{"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 1", "L-Erbgħa, 10 ta' Novembru, 1998", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 1", "L-Erbgħa, 10 ta' Novembru, 1998", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.32 p.m.", "PREŻENTAZZJONI MIS-SUR PETER KINSELLA B'RIFERENZA GĦAT- TĦEJJIJA TA' RAPPORT DWAR HOUSING U PERSUNI B'DIŻABILITA'", "THE CHAIRPERSON: Mr Bezzina.", "Kif tafu kellna naqtgħu l-ewwel u t-tielet item fuq l-aġenda.", "Nxtieq li l-laqgħa li jmiss tkun l-Erbgħa minflok it-Tlieta minħabba l-fatt li jien it-Tlieta se nkun imsiefra u għadni ma nafx x'ħin se nasal l-Erbgħa.", "Naħseb li l-ħin nistgħu inħalluh fis-7.00 p.m. għaliex donnu kien ħin komdu għal kulħadd, u nżommu l-aġenda li kellna llum, jiġifieri nitkellmu ftit fuq l-istruttura tal-laqgħat u mbagħad nibdew dwar il-parties.", "Naħseb li kulħadd irċieva d-dokumenti li bgħattilkom biex inkunu nistgħu nibdew mal-ewwel fuq dik id-diskussjoni.", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Chairperson, nixtieq nagħmel punt żgħir.", "Jekk fil-każ li jkun għadda s-Second Reading jew inkunu dħalna għall-Committee Stage ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta` Soċjali, naħseb li jkun għaqli li ż-żewġ membri fuq dan il-kumitat, li huma l-kelliema ewlenin dwar l-affarijiet soċjali, kif ukoll il-maġġor parti tas-sostituti u anke jien li għandi interess fis-social services b'mod indirett, inkunu preżenti fil-Kamra għad-diskussjoni.", "Għalhekk naħseb li jkun tajjeb li nħallu l-Erbgħa bħala t-tentative day imbagħad nimxu skond iċ-ċirkostanzi.", "THE CHAIRPERSON: Jien naqbel ma' l-Onor.", "Farrugia li jekk nhar l-Erbgħa tkun qed tiġi diskussa fil-Kamra l-liġi dwar is-sigurta' soċjali jkollna naqbżu ġimgħa.", "Jekk fil-Kamra jkun hemm affarijiet li għandhom x'jaqsmu b'mod dirett mas-social policy għandna nqisuhom bħala priority.", "Rigward l-item li għandna fuq l-aġenda tal-ġimgħa li ġejja, jiġifieri d-diskussjoni tar-regolamenti dwar il-parties u d-discos, naħseb li jkun tajjeb li jkollna mistednin għal-laqgħa nies li għandhom x'jaqsmu ma' dan is-suġġett biex jagħtuna l-ideat tagħhom.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-9.10 p.m. il-Kumitat aġġorna b'din l-aġenda:", "Kif għandhom ikunu strutturati l-laqgħat tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali; u", "Diskussjoni dwar regolamenti għaż-żamma ta' parties u discos."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19981011_001d_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 1", "It-Tnejn, 2 ta' Novembru 1998, fil-5.30 p.m.", "Mr Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-laqgħa Nru. 1 tal-Kumitat se ssir it-Tnejn, 2 ta' Novembru 1998, fil-5.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt.", "29 ta' Ottubru 1998 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19981102_001a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 2 ta' Novembru, 1998", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-", "L-iSpeaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra l-Onor.", "Xogħol tal-Kamra", "L-Onor.", "Gonzi ta indikazzjoni tal-programm ta' xogħol tal-Parlament għall-ġimgħatejn li jmiss u informa lill-Kumitat li wara li tagħlaq id-diskussjoni fuq ir-riżoluzzjoni dwar il-policy għat-trasferiment ta' proprjeta' tal-gvern, il-Kamra kellha tgħaddi biex tibda tiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs; dan ta' l-aħħar hemm marbut miegħu l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pensjonijiet.", "L-Onor.", "Gonzi rrifera wkoll għar-riżoluzzjoni dwar fondi speċjali għall-kunsilli lokali li daħlet fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan tal-Kamra fit-30 ta' Ottubru 1998.", "Fis-6.15 p.m. il-Kumitat aġġorna għas-16 ta' Novembru fil-5.30 p.m..", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19981102_001m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 1", "It-Tlieta, 10 ta' Novembru, 1998 fis-7.00 p.m.", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, tavża li l-Kumitat ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 10 ta' Novembru 1998 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Kif għandhom ikunu strutturati l-laqgħat tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Presentation minn Mr Peter Kinsella, mistieden tal-Management Efficiency Unit b'konnessjoni mat-tħejjija ta' rapport dwar housing u persuni b'diżabilita', għal Kummissjoni Persuni B'Diżabilita'.", "Diskussjoni dwar regolamenti għaż-żamma ta' discos u parties.", "5 ta' Novembru 1998 SKRIVAN TAL-KAMRA", "5 ta' Novembru 1998", "ONOR MEMBRI TAL-KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "B'riferenza għal item 3 ta' l-agenda, qed nibgħatilkom kopja ta' ittra mibgħuta lill-President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali mill-Ministru ta' l-Intern u l-Ministru għall-Politika Soċjali, flimkien ma' kopja tar-regolamenti ta' l-1995 dwar iż-żamma ta' bon ordni f'lokalitajiet ta' divertiment.", "għall-President tal-Kumitat"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19981110_001a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 10 ta' Novembru, 1998", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.32 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro ma kenitx preżenti minħabba impenji oħra fil-Parlament.", "Preżenti wkoll kien hemm l-Onor.", "Louis Galea, Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Kumitat stieden lil Mr Peter Kinsella li nġab Malta mill-Management Efficiency Unit b'konnessjoni mat-tħejjija ta' rapport dwar housing għal persuni b'diżabilita', jieħu parti fil-laqgħa ħalli jipparteċipa fid-diskussjoni.", "Mistieden miegħu kien hemm is-Sur Joe Camilleri u s-Sur Alfred Bezzina, Chairman u Executive Director tal-Kummissjoni Nazzjoni Persuni B'Diżabilita' rispettivament, Ms Marisa Micallef Leyson u s-Sur Victor Sciberras Grioli Chairperson u General Manager ta' l-Awtorita' tad-Djar rispettivament, Ms Sue Vella mill-Management Efficiency Unit u s-Sur Edgar Galea Curmi advisor tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni B'Diżabilita'.", "Fid-9.10 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 18 ta' Novembru, 1998 fis-6.30 p.m. b'din l-aġenda:-", "Kif għandhom ikunu strutturati l-laqgħat tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali; u", "Diskussjoni dwar regolamenti għaż-żamma ta' discos u parties.", "GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19981110_001m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 2", "It-Tnejn, 16 ta' Novembru 1998, fil-5.30 p.m.", "Mr Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-laqgħa Nru. 2 tal-Kumitat se ssir it-Tnejn, 16 ta' Novembru 1998, fil-5.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt.", "13 ta' Novembru 1998 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19981116_002a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 16 ta' Novembru, 1998", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-", "L-iSpeaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra l-Onor.", "L-Onor George Vella rrimarka li fil-Minuti kellu jitniżżel li l-Kumitat qabel li jkun hemm perjodu minimu ta' sebat ijiem minn meta Abbozz ta' Liġi jasal għand l-Oppożizzjoni u meta jiġi diskuss.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 1 li saret fit-2 ta' Novembru 1998, kif emendati, kienu konfermati.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li l-Uffiċċju ta' l-iSpeaker kien irċieva l-Ombudsplan għas-sena 1999 li wara li jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kellu jiġi diskuss mill-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Il-Kumitat qabel li d-diskussjoni fuq l-Ombudsplan għas-sena 1999 kellha ssir nhar it-Tnejn, 30 ta' Novembru 1998.", "Xogħol tal-Kamra", "L-Onor.", "Gonzi rrifera għad-diskussjoni fuq ir-ir-riżoluzzjoni dwar fondi speċjali għall-kunsilli lokali li kellha tibda fil-Kamra dakinhar stess u informa lill-Kumitat li din kellha tgħaddi sat-30 ta' Novembru 1998.", "L-Onor.", "Gonzi indika li l-ħsieb tal-Gvern kien li l-Budget jitressaq fil-25 ta' Novembru u li fil-ġranet ta' wara kien se jgħaddi lill-Oppożizzjoni kopja tal-mozzjonijiet proċedurali li normalment jitressqu bi preparazzjoni għall-Budget.", "L-Onor Gonzi informa lill-Kumitat li sadanittant, wara li tagħlaq id-diskussjoni fuq ir-riżoluzzjoni dwar fondi speċjali għall-kunsilli lokali, il-Kamra kellha tgħaddi biex tkompli tiddiskuti fl-istadju tat-Tieni Qari l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "Fil-5.58 p.m. il-Kumitat aġġorna għat-30 ta' Novembru fis-6.30 p.m.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19981116_002m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 2", "L-Erbgħa, 18 ta' Novembru, 1998 fis-6.30 p.m.", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, tavża li l-Kumitat ser jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 18 ta' Novembru 1998 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Kif għandhom ikunu strutturati l-laqgħat tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Diskussjoni dwar regolamenti għaż-żamma ta' discos u parties.", "13 ta' Novembru 1998 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19981118_002a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 2", "L-Erbgħa, 18 ta' Novembru, 1998", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 2", "L-Erbgħa, 18 ta' Novembru, 1998", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.50 p.m.", "ACTING CHAIRPERSON (Onor. Dolores Cristina): Nibda billi ninformakom li jien qiegħda hawn nissostitwixxi lill-Onor.", "Helen D'Amato, Chairperson ta' dan il-kumitat permanenti, peress li flimkien ma' l-Onor.", "Helena Dalli, għadha barra minn Malta.", "Ovvjament sforz ta' ċirkostanzi li m'għandhom l-ebda kontroll fuqhom.", "Għaldaqstant da parti tiegħi nitlobkom tikkumpatuni jekk taraw xi nuqqasijiet fit-tmexxija tal-laqgħa tal-lum.", "Nixtieq nintroduċi lill-membri ta' dan il-kumitat li huma hawnhekk preżenti.", "Dawn huma l-Onor.", "L-Onor.", "Michael Asciak huwa wkoll membru għan-naħa tal-Gvern, pero' bħalissa qiegħed fuq xogħol ieħor fil-Kamra tal-Parlament.", "Imbagħad għandna lill-Onor.", "Karl Chircop li wkoll bħalissa jinsab fuq xogħol ieħor.", "Qabel ma nibdew bid-diskussjoni nixtieq nistaqsi lill-membri ta' dan il-kumitat jekk għandhomx xi oġġezzjoni għal talba li rċevejna mingħand il-Public Broadcasting Services biex jieħdu filmat ta' din il-laqgħa, kif ukoll mill-Malta Independent li jixtiequ jieħdu xi ritratti.", "Jidher li m'hawnx oġġezzjoni allura nistieden lill-press viżiva tidħol u tibda tagħmel ix-xogħol tagħha.", "A/CHAIRPERSON: Ngħaddi issa għall-konferma tal-Minuti.", "Hawn rimarki fuq il-minuti ta' l-ewwel laqgħa li saret fl-10 ta' Novembru?", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb punt ta' min isemmih fil-minuti huwa li fil-kumitat intlaħaq ftehim li meta fil-Kamra jkun hemm diskussjoni li tkun tolqot direttament is-suġġett ta' l-affarijiet soċjali, minħabba li l-membri ta' dan il-kumitat huma interessati fis-suġġett ta' l-affarijiet soċjali, apparti mill-fatt li ż-żewġ kelliema ewlenin ta' l-Oppożizzjoni huma wkoll membri ta' dan il-kumitat u allura mhux possibbli li dawn ikunu f'żewġ postijiet fl-istess ħin, jekk ma jkunx jista' jsir arranġament dwar il-mod kif ikun imqassam ix-xogħol tal-Kamra, il-laqgħa tal-kumitat tiġi posposta.", "A/CHAIRPERSON: Nikkonferma dak li qed jgħid l-Onor.", "Farrugia u nikkwota mit-traskrizzjoni tad-debate fejn iċ-Chairperson dak inhar qalet:", "\"Jien naqbel ma' l-Onor.", "Farrugia li jekk nhar l-Erbgħa tkun qed tiġi diskussa fil-Kamra l-liġi dwar is-sigurta' soċjali jkollna naqbżu ġimgħa.", "Jekk fil-Kamra jkun hemm affarijiet li għandhom x'jaqsmu b'mod dirett mas-social policy għandna nqisuhom bħala prijorita'.\".", "Note taken tal-korrezzjoni li għamilt għall-minuti.", "KIF GĦANDHOM IKUNU STRUTTURATI L-LAQGĦAT TAL-KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "A/CHAIRPERSON: Il-mistiedna tagħna biex jipparteċipaw fid-diskussjoni dwar regolamenti għaż-żamma ta' discos u parties kienu informati biex ikunu hawnhekk għal ħabta tas-7.00 p.m. u l-ewwel item fuq l-aġenda tal-lum hija proprjament id-diskussjoni fuq kif għandhom ikunu strutturati l-laqgħat ta' dan il-kumitat.", "Fl-assenza ta' l-Onor.", "Helen D'Amato se nistaqsi biss lill-membri jekk għandhomx xi suġġerimenti x'jagħmlu fuq proċedura, pero' ovvjament wieħed jifhem li mbagħad ngħaddi s-suġġerimenti magħmula lilha għall-konsiderazzjonijiet tagħha sabiex tiddiskutihom meta terġa' tiltaqa' magħkom.", "Nistieden lill-membri li għandhom xi suġġerimenti ta' proċedura jagħmlu l-intervent tagħhom.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: La ċ-Chairperson m'hijiex preżenti, jien kont nissuġġerixxi li naqbżu t-tieni item ta' l-aġenda u ngħaddu mill-ewwel għat-tielet item.", "A/CHAIRPERSON: Naqbel magħkom, pero' kif diġa' għidtilkom il-mistiedna li għandna - hemm lista twil tagħhom u issa ngħid min huma - kienu avżati biex ikunu hawnhekk għal ħabta tas-7.00 p.m. u allura jekk nibdew il-laqgħa fl-assenza tagħhom, jien jidhirli li nkunu qegħdin nonqsu, pero' ovvjament dan intkom tiddeċieduh.", "FRANCIS AGIUS: Nissuġġerixxi li nagħmlu ftit ta' diskussjoni mingħajr ma nieħdu deċiżjonijiet.", "A/CHAIRPERSON: Nagħmlu diskussjoni qasira fuq proċedura mbagħad fis-7.00 p.m. nibdew id-diskussjoni fuq it-tielet item.", "Qabel xejn qed nara lill-Iskrivan tal-Kamra, u forsi jekk jieħu paċenzja bija, juri lin-nies li ġejjin għal din il-laqgħa fejn proprju qed niltaqgħu.", "Onor. Agius, għandek xi kummenti jew suġġerimenti li trid tagħmel fuq proċedura?", "FRANCIS AGIUS: L-ewwelnett jien naħseb li importanti ħafna li nirrispettaw il-kontinwazzjoni tal-kumitat u naħseb ukoll li għal ċerti deċiżjonijiet fuq ċerti suġġetti l-membri tal-kumitat kollha għandhom ikunu preżenti, pero' bħala punt prattiku, tajjeb li jkollna xi tip ta' sotto-kumitat, anke mhux formali, sabiex ċerti nies inkarigati mill-istess grupp jiddiskutu ċerti issues għax iż-żmien mhux se jippermettilna li kulħadd ikun hawn kull darba li niddiskutu dak is-suġġett.", "B'hekk inkunu nistgħu nagħmlu streamlining tas-suġġett li se niddiskuti u bħala kumitat inkunu aktar effettivi.", "A/CHAIRPERSON: Naħseb li l-punt huwa validu imma milli jidher .… L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jien naqbel mal-punt li għamel l-Onor.", "Agius dwar kontinwita'.", "Jien nifhem li ċ-Chairperson ikollha diġa' f'rasha xi suġġetti li għandhom jiġu diskussi, pero' naħseb li jekk ikun hemm xi ftit ta' koordinament bejn il-membri tal-Gvern u l-membri ta' l-Oppożizzjoni u jkun hemm forsi iktar spazju biex anke l-membri ta' l-Oppożizzjoni jressqu punti fuq l-aġenda għal laqgħat futuri, jkun hemm aktar speċi ta' affinita' bejnietna fejn inħossuna iktar kumitat, biex ngħid hekk, sħiħ, u jkun hemm iċ-ċans li forsi jkollna spettru iktar wiesgħa ta' l-affarijiet.", "A/CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Hawn membri oħra li jixtiequ jikkummentaw?", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb punt ieħor importanti huwa li ma jkollniex repetizzjoni ta' diskussjonijiet li diġa' saru fix-xhur u fis-snin li għaddew fil-kumitat soċjali.", "Sakemm ma jkunux affarijiet li nbiddlu ċ-ċirkostanzi dwarhom jew forsi tbidlet ċertu teknoloġija, ma nħossx li għandna nerġgħu noqogħdu nirrepetuhom hawnhekk sempliċement for the sake li għamilna diskussjoni oħra.", "Naħseb li għandna nieħdu punti li jkunu ta' interess nazzjonali, punti li fihom infushom ukoll ikunu soċjali, u nipprovaw naraw li dawn jiġu tackled b'mod kemm jista' jkun fid-dettall billi nisimgħu lil diversi persuni fid-diversi setturi tal-ħajja li jkollhom x'jaqsmu ma' dik il-linja partikolari, u jekk tinħass il-ħtieġa, jkollna aktar minn laqgħa waħda.", "Barra minn hekk jien inħoss li dan il-kumitat m'għandux sempliċement jisma', imma għandu jkollu wkoll iċ-ċans li jiddiskuti u jagħrbel il-proposti li jkunu tressqu.", "A/CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Naħseb il-ħin prezzjuż għal kulħadd u m'għandi l-ebda dubju li ċ-Chairperson se tieħu s-suġġeriment tiegħek into consideration.", "MICHAEL ASCIAK: Jien nixtieq nistaqsi għall-informazzjoni tal-kumitat u anke tiegħi personali, kif tiġi determinata l-aġenda ta' dawn il-laqgħat.", "Jekk aħna jkollna xi suġġeriment fuq ċerti issues topiċi, x'inhi l-proċedura?", "Ngħaddu s-suġġerimenti tagħna liċ-Chairperson?", "A/CHAIRPERSON: Jien nassumi li tgħadduhom liċ-Chairperson li mbagħad hi tiddeċiedi fuq l-aġenda, pero' m'għandi l-ebda dubju li ċ-Chairperson tikkonsulta wkoll ....", "MICHAEL ASCIAK: Jiġifieri ngħaddulha issues jew topics li nixtiequ jiġu diskussi u jekk hemm xi nies li rridu nitolbuhom ....", "A/CHAIRPERSON: Jien nimmaġina li f'kumitat bħal dan il-konsultazzjoni hija l-bażi ta' kollox.", "M'għandi l-ebda dubju li l-konsultazzjoni għandha ssir.", "FRANCIS AGIUS: Fuq dak li għandu kif qal l-Onor.", "Farrugia, tajjeb li naraw ftit x'kien intqal fil-kumitat matul il-leġislatura preċedenti.", "Forsi kien hemm xi affarijiet li għadhom in hand.", "A/CHAIRPERSON: Point taken u għal-laqgħa li jmiss nissuġġerixxi li jkollkom lista ta' suġġetti li diġa' ġew diskussi.", "Onor. Farrugia, fhimtek sew li donnok tajt indikazzjoni li forsi kien hemm xi diskussjoni sospiża?", "MICHAEL FARRUGIA: M'hijiex kwestjoni ta' diskussjoni sospiża.", "Jekk kien hemm suġġetti li ma spiċċawx fid-diskussjoni tagħhom, ejja nevalwawhom f'dan il-kumitat ġdid u jekk hemm bżonn nerġgħu nibdewhom mill-ġdid, imma jekk hemm affarijiet li diġa' ġew diskussi, u naf li hemm affarijiet li ġew diskussi u saru diversi seduti dwarhom, ma naħsibx li wara ftit taż-żmien għandna nerġgħu nġibuhom quddiem il-kumitat għaliex sempliċement f'dan il-kumitat hawn ħafna membri li huma ġodda.", "Naħseb il-maġġorparti tal-membri li qegħdin f'dan il-kumitat huma differenti minn dawk li kien hemm qabel, pero' ma narax ir-raġuni għaliex sempliċement biex aħna wkoll niddiskutu xi topic, nerġgħu nirrepetu xi ħaġa li saret sitt xhur ilu.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Li xtaqt ingħid fuq dan li qed jintqal, huwa dan, Sinjura Chairperson.", "Forsi meta nkunu qegħdin niddiskutu xi topic partikolari u li jkun intmiss mill-kumitat preċedenti, ta' min wieħed jiġi mqassam minn qabel it-transcript tad-debate ta' dak inhar jew inkella xi dokumentazzjoni li kienet għad-dispożizzjoni tal-kumitat, ħalli b'dan il-mod ma jsirx ħafna xogħol doppju u ħela ta' ħin għal xejn.", "A/CHAIRPERSON: Naħseb li s-segretarja tal-kumitat ħadet nota tas-suġġeriment tiegħek.", "L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Importanti li d-debates, u forsi anke l-minuti tal-laqgħat - għalkemm dawn huma pjuttost sketchy - ikunu aċċessibli għalina.", "L-Onor.", "Michael Farrugia għadu kif qal li suġġetti li diġa' ġew diskussi riċentement m'għandhomx għalfejn jerġgħu jiġu quddiem dan il-kumitat, pero' l-verita' hi li minn żmien għal żmien, iċ-ċirkostanzi jinbidlu wkoll.", "Per eżempju l-aħħar darba kellna diskussjoni fuq persuni b'diżabilita' u l-aċċess li għandhom għal diversi servizzi li hemm u rriżulta li hemm diversi servizzi li l-persuni b'diżabilita' għandhom m'humiex jibbenefikaw biżżejjed minnhom.", "Jiġifieri minn żmien għal żmien, iċ-ċirkostanzi jistgħu jinbidlu u allura ma nħossx li għax xi ħaġa tkun ġiet diskussa sentejn ilu m'għandhiex għalfejn terġa' tittella' fuq l-aġenda.", "Għalhekk huwa importanti li d-debates ikunu available biex wieħed ikun jista' jeżamina x'intqal.", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Chairperson, fil-fatt wieħed mill-punti li ssemma huwa appuntu dak li għadu kemm qal il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Farrugia, jiġifieri li wieħed irid jara wkoll jekk iċ-ċirkostanzi ikunux inbiddlu jew le minn meta tkun saret id-diskussjoni.", "Jekk iċ-ċirkostanzi jkunu nbiddlu, allura vale la pena li nerġgħu nagħmlu diskussjoni sħiħa hawnhekk, imma jekk iċ-ċirkostanzi ma jkunux tali li jirrekjedu seduti sħaħ hawnhekk m'għandniex għalfejn nerġgħu niddiskutuhom biex sempliċement inkunu għamilniehom.", "Naturalment jekk ikun hemm xi affarijiet partikolari li minkejja li jkunu diġa' ġew diskussi naraw li hemm għalfejn jerġgħu jiġu diskussi, ejjew niddiskutuhom, imma jekk m'hemmx għalfejn, ma noqogħdux naħlu l-ħin tal-kumitat fuq xi ħaġa li diġa' saret iżda mmorru fuq affarijiet li huma aktar ta' sugu.", "A/CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Hawn kummenti oħra?", "L-Onor.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali): Bil-permess tal-kumitat xtaqt li nistabbilixxu punt ta' proċedura.", "Għaliex qed ngħid bil-permess tal-kumitat?", "Għax teknikament, aħna l-ministri m'aħniex u m'għandniex inkunu membri fuq il-kumitati permanenti tal-Kamra.", "L-iskop hu li fil-Parlament tagħna, bħall-parlamenti l-oħrajn kollha fid-dinja, nipprovaw nimxu bis-sistema fejn il-ministri ma jkunux parti integrali mill-kumitati parlamentari iżda jsegwu dak li jkun qed jiġri.", "Naturalment huma dejjem jistgħu jiġu mitluba jew mistiedna mill-kumitat stess biex iwieġbu mistoqsijiet partikolari jew biex jirreaġixxu għal xi kummenti li jkunu qed isiru waqt id-diskussjonijiet.", "Jien qiegħed preżenti hawnhekk pjuttost biex insegwi u mhux biex nipparteċipa fid-dibattitu u se jingħaqad magħna wkoll il-Ministru Tonio Borg meta tibda d-diskussjoni fuq l-item li jmiss fuq l-aġenda għaliex is-suġġett li se jiġi diskuss jinteressana.", "Dan qed ngħidu sempliċement for record purposes.", "Qegħdin hawnhekk bħala ministri, iżda nintervjenu biss fid-diskussjoni jekk il-kumitat iħoss li għandu jindirizza xi mistoqsija lilna jew inkella jitlob xi reazzjoni min-naħa tagħna.", "A/CHAIRPERSON: Nirringrazzjak tal-kjarifika li għamilt.", "Jekk m'hemmx aktar kummenti naħseb li nista' niftaħ id-diskussjoni fuq l-item li jmiss fuq l-aġenda.", "REGOLAMENTI GĦAŻ-ŻAMMA TA' DISCOS U PARTIES", "A/CHAIRPERSON: L-ewwelnett xtaqt ninformakom fil-qosor li ċ-Chairperson ta' dan il-kumitat iddeċiediet fuq is-suġġett ta' rave parties u ta' regolamenti għalihom wara li rċeviet ittra mingħand il-Ministru ta' l-Intern, l-Onor.", "Tonio Borg, u mingħand il-Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor.", "F'din l-ittra ġibdulha l-attenzjoni li bħalissa f'pajjiżna hawn kuxjenza ġdida dwar il-problema ta' parties u discos u dwar kif iż-żgħażagħ tagħna qegħdin jużaw il-ħin liberu tagħhom.", "Huma qalu wkoll li f'dan l-isfond iltaqgħu ma' uffiċjali ta' l-Aġenzija sedqa kif ukoll mal-membri tal-Korp tal-Pulizija sabiex jiġu individwati punti li jistgħu jservu bħala bażi ta' regolamenti ġodda.", "Qalu wkoll biex iċ-Chairperson tqis din l-ittra bħala waħda li jixirqilha attenzjoni immedjata peress li resqin lejn il-festi tal-Milied u nafu li matul dawn il-festi jkun hemm numru ġmielhom ta' dawn il-parties.", "Huma għaddew ukoll xi punti li għandhom iservu bħala bażi ta' diskussjoni, liema punti ġew mgħoddija lill-mistiedna kollha għal din il-laqgħa.", "Se nagħti l-ismijiet f'ordni alfabetika ta' dawk kollha mistiedna formalment għal din il-laqgħa biex tkunu tafu ftit l-ispectrum tal-mistiedna li għandna hawnhekk.", "Għandna l-Aġenzija sedqa, Alternattiva Żgħażagħ, l-Assistent Kummissarju tal-Pulizija, Caritas, Assoċjazzjoni Ġenituri Nħarsu l-Uliedna, Forum Żgħażagħ Laburisti, General Retailers and Traders Union, Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, Malta Hotels and Restaurants Association, Moviment Żgħażagħ Nazzjonalisti, Soċjeta' tas-Salib l-Aħmar u żewġ party organisers, l-Exit Promotions u Jason Jones.", "Niftaħ id-diskussjoni billi nistieden lil dawk preżenti jagħmlu l-interventi tagħhom, pero' qabel xejn nixtieq nistabbilixxu ftit ground rules.", "Biex nagħtu l-opportunita' lill-akbar numru ta' nies jesprimu l-opinjoni tagħhom, nitlobkom iżżommu l-interventi tagħkom qosra kemm jista' jkun.", "M'għandix arloġġ li se noqgħod inħares lejh, pero' nassumi li intkom tirrealizzaw li din hija xi ħaġa li hemm bżonn li ngħidha.", "Kull min irid jitkellem nitolbu jidentifika ruħu darba li jiġi bil-qiegħda hawn mal-Mejda.", "MICHAEL FARRUGIA: Jekk ma jimportax, se nagħmel xi ħaġa li m'hijiex tradizzjonali li ssir f'kumitat jew fil-Parlament.", "Sinjura President, se nitlob il-permess tiegħek biex f'ġieh dawk il-persuni kollha li tul dawn l-aħħar snin mietu kawża tad-drogi, leċiti