt li 42% jgħidu li jagħmlu s-sess mal-partner regolari tagħhom.", "Imma meta mbagħad tidħol fl-affari, min hu dan il-partner regolari?", "Għalihom jekk ilhom ġimgħatejn jew tliet ġimgħat mal-istess partner, allura dak sar l-għarus jew dik saret l-għarusa tagħhom.", "U din ir-relationship forsi ddum xahar, xahar u nofs, imbagħad tispiċċa u jibdew oħra.", "Jiġifieri l-casual sex huwa ħafna ogħla minn dawk iċ-ċifri li għandna.", "Issa meta ngħid casual sex, ħafna drabi lanqas l-isem tal-persuna ma jkunu jafu u allura jkun diffiċli ħafna biex nittraċċaw l-infezzjonijiet.", "L-aktar ħaġa inkwetanti hija li 70% qatt ma jużaw il-condom.", "Naturalment qiegħed nagħtikom dawn id-dettalji biex tieħdu idea ta' min jiġi fil-clinic.", "Kif għedt, bħala etajiet jiġu ta' kull età, ovvjament l-aktar li jiġu huma ż-żgħar li huma attivi sesswalment, imma jiġu wkoll persuni kbar fl-età.", "Jiena rajt persuni ta' 80 sena u aktar.", "Jiġu minn kull ġeneru tas-soċjetà, bħal tobba, avukati, eċċ, jiġifieri s-sess kulħadd jagħmlu.", "Għalija ż-żgħar huma l-iżjed grupp importanti għax huwa l-iżjed grupp vulnerabbli għal dawn l-infezzjonijiet.", "Fil-fatt dan il-grupp jammonta għal kważi nofs il-pazjenti li nara.", "Issa ħalli ngħid ftit il-mard li naraw.", "Il-problema hi li ċ-ċifri li joħorġu uffiċjalment ġejjin biss minn dawk li jiġu l-GU clinic u dawn, bl-ebda mod ma jirrappreżentaw dak li qed jiġri verament fil-pajjiż.", "U allura x'qed jiġri ma nafux.", "Id-diffikultà hi li per eżempju, ngħidu kellna għaxar każi ta' syphilis u allura forsi ngħidu li għaxar każi mhuma xejn.", "Imma jekk tipparganuha by population, bil-popolazzjoni żgħira tagħna, malajr toħroġ stampa differenti.", "Per eżempju, il-marda tal-gonorrhoea li tittieħed sesswalment, għamlet ħabta fejn fl-Ewropa bdiet nieżla.", "Dan minħabba li dak iż-żmien in-nies kienu għadhom qegħdin jibżgħu mill-HIV u allura qagħdu iżjed attenti billi jużaw aktar condoms u jħawdu inqas.", "Illum in-nies m'għadhomx jibżgħu mill-HIV u l-mard kollu reġa' beda tiela' mal-Ewropa kollha.", "Per eżempju, f'Malta minn kemm ilu mwaqqaf il-GU Clinic, kien hemm każ jew tnejn ta' din l-infezzjoni filwaqt li s-sena l-oħra kellna record ta' 61 każ.", "U sa Ottubru diġà kellna 47 każ.", "Dawn iċ-ċifri, kif għedt, neħduhom mill-ftit nies li jiġu għandna l-clinic.", "Il-maġġoranza tan-nies ma jiġux għandi imma jmorru għand il-GP tagħhom jew għand il-gynaecologist.", "Barra mill-clinic ma jsirux investigazzjonijiet ta' dan it-tip.", "Min-naħa tiegħi ma rridx nidħol f'dettal żejjed imma hemm ukoll il-konċett ta' sexual networks.", "Meta jiġi xi ħadd għandi b'infezzjoni, ikun faċli li nittrattah imma jien inkun irrid nipprova nara minn fejn ħa dik l-infezzjoni.", "Kien hemm każ li ġie ppubblikat u li ġara veru.", "Kien hemm każ ta' gonorrhoea f'Nottingham u biex jaraw jekk il-partners ta' din il-persuna kenux infettati jew le, tara li n-network kienet mifruxa qisha qarnita.", "Jekk tiġi għandi persuna b'din il-marda, jiena rrid insib dawk kollha li kellha x'taqsam magħhom u nitrattahom.", "Hawn Malta din hija prattikament xi ħaġa impossibbli għal ħafna raġunijiet.", "Għandek ħafna pazjenti li jirrifjutaw jgħidu min kien il-partner tagħhom.", "M'għandniex il-kuxjenza ngħidu li ħadna gost it-tnejn u allura hu jew hi għandha dritt għall-kura.", "Ħafna drabi ma nkunux nafu min huma, la isem, la mobile phone, xejn ma jkollna fuqhom.", "Ħafna każi jkunu ta' barranin, turisti li jiġu Malta u mbagħad jitilqu lura, allura ma ssibhom imkien.", "Meta ngħidu li kien hemm so many cases ta' gonorrhoea, ara kemm hemm aktar fil-komunità li jiena ma nistax infittex.", "Ħafna drabi anke meta jagħtuni n-numru tat-telefon, u nċemplilhom jiena stess biex ngħidilhom li setgħu ġew esposti għal xi infezzjoni, jibqgħu ma jiġux.", "U dan għal ħafna raġunijiet.", "Minkejja dawn il-limitazzjonijiet kollha, jekk nipparagunaw ruħna ma' ċerti pajjiżi li għalkemm għandna din il-problema, meta nikkalkolaw dawn l-ammonti mal-popolazzjoni tagħna, naraw li m'aħniex sejrin daqshekk ħażin.", "Per eżempju, aħna m'għandniex il-problema li għandhom l-Ingilterra, imma mbagħad għandna ħafna aktar minn Ċipru jew mill-Italja.", "Dan dejjem skont kemm jirrapportaw il-pajjiżi u aħna wkoll ma nirrapportawx kollox.", "Infezzjoni oħra hija dik tal-chlamydia, li tikkawża l-infertilità fiż-żgħar.", "Din l-infezzjoni tiela' fl-Ewropa kollha u aħna m'aħniex neqsin ukoll għax kull sena dejjem jiżdiedu.", "Sa Ottubru li għadda – u dan record – kellna 100 każ.", "U dak li jingħad fuq il-gonorrhoea, japplika japplika wkoll għall-chlamydia.", "Imma minkejja dan kollu, jekk nipparagunaw ruħna ma' pajjiżi oħra, naraw li aħna qegħdin x'imkien fin-nofs.", "Ma nafx jekk għandniex naħsbu li m'għandniex problema.", "Il-famuża Syphilis kien hemm żmien fejn donnu kienet sparixxiet imma milli jidher reġgħet ġiet f'forma ta' epidemija min-naħa tal-lvant.", "Anke hawn Malta meta nfetħet din il-clinic fis-sena 2000, qaluli li fil-15-il sena ta' qabel kienu raw xi ħames każi biss f'St Luke's. Issa f'daqqa waħda erġajna tlajna 'l fuq u sa Otttubru ta' din is-sena aktarx se niksru r-rekord.", "Il-problema tas-syphilis huwa aktar diffiċli biex tittraċċaha minn infezzjonijiet oħrajn għax wieħed jista' jibqa' infettat u jista' jibqa' jinfetta bis-syphilis mas-sentejn jew aktar wara.", "U allura biex tmur lura sentejn u tipprova tittraċċa n-nies li kellhom x'jaqsmu ma' persuna nfettatatta… Dawn is-17 ittripplaw imma jekk nipparagunaw ruħna ma' pajjiżi oħrajn, nistgħu ngħidu li sejrin mhux ħażin.", "Per eżempju, m'għandniex il-problemi li għandhom il-Latvia jew tal-Litwanja imma per eżempju, Norway għandhom 0.52% u Ċipru għandhom 2.8% li huma t-tnejn ħafna inqas minna.", "Jekk nieħdu l-felul ġenitali – l-ano-genital warts - hija xi ħaġa komuni ħafna u hija xi ħaġa li dejjem qed tiżdied.", "Il-herpes hija infezzjoni komuni u importanti li nsemmuha għax hija assoċjata mal-HIV.", "Hija infezzjoni li wkoll qiegħda tiżdied.", "Jien nara ftit milli jkun hawn fil-komunità peress li jmorru għand il-GPs.", "L-istess ħaġa l-HIV; għandna din il-perception li m'għandniex problema bl-HIV.", "Fil-fatt jekk tara ċ-ċifri, tgħid li 17, 19, 28 jew 29 każ mhumiex ħafna.", "Imma jekk tipparagunahom ma' dak li hemm fl-Ewropa, l-average fl-EU hija ta' 7.4% filwaqt li aħna għandna 4.7%.", "M'aħniex 'il fuq ħafna imma lanqas għandna daqshekk ftit.", "Per eżempju, għandna ħafna iżjed mill-Ġermanja jew mill-Irlanda.", "Kondizzjonijiet oħra li huma trasmessi sesswalment qegħdin dejjem jiżdiedu u kondizzjonijiet oħra li mhux neċessarjament jittieħdu direttament mis-sess imma huma assoċjati mas-sess qegħdin jitilgħu 'l fuq ukoll.", "Issa l-casual sex dejjem jiżdied u għedt kif dan diġà huwa underestimated għax min jgħid li għandu għarus, ħafna drabi mhu għarus xejn imma jkun biss partner għal ftit ġimgħat.", "Għandek il-famużi condoms.", "Kważi ħadd ma juża l-condoms għax qisu m'għandniex il-kultura li nużawhom, avolja nagħmlu casual sex, imma condoms ma nużawx.", "Huma ftit ħafna dawk li jużaw il-contraception u mbagħad niskantaw li jkollna dawn it-tfajliet żgħar kollha tqal!", "Il-ġimgħa l-oħra ġiet waħda ta' 14-il sena bit-tieni pregnancy tagħha.", "Jiġifieri din lanqas tgħallmet mill-ewwel pregnancy tagħha.", "Semmejna wkoll l-anal sex li wkoll hija ċifra għolja ħafna meta tipparagunaha maċ-ċifra li għandhom fl-Ingilterra.", "Nerġa' ngħid li din hija perikoluża ħafna min-naħa ta' mard.", "(Interuzzjonijiet)", "Issa jekk nieħdu kemm aħna intiżi fuq dan il-mard nistgħu naraw il-Euro barometer ta' sentejn ilu ħalli naraw kif ma tantx ħriġna tajjeb ħafna fih.", "Fil-European countries kollha staqsew ċerti mistoqsijiet bażiċi u sempliċi.", "Per eżempju staqsew: Jista' wieħed jiġi nfettat minn labra kkontaminata bl-HIV? 10% qalu li le.", "Tista' tieħu HIV jekk jagħtuk demm ikkontaminat bl-HIV? 9% qalu li le.", "Tista' tieħu l-HIV jekk tagħmel sess ma' xi ħadd li huwa pożittiv? 14% qalu li le.", "U mbagħad staqsew dawn il-mistoqsijiet; tista' tieħu l-HIV jekk tbus lil xi ħadd li huwa nfettat bl-HIV? 20% qalu iva.", "Tista' teħodha minn toilet seat? 16% qalu iva filwaqt li 29% qalu li huwa possibbli.", "Issa dawn huma affarijiet bażiċi.", "9% qalu li tista' tieħu l-HIV minn xi ħadd li huwa HIV positive għax teħodlu b'idejh!", "Jekk għandna xi idea li b'dak li qegħdin ngħallmu fl-iskejjel jew f'postijiet oħra huwa biżżejjed, għandna l-akbar żball.", "Sfortunatament f'dan ir-rapport Malta ġiet imsemmija bħala wieħed mill-agħar pajjiżi f'ċerti affarijiet.", "Mela għandna l-borma li fiha għandek il-casual sex, li ħadd ma juża condoms u għandna misinformation biex ma ngħidx injoranza u ma kellna l-ebda improvement matul is-snin.", "Għaldaqstant hemm bżonn li nagħmlu xi ħaġa għax ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk.", "Mela għandna tliet tipi ta' soċjetajiet.", "Għandek it-Type C li hu is-so called restrictive, li huma s-soċjetajiet Kristjani u dawk Jewish.", "Fihom insibu liġijiet stretti fejn jingħad li m'għandux isir sess barra ż-żwieġ u allura huwa faċli li f'dawn is-soċjetajiet li nassumu li kulħadd qed jobdi din l-ordni.", "B'hekk ma jitteħdux provvedimenti għal min mhux jobdi din l-ordni.", "Imbagħad għandek l-oppost, it-Type C: in-non restrictive societies.", "Per eżempju, l-iScandinavian countries ma jimponux fuq dak li jkun li ma jistax jagħmel sess qabel iż-żwieġ.", "Dawn il-pajjiżi konxji li n-nies qed jagħmlu s-sess u allura jieħdu l-provvedimenti meħtieġa.", "Fis-soċjetajiet type A tistenna li ma jkunx hemm mard imma fil-fatt hemm.", "Għal kuntrarju, fit-type C fejn jittieħdu l-provvedimenti, il-mard huwa inqas.", "Jiġifieri ejjew ma mmorrux bl-illużjoni li għax nippriedkaw u ngħidu lill-poplu x'għandu jagħmel, dan se jobdi.", "Il-poplu huwa totalment differenti u rridu naħsbu għal dak li jagħmel il-poplu u mhux għal dak li naħsbu li għandu jagħmel.", "Hawnhekk hawn misinformation kbira.", "Għandek imbagħad is-sess orali.", "Mingħalihom li s-sess orali mhu xejn u li m'hemm riskju ta' xejn, mentri fil-fatt ħafna mill-gonorrhoea tiġi mis-sess orali.", "U jekk jużaw condom għal xi ħaġa oħra, is-sess orali mhu xejn.", "Ma rridx inkun grafiku żżejjed, imma fi żmieni jekk ħriġt ma' tfajla u fl-aħħar bistha… mentri llum is-sess orali huwa normali.", "Hawn ħafna misinformation u ż-żgħażagħ għandhom ħafna peer pressure u media pressure.", "Sfortunatament għandhom l-idea li jekk ma jagħmlux sess ma jkunux kbar jew mhumiex parti mill-gang.", "Min-naħa tiegħi għamilt riċerka fuq il-pazjenti li ġew għandi billi staqsejthom meta kellhom sess l-ewwel darba, jekk użawx condoms u jekk jiddispjaċihomx.", "Ħafna minnhom, speċjalment tfajliet jiddispjaċihom li jkunu bdew bis-sess minn kmieni, imma jiġu mġiegħla - mhux neċessarjament sforzati bħala rape - mill-pressure ta' ħbiebhom stess.", "Issa x'se nagħmlu?", "Ma rridux nagħmlu bħal famuża ostrich imma rridu nagħmlu xi ħaġa.", "M'hemm l-ebda bakketta maġika.", "Hawn ħafna so-called experts, kulħadd jgħid hekk u hekk u kulħadd għandu l-ideat tiegħu, imma sfortunatament mhux l-ideat kollha jkunu bbażati fuq ix-xjenza.", "Ikollok ideat ibbażati fuq beliefs personali, li kulħadd għandu dritt li jkollu, imma jekk se nagħmlu xi ħaġa, irridu nibbażawha fuq x'nafu li jaħdem u fuq x'tgħidilna x-xjenza.", "Irridu nkunu lesti li nbiddlu l-fehma għax ix-xjenza titbiddel u r-riċerka titbiddel ukoll, jiġifieri ma rridux inkunu riġidi fil-ħsebijiet tagħna.", "Irridu niftħu għajnejna għar-realtajiet tal-lum u mhux noqgħodu naħsbu fuq kif kienu xi darba u kif nixtiequ li jerġgħu jkunu.", "Sfortunament m'aħniex se nerġgħu mmorru lura.", "Hemm bżonn li nagħmlu national sex health policy robusta.", "Nieħu gost ngħid li wara t-taħdidiet mal-Ministru Dalli, din il-policy se ssir dalwaqt, jiġifieri xi ħaġa konkreta qiegħda ssir.", "Din il-policy irid ikollha l-backing politiku ta' kulħadd.", "Fuq kollox mhux imbilli nagħmlu policy imma din trid tiġi implimentata u rridu nkunu żguri li nagħtuha r-riżorsi kollha meħtieġa għax mhu se jiġri xejn b'xejn.", "X'nistgħu nagħmlu biex nipprovaw innaqqsu dan il-mard?", "Hemm ħafna affarijiet li huma bbażati fuq formula matematika.", "Hemm il-famuża astinenza li hija importantissima.", "Għalija dik għandha tkun dejjem in-number one target tagħna, speċjalment maż-żgħar.", "Madankollu rridu nifhmu li billi ngħidu astinenza biss, in-nies xorta se jiddeċiedu huma meta jridu jagħmlu s-sess.", "Se jiġi żmien meta mhux se jastjenu.", "Importanti ħafna li ntambrulhom fuq l-astinenza mil-lat purament mediku għax jekk ma jastjenux meta jkunu żgħar ħafna, iktar għandhom ċans ta' infezzjonijiet, iktar kumplikazzjonijiet u mard ieħor.", "Issa se jiġi żmien fejn dawn se jagħmlu ta' rashom.", "U allura hemmhekk irridu nidħlu f'fażi oħra.", "Irridu ndaħħlulhom f'rashom il-fedeltà u mhux li jkollhom partner kull tliet ġimgħat.", "Imbagħad dawk li ma jridux ikunu hekk, irridu ndaħħlu fihom il-kultura tal-condoms.", "Issa tajjeb ngħidu li l-condoms mhumiex xi dagħwa.", "Dan il-famuż condom ilu jeżisti minn tal-inqas 2,000 sena u forsi anke aktar antiki minn hekk.", "Dawn ma vvintajnihomx il-bieraħ.", "Il-condom kif nafuh illum mhuwiex is-soluzzjoni għall-problema, lanqas per idea u ħadd mhu qed jgħid li huwa hekk.", "Ħadd mhu qed jgħid - ibda minni - li taqbad tagħti condom lil kulħadd mal-breakfast u daqshekk, il-problema solvejtha.", "Li l-astinenza taħdem kien ikun famuż u ma jkollna problema ta' xejn.", "Kieku kulħadd jagħmel kif tgħid ir-reliġjon u allura jagħmel is-sess fiż-żwieġ biss, ma kienx ikollna problema imma n-nies ma jagħmlux hekk.", "Rajna kif dan l-aħħar fl-Amerika, grazzi għall-President Bush, dak il-biljun dollaru li nefqu fuq il-programm ta' astinenza ma ħadimx.", "Sfortuna li ma ħadimx, but you have to face reality.", "Avolja qed naraw dawn iċ-ċifri ma' wiċċna, nibqgħu nsostnu li dak biss tajjeb.", "L-astinenza għandha postha u l-condom għandu postu.", "Kollox għandu postu għax ilkoll kemm aħna ngħaddu minn fażijiet differenti f'ħajjitna.", "Hemm żmien fejn nastjenu, hemm żmien fejn inkunu fidili u hemm żmien meta nużaw il-condoms.", "Imma anke b'dan kollu mhux se neqirdu l-mard.", "Għalhekk l-aktar ħaġa bażika hija l-edukazzjoni.", "Jekk ngħidu x'jaħdem minn riċerka, nafu li meta l-edukazzjoni tibda ssir minn kmieni u meta l-ġenituri jkunu nvoluti f'din l-edukazzjoni din taħdem żgur.", "Issib li huma kkonsidrati bħala harmful meta ttambar fuq l-astinenza biss għax sfortunatament dawn l-affarijiet ma jaħdmux.", "Minn dan il-programm insibu li hemm iżjed ċans li jibdew sess kmieni u li meta jibdew is-sess, ma jużawx condom.", "Kollox għandu postu, għandek il-famużi erbgħa punti tad-WHO li huma l-astinenza, be faithful, condoms and don't do drugs.", "Issa dan huwa biżżejjed?", "Kulħadd jaf x'inhi l-aktar urge primittiva tal-bniedem u jekk xi ħadd jaħseb li se nwaqqfu li n-nies milli jkollhom is-sess, qiegħed jiżbalja bil-kbir.", "L-irġiel u n-nisa jaħsbuha mod ieħor.", "Għalhekk irridu nikkejterjaw għal dak li jagħmlu n-nies u kif jaħsbuha n-nies u mhux kif naħsbuha aħna jew fuq dak li jidhrilna li għandu jkun l-ideali.", "Nirringrazzja lil Alla li qiegħda ssir is-sexual policy.", "L-aktar ħaġa importanti hi li rridu nirrevedu x'qed isir fis-sex education.", "Jiena niskanta meta nara li ż-żgħar li jiġu quddiemi, lanqas ikollhom idea fuq sempliċiment il-hygiene bażiku, aħseb u ara fuq il-mard u x'għandhom jagħmlu.", "Sfortunatament akkwistajna l-lifestyle ta' pajjiżi oħrajn ħafna ikbar minna, mingħajr l-edukazzjoni neċessarja biex inlaħħqu ma' din it-tip ta' lifestyle.", "Ġrejna 'l quddiem imma ma mxejniex pass pass mal-edukazzjoni tagħna.", "Allura hemm bżonn li nirrevedu s-sex education tagħna.", "Mhux id-delivery biss imma anke l-personnel.", "Il-health promotion għandha biċċa xogħol kbira fiha, basta nagħtuha l-finanzi meħtieġa sabiex tkun tista' taħdem.", "Mhux se nogħġbu lil kulħadd għax hija xi ħaġa impossibbli.", "Se jkun hemm l-armchair critics, li għandhom kull dritt li jikkritikaw.", "Imbagħad hemm min għandu interessi oħra imma għalina għandu jkollna oġġettiv wieħed primarju, li huwa l-well being ta' dawn in-nies, speċjalment taż-żgħażagħ.", "Mill-bqija huwa mmaterjali x'jgħid Ċikku jew Peppu.", "Ir-responsabilità tagħna hija li nippreparaw tajjeb lit-tfal minn issa u nżommu f'moħħna li għada pitgħada dawn se jagħmlu s-sess.", "Imma meta jaslu għal dan l-istadju, aħna nkunu għamilna l-almu tagħna għax inkunu għallimnihom u tajnihom ir-responsabilità tagħhom.", "Inkunu għallimnihom fuq il-konsegwenzi, fuq is-sabiħ u fuq l-ikrah tas-sess, imbagħad jiddeċiedu huma u jerfgħu r-responsabilità tal-aġir tagħhom.", "Aħna għandna d-dover li nagħtuhom il-background kollu, imbagħad huma għandhom l-obbligi u r-responsabilitajiet tagħhom.", "Imma m'għandhomx isofru bl-injoranza jew bil-preġudizzji tagħna.", "Min jaf, ma naħsibx, imma nipprovaw.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "DR CHARMAINE GAUCI (Direttur tal-Health Promotion & Disease Centre): Sur President, l-ewwelnett nixtieq nirringrazzjak talli tajtni din l-opportunità biex nitkellem bħala direttur tad-dipartiment tal-promozzjoni tas-saħħa u prevenzjoni tal-mard.", "Id-dipartiment li nieħu ħsieb jiena huwa dipartiment ġdid u sar fir-riforma tad-dipartiment tas-saħħa.", "Iddaħħlet il-parti tal-prevenzjoni tal-mard għax hemm enfasi kbira fuq il-prevenzjoni tal-mard għax dejjem ngħidu li prevention is better than cure u għalhekk hemm din l-enfasi fuqha.", "Is-suġġett tal-lum huwa sexually transmitted infections, però meta qegħdin naħdmu bħala Health Promotion, qegħdin naħdmu wkoll fuq sexual health.", "Hawnhekk mhux qed naraw biss kif nistgħu nevitaw il-mard infettiv, imma bil-mezzi tagħna rridu naraw kif qegħdin naħdmu u nipprovaw intejbu l-ħidma tagħna u naraw kif se ntejbu s-saħħa sesswali kollha tal-persuna.", "Bħal kull definizzjoni oħra li tagħmel tas-saħħa, l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għandha d-definizzjoni tagħha tas-saħħa sesswali, li s-saħħa mhijiex li inti ma jkollokx mard biss fiżikament imma li emozzjonalment, mentalment u soċjalment tkun aktar b'saħħtek ħalli tkun tista' issaħħaħ u tippromwovi l-personalità u aktar u aktar il-komunikazzjoni u l-imħabba bejn il-koppja.", "B'hekk din id-definizzjoni ta' sexual health inkunu nistgħu nimmiraw il-problemi li qed naraw madwarna li mhumiex biss mard infettiv li jittieħed sesswalment.", "Għalhekk permezz tal-health promotion messages qegħdin nipprovaw naraw li nagħmlu promozzjoni tas-sesswalità.", "U meta qegħdin nagħmlu promozzjoni tas-sesswalità qegħdin inħarsu lejn in-nies kollha fl-age groups kollha.", "Dan għaliex ħafna nies jaħsbu li tibda tgħallem u timmira s-sexual health promotion liż-żgħażagħ, li x'aktarx ikunu se jibdew l-attività sesswali tagħhom.", "Imma inti trid tibda mit-tfal żgħar ħafna fejn tgħallimhom iħobbu l-persuna tagħhom.", "Imbagħad minbarra li timmira lejn l-etajiet kollha, għandek ir-responsabilità wkoll li tagħmel targeting għal dawk ir-risk groups li se jkunu aktar ta' riskju.", "B'hekk inkunu qegħdin nagħmlu dawk li ngħidulhom kemm miżuri għall-popolazzjoni kollha li jistgħu jkunu kollha at risk, imma trid tagħmel enfasi wkoll fuq dawk il-gruppi li taf li huma aktar fir-riskju.", "Issa aħna x'qegħdin nagħmlu?", "L-ewwelnett importanti ħafna li nsemmu dak li rajna fil-Euro barometer u huwa minnu li forsi n-nies mhumiex daqshekk aware għal ċerti affarijiet.", "Imma ma rridux naqtgħu qalbna.", "Għandna l-kumplament tal-persentaġġ l-ieħor li jafu kif jiġi trasmess il-mard, però irridu nkomplu naħdmu aktar fuqha u għalhekk parti minn xogħlna huwa li nkomplu nżiedu l-għarfien fost il-popolazzjoni ġenerali u anke r-risk groups li jkunu at risk.", "X'inhu dan l-għarfien li nagħtuhom?", "Għandna ngħarrfuhom kif jistgħu jkollhom prattiċi sesswali aktar safe.", "Importanti ħafna li n-nies ikunu jafu x'inhuma l-konsegwenzi jekk ma jipprattikawx safe sex, fosthom rajna l-mard infettiv.", "Rajna l-graphs u l-inċidenza li għandna f'Malta - bħalma qal tajjeb Dr Carabot – u li din mhijiex l-istampa kollha li qegħdin naraw.", "Għandna l-problema tal-unintended pregnancies u tal-emotion consequences li ma semmejnihomx.", "X'inhuma l-emozzjonijiet?", "Il-konsegwenzi li jkollok meta persuna li għadha żgħira diġà daħlet għal attività li suppost tkun lesta għaliha meta tkun akbar fl-età.", "U għandek ukoll l-abbuż sesswali.", "Hawnhekk qegħdin naraw stampa iktar wiesgħa li mhuwiex biss is-sexually transmitted infections.", "U bil-miżuri li qed nippruvaw nilħqu, nistgħu nipprovaw anke naħdmu għal dawn il-problemi kollha.", "Irridu nżiedu l-għarfien dwar x'inhuma r-riskji u dwar kif jittieħed il-mard u s-sintomi tagħhom.", "X'jiġri meta tittieħed?", "Bħalma jaf Dr Carabot ikun hemm ħafna nies li jibdew ikollhom ċerti sintomi li jkunu minimi, u jibdew jaħsbu li għandhom ċertu mard żgħir, jibqa' għaddej il-proċess fil-ġisem b'konsegwenzi aktar gravi bħal tfajliet li jista' jkollhom problema ta' infertilità.", "Allura importanti ħafna li ngħallmu x'inhuma s-sintomi ta' dan il-mard.", "X'servizzi hawn f'Malta fejn tista' tmur biex tieħu parir, il-counselling u anke x'hawn available bħala kura.", "Importanti ħafna li nwasslu dan il-messaġġ lill-pubbliku.", "Ħaġa oħra importanti ħafna hija dik li mhux biss inżiedu l-għarfien imma li nħeġġu lin-nies sabiex jagħmlu the right choice.", "Jiġifieri inti għandek iċ-choice u aħna qegħdin inħeġġuk sabiex tagħmel the right choice.", "Issa minbarra li nħeġġek tagħmel ir-right choice, irrid nagħtik ukoll l-environment meħtieġ ħalli tkun tista' tagħmel dik iċ-choice tiegħek.", "Kif qed nipprovaw naħdmu fuq il-kampanji tagħna u ntejbuhom?", "Il-messaġġi jridu jkunu ċari, effettivi u diretti.", "Ma rridux noqgħodu nduru mal-kantunieri imma rridu nkunu effettivi u ngħidu x'inhuma l-fatti.", "Il-fatti jridu jkunu evidence based u ma nistgħux niktbu kampanja fuq dak li nħossu aħna li huwa l-aħjar messaġġ.", "Hawnhekk m'aħniex se nivvintaw ir-rota imma nistgħu naraw x'qed jiġri f'pajjiżi oħra u x'ħadem f'pajjiżi oħra.", "Imbagħad irridu noqogħdu attenti li nadattawhom għall-kulturi li jiġu aċċettati mill-kultura tagħna wkoll u li jkunu user specific.", "Xi ħaġa li ilna ħafna naħdmu fuqha hija s-sens tar-responsabilità għal dik il-persuna u għas-saħħa personali tagħha kif ukoll għas-saħħa tal-persuna l-oħra.", "Naħdmu ħafna fuq promotion ta' healthy lifestyles fil-konċett kollu u naħdmu wkoll biex bħala sexual health education ikun mgħoddi lill-pubbliku minn nies professjonali.", "Inħeġġu lin-nies sabiex jekk għandhom problemi, ifittxu għajnuna professjonali.", "Issa bl-għarfien biss ma jfissirx li inti se tagħmel dak l-oġġett.", "Kulħadd jaf li ċerta ikel iħaxxen u li mhux tajjeb għas-saħħa imma xorta waħda ssib lil min jieklu.", "L-istess ħaġa hawnhekk.", "L-għarfien nistgħu nipprovaw inżiduh imma ma nistgħux naħdmu biss fuq l-għarfien.", "Irridu naraw kif se nagħmlu behaviour change.", "Importanti li se nagħtu dawk l-iskills meħtieġa sabiex tnaqqas ir-riskji, li persuna se tagħtiha dawk l-iskills biex hi tkun assertiva, li jkun hemm il-komunikazzjoni bejn il-koppja u li dawn se jaslu biex jiddeċiedu flimkien li jagħmlu xi ħaġa bejniethom u mhux tkun xi ħaġa spontanja.", "Issemma s-social pressure li jkollhom b'mod speċjali ż-żgħażagħ, li jekk ma wasaltx għal dan il-pass, allura m'intix qed timxi mal-massa.", "U hemmhekk irridu ngħallmu, inħeġġu u nagħtuhom dawk l-iskills sabiex ikunu jistgħu jirreżistu s-social pressure u l-motivazzjoni biex tbiddel u r-rispett mill-behaviour tiegħek.", "Kif qal tajjeb Dr Carabot, aħna nimxu fuq l-ABCD strategy.", "Din hija approach standard li rrakmandat l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.", "Fejn għandek l-\"abstinence\" biex tevita l-\"exposure\", imbagħad għandek il-\"be faithful\" fejn qed tnaqqas l-\"exposure\" għal dawn l-infezzjonijiet jekk għandek il-\"partner\" li tibqa' \"faithful\" miegħu.", "Imbagħad għandek oħrajn li jiddeċiedu li ma jridux ikunu f'dawn il-gruppi ta' abstinence jew tal-be faithful u allura hemmhekk, għandna r-responsabilità bħala dipartiment li ninformaw lil dawn in-nies x'hemm available biex jipproteġu lilhom infushom.", "Importanti ħafna mhux x'hemm available imma kif trid tużah u li tużah b'mod regolari għax jekk tużah ta' darba kultant, xorta jista' jibqa' r-riskju.", "Jekk tqies lin-nies bħala li qegħdin fid-dgħajjes, mhumiex se jkunu fl-istess dgħajsa l-ħin kollu imma se jkunu qegħdin jaqbżu minn dgħajsa għal oħra.", "Għalhekk huwa importanti li nibqgħu f'dgħajsa minnhom u mhux naqgħu fl-ilma jew f'dan il-flood ta' infections u negħrqu fiha.", "Allura qegħdin f'liema grupp qegħdin, irridu noqogħdu attenti li nibqgħu fih.", "Dr Carabot semma' s-Sexual Health Policy u l-Action Plan.", "Ħadna pjaċir ħafna li kien hemm din il-move forward għax konna ilna nħeġġu sabiex ikun hemm Sexual Health Policy.", "Personalment kont fil-kumitati, però qegħdin grupp ta' nies li qegħdin naħdmu flimkien sabiex ikollna Sexual Health Policy li biha nkunu nistgħu naħdmu.", "U bħalissa qegħdin naħdmu fuq action plan.", "Hemm diversi areas li mmirajna għalihom u rajna li rridu naħdmu fuqhom.", "L-ewwel waħda hija s-Sexual Health Promotion fejn se naħdmu fuq l-awareness, il-behaviour change u s-supportive environments.", "Huwa importanti ħafna li nħarrġu lill-professjonisti għax it-training huwa importanti ħafna, anke għalina li naħdmu fuq il-Health Promotion.", "Din trid tingħata wkoll lin-nies li jagħtu l-kura u lill-għalliema li se jkunu qegħdin jaħdmu mat-tfal.", "Is-settur tal-edukazzjoni huwa partner importanti ħafna magħna.", "U jrid jaħdem fuq dan l-action plan għax irridu nibdew - bħalma diġà għidna – minn mindu t-tfal jkunu żgħar.", "F'kull stadju tal-edukazzjoni għandek kif tista' twassal il-messaġġ, u fl-aħħar se jkollok tifel li sakemm wasal f'ċertu età, inti se tkun bnejtlu sens ta' responsabilità li hu se jkun kapaċi jkun assertiv u jkun jista' jieħu deċiżjoni.", "Għandek il-passi u l-etajiet ta' kif se taħdem fuqhom.", "Irridu wkoll naħdmu mal-ġenituri.", "Naħseb li ħafna minna li qegħdin hawnhekk għandna t-tfal u nafu kemm insibuha diffiċli sabiex nitkellmu mat-tfal tagħna fuq dan is-suġġett.", "Għalhekk ma nistgħux inħallu dak il-kuntrast fejn l-iskola qed twassal it-tali messaġġ u mbagħad dak it-tifel, x'ħin imur id-dar se jsib blockage għax ma jistax jistaqsi.", "U allura rridu naħdmu wkoll mal-ġenituri.", "Area oħra li rridu naħdmu fuqha hija s-sorveljanza.", "Bħala parti mid-dipartiment tiegħi nieħdu ħsieb is-sorveljanza tal-mard infettiv, però jekk inqabblu ċ-ċifri naraw li dawn huma verament ftit għax bħas-sorveljanza kollha, inti tippikkja biss the tip of the pyramid u tara biss dawk li jiġu nnotifikati mit-tobba.", "Hemm ħafna li ma jkollhomx daqshekk sintomi kbar u li lanqas biss imorru għall-kura.", "Ħafna jmorru għand il-General Practitioner tagħhom għax ħafna mill-pazjenti ma jkunux iridu jmorru f'dak id-Dipartiment imma jitolbu lit-tabib tagħhom biex jagħtihom xi ħaġa hu ħalli jfiequ.", "Issa dawn it-tobba m'għandhomx dawn il-faċilitajiet biex jagħmlu t-testijiet u allura qatt ma naslu biex ikollna statistika sħiħa.", "Kif se nsaħħu din is-sorveljanza biex inkunu nafu eżattament x'inhi l-istampa vera u x'inhuma l-mikrobi l-aktar li qed jaffettwaw fil-komunità tagħna?", "Għandek ir-riċerka.", "Ma nistgħux noqogħdu fuq ir-riċerka li saret barra minn Malta biss imma għandna bżonn riċerka li saret f'Malta.", "Irridu naraw x'inhi l-problema vera hawn Malta u rridu naraw x'jaħdem hawn Malta.", "Irridu naraw x'inhuma dawk il-messaġġi li verament jaħdmu hawn Malta għal kulturi tagħna.", "Irridu naraw ukoll kif se nsaħħu s-Sexual Health Care.", "Forsi mill-graphs li rajna ta' Dr Carabot bdejna naraw żieda minn mindu fetħet il-GU clinic.", "Dan għaliex għandna servizz li qed jingħata u allura qed ikollna iktar nies li jiġu hemmhekk.", "They are being picked up more u jista' ikun li dan it-tip ta' mard qiegħed jiżdied ukoll, ma nafux u għalhekk irridu aktar riċerka u rridu nsaħħu l-kura li għandna.", "Ma jistax ikun li jkollna post wieħed biss fejn in-nies jistgħu jmorru imma rridu nsaħħu s-servizzi tagħna.", "Dawn huma kollha l-aspetti tagħna li qegħdin naħdmu fuqhom bħala sexual health policy u qegħdin naħdmu fuqhom bħala team bis-servizzi tagħna kollha sabiex nippreżentaw il-policy u l-action plan lill-ministru tagħna.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "DR ANNA MARIA VELLA (President, Cana Movement): Sur President, l-ewwel ħaġa li nixtieq ngħid huwa li għalkemm jiena l-President tal-Moviment ta' Kana, hawnhekk qiegħda in my own personal capacity, fis-sens li apparti li jiena tabiba u għandi Masters in public health, ix-xogħol tiegħi mhuwiex ma' Kana imma huwa fid-Detox.", "Hemmhekk nagħmel xogħol fuq żewġ livelli, dak li ngħidulu s-secondary prevention fis-sens li nagħmel Well Woman Clinic fejn isir ħafna screening.", "Fil-fatt dik il-pazjenta ta' 14-il sena li semma' Dr Carabot hija pazjenta tiegħi.", "Imbagħad once li jmorru l-programm ngħidilhom jistennew ftit meta jkunu qegħdin rehab programme u mbagħad jagħmlu t-total screening fil-GU clinic biex kemm jista' jkun ma nerġax inġibhom lejn id-detox.", "Jiġifieri għandi esperjenza minn dak l-att.", "Parti oħra mix-xogħol tiegħi huwa li ndur l-iskejjel sekondarji, kemm dawk tas-subien kif ukoll tal-bniet.", "U dan l-aħħar qed niżviluppa biċċa xogħol oħra - ovvjament mhux se nitħallasx għaliha – fejn qiegħda niltaqa' mal-ġenituri wkoll għax jidhirli li they play a very important role u jekk se nibqgħu ngħidu li dan huwa xogħol tal-edukazzjoni jew tal-Health Promotion biss, imbagħad id-dar ikun hemm storja kompletament differenti, naħseb li se nitilfu ħafna.", "Issa x'inhuma jisimgħu ż-żgħażagħ?", "Naqbel ħafna ma' dak li beda jgħid Dr Carabot għax huwa importanti li nkunu nafu x'qed jisimgħu ż-żgħażagħ.", "L-ewwel ħaġa li qegħdin jisimgħu ż-żgħażagħ mhux lilna imma lill-ħbieb u l-peers tagħhom, jiġifieri naqbel li hawn pressure kbira sabiex iż-żgħażagħ ikunu promiscuous.", "Qegħdin jisimgħu mill-media, mit-television u mill-ħafna reklami li jgħidulhom kemm huwa importanti li jagħmlu ċerti affarijiet.", "Il-pornografija llum saret at a finger's tip away, jiġifieri l-fatt li tagħmel computer fil-kamra tat-tifel jew tat-tifla huwa a must today.", "Aħna mingħalina li għax għandna l-firewalls allura protetti, imma l-verità hi li għaddejjin xalata galor.", "Qed jisimgħu wkoll mill-hormones tagħhom.", "Dr Carabot wera cartoon fejn l-moħħ qiegħed fil-post li mhux suppost fin-naħa tal-irġiel.", "Imbagħad jisimgħu mill-familja u jisimgħu mill-iskola.", "Bħalma qed taraw il-vuċi tal-iskola żgur li mhijiex il-vuċi tal-ħbieb tagħhom u din hija xi ħaġa li rridu niftakru aħna u b'hekk tiġi l- empowerment tagħna.", "X'inhu jiġri?", "Iż-żgħażagħ dejjem qegħdin jibdew joħorġu flimkien minn qabel u allura meta tibda toħroġ minn qabel, se tibda ovvjament is-sexual activity tiegħek minn qabel.", "Saru studji interessanti ħafna kemm minn B.Psych. students u jiena għandi miegħi social workers li għamlu wkoll youth work thesis, u ċċekkjaw ftit fejn tidħol ir-riċerka għax naħseb li diġà sar b'mod individwali.", "Imma li kieku kelli ngħid x'inhi l-istampa hawn Malta, issib li meta tibda tistaqsi fuq sexual activity jibda ħiereġ l-bluff kollu, kulħadd jgħid li huwa sexually active u mbagħad tibda tfittex… Huwa importanti dak li semma' Dr Carabot għax l-oral sex is very high imma għalihom dak għadek verġni għax għadek m'għamiltx il-vaginal sex.", "Il-vaginal sex in 15 year olds qiegħed bejn 10% to 15% filwaqt li meta niġu għall-età tal-Università, jiġifieri within two years, il-persentaġġ jitla' għal 50%.", "U din hija xi ħaġa li tajjeb li nżommuha f'moħħna.", "Hemm peer pressure to start experimenting kemm trid u kif semmejna l-affarijiet kollha qed jimbottawhom mhux biex ikollhom ħajja sesswali imma li jkollhom ħajja sesswali avventuruża.", "Hawnhekk m'iniex se noqgħod nirrakonta l-istejjer li nisma', imma meta jibdew jitkellmu bejnithom, tant jagħtuhom kulur l-affarijiet li fl-aħħar jispiċċaw qishom fantaxjenza kbira imma fil-verità ma jkun hemm xejn minn dak li jkunu qegħdin jgħidu.", "L-aktar ħaġa li tinkwetani hija l-kultura li qed jisimgħu ż-żgħażagħ - mhux li nisimgħu aħna - li l-ħin kollu ttambar biex dawn ikunu mbottati 'l hemmhekk u għalhekk f'din l-islide ktibt u rrepetejt have sex now – have sex now.", "Għalhekk f'dawn il-vuċijiet kollha, aħna jrid ikollna l-vuċi tagħna - meta ngħid aħna qed nitkellem kemm bħala edukaturi f'kull aspett, jiġifieri kemm fl-iskola fejn imorru ż-żgħażagħ, kemm fil-familja kif ukoll fl-għaqdiet tagħhom – ċara ħafna.", "Il-vuċi tagħna trid tkun pożittiva u mhux negattiva u trid tkun qiegħda tgħid il-verità u mhux nagħtu serje ta' tagħmilx hekk u tagħmilx hekk għax inkella ż-żgħażagħ se jagħmlu bil-kontra.", "Importanti li aħna ngħidulhom x'għandhom jagħmlu.", "Meta nitkellmu fuq l-abstinence programme, xorta neħduhom b'aspett pożittiv, jiġifieri mhux tgħidilhom li ma jistax ikollok sess imma trid tgħidilhom x'se jagħmlu bis-sesswalità tagħhom.", "Jekk qed ngħidu li dawn għandhom impulse ta' testosterone u għandhom impulse ta' hormones, aħna rridu ngħidulhom x'għandhom jagħmlu b'dan kollu għax bil-ħsebijiet kollha ta' dak kollu li qed jiġri fil-ħajja tagħhom qed iġiegħlhom jagħmlu xi ħaġa.", "Għalhekk ngħid ma rridux nagħmlulhom no-entry signs u barrieri, imma nagħmlulhom r-rails fejn it-train ikun jista' jibqa miexi fuqhom b'mod awtomatiku u b'hekk ikunu jistgħu jgħixu f'din l-armonija.", "L-aktar ħaġa li ma jridux iż-żgħażagħ hija li jsibu lil min jiġġudikahom - name, blame and shame – u li joqgħod jgħidilhom kemm huma ħżiena għax qed jagħmlu hekk.", "Żgur li ma jridux hekk u żgur li mhux se jkellmuk jekk tmur fuqhom b'dak it-ton.", "Ħafna drabi meta mmur fl-iskejjel, l-ewwel nitkellem ftit mal-istudenti so that I break the ice, nipprovokahom kemm niflaħ u mbagħad nara li jibdew jistaqsu.", "U tiskanta x'jistaqsu, u kultant jinkwetawni wkoll l-affarijiet li jibdew jistaqsu.", "Jiġifieri kif hawn f'din l-islide li jkun hemm ġenitur li mingħalih se joqgħod jgħid lit-tifla fuq il-birds and the bees meta din għandha l-pre-natal class fi ftit ħin ieħor.", "Din tiġri l-ħin kollu.", "Per eżempju, għada se niltaqa' mal-ġenituri tat-tfal tal-iskola taż-Żejtun.", "Diġà rajt il-Form 3s, il-Form 4s u l-Form 5s, u smajthom jitkellmu, meta mbagħad jiġu l-ġenituri jkellmuni, ngħid dawn huma l-ġenituri ta' dawk it-tfal.", "Dan għaliex ikunu qed jgħixu f'dinja oħra u nibqgħu ngħidu li mhux veru qed jiġri hekk!", "Imma l-aktar li tinkwetani hi li kollha jafu li t-tifla għandha boyfriend, kollha jafu li din qiegħda toħroġ miegħu, kollha jafu li s-Sibt filgħaxija din tmur torqod għand l-għarus tagħha, imma meta mbagħad ngħidilhom naħseb li jkunu qed jgħidu r-rużarju flimkien, hekk jimmaġinaw u hekk jixtiequ jemmnu.", "Xi ħaġa li rridu nitgħallmu - u qalitha Dr Gauci - hija li knowledge does not equal to behaviour u hawnhekk naħseb li din hija l-akbar challenge li għandna aħna l-edukaturi u mhux noqgħodu ngħidu li: Kont avżajtha u għedtilha x'għandha tagħmel, issa tagħmel hi.", "Jekk jien bgħattek f'post fejn kulħadd qed jagħmel l-istess ħaġa, jien x'se nagħmel?", "A 14 year old se tkun differenti minn sħabha?", "Dik hija x-xi ħaġa li mingħalina nagħmlu.", "Meta nagħmel il-lessons tiegħi, kemm jista' jkun inkeċċi t-teachers kollha 'l barra għax l-istudenti jħossuhom aktar komdi meta ma jarawx it-teachers quddiemhom.", "Il-ġimgħa li għaddiet kien hemm għalliem li staħba wara l-purtieri.", "U la l-istudenti u lanqas jien ma kont naf li qiegħed mistoħbi.", "Imma mbagħad x'ħin spiċċa kollox ħareġ minn wara l-purtiera u tgħidx kemm kien irrabbjat u se ngħid għalfejn.", "Lill-istudenti kont staqsejthom fuq il-condoms u għedtilhom li l-condoms huma importanti for contraceptive reasons.", "Imma kemm huma safe?", "U bdejt nara n-numri telgħin.", "Kemm huma safe?", "Lanqas idea ma kellhom u lanqas biss indunaw li hemm differenza bejn safety bħala contraceptives u safety bħala STIs b'mod differenti.", "Imbagħad daħal l-għalliem u beda jaħlef li hu kien għallimhom dawn l-affarijiet kollha, imma dawn ma tgħallmu xejn!", "Il-problema li nara hija, li l-fatt li qed ninformaw liż-żgħażagħ ma jfissirx li dawn ħadu dik l-informazzjoni, ma jfissirx li l-lezzjoni li tajnihom tgħallmuha u li they are going to put it into practice.", "Ħaġa oħra li ninnota fiż-żgħażagħ hija l-mentalità li dak li ġara lil ħaddieħor mhux se jiġri lili.", "Jien naħdem id-Detox u warajja għandi notice board bis-santi kollha tal-pazjenti li jkunu mietu u lil min jidħol ngħidilhom li dawn huma l-fallimenti ta' ħajti.", "Meta jidħlu d-drogati mal-ġenituri tagħhom, dawn mal-ewwel se jduru fuq it-tfal tagħhom u jgħidulhom \"Qed tara dak kif spiċċa?\".", "U l-ewwel reazzjoni tat-tfal tkun \"Imma taf għalfejn miet dak?", "Dak miet għax għamel hekk u allura jien mhux se jiġrili hekk!\".", "Dan għalih mhux qed jilgħab ir-russian roulette kull darba li qed ifaqqa' fil-vina tiegħu u l-istess jiġri meta dak li jkun qed ikollu x'jaqsam mat-tfajla tiegħu jew ikollha x'taqsam mal-boyfriend tagħha.", "Dr Carabot semma' l-boyfriend ta' tliet ġimgħat li titqies bħala serial monogamy għalihom imma din mhi faithfulness xejn.", "Hija biss il-mentalità tal-lum.", "Hawn qed taraw cuttings ta' gazzetti Ingliżi, li kif rajtu minn dak li qal Dr Carabot, is-sitwazzjoni fl-Ingilterra dejjem tkun waħda mill-agħar.", "Imma x'inhu jiġri fl-Ingilterra?", "U dan qed ngħidu biex ma naħsbux li hawn Malta biss jeżistu dawn il-problemi.", "Skond il-gazzetti għandek it-teenage pregnancies li dejjem qegħdin jiżdiedu, l-abortion rate dejjem tiela', is-sex infections dejjem telgħin u t-teen sex advice kien ineffective.", "L-STIs mhux telgħu imma sparaw 'il fuq u l-conceptions dejjem jiżdiedu.", "Fl-Ingilterra għamlu tliet affarijiet li mingħalihom għamluhom to promote their sex health policy imma bħalma qed taraw, l-ebda waħda minnhom ma bidlet l-andament tal-affarijiet fejn sejrin.", "U din hija xi ħaġa li lili tinkwetani.", "Naħseb li s'issa tgħallimtuhom bl-amment l-ABCD imma għalfejn qiegħda nerġa' insemmihom?", "Meta nkun fl-iskejjel inħossni mbarrazzata ħafna meta mmur bl-ABCD.", "Jekk lill-15 year olds se ngħidilhom to abstain, naħseb li d-diska mhijiex l-istess bejn il-15 year olds u dawk li jkunu fl-MCAST jew il-Junior College u dawk li qegħdin l-Università.", "F'dawn il-postijiet ma nistax nibqa' immur bl-istess diska.", "Inħoss li fejn jidħlu ż-żgħar nett, jiġifieri dawk under 15 year olds, irrid nitkellem fuq l-abstinence programme b'mod ċar ħafna.", "Issa dan ma jfissirx li ma nitkellimx fuq condoms imma meta nitkellem fuq condoms, ma rridx nagħti l-messaġġ li huma mhux se jirnexxilhom jastjenu ruħhom.", "Jekk aħna qegħdin ngħidu li għandek 15% ta' dawn iż-żgħażagħ li verament tilfu l-verġinità tagħhom u li allura huma sexually active, u biex inkunu safe ngħidu li din intellgħuha għal 50%, il-50% l-oħra li qed jipprovaw u li qed jagħmlu minn kollox biex jgħixu dan il-messaġġ ta' abstinence, min-naħa tagħna ma rridux ngħidulhom li huma mhumiex importanti għax nafu li intom se taqgħu, bħalma qalilna Dr Carabot.", "Min jirnexxilu jżomm l-abstinence jista' ikollu ftit tal-appoġġ?", "Naqbel li l-abstinence only programmes fl-aħħar mill-aħħar huma diffiċli ħafna li jinżammu fil-ġurnata tal-lum f'dawl l-etajiet daqxejn kbar.", "Imma dawk li għadhom 15 year olds, nistgħu ngħidulhom li huma mhumiex kapaċi jastjenu?", "Fil-fatt fl-istudji tara li meta jkollhom dawn il-mixed messages, li filli qed ngħidulhom abstinence u mbagħad ħames minuti wara ħassarniha… Kif jista' jkun ngħid lil 15 year old to be faithful?", "Lil dan se ngħidlu li għandu jiżżewweġ lit-tfajla li qed joħroġ magħha llum?", "Naħseb li nkun qed nidħak bih għax ma nistax nitkellem ma' 15 year old fuq faithfulness u bilfors irridu inkellmu fuq condoms u fuq don't do drugs.", "Jien ngħid, li mal-15 year olds għandna nipprovaw nagħmlu l-kampanja li qed tipprova tagħmel l-Ingilterra dik to postpone your sexual activity.", "Ejjew nitkellmu fuq hekk almenu mat-tfal li għadhom fis-secondary schools u mhux mill-ewwel ngħidulhom li mpossibbli li jastjenu.", "Dak huwa l-messaġġ tiegħi.", "Fil-fatt l-istudji juru - u hawnhekk għandi l-BMJ paper li turiha din – li meta jkollok a 15 year old li ma jridx jisma' fuq abstinence, dan lanqas mhu se jisma' fuq il-condoms.", "Inutli toqgħod tgħid li għandek tinsa l-abstinence u allura ħalli ngħallmek kif tuża l-condom.", "L-esperjenza turina li hija ftit diffiċli, jiġifieri mhux daqshekk sempliċi li ngħidu li jekk wasalt f'dan il-punt, allura ħalli nurik kif tuża l-condom.", "Meta nitkellem fuq condoms se nitkellem ċar u tond u ngħidilhom fejn għandhom ipoġġuh.", "Żgur li ma rridux fil-karrozza għax bix-xemx u x-xita li jkollna Malta, dan se jitqarqaċ.", "Se nitkellem ukoll fuq il-kwalità tal-condoms, se nitkellem x'ħin għandek tilbsu.", "Ħafna drabi nitkellmu fuq il-condoms u bil-kemm nafu eżattament x'għandna nagħmlu.", "Allura jekk se nitkellmu fuq dan is-suġġett, irridu nitkellmu ċar u tond.", "Fl-istess ħin m'għandniex nimmaġinaw li issa li spjegajnilhom kollox, dawn tgħallmu x'għandhom jagħmlu.", "L-Istati Uniti, kif semma' Dr Carabot, nefqu ħafna miljuni fuq l-abstinence programmes, imma importanti ngħidu wkoll li dawn nefqu 12 times as much fuq is-safe sex programmes li wkoll ma kenux daqshekk ta' suċċess.", "Allura importanti li l-affarijiet ngħiduhom eżattament kif inhuma.", "Il-fatt li jekk jiena nagħmel unprotected sex, dan ikun dejjem protected by condoms u hawnhekk fejn nibdew inkunu xi ftit differenti jiena u Dr Carabot.", "Jiena ngħid li meta nitkellmu fuq il-condoms, għandna ngħidu x'inhi l-verità, li xorta jekk tuża l-condoms kif suppost you may still contract syphillis, gonorrhoea u chlamydia.", "Mhux qed ngħidlek 100% tużahomx, imma l-fatt that you may still.… Insemmi każ li kelli l-ġimgħa li għaddiet fejn ċemplitli pazjenta u qaltli li għandha problema għax the condom slipped.", "Din marret il-casualty biex tneħħih u kienet kollha mistħija b'dak li ġralha, però dawn qalulha li dawn il-każijiet jarawhom kuljum.", "Din imbagħad ġiet għandi kollha rrabjata talli kont għedtilha li għandha tuża l-condom u m'għedtilhix li kuljum imorru l-casualty biex ineħħu l-condoms that slip!", "Jiena għedtilha li nispera li mhux vera dak li qed tgħidli.", "Tajjeb ngħidu li kultant ikun hemm accidents ukoll.", "Dan li qed nipprova ngħid.", "Ifisser li għandek ċerti affarijiet that you are being more safe mingħajrhom u se tkun 0% safe f'affarijiet oħra, imma bil-condom għandek dawn is-safety profiles.", "Illum kulħadd jaf x'inhu condom, anke t-tfal iż-żgħar li għadhom jilgħabu bit-trains.", "Kull darba li nitkellmu fuq sexual policy qisu mill-ewwel se nitkellmu fuq il-condoms u se nibdew inqassmu l-condoms.", "Issa anke mal-istudenti tal-mediċina kemm-il darba kellna kontroversi u jirrabbjaw għax ma jħalluhomx imorru fl-iskejjel.", "Jirrabbjaw għax dawn imorru biex iqassmu l-condoms and people who receive condoms… Jiena nitkellem maż-żgħażagħ li niltaqa' magħhom u dawn jgħidulek li marru jagħtuhom il-condoms.", "Għalfejn?", "Maż-żgħażagħ nitkellem fuq il-fatt li s'issa għad m'għandniex contraceptives li jipproteġu kontra l-uġiegħ.", "Għalhekk meta nitkellmu maż-żgħażagħ tagħna, importanti li ngħidulhom li r-relazzjoni li għandhom bħalissa mal-boyfriend jista' jkun li se tispiċċa u l-emotional hurt huwa ta' veru, speċjalment f'żgħażagħ li ġew imweġġgħin u tħallew waħedhom.", "Jiena ngħidilhom li din hija bħal-lumija magħsura u allura importanti li huma ma jkunux hekk.", "Għalhekk importanti li nitgħallmu ngħidu le.", "L-aħħar parti hija fuq il-ġenituri.", "Bħala Moviment Cana nixtiequ nibdew sexual education parental skills fejn il-ġenituri nixtiequ nibdew ngħallmuhom kif jitkellmu mat-tfal tagħhom fuq is-sesswalità tagħhom.", "L-esperjenza tiegħi hija li ftit ġenituri jkunu lesti li jitkellmu mat-tfal tagħhom, u dan mhux għax jistħu imma għax jaħsbu li t-tfal jafu x'inhuma jagħmlu u allura l-ġenituri jgħidulek li aħjar ma jkellmuhomx fuq dan is-suġġett.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Issa nistgħu ngħaddu għal fażi oħra.", "Fadlilna ftit tal-ħin ieħor u jekk ma nispiċċawx id-diskussjoni kollha llum, ma ġara xejn, nerġgħu nagħmlu kif għamilna f'meetings oħra.", "Nitlob lill-sħabi biex jekk jista' jkun jagħmlu mistoqsijiet u ma jagħmlux statements li jieħdu fit-tul.", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Skużawni imma għandi aġġornament fid-9.00 p.m. u allura nixtieq ngħaġġel ftit.", "Xi ħaġa li nkwetatni mit-tliet kelliema kien il-fatt li ħadd ma semma' l-alcohol abuse.", "Minħabba l-alcohol abuse, ħafna drabi qegħdin insibu li ħafna żgħażagħ jispiċċaw jagħmlu unprotected sex u jkun hemm min jiġi saħansitra abbużat sesswalment.", "U filwaqt li semmejna numru ta' affarijiet li wieħed irid joqgħod attent dwarhom, u semmejna s-safe sex, l-abstinence u affarijiet oħra, naħseb li ħallejna xi ħaġa li tidher li qiegħda titla' fil-wiċċ.", "Din mhi xejn ħlief l-alcohol abuse li jwassal lil dak li jkun sabiex lanqas ikun jaf ma' min kellu x'jaqsam.", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb li rridu nagħtuha ftit aktar prominenza.", "Ħafna drabi forsi tiġi elaborata l-parti ta' don't do drugs.", "Dr Gauci semmiet xi ħaġa dwar li rridu nagħmluha skont il-kultura tagħna.", "Xi tfisser biha l-kultura tagħna?", "DR CHARMAINE GAUCI: Jiena rrid nara kif inhi l-kultura ta' dik il-persuna ħalli nkun nista' nwasslilha l-messaġġ u nara li din tieħu l-messaġġ.", "MICHAEL FARRUGIA: Meta qegħdin nagħmlu l-preparamenti fl-edukazzjoni biex ikollna abbozz ta' sexual education, waħda mill-affarijiet li s'issa dejjem inkwetatni kienet li meta jipprovaw isiru mistoqsijiet fl-iskejjel sabiex wieħed jevalwa eżattament fejn qegħdin, kien hemm ċerti skejjel li għamlu barrikata.", "Din hija xi ħaġa li lili tinkwetani għax jekk irridu nagħmlu riċerka, irridu nagħmlu evalwazzjoni ta' x'inhi s-sitwazzjoni fejn qegħdin.", "Apparti li biex tagħmel riċerka professjonali l-mistoqsijiet ikunu indiretti - u naqbel li l-mistoqsijiet m'għandhomx ikunu diretti – u li jkun hemm settur li jibblokkjak, naħseb li jtelliflek ir-riċerka li tkun qiegħda tagħmel.", "Naħseb li rridu ngħallmu mhux biss lill-ġenituri u lit-tfal imma rridu ngħallmu wkoll lil ċerti mexxejja, politiċi u reliġjużi, huma x'inhuma għax inħoss li meta qed tibblokkja, se jibda jkollna l-problemi.", "Punt ieħor huwa dwar il-booklets tal-Health Promotion.", "Nafu li hemm booklets fuq l-HIV u li dawn ilhom joħorġu s-snin.", "Imma kemm qed joħorġu booklets biex wieħed jagħraf x'inhuma s-sexual transmitted diseases?", "F'liema stadju qegħdin?", "DR CHARMAINE GAUCI: Dwar il-booklets nista' ngħid li din is-sena għamilna leaflet f'forma ta' table – fuq din ħdimna flimkien ma' Dr Carabot - li fiha s-signs and symptoms tal-infezzjonijiet u x'inhuma l-STIs.", "Sfortunatament m'għandix wieħed hawnhekk imma nista' ngħaddilek wieħed.", "MICHAEL FARRUGIA: Jiena nixtieq li jkolli ħafna minn dawn il-booklets.", "Kemm jista' ikun nipprova nġib li nista' minn dawn il-booklets li joħroġu mill-health promotion u ġieli npoġġihom fl-uffiċċju ħalli min irid ikun jista' jieħu minnhom.", "Per eżempju, għandi poster kbir bil-problemi kollha li joħloq it-tipjip.", "Issa dawn tajbin?", "Il-messaġġ jasal qiegħed jew le?", "Ġieli jkollok nies li jibqgħu mistagħġbin għax ma jkunux jafu li s-sigaretti jaffettwaw ukoll ċertu parti tal-ġisem.", "U l-fatt li qed jistaqsu, inti diġà tkun ilħaqt dik il-persuna.", "Jekk ilħaqt persuna minn kull 100 li jidħlu l-uffiċċju tiegħi, jien ukoll inkun kuntent għax li kieku ma kellix dak il-poster, lanqas lil dik il-persuna ma kont nilħaq.", "Dawn it-tip ta' posters ma niddejjaqx nurihom fl-uffiċċju tiegħi.", "Issa jekk hemm min jiddejjaq dik problema tiegħu, imma nħoss li wieħed għandu jikkonsidra wkoll dak il-lat.", "Jinkwetani l-fatt li mit-tliet kelliema li kellna, l-aktar persuna li qed ikollha kuntatt mal-istudenti u mat-teachers, apparti l-Health Promotion, hija Dr Vella.", "Ċerti messaġġi li kienu qed jaslu hemmhekk, mhux bilfors naqbel magħhom u allura nibda ninkwieta aktar.", "Ngħid ninkwieta aktar għax ngħid il-messaġġi li jkunu qegħdin jaslu mhux bilfors huma eżatti.", "Meta wieħed iħares lejn il-lista li saret, ħareġ biċ-ċar li l-peer pressure għandu importanza kbira.", "Allura jekk hemmhekk il-messaġġ qed jasal ħażin, dak il-messaġġ ħażin se jkompli jitwassal madwar il-grupp kollu.", "Jekk qed ngħidu li l-iskejjel m'għandhomx daqshekk importanza kbira, l-istess bħall-ġenituri li ma tantx għandhom daqshekk importanza, filwaqt li l-peer pressure - li naqbel magħkom li mhux biss fejn jidħlu affarijiet sesswali, droga, xorb alkoħoliku, eċċ – hija kbira ħafna u allura, huwa importanti li l-informazzjoni mhux biss nagħtuha fl-iskejjel imma nagħtuha f'kull qasam possibbli minn fejn wieħed jista' jattakka.", "Personalment jiġuni ideat f'moħħi.", "Jien għandi l-kariga ta' President ta' każin ta' banda u qed naħsibha jekk wasalx il-mument li nibdew nagħmlu talks anke minn dan il-każin tal-banda.", "F'dan il-każin jattendu ħafna żgħażagħ li l-età tagħhom tvarja bejn late teens, 20 u ta' 30 sena.", "Naħseb li importanti li nibdew nittakkaw dawn il-focal groups fejn forsi bit-television u r-radio ma nistgħux nilħquhom, u fejn lanqas bl-iskola jew bil-ġenituri m'intix se tilħaqhom.", "Mela għandek din il-faxxa ta' nies li m'intiex qiegħed tilħaqhom imma huma l-persuni li jmorru Għawdex bħala grupp imħallat, li jmorru d-discos u jixorbu u l-Bambin biss jaf x'jiġri wara.", "Naħseb li dawn huma l-faxex ta' nies l-aktar importanti li nattakkaw.", "Meta nkunu qegħdin nitkellmu fuq dan il-pjan Dr Carabot, naħseb li rridu nħarsu lejn dawk is-setturi wkoll li attwalment mhux se nkunu qegħdin nilħquhom.", "Xi ħaġa oħra, naf li forsi statistika m'għandniex, imma se nistaqsiha għal li jista' jkun, forsi hemm riċerki oħrajn li jinsabu għaddejjin bħalissa.", "Fejn hemm rati għoljin ta' anal sex, il-contraceptive use - bħal pilloli, condoms jew xi ħaġa oħra - jinstabu inqas f'dawk il-pajjiżi?", "DR PHILIP CARABOT: Inti qed tgħid għal meta jagħmlu vaginal sex?", "MICHAEL FARRUGIA: Jiena qed ngħid għal meta jagħmlu anal sex.", "Allura meta għandek rata aktar għolja ta' anal sex, f'dawk il-każi qed isir inqas użu mill-contraceptives?", "U jekk hawn Malta nipparagunawx ma' barra jew inkella forsi l-anal sex huwa inqas?", "DR PHILIP CARABOT: Ċifra eżatta m'għandix imma mill-perception tiegħi tal-pazjenti li nara, issa jekk huwiex anal sex, vaginal sex jew any sex, il-condoms ma jintużawx.", "Hemm nies li jiġu jarawni perijodikament għax huma konxji tas-saħħa u avolja kull darba nispjegalhom il-perikolu tal-anal sex, dawn xorta waħda jibqgħu jagħmlu unprotected sex.", "Veru li jiġu jagħmlu check-up imma l-condom ma jintużax għax jgħidu li mhux komdu.", "MICHAEL FARRUGIA: Naf li kienet inqalgħet kontroversja bejn Dr Carabot u Dr Vella.", "Forsi jista' jikkjarifika Dr Carabot fuq il-kwestjoni tal-użu tal-condoms u l-istatistika li poġġiet Dr Vella.", "Jiena nixtieq li din il-biċċa tiġi kjarifikata darba għal dejjem għax jekk ikollna informazzjoni ħażina hawnhekk, aħseb u ara kemm se tkun qiegħda tasal ħażina hemm barra.", "THE CHAIRMAN: X'taħsbu jekk inkomplu dan il-meeting nhar l-Erbgħa?", "Se nkomplu s-session issa, fejn sħabi l-membri jkunu jistgħu jkomplu jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom u mbagħad nhar l-Erbgħa, intom tkunu liberi li tirrispondu u telaboraw fuq dan is-suġġett.", "Issa fadlilna sad-9.15 p.m. u allura sħabi l-membri jkunu jistgħu jpoġġu l-mistoqsijiet u intom nhar l-Erbgħa jkollkom ċans tirrispondu.", "Mela llum tirrispondu xejn għall-mistoqsijiet li jsirulkom, sadanittant tieħdu l-idea tal-mistoqsijiet u nhar l-Erbgħa jkollkom l-ewwel nofs siegħa biex tirrispondu dawn il-mistoqsijiet u tiġu ppreparati biex twieġbu.", "Ngħaddi għall-Onor.", "MICHAEL GONZI: L-ewwelnett nixtieq ngħidilkom prosit tal-presentation tajba ħafna li għamiltu.", "Jekk m'iniex sejjer żball fis-social affairs committee tal-leġislatura l-oħra, jiġifieri madwar tliet snin jew erba' snin ilu, konna ddiskutejna s-sexual health u minn dak iż-żmien 'l hawn qisna bqajna ngħidu l-istess affarijiet.", "Barra minn hekk jidher li bħala statistika morna għall-agħar.", "L-Onor.", "Farrugia semma' il-leaflets u l-kotba, għalija kollox sew tista' tagħmel leaflets kemm trid imma fuq it-television jew fuq il-gazzetti ma nafx kemm rajt sexual health promotions.", "L-inkwiet tiegħi, anke mill-istatistika li tajtna inti Dr Carabot, jidhru li ċerti affarijiet sejrin ħażin u sejrin ħażin ħafna.", "Mir-reġjun tiegħi, jiġifieri minn San Pawl il-Baħar u Buġibba, f'dawn l-aħħar ħames snin kont qed nara ftit affarijiet li there was something not clicking u at the same time intom m'intomx qed tagħmlu dawk is-suċċessi biex inġibu din l-awareness kif suppost.", "Tkellimtu ħafna fuq 15, 16 u 18 year olds, imma it is very difficult għal ġenituri ta' 15 year olds u 16 year olds li jgħidulhom ma jistgħux imorru Paceville jew x'imkien ieħor u li ma jistgħux joqgħodu sas-2.00 a.m. Mhijiex faċli.", "Jiena wkoll għandi t-tfal u naf x'qed ngħid.", "Għamiltu stress - u sew għamiltu - fuq ħafna affarijiet imma dak il-famuż internet, il-ħsara enormi li qed jagħmel huwa indiskrivibbli.", "It-tfal tiegħi ma jarawx television imma jmorru fuq l-internet u they chat mal-ħbieb tagħhom.", "U jekk nipprova mmur nara fuq il-computer x'qed jaraw, tant jafu aktar minni, li jien m'għandix ċans li nidħol fiha.", "Naf biċ-ċert li l-affarijiet tad-dinja jafuhom sew.", "Ridt ngħid ukoll li fuq is-social affairs committee kellna diskussjoni tajba ħafna fuq il-PSD teachers u fuq l-iskejjel.", "Kienu anke saru l-etajiet meta għandek tattakkahom it-tfal u l-istess, dak li ddiskutejna dakinhar ma kienx ta' suċċess.", "Jiena nħoss li the way you are talking is the same bħal qabel u allura rridu nagħmlu rethinking kompletament.", "Għandek il-GU clinic għalih, il-Health Promotion għalih u l-Gynae għalih.", "Allura mhux aħjar nagħmlu konferenza - jekk ikun hemm bżonn - u nlaqqgħu lil kulħadd flimkien ħalli b'hekk noħolqu body wieħed?", "Nispera li s-Sexual Health Policy li qed jagħmel il-gvern tiegħi - li jien ma nafx x'inhi - intom kollha mdaħħlin fiha, inkluż il-Moviment ta' Kana.", "Qed ngħid hekk għax jekk m'intomx imdaħħlin ma tistgħux tagħtu l-veduti tagħkom, tajbin jew ħżiena.", "Hemm żewġ punti li rrid nenfasizza.", "L-ewwel wieħed hi li you are not being successful.", "Issa ma naħsibx li huwa t-tort tagħkom u li l-ġenituri hemm bżonn ngħidulhom li t-tfal qed jagħmlu hekk.", "Irridu naraw kif se nittakiljawha din il-biċċa xogħol.", "It-tieni punt li rrid nagħmel huwa fuq il-co-ordination between all the stakeholders.", "Kif jista' jkun Malta m'għandniex statistika suret in-nies?", "Niġi minni li jiena GP, ħafna mill-każi meta jkunu f'diffikultà nittrattahom jien, imma ġieli bgħatt lin-nies fil-GU clinic.", "Naf li l-waiting lists ta' din il-clinic mhumiex twal u allura hija the easiest clinic li nista' nirreferi għaliha.", "Issa jekk hawn GPs li mhumiex jirriferu l-pazjenti għal din il-clinic, jista' ikun li għax m'għandhomx konoxxenza tagħkom u tal-GU clinic.", "Hemm bżonn li aħna l-GPs, l-Association of Private GPs u l-MAM inwasslu l-messaġġ li din hija a situation which is very serious.", "Kollha kemm intom għedtu li l-HIVs u kollox qed jiżdied.", "Aħna għandna responsabilità mal-pazjenti tagħna u l-istatisitka hija l-aktar ħaġa importanti biex at least naraw fejn sejrin ħażin u fejn irridu mmorru tajjeb.", "Dr Carabot xtaqtek tgħidli jekk kienx hemm varjazzjoni fl-istatistika fir-reġjuni.", "Tajtna statistika ta' x'qed jiġri Malta.", "Kif tafu qed ikollna ħafna barranin u illegal immigrants.", "L-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar hija l-aktar skola li għandha varjazzjonijiet ta' lingwi which is very nice imma xtaqt nara jekk kienx hemm xi affarijiet… Per eżempju, xi ħaġa li m'għandhiex x'taqsam mas-sexual health imma xtaqt insemmiha xorta waħda.", "Daqs għaxar snin ilu l-iscabies qatt ma rajtha, imma din is-sena rajt tlieta jew erbgħa każijiet.", "Inti semmejt dik it-tfajla ta' 14-il sena u jiena rajt tfajla ta' 16-il sena li kienet ukoll bit-tieni tqala tagħha.", "Dawn bil-condom u mhux condom lanqas biss… Iva allura dawn imbeċilli, lanqas jafu li qed jilagħbu man-nar?", "U għalihom qisu ma ġara xejn.", "Dik il-konferenza fuq is-sexual health naraha importantissima biex inġibu l-istakeholders kollha flimkien.", "Intom tifhmu ħafna iktar milli nifhem jien bħala GP u jekk intom tingħaqdu ma' xulxin u jkollna one single policy - mhux ta' Cana mod, tad-Detox mod ieħor, tal-GU mod ieħor u tal-health promotion mod ieħor - il-messaġġ ikun ċar u tond fuq kull livell.", "Din ma rriduhiex fuq il-karta għax il-karta ma taħdimx.", "Bħalma qal l-Onor.", "Farrugia, jiena għandi ħafna leaflets u charts fil-Clinic tiegħi imma huwa rarissimu li jiġu xi pazjenti jistaqsuni fuq dik iċ-chart.", "Rarissimu jiġu l-pazjenti jistaqsuni fuqhom.", "Huwa importanti ħafna li intom tenfasizzaw ma' kulmin għandu x'jaqsam mal-GPs jew mal-health workers li jekk suppost bħala GP irridu nirreferu jew ninformaw b'xi mod jew ieħor dwar l-inċidenza tal-STDs - dan iż-żmien bl-internet nistgħu nagħmlu ħafna affarijiet - għax din hija xi ħaġa li trid issir għax bl-istatistika nkunu nafu s-sitwazzjoni vera x'inhi u kif nistgħu nittakiljawha.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Meta kont qed nismagħkom titkellmu t-tlieta li intom, ma kontx qed naħseb biss f'sexual health policy għat-tfal, imma bdejt nipprova nismagħkom titkellmu dwar dak li qed jiġri fis-soċjetà Maltija fil-kuntest ta' familja u fit-tibdil ta' lifestyle li qegħdin ngħixu.", "Wieħed mill-istatus fil-ħajja tas-soċjetà Maltija donnu sar il-libertà sesswali ta' kif jaħseb il-bniedem.", "Illum-il ġurnata teżisti ċerta libertà sesswali f'min ma jkunx miżżewweġ u anke f'min ikun miżzewweġ.", "Li wieħed ikun unfaithful saret titqies bħala xi ħaġa importanti fil-ħajja u donnu jekk ma jagħmilx hekk, ma jkunx kbir, ma jkunx normali.", "Li inti tmur fuq il-post tax-xogħol u tipprova tkun unfaithful, saret xi ħaġa li ttellagħlek l-istatus tiegħek.", "Allura mhux biss it-tfal jibdew jitkellmu u jelaboraw meta tistaqsihom dwar il-ħajja sesswali tagħhom imma anke l-kbar.", "Għaldaqstant ma naħsibx li jekk ikollna sexual health policy – hawnhekk inkompli ma' dak li qalu sħabi – din għandha tkun maħsuba jew immirata biss biex tolqot lit-tfal, imma anke lill-adulti.", "Laqatni magazine bl-Ingliż li jiġi mqassam lilna minn Moscow u fl-ewwel paġna tiegħu hemm artiklu dwar kif il-mayor ta' Moska – ma ninsewx li qed nitkellmu fuq ir-Russja - flimkien ma' oħrajn qegħdin jitfgħu attenzjoni kbira biex jitkellmu fuq l-importanza tal-fedeltà għax qegħdin isibu li l-ħajja tagħmel iktar sens u allura jnaqqsu mill-budget soċjali tagħhom jekk ikollhom iktar nies jgħixu b'ċerti regoli.", "Allura r-rimarki tiegħi huma dawn: Fir-research jew fil-ħidma tagħkom, kif se tippruvaw tikkumbinaw li fis-sexual health policy titkellmu rigward tfal ta' bejn l-14 u l-15-il sena daqskemm titkellmu dwar żagħżagħ u kbar?", "Dr. Carabot qal li anke persuni ta' 80 sena jmorru għandu, mela allura m'aħniex 'il bogħod ħafna!", "Punt ieħor huwa dan.", "Jiena ma kontx qed nara differenza bejn id-diskorsi ta' Dr Carabot u ta' Dr. Anna Maria Vella, għax it-tnejn ħarsu lejn l-istess sitwazzjoni b'punt differenti.", "Jien iżjed instigajt li kien hemm differenza f'dak li qal Dr Carabot imma ma nstemgħux li kienu qegħdin jgħidu affarijiet differenti minn xulxin.", "Però ovvjament, kif kien qed jgħid l-Onor.", "Michael Gonzi, irridu naraw kif ikun hemm sinerġija fil-ħsieb.", "Għax jekk intom l-esperti ma tinstemgħux qegħdin tkantaw kor u tkantaw bi stunatura, allura hemm barra żgur li ma tistgħux tkunu salesmen ta' prodott wieħed li huwa tajjeb.", "Għaldaqstant irridu naqblu dwar x'inhu l-prodott u lil min se nbigħuh.", "Jien ma naf xejn ħlief inbigħ.", "Dan qed nifhmu u naqbel li jekk b'riżultat ta' din il-laqgħa, li se jkollna l-kontinwazzjoni tagħha nhar l-Erbgħa, il-konklużjoni tkun li nagħmlu konferenza nazzjonali.", "Bħala social affairs committee lest li f'Jannar u fi Frar li ġej nieħu dan iċ-challenge u nagħmlu konferenza nazzjonali.", "Għandi l-backing ukoll tal-iSpeaker li nagħmlu xi ħaġa bħal din u allura m'aħniex limitati f'dan il-kunċett.", "Għandi l-backing kollu biex nagħmluh anke bħala parlament, jiġifieri sħabi żgur li m'humiex se jgħiduli le, li nlaqqgħu l-istakeholders u nagħmlu din il-konferenza nazzjonali sabiex ikollna dan l-għarfien b'mod sempliċi, ta' x'inhu l-prodott, allura x'għandha tkun is-sexual health policy, lil min se nolqtu, u kif għedtu t-tlieta li intom, lil liema soċjetà se nitkellmu magħha.", "Għax aħna qegħdin nitkellmu mas-soċjetà Maltija, imma din is-soċjetà Maltija ejjew nifhmuha qabel ma mmorru nbigħulha xi ħaġa.", "Jiġifieri min hi din is-soċjetà Maltija u fiex tikkonsisti?", "Jekk se titkellmu fuq sexual health policy li għandha x'taqsam mat-tfal u żgħażagħ ta' 14 jew 15-il sena se titkellem b'mod, għax m'intix se tgħidilhom x'għandhom jagħmlu, m'intix se tgħidilhom x'għandhom jużaw u ma nafx kif se tersaq lejhom għax m'huma se jifhmuk xejn, filwaqt li jekk se titkellem maż-żgħażagħ fl-università, il-messaġġ irid ikun mod ieħor.", "Jiġifieri tridu tvaraw il-messaġġ tagħkom skont il-kuntest, kif għedtu tajjeb intom.", "Imma naħseb li għandna bżonn inġibu magħna numru ta' għalliema u ta' nies li ġejjin minn oqsma differenti sabiex jagħtuna l-aktar feedback importanti u sabiex din il-konferenza nazzjonali tista' sservina wkoll bħala konsultazzjoni.", "Dan is-suġġett huwa ferm importanti jekk irridu nifhmu aħjar fejn hi sejra l-familja f'Malta.", "Għax jekk dak li jgħaqqad il-familja huwa a healthy sexual behaviour bejn il-ġenituri - bejn ir-raġel u l-mara - u t-tfal tagħna qed ikollhom l-iktar misuse tal-iktar ħaġa li se tgħaqqadhom, meta xi darba se jkunu miżżewġin, naħseb li r-rovina tagħna qiegħda tiġi miżrugħa.", "U hawn nara l-importanza ta' dak li qal l-Onor.", "Michael Gonzi u dak li qal l-Onor.", "Michael Farrugia u li bla dubju ta' xejn għad irid jgħid l-Onor.", "Jien qed inħares lejn kuntest ta' familja filwaqt li intom qegħdin taraw dan kollu fil-kuntest ta' diskors maż-żgħażagħ biss.", "Jien nixtieq inkun naf x'qed jiġri fl-iskejjel, per eżempju.", "Jien imwerwer mill-imġieba taż-żgħażagħ li nara fit-toroq u fil-pjazez tagħna.", "Dawn kollha jmorru fl-iskejjel u biċċiet minnhom anke fi skejjel privati.", "'Il quddiem se jkollna l-Ministru Dolores Cristina li se tagħtina preżentazzjoni fuq il-bidliet li se jsiru fl-iskejjel għall-metodu ta' eżamijiet.", "Imma minbarra l-eżamijiet, min qed jirregola l-imġieba tat-tfal fl-iskejjel tagħna?", "Anke jekk tħares lejn l-uniformijiet tat-tfajliet, per eżempju, issib li d-dublett tagħhom qiegħed dejjem jiqsar għax bil-lastku u jirrumblawh 'il fuq!", "Jiġifieri dan kollu m'huwiex parti mis-sexual health policy, imma x'se tmur tippriedka inti?", "Lil min se tmur tkellem meta dawn jafu iktar minnek u jdaħħluk fi xkora!", "Xtaqt inkun naf ukoll meta hi d-delivery date ta' din is-Sexual Health Policy u fiex se tkun tikkonsisti.", "Għax hawnhekk hawn din is-slide dwar is-Sexual Health Policy and action plan.", "Dan se jkun dokument miktub u nieqfu hemm, jew se tkun drive fuq livell nazzjonali, ta' importanza enormi li se tipprova tiġbor u tkaxkar lil kulħadd magħha?", "Allura jien ma niddejjaq xejn nieħu l-isfida li oriġinat mill-Onor.", "Michael Gonzi tal-konferenza nazzjonali, imma f'dan l-isfond, ta' x'importanza se nagħtuha.", "Ovvjament intom tridu tkunu kelliema importanti imma tridu turu l-istat ta' fatt. Id-djanjosi fis-soċjetà tagħna trid issir minn xi ħadd.", "L-X-ray irid jieħdu xi ħadd u xi ħadd irid jgħidilna li bħala soċjetà f'din is-sitwazzjoni sejrin żmerċ u sejrin dritt għal ġol-ħajt b'tant veloċità li handbrake u engine brake mhumiex biżżejjed.", "Jiena se nieqaf hawn.", "Inħalli f'idejn l-Onor.", "ANTHONY ZAMMIT: Ngħidilkom il-verità llejla se nagħtu skandlu lil dawn il-papiet kollha li hawn hawnhekk għax fil-fatt din hija s-sala papali tal-palazz.", "Però żgur li kieku kellhom jitkellmu kienu jgħidulna: \"M'intom qed tgħidulna xejn ġdid u dak li għandkom intom kellna aħna fi żmienha, però mhux f'din il-kwantità kollha.\"", "Jiġifieri l-libertinaġġ li wasalna għalih dan iż-żmien huwa fenomenali.", "Qabel ir-raġel kien ikun avventuruż u hu kien jipprova jagħmel ċerti affarijiet.", "Naħseb li llum sar l-oppost.", "Huma t-tfajliet li qegħdin verament jisfidaw lill-irġiel.", "U li nara hu li t-tfajliet iż-żgħar jiġu jaqgħu u jqumu u jisfidaw anke lill-kbar u lill-miżżewġin even for the sake of breaking the family.", "Tfajla żgħira ma tridx biss l-avventura ma' xi ħadd li huwa tal-età tagħha imma tridha anke ma' raġel kbir, għax tgħidlek li jkollu aktar esperjenza, speċjalment jekk ikollu l-flus, għax tkun trid xi ħaġa minnu.", "Jien naraha li l-moralità tal-pajjiż kważi waslet fix-xejn.", "Kieku jiena nagħmel kategoriji differenti.", "Ladarba ż-żgħar tagħna qegħdin isiru internet wizards, kieku jien hemm l-ewwel ma nattakka.", "Huma mhux l-internet jaraw?", "Mela l-mod kif se tmur għalihom biex twasslilhom l-informazzjoni, tagħmilha kemm jista' jkun fuq l-internet u tgħidilhom fuq liema site għandhom ifittxu.", "And automatically, if you are going to increase their adventurous spirit in finding and getting new grounds … Iva, anke fl-università trid tibqa' tagħmel hekk, jiġifieri permezz tal-internet, imma mbagħad iż-żgħażagħ jibdew isiru aktar maturi.", "Allura kif se tilħaqhom lil dawn?", "Jien naħseb li hemmhekk jiġu iktar għandna.", "Fil-fatt anke pazjenti żgħar jiġu jistaqsuni ċerti affarijiet.", "Meta jiena ġejt minn barra 23 sena ilu, I was always open.", "Għax jiena naraha li jekk għandek problema aħjar tiġi ssaqsi lili, milli tmur issaqsi lil xi ħadd li ma jistax jagħtik informazzjoni.", "Meta jiena ġejt lura mill-Ġermanja kont sibt differenza kbira.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmel rimarka.", "Intom kollha tobba minbarra aħna t-tlieta.", "Ġibulna r-risposti fuq l-imġieba tal-GPs.", "Meta l-GPs qed jiltaqgħu mal-każijiet, qegħdin iżommuha huma l-informazzjoni u ma jgħadduhiex lilek?", "Hemm metodu kif lill-GPs xorta tirrikmandalhom biex jgħaddulek l-informazzjoni?", "Jekk mhux dwar individwu partikolari, imma dwar kemm daħlulhom każijiet?", "Jiġifieri r-riċerka tista' tinġabar anke mingħand il-GPs?", "Il-GPs qegħdin ikunu ta' tfixxkil għalikom?", "Hemm bżonn li mmorru nkellmu lill-GPs għax huma importanti daqs it-teachers?", "L-iżjed nies ta' rashom iebsa huma l-GPs?", "Ma nafx, nispera li m'humiex.", "ANTHONY ZAMMIT: Il-kwestjoni hi li ma nafux fejn qegħdin.", "Għax il-GP se jirreferilek każ u għandu mnejn ma jirreferihulekx għax jgħid li dik il-ħaġa jista' jittrattaha hu.", "DR PHILIP CARABOT: Jien ili għaxar snin issa nipprova u nista' ngħid li they are very difficult to reach.", "Nagħti talks bl-għama u niddeffes f'kull meeting li jkollhom, imma ma nistax nifhem għaliex hemm ċerta barrier.", "(Interruzzjonijiet) Unfortunately f'kull report li rċevejt f'dawn l-aħħar disà snin, il-figura ta' referrals minn GPs baqa' konsistenti u huwa ta' madwar 8% biss.", "Għax meta dawn jiġu bi problema u nsaqsihom għaliex ma marrux … Dawn jgħidulek: Hemmhekk ma niddejjaqx immur.", "U meta jiġu gays għandi, forsi għax ikollhom hernia jew xi ħaġa oħra, the case is discussed and I try to direct them.", "Anke Lesbians jiġu għandi u nipprova nibagħtuhom għand gynaecologists, eċċ., għax almenu we are making them aware of the problem.", "Għadni niftakar meta jien kont irriferejt każ għand professur speċjalizzat għax ħsibt li l-pazjent kien HIV positive.", "Peress li għalija l-karattru ta' bniedem huwa mportanti, ħsibt li ma kienx se jkun hemm problema.", "Dan il-pazjent, li kien Ingliż u kellu l-ħabib tiegħu hawn Malta, ġie lura u qalli: Please, not that person again!", "Dan mar għandu u beda jgħajjat miegħu.", "DR PHILIP CARABOT: Unfortunately dik il-ħaġa għadha tiġri!", "ANTHONY ZAMMIT: Naħseb li l-professjoni medika għandha ħafna x'tagħmel hawnhekk.", "THE CHAIRMAN: Fir-rigward ta' dak li qed jgħid l-Onor.", "Zammit, tistgħu fil-presentation li se terġgħu tagħmlulna nhar l-Erbgħa, tagħtuna ħjiel ta' x'inhuma l-ostakoli li intom qegħdin issibu sabiex finalment ikollna messaġġ komuni li kapaċi jasal?", "B'hekk, meta nkunu qegħdin nisimgħukom, inkunu nistgħu nippjanaw lil min irridu nistiednu għal din il-konferenza.", "U dan nagħmluh biex ngħinu lilkom u mhux biex naslu qabilkom, jiġifieri biex inkunu ta' għajnuna għalikom sabiex tinstab is-soluzzjoni fejn is-sitwazzjoni titla' fuq l-aġenda fuq livell nazzjonali, tiftiehem iktar u jkollna iktar sens ta' responsabiltà kollettiva u individwali wkoll lejn din l-issue.", "Naħseb li jekk nagħmlu hekk, inkunu kapaċi nagħtu stampa ċara ta' x'inhu l-messaġġ li rridu nwasslu, lil min irridu nolqtu, x'inhu l-prodott, lil min irridu nwassluh u kif se nifhmu sewwa lis-soċjetà lil min irridu nbiegħu dan il-messaġġ.", "Però mbagħad irridu naraw min qed ifixxkilna biex inkunu nistgħu ngħelbuh għax min ifixxkilna rridu nġibuh magħna, biex hu wkoll jista' jkun promotur tal-messaġġ li rridu nwasslu.", "Naħseb nistgħu nieqfu hawnhekk.", "L-ewwelnett irrid nirringrazzjakom u mhux sempliċement ngħidilkom \"grazzi\" imma \"prosit\" tal-preżentazzjoni li intom għamiltu u aħna bħala Social Affairs Committee, committed li nkunu ta' għajnuna għalikom.", "Aħna ma rridux inkunu ta' tfixkil imma ta' għajnuna.", "Malli taħsbu li we have to step aside għax se nkunu ta' tfixkil, il-commitment tagħna huwa wkoll to step aside, jiġifieri rridu mingħandkom.", "Imma jekk intom taħsbu li nistgħu nservu tajjeb, li se ngħinukom billi nġibu iktar players flimkien, nagħmlu din it-tip ta' konsultazzjoni anke biex, kif qal qabel l-Onor.", "Michael Gonzi, ma jerġax ikollna ripetizzjoni ta' dak li ġara tliet snin ilu, imma almenu nagħmlu pass 'il quddiem fid-direzzjoni t-tajba u mhux nibqgħu nduru dawra tond mingħajr ma nagħmlu pass 'il quddiem.", "Jiena naħseb li by time we owe our society this much, li ngħinu li nimxu pass 'il quddiem.", "Mhux qed nitkellem dwar xi ħaġa li bilfors tiswa' l-flus, imma dwar messaġġi ċari lill-ġenituri, lill-professjonisti, lill-mediċi u lis-soċjetà in ġenerali, li nagħmluha aktar responsabbli f'dan ir-rigward.", "Filwaqt li nirringrazzjakom, naġġornaw għal nhar l-Erbgħa fis-7.30 p.m.", "Fid-9:20 pm id-diskussjoni fuq dan is-suġġett ġiet interrotta u l-Kumitat qabel li d-diskussjoni titkompla l-Erbgħa t-3 ta' Diċembru, 2008."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081126_008d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 8", "L-Erbgħa, 26 ta' Novembru, 2008", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.30 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Joseph Falzon, l-Onor Michael Farrugia, l-Onor Michael Gonzi u l-Onor Anthony Zammit (sostitut).", "ASSENTI:L-Onor Justyne Caruana.", "Is-Sur James Carabott, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali fil-Kamra tad-Deputati attenda għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr 7 li saret nhar it-Tlieta 25 ta' Novembru 2008 ġew konfermati.", "Diskussjoni dwar il-Genitourinary Report 2007.", "Dan ir-rapport kien mibgħut lill-Kumitat minn Dr Philip Carabot.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat stieden lill-Dr Philip Carabot, (Head tal-GU Clinic), lil Dr Charmaine Gauci (Director, Health Promotion and Disease Centre) u lil Dr Anna-Maria Vella biex jagħtu preżentazzjoni dwar il-Genitourinary Report u s-sexual health.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-9:20 pm id-diskussjoni fuq dan is-suġġett kienet interrota u l-Kumitat qabel li d-diskussjoni titkompla l-Erbgħa t-3 ta' Diċembru 2008.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081126_008m_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PRIVILEĠĠI", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 3 ta' Diċembru, 2008.", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi ltaqa' fil-Palazz, il-Belt, Valletta fit-8.05 pm.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor Owen Bonnici, l-Onor Anġlu Farrugia, l-Onor Beppe Fenech Adami, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor Francis Zammit Dimech.", "KAŻ TA' KSUR TA' PRIVILEĠĠ MILL-ONOR ALFRED SANT KONTRA L-MINISTRU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI", "Il-Kumitat iltaqa' sabiex jiddiskuti l-proċedura li għandha tiġi segwita fil-ksur ta' privileġġ imqajjem mill-Onor Alfred Sant fis-Seduta Nru. 42 tal-14 ta' Ottubru, 2008 fil-konfront tal-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, l-Onor Austin Gatt.", "Il-Kumitat qabel li fil-laqgħa li jmiss, jisma' lill-Onor Alfred Sant u li l-Ministru Austin Gatt ikollu dritt jattendi dik il-laqgħa.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-Avukat Ġenerali għandu jintalab jattendi l-laqgħat fuq dan is-suġġett.", "Wara diskussjoni dwar jekk Membru Parlamentari li jqanqal ksur ta' privileġġ fil-konfront ta' Membru ieħor għandux dritt għal assistenza legali waqt li l-Kumitat ikun qed jikkonsidra l-każ li dwaru s-Sedja tkun iddeċidiet li prima facie jeżisti ksur ta' privileġġ, il-President tal-Kumitat qal li se jitlob parir mill-Avukat Ġenerali dwar il-punt imqanqal.", "Mr Speaker informa lill-Kumitat li l-parir li jingħata bil-miktub mill-Avukat Ġenerali kellu jiġi komunikat lill-Membri għall-konsiderazzjoni tagħhom u Mr Speaker jagħti ruling fuq il-punt fil-laqgħa li jmiss.", "Fid-8.55 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081203_001.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PRIVILEĠĠI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 1", "L-Erbgħa, 3 ta' Diċembru, 2008 fit-8.00 p.m.", "Mr Speaker, l-Onor Louis Galea, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi, javża li l-Kumitat ser jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 3 ta' Diċembru, 2008 fit-8.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-agenda:-", "Il-ksur ta' privileġġ imqajjem mill-Onor Alfred Sant fis-Seduta Nru 42 tal-14 ta' Ottubru 2008 - proċedura li se tiġi segwita mill-kumitat", "25 ta' Novembru 2008 AĠENT SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081203_001a.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqħa Nru. 4", "L-Erbgħa, 3 ta' Diċembru 2008 fis-7.00 p.m.", "Mr Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 3 ta' Diċembru 2008, fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra;", "Ombudsplan għas-sena 2009;", "Ordni Permanenti Nru 13 - Kontinwazzjoni;", "Affarijiet oħrajn:", "- Impustar tal-aġendi tas-seduti parlamentari.", "25 ta' Novembru 2008 AĠENT SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081203_004a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 4", "L-Erbgħa, 3 ta' Diċembru 2008", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru. 4", "L-Erbgħa, 3 ta' Diċembru 2008", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:01 p.m.", "MR SPEAKER (Onor. Louis Galea): Merħba fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Hawn xi korrezzjonijiet għall-Minuti?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Fil-Minuti m'hawnx li jien kont staqsejt meta se tiġi diskussa l-Private Members Motion imressqa mill-Onor.", "Il-Viċi Prim Ministru kien qal li se jitkellem mal-Kabinett u jagħtini risposta.", "MR SPEAKER: Mela fil-Minuti se ndaħħlu din il-korrezzjoni:", "\"Fuq mistoqsija tal-Onor Joe Mizzi għar-rigward meta se tiġi diskussa l-mozzjoni tal-Onor Leo Brincat dwar il-ħtieġa ta' leġislazzjoni fuq il-bdil fil-klima, il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin informa lill-Kumitat li kellu jikkomunika mal-Oppożizzjoni u mal-kumitat aktar 'il quddiem.\"", "(Interruzzjonijiet)", "Qatt ma smajtha jien.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 3 li saret fis-17 ta' Ottubru, 2008 ġew konfermati.", "Xogħol tal-Kamra", "MR SPEAKER: L-Onor.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin): Sur President, għandna tliet liġijiet – għax l-oħra hija third-reading – għat-Tieni Qari: L-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi, jiġifieri l-liġi li qed timplimenta l-baġit; L-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali fejn se jiġu introdotti ċerti reati ġodda; u l-emendi għal-Liġi tal-Kera li qed nimmaġina li se jieħdu ċerta żmien.", "L-intenzjoni tal-Gvern hija li din il-ġimgħa nkomplu l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi.", "Nhar it-Tnejn hija festa però mbagħad it-Tlieta u l-Erbgħa naqbdu l-Liġi tal-Kera u nagħlqu t-Tnejn, 15 ta' Diċembru.", "Waħda mir-raġunijiet hi li l-Prim Ministru se jkun imsiefer il-ġimgħa d-dieħla, u anke jien, u allura nixtiequ nagħlqu fil-15 ta' Diċembru biex anke nieħdu seduta oħra peress li se nitilfu seduta fit-8 ta' Diċembru u tlifna oħra t-Tnejn li għadda għax kien se jiġi l-President Bulgaru u mbagħad tħassret.", "MR SPEAKER: Fil-15 ta' Diċembru se jkollna l-aħħar seduta qabel nieqfu għall-vaganzi tal-Milied.", "TONIO BORG: Iva, se nagħlqu fil-15 ta' Diċembru u fl-aħħar ta' din is-seduta l-Prim Ministru se jagħti r-riċeviment tas-soltu.", "Nappellaw lil kulħadd biex kemm jista' jkun jiġi għax ikun hemm anke xi impjegati mistiedna.", "Sur President, imbagħad se naġġornaw għat-Tnejn, 12 ta' Jannar u l-Private Members Motion tal-Onor.", "Leo Brincat, li semma l-Onor.", "Mizzi, nistgħu nibdew niddiskutuha fit-tieni nofs ta' Jannar.", "It-12 ta' Jannar huwa diġà f'nofs Jannar però aħna għandna s-safar dak iż-żmien u allura din il-mozzjoni nkunu nistgħu niddiskutuha fit-tieni nofs ta' Jannar.", "JOE MIZZI: Jien tkellimt mal-Ministru Dalli u għedtlu biex il-Liġi tal-Kera kemm jista' jkun iħalliha għaliex aħna bħala grupp parlamentari għad irridu niltaqgħu u niddiskutuha fid-dettall u nagħmlu l-proposti tagħna.", "Huwa qalli li min-naħa tiegħu m'għandux problema basta jibdieha din is-sena.", "Qalli wkoll li kellu jikkonsulta miegħek.", "TONIO BORG: Iva, u fil-fatt il-Liġi tal-Kera pposponejnieha għax l-ewwel konna se nibdew niddiskutuha din il-ġimgħa.", "Effettivament din ġiet ippubblikata t-Tlieta ta' qabel u allura sa meta se nibdew niddiskutuha se jkunu għaddew ġimagħtejn.", "JOE MIZZI: Jien mhux qed nikkontesta s-sitt ijiem imma qed ngħid x'kienet ir-raġuni.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-programm kif fissru l-Viċi Prim Ministru huwa ċar; fadlilna tliet seduti u s'issa l-proposta hi li l-ġimgħa d-dieħla jkollna żewġ seduti dedikati għall-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi u mbagħad nibdew niddiskutu l-Liġi tal-Kera.", "Min-naħa l-oħra, jekk qed nifhem tajjeb, l-Onor.", "Joe Mizzi qed jgħid li minflok il-mozzjoni tal-Onor.", "Brincat tiġi diskussa f'nofs Jannar...", "JOE MIZZI: Le, dwar il-Liġi tal-Kera kont qed nitkellem.", "Aħna ħsibna li l-Parlament se jagħlaq fl-10 ta' Diċembru u fil-fatt jien lill-Ministru Dalli kont tlabtu jħalli din il-liġi għall-aħħar għax l-Oppożizzjoni għadha qed tagħmel il-laqgħat u għadha qed tipprepara sabiex tkun tista' tagħti l-feedback kollu tagħha.", "Il-Ministru Dalli ma kien sab l-ebda oġġezzjoni basta nibdewha din is-sena.", "Issa jekk dan il-messaġġ wasalx għand il-Viċi Prim Ministru ma nafx imma li qed nitlob jien hu li nħalluha għall-aħħar.", "MR SPEAKER: Jiġifieri inti qed tipproponi li ma tibdiex tiġi diskussa fil-15 ta' Diċembru?", "JOE MIZZI: Le, jien qed ngħid li l-Liġi tal-Kera nibdew niddiskutuha fil-15 ta' Diċembru.", "MR SPEAKER: Mela ma fhimtx jien allura!", "TONIO BORG: Din il-ġimgħa nagħmlu l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi, nhar it-Tnejn festa u t-Tnejn ta' wara...", "(Interruzzjonijiet)", "JOE MIZZI: Ikollok diskussjoni fi tlett ijiem.", "MR SPEAKER: Imma l-intenzjoni hi li l-liġi tiġi eżawrita fi tliet seduti?", "JOE MIZZI: Il-kwestjoni mhijiex li tiġi eżawrita.", "Il-kwestjoni hi li aħna jkollna ċans niltaqgħu bħala grupp parlamentari u nidħlu sew fid-dettall ta' din il-liġi ħalli nkunu nistgħu nagħtu l-feedback tagħna.", "Jekk ma jkollniex ċans nagħmlu dan inutli li jkollna tlett ijiem diskussjoni għax il-kelma tagħna ma tkun tiswa xejn.", "Jien mhux qed nikkontesta s-sitt ijiem.", "Li qed ngħid huwa li din il-liġi hija ta' importanza kbira u dwar xi ħaġa serja, u għaldaqstant irridu nimxu b'kawtela.", "ANĠLU FARRUGIA: Aħna li qed nitolbu hu li jibdew huma.", "TONIO BORG: Għalissa ejja nħalluha hekk.", "Jien se nikkonsulta mal-Ministru Dalli anke biex nara x'safar għandu.", "Inkella pereżempju s-seduta li jmiss tkun għall-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi mbagħad l-Erbgħa u t-Tnejn ikunu għal-Liġi tal-Kera u b'hekk inkun qed nagħtikom ġurnata oħra.", "JOE MIZZI: Mela nistgħu niftiehmu fuq l-Erbgħa u t-Tnejn.", "L-Erbgħa ovvjament jibda l-Ministru…", "TONIO BORG: Jiġifieri qed tgħid li t-Tlieta nagħmlu l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi?", "JOE MIZZI: Iva, imbagħad l-Erbgħa nibdew il-Liġi tal-Kera u jibda l-Ministru u mbagħad ikompli l-Onor.", "Anġlu Farrugia u t-Tnejn toħduh kollu intom.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri għat-Tlieta, 9 ta' Diċembru, x'qed tipproponu?", "JOE MIZZI: Li nkomplu l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi.", "TONIO BORG: U għall-Erbgħa x'qed tipproponu?", "ANĠLU FARRUGIA: Li jibda l-Ministru Dalli dwar il-Liġi tal-Kera u mbagħad jekk ilesti nkompli jien.", "It-Tnejn imbagħad toħduh kollu intom ħalli aħna nkunu nistgħu nippreparaw aħjar u b'hekk ikollkom il-jumejn xorta.", "TONIO BORG: Kollox sew, l-unika ħaġa hi li rrid nara jekk fid-9 ta' Diċembru jistax il-Ministru Tonio Fenech.", "JOE MIZZI: Kien hemm każi fejn il-Ministru Fenech ma kienx preżenti.", "Naċċertak li din mhux se tagħlaq.", "TONIO BORG: Le, ma naħsibx li se tagħlaq.", "JOE MIZZI: Qed ngħidlek jien li mhux se tagħlaq, anzi nagħtik il-kelma tiegħi li mhux se tagħlaq għax għandi kelliema biżżejjed.", "DAVID AGIUS: Il-problema hija li intom qed titolbu vot fuqha.", "JOE MIZZI: Iva, imma mhux se tagħlaq issa.", "Qed ngħidlek minn issa li mhux se tagħlaq.", "DAVID AGIUS: Kollox sew, qed ngħid dan għax l-istadju ta' Kumitat f'din il-liġi qiegħed fil-Kamra wkoll.", "JOE MIZZI: Iva, però lanqas it-Tieni Qari mhu se nispiċċaw.", "Aħna għandna tliet seduti oħra fuqha biss biss.", "MR SPEAKER: M'għandux ikun hemm problema.", "TONIO BORG: Mela jekk naqblu fid-9 ta' Diċembru nkomplu d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi, fl-10 ta' Diċembru nibdew il-Liġi tal-Kera u fil-15 ta' Diċembru nkomplu niddiskutu l-Liġi tal-Kera u jitkellmu l-kelliema tagħna biss.", "(Interruzzjonijiet) L-Erbgħa jkollna l-introduzzjoni mill-Ministru Dalli u r-risposta mill-Onor.", "Jiġifieri dik is-seduta massimu suppost tieħu siegħa jew siegħa u nofs.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri żewġ kelliema biss?", "DAVID AGIUS: Se mai jkun hemm kelliem ieħor minn tagħna.", "TONIO BORG: Tajjeb, mela naħseb li nistgħu nagħmlu hekk.", "Jien se niċċekkja magħhom forsi jkun hemm xi diffikultà partikolari però ma naħsibx li huwa l-każ.", "DAVID AGIUS: Irridu niċċekkjaw jekk il-Ministru Fenech hux se jkun hawn Malta.", "Issa rigward il-mozzjoni, ladarba se naġġornaw għat-12 ta' Jannar din inkunu nistgħu nagħmluha fit-tielet ġimgħa ta' Jannar għax jien iċċekkjajt dwar is-safar minħabba l-pairing.", "(Interruzzjonijiet) Allura agħtuna l-pairing u nagħmluha meta tridu intom!", "Jien kelli żewġ mozzjonijiet fi żmien amministrazzjoni oħra li qatt ma ġew diskussi u intom, għax qed ngħidilkom li għax se nirriżumu fit-12 ta' Jannar allura niddiskutuha fit-tielet ġimgħa ta' Jannar, qed tistagħġbu!", "(Interruzzjonijiet)", "JOE MIZZI: X'inti tgħid?", "TONIO BORG: Jien qed ngħid li kelli żewġ mozzjonijiet li f'sentejn qatt ma ġew diskussi u issa għandna mozzjoni li ġiet preżentata f'Ottubru u għax kellna l-Baġit u għax il-Parlament se jirriżumi fit-12 ta' Jannar qed noffrilkom li niddiskutuha fit-tielet ġimgħa ta' Jannar u intom qed tistagħġbu!", "Jien ħsibtek se tgħidli grazzi!", "JOE MIZZI: Bir-rispett kollu, l-ewwel nett l-intendere hemm barra kien li din il-mozzjoni mhijiex importanti – Dan kien min-naħa tagħkom u mhux min-naħa tagħna. – u t-tieni nett, fil-leġiżlatura li għaddiet jien ukoll kont ressaqt żewġ mozzjonijiet u intom kontu waqqajtuhom.", "Jien qed ngħid li se ssir fit-tieni nofs ta' Jannar, possibbilment fit-tielet ġimgħa, minħabba l-pairing u allura għalfejn qed toġġezzjona l-Oppożizzjoni?", "Forsi tridha aktar tard?", "MR SPEAKER: Jekk tippermettili Onor. Borg nixtieq nagħmel mistoqsija.", "Qabel naraw jekk il-mozzjoni tal-Onor.", "Brincat għandhiex tibda tiġi diskussa fit-12 ta' Jannar meta nirriżumu, u jekk qed nifhem tajjeb int qed tgħid li nibdewha fit-tielet ġimgħa ta' Jannar filwaqt li l-Onor.", "Mizzi jippreferi li nagħmluha fil-ġimgħa meta niftħu, nistgħu naraw kemm se niddedikaw seduti għaliha?", "TONIO BORG: Din mhux se tiġi diskussa fit-12 ta' Jannar u lanqas se ngħid id-data.", "Rigward kemm se nieħdu seduti s-soltu nieħdu seduta waħda.", "MR SPEAKER: Jiġifieri qed nitkellmu fuq seduta.", "JOE MIZZI: Ejjew nitkellmu fuq data l-ewwel.", "MR SPEAKER: Jien nappella liż-żewġ naħat biex l-ewwel naraw jekk hux se naqbdu seduta u niddedikawha għal hekk.", "TONIO BORG: L-ewwel irrid nara s-safar li se jkolli f'Jannar però qed nagħti l-kelma tiegħi li fit-tieni nofs ta' Jannar se niddiskutuha żgur.", "Irridu nsibu ġurnata fejn kulħadd ikun preżenti ġaladarba għandna vot jew inkella naraw min se jkun imsiefer min-naħa tagħna u min se jkun imsiefer min-naħa tagħkom minħabba l-pairing.", "JOE MIZZI: Ladarba inti għedt li trid tikkonsulta mela ejjew nistennew ir-risposta tagħkom.", "TONIO BORG: Aħna kulma rridu hija konferma li m'hemmx problemi.", "Ma naħsibx li se jkun hemm problemi imma ma nistax ngħid.", "JOE MIZZI: Kif tagħtina l-konferma nkun nista' ngħidlek il-pożizzjoni tagħna fuq l-oħra però għalissa ejjew naqblu – għalkemm għad irrid niddiskutiha – li sa nofs Jannar din tkun lesta u b'hekk ma norbtokx b'ġurnata.", "TONIO BORG: Sur President, ma nistax nagħti din il-garanzija.", "Li nista' ngħid hu li żgur se ssir fit-tieni nofs ta' Jannar.", "(Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Wara li niftħu, fit-12 ta' Jannar u fit-13 ta' Jannar...", "TONIO BORG: Normalment ikun il-Ħamis.", "DAVID AGIUS: Jekk bla pairing ma nistgħux nagħmluha.", "TONIO BORG: Jekk ma jkunx hemm ftehim nistgħu nagħmluha l-Ħamis però jekk l-Erbgħa ma jkollniex nies imsiefra allura nagħmluha l-Erbgħa.", "DAVID AGIUS: Imma intom lesti li għall-Private Members Motion tal-Onor.", "Brincat tagħtu l-pairing għax kieku nistgħu niddeċiedu ġurnata?", "JOE MIZZI: Intom mhux se tivvotaw magħna?", "DAVID AGIUS: Imma jekk ma nivvotawx magħkom tagħtuna l-pairing?", "JOE MIZZI: Jekk se tivvotaw magħna m'għandkomx bżonn il-pairing!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru diġà rriserva d-dritt li jikkonsulta sabiex jagħti pożizzjoni definittiva dwar il-kwestjoni tal-Erbgħa u t-Tnejn fuq il-Liġi tal-Kera.", "Għaldaqstant issa naħseb li huwa opportun li inti tirriserva li x-xewqa tal-Oppożizzjoni hi li jekk jista' jkun il-Private Members Motion tiġi diskussa fil-ġimgħa li nerġgħu nidħlu lura wara l-vaganzi tal-Milied; tista' ssir l-Erbgħa jew il-Ħamis, whatever.", "Jiġifieri inti tirriserva din il-pożizzjoni sabiex tkun tista' tagħtih risposta.", "TONIO BORG: Però nixtieq inkun naf x'differenza tagħmel jekk tiġi diskussa fl-ewwel ġimgħa ta' meta nerġgħu niltaqgħu u jekk tiġi diskussa fit-tieni ġimgħa.", "Jien ħsibtek se tgħidli prosit anzi li ftehemna fuq hekk!", "JOE MIZZI: Ngħidlek proset jekk kellek tagħtini risposta xi tliet ġimgħat ilu!", "TONIO BORG: Jien tajtek risposta!", "(Interruzzjonijiet)", "JOE MIZZI: M'għedtlekx li toqgħod issiefer għall-gost!", "U jien lanqas mhu qed ngħid dawn l-affarijiet għall-gost!", "Qed ngħidhom għax għandi dritt ngħidhom u biex jimxi l-Parlament.", "Skont l-iStanding Orders, Ħamis iva u Ħamis le għandu jkun dedikat għall-private members business.", "Mela ladarba dan qiegħed fl-iStanding Orders – u qed nistenna risposta uffiċjali fuq din però m'hemmx għalfejn tagħtihieli malajr – ejjew nagħmluh fil-prattika.", "Jien dik il-proposta għamiltha fl-2004, flimkien ma' proposti oħrajn, u tifforma parti mill-pakkett il-ġdid.", "Madankollu l-Oppożizzjoni qatt ma weġbitni f'erba' snin, la qaltli iva u lanqas le.", "Qaluli li qabdu lil xi ħadd sabiex jeżaminahom imma f'erba' snin qatt ma smajna xejn.", "JOE MIZZI: Imma din qiegħda fl-iStanding Orders.", "TONIO BORG: Issa erġajna qbadna ma' din il-kwestjoni tal-improvement fis-Select Committee u fil-fatt kienet waħda mill-proposti li għamilna.", "Però din għamilnieha flimkien ma' proposti oħrajn, u allura ma tistax taqbadli fuqha biss għax hekk jaqbillek u l-proposti l-oħra li jaqblu lill-Gvern niddiskutuhom in eternum.", "Il-pożizzjoni tal-Gvern hija li jibqa' kollox kif inhu u mbagħad meta jkollna nbiddlu l-affarijiet kollha nbiddluhom.", "(Interruzzjonijiet) Din l-offerta għamiltha flimkien ma' oħrajn fl-2004!", "JOE MIZZI: Din qiegħda fl-iStanding Orders li tant tgħidu li tagħtuhom importanza!", "TONIO BORG: F'affarijiet oħrajn, meta jkun hemm ftehim u l-Gvern jistabbilixxi l-aġenda u jagħmilha Private Members Motion, dawn isiru l-Ħamis...", "JOE MIZZI: Jiġifieri l-iStanding Orders jinbidlu kemm jinbidlu dejjem skont ir-rieda tal-Gvern!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi għamel proposta u qallek li m'hemmx għalfejn tagħtih risposta immedjata u inti tajt il-kummenti tiegħek.", "Għaldaqstant, minkejja dak kollu li ntqal, nixtieq nirrakkmanda li fuq dan il-punt ngħidu li note is being taken u l-proposta li qed jagħmel l-Onor.", "Mizzi nagħmluha fi stadju li wieħed ikun jista' jitkellem fuqha.", "MR SPEAKER: Naħseb li eżawrejna t-tieni item tal-aġenda u għaldaqstant nipproponi li l-Ombudsplan ma nagħmluhx illum minħabba li immedjatament wara rridu nagħmlu kumitat ieħor; u allura item four inħalluh ukoll għall-kontinwazzjoni.", "AFFARIJIET OĦRA", "MR SPEAKER: Nixtieq ngħaddi malajr malajr il-kwestjoni tal-impustar tal-aġenda parlamentari lill-Membri Parlamentari kollha meta din qiegħda tintbagħat ukoll b'email.", "Nistqarr li meta nirċiviha d-dar lanqas biss niftaħ l-envelopp għax inkun diġà rajtha.", "Għalhekk jidhirli li qed naħlu ħafna karti, qed naħlu ħafna enerġija u qed nidħlu f'ċerti spejjeż meta kulħadd qed jirċievi l-aġenda parlamentari b'email.", "Allura jista' jkolli l-qbil tal-Kumitat biex ma nibqgħux nibagħtu l-aġenda parlamentari bil-posta?", "DAVID AGIUS: Jien naqbel ma' din il-proposta ħlief għal meta nkunu se nerġgħu niltaqgħu wara perjodu twil.", "MR SPEAKER: Jiġifieri inti qed tissuġġerixxi li l-aġenda tat-12 ta' Jannar nibagħtuha bil-posta?", "DAVID AGIUS: Tat-12 ta' Jannar iva u mbagħad tat-13 ta' Jannar u tal-14 ta' Jannar m'għandniex għalfejn.", "JOE MIZZI: Jien nissuġġerixxi li tibagħtu ittra lill-Membri Parlamentari kollha biex tgħidulhom li sakemm wieħed ma jinformakomx li jrid kopja tal-aġenda parlamentari bil-posta, intom se toħduha for granted li jrid jibda jirċiviha biss b'email.", "M'iniex se nsemmi ismijiet imma rrid ngħid li hemm tnejn min-nies li m'għandhomx email.", "MR SPEAKER: Mela nadottaw il-proposta li qed jagħmel l-Onor.", "Joe Mizzi, jiġifieri li niktbu lill-Membri Parlamentari kollha li min jinformaniex se jibda jirċievi l-aġenda parlamentari b'email u min jirrispondina nibagħtuhielu bil-posta, u nadottaw ukoll il-proposta tal-Onor.", "David Agius, jiġifieri li l-aġenda parlamentari tintbagħat bil-posta wkoll kull darba li jirriżumi l-Parlament wara l-vaganzi tas-sajf, tal-Għid u tal-Milied.", "DAVID AGIUS: Jew inkella b'talba mill-Parliamentary Whips meta tinqala' xi ħaġa partikolari u jkun importanti li l-aġenda parlamentari tintbagħat bil-posta wkoll.", "MR SPEAKER: Tajjeb, mela nagħmluha wkoll fuq talba tal-Parliamentary Whips għall-gruppi parlamentari rispettivi.", "MR SPEAKER: Onor. Tonio Borg, l-aġenda tas-safar tiegħek tkun tafha?", "Qed nistaqsik biex inkunu nistgħu niffissaw data biex fiha jiltaqa' l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ħalli nagħmlu l-Ombudsplan.", "Jew nikkomunikaw mal-uffiċċju tiegħek?", "MR SPEAKER: Kollox sew mela nikkomunikaw magħhom u mbagħad insibu data.", "Però kemm jista' jkun dan nipprovaw nagħmluh meta jirriżumi l-Parlament fit-12 ta' Jannar jew ftit qabel.", "David Agius kellu l-problemi minħabba l-kwestjoni ta' jekk ikunx hemm vot jew le u għaldaqstant nitlob li fil-bidu ta' Jannar jinformawna x'liġijiet se jkollhom is-sena d-dieħla biex aħna nkunu nistgħu nagħtu risposta mill-ewwel għax jien kif nista' ngħidlu jekk hux se jkun hemm vot jew le jekk inkun għadni lanqas naf x'hemm xogħol!", "Dan qed ngħidu mill-esperjenza u għax ma rridux infixklu.", "(Interruzzjonijiet) Jekk lili tgħidli f'Jannar x'se jkun hemm liġijiet, jien imbagħad nkun nista' ngħid għal liema se jkollna vot u għal liema mhux se jkollna vot.", "Imma jien f'xi ħin irrid inkun naf.", "ANĠLU FARRUGIA: Pereżempju fuq il-Liġi tal-Kera l-pożizzjoni tagħna se tkun aktar konkreta wara l-vaganzi tal-Milied għax inkunu lħaqna ltqajna sew.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali ddeċidejtu jekk hemmx vot jew le?", "JOE MIZZI: Le, imbagħad nilħaq ngħidlek.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra eżawrixxa l-aġenda tiegħu kif miftiehem.", "Issa qed naġġornaw għal data li tiġi komunikata aktar tard.", "Fis-7.30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081203_004d_hbc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 3 ta' Diċembru 2008", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.01 pm.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor David Agius, l-Onor Anġlu Farrugia u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-Minuti tal-laqgħa Numru 3 li saret fis-17 ta' Ottubru, 2008 kienu konfermati wara li l-kumitat qabel li fil-Minuti ta' dik il-laqgħa, taħt il-paragrafu \"Xogħol tal-Kamra\" kellu jidħol dan li ġej:", "\"Fuq mistoqsija tal-Onor Joe Mizzi għar-rigward meta se tiġi diskussa l-mozzjoni tal-Onor Leo Brincat dwar il-ħtieġa ta' leġislazzjoni fuq il-bdil fil-klima, il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin informa lill-Kumitat li kellu jikkomunika mal-Oppożizzjoni u mal-kumitat aktar 'il quddiem.\"", "Xogħol tal-Kamra", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li mit-Tlieta, 9 ta' Diċembru, 2008 il-Parlament jibda jiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Abbozz Nru. 17 - però wara diskussjoni, il-Kumitat qabel li d-dibattitu fuq l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Abbozz Nru. 12 – ikompli wkoll it-Tlieta, 9 ta' Diċembru u d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili tibda l-Erbgħa, 10 ta' Diċembru.", "Dakinhar, il-Ministru tal-Politika Soċjali jressaq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi u jirrispondi l-Onor Anġlu Farrugia għan-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Id-diskussjoni fuq l-abbozz tkompli t-Tnejn, 15 ta' Diċembru bis-seduta tittieħed kollha minn membri min-naħa tal-Gvern.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin informa lill-kumitat li l-Parlament kien se jaġġorna għall-vaganzi tal-Milied, it-Tnejn, 15 ta' Diċembru 2008 u jirriżumi t-Tnejn, 12 ta' Jannar 2009.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin informa lill-Kumitat li l-mozzjoni tal-Onor Leo Brincat dwar il-ħtieġa ta' leġislazzjoni dwar il-bdil fil-klima kellha tiġi diskussa fit-tieni nofs ta' Jannar 2009 u li kellha tittieħed seduta waħda.", "L-Onor Joe Mizzi ssuġġerixxa li darba fix-xahar il-Parlament jiddiskuti xogħol tal-Oppożizzjoni.", "Affarijiet oħra", "Mr Speaker tkellem dwar l-impustar tal-aġenda parlamentari, punt li diġà tqajjem f'laqgħa preċedenti.", "Il-Kumitat qabel li tintbagħat ittra lill-Membri Parlamentari fejn tinfurmahom li jekk ma jkunx hemm talba speċifika, l-aġenda ma kenitx se tibqa' tintbagħat bil-posta ħlief għal meta l-Parlament jerġa' jiltaqa' wara li jkun aġġornat għal numru ta' ġranet jew wara l-vaganzi tas-sajf, il-Milied u l-Għid, jew fuq talba mill-Parliamentary Whips.", "Mr Speaker reġa' fakkar lill-Kumitat li kien għad irid jiġi diskuss l-Ombudsplan għas-sena 2009 li kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fid-29 ta' Settembru 2008 u wera x-xewqa li dan jiġi diskuss malli jiftaħ il-Parlament wara l-vaganzi tal-Milied.", "Fis-7.30 pm il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata iktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081203_004m.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 3 ta' Diċembru 2008.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.20 p.m.", "L-Onor Michael Frendo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "SKUŻAT: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin kien fuq xogħol parlamentari ieħor.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 7 li saret fit-13 ta' Novembru 2008 kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumitat ippreżenta ħdax-il riżoluzzjoniji tal-Parlament Ewropew li l-istess Parlament iddeċieda li jibgħat lill-Parlamenti ta' l-Istati Membri:", "Dokument 186 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar ir-rapport annwali li jikkonċerna l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fis-sena 2007 (2008/2158(INI)) P6_TA-PROV(2008)0524;", "Dokument 187 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar ir-riżultat tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li saret fi Brussell fil-15 u fis-16 ta' Ottubru 2008 P6_TA-PROV(2008)0506;", "Dokument 188 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija (10599/2/2008 – C6-0327/2008 – 2002/0072(COD)) P6_TA-PROV(2008)0507;", "Dokument 189 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar l-impatt tal-miżuri ta' sigurtà tal-avjazzjoni u body scanners fuq id-drittijiet tal-bniedem, il-privatezza, id-dinjità umana u l-protezzjoni tad-dejta P6_TA-PROV(2008)0521;", "Dokument 190 Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data mir-rekords tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-Unjoni Ewropea minn trasportaturi bl-ajru lis-servizz doganali Awstraljan (2008/2187(INI)) P6_TA-PROV(2008)0512;", "Dokument 191 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar sfidi għall-ftehim kollettiv fl-UE (2008/2085(INI)) P6_TA-PROV(2008)0513;", "Dokument 192 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo: il-ġlied fiż-żoni tal-fruntiera tal-lvant tar- RDK P6_TA-PROV(2008)0526;", "Dokument 193 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta\" Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u l-Bożnja Ħerzegovina, fuq in-naħa l-oħra (8225/2008 (COM(2008)0182 – C6-0255/2008 – 2008/0073(AVC)) P6_TA-PROV(2008)0518;", "Dokument 194 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar il-Burma P6_TA-PROV(2008)0527;", "Dokument 195 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Memorandum ta\" Kooperazzjoni bejn l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili u l-Komunità Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mal-verifiki/l-ispezzjonijiet tas-sigurtà u l-kwistjonijiet relatati (COM(2008)0335 – C6-0320/2008 – 2008/0111(CNS)) P6_TA-PROV(2008)0479;", "Dokument 196 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-monitoraġġ ta\" l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja – l-24 rapport annwali mill-Kummissjoni (2008/2046(INI)) P6_TA-PROV(2008)0494;", "Dokument 197 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea fuq in-naħa l-waħda u l-Gvern ta\" New Zealand fuq in-naħa l-oħra (COM(2008)0170 – C6-0292/2008 – 2008/0066(CNS)) P6_TA-PROV(2008)0478; u", "Dokument 198 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar \"Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 2006\" skond l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità (2008/2045(INI)) P6_TA-PROV(2008)0493.", "LAQGĦA MAL-E.T. GIDEON MEIR, AMBAXXATUR TA' ISRAEL GĦAL MALTA", "L-E.T. Gideon Meir, ambaxxatur ta' Israel għal Malta, kien akkumpanjat mis-Sur Rami Hatan, counsellor fl-istess ambaxxata.", "Fost ħwejjeġ oħra, ġew diskussi l-proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani, il-politika interna fl-Israel, in-nuqqas ta' preżenza Israeljana f'fora internazzjonali u l-bżonn ta' titjib fir-relazzjonijiet bejn Malta u Israel u bejn l-Unjoni Ewropea u Israel u li dawn m'għandhomx jintrabtu mal-proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani.", "Fit-8.32 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081203_008m_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 9", "L-Erbgħa, 3 ta' Diċembru, 2008", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 9", "L-Erbgħa, 3 ta' Diċembru, 2008", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.30 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 8 li saret nhar l-Erbgħa fis-26 ta' Novembru, 2008 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Ngħaddi immedjatament għall-korrispondenza.", "Irċevejna korrispondenza datata l-1 ta' Diċembru 2008 u mibgħuta miċ-Chairperson ta' ProġettImpenn, Dr Rita Borg Xuereb u tgħid hekk:", "\"Bħala ProġettImpenn, it-Task Force magħmula mill-Kummissjoni Djoċesana Familja, mill-Moviment ta' Kana u minn Caritas, qed nippjanaw Konferenza Nazzjonali għas-7 ta' Frar 2009 bl-isem ta' \"Żwieġ: Quo Vadis?\"", "Għal din il-konferenza se jkollna bħala mistiedna speċjali lil Harry Benson li huwa l-head tal-Bristol Community Family Trust.", "Dan se jitkellem fuq aspetti prattiċi ta' kif tgħin lill-familja.", "Kelliem prinċipali ieħor se jkun ir-Rev.", "Dr. Paul Galea li se jitkellem fuq l-aspett taż-żwieġ u l-familja mil-lenti Maltija.", "Aħna nixtiequ naħdmu flimkien mas-Social Affairs Committee fl-ippjanar u t-twettiq ta' din il-konferenza speċjalment meta fil-parlament qed isiru diskussjonijiet kull ġimgħa fuq temi li għandhom x'jaqsmu maż-żwieġ u l-familja.", "ProġettImpenn jittama li intom tilqgħu din l-istedina tagħna sabiex naħdmu flimkien għat-tisħiħ taż-żwieġ u l-familja\".", "Jien personalment ma nsib l-ebda oġġezzjoni, però ladarba hija konferenza fuq dimensjoni nazzjonali - u hawnhekk naqgħu taħt il-parlament - nieħu l-parir ukoll ta' l-iSpeaker anke minħabba ċerti spejjeż li jistgħu jkunu involuti.", "Hawn xi oġġezzjoni li nipparteċipaw.", "MICHAEL FARRUGIA: F'din l-ittra hemm dan il-wording: \"Aħna nixtiequ naħdmu flimkien mas-Social Affairs Committee fl-ippjanar u t-twettiq\".", "It is too wide, jiġifieri mhux qed tiġi organizzata u aħna mistednin biex nattendu, imma qisna aħna stess qegħdin nipparteċipaw fil-formazzjoni tagħha.", "Apparti li nirriferu lill-iSpeaker, jien naħseb li rridu noqogħdu attenti għax jekk se jkollna talbiet oħrajn minn korpi oħrajn li jemmnu differenti se jkollna mbagħad nipparteċipaw magħhom.", "Ħa nitkellem b'mod ċar, jekk ikollok konferenza minn grupp li huwa favur id-divorzju u jitlobna nieħdu parti fl-ippjanar u t-twettiq, naħseb li mbagħad ma nistgħux ngħidulhom le.", "Jista' jiġi Tom, Dick and Harry jitlobna biex nipparteċipaw.", "Itlob parir lill-iSpeaker għax jekk jinħoloq preċedent imbagħad il-preċedent ma jibqax biss fuq dan is-settur.", "Noqogħdu attenti.", "THE CHAIRMAN: Naqbel fuq kollox.", "Imma nistaqsi kemm taħsbu li se tkun l-attendenza?", "Dr Vella tista' tgħidilna ftit iktar dwar din il-konferenza ladarba ġibtha inti l-ittra?", "DR ANNA MARIA VELLA: Aħna meta kellna konferenza simili tagħha u kienet ġiet Samantha Callan, kien hemm mat-300 jew 400 nies.", "Nisperaw li jkollna l-istess ammont ta' nies din id-darba.", "THE CHAIRMAN: Biex inkun naf fuq liema aspett qegħdin nitkellmu.", "Tirċievu risposta mingħandna.", "DR ANNA MARIA VELLA: Nirringrazzjak.", "MICHAEL FARRUGIA: Min-naħa tiegħi ngħid li jekk il-parlament għandu x'jonfoq ħallih jonfoq, imma jekk se noħolqu preċedent irridu nifhmu li kull darba li se jkollna talba simili se jkollna ngħidu iva.", "Nirringrazzjakom.", "Diskussjoni dwar", "Dan ir-rapport kien mibgħut lill-Kumitat minn Dr Philip Carabot.", "Kontinwazzjoni.", "Il-Kumitat irriżuma d-diskussjoni fuq dan is-suġġett mill-Erbgħa 26 ta' Novembru 2008.", "THE CHAIRMAN: Nistgħu nkomplu d-diskussjoni li bdejna bħal-lum ġimgħa fejn iddiskutejna rapport ippreżentat minn Dr. Philip Carabot.", "F'dik is-seduta kien hemm preżentazzjoni minn tliet esperti minn oqsma differenti u saru mistoqsijiet mill-membri sħabi.", "Illum qegħdin hawnhekk biex twieġbu dawk il-mistoqsijiet.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Chairman, billi l-aħħar darba kellna tliet mistednin u issa hawn is-Sur Paul Vincenti, anke għar-records, fuq liema bażi ġie mistieden?", "Anke biex tkun taf is-segretarja.", "THE CHAIRMAN: Is-Sur Vincenti avviċinani u talabni li jkun preżenti bħala udjenza.", "Ladarba qegħdin f'din il-Kamra tal-Kumitat fejn m'hawnx post għall-udjenza, jekk is-Sur Vincenti jkun jixtieq jitkellem kemm jagħmlilna sinjal u bil-permess tal-kumitat nagħtuh id-dritt għall-kelma.", "Nirringrazzjakom.", "Jekk jogħġbu jibda Dr Philip Carabot.", "DR PHILIP CARABOT (HEAD TAL-GU CLINIC): Jien ipprovajt nagħmel ftit notes biex nirrispondi d-domandi li qajjimtu intom stess.", "L-ewwel ħaġa nixtieq niċċara forsi darba għal dejjem din il-kwestjoni tal-condoms għax qegħdin induru induru, dejjem induru mal-istess ċirku u fil-fehma tiegħi qed naħlu ħafna żmien reinventing the wheel.", "Ħalli niċċara darba għal dejjem li la jien u ħadd minn sħabi qatt m'għedna li l-condoms huma s-soluzzjoni tal-problema.", "L-esperti tad-dinja kollha jaqblu li l-condom m'hu bl-ebda mod hundred per cent effettiv u kemm hu effettiv jiddependi fuq liema marda għax hemm mard differenti u protezzjoni differenti.", "Jiġifieri again, se niċċaraha, ħadd m'hu qed jgħid li l-condom huwa s-soluzzjoni għall-problema, imma huwa parti mis-soluzzjoni.", "Parti importanti imma mhuwiex is-soluzzjoni kompleta, kollox għandu postu.", "Nistgħu noqogħdu ngħidu li t-tazza nofsha vojta jew nofsha mimlija, tant per cent, eċċ., u qed naħlu ħafna żmien fil-fehma tiegħi.", "Fil-każ ta' l-astinenza ħadd m'hu qed jgħid li m'għandniex nikkonsidrawha.", "Anzi l-kuntrarju, l-astinenza għandha rwol importantissimu fil-lok tagħha.", "Daqskemm il-condoms mhumiex il-qofol ta' kollox lanqas l-astinenza waħedha.", "Imma again jiddependi ħafna liema target group qegħdin nindirizzaw u f'liema fażi ta' ħajjithom qegħdin.", "Per eżempju, l-astinenza hija importantissima fejn dawk li bdew is-sess ta' età żgħira.", "Għax l-idea hija li kemm jista' jkun we delay the sexual act.", "Dik hija l-iktar ħaġa fundamentali.", "Jiġifieri importantissimu mil-lat tal-mediċina.", "Anyway, kollox għandu postu.", "Xi ħadd staqsa fuq x'burden ta' mard għandhom hawn Malta l-pazjenti li mhumiex Maltin.", "Jien nista' nitkellem biss fuq dawk il-pazjenti li nara fil-GU clinic.", "Għamilt daqsxejn kalkolu ta' x'rajt din is-sena u sibt li kien hemm total ta' 230 mhux Maltin li ġew fil-clinic, li jirrappreżentaw 13.7% tal-pazjenti ġodda.", "Minn dawn kien hemm 43 li huma immigranti illegali, li jiġu 18.6%, għax hemm differenza kbira bejn il-foreigners li ġejjin mill-Afrika u foreigners li ġejjin mill-Eastern Europe.", "Issa l-mard li rajt jiena.", "Għax ħafna għandhom il-perċezzjoni li l-immigranti illegali ġabu ħafna mard magħhom.", "Fil-fatt minn table li għandi hawn dwar infezzjonijiet trasmessi sesswalment komuni, l-immigranti huma ftit ħafna.", "Imma għandhom ċertu mard ieħor li veru huwa problema, bħall-hepatitis B li bħala persentaġġ jippreżentaw 62.5% li rajt jien.", "L-HIV hija differenti.", "Dawn huma l-figuri totali ta' Malta, jiġifieri mhux li rajt jien biss.", "Jekk naraw sa Settembru li għadda insibu li kien hemm 28 każi ta' HIV f'Malta li minnhom kien hemm 7 Maltin u 13 kienu immigranti.", "Jiġifieri minn daqshekk huma potenzjalment problema, xejn xejn mil-lat finanzjarju.", "(Interruzzjonijiet)", "MICHAEL FARRUGIA: Inti għedt li mit-28 każ ta' HIV, 7 kienu Maltin u 13 illegal immigrants, u t-tmienja l-oħra x'inhuma?", "DR PHILIP CARABOT: Huma wkoll foreigners, per eżempju, mil-Libja, South Africa, eċċ.", "Il-vera problema ta' l-immigranti s'issa hija - u din hija ħaġa prattika ħafna - li hemm language barrier kważi assolut għax m'għandniex interpreti.", "L-ewwelnett qed ibatu huma għax ma jistgħux jesprimu ruħhom u aħna ma nifhmuhomx.", "Jiġifieri hemm din il-problema ta' lingwa biex niskopru x'għandhom u x'ma għandhomx.", "Hemm ukoll il-problema kulturali.", "Per eżempju, in-nisa ma jkunux iridu lili raġel bħala tabib imma jkunu jridu mara, li m'hemmx.", "Ma jistgħux jifhmu li jridu jsiru xi investigazzjonijiet u li jistennew għar-riżultati.", "Ikunu jridu trattament immedjat, bħal injections, mhux pilloli.", "Hemm ħafna minn dawn l-affarijiet prattiċi li, fil-fehma tiegħi, għandna bżonn nindirizzaw.", "Xi ħadd staqsa wkoll jekk nżommx rekord mil-liema reġjun ta' Malta jiġu l-pazjenti li nara jien.", "Le, ma nżommx u din kienet deċiżjoni li ħadtha fil-bidu meta bdiet il-clinic.", "Forsi kelli żball, imma jien bżajt li forsi din l-informazzjoni tiġi wżata mhux mil-lat ta' mediċina.", "Fil-fatt għalija in a way hija irrilevanti.", "Jien ħarist lejha b'mod ieħor.", "Mhux minn fejn jiġu l-pazjenti, imma fejn jiltaqgħu biex ikollhom is-sess.", "Allura kont inżomm rekord ta' fejn jiltaqgħu biex ikollhom is-sess.", "Imma fl-aħħar waqaft għax 99.9% kulħadd Paceville kien jiltaqha.", "Jiġu minn fejn jiġu hemm il-hot place fejn jiltaqgħu.", "Għalhekk m'hemmx informazzjoni by region.", "Kien hemm xi ħadd staqsa għaliex ma nużawx iżjed il-media u l-internet.", "Għax m'hemmx flus.", "Kieku kellna iżjed fondi konna nużawhom.", "Huwa għali immens biex tagħmel riklam ta' ftit sekondi fuq it-television.", "Kien hemm żmien fejn il-PBS kienu jagħtuna spots b'xejn.", "Konna nagħmlu l-video aħna imma l-ispot kien b'xejn.", "Dak spiċċa mindu ma nafx x'sar minnu l-PBS, whatever.", "Flus m'hemmx biex isiru dawn l-affarijiet.", "Ten years ago kont naħdem mal-health promotion u konna nagħmlu ħafna videos fi prime time.", "Kieku nixtieq nagħmilhom, imma flus m'hemmx.", "(Interruzzjonijiet) Assolutament, imma din hija parti mill-overall picture.", "Bla flus ma nagħmlu xejn.", "Xi ħadd ieħor staqsa x'hemm li qed jimpedixxi s-sexual health policy milli timxi 'l quddiem.", "MICHAEL FARRUGIA: Min-naħa tagħna mhux problema xejn għax bħala One television, nirranġawlek biex ikollok spots b'xejn.", "MICHAEL GONZI: Bir-rispett kollu.", "Wieħed mill-argumenti tiegħi kien li l-ispots as a spot mhux qed ikunu effettivi, jiġifieri spots ta' ftit sekondi jew ftit minuti mhux qed jolqtu ċertu settur tal-popolazzjoni.", "Jista' jidħol on health issues u parti minnu jkun fuq sexual issues, imma jrid ikun programm apposta fuq dawn l-affarijiet u li jkun interactive fl-opinjoni tiegħi.", "MICHAEL FARRUGIA: Naqbel miegħek mija fil-mija.", "Jien nissuġġerixxi li mhux sempliċement ikun hemm spots ta' riklam għax ħafna drabi ma jkunux daqshekk effettivi.", "Irid ikun hemm mistednin fuq prime time programmes fejn wieħed ikun jista' jispjega.", "Mhux spot li tidher b'mod regolari.", "Imma fejn wieħed ikun qed jispjega fuq programmi ripetuti, wieħed kull ġimgħa fejn wieħed ikompli jelabora u jidħol fid-dettall.", "(Interruzzjonijiet) Il-ħin il-problema.", "THE CHAIRMAN: Ippermettuli jekk jogħġobkom.", "Nixtieq nistaqsi mistoqsija lil Dr Carabot.", "Jien m'iniex se niddejjaq li intom tistaqsu u tipproponu.", "Filwaqt li ħafna minnkom tekniċi u tagħtu suġġerimenti tajbin, jien se nkun attent li dak li intom tipproponu, nipprova narah jitwettaq.", "Dr Carabot, ikkonkludi għax naf li sħabi t-tobba huma anzjużi li jistaqsu iktar.", "Kif tispiċċa l-presentation tiegħek nerġgħu nagħmlu round ta' mistoqsijiet jew kummenti anke mingħand l-esperti stess biex ikollna kjarifika iktar tal-messaġġ tiegħek.", "Huwa importanti li mill-mistoqsijiet joħorġu wkoll suġġerimenti bħalma diġà qegħdin tagħmlu.", "Allura jien nieħu nota wkoll tas-suġġerimenti li qegħdin toffru u mbagħad inkun irrid naħdem fuqhom.", "Jiġifieri Dr Carabot, jekk jogħġbok ikkonkludi ħalli l-membri jagħmlu round ta' mistoqsijiet lilek.", "DR PHILIP CARABOT: Kien hemm xi ħadd li staqsa x'qed jiġri fl-iskejjel rigward edukazzjoni.", "Again min-naħa tiegħi l-kurrikulu huwa ċar, imma l-problema hija li hemm differenza kbira bejn x'hemm miktub fil-kurrikulu u x'qed jiġi delivered fl-iskejjel.", "Primarily din hija problema ta' personnel u ta' ħin.", "Jiġifieri again parti mis-Sexual Health Policy għandha tkun li nirrivedu eżattament x'qed ngħallmu, jekk hemmx il-personnel biżżejjed u jekk hemmx ħin biżżejjed.", "Fil-fatt PSD teacher qaltli li jekk tara eżattament kemm jieħdu sex education bħala ħin overall matul il-ħajja tagħhom fl-iskola, kulma għandhom huma 30 minutes.", "Jiġifieri b'30 minutes ma nagħmlu xejn.", "Xi ħadd staqsa fuq ir-rwol tal-general practitioners li huwa importanti ħafna.", "Ongoing education hemm kontinwament, il-problema hija li ma tistax tisforzahom dawn in-nies.", "Ta' spiss ikun hemm updates u konferenzi, imma jien dejjem nara l-istess nies li jkunu diġà committed.", "Fil-fatt issa s-sexual health daħlet bħala parti integrali mit-training tal-GPs biex jieħdu d-diploma, eċċ. Jiġifieri l-affarijiet se jitjiebu, imma again nieħu l-punt li għandna bżonn specific guidelines mhux għall-general practitioners biss, imma għal kulħadd.", "Min jidħol biex jittratta lil xi ħadd with a potential sexual health problem ikollu strict guidelines ibbażati …", "MICHAEL GONZI: Oħorġuhom.", "DR PHILIP CARABOT: Mhux daqshekk faċli.", "Nixtieq noħroġhom, imma tinsiex li barra l-general practitioners … (Interruzzjonijiet)", "MICHAEL GONZI: Hemm ħafna affarijiet fil-mediċina fejn bħala GPs qed nistennew guidelines.", "Qed nużaw guidelines Ingliżi, imma policies hawn Malta mingħandkom m'għandniex.", "Ma nafx jekk intom taqblux miegħi.", "DR PHILIP CARABOT: Naqbel miegħek hundred per cent.", "Il-problema hija li hawn Malta kulħadd għandu l-imperu żgħir tiegħu, kulħadd iżomm għalih.", "U allura daqsxejn diffiċli.", "Barra l-GPs hemm ukoll il-grupp enormi tal-gynaecologists.", "Mur għid lil xi gynecologist kif għandu jmexxi, tinqala' mhux gwerra imma earthquake!", "Mhux daqshekk faċli.", "Li kieku toħroġ mill-ministeru u jiftiehmu nies bħal Prof. Brincat, id-Director tal-gynae, hekk iva, imma mhux se joħroġhom Philip Carabot!", "Jgħidulu biex imur jieħu kafè, u jkollhom raġun.", "Suppost hekk għandu jsir, imma ...", "DR PHILIP CARABOT: Għandha tkun ukoll parti mill-action plan …", "MICHAEL FARRUGIA: If somebody had to set the ball rolling min-naħa tagħna se nagħtuh is-support.", "Jekk jibdihiex il-GU clinic jew jibdihiex il-gynae se jsib lil dan il-kumitat assolutament warajh u nimbuttawh ħalli darba għal dejjem ikun hawn ċerti guidelines, ċertu protokoll biex l-affarijiet jimxu.", "Ħafna drabi nkun qed noqmos biex nara l-affarjiet jiżviluppaw.", "Niddejjaq meta nisma' direzzjonijiet, imma xejn uffiċjali li ngħid li dawn huma the official guidelines.", "Nista' naqbel jew ma naqbilx magħhom, dik affari tiegħi.", "Jekk nagħti direzzjoni differenti lil min jiġi għandi, dik hija affari tiegħi, imma l-official guidelines huma dawn.", "THE CHAIRMAN: Is it doable li jkollna dawn?", "DR PHILIP CARABOT: Jekk ikun hemm ir-rieda, bħal kollox, iva.", "THE CHAIRMAN: Mhux il-will politiku.", "THE CHAIRMAN: Għax il-politiku jista' jkollu l-will, u anke l-Health Promotion Unit.", "Imma taqblu li l-GPs, il-GU clinic, u l-Head tal-Gynae eċċ. jpoġġu ras ma' ras jew inkella qed tgħidli: \"We don't see eye to eye, impossibbli li naħdmu\"?", "DR PHILIP CARABOT: Le, le, it is very doable jekk ikun hemm goodwill, mhux neċessarjament political will.", "Irid ikun hemm goodwill min-naħat kollha imma d-direzzjoni ma tistax tiġi mill-GU clinic, trid tiġi minn fuq.", "MICHAEL FARRUGIA: Dr. Carabot, hemm diversi setturi Ii għandhom x'jaqsmu.", "Jekk per eżempju tieħu infectious diseases, tista' tieħu l-GU clinic, il-gynae, għandek ħafna grey areas b'dawn l-oqsma kollha.", "Min se jieħu l-inizjattiva?", "Jekk hemm bżonn jeħodha dan il-kumitat, jien lest nitlob liċ-chairman: Ejja ħalli we set the ball rolling.", "Waħda mill-affarijiet li tinkwetani f'dawn it-tip ta' grey areas hija li hemm setturi oħrajn li mhux bilfors ikun mard li jittieħed sesswalment imma jista' jkun mard li jittieħed permezz tad-demm, permezz tat-titqib.", "Per eżempju, fil-ħabs hemm rata ta' hepatitis C għolja - u nafu għaliex – imma dawn mhux bilfors qed jiġu fil-GU clinic, imma jekk dawn għandhom il-hepatitis C it still can be sexually transmitted.", "Għalhekk qed ngħid li xi ħadd irid jieħu l-inizjattiva, jekk mhux se jeħodha l-ministeru let's go ahead, neħduha aħna.", "MICHAEL GONZI: Meta jien kont qed nitkellem fuq guidelines ma kontx qed niddubita fuq il-kura, kont iktar inkwetat fuq statistika.", "Issa biex inkun għedt il-verità, GPs bħali, bħal l-Onor Michael Farrugia u bħall-Onor Stephen Spiteri, ovvjament m'għandniex aċċess għal ċerta investigazzjoni li f'ċerti sexually transmitted diseases iridu jkunu naqra iktar dettaljati.", "Il-punt li rrid nagħmel huwa li l-GU clinic għandu jieħu l-leadership ta' statistika.", "Jiġifieri Ii inti tiġbor l-istatistika minn kull wieħed minna, GPs u gynaecologists.", "Għaliex le?", "DR CHARMAINE GAUCI: Jekk naqbdu fuq l-aħħar waħda, skont il-public health Act kull tabib u laboratorju għandu l-obbligu bil-liġi li jekk jiltaqa' ma' suspett jew konferma ta' każ notifiable, he is obliged to notify lis-supretendent tas-saħħa pubblika li huwa d-DG public health regulation, b'kull rispett lejn Dr Philip Carabot.", "Dr Carabot is one of our partners għax il-GU clinic huwa wieħed li jinnotifikana.", "Infatti jekk tara l-istatistika li jkollna aħna, l-maġġoranza huma mill-GU clinic.", "Aħna nagħmlu ħafna sforz biex nirċievu din in-notifika anke mingħand il-GPs.", "U dak li qed jiġri.", "Fil-fatt dalgħodu jien u Dr Carabot konna qed niddiskutu għaliex ċerti statistics ma taqbilx.", "Hija ovvja li mhux se jaqblu għax bħalma nafu, s-sources of data huma differenti, allura mhux se jaqblu.", "(Interruzzjonijiet) Jekk tara kemm ikolli mingħand GPs ...", "MICHAEL GONZI: Għax m'aħniex ippressati biex nagħmluha.", "DR CHARMAINE GAUCI: Mhux ippressati, veru li hemm il-legal obligation, imma nafu li bil-legal obligation biex tagħmel ħaġa ma tridx li jkollok … Din mhix kwestjoni ta' seat belt jew xi ħaġa hekk, aħna qed nitkellmu b'mod professjonali hawnhekk.", "Jien ilni naħdem ħafna f'din l-area, u aħna rridu naslu fejn il-GP se jifhem għaliex għandu jinnotifika u jrid jara l-użu tagħha u x'qed jiġri minn dik l-informazzjoni.", "Nifhmu kemm il-GPs huma busy u m'għandhomx ħin.", "Jekk lill-GPs mhux se nagħtuh feedback, jgħidli x'qed jiġri min-notifications tiegħu?", "U dik hija waħda mill-issues li għandna bżonn nindirizzaw.", "Jiġifieri bħala notification (Interruzzjonijiet)", "DR CHARMAINE GAUCI: L-istess problema.", "Jiġifieri l-maġġoranza tan-notifikazzjonijiet li jkollna, huma sforz ir-relazzjoni tajba li hemm bejn it-tobba li għandi jaħdmu miegħi u dawk ta' Dr Carabot fil-GU clinic.", "(Interruzzjonijiet)", "MICHAEL FARRUGIA: Il-problema hija waħda, il-kwestjoni tal-konfidenzjalità bejn il-pazjent u t-tabib.", "Ħafna drabi qed insib ruħi f'problema li biex tibgħat isem, indirizz, dettalji ta' l-individwu jiġri f'uffiċini ssettjati fuq computers, Alla biss jaf minn fejn imorru għal fejn imorru … (Interruzzjonijiet) Din hija waħda mill-problemi.", "Din ma tapplikax għall-mard li jittieħed mis-sess, dan huwa exempted.", "In-notification ta' sexually transmitted infections hija biss għal statistika, kulma nkunu rridu huwa sex and age, daqshekk.", "M'hemmx bżonn ismijiet.", "Il-pazjent ma jiġix identifikat bl-ebda mod, mhux bħal fil-każ tat-TB, per eżempju.", "DR CHARMAINE GAUCI: Infatti fin-notification form hemm … (Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Ħalli nistaqsi jien u mbagħad ngħaddu għal kelliem ieħor.", "Ladarba l-professjonisti nvoluti qalu li dawn il-guidelines huma daqshekk importanti, jistgħu jkunu parti mis-sexual health policy?", "Jista' xi ħadd jgħidli – bħala layman qiegħed nistaqsi - jekk hemmx il-periklu li dan il-mard jittieħed mit-toilets?", "Għax f'postijiet pubbliċi bħalma hu Paceville - li qegħdin tgħidu li huwa l-post fejn qed jibdew ħafna minn dawn il-problemi - it-toilets jintużaw minn ħafna nies.", "(Interruzzjonijiet) Dr Carabot, nixtieq li l-istatement tiegħek jinstema'.", "L-Onor.", "JUSTYNE CARUANA: Intom qed tgħidu li l-GP jagħtikom notification, just basic information.", "Imma meta l-GP jinvista pazjent, ovvjament irid jagħmel it-testijiet biex ikun ċert li għandu a certain disease, jiġifieri jinnotifikakom wara li jkollu r-riżultat, hux hekk?", "DR PHILIP CARABOT: Dażgur.", "JUSTYNE CARUANA: Hemm xi parametri fil-professjoni medika biex wieħed jagħmel din in-notification?", "Veru li dawn ikunu basic details u ma tistax tiddentifika persuna minn hekk, imma fil-professjoni legali aħna għandna ċerti parametri fejn tidħol disclosure ta' ċerti affarijiet.", "DR. CHARMAINE GAUCI: Ħafna drabi, anke f'każijiet ta' infectious diseases, ħafna jistaqsuna fuq Data Protection Act, eċċ. Skont il-Public Health Act bħalma diġà semmejt, tabib jew laboratorju jrid jinnotifikana.", "Jiġifieri hawnhekk m'għandniex disclosure ta' informazzjoni li qed tikser il-liġi.", "Veru qed tgħaddi sensitive information skont id-Data Protection Act, però hemm legal basis.", "Jiġifieri tabib huwa protett li jgħaddi din l-informazzjoni lilna għan-nom tas-Supretendent of Public Health.", "Xtaqt nikkjarifika li l-ewwelnett in-Notification Form hija approved mid-Data Protection Commissioner u kif tidħol għandna hija safe għax anke hija tamper-proof, eċċ. Din tidħol f'database li hija secure u mhijiex connected ma' databases oħrajn u kollox bil-passwords.", "L-aċċess huwa għan-nies li jaħdmu fl-IDCU biss.", "Infatti jekk tara HIV cases lanqas jien, bħala Direttur tal-post, ma naf min huma n-nies.", "Għandi persuna waħda li taħdem fuq każijiet li huma l-iktar sensittivi, biex kemm jista' jkun, allavolja huma tobba wkoll, nillimita kemm jista' n-nies li jkollhom aċċess.", "Fin-notification form hemm ukoll code.", "Jiġifieri t-tabib jista' jinnotifika b'code u ħafna drabi importanti li nitkellmu mat-tabib għax nixtiequ neliminaw id-double u t-triple notification.", "Għax jekk pazjent ikun mar għand il-GP u mbagħad mar għand il-GU clinic, jekk se jirrapportawhom b'codes li tawhom huma, l-istatistika tiegħi se tiġi overinflated.", "Allura hemmhekk nikkomunikaw.", "Minbarra għall-istatistics in-notification tiswa wkoll għal contact tracing.", "F'każijiet fejn il-GP jgħidli li se jieħu ħsieb il-contact tracing hu, jekk hu għandu bżonn tal-parir, aħna nistgħu nagħtuhulu min-naħa tagħna, però m'hemmx għalfejn nidħlu aħna fuq il-pazjent innifsu.", "Jekk il-pazjent irid jibqa' anonimu mat-tabib, dan jista' jsir.", "Din nagħmluha ħafna wkoll mad-Detox Centre.", "Ħafna drabi huwa diffiċli li tibni relazzjoni ma' pazjenti li jkunu fid-Detox Centre sakemm dan ma jkunx verament jafdak.", "Għalina huwa iktar diffiċli li tibni dik ir-relazzjoni after one encounter, allura naħdmu flimkien magħhom.", "Id-detox Centre jkunu qed jagħmlu l-counselling u l-contact tracing huma, jiġifieri jkunu qed jgħinuna fix-xogħol tagħna.", "Jiġifieri l-aspetti tan-notification huma kemm bħala statistics kif ukoll bħala contact tracing biex aħna nnaqqsu l-firxa.", "Qegħdin nipprovaw naħdmu wkoll fuq sorveljanza, fejn hemm żewġ aspetti.", "L-ewwelnett hemm dawk il-każi li huma notifikati u li huma confirmed.", "Għall-GP dan huwa diffiċli għax ma jkollux aċċess għat-testijiet dak il-ħin u ħafna drabi jkollu l-patient quddiemu li jrid jittrattah.", "Allura li qed jiġri hu li jingħataw antibiotics u min-naħa ta' l-istatistika jkollna problema għax ma nkunux nafu b'dak il-każ.", "Imbagħad hemm sistema oħra, dik ta' syndromic surveillance fejn inti tkun tista' tara x'qed jiġri, per eżempju, bħala urethral discharge li qed ikun hemm.", "Allura jkollok idea x'qiegħed jiġri wkoll fil-komunità.", "Għax din hija waħda mill-problemi li għandna, li ma nkunux nafu eżatt kemm għandna problema fil-komunità, imma huma dawk li qed jiġu għandna biss.", "Kif semmejna diġà aħna qed naħdmu fuq is-Sexual Health Policy.", "Aspett ta' Sexual Health Policy huwa l-care.", "Jien nara li nistgħu nieħdu l-aspett tal-care u rridu naħdmu b'liaison ta' x'jiġri meta pazjent jirriferi ruħu għand il-GP, x'jistgħu jkunu l-mode of referals u kif jista' GP jagħmel it-testijiet hu min-naħa tiegħu.", "Nistgħu naħdmu fuq dak l-aspett ukoll.", "THE CHAIRMAN: Dr Carabot, qabel ma tirrispondi l-mistoqsija ta' Dr Stephen Spiteri nixtieq tagħmel statement rigward il-mistoqsija li għamiltlek jien.", "Almenu jkun hemm ir-risposta ċara.", "DR PHILIP CARABOT: Il-mod kif wieħed jieħu marda trasmessa sesswalment, isimha magħha, huwa billi tagħmel sess ma' xi ħadd infettat.", "Ma teħux infezzjonijiet minn toilet seats jew affarijiet hekk, dawn huma skużi antiki.", "Mhux il-każ.", "Il-marda teħodha meta tagħmel sess mingħajr protezzjoni, speċjalment mingħajr condom jiġifieri, ma' xi ħadd infettat.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Hawn xi mistoqsijiet oħrajn?", "Dr Carabot inti spiċċajt il-presentation tiegħek?", "Forsi wara nkunu nistgħu nitkellmu ma' Dr Charmaine fuq in-national conference.", "L-Onor.", "Mill-istatistika li ħriġtu intom qrajt li hemm approximately 85% li ma jużawx condom.", "Qed tiżdied it-trend li jmorru f'dawn il-postijiet u jiġu għandi b'urethral discharge litteralment qisek qed taqla' l-mucus, li hija xi ħaġa tal-biża'.", "U meta nistaqsihom għaliex ma wżawx condom jgħidulek għax kienu fis-sakra.", "Ma nafx ta' min hu t-tort.", "We are not targeting the right population biex dawn ngħallmuhom jużaw condom.", "Billi ngħidu abstinence, din kulħadd jista' jippriedkaha, imma ħadd m'hu se joqgħod abstaining from sex.", "Jekk se noqogħdu fis-sħab immorru fi sħab.", "Jien nara ħafna żgħażagħ fil-practice tiegħi.", "Ħafna minnhom ma jużawx condom.", "Naħseb ħadd qatt ma qallhom biex jużaw condom ħlief jien nippridkalhom meta jiġu diġà bil-marda.", "Għax bniedem mhux se jiġi għandi għalxejn u noqgħod ngħidlu biex juża l-condom.", "Jien naħseb li iktar nara xi ħadd li juża l-condom biex ma jinqabadx pregnant, għax ikunu għarajjes xi sitt snin, milli wieħed li jiġri ma' xi erba' nisa fil-ġimgħa.", "Jien naħseb li rridu niffukaw fuq żgħażagħ ta' bejn it-13 u s-16-il sena, meta dawn se jibdew jesperimentaw bis-sess.", "Irridu nibbumbardjaw fl-iskejjel li \"You have to use protective sex\" għaxar darbiet kuljum jekk hemm bżonn, biex dawn idaħħluha f'rashom li jekk hemm bżonn anke jġorru l-condom magħhom u mhux noqogħdu ħafna taboos meta insemmu l-kelma condom.", "Dak spiċċa.", "Inkella dawn l-istatistiċi se jogħlew u se jkomplu jogħlew.", "(Interruzzjonijiet) Għax ikun hawn forsi min ma tinżillux din il-kelma.", "Din mhux in kwantu reliġjon, ir-reliġjon hija ħaġa oħra, this is the real world.", "Naħseb jien iktar nagħmlu ħsara jekk lil dawn in-nies ma niftħulhomx għajnejhom u ngħidulhom xi jridu jużaw.", "Jien immisshom b'idejja dawn.", "Issa kieku dan mar Thailand u libes condom ma ġiex b'syphilis jew ma ġiex b'gonorrhoea.", "THE CHAIRMAN: Dr Stephen jekk kien fis-sakra, mhux kwestjoni jekk jemmen jew ma jemminx … (Interruzzjonijiet)", "Jien li rrid ngħid hu li ħafna drabi dawn ikunu f'post ta' divertiment u jkollhom grokk jew tnejn.", "Setgħu kienu f'sensihom.", "Ma nistgħux nibqgħu fis-sħab u ngħidu: Abstain from sex.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Xtaqt inkompli fuq dak li qal l-Onor Stephen Spiteri u nixtieq id-definition eżatt ta' meta tgħid \"astinenza\".", "(Interruzzjonijiet) Id-darba l-oħra meta tkellimt xtaqt li fuq ċerti definitions tkunu flimkien.", "Illum Dr Carabot beda fuq il-condoms fil-presentation tiegħu.", "U hekk għandu jkun, li d-definition tkun equal to everyone, għax il-messaġġ hemm barra jista' jkun konfliġġenti.", "Id-definition ta' astinenza wkoll trid tiġi specified għax astinenza għal dawk it-13 u 16 year olds tista' tinstema' differenti għal min hu bejn 16 u 18-il sena.", "Għax dawk ta' bejn it-13 u 16-il sena xi kultant ikunu diffiċli u jekk tipproponi xi ħaġa negattiva normalment il-pazjent tiegħek se jagħlaqlek u jitlaqlek 'il barra.", "Meta qed nissuġġerixxi astinenza liż-żgħażagħ ta' bejn it-13 u 16-il sena dan se jagħlaqli l-bieb.", "Imma dawk ta' 16 jew 18-il sena, meta forsi daħlet naqra responsabbiltà u maturità u qed nispjegawlhom għaliex l-astinenza, hemmhekk forsi jifhmu d-definition ta' astinenza, għax astinenza li ma tagħmel xejn - jekk aħna qed nifhmu li din l-astinenza - hija impossibbli, ma ssirx.", "Dawk ta' bejn it-13 u s-16-il sena qed jesperimentaw.", "Mela meta tkun qed tgħallem lit-tfal d-definition ta' astinenza fl-opinjoni tiegħi trid tiġi speċifikata u ngħidu li hemm tista' tasal u hemm ma tistax tasal.", "Għaliex?", "Għax tista' tinqabad tqila, għax tieħu infections, eċċ.", "Fil-kwestjoni tal-condom trid toqgħod attent għax inti għandek bilanċ.", "Jekk jien ngħidlu biex juża l-condom, mela qed ngħidlu biex jagħmel sess kemm irid u kemm jogħġbu.", "(Interruzzjonijiet) Minuta.", "At the same time, għadek kemm għamilt presentation li jien naqbel magħha wkoll, li l-condom mhux hundred per cent safe kemm għall-pregnancies, eċċ. Allura rridu noqogħdu attenti.", "Fl-opinjoni tiegħi rridu nagħfsu fuq l-astinenza imma we have to define astinenza għax jekk bil-kelma astinenza it-13 and 16 year olds se jifhmu qassissin u sorijiet, bir-rispett kollu, m'aħniex se nagħtu l-messaġġ.", "MICHAEL FARRUGIA: Ħa nżid xi ħaġa oħra jekk ma jimpurtax.", "Naħseb li importanti wkoll li nkunu ċari, u ċari daqs il-kristall, li jekk hemm xi ħadd qed jieħu l-pill jew ħaġa jew oħra, ikun forsi qiegħed jilqa' għall-pregnancy, imma mhux qed jilqa' kontra l-mard.", "MICHAEL GONZI: Hekk hu.", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb li dan huwa messaġġ li rridu nwasslu għax din hija waħda mill-affarijiet li tiltaqa' magħhom.", "Jgħidulek: Le, jien protett għat-tqala.", "Imma skużi mhux protett għal affarijiet oħra.", "Ħaġa oħra, u dan huwa punt li rridu nkunu ċari ħafna fuqu.", "Astinenza ma tirriferix biss għal vaginal intercourse, imma wkoll għal anal, oral u kull metodu ieħor.", "Jiġifieri rridu nitkellmu b'mod ċar mingħajr tidwir mal-lewża.", "Jekk mhux se nitkellmu ċar, sfortunatament il-messaġġ li attwalment irridu li jasal, ma jasalx.", "Se nissapportja bażikament liż-żewġ kelliema ta' qabli.", "Jien wieħed mill-persuni li ninsisti li l-affarijiet ikunu ċari.", "Jekk se naħarbu mill-problema u nitkellmu fuq utopja naħseb li nkunu fallejna u nkunu morna l-baħar.", "Aħna jinteressana l-lat mediku li rridu nwasslu, u jekk hemm persuni li għandhom ħsebijiet oħrajn allura jiddispjaċini, imma ma nistax a skapitu ta' ċerti ideat inbatu konsegwenzi ta' mard u nħallu lin-nies fl-injoranza.", "Min-naħa l-oħra jkun ħażin ukoll jekk ngħidu li l-protezzjoni li hawn hija mija fil-mija infallibbli.", "L-ewwelnett l-informazzjoni trid tużaha tajjeb u rridu ngħallmuhom kif jużawh.", "Mhux ngħidulhom biss sempliċement użaw condom.", "Fil-GP practice tagħna jkollna ħafna minn dawn il-każijiet, ikollok min jgħidlek: Kellna x'naqsmu, imma mbagħad meta wasalna iktar 'il quddiem, ilbistu.", "Imma għal ċertu ħin kellek x'taqsam u ma wżajt xejn bħala protezzjoni.", "Hawn ħafna misconceptions, ideat fallaċi u sfortunatament it-taboo f'ċerti oqsma qed ikissrilna l-messaġġ li għandu bżonn jasal u fejn għandu jasal.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Se nerġa' mmur lura għar-rapport.", "Jiġifieri hemm problemi li l-istatistika nżommuha?", "Mingħajr statistika ma nafx kif nistgħu naħdmu.", "Għadna ma wasalniex f'dak l-istat li jkollna statistika nazzjonali li għandna bżonnha.", "Kif għedt l-aħħar darba, sfortunatament nibbażaw kollox fuq il-figuri tal-GU clinic li bl-ebda mod ma jirrappreżentaw x'inhu għaddej fil-pajjiż.", "Għalhekk għandna bżonn din is-Sexual Health Policy.", "Din l-istatistika hija parti integrali, anzi l-fundament qabel ma nibdew, irid ikollna fuqiex naħdmu.", "Naqbel miegħek hundred per cent.", "(Interruzzjonijiet)", "Naqbel hundred per cent ma' dak li ntqal fuq il-condoms, abstinence, eċċ. Fil-fatt dan juri biċ-ċar li ma nistgħux nipprovaw to please everybody all the time.", "Ma nistgħux noqogħdu ngħidu lil kulħadd: Astjeni, kun fidil, eċċ. Irridu niddeċiedu min hu t-target tagħna llum, the young ones, dawk li għadhom ma bdewx ikollhom sess, dawk li diġà bdew, il-gay community, IDUs (Injecting Drug Users).", "Għax kollha għandhom bżonn messaġġ differenti.", "Ma jistax ikollok kappa waħda għal kulħadd, ma taħdimx.", "Per eżempju, iżjed minn astinenza, llum il-ġurnata rridu nitkellmu fuq delaying the sexual debut.", "Fuq dik irridu nattakkaw liż-żgħar li għadhom ma bdewx.", "Imma once li bdew ikollhom is-sess, imbagħad bilfors, kif intqal, irridu ndaħħlu l-condom.", "Again, mhux kemm ngħidulhom jużaw il-condom.", "Jafu jużawh dan l-imbierek condom?", "Ngħallmuhom kif jużawh.", "Fl-iskejjel juruhom kif jintuża, x'tip ta' condom jużaw, jafu jużawh mill-A saż-Ż?", "Hemm ħafna affarijiet prattiċi.", "Ma nistgħux ngħidu li dan biss tajjeb jew dak biss tajjeb, kollox għandu postu fil-fażi differenti ta' ħajjitna.", "Il-messaġġ għandu jkun skont il-grupp li qed nindirizzaw.", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri se ssir din u qed issir?", "MICHAEL GONZI: Dr Gauci, din hija l-iktar ħaġa importanti li għandha toħroġ minn dan il-kumitat.", "THE CHAIRMAN: Qabel ma tirrispondi Dr Charmaine Gauci, insejjaħ lill-Onor.", "JUSTYNE CARUANA: Qed naqblu li kemm jista' jkun wieħed jipprova jinkorraġġixxi li tiżdied l-età ta' meta t-tfal jibdew ikunu sesswalment attivi.", "13 year olds f'moħħi huma tfal, però anke ta' 11 u 12 year olds ġieli jkunu bdew.", "Il-bieraħ kelli seduta tal-kriminal u tbellaht għax tfal ta' dawn l-etajiet huma sexually active u mhux fuq sess normali.", "Kulma jaraw fuq l-internet dawn qed jagħmluh.", "Dik lili qed tinkwetani ħafna.", "X'qed nagħmlu fil-konfront ta' dawn it-tfal?", "Jien attendejt għall-konferenza tal-Gift of Life u diġà ddikjarajt li mhija effettiva xejn li tippriedka l-astinenza, għax iktar ma tgħidilhom: Tagħmlux hekk u tagħmlux hekk, iktar se jagħmlu għax il-forbidden fruit dejjem tidher attraenti iktar, u ta' dawk l-etajiet iktar u iktar.", "Illum għandek tendenza oħra.", "Jekk ma tkunx sexually active inti m'intix aċċettat fil-bqija tal-grupp.", "U mhux just sexually active fl-ambiti normali kif nistgħu naħsbu aħna.", "Iktar ma tagħmel affarijiet strambi iktar ma tmur għal affarijiet mhux normali inti iktar il-hero tal-klassi.", "Hawn mhux qed nitkellmu fuq gruppi ta' ħames jew sitt żgħażagħ jew studenti, hawn qed nitkellmu fuq klassijiet sħaħ, forms sħaħ.", "F'din il-konferenza anke kont semmejt każ li bellahni.", "Kont il-Qorti qed nistenna biex nidħol u kien hemm tfal li kellhom score book ta' kemm imorru ma' rġiel miżżewġin, kemm imorru ma' nisa, kemm jagħmlu anal sex.", "Tfal dawn kienu!", "Jien bdejt inrodd is-slaleb ta' taħt fuq.", "Dawn l-affarijiet irridu nindirizzawhom.", "Meta aħna qed nitkellmu fuq disclosure of information kollu tajjeb, però rridu nindirizzaw dawn il-kategoriji u ngħallmuhom kif għandu jkun is-sess.", "Issa jekk dawn għandhom idea perversa tas-sess mil-lum, aħseb u ara għada pitgħada x'ġej.", "Mhux ta' b'xejn għandna dik l-inċidenza kbira ta' rape, għax kull min ifettillu jara lil min isib, jaqbad u jiżfoga fih.", "Dawn it-tendenzi rridu nindirizzawhom.", "Għandkom statistika li turi li l-meeting point huwa f'Paceville, allura għaliex ma ssirx ħidma dirett hemmhekk.", "Tagħmel kampanja hemmhekk on the spot fejn ikunu ż-żgħażagħ.", "M'iniex qed ngħid li mhix effettiva li tagħmel kampanja fuq it-television - anzi effettiva ħafna - però mhuwiex il-lingwaġġ taż-żgħażagħ.", "Illum il-lingwaġġ taż-żgħażagħ huwa l-internet, it-teknoloġija moderna.", "Jiġifieri jekk trid tilħaq dak l-age group trid tuża l-lingwaġġ tagħhom, il-Facebook u l-Hi-5.", "Dak it-tip ta' lingwaġġ.", "Forsi tgħidli li t-teknoloġija kollha expensive, però jekk il-health promotion unit, per eżempju, tiddevja ftit mill-metodi tradizzjonali tal-media, it's cheaper and more effective.", "Jekk tara kemm se tilħaq iktar nies u l-effett tikkonsidra li tmur għal dak it-tip.", "Hekk tkun qed tinvesti in a preventive way għall-quddiem, u qed insalvaw ukoll is-soċjetà futura tagħna.", "Meta jiġu quddiemi ċerti każijiet nibda nrodd is-slaleb, ġenituri jġibuli tfal quddiemi biex nipprova nfehemhom jien, li jien avukat u mhux tabib, jiġifieri m'iniex kapaċi nfiehem fil-livelli tal-kollegi tiegħi jew tagħkom, imma nipprova niggwida bil-limitazzjonijiet tiegħi.", "Imma hemm bżonn li jkun hemm aktar tagħlim, speċjalment fl-iskejjel fil-lezzjoni tal-P.S.D. Intom ħriġtu b'nofs siegħa.", "F'nofs siegħa x'tilħaq tagħmel?", "Meta inti qed titkellem fuq il-konċetti ta' kif qed jiġu ffurmati dawn it-tfal tagħna, f'nofs siegħa ma tagħmel xejn.", "Allura hemm bżonn li jiġi ristrutturat il-P.S.D. course b'mod miftuħ.", "Illum it-tfal jgħallmuk huma mhux tgħallimhom inti.", "Allura irid ikun hemm relazzjoni miftuħa bejn it-teacher u l-istudenti tiegħu.", "Jien ma nippretendix li t-teacher waħdu se jagħmilha, irid ikun hemm struttura imma t-teacher irid ikun trained biex ikun kapaċi jelimina l-barrieri li għandu mat-tfal.", "(Interruzzjonijiet) Imma hemm bżonn ta' training, Mr Chairman.", "Din mhix kwestjoni li tistħi tgħallem.", "Jien niftakar fis-science lesson fil-Form 1, it-teacher jipprova jgħattilna l-paġna.", "Kif se titgħallem hekk?", "Qed jistħi minnek biex jgħallmek.", "Forsi 20 sena ilu veru kienet diffiċli għal raġel biex jispjega lil 30 tifla, imma l-affarijiet ma jistgħux ikomplu hekk.", "THE CHAIRMAN: Fil-qosor jekk jogħġbok.", "STEPHEN SPITERI: Jien iktar suġġeriment fil-qosor irrid ngħid.", "Punt interessanti li juri verament kemm iż-żgħażagħ huma sexually active llum il-ġurnata huwa, li meta tagħmel smear test kważi tiskanta jekk it-tfajliet ma jkollhomx HPV (Human Papilloma Virus).", "Dan huwa virus li jittieħed ħafna aktar mill-HIV, li aktar speċi jiġi screened.", "Jiġifieri llum il-ġurnata jiena nista' ngħid li 80% tat-tfajliet li nagħmlilhom smear test li huma fl-age group between 18 and 30 year huma kollha pożittivi, l-ismear tagħhom huma bl-HPV immarkat.", "Jiġifieri hemm problema serja li hemm ħafna sexually active young ladies li mhux qed jagħmlu sess protett.", "ONOR MICHAEL GONZI: Fabbriki tal-coca jqabbdu advertising agency.", "(Interuzzjonijiet) Jien għandi min jiġi minni li qiegħed l-Ingliterra jaħdem ma' dawn l-advertising agencies u jmorru għandhom from small companies to larger ones biex isibu metodi u studju għall-advertising.", "Allura fuq problema bħal din, minn fejn iġġibu l-ideat biex tagħtu l-messaġġ tagħkom?", "Jien nimmaġina li dan il-messaġġ għandu jkun professjonali.", "Ma nistax niġi jien tabib u ngħid li se nattakka a 15 year old u se nattakka XYZ.", "F'dawn iż-żmenijiet l-advertising marketing jidħol fi kwalunke ħaġa, allura fis-saħħa, l-aktar ħaġa importanti, ma ndaħħluhx?", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb li fl-aħħar laqgħa ġew identifikati pajjiżi fejn qed ikollhom riżultati ħafna aħjar minn pajjiżi oħrajn.", "Ma nistgħux forsi niddentifikaw il-messaġġi, l-metodi u s-sistemi li qed jintużaw u naraw kif nistgħu nadattawhom - meta ngħid \"nadattawhom għal pajjiżna\" mhux nitolbu l-parir ta' xi ħadd biex naraw jekk nistgħux nagħmluhom - għaċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna?", "THE CHAIRMAN: Dr Anna Maria Vella u wara nispera li jerġa' jkollna round qasir ta' kummenti biex tkun tista' titkellem Dr Charmaine Gauci.", "DR ANNA MARIA VELLA: Jien nixtieq nikkummenta fuq xi affarijiet kemm minn ta' l-aħħar darba u kemm minn tal-lum.", "Meta jien inkun ili ġurnata ibbumbardjata bix-xogħol tiegħi d-Detox noħroġ minn hemm u nibda nimmaġina li ż-żgħażagħ kollha huma drogati għax jien inkun smajt ħafna affarijiet, kif semmew l-Onor.", "Justyne Caruana u l-Onor.", "Spiteri, u inti tibda timmaġina li int rajt il-popolazzjoni Maltija, li ma jkunx veru.", "Fil-fatt jekk immur id-dar u t-tifla tiegħi jfettlilha tgħid xi ħaġa malajr naħtafha u nistaqsiha jekk pejpitx jew għamlitx xi ħaġa oħra, u hi tgħidli: \"Ma, jien m'iniex drogata\", u f'qalbi ngħid li għandha raġun.", "Hija xi ħaġa li aħna nġorru magħna.", "Allura meta tiġi tfajla ta' 14-il sena - ġratli din il-ġimgħa - għal smear test, jien nibda naħseb li l-14 year olds kollha għandhom ħajja ta' attività sesswali.", "Veru m'għandniex statistika uffiċjali, però saru xi studji, mhux ma sar xejn.", "Per eżempju, xi studenti li ħadt ħsiebhom jiena stess, waqt youth studies, ħarġu bir-riżultat li 10% to 15% of school children - jiġifieri under 16 years of age - had at least one sexual intercourse.", "Jekk imbagħad tibda tqassamha u tkissirha ssib li wħud minn dawk li jkunu attivi sesswalment qatt ma kellhom l-att sesswali komplet, però jkollhom oral sex or anal sex, allura n-numru ta' dawk li jkollhom vaginal sex jonqos għal 10% to 15 %.", "L-HBSC ħarġu b'persentaġġ ta' xi 20%.", "Mela aħna qed ngħidu li l-ftit statistika li għandna qed turi li 20% - ejja nitfgħuha 25% jew 30% - taż-żgħażagħ Maltin li jmorru l-iskola huma sexually active.", "Però mbagħad għandek numru li huwa kbir ħafna ta' żgħażagħ li mhumiex sexually active u għadhom jaħsbu x'jixtiequ jagħmlu.", "Jien ħadt gost li Dr Carabot qal li l-messaġġ li rridu nwasslu jrid ikun differenti.", "Għax jien nibda noqmos meta nisma' lil min jgħid - kif qal Dr Spiteri - li rridu ngħidulhom għaxar darbiet kuljum.", "Le skużi, mhux hekk.", "Mhux ngħid għaxar darbiet kuljum lil xi ħadd li għalissa qed jaħseb biex jipposponi l-attività sesswali u ngħidlu biex jibda juża l-condom.", "Mill-esperjenza żgħira tiegħi li ndur l-iskejjel, nara żgħażagħ li meta tmur tkellimhom fuq condoms jirrabjaw.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux qed tħajjarhom, lanqas xejn.", "M'iniex qed ngħid hekk.", "Dik hija ħmerija li għax inkellimhom fuq il-condoms inħajjarhom, dażgur li le.", "Imma lanqas hija l-forbidden fruit li jien noqgħod inkellimhom u ngħidilhom: \"Ara jfettillek, ara jfettillek għax inkella...\".", "Mhux hekk.", "Allaħares issir hekk is-sexual education.", "Trid titkellem fuq l-affarijiet pożittivi, fuq id-dos mhux fuq id-don'ts.", "Aħna ma nistgħux immorru u noqgħodu ngħidu l-ħin kollu: Le, le, le, għax ħażin, ma jaqbillekx jew insemmu reliġjon u mhux reliġjon.", "M'għandux x'jaqsam ir-reliġjon.", "Jien qed nitkellem fuq il-well-being tiegħek u kif se nbigħhielek - l-aħħar darba l-Onor.", "Vassallo tkellem fuq l-importanza li aħna nitgħallmu nbiegħu, u żgur li għandna nitgħallmu nbiegħu - l-aktar ħaġa importanti hija li tuża, kif kont qed tgħid inti, Onor. Caruana, il-lingwaġġ tagħhom.", "Ħafna drabi nsib li l-lingwaġġ tagħna tant jikkawża konfużjoni fihom għax min jgħidilhom mod u min jgħidilhom mod ieħor.", "Xi ħaġa li ħarġet l-aħħar darba, u qalha Dr Gonzi, hi li l-messaġġ tagħna mhuwiex uniformi u ċerti affarijiet lili jiskantawni.", "Jekk jien ngħidilhom li rrid nispjegalhom fuq il-condoms għax ma jafu xejn, il-condom għalihom se ssir konfużjoni.", "Kelli l-klassijiet tal-Form 3 ta' skola sħiħa u jien meta nitkellem magħhom inkeċċi t-teachers kollha 'l barra għax jekk ikun hemm it-teachers ma jkunux komdi dawn.", "Wara li lestejt is-session tiegħi telqu u konna f'kamra fejn kien hemm palk u minn wara l-purtiera joħroġ l-għalliem.", "Jien staqsejtu x'kien qed jagħmel u hu qalli li kien mar għal xi ħaġa imma għoġbu d-diskors tiegħi u baqa' hemm jisma'.", "Ħadd ma kien jaf bih.", "Hu qalli li ħassu rrabjat ħafna kif meta jien bdejt nistaqsihom x'jafu fuq il-condoms ħadd ma kien jaf xejn, għax hu kien qatta' siegħat sħaħ jispjegalhom u baqa' skantat kif ma jafu xejn.", "Għedtlu u hawnhekk id-domanda tiegħi.", "Ejja nistaqsiha lilek: Għalfejn ma fehmux?", "Illum ma nafux jekk fehmux, imma l-problema hija li għax għamiltha jien l-ispjega naħseb li dawn ikunu fehmuni u ma jkunu fehmuni xejn.", "Allura inutli li nagħmlu r-reklami u l-programmi fuq it-televiżjoni.", "Jien nemmen ħafna li jkun targeted l-ewwel ħaġa.", "Meta qed tagħmlu fuq it-televiżjoni ma jkunx targeted.", "Kulħadd qed jisma' u jagħmlu bih li jridu.", "Irridu nkunu targeted u nkunu reali fis-sitwazzjoni tagħna.", "Jekk għandna 60% jew 70% tal-popolazzjoni ta' l-università li jaħsbu iktar, imma fil-verità hija differenti għax meta jkunu għadhom fis-sekondarja, jiġifieri sa 16-il sena, qed nitkellmu fuq 20%, 25% waqt li fl-università titla' għal 50%, 60%, jiġifieri hemmhekk id-diskors żgur irid ikun differenti.", "Imma l-unika soluzzjoni mhix li ngħidilhom jew abstinence fil-vojt jew condoms fil-vojt, għax hekk tiġi.", "Dawn it-tip ta' messaġġi l-ħin kollu kontra xulxin qed jikkawżaw ħafna diffikultà.", "Dr Spiteri beda jsemmi nies li jmorru Thailand.", "Dawn mhumiex 13 u 16 year olds, allura l-fatt li tittargitja 16 year olds biex meta jmorru Thailand jużaw il-condom, ma taħdimx hekk.", "Barra min hekk l-aktar ħaġa li mhux qed nittargitjaw hija l-alcohol use għax il-problema ta' Paceville hija l-alcohol use.", "Mela jekk dawn huma kollha taħt l-effett tal-alcohol tista' tagħmlilhom condom machine kull pass għax xorta mhux se jużawh.", "Jien naħseb li dik hija l-akbar problema li qed insibu.", "Iż-żgħażagħ ma jużawx il-condom mhux għax m'għandhomx l-informazzjoni u l-informazzjoni li għandhom hija ħażina, imma għax is-sens ta' taboo ma jiġix għaliex il-Knisja tgħidilhom li ma jistgħux jużaw il-condom – għax jekk se nitkellmu fuq il-Knisja, din fuq abstinence titkellem - imma għax jemmnu li jekk tuża l-condom ma teħux pjaċir.", "Mur neħħiha din il-mentalità, hekk jemmnu, hekk jgħidu lil xulxin u mbagħad joqogħdu jagħmlu l-bullying fuqha.", "Allura inti trid titkellem ċar u tond u jien nemmen bil-one-to-one aktar milli bil-massa.", "(Interruzzjonijiet) Jekk inkun qed inkellem lil xi ħadd fuq il-condoms u dan jgħidli li ma jeħux pjaċir meta jużahom jien se nirrispondih.", "(Interruzzjonijiet).", "STEPHEN SPITERI: ...Għalhekk trid tgħid from A to Z x'vantaġġi u xi żvantaġġi għandu il-condom.", "DR ANNA MARIA VELLA: Dak huwa l-pjan li suppost qed isir.", "STEPHEN SPITERI: Allura hemmhekk qiegħda l-problema.", "DR ANNA MARIA VELLA: Però ħalli ngħid xi ħaġa li ġratli l-ġimgħa li għaddiet.", "Jien kelli meeting ma' żewġ EOs tal-P.S.D. Hawnhekk kont smajt li qed isiru diskussjonjiet bejn il-Health Promotion u l-Education dwar is-social policy Act … (Interruzzjonijiet) Fil-fatt dawn ma kienu jafu xejn biha.", "Imma mhux biss, jien niskopri li dawn qed jippreparaw pack - kważi lest - dwar kif se jgħallmu s-sexual education fl-iskola.", "Allura hemm pack ħiereġ min-naħa tal-P.S.D. lest u ma jafux li l-Health Promotion u l-Education diġà bdew jitkellmu għax ma ġewx involuti.", "Però smajt ukoll li ċ-Church schools għandhom xi ħaġa oħra differenti.", "Din hija l-problema tagħna li fl-aħħar mill-aħħar anke fl-istess ambjenti ma nikkoordinawx bejnietna.", "U hawnhekk niġi għall-konferenza.", "J'Alla jkollna konferenza, j'Alla nibdew nitkellmu veru flimkien u mhux min iċempel lili, min iċempel lil dak u lill-ieħor u kulħadd jgħid tiegħu u fl-aħħar iż-żgħażagħ ma jifilħux jisimgħuna iżjed.", "Ma jifilħuniex, tista' tmur bl-isbaħ messaġġ għax kif immorru għandhom jgħidulna li aħna lanqas biss qed naqblu bejnietna.", "U din hija xi ħaġa li lili tinkwetani ħafna.", "ONOR MICHAEL FARRUGIA: Waħda mill-affarijiet li tinkwetani hija li minħabba li jkun hemm ċerti ristrezzjonijiet f'uħud mill-iskejjel, meta mbagħad iż-żgħażagħ qed jiltaqgħu f'post wieħed il-messaġġi mhumiex qed jiffittjaw.", "Jien m'iniex kontra li jkollna konferenza nazzjonali, imma iktar minn konferenza jien naħseb li għandna bżonn protocol nazzjonali.", "Irid ikun hemm sistema ta' edukazzjoni uniformi kullimkien.", "Naħseb li hemmhekk inkunu nistgħu naslu.", "Ħalli nsemmi daqsxejn esperjenzi personali.", "Jiġu ġenituri ma' wliedhom li jitolbuni biex nagħti xi pillola lil binthom peress li hija attiva sesswalment.", "Wieħed mill-messaġġi li tkun trid tgħaddilhom ċar u tond huwa li jekk se tieħu l-pill ma jfissirx li t-tifla tista' tmur 'l hemm u 'l hawn.", "Jekk hi se tkun qiegħda tieħu l-pill imma mhux se tuża l-condom tkun qed tesponi lilha nnifisha għal ċertu mard.", "Meta tuża l-condom ma jfissirx li inti se teskludi 100% kollox għax jiddependi minn ħafna affarijiet, bħal kif tużah, x'tagħmel u l-affarijiet kollha.", "Anke jekk tużah tajjeb m'intix 100% assolutament protett mill-mard kollu.", "Irid ikun hemm ċerta direzzjoni u wieħed mill-messaġġi li rridu nwasslu - anke minn dan il-kumitat – hu li rridu nkunu qegħdin uniformi.", "Ma nistgħux ikollna sitwazzjonijiet fejn din il-paġna naqbżuha fi skola u l-paġna l-oħra naqbżuha fi skola differenti.", "Meta t-tfal jiltaqgħu flimkien jirredikolaw is-sistema kollha, imbagħad noħorġu bil-fantasiji li semmiet l-Onor.", "Justyne Caruana aktar qabel, fejn ikunu aktar interessanti ċerti kotba, ċerti sites fuq l-internet, u l-esperjenzi ta' ħaddieħor u jien nipprova nagħmel dak li nisma', dak li nara u l-fantasiji l-oħrajn kollha.", "Sfortunatament ikolli ħafna pazjenti żgħażagħ, bħalma naħseb ikollhom it-tobba l-oħrajn, li jinqabdu tqal u lanqas biss ikunu jafu min kien il-partner minħabba li jkunu kkonsmaw ħafna alcohol.", "Jgħidulek li kienu grupp u bilkemm jiftakru x'ġara għax kienu f'sakra enormi.", "Kulma jkunu jafu hu li qamu, ndunaw li xi ħadd kellu x'jaqsam magħhom, imma ma jafux min kien.", "Naħseb li l-messaġġ ma jridx ikun biss fuq il-kwestjoni ta' prevenzjoni, imma kemm wieħed m'għandux jabbuża mill-alcohol għax dan jista' jwassal għal sitwazzjonijiet ta' relazzjoni sesswali mhux mixtieqa, tqala mhux mixtieqa u marda mhux mixtieqa.", "Għandna t-trio li qed niġu ffaċċjati l-ħin kollu bih.", "Naħseb li rridu nħarsu minn dan il-lat ukoll għax qed nikkonċentraw biss fuq il-mard, imma miegħu rridu nassoċjaw tqala, mard u the psychological effect tas-sitwazzjoni kollha.", "Jekk se nitilqu bl-idea li ngħidulhom biss id-dont's inkunu qed naħarbu mir-realtà x'inhi.", "Let us call a spade a spade u jekk se nagħmlu konferenza biex ikollna sempliċement think-tank mela nagħmlu hekk, imma fl-aħħar mill-aħħar l-importanti li naslu għal xi ħaġa finali.", "Irid ikollna think-tank b'konklużjoni.", "Irid ikun hemm messaġġ wieħed u guidelines ċari, protocol ċar ta' kif għandna nimxu bħala tobba, kif għandna nimxu fl-iskejjel, kif għandhom jimxu t-teachers tal-P.S.D. u b'mod ġenerali.", "Jekk nagħmlu hekk inkunu għamilna passi kbar ħafna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Kumment żgħir.", "Il-one-to-one tajba imma l-ispjegazzjoni li inti tajt lill-klassi ma tajthiex one-to-one u ħadmet.", "Immaġina kieku inti qed tagħti l-istess spjegazzjoni fuq il-media f'ċerti programmi li jkunu intiżi għaż-żgħażagħ jew programmi li jkunu speċifikament fuq is-saħħa.", "Il-messaġġ se jasal aktar għax inti m'għandekx riżorsi biżżejjed biex timxi one-to-one.", "DR ANNA MARIA VELLA: Jien mhux l-ewwel darba li mort fuq it-televiżjoni u kelli programmi sħaħ.", "MICHAEL GONZI: Il-problema hija li inti tmur fuq it-televiżjoni f'xi morning session fejn inti se tolqot lin-nisa, mentri li nixtieq jien personali huwa li nittargitja a late evening show li jkun speċifikament fuq saħħa.", "Mhux a talk show ta' Ċikku fejn indaħħal espert għal tliet minuti u jitlaq 'il barra għax dak għalxejn.", "L-effett li se jagħmel huwa li n-nies isiru jafu lil Dr Carabot u lil Dr Vella, il-bqija l-messaġġ importanti ma jasalx.", "Jiġifieri d-Dipartiment tas-Saħħa - speċjalment il-Health Promotion Unit - aħjar jikkonċentra r-riżorsi tiegħu fuq xi ħaġa li qed taħdem, li hija l-media, it-television, flok joqgħod jiffoka fuq spots jew joqgħod jiffoka fuq leaflets li tajbin, imma mill-istatistika li għandna sal-lum, ma rnexxiex għax dan il-kumitat għamilnieh għax l-istatistika sejra għall-agħar.", "ONOR MICHAEL FARRUGIA: Illum wisq probabbli nispiċċaw din is-sessjoni imma napprezza jekk il-Health Promotion Unit jew il-GU Clinic jibgħat lil dan il-kumitat, informazzjoni dwar l-aktar tliet pajjiżi li qed jirnexxu.", "Fis-sens li r-rata tagħhom mhix daqshekk għolja, kif ukoll xi practises qed jużaw biex inkunu nistgħu nippreparaw ruħna jekk issir il-konferenza nazzjonali, u nkunu nistgħu nagħmlu evalwazzjoni.", "B'hekk naraw fejn qegħdin infallu aħna u nkunu nistgħu nagħmlu pressjoni miż-żewġ naħat tal-Kamra ħalli dawn it-tip ta' practises jkunu jistgħu jidħlu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Jien inħoss li sex education mhux properly defined fl-iskejjel.", "Ir-raġuni hija li l-end result tagħha mhux kif nixtiequh.", "Qed nindunaw ukoll li l-P.S.D. teachers mhux qed ikollhom ħin biżżejjed li jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna fuq sex education.", "Allura jien nissuġġerixxi li jkun hemm amalgamazzjoni bejn il-Health Promotion Unit u l-Education Department biex issir laqgħa għall-P.S.D. teachers fejn nindirizzaw il-problema b'mod reali.", "Din hija problema serja li rridu ninvestu biex intaffuha.", "Jien m'iniex espert fl-edukazzjoni imma jekk hemm bżonn inżidulhom il-ħin għall-P.S.D lessons, aħjar milli joqogħdu jgħallmuhom fuq it-tempji jew xi ħaġa oħra.", "DR CHARMAINE GAUCI: Id-darba l-oħra l-Onor Gonzi qalilna li s-sexual health policy mhix taħdem.", "Is-sexual health policy mhix qegħda hemm.", "Ilha tiġi drafted u ilna wkoll naraw verżjonijiet differenti.", "Li ġara kien li waqgħet fir-remit tal-Public Health Regulation Division u riċentement il-Ministru tagħna ta l-irwol lid-DG Public Health Regulation biex jerġa' jara din is-sexual health policy draft li ġiet presented lilu u minn hemm noħorġu action plan.", "Ovvjament aħna ma rridux biċċa karta li nitfgħuha hemm fuq xkaffa u tibqa' hemm.", "Veru li l-policy se tiggwidak, però rridu nieħdu azzjoni.", "Dan huwa l-irwol li tana d-DG Public Health Regulation li ngħaqadna numru ta' nies li s'issa għadna within health.", "Fosthom hemm Dr Carabot, jien u xi staff minn tiegħi, li qed naraw x'inhuma l-areas li aħna għandna bżonn inkopru.", "Għandna s-sorveljanza li fiha tidħol il-problema tal-general practitioners u minn fejn qed niġbru l-informazzjoni, r-riċerka.", "Id-darba l-oħra Dr Michael Farrugia semmhieli l-problema li erġajna semmejna llum dwar il-health behaviour study of school children, fejn kellna blockage u bl-għajnuna ta' l-Onor.", "Edwin Vassallo l-ġimgħa l-oħra ltqajna wkoll mal-partijiet fejn kien hemm xi problemi għaliex issa wasalna biex nerġgħu nagħmlu ta' l-2010.", "Jien ma kontx hemm dak iż-żmien.", "Smajt x'ġara u għedtilhom biex naraw fejn kienu l-problemi, niltaqgħu ma' min kellu l-problemi u l-oġġezzjonijiet u flimkien naraw.", "Meta bdejna nitkellmu kienet kwestjoni ta' anke kif tkun poġġuta jew translated il-question.", "Forsi kieku poġġejthielu mod ieħor din id-domanda kienet tkun aċċettabbli iktar għal tifel ta' 13-il sena u anke toħroġ il-verità.", "Wara kollox fis-surveys li rridu nagħmlu aħna ma rridux li ż-żgħażagħ joqogħdu jigdbu jew jiftaħru li kellhom \"tant\" atti sesswali.", "Irridu l-verità biex aħna naħdmu fuqha.", "Dak għal li jirrigwardja r-riċerka.", "Niġi għall-kura, area oħra li rridu naħdmu fuqha.", "Hawnhekk se ngħaqqdu l-professjonisti, il-GPs, il-GU clinic, il-gyneacologists u jekk hemm bżonn noħorġu l-protocols ukoll.", "Fir-rigward tal-Health Promotion veru forsi fallejna.", "Veru li forsi hemm xi ftit awareness allavolja mill-pazjenti li jara l-clinic hemm min lanqas biss jaf kif juża l-condom.", "U lanqas jafu li jekk ikollok skin contact bħal warts eċċ. il-condom mhux se jipproteġik.", "Dawn l-affarijiet ma jafuhomx u aħna rridu noqgħodu attenti kif inwasslu l-messaġġ tagħna.", "Ħaġa li ħdimna fuqha hija l-istudju li jismu HQ Project li pproponew l-Unjoni Ewropea li aħna dħalna partners fih.", "J'Alla jiġi funded għax inkunu nistgħu nidħlu u naħdmu.", "Dawn se jagħmlu riċerka fl-Ewropa kollha biex jaraw x'inhuma il-Health Promotional Messages related to Sexual Health u li veru qed jaħdmu.", "Huwa diffiċli għalina biex nagħmlu studju bħal dan peress li Malta żgħira.", "Kif ġiet l-opportunità li l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea se jingħaqdu kollha aħna dħalna fiha.", "Se jkun hemm fondi biex jgħinuna biex inwasslu dawn il-messages u hemmhekk naraw verament x'jaħdem maż-żgħażagħ u fejn huma l-areas li aħna nistgħu niffokaw.", "Aħna as such ma nużawx advertising agencies direttament għax meta pprovajt nara x-xogħol ta' advertising agencies Maltin sibt li l-esperjenzi li għandhom mhumiex fuq health sfortunatament.", "Iktar jaħdmu mal-kumpanniji ta' l-ilma u huma veru bravi fuq affarijiet oħra għax dort ħafna minnhom.", "L-ewwelnett jeħdulhek ħafna aktar flus, però ħafna minnhom għandhom esperjenza fuq affarijiet materjali oħrajn u mhux f'health.", "Aħna ninvolvu wkoll lil min se jkun it-target message.", "Per eżempju, dalgħodu konna qed nitkellmu fuq id-drink and drive, ta' l-alcohol u bdejna ngħidu x'se jkun il-messaġġ fuq ir-radju.", "Kumbinazzjoni kienet għaddejja studenta li għandi miegħi u staqsejtha jekk dak il-messaġġ ifissirx xi ħaġa għaliha.", "Area oħra hija t-training.", "Kemm it-tobba kif ukoll it-teachers se jkollhom bżonn it-training.", "L-area l-oħra hija l-education fejn issa qed issir riforma li nistgħu nieħdu l-vantaġġ u nipprovaw naraw x'se jsir hemmhekk u nidħlu fiha.", "Aħna qed nippjanaw li nlestu l-proposti ta' l-action plan sa l-aħħar ta' din is-sena, u ngħadduhom lill-Ministru.", "Kif japprovahom nibdew nikkonsultaw l-istake holders li wieħed minnhom hu l-education għax iż-żgħażagħ tal-futur tagħna qegħdin hemmhekk fil-primary schools u fil-kindergarten.", "Irridu nibdew miż-żgħar u l-messaġġi jridu jkunu tailor-made according to each age.", "Forsi tistaqsuni: Tifel ta' tliet snin x'se ngħallmu fejn tidħol sexual health?", "Hekk tkun diġà bdejt li inti ma tistħix, taf li tifel u tifla huma differenti, titgħallem tirrispetta ġismek u ġisem ħaddieħor.", "Hopefully nipprovaw naslu li anke min ikun taħt l-effett ta' l-alcohol ikun kapaċi jirrispetta lil ħaddieħor.", "DR PHILIP CARABOT: Jien ħadt gost li fl-aħħar sibt xi ħaġa li dwarha naqbel ma' Dr Vella.", "Hawnhekk qed nagħtu messaġġ diverġenti ħafna, min jgħid hekk u min jgħid hekk.", "Hemm bżonn li jkollna one common message li jaqbel miegħu kulħadd u mhux one undermines the other.", "U għalhekk naħseb li għandna bżonn din in-national conference.", "Id-darba l-oħra xi ħadd kien għamel commitment li se ssir.", "Issa nixtieq nagħmel iżjed pressure billi nistaqsi meta se ssir u min se jorganizzaha?", "Wieħed mill-istakeholders ewlenin li għandu jkun ikkonsultat huma ż-żgħażagħ infushom.", "Inutli aħna - li għalihom aħna xjuħ - noqogħdu ngħidu li tista' tagħmel hekk, tagħmel hekk u tagħmel hekk, jekk ma nisimgħux huma x'iridu u xi jħossu u what they need.", "We have to cater għal dak li jridu huma u mhux li rridu aħna.", "DR ANNA MARIA VELLA: Il-Ph.D tas-Sur Roderick Bugeja, li se jilħaq tabib fi Frar, huwa proprju fuq hekk.", "Staqsa liż-żgħażagħ x'jixtiequ huma.", "IS-SUR PAUL VINCENTI: Jiena marketer u trainer u, kif tafu, I founded anke il-moviment favur il-ħajja, il-Gift of Life.", "Jiġifieri għandi interess kbir f'dawn l-affarijiet, speċjalment meta niġu għal nisa u tqala mhux mistennija.", "Jien se nagħtikom ċerti statistiċi li ma tantx nafu bihom f'Malta - jien naf bihom għax insiefer, nattendi ħafna konferenzi, nitkellem ma ħafna nies u ovvjament huwa s-suġġett tiegħi wkoll – li mhux il-pjaċir tiegħi li ngħidhom u lanqas hija motivazzjoni reliġjuża jew personali.", "Se nagħtikom tnejn imma hemm eluf ħerġin minn movimenti favur il-planned parenthood, u li l-iktar li għandhom interess li jmexxu l-abort.", "Fl-2006 l-Università ta' Flinders f'Adelaide l-Awstralja ħarġu riżultati ta' stħarriġ li għamlu bejn l-1996 u 2006 fejn instab li 70% ta' 3,400 li rrikorrew għall-abort kienu nisa li qalu li kienu qed jipprattikaw xi tip ta' kontraċettiv li falla.", "Jiġifieri dawn diġà bdew bil-mentalità ta' kontraċettivi – barra minn Malta għandhom mentalità kompletament differenti, aħna għadna ma wasalniex għal dak l-istat – u ovvjament waslu għall-abort għax ma ridux tarbija fil-bidu.", "Għalhekk kienu qed jipprattikaw is-so called safe sex.", "Interessanti wkoll li 36% ta' dawn, jiġifieri kważi 4 minn kull 10, kienu qed jużaw tip ta' barrier contraception - għal dawn li ma jifhmux huma tipo condoms jew female condom, eċċ. - u 28% ta' dawn kienu qed jużaw kontraċettiv orali.", "L-oħrajn, 3% kienu qed jużaw natural methods.", "Jiġifieri l-mentalità li inti tuża kontraċettiv you are predispositioning the attitude li meta tiġi tqala mhux mistennija s-soluzzjoni hija l-abort.", "Sentejn ilu żort il-Guttmacher Institute f'Washington li huwa stmat mill-professionals kollha fl-Amerika because they provide objective information.", "Dan l-aħħar anke Barack Obama uża l-Guttmacher Institute għal xi statistika li riedu jużaw fil-health.", "Fl-Amerika, 65% tal-1.3 miljun nisa li qed jirrikorru għall-abort kienu qegħdin fuq xi tip ta' kontraċettiv.", "Jien qed ngħid li jekk nagħfsu hemmhekk biss, forsi qed noħolqu problema oħra li suppost qed nevitaw.", "Xi sentejn ilu kont bgħatt messaġġ lil Dr Carabot permezz ta' kollega tiegħu u stedintu biex niltaqgħu biex nagħmlu xi ħaġa flimkien f'Paceville għax nagħrfu li hemm problema hemmhekk.", "Aħna konna lesti nixtru ambulanza biex iż-żgħażagħ li qegħdin f'Paceville … Forsi għal xi raġuni personali ma riedx jiltaqa' miegħi fuq din.", "Għamilha ċara u qatt ma ltqajna.", "Nixtieq nerġa' nestendi l-invit li naħdmu flimkien għax hawnhekk żgur li kulħadd għandu l-istess interess: iż-żgħażagħ tagħna.", "Aħna kellna konferenza fejn fost l-oħrajn għaliha attendew l-Onor.", "Ħareġ ċar minn 120 P.S.D. teacher li huma stess ukoll iridu xi ħaġa għax m'għandhomx course material u m'għandhom xejn.", "Aħna pubblikament wegħednihom li f'dawn is-sentejn u nofs se naħdmu fuq ix-short to medium plan flimkien ma' professjonisti, ma' tobba, ma' psikjatri – u anke nestendi l-invit lil GU clinic u l-Health Promotion ukoll - biex infasslu xi tip ta' kors.", "Dan ikun jinkludi l-ewwelnett course material għaż-żgħażagħ tailor-designed for the age group, it-tieni backup training għat-teachers, u t-tielet other resources including web based cd rom and dvd based resources for students biex jeħduhom id-dar magħhom, inkluż tat-teachers ukoll.", "MICHAEL GONZI: Importanti li din issir fil-qafas tal-gvern għax inkella se niġu …", "IS-SUR PAUL VINCENTI: Naqbel ħafna.", "Għalhekk qed insemmiha, biex naħdmu flimkien fuqha.", "Ma tistax iġġonġihom flimkien għax se nagħmlu iktar taħwid.", "You give a good message, Dr Carabot gives a good message, imma t-tnejn li intom flimkien se nagħmlulhom it-taħwid liż-żgħażagħ fl-opinjoni tiegħi.", "IS-SUR PAUL VINCENTI: L-opinjoni tiegħek hija dejjem valida għax jien ma nistax ngħid li għandek tort.", "Imma rridu noqogħdu attenti li dawn in-nisa li qed naraw aħna permezz tal-programm \"HOPE\", they're getting pregnant somehow.", "MICHAEL GONZI: Allura x'qed tissuġġerixxi, li nwaqqfu l-kontraċettivi immedjatament?", "IS-SUR PAUL VINCENTI: Le, assolutament mhux qed ngħid hekk.", "MICHAEL GONZI: Mela se nerġgħu nagħtu messaġġ ieħor differenti milli qed jagħtu l-kollegi tiegħi.", "MICHAEL GONZI: Irridu noqogħdu attenti.", "IS-SUR PAUL VINCENTI: Yes, yes, qed naqbel, imma naħseb li huwa d-dmir tiegħi li ladarba għandi din l-informazzjoni ngħaddihielkom.", "Naħseb li l-għan ta' dan il-kumitat huwa li joħroġ one single message.", "MICHAEL GONZI: Għax inkwetajtni meta għedt li se tlesti … L-ewwelnett you are not an expert, lanqas jien.", "IS-SUR PAUL VINCENTI: Jien qed naħdem bl-esperti, mhux waħdi.", "MICHAEL GONZI: Imma l-esperti jridu jkunu fil-kontest Malti.", "Tgħidli: hemm differenza?", "IS-SUR PAUL VINCENTI: Hemm differenza kbira.", "MICHAEL GONZI: Il-kulturi huma differenti.", "Ma nistgħux naqbdu xi ħaġa mill-Ingilterra jew xi ħaġa mill-Awstralja u napplikawha għalina.", "Irridu noqogħdu attenti.", "IS-SUR PAUL VINCENTI: Jien għalhekk semmejtha għax jien naħseb li l-importanti li naħdmu flimkien.", "Issa aħna lesti nagħmluha bħala NGOs, imma r-riżorsi tagħna mhumiex ir-riżorsi tal-gvern, mhumiex ir-riżorsi li għandhom il-health promotion.", "Aħna għandna messaġġ u l-messaġġ tagħna huwa li nixtiequ ngħinu, nixtiequ nkunu involuti għax għandna interess ukoll għas-soċjetà Maltija.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq nirriferi għal xi ħaġa li nkwetatni.", "Jekk dik l-istatistika toħroġ barra naħseb se nagħtu informazzjoni ħażina.", "Se nagħtu l-impressjoni li jekk tipprattika safe sex jew inkella method ta' safe sex dan huwa l-aħjar metodu ta' kontroll tat-twelid.", "Hemm differenza bejn l-istatistika u r-realtà.", "Ir-realtà hija - u dawn huma fatti li forsi jikkorroboraw sħabi t-tobba – li ċ-ċansijiet li jkun hemm tqala meta jintuża l-condom bħala persentaġġ huma akbar minn kontraċettivi orali.", "Iċ-ċans li xi ħadd jinqabad bil-kontraċettivi orali huma remoti ħafna.", "Dawn huma l-fatti.", "Bla ebda protezzjoni, iċ-ċansijiet li tinqabad kemm jekk tuża safe sex u anke jekk ma tużax safe sex, huma ħafna ikbar.", "Issa niġi għal waħda mill-affarijiet inkwetanti.", "Il-fatt li ma jintużax condom u jintuża s-safe sex qed tiftaħhom għall-possibbiltà (Interruzzjoni) Safe sex u bil-condom jew safe sex mingħajr condom?", "Jien għedt safer.", "Jekk qed nużaw safer sex x'aħna qegħdin ngħidu?", "Qed nużaw il-methods ta' kif jaħdem iċ-ċiklu tax-xahar?", "Jekk qed nużaw dik qed nibagħtu messaġġ ħażin li wieħed jista' juża dan biex ma jinqabadx pregnant, imma mbagħad qed ninsew il-kwestjoni ta' mard?", "Qed naraw biss il-kwestjoni ta' abort?", "Aħna hawnhekk tinteressana l-problema ta' mard.", "Indirettament se tidħol ukoll il-kwestjoni tat-tqala, imma ma nistgħux immorru għall-kwestjoni tat-tqala u ninsew il-kwestjoni tal-mard.", "Mela jekk se nużaw safer sex billi nużaw in-natural method taċ-ċiklu tax-xahar, meta għandek ovulation, eċċ. naħseb se tikkrolla s-sistema kollha fejn jidħol il-mard.", "Naħseb fih innifsu diġà huwa bidu li jien ngħid awtomatikament huwa ħażin.", "Jekk aħna se nitkellmu fuq kwestjoni ta' mard, il-kwestjoni ta' dati, safer sex hija kwestjoni kompletament differenti.", "Ma nistgħux inħalltuhom, u għalhekk jien ħassejt li għandi nitkellem open ħafna.", "Irridu nħarsu lejn aspetti kompletament differenti.", "L-ewwelnett fil-każ ta' unwanted pregnancies huwa importanti li jkun hemm triq għalihom, noffrulhom l-opportunitajiet kollha.", "Dik hija ħaġa waħda.", "Il-prevenzjoni tat-tqala għandna nittekiljawha kemm jista' jkun ħalli ma jkollniex għalfejn naslu għal unwanted pregnancies u talbiet għal abort.", "Se nitkellem ċar u tond, aħna din in-naħa tal-Kamra bħan-naħa l-oħra kontra l-abort.", "Għamilniha ċara.", "(Interruzzjonijiet) Agħtini ċans nitkellem biex niċċara l-pożizzjoni tiegħi.", "Aħna jinteressana li jkun hemm sistemi ta' kura, bħalma hemm is-support għal unwanted pregnancies, bħalma hemm il-GU clinic għal min hu marid, imma aħna qed nitkellmu fuq prevention.", "Aħna 'l hemmhekk irridu mmorru u dan il-kumitat li jinteressah huwa li jkun hemm prevenzjoni ċara mingħajr tidwir mal-lewża biex immorru lejn prevention ta' unwanted pregnancies u prevention ta' sexually transmitted diseases.", "Irridu nitkellmu ċar minn dan il-lat.", "Issa rridu nitkellmu kif se nagħmluhom.", "DR PHILIP CARABOT: Żewġ punti biss dwar dak li qal Mr Vincenti.", "Inkwetani ħafna - forsi fhimtu ħażin jien – l-fatt li qed jipprova jara korelazzjoni jew a linear relationship bejn l-użu tal-condoms u l-abortions.", "Forsi fhimtek ħażin, imma jekk qed tgħid hekk ma naqbilx miegħek assolutament.", "Semma dan il-famuż meeting.", "Ma nafx għalfejn tela' dan il-punt, imma se niċċara ftit x'ġara.", "Sentejn ilu irċevejt telefonata minn Dr Lawrence Scerri dwar dak li qal Mr Vincenti u għedtlu li m'għandix ċans.", "Kien dak iż-żmien meta Mr Vincenti kien qed jagħmel dik il-kampanja biex niffirmaw għal constitution amendment rigward l-abortion.", "I'm against abortion, imma ma naqbilx totalment li jkun hemm constitution amendment, allura ddeċidejt li ma niltaqax miegħu.", "Jiġifieri jekk ridt ir-raġuni għaliex ma ridtx niltaqa' miegħek issa għandek ir-risposta.", "IS-SUR PAUL VINCENTI: Jekk dik kienet dik ir-raġuni messna tkellimna xorta.", "DR PHILIP CARABOT: Ħadd ma qalli xejn.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Mhux issa, sibu metodi oħra.", "DR PHILIP CARABOT: Daqshekk biss, Mr Chairman.", "(Interruzzjonijiet)", "STEPHEN SPITERI: Jien naħseb li hawnhekk kien hawn naqra mix-up meta semmejna l-użu tal-condom.", "L-użu tal-condom as a contraceptive għandu użu mod u as a means of preventing diseases għandu użu mod ieħor.", "Minn dak l-aspett jien għalhekk bdejt naċċenna li għandna nippromwovu l-użu tal-condom vis-à-vis prevention of sexually transmitted diseases.", "Daqshekk.", "THE CHAIRMAN: Sinjuri wasalna għall-konklużjoni ta' din il-laqgħa.", "L-ewwel ħaġa importanti li ma niġġeneralizzawx, jiġifieri l-istatistika li jista' jkollna f'idejna noqogħdu attenti kif nużawha.", "Jekk nisma' xi ħaġa jien ma jfissirx li l-pajjiż kollu huwa hekk, allura tajjeb u importanti ħafna li jkollna statistika fuq livell nazzjonali biex ikollna konċetti u ħsebijiet iżjed konkreti.", "Nappella lil Dr Charmaine Gauci biex fil-kampanja għal dan il-Milied kontra l-abbuż ta' l-alkoħol tipprova tgħaddi l-messaġġ li x-xorb żejjed jista' jkun kaġun ta' sexually transmitted diseases.", "Ħaġa li ħarġet minn dawn iż-żewġ laqgħat hija li m'għandux ikollna messaġġi differenti.", "Ilkoll qed naqblu li għandu jkollna messaġġ wieħed konkret.", "Il-pajjiż tagħna mhuwiex pajjiż kbir enormi.", "M'aħniex il-Ġermanja u lanqas aħna l-Ingilerra, imma aħna pajjiż żgħir u iżjed u iżjed għandna nwasslu messaġġ wieħed.", "Rigward l-istatistika naħseb irridu nkunu attenti kif nużawha.", "Hawnhekk kellek prova ċara żgħira, imma l-istatistika li ġejt biex taqsam magħna, Sur Vincenti, ħasdet lil dawn in-nies.", "Kun konxju ħafna ta' kif tuża dik l-istatistika, ta' kif twassal dak il-messaġġ liż-żgħażagħ u lill-istudenti għax tista' tisplodi, biex ngħid hekk, reazzjoni li ma tkunx mixtieqa.", "Rigward il-konferenza, irridu niltaqgħu ma' l-esperti u nagħmluha.", "Bil-permess ta' sħabi fil-Kamra, imma ma smajtx oġġezzjoni għall-proposta ta' Dr. Philip Carabot, irridu nisimgħu lill-istudenti wkoll.", "Ovvjament nispera li l-istudenti jkunu lesti li jitkellmu u ma jkunux huma stess beżagħna li jitkellmu b'mod miftuħ.", "Għaldaqstant jien se nitlob meetings preparatorji magħkom hawnhekk, Dr Charmaine, Dr Anna Maria Vella u Dr Philip Carabot, biex naraw kif se norganizzaw din il-konferenza nazzjonali bl-aħjar mod possibbli.", "It-tema prinċipali hija biex nevitaw li jkollna sexually transmitted diseases.", "Ma naħsibx li għandna nifirxu fuq ħafna suġġetti.", "Irridu naħdmu flimkien magħkom l-esperti biex tagħtuna ħjiel ta' kif norganizzawha bl-aħjar mod possibbli u biex tkun ukoll ta' għajnuna għal-unit ta' Dr Charmaine Gauci u mhux ta' tfixkil fil-promozzjoni tal-policies li se tfasslu intom.", "Anzi rridu ngħinukom biex meta titlesta din il-policy ikun hemm ħaġa waħda li jaqbel magħha kulħadd li tiġi marketed bl-aħjar mod possibbli.", "Nirringrazzjakom.", "Aħna għandna l-aħħar meeting ta' din is-sena nhar l-Erbgħa, u hopefully nerġgħu nibdew is-sena ta' wara meta jerġa' jiltaqa' l-parlament fit-12 ta' Jannar, bis-suġġett social inclusion.", "Fid-9:20 pm id-diskussjoni fuq dan is-suġġett kienet interrota u l-Kumitat aġġorna għall-Erbgħa, l-10 ta' Diċembru 2008."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081203_009d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 9", "L-Erbgħa, 3 ta' Diċembru, 2008", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.30 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Justyne Caruana, l-Onor Michael Farrugia, l-Onor Michael Gonzi u l-Onor Stephen Spiteri.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr 8 li saret nhar l-Erbgħa 26 ta' Novembru 2008 ġew konfermati.", "Il-President tal-Kumitat qiegħed fuq il-Mejda tal-Kumitat:", "Dokument 26 Korrispondenza datata l-1 ta' Diċembru 2008 mibgħuta miċ-Chairperson ta' ProġettImpenn, Dr Rita Borg Xuereb, dwar pjanar ta' Konferenza Nazzjonali bejn il-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-ProġettImpenn, għas-7 ta' Frar 2009 intitolata \"Żwieġ: Quo Vadis?\"", "Il-Kumitat qabel li din il-korrispondenza tiġi riferuta lill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti.", "Diskussjoni dwar il-Genitourinary Report 2007.", "Dan ir-rapport kien mibgħut lill-Kumitat minn Dr Philip Carabot.", "Kontinwazzjoni.", "Il-Kumitat irriżuma d-diskussjoni fuq dan is-suġġett mill-Erbgħa 26 ta' Novembru 2008.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat stieden lil Dr Philip Carabot, (Head tal-GU Clinic), lil Dr Charmaine Gauci (Director, Health Promotion and Disease Centre) u lil Dr Anna-Maria Vella biex ikomplu d-diskussjoni dwar il-Genitourinary Report u s-sexual health.", "L-Onor Edwin Vassallo talab il-permess tal-Kumitat biex is-Sur Paul Vincenti mill-Gift of Life jagħmel intervent.", "Il-permess ingħata.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-9:20 pm id-diskussjoni fuq dan is-suġġett kienet interrota u l-Kumitat aġġorna għall-Erbgħa l-10 ta' Diċembru 2008.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081203_009m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 10", "L-Erbgħa 10 ta' Diċembru, 2008", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 10 ta' Diċembru, 2008 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Riċerka fuq il-Familja, mill-Kummissjoni Nazzjonali Familja bil-parteċipazzjoni ta' Dr Angela Abela u Fr Dr Carmel Tabone o.p.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081210_010a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 10", "L-Erbgħa, 10 ta' Diċembru, 2008", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 10", "L-Erbgħa, 10 ta' Diċembru, 2008", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.30 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 9 li saret l-Erbgħa, 3 ta' Diċembru, 2008 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq nirraporta xi żviluppi kien hemm dwar il-korrispondenza li rċevejna fl-aħħar laqgħa u li kienet ġiet mibgħuta lilna miċ-Chairperson Dr Rita Borg Xuereb tal-ProġettImpenn dwar pjanar ta' Konferenza Nazzjonali bejn il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-ProġettImpenn.", "Kellimt lil Mr Speaker imma s'issa għadna ma wasalniex għal konklużjoni ta' x'inhu l-aħjar li nagħmlu rigward it-talba li kienet saret lilna fuq il-punt li kien qajjem l-Onor.", "Imma kien hemm raġuni u allura wieħed irid joqgħod attent fuq il-preċedent.", "Aħna rridu naraw kif nipprovaw ngħinu jew kif inkunu parteċipi billi nsibu l-aħjar metodu.", "Nixtieq nirrapporta wkoll lil membri sħabi li għamilt il-laqgħa preparatorja li kienet isegwi l-laqgħat li kellna mal-Kummissarju għat-Tfal.", "Għal din il-laqgħa kien hemm numru ta' rappreżentanti minn ministeri differenti.", "Is-Sur James Carabott, bħala Research Analyst, ħareġ skeda tal-punti kollha li kienu tqajmu mill-Kummissarju għat-Tfal is-Sinjura Carmen Zammit.", "Aħna segwejna dawk il-punti kollha f'dik il-laqgħa li kellna u rriżulta li jrid ikollna mat-tmien laqgħat oħra li jridu jsegwu fuq suġġetti differenti.", "Uħud minnhom qed nippruvaw nagħmluhom mal-ministri konċernati.", "Jekk m'hemmx bżonn li jkollna tmien laqgħat, nipprovaw innaqqsu n-numru imma żgur li qed nipprovaw norganizzaw laqgħa mal-Attorney General fuq dak li għandu x'jaqsam maċ-Children's Act u se nġibu lil dawk kollha li suppost għandhom jipparteċipaw fiha ħalli nagħtu l-informazzjoni meħtieġa.", "B'hekk dawk il-proposti li semmiet il-Kummissarju għat-Tfal inkomplu naħdmu fuqhom.", "Issa jekk hemm xi issues oħrajn li ma jistgħux isiru minħabba ċirkostanzi differenti, il-Kummissarju għat-Tfal u s-segretarjat tagħha se jkollhom l-informazzjoni dwar x'jista' u x'ma jistax isir.", "B'hekk naraw x'nippermettu li jibqa' fuq il-lista tagħna.", "Aħna nibqgħu noffru l-għajnuna tagħna kollha lil Kummissarju għat-Tfal sabiex dawk il-proposti li kienu pending magħna, inkunu nistgħu nġibuhom fis-seħħ.", "Nixtieq nieħu wkoll spunt ieħor.", "Illum hija l-aħħar laqgħa ta' din is-sena.", "L-ewwel ħaġa nixtieq nieħu din l-opportunità sabiex nirringrazzja lil membri sħabi li ħadmu u li għenu sabiex dan il-kumitat ikollna dawn in-numru ta' laqgħat.", "Fil-fatt b'din il-laqgħa tal-lum inkunu għamilna b'kollox għaxar laqgħat.", "Naturalment il-laqgħat kienu ta' sostanza u bl-għajnuna t'Alla u tagħna lkoll flimkien, nixtieq nipproponi li f'Jannar li ġej ikun hemm aktar minn għaxar laqgħat.", "Għalhekk tistgħu tlestu għal skeda mimlija għax minn tal-inqas irridu niltaqgħu darbtejn fil-ġimgħa, nhar ta' Tlieta u nhar ta' Erbgħa.", "(Interuzzjonijiet)", "ONOR MICHAEL FARRUGIA: Forsi se nitkellem daqsxejn iż-żejjed.", "Imma la l-abbozz ta' liġi dwar il-kera ma resaqx quddiem dan il-kumitat sabiex nevalwawh qabel tieqaf il-Kamra, irridu nkunu fil-Kamra aħna.", "THE CHAIRMAN: Ovvjament ix-xogħol tal-kumitat irid isir filwaqt li nħallu lil membri sħabna kollha jipparteċipaw fil-plenarja u għalhekk irridu naraw kif noħolqu dan il-bilanċ.", "Nixtieq nieħu l-opportunità sabiex nirringrazzja lil dawk kollha taw l-għajnuna tagħhom, speċjalment lis-Segretarja tal-Kumitat u r-Research Analyst li huma l-istaff li jsostnu dan il-kumitat b'mod dirett.", "Imma nixtieq nirringrazzja wkoll lil membri l-oħrajn kollha tal-parlament li jsostnuna b'mod indirett imma li qegħdin hemmhekk biex jgħinuna.", "Lil dawn kollha nixtieq nirringrazzjahom ukoll.", "Irrid nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li bħala esperti - kemm mill-NGOs u mid-dipartimenti tal-gvern - tawna l-għajnuna kollha tagħhom permezz tas-sehem parteċipattiv tagħhom.", "Ma rridx ninsa li mill-bidu tal-laqgħat tagħna sal-ġurnata tal-lum kellna l-isfortuna li nitilfu wieħed minn sħabna l-Onor.", "Nixtieq li mhux biss nibqgħu niftakruh hawnhekk preżenti magħna, imma li niftakruh ukoll fit-talb tagħna.", "Se nagħtikom kopja tal-press releases kollha li ħriġna s'issa u nixtieq li dawn iżżommuhom ħalli fix-xhur li ġejjin, speċjalment f'Jannar li ġej, tagħmluhom tagħkom fil-kitbiet li tagħmlu fil-ħarġiet u l-ġurnali li fihom tipparteċipaw.", "B'hekk b'xi mod jew ieħor, kulħadd ikun jista' iwassal il-messaġġ li ħdimna fuqu bħala kumitat permanenti dwar l-affarijiet soċjali.", "Ovvjament l-iżjed ħaġa importanti għalina bħala kumitat hija li nkomplu nqanqlu d-diskussjonijiet fuq s-suġġetti li ddiskutejna, anke barra minn din il-Kamra għax aħna hawnhekk ma rridux biss nitkellmu fuq dawn is-suġġetti hawnhekk imma nkunu rridu nitkellmu wkoll mas-soċjetà Maltija.", "Għalhekk huwa importanti li nżommu f'moħħna li qed nitkellmu f'isem is-soċjetà Maltija, għall-ġid tas-soċjetà Maltija u wkoll mas-soċjetà Maltija.", "Allura rridu nitkellmu b'tali mod li niftiehmu u li nifhmu l-problemi li għandna hemm barra fid-djar tal-familji tagħna.", "L-Onor.", "ONOR MICHAEL FARRUGIA: Qabel xejn naqbel maċ-chairperson ta' dan il-kumitat dwar ir-ringrazzjamenti u t-tifkiriet li għamel.", "Apparti minn hekk nixtieq nawgura sena oħra ta' ħidma.", "Ovvjament bħalma għedt aktar qabel irridu nżommu f'moħħna xi jkun għaddej fil-plenarja għax jekk tkun għaddejja diskussjoni soċjali, ma tagħmilx sens li n-nies responsabbli u parteċipi fil-kumitat li għandu x'jaqsam mal-affarijiet soċjali ma jkunux fil-Kamra.", "Naf li tista' tkun daqsxejn ta' problema.", "Imma qabel noħorġu ċerti stqarrijiet jew press releases mad-DOI, naħseb li jkun għaqli li biex ma jinqalgħux problemi - avolja s'issa għad ma kienx hemm - u biex nipprovaw niskansaw li toħroġ press release u mbagħad ikollha toħroġ press release oħra għaliha, għax forsi ma jkunx hemm qbil fuq ċerti dettalji li jkunu ħarġu fl-ewwel waħda, ikun hemm ko-operazzjoni bejn iż-żewġ naħat ħalli l-press release tkun uniformi.", "Naħseb li jekk nimxu hekk, inkunu nistgħu mmexxu ħafna aħjar mingħajr l-ebda problemi.", "L-aktar li nistgħu nagħmlu huwa li minflok wara kull laqgħa toħroġ press release, niftiehmu li matul il-ġimgħa, il-laqgħat li jkun hawn, toħroġ press release jew tnejn lejn l-aħħar tal-ġimgħa wara li nkunu qbilna.", "B'hekk niffrankaw ħafna problemi.", "S'issa mxejna tajjeb għax anke bil-mistoqsijiet u kummenti li għamilna, dejjem konna fuq l-istess binarju.", "S'issa ma kellniex kwestjonijiet kontraversjali imma għada jista' ikun hemm kwestjoni kontraversjali, u inti bħal ċ-chairperson tħossok skomdu li toħroġ ċertu stqarrija u allura tħalli żewġ paragrafi barra.", "Meta tinqara dik l-istqarrija u jitkellem dwarha l-kumitat, jista' ikun li l-membri jinsistu li għall-pubbliku ġenerali, ikun importanti li dawk iż-żewġ paragrafi ikunu magħrufin ukoll.", "THE CHAIRMAN: Nista' nagħti r-reazzjoni tiegħi immedjatament.", "L-ewwel ħaġa llum għandna mat-tmien jew disa' press releases li jkolli ngħid huma kollha tekniċi.", "Dawn mhumiex politiċi fil-format tagħhom imma huma tekniċi għax huma magħmulin minn James Carabott ir-research analyst tagħna.", "Huma kollha sintesi ta' dak li jkun intqal jew ta' dak li jkun għadda fil-ġurnata ta' qabel meta kellna l-laqgħa.", "Ħafna drabi l-ġurnalisti jitolbuna x'ġara l-bieraħ u llum il-ġurnaliżmu huwa dak li hu.", "Il-ġurnalist ikun irid xi ħaġa li tkun ippreparata ħalli ma joqgħodx jidħol fid-dettall tar-riċerka.", "Jiena ngħid li kull wieħed minna għandu jingħata l-prova tal-abilità u tal-irġulija tiegħu.", "Jekk minn dik l-abilità u l-irġulija tiegħu jagħmel fjask, allura jrid iħallas għalih.", "Nista' inkun jien u jista' ikun James.", "Ir-responsabilità hija tagħna.", "Ħafna drabi lanqas jien ma nkun rajt il-press release għax inkun qed nafda f'James.", "Ngħidlu sabiex jitlaq minn dak il-ġist, jiġifieri nieħu spunt importanti ta' dak li tkun qiegħda tgħid il-persuna teknika li jkun hemm, u ngħid lil James sabiex jibgħat dik il-press release.", "Dik il-press release hija l-metodu li permezz tagħha nkunu qed inkellmu lis-soċjetà hemm barra għax ovvjament waħda mill-iżjed affarijiet li konna tkellimna dwarhom fil-bidu tal-laqgħat tagħna huwa proprju – u għadni niftakar li kont għedtha inti – kif se nikkomunikaw man-nies u nġiegħluhom ikunu jafu b'dak li qed nagħmlu aħna.", "Jiena ma niddejjaq xejn li nħalli f'idejk Onor. Farrugia - bħala l-persuna li qed tqanqal dan il-kumment – sabiex tirranġa inti stess ma' seħibna James Carabott.", "Ħa nitfa' fuqek ir-responsabilità u nitolbok tikkomunika ma' James ħalli taraw kif tistgħu ssibu l-aħjar mezz possibli ta' kif tistgħu taħdmu din il-biċċa tax-xogħol.", "Jiena hawnhekk ma rridx nieħu iktar mill-ħin tagħna sabiex naraw nistgħux naslu għal kompromess.", "Però jekk tistgħu ssibu mezz kif aħna ma nitilfux mill-ħin tagħna, li fi żmien 24 siegħa li tkun saret il-laqgħa titlaq press release, allura tistgħu tagħmluha.", "Aħna nafdaw li x-xogħol li qed jieħu James huwa xogħol tekniku u ma rridux nidħlu f'kontraversja politika għax ħafna mis-suġġetti li nkunu qegħdin niddiskutu hawnhekk, inkunu qed nagħmluhom b'mod tekniku.", "ONOR MICHAEL FARRUGIA: Jiena għandi fiduċja fil-ħabib tagħna, imma naħseb li jkun tajjeb li ż-żewġ naħat ikunu taw il-go ahead sabiex toħroġ dik il-press release.", "Għax għalfejn jekk jimmissja xi ħaġa li jiena nħoss li kienet importanti, niġi hawnhekk u nattakkah?", "Jiena m'għandi l-ebda intenzjoni li nagħmel hekk.", "Li qed ngħid hu li qabel toħroġ il-press release, niġbdulu l-attenzjoni fuq dak li rridu.", "M'għandniex għalfejn noqgħodu nikkastigaw lil xi ħadd għax tkun qabżitlu xi ħaġa.", "Ma tagħmilx sens.", "(Interuzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Jiena nitlob lil James sabiex isib il-metodu ta' kif jista' jinforma lil sħabna b'mod elettroniku u ngħidlu wkoll sabiex jara minn issa li jkollu l-konferma bil-miktub ħalli jekk jinqala xi ħaġa l-għada għax xi ħadd ikun bdielu, ikollu l-konferma x'juri.", "Fl-aħħar mill-aħħar ir-responsabilità ta' kif se jkun qiegħed jagħmilha ma nidħolx fiha jien u se nħalli f'idejh sabiex jagħmel l-aħjar li jista'.", "(Interuzzjonjiet).", "Sinjuri ma rridx neħdilkom aktar mill-ħin prezzjuż tagħkom bħala esperti u naħseb li wasal il-ħin li nibdew.", "Se nħalli issa f'idejn l-esperti li għandna magħna u se nsemmihom ftit.", "Għandna magħna lil Dr. Angela Abela u lil Fr Carmel Tabone.", "Fr Carmel Tabone nagħtik il-kelma.", "Riċerka fuq il-Familja, mill-Kummissjoni Nazzjonali Familja", "bil-parteċipazzjoni ta'", "FR DR CARMEL TABONE: Jiena nixtieq nagħmel kumment ġenerali.", "Illum huwa t-tieni darba li qiegħed f'dan il-kumitat din is-sena u nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi għal mod ta' kif jitmexxa l-kumitat.", "Jidher li qed tiġbdu ħabel wieħed bħala ż-żewġ naħat tal-Kamra u vera qegħdin taħdmu għall-ġid tal-poplu tagħna.", "Hija xi ħaġa li ta' min japprezzaha u ħassejt li għandi ngħidha għax kif intom għamiltu ħafna apprezzamenti, jiena wkoll ħassejt li anke aħna, bħala strangers fil-parlament, għandna nuru l-apprezzament tagħna.", "Il-filosofija wara r-riċerka tagħna hija li l-faqar faċilment jiġi njorat, speċjalment f'soċjetà żviluppata.", "Darba kont ktibt chapter fi ktieb fuq il-faqar f'Malta li kien jismu \"Poverty: A Persistant Global Reality\".", "Għamilna żmien f'Malta fejn ma stajniex ngħidu kemm għandna nies fqar b'mod konkret u perċentwalment.", "Imma issa nistgħu ngħiduh għax l-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika qiegħed isegwi l-metodu tal-Eurostat dwar kif jitkejjel il-faqar fl-Ewropa.", "U issa nistgħu ngħidu f'paragun ma' pajjiżi Ewropej li fil-pajjiż għandna 15% tal-popolazzjoni tagħna li qed tgħix fil-faqar.", "Hawnhekk dejjem qed nitkellmu fuq faqar relattiv imma l-faqar relattiv huwa xorta waħda faqar.", "U dan kien l-iskop tagħna, li l-idea ta' faqar relattiv inlaħħmuha bir-riċerka tagħna u nuru fil-prattika xi tkun qed tfisser.", "Jiġifieri mil-liema tbatijiet qed jgħaddi min qed jgħix f'faqar relattiv?", "U x'inhuma l-kawżi ta' dan il-faqar relattiv?", "THE CHAIRMAN: Peress li qed issemmi affarijiet tekniċi, tista' tispjegalna ftit xi tfisser b'faqar relattiv?", "FR DR CARMEL TABONE: Jiena nieħu pjaċir jekk tistaqsuni u tagħmlu l-kjarifiki miegħi għax lili tista' taqbiżli xi ħaġa għax nassumi li kulħadd qed jifhimni.", "Fi kliem sempliċi, faqar relattiv ifisser li jiena mhux qed inlaħħaq mal-ħajja u dan jista' jkun għal diversi raġunijiet.", "Per eżempju, jekk ikolli mard fil-familja, faċilment il-kondizzjoni tiegħi tiġi li bl-income tiegħi - minħabba li daħlet kawża oħra - jista' faċilment joħloqli l-inkwiet, għax ma nkunx nista' inlaħħaq mal-ħajja.", "B'hekk inbati jien u wliedi.", "Aħna għamilna enfasi fuq it-tfal għax hemm proprju raġuni - u din hija kkoroborata bl-istatistika – li filwaqt li 15% tal-popolazzjoni tagħna qiegħda taħt il-livell tal-faqar, meta jidħlu t-tfal insibu li għandna 21% tat-tfal li qegħdin taħt il-poverty line.", "Dan nistgħu ngħiduh b'ċertezza - dejjem relattiva - imma nistgħu ngħiduh għax saret statistika.", "Sar il-household budget survey b'mod serju mill-NSO li qed isegwu l-miżura u l-metodu li qed issegwi l-Eurostat.", "X'għamilna aħna?", "B'kollaborazzjoni mal-NSO għamilna hekk: Dak il-kampjun li l-NSO iddeċifra bħala li jaqgħu taħt il-livell tal-faqar, u bi ftehim magħhom erġajna qbadnieh.", "Huma ġentilment tawna l-ismijiet ta' dak il-kampjun, wara li ġiet segwita ċerta etika ta' riċerka u wara li ħadu l-permess sabiex ikomplu r-riċerka.", "B'hekk aħna stajna nagħmlu riċerka fil-fond ta' dak il-kampjun ħalli naraw xi jfisser konkretament il-faqar.", "Issa aħna qegħdin nieħdu din iċ-ċifra.", "Mela bil-household budget survey poġġejna l-iskeletru.", "U issa, bir-riċerka tagħna, dejjem b'kollaborazzjoni mal-NSO, tajna l-laħam lil dak l-iskeletru u sirna nafu xi jfisser il-faqar.", "L-ewwelnett ħdimna kwantitivament.", "Jiġifieri għamilna kwestjonarju u erġajna intervistajna lil kull familja jew dar li ġiet iddeċifrata li taqa' taħt il-poverty line.", "Min-naħa tagħna erġajna ċċekkjajna jekk dawn il-familji għadhomx taħt il-poverty line.", "Jekk ma tkunx baqgħet, eskludejniha mill-analiżi tagħna.", "U mbagħad għamilna riċerka kwalitattiva u morna aħna personalment għand il-familji, rajna b'għajnejna, tkellimna magħhom, u smajnihom fit-tul.", "Ħallejnihom jispjegawlna bil-kliem tagħhom - u fil-fatt għandna xi kwotazzjonijiet - ta' xi jfisser għalihom il-faqar.", "Per eżempju, frażi li niftakar kienet tgħid li għalihom il-faqar huwa \"uġiegħ ta' ras kuljum\".", "Qalulna li t-tfal ma jifhmux xi tfisser u għalkemm il-ġenituri tagħhom jispjegawlhom kif ma jistgħux jaffordjaw ċerta affarijiet, it-tfal tagħhom jibqgħu jibku għax ma jifhmux kif dak għandu dak l-oġġett u huma le.", "Hemm bżonn li nsiru nafu dawn il-ħafna sfumaturi ħalli nifhmu minn xiex għaddejjin ċertu familji Maltin, biex aħna nkunu obbligati li ngħinuhom għax għandna stat assistenzjali.", "U għal grazzja t'Alla, l-istat assistenzjali tagħna, fejn ta' pajjiżi oħra, huwa tajjeb ħafna.", "Ta' min jgħid li l-livell tal-faqar f'pajjiżna huwa average fl-Ewropa.", "Hemm min għandu livell ta' faqar fl-Ewropa - bħall-Portugall – għoli ħafna minn dak li għandu pajjiżna u hemm pajjiżi oħra li għandhom inqas.", "Mhux qed ngħid hekk biex inserraħ rasna imma biex inkunu nafu fejn qegħdin.", "Barra li intervistajna profondament lil dawn il-familji u smajnihom, għamilna wkoll focus groups mat-teachers ta' dawn it-tfal, naturalment dejjem bil-permess tal-familji tagħhom.", "Per eżempju, indunajna li t-teachers ma jindunawx li fil-klassi tagħhom għandhom tfal li huma foqra u li għandhom ċerta bżonnijiet.", "Għandek tfal li ma jmorrux għal ħarġiet tal-iskola għax ma jkollhomx biex iħallsu.", "U għandna dawn l-isfumaturi.", "Veru li tifel mhux se jmut billi ma jmurx il-ħarġa tal-iskola, però huwa deprived u jista' jkun excluded.", "Aħna għamilna focus group anke mal-employment advisors tal-ETC.", "Fil-fatt hemmhekk kellna żewġ focus groups u ndunajna li għandna kultura ta' unemployment.", "Dawn qalulna li hemm tfal u żgħażagħ li ma jidħolx f'rashom il-konċett tax-xogħol.", "Dawn jitilgħu f'ambjent fejn hemm inter-generational unemployment, jiġifieri fil-familja tagħhom ħadd ma jkun qatt ħadem, la n-nannu u lanqas il-bużnannu imma dejjem għexu fuq is-servizzi soċjali.", "Allura prattikament ma jafux x'jiġifieri xogħol.", "(Interuzzjonijiet).", "Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li l-bniedem ifittex income security u dawn it-tip ta' nies jieħdu l-income security tagħhom mill-welfare benefits.", "Dawn huma nies li ma jkunux iridu jaħdmu.", "Issa ħa nagħmlu l-presentation.", "Jiena semmejt daqxejn dan l-eżempju biex nurikom kemm dħalna fil-fond fir-riċerka tagħna ma' dawn il-focus groups u x'ħareġ mir-riċerka tagħna.", "Imma issa se nieqaf hawn.", "B'mod sistematiku se neħdukom matul it-triq u nispjegawlkom xi sejbiet li joħorġu mir-riċerka tagħna li qegħdin f'dan il-monograph, li għandkom kopja tiegħu quddiemkom.", "DR ANGELA ABELA: Ir-realtà hija kumplessa u multi-faceted u jkun ħażin li tippolarizza s-sitwazzjoni u taħseb li kollu tort tal-fqar li huma fqar.", "Kien għalhekk li aħna għamilna r-riċerka biex nifhmu l-komplessità tal-fenomenu tal-faqar.", "Fil-fatt ħafna nies ma jifhmux id-dinamika tal-faqar u biex tagħmel politika li tgħin lil min huwa ddiskriminat, trid tifhem eżattament x'inhu dan il-fenomenu.", "Aħna nemmnu li hija diskriminazzjoni li tkun fqir, speċjalment fuq it-tfal.", "U li wieħed minn kull ħamest itfal huwa fqir, hija xi ħaġa allarmanti.", "Meta ngħid dan il-kliem lill-istudenti universitarji jinħasdu.", "Imma sadanittant meta ngħidilhom jekk humiex lesti li jagħtu l-istipendju tagħhom ħalli jiffinanzjaw tifel fqir, insib li minn klassi ta' 90 student, tlieta biss jgħollu jdejhom.", "Jiena rrid insemmilkom u nirringrazzjakom talli stedintuna għal din id-diskussjoni.", "Dan kien xogħol li ħadilna ħafna żmien biex għamilnieh għax kif spjega Fr Tabone, dan huwa xogħol li jitlob ħafna ħin u ħafna riċerka.", "Imma għandna l-pjaċir ngħidu li dan ix-xogħol ġie ppublikat f'handbook Amerikan.", "Fil-fatt il-kontribut tagħna kien li nispjegaw il-Family Poverty, b'leading aspects mid-dinja kollha u wieħed miċ-chapters huwa tagħna, li jispjega proprju d-dinamika sabiex tifhem il-faqar ħalli tkun tista' tagħmel politika soċjali għall-faqar.", "Mhux għax semmejtu int Onor Vassallo, imma llum f'moħħi kelli li nsemmi lill-Onor Karl Chircop.", "Meta kont Chairperson tal-Kummissjoni Nazzjonali Familja, il-Partit Laburista kienu stednuni biex nitkellem fuq il-faqar għax kienu jafu li aħna bħala kummissjoni din kienet l-ewwel prijorità tagħna.", "Irrid ngħid ukoll li Fr. Tabone mbotta ħafna biex nagħtu l-ewwel attenzjoni tagħna fuq il-fqir.", "U konna dħalna għaliha flimkien.", "Din kienet xi ħaġa oriġinali għax li soċjologu u psikologu jaħdmu flimkien fuq il-fenomenu tal-faqar hija xi ħaġa ġdida ħafna.", "Però ntlaqgħet tajjeb ħafna.", "Per eżempju, jien nagħmel xogħol ta' expertise fir-Russja mal-familji foqra – u fil-fatt il-ġimgħa d-dieħla se mmur Moskow - u jieħdu ħafna gost biha.", "Anke bħala family therapist - kif naħdem jien - dak huwa l-mod kif naħdem, iktar milli ma' tifel waħdu imma mal-familja kollha.", "U kien xogħol sabiħ ħafna.", "Meta kont mort il-Partit Laburista kien laqatni Dr Karl Chircop.", "L-ewwel nett għax huwa wkoll kieku qiegħed hawn magħna, u l-ewwel darba li sirt nafu.", "U kien laqatni għax kien jaf ħafna fuq is-suġġett, u kien laqatni li kien ippreparat ħafna fuq is-suġġett.", "Kien għamel paper tajba ħafna, inħoss li kienet l-aħjar waħda jien, opinjoni personali imma hekk inħoss.", "U speċi mbagħad kellu jkun minħabba t-traġit tiegħu – li ħalliena - li sirna nafu iktar fuqu.", "Min-naħa tiegħi ħadt pjaċir li bniedem politiku ġie deskritt minn kulħadd bħala bniedem onest u bniedem ta' etika.", "U jien din għalija hija xi ħaġa importanti ħafna għax sfortunatament nisimgħu ħafna affarijiet bil-kontra fuq il-politiċi.", "Jiddispjaċini li kellu jmut sabiex nisimgħu fuq politiku li ta kontribut.", "(Interruzzjonijiet) Din hija xi ħaġa li ħassejtha veru fuq livell profond.", "Kulħadd beda jsemmi l-istess aġġettivi fuqu u ladarba kulħadd beda jiddeskrivih bl-istess mod, naħseb li hija xi ħaġa sabiħa ħafna.", "Kien ukoll bniedem li jħobb ħafna l-familja, xi ħaġa li għandha valur kbir.", "Jiena ma nafhiex il-mara tiegħu imma meta qrajt fuq il-gazzetta dik il-biċċa fuq il-piglets, verament ikkommovejt ruħi.", "Ħassejtha ħafna li kien jagħmel forn u joqgħod ikanta mat-tfal.", "Bħala missier kien first class.", "Qisna nsibuha diffiċli biex ngħidu li f'Malta jeżisti l-faqar.", "U l-politicians kważi jibżgħu jsemmuh il-faqar għax jgħidulek: \"Mela aħna m'aħniex tajbin!\"", "Fil-fatt anke jekk niġġieldu biex innaqsu l-faqar, dan qatt mhu se jispiċċa totalment.", "Illum ngħidu li huwa kunċett relattiv għax meta nitkellmu fuq il-faqar f'Malta mhux bħal meta qed nitkellmu fuq il-faqar fl-Afrika.", "Huwa nteressanti li kultant dak li jkun lanqas ikun irid jemmen li jeżisti l-faqar.", "Fil-fatt issib xi teacher li tgħidlek: Daqs kemm jiekol dak it-tifel!", "Ma ninsewx li t-tfal foqra huma fost l-iktar obese.", "Jiġifieri li tiekol ħafna ħobż jew ħafna għaġin mhuwiex kriterju li inti m'intix fqir, jiġifieri hemm ċertu markers.", "Irridu nifhmu li dan il-faqar jeżisti u li rridu nikkommettu ruħna għalih.", "Ovvjament il-faqar jibqa' moħbi għax in-nies li huma foqra jippreferu li jibqgħu invisible.", "Fil-fatt meta morna nagħmlu l-intervisti tgħallimna ħafna minn dawn in-nies.", "L-unika persuna li l-familja tgħid li qed jgħixu fil-faqar hija omm il-mara, jiġifieri n-nanna, li daqqa tagħtihom xi bott kafe' jew xi ftit ħaxix.", "Però jistħu jgħidu li m'għandhomx biex jgħixu anke ma' ħuthom stess.", "Lanqas l-iskola ma juru għax ma jkunux iridu jittimbraw lit-tfal tagħhom.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti li ma nagħtux it-tort kollu tal-faqar lil dawn in-nies.", "Hemm minnhom jinqabdu f'nassa u allura rridu ngħinuhom.", "Fil-fatt il-mibki Anthony Abela, li għamel ħafna riċerka fuq il-valuri, kien sab li 50% tal-Maltin jaħsbu li l-Maltin huma fqar għax għażżenin.", "Issa din dħalna fiha aħna biex naraw jekk dawn in-nies humiex fqar għax għażżenin jew minħabba xi raġuni oħra.", "Din il-konklużjoni mhux f'Malta biss issir imma internazzjonalment.", "Jgħidulek li dawn in-nies huma bla responsabbiltà u ħafna affarijiet oħrajn.", "Għax is-sinjur iħossu iktar komdu b'dan il-mod u ma tniggżux il-kuxjenza.", "F'każ ta' student jgħidlek: Se noqgħod nagħtih l-istipendju!", "Mela aħjar ma nkunx naf.", "Fr. Tabone diġà spjega ftit dwar dan imma forsi tridu li niftħu s-suġġett ftit aktar.", "L-ewwelnett aħna b'faqar nifhmu li ma jkollokx flus biżżejjed.", "Jien nisma' ħafna nies jgħidu: \"Dawk fqar għax jieħdu d-droga.\"", "Le, inti tista' tkun it-tifel tar-reġina, tieħu d-droga u ma tkunx fqir.", "U tista' tkun fqir u tieħu d-droga.", "Forsi Fr. Tabone jista' jispjega ftit aktar dwar dan is-suġġett.", "Kemm trid taqla' biex tkun fqir?", "FR DR CARMEL TABONE: Ħalli nispjegawha daqsxejn din.", "B'faqar aħna nifhmu economic deprivation, jiġifieri ma jkollokx il-mezzi ekonomiċi biex tlaħħaq mal-ħajja.", "Dak faqar.", "U fix-xjenza nippreferu - speċjalment fis-soċjoloġija - nillimitaw id-definizzjoni ta' faqar għal dan, għax inkella ingerfxu.", "U se ngħidilkom għaliex.", "Hemm imbagħad problemi soċjali oħrajn li jistgħu jkunu relatati mal-faqar u jistgħu ma jkunux relatati mal-faqar.", "Allura nippreferu li meta ngħidu \"faqar\" nirrestrinġu lilna nfusna biex nitkellmu fuq economic deprivation.", "Għax jista' jkun li hemm min għandu interess li l-kunċett tal-faqar jiftħu and then it gets diluted.", "Jiġifieri jgħid kollox faqar!!", "Allura l-faqar veru, imbagħad jaħrablu.", "Jiġifieri meta ngħidu li għandna l-fqar f'Malta, qed ngħidu li għandna nies li l-mezzi ekonomiċi tagħhom mhumiex qegħdin iservuhom.", "Issa jista' jkun hemm problemi marbutin ma' dawn.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Meta ngħidu li l-mezzi ekonomiċi mhumiex qegħdin iservuhom, għal xiex mhumiex qegħdin iservuhom?", "FR DR CARMEL TABONE: Għal kollox.", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri biex jilbsu, biex jieklu, biex jixtru, eċċ.?", "MICHAEL GONZI: Imma biex jixtru żewġ fridges per eżempju?", "FR DR CARMEL TABONE: Sibna li hawn min li l-mezzi ekonomiċi mhumiex qegħdin iservuh lanqas biex jiekol.", "(Interruzzjonijiet) Kif jiġi mkejjel il-faqar skont il-Eurostat?", "Il-faqar qed jiġi mkejjel hekk.", "Naraw x'inhu d-disposable income ta' kull familja, imbagħad mid-disposable income ta' kull familja noħorġu average li teknikament qed ngħidulu l-median.", "DR ANGELA ABELA: Il-median huwa n-nofs ta' kemm jaqilgħu n-nies.", "Jekk inti taqla' below 60% tal-median, inti kkunsidrat li qed titħabat biex tlaħħaq mal-ħajja u dan fil-pajjiżi kollha tal-Ewropa.", "Jiġifieri bażikament jekk taqla' l-minimum wage - jiġifieri madwar Lm63 - u mbagħad iddaħħal xi ħaġa taċ-children's allowance u xi ħaġa żgħira oħra li kienu ngħataw minħabba l-kontijiet tad-dawl, u miegħek tgħix il-mara li ma taħdimx u għandek ukoll tifel, b'dak l-ammont ta' flus m'intix se tlaħħaq.", "Immaġinaw persuna li taqla' Lm63 u minnhom trid tnaqqas il-kont tad-dawl, il-kont tal-ilma, il-kont tat-telefon u tixtri xi affarijiet, inklużi affarijiet għall-iskola.", "Biex nagħtikom eżempju, meta l-impjegati tal-NSO marru f'raħal partikolari ġod-djar tan-nies biex jagħmlu l-interviews – kien fil-ġranet ta' Ottubru – sabu mara bi tlett itfal qegħdin id-dar.", "Meta staqsewha għaliex it-tfal kienu d-dar u mhux l-iskola, din il-mara qaltilhom: \"Peress li bdiet l-iskola u hemmhekk jagħmlulhom stationery list, żammejthom id-dar.