jew illeċiti, nosservaw minuta silenzju.", "Din il-minuta silenżju għandha sservi mhux biex sempliċement infakkru dawn il-persuni imma sabiex kuntrarjament għal ħafna messaġġi li għaddejjin li ċerti drogi ma jagħmlux ħsara, infakkru li dawn id-drogi jagħmlu ħsara.", "Nixtieq infakkar ukoll f'diskussjoni li kellna fil-Parlament ftit taż-żmien ilu meta semmejna u dħalna iktar fid-dettall dwar id-droga ecstasy.", "Ħafna drabi l-messaġġ fost iż-żgħażagħ huwa li l-ecstasy ma tagħmilx ħsara u li l-ecstasy ma toqtolx.", "Pero' l-esperjenzi li kellna tul dawn l-aħħar ġimgħat u xhur, juru l-kuntrarju.", "Naħseb il-messaġġ li għandu jasal lill-poplu in ġenerali, b'mod speċjali liż-żgħażagħ u lil dawk li jabbużaw minn din id-droga, hu, li anke din it-tip ta' droga toqtol.", "A/CHAIRPERSON: Nirringrazzjak tas-suġġeriment tiegħek u naqbel li lkoll flimkien ningħaqdu f'minuta silenzju.", "Waqt li l-ħsebijiet tagħna jmorru mal-familji ta' dawk kollha li kienu vittmi tad-droga u nagħtuhom il-kondoljanzi tagħna, intenni li aħna nixtiequ li n-numru ta' vittmi f'dan il-pajjiż dejjem jonqos.", "Il-Kumitat osserva minuta silenzju.", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Sinjura President, bħalma kulħadd jaf kien hemm diversi artikli dwar dan is-suġġett fil-gazzetti fosthom f'\"The Times\" fejn kien hemm xi tlieta jew erba' artikli fuq dan is-suġġett inkluż ftit suġġerimenti eċċellenti, pero' nixtieq li l-mistiedna ma jħarsux biss lejn il-problema mill-aspett ta' kif se nnaqqsu d-droga minn xi disco jew rave party, imma li jagħtu wkoll suġġerimenti u jitkellmu fuq kif nistgħu naħdmu fuq moħħ iż-żgħażagħ mil-lat ta' prevention.", "Meta tara programm fuq it-televiżjoni bħalma kien hemm il-ġimgħa l-oħra fejn żagħżugħ ġie mistoqsi jekk jafx xi ħadd mill-ħbieb tiegħu li ma jieħux id-droga u dan wieġeb li ma jistax isemmi wieħed … Evidentement iż-żgħażagħ qed ikollhom peer pressure enormi u ma jafux kif din il-problema trid tiġi handled u għalhekk nixtieq li din il-problema tiġi dealt with mill-aspett preventiv.", "A/CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nistieden issa lill-membri ta' l-udjenza tagħna jagħmlu l-interventi tagħhom.", "Sur Mifsud, nitolbok tieħu postok mal-Mejda, tixgħel il-microphone u formalment tidentifika ruħek u l-għaqda li inti qed tirrappreżenta.", "IS-SUR JOSEPH MIFSUD (Forum Żgħażagħ Laburisti): Jien għadni membru tal-Foundation for Welfare Services li tikkoordina l-Aġenzija sedqa, pero' hawnhekk se nitkellem f'isem il-Forum Żgħażagħ Laburisti.", "Dawn il-proposti li ġew quddiemna f'forma ta' punti għad-diskussjoni, aħna nissapportjawhom kollha kemm huma.", "Huma punti li aħna diġa' pproponejniehom f'kitbiet, artikli u stqarrijiet li għamilna sa minn sentejn ilu, proprju fit-12 ta' Awissu, 1996 meta f'Għawdex kellna l-ewwel każ serju ta' persuna li kienet qed tiġġieled mal-mewt.", "Dak kien l-ewwel każ ta' mewt mid-droga ecstasy.", "Veru li għadu kemm kellna disgrazzja oħra u din hija ħaġa ta' niket, pero' qegħdin nieħdu pjaċir fis-sens li minħabba d-disgrazzja ċċaqlaq kulħadd.", "Qabel ma kellna disgrazzja, kulħadd kien qisu jattakka lil xulxin; forsi din l-issue konna nużawha b'mod politiku u ma konniex qegħdin nagħtu kas li fl-aħħar mill-aħħar se nibdew nitilfu l-ħajjiet.", "Naħseb li issa wasal il-punt li jkollna l-guts ninsew il-politika u ninsew il-voti u nkunu iebsin kemm hemm bżonn, anke jekk ma nkunux popolari u forsi anke nitilfu l-voti.", "Din il-problema m'għandhiex tintuża bħala tug of war bejn il-partiti politiċi imma għandna nsibu l-aħjar formola biex insalvaw liż-żgħażagħ u kif għidt int, Sinjura President, din il-ġimgħa stess fil-Parlament, inserħu ras il-ġenituri li uliedhom ma ħarġux mid-dar biex ma jirritornawx u jkun hemm biss it-telefonata li tinformahom li t-tifel jew tifla tagħhom jinsabu l-isptar f'qagħda gravi.", "Biex aħna intejbu dawn il-proposti ta' punti għad-diskussjoni, nixtiequ nagħmlu proposti oħra biex inkunu iktar speċifiċi f'ċerti punti.", "F'dawn il-punti ssemmiet is-2.00 a.m. bħala l-ħin ta' l-għeluq.", "Aħna nemmnu li wieħed ma jistax jagħti ħin sat-3.00, sa l-4.00, sal-5.00, jew sas-6.00 a.m. Ħalli ngħidlek għaliex.", "Għaliex party jista' jibda fit-8.00 a.m. u jibqa' sejjer sal-11.00 p.m. jew sa nofsilejl.", "Allura xorta għandek dak l-ispan ta' ħin fejn bilfors ikollok tieħu l-ecstasy biex iddum tiżfen dawk is-sigħat kollha.", "Jekk jiġi xi ħadd hawnhekk jgħidli li jdum jiżfen dawk is-sigħat kollha mingħajr il-bżonn ta' ecstasy jew ta' xi ħaġa oħra, jien bilfors nistaqsi kif f'Malta m'għandna lil ħadd li rnexxielu jirbaħ midalja tad-deheb fl-Olympic Games.", "Għax jekk għandna żgħażagħ b'saħħithom daqshekk li jdumu jiżfnu dawk is-sigħat kollha mingħajr bżonn l-għajnuna ta' dawn id-drogi illeċiti, allura għandna nirbħu l-medalji fl-Olympic Games!", "Aħna nemmnu li għandu jingħata ħin speċifiku, jiġifieri jekk jingħata permess, dan għandu jkun għal five hours jew six hours.", "Issa ħalli niddiskutu fuq kemm għandu jkun dan il-ħin, imma għandu jkun speċifiku.", "Jien nemmen li għandha titwaqqaf rave commission kif waqqfu pajjiżi oħra, fosthom l-Isvezja, biex din il-problema tiġi tackled.", "Fl-aħħar konferenza tal-United Nations li kont preżenti għaliha jien, ġew diskussi il-metodi ta' kif se jiġġieldu aħjar id-droga.", "Matul din il-konferenza l-UNESCO stess qassmu pubblikazzoni dwar synthetic drugs kif ukoll taħriġ dwar kif taħdem din il-kummissjoni.", "Jiġifieri mhux biss hemm regolamenti, imma għandek kummissjoni speċifika bejn l-awtoritajiet, bejn il-pulizija, bejn il-prevention agencies, eċċ., li tagħmel monitoring ta' dak li jkun għaddej, għaliex jista' jkun li llum nagħmlu regolamenti mod u xahar ieħor toħroġ xi ħaġa ġdida.", "Allura rridu nkunu qed nagħmlu sorveljanza kontinwa biex dejjem intejbu dak li diġa' hemm.", "Dik hija waħda mill-proposti tagħna.", "Jien nemmen li wasal iż-żmien li membri fil-Korp tal-Pulizija u fl-Armata jkollhom drug free test.", "Kull min ikun involut fil-korp u f'awtoritajiet bħal dawn, għandu jkollu ċertifikat huwa wkoll li ma jeħux droga.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex kellna każijiet fejn pulizija u persuni fl-Armata tressqu l-qorti dwar traffikar u anke pussess ta' droga.", "Jekk l-ecstasy tittieħed qabel party, s'issa l-pulizija ma tistax tkun taf jekk persuna ħaditx l-ecstasy jew le, allavolja dik il-persuna tkun qed titbellagħ, allura forsi għandna nistudjaw il-possibbilta' li jidħol id-drug test fejn jekk trid, il-pulizija tittestja dik il-persuna li jkollha fiha suspett raġonevoli - inti ma tistax tittestja kull persuna - biex tara jekk ħaditx droga jew le.", "Niġi issa għal bouncers.", "Jien nemmen li wasal iż-żmien li l-bouncers ikunu kontrollati.", "Ħafna drabi dawn ikunu pulizija mħallsa mill-organisers.", "Issa jekk jiġri inċident, mhux qed ngħid li ġara hekk, imma qed ngħid \"jekk\", dawn ma' min se jżommu, mal-Korp tal-Pulizija u jgħidu l-verita', jew inkella jiġbdu lejn min ikun ħaddimhom?", "Allura qed nagħmlu l-proposta li l-bouncers ikunu jew awtorizzati, ikunu b'liċenzja u jkollhom ċerti drittijiet, jew inkella l-bouncers li jkunu pulizija, ma jagħżilhomx il-promotur, imma jintagħżlu mill-Korp meta jkun ħareġ il-permess.", "Rigward il-ħlas, għaliex hawnhekk tqum ukoll il-kwestjoni tal-ħlasijiet, parti mill-garanzija ta' dawk li jkunu qed jorganizzaw il-party, għandha tkun ukoll bħala ħlas għal dawn l-impjegati u allura l-ħlas jittieħed mill-bond tal-garanzija biex il-pajjiż ma jkunx qed jiffinanzja hu dawn il-parties.", "Issemmiet il-kultura, u b'dispjaċir ninnotaw li fl-aħħar snin persuni mdaħħla f'dawn l-organizzazzjonijiet, per eżempju ċertu DJs li anke tressqu l-qorti u nstabu ħatja ta' akkużi ta' droga, daħħlu qisha kultura u pprovaw jagħmlu enfasi … Kienet qed tinbet l-idea li l-occasional user qatt ma jista' jkun addict u bdiet issir distinzjoni bejn soft drugs u hard drugs.", "Allura kellna min beda jgħid li l-eroina tagħmillek il-ħsara waqt li l-kannabis jew ecstasy waħda, ma tagħmillekx ħsara.", "Hawnhekk hawn sħabna li huma nvoluti fir-riabilitazzjoni, il-Caritas u l-OASI, li jistgħu jgħidu li ż-żgħażagħ li hemm għar-riabilitazzjoni bdew mix-xorb ta' alkoħol b'mod abbużiv jew inkella mill-kannabis.", "Mela allura mhux kif qed jgħidu li l-kannabis ma twassalx għall-eroina għax min qiegħed fuq l-eroina jew qiegħed għar-ribilitazzjoni, b'xi mod beda … Li rrid ngħid hu li hemm bżonn li din il-kultura nneħħuha.", "Jien naħseb li l-Aġenzija sedqa qed tagħmel xogħol tajjeb u fir-rigward ta' programmi ta' outreach, s'issa għandha programmi tajbin fil-qasam ta' l-edukazzjoni primarja u sekondarja, pero' nemmen li m'aħniex nilħqu lil dawk il-persuni li m'humiex jisimgħu l-priedka.", "Lil dawk m'aħniex nilħquhom.", "Allura għandu jkun hemm programmi ta' outreach lejn persuni bi problema u jekk hemm bżonn, għal dawn il-programmi nużaw is-servizzi ta' żgħażagħ li jkunu affrontaw il-problemi, ikunu qalu le, u jkunu għamlu snin ta' sagrifiċċju fi programm ta' riabilitazzjoni.", "Uħud minn dawn ma jsibux jaħdmu u allura tajjeb nużawhom f'dawn is-servizzi ta' outreach biex huma stess ikellmu lil żgħażagħ oħra.", "Nerġa' nenfasizza wkoll il-bżonn li dawk li jispiċċaw mill-programm ta' riabilizzazzjoni ma jispiċċawx fit-triq bla xogħol.", "Naħseb li l-proposta li kien hemm, anke mill-Aġenzija sedqa stess, li dawk iż-żgħażagħ li jkunu ħarġu mill-ħabs u żgħażagħ li jkunu għamlu programm ta' riabilitazzjoni, jagħmlu koperattiva bejniethom bl-għajnuna u riżorsi tal-Gvern biex jaħdmu u jaqilgħu xi ħaġa u mhux jispiċċaw jittalbu u jinġemgħu ħdejn id-Detox Centre.", "Fil-bars ta' ħdejn id-Detox Centre qed ikollna nies li jqattgħu ġurnata sħiħa hemmhekk, jiftehmu kif se jagħmlu holdups u lil min se jattakkaw, eċċ. Wasal iż-żmien li lil dawn il-persuni niġbruhom flimkien f'xi day centre.", "Bħalma għandna day centres għall-anzjani, tajjeb li dawn il-persuni wkoll ikollhom post fejn ikunu jistgħu jiltaqgħu u jilgħabu logħba billiard u mhux jintelqu fit-triq.", "Wasal iż-żmien ukoll li jkollna crisis intervention centre.", "Din dejjem enfasizzajtha bħalma jafu sħabi tal-Foundation.", "Nafu li jekk fil-għaxija nsibu persuna bil-vizzju tad-droga mitluqa ma' l-art, m'għandniex fejn neħduha.", "Hemm bżonn li jkun hemm intervention centre fejn jittieħdu dawn il-persuni.", "Anke jekk il-pulizija tarresta persuna bħal din, x'se tagħmel biha?", "Mhux titfgħu fiċ-ċipp, imma f'dak il-ħin ta' kriżi inti tista' ssalvah dak il-bniedem.", "Naħseb li jekk nimxu fuq dawn il-pjanijiet u forsi anke fuq pjanijiet oħra, inkunu qegħdin nagħmlu ftit biex nibdew niġġieldu din il-problema.", "Din il-problema qiegħda magħna u se tibqa' magħna, issa kemm għandna guts niġġieldulha flimkien jgħodd.", "A/CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Xtaqt nissuġġerixxi li jekk hu possibbli tgħaddi lil dan il-kumitat kopja tar-revista li għamilt aċċenn għaliha.", "IS-SUR JOE MIFSUD: Sinjura President, nippreżenta lill-Kumitat:-", "Estratt mill-pubblikazzjoni \"Peddro\" maħruġ mill-UNESCO u l-Kummissjoni Ewropea fi Frar 1998, intitolat \"Synthetic Drugs: a new challenge for prevention?\".", "A/CHAIRPERSON: Qabel ma nkomplu, nixtieq ngħidilkom li hawn membri minn NET Television li jixtiequ jidħlu fil-Kamra sabiex anke huma jieħdu filmat ta' din il-laqgħa.", "Hawn oġġezzjoni?", "Insejjaħ issa lis-Sur Philip Fenech.", "IS-SUR PHILIP FENECH (President, Hospitality and Leisure Division, General Retailers and Traders Union): Jien naqbel ħafna ma' dak li qal Joe Mifsud u biex ma noqgħodx nirrepeti, nista' mmur mill-ewwel għall-punch-line, biex ngħidu hekk.", "Ftit ilu, qabel ma kellna l-aħħar inċident, aħna konna ppubblikajna lista ta' kondizzjonijiet għax ħassejna li l-pajjiż wasal għall-upgrading ta' l-industrija tad-divertiment.", "Dawn il-kondizzjonijiet huma bażati fuq leġislazzjoni Ingliża, primarjament fuq il-Public Entertainment Licences (Drug Misuse) Act ta' l-1997.", "Jiġifieri dak li qed jiġri Malta m'hu xejn ġdid ħlief dak li ġara ħames snin ilu f'pajjiżi barranin.", "Fil-fatt tajjeb li ngħidu li din l-epidemija li hawn bħalissa, l-Ingilterra diġa` hija old fashioned għall-fatt li dawn irrealizzaw li l-ecstacy toqtol.", "Mela jien inħoss li għalkemm iż-żgħar tagħna kollha jaħsbu - u naħseb anke jien kont nemmen dan meta kelli 15, 18-il sena - li jiġri x'jiġri qatt m'hu se jiġri lilhom imma se jiġri lill-ħbieb tagħhom, nixtieq li nkunu ftit pro-attivi, fis-sens li l-istorja li għandna quddiemna u li diġa' ġrat l-Ingilterra, nużawha bħala test case għalina.", "Naf li hija diffiċli li nkunu daqshekk pro-attivi u nużawha bħala eżempju għalina, pero' l-iskop ta' dawn ir-regolamenti li għamilna huwa proprju biex inkunu ċerti li l-postijiet ta' divertiment ma jkunux mezz ta' tixrid tad-droga.", "Naturalment dawn huma guidelines biex naċċertaw ruħna li l-ebda klijent - ħalli nsejjaħlu \"klijent\", forsi l-kelma hija prudenti wisq - ma juża dawn l-istabbilimenti biex jittraffika d-droga u iktar agħar, jekk ikun hemm xi sidien li huma nvoluti wkoll, għax jien ma neskludi xejn.", "Mingħajr l-ebda nuqqas ta' rispett lejn ħadd, nixtieq nuża l-aħħar inċident li kellna nhar is-Sibt f'Gianpula bħala test case.", "Apparti li għamilt ir-riċerka tiegħi, lili qaluli li dawn il-kondizzjonijiet kollha ġew mħarsa kemm mill-organisers u kemm mis-sidien ta' dan l-istabbiliment.", "Pero' naturalment bħalma għidt f'kumment fil-gazzetta, l-ebda sistema m'hija foolproof għall-fatt li jekk xi ħadd se jibla' xi ħaġa qabel ma jmur ġo party, inti m'għandek l-ebda kontroll fuqu.", "Dan jista' jaqa' u jmut kullimkien.", "Issa jekk se mmorru għal xi ideat arkajċi - u ngħid \"arkajċi\" għax ipprovawhom postijiet oħra u ma ħadmux - … Dawn ipprovaw iwaqqfu dawn l-attivitajiet ta' divertiment b'ħinijiet u affarijiet oħra iżda minflok, tefgħuhom underground u spiċċaw agħar.", "Dan it-tifel fis-2.00 a.m. miet.", "Jiġifieri ejja għall-argument ngħidu li kien hemm xi kondizzjoni li fis-2.00 a.m. dawn il-parties kellhom jieqfu, dan it-tifel xorta kien imut.", "Jien nirrappreżenta lill-industrija u nixtieq niddefendiha għax wara kollox huma ftit in-nies li qegħdin iħammġuha, u forsi qegħdin iħammġuha b'nuqqas ta' edukazzjoni wkoll.", "Mhux qed ngħid għal dawk in-nies li qegħdin hemm biex jagħmlu l-flus, imma għal dawk in-nies li jew importaw din il-kultura - din hija kultura importata, m'hemm xejn ġdid, il-glam tagħha, il-hype tagħha huwa l-istess bħalma ġara x'imkien ieħor - … Jien ngħidilhom li huma vittmi u forsi l-Aġenzija sedqa tista' tgħin iktar f'dan is-sens.", "Jien inħoss li min-naħa tagħna għamilna dawn il-parametri biex ikun hemm iktar kontroll u ma naħsibx li nistgħu nagħmlu iktar milli hawn f'dawn ir-regolamenti.", "Nerġa' ngħid li dawn huma carbon copy ta' dak li ġara barra minn Malta, pero' a serious education campaign hija importanti.", "Illum iż-żgħażagħ iridu jirrealizzaw li anke nofs pillola ecstacy tista' toqtol, għax streetwise qed jgħiduli … Tajjeb ngħid li jien ilni fl-industrija tad-divertiment għal dawn l-aħħar 25 sena u kuljum inkun barra sal-5.00 a.m. u r-rapporti tiegħi lejn kull kumitat huma dejjem streetwise.", "Jien inservi speċi ta' bridge u nista' ngħid li waħda mill-crazes li hawn għaddejja fl-irħula - irħula fis-sens li dawn jista' m'għandhomx drug culture, edukazzjoni, forsi kelma ftit iebsa hawn Malta imma hekk hu - hija \"min jibla' l-iktar!\".", "Din ġrat ukoll fl-Ingilterra.", "Din hija injoranza grassa u jridu jirrealizzaw li iktar ma jibilgħu, iktar qed jissograw.", "Anke nofs waħda, it-tolerance tiegħek … Jien m'iniex tabib imma naf li l-ecstacy tiġġammja s-sistema li tikkontrolla t-temperatura tal-ġisem.", "M'hemmx antidote għaliha bħalma hemm għal drogi oħrajn u għal dik ir-raġuni diffiċli biex issalvah bniedem, għax kemm jekk tagħtih upper u kemm jekk tagħtih downer, tista' toqtlu.", "Naħseb li drug taking is a very personal decision u finalment huwa l-bniedem stess li jrid jikkonvinċi lilu nnifsu għax għalkemm aħna qed nagħmlu minn kollox biex id-droga ma tkunx f'postijiet tad-divertiment, jekk persuna wants to defy the system dejjem hemm mezzi.", "Sinjura President, qabel nagħlaq nixtieq nippreżenta lill-kumitat:", "Kopja ta' artikolu li deher fil-gazzetta \"The Times\" ta' l-20 ta' Ottubru 1998, intitolat \"Rave parties: controlling abuse\".", "A/CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Sur Fenech.", "L-Onor.", "RITA LAW: Fil-parti tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija ta' l-1995 li titkellem dwar l-eta` tad-dħul, hemm li persuna taħt l-eta` ta' 16-il sena ma tistax tidħol ġewwa lokalitajiet ta' divertiment.", "Peress li hawnhekk hawn preżenti wkoll persuni li jorganizzaw dawn id-discos, nixtieq nistaqsihom jekk hux veru li jitolbuhom jaraw il-karta ta' l-identita`.", "Jien staqsejt lil diversi żgħażagħ li jmorru f'dawn id-discos u qaluli li rari jitolbuhom il-karta ta' l-identita`.", "Jien ma nħossx li żgħażagħ li jkunu għadhom taħt is-16-il sena għandhom jattendu dawn id-discos, pero' naturalment ma jfissirx li għax inti għandek iktar minn 16-il sena tista' tagħmel ċerti affarijiet jew inkella tista' tieħu d-drogi.", "Jien inħoss li bħala parti minn prevention programme, trid tipprova tħajjar lit-tfal taħt is-16-il sena għal attivitajiet oħrajn.", "Per eżempju, billi l-Istat iħajjarhom aktar lejn attivitajiet sportivi jew għal xi attivita' oħra li meta tagħlaq is-16-il sena, ma twasslekx għal ħsieb li biex tiddeverti trid bilfors tmur ġo disco.", "Ħaġa oħra li nħoss li l-liġi għandha tagħfas fuqha hija proprju dwar dawn l-istabbilimenti.", "Inħoss li meta f'xi stabbiliment, għal darba, darbtejn, ikunu saru xi inċidenti, speċjalment bħal dak li ġara dan l-aħħar, il-liġi għandha tkun iebsa billi anke tagħlaq dak l-istabbiliment għal xi perjodu ta' żmien.", "Meta tagħmel dan il-pass int tkun qed iġġiegħel lis-sid ta' l-istabbiliment joqgħod attent x'nies idaħħal hemm ġew għax ġaladarba dan jaf li jekk jinqala' xi inċident l-istabbiliment tiegħu se jagħlquhulu, awtomatikament hu se joqgħod aktar attent u jagħmel aktar kontroll fuq dak li jkun qed jiġri ġol-premises tiegħu biex jevita li jiġru inċidenti u jagħlqulu l-istabbiliment tiegħu.", "IS-SUR JOSEPH CHETCUTI: (Assoċjazzjoni Ġenituri, Inħarsu 'l Uliedna).", "Filwaqt li llum qed niddiskutu dawn ir-regolamenti dwar iż-żamma ta' discos, ninsabu preokkupati għaliex kellna żewġ każi ta' żgħażagħ li mietu ġewwa l-post fejn kienu qed jiżfnu.", "Pero' aħna nixtiequ nfakkru li każi ta' imwiet ilu jkollna mhux ħażin.", "Matul is-snin, għexieren ta' żgħażagħ u nies oħra mietu mfarrka fil-karozzi tagħhom wara li qattgħu xi ħin jiddevertu u jixorbu.", "Allura għaliex dawn ma mietux fil-post tad-divertiment, ħadd ma jħossu responsabbli?", "Lil dawn żgur li xi ħadd sqihom u biegħilhom kwantita` kbira ta' xorb alkoħoliku li kien il-kaġun tal-mewt tagħhom.", "GĦaldaqstant aħna rridu li dawn ir-regolamenti japplikaw għal firxa sħiħa ta' l-industrija tad-divertiment u mhux sempliċement għad-discos u l-parties.", "Dan proprju minħabba l-mod li forsi bi ftit kontroll tħalliet tiżviluppa l-industrija tad-divertiment.", "GĦandna nkunu kuraġġjużi u naraw li jittieħdu deċiżjonijiet li 'l quddiem uliedna jfaħħruna għalihom u mhux jisħtuna.", "Rigward il-punti għad-diskussjoni li ressaq il-kumitat, aħna naqblu magħhom kif naqblu wkoll ma' proposti li diġa` saru, pero' aħna ma narawx differenza bejn disco u party li jsir barra u ieħor li jsir ġewwa.", "Aħna ma narawhiex din id-differenza.", "L-istess regolamenti għandhom jgħoddu għat-tnejn.", "Aħna nipproponu - u forsi din ma tinżilx tajjeb ma' kulħadd, imma aħna qed nitkellmu mill-qalb ta' ġenituri li mhux se noqogħdu nistennew lil uliedna jmutu qabel ma nitkellmu - li disco party jew attivita` ta' divertiment jdum ħin stabbilit kif qal is-Sur Joe Mifsud, per eżempju, erba' jew ħames sigħat u l-attivita' għandha tibda mhux aktar tard minn ċertu ħin, per eżempju, għal xi l-10.00 p.m., u mhux tibda f'xi nofsilejl jew is-1.00 a.m. Dawn huma dettalji li jridu jiġu miftiehma.", "Dwar il-ħin ta' l-għeluq għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni dawk il-ħaddiema li jkollhom jaħdmu l-lejl kollu biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom, kif ukoll għandu jiġi żgurat id-dritt tal-mistrieħ għal kulħadd.", "Nipproponu wkoll li nibdew nieħdu ħsieb li min jattendi dawn l-attivitajiet - din issemmiet ukoll diġa' - ikun ta' eta` xierqa.", "GĦalhekk f'attivitajiet ta' divertiment li jkunu se jdumu iktar minn nofsilejl, ma jitħallewx jidħlu dawk iż-żgħażagħ li jkunu taħt it-18-il sena.", "'L hemm irridu nersqu.", "Din tas-16-il sena, irridu naraw kif se naħdmu fuqha.", "GĦandha tibda titħaddem il-proof of age billi ssir obbligatorja li tintalab l-identity card.", "Kull min jinqabad li daħal taħt l-eta` għandu jeħel multa u l-organizzatur jeħel ukoll imqar Lm40 jew Lm50 għal kull bniedem li jkollu taħt l-eta` hemm ġew.", "Jekk mhux se nkunu drastiċi, m'aħna se naslu qatt.", "Sinjura President, aħna nħossu wkoll li l-uffiċjal li jawtorizza l-liċenzja u l-organizzatur jew l-owner tal-post għandhom ikunu accountable.", "Il-liċenzja għandha toħroġ f'isem l-organizzatur u mhux f'isem xi kumpannija li xi ħadd jista' jistaħba warajha jekk ikun hemm każ ta' qorti.", "Jekk jinstab li jkunu daħlu nies aktar milli tistipula l-liċenzja, l-organizzatur għandu jeħel multa li tammonta, per eżempju, għal 150% tal-prezz ta' l-entratura għal kull persuna li jkun hemm żejda fil-post u mhux jeħel xi Lm100 meta jkollu xi elf ruħ żejda!", "Mill-banda l-oħra jekk l-attivita' ddum aktar mill-ħin stipulat, l-organizzatur jeħel, per eżmpju, Lm2 għal kull persuna li setgħet tidħol skond kif stipulat fil-liċenzja.", "Il-multi jridu jkunu ħorox inkella mhux se naslu.", "Barra li jibqa' jsir l-iċċekkjar mill-pulizija għal xi droga moħbija fil-post qabel tibda l-attivita` - nisperaw li dan ma jsirx filgħodu imma jsir ftit minuti qabel ma tibda l-attivita' - għandhom jiġu ċċekkjati l-faċilitajiet u s-sigurta` tal-post.", "Per eżempju, għandu jiġi ċċekkjat li t-tagħmir tal-fire fighting ikun adegwat u serviced u l-ħruġ ta' emerġenza ma jkunx imblokkat.", "Għal dawn għandu jidħol responsabbli s-sid tal-post.", "Nipproponu li proprjeta` tal-Gvern m'għandhiex tinkera jew tintuża għal parties jew discos sakemm dawn l-attivitajiet ma jkunux tassew alcohol free u drug free events u bil-kondizzjoni li jkun hemm adult responsabbli li jara li ma jsirx xort'oħra.", "Kulħadd jaf x'ġara lejliet l-ewwel tas-sena f'Dar il-Mediterran, m'hemmx għalfejn noqogħdu nespandu.", "Barra l-use of hard drugs, għandna nieħdu ħsieb l-abbuż ta' l-alcohol u ma jitħallewx isiru open bar parties, happy hours u alcohol promotions li sfortunatament isiru f'nofs ta' lejl.", "Diġa` bdew jidhru l-ewwel riklami ta' open bar parties għall-Milied li ġej.", "Naqbel ukoll ma' proposta li diġa` ssemmiet, ċioe' li wieħed għandu jistaqsi kemm tagħmel sens li pulizija li jkun off duty jiġi impjegat minn party organiser biex iservi ta' security officer privat.", "Dan jista' joħloq konflitt meta l-pulizija jinzerta jkun duty u jkun hemm bżonn li jittieħdu xi passi kontra dawk li joffrulu dan l-impjieg part-time?", "Bħala deterrent, jista' jiġi introdott xi forma ta' random anti-doping test?", "Jekk jeżisti xi strument bħalma hu l-breathalyser iżda li f'dan il-każ flok alcohol jimmarka l-preżenza ta' xi sustanza illegali fid-demm, aħna nħossu li dan għandu jinġieb u jibda jintuża.", "Il-breathalyser test kien ta' deterrent u forsi dan li qed nissuġġerixxu jaħdem ukoll.", "Fejn tidħol il-kondotta ta' l-organizzaturi u d-disc jockeys - dan il-punt issemma wkoll fir-regolamenti tagħkom - din għandha tapplika wkoll għal dawk in-nies li jservu ta' door checkers, bouncers jew floor security.", "Dawn għandhom ikunu nies ta' karattru u kondotta bla ebda passat dubjuż u għandhom jiġu reġistrati mal-pulizija dawk in-nies li jkunu se jiġu mqabbda jagħmlu dan ix-xogħol qabel ma tinħarġilhom liċenzja.", "Dan qed nigħduh għaliex f'idejna għandna rapport maħruġ mill-police research group tal-Home Office ta' Londra fejn skoprew li xi traffikanti tad-droga ddeffsu ma' kumpanniji Ingliżi li jipprovdu s-security u qed jużaw strateġija msejħa \"control the doors, control the floors\" biex imexxu n-negozju u t-traffikar tad-droga.", "Jekk mill-banda l-oħra ma jirnexxilhomx