\"", "X'kienet ir-raġuni?", "Taparsi t-tfal tagħha kienu morda u ħalliethom id-dar biex ma jkollhiex għalfejn toqgħod tiffaċċja lit-teacher biex tgħidilha li ma taffordjax tixtrilhom l-istationery.", "Għax jekk taqsam it-Lm63 plus il-ftit flus oħra li ddaħħal, ma tkunx tista' taffordja li tagħmel extra expenses għal affarijiet li jkunu ta' ħtieġa bħal stationery, żarbun ġdid, blazer għax it-tifel kiber u ħareġ minnha u affarijiet bħal dan.", "Dan ifisser ma tlaħħaqx mal-ħajja u mhux li tixtri żewġ fridges jew żewġ washing machines!", "FR DR CARMEL TABONE: Aħna qegħdin nitkellmu dwar xiri ta' affarijiet neċessarji.", "DR ANGELA ABELA: Issa dan il-median se jvarja jekk jiena ngħix f'Malta jew ngħix il-Lussemburgu.", "Għalhekk jgħidulu relative poverty mhux absolute poverty għax absolute poverty tfisser li m'għandux x'jiekol, imma relative poverty tfisser li jiekol l-ispagetti bil-bajda fit-taġen, mentri l-ieħor li qiegħed daqsxejn aħjar, jiekol biċċa laħam forsi darbtejn fil-ġimgħa.", "DR ANGELA ABELA: Qalulna li anke kilo tuffieħ isibuha diffiċli biex jixtruh.", "FR DR CARMEL TABONE: Ħalli ngħid din biex wieħed ikollu stampa ċara quddiem għajnejh.", "F'Malta min għandu introjtu finanzjarju ekonomiku pparagunat mal-paga minima, huwa fqir.", "DR ANGELA ABELA: Dażgur.", "FR DR CARMEL TABONE: Aħna kkalkulajna b'mod xjentifiku li min jaqla' l-paga minima u jrid iżomm persuna oħra miegħu, jaqa' mill-ewwel taħt il-poverty line.", "DR ANGELA ABELA: Aħseb u ara jekk ikollu it-tfal!", "FR DR CARMEL TABONE: Iktar u iktar jekk ikollu t-tfal, eċċ.", "DR ANGELA ABELA: Aħna għedna kemm hu l-poverty line u jiena ninkedd ħafna, speċjalment fejn jidħlu t-tfal, għax l-unika riżorsa li għandna hija dik umana u ma nifilħux nitilfu 20% tat-tfal tagħna.", "Għax dak ifisser - u aħna sibna u hemm qegħda d-dinamika - li jekk tkun fqir lanqas fl-iskola ma tmur tajjeb.", "Jien ma nifilħux il-fatt li dawn it-tfal m'għandhomx ċans bħal ħaddieħor!", "FR DR CARMEL TABONE: Jinqabdu fin-nassa.", "DR ANGELA ABELA: Jinqabdu f'nassa u l-interess tagħna hu kif se noħorġu lil dawn it-tfal min-nassa.", "(Interruzzjonijiet) Hemm five indicators of poverty.", "MICHAEL GONZI: Il-fatt li dawn it-tfal inqas għandhom ċans ikollhom suċċess akkademiku, hija xi ħaġa psikoloġika?", "Jiġifieri l-fatt li minħabba li jgħixu f'ċerta povertà, ma jirnexxux u ma jmorrux tajjeb fl-iskola hija xi ħaġa psikoloġika jew hija xi ħaġa finanzjarja għax forsi ma jkollhomx flus biżżejjed biex jixtru xi ktieb jew affarijiet essenzjali għall-iskola?", "DR ANGELA ABELA: Aħna konna verament sorpriżi u ħadna gost li 80% tal-ommijiet – aħna ntervistajna lill-ommijiet għax meta jkun hemm ftit flus il-mara żżommhom - jgħinu lit-tfal tagħhom fl-iskola kemm jekk inhuma fqar kif ukoll jekk mhumiex fqar.", "Però it-tfal fqar huma dawk li jirrepetu l-klassi significantly ...", "MICHAEL GONZI: Għaliex imma?", "DR ANGELA ABELA: Issa għaliex hu hekk, mhux jien se ngħid imma mil-literature se ngħidlek.", "Jiġifieri mhux għax sibniha fis-sample ta' Malta, għax dik titlob research design differenti.", "Hemm riċerka Amerikana li turi li fl-età ta' 18-il xahar jew sentejn, inti diġà tkun tista' tgħid kif se jmur dak it-tifel jew tifla fl-iskola, mil-language development, mill-motor development, mill-iżvilupp tal-lingwa, eċċ.", "MICHAEL GONZI: Imma aħna qegħdin nitkellmu dwar tfal fil-poverty area.", "DR ANGELA ABELA: Iva, imma nafu li hemm preponderance li iktar tfal fqar ikunu batuti.", "U għaliex jiġri dan?", "Aħna dejjem insemmu li l-fqar ma jridux jaħdmu biex iqarqu, però li ma nifhmux hu – u din sibniha aħna wkoll - li dawn ikollhom aktar mard mentali, speċjalment depression.", "Mara qaltilna li lanqas kellha flus biex taqta' xagħarha.", "Għax il-fatt li taqta' xagħrek jgħollilek naqra l-moral, imma ħafna minn dawn in-nies ma jaffordjawx li jaqtgħu xagħarhom kull sitt ġimgħat bħalma jagħmlu n-nies tal-klassi medja.", "Sibna li iktar se jkun hemm ġlied fil-familja għax ikun hemm it-tensjoni peress li ma jkollhomx sfog.", "Irridu nifhmu li s-synapses – jiġifieri l-elettriku li jħaddem il-moħħ - fil-moħħ tal-bniedem l-iktar li jkun frekwenti hu meta tkun għadek żgħir ħafna.", "Miljuni ta' synapses isiru fl-ewwel tliet snin tal-ħajja.", "U t-tħaddim tal-moħħ isir biss jekk inti tirrelata mal-bniedem.", "Meta inti ma tirrelatax mal-bniedem, is-synapses ma tibqax issir u l-moħħ ma jibqax jaħdem.", "Meta jiġrilek hekk moħħok ma jkunx qed jiżviluppa u la tiżviluppa l-lingwa, la tiżviluppa l-motor skills tiegħek, la tiżviluppa s-social skills tiegħek, eċċ. Iċ-chances huma li jekk inti tkun depressed u ma tkunx tiflaħ, se tiġġieled aktar ma dak li jkun.", "Huwa nteressanti li naraw x'għamlu l-Amerikani f'dan ir-rigward.", "U din li nixtieq indaħħal f'Malta.", "L-Amerikani qabdu family nurses biex imorru fid-djar tal-familji.", "Per eżempju f'Malta għandna l-well-baby clinics u fil-critical periods of development lit-tfal neħduhom biex tinvistahom il-pedjatra.", "Issa ċ-chances huma li dawn in-nies lanqas biss imorru.", "Però jekk stess imorru, ikun hemm mument li meta inti tara l-bżonn, tabbinalhom din in-nurse u tmur tagħmilhom ftit home visits.", "Sabu li dawn in-nies meta jkollhom din in-nurse - għax in-nurse hija adegwata ħafna għax mhijiex intrusive, din tiġi biex tgħinek fuq xi ħaġa fiżika – jaċċettawha, jitkellmu magħha, ikollhom fiduċja fiha u jiftħu qalbhom magħha.", "Kif fil-fatt fetħu qalbhom magħna.", "FR DR CARMEL TABONE: Din tkun equipped imbagħad biex tgħinnhom jgħelbu dawn il-habits.", "DR ANGELA ABELA: Anke l-IQ tat-tfal għola.", "FR DR CARMEL TABONE: Ħalli nagħmel daqsxejn ta' parentesi għax kellna kwestjoni f'Malta u d-diskussjoni kienet dwar l-iskola.", "Għaliex tfal minn ċerti ambjenti jibqgħu lura fl-edukazzjoni?", "Irridu nifhmu li din il-problema ma nsolvuhiex bl-iskola biss.", "Irridu mmorru ġod-djar biex insolvuha.", "Din ilna mill-inqas 15-il sena ngħiduha jien u Angela.", "Imbilli we equip our schools better, għal dawn il-faxxa ta' nies mhijiex soluzzjoni.", "B'dan il-mod il-klassi medja biss se nibqgħu nolqtu u dawn se jibqgħu jmorru lura!", "(Interruzzjonijiet) Irridu mmorru ġod-djar.", "DR ANGELA ABELA: Fil-fatt l-AĊĊESS għamlu inizjattiva tajba ħafna.", "Issa fetħu post f'Birkirkara, naf li hemm waiting list ta' nies li jridu jdaħħlu lit-tfal tagħhom hemm u issa se jiftħu post ieħor f'San Pawl il-Baħar.", "Hemm bniedma kapaċi ħafna u tista' tgħinhom ħafna.", "Għax it-tfal anke jmorru man-nanniet.", "Ħafna min-nanniet ikunu jafu kif għandhom imorru mat-tfal imma oħrajn ma jifilħux għalihom.", "Barra minn Malta saret riċerka li turi li ċerti tfal ma jagħmlux il-progress meħtieġ man-nanniet, anzi jmorru lura.", "Din it-tip ta' dinamika nixtiequ aħna, li n-nies jifhmu dwar il-faqar u mhux imorru fuq l-istereotypes li l-foqra huma nies għażżenin, iqarqu, eċċ. Meta inti tkun fqir għandek żvantaġġi fundamentali u biex tirbaħhom trid tkun resilient ħafna ħafna u tibqa' tiġġieldilhom.", "Fil-bidu ta' din il-laqgħa ssemmiet Dr Rita Borg Xuereb li kienet għamlet il-Ph.D. u kont it-tutor tagħha.", "Din qiegħda f'pożizzjoni eċċellenti għax hija midwife u tagħmel xogħol fil-Parentcraft.", "Meta din il-persuna intervistat lill-ġenituri li kien se jkollhom tarbija sabet li dawn ma jridux ikunu jafu biss dwar l-uġigħ tal-ħlas jew dwar il-breast feeding, imma jkunu jridu jafu ħafna iktar minn hekk.", "U għamlulha madwar 300 suġġeriment!", "U hemmhekk nistgħu, bl-infrastruttura li għandna, ma nonfqux ħafna flus u nagħmlu affarijiet għall-fqar u nagħmlu ħafna prevenzjoni.", "Għax sfortunatament bl-umiltà kollha inħoss li l-politicians - nista' niżbalja - għadhom ma fehmux li qabel ma niffokaw il-politika soċjali tagħna fuq il-prevenzjoni, dejjem se nkunu bbażati fuq crisis management u ma jkollniex riżultati fit-tul.", "Pajjiżi bħan-Norveġja waslu.", "Forsi jkun hawn min jgħidli: Minn tant, in-Norveġja semmejt, li għandhom iż-żejt!", "Nagħmlu li nistgħu!", "Il-missjunarju taħt is-siġra beda jgħallem!", "Ejja nibdew minn x'imkien.", "Il-viżjoni tagħna hi li ħames snin oħra għandna l-elezzjoni jew li nitfgħu ż-żerriegħa biex xi darba din issir siġra?", "FR DR CARMEL TABONE: U din hija serja għax aħna għandna livell ta' illiteracy li għal pajjiż żviluppat bħal tagħna mhuwiex aċċettat.", "Aħna suppost ikollna zero illiteracy rate u għandna madwar 10%.", "Dan mhuwiex aċċettat.", "Jekk dan tipparagunah mal-life expectancy, per eżempju, issib li għandna life expectancy għoli kif suppost għandu jkun f'pajjiż żviluppat.", "Imma meta niġu għall-edukazzjoni nsibu li fallejna, u fl-opinjoni tiegħi, bi kbir.", "Dan għax m'aħniex qed ninvestu fl-edukazzjoni?", "Le, mhux għalhekk imma għax hemm niċċa li suppost qed ninvestu fiha u m'aħniex, li hija l-familja b'dawn il-metodi li qed insemmu.", "Jekk nibqgħu sejrin b'dan il-mod m'aħna se nsolvuha qatt il-problema ta' illiteracy f'Malta.", "Allura l-fqar li huma illiterate - għax il-problema hemm qiegħda - se jibqgħu maqbudin f'din in-nassa.", "DR ANGELA ABELA: Per eżempju fl-università twaqqaf Centre for Family Studies.", "Jiena ġejt appuntata direttur tiegħu imma mhuwiex jaħdem għax m'hemmx flus.", "Għalhekk ngħid li għandna nibdew minn x'imkien.", "Jekk għandna erba' min-nies li għandhom l-enerġija u l-expertise biex jagħmlu din il-viżjoni għall-familja, għal uliedna u għal ulied uliedna – għalkemm ma rridux ninstemgħu omnipotenti – possibbli m'għandniex flus biex nagħmlu dan iċ-ċentru!", "Jekk għal ħafna affarijiet oħra għandna l-flus, għal ħaġa daqshekk importanti possibbli m'għandniex?", "F'dawn l-affarijiet trid tibni legacy.", "Jiġifieri jekk aħna - jien u Fr. Tabone - wasalna fil-mezza eta' u ġbarna l-expertise, agħtuna ċans ngħadduha lil ta' warajna qabel noħorġu bil-pensjoni!", "Ejja ngħallmu lill-akkademiċi ta' warajna ħalli nibnu!", "(Interruzzjonijiet) Dawn l-affarijiet inħossuhom ħafna għax biex bnejna dan in-knowledge impenjajna ħafna ruħna u allura dnub inħalluh jintilef.", "Jien noqgħod immur ir-Russja biex ngħidilhom kif għandhom jimxu mal-familji fqar u f'Malta ma nista' ngħid xejn!", "Jiddispjaċini li għandna din is-sitwazzjoni.", "DR ANGELA ABELA: Iva fil-fatt kont għamilt presentation fil-House of Commons li dalwaqt se jiġi ppublikat fi ktieb fl-Ingilterra.", "Peress li aħna m'għandniex livell għoli ta' separazzjonijiet meta kkomparat ma' tagħhom, għażlu lil xi ħadd Malti biex jitkellem dwar il-familja Maltija u s-suġġett kien dwar kif teduka lill-familja biex tnaqqas dawn il-problemi.", "Jekk tridu nagħmililkom din il-presentation.", "THE CHAIRMAN: Point taken, nagħmluh fi Frar.", "Nistenna mingħandek biex tgħidilna meta nistgħu nagħmluh.", "DR ANGELA ABELA: Meta sirt naf li se nkun fil-House of Commons ħadtha daqsxejn bis-serjetà u dnub li ħadd ma kien jaf biha.", "FR DR CARMEL TABONE: Aħna nemozzjonaw ruħna meta nitkellmu fuq dawn l-affarijiet.", "DR ANGELA ABELA: Nemozzjonaw ruħna b'passjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "FR DR CARMEL TABONE: Anke għaliex it-tnejn li aħna ġejjin minn working class.", "DR ANGELA ABELA: U dan ix-xogħol għamilnih b'xejn mingħajr ebda interess, avolja ħadilna ħafna ħin.", "FR DR CARMEL TABONE: Għax nemmnu fih.", "THE CHAIRMAN: Kollha għall-istess skop qegħdin hawn.", "(Interruzzjonijiet)", "MICHAEL GONZI: Dr. Angela, wieħed mill-punti kruċjali li trid toħroġ minnu hu li rridu li jkollna dik in-nurse jew dik il-persuna li ...(Interruzzjonijet)", "DR ANGELA ABELA: Dik hija mportanti ħafna.", "L-outreach ġol-komunità għandu jibda' mill-pregnancy.", "(Interruzzjonijiet) U jien ngħid li hi sabiħa u mhux expensive u f'Malta għandna l-infrastruttura.", "Illum gradwat tal-psikoloġija ma tagħtihx ħafna biex jagħmel dan it-tip ta' xogħol u jkun kapaċi jagħmlu.", "Mela l-indicators of social exclusion huma dawn: Fis-saħħa jkunu agħar, fl-edukazzjoni jkunu agħar, fl-impjieg ikunu agħar għax dawn huma kollha low level employment u fl-emotional well being ikunu batuti iktar.", "Wieħed fqir ikun three times as much depressed minn wieħed li mhuwiex fqir.", "U mbagħad hemm l-ambjent soċjali.", "Sfortunatament il-politika tal-housing kienet ħażina - ma niddejjaqx ngħidha - għax sar clustering ta' dawn in-nies f'daqqa.", "Mhux hekk ridna nagħmlu, anzi ridna npoġġuhom fejn nies oħra li jistgħu jgħinuhom.", "Jien kelli każ ta' żewġt itfal li kienu ġo home għax l-omm kienet marida.", "Lill-missierhom għedtlu biex joħroġhom minn din il-home u sadanittant ippruvajt insib lil xi ħadd biex ikun jista' jieħu ħsiebhom.", "Sibt teacher irtirata ta' 60 sena li kienet lesta li tilqagħhom wara lis-skola, fis-sagħtejn u nofs, titmagħhom u anke tgħinhom biex jagħmlu l-homework.", "Imbagħad fil-5.30 p.m kien imur missierhom għalihom.", "Tgħidx kemm ferħu t-tfal!", "Imma għax kumbinazzjoni sibt lil din it-teacher li kienet toqgħod fl-istess triq tagħhom u aċċettat li tgħinhom!", "Jekk inti jkollok blokk sħiħ b'ruxxmata nies kollha bid-diffkultajiet, kif jista' wieħed jgħin lil l-ieħor!", "DR ANGELA ABELA: Dik kienet ħaġa żbaljata immens.", "Ara tar-Richmond Foundation x'inhuma jagħmlu, qegħdin jibnu żewġ postijiet 'l hemm u żewġ postijiet 'l hawn sabiex lil dawk in-nies bi problemi mentali jqassmuhom fil-komunità u jkollhom iktar ċans jiltaqgħu ma' oħrajn lesti li jgħinuhom.", "Għax kif għedt diġà, dawn il-persuni jkollhom ħafna diffikultajiet.", "F'waħda mir-riċerki li għamilna ħriġna b'dak li qalulna n-nies.", "Kien hemm mara depressed li qaltilna dan il-kliem: Din il-libsa ilha għandi 20 sena.", "Tispiċċa tgħejja tiġġieled mal-ħajja, tibda taqta' qalbek, imma mbagħad trid tagħmel il-kuraġġ għax dik ħajtek u trid tgħixha, avolja jkollok toqgħod nieqsa minn ħafna affarijiet.", "FR DR CARMEL TABONE: Per eżempju din il-mara tara lin-nies tat-triq tagħha sejrin il-coffee morning u hi ma tistax tmur.", "Dawn l-affarijiet żgħar iweġġgħu lil dak li jkun.", "Dawn iħossu li għandhom xortihom ħażina u mbagħad bil-mod il-mod jaqgħu f'depression.", "THE CHAIRMAN: Taħsbu li l-faqar huwa lokalizzat iktar minn postijiet oħra?", "FR DR CARMEL TABONE: Jeżisti kullimkien.", "DR ANGELA ABELA: Però r-riċerka tagħna kienet dwar il-household budgetary survey.", "Aħna morna u ħadna dak li jgħidulu representative sample.", "Aħna ħadna dawn it-360 sample u qabbilnih ma' 100 sample mill-control group.", "Allura aħna ma morniex f'areas speċifiċi.", "Imbagħad meta ridna nagħmlu l-in-depth, intervistajna 14-il familja u kollha aċċettaw.", "Issa se jsir household budgetary survey ieħor u jista' jkun li l-affarijiet jinbidlu xi ftit.", "FR DR CARMEL TABONE: Il-faqar jeżisti kullimkien però għandna areas f'Malta fejn jikkonċentra ruħu aktar.", "Ikun aħjar jekk ma ngħidux fejn huwa kkonċentrat aktar għax dak li jkun iweġġa'.", "DR ANGELA ABELA: Ċerti postijiet f'Malta għandhom ħafna potenzjal u jekk insebbħuhom u nagħmlu affarijiet biex in-nies jitħalltu, ikun hemm regeneration.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "JUSTYNE CARUANA: Jien għandi kurżità jekk ir-riċerka li titkellmu fuqha tasalx saċ-Ċirkewwa u l-baħar ma taqsmuhx.", "FR DR CARMEL TABONE: F'dan il-każ ma marrux Għawdex.", "DR ANGELA ABELA: Mit-360 persuna kien hemm min kien minn Għawdex fil-quantitated u mhux fil-qualitated.", "Imma fil-qualitated - fl-in-depth interviews - morna Malta u nqasna.", "Missna għamilna imqar wieħed f'Għawdex.", "Però fil-quantitated dak kien ibbażat fuq Malta u Għawdex.", "FR DR CARMEL TABONE: Jiġifieri dan jinkludi lil Għawdex għax meta sar il-household budgetary survey morna Għawdex.", "Imma fil-qualitated ma morniex.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "ONOR MICHAEL GONZI: Dawn in-nies li jkunu vera vera batuti, hemm raġuni għalfejn ikunu qed jgħixu daqstant f'povertà?", "Jista' jkun li dawn ikollhom ċerti opportunitajiet u ma jeħduhomx?", "Per eżempju, jien naf familja anzjani li f'dawn iż-żmenijiet lanqas jafu li jeżisti l-meals on wheels.", "(Interruzzjonijiet)", "DR ANGELA ABELA: L-ewwelnett huwa importanti li nifhmu l-intergenerational effect li kif jgħid il-Malti \"Il-flus jagħmlu l-flus u l-qamel jagħmel il-qamel\".", "Skużawni imma din hija verità.", "Għalhekk jien ngħid li jekk mhux se naqilgħu lil dawk it-tfal minn ġo din it-trap, they are going to perpetuate the situation.", "FR DR CARMEL TABONE: Il-ġenituri jridu u ma jafux kif.", "DR ANGELA ABELA: Fil-fatt aħna sibna li dawn mhux kif naħsbuhom aħna, li moħħhom … (Interruzzjonijiet)", "MICHAEL GONZI: Per eżempju, jien naf ħafna nies minn postijiet differenti li minkejja li huma fqar, għamlu minn kollox u għamlu ħafna sagrifiċċji biex lit-tfal tagħhom irabbuhom tajjeb u llum qegħdin f'pożizzjoni aħjar milli kienu huma.", "DR ANGELA ABELA: Onor. Gonzi, imma inti qed tirriferi għal nies ta' żmien il-ġenerazzjoni tagħna però l-affarijiet inbidlu ħafna minn żmien tfulitna għal-lum.", "Jien bħalissa interessata fuq dak li qed tgħid int. Anke fir-riċerki internazzjonali hawn ħafna interess fuq resilience - fil-fatt ħadt sehem f'workshop fi Vienna fuq hekk – fejn inti tkun f'sitwazzjonijiet in adversity u trid tara kif toħroġ minnhom.", "Biex inti tkun reżiljenti kif qed tgħid int, irid ikollok ċerti kapaċitajiet ġo fik fosthom li tkun kalm, perseveranti u attraenti biex tiġbed l-attenzjoni tan-nies.", "Issa mhux kulħadd iħalli l-istess impatt fuq in-nies.", "Per eżempju, jekk tkun intelligenti jkollok ċans akbar però dak mhuwiex biżżejjed.", "(Interruzzjonijiet) Irid ikollok kontest soċjali.", "Per eżempju, teacher m'għandhiex tagħmel il-biċċa tagħha u titlaq 'il barra imma trid tinnota wkoll min ikun bravu.", "Jien fl-iskola ta' l-Imtarfa min jaf kemm iltqajt ma' tfal b'140 I.Q. Tafu xi tfisser ikollok dak l-I.Q.?", "Lil dan it-tifel għidtlu int bravu u staqsejtu kif qiegħed ġo area secondary school.", "Għalhekk irid ikollok ix-xibka tas-soċjetà lesta li tiddentifika u tgħin lil dawn in-nies biex joħorġu minn dawn il-poverty traps.", "Issa jien kont interessata x'inhi l-esperjenza ta' studenti li huma below the poverty line mill-family of origin u li ħarġu minn sitwazzjoni bħal din u waslu biex attendew l-Università.", "Intom tafu li lanqas sibt għaxar studenti minn Università sħiħa?", "Issa kont staqsejt lil Fr Tabone, lil Jimmy taċ-chaplaincy u anke mort nannunzja fil-klassi.", "Issa jista' jkun li min hu fqir ma jridx juri minħabba l-istigma.", "Għax per eżempju, kien hemm studenta li qaltli li fil-familja tagħha kien hemm dejn, marixxalli eċċ. Qaltli wkoll li din il-ħaġa qatt ma qalitha lil ħadd kemm kienet ilha l-Università.", "Fl-Università nagħmel eżerċizzju dwar min jitkellem fil-klassi u ngħidilhom li min ikun tkellem s'issa ma jistax jerġa' jitkellem u jgħollu subgħajhom biss min qatt ma tkellem.", "Insib li dawk li m'għandhomx a good command tal-Ingliż, dejjem jibqgħu lura u x'aktarx li dawn huma l-working class children.", "Issa biex tagħmel suċċess m'hemmx għalfejn tmur l-Università anzi hawn nies li marru l-Università u ma waslu mkien.", "Tista' tkun mekkanik u tkun galore.", "Il-punt hu li mhux faċli titla' dak it-taraġ.", "Per eżempju, jien messni mort l-MCAST u kont insib aktar.", "Irrid ngħid ukoll li għandna numru ta' studenti Maltin li lanqas biss japplikaw għall-O levels.", "Issa dawn verament huma ħfief.", "Per eżempju, meta ġejt lura minn Sorbonne, bagħtuni f'Area Secondary School u tgħidx kemm ferħu bija.", "Fil-fatt kienu bagħtuni biex nagħmel it-testijiet tar-reading ġo skola fil-Ħamrun.", "Niftakar li kien ġie tifel biex jagħmel ir-reading test u minkejja li dan ma kienx jaf jaqra, minn wiċċu kien jidher li kien tifel bravu.", "Issa dan kien qiegħed fil-Form 1.", "Fil-fatt minflok għajjatt lil tifel ieħor, bdejt ngħallmu jaqra u għedtlu li l-għada kont se nerġa' nibgħat għalih.", "Meta ġie lura staqsejtu kif kien tgħallimhom u qalli li mar fil-kamra tal-banju, għalaq il-bieb u beda jitgħallem għax staħa mill-familja tiegħu.", "Inti tkun qiegħed f'dik is-subculture.", "Għandna nagħtu equal opportunity.", "FR DR CARMEL TABONE: Aħna għandna problema bil-minimum wage.", "Għax din mhijiex adegwata biex wieħed jgħix skont il-livell tal-ħajja tas-soċjetà tagħna.", "Tant hu hekk li l-unemployment benefit ma jistax ikun differenti ħafna mill-minimum wage għax inkella lil dak li jkun jekk tagħtih inqas mill-minimum wage tkun qed tikkundannawh biex ma jgħix sew.", "Allura li qed jiġri hu li għandna nies li mhumiex inċentivati biex jaħdmu.", "Dawn jgħidulek li biex imorru jaħdmu 40 siegħa u jibqgħu fejn ikunu, mhux worth it, għax il-minimum wage mhijiex differenti mill-welfare benefit.", "Kieku jaħdmu u jtejbu l-pożizzjoni tagħhom ikollhom inċentiv.", "Allura m'hemmx motivazzjoni.", "Issa li qed jiġri hu li qed imorrulek għal income security tal-welfare benefits u dik tiġi trap u fi ftit xhur jaqgħu fiha.", "DR ANGELA ABELA: Il-miżura tal-budget dwar ix-xogħol volontarju kienet tajba però jidhrilna li wara ħames snin it is too late.", "Dawn irridu nibagħtuhom jagħmlu affarijiet meaningful għalihom fl-ewwel sitt xhur għax wara sitt xhur jaqgħu fi trap.", "Dik hija waħda.", "Imbagħad hemm il-kwestjoni tal-unemployed.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed jgħid li Clinton kien daħħal kampanja li permezz tagħha lin-nies jgħinhom kemm jiflaħ u jagħtihom ħafna flus imma mbagħad jaqtagħhom minn fuq l-unemployment benefits u sabu li bejn 30% u 40% tant kellhom problemi soċjali li spiċċaw fit-toroq bil-ġuħ u ħadd ma jissapportjahom.", "Sibna wkoll li l-employment advisors qalulna li hemm nies li għandhom social problems.", "Din hija xi ħaġa kumplessa għax hemm min ikollu mental health problem, health problem and so on. U s-soċjetà trid tara x'se tagħmel biex tieħu ħsiebu.", "Għalhekk din li nagħmlu l-fqar jaħdmu hija importanti għax jekk il-missier joħroġ jaħdem, iċ-ċans hu li ibnu li jara lil missieru joħroġ jaħdem, se joħroġ jaħdem ukoll għax għandek din l-intergenerational effect.", "Mhux important jekk jagħmilx xogħol volontarju jew le.", "Imbagħad irridu naraw x'se nagħmlu bil-problema tal-minimum wage.", "FR DR CARMEL TABONE: Dawn m'għandhomx inċentiv.", "Dawn ikunu unskilled jiġifieri ma jistgħux jaħdmu u jaqilgħu aktar mill-minimum wage għax l-unskilled labourers hekk jitħallsu.", "(Interruzzjonijiet)", "DR ANGELA ABELA: Per eżempju, jien ma qbiltx mal-idea li ċ-children's allowance reġgħu tawha lil kulħadd ladarba konna neħħejniha.", "Għax f'Malta, l-20% tan-nies li huma l-aktar sinjuri jaqilgħu ħames darbiet aktar mill-20% tan-nies l-aktar fqar.", "Hekk qegħda Malta u hija wkoll l-average għax hawn pajjiżi li għandhom disparità iktar u hemm pajjiżi li huma inqas.", "Waħda mir-raġunijiet għalfejn tingħata ċ-children's allowance hija to increase the fertility rate minħabba li għandna deficit.", "Però dawk in-nies ma jiddeċiedux jekk ikollhomx aktar tfal jew le, minħabba ċ-children's allowance.", "Jien kont nagħmel aktar family-friendly policies tailor-made għalihom.", "Dawk il-flus ta' l-20% kont nagħtihom lit-tfal jew nagħmel xi inizjattiva bihom.", "Jien nemmen li l-Maltin waslu f'ċertu livell ta' maturità u kieku kellna ngħidu li se nintroduċu family nurse with so many families b'dawk il-flus li kieku kellhom jingħataw lil min għandu l-aktar flus, naħseb ikun hemm min jaċċetta.", "Ovvjament ikun hemm min jagħmel kummenti imma jkun hemm ħafna li jaċċettaw.", "Imma we have to keep them in mind because dawn qatt ma jgħidulna biex niftakru fihom.", "THE CHAIRMAN: Meta kont staqsejt lill-Kummissarju għat-Tfal, is-Sinj Carmen Zammit mill-esperjenza tagħha x'inhi l-akbar preokkupazzjoni tagħha, din irrispondiet li l-akbar preokkupazzjoni tagħha hija t-tfal li għaddejjin minn trawma minħabba s-separazzjoni tal-ġenituri tagħhom fil-qrati.", "Intom kemm tarawha relattiva l-każijiet ta' familji li qed jitkissru u t-tfal li jitwieldu barra ż-żwieġ, mal-faqar?", "Jekk irridu nnaqqsu l-faqar irridu nsaħħu ż-żwieġ.", "Xi tgħidu dwar din l-espressjoni?", "Bħalissa fil-parlament qed tiġi diskussa l-liġi tal-kera.", "Jien għandi l-fissazzjoni li minkejja li l-liġi li kellna – li kien hemm min qal li hija ġungla, illegali u tmur kontra d-drittijiet ta' sid il-proprjetà - bil-ħażin kollu tagħha, il-faqar għad għandu s-saqaf fuq rasu jiġifieri għad għandna housing kontra kull dritt ta' sid il-proprjetà li qed jieħu ħsieb ċertu faqar.", "Issa meta se nitfgħuh fil-libertà tas-suq ħieles fejn kulħadd irid isib il-flat biex jikri u ma jridx joqgħod jistrieħ fuq ommu – illum għandna nies li qed irabbu lil uliedhom għand ommhom jew fejn kienet tgħix in-nanna tagħhom – wisq nibża' li minn hawn u ftit żmien ieħor, jekk inħallu suq libertà – li imbagħad jiġi libertinaġġ - il-faqar jiżdied.", "Imbagħad ikun hemm il-faqar li jibda' jidher għax jibda' jkollok familji li ma jħallsux il-kera għax issa jkunu telqu minn għand omm il-mara, għax issa omm il-mara qegħda f'ċertu faqar u joqgħodu jiġri minn post għal ieħor jew inkella jispiċċaw barra.", "Onor. Gonzi, mill-esperjenza tiegħek f'Buġibba naħseb li taf li hemmhekk hemm sitwazzjoni ta' housing - mhux ta' qabel l-1995 imma ta' wara 1995 – fejn xorta s-suq liberalizzat ma solviex il-problema.", "Kemm rajtu sitwazzjonijiet ta' faqar jew inkella ta' tfal ibatu l-faqar f'sitwazzjonijiet ta' housing?", "S'issa dan il-faqar għadu qed jiġi housed f'ċertu ghettos imma x'se jiġri meta se niftħuhom dawn?", "Jien nixtieq li minn problema niġu għal soluzzjoni.", "Jekk jiġi dismantled ghetto ta' slum area, hemm ċans li dak li llum huwa ħażin għada jiġi tajjeb?", "Jien irrid indawwar sitwazzjoni negattiva għal sitwazzjoni pożittiva.", "Intom li missejtu b'idejkom, x'relazzjoni hemm bejn il-familja u d-djar li mhumiex daqshekk adegwati biex tgħix fihom.", "Min għandu l-minimum wage u ma jiflaħx għall-kirjiet kummerċjali, se jmur għand il-gvern - ma ġara xejn - imma x'inhi r-relazzjoni bejn dawn it-tnejn u l-faqar?", "Issa nistieden lill-Membri Parlamentari biex jagħmlu r-rimarki tagħhom u imbagħad irrispondu fl-aħħar.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Għandkom statistika dwar unemployment fil-familji Maltin?", "Semmejtu wkoll każijiet ta' faqar f'Malta u dawk li jaqilgħu l-minimum wage, għandkom persentaġġ ta' nies li għalikom jaqgħu taħt il-linja ta' faqar?", "FR DR CARMEL TABONE: Il-persentaġġ huwa ta' 15%.", "MICHAEL GONZI: Semmejtu l-fatt li jkun tajjeb li jkellmu lill-professjonisti u dwar dan kienet se taċċenna ftit Dr Angela Abela.", "Per eżempju, qed ninnota li dan iż-żmien jekk it-tfal ma jkunux sejrin tajjeb fl-iskola, l-għalliema mill-ewwel jgħidulek biex tkellem tabib jew guidance teacher jew inkella tmur għand is-CDAU.", "Jiġifieri l-għalliema jkunu konxji ta' problema - forsi mhux ta' faqar eżatt - ta' jekk it-tfal ikunux sejrin ħażin.", "Xi ħaġa li inkwetatni ftit hija meta għamilt qisu bridge bejn faqar fejn ikunu batuti intellettwalment u faqar fejn ikunu intelliġenti.", "Dawk in-nies li huma fil-faqar imma intelliġenti għandhom ċans jirnexxu u dawk li huma inqas intelliġenti jridu jaħdmu ħafna aktar.", "Jien dik it-tip ta' impressjoni ħadt jiġifieri inti trid tagħfas aktar fuq dan.", "THE CHAIRMAN: L-Onor Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: L-ewwelnett grazzi tal-presentation.", "Waqt li kontu għaddejjin aċċennajtu għal materjal ieħor.", "Jien għadni kemm tkellimt mal-Onor.", "Edwin Vassallo u naħseb li tkun xi ħaġa utli għalina u anke biex inkunu qed nagħmlu eżerċizzju ...", "THE CHAIRMAN: Hemm żewġ eżerċizzji.", "Hemm dak tal-House of Commons u dak ta' Vienna.", "JUSTYNE CARUANA: Jekk tagħtuna din l-informazzjoni utli ħafna aħna nkunu nistgħu nagħmlu xogħolna aħjar.", "Dr Abela tkellmet fuq l-edukaturi u semmiet ir-rwol tagħhom kif jippikkjaw studenti li għandhom potenzjal moħbi.", "Edukatur kif jidentifika dan il-potenzjal?", "Jien inħoss li għad għandna teachers tajbin ħafna - u għad baqa' minn dawk - però għad għandek ħafna oħrajn li jkunu mehdijin fis-syllabus tagħhom u ma jkollhomx iċ-ċans jew l-opportunità, u kultant lanqas in-know-how, ta' kif jaqbdu u jidentifikaw lil dawn it-tfal li jkollhom dan il-potenzjal moħbi jew inkella li jkunu f'ċerti kondizzjonjiet.", "Jien kelli każ partikolari fejn omm kitbet lit-teacher bil-pulit - għamlet karta ġo envelope u bagħtitha mat-tifel - biex tgħidilha li t-tifel ma titolbux aktar flus għax ma tistax tagħtih.", "Allura kellna naslu f'din l-estremità?", "Meta jkun hemm ġenituri li ma jkunux qed jibagħtu lit-tifel, l-għalliema ma jistaqsux għaliex?", "Din hija prudenza bażika.", "Meta jkun hemm ċirkostanzi bħal dawn, m'hemmx għalfejn il-ġenitur jew l-omm jibagħtu note.", "Jiġifieri jekk m'għandniex din is-sensittività fl-edukaturi tagħna, hemm bżonn li jkun hemm aktar koordinazzjoni mad-diviżjoni tal-edukazzjoni biex jiġbdulhom l-attenzjoni jew jagħtuhom it-training speċjalment issa li għandna riforma fil-qasam edukattiv.", "Għalhekk jien naħseb li l-input jew l-involviment tagħkom ikun utli ħafna.", "Mhux hekk biss imma għandu jkun hemm ukoll koordinazzjoni mal-Kummissarju għat-Tfal għax hawnhekk qed ninsistu anke fuq it-tfal.", "Meta titkellem il-Kummissarju għat-Tfal ftit taċċenna għal dawn l-affarijiet.", "Naħseb jekk ikun hemm iktar ħidma kumbinata bejnietkom it-tnejn… (Interruzzjonijiet) It-tfal huma tfal.", "Kull min huwa involut mat-tfal irid il-ġid tat-tfal però kulħadd għandu l-lenti tiegħu.", "Imbagħad jekk ikun hemm ħidma fejn inti ddur mat-tfal 360 degrees, il-ħidma se tkun effettiva aktar u ovvjament ikun mezz utli ħafna kif dawn it-tfal toħroġhom mit-trap kif iddiskrivejtulna tajjeb intom.", "Il-konsumiżmu.", "Sur President, tkellimna wkoll fuq dawk li mhux qed ilaħħqu mal-ħajja però nafu wkoll li għandek nies li ma jafux jixtru.", "Għalhekk dawn ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja.", "Naħseb li hemm bżonn ukoll li ndaħħlu l-idea li int trid titgħallem x'għandek bżonn.", "Hawnhekk jidħlu wkoll kwestjonijiet ta' home management u immaniġġjar tal-finanzi.", "Għalkemm nitkellmu fuq dawn l-affarijiet naħseb li ftit huma dawk li jgħallmuhom dawn l-affarijiet u huma inqas u inqas dawk li jridu jitgħallmuhom.", "FR DR CARMEL TABONE: Nassigurak li l-aktar nies li jafu jixtru huma l-fqar għax is-sitwazzjoni tagħhom tgħallimhom.", "JUSTYNE CARUANA: Bilfors, għax m'għandhomx għażla.", "Meta jkollok dawn it-tip ta' skills se tevita milli tidħol f'ċerti problemi.", "L-istess il-parenting skills.", "Semmejna l-parent craft.", "Dawn il-korsijiet tant huma medjokri li meta jien attendejt għalihom bdejt nistaqsi lili nnifsi x'qed nieħu minnhom.", "Jien aktar kien jinteressani x'ħin se jkolli t-tarbija, kif din tikber u tiżviluppa, kif se nagħmel l-almu tiegħi biex f'dawn it-18-il xahar ngħinha tiżviluppa u kif se nqabbdilha dawk l-isparks bħala parent.", "Naħseb li dan huwa aktar utli milli kif se mmur jien fil-labour room u kif se nġib ruħi hemmhekk.", "Issa apparti minn hekk, l-Onor.", "Naħseb li llum is-separazzjonijiet qed iġibu faqar ġdid kemm money wise u anke fejn jidħol housing.", "FR DR CARMEL TABONE: Is-separazzjoni tista' tkun kawża ta' faqar.", "JUSTYNE CARUANA: Ovvjament tista' tkun kawża ta' faqar għax filli jkollok family unit imbagħad tispiċċa bi tnejn.", "(Interruzzjonijiet)", "Aħna dejjem nitkellmu fuq Malta u nħallu lil Għawdex barra.", "Aħna għandna fenomenu ġdid għawdex.", "Dawk li jħossuhom falluti f'Malta jiddeċiedu li jmorru Għawdex ħalli jibdew ħajja ġdida.", "Fil-fatt f'Marsalforn għandna areas sħaħ, toroq u blocks sħaħ - l-Onor.", "Frederick Azzopardi jaf - ta' Maltin - bir-rispett kollu lejhom - li ġabu l-problemi soċjali magħhom.", "Għalhekk qed nispiċċaw b'dawn il-ghettos tal-Maltin.", "Per eżempju, fir-Rabat hemm ċerti areas, li taf x'se ssib.", "Hemm min ma jibgħatx it-tfal jixtru minn dak it-tali ħanut għax ikun hemm xi erba' nisa jagħmlu ċerti affarijiet.", "Apparti minn hekk issib ħafna minnhom li minn Malta ma kkwalifikawx għas-social services imbagħad jiġu Għawdex u jikkwalifikaw minħabba bdil ta' indirizz.", "Dawn huma affarijiet li rridu nqisuhom ukoll.", "Għalhekk meta jkun hemm dawn l-istudji dejjem nistaqsi jekk wasaltux saċ-Ċirkewwa għax aħna għandna l-problemi tagħna.", "L-istess fil-każ taċ-Ċawla fejn hemm allokazzjoni ta' appartamenti ta' social cases li qegħdin ikkonċentrati kollha hemmhekk.", "Hemm Fr Eddie, li llum qiegħed l-assistent ta' l-Isqof, li jmexxi ċ-ċentru Ragħaj it-Tajjeb.", "L-Onor.", "Frederick Azzopardi joqgħod ftit 'il bogħod u jista' jgħid iktar minni.", "DR FR CARMEL TABONE: Konna għamilna proġett hemm u mar tajjeb.", "JUSTYNE CARUANA: Għamel proġett imma wara ma nafx kemm snin, u wara li ma nafx kemm intilfu tfal, żgħażagħ u adulti, erġajna back to square one.", "Tibda ħaġa, tkun sejra tajjeb u x'ħin tirranka tispiċċa...", "THE CHAIRMAN: Tkun marbuta mal-personalità li qed tmexxih.", "JUSTYNE CARUANA: L-istess bħall-kwestjoni ta' l-Università.", "Jien ma rridx inkun politika, però fil-budget speech tas-sena l-oħra ssemmiet somma li kellha tiffinanzja proġett.", "Jien erġajt qajjimt dan il-punt għax jekk dan l-ammont ta' flus kien se jiffinanzja xi ħaġa tajba, għaliex ma saritx jekk kienet għall-bżonn tal-familji tagħna?", "Anke l-fatt li l-Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja għadha kemm ġiet maħtura issa, għaliex kien hemm dak il-gap of time meta sadanittant ġraw affarijiet fil-pajjiż li setgħet titkellem dwarhom?", "Naħseb il-Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja kien ikollha vuċi importanti dwar l-effetti li se jħallu fuq il-familja tagħna t-tariffi li ġew imħabbra, speċjalment issa meta qed niddiskutu l-faqar u l-esklużjoni soċjali.", "THE CHAIRMAN: Jien irrid inżid xi ħaġa oħra li semmejtha l-bieraħ filgħaxija - fl-ewwel okkażjoni li kelli ta' aġġornament - għax ma flaħtx nissapporti ma nitkellimx dwarha.", "Jien u James Carabott morna nkellmu prinċipal ta' kulleġġ li qalilna, li skont direttiva li kien ħareġ id-Data Protection Commissioner, Head of School m'għandux jgħaddi informazzjoni fuq student lill-għalliem.", "Allura dak li jkun jaf il-Head of School mingħand il-ġenituri dwar il-mezzi finanzjarji tagħhom ma jistax jgħaddih lill-għalliem.", "Allura l-għalliem jispiċċa jew jirredikola jew iwaqqa' għaċ-ċajt lill-istudent għax ma jkunx jaf bis-sitwazzjoni familjari ta' l-istudent.", "(Interruzzjonijiet) U ħafna drabi l-ġenituri ma jkunux jafu li l-għalliem ma jkunx jaf bis-sitwazzjoni tagħhom.", "(Interruzzjonijiet)", "Dan il-Head of School qalli biex nara kif nitkellem fuq din is-sitwazzjoni u waqt l-aġġornament għedt li d-Data Protection Commissioner il-ġdid irid jirrevedi - jara hu x'inhu l-aħjar - imma l-parir hu li jirrevedi din is-sitwazzjoni u jippermetti li tgħaddi informazzjoni minn professjonist għal professjonist ieħor..", "(Interruzzjonijiet) Għax ħafna drabi l-familja tmur titkellem mal-headmaster u mhux mat-teacher jew inkella jkun jaf it-teacher u ma jkunx jaf il-headmaster jew inkella xi kultant it-teachers jitkellmu bejniethom u jgħidu lil dak li jkun biex imur jistaqsi fuqu.", "Jien mort f'post - mhux il-Mosta imma x'imkien ieħor 'il bogħod - u rajt li din hija sitwazzjoni ta' hindrance għall-għalliema.", "U dan li jżomm lura lit-tfal milli jgħidu lill-għalliema li ommhom ma tistax tixtrilhom il-blazer jew ma tistax tixtrilhom il-kotba.", "U hemmhekk fejn jitkisser kollox.", "Xi kultant m'għandniex għalliema li jkunu sensittivi biżżejjed u joqogħdu fuq l-ewwel daqqa t'għajn biss, u ma jippenetrawx iktar fir-realtà li jkollhom quddiemhom u jistaqsu għalfejn tifel ma ġabx il-kotba jew għaliex m'għandux computer.", "Illum l-iskola fiha ħafna spejjeż iktar u iktar meta trid tixtri l-computer.", "DR. CARMEL TABONE: Ma nistgħux nirrispondukom għal kollox.", "Jien nixtieq naqbad fuq il-kwestjoni tal-kera.", "Jien ġbidt l-attenzjoni tal-gvern - bħala soċjologu - li s-sistema tal-home ownership ma ħadmitx, għax fl-aħħar mill-aħħar dawk id-djar li aħna kellna l-iskop li jiġu owned minn min jabita fihom spiċċaw ukoll f'ħalq l-ispekulatur.", "Għaliex?", "Għax imbagħad l-ispekulatur jgħidlek li se jwaqqa' dak il-blokk u lilek jagħtik flat sabiħ.", "Jiġifieri rridu noqogħdu attenti.", "Imma xorta għandek raġun.", "DR. CARMEL TABONE: Għalhekk qed ngħidlek.", "Jiġifieri rridu noqogħdu attenti.", "Allura x'qed ngħid jien?", "Barra minn hekk jien ġbidt l-attenzjoni wkoll ta' min hu konċernat - tkellimt mas-Segretarju Parlamentari u mal-Ministru - li dik il-proprjetà li aljenat il-Knisja hija tal-poplu u trid tibqa' tiġi wżatha għall-poplu, jiġifieri trid tibqa' f'idejn il-poplu.", "Allura huwa obbligu tal-gvern li ma jħallix l-ispekulaturi jeħduha f'idejhom dik il-proprjetà.", "Allura jien xprunajt biex noqogħdu ferm attenti ħalli dan ma jsirx u, fl-opinjoni tiegħi, il-gvern m'għandux jibqa' jaljena proprjetà, għandu jżommha l-proprjetà għax inkella se jispiċċa ma jkollux proprjetà f'idejh.", "U dan jiġifieri li l-poplu mhux se jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu proprjetà.", "Xi jrid isir?", "U jien għamilt aċċenn ieħor - biex inkun brief għax ħsibt ħafna fuqha u ħdimt ħafna fuqha - li l-gvern għandu jagħti lill-poplu tagħna d-dritt li jkun jista' jikri b'kera li jaffordja.", "Jiġifieri rridu nibdlu s-sistema ta' home ownership.", "Irid ikollna djar f'idejna li jinkrew u hekk we beat the market.", "Irid ikollna djar f'idejna li jinkrew b'kera li l-poplu tagħna jaffordja speċjalment fil-bidu tal-ħajja.", "Il-ġenituri tagħna - kif semmejt inti - kollha hekk bdew, jikru żewġt ikmamar jew tlieta u mbagħad 'il quddiem jaraw.", "Il-poplu tagħna m'għadux jista' jagħmilha din.", "Jekk ukoll hemm min joqgħod m'ommu biex jieħu l-post t'ommu.", "(Interruzzjonijiet) Il-gvern Malti għandu jkollu biżżejjed proprjetà mibnija li joffriha b'kera li n-nies jaffordjaw.", "Fl-opinjoni tiegħi għandu raġun l-Onor.", "Vassallo li ma' dan il-proċess tal-liġi tal-kera jeħtieġ ikun hemm ieħor parallel għax inkella se nfallu.", "U parallel ieħor hu li l-gvern ikollu proprjetà biżżejjed biex jikri lil min irid jikri b'kera li jaffordja, inkella se nfallu.", "Ħalli nieqaf hawn biex issa titkellem ftit Dr Angela.", "DR ANGELA ABELA: Ħalli nikkwota minn intervista li għamel Fr Tabone lil omm dwar kif jonfqu l-flus u staqsiha jekk isservix il-paga.", "Din qaltlu: \"Eżatt ħi, jekk isservi.", "Irrid inġebbidha, qegħdin f'sitwazzjoni li veru bl-eżatt, bil-karta, bil-lista x'se nsajjar din il-ġimgħa, x'għandi bżonn, u mmur nixtri dawk l-affarijiet, tista' tasal iktar fit-tarf minn daqshekk?\"", "Omm oħra qaltilna li billi għandha t-tifel jimirdilha - tinsewx li dawn ikollhom higher incidence of sickness - kif tiġi r-relief - għax din tieħu r-relief peress li separata - tagħmel iz-zlazi u tiffriżahom biex jekk it-tifel taqbdu xi allerġija u jkollha tixtrilu l-mediċini li ma jagħtuhomlhiex mill-poliklinika, għallinqas ikollha z-zlazi u jiekol l-għaġin għax inkella ma jservuhiex il-flus.", "U ġieli ġġibilha xi ikla ommha.", "Mela m'hawnx min jonfoq u jħarbat?", "Jistgħu jkunu fqar dawn li jħarbtu, però jistgħu jkunu inqas fqar, ma jkunux minn dawk tas-60% below the median, ikunu jidhru fqar u jkollhom problemi ta' dħul għax jispiċċaw bid-dejn.", "Mhux kull min għandu d-dejn bilfors huwa 60% below the median, allura nagħmlu lil kulħadd f'daqqa.", "DR. CARMEL TABONE: Jistgħu jikkawżawh huma l-faqar tagħhom.", "(Interruzzjonijiet)", "JUSTYNE CARUANA: Meta mmur nixtri nisma' ommijiet li lit-tfal jgħidulhom: Minflok nixtru din iċ-ċikkulata ejja nixtru xi ħaġa ...", "Jekk taqrawh dan il-ktieb issibuhom dawn il-quotes.", "JUSTYNE CARUANA: Jixtru l-perżut bi slices u t-tuffieħ u t-tadam bil-waħda jew tnejn, jiġifieri ...", "L-Onor.", "Vassallo semma wkoll li ċ-Child Commissioner qalet li t-tfal li jgħaddu minn trawma ta' separazzjonijiet iweġġgħu l-iktar.", "Aħna llum ġejna nagħmlu presentation fuq il-faqar.", "Meta qed tippjana l-policy trid taħseb x'inhi l-viżjoni tiegħek, x'se tagħti prijorità.", "Per eżempju, jista' jkollok xi ħadd fqir li hu wkoll għaddej minn separazzjoni.", "Aħna sibna li psychological help fl-iskejjel m'hemmx.", "Minkejja li sibna li tfal fqar għandhom iktar problemi psikoloġiċi minn tfal mhux fqar madanakollu dawk tal-control group iktar jeħduhom għand psychologists minn dawk li huma fqar.", "Mela min għandu, jekk it-tfal jagħtsu jeħodhom għand it-tabib imma min m'għandux jiddobba b'li għandu.", "Jiġifieri dawn li jgħaddu minn trawmi u jkunu fqar iktar u iktar se jbatu.", "Aħna tkellimna maċ-Child Commissioner u anke tajtha kopja tal-istudju tagħna u naf li qabel ma ħadet il-kariga ta' Child Commissioner ħadmet bħala social worker mat-tfal fiċ-Children's Homes.", "Infatti għandha proġett fuq hekk u jien qed immexxi dan ir-research project biex ikollha argumenti sostenibbli li tista' targumenta mal-politicians għaliex hija worth it.", "Dawn it-tfal li jgħixu fiċ-Children's Homes huma mill-ifqar, jiġifieri l-faqar cuts across u naħseb li għandu jieħu prijorità.", "Dwar min hu intelliġenti u min mhux.", "Ir-riċerka internazzjonali stabbilita turina li minkejja li n-nies jgħaddu minn trawmi - il-faqar jista' jkun fenomenu ta' hardship - imma t-trawmi jistgħu jkunu ta' diversi naturi, abbuż sesswali jew swat.", "Dan li ridt infisser b'resilience.", "Int għedt li hawn min hu inteliġenti u mhux intelliġenti, imma jien mhux hekk għedt.", "Issa nibgħathielkom il-paper.", "(Interruzzjonijiet)", "Meta marret in-nurse sabu li on average - ma qalux li l-bravi biss żviluppaw - l-IQ ta' kulħadd ogħla.", "U l-isbaħ waħda hi li żammu l-IQ, jiġifieri they maintained it over time.", "U tinsewx li hawn nies bravi li l-intelliġenza tagħhom ma jużawhiex b'mod pożittiv.", "Per eżempju, anke din li jqarrqu, tinsewx li hawn ħafna sinjuri li jqarrqu.", "(Interruzzjonijiet) Le, le, jien biex infakkarkom għax tiskanta, qatt ma ngħidu li n-nies bravi jqarrqu.", "In-nies bravi jqarrqu.", "Per eżempju, aħna għandna t-tendenza li ngħidu li t-tfal delinkwenti huma tfal imħarbtin, imma t-tfal tal-middle class li jagħmlu white collar robberies jagħmlu ħafna iktar serq serju.", "Per eżempju, min imexxi d-droga jkunu nies b'IQ għoli u jkollhom connections u minn kollox.", "Ħalli ngħid xi ħaġa fuq il-professjonisti.", "Aħna intervistajna t-teachers għax nemmnu fl-edukazzjoni u sibna teachers li huma highly sensitive to children.", "Per eżempju, impressjonani teacher li qalli li t-tfal li għandu dejjem jiġru barra bir-rota, jilagħbu barra u huma excluded u biex jinkludihom daħħalhom f'tournament maċ-church schools.", "U xi ġralhom it-tfal?", "Beda jinnota li t-tfal ta' l-iskejjel l-oħra kienu jafu lil xulxin mill-privat - tafu Malta kemm għandna business kbir bil-privat - u bdew jifirħu b'xulxin.", "U t-tfal tiegħu, they felt lost u kważi kważi bdew jaqbdu mas-Sir u ma ridux imorru iżjed għax ħassew ruħhom socially excluded.", "Sibna teachers sensittivi b'dan il-mod u sibna teachers li qalulna: Mela dak it-tifel fqir?", "La huwa fqir kif jiġi f'church school?", "Kellna min qalilna hekk.", "Però ma nitfgħux kollox fuq it-teachers.", "Il-professjonisti, fosthom nurses, tobba jew avukati, billi ġejjin mill-middle class environment għandhom tendenza li jaħsbu li huma jafu kollox u jkunu snobs fil-konfront tal-fqar għax forsi m'għandhomx flus biex jagħtuhom għall-private practice.", "Kultant immur biex ninqeda f'poliklinika.", "Tafu kemm nidħak għax naffordja nidħak, u x'nisma' dwar kif jittrattaw lin-nies.", "Dan xogħol antropologu.", "Mela jekk tmur l-isptar jgħidu: Ġejja Mary Borg, nafuha lil Mary Borg.", "Allura jagħtuha trattament mod u jekk tmur mara oħra jittrattawha mod ieħor.", "Din tiġri ħafna fost il-professjonisti u nħoss li għandhom ikunu iktar sensittivi lejn min hu batut.", "Hawn professjonisti li mhumiex hekk.", "Mhux kulħadd jagħmel hekk għax huwa ħażin meta nagħmlu sweeping statements, imma hawn ħafna hekk.", "Nemmen li meta nħarrġu lill-professjonisti għandna nistiednu lil dawn in-nies ħalli jiġu jitkellmu ma' dawn il-professjonisti u jgħidulhom il-bżonnijiet tagħhom.", "Jien mort il-polyclinic għax għamilt it-test tad-demm - it-tabib ma kienx jaf min jien - u meta staqsejtu jekk nistax nieħu r-riżultati qalli le għax dawn tekniċi ħafna.", "Wara kellu telefonata u dam xi kwarta jitkellem ma' din il-mara dwar jekk it-toy jagħmlilhiex ħażin jew tajjeb, lili tani tliet minuti, qalli li m'għandi xejn u bagħatni 'l barra.", "Jien naffordja nidħak, imma ta' warajja li kien raġel anzjan kien qed jaqbeż.", "Jien għamiltlu s-sinjal li kien fuq it-telephone.", "Imma dan it-tabib jaħseb fil-klijenti tiegħu.", "Il-Marija, kemm dam jispjegalha!.", "Forsi mhux qed inħallsuhom biżżejjed lil dawn it-tobba fil-polikliniċi.", "(Interruzzjonijiet)", "Però fl-opinjoni tiegħi m'aħniex nissensitizzaw biżżejjed lill-professjonisti għall-bżonnijiet ta' nies oħra.", "U ibqgħu ċerti li dawn in-nies fqar anke bil-mod kif nagħtuhom id-daqqa t'għajn jindunaw jekk inħobbuhomx jew le, jekk nirrispettawhomx jew le, jekk naħsbux li għandhom dinjità tal-bniedem kif għandu kulħadd għax nagħtuhom daqqa t'għajn u ngħidulhom: Inti second class.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjakom.", "Wasalna għall-konklużjoni ta' din il-laqgħa.", "Però naċċertakom li se terġgħu tkunu mistiedna.", "Kif qalet l-Onor.", "Justyne Caruana, meta jkollna t-tekniċi mill-Ministeru għall-Edukazzjoni li se jkellmuna fuq ir-riforma edukattiva, se nistednukhom biex tkunu preżenti, kif ukoll se nġibu lill-Kummissarju għat-Tfal u dawk kollha li għandhom interess li jitkellmu fuq it-tfal, anke jekk huma NGOs.", "Biex din il-laqgħa ma sservix biss bħala proċess ta' konsultazzjoni għall-Ministeru tal-Edukazzjoni imma jkollna proċess fejn anke intom bħala professjonisti fil-qasam tagħkom tkunu tistgħu tagħtu s-suġġerimenti.", "Aħna rridu ngħinukom twasslu l-proposti li għandkom għax aħjar milli twassluhom intom ma nistgħux inwassluhom aħna għax ovvjament intom għandkom żgur sensittività lejn l-istess proposti li tixtiequ twasslu.", "Nilqgħu l-proposta tiegħek li fi Frar - kif tgħidilna li kollox lest - tiġi tagħtina l-preżentazzjoni fuq il-familja Maltija li kont tajt fil-House of Commons.", "Dawn l-affarijiet kollha jgħinuna.", "Kulma għadna għamilna huma għaxar laqgħat imma kumbinazzjoni llum stess kellmuni nies li ma ppretendejtx li jafu ħafna fuq x'qegħdin nagħmlu hawnhekk, imma jafu, u huma konxji ta' x'laqgħat qed ikollna u kollha jitkellmu tajjeb dwar dan li qed isir.", "Hemm Membri Parlamentari wkoll li qaluli li jixtiequ li qegħdin hawn magħna.", "Jiġifieri ejja jkollna l-kuraġġ li dak li nemmnu fih inpoġġuh fil-prattika biex inbiddlu l-affarijiet għall-aħjar.", "L-importanti li jkollna l-għajn kritika b'mod pożittiv u nikkomunikaw ma' sħabna kollha tekniċi u politiċi sabiex inġegħluhom jemmnu iktar f'dak li qegħdin niskopru aħna.", "Dan il-kumitat huwa kumitat ta' riċerka politika u r-riżultat ta' din ir-riċerka mhux qiegħed għal naħa waħda tal-parlament imma għaż-żewġ naħat, allura meta jiġi espert jew tekniku l-informazzjoni li jagħti sejra għand kulħadd.", "Illum kull min irid, jista' jisma' dan id-dibattitu billi jidħol fuq l-internet.", "Anke student jista' jagħmel riċerka fuq x'qed isir hawnhekk, jiġifieri dak kollu li għedtu ma tistgħux treġġgħuh lura.", "Grazzi.", "Fid-9:25 pm id-diskussjoni fuq dan is-suġġett kienet interrota u l-Kumitat aġġorna għall-data li kellha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081210_010d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 10", "L-Erbgħa, 10 ta' Diċembru, 2008", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.30 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Justyne Caruana, l-Onor Michael Farrugia u l-Onor Michael Gonzi.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr 9 li saret nhar l-Erbgħa 3 ta' Diċembru 2008 ġew konfermati.", "Il-President tal-Kumitat irraporta li kien tkellem ma l-Ispeaker dwar il-korrispondenza mibgħuta miċ-Chairperson ta' ProġettImpenn, Dr Rita Borg Xuereb dwar il-Konferenza \"Iż-Żwieġ: Quo Vadis?\"", "L-Onor Vassallo għamel ringrazzjament lil esperti li pparteċipaw fil-Kumitat mill-bidu tal-Leġislatura, kif ukoll lill-istaff tal-Parlament għal għajnuna li jagħtu lill-Membri.", "L-Onor Vassallo fakkar ukoll fit-telfa li ġarrab il-Kumitat bil-mewt ta' l-Onor Dr Karl Chircop.", "L-Onor Vassallo ċċirkola l-iStqarrijiet għall-Istampa tal-ħidma tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ta' din il-Leġislatura.", "Ġie deċiz li qabel dawn l-iStqarrijiet jintbagħtu lid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni, għandhom jiġu ċċirkolati lill-membri.", "RiĊerka fuq il-Familja mill-Kummissjoni Nazzjonali Familja", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat stieden lil Dr Angela Abela, Senior Lecturer mid-Dipartiment tal-Psikoloġija u Fr Dr Carmel Tabone o.p., Senior Lecturer mid-Dipartiment tas-Soċjoloġija mill-Università ta' Malta biex jagħtu preżentazzjoi dwar il-Family Poverty and Social Exclusion, with a Special Emphasis on Children.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-9:25 pm id-diskussjoni fuq dan is-suġġett kienet interrota u l-Kumitat aġġorna għall-data li kellha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20081210_010m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PRIVILEĠĠI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 13 ta' Jannar, 2009", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi ltaqa' fil-Palazz, il-Belt, Valletta fis-6.45 pm.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor Owen Bonnici, l-Onor Anġlu Farrugia, l-Onor Beppe Fenech Adami u l-Onor Francis Zammit Dimech.", "Kienu preżenti wkoll il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u l-Onor Alfred Sant.", "Il-Minuti tal-laqgħa Numru 1 li saret fit-3 ta' Diċembru, 2008 kienu konfermati.", "KAŻ TA' KSUR TA' PRIVILEĠĠ MILL-ONOR ALFRED SANT KONTRA L-MINISTRU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - KONTINWAZZJONI", "Mr Speaker ta ruling li kien mitlub jagħti fl-aħħar laqgħa wara li talab għal parir bil-miktub mill-Avukat Ġenerali dwar id-dritt ta' Membru tal-Kamra li jqanqal ksur ta' privileġġ fil-konfront ta' Membru ieħor, li jkollu assistenza legali waqt li l-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi jeżamina l-każ.", "Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kien assistit minn Dr Joseph Zammit Maempel waqt li l-Onor Alfred Sant kien assistit minn Dr Pawlu Lia.", "Mr Speaker informa lill-kumitat li One News għamel talba biex jiffilmja għal ftit minuti s-seduta.", "It-talba ma ġietx aċċettata.", "Waqt id-diskussjoni, l-Onor Alfred Sant qiegħed fuq il-Mejda tal-Kumitat:-", "Dokument 1 Korrispondenza li għaddiet permezz ta' email bejn l-Onor Alfred Sant u s-Sur Raphael Vassallo mill-Malta Today.", "Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni qiegħed fuq il-Mejda tal-Kumitat:-", "Dokument 2 Ħarġa tal-Malta Today tal-1 ta' Ottubru 2008; u", "Dokument 3 Ħarġa tal-Malta Today tat-12 ta' Ottubru 2008;", "Fis-7.25 pm Mr Speaker talab permess tal-Kumitat biex il-Kumitat ikompli jinstema fil-magħluq.", "Il-permess ingħata.", "Il-Kumitat iltaqa' in camera mingħajr recording bejn is-7.25 pm u s-7.43 pm.", "Il-Kumitat qabel li sakemm il-kumitat jerġa' jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 28 ta' Jannar, jiltaqgħu ż-żewġ konsulenti legali biex jesploraw soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ naħat.", "Fit-7.45 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 28 ta' Jannar 2009.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090113_002.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PRIVILEĠĠI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 2", "It-Tlieta, 13 ta' Jannar, 2009 fis-6.45 p.m.", "Mr Speaker, l-Onor Louis Galea, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi, javża li l-Kumitat ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 13 ta' Jannar 2009 fis-6.45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-agenda:-", "Deċiżjoni tas-Sedja dwar il-punt legali mqajjem fl-aħħar laqgħa tal-kumitat.", "Konsiderazzjoni tal-każ ta' privileġġ imqajjem mill-Onor Alfred Sant fis-Seduta nru 42 tal-14 ta' Ottubru 2008 – Kontinwazzjoni.", "13 ta' Jannar 2009 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090113_002a.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqħa Nru. 5", "It-Tlieta, 13 ta' Jannar 2009 fit-8.00 p.m.", "Mr Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 13 ta' Jannar 2009, fit-8.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra.", "Mozzjonijiet preżentati minn Membri individwalment.", "Ombudsplan għas-sena 2009 (iffissar tal-laqgħa).", "Ordni Permanenti Nru 13 – Kontinwazzjoni.", "Affarijiet oħra.", "13 ta' Jannar 2009 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090113_005a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 5", "It-Tlieta, 13 ta' Jannar 2009", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru. 5", "It-Tlieta, 13 ta' Jannar 2009", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:50 p.m.", "MR SPEAKER (Onor. Louis Galea): Nistaqsi l-ewwelnett jekk hawnx korrezzjonijiet għall-Minuti.", "JOE MIZZI: Sur President, taħt l-item Xogħol tal-Kamra hemm l-aħħar sentenza li tgħid:", "\"L-Onor.", "Joe Mizzi ssuġġerixxa li darba fix-xahar il-Parlament jiddiskuti xogħol tal-Oppożizzjoni.\".", "Dik mhijiex korretta.", "Is-suġġeriment li għallinqas darba fix-xahar il-Parlament jiddiskuti xogħol tal-Oppożizzjoni ma sarx min-naħa tiegħi.", "Jien kont għedt li għandha tiġi diskussa l-mozzjoni tal-Onor.", "MR SPEAKER: Mela nistgħu naqtgħu dik is-sentenza barra mill-ewwel.", "Imma l-bqija huma approvati l-Minuti?", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 4 li saret fit-3 ta' Diċembru 2008 ġew konfermati", "MR SPEAKER: Qabel ngħaddi għat-tieni item tal-aġenda jidhirli li f'dan il-Kumitat, per formalità, tajjeb li ninformakom li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku għoġobha tapprova l-ħatra ta' Pauline Abela bħala l-Iskrivan tal-Kamra.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Preċedieni f'din l-aħbar il-kollega tiegħi d-Deputy Speaker, li ma lħaqtx avżajtu li xtaqt li l-ewwel inħabbarha hawnhekk fil-House Business Committee qabel ma ngħiduha fil-Kamra.", "Naturalment jien nittama li l-ħatra ta' Skrivan tal-Kamra ma tkunx biss, biex ngħidu hekk, pass li m'hemmx dubju huwa importanti ħafna, imma li nkunu nistgħu nsegwuh b'passi oħra ta' organizzazzjoni aħjar tal-Parlament, inkluż anke fejn jidħlu l-personnel u l-uffiċjali ta' din il-Kamra biex il-Parlament ikun jista' jaqdi aħjar d-dmirijiet u d-doveri tiegħu.", "Sadanittant ningħaqdu biex nawguraw ħidma fejjieda lill-Iskrivan tal-Kamra l-ġdid, li rrid ngħid li hija l-ewwel mara li l-Parlament qatt kellu bħala Skrivan tal-Kamra.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Ngħaddu għat-tieni item Xogħol tal-Kamra.", "L-Onor.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin): Sur President, illum il-Kamra qed tkompli tiddiskuti l-Abbozz dwar il-Miżuri tal-Estimi u se nieħdu l-vot fuqu llum stess.", "Għada se nkomplu bl-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili li huwa l-abbozz li qed jemenda l-liġi tal-kera, li se nkomplu fuqu l-ġimgħa d-dieħla.", "Imbagħad għandna pendenti l-Criminal Code (Amendment) Bill.", "(Interruzzjonijiet) Minħabba li għandna ċertu safar, wara l-liġi tal-kera se nibdew tal-Kodiċi Kriminali.", "Naturalment nhar il-Ħamis għandna l-mozzjoni tal-Onor.", "Leo Brincat dwar il-ħtieġa ta' leġiżlazzjoni dwar il-bdil fil-klima.", "DAVID AGIUS: Irridu niddeċiedu kemm se nieħdu seduti fuq il-liġi tal-kera.", "JOE MIZZI: Kif konna tkellimna fuq il-liġi tal-kera s-seduta tat-Tnejn teħduha intom.", "Kien se jieħu xi ħin il-Kap tal-Oppożizzjoni, imma mbagħad ftehemna li jieħdu l-Erbgħa.", "Aħna se niltaqgħu s-Sibt u sa dakinhar se nkun naf kemm għandna kelliema għal-liġi tal-kera fis-Second Reading, allura nkun nista' ninformakom.", "Però jien diġà wassalt il-messaġġ, għalkemm mhux f'dan il-Kumitat, li aħna tlabna li l-istadju ta' Kumitat fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili, jiġifieri li qed jemenda l-liġi tal-kera, ikun fil-plenarja.", "Il-bieraħ tkellimt mal-Ministru Dalli u qal li ma jsibx oġġezzjoni sakemm ikollu l-faċilità ta' avukat ħdejh biex ma joqgħodx jaqsam il-Kamra kull darba biex jitolbu parir.", "Aħna m'għandniex oġġezzjoni għal dan.", "DAVID AGIUS: Meta qed ngħidu ħdejh, jiġifieri fuq is-siġġu ta' Membru.", "TONIO BORG: Ħalli niċċarawha.", "Sur President, hemm qbil li l-istadju ta' Kumitat tal-liġi tal-kera jsir fil-Kamra kollha u tal-Budget Implementation Measures Bill li suppost isir fil-Kumitat tal-Kamra kollha jsir fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Kif tiftakru, meta kienet għaddiet il-liġi tas-CET fi żmien il-Gvern Laburista, li kienet liġi li trid l-esperti wkoll miegħek, flok ġie l-avukat ipoġġi fuq is-siġġu tad-deputati, intużat il-Mejda tal-Kamra u l-Prim Ministru kien mar fuq il-Mejda tal-Kamra.", "TONIO BORG: Naħseb li dak huwa l-aħjar mod.", "Isir l-arranġament li jkun hemm bżonn.", "M'għandniex oġġezzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "TONIO BORG: Naħseb li dak huwa l-aħjar mod anke għax ikollok ħafna karti, ikollok ħafna liġijiet, eċċ.", "JOE MIZZI: Kif għedna li m'għandniex oġġezzjoni.", "TONIO BORG: Għax hija iktar komda.", "DAVID AGIUS: Teknikament possibbli?", "JOE MIZZI: Iva, konna għamilnieha.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Mela għall-finijiet tal-istadju tal-Kumitat tal-liġi tal-kera hawn qbil f'dan il-Kumitat li dak se jsir Kumitat tal-Kamra kollha, però l-Membri se jkunu jistgħu jiġu assistiti mill-esperti, u għal dan l-iskop se jkunu jistgħu jpoġġu madwar il-Mejda tal-Kamra.", "JOE MIZZI: Jew fejn ikun hemm bżonn, jew kif niftiehmu.", "MR SPEAKER: Però qed nifhem li hawn diffikultà li xi ħadd li mhuwiex Membru Parlamentari jpoġġi fuq is-siġġijiet tal-Membri.", "JOE MIZZI: Naf li hemm diffikultà, però l-iStanding Orders jgħidu li aħna nistgħu nirregolaw lilna nfusna.", "Apparti dik, nistgħu nagħmluha.", "(Interruzzjonjiet) Ħalli nitkellem ċar.", "Il-Ministru talabni li jkollu avukat u aħna għednielu li dik il-faċilità jista' jużaha.", "Jista' jagħti l-każ li l-Ministru jpoġġi fit-tarf u jpoġġulu siġġu ħdejh.", "(Interruzzjonijiet) Mhux problema għalija.", "MR SPEAKER: Però bl-ebda mod ma jkun jista' jintervjeni.", "JOE MIZZI: Le, le, bil-permess.", "(Interruzzjonijiet) Nistgħu nagħmluha hawnhekk, għax minflok se nagħmlu l-Kumitat f'din il-Kamra tal-Kumitati se nagħmluh fil-plenarja, imma l-istess faċilitajiet li għandna hawn ikun hemm hemmhekk.", "(Interruzzjonijiet) Le, bil-permess ikun u mhux bi dritt.", "DAVID AGIUS: Anke meta jkollna liġi fil-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, dejjem bi ftehim bejn iż-żewġ naħat isir hekk.", "(Interruzzjonijiet)", "Aħna min-naħa tagħna jkollna xi advisors ukoll, mhux se jkunu ħdejna, ikunu fuq in-naħa ta' wara fejn ikun hemm l-advisors, imma basta jkunu fil-Kamra.", "M'aħniex qed noġġezzjonaw għal dak li jħoss li għandu bżonn il-Ministru.", "Imbagħad l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Miżuri tal-Estimi jmur fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Ejja nkunu ċari ħalli ma noħolqu ebda preċedenti ta' xejn.", "L-experts huma available għall-Ministri.", "Jekk f'dan il-każ partikolari se jkun hawn experts, biex insejħilhom hekk - kif m'għandix dubju li jkunu - għan-naħa tal-Membri ta' l-Oppożizzjoni, irridu nkunu ċari li dawn se jkunu qishom qed josservaw u mhux jipparteċipaw.", "JOE MIZZI: Aħna wkoll se jkollna experts, imma jkunu qegħdin fil-bankijiet ta' wara biex nikkonsultawhom, imma ma jistgħux jitkellmu.", "MR SPEAKER: Il-membru li jkun jista' jqum minn postu u jmur jitkellem magħhom, f'dak is-sens.", "JOE MIZZI: Iva hekk, ftehemna.", "DAVID AGIUS: Ara jekk hux qed nifhmu ftit lil xulxin ukoll.", "Il-ġimgħa d-dieħla niddeċiedu kemm nagħmlu laqgħat, imbagħad għat-Tieni Qari se jkollha votazzjoni jew le?", "JOE MIZZI: Ninfurmak iktar tard.", "DAVID AGIUS: Huwa importanti għax l-ammont ta' seduti jiddependi fuq meta nieħdu l-vot minħabba s-safar.", "JOE MIZZI: Kollox se ngħidlek.", "Is-Sibt inkun naf il-pożizzjoni.", "DAVID AGIUS: Imbagħad irridu nirregolaw x'se jkollna xogħol fil-Kamra.", "JOE MIZZI: Jien diġà tajtek indikazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Jekk niġu hawnhekk irrid inġib 15, 16, 17-ir ruħ.", "Inġibhom hawnhekk kollha?", "(Interruzzjonijiet) Iva, u hemm deputati oħrajn li interessati jiġu, allura nġib il-35 deputat hawn?", "Hemm min hu interessat, allura jien nista' niċħadhom?", "Hemm xi klawsoli li jolqtu lil dak u lill-ieħor, eċċ. (Interruzzjonijiet) Naċċertak li mhux se joqogħdu jisparaw fil-vojt jew xi ħadd jitkellem fil-vojt.", "(Interruzzjonijiet) Għalhekk qed ngħid.", "S'issa l-indikazzjoni hi li fis-Second Reading mhux se jkun hemm Division.", "DAVID AGIUS: Imbagħad allura nkunu nistgħu ngħaddu dakinhar stess għall-istadju ta' kumitat.", "JOE MIZZI: Imbagħad nibdew il-kumitat fejn se jkun hemm emendi u, jekk ikun hemm xi emendi li ma jiġux aċċettati, jista' jkun hemm vot fuqhom.", "Jekk it-Tnejn u t-Tlieta nagħmlu seduta normali dwar il-liġi tal-kera, l-Erbgħa nistgħu nibdew il-kumitat.", "JOE MIZZI: Iva, nistgħu nibdew il-kumitat.", "DAVID AGIUS: Imma mbagħad irrid nara meta se nagħlaq ....", "DAVID AGIUS: Għax jekk tagħtini dik il-garanzija .…", "MR SPEAKER: L-Onor.", "TONIO BORG: Għandna liġi twila u kkomplikata li jekk jintalbu Divisions irridu niġu informati ftit qabel, taf għaliex?", "Għax issa d-differenza hija li jekk tintalab Division fil-kumitat tal-Kamra kollha jridu jiġu 35 u 34 ruħ.", "(Interruzzjonijiet) Mentri fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi inkunu erba' membri biss .", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri jien lest li ngħid iva għal din, però ejja nkunu ftit raġunevoli issa wkoll.", "JOE MIZZI: Bir-rispett kollu, jekk irridu nikkomplikaw l-affarijiet nikkomplikahom għax jien .…", "TONIO BORG: Meta għedtli li jintalab vot inti … Għandek dritt titolbu imma altru għandek kumitat … (Interruzzjonijiet) … bis-safar tal-European Union jien irrid inġib 35 ruħ biex jivvotaw ħalli tgħaddi l-emenda tiegħi jew l-emenda tiegħek.", "JOE MIZZI: Imma din hija xi liġi importantissima, allura ma tippretendix li jekk ikun hemm emendi li ma jiġux aċċettati ma nkunux nistgħu nieħdu l-vot.", "X'jiġifieri?", "DAVID AGIUS: Le, mhux hekk.", "TONIO BORG: Imma rridu nirregolaw.", "DAVID AGIUS: Għax fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi ikollok erba' deputati min-naħa tal-Gvern u tlieta min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "JOE MIZZI: Imma, bir-rispett kollu, hawn ġej l-inkwiet.", "JOE MIZZI: Għidli int għandniex dritt aħna li l-vot minflok isir f'dan il-kumitat, isir fil-Kamra kollha, u nitlob ruling fuq din.", "Oqgħod attent għax la hemm fl-Erskine May … (Interruzzjonijiet) Nitlob ruling.", "(Interruzzjonijiet) Imma nitlob ruling.", "(Interruzzjonijiet)", "TONIO BORG: Kieku nkunu fil-kumitat tal-Kamra kollha iva, imma hawnhekk le.", "Jien li ma rridx nieħu sehem hawnhekk … (Interruzzjonijiet) Bir-rispett kollu, taf x'intom tgħidu?", "Jekk hawnhekk qegħdin f'kumitat magħmul bi tlieta u bi tnejn, u fl-oppożizzjoni hemm ħames partiti u fil-gvern hemm ħames partiti, int se tiċħadni milli nitlob Division għax ma nistax niġi hawn jien?", "Issir Division ġewwa.", "(Interruzzjonijiet) X'inhi?", "TONIO BORG: Issir division fil-kumitat.", "JOE MIZZI: Jekk jien m'iniex membru fil-kumitat, kif nista' ngħajjat division jien?", "Kull individwu, kull membru hawn għandu dritt.", "TONIO BORG: Imma jekk il-kompożizzjoni tal-kumitat hija hekk.", "(Interruzzjonijiet) Inkella xi skop hemm li jkollok kumitat?", "JOE MIZZI: Skużi.", "(Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Il-kumitat maqbul bejn il-Kamra kollha.", "JOE MIZZI: M'għandux x'jaqsam, maqbul jew mhux maqbul.", "Taf x'inti tgħid inti?", "DAVID AGIUS: Jiġifieri qed tgħid li kull membru jista' jidħol kumitat li jkun u jitlob Division?", "JOE MIZZI: Sibli fl-iStanding Orders fejn jgħidu li ma nistgħux nitolbu li d-Division tintalab fil-Kamra kollha.", "(Interruzzjonijiet) Nitlob ruling għal din jien.", "(Interruzzjonijiet) U ejja.", "Tippretendi li jekk ma naqblux fuq xi klawsola ma nkunux nistgħu nieħdu Division għax qegħdin fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi u mhux fil-Kamra kollha?", "DAVID AGIUS: Le, mhux hekk qed ngħidu.", "Imma niġbruhom għallinqas!", "JOE MIZZI: Taf x'qed tgħidli inti?", "Li għal kull liġi li se titolbu biex tmur quddiem il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi nibda nitlobkom Division.", "U ejja, trid nagħmlilkom hekk?", "DAVID AGIUS: Niġbruhom f'daqqa, Onor. Mizzi.", "JOE MIZZI: Jiġifieri kull darba li titolbu biex tibagħtu liġi fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, nibda nitlobkom Division.", "Trid nagħmlilkom hekk?", "(Interruzzjonijiet) Allura mhux ċikkubriku jiġi.", "Trid nagħmlilkom hekk?", "TONIO BORG: U mhux kollox ...", "Din hija xi ħaġa serja kif għedtu intom.", "(Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Jiġifieri jekk indumu xahar, se nagħmlu xahar ...", "Naċċertakom jien li m'għandna l-ebda skop li nfixklu.", "DAVID AGIUS: Kemm għandna klawsoli.", "JOE MIZZI: Mela bilfors fuq il-klawsoli kollha ma naqblux?", "DAVID AGIUS: Jekk se nieħdu tliet seduti, erbgħa jew ħamsa għandek ġimagħtejn.", "JOE MIZZI: Skużi, jekk inti se tieħu vot u niftiehmu li neħduhom fl-aħħar … (Interruzzjonijiet)", "JOE MIZZI: Imbagħad naraw x'hemm bżonn isir.", "(Interruzzjonijiet)", "TONIO BORG: Jien qatt ma għedt li ma tistgħux titolbu Division, għedt biss li jekk fuq il-liġi tal-kera ma konniex obbligati li tiġi diskussa fil-kamra kollha u l-Gvern qed jgħid OK, wieħed ikun ftit raġunevoli.", "Jiġifieri rridu nkunu nafu minn qabel fuqiex se titolbu vot u jekk hux se titolbu vot, għax tagħmel differenza bejn li jivvotaw sebgħa min-nies u li jivvotaw 69 ruħ.", "JOE MIZZI: Fejn hu possibbli li nipprovdilkom l-emendi wkoll, ma narax diffikultà.", "Naċċertak li mhux qed nipprovaw nostakolaw.", "MR SPEAKER: Araw jekk hux qed nifhem tajjeb jien.", "Qed tagħmlu ftehim li jekk tissejjaħ Division wieħed irid ikun informat minn qabel, kif naf li normalment isir.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili Onor. Mizzi.", "Jekk jien, il-Ministru, illum qed niltaqa' suppost li llum għandi informazzjoni li għada meta naslu għal dik il-klawsola hemm ċans li tissejjaħ Division.", "Ninformakom żgur, m'għandi l-ebda diffikultà li ninformakom.", "DAVID AGIUS: Mhux bilfors hekk.", "Jista jkun li f'kull klawsola jissejjaħ vot.", "(Interruzzjonijiet)", "JOE MIZZI: Imma m'għandi l-ebda diffikultà li ninformakom.", "MR SPEAKER: Indikalna li jista' jkun hemm Division.", "MR SPEAKER: Meta tiġi biex taġġorna inti tista' tgħid li ma nistgħux inkomplu bil-kumitat din il-ġimgħa, inkompluh il-ġimgħa ta' wara.", "JOE MIZZI: Iva nifhem jien, mhux qed nipprova nostakola.", "Naċċertakom li bħalma dejjem tajtkom informazzjoni qabel, m'għandix għalfejn nibdel is-sistema.", "L-istess se nibqa' miexi.", "Jien naċċertakom li nagħtikom kull informazzjoni li nista', m'hu se naħbu xejn.", "Jekk inlestu l-emendi ngħadduhomlkom.", "Fejn mhux se naqblu se tkunu tafu mill-ewwel li mhux se naqblu u, jekk tistgħu, tirrangawhom.", "DAVID AGIUS: Meta nibdew l-istadju ta' kumitat se nibdew niddiskutu klawsola klawsola u nibqgħu għaddejjin.", "Qed nifhem tajjeb li jekk hemm klawsola 7 li fuqha se jittieħed vot se neħduh dak il-ħin li naslu għaliha, jew inkella se naqblu li l-klawsoli kollha li jkun hemm għall-vot neħduhom fid-9.00 p.m. jew niftiehmu data.", "JOE MIZZI: L-ewwel ħalli naraw x'emendi hemm.", "Jien m'għandux ikolli diffikultà min-naħa tal-grupp parlamentari li ngħaddilkom kopja ta' l-emendi meta jkunu lesti.", "Fejn taraw li se taslu ma jkunx hemm diffikultà u fejn taraw li mhux se naslu għidulna li għandna problema.", "DAVID AGIUS: Imma ejja ngħidu li jkun hemm tliet klawsoli li hemm bżonn jittieħded vot fuqhom, dawk nipprogrammawhom f'daqqa?", "JOE MIZZI: Imbagħad nitkellmu fuq dawk għax jekk ikollok waħda u jekk ikollok tnax xorta trid tkun hawn.", "Mela jekk nagħmluhomx it-tlieta f'daqqa jew le, nitkellmu bħalma għamilna dejjem.", "Mhux qed noġġezzjona.", "DAVID AGIUS: Importanti għax inkella qatt m'aħna se …", "JOE MIZZI: Aħna m'għandna l-ebda skop li nipprovaw intawlu.", "Hemm ċerti prinċipji fil-klawsoli li jekk ma jiġux aċċettati ma nistgħux naqblu aħna.", "Dik hija s-sitwazzjoni u mhux l-iskop tagħna li nkomplu ntawlu s-seduti.", "Żgur li le, assolutament.", "DAVID AGIUS: Sakemm ma naqblux fuq pairing.", "(Interruzzjonijiet) Jekk taqbel fuq pairing m'għandna problema ta' xejn.", "(Interruzzjonijiet)", "JOE MIZZI: Aħna nibqgħu mexjin u mbagħad naraw l-affarijiet.", "MR SPEAKER: Dan il-programm qed jeħodna għall-ġimgħa d-dieħla, għal din il-ġimgħa, għal kemm żmien?", "JOE MIZZI: Jien mhux qed norbothom li l-kumitat bilfors isir il-ġimgħa d-dieħla, għax jekk ikollhom is-safar nifhimha.", "Jien mhu qed norbot xejn.", "TONIO BORG: Jiddependi jekk dawn l-emendi humiex kontroversjali jew le, jekk jirrikjedux Division għax fil-każ ikolli nipprogramma jien skont kemm ikolli nies hawnhekk sakemm ma jsirx ftehim mod ieħor.", "JOE MIZZI: Jien se nagħmel l-almu tiegħi biex l-emendi li jkollna lesti ngħaddihomlkom mal-ewwel.", "(Interruzzjonijiet) Le, imma dak wara s-Second Reading.", "Imma aħna qed niddiskutu ...", "DAVID AGIUS: Min-naħa tal-Gvern jidher li sa għada kważi kulħadd se jkun tkellem ħlief xi wieħed jew tnejn, l-iktar tlieta l-ġimgħa d-dieħla.", "JOE MIZZI: Jien naħseb li l-ġimgħa d-dieħla nistgħu nagħlqu s-Second Reading.", "TONIO BORG: Is-Second Reading tal-liġi tal-kera.", "DAVID AGIUS: Nagħlquha.", "ANĠLU FARRUGIA: L-iktar l-iktar it-Tnejn.", "TONIO BORG: Jiġifieri għada u l-ġimgħa ta' wara għandna l-Kodiċi Kriminali, għandna l-possibbiltà .....", "JOE MIZZI: Imbagħad araw intom.", "Imma jien kif ikolli l-emendi ngħaddihomlkom, m'għandix x'ħabi.", "MOZZJONIJIET IPPREŻENTATI MINN MEMBRI INDIVIDWALMENT", "MR SPEAKER: Ngħaddu għat-tielet item \"Mozzjonijiet ippreżentati minn Membri Individwalment\".", "(Interruzzjonijiet) Il-Ħamis għandna tal-Onor.", "Leo Brincat, imbagħad x'hemm iktar?", "JOE MIZZI: Issa probabbli se nikkontestaw l-Avviż Legali dwar it-tariffi tad-dawl u ilma li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u tridu tressqu xi oħra.", "(Interruzzjonijiet) Imma l-punt hu li l-bieraħ tpoġġiet parti minn Avviż Legali oħra, għalhekk ma poġġejthiex.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux min-naħa tagħna.", "Jiġifieri kif jitpoġġa mbagħad nerġgħu niddiskutu.", "(Interruzzjonijiet) Mhux dejjem ġew diskussi, imma anyway, jien ninformakom meta niddepożitahom biex nara x'se jiġri.", "MR SPEAKER: Minbarra din il-private members motion li se jippreżenta l-Onor.", "Joe Mizzi, xi waħda mill-private members motions li kienu ġew ippreżentati skadiet diġà u l-oħra hemm indikazzjoni li mhux se jkun hemm insistenza fuqha.", "JOE MIZZI: Fil-każ ninformakom liema waħda tiġi diskussa.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ir-raba' item tal-aġenda.", "Nixtieq li niffissaw laqgħa tal-House Business Committee biex niddiskutu l-Ombudsplan.", "Nistgħu ninformaw lill-Ombudsman għal nhar l-Erbgħa, 28 ta' Jannar fis-6.45 p.m. imbagħad wara tal-privileġġi?", "Sinjuri, qed naqbeż għal item ieħor: Il-kommemorazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-Ġnus Magħquda li ddikjarat il-25 ta' Jannar bħala l-jum internazzjonali li jikkommemora l-memorja tal-vittmi tal-Olokawst.", "Qed tgħidu li tagħmluha fit-28 ta' Jannar fis-6.30 p.m. Issir wara l-ħin tal-mistoqsijiet u nassumi li jitkellem Membru wieħed minn kull naħa u jkun hemm minuta silenzju.", "L-Onor.", "Mizzi jrid jinforma li se jitlob sostituzzjoni ta' Membru fuq il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "JOE MIZZI: Irrid nipproponi li l-Prof.", "Zammit ikun sostitwit mill-Onor.", "Charles Buhagiar fuq il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "MR SPEAKER: Din tista' tiġi preżentata u titressaq bi qbil tal-Kamra?", "TONIO BORG: Bil-permess tal-Kamra llum stess issir mozzjoni u ngħadduha.", "AFFARIJIET OĦRA", "MR SPEAKER: Taħt Affarijiet Oħra għandi żewġ punti li xtaqt inressaq biex taħsbu ftit fuqhom.", "L-ewwel nett, hemm bżonn li l-Kumitat Magħżul tal-Kamra jerġa' jiltaqa' u jkun hemm xi ftehim mal-Membri għax bis-safar li hawn u kif inhu kompost il-Kumitat qed nispiċċaw b'diffikultà biex insibu l-ħin.", "Dan mhux Kumtiat li jiltaqa' ta' darba f'mitt qamar u daqshekk, jiġifieri jew niffissaw data oħra biex insejħu dan il-Kumtiat inkella se jkollna d-diffikultajiet.", "TONIO BORG: Sur President, naqbel miegħek.", "Dan il-Kumitat huwa magħmul minn sitta min-nies u sitta sostituti.", "Naturalment l-idea hi li s-sostituti jidħlu meta xi ħadd ikun imsiefer.", "Ma jistax ikun li ninsistu li kollha jkunu hawnhekk għax impossibbli, anke sitta ġieli diffiċli.", "Darba minnhom kont imsiefer u għedtilhom biex imexxu, għalkemm jien Leader of the House, għax inkella se nispiċċaw neħlu.", "Li nista' ngħid on a good news level hu li jekk mhux fl-ewwel seduta imma fit-tieni seduta nkun nista' nressaq lill-Membri l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ombudsman fid-dawl tar-remit tal-Kumitat biex wieħed jiddiskutiha, mhux biex inressaqha quddiem il-Kamra.", "Ħdimt ftit fuqha fil-vaganzi u lestejtha.", "MR SPEAKER: Hemm xi data meta nistgħu nsejħulu s-Select Committee?", "JOE MIZZI: Issuġġerixxu data, għax hekk jaqbel.", "MR SPEAKER: Però l-aħjar li tikkomunika mal-Ministru Borg fuqha.", "JOE MIZZI: Jgħid liema data hi l-aħjar għalih imbagħad jiena nikkomunikaha.", "MR SPEAKER: Jien ma nistax nibqa' miexi fuq meta jistgħu l-Membri f'dan is-Select Committee, jiġifieri se niffissa l-ġurnata u l-ħin, imbagħad hemm is-sostituti fil-każ li ma jkunux jistgħu jiġu l-Membri.", "JOE MIZZI: Dik kont qed nsitenna mingħandek, iffissa d-data ħalli nkunu nafu minn qabel.", "ANĠLU FARRUGIA: Ejja nagħmluha ċara li fejn ma jistgħux jiġu l-Membri hemm is-sostituti.", "JOE MIZZI: Jekk tagħmel data aħjar.", "MR SPEAKER: Nippreferi tgħiduli: Aħna nsibuha tajba li niltaqgħu, pereżempju, nhar ta' Ġimgħa fil-11.00 a.m. jew ġurnata oħra u ngħidu li kull ħmistax il-Ġimgħa fi-11.00 a.m. se jkun hawn laqgħa tal-Kumitat Magħżul tal-Kamra.", "TONIO BORG: Nibdew il-Ġimgħa, 30 ta' Jannar fil-11.00 a.m. u kull ġimagħtejn minn dakinhar.", "ANĠLU FARRUGIA: Nagħmluha fil-11.30 a.m. mhux għalija biss, imma anke għal xi Membri oħrajn.", "MR SPEAKER: Ngħaddu għal ħaġa oħra.", "Biex nibda nsemmi s-suġġett fi ħdan il-House Business Committee, kif intom żgur innotajtu l-Gvern għamel stqarrija pubblika fejn qed jagħti indikazzjoni li qed jaħseb biex jibni Parlament ġdid.", "Jekk se jinbena Parlament ġdid nemmen li l-Parlament innifsu jrid ikun involut sa mill-konċezzjoni tiegħu stess għax filwaqt li fid-disinji esterjuri ħafna minna forsi għandhom gosti imma mhux daqstant kompetenza, f'dawk li huma l-bżonnijiet għall-operat tal-Parlament naħseb li l-parlamentari, dan il-House Business Committee u l-Uffiċċju tal-Iskrivan tal-Kamra żgur li għandhom kontribut x'jagħtu.", "TONIO BORG: Mr Speaker, naqbel perfettament ma' dak li qed tgħid.", "Fil-fatt meta fil-passat kien hemm xi pjanti minn xi perit ieħor kienu ngħataw lill-iSpeaker u anke lil dan il-Kumitat u naħseb li meta nibdew nersqu lejn xi ħaġa iktar konkreta fuq pjanta tal-Parlament, dan il-Kumitat żgurissimu li jiġi kkonsultat.", "JOE MIZZI: Veru imma – u niftakar għax kont involut u għad għandi l-pjanti kollha – l-biċċa xogħol hija li aħna għandna xi ħaġa differenti minn parlamenti oħrajn.", "Taf li aħna għandna drawwa li jiġu n-nies u jidħlu jkellmu lill-ministri, mhux dik is-sigurtà kollha.", "(Interruzzjonijiet) Isma' din, mhux biċ-ċajt għax meta mmur parlamenti oħrajn dejjem noqgħod narahom dawn l-affarijiet.", "Jien kont issuġġerejt li l-uffiċċji tal-ministri jkunu b'mod li jkun hemm kurutur minn fejn jidħlu n-nies għal għand il-ministri u l-ministri jkollhom faċilità - u anke d-deputati li jkollhom l-uffiċċju għax hekk suppost naslu - li joħorġu minn bieb ieħor fl-uffiċċji tagħhom stess li jiġi f'kurutur ieħor li minnu jkunu jistgħu jmorru għaċ-Chamber.", "Jiġifieri ħadd ma jkun allowed li jgħaddi minn dan il-kurutur u jekk ikun hemm Division il-Ministru jkun jista' joħroġ mill-ewwel u jmur fiċ-Chamber.", "Imma n-nies għandhom il-faċilità li jidħlu fl-uffiċċju tal-ministru minn kurutur ieħor.", "B'hekk ikun hemm aktar kontrolli għall-fini ta' sigurtà.", "Imbagħad biex in-nies jidħlu fiċ-Chamber jew biex jgħaddu għall-istrangers gallery ikun hemm arranġamenti oħra.", "Dawn l-arranġamenti huma importanti għal pajjiżna u rajthom f'parlamenti oħra għax dejjem noqgħod niflihom.", "Aħna għandna d-drawwa li jiġu n-nies u kulħadd jidħol.", "Din il-prattika trid tispiċċa.", "Imma l-faċilità li n-nies jibqgħu jaraw il-Membri trid tibqa' hemm.", "TONIO BORG: Trid tibqa' b'mod separat.", "JOE MIZZI: Imma l-Membri jrid ikollhom aċċess malajr.", "Dawn l-affarijiet irridu nżomuhom f'moħħna għax huma importanti ħafna.", "TONIO BORG: Il-ministru jew id-deputat ikun aċċessibbli imma mhux li jkollu l-istess aċċessibilità … Irid ikun awtorizzat.", "MR SPEAKER: Taħt l-item Affarijiet Oħra hawn xi ħaddieħor li jrid iqanqal xi ħaġa?", "JOE MIZZI: Sur President, tiftakar li kont ġbidt l-attenzjoni li l-Parlament Ingliż kien waqqaf grupp magħmul mill-partiti poltiċi kollha rappreżentati fil-Parlament Ingliż?", "Nixtieq li wieħed jivverifika daqsxejn.", "MR SPEAKER: Kien hawn press release maħruġa mill-Kummissarju Għoli tagħna f'Londra fejn twaqqaf xi kumitat interparlamentari.", "TONIO BORG: Fl-Ingilterra, il-Parlament Ingliż ħatar an all party committee ta' British Peers u ta' MPs for Malta.", "Jiġifieri huma ħatru dan il-kumitat.", "Jien iltqajt ma' wħud minnhom meta kont hemmhekk għax għamilt diskors fil-committee room tal-House of Commons u qaluli li qegħdin f'dan il-kumitat.", "Dan twaqqaf fi Frar tas-sena 2008.", "Dan mhux xi ħaġa tagħna imma xi ħaġa tagħhom u jixtiequ jiġu Malta.", "Fil-fatt kien hemm waħda minnhom fuq holiday hawn Malta u għedtilha biex tikkomunika miegħek, Mr Speaker, biex nistidnuhom hawnhekk.", "Naħseb hija xi ħaġa sabiħa li jiġu hawn Malta Membri Parlamentari ta' partiti differenti fl-Ingilterra.", "JOE MIZZI: Jien mhux hekk nafha.", "TONIO BORG: Issa aħna nistgħu nagħmlu l-istess ħaġa magħhom.", "Ma nafx jekk teżistix diġà fiendship society bħalma għandna ma' Franza, imma dak li ħabbar it-television tagħhom, mhux tagħna.", "JOE MIZZI: Mill-informazzjoni li għandi jien, daħal il-High Commissioner tagħna u hu ssuġġerixxa l-affarijiet.", "Membri Parlamentari tal-partiti differenti kienu involuti.", "Imma skużi, f'affarijiet tal-Parlament kif ma jidħolx il-Parlament Malti?", "TONIO BORG: Kieku qal: Ara jien jidhirli li għandha ssir xi ħaġa simili f'Malta … Għandu dritt jagħmilha wkoll, imma mbagħad niddeċiedu aħna jekk nagħmluhiex jew le.", "Imma x'jagħmlu u ma jagħmlux il-Membri Parlamentari Ingliżi, dawk huma jiddeċiedu.", "JOE MIZZI: Dan mhux mal-Parlament Ingliż, din kienet inizjattiva ġejja mill-High Commissioner.", "TONIO BORG: Il-High Commissioner tagħna?", "JOE MIZZI: Iva, tagħna.", "Qrajtha jien, b'hekk naf l-affarijiet.", "TONIO BORG: Jekk il-Maltese High Commissioner f'Londra ltaqa' ma' grupp ta' nies li jħobbu lil Malta jew tinteressahom Malta u ħeġġiġhom biex jagħmlu an all party parliametnary committee ...", "JOE MIZZI: Allura l-Parlament m'għandux ikun informat li hemm dan il-kumitat?", "TONIO BORG: Mela aħna nistgħu ninfluwenzawhom x'jagħmlu huma?", "Imbagħad aħna niddeċiedu nagħmlux wieħed tagħna.", "JOE MIZZI: L-affarijiet tal-parlamenti mhux il-parlamenti jkunu jafu bihom u jkunu informati?", "Jien mhux qed ngħid li ma jsirux.", "TONIO BORG: Jien ma nafx jekk jeżistix wieħed tagħna.", "Jekk għandna ma' Franza u mal-Ġermanja għandu jkollna wieħed mar-Renju Unit.", "JOE MIZZI: Jien mhux qed ngħidlek li ma jsirux, imma l-Parlament Malti għandu jkun informat bħala etika, u mhux bħala Membru Parlamentari tkun imsiefer barra u jgħidulek b'dawn l-affarijiet u jibqa' jħares lejk b'mod ċass.", "Qed ngħidlek għax ġrat lili.", "MR SPEAKER: L-Iskrivan tal-Kamra qed tinformani li m'hemmx Malta-UK parliamentary friendship group u ftit għandna minnhom dawn.", "L-Iskrivan tal-Kamra qed tgħid ukoll li se tindaga ftit fuq din l-inizjattiva biex wieħed jiskopri ftit iktar x'inhi din, però tajjeb li fejn si tratta ħwejjeġ … (Interruzzjonijiet)", "TONIO BORG: Tistgħu ma tiġux taf.", "JOE MIZZI: Jien mhux qed ngħidlek li ma niġux.", "Imma jekk tiġri xi ħaġa fil-Parlament inkunu nafu ...", "TONIO BORG: Jien m'għedtilhiex ejja kellem lili.", "Meta staqsietni jekk tikkomunikax mas-CPA, għedtilha biex tikkomunika mal-iSpeaker.", "MR SPEAKER: Issa fuq l-item pendenti, l-Ordni Permanenti 13, nixtieq li xi darba nerġgħu naqbdu d-diskussjoni.", "Tajtkom ċerta dokumentazzjoni biex tarawha ħalli dak li għandkom tgħidu tgħiduh għall-finijiet ta' xi possibilità li tista' tinqala' fil-futur.", "L-argument hu jekk meta wieħed jitlob l-Aġġornament biex ikun jista' jressaq mozzjoni ta' urġenza, jintalabx forma ta' vot ta' appoġġ minn ċertu numru limitat ta' Membri dak il-ħin jew inkella l-ewwel l-iSpeaker jiddeċiedi hemmx l-urġenza.", "Nixtieq li tirriflettu fuqha għax tista' tqum minn mument għall-ieħor u s'issa jien niddeċiedi bil-prattika kif iddeċidejt qabel.", "Nirringrazzjakom u niltaqgħu fil-Kamra għall-vot.", "Fit-8.30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 28 ta' Jannar 2009, fis-6.45 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090113_005d_hbc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 13 ta' Jannar 2009", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fit-7.50 p.m.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor David Agius, l-Onor Anġlu Farrugia u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 4 li saret fit-3 ta' Diċembru 2008 kienu konfermati wara li l-kumitat qabel li mill-Minuti ta' dik il-laqgħa, għandha titħassar l-aħħar sentenza taħt \"Xogħol tal-Kamra\", ċioé, \"L-Onor Joe Mizzi ssuġġerixxa li darba fix-xahar il-Parlament jiddiskuti xogħol tal-Oppożizzjoni\".", "Xogħol tal-Kamra", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin informa lill-Kumitat li l-Kamra kienet se tkompli tiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Abbozz Nru 17 – u wara tibda tiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali – Abbozz Nru 16.", "Informa wkoll lill-Kumitat li nhar il-Ħamis, 15 ta' Jannar il-Kamra kellha tiddiskuti l-mozzjoni tal-Onor Leo Brincat dwar il-ħtieġa ta' leġislazzjoni dwar il-bdil fil-klima.", "Il-Kumitat qabel li l-istadju ta' kumitat ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili jsir fil-Kamra kollha u mhux fil-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Il-Kumitat qabel li waqt id-diskussjoni fi stadju ta' kumitat, il-Ministru tal-Politika Soċjali jkun assistit minn advisers li jkunu bil-qiegħda viċin tal-Ministru u jkunu jistgħu jintervjenu bil-permess tal-Kumitat.", "L-esperti tal-Oppożizzjoni jkunu fl-advisers' seats mingħajr ma jintervjenu.", "L-Onor Joe Mizzi informa lill-Kumitat li kien se jikkomunika l-emendi tal-Oppożizzjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi lill-Gvern.", "Mozzjonijiet ippreżentati minn Membri individwalment", "L-Onor Joe Mizzi ta indikazzjoni li l-Oppożizzjoni kienet se tikkontesta Avviż Legali dwar it-tariffi tad-dawl u ilma li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-Kumitat qabel li l-Ombudsplan għas-sena 2009 kellu jiġi diskuss nhar l-Erbgħa 28 ta' Jannar 2009 fis-6.45 pm.", "Mr Speaker irrefera għall-kommemorazzjoni tal-vittmi tal-Olokawst u d-dikjarazzjoni tal-Ġnus Magħquda li ddikjarat il-25 ta' Jannar bħala l-jum internazzjonali li jikkommemora l-memorja tal-vittmi tal-Olokawst.", "Il-Viċi Prim Ministru informa lill-Kumitat li l-kommemorazzjoni fil-Parlament kellha ssir nhar l-Erbgħa 28 ta' Jannar.", "Affarijiet oħra", "Mr Speaker irrefera għall-Kumitat Magħżul tal-Kamra u qal li dan il-Kumitat kellu jkompli jiltaqa' b'mod regolari.", "Intlaħaq ftehim li jiltaqa' kull ħmistax, nhar ta' Ġimgħa fil-11.30 am bl-ewwel seduta tkun il-Ġimgħa, 30 ta' Jannar.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin qal li fi żmien qasir kien se jressaq quddiem il-Kumitat Magħżul tal-Kamra emenda għall-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ombudsman.", "Mr Speaker irrefera għall-bini ta' Parlament ġdid kif imħabbar mill-Prim Ministru ftit tal-ġimgħat ilu.", "Il-Viċi Prim Ministru wiegħed li l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra jiġi kkonsultat hekk kif l-idea tkun aktar konkretizzata.", "L-Onor Joe Mizzi rrefera għal press release li kienet ħarġet matul l-2008 fejn tat informazzjoni li l-parlament Ingliż kien waqqaf grupp magħmul mill-partiti poltiċi kollha rappreżentati fil-Parlament Ingliż.", "Mr Speaker qal li l-Iskrivan tal-Kamra kienet se tindaga aktar dwar dan.", "Mr Speaker irrefera għall-proċedura taħt l-Ordni Permanenti 13, liema suġġett kien diġà tqajjem fil-Kumitat f'seduta preċedenti u li kien għad hemm bżonn diskussjoni.", "Fit-8.30 pm il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa 28 ta' Jannar fis-6.45 pm.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090113_005m.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 9", "L-Erbgħa, 14 ta' Jannar 2009 fit-8.00 p.m.", "L-Onor.", "Michael Frendo, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 14 ta' Jannar 2009 fit-8.00 p.m fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin dwar il-Partnership for Peace.", "Is-sitwazzjoni f'Gaza.", "Żjarat f'pajjiżi barranin minn delegazzjonijiet tal-Kumitat.", "Ir-rapport annwali tal-Kumitat għas-sena 2008.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090114_009a_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa 14 ta' Jannar 2009.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fit-8.17 p.m.", "L-Onor Michael Frendo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor Francis Agius, l-Onor Charlo' Bonnici, l-Onor Luciano Busuttil, l-Onor Beppe Fenech Adami u l-Onor George Vella.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 8 li saret fit-3 ta' Diċembru 2008 kienu konfermati.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "Il-President tal-Kumitat ippreżenta għoxrin-il riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li l-istess Parlament iddeċieda li jibgħat lill-Parlamenti ta' l-Istati Membri:", "Dokument 199 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehima ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda u r-Repubblika tal-Każakstan min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (COM(2007)0105 – C6-0328/2008 – 2007/0039(CNS)) P6_TA-PROV(2008)0528;", "Dokument 200 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (9196/2008 – C6-0215/2008 – 2008/0048(AVC)) P6_TA-PROV(2008)0534;", "Dokument 201 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar it-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur (2008/2057(INI)) P6_TA-PROV(2008)0540;", "Dokument 202 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar l-EMU@10: L-ewwel għaxar snin tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-isfidi għall-ġejjieni (2008/2156(INI)) P6_TA-PROV(2008)0543;", "Dokument 203 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' pagi ugwali għall-irġiel u n-nisa (2008/2012(INI)) P6_TA-PROV(2008)0544;", "Dokument 204 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar l-appoġġ għal turija minn kmieni tal-produzzjoni sostenibbli tal-enerġija mill-fjuwils fossili (2008/2140(INI)) P6_TA-PROV(2008)0545;", "Dokument 205 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2008 dwar ir-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew wara l-abbozz ta' rakkomandazzjoni lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-ilment Nru 1487/2005/GG (2008/2072(INI)) P6_TA-PROV(2008)0555;", "Dokument 206 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2008 dwar il-futur tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u l-pensjonijiet: il-finanzjament tagħhom u x-xejra lejn l-individwalizzazzjoni (2007/2290(INI)) P6_TA-PROV(2008)0556;", "Dokument 207 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni ta\" Qafas tal-Kunsill dwar l-użu tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (Passenger Name Record - PNR) għal skopijiet ta\" infurzar tal-liġi P6_TA-PROV(2008)0561;", "Dokument 208 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2008 dwar ir-reazzjoni tal-UE għas-sitwazzjoni li sejra għall-agħar fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo P6_TA-PROV(2008)0563;", "Dokument 209 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2008 dwar il-politika spazjali Ewropea: kif nistgħu inqarrbu l-ispazju lejn id-dinja P6_TA-PROV(2008)0564;", "Dokument 210 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2008 dwar il-Konvenzjoni dwar il-Munizzjon tat-tip Cluster P6_TA-PROV(2008)0565;", "Dokument 211 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2008 dwar il-piena tal-mewt fin-Niġerja P6_TA-PROV(2008)0570;", "Dokument 212 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2008 dwar il-każ tal-familja al-Kurd P6_TA-PROV(2008)0571;", "Dokument 213 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonkludi l-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Korea u l-Komunità Ewropea dwar koperazzjoni dwar attivitajiet antikompetittivi (SEC(2007)1731 - C6-0398/2008 – ) P6_TA-PROV(2008)0572;", "Dokument 214 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Diċembru 2008 dwar ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 8/2007 rigward il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-VAT () P6_TA-PROV(2008)0581;", "Dokument 215 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Diċembru 2008 dwar l-adozzjoni ta' \"Pjan Ewropew ta' kontroll tal-istokkijiet tal-marguni\" sabiex jitnaqqas l-effett dejjem jiżdied tal-marguni fuq l-istokkijiet tal-ħut, is-sajd u l-akwakultura () P6_TA-PROV(2008)0583;", "Dokument 216 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Diċembru 2008 dwar il-passi favur it-titjib tal-ambjent għall-SMEs fl-Ewropea - l-Att dwar l-impriżi ż-Żgħar P6_TA-PROV(2008)0579;", "Dokument 217 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Diċembru 2008 dwar il-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE fuq l-Esportazzjoni tal-Armi P6_TA-PROV(2008)0580; u", "Dokument 218 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Diċembru 2008 dwar il-qagħda tan-nisa fil-Balkani (2008/2119 (INI)) P6_TA-PROV(2008)0582.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin kien qassam lill-Membri tal-Kumitat dawn id-dokumenti:-", "PREŻENTAZZJONI MILL-VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN DWAR IL-PARTNERSHIP FOR PEACE", "L-Onor George Vella qajjem il-punt jekk Malta kelliex mandat biex tipparteċipa fil-Partnership for Peace in vista tal-fatt li:", "(ii) il-Gvern kien għadu ma ressaqx riżoluzzjoni fil-Parlament dwar Malta fil-Partnership for Peace kif mitlub fl-Att dwar ir-Ratifika ta' Trattati aktar u aktar meta din il-materja ma kienetx fil-programm elettorali.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin sostna li:", "(i) l-framework document dejjem baqa' hemm u li ġara fit-3 ta' April 2008 kien li l-Gvern irriattiva l-programm u li eventwalment jibgħat il-presentation document u l-individual partnership programme liema żewġ dokumenti ġew ippreżentati f'din il-laqgħa tal-Kumitat; u", "(ii) hemm differenza bejn li jmissha ssir riżoluzzjoni u li għandha ssir riżoluzzjoni fil-parlament dwar dan u barra minn hekk hu kien diġa' tkellem fuq dan is-suġġett fl-ewwel laqgħa li dan il-Kumitat kellu fis-7 ta' Lulju 2008 u li l-kumitati kienu meqjusa bħala estensjoni tal-Parlament.", "L-Onor George Vella, f'isem l-Oppożizzjoni, tenna li l-proċedura li kienet qed tiġi segwita f'dan ir-rigward ma kienitx dik indikata fl-Att dwar ir-Ratifika ta' Trattati u għaldaqstant il-Membri tal-Oppożizzjoni kienu se jibqgħu preżenti għal-laqgħa imma ma kienux se jipparteċipaw fid-diskussjoni.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin ta' ħarsa lejn l-avvenimenti li seħħew f'Gaza u stqarr li fil-fora tal-Unjoni Ewropea Malta ħadet il-pożizzjoni li tikkundanna kemm l-isparar ta' rockets mill-Ħamas għal ġo Israel kif ukoll l-użu ta' forza sproporzjonata minn Israel fl-offensiva tiegħu f'Gaza li bdiet fis-27 ta' Diċembru 2008.", "ŻJARAT F'PAJJIŻI BARRANIN MINN DELEGAZZJONIJIET TAL-KUMITAT", "IR-RAPPORT ANNWALI TAL-KUMITAT GĦAS-SENA 2008", "Il-Kumitat qabel li d-diskussjoni fuq dawn iż-żewġ temi tiġi posposta għal laqgħa oħra.", "Fit-8.59 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090114_009m_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 11", "L-Erbgħa 14 ta' Jannar, 2009", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 14 ta' Jannar, 2009 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Il-Familja u Persuni b'Diżabilità.", "Kelliema mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090114_011a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 11", "L-Erbgħa, 14 ta' Jannar, 2009", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 11", "L-Erbgħa, 14 ta' Jannar, 2009", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.24 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 10 li saret nhar l-Erbgħa 10 ta' Diċembru 2008 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Nixtieq nagħmel rimarka żgħira lill-sħabi rigward l-istedina li kellna biex ngħinu fil-konferenza li kellha ssir bit-titlu \"Iż-Żwieġ: Quo Vadis?\"", "Jidher li ma sibna l-ebda mod ta' kif aħna nistgħu ngħinu u allura f'din il-konferenza jista' ikun hemm parteċipazzjoni ta' xi membri minn din il-Kamra, imma mhux bl-involviment ta' dan il-Kumitat.", "Qed ngħid hekk sabiex jekk kien hemm xi issue li kienet miftuħa, din tingħalaq.", "Il-Familja u Persuni b'DiŻabilitÀ", "THE CHAIRMAN: Se ngħaddu llum sabiex niddiskutu s-suġġett \"Il-Familja u Persuni b'Diżabilità.", "Il-kelliema u l-esperti li se jkunu qegħdin jiddiskutu magħna u jagħtuna l-presentations tagħhom ġejjin mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità.", "Qabel ma nħalli f'idejn il-kelliema esperti minn din il-Kummissjoni sabiex jintroduċu lilhom infushom u anke jorjentaw min huma dawk kollha li qegħdin madwar din il-mejda, nixtieq infakkar żewġ affarijiet.", "L-ewwel meta se nkunu qegħdin niddiskutu dan is-suġġett m'aħniex se nkunu qegħdin niddiskutu l-ħidma tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità u ngħidu x'għamlet jew x'kienu d-diffikultajiet u ma' xiex iltaqgħu.", "Imma se niddiskutu l-ħidma ta' din il-Kummissjoni b'referenza u b'relazzjoni lejn il-persuna b'diżabilità fil-familja u l-persuni b'diżabilità u l-familja.", "Din il-laqgħa li qed issir hija waħda minn diversi laqgħat li permezz tagħha l-Kumitat tal-Affarijiet Soċjali qed iħares lejn il-familja minn aspetti differenti.", "U allura meta finalment nkunu ħarisna lejn il-familja bħala suġġett, inkunu ttrattajna wkoll il-persuni b'diżabilità.", "Għaldaqstant nixtieq li tħarsu – anke fil-preżentazzjoni li intom ippjanajtu – lejn dan l-iskop u lejn dan l-objettiv.", "It-tieni punt hu li nixtieq li żżommu f'moħħkom li aħna m'aħniex nagħlqu din id-diskussjoni għal dawn biss li qegħdin madwar din il-mejda.", "Din id-diskussjoni hija miftuħa għal ħafna nies oħrajn li jistgħu jagħmlu użu mill-mezzi ta' komunikazzjoni, jidħlu permezz tal-internet u jisimgħu mmedjatament din il-laqgħa li qed tiġi trasmessa.", "Jista' 'l quddiem ikun hemm referenzi għaliha u għaldaqstant nixtieq nitlob lilkom l-esperti li ma titkellmux bil-mod li taħsbu li aħna nafu kollox dak li tafu intom.", "Ejja nippruvaw nitkellmu b'mod li anke min ma jaf xejn, meta jismagħna jifhimna u jasal għall-punt li rridu nwassluh aħna.", "Jiġifieri bear in mind li hawnhekk m'intomx qed titkellmu esperti ma' esperti fuq livell tekniku.", "Barra minn hekk, nerġa ngħid li din il-laqgħa qed tiġi trasmessa dan il-ħin stess allura jekk xi ħadd jgħid kelma li ma tkunx f'waqtha ma jistax ireġġagħha lura.", "Min ikun qalha jrid jerfa' ir-responsabbiltà ta' dak li jgħid.", "Inħalli f'idejk, Sur Camilleri biex torjenta.", "IS-SUR JOE CAMILLERI (Chairman, Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità): Mr Chairman, kif konna qegħdin nitkellmu ftit qabel, is-suġġeriment tiegħi hu li nduru dawra mal-mejda jekk ma jimpurtax, u nintroduċu daqsxejn lilna nfusna.", "Dan għax hawnhekk għandna persuna nieqsa mid-dawl biex din tkun tista' torjenta ruħha.", "Se nibda mil-lemin tiegħi fejn hemm Ms. Anastasi li se tgħid xi ħaġa qasira.", "TESSA ANASTASI: Jiena Mrs. Anastasi u oriġinarjament waqqaft il-Family Support Group tal-Attention Deficit Hyperactivity Disorder (ADHD).", "Ili madwar 12-il sena naħdem fil-qasam ta' diżabilità u nipprova nagħmel l-aħjar li nista' biex naħdem ma' familji li għandna fil-grupp tagħna u anke f'familji oħrajn li jkollhom bżonn l-għajnuna.", "IS-SUR JOSEPH STAFRACE: Jiena Joseph persuna nieqes mid-dawl.", "Ili naħdem fis-sezzjoni tal-persuni tal-għomja għal dawn l-aħħar 20 sena.", "Bħalissa qiegħed student full time l-Università u qed nagħmel il-BA Social Work.", "IS-SUR FREDDIE BEZZINA: Jiena Direttur Eżekuttiv tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità.", "MICHAEL GONZI: Jiena Membru Parlamentari minn San Pawl il-Baħar, tabib u membru fis-Social Affairs Committee.", "IS-SUR JAMES CARABOTT: Jiena ili Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali għal dawn l-aħħar sentejn u nofs.", "Għal madwar tliet snin kont ukoll membru fil-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità u nirrappreżenta lill-Ministeru għal Għawdex.", "THE CHAIRMAN: Jiena Edwin Vassallo, Membru Parlamentari, bħalissa President ta' dan il-Kumitat.", "STEPHEN SPITERI: Jiena Membru Parlamentari u tabib u qiegħed membru ta' dan il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.", "ANNA BRINCAT: Jiena Clerk Assistant fil-Kamra tad-Deputati.", "IS-SUR JOE CAMILLERI: Grazzi ħafna.", "Li għamilna skond anke l-guidelines li tani ċ-chairman tal-Kumitat meta ċempilli l-bieraħ, ippreparajna preżentazzjoni li t-titolu tagħha huwa \"Il-Persuna b'Diżabilità u l-Familja f'Malta, Realtajiet Differenti\".", "Dan għax aħna nemmnu li r-realtajiet tal-lum huma ferm differenti minn dawk li kienu 20 jew 30 sena ilu.", "Għandkom kopja tal-preżentazzjoni quddiemkom.", "Se nipprova ngħaġġel daqsxejn ħalli fil-ħin allokat għalina jkunu jistgħu jitkellmu wkoll iż-żewġ kelliema tagħna qabel ma forsi tistaqsu xi domandi intom.", "L-ewwel ħaġa biex nagħmlu kif issuġġerixxa ċ-chairman, qegħdin nassumu li min qiegħed jisma' m'huwiex intiż f'dan il-qasam.", "Irridu ngħid li x-xogħol tal-Kummissjoni huwa msejjes kollu fuq dak li ngħidulu l-mudell soċjali tal-persuni b'diżabilità.", "Dan il-mudell soċjali l-ewwelnett jara d-diżabilità bħala fenomenu u kunċett li dejjem qiegħed jinbidel.", "Il-bżonnijiet u x-xewqat tal-persuna b'diżabilità jinbidlu minn żmien għal żmien skond il-perijodu ta' ħajjitha u anke skond kif tiżviluppa l-impairment tagħha.", "Is-social model jgħidlek li d-diżabilità tirriżulta minn relazzjoni bejn il-persuna b'nuqqasijiet differenti u l-ostakli u l-attitudnijiet ambjentali li jtellfu milli inti tkun tista' tipparteċipa fuq livell ugwali ma' ħaddieħor.", "Aħna nagħmlu distinzjoni netta bejn dik li ngħidulha l-mudell mediku tad-diżabilità u l-mudell soċjali.", "Meta qegħdin ngħidu l-mudell mediku m'aħniex qegħdin ngħidu li dak kollu li hu mediku huwa ħażin.", "Qegħdin ngħidu li l-enfasi żejda fuq il-mediku huwa ħażin.", "Jekk kull deċiżjoni u kull pass f'ħajti inti tirrendih deċiżjoni medika, għalina dak huwa ħażin.", "L-eżempju li nħobb nuża jien huwa fuq is-sewqan.", "Jiena kien tabib li ddeċieda kellix insuq aktar jew le prattikament 30 sena ilu.", "Aħna nemmnu li dak huwa żball għaliex waqt li tabib jista' jagħtini assessment tal-kapaċitajiet fiżiċi tiegħi, inti trid xi ħadd tekniku li jifhem fil-karozzi u jifhem kif jista' jgħin in-nuqqasijiet tiegħek billi jżewwiġhom mal-kapaċitajiet tekniċi.", "Aħna qegħdin ngħidu li t-tabib għandu jagħmillek l-assessment fiżiku tiegħek, però imbagħad għandu jkun xi ħaddieħor li jiddeċiedi x'għandek bżonn inti biex issuq.", "Il-mudell mediku għandu tendenza li jħares lejn il-persuna b'diżabilità minn lenti medika żejda kif għandkom fin-notamenti hemmhekk.", "F'dan il-mudell ikun hemm enfasi wisq fuq dak li ngħidulu l-physical jew mental deficit tiegħek u dak xi kultant jirriżulta li inti waqt li tkun qiegħed tikber – u din nafha mill-esperjenza personali tiegħi – tiġi mgħobbi ħafna b'assessments negattivi li ma tistax tagħmel hekk u li qatt ma inti se tkun kapaċi tagħmel hekk.", "Dan ħafna drabi jnaqqas mis-self confidence tiegħek u anke ma tilħaqx il-potenzjal li jkollok fik.", "Issa hawn irrid ngħid li fl-eżempju jiena forsi esaġerajt xi ftit, għax ovvjament hemm mediċi tajbin u hemm mediċi li jinkoraġġuk.", "Hekk sibt ukoll f'ħajti jiena, però dan biex ikollna idea.", "Il-mudell soċjali min-naħa l-oħra jiffoka fuq li tneħħi x-xkiel li toħloq is-soċjetà.", "L-enfasi hu li jekk inti tneħħi dak ix-xkiel, filwaqt illi l-persuna b'diżabilità jibqa' jkollha l-problema medika però neħħejt ħafna mill-problemi l-oħrajn li jiffaċċjaw.", "Per eżempju jekk inti ssib postijiet ta' parkeġġ u jkollok karozza addattata jew trasport pubbliku addattat inti tkun tista' timxi minn hemm għal hawn.", "Dan ikun ifisser li tista' tmur l-iskola jew jista' jkollok ix-xogħol.", "Ovvjament minn dawn il-problemi kollha l-ikbar waħda hija l-attitudni.", "Din hija l-iktar għadma iebsa biex tibdel fis-soċjetà u dak huwa x-xogħol tagħna.", "U l-għadma iebsa li hija l-attitudni tkopri wkoll il-familja u l-persuna b'diżabilità.", "Waħda mill-iżviluppi mportanti li saru f'dawn l-aħħar ftit snin u li s-sena li għaddiet saret pubblika kienet il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità tal-Ġnus Magħquda.", "Malta hija firmatarja tagħha u bħalissa qed issir ħidma anke fi ħdan kumitat inter-ministerjali li għadu kif ipprepara rapport għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex kemm din il-konvenzjoni u anke l-protokoll li m'huwiex obbligatorju jiġu ratifikati.", "Artiklu 23 tal-konvenzjoni jitkellem fuq ir-rispett għad-dar u għall-familja u nsibu fost oħrajn li tassigura li jekk il-persuna b'diżabilità għandha età xierqa għandha dritt li jkollha l-opportunità li tiżżewweġ, li tifforma familja fuq bażi ta' kunsens ovvjament liberu u sħiħ bħal ħaddieħor.", "Tgħidlek ukoll li aħna għandna d-dritt li niddeċiedu b'mod ħieles u responsabbli fuq, per eżempju, numru ta' ulied u ż-żmien bejn l-ulied biex inti tgħaqqad familja.", "Issa biex tagħmel hekk – u hawnhekk qed nitkellem mill-esperjenza personali – trid aċċess għal informazzjoni xierqa għax inti bħal ħaddieħor tridu tieħu into consideration per eżempju li jien forsi nixtieq ikolli sitt itfal, imma kif se trabbi sitt itfal?", "Voldieri d-deċiżjoni trid tkun dejjem an informed decision.", "Għandek dritt li jkollok aċċess għal din l-informazzjoni.", "Il-konvenzjoni qed tgħidlek li l-informazzjoni trid tagħmilha available skond il-bżonn ta' dik il-persuna.", "Jekk il-persuna għandu bżonn informazzjoni b'mod fuq kompjuter per eżempju jew b'mod audio, dak għandu jkun il-mezz li inti tipprovdilu l-informazzjoni.", "Jista' jkun għandu bżonnha easy to read jew bis-sign language tal-pajjiż tiegħu.", "Il-konvenzjoni titkellem ukoll fuq ir-responsabbiltajiet u drittijiet dwar guardianship, wardship, trusteeship, adozzjoni and so on. Titkellem ukoll fuq id-drittijiet ugwali għat-tfal b'diżabilità fil-ħajja tal-familja, voldieri li t-tfal b'diżabilità għandhom l-istess dritt għat-tgawdija ta' ħajja fil-familja bħalma għandhom tfal oħrajn.", "Qegħdin ngħidu hekk għaliex fil-passat, u f'ħafna pajjiżi madwar id-dinja, għad hemm il-kunċett li post it-tfal b'diżablità severa huwa f'istituzzjoni u mhux fi ħdan il-familja.", "Il-konvenzjoni qed tgħid assolutament le.", "Dawn posthom huwa fil-familja.", "Il-konvenzjoni tgħidlek li għandna nassiguraw li t-tfal ma jiġux separati mill-ġenituri tagħhom l-ewwelnett kontra r-rieda tagħhom u ħlief f'eċċezzjonijiet serjissimi għandhom ikunu dawn.", "Mhux mal-inqas nitfa' għax għandu diżabilità jisseparawhom għal raġuni jew oħra.", "Imbagħad titkellem fuq x'jiġri meta l-familja mmedjata ma tkunx tista' tieħu ħsieb il-persuna b'diżabilità - tifel jew tifla jew adult - minkejja li jkun sar kull sforz mill-familja biex tagħmel dan.", "L-idea hi li l-alternattiv li għandu jipprovdi l-istat jew għandu jkun available, ikun viċin kemm jista' ikun lejn l-ambjent tal-familja u fil-komunità.", "U l-presentation tagħna se tenfasizza l-bżonn li kull servizz għandu jkun ibbażat fuq il-kunċett ta' familja u li għandu jkun f'komunità mhux separat u maqtugħ għalih waħdu.", "X'inhuma r-realtajiet ġodda li qegħdin naraw fi ħdan il-familja b'diżabilità?", "Aħna qegħdin ngħidu li persuni b'diżabilità u l-familja tagħhom qegħdin jiffaċċjaw realtajiet differenti.", "Għaliex?", "Għaliex jekk intom tiftakru mill-1994 aħna daħħalna l-policy ta' inclusive education.", "Fil-pajjiż tagħna t-tfal b'diżabilità jiġu edukati mat-tfal l-oħrajn fi skejjel fil-mainstream.", "Din m'għadhiex riforma, din saret parti mill-ħajja tagħna.", "Dan ifisser li għandna ġenerazzjoni ġdida ta' żgħażagħ li spiċċaw l-iskola, li għandhom diżabilità li dejjem kienu edukati ma' sħabhom u allura assorbew l-istess xewqat, l-istess ambizzjonijiet bħalma għandhom sħabhom bla diżabilità.", "Dawn it-tfal meta inti tkellimhom, anke jekk għandhom nuqqas intellettwali jew nuqqas fiżiku, x'inhi x-xewqa tagħhom?", "Jgħidulek: Irrid insib ix-xogħol jew irrid nibqa' nistudja jew nixtieq li jkolli boyfriend, girlfriend jew eventwalment jgħidulek forsi anke niżżewweġ.", "Ovvjament dawk li jkunu għadhom żgħażagħ jgħidulek li jixtiequ jixtru karozza, voldieri x-xewqat tagħhom huma eżatt bħal sħabhom li m'għandhomx diżabilità.", "Id-domanda li nistaqsi hi: X'qed jagħmel il-pajjiż biex ngħinuhom biex dawn l-aspirazzjonijiet tagħhom sal-massimu possibbli jkunu jistgħu jwettquhom?", "Dawn iż-żgħażagħ għandhom l-istess aspirazzjonijiet, jixtiequ li l-għażliet ta' ħajjithom ma jkunux imxekkla.", "Waħda mix-xewqat tagħhom hi li jekk jixtiequ li jsibu x-xogħol għallinqas ikollhom l-istess opportunitajiet mhux malli jmorru biex isibu x-xogħol mill-ewwel il-bieb jingħalaq f'wiċċhom.", "Jixtiequ li jkomplu l-istudji tagħhom post-sekondarju jew terzjarju wkoll u li jsibu mpjieg siewi.", "Voldieri aħna qegħdin ngħidu mhux li wieħed jimpjegahom għax iħenn għalihom, ipoġġihom bilqegħda matul il-ġurnata ma jagħmlu xejn u jippretendu li l-persuna b'diżabilità qatt m'għandha taspira għal iżjed minn minimum wage.", "Qegħdin ngħidu li dawn għandhom jingħataw xogħol bħal ħaddieħor li huma kapaċi jagħmlu u li jkollhom relazzjonijiet adulti u anke forsi jaslu li anke jkollhom familja tagħhom stess.", "Sur President, meta titkellem fuq il-persuna b'diżabilità fil-familja, qed titkellem fuq żewġ kunċetti llum.", "Għandek familji fejn il-persuni b'diżabilità huma esklussivament membri u fejn il-membri l-oħra tal-familja jagħtu support u sostenn ewlieni lill-membri tad-diżabilità.", "Dawk, għar-raġunijiet ta' din il-presentation, qegħdin insejħulhom familji-carers fejn il-familja tieħu ħsiebek.", "Ovvjament il-maġġoranza jaqgħu taħt din il-kategorija.", "Però imbagħad hemm numru żgħir li dejjem qed jikber, anke minħabba r-riformi li daħħalna fil-pajjiż, fejn hija l-persuna b'diżabilità - jew xi kultant il-koppja t-tnejn ikunu disabled – li tkun qed tieħu d-deċiżjonijiet.", "Dan bħall-familja tiegħi.", "Fl-antik konna ngħidu li r-raġel huwa l-kap tal-familja, imma fil-familja tiegħi jien u l-mara l-kap tal-familja, u jien għandi diżabilità.", "Mela għandna wkoll il-kategorija fejn il-kapijiet tal-familja, jiġifieri n-nies li jieħdu deċiżjonijiet huma l-persuni b'diżabilità infushom.", "Dan in-numru se jikber minħabba li t-tfal illum qegħdin joħorġu mill-iskejjel b'mentalità kompletament differenti mill-antik.", "Kif jingħata s-sapport.", "Nafu li saru ħafna bidliet ekonomiċi, soċjali u kulturali fis-soċjetà tagħna u l-kura tal-persuni b'diżabilità illum m'għadhiex issir, per eżempju, mill-ġenituri jew membri oħra tal-familja jew ħbieb.", "Qegħdin naraw li dan is-support qed jingħata iktar u iktar min-nies professjonali jew ikunu full-time carers jew personal assistants jew inkella minn għaqdiet volontarji jew b'mod volontarju, però mhux mill-familja.", "Anzi qegħdin naraw fenomenu ġdid fejn għandna numru qed jikber ta' nies b'diżabilità u familji Maltin fejn hemm id-diżabilità, li qegħdin jixtru servizz mingħand nies barranin li qegħdin jiġu apposta Malta bħala personal assistants u qegħdin jagħmlu dan it-tip ta' xogħol.", "Voldieri dan huwa fenomenu ġdid għalina l-Maltin.", "Il-familja għadha ċ-ċentru u l-ewwel sostenn tal-persuna b'diżabilità però naqra naqra din ukoll qed tinbidel.", "Aħna nemmnu li rridu nagħtu sostenn lill-familji u lill-persuni b'diżabilita fil-komunità.", "U l-idea hi persuna b'diżabilita - kif jaqblu miegħi sħabi, u naħseb li taqblu miegħi intom ukoll - għandha dejjem tibqa' tgawdi l-ħajja tagħha fil-komunità fejn tixtieq hi, jew fejn għexet u twieldet, jew inkella fejn għażlet li toqgħod sal-massimu possibbli.", "Aħna nħobbu ngħidu li ħafna mill-bżonnijiet tal-persuni b'diżabilità adulti jixbħu lil dawk tal-persuni anzjani.", "Kważi kważi aħna qisu għandna anzjanità qabel il-waqt għax ħafna mis-servizzi li aħna consumers tagħhom jikkonsmawhom l-anzjani wkoll.", "Aħna nafu li l-persuni anzjani jagħmlu minn kollox biex jiqbgħu fid-dar tagħhom, jibqgħu mal-familja tagħhom u jibqgħu fil-komunità tagħhom.", "U hija a last resort li huma jidħlu f'nursing home.", "U aħna din li nixtiequ ndaħħlu f'moħħ il-poplu Malti, li persuni b'diżabilità wkoll għandhom ix-xewqa li jibqgħu mal-familja, jibqgħu fil-komunità tagħhom fejn in-nies kollha jafuhom.", "Rigward sostenn fil-komunità qegħdin nitkellmu wkoll fuq servizzi individwalizzati.", "Mhux servizz one size fits all imma servizz li jkun imfassal għall-individwu u skond il-bżonn ta' l-individwu.", "Għaliex?", "Għax hemm min għandu bżonn ħafna support u hemm min allavolja disabled, m'għandux bżonn ħafna support.", "Jien per eżempju m'għandix bżonn livelli għoljin ħafna ħafna ta' support, allavolja issa bl-età l-bżonn ta' support qed jiżdied bil-mod il-mod.", "Jien, considering is-severità ta' l-impairment tiegħi, ingawdi minn ċerta indipendenza.", "Ovvjament parti minnha hija dovuta għall-fatt li meta kont qed nikber, kemm fil-familja u kemm minħabba l-background li kelli fi sptarijiet Ingliżi, kienu jħarrġuni biex inkun indipendenti kemm jista' jkun.", "Voldieri bniedem li ma jafekx ġieli jissorprendi ruħu.", "Barra min hekk mhux kull persuna b'diżabilità se tqum xkora flus biex tagħtiha s-support.", "Però hemm min iva, għandu bżonn iżjed support.", "Is-servizzi individwalizzati jippermettu l-persuna b'diżabiltà biex kemm jista' jkun tibqa' tgħix fl-ambjent tagħha.", "Mela jekk għandek persuna b'diżabilità li b'ċertu ammont ta' personal assistance tista' tibqa' tgħix f'appartament żgħir, dan għandu jsir.", "Illum għandna anke koppji li jgħixu f'apartments tagħhom però b'support 24 hours.", "Dawn qegħdin jgħixu ħajja indipendenti.", "Mill-banda l-oħra għandek gruppi ta' nies, li ħafna drabi jkunu b'nuqqas intellettwali, li forsi ma jkunux jistgħu jgħixu kompletament waħedhom.", "Hemm min jista' u hemm min ma jistax.", "Fl-opinjoni tagħna, aħna qegħdin ngħidu li l-aħjar għażla għalihom huwa li jkun hemm djar żgħar fil-komunità ta' mhux iżjed minn forsi erba' jew ħamsa min-nies, biex inti tkun tista' toħloq kemm jista' jkun ambjent familjari.", "Żgur m'aħniex qegħdin ngħidu li għandhom jinħolqu istituzzjonijiet żgħar fejn għandek 20 jew 30 ruħ u xi kultant anke iżjed jgħixu fihom.", "Il-mudell diġà qed nipprattikawh f'Malta, imma għadu mhux mifrux biżżejjed.", "Il-mudell qed jiġi prattikat l-ewwelnett mis-settur pubbliku mill-Aġenzija Sapport.", "Imbagħad l-NGOs kulħadd jaf bil-Fondazzjoni \"Dar Nazareth\" taż-Żejtun, fil-Fondazzjoni Wens\", u d-\"Dar tal-Provvidenza\" li barra milli għandha d-djar tagħha fis-Siġġiewi għandhom ukoll dar żgħira fejn hemm xi tlieta jew erba' min-nies disabled li jgħixu fil-komunita fis-Siġġiewi.", "Voldieri diġà bdejna.", "L-idea qiegħda li bi djar żgħar qed tassigura dejjem l-element ta' għażla u li kulħadd għandu dritt għal ċerta għażla.", "Rigward il-familji, għandna persuni b'diżabilita li qegħdin jibnu familji tagħhom stess.", "Fil-fatt jiena bħala eżempju ppruvajt nagħżel żewġ koppji, waħda minnhom fejn ir-raġel huwa disabled u qed tgħinu l-mara u l-oħra hemm il-mara disabled u qed jgħinha r-raġel.", "Għaliex?", "Għax diġà għandna eżempju ta' dawn qed isiru Malta.", "Għandna żewġ koppji li kemm ir-raġel kif ukoll il-mara huma disabled u qegħdin jgħixu b'mod indipendenti.", "Voldieri aħna niffaċċjaw l-istess problemi bħal tagħkom persuni mingħajr diżabilità.", "Ninkwieta li per eżempju dieħel l-ilma minn ġos-saqaf tad-dar jew għax irridu nbiddlu l-washing machine jew illum ġie xi ħadd isewwielna r-reverse osmosis ta' l-ilma.", "Imbagħad hemm ukoll ċerti spejjeż li huma extra li jkollhom x'jaqsmu ma' l-impairment tiegħek.", "Per eżempju jien minħabba l-arthritis nonfoq iżjed flus biex insaħħan id-dar jew fejn inkun.", "Nonfoq flus iktar fuq ħwejjeġ minħabba li l-istatura tiegħi ċkejkna u ma nsibx stil adult ta' ħwejjeġ li jkolli bżonn jien.", "Jien ma nistax ngħin lill-mara terfa' l-flixken ta' l-ilma u allura m'huwiex option għalija li nixtru l-flixken ta' l-ilma.", "Jiġifieri hemm dawn l-affarijiet li trid taħseb għalihom.", "Sostenn għall-familji ta' persuni b'diżabilità.", "Barra l-problemi komuni niffaċċjaw ukoll ċerti bżonnijiet oħrajn li jkunu bbażati fuq il-bżonn u mhux skond in-nuqqas mediku.", "Mela aħna qegħdin ngħidu li hemm bżonn li l-pensjoni tal-persuni b'diżabilità tinbidel – u din se nerġa' naċċenna għaliha fil-konklużjoni – għax din għadha mibnija fuq l-ideat antikwati li persuna b'diżabilità dejjem tibqa' d-dar mal-familja, ma taħdimx, li l-familja dejjem se tibqa' tieħu ħsiebha u li l kulma jkollha bżonn hu naqra topping-up ta' pocket money għall-persuna b'diżabilità biex forsi tkun trid toħroġ jew tgħin xi naqra lill-familja f'ċerti spejjeż jekk l-introjtu tal-familja jkun wieħed baxx.", "Din m'għadhiex adegwata għall-bżonnijiet u r-realtajiet tal-lum.", "Hemm bżonn ta' servizzi u mezzi ta' trasport adattati għax mingħajr mobilità ma nistgħux nagħmlu l-għażliet f'ħajjitna.", "Hemm bżonn ta' servizzi u pariri anke ta' xiri ta' apparat assistiv li huwa bżonn kbir għalina u bżonn ta' servizz ta' assistenza personali fil-komunità.", "Dawn huma eżempji biss għax ovvjament, jekk titkellem ma' persuni b'diżabilità oħrajn jgħidulek li jonqoshom hekk jew jonqoshom hekk.", "Sostenn fil-kuntest preżenti.", "Irridu naraw il-familja tal-persuna b'diżabilità f'kuntest modern u l-istat għandu jkomplu jiffinanzja servizzi fil-komunità permezz ta' l-Aġenzija Sapport u anke organizzazzjonijiet oħrajn mhux governattivi.", "Nagħmel enfasi hawnhekk li jekk isir dan irid ikun hemm struttura ta' monitoring tajjeb.", "M'għandniex naqbdu u nagħtu l-flus lil għaqda jew oħra u mbagħad neħduha forgranted li dawn se jintefqu b'ċertu galbu jew kif nixtiequ skond il-policies u l-prijoritajiet tal-gvern tal-ġurnata.", "Importanti li jkun hemm il-monitoring.", "Aħna nemmnu ħafna li l-kummissjoni għandha tissaħħaħ bħala konsulenza u anke msieħba f'dak li hu żvilupp ta' policies u prattika.", "Sfortunament għadna f'sitwazzjoni fejn ħafna drabi joħorġu anke policies li aħna bilkemm inkunu nafu bihom.", "Xi kultant dawn insiru nafu bihom minn press release fil-gazzetta, jekk dawn ikunu joltqu speċjalment lill-qasam tal-persuni b'diżabilità.", "Mr. Chairman inti ġentilment sejjaħtilna esperti fl-introduzzjoni tad-discussion.", "Forsi aħna nifhmu ftit f'dawn l-affarijiet u allura nippretendu li niġu kkonsultati.", "Hawn qed nitkellem mhux biss għall-kummissjoni imma għall-persuni b'diżabilità nfushom ukoll.", "Għandu jkun hemm a public discussion fuq dawn l-affarijiet.", "Mr. Chairman, aħna ġejna mitlubin biex nagħmlu ftit rakkmandazzjonijiet li naħsbu li huma achievable.", "L-ewwel xewqa tagħna hi li jkompli l-proċess li diġà nbeda minn Malta biex tiġi ratifikata l-konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-drittijiet tagħna.", "Din għandha tiġi ratifikata mill-aktar fis possibbli.", "It-tieni, kif semmejt diġà nixtiequ li ssir riforma tal-pensjoni tal-persuni b'diżabilità mhux biss f'termini ta' finanzi imma anke f'termini li kull min ħaqqu jeħodha.", "Kif nispiċċa, se titkellem aktar fuqha Mrs. Anastasi.", "Irridu nsolvu l-problema tan-nuqqas ta' impjieg tal-persuni b'diżabilità, speċjalment għan-nies b'nuqqas intellettwali.", "Il-jobs li qabel kienu available għalihom, low level jobs bħal per eżempju cleaning ta' postijiet mal-gvern, illum qed jispiċċa, għax dan ix-xogħol qed jagħmluh kumpanniji privati.", "Per eżempju, ħafna mill-affarijiet li kienu jagħmlu, illum sar automated.", "Irridu npoġġu bilqiegħda bis-serjetà biex naraw xi kwalità ta' ħajja u x'opportunitajiet se noffru lil dawn il-persuni.", "U fl-aħħar, kif il-kummissjoni ilha tgħid matul ħafna snin, irid jiżdied il-finanzjament ta' l-Aġenzija Sapport mhux f'termini ta' ammonti ta' flus imma b'mod reali li jagħmilha possibbli li tespandi biex dawn ir-realtajiet ġodda li semmejt inkunu nistgħu nindirizzawhom.", "Fost dawn ir-realtajiet hemm it-talba kemm għal djar fil-komunità, kemm għal sostenn fid-dar preżenti tal-persuna b'diżabilità, personal assistance, monitoring, eċċ. Dawn il-ħtiġijiet qed jikbru.", "Tant hu hekk li anke b'mod daqsxejn iddisprat, ħafna familji jgħidulek li jekk ma jsirx dak li qegħdin nitolbu aħna, jiġifieri djar żgħar fil-komunità, allura jkollhom ifittxu anke istituzzjoni.", "Aħna rridu li jsir minn kollox biex nevitaw li jkun hemm istituzzjoni oħra fil-pajjiż.", "Anke d-Dar tal-Providenza taqbel li m'għandux ikun hemm istituzzjoni.", "Nirringrazzjakom, dik kienet il-preżentazzjoni tal-Kummissjoni,.", "Forsi Mrs. Anastasi tgħid żewġ kelmiet u mbagħad ikellimna Joseph Stafrace.", "Grazzi.", "TESSA ANASTASI: Grazzi.", "Fil-fatt se ġġiegħlni nibda kważi mill-aħħar punt li kelli minflok mill-bidu.", "Bażikament kif qal, nafu li jrid isir tibdil fis-sistema tal-benefiċċji.", "Ilna ngħiduha din, kulħadd jgħid li jrid isir kif jgħidu l-Amerikani \"yesterday\" però għadu ma sarx.", "Jien nemmen li nies għandhom jikkwalifikaw għall-pensjonijiet tad-diżabilità skond il-bżonnijiet tagħhom u mhux skond l-isem tal-kondizzjoni.", "Jekk ovvjament imbagħad ikun hemm iktar impjiegi, ma jkunx hemm bżonn li jieħdu l-pensjoni.", "Għax minflok jibdew iħallsu l-bolla u t-taxxa u minflok jieħdu l-flus mill-Gvern, jkunu qed jagħtu l-flus lura.", "Nixtieq issa mmur lura għall-ewwel punt u se nibda minn meta t-tfal ikunu żgħar.", "Kważi minn mindu jitwieldu t-tfal, il-ġenituri għandhom bżonn sapport u għajnuna biex ikunu jafu x'inhi l-kondizzjoni, kif se taffettwa lill-familja u x'se jkunu l-indikazzjonijiet ta' din il-kondizzjoni fuq il-familja u kif jistgħu jirreaġixxu.", "Jekk il-kondizzjoni jkollha effett fuq l-imġieba - issa mhux qed ngħid sempliċement Attention Deficit Hyperactive Disorder imma hemm affarijiet bħal Aspergers, Autism u forsi anke Down's Syndrome - il-ġenituri għandhom bżonn counselling, għandhom bżonn ta' parental skill sessions li jgħinuhom dwar kif jistgħu jimxu mat-tfal.", "Dawn inutli jmorru għall-parental skill sessions għat-tfal l-oħrajn.", "Għandhom bżonn ukoll il-moral support kif jimxu mas-sitwazzjoni li jsibu ruħhom fiha.", "L-adulti żgħar illum il-ġurnata jridu jgħixu waħedhom.", "Anke persuna b'nuqqas ta' saħħa mentali jrid jgħix waħdu.", "Dan kif se jgħix waħdu?", "L-uniku mezz li wieħed jgħix waħdu huwa permezz ta' Outreach Programme fl-Isptar Monte Carmeli li jħaddmuh żewġ tobba.", "Jiġifieri jekk jien m'għandiex dak it-tabib partikolari, irrid nitlaq lit-tabib tiegħi li ilu jafni s-snin u jaf lill-familja tiegħi, u mmur għand dan it-tabib kompletament differenti u din m'hijiex ideali.", "Allura jekk tibqa' taħt it-tabib tiegħi rrid insib il-post tiegħi, irrid insib xi ħadd li jsegwini fid-dar tiegħi, irrid nara kif se nimxi waħdi fid-dar tiegħi.", "F'Malta safejn naf jien bħalissa wieħed biss hemm Qualified Community Psychiatric Nurse.", "Jiġifieri għandna bżonn iżjed għajnuna biex in-nies jgħixu waħedhom u biex ikun hemm is-support f'dak il-qasam.", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel hu li meta l-gvern jalloka fondi għall-NGOs il-kbar forsi qegħdin neħduha for granted li kulħadd se juża dik l-NGO.", "Mentri ħafna drabi nies b'diżabilità differenti jużaw riżorsi oħrajn, forsi Occupational Therapy, forsi Learning Support Assistant.", "Mhux qed ngħid għal ġo skola imma d-dar.", "Forsi jkollhom bżonn spejjeż oħrajn, bżonn ta' xi tip ta' equipment jew li jmorru għand NGO differenti.", "Wieħed mis-suġġerimenti tiegħi huwa li l-fondi jkunu allokati għal dik il-persuna li għandu d-diżabilità.", "Mhux qed ngħid li neċessarjament tagħtuhom flus f'idejhom imma jkun miktub fuq karta u meta jasal il-waqt ikunu jistgħu jużaw dawk ir-riżorsi kif iridu huma biex jieħdu dik it-tip ta' treatment li huma jidhrilhom li għandhom bżonn.", "Dan minflok ma jkunu allokati għal ċerti NGOs biss.", "Nirringrazzjakom.", "IS-SUR JOSEPH STAFRACE: Is-Sur Joe Camilleri semma l-punt dwar kemm hu importanti li l-persuna b'diżabilità tibni relazzjoni, tibni familja.", "Importanti għax anke s-soċjetà b'mod inġenerali tibbenefika minn dan għax persuna li hija daqshekk inkluża fis-soċjetà tista' tagħti servizz lis-soċjetà u wkoll is-soċjetà tista' tinvesti r-riżorsi tagħha f'issues oħrajn.", "Jien ili miżżewweġ għal dawn l-aħħar seba' snin u jien u l-mara t-tnejn persuni b'diżabilità.", "L-ewwel diffikultà li kellna kienet dwar x'tip ta' dar irid ikollna.", "Tistgħu timmaġinaw li ridna naħsbu mill-bieb ta' barra sal-bitħa għax irridu ngħixu b'mod indipendenti u rridu nagħmlu l-bżonnijiet tagħna b'mod indipendenti fis-sens jekk irridu naħslu u nonxru l-ħwejjeġ, il-bathroom tkun aċċessibbli.", "Kien hemm il-kwestjoni fejn se nipparkjaw il-karozza jiġifieri l-garaxx irid ikun aċċessibbli mad-dar.", "Ridna naħsbu per eżempju, biex nistallaw lift.", "Dawn huma punti importanti li juru li persuni b'diżabilità jonfqu iktar minn koppji oħrajn.", "Per eżempju jien meta kont qed nistudja l-Università, l-mara tiegħi kellha twassalni u teħodni lura u dan ifisser konsum ta' fuel u ta' ħin li kif nafu llum il-ħin sar flus.", "Punt interessanti li nixtieq insemmi wkoll hu li minn hawn u ġimgħtejn oħra, l-għomja se jagħmlu avvanz.", "Se nintroduċu għall-ewwel darba klieb gwida għall-għomja u dawn se jgħinu lill-komunità ta' l-għomja biex ikunu aktar indipendenti.", "Ċertament għandna sfidi quddiemna, fis-sens li rridu nqajmu awareness iktar dwar dawn il-klieb.", "Għandna biċċa xogħol iebsa, għax kif qal Joe, l-awareness hija importanti ħafna.", "Kull wieħed minn dawn il-klieb gwida iqum €10,000 allura mhux ċajta.", "Anke bħala persuni għomja l-apparat li nixtru huwa expensive.", "Per eżempju, jien nuża l-computer.", "Is-software tiegħu biex jiġi jitkellem iqum €300, il-programm tal-mobile iqum €200.", "Dan l-equipment huwa expensive għalhekk importanti kif qal Joe li l-pensjonijiet iridu jiġu indirizzati aħjar skond il-ħtieġa tal-persuni b'diżabilità biex l-istat iwettaq dejjem il-ġustizzja soċjali u b'hekk ħadd ma jibqa' barra.", "Grazzi, Mr Chairman.", "IS-SUR FREDDIE BEZZINA: Jien ma kontx ippreparat li se nitkellem u ħallejt f'idejn il-kollegi tiegħi.", "Aħna ppruvajna li l-kummissjoni tkun rappreżentattiva billi anke l-panel ikun wieħed li jirrappreżenta d-diversità wkoll li hemm fil-qasam tal-persuni b'diżabilità.", "Ikun hemm minoranzi żgħar ukoll fl-istess impairment groups kbar.", "Jekk per eżempju tieħu fejn jidħlu d-deaf, għandek dak li huwa hard of hearing u dawk li huma deaf.", "Anke hemmhekk hemm gruppi li jkollhom bżonnijiet differenti.", "Nixtieq nagħmel żewġ punti fuq il-qasam tal-persuni deaf.", "Jien ġenitur ta' tifla deaf u nixtieq nenfasizza l-bżonn tas-servizz ta' interpreti għal dawk li twieldu b'nuqqas sever ta' smigħ.", "Fortunatament dan is-servizz bdejnih u huwa tajjeb li jkompli jikber kemm fil-kwalità u kemm fil-kwantita.", "Punt ieħor li diġà aċċennaw ħafna għalih huwa fuq il-kwestjoni ta' assistive equipment.", "Ħafna persuni b'diżabilità jkollhom bżonn ta' apparat.", "Hawnhekk ukoll għandna ftit fragmentazzjoni, il-Community Chest Fund, il-kummissjoni stess tipprovdi s-servizz, l-isptar.", "Sfortunatament is-servizz f'dan il-qasam m'huwiex daqs kemm wieħed jixtieq.", "Però naħseb li se nagħmlu pass kbir billi l-kummissjoni ġabet il-fondi neċessarji biex nibnu independent living centre.", "Il-kummissjoni diġà għandha servizz li toffri għajnuna finanzjarja biex jinxtara dan l-equipment.", "Ovvjament m'għandniex fondi biżżejjed biex naqdu lil kulħadd.", "Infatti aħna nagħtu biss 50% ta' l-għajnuna u hemm ceiling ukoll.", "Din tas-ceiling ma tantx hija ġusta għax hemm equipment jiswa ħafna iktar minn equipment ieħor.", "Jiġifieri sa ċertu punt, iktar ma jqum l-equipment iktar għandek tgħinu.", "Mela hemmhekk għandna l-problemi wkoll.", "Tajjeb li wieħed igħid ukoll li qisu hemm speċi ta' mekkaniżmu minħabba problemi tas-suq żgħir tal-pajjiż.", "Jekk tibda tgħolli l-assistenza finanzjarja jista' jkun li awtomatikament jibdew jogħlew il-prezzijiet.", "Irrid ngħid ukoll li l-ikbar problema li nisperaw li nindirizzaw rigward dan l-independent living centre hija li sfortunatament meta niġu biex jinxtara l-equipment dan iktar irid jiġi deċiż minn min ibiegħ milli mill-professjonist.", "Dan jipprova jbiegħlek dak li għandu aktar milli dak li verament għandek bżonn.", "Nixtieq insemmi punt ieħor li għandu x'jaqsam ta' l-equipment li s-sur Camilleri aċċenna għalih.", "Qed ikollna diffikultajiet kbar biex persuni b'diżabilità intellettwali jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Primarjament dan minħabba li tradizzjonalment il-gvern kien jassorbi ħafna minn dawn il-persuni u kif tafu intom il-gvern iffriża r-reklutaġġ kollu fil-lower grades u allura dan l-outlet li kien hemm ingħalaq.", "M'aħniex qegħdin ngħidu li għandu jerġa' jinfetaħ dan l-outlet, però hemm mudelli.", "F'Malta għad m'għandniex il-mudell ta' supportive employment, ta' sheltered workshop u anke ta' koperattivi ta' persuni b'diżabilità.", "Naħseb li hemmhekk irridu niżbukkaw billi jkun hawn gruppi ta' persuni b'diżabilità u bla diżabilità anke li jistgħu jieħdu kuntratti anke tal-gvern biex jagħmlu ċertu xogħol anke jekk ikun issussidjat.", "Ħaġa interessanti hija li anke l-Unjoni Ewropea tissospendi r-regolamenti tal-kompetizzjoni fil-konfront ta' entitajiet ta' sheltered employment għall-persuni b'diżabilità.", "Jiġifieri dawn l-entitajiet ikunu jistgħu jagħmlu bidding għal kuntratti u jkollhom vantaġġ.", "Jiġifieri hemmhekk naħseb li għandna ħafna ħafna xogħol li rridu naħdmu fuqu.", "Xtaqt insemmi wkoll punt li fil-fatt għamilt question mark ħdejh.", "Iddeċidejt li nsemmih u rrid noqgħod attent u inkun daqxejn diplomatiku.", "(Interruzzjonijiet) Is-Sinj Tessa Anastasi semmiet il-punt li meta jkollhom trabi disabled il-ġenituri tiegħu għandhom bżonn ta' support psikoloġiku.", "Dan jgħodd ukoll għal dawk li jispiċċaw disabled.", "Waħda mill-ewwel miżuri li l-kummissjoni ħadet mit-twaqqif tagħha kien proprju li nwaqqfu dak li konna qed insejħu ċ-Child Development Advisory Unit.", "Sfortunatament minħabba l-enfasi medika dan spiċċa msejjaħ Child Development Assessment Unit, jiġifieri minn \"advisory\" sar \"assessment\".", "Aħna ridnih advisory għax advisory jinkludi l-assessment.", "L-advisory hu iktar minn assessment.", "Jiġifieri mill-isem stess żvijja minn dak li aħna xtaqnih.", "Jiġifieri jekk tara kif inhu, ssib pjuttost li jagħtik assessment mediku, jagħtik l-għajnuna medika però mbagħad l-aspett psikoloġiku u soċjali jew huwa minimu jew prattikament ma jeżistix.", "Dan narawh mill-personnel li hemm fiċ-Child Development Assessment Unit fejn is-social......", "MICHAEL GONZI: Meta jkun assessment ma jagħtix treatment.", "IS-SUR FREDDIE BEZZINA: Ma jagħtix terapija u sapport.", "Tara wkoll li hemm nuqqas ta' psikoloġisti, nuqqas ta' social aspect.", "It-tobba u l-paramediċi kollha qegħdin hemm, imma fejn jidħol l-aspett soċjali u l-aspett psikoloġiku u l-aspett ta' counselling hemmhekk huwa nieqes ħafna.", "Fl-opinjoni tiegħi huwa wisq ibbażat fuq il-mudell mediku u li m'għandux jibqa' taħt l-element tas-saħħa imma għandu jkun taħt il-kappa soċjali.", "IS-SUR JOE CAMILLERI: Naturalment l-element mediku jibqa' wkoll.", "IS-SUR FREDDIE BEZZINA: Dażgur.", "IS-SUR JOE CAMILLERI: Però ma jibqax jiddomina.", "Għax aħna meta tkellimna fuq l-element mediku għedna li l-ħażin hu li jkun hemm enfasi esaġerata fuq l-aspett mediku.", "Mill-bqija l-aspett mediku tridu bilfors.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjawkom.", "Naħseb li tajtuna informazzjoni u stampa ċara.", "Però jien naħseb li nistgħu nkomplu niżviluppaw iktar din l-informazzjoni bir-risposta tal-mistoqsijiet ta' sħabi membri ta' dan il-kumitat.", "Għalhekk nixtieq li l-ewwel insejjaħ lill-Onor.", "Gonzi, imbagħad l-Onor.", "Frederick Azzopardi u wara l-Onor.", "MICHAEL GONZI: Grazzi, Mr Chairman.", "L-ewwelnett prosit tal-presentation.", "Xtaqt nagħmel domanda dwar il-pensjoni tad-diżabilità li kif għidtu intom hija importanti li tiġi mhux bħala qisu stage wieħed imma trid tkun skond il-bżonnijiet.", "Għamiltu studju dwar kif il-gvern jista' jimplimentaha?", "Għax biex tgħidha faċli imma biex imbagħad tassessja lill-persuni u tagħti disability pension skond il-bżonnijiet se tiġi diffiċli ħafna biex timplimentha.", "Jiena nimmaġina li bilfors tkun trid tagħmel tip ta' grading biex tagħti livell ta' pensjoni, għax se jkollok min għandu bżonn ħafna u min għandu bżonn ftit.", "Jiġifieri se jkun hemm dik il-clash.", "Nimmaġina li forsi għamiltu assessement.", "Irrid ngħid ukoll kif l-personal assistance fid-djar jien nikkonsidraha importanti ħafna, u nagħti eżempju.", "Jien għandi familja min-Naxxar, għadha żgħira li għandhom tifel ta' erba' snin li jbati bin-neuromuscular disorder jew celebral palsy.", "Intellettwali, physical qiegħed ġo cot, wheelchair.", "Dan, b'daqsxejn chest infection timmaġina li se jmut.", "Il-ġenituri kellhom żewġ problemi li kienu, mhux redikoli imma sabu diffikultà.", "Per eżempju, din hija koppja żgħira under stress enormi, riedu ftit sigħat iktar minn carer biex jiġi d-dar u sabu diffikultà enormi.", "Il-problema l-oħra kienet li dan it-tifel imur fi skola speċjalizzata.", "L-omm tgħid li dan it-tifel, għalkemm b'diżabilità xtaqitu jieħu a meal f'nofsinhar.", "Għaliha din kienet importanti biex iżżomm il-bonding bejn it-tifel u l-ġenituri.", "Issa biex ngħid l-istorja kollha, illum dan għandu tubu u kważi jien qed nirrifjuta li jingħata oral feeding, imma dak iż-żmien meta nqalgħet din il-problema kien jieħu oral feeding.", "Il-problema li sabu l-ġenituri biex dan jingħata oral feeding l-iskola, kważi għaddew minn martirju.", "Għax riedu jagħmlu assessment, testijiet apposta biex jaraw li jkollu swallowing, ġew l-experts ikellmu lili biex naraw jekk jistax jiekol.", "Jien naħseb li ikla f'nofsinhar jista' jeħodha fit-3 ta' wara nofsinhar, imma l-ġenituri riedu hekk.", "Il-punt tiegħi huwa li l-personal assistance fid-dar hija importanti.", "Imma wkoll nippruvaw ngħinu lil dawn il-ġenituri li xi kultant ikunu għaddejjin minn stress qawwi u jaħasra kieku nikkomunikaw naqra magħhom ikun biżżejjed.", "Xtaqt ngħid ħaġa waħda biss fuq is-CDAU.", "Jien personalment naħseb li s-CDAU hija xi ħaġa differenti milli kif kienet qabel.", "Nixtieq ngħid grazzi lil Mrs. Anastasi għax ħadmet ħafna rigward l-Attention Deficit Disorder għax ġabet ħafna nies konxji ta' din is-sitwazzjoni.", "X'ġara issa?", "Fl-iskejjel, malli jaraw li t-tfal ikunu sejrin naqra ħażin jew ikunu sejrin naqra lura, immedjatament qed jibgħatuhom għand dawn is-CDAUs biex jagħmlu assessement.", "Kieku baqgħet taħt il-kappa tal-kummissjoni kienet tkun diffiċli biex isir din il-qabża.", "L-opinjoni tiegħi hi li s-CDAU jagħmlu xogħol tajjeb, naħseb ukoll li qegħdin understaffed għax qed ikollhom ħafna u ħafna xogħol.", "Iimma kif għedtu intom, its an assessment u jekk ikollhom bżonn ta' kura, qed ikollhom imorru x'imkien ieħor.", "Mela rigward il-proposta tal-pensjoni xtaqt nara jekk għamiltux xi studju.", "Xtaqt nenfasizza wkoll li għandna bżonn carers għal dawn il-familji.", "Xi kultant jaħasra naqra sigħat extra jew xi ġurnata extra tkun importanti ħafna u nsolvu ħafna problemi.", "Din il-familja partikolari waslu li tant kellhom stress li kienu se jagħmlu minn kollox biex jisseparaw.", "Dawn kienu semgħu bi proċedura - u rrid noqgħod attent ukoll kif nitkellem - li staqsewni dwarha, biex dan it-tifel iħalluh kif inhu ħalli jkunu iktar komdi biex jgħinuh.", "Jiġifieri qegħdin f'dik is-sitwazzjoni prekarja.", "Forsi b'naqra għajnuna mill-carers dawn l-affarijiet jittaffew.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: L-ewwelnett prosit tal-presentation tagħhom.", "Se nitkellem daqsxejn dwar il-presentation ta' Mr. Camilleri.", "Issemma ħafna wkoll il-mudell mediku tad-diżabilità u Mr. Camilleri qal li qed issir enfasi żejda fuq l-aspett mediku.", "Nixtieq inkun naf xi jrid isir biex jiġi indirizzat dan id-deficit li hemm.", "Meta tkellimna dwar il-konvenzjoni tal-familja ngħad ukoll li meta l-familja immedjata ma tkunx tista' tieħu ħsieb tifel jew tifla b'diżabilità, jitolbu biex tiġi provduta kura alternattiva fi ħdan il-familja wiesa' tat-tfal jew tifla u meta dan ma jirnexxix fi ħdan il-komunita' f'ambjent tal-familja.", "Freddie Bezzina semma l-apparat għal independent living.", "Tistgħu telaboraw iktar kif qed jintlaħaq dan l-għan f'Malta?", "Issemma wkoll li qed jiġu personal assistants minn barra biex jagħtu s-servizz.", "Jiġifieri f'Malta għad m'għandniex dan it-tip ta' servizz jew forsi għadu fil-bidu.", "Hemm xi ħaġa min-naħa tal-Kummissjoni biex jibda jingħata dan it-tip ta' servizz?", "Tkellimt ukoll dwar il-rwol tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità, fejn għidt li għandu jissaħħaħ l-irwol tal-kummissjoni bħala konsulent u msieħba f'dak li hu żvilupp ta' policies.", "Nixtieq nistaqsi x'inhuma l-prijoritajiet tal-kummissjoni f'dak ir-rigward.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Fil-presentation intom tkellimtu fuq familja li tkun magħmula minn persuni b'diżabilità.", "Nixtieq forsi tagħtuna ftit iktar ħjiel dwar x'inhuma l-isfidi fil-qosor.", "Jekk ma jimpurtax anke jekk nagħmlu darba oħra xi ħaġa oħra biex inkomplu ma' dawn is-suġġetti u nkunu lesti nilqgħu kull proposta min-naħa tagħkom.", "Jiena rrid ngħid li kien hemm avvanz f'dawk iż-żgħażagħ li llum marru l-iskola u jħossu li huma parti mis-soċjetà.", "Mill-banda l-oħra jista' jkun ukoll li għandek min hu kbir fl-età li huma ġenituri ta' persuni b'diżabilità li għadhom donnhom imħajrin li jwarrbu lill-persuna b'diżabilità mis-soċjetà billi jżommuha d-dar u b'hekk ma tkunx tista tiġi inkluża fis-soċjetà.", "Nixtieq l-opinjoni tagħkom dwar dan.", "Sur Bezzina, meta tħares lejn il-familji taqta' qalbek li għad ikollna inklużjoni sħiħa?", "Xi problemi jista' jkollhom dawn it-tip ta' familji?", "Is-soċjetà, fl-opinjoni tagħkom, kemm qiegħda tkun inklussiva?", "Jien naħseb li ħafna drabi faċli nagħtu l-kredita, faċli nagħtu l-flus għal dak li huwa immedjat.", "L-iżvilupp tal-kultura inklussiva soċjali kif qegħdin tħossuha intom?", "Għadna 'l bogħod, qegħdin komdi, qegħdin tarawha tiżviluppa?", "Lill-persuna b'diżabilità bgħatnih l-iskola u għallimnih, però x'ħin niġu biex indaħħluh fis-soċjetà bħala adult, x'intom taraw?", "Għedtu li tridu l-aċċess għall-informazzjoni.", "Persuna biex tkun iżjed inklussiva trid iżjed aċċess għall-informazzjoni.", "Dan l-aċċess għall-informazzjoni qiegħed jingħata?", "X'inhuma l-isfidi rigward l-aċċess għall-informazzjoni?", "X'inhi r-realtà wkoll għad-dinja tax-xogħol?", "Kemm taħsbu li hu n-numru ta' persuni b'diżabilità li qegħdin ifittxu x-xogħol?", "Forsi llum m'intomx ippreparati biex twieġbu tali domanda imma nistgħu nagħmlu anke mistoqsijiet parlamentari biex inkunu nafu.", "Mhux il-persuni kollha b'diżabilità jistgħu jsibu x-xogħol għax hemm uħud minnhom li ma jistgħux.", "B'mod ġenerali tista' tagħti xi perċentaġġi, fejn tgħidli per eżempju li mill-persuni kollha b'diżabilità 25% jew 30%, verament jistgħu jaħdmu u l-oħrajn diffiċli li ssibilhom ix-xogħol?", "Rigward l-edukazzjoni inklussiva jiena naħseb li donnha din tat suċċess għax kif għedt inti issa trabbew ma' studenti oħrajn li m'għandhomx diżabilità, marru l-iskola magħhom u allura għandhom l-istess aspirazzjonijiet bħal dawn għax telgħu tajjeb flimkien.", "Però issa dan it-tip ta' suċċess qed jikxef problema oħra u bżonn ieħor li hu l-kultura tas-soċjetà.", "Kif taħsbu li nistgħu nippreparaw lis-soċjetà għalihom?", "Xi problemi taraw intom li hemm dwar il-housing?", "Jien naf koppja mir-raħal tiegħi li hija miżżewġa, imma r-realtà tal-problema tal-housing x'inhi għall-persuna b'diżabilità?", "Rigward pensjoni nista' nkomplu mal-mistoqsija li għamel seħibna l-Onor.", "Il-pensjoni għandek dak li huwa minimu llum, jiġifieri kulħadd jista' jkollu l-pensjoni anke jekk ma jkunx qed jaħdem.", "Peròjien naħseb li jekk għandu jkun hemm żieda fil-pensjoni għandha tkun żieda fil-pensjoni għall-opportunità iktar ta' xogħol.", "Jiġifieri jekk il-persuna lesta li tinkludi lilha nfisha fil-komunità - u allura għandha bżonnijiet iktar - għandu jkun hemm pakkett li jkun jista' jirrikorri għalih biex ikollu iktar għajnuna.", "Il-pensjoni m'għandhiex tkun awtomatika imma għandha tħeġġeġ lil persuna b'diżabilità tinkludi iżjed lilha nfisha fil-komunità għax iżjed ma tipprova tinkludi lilha nfisha iżjed se jkollha għajnuna.", "B'dan il-mod tkun pensjoni proattiva u mhux social welfare bħalma kellna s'issa biex ipoġġik f'postok u jħallik hemm.", "Issa nsejjaħ lill-Onor.", "Stephen Spiteri u mbagħad lill-Onor.", "STEPHEN SPITERI: Mhux se nagħmel daqshekk mistoqsijiet żgur!", "Fuq ir-riforma tal-pensjonijiet, naħseb intkom qed tirriferu għal żieda monitarja, żieda fil-flus.", "Jien nissuġġerixxi li kieku forsi jkun hemm assessment tal-persuni b'diżabilità għax naturalment diżabilità tista' tkun varjata ħafna.", "Isir studju minn nies professjonisti u jingħataw grading ta' dawn it-tip ta' nies u x'għandhom bżonn u jingħata allowance b'dak il-mod.", "Per eżempju ssemma li xi ħadd kellu bżonn jixtri software.", "Dan juri li aktar jagħmel sens jekk wieħed jimxi skond il-ħtieġa.", "Jekk tagħmel xi żieda uniformi ma tagħmel xejn.", "Mr. Chairman, irrid ngħid ukoll li s-social workers qed jagħmlu ħafna sens fis-soċjetà tal-lum.", "Illum hemm kors fl-universita li fi żmieni lanqas kien jeżisti.", "Kif tarawh l-impatt tas-social workers fuq persuni b'diżabilità intom bħala kummissjoni?", "Taraw li hemm biżżejjed?", "Qed isir xogħol bis-sens?", "Jien inkun involut bħala tabib f'diversi familji fejn jidħlu social workers.", "Bir-rispett kollu kultant jien stess ma nkunx kuntent bix-xogħol li jsir.", "Ġieli nara anke element ta' bias u affarijiet hekk.", "Nixtieq nara li dan ix-xogħol ikun iktar supervised, għalkemm dan forsi hu diffiċli għax kultant dawn jiggradwaw, jiġu impjegati bħala social workers u jibdew jagħmlu x-xogħol għal rashom.", "Fuq is-CDAU naqbel ħafna fuq dak li ntqal.", "Nirreferi ħafna tfal lis-CDAU.", "Naf li l-bżonn tas-CDAU huwa importantissimu.", "Hemmhekk jien nara li dawn jiġu assessjati verament medikament b'mod up to date, għalkemm nara li hemm struttura awtomatika, l-ewwel tmur l-ENT għal vista, imbagħad tmur hemm, appuntamenti kontra appuntamenti u naħseb jistorduh lill-pazjent.", "Imbagħad ma jkunx hemm dak ir-riżultat meħtieġ li you are given advice, support, etc. Hemmhekk jien naqbel li għandu jsir xi ħaġa.", "Dwar l-opportunitajiet tax-xogħol veru, qabel kont tara messaġġiera disabled mal-gvern.", "Illum hija impossibbli li l-gvern jieħu dan il-burden kollu.", "Naħseb li tkun idea tajba jekk dawn in-nies jiġu impjegati u jkun hemm shared support min-naħa tal-gvern biex b'hekk tagħti inċentiv lill-privat biex iħaddem persuni b'diżabilità.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Se nabbuża mill-poter tiegħi qabel ma titkellem l-Onor.", "Justyne Caruana u se nagħmel mistoqsija oħra.", "X'inhu jiġri meta familja tissepara u jkun hemm ulied li huma disabled?", "Insejjaħ issa lill-Onor.", "JUSTYNE CARUANA: L-ewwelnett niskuża ruħi però kont fil-Kamra u ma stajtx niġi mill-bidu.", "Mela ħalli nibda minn dak li qal l-Onor.", "Spiteri u anke aċċenna għalih Dr. Gonzi u l-kollegi l-oħrajn, dwar iż-żieda fil-pensjoni minħabba spejjeż in konnessjoni ma' problemi addizjonali li persuna b'diżabilità jkollha.", "Qed isir aċċenn fuq il-fatt li l-pensjoni tiżdied.", "Issa jiena se nitkellem mil-lat legali.", "Mr. Chairman, aħna nafu li kull meta tapplika għal xi ħaġa jkun hemm ċerta burokrazija, means testing, domandi u ċertu assessjar li jtawwal il-proċess.", "Intom bħala kummissjoni għandkom il-fondi tagħkom, għandhom ċerti għajnuniet li tistgħu tagħtu lil persuni b'diżabilità u l-familji tagħhom.", "Qatt ħsibtu fuq il-possibbiltà li tkunu intom li tagħmlu dan ix-xogħol peress li intom ikollkom iktar kuntatt man-nies?", "Naf li forsi qed ngħid li se tiżdied ir-responsabbiltà tagħkom, però jien naħseb li intom il-body idoneu biex tittekiljaw dawn l-affarijiet għax intom iktar qegħdin hands-on fuq dawn l-affarijiet.", "Ħalli niġi għal dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Vassallo fuq il-problemi legali li jinqalgħu.", "Jien sfortunatament inkun involuta f'ħafna każijiet ta' separazzjonijiet.", "Ġieli jkollna wkoll każijiet ta' familji fejn ikun hemm tfal b'diżabilità u hemm jinħolqu problemi kbar.", "Li jiddispjaċini però anke fil-kuntratt ta' separazzjoni l-partijiet jisħqu fuq min se jkun intitolat japplika għall-benefiċċji għar-rigward it-tifel li jkollu d-diżabilità.", "Jien forsi nista' nifhem li wħud mill-każijiet ikunu ġenwini, però oħrajn ma jkunux u għalhekk jien naħseb li huwa żmien li nibdew nitkellmu iktar fuq il-guardianship tal-persuni b'diżabilità.", "Meta jkollna każijiet normali l-qorti, nitolbu għall-avukat tat-tfal.", "Għall-persuni b'diżabilità għal min se nitolbu?", "Jiġifieri għandek il-gwardjan legali li huwa kompletament assenti mis-sistema ġudizzjarja, mis-sistema legali tagħna u iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jinħass il-bżonn li jkun hemm dan.", "Issa għar-rigward is-suċċessjoni, meta jkollok ġenituri li jaħsbu fuq x'se jiġri mit-tfal tagħhom meta jiġu neqsin huma.", "Id-dħul tal-liġi dwar it-trusts kien tentattiv importanti biex tiġi indirizzata din il-problema.", "Però tant hija kkumplikata din il-liġi li ftit li xejn qed jirrikorru għaliha u qed ikun hemm ħafna nies li jagħmlu testmenti u jobbligaw lil membri tal-familja biex jieħdu ħsieb lill-membru tal-familja li huwa b'diżabilità.", "Ovvjament ikun hemm il-promessa li nħallulek kollox bil-patt u l-kondizzjoni li tieħu ħsiebu.", "Però qed ikollna affarijiet fejn minkejja li jirtu xorta waħda mhux qed iwettqu l-obbligu tagħhom.", "Min qed jiskrutinizza?", "Jiġifieri skrutinju m'hemm xejn, abbużi qed isir u at the end of the day qed jispiċċaw ibatu l-persuni b'diżabilità għax qed jispiċċaw istituzzjonalizzati f'postijiet li m'humiex adegwati għalihom.", "Għar-rigward ix-xogħol.", "Safejn naf jien hemm il-persentaġġ li huwa statutorju.", "Kemm il-kummissjoni qegħda tinsisti fuq l-osservanza tal-persentaġġ impost mil-liġi?", "Apparti minn hekk nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-monitoraġġ kontra d-diskriminazzjoni meta persuna b'diżabilità tmur għall-interview.", "Ħafna drabi ma tintgħażilx mhux għax ma tkunx kapaċi, imma għas-sempliċi fatt għax ikollha diżabilità.", "Ħafna drabi min isofri din id-diskriminazzjoni jibża' jitkellem.", "Jista' jkun ukoll li dan jaħseb li jekk jitkellem se jiġi ttimbrat u allura żgur ma jkollux ċans li jieħu job.", "Jien dik tinkwetani ħafna u tinkwetani wkoll il-fatt li fil-ġimgħa tal-persuni b'diżabilità f'waħda mill-attivitajiet li kienet għall-intraprendituri privati biex jingaġġaw iktar nies, is-Sur Camilleri stqarr li l-attendenza kienet fqira ħafna.", "Naf ukoll li l-ETC għandhom skema - Bridging the Gap - li suppost qed tinkoraġġixxi aktar l-ingaġġ ta' persuni b'diżabilità fis-settur privat.", "Imma mhijiex qed tirnexxi kemm bħala pakkett kif ukoll bħala skema.", "At least prima facie tidher mhux ħażin, però xorta mhijiex qed tilħaq l-għanijiet tagħha.", "Jiena ftit ilu għamilt mistoqsija parlamentari fuq kemm hemm persuni b'diżabilità jirreġistraw għax-xogħol fuq part 1 u part 2 u jidher li hemm numru sostanzjali.", "Għar-rigward in-nuqqas ta' professjonisti, naħseb diġà tkellimna.", "Però lili jinkwetani l-fatt li fuq il-livell edukattiv, meta jkun hemm call for applications għall-facilitators ikollok ħafna li japplikaw, però jiena kultant nixtieq li nkun fil-kamra tal-interviews meta jistaqsuhom x'jinvolvi dak ix-xogħol.", "Ġieli tkellimt ma' nies li jkunu qegħdin jitħajru japplikaw għal facilitator u lanqas biss ikunu jafu x'jirrikjedi dan ix-xogħol.", "Allura mbagħad nibda nistaqsi xi kwalità ta' servizz se jiġi offrut, iktar u iktar meta dawn l-ewwel jidħlu mbagħad il-kors jagħmluh wara.", "Mela lil dawn jitfgħuhom mal-istudenti mill-ewwel mingħajr ma jkollhom background u mingħajr ma jkollhom idea ta' xejn, jibdew jitgħallmu as they go along – ovvjament skond iċ-ċirkostanzi u skond il-każ – imbagħad wara jmorru għall-kors.", "Jiena dik tinkwetani ħafna il-kwalità ta' servizz offrut.", "Apparti minn hekk, meta jkun hemm problema partikolari, mhux just challenging behaviour imma jkun hemm problemi aktar profondi, aktar serji, ovvjament iktar trid toqgħod attent x'tip ta' facilitator se titfa' mal-istudent jew mal-istudenta.", "Jinkwetani wkoll il-fatt li, per eżempju, jkollok ġenituri jgħidulek kelli t-tifel ma' din il-facilitator kien sejjer tajjeb ħafna imma biddluhielu.", "Ovvjament f'każi bħal dawn jinħolqu l-problemi għax imbagħad sakemm it-tifel jew it-tifla terġa' tidra l-facilitator il-ġdid jista' ikun hemm diffikultajiet.", "Għar-rigward tal-proċeduri tagħkom stess bħala Kummissjoni meta jkun hemm applikazzjonijiet għal blue sticker l-iktar.", "Kelli ilmenti minn applikanti Għawdxin, li meta intom tiġu Għawdex u ssejħulhom biex jidhru quddiem il-bord hemm persuni li għandhom problema ta' mobilità.", "Kien hemm suġġeriment li għalfejn f'dan il-każ ma jkunx hemm carers jew nies minn tagħkom li jmorru huma fir-residenzi minflok joqogħdu jinqalgħu.", "Per eżempju meta jkun hemm applikazzjonijiet tas-servizzi soċjali, l-ħaddiema tas-servizzi soċjali stess imorru huma fir-residenzi u mhux bil-kontra.", "Problema oħra li kelli - fil-fatt kelli mistoqsija parlamentari u għadha ma ġietx risposta - kienet għar-rigward ir-reserved parking għall-persuni b'diżabilità.", "Jiena ċempilli raġel u qalli li hu stinka ħafna biex ġab il-kaxxa taħt il-blokk tiegħu imma issa qed jiġi xi ħadd jipparkjalu hemm u hu qed jispiċċa mhux qed ikollu fejn jipparkja.", "Jien għamilt mistoqsija parlamentari u għadha ma ġietx risposta.", "Forsi tilluminani ftit inti dwar dan.", "Fl-aħħarnett x'qed isir minn naħa tagħkom biex tgħinu u tiffaċilitaw biex il-konvenzjoni dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità tiġi finalment ratifikata?", "THE CHAIRMAN: Qegħdin naqblu li naġġornaw għal laqgħa oħra.", "Jekk l-Onor.", "Justyne Caruana għandha xi mistoqsijiet oħra u trid tkompli ma' li għandha tista' tagħmel dan.", "Jiena qed ngħid hekk għax għandi tnejn oħra.", "Nixtieq li forsi tagħtuna informazzjoni rigward l-assistenti li qegħdin jiġu minn barra minn Malta.", "X'tip ta' kwalifiki qed ikollhom?", "Jiġifieri jekk jiena nkun irrid inħaddem miegħi persuna Maltija qed nitlob ċerti kwalifiċi u jekk ġejja minn barra minn Malta m'hemmx kwalifiċi?", "U l-persuni b'diżabilità qed isibu Maltin li lesti jagħmlu dak ix-xogħol?", "Jiġifieri m'hawnx persuni Maltin disponsibbli li jaħdmu ma' persuni b'diżabilità, bl-istess mod kif qegħdin jaħdmu l-barranin?", "L-aħħar mistoqsija min-naħa tiegħi se nagħmilha għax daħħaltuni f'ċerta kurżità.", "Meta niġu biex nitkellmu fuq servizzi soċjali mal-persuni b'diżabilità, qed jiġri l-istess bħalma qed jiġri ma' persuni oħrajn fejn inti għandek min hu social assistant seeker, biex ngħid hekk, biex jieħu dak li jista' jieħu ħalli mbagħad ikun eskluż mis-soċjetà?", "F'ċertu ċirkostanzi l-istess għajnuna soċjali qed teskludi lin-nies mis-soċjetà għax tagħtihom dak li għandhom bżonn biex jibqgħu barra iżjed milli biex jidħlu.", "Għandek min jipprova japplika għall-għajnuna soċjali biex jibqa' ma jaħdimx, biex jibqa' mingħajr informazzjoni allura jibqa' eskluż anke fuq livell ta' informazzjoni.", "X'inhu l-effett tal-għajnuna soċjali li kellna s'issa fuq il-persuna b'diżabilità?", "Jista' jkolli ġenitur li jippreferi li jħalli lit-tifel jew lit-tifla tiegħu esklużi mis-soċjetà għax jaqbillu biex jieħu l-iktar għajnuna soċjali possibbli?", "Jiġifieri hemm dawn it-tip ta' problemi.", "Ovvjament aħna qegħdin nistaqsu dawn il-mistoqsijiet għax inkunu rridu nħejju rapport li mbagħad nippreżentawh lill-Kamra li malli nħejjuh inkunu rridu li jinkludi l-informazzjoni kollha.", "Jekk intom taħsbu li biex tagħtuna t-tweġibiet hemm bżonn iġġibu persuni oħrajn għal-laqgħa li jmiss, intom liberi li tinvolvu lil kulmin taħsbu li hemm bżonn tinvolvu anke jekk it-tweġibiet ta' dawn il-mistoqsijiet jinvolvu mhux laqgħa waħda imma anke tnejn.", "Jekk biex tirrispondu dawn il-mistoqsijiet, tgħidulna li għandkom bżonn żewġ sessions għax verament tridu tidħlu fil-fond ta' dawk il-mistoqsijiet, do so.", "Għamlu dak li taraw li hu l-aħjar biex aħna, bħala Parlament, ikollna l-iżjed informazzjoni possibbli.", "IS-SUR JOE CAMILLERI: Ħaġa żgħira.", "Napprezzaw jekk tista' tibgħatilna kopja electronic tat-transcript ħalli ma noqogħdux nerġgħu nittajpjaw domandi.", "THE CHAIRMAN: Sur Camilleri jekk trid awtomatikament mil-lejla stess tistgħu tisimgħuh ukoll, jiġifieri hemm il-faċilità li tista' tisimgħu.", "IS-SUR JOE CAMILLERI: M'hemmx għalfejn.", "Aħna jkollna bżonn il-lista tad-domandi biex imbagħad inqassmuhom.", "Per eżempju f'ċerti areas tal-education iżjed nidħol jiena, imma mbagħad ċerti domandi fuq servizzi soċjali jarahom is-Sur Bezzina li hu iżjed intiż fuqhom.", "Barra minn hekk hemm persuni oħrajn li per eżempju qed jagħmlu użu mis-servizz fuq personal assistant u jistgħu jweġbukom huma litteralment mill-esperjenza tagħhom.", "Agħtuna ċans nindagaw ftit u nġibu t-tweġibiet tagħkom.", "THE CHAIRMAN: Appropożitu fuq hekk nixtieq li tikkomunikaw mas-Sur James Carabott sabiex aħna nkunu nafu liema suġġetti intom ġejjin biex titkellmu biex aħna nkunu nistgħu nistiednu anke uffiċjali oħra mid-dipartimenti jew il-ministeri konċernati.", "Jiena ma niddejjaq xejn li nistiednu anke uffiċjali mill-Ministeru tal-Finanzi per eżempju, biex jekk għada pitgħada intom tmorru quddiem dan il-ministeru rigward xi claims tagħkom, qisu jkun hemm diġa ftit warming up.", "L-Onor.", "JUSTYNE CARUANA: Rigward l-applikazzjonijiet tal-MEPA, meta jkun hemm applikazzjonijiet għal stabbilimenti, il-kummissjoni tiġi nvoluta attivament, jiġifieri tridu tagħtu l-endorsment tagħkom, però għar-rigward residenzi privati jew żviluppi oħra li m'humiex strettament pubbliċi, l-kummissjoni ma tiġix involuta u nfurmata.", "Jien ikolli ħafna ilmenti għar-rigward blokki ta' appartamenti.", "Assolutament ma jagħmilx sens li fi blokk ta' appartamenti ma jkunx hemm l-istess proċedura.", "Jiena mhux qed ngħid għal appartamenti biss imma any type of development għax inti ma tistax tgħid minn qabel min se jutilizza dan il-post.", "Anke uffiċini, clinics, huma x'inhuma, hairdressers, whatever, dawk suppost huma public buildings, imma jekk ikun ħanut .… (Interruzzjonijiet)", "Kollox sew, mela dik tridu tiċċarawhieli.", "Però għar-rigward ta' offices ta' professjonisti, jekk inti miftuħ għall-pubbliku għandek tkun aċċessibbli għal kulħadd, hu min hu.", "X'inhu l-involviment tal-kummissjoni minn dan l-aspett?", "THE CHAIRMAN: Nagħlqu din il-laqgħa tagħna hawnhekk illum.", "Naġġornawha għal data li intom, bħala kummissjoni, se tagħtuna.", "Aħna nkunu nistgħu nistiednu uffiċjali mill-ministeri rispettivi li finalment għada pitgħada se jkunu jistgħu jgħinukom biex it-talbiet tagħkom jiġu milqugħa.", "Grazzi.", "Fid-9:25 pm id-diskussjoni fuq dan is-suġġett kienet interrota u l-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090114_011d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 11", "L-Erbgħa, 14 ta' Jannar, 2009", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.24 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Justyne Caruana, l-Onor Michael Gonzi u l-Onor Stephen Spiteri.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr 10 li saret nhar l-Erbgħa 10 ta' Diċembru 2008 ġew konfermati.", "Il-President tal-Kumitat irrefera għall-korrispondenza mibgħuta miċ-Chairperson ta' ProġettImpenn dwar il-Konferenza \"Iż-Żwieġ: Quo Vadis?\".", "Huwa nforma lill-membri li m'hemm ebda mod li l-Kumitat jista' jgħin biex tittella din il-laqgħa.", "U allura l-membri tal-Kumitat jistgħu jipparteċipaw f'din il-konferenza, imma mhux bl-involviment dirett tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Il-Familja u Persuni b'DiŻabilitÀ", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat stieden lis-Sur Joseph Stafrace, mis-Sezzjoni ta' l-Għomja u ukoll full-time student u s-Sur Joe Camilleri, Chairman, is-Sur Freddie Bezzina, Direttur Eżekuttiv u Ms Tessa Anastasi, Membru, lkoll mill-Kummissjoni Persuni b'Diżabilità, biex jagħtu preżentazzjoni dwar is-suġġett.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-9:25 pm id-diskussjoni fuq dan is-suġġett kienet interrota u l-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090114_011m_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 12", "It-Tlieta, 20 ta' Jannar, 2009", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 12", "It-Tlieta, 20 ta' Jannar, 2009", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.30 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 11 li saret fl-14 ta' Jannar, 2009 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dokument tal-EU li ntbagħat minn Working Group 1 għall-informazzjoni biss.", "(Tkompli mil-Laqgħa Nru. 5 tal-21 ta' Ottubru, 2008)", "THE CHAIRMAN: Fil-laqgħa li fiha dan il-kumitat kien iddiskuta n-National Report on Strategies for Social Protection and Social Inclusion 2008-2010, il-membri tal-Kumitat kienu ressqu numru ta' mistoqsijiet fuq id-dokument li intom, bħala esperti minn ministeri differenti, kontu fformulajtu.", "Ingħata l-permess biex dan id-dokument ikun jista' jintbagħat komplut lill-EU Commission, però dan il-kumitat deherlu li għandu jerġa' jiltaqa' magħkom biex ikun jista' jisma' ir-risposti.", "Il-Kumitat jirriserva d-dritt li jekk jara l-ħtieġa, anke wara l-laqgħa tal-lum, jerġa' jsejħilkom sabiex inkomplu niddiskutu dan is-suġġett f'każ li ma nispiċċawhx illum.", "Ir-raġuni hi li hawn xi membri li mhumiex preżenti minħabba li fil-parlament għaddej debate fuq suġġett soċjali, li huwa l-liġi tal-kera.", "Michael Farrugia talab id-dritt li jkun jista' jerġa' jiltaqa' magħkom biex jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu u jidher li hawn xi deputati min-naħa tal-gvern li llum ma setgħux jattendu.", "Għaldaqstant, biex kollha kemm intom tkunu avżati, nirriservaw id-dritt li jekk naraw li hemm bżonn li titkompla d-diskussjoni, nitolbukom terġgħu tattendu għal laqgħa oħra biex inkomplu fuq il-kjarifika li intom se tkun qegħdin tressqu llum jew inkella ġġibu aktar kjarifika jekk dan ikun meħtieġ.", "Nixtieq navża wkoll li dak kollu li jingħad f'din il-laqgħa qed jiġi trasmess via l-internet u allura wieħed irid joqgħod attent għal dak li jkun qiegħed jgħid għax m'hemmx mod ta' kif il-kelma li tkun ħarġet, terġa' tirritornaha lura.", "Dak huwa avviż li jitolbuni sabiex dawk kollha li jkunu qegħdin jitkellmu hawnhekk, ikunu nformati bih.", "Inħalli f'idejkom biex tintroduċu lilhom infuskom meta tkunu se titkellmu.", "Peress li hawn anke l-Onor.", "Evarist Bartolo, nixtieq li jekk xi speaker ikun se jitkellem fuq suġġett li għandu x'jaqsam mas-social inclusion mill-aspett edukattiv, l-ewwel jibda bih u mbagħad inkomplu.", "Grazzi.", "Aħna ħejjejna, kif ġejna mitluba, risposti għall-mistoqsijiet illi kontu fformulajtu.", "Ħadna noti ta' ċerti kummenti imma peress li ma nistgħux nagħtu kjarifika dwarhom, iffukajna u kkonċentrajna fuq il-mistoqsijiet illi intom għamiltulna.", "Ħejjejna wkoll abbozz biex ikollkom għad-dispożizzjoni tagħkom risposti bil-miktub u dan tistgħu żżommuh mhux bħala dokument formali biex jiġi ppubblikat, imma bħala dokument li intom tistgħu tixtarru bil-kurżità tagħkom.", "Għalhekk aħna se nillimittaw ruħna billi nsegwu dak li hemm fid-dokument u nagħtukom fuq fuq, b'mod suċċint, dak li tistgħu mbagħad taqraw b'aktar dettall.", "Ir-risposti se nagħtuhom fi tliet sections, nibdew bis-sezzjoni dwar l-\"Inklużjoni Soċjali\", inkomplu bil-\"Pensjonijiet\" u nispiċċaw bis-\"Saħħa u l-Kura fit-Tul\".", "Aħna li kkordinajna l-proċess kollu ta' konsultazzjoni u ħejjejna r-rapport, ġeneralment ikollna idea globali biss tal-policies u l-miżuri li jkunu qegħdin jiġu mfassla u mwettqa.", "Jekk waqt il-preżentazzjoni tagħna, ikun hemm il-ħtieġa ta' diskussjoni aktar approfondita fuq xi punt li tkun tqajjem, speċjalment f'xi qasam li ma jaqax direttament taħt ir-responsabbiltà tad-dekasteru tal-ministeru li naħdmu fih - dak tal-politika soċjali – aħna jidhrilna li jkun iktar għaqli li jekk jkun hemm bżonn diskussjoni aktar teknika dwaru, u jkollna bżonn l-esperti li jkunu ffukati fuq dak il-qasam partikolari, intom bħala kumitat dejjem tistgħu tistaqsu li jkun hemm diskussjoni aktar teknika 'l quddiem.", "Xtaqt ninfurmakom ukoll illi r-rapport intbagħat lill-Kummissjoni Ewropea u għall-bidu tax-xahar li ġej se nippubblikawh b'mod formali hawn Malta.", "Ikun ta' pjaċir għalina li nqassmu kopja tiegħu lil kull membru tal-kumitat.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjakom li erġajtu ġejtu hawnhekk u ġibtu magħkom dan ir-rapport li fih ħafna informazzjoni.", "Se nieħu l-ispunt biex ngħidilkom li nixtiequ li għalina ma tkunux biss grupp ta' esperti li niltaqgħu magħkom darba f'mitt sena biex niddiskutu d-draft tar-rapport fuq is-Social Protection and Social Inclusion hekk kif dan ikun ġie fformulat.", "Id-diskussjoni li aħna kellna magħkom tista' lilna tibqa' tinteressana u jista' jkun li nibqgħu ngħajtulkom anke fuq xi suġġetti partikolari anke grazzi għall-inizjattiva ta' Dr Azzopardi Muscat li lesta li ġġib magħha esperti minn ministeri oħra.", "Minbarra l-laqgħa li aħna kellna magħkom, fl-istess waqt kellna laqgħat fuq temi oħra soċjali li lilna bħala kumitat qed jiġbdulna iktar l-attenzjoni fuq ċerti punti li setgħu jkunu tqanqlu fir-rapport oriġinali.", "Aħna mhux qed nistaqsu dwarhom għax irridu nkunu awdituri fuqkom, iżda għax irridu nixprunaw nies fl-amministrazzjoni pubblika qrib ministeri sabiex ċerti inizjattivi u ċerti prosposti li jkunu qegħdin jingħataw lilna minn esperti ċivili oħra jew minn NGO's, nieħdu l-okkażjoni biex mill-ewwel inkunu nistgħu ngħadduhomkom.", "Allura aħna qegħdin nidħlu f'dan it-tip ta' interess biex filwaqt li nevalwaw ir-rapport kif inhu miktub għall-fini ta' rapport, aħna li għandna f'moħħna issa ċerta informazzjoni fuq temi soċjali, speċjalment li għandhom x'jaqsmu mal-familja li ngħataw lilna minn ċertu esperti, żgur li ma nistgħux ninsew dak li smajna meta intom se tkunu qegħdin tkellmuna.", "U allura f'moħħna jiġuna awtomatikament mistoqsijiet, kummenti jew proposti li nistgħu ngħaddu lilkom f'dan ir-rigward sabiex naraw jekk il-proposta li ġiet mogħtija lilna min-naħa ta' fejn qegħdin intom bħala esperti li ġew ikellmuna, hijiex doable jew le.", "Allura d-djalogu magħkom għalina huwa iktar wiesgħa mill-iskop oriġinali li ġejtu għalih.", "Jien qed ngħid hekk biex intom tħossukom komdi.", "Hawn ħadd m'hu qiegħed bil-qiegħda għall-eżami, imma qegħdin niddjalogaw fuq problemi u issues soċjali li għandhom x'jaqsmu mas-soċjetà tagħna.", "Aħna xewqa waħda għandna, mhux li ma ngħaddux lil xi ħadd minn xi eżami, imma li naraw kif nistgħu nixprunaw iktar ideat innovattivi għax għalina kull diskussjoni li nagħmlu hawnhekk hija forma ta' riċerka, mhux f'attività kummerċjali jew f'xi xjenza, imma fir-realtà tas-soċjetà tagħna.", "Għalhekk qed nagħmel dan il-preambolu mill-ewwel, u dan ngħidu speċjalment lilek Dr. Natasha, li qiegħda tmexxi lil dan it-team, sabiex tifhmu b'liema interess qegħdin inħarsu lejn l-informazzjoni li se tagħtuna intom, għax hija kumplimentari ma' ħafna informazzjoni oħra li f'laqgħat oħra nkunu qegħdin nisimgħu.", "DR NATASHA AZZOPARDI MUSCAT: Ngħaddi biex nintroduċi lil Dr. Marisa Scerri u lil Ms Mary Grace Vella biex jagħtukom il-kjarifikazzjonijiet mitluba fuq l-aspett tal-inklużjoni soċjali.", "DR MARISA SCERRI – Director (Programme Implementation): Jiena, flimkien ma' Marie Grace, ħdimna fuq il-parti li tikkonċerna l-inklużjoni soċjali.", "U meta ġejna mitluba naffrontaw il-kummenti u d-domandi li sarulna fl-aħħar laqgħa li kellna magħkom, wieħed mit-temi prinċipali li ġejna mitlubin nikkonċentraw fuqu kien l-edukazzjoni.", "Waħda mid-domandi li saret kienet fuq l-academic stressers.", "Id-dokument per se ma jiffukax b'mod dirett fuq academic stressers però sezzjoni 2.3.3 tidentifika bħala prijorità d-drittijiet, l-interessi u r-responsabbiltajiet tat-tfal u ż-żgħażagħ.", "U fost affarijiet oħra, din il-priority area tipproponi aktar mobilizzazzjoni u awareness fuq livell ta' komunità u fuq id-drittijiet tat-tfal, permezz ta' kampanji ta' informazzjoni li jidher li se jiġu mwettqa mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal.", "L-istess għall-early screening tal-illiteracy.", "Id-dokument jirrikonoxxi l-illitteriżmu bħala sfida u dan jagħmlu f'paġna 19, però ma jiffokax b'mod speċifiku fuq il-miżuri li jindirizzaw l-early screening tal-illiteracy.", "Jiġifieri għalkemm l-illiteracy hija identifikata, id-dokument ma jidħolx f'dak id-dettall illi wieħed kien jippretendi li jagħmel.", "X'inhu jiġri biex innaqsu l-assenteiżmu?", "Id-dokument f'dan il-każ jirrikonoxxi illi din hija xi ħaġa li għandha tiġi ndirizzata flimkien ma' diffikultajiet f'tagħlim u illitteriżmu u biex inkomplu bl-impenn tagħna se nnaqsu r-rata tat-tfal li jitilqu mill-iskola kmieni.", "Dan insibuh f'paġna 19.", "F'paġna 15 id-dokument jirrikonoxxi li sar xi ftit progress f'dak li huwa assenteiżmu.", "Ir-rata ta' school leavers waqgħet minn 53.2% fl-2002 għal 48.2% fl-2003.", "Jidhrilna li din hija trend pożittiva u l-figuri ppubblikati għall-2006 juru li din ir-rata kompliet nieżla għal 41.7%.", "Jekk nibqgħu mexjin b'dan il-pattern, il-figuri qed jawguralna tajjeb biex nilħqu l-mira stabbilita għall-2013, fejn qed nistennew li se tkompli nieżla.", "L-NSR, id-dokument li jkopri mill-2008 sal-2010, stabbilixxa t-targets għall-early school leaving għal 22% sas-sena 2013.", "Aħna kkommettejna ruħna wkoll li nippromwovu l-edukazzjoni nklussiva billi nindirizzaw l-assenteiżmu kif jgħid id-dokument stess f'paġna 24.", "Dan jgħid hekk:", "Jiġifieri d-dokument qed jirrifletti dak li qed isir f'dan il-qasam.", "F'paġna 19, dan ir-rapport jirrikonoxxi wkoll illi:", "Jirraporta wkoll illi r-rata ta' illiteracy f'Malta telgħet minn 88.7% fl-1995 għal 92.8% fl-2005.", "Dan joħroġ mir-rapport taċ-ċensiment tal-2005.", "Allura jidher illi t-trend f'dak li huwa illitteriżmu wkoll tielgħa.", "Forsi l-miżuri kif proposti fid-dokument ma jindirizzawx b'mod speċifiku l-illiteracy, però inħossu li l-personal development li jiffoka fuqha d-dokument f'sezzjoni 2.3.1, għandha tgħin biex ittejjeb l-edukazzjoni kemm formali kif ukoll informali u b'hekk nippromwovu l-illitteriżmu.", "Hawnhekk saritilna domanda dwar x'diffikultajiet għadhom jiltaqgħu magħhom tfal bi bżonnijiet speċjali fis-settur edukattiv.", "Biex inkomplu nippromwovu l-edukazzjoni nklussiva, id-dokument jippreżenta bażikament żewġ miżuri.", "Waħda mill-miżuri hija:", "U l-miżura l-oħra hija:", "Dan insibuh f'paġna 24 tad-dokument.", "Dawn kienu d-domandi illi aħna fhimna li ndirizzajtu għall-edukazzjoni u ppruvajna nirrisponduhom mill-aħjar li stajna skond l-informazzjoni u l-focus tad-dokument.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Nixtieq li jekk hawn domandi min-naħa tad-deputati fuq dan is-suġġett ta' l-Edukazzjoni, nagħmluhom issa biex jekk ikun hemm bżonn ta' xi kjarifika, din tkun tista' ssir issa.", "Ħalli nibda jiena u mbagħad ikompli l-Onor.", "Kif diġà għedt, kellna diversi rappreżentazzjonijiet minn NGOs u esperti li aħna tlabnihom jiġu hawnhekk, fosthom Dr Angela Abela u Father Charles Tabone, kemm meta trattajna s-suġġetti Persuni b'Diżabilità kif ukoll meta ttrattajna l-Faqar b'Relazzjoni mat-Tfal.", "U ħareġ punt ċar kemm hu mportanti li aħna bħala Gvern, nippruvaw innaqsu jew nittekiljaw il-faqar permezz tal-edukazzjoni.", "Għaliex il-faqar innaqqsuh permezz ta' l-edukazzjoni.", "Fl-istess waqt ħareġ ċar ukoll kemm hu mportanti li jekk irridu nnaqsu l-problema tal-illitteriżmu u l-absenteeism, irridu nirrikorru lejn dik il-faxxa ta' familji li qiegħda at risk of poverty u li minħabba l-lifestyle tagħhom qed iżommu lill-uliedhom milli jmorru l-iskola.", "Jiġifieri kultant – kif ġie nnotat lilna diversi drabi - il-problema ta' assenteiżmu jew ta' illitteriżmu mhijiex għax għandna tfal li qegħdin imorru l-iskola u mhumiex jitgħallmu - għalkemm jista' jkollok dawk bi problemi ta' behaviour - imma għax għandek faxxa fis-soċjetà tagħna li ssibha diffiċli li tibgħat lit-tfal tagħha l-iskola.", "U ġie ssuġġerit lilna biex naħsbu kif nipproponu lill-Gvern, sistemi u proċeduri fejn ikun hemm outreach mill-Ministeru tal-Edukazzjoni jew inkella tal-Politika Soċjali jew it-tnejn flimkien, ħalli jaraw kif ifittxu lil dawn it-tfal.", "Għax ħafna drabi jekk tfittex lit-tfal li għandhom record ta' assenteiżmu ssib li dawn ġejjin minn familji li għandhom ċerti problemi soċjali.", "Jekk nagħmlu dan l-outreach u mmorru għand dawn it-tfal, inkunu nistgħu ntejbu din is-sitwazzjoni.", "Ġie ssuġġerit lilna li dan nistgħu nagħmluh permezz ta' ftit aktar attenzjoni milli qed tingħata fil-preżent minn ċerti professjonisti.", "Dawn jistgħu jkunu it-tabib jew in-nurse li l-omm tkun ħadet lit-tfal tagħha għandhom jew jista' jkun it-teacher li jista' jagħti soluzzjoni dak il-ħin.", "Jiġifieri bi ftit attenzjoni nistgħu ntejbu din is-sitwazzjoni.", "Dan kollu intqal lilna.", "Bħalissa għaddej ukoll id-dibattitu fuq il-Liġi tal-Kera u diversi kelliema, inkluż jien, wara din l-esperjenza f'dawn il-laqgħat ġbidt l-attenzjoni li jekk f'dan il-pajjiż irridu infejqu l-problema ta' ċerti familji li jinsabu fir-riskju ta' faqar - li allura hija l-qofol anke tal-politika soċjali, għax iżjed ma tnaqqas il-familji fir-riskju tal-faqar iżjed qed tgħolli l-kwalità tal-ħajja - irridu naraw kif nistgħu mmorru b'Outreach Programme ħalli nindividwalizzaw fejn għandna dawn il-problemi.", "Huwa ferm importanti – kif kienet issuġġeritilna wkoll Dr Angela Abela - li nwaqqfu l-family habits jew il-background biex dan ma jibqax jiġi mgħoddi minn ġenerazzjoni għall-oħra.", "Fil-fatt Dr Angela Abela kienet qalet dan il-kliem: Il-flus jagħmlu l-flus u l-qamel jagħmel il-qamel.", "Dan ifisser li jekk ma nwaqqfux it-transition ta' ċertu habits, ma nistgħux insolvu la l-problema tal-faqar u lanqas il-problema tal-edukazzjoni.", "Jien qed nagħmel dan il-punt.", "Qegħdin taraw issa kif qed ngħaqqad diskussjoni fuq rapport, ma' xi ħaġa iżjed ongoing u xi ħaġa ħajja!", "Għaldaqstant nixtieq li jew illum jew fil-kontinwazzjoni ta' dan il-meeting, fejn forsi jista' jkollna xi ħadd iktar espert fl-edukazzjoni, ma noqogħdux nistennew sena jew sentejn oħra biex nerġgħu niltaqgħu magħkom, imma minn dak li qegħdin nisimgħu nkunu nistgħu nirrelataw immedjatament lura lilkom bħala esperti f'dan il-qasam u naraw jekk suġġeriment bħal dan, huwiex doable jew le.", "Għal min qalulna huwa doable.", "Għalikom bħala esperti f'dan il-qasam - ovvjament ma tistgħux tiddeċiedu intom - jista' jkollna ħjiel bħala kumitat jekk qatt nistgħu naraw dawk it-tip ta' proposti bħala doable?", "Jiena nieqaf hawn fuq il-mistoqsijiet.", "Insejjaħ lill-Onor.", "EVARIST BARTOLO: Kif l-aħjar li nimxi, nagħmel il-mistoqsijiet kollha?", "THE CHAIRMAN: Għamel dawk il-mistoqsijiet li għandhom x'jaqsmu mal-edukazzjoni.", "EVARIST BARTOLO: Iva, imma forsi nista' nwessa' ċerti kunċetti.", "DR NATASHA AZZOPARDI MUSCAT: Peress li l-edukazzjoni ma taqax taħt il-Ministeru tagħna, nippreferi li nibqgħu mal-kontenut tar-rapport għax inkella ma nkunux f'pożizzjoni illi nagħtu l-informazzjoni.", "Naturalment jekk ikun hemm bżonn imbagħad dejjem tista' issir diskussjoni oħra.", "EVARIST BARTOLO: Jiena ċert li għal ċerti mistoqsijiet li kont se nagħmel lanqas hu fair li nistenna tweġiba mingħandkom.", "Jien ċert, per eżempju, li waħda mill-akbar problemi li għandna f'pajjiżna u li tintrabat ma' illiteracy, ma' Early School Leaving, ma' failure u ma' absenteeism, hija l-kwestjoni tal-bilingualism, li fil-fehma tiegħi għadna qatt ma trattajniha tajjeb.", "Hemm bżonn niddeċiedu bis-serjetà x'language teaching strategy se nużaw f'soċjetà fejn għandna l-Malti u l-Ingliż għax nafu fiċ-ċert li jekk ċerti żgħażagħ nagħtuhom iċ-ċans li jitgħallmu l-matematika u x-xjenza bil-Malti, imorru aħjar u allura ma jkollniex daqshekk frustrament.", "Illum anke hemm programmi tal-Unjoni Ewropea li juru li l-ewwel irridu nibnu tajjeb fuq il-bażi tal-lingwa indiġina u mbagħad tidħol għas-second u t-third language.", "Imma dik mhijiex fair li naqbadha magħkom għax m'huwiex il-qasam tagħkom.", "Xtaqt nitkellem fuq żewġ punti.", "Wieħed minnhom huwa l-early school leaving.", "Nassumi li bħala cut-off points intom qed tirriferu għal addoloxxenti ta' 15 jew 16-il sena, li spiċċaw l-edukazzjoni sekondarja u mbagħad naraw min minnhom qed ikompli wara, min imur l-ITS, min imur l-MCAST, min imur xi sixth form, eċċ. Naħseb li tajjeb li qed jinżamm monitoring ta' x'qed jiġri f'dan ir-rigward, imma naħseb li monitoring li m'aħniex nagħmlu u li se jkun importanti li nagħmlu, jekk m'aħniex sodisfatti biss li ċ-ċifra tinżel, hi d-drop out rates ta' dawk li jkomplu wara li jagħlqu s-16-il sena.", "Għax qed nissuspetta - l-informazzjoni li għandi hija anecdotal u wħud minnha ħarġet minn mistoqsijiet parlamentari li poġġejt – li żdiedu dawk iż-żgħażagħ li qed ikomplu jistudjaw.", "Dawn qabel ma kenux ikomplu u issa għandhom il-kuraġġ, jew b'xi mod jew ieħor il-motivazzjoni, li jkomplu.", "Jekk għad għandhom problema fil-bażi edukattiva tagħhom minħabba l-primarja u s-sekondarja, jagħmlu ftit xhur fil-livell post sekondarju u mbagħad ma jkomplux.", "Jekk nieħdu l-MCAST, per eżempju, ir-rata tad-drop-out rates fl-ewwel sena jvarja minn 25% sa 30%.", "Naturalment aħna ma nieħdux gost li għandna rata daqshekk għolja, imma wieħed jifhem li ma tistax taqleb kultura mil-lum għal għada.", "Ma rridux nippretendu li min qabel ma kienx ikompli, issa f'daqqa waħda se jitlaq jiġri.", "Għax filwaqt li tajjeb li naraw kemm miż-żgħażagħ tagħna jkomplu bl-istudji tagħhom f'Ottubru ta' kull sena akkademika, huwa mportanti wkoll li nagħmlu tracking ta' kemm minnhom jibqgħu sa tliet xhur wara.", "Din hija mportanti, speċjalment meta l-MCAST huwa kommess li parti mill-vokazzjoni tiegħu hi li jkollu dawk il-foundation courses u l-basic skills li nippruvaw inżommuhom in education.", "Jiġifieri jiena naqbel li jkun hemm il-kejl u l-indiċi tal-early school leavers u nżommu t-track hemmhekk, imma huwa mportanti ħafna li naraw x'jiġri wara li jkomplu.", "Niġu għall-kwestjoni tal-absenteeism u l-early school leaving, għalkemm neżita li nsemmi dan il-punt għax ma naħsibx li huwa speċifikament ta' social policy.", "Jidher ċar li hemm ċans li nżommu iktar żgħażagħ ikomplu jekk fil-livell sekondarju nerġgħu nsaħħu oqsma vocational fl-edukazzjoni.", "Jien żgur m'iniex se nirrikmanda li nerġgħu mmorru lura għat-trade schools imma jidher ċar - u norbot ma' dak li kien qed jgħid iċ-chairman ukoll - li għandna tfal li jiġu minn ċerta kultura soċjali li l-mod kif jitgħallmu huwa differenti minn kif tgħallimt jien.", "Peress li l-papà tiegħi kien teacher, per eżempju, kont insib il-biro, kont insib il-lapis, kont insib il-kotba, eċċ. Jiġifieri l-kultura tal-iskola kienet awtomatika għalija.", "Għal min missieru jaħdem fl-għelieqi, jew jaħdem fil-ġebel jew jaħdem f'fabbrika jew f'post ieħor, il-kultura tiegħu hija differenti.", "M'iniex qed ngħid li hija inferjuri għal tiegħi imma hija differenti.", "Issa dik it-tip ta' kultura fis-sistema edukattiva tagħna sparixxiet, allura dawk it-tfal huma fi żvantaġġ biex jiksbu l-iskills tagħhom.", "Jiena naf li hemm ħsieb li jerġa' jsir xi ħaġa.", "Din qed ngħidha għax nemmen li biex innaqsu l-absentism u jkollna inqas żgħażagħ li jitilqu mill-iskola ta' 16-il sena, irridu nieħdu preventive measures mhux sempliċement naraw kif se nagħmlu biex lil dawn iż-żgħażagħ inżommuhom kuntenti imma rridu mmorru għall-għeruq tal-problema.", "U l-aħħar punt tiegħi xtaqt ngħidu b'ċerta kawtela għax se naqbeż għal żgħażagħ li jattendu l-iskola u ġew bi problemi tad-droga u anke spiċċaw kisru l-liġi, eċċ. Informat tajjeb li biex dawn jingħataw benefiċċji soċjali irid ikollhom a fixed address?", "U x'jiġri jekk ma jkollhomx a fixed address?", "IS-SUR JOHN CAMILLERI (Direttur Ġenerali – Sigurtà Soċjali): Normalment nitolbuhom a fixed address għax il-prinċipju tal-benefiċċju huwa fuq il-household fejn jgħixu.", "Fejn kien qed ikollna każijiet ta' żgħażagħ li ma jkollhomx a fixed address, konna nidħlu f'diskussjonijiet mal-NGOs u nirranġaw magħhom għax dawn ikunu qegħdin jirrisjedu x'imkien.", "Però l-verità hi li jekk dak li jkun ma jkollux a fixed address, strettament m'għandux entitlement għall-benefiċċju.", "Però s'issa, meta kellna dawn il-każijiet - li ma kenux f'ammonti kbar - dejjem irranġajna għax kif għedt, normalment l-NGOs ikollhom indirizz fejn dawn ikunu qegħdin joqogħdu temporanjament u nirranġaw.", "EVARIST BARTOLO: Jiġifieri f'dak il-każ tirranġaw?", "IS-SUR JOHN CAMILLERI: Eżatt.", "Għax its a means tested benefit, allura ħafna drabi dawn ma jkollhomx mezzi.", "Il-problema kienet li minħabba li ma jkollhomx indirizz ma jagħtuhomx benefiċċji soċjali.", "Imma aħna rraġunajna li l-indirizz mhuwiex il-household.", "Il-household huwa kif dak li jkun qed jgħix u x'mezzi għandu biex jgħix.", "Ovvjament il-pagament ikun irid jasal għandu u allura hemmhekk nirranġaw mal-NGOs imma strettament kienu jimplimentaw li ladarba m'għandux indirizz fiss, għandu problema.", "Imma dejjem irranġajna u dawn l-individwi ngħataw il-benefiċċji.", "EVARIST BARTOLO: Imma fil-każ tagħkom intom tirrikmandaw xi bidla fil-liġi jew xi bye-law biex tgħinkom jew le?", "IS-SUR JOHN CAMILLERI: Ma naħsibx li hemm bżonn ta' tibdil fil-liġi, naħseb iktar fil-kultura, anke tagħna, li dawn il-każijiet naċċettawhom.", "Għax ħafna drabi inti tħares lejhom qishom qed jagħmluha b'mod abbużiv imma meta inti jkollok l-NGOs, speċjalment social workers li qegħdin jgħinu u jirrapportaw b'dik il-kollaborazzjoni, tneħħi kull dubju u tkun tista' tmexxi u tħallas.", "THE CHAIRMAN: Ngħaddi għal mistoqsijiet oħrajn.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Intom għedtu li fl-2005 l-illiteracy rate f'Malta telgħet minn 88.7% to 92.8%.", "Tafu tgħiduli x'inhi s-sitwazzjoni llum, jiġifieri tliet snin wara?", "DR MARISA SCERRI: Ikollna nammettu illi l-isfida li sibna meta ġejna biex niddraftjaw dan id-dokument, kienet id-data pubblikata.", "U fejn ikkwotajna dejjem kienet l-iktar riċenti li stajna nsibu, jiġifieri bħalkom xtaqna li jkollna data iktar riċenti, però kellna nikkuntentaw b'dak li hu l-aktar riċenti u ppubblikat.", "FREDERICK AZZOPARDI: Ħalli nerġa' mmur lura għall-figura li tajtu.", "Fl-opinjoni tagħkom, il-progress li sar bejn l-1992 u l-2005 huwa sodisfaċenti?", "DR MARISA SCERRI: Għallinqas it-trend indikattiva hija dik ta' xenarju pożittiv u wieħed jittama li nżommuha u tibqa' titjieb.", "Aħna aktar imxejna fl-analisi tagħna, għalkemm m'aħniex esperti proprju fil-qasam, però l-interpretazzjoni tad-data qed turi trend pożittiva u allura tawgura tajjeb għall-futur.", "FREDERICK AZZOPARDI: Is-sitwazzjoni ta' Malta meta tqabbilha ma' dik ta' pajjiżi oħra Ewropej, hija agħar jew fl-istess livell?", "DR. MARISA SCERRI: Għall-finijiet ta' dan id-dokument, qabbilna biss data nazzjonali u dejjem ippruvajna nqablu mal-istess sors, biex ma jkollniex bias fil-mod kif ġiet miġbura l-informazzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor .", "Hawnhekk qed jirriferi għall-AĊĊESS li hemm fil-Kottonera, which is positive?", "Hemm pjanat li jidħlu f'areas oħra ta' pajjiżna bħal San Pawl il-Baħar?", "U biex nallaċċja wkoll ma' dak li kien qed jgħid iċ-chairman, dawk l-outreach groups qed jaħdmu hekk ukoll fl-AĊĊESS jew huwa ppjanat li jidħol fl-AĊĊESS?", "DR MARISA SCERRI: Fil-fatt f'paġna 3 tad-dokument li ċċirkolajna, qed nitkellmu proprju fuq replikazzjonijiet tal-AĊĊESS għax dak illum huwa meqjus bħala metodu illi jista' jnaqqas dak li nsejħulu l-intergenerational transmission of poverty.", "Mela jekk inti għandek tfal - kif semma' ċ-chairman - li qed jgħixu f'ċerti ċirkostanzi u allura minħabba f'hekk, forsi jiġu mċaħħda minn prospetti tajba fl-edukazzjoni jew f'areas oħra li jistgħu jesponuhom għar-riskju tal-faqar, dik hija xi ħaġa li donnha tintiret minn ġenerazzjoni għall-oħra.", "U mexjin fuq binarju fejn qed ngħidu li l-AĊĊESS jidher li ħadem u allura se jiġu replikati mudelli tiegħu f'żoni oħra proprju biex ikun xi ħaġa outreach, xi ħaġa fil-komunità u allura tindirizza r-realtajiet u l-prijoritajiet ta' dak il-lokal.", "Għax minkejja ċ-ċokon ta' Malta, xorta nsibu kulturi u sotto kulturi li huma iktar preżenti f'lokalità milli f'oħra.", "Fil-fatt id-dokument isemmi illi dan se jiġi replikat f'San Pawl il-Baħar, fil-Belt Valletta u f'Birkirkara.", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri l-mod kif jaħdem l-AĊĊESS ikun a link bejn l-iskejjel, it-teachers, eċċ.?", "DR MARISA SCERRI: Fil-fatt as an aside, il-proġett AĊĊESS kien ippreżentat minn Malta għall-peer review tal-Unjoni Ewropea u r-reazzjonijiet li kellna għalih kienu pożittivi ħafna għax hu jġib flimkien network ta' servizzi; minn skola, sa impjiegi, sa problemi fil-familja, sa childcare facility u dak kollu li jindirizza l-bżonnijiet fuq livell soċjali f'dak il-lokal jew f'dak ir-reġjun.", "U allura nemmnu li jnaqqas it-trasmissjoni ta' povertà jew riskju ta' povertà minn ġenerazzjoni għall-oħra għax għallinqas qed titratta d-diffikultajiet u l-problemi fil-lokal b'mod speċifiku għar-realtajiet t'hemmhekk.", "Għax dak li japplika għal reġjun, jista' ma japplikax għal reġjun ieħor.", "Jista' jkun li r-reġjun għandu bżonn iktar focus fuq dimensjoni milli fuq oħra.", "MICHAEL GONZI: Fl-istess paġna nsibu dan il-kliem:", "X'inhi r-raġuni li d-dokument ma kienx qed jiffoka fuqha daqshekk meta din hija xi ħaġa kważi bażika għad-dokument kollu kemm hu?", "DR MARISA SCERRI: L-illitteriżmu huwa meqjus bħala wieħed mill-fatturi li jikkontribwixxi għar-riskju tal-faqar u allura l-focus huwa fuq l-illitteriżmu per se.", "Forsi kien ikun tajjeb li kieku wieħed kellu jidħol iktar fil-fond, però hawnhekk se nirrepeti dak li għedna fl-ewwel laqgħa.", "Id-dokument irid ikun strutturat fuq linji gwida stretti illi joħorġu mill-Unjoni Ewropea, jiġifieri anke f'dak li huwa tul ta' paġni u x'tista' tindirizza.", "Allura għalkemm ċerti oqsma jimmeritaw ċertu dettall, il-linji gwida huma ristretti ħafna dwar it-tul, jiġifieri jindikawlek li ma tistax tikteb aktar minn tant paġni jew li jrid ikollok introduzzjoni ta' erba' paġni.", "Allura filwaqt li naqbel li ċerti affarijiet jimmeritaw aktar diskussjoni u li nidħlu fihom aktar bir-reqqa, il-linji gwida dan ma jippermettuhx.", "MICHAEL GONZI: Għax veru li għamilna d-diskussjonijiet, għandna d-dokument u intom għamiltu xogħol siewi ħafna, imma at the end of the day inkunu rridu naraw ir-riżultati.", "Jiġifieri jekk basically hija illiteracy, għandna ngħidu li rridu hekk, hekk u hekk, biex naslu għal dak il-punt.", "Aħna ma rridux li jkun dokument ieħor li npoġġuh fuq l-ixkaffa u x-xogħol kollu li tkunu għamiltu ...", "THE CHAIRMAN: Fil-fatt qed jiġini f'moħħi biex id-darba li ġejja mhux biss inżommu d-dritt li nagħmlu laqgħa bħalma qegħdin nagħmlu - għalkemm qed togħġobni kif qed tirrispondi u persważ li se ngħid hekk lil kulmin se jirrispondi - imma se nitolbok tikkordinalna visit lill-uffiċċju tal-AĊĊESS li jinsab il-Kottonera sabiex dak li inti qed tgħidilna bħala Kumitat tas-Social Affairs, immorru narawh.", "B'hekk inkunu nistgħu naraw kif qed jaħdem u naraw il-kordinazzjoni li hemm fih.", "Għax aħna ma rridux inkunu kumitat immobbli li sempliċement inpoġġu hawn u niddiskutu.", "Aħna rridu nagħmlu l-outreach ukoll.", "Lilna jinteressana li jekk hemm xi ħaġa li mhijiex taħdem sewwa, mmorru narawha, fejn din tista' tkun esperjenza ta' familji fil-bżonn.", "Jekk minn naħa l-oħra hi esperjenza pożittiva, tajjeb li mmorru narawha.", "Nerġa' nirrepeti li aħna m'aħniex awdituri.", "Aħna rridu nesperjenzaw il-weġgħat fejn hemm u rridu nesperjenzaw suċċessi fejn hemm u nippruvaw inġibuhom it-tnejn flimkien.", "Għalhekk nixtieqek twassal il-messaġġ li aħna d-Deputati tas-Social Affairs Committee nixtiequ li xi darba niġu mistiedna f'dan il-post.", "Naturalment meta jkun l-iżjed ħin komdu għal min jaħdem fih.", "DR NATASHA AZZOPARDI MUSCAT: Nista' forsi nissuġġerixxi li din it-talba ssir formalment tramite l-Ministeru?", "Tistgħu tiġbdulhom ukoll l-attenzjoni li saret id-din id-diskussjoni llejla.", "Aħna s'intendi nkunu disponibbli, imma nippreferi jekk it-talba ssir direttament lill-Ministeru.", "THE CHAIRMAN: Imma għidilhom li se tirċievu din it-talba, biex bħala risposta ma nirċevix \"le\".", "Hawn aktar mistoqsijiet?", "Forsi tista' twieġeb lili għax ħadd għadu ma ikkummenta dwar dak li għidt.", "DR JUSTYNE CARUANA: Safejn naf jien l-aħħar darba għamilna ċerti domandi biex intom tirrisponduhom, però mill-ftit li qed nara, kulma qed tagħmlu qegħdin tirriferuna għall-partijiet mid-dokument li diġà jeżistu.", "Kif qal l-Onor.", "Gonzi, qed tirriferuna għal paġna 19 u daqshekk.", "Anke fis-section li titkellem dwar paġna 7, qed tirriferuna għal paġna 19 u terġgħu tirriferuna għal paġna 15.", "Jiġifieri qegħdin terġgħu tirriferuna back to the source meta l-iskop tagħna kien li napprofondixxu aktar is-suġġett.", "DR NATASHA AZZOPARDI MUSCAT: Però forsi qbadt din is-sezzjoni li hija tal-edukazzjoni u lanqas taqa' taħt il-Ministeru tagħna.", "Forsi jekk naqbdu sezzjoni oħra, dwar il-pensjonijiet u s-saħħa, dħalna fihom sew.", "Forsi dwar l-Inklużjoni Soċjali għadu ftit kmieni biex nibdew naraw ċertu progress għax ir-rapport għadu kif ġie miktub.", "Jiġfieri rridu nagħtu ftit ċans ukoll biex ikun hemm żvilupp fuq il-miżuri li huma proposti għax s'issa ħafna miżuri huma biss proposti u rridu nagħtu ftit tal-ħin.", "Ma nafx forsi hemmx xi ħaġa vera speċifika.", "Il-mistoqsijiet ġew replikati hawnhekk, jiġifieri nistgħu nsegwu r-risposta li ngħatat għalihom.", "THE CHAIRMAN: Jekk l-Onor.", "Justyne Caruana għandha tagħmel xi rimarki fuq l-edukazzjoni, tagħmilhom biex imbagħad tkun tista' tingħata risposta jew kjarifika.", "Kif ukoll ningħata kjarifika għall-kummenti li għaddejt jien fil-bidu vis-à-vis l-edukazzjoni, is-social inclusion u l-povertà kif tistgħu tħarsu lejhom bħala xi ħaġa konġunta intom li ġejjin mill-Ministeru tal-Politika Soċjali.", "Però ħa ngħaddi l-kelma lill-Onor.", "JUSTYNE CARUANA: Għar-rigward tad-domandi li għamilna aħna fuq l-education u fejn qed tirriferuna għal paġni partikolari, ovvjament nifhem li m'intomx il-Ministeru konċernat, però jista' jkun hemm koordinazzjoni mal-Ministeru konċernat biex dawn ir-risposti jingħatawlna?", "DR NATASHA AZZOPARDI MUSCAT: Jiena naħseb li r-risposti tajnihom.", "Però jekk għad hemm diskussjoni, kif tkellimna qabel, fejn tridu tidħlu fil-fond fuq xi aspetti tal-edukazzjoni, naħseb trid issir laqgħa speċifika.", "JUSTYNE CARUANA: Imma min-naħa tagħkom trid issir.", "DR NATASHA AZZOPARDI MUSCAT: Le, mhux min-naħa tagħna.", "Trid issir talba lill-Ministeru tal-Edukazzjoni.", "JUSTYNE CARUANA: It-talba ssir kif saret lilkom, però ovvjament peress li intom involuti f'dan id-dokument, tridu tkunu naqra koordinati biex ovvjament inkunu focused fuq il-mistoqsijiet li għandna hawn.", "DR. NATASHA AZZOPARDI MUSCAT: Safejn naf jien il-mistoqsijiet li saru weġibnihom skont l-informazzjoni li għandna.", "JUSTYNE CARUANA: Billi għamiltu riferenza għad-dokument stess!", "Aħna nafu naqraw.", "DR. NATASHA AZZOPARDI MUSCAT: Allura naħseb li jkun aħjar jekk nerġgħu niċċaraw l-iskop tal-laqgħa tal-lum.", "L-iskop hu li nagħtu r-risposti abbażi tad-dokument illi ppreparajna, jiġifieri affarijiet illi joħroġu 'l barra u lil hinn mid-dokument mhux neċessarjament aħna nistgħu nagħtu risposti fuqhom.", "THE CHAIRMAN: Dr. Natasha, bħala Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali - naħseb li sħabi jaqblu miegħi – aħna nixtiequ li nkunu ta' vera.", "Nerġa' ngħid, jien lil kulmin jiġi quddiemna ngħidlu li aħna m'aħniex kumitat ta' xi awdituri, li f'xi ħin jidhrilna li r-risposti huma tajbin u ngħidu \"mela pass\".", "Aħna nixtiequ li nisimgħu esperjenzi, ngħaddu s-suġġerimenti u nġibu flimkien nies li huma esperti u li jixtiequ jgħaddu proposti ma' nies li diġà qegħdin jaħdmu fis-settur pubbliku hands-on approach.", "Imbagħad aħna nippruvaw naraw - mingħajr m'għandna dritt ta' ħidma eżekuttiva jew poter li niddeċiedu - inressqu s-suġġerimenti, biex il-ħidma tagħna tkun a learning experience għal kulħadd.", "Nitgħallmu aħna u tieħdu intom.", "Nixtieq li r-riġidità tal-proċeduri ntaffuhom ftit mill-ebusija tagħhom u naraw kif nistgħu nkunu ta' ġid għas-soċjetà tagħna.", "Hawn għall-grazzja t'Alla la nara naħa tal-Gvern u naħa ta' Oppożizzjoni, imma ħidma konġunta ma' min ikun quddiemna u nippruvaw naslu f'post wieħed, anke jekk ikun hawn min jistaqsi mistoqsijiet iżjed eċċitanti minn ħaddieħor.", "Ma ġara xejn.", "Imma li nixtiequ hu li naslu biex ikollna sistema ta' politika soċjali biex l-ewwelnett insegwuha, nixprunawha u tkun aħjar.", "Allura jiena ma niddejjaqx jekk nerġgħu niltaqgħu flimkien.", "Għalhekk fil-bidu għedt li nżomm id-dritt li jerġa' jkollna kontinwazzjoni ta' din il-laqgħa għax magħkom il-fini ta' dawn il-laqgħat imxiet mill-iskop oriġinali, li niġu biss biex niddiskutu dokument.", "Aħna tlaqna minn dak l-iskop imma llum huwa iżjed skop ta' enrichment, ta' informazzjoni, ta' ideat.", "Għalina li niddiskutu magħkom huwa mezz importanti fejn għandna l-key persons fil-Ministeru tal-Politika Soċjali, li lilna jistgħu jagħtuna feedback immedjata fuq xi ħaġa li aħna nixtiequ narawha titjieb, il-politika soċjali f'dan il-pajjiż.", "Allura bir-raġun kollu aħna l-membri, l-Onor.", "Evarist Bartolo li kien sostitut min-naħa tal-Oppożizzjoni u anke jiena, għamilna l-mistoqsijiet li għamilna, għax aħna nixtiequ naraw iżjed riżultati.", "Imma nsegwuhom ir-riżultati.", "Jiġifieri anke jekk għad m'għandniex dokumentazzjoni li turi ċertu progress fuq ix-xogħol tas-social inclusion, ma ġara xejn, imma aħna nteressati li ngħixu magħkom l-interess, li naraw il-progress b'għajnejna u li nagħtu xiehda tiegħu.", "Mhux se noqogħdu nistennew li jinkiteb dokument ieħor biex inkunu nafu l-informazzjoni x'se tkun.", "Imma meta jkun se jiġi miktub dokument ieħor, ma jkollniex il-hassle li kellna fid-diskussjoni dwar id-dokument oriġinali għax se nkunu mxejna magħkom it-triq kollha.", "U mbagħad se jkun evidenti x'se jkun miktub għax se nkunu għexna ż-żmien ta' informazzjoni li se tkun miktuba fid-dokument li jmiss.", "Qed nagħmel din l-ispjegazzjoni fit-tul għax din m'hijiex l-aħħar laqgħa li se narawkom hawn imma biex tkunu tafu li se nerġgħu nistiednukom biex tkunu hawn għax se nitilqu mill-iskop oriġinali.", "Il-punt tat-tluq kien id-dokument, issa ejjew nevolvu b'kumdità.", "DR. NATASHA AZZOPARDI MUSCAT: F'dan il-kuntest jiena nirringrazzjak tal-ispjegazzjoni, però trid tqis li aħna nirrappreżentaw żewġ diviżjonijiet biss.", "Fil-fatt hemm ħafna diviżjonijiet u entitajiet u allura jista' jkun li ċerti diskussjonijiet ma jkunux iridu jsiru magħna.", "THE CHAIRMAN: Ma jimpurtax, f'meetings oħra ġibhom hawnhekk.", "DR. NATASHA AZZOPARDI MUSCAT: Allura wieħed irid ikun daqsxejn ċar.", "Tiddejqux tieħdu nota ta' dak li ma tistgħux tirrisponduna u mbagħad ġġibuhomna f'meetings oħra.", "DR. NATASHA AZZOPARDI MUSCAT: Forsi wieħed ikun jista' jagħtihom briefing.", "Naf li anke kien hawn laqgħat oħrajn fuq suġġetti speċifiċi u għalhekk xtaqt li forsi nersqu 'l bogħod mis-suġġett tal-edukazzjoni li huwa l-unika biċċa tal-NSR li lanqas biss aħna responsabbli tiegħu.", "U forsi nkunu nistgħu nagħtu iktar informazzjoni fuq oqsma oħra.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "JUSTYNE CARUANA: F'paġna 8 tad-dokument qed nitkellmu dwar l-early school leavers rate.", "Waħda mir-raġunijiet għala ż-żagħżagħ qed jitilqu kmieni mill-iskola hi biex imorru jaħdmu.", "Nixtieq inkun naf jekk dan ir-rapport tkellimx dwar dan jew jekk intom bħala Ministeru tidħlux f'relazzjoni bejn l-early school leaving u d-dinja tax-xogħol.", "Ovvjament il-Ministeru għall-Politika Soċjali jinkludi fih ukoll ix-xogħol.", "Każijiet li qed niltaqa' magħhom jien – każijiet sfortunati jiġifieri - jirrigwardaw il-każijiet tal-Health and Safety.", "Fejn qed ikollna ħafna employers li jitressqu l-Qorti għax jimpjegaw tfal taħt is-16-il sena.", "Ovvajment dawn ikunu illegalment, però jkollhom il-barka tal-ġenituri u jkollhom il-firem tal-Head of School illi jkun jaf li hemm early school leaver.", "Però mbagħad għandek il-possibbiltà li jekk ikun hemm risk assessment minn espert, jiġi eżonerat il-kuntrattur.", "Jien naħseb li din hija anomalija.", "Ma nafx strettament tidħlux fiha imma naħseb li hija mportanti li wieħed jagħti kasha din.", "Għax għalija dawn tfal għadhom.", "Allura qisu għandek loophole fil-liġi fejn għandek xi ħaġa li hija ħażina u tista' tiġi sanzjonata.", "Dan huwa ħażin.", "It-tfal xorta qed jibqgħu esposti għar-riskju.", "Però mbagħad jekk wieħed jagħmel risk assessment privat, kollox sew.", "(Interruzzjonijiet)", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar Health and Safety, speċjalment fil-qasam tal-kostruzzjoni u affarijiet manwali bħal handling, makkinarju, eċċ., fejn jiġu mpjegati t-tfal.", "Jekk l-employer iqabbad lil xi ħadd jagħmillu risk assessment taċ-ċirkostanzi - jiġifieri jiġi Health and Safety Officer u lill-employer jgħidlu li għamel ċertu breaches in konnessjoni mal-minuri u jsemmihomlu.", "Qabel ma jipproċedi, il-Qorti tagħtih ċans jagħmel dan ir-risk assessment.", "Ir-risk assessment tkun on paper sakemm jiġi l-officer, taparsi kollox in place.", "Imma malli jitlaq, jerġa' jiġi kollox back to square one u jeżonera l-possibbiltà li jitla' l-Qorti u jiġi penalizzat.", "U hawn qed jinħolqu abbużi kbar.", "Taħsbu li huwa lok li jibdew id-diskussjonijiet sabiex l-ewwelnett nindirizzaw il-problema tal-loophole fil-liġi u at the same time nipproteġu lill-minuri milli jitilqu kmieni mill-iskola?", "Għax dak li jkun, qed jitlaq kmieni mill-iskola biex imur għax-xogħol f'post mhux addattat għalih.", "THE CHAIRMAN: Inkompli fuq dak li qalet l-Onor.", "Caruana biex naraw kif nistgħu naħdmu aħjar.", "Tajjeb li tieħdu l-proposta u l-kumment tal-Onor.", "Caruana lin-nies li għandhom x'jaqsmu mal-Health and Safety, li jekk m'iniex sejjer żball huma fil-Ministeru tal-Politika Soċjali.", "Ma niddejqux li jkollna session oħra fejn inkunu nistgħu nitkellmu dwar dan.", "Però jiena rrid inkompli ma' dak li qed tgħid l-Onor.", "Mill-informazzjoni li kelli bħala Segretarju Parlamentari għas-Self-Employed, naf li dan it-tip ta' abbuż kien, biex fejn jistgħu employers jagħmlu back to back agreement u jaraw li jekk kien hemm xi ħaġa ħażina u ġiet irranġata, allura l-Health and Safety, bħala entità, ma ttellax lil dak li jkun il-Qorti għax taf li fejn kien hemm ksur, tranġa.", "Però huwa importanti li d-diskussjoni tkompli anke mal-entità responsabbli ħalli naraw jekk xi ħaġa li hija intenzjonati biex tkun mill-inqas burokratika, hijiex qed toħloq abbuż.", "Għax l-abbuż ma jridu ħadd.", "Jekk l-inizjattiva li qed titkellem fuqha l-Onor.", "Caruana qiegħda biex tnaqqas il-burokrazija u tnaqqas l-opporunità biex xi ħadd jitla' l-Qorti, dik hija xi ħaġa pożittiva.", "Però jekk hemm l-abbuż, huwa mportanti li wieħed jgħaddi kumment.", "Kumment bħal dan għadduh lil min hu responsabbli biex f'meeting ieħor ikollna l-opportunità li niddiskutuh jew bħala suġġett waħdu mal-Health and Safety bħala Organizzazzjoni jew inkella niddiskutuh magħkom meta terġgħu tiġu.", "Magħkom jista' jiġi xi ħadd ieħor fuq tal-Health and Safety ħalli naraw progress.", "JUSTYNE CARUANA: Trid tara limitatament għal meta jkunu nvoluti l-minuri.", "THE CHAIRMAN: Iva, għax hawnhekk għandek xi ħaġa li għandha x'taqsam mal-edukazzjoni.", "Jekk aħna qegħdin niffaċilitaw kif tfal ma jmorrux l-iskola u mbagħad imorru jaħdmu, id-dnub qed jikber.", "Għax l-assenteiżmu ma jistax jieħu ħsiebu biss il-Ministeru tal-Edukazzjoni u dan il-kumment għaddejtu fil-bidu.", "Intom qegħdin taraw kif jista' jkun hemm joint coordination bejnietkom u l-Ministeru tal-Edukazzjoni biex il-problema tal-assenteiżmu tiġġieled favur is-social inclusion u allura kontra l-problema tal-faqar?", "Għax jekk issa rridu nkunu innovattivi fuq ir-riċerka li aħna għamilna, irridu naraw kif se nnaqsu l-problema tal-faqar.", "Intom responsabbli li tnaqqsu l-problema tal-faqar imma nistgħu nnaqsu l-problema tal-faqar b'ħidma favur iktar edukazzjoni?", "Nixtieq il-kummenti tagħkom.", "IS-SUR JOHN CAMILLERI: Ħa nagħmel kumment.", "Din l-issue lili personalment bħala Direttur Ġenerali tas-Sigurtà Soċjali tippreokkupani minħabba wkoll il-fatt li n-nies li qed imorru jaħdmu mhumiex assigurabbli għax aħna llum nassiguraw persuni mis-16-il sena 'l fuq.", "Jekk il-memorja tiegħi hija tajba, qabel kienu jiġu assigurati żgħażagħ minn 14-il sena 'l fuq.", "U ċ-ċaqlieqa saret b'deċiżjoni meta l-edukazzjoni saret obbligatorja sa 16-il sena.", "Naħseb li jekk qed jiġru dawn l-affarijiet, hemm bżonn li niltaqgħu mhux biss mal-persuni responabbli mill-Health and Safety imma anke ma' dawk tal-ETC u anke tas-Sigurtà Soċjali.", "Għax fil-fehma tiegħi l-fatt li din ġiet imtella' minn 14-il sena għal 16-il sena kien appuntu biex kemm jista' jkun it-tfal jibqgħu l-iskola.", "Issa jekk se nibdew bil-mod il-mod lil dawn it-tfal nagħtuhom l-opportunità li jistgħu joħroġu mill-iskola qabel din l-età u mbagħad jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol bil-periklu kollu li hemm fil-ħajja tax-xogħol - għax inti tiġi assigurat mill-ħajja tax-xogħol biex jekk allaħares qatt jinqalà xi ħaġa inti tkun kopert – naħseb li rridu nerġgħu naħsbu biex naraw jekk dak li biddilna ħadimx jew le.", "Nemmen li dan is-suġġett għandna bżonn niddiskutuh aktar fid-dettall.", "U jekk hemm xi każijiet li nistgħu narawhom …", "Meta quddiemi jiġi żagħżugħ biex niftaħlu insurance card, ikun irid iġibli ċertifikat mill-Education Department tal-iScholastic Year meta jkun se jagħlaq 16-il sena.", "Kif jaf kulħadd, dawk li jkunu f'Form 5 ġeneralment jispiċċaw f'April u ħafna minn dawn iż-żgħażagħ ikunu jridu jibdew jaħdmu mill-ewwel.", "Kultant niġi kkritikat għax jiena ma nkunx irrid ninxurjahom peress li ma jkunux għadhom għalqu s-16-il sena u nkun irrid iċ-ċertifikat.", "Anke l-Education Department ma jagħtihomx iċ-ċertifikat ta' eżenzjoni qabel ma tkun spiċċat l-iScholastic Year, jiġifieri f'Lulju.", "Għaldaqstant kien qed ikollna xi problemi f'dan ir-rigward ma' ġenituri li jkunu jridu lit-tfal tagħhom jaħdmu.", "Imma issa qed nitkellmu dwar tfal iżgħar, jiġifieri li jista' jkollhom inqas minn 15-il sena.", "Issa dawn mhumiex koperti u huma aktar fil-periklu.", "Allura jekk qed jiġru dawn l-affarijiet, għandna niltaqgħu u niddiskutuhom.", "THE CHAIRMAN: Sur Camilleri, xtaqt nagħmillek kumment.", "Peress li inti responsabbli mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, tista' tgħidli jekk tarax relazzjoni bejn dawk li huma sistematikament unemployed u allura ilhom għal numru ta' snin jieħdu l-benefiċċji soċjali għax ma jaħdmux u tfal li qed ikunu assenti mill-iskola?", "Fi kliem ieħor, qatt sar xi eżerċizzju ta' koordinazzjoni ta' statistika, ta' informazzjoni, bejn tfal li huma rrapportati li mhumiex qegħdin imorru skola, allura huma assenti mill-iskola, ma' min qed ikun unemployed ħalli naraw x'relazzjoni hemm u naraw jekk it-tfal ta' dawk li qed ikunu unemployed humiex qegħdin ikunu assenti?", "Għax il-problema tal-assenteiżmu tista' tiġi miġġielda jekk verament, kif intqal lilna, jista' jkun hemm outreach programme biex it-tfal ta' dawk il-ġenituri li huma b'mindset li ma jridux jaħdmu, tagħtihom dik l-attenzjoni speċjali.", "IS-SUR JOHN CAMILLERI: Mill-esperjenza ta' każijiet soċjali - fuq il-faxxa wiesgħa u mhux neċessarjament min ilu jirreġistra, jista' jkun li bniedem ma jkunx tajjeb għax-xogħol u mhux qed jaħdem – inti tinduna li hemm konnessjoni bejn problemi soċjali fejn hemm familji li qegħdin fuq għajnuniet soċjali.", "Biss wisq nibża' li bħala Dipartiment konna aktar iffukati fuq xogħolna, aħna fuq Sigurtà Soċjali u s-Social Workers mill-aspett ta' social work.", "Dik l-integrazzjoni kienet nieqsa u jiddispjaċini ngħid li sal-lum għadha daqsxejn nieqsa, għalkemm il-koordinament qiegħed dejjem jikber.", "THE CHAIRMAN: Ladarba rridu niġġieldu l-faqar – u għal dan il-kumitat huwa ta' interess kbir li niġġieldu l-faqar – u l-ministeru tagħkom għandu importanza strateġika biex jiġġieled il-faqar f'dan il-pajjiż, x'inhu jżommkom milli tikkordinaw bejnietkom biex bħala ministeru tkunu qegħdin taħdmu għal dak li llum ngħidulu – biex ma nużax il-kliem \"ġlieda kontra l-faqar\" - social inclusion?", "X'qiegħed isir minn min hu responsabbli għas-social inclusion meta għandkom l-informazzjoni f'idejkom ta' dawk il-familji li huma f'riskju ta' faqar?", "IS-SUR JOHN CAMILLERI: Fil-fatt li kien qed jiġri hu dak li għadni kif tkellimt dwaru, li kien hemm nuqqas ta' koordinament.", "Issa l-koordinament qiegħed dejjem jikber l-ewwelnett issa speċjalment li qegħdin Ministeru wieħed u allura nistgħu nikkordinaw aktar.", "U apparti minn hekk, aħna stess bħala diviżjoni daħħalna social worker magħna.", "Għax qabel kien ikollok ukoll il-problema ta' ċerta privatezza.", "Ħafna drabi s-social workers iħossu ċerta diffikultà li jiddiskutu fil-miftuħ magħna bħala diviżjoni, fuq problemi soċjali ta' familji.", "Allura kien hemm nuqqas ta' koordinament minħabba dan l-aspett.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmillek mistoqsija għax din diġà ltqajna magħha fil-qasam edukattiv.", "Intom għandkom problema li s-social workers ma jistgħux jiddiskutu magħkom issues partikolari ta' individwi minħabba d-Data Protection?", "Iva jew le?", "IS-SUR JOHN CAMILLERI: Li nista' ngħid hu li meta aħna tlabna informazzjoni diretta lis-social workers dwar każijiet partikolari ta' benefiċċjarji, iva kellna problemi fejn ġieli kienu jsibu diffikultà li jgħaddulna l-informazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Imma hemm xi deċiżjoni meħuda mill-Kummissarju għad-Data Protection li qed iżżomm lil dawn is-social workers milli jiddiskutu magħkom il-qsim ta' din l-informazzjoni?", "Għax jekk inhu hekk inkun nixtieq li jkolli laqgħa mal-Kummissarju tad-Data Protection ġdid biex insolvu dawn il-problemi.", "MICHAEL GONZI: Jekk l-informazzjoni tkun tridha minħabba investigazzjoni, hemmhekk id-data protection hija tajba imma jekk se tintuża biex tgħin lil dak li jkun, is-sitwazzjoni hija differenti.", "THE CHAIRMAN: Rimarka tajba min-naħa tal-Onor.", "DR. NATASHA AZZOPARDI MUSCAT: Ladarba jkollok l-informazzjoni available tista' tużaha anywhere.", "MICHAEL GONZI: Għalhekk hija kritika.", "IS-SUR JOHN CAMILLERI: Irrid nagħmilha ċara li bħala investigazzjoni, d-diviżjoni qatt ma talbet informazzjoni minn social worker.