jidħlu huma stess bħala security, dawn qed jimminaċċaw jew jixtru lis-security officers biex jagħlqu għajnejhom.", "F'dan ir-rapport instab ukoll li ntużaw tfajliet biex idaħħlu d-droga għax forsi lit-tfajliet ma jfittxulhomx daqs l-irġiel.", "Skond dan ir-rapport ukoll, esperiment li rnexxa kien li jitwaħħlu amnesty security strong boxes ħdejn il-bibien tal-post fejn il-klijenti jiġu mitluba jarmu fihom id-droga jew kwalunkwe oġġetti oħra illegali wara li jkunu ġew avżati li ma jistgħux idaħħluhom magħhom.", "Instab li din il-miżura kienet effettiva u meta kull tant żmien jiftħuhom - iċ-ċwievet tal-kaxxi jkunu f'security boxes f'idejn il-pulizija - sabu fihom diversi oġġetti illegali, fosthom droga.", "Fl-aħħar nett għandu jsir sforz qawwi biex jiġi żgurat li kemm ir-regolamenti eżistenti u kemm dawk li jitfasslu minn dan il-kumitat, jiġu nforzati kontinwament u rigorożament għax inkella llum inkunu ġejna hawnhekk għalxejn.", "Sinjura President, nixtieq nippreżenta lill-kumitat:-", "Kopja ta' proposti li l-Assoċjazzjoni Ġenituri, Inħarsu 'l Udiedna ħejjiet b'konnessjoni mar-regolamenti għaż-żamma ta' discos u parties.", "A/CHAIRPERSON: Sur Chetcuti, xtaqt nifraħlek ta' l-inizjattiva tiegħek li waqqaft din l-għaqda ta' ġenituri.", "Nistieden issa lis-Sinjura Sina Bugeja, Chief Executive ta' l-Aġenzija sedqa.", "MS SINA BUGEJA (Chief Executive Officer, Aġenzija sedqa): Bażikament naqblu mar-regolamenti proposti li kellna elenkati fuq il-lista li rċevejna.", "Ovvjament konna wara dawn is-suġġerimenti, pero' hemm xi punti li xtaqt niftaħ naqra iktar fuqhom.", "Per eżempju, fejn qed nitkellmu fuq it-team ta' trained medical staff jirriżulta li kien hemm anke talbiet biex it-team ikun preżenti biss minn ħin sa ħin.", "Din assolutament ma tagħmilx sens.", "Ħadd m'għandu garanzija li jkollu t-team preżenti sa l-4.00 a.m. għax inċident jista' jiġri sa dak il-ħin.", "Naħseb li din assolutament ma tagħmel l-ebda sens.", "Issemmew ħafna suġġerimenti validi mill-ispeakers ta' qabli u kollha jridu jittieħdu into consideration.", "Jien nixtieq inqajjem punt wieħed.", "Qed inħarsu lejn ir-regolamenti u lejn x'għandu bżonn isir immedjatament u naqbel magħhom perfettament, imma nissuġġerixxi li nħarsu iktar fit-tul.", "X'se jiġri, per eżempju, meta ndaħħlu l-anti-doping test u nidentifikaw dawk in-nies li għandhom il-problema?", "Jekk se nħarsu biss lejn id-deterrent legali u nitfgħuhom f'xi ċella, din m'hijiex se tkun is-soluzzjoni.", "Hemm bżonn inkomplu nippjanaw għal secondary prevention programmes fejn dawn in-nies li nidentifikaw bi problema, se jkollna intervent lejhom.", "Aħna diġa' qed naħdmu fuq secondary prevention għaliex nemmnu fiha bis-sħiħ.", "Is-Sur Joe Mifsud semma l-outreach u rrid ngħid li diġa` għandna tliet proġetti ta' outreach li diġa' qegħdin jiġu implimentati.", "F'dawn il-programmi, nies qed imorru apposta fejn hemm il-problema.", "Barra minn hekk għandna wkoll ippjanat secondary prevention programme.", "Ovvjament mhux se jkun widespread daqskemm nixtiequh imma għandna l-ħsieb li aktar 'il quddiem niżviluppawh.", "Pero' li qed nissuġġerixxi hawnhekk huwa li meta persuna tiġi identifikata li għandha l-problema, għandha tiġi riferuta lill-Aġenzija għax din tista' tgħinu.", "B'hekk inkunu nistgħu naħdmu magħha għaliex inkella mhux se nsolvu l-problema u ngħallmuha kif tista' toħroġ mill-problema.", "Billi naqbdu persuna darba, ma twassal għal imkien.", "Is-Sur Joe Mifsud semma wkoll il-bżonn ta' crisis intervention centre.", "Veru, m'għandniex post għal crisis intervention, pero' nixtieq ngħid minn hawnhekk li min ikollu bżonn li jaħdem fuq kriżi, Dar l-Impenn li tinsab ħdejn St Luke's hija miftuħa 24 siegħa kuljum u hemmhekk isiru crisis intervention activities.", "Grazzi.", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Inti semmejt l-anti-doping test, attwalment dan diġa' jeżisti?", "MS SINA BUGEJA: Jeżistu tipi ta' testijiet differenti, anke mingħajr ma jsir intervention fuq il-persuna.", "Jiġifieri m'hemmx bżonn li jittieħed id-demm jew l-urina ta' dak li jkun.", "Dawn it-testijiet jistgħu jsiru mill-għaraq tal-persuna.", "Fil-preżent m'għandniex il-faċilita` biex nagħmlu dawn it-tip ta' testijiet, imma m'aħna qed nivvintaw xejn ġdid.", "MICHAEL ASCIAK: Kemm idum biex jinħadem dan it-test?", "MS SINA BUGEJA: Jagħtik riżultat immedjat.", "Barra minn hekk, dan it-test jista' jservi bħalma jservi l-breathalyser test fis-sens li għandek deterrent.", "MICHAEL ASCIAK: Dawn it-testijiet huma speċifikament għall-ecstasy?", "MS SINA BUGEJA: Le; naħseb li nagħmlu żball jekk noqogħdu nieqfu fuq l-ecstacy biss.", "L-ecstacy hija a designer drug li hija kurrenti bħalissa pero' żgur li s-sena d-dieħla se jkollna xi ħaġa oħra.", "Il-problema trid tkun in ġenerali.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jien qrajt fuq dawn it-testijiet pero' wieħed irid joqgħod attent ukoll għaliex dawn mhux neċessarjament juru li dak li jkun għandu d-droga fih għax ikun ikkonsmaha dak il-ħin, imma seta' jkun ikkonsmaha ħmistax jew xahar qabel.", "Jiġifieri dawn it-testijiet juruk li wieħed għandu l-problema imma mhux bilfors jikkonfermaw li din ġiet ikkonsmata f'dik il-lokalita`.", "MS SINA BUGEJA: Dik tikkonferma l-punt li qed ngħid jien; li meta nidentifikaw persuna bi problema, irridu nkunu lesti bi programm biex ngħinuha.", "Jekk aħna nidentifikaw li hemm problema li anke tkun ilha hemm ċertu żmien, hemm bżonn li naraw x'se nagħmlu ma' dik il-persuna għaliex billi nidentifikaw biss, m'aħniex se naslu.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Naf li l-Aġenzija sedqa kienet f'kordinament mal-ministeru fuq dawn is-sett ta' regolamenti u għalhekk xtaqt nistaqsi lis-Sinjura Bugeja dwar it-team mediku.", "L-impressjoni li għandi dwar l-inċident li ġara nhar is-Sibt li għadda - ma nafx hijiex korretta jew le, għalhekk qed nistaqsi - hija li minkejja li kien hemm team mediku, dan ma kienx f'qagħda li jagħmel xi ħaġa.", "GĦaliex ma seta' jagħmel xejn?", "Għax il-każ tal-vittma kien daqshekk akut, jew għax fil-fatt ma kienx hemm l-expertise?", "MS SINA BUGEJA: Naf li hawnhekk hawn rappreżentanti tar-Red Cross Society u naf li se jitkellmu u jiddefendu l-pożizzjoni tagħhom għax it-team li kien hemm dakinhar kien tar-Red Cross Society, pero' ejja nagħmluha ċara li meta aħna qegħdin ngħidu li jkollok team mediku preżenti, it-team mediku ma jagħmilx mirakli.", "L-isptar imutu ħafna nies minkejja li jkunu f'idejn it-tobba, jiġifieri hemm l-expertise kollha.", "Wieħed jista' jagħmel intervention sa ċertu limitu.", "Pero' kieku dik l-ambulanza ma kenitx preżenti dak il-ħin ovvjament kien jintilef iktar ħin sakemm tiġi minn x'imkien ieħor, anke mill-isptar.", "Li jkollok il-preżenza tat-team mediku m'hijiex is-soluzzjoni tal-problema imma l-problema tista' tiġi contained aħjar.", "Naħseb li tajjeb li nifhmu li r-regolamenti qegħdin hemmhekk mhux bħala soluzzjoni tal-problema għax wara kollox min qed jieħu d-droga, qed jieħu riskju xorta waħda, imma biex naraw x'nistgħu nagħmlu biex issir l-inqas ħsara possibbli.", "Qed inħarsu lejn l-aspett ta' health and safety iktar minn kwalunkwe aspett ieħor.", "A/CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Hawn xi membri oħra li jixtiequ jagħmlu xi mistoqsijiet?", "IS-SUR SANDRO ROSSI (President, Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista): Qabel dan l-aħħar inċident li nqala', aħna konna diġa` ddiskutejna u ħejjejna proposti.", "Naqblu mal-proposti li ntbagħtulna qabel din il-laqgħa, pero' naħsbu li hemm bżonn li fuq ċerti punti nidħlu iktar fid-dettall.", "Veru li l-imwiet li qegħdin insemmu ġraw minħabba droga, pero' naħsbu li din it-tip ta' kultura tmur 'lil hinn mid-droga.", "Naħseb li l-prevenzjoni għall-abbuż tad-droga rridu nibdewha primarjament permezz ta' prevenzjoni mill-abbuż ta' l-alkoħol.", "Naħsbu li l-abbuż mill-alkoħol qed jibda minn etajiet żgħar ħafna.", "Aħna qegħdin nagħmlu l-proposta illi parties jew discos fejn ikun hemm żgħażagħ ta' taħt it-18-il sena, għandhom isiru biss f'ambjenti li huma strettament alcohol free.", "Veru li forsi hemm xi ftit ta' differenza bejn din il-mużura u r-realta` kif inhi llum, pero' naħsbu li anke r-regolamenti eżistenti jesiġu li żgħażagħ taħt it-18-il sena ma jkunux f'ambjenti fejn jinbiegħ l-alkoħol.", "Għandna proposti oħrajn li bażikament huma simili għal dawk li rċevejna u allura mhux se noqgħod nirrepetihom.", "Rigward il-ħinijiet u s-sound qegħdin nagħmlu l-proposta li jkun hemm stabbilit differenza minn post għall-ieħor, per eżempju, jekk post fejn se ssir attivita' huwiex soundproof jew le, jekk il-post fejn se ssir l-attivita' huwiex fl-apert jew le, jew jekk huwiex f'żona residenzjali jew le.", "Naħsbu li għandu jkun hemm ħinijiet stabbiliti differenti.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Il-proposti tagħna jgħidu li attivitajiet f'postijiet soundproof u li jkunu fuq ġewwa, jistgħu jdumu sal-5.00 a.m., attivitajiet f'postijiet li huma fuq ġewwa imma li m'humiex soundproof, jieqfu sal-11.00 p.m., filwaqt li attivitajiet fil-beraħ idumu sal-11.00 p.m. jekk ikunu f'żona residenzjali u sas-2.00 a.m. jekk ma jkunux f'żona residenzjali.", "Punt ieħor importanti li s'issa qatt ma semmejna huwa l-limitu tas-sound.", "Naħseb li importanti ħafna li nagħtu kas tal-limitu tas-sound, kemm minħabba l-effett fiżiku li jaf ikun ta' ħsara permanenti għaż-żgħażagħ li jkun hemm, u kemm minħabba l-effett psikoloġiku għal waqt il-parties.", "Kif rajna dan l-aħħar u kif smajna anke mill-media, l-aħħar inċident seħħ f'sitwazzjoni fejn tista' tgħid li dawn is-suġġerimenti li qed nipproponu ġew osservati.", "Tajjeb li dawn ir-regolamenti nattwawhom bl-aħjar mod, pero' naħseb li rridu mmorru daqsxejn 'lil hinn mill-problema at face value u nipprovaw nifhmu verament għaliex qed ikun hawn dan l-abbuż, għaliex qed ikun hawn din il-craze sħiħa fuq dawn il-parties.", "Fl-opinjoni tagħna, waħda mir-raġunijiet tista' tkun l-istress u l-pressure qawwija li qed ikun hemm fuq it-tfal u ż-żgħażagħ mis-sistema edukattiva.", "Hija pressure li takkumula fuqhom.", "Tibda mindu jkunu fil-livell ta' l-edukazzjoni primarja u tkompli żżid matul is-snin.", "Sur President, ħafna drabi jsir il-punt li ma tantx hawn alternattivi ta' divertiment.", "Naħsbu li tkun inizjattiva tajba kieku l-faċilitajiet sportivi u kulturali jiġu żviluppati, pero' naħsbu wkoll li inizjattivi ġejjin miż-żgħażagħ infushom - per eżempju, l-attivitajiet organizzati mill-grupp Voices, il-pantomime jew ċerti musicals u festivals oħrajn - għandhom jiġu nkoraġġiti b'tali mod li iktar żgħażagħ jitħajru jipparteċipaw fihom kemm bħala udjenza u kemm bħala parteċipanti.", "GĦal dan il-għan qed nipproponu li jitwaqqaf kumitat jew xi entita` oħra, fejn ikun hemm rappreżentanza tal-ministeri tal-politika soċjali u ta' l-edukazzjoni, kif ukoll ta' l-Aġenzija sedqa u aġenziji simili u tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, u l-għan ta' dan il-kumitat ikun preċiżament li jiffaċilita u jippromwovi dawn it-tip ta' attivitajiet.", "Sinjura President, qabel nagħlaq nippreżenta lill-kumitat:", "Kopja ta' proposti għad-diskussjoni dwar regolamenti għaż-żamma ta' discoes u parties.", "A/CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Nitlobkom iżżommu l-interventi tagħkom qosra sabiex ikollna ħin għal kulħadd.", "IS-SUR MICHAEL CASSAR (Assistent Kummissarju tal-Pulizija): Nafu li bħal drogi oħra l-ecstasy toqtol.", "Forsi llum l-idea li hawn, partikolarment fost iż-żgħażagħ, hija dwar l-ammont; kemm trid tieħu ecstasy biex toqtlok, pero' din hija nuqqas ta' edukazzjoni li għandhom iż-żgħażagħ.", "Forsi llum nista' nitkellem aħjar mill-bieraħ u ngħid li hemm bżonn li jsir studju serju sabiex naraw mhux biss il-ħsara ta' l-ecstasy, iżda wkoll ix-xorb ta' dawn l-energy drinks imħallta ma' l-alcohol, plus l-ecstasy jew drogi oħra.", "Jien naħseb li dan huwa punt li forsi qed nimmissjaw.", "Jidher ċar li abbuż ta' energy drinks - qed ngħid għal iktar minn wieħed jew tnejn, pero' jrid isir studju ta' esperti li żgur jifhmu iktar minni dwar dan - u alcohol huwa lethal.", "Jiġifieri anke waħedhom, anke mingħajr l-użu ta' l-ecstasy, tista' ssir il-ħsara.", "Naturalment, jekk tkun qbiżt ċertu limitu, tkun iktar lethal jekk tiġi abbużata anke ecstasy waħda.", "Irrid ngħid li fir-rave party ta' nhar is-Sibt ir-regolamenti proposti ġew imposti u mħarsa.", "Anke jien rajt li dawn kienu qed jiġu osservati, fil-fatt kienu osservati kollha to the letter u l-organiser kien qiegħed tajjeb.", "Nista' ngħid li dak inhar kulħadd għamel xogħlu tajjeb, it-team mediku, il-pulizija, l-organiser, kull min kellu parti f'dik l-attivita'.", "Pero' dan ma jistax jipprevjeni li jkollna żgħażagħ li jabbużaw mid-droga.", "Issa jabbużaw minnha fejn?", "Ġewwa?", "Jien ngħid li jabbużawha fejn jabbużawha, xorta se tibqgħalna problema jekk dawn jibqgħu jabbużaw.", "Jekk jabbużawha barra, allura żgur li l-Pulizija m'għandha l-ebda ċans li ssib id-droga li forsi kienu se jidħlu biha, imma jekk se jabbużawha ġewwa, hemm ċans li nipprevenu wħud minnhom, bħalma fil-fatt ipprevenejna.", "Ovvjament dan ma jfissirx li m'humiex se jaħbuhom b'tali mod li ma jistgħux idaħħluhom.", "U din twassalni għal ħaġa oħra.", "Hawnhekk issemmew diversi metodi li l-awtoritajiet għandhom jieħdu.", "Per eżempju, issemmiet is-secondary prevention u tip ta' halfway houses li ilhom jiġu msemmija.", "Pero' ż-żgħażagħ kollha jafu bihom dawn l-affarijiet.", "Jien ngħid li għandna bżonn nagħmlu xi tip ta' deterrent lil dawn iż-żgħażagħ għax jekk m'hu se jsir l-ebda deterrent … Jien mhux qed ngħid li għandna narawhom imorru l-ħabs, infatti qegħdin hawnhekk proprju biex niddiskutu l-aħjar soluzzjonijiet li nistgħu nsibu.", "Għandna regolamenti li qegħdin jitfgħu r-responsabilitajiet fuq kulħadd, u dan huwa tajjeb, pero' m'humiex qed jipprevenu lill-abuser, lil min irid jikkommetti suwiċidju, għax wieħed jista' jiddiskrevih b'dan il-mod.", "Issa jekk huwiex suwiċidju volontarju jew suwiċidju involontarju, finalment jekk kellna nagħtu definizzjoni tagħha, huwa suwiċidiju.", "Tajjeb li wieħed iżomm f'rasu li l-ecstasy abusers huma drug abusers kemm xejn differenti minn abusers ta' drogi oħrajn.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax mhux neċessarjament li ecstasy abuser jabbuża minn drogi oħra.", "Hawn ħafna li jabbużaw drogi oħra plus ecstasy, pero' għandek grupp konsiderevoli li jabbuża l-ecstasy sempliċement f'dik l-okkażjoni, anzi, imur ifittex dak l-ambjent sabiex jabbuża dik it-tip ta' droga.", "Għalhekk qed nagħmel enfażi fuq deterrent li għandna nagħmlu għal dawn iż-żgħażagħ.", "MICHAEL ASCIAK: X'għandek f'moħħok meta għidt deterrent?", "IS-SUR MICHAEL CASSAR: Nixtieq li għalissa nħalli dan il-ħsieb daqsxejn miftuħ sabiex wieħed jikkonsidra d-diversi ideat li jistgħu jinqalgħu.", "Mill-esperjenza personali nista' ngħid li l-unika ħaġa li sservi ta' deterrent huwa meta wieħed iħoss li għandu l-libertajiet tiegħu ristretti.", "Ma rridx ngħid li s-soluzzjoni li qed noffri jien hija t-tajba iżda definitely irridu nsibu soluzzjoni li tkun ta' deterrent għalihom.", "MICHAEL ASCIAK: Jien qrajt fuq xi gazzetti li jkun hemm, mhux enclosures imma speċi ta' kampijiet li jmorru fihom iż-żgħażagħ fejn ikun hemm xi tip ta' regolamentazzjoni.", "Dak hu li qed titkellem dwaru?", "Dik hija waħda mis-soluzzjonijiet għax forsi l-piena karċerarja għal min jabbuża d-droga hija daqsxejn eċċessiva, partikolarment fil-każ ta' first time abuser, li tista' tkun iktar ta' ħsara milli ta' ġid.", "Wieħed irid joqgħod attent li f'din l-istituzzjoni li trid tinħoloq, jekk tinħoloq, ikun hemm regolamenti serji li jiġu osservati u mhux sempliċement se jmorru hemmhekk bħala vakanza fejn xorta se jibqgħu fil-libertajiet u kulma se tkun tfisser għalihom hi li \"U iva, ġejt illiberat, pero' irrid nagħmel xi żmien hawnhekk\".", "Waħda minnhom hija li dik il-persuna għandha tagħti kontribut lis-soċjeta', tħallas parti tal-ħażin li tkun għamlet.", "Jiġifieri tagħti lura xi ħaġa lis-soċjeta', tagħtiha lura b'xejn mill-ħin tagħha.", "L-anti-doping test - għalkemm wieħed irid jgħid li hemm kwestjoni kostituzzjonali - fl-Ingilterra qiegħed isir fuq bażi esperimentali u meta jagħmlu dan it-test lill-individwu, jinfurmawh li minkejja r-riżultat li jirriżulta minn dak it-test m'humiex se jittieħdu proċeduri kriminali fil-konfront tiegħu u li qed jagħmluh fuq bażi esperimentali.", "Ma nafx pajjiżi oħra li qed jagħmlu dan, pero' l-Ingilterra għadha hekk u għadha f'fażi esperimentali ħafna.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Cassar, xtaqt li forsi tispjega ftit iktar għaliex l-anti doping test huwa anti-constitutional.", "IS-SUR MICHAEL CASSAR: Ħalli nieħdu l-każ tal-breathalyser test.", "Meta għandek riżultat li se jwasslek biex tinkrimina persuna quddiem il-qorti … Ovvjament jekk jiena arrestajt lil xi ħadd għax ikolli raġunijiet raġonevoli li wieħed ikkommetta reat, l-ewwel ħaġa li rrid nagħmel, hekk kif ikkonstatajt li dan għamel reat, huwa li navżah bid-drittijiet tiegħu, bid-dritt tas-silenzju, u dak li jgħid jista' jintuża bħala prova.", "U naturalment din hija ħaġa li jekk ir-riżultat se jkun positive, se tintuża kontra tiegħu.", "Din hija kwestjoni li wieħed irid jikkonsidraha.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiġifieri din għadha dubjuża, m'hijiex stabbilita?", "Dan il-punt huwa dubjuż jew huwa stabbilit li huwa anti-constitutional?", "IS-SUR MICHAEL CASSAR: Le, mhux stabbilit għax s'issa ma kellniex ...", "A/CHAIRPERSON: Ippermettili, il-Ministru Borg xtaq jintervjeni.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Forsi nista' nintervjeni għax din konna dħalna fiha meta fl-1996 kien hemm l-abbozz dwar il-breathalyser test.", "Konna dħalna fil-punt jekk il-breathalyser test imurx kontra l-Kostituzzjoni jew le, partikolarment the right to privacy li hemm taħt il-European Convention.", "Fl-Ewropa hemm sentenzi li jgħidu li l-breathalyser test ma jmurx kontra l-European Convention basta jkun hemm ċerti kondizzjonijiet.", "Per eżempju fil-każ tal-breathalyser test, il-Pulizija ma tistax tisforza lil dak li jkun jagħti sample, pero' jekk dan ma jagħtix sample, jeħel piena daqslikieku sabulu l-alcohol fid-demm u allura dik hija s-soluzzjoni.", "Meta ġiet challenged fil-European Commission - dan kien fl-1972 u ġiet konfermata - iddeċidew li din ma tmurx kontra d-drittijiet tal-bniedem basta ma toħloqx liġi li trid jew ma tridx, bilfors teħodlu sample imma tagħmilhielu b'mod li tikkastigah jekk ma jagħtix sample.", "Dik ma tmurx kontra l-kostituzzjoni.", "Kien f'dan is-sens li s-Sur Cassar qal li hemm dawn id-dubji - u naf għax iddiskutejtha miegħu - dwar il-kostituzzjonalita'.", "Jekk isir kif sar fil-każ tal-breathalyser test, hemm sentenzi li jgħidu li dan ma jmurx kontra d-drittijiet tal-bniedem.", "A/CHAIRPERSON: Grazzi.", "IS-SUR MICHAEL CASSAR: Żewġ punti żgħar li xtaqt insemmi huma dwar il-promotions li jkun hemm fuq it-tickets - jidher li issa qegħdin jinqatgħu - fejn ikun hemm messaġġi favur id-droga.", "Għalkemm wieħed jista' jinterpretahom f'diversi metodi, ċerti affarijiet ikunu ċari li qed jindikaw u jippromwovu abbuż tad-droga.", "Jien qed nitkellem rigward it-tickets, imma din tista' tkun ukoll miftuħa għal affarijiet oħra.", "Rigward id-deployment ta' pulizija, naqbel li dan m'għandux isir fuq talba ta' l-organiser jew il-licencee tal-post direttament mal-pulizija.", "Anzi hemm regolamenti ċari li din ma jistgħux jagħmluha u pulizija għandhom jiġu deployed on extra duty mid-Depot skond il-proċedura normali.", "Fil-fatt dan diġa' beda jsir.", "Naħseb li tkun idea tajba jekk il-bouncers u security officers mqabbda mis-sid ikunu pajżana, mhux pulizija, u naqbel li għandhom ikunu ta' kondotta tajba.", "Inżid ukoll illi tkun idea tajba jekk ikollhom mqar basic first aid knowledge għax mhux f'kull stabbiliment ikun hemm pulizija għalkemm mhux il-pulizija kollha għandhom basic first aid knowledge.", "Ovvjament mhux se jkun hemm medical team f'kull stabbiliment u għaldaqstant tkun idea tajba kieku tiġi introdotta xi ħaġa f'dan ir-rigward għall-bouncers.", "Rigward edukazzjoni, nixtieq ngħid li għandha ssir enfasi fuq l-edukazzjoni li għandna nagħtu lill-ġenituri li għandhom responsabbilta' kbira.", "F'dawn il-parties tara sixteen year olds u seventeen year olds u veru li dawn ikunu hemm b'mod legali u ħadd ma' jkun qiegħed jikser ebda liġi, pero' l-ġenituri għandhom responsabbilta' kbira.", "L-ewwelnett wieħed irid jikkonsidra li dawn lanqas biss għandhom biex imorru f'dak il-post u allura qed jitilgħu ma' l-ewwel persuna li tiġi.", "Barra l-ecstasy hemm diversi perikli oħra li forsi l-ġenituri m'humiex qegħdin jagħtu kashom, m'humiex konxji tagħhom u forsi jkunu konxji tagħhom meta jkun tard wisq.", "Grazzi.", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Din il-ġimgħa kont qed nitkellem ma' ex-drug addict żagħżugħ li huwa pazjent tiegħi u għaddhieli kumment fuq ir-rave parties.", "Dan qalli li waħda mid-diffikultajiet li jinqalgħu hija li jekk iż-żgħażagħ jaraw stakkament qawwi ta' pulizija f'dawn il-parties, biex ma jinqabdux bil-pilloli fuqhom - ħafna drabi ż-żgħażagħ ma jixtrux pillola waħda imma jixtru tnejn jew tliet pilloli u ma jeħduhomx f'daqqa - jafu jibilgħuhom kollha f'daqqa.", "X'kummenti tgħaddi fuq din l-oservazzjoni ta' dan iż-żagħżugħ?", "Forsi huwa iktar għaqli li l-pulizija tkun hemmhekk pajżana?", "IS-SUR MICHAEL CASSAR: Il-pulizija tmur hemmhekk pajżana.", "Proprjament għandek żewġ gruppi ta' pulizija, għandek il-pulizija tad-distrett li huma responsabbli mill-public order, u għandek il-pulizija tad-drug squad li huma responsabbli mill-prevenzjoni ta' abbuż u traffikar tad-droga.", "Dejjem għamilniha ċara u għamilniha public knowledge li aħna se nfittxu lil kull persuna, jew kważi lil kull persuna għax dan jiddependi minn ħafna fatturi, li tkun dieħla fil-party.", "Din ilha ssir u kulħadd jafaha.", "Għaldaqstant ma jistgħux jaħsbu li forsi jista' jinqabad jew forsi le.", "Veru jista' jkun hemm min ma jridx jitlifhom u allura jiblagħhom kollha f'daqqa, pero' naħseb li jkun aktar ta' periklu jekk ma nagħmlux searches minħabba din ir-raġuni.", "Veru jkun hemm min jabbużahom f'daqqa, iżda jkun hemm ukoll min jarmihom u jkun hemm oħrajn li naqbduhom.", "Jekk bniedem rama' dawk il-pilloli jew qbadnihomlu, il-prevenzjoni tkun saret.", "Tgħidli, \"imma l-ieħor li bela' erba' ....?\".", "Veru, dejjem hemm periklu kbir, imma kulħadd jaf minn qabel li tista' ssir tfittxija.", "Jiġifieri l-kwestjoni jekk jeħodhiex jew le … Għandek punt imma ma naħsibx li għandna neliminaw is-searches sabiex nipprevenu li jabbużawhom.", "Naħseb li jekk ma jsirux dawn is-searches, l-abbuż ikun ħafna ikbar.