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Meta mara li tkun separata minn mar-raġel tapplika għall-għajnuna soċjali, l-ewwel ma nsaqsuha min-naħa tagħna hija li tipproduċi d-dokument fejn lir-raġel qed tfittxu għall-manteniment.", "Jista' jkollok każijiet fejn il-mara tgħidlek li hi mhijiex qiegħda tfittxu għall-manteniment.", "Tgħidlek ukoll biex jekk jista' jkun ma ddaħħalhiex f'ċerti sitwazzjonijiet għax tibża' mir-raġel tagħha peress li kien isawwatha.", "F'dak il-każ aħna nsaqsuha jekk għandhiex xi social worker.", "Ħafna drabi jkollhom social worker jaħdem magħhom.", "Allura ngħidulhom biex iġibu rapport li jipprova li l-każ huwa ġenwin u hemm każ ta' domestic violence biex min-naħa tad-Dipartiment ma jibqax jinsisti magħha biex iġġib dokument li qed tistaqsi għall-manteniment.", "Jiġifieri aħna dawn it-tip ta' rapporti nitolbu.", "Kien hemm każijiet fejn ingħatajna dawn it-tip ta' rapporti għax il-persuna tgħid lis-social worker biex jibgħatilna r-rapport jew ġieli nkunu nafu lis-social worker u nitolbuh aħna r-rapport imma ġieli sibna diffikultà.", "Is-sitwazzjoni issa tjiebet u ma nistax ngħid li għadha kif kienet fi żmien meta kellna problema.", "Kien għalhekk li ttieħdet id-deċiżjoni li nimpjegaw magħna social worker biex fejn ikollna każijiet bħal dawn, ma noqogħdux induru mal-lewża imma nibagħtu lis-social worker tagħna, din tagħmlilna r-rapport u aħna nkunu nistgħu mmexxu.", "B'hekk nevitaw il-problema li jista' jkun hemm minħabba d-Data Protection.", "Biex niġi lura għall-mistoqsija oriġinali li saritli, huwa minnu li iktar ma jkun hemm koordinament, iktar inti tista' tidentifika u tagħmel fine tuning tal-policies biex tilqa'.", "Għax ħafna drabi aħna nħarsu lejn policy ta' sigurtà soċjali mil-lat finanzjarju, imbagħad inħarsu lejha mil-lat amministrattiv u mbagħad mil-lat soċjali.", "Imma ġieli jkollok mixture ta' dawn l-affarijiet.", "Ħafna drabi jiena naħdem ma' Marisa Scerri u we exchange views.", "Jiġifieri jiena jkolli pożizzjoni u Marisa jkollha pożizzjoni oħra.", "THE CHAIRMAN: Min qed jaħdem direttament fuq l-issue tal-Ħidma kontra l-Faqar f'dan il-pajjiż?", "DR NATASHA AZZOPARDI MUSCAT: Forsi tajjeb li nispjegaw ftit ir-riforma li saret fil-Ministeru din is-sena.", "Fil-fatt kellna ċertu taqlib u dan għadu għaddej.", "Meta kien hemm żewġ Ministeri, twaqqaf Uffiċċju għall-Inklużjoni Soċjali u ġiet impjegata bniedma li kienet taħt ir-responsabbilta' ta' Dr. Marisa Scerri.", "Meta mbagħad saret l-integrazzjoni tal-Ministeru, kien hemm ir-redesignation in portfolios u dak iż-żmien ġie deċiż mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru illi Dr. Miriam Dalmas tieħu ħsieb il-politika kollha, jiġifieri l-politika soċjali u l-politika tas-saħħa.", "Aħna deherilna illi din id-deċiżjoni ma tagħmilx daqshekk sens għax hija vasta wisq biex tħalliha kollha fuq persuna waħda u anke tirrikjedi ċertu expertise daqsxejn differenti.", "Aħna bqajna nagħmlu r-rappreżentazzjonijiet tagħna through il-Ministru u through is-Segretarju Permanenti.", "U fl-aħħar ta' din is-sena, kif xtaqna aħna, ttieħdet id-deċiżjoni, illi jerġgħu jinqasmu dawn iż-żewġ direttorati.", "Għalissa qegħdin taħt is-superviżjoni tiegħi.", "Fil-fatt Dr. Dalmas reġgħet ġiet appuntata kif kienet qabel, jiġifieri responsabbli għall-Politika dwar is-Saħħa u l-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea għax qed naraw li jagħmel ħafna sens li jkollok uffiċċju wieħed li jikkordina l-politika tal-Unjoni Ewropea u l-politika nazzjonali għax dawn iridu jaħdmu id f'id.", "Bħalissa dan il-post għadu vojt imma qegħdin nistennew – fil-fatt ħarġet call for application - biex jinħatar Direttur għall-Politika Soċjali u l-Affarijiet tal-Politika dwar l-Unjoni Ewropea għal dak li jirrigwarda l-politika soċjali.", "Wieħed mill-punti li kien ħareġ ċar mir-rapport tal-NSR 2006/2008 u li erġajna għamilnih ċar ħafna f'dan ir-rapport, huwa li trid tissaħħaħ l-istruttura.", "Ma nistgħux ngħidu li se nagħmlu koordinazzjoni kif nixtiequ meta għandna uffiċjal wieħed illi taħdem fuq l-inklużjoni soċjali.", "Hemm bżonn li jkun hemm koordinazzjoni aħjar bejn id-dipartimenti u jekk verament irridu nagħmlu ġlieda kontra l-faqar u favur l-inklużjoni soċjali, hemm bżonn li jissaħħu l-istrutturi.", "THE CHAIRMAN: Meta tkun magħżula din il-persuna, se tkun disponibbli għaliha l-informazzjoni li semma' qabel is-Sur Camilleri?", "Dik ta' persuni li sistematikament jirreġistraw lilhom infushom bħala unemployed u allura jkun ifisser li tkunu tafu min huma dawk l-adulti li kważi dak hu l-mindset tagħhom?", "IS-SUR JOHN CAMILLERI: Internament qatt ma kien hemm problema biex tgħaddi d-data.", "Aħna l-unika ħaġa li noqogħdu attenti hija li nneħħu l-identity card number biex il-persuna ma tkunx tista' tiġi identifikata.", "L-exchange ta' data internament isir b'mod normali.", "THE CHAIRMAN: Sur Camilleri, ma taħsibx – issa jiena layman ħdejk, inti l-espert – li jekk individwu jkun ilu jieħu l-pensjoni jew l-għajnuna għall-benefiċċju soċjali bħala unemployed u jrabbi żewġt itfal jew iktar, din l-informazzjoni tista' tgħinek biex tinduna li dan l-individwu qiegħed jgħix f'riskju ta' ċertu faqar u allura t-tfal tiegħu probabbilment se jkunu assenti mill-iskola?", "Jekk min jieħu ħsieb is-social inclusion, jiġifieri l-ġlieda kontra l-faqar, se jitneħħew l-identity card tiegħu u se titkellem biss fuq numru b'mod globalizzat, fejn se jkun jista' jittraċċah lil dak l-individwu biex immorru għall-outreach programme?", "IS-SUR JOHN CAMILLERI: Sfortunatament il-problema hija waħda legali.", "Skont il-liġi, I cannot exchange that information, lanqas strettament mal-Ministru tiegħi.", "Jiġifieri jiena prekluż milli nagħti din l-informazzjoni bil-possibbiltà li niġi akkużat taħt il-liġi kriminali.", "Jiġifieri filwaqt li naqbel miegħek, jekk irid ikun hemm l-exchange ta' dik it-tip ta' data, iridu jsiru l-emendi fil-liġi.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmel mistoqsija b'mod ġenerali vaga ħafna u stupida wkoll.", "Minn fejn se jibda min għandu r-responsabbiltà li jaħdem fuq is-social inclusion jew kontra l-faqar?", "DR. NATASHA AZZOPARDI MUSCAT: Naħseb li wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn il-client focused work u x-xogħol illi jsir fuq livell ta' politika.", "Jekk nieħu l-qasam tas-saħħa fejn għandi l-expertise tiegħi biex nagħmel paragun, għandi d-Dipartiment tal-Health Information li jaqa' taħti u għandna lakuna għax in-naħa l-oħra tal-Ministeru, għandu Social Information Statistic li ma jeżistix …", "Mela jiena fl-att tal-informazzjoni dwar il-qasam tas-saħħa m'iniex kuntenta imma komda li għandi ċerta bażi.", "Mela minn dik l-informazzjoni - inkunu nistgħu nirrapportawha iktar tard din is-sena - joħorġu trends li hemm ċertu familji li għandhom livell baxx ta' edukazzjoni illi r-respecters tagħhom fejn tidħol is-saħħa huma ħafna agħar minn …", "Però jiena mhux se mmur u nitlob lid-Dipartiment tal-Informazzjoni biex jagħtini l-Identity Card, però nagħtu direzzjoni lit-tobba, lin-nurses u lill-professjonisti biex jibdew ikunu aktar aware u nagħmlu policies.", "THE CHAIRMAN: Dr. Natasha, il-mistoqsijiet tiegħi ġejjin għax meta hawnhekk konna qegħdin niddiskutu l-faqar b'relazzjoni mat-tfal u tkellmet Dr Angela Abela bħala espert, qaltilna ċerti affarijiet li jiena qed inqabbilhom ma' dak li qed tgħidulna intom.", "Allura qed nipprova nara jekk huwiex doable dak li qalet hi ma' dak li qegħdin tgħidu intom.", "Jekk forsi tridu tmorru lura għal dik il-laqgħa tindunaw li Dr Abela kienet qed tipproponi biex il-Gvern jagħmel outreach programme, jiġifieri realment ma nibqgħux nitkellmu aktar fuq policies b'mod ġenerali fejn l-individwi huma numri b'mod ġenerali, imma mmorru on client based, jiġifieri se mmorru nfittxu lin-nies fid-djar tagħhom għax nafu min huma mir-reġistri li aħna għandna.", "Mela allura se jinħoloq servizz ġdid.", "Qed jiġi ndividwalizzat customer focused għax naf li Edwin Vassallo, per eżempju, ilu 20 sena jirċievi l-għajnuna soċjali tal-unemployed u dan għandu żewġt itfal.", "Jien nista' nqabbel min hu mill-Mosta li qed jirċievi l-benefiċċji soċjali u min huma t-tfal li mhumiex qegħdin imorru skola u nibda nara t-trends.", "Inkun kapaċi nittekilja fuq l-indirizzi ta' dawk l-individwi u nibda nfittixhom.", "Allura din hija doable jew le?", "Għax jekk inhu hekk, meta niġu biex nagħtu l-proposti aħna lill-Ministeri konċernati jew jiena nitkellem fuqha fil-Parlament, grazzi għall-informazzjoni li qegħdin tagħtuna issa, we have to bear in mind li jekk lanqas inti ma tista' tagħti lill-Ministru tiegħek informazzjoni li għandek fuq min huma l-individwi li ilhom sistematikament jirreġistraw bħala unemployed, mela l-ġlieda kontra l-faqar u l-ġlieda kontra l-assenteiżmu, ma nistgħux nipproponuha kif ġiet proposta lilna at face value.", "Imma magħha rridu nagħmlu proposti oħrajn biex ikun possibbli u disponibbli li l-persuna li tkun qed tiġġieled il-faqar taħt il-politika tas-social inclusion, ma titkellimx biss fuq punti ġenerali biss, imma titkellem fuq ħidma li hija client focused.", "Inkella f'dan il-pajjiż li tant huwa żgħir, tant nafu lil xulxin, tant nistgħu mmorru faċli għand xulxin u tant nistgħu infejqu l-problema, se nibqgħu narawna 'l bogħod minn xulxin.", "X'se jiġri?", "Nistgħu niddeċiedu li nagħmluha din il-biċċa tax-xogħol?", "Hija vijabbli?", "DR MARISA SCERRI: Il-vantaġġ ta' inizjattivi bħall-AĊĊESS, jiġifieri outreached programmes at regional level - għax ħafna drabi jaqbdu cluster ta' bliet u rħula - mill-osservazzjoniijet ta' issa huwa reattiv.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax jidentifika każijiet fejn diġà hemm dawn l-issues li qed issemmi inti u allura qed jesponuhom għal ċerta invulnerabilità.", "THE CHAIRMAN: Iddiskrivili għax ma jiena qed nara xejn b'għajnejja bħalissa.", "Aħna m'aħniex qed nitkellmu fuq xi ħaġa li hija finta, imma fuq xi ħaġa li hija vera.", "Meta qed tgħidli li jaqbad każijiet - żgur li l-Onor.", "Michael Gonzi għandu kurżità li jkun jaf – meta se taħdem f'Buġibba din, kif se taħdem?", "Meta se taħdem f'Birkirkara, kif se taħdem?", "Jiġifieri dawn qed jistennew il-problema tiġi għandhom jew qed ikun hemm xogħol investigattiv, fejn hemm outreach u qegħdin imorru huma f'xi każijiet?", "U kif qed ikunu jafu min huma n-nies li jridu jittargitjaw?", "DR MARISA SCERRI: Jien nista' nitkellem mill-ftit insight li għandi dwar kif jopera l-AĊĊESS.", "Huma jaħdmu ħafna wkoll ma' NGOs u għaqdiet oħra li jaħdmu f'dawk il-lokalitajiet, allura inbena ċertu network.", "U hemm sew nies li marru huma stess għax għarfu li għandhom problema u li jistgħu jingħataw l-għajnuna, kif ukoll permezz tas-social workers illi joħorġu u jsibu l-każijiet huma.", "Mela x'inhu - kif narah jien issa personalment - il-vantaġġ ta' outreach programme?", "Fiż-żmien inizjali jkun aktar reattiv.", "Il-problema tkun diġà nħolqot u qed nipprova b'xi mod intaffiha jew insolviha.", "Meta inti mbagħad tibda tara ċertu trends u ċerti realtajiet, li forsi għalihom ma teżistix statistika, kif qal is-Sur Camilleri, tibda inti tara l-polz tal-lokal.", "U mbagħad tkun tista' ssir proattiv.", "Dan għax taf li jekk hemm xi ħadd li sistematikament ma jaħdimx, hemm il-possibbiltà ta' Intergenerational Transmission of Poverty.", "Fejn individwu ma jaħdimx u l-likelihood hija li joħloq ġenerazzjoni oħra li hu qed iservi ta' mudell.", "MICHAEL GONZI: Fl-opinjoni tiegħi, ħafna minn dawk li jkunu unemployed, rikorrenti u fejn hemm ukoll Intergenerational Transmission of Poverty, ma jkunux iridu għajnuna u jirrifjutawha.", "Anzi jekk tipprova tgħinhom, jgħidulek li m'għandhom xejn.", "Jiġifieri etikament kif qed tgħid inti, trid toqgħod attent.", "L-outreach hija importanti u tista' tagħmel il-ġid imma tista' tagħmillek barrier.", "Jiġifieri għalkemm l-idea hija brillanti u tajba, fiha studju enormi, speċjalment min irid jidħol għaliha.", "Nimmaġina li l-AĊĊESS għandhom input qawwi mit-tobba, mill-qassisin, mill-kappillani, mill-edukaturi u mbagħad jibgħat lil xi ħadd min ikellimhom.", "Imma kif għedt, ġieli huma ma jammettux li għandhom xi ħaġa, anzi jarawk qisek qed tindaħlilhom.", "DR MARISA SCERRI: L-AĊĊESS għandhom Youth and Community Worker li fil-fatt huwa rwol kemmxejn differenti minn ta' social worker għax tidħol iktar personali fil-każ.", "Vantaġġ ieħor ta' outreach programme hu – forsi wieħed jgħidlek li jista' jkun ta' żvantaġġ ukoll – li jkollok team ta' nies u allura tinbena ċerta fiduċja.", "DR MARISA SCERRI: Appuntu, tista' taħdem both ways.", "Jew ħsilt bnejt fiduċja fik u se niftaħ miegħek, jew ħadt antipatija miegħek mill-ewwel ġurnata u ma rridx naf bik.", "Però inħoss li dan ix-xogħol at grass root level jista' jiffidja tajjeb ħafna into policy.", "Għaliex?", "Għax minflok il-policy issir hawn fuq mingħajr jew bi ftit statistika – u nemmen li bl-istatistika weħidha jew billi nara numru ma jfisser xejn - meta jkollok rapport ta' social worker without disclosing unnecessary personal details, li tgħidlek li frekwentement qegħdin inisibu dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet, naħseb li huwa l-iktar sors ta' riċerka li jista' jinforma l-iżvilupp tal-policies.", "U nemmen illi permezz ta' dan l-outreach - li fil-bidu nibqa' nisħaq li jkunu reattivi imma mbagħad jibdew isiru proattivi, għax iktar ma ssir taf iż-żona tiegħek iktar tista' tantiċipa x'jista' jinqala' – inkunu qed ngħinu mhux biss fuq livell ta' individwu jew ta' familja, imma ngħinu wkoll għall-iżvilupp ta' policies nazzjonali.", "THE CHAIRMAN: Però jiena, mingħajr ma nitlob li xi ħadd jaqbel miegħi, filwaqt li nifhem il-preokkupazzjoni ta' l-Onor.", "Gonzi, xorta għadni ma nistax nifhem li għandna nies li qegħdin jgħixu f'riskju ta' faqar.", "Żgur li kulmin hu fil-politika ma jridx jara dan il-fenomenu ta' riskju ta' faqar jikber imma jridu żgur jonqos.", "U intom żgur li taqblu miegħi u żgur li kull meta jitkellem il-Gvern at policy level jew inkella anke b'interess politiku, ikun min ikun fil-Gvern, irid jara li l-assenteiżmu jonqos.", "Jien awtomatikament b'dawn iż-żewġ ideat f'moħħi, ma nistax ma naħsibx, li minkejja kull riskju li jista' jkollu, li sistematikament min-naħa tal-Gvern irid ikun hemm outreach programme riġidu.", "Dan mhux biex jittekilja l-problema f'lokalitajiet differenti imma joħroġ ifittex il-problema hu, janalizzaha hu bħala Gvern u mhux jistenna li l-informazzjoni tidħol piecemeal, ftit minn hawn u ftit minn hemm, meta l-Gvern qed iħallas għal dawn il-problemi ta' assenteiżmu u ta' unemployment!", "Għax dawn trends se jibqgħulek.", "Aħna qegħdin inkunu reattivi minflok proattivi.", "Qed nimxu biss fuq x'naħsbu li huma t-trends.", "Jekk f'daqqa waħda għax se jkolli ċensiment fi żmien sentejn oħra, minflok il-problema tibqa' sejra kif inhi sejra kif nistennewha li tmur, jirriżulta li ħarbet minn idejja, għaliex għandi nieħu deċiżjonijiet ladarba l-problema tkun ħarbitli minn taħt idejja u ma nieħux soluzzjonijiet illum?", "Mela inti responsabbli mis-sigurtà soċjali.", "L-ikbar problema li għandek hi li l-gvern ma jridx jagħtik flus imma trid titolbu l-flus biex iħallas il-benefiċċji soċjali.", "Meta se nkunu proattivi biex jekk għandna toqba x'imkien, nippruvaw insodduha?", "Għax is-side effects tal-povertà qegħdin ikunu unemployment benefits, assenteiżmu u nuqqas ta' nies li qegħdin jispiċċaw fuq il-workforce.", "B'riżultat ta' dan, l-ETC qiegħda tiġi ffaċċjata b'nies li trid tipprova tittrejnjahom għal xogħol manwali u bażiku, għax ħila ta' innovazzjoni m'għandniex.", "Mela hawn niġi jiena u din hija d-dilemma tiegħi.", "Mela jien qed naqra d-dokument li dan il-Kumitat diġà ipprepara fl-amministrazzjoni li għaddiet fuq l-Ekonomija tal-Għerf.", "Issa b'din l-Ekonomija tal-Għerf ma nistgħux nimxu 'l quddiem jekk mhux se jkollna min hu kapaċi juża ċertu mezzi ta' komunikazzjoni jew inkella għandu ċertu mindset.", "Fl-istess ħin qegħdin noqogħdu kawti li ma nirriskjawx is-side effects negattivi ta' outreach programme riġidu - fuq informazzjoni li għandek int – minflok ma mmorru biex nagħmlu l-ġid li nistgħu nagħmlu jekk verament irridu nfittxu dawk it-tfal jew żgħażagħ li mingħajr m'għandhom tort, twieldu ġo familji fejn missierhom ma jridx jaħdem sistematikament.", "Ma nistax nifhem kif il-persuni b'diżabilità jiġu jgħiduli kemm hu mportanti li huma jibqgħu jgħixu fil-komunità f'ambjent familjari, il-Kummissarju għat-Tfal tiġi tgħidli kemm hu mportanti li t-tfal jgħixu ġo familja minflok jgħixu f'istituzzjoni u mbagħad fejn għandna l-familji li huma mħarbtin, ma jimpurtaniex li narawhom jgħixu b'dak il-mod.", "Imma jiena jimpurtani minn dawn it-tfal.", "Jiġifieri r-riskju tal-faqar fih ħafna elementi.", "Social inclusion hija kelma li taħbilna ħafna mir-realtà tal-problema vera x'inhi.", "Social inclusion hija faqar.", "Jiena nippreferi nuża l-kliem \"ħidma kontra l-faqar\" jew \"ġlieda kontra l-faqar\".", "Għalkemm ħidma kontra l-faqar u ġlieda kontra l-faqar huma żewġ ambjenti differenti.", "Jiena rrid ġlieda kontra l-faqar imma ma rridx ħidma kontra l-faqar!", "Għax ħidma kontra l-faqar hija dik li għandi.", "B'mod ġenerali noqogħdu naraw it-trends, noqogħdu naraw in-numri.", "Biex nagħmel ġlieda kontra l-faqar I go focused fil-komunitajiet, I go focused fid-djar.", "Iżjed u iżjed meta issa jista' jkolli riforma fil-liġi tal-kera, fejn għal numru ta' snin tista' toħroġli beraħ problema ta' faqar fejn illum il-liġi - ħażina kemm hi ħażina - tagħti saqaf lill-faqar u għada pitgħada dak il-fqir mhux se jkollu saqaf.", "Mela x'se jiġri għada, se jkolli ħafna nies homeless?", "Fis-sistema tas-saħħa hemm Dipartiment li jaħdem famuż f'dik li hija prevention.", "Kif se nieħdu ħsieb il-prevention minn issa biex naraw li l-problema tal-faqar ma tibqax tikbrilna għal dawn is-side effects kollha li għandna?", "Dawn huma l-affarijiet li rridu niddiskutu magħkom.", "Issa aħna qegħdin nittestjaw il-proposta li ġiet mogħtija lilna u qabel ma npoġġuha fir-realtà tal-parlament, tal-plenarja u nressqu r-rapport tal-laqgħa li kellna, għandna opportunità tad-deheb biex magħkom nittestjaw dik il-proposta u ma npoġġuhiex fil-parlament nofsha moħmija imma npoġġuha moħmija.", "Għax issa nafu dik il-proposta xi problemi għandha.", "L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Kemm kellha każijiet ta' tfal bi problemi, jiġifieri msawtin, l-Appoġġ is-sena l-oħra?", "Lili qaluli li kellhom 1000 każ ta' tfal bi problemi.", "DR MARISA SCERRI: Bħala statistika m'għandiex.", "Issa dawn huma każijiet li ġew b'xi mod għall-attenzjoni tagħhom.", "DR MARISA SCERRI: Jiġifieri ma tistax teskludi l-possibbiltà li kien hemm oħrajn.", "MICHAEL GONZI: Dażgur, jista' jkun hemm oħrajn li lanqas biss ġew rikonoxxuti.", "Id-domanda tiegħi hija dan: Meta l-Appoġġ imbagħad tkun qed tgħin lil dawn it-tfal, kif timxi mal-familji tagħhom?", "Fir-rigward ta' dak li qal iċ-Chairman, għandu raġun imma ma rridux inkunu qisna an FBI network.", "Għax faċli tgħid dawn l-affarijiet imma ladarba inti tirrikonoxxi li t-tfal għandhom dawn it-tip ta' problemi, lil dak il-ġenitur li qiegħed jiskarta x-xogħol, ma jridx jaħdem, għaddej tajjeb bil-benefiċċji soċjali, kif se tikkonvinċih biex jieħu ħsieb il-familja tiegħu?", "THE CHAIRMAN: Jien xorta ma naqbilx.", "MICHAEL GONZI: M'hijiex faċli.", "THE CHAIRMAN: Jiena ma nagħmel xejn FBI style, imma nista' nagħmel xi ħaġa li hija iktar commercial style.", "Commercial style mhuwiex FBI style imma fejn il-kummerċjant irid jasal, kapaċi jagħmel xi ħaġa li ma ddejjaqx nies u jkun jaf.", "Jien ma rridx - ħalli naslu biex nikkonkludu - dak li hu miktub f'paġna numru 3, fejn għandna \"Identification of vulnerable families to combat intergenerational transmission of poverty.\"", "MICHAEL GONZI: Ħalli nagħmillek domanda.", "Inti semmejt organisations fejn għandek il-politika soċjali u tas-saħħa.", "Din hija more EU-based jew minħabba social inclusion?", "Ma taħsibx li l-politika edukattiva għandha tidħol ukoll mas-set-up organizattiv tiegħek?", "Għalkemm ovvjament id-diskussjoni maż-żewġ Ministeri differenti għandha tidħol ukoll fuq il-politika edukattiva meta kif qed nindunaw, il-claim qed imur dejjem fuq it-tfal, fuq l-edukazzjoni, fuq il-14 year olds, jiġifieri kollox fuq it-tfal u fuq is-set-up kollu tal-education ma jidħolx?", "DR NATASHA AZZOPARDI MUSCAT: Jiena responsabbli għall-qasam soċjali.", "Però għandna links tajbin, jiġifieri qed isir xogħol mal-education, anke mal-Kummissarju għat-Tfal, imma rridu naħdmu mbagħad f'struttura burokratika.", "Jekk għada pitgħada l-istruttura tal-Ministeri terġa' tinbidel, f'dak li huwa policy dejjem tirrifletti l-ministerial portfolio.", "(Interruzzjonijiet)", "Però ejja nagħmlu distinzjoni bejn il-policies u minn fejn jiġi s-service provision.", "Aħna fejn qegħdin naraw li hemm bżonn isir ħafna u ħafna integration, huwa fis-service providers.", "Intom għadkom kif tajtu dawn l-eżempji tal-familji b'multiple problems.", "Mela aħna qegħdin insibu sitwazzjoni fejn għandek familja li jkollha tlieta jew erba' case officers jew social workers, xi ħadd għall-problema tal-alkoħol, xi ħadd għal problema oħra, u dawn ġieli forsi lanqas ikunu qegħdin jagħmlu case conferences flimkien.", "Huwa hemm fejn irridu nippruvaw inġibu s-sitwazzjoni iktar koordinata.", "Però jiena fiduċjuża illi l-proġett ta' l-AĊĊESS għen.", "Għaliex?", "Għax il-fatt li ġġib f'lokazzjoni waħda, f'dinja waħda, il-professjonisti differenti jaħdmu flimkien, dik diġà se tgħin.", "Meta niġu għal dawn ir-record linkages – għax bażikament din hija kollha sistema ta' record linkages - trid toqgħod attent ħafna kif tipprova taħdimhom.", "Per eżempju fis-saħħa din id-darba se nkunu nistgħu nagħmluhom permezz ta' survey imma mhux permezz tar-routine data collection.", "Permezz ta' ġbir ta' ħafna aspetti ta' informazzjoni differenti, jippermettilek li tagħmel ir-record linkages.", "Imma sistema li f'dan il-pajjiż m'għandniex u li pajjiżi oħra għandhom, hija fejn tillinkja l-imwiet mas-social status.", "Bażikament joħroġ ċar mil-letteratura illi l-età tal-mewt hija wkoll related mas-social status.", "Dik it-tip ta' data m'għandniex f'Malta.", "Waħda mill-problemi li għandna hi li l-liġi fuq iċ-ċensiment hija riġida ħafna - kif qegħdin nagħmlu exchange of ideas forsi Dr. Dalmas taf iktar fuqha - u kif tista' tuża d-data taċ-ċensiment.", "Aħna bħala Ministeru għall-Politika Soċjali u Ministeru għall-Politika tas-Saħħa, m'għandniex aċċess għad-data taċ-ċensiment.", "DR. MIRIAM DALMAS (Director – Policy Development): Meta kont naħdem fid-diviżjoni tal-Health Information, ippruvajna nibdlu ċ-ċertifikat tal-mewt billi tidħol l-Educational Status tal-mejjet biex iktar 'il quddiem inkunu nistgħu nagħmlu relazzjonijiet bejn il-kawża tal-mewt.", "Din l-informazzjoni rridu nġibuha mill-NSO u li tiġi miċ-ċensiment.", "Għax fiċ-ċensiment trid tiddikjara bejn wieħed u ieħor l-educational level ta' kull persuna.", "Però kellna diffikultajiet kbar, spiċċajna erġajna għamilna reviżjoni taċ-ċertifikat għax kellna bżonn nagħmluha u dan il-kriterju kellna nneħħuh barra.", "(Interruzzjonijiet)", "Le, din l-informazzjoni nillinkjawha mal-informazzjoni li għandna fuq iċ-ċensiment, jiġifieri lill-persuna ma nsaqsuha xejn aħna.", "L-idea tagħna m'hijiex biex ngħidu li t-tali persuna ma kellhiex tant edukazzjoni imma biex 'il quddiem inkunu nafu l-age, il-gender, l-education, ir-region, eċċ. għax dawn l-affarijiet kollha jaffettwaw il-health status tiegħek.", "U l-idea hi li nkunu nafu fejn verament qed jaffettwaw.", "Sibna li hawn Malta l-educational level fil-każ tas-saħħa huwa a very good proxy measure għal the social economic status.", "Meta morna biex naraw dwar l-income information, tant noqogħdu attenti bħala pajjiż, li ma ngħidux eżattament kemm qed naqilgħu, li dik l-informazzjoni anke mill-NSO u miċ-ċensiment, ma tkunx reliable.", "Imma l-educational level insibuha iżjed reliable.", "Din nafuha minn studji li għamilna u ħareġ li l-educational level huwa a very good proxy measure għal social economic status, però kellna diffikultà u kellna naslu biex niffinalizzaw ċertifikat ta' mewt ġdid mingħajr din l-informazzjoni għax kellna objections kbar, data protection being one of them.", "Żgur li rridu naġġornaw din il-laqgħa għal darb'oħra.", "Jiena biex inkun qed nikkonkludi s-session tal-lum, fejn forsi tajna iktar enfasi fuq is-social inclusion, inħoss li hemm diskrepanza kbira bejn ir-realtà tal-problema hemm barra u bejn dak li qed jiġi rrapportat li hemm miktub f'paġna 20, dik li hija paġna 3 f'dan ir-rapport.", "Din tgħid hekk:", "Veru dan huwa miktub u tajjeb li huwa miktub, imma jiena narah finta dak li qed jiġi miktub jekk mhux se jkollna servizz li huwa focused b'informazzjoni - kif konna qegħdin nispjegaw l-ewwel - li trid tiġi linked bejn servizz u ieħor.", "Għax nemmen li f'dan il-pajjiż din il-problema nistgħu nwaqqfuha.", "Aħna nixtiequ nimlewkom b'dan l-entużjasmu u bil-ħerqa li nkunu innovattivi u nippruvaw insibu metodi ġodda kif verament nistgħu niġġieldu l-faqar, u mhux nibqgħu hekk.", "Aħna nixtiequ naraw ħidma proattiva għax meta ġew mogħtija lilna dawk il-proposti, tant rajnihom li jistgħu jagħmlu sens.", "Issa jiena nżomm f'moħħi kemm dak li qal l-Onor.", "Gonzi kif ukoll dak li qalet l-Onor.", "Justyne Caruana, li r-riżultat ta' din il-ħidma jista' jkollu side effects li huma negattivi, però jien persważ li jekk il-gvern b'sinċerità jinżel għand il-poplu u jispjega li dak li qed jagħmel huwa biex verament f'dan il-pajjiż innaqsu l-asstenteiżmu, innsaqsu l-illiteriżmu, inżidu l-workforce, inżidu l-kwalità tal-ħajja ta' ħafna nies, kapaċi nikkonvinċu li ħidma bħal din trid issir.", "Però mbagħad ovvjament trid tagħmel emendi f'ċerti liġijiet.", "Fid-9:20 pm id-diskussjoni fuq dan is-suġġett kienet interrota u l-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090120_012d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 12", "It-Tlieta, 20 ta' Jannar, 2009", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.30 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Evarist Bartolo (sostitut), l-Onor Justyne Caruana u l-Onor Michael Gonzi.", "Is-Sur James Carabott, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali fil-Kamra tad-Deputati attenda għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr 11 li saret nhar l-Erbgħa 14 ta' Jannar 2009 ġew konfermati.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, poġġa fuq il-Mejda tal-Kumitat dokument ta' l-EU, li ntbagħat minn Working Group 1 għal informazzjoni biss.", "Kontinwazzjoni.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat stieden lil Dr Natasha Azzopardi Muscat, Director General (Strategy and Sustainability), Dr Marisa Scerri, Director (Programme Implementation) u Dr Miriam Dalmas Director (Policy Development) kollha mill-Ministeru tal-Politika Soċjali biex jagħtu preżentazzjoni dwar in-National Report on Strategies for Social Protection and Social Inclusion 2008 – 2010.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-9:20 pm id-diskussjoni fuq dan is-suġġett kienet interrota u l-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090120_012m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 13", "L-Erbgħa, 21 ta' Jannar, 2009", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 21 ta' Jannar, 2009 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "F'hiex isarraf in-nuqqas tal-missier fil-familja, minħabba separazzjoni u l-effetti fuq it-tfal?", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090121_013a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 13", "L-Erbgħa, 21 ta' Jannar, 2009", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 13", "L-Erbgħa, 21 ta' Jannar, 2009", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.30 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 12 li saret nhar it-Tlieta 20 ta' Jannar 2009 ġew konfermati.", "F'hiex isarraf in-nuqqas tal-missier fil-familja,", "minħabba separazzjoni u l-effetti fuq it-tfal?", "Diskussjoni ma'", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Ngħaddu mill-ewwel għal-laqgħa tal-lum li għandha bħala tema n-nuqqas tal-missier fil-familja minħabba separazzjoni, u allura x'inhu l-effett fuq it-tfal meta minħabba separazzjoni, it-tfal jittrabbew jew mingħajr il-missier jew bi preżenza inqas tal-missier.", "Biex niddiskutu dan is-suġġett, magħna llum għandna lil Dr. Charles Azzopardi.", "Nixtieq nagħmel avviż żgħir.", "Peress din il-laqgħa tkun imxandra live fuq l-internet, għaldaqstant kull kelma li wieħed jgħid, jekk toħroġ m'hemmx mod ta' kif treġġaha lura.", "Għalhekk wieħed joqgħod daqxejn attent u jkun responsabbli għal dak li jgħid.", "DR CHARLES AZZOPARDI: Jien għamilt il-preżentazzjoni bl-Ingliż għax sibtni aktar komdu imma naturalment hawnhekk se nitkellem bil-Malti.", "Jiena hawnhekk tkellimt fuq child wieħed u dan għamiltu apposta għax illum diffiċli tara dik il-kostellazzjoni, aktar ma jgħaddi ż-żmien, il-familja aktar qiegħda tiċkien.", "Fil-fatt il-koppji llum aktar qed jaslu biex ikollhom tarbija waħda minflok tnejn għax tnejn saret spiża kbira ħafna għalihom.", "Għalhekk għamilt il-kelma \"child\" biss u mhux \"children\".", "Ħalli nibdew bid-diskussjoni.", "Hawnhekk qed nitkellem qabel u wara s-separazzjoni.", "Dan għaliex għalkemm is-separazzjoni huwa att fejn inti tmur tiffirma għand in-nutar jew għand l-avukat jew il-Qorti u sseparajt, is-separazzjoni mhijiex a point in time imma hija proċess twil ħafna.", "Biżżejjed ngħid li meta jisseparaw il-ġenituri u t-tfal ikollhom ħames jew sitt xhur, dawn il-ġenituri jridu jerġgħu jiltaqgħu xi darba, per eżempju meta t-tfal tagħhom jiżżewġu.", "U n-nanniet jibqgħu in touch magħhom throughout.", "Mela s-separazzjoni hija proċess tul il-ħajja tal-bniedem u mhux a point in time.", "U din hija misconception kbira.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq it-tfal.", "It-tfal mhux isofru f'dik il-ġimgħa li l-ġenituri jisseparaw imma t-tfal ikun ilhom isofru minn ħafna qabel għar-raġuni li l-ġlied u l-inkwiet jibda minn ħafna qabel, anke jekk il-ġlied ikun wieħed tas-silenzju t-tfal xorta waħda jbatu.", "U jkomplu jbatu għal ħafna u ħafna wara.", "Jiena ġieli niltaqa' ma' rġiel u nisa li jkunu waslu biex jiżżewġu u dawn jiġu jikkonsultaw miegħi għax ikunu qed iħossuhom li jridu jistiednu lil ommhom li ilha ma' raġel ieħor 15-il sena u jridu jistiednu wkoll lil missierhom li ilu ma' mara oħra 12-il sena imma ma jafux eżatt x'se jagħmlu.", "Dawn huma deċiżjonijiet tqal ħafna xi kultant għat-tfal, speċjalment fejn ikun hemm ħafna ġlied.", "Il-focus tagħna se jkun fuq il-fatherlessness imma kif kont qed ngħid l-ewwel, ma tistax tiffoka fuq il-missier biss mingħajr ma ssemmi l-mara u r-relazzjoni ta' bejniethom għax din hija xi ħaġa importanti ħafna.", "Importanti li nibdew nifhmu li ż-żewġ ġenituri huma importanti għat-tfal u m'hemmx ġenitur li huwa aktar importanti minn ieħor.", "Sfortunatament il-kultura tagħna ħafna drabi tqarraq bina għax tgħidilna li l-omm hija l-aktar ġenitur importanti għat-tfal imma dan huwa kollu gideb u mhu veru xejn.", "Psikoloġikament it-tfal biex jikbru b'saħħithom irid ikollhom żewġ role models u anke jekk il-missier ma jeżistix fil-familja, dan xorta huwa mudell.", "Nafu li t-tfal li m'għandhomx missier jew li missierhom ikun distanti għal xi raġuni jew oħra, it-tfal xorta jkollhom fantasija tiegħu u xorta jikkreaw stampa tiegħu.", "Fil-psikoloġija ngħidulu l-kunċett tal-closure dan, li meta jkun hemm xi ħaġa vaga f'moħħ il-bniedem, jew ikun hemm mistoqsijiet li jrid risposta tagħhom, jipprova di natura jirrispondihom, anke jekk ir-risposti jġibhom mill-fantasija ta' moħħu jew mill-cartoons, mit-television jew mir-reklami.", "Imma n-nies jibnuhom dawn, bħal meta jkun hemm tradiment u l-parti li sofriet it-tradiment ikollha ħafna mistoqsijiet li jekk il-parti l-oħra ma tirrispondihomx, din tibda tivvintahom minn moħħha u jinħolqu żewġ veritajiet li tiġi xi ħaġa aktar perikoluża.", "Fit-tfal ħafna drabi jiġri l-istess ħaġa, fejn dawn joħolqu ideat fuq missierhom meta mbagħad missierhom jidħol f'ħajjithom b'xi mod jew ieħor, ikunu ddiżappuntati għax il-fantasija ta' moħħhom tkun aktar perfetta mir-realtà.", "Jiġifieri anke jekk jien niltaqa' ma' missieri kuljum, kważi kważi l-fantasija li jkolli tiegħu tkun aktar perfetta.", "U din narawha wkoll f'nies kbar, aħseb u ara fit-tfal.", "Ikollok persuni kbar li jgħidulek li huma lanqas biss jimmaġinaw lill-ommhom u l-missierhom f'relazzjoni sesswali flimkien.", "Jiġifieri anke kbar jibqa' jkollhom fantasija idealistika jew idealizzata tal-ġenituri tagħhom.", "U din hija importanti għax it-tfal għandhom bżonn taż-żewġ ġenituri tagħhom.", "Għalhekk iż-żewġ ġenituri għandhom jibqgħu fil-ħajja tat-tfal indaqs u b'mod ekwu.", "Imbagħad hawnhekk tidħol il-liġi tas-separazzjoni.", "Per eżempju, f'Malta nafu li t-tfal normalment jingħataw lill-omm mingħajr ħafna mistoqsijiet, u din sfortunatament tiġi aċċettata mill-irġiel ukoll.", "Jien mhux qed ngħid hekk għax il-maġistrati għandhom xi favur jew ieħor imma għax din hija r-realtà.", "U sfortunatament anke l-irġiel jaċċettawha, anke meta l-irġiel ħafna drabi jkollhom il-possibilità aktar mill-mara li jrabbu t-tfal, ikollhom aktar ħin f'idejhom u aktar flus.", "Per eżempju, ikollok raġel jaħdem bil-lejl u jaf li għandu lil ħuħ jew lil oħtu li tista' torqod mat-tfal bil-lejl sakemm hu jkun għax-xogħol filwaqt li matul il-ġurnata jkollu l-ħin kollu għalih.", "Imma dan xorta ma jżommx it-tfal, xorta kulturalment ngħidu li t-tfal aħjar iżżommhom il-mara għax it-tfal qishom assoċjati mal-mara.", "Għalhekk huwa importanti li anke wara s-separazzjoni ż-żewġ ġenituri jibqgħu fil-ħajja tat-tfal.", "Naħseb li din il-biċċa hija self-explanatory.", "Bħala pajjiż u bħala stat għandna nkunu ċerti u nassiguraw li t-tfal ikollhom iż-żewġ ġenituri, anke wara s-separazzjoni.", "Malta naqra iktar protetti minħabba li m'għandniex dawk id-distanzi kbar li għandhom barra minn Malta.", "Ħafna drabi n-nies jiġru wara x-xogħol, imma issa anke f'Malta din saret diffikultà għax ħafna nies qed imorru jaħdmu x'imkien ieħor, f'pajjiż ieħor u m'għadniex dak il-pajjiż żgħir fejn ir-raġel mar jaħdem Ħal Tarxien u l-mara baqgħet toqgħod l-Imqabba u allura għandhom ħames minuti karozza bogħod.", "Illum ir-raġel mar jaħdem Brussell, Londra jew il-Ġermanja, u allura qed jiġri l-istess hawn Malta wkoll.", "It-tfal, anke jekk ġenwinament il-missier iħobbhom u jixtieq ikun magħhom, u l-omm tikkollabora miegħu, xorta qed ikun hemm din ir-realtà li l-missier ma jkunx preżenti fil-ħajja tagħhom.", "Sfortunatament iltqajt ma' każijiet fejn anke l-omm ma tkunx fil-ħajja tat-tfal minħabba l-istess raġuni.", "Fil-fatt it-tfal jitħallew ma' babysitter sabiex il-mara u r-raġel ikunu jistgħu jibqgħu għaddejjin bil-karriera tagħhom.", "U dan f'isem il-gender equality - li m'għandi xejn kontriha - imma wieħed irid jaħsibhom dawn l-affarijiet ukoll.", "Ħafna drabi din hija xi ħaġa ta' kultura imma mhijiex xi ħaġa tagħna biss imma naħseb li hija tal-pajjiżi tal-west kollu.", "Nassumu li l-missier iddeċieda li ma jarax it-tfal jew il-missier iddeċieda li ma jkollux aċċess għat-tfal jew li jagħti t-tfal lill-mara wara s-separazzjoni.", "Ħafna drabi ssib li l-irġiel għandhom diffikultà jesprimu d-diffikultajiet u l-emozzjonijiet tagħhom ta' kemm qed jimmissjaw it-tfal tagħhom.", "Ħafna irġiel lanqas jafu jgħiduha kemm qed jimmissjaw it-tfal u din hija xi ħaġa li niltaqa' magħha kuljum.", "M'ilux kont qed nitkellem ma' wieħed u bdejt ngħidlu li t-tifel tiegħi se jsiefer u kemm kont qed nimmissjah avolja għadu ma telaqx, u dan baqa' jħares lejja, speċi ma bedix jifhem x'jien ngħid għax mhux kliem li tistennih mingħand raġel.", "U din tagħmel ħafna sens għax qisu meta ngħidu li l-mara u r-raġel flimkien jagħmlu d-deċiżjoni li l-mara se żżomm lit-tfal, xorta ħafna drabi naħsbu li r-raġel by choice ma marx jarahom is-Sibt.", "U sfortunatament meta jkun hemm ħafna battibekki bejn il-mara u r-raġel, ħafna drabi r-resentment tal-mara aktar jolqot lit-tfal milli r-resentment għar-raġel.", "Dan għaliex aktar ikun hemm il-mara mat-tfal.", "Allura jekk ikun hemm naqra resentment għar-raġel, aktar it-tfal jieħdu dik l-impressjoni li l-missier ma jridx jarahom għax jisimgħu ħafna drabi lill-ommhom tirrinforzaha dik somehow.", "Iltqajt ma' ħafna każijiet fejn sfortunament l-omm tagħmel ħafna xkiel sabiex ir-raġel ma jarax lit-tfal.", "Iltqajt ma' sitwazzjonijiet fejn tinfetaħ kawża l-qorti li kien hemm abbuż sesswali u mbagħad jirriżulta li ma kien hemm xejn minn dan kollu.", "Jiġifieri tant tidħol pika fin-nofs, li meta nitkellmu fuq separazzjoni ċivili, wieħed irid joqgħod naqra attent, għax mhux kollha jkunu daqshekk ċivili n-nies.", "Hawn ħafna nies ċivili, li joqgħodu madwar mejda u jagħmlu separazzjoni bonarja.", "Imma mbagħad hawn ħafna nies oħrajn li r-rabja tant tegħlibhom li jiġu jitnellħu fuq kemm qed jagħmlu ħsara lit-tfal u ma jikkonsidrawx l-impatt ta' dan kollu.", "Naturalment l-impatt ma jkunx wieħed immedjat imma huwa xi ħaġa dejjiema fuq il-ħajja tat-tfal, l-impatt li kważi kważi - kif intqal dalgħodu fuq il-komunikazzjoni - ma tistax tirriversjah.", "Impatt li bl-ebda terapija ma tirriversjah.", "Fil-fatt diġà bdejna naraw tfal li llum kibru u għandhom dawn id-diffikultajiet psikoloġiċi.", "Jiena qed ngħid li the systemic nature of fatherlessness needs to be taken into consideration, jiġifieri mhux se niffokaw fuq il-missier biss għax il-missier qed jgħix f'kuntest, in-nuqqas ta' missier fil-familja qiegħed f'kuntest ta' familja, ta' soċjetà, ta' kultura, eċċ. Per eżempju, irridu naraw il-fatturi tax-xogħol li qed ibiegħdu iżjed lill-missier mit-tfal.", "Imbagħad għandek il-fatturi l-oħra, bħall-mara u l-ġlied ta' bejniethom, il-familja estiża ħafna drabi tkun involuta fis-separazzjoni.", "Peress li Malta hija żgħira kellna studju wara l-ieħor li juru li jkun hemm effett tan-nanniet fuq it-tfal.", "Ħafna drabi dak l-impatt fuq it-tfal irridu nikkonsidrawh ukoll għax in-nanniet ikunu wkoll kompliċi fil-myths jew fil-beliefs li jkunu qed jiġu ġġenerati fuq it-tfal.", "Jekk l-omm tieħu t-tfal tagħha għand ommha jew ir-raġel jeħodhom għand ommu, it-tfal se jisimgħu kliem li mhuwiex tajjeb għal widnejhom kontra ommhom jew kontra missierhom.", "U dak huwa ħażin.", "Jekk qed ngħidu li t-tfal għandhom bżonn taż-żewġ kolonni f'ħajjithom – il-ġenituri - jekk wieħed ikisser lill-ieħor, dawn ma jibqagħlhom xejn.", "U allura dak kollu li tkun emmint fih waqt li qed tikber ħalli tkun b'saħħtek psikoloġikament, se jispiċċa fix-xejn.", "Allura f'hiex se tibda temmen issa?", "U tispiċċa titħawwad kompletament.", "It-tfal li jsoffru dan in-nuqqas ħafna drabi jkollhom idea mgħawġa tal-imħabba u ma jkunux jafu jispjegaw x'inhi din l-imħabba.", "Xi kultant jesprimu din l-imħabba b'mod mgħawweġ u b'modi mhux tajbin.", "Mela t-tfal ikollhom ħafna diffikultajiet fejn tidħol l-emozzjoni u l-imġieba tagħhom.", "Jiġifieri jekk tifel jara lil missieru jgħajjar lill-ommu u mbagħad jarahom jinħabbu, se jħawwad moħħu.", "Dan se jibda jistaqsi lilu nnifsu jekk l-imħabba tfissirx li inti tgħajjar lil xi ħadd jew li nkella tintitolahx li jagħmel il-ħsara fuq xi ħadd.", "Dawn huma punti delikati ħafna.", "Il-familja estiża ħafna drabi tikkontribwixxi għal dawn l-affarjiet għax sfortunatament in-nanniet - għalkemm ħafna drabi jservu ta' buffer għat-tfal u jiena ltqajt ma' nanniet tajbin ħafna - jagħmlu wkoll ħafna ħsara għax ikunu kompliċi ma' ċertu diskors quddiem it-tfal.", "Per eżempju, jgħidulhom; \"Mur għid lil missierek, mhux hu ma takx flus biex tixtri l-islipper li trid\".", "Jista' ikun li dan id-diskors jingħad in bona fide għax jien nemmen li ħadd ma jkun irid jagħmel ħsara lill-uliedu stess, imma hu x'inhu l-każ, xorta waħda qed issir il-ħsara lit-tfal.", "Din l-ewwel diġà semmejtha, li ħafna drabi t-tfal ikunu iżjed mal-omm u allura aktar qed jieħdu l-influwenza tal-omm.", "Hawnhekk jidħol punt importanti ħafna għax jidħol imbagħad id-dettall ta' jekk it-tfal ikunux boys or girls.", "Jekk inti għandek tifel li jisma' mingħand ommu kontra missieru, l-impatt psikoloġiku huwa differenti milli kieku kienet tifla li qed tisma' kontra missierha.", "Biex it-tfal jikbru għandhom bżonn liż-żewġ ġenituri, imma biex it-tfal jikbru psikoloġikament in line mal-gender tagħhom - dak li aħna ngħidulu gender stereotypes - dawn jiddentifikaw mal-ġenitur tal-istess sess.", "Allura t-tifel jibda jisma' kontinwament kontra missieru, qisu xi ħadd qed jgħidlu li dak mhux tajjeb, li dak ma tridx toqgħod fuqu, li dak ma tridx timitah bl-ebda mod għax mhux qed jagħmillek tajjeb.", "Dan l-impatt fuq it-tifel ħafna drabi jkun iżjed ta' ħsara.", "Fil-fatt tant hu hekk li fil-konferenza tal-mime urejt statistika - li ħallejt xi ftit minnha hawnhekk għax ħassejt li hija importanti - li fil-ħabsijiet fl-Ingilterra hemm proporzjon enormi ta' nies li huma fatherless.", "U l-biċċa l-kbira tagħhom huma rġiel!", "Fil-fatt fl-Ingilterra jekk hemm prison population ta' madwar 50,000, - m'iniex ċert minn din iċ-ċifra – il-predominanza hija irġiel.", "L-istess bħalma għandna Malta.", "U naħseb jekk issir riċerka - ladarba qed jisimgħuna fuq l-internet forsi jkun hawn xi student Universitarju li jagħmilha - aħna nieħdu pjaċir inkunu nafu x'kondizzjonijiet soċjali għandhom in-nies li jmorru l-ħabs.", "Din semmejtha l-ewwel ukoll, il-kustodja normalment b'mod naturali tiġi mogħtija lill-omm mingħajr ma ħafna nies jistaqsu ħafna mistoqsijiet.", "Il-komplikazzjonijiet jinqalgħu meta r-raġel jitlob il-kustodja.", "Imma meta mara titlob il-kustodja qisu xi ħaġa naturali u ma jkunx hemm panic fuqha as such.", "Ir-raġel normalment ikun mogħti d-dritt għall-aċċess fil-weekend, bil-ħinijiet eżatti, u ħafna drabi sfortunatament l-omm tagħmel minn kollox biex jekk il-missier għandu jiġi fis-6.00, ma jiġix fis-5.55 għat-tifla u jekk suppost iġibha fis-7.00 u fis-7.05 ikun għadu ma wasalx, tibda ċċempillu fuq il-mobile u tagħjru biex jieħu t-tifla d-dar.", "Dawn huma komplikazzjonijiet daqxejn delikati.", "Jien bħalissa qiegħed nitbissem imma mal-klijenti tiegħi nibda nibki!", "Nibki meta nara lit-tfal jgħidu li jagħlqu widnejhom għax ma jkunux iridu jisimgħu dan id-diskors għax idejjaqhom u jfixklilhom moħħhom.", "Nhar is-Sibt kombinazzjoni ħriġna daqxejn jien u l-mara, u filwaqt li konna mexjin bdejt nara ħafna rġiel waħedhom mat-tfal.", "Il-mara tiegħi naïve għax mhux qiegħda fix-xogħol tiegħi u allura ma tatx kas, imma meta għedtilha kemm hawn irġiel bit-tfal il-Ħadd filgħodu jew il-Ħadd wara nofsinhar.… Tinduna li hemm ħafna irġiel bit-tfal u dan mhux għax il-mara tagħhom tkun għax-xogħol imma ħafna drabi għax ikunu separati.", "U dan tarah anke mill-mod ta' kif iġibu ruħhom fir-ristorant għax ma jkunux jafu kif se jġibu ruħhom mat-tfal daqs l-omm.", "Wisq probabli tinduna wkoll jekk separazzjoni għadhiex friska bil-mod kif jaġixxu mat-tfal.", "Fil-fatt jiġu f'sitwazzjoni fejn qatt ma rabbew tfal u mbagħad f'daqqa waħda, trid tieħu ħsiebhom il-ġurnata kollha.", "U din naħseb li mhijiex xi ħaġa faċli għall-irġiel.", "Għalhekk il-missier jiġi qisu an invisible parent or a ghost parent.", "Ħafna drabi jkun hemm biss għall-ħażin jew biex jagħti l-kastigi.", "Dik hija xi ħaġa li xorta tibqa' fl-irwol tal-missier, anke wara s-separazzjoni.", "Ir-role tal-missier jibqa' dak li jikkastiga lit-tfal.", "Tiskanta meta mbagħad tara ġenituri separati qed jiħħendiljaw it-tfal, issib li l-omm normalment hija aktar lenient mill-missier, jiġifieri l-missier xorta jikkastigahom lit-tfal.", "Allura dik tiżviluppa li f'dawn is-sagħtejn li jkollu mat-tfal, se joqgħod jikkorreġihom u t-tfal ikabbru d-distanza minn miegħu għax f'dawn is-sagħtejn li qattgħu miegħu, missierhom se joqgħod jikkoreġihom fuq dak li jkun għamlu ħażin.", "Dawn huma punti li wieħed irid iżommhom f'moħħu wkoll.", "Imma ovvjament dik hija t-tradizzjoni kulturali tal-gender f'Malta, fejn l-irġiel jieħdu ħsieb l-istructural care, li jaraw li d-dar tkun tajba, li qed jipprovdu biżżejjed flus għat-tfal u l-mara, filwaqt li n-nisa jipprovdu l-emotional care u l-bżonnijiet emozzjonali tal-familja.", "Dik normalment tipperpetwa anke wara s-separazzjoni.", "Din hija xi ħaġa li naħseb tista' toħroġ miċ-ċensiment mingħajr problemi ta' xejn.", "In-nuqqas tal-missier.", "Fiha nnifisha diġà s-separazzjoni qed iġġib ħafna faqar f'Malta, din hija xi ħaġa li ilna nafuha u naħseb li anke tkellmet fuqha Dr Angela Abela ma' Fr. CHARLES Tabone.", "Nafu li s-separazzjoni qed iġib il-faqar.", "Dan għaliex fis-separazzjoni l-ġid se jinqasam.", "Dan filli għandek it-tfal li qed jgħixu u trabbew f'ċerta kumdità f'dar bi tliet ikmamar tas-sodda jew f'xi terraced house u filli qed ikollhom jgħaddu mis-separazzjoni.", "Issa din mhux sempliċement kemm tagħmel division by two għax kieku faċli.", "Mhux ikollok dar li tiswa Lm120,000 u tagħmilha division by two u se jifdallek Lm60,000 li bihom tista' tixtri appartament ħelu ħafna, għax il-problema hi li ħafna mill-flus ikunu fuq loan.", "Mela jekk dar tiswa Lm120,000, wisq probabli jkollok Lm60,000 li jkunu loan.", "Għalhekk meta taqsam dak li jifdal, jibqagħlek biss miżerja f'idejk.", "Barra minn hekk meta tmur il-bank biex tieħu loan waħdek, se jiġu kkalkulati l-paga tiegħek biss u mhux il-paga tat-tnejn.", "Allura l-faqar dejjem jiġi mġebbed u estiż.", "Din hija xi ħaġa interessanti ħafna għax dawn it-tfal ibatu ħafna l-faqar.", "Ħafna ġenituri li jkunu għaddejjin minn seperazzjoni jgħidulek li lanqas jixtru ħwejjeġ għalihom biex ikunu jistgħu jibgħatu lit-tfal tagħhom l-iskola bl-uniformi u l-islippers.", "Issa hawnhekk mhux qed ngħidu slippers li jiswew ħafna flus imma slippers normali u l-uniformi.", "Dan huwa l-faqar li qed nitkellmu fuqu u t-tfal ibatu minnu.", "Issa n-nuqqas ta' missier tinfluwenza hawnhekk għax il-missier huwa l-persuna fil-familja li jkollu l-akbar income normalment.", "Fil-biċċa l-kbira tal-koppji Maltin huwa r-raġel li jaqla' l-aktar flus.", "U dan mhux biss għax ikollu paga iżjed minn tal-mara imma għax normalment jinvestu aktar fil-karriera tar-raġel milli fil-karriera tal-mara.", "Normalment raġel ikun ilu aktar fix-xogħol mill-mara għax din tkun waqfet minħabba li jkollha t-tfal u allura tkun tilfet xi promotion ukoll.", "Allura normalment l-income tar-raġel ikun aħjar minn tal-mara.", "Ovvjament imbagħad jibdew jidħlu l-battibekki tal-qorti.", "Ħafna rġiel ukoll jaslu biex jgħidu li ma jridux jagħtu flus lill-mara u jagħtuha biss Lm20 fil-ġimgħa għat-tfal kemm titlob il-qorti.", "Bir-rispett kollu imma b'Lm20 fil-ġimgħa ma trabbix it-tfal għax fir-realtà trid ħafna aktar minn hekk.", "Dawn huma kondizzjonijiet li jiġu fihom it-tfal li l-ġenituri tagħhom ikunu qed jisseparaw u jidħlu f'dawn l-affarijiet mingħajr m'għandhom x'jaqsmu xejn f'dawn l-affarijiet.", "It-tfal ma jkollhom ħtija ta' xejn u huma innoċenti.", "Minħabba li l-missier jirrappreżenta d-dixxiplina fil-familji Maltin, ħafna drabi bin-nuqqas tiegħu fid-dar, it-tfal jispiċċaw jitilfu ħafna affarijiet li għandhom x'jaqsmu mad-dixxiplina, jitilfu s-sens tal-awtorità, ir-rispett lejn l-awtorità u ħafna drabi jsibu ruħhom… Anke jekk ikunu qed jgħixu mal-missier biss, il-fatt li qed jgħixu ma' ġenitur wieħed u mhux mat-tnejn, diġà s-sens ta' dixxiplina se jonqos.", "Jekk ommi taħdem tmien sigħat jew disa' sigħat kuljum biex tkun tista' iżżommna għax isseparata, kif tista' tieħu ħsiebi daqs li kieku għandi ż-żewġ ġenituri?", "Issa peress li l-missier jirrapreżenta d-dixxiplina fid-dar - dik li ngħidulha l-istructural care, li jipprovdi l-limits, anke fiżiċi, ta' xħin it-tfal għandhom jidħlu u xħin għandhom joħorġu mid-dar, xi ħaġa li l-missier huwa tajjeb ħafna għalihom hawn Malta - sfortunatament bin-nuqqas tiegħu, tibda tintilef is-sens ta' dixxiplina.", "X'jiġri meta jintilef is-sens ta' dixxiplina?", "It-tfal jibdew ma jmorrux skola biżżejjed jew ma jagħmlux il-homework kollu u allura jkollok a lower educational performance.", "Normalment anke l-inkwiet stess jassorbihom biżżejjed biex joqogħdu jhewdnu u ma joqogħdux attenti fil-klassi.", "Issa se jkollok dawn it-tfal li jgħaddu minn dawn iċ-ċirkostanzi.", "Nafu wkoll li aktar ma t-tfal ma jkollhomx achievements, aktar hemm riskju li jinvolvu ruħhom f'affarijiet ħżiena.", "Għax normalment tfajliet u ġuvintur li jinvolvu ruħhom fil-crimes, ikunu dawk li they did not achieve in school performance.", "U ħafna drabi school performance tiddetermina ma' fatturi oħrajn jekk it-tfal jiċċapsux mal-ġustizzja jew le.", "Għax nafu li jekk children slack in school performance, allura għandhom aktar ċans li jkunu bored, ikollhom aktar ċans li jaħlu l-ħin tagħhom jiġru fit-toroq u allura aktar għandek ċans ta' drogi, kriminalità, teenage pregnancy u problemi mentali.", "Nafu minn pajjiżi oħra bħall-Ġermanja u l-Ingilterra per eżempju, li r-rata tad- divorzju hija marbuta mal-fatt li t-tfal jiġu sseparati minn mal-ġenituri tagħhom u ma' problemi mentali.", "Riċerka speċifika turi kif ħafna tfal li jinqatgħu minn mal-ġenituri tagħhom qabel is-16-il sena, iżidu ċ-ċans li jkunu aktar vjolenti f'ħajjithom, ikollhom aktar problemi mentali u aktar ċans li jiċċappsu mal-ġustizzja.", "Niżżilt iċ-child abuse għax ħafna drabi l-missier jipprovdi din l-istructural care.", "Din tismagħha l-iktar minn dawk in-nies li jabbużaw mit-tfal.", "Per eżempju, nixtieq li f'Malta nagħmlu survey biex naraw in-nies li jkunu abbużati sesswalment meta jkunu tfal, humiex ġejjin minn kontest ta' żewġ ġenituri jew inkella ġenitur wieħed.", "Għax ħafna drabi peress li l-missier jipprovdi din l-istructural care, anke l-abuser jibża' iżjed meta jkun hemm missier involut li jaf li qiegħed hemmhekk milli kieku m'hemmx dak il-missier.", "Jiġifieri t-tfal tagħmilhom iżjed vulnerabbli għall-abbuż sesswali.", "F'Malta r-rata ta' single parents li qed irabbu u jwelldu tfal qed tiżdied u żdiedet ħafna - u dawn l-aħħar snin irdoppjat - u dik fiha nnifisha hemm fatherlessness imma anke l-family breakdown għandha konsegwenza ta' fatherlessness.", "Hawnhekk hawn statistika li hija marbuta ma' barra minn Malta għax f'Malta m'għandniex din it-tip ta' statistika.", "Fil-fatt 70% taż-żgħażagħ fl-Istati Uniti li qegħdin f'istituzzjonijiet riformattivi kibru f'single parent homes u 72% tal-murderers u 60% tar-rapists kibru mingħajr missier.", "Il-parti l-kbira minn dawn huma rġiel, anzi kważi nista' ngħid li huma 100% irġiel.", "Din għandha implikazzjonijiet serji fl-abilità verbali li jiżviluppaw u allura kemm se jkunu vjolenti jew le.", "Nafu li hemm korelazzjoni tajba bejn l-intelliġenza verbali tat-tfal - l-aktar is-subien għax dawn għandhom iżjed inkapaċità verbali - u l-vjolenza.", "Meta taħdem ma' rġiel li jsawtu l-mara jgħidulek li huma ma jsibux kliem meta jisplodu, l-mara tiegħu taqbad tgħid, ma jifhimhiex u jintilef.", "Din għandha implikazzjonijiet serji meta qed ngħidu li t-tfal - l-aktar is-subien - ma jkunux kapaċi jiżviluppaw l-intelliġenza tagħhom fl-iskola, fosthom fil-qari u fil-maths.", "Dawn imbagħad jiżviluppaw fi tfal vjolenti u fiha hemm link qawwija barra minn Malta u nstabet ripetutament kemm fl-Amerika kif ukoll fl-Ingilterra.", "Il-parti l-kbira mill-ħabsien u l-juvenile detention inmates, high school dropouts, pregnant teenagers, adolescent murderers and rapists ikunu ġejjin minn fatherless homes.", "L-aħħar każ li kien hemm f'Liverpool fejn ġuvnott qatel lil tifel ieħor, huwa każ tipiku ta' fatherlessness.", "Naħseb il-konċett Abusive parents? huwa importanti.", "Dan meta l-ġenituri jkunu qegħdin jisseparaw u \"jabbużaw\" mit-tfal, within inverted commas.", "Ma tkunx l-intenzjoni tagħhom li jabbużaw minnhom imma ħafna drabi jkunu jafu li qed jagħmlu l-ħsara, għax aħna ngħidulhom li qed jagħmlu l-ħsara lit-tfal, imma xorta l-impulse u r-rabja tegħlibhom u ma jkunux kapaċi jikkontrollaw lilhom infushom.", "Is-sentenzi li nisma' li jgħidu l-ġenituri lit-tfal tagħom huma xi ħaġa atroċi.", "Li missier jgħid lil tifel ta' disa' snin – għadu kemm kelli każ illum wara n-nofsinhar – li ommu ħarbet ma' wieħed u jgħidilu b'mod aktar vulgari minn hekk, hija wkoll skandaluża jekk tgħidha lil xi ħadd kbir, aħseb u ara li jgħidu lil tifel ta' tmien snin li għadu lanqas jaf x'jiġifieri mara oħra ħlief ommu!", "U dik hija xi ħaġa atroċi.", "Li l-ġenituri jgħajjru lil xulxin quddiem it-tfal b'mankamenti jew b'difetti fiżiċi hija xi ħaġa li għat-tfal se tkun diżastru għax se jibdew jaraw lill-missierhom jew lill-ommhom b'dak il-mod.", "U naħseb wieħed irid jibda jiddiskuti dawn l-affarijiet.", "Issa tgħiduli se nibdew nitfgħu l-ħabs lil kull min ikellem lit-tfal b'dan il-mod?", "Ma naħsibx li qed ngħid li rridu nitfugħhom il-ħabs imma b'xi mod irridu noħolqu kampanja edukattiva li speċifikament tindirizza n-nies li qegħdin jisseparaw.", "Naħseb li jekk inti tagħżel li tissepara, qiegħed tagħżel li tagħmel ħajtek mod ieħor milli kif hi.", "Naħseb li by definition għandu jingħad li ma' din l-għażla, inti trid tieħu ċerta edukazzjoni.", "Jekk jien se nissepara, allura bilfors irrid immur dak il-kors - bħal meta l-knisja tgħidlek li biex tiżżewweġ trid tmur il-kors ta' Kana - sabiex neduka ruħi kif se nġib ruħi mat-tfal fis-separazzjoni.", "L-abbuż jista' ikun dirett jew indirett.", "Xi kultant meta lit-tifel ngħidulu li ommok ħarbet ma' wieħed jew li missierek ħarab ma' waħda, dak huwa abbuż dirett imma ħafna drabi l-abbuż ikun iżjed sottili minn hekk.", "Per eżempju, it-tifel ġie mingħand ommu u l-missier jibda jistaqsih ħafna mistoqsijiet.", "X'għamiltu?", "Ma' min kontu?", "Ġie xi ħaddieħor magħkom?", "Mela t-tfal taħsbu li huma xi mbeċilli?!", "It-tfal ixommuk minn wara l-kantuniera u diġà jibdew jipproteġu s-sistema biex iżommuha bilanċjata!", "U dik hija xi ħaġa li tagħmlilhom ħafna ħsara.", "Dawn joħolqu dawk li bl-Ingliż ngħidulhom loyalty issues, kwestjonijiet u diffikultajiet ta' lejn min se nżomm il-lealtà tiegħi, jekk ngħidx lill-missieri li ma' ommi ġie l-boyfriend tagħha jew inkella li ma ngħidlu xejn.", "X'se nagħmel?", "Jekk ngħidlu, se naqlagħha mingħand ommi, jekk ma ngħidlux se naqlagħha mingħand missieri jekk isir jaf.", "Imbagħad jekk ngħidlu qed nittradixxi lill-ommi u jekk ma ngħidlux qed nittradixxi lill-missieri – għax hemm tidħol il-lealtà.", "U nista' nassigurakom li dawn il-ħsebijiet jifqgħu moħħ it-tfal – mhux ħsara jagħmlu imma jifqagħulhom!", "It-tfal jagħżlu li joqogħdu barra, jippreferu ma jmorrux jiltaqgħu mal-missier jew mal-omm milli joqogħdu jisimgħu t-tgergir tagħhom għax ikunu sejrin jiltaqgħu mal-ġenitur l-ieħor.", "Din lit-tfal tkissirhom psikoloġikament u tant tkissirhom li ħafna drabi, jekk l-omm toqgħod tgerger għax il-missier irid jagħmel hekk u jagħmel hekk mat-tfal, dawn jibdew jivvintaw l-affarijiet anke gideb biex ma jmorrux jiltaqgħu mal-missier.", "Jibda jigdeb u jgħid li jħossu ma jiflaħx.", "Ġieli kelli tfal li jweġġgħu \"fiżikament\" involontarjament, jew imardu lilhom infushom biex ma jmorrux jiltaqgħu mal-missier u b'hekk ma jisimgħux lill-ommhom tgerger u ma jħossuhomx li qed jittradixxu lill-omm, tant tinbena alleanza bejniethom.", "Hemm dinamika sħiħa li m'hemmx għalfejn nidħol f'ħafna dettalji imma tiżviluppa dinamika perikoluża għat-tfal.", "Din hija doża micidiale għalihom.", "Ħafna mill-ħsara li ssir hija irreparabbli.", "Imbagħad tista' tagħmel kemm tagħmel terapiji għax moħħok hekk kien u hekk jibqa' jaħseb.", "Ma tkunx tista' tbiddel il-ħsieb tiegħek għax dak ikun kważi imprint.", "Riċerkatur Amerikan kien qal li biex tneħħi l-ħsara li jagħmel id-divorzju trid mal-40 sena terapija.", "Issa żgur li ħadd ma jaffordja li jmur 40 sena terapija u żgur li ħadd mhu se jagħmilhom għax it becomes very boring.", "Inti ma tistax toqgħod tindirizza kull aspett ta' ħajtek u barra minn hekk, ħafna affarijiet isiru normali għat-tifel jew għat-tifla meta per eżempju, jibdew jikbru u jkollhom relazzjoni tagħhom, dawn jibdew deħlin u ħerġin minn relazzjoni għal oħra għax isibuha diffiċli li jibqgħu attached ma' xi ħadd intimament.", "U dawn jiġrilhom hekk għax jibżgħu li se jiġrilhom l-istess bħall-ommhom u missierhom.", "Inkella jidħlu blindly f'relazzjoni, jiżżewġu u jerġgħu jisseparaw huma wkoll.", "Nafu li s-separazzjoni tintiret kulturalment from parent to child.", "Jiġifieri fejn tidħol id-diviżjoni ta' proprjetà u l-beni għandna liġi perfetta - u n-nies u l-avukati wkoll isibu kif iduru madwarha u jinnegozjaw - imma mbagħad fejn jidħlu l-bżonnijiet tat-tfal ma nafx x'jiġri u xi kultant niddiżgusta ruħi b'dak li nisma'.", "Fil-fatt nibda nisma' li t-tfal qatt ma jiġu mismugħa, li t-tfal qatt ma jiġu kkonsidrati fid-deċiżjonijiet li jsiru, u kważi kważi lanqas il-mara u r-raġel ma jiġu kkonsidrati f'dawn id-deċiżjonijiet.", "Kont involut f'sitwazzjonijiet fejn l-avukat ta' naħa jinnegozzja mal-avukat tan-naħa l-oħra u l-maġistrat jiddeċiedi filwaqt li l-partijiet lanqas biss issemmgħu leħinhom.", "U din hija xi ħaġa li għalija psikoloġikament ma tagħmilx sens.", "Mela qed jirrappreżentani xi ħadd u qed nieħu second opinion tal-opinjoni tiegħi fuq ir-relazzjoni tiegħi.", "Mela qed nitkellmu fuq opinjonijiet tal-opinjonijiet tal-opinjonijiet, li mbagħad jiddeċiedi l-maġistrat fuq dawn l-opinjonijiet jew l-imħallef skont iċ-ċirkostanza.", "It-tfal ma jkunux mismugħa u ħafna drabi ma jmurx psikologu jkellem lit-tfal biex jara kif qed jgħixu s-separazzjoni.", "Sakemm il-koppja ma jkollhomx il-flus u jġibu l-psikologu b'mod privat, it-tfal ma jibbenfikaw minn xejn.", "Is-separazzjoni tfaqqar lin-nies, ħafna nies f'dawk iċ-ċirkostanzi lanqas ikollhom flus biex iġibu lit-tfal għat-terapija.", "Naħseb dan huwa punt delikat ħafna.", "Għax iridu jaqsmu lit-tifel, jaraw il-ħin kif inhu u mhux, mingħajr ma jikkonsidrawh bħala persuna u jagħtuh widen għall-bżonnijiet reali tiegħu.", "Naħseb li kieku nagħmlu hekk nittrattaw l-affarijiet b'mod differenti anke legalment.", "Hawnhekk nipproponi li s-sapport għandu jingħata lill-familja qabel is-separazzjoni u mhux wara s-separazzjoni.", "Għalkemm kultant lanqas wara s-separazzjoni ma jeħduh dan is-sapport, jew minħabba injoranza jew minħabba nuqqas ta' availability ta' servizzi.", "Imma jekk nissapportjaw lill-familja fiċ-ċiklu sħiħ tagħha, nkunu qed nipprevenu li ż-żweġijiet jitkissru.", "Irridu nagħmlu r-riċerki ħalli naraw x'inhu jkisser iż-żweġijiet tagħna għax ħafna drabi noħorġu b'ċerta cliches fuq dawn l-affarijiet.", "U ġieli tisma' lil min jgħidlek li llum ħadd ma jissapporti u li llum kulħadd moħħu biex jagħmel li jfettillu.", "Imma mbagħad m'aħniex qed naraw il-forzi soċjali.", "Jiena għadni kemm ġejt mitlub nikteb artikolu għal fuq ġurnal lokali dwar l-impatt ta' dan id-decline finanzjarju fil-west fuq il-familji.", "Bdejt infittex u nikkontattja kollegi tiegħi barra minn Malta ħalli nara x'riċerki saru fuq din il-problema u tibqa' impressjonat bid-dettal tar-riċerki li jsiru u li juru l-impatt reali, il-frustrazzjoni, u l-vjolenza domestika kif inhi korrelata pożittivament mal-fallimenti tan-negozji, per eżempju.", "F'Malta peress li għandna ħafna family businesses li mhumiex l-istess bħal business bil-bordijiet, fejn jekk falliet il-kumpannijia, jien nista' infittex impjieg ieħor.", "Meta għandek family business, l-impatt se jkun enormi, u se jkun ħafna iżjed milli kieku kien impjegat ma' kumpannija li falliet.", "Nara tfal u familji jibku għax ma jistgħux jaffordjaw li jkomplu jibagħtu t-tfal tagħhom f'skola privata.", "U t-tfal ma jkunux fit-tieni sena jew fit-tielet sena tal-iskola imma jkunu form III jew form IV.", "Dawn ikollhom ibiddlu l-iskola lit-tfal għax issa ma jistgħux jibagħtuhom aktar fi skola privata.", "Iltqajt ma' sitwazzjonijiet fejn ir-raġel sfortunatament ikkommetta suwiċidju minħabba dawn l-affarijiet.", "Issa hawnhekk mhux qed nitkellem fuq 20 sena ilu imma dawn huma affarijiet tal-mument għax m'ilhomx li seħħew.", "Interessanti li wieħed jidħol fihom u nipprovdu sapport throughout iċ-ċiklu tal-familja.", "Irridu nibdew mill-għerusija, fejn hawnhekk inħossni daqxejn proud ngħidha għax dalwaqt se jkollna l-ewwel kors ta' qabel iż-żwieġ għal dawk il-koppji li jiddeċiedu li jridu jiżżewġu mingħajr knisja.", "Fil-fatt f'sena ikun hemm madwar 1,000 li jiżżewġu mingħajr knisja u dawn m'għandhomx opportunità li jmorru l-kors ta' Kana.", "Għalhekk issa qed nipprovaw nagħtu din l-opportunità lin-nies li jridu jieħdu dan il-kors.", "Hawnhekk xtaqt insemmi punt delikat ħafna u dan għandu x'jaqsam mal-mument li jiġu t-tfal fid-dinja.", "F'dan il-mument m'għandna l-ebda sapport.", "Nifirħu u nagħmlu ċ-ċfuf mal-bibien imma l-impatt li ġġib tarbija magħha - mhux biss il-ferħ, il-kejkijiet u l-pastini – huwa enormi, speċjalment meta l-ħajja moderna qiegħda titlob li l-mara u r-raġel ikollhom jaħdmu t-tnejn.", "Jiena ltqajt ma' nisa jħabbtu rashom mal-ħajt bid-disperazzjoni għax ikun waslilhom il-mument li jridu jerġgħu jidħlu lura x-xogħol u ma jafux kif se joqgħodu mingħajr it-tarbija tagħhom.", "Dawn huma mpatti enormi u rridu naraw kif se ngħinuhom throughout.", "Anke fuq ir-relazzjoni hemm punti delikati oħra bħal m'hija meta koppja jkollhom tarbija u meta t-tfal jiġu biex jikbru u joħorġu mid-dar.", "Dawn huma mumenti fejn il-familja l-aktar tgħaddi minn kriżi kbira u li hu ta' riskju għas-separazzjoni.", "L-aktar mumenti vulnerabbli għar-raġel huwa meta tiġi l-ewwel tarbija, fit-tqala u fl-ewwel ġimgħat ta' wara l-ħlas fejn jista' jkollu affair ma' ħaddieħor.", "Min-naħa l-oħra, għal mara l-aktar mument vulnerabbli huwa meta t-tfal jikbru u jitfarfru u jkunu se jitilqu mid-dar.", "Issa dan mhux għax il-mara kiesħa jew inkella għax ir-raġel brikkun imma huma t-trends soċjali u huwa l-mod ta' kif isiru l-affarijiet fis-soċjetà.", "Jiġifieri mhux xi ħaġa ndividwali imma xi ħaġa soċjali.", "Għaldaqstant nerġa' ngħid li rridu nipprovdu għajnuna lill-familji biex innaqqsu l-ħinijiet tax-xogħol li qed jaħdmu, biex inżiedu l-preżenza tal-ġenituri fid-dar, b'mod partikolari tal-missier.", "Kien hemm statisitka tal-Unjoni Ewropea li tgħid li l-koppja jridu jaħdmu 30 siegħa kull wieħed imma m'iniex ċert minn din u m'iniex konvint lanqas għax ma nafx kemm huwa possibbli fis-sitwazzjoni preżenti li jsir dan.", "Imma b'xi mod irridu noħolqu iżjed ħin mal-familja għax hemm bżonn li l-ġenituri jqattgħu aktar ħin mal-familja.", "Huwa tajjeb għat-tfal li jkollhom rutina fil-ħajja li tinvolvi l-familja, li jkun hemm ritwali li jiġu ċċelebrati għax ħafna minnhom qed jintilfu.", "Meta nistaqsi l-familji kif jiċċelebraw il-Milied jew għeluq sninhom jew l-achievements tat-tfal, ħafna drabi jgħidulek li dawn l-affarijiet ma jingħatawx importanza u they go unnoticed.", "U din hija xi ħaġa li tant inweġġa' biha għax huma ritwali importanti ħafna għat-tfal.", "Jien għamilt żmien twil naħdem fil-qasam tad-drogi, fil-fatt għamilt 20 sena u sal-lum għadni in touch għax erġajt ġejt appuntat konsulent mal-Caritas.", "U meta kont nistaqsi lill-familji x'jagħmlu, kif jiċċelebraw l-affarijiet jgħidulek li ma jemmnux b'dawn l-affarijiet, li ma jiċċellebrawx il-birthdays u ċ-ċelebrazzjonijiet ma jsirux.", "Anke l-achievements tat-tfal jispiċċaw ma jiċċelebrawhomx u dik hija sfortuna għax dawn iċ-ċelebrazzjonijiet jagħmlu ħafna tajjeb għat-tfal.", "Irridu nikkreaw inċentivi sabiex il-familja tingħaqad iżjed flimkien.", "Irridu per eżempju, aktar postijiet fejn il-familja tkun tista' tmur fihom.", "Sfortunatament nisma' ħafna nies igergru li bħala familja m'hawn imkien fejn tmur.", "Luckily dawn il-postijiet qed jiżdiedu dan l-aħħar, imma xorta għad hemm bżonn ta' iżjed inċentivi biex it-tfal jingħaqdu mal-familji tagħhom.", "U dan għandu jsir anke at a local council level.", "Per eżempju, jien noqgħod Ħal Għaxaq fejn m'hemm imkien fejn tmur mal-familja, lanqas hemm kważi fejn imorru t-tfal għax kulma hemm huwa ground tal-football u se jagħmlu proġett ieħor u se jerġgħu jagħmlu ground ieħor tal-football.", "Jiġifieri jekk tħobb it-tennis trid tmur x'imkien ieħor, jekk tħobb is-skateboarding bħat-tifel tiegħi, m'għandekx fejn tagħmel dan l-isport u jkollok tmur l-Imsida.", "Issa anke l-iskate park m'hemmx fejn il-ġenituri joqogħdu bilqiegħda u josservaw lit-tfal tagħhom u jċapċpulhom u jgħidulhom kemm jafu jużawha l-iskateboard.", "Irridu nissapportjaw lill-ġenituri biex irabbu t-tfal tagħhom u rridu noħolqu inċentiv qawwi biex il-ġenituri jmorru parenting skills u jmorru l-parenting training.", "Irridu noħolqu dawn l-inċentivi u mhux tmur darba f'ħajjtek għax it-tfal kuljum jinbidlu.", "Bħal meta tixtrilu żarbun illum u l-għada ma jiġihx, dak li tgħallimt illum fuq it-tfal, ħalli ma ngħidx għada, imma mill-pitgħada ma jibqax validu għax iż-żmien jinbidel u l-età tat-tfal tinbidel.", "Jiena bħala ġenitur nikber u hopefully nimmatura u t-tfal ukoll jibdew jaraw l-affarijiet b'mod differenti.", "Naħseb li s-sapport irid ikun kontinwu matul iż-żmien anke jibqa' sejjer sakemm – meta għedtha din darb'oħra kien hemm min tbissem u kważi daħak bija – it-tfal jikbru u jiżżewġu.", "Dan għaliex anke f'dan l-istadju jkun hemm ħafna ġenituri li jibqgħu jindaħlu fl-affarijiet ta' uliedhom u allura anke hemmhekk hemm bżonn tal-edukazzjoni.", "Jiġifieri l-edukazzjoni għandha tkun minn qabel ma tibda l-familja sakemm tispiċċa l-familja.", "Naħseb li s-sistema edukattiva għandha mpatt qawwi minħabba li qed titfa' ħafna pressjoni fuq il-ġenituri u fuq it-tfal.", "Illum sar kważi diżunur jekk it-tifel ma jmurx l-università u ma jġibx degree.", "It-tfal iħossuha la jikbru imma l-ġenituri jħossuha aktar li t-tifel tagħhom ma marilhomx l-università.", "Għax bħal dak li qallu t-tifel mar l-università għalihom u mhux għalih innifsu!", "Imma aħna hekk nitkellmu.", "Tisma' min jgħid \"għax m'għadillix mill-eżami t-tifel\", qisu għalihom qed jgħaddu mill-eżami.", "Jiddispjaċini ngħid li din hija kultura bażwija għax turi li m'għandniex edukazzjoni.", "Il-ġenituri mhumiex indipendenti mit-tfal tagħhom u allura t-tfal mhux se jkunu indipendenti mill-ġenituri tagħhom, u din toħloq sitwazzjoni gravi ħafna 'l quddiem.", "Naħseb li rridu nibqgħu naħdmu fuq din.", "Jiena personalment nieħu ħafna inizjattivi, immur fl-iskejjel, u nieħu pjaċir ħafna li jistednuni f'xi skola sabiex nagħmel xi diskussjoni mal-missirijiet fuq fatherhood.", "Immur f'kull post u tara missirijiet minn kull klassi soċjali b'kull background edukattiv u tgħidx kemm nieħu pjaċir għax aktar ma jkun hawn minn dawn l-affarijiet, il-missirijiet aktar narahom li they break free mill-myths li jinħolqu fuq ir-rwol tal-missier u r-rwol tal-omm fid-dar.", "Tismagħhom jgħidulek mela dak mhux il-mara tieħu ħsiebhom?", "Il-mara tixtrilhom l-uniformijiet!", "Mela jien naf nixtrilhom l-uniformi?", "Dawn huma miti li l-irġiel u n-nisa qed jissapportjaw, mhux l-irġiel biss imma n-nisa wkoll, u allura l-irġiel għandhom bżonn ħafna sapport milli kritika.", "Sfortunatament il-femministi kritiċi fl-Ewropa qabżu fuq ir-raġel u bdew jaqlgħulu minn kullimkien.", "Naf missierijiet li fejn tidħol id-dar ma jmissu imkien, anke meta l-mara tkun taħdem full time u r-raġel ikun jaħdem full time, il-care tad-dar u tat-tfal, xorta l-omm trid tieħu ħsiebhom.", "U dan jiġi at a cost mhux fuq saħħitha biss imma anke fuq ir-relazzjoni.", "Dan għaliex myth ieħor huwa li t-tfal inġibuhom l-ewwel u qabel kollox, li hija l-akbar gidba faħxija għax it-tfal se jiltqu u inti se jkollok tħabbat wiċċek mal-mara.", "L-ewwel u qabel kollox trid tiġi l-mara u mbagħad it-tfal jew inkella r-raġel u mbagħad it-tfal.", "U ħafna koppji llum jgħidulek li t-tfal jiġu l-ewwel.", "Dan huwa żball.", "Jiddispjaċini ngħid li huwa żball u dan se tħallas il-prezz tiegħu meta t-tfal jikbru u jitilqu 'l barra mid-dar.", "X'se tagħmel imbagħad?", "Min se jiġi l-ewwel?", "Sfortunament imbagħad trid terġa' tirrivedi s-sitwazzjoni kollha.", "Għalhekk li nsibu mod ta' kif nikkonnettjaw it-tfal ma' missierithom hija importanti ħafna, mhux biss fis-separazzjoni imma anke throughout the life cycle.", "Ħafna rġiel jaħdmu ħafna iktar sigħat milli taħdem il-mara, u sfortunatament allura jqattgħu inqas ħin mat-tfal.", "U jagħmlu inqas attivitajiet mat-tfal.", "M'ilux għamilt daqxejn ta' survey f'moħħi u staqsejt lil kull raġel li bdejt niltaqa' miegħu kemm iqatta' sigħat jilgħab mat-tfal matul il-ġimgħa.", "U minn xi 80 raġel li staqsejt kien hemm biss wieħed jew tnejn li qaluli sigħat le, imma minuti iva għax ġieli joqgħodu jilagħbu xi logħba karti.", "U kien hemm raġel ieħor li qalli li joqgħod jilgħab logħba playstation mat-tfal u din hija xi ħaġa sabiħa.", "Din hija slide biex nuri kemm sostanzjalment naqas il-ħin mat-tfal kemm fl-Amerika u kemm fl-Ewropa.", "Fid-disgħinijiet il-ġenituri kienu qed iqattgħu kważi 40% inqas ħin mat-tfal mill-ġenituri tal-ġenerazzjoni ta' qabilhom.", "Sfortunatament ma nafux għax m'għandniex dawn it-tip ta' riċerki u nixtieq li kieku nsibu minn x'imkien il-fondi biex nagħmlu dawn ir-riċerki għax huma riċerki importanti ħafna.", "Dan għaliex biex ikollok il-kwalità jrid ikollok ukoll il-kwantità.", "Qed insibu li qed ikun hemm impatti simili ħafna fir-role modelling tat-tfal li trabbew minn età żgħira f'sitwazzjoni fejn missierhom jitlaq għax-xogħol meta jkunu għadhom reqdin u jiġi lura mix-xogħol meta diġà jkunu marru jorqdu jew eżatt l-aħħar ħames minuti, kemm jgħidulu goodnight u jmorru jorqdu.", "Dawn it-tfal qed ikollhom effetti simili għal dawk it-tfal li trabbew kważi bla missier.", "Xorta jridu jiffantisizzaw biex joħolqu lil missierhom f'moħħhom għax mhux qed jarawh u mhux qed jisimgħu dwaru biżżejjed.", "Wisq probabli li l-omm tkun ix-xogħol ukoll u allura t-tfal mhux qegħdin jisimgħu biżżejjed fuq ommhom u missierhom, mhux qed jitgħallmu fuqhom u fuq il-karattru tagħhom.", "B'hekk qed ikollhom ifittxu mudelli alternattivi.", "Per eżempju, nafu li t-tfal - u din sibtha f'riċerka tiegħi stess - li jħarsu lejn il-ġenituri u ma jsibuhomx, jibdew ifittxu fil-media għar-role models ta' missierhom jew ommhom.", "Ifittxu fil-media u fil-kotba li jaqraw ta' Cinderella jew fil-fantasiji tal-kotba sbieħ li jaqraw it-tfal.", "U jibdew jikkreaw dan il-myth ta' ommhom u missierhom li mbagħad meta tikber u tħabbat wiċċek ma' ommok vera, issibha diżappuntanti għax ommok ma tkunx dik li kont immaġġinajt f'moħħok.", "Dawn huma mistoqsijiet li rridu nibqgħu nistaqsu għax naħseb li għadna fqar fihom, għadna ma nafux biżżejjed.", "Għadna ma nafux x'inhu l-impatt fuq it-tfal is-sigħat twal li qegħdin naħdmu.", "Ħafna drabi n-nanniet jiġu injorati, anke waqt is-separazzjoni meta nafu li dawn għandhom rwol qawwi ħafna.", "Ħafna drabi n-nanniet iservu ta' buffers importanti ħafna għat-tfal waqt is-separazzjoni.", "Jien ħafna drabi naffaxxina ruħi bir-rwol li jieħdu n-nanniet fuq it-tfal tat-tfal f'każi ta' separazzjonijiet.", "Naħseb we are neglecting them għax is-separazzjoni ma taffettwax biss lit-tfal tal-koppja.", "Il-ġenituri ta' min jissepara - anke jekk min qed jissepara jkollu 50 sena u l-ġenituri jkollhom 70 sena - jinkwetaw ħafna.", "Tant jinkwetaw in-nanniet li ħafna nies jibqgħu jġebbdu s-separazzjoni sakemm il-ġenituri tagħhom imutu.", "Dawn jibqgħu mdejqin fiż-żwieġ u ma jisseparawx minħabba li ma jkunux iridu jaqsmu qalb il-ġenituri tagħhom.", "Per eżempju, tismagħhom jgħidulek li mhux se jisseparaw għax inġennina l-ommi, jew inkella jgħidulek li ma nitlaqx mid-dar għax kieku ommi tmut bl-inkwiet.", "U ħafna drabi dawn in-nies jibqgħu fiż-żwieġ sakemm wieħed mill-ġenituri jmut jew inkella t-tnejn imutu, jiddependi minn min ikun l-aktar powerful.", "Għalhekk irridu nagħtu ħafna sapport lin-nanniet għax dawn qed ibatu wkoll.", "Ovvjament il-familja estiża kollha jkollhom bżonn din l-għajnuna b'xi mod jew ieħor.", "Meta jkun hemm xi diffikultà, l-ewwel li jmorru jgħidu, huwa lil xi ħadd tal-familja.", "Jiġifieri jekk jien għandi diffikultà mal-mara, immur ngħid lill-kunjata li l-mara mhux qed iġġib ruħha sew, u allura qisni qiegħed nugża lill-mara m'ommha.", "U l-mara tmur għand ommi jekk għandha diffikultà u tugżani magħha.", "Normalment hekk jiġri, l-ewwel persuni li jkunu jafu bl-inkwiet, ħafna drabi jkunu l-ġenituri stess tal-koppja.", "U għalhekk li n-nanniet huma importanti ħafna.", "Irridu nieħdu ħsiebhom mhux għalihom infushom biss imma għax iridu jieħdu ħsieb it-tfal waqt is-separazzjoni.", "Għalhekk għandhom rwol qawwi n-nanniet.", "Ħafna drabi l-missirijiet jiġu kkritikati għall-assenza tagħhom mid-dar minħabba li jaħdmu sigħat twal ta' xogħol.", "Ħafna drabi l-kritika tkun ġejja min-nisa tagħhom stess imma anke jiġu kkritikati mis-soċjetà.", "Li għandhom bżonn huwa sapport u edukazzjoni biex jinħelsu - meta tibda tinħeles mill-miti u tibda tirrealizza li r-realtà hija differenti minn dawk l-erba' flieles li jkollok f'moħħok li jirregolawlek ħajtek għax ħafna drabi ssib xi erba' regoli li jkun hemm fil-ħajja f'moħħ ta' bniedem li jkunu qed jirregolawlu ħajtu kollha - from the stereotypes of provision within the family.", "Dik hija importanti ħafna.", "Din hija l-aħħar slide tiegħi fejn qed turi l-cover tal-ktieb tiegħi dwar is-separazzjoni u l-impatt fuq it-tfal.", "Dan il-ktieb huwa għall-ġenituri u fuq kif jgħinu lit-tfal waqt is-separazzjoni.", "Fl-ewwel slide kien ukoll cover ta' ktieb immirat għat-tfal u hemm ieħor għal-adoloxxenti, dwar mistoqsijiet li jistaqsu t-tfal, eċċ. Family friendly measures must ensure that children can enjoy both their father and mother equally.", "U biex ngħid hekk din hija realtà ta' kuljum.", "Min-naħa tiegħi nirringrazzjakom u jekk għandkom xi mistoqsijiet jew kummenti x'tagħmlu, napprezza li tagħmluhomli.", "THE CHAIRMAN: Mela nistgħu ngħaddu għall-ħin tal-mistoqsijiet u ma niddejjaqx nistieden lil uffiċjali oħra li għandna madwar din il-mejda għal din il-laqgħa.", "Imma qabel, nixtieq ngħaddi kumment fuq il-preżenza tagħkom hawnhekk.", "Hawn il-Kummissarju għat-Tfal is-Sinjorina Carmen Zammit u xi uffiċjali responsabbli mill-qorti tal-familja wkoll.", "Irrid nirringrazzjakom u napprezza l-preżenza tagħkom hawnhekk.", "Stajtu ma ġejtux għax uffiċjalment m'intomx intom l-ispeakers tal-lum imma l-fatt li kontu konxji ta' din il-laqgħa tal-lum u ġejtu minn rajkom, nixtieq nirringrazzjakom pubblikament.", "Nixtieq infakkarkom li b'din l-inizjattiva - 'il bogħod mill-familji rispettivi tagħkom - jista' jsir ħafna ġid li anke minn laqgħa bħal din, waqt li intom il-factotum għal ħafna deċiżjonijiet li jistgħu jittieħdu diġà qegħdin hawnhekk, u allura tħaffu mix-xogħol tagħna li nipprovaw noqogħdu nerġgħu nwasslu l-kelma ta' Dr. Azzopardi lilkom u lill-Ministeri tagħkom għax jekk intom qegħdin tisimgħu, dan jimla lil dan il-kumitat bil-kuraġġ għax biex isiru l-bidliet fil-pajjiżi, iridu jqabblu dan il-mument ta' responsabilità.", "Għalhekk nirringrazzjakom u napprezza ħafna l-preżenza tagħhom hawnhekk.", "Hekk kif il-membri parlamentari ta' dan il-kumitat ilestu mill-mistoqsijiet tagħhom, se nagħtikom l-opportunità wkoll li tagħmlu l-mistoqsijiet tagħkom.", "Dr Azzopardi jekk għal xi raġuni jew oħra jispiċċalna l-ħin - għax aħna nħobbu nieqfu għall-ħabta tad-9.00 p.m. – u nkunu għadna qed nagħmlu l-mistoqsijiet - dejjem jekk hu possibli għalik - nitolbok sabiex tieħu nota tal-mistoqsijiet li jsiru, u mbagħad inħalluhom għal laqgħa oħra fejn inti terġa' tiġi mistieden biex tagħti r-risposti tiegħek.", "Waqt il-preżentazzjoni tiegħek għamilt xi proposti wkoll li huma tajbin.", "Allura nkunu ferm aktar grati li kieku mal-informazzjoni għar-risposti, jkun hemm ħjiel ta' x'inhuma dawn il-proposti.", "Ix-xogħol tiegħi imbagħad ikun li inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-proposti tagħna f'forma ta' dokument lill-plenarja.", "Imma ma rridx li l-informazzjoni li inpoġġi qisni qiegħed nerġa' nirrepeti s-slide show tiegħek.", "Nixtieq li nisħqu fuq l-informazzjoni li tajtna imma, li jkun hemm kummenti wkoll tad-deputati u ta' uffiċjali oħra f'dawk li huma mistoqsijiet u proposti.", "Għandna bżonn ukoll il-ħjiel ta' x'inhuma l-proposti.", "Il-proposti rridu nressquhom għall-policymakers tagħna u lin-nies li jagħtuhom il-pariri.", "Kif tafu hemm ħafna nies x'nipprovaw nikkonvinċu biex ċerti bidliet importanti jkunu jistgħu jseħħu.", "Ma ninsewx ukoll li s-suġġett ta' din il-laqgħa ma sarx out of the blues imma l-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, qed jiddiskuti l-familja u kien għalhekk li ġejt mistieden biex titkellem fuq dan is-suġġett.", "Din il-laqgħa hija waħda minn sensiela ta' laqgħat oħra li meta qegħdin niddiskutuhom, qegħdin inħarsu lejn il-familja b'mod mill-aktar wiesgħa.", "Qegħdin niddiskutu s-sitwazzjonijiet differenti ta' familja, b'riferenza lejn x'jiġri jekk jibqa' jkollna aktar familji li jitkissru.", "U allura r-rapport li finalment nixtiequ npoġġu fuq il-mejda tal-Kamra, huwa kemm il-familja għandna bżonn insaħħuha jekk irridu li nevitaw il-povertà, eċċ.", "Ngħaddi għall-Onor.", "Justyne Caruana biex tagħmel il-mistoqsijiet tagħha.", "Kull min irid jistaqsi xi mistoqsijiet nitolbu jagħti ismu u minn liema uffiċċju tal-gvern ġej.", "L-Onor.", "JUSTYNE CARUANA: L-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lil Dr. Azzopardi tal-preżentazzjoni li għamlilna.", "Jiena segwejtu b'attenzjoni kbira għax sfortunatament dawn l-affarijiet ngħixhom kuljum peress li dak huwa parti minn xogħli.", "U nista' ngħid li lqatt l-issues u l-weġgħat proprja li niltaqa' magħhom ta' kuljum u l-problemi li hemm bżonn jiġu indirizzati.", "Għandna magħna nies li ġejjin mill-qorti, però nixtieq li forsi 'l quddiem ikollna laqgħa oħra fejn ikun hawn preżenti membri tal-ġudikatura li għandhom x'jaqsmu ma' dawn it-tip ta' każijiet.", "B'hekk forsi nlaqqgħuhom flimkien ħalli jaraw mill-aspett tal-espert on the matter kif inhuma l-affarijiet u jiggwidaw aktar lill-ġudikanti.", "Dr. Azzopardi semma ħafna s-separazzjonijiet fejn l-omm tittratta lit-tfal… Għandek il-liġi u għandek min japplika l-liġi.", "U hemmhekk għandna bżonn naħdmu għax għandek il-liġi u trid tara l-mod ta' kif se tinterpretaha u tapplikaha.", "Jiena ġieli jiġu rġiel quddiemi u meta tkun qed titkellem fuq il-manteniment, mingħajr ma tgħidilhom xejn jgħidulek li dak l-Imħallef jew it-tali Maġistrat daqshekk jagħti u huma daqshekk se jagħtu.", "Mela dawn ikunu diġà pre-conditioned minn qabel għax ikun hemm dik it-trend tat-tali Imħallef u t-tali Maġistrat.", "Xi kultant anke jippruvaw jikkondizzjonawk biex tipprova tagħmel Judge shopping jew Magistrate shopping, xi ħaġa li hija inaċċettabbli u inkonċepibbli.", "Però hemm dik il-preconception li qed tagħmel ħafna ħsara.", "Issa Dr Azzopardi semma l-fatt li tendenzjalment huma n-nisa li jiġu awarded il-care and custody.", "Dan huwa fatt imma għandna wkoll shift in tendency għax qed ikollna ommijiet li huma stess qed jitolbu li ma jingħatawx il-kura u l-kustodja tat-tfal.", "U dan jagħmluh għal diversi raġunijiet; jew minħabba li l-partner il-ġdid li jkollhom ma jkunx irid lit-tfal minn taż-żwieġ tagħha, jew inkella minħabba ambizzjonijiet ta' karriera jew anke għax ikollha pjanijiet li ssiefer.", "Ma rridux niġġeneralizzaw u ngħidu li dik hija n-norma, però hemm a shift in trend.", "Għalija meta jkolli mara quddiemi li tgħidli dawn it-tip ta' affarjiet, aktar insibha diffiċli biex nifhimha.", "Din teżisti u trid tiġi kkonsidrata anke għal skop ta' studju u ta' statistika biex ikollna stampa ċara tas-sitwazzjoni.", "Semmejt ukoll il-koppji li qed jisseparaw u l-bżonn ta' edukazzjoni u ta' terapija waqt li jkunu għaddejjin mill-proċess kollu.", "Imma għandna backup services?", "Min ikollu l-mezzi jista' jmur privatament għand l-esperti u jħallas għalihom hu, imma x'jiġri meta ma jkollokx il-mezzi u trid tirrikorri għand xi aġenzija jew struttura governattiva għall-għajnuna?", "Nafu li dawn għandhom waiting lists twal u li kultant lanqas joffru dak is-servizz personalizzat u targeted kif wieħed forsi jkun jixtieq.", "Għandna problema wkoll fejn jidħlu t-tfal, fejn inti semmejt li t-tfal mhux qed jiġu mismugħa.", "Mal-Kummissarju għat-Tfal ġieli kellna taħditiet fuq il-bżonn tal-liġi tat-tfal biex id-drittijiet tat-tfal ikunu ben stabbiliti b'parametri legali biex it-tfal ikunu jistgħu jsemmgħu leħinhom.", "Issa l-Qorti għandha diskrezzjoni jekk tismax lit-tfal jew le.", "F'ħafna każijiet it-tfal ma jinstemgħux, però ġieli jkollok każijiet li minkejja li t-tfal jinstemgħu, ikunu qishom ma qalu xejn.", "Naħseb li dik hija xi ħaġa frustranti ħafna kemm għal min jaħdem f'dan il-qasam, imma aktar u aktar għat-tfal stess li wara li jkollhom l-opportunità li jitkellmu, mbagħad ma jagħtux kashom u jiġu sforzati jagħmlu affarijiet kontra x-xewqa tagħhom.", "Dan b'mod speċjali fejn ikollhom aċċess favur ġenitur li jkun abbużiv u li jkun ittraskura lit-tfal, imbagħad l-istess tfal jiġu mġiegħla bilfors imorru miegħu jew magħa f'ċerti ħinijiet u f'ċerti ġranet tal-ġimgħa.", "Inti semmejt li t-tfal iweġġgħu lilhom infushom volontarjament.", "Għandek kondizzjonijiet tat-tfal - u din spjegawhieli medikament għax jien m'iniex persuna medika – bħalma huma l-psychosomatic conditions li l-istress li jkollhom it-tfal tant huwa kbir li fiżikament jiżviluppaw patoloġiji li huma inspjegabbli.", "Jiġifieri din qiegħda tkun ta' ħsara għat-tfal li bilfors f'ċerti ħinijiet iridu jmorru jaraw lil dak il-ġenitur, li hija xi ħaġa ta' ħsara kbira.", "U minkejja li t-tfal jimmanifestaw ix-xewqat tagħhom li ma jridux imorru, xorta waħda jkollhom imorru.", "Imbagħad ovvjament isir rapporti lill-pulizija, proċeduri legali u apparti s-separazzjoni, dawn l-affarijiet jibqgħu għaddejjin.", "Anke fil-kwestjoni ta' mantenimenti rajnihom fil-Qrati Kriminali u rajnihom itellgħu lit-tfal magħhom.", "U għalkemm ma jdaħħluhomx magħhom fl-awla, it-tfal jitħallew fil-kuriduri u hemmhekk jisimgħu u jaraw minn kollox.", "Naturalment it-tfal jiġu nfluwenzati anke mill-mod ta' kif jingħadu l-affarijiet.", "Ħaġa oħra li xtaqt insemmi hija l-preżenza tal-Avukat tat-Tfal.", "Min jaf kemm-il darba tlabna għall-Avukat tat-Tfal u din ma tingħatax.", "Dan għar-raġuni li hemm tnejn biss u allura żgur mhumiex suffiċjenti sabiex jiħħendiljaw il-każijiet kollha.", "Għandek ukoll nuqqas ta' professjonisti bħal psychologists u child psychologists.", "Il-manteniment.", "L-iskuża li kienu jaħdmu u issa waqfu.", "Raġel li jkun ordnat li jagħti l-manteniment jibda jġib ħafna skużi għax jgħidlek li ma jridx jagħti flus lil martu għax ma jafx x'qiegħda tagħmel bihom u għalkemm qed jagħtiha l-flus, it-tfal xorta jibqgħu bl-istess ħwejjeġ.", "B'dawn il-ħafna battibekki tas-soltu nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn il-manteniment ma jingħatax u jispiċċaw ibatu t-tfal.", "Wara mbagħad l-omm u n-nanniet – kif semmejt tant tajjeb inti – joqgħodu jgħidu lit-tfal li missierhom ma tahomx flus.", "Naturalment in-nanniet għandhom rwol importanti ħafna fuq dawn it-tip ta' messaġġi li nagħtu lit-tfal, jekk mhux ukoll meta niġu għal każijiet ta' separazzjoni, speċjalment l-ommijiet tar-raġel u l-ommijiet tal-mara li aktar ikomplu jfettqu f'xulxin u jitfgħu l-melħ fuq il-ferita.", "Jiġifieri l-edukazzjoni waqt il-proċess tas-separazzjoni trid tingħata wkoll lill-extended family.", "Għandna nuqqas ta' maturità anke fejn jidħlu koppji li jkunu qed jisseparaw u li jkollhom livell akkademiku u jkunu professjonisti f'dan il-qasam.", "L-agħar separazzjoni li jista' jkollok hija separazzjoni bejn koppja avukati.", "Koppja ta' avukati li jkunu qed jisseparaw jibdew ifettqu f'kollox u xi kultant litteralment tispiċċa tiddisgusta ruħek li dawn huma membri tal-istess professjoni tiegħek.", "Tibda tiskanta kif dawn ikunu daqshekk professjonali mal-klijenti tagħhom.", "Dan għaliex il-livell ta' professjonalità fil-professjoni legali qiegħda wkoll taffettwa ħafna l-każijiet, bħal meta jkollok koppja fejn il-mara jew ir-raġel biex jieħdu aktar milli ħaqqhom, jipprovaw jimmanuvraw u jimmanipolaw il-mod ta' kif jitkellmu, li jitolbu jew jgħidu ċertu affarijiet li lanqas biss iħossu.", "Dr Azzopardi qalilna li f'kawżi ta' separazzjoni ġieli jitkellmu l-avukati biss.", "Għalfejn?", "Dan jiġri għax il-mara jew ir-raġel, għalkemm ikollhom dik l-animosità kollha fil-konfront tagħhom, ma jkollhomx dik il-kuxjenza li jgħidu affarijiet li forsi ma jkunux minnhom.", "U allura jidħol l-avukat li sabiex jaġevola lill-klijent tiegħu, jibda jgħid ċerta affarijiet.", "U dik hija xi ħaġa li diffiċli tikkontrollaha u taqbadha jekk ma jitkellimx il-klijent, imma xorta naħseb li għandna bżonn nitkellmu fuq dawn l-affarijiet ħalli noħolqu aktar kuxjenza dwar il-professjonisti.", "Il-professjoni legali tagħmel xogħol ta' avukat imma għandha wkoll l-aspett soċjali u l-aspett uman li tagħtih il-weight tiegħu..", "Kemm għandna nagħtu aktar importanza lir-rwol tal-missier.", "Imma sfortunatament xi kultant l-irġiel stess iwaddbu l-ġebla fuq saqajhom.", "Ftit ilu kelli każ ta' missier li beda jitlob il-kura u l-kustodja tat-tfal għax l-omm mhijiex idonea biex trabbihom.", "Imma x'ħin tela jixhed irriżulta li lanqas kien jaf l-etajiet tat-tfal.", "Veru banalità ħdejn il-komportament tal-omm li kienet tabbuża mill-alkoħol u x'naf jien, imma l-fatt li kien hemm dik il-mankanza trivjali, affettwa ħafna l-mod ta' kif il-ġudikant ħaseb u esprima ruħu fis-sentenza tiegħu.", "Għandek ukoll il-problema ta' rġiel li jħossuhom inkompetenti sabiex jifhmu, jikkomunikaw u jindukraw lit-tfal.", "Dan tarah meta jkollhom aċċess forsi ta' tliet sigħat fil-ġimgħa, u mbagħad għax ikun hemm ir-rakkmandazzjoni tas-social worker jew tar-rapport ta' xi espert li jissuġġerixxi li jridu jqattgħu aktar ħin mat-tfal, dawn jaqbadhom paniku sħiħ għax ma jkunux jafu x'se jaqbdu jagħmlu biex jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom għal dak il-ħin kollu.", "U allura naħseb li hemm bżonn li jingħata aktar sapport f'dan is-sens lill-missirijiet, mhux biss fil-każijiet ta' separazzjoni imma anke throughout l-upbringing tat-tfal.", "Meta tkellimna ma' Dr Angela Abela tkellimna fuq courses tal-parent craft li jibdew minn qabel it-tqala u jibqgħu sejrin sa wara, li tendenzjalment imorru għalihom in-nisa, imma importanti li jkun hemm ukoll couple therapy fil-parent craft u fil-parenting skills.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Justyne Caruana hija avukat u allura rajna min-naħa legali.", "Ħalli nkompli minn fejn spiċċat l-Onor.", "Meta qed titkellem fuq il-proposta tiegħek rigward it-taħriġ, x'pariri tagħti li kieku jiena kelli npoġġik f'sitwazzjoni fejn ngħidlek biex tħares lejn Malta minn hawn u ħames snin oħra.", "Li kieku mil-lum inti qiegħed tikkmanda, mil-lum sa ħames snin oħra xi proċess tixtieq tara li jsiru fil-proċess ta' taħriġ u lil min tagħtih?", "B'mod sistematiku qed nagħmillek din il-mistoqsija ħalli inti tgħidilna x'inhuma l-proposti tiegħek ħalli aħna nkunu nistgħu nressquhom.", "Inti kont qed tgħid ukoll li teħtieġ kampanja edukattiva għall-ġenituri li jkunu qegħdin jisseparaw, imma taħseb li tista' tgħallem lil xi ħadd li jkun driven bl-emozzjoni ta' rabja?", "Jekk jien se nissepara u ninsab imweġġa' jew inkella diġà għandi storja romantika oħra, tant jien emozzjonat u tant jien taken off bl-emozzjoni tiegħi, tista' tarani nitgħallem kif se nġib ruħi biex lit-tfal ma nweġġagħhomx?!", "Dan meta – u rridek tikkonfermali jekk huwiex hekk jew le – ħafna drabi f'każ ta' separazzjoni, l-inqas ħaġa li jagħtu każ il-koppja huma proprju t-tfal.", "Hawnhekk flimkien magħna hawn is-Sinjura Carmen Zammit li laqatni ħafna dak li kienet qalet meta kienet għamlitilna l-presentation tagħha.", "Fil-fatt kienet qaltilna li l-iżjed ħaġa preokkupanti hija l-uġiegħ tat-tfal waqt li l-ġenituri tagħhom ikunu għaddejjin minn separazzjoni.", "Issa aħna x'nistgħu nagħmlu biex innaqqsu l-uġiegħ tat-tfal?", "U x'nistgħu nagħmlu biex lil kbar nissensibilizzawhom u nirresponsabilizzawhom fuq dak li jista' jiġri lit-tfal f'każ ta' separazzjoni qabel ma jkun hemm ħjiel ta' separazzjoni?", "Illum meta persuna adulta tqum filgħodu trid tagħmel tliet ringrazzjamenti lil Alla, li tgħid ara m'għandiex il-marda tal-kanċer, ara ma tanix attakk tal-qalb mal-lejl u ara l-mara għadha miegħi.", "Dan għaliex ma tafx x'se jiġrilek l-għada u ma tafx kif tista' tkun vittma ta' waħda minnhom.", "Allura kif se nedukaw - bħalma nagħmlu kampanja tajba ta' prevenzjoni fil-health – u nagħmlu kampanji ta' prevention qabel ma wieħed jidħol f'din it-trawma?", "Kien hemm punt legali fejn it-tfal jiġu meqjusa bħala proprjetà imma l-liġi tibqa' dik li hi, jiġifieri tinkiteb minn nies li mbagħad tidderiġi lill-ġudikant.", "X'jista' isir biex dak li huwa legali jingħata aspett psikoloġiku u aspett ta' kuxjenza soċjali.", "Taraha li din tista' issir?", "X'inhu l-effett fuq il-ġenitur li meta kien miżżewweġ, kien jara lill-uliedu l-ħin kollu, filwaqt li issa, wara s-separazzjoni, irid jistenna ġimgħa biex jara lit-tfal għax ikun imissu jarahom fil-weekends.", "F'dawk il-każijiet x'għajnuna jew taħriġ jista' jingħata lil dik il-persuna issa li t-tfal ittieħdulu jew ittieħdulha minn magħha sempliċement għax isseparaw.", "Issa bil-maqlub ħalli nneħħu d-dinja kattiva ta' fejn in-nies jisseparaw u nsemmu xi ħaġa oħra, jekk persuna tmut - jista' ikun il-missier - l-effett fuq it-tfal ta' fatherlessness jibqa' jixbah lil dak l-effett li għedt inti ta' meta ssir is-separazzjoni?", "Issa ma rridx inkun kattiv miegħek.", "Inti ġejt ippreparat u aħna tlabnik li tkun ippreparat fuq x'jiġri f'każ fejn hemm fatherlessness minħabba separazzjoni, imma moħħi issa qed jiġri xi ftit u ridt inkun ġust mar-realtà tal-ħajja.", "X'jiġri meta jidħol il-partner jgħix fil-familja minflok il-missier?", "Saret xi riċerka fuq dan?", "U x'jista' ikun l-effett fuq it-tfal meta daħal xi ħadd jgħix mal-omm li mhuwiex missierhom u qiegħed jgħix hemmhekk fid-dar?", "Minn xiex irridu nibżgħu jew għaliex irridu nkunu kuntenti?", "Inti għidtilna li d-delikwenza hija riżultat ta' familji mkissra speċjalment f'ħafna soċjetajiet fejn hemm id-divorzju.", "Jiena nixtieq li b'dawn il-laqgħat inkun qisni qed nagħmel social impact assessment tad-divorzju.", "Imma Malta bħala soċjetà li s'issa għad m'għandhiex divorzju, meta tikkonsidra x'inhu jiġri f'dawk il-pajjiżi li għandhom id-divorzju, bħal delinkwenza, u l-effetti fuq it-tfal, x'messaġġ tħoss li għandek tagħti?", "Issa xtaqt nistaqsi dwar tfal li kibru u saru adulti imma kienu trabbew f'trawmiet ta' waqt is-separazzjonijiet.", "Meta ġiet Dr Angela Abela u konna qegħdin nitkellmu fuq il-faqar, aħna wżajna l-kliem goff Malti li l-qamel iġib il-qamel u l-flus iġibu l-flus, jiġifieri l-faqar iġib il-faqar, is-separazzjoni se ġġib is-separazzjoni u t-tajjeb se jġib it-tajjeb.", "Allura s-soċjetà Maltija - mill-esperjenza tiegħek u bit-trends li għandna - jekk mhux se jirnexxilna b'xi mod inżommu l-hand break fuq dawn l-affarijiet, kif taraha?", "Barra minn pajjiżna fejn hemm diġà d-divorzju, li kieku kelli ndur fuq xi ħadd u nkun allarmanti fuq din il-kwestjoni, dan se jdur fuqi u jgħidli; Mhux xorta qegħdin jgħixu?", "Kieku inti x'tirrispondi għal dan il-kumment?", "Il-quality of life illum għadha tiġi apprezzata?", "Barra minn Malta ħadd mhu se jgħid li se jneħħi d-divorzju u jmur lura.", "Naf li hemm ħafna schools of thought fejn il-gvernijiet differenti qegħdin jipprovaw jerġgħu jaraw kif is-soċjetà idaħħlulha ċerta valuri u jerġgħu jirresponsabilizzawha.", "Madankollu jiena naħseb li dak li ntilef, jekk persuna trid 40 sena ta' terapija biex tirkupra, ma nafx kemm trid terapija is-soċjetà biex terġa' treġġa' kollox lura.", "Imma allura f'din l-eventwalità, il-persuna li tkun trabbiet u ħarġet minn ġo familja sseparata, ir-risk of failure taż-żwieġ tagħha se jkun wieħed għoli?", "Jiena nieqaf hawnhekk u nistieden lill-Onor.", "Frederick Azzopardi ħalli jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu.", "FREDERICK AZZOPARDI: L-ewwelnett niskuża ruħi li ma kontx hawnhekk mill-bidu, però kont f'kumitat ieħor.", "Imma mill-biċċa li lħaqt tal-presentation, nista' ngħid li kienet verament interessanti.", "Kif dħalt hawnhekk smajt il-kumment \"to help families reduce working hours\".", "Issa t-trend illum, kif jaf kulħadd, hija dik li s-sigħat qegħdin nipprovaw inżiduhom u mhux innaqqsuhom.", "Allura kif nistgħu nsibu soluzzjonijiet għal dawn l-affarijiet fejn għandna koppji li qegħdin ikunu mgħobbijin bi djun u spejjeż li ma jistgħux ilaħħqu magħhom?", "Naturalment jekk irridu nsolvu din il-problema, allura rridu nnaqqsu s-sigħat tax-xogħol, imma kif se nnaqqsuhom dawn is-sigħat?", "Hemm każi fejn it-tfal, wara separazzjoni, jispiċċaw jieħdu ħsiebhom in-nanniet.", "Taħseb li l-fatt li t-tfal se jkunu qegħdin jitrabbew man-nanniet se jħalli effett fuqhom 'il quddiem minħabba l-age gap li jkun hemm?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "JUSTYNE CARUANA: Meta jkollok każijiet ta' abbuż, speċjalment fuq il-bniet li jkunu abbużati minn missierhom, fl-ambitu tal-presentation li għamilt fuq fatherlessness fil-ħajja tat-tfal, meta inti għandek tifla li taf li l-father figure tagħha għamlilha l-ħsara, is-self-defence mechanism tagħha jagħmel a complete shutdown f'dak li għandu x'jaqsam mal-father figure.", "F'dawn il-każijiet xorta l-findings li tajtna fil-presentation japplikaw l-effetti tal-fatherlessness?", "Dan għaliex minkejja li jkollna dawn il-każijiet ta' abbużi, xorta waħda jkollok il-qrati li jordnaw l-aċċess favur il-missier.", "U dan isir minkejja li jkollok il-minuri li assolutament ma tkunx trid taf u jkollok il-parir tal-psikologi li jgħidulek it's harmful li jkun hemm dan l-aċċess.", "THE CHAIRMAN: Il-Kummissarju għat-Tfal, is-Sinjura Carmen Zammit.", "IS-SINJURA CARMEN ZAMMIT (Kummissarju għat-Tfal): Dan huwa suġġett li jiena mmissu kważi kuljum.", "Fil-fatt sal-lum stess kelli żewġ każijiet.", "Fuq livell Ewropew, anke bħala l-ENOC - European Network of Ombudsman for Children - qegħdin nitkellmu ħafna fuq id-dritt ta' parteċipazzjoni tat-tfal f'kull fażi ta' ħajjithom.", "U dan li qed jiġri fil-każi tas-separazzjoni, it-tfal mhumiex qegħdin jipparteċipaw, mhux biss meta jasal il-każ fil-qorti.", "Hawnhekk se nallaċċja ftit ma' dak li qal Dr. Azzopardi għax anke fil-mument li l-ġenituri jibdew jaħsbu biex jisseparaw, irridu ngħallmuhom u trid tidħol il-kultura li t-tfal ikunu parti minn dik id-diskussjoni.", "Jiena naħseb li b'hekk biss tista' ittaffi xi ftit mit-trawma li jkunu se jgħaddu minnha t-tfal.", "Għalkemm il-liġi tipprovedi li t-tfal jinstemgħu, naħseb li dawn mhumiex qed jinstemgħu biżżejjed fil-qorti.", "Naħseb li t-tfal mhux x'ħin jaslu fl-età ta' 14-il sena jridu jinstemgħu, imma jridu jinstemgħu ta' kull età.", "Issa biex jinstemgħu t-tfal irid ikun hemm nies li jkunu jafu jisimgħu lit-tfal u li jkunu jafu jinterpretaw xi jridu jgħidu t-tfal għax hawnhekk kulħadd jaf - min ikollu ftit tal- esperjenza - li ħafna drabi l-ġenituri ma jkunux konxji tal-ħsara li qiegħda ssir lit-tfal.", "Imma dawn jużaw lit-tfal tagħhom biex isawtu lill-partner u dan joħloq ħsara enormi fuq it-tfal.", "Trid tkun persuna li jkollha rapport tajjeb mat-tfal.", "Għalkemm għandna l-avukati tat-tfal u li huwa minnu li dawn huma tnejn u jaħdmu part-time, il-każijiet verament jarawhom u jidħlu fihom.", "Imma inti jrid ikollok il-ħin biex tagħmel relazzjoni tajba mat-tfal.", "Bħala uffiċċju aħna qegħdin nissuġġerixxu li malli l-ġenituri jkollhom l-avukat tagħhom, it-tfal irid ikollhom l-avukat tagħhom ukoll.", "Jiena ltqajt ma' ġenituri li sseparaw u dawn kollha jgħidulek li t-tfal kollha għaddew minn trawma enormi.", "Barra minn hekk qiegħda nissuġġerixxi wkoll li jkun hemm ukoll il-guardian ad litem.", "Barra minn Malta nsibu grupp ta' nies fuq livell volontarju, bħal ex-teachers jew ex-social workers, li jkollhom il-kapaċità li jagħmlu rapport mat-tfal u allura jkunu jistgħu jwasslu l-leħen tat-tfal meta dawn ma jkunux jafu jwassluh il-Qorti waqt il-proċess tas-separazzjoni.", "Barra minn hekk anke fuq livell ta' ENOC, qegħdin nistudjaw kif it-tfal jista' ikollhom aċċess għall-ġustizzja.", "F'Malta, t-tfal għad m'għandhomx il-possibilità li jsemmgħu leħinhom jekk huma jkunu jixtiequ jressqu xi ħaġa.", "U dik hija lakuna enormi li għandna.", "Għoġobni ħafna l-fatt li semma' Dr. Azzopardi fuq ir-riċerka.", "Malta nafu li n-numri ta' separazzjonijiet qiegħed jikber, u hawn ħafna tfal li qegħdin jgħixu man-nanniet, imma għadha ma daħlitx il-kultura li nipprovaw nagħmlu riċerki xjentifiċi biex imbagħad insibu l-mezzi ta' kif se nsolvu l-problemi.", "Huwa minnu li f'Malta għadha ma daħlitx din il-kultura u din hija riċerka li għandha bżonn issir għax jekk ir-riċerka ssir, wieħed imbagħad jieħu l-mezzi meħtieġa sabiex jagħmel il-prevenzjoni għax jekk se nibqgħu sejrin hekk, se jkollna ħafna iżjed familji mkissrin.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Ippermettuli ngħaddi kumment.", "Naħseb li bħala politika u anke bħala pajjiż, f'dawn l-aħħar snin għaddejna ħajja ta' żvilupp politiku mgħaġġel, orjentat lejn ċerta direzzjoni u ħarisna lejn dik id-direzzjoni biss.", "U ma nkunx żbaljat jekk ngħid li prattikament waddabna l-orjentazzjoni politika tagħna fuq id-dibattitu politiku li kien limitat biss għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "U allura l-ħidma tad-dipartimenti kienet kontinwament ikkonċentrata - jiena li għext dawn l-aħħar 12-il sena fil-politika, u 10 snin minnhom fl-eżekuttiv – fuq il-preparazzjoni għas-sħubija tagħna ma' l-Unjoni Ewropea.", "Dan kien id-diskors tal-gvern qabel is-sħubija u kif se nkunu qegħdin kompatibbli issa li dħalna f'dan iż-żarbun.", "Madanakollu naħseb li issa huwa l-aħjar ħin possibbli sabiex nieqfu, inħarsu madwarna u naraw x'qiegħed jiġri lis-soċjetà tagħna.", "U jiena bla ma kont naf u bla ma kelli l-intenzjoni, għall-grazzja t'Alla spiċċajna qegħdin nagħmlu dan għax qegħdin nitfgħu għajnejna fuq l-aspetti differenti tas-soċjeta tagħna.", "Għaldaqstant nixtieq li Dr Azzopardi jiġi ppreparat għal-laqgħa li jmiss bħalma kien illum.", "Fil-pjan tal-ħidma tagħna li għamilna numru ta' xhur ilu, meta bdejna nħarsu lejn x'jistgħu jkunu l-issues differenti tal-familja, illum qed ninduna kemm bħala suġġett huwa profond daqslikieku qed nitkellmu fuq id-droga.", "Irrid nistqarr magħkom li qabel ma ġejt għal din il-laqgħa kelli l-ħsieb li dan is-suġġett nikkonkludih f'seduta waħda imma issa qed ninduna li kont żbaljat.", "Issa l-biċċa xogħol tagħna hi li nkunu eye opener lil ħafna politiċi oħra li qegħdin fil-plenarja, fejn hemmhekk kulħadd ikun għaddej mgħaġġel fuq il-ħidma rispettiva tiegħu.", "Jiena nixtieq li Dr Azzopardi jerġà jiġi ppreparat bħalma kien illum biex nidħlu ftit aktar fil-fond ta' dawn l-issues permezz ta' risposti għal dawn il-mistoqsijiet.", "L-uffiċċjali li ġew mill-qorti tal-Familja nħallihom fil-libertà kollha jekk jerġgħux ikunu preżenti jew le.", "Naf li se terġgħu tkunu hawnhekk il-ġimgħa li ġejja u allura l-laqgħa tal-lum diġà se sservi ta' food for thought għax naf li se tkomplu tibnu fuqha.", "Imma nixtieq inkun naf jekk tagħtunix parir li, kif qalet l-Onor.", "Justyne Caruana, ikun hawn preżenti għall-meeting li jmiss anke membri tal-ġudikatura bħala osservaturi li għandha x'taqsam ma' dan is-settur?", "Jien ma nafx kif dan jista' isir, imma jekk intom kapaċi titkellmu dwarha u mbagħad tagħtuna parir, aħna nilqgħu dak il-parir.", "Jekk forsi ssir xi ħaġa formali - jew mhux daqshekk formali - aħna ma niddejqux li bħala kumitat niġu mogħtija parir biex jekk nistgħu nwasslu messaġġ, dan inwassluh.", "JUSTYNE CARUANA: Jekk ma jkunx Imħallef jew Maġistrat li attwalment qed jitratta dawn il-każijiet minħabba konflitti ta' każijiet pendenti, ma nafx jekk ikunx aktar għaqli li jkun maġistrat jew imħallef li kien jippresjedi qabel bħal per eżempju, l-imħallef J.D. Camilleri u l-Imħallef Ray Pace li llum ma jippresjedux fil-qorti tal-familja.", "Dan għaliex min qiegħed fihom illum forsi jħossu skomdu jitkellem.", "IS-SUR ALDO TESTONE (Director, Civil Courts and Tribunals): Jien ma narahx li huwa għaqli li Imħallef jew Maġistrat li għadu fil-kariga nistednuh għal din il-laqgħa għax jista' ikollu każi quddiemu biex jiġġudikahom u allura jidħol f'konflitt.", "U allura aħjar li jkun xi ħadd li m'għadux fil-kariga.", "Imma min-naħa tiegħi ngħaddi l-messaġġ tagħkom u ninformakom il-ġimgħa d-dieħla.", "THE CHAIRMAN: Nistgħu nissimplifikaw u nnaqqsu ftit mill-burokrazija.", "Jekk intom tgħaddulhom il-messaġġ tal-laqgħa li saret illum, huma jistgħu anke jsegwuha mid-dar tagħhom stess permezz tal-internet.", "B'hekk xorta waħda nkunu qegħdin inwasslulhom il-messaġġ, anke jekk ma jkunux preżenti hawnhekk.", "Dan jista' isir billi jidħlu fil-website tal-parlament u jsibu s-seduta ta' dan il-kumitat.", "Nafu li se nkun qiegħed neħdilhom sagħtejn minn ħajjithom imma jekk tridu tiġbdulhom l-attenzjoni b'din il-laqgħa, tistgħu tagħmlu hekk.", "Ftit ilu ltqajt ma' omm ta' persuna b'diżabilità u l-kumment li għaddietli se nipprova nxebbhu ma' xi ħaġa li smajt hawnhekk illum.", "Din l-omm qaltli li t-tifel tagħha għandu l-għalliema u għandu n-nies li jieħdu ħsiebu f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasport pubbliku, imma għalkemm kulħadd huwa ntiż fil-qasam rispettiv tiegħu, m'għandhomx l-aspett psikoloġiku ta' kif jistgħu jieħdu ħsieb lit-tifel tagħha.", "Jew inkella l-escort li jkun hemm fil-vann li jwassal lit-tifel tagħha l-iskola m'għandiex first aid u allura jekk it-tifel tagħha jagħtih xi seizure u jsirilha ikħal, dawn mhumiex responsabbli ta' kif jieħdu ħsiebu.", "B'hekk joqgħodu jistennew li l-omm tkun qiegħda hemm il-ħin kollu.", "Issa dan huwa aspett - ta' persuna b'diżabilità - li għad irridu nkomplu niddiskutuh.", "Xi kultant anke fuq l-aspett legali, nieqfu biss fuq l-aspett legali u nħallu barra l-aspett psikoloġiku u l-kuxjenza soċjali.", "X'taħseb li għandu jsir biex meta nitrattaw każ, il-każ jiġi trattat professjonalment minn kull angolu possibbli?", "Qed ngħid hekk għax tajjeb li jkollna proposti f'dan ir-rigward.", "Nitlob lill-membri tal-qorti tal-familja sabiex jippreparaw għal session oħra li tixbaħ lil din, u jien ninsab persważ li se tkun interessanti daqskemm kienet dik tal-lum.", "Lil Dr Azzopardi nitolbu sabiex kif ilesti l-preżentazzjoni tiegħu, jagħmel kuntatt mas-segretarja tal-kumitat jew inkella mar-research analyst ħalli jkollna laqgħa oħra bħal din.", "Issa jekk taħsbu li hemm xi nies oħra li nistgħu nġibuhom għall-kontinwazzjoni ta' dan il-laqgħa, nitlob lis-Sinjura Carmen Zammit sabiex jekk trid tagħtina parir lil min nistgħu nistiednu hawnhekk, aħna naraw inkunux nistgħu nġibuhom ukoll.", "Inħalli f'idejkom u nistenna r-risposta tagħkom.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-9:10 pm id-diskussjoni fuq dan is-suġġett kienet interrota u l-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090121_013d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 13", "L-Erbgħa, 21 ta' Jannar, 2009", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.30 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Is-Sur James Carabott, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali fil-Kamra tad-Deputati attenda għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr 12 li saret nhar it-Tlieta 20 ta' Jannar 2009 ġew konfermati.", "F'hiex isarraf in-nuqqas tal-missier fil-familja, minĦabba separazzjoni u l-effetti fuq it-tfal?", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat stieden lil Dr. Charlie Azzopardi, Psychotherapist - Couple & Family Therapist biex jagħti preżentazzjoni dwar in-nuqqas tal-missier fil-familja minħabba separazzjoni u l-effetti fuq it-tfal.", "L-Onor Vassallo stieden ukoll lil Ms Carmen Zammit, Kummissarju għat-Tfal u lis-Sur Aldo Testone, Director, Civil Courts and Tribunals biex jieħdu sehem fid-diskussjoni.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-9:10 pm id-diskussjoni fuq dan is-suġġett kienet interrota u l-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090121_013m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 14", "It-Tlieta, 27 ta' Jannar, 2009", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 27 ta' Jannar, 2009 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Sejħa pubblika għal dawk kollha li għandhom riċerka lokali dwar l- effetti tal-media fuq il-familja Maltija.", "Preżentazzjoni mis-Sur Gaetano Vella u s-Sur Anson D. Aquilina li għamlu riċerka fuq il-media.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090127_014a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 14", "It-Tlieta, 27 ta' Jannar, 2009", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 14", "It-Tlieta, 27 ta' Jannar, 2009", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.17 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 13 li saret nhar l-Erbgħa, 21 ta' Jannar, 2009 ġew konfermati.", "SejĦa pubblika gĦal dawk kollha li gĦandhom riĊerka lokali dwar l-effetti tal-media fuq il-familja Maltija", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Illum se nkomplu l-laqgħa li orinġinarjament kienet bdiet f'laqgħa oħra li kienet iġġib l-isem \"L-effett tal-media u l-familja\".", "Fil-fatt illum se nkomplu bil-preżentazzjoni li se ssir mis-Sur Gaetano Vella u s-Sur Anson D. Aquilina li għamlu riċerka fuq il-media.", "Nirringrazzjakom li intom kollha rrispondejtu għas-sejħa pubblika li saret.", "Aħna bħala Kumitat għal-Affarijiet Soċjali ta' dan il-Parlament urejna x-xewqa li nestendu l-possibbiltà lil kull min seta' għamel riċerka fuq dan is-suġġett biex jiġi hawnhekk, isostni r-riċerka tiegħu u jaqsamha ma' din il-Kumitat.", "B'hekk inkunu qegħdin nagħtu l-possibbiltà li aktar individwi jkunu jistgħu jiġu 'l quddiem u jaqsmu magħna r-riċerka, l-ideat kif ukoll l-esperjenza tagħhom.", "Qed ngħid dan il-kliem għax qabel ma nibdew irrid nirringrazzja lis-Sur Charles Stroud li min-naħa tiegħu se jkun qed jagħti l-esperjenza u l-ideat tiegħu fuq il-media u l-familja mil-lenti ta' producer u ta' industrija ġdida f'dan il-pajjiż.", "Li jinteressana aħna hawnhekk huwa li niddiskutu aspetti differenti relatati mal-qasam tal-familja.", "Biex neżawrixxu s-suġġett tal-familja b'mod sħiħ u nduru dawra sħiħa mal-familja - suġġett li diġà bdejna nitkellmu dwaru ma' żewġ esperti oħra fuq dan il-qasam li kienu Fr Joe Borg u Fr Charles Tabone - nixtiequ nkomplu nidħlu aktar fid-dettall ta' dan is-suġġett dwar kif il-media tinfluwenza lill-familja.", "Aktar ikun ta' interess għalina jekk mir-riċerka ngħaddu għal xi ħaġa attwali.", "Il-producer x'kuxjenza jagħraf meta jipproduċi dak li intom ir-riċerkaturi se titkellmu dwaru?", "Dan huwa qasam totalment ġdid u allura nixtieq nistaqsi kif nistgħu niddiskutu l-kuxjenza jew il-ħsieb tal-producers li forsi jkunu qed jipproduċu xi teleserial jew drama b'relazzjoni mal-effett li dan jista' jħalli fuq il-familja?", "Issa se ngħaddu mill-ewwel għall-preżentazzjoni tagħkom bħala riċerkaturi mbagħad flimkien inkomplu nitkellmu wkoll mas-Sur Charles Stroud.", "Issa se nagħti l-kelma lis-Sur Gaetano Vella imbagħad lis-Sur Anson D. Aquilina.", "Sur Vella, tista' tibda.", "IS-SUR GAETANO VELLA: Onor. Membri, Sinjuri, qabel xejn nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi għal dan il-Kumitat Parlamentari għall-fatt li qed jagħmel użu minn riċerki li jsiru bħalma huwa fil-każ tagħna llum.", "Hija ħasra meta r-riċerka ssir biss għall-użu tal-Università.", "Ir-riċerka hija importanti ħafna għax fost affarijiet oħra, minbarra li tagħti dawl fuq diversi aspetti tal-ħajja tagħna, tagħti wkoll dawl lill-policy makers fit-tfassil tal-leġislazzjoni għall-ġid tal-komunità.", "Issa nixtieq nintroduċu din il-preżentazzjoni dwar ir-riċerka li għamilt jien fil-livell ta' Master fi ħdan id-Dipartiment tal-iStudju dwar iż-Żgħażagħ u l-Komunità, Fakultà tal-Edukazzjoni tal-Università ta' Malta.", "Kif qed taraw dan l-istudju għandu t-titlu \"The challenges of media literacy and the Maltese education system\", fejn jien għamilt evalwazzjoni tas-sitwazzjoni f'Malta fl-isfond tal-istudji li diġà saru u l-fehmiet u l-kritika li saret minn individwi involuti fis-suġġett tal-Media education.", "Barra minn dan, din l-evalwazzjoni għamiltha fid-dawl tal-kurrikulu minimu nazzjonali tal-1999 partikolarment objective 8 li tittratta dwar il-Media education.", "Bħala direzzjoni akkademika jien kont taħt it-tmexxija ta' Dr Andrew Azzopardi li wkoll nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi kemm għall-gwida tiegħu kif ukoll għall-impenn tiegħu fil-qasam soċjali.", "Jien nixtieq nibda din l-ispjegazzjoni bi tliet kwotazzjonijiet partikolari li komplew jagħmluni aktar konxju tas-saħħa li għandhom il-mezzi tal-komunikazzjoni fuq il-bniedem speċjalment fuq it-tfal u fuq iż-żgħażagħ.", "Se naqra dawn il-kwotazzjonijiet għall-benefiċċju ta' dawk is-semmiegħa li se jsegwu r-recording ta' din is-seduta permezz tas-sit elettroniku.", "Din titkellem waħedha.", "L-aħħar kwotazzjoni f'din l-introduzzjoni hija meħuda minn wieħed mid-diskorsi ta' Viviane Reding, Kummissarju Ewropew responsabbli mill-mezzi tal-komunikazzjoni.", "Din tgħid hekk:", "Illum m'għadux żmien iċ-ċensura.", "Fil-bidu ta' din il-preżentazzjoni jkun tajjeb li ngħid li s-suġġett tal-Media education daħal f'Malta fl-1981.", "Kien immexxi minn żewġ skejjel ta' ħsieb, waħda minnhom kienet u għadha tmexxi l-ħsieb li s-suġġett għandu jiġi mwassal lill-istudenti bħala suġġett għalih waħdu u mhux ma' suġġetti oħrajn.", "Fil-fatt hekk jiġri fl-iskejjel tal-knisja fil-Forms I u II.", "Din l-iskola tal-ħsieb tmexxiet 'il quddiem minn Rev. Dr Joe Borg u Dr Marianne Lauri fost l-oħrajn.", "It-tieni skola ta' ħsieb titkellem dwar il-fatt li s-suġġett għandu jiġi mwassal permezz ta' suġġetti oħrajn bħalma huwa l-personal social development, il-PSD, kif jiġri fl-iskejjel ta' l-Istat magħrufa aħjar across the curriculum.", "Jemmen f'din l-iskola ta' ħsieb hemm is-Sur Charles Xuereb, ex-Education Officer, responsabbli mill-media fil-Ministeru tal-Edukazzjoni li jipprattika din l-iskola ta' ħsieb sal-lum.", "Għalkemm iż-żewġ skejjel ta' ħsieb jaqblu li fil-livell primarju, s-suġġett għandu jiġi mwassal across the curriculum għar-raġuni li ġeneralment f'dan il-livell ikun hemm għalliem jew għalliema waħda, imma nistgħu ngħidu li b'xi mod donnu li hemm diskriminazzjoni bejn l-istudenti li jattendu fl-iskejjel ta' l-Istat u dawk li jattendu fl-iskejjel tal-Knisja.", "X'wassal biex nieħu din id-direzzjoni għar-riċerka tagħna?", "Meta ngħid \"ir-riċerka tagħna\" nkun qed nirriferi għad-Dipartiment tal-Istudju dwar iż-Żgħażagħ u l-Komunità.", "Għall-fini ta' din il-preżentazzjoni jien qsamt ir-raġuni wara l-ħsieb ta' din ir-riċerka fuq tliet binarji; il-fatt li l-media u l-effetti tagħha fuq is-soċjetà ilhom għal bosta snin jiġu diskussi f'pajjiżna u anke barra minn xtutna u l-esperjenza tiegħi fil-media u l-istudju li għamilt fil-qasam taż-żgħażagħ u l-komunità.", "Barra minn dan, il-fatt li jien konxju mill-effetti tal-media ridt nara kif qed tkun imwieġba l-mistoqsija ta' kemm fir-realtà t-tfal u ż-żgħażagħ tagħna huma kapaċi jwieġbu għall-isfidi li ġġib magħha l-influwenza tal-media permezz tal-ħiliet u l-kapaċitajiet neċessarji biex jikkumbattu mal-bumbardamenti kontinwi tal-media.", "S'intendi jien ridt inwieġeb għal din il-mistoqsija fl-isfond ta' Objective 8 tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali tal-1999.", "F'dan l-istudju, permezz ta' analisi tas-sitwazzjoni bejn l-1999 - meta daħal fis-seħħ il-kurrikulu l-ġdid - u s-sena 2007 - id-deadline ta' żmien li kelli biex inkun nista' nissottometti t-teżi tiegħi - jien ridt nistħarreġ kemm fir-realtà Objective 8 tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali kien qed jintlaħaq.", "Barra minn dan, jien għamilt din l-evalwazzjoni fl-isfond tal-konsultazzjoni pubblika dwar il-media literacy li kienet imnedija mill-Kummissjoni Ewropea fis-sena 2006 bit-tema \"Making sense of today's media content\".", "Issa se nispjega fuq fuq il-metodoloġija tal-mod li bih imxejt biex wasalt għar-riżultat ta' din ir-riċerka.", "Dan l-istudju kien jitlob li jkun wieħed ta' natura kwalitattiva flimkien ma' rakkont ta' kif evolva s-suġġett tal-Media Education sa mill-1981.", "L-istudju jagħti ħarsa lejn l-iżvolġiment tas-suġġett tal-Media Education fis-sistema edukattiva Maltija kif ukoll lejn ir-rakkmandazzjonijiet ta' dawk kollha li b'xi mod għandhom interess fis-suġġett flimkien mad-diffikultajiet li kien hemm.", "Jien qassamt l-evalwazzjoni fuq tliet binarji; ħarsa lejn l-istorja ta' kif kien introdott is-suġġett, analisi ta' dokumentazzjoni, pubblikazzjonijiet u ta' riċerki li saru fuq is-suġġett u analisi ta' dak kollu li nkiteb fil-ġurnali lokali fuq is-suġġett tal-Media Education bejn l-1999 u s-sena 2007, il-perijodu li fih kelli ndaħħal it-teżi.", "Għamilt riferenza partikolari lejn ir-riċerka u d-dokumentazzjoni ta' Borg u Lauri sena 1991, sena 2003 u sena 2006, Grixti sena 2000, sena 2004 u Galea sena 2006.", "F'din l-analisi għamilt riferenza għar-riżultat ta' konsultazzjoni pubblika dwar il-media literacy li kien ikkummissjonat mill-Unjoni Ewropea flimkien mal-messaġġ tal-Papa Benedettu XVI fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni għas-sena 2007 li proprju kien jittratta dwar l-isfidi li għandha quddiemha l-edukazzjoni għat-tfal fejn tidħol il-media bit-tema \"Children and the media - A challenge for education\".", "Barra minn hekk, kien hemm ukoll diskussjoni dwar is-suġġett waqt focus group b'numru ta' individwi li għandhom jew kellhom interess fuq il-Media Education u l-aħħar waħda permezz ta' intervisti ma' numru ta' individwi magħżula fid-dawl tar-rwol uffiċjali tagħhom jew li kellhom matul iż-żmien u li b'xi mod għandu x'jaqsam mas-suġġett tal-Media Education.", "Din hija l-lista ta' parteċipanti li jien identifikajt bħala li kienu ta' kontribut siewi għal din ir-riċerka biex jieħdu sehem fil-focus group.", "L-Onor.", "Louis Galea, Ministru ta' l-Edukazzjoni, żgħażagħ u Impiegi li għall-focus group kien skużat, l-Onor.", "Carmelo Abela, shadow minister għall-edukazzjoni, żgħażagħ, sport u kultura, is-segretarju permanenti fil-ministeru tal-edukazzjoni, żgħażagħ u impjiegi li kien skużat u kelliem għall-fakultà tal-Edukazzjoni li kien skużat.", "Kien hemm is-Sinjura Grace Attard, Viċi President tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa u ex-għalliema tal-Media Education fi skola tal-Knisja, is-Sinjura Rosalie Vella Piscopo, Communications Coordinator tal-Foundation for Social Welfare f'isem il-Kap Eżekuttiv is-Sur Joe Gerada u s-Sinjura Maud Muscat, Koordinatriċi tal-counselling Services fil-Kurja tal-Arċisqof u lecturer tal-PSD fil-Fakultà tal-Edukazzjoni.", "Kien hemm ukoll is-Sinjura Ruth Falzon Koordinatriċi tal-PSD u lecturer fil-Fakultà tal-Edukazzjoni, is-Sur Mario Cucciardi, il-kap tal-PSD fl-iskejjel tal-Istat u s-Sur Laurence Mizzi, ex-chairman tal-Awtorità tax-Xandir u ex-kap tal-iSchool Broadcasting Unit.", "Barra minn hekk jien għamilt numru ta' intervisti ma' numru ta' nies biex jagħtu kontribut fuq din ir-riċerka.", "Dawn kienu s-Sur Charles Xuereb, ex-Uffiċjal Edukattiv responsabbli mill-Media Education fl-iskejjel tal-Istat, is-Sur Lawrence Muscat, ex-uffiċjal Edukattiv tal-Personal and Social Development fl-iskejjel tal-Istat u s-Sinjura Sonia Camilleri ex-Kummissarju għat-tfal.", "Tkellimt ukoll mas-Sr Riches Grech, ex-Manager tal-Administration and Education fil-Media Centre tal-Knisja u s-Sur Stephen Azzopardi, Kap tal-Istazzjon tat-Television Education 22.", "Issa ħalli niġu għal dak li sibna.", "Jien ippreparajt numru ta' mistoqsijiet għall-focus group.", "Ilkoll wieġbu l-mistoqsija ġenerali ta' kemm fir-realtà s-sistema edukattiva Maltija qed tilħaq il-miri tagħha fejn tidħol il-Media Education.", "Rigward il-mistoqsijiet tal-intervisti, kull individwu kien ippreżentat b'numru ta' mistoqsijiet li kienu rilevanti mal-kariga li kellu.", "Id-diskussjoni tal-focus group kienet ikkaratterizzata minn qbil unanimu li llum aktar minn qabel hemm bżonn li t-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jkunu ippreparati bil-ħiliet fil-kapaċitajiet neċessarji biex jikkumbattu l-influwenza tal-media.", "Il-qofol tad-diskussjoni wassal biex kien hemm qbil unanimu wkoll li s-suġġett għandu jingħata l-importanza li tisħoqqlu.", "Ħareġ ċar li għalkemm is-suġġett huwa inkluż fil-kurrikulu, ir-riċerka wriet li mhuwiex jilħaq il-miri hekk kif indikat f'Objective 8 proprju għax mhuwiex suġġett għalih waħdu iżda inkorporat f'suġġetti oħra.", "Fost diversi kummenti u opinjonijiet li qrajt fuq l-issues tal-Media Education għal din ir-riċerka, waħda li tiġbor fiha b'mod konċiż il-fehma tal-maġġoranza ta' dawk kollha li ħadu sehem f'din ir-riċerka kienet espressa minn żewġ protagonisti fil-qasam tal-media f'pajjiżna f'2006.", "Qed nirriferi għal Rev. Dr Joe Borg u Dr Marianne Lauri.", "Dawn jgħidu hekk:", "Is-Sur Charles Xuereb - ex-education officer tal-Media Education, u li huwa favur is-sistema attwali, jiġifieri dik kif inhi mħaddma mill-iskejjel tal-Istat fejn is-suġġett tal-Media Education jiġi mwassal across the curriculum u mhux bħala suġġett waħdu - ilmenta mill-fatt li fil-livell primarju dan is-suġġett qed jiġi abbandunat.", "L-Onor.", "Carmelo Abela, b'riferenza għall-Objective 8 tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali tal-1999 ikkritika l-fatt li minkejja li kulħadd huwa konxju mill-influwenza tal-media, dawn il-miri ma ntlaħqux filwaqt li s-sistema edukattiva m'hijiex tirrifletti dan.", "Kumment ġenerali ntqal mis-Sr Ruth Falzon, lecturer fil-Fakultà tal-Edukazzjoni, li qalet li s-sistema edukattiva preżenti qed teskludi 50% tat-tfal għall-mod kif inhi prinċipalment ibbażata fuq suġġetti akkademiċi u mhux qed jingħata spazju għal suġġetti oħrajn ta' importanza bħalma huwa l-Media Education.", "Fl-analisi ta' dan l-istudju jien għamilt ukoll riferenza għal dak li ħareġ mir-Round table conference li kienet organizzata mill-Kummissarju għat-Tfal flimkien mal-Awtorità tax-Xandir li ddiskutiet il-kwalità ta' programmi għat-tfal.", "Din il-konferenza rrakkmandat li l-Media Education bħala suġġett għandu jkun introdott fis-sistema aktar strutturata.", "Fl-intervent tagħha għal din ir-riċerka, l-ex-Kummissarju għat-tfal, is-Sinjura Sonia Camilleri, għamlet riferenza għar-rapport ikkummissjonat tagħha tal-2004 fejn qalet li t-tfal qed ikunu mċaħħda minn dritt fundamentali tad-drittijiet tal-Ġnus Magħquda, jiġifieri mid-dritt li t-tfal ikunu protetti mill-influwenza tal-media.", "Dawn li ġejjin huma r-rakkmandazzjonijiet li ħarġu minn dan l-istudju.", "Il-Media Education għandu jsib postu bħala suġġett għalih waħdu fil-kurrikulu.", "Ir-riċerka wriet biċ-ċar li dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li kienu esposti għal taħriġ strutturat across the curriculum ma' suġġetti oħra, kellhom iktar abilità li jagħmlu kritika.", "Għandha tiġi kkonsidrata wkoll il-possibilità li jintuża l-ħin ta' wara l-iskola speċjalment għall-esperjenza prattika fejn wieħed ikun jista' jżur id-djar ta' produzzjoni, stazzjonijiet tat-televiżjoni u r-radju flimkien mad-djar tal-pubblikazzjonijiet.", "Il-fatt li kien identifikat li hemm nuqqas ta' taħriġ għall-għalliema biex iwasslu s-suġġett tal-Media Education kien irrikkmandat sabiex il-fakultà tal-edukazzjoni tipprovdi l-korsijiet speċjalizzati f'dan is-settur tal-Media Education.", "It-tagħlim tal-Media Education għandu jsir f'kontest inter-dixxiplinarju li jinkludi lill-ġenituri, lit-tfal u lill-għalliema.", "Il-policy makers jeħtieġ li jkunu aktar konxji mir-realtà tal-influwenza għall-media u għalhekk huma aktar konxji mill-bżonn tal-Media Education aktar effettiv, kampanja pubbliċitarja biex titqajjem aktar kuxjenza dwar l-effetti tal-media u l-bżonn ta' Media Education.", "Għalhekk kien irrikkmandat li ssir konferenza nazzjonali fejn din l-issue, bis-sehem tal-policy makers u dawk kollha interessati flimkien, jieħdu sehem.", "Inċidentalment fiż-żmien li kont qed nagħmel ir-riċerka tiegħi, il-Ministru tal-Edukazzjoni ħabbar uffiċjalment li l-Gvern nieda l-proċess ta' riforma fis-sistema edukattiva.", "Fost affarijiet oħra kien hemm il-ħatra taż-żewġ diretturi ġenerali u s-sejħa ta' education officers.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed josserva li l-post ta' education officer responsabbli mill-media, kien ilu madwar seba' snin vakat minn mindu spiċċa s-Sur Charles Xuereb.", "Rakkmandazzjonijiet għal aktar riċerka.", "Huwa rakkmandat li jsir stħarriġ dwar il-livell ta' edukazzjoni li għandhom dawn l-għalliema li qed iwasslu s-suġġett tal-Media Education.", "Dan jista' jsir permezz ta' numru ta' focus groups magħmula minn għalliema tal-PSD ġejjin mill-iskejjel tal-Knisja u mill-iskejjel tal-Istat.", "Dan huwa rakkmandat fuq l-isfond ta' fehmiet espressi minn Borg u Lauri fejn qed jgħidu li t-teachers li qed jgħallmu l-PSD m'għandhomx it-taħriġ akkademiku neċessarju biex jgħallmu s-suġġett.", "Ikun ta' interess jekk isir stħarriġ fost l-għalliema tal-PSD biex wieħed jesplora diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom meta jiġu biex jgħallmu s-suġġett.", "Ikun interessanti jekk ikun esplorat il-fatt għaliex għalliem tal-PSD jista' jkun f'pożizzjoni li minħabba li ma jlaħħaqx is-sillabu faċilment jista' jħalli barra l-Media Education.", "Dawl ġdid jista' jingħata wkoll jekk isir studju komparattiv fost l-għalliema fejn wieħed jesplora x'qed isir fil-klassi f'dak li għandu x'jaqsam mal-Media Education bħalma huma l-lesson plans tas-suġġett.", "Huwa rakkmandat li wieħed jipprova jesplora kif il-Fakultà tal-Edukazzjoni qed tħares 'il quddiem fl-isfond tan-nuqqas ta' taħriġ fis-suġġett tal-Media Education għall-għalliema.", "L-aħħar rakkmandazzjoni hija dwar x'qed tagħmel il-kummissarju għat-Tfal attwali fuq ir-rakkmandazzjonijiet tal-predeċessura tagħha fejn għandu x'jaqsam il-Media Education.", "F'dawn il-ftit minuti pprovajt nagħtikom ħarsa ħafifa lejn l-evalwazzjoni li għamilt jien f'dan l-istudju.", "Kif stajtu taraw bħalissa għaddej il-proċess tal-konsultazzjoni għall-aġġornament tal-kurrikulu u ninsab konvint li matul dan il-proċess importanti qed isir l-iskrutinju tajjeb sabiex it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jingħataw l-aħjar edukazzjoni possibbli mhux biss dik akkademika iżda wkoll dik informali wkoll li għandhom bżonn sabiex ikunu jistgħu jikkumbattu d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom matul il-ħajja.", "Min-naħa tagħna aħna se nkomplu bir-riċerka tagħna għax nemmnu li hija għodda importanti biex tagħtina stampa ċara fuq diversi aspetti tal-ħajja.", "Fil-fatt bħalissa qed naħdmu fuq abbozz ta' riċerka profonda li tolqot lill-familja Maltija, liż-żgħażagħ u lill-media.", "Grazzi ħafna.", "Nirringrazzjawk.", "Issa nkomplu nisimgħu l-preżentazzjoni tas-Sur Anson D. Aquilina mbagħad ngħaddu għall-mistoqsijiet tagħna.", "IS-SUR ANSON D. AQUILINA: Jien, flimkien mal-kollega tiegħi Sarah Suda, qed nippreżenta r-riżultat ta' riċerka fil-livell ta' \"Masters\" li għamilna fis-sena 2007, intitolata \"Adolescent reactions to televised news\".", "Dan jirrigwarda r-reazzjonijiet tal-adoloxxenti fl-ambitù Malti għal aspett partikolari fl-ispettru tal-media tagħna u l-aħbarijiet li jikkonsmaw l-adoloxxenti, jiġifieri tfal u żgħażagħ ta' bejn l-10 u s-16-il sena minn fuq it-televiżjoni.", "L-ewwelnett ngħaddi biex nagħti sfond ta' din ir-riċerka billi ngħid xi ħaġa dwari u dwar Sarah.", "Aħna t-tnejn iggradwati mill-Fakultà tal-Komunikazzjoni, is-CCT, kemm f'livell ta' baċellerat kif ukoll permezz ta' din it-teżi f'livell ta' \"Masters\".", "It-tnejn li aħna separatament kif ukoll flimkien ħdimna fuq diversi proġetti f'media tradizzjonali, kemm radju, kemm televiżjoni kif ukoll gazzetti u qed naħdmu wkoll bħala volontarjat f'dik li hija l-Malta UNESCO Youth Association.", "Għaldaqstant nemmnu li tali sfond huwa importanti anke għax-xogħol akkademiku tagħna għax jagħtina dik l-overview tas-suġġett.", "Kif għedt, l-istudju tagħna jesplora r-reazzjonijiet ta' dawn l-adoloxxenti lejn aħbarijiet li jiġu broadcast fuq il-mezzi tax-xandir lokalment, b'mod partikolari dawk bil-lingwa Maltija.", "Is-settur li investigajna kien il-kontest li tali aħbarijiet jiġu kkonsmati, mhux sempliċement kif, x'ħin, meta u għalfejn imma anke fejn u ma' min.", "Ridna naraw jekk dawn l-adoloxxenti jinteressawhomx l-aħbarijiet jew le, u fl-istess ħin ridna naraw ukoll il-livell ta' għerf, jiġifieri kemm huma kapaċi jifhmu s-suġġett li jkunu qegħdin jaraw min-naħa l-oħra ta' l-iscreen.", "Per eżempju, huwa importanti wkoll il-messaġġ li jkun qed jasal għand l-adoloxxenti.", "Fejn jidħlu vjolenza, makabrità u ċerti xeni qawwija rridu noqogħdu attenti li l-messaġġ li jkun qed jibgħat il-producer mill-aħbarijiet ikun qed jiġi miftiehem min-naħa l-oħra speċjalment f'din il-bracket ta' età tant importanti.", "Aspetti importanti huma kif jirreaġixxu t-tfal għal dan it-trattament viżiv, x'jiġri meta jaraw il-vjolenza, x'jiġri meta jaraw inċident li jkun seħħ ftit metri 'l bogħod mid-dar tagħhom, xi tkun ir-reazzjoni tagħhom u l-livell ta' ansjetà.", "Aspett importanti ieħor li rriċerkajna fuqu huwa r-recollection jiġifieri x'jiftakru mill-aħbarijiet li jkunu raw il-ġimgħa ta' qabel jew is-sena ta' qabel.", "Aħna nemmnu li dan huwa importanti.", "Ir-riċerka tagħna kienet waħda kwalitattiva.", "Ir-riżultati ma nistgħux niġġeneralizzawhom għall-adoloxxdenti kollha f'pajjiżna imma huwa importanti li ngħidu minn xiex konna ispirati.", "Per eżempju, fost affarijiet oħrajn, l-inċidenti koroh li ġraw fil-11 ta' Settembru qanqlu diversi studji minn akkademiċi, minn awtoritajiet governattivi li jikkontrollaw u jirregolaw ix-xandir u minn stakeholders eqreb lejn ix-xandir.", "Kulħadd ra x'kienu l-effetti tal-aħbarijiet li kellna dwar dan l-inċident tal-11 ta' Settembru fuq l-udjenza tagħhom, b'mod partikolari fuq it-tfal u l-adoloxxenti.", "Sfortunatament f'dan il-pajjiż ma sar xejn fuq din ir-riċerka u ħadd ma ndenja ruħu jagħmel din il-mistoqsija.", "L-istudji tagħna wrew li kien żball li ma saritx din ir-riċerka għax anke through recollection it-tfal ftakru u għadhom iġorru sal-lum il-ġurnata rabja, ansjetà u forsi anke elementi li llum il-ġurnata nsejħulhom islamafobiċi.", "Dan huwa wieħed mill-ftit aspetti.", "Biss huwa dak l-element li lilna ispirana li nkomplu nistudjaw din il-bracket tal-adoloxxenza.", "Aħna ltqajna ma' numru sabiħ ta' adoloxxenti minn ħames skejjel tal-gvern, tal-knisja u skola privata.", "Ipprovajna nħalltu bejn subien u tfajliet.", "Prattikament iltqajna ma' grupp minn Form I u grupp minn Form V minn kull skola jiġifieri rajna l-extremes tal-adoloxxenza, dik ta' 10 u 11-il sena u dik ta' 14 u 15-il sena.", "Permezz ta' focus groups poġġejna flimkien u ddiskutejna numru ta' mistoqsijiet fl-ambitù tar-riċerka tagħna.", "Il-metodoloġija tagħna talbet li kemm jista' jkun noħorġu t-tfal mill-klassi imma nżommuhom f'ambjent li huwa komdu għalihom.", "Għalhekk morna aħna l-iskola u mhux ħadnihom f'post differenti.", "B'dan il-mod - grazzi għall-kumdità li pprovajna nħalluhom fiha – dawn setgħu jitkellmu b'mod aktar liberu.", "Għamilna wkoll dak li jissejjaħ stimulus.", "Aħna stimulajna d-diskussjoni permezz ta' videos.", "Ftit ġimgħat qabel il-focus groups ġbarna samples ta' bullettini tal-aħbarijiet minn fuq l-istazzjon nazzjonali, it-TVM, u mill-features differenti għaqqadna bullettin żgħir tagħna li kien jikkonsisti minn affarijiet differenti.", "Kien hemm vjolenza ta' gwerra fl-istrippa ta' Gaza li għadha għaddejja, kien hemm ukoll inċident tat-traffiku lokali u kien hemm affarijiet minn banjijiet taċ-ċikkulata għal wirja ta' fjuri.", "Il-bullettin żammejnih kemm jista' jkun varjat fl-istejjer tiegħu jiġifieri ma pprovajniex nagħfsu fuq il-vjolenza jew fuq in-non-vjolenza, biex naraw ir-reazzjonijiet kemm għall-ikrah kif ukoll għas-sabiħ.", "Jiġifieri l-istumulus kien bilanċjat.", "Nixtieq insemmi wkoll ir-riżultati u rrid ngħid li dawn huma attribwiti għas-sample tagħna, jiġifieri għal dawk it-tfal li tkellimna magħhom.", "Għalhekk għalkemm forsi ma tistax tgħid li r-riżultat huwa wieħed ġeneriku, nittamaw li ċerti riżultati jġegħluna naħsbu u nirriflettu.", "L-ewwel ħaġa importanti hija li dawn l-adoloxxenti jaraw ħafna aktar aħbarijiet minn kemm jaħsbu l-ġenituri jew l-għalliema tagħhom.", "Hemm barra hemm stereotype li l-adoloxxenti ma jarawx aħbarijiet u r-riċerka tagħna tagħti indikazzjoni li fil-fatt jaraw.", "Ma jfissirx li dawn ipoġġu quddiem it-televiżjoni fis-7.00 p.m. jew fit-8.00 p.m. u jaraw nofs siegħa aħbarijiet.", "Aħna skoprejna li dawn huma selettivi, jafu x'jogħġobhom u x'ma jogħġobhomx, jafu fejn se jagħtu l-attenzjoni u jafu fejn mhux se jagħtu l-attenzjoni.", "Dak li ħareġ b'mod evidenti huwa l-fatt li l-adoloxxenti huma mxebbgħin mill-kontenut politiku partiġġjan li hemm fuq l-istazzjonijiet tagħna.", "Dan huwa punt ta' riflessjoni anke forsi għall-istess nies li jħaddmu dawn l-istazzjonijiet.", "Il-messaġġ li qed jipprovaw jimbuttaw mhux qed jasal għax qed jiġi riġettat minn din il-ġenerazzjoni li tielgħa.", "F'elezzjoni ġenerali oħra dawn se jkunu jafu li l-isforzi li saru tul ħames snin biex jipprovaw jimbuttaw aġenda jew ħsieb partikolari ġie kompletament rifjutat minn din il-ġenerazzjoni.", "Sur President, dawn l-adoloxxenti kienu kapaċi, anke fl-età żgħira ta' 11-il sena, jindunaw li l-messaġġ li qed jiġi minn dawn l-istazzjonijiet, b'mod partikolari, huwa konfuż u biased.", "Għaldaqstant dawn jaraw ir-rwol tal-istazzjon nazzjonali, jiġifieri TVM, importanti sabiex jgħinhom jgħaqqdu dak li f'moħħhom huwa verità.", "Fil-fatt dawn attribwixxew lejn TVM element ta' kredibilità li kien assenti mill-istazzjonijiet politiċi.", "Aktar riżultati wrew li l-internet huwa importanti f'dik li hija media mix tat-tfal tagħna.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' aħbarijiet l-internet kien ta' alternattiva jew jikkumplimenta l-konsum ta' aħbarijiet li jaraw minn fuq it-television.", "X'kienu r-reazzjonijiet għall-aħbarijiet li raw fuq it-televiżjoni?", "B'mod pożittiv ngħidu li s-sample tagħna wera kif diversi fatturi fil-komunità Maltija naqsu l-gravità tar-reazzjoni li seta' kellhom għal ċerti viżwali, dak li jissejjaħ cushion effect.", "Il-fenomenu ta' dan il-cushion effect huwa prinċiparjament attribwit għal mediated domestic environment fejn waqt li l-adoloxxenti jkunu qed jaraw l-aħbarijiet ikun hemm adult fid-dar u dan jista' jkun l-omm, il-missier, aħwa, nanniet jew kuġini akbar minnu biex jekk jaraw viżwal li ma jkunx daqshekk miftiehem, dawn ikunu jistgħu jagħmlu l-mistoqsijiet lilhom.", "Is-suġġett jista' jkun jirrigwarda vjolenza, xjenza jew affarijiet oħrajn.", "Għalhekk il-cushion effect jista' jgħinhom jifhmu aħjar dak li jkunu qed jisimgħu u jaraw fuq l-aħbarijiet.", "Din nistgħu nattribwixxuha għall-istil ta' ħajja li qed ngħixu f'dan il-pajjiż li għalkemm ma nistgħux niċħdu li n-nukleu familjari qed jinbidel u jevolvi, għadu magħqud biżżejjed biex jagħti dan is-sens ta' sigurtà lit-tfal tagħna.", "Mas-sens ta' sigurtà hemm ukoll konsapevolezza ġeo-politika.", "Per eżempju, tifel partikolari qal: U lilna l-Malta min se jattakkana?", "Meta tgħaqqad dan man-nukleu familjari jinħoloq dan il-cushion effect għal dak li juri t-television.", "Rigward dak li għandu x'jaqsam mal-vjolenza rrid ngħid li l-adoloxxenti kienu kapaċi jagħtu piż differenti lejn il-vjolenza li jaraw fuq l-aħbarjiet u l-vjolenza li tidher f'teleserials, films jew f'xi broadcast ieħor differenti fuq it-television.", "Għalihom il-vjolenza li tidher fl-aħbarijiet hija reali u unquestionable u għalhekk hija traġika.", "Osservajna livell elevat ta' media literacy fost il-ġuvintur minn żewġ kulleġġi li huma s-Savio College u St Edwards.", "Ġuvintur ta' 15-il sena kkonfermaw li l-filosofija ta' dawn il-kulleġġi għenithom ikunu f'pożizzjoni aħjar li jikkonsmaw il-media anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' aħbarijiet.", "Dan deher anke mill-mod kif ippreżentaw ruħhom u mexxew d-diskussjoni.", "Dawn daħlu f'ċerti affarijiet li ċerti adulti mhux kapaċi jaslu biex janalizzaw.", "Għaldaqstant meta qed nitkellmu fuq Media Education huwa importanti li ma narawx biss il-push factor imma rridu naraw ukoll il-pull factor u x'inhi r-reazzjoni tal-adoloxxenti għall-metodoloġija li qed tiġi wżata.", "Hawnhekk qed naraw b'mod ċar - għallinqas mis-sample tagħna - li l-metodoloġija wżata fi skola tal-Knisja u f'kulleġġ privat kellha riżultati pożittivi u din kienet differenti minn riżultati li osservajna mill-iskejjel tal-Istat u mill-metodoloġija li ntużat hemmhekk.", "Irridu nfakkru li ħadd minn dawn il-klassijiet m'għandu Media Education Programme fil-livell ta' Form V. (Interruzzjonijiet) Wisq probabbli l-filosofija li nbdiet fil-Form I u Form II kompliet il-momentum tagħha sal-Form V imma fil-Form III, Form IV u Form V m'hemmx … (Interruzzjonijiet) Aktar minn tagħlim reliġjuż, jien nattribwixxi dan għall-ambjent fejn iż-żgħażagħ u l-adoloxxenti jkunu jistgħu jiddiskutu.", "Però din aktar hija osservazzjoni personali milli waħda akkademika.", "Dak kien kollox min-naħa tagħna.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjakom.", "Nistieden lis-Sur Charles Stroud jitkellem dwar l-esperjenza li għandu fil-qasam tal-media.", "IS-SUR CHARLES STROUD: Jien ġej minn background ta' teatru u television u jien ukoll missier ta' familja, jiġifieri nista' nitkellem minn żewġ aspetti.", "Xi ħaġa li ġiet f'moħħi jien u nisma' u naqra 'l hemm u 'l hawn hija li huwa dnub li ċerta riċerka ma tgħaddix immedjatament lill-istazzjonijiet jew lill-producers individwali għax din tista' tiggwidahom immedjatament lejn ċerti aspetti fil-produzzjoni tagħhom.", "Din hija ħasra u naħseb li hija waħda mill-aktar affarijiet importanti.", "Ir-riċerka għandha tiġi utilizzata immedjatament għax sentejn wara din se tkun outdated u jridu jsiru servizzi oħrajn.", "Sur President, l-ewwel ħaġa li rrid ngħid hija din.", "Kwalunkwe ħaġa fid-dinja tissorprendi malli titwieled.", "Jien inħobb insemmi, per eżempju, li meta Johann Strauss jew Richard Strauss ikkomponew l-ewwel valzi kienu xxokkjaw lid-dinja għax il-koppji kienu qed imissu lil xulxin, iħarsu lejn xulxin u jaqbdu qadd xulxin.", "Il-valzi kienu banned għal ħafna mill-ballijiet imma n-nies iġġennu għalihom, speċjalment iż-żgħażagħ.", "L-iżvilupp tal-media ilu għaddej żmien twil u hawn nista' nsemmi kemm il-media ta' printing kif ukoll il-media tar-radju, televiżjoni, internet u mobiles.", "Dan se jkompli jibqa' jiżviluppa jiġifieri dan ix-xokk kulturali fuq id-dinja qatt m'aħna se nlaħħqu miegħu.", "Din hija xi ħaġa kbira wisq.", "Per eżempju, ir-riċerka li qed nagħmlu llum dwar l-effett tal-media fuq il-familja missha saret fis-snin erbgħin u ħamsin meta twieled it-televiżjoni.", "Ħaġa oħra li xtaqt ngħid hija li donnu l-media – fil-fatt kont qed naqra mir-rapporti tagħkom stess tal-ewwel laqgħa ta' dan il-kumitat – hija xi monstru.", "Fir-realtà din hija invenzjoni u żvilupp normali tal-bniedem.", "Il-monstru huwa l-mod kif aħna nittrattawha.", "Il-media qed tagħmel id-dover tagħha, qed twassal l-informazzjoni, qed twassal ir-reklam u qed tkun kummerċjali.", "Iżjed irridu nħarsu lejn il-mod kif aħna nittrattaw il-media bħala monstru.", "Hija ħasra li llum il-familji Maltin – kullimkien isir hekk imma aħna mill-Maltin jimpurtana - qed jispiċċaw bi tliet televisions, bil-familja maqsuma fid-dar kollha.", "Imma min ikun xtrahom it-tliet televisions?", "Mhux it-tfal żgur, imma l-familja tkun iddeċidiet li jkollha tliet televisions jiġifieri mhux tort tal-media jew tal-pluraliżmu li għandek ċertu individwaliżmu tal-individwi fil-familja.", "Dan jiġri għax min ikun irid jara l-isport, min ikun irid jara xi teledramm u min ikun irid jisma' l-mużika.", "Nerġa' ntenni li hija l-għażla tal-familja li jixtru tliet televisions biex jinqasmu.", "Jien naħseb li l-enfasi għandha tkun fuq l-edukazzjoni tal-kbar.", "Ovvjament tgħin li jkollok ċerta Media Education mat-tfal imma l-edukazzjoni tal-kbar hija importanti ħafna għax it-tfal jaraw it-televiżjoni d-dar.", "Qed nitkellmu fuq adoloxxenti ta' 11 u 15-il sena, età li jien nistenna li ftit jaraw it-televiżjoni waħedhom.", "Dik l-età hija l-aktar età delikata u għandha tiġi mill-ġenituri, mill-carers, mill-adulti, huma min huma, li jkunu jafu kif jittrattaw ċerti sitwazzjonijiet mat-tfal.", "Per eżempju, jien qed nieħu pjaċir nisma' li l-biċċa l-kbira minn dawn l-adoloxxenti kienu jafu jiddistingwu bejn aħbarijiet u drama għax mill-esperjenza li kelli jien fil-bidu tal-karriera tiegħi fis-snin sebgħin mal-PBS, ir-reazzjoni kienet tkun li n-nies ma jafux jiddistingwu bejn qtil fi drama u qtil ta' veru.", "Per eżempju, kulħadd jiftakar il-konsegwenzi ta' meta kien qed jintwera \"Il-Madonna taċ-Ċoqqa\" fejn spiċċaw jgħajru lil Jane Marshall f'nofs it-triq għax ħasbu li din verament kienet qed tmur ma' qassis.", "Inċident ieħor li kien laqatni wkoll in the late seventies kien meta kien qed jintwera \"Dallas\" fuq it-televiżjoni Maltija.", "Darba minnhom kienet ġiet koppja żagħżugħa b'camera li riedu jaraw playback tal-intrata ta' Dallas.", "Fil-fatt dawn kienu ġibdu ritratt tal-intrata tad-dar tal-familja Ewing biex l-intrata tagħhom tkun bħal tagħhom.", "Din kienet xi ħaġa li laqtitni.", "Allura dawn m'għandhom l-ebda valuri ta' x'inhu reali jew le?", "Probabbli lanqas jekk tmur Dallas stess ma ssib intrata bħal dik tal-familja Ewing għax hija kollha fittizja imma dawn xtaqu li jkollhom dar bħal ta' Dallas.", "Allura l-valuri tagħna fejn waslu?", "Dawn ma jafux jiddistingwu?", "U hawn fejn in-nies ma kenux u mhumiex edukati, lanqas illum, dwar x'inhu reali u x'mhuwiex.", "Sur President, nixtieq nitkellem ukoll fuq l-effett ta' l-aħbarijiet ta' Malta.", "Pajjiżi kbar fejn hemm l-iSky News jew is-CNN, per eżempju, jagħmlulek ġurnata sħiħa jirrappurtaw.", "Imma pajjiżna, komparat ma' dawn il-pajjiżi kbar, huwa raħal żgħir u allura l-aħbarijiet lokali bilfors ikunu ddominati mill-politika għax ma jiġri xejn iżjed hawn Malta.", "Hawn Malta x'jiġri?", "Nisimgħu fuq xi inċidenti tat-traffiku, fuq il-maltemp jew inkella fuq l-immigranti illegali.", "Il-politika hija l-aktar li ssir hawn Malta għax il-politiċi huma l-aktar nies li jħobbu jidhru.", "Huma qed iħallsu għall-istazzjon nazzjonali u allura għandhom id-dritt li jidhru.", "Dik biss hi r-raġuni għax hemm daqshekk politika fuq it-televiżjoni, jiġifieri ma tistax tqassar.", "Imma ta' min jgħid lil dawn l-adoloxxenti x'jixtiequ jaraw fl-aħbarijiet.", "Kultant indumu xi tliet kwarti nisimgħu l-aħbarijiet meta forsi ħames minuti huma biżżejjed.", "Imma apparti minn hekk.", "Jien għamilt żmien kont head of programmes ta' stazzjon televiżiv u dejjem żammejt f'moħħi li t-television huwa intruder into the house.", "Aħna qegħdin nistiednu lilna nfusna ġod-dar tan-nies, ġos-salott, ġol-kamra tal-ikel u ġol-kamra tas-sodda.", "Dan ifisser li l-producers jidħlu f'postijiet daqshekk intimi u allura hemmhekk irid jinħoloq ir-rispett.", "It-television stations għandhom ikollhom rispett lejn it-televiewer għax xi kultant nonqsu b'mod ġeneriku - biex ngħid hekk - għalkemm I try my best not to imma ma rridx inkun il-qaddis għax m'iniex qaddis fost l-oħrajn.", "Għalhekk minħabba aspetti finanzjarji u kummerċjali kultant trid tgħawweġ ċerti sitwazzjonijiet u żżid ċertu ammont ta' reklami biex twassal il-programm li tkun tixtieq.", "Imma l-fatt li aħna we are intruders irridu nżommu r-rispett lejn dak li se jaraw in-nies.", "Però n-nies għandhom ikunu choosers.", "Jiġifieri jekk jien se nħalli lit-tfal tiegħi ta' età żgħira jaraw it-television, fuq liema stazzjon iridu, jekk hux lokali, barrani jew inkella f'liema ħin li jridu, jien irrid inkun responsabbli.", "L-istazzjon m'hu qed jagħmel xejn ħażin.", "Veru li hemm ir-regoli tal-Broadcasting Authority li hemm ċertu watershed time meta f'ċerti ħinijiet ċertu kontenut għandu jkun addattat għat-tfal imma again it's the responsibility of the family ta' x'se jaraw jew kif se jarawha.", "L-istazzjon mhuwiex responsabbli.", "Jekk wara d-9.00 p.m. se nuri qtil, l-istazzjon mhuwiex responsabbli.", "Ovvjament kif semmejt qabel għandu jkun hemm ir-rispett lejn it-televiewers u jien naħseb li l-istazzjonijiet jagħmluha din.", "Issa ħalli niġi għall-aspett tal-ġenituri.", "Jien meta kont nara xi ħaġa mat-tfal dejjem iddiskutejt magħhom, forsi għax ġej minn background teatrali, minn background ta' effetti fil-films, ċerti special effects, gimmicks eċċ. Issa jista' jkun li dawk it-tfal tal-Form V li kienu aktar outspoken dwar ċerti aspetti tal-media, li ssemmew aktar qabel f'din il-laqgħa, kienu jkunu ddiskutew diġà.", "Jien dejjem iddiskutejt ċerti sitwazzjonijiet mat-tfal, x'kien reali u x'ma kienx meta konna naraw xi qtil u dmija.", "Per eżempju, dejjem iddiskutejt mat-tfal għaliex Bush kien qed jitkellem dwar Gaza b'dak il-mod.", "Jien dejjem iddiskutejt magħhom sakemm laħqu l-età tagħhom u bdew jirrisponduni b'argumenti ħafna aktar sodi minn tiegħi u allura bdejt innaqqas mid-diskussjoni.", "Dan huwa aspett li bħala ġenitur it has to be open.", "Il-mira għandha tkun l-edukazzjoni tal-adult dwar il-media.", "It-tfal jafu xi jridu bħalma rajna mis-surveys li saru.", "Irid ikun hemm ċerta edukazzjoni fuq l-adult in ġenerali imma l-mod kif dan isir it's beyond me sa ċertu punt.", "Għad hemm ħafna nies hemm barra li jaħsbu li d-drama hija realtà u ma jafux jiddistingwu.", "Per eżempju, għal ċerti nies id-drama li wrejna ftit ilu fuq il-PBS \"Five 06\" kienet sitwazzjoni reali.", "At one time kienu qed jgħidu li hija meħuda mir-realtà mbagħad qalu li le jiġifieri it's a bit confusing.", "Dak kien inċident żgħir.", "Dawn huma l-immediate reactions li għandi jien u dak li għandi x'nikkontribwixxi għalissa.", "Grazzi.", "Issa ngħaddu għall-kummenti tal-membri parlamentari.", "L-Onor.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, qed jingħad li l-media għandha effett qawwi fuq il-mod ta' kif it-tfal u l-adoloxxenti jiżviluppaw il-karattru tagħhom u l-mod kif jaħsbu u jesprimu ruħhom.", "Allura x'qed isir biex nimpruwvjaw il-media kwalitattiva biex l-aspett fuq l-adoloxxenti u t-tfal tagħna jkun aktar pożittiv u aktar kontributorju ħalli jiżviluppaw dejjem aktar?", "Qed tgħidu wkoll li rriżultalkom li permezz tal-media t-tfal u l-adoloxxenti kienu aktar open u jifhmu aktar fuqiex qed jitkellmu u x'qed jgħidu.", "Allura naħseb li għandna nużaw il-media f'suġġetti oħrajn kurrikulari biex lit-tfal u lill-adoloxxenti ngħinuhom mill-aspett ta' literacy.", "Kumment li nqtal huwa li hemm bżonn li l-adulti jikkontrollaw aktar x'jaraw it-tfal u li jrid ikun hemm ix-xift ta' responsabbiltà minn fuq il-broadcaster għal fuq il-ġenituri.", "Jien naqbel ħafna ma' dan però llum il-ġurnata meta qegħdin ngħidu li aktar tfal qed jgħaddu aktar ħin waħedhom minħabba li l-ġenituri jkunu xogħol, ma taħsibx li dan jitfa' ċertu burden fuq il-parents?", "Ma taħsibx li dan huwa daqsxejn perikoluż meta l-broadcaster għandu jkollu dik ir-responsabbiltà li jonora l-faxxa protetta?", "Ma taħsibx li għandu jkun hemm linji gwida aktar inforzabbli dwar il-kontenut tal-programmi speċjalment meta f'item minnhom qed ngħidu li hawn imħuħ inqas maturi li ma jafux jiddistingwu l-vjolenza reali u dik fittizja?", "Hawnhekk issemmiet il-vjolenza biss però hemm affarijiet oħrajn.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "STEPHEN SPITERI: L-ewwelnett irrid ngħidilkom prosit tal-preżentazzjoni tagħkom.", "Jien se nagħmel żewġ mistoqsijiet u l-ewwel waħda hija din.", "Sar studju kemm l-adoloxxenti qegħdin jagħtu kas dak li qed twasslilhom il-media?", "Jien inħoss li llum il-ġurnata l-adoloxxenti huma, biex ngħidu hekk, mitfugħin f'ħafna aspetti oħrajn u aljenati b'ħafna affarijiet li qed isiru fil-ħajja soċjali tagħhom.", "Jien bħala tabib inħoss li dawn ma jagħtux każ x'qed jiġri fil-media u fl-aħbarijiet, qishom I don't care.", "Per eżempju, meta jiġu l-clinic jien insemmilhom xi ħaġa to break the ice u ngħidilhom, per eżempju, li hemm gwerra bejn l-Iżraeliti u l-Palestinjani.", "Ir-risposta tagħhom dawn tkun: X'jimpurtani!", "Jiġifieri hemm din l-indifferenza.", "Għalhekk jien inħoss li għandu jkun hemm forma ta' studju biex forsi lil din il-faxxa tas-soċjetà nġibuha iżjed konxja ta' dawn l-affarijiet.", "Wara kollox għada pitgħada dawn se jkunu irġiel ta' familji u għalhekk għandhom ikunu konxji ta' dawn l-affarijiet.", "Inħoss li hemm nuqqas ta' responsabbiltà u forsi nistgħu ngħinuhom.", "Issa jien m'iniex espert fuq dawn l-affarijiet u ma nafx jekk nistgħux nilħquhom mis-sekondarja jew forsi minn età iżgħar.", "It-tieni suġġeriment li nixtieq nagħmel huwa dan.", "Is-Sur Stroud qal li llum il-ġurnata f'familja ssib xi tlieta jew erba' televisions u qisu kulħadd ikun għalih, mhux ikun hemm dik il-ġabra fil-familja.", "Per eżempju, niftakar li meta kont għadni żgħir u kien ikun hemm xi film fit-8.30 p.m., kont inkun ilni nistennih minn filgħodu u konna narawh flimkien bħala familja.", "Donnu llum m'għadx hemm dik l-għaqda fejn kulħadd jinġabar biex jaraw film jew dokumentarju flimkien u allura qisu hemm dissociation of ideas, kulħadd għal rasu u kulħadd għandu interess fih innifsu.", "Kieku forsi nimmiraw fuq dawn iż-żewġ punti u naraw x'jista' jsir biex nilħqu din il-faxxa ta' nies ikun aħjar.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Nirringrazzjakom tal-presentation.", "Kien interessanti l-kumment li għamel is-Sur Gaetano Vella dwar ir-riċerka li ma tibqax biss l-università.", "Naħseb li l-iskop kien li naqilgħu r-riċerki minn fuq l-ixkafef tal-università ħalli jibdew jitgawdew u jintlaħaq l-iskop tagħhom.", "Semmejt ukoll il-PSD bħala skola ta' ħsieb.", "Tista' tgħidilna kif qed tintegra dan il-ħsieb fil-preżent?", "Tista' telabora aktar fuq dan?", "X'taħseb li żamm milli jintlaħaq dan l-iskop?", "Semmejtu n-9/11 bħala eżempju rigward l-adolexxenti Maltin.", "Hemm eżempji oħrajn li taħseb li jistgħu jsemmu t-tip ta' 9/11 li kellhom l-istess influwenza fuq l-adoloxxenti Maltin?", "Is-Sur Stroud tkellem dwar ix-shock tal-media.", "Jekk ikollok tgħid x'inhu x-shock tal-media tal-lum fuq l-adoloxxenti, x'taħseb li hu?", "THE CHAIRMAN: L-ewwelnett irrid niġbed l-attenzjoni tagħkom biex meta tirrispondu tipprovaw tgħinuna ħalli aħna, bir-risposti tagħkom, inkunu nistgħu nifhmu aħjar x'għandhom ikunu r-rakkmandazzjonijiet li se joħorġu minn din il-laqgħa u dawn inkunu nistgħu nressquhom fil-parlament.", "Ladarba l-familji u l-aduli tagħna ħafna drabi ma jafux jiddistingwu bejn realtà u drama, ma taħsbux li l-producers li huma konxji ta' din ir-realtà għandhom responsabilità enormi meta qegħdin jittrasmettu xeni ta' infedeltà?", "Ma jaħsbux li dak li qabel kien ħażin illum sar kważi l-qofol tax-show business fit-teleserials Maltin?", "F'Malta wara l-aħbarijiet, fuq liema stazzjon trid, f'xi ħin se tara xi storja ta' infedeltà.", "Allura ladarba l-fedeltà saret spettaklu, ma taħsbux li din qed toħloq role model li ma tagħmilx ħsara biss lill-adoloxxenti u lit-tfal imma anke lill-istess adulti?", "Allura hawnhekk niġi għal din il-mistoqsija.", "Kemm taħsbu li t-televiżjoni u l-internet qegħdin jaffettwaw it-tkissir tal-familja Maltija?", "Jista' jkun li tant qegħdin naraw tkissir u infedeltà li t-televiewer jispiċċa, bla ma jrid, brainwashed u jkun faċli għalih li jkun infidil?", "Illum kemm qegħdin noħolqu soċjetà li kapaċi toqgħod 'il bogħod jew tipproteġi lilha nnifisha mill-influwenza tal-media?", "Imbagħad fi slide 22 staqsew jekk illum hux qed ikollna – wara li fis-sena 2006 irrispondew Borg and Lauri - nies li huma kwalifikati bħala teachers biex jgħallmu u jnisslu kuxjenza.", "Kemm nistgħu noħorġu bil-proposta li l-istess stazzjonijiet televiżivi jgħallmu lill-udjenza?", "Per eżempju, jekk taqbad pakkett sigaretti, bil-liġi ssib li fuqu jkun hemm il-kliem \"smoking kills.\"", "Kif tkun ir-reazzjoni tagħkom kieku kellna nipproponu li bil-liġi fuq il-media, l-istess stazzjonijiet iridu jgħallmu lill-istess viewers tagħhom li too much of this can kill you too?", "Kull stazzjon għandu jkollu persentaġġ ta' programmi li jkunu educational biex jgħallmu lill-udjenza li tkun qed tarahom jifhmu aħjar kif jagħmlu użu minn dak li jkunu qegħdin jaraw.", "Slide 24 hija interessanti ħafna.", "Allura x'taħsbu li għandu jsir sabiex dan it-tip ta' statement jiġi rispettat?", "Forsi mistoqsija iżjed diretta lis-Sur Anson Aquilina hija din.", "Intom ħadtu r-riċerka tagħkom fuq x'inhu l-effett tal-aħbarijiet.", "B'mod ħieles, mingħajr riċerka, dak li huwa riflessiv fuq x'inhu l-effett fuq l-adoloxxenti għal dak li huwa aħbarijiet, kemm tista' tarah relatat ma' dak li huwa prodott televiżiv jew internet b'mod ġenerali?", "Per eżempju, jien irċevejt e-mail minn xi ħadd li bagħatli ritratt ta' żewġt itfal Palestinjani kważi maqtulin fl-istrippa ta' Gaza.", "Ovvjament dan huwa pro-Palestinjan u l-kawża tal-Palestinjani.", "Sal-ġurnata tal-lum dawn għadhom f'moħħi jiġifieri kemm jekk inhi pornografija u kemm jekk inhuma aħbarijiet, l-istampa hija perikoluża għax tibqa' f'moħħok.", "Kieku l-moħħ kellu jkun computer l-ewwel input tiegħu huwa viżiv u allura huwa kattiv għax tibqa' ġġorru miegħek anke meta ma tridux.", "Allura kif nistgħu ngħallmu lin-nies biex jikkontrollaw dak li jaraw?", "Fil-moħħ teżisti xi kapaċità biex tħassar l-input viżiv?", "Ngħallmu kemm ngħallmu l-użu aħjar tal-media, l-aħjar ħaġa li hemm hija filter li tgħidlu biex jibblokkjalek milli tara ċerti stampi.", "Issa nixtieq nistaqsi xi ħaġa lis-Sur Charles Stoud.", "Il-kuxjenza tal-producer Malti f'dak li għandu x'jaqsam ma' teleserials u stazzjonijiet televiżivi, minn xiex inhi mmexxija?", "Mill-urge biex ikun hemm drama interessanti jew mill-kummerċjalizzazzjoni li jeħtieġu jkollhom l-istazzjonijiet biex ikollhom ir-riklami?", "Min qed imexxi lil min?", "Minn liema motivazzjoni ġej dan l-urge kollu għax ħlief infedeltà mhux qed ikollna fuq it-televizjoni, qisu sa hemmhekk kapaċi naslu.", "Donnu li hemm tellieqa ta' min hu kapaċi jurina l-aktar xeni li oriġinarjament bdew minn Dallas.", "Issa għandkom nofs siegħa biex tirrispondu dawn il-mistoqsijiet forsi fid-9.00 p.m. nkunu għalaqna l-kummenti tagħkom.", "IS-SUR GAETANO VELLA: L-ewwelnett irrid nibda billi ngħid li bħala dipartiment qed naħsbu fuq riċerka rigward l-influwenza fuq iż-żgħażagħ u l-familja u se nidħlu aktar profond.", "Fil-fatt għaddejjin fuq il-proposal u dan qabel ma konna beħsiebna nressqu din il-preżentazzjoni.", "Nittamaw li nibqgħu għaddejjin biha għax naħseb li tagħti l-frott mixtieq.", "Issa ħalli nibda nispjega l-punt li semma l-Onor.", "Frederick Azzopardi dwar il- curriculum.", "Fl-iskejjel tal-Istat Objective 8 tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali ma jispjegax b'mod ċar kif għandha tiġi mgħallma l-Media Education jiġifieri lill-għalliema ħalliethom ftit fil-libertà.", "Allura jista' jkun hemm għalliem tar-religion jew tas-social studies li jkun qed jgħallem across the curriculum però jkollok każijiet fejn ikun hemm min ma jlaħħaqx mas-syllabus bil-konsegwenza li l-Media Education jibqa' barra.", "Mela għandek sitwazzjoni fejn fil-Form I u Form II tal-iskejjel tal-Knisja dan is-suġġett jiġi mgħallem għalih waħdu u skont il-curriculum u fl-iskejjel tal-Istat jiġi mgħallem across the curriculum.", "Għalhekk hemmhekk għandek diskrepanza.", "Nispera li weġibt għad-diffikultà li kien hemm.", "Ironikament fejn jidħol ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea - fl-istess ħin din hija pożittiva - Malta kkwalifikat fost is-seba' pajjiżi li għamlu xi ħaġa fejn tidħol il-Media Education jiġifieri konna bħala esperjenza prattika biex pajjiżi oħra jieħdu l-ideat tagħna.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur, mill-1981.", "Ħdejn pajjiżi oħrajn tajjeb ħafna imma li jippreokkupani bħala riċerkatur huwa l-fatt li r-riċerka li saret minn Grixti, Galea, Lauri u Borg – din ikkonfermaha wkoll il-kollega tiegħi - ikkonfermat li dawk iż-żgħażagħ u adoloxxenti li kellhom tagħlim tal-Media Education urew abbilitajiet aħjar minn dawk li ma kellhomx.", "Din hija ċara u mhux qed ngħidha jien imma qed tgħidha r-riċerka.", "Issa naraw x'se joħroġ mill-curriculum.", "Nixtieq insemmi wkoll li Charles Xuereb li kien l-EO tal-media f'Malta dejjem emmen fil-konċett across the curriculum u għadu sal-lum jemmen f'din is-sistema edukattiva tal-Istat.", "Fil-fatt hu kien daħħalha way back fl-1981.", "F'Malta għandna dawn iż-żewġ skejjel ta' ħsieb li t-tnejn għandhom ir-raġunijiet tagħhom.", "Ir-riċerka f'Malta turi li dawk li kellhom il-Media Education – fil-fatt dan ikkonfermah ukoll f'laqgħat oħrajn Fr Joe Borg.", "Saret ukoll mistoqsija dwar il-kwotazzjoni tat-taħriġ tal-għalliema.", "Huwa fatt li l-fakultà tal-edukazzjoni għandha żewġ units biss fejn jidħol Media Education għall-għalliema li jkunu qed jagħmlu l-PGCE jiġifieri kull għalliem, irrilevanti x'inhu s-suġġett tiegħu, jingħataw żewġ units ta' Media Education.", "Skont Borg l-għalliema m'għandhomx dak it-taħriġ professjonali biex jgħallmu l-Media Education u dan irriżulta wkoll mill-focus group.", "Fil-fatt għalliem partikolari tal-PSD li llum huwa l-kap tal-PSD fl-iskejjel tal-Istat - xi ħadd semma' jekk forsi jistax jintuża l-apparat tax-xandir biex iwassal il-lezzjoni - qal li jixtieq li jkollu t-taħriġ anke f'dan il-perijodu.", "Saret xi riferenza wkoll għall-Ġnus Magħquda.", "Per eżempju, Sonia Camilleri li kienet il-Kummissarju għat-Tfal kienet ressqet ir-rapport tagħha tas-sena 2004 u ġibdet l-attenzjoni lill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali li tħoss li dawk it-tfal li mhux qed jieħdu l-Media Education qed jonqsilhom dan id-dritt.", "Nixtieq ngħid ukoll li minn riċerka dwar l-influwenza tal-media, sibna li anke l-ġenituri għandhom ikunu mgħallma dan is-suġġett għax inutli tgħallem fl-iskola biss.", "Aħna rridu nibnu fuq dak li jġibu huma u huma jridu jkomplu jibnu fuq ix-xogħol tagħna jiġifieri din hija xi ħaġa kumplimentari bejn it-tfal, l-għalliema u l-familja.", "L-ewwel edukazzjoni tibda fil-familja.", "THE CHAIRMAN: Fis-sistema edukattiva Maltija hemm xi ħsieb li fil-ġejjieni tista' tinvolvi l-edukazzjoni tal-ġenituri fl-istess skola waqt li wliedhom ikunu studenti f'dik l-iskola?", "B'dan il-mod dawn it-tnejn ikunu konxji mill-istess realtajiet.", "IS-SUR ANSON D. AQUILINA: Fil-fatt waħda mir-rakkmandazzjonijiet tal-focus group hija li l-ħin ta' wara l-iskola għandu jiġi utilizzat biex isir tagħlim ta' kif għandhom jinterpretaw x'qed twassal il-media.", "THE CHAIRMAN: Ejja nkunu ċari ħalli ma noqogħdux noħolmu fl-arja.", "Meta jien immur nagħmel il-house visits insib li familja żagħżugħa ma tkunx id-dar qabel it-8.00 p.m. għax jew tkun għax-xogħol jew inkella jwasslu lit-tfal il-privat.", "Dan ifisser li l-uniku ħin li l-familja tkun flimkien huwa fit-8.00 p.m. jiġifieri żgur li mhux se jkollhom komunikazzjoni.", "Għalhekk irridu naraw kif se nkunu innovattivi fl-edukazzjoni tal-ġenituri.", "Din hija xi ħaġa li trid toħroġ mir-rakkmandazzjonijiet tagħna.", "IS-SUR ANSON D. AQUILINA: L-ewwelnett irrid ngħid li aħna ma nemmnux li l-curriculum huwa s-soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni.", "Fil-qasam tal-adoloxxenti m'hijiex sitwazzjoni kritika u allarmanti imma żgur li m'għandniex ninjorawha.", "Ovvjament irridu naħdmu lejn sitwazzjoni aħjar.", "THE CHAIRMAN: Skużani li se ninterrompi għall-fini ta' min qed jismagħna.", "M'hijiex sitwazzjoni allarmanti meta hawnhekk ġieli kellna esperti fuq suġġetti oħrajn, bħal sexual health policy, li jgħidulna li s-sess li jaraw iż-żgħażagħ fuq l-internet jagħmluh?", "Issa hawnhekk qed nitkellmu fuq żgħażagħ ta' bejn 11 u 14-il sena.", "Dan jagħtini shock jiġifieri rridu noqogħdu attenti xi statements nagħmlu.", "IS-SUR ANSON D. AQUILINA: Fuq il-copycat effect tat-televiżjoni fuq mezzi oħra bħalma huwa l-internet irridu naraw il-popolazzjoni tagħna u dak li qed jiġri ta' kuljum f'pajjiżi oħra, anke jekk ma jkunx irrapportat mill-media kummmerċjali.", "Fil-fatt fil-verità nsibu li l-effetti f'Malti huma medjati, jiġifieri hemm dak il-cushion effect.", "Qabel ma nippontaw subgħajna lejn it-televiżjoni u lejn il-media bħala xi monstru u qabel ma ninfaxxaw rasna qabel naqsmuha, irridu nipprovaw naraw l-affarijiet kif inhuma fil-verità.", "Ovvjament jeżistu nies li jimitaw.", "Fil-fatt fir-riċerka tagħna sibna li kien hemm tfal li pprovaw jimitaw anke lill-vittmi tal-11 ta' Settembru.", "Fil-fatt wieħed tela' fuq gwardarobba u beda jaqbeż fuq is-sodda.", "Per eżempju, barra minn Malta kien hemm min saħansitra pprova jimita l-qtugħ tar-ras - ninsab ċert li ħafna minna rajnih dan – u kien hemm aħwa li kienu qegħdin jimitaw dak li raw fuq l-internet u fuq it-televiżjoni bil-konsegwenza li l-kbir spiċċa biex qatel liż-żgħir.", "THE CHAIRMAN: Iva, imma għall-fini ta' min jista' jismagħna u għall-fini ta' dak li ntqal hawnhekk drabi oħra, irrid nagħmel dan l-istatement biex inkunu reali man-nies hemm barra li għada pitgħada jistgħu jkunu qegħdin jagħmlu riċerka.", "Fil-laqgħa li kienet tirrigwarda s-sexual health policy kien intqalilna l-kontra.", "Ma jfissirx li dak li qed tgħid mhuwiex reali imma jfisser li f'dik li hija attitudni sesswali għall-adoloxxenti, il-media qed tinfluwenza ħafna.", "Meta t-tobba jew l-esperti f'dan il-qasam tkellmu magħna qalulna li jidher li ż-żgħażagħ qegħdin jiġu influwenzati ħafna aktar mill-aħbarijiet u f'dak il-qasam l-informazzjoni li nqasmet magħna, bħala Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet li f'ħafna ċirkostanzi, dak li qegħdin jaraw fuq it-televiżjoni qegħdin jagħmluh.", "Issa f'oqsma oħra jista' jiġri wkoll li, per eżempju, it-tfal tagħna jaraw ħafna sport u jibqgħu passivi.", "Però f'dak il-qasam jidher li mhux hekk.", "Qed ngħid dan biex l-istatements jidhru li qegħdin isiru.", "SARAH A. SUDA: Fl-istudju tal-media hemm żewġ approaches differenti, wieħed li jgħid li l-media hija diretta, bullet effect, li dak li qed jara qed jassorbi biss u hemm l-oħra li tgħid li dak li qed jara, kemm jekk huwa adult kif ukoll jekk huwa tifel, qed janalizza, qed ikun selettiv u qed ikun iffiltrat, kemm minnu kif ukoll minn dawk ta' madwaru.", "Forsi l-istatement li għamel is-Sur Aquilina kien minn dak l-approach jiġifieri m'hijiex xi ħaġa li qed ngħidu aħna biss imma huwa l-istudju tal-media li jinqasam f'dawn iż-żewġ approaches.", "IS-SUR ANSON D. AQUILINA: Min-naħa l-oħra, se inkompli nirrispondik fuq it-tkissir tal-familja.", "Naħseb li lkoll naqblu li t-televiżjoni qed tagħmel dak li jissejjaħ domesticisation of incompatible values minħabba l-fatt li l-media internazzjonali ġejja fid-djar tagħna u fil-kamra tas-sodda tal-adoloxxenti u tal-adulti u dawn qed jaraw affarijiet li forsi kulturalment huma ġodda u allura hemm ċerta inkompatibilità.", "L-eżempju tajjeb li tajt inti stess dwar ir-relazzjonijiet extra matrimonjali li daħlu ħabta u sabta fuq it-televiżjoni tagħna, saru parti mit-televiżjoni tagħna u dan iġiegħlek taħseb jekk il-ħajja hijiex bħal dak li naraw fuq it-televiżjoni jew bil-maqlub, jekk dak li naraw fuq it-televiżjoni huwiex bħall-ħajja.", "Din hija mistoqsija bħal dik tal-bajda u t-tiġieġa u huwa diffiċli biex tweġibha.", "Naħseb li ħadd minna hawnhekk ma jista' jirrispondiha din.", "Li huwa żgur huwa li l-protezzjoni tat-tfal hija responsabilità ta' kull adult u mhux tal-producer.", "M'hijiex responsabilità tal-ġenituri imma hija responsabilità ta' kulħadd.", "Naħseb li jekk noqogħdu nipprovaw nimbuttaw il-ballun tar-responsabilità minn fuq l-istazzjon tat-televiżjoni għal fuq il-ġenituri u għal fuq l-għalliema, il-verità hija li r-responsabilità hija tagħna lkoll.", "THE CHAIRMAN: Sur Aquilina, peress li qegħdin niddiskutu dan is-suġġett f'ambitu ta' familja ma nixtieqx li nitfgħu l-ballun f'saqajn il-kbar kontra ż-żgħar imma għalija l-kbar huma vulnerabbli daqs iż-żgħar.", "Jekk żewġ adulti li huma missier u omm jisseparaw għax it-television għamlithielhom ħafifa li jisseparaw u għax din il-ħaġa saret aċċettabbli fis-soċjetà tagħna, allura huma t-tfal li se jaqgħu vittma ta' dik is-separazzjoni.", "Dan li qegħdin nagħrblu u dik hija l-investigazzjoni tagħna.", "IS-SUR ANSON D. AQUILINA: Probabbilment dawn il-ġenituri huma mill-istess ġenerazzjoni li marru jordnaw l-intrata ta' Dallas.", "Jista' jkun li dawn ġejjin minn ġenerazzjoni li qatt ma kellhom Media Education u qed nipprovaw nużaw l-istess ġenituri biex jedukaw.", "Għalhekk għedt li ma nistgħux nipprevjenu dak li sar imma nistgħu nipprevjenu dak li għadu ma sarx.", "Allura l-edukazzjoni tal-adoloxxenti hija kruċjali għal-lum u għal għada.", "Forsi ma nistgħux insalvaw is-sitwazzjoni kif inhi llum imma żgur li nistgħu nirranġawha.", "Nistgħu nużaw il-Media Education b'mod aktar informali.", "Aħna ma nemmnux li dan huwa suġġett ta' fuq il-bank biss imma din hija l-ħajja.", "Dan bħalma semmejt tajjeb inti stess, Sur President, fuq il-pakketti tas-sigaretti.", "Meta irrikonoxxejna li hemm problema tas-sigaretti, tal-alcohol, ta' pollution, hi x'inhi, il-partijiet kollha konċernati raw x'għamlu biex iwasslu messaġġ.", "Dawn għamlu billboards, riklami jew karta stampata d-dar, jiġifieri ntużaw il-mezzi kollha ta' komunikazzjoni biex jedukaw.", "Jien ma narax għalfejn biex ngħallmu fuq it-television m'għandniex nużaw it-television jew inkella biex ngħallmu fuq l-internet m'għandniex nużaw l-internet.", "Naħseb li hawnhekk, anke minn esperjenza personali fejn ħdimt fl-istazzjon Education 22 taħt Charles Xuereb, huwa importanti li nneħħu ċerta attitudni minn fuq l-istazzjonijiet u nużaw din il-filosofija across the board minn stazzjonijiet oħra – din hija responsabilisation - biex inwasslu messaġġi pożittivi ta' kif tuża l-affarijiet.", "Jista' jkun li t-triq forsi tidher komplikata imma hija ħafna aktar sempliċi u effettiva milli nipprovaw nimbuttaw curriculum fuq l-għalliema.", "IS-SUR JAMES CARABOTT: Din l-istess bħall-argument tas-sigaretti għax għoġobni.", "Meta jkun hemm xi programm fuq it-televiżjoni, fl-aħħar ikun hemm li l-karattri jkunu fittizji.", "Jien naħseb li din il-ħaġa għandha tibda ssir fil-bidu għax jista' jkun li wieħed ikun ra l-programm u ma jarax din il-biċċa li ssir fl-aħħar.", "THE CHAIRMAN: Aħna li se nkunu qegħdin nipproponu din l-idea ta' responsabilizzazzjoni – biex nuża l-kliem tas-Sur Aquilina – mill-istess stazzjonijiet jeħtieġ aktar minn hekk.", "Jiġifieri jeħtieġ li nsibu metodu ta' kif l-istess stazzjonijiet iridu jaraw kif iwasslu l-messaġġi edukattivi lill-udjenza biex din tagħraf tuża dak l-ispettaklu u dik il-ħila tal-producers eċċ. bl-aħjar mod possibbli u l-ħażin innaqqsulu l-effett tiegħu.", "Għad irridu nsibu mezzi kif isir dan.", "Meta nitkellmu fuq media fuq il-familja nkunu qegħdin nirriferu għal television, videos, DVDs u internet.", "Per eżempju, ftit 'il bogħod minn fejn noqgħod jien hemm DVD shop u jien niskanta meta nara ommijiet, missirijiet u tfal ħerġin bil-basket tal-plastik.", "Issa dawn mhux bil-ħobż ikun ħerġin imma bid-dvds jiġifieri jekk wieħed ikollu sitt DVDs, mill-inqas dawn ikunu se jagħmlu sitt sigħat quddiem it-television.", "Issa hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq it-teleserials Maltin.", "Qed ngħid dan biex nuri x'qed tixrob is-soċjetà Maltija.", "Din hija r-responsabbilità li nixtiequ nwasslu.", "IS-SUR GAETANO VELLA: Fi grupp li mmexxu jien u Duncan, flimkien ma' tlieta oħra, bqajt impressjonat meta pprovajna nagħmlu attività partikolari u qam chaos għax konna se nagħmluha meta jidher programm partikolari fost il-ġimgħa.", "Kien hemm mument li l-laqgħa li nieħdu ħsieb ġiet ikkontrollata minn dik il-ġurnata.", "Ara x'influwenza teżisti!", "Barra minn hekk nixtieq infakkar ftit li l-Unjoni Ewropea qed tesiġi ħafna fuq il-media literacy.", "IS-SUR JAMES CARABOTT: Ovvjament trid tagħraf id-distinzjoni bejn dak li hu reali u dak li huwa surreali.", "Darba minnhom iċ-chairman beda jirrakkontali meta ra Dallas għall-ewwel darba u ma setax jifhem għax kien għadu qatt ma ra każ ta' infedeltà.", "IS-SINJ SARAH A. SUDA: Nixtieq inżid xi ħaġa żgħira.", "Fil-presentation aħna semmejna li f'xi skejjel kien hemm żgħażagħ li kellhom livell għoli ta' media literacy.", "Fi skola partikolari konna tkellimna mal-Kap tal-iSkola u ħaġa li sostna – jista' jkun li dan huwa eżempju għal skejjel oħra biex javviċinaw għas-suġġett tal-Media Education – kienet li huma għandhom approach ħolistiku għall-edukazzjoni jiġifieri m'għandekx suġġett għalih u suġġett għalih, imma jaraw kif kull suġġett jista' jingħaqad ma' ieħor fil-kontest tal-ħajja.", "Issa ovvjament il-media hija parti mill-ħajja.", "IS-SINJ SARAH A. SUDA: Kien hemm xi 16 f'għaxar gruppi.", "IS-SUR CHARLES STROUD: Mela kien hemm xi 150 jiġifieri numru tajjeb.", "Fil-media t-television hija l-aktar ħaġa li tikkmanda l-ammont ta' viewership.", "Meta jsiru surveys ta' stazzjonijiet lokali tara l-gazzetti kollha jirrapportaw li l-PBS kellhom l-akbar udjenza f'dak il-ħin, il-One TV kellhom l-akbar udjenza f'dak il-ħin u kien hemm ukoll billboards li fuqhom irringrazzjaw lill-udjenza talli rawhom.", "Dan ifisser li l-viewership hija l-aktar ħaġa li tikkmanda.", "Per eżempju, stazzjon jagħżel il-programmi tiegħi għax ikollu ċerta reputazzjoni ta' viewership u advertising u allura mbagħad jidħlu l-finanzi jiġifieri hemm dan iċ-ċirku.", "Meta stazzjonijiet lokali jibdew jikkompetu ma' stazzjonijiet barranin bilfors iridu jagħmlu bħalhom u ma jistgħux ikunu qaddisin.", "Per eżempju, jekk in-nies qed jieħdu pjaċir jaraw dwar l-infedeltà, stazzjon Malti ma jistax jagħmel programmi dwar il-ħajja ta' Dun Ġorġ biss biex jikkompeti għax il-finanzi jikkmandaw.", "THE CHAIRMAN: Jien ma naqbilx ma' dan għax ma nafx fuq ir-Rai Uno u r-Rai Due kemm hemm doża ta' infedeltà daqskemm hemm fuq ċertu stazzjonijiet Maltin.", "It-teleserials li saru fuq stazzjonijiet Maltin u li huma l-aktar prominenti ftit kienu edukattivi.", "Per eżempju, fuq ir-Rai Uno qatt ma rajt programm li jekk ikollok xi tifel ħdejk ikollok tgħidlu biex ma jħarisx, jekk mhux f'ċertu ħin tard filgħaxija.", "IS-SUR CHARLES STROUD: Ġeneralment dawn ikunu tip ta' teleserials li jidhru tard bil-lejl u mhux suppost li jarawhom it-tfal.", "THE CHAIRMAN: Fil-ħin ta' wara l-aħbarijiet.", "IS-SUR CHARLES STROUD: Iva, dawn mhux suppost jarawhom it-tfal jew inkella l-adulti jkunu avżati li ċerti programmi m'għandhomx jarawhom it-tfal.", "THE CHAIRMAN: Hawnhekk smajna għalliema jgħidu kemm it-tfal jirrakkontaw x'jaraw fuq it-televiżjoni.", "IS-SUR CHARLES STROUD: Per eżempju, kien inutli li aħna bħala kumpannija pprovajna nagħmlu sensiela ta' dokumentarji kulturali dwar siti, tempji u mużewijiet meta konna qed nikkompetu mal-programm \"Bomba\" ta' Ray Calleja li fih ħafna doppju sens u huwa aktar enticing għall-udjenza.", "Programm bħal dan iġib ħafna aktar advertising minn dokumentarju fuq Ħaġar Qim u l-Imnajdra għax min jinteressah fuq Ħaġar Qim u l-Imnajdra?", "Għalija huwa aktar interessanti programm fuq Ħaġar Qim u l-Imnajdra milli ċ-ċajt banali sa ċertu punt imma l-advertising u l-viewership hemmhekk imur.", "Dak hu li jikkmanda l-broadcasting hawn Malta.", "THE CHAIRMAN: Jien irrid statement mingħandek.", "Taħseb li f'Malta għandna livell baxx ta' edukazzjoni fost il-viewers li diversi drabi qegħdin jippreferu ċerta kwalità ta' programmi minn oħrajn, kif isiru fuq l-istazzjonijiet ewlenin Taljani?", "IS-SUR CHARLES STROUD: Ma tistax taqta' linja.", "Jien ġibt eżempju bil-programm \"Bomba\".", "Imma żgur li hemm programmi popolari u li m'għandhomx daqshekk valur kulturali jew edukattiv.", "Il-popolarità tirbaħ bħala ammont ta' viewership.", "Dawk it-tip ta' programmi jiġbdu aktar reklami għax jarawhom aktar nies u allura huwa aktar faċli li jien, bħala producer, nagħmel magazine programme dwar it-tisjir għax jarawh iżjed nies milli kieku nagħmel dokumentarju dwar is-sajd tal-lampuki għax huwa inqas interessanti.", "Dak huwa li jiddetta x'jipproduċu l-producers.", "Tgħidli mhemmx l-għajnuna tal-Gvern?", "L-għajnuna tal-Gvern għall-programmi kulturali mhijiex biżżejjed u din baqgħet l-istess għal dawn l-aħħar 15-il sena.", "THE CHAIRMAN: Int bħala producer x'taħseb li qegħdin ifittxu l-aktar li jaraw it-televiewers Maltin?", "Naħseb li b'hekk tkun qed tirrispondi l-mistoqsija tal-Onor.", "Kieku nkun naf x'qed ifittxu nista' nagħmillek programm ideali imma x-xenarju dejjem qed jinbidel.", "THE CHAIRMAN: Biex l-istazzjonijiet televiżivi Maltin jikkompetu mal-barranin x'inhuma l-iżjed affarijiet li jfittxu bħala programmi wara d-9.00 p.m. biex jirbħu l-kompetizzjoni?", "IS-SUR CHARLES STROUD: Aktar ifittxu divertiment milli affarijiet serji.", "THE CHAIRMAN: Meta jiġu biex jagħżlu l-kwalità ta' teleserials x'inhuma l-aktar pressures li għandhom fuqhom il-producers jew il-production houses mal-istazzjonijiet?", "IS-SUR CHARLES STROUD: L-aktar ħaġa li tiddetta huma l-finanzi, kemm jiġi jiswa teleserial lill-istazzjon.", "THE CHAIRMAN: Meta tagħti script ta' teleserial lil stazzjon, x'ikun qed ifittex l-aktar dak l-istazzjon?", "IS-SUR CHARLES STROUD: Se nsemmi l-istazzjon nazzjonali.", "Hemmhekk hemm bord ta' l-għażla li huwa l-bord editorjali li jagħżel script għall-valur tiegħu.", "THE CHAIRMAN: Naħseb il-valur teatrali, hux hekk?", "IS-SUR CHARLES STROUD: Iva, u anke l-kontenut tiegħu.", "Hemmhekk issir l-għażla imma l-għażla finali tkun dwar il-finanzi u kemm jiġi jiswa dak it-teleserial.", "Jekk it-teleserial ikun se jiswa lill-istazzjon ftit flus jew inkella l-istazzjon ikun se jaqla' minn fuqu, jagħżel lilu imma jekk dan ikun se jiġi jiswieh ħafna flus, ma jagħżlux.", "Jekk inkun irrid nagħmel teleserial dwar l-Assedju l-Kbir, li jkun se jiġi jiswa Lm5,000 kull episodju, l-istazzjon ma jagħżlux għax ikun għali wisq.", "Mentri jekk ikun jista' jagħmel kummiedja li tiġi tiswih Lm1,000 jagħżel lilha.", "Sa ċertu punt is-sitwazzjoni tifhimha.", "THE CHAIRMAN: Hemm stazzjonijiet li meta jkunu qegħdin jitolbu lill-production house biex tagħmel teleserial jipprovaw jiddettaw huma x'tip ta' xeni jintwerew jew x'iridu jaraw fid-drama?", "Per eżempju, jkunu jridu xeni ta' kriminalità, xeni sesswali jew xeni ta' infedeltà għax dawn ikunu aktar sensazzjonali?", "IS-SUR CHARLES STROUD: Le, qatt ma ltqajt ma' din it-tip ta' sitwazzjoni.", "Issa nixtieq nagħmel riferenza għal xi affarijiet oħrajn li ssemmew.", "Per eżempju, irrid ngħid li l-fatt li llum il-familja qed tinfired biex tara stazzjonijiet differenti jew mezzi ta' media differenti huwa żvilupp naturali u m'hemm l-ebda mod kif tikkumbatti din il-problema.", "Huwa veru li hija ħaġa sabiħa meta tiftakar li fi żmien in-nanna kienu joqogħdu madwar il-lampa jgħidu r-rużarju imma din mhijiex ir-realtà llum.", "Per eżempju, jien niftakar żmien meta konna noqogħdu bilqiegħda, flimkien mal-familja kollha, biex naraw programm wieħed wara l-ikel imma din m'hijiex ir-realtà llum.", "Għax ikun hemm studenti li jkun għad fadlilhom xi studju x'jagħmlu jew inkella waqt li jkunu qed jistudjaw iħallu l-internet għaddej bl-aħbarijiet.", "Jista' jkun ukoll li jidħlu fl-internet biex jisimgħu kanzunetta li tkun għadha kif ħarġet.", "Jiġifieri kull membru tal-familja għandu role differenti.", "Din hija xi ħaġa li rridu naċċettawha bħala xi ħaġa realistika.", "X'inhu x-shock tal-lum?", "Personalment jien inħoss li dan huwa l-Facebook u l-blogs li qed jintefgħu fuq il-computer.", "Din hija xi ħaġa fenomenali li lanqas tlaħħaq magħha.", "Imbagħad hemm ukoll l-imitazzjoni.", "Meta bdew isiru l-ewwel films kulħadd beda jimita l-mod kif jagħmel xagħru, kif jagħmel il-make-up, kif jilbes u kif jgħix.", "Il-lifestyles inbidlu għax kulħadd irid jimita l-film stars.", "Fil-fatt l-ewwel semmejt il-każ ta' dik il-koppja li riedet tagħmel l-intrata tad-dar tagħha bħal ta' Dallas.", "Int semmejt ukoll il-qtugħ tar-ras li ġara l-Iraq.", "Niftakar li meta rajtu l-ewwel darba għax kulħadd kien qed isemmih, ixxokkjani u għadu f'moħħi sal-lum.", "Imma meta rajt il-film \"Sweeney Todd\" lanqas xejn m'affettwani għax kont naf li huwa make-up.", "Però hawn nies li din ma jarawhiex hekk imma jħarsu lejha bħala realtà jew inkella bħala imitazzjoni.", "Per eżempju, għall-ewwel ħsibtek li se ssemmi l-każ ta' wieħed li ried jaqbeż minn fuq skyscraper għal isfel biex jagħmilha ta' superman.", "Jekk jien se nagħmel programm fuq il-ħajja ta' Dun Ġorġ u stazzjon barrani jkun qed juri xi teleserial li fih ikun hemm l-infedeltà waqt xogħol ta' sptar jew ħafna sitwazzjonijiet simili, in-nies jaraw dan għax huwa aktar enticing.", "Imbagħad hemm ħaġa oħra.", "Jekk stazzjon juri teleserial li fih ikun hemm l-infedeltà, ikun hemm bidu u tmiem.", "Anke meta Kristu kien qed jirrakkonta l-parabbola tal-iben prodgu, l-ewwel qal il-ħażin - it-tifel li telaq mid-dar u li qagħad jixxala 'l hemm u 'l hawn - imma mbagħad spiċċa bit-tajjeb, li dan it-tifel ġie lura.", "Kull sitwazzjoni għandha turi li fl-aħħar mill-aħħar il-ħażin għandu jiġi kkastigat jew toħroġ it-tajjeb minnu.", "Sfortunatament f'teleserial tara parti mill-istorja llum, meta jkun hemm l-inċident tal-infedeltà, u ma taħsibx x'se jiġri fl-aħħar.", "Sena ilu kelli sitwazzjoni bħal din li kienet ibbażata fuq l-infedeltà imma t-tmiem tal-istorja kien pożittiv ħafna.", "Per eżempju, id-drama li qed nagħmlu bħalissa \"Five 06\" fiha ħafna sitwazzjonijiet negattivi imma t-tmiem għadu ġej u hemm tagħlima kbira.", "Sfortunatament din id-drama hija mifruxa fuq 13-il ġimgħa, fejn tara l-ħażin fil-bidu u jridu jgħaddu tmien ġimgħat oħra qabel ma tara t-tajjeb imma dik hija storja.", "Kieku kellna nagħmlu dik l-istorja f'lejla waħda xorta jkun hemm min jgħid li fl-ewwel nofs siegħa jkun hemm biss qtil, swat, għajjat, ġlied jew argumenti, imma fl-aħħar jiġi t-tajjeb.", "Jekk turi biss il-ħażin u l-ħażin ikun rebbieħ ma tkunx responsabbli lejn l-udjenza.", "Saret ukoll mistoqsija dwar il-filters u jekk tistax tagħmel switch off.", "Li jeżistu huma avviżi li jgħidu li t-tali drama, per eżempju, mhijiex reali imma hija fittizja jew inkella hija għal dawk li għandhom aktar minn 16 jew 18-il sena.", "Dawn isiru bir-regolamenti.", "Hemm liġi li tiddetta - anke fuq trasmissjonijiet minn Malta - li r-ratings għandhom dejjem jintwerew.", "Kull stazzjon irid jagħmilha din u jekk ma jagħmilhiex suppost jeħel multa ta' Lm400.", "Dawk huma l-punti li xtaqt insemmi.", "Imma fl-aħħar mill-aħħar, the situation is a financial one fejn hemm kompetizzjoni enormi u stazzjon ma jistax jgħix billi jagħmel il-ħajja tal-qaddisin biss.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjakom.", "Il-konklużjonijiet u l-proposti konkreti li jkunu ta' ċertu interess nistgħu ngħadduhom lill-production houses, lill-istazzjonijiet televiżivi u lill-gvern.", "Naħseb li l-proposta tas-Sur Charles Stroud nistgħu nġibuha fis-seħħ immedjatament.", "Jekk tagħtuna l-permess, il-bullet points tagħkom ngħadduhom lin-news rooms tal-istazzjonijiet kollha, ovvjament b'isimkom, f'każ li jkunu jridu jerġgħu jiġu lura għandkom.", "(Interruzzjonijiet) Tas-Sur Gaetano Vella se nużawha meta niġu biex niddiskutu r-riforma edukattiva.", "Nirringrazzjakom u 'l quddiem, jekk ikollna bżonn l-għajnuna tagħkom, nerġgħu nitolbukom biex tattendu.", "Fid-9.05 pm il-Kumitat aġġorna għall-għada l-Erbgħa, 28 ta' Jannar, 2009."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090127_014d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 14", "It-Tlieta, 27 ta' Jannar, 2009", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.17 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Justyne Caruana, l-Onor Joseph Falzon (sostitut), u l-Onor Stephen Spiteri.", "Is-Sur James Carabott, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali fil-Kamra tad-Deputati attenda għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr 13 li saret nhar l-Erbgħa 21 ta' Jannar 2009 ġew konfermati.", "SejĦa pubblika gĦal dawk kollha li gĦandhom riĊerka lokali dwar l-effetti tal-media fuq il-familja Maltija.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat stieden lis-Sur Gaetano Vella, lis-Sur Anson D. Aquilina u lis-Sinj Sarah A Suda, biex jagħtu preżentazzjoni dwar ir-riċerka li għamlu fuq il-media.", "L-Onor Vassallo stieden ukoll lis-Sur Charles Stroud (Direttur ta' Dar ta' Produzzjoni) biex jieħu sehem fid-diskussjoni.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "L-Onor Vassallo ppropona li r-riċerki li ġew ippreżentati lill-Kumitat jiġu mgħoddija wkoll lill-Production Houses u lil stazzjonijiet televiżivi.", "Fid-9:05 pm il-Kumitat aġġorna għal għada l-Erbgħa 28 ta' Jannar 2009.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090127_014m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqħa Nru. 6", "L-Erbgħa, 28 ta' Jannar 2009 fis-6.45 p.m.", "Mr Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 28 ta' Jannar 2009, fis-6.45 fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra.", "Ombudsplan għas-sena 2009.", "Affarijiet oħra.", "16 ta' Jannar 2009 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090128_006a_xog.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 28 ta' Jannar 2009", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fit-7.00 p.m.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor David Agius, l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Helena Dalli, l-Onor Anġlu Farrugia, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor Joseph Sammut.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 5 li saret fit-13 ta' Jannar 2009 kienu konfermati wara li l-kumitat qabel li f'paġna 2 tal-Minuti, l-ewwel paragrafu taħt it-titolu \"Mozzjonijiet ippreżentati minn Membri individwalment\", għandu jaqra \"L-Onor Joe Mizzi ta indikazzjoni li l-Oppożizzjoni kienet se tikkontesta Avviż Legali dwar it-tariffi tad-dawl li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kif ukoll xi mozzjoni oħra da parti tal-Oppożizzjoni.\"", "Fuq proposta tal-President tal-Kumitat, il-Kumitat qabel li jgħaddi għat-tielet item tal-aġenda, ċioe' l-Ombudsplan għas-sena 2009, bid-diskussjoni tieħu massimu ta' siegħa.", "Il-Kumitat stieden lill-Imħallef Emeritus Dr Joseph Said Pullicino, Ombudsman, sabiex jieħu parti fil-Kumitat ħalli jikkummenta b'mod ġenerali kif ukoll iwieġeb għal xi mistoqsijiet jew osservazzjonijiet li jistgħu jsirulu fuq l-Ombudsplan 2009 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati fid-29 ta' Settembru 2008.", "Dr Said Pullicino kien akkumpanjat minn Dr Michael Sant u Dr Anthony Vassallo.", "Fis-7.50p.m. id-diskussjoni fuq l-Ombudsplan 2009 kienet konkluża.", "Il-Kumitat qabel li jirrakkomanda lill-Parlament l-approvazzjoni tal-Ombudsplan għas-sena 2009 u li t-transcript ta' din il-laqgħa tiġi ċirkolata lill-Membri Parlamentari sabiex sussegwentement titressaq fil-Kamra l-mozzjoni għall-approvazzjoni ta' l-Ombudsplan 2009.", "Xogħol tal-Kamra", "Il-Kumitat iddiskuta meta se jiġu diskussi l-mozzjonijiet ippreżentati mill-Oppożizzjoni u qabel li nhar l-Erbgħa, 11 ta' Frar 2009, il-Kamra tiddiskuti l-mozzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-proġett tal-Fondazzjoni tal-Kon-Kattidral ta' San Ġwann għal żvilupp taħt l-art.", "Qabel li tittieħed seduta waħda għal din il-mozzjoni", "Għar-rigward il-mozzjoni ppreżentata mill-Onor Joe Mizzi dwar it-tariffi tad-dawl u l-ilma, il-Kumitat qabel li din il-mozzjoni kellha tiġi diskussa sal-aħħar ta' Frar, preferibbilment jew il-Ħamis, 12 ta' Frar jew it-Tnejn, 16 ta' Frar u għaldaqstant qabel li l-Kumitat għandu jerġa' jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 11 ta' Frar biex tiġi deċiża meta din il-mozzjoni għandha tiġi diskussa fil-Parlament.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-mozzjoni dwar it-tariffi tad-dawl u l-ilma ma kellhiex tieħu aktar minn żewġ seduti.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin informa lill-Kumitat li t-Tnejn, 2 ta' Frar għandha tibda d-diskussjoni fuq il-mozzjoni li tirregola diversi proċeduri dwar ix-xogħol tal-Kamra ppreżentata mill-Prim Ministru fis-26 ta' Jannar.", "Ma ntlaħaqx ftehim dwar kemm-il seduta għandha tingħata għal din il-mozzjoni.", "Il-Kamra kellha quddiemha t-tkomplija tad-diskussjoni fit-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali – Abbozz Nru 16 – it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur – Abbozz Nru 18 u l-istadju ta' kumitat tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Abbozz Nru 17.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin irrefera għall-ftehim li kien intlaħaq f'laqgħa preċedenti tal-Kumitat li l-Oppożizzjoni tgħaddi lill-Gvern l-emendi għall-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili.", "L-Onor Joe Mizzi informah li kien se jgħaddilu l-emendi għal dan l-Abbozz fil-ġranet li ġejjin.", "Il-Kumitat qabel li bla preġudizzju għall-pożizzjonijiet taż-żewġ naħat tal-Kamra għar-rigward tal-Ordnijiet Permanenti, sakemm jerġa' jiltaqa' l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, l-Erbgħa, 11 ta' Frar, il-Kamra kellha tkompli tiltaqa' nhar ta' Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa.", "Il-Kumitat qabel li l-ftehim li l-aġġornament jalterna bejn Gvern u Oppożizzjoni, jibqa' fis-seħħ.", "Fit-8.25p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 11 ta' Frar fis-6.45 p.m.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090128_006m.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 15", "L-Erbgħa, 28 ta' Jannar, 2009", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 28 ta' Jannar, 2009 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Il-familja u l-Anzjani.", "Diskussjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090128_015a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 15", "l-Erbgħa, 28 ta' Jannar, 2009", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 15", "L-Erbgħa, 28 ta' Jannar, 2009", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.21 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 14 li saret nhar it-Tlieta, 27 ta' Jannar, 2009 ġew konfermati.", "Il-familja u l-Anzjani", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Nagħtu bidu għal din il-laqgħa tal-lum.", "Illum se niddiskutu s-sinifikat tal-anzjan fil-familja, ir-relazzjoni u x'inhi l-problema tal-anzjani vis-a-vis meta ż-żwieġ ifalli?", "Din il-laqgħa tal-lum għalina hija forma ta' riċerka.", "Meta żwiġijiet jfallu, fir-realtà tas-soċjetà kif qegħda tgħix illum x'inhu l-istanding tal-anzjan illum sija jekk hu raġel u sija jekk hi mara?", "It-trends tal-lum – sejħilhom moderni, sejħilhom li trid, ejja ngħidulhom attwali – kif qegħdin jinfluwenzaw il-ħajja tal-anzjani?", "U x'tipprevedu li se tkun is-sitwazzjoni tal-anzjani fil-ġejjieni?", "X'taħsbu intom?", "M'hemmx bżonn tkun riċerkata u pprovata, imma l-parir tagħkom u l-ħsieb tagħkom għalina jiswa ħafna.", "Din il-laqgħa hija waħda minn sensiela ta' laqgħat li qegħdin nagħmlu fejn qegħdin niddiskutu l-familja minn diversi aspetti tal-ħajja.", "Illum se niddiskutu l-familja fir-relazzjoni mal-anzjani.", "Aħna konna qegħdin niddiskutu l-familja vis-a-vis l-problemi soċjali fejn jista' ikollok it-tkissir tal-familja u allura qegħdin nippruvaw f'dawn id-diversi laqgħat nieħdu ħjiel dwar xi ħsara qed tiġrilha s-soċjetà tagħna meta żwieġ ifalli.", "Is-soċjetà tagħna qegħda tissaħħaħ jew qegħda tiġi indebbolita?", "X'inhuma l-effetti ta' dan kollu fuq is-soċjetà tagħna?", "Illum qegħdin inħarsu lejn l-aspett tas-soċjetà ftit ridott għall-anzjani.", "X'qed jiġri u llum kif qed tiżvolġi l-ħajja għall-anzjani tagħna?", "Nixtieq li żżommu dawn f'moħħkom waqt li qegħdin titkellmu.", "Nixtieq ninformakom li din il-laqgħa se tkun qegħda tiġi mxandra permezz tal-internet u allura min jidħol fuq is-sit elettroniku tal-parlament taħt Social Affairs Committee jkun jista' jisma' lilkom qegħdin titkellmu.", "Nitlob responsabbiltà għax kull kelma, ladarba tingħad, ma tistax treġġagħha lura għax tkun qed tiġi recorded.", "Jiena fid-dmir li ngħidilkom li qegħdin tiġu rekordjati, imma fid-dmir ukoll li ngħidulkom li qegħdin tinstemgħu immedjatament.", "Forsi jekk tistgħu, ma ssemmux ismijiet ta' persuni imma jekk issemmu ċ-ċirkostanza jkun biżżejjed.", "L-aħħar ħaġa rrid nirringrazzjakom talli aċċettajtu l-istedina ta' dan il-kumitat.", "Nitlobkom biex min jitkellem jgħid x'ismu, mil-liema background tas-soċjetà ċivili ġej u tagħfsu l-buttuna biex il-microphone tagħkom ikun jista' jinxtegħel.", "HELEN BORG BONNICI (President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani): Mr. Chairman, jiena Helen Borg Bonnici, president tal-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani u miegħi għandi tliet membri mill-istess kunsill.", "L-istedina li aħna, bħala Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani, niġu f'din il-Kamra biex nagħtu relazzjoni dwar il-familja u l-anzjani ma kenitx ħaġa mistennija minna, iżda ladarba saritilna ħassejna li għandna naċċettawha.", "M'huwiex il-ħsieb tagħna li nagħmlu xi preżentazzjoni akkademika, iżda x-xewqa tagħna hi li nagħtu stampa realistika dwar l-anzjani fil-familja f'pajjiżna.", "Qabel xejn tajjeb li wieħed iżomm quddiem għajnejh li sa l-aħħar ta' Diċembru, 2007 skond id-Demographic Review ppubblikat is-sena l-oħra, minn popolazzjoni ta' 410,290 ruħ – li jinkludu Maltin u barranin - dawk li kellhom passaport Malti kienu b'kollox 394,830.", "U huwa fuq din il-figura tal-aħħar li aħna se nikkonsidraw il-popolazzjoni Maltija u Għawdxija.", "Minn dawn it-394,830 kien hemm 81,378 persuna ta' 'il fuq minn 60 sena u billi s-60 u l-61 s'issa hija l-età mandatorja tal-irtirar, allura nistgħu ngħidu li daqshekk kien hemm anzjani f'pajjiżna.", "Dawn jammontaw għal kważi 20 % tal-popolazzjoni, jiġifieri wieħed minn kull ħamsa.", "Huwa proprju għalhekk li l-anzjani jħossu li għandu jkollhom l-għarfien li jistħoqqilhom fis-soċjetà barra mill-fatt li kienu huma li kien bl-għaqal u l-istinkar tagħhom li pajjiżna rnexxielu jakkwista u jibni dak li għandu llum.", "Li llum l-anzjani qegħdin jgħixu iżjed, jafu kulħadd.", "Il-life expectancy fl-2007 kienet ta' 77.2 snin għall-irġiel u 81.8 snin għan-nisa.", "Mill-anzjani ta' 60 sena u 'il fuq li jammontaw għal 81,378 hemm biss 3,484 li huma istituzzjonati.", "Fid-djar tal-anzjani tal-gvern hemm 759 residenti, fid-djar tal-anzjani tal-knisja hemm 768 residenti u fid-djar tal-anzjani privati hemm 707 residenti, total ta' 2,234 anzjan.", "Fir-residenza San Vincenz de Paule u l-annexe li hemm fl-isptar Monte Carmeli hemm 1,250, u din il-figura ma tinkludix residenti ta' taħt is-60 sena għax hemm madwar 69 li huma taħt is-60 sena li qegħdin hemm għal xi raġuni jew oħra.", "B'kollox allura hemm total ta' 3,484.", "Dan ifisser li 1% biss mill-anzjani ta' pajjiżna m'humiex qegħdin jgħixu ġo darhom.", "Dawn huma fatti li wieħed tajjeb li jżomm quddiem għajnejh.", "Ifisser ukoll li meta tnaqqas il-figura ta' 3,484 mill-81,378 issib li hawn popolazzjoni ta' 77,894 ruħ ta' 'il fuq minn 60 sena li jgħixu f'darhom fil-komunità.", "Il-firxa tal-etajiet ta' dawn l-anzjani hija ta' bejn is-60 u 'il fuq minn 90 sena.", "Irrid ngħid ukoll li n-numru ta' dawk li għalqu d-90 sena qiegħed jikber.", "Bħala eżempju nixtieq nuri l-obituaries ta' The Times tat-23 ta' Jannar, 2009.", "Kien hemm ħamsa obituaries li erbgħa minnhom għexu sa età venerabbli.", "L-ewwel waħda kienet mara ta' 90 sena, it-tieni waħda kienet mara ta' 89 sena, it-tielet wieħed kien raġel ta' 94 sena, ir-raba' waħda kienet mara ta' 92 sena u l-iżgħar fosthom kienet mara ta' 72 sena.", "M'għandniex xi ngħidu li kif jgħid il-Malti anke l-ħrief imutu qabel in-ngħaġ.", "Mr. Chairman, minn 77,894 anzjani li jgħixu fil-komunità hemm dawk il-koppji li jgħixu waħedhom għax uliedhom iżżewġu u ħarġu mid-dar paterna u oħrajn romlu u sabu ruħhom assolutament waħedhom fid-dar.", "Il-maġġoranza ta' din il-kategorija huma nisa anzjani.", "Spiċċa ż-żmien tal-extended families li konna nafu bihom aħna madwar 60 u 70 sena ilu.", "Illum il-koppji li jiżżewġu, kollha jfittxu li jakkwistaw id-dar tagħhom u n-nanniet jibqgħu jgħixu waħedhom wara li jkunu rabbew familja ta' xi erbgħa, ħamsa, sitt itfal jew iżjed.", "Naturalment għan-nanniet ikun sodisfazzjon kbir li jkunu rabbew lill-uliedhom imbagħad jarawhom jippustjaw ruħhom wara li jiżżewġu.", "F'din il-fażi tal-ħajja tagħhom il-koppji anzjani suppost li joqogħdu ftit bi kwiethom ġo darhom u jgawdu s-serħan u l-paċi li jixirqilhom.", "Iżda veru jiġri dan meta jsiru nanniet?", "Aħna b'nanniet irridu ngħidu anzjani.", "Mr. Chairman, ħafna minna nafu mill-esperjenza li dan m'huwiex il-każ.", "Ir-realtà hija verament il-kuntrarju.", "Minn kmieni filgħodu ġieli tfal ta' sena jew sentejn jinġiebu minn ommijiethom qabel ma jmorru jaħdmu u jħalluhom man-nanniet il-ġurnata kollha sakemm jerġgħu lura d-dar mix-xogħol.", "Mela n-nanna trid titma', traqqad, tnaddaf u tlibbes lit-tfal u tilgħab magħhom meta jqumu.", "Dan kollu, bla dubju ta' xejn, in-nanniet jagħmluh bl-akbar għożża u mħabba imma hu żgur ukoll li dan ix-xogħol ta' kura ta' dawn it-tfal żgħar jgħejjihom ukoll għax ikunu jħossu li kibru fl-età.", "Xi ngħidu mbagħad meta jkunu fdati wkoll bil-kura ta' neputijiet li bdew imorru l-iskola?", "Minn kmieni tarahom jistennew it-trasport għall-iskola mat-tfal, filwaqt li oħrajn iridu joqogħdu jwassluhom sa l-iskola kull filgħodu u jerġgħu jmorru għalihom meta jiskulaw.", "Mill-iskola, t-tfal jibqgħu sejrin għand in-nanniet għax il-ġenituri jkunu għadhom ma rritornawx lura mix-xogħol u hekk wieħed irid jitma lit-tfal, jilgħab magħhom u wara li jistrieħu jibda jgħinhom jagħmlu l-homework u jżommhom okkupati.", "Kif qegħdin naraw, illum id-dar ta' ħafna nanniet tbiddlet fil-veru sens tal-kelma għal child daycare centre.", "Għal dan ix-xogħol kollu n-nanniet qatt ma jitolbu jew jippretendu xi remunerazzjoni mingħand uliedhom.", "Għall-kuntrarju, huma kontinwament idaħħlu jdejhom fil-but biex lin-neputijiet jixtrulhom ħwejjeġ biex jilbsu u ħtieġijiet oħra għall-iskola - barra mill-ħelu li ma jonqosx.", "Meta jibdew jitfarfru mhux darba u tnejn li jidħlu wkoll biex jixtru xi computer għat-tfal u joffru li jħallsu għal xi lezzjonijiet ta' privat.", "In-nanniet iridu jagħmlu dan kollu min-naqra tal-pensjoni billi jiċċaħdu mill-ħtieġijiet tagħhom u jgħinu lit-tfal tat-tfal.", "Mr. Chairman, ma naħsibx li ħafna minna jirrealizzaw li l-workforce ta' pajjiżna ma tistax tkun dik li hi mingħajr is-sostenn u l-backup tan-nanniet.", "Verament li n-nanniet jistgħu jiġu meqjusa bħala dik il-forza siekta fil-familja li qegħda ssostni tant koppji żgħażagħ miżżewġin.", "Li kieku ma kienx hekk kif jistgħu nisa miżżewġin joħorġu jaħdmu biex ikunu jistgħu jħallsu lura l-loans li jkunu ssellfu mill-banek biex jakkwistaw dar fejn joqogħdu u jibnu familja wkoll?", "Kemm hi ħaġa nġusta li wara l-mewt tan-nanniet xi ħaġa żgħira tal-bini li forsi huma jkunu akkwistaw f'ħajjithom b'tant għaqal u sagrifiċċju tintilef biex titħallas it-taxxa tas-suċċessjoni.", "U uliedhom ma jibbenefikawx kif jixraq minn dak li jkunu wirtu.", "Għal din l-għajnuna kollha li l-anzjani jagħtu lill-uliedhom u lill-ulied uliedhom, mingħand l-istat ma jirċievu ebda remunerazzjoni.", "Il-kontribut prezzjuż tan-nanniet fil-familja ma jikkonsistix biss kif diġà rajna billi jieħdu ħsieb neputijiet żgħar sakemm l-omm u l-missier jirritornaw mix-xogħol.", "Nafu li n-nanniet huma dawk li bil-kliem u l-eżempju jgħaddu lil uliedhom u lil ulied uliedhom il-valuri sbieħ li kienu trabbew fihom xi tletin, erbgħin jew ħamsin sena ilu.", "Bħal per eżempju l-valuri tal-għożża u l-ġabra fil-familja minflok il-ġiri u l-isfrattu ta' ħbiberiji perikolużi, il-ġmiel tal-ħajja u s-sbuħija ta' l-ulied minflok il-qirda u l-mewt permezz ta' l-abort u d-drogi, l-għaqal li wieħed ifaddal xi sold għal meta jkollu bżonn minflok infieq bla rażan ta' flus mingħajr m'hemm ħtieġa u l-valur ta' l-edukazzjoni għat-tfal minflok l-injoranza u l-faqar fil-moħħ tal-bniedem.", "Ix-xjuħija fi żmienna tista' tgħid li hija mifruxa fuq medda ta' tletin sena, jiġifieri mill-età ta' sittin sa disgħin sena u fuqhom.", "Wara l-ewwel parti ta' dawn it-tletin sena, meta l-anzjan kien għadu tant b'saħħtu u offra servizz mill-aqwa lill-familja tiegħu, ftit ftit dan jibda jersaq għar-raba' fażi tal-ħajja tiegħu.", "Dan jista' wieħed ixebbħu ma' l-aħħar kapitlu tal-ħajja ta' l-anzjan.", "Minflok ma jkompli jservi u jieħu ħsieb lil ħaddieħor fil-familja jibda hu stess isir dipendenti u għandu bżonn l-għajnuna.", "Naqra naqra jibda jitlef l-awtonomija tiegħu, ikollu bżonn min jgħinu, isajjarlu u jitimgħu, iżommu nadif, iwensu u jaqdih.", "Imbierek l-anzjan li jsib dan l-appoġġ meħtieġ fi ħdan il-familja tiegħu stess.", "U dan l-appoġġ ikun mogħti lilu b'sens kbir ta' imħabba, paċenzja, perseveranza u rispett kif jixraq, mingħajr ebda pretenzjonijiet ta' ħlas u obbligazzjonijiet oħra.", "Fir-realtà però mhux dejjem jiġri hekk.", "Dan nafuh minn dak li nisimgħu bih jew nosservaw jew anke ngħixu.", "Il-qalb ta' l-anzjan tweġġa' ħafna meta jintebaħ li għal uliedu hu sar ta' piż li kultant mhux dejjem ikunu disposti li jerfgħu minħabba sagrifiċċju personali u familjari.", "Tisma' b'familji fejn isiru arranġamenti fost l-aħwa biex meta jkun imisshom imorru jorqdu ma' l-anzjan.", "F'każi oħra, l-anzjan imur hu għand uliedu, skond għand min ikun imissu.", "F'każi estremi l-anzjan ġieli jkollu jħalli daru għal kollox għax uliedu jaqblu li hemm bżonn jintbagħat ġo home.", "Xi jkun iħoss dak il-ħin l-anzjan li jkun għadu jgawdi moħħ luċidu, u jkun fil-pożizzjoni li jsegwi dak kollu li qiegħed jingħad u jiġri fil-familja.", "Tista' sseħħ xi forma ta' vjolenza jew xi theddid fuq xi wieħed mill-aħwa li joffri li jieħu lill-missier jew lill-omm miegħu fid-dar?", "Iva, dan ġieli ġara wkoll.", "F'każi meta l-intenzjoni ma kenitx waħda ġenwina u retta.", "Ġieli smajna b'testmenti sfurzati biex ikun hemm akkwisti inġusti fuq membri oħra ta' l-istess familja.", "Mr. Chairman, mhux l-anzjani kollha għandhom uliedhom li jistgħu jgħinuhom.", "Hemm min uliedu jinsabu 'l bogħod minn Malta u oħrajn li m'għandhomx ulied.", "Dawn ikunu xjieħu bħala koppja flimkien waħedhom sakemm il-mewt tħalli lil ta' l-aħħar armel.", "Nisa romol jgħixu waħedhom hawn iżjed minn irġiel.", "Dan hu fattur demografiku kif rajna diġà f'din il-preżentazzjoni.", "Ħafna minn dawn l-anzjani li jgħixu waħedhom jibqgħu jistinkaw li jgħixu f'darhom u jagħżlu li ma jmorrux f'Dar ta' l-Anzjani biex ikunu jistgħu jżommu l-indipendenza tagħhom sakemm ikun possibbli.", "Minn dawn hemm bosta li jagħmlu użu ta' servizzi għall-anzjani fil-komunità bħal servizz ta' għajnuna jew kura fid-dar, telecare, meals on wheels u handyman service.", "Minkejja dan kollu ċerti anzjani ħafna drabi jħossuhom imwarrba, isofru minn ċerta solitudni kemm mill-familja u kemm mis-soċjetà.", "Ikollhom fuqhom dik id-dieqa għax dejjem waħedhom.", "Issa li kibru u m'għadx hemm posthom fis-soċjetà, malli jidlam jispiċċaw jissakkru ġewwa għax jibżgħu li xi ħadd jidħol fuqhom biex jisraqhom.", "Għalhekk il-Kunsill ta' l-Anzjani kien issuġġerixxa l-introduzzjoni ta' night shelters għall-anzjani li jixtiequ wens matul il-lejl.", "L-aktar li tkun iebsa l-ħajja għall-anzjani li jgħixu waħedhom hu meta jimirdu u m'għandhomx min idur bihom.", "Ix-xiri ta' mediċini għoljin jinkwetawhom ukoll jekk ma jkunux intitolati għall-mediċini b'xejn.", "Ġieli jiċċaħdu minn xi affarijiet oħra biex ikunu jistgħu jixtruhom.", "F'mumenti ta' mard jixxenqu iżjed għall-wens u kumpannija ta' xi ħadd li jafdaw fih.", "Għalhekk hemm barka u sliem għal dawk li b'ġenerożità jibqgħu jagħtu appoġġ u juru imħabba lill-ġenituri tagħhom anzjani sakemm dawn jagħlqu għajnejhom għal dejjem u fl-istess ħin inisslu dawn is-sentimenti sbieħ f'uliedhom ukoll.", "Nisperaw li b'din il-preżentazzjoni konna ta' għajnuna biex wieħed ikun jista' jifhem iżjed il-ħteġijiet u l-aspirazzjonijiet ta' l-anzjani s'issa u tal-futur.", "(Interruzzjonijiet)", "Onorevoli, nixtieq nirriferi wkoll għall-problema ta' familji li qed jitkissru.", "Nixtieq intom tagħmlu l-interventions tagħkom għax fejn familja żagħżugħa titkisser x'jiġri?", "Ħafna drabi l-partijiet jisseparaw u jsibu refuġju fid-djar ta' ommhom u missierhom.", "U ġara x'ġara min hi dik l-omm li se tgħid le lill-binha jew lil bintha li sabet ruħha f'dawn iċ-ċirkostanzi skabrużi.", "Dan huwa wkoll kontribut li jagħtu l-anzjani bis-sapport anke morali.", "Jiena kont qed nara d-Demographic Review u sibt li n-number of single mothers qiegħed dejjem jiżdied.", "Għal tfajla li ssib ruħha f'dawk iċ-ċirkostanzi Allaħares ma jkunx l-appoġġ tal-ġenituri, allavolja forsi jkunu inkurlati għaliha għall-iżball li tkun għamlet.", "Imma l-ġenituri dejjem ġenituri.", "IS-SUR LINO DEBONO: Jiġifieri l-pożizzjoni qiegħda li n-nanniet mhux jieħdu ħsieb lit-tfal tat-tfal imma jerġgħu lura jieħdu ħsieb lit-tfal fil-każ ta' familji mfarrkin.", "Jippruvaw kemm jistgħu għar-rikonċiljazzjoni però ħafna drabi, kif naraw, ma jirnexxilhomx.", "MICHAEL GONZI: L-ewwelnett prosit għax għamilt preżentazzjoni perfetta.", "Li għedt inti kollu huwa minnu, u jien bħala tabib nesperjenza dak li għedt il-ħin kollu.", "Naf anzjani qed jieħdu ħsieb kif għedt inti, it-tfal tat-tfal li jkunu morda.", "Issa li hawn passa ta' l-influwenza kollha ma jifilħux.", "Ikunu ma jifilħux u jieħdu ħsieb xorta.", "Kif għedt inti wkoll, għandna ħafna tfajliet li jew jisseparaw jew ikunu single mothers, u vera hemm il-wens ta' l-ommijiet.", "Illum li l-mamà tiegħi telqitna, iktar qed napprezzaha.", "Issa l-papà tiegħi qiegħed waħdu u kif għedt inti, qed induru miegħu, qed nużaw is-servizzi kollha biex ngħinuh biex kemm jista' jkun jibqa' indipendenti u nippruvaw inżommuh il-Belt fid-dar tiegħu,.", "Il-punt huwa li din issibha l-iktar f'Malta għax il-familja għadha fl-opinjoni tiegħi b'saħħitha.", "L-ommijiet u l-ġenituri għadhom b'saħħithom ħafna.", "Għall-anzjani li qed jieħdu ħsieb it-tfal, jiena ngħid li dawn jaħasra għandhom ħafna xogħol imma qatt ma jgergru.", "Anzi veru ħafna minn dan huwa sagrifiċċju għalihom u naħseb jieħdu pjaċir, imma hija ħaġa naħseb ta' pajjiżna, xi ħaġa li l-familja qed iżżommha kważi magħquda.", "Mill-banda l-oħra huwa veru wkoll li nsibu ċerti problemi ta' familji li jkunu jridu jpoġġu lill-anzjani ġo homes.", "Issa din hija realtà.", "Jien ukoll ngħix bil-klijenti u l-pazjenti tiegħi.", "Xi kultant ikollhom dieqa u jien ngħid li dawn għandhom raġun.", "Kif għedt inti stess fil-bidu n-nanna tieħu ħsieb it-tfal tat-tfal għax it-tfal ikunu għamlu loans u allura bilfors iridu jaħdmu.", "L-istess ħaġa, meta l-anzjan jiġi f'dik il-kwarta età, il-loans ikun għadhom hemm.", "U l-affarijiet ta' xogħol u problemi tat-tfal xorta jkunu għadhom hemm.", "Ċerti familji jkollhom problemi speċjalment meta l-anzjan ikollu bżonn ċertu kura primarja jew kura li tkun naqra iktar sensittiva u xi kultant ikun diffiċli biex inti tagħtiha d-dar.", "Aħna nixtiequ li nagħtuha d-dar imma xi kultant l-anzjan se jkun ħafna u ħafna aħjar jekk ikun ġo home.", "Jien mort il-home tal-Mellieħa.", "Ġieli nitla' hemmhekk għax nara lill-anzjani hemmhekk.", "Dik il-home hija palazz.", "Hija home f'palazz.", "Tgħidli imma l-anzjan mhux aħjar id-dar?", "Veru, l-anzjan aħjar id-dar imma x'tagħmel jekk l-anzjan bil-familja tiegħu stess hemmhekk xorta se jbati għax għandu bżonn il-kura u mhux qed jagħtuhielu sew għax m'għandhomx expertise?", "Jekk din il-kura tista' tittieħed aħjar ġo home allura jien ma nara xejn ħażin.", "L-unika ħaġa li nara ħażin hu jekk lill-anzjani moralment qisek qed timbuttahom hemmhekk.", "Kif għedt inti wkoll hemm ċerti familji li lill-anzjan jarawh as a burden, imma hemm ċerti familji fejn il-ġenitur mhux a burden imma tant jixtiequ li jkun hemm il-kura sew tiegħu li ma tistax tittieħed id-dar li xi kultant aħjar ikollok a nurse in care twenty-four hours miegħu.", "Kieku nistgħu nagħtuha fil-komunità naħseb ikun aħjar imma f'ċerti instances hija impossibbli.", "Jien nerġa' ngħidlek prosit tal-presentation, ilqatt il-punti kollha.", "THE CHAIRMAN: Jiena se nkompli ma' l-Onor.", "Gonzi u wkoll nixtieq nirringrazzjak u ngħidlek li l-preżentazzjoni kienet f'waqtha.", "Għoġbitni dik il-frażi eċċellenti meta għedt li l-workforce Maltija hija sostnuta mill-anzjan.", "Jiġifieri fil-Press Release ta' għada dik irridu nġibuha eżatt kelma b'kelma.", "(Interruzzjonijiet) Le, ta' kif il-workforce Maltija hija sostnuta min-nanniet tagħna.", "Dak huwa kontribut u rridu uffiċjalment nirringrazzjawhom.", "Mingħajr il-kontribut tal-persuni ta' ċerta età kieku n-nisa miżżewġa ma jkollhomx il-libertà li jaħdmu għax ovvjament in-nanna hija ċ-child care centre.", "Żewġ affarijiet ħalli tagħtuna iżjed fuq xiex naħsbu meta niġu biex nagħmlu l-proposti tagħna.", "Qatt ħsibtu - u hawn qed inkompli fuq il-linja ta' l-Onor.", "Michael Gonzi - x'għandu l-gvern joffri bħala servizzi innovattivi iktar milli hawn fil-kura għall-anzjani fil-komunità?", "S'issa donnu bħala pajjiż kellna l-ewwel servizzi ta' kura għall-anzjani li kienu innovattivi, li daħlu fuq ix-xejn biex ngħidu hekk, però dan l-aħħar ma bqajniex noħorġu b'ideat ġodda.", "Jiġifieri għamilna dawn is-servizzi però ma kienx hemm żvilupp ġdid fuqhom.", "X'timmaġinaw li għandu jkun hemm bħala servizzi ġodda għall-anzjani?", "(Interruzzjonijiet)", "Nixtieq nistaqsi wkoll dwar jekk qattx tkellimtu bejnietkom dwar kif taħsbu li s-soċjetà li ġejja ta' anzjani se tkun mibdula?", "Meta qegħdin taraw illum il-familja qiegħda tinbiddel, kif taħsbu li se tkun is-soċjetà ta' l-anzjani għada pitgħada?", "Jiġifieri jekk xi ħadd illum għadu żgħażugħ jinfired mill-familja tiegħu, x'tip ta' nannu jew nanna se jkun?", "Jiġifieri x'nanniet, irġiel u nisa, għad nibdew naraw minn hawn u għoxrin sena oħra?", "It-tielet mistoqsija u nieqaf.", "Hemm nanniet li jieħdu ħsieb it-tfal imma meta jiġu fil-bżonn ma jsibu lil ħadd min jieħu ħsiebhom.", "Wara li jkunu ħadu ħsieb lil kulħadd imbagħad ma jsibu lil ħadd min jieħu ħsiebhom.", "Hemm iżjed pressjoni fuq il-gvern biex għada pitgħada jkollna aktar Djar ta' l-Anzjani għax issa kulħadd jaħdem.", "Jekk it-tifrik tal-familji jkompli jiżdied allura x'se jiġri għan-nanniet tagħna ta' għada, iżjed milli tal-lum?", "Dawn m'hu se jkollhom lil ħadd min jieħu ħsiebhom?", "Jiġifieri jien qed nimmaġina soċjetà fejn il-familja tkompli titkisser, fejn it-tfal se jbatu mod u l-anzjani se jbatu mod ieħor.", "Issa fuq it-tfal iddiskutejna kif jistgħu jbatu.", "Jekk kollox jibqa' sejjer kif inhu, kif taħsbu li jista' jbati l-anzjan?", "IS-SUR LINO DEBONO: Daqsxejn mistoqsija diffiċli.", "Ji Il-presentation tagħna kienet fuq in-nanniet tal-lum.", "Issa fl-immaġinazzjoni tagħkom.", "IS-SUR LINO DEBONO: In-nanniet ta' għada huma t-tfal tagħna.", "Jiena għandi tfal li għandhom tfal ta' 14-il sena, għaxar snin oħra se jkunu nanniet jekk kollox ikun fil-paċi.", "Żgur li l-pro-neputijiet tiegħi mhux se jkollhom dik ix-xi ħaġa li qed noffru aħna lin-neputi llum.", "Għaliex?", "Għax jekk it-tfal tiegħi llum għandhom 40 years, għaxar snin oħra jkollhom 50 u jkunu għadhom qed jaħdmu.", "Il-liġi tal-pensjoni kif qiegħda ma tippermettilhomx żgur dak il-lussu li huma stess qed jgħixu fih illum.", "Il-loans per eżempju, ikunu għadhom hemm.", "Dawn żgur marbutin b'loans, u żgur li m'għandu ħadd tort għax id-dinja being what it is ma tistax iżżommha.", "Aħna mdorrijin ngħidu li l-mara tiegħi rabbiet erbat itfal.", "Fil-fatt il-mara tiegħi għaxart itfal rabbiet, l-erba' tiegħi u s-sitt neputijiet li għandi.", "Allaħares ma kienx hekk.", "Kif għamilna fil-presentation daycare centre ħajja.", "Per eżempju, aħna ma nistgħux nifhmu kif it-tfal joħorġu mid-dar tagħhom fis-sitta ta' filgħodu biex iġibuhom għandna, ikun maltemp, ma jkunx maltemp, ikunu jifilħu jew ma jkunux jifilħu.", "Ovvjament aħna bħala nies ma nistgħux inżommu t-tfal wara s-sitta ta' filgħaxija.", "Issa llum għandna ħafna single mothers, single parents families, lanqas single mothers, single parents families.", "X'se jsir minnhom dawn?", "Mela inti għandek it-tifel jew it-tifla għandhom tarbija miegħek, se jiżżewġu probabbli jsibu lil xi ħaddieħor b'tarbija oħra t-tnejn, u se jkollhom it-tielet ġenerazzjoni biex ngħid hekk tal-familji.", "Inti qajjimt ħafna punti li ngħid għalija ma kontx ippreparat li niddiskutuhom imma huma realtà.", "Forsi jkun hemm it-tieni meeting biex ikollna ċans nistudjaw il-punti li qajjimt int u nirrisponduhom.", "Mr. Chairman, meta ltqajna ma' l-Onor.", "Galea huwa semma d-Dar taż-Żejtun li aħna bħala għaqda konna xtaqniha ħafna.", "Issa se jkun hemm l-ewwel waħda.", "Ikun hemm forsi t-teething trouble jew l-iżbalji tagħha, imma t-tieni waħda żgur li se jkun hemm improvement fuqha.", "Jien ngħid li għandu jkun hemm iktar day care centres.", "In-nanniet li llum għandhom 65 sena rabbew ċerta esperjenza li ma ġġibha minn imkien.", "L-esperjenza l-ebda textbook ma jagħtihielek.", "Forsi għal dawn iċ-ċentri l-gvern għandu jistudja l-idea li joħroġ xi ħaġa lil min irid jieħu ħsieb tfal ta' ċertu età f'dawn iċ-ċentri.", "Id-day care centres aħna nixtiquhom ul-pajjiż kollu jixtieqhom, imma m'intix se tagħmilhom mil-lum għal għada għax jiswew ħafna flus.", "Min jaf l-idea hijiex tajba li fejn hawn in-nanniet li jistgħu joffru s-servizzi tagħhom, dan ikunu jistgħu jagħmluh against payment.", "Issa l-familji tagħna żgur jagħmlu dan.", "THE CHAIRMAN: Jiena bil-qalb kollha nixtieq li din il-laqgħa naġġornawha għal darba oħra biex tkunu tistgħu tiġu ppreparati.", "Intom tajtu preżentazzjoni tajba fuq dak li hu attwali u fattwali llum.", "Ippruvaw aħsbu ftit u persważ li tistgħu tiġu b'iktar informazzjoni li tkun tixbaħ lill-preżentazzjoni tajba li għamiltu llum, fuq l-immaġinazzjoni tagħkom, għax kif qed tgħid inti l-ebda textbook m'hu se jagħtik soluzzjoni imma intom żgur li l-aħjar nies li nistgħu nitkellmu magħhom li jagħtuna informazzjoni ta' x'timmaġinaw li l-ħajja tista' tkun.", "Issa aħna meta se nagħtu proposti ma nixtiqux nagħtu proposti għas-sitwazzjonijiet tal-lum imma għas-sitwazzjonijiet tas-soċjetà jekk tibqa' bit-trend kif inhi sejra.", "Jiena nitlobkom taħsbu fl-agħar ipotesi possibbli.", "Qegħdin niftehmu?", "Aħsbu fl-agħar xenarju possibbli, aħjar naħsbu fil-ħażin ħalli t-tajjeb ma jonqosx.", "Meta tkunu bejnietkom aħsbu fl-agħar xenarju possibbli, aħsbu fl-iktar tifrik tal-familji li jista' jkun hawn fil-pajjiż, x'tip ta' nanniet jista' jkollna, x'inhuma d-diffikultajiet li jista' jkollna ħalli aħna bħala politiċi nkunu nistgħu naħsbu għal għada dak li qed nimmaġinaw li jista' jsir illum.", "L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Ħalli nagħti eżempju.", "Immaġinaw is-single parents li hawn bħalissa jew dawk mhux miżżewġin u għandhom it-tfal nimmaġinawhom li huma anzjani għada.", "X'se tkun il-familja għada u s-sitwazzjoni tagħhom?", "Allura xi rridu nagħmlu aħna jew intom biex nevitaw dawk il-problemi meta naslu f'dak iż-żmien?", "X'nistgħu nagħmlu iktar għall-anzjani direttament fil-komunità?", "Per eżempju, waħda mill-ideat li jien kelli li setgħet issir anke minn grupp ta' anzjani stess hi li nagħmlu telefonati lil anzjani li jkunu waħedhom u lonely.", "Xi kultant anke din tkun biżżejjed.", "Forsi intom li għandkom esperjenza ta' dawn, tkunu tistgħu tissuġġerixxu lill-Kumitat biex ngħadduha aħna f'ismikom.", "Jien niftakar li l-mamà tiegħi kienet tieħu pjaċir ħafna bl-università tat-terza età.", "(Interruzzjonijiet) F'salt minnhom inqala' xi ħaġa u ma setgħetx tattendi iktar.", "Imma din ta' l-università qed tieħu s-saħħa tagħha?", "Qed ngħid dan għax ma tantx qed tiġi riklamata.", "Ma tantx nisma' fuqha jien.", "IS-SUR LINO DEBONO: Allaħares tmur lura.", "Insejjaħ lill-Onor.", "Caruana, imbagħad lill-Onor.", "JUSTYNE CARUANA: Jien nammira ħafna lilkom u persuni oħra bħalkom li minkejja l-età tagħkom għandkom tant ħeġġa.", "Tkun ħaġa tajba li naraw kif nużaw dan it-tajjeb u din l-enerġija li għandkom biex ngħinu.", "U aħna hawnhekk niddiskutu ħafna l-aspett familjari tad-diffikultajiet, l-aspett ikrah però ovvjament min-naħa tagħkom l-enerġija tagħkom kif nistgħu nagħmlu channeling tagħha biex ngħinu lill-famijli li qed ikollhom ħafna stress li eventwalment iwassal anke għat-tifrik tal-familja?", "Kif taħsbu li nistgħu nagħmlu xi ħaġa konkreta?", "Għax ovvjament toħlom ħafna però trid tara konkretament x'jista' jsir.", "Is-Sur Debono ssuġġerixxa tip ta' babysitting però aħna nafu li biex tiftaħ childcare centre għandek ħafna livelli għoljin u aspetti anke ta' sigurtà.", "Meta qed tieħu ħsieb it-tfal tal-familja tiegħek mod però meta tkun qed tieħu ħsieb tfal ta' familji oħrajn, imbagħad ovvjament qed titkellem fuq aspett kompletament differenti, anke rigward ta' Health and Safety u responsabbiltajiet anke legali.", "Jiġifieri għalhekk irridu nkunu daqsxejn realistiċi fuq kemm jista' jkun hemm involviment ta' anzjani f'Childcare centres.", "Jien kieku ma kellix lill-ommi, kieku t-tifla tiegħi m'għandhiex in-nanna, kieku jien m'iniex hawn.", "Qed nitkellem straight and plain u m'iniex se noqgħod indur mal-lewża.", "Jiġifieri r-rwol tan-nanniet sar tant importanti u essenzjali, li rridu nikkonsidrawh ukoll f'livell aktar 'il fuq u mhux sempliċement fuq livell ta' familja.", "Il-potenzjal li għandkom kif nistgħu nutilizzawh a benefiċċju tas-soċjetà in ġenerali.