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Allura l-pulizija jkunu tqabbdu mill-organizzaturi jew le?", "IS-SUR MICHAEL CASSAR: Le, il-proċedura hija li l-organiser jgħid kemm se jkollu nies, din dejjem tiddependi mill-area tal-post fejn se ssir l-attivita', u jgħaddi through the proper channels u jħallas lill-Korp għal pulizija on extra duty.", "Jiġifieri l-pulizija jmur xogħol skond kif jiġi dettaljat mill-maġġur li joħroġ id-detail.", "L-organiser iħallas lill-Korp tal-Pulizija mhux lill-pulizija li jmur fuq il-post, imbagħad il-Korp jgħaddi l-flus lill-pulizija bil-proċedura normali.", "MICHAEL FARRUGIA: Punt li nixtieq insemmi - forsi diġa' tqajjem minn kelliema oħra - huwa l-punt li aħna għandna r-regolamenti ta' l-1995 imma jekk wieħed jifli r-realta' ta' kuljum isib li dawn jinkisru u donnu m'hu qed jiġri xejn.", "Naf li l-pulizija mhux l-ewwel darba li pprovaw isibu lil min ikun qed jikser dawn ir-regolamenti, imma jekk kellna nħarsu biss lejn l-aspett ta' l-eta', naraw li dan ir-regolamenti qiegħed jinkiser.", "Per eżempju meta jien kont Ministru konna nnotajna li diversi persuni li kellhom każi ta' meninġite, meningococcal, qalu li kienu attendew discos eċċ. Issa wħud minn dawn kienu taħt l-eta' ta' 16-il sena.", "Mela r-realta' tal-fatti hija - anke meta pprovajna nqablu ċ-ċirkostanzi biex naraw fejn irridu nattakkaw - li dawn kienu qed jattendu discos minkejja li kienu taħt is-16-il sena.", "Imma sfortunatament, minkejja li anke l-pulizija mhux l-ewwel darba li pprovat tara ċerti lokalitajiet biex tipprova tidentifika dawk il-persuni, dawn il-persuni jew jiġu moħbija, jew inkella sidien ta' dawk il-lokalitajiet ikunu tipped minn qabel u jwarrbu ċerti żgħażagħ min-nofs ħalli meta tmur il-pulizija ma ssib lil ħadd.", "Xi ħaġa li lili tinkwetani hija li ħafna drabi nkunu qed inżidu mar-regolamenti li diġa' għandna, meta fil-fatt ir-regolamenti eżistenti m'aħniex qed inżommuhom.", "X'garanzija jista' jkollna li jekk inkomplu nżidu r-regolamenti dawn ir-regolamenti se jiġu osservati meta nafu bħala fatt li l-ftit regolamenti li għandna mhux qed jiġu osservati?", "Din hija xi ħaġa li lili tinkwetani ħafna.", "Ma nafx jekk il-membri tal-kumitat humiex concerned dwar dan, imma din hija r-realta' tal-fatti.", "Jekk se nkomplu nżidu mar-regolamenti li diġa' għandna, ma nafx kif se nkunu kapaċi nżommuhom meta lanqas qegħdin inżommu l-ftit li għandna.", "IS-SUR MICHAEL CASSAR: Naqbel miegħek pero' ngħid ukoll li kellna aktar minn okkażjoni waħda fejn l-iskwadra kontra d-droga marret f'lokalitajiet u ħarġet diversi għaxriet ta' żgħażagħ 'il barra u ġabet ukoll il-licencee quddiem il-qorti.", "Hemm ukoll in-non-alcoholic clubs u allura hemmhekk għandek ġemgħa ta' żgħażagħ li jkunu taħt l-eta'.", "Niġi issa għar-regolamenti.", "Illum il-ġurnata m'għandna kważi l-ebda regolament - qed ngħid \"kważi\" għax hemm ċerti regolamenti li ovvjament japplikaw għalihom - li jirregolaw ir-rave parties, jew parties, jew dance parties, sejħilhom li trid.", "Anke din il-kelma \"parties\" irridu nsibu d-definizjoni għaliha għax qabel kellna s-sin parties u issa għandna dawn, allura jrid ikollna definizjoni li tapplika għalihom kollha.", "Iktar ma r-regolamenti jkunu sempliċi u iktar ma jkunu konċiżi, aktar aħjar.", "Ir-regolamenti għandhom jiġu osservati u l-awtoritajiet, partikolarment il-pulizija, għandhom jaraw li dawn qegħdin jiġu osservati.", "MICHAEL FARRUGIA: Mhux l-ewwel darba li smajt żgħażagħ jgħidu: \"U iva, jagħlqulna l-postijiet fis-2.00 a.m. u mbagħad nagħmlu private party ġewwa flat jew ġewwa villa\".", "Kemm se nkunu geared li filwaqt li jirnexxielna nikkontrollaw x'ikun qed jiġri fil-parties - sejħilhom li trid - jekk se jkollna shift lejn private parties, inkunu nistgħu mmorru hemmhekk ħalli naraw li l-abbuż ma jkunx sempliċement shifted minn post għall-ieħor?", "Kemm se nkunu geared jekk il-post ikun wieħed privat fil-magħluq u allura b'anqas kontroll?", "IS-SUR MICHAEL CASSAR: Fil-fatt ikun ta' iktar periklu.", "Nista' ngħid li kellna minn dawn il-parties fil-passat reċenti u l-pulizija twaqqafhom, jew għax is-sound ikun għoli u jdejjaq lil ġirien li jċemplu l-pulizija, jew għax il-pulizija tarahom waqt li tkun qed tagħmel patrol, jew inkella għax jirnexxielha tiskopri dawn il-parties minn xogħol li jkun sar qabel.", "Wieħed irid iżomm f'moħħu li huwa ħafna diffiċli li tagħmel ċertu kontroll fuq party li jkun qed isir ġewwa residenza privata u tajjeb li dan il-kumitat jaħseb fuq dan ukoll.", "A/CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nappella biex kulħadd jieħu paċenzja u jżomm l-interventi tiegħu kemm jista' jkun fil-qosor.", "IS-SUR BRIAN AZZOPARDI (Promoter - Kick Promotions): Waħda mill-affarijiet li nistaqsu ħafna drabi hija: \"Għalfejn dawn il-parties idumu sa filgħodu, sas-6.00 a.m. sakemm jisbaħ?\".", "Jien kont ngħix barra minn Malta u meta ġejt Malta skantajt li n-nies joħorġu f'nofsil ejl jew fis-1.00 a.m. Aħna mmdorrijin noħorġu iktar kmieni, imma meta ħriġt fit-8.00 p.m., bħalma s-soltu nagħmel, sibt ruħu ma' tfal ta' 13 u 14-il sena.", "Dawn it-tfal hemm qegħdin fil-clubs normali.", "Probabbli qed jiskappaw bħala żgħażagħ ta' 16-il sena billi jagħmlu ftit make-up u jilbsu żarbun bit-takkuna.", "Allura tifhimha li ġuvni ta' 18-il sena jew tfajla ta' 22 sena ma jridux imorru Paceville jew f'party fit-8.00 p.m. meta jkun għad hemm tfal ta' 14-il sena li jkunu għadhom ma kibrux biżżejjed u forsi jkunu ħadu xi żewġ fliexken inbid ukoll.", "Jekk tridu tnaqqsu l-ħin sakemm iż-żgħażagħ se jdumu barra, tridu tressqu wkoll il-ħin taż-żgħar.", "Din hija waħda mill-ikbar problemi għax iż-żgħar mhux talli qed joħorġu kmieni, iżda talli qed idumu barra.", "Barra minn Malta, sa 18-il sena lanqas biss tista' tqiegħed saqajk fi club jew f'bar u jekk tidħol f'bar jew f'party, ma jistax ikun hemm alcohol fuq l-ixkaffa jew fil-fridges.", "L-alcohol ma jistax jidher allavolja ma tkunx se tbigħu.", "Jien naħseb li fuq din il-ħaġa Malta hija tolleranti ħafna.", "Jekk il-kbar se joħorġu iktar kmieni, ma jridx ikun għad hemm żgħar ġo Paceville.", "Sfortunatament m'għandniex clubs speċifikament għaż-żgħar u oħrajn għal kbar.", "Jekk se tmur f'ċertu club u meta tidħol se ssib tfal ta' 16-il sena - fil-fatt jidħlu iżgħar minn hekk - tifhimha li tfajla jew ġuvni ta' 22 sena se joħorġu aktar tard biex ma jkollhomx tfal magħhom.", "Mela jew se jkun hemm ħin, per eżempju, fl-10.30 p.m., meta l-clubs jagħlqu biex jeħilsu miż-żgħar ħalli mbagħad jidħlu l-kbar … Jekk dan isir, il-kbar ikunu jistgħu joħorġu fl-10.30 p.m. għax ma jkunx għad hemm żgħar f'dak il-ħin, u jekk il-clubs jagħlqu, per eżempju fit-3.00 a.m., il-kbar ikunu jafu li jekk se joħorġu fis-siegħa se jkollhom sagħtejn biss, u mhux se jkollhom skuża li se jkunu mat-tfal, għax mill-10.30 p.m. 'il quddiem se jkunu mal-kbar.", "Imma din trid tkun liġi l-istess għal kulħadd.", "Li kultant jiġri huwa li ċertu clubs jgħidu li l-parties iridu jieqfu fis-2.00 a.m. imma naħseb li kultant ma jaqblilhomx li aħna nibqgħu miftuħin għax ovvjament naffettwawlhom il-business.", "Naħseb li bħala promoter ma jkollix problema jekk tgħidulna li mil-lum 'il quddiem il-parties jagħlqu fl-4.00 a.m. għax il-clubs jagħlqu fl-istess ħin u aħna m'aħniex differenti.", "Bħala Kick Promotions nista' nassigurakom li ħafna drabi l-clubs ta' Paceville jqabduna huma stess biex norganizzaw is-Sibtijiet tagħhom.", "Ġeneralment meta norganizzaw in-night tagħhom, is-Sibt, ma jkollniex trouble mill-pulizija u ma jkunx hemm tfittxija fil-bieb.", "Tant hu hekk li aħna nibqgħu skantati u ngħidulhom: \"M'intkomx se tfittxu?\".", "Jgħidulna li m'hemmx għalfejn.", "Fin-nights tagħna, aħna stess staqsejna biex issir tfittxija.", "Jien kont norganizza parties fl-universitajiet l-Ingilterra imma l-Ingilterra s-sistema hija differenti, għax hemmhekk is-security jistgħu jfittxu filwaqt li f'Malta trid tkun pulizija biex tfittex.", "Fil-clubs qatt ma jkollna dawn il-problemi; qatt ma jiġu jagħlqulna l-post kmieni, qatt ma jkun hemm xi ħaġa fil-gazzetti.", "Veru li qatt ma sabu drogi fil-bieb, imma għax ma fittxewx.", "Jekk ma tfittixx, m'intix se ssib imma ma tistax tgħid li m'hemmx għax jien ngħidlek li kien hemm.", "Aħna stess konna ngħidu li hawn wisq laxkezza f'ċertu parties li nagħmlu.", "Imbagħad nisimgħu li l-ġenituri jgħidu għax it-tfal daħlu f'ċertu ħin, eċċ. Jekk għandek tifel ta' 15-il sena u ġie lura fit-3.00 a.m., ma tafx li daħal fit-3.00 a.m.?", "Ma jistax ikun li mbagħad meta jiġri xi ħaġa joqogħdu jgħidu li aħna daħħalnieh.", "Il-ġenituri huma responsabbli u l-għaqda tal-ġenituri trid tagħmel aktar enfasi fuq il-ġenituri li huma għandhom drittijiet li jieħdu ħsieb lill-uliedhom.", "Kulħadd għandu d-dmir tiegħu.", "Il-bars, bħal-clubs, iridu jobdu l-liġijiet.", "Il-Pulizija trid tkun hemm biex tassigura li l-liġijiet qed jiġu osservati u jekk xi ħadd għandu 15-il sena, ma jidħolx u mhux għax dak alright jidħol.", "Mhux se nistħi ngħid, imma hawn Malta hawn ħaġa li jekk tmur x'imkien tisma' lil min jgħid \"dak alright, dak nafuh\".", "X'jiġifieri, allura dak jista' u jien ma nistax?", "Waħda mill-problemi fil-każ ta' parties hi min se jagħlaq l-iktar tard.", "Hawn party promoter ieħor hawn ġew u naf li jekk hu jagħlaq nofs siegħa warajna, in-nies jgħidu: Il-party tagħkom ma kienx tajjeb għax tagħkom għalaq fil-5.00 a.m. u ta' l-ieħor għalaq fil-5.30 a.m. Jista' jkun li l-party tagħna kien ħafna aħjar, jista' kien hemm ħafna iktar nies, imma n-nies hekk jgħidu.", "Allura għamlulna liġi.", "Kulħadd jilqagħha.", "Jekk tgħidulna li rridu nagħlqu fil-5.00 a.m., kulħadd jagħlaq fil-5.00 a.m. u ma jkunx hemm li għax wieħed jaf lil dak il-pulizija u jagħtih xi ħaġa, jibqa' iktar miftuħ.", "Għaliex club għandu jibqa' miftuħ wara l-ħin stipulat iktar minn party?", "Kulħadd għandu jagħlaq flimkien.", "Agħtuna liġi u nosservawha imma din trid tkun fair u l-istess għal kulħadd.", "Ħalli issa nitkellem fuq id-drogi.", "Din hija problema nazzjonali u tad-dinja kollha.", "Inkun qed nigdeb jekk ngħid li m'hemmx drogi fid-dance parties u ġeneralment din id-droga tkun ecstasy.", "Irrid inkun għama biex ngħid li ma jidħlux, imma anke fil-clubs u fil-bars qed ikunu dawn id-drogi.", "Id-droga saret qisha xi fashion maż-żgħażagħ, anzi Malta iktar minn barra għax hawnhekk qed jixorbu mill-eta' ta' 13 jew 14-il sena.", "Qabel, meta tikber kont tgħid: \"Issa kbirt, issa qed inpejjep\".", "Mentri issa qed jgħidu \"Qed nieħu l-ecstasy; qed nieħu ħamsa\".", "B'dan il-mod qed jitkellmu ż-żgħar bejniethom, u fl-irħula agħar.", "Hemm bżonn edukazzjoni u xi ħadd semma li forsi fl-irħula hemm inqas edukazzjoni għax ġeneralment in-nies ta' l-irħula huma l-iktar li jagħmluhom dawn il-ħmerijiet.", "Kif diġa' għidt, ġol-clubs mhux qed ifittxulhom meta jidħlu, allura jgħidulna li d-drogi qegħdin ġol-parties.", "Din hija skuża tajba għall-clubs biex jgħidu li għandhom jagħlqulna l-parties għax fil-clubs m'hemmx drogi.", "Jien norganizza parties imma mmur ukoll fi clubs u meta ma jkunx hemm parties, l-istess nies ikunu ġol-clubs.", "Rajthom b'għajnejja.", "Nhar is-Sibt kien hemm party, kien suċċess mil-lat ta' numru ta' nies, pero' sfortunatament kien hemm diżgrazzja u dakinhar ħafna mill-clubs ta' Paceville kienu vojta.", "Ħaġa li skantatni hi li wara li l-owner tal-post qal li l-post se jingħalaq b'rispett ta' dak iż-żagħżugħ, immedjatament kien hemm club li għamel promotion li hu se jkompli l-party u għandu t-transport available.", "Jiġifieri dan lili qed jurini - ħalliha li f'dak il-każ kien hemm diżgrazzja - li club jista' jċempel lill-pulizija tliet darbiet, b'mod anonimu, għax normalment hekk ikunu dawn it-telefonati, \"ma nistax norqod, tistgħu tagħlquh il-party?\", imbagħad wara t-tielet telefonata jiġu l-pulizija, jew biex jitfgħulna s-sound jew biex jgħalqulna l-party.", "Jekk fit-3.00 a.m. jagħlqu party, dawn in-nies m'humiex se jmorru d-dar u allura tal-clubs jgħidu: \"ġejjin fl-aħħar in-nies, għalaqnihulhom\".", "Naħseb li rridu nieħdu approach differenti lejn id-drugs.", "Jien nara li jinqabdu ħafna persuni li jkollhom pillola waħda jew tnejn, jiġifieri l-enfasi huwa aktar fuq il-user, fuq il-low user, jew fuq is-self supplier li jbigħ tnejn biex iġib tiegħu b'xejn.", "Jinqabdu ħafna minn dawn imma ma tantx naraw li jinqabdu nies li jkollhom l-eluf.", "Ma naħsibx li hawn Malta qatt inqabad xi ħadd b'aktar minn elf pillola ecstasy.", "It-tipi ta' Es li jidħlu, per eżempju, tip li jgħidulha \"white dove\", iddum fis-sistema xahar, xahrejn jew tliet xhur u ma naħsibx li min qed iġibhom qed iġibhom ħamsa ħamsa, joqgħod dieħel u ħiereġ Malta, allura bilfors li hawn xi ħadd li qed iġib kwantitajiet kbar ta' dawn il-pilloli.", "Allura għaliex il-pulizija ma tippruvax tagħmel kif jagħmlu barra minn Malta u titfa' undercover police, li huma veru undercover, li joħorġu biex jixtru kwantitajiet kbar?", "Il-greed ta' dawn in-nies hija tali li żgur li jippruvaw ibigħulhom malajr u allura l-pulizija jkunu jistgħu jaqbdu l-kbir.", "Sinjura President, naraw il-gazzetti jgħidu: \"Rave party qatel ieħor\".", "Le; x'jiġifieri rave party qatel ieħor?", "Min iġib id-drogi qatel ieħor.", "L-ecstasy qatlet ieħor.", "Aħna ma rridux drogi fil-parties.", "Jiena bħala party promoter ma jaqbillix li jkun hemm id-drogi.", "Jiena ma nbigħx drogi.", "Jekk ikolli drogi ġol-party, se jkolli bad name.", "Aħna ma rriduhomx id-drogi ġol-party.", "Aħna kontra d-drogi u nikkoperaw mal-pulizija.", "Jien ma nafx promoter wieħed, jew club owner wieħed, li huwa nvolut fid-drogi, imma hawn drug dealers li qed jagħmlu ħafna flus u lanqas wara l-mewt li ġrat f'Għawdex jew li ġrat issa reċentement … Hawn xi ħadd li qisu jrid jeqred ir-rave parties.", "Fir-rave parties, fid-discos u fil-clubs, l-istess mużika hemm.", "Meta aħna nagħmlu party ġo club stabbilit ġo Paceville, huwa normal night, imma jekk nagħmluh x'imkien ieħor, isir rave party.", "Veru, diżgrazzjatament mietu tnejn, imma forsi hemm bżonn ta' aktar studju ta' kif qed issir it-tfittxija fil-parties.", "Aktar kmieni xi ħadd qal li kultant in-nies jaqbadhom paniku …", "Kliem imħassar b'ordni ta' l-A/Chairperson", "Naħseb li kulħadd jaf li se jkun hemm tfittxija fil-bieb u allura jekk wieħed ikun se jieħu tnejn, jew se jipprova jdaħħalhom jew inkella se jiblagħhom barra.", "Ma nafx x'inhi s-soluzzjoni, jekk issirx tfittxija fil-bieb, jew inkella jkunx hemm aktar undercover police ġewwa, imma naħseb li l-iktar ħaġa li għandhom bżonn iż-żgħażagħ hija edukazzjoni.", "U anke l-ġenituri għandhom bżonn ta' edukazzjoni.", "Jien smajt lill-omm David titkellem fuq it-television fejn qalet li ma kenitx taf li t-tifel tagħha kien jieħu d-drogi, pero' imbagħad fis-sentenza l-oħra bdiet tgħid li beda jbigħ il-giżirajjen tad-deheb tiegħu; il-ġiżirajjen bdew jisparixxew.", "Qalet li kien jistudja imbagħad beda jitlef l-istudju, qalet li kien interessat f'ċertu affarijiet u mbagħad ma baqax jinteressa ruħu fihom.", "Dawn huma kollha sintomi ta' xi ħadd li qed jabbuża mid-drogi.", "Jien naħseb li l-Aġenzija sedqa trid taħdem aktar minn dan il-lat.", "Għandna bżonn ta' educator on long and short-term effects u li jiġi mgħallem x'jagħmlu t-tfal jew in-nies f'każ ta' emerġenza.", "Forsi hemm ukoll bżonn ta' iktar informazzjoni kif il-ġenituri jistgħu jindunaw li t-tfal tagħhom qed jieħdu d-drogi u x'għandhom jagħmlu jekk jindunaw li qed jieħdu d-drogi.", "Fl-opinjoni tiegħi, forsi l-Aġenzija sedqa tista' wkoll tkun iktar approachable.", "Ma tantx nara informazzjoni li tgħidli: \"Jekk inti qed tieħu d-drogi, ejja għandna, mhux se ngħidu lill-ommok\".", "Forsi jiena għandi 16-il sena u qed nieħu d-drogi, u forsi nixtieq naqtagħhom imma nibża' mmur għand l-Aġenzija sedqa għax nibża' li se jsiru jafu tal-familja u se jitfgħuni l-ħabs.", "Tridu tkunu iktar ċari li intom lesti żżommu kollox in strictest confidence.", "Sinjura President, jien ġibt miegħi xi affarijiet mill-Ingilterra li forsi huma ta' interess għall-Aġenzija sedqa.", "Dawn huma dwar drug education li għamlu l-Ingilterra billi użaw cartoons eċċ. Se nħallihom miegħek biex tgħaddihom lil min hu konċernat.", "GĦaldaqstant nippreżenta lill-Kumitat:-", "Punti dwar iż-żamma ta' parties flimkien ma' dokumenti u pubblikazzjonijiet varji dwar l-istess suġġett.", "FRANCIS AGIUS: Mingħajr ma nitfa' l-ebda dell fuq ħadd, jidher li l-profitt jilgħab parti importanti.", "X'inhu l-iskop li jkun hemm dan in-numru esaġerat ta' nies fl-istess post?", "Hawnhekk diġa' saret riferenza dwar nies mill-irħula ..… Jiena naħseb li meta tiġbor taħt l-istess saqaf ġemgħa kbira ta' żgħażagħ u ta' nies, ġejjin minn fejn ġejjin, li għandhom esperjenzi differenti, u tiġborhom biex jgħaddu minn esperjenza, forsi għal biċċa minnhom ma tkunx l-ewwel darba imma żgur li għal xi wħud minnhom ikunu qegħdin jesperimentaw … X'inhu l-iskop li jkun hemm dan in-numru esaġerat ta' nies - kultant nisimgħu li jkun hemm eluf - fl-istess party?", "Aħna nistgħu nikkonsidraw ukoll li jkun hemm limitu fuq in-numru ta' nies li jistgħu jattendu.", "Ċertament jien ma nistax nifhem għaliex għandu jkun hemm dan in-numru enormi ta' nies, apparti l-profitt li se jagħmel min se jorganizza din l-attivita'.", "IS-SUR BRIAN AZZOPARDI: Jiena se nitkellem għall-parties tagħna.", "M'ilux kien hemm il-party tad-Dragonara li kkrea din il-konfużjoni dwar overcrowding.", "Kien hemm liċenzja għal ċertu numru ta' nies, saru żewġ parties f'dak il-post … Ġeneralment il-parties isiru f'postijiet li huma liċenzjati diġa' għax il-pulizija ma jagħtuniex permessi għal postijiet oħra.", "Jekk aħna napplikaw għal permess biex isir party, per eżempju, ġo hangar, ma jagħtuniex peremss mill-ewwel, jgħidulna li l-permess joħroġ xi ġimgħatejn qabel tkun se ssir l-attivita', imma min se jagħmel promotion u jonfoq dawk il-flus kollha biex imbagħad il-permess ma joħroġx għax xi ħadd ikun ma ffirmahx?", "U għalhekk ġeneralment il-parties isiru f'postijiet li huma liċenzjati and we cannot exceed the capacity.", "(Interruzzjonijiet) Nixtieq ngħid li hemmhekk saru parties mhux min-nies li s-soltu jagħmlu parties; kien hemm żewġ promoters li ħadd ma jafhom bħala promoters.", "Fil-fatt meta aħna kkuntattjajna d-Dragonara, qalulna li huma ma jikkruhx għar-rave parties.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Bħala punt ta' proċedura, peress li s-Sur Azzopardi semma l-każ tal-persuna li għadha kif mietet u rrefera għal hearsay evidence, jiena nitlob li dawk il-kummenti li għamel jiġu deleted mid-debate.", "Naf li hu għamel il-kummenti b'mod każwali, imma naħseb li għandhom jiġu mħassra.", "A/CHAIRPERSON: Fair enough, naqbel li għandhom jiġu mħassra.", "MICHAEL FARRUGIA: Filwaqt li naqbel mal-punt li għamel il-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, u nispera li dawk il-kummenti jitneħħew mir-records, naħseb li huwa messaġġ ħażin jekk nitilqu mill-punt illi persuna tmut, jew inkella tpoġġi ruħha f'periklu ta' mewt, jew inkella jkollha problemi mediċi, jekk din tibla' iktar minn pillola waħda.", "Huwa importanti li l-messaġġ jasal b'mod ċar illi anke pillola waħda tista' toqtol.", "Irridu nkunu ċari fuq dan il-punt u l-messaġġ ma jkomplix joħroġ ħażin għax forsi mingħajr l-intenzjoni ħażina ta' xi ħadd, tista' tingħata l-impressjoni li persuna pperikolat ħajjitha għax ħadet iktar minn waħda.", "Naħseb li dan il-punt hemm bżonn inkunu ċari ħafna fuqu u l-messaġġ li joħroġ barra minn hawnhekk, ikun ċar.", "A/CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nistieden lis-Sinjura Josette Farrugia li tirrappreżenta lil Caritas tagħmel l-intervent tagħha.", "MS JOSETTE FARRUGIA (Caritas): Sinjura President, ilna siegħa nitkellmu u s'issa tkellimna kontinwament fuq harm reduction.", "Veru li r-regolamenti qegħdin għar-rave parties, pero' kull darba li nitkellmu fuq droga, inkluż fuq programmi televiżivi, dejjem nispiċċaw fuq dawk iż-żgħażagħ li qed jieħdu d-droga u l-programm ta' prevenzjoni ħadd m'hu qed isemmih.", "Semmejna l-bżonn ta' edukazzjoni għaż-żgħażagħ.", "Iż-żgħażagħ jafu ħafna iktar minna fuq id-droga.", "Iż-żgħażagħ jafu l-effett tad-droga.", "Il-programm ta' prevenzjoni jrid jinħadem fuq l-attitudni tagħhom, l-attitudni li qegħdin jieħdu mill-imġieba tal-ġenituri tagħhom, mill-imġieba tas-soċjeta' u mill-imġieba tal-media u r-role models li għandhom u l-attitudni qed toħroġ ċara through the rave parties.", "Xi ħadd staqsa: Għaliex imorru dawn ir-rave parties?", "Imorru r-rave parties għaliex iż-żgħażagħ tagħna are stressed out bl-ambizzjoni li s-soċjeta' u l-edukazzjoni qed tagħmel fuqhom.", "They are bored għax m'għandhomx x'jagħmlu u ma tgħallmux jieħdu gost.", "Għalihom pleasure hija instant u allura s-soluzzjoni hija waħda, drugs.", "Kemm ilna nsemmu l-liġi u kemm ilna nsemmu l-eta' ta' 16-il sena, pero' fis-soċjeta' m'hawnx min - inkluż l-MHRA, il-GRTU, u l-party organisers - qed jagħti kas il-liġi u jara li ma jidħlux persuni taħt is-16-il sena u li ma jinbiegħx alkoħol lil min huwa taħt is-16-il sena.", "U bir-rispett kollu lejn il-pulizija, f'Paceville hemm pulizija pero' ħadd ma jieħu passi.", "L-abbuż hemm qiegħed.", "F'Paceville tara żgħażagħ ta' 14 u 15-il sena jixorbu l-alkoħol f'nofs it-triq.", "Minn x'imkien ġie dan l-alkoħol.", "Onor. Cristina, inti bħali omm ...", "A/CHAIRPERSON: Jiena darba bgħatt lit-tifla tiegħi li kellha 14-il sena tixtri flixkun whisky mingħand outlet normali, u bigħuhulha.", "MS JOSETTE FARRUGIA: Mela dawn it-tfal, minn mindu jkunu għadhom żgħar qed jieħdu l-messaġġ, anke minn għandna l-kbar, li biex wieħed jiddeverti jrid jixrob.", "Illum iż-żgħażagħ qed jibdew ipejpu s-sigaretti u jixorbu l-alkoħol minn eta' żgħira u dan jidher minn statistiċi f'pubblikazzjoni li għadha kemm ippubblikat il-Caritas - l-Onor.", "Gonzi għandhom kopja ta' dan l-update - liema istatistiċi huma tat-twerwir.", "Fl-1991 diġa' kellna 90% - jekk m'inix sejra żball għax il-figura eżatt ma niftakarhiex - li kienu qed jabbużaw mill-alkoħol.", "Illum l-alkoħol naqas, pero' issa hemm splużjoni oħra, hemm splużjoni ta' ecstasy.", "Ġimgħa ilu kont fuq programm, m'għandix għalfejn insemmi l-isem, li kien jittratta d-droga u waqt dan il-programm għadda advert li kien jgħid: \"Ma tistax torqod, ħu żewġ pilloli\".", "Dan programm li għandu x'jaqsam mad-droga; programm fuq il-PBS, fuq ix-xandir ta' Malta.", "Mela aħna lil dawn it-tfal qed nagħtuhom l-attitudni li għal kull problema li għandhom, jew jibilgħu pillola jew inkella jixorbu.", "Iktar ma tgħidilhom \"le\" u iktar ma tgħidilhom biex xi ħaġa ma jagħmluhiex, iktar se jagħmluha.", "Addoloxxenti konna, ħadd minna ma kien qaddis … Bħal kulħadd dawn għandhom dritt jiddevertu u jieħdu gost, pero' rridu niftakru li dawn iż-żgħażagħ għandhom ukoll responsabbilta' ma' dak id-dritt, għandhom obbligazzjonijiet.", "Jiena naħseb li dawn l-obbligazzjonijiet huma parti mill-edukazzjoni li rridu ngħallmuhom.", "Ma' kull dritt ta' liberta', wieħed għandu obbligazzjoni u l-ewwel responsabbilta' li wieħed għandu, hija lejh innifsu.", "Hawnhekk il-ħin kollu ssemmiet - anke mill-Onor.", "Cristina - il-kelma \"vittmi\".", "Bir-rispett kollu, min jabbuża mid-droga m'huwiex vittma, min jabbuża mid-droga qed jeħodha għax irid hu.", "Ħadd m'hu qed jisfurzah biex jeħodha.", "Il-Caritas, din ilha tgħidha 15-il sena.", "Jiena ġbajt nippriedkha lilkom il-politikanti; kif tgħiduli l-kelma \"vittma\", dejjem l-istess ngħidilkom.", "Iktar ma nsejħulhom \"vittmi\", iktar qed ninkoraġġuhom jabbużaw mid-droga.", "Iktar ma nieħdu miżuri billi npoġġulhom medical teams, eċċ, iktar qed inserħulhom rashom li jistgħu jabbużaw mid-droga għax f'moħħhom se jkollhom li jekk se jiġrilhom xi ħaġa, hemm it-medical team lest għalihom.", "Veru tajjeb li tieħu prekawzjonijiet, pero' din m'hijiex is-soluzzjoni.", "Ħadt gost nisma' lis-Sur Chetcuti jitkellem fuq l-għaqda tal-ġenituri.", "Kemm il-Caritas u kemm l-Aġenzija sedqa tagħmel programmi ta' prevenzjoni għall-ġenituri, pero' wieħed mill-organisers qal: Fejnhom il-ġenituri ta' dawn it-tfal ta' 13, 14 u 15-il sena?", "Jiena nagħmel l-istess mistoqija u forsi hawnhekk ta' min jaħseb.", "Jien naħseb illi sfortunatament ħafna ġenituri qed jeħilsu minn din ir-responsabbilta' u qed ifarfruha fuq l-iskola u fuq l-awtorita'.", "Dejjem jistaqsu x'inhi tagħmel l-awtorita'.", "Imma aħna l-ġenituri, x'aħna nagħmlu?", "Hawnhekk jiena nissuġġerixxi illi fil-każ li dawn it-tfal taħt l-eta' ikunu f'postijiet li mhux suppost, jew jinqabdu bid-droga, jew inkella ikunu f'party u minn tests li jsiru jirriżulta that they are high, mhux talli wieħed għandu jieħu passi fuq dak it-tifel, imma għandhom jittellgħu l-ġenituri.", "Il-ġenituri huma responsabbli dirett għal kondotta ta' uliedhom.", "Il-behaviour u l-kondotta tat-tfal hija responsabbilta' tal-ġenituri sakemm jagħlqu it-18-il sena.", "This is said by law, pero' l-ġenituri ifarfru r-responsabbilta' fuq kulħadd barra fuqhom.", "Rigward prevenzjoni, jiena naħseb li hemm bżonn li l-programm ta' prevenzjoni nagħtuh iktar qawwa u iktar importanza, u aktar importanza fis-sens ta' PSE li huma l-life skills programmes.", "Jien nagħti lezzjoni darba fil-ġimgħa għal sentejn biss.", "Dak il-programm għandu bżonn jiġi żviluppat u jsir parti mis-sistema ta' edukazzjoni mil-livell ta' kindergarten sal-Form V. L-explosion tad-droga qed issir fost żgħażagħ ta' bejn l-14 u l-15-il sena.", "F'din l-eta' l-iktar li qegħdin jabbużaw, l-eta' ta' meta jibdew joħorġu mal-ħbieb fil-weekends, l-eta' meta jibdew iħossu l-peer pressure.", "Jekk ma nagħtuhomx tools sabiex ikollhom self respect u jkunu kapaċi jgħidu \"le\", inutli noqogħdu niltaqgħu hawn.", "Il-prevenzjoni trid issir bis-serjeta' u b'mod kontinwu.", "Trid issir edukazzjoni ta' prevenzjoni lill-ġenituri, kif ikunu ġenituri.", "Diġa' jeżistu programmi ta' edukazzjoni pero' kemm hawn ġenituri li jattenduhom?", "Il-Caritas ilha tagħmilhom mill-1989, anke l-Aġenzija sedqa tagħmilhom.", "Hemm bżonn li lil dawn iż-żgħażagħ nagħtuhom ir-responsabbilta' direttament f'idejhom.", "Jafu min qiegħed jeħodhom id-drogi fir-rave parties.", "Irridu nagħmluha b'mod li jew through the organisers jew through the police, jiġri x'jiġri, anke jekk mhux lilhom personalment imma lil sħabhom, huma parti mill-problema, huma responsabbli għal dak li jiġri.", "Ma nistgħux nibqgħu inżommuhom f'bozza.", "Irridu nwasslu l-messaġġ li huma responsabbli għall-imġieba tagħhom.