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "Wara tkunu tistgħu tgħaddu għall-aħħar kummenti tagħkom.", "Naf li m'intomx se teżawrixxu kollox illum, imma se nħallulkom iż-żmien biex tiddiskutu dawn il-mistoqsijiet li qegħdin nagħmlulkom u imbagħad meta tgħidulna tkunu tistgħu terġgħu tiġu u tkellmuna fuq ir-risposti tagħkom.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jien sostitut fuq dan il-kumitat, biss qed nieħu pjaċir ħafna li qiegħed hawn għax xtaqt ħafna niżvolġi dan is-suġġett u naħseb huwa l-aħjar post li nagħmilha.", "Qed nieħu gost ninnota li dan il-kumitat qiegħed iħares lejn l-ġejjieni u għall-futur minħabba problemi ġenerazzjonali.", "Imma jien naħseb li rridu wkoll - u naħseb li dan il-kumitat diġà għamilha - niffokaw fuq il-problemi li hemm illum għax jien nidħol f'diversi homes ta' l-anzjani tal-gvern jew privati low cost.", "Home tal-knisja, in-naħa tagħna waħda hemm u ġieli dħalt fiha wkoll, għax jien naħdem fuq din l-area.", "Irrid ngħid li ninnota ċertu limitazzjonijiet.", "Bla dubju ta' xejn il-limiting factor hu n-nurses.", "Hemm nuqqas kbir ta' nurses.", "Per eżempju fid-Dar ta' l-Anzjani ta' l-Imsida u d-Dar ta' l-Anzjani fil-Furjana hemm persuna waħda.", "Din m'hijiex nurse li tinbidel.", "Jiġifieri jekk persuna tkun bil-leave mhux tidħol persuna oħra minflokha imma ma jkun hemm ħadd.", "Jekk minn naħa l-oħra nurse kkwalifikata tkun bil-leave, tiġi nurse miċ-ċentru tas-saħħa biex per eżempju tagħmel l-injections li jkun hemm bżonn tagħmel lil persuni individwali u ma jkunx hemm carers ta' ċertu kwalifiki.", "Issa jien naf li d-Dipartiment ta' l-Anzjani u anke l-ETC qegħdin jipprovdu korsijiet ta' carers u naħseb li dan huwa importanti imma hemm limitazzjonijiet kbar.", "M'ilux ukoll kelli l-okkażjoni niltaqa' ma' qassis minn Ħal Tarxien li huwa responsabbli mid-Djar ta' l-Anzjani tal-Knisja.", "Dan in poche parole qalli, li jekk il-Gvern mhux se jgħin lid-Djar tal-Knisja, dawn għandhom futur qasir ħafna.", "Jiġifieri fil-ġejjieni, wieħed irid jipprova li dejjem jnaqqashom u hemmhekk ukoll wieħed jiġi dipendenti fuq il-gvern.", "Dik hi l-problema.", "Jien dan l-aħħar kelli l-okkażjoni ninnota persuna li kienet taħdem f'Kunsill Lokali biswit Dar ta' l-Anzjani.", "Din il-persuna ħarġet bil-pensjoni u ddeċidiet li tieħu ħsieb waħda mill-anzjani li kienet taf, li llum għandha 102 sena.", "Fil-verità tispirak din il-ħaġa għax jien naħseb forsi wieħed jista' jibda jittargitja persuni li joħorġu bil-pensjoni għax naħseb li jistgħu jsibu l-ħin biex jikkontribwixxu lejn persuni li m'għandhomx familjari.", "Jien kont qed nisma' lill-Onor.", "Jose' Herrera jitkellem fil-parlament u qal li fil-familja tiġi naturali li tgħin.", "Jiġifieri jekk inti nanna u t-tifla, tiġik naturali li tgħin imma li wieħed joħroġ 'il barra mill-familja naħseb li hu importanti.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: L-aħħar kummenti min-naħa tagħkom.", "IS-SINJURA Jessie Ebejer: Fuq din li għadek kemm għedt inti, ma jistax per eżempju, isir inċentiv?", "Ħlas żgħir, per eżempju jekk il-ġirien jorqdu għand xulxin.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Prodi, mhux dan il-gvern imma ta' qabel fl-Italja kien għamlu mezz li wieħed jipprova jistimola....(Interruzzjonijiet)", "IS-SINJURA JESSIE EBEJER: Tkun young old u tmur għand waħda anzjana sewwa.", "Aħna semmejna wkoll in-night shelters.", "Dawn ix-shelters ikunu ideali.", "Darba mort holiday għand ħabiba tiegħi l-Ingilterra u kellhom shelters bħal dawn.", "Apparti minn hekk, jkollhom kamra apposta għal meta ġġib nies joqogħdu miegħek, li jkollha t-television u private bathroom.", "Jikruha biss għal meta jiġu jarawk.", "Speċi ta' Guest room.", "U ħafna mill-anzjani il-flatlet jixtruh, forsi jkun issussidjat imma jixtruh.", "Imbagħad meta l-anzjan jiġi nieqes, min imur fih jixtrih hu u jagħti l-flus lura lill-familja.", "Dawn ix-shelter homes ideali ħafna, għax għalkemm ikunu qegħdin waħedhom imma moħħhom mistrieħ għax qegħdin qishom jgħixu ġod-dar.", "Fl-istess ħin ikollhom is-sala communer, jiltaqgħu joħorġuhom, eċċ. Imma fl-istess ħin qegħdin privati wkoll li jekk ma jridux joħorġu, qegħdin waħedhom però moħħhom mistrieħ li malli jinqala' l-iċken ħaġa jsibu l-għajnuna u mhux qegħdin waħedhom bħal meta tkun id-dar.", "(Interruzzjonijiet)", "IS-SINJURA HELEN BORG BONNICI: Dwar dan aħna konna tkellimna ma' Mrs. Micallef Leyson tal-Housing Authority xi tlieta jew erba' snin ilu.", "JEAN PIERRI FARRUGIA: Fil-fatt sar proġett.", "Mingħalija 8 units, imma mhux communal place.", "IS-SINJURA HELEN BORG BONNICI: Djar fil-ground floor li jkunu adattati biex jevitaw turġien lill-anzjani.", "Per eżempju l-Belt hemm anzjani li joqogħdu f'appartamenti antiki li għandhom it-turġien, fejn mhemmx servizz ta' lifts, u dawn imsieken jispiċċaw jissakkru, qegħdin iżolati, jiddependu minn ħaddieħor.", "THE CHAIRMAN: Sinjuri, ħalli nibdew nagħlqu din il-laqgħa tal-lum.", "L-ewwel ħaġa ħudu nota ta' dak li se ngħidu ħalli tkunu tistgħu taħsbu fuqu.", "L-ewwel ħaġa aħna se ngħaddulkom transcript ħalli anke intkom tkunu tistgħu ssegwu x'intqal.", "Naħseb kif qal l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, għandna nħarsu lejn il-lum u għada.", "Jien għamilt enfasi fuq għada imma kemm l-Onor.", "Michael Gonzi qegħdin jagħmlu riferenza fuq illum.", "Allura nixtieqkom taħsbu f'sitwazzjoni dawramejt, jiġifieri 360 degrees, araw il-proposti u araw x'fihom tajjeb u ħażin.", "Per eżempju jekk se tipproponi kif jien nista' noqgħod għandek, trid tara wkoll jekk hemmx il-biżgħa ta' min jista' jkun ftit makakk fl-intenzjoni li għandu.", "Il-proposta tħalluhiex nofsha moħmija jew nofsha nejja, araw li tkunu ħaristu lejha b'mod sħiħ.", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia semma Djar ta' l-Anzjani low-cost.", "Din hija xi ħaġa li qatt ma smajtha bħala espressjoni.", "Tajba kienet, qatt ma ġietni f'moħħi u qatt ma kont kapaċi ngħidha, imma x'inhi l-opinjoni tagħkom jekk għada pitgħada jibqa' jkollna Djar ta' l-Anzjani low cost.", "Għandu jkollna djar ta' l-anzjani low-cost?", "Jien żgur li ma nafx x'hemm fuq dan is-suġġett, dak li nisma' mingħandkom jagħtini fuq xiex naħseb.", "Id-diffikultà fid-Djar ta' l-Anzjani.", "Aħna se nimxu lejn policy fejn jekk jista' jkun ikollna ħafna Djar ta' l-Anzjani jew se naraw kif lill-anzjan inħalluh fil-komunità tiegħu?", "Fejn hu l-aħjar kwalità ta' ħajja għall-anzjan?", "L-anzjan meta jkun fid-Djar ta' l-Anzjani jispiċċa kaboċċa ħajja, fis-sens ikollu schedule ta' tiekol filgħodu, quddiesa, te', eċċ., fejn hemm attenzjoni biss lejn il-moħħ jew lejn l-istonku tal-persuna?", "Qed nitkellem goff biex niftiehem żgur.", "Dan jibqa' jgħix għax l-istonku huwa tajjeb u jekk ma jkunx iżjed interessat lanqas ikun jaf jekk hux it-Tnejn, it-Tlieta jew l-Erbgħa?", "Kif se ngħinu lill-anzjani fid-Djar ta' l-Anzjani jibqgħu interessati lejn dak li kienu jagħmlu f'ħajjithom?", "Hemm ukoll id-diffikultà tad-Djar ta' l-Anzjani tal-Knisja.", "Jekk veru għandhom dawn id-diffikultajiet għada pitgħada fejn nistgħu nispiċċaw?", "Iva, kif qal l-Onor.", "Farrugia taħsbu fuq il-lum, imma l-problema tal-lum fil-probabbiltà hija wkoll ta' għada bit-trends li aħna sejrin illum.", "Ħarsu lejn id-demographic changes u lilna għidulna jekk hijiex se tkun sitwazzjoni tal-biżgħa jekk jibqa' jiġri hekk.", "Notwithstanding dak kollu li għedna, ħudu ż-żmien tagħkom imma aħna li nixtiequ huwa li terġgħu tiġu lura f'dan il-kumitat u tirrapportaw li sibtuh ta' għajnuna għalikom biex twasslu lill-awtoritajiet il-messaġġ tagħkom, il-kunsens tagħkom.", "Jekk jiġri hekk allura aħna nkunu qed naqdu dmirna li nġibu kemm jista' jkun il-gvern, il-parlament qrib tagħkom anke f'dan is-settur bħala anzjani.", "Nirringrazzjakom għal din l-opportunità.", "Jien ħsibt li din il-laqgħa se tkun waħda minn dawk li nistgħu nibdew u nagħlqu imma bħal ħafna laqgħat oħrajn ma nistgħux nibdew u nagħlqu u allura se naġġornawha għal darba oħra.", "Forsi jekk hemm xi ħadd li nafuh li għamel riċerka studjata fuq l-anzjani jkun jista' jiġri wkoll.", "Aħna m'aħniex l-eżekuttiv tal-gvern allura m'għandniex il-pressjoni ta' x'nistgħu nagħmlu imma għandna l-kumdità li nistgħu naħsbu u noħolmu.", "Allura aħna fil-politika ċ-ċentru tar-riċerka u ċ-ċentru ta' l-innovazzjoni.", "Aħna qegħdin f'pożizzjoni tajba fejn bil-laqgħat li nagħmlu qegħdin nagħmlu r-riċerka biex noħorġu b'ideat innovattivi li mbagħad ikunu ta' sostenn għall-politiku li għandu f'idejh l-eżekuttiv.", "Nirringrazzjakom mill-ġdid u nistiednukom terġgħu tiġu.", "Fit-8:15 pm id-diskussjoni fuq dan is-suġġett kienet interrota u l-Kumitat qabel li diskussjoni fuq l-istess suġġett għandha tkompli f'data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090128_015d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 15", "L-Erbgħa, 28 ta' Jannar, 2009", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.21 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Is-Sur James Carabott, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali fil-Kamra tad-Deputati attenda għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr 14 li saret nhar it-Tlieta 27 ta' Jannar 2009 ġew konfermati.", "Il-familja u l-Anzjani", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat stieden lis-Sinj Helen Borg Bonnici, President tal-Kunsill Nazzjonali ta' l-Anzjani, s-Sur Lino Debono, rappreżentant ta' l-Għaqda Pensjonanti tal-GWU, s-Sur Aldo Portelli, rappreżentant ta' l-Università tat-Tielet Età u s-Sinj Jessie Ebejer, rappreżentanta ta' l-Għaqda Veterani Laburisti, u kollha membri tal-Kunsill Nazzjonali ta' l-Anzjani biex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8:05 pm id-diskussjoni fuq dan is-suġġett kienet interrota u l-Kumitat qabel li diskussjoni fuq l-istess suġġett għandha tkompli f'data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090128_015m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 16", "L-Erbgħa, 4 ta' Frar, 2008", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 4 ta' Frar, 2009 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Il-Qorti tal-Familja.", "Diskussjoni mas-Sur Aldo Testone, Director Civil Courts and Tribunals, is-Sur Ben Bugeja, mis-Segretarjat tal-Ministeru għall-Ġustizzja u Intern, Ms Carmen Borg, Family Mediator Coordinator u Ms Mary Lourdes Lautier, Deputy Registrar.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090204_016a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 16", "l-Erbgħa, 4 ta' Frar, 2009", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 16", "L-Erbgħa, 4 ta' Frar, 2009", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.25 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 14 li saret nhar it-Tlieta, 27 ta' Jannar, 2009 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Nibda billi npoġġi fuq il-mejda tal-Kumitat dokument tal-EU li ntbagħat minn Working Group 1.", "Il-Qorti tal-Familja", "THE CHAIRMAN: F'din id-diskussjoni se nkunu qegħdin nitkellmu fuq il-qorti tal-familja.", "Se nħalli f'idejkom sabiex tagħtuna l-introduzzjoni tagħkom.", "Irrid minnufih nirringrazzjakom tal-parteċipazzjoni tagħkom u talli lqajtu din l-istedina.", "Infakkarkom biss li din il-laqgħa tkun trasmessa live fuq l-internet u allura wieħed irid joqgħod attent jekk se jsemmi lil xi persuni li mhumiex hawn għax ladarba l-kelma tkun ħarġet, m'hemmx mod kif tista' treġġagħha lura.", "Nitlobkom biss li min jitkellem jgħid ismu u minn fejn ġej.", "IS-SUR ALDO TESTONE: Nixtieq nieħu l-okkażjoni sabiex ninforma lil kumitat li omm is-Sur Ben Bugeja mill-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern ħallitna llejla u b'hekk ma setax ikun magħna.", "Għaldaqstant nixtieq li ngħaddu l-kondoljanzi lilu u lill-familja tiegħu.", "THE CHAIRMAN: Jiena ningħaqad magħkom u nagħti l-kondoljanzi lis-Sur Bugeja u lill-familja tiegħu għat-telfa ta' ommu.", "Nitlob ukoll lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex jibgħat il-kondoljanzi lis-Sur Bugeja.", "MARY LOURDES LAUTIER (Deputy Registrar): Jiena in charge mill-Family Court Registry u l-proċess tal-medjazzjoni.", "Il-Qorti tal-Familja ġie set up fis-16 ta' Diċembru, 2003 permezz tal-Avviż Legali 397.", "Fil-mument għandna tliet imħallfin jaħdmu fil-Qorti tal-Familja.", "Hemm l-Imħallef Noel Cuschieri li huwa l-President tal-Qorti tal-Familja u huwa full time, jiġifieri jagħmel biss xogħol with regards to family cases.", "Imbagħad hemm l-Imħallef Joseph Azzopardi li bħalissa qiegħed phasing out mill-Family Court biex jieħu over iċ-ċivili fil-Prim'Awla u fl-istess ħin dieħla bil-mod il-mod l-Imħallef Anna Felice.", "Fil-fatt din qiegħda tnaqqas miċ-ċivili fil-prim Awla u żżid tal-familja.", "Barra minn hekk għandna diversi esperti li jaħdmu fi ħdan din il-Qorti, fosthom żewġ avukati tat-tfal u diversi medjaturi.", "Għandna medjaturi li qegħdin fuq roster li jinħatru skond is-sigħat li jaħdmu magħna u hemm oħrajn li jiġu appuntati privatament.", "Jitqabdu wkoll esperti bħal social workers, psikologi u psikjatri, li jiġu kemm mill-Aġenzija Appoġġ kif ukoll bħala freelance.", "Jitqabdu wkoll esperti tekniċi, forensiċi, komputisti u periti.", "L-imħallfin f'dan il-qorti - biex innaqqsu l-formalità u peress li aħna qegħdin f'bini separat mill-qorti prinċipali - ma jilbsux toga u lanqas l-avukati ma jilbsu toga.", "Fir-reġistru tal-qorti tal-familja jiġu ppreżentati dawn il-proċeduri: rikorsi ġenerali, ittri u noti f'medjazzjoni, rikorsi ġuramentati - dawk li qabel konna ngħidulhom ċittazzjonijiet, il-kawżi, rikorsi ta' revoka, ittri uffiċjali, mandati u eluf ta' rikorsi.", "Id-drittijiet li jitħallsu fil-qorti tagħna huma nofs dawk li jitħallsu fiċ-ċivili prim'awla.", "Ir-rikorsi ġenerali huma tip ta' rikorsi li hemm ċerta urġenza fuqhom u li m'hemmx skop li jmorru medjazzjoni.", "Fost dawn is-suġġetti li jidħlu fihom u li jistgħu jiġu appuntati għas-smiegħ insibu l-passaporti ta' minuri, safar ta' minuri, dokumenti tal-ivvjaġġar għar-refugjati, treatment order, international child abduction li tidħol fiha s-Central Authority, il-kura u l-kustodja tat-tfal (f'dan hemm limitu), aċċess għat-tfal, biex isir il-ħlas tal-manteniment meta jittieħdu mill-pagi biss, il-paternità u d-denegata paternità wara ittri uffiċċjali u riċerka għall-istudenti.", "Nibdew mill-Passaporti ta' minuri. per eżempju l-missier, ma jkunx irid jaċċetta li jiffirma l-passaport tal-minuri.", "F'dak il-każ m'hemmx għalfejn tibgħathom medjazzjoni għax ikun hemm time limit minħabba s-safar u allura jsiru hemmhekk.", "Dokumenti tal-ivvjaġġar għar-refugjati jinħalfu għandna u jinħarġilhom dokument li mhuwiex passaport.", "Min-naħa tagħna nagħmlu kuntatt mar-Refugee Committee sabiex inkunu ċerti li dawn verament huma każi ġenwini.", "THE CHAIRMAN: Aħna hawnhekk qegħdin naraw l-istatistika imma min qiegħed jismagħna mhux qed jaraha.", "Għalhekk nitolbok jekk tistax tagħmel riferenza għaċ-ċifri li qegħdin naraw hekk kif tkun qiegħda titkellem.", "Grazzi.", "MARY LOURDES LAUTIER: Mela l-kura u l-kostudja f'ċirkostanzi partikolari biss, bħal meta jkollok per eżempju, tfal maħqurin minn xi ġenituri jew inkella jkunu taħt xi care order.", "Ġieli jkollna zijiet u nanniet li jidħlu biex jieħdu ħsieb dawn it-tfal u ma tkunx xi ħaġa bejn il-ġenituri.", "Naturalment dawn huma każijiet partikolari ħafna.", "Għall-aċċess l-istess ħaġa.", "Per eżempju, ikollok nanniet li jkunu jridu jaraw lin-neputijiet tagħhom minħabba li jkun hemm piki bejn il-ġenituri u allura huma ma jitħallewx jaraw lin-neputijiet tagħhom.", "Meta qed tagħmel talba fuq manteniment suppost li tmur through mediation imma jkollok każi partikolari fejn ir-raġel mhux iħallas u inti jkollok indikat fil-kuntratt tas-separazzjoni li dan il-ħlas għandu jitnaqqas direttament mill-paga tiegħu.", "U allura biex taqbad u teħodlu l-manteniment mill-paga trid tidħol f'rikors ġenerali.", "Xorta jordna notifika u titmexxa l-proċedura normali imma ma jmorrux medjazzjoni.", "Per eżempju, f'din l-istatistika naraw kemm żdied ix-xogħol fuq il-passaporti tat-tfal fejn ma jiffirmawx fuqu ż-żewġ ġenituri għax xi ħadd minnhom ma jkunx irid.", "Meta tikkompara l-2004 mas-sena l-oħra ssib li meta twaqqaf il-Qorti tal-Familja, kien hemm 52 filwaqt li sal-aħħar tas-sena 2008 kien hemm 95.", "Safar ta' minuri.", "Dawn ikollhom il-passaporti imma ma jkollhomx permess biex isiefru.", "Jew inkella jkollok ġenitur li jrid iwaqqaf is-safra tat-tifel jew tifla tiegħu, jew inkella ġieli kellna tfal li jkunu taħt care order u l-foster carers tagħhom ikunu jridu jsifruhom.", "Minn dawn il-każijiet kellna żewġ każijiet fl-2004 u 20 fl-2008.", "Treatment order fejn ikollok minuri li jirrifjuta li jieħu ċerta kura għal ċerti kondizzjonijiet bħal per eżempju, id-diabetes jew droga.", "Dawn ikunu telqu mid-dar u allura tidħol il-qorti biex tieħu ħsieb dawn l-affarijiet.", "Ġieli anke s-CGMO – iċ-Chief Government Medical Officer - jordna li dawn it-tfal jittieħdu għall-kura.", "Minn dawn kien hemm 3 każi fl-2004 u 6 fl-2008.", "Fl-2004 kellna 27 każ ta' Kura u kustodja tat-tfal filwaqt li żdiedu għal 34 fl-2008.", "Dawn dejjem kienu f'kontest partikolari ħafna għax mill-bqija l-ġenituri jridu jmorru medjazzjoni.", "Aċċess għat-tfal bqajna qisu fl-istess livell, fejn fl-2004 kellna 25 każ u fl-2008 kellna 22.", "Rigward l-istadju tal-medjazzjoni tkun tista' tkompli telabora l-kollega tiegħi s-Sinj Carmen Borg.", "Ir-rikorsi ġuramentati.", "Dawn qabel konna ngħidulhom ċitazzjonjiet, fejn koppja jkunu attendew għall-medjazzjoni u din ma tirnexxix.", "Ladarba jkunu attendew għaliha, l-imħallef jagħti l-awtorità sabiex imorru għal kawża.", "Imma ma jistgħux imorru għal kawża jekk ma jkunux marru għal medjazzjoni.", "Fil-medjazzjoni hemm ċerta suġġetti biss li jidħlu fihom u dawn huma s-separazzjoni personali li ġejja mill-medjazzjoni, il-kura u l-kustodja tat-tfal, l-aċċess għat-tfal, il-manteniment u kull tibdil fil-kuntratt tas-separazzjoni.", "Mela l-ewwel iridu jmorru għal medjazzjoni u jekk ma jirnexxux imorru għal kawża.", "Mhux kull min ġie awtorizzat biex imur għal kawża jiftaħ il-kawża, u dan minħabba diversi raġunijiet.", "Fosthom l-ispejjeż li jkun hemm jew inkella għax ikunu rranġaw xi affarijiet u allura jibqgħu għaddejjin b'ħajjithom kif kienet qabel.", "Hemm rikorsi ġuramentati li ma jmorrux assolutament għal medjazzjoni u dawn huma fejn jidħlu l-filjazzjoni, id-denegata paternità fejn ġenitur jew it-tfal stess li jgħidu li dak huwa missierhom, u l-annullamenti.", "L-annullamenti ma jmorrux f'medjazzjoni.", "Hawnhekk se naraw li f'separazzjonijiet personali – issa dawn se jkun hemm ċifra oħra li jkunu rnexxew f'medjazzjoni biex jisseparaw - meta jisseparaw bonaria, toħroġ fil-mediation.", "Mela fil-kuntenzjuż fl-2004 kien hemm 154 separazzjoni filwaqt li fl-2008 kellna 134 u allura nistgħu ngħidu li qisna bqajna fl-istess ilma.", "Imma ma ninsewx li fil-bonarji hemm il-medjazzjoni.", "Fl-2004 kien hemm 186 annullamenti bħalma kellna fl-2008.", "Kura u kustodja tat-tfal.", "Din tiġi minħabba li jew ikunu single parents li ma jkunux waslu bil-medjazzjoni jew inkella jkunu ġenituri li qed jikkontestaw separazzjoni bonarja minn qabel u jaqbdu biss fuq dak il-punt.", "Fl-2004 kien hemm 3 każijiet minn dawn u fl-2008 kellna 27.", "Bħala kustodja tat-tfal kellna biss każ wieħed fl-2004 imma jista' jkun li bħala suġġett dan jinqabad mal-kura u l-kustodja tat-tfal.", "THE CHAIRMAN: Dan ifisser li jista' jkun hemm persuni li jidhru f'aktar minn issue waħda f'din l-istatistika?", "MARY LOURDES LAUTIER: Aħna nduruhom u jekk is-suġġett huwa l-kustodja, aħna nieħdu l-ewwel talba li jkun hemm.", "Separazzjoni personali tkun waħda mit-talbiet u l-probabilità hi li jitolbuk il-manteniment, il-kura u l-kustodja u l-aċċess.", "MARY LOURDES LAUTIER: Le mhumiex double entries imma huma każijiet differenti.", "THE CHAIRMAN: Każijiet differenti imma jkunu tal-istess persuni?", "Meta għandek kura u kustodja tat-tfal jista' jkunu ta' single parents u allura ma jidħlux f'separazzjoni personali.", "THE CHAIRMAN: Nagħmlu mod jekk ngħodd l-istatistika ta' kull suġġett fir-Rikorsi Ġuramentati li ġew introdotti fl-2008, fejn għandek 134, 186, 27, 3, 19, 1, 42 u 36 każ, dawk l-ammonti kollha huma kawżi li żgur inqatgħu fl-2008?", "MARY LOURDES LAUTIER: Dawk huma kawżi li ġew ippreżentati.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri għal fini ta' statistika nista' ngħid li fl-2008, fil-qorti tal-familja, dawk il-każijiet kollha huma ta' koppji jew persuni individwali?", "MARY LOURDES LAUTIER: Iva kienu ta' ġenituri single.", "THE CHAIRMAN: U allura jekk niġborhom kollha flimkien ikolli t-total ta' kemm il-kawża daħlet fil-qorti tal-familja?", "MARY LOURDES LAUTIER: Fir-reġistru eżatt.", "Imbagħad hemm l-issue tal-manteniment.", "Fl-2004 fis-separazzjonijiet personali xorta jkollok l-issue tal-manteniment imma f'dan il-każ tkun daħlet bħala manteniment waħidha.", "Fl-2004 kien hemm 4 każijiet ta' manteniment u fl-2008 kien hemm 19-il kawża.", "Emenda Kuntratt - li jkunu se jbiddlu ammont sostanzjali minn dak li jkunu ftiehmu fuqu bonarjament - fl-2004 kellna 3 talbiet filwaqt li fl-2008 kien hemm każ wieħed biss.", "Per eżempju, fil-Kura u l-Kustodja tat-Tfal għalfejn Emenda Kuntratt hemm waħda biss?", "Għax jekk ikunu qabdu fuq issue waħda biss, tidħol fuq il-Kura u l-Kustodja tat-tfal.", "ONOR JUSTYNE CARUANA: X'inhi l-kawża għall-Emenda tal-Kuntratt?", "Jien nifimha x'inhi imma l-kollegi tiegħi, u forsi min qed jismagħna, ma jkunux jistgħu jifhmuna.", "MARY LOURDES LAUTIER: Dawn ikunu diġà sseparaw bonarjament jew inkella permezz tas-sentenza u at one point in time ma jkunux qablu fuq il-kuntratt jew ma jkunux baqgħu leali lejn il-kuntratt li jkunu ffirmaw.", "B'hekk iqumu kwestjonijiet fuq Manteniment u fuq Kura u Kustodja tat-Tfal, u allura l-ewwel imorru għal medjazzjoni.", "Dan mhux se jbiddel il-kondizzjonijiet tas-separazzjoni tagħhom imma se jbiddel dak li jirrigwardja t-tfal.", "Min ikollu t-tfal li marru joqgħodu ma' xi ħadd differenti, min il-manteniment irid jgħollih u ħafna affarijiet bħal dawn speċjalment fuq it-tfal, allura jidħlu taħt suġġetti differenti.", "Imma Emenda Kuntratt biex tbiddel radikalment l-issues tal-kuntratt kien hemm waħda biss.", "Issa dan ma jfissirx li fejn kellek il-Kura u l-Kustodja tat-tfal, dawn mhumiex ġejjin minn emenda Kuntratt ukoll għax ikun hemm min jaqbad fuq dik il-ħaġa biss.", "Fl-2004 fuq il-filjazzjoni kellna 21 ċitazzjoni filwaqt li fl-2008 kellna 42.", "Fuq id-denegata paternità fl-2004 kien hemm 20 każ filwaqt li fl-2008 kellna 36.", "THE CHAIRMAN: Tista' jekk jogħġbok tispjegalna daqxejn xi tfisser filjazzjoni u denegata paternità?", "MARY LOURDES LAUTIER: B'filjazzjoni nifhmu meta omm – innotaw li mhux qed ngħidu miżżewġa - tgħid li t-tifel huwa tat-tali.", "Per eżempju fuq iċ-ċertifikat tat-twelid ikollha mniżżel unknown father.", "Riċenti kien hemm żviluppi fil-medjazzjoni fejn l-imħallfin bdew jagħtu kas taċ-ċertifikat tat-twelid tat-tfal.", "Issa kif tista' omm titlob il-manteniment jekk fuq iċ-ċertifikat tat-twelid għandek imniżżel unknown father?", "Li se jiġri hu li dawn l-aħħar żewġ issues se jikbru żgur biex jagħmlu s-sitwazzjoni tagħhom legally in order.", "Ma jistax missier jitlob li jkollu aċċess meta fuq iċ-ċertifikat tat-twelid għandek imniżżel unknown father.", "U allura qegħdin nistennew li kemm il-filjazzjoni u kemm d-denegata paternità se jikbru.", "Id-denegata paternità qiegħda fejn ikollok koppja miżżewġa u l-mara jkollha tarbija minn xi ħadd ieħor li mhuwiex ir-raġel tagħha.", "B'hekk ir-raġel tal-mara jkollu jagħmel dik il-proċedura għax inkella jkollu bilfors iħallas il-manteniment għal dik it-tarbija.", "Hawnhekk għamilt l-aktar issues li hemm jaħarqu bħalissa fir-Reġistru.", "Mela personal seperations fl-2004 ġew deċiżi 77 filwaqt li fl-2008 kellna 47.", "Fl-2004 kellna 193 annullament u fl-2008 kellna 182.", "ONOR JUSTYNE CARUANA: Ma nafux kemm hemm pendenti quddiem il-qorti tal-Familja?", "MARY LOURDES LAUTIER: Hawnhekk m'għandiex imma jekk tkunu triduha, I will pass it on.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq nerġa mmur lura għall-islide ta' qabel fejn inti għidt in-numru ta' kemm kienu ppreżentati rikorsi għal separazzjonijiet.", "Għedtilna li hemm 134 separazzjoni li ġew introdotti ġodda plus oħrajn pendenti carried on since 2004.", "Jekk imbagħad naraw l-islide ta' wara, naraw li ġew deċiżi 47.", "Allura kif tispjega d-differenza bejn dawn in-numri?", "Inti għedtilna li fl-2008 ġew introdotti 134 u ġew deċiżi 47.", "Għalfejn huwa daqshekk żgħir in-numru tal-kawżi li ġew deċiżi?", "MARY LOURDES LAUTIER: Fil-bidu għedtilkom li hemm eluf ta' rikorsi, meta fiċ-ċivili prim'awla ġieli anqas jidħol rikors wieħed fil-proċess.", "L-ammont ta' rikorsi li jidħlu huwa minħabba li jkollok a mini kawża fl-istess kawża.", "Tant hemm piki kbar li l-proċess isir volumi sħaħ.", "Jekk inti qed tagħmel xi talbiet u mbagħad toqgħod timpika, qatt ma tasal għas-sentenza għax dejjem jinħolqu l-affarijiet fuq xhiex jimpikaw.", "Għandna proċessi li fuq każ wieħed biss hemm 3 u 4 volumi.", "L-imħallef ikollu jiddeċiedi fuq dawk ir-rikorsi biss u din mhux xi ħaġa plain sailing għax irid jara l-provi u jmexxi.", "Along the way l-ammont kbir ta' rikorsi li jidħlu huwa esaġerat.", "THE CHAIRMAN: Taf tgħidilna kemm hu l-minimu taż-żmien – ġimgħat, xhur jew snin - li ddum kawża ta' separazzjoni biex tinqata'?", "MARY LOURDES LAUTIER: Dan jiddependi mill-koppja nvoluti.", "Hemm kawżi li jinqatgħu fi żmien sentejn u anke inqas, dejjem skont kemm ikun hemm piki bejniethom.", "ONOR MICHAEL GONZI: Hemm limitu għal dawn ir-rikorsi?", "Jiġifieri l-maġistrat jista' jgħid li dan qed jipprova jtawwal il-każ għal xejn b'xejn?", "MARY LOURDES LAUTIER: Ikun hemm, imma ma tistax ma tagħtix każhom.", "La t-talba tkun saret, l-Imħallef irid jagħti digriet.", "Fl-aħħar mill-aħħar kien hemm Imħallfin li għamlu multa minħabba t-telf ta' ħin fil-qorti.", "IS-SUR ALDO TESTONE: L-imħallef għandu s-setgħa li jagħmel dik is-sanction.", "Jekk jara li hu frivolu u vessatorju, jista jimmultah.", "MARY LOURDES LAUTIER: Aktar 'il quddiem ġejja slide u se tkunu tistgħu taraw in-numru.", "ONOR MICHAEL GONZI: Jiġifieri meta jsir rikors wara rikors wara rikors, isir biex itawwal il-każ jew inkella għax ikun hemm raġuni?", "Jagħmluh biex jaqtgħu qalb il-partner tagħhom jew għax jafu li hemm il-flus fiha?", "ONOR JUSTYNE CARUANA: Kull talba li parti trid tagħmel waqt kawża, trid tagħmilha permezz ta' rikors.", "Issa tista' tkun talba żgħira u tista' tkun talba kbira, però xorta trid tagħmilha.", "Il-parti l-oħra jkollha dritt tirrispondi u mbagħad l-imħallef, at the end of the day irid jiddeċiedi provisorjament għax imbagħad id-deċiżjoni finali jagħtiha fis-sentenza.", "Imma xi kultant, jekk tkun trid lit-tifla/tifel għal aktar ħin għax ikollok bżonn teħodhom x'imkien, jew inkella trid issefirhom miegħek jew trid tagħtihom xi tilqima u l-parti l-oħra toġġeżżjoni, kollox irid isir bit-talbiet.", "Ma tistax taqbad u tiddeċiedi waħdek.", "Jekk il-parti l-oħra ma taqbilx miegħek, trid tieħu l-affari l-qorti permezz ta' rikors u mbagħad tkun il-qorti li tiddeċiedi.", "MARY LOURDES LAUTIER: Ikollok rikorsi fejn ikun hemm allegazzjonijiet, bħal per eżempju, vjolenza domestika jew kull tip ta' abbuż fuq it-tfal li l-imħallef ma jistax jinjorahom.", "Allura l-ewwel ma jordna hija n-notifika u jekk ikun vera każ urġenti, dak il-ħin stess li jara r-rikors, jappuntah dak il-ħin.", "Dan isir anke permezz tat-telefon jekk l-imħallef ikun diġà telaq id-dar.", "Inċemplulu u jappuntah minn fuq it-telefon.", "Din hija xi ħaġa li nagħmluha aħna biss fir-reġistru tal-qorti tal-familja, nċemplu lill-avukati biex navżawhom li dak ir-rikors ġie appuntat ħalli ma nitilfux ħin.", "Ma' tistax twarrabhom dawn l-allegazzjonijiet.", "Imbagħad meta tidħol ir-risposta, jordna l-esperti fihom.", "Issa mhux qed ngħidlek in-nies tekniċi imma għal dawk li huma aktar family oriented bħalma huma s-social workers, il-psikologi, il-psikjatri u l-avukati tat-tfal.", "Meta jidħlu rikorsi dwar vjolenza domestika jew ikun fl-interess suprem tal-minuri, dawn jiġu appuntati immedjatament, inċemplu lill-avukati jew lill-prokuratur legali dwar dan biex ma jintilifx ħin.", "Anke jekk ikunu t-tlieta jew l-erbgħa ta' wara nofsinhar x'ħin imexxu x-xogħol.", "F'dawn il-każijiet jgħodd ħafna meta mar-rikorsi jiġu ppreżentati rapporti li jkunu saru fl-għasses tal-pulizija jew inkella rapporti mediċi.", "ONOR MICHAEL GONZI: Kemm hemm persentaġġi minnhom li jkunu vera vjolenza domestika u mhux sempliċement allegazzjonijiet jew inkella biex jagħmlu l-ħsara lill-partner tagħhom?", "MARY LOURDES LAUTIER: Meta inti għandek ċertifikat mediku ma tistax tinjorah.", "Lanqas meta għandek rapport l-għassa tal-pulizija ma tistax tinjorah.", "Ġieli jkun hemm każijiet li jkollok erba' rapporti.", "Hemm minnhom li qatt ma jkunu marru jagħmlu rapport.", "Ikunu jibżgħu ħafna imma mbagħad jiġi mument fejn bilfors ikollhom jagħmlu l-ewwel rapport l-għassa jew ċertifikat tat-tabib.", "Naturalment dawn l-affarijiet ma tistax tinjorahom.", "Ikun hemm każijiet fejn l-imħallef jisma' lill-minuri personalment fil-preżenza tad-deputat reġistratur.", "Ikun hemm ħafna drabi li l-Imħallef jisma' t-tfal.", "Dan isir meta jħoss li m'għandux għalfejn iqabbad l-avukat tat-tfal u meta jkun hemm raġunijet biżżejjed li joħorġu mir-rikors li għandu jisma' t-tfal.", "B'hekk ma joqgħodx jiddelega x-xogħol kemm lill-avukati tat-tfal jew iqabbad social worker imma jismagħhom direttament hu.", "l-imħallef jismagħhom in camera u nkunu aħna d-deputati reġistraturi biss miegħu, ma jinkiteb xejn u nassiguraw lit-tfal li m'aħna niktbu xejn u li jingħad hemm ġew ma jkunux jafuh la l-ġenituri tagħhom u lanqas l-avukati tagħhom.", "L-imħallef tant ikun irid jaċċerta lit-tfal li hu qiegħed hemm biex jgħinhom, li lit-tfal nagħtuhom in-numru tat-telefon tad-deputat li dak il-ħin ikun mal-Imħallef.", "Dan biex jekk it-tfal, meta joħorġu minn hemm jerġgħu jħossu li għandhom jerġgħu ikellmu lill-imħallef, ma jkollhomx għalfejn javżaw lill-ġenituri tagħhom jew lill-avukati tal-ġenituri, imma jgħaddu direttament għand id-deputat reġistratur li jagħmlilhom appuntament mal-imħallef.", "Inti qiegħda tgħidilna li dawn l-affarijiet jistgħu jsiru, imma kemm-il darba qegħdin isiru?", "Tista' tagħtina ħjiel ta' kemm hu kbir dan is-suċċess?", "Mill-kawżi li nstemgħu tista' tagħtina ħjiel ta' kemm qiegħda taħdem din is-sistema?", "IS-SINJ MARY LOURDES LAUTIER: Statistika m'għandiex, imma nisimgħu minnhom dawn mhux ħażin.", "THE CHAIRMAN: \"Mhux ħażin\" x'jiġifieri?", "IS-SINJ MARY LOURDES LAUTIER: Hemm numru kbir, l-aktar fejn ikun hemm każi ta' vjolenza domestika.", "Inti għat-tfal qed tgħid hux?", "Jiena ngħidlek li jkollna once u twice a week fejn it-tfal jinstemgħu.", "Kif imħallef iħoss xi ħaġa li mhux qiegħda sew, ikun irid jisma' lit-tfal.", "Barra minn hekk noqgħodu attenti li jekk se nġibu lit-tfal, inġibuhom meta jkunu bil-vakanzi jew f'ċerta ħinijiet biex anqas intelfulhom skola wkoll.", "THE CHAIRMAN: Il-ġenituri jkunu jafu li t-tfal se jinstemgħu?", "Ikollna każijiet fejn jidħlu s-social workers.", "Per eżempju, fejn ikun hemm kwestjonijiet fejn naħsbu li hemm abbuż tat-tfal.", "Ġieli qabbadna s-social workers li jieħdu t-tfal mill-ġeneturi tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Hemm każijiet li t-tfal jiġu minn rajhom mingħajr il-kunsens tal-ġenituri?", "Konna qabbadna l-Aġenzija Appoġġ biex tibgħat lis-social worker addetta ma' dak il-każ, tiltaqa' mat-tifla mill-iskola, ikun hemm kuntatti mal-iskola wkoll għax f'din il-biċċa tax-xogħol jidħlu anke l-iskejjel.", "Il-headmistresses, is-social workers u t-teachers li jkun hemm fil-klassi jindunaw li jkun qed isir ċertu abbuż, kemm mentali u kemm fiżiku, fuq it-tfal.", "THE CHAIRMAN: Il-qorti kif tipproteġi dawk it-tfal, kif kienet qed tgħid l-Onor.", "Justyne Caruana, biex il-ġenituri ma jippersegwitawx lill-uliedhom?", "IS-SINJ MARY LOURDES LAUTIER: Jekk ikun hemm bżonn, jitpoġġew ukoll temporjanjament f'homes.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Jiena xtaqt nagħmel żewġ mistoqsijiet.", "Taħseb li l-ambjent tal-in camera tal-qorti hija ideali sabiex tagħmel intervista lit-tfal?", "It-tieni mistoqsija forsi hija aktar delikata.", "Taħseb li l-imħallef huwa mħarreġ sabiex jagħmel mistoqsijiet lit-tfal mingħajr ma jkun hemm il-preżenza taċ-child psychologist jew tas-social worker?", "THE CHAIRMAN: U meta l-imħallef jgħajjat lit-tfal u dawn iridu jwieġbu għall-mistoqsijiet tiegħu, mhijiex trawma għalihom?", "IS-SINJ MARY LOURDES LAUTIER: Nista' niggarantilek li hija xi ħaġa pożittiva.", "JUSTYNE CARUANA: Mhux dejjem pożittiva.", "Għandek ċerti membri tal-ġudikatura li għandhom in-know how eċċellenti mat-tfal imma għandek oħrajn li huma bruski għax imdorrijin jagħmluha ma' nies kbar f'xogħolhom.", "IS-SINJ MARY LOURDES LAUTIER: Aħna qegħdin nitkellmu mal-imħallfin addetti mal-qorti tal-familja u nista' nassigurak li m'humiex hekk.", "JUSTYNE CARUANA: Qed nitkellmu fuq il-qorti tal-familja bħala xi ħaġa ġdida imma din il-qorti ilha teżisti u nafu li mhux dejjem kien hemm l-istess tip ta' imħallfin u nafu li mhux kollha jiddiljaw l-istess mat-tfal.", "Nafu wkoll li kemm-il darba kien hemm bżonn ta' esperti imma mhux dejjem instabu.", "Nafu wkoll li t-tfal ma jistgħux jaqbdu u javviċinaw membru tal-ġudikatura għax għandhom problema, għax it-tfal m'għandhomx aċċess għall-qrati.", "Jekk qed tgħid li tagħtuhom it-telephone number biex jekk wara li jkun sar il-kollokju jagħmel kuntatt kollox sew, imma qabel, jekk it-tifel jew it-tifla fl-istadju ta' separazzjoni tal-ġenituri jkunu jridu jintervjenu ma jistgħux għax m'għandhomx locus standi.", "Meta qed tgħid lit-tfal li intom ma qed tiktbu xejn ħalli tipproteġuhom, f'dak l-istadju tista' taffordja ċerta protezzjoni, imma meta jkun hemm ir-rapporti tal-esperti u tal-avukati tat-tfal, dawk ikunu available.", "IS-SINJ MARY LOURDES LAUTIER: Mhux f'kull każ.", "JUSTYNE CARUANA: Mhux f'kull każ ikun available, imma nista' nassigurak li minn hawn u minn hemm, ikunu jafu x'fihom.", "U nista' nassigurak li l-ħsara li ssir fuq it-tfal hija kbira għax jekk dawn jazzardaw jgħidu xi ħaġa fuq xi ġenitur, dak il-ġenitur se jibda jaħseb li se jitlef il-kawża minħabba dak li qalu fuqu t-tfal.", "IS-SINJ MARY LOURDES LAUTIER: It-tfal ma jinstemgħux fl-awli imma fis-sigrieta.", "THE CHAIRMAN: Din hija xi kamra tal-biża'?", "IS-SINJ MARY LOURDES LAUTIER: Le mhijiex tal-biżgħa.", "Din il-kamra hija uffiċċju b'mejda u siġġijiet and we try to put them at ease.", "IS-SINJ CARMEN ZAMMIT (Kummissarju għat-Tfal): Din is-sitwazzjoni tal-involviment tat-tfal fil-kawżi hija preokkupazzjoni kbira għaliha u qed nirċievi ħafna complaints fl-uffiċċju tiegħi fuq it-trawmi enormi li qegħdin jgħaddu minnhom it-tfal meta l-ġenituri jiddeċiedu li jisseparaw għax it-tfal mhux qed ikollhom il-possibilità li jwasslu leħinhom.", "Nemmen li kull tifel u tifla għandu jkun involut fil-kawża tas-separazzjoni.", "Il-fatt kif inhu magħmul l-qorti – veru sar progress kbir fih – fejn għandek il-qorti tal-familja fejn hemm ambjent aħjar milli kien qabel, però m'hemmx ambjent li huwa għat-tfal.", "Biex jirnexxilek tagħmel rapport sinifikattiv mat-tfal li jkunu kapaċi jgħidulek dak li qegħdin iħossu jew dak li jkunu għaddejjin minnu, ma tistax tagħmlu f'darba jew f'darbtejn.", "U allura jrid ikollok ambjent akkoljenti għat-tfal.", "Per eżempju, m'hemm l-ebda kamra li fiha l-ġugarelli ħalli x'ħin jidħlu fiha t-tfal se jieħdu gost u jħossuhom at ease biex jibdew jitkellmu.", "Fuqha din hemm diffikultà enormi.", "Barra l-fatt li hemm limitazzjoni fejn l-Imħallef jistenna jekk it-tifel iridx ikellmu u mhux awtomatikament f'kull kawża ndaħħlu lit-tfal sabiex jgħidu tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmel kumment fuq dak li għadha kif qalet il-Kummissarju għat-tfal.", "Laqatni l-punt meta għedt li hija trawma għat-tfal meta l-ġenituri jidħlu f'separazzjoni.", "Jekk m'iniex sejjer żball inti għedt li hija trawma għax ma jkollhomx opportunità li jitkellmu u jgħidu tagħhom.", "Kif smajtek daħluli żewġ dubji.", "It-trawma se tibqa' fuqhom għal dejjem?", "Hija trawma għax il-ġenituri daħlu għal separazzjoni jew hija trawma għax l-ulied ma jistgħux jitkellmu?", "It-tieni osservazzjoni hija li dak li qed titlob prima facie jidher li huwa ġust.", "Imma ma taħsibx li qabel ma jingħata dak li qed titlob inti, jiġifieri d-dritt tas-smiegħ, l-ewwel trid tipproteġi lil dawk it-tfal mill-ġenituri egoisti għax it-trawma se tikber kemm-il darba l-missier jew l-omm jispiċċaw iduru kontra t-tfal tagħhom jekk dawn jitkellmu b'xi mod jew ieħor kontra tagħhom?", "Jien qiegħed noqgħod attent ferm qabel ma nitlob lill-qorti tal-familja – issa kkummentaw intom l-esperti - li b'mod awtomatiku nġiegħlu lit-tfal kollha jitkellmu għax naħseb li t-trawma diġà hija kbira hekk kif il-missier u l-omm jidħlu għal separazzjoni.", "U allura rridu noqgħodu attenti li ma nżidulhomx mat-trawma li jkollhom billi nġiegħlu lit-tfal jitkellmu għax kif kienet qed tgħid l-Onor.", "Justyne Caruana, jista' ikun li l-konfront bejn l-ulied u l-ġenituri jkun wieħed kbir.", "X'se jsir mill-evidenza ta' dak li jkun intqal mit-tfal, naħseb li hija ta' prijorità.", "Sinjura Zammit nixtieq li tpoġġi l-istatement tiegħek ftit aktar ċar għax ovvjament ma nixtieqx li tħallih nofsu nej għax hemm barra jekk jittieħed u jitkisser, nagħmlu l-ħsara.", "IS-SINJ CARMEN ZAMMIT: Jiena qiegħda ngħid li hija trawma fuq it-tfal malli jkunu jafu li l-ġenituri tagħhom se jisseparaw.", "U jekk tistaqsihom dejjem jgħidulek li huma jixtiequ jgħixu m'ommhom u ma' missierhom.", "Naħseb dik ħadd ma' jista' jneħħiha minn fuqhom, imma li t-tfal ikunu jafu li l-ġenituri tagħhom se jisseparaw u huma m'għandhom l-ebda mod ta' kif jistgħu jesprimu dak li qed iħossu, aktar se żżidilhom it-trawma.", "Fil-proċess kollu li għandna m'hemmx il-possibilità li t-tfal jkunu parti minnu.", "Issa mhux qed ngħid li tagħmilha b'mod li t-tfal tkabbrilhom it-trawma tagħhom, imma trid tagħmilha b'tali mod li t-tfal ikunu jistgħu jesprimu dak li qed iħossu.", "Ma nafx jekk intomx qegħdin tifhmu imma ħafna t-tfal jgħidulek li l-ġenituri tagħhom se jisseparaw u huma jkollhom biża' kbir għax ikunu fid-dlam.", "Per eżempju, anke li t-tfal ikollhom il-possibilità li huma, jekk iridu, imorru l-qorti.", "Dan l-aħħar kelli każ fejn tfajla xtaqet li hi tagħmel rikors biex tkun tista' tgħid dak li qed tħoss.", "U din la xtaqet tmur għand ommha u lanqas għand missierha imma l-Qorti tal-Familja ma tagħtiex din il-possibilità.", "U allura hemmhekk għandna lakuna.", "THE CHAIRMAN: It-tfal, meta jkollhom l-opportunità li jinstemgħu, għal kull talba li jkun hemm jew inkella waqt il-proċess tas-separazzjoni biss?", "Meta l-missier jew l-omm jitolbu li jkollhom aċċess għat-tifel jew għat-tifla, it-tfal ma jkollhomx iċ-ċans li jinstemgħu biex forsi jgħidu li ma jridux imorru ma' missierhom jew inkella ma jridux imorru ma' ommhom?", "Ftit ilu ltqajt ma' każ fejn il-qorti tal-familja ordnat aċċess għall-minuri anke sfurzat.", "Il-qorti bagħtet social worker u żewġ karozzi mobile biex jieħdu tifel ta' erba' snin!", "X'ħin rajt ir-ritratt ta' tifel ta' erba' snin imqabbad m'ommu u social worker tiġbed lit-tifel, bil-pulizija bil-karozzi tal-mobile, b'marixxall tal-qorti u bit-tifel jgħajjat, nista' ngħid li sal-ġurnata tal-lum għadni impressjonat b'dak ir-ritratt.", "Nista' ngħid li dak ir-ritratt lili għamilli ħsara emmozzjonali.", "IS-SINJ MARY LOURDES LAUTIER: Dak huwa każ partikolari u qabel ma tgħid dawk l-affarijiet ikun aħjar jekk tiġi tara l-file.", "IS-SUR ALDO TESTONE: Hemm proċeduri quddiem l-imħallef fuq każ simili.", "U ma nafx jekk huwiex l-istess każ.", "JUSTYNE CARUANA: Hawnhekk mhux se nidħlu fil-mertu ta' każ pendenti imma li qed jistaqsi ċ-Chairman huwa jekk f'każi bħal dawn, meta jkollok dawn iċ-ċirkostanzi ta' ordni ta' aċċess u l-minuri ma jkunx irid imur, x'jista' jagħmel dak il-minuri?", "Ovvjament digriet ma tistax tmur kontrih għax dak ifisser ordni tal-qorti u allura għandek il-konsegwenzi tad-disprezz.", "U għandek ukoll il-proċeduri kriminali jekk tonqos milli tosserva dak id-digriet.", "Issa x'jista' jagħmel dan il-minuri biex jipproteġi lilu nnifsu?", "IS-SINJ MARY LOURDES LAUTIER: Dik l-omm li jkollha t-tifel magħha, tmur l-għassa biex tagħmel rapport u minn hemmhekk jitqabdu l-esperti.", "Issa jekk qed tgħid li qed tagħmel ħsara direttament lill-minuri, mhux ma tridx tmur għax just ma tridx tmur, hemmhekk jitqabdu l-psikologi.", "JUSTYNE CARUANA: Imma taf li sakemm ikun hemm digriet pendenti li ma jiġix revokat, il-parti li ma tieħux l-aċċess għax il-minuri ma jkunx irid imur, indipendentement mir-rapporti li jsiru u tmur l-għassa kemm tmur l-għassa, xorta waħda min ma jgawdix l-aċċess għandu d-dritt li jmur jagħmel rapport lill-pulizija.", "Imbagħad ikun hemm proċeduri kriminali fil-konfront tal-ġenitur l-ieħor, bil-konsegwenza ta' ħabs.", "Sakemm ikollok id-digriet pendenti, minkejja raġunijiet validi, xorta hemm il-proċeduri kriminali.", "Kombinazzjoni l-ġimgħa li għaddiet kellna dibattitu fuq digrieti bejn koppji mhux miżżewġa rigward il-manteniment u waqt id-diskussjoni konna qegħdin insemmu l-fatt tas-sospensjoni, fejn il-qrati kriminali jistgħu jissoprasjedu u jissospendu sakemm ikun hemm digriet finali mill-qorti tal-familja.", "Imma xorta sakemm ikun hemm din l-emenda fil-liġi, u sakemm ikun hemm id-digriet finali, id-digriet oriġinali jgħodd u jekk parti tonqos milli tonora jew taderixxi għad-digriet hemm proċeduri kriminali kontra l-persuna li tikser.", "U m'hemm l-ebda rimedju.", "Jekk it-tifel tiegħi ma jridx imur mar-raġel tiegħi, inti qiegħda tgħidli li biex nipproteġi lili nnifsi, għandi mmur nagħmel rapport lill-puliziija.", "Nista' ngħidlek li dan mhux biżżejjed.", "Għax ir-raġel tiegħi se jmur jagħmel rapport hu wkoll u l-pulizija se jressqu lili – bħala omm - il-qorti.", "U jien imbagħad irrid nara kif se nispjega u nara kif ma mmurx il-ħabs, għax it-tifel tiegħi ma jridx imur ma' missieru.", "IS-SINJ MARY LOURDES LAUTIER: Qabel semmejna li jsiru l-medical certificates.", "Jekk tmur għand tabib u dan jagħmillek ċertifikat li din is-sitwazzjoni qed tikkawża trawma fuq it-tifel, dik diġà għandek x'jipproteġik u mbagħad il-qorti timxi minn hemm.", "MICHAEL GONZI: Ċertifikat mediku li t-tifel għaddej minn trawma?", "IS-SINJ MARY LOURDES LAUTIER: Aħna qed ngħidu li t-tifel ma jridx imur u mhux li l-omm ma tridx tagħtih.", "MICHAEL GONZI: Jekk jien tabib kif nista' nagħmel ċertifikat?", "JUSTYNE CARUANA: Tista' tagħmel ċertifikat, imma x'effett se jkollu?", "MICHAEL GONZI: Iċ-ċertifikati tat-tobba kultant jiżżefnu fin-nofs.", "JUSTYNE CARUANA: Jien nista' niġi għandek bħala tabib u ngħidlek li t-tifel tiegħi kull darba li jmissu l-aċċess ma' missieru qed ikollu psychosomatic disfunctions b'effett tad-dwejjaq li qed ikollu għax ma jridx imur.", "U inti tista' tagħmilli ċertifikat.", "MICHAEL GONZI: U jien se nagħmillek ċertifikat fuq dak li qed tgħidli inti.", "JUSTYNE CARUANA: Issa jien x'se nagħmel bih dak iċ-ċertifikat?", "Legalment ma nistax ngħid li mhux qed nagħti t-tifel lill-missieru għax għandi dan iċ-ċertifikat, għax sakemm għandi digriet li lili jordnali li t-tifel irrid nagħtih lill-missieru, jien ma nistax immur kontra dak id-digriet.", "U jekk immur kontra dak id-digriet, missier it-tifel jista' jagħmilli rapport lill-pulizija u jressquni quddiem il-qorti kriminali.", "U f'dan il-każ għandi anke piena ta' ħabs.", "MICHAEL GONZI: Il-qorti ma tidħolx fis-sens ta' ħsara psikoloġika li din il-proċedura se jkollha fuq it-tifel?", "Meta jkun hemm dan id-digriet li qed issemmi l-Onor.", "Justyne Caruana, u jinqala' dan il-każ simili li semma' l-Onor.", "Vassallo… Mela jiena ngħid se noħroġ dan id-digriet, x'se jkun l-effett fuq it-tifel?", "L-effett se jkun wieħed tajjeb jew ħażin?", "Jekk dan it-tifel se jmur ma' missieru, il-qorti tidħol fiha jew inkella bħal kwalunkwe ħaġa legali hija biss paper work u daqshekk?", "IS-SUR ALDO TESTONE: Id-diffikultà tal-qorti tkun biex jiġi pprovat il-fatt li qed jiġi allegat.", "Jista' jkun li t-tifel jesprimi ruħu tajjeb quddiem il-psikjatra jew quddiem it-tabib u t-tabib ikun kapaċi joħroġ ċertifikat li l-qorti tieħdu bħala prova.", "MICHAEL GONZI: Fuq każ simili ta' dak li qed isemmi l-Onor.", "Vassallo, il-qorti tkun għamlet intervista mat-tfal u allura tkun iddeċidiet…", "JUSTYNE CARUANA: Dik hija l-problema li għandna.", "L-ewwelnett mhijiex tassattiva mandatorja li t-tfal jinstemgħu u mhux ta' kull età jinstemgħu.", "Fil-fatt jinstemgħu x'ħin ikunu mfarfrin sew.", "Meta t-tfal ikunu żgħar… Issa safejn naf jien, fil-Ġermanja anke tfal ta' sentejn, tliet snin jinstemgħu.", "Fil-fatt iġibu esperti li jgħinu lil dawn it-tfal minħabba l-communication skills u minħabba l-baby language imma xorta waħda jisimgħuhom filwaqt li Malta ma nagħmlux hekk.", "U mbagħad nisimgħu b'dawn il-każi.", "MICHAEL GONZI: Dawn il-każi mhumiex sbieħ għax il-feriti li jħallu fuq it-tfal huma enormi.", "Jekk hemm xi affarijiet li dan il-kumitat jista' jirranġa…", "JUSTYNE CARUANA: Onor. Gonzi għandna każi ta' abbużi sesswali li qegħdin quddiem il-qrati kriminali u xorta waħda, il-qrati ċivili ma jissospendux id-digriet tal-aċċess.", "JUSTYNE CARUANA: Għandi jien personali.", "IS-SINJ MARY LOURDES LAUTIER: L-ewwelnett meta jinħarġu medical certificates fuq tfal, inti tmur għand it-tabib tal-familja.", "Mela jekk inti veru tabib ta' dik il-familja, se tkun taf li dawk it-tfal verament għaddejjin minn dik it-trawma.", "Allura mhux se tmur fil-poliklinika u joħroġlok dak iċ-ċertifikat.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmel mistoqsija fuq osservazzjoni li saritli.", "Jiena kont qiegħed nitkellem fuq każ attwali li lili kellmitni fuqu persuna li toqgħod fejn sar il-każ.", "Fil-fatt din il-persuna wrietni r-ritratti ta' dak li kien qed jiġri mingħajr ma kienet taf x'se jkun l-eżitu tagħha.", "Ir-rimarki li rrid nagħmel huma dawn; il-qorti tista' toħroġ digrieti u sentenzi għal dawn it-tip ta' rikorsi fuq meta missier irid jara lill-ibnu jew lit-tifla tiegħu immaterjalment jekk it-tfal ikunux iridu jew inkella jkunux jifilħu jew le?", "Jiġifieri jkunu rikorsi sforzati?", "Issa dawn huma jew mhumiex deċiżjonijiet tal-Qorti?", "IS-SINJ MARY LOURDES LAUTIER: Naħseb li inti qiegħed taqbad ma' dan il-każ partikolari.", "THE CHAIRMAN: U nixtieq li bħal dan il-każ ma jkollnix aktar.", "IS-SINJ MARY LOURDES LAUTIER: Inti stess qed tgħid li kienu lesti bil-cameras.", "Dak il-każ nafu eżatt u aħjar ma nidħlux f'dak il-każ partikolari.", "Ikun hemm sfida kbira li jmorru kontra digrieti tal-Qorti.", "IS-SINJ MARY LOURDES LAUTIER: Mela jingħata wkoll servizz tal-avukati tat-tfal fejn hemm żewġ avukati.", "Bħala numru ta' avukati mhuwiex biżżejjed.", "Issa l-istatistika li għandi hija fuq kemm tqabdu l-avukati fl-istadju ta' rikorsi ġenerali u f'medjazzjoni.", "M'għandix statistika taċ-ċitazzjonijiet għax din għadha ma tinżammx, però din is-sena ħloqna sistema biex din l-istatistika tibda tinżamm ukoll.", "Fis-sena 2006 dawn l-avukati tqabbdu 23 darba, fis-sena 2007 tqabbdu 36 darba u fis-sena 2008 tqabbdu 42 darba.", "THE CHAIRMAN: Meta qiegħda tgħid tqabbdu 42 darba jfisser li tqabbdu fuq 42 każ?", "IS-SINJ MARY LOURDES LAUTIER: Iva għal każijiet qiegħda ngħid.", "Meta għedtilkom dwar in-numru kbir ta' rikorsi li ġew ippreżentati, fis-sena 2007 ġew ippreżentati 2,402 rikors.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nistaqsik mistoqsija.", "Kif tafu jien m'għandix background tal-liġi imma meta qiegħda tgħid 2,402 rikors x'jiġifieri dan?", "Ifisser li kien hemm 2,402 każi fejn kien hemm diżgwid familjari?", "Xi tfisser għall-pajjiż dik l-istatistika?", "IS-SUR ALDO TESTONE: Dan ifisser li jkunu talbu l-qorti tagħti deċiżjoni fuq punt li ma jkunx hemm qbil fuqu.", "Issa jista' jkun li fuq każ wieħed ikollok għaxar rikorsi.", "THE CHAIRMAN: Mela biex tkunu tafu n-natura tal-mistoqsijiet li qed nagħmlu hawnhekk, irrid ngħid li aħna m'aħniex sempliċiment qegħdin nagħmlu eżerċizzju ta' awditjar tal-qorti tal-familja imma, kif għedt f'okkażjonijiet oħra, aħna qegħdin niddiskutu l-familja in ġenerali.", "U allura qegħdin inħarsu lejn x'jiġri mill-qorti tal-familja għax dan huwa aspett wieħed tal-familja.", "Issa minn dan il-mezz li jinteressana huma t-tfal u hawnhekk qegħdin nipprovaw niskopru x'inhi s-sitwazzjoni f'dan il-pajjiż f'dak li huwa t-tkissir tal-familji.", "U dan qed nagħmluh permezz tal-istatistika li intom qegħdin tippreżentawlna.", "Aħna qegħdin nistaqsu ċerta mistoqsijiet fuq x'ifissru dawn in-numri għax għalikom dawk ifissru rikorsi imma aħna, minn dawk ir-rikorsi, irridu nipprovaw naqraw realtajiet differenti.", "L-interess tagħna huwa li nisimgħu l-preżentazzjonijiet li jsirulna u minnhom noħorġu realtà vis-a-vis is-sitwazzjoni tal-familja f'dan il-pajjiż.", "Naturalment dan it-tip ta' preambolu kien imissni għamiltha qabel.", "MICHAEL GONZI: Dawk it-3,000 rikors, x'impressjoni għandek ta' persentaġġi li kienu rikorsi għal xejn u li allura kienu ħela ta' ħin għall-qorti u b'workload akbar għalikom.", "Apparti li mbagħad il-każi idumu ma jinqatgħu.", "IS-SUR MARY LOURDES LAUTIER: Ikun hemm minn kollox.", "Ikun hemm każijiet li verament ikunu ġenwini għax ma jibqgħux jagħtu jew iwaqqfu l-manteniment.", "Dwar aċċess u affarijiet bħal dawn.", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri inti jidhirlek li l-parti l-kbira minn dawn it-3,000 rikors li ġew ippreżentati fis-sena 2008 kienu ġenwini?", "IS-SINJ MARY LOURDES LAUTIER: Iva ġenwini.", "FREDERICK AZZOPARDI: Meta tgħid b'urġenza x'inhu dak li jagħmel il-każ partikolari bħala wieħed urġenti?", "IS-SINJ MARY LOURDES LAUTIER: Meta jippreżentaw ir-rikors ikun hemm li dan qed isir b'urġenza.", "Issa aħna naqraw ir-rikors kollu.", "Jekk l-Imħallef ma jkunx hemm inċemplulu u naqrawhulu dak il-ħin jew jekk ikun hemm neħduh quddiemu mal-ewwel.", "Inti tkun taf jekk rikors huwiex urġenti jew le.", "Jekk tiġi mara quddiemek u tgħidlek li se ssiefer f'Awissu li ġej u nkunu għadna fi Frar, inti taf li m'hemm l-ebda urġenza u li l-każ jiflaħ jissapporti sal-għada filgħodu.", "Imma jekk ikollok ċertu tip ta' rikorsi fejn hemm allegazzjonijiet ta' tfal jew ta' xi ħadd mill-miżżewwġin li qegħdin batuti kemm mentalment kif ukoll fiżikament, speċjalment fejn jidħlu t-tfal, aħna nieħdu azzjoni dak il-ħin stess.", "L-ewwelnett inċemplu lill-avukati kif ikollna digriet anke minn fuq it-telefon.", "Onor FREDERICK AZZOPARDI: mela intom tiddeċiedu?", "IS-SINJ MARY LOURDES LAUTIER: Jien ma niddeċiedi xejn imma huwa l-imħallef li jiddeċiedi.", "Naqrawhulu u jekk jgħidilna biex immexxu dak il-ħin, anke jekk ma jkunx imħallas, inċempel dak il-ħin jew lill-avukat jew lill-PL biex jieħu azzjoni mill-ewwel.", "Anke jekk ma jappuntahx, jordna notifika biss biex joħroġ.", "Jekk ikun hemm ċerta urġenza, jiena nwaqqaf il-marixxall biex jiġu għalih biex joħroġ dak il-ħin.", "Għandna sistema minn step għal oħra, jekk ikun imħallas, joħroġ within the next half hour minn idejna.", "Mhux se jkun każ ta' passaport u noħorġu u nwaqqaf lil kulħadd biex noħroġ xi ħaġa bħal dik, imma fejn hemm tfal jew nies li qegħdin f'periklu, immexxuh mill-ewwel.", "Fis-sena 2007 kellna 257 rikors b'urġenza u fis-sena 2008 ġew ippreżentati mat-3,000 rikors, li minnhom kien hemm 320 b'urġenza.", "Jekk ikun hemm minn dawn ir-rikorsi li jiġu appuntati, fejn hemm domestic violence jew tfal f'periklu, dawk jiġu appuntati mill-ewwel.", "L-imħallef jordna notifika dak il-ħin stess u, per eżempju, jagħti a short term skont l-urġenza.", "Ġieli anke 24 siegħa risposta u dak il-ħin stess jappuntah u niġru bihom fil-veru sens tal-kelma.", "U meta jappuntahom l-imħallef jagħti mill-inqas siegħa għal dak ir-rikors u jekk ikun hemm bżonn, jinstemgħu t-tfal ukoll.", "Fejn jidħlu r-rikorsi, aħna għandna sistema fejn intellgħuhom kull ġimgħa.", "Issa żgur li hemm inqas minn hekk.", "Issa mit-26 January ikun għad hemm minnhom li jkunu ġejjin mis-sena 2008.", "Jiġifieri dawk li jkunu daħlu f'Diċembru 2008.", "Min-naħa tiegħi xtaqt niċċara xi affarijiet fuq kif inhi s-sistema u l-work practice li għandna fir-reġistru.", "Is-sistema preżenti għall-assenjazzjoni ta' kull każ hija ntiża biex jiġi evitat dak li ngħidulu l-forum shopping.", "Kull xahar ikun hemm imħallef tal-għassa għall-mediation u għar-rikorsi ġenerali.", "Dan apparti l-mandati.", "Mediation u rikorsi ġenerali jeħodhom xi ħadd mill-imħallfin li qegħdin fil-qorti ċivili fis-sezzjoni tal-familja.", "Il-mandati - minbarra l-inibizzjonijiet ta' tfal - imorru tal-għassa li jinbidlu kull 15-il ġurnata fiċ-ċivil prim'Awla.", "L-inibizzjonijiet tas-safar tal-minuri jittieħdu xahar b'xahar bħala mediation mill-imħallef li jkun hemm fil-qorti tal-familja.", "Allura rikorsi ġenerali, l-awtorizzazzjoni għal medjazzjoni u mandati tal-inibizzjoni ta' safar tal-minuri jiġu assenjati lil dak l-imħallef li hemm għassa.", "Dawn jirranġaw bejniethom min se jeħodha in-turn..", "Ir-rikorsi ġuramentati - dawk li konna ngħidulhom iċ-ċitazzjonijiet - jittellgħu bix-xorti kull ġimgħa, kull nhar ta' Tnejn minn żewġ membri tar-reġistru.", "Fejn ikun hemm jien u ntella' lil xi ħadd differenti mill-istaff.", "Dawn jitilgħu bil-pedini.", "Nagħtu numru fuq il-files u ntellgħuhom.", "B'hekk f'din il-ħaġa żgur li m'hemmx forum shopping fiha.", "(Interruzzjonijiet)", "L-atti li jridu jiġu mħallsa jqumu nofs il-prezz ta' kemm jitħallas għalihom fir-reġistru tal-qorti ċivili fil-prim'Awla.", "Ittri u noti f'medjazzjoni u servizz ta' medjaturi fuq il-lista tal-gvern u l-avukati tat-tfal huma b'xejn.", "Kull att li jidħol, sal-għada filgħodu jkun mar quddiem l-imħallef.", "Kull paper work jitmexxa sal-għada filgħodu.", "F'każ ta' rikorsi b'urġenza dan jintbagħat mill-ewwel lill-imħallef u f'każ li l-imħallef ma jkunx il-qorti, id-deputat reġistratur iċempel lill-imħallef minnufih biex jinformah u jaqrahulu.", "Mill-istadju ta' medjazzjoni, jekk xi parti ma tonorax id-digriet, tista' titressaq mill-parti l-oħra quddiem il-Maġistrat Anthony Vella permezz tal-kwerela.", "Rikorsi dwar vjolenza domestika jew abbuż ta' natura urġenti u fl-interess suprem tal-minuri jiġu appuntati fi żmien erbat ijiem u jgħin ħafna meta dawn jiġu ppreżentati magħhom ċertifikati mediċi u rapporti, speċjalment tal-pulizija.", "Meta ssir allegazzjoni ta' abbuż fuq minuri, il-qorti tinforma liċ-child protection unit fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ bl-inkarigu li jagħmlu rapport preliminari mill-aktar fis, liema rapport jibqa' mistur sakemm jiġi eżaminat mill-qorti, li min-naħa tagħha sussegwentement tirregola ruħha skont il-kontenut tar-rapport, l-età tal-minuri u x-xewqat tal-minuri.", "Il-qorti tisma' lill-minuri direttament jew indirettament.", "In-numru ta' avukati tat-tfal huwa żgħir ħafna tenut kont tal-fatt li l-minuri jkunu jridu jinstemgħu.", "Isiru nomini ta' esperti bħal social workers u psikologi biex isiru l-investigazzjonijiet mill-aktar fis.", "F'kull stadju l-imħallef jista' jisma' lit-tfal hu stess flimkien mad-deputat reġistratur u bħalma għedtilkom qabel, jekk ikun hemm bżonn li t-tfal ikunu jridu jerġgħu jkellmu lill-imħallef, jingħatalhom in-numru tat-telefon tad-deputati li jkunu mal-imħallef dak il-ħin.", "Il-minuri jinstemgħu invarjabilment fil-proċeduri u anke f'każ ta' separazzjoni bonarja jekk il-partijiet jiftiehmu u l-imħallef, wara li jkun ra li dak stabbilit ma jmurx kontra l-interessi tat-tfal, japprovah għax ir-rwol tal-imħallef mhux li jidderiġi l-ħajja tal-partijiet.", "F'separazzjonjiet bonarji l-imħallef jagħti attenzjoni partikolari lill-kwestjonijiet tal-manteniment tat-tfal, u fejn il-mara ma taħdimx, anke għall-manteniment tal-mara.", "Iżda dan ta' l-aħħar, tenut kont li dak li jistabilixxi l-artikolu 3 li ż-żewġ ġenituri għandhom jikkontribwixxu għall-bżonnijiet tal-familja u fejn hu l-każ, il-mara trid tagħti sehemha billi toħroġ taħdem.", "Fejn manteniment ikun baxx jintalbu l-FS3s tal-aħħar sentejn u ċ-ċertifikati tas-social worker jekk ikunu fuq is-social assistance.", "Jiġu kkonsidrati wkoll l-ispejjeż li l-parti li se tħallas il-manteniment se jkollha tagħmel minħabba s-separazzjoni, bħal per eżempju, il-kiri ta' residenza oħra, kontijiet tad-dawl u l-ilma u tat-telefon.", "F'kull stadju f'din il-qorti huwa importanti li l-qorti tirregola l-pożizzjoni dwar l-aċċess u dan billi tiffissa ġranet u ħinijiet sabiex il-partijiet, u anke l-minuri jkunu jistgħu jirregolaw aħjar il-ħajja tagħhom.", "Dan huwa indispensabbli li jsir sabiex il-minuri jkollu stabilità fil-ħajja tiegħu.", "Is-supervised access visits (SAV) m'għadhomx ikunu n-norma.", "L-attitudni fir-rigward tal-SAVs bdiet tkun aktar riġida min-naħa tal-imħallfin u tingħata biss fil-każi fejn verament ikun hemm bżonn.", "Dan ukoll biex is-servizzi ta' superviżjoni ma jiġux imġebbda inutilment u jiġu meqjusa bħala ineffiċjenti.", "Il-kura u l-kustodja tiġi fdata lill-ġenitur li jkun fl-iżjed pożizzjoni li jieħu ħsieb il-kura tal-minuri u għalhekk m'hemm l-ebda regola ta' prattika li l-minuri jiġu fdati lill-omm.", "Issa l-kollega tiegħi se tkompli fuq il-mediation.", "THE CHAIRMAN: Il-ħin huwa d-9.00 p.m. u għalhekk naħseb li l-aħjar ħaġa hija li naġġornaw.", "Issa jkollna kopja ta' dak li qrajtilna u nagħtuha lill-membri sabiex darb'oħra niġu ppreparati b'mistoqsijiet li nkunu nistgħu nagħmlulek fuq dak li għadek kemm qrajtilna llum.", "Min-naħa tagħkom ftiehmu ma' James Carabott u Anna Coleiro fuq il-ġurnata li fiha tridu li nerġgħu niltaqgħu.", "Naturalment il-ġurnata trid tkun jew it-Tnejn jew it-Tlieta.", "Dan huwa suġġett li nixtieq li neħduh b'ċerta attenzjoni.", "Filwaqt li nirringrazzja lis-Sinjura Carmen Zammit bħala l-Kummissarju għat-Tfal talli kienet magħna llum, naħseb li jkun tajjeb li d-darba li ġejja terġa' ġġib magħha l-esperti li kellha magħha, biex inkomplu fuq il-punti li għamilna llum.", "Nixtieq nitlob lil min se jkompli jagħmel il-preżentazzjonijiet sabiex jifhem f'liema kontest qegħdin niddiskutu din l-istatistika u l-preżentazzjoni.", "Jekk hu possibbli, nixtieq nitlob minn issa xi ftit informazzjoni li tistgħu ġġibu magħkom.", "Nixtiequ nkunu nafu x'inhu l-finanzjament tal-qorti tal-familja, kemm tiswa il-qorti tal-familja kollha kemm hi? ħalli forsi xi darba nibdew nagħmlu eżerċizzju ta' kemm qiegħda tiġi tiswa in tax payers money it-tkissir tal-familja.", "Araw tistgħux tagħtuna - mingħajr ma tidħlu fid-dettal - mill-każi kollha li ġew maqtugħa u deċiżi, x'kienet l-kawża tas-separazzjonijiet kollha li daħlu għandkom.", "Minħabba infedeltà...", "JUSTYNE CARUANA: Ma tistax tagħmel hekk.", "THE CHAIRMAN: Mela agħmel il-mistoqsija inti Onor. Justyne Caruana għax taf x'aħna niddiskutu.", "Nixtieqek tagħmel il-mistoqsija tiegħi bi ftit aktar ċarezza legali.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, dak li qed titlob inti huwa daqsxejn impossibbli.", "Hemm sezzjoni ġenerika li nużawha fir-rikorsi ġuramentati tas-separazzjonijiet li fiha tinkludi kollox.", "U allura xħin qed issemmi adulterju, eċċ., f'kull kawża se ssibha u mhux neċessarjament għax ikun hemm adulterju.", "Din hija xi ħaġa ġenerika.", "THE CHAIRMAN: Mela ħalli nuża kliem ieħor għall-istess mistoqsija li għamilt.", "B'mod ġeneriku intom li tifhmu l-każi, tistgħu b'xi mod tgħidulna bejn wieħed u ieħor x'inhuma l-kawżi tas-separazzjonijiet li qiegħed ikollna?", "JUSTYNE CARUANA: Ma tistax tistaqsi hekk u ħa ngħidlek għalfejn.", "Mhuwiex ir-rwol tas-sinjuri li għandna quddiemna li jkunu jafu x'fih kull proċess.", "THE CHAIRMAN: Hawnhekk se jkollna rapport fuq il-medjazzjoni u allura ħsibt li n-nies tal-medjazzjoni jkunu bejn wieħed u ieħor esperti fil-qasam u jkunu jafu x'inhuma l-indikazzjonijiet.", "JUSTYNE CARUANA: L-ewwelnett fil-medjazzjoni m'hemm xejn bil-miktub u allura m'hemmx records.", "Meta s-Sinjura ppreżentat l-elenku ġenerali ta' x'jistgħu jkunu dawk it-tip ta' każi, hemmhekk setgħet.", "Imma meta tidħol fil-kawża propja, mill-provi jirriżultalek jekk huwiex adulterju, swat jew affarijiet oħra.", "Ovvjament huma mhux se joqgħodu jidħlu f'dawn l-affarijiet għax l-ewwelnett ma jistgħux jagħmlu hekk u anke għaliex huwa impossibbli li jsir.", "L-annullamenti ċivili forsi għandek il-grounds ġeneriċi għax anke meta tidħol fis-sentenzi tara jekk huwiex diffett ta' diskrezzjoni, imma dejjem ġenerali.", "Madankollu xorta m'għandekx garanzija li se jkun dak.", "Meta tagħmel kawża mhux ground wieħed se titlob imma se titlob tlieta jew erbgħa u mbagħad tispara biex tolqot.", "Sfortunatament hekk nagħmlu.", "Tagħmel is-section ġenerika u mbagħad skont x'jirriżulta mill-provi.", "Ħafna drabi jkollok separazzjoni mingħajr assenjazzjoni ta' ħtija għax ħadd minnhom ma ġie dikjarat ħati.", "THE CHAIRMAN: Sinjuri nifhem li l-mistoqsija li għamilt ma tistax tiġi mwieġba.", "JUSTYNE CARUANA: Naħseb li jistgħu jgħidilna u li x'aktarx ikun utli għalina huwa kemm jidħlu ittri għall-medjazzjoni u kemm minnhom jirnexxu – jiġifieri jkun hemm rikonċiljazzjoni - u kemm minnhom ma jirnexxux.", "Eżerċizzju ieħor importanti huwa fejn ikollok medjazzjoni li tirnexxi, kemm minnhom ikunu riċedivi?", "Jiġifieri kemm minnhom jerġgħu jiġu wara għall-medjazzjoni?", "Naħseb li dik l-informazzjoni tkun utli għalina għax inkunu nistgħu ngħidu li kellna dak l-ammont ta' medjazzjonijiet li rnexxew imma kemm damu.", "Naħseb li għal-lum nistgħu nieqfu hawnhekk u nirringrazzjakom.", "Fid-9:05 pm id-diskussjoni fuq dan is-suġġett kienet interrota u l-Kumitat qabel li diskussjoni fuq l-istess suġġett għandha tkompli f'data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090204_016d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 16", "L-Erbgħa, 4 ta' Frar, 2009", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.25 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Justyne Caruana, l-Onor Michael Gonzi.", "Is-Sur James Carabott, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali fil-Kamra tad-Deputati attenda għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr 15 li saret nhar l-Erbgħa 28 ta' Jannar 2009 ġew konfermati.", "Il-President tal-Kumitat, f'ismu u f'isem il-Membri tal-Kumitat, talab lill-iSkrivana tal-Kumitat biex twassal il-kondoljanzi lill-familja tas-Sur Ben Bugeja mill-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern li kien se jkun wieħed mill-kelliema.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, poġġa fuq il-Mejda tal-Kumitat dokument ta' l-EU, li ntbagħat minn Working Group 1 għal informazzjoni biss.", "Il-Qorti tal-Familja", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat stieden lis-Sur Aldo Testone, Director Civil Courts and Tribunals, lis-Sinj Carmen Borg, Family Mediator Coordinator u lis-Sinj Mary Lourdes Lautier, Deputy Registrar biex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "L-Onor Vassallo stieden ukoll lis-Sinj Carmen Zammit, Kummissarju għat-Tfal u lil Dr Ruth Farrugia, Konsulent ma' l-istess Kummissjoni biex jitkellmu fuq is-suġġett.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-9:05 pm id-diskussjoni fuq dan is-suġġett kienet interrota u l-Kumitat qabel li diskussjoni fuq l-istess suġġett għandha tkompli f'data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090204_016m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PRIVILEĠĠI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 9 ta' Frar, 2009", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi ltaqa' fil-Palazz, il-Belt, Valletta fis-6.10 pm.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor Owen Bonnici, l-Onor Anġlu Farrugia, l-Onor Beppe Fenech Adami u l-Onor Francis Zammit Dimech.", "Kienu preżenti wkoll il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u l-Onor Alfred Sant.", "Il-Minuti tal-laqgħa Numru 2 li saret fit-13 ta' Jannar, 2009 kienu konfermati.", "KAŻ TA' KSUR TA' PRIVILEĠĠ MILL-ONOR ALFRED SANT KONTRA L-MINISTRU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - KONTINWAZZJONI", "Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kien assistit minn Dr Joseph Zammit Maempel waqt li l-Onor Alfred Sant kien assistit minn Dr Pawlu Lia.", "Dwar il-ftehim milħuq fl-aħħar laqgħa biex iż-żewġ konsulenti legali jipprovaw isibu soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ naħat, l-Onor Austin Gatt informa lill-Kumitat li l-proposta li huwa rċieva mingħand il-konsulent legali tal-Onor Alfred Sant ma kenitx aċċettabbli għalih waqt li l-kontroproposta tiegħu ma kenitx aċċettabbli għall-Onor Alfred Sant.", "L-Onor Austin Gatt informa lill-Kumitat li għal-laqgħa li jmiss xtaq itella' tnejn jew tliet xhieda, fosthom xi ħadd mill-MITTS u mill-maltatoday.", "Fit-6.45 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn, 2 ta' Marzu 2009 fis-7.00 pm.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090209_003.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PRIVILEĠĠI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 3", "It-Tnejn, 9 ta' Frar, 2009 fis-6.00 p.m.", "Mr Speaker, l-Onor Louis Galea, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi, javża li l-Kumitat ser jiltaqa' nhar it-Tnejn, 9 ta' Frar 2009 fis-6.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-agenda:-", "Konsiderazzjoni tal-każ ta' privileġġ imqajjem mill-Onor Alfred Sant fis-Seduta nru 42 tal-14 ta' Ottubru 2008 – Kontinwazzjoni.", "30 ta' Jannar 2009 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090209_003a.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqħa Nru. 7", "L-Erbgħa, 11 ta' Frar 2009 fis-6.45 p.m.", "Mr Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 11 ta' Frar 2009, fis-6.45 fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra.", "Affarijiet oħra.", "6 ta' Frar 2009 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090211_007a_xog.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 11 ta' Frar 2009", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.55 pm.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor David Agius, l-Onor Anġlu Farrugia u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 6 li saret fit-28 ta' Jannar 2009 kienu konfermati.", "Xogħol tal-Kamra", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin informa lill-Kumitat li l-Parlament ma kienx se jiltaqa' fit-23, fl-24 u fil-25 ta' Frar 2009.", "Wara diskussjoni dwar in-numru ta' seduti li kien għad baqa' jittieħdu fuq il-mozzjoni ta' proċedura li tirregola x-xogħol tal-Parlament, il-Kumitat qabel li l-Kamra kellha tkompli tiddiskuti din il-mozzjoni għall-erba' seduti li jmiss, ċioe', fis-16, 17 u 18 ta' Frar u fit-2 ta' Marzu 2009, bil-vot jittieħed fl-aħħar tas-seduta ta' nhar it-Tnejn, 2 ta' Marzu 2009.", "Il-Kumitat qabel li l-mozzjoni ppreżentata mill-Onor Joe Mizzi biex jitħassru tliet avviżi legali dwar it-tariffi tad-dawl u l-ilma, tiġi diskussa nhar it-Tlieta, 10 u l-Erbgħa, 11 ta' Marzu.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin informa lill-Kumitat li fit-3, l-4 u d-9 ta' Marzu l-Kamra tiddiskuti fi stadju ta' Tieni Qari l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur - Abbozz Nru 18 – u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir – Abbozz Nru 19.", "Il-Kumitat ikkonsidra li l-istadju ta' kumitat tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Abbozz Nru 17 – jista' jibda jiġi diskuss fis-16, 17 u 18 ta' Marzu.", "Affarijiet Oħra", "Mr Speaker informa lill-Kumitat li skond l-Ordni Permanenti Nru 157 kien irċieva ittra mingħand l-Onor Anthony Zammit fejn infurmah li hu kien assenti mill-Parlament mit-2 ta' Diċembru 2008 minħabba raġunijiet mediċi.", "Mr Speaker informa wkoll il-Kumitat li l-Assemblea Parlamentari għall-Mediterran iddikjarat il-21 ta' Marzu bħala Jum il-Mediterran u d-delegazzjoni parlamentari għall-Assemblea Parlamentari għall-Mediterran immexxija mill-Onor Jesmond Mugliett, qed tipproponi li l-Parlament jorganizza attività fil-Kamra tal-Arazzi nhar il-Ġimgħa, 20 ta' Marzu filgħodu.", "Il-Kumitat qabel ma' din il-proposta.", "Il-Membri tkellmu dwar in-nuqqas ta' sigurtà li teżisti fil-Parlament.", "Mr Speaker qal li din il-materja trid tkompli tiġi diskussa, inkluż fil-welfare committee.", "Mr Speaker informa lill-Whips li huwa kien qed jistenna tweġiba mingħandhom dwar meta jista' jiltaqa' l-welfare committee.", "Fis-7.28 pm il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn 16 ta' Marzu fis-6.45 pm.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090211_007m.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 17", "L-Erbgħa, 11ta' Frar, 2009", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 11 ta' Frar, 2009 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "X'inhu l-effett ta' ċertu stil ta' ħajja fuq il-familja, bħax-xorb, logħob ta' l-ażżard u vizzji oħra?", "Diskussjoni ma' Caritas Malta u Fondazzjoni OASI, Għawdex.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090211_017a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 17", "L-Erbgħa, 11 ta' Frar, 2009", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 17", "L-Erbgħa, 11 ta' Frar, 2009", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.28 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 16 li saret nhar l-Erbgħa 4 ta' Frar 2009 ġew konfermati.", "L-EFFETT TA' ĊERTU STIL TA' ĦAJJA BĦAL XORB, LOGĦOB TA' L-AZZARD U VIZZJI OĦRA FUQ IL-FAMIJA", "THE CHAIRMAN (Onor Edwin Vassallo): Sinjuri filwaqt li nirringrazzjakom talli lqajtu l-istedina tagħna biex tiġu taqsmu magħna l-ideat tagħkom, nixtieq l-ewwel ħaġa nfakkarkom fuq żewġ punti.", "L-ewwel punt huwa li din il-laqgħa qegħda tiġi trasmessa live via internet, jiġifieri m'hemmx editing, u allura wieħed joqgħod attent għax dak li tgħid ma tistax treġġgħu lura.", "It-tieni punt huwa li kull suġġett li aħna qegħdin niddiskutu f'dan il-kumitat qegħdin niddiskutuh f'dak l-ambitu ta' x'inhu l-effett ta' dak is-suġġett fuq il-familja.", "Dan ġara anke meta ddiskutejna l-vjolenza domestika jew il-faqar.", "Ma ddiskutejniex dak is-suġġett partikolari f'iżolament minn kollox.", "Għalhekk aħna qegħdin nitolbukom biex tirrelataw fuq is-suġġett tad-droga - u jiena nifhem li hawn uffiċjali kemm mill-Caritas kif ukoll mill-Oasi – biex aħna filwaqt li nisimgħu mingħandkom bħala l-esperti f'dan il-qasam, imbagħad noħorġu bil-konklużjonijiet politiċi tagħna.", "Aħna rridu nkunu nafu – u b'mod ġenerali s-suġġett tal-lum se nsejjaħlu d-droga - kif din qed taffettwa lill-familja?", "Kif żwieġ li jkun falla jista' jirrelata mad-droga?", "Qed ngħid hekk għax aħna bl-ebda mod m'aħna xi kumitat ta' xi skrutinju fuq ħidma ta' xi ħadd.", "Aħna la aħna awdituri tal-Caritas jew tal-Oasi u lanqas awditur tal-NGOs, imma l-għan tagħna huwa li nagħtu vuċi lill-NGO li tkun qed taħdem u nippruvaw indaħħlu l-eżerċizzju tas-smigħ fejn xi ħadd jaħseb li m'aħniex qegħdin nisimgħu.", "Il-parlament, permezz tagħna, jimpurtah li jisma' lilkom.", "Fl-ewwel parti ta' din il-laqgħa, agħtuna l-opinjonijiet u l-informazzjoni min-naħa tagħkom, imbagħad wara jkollna ħin fejn il-membri jistaqsu mistoqsijiet.", "Jekk ma nagħlqux din il-laqgħa llum, allura ħudu l-ħin tagħkom u ejjew bir-risposti għall-mistoqsijiet jew l-osservazzjonijiet li aħna nkunu għamilna f'data oħra li naraw li naqblu dwarha.", "'Il quddiem jekk naraw li hemm bżonn, niġu naraw aħna stess b'għajnejna, bħalma ftit ilu morna Dar Ġużeppa Debono f'Għawdex u bħalma għada se mmorru l-Wardija fi skola għal persuni b'diżabilità.", "Aħna jekk inkunu mistiedna nkunu grati li dan is-suġġett inkompluh f'outreach visit biex ngħidu hekk.", "Dan hu l-eżerċizzju li qed jagħmel il-parlament biex jisma'.", "Se nieqaf hawnhekk biex inwettqu dan l-eżerċizzju tas-smigħ.", "Grazzi lilkom.", "Meta tkunu se titkellmu nitlobkom tintroduċu lilkom infuskom, bl-isem tagħkom u x'responsabbiltà għandkom.", "Il-GA qegħda għal min għandu l-problema tal-logħob kumpulsiv u l-Gamonon għall-familjari jew ħbieb ta' min għandu l-problema.", "Aħna as such m'għandniex leader, imma we are trusted servants u jien wieħed minn dawn it-trusted servants li nkun qiegħed f'dawk iż-żewġt ikmamar.", "Fuq dak li ġejna mistoqsija biex nagħmlu, ppreparajna presentation qasira u se nitkellmu ftit fuq dak li aħna naraw u ngħixuh kuljum permezz tax-xogħol tagħna, dwar dak li jgħaddu minnu l-familji, dwar dak li jgħaddu minnu l-users stess li huma l-klijenti tagħna, u minn naħa tagħna kif naraw is-sitwazzjoni f'dan ir-rigward.", "IS-SUR LAWRENCE BONELLO: Jiena naħdem fil-Prison Inmate Programme tal-CARITAS.", "DUN MANUEL CORDINA: Jiena Direttur tal-Fondazzjoni OASI u miegħi għandi wkoll li s-Sur Noel Scerri li jieħu ħsieb it-treatment.", "IS-SINJURA JOYCE CASSAR: Kif fil-fatt dejjem ngħidu, fil-verità l-effetti ta' kwalunkwe vizzju mhux sempliċement il-problema li wieħed se jitfa' fuq il-familja imma għandek circular effect fejn għandek is-soċjetà li taffettwa n-nukleu tal-familja u mbagħad il-familja taffettwa lil min għandu l-problema tal-vizzju.", "Mela għandek ċirku.", "L-addict jerġa' jaffettwa s-soċjetà u dawn kollha jagħmlu parti minn dan iċ-ċirku.", "Fir-realtà, is-soċjetà hija forsi l-iktar waħda b'saħħitha, u li għandha l-iktar impatt fuq dan kollu.", "Għal min iħares lejn l-addiction bħala a diseased model, fejn hemm ċerti predispożizzjonijiet eċċ, anke n-natura tal-persuna stess tista' tkun ukoll sors ta' kif l-addiction tibda.", "Biss dan jiġri minħabba li dak li tagħmel is-soċjetà kultant jeffettwa persuna b'ċertu mod.", "Ovvjament mhux dak li tagħmel is-soċjetà se jaffettwa lil kulħadd l-istess għax mhux kulħadd għandu l-istess predispożizzjoni.", "L-effetti huma soċjali.", "Hemm persuni li għandhom il-vizzji kemm tad-droga kif ukoll l-addiction għal gambling li dwaru se jitkellem is-Sur Chetcuti.", "Ikollok breakdowns fil-familji u jiżdied l-aspett ta' behaviour anti-soċjali fejn tiżdied il-kriminalità u d-delinkwenza u anke jiżdied l-unemployment.", "Hemm ukoll l-aspetti psikoloġiċi.", "Dawn jiġu anke min-naħa tal-familja stess, li meta jiltaqgħu mal-problema f'xi wieħed min-nies li jgħixu fl-istess dar jew inkella li jiġu minnhom jesperjenzaw ħafna biżgħa u tensjoni, kif dawn in-nies jirrakkontaw.", "Biex ngħid hekk l-istat sħiħ tal-problema – kemm jekk tad-droga kif ukoll ta' kwalunkwe vizzju ieħor, jista' jkun anke ta' alkoħol - li tiltaqa' magħha familja, toħloq klima pjuttost negattiva.", "Irrid ngħid ukoll li by time qed naraw żieda ta' ċertu mard - u din ikkonfermajtha anke mal-psikjatri - li jiġi speċjalment b'użu eċċessiv ta' kokaina, tal-kannabis, u l-ecstasy li biha l-moħħ jista' jiġi deformed u tibqa' ħsara permanenti.", "Finanzjarjament naħseb li r-realtà hija ovvja għal kulħadd.", "Hemm l-użura u d-djun.", "Hemm kumpanniji li huma mmexxijin minn sole traders li llum min imexxhihom hu involut fil-kokaina – li hija magħrufa bħala a richman's drug.", "Għalkemm illum l-kokaina jużaha kulmin isibha, imma fil-verità min għandu ċerta dħul iktar forsi jonfoq f'dan l-aspett u dan narawh min-nies li niltaqgħu magħhom.", "Mill-aspett fiżiku qed naraw li qed jitwieldu iktar methadone Babies.", "Dan jfisser meta l-omm tat-tarbija tkun qegħda tuża l-eroina jew tkun fuq il-methadone, u tinqabad tqila.", "Ovvjament aħna, t-tobba tad-Detox u ċ-Child Protection Services nagħmlu l-monitoring, imma jibqa' l-fatt li l-methadone għall-perijodu tat-tqala ma jinqatax mill-ewwel allura t-tfal jitwieldu bil-withdrawal systems, jidħlu s-CPU, eċċ. Dawn huma kumplikazzjonijiet mediċi li t-tobba jispjegawhom aħjar.", "L-effett ta' l-alkoħol fuq it-trabi wkoll huwa xi ħaġa li tista' tallarma.", "Ma' dan hemm mard ieħor marbut mad-droga.", "Dan kollu jiswa ħafna lill-istat speċjalment jekk aħna ma nkunux lesti minn qabel biex naffrontawhom.", "Jiġifieri l-verità hi li l-istat jonfoq ħafna iktar jekk ma jkunx qed jiffoka fuqhom biżżejjed in the long term.", "In the short term narawhom bħala ħela.", "Jekk xi ħadd jagħmel eżerċizzju ta' x'tiswa mara li tkun fuq il-methadone għax kienet tuża d-droga u li qed trabbi t-tfal f'dak l-ambjent u jkollok shelter jew tnejn tan-nisa - jew għall-irġiel – għax iktar mal-istat jiffinanzja għajnuna llum, inqas se jkollu expenses għada.", "Dak kollu li għidt li għandhom x'jaqsmu mal-Effetti, fl-aħħar mill-aħħar isuru costs.", "Jekk ma tinvestix illum biex tgħin is-sitwazzjoni li teżisti, jista' jkollok ħafna iktar expenditure bħala servizzi ta' saħħa u servizzi ta' Child Protection fil-futur.", "Meta tagħmel one plus one tinduna li tiġi iktar għolja.", "Dak li mhux qed jiġi investit illum, fl-aħħar mill-aħħar se nbatu r-riperkussjonijiet tiegħu in ten years time.", "Għax mara li llum għandha żewġt itfal magħha, tuża d-droga, m'għandniex shelter għan-nisa, kulħadd bil-queue għall-affarijiet kollha, il-verità hi li din il-mara qed tagħmel iż-żewġt itfal iktar predisposti biex isiru iktar vulenerabbli għall-vizzji.", "Ovvjament inutli noqogħdu nilludu ruħna u noqogħdu ngħidu li hawn child protection services għax kulħadd jaf ir-realtà li d-demand hija ħafna ikbar mis-supply.", "IS-SUR LAWRENCE BONELLO: In-nies li jaħdmu fiċ-Child Protection huma stretched to the limit.", "Dawn jispiċċaw burnt out u jbatu minn problemi simili.", "IS-SINJURA JOYCE CASSAR: U filwaqt li t-tfal tan-nisa users - per eżempju fejn tidħol id-droga - qed jiġu monitored, ħafna mit-tfal tal-irġiel li huma users ma jiġux monitored.", "Jiġifieri jekk għandek tifla li ommha tuża d-droga għax ommha tmur għall-methadone tkun tafha ħafna iktar milli jekk il-mara qatt m'użat droga imma l-missier imur għall-methadone.", "Forsi fiċ-ċirkostanzi ta' ħajtu huwa separat mill-partner tiegħu imma fil-weekends din it-tifla tmur għandu.", "Allura xorta qed tiġi esposta għall-użu tas-sustanzi.", "U ħafna minn dawn għandhom cross addictions jiġifieri ma neskludux li xi ħadd li juża d-droga qed jilgħab jew qed jixrob u l-affarijiet l-oħrajn kollha.", "Allura dawn it-tfal li llum għandhom ħames snin, sitt snin, għaxar snin minn jaf x'se jiswew lill-pajjiż minn hawn u ħames snin, għaxar snin jew 15-il sena oħra!", "Għalhekk naħseb li ma nistgħux inkunu short sighted.", "Mr. Chairman, l-addictive behaviour għandu effetti negattivi fuq il-familja.", "Imma bil-kontra jeżisti wkoll li s-soċjetà u l-familja jħalli l-marka tagħhom fuq l-individwu.", "Dawk li huma fir-riskju l-iktar, huma dawk li għandhom predispożizzjoni għal behaviour addictive iktar għolja għal ħafna fatturi u li hawnhekk m'għandniex ċans noqogħdu nidħlu fid-dettalji tagħhom.", "X'inhuma l-affarijiet li naħsbu li huma l-iktar ta' ħsara fis-soċjetà?", "L-ewwel ħaġa sar għandna aċċess ħafna iktar faċli għal kwalunkwe sustanza illegali.", "Anke mir-riċerka li hawn tindunaw li r-realtà hekk.", "Irrid inżid ukoll li minn rapport li ħareġ fl-2007 għad-droga, jindika xi ħaġa li fl-opinjoni tiegħi hija ftit ta' min jistaqsi dwarha.", "Fis-sena 2005 u 2006 kien hemm żieda fil-consumption tad-droga fil-gżejjer Maltin.", "Imma filwaqt li fis-sena 2005 inqabdu kwantita kbira ta' eroina, kokaina, cannabis, ecstasy eċċ, fis-sena ta' wara nqabdu ħafna inqas ħlief għall-cannabis.", "Meta tqabbel tara li fis-sena 2005 il-pulizija qabdu bejn wieħed u ieħor 15,000 gramma ta' eroina u fis-sena ta' wara nqabdu 1,800 gramma.", "Jiġifieri hija xi ħaġa ta' min jistaqsiha għax is-sena ta' wara żdied il-konsum tal-eroina.", "Li qed ngħid hu li ma qabdux inqas għax hawn inqas available għax id-droga bħala użu baqgħet tiżdied.", "In-numri baqgħu jiżdiedu, u mhux tagħna biss.", "Rigward il-kokaina fl-2005 kien hemm qbid ta' 6,000 gramma u fuqhom, filwaqt li s-sena ta' wara nqabdu 4,000 gramma.", "Tagħmel sens?", "Ma naħsibx.", "Social events li huma iktar open għal social drugs bħal per eżempju parties eċċ. L-Olanda biex jevitaw li jkun hemm użu eċċessiv għax jafu li f'rave parties jiżdiedu, għamlu ħafna regolamenti biex kważi jirrestrinġu l-faċilità li xi ħadd jagħmel party.", "Hawn Malta hawn regolamenti, imma l-implimentazzjoni ta' dawn ir-regolamenti trid tiġi iktar inforzata.", "L-Italja, per eżempju, fit-toroq apparti t-testing għall-alkohol għal min qed isuq, żiedu wkoll il-livell ta' drug use wara party u jwaqqfuhom.", "Dan mhux qed ngħiduh biex in-nies jiġu penalizzati imma biex l-istat ikun aware li għandu bżonn iktar postijiet ta' rehabilitation u kemm għandu bżonn jinvesti direttament jew indirettament f'dan il-qasam through funds li jagħti lill-NGOs biex inkunu nistgħu ngħinu ir-riabilitazzjoni ta' dawn is-sitwazzjonijiet.", "Rigward il-gambling facilities ma naħsibx li hija xi ħaġa ġdida li se ngħidha hawnhekk imma dawn faqqsu madwar Malta.", "Il-liberalizzazzjoni f'dan il-kontest tagħmel sens?", "Meta aħna pajjiż ta' 316 kilometru kwadru u l-gambling hu wieħed mill-ikbar fatturi li qed jiżdied?", "Jekk tmorru u taraw fejn hemm l-iskejjel tkunu tafu l-problema kemm se taggrava ruħha meta dawn l-istudenti li llum għandhom 18-il sena u għada pitgħada se jkollhom 25 sena u jkollhom familja.", "Dawn se jkollhom impatt fuq il-familja tagħhom.", "Hemm fattur ieħor li hemm tnaqqis f'dak li huwa valur ta' familja.", "IS-SUR LAWRENCE BONELLO: L-aħħar punt li qegħdin nagħmlu, kif qegħdin taraw, hemm \"Decline in family values\".", "Fejn qabel żagħżugħ kien isibha faċli biex idur għall-ġenituri tiegħu jew għal xi family structure għal support, illum minħabba li dawn il-family structures qegħdin bil-mod il-mod jittieklu qed isibha iktar diffiċli u qed jirrikorri għal affarijiet esterni bħal droga, logħob u l-alkohol.", "Dak huwa il-punt li qegħdin nipprovaw nagħmlu hawnhekk.", "IS-SINJURA JOYCE CASSAR: Ħaġa oħra li ta' min jinnota u jħares lejha bis-serjetà hi li qed naraw żieda ta' koppji li qegħdin jiżżewwġu bi żwieġ ċivili jew jikkoabitaw.", "Qabel diġà kellna sitwazzjoni fejn kien hemm courses ta' Kana biex anke jekk koppja qed trabbi, se jkollha informazzjoni.", "Lil dawn il-koppji li qegħdin jiżżewwġu bi żwieġ ċivili jew jikkoabitaw, ħadd ma jikkejterja biex jagħtihom xi forma ta' formazzjoni.", "Issa jekk il-courses ta' Kana humiex ineffettivi jew ħżiena – kif jgħidu ħafna nies - imma dawn huma l-uniku sors biex meta tiġi biex tifforma familja qed jipprovdi din l-informazzjoni.", "Aħna qegħdin nistaqsu jekk aħniex qed inkunu short sighted.", "U jekk l-aspetti finanzjarji u ekonomiċi sarux prijorità fuq il-miżuri li huma family friendly.", "THE CHAIRMAN: Iddeskrivi ftit, għall-fini ta' min mhux qiegħed għal din id-diskussjoni, x'jiġifieri family friendly measures.", "Għax jista' tkun li tinftiehem bħala family friendly measures ekonomiċi.", "IS-SINJURA JOYCE CASSAR: Mela, ħalli nġib eżempju.", "Jiena naf li hawnhekk kien hawn Dr. Charles Azzopardi li tkellem fuq il-fatt ta' fatherlessness, dwar l-aspetti ta' care centres eċċ. Huwa fatt li aħna riżultat ta' familja tradizzjonali, l-omm id-dar u l-missier jaħdem.", "Il-verità hija li llum aħna nippromwovu, għan-neċessità, li mara trid taħdem.", "Anzi ngħidu li t-tnejn iridu jaħdmu.", "Issa jiena mhux qed nitkellem jekk il-mara għandhiex toqgħod id-dar jew ir-raġel għandux joqgħod id-dar imma d-demands ekonomiċi saru tali li t-tnejn iridu jitilqu 'l barra.", "Id-demands ekonomiċi saru li anke jekk il-mara u r-raġel qed jaħdmu, xi ħadd minnhom irid iżid is-sigħat tax-xogħol.", "L-impatt qed ikun, li t-tfal mhux qed ikollhom biżżejjed imħabba anke jekk ikollhom il-materjal kollu li jridu.", "Il-konsegwenzi huma dak li huma.", "Il-psikoloġiċi u anke r-riċerka turi hekk.", "Aħna mhux qed nitkellmu fuq demands partikolari.", "Qed ngħidu li xi ħadd biex jixtri dar irid iħallas loan, u biex iħallas il-loan irid jagħmel ċerti ħinijiet ta' xogħol u l-effett qed ikun anke fuq it-tfal.", "Ovvjament hemm aspetti oħrajn li qed jaffettwaw lill-familja stess, li jkollok tkissir ta' familji, broken marriages u l-effett tagħhom huwa fatherlessness fit-tfal jew in-nuqqas ta' preżenza tal-omm jew it-tfal qishom nomads jiġru minn post għall-ieħor jew filli qegħdin man-nanna eċċ.", "MICHAEL GONZI: Mit-tfal li jkollkom tieħdu ħsieb u mill-intervisti li tagħmlu, ħarġet li minħabba finanzi, l-omm u l-missier iridu jaħdmu u mhux qed jagħtu kas...", "IS-SINJURA JOYCE CASSAR: Aħna bħala Caritas, qed naraw tfal li huma diġà konsegwenza ta' sitwazzjonijiet simili fejn kellek l-omm qed taħdem....", "Din il-problema tad-droga u tal-logħob fit-tfal hija dik?", "IS-SINJURA JOYCE CASSAR: Le, qed ngħidu dik plus il-predispożizzjoni.", "Allaħares kull min għandu ommu u missieru li ħarġu jaħdmu qiegħed f'xi vizzju għax kieku qegħdin fi stat allarmanti.", "Imma dawk li għandhom diġà predispożizzjoni, li huma l-high risk factors, dawn iktar qegħdin inpoġġuhom fir-riskju.", "Plus li t-tfal li qegħdin jitrabbew illum, li aħna ovvjament għad m'għandniex ir-riżultat tagħhom, għalhekk għedna li qed inkunu short sighted għax mhux qed nindunaw bl-impatt fuq il-familja u fuq it-tfal stess.", "IS-SUR LAWRENCE BONELLO: Naħseb li dan nistgħu ngħaqqduh mal-punt li għamilt iktar 'il quddiem, meta għidt li qed iduru lejn il-familja u ma jsibux is-support.", "Issa qed jiġri hekk, għax mhux neċessarjament il-familja tkun broken down imma anke għax il-missier ma jkunx id-dar għax qed jaħdem ħinijiet twal.", "Għax iż-żewġ partners joħorġu jaħdmu t-tnejn u jħallu t-tfal man-nanna jew maz-zija jew mal-babysitter u dawn it-tfal m'għandhomx għal min iduru.", "Imbagħad jibdew imorru l-iskola, jibdew il-problemi u eventwalment they mushroom into xi ħaġa iktar serja u eventwalment jispiċċaw quddiemna.", "MICHAEL GONZI: Issuġġerejtu soluzzjoni għaliha?", "Aħna qegħdin nitkellmu fuq tfal ta' ċerta età fejn l-ewwel punt li se jkollhom dawn il-problemi huwa l-iskola.", "Per eżempju tagħmlu diskussjonijiet mat-teachers u mal-Education Department biex dan il-messaġġ importanti tgħadduh, speċjalment lit-teachers?", "Wara kollox it-teachers huma l-ewwel nies li se jaraw problemi f'dawn it-tfal.", "Is-sur LAWRENCE BONELLO: Il-messaġġ jingħata.", "Il-Caritas stess għandna l-Prevention Unit li xogħlha huwa li tmur u they pinpoint dawn l-issues fl-iskejjel.", "Kemm mal-istudenti kif ukoll mal-ġenituri.", "Isiru courses ta' parenting skills għall-ġenituri.", "Jiġifieri dażgur bħala organizzazzjoni dan isir.", "MICHAEL GONZI: Ikollkom response għall-parenting skills?", "IS-SUR LAWRENCE BONELLO: Mhux dejjem ikun daqskemm nixtiequ.", "Jekk jista' jkun nilħqu lil kulħadd, aħjar, imma ovvjament mhux dejjem ikun daqskemm wieħed jixtieq.", "IS-SINJURA JOYCE CASSAR: Tkellimna fuq iċ-changes li jiġru fil-familja.", "Ħalli ngħid xi ħaġa sempliċi.", "Ejja nieħdu x'ġara f'pajjiżi oħrajn 20 sena ilu rigward records Ewropej ta' fejn jidħol juvenile delinquency, addiction eċċ. Jekk nieħdu dik bħala mera ma jkollniex għalfejn nagħmlu test drive tagħna għax is-sitwazzjoni diġà jkun esperjenzaha xi ħadd li l-proċess tiegħu kien qabilna.", "Jekk inħarsu lejn dawn nistgħu nagħmlu ftit assessment ta' minn xiex għaddejja l-Ingilterra u l-problema li għandhom il-Ġermanja.", "Naħseb dan jagħtina ftit dawl fuq dawn l-affarijiet.", "Fis-site ta' l-Unjoni Ewropea ssib ħafna minn dawn ir-riċerki.", "F'din l-slide qed naraw x'jgħidu l-familji.", "Kemm familji jbatu minħabba problemi li jkollhom minħabba l-istigma li teħel magħhom u mat-tfal tagħhom minħabba l-użu ta' kwalunkwe sustanza u tal-gambling!", "Allura jkollok iżjed unemployment għax nies li forsi missew kemm mad-droga kif ukoll mal-gambling kellhom implikazzjonijiet legali li jispiċċaw bi problema tax-xogħol.", "U jkollok anke social emargination li mbagħad toħloq vicious circle għax jibqgħu mal-klikka tagħhom u r-rehabilitation tagħhom ikun iktar diffiċli.", "Ikollna problema kbira ta' nies li jirriabilitaw ruħhom u wara li joħorġu mir-rehabilitation jibda proċess ieħor ta' Qorti li jkun beda sitt snin qabel.", "Dik naħseb hija waħda mill-ikbar feriti.", "IS-SUR LAWRENCE BONELLO: Nixtieq ngħid xi ħaġa fuq din, peress li naħdem fil-programm li jikkejterja għan-nies li ġejjin mill-ħabs.", "Dawn joħorġu mill-programm, ikunu clean, jiftħulhom każ ta' erba' snin jew ħames snin qabel u jerġgħu jispiċċaw il-ħabs.", "Nafu li fil-ħabs hemm preżenza qawwija ta' droga, inutli noqogħdu nippruvaw ngħoddsu rasna fir-ramel u ngħidu li m'hemmx, għax hemm.", "U dawn in-nies jerġgħu jsibu ruħhom back to square one.", "Hemm tkaxkir, kemm fil-proċessi ġudizzjarji kif ukoll fil-metodoloġija tal-ftuħ ta' każi antiki.", "Jien ikolli laqgħat mal-familji ta' residenti li għandi fil-Prison Mates Programme darba fi ħmistax.", "Ġimgħa ilu għedtilhom li se nkun hawnhekk u staqsejthom jekk jixtiqux li nwassal messaġġ tagħhom hawnhekk f'isimhom.", "U dawn li ġejjin huma l-punti li ħarġu u waħda minnhom kienet din.", "Dawn huma l-weġgħat tal-familji.", "Kultant għandna realtajiet soċjo-ekonomiċi li jwasslu għal relapse li bniedem jerġa' jaqa' wara li jkun għadda minn programm.", "Imbagħad l-aħħar punt li ħareġ mil-laqgħa li kelli mal-familji kien li kultant huma jħossuhom imweġġgħin għax jaraw żbilanċ bejn is-sentenza li jingħata bniedem li mexxa d-droga għall-profitt tiegħu u sentenza li jingħata bniedem li jinqabad bid-droga forsi biex jiffinanzja daqsxejn il-vizzju tiegħu u jbiegħ ammonti żgħar.", "Dik hija xi ħaġa li tweġġagħhom ħafna.", "Apparentament għadhom jinħassu l-effetti tal-liġi l-antika għax dawn huma n-nies li qegħdin on the field li jħossu l-effetti.", "DUN MANUEL CORDINA: Kollox jiddependi fl-interpretazzjoni tal-ġudikant u skond ix-xhieda li jkunu nġabru.", "MICHAEL GONZI: Meta konna qegħdin niddiskutu bejn pusher u user, waħda mill-affarijiet li konna rranġajna fil-liġi kienet meta kien inqala' dak il-każ fejn xi ħadd ikun qiegħed b'overdose, u dak li jkun ta d-droga, jibża' jikkuraha għax ikun se jeħel daqskemm tagħtih l-assistenza u għalhekk kienet inbidlet dik il-liġi.", "Wieħed mill-argumentazzjonijiet li niftakar kien inqala' u kont qajjimtu jien kien li jekk xi ħadd joffri d-droga lit-tifel tiegħi, l-liġi kienet se tgħid dawn jistgħu jkunu sharing.", "Allura dak li jkun ta d-droga lit-tifel tiegħi l-ewwel darba, se joħroġ scott free meta fil-fatt qiegħed litteralment pushing the drug.", "Għalhekk kien hemm din il-bidla fil-liġi fejn il-ġudikant ikollu diskrezzjoni tas-sentenza, u għalkemm m'iniex avukat u m'għandix esperjenza daqskom, fl-opinjoni tiegħi, kienet ħaġa tajba.", "Issa intom qed tgħidu li hija ħaġa ħażina.", "DUN MANUEL CORDINA: Mhux xi ħaġa ħażina imma fis-sens li fir-realtà qed ikun hemm ħafna disparità fis-sentenzi mogħtijin u kultant huma skandalużi li jqajmu emozzjonijiet negattivi mill-ġenituri.", "Dawn meta jaraw li bniedem bl-eluf jew baruni, mhux traffikant, jingħata sena jew sentejn, u għax ikun user jagħtuh sena jew 18-il xahar ukoll.", "U dan il-user forsi għal xi raġuni jew oħra, kellu 100 jew 150 pillola fuqu.", "Imbagħad tgħid jekk wieħed inqabad b'100 pillola ħa 18-il xahar, l-ieħor li nqabad b'50,000 kemm suppost ħa?", "Hemmhekk hemm disparità li trid tiġi riveduta.", "Naqbel miegħek, imma dawn first offenders ikunu u jingħataw 18-il xahar.", "Is-sur LAWRENCE BONELLO: Altru li m'aħniex ngħidu li ħażina.", "THE CHAIRMAN: Ikollok ċans, Dun Manwel, kompli isħaq u spjegah dan il-punt.", "Kien punt magħmul tajjeb għax jista' jiġi studjat bħala proposta.", "Nitlob biex min-naħa tal-Caritas tagħlqu l-presentation tagħkom.", "IS-SINJURA JOYCE CASSAR: Wasalna għar-rakkmandazzjonijiet.", "L-ewwelnett naħsbu li iktar ma jiżdied l-investiment fil-prevenzjoni u fir-riabilitazzjoni fl-aħħar mill-aħħar il-pajjiż se jiffranka ħafna spejjeż fil-futur fejn jidħlu l-aspetti soċjali u ta' saħħa plus li jinkoraġġixxu li joħolqu soċjetà b'ambjent iktar safe.", "Nirrikmandaw iktar surveillance fejn għandek iktar żoni ta' riskju bħal m'huma parties u hawnhekk qed ninkludu wkoll il-Faċilitajiet Korrettivi ta' Kordin.", "Nemmnu li għandha ssir ħafna iktar surveillance mhux biex jiġu penalizzati n-nies imma biex nevitaw.", "Naħseb lis-Sur Joe Chetcuti se jżid xi ħaġa dwar il-gambling.", "IS-SUR JOE CHETCUTI: L-iktar ħaġa li tweġġa' l-membri tagħna, li huma wkoll parti minn familja, huwa n-numru kbir ta' outlets li qegħdin ifaqqsu madwar Malta kollha.", "Hija ironija u kważi traġedja li l-erba' casinos li hawn f'Malta, skont \"The Sunday Times\" mhux tal-Ħadd li għadda imma ta' qabel, ilmentaw mal-Ministru tal-Finanzi li dawn l-outlets qegħdin jiftħu mingħajr ebda regolamentazzjoni.", "Il-Ministru Tonio Fenech ġie kkwotat li qal li jinsab inkwetat ħafna li se jkollna pajjiż ta' gamblers.", "Jien ngħid li diġà għandna pajjiż tal-gamblers.", "Dan l-aħħar tant qegħdin niżdiedu, li aħna bħala Gamblers Anonymous, qegħdin inġibu siġġijiet iżjed mis-soltu fil-kmamar.", "Din hija xi ħaġa li statisitka dwarha m'hemmx imma meta nibda nqabbel kemm kienu jiġu għall-għajnuna, per eżempju, ħames snin ilu jew għaxar snin ilu nara li hemm qabża kbira.", "THE CHAIRMAN: Għajnuna għal xiex?", "Ir-recovery programme li għandu l-GA taħt il-kappa tal-Caritas, mhux kontra l-gambling as such imma biex wieħed jieqaf jilgħab.", "Il-Ministru Tonio Fenech qal ukoll li inkwetat ħafna bis-social implication ta' dan kollu.", "Qed jgħid li s-soċjetà, il-familja qed ikollha effett diżastruż fuqha.", "Dawn l-outlets jagħmlu wkoll reklamar.", "Illum stess kien hemm reklamar tagħhom fl-Economic Update u qegħdin jitolbu biex in-nies jinvestu għax hemm higher income, lower operating costs u maximum profitability.", "U povru raġel jew mara li qed jipprovaw jagħmlu mill-aħjar to recover mill-addiction!", "Meta jiġu d-darba ta' wara li jkunu waqgħu minħabba dawn l-outlets ma nagħtihomx raġun, imma f'qalbi ngħid għandhom raġun.", "Aħna rridu nkunu.", "Imma fil-fond ta' qalbi naf li human nature being what it is, aħna nies fraġli u dawn huma nies fraġli iktar.", "Joyce u Lawrence tkellmu fuq id-droga.", "Din hija droga wkoll imma m'hemmx sustanza, għax qiegħda fil-moħħ, tibda fil-moħħ u tispiċċa fil-moħħ.", "Dawn huma nies li l-moħħ ma jistgħux jikkontrollawh.", "Moħħhom jikkontrollhom, u ħafna drabi qed insibu li l-isforzi li nagħmlu biex nerġgħu nibnulhom il-karattru, naħdmu t-Twelve Spiritual Steps, nuruhom il-bżonn li wieħed ikollu higher power, u l-bżonn li jattendu regolament qed jiġi mfixkel minn dawn l-outlets li nfetħu.", "Illum m'għadx għandna sitwazzjoni ta' erba' casinos trid taqbad il-karozza u tmur ma nafx fejn, issa kif jgħidu huma stess \"kważi f'kull triq\" u qegħdin jiżdiedu.", "Fejn noqgħod jien naħseb li se jinfetaħ ieħor għax mit-tip ta' żebgħa li qed jinżebgħa ġewwa li jidher minn barra, jidher ċar li l-attrazzjoni qiegħda hemm.", "DUN MANUEL CORDINA: Apparti li jkun hemm oħrajn li qegħdin fil-moħbi, dawk li m'humiex legali.", "IS-SUR JOE CHETCUTI: Ġieli jattendu wkoll it-tfal.", "Naf postijiet fejn jattendu tfal u hemm il-kmamar tal-logħob.", "IS-SINJURA JOYCE CASSAR: Biex nagħlqu, fl-Italja - bħalma f'Malta għandna warning mill-Health Department fuq is-sigaretti - bdew jaddottaw l-istess sistema fuq il-gambling fejn jgħidu \"giocare in eccesso ti rovina la vita\" u anke qed jagħmluha fuq il-media.", "Biex wieħed jirikonoxxi l-problema, aħna d-drinking age huwa ta' 17-il sena, lokalment il-casinos ma tidħolx qabel 25 sena imma mbagħad il-halls 18-il sena u d-driving licence hija wkoll ta' 18-il sena.", "Jiġifieri hemm affarijiet li m'humiex daqshekk ta' periklu.", "Ir-rakkmandazzjoni ġenerali tagħna hija li jekk mhux se nagħtu kas l-affarijiet li verament qegħdin joħolqu ġerħa se jkollna konsegwenza mhux immedjata imma jista' jkun li hija fit-tul.", "Kif kien qed jgħid is-Sur Joe Checuti l-gambling jista' jitqies bħall-addictions l-oħrajn, bħal patoloġija u l-iżvilupp tal-patoloġija allura naħseb li l-familja qatt ma tista' tissaħħaħ għax in-numri juru li in the next ten years ħafna mill-familji jistgħu jkunu mimsusin b'xi forma ta' vizzju.", "Naħseb li hija ħażina għall-familja u għas-soċjetà għax il-familja hija parti integrali tas-soċjetà.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzja l-uffiċjali tal-Caritas.", "Naħseb li issa nistgħu ngħaddu għal OASI.", "L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Nixtieq ngħid żewġ affarijiet.", "L-ewwelnett, naf familja fejn it-tifla hija gambler u minħabba l-użura l-business tagħhom kważi sfaxxa għal kollox.", "It-tieni punt li ridt nagħmel huwa li wieħed mir-rigali li rajt għand żgħażagħ ta' 14-il sena hija poker game biċ-chips b'kollox.", "Dawn meta tkun qed tkellimhom tinduna dwar kemm jafu fuq din il-logħba.", "Dawn huma żewġ kummenti li hija t-tip ta' soċjetà li qegħdin fiha.", "IS-SUR JOE CHECUTI: Kumment żgħir fuq dak li qal l-Onor.", "Wieħed mill-ilmenti li jgħidu l-membri huwa li ninsabu bbumbardjati bir-riklami fuq ir-radio u television.", "U anke stations tar-radio reliġjużi, jiġifieri mhux biss ċivili.", "Darba minnhom Mons. Victor Grech f'nofs il-programm tiegħu daħħlulu reklam u ċemplu ħafna nies u miskin inqabad fuq sieq waħda.", "Dan kollu għax hemm il-flus involved.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Inti ġej minn Għawdex u nixtiequ li dak kollu li tgħid tgħidulna mill-perspettiva Għawdxija u tirrelata maċ-ċirkostanza li għandna.", "Persważ li kapaċi tagħmilha.", "DUN MANUEL CORDINA: L-ewwelnett nirringrazzja r-rappreżentanti tal-Caritas u tal-Gambling Anonymous talli rnexxielhom jagħtu stampa inġenerali li kważi tinkorpora ħafna mill-affarijiet li jiena kelli f'moħħi.", "Il-preżentazzjoni tagħna hija ftit differenti.", "Aħna se nagħmlu preżentazzjoni fuq ix-xogħol tagħna inġenerali mbagħad naslu għat-tema li għaliha ltqajna llum.", "Noel u jiena dehrilna li għandna nagħtukom xi tfisser bejn wieħed u ieħor l-addiction, xi tfisser li tkun dipendenti ħalli jkollkom il-concepts kemm tal-Unjoni Ewropea kif ukoll kif għandna nħarsu lejha.", "Nixtieq nibda billi nagħti d-definizzjoni tal-problem of drug abuse skond kif taraha l-Unjoni Ewropea.", "Il-problema tad-droga hija definita mill-EMC DDA, li hija l-organu tal-Unjoni Ewropea li għandu x'jaqsam ma' dan is-suġġett bħala:", "Mela d-definizzjoni tal-Unjoni Ewropea tirrestrinġi biss drug use fil-policy imma safejn naf jien, m'hijiex estiża fuq addictions oħra.", "Id-definition ta' addiction kif narawha aħna, hija dipendenza qawwija, hija kondizzjoni primarja, progressiva, kronika u potenzjalment fatali.", "Xi tfisser primarja?", "Inutli għandek familja li għandha problema tad-droga u tittratta l-konsegwenzi tagħha.", "Inti ma tistax tmur tixxotta l-ilma u qatt ma tagħlaq il-vit li qed iqattar.", "Illum il-ġurnata l-addiction hija marda primarja, għandha ħafna effetti fuq il-familja, tibda fl-individwu u tara l-konsegwenzi tagħha ħerġin fl-ambjent ta' madwarha, huma x'inhuma dawn l-ambjenti.", "Din hija karatterizzata għax għandek an external jew an internally induced biochemical inbalances.", "Fil-bniedem li jkollu addiciton huwa jew jieħu s-sustanzi minn barra jew minn ġewwa billi l-ġisem tiegħek stess jista' jipproduċi kondizzjoni biokemikali.", "Dawn huma kollha sitwazzjonijiet fejn l-addiction tikkaratterizza ruħha billi l-moods jinbidlu mil-lum għal għada anzi minn sekonda għall-oħra u allura fil-familja għandek frustration.", "Għandek ukoll mental obsession, poor judgement and a mental mismanagement li tkompli tiggravalek is-sitwazzjoni.", "Mela hawn għandek problema fejn l-ewwel għandek sistema li minn barra tieħu droga jew minħabba l-intern tiegħek li jġiegħlek tbiddel il-burdati tiegħek u l-emozzjonijiet tiegħek, allura filli qiegħed sew u filli m'intix.", "Naturalment l-addiction tiżolak allura għandek iżolament intern, spiritwalment u anke esternament man-nies ta' madwarek.", "Għandek il-physical addiction, li nistgħu naqsmuha fejn għandek sustanzi u għandek il-psychological dependence on particular behaviours and objects.", "Mela, għandek il-physical addiction li taffettwalek il-psychological side u l-emotional side, imma għandek kwestjoni ta' dipendenza li hija psikoloġika li awtomatikament issir a motor reaction - ħaġa li tagħmilha mingħajr m'għandek kontroll fuqha.", "Mr. Chairman, x'tip ta' addictions jeżistu?", "Normalment mill-ewwel naħsbu fuq il-kwestjoni ta' alcohol u droga u issa ssemma wkoll il-gambling imma hemm diversi addictions.", "Hemm l-alkohol, hemm il-prescribed drugs li wieħed jista' jqishom hekk illum il-ġurnata, għandek l-istreet drugs li nafu x'inhuma l-cocaine eċċ, għandek in-nikotina, s-sigaretti, li għandha effett kbir fuq il-burdati u fuq affarijiet ta' saħħa apparti l-emozzjonijiet tiegħek, hemm il-kafeina li llum il-ġurnata l-ħin kollu qegħdin joħorġu aħbarijiet ġodda mill-mediċina u mix-xjenza, il-gambling li diġà semmejnih, għandek il-problema tal-overspending fejn hemm ħafna nies li għandhom ħafna djun u problema oħrajn.", "L-addiction ma tħallikx tirrelata, jiġifieri ma jkollokx relationship b'mod normali u forsi naraw iktar dettalji 'l quddiem.", "Is-sess sar ukoll pervers b'tali mod li sar addiction u r-raġunijiet huma għax is-soċjetà tal-lum għandha tant pressure fuqha u tant għandha stimoli varji u kultant perversi, li s-sess sar magna, xi ħaġa li tixtriha, tmur għaliha, tuża lil kulħadd oġġett, tgħaddi minn fuq kulħadd biex takkwistah.", "Araw iż-żgħażagħ tagħna ta' 16-il sena f'liema ambjent qegħdin jitilgħu.", "Imbagħad naraw il-pedofolija u dawn l-affarijiet minħabba s-sess.", "Għandek ukoll ix-xogħol li minħabba raġunijiet li diġà semmewhom il-grupp tal-Caritas, illum kemm-il mara kif ukoll ir-raġel iridu joħorġu jaħdmu.", "Jista' jkun hemm ukoll extra time fuq ix-xogħol.", "Filwaqt li qabel kien ikun ir-raġel li jkun assenti, illum ir-raġel sar iktar assenti u miegħu ġiet assenti l-mara wkoll, allura l-emozzjonijiet li t-tfal suppost jingħataw fl-ewwel 12-il sena huma neqsin.", "Ħafna drabi qegħdin jeħduhom għand in-nanniet li xi drabi lanqas ikunu għadhom jifilħu għat-tfal.", "Hawn tfeġġ il-problema fil-familja ta' min se jikkmandahom, min se jgħallimhom, min se jgħinhom, min se jkun ir-role mode.", "Dawn se jkunu n-nanna, in-nannu li jħobbu t-tfal tat-tfal iktar minn qatt ħabbew it-tfal tagħhom għax qegħdin f'dak l-istadju?", "Ix-xogħol ukoll qed isir addiction minħabba li l-bniedem jidra.", "L-eċċitament, ħafna drabi l-isport qed jiġi promoted bħala a thrill u dik il-ħaġa ta' thrill issir mhux sempliċiment passatemp imma tagħmel id-differenza mentalment.", "Rigward it-treatment response li hawn Malta, hemm is-Sedqa li hija n-national drug agency, hemm is-SATU li jaħdem fil-kamp tal-ħabs, hemm id-Dual Diagnosis Unit li qiegħda parti mill-mental u għandek il-Corradino Correctional Facilities li jaħdmu flimkien.", "Hemm ukoll il-Caritas u l-OASI li jaħdmu bħala NGOs.", "Apparti li hemm tobba li jaħdmu fl-ambitu privat tagħhom li jagħmlu terapija, kura li m'hemm ebda kontroll fuqha jew statistika tagħha.", "Mr. Chairman, saret riċerka mis-Sedqa bl-għajnuna tal-Caritas, l-OASI u l-aġenziji li jaħdmu f'dan il-qasam fuq persuni bejn it-18-il sena u l-24 sena li huma studenti post sekondarji u universitarji.", "Issa jekk ma noqogħdux attenti din ir-riċerka tista' timmiżlidjana għax dawk li ma baqgħux is-sekondarja ma ġewx segwiti, ma nafux x'sar minnhom, ma nafux x'qed jikkontribwixxu, humiex aħjar mill-istudenti jew agħar mill-istudenti anke universitarji.", "Hemm statistika li tgħid li għandek 64% tal-istudenti bejn it-18-il sena u l-24 sena jabbużaw jew għandhom relazzjoni qawwija mal-alkohol.", "Insibu li 30% tal-istudenti kienu current smokers, 22% tal-istudenti jużaw il-cannabis, 12% jużaw anabolic steroids, 11% jużaw il-magic mushrooms - dan narah perċentaġġ kbir f'pajjiżna - u 10% jużaw tranquillisers biex jistudjaw.", "Issa dawn żgħażagħ edukati taħt sistema li suppost tagħmel minnhom ċittadini iktar responsabbli.", "Hija kerha meta tirrealizza li dawn qegħdin fl-università meta għandek l-avukati, t-tobba, l-politikanti u n-nies tax-xjenza li se jmexxu s-soċjetà għada pitgħada u huma diġà addicted.", "IS-SINJURA JOYCE CASSAR: Dun Manuel, tajjeb li ngħidu li hemm differenza bejn dak li jabbuża d-droga u dak li huwa addict.", "Jista' jkun għandek familja li lit-tfal tagħha tibqa' timbuttahom għall-achievement.", "Għalhekk dawn biex jilħqu dak li jridu jilħqu jkollhom bżonn ċertu stimolu u jridu jibqgħu għaddejjin għax il-familja mhux kuntenta b'3 imma trid 1.", "Naħseb li dak huwa effett ieħor li jista' jkollhom l-istudenti universitarji.", "DUN MANUEL CORDINA: Hemm pers entaġġi oħrajn imma semmejtilkom fuq fuq.", "Fl-eta ta' 16-il sena diġà hemm l-alkohol, it-tabakk u inhalants li hija xi ħaġa komuni, jużawha bejniethom b'mod soċjali.", "Bejn is-16-il sena u s-17-il sena hemm il-cannabis, l-ecstasy, amphitamines u kokaina.", "Minn 18-il sena 'l fuq hemm it-tranquillisers, LSD u eroina li jidħlu bħala l-ewwel sustanza f'dik l-età.", "Hawnhekk għandi wkoll xi data li toħroġ mis-servizzi tagħna.", "Fil-familji ta' 58% tal-klijenti tagħna diġà għandhom konoxxenza tal-problema, jiġifieri huma wirtu l-abitutdni.", "Dawn għandhom xi tip ta' addiction li huma familjari magħha u hija pattern.", "L-addiction għandha pattern wieħed, tuża liema tuża sustanza u tabbużaha, meta tabbużaha u l-moħħ jirreġistraha għandek deterioration komuni fi kwalunkwe addiction li jkollok.", "Il-contributing factors huma varji u jistgħu jinqasmu f'diversi.", "Għandek l-individwu fejn il-bniedem minnu nnifsu jista' jkollu genetic make-up tiegħu li ma' jkunx kuntent bih per eżempju bioloġikament ikun twil, oħxon jew qasir.", "Hemm ukoll il-personalità, forsi goff jew m'għandux edukazzjoni.", "L-expectations jew il-mood state meta tkun bil-burdati.", "Meta għadek fl-adoloxxenza tagħmel differenza, għandek il-problemi fuq ix-xogħol, il-pressures eċċ.", "Imbagħad għandek ukoll affarijiet li they trigger l-addiction.", "Naturalment hemm ukoll l-effett soċjali, il-grupp li jiċċapsu miegħu, għandek il-familja jekk għandhiex użu ta' xi ħaġa jew oħra bħal drogi, alkohol jew over spending.", "Għandek ukoll il-kultura.", "Altru titwieled Għawdex u Kemmuna jew altru titwieled Kemmuna jew Malta għar-raġuni li l-post fejn titwieled għandu iktar tradizzjoni, kultura fejn xejn m'hu xejn.", "M'inix se nsemmi areas, semmejt bħala gżejjer, imma fi kwalunkwe gżira għandna l-areas li huma vulnerabbli u hemmhekk fejn we have to target ċerti azzjonijiet.", "Għandek is-social pressures u relationships u għandek l-availability.", "Fis-social pressures għandek il-media.", "Ċerti programmi fuq it-television jistigawk biex tkun pervers, biex tkun anti-social, biex tkun anarkiku, biex tmur kontra l-awtorità meta l-awtorità qiegħda hemmhekk biex tisimgħek, biex tgħinek u ssolvilek il-problemi kemm jekk hija knisja u kemm jekk huwa l-istat, kemm jekk huwa parlament, membri parlamentari, kemm aħna saċerdoti, teachers u oħrajn jiġifieri rridu noqogħdu attenti.", "Hawnhekk hawn data oħra li wieħed jara f'liema droga l-iktar instabu l-kwestjoni tal-primary drug.", "IS-SUR NOEL XERRI: F'din l-islide qed nuru li 45% ta' nies li jiġu għandna jiġu bil-problema tal-eroina, 30% qegħdin jiġu bil-problemi tal-alkohol.", "Però nies bil-problemi ta' cannabis, meta nafu li l-cannabis hija pjuttost komuni, m'humiex qegħdin jirrikorru.", "Ħafna min-nies li jabbużaw mill-ħaxixa, mill-ecstasy u minn ċerti tipi ta' speeds ma jirrikorrux għax forsi qed jaħsbu li l-problema m'hijiex daqshekk kbira.", "Inħoss li din li jimminimizzaw hija problema fil-pajjiż.", "Nies li ġew bi-problemi tal-ecstasy primarja 0.79%, hallucinogens ma ġew b'xejn, eroina 45%, inhalants ħadd ma ġie, psycho active medication 0.59%, speeds 0.59% u methadone 0.2%.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri jista' jkun li ma ġewx għandek għax ma jafux li dik hija droga problematika?", "MICHAEL GONZI: Dawn il-persentaġġ huma ta' dawk li ġew għal kura?", "IS-SUR NOEL XERRI: Iva dawn ġew għall-kura.", "DUN MANUEL CORDINA: Per eżempju l-pilloli tal-ecstasy tant ikunu popolari li ħadd minnhom ma jikkonsidra li hija perikoluża, li għandu bżonn il-kura.", "Jista' qed imur għaliha b'mod regolari u ma jindunax.", "Dan ifisser li m'hemmx tagħlim biżżejjed?", "THE CHAIRMAN: Ippermettili, Dun Manuel, ħalli nifhmuk eżatt u nkompli mal-mistoqsija tal-Onor.", "Inti li qed turina statistika ta' klijenti li jiġu l-OASI u you listed them skont id-drogi differenti li jużaw.", "DUN MANUEL CORDINA: Le, huma meta ġew qalulna x'problema għandhom.", "Jiġifieri bħala problema ta' primary drug ġew l-OASI.", "Imbagħad per eżempju tinduna li mhux l-użu tal-cannabis biss għandu imma issib li kellu problema tax-xorb", "THE CHAIRMAN: Meta qed titkellem bħala OASI dawn huma klijentela Għawdxija?", "DUN MANUEL CORDINA: Il-maġġoranza huma minn Malta.", "THE CHAIRMAN: Ma nistgħux inkunu nafu x'differenza tgħaddi bejn l-użu tad-droga f'Għawdex mill-Għawdxin u l-użu tad-droga f'Malta mill-Maltin?", "DUN MANUEL CORDINA: Tista' tieħu indikazzjoni biss, imma tiġi mqarraq.", "IS-SINJURA JOYCE CASSAR: Aħna għandna klijenti Għawdxin u huma għandhom klijenti Maltin.", "THE CHAIRMAN: Qed nagħmel din il-mistoqsija għax waqt li qegħdin titkellmu, jien il-ħin kollu nkun qed naħseb dwar xi proposti li nistgħu noħorġu biex inwieġbu għal dak li qegħdin tgħidu.", "Meta f'kull diskursata li jkollna mal-Għawdxin dejjem jgħidu \"ħudu ħsieb l-esperjenza Għawdxija\", tajjeb li f'xi ħin inkunu nafu xi proposti jista' jkun hemm varji li jistgħu jkunu għal Għawdex iktar milli għal Malta.", "Jew forsi f'liema prijoritajiet tista' titfa' ċerti ċirkostanzi f'Għawdex iżjed minn ta' Malta.", "Illum inzerta għandna lilek, Dun Manuel, li ġej mill-esperjenza Għawdxija u jekk inkunu tant tajbin li nagħmlu lista ta' proposti, imma speċifikament għal Għawdex għandna żieda ta' dawn il-proposti.", "Qed ngħidlek dan biex meta terġa' tiġi darb'oħra tiġi iżjed ippreparat u iffokat fuq is-sitwazzjoni ta' Għawdex biex jekk forsi jkun hemm proposti li nistgħu nressqu fuq l-esperjenza Għawdxija - għax kif għedt inti kull gżira għandha d-dinamika tagħha - aħna nkunu nistgħu nagħmluhom.", "Il'quddiem nista' nistaqsi lill-Caritas dwar x'kampanji edukattivi jew x'ħidma qed jipproponu li jagħmlu f'ċerti bliet u komunitajiet.", "IS-SINJURA JOYCE CASSAR: Jekk tara r-rapport għandek indikaturi tajbin fejn tista' tagħmel dawn il-kampanji.", "THE CHAIRMAN: Irrid lilkom titkellmu fuq dak ir-rapport, għax intom l-esperti.", "IS-SINJURA JOYCE CASSAR: Nixtieq inżid xi ħaġa fuq dak li kien qed jgħid Dun Manuel.", "Tajjeb li f'dan l-istadju ngħidu - u forsi Dun Manuel jaqbel miegħi - li hemm differenza bejn l-addict u dak li jabbuża.", "Naħseb il-problema li hemm li ma tantx qed ikollna nies li jiġu minħabba użu tal-ecstasy, għax l-ecstasy ma jqisuhiex bħala xi ħaġa li jsiru addicts għaliha imma hija secondary drug.", "Mela per eżempju jkunu addicts tal-kokaina jew tal-alkohol u jieħdu l-ecstasy bħala social drug.", "Ma nistax ngħidlek jekk l-addiction tagħha huwiex għoli daqskemm huwa tal-kokaina u tal-eroina, però jista' jkun li din hi r-raġuni li minkejja li hemm numru kbir li jużaw l-ecstasy, in-numru ta' dawk li jiġu għandna huwa daqshekk baxx.", "DUN MANUEL CORDINA: L-esperjenza tiegħi partikolari mal-familja hi li l-ġenituri huma preokkupati.", "Kważi kważi, aħna għadna m'aħniex preokkupati, m'aħniex nagħtuha importanza u m'hemmx promozzjoni ta' prevenzjoni qawwija fuqha.", "Issa meta wieħed jidħol fl-internet isib ħafna riċerka fuqha li hija allarmanti.", "Hawn Malta għad m'għandniex.", "Għandek, per eżempju, riċerka li turi li l-cannabis hija l-iktar waħda harmful.", "L-Ingilterra reġgħu tellgħuha fil-gradazzjoni tagħha għax hija kontributtiva għal mental depressions.", "Il-ħaxixa hija kalmant li lilek traqqadlek il-funzjonijiet tiegħek kollha u tibnilek tensjoni.", "Hawnhekk hawn it-tobba li forsi jistgħu jikkonfermaw dak li qed ngħid.", "MICHAEL GONZI: Għadni ma fhimtx il-values u ngħidlek għaliex.", "Int qed tgħid li dawk it-30% li ġew għandkom bil-problema tal-alkohol, jew huma n-nies li qed jgħidu li m'għandhomx problema tal-alkohol?", "DUN MANUEL CORDINA: Le, ġew għandna bil-problema ta' l-alkoħol.", "MICHAEL GONZI: F'din l-istatistika l-eroina għandha 45% u l-alkohol hemm 30% allura naf fejn in-nies, il-familji jew iż-żgħażagħ m'humiex qed jagħtu kas u qed jgħidu this is not important.", "Per eżempju dwar il-cannabis ġew għandkom 6.14% meta nafu li l-cannabis it's more open in the market.", "Huwa hemm fejn irridu nittargitjaw.", "Aħna forsi narawha iktar ċara għax nafu x'qegħdin ngħidu.", "Mr. Chairman, hemm 14.26% jgħixu waħedhom u dawk li jgħixu mal-ħbieb tagħhom 0.59%.", "Dawk li jgħixu mal-partner tagħhom u m'għandhomx tfal 3.76%, imbagħad dawk li huma miżżewġin u qed jgħixu bit-tfal magħhom qegħdin 11.88%.", "Dan juri dak li semmiet Joyce dwar l-effett li jista' jkollok meta jkollok l-addiction fil-familja.", "Dawk li ġew għandna u huma homeless huma ftit inqas minn 1% u dawk li jgħixu bit-tfal biss magħhom għandek 2.8%.", "Mal-familja oriġinali għandek 3.76%, imbagħad with parents jiġifieri l-ġenituri tagħhom jistgħu jkunu kbar għandek 45.45%.", "Jiġifieri l-effett fuq il-familja meta għandek il-parents u tensjonijiet li se naraw wara, huma qawwijin.", "Mr. Chairman, hawnhekk ġbarna ftit informazzjoni b'mod skematiku fuq l-emotional poverty u x'inhuma l-effetti.", "Għandek helplessness, meta għandek il-familja ma tafx x'se taqbad tagħmel.", "Għandek ukoll sexual frustration, meta drug addict daqqa jiffunzjona u daqqa ma jiffunzjonax allura l-partners ma jafux fejn qegħdin ma' xulxin fl-emozzjonijiet tagħhom.", "Imbagħad għandek l-anxiety, għandek ix-shame għax għandek l-istigma, mbagħad tiġi r-resentment li jirriżulta f'affarijiet oħra.", "Għandek ukoll il-financial problems, għandek loss of employment, debts, bankruptcy, criminal activities, u tista' tagħmel lista twila.", "Semmejna l-prostituzzjoni kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa.", "Biex tmur u takkwista d-droga b'xejn allura tmur u tipprostitwixxi lilek innifsek.", "Hemm ukoll il-black market ta' ħafna affarijiet u l-użura fil-gambling.", "Hemm ir-robberies - armed u m'humiex, il-petty theft, il-qtil taħt l-effett, money laundering u trafficking u inċidenti oħrajn li jiġru.", "Rigward l-effetti bħala familja hemm il-vjolenza u l-abbużi morali.", "Ikollok ukoll kliem żejjed.", "Jgħid xi ħaġa li jinnegaha l-għada lill-mara jew il-mara lir-raġel għax ikun totally blackout.", "Isiru wkoll physical u sexual abuses mingħajr mal-addict ikun konxju.", "Barra dawn imbagħad għandek il-health problems bħal depressions, sexually transmitted diseases, il-hepatitis, l-HIV, cirrhosis tal-fwied, il-heart and lung cancer, il-premature dental decay, premature babies u l-affarijiet li ssemmew qabel.", "Jiena ħadt pjaċir li semmewhom ukoll il-Caritas.", "Is-social problems jikkonsistu f'neglect of family duties, nuqqas ta' hygiene, ikel u edukazzjoni u marriage breakdowns.", "Rigward iż-żweġijiet tagħna qed naraw li t-talbiet għal separazzjonijiet qed jikbru u f'ħafna minnhom ikun hemm ix-xorb apparti affarijiet oħra.", "Id-droga tkun diġà hemm qabel iż-żwieġ imbagħad tinkixef wara.", "Issib ukoll neighbourhood insecurities, il-prostituzzjoni, is-sexual slavery u l-imprisonment.", "Naraw li l-ħabs mimli bi drug related problems.", "Għandek ukoll min hu responsabbli biex jara dawn l-affarijiet.", "Hemm id-drug prevention and treatment institutions bħalma semmejna qabel, hemm l-enforcement - il-pulizija u l-qrati, il-gvern, il-knisja, l-edukaturi u l-familja.", "Dawn huma responsabbli u kollha rridu jiltaqgħu ma' xulxin u jiddiskutu u jerfgħu r-responsabilità u ħadd m'għandu jitfagħha fuq ħadd imma kulħadd jagħmel il-parti tiegħu.", "We are all involved in this, ma nistgħux nitfgħu l-ħtija fuq il-knisja jew fuq l-istat, u l-familji jippretendu li l-istat jieħu over il-ħinijiet li t-tfal ikunu d-dar.", "L-istess fl-edukazzjoni.", "Issa nixtieq nagħmel xi practical suggestions.", "Fil-postijiet tax-xogħol hemm bżonn ikun hemm iktar awareness on addiction for safety and health.", "Huwa importanti li bniedem ma jibżax li se jitlef il-job jekk imur għall-kura.", "Ħafna minnhom ikollhom problemi kbar biex jiġu għat-treatment.", "Hemm bżonn li din tidħol parti mill-curriculum tat-tfal fis-sekondarji.", "L-Italja għamluha.", "Hemm bżonn li din nagħmluha mill-iktar fis għax meta tiltaqa' ma' diżabilità u ma' drug addicts tibda taħseb fuqek innifsek u tgħid ma rridx niġi hekk.", "Din importantissima u safejn naf jien ma ssirx.", "Il-ftit riżorsi li hemm għandhom ikunu mqassma b'mod ekwu u ġust għax inkella l-ftit li jkun hemm jistgħu jaqtgħu qalbhom jew ifallu.", "Aħna lanqas biss niltaqgħu, lanqas biss niġu kkonsultati ħlief darba fil u meta niġbru d-data.", "Hemm bżonn ta' implementation of evaluation reports, re-ongoing updating of policies, co-ordination, system restructuring and practices… (Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Liema kummissjoni?", "Nirringrazzjak talli ġbidt l-attenzjoni għax hemm ħafna commissions u in-nies ma jkunux jafu liema hi din l-Kummissjoni Nazzjonali.", "Isiru ħafna evaluation reports u studji, imma ma jiġux attwati u biċċiet minnhom ikunu tajbin ħafna.", "Imma nqattgħu u ma sar xejn.", "Min huwa involut f'dan il-qasam rigward l-istat jaf li hemm bżonn naraw il-practices fl-addiction.", "Il-Kummissjoni jew il-ministeru għandhom responsabbilità li jidħlu fiha, ikunu jafu min qed jagħti.", "U jekk ikunu privati, għandhom jiġu inklużi biex jagħtu d-data u l-kliniċi profit making għandhom jiġu involuti?", "Għax inkella l-istatistika li qegħdin niġbru ma tkunx veritiera għax hemm nuqqas.", "Iltqajna l-università, ġibna l-barranin, ġibna l-Amerikani u għadna ma wasalniex.", "Daħħalna l-qorti tal-familja u kienet a good move imma jkun tajjeb ukoll li jkun hemm bniedem li jara l-problema tad-droga bil-kumplessità kollha tagħha u li l-Avukat Ġenerali jkun jaf fejn għandu jibgħat jew ma jibgħatx bejn każi li huma ta' traffikar li jaqgħu taħt il-kriminali u oħrajn li huma a social case allura tibagħtu fid-drug courts.", "Illum dawn huma użati f'ħafna pajjiżi.", "M'int se tirbaħ xejn billi bniedem ta' 18-il sena tibagħtu l-ħabs skond il-liġi kriminali.", "Barra minn hekk hemm ċerti affarijiet li trid tieħu in konsiderazzjoni.", "Jekk għandek problema ta' addiction is-sentenza fil-ħabs se tħarraxlu l-kondizzjoni u l-istat x'ħin joħroġ se jkun agħar.", "(Interruzzjonijiet) Nistgħu niġu iktar 'il quddiem u nagħtukom dettalji dwar x'inhi d-drug court fil-kontest internazzjonali.", "Għandu jkun hemm spazju għal probation officers Għawdex biex f'każi li l-maġistrat ikollu bżonn iktar dawl ma jagħmilx sentenza ta' ħsara iktar milli ta' ġid.", "Fejn qegħdin nitfgħuhom iż-żgħażagħ?", "Għandna ħafna problemi li they drop out kmieni.", "Tfal ta' 12-il sena jew ta' 10 snin li qegħdin fuq id-droga se titfagħhom ma' min għandu 30 sena esperjenza biex f'dak li ma jafx jiġi mgħejjun jesperimenta?", "Fejn se titfgħu?", "Titfgħu l-ħabs?", "IS-SINJURA JOYCE CASSAR: Ir-realtà hija li ġieli jidħlu nies clean fil-ħabs u joħorġu mhux clean.", "Jiġifieri ara tagħmilx sens li tfal taħt it-18-il sena nitfugħhom hemm.", "DUN MANUEL CORDINA: Hemm bżonn l-introduzzjoni tal-community care lil addiction related sentencing for rehabilitated individuals.", "Għax taħdem u tgħin fil-fejqan.", "Li huma jagħtu xi ħaġa, isiru attivi u ma jibqgħux passivi hija ħaġa li tgħin fil-fejqan.", "Jitolbu huma biex jagħmlu xogħol volontarju speċjalment mad-disabled.", "Nixtieq nagħlaq fuq il-gender issue.", "Males li ġew għandna kienu 79% waqt li females kienu 21%.", "Aħna bħala OASI taħt l-istess saqaf, we treat all addictions, mhux sustanzi, mhux behaviours imma dejjem nillimitaw il-primary li ġeneralment ikunu drugs and alcohol related.", "Magħhom ikun hemm il-gambling.", "S'issa għandi żewġt ikmamar allura għandi kamra għal tliet persuni u kamra ta' erbgħa.", "Allura jekk iddaħħal tfajla se tiġi waħedha ma' erba' irġiel.", "Jekk jiġuk ħafna rġiel li jridu jidħlu jkollok problema.", "IS-SINJURA JOYCE CASSAR: Dun Manwel ħalli nżid xi ħaġa għax importanti.", "Biex raġel imur l-OASI u jrid ikun clean u mingħajr methadone jew jidħol San Blas jista' jew ikun qiegħed fix-shelter li għandhom il-Caritas jew imur id-DDU jew Dar l-Impenn.", "Tfajla li trid tasal l-OASI għandha ċans biex toqgħod clean sebat ijiem, massimu għaxra Dar l-Impenn, il-bqija trid tagħmilha mit-triq, għax shelter tan-nisa m'hawnx.", "At worst tiġi mibgħuta Female Ward 1 Mount Carmel meta l-problema tagħha hija tad-droga.", "DUN MANUEL CORDINA: u trid tkun single.", "Issa jekk tkun mara bit-tfal?", "IS-SINJURA JOYCE CASSAR: Qatt ma jistgħu jiġu f'sitwazzjoni ta' għajnuna konkreta għax ma teżistix.", "Il-finanzi biex tmexxi shelter tal-irġel għandek so much, biex tmexxi shelter tan-nisa għandek so much.", "Allura hemm iktar irġiel bil-problema allura mmexxu shelter għall-irġiel M'hijiex kwestjoni, San Blas indaħħlu nisa u rġiel bir-repercussions bħalma jdaħħlu nisa u rġiel l-OASI u Santa Marija.", "Imma idealment minħabba r-related issues huwa importanti li at the beginning stage, ikunu separati.", "DUN MANUEL CORDINA: Imbagħad irridu iktar komprensjoni mill-media u mill-awtoritajiet minħabba l-kwestjoni tas-suċċess.", "Aħna li naħdmu f'dan il-qasam – naħdmu għas-suċċess.", "Mela bniedem daħal l-isptar bil-bronchitis, mhux se terġa tibgħatu l-isptar għax ma jżżommuhx, għax kien traskurat.", "Bniedem li għandu problema biz-zokkor jgħidulek naraw x'nagħmlu, l-istess.", "Imma fil-każ ta' drug addict, għax għadna narawh li huwa vizzju u mhux kondizzjoni llum il-ġurnata?", "Il-maturità trid iż-żmien fid-drug addict.", "Meta jibda juża d-droga ta' 12-il sena dan jieqaf fil-maturità ta' 16-il sena, u jiġi għandek ta' 25 sena.", "Allura għandek raġel b'emozzjonijiet li għadhom tat-tfal.", "U rridu nagħtuhomlu lura mill-aħjar li nistgħu.", "Ħafna drabi dawn ikunu jridu aftercare twila li it is very expensive and we need professional people għax dawn filli hekk u filli hekk.", "Hemm ħajjithom fin-nofs.", "Huma tfal ta' kulħadd.", "Min ma ċċapasx għandu joqgħod attent li ma jkunx preġudikat għax jista' għandu t-tfal tiegħu jew it-tfal tat-tfal li qegħdin hemm wara l-bieb u ma jafx.", "Jiena għandi neputijiet allura nxomm tiegħi wkoll.", "Irrid noqgħod b'seba' għajnejn allavolja qassis u m'għandix tfal tiegħi imma xħin nara li hemm ħbieb tiegħi u ħuti għandhom neputijiet bilfors niġi influwenzat.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Għandna issa persuna li tixtieq tibqa' anonima li tixtieq tgħid xi ħaġa wkoll.", "Fil-qosor mingħajr ma tgħid ismek forsi tgħaddielna l-messaġġ tal-preokkupazzjoni tiegħek bħala omm.", "Inti qiegħda membru attiv ta' organizzazzjoni, mhux se nsemmu minn fejn ġejja, imma l-impenn tagħna hu li nisimgħuk taqsam magħna l-preokkupazzjonijiet tiegħek.", "PERSUNA ANONIMA Membru tal-GA: Jiena nixtieq nitkellem fuq il-gambling.", "Tkellmu ħafna fuq id-droga u alkohol, imma l-gambling huwa l-istess sintomu tad-droga.", "Meta bniedem ikun compulsive gambler, ikollu l-istess sintomu li jkollu bżonn imur jilgħab daqslikieku qed jieħu l-eroina.", "Ikun muġugħ bl-istess uġigħ ta' eroina.", "Ħadd ma jista' jgħid li bniedem qam filgħodu u qal irrid nagħżel din il-ħajja ta' gambler.", "Il-gambling hija marda bħal kwalunkwe marda oħra fil-moħħ.", "Is-Sinj Joyce Cassar qalet li qed inkunu shortsighted rigward id-droga, meta diġà hemm xi ħaġa fid-droga.", "Imma qed inkunu shortsighted ħafna iktar fejn jidħol il-gambling.", "Dawn l-outlets li qegħdin jiftħu huma terribilment perikolużi għal kulħadd.", "U hawn m'aħniex qegħdin insemmu t-tfal tagħna imma qed insemmu anke lill-ġenituri tagħna li huma pensjonanti.", "FREDRICK AZZOPARDI: Ippermettili, nagħmel mistoqsija waħda.", "Tista' tinformani jekk hemmx forma ta' regolamentazzjoni fuq dawn il-ħwienet li qegħdin jiftħu tal-gambling?", "PERSUNA ANONIMA MEMBRU TAL-GA: Dan l-aħħar qrajt li hemm minnhom li m'għandhomx permessi, hemm minnhom li għandhom il-permessi li suppost ħarġu mill-Awtorità tal-Lotteriji, u hemm min għandu permess minn x'imkien mill-Finanzi, imma l-biċċa l-kbira huma bla permess.", "Dawn sa ħames xhur ilu kienu jistaħbew taħt l-isem ta' internet cafès.", "Kont tidħol tara l-computers, mingħalik li hu internet cafè u meta tidħol ġewwa ssib kullimkien kaxxi.", "Illum open air, miftuħin, bit-tabelli barra ta' x'gambling joffru.", "Is-soċjetà qed titkisser.", "Qegħdin ngħidu għal shelters ta' nies bid-droga, irridu naħsbu 'l quddiem għal shelters ta' nies bil-gambling.", "Ma nistgħux nieqfu hawnhekk u naħsbu u ngħidu għax dawn l-outlets qegħdin iħaddmu n-nies.", "Jekk qegħdin iħaddmu żewġ persuni, qegħdin ikissru mill-inqas 20 familja.", "Jekk outlet wieħed qed iħaddem żewġ persuni – li l-biċċa l-kbira tagħhom iħallsuhom part-time għax jaħdmu bix-shifts - imma qegħdin ikissru familji kbar.", "Jiena rajt b'għajnejja deħlin f'dawn l-outlets nisa bit-tfal ta' ħames snin u seba' snin magħhom.", "Inti tgħidli nuqqas ta' responsabilità tal-ġenituri.", "Jiena ngħidlek le, m'hijiex, għax dik il-mara, dik l-omm kienet fi stat ta' meta bniedem qed jieħu d-droga u nafu x'kontroll bniedem li jieħu d-droga jista' għandu fuqu nnifsu.", "Daqshekk kellha kontroll fuqha dik il-mara.", "Il-kontroll huwa nieqes mill-awtoritajiet.", "Dawn in-nies għandhom ħafna power ukoll.", "Mela għandna ban li ma nistgħu npejpu mkien - u jiena naqbel miegħu 100% - imma dawn f'gabubiet ta' tliet metri b'żewġ metri, idaħlulek għaxar magni tal-logħob u f'dawn il-gabubi jkun hemm għaxra min-nies kollha jpejpu.", "Toħroġ minn hemmhekk riħa ta' majjali u ħadd ma jista' jkellimhom.", "Il-liġi tgħidlek li jistgħu jidħlu over 18 years.", "Jekk dik l-omm li daħħlet it-tfal magħha tgħid li hi bniedma irresponsabbli, kemm hu iktar irresponsabbli dan il-bniedem li ħalla lil dik il-mara tidħol b'uliedha li suppost ma daħħalhomx qabel 18-il sena?", "Dawn in-nies tant għandhom saħħa, tant m'għandhomx kontroll mill-pulizija, mill-awtoritajiet, mill-istat, tant qed jagħmlu li jridu, li moħħhom mistrieħ li ħadd m'hu se jersaq fuqhom u jiċċekkjahom.", "Mr. Chairman, fejn immur jien, jiġu ommijiet jibku u jgħidulek li t-tifel ilu jilgħab minn meta kellu 12-il sena.", "Dan it-tifel ta' 12-il sena kif kien jilgħab?", "Illum għandu problema kbira.", "Illum għandu 20 sena u għandu Lm16,000 dejn.", "Tafu x'jiġifieri Lm16,000 dejn fuq bniedem ta' 20 sena?", "Biex taraw x'isarrfu dawn l-outlets!", "U mhux dawn l-outlets biss hawn.", "Bniedem jaħdem xogħolu fuq barra, sempliċiment ikun driver jew xogħlu jkun fuq barra, jieqaf jixtri ħobża biex jieħu break kif jidħol għand ħanut tal-kafe għandek il-magni.", "Mela dak sakemm kiel il-ħobża, il-ġurnata xogħol tilifha.", "Qabad €20 jew €40 u f'ħames minuti telqet.", "Il-faqar kbir li jeżisti huwa moħbi għax l-istigma hija kbira.", "Il-faqar kbir u l-użura kbira li teżisti minħabba l-gambling hija kbira ħafna.", "Irridu ninsistu ħafna fuq dawn l-outlets li qegħdin jiftħu.", "Dawn se jagħmlu ħsara kbira 'l quddiem, u din mhux issa se narawha, imma fi ftit żmien ieħor.", "U taħsbux li se tieħdu għaxar snin biex tarawhom dawn l-affarijiet.", "Fil-familja tiegħi din ma kenitx ilha għaxar snin.", "F'ħames snin spiċċajna bla saqaf fuq rasna, la karozza u lanqas proprjetà.", "F'ħames snin kellna r-rovina ta' familja.", "Jiġifieri ara l-awtoritajiet x'responsabilità deħlin fiha jekk m'humiex se jieħdu ħsieb dawn l-outlets.", "Tgħidli l-bniedem xorta jsib fejn irid imur jilgħab, għax hemm l-internet.", "Imma l-internet ma tistax iżżommu.", "Issa ma nafx jekk l-awtorità hijiex qed taħseb li biex tħaddem in-nies trid tagħmel il-gambling outlets.", "Meta mmorru aħna fl-għaqda jidħku bija meta ngħidilhom aħjar 20 casino milli għandna dawn l-outlets għax bniedem ħareġ mweġġa', tilef somma flus u ġie banned għal sena, imma hemm ma tistax tagħmilha din il-biċċa xogħol.", "Mela dan saħħa li m'għandu għajnuna minn ħadd, is-soċjetà m'hijiex tgħinu, ħadd m'hu jagħti kasu, mediċina m'għandux x'jieħu, m'għandux fejn imur u b'dawn l-outlets anke din il-ħaġa li seta' jibbanja ruħu għal sena waqqafnilu.", "IS-SUR JOE CHETCUTI: Illum hemm liġijiet li wieħed jista' jibbannja ruħu għal sena mill-erba' casinos li hawn.", "Tibbannja ruħek f'wieħed u jinformaw lil xulxin u ma tidħolx, imbagħad wara sena trid terġa' tapplika.", "Dan huwa tajjeb.", "Fir-riklam li għandhom dawn l-outlets jissemma casino equipment, allura dawn huma casinos żgħar.", "Fil-fatt kif għedt ftit qabel, il-casinos il-kbar qegħdin jilmentaw fuq dawn il-casinos iż-żgħar.", "Meta jkollna l-laqgħa, u anke fuq it-television, in-nies dejjem fil-gvern u fl-istat iwaħħlu, imma jiena ma nkunx nista' nitkellem għax ngħidilhom li t-terms of reference tiegħi qegħdin biex ngħin lil min għandu l-problema tal-logħob.", "Qegħdin jitolbu, pleading, li almenu jkun hemm banning f'dawn l-outlets bħalma hemm fuq il-casinos.", "PERSUNA ANONIMA membru tal-GA: Jiddispjaċini, imma jien ma naqbilx.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nibdew nagħmlu l-mistoqsijiet ħali nikkonkludu.", "Nixtieq li għada jinħarġu żewġ press releases, waħda fuq l-informazzjoni li ngħatat hawnhekk rigward l-addictions inġenerali u oħra rigward il-gambling.", "Dan biex jibdew jaslu l-ewwel messaġġi biex lanqas nistennew sakemm nagħmlu r-rapport.", "Jekk sħabi hawnhekk jaqblu, nifirdu ż-żewġ press releases daqslikieku smajna żewġ suġġetti differenti.", "Niġu għal mistoqsijiet.", "Nixtieqkom tieħdu nota tagħhom, m'intomx se tirrisponduhom illum, però ejjew ippreparati fl-inqas żmien possibbli għax ovvjament l-informazzjoni li tajtuna timlini bir-responsabilità.", "Mhux għax ma kontx qed inħossha imma grazzi lilkom nimtela bi ftit responsabilità iktar mis-soltu u allura għalkemm għandna ħafna rapporti x'noħorġu u ovvjament fir-rapport ikun hemm miktubin il-proposti, nixtieq li ma ntawlux.", "Però ħalli nibda jiena biex sħabi jkunu jistgħu jippreparaw tagħhom ukoll.", "Rigward id-drug courts, nitlobkom tiġu bi ftit iktar spjegazzjoni u iktar informazzjoni ħalli tispjegaw x'inhuma l-benefiċċji ta' dawn id-drug courts u anke kull informazzjoni oħra li jista' jkollkom relatata magħhom.", "Qed ngħid hekk biex fir-rapport inkunu nistgħu npoġġu l-informazzjoni li tagħtuna intom u b'hekk ngħinukom twasslu aħjar il-messaġġ tagħkom.", "Rigward il-loġistika tar-rehabilitation - u qed nitkellem l-iktar għal addiction tad-droga - x'nuqqasijiet taraw at face value llum f'dan il-pajjiż?", "Xi żvilupp taraw f'dik li hija loġistika għar-rehabilitation tal-addictions għal dak li huwa immedjat u għal dak li huwa long term?", "DUN MANUEL CORDINA: Nagħmlu l-prijoritajiet.", "THE CHAIRMAN: Rigward il-commission.", "Forsi għal laqgħa li jmiss inkunu nistgħu nistiednu membri mill-commission u anke membri mill-Korp tal-pulizija ħalli meta qegħdin jisimgħu r-risposti jkollna nies li npoġġuhom flimkien.", "Nixtieq informazzjoni fuq kif taħsbu li tista' tkun ikkordinata aħjar il-ħidma ta' kulħadd.", "Meta għidt li l-commission mhux qed taħdem, x'jiġifieri?", "Allura jkun tajjeb li jkun hawn min jista' jirrispondi.", "Ġietni kurżità meta inti, Dun Manuel, kont qed tagħti lista ta' min huma l-klijenti tagħkom.", "Jiena naqbel magħkom dwar kemm ħadd m'hu qed ikun id-dar.", "Bħal-lum sena jew ftit qabel kont qed nagħmel il-house visits.", "Ma tistax tmur filgħodu għax ma ssib lil ħadd ħlief lill-anzjani, ma tistax tmur wara n-nofsinhar kmieni għax kulħadd għadu qed jaħdem, ma tistax tmur f'ċerti ħinijiet għax kulħadd ġej mid-duttrina.", "Minn għaxra li tħabbat f'ċerti żoni residenzjali ġodda, issib każ wieħed li jkun hemm xi ħadd id-dar.", "Allura meta ħadd m'hu qed ikun id-dar kif jista' jkun hemm il-ġenituri li jevalwaw l-emozzjonijiet tat-tfal?", "Irrid messaġġ lill-ġenituri.", "Ħalli nagħtikom eżempju, meta tkunu qed tirrisponduna m'intomx tirrispondu lill-parlament biss imma bit-tweġibiet tagħkom qegħdin nitkellmu wkoll mas-soċjetà.", "Nixtieq li l-proposti tagħna ma jkunux proposti lill-ministri biss jew lill-eżekuttiv tal-gvern biss, imma jkunu lis-soċjetà Maltija.", "Fil-proposti tagħkom tiktbux biss x'jista' jagħmel il-gvern imma x'jista' jagħmel il-gvern bħala awtorità u anke x'tista' tagħmel is-soċjetà mas-soċjetà.", "Jinteressani li nibgħat messaġġi li jgħoddu għal kulħadd inkluż għall-ġenituri.", "Nixtieq inkun naf mingħandek, Dun Manuel, jekk hemmx xi prijoritajiet minn dik il-lista li tajtna ta' proposti li huma iżjed adegwati għal Għawdex.", "Nixtieq inkun naf ukoll l-effett tal-media fuq il-familja.", "Ilqatni meta għedt li l-media f'ċerti programmi qed toħloq anarkija.", "Mingħajr ma ssemmi stazzjonijiet jew programmi, kif tara l-istazzjonijiet Maltin u l-prodotti televiżivi?", "Forsi nistgħu nirranġaw xi ħaġa mal-producers Maltin.", "Kif tara relazzjoni bejn il-programmi li qegħdin jidhru fuq l-istazzjonijiet lokali u d-domanda għall-addictions?", "Hemm effett ta' dawk il-programmi fuq il-familja?", "Illum ukoll xtaqt li magħna jkun hawn xi ħadd li huwa espert fuq il-pornografija biex ikollna wkoll laqgħa dwar dan is-suġġett, li forsi hija addiction silenzjuża li qed tkissrilna l-familja bla ma nkunu nafu.", "Jekk tistgħu, forsi tistgħu taqduna billi tipprovdulna xi ismijiet ta' esperti li qegħdin jaħdmu f'dan il-qasam.", "Għidulna għax nixtieq li jkollna laqgħa partikolari x'inhu l-effett ta' din l-addiction fuq il-familja.", "Kontu tajbin ħafna biex tinstigaw fina kuxjenza - speċjalment il-Persuna Anonima- meta għedtu biex ma nistennewx x'se jiġri f'għaxar snin oħra imma anke ħames snin oħra għax jista' jkollna ċerta rovina.", "Minn dak li għaddejjin illum bħala esperjenza, x'tipprevedu li s-sitwazzjoni tal-lum se toħloq jekk inkomplu bl-istess patterns.", "Aħna ma niddejqux jekk ikun hemm ftit matematika involuta anke rigward il-gambling.", "Jekk għandna 40 post u dawn jistgħu joħolqu tkissir ta' familja oħolqu suppożizzjonijiet matematiċi.", "Jekk ikunu ftit fażulli ma ġara xejn imma biex inġiegħlu lis-soċjetà tifhem kemm jista' jkun drammatiku l-effett tal-gambling.", "Naħseb dan il-kalkolu tistgħu tagħmluh anke fuq tad-droga.", "Intom kontu tajbin ħafna li tgħidu 58% huma second generation.", "Bejn illum u ħamsa jew għaxar snin x'inhi l-projection tagħkom rigward żieda fid-domanda?", "Kieku jiena pusher nipproġetta li għada pitgħada se jkolli żieda fid-domanda?", "Ma nafx għandhomx projections ta' din il-kwalità Nitlobkom biex ma tidħlux fil-profondità li ddumu xi sena biex tiġu tirrisponduna għax jiena ngħix mil-lum għal-lum.", "L-esperjenza tagħkom noqgħod fuqha iżjed aħjar.", "Fil-qosor, x'inhu t-tagħlim li għandna llum fis-sistema edukattiva kontra l-addictions?", "Veru pproponejtu ċerti suġġetti imma iżjed minn dawk li pproponejtu, idħlulna f'iktar dettal kontra dawn l-addictions kollha li jista' jkollna fis-soċjetà, illum li għandna dan id-dibattitu fuq ir-riforma fis-sistema edukattiva x'nistgħu niproponu lill-Ministeru f'dan ir-rigward?", "(Interruzzjonijiet) Irrid xi ħaġa iktar profonda minn dik.", "Dik lili ma pperswaditnix li tgħidli fit-tertiary.", "X'jiġifieri life skills?", "Issemmiet żieda ta' sorveljanza f'ċerti risk zones.", "Faċli, imma mingħand ċerti esperti rrid iktar minn hekk, jiġifieri mhux li tgħidli poġġi l-pulizija f'Paceville jew ix-Xlendi fis-sajf.", "Nixtieq inkun naf f'liema lokalitajiet il-problema hija iżjed minn lokalitajiet oħrajn.", "Dan huwa l-mument.", "Nitlobkom bħala esperti tagħtu rapport lil dan il-parlament - li mbagħad jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra - li jkun jirrigwarda stocktake ta' x'inhi l-problema tad-droga llum.", "IS-SINJURA JOYCE CASSAR: Ikollna ftit ta' problema minħabba li ċerta informazzjoni tkun taħt data protection.", "THE CHAIRMAN: Agħtuni l-informazzjoni li permezz tagħha tridu tagħmlu ġid lil dan in-nazzjon.", "Issa dak li żżommu għalikom jibqa' tagħkom.", "Użaw ir-regolamenti kif tridu ħalli ma ngħidx iksru r-regolamenti imma jiena n-numri ma jimpurtanix minnhom.", "Li nixtiequ huwa li tagħtuna action plan mal-proposti li diġà poġġejtu ta' kif il-gvern u l-oppożizzjoni jifhmu aħjar x'inhi s-sitwazzjoni tad-droga llum u kemm is-soċjetà, kemm jekk il-ġenituri, jekk kemm l-edukaturi se jifhmu aħjar x'inhi s-sistema.", "Meta se jaqraw it-transcript u npoġġu dan ir-rapport fuq il-mejda tal-Kamra kulħadd irid ikun jaf kollox.", "Għandkom ftit ġranet jew ftit sigħat, iktar ma tiġu kmieni, iktar nistgħu aħna nitkellmu f'isimkom.", "Huwa tort tagħkom li għandkom dawn il-ħafna mistoqsijiet għax tant kontu tajbin fil-preżentazzjoni tagħkom.", "Kieku ma kontux daqshekk effettivi fil-preżentazzjoni ma kontux tqajmu fina daqshekk kurżità.", "IS-SINJURA JOYCE CASSAR: Naqbel li se tagħmel il-press releases separati għax filwaqt li d-droga ma tiġix pubbliċizzata direttament, il-gambling ħafna minnu huwa pubbliċizzat b'mod dirett.", "THE CHAIRMAN: Inti parti mill-media u preżentatriċi.", "L-ewwelnett nirringrazzjak tas-suġġetti u bħalek nirringrazzja 'l ħafna preżentaturi oħrajn li jqanqlu suġġetti ta' natura soċjali allura l-media hemmhekk tkun pożittiva għax qiegħda tgħinna biex inkunu edukaturi u fl-aħħar mill-aħħar anke aħna bħala kumitat, aħna riċerkaturi tal-verità biex noħolqu l-innovazzjoni fil-proposti tagħna.", "Irrid nagħmel l-appell tiegħi lil dawk kollha involuti fil-media biex dawn is-suġġetti jeħduhom at face value u jkomplu d-diskussjoni dwarhom.", "M'hijiex biżżejjed, kif konna qegħdin ngħidu qabel, li għandna daqshekk food for thought jekk ma noħolqux il-momentum permezz tiegħu.", "Huwa ħażin jekk l-informazzjoni tagħtuha lilna biss u aħna nżommuha għalina biss għax is-soluzzjoni għas-soċjetà trid tiġi mis-soċjetà.", "Aħna m'aħniex is-soċjetà, aħna parti mis-soċjetà imma hemm ħafna nies hemm barra li jridu jagħmlu kontribuzzjoni għas-soluzzjoni allura nagħmel dan l-appell biex in-nies tal-media jkomplu jqanqlu interess lejn is-soluzzjonijiet.", "Jiena se nieqaf hawn, nirringrazzjakom, naf li l-Għawdxin iridu jmorru biex jaqbdu l-vapur.", "Kull meta jkollna l-Għawdxin il-laqgħat ikollhom jieqfu hesrem bħalma se tieqaf din.", "Naġġornaw għal laqgħa oħra meta l-informazzjoni tkun lesta.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-9:16 pm id-diskussjoni fuq dan is-suġġett kienet interrotta u l-Kumitat qabel li diskussjoni fuq l-istess suġġett għandha tkompli f'data li għandha tiġi komunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090211_017d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 17", "L-Erbgħa, 11 ta' Frar, 2009", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.28 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Ċensu Galea u l-Onor.", "ASSENTI: L-Onor.", "Is-Sur James Carabott, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali fil-Kamra tad-Deputati attenda għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 16 li saret nhar l-Erbgħa 4 ta' Frar 2009 ġew konfermati.", "L-EFFETT TA' ĊERTU STIL TA' ĦAJJA BĦAL XORB, LOGĦOB TA' L-AZZARD U VIZZJI OĦRA FUQ IL-FAMIJA", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat stieden lis-Sinj Joyce Cassar, Head of Community Service – Outreach Caritas; is-Sur Lawrence Bonello, Manager - Prison Inmate Programme; is-Sur Joseph Chetcuti, Head of Gamblers Anonymous; Fr. Manuel Cordina, Direttur Fondazzjoni OASI u s-Sur Noel Scerri, Programme Manager OASI biex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Bil-permess tal-Kamra, tkellmet ukoll persuna - li xtaqet tibqa' anonima - dwar l-esperjenza personali tagħha u li qed tagħmel il-programm sabiex tfieq mid-dipendenza tal-logħob tal-ażżard.", "Fl-aħħar tal-laqgħa, l-Onor.", "Edwin Vassallo ordna sabiex apparti l-press release li tinħareġ wara kull laqgħa, tinħareġ press release oħra speċifikament li tkun tirrigwarda dak li ntqal fuq il-vizzju tal-logħob.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-9:16 pm id-diskussjoni fuq dan is-suġġett kienet interrotta u l-Kumitat qabel li diskussjoni fuq l-istess suġġett għandha tkompli f'data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090211_017m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 18", "L-Erbgħa, 18 ta' Frar, 2009", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 18 ta' Frar, 2009 fis-7:15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Il-Bżonn ta' Edukazzjoni għal Relazzjoni Aħjar fil-Familji Maltin (bil-parteċipazzjoni ta' Dr. Angela Abela); u", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090218_018a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 18", "L-Erbgħa, 18 ta' Frar, 2009", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 18", "L-Erbgħa, 18 ta' Frar, 2009", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.30 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 17 li saret nhar il-Erbgħa, 11 ta' Frar 2009, ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): L-ewwelnett irrid inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra għall-attenzjoni tal-membri dokument li qed jitressaq u jintbagħtilna mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Nitlob lis-Segretarja tal-Kumitat biex tgħaddih elettronikament jew hard copy lill-membri.", "IL-BŻONN TA' EDUKAZZJONI GĦAL RELAZZJONI AĦJAR FIL-FAMILJI MALTIN", "THE CHAIRMAN: Ngħaddu issa għall-preżentazzjoni li se ssirilna llum.", "Din tirrigwarda l-bżonn ta' edukazzjoni għal relazzjoni aħjar fil-familji Maltin u din il-preżentazzjoni se tagħtihielna Dr Angela Abela.", "Nixtieq li qabel tibda Dr Angela Abela, jingħata lid-deputati membri ta' dan il-Kumitat, l-ewwel draft tar-rapport rigward preżentazzjoni li kienet saret fuq il-faqar b'relazzjoni mat-tfal.", "B'kumbinazzjoni dakinhar waħda mill-kelliema, bħala espert, kienet Dr Angela Abela.", "Lill-membri sħabi rrid ngħarrafhom li għandhom żmien ġimgħa biex jgħaddu l-kummenti tagħhom lir-research analyst James Carabott.", "B'hekk bħal-lum ġimgħa niġbru l-proposti li jistgħu jsiru, ħalli finalment, meta npoġġu dan ir-rapport fuq il-mejda tal-Kamra, id-deputati membri ta' dan il-Kumitat iħossu li dan ir-rapport qed jitressaq mhux biss bl-approvazzjoni tagħhom imma jħossu wkoll li kellhom sehem fid-diskussjoni u kienu konxji wkoll tal-proposti li qed jitressqu.", "La l-Bambin ried li hawn Dr Angela Abela allura qed ngħaddi kopja lilek, forsi tkun tista' tiddiskutih ma' Fr Charles Tabone sabiex inkunu ċerti li intom bħala esperti li tajtuna l-informazzjoni teknika qegħdin tiġu kkwotati kif tixtiequ intom.", "B'hekk intom tkunu magħna on board u allura jekk taraw li hemm xi korrezzjonijiet x'isiru, tgħadduhomlna.", "Naħseb li dik għandha tkun il-prassi li nieħdu meta jkun se jitressaq dokument li mbagħad inkun irrid nippreżentah lill-membri tal-Kamra fil-plenarja.", "B'hekk il-kelliema bħala esperti jkunu involuti fl-aħħar korrezzjonijiet u approvazzjoni ta' dan il-Kumitat.", "Nirringrazzja lil James Carabott li wassalna għall-ewwel rapport u j'Alla naraw iżjed rapporti jsiru.", "Fil-fatt għal kull suġġett li għamilna se nkunu qegħdin noffru rapport bi proposti konkreti u bl-informazzjoni kollha li kellu dan il-Kumitat lill-membri tal-Kamra fuq livell plenarju.", "Issa nistieden lil Dr Angela Abela biex tagħtina l-preżentazzjoni tal-lum.", "DR ANGELA ABELA: Sur President, illum se nippreżenta din il-paper li kont mitluba nippreżenta l-House of Commons fl-Ingilterra f'Settembru li għadda.", "Fil-fatt is-suġġett li għażlu biex jiddiskutu ġewwa l-Ingilterra kien dwar kif teduka biex ikollok relazzjonijiet tajbin.", "Għal dan il-colloquium stiednu xi għaxar esperti mill-Amerika, mill-Ingilterra u mill-Ewropa.", "Lili stednuni l-aktar, għax aħna pajjiż li qiegħed fi transizzjoni u riedu dik il-perspettiva.", "Per eżempju, jekk taqra kotba tal-letteratura attwali, bħal per eżempju kotba ta' Zadie Smith, li huma kotba fuq familji Indjani f'Londra li għandhom it-tfal adoloxxenti u r-relazzjonijiet ta' bejniethom.", "Allura tibda tara ħafna xebh magħna fis-sens li hemm bidla kbira fil-mod ta' kif tgħix il-familja tradizzjonali u l-bidliet li qed iseħħu llum.", "Dan il-fenomenu jeżisti f'ħafna familji fejn il-kultura qed tinbidel minn waħda tradizzjonali għal waħda mhux daqshekk tradizzjonali.", "Allura x'tip ta' edukazzjoni għandna bżonn?", "Per eżempju, fiż-żmien li għamilt chairperson tal-Kummissjoni Nazzjonali Familja – illum għadni membru - fhimt ħafna aktar li r-risposta prinċipali li jrid ikollna għall-familji tagħna hija aktar edukazzjoni.", "In-nies iridu iktar tagħlim.", "Sur President, jien qsamt il-preżentazzjoni fi tliet sections imma llum it-tieni section mhux se nagħmilha ħalli ma neħdux ħafna fit-tul.", "Li se nagħmel huwa li se nippreżenta x'inhuma l-valuri u x'inhu jiġri fil-familja llum u r-riferenza speċjali se tkun fuq it-teenagers Maltin u kif qed jinbidlu.", "Naħseb li llum nitkellmu ħafna fuq il-koppji u fuq iż-żwieġ però kieku kellhom jgħiduli x'inhi l-urġenza llum, ngħid l-adoloxxenza.", "Din ili ngħidha u naħseb li ħafna drabi nserrħu ħafna fuq dak li jgħidu l-opinion makers.", "Issa dawn mhux dejjem ikunu informati dwar dak li jkun qed jiġri u dan mhux neċessarjament ikun tort tagħhom għax ma tantx għandna evidenza empirika.", "L-istudji li għandna huma limitati u għalhekk quddiem dan il-kumitat, nerġa' ninsisti, li l-istitut għall-istudji tal-familja huwa importanti u għandna bżonn il-fondi ħalli meta nagħmlu policies ta' prevenzjoni nagħmluhom abbażi tal-evidenza li għandna u mhux ikollna biss opinjoni.", "Ċerti affarijiet m'għedthomx fil-preżentazzjoni tal-House of Commons imma issa qegħdin Malta u ejja nagħmluha utli għal Malta.", "Naħseb li billi aħna nies passjonali, f'Malta għandna t-tendenza li mhux talli nitkellmu fuq livell ta' opinjonijiet imma nieħdu a one-sided view.", "Per eżempju, jew in-nies kollha qegħdin jisseparaw jew inkella l-foqra kollha qed jabbużaw.", "Ir-realtà mhijiex hekk.", "Ir-realtà hija aktar komplessa minn hekk.", "Għandek min qed jabbuża – forsi dawn mhumiex il-maġġoranza imma huma ftit - u mbagħad għandek oħrajn li qed jgħixu f'sitwazzjoni diffiċli.", "Għalhekk biex tagħmel policy jrid ikollok il-fatti, trid tagħmel ċerti targets u trid tevalwa dak li tagħmel ħalli l-flus ma tonfoqhomx fil-vojt.", "Dawn huma affarijiet li importanti li ndaħħluhom f'moħħna u napplikawhom għax inkunu qegħdin niffrankaw il-flus.", "Issa se nitkellem fuq it-teenagers u fuq il-bidla li qed isseħħ fost il-koppji ż-żgħar, dawk li għadhom kemm iżżewwġu u li qed ikollhom it-tfal.", "Hemmhekk taraw kemm għandna affarijiet li m'humiex kif nafuhom u dan jurina li għandna nagħmlu l-affarijiet jekk irridu nissalvagwardjaw il-familja.", "Jien nemmen - din se tkun il-focus tal-preżentazzjoni tal-lum – li rridu nagħmlu l-affarijiet biex nedukaw u nissapportjaw lill-familja u għall-grazzja ta' Alla, dwar dan, naħseb li hawn consensus fil-pajjiż.", "Kif għidt irrid nuri l-bidla mgħaġġla ħafna li għaddejjin minnha u nixtieq li nitkellmu fuq l-edukazzjoni.", "F'Malta kulħadd jitkellem fuq is-separazzjonijiet li għandna però nikkwotaw in-numri u ma nikkwotawx il-persentaġġi.", "F'pajjiżna l-aħħar persentaġġi li għandna huma taċ-ċensiment li kien sar fl-2005.", "Issa huwa veru li l-affarijiet tant qegħdin isiru bil-għaġġla li jista' jkun li sa ħames snin oħra l-paġna tinqaleb rasha 'l isfel però sas-sena 2005 il-livell ta' separazzjonijiet kien ta' 3.7% skont iċ-ċensiment.", "Dan ifisser li mill-aħħar ċensiment – 1995 - s'issa ż-żieda kienet ta' 1.3%.", "Issa jien fl-1998 kont sibt - meta tinkludi dawn it-3.7% li sseparaw - li f'Malta għandna 20% tal-koppji li jgħixu f'distress at a point in time.", "Jista' jkun li biż-żmien dak id-distress jitmewwet, bħal meta jkun hemm tempesta mbagħad jiġi l-bnazzi, imma jista' jmur għall-agħar.", "Però jien kont sibt li wieħed minn kull ħames familji għandu problema u naħseb li dan huwa ħafna.", "THE CHAIRMAN: 20% mhux tal-faqar relattiv?", "DR ANGELA ABELA: Dak tat-tfal imma rigward il-popolazzjoni in ġenerali l-persentaġġ huwa ta' 15%.", "THE CHAIRMAN: Imma d-distress għandu x'jaqsam ma' dan?", "DR ANGELA ABELA: Mhux eżatt.", "Aħna sibna li min hu fqir aktar għandu ċans li jkun f'distress imma hawnhekk mhux qed ngħidu li l-foqra biss għandhom distress u l-oħrajn le.", "THE CHAIRMAN: Jien qed nistaqsik teknikament ħalli nkunu ċari.", "Meta kont għamiltilna presentation kont għedtilna li 15% tal-familji Maltin qegħdin jgħixu f'riskju ta' faqar relattiv u l-persentaġġ tat-tfal huwa 20%.", "Allura issa li qed tgħid li 20% tal-koppji qegħdin jgħixu f'distress ...", "DR ANGELA ABELA: Dawn m'humiex l-istess nies.", "THE CHAIRMAN: Imma hemm ftit overlapping mal-istatistika tal-faqar relattiv li kont qed tgħidilna l-aħħar darba?", "DR ANGELA ABELA: Le, li sibna f'dik ir-riċerka kien li min huwa fqir għandu aktar ċans li jkun in distress però dawk l-20% li huma fil-faqar m'humiex bilfors l-istess nies.", "Però mbagħad dawn ikollhom a significant higher incidence.", "Dan ma jfissirx li l-fqar biss ikollhom il-problemi fil-familja.", "MICHAEL GONZI: Dr Abela, il-frażi \"in distress\" ikkwalifikajtha?", "DR ANGELA ABELA: Jien użajt marital adjustment test li fih ikollu ċerti properties ħalli meta nagħmlu riċerka nkunu ċerti li l-validità tiegħu hija soda ħafna u jkun fih ħafna in-built questions minħabba s-social desirability għax in-nies jippreferu jagħtu impressjoni tajba.", "Fil-fatt jien ħsibt li dawk in-nies li qalu li ma jistgħux jirrispondu jkollhom id-dwejjaq u erġajt ċempiltilhom.", "Tant hu hekk li kelli raġun.", "Però biex nirrispondi għall-mistoqsija tiegħek irrid ngħid li jien użajt test li jekk tiskorja inqas minn 100 tkun in distress.", "Dan it-test ikun użat f'ħafna riċerki fil-letteratura ta' marriage.", "MICHAEL GONZI: Allura dawk l-20% li kienu in distress x'sar minnhom?", "Dawn spiċċaw into marital breakdown?", "DR ANGELA ABELA: Le, biex tagħmel hekk trid tagħmel longitudinal study u dan ma sarx.", "Però issa tawni grant mill-università biex nagħmel hekk għax tlabt jien.", "Għedtilhom li ladarba għaddew għaxar snin nixtieq nerġa' nagħmel l-istess studju ħalli nara l-emerging trends in married life u tawni l-flus.", "Issa suppost għandi ftit ħin u rrid naħdem ħafna għax biex tagħmel riċerka trid ħafna ħin u trid tieħu in konsiderazzjoni ħafna affarijiet.", "Biex ir-riċerka tkun serja trid tiġi ppubblikata u allura jkun hemm dawk li jgħidulhom peer reviewers li jkunu scientists fil-qasam taż-żwieġ.", "Issa jekk dawn isibulha xi lakuni jew ma treġix jgħidulek \"not publishable\".", "Din ir-riċerka ġiet ippubblikata f'journals internazzjonali jiġifieri it is considered to be a reliable source of evidence għal dawn il-hard facts li rridu imma la qdiemet se nagħmlu oħra.", "Sur President, peress li aħna kellna a low level of marital separations ħdejn barra minn Malta, ħsibt li aħna għandna ħafna vjolenza imma ma nisseparawx però ma sibtx hekk.", "Allavolja tgħidx kemm qgħadt attenta biex ma jkunx hemm social desireable answers.", "Per eżempju, l-answer għamluh f'envelope u għalquh jiġifieri isimhom ma kien jidher imkien.", "Għamilna ħafna measures biex nispjegawlhom li din ir-riċerka mhux se nidentifikawhom biha u sibna li għalkemm il-livell ta' separazzjonijiet f'Malta kien baxx xorta ma kellniex livell għoli ta' vjolenza.", "Kif naħseb li tafu, aħna tlifna lil Anthony Abela li kien soċjologu importanti f'Malta.", "Dan kien importanti għax kien jagħmel riċerka fuq il-valuri tal-Maltin.", "Per eżempju, qabel kien għamel values study survey.", "Jidhirli li dan kien għamlu fl-1995 imbagħad reġa' għamlu fis-sena 2000 imma sfortunatament dak kien l-aħħar wieħed li għamel.", "Li rrid ngħid hu li dan kien sab li l-valuri fuq iż-żwieġ qegħdin jinbidlu għax il-Maltin ma baqgħux jittolleraw l-abbuż.", "Il-Maltin bdew jgħidu li jekk ikun hemm il-vjolenza jew ċerti vizzji bħad-droga mhuwiex aċċettabbli li tibqa' bil-ħajja miżżewġa u allura l-opinjoni tiegħi hi li billi tlajna ftit 'il fuq minn 1% f'dawk l-għaxar snin, jista' jkun li m'għandniex għalfejn ninkwetaw daqshekk.", "Fil-fatt l-esperti li jaħdmu fil-qasam mentali jgħidu li jekk inti tgħix f'relazzjoni abbużiva, dak iġib ħafna mard mentali, mhux biss fuq min jabbuża imma anke fuq l-abbużati jew fuq it-tfal.", "Huwa tajjeb li ma jkollniex vjolenza fuq il-familja.", "Per eżempju, min huwa tal-età tiegħi jaf li qabel kien hawn nisa li biex jipproteġu r-reputazzjoni ta' wliedhom ħalli jkollhom fama tajba għaż-żwieġ, ma kienu jgħidu xejn fuq il-vjolenza fil-familja.", "Għall-grazzja ta' Alla sirna aktar emanċipati f'din il-ħaġa – għalkemm għadha ftit stigma - u qisna sirna aktar favur li ngħixu ħajja mentalment b'saħħitha.", "Din hija xi ħaġa importanti.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħtik ċans tiċċara ftit il-punt ħalli ma tiġix ikkwotata ħażin.", "Irridu nkunu attenti ferm fis-soċjetà tagħna kif niddefinixxu x'inhi vjolenza domestika jew raġunijiet oħra li huma serji biżżejjed biex imbagħad iż-żwieġ nifirduh.", "Qed ngħid hekk biex tiġi pronunzjata f'dan il-Kumitat li mhux għax wieħed jgħajjat mal-mara, dik tiġi domestic violence, imma jkun hemm conflict management.", "DR ANGELA ABELA: Jekk wieħed jgħajjat darba, dak ngħidulu marital conflict imma jekk jgħajjat kull darba, dik imbagħad tiġi vjolenza.", "THE CHAIRMAN: Per eżempju, jien kont preżenti fi programm fejn is-Sur Charles Azzopardi, li huwa espert f'dan il-qasam, qasam magħna ċerti veduti.", "Dan qal li minkejja li koppja jista' jkollha ċertu diżgwid, għat-tfal huwa aħjar hekk milli kieku din il-koppja tissepara.", "DR ANGELA ABELA: Ma naħsibx li tista' tagħmel statement hekk, bir-rispett kollu lejn is-Sur Charles Azzopardi.", "Dak il-ħin hu kien qed jgħid kemm huwa importanti li quddiem it-tfal il-koppja tagħmel statement ta' commitment għax fiż-żwieġ ma tistax tneħħi l-commitment.", "Ma jistax ikun li mal-inqas nuqqas ta' qbil wieħed jissepara bil-konsegwenza li jbatu t-tfal.", "DR ANGELA ABELA: Fil-fatt fl-Ingilterra s-society for children għadha kemm għamlet riċerka kbira fuq madwar 5,000 familja.", "Dan sejħulu landmark report.", "Fil-fatt bgħatt għalih għax tista' tixtrih minn fuq l-internet, imma jien qrajtu minn fuq \"The Sunday Times\" ta' Londra u sirt naf bih minn professur bravu ħafna.", "Dawn sabu li minħabba li t-tfal Ingliżi jgħixu b'mod li ma jistgħux jieħdu r-relazzjoni tal-ġenituri tagħhom for granted - by the way lanqas it-tfal Maltin ma jistgħu jeħduha for granted - naqqsitilhom it-trust fin-nies.", "Il-fiduċja bilfors tonqos għax dak li jkun jibda jistaqsi lilu nnifsu lil min jista' jafda, meta anke ommu u missieru sseparaw.", "Jien nixtieq li nibagħtu messaġġ pożittiv billi ngħidu illi li tgħix ħajtek kollha fit-tul ma' persuna hija challenge jew inkella billi ngħidu li l-fatt li wieħed minn kull tnejn jew minn kull tlieta qed jisseparaw juri kemm huwa diffiċli li tgħix ma' xi ħadd għal ħajjtek kollha.", "Huwa importanti li wieħed ma jinvestix fix-xogħol biss.", "Fix-xogħol ninvestu u naħdmu ħalli naqilgħu l-flus, imbagħad fir-relazzjonijiet, l-affarijiet jiġu waħedhom fuq platt.", "Ma jistx ikun.", "Irridu nifhmu li bħalma biex ikollok impjieg tajjeb u taqla' l-flus trid taħdem, biex ikollok relazzjonijiet tajbin trid taħdem ukoll għax l-affarijiet ma jiġux mis-sema.", "Dak huwa l-messaġġ.", "Huwa normali li jinqalgħu xi burraxki imma b'daqshekk ma jfissirx li għandu jaqa' s-saqaf.", "Hemm differenza, hemm gradi u hemm l-għajnuna.", "Illum in-nies m'humiex lesti li jittolleraw l-abbuż.", "Per eżempju, fl-2006 - din ma tantx isemmuha n-nies - inqata' 67 każ ta' separazzjoni u kien hemm 218 każ ta' annullament.", "Din tirrelata ħafna mal-issue li l-abbuż m'għadux tollerat, fl-opinjoni tiegħi.", "Jien ma mortx naqra l-każijiet imma hemm bżonn aktar fatti ħalli naraw x'inhu jiġri.", "Per eżempju, huwa interessanti nkunu nafu min qed jissepara jew kemm-il sena jkunu ilhom miżżewġin.", "Fl-ewwel sentejn, fl-ewwel ħames snin jew wara għoxrin sena?", "Dak għandna bżonnu biex nagħmlu politika għall-familja u jrid ikollna aktar riċerka.", "Fis-sena 2007 kien hemm 178 każ ta' annullament u 63 każ ta' separazzjoni.", "Din it-tip ta' evidenza qatt ma tissemma mill-opinjonisti.", "JOSEPH FALZON: Naħseb il-punt ta' kemm ikunu ilhom miżżewġin huwa wieħed mill-aktar affarijiet importanti.", "JOSEPH FALZON: Anke forsi mil-liema ambjent jkunu telgħin fih jew il-livell ta' ħajja li jkollhom tkun wieħed mill-konsegwenzi?", "Hemm xi informazzjoni dwar dan?", "Biex tkun taf l-istorja tan-nies trid tagħmel dak li ngħidulu qualitative research jiġifieri trid tidħol fl-istorja tan-nies.", "Billi ridt stampa ta' Malta kollha - għax l-ewwel trid tibda bil-broad picture - kont qbadt it-temi li l-aktar jiġu kkwotati fir-riċerka li juru għalfejn ikollhom xi jgħidu l-koppji.", "Fil-fatt kont sibt li l-akbar diffikultà u distress tal-koppji tkun minħabba li ma jkunx hemm affezzjoni, caring jew żegħil.", "Bl-Ingliż kienet \"demonstration of affection\" u bil-Malti kont semmejtha \"karezzi u kumplimenti\".", "Naħseb li aħna l-Maltin tlajna bl-idea ta' no nonsense u aħna kritiċi ħafna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "JUSTYNE CARUANA: Meta jkollna każijiet bħal dawn il-mistoqsija li tqum - speċjalment jekk inkun qed niddefendi l-parti l-oħra – tkun jekk dan l-atteġġjament kienx jeżisti qabel iż-żwieġ ukoll u ħafna jgħidulek iva.", "Imbagħad tqum il-mistoqsija: Allura għalfejn qabel iż-żwieġ ma kienx idejqek u wara ż-żwieġ beda jdejqek?", "Din hija mistoqsija li normalment nagħmlu fil-kontroeżami biex inpoġġu fid-diffikultà lil min inkunu qed nistaqsu.", "Jien naħseb li ħafna jaħsbu li biż-żwieġ in-nies jinbidlu imma din hija misconception.", "DR ANGELA ABELA: Jekk lin-nies nagħtuhom ċerta edukazzjoni niftħulhom għajnejhom.", "Għalhekk dan it-topic huwa fuq Relationship Education.", "JUSTYNE CARUANA: U jkunu kapaċi jiġġestixxu aħjar.", "DR ANGELA ABELA: Mhux kulħadd se jinduna mill-ewwel.", "Ma jfissirx li għax ikollna l-edukazzjoni kollox jiġi fuq ir-rubini imma tista' tagħmel ħafna xogħol preventiv.", "MICHAEL GONZI: Il-working mother influwenzat l-istatistika?", "DR ANGELA ABELA: Naħseb li waħda mill-bidliet kbar li saret f'pajjiżi bħal tagħna, li huwa a country in transition, hija li we have come to witness a lot of gender reshifting.", "Per eżempju, m'ilux qrajt riċerka interessantissima fuq x'qed jiġri fl-Ewropa f'dak li għandu x'jaqsam ma' demografija fil-familji.", "Tafu li anke f'Malta għandna din il-problema?", "Bħalissa għandna 1.7 tfal kull familja meta r-replacement ratio huwa ta' 2.3 jew 2.4.", "F'Malta dejjem inġibu r-raġuni li ċ-child bearing age hija ta' 28 u allura ċ-ċansijiet ta' fertilità jonqsu.", "Raġuni oħra li nġibu hija li d-djar huma għoljin ħafna, per eżempju, €80,000 biex tixtri xi ħaġa żgħira.", "Dawk m'humiex ir-raġunijiet kollha.", "Per eżempju, sabu li fl-Ewropa u anke fil-Ġappun, dawk il-koppji li jagħżlu li ma jkollhomx ħafna tfal, on a general level - ovvjament mhux kulħadd - huma dawk il-koppji fejn ir-raġel ma jaqsamx ix-xogħol tad-dar mal-mara.", "B'hekk il-mara ma tkunx tixtieq li titgħabba b'ħafna tfal għax tgħejja.", "MICHAEL GONZI: Meta staqsew din id-domanda lil din il-koppja?", "Meta kellha l-baby, meta sar tifel, meta sar adoloxxenti?", "Naħseb li r-risposta ta' dik id-domanda tvarja.", "DR ANGELA ABELA: Huwa veru li with hindsight tista' tirrispondi mod u meta tkun għadek żgħir tirrispondi mod ieħor.", "Dak li qed tgħid huwa veru u qed nifhmu.", "Però jibqa' l-fatt li with hindsight jista' jiddispjaċik li ma kellekx imma inti tiddeċiedi at that point in time.", "Kif diġà għedt, sabu li dawk li jagħżlu li jkollhom inqas tfal huma dawk fejn m'hemmx biżżejjed sharing of responsibilities għall-familja.", "Fil-fatt f'Malta hawn xi ħaġa simili jiġifieri fejn ma kienx hemm sharing, kien hemm inqas xewqa biex ikun hemm aktar tfal.", "MICHAEL GONZI: Ħalli nistaqsik domanda marbuta ma' dan.", "Il-problemi fil-koppji ssibhom aktar f'familji b'tifel wieħed, bi tnejn jew bi tlieta?", "M'għandniex riċerka dwar dan.", "Jien ma nirrispondix jekk ikollhomx wieħed, tnejn jew tlett itfal.", "Staqsejtni mistoqsija fuq il-mara li taħdem.", "Wieħed mill-proġetti li ħadt gost nagħmel ma' sħabi u jien proud li għamilt meta kont chairperson tal-kummissjoni kien il-work family balance document.", "Is-soċjetà qed tinbidel.", "Il-mara qed taħdem għal raġunijiet ekonomiċi għax il-pajjiż ma jistax iħallas il-pensjonijiet jekk il-mara ma taħdimx kif ukoll għal raġunijiet personali.", "Aħna ma rridux nibqgħu naraw il-mara li taħdem imma rridu naraw il-mara u r-raġel li jaħdmu li jibdew jaqsmu l-affarijiet bejniethom u l-Istat irid jgħinhom.", "Għalhekk dawn huma policies.", "Din hija xi ħaġa li l-Istat irid jissapportjaha.", "Per eżempju, f'Iceland u Norway mhux min irid jieħu l-parental leave meta jkollok tarbija imma one-third tieħdu l-mara, one-third jieħdu r-raġel u one-third jieħdu min irid.", "Fil-fatt sabu li l-irġiel li joqogħdu d-dar mat-tarbija jsiru aktar multi-taskers u effiċjenti fuq ix-xogħol jiġifieri din hija xi ħaġa li it enriches lill-irġiel apparti l-privileġġ kbir li inti bħala missier trabbi t-tfal.", "Riċerka kbira li injorajniha imma li jeħtieġ li nidħlu aktar fil-fond dwarha hija din.", "X'inhi l-kontribuzzjoni unika li jista' jagħti l-missier lill-uliedu u li l-omm qatt ma tista' tagħti u viċeversa?", "Hemm affarijiet li l-omm tagħti lill-uliedha li l-missier qatt ma jista' jagħti.", "Irridu ninsewha din li għax il-mara taħdem jew ma taħdimx … Mhux hekk sejrin l-affarijiet għax meta l-issue ssir waħda ekonomika mbagħad niċċaqilqu.", "Darba kont Berlin u smajt ekonomista tgħid li l-Ġermanja għandhom problema serja fid-demografija għax 40% tal-gradwati nisa ma jridux tfal.", "Jien naħseb li l-problema li hemm daqshekk divorzji tkompli żżidha din il-ħaġa.", "Ma jistax ikun li l-mara tieħu l-mommy track u r-raġel jieħu l-full-blown career track imbagħad wara ħames snin jitlaq ma' oħra u jieħu l-karriera miegħu.", "Ara kif saru l-affarijiet.", "Aħna nemmnu li fiż-żwieġ raġel u mara jsiru ħaġa waħda imma li ġara huwa li l-mara sabet ruħha f'sitwazzjoni fejn tista' taħdem u tipparteċipa fid-dinja tax-xogħol u ħarġet gas down u l-irġiel ma setgħux ilaħħqu.", "Għalhekk irridu nedukaw lill-irġiel fuq din il-ħaġa.", "MICHAEL GONZI: L-impressjoni tiegħi bħala raġel u bħala tabib hija li l-maternità qed tieħu second choice fil-prijorità.", "L-ekonomija hija importanti imma l-fulfilment tal-mara hija ħafna aktar importanti mill-ekonomija.", "Dawn jistgħu jkunu qed jaqilgħu flus tajba u l-mara qed tħoss li għandha dritt tibqa' taħdem u żżomm il-karriera jiġifieri l-familja tradizzjonali kif kienet qabel spiċċat.", "Jien m'għamiltx studju dwar dan imma qed nitkellem mill-esperjenza tiegħi.", "JUSTYNE CARUANA: Wieħed irid jifhem li mill-università ħerġin aktar nisa milli rġiel.", "Issa meta dawn jidħlu fid-dinja tax-xogħol, fil-perijodu taċ- childbearing age jieqfu mbagħad jerġgħu jirritornaw lura jiġifieri hemmhekk il-prijorità hija ċ-childbearing.", "Il-konċett kollu huwa kif spjegat Dr Abela.", "Illum nippromwovu l-edukazzjoni u li kulħadd għandu jirnexxi u allura niġu f'sitwazzjoni fejn il-mara li tkun stinkat, li tkun investiet u li tkun studjat tant, tasal f'punt fejn tgħid: Se niggradwa, se niżżewweġ, se jkolli t-tfal u nieqaf?", "MICHAEL GONZI: Il-punt tiegħi kien li ma nistgħux inkomplu nimxu kif konna nimxu 20 sena ilu.", "Allura x'se nagħmlu?", "Huwa hawnhekk fejn jidħlu l-family friendly measures.", "Bħalissa l-family friendly measures li hawn huma n-nanniet.", "(Interruzzjonijiet) Naqbel ħafna miegħek imma that is the situation kif qed naraha llum u din m'hijiex xi ħaġa ħażina.", "JUSTYNE CARUANA: Biex inkompli fuq dak li kont qed ngħid, għalkemm għandek il-mentalità tal-mara qed tipprogredixxi b'dan il-mod, il-mentalità tar-raġel baqgħet kif inhi.", "DR ANGELA ABELA: Mhux ta' kulħadd, imma jridu jsiru aktar affarijiet.", "JUSTYNE CARUANA: Hemm bżonn li jiċċaqilqu.", "Illum qegħdin nitkellmu fuq equal partners in marriage, il-mara li qed toħroġ taħdem u qed tkompli ssegwi l-kors tagħha, ir-raġel qed jagħmel l-istess imma x'ħin dawn imorru d-dar għandhom il-ħajja tad-dar.", "Issa tradizzjonalment il-ħajja tad-dar hija li r-raġel jirritorna u jsib il-mara tagħmel l-affarijiet tad-dar u tkompli miegħu.", "Ħafna rġiel mhux qed jirrealizzw li dak ir-rwol tradizzjonali ma jistax jibqa' għaddej.", "DR ANGELA ABELA: Fil-fatt minn riċerka li saret anke barra minn Malta rriżulta li dawn jieħdu gost li meta jirritornaw id-dar ...", "THE CHAIRMAN: Naħseb li issa aħjar inħallu l-esperta mistiedna tagħtina l-kumplament tal-informazzjoni.", "Nitlob li intom id-deputati tieħdu nota tal-mistoqsijiet u wara, jekk ikun hemm bżonn, din terġa' tiġi f'data oħra bir-risposti bħalma jagħmel ħaddieħor.", "DR ANGELA ABELA: Issa ħalli niġu għall-adoloxxenti.", "Li se nagħmel huwa li se nkellimkom fuq meta dawn jiżżewġu friski u jkollhom it-tfal, dak li semmiet l-Onor.", "Se nitkellem fuq dawn it-tliet fażijiet tal-ħajja għax hemmhekk qed nara li qed issir l-akbar bidla.", "Naħseb li hemmhekk hemm bżonn li nagħmlu xi ħaġa fejn tidħol edukazzjoni.", "Per eżempju, is-Sur Roderick Bugeja - jidhirli li qalli li kien ġie hawnhekk - kien għamel survey fuq sexual behaviour u kien sab li 13% tat-tfal ta' bejn l-14-il sena u s-16-il sena li jkollhom sexual intercourse, inqas minn 20% minnhom jużaw il-condoms u dan huwa wieħed mill-inqas persentaġġi fid-dinja.", "Barra minn hekk il-births outside marriage - mhux kollha minn adoloxxenti - telgħu minn 13% fis-sena 2001 għal 30% fis-sena 2006 u 30% minn dawn huma ta' teenage mothers.", "Din hija xi ħaġa verament inkwetanti għax għandha implikazzjonijiet li tliet snin oħra fl-iskejjel se jkollna klassijiet bi 30% .… (Interruzzjonijiet)", "Per eżempju, studenta tiegħi kienet għamlet riċerka ma' dawn il-young mothers biex tara l-esperjenza tagħhom meta jkollhom tarbija u qalulha affarijiet verament xokkanti.", "Qalulha, per eżempju, li jesperjenzaw din l-aħbar bħala shock u li eventwalment ikollhom emotional and financial hardship imma jaġġustaw maż-żmien.", "Imbagħad kont qabbadt student ġuvni biex jara kif il-boys li jkunu fathers jesperjenzaw sitwazzjoni bħal din u qalulu li qatt ma jaċċettaw li jsiru missirijiet daqshekk żgħar u li jsibuha diffiċli li jkollhom jassumu r-responsabilità biex irabbu t-tfal.", "Għalhekk kien hemm differenza bejn is-subien u l-bniet.", "Din ir-riċerka li saret fis-sena 2003 hija interessanti imma jien ipprovajt nuża r-riċerka li teżisti fuq il-computer.", "Per eżempju, kienet saret riċerka miċ-child commissioner u mill-NSO u kien instab li 98% taż-żgħażagħ għandhom computer u li l-ġenituri m'humiex kapaċi jagħmlu supervision tat-tfal tagħhom fuq il-computer.", "Fil-fatt 66%, jiġifieri two-thirds, lanqas kienu jafu li jeżisti s-software biex it-tfal ma jidħlux f'ċerti sites.", "Tant hu hekk li 26% tat-tfal kienu qed jidħlu f'websites u chatrooms fejn ikun hemm vjolenza u pornografija u 21% kienu qed jagħmlu meetings ma' persuni li saru jafu minn fuq l-internet permezz tal-mobile tagħhom u l-ġenituri ma jkunu jafu b'xejn.", "Imbagħad xi ngħidu għall-Paceville phenomenon?", "Tafu li l-ESPAD li sar fis-sena 2003 juri li 3% miż-żgħażagħ li jixorbu fil-weekend jidħlu f'relazzjoni sesswali u l-għada jiddispjaċihom jiġifieri hemmhekk għandna inkwiet kbir għall-pajjiż u għall-ġenituri wkoll.", "L-università x'sibna?", "Saret riċerka minn Tabone u min-numru ta' akkademiċi li jaħdmu ċ-chaplaincy, jiġifieri fil-kappella, u rriżulta li 71% jaqblu mas-sess qabel iż-żwieġ, 40% kellhom relazzjoni sesswali, kważi 100% ma jaraw xejn ħażin li tmur toqgħod ma' xi ħadd qabel iż-żwieġ u 42% biss minn dawn jaħsbu li din twassal għaż-żwieġ jiġifieri qisu f'Malta hawn l-idea tal-cohabitation.", "Kultant jien nara l-istudenti bħala trend setters imbagħad isegwu nies oħrajn.", "Jista' jkun li għandi żball u din qed ngħidha kif naħsibha jien.", "Fis-sena 2007 is-Sur Charles Azzopardi għamel teżi fuq disa' koppji li intervistahom sitt xhur qabel iż-żwieġ u sitt xhur wara.", "Sab li fl-ewwel tliet xhur wara ż-żwieġ kien hemm min kellu diżappunt miż-żwieġ.", "Per eżempju, dan għandu każ ta' waħda Marija miżżewġa ma' Joseph.", "Marija kellha kollox ippjanat li she will start to relax fis-7.30 p.m. jew fit-8.00 p.m., li flimkien ma' żewġha se tara DVD filgħaxija, li se jmorru bir-rota u qalet ukoll li qabel torqod trid tgħid talba żgħira.", "Imbagħad sabet ruħha f'sitwazzjoni fejn is-Sibt filgħaxija f'xi l-10.00 p.m. tkun qed tonxor il-ħwejjeġ.", "Fil-fatt lil Charles Azzopardi qaltlu li dak ir-romantiċiżmu kollu li kienet qed taħseb fuqu kellha tinsih.", "Fejn ir-raġel kien jaqsam aktar il-housework jew il-mara għażlet hi li tagħmel aktar housework biex ir-raġel jinvesti fil-karriera, dawk il-koppji kienu aktar happy.", "Jien naħseb li meta jiżżewġu l-koppji jridu jkunu aktar connected jiġifieri trid tħossok viċin tal-persuna.", "Id-diskors tad-demografija u li ma jkollhomx it-tfal toħroġ minn dan l-istudju u tista' tifhem aħjar x'inhu jiġri.", "(Interruzzjonijiet)", "Kif għedt aktar qabel, is-Sur Charles Azzopardi qabad disa' koppji at random u sab li, per eżempju, qabel iż-żwieġ kulħadd kellu ċerti expectations u tliet xhur wara ż-żwieġ sabu d-diżappunt.", "Per eżempju, kien hemm wieħed li qal kemm jieħu gost ixomm il-ħwejjeġ tal-mara fil-gwardarobba u qal kemm il-mara tagħmel il-ħwejjeġ puliti, li għandu s-siġġu tiegħu u li huwa kuntent li għandu l-familja tiegħu.", "L-aktar li kienu diżappuntati kienu dawk in-nisa li l-irġiel tagħhom ma jagħmlu xejn u ma jeħdux sehem fix-xogħol tal-familja bil-konsegwenza li l-mara taħdem bi lsienha barra.", "Hawnhekk nixtieq ngħid li l-midwife Borg Xuereb li għamlet Ph.D hawn Malta – jien kont it-tutor tagħha u segwejtha mill-qrib - sabet li minkejja l-fatt li 96% jagħmlu l-korsijiet tal-parent craft, sabu ruħhom unprepared għall-fatt li jkollhom tarbija u wara li jkollhom it-tarbija s-sodisfazzjon bejn il-koppja jonqos.", "Dan sar fuq sample ta' madwar 360 u l-mara emozzjonalment ma tħosshiex tajba.", "Huwa interessanti wkoll li 54% ta' dawn in-nisa li kellhom tarbija, reġgħu bdew jaħdmu sitt xhur biss wara li kellhom it-tarbija.", "Din hija change kbira fis-soċjetà.", "MICHAEL GONZI: Imma dawn għaliex marru jaħdmu?", "DR ANGELA ABELA: Jien qed ngħid li qed issir bidla, għax fl-aħħar studju li kellna li kien ta' Godfrey Baldacchino irriżulta li kellna 40% tan-nisa, miżżewwġa jew m'humiex, li qegħdin fil-workforce .", "MICHAEL GONZI: Fhimtek imma l-punt tiegħi huwa li 54% of mothers that resumed work mhux għax kienu mdejqin imma għax illum it-trend hija din.", "DR ANGELA ABELA: Le, jien m'għedtx hekk.", "MICHAEL GONZI: Naf imma billi qiegħda point form tiġi tidher qisha parti minnha.", "DR ANGELA ABELA: Jien għedt li hawn change kbira u ħafna drabi r-raġuni li semmew għaliex iridu joħorġu jaħdmu hija għax għandhom l-ispejjeż.", "Per eżempju, hawn Malta l-maternity leave huwa ta' 14 weeks imma dan irridu ngħolluh għax l-EU average huwa ta' 23 weeks.", "Ma jistax ikun li nibqgħu b'14 weeks maternity leave.", "Ma nistgħux ngħidu li l-mara għandha bżonn tħoss l-istint matern imbagħad ma nagħtuhiex iċ-ċans u dak huwa investiment.", "Irridu nifhmu li meta nagħmlu hekk inkunu qegħdin ninvestu fit-tfal ta' għada imma rridu nagħmlu xi ħaġa long-term.", "Issa ħalli niġi għall-edukazzjoni.", "X'tip ta' edukazzjoni rridu fir-relazzjonijiet?", "L-ewwelnett din trid tkun edukazzjoni maħsuba tajba u trid tkun tagħmel parti minn policy.", "Ma tistax toqgħod tgħallem lit-tfal fl-iskejjel fuq ir-relazzjonijiet sesswali mbagħad ma jkollokx sexual health strategy fil-pajjiż.", "Irid ikollok politika tal-familja fuq dan il-livell.", "Irridu naraw ukoll kif se nagħmlu biex il-family friendly measures nagħmluhom fil-privat ukoll.", "Naf li din hija challenge.", "Dawn huma affarijiet importanti u nerġa' ntenni li l-maternity leave minn 14 weeks irridu ntellgħuh għal 23 weeks.", "Barra minn hekk l-irġiel irridu ngħinuhom biex jipparteċipaw aktar fit-trobbija tat-tfal u fil-familja.", "Sur President, naħseb li l-punt tiegħi għamiltu dwar il-fatt li rridu nirriċerkaw aktar u nkunu nafu eżatt x'inhu għaddej minn moħħ iż-żgħażagħ.", "Għaliex, per eżempju, Tabone u sħabu sabu li l-adulti żgħar qegħdin jibżgħu mill-commitment u miż-żwieġ?", "Kultant min hu tradizzjonali jgħid li ż-żgħażagħ m'humiex responsabbli u ma nkunux nafu verament x'qed jaħsbu.", "Huwa importanti li nkunu f'kuntatt magħhom u naraw għalfejn qegħdin jibżgħu minn dan il-commitment.", "Per eżempju, Bugeja – hawnhekk nixtieq nissuġġerixxi li meta dan ilesti l-Ph.D iġġibuh hawnhekk; fil-fatt dalwaqt ilesti - wara li għamel survey sab kemm qed ikollhom relazzjonijiet sesswali l-adoloxxenti.", "He set up 15 focus groups jiġifieri qabad gruppi żgħar ta' adoloxxenti ta' bejn l-14-il sena u s-16-il sena u qagħad jistaqsihom x'għandhom bżonn huma fir-relazzjonijiet tagħhom biex jikbru anke f'din l-area.", "Per eżempju, xi ħaġa li qalulu l-adoloxxenti – dan juri kemm ir-riċerka hija importanti – kienet li dawn jixtiequ jitgħallmu aktar kif tibda relazzjoni.", "Kemm-il darba smajna li biex iż-żgħażagħ ibusu lil xi ħadd iridu jixorbu?", "Din saret xi ħaġa komunissima.", "Dawn l-ewwel jixorbu mbagħad jinnamraw għax ma jafux kif tibda relazzjoni.", "Jiġifieri dawn iridu jitgħallmu aktar fuq kif iżżomm relazzjoni u x'tagħmel biex tieqaf.", "Per eżempju, sabu li huma aktar it-tfajliet li jibżgħu li jweġġgħu fir-relazzjonijiet u jixtiequ jitgħallmu aktar fuq hekk.", "Hawnhekk nixtieq nenfasizza li l-ġenituri għandhom bżonn ħafna support għax they are at a loss, ma jafux x'se jagħmlu.", "Ħafna mill-ġenituri lanqas jafu bil-perikli li t-tfal tagħhom għandhom quddiemhom.", "Dawn jixtrulhom computer għax mingħalihom li dan huwa bżonn imbagħad la jkunu jafu b'ċertu software u lanqas ikunu jafu xi jkunu qed jagħmlu t-tfal tagħhom.", "Għalhekk jien inħoss li s-sistema edukattiva għandha d-dover li tippreparahom għal din ir-rivoluzzjoni teknoloġika.", "Illum jgħidulek \"you skype\" imma ħafna lanqas jafu x'inhu skype u kemm hu faċli li tmur fuq l-iskype.", "Inħoss li l-iskejjel m'humiex jagħmlu biżżejjed fuq dan il-livell u li biex nilħqu lit-tfal kollha fl-iskejjel irridu naħdmu u jrid ikollna interventions at different levels.", "Irid ikollna interventions fil-klassi imma, per eżempju, wasal iż-żmien li fl-iskejjel ikollna family therapy service.", "Ma rridux nagħmlu counselling mat-tfal biss imma rridu ninvolvu lill-ġenituri.", "Per eżempju, jien ilni għaxar snin immur is-seminarju tas-subien u jekk tkellem lil Fr David Cilia - dan huwa surmast dedikatissimu mat-tfal - jgħidlek li llum il-ġenituri ma jridux biss li t-tfal jitgħallmu mill-iskola imma jridu s-support huma wkoll kemm għad-diffikultajiet li jkollhom fil-familja kif ukoll għal uliedhom għax ħafna drabi din hija sistema ekoloġika.", "Jien kultant ngħid: Għaliex iż-żgħażagħ qed jagħmlu hekk?", "Jista' jkun li ż-żgħażagħ qed jiġrilhom hekk għax qegħdin jirribellaw minħabba li fid-dar ikun hemm diffikultajiet fir-relazzjonijiet ta' bejn il-koppja.", "Però whatever the reason fl-iskejjel irridu ndaħħlu servizz ta' terapija tal-familja u l-iskola trid tersaq aktar lejn il-ġenituri u tissapportjahom.", "Kif għedtilkom ili għaxar snin immur is-seminarju darba kull tliet ġimgħat nagħmel family therapy clinic.", "Ikun hemm ukoll counsellor u guidance teacher u naħdmu flimkien mas-surmast, mat-teachers u mal-facilitators.", "Per eżempju, ikollok ġenituri li jkunu qed jiffaċċjaw ċerti sfidi, separazzjonijiet u problemi u dawn ikunu jistħu u allura trid tkun int li toffrilhom daqsxejn ta' spalla.", "Ikun hemm min ifittex l-għajnuna hu, imma jkun hemm oħrajn li joqogħdu lura u naħseb li dan għandu jkun fl-interess tal-iskola.", "MICHAEL GONZI: Il-problemi li jkollhom it-tfal dejjem ikunu kkawżati minn problemi fil-familja?", "Din hija xi ħaġa li tinkwetani.", "MICHAEL GONZI: Hemm persentaġġ ta' tfal li huma binge drinkers, hemm persentaġġ ta' tfal li jħobbu l-internet imma ma jfissirx li hemm problemi biss fil-married couples.", "We have to find something else li qed iġiegħel lil dawn it-tfal jaqgħu għal dawn l-affarijiet.", "DR ANGELA ABELA: Jien se ngħid straight and plain li ma qbiltx li f'dak li għandu x'jaqsam ma' xorb l-età għamilniha sa 16-il sena.", "Jien jidhirli li kellna nagħmluha ta' 18-il sena.", "MICHAEL GONZI: Meta din il-liġi kienet ġiet diskussa u kienet sa sittax-il sena, jien kont tkellimt kontriha għas-sempliċi raġuni li ż-żgħażagħ xorta se jibqgħu jixorbu għax donnu li din saret kultura.", "Inkella l-problemi jkunu għadhom hemm, allura jiżvogaw fl-alkoħol.", "L-inkwiet tiegħi kien - u hekk qed isir – li ż-żgħażagħ, minflok imorru f'bar f'Paceville jew x'imkien ieħor, u forsi jien jew int nistgħu nikkontrollaw xi ftit, qed imorru fi flat għal rashom, jixorbu, jabbużaw mid-droga, sess eċċ.", "DR ANGELA ABELA: Jien inħoss li għandna wisq laxkezza u rridu nkunu aktar responsabbli.", "Il-pieni, speċjalment għall-adulti li jagħtu x-xorb, għandhom ikunu ħorox ħafna għax aħna suppost kollha ġenituri ta' komunità.", "Per eżempju, jekk jiġi tifel għandi f'wieħed mill-ħwienet li hemm viċin il-Junior College u jitlobni flixkun vodka miż-żgħar, għandi nistmah bħal ibni u ma nagħtihx.", "Hekk għandna nagħmlu u min jinqabad għandu jieħu piena ħarxa għaliha.", "JUSTYNE CARUANA: Kemm tressqu l-qorti fuq din?", "Jekk m'iniex sejra żball kont għamilt mistoqsija f'dan ir-rigward.", "Trid tara kemm tressqu l-qorti fuq bejgħ ta' xorb lill-persuni taħt l-età.", "Negliġibbli.", "L-effett li lkoll kemm aħna xtaqna li tħalli din il-liġi ma ntlaħaqx.", "Apparti minn hekk għandek diffikultà f'postijiet iffollati.", "Min ikun qed ibigħ ikun jista' jara jekk dak li jkun ikollux ċerta età jew le imma meta jkollok folla jkun hemm problema.", "Dak li jkun, ikun kif irid jagħmel biex jara jekk min ikun qed jixtri jkollux età jew le?", "DR ANGELA ABELA: Nista' nassigurakom li x-xorb jinbiegħ anke meta ma jkunx hemm folol.", "Naħseb li hemm lok għal aktar monitoring u aktar inforzar.", "JUSTYNE CARUANA: Imbagħad għandek problema oħra ta' l-età ta' dawk iż-żgħażagħ li jistgħu jidħlu f'diskoteka.", "Hemmhekk ħadd ma jwaqqfek u l-età hija ħafna inqas minn dik tax-xorb jiġifieri għandek dak il-perijodu ta' sentejn li qiegħed an uncontrolled gap.", "DR ANGELA ABELA: Ikollok tfal li jiġu influwenzati mill-peer group però huwa aktar faċli li nissapportjaw il-ġenituri biex naraw għalfejn tifel jew tifla jkunu qed jaġixxu b'ċertu mod jew inkella biex naraw jekk dawn ikunux stressed.", "Kultant il-ġenituri wkoll ikunu għaddejjin minn ċerti diffikultajiet u din hija xi ħaġa li tiġri lil kulħadd.", "L-ewwelnett ikun hemm min iħossu daqsxejn guilty u forsi jersaq inqas u ċ-challenge hija akbar imma hemmhekk aktar għandek bżonn support u expertise biex lil dak li jkun tipprova tgħinu għax ħadd ma jrid ikun imdejjaq.", "Jien ilni nipprattika 20 sena u iktar u ħaġa li jiena ċerta minnha hi li l-ebda membru tal-familja ma jixtieq jgħix imdejjaq.", "Jekk ikun jaf kif jagħmel biex isib il-kuntentizza, u jsibha bl-għajnuna, se jieħu gost biha.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq il-korsijiet bħal, per eżempju, ta' Kana.", "Dawn huma l-uniċi korsijiet li għandna li jippreparaw għall-edukazzjoni fir-relazzjoni.", "Naf li jsir monitoring ta' dawn il-korsijiet imma għandna bżonn aktar riċerka.", "Per eżempju, għandna numru sostanzjali ta' żgħażagħ li jiżżewġu fil-knisja aktar għax il-knisja tkun imżejna milli għax huma prattikanti.", "Per eżempju, ma nafux dawn x'jieħdu mill-korsijiet u allura hawnhekk nistaqsi: Iż-żgħażagħ jagħmlu dan il-kors għax trid tagħmlu bilfors biex tiżżewweġ fil-knisja?", "L-ewwel semmejt il-każ ta' Marija li kienet ippreparata sew għaż-żwieġ u li riedet tgħid it-talba qabel torqod biex ikollha żwieġ hieni imma wara tliet xhur żwieġ kienet diżappuntata ħafna.", "Huwa interessanti li nitgħallmu minn dawn in-nies.", "X'kellha bżonn din il-persuna fir-relationship education tal-preparation to marriage biex dawn l-affarijiet tkun tista' tiffaċċjahom?", "Ovvjament la qed ikollna daqshekk żweġijiet ċivili, l-Istat irid joffri dawn il-korsijiet ukoll għax ir-riċerka turi li veru xejn ma jippreparak for the real thing però min jagħmel il-korsijiet - ovvjament dawn ma jagħmilhomx kulħadd u jista' jkun li jagħmluhom dawk li huma motivati – iż-żwieġ tiegħu jfalli inqas minn ta' min ma jagħmilx dawn il-korsijiet.", "Ms. Borg Xuereb studjat dak il-kors li jsir għal min ikun se jkollu tarbija.", "Din sabet li 96.5% imorru l-korsijiet imma dawn il-ġenituri li jattendu qalu li l-korsijiet ma jippreparawhomx għal x'jiġifieri jkollok tarbija u għamlu 'l fuq minn 300 suġġeriment dwar kif jixtiequ li jkunu dawn il-korsijiet.", "Barra minn hekk dawn il-ġenituri qalu li l-korsijiet għandhom bżonnhom mill-iskejjel.", "Per eżempju, fl-Ingilterra qed jagħmlu training liż-żgħażagħ u jagħtuhom baby mhux ta' veru biex ikunu jafu x'jirrikjedi li jkollok tarbija.", "Kif jaf kulħadd tarbija trid tagħtiha x'tiekol, trid taħsilha u tlestilha kollox u b'dan il-mod dawn ikunu jafu xi tfisser li tieħu ħsieb tarbija.", "Qalu wkoll li anke n-nanniet għandhom bżonnhom dawn il-korsijiet għax illum il-ġurnata dawn qed jieħdu ħsieb it-tfal ukoll.", "Però wisq nibża' li ħafna nanniet qed jieħdu ħsieb it-tfal mhux għax jieħdu gost, imma għax huma sfurzati.", "Issa mir-riċerka nafu li għall-iżvilupp ottimu tat-tfal huma l-ġenituri l-aħjar persuni biex irabbu lit-tfal u mhux in-nanniet.", "Hemm ukoll il-work family balance.", "Ħafna drabi hija l-mara li tieqaf mix-xogħol imma jekk din iżżomm sa 15 hours of the workload ma titlifx il-karriera għax that is enough to keep abreast u forsi baby ta' sitt xhur jiflaħ 15 hours away minn ommu imma ma jiflaħx ħafna sigħat.", "Hemm bżonn li nirriflettu aktar fuq dawn l-affarijiet u x'jiġifieri jkollok relazzjoni ma' tarbija.", "Din hija xi ħaġa kruċjali għax dak iż-żmien ma jerġax jiġi lura.", "Id-darba l-oħra għedt kemm is-synapses fil-moħħ tal-baby jiżviluppa jgħaġġel.", "Per eżempju, nafu li r-relazzjoni sigura li tibni ma' at least wieħed mill-ġenituri tiegħek se tkun arma tajba ħafna għar-relazzjoni li se tibni mal-partner tiegħek fil-futur.", "Jekk tħossok sigur meta tkun għadek żgħir iċ-ċansijiet huma li ma toqgħodx taħseb ħażin fil-partner għalxejn meta tikber u ma taqbadx u tniżżel ix-shutters meta tinqala' problema biex ma tweġġgħax.", "Hemmhekk qed tinvesti mhux biss għas-sigurtà tiegħek imma qed tinvesti għar-relazzjoni li jkollok meta tiżżewweġ.", "Hawn riċerka aċċettata li dik ir-relazzjoni li nibnu mat-tarbija tkun waħda sigura imma lill-ġenituri rridu nissapportjawhom.", "Per eżempju, ma jistax ikun li nibagħtu midwife fl-ewwel erbat ijiem imbagħad din ma tidhirx aktar.", "Ma jistax ikun li daqqa tmur midwife, imbagħad tmur midwife oħra u mbagħad tmur midwife oħra.", "Irid ikun hemm l-istess persuna ma' l-omm biex din tkun komda u tiftaħ.", "L-aħħar darba semmejt il-family nurse imma ħafna nies ma jafuhomx ċerti affarijiet.", "Per eżempju, jien favur li ċ-childcare centres ikunu ta' livell għoli u jkunu affordable però niltaqa' ma' ħafna nies, anke tal-iskola u nies gradwati, li ċerti affarijiet li għalija huma bibbja, bħall-importanza li tibni relazzjoni sigura mat-tarbija tiegħek, li din qed tagħtiha xi ħaġa għal għomorha, ma jafuhomx.", "Dak huwa n-nuqqas tal-Istat li ma jinformax lin-nies u ma jedukahomx.", "Ħafna nies ikunu jixtiequ jisimgħu esperjenzi ta' nies oħrajn u mhux biss ta' esperti.", "Ikun tajjeb, per eżempju, li din Marija li semmejt aktar qabel tmur fil-korsijiet ta' Kana u tgħidilhom li minkejja li attendiet għall-kors xorta ħarġet diżappuntata.", "Ovvjament l-esperti għandhom it-tajjeb tagħhom u hemm post għalihom imma ħafna drabi n-nies, lill-esperti jaħsbuhom xi nies li għandhom kollox eżatt u jiġihom kollox pinna.", "Meta jisimgħu lil xi ħadd jitkellem fuq l-esperjenza tiegħu jgħidu li ma jkunux huma biss f'dik is-sitwazzjoni u jagħmlu kuraġġ u jkun hemm aktar solidarjetà.", "Per eżempju, jien man-nies naqsam anke t-trobbija tat-tfal tiegħi biex nurihom li jien ukoll irrid ninvesti, nitħabat u nimpenja ruħi għax mhux kollox dejjem jiġi eżatt.", "Jien irrid nagħmel il-konklużjoni tad-diskors tiegħi billi ngħid li l-edukazzjoni fir-relazzjonijiet trid timxi minn ġenerazzjoni għal oħra.", "Huwa importanti li jkollna relazzjonijiet siguri u safe, ibbażati fuq l-empatija, li tifhem lill-persuna li jkollok quddiemek.", "Huwa importanti wkoll li meta nitkellmu fuq edukazzjoni fir-relazzjonijiet ma naħsbux biss fil-partners imma naħsbu wkoll fl-istages kollha tar-relazzjonijiet u fir-relazzjonijiet ta' bejn il-ġenituri u t-tfal.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Jien nixtieq nagħmel xi osservazzjonijiet u suġġerimenti.", "L-ewwelnett irrid ngħid lir-research analyst James Carabott li meta niġu biex nagħmlu press release irridu nitgħallmu kif tirreaġixxi l-media.", "Għalhekk nissuġġerixxi li fil-press release ma jkollniex sharing ta' data li tatna Dr Angela Abela li hija data negattiva fuq il-familja għax inkella b'mod inġust il-media taqbdilna u tiffoka fuq l-aspetti negattivi, bħal per eżempju, data dwar kemm għandna separazzjonijiet eċċ. Naħseb li Dr Angela Abela tatna kummenti aktar minn hekk.", "Tkellimna fuq il-family therapy clinics eċċ. Issa jien għandi suġġeriment ieħor.", "Jien tal-idea li meta hawnhekk ikun hawn il-Ministru Dolores Cristina nressqu 'l quddiem id-diskussjoni fuq il-family therapy clinics fl-iskejjel u fir-riforma edukattiva li qed issir bħalissa.", "Barra minn hekk għandna suġġetti li ħarġet bihom Ms. Carmen Zammit bħala l-Kummissarju tat-Tfal.", "Għalhekk jekk ikun hemm bżonn, ikollna żewġ tipi ta' press releases li jelenkaw informazzjoni differenti biex tingħata importanza aktar.", "B'kumbinazzjoni għada se jkollna laqgħa mal-esperti li konna tkellimna magħhom fuq is-sexual health policy biex inkunu nistgħu nippreparaw u noqogħdu fuq is-suġġerimenti tagħhom dwar kif nistgħu nagħmlu konferenza hawnhekk.", "Issa jien nixtieq nistaqsi: Ikun tajjeb li ngħaqqdu flimkien l-education for relationship mat-tagħlim tas-Sexual Health Policy fl-iskejjel tagħna?", "Dawn imorru flimkien jew inkella dawn huma żewġ suġġetti li aħjar inżommuhom 'il bogħod minn xulxin?", "Punt ieħor huwa li naħseb li jkun tajjeb li meta jkollna dik il-konferenza fuq is-Sexual Health Policy nieħdu l-parir ta' Dr Angela Abela u nġibu lil Roderick Bugeja bħala kelliem.", "DR ANGELA ABELA: Fil-fatt għedtlu li se nissuġġerih u staqsejtu wkoll jekk nistax insemmi d-data għax hekk imorru l-affarijiet.", "Fejn se tagħmluha l-konferenza?", "THE CHAIRMAN: Il-konferenza mhijiex bħal dik li attendejna s-Sibt li għadda imma tista' tkun maqsuma fuq numru ta' laqgħat li jsiru hawn ġew fil-parlament stess.", "Flimkien irridu nibnu opinjoni lil min se nindirizzaw; jekk hux se nindirizzaw għalliema u tobba.", "Jien naħseb li nista' nressaq il-proposta jekk jagħmilx sens li l-edukazzjoni għar-relazzjoni tkunx fil-curriculum ta' Sexual Health Policy.", "Naħseb li parti mis-sexual Health policy hija kif ikollok relazzjoni.", "DR ANGELA ABELA: Milli qalli Roderick Bugeja, għax ix-xogħol tiegħu għadu ma ġiex pubblikat, jidher li ż-żgħażagħ qed jitolbuh huma.", "Għalhekk naħseb li għandkom tistednuh biex ikun parti minn dawn l-esperti.", "Dawn in-nies li qed isemmi u Roderick Bugeja jafu lil xulxin.", "Fil-fatt dan huwa lecturer fl-Institute of Healthcare imma ħadem ukoll fil-Health Promotion Department.", "Jien ngħid li l-bniedem li għodos fiha din il-ħaġa huwa Roderick Bugeja.", "THE CHAIRMAN: Sinjuri, hawn aktar mistoqsijiet?", "JUSTYNE CARUANA: Jien nixtieq nagħmel suġġeriment.", "Tiftakar meta ġew tal-qorti u tlabnihom ċerta informazzjoni?", "L-informazzjoni li se jagħtuna tal-qorti nistgħu ngħadduhielha ħalli tgħinna fir-riċerka.", "THE CHAIRMAN: Iva, tajjeb.", "Qabel nikkonkludi rrid nirringrazzja lil Dr Angela Abela għall-preżentazzjoni tagħha.", "Ovvjament ma naħsibx li din il-preżentazzjoni se jkollha bżonn rapport bi proposti elenkati magħha per se imma ovvjament irridu nżommu din il-preżentazzjoni f'moħħna bid-diversi proposti li ħarġu.", "Sussegwentement ta' din il-laqgħa, Dr Angela Abela, minflok nitolbok terġa' tiġi hawnhekk u tippreżentalna iżjed informazzjoni nixtieqek issib il-ħin ħalli nkunu iżjed ċerti mill-messaġġ li trid twasslilna u tindika lill-policy makers x'tip ta' proposti tixtieq li tressqilhom ħalli huma jkunu jistgħu jaħsbu fihom.", "Illum għandek opportunità, ta' darba f'ħajtek, li dak li tixtieq li jkun suġġerit, aħna se nagħmluh bħala politiċi.", "Għalhekk għandek tagħmlilna lista ta' x'inhuma dawn il-proposti.", "Per eżempju, hawnhekk nista' nsemmi l-proposta dwar l-inklużjoni soċjali favur it-tfal.", "Jien irrid li jkolli moħħi mistrieħ li l-informazzjoni li qed ningħata eventwalment toħroġ f'xi rapport li aħna rridu noħorġu.", "Aħna mezz ta' riċerka li minnha trid toħroġ innovazzjoni fil-policies u tingħata lill-ministeri konċernati jew lis-soċjetà b'mod ġenerali.", "Għalhekk ma rridx nitlef mill-importanza tal-informazzjoni li qed nirċievi.", "Per eżempju, inti u r-research analyst James Carabott tistgħu tagħmlu numru ta' proposti, bħalma kienet il-proposta li l-maternity leave minn 14-il ġimgħa jitla' għal 23 ġimgħa.", "Hawnhekk hawn membri tal-oppożizzjoni u membri tal-gvern u dawn il-proposti nibqgħu nġorruhom magħna anke meta tkun ġejja l-kampanja elettorali, per eżempju.", "Ladarba dawn ir-rapporti jiġu pubblikati se jgħinu biex f'Malta tinħoloq il-kultura li meta nitkellmu fuq tisħiħ tal-familja nistgħu nikkwantifikw x'jiġifieri policies favur it-tisħiħ tal-familja.", "Nispera li jien ċar biżżejjed fuq dak li nixtieq.", "Nirringrazzjakom u niltaqgħu fil-laqgħa li jmiss.", "Fid-9.10 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090218_018d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 18", "L-Erbgħa, 18 ta' Frar, 2009", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.30 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Skużat: L-Onor.", "ASSENTI: L-Onor.", "Is-Sur James Carabott, Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali fil-Kamra tad-Deputati attenda għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 17 li saret nhar l-Erbgħa 11 ta' Frar 2009 ġew konfermati.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, poġġa fuq il-Mejda tal-Kumitat dokument ta' l-EU li ntbagħat minn Working Group1:", "L-Onor Vassallo ċċirkola l-ewwel draft tar-rapport intitolat \"Il-Ħidma lejn l-Inklużjoni Soċjali tfisser Ħidma kontra faqar – It-Tfal l-Aktar li Jbatu\", għal kummenti tal-Membri.", "Il-bżonn ta' edukazzjoni għal relazzjoni aħjar fil-familji maltin", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat stieden lil Dr Angela Abela, Senior Lecturer fid-Dipartiment tal-Psikoloġija ta' l-Università ta' Malta biex tagħti preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Dr Abela kienet għamlet din il-preżentazzjoni intitolata \"Relationship Education for families in transition between different cultural value systems: A Maltese perspective\", waqt colloquium intitolat \"What works in Relationship Education?", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-9:10 pm il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090218_018m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 10", "Il-Ġimgħa, 27 ta' Frar 2009 fl-4.00 p.m.", "L-Onor.", "Michael Frendo, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ġimgħa, 27 ta' Frar 2009 fl-4.00 p.m fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa ma' Bernard Kouchner, Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej Franċiż."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090227_010a_bar.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ġimgħa 27 ta' Frar 2009.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-4.16 p.m.", "L-Onor Michael Frendo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "ASSENTI: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor Marie Louise Coleiro Preca u l-Onor Beppe Fenech Adami.", "L-Iskrivan qal it-Talba.", "LAQGĦA MA' BERNARD KOUCHNER, MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ TA' FRANZA", "Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej Franċiż, Bernard Kouchner, kien akkumpanjant mill-E.T. Daniel Rondeau, Ambaxxatur ta' Franza għal Malta, is-Sur Jean-Louis Falconi, diplomatic councellor għall-Affarijiet Ewropej, is-Sur Guy-Cedric Werlings, konsulent dwar l-enerġija u l-ambjent, Ms Vanessa Selk, desk officer għal Malta, u Ms Claire Bodonyi, counsellor fl-Ambaxxata Franċiża.", "Il-Membri tal-Kumitat u l-Ministru Kouchner tkellmu fuq diversi temi, fosthom, ir-relazzjonijiet bilaterali, l-għajnuna li Franza tat u li tista' toffri lill-Malta fir-rigward tal-immigrazzjoni rregolari, il-kriżi finanzjarja u ekonomika internazzjonali, l-enerġija nukleari u sorsi oħra ta' enerġija, Lvant Nofsani, l-Iraq u Iran.", "Fl-5.03 p.m. il-Kumitat aġġorna għas-6 ta' Marzu 2009 bil-laqgħa mas-Sur Richard Cachia Caruana, Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20090227_010m_bar.docx"}