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Naħseb li llejla ħaġa li ssemmiet diversi drabi kienet proprju l-bżonn ta' l-edukazzjoni u l-awareness.", "Tkellimna fuq il-bżonn li nindirizzaw gruppi differenti u forsi l-inqas grupp li semmejna huwa proprju l-grupp ta' tfal żgħar; il-bżonn li nindirizzaw lit-tfal miċ-ċokon - u meta ngħid miċ-ċokon jiġifieri mil-livell ta' kindergarten.", "MS JOSETTE FARRUGIA: Il-livell ta' kindergarten huwa l-ideali għax b'hekk taqbad ukoll lill-ġenituri.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jien għandi l-esperjenza personali tat-tifla tiegħi li minkejja li għandha biss sitt snin, meta ssemielha d-droga tistaqsi ċerti affarijiet u kull ħaġa li tara barra t-triq u li ma tidentifikahiex, tgħidlek li dik għandha x'taqsam mad-droga.", "Hekk tirraġuna għax hekk tellajtha u jien bdejt ngħallimha minn meta kienet ta' eta' li stajt nikkomunika magħha.", "Allura jekk tifla ta' sitt snin kapaċi tifhem dan kollu, jien nemmen li anke lit-tfal fil-kindergarten nistgħu nibdew ngħaddulhom xi ħaġa.", "Il-long term jien narah fit-tfal iż-żgħar.", "Narah ukoll fil-parenting skills li tkellmet tajjeb ħafna fuqu Mrs Farrugia, imma l-punt kollu huwa li minkejja l-isforzi kollha li qed isiru mill-Caritas, mill-Aġenzija sedqa, u probabbli anke mill-Moviment ta' Kana, hemm bżonn li jkun hemm commitment min-naħa tax-xandir f'Malta.", "Il-ħajja saret mgħaġġla għal kulħadd, sa l-inqas persuna fid-dinja qed tgħix kważi sitt ħajjiet f'daqqa, għaldaqstant hemm bżonn li l-mezz biex inwasslu l-messaġġi tagħna jkunu t-televiżjoni u r-radju.", "It-televiżjoni u r-radju jidħlu fid-dar ta' kulħadd.", "Minflok ma noqogħdu naraw ħafna ripetizzjonijiet - bir-rispett kollu għal min jgħoġbuh - ta' soap operas, aħjar ikollna ripetizzjonijiet ta' programmi edukattivi, li trid jew ma tridx, ikollok tarahom u tismagħhom.", "Il-programmi edukattivi l-ewwel iridu jkunu mmirati lejn il-ġenituri, l-omm u l-missier flimkien, mhux l-omm biss, imma l-missier ukoll.", "Dak ikun l-ewwel programm edukattiv, imbagħad il-programm edukattiv l-ieħor irid jinbeda mill-kindergarten assistants għax huma l-ewwel nies - barra l-familja - li se jmissu ma' wliedna.", "Jien ma nifhimx fid-droga u llum tgħallimt ħafna affarijiet minn dak kollu li smajt u għax dejjem interessajt ruħi stajt ngħaddi xi ħaġa lit-tifla tiegħi, imma dan ma jfissirx li għax hemm għalliem jew għalliema fl-iskola ta' l-Istat, tal-privat jew tal-knisja, għandna nippretendu minn għandu jew minn għandha, li din tista' tgħaddi l-informazzjoni korretta biex tiggwida lit-tfal tagħna on the right track.", "Allura anke hawnhekk jidħol l-Istat biex fit-training ta' l-għalliema tagħna u fil-korsijiet li qed isiru fl-Universita', ikun hemm dawk il-credits meħtieġa … Forsi tista' anke tidħol l-Aġenzija sedqa ...", "MS JOSETTE FARRUGIA: Diġa' qed isir għax jien nagħmel waħda mal-PGSE.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Tajjeb li qed isir imma għandna wkoll għalliema li ma ggradwawx issa u għalhekk hemm bżonn isiru in-service courses u refresher courses b'mod regolari biex l-għalliema jżommu lilhom infushom dejjem aġġornati ma' dawn id-designer drugs u oħrajn li m'hemmx dubju li se jipprovaw jidħlu fis-swieq.", "MS JOSETTE FARRUGIA: Sinjura President, tajjeb li jingħad li l-ecstasy ilha Malta bejn ħamsa u sitt snin.", "Veru li qed tissemma issa, pero' lanqas kienet għadha fformat l-Aġenzija sedqa - kont għadni fl-ICADAIT - meta semmejtha jien.", "Infatti kienu offrewha lit-tifla tiegħi ġo GĦawdex għax ħasbuha Ingliża minħabba l-aċċent li għandha.", "Jiġifieri dawn id-designer drugs li qed jissemmew, m'huma ġodda xejn.", "Forsi f'daqqa waħda issa qed toħroġ l-ecstasy on the market, pero' ilha hawn.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Imma Sinjura Farrugia, intom, li b'mod speċjali qegħdin, biex ngħidu hekk, tispeċjalizzaw f'din il-linja, I'm sure that you know the latest and ...", "MS JOSETTE FARRUGIA: Jiena għandi background ta' spiżjara, allura forsi lili tgħinni iżjed.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Appuntu, but let's not assume li l-persuna fit-triq hija daqstant familjari.", "MS JOSETTE FARRUGIA: Pero' diġa' qed titbiddel.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Appuntu, jiġifieri there will be others u huwa importanti li min ikun qiegħed ...", "A/CHAIRPERSON: Ippermettuli ftit.", "Id-diskussjoni hija interessanti ħafna, pero' għad fadalli lista twila ta' mistiedna u at this point nixtieq nistaqsi lill-membri tal-kumitat x'iridu jagħmlu.", "Inkomplu nisimgħu lill-mistiedna jew naġġornaw għal darb'oħra?", "Jiena nħoss li mhux sew li lil dak li jkun ġibnieh hawn u mbagħad irid jgħid kollox f'ħames minuti, pero' d-deċiżjoni hija tagħkom.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Veru li hija ħasra li nkunu qed naqilgħuhom għal aktar minn darba, pero' dan is-suġġett tant huwa ta' importanza nazzjonali ...", "A/CHAIRPERSON: Naħseb li l-lista hija twila ħafna biex f'ġurnata waħda dawn in-nies kollha jgħidu bil-kumdita' kollha dak li jridu jgħidulna.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Dan li qed nipprova ngħid.", "Din id-diskussjoni tant hija ta' interess nazzjonali li jiena żgura li kollha kemm aħna hawnhekk committed enough li mhux se niddejqu nerġgħu niġu iktar minn darba.", "Veru li aħna nkunu hawn, imma ċerta li l-mistiedna għandhom missjoni kbira u ma jiddejqux jerġgħu jiġu hawnhekk.", "MS JOSETTE FARRUGIA: Sinjura President, nixtieq nippreżenta lill-kumitat:-", "Kopja ta' proposti li l-Caritas ħejjiet b'konnessjoni ma' rave parties.", "A/CHAIRPERSON: Mela naġġornaw u mbagħad iċ-Chairperson tikkonsulta mal-membri fuq data għal darb'oħra.", "Nirringrazzjakom ilkoll.", "Fit-8.45 p.m. il-Kumitat aġġorna għal ġurnata li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19981118_002d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR LAFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "LErbgħa, 18 ta' Novembru, 1998", "11Kumitat Permanenti dwar IAffarijiet Soċjali ltaqa' filPalazz, ilBelt Valletta, fis-6.50 p.m", "Dolores Cristina, Aġent President talKumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "Preżenti wkoll kien hemm lOnor.", "Lawrence Gonzi, Ministru għallPolitika Soċjali u lOnor Tonio Borg, Ministru ta' lIntern.", "LIskrivana qalet ittalba.", "LAġent President talKumitat informat lillKumitat li lOnor Helen D'Amato, President talKumitat, ma laħqitx waslet minn barra minn Malta min ċirkostanzi li ma kellhiex kontroll fuqhom.", "I1Agent President talKumitat qalet li kellha talba millMalta Independent\" sabiex jittieħdu ritratti talKumitat, u talba millBroadcasting Authority u NET Television, sabiex jieħdu filmat tallaqgħa.", "IIMinuti tallaqgħa Nru. I li saret fl10 ta' Novembru 1998 kienu konfermati.", "Fuq mozzjoni ta' lOnor Michael Farrugia,.", "1Kumitat qabel li filminuti talLaqgħa Nru. 1 għandu jitniżżel ilftehim milhuq f'dik illaqgħa, ċioe', li jekk filKamra tal-Parlament ikunu qed jiġu diskussi affarijiet li għandhom x'jaqsmu b'mod dirett mas-social policy għandhom jitqiesu bħala priority.", "KIF GĦANDHOM IKUNU STRUTTURATI LLAQGNAT TALKUMITAT", "DWAR LAFFARIJIET SOĊJALI", "I1membri talKumitat għamlu suġġerimenti dwar kif għandhorn ikunu strutturati l-laqghat ta' dan ilKumitat.", "LAġent President talKumitat qalet li fillaqgħa li jmiss kienet ser titqassam lista tas-suggetti diskussi millKumitat dwar lAffarijiet Soċjali matul illeġislaturi preċedenti.", "Iddikussjoni fuq dan issuġġett baqgħet aġġornata.", "DISKUSSJONI DWAR REGOLAMENTI GĦAŻŻAMMA TA' DISCOS U PARTIES", "Fuq mozzjoni ta' lOnor Michael Farrugia 1Kumitat qabel li josserva minuta silenzju b'turija ta' rispett lejn dawk ilpersuni kollha li tilfu ħajjithorn kawża taddrogi.", "I1Kumitat stieden lillOnor Rita Law, lisSur Joe Mifsud, Forum Żgħażagħ Laburisti; lisSur Philip Fenech, President, Hospitality and Leisure Division tal-General Retailers and Traders Union; lisSur Joe Chetcuti, President ta' l-Assoċjazzjoni Ġenituri, Inħarsu 'l Uliedna; lisSinjura Sina Bugeja, Chief Executive ta' lAġenzija sedqa; lisSur Sandro Rossi, Movimenti Żgħażagħ Nazzjonalisti; lis-Sur Michael Cassar, Assistent Kummissarju talPulizija; lisSur Brian Azzopardi, party organiser, Kick Promotions, u lisSinjura Josette Farrugia, Prevention Unit tal-Caritas, jagħrnlu 1intervent tagħhorn dwar dan issuġġett.", "Fuq mozzjoni ta' lOnor Jean Pierre Farrugia, lKumitat qabel li xi kliem li ntqal mis-Sur Brian Azzopardi, m'għandhomx jitniżżlu fiddebates.", "IsSur Joe Chetcuti, Assoċjazzjoni ġenituri nħarsu. 'l Uliedna; isSinjura Josette Farrugia, Caritas, u sSur Sandro Rossi, Moviment Żgħażagħ Nazzjonalisti, ippreżentaw lillKumitat punti u proposti dwar regolamenti għażżamma ta' discos u parties.", "IsSur Joe Mifsud, Forum Żgħażagħ Laburisti, ippreżenta lillKumitat:", "Estratt minn pubblikazzjoni \"Peddro\" maħruġ millUNESCO u lKummissjoni Ewropea fi Frar 1998, intitolat \"Synthetic Drugs: a new challenge for prevention?\".", "IsSur Philip Fenech, General Retailers and Traders Union, ippreżenta lillKumitat:", "- Artiklu miktub minnu ntitolat \"Rave parties: controlling abuse\" 1i deher filharga ta' \"The Times\" ta' 120 ta' Ottubru 1998; u", "IsSur Brian Azzopardi, Party Organiser, Kick Promotions, ippreżenta lillKumitat:", "Punti dwar iżżamma ta' parties flimkien ma' dokumenti/pubblikazzjonijiet varji", "dwar drogi u parties, preżentati misSur Brian Azzopardi millKick Promotions", "Fit8.45 p.m. iddiskussjoni ġiet interrotta u lKumitat aġġorna għal data 1i kellha tiġi komunikata aktar tard.", "AĠENT PRESIDENT TALKUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19981118_002m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 3", "It-Tlieta, 24 ta' Novembru, 1998 fis-6.15 p.m.", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, tavża li l-Kumitat ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 24 ta' Novembru 1998 fis-6.15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Kif għandhom ikunu strutturati l-laqgħat tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali - Kontinwazzjoni.", "Diskussjoni dwar regolamenti għaż-żamma ta' discos u parties - Kontinwazzjoni.", "19 ta' Novembru 1998 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19981124_003a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 3", "It-Tlieta, 24 ta' Novembru, 1998", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 3", "It-Tlieta, 24 ta' Novembru, 1998", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.25 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 2 li saret nhar it-Tlieta, 17 ta' Novembru, 1998, ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Qabel ma nibdew il-laqgħa nixtieq ninforma lill-Kumitat li hemm talba minn NET Television biex iktar tard waqt is-sessjoni jkunu jistgħu jidħlu u jiġbdu xi filmati.", "Kif tafu, l-aħħar darba dan il-Kumitat ta permess lill-PBS, lil NET Television u anke lil ''The Malta Independent\" li jidħlu waqt il-laqgħa u għalhekk nassumi li anke llum ma hawnx oġġezzjoni.", "Il-Kumitat jaqbel li l-media tidħol u tkun tista' anke tiġbed xi filmati jew ritratti?", "(Onor. Membri: Iva) Mela ladarba hawn dan il-qbil, m'hemmx għalfejn noqgħod nitlob permess għal kull stazzjon jew kull gazzetta li tagħmel talba simili.", "Niġu issa għall-aġenda tal-lum.", "Nhar l-Erbgħa li għadda ma stajtx nattendi għal laqgħa minħabba li kien hemm delay fl-ajruport ta' Gatwick u ma lħaqtx wasalt.", "Nixtieq nirringrazzja lill-Kumitat li żamm dik il-laqgħa, għax għalkemm kien importanti għalija li nattendi għal-laqgħa, kien daqstant ieħor importanti għalija li l-laqgħa ssir.", "Għalhekk nirringrazzja lill-Onor.", "Dolores Cristina li ħadet l-inkarigu li tmexxi dik il-laqgħa u nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li attendew, fosthom rappreżentanti ta' NGO's u individwi oħra.", "Naf li fil-bidu tal-laqgħa l-Kumitat iddiskuta l-andament tal-laqgħat u fost affarijiet oħra, l-Onor.", "Michael Farrugia qal li dawn il-laqgħat ikunu ta' interess nazzjonali.", "Intalbet ukoll lista tas-suġġetti li diġa' ġew diskussi mill-Kumitat fil-leġislatura preċedenti biex ma jkunx hemm repetition imma bil-proviso li jekk jinqalgħu ċirkostanzi ġodda fejn ikun tajjeb li dawn jerġgħu jidhru quddiem il-Kumitat, allura dan ikun jista' jsir.", "Fil-fatt is-segretarja għandha l-lista tas-suġġetti li ġew diskussi fil-leġislatura l-oħra u din se titqassam lill-membri tal-Kumitat.", "Irrid ngħid ukoll li dawn id-debates huma printed, jiġifieri jekk xi ħadd minnkom ikun jixtieq jara xi debate partikolari jista' jitlob għal kopja lis-segretarja.", "Rigward kif tiġi determinata l-aġenda, naħseb li lkoll tafu li hemm diversi modi kif aħna niddeċiedu liema suġġetti niddiskutu.", "Standing Order 120G, li tirregola l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, tgħid li jista' jkun il-Parlament stess li jirrakkmanda x'jiġi diskuss u allura dawk it-temi jieħdu prijorita'.", "Barra minn hekk, aħna stess, jiġifieri l-Kumitat, jista', bi qbil, jideċiedi x'suġġetti jiddiskuti, diment li jkunu jaqgħu fil-parametri ta' politika soċjali.", "Issa fuq politika soċjali tista' tiftaħ beraħ, u jien stess għandi diversi suġġetti f'moħħi li nixtieq naqbad, fosthom is-suġġett tat-tfal in ġenerali biex forsi nibdew naħsbu anke għal Children's Act u nħarsu lejn aspetti oħra li jirrigwardaw lit-tfal tagħna u kif qed ikunu mħarsa mis-soċjeta' in ġenerali.", "Suġġett ieħor huwa dak tad-domestic violence.", "L-għadd ta' suġġetti li nistgħu nitkellmu dwarhom huwa interminabbli; naturalment irridu naqbduhom wieħed wieħed.", "Jien lesta li nilqa' s-suġġerimenti ta' kull membru tal-Kumitat, kif ukoll tal-pubbliku in ġenerali.", "Jekk il-pubbliku jħoss li dan il-Kumitat għandu jiddiskuti xi problema partikolari jista' jiktbilna u aħna nagħtu kas tas-suġġerimenti li jaslulna kemm mingħand għaqdiet kif ukoll mingħand individwi.", "Naturalment kollox jieħu l-prijorita' li ħaqqu anke skond iż-żmien li jkollna.", "Jekk m'hawnx kummenti fuq dan, ngħaddi biex nilqa' lill-mistednin li ġew hawn illum.", "REGOLAMENTI GĦAŻ-ŻAMMA TA' DISCOS U PARTIES", "IĊ-CHAIRPERSON: Qabel ma intom il-mistiedena tiġu madwar il-mejda u tgħidu dak li għandkom tgħidu, nixtieq infakkarkom li kulma jingħad qed ikun recorded u mbagħad jidher f'dokument li huwa pubbliku.", "Jiġifieri jekk ikun hemm xi ħaġa li ma tixtiequx tarawha iswed fuq l-abjad, nitlobkom biex tirregolaw lilkom infuskom għaliex wara jkun diffiċli li xi ħaġa li tkun intqalet titħassar.", "Noqogħdu attenti wkoll meta nsemmu ismijiet ta' individwi biex ma nitfgħux xi allegazzjonijiet fuq xi ħadd billi nirrepetu affarijiet li forsi nkunu smajna.", "Wieħed irid ikun sinċier, jagħti l-veduta tiegħu kif inhi, imma jrid iżomm quddiem għajnejh kontinwament li dak li jintqal se jidher f'dokument pubbliku.", "Nitlob lill-mistednin biex qabel ma jibdew jitkellmu jgħidu isimhom u isem l-għaqda li jirrappreżentaw, jekk ikun il-każ, għax min se jagħmel it-transcriptions tar-recording, il-vuċi tagħna forsi jagħrafha għax ikun draha, waqt li ta' ħaddieħor ma jkunx jista' jagħrafha.", "Għalhekk nitlob il-koperazzjoni ta' kulħadd.", "Kif għedt, l-aħħar darba jien ma kontx hawnhekk, pero' tlabt li jkolli l-iscript - li għadu mhux edited u allura ma nixtieqx nikkummenta dwaru - u minnu stajt nislet xi suġġerimenti li diġa' saru minn uħud minnkom li qegħdin hawnhekk anke llum.", "Naf li hawn oħrajn li għadhom ma tkellmux u allura llum nixtieq nibda minnhom; ħalli mbagħad jekk ikun hawn xi ħadd li jixtieq jerġa' jitkellem nerġgħu nsejħulu.", "Punt importanti li għandna nżommu quddiem għajnejna meta nkunu qed nitkellmu hu li nipprovaw inżommu l-kummenti tagħna fil-qosor kemm jista' jkun ħalli nipprovaw nagħtu spazju lil kulħadd.", "Nixtieq ukoll li jkun hemm ċerta prattiċita' u mhux retorika fid-diskors, jiġifieri jsiru suġġerimenti konkreti u mhux noqogħdu sempliċement ngħidu kemm huma ħżiena d-drogi.", "Nixtiequ nisimgħu x'inhu dak li bħala individwi jew bħala għaqda, qed tipproponu li jiġi ntegrat f'dawn ir-regolamenti.", "Jekk forsi xi ħadd ikun ġie hawnhekk mingħajr dokumenti preparati ma jimpurtax; m'huwiex importanti li jkollkom dokument, pero' jekk wara tħossu li tixtiequ tagħmlu s-suġġerimenti tagħkom bil-miktub, allura tkunu tistgħu tgħadduhomlna aktar tard.", "Irrid ngħid li llum se nipprova nagħlaq il-public hearing ħalli mbagħad fil-laqgħa tal-ġimgħa d-dieħla, aħna l-membri tal-Kumitat niddiskutu dak li jkun ħareġ mid-diskussjoni kollha u naraw ukoll x'inhuma l-proposals tagħna.", "Filwaqt li intom mistednin tattendu għal-laqgħa tal-ġimgħa d-dieħla, dak inhar, id-diskussjoni se tkun riżervata biex fid-dawl ta' dak li smajna, noħorġu s-suġġerimenti tagħna u ngħadduhom lill-Ministru ta' l-Intern u lill-Ministru għall-Politika Soċjali.", "Wara din l-introduzzjoni xi ftit twila, nistieden lil Miss Lorraine Napier mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, li għadha ma tatx il-veduti tagħha, biex tiġi madwar din il-mejda u tagħmel il-kummenti tagħha.", "LORRAINE NAPIER (President, Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ): Ħafna mill-punti ssemmew l-aħħar darba u mhux se nerġa' nirrepetihom, imma nixtieq inżid ma' dak li ntqal.", "Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ jaqbel mal-punti kollha mressqa mill-Kumitat, ħlief l-ewwel punt, dak dwar il-limitu fuq il-ħin.", "Aħna naħsbu li limitu fuq il-ħin ma jsolvix il-problema ta' l-abbuż tad-droga.", "Barra minn hekk limitu fuq il-ħin jista' jirriżulta f'sitwazzjoni fejn dawn il-parties jiġu organizzati underground u b'hekk ikun iktar diffiċli li jiġi kkontrollat l-abbuż.", "Aħna jidhrilna li għandu jittieħed in konsiderazzjoni jekk il-party ikunx se jsir f'post urban jew le u naħsbu li għandhom jiġu nforzati r-regolamenti eżistenti dwar l-eta' ta' dawk li jattendu l-parties.", "Fejn jidħlu parties bħalma huma rave parties, l-eta' minima għandha tkun ta' 18-il sena u mhux 16-il sena bħalma hi għad-dħul fi clubs.", "Nipproponu wkoll li jsir obbligatorju li kulħadd jiġi mitlub juri l-karta ta' l-identita' ma' l-entratura u mhux tibqa' tintalab biss meta l-organizzatur ikollu xi dubju dwar l-eta'.", "Jiġifieri anke jekk tidher li għandek 80 sena, int u dieħel trid turi l-karta ta' l-identita'.", "B'hekk jista' jitnaqqqas il-lok għal abbuż.", "Aħna ma naħsbux li l-parties neċessarjament ifissru droga.", "Madankollu rridu niġu bi proposti aktar konkreti dwar entertainment differenti minn parties.", "Għalhekk, b'koperazzjoni mal-kunsilli lokali, qed nipproponu l-iżvilupp ta' youth centres u faċilitajiet sportivi fil-lokalitajiet biex iż-żgħażagħ ta' bejn l-14 u t-18-il sena, jiġifieri pre-disco and pre-party age, ikollhom fejn jgħaddu l-ħin ħieles tagħhom.", "Irrid ngħid li nnotajna li għal-laqgħa ta' dan il-Kumitat ma ġewx mistednin in-nies responsabbli mill-programm ta' studji dwar iż-żgħażagħ li għandha l-Universita' ta' Malta.", "Aħna qed nissuġġerixxu li dan il-programm jiġi kkummissjonat u jingħata r-riżorsi biex jagħmel studji xjentifiċi dwar is-sors tal-problema tad-droga, mezzi alternattivi ta' divertiment, u studji simili.", "Nemmnu wkoll li l-problema tad-droga m'hijiex l-unika problema li jiffaċċjaw iż-żgħażagħ fis-soċjeta' tagħna.", "Iż-żgħażagħ għandhom ikunu empowered biex jagħrfu l-għażliet differenti li jistgħu jagħmlu u fl-aħħar mill-aħħar jaċċettaw il-konsegwenzi ta' l-istess għażliet.", "Għaldaqstant għandu jsir a concentrated effort mill-awtoritajiet biex is-sistema edukattiva ta' pajjiżna tkun waħda sħiħa li tagħti liż-żagħżugħ l-għodda biex jagħraf l-għażliet li jista' jagħmel matul ħajtu.", "Irridu nwasslu l-messaġġ liż-żgħażagħ li fl-aħħar mill-aħħar l-għażla hija f'idejhom.", "Iż-żagħżugħ irid jagħraf li jekk jagħmel l-għażla li jieħu d-droga, dik hija l-għażla tiegħu u kellu għażliet oħra x'jagħmel kieku ried.", "Nemmnu li ż-żgħażagħ għandhom ikollhom din l-għodda, u nemmnu wkoll li s-sistema edukattiva kif inhi bħalissa m'hijiex qed tagħti liż-żgħażagħ l-għodda biex jagħmlu l-aħjar għażliet għalihom.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi tal-kontribuzzjoni tiegħek.", "Ma nafx jekk hawx xi ħadd mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ jew mill-Malta Red Cross li jixtieq jikkummenta.", "Is-Sur Joe Saliba mill-Malta Red Cross Society.", "IS-SUR JOE SALIBA (Soċjeta' tas-Salib l-Aħmar): Xtaqt nikkjarifika punt wieħed biss.", "It-team mediku li qed ikun preżenti waqt dawn il-parties meta nkunu mqabbdin mill-organisers, huwa team ta' first aiders u allura ma jkunx hemm tobba magħna sakemm ma jinzertax li forsi wieħed mill-voluntiera jkun tabib.", "Bħala prinċipju, is-servizz li noffru aħna huwa ta' first aiders u meta jkollna available nipprovdu ambulanza.", "Naturalment, jekk is-Soċjeta' tagħna bħalissa għandha żewġ ambulanzi u hemm erba' attivitajiet għaddejjin, servizz ta' żewġ ambulanzi biss nistgħu nipprovdu.", "Forsi jkun tajjeb li l-Kumitat iżomm quddiemu l-fatt li s-servizzi li tista' tipprovdi bħalissa s-Soċjeta' huma limitati.", "Tajjeb li dan jittieħed in konsiderazzjoni meta jiġu biex isiru xi regolamenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Xtaqt nistaqsi mistoqsija.", "Inti għedt \"meta nkunu mqabbdin mill-organisers\".", "Jiġifieri intom ġieli kontu msejħin mill-organisers u ġieli ma kontux?", "Meta ma kontux imsejħin, xorta mortu fejn kontu tafu li se jsir party?", "Jew inkella tistennew li tkunu msejħin biex tmorru?", "IS-SUR JOE SALIBA: Aħna bħala Red Cross, irridu nkunu msejħin mill-organisers biex immorru.", "Punt ieħor li wieħed irid jinnota huwa li aħna mhux bilfors inkunu msejħin għall-ħin kollu tal-party.", "Jekk il-party, ngħidu aħna, jibda fl-10.00 p.m. u jkun se jispiċċa fis-6.00 a.m., jista' jkun li aħna nkunu msejħin għall-perjodu bejn nofsillejl u l-4.00 a.m., u allura ma nkunux qegħdin inkopru l-ħin kollu tal-party, imma nkunu qegħdin inkopru biss il-ħin li jsejħilna għalih l-organiser.", "IĊ-CHAIRPERSON: Intom tħossu li t-team mediku li fid-draft regulations qed jiġi suġġerit li jkun preżenti, għandu jkun hemm mill-bidu sa l-aħħar?", "Għalkemm waħda mill-ikbar issues li qegħdin jiġu tackled hija dik tad-droga, il-problema li teżisti mhijiex biss tad-droga.", "Fil-fatt jiġru diversi tipi ta' accidents, per eżempju xi ħadd jiżloq, jaħbat rasu u jispiċċa mitluf minn sensih.", "Għalhekk aħna nħossu li l-preżenza ta' trained staff in first aid fejn ikun hemm massa ta' nies, hija bżonnjuża biex ikunu jistgħu jagħtu l-assistenza jekk tinqala' l-ħtieġa għax ħafna drabi assistenza immedjata tista' tevita ċirkostanzi aktar gravi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Hawn xi ħadd li jixtieq jagħmel xi mistoqsija lis-Sur Saliba jew lil Ms. Napier?", "L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Sur Saliba, inti għedt li t-team mediku li jkun hemm huwa fuq bażi volontarja.", "Jiġifieri ma jsirx ħlas għal dan is-servizz?", "IS-SUR JOE SALIBA: Meta l-organisers jitolbuna biex nagħtu s-servizz tagħna, is-Soċjeta' bilfors titlob xi forma ta' ħlas għax ovvjament ir-running costs tas-Soċjeta' rridu nkopruhom b'xi mod.", "Fosthom hemm l-ispejjeż tal-fuel, insurance u maintenance ta' l-ambulanzi, u first aid equipment.", "Għalhekk meta niġu msejħin waqt attivita' li tkun qed issir bi profitt, is-Soċjeta' titlob li jkun hemm ħlas, imma meta noffru s-servizzi tagħna f'sitwazzjoni ta' emerġenza nazzjonali, dawn noffruhom volontarjament u nżommu mal-prinċipju tagħna.", "FRANCIS AGIUS: Inti għedt li biex ikun hemm tabib fost it-team mediku jrid jinzerta li xi ħadd mill-voluntiera jkun tabib; jiġifieri ġieli jkun hemm tabib u ġieli ma jkunx hemm.", "Nimmaġina li għandkom numru ta' voluntiera li mbagħad numru minnhom jintgħażlu, jew they volunteer, biex imorru għal dawn l-attivitajiet.", "IS-SUR JOE SALIBA: Il-voluntiera membri tas-Soċjeta' ġejjin mill-oqsma kollha tal-ħajja.", "Jista' jkun li meta nagħmlu sejħa għal voluntiera biex jattendu dawn il-parties, ikun hemm tabib li jagħżel li jkun preżenti.", "Ovvjament jista' ma jkunx hemm tabib għax forsi jkollu xi attivita' oħra personali.", "Għas-Soċjeta' l-importanti huwa li jkun hemm a team of qualified first aiders preżenti għall-attivita', nies li mhux sempliċement ikunu membri tas-Soċjeta' imma jkunu qualified first aiders, li jkunu għamlu t-taħriġ tagħna.", "FRANCIS AGIUS: In vista tal-fatt li intom tiġu msejħa anke f'attivitajiet oħra fejn, safejn naf jien, ma kienx hemm inċidenti li fihom miet xi ħadd, l-għaqda ħadet xi passi għall-quddiem biex meta tiġi msejħa għal dawn il-parties tara li jkun hemm tabib fit-team mediku li tibgħat?", "Iddiskutejtu fuq livell ta' għaqda x'tip ta' coverage tistgħu tagħtu?", "Naf li n-nies tagħkom huma kollha trained first aiders, imma ddiskutejtu tistgħux tieħdu xi miżuri differenti f'dan it-tip ta' emerġenzi li jistgħu jinqalgħu?", "IS-SUR JOE SALIBA: F'dawk iċ-ċirkostanzi, anke jekk ikun hemm tabib u jkun l-aqwa wieħed li jkun hawn available, jekk ma jkunx hemm clinic u ma jkollux ċertu equipment miegħu biex ikun jista' jaħdem, bilfors li jkollu jieħu lill-persuna konċernata fil-Casualty Department.", "Kieku dak inhar li nqala' l-każ kellna tabib fuq il-post, xorta ma seta' jsir xejn ħlief dak li għamilna, fejn tajna CPR lill-persuna.", "Jiġifieri anke kieku kien hemm tabib, ma kien jitbiddel xejn minn dak li ġara dak inhar.", "Ovvjament kien neċessarju li dik il-persuna tittieħed to the professional staff at St. Luke's Hospital.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "Karl Chircop jixtieq jagħmel kumment.", "KARL CHIRCOP: Jien nixtieq nikkummenta, aktar milli nistaqsi, fuq dak li qalet Ms. Napier.", "Intqal li l-problema tad-droga m'hijiex l-unika problema li qed jiffaċċjaw iż-żgħażagħ.", "Forsi tajjeb li wieħed jiftaħ ftit fuq dan il-punt.", "Jien naħseb li l-problema tad-droga effettivament m'hijiex problema primarja fiha nnifisha, imma wieħed iktar jista' jħares lejha bħala sintomu ta' problema akbar li hawn fis-soċjeta', il-problema li ż-żgħażagħ tagħna għandhom ħafna stress fuqhom.", "Iż-żgħażagħ qegħdin jiġu ffaċċjati minn ħafna peer pressures u naħseb li d-droga qegħdin iħarsu lejha bħala means of escapism.", "Għalhekk naħseb li anke meta wieħed jiġi biex ifassal dokument bħal dan li qed niddiskutu llum, li naqblu miegħu, ikun qed jonqos jekk wieħed ma jipprovax iħares lejn din il-problema minn sfera aktar wiesgħa, fis-sens li rridu nużaw għodod aktar importanti, għodod li wħud minnhom huma forthcoming, bħal per eżempju, l-Caritas li pprovdewna b'tool importanti ħafna fis-second prevention, tool li tgħinna biex anke nidentifikaw high risk groups u allura awtomatikament inkunu nistgħu anke, biex ngħid hekk, niffokaw il-ġlieda tagħna kontra l-vizzju tad-droga b'mod aktar effiċjenti u b'mod li jkun aktar cost effective.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Jekk hawn xi ħadd mill-party organisers li ma tkellimx id-darba l-oħra u jixtieq jikkummenta, nistiednu biex jekk jogħġbu, jersaq hawnhekk u jgħid ismu; m'hemmx għalfejn jgħid liema hi l-organisation tiegħu.", "IS-SUR SILVIO BARTOLO (Exit Promotions): Fuq il-punti li rċevejna mingħand il-Kumitat, nixtieq ngħid li hemm fejn naqblu u hemm fejn ma naqblux.", "Fuq l-ewwel punt, jiġifieri dwar il-ħin, definittivament ma naqblux għaliex naħsbu li billi twaqqaf event fis-2.00 a.m. ma tkun qed twaqqaf l-ebda abbuż, imma tkun qed tagħti vantaġġ lil ħaddieħor li qiegħed fl-istess business; m'hemmx għalfejn noqogħdu nsemmu lil min u fejn.", "Jiġifieri jekk inti twaqqaf event fis-2.00 a.m. mhux se ssolvi l-problema għaliex min ikun fil-party, imur fi groups żgħar, fi flats jew farmhouses u jagħmlu ħafna agħar milli kieku jagħmlu f'event organizzata sew fejn ikun hemm il-pulizija u fejn ikunu ttieħdu ċertu miżuri oħra.", "It-tielet punt kien jispeċifika li għal kull persuna għandu jkun hemm spazju ta' 0.5 square metres.", "Tant hawn domanda għal dan it-tip ta' events li naħseb li m'hawn l-ebda post fil-magħluq li jesa' n-numru ta' nies li jkunu jixtiequ jattendu.", "Għalhekk aħna qed nissuġġerixxu li joħorġu permessi għal attivitajiet fil-miftuħ f'postjiet li jkunu 'l bogħod mill-abitant ħalli l-ewwelnett ma jdejqux lin-nies ta' l-inħawi bl-istorbju, u fl-istess ħin min jattendi jkun iktar safe għax ikun hemm ħafna iktar spazju.", "Fuq ir-raba' punt fejn qed jiġi propost li jsir depożitu ta' somma ta' flus jew garanzija bankarja, nixtiequ nafu x'qed taħsbu fejn jidħlu ammonti ta' flus u anke, x'se niggarantixxu.", "Aħna nistgħu niggarantixxu, per eżempju, li ndaħħlu ċertu numru ta' nies jew li jkollna ċerti affarijiet fil-post, imma ma nistgħux niggarantixxu li m'hu se jiġri xejn lil ħadd.", "Ma nistgħux nagħtu garanzija li ħadd m'hu se jweġġa' jew li ħadd m'hu se jiġrilu xi ħaġa.", "Fuq il-ħames u s-sitt punti, jiġifieri li l-prezzijiet tax-xorb għandhom ikunu fissi u riklamati u li l-applikazzjoni għandha ssir direttament lill-pulizija, naqblu perfettament.", "Rigward is-seba' punt, irrid ngħid li fl-event li organizzajna fl-24 ta' Ottubru li għadda, aħna segwejna ħafna mill-ħames items imsemmija.", "Per eżempju aħna qabbadna pulizija bl-uniformi li ġibniehom mill-għassa tal-lokal, plus li ħallasna pulizija oħra mid-Drug Squad.", "Ġibna wkoll nies tar-Red Cross Society u anke ħallasniehom.", "Niskuża ruħi talli ġibniehom biss għal ċertu ħin, imma din kienet l-ewwel esperjenza tagħna.", "Fil-fatt aħna konna ġibniehom mill-10.00 p.m. sa l-4.00 a.m. Jekk intom tixtiequ li dawn ikunu hemm sa l-aħħar, sakemm tispiċċa l-event, aħna ma nsibu l-ebda oġġezzjoni li darba oħra nagħmlu hekk.", "Saru wkoll checks on site qabel ma bdiet l-event billi l-pulizija għamlet search permezz tal-klieb biex jaċċertaw li m'hemmx xi drogi.", "Nista' ngħid ukoll li kien hemm water fountains u mobile toilets.", "F'wieħed mill-punti proposti hemm li għandu jkun hemm kamra air-conditioned, chill-out room.", "F'ċerti każi, air-conditioner ma jistax isir għax s'issa, safejn naf jien, m'hawn l-ebda mobile air-conditioner.", "F'post li huwa miftuħ, tista' tagħmel chill-out room, iżda air-conditioner, s'issa, bil-mezzi li għandna llum, ma jistax isir.", "Rigward tagħmir ta' fire-fighting fil-post u li jkun hemm sinjali ta' ħruġ ta' emerġenza, naqblu perfettament.", "Fuq l-aħħar punt, punt numru tmienja, li l-pulizija tirriżerva li tirrifjuta kull permess meta l-karattru ta' l-organizzatur ma jkunx jogħġobha, naqblu wkoll.", "Basically, dak hu li xtaqt ngħid.", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti għedt li meta l-attivita' tkun barra tistgħu tagħmlu chill-out rooms fejn ikun hemm tip differenti ta' mużika biex wieħed ikun jista' jikkalma.", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Nistgħu nagħmlu, imma l-problema hi li qatt ma tista' tagħmel air-condition.", "S'issa ma naf bl-ebda air-conditioner li jkopri dak it-tip ta' area bħalma hi kamra jew tinda kbira meta l-attivita' tkun barra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nixtieq nistaqsi xi ħaġa dwar il-water fountains.", "Illum jien u l-Onor.", "Marie Louise Coleiro konna qed nitkellmu ma' grupp ta' żgħażagħ li qalulna li waħda mill-affarijiet li kienu urtawhom hi li għalkemm kien hemm water fountains, dawn kont trid tftittixhom b'nemes biex issibhom.", "Jiġifieri jekk ikollok bżonnhom, ma kontx issibhom jekk ma tkunx taf fejn qegħdin.", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Jien nista' nitkellem biss fuq l-event li organizzajna aħna; fuq ta' ħaddieħor ma nistax nitkellem.", "Fl-event tagħha kien hemm waħda mal-bieb, hekk kif tidħol, kważi taqa' fiha kif tinżel mit-taraġ, u l-oħra ħdejn il-mobile toilets.", "Jiġifieri kienu jidhru; ma naħsibx li kienu moħrija fl-event tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kellkom tnejn.", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Iva, kellna tnejn u l-ilma kien kiesaħ, mhux sempliċement ilma ħiereġ mill-vit.", "Dawn il-water fountains inxtraw apposta mill-proprjetarju tal-post.", "IĊ-CHAIRPERSON: Xi kemm kien hemm nies?", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Kien hemm tmien mija jew disa' mija.", "IĊ-CHAIRPERSON: U taħseb li żewġ water fountains huma biżżejjed għal dak l-ammont ta' nies?", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Naħseb li jista' jkun hemm iktar, iżda s'issa m'hemm l-ebda regolament li jgħid li għal elf ruħ trid tant numru ta' water fountains.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dik hija xi ħaġa li rridu nagħtu kasha.", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Hekk hu.", "Aħna ħadna l-precautions allavolja għad m'hemmx liġijiet.", "Sal-ġurnata tal-lum, għad m'hemm l-ebda liġi imma aħna minn jeddna għamilna dawn l-affarijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn xi ħaddieħor li jixtieq jagħmel xi mistoqsijiet?", "L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Xtaqt nistaqsi lis-Sur Bartolo dwar x'tip ta' checking isir.", "Isir checking għall-age group ta' żgħażagħ li jattendu biex jiġi assigurat li jidħlu biss dawk li għandhom minn sittax-il sena 'l fuq?", "Isir checking għal droga fuq il-persuna?", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Ladarba qed nitkellmu fuq dan il-punt, nixtieq l-ewwelnett nirringrazzja lill-pulizija li kienu useful ħafna fl-aħħar event li għamilna.", "Kien hemm queues twal ta' nies iridu jidħlu, imma l-pulizija żammew l-ordni.", "Fil-fatt kien hemm pulizija biex iżommu l-ordni u pulizija oħra biex ifittxu fuq in-nies.", "Nista' ngħid li saret tfittxija mill-pulizija tad-Drug Squad fuq kull persuna li daħlet hemmhekk.", "Rigward l-eta' ta' dawk li jidħlu, s'issa għadna qatt ma ċċekkjajna lin-nies wieħed wieħed, l-ID card nitolbuha biss fejn ikollna xi suspett.", "Loġistikament huwa ftit diffiċli li tiċċekkja lil kulħadd, wieħed wieħed, jekk ikollok 'il fuq minn 1,000 ruħ li jridu jidħlu għal attivita'.", "Iżda jekk intom tesiġu li jsir dan, aħna ma nsibu l-ebda diffikulta' biex fil-bieb, lin-nies nitolbuhom juru l-ID card.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sibna li żgħażagħ stess ta' 18-il sena u aktar, jilmentaw ħafna li jkollhom jattendu attivitajiet fejn ikunu mħalltin mat-tfal.", "Meta jgħidu \"tfal\" ikunu qed jirriferu għal żgħażagħ taħt is-16-il sena għax donnu - almenu hekk nifhem - li għalihom ma' l-eta' ta' 16-il sena jkunu saru żgħażagħ u minn 16-il sena 'l isfel, ikunu għadhom tfal.", "Wieħed mill-ilmenti li ġie ripetut diversi drabi kien il-fatt li din il-craze għar-rave parties, din il-moda - għax kontinwament bdew isemmu l-moda, qisu xi status symbol fost iż-żgħażagħ - ...", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Kultura, iktar minn moda.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Huma \"moda\" bdew jgħidulna.", "Pero' din il-craze donnha ġejja wkoll mill-fatt li f'ċerti attivitajiet ta' divertiment normali li jsiru fil-weekends, ma jkunux xi party partikolari, ikun hemm wisq tfal.", "Qalulna wkoll li ċ-checking għall-eta' jsir skond l-istatura ta' dak li jkun se jidħol.", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Hekk hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fil-fatt jien u l-Onor.", "Marie Louise Coleiro konna qegħdin nitkellmu ma' tfal li huma taħt is-16-il sena u dawn qalulna li jattendu kemm discos kif ukoll rave parties.", "Dawn iż-żgħażagħ li kienu sempliċement qed jitkellmu magħna - ma ridniex nakkużawhom iżda konna biss qed nieħdu feedback - bdew jagħmlu distinzjoni bejn a normal disco and a rave party.", "Meta staqsejniehom jekk qabel jidħlu jitolbuhomx l-identity card, qalulna li kieku jistaqsuhom għall-identity card, huma jkunu l-ewwel nies li ma jidħlux.", "Huma konxji ta' l-eta' ta' 16-il sena.", "Jiġifieri jekk xi ħadd ta' 18-il sena, fl-istatura jkun daqsxejn imkittef, jitolbuh l-identity card waqt li xi ħadd li jkun fih persuna, ma jintalabx juri l-identity card.", "Ma taħsbux li din hija ...?", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Sfortunatament s'issa hekk isir.", "Jekk bil-liġi aħna jkollna niċċekkjaw l-ID card ta' kull min ikun se jidħol, aħna ma nsibu l-ebda oġġezzjoni.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Iċ-checking għad-dħul - mhux qed ngħid għat-ticket, imma għaċ-checking tal-persuna jekk hijiex imkittfa jew ġabitx ruħha, biex nitkellmu bit-termoloġija li wżaw iż-żgħażagħ stess - min jagħmlu, il-pulizija jew inkella l-organizzatur?", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Il-pulizija.", "Meta l-pulizija jkollhom xi suspett li persuna hija taħt l-eta', jitolbuha l-ID card.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri mhux l-organiser jitlobhielha.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Il-pulizija jaraw jekk persuna għandhiex tidħol jew le?", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: S'issa hekk isir.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: L-organizzazzjoni tiegħek organizzat ir-rave party ...", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Mhux fejn mietet dik il-persuna, biex inkunu ċari.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: L-organizzazzjoni tiegħek kienet torganizza parties oħra qabel, apparti rave parties?", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Sfortunatament huwa mill-media li l-kelma \"rave\" ħadet tifsira qisha xi ħaġa tal-biża', xi ħaġa tal-ġenn.", "Din hija kultura ta' mużika, tip ta' mużika rave.", "Illum hawn techno music, hard house music, minimal music u tipi oħra ta' mużika.", "Il-kelma \"rave\" kienet tintuża meta bdew fis-snin tmenin; illum, barra minn Malta, u anke hawn Malta, m'għadniex insejħulhom \"rave\" imma \"dance events\".", "Aħna dejjem organizzajna events li għandhom x'jaqsmu ma' mużika dance.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Imma f'dawn l-events ikun hemm iktar mużika rave milli f'parties oħra?", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: L-organizzazzjoni tagħna tikkonċentra ħafna fuq il-mużika techno u l-mużika hard house.", "Hemm ħafna organisers oħra li flok techno music jagħżlu house music.", "Dawn ma tistax taqbadhom kollha f'daqqa ġo borma waħda u ssejħilhom rave ....", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Se nikkwota paragrafu żgħir minn artiklu li deher fil-US Policy Drug Control li huwa overview ta' l-1997 u l-1998, fejn fost affarijiet oħra, tissemma l-MDMA ecstasy:", "Din it-trend hija worldwide spread, imma l-organizzazzjoni tiegħek tikkonsidra li tibda torganizza parties b'mużika differenti?", "Veru li kif għedt, din hija trend internazzjonali, imma jekk qed naraw li l-użu ta' l-ecstasy hija assoċjata ħafna ma' dan it-tip ta' parties, jistgħu l-organizzaturi jipprovaw jorganizzaw attivitajiet differenti?", "Jien m'għandix dubju li l-biċċa kbira taż-żgħażagħ huma kontra din il-kultura.", "Forsi jista' jkun hemm alternattiva u l-alternattiva tkun xorta ta' kwalita' tajba.", "Qed ngħid hekk għax ir-regolamenti li ġew proposti mill-Ministru ta' l-Intern u mill-Ministru għall-Politika Soċjali, kollha ġew osservati f'dak ir-rave party u allura ma naħsibx li dawk ir-regolamenti fihom infushom huma garanzija biżżejjed.", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Xejn m'hu foolproof.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jekk se nibqgħu għaddejjin b'din il-kultura ta' rave jew techno, il-ballun qiegħed ukoll f'saqajn l-organizzaturi.", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Ma tistax taqbad u tgħid li ċertu tip ta' mużika bilfors tfisser droga, għax jekk immorru lura, per eżempju, għas-snin sittin, insibu li l-mużika tas-sixties kienu jassoċjawha mad-droga LSD, waqt li l-miużika rock kienu jassoċjawha ma' l-ismoke u l-eroina.", "Kull tip ta' mużika li tindaqq tista' tiġi assoċjata ma' ċertu tip ta' droga.", "Sfortunatament il-mużika dance hija assoċjata ma' l-ecstasy, pero' jien nista' nassigurak li mhux fil-parties biss ikun hemm l-ecstasy.", "Bħalma għedt diversi drabi, kien hawn każijiet ta' użu ta' l-ecstasy anke fit-toroq; per eżempju f'meetings li saru dan l-aħħar in konnessjoni ma' l-elezzjonijiet, kien hemm nies li kienu taħt l-effett ta' din id-droga.", "Anke fil-marċi tal-festi li jsiru filgħodu ġieli kien hemm nies li wżaw l-ecstasy.", "Il-ħażin f'dan il-pajjiż huwa li naqbdu ma' ħaġa waħda; f'dan il-każ qed jingħad li l-parties qed isiru biex tinxtered u tikber din id-diżgrazzja ta' l-abbuż mill-ecstasy.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Ħmistax jew għoxrin sena ilu, meta jien kont żagħżugħ, kont nattendi discos, imma kien hemm alternattiva għad-discos.", "Illum donnu m'hawnx alternattiva; jew tmur għal dawn ir-rave parties jew ma ssibx fejn tmur.", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Hawn alternattiva; fil-fatt jekk tibda ddur ma' Malta bħalissa tibda tara ħafna posters jirreklamaw open bar parties għall-prezz ta' Lm20.", "Jien dak narah sfruttament, li tħallas Lm20 u tista' tixrob sakemm ...", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jien mhux qed ngħid alternattiva ta' divertiment, imma alternattiva ta' żfin.", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Hawn alternattiva, per eżempju, il-mużika rock u dik pop għadhom jeżistu, pero' t-trend hija aktar favur il-mużika dance, kif jidher anke miċ-charts.", "Bħalissa hawn massa akbar ta' nies li tiffavorixxi d-dance music.", "Jista' jkun li jgħaddu tlett snin oħra u nerġgħu naqilbu għall-mużika rock.", "Jien ma nistax nikkontrolla x'tip ta' mużika tinbiegħ fir-record shops u x'jisimgħu n-nies fuq ir-radios.", "Jekk l-istazzjonijiet tar-radio jiddeċiedu li se jdoqqu rock music biss, allura n-nies awtomatikament jiġu nfluwenzati mill-mużika rock.", "Bħalissa t-trend hija lejn il-mużika dance.", "Jekk għada pitgħada l-mużika rock issir aktar popolari, allura jien nibda norganizza rock parties għax ovvjament aħna naraw xi tkun id-domanda tal-massa.", "Jien ma nistax inbiddel it-trend, niddeċiedi li mmur kontra riefnu u nibda norganizza rock parties.", "Per eżempju, l-aħħar rock concerts li saru f'Ta' Qali, forsi kien hemm tnejn li kienu suċċess, mill-bqija, l-oħrajn kienu flop.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Il-fatt li minkejja dak li għedt int - u nifhem li jista' jkun hekk - li anke f'attivitajiet bħalma huma marċi tal-festi jew mass meetings jista' jkun hemm ukoll min qed jieħu l-ecstasy, minkejja li effettivament qatt ma kien hemm imwiet jew każijiet ta' overdose li tressqu l-isptar, ifisser jew li f'dawn il-parties ħafna iktar żgħażagħ qegħdin jabbużaw minn din id-droga, jew inkella li l-ammont ta' sustanza li qed jieħdu hija ikbar.", "Għax donnu hemm rabta bejn dawn il-parties ....", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: M'iniex qed neskludi li jista' jkun hemm rabta bejn l-użu ta' ecstasy u d-dance music, iżda ċ-checks, l-aktar li jsiru huma f'dan it-tip ta' parties.", "Kieku jsiru checks anke f'postjiet oħra, u mhux f'dawn il-parties biss, nassigurak li tinqabad droga ecstasy wkoll.", "Veru li meta jkun hemm party ikun hemm anke iktar konċentrazzjoni ta' nies.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jien għal każijiet ta' overdose qed ngħid.", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Veru li kien hemm każijiet ta' overdose waqt parties, imma anke fit-toroq kien hemm każijiet ta' overdose.", "Safejn naf jien, forsi dan jista' jikkonfermah xi ħadd ieħor, kien hemm każijiet ta' overdose ta' ecstasy mhux waqt party.", "Jien ma nixtieqx insemmi postijiet speċifiċi,", "imma smajt b'każi fejn xi ħadd kien qiegħed taħt l-effett ta' l-ecstasy u l-bouncers qabdu u tefgħuh 'il barra ħalli jekk jiġrilu xi ħaġa jkunu jistgħu jgħidu li l-każ ġara fit-triq u b'hekk ma jsirx isem ħażin lill-post.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Barra minn hekk donnu kien hemm quite an opinion li f'dawn il-parties ikun hemm numru sostanzjali ta' żgħażagħ taħt l-influwenza ta' droga, bażikament ecstasy, pero' biex nagħti l-istampa kollha, tajjeb li ngħid li kien hemm ukoll numru sostanzjali ta' żgħażagħ li qalu li jekk inti trid tmur hemmhekk biex … Mid-diversi esperjenzi li smajna jidher li r-rave parties huma l-moda, pero' din tiddependi wkoll mill-klikka li tkun qed tagħmilha magħha u hija mis-self-esteem tal-persuna.", "Xi ħaġa li ntqalet lili in confidence kienet dwar is-supply, kemm hija kbira s-supply ta' din id-droga.", "Jidher li minbarra li s-supply ta' din id-droga hija kbira ħafna, huwa wkoll faċli ħafna biex takkwistaha.", "Jidher ukoll li s-supply tikber proprju meta jkun hemm xi party riesaq, allura l-opportunita' biex iż-żgħażagħ jakkwistawha .… Qisha l-istorja tas-sales din, jagħmlu s-sale biex ibigħu iktar.", "Nixtieq nagħmel mistoqsija, mhux eżattament indirizzata lis-Sur Bartolo, imma mistoqsija b'mod ġenerali.", "Illi jinkwetani ħafna l-fatt li jekk is-supply hija qawwija, ifisser li din is-supply ġejja minn x'imkien u jekk illum hemm party, b'xi mod din is-supply se tmur ġol-party, imma jekk għas-sitt xhur li ġejjin mhux se jkun hemm parties u din is-supply qiegħda hawnhekk, fejn se tmur?", "Xtaqt nagħmel din il-mistoqsija għaliex jien inħoss li dak li ġara fir-rave parties ġabuna aktar konxji, qisna għandna kuxjenza ġdida, ta' l-abbuż tad-droga u tal-bżonn li rridu mmorru ħafna iktar fil-fond tal-kwestjoni tar-rave parties.", "Irridu mmorru fir-root tal-problema proprju kif qal Dr Chircop aktar kmieni f'din il-laqgħa.", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Pero' ara ma taħsbux li meta ma jkunx hemm xi party ta' dan it-tip, id-droga ecstasy tinħeba.", "L-ecstasy ma toħroġx biss għall-parties.", "Inneħħuha minn moħħna li din id-droga hija assoċjata ma' dawn it-tip ta' parties biss.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Ma' liema events oħrajn jassoċjawha l-ecstasy?", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: It-tip ta' nies li jieħdu din id-droga, kull weekend joħorġu.", "M'hemmx għalfejn tkun bravu biex tkun taf fejn imorru.", "Ma tantx hawn postijiet fejn tista' tmur f'Malta, imma ma nixtieqx insemmi postijiet biex ma nitfax dell ikrah fuq xi ħadd.", "Jekk din id-droga m'hijiex se tkun f'dawn it-tip ta' events, se tkun f'postijiet oħra ta' divertiment ma' Malta u Għawdex kollu.", "Jiġifieri ma tistax taqbad u taqta' linja u tgħid: Mela jekk iwaqqfu dawn it-tip ta' parties, se neħilsu mid-droga.", "Nassigurakom li żgur mhux hekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjawk.", "Nixtieq issa nsejjaħ lill-koppja Borg biex jiġu hawnhekk mal-mejda.", "Is-Sinjur u s-Sinjura Borg huma ġenituri u għandhom tfajla li riesqa lejn l-adoloxxenza u allura xtaqu li huma wkoll jitkellmu dwar il-preokkupazzjonijiet tagħhom u x'jixtiequ jaraw li jsir u x'regolamenti huma importanti għalihom.", "IS-SUR JOHN BORG: Jien nixtieq nistaqsi xi mistoqsijiet lil Mr Bartolo.", "Ma nixtieqx inneħħi l-enfasi minn fuq id-droga, pero' fl-opinjoni tiegħi, hemm affarijiet oħra iktar bażiċi li ta' min wieħed jieħu ħsiebhom.", "Sur Bartolo, inti għdit li kien hemm bejn 800 u 900 persuna fil-party li organizzajt, tista' tgħidli x'kienet l-area tal-post u kemm kienet għolja l-kamra fejn saret l-attivita'?", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-Sur Bartolo.", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Wara li l-pulizija ġew ikejlu l-post, kienu qalulna li l-post jesa 1,500 ruħ.", "Il-permess joħroġ skond l-area li jkollok u f'dan il-post partikolari, il-pulizija assigurawna li stajna ndaħħlu 1,500 ruħ.", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-Sur Borg.", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Le, ma nafhiex, pero' naf li konna covered b'dan ir-regolament ta' 0.5 square metres għal kull persuna.", "IS-SUR JOHN BORG: Wieħed kien hemm?", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: U kien hemm exit kbir ħafna.", "Naħseb m'hawn l-ebda post li għandu exit ikbar minn ta' dak il-post.", "IS-SUR JOHN BORG: Imma wieħed biss kien hemm.", "Wieħed minnhom huwa bieb li jgħaddi trakk minnu.", "IS-SUR JOHN BORG: Nifhem li l-fire extinguishers kienu mal-ħajt.", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Kienu mwaħħlin bħalma jkunu mwaħħlin f'kull post ieħor.", "IS-SUR JOHN BORG: Kien hemm ventilazzjoni f'dan il-post?", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: L-attivita' saret outdoors, fi ġnien imsaqqaf bit-tined, u parti mill-post kien miftuħ.", "IS-SUR JOHN BORG: Jiġifieri kien barra l-party?", "Kien ġo ġnien imsaqqaf bit-tined biex ma joħroġx is-sound u parti minnu kien miftuħ biex ikun hemm il-ventilazzjoni ta' l-arja.", "Naturalment dejjem qed nitkellem fuq il-party tagħna, ma nistax nitkellem fuq affarijiet ta' ħaddieħor.", "IS-SUR JOHN BORG: Jiġifieri r-regolamenti huma li għandu jkun hemm 0.5 square metres għal kull bniedem.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed jiġi suġġerit hekk fir-regolamenti l-ġodda.", "IS-SUR JOHN BORG: Fil-fatt bħala ġenitur li rrid ngħid huwa, mhux li ma nibżax mid-droga, assolutament li mhux hekk, pero' aktar nibża' mill-fatt li jkun hemm numru daqstant kbir ta' nies flimkien, 800 jew 900 ruħ, u minkejja li jkollok exit li jgħaddi trakk minnu, jekk jinqala' xi inċident, mhux se joħorġu malajr biżżejjed.", "M'ilux smajna bl-inċident ta' nar li kien hemm f'post fi Skandinavja u kien hemm każ ieħor ftit qabel.", "Jiġifieri pjuttost jien nibża' aktar li jekk jinqala' xi ħaġa ma jkunx hemm nies li jiddireġu lil dawn iż-żgħażagħ lejn l-exits u forsi minħabba li tkun tinda or whatever, ma jkunx hemm il-fire exits .… Naħseb li f'dawn il-postijiet ikun hemm tipjip.", "Dawn l-events ma jkunux non-smoking.", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Tipjip isir bħalma jsir fid-diskoteki u fil-bars kollha li għandna f'Malta.", "IS-SUR JOHN BORG: Waħda mill-biżgħat tiegħi hija li jekk jinqala' xi ħaġa, dawn iż-żgħażagħ, ikunux ta' erbatax jew tmintax-il sena m'għandux x'jaqsam, jinqabdu f'rush u naħseb li iktar ikun hemm imwiet hemmhekk milli jkun hemm imwiet minn ...", "Ħaġa oħra li bħala ġenitur lili tinkwetani, huwa l-ħoss.", "Nixtieq nagħmel appell biex forsi jsir studju dwar l-effett tal-ħoss fuq iż-żgħażagħ.", "Naħseb li m'aħniex nieħdu into consideration il-ħsara fuq iż-żgħażagħ mil-livell tal-ħoss f'post fejn ikun hemm ħafna nies.", "L-effett tas-sound m'huwiex biss ta' issa, imma huwa wieħed permanenti.", "Jien naħseb li m'għandniex naraw biss l-affarijiet mill-aspett ekonomiku, imma għandna narawhom ukoll mill-aspett ta' saħħa, aspett ta' karattru, eċċ. Forsi tgħiduli din hija moda, veru li hija moda, pero' ma naħsibx li hija skuża biex inħallu kollox għaddej.", "Jien naħseb li barra d-droga hemm bżonn naraw ukoll il-kwestjoni tal-ħoss u tal-ventilazzjoni li hija wkoll importanti ħafna, barra l-fire hazards li jeżistu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mrs Borg, tixtieq tgħaddi xi kummenti?", "IS-SINJURA ANNA BORG: Jien se nitkellem bħala omm li tħoss għal uliedha, li ġabithom fid-dinja u tħobbhom u allura tixtieq li fostna jkun hawn kultura tal-ħajja u mhux kultura tal-mewt, kultura ta' għejja li filgħodu lanqas tkun tiflaħ tqum.", "Jien nitkellem ma' ommijiet, forsi m'humiex xi nisa importanti, li uliedhom qed imorru fil-parties tagħkom.", "Dawn in-nisa huma preokkupati ħafna għax meta jiġu biex iqajmu liż-żgħażagħ tagħhom għax-xogħol jew għall-istudju, uliedhom ma jkunux jifilħu jqumu.", "Aħna m'għandna xejn kontra li ż-żgħażagħ tagħna jkunu jistgħu jiddevertu b'mod nadif f'ambjent li m'huwiex conducive għal ċerti drogi jew għal ċertu għejja.", "Għalfejn tfal għandhom jitgħerrew b'ċertu żfin?", "Mela biex tieħu gost hemm bżonn sigħat twal ta' żfin?", "Hemm bżonn ċertu mużika u ħsejjes?", "Jien qed nitkellem minn qalbi; m'iniex qed nitkellem minn xi aspett tekniku, bħalma hu l-ispazju li għandu jkun hemm, imma qed nitkellem b'mod li jien inħoss li huwa raġonevoli.", "Jien mill-esperjenza tiegħi personali nista' ngħid li s-sena l-oħra qattajt sena nagħmel l-aerobics u wara siegħa aerobics, ma tkunx tiflaħ wisq iktar.", "Jiġifieri huwa ta' stress.", "Huwa healthy li tħaddem ġismek u qalbek b'dak il-mod, pero' biex tibqa' sejra għal ċertu sigħat, huwa impossibbli.", "Allura mingħajr ma trid, liż-żgħażagħ inti qed tikkonduċihom biex jieħdu ċerti affarijiet sabiex ikunu jifilħu għal dak iż-żfin u għal dik il-mużika.", "Ovvjament li jien nixtieq nara lit-tfal tiegħi igawdu għaliex hija xi ħaġa sabiħa u hija parti miż-żgħożija li wieħed iħoss dik l-enerġija u jrid jiżfoga.", "Nammetti li uliedna għandhom sigħat ta' studju u ta' stress, pero' li noħolqu postijiet fejn uliedna jitgħerrew u jħossuhom li biex ilaħħqu ma' sħabhom jew biex juru kemm huma kapaċi jridu jqattgħu dawk is-sigħat kollha jiżfnu u jissaportu, ma naqbilx.", "Ma naħsibx li huwa naturali li l-ġisem ta' bniedem jiflaħ għal dak kollu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mr Bartolo.", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Neħħieħha minn rasek li kull min imur f'party se joqgħod jiżfen mill-bidu sa l-aħħar fuq id-dance floor.", "Anke meta tmur ġo disco, inti mhux il-ħin kollu se toqgħod tiżfen, hemm id-dance floor u meta tħossok li trid tiżfen, tiżfen.", "Allaħares kull min jidħol hemmhekk jiżfen mill-bidu sa l-aħħar.", "Għandek nies li they socialise, jitkellmu ma' xulxin u jieħdu drink mal-bar.", "Mhux bilfors li mill-bidu sa l-aħħar se joqogħdu jiżfnu.", "Neħħuha minn raskom li jagħmlu tmien sigħat jiżfnu straight.", "IS-SINJURA ANNA BORG: Pero' tista' tissaporti dik il-mużika għolja għal tul ta' ħin?", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Ma tissaportix; fil-fatt aħna nagħmlu ċ-chill out rooms biex jekk trid, tmur tistrieħ fihom.", "IS-SINJURA ANNA BORG: Ma nafx; personalment m'hemm xejn li lili se jikkonvinċini ...", "Ngħidlek x'ngħidlek, l-istess ħaġa se tibqa' tgħid!", "IS-SINJURA ANNA BORG: Jien qed nitkellem bħala omm ta' tfal li qegħdin on the threshold ta' dawn l-affarijiet.", "Jien personalment qed ngħallem lill-uliedi li ċerti affarijiet jieħdu gost bihom għaliex huma tajbin, huma tajbin għalik, għalija u għaż-żgħażagħ tagħna, pero' hemm affarijiet oħra li wieħed irid jgħid \"le\" għalihom.", "Jien qed nipprova ngħallimhom dawn l-affarijiet, ngħallimhom jagħżlu bejn dak li huwa raġonevoli u dak li m'huwiex.", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Pero' taħseb li jekk inwaqqfu dawn il-parties, se tieqaf il-problema tad-droga?", "IS-SINJURA ANNA BORG: Jien mhux id-droga biss tikkonċernani, imma l-well being tal-bniedem.", "Aħna m'aħniex biss ġisem, il-bniedem trid tħares lejh b'mod holistic.", "IS-SUR SILVIO BARTOLO: Allura inti qed tgħid li d-diskoteki huma ħżiena wkoll.", "Aħna more or less l-istess ħaġa li jkun hemm ġod-diskoteki jkollna.", "Li huwa differenti huwa li aħna nagħmlu promotions aħjar, nonfqu aktar f'advertising u nġibu DJs aktar popolari.", "Jiġifieri inti qed tgħid li ma taqbilx li kull weekend, iż-żgħażagħ imorru ġo klabb jew bar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk jogħġobkom, għaliex jekk nibqgħu sejrin, m'aħna se nieqfu qatt.", "L-Onor.", "Karl Chircop jixtieq jagħmel kumment.", "KARL CHIRCOP: Anke jien se nitkellem bħala ġenitur, bħalek, Mrs Borg.", "Ara taħseb li jien ma ninkwetax ukoll li jkun hawn dawn it-tip ta' attivitajiet għaddejjin f'pajjiżna, pero' m'huwiex is-Sur Bartolo li qed jikkrea d-domanda.", "Fl-opinjoni tiegħi, id-domanda għal dawn ir-rave parties, qed tiġi kkreata mis-soċjeta' tagħna.", "Jekk aħna lill-uliedna, liż-żgħażagħ tagħna, m'aħniex se nipprovdulhom alternattivi fejn imorru, mhux se naslu.", "U dan irridu nagħmluh mhux meta jilħqu sittax-il sena, iżda minn mindu jkunu għadhom żgħar.", "Jekk ma jkollhomx fejn jisfugaw, jekk ma jkollhomx il-ħin tal-mistrieħ tagħhom, jekk ma jkollhomx iċ-ċans li jgħidu kelma u jiftħu qalbhom mal-ġenituri tagħhom u ma' sħabhom, awtomatikament se jfittxu dawn il-postijiet biex litteralment jaħarbu mir-realtajiet tal-ħajja, imqar għal ftit sigħat.", "Jiġifieri jekk bil-mod il-mod - din trid issir bil-mod u mhux mil-lum għal għada - inbiddlu l-kultura tagħna, jien naħseb li mbagħad l-inkwiet jibda jonqos awtomatikament.", "Pero' nerġa' ngħidlek li jien nemmen li d-domanda għar-rave parties mhux qed tiġi maħluqa mis-Sur Bartolo jew minn sħabu, iżda mis-soċjeta' tagħna, mill-mod kif qegħdin ngħixu llum il-ġurnata.", "Hemm bżonn li ninvestu aktar f'education programmes, fi programmi iktar bis-sens.", "Hemm bżonn, per eżempju, li l-Gvern jipprovdi aktar postijiet, forsi anke b'koperazzjoni ma' entitajiet privati, fejn it-tfal tagħna jkunu jistgħu jistrieħu.", "Jien naħseb li jekk flimkien jirnexxielna naħdmu fuq dawn il-linji, awtomatikament parti minn din il-problema se tissolva, ovvjament mhux se tissolva kompletament għax il-problema tibqa' hemmhekk, pero' naħseb li qed infettqu wisq f'dan l-eżerċizzju li qed nagħmlu.", "Importanti li jsiru regolamenti, pero' fl-istess ħin irridu wkoll nattakkaw din il-problema minn kmieni.", "Donnu dawn se joqogħdu jiġġieldu bejniethom hawnhekk!", "IĊ-CHAIRPERSON: Fil-fatt għalhekk waqqafthom Onor. Chircop għaliex inkella ma konna se nispiċċaw qatt.", "Biex inkompli ma' dak li diġa' intqal, jien u l-Onor.", "Marie Louise Coleiro qed nagħmlu informal meetings fi skejjel ma' żgħażagħ biex ikollna ftit ta' feedback.", "Diġa' morna ġo skola tas-subien, illum morna l-Junior College u ppjanati li mmorru wkoll fi skola tal-bniet biex naraw iż-żgħażagħ tal-Form V x'jidhrilhom.", "Waqt dawn iż-żjarat l-Onor.", "Coleiro staqsiet lil dawn is-subien jekk kieku jkollhom xi ħaġa oħra x'jagħmlu s-Sibt filgħaxija, per eżempju, iktar sports activities, flok imorru discos f'Paceville u f'parties, jagħżlux li jattendu għal dawn l-attivitajiet sportivi u r-risposta tagħhom kienet: \"Aħna nilagħbu l-football kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, allura se nilagħbu l-football s-Sibt ukoll?", "Le, is-Sibt għall-mużika rriduh\".", "Għal dan il-grupp ta' tfal li kienu articulate ħafna - jiġifieri ma kenux tfal li ma jafux jesprimu ruħhom, jew li baqgħu lura milli jesprimu ċerti ideat - f'moħħhom għandhom li s-Sibt filgħaxija huma għandhom jiddevertu bil-mużika.", "Kien hemm wieħed biss li wasal biex semma ċ-ċinema.", "Dik kienet il-feel li ħadna minn dawn il-ħamsin żagħżugħ li ltqajna magħhom.", "Naturalment jista' jkun li kien hemm xi ħadd minnhom li ma esprimiex opinjoni, pero' din kienet il-general feeling.", "L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Fil-fatt jien irrid nallaċja ma' dan li għadha kemm qalet iċ-Chairperson.", "Din hija konferma ta' dak li qal Dr Chircop.", "Jekk aħna m'aħniex se mmorru għall-għeruq tal-kwestjoni u nibdew miċ-ċokon .… Fl-aħħar laqgħa li kellna jien għamilt enfasi li mid-dar trid tibda l-komunikazzjoni u d-direzzjoni ta' x'inhu tajjeb ħalli meta ż-żgħażagħ tagħna jaslu biex jagħmlu l-għażliet tagħhom, ikunu jafu x'inhuma l-għażliet sani għall-ħajjiethom.", "Mill-iskejjel tagħna trid tibda d-direzzjoni, mill-kindergarten.", "U qed ngħid dan għaliex jien għandi l-esperjenza personali mat-tifla tiegħi.", "Jien irnexxieli ndaħħlilha f'rasha ċerti affarijiet minn ċkunita'.", "It-tifla tiegħi għandha biss sitt snin, imma malli stajt nikkomunika magħha, mill-ewwel bdejt inwassalha biex tifhem ċerti affarijiet.", "Il-punt tiegħi hu li jekk m'aħniex se naħdmu minn eta' żgħira, se nibqgħu bid-diffikultajiet.", "Jumejn oħra tispiċċa din il-moda - biex insejħilha kif sejħulha ż-żgħażagħ - tar-rave parties u se jitfaċċa xi tip ta' event, xi party ieħor, b'xi isem ieħor u jerġa' jkollna l-istess ħaġa.", "Jiġifieri jekk ma tkunx l-ecstasy biex joqomsu iktar minn normali, tkun xi ħaġa oħra.", "Il-punt kollu hu li l-edukazzjoni trid tkun il-pern biex insolvu l-problema.", "M'iniex qed ngħid li l-problema se tissolva mija fil-mija, imma definittivament tonqos.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Hawn min jixtieq jagħmel xi mistoqsijiet?", "Nipprovaw inżommu kemm jista' jkun fil-qosor għaliex baqagħlna xi speakers oħra u rridu nagħtuhom ċans jagħmlu l-intervent tagħhom ukoll.", "Imbagħad forsi Mr Borg jagħmel kumment ta' l-aħħar.", "L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Kif qed jgħidu l-kollegi tiegħi, jekk wieħed jipprova jaqbad kategorija ta' żgħażagħ qabel ma dawn jiġu biex jibdew imorru f'dawn it-tip ta' postijiet, jien naħseb li l-iktar ħaġa li hija komuni għalihom ilkoll huma dawn il-games, ma rridx insemmi ditta, imma qed nirreferi għall-playstations.", "Ħaġa li jien nosserva hi li minkejja li fuq dawn il-games ikun hemm indikat l-age group ta' min jista' jużahom, per eżempju from 8 to 12 years, jew over 16 years ġeneralment minħabba l-vjolenza li jkun hemm iktar minn affarijiet oħra - minħabba peer pressure, tfal żgħar diġa' m'humiex qed iqisuhom dawn il-kriterji ta' eta'.", "Dan iġibni biex nasal għal diversi konklużjonijiet, l-ewwel waħda hi li l-peer pressure taffettwa wkoll tfal ta' eta' żgħira u allura anke f'affarijiet li m'għandhomx x'jaqsmu as such ma' rave parties, il-ġenituri huma importanti ħafna.", "Tajjeb jingħad li dawn it-tip ta' games jiswew il-flus, allura huwa impossibbli li tfal żgħar jaqbdu Lm30 u jmorru jixtru games mingħajr ma jkunu jafu l-ġenituri tagħhom.", "Mela tista' tgħid li bil-barka tagħhom inxtraw dawn il-games.", "Nemmen li fil-ħwienet tal-games, per eżempju, għandu jkun hemm ċertu law enforcement.", "Jekk għandek tifel ta' disa' snin quddiemek, kif tbigħlu logħba li suppost jilagħbuha tfal ta' iktar minn 16-il sena?", "Jien wisq nibża' li jekk mhux se nibdew neżerċitaw enforcement minn eta' żgħira, kif qed jgħid l-Onor.", "Chircop, meta naslu għal dan it-tip ta' affarijiet bħalma huma parties, se jkun diġa' tard wisq biex nikkonvinċuhom that they should abide by the law.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Francis Agius, kemm jista' jkun inżommu fil-qosor għax inkella ma nilħqux nisimgħu lil kulħadd.", "FRANCIS AGIUS: Din id-diskussjoni hija healthy u hija diskussjoni fejn wieħed jisma' veduti differenti u jitgħallem għax ovvjament kulħadd għandu x'jitgħallem mill-esperjenzi ta' ħaddieħor.", "Aħna m'aħniex qed ngħixu l-ħajja li qed jgħixu ż-żgħażagħ tal-lum.", "Huwa diffiċli biex tifhem eżattament il-peer pressure li għandhom iż-żgħażagħ tal-lum peress li l-ħajja tagħhom hija differenti minn dik li kellna aħna jew li kellhom ta' qabilna, pero' naħseb li jekk irridu naslu għal konklużjoni effettiva, irridu bilfors naraw li r-regolamenti li hawn proposti quddiemna jiġbru l-ħsieb ta' kulħadd, jiġifieri li jkunu jirrappreżentaw ix-xewqat ta' kulħadd.", "Tajjeb li nitkellmu fuq il-bżonn ta' edukazzjoni u żgur li lkoll kemm aħna naqblu li għandna nagħmlu enfasi fuq il-bżonn ta' l-edukazzjoni, u edukazzjoni miċ-ċokon, pero' irridu nammettu li għandna problema on our hands dwar il-perikli li qegħdin jaffaċċjaw iż-żgħażagħ tal-lum.", "Qegħdin naraw li iktar ma nħaffru f'din il-ħofra, iktar qed nindunaw illi din hija ħofra li kważi ma tispiċċa qatt.", "Il-problemi m'humiex biss dwar dawn it-tip ta' parties, imma ta' x'inhuwa l-entertainment tat-tfal tagħna kif ukoll tat-tfal ta' għada.", "Irridu nippruvaw li waqt li naħsbu f'soluzzjonijiet għal-lum, naraw ukoll xi pjanijiet in the long term irridu nwettqu.", "Naħseb li punt importanti huwa li naraw li f'dan il-pajjiż għandna liġi li tgħid li żgħażagħ taħt is-16-il sena ma jistgħux jidħlu f'dawn il-postijiet, hemm bżonn li din ninfurzawha.", "Hemm bżonn li jkun hemm ċertu dixxiplina.", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia għadu kemm irrefera għal games, jekk aħna m'aħniex dixxiplinati f'affarijiet żgħar, mhux se nkunu dixxiplinati f'affarijiet oħra.", "Naħseb li dan il-kumitat irid jara li dawn il-passi jittieħdu.", "Punt ieħor li rrid nagħmel huwa dwar il-ħin.", "Naħseb li m'huwiex soċjalment aċċettabbli f'dan il-pajjiż li wieħed jibqa' għaddej il-lejl kollu.", "Aħna, bħala tobba, immorru naraw il-ħaddiema tagħna, u għaliex dawn ifallu mix-xogħol ħafna drabi?", "Dawn ifallu mix-xogħol għaliex bil-lejl ma joqogħdux jistrieħu iżda jattendu dawn l-attivitajjiet.", "Jekk inti sejjer għax-xogħol, il-lejl ta' qabel għandek bżonn tistrieħ.", "Hija rikonoxxuta li jekk inti tagħmel self-inflicted wound, u ma tmurx għax-xogħol, ma titħallasx ta' dik il-ġurnata.", "Jekk inti tmur ġurnata tixxemmex u taf li x-xemx tagħmillek il-ħsara, jekk l-għada inti m'intix se tmur għax-xogħol, m'intix se titħallas ta' dik il-ġurnata.", "Jekk inti tagħmel lejl sħiħ barra meta suppost qed tistrieħ u mbagħad l-għada tmur għax-xogħol, naħseb li l-Istat jew l-employer tiegħek m'għandux iħallsek.", "Jiena nħoss li anke fuq dan il-punt għandna nieħdu stand soda.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak Onor. Agius.", "Nitlob lis-Sur Borg jagħmel l-aħħar kumment tiegħu fil-qosor.", "IS-SUR JOHN BORG: Nixtieq nagħmel kumment żgħir.", "Aħna l-ġenituri qed nippruvaw ħafna nedukaw lill-uliedna.", "Naħseb kulħadd jaċċetta kemm hi importanti l-familja bħala nukleju tas-soċjeta', speċjalment dik ċivili.", "Aħna qed nitolbu b'ħerqa kollha biex tagħtuna s-support tagħkom.", "L-Onor Jean Pierre Farrugia semma l-logħob, nafu li f'parties ikun hemm tfal taħt l-eta' u nafu li l-ħajja hija mgħaġġla ħafna, pero' ħafna ġenituri m'humiex attrezzati biex jgħinu lill-uliedhom.", "Aħna bħala ġenituri qed nitolbu s-support biex liż-żgħażagħ tagħna nippruvaw nagħtuhom futur aħjar, u mhux futur agħar għax jien naf li meta tispiċċa din il-moda tar-rave parties ġejja xi ħaġa agħar.", "Naf li mhux se tkun xi ħaġa aħjar għax dejjem qed immorru għall-estrem u aktar estrem.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Nixtieq issa nsejjaħ lir-rappreżentanti tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ.", "IS-SUR SANDRO SOLER (Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ): Il-kummissjoni temmen, bħal kulħadd, li d-divertiment għaż-żgħażagħ huwa essenzjali, pero' temmen ukoll illi l-ġid taż-żgħażagħ irid jieħu prijorita' u jiġi qabel l-interessi kummerċjali.", "Aħna hekk narawha, narawha ċarissima minn dan il-lat.", "Jekk se nibdlu l-punto di partenza nista' ngħid li kollox ikun differenti.", "Per eżempju l-punto di vista ta' Mrs. Borg, huwa differenti.", "Ovvjament wieħed jista' jara l-ġid taż-żgħażagħ minn aspetti differenti.", "Bħal dejjem, illum għandna żgħażagħ immaturi, probabbli anke jiena kont immatur f'ċertu oqsma meta kont iżgħar u forsi llum, għalkemm m'għadniex wisq żagħżugħ, xorta immatur f'oqsma oħra, pero' aħna lkoll bnedmin u hawn neżistu.", "Kif għedt, għandna żgħażagħ immaturi li qed ifittxu d-droga u qed ifittxuha għal diversi raġunijiet, raġunijiet ta' self-esteem, peer pressure, eċċ, imma min-naħa l-oħra, għandna żgħażagħ oħra jew adulti, illi qed jisfruttaw din is-sitwazzjoni.", "Mela jiena rrid indaħħal xi ħaġa fil-but u ngħidlu: Ħu din.", "Aħna ma nistgħux sempliċement ngħidu: Isma' dawn iridu jitgħallmu, issa kibru u allura jridu jieħdu stand weħidhom.", "Kieku nistgħu ngħidu hekk, naħseb li fid-dinja lanqas pulizija ma kien ikollna bżonn, imma aħna bnedmin u allura għandna bżonn il-pulizija.", "Jiena ngħid li għandna bżonn il-kontroll; kontroll fuq il-ħin, kontroll fuq l-alkoħol, jekk ikunx hemm alkoħol jew le, jew forsi anke liema tip ta' alkoħol għandu jkun hemm , kontroll fuq in-numru ta' kemm persuni jistgħu jidħlu f'post. Dawn il-kontrolli jkollna noħolquhom.", "Jien hekk inħoss, jekk mhux se nikkontrollaw lilna nfusna hemm bżonn li noħolqu sistemi għax aħna umani.", "Ma rridux li l-ewwel isiru l-inċidenti u l-imwiet, imbagħad inħarsu lejhom bħala numri.", "Kulħadd jaf li meta tmiss lilu, ma jibqax biss numru.", "Ħalli issa niġi għall-punt dwar l-ispazju.", "Xi ħadd - mhux hawnhekk - kien semma li sar rave party jew dance party, f'għalqa, jiġifieri ma sarx f'post magħluq.", "Din smajtha b'widnejja, imma x'tip ta' għalqa hi?", "Safejn naf jien, l-għelieqi qegħdin hemm biex niżirgħu l-ħxejjex fihom, jew biex inżommu l-annimali, jew anke biex nagħmlu picnic.", "Irridu noqogħdu attenti.", "Jekk m'iniex sejjer żball, kienu qalu li marru xi 4,000 jew iktar persuna għal dak il-party.", "Kif se nikkontrollaw lil dawn in-nies kollha jekk jinqala' xi ħaġa?", "Aħna mdaħħlin f'organizzazzjonijiet fejn ikun hemm ċertu numru ta' nies u wieħed irid joqgħod attent ħafna anke għal x'tip ta' nies ikun hemm biex wieħed ikun jista' jikkontrolla.", "Wieħed mir-regolamenti proposti jsemmi li għandu jkun hemm 0.5 square metres per person.", "Veru li probabli l-area tad-dance floor xi ħaġa hekk tkun pero' ma rridux ninsew l-areas l-oħra li hemm bżonn biex jiġi provdut servizz, per eżempju il-bar jenħtieġ ċertu spazju.", "Ma jistax ikun li jkollna kullimkien qisu dance floor!", "Jiena perit u allura nista' nimmaġina kif wieħed iqassam l-areas.", "Nieħdu bħala eżempju restaurant.", "Wieħed ma jgħidx li se jimla' r-restaurant kollu mwejjed biex ikun jista' jdaħħal ħafna nies.", "Probabbli jiġu ħafna nies u probabbli s-sid idaħħal iktar flus - kultant ikun hemm min iħares minn dak il-lat, biss - pero' wieħed irid jieħu ħsieb ukoll minn fejn se jgħaddi servizz, eċċ.", "Ħa nidħol ftit fid-dettall dwar dan il-punt.", "Nafu x'jiġifieri \"emergency exit\"?", "Bir-respett kollu lejn is-Sur Bartolo, jekk ikolli bieb daqs hawn, ma jfissirx li nista' niftħu f'kemm trodd salib; veru li jekk ikun bil-push bar, jew bil-panic bolts, kif ikun hemm rassa ta' nies jinfetaħ, pero' irridu noqogħdu attenti xi tfisser eżatt emergency exit.", "Anke min se jiċċertifika li hemm emergency exit, jenħtieġ li jkun xi ħadd illi jifhem.", "Mhux qed ngħid li l-pulizija ma tifhimx pero' irid ikun hemm xi ħadd speċjalizzat f'dan l-aspett.", "Ġieli smajna lil xi ħadd jgħid li pprova jgħaddi minn emergency exit u sabu mbarrat bil-kaxxi tal-minerali.", "Jiġifieri minkejja li r-regolamenti jkunu hemm, jenħtieġ li jiġu osservati.", "Dak li jkun se jipprova jokkupa kull spazju li għandu.", "Fuq checks diġa' smajna, kemm checks li jsiru qabel l-event u kemm dawk li jsiru waqt l-event.", "Jiena nieħu gost nisma' lis-Sur Bartolo qisu jaċċetta li jkun hemm checks, probabbli anke l-oħrajn illi jorganizzaw dawn l-affarijiet jaċċettaw miżura bħal din, pero' ma nasħbux li din hija l-garanzija għax kif qal tajjeb xi ħadd, m'hemmx garanzija.", "Il-garanzija bankarja, jew somma għad-depożitu.", "Jekk jiena se norganizza party, se nwiegħed b'garanzija li jekk jinqala' xi ħaġa jiena se nitlef dawk il-flus.", "Irid ikun hemm ċertu accountability u mhux sempliċement wieħed jgħid: Mhux tort tiegħi, mhux hu ħadha!", "Issemma wkoll is-sound.", "Kemm smajna garr dwar is-sound?!", "L-ilmenti saru mhux biss minn residenti f'Paceville imma wkoll minn nies li joqogħdu l-Belt.", "Irridu naraw x'sound qed nitkellmu fuqu.", "Huwa mod meta qed titkellem fuq 50 decibels u huwa mod ieħor meta qed titkellem fuq 90 decibels.", "Xi ħadd qal - m'għandix provi - li jkun hemm tnejn jew tlieta min-nies iduru qabel fil-post biex imexxu d-droga, ecstasy or whatever.", "Jiena naħseb li dawn l-affarijiet ikun hemm min jafhom.", "Veru jiena ma nafhomx imma jekk titkellem, anke kif qalet l-Onor.", "Coleiro, ma' xi ħadd li verament jibża' għall-ħajja, jitkellem fuq kollox u jekk hemm bżonn jgħid min huma dawn in-nies.", "Dwar l-edukazzjoni ntqal ħafna u ma rridx naħli ħin nirrepeti, pero' bla dubju l-edukazzjoni hija importanti ħafna.", "L-edukazzjoni rridu naħdmu fuqha b'mod kontinwu u hemm diversi oqsma fejn wieħed qed jaħdem permezz ta' l-edukazzjoni, bħalma hija l-awareness tad-droga u kif il-ġenituri jindunaw li uliedhom qed jieħdu d-droga.", "Sfortunatament l-edukazzjoni li tkun qed issir qatt m'hi biżżejjed.", "Jiena naħseb li meta għedt li aħna żgħażagħ immaturi - biex ninkludi lili nnifsi wkoll, ma jimpurtax - irridu niġbdu linja.", "Irridu noqogħdu attenti wkoll mill-media.", "Mid-diversi programmi li nara fuq it-television, għalkemm ma narax wisq, qisu f'kollox hemm speċi ta' bilanċ.", "Min jgħidlek li għamel survey u sab li d-droga hija ħażina, għandha effetti negattivi, u min jgħid li minn surveys li saru fl-Isvizzera, fir-Renju Unit, jew x'imkien ieħor, jirriżulta li d-droga ma tagħmilx ħsara jew ma tagħmilx din it-tip ta' ħsara.", "Mela t-tfal tagħna qed jisimgħu dan is-speċi ta' bilanċ li kultant ikun żbilanċ ukoll.", "Irridu noqogħdu attenti x'tip ta' edukazzjoni tingħata.", "Jiena kważi kważi nasal biex ngħid \"formazzjoni\" aktar milli \"edukazzjoni\".", "Issemma wkoll id-divertiment alternattiv.", "Jiena m'għandix suġġerimenti dwar dan imma napprezza li ż-żgħażagħ ifittxu l-mużika.", "Personalment din ma nifhimhiex, qisni qatt m'għaddejt minn din l-esperjenza, imma huwa veru li ż-żgħażagħ ifittxu l-mużika.", "Jiena naħseb li rridu nagħmlu sforzi biex b'xi mod jinstabu alternattivi u naħseb li dan il-kumitat għalhekk jeżisti.", "Xi ħadd qal li d-domanda - nifhem li qed jirreferi għad-domanda għall-ecstasy - m'hijiex qed tinħoloq mill-organisers tal-parties, pero' qed nirrispondu għad-domanda taż-żgħażagħ illi tista' tfisser illi f'dak il-post tista' ssibha.", "Kieku jien noqgħod attent u ma nirrispondix għal dik id-domanda b'xi mod li tista' twassal biex xi ħadd jieħu d-droga.", "Qabel nagħlaq nixtieq nippreżenta kopja tal-memorandum dwar ir-regolamenti ta' discos u parties li ħejjiet il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak Sur Soler.", "Nixtieq issa nsejjaħ żewġ żgħażagħ li qegħdin f'din il-Kamra fil-kapaċita' tagħhom personali.", "Nista' ngħid li dalgħodu morna fl-iskola tagħhom u meta għedtilhom li jekk iridu jgħidu xi ħaġa jistgħu jiġu llejla għal din il-laqgħa ta' dan il-kumitat, huma ferħu qisni għedtilhom biex imorru rave party, tant kienu entużjasti biex jiġu.", "Nistiedinhom jiġu hawnhekk mal-mejda.", "Tistaqsunix x'jisimhom għax sinċerament ma nafx.", "Ma kenitx daqstant importanti li nkun naf x'jisimhom.", "Hawnhekk smajna jitkellmu fost oħrajn, il-pulizija, l-Aġenzija sedqa, għaqdiet taż-żgħażagħ, għaqdiet politiċi u l-Kummissjoni Nazzjonali taż-Żgħażagħ, u nħoss li għandna wkoll nisimgħu liż-żgħażagħ infushom li jħobbu dawn il-parties ħalli naraw x'diffikultajiet isibu u għaliex fil-fatt iħobbu jmorru f'dawn il-parties.", "Inħalli f'idejkom biex tgħidulna intom xi tħossu.", "Dalgħodu tkellimtu ħafna u ma naħsibx li issa għandkom issibu xi diffikulta' biex titkellmu.", "Jekk tridu, introduċu lilkom infuskom, pero' jekk ma tridux tgħidu isimkom, indirizzaw ruħkom bħala żgħażagħ.", "Dawn iż-żgħażagħ qegħdin hawn fil-kapaċita' tagħhom personali u aħna nirrispettaw l-opinjoni tagħhom.", "Nixtieq inkun naf għaliex id-droga ecstasy hija assoċjata biss ma' dawn il-parties.", "Ma nistax nifhem kif qisha daħlet fil-mentalita' tan-nies adulti li parties equals ecstasy.", "Qisu kulħadd jaħseb li l-parties ifissru ecstasy.", "Hawn maġġoranza ta' żgħażagħ, jiena wieħed minnhom, li jmorru f'dawn il-parties jieħdu gost mingħajr ma jibilgħu - għax dik hija l-espressjoni.", "Mhux fair illi għax ikun hemm xi grupp ta' nies li jesaġeraw teħel komunita' sħiħa.", "Rave party ma jfissirx biss li taqbad u tmur f'party, iżda għal ħafna din hija kultura.", "Jekk twaqqaf ir-rave parties, jiġri li minflok ma wieħed iġġemma biex imur il-parties - għax biex tmur party hija daqsxejn għolja meta trid tixtri biljett u lbies, meta anke biċċa qmis tqum Lm25 - jaqbad u jgħid li se jinżel Paceville u jinħaraq f'Paceville.", "Joqgħod jitkisser u jibla' f'Paceville.", "Jiġifieri dan lanqas m'hu sew.", "IĊ-CHAIRPERSON: David, tixtieq iżżid xi ħaġa oħra?", "IS-SUR DAVID ABELA: Jiena mmur parties u hemmhekk nara diversi tipi ta' nies; ikun hemm dawk in-nies li jmorru l-party biex jisimgħu l-mużika għax verament iħobbuha u speċi jieħdu buzz jisimgħu l-mużika u jkun hemm tip ta' nies oħra li litteralment jesaġeraw.", "Imorru biex jieħdu d-droga u wara li jgħaddi l-party, lanqas ikunu jafu x'ġara u lanqas biss ikunu jafu fejn kienu.", "Ikun hemm min jispiċċa mħawwad u minħabba dawn in-nies, qed jeħlu nies oħra li huma innoċenti.", "Dwar il-ħin ta' kemm idum party, jieħdu pjaċir ma nistax nifhem x'differenza tagħmel jekk idumx sas-2.00 a.m. jew sa filgħodu.", "Għal ħafna min-nies li jieħdu gost ġo party, jieħdu pjaċir jarawh jisbaħ filgħodu.", "Jekk party jispiċċa fis-2.00 a.m., dawn se joħorġu minn hemm u jgħidu: Fejn se mmorru?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri ma tiġikx f'rasek li tmur id-dar?", "IS-SUR DAVID ABELA: Le, għax ikun għadu kmieni wisq.", "Biex tkun ħallast Lm7 u mbagħad tmur id-dar fis-2.00 a.m., mhux worth it!.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mill-mod kif qed titkellmu intom, qed ninduna li dawn ir-rave parties iqumu bagatella flus.", "IS-SUR MARTIN CASSAR: Għal xi wħud, iva, pero' ssib min jinżel u jieħu gost xorta waħda mingħajr ma jonfoq ħafna flus.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hemm xi affarijiet li forsi jdejqukom waqt ir-rave parties, jew li tixtiequ taraw f'dawn il-parties?", "Aħna qed nitkellmu fuq regolamenti u forsi għalikom il-kelma \"regolamenti\" tfisser \"restrizzjoni\", pero' regolamenti jistgħu jfissru wkoll ta' protezzjoni għalikom, per eżempju l-water fountains.", "Ejja ngħidu li dawn il-parties se jibqgħu għaddejjin, x'tixtiequ taraw intom waqt li qegħdin tiddevertu biex ikollkom anke biċċa serħan - biċċa għax ma jistax ikollkom serħan proprju - tal-moħħ?", "IS-SUR MARTIN CASSAR: Per eżempju li ma jkunx hemm numru esaġerat ta' nies.", "Ikun post li jesa' tant nies imma mbagħad iħallu jidħlu iktar nies ħalli l-promoters jaqilgħu aktar flus.", "Nixtieq nifraħ lil Desmond u l-Exit Promotions għax", "il-party tagħhom veru kien sabiħ.", "Kien hemm numru ta' nies iżda ma kienx hemm dik ir-rassa żejda bħal meta miet il-miskin Sammy.", "F'dak il-party ma stajtx timxi.", "Naħseb li tajjeb li ma jkunx hemm wisq nies.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri tħoss li huwa importanti li n-numru ta' nies ikun regolat.", "Dwar l-ilma, x'għandek xi tgħid?", "IS-SUR DAVID ABELA: Mhux partikolarment fuq l-ilma rrid ngħid, imma fuq id-drinks.", "Ngħid għalija, id-drinks veru jkunu għoljin.", "Fejn grokk li f'Paceville jiswa 80c diġa' huwa għoli, minn hemmhekk, issibu Lm1.50c, per eżempju.", "Meta qed ngħid \"grokk\", qed nirriferi għal whisky, vodka, anything, ma tagħmilx differenza.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma l-ilma u s-soft drinks, issibuhom?", "IS-SUR DAVID ABELA: Dażgur li ssibhom.", "Imma once li bniedem sejjer rave party, jaf għal xiex dieħel.", "Jekk jaf li l-prezzijiet ta' l-alkoħol huma daqstant, jaf għal xiex dieħel, u jekk irid ma jixtrix, ma jixtrix, imma xorta huma għoljin.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Kemm huma s-soft drinks?", "IS-SUR DAVID ABELA: Qatt ma xtrajt soft drink, m'għandix idea.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Intom ġieli rajtu lil sħabkom jieħdu dawn il-pilloli ta' l-ecstasy?", "IS-SUR DAVID ABELA: Mhux sħabna as such.", "Naf nies li jieħdu u rajthom b'għajnejja.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Normalment jiftaħru li jeħduhom?", "IS-SUR DAVID ABELA: Lanqas xejn.", "Insomma, skond, għax hemm żewġ tipi ta' nies li jużaw id-droga biex jieħdu gost.", "Hemm tip ta' nies li huma kontrollati ħafna u hemm tip ta' nies li jħassruh party.", "Imorru f'party biex litteralment jibilgħu kemm jifilħu, kompetizzjoni bejniethom min jieħu l-iktar.", "Per eżempju, l-aħħar party li mort, kif dħalt ġibt għajnejja wara widnejja.", "Kien hemm nies mgħawġin, koroh .… Iddejjaqt minn x'ħin dħalt, għamilt party sħiħ bil-qiegħda u veru ma ħadtx gost.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri ma ħadtx gost u bqajt hemm.", "IS-SUR MARTIN CASSAR: Tibqa' hemm minħabba l-flus li tkun ħallast biex dħalt u minħabba id-deejay.", "Meta jsibu deejay tajjeb u jkun veru jaf idoqq, tieħu pjaċir tisimgħu.", "IS-SUR DAVID ABELA: Fil-fatt ħafna drabi wieħed jirreferi għall-party bl-isem tad-deejay għax in-nies imorru biex jisimgħu id-deejay jekk ikun tajjeb.", "Huma dawk it-tip ta' nies li ma japprezzawx rave party li jħassruh.", "Allura seta' kien deejay Malti jekk marru u ma jafux x'ġara.", "IS-SUR MARTIN CASSAR: Naqbel eżattament ma' dak li qal David; issib min imur biex jibla' biss.", "IS-SUR DAVID ABELA: Hemm ħaġa oħra li ddejjaqni ħafna.", "Mhux dejjem ikun hekk imma fl-aħħar party li sar, ġewwa kien mimli bil-pulizija u C.I.D.'s u kulħadd iħarislek bl-ikrah, qisek għamilt xi ħaġa.", "Per eżempju ħadna ritratt lil sħabna stess u fuq wara ġie jidher pulizija jħares … Fiha nnifisha ma fiha xejn ħażin u mhux qed ngħid kontra l-pulizija, anzi sewwa jagħmlu, imma m'hemmx għalfejn ikun hemm iżżejjed.", "Ma tistax tieħu gost u kull pass li tagħmel … Naf ħafna minn sħabi stess li fl-aħħar party spiċċaw barra għal xejn.", "Waqt li kienu qed jiżfnu, pulizija qabadhom, telaq 'il barra bihom u spiċċaw xi nofs siegħa jew tliet kwarti fil-kesħa għal xejn.", "Dan il-bniedem nefaq xebgħa flus biex mar hemm u ma tgħidx kien jidher .… Naf nies li lanqas biss kienu fis-sakra u l-pulizija tefgħuhom 'il barra għal xejn.", "Min jaf dan x'ħass, għax minbarra l-flus li tilef, spiċċa fil-kesħa hemm barra.", "IS-SUR MARTIN CASSAR: Nixtieq inkun naf għaliex jgħidu daqshekk kontra r-rave parties meta wieħed jista' jara kemm nies mietu bi drogi oħra, per eżempju, b'overdose ta' eroina.", "Smajt li kien hemm anke min jittaqqab wara xi knisja antika.", "Joqogħdu jgħidu bi drogi fil-parties … Qisu hemmhekk biss jieħdu d-drogi u allura kulħadd jiffoka fuq il-parties u fuq affarijiet oħra ma jiffokawx.", "Imisshom jieħdu ħsieb li l-ewwelnett ma jkunx hemm ħafna nies ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti qed tgħid li qed tintefa' ħafna attenzjoni fuq il-parties u qisek qed timplika li m'hu qed isir xejn f'affarijiet oħra.", "Ma naħsibx li qed tkun ġust ħafna għax naħseb li organizzazzjonijiet bħalma huma l-Aġenzija sedqa u l-Caritas qed jagħmlu ħafna xogħol siewi f'dan ir-rigward.", "Nixtieqkom tkunu wkoll konxji ta' dan li qed iseħħ għax ħafna drabi naqbdu nitfgħu l-kliem \"m'hu jsir xejn\" u nkunu kategoriċi ħafna meta naħseb li m'huwiex ġust li nagħmlu hekk.", "L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Kemm ħallastu biex tidħlu f'dan il-party?", "Dik hija l-average ta' dħul għal parties.", "FRANCIS AGIUS: U xi kemm tonfoq hemm ġew, bejn wieħed u ieħor?", "IS-SUR DAVID ABELA: Ngħid għalija, fl-aħħar party ma nfaqt xejn.", "Dak jiġi mill-individwu kemm jonfoq.", "M'hijiex kwestjoni ta' kemm tonfoq hemm ġew, tista' ma tonfoq xejn u tista' tonfoq sa Lm30 jew Lm40.", "Ma tagħmilx differenza.", "FRANCIS AGIUS: Skond intom, jekk il-party ma jibqax sejjer sa filgħodu, se titilfu mill-gost.", "IS-SUR DAVID ABELA: Nagħmlu mod il-party jispiċċa fis-2.00 a.m. u jibda aktar kmieni, milli normalment jibda, inti se tmur mid-9.00 p.m. sas-2.00 a.m. Jekk jibda tard, inti se tmur mis-2.00 a.m. sas-6.00 a.m., jew mis-2.00 a.m. sas-7.00 a.m. Il-fatt hu li min se jieħu d-droga, il-ħin ta' meta jibda jew jispiċċa l-party mhux se jagħmillu differenza u xorta se jeħodha d-droga.", "FRANCIS AGIUS: Jiena f'dan il-mument mhux qed naħseb fuq id-droga imma qed naħseb fuq il-konsegwenzi mil-lat ta' saħħa tal-bniedem.", "Per eżempju, jekk l-għada wieħed irid imur għax-xogħol ...", "IS-SUR DAVID ABELA: Ġeneralment party isir qabel festa pubblika, meta l-għada wieħed ma jkunx xogħol.", "Ma naħsibx li min ikun xogħol se jmur party il-ġurnata ta' qabel.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Intom taħsbu li meta sħabkom jieħdu l-ecstasy jeħduha għax ikunu mdejqin, jew inkella jeħduha sempliċement għax l-oħrajn qed jagħmlu hekk u jridu jimxu mat-trend?", "Taħsbu li qed jużawha biex ineħħu l-piż tal-problemi li għandhom, jew qed jeħduha għax hi moda?", "IS-SUR DAVID ABELA: Il-qagħda familjari taffettwa wkoll dawn l-affarijiet.", "Naf min hu ġej minn familja mkissra u ma jkollu xejn f'ħajtu u jippruvaha darba, tgħoġbu u jibqa' jeħodha f'kull party.", "MICHAEL ASCIAK: Jiġifieri hemm min jeħodha biex jinsa d-dwejjaq.", "IS-SUR DAVID ABELA: Iva, biex jinsa d-dwejjaq għal dak il-ħin u biex isib xi ħaġa li tista' timlhielu ħajtu.", "MICHAEL ASCIAK: Taħseb li l-ġenituri ta' sħabkom huma konxji biżżejjed mill-problema u li t-tfal tagħhom ikellmuhom fuq din il-problema?", "IS-SUR DAVID ABELA: Ħadd ma jitkellem mal-ġenituri fuq dawn l-affarijiet.", "MICHAEL ASCIAK: Taħseb li fl-iskola fejn tmorru intom u fl-iskejjel li kontu tmorru fihom qabel, kellkom preparamenti u informazzjoni biżżejjed biex tkunu tistgħu tieħdu deċiżjonijiet?", "IS-SUR DAVID ABELA: Naħseb li iva.", "IS-SUR MARTIN CASSAR: Jiena ma ngħidx li jippreparawna biżżejjed.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mingħajr ma nsemmu l-iskola partikolari, kontu tattendu skola ta' l-Istat, skola tal-knisja, jew skola privata?", "IS-SUR MARTIN CASSAR: Jien kont immur ġo skola tal-knisja qabel is-sixth form.", "DAVID ABELA: Jiena kont immur fi skola tal-Gvern.", "IĊ-CHAIRPERSON: U t-tnejn li intom taqblu fuqha din?", "IS-SUR MARTIN CASSAR: Fejn kont jien, tagħlim dwar id-drogi ma kien hemm xejn.", "IS-SUR DAVID ABELA: Jien ngħid li kien hemm preparamenti.", "Il-problema hi li mbagħad once li qed tikber, se tiltaqa' ma' nies differenti b'ideat differenti.", "Jekk se tiltaqa' ma' bniedem li ġej minn familja mkissra - jiena ma rrid ngħid xejn kontra tagħhom - u inti tkun dgħajjef, mingħajr ma trid se jdaħħallek ideat ġodda ġo rasek u taqa'.", "Jekk per eżempju jgħidlek li għandu problemi u solvihom b'dan il-mod, se tagħmel bħalu jekk inti wkoll ikollok ċertu problemi.", "Mhux qed ngħid li kulħadd jagħmel hekk imma naħseb li l-maġġoranza tan-nies li jużaw id-drogi jagħmlu hekk għax ikollhom il-problemi u mhux bilfors biex jieħdu gost.", "IĊ-CHAIRPERSON: Biex jinsew.", "IS-SUR DAVID ABELA: Eżatt.", "Jisfogaw f'xi ħaġa imqar għal ftit ħin.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hemm xi ħaġa oħra li tixtiequ żżidu ma' dak li għedtu?", "IS-SUR DAVID ABELA: Veru li l-ecstasy hija assoċjata mal-parties, pero' jiena naħseb li l-ecstasy ma jeħduhiex biss fil-parties imma f'ħafna u ħafna postijiet oħra.", "Veru, fil-parties l-ecstasy tkun konċentrata iktar, forsi għax jgħidu li hemmhekk l-aħjar li tużaha għax ikun hemm il-mużika techno.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri qed tgħid li waħda tmur ma' l-oħra?", "Li rrid ngħid hu li jekk se jinqatgħu dawn il-parties, ma jfissirx li se tinqata' d-droga, żgur.", "IĊ-CHAIRPERSON: Granted, hemmhekk qed naqblu.", "Imma inti qed tgħid li t-techno music u d-designer drug ecstasy imorru flimkien.", "Peress li hemmhekk tkun naqra iktar konċentrata, qishom jgħidu li la hemm party, hemm id-droga, meta fil-fatt mhux hekk.", "M'hijiex kwestjoni li jekk jinqatgħu l-parties se tinqata' d-droga.", "IS-SUR MARTIN CASSAR: Anke jekk inaqqsu l-ħin tal-parties, jekk jagħmluhom erba' sigħat, xorta waħda se jkun hemm min se jiblagħhom f'dawk l-erba' sigħat.", "Jekk itawlu l-ħin, aħjar għax jekk party jaqtgħuh f'daqqa jkun hemm iktar nies li jistgħu jmutu għax jekk il-mużika tieqaf f'daqqa, min jibla' jista' jaqa' overdose għax iġġennen moħħu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kif inhi din?", "IS-SUR MARTIN CASSAR: Illum għadni kemm smajtha din.", "Per eżempju kif spiċċa l-aħħar party, kien hemm dawk li jgħidulhom after hours, fejn il-mużika tad-disco tkompli sejra ħalli min ikun għadu taħt l-effett ta' l-ecstasy ikun jista' jinżel, jikkalma ...", "IĊ-CHAIRPERSON: U dak huwa l-uniku mezz biex tikkalma.", "Jiġifieri billi tkompli tisma' l-istess mużika, jew trid tkun mużika differenti?", "IS-SUR MARTIN CASSAR: Le, hemm anke mezzi oħrajn b'mużika iktar rilassanti imma jekk ma jkunx hemm chill out rooms, u jinqata' kollox f'daqqa, qaluli li wieħed jaqa' paranoid, jibda jiġġennen.", "IS-SUR DAVID ABELA: Dan deher ċar f'party li kien sar id-Dragonara fl-Indipendenza.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dak li kien sar fl-inħawi ta' Paceville.", "Għad irrid nisma' aktar dwar din il-ħaġa u forsi xi ħadd jispjegahieli.", "L-Onor.", "Gonzi jixtieq jagħmel xi kumment?", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali): Dejjem bil-permess tal-kumitat kollu għax ir-rwol tagħna l-Ministri huwa li nisimgħu mhux li nipparteċipaw.", "Xtaqt li l-ewwelnett nirringrazzja lil dawn iż-żewġ żgħażagħ li ġew hawnhekk biex jagħtuna l-opinjoni tagħhom għax naħseb li huwa importanti għal dan il-kumitat li jkollu quddiemu l-opinjonijiet ta' kulħadd, f'dan il-każ anke ta' min imur u jattendi dawn it-tip ta' attivitajiet biex jiddeverti ruħu.", "Pero' jiena xtaqt nindirizzalhom mistoqsija waħda.", "Dan il-Parlament qed ikollu l-okkażjoni li jiddiskuti problema.", "Għaliex problema?", "Għax il-fatti ma nistgħux naħarbu minnhom.", "Qegħdin imutu żgħażagħ ta' l-etajiet tagħkom fir-rave parties, mhux biss fit-toroq, mhux fid-discos imma fir-rave parties.", "Dawn huma fatti u ma nistgħux naħarbu minnhom inkella nkunu qed nidħqu bina nfusna u anke bikom.", "Naħseb li lanqas intom ma triduna nidħqu bikom.", "Qed imutu żgħażagħ bħalkom, ta' l-etajiet tagħkom, bl-ecstasy fir-rave parties, mhux fil-birthday parties, mhux fil-parties tal-karnival, mhux fil-parties ta' l-aħħar tas-sena, imma fir-rave parties.", "Dan huwa fatt.", "IS-SUR MARTIN CASSAR: Allura għal erba' ħnieżer li jħanżruha, se neħlu aħna?", "LAWRENCE GONZI: Intom għamiltu punt tajjeb ħafna.", "Intom għedtu li tmorru hemm u tieħdu pjaċir mingħajr ma tmissu din l-ecstasy, pero' hemm min imur hemmhekk u jibla' l-ecstasy left, right and centre.", "Issa għinuna intom.", "X'passi taħsbu jistgħu jittieħdu biex intom tkunu tistgħu tiddevertu ruħkom b'ċertu sens, b'ċertu limitazzjonijiet, mingħajr esaġerazzjonjiet, ħalli f'dawn il-parties inkunu nistgħu nikkontrollaw is-sitwazzjoni ta' l-ecstasy?", "Għax jekk m'aħniex kapaċi nsibu s-soluzzjonijiet, bilfors ikollok toħroġ bir-regolamenti kif qed noħorġu.", "Bilfors; ma nistgħux noqogħdu bil-qiegħda, b'idejna fuq żaqna u ngħidu: Jaħasra, minħabba tnejn jew tlieta m'għandhomx jeħlu l-oħrajn.", "Pero' lili, dawk it-tnejn jew tlieta, jinkwetawni.", "Jiena ma nixtieqx nara żgħażagħ oħra ta' etajiet daqshekk żgħar, imutu, żgħażagħ li għad għandhom ħajjithom quddiemhom.", "Donnu qisu għal xi raġuni jew oħra ċertu żgħażagħ - mhux kulħadd - qegħdin bilfors jassoċjaw dan it-tip ta' divertiment ma' l-użu tad-droga li hija l-ecstasy u donnu qisu hawn din l-idea li d-droga ecstasy m'hijiex droga.", "Donnu qisha l-ecstasy m'hi xejn ħlief parti mill-akkumpanjament tal-mużika.", "Issa jiena li qed ngħid huwa dan, u din hija l-mistoqsija tiegħi.", "Intom żgħażagħ li titħaltu ma' żgħażagħ oħrajn u tgħaddu minn din l-esperjenza b'mod regolari - huwa ovvju li intom tieħdu pjaċir tmorru għal dawn il-parties, iġġemmgħu l-flus u tħallsu l-flus biex tmorru għalihom - allura x'taħsbu li nistgħu nagħmlu?", "Is-soċjeta' tagħna x'tista' tagħmel biex ma nibqgħux naraw żgħażagħ oħrajn imutu b'riżultat ta' din il-prolema?", "X'jista' jsir?", "Dan li qed nippruvaw nagħmlu hawnhekk aħna.", "Qed nippruvaw insibu soluzzjoni għax is-sitwazzjoni twaħħaxna.", "Aħna tlabna illi jsir dan id-dibattitu f'dan il-kumitat qabel ma miet l-aħħar żagħżugħ.", "Jiġifieri fformolajna r-regolamenti u tlabna biex jiġu diskussi f'dan il-kumitat qabel ma kellna l-aħħar inċident.", "Issa żviluppa dan l-inċident l-ieħor.", "X'nistgħu nagħmlu u x'ideat għandkom intom li jistgħu jgħinuna lkoll kemm aħna biex dawn l-affarijiet ma nħalluhomx ikomplu għaddejjin?", "Forsi din hija mistoqsija daqsxejn diffiċli biex tweġbuha imma jekk intom m'intomx kapaċi tweġbuha, allura tifhmu għaliex huwa importanti li aħna b'xi mod jew ieħor ikollna xi forma ta' regolamenti biex nikkontrollaw is-sitwazzjoni.", "Ma nistgħux inħalluha għaddejja qisu qatt ma ġara xejn.", "IS-SUR MARTIN CASSAR: L-ewwelnett nixtieq nifraħ lil tar-Red Cross Society li joqogħdu jduru fil-parties.", "Huwa tajjeb li jkunu hemm ħalli jekk ikun hemm xi ħadd li qed jaqa' ħażin, jew ikun jidher li hu ħażin ħafna, ikunu jistgħu jieħdu ħsiebu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri intom qed tissuġġerixxu li jkun hemm a medical team.", "IS-SUR DAVID ABELA: Naħseb dik hija l-aktar ħaġa importanti.", "IS-SUR MARTIN CASSAR: It-tieni punt li nixtieq ngħid forsi m'intomx se tifhmuh sewwa.", "Ikun hemm min se jitla' b'għaxar pilloli ecstasy u fit-triq ikun hemm numru ta' road blocks.", "Issa kulħadd jaħseb li r-road blocks huma tajbin.", "Sa ċertu punt, iva, imma jekk dan jinqabad f'road block, jaqbdu paniku meta jwaqqfulu l-karozza u allura jaqbad u dawn l-għaxar pilloli … Issa jekk ikunx se jeħodhom hu kollha matul il-party jew inkella ikunx se jbigħhom ħalliha barra, imma dan kif jaqbduh se jgħid: Żgur mhux se narmihom għax dawk jiswew ħafna flus, allura aħjar niblagħhom milli mmur il-ħabs u mbagħad naraw x'jiġri.", "U jiblagħhom hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: U jmur il-qabar minflok.", "IS-SUR MARTIN CASSAR: Jekk irid jista' jerġa' jirremettihom.", "Imma ngħidu aħna jkun naqra miskin u jaħseb li jiflaħ għalihom, imbagħd veru jmur il-qabar.", "Li nissuġġerixxi jien hu li jagħmlu searches fil-bibien, u jagħmluhom sewwa, imma mhux fir-road blocks għax ħafna nies jista' jaqbadhom paniku meta jaraw road block.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri inti qed tgħid - ma jfissirx li qed naqbel ma' dak li qed tgħid inti - li r-road blocks jistgħu jkunu iktar ta' deterrent milli ta' għajnuna għax jista' jkun li jinqabad xi ħadd f'panic u jiblagħhom pero' mbagħad mill-banda l-oħra qed tgħid li għandu jkun hemm sigurta' stretta fil-bibien tad-dħul.", "IS-SUR MARTIN CASSAR: Stretta, imma mhux body searches.", "Il-body searches ma naqbel magħhom xejn.", "Ġieli anke smajt bi tfajliet li għamlulhom body search u anke internal search.", "Dik ma naqbel magħha xejn għax it-tfajliet jiddejqu u mhux sew li jagħmlu body search.", "Fuq ħadd m'hu sew li jsir body search.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma jekk inti jkollok pillola, per eżempju, moħbija ġol- ħwejjeġ ta' taħt, bilfors body search irid isir biex din tinstab.", "IS-SUR MARTIN CASSAR: S'hemmhekk iva, imma mhux internal search.", "M'hemmx għalfejn insemmi affarijiet ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Pero' ma nafx kemm din issir.", "IS-SUR MARTIN CASSAR: Jiena smajt li ssir.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed nara lis-Sur Cassar li huwa l-Assistent Kummissarju tal-Pulizija li qed jgħid li m'huwiex veru.", "Sur Cassar, jekk forsi trid tiġi tikkummenta hawnhekk …", "IS-SUR MICHAEL CASSAR (Assistent Kummissarju tal-Pulizija): Li qed jgħid dan iż-żagħżugħ assolutament m'huwiex veru.", "Li jsiru body searches fuq il-ħwejjeġ, iva jsiru.", "Strip searches fejn inneżżgħu lil dak li jkun biex infittxu taħt il-ħwejjeġ, m'għandniex faċilitajiet li nagħmluhom.", "Jekk insibu xi kamra li tkun adattata, iva, jista' jkun li jsiru.", "Jista' jkun hemm eċċezzjonijiet fejn ikollna suspett f'persuna - mara jew raġel - illi għandha taħt il-ħwejjeġ u jekk tkun mara jeħduha l-pulizija nisa u jekk ikun raġel jeħduh il-pulizija rġiel, idaħħluhom fit-toilet, jiżguraw li m'hemm ħadd u f'dan il-każ tista' ssir strip search hemmhekk.", "Dawn huma eċċezzjonijiet li jsiru fejn ikun hemm suspett raġonevoli.", "Rigward internal searches li qed jgħid, voldieri nfittxu fil-kavitajiet, assolutament m'hijiex vera, hija gidba .…", "IS-SUR MARTIN CASSAR: Dak li smajt jien.", "IS-SUR MICHAEL CASSAR: Mhux li smajt; hawnhekk tiġi bil-fatti.", "Barra minn hekk hija illegali li tagħmilha wkoll.", "Meta jkollna xi dubju u nkunu rridu nagħmlu hekk, il-proċedura nagħmluha kollha, ċioe' jew nitolbuh jagħmilha volontarjament jew inkella ninfurmaw lill-maġistrat u mmorru l-isptar għand tabib.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri hemm proċedura stretta li trid tiġi followed biex isir hekk.", "Jiġifieri mhux sempliċement se tkun f'party … Nirringrazzjak tal-kjarifika.", "IS-SUR MARTIN CASSAR: Nixtieq nistaqsi lis-Sur Cassar jekk hux sew li jaqbdu numru ta' nies kif għamlu fl-aħħar party, joħorġuhom mill-party mingħajr ebda spjegazzjoni, jagħmlulhom search, iħalluhom fil-kesħa għal tliet kwarti, biex imbagħad joqogħdu jsaqsuhom qabda mistoqsijiet banali.", "Meta wara li kienu ilhom barra fil-kesħa staqsewhom għaliex kienu hemmhekk, ma ngħataw l-ebda risposta.", "Biex ngħidha straight, il-pulizija ġew jaqgħu u jqumu minnhom.", "IS-SUR MICHAEL CASSAR: Għandek żball li l-pulizija, kif għedt inti, ġew jaqgħu w jqumu minn dawk iż-żgħażagħ.", "Ħadd minn dawk iż-żgħażagħ li ġew imwaqqfa m'għamel complaint.", "Kien hemm raġunijiet aktar minn validi għaliex il-pulizija għamlet hekk.", "Dak il-ħin il-pulizija kienet qed tinvestiga mewt ta' żagħżugħ u ħadd minn dawk preżenti, kien hemm 1,200 persuna preżenti, ma ġie 'l quddiem biex jagħti xi informazzjoni u jgħid: Iva, jien jimpurtani mill-mewt ta' dak iż-żagħżugħ.", "Ejja nwaqqfu li jista' jmut ħaddieħor u nsibu min kien li qassam id-droga.", "Int kont hemm, rajt ħafna affarijiet, għaliex ma ġejtx tagħti informazzjoni?", "IĊ-CHAIRPERSON: Mr Cassar, naħseb li hawnhekk mhux il-post li ninterrogaw lil dan iż-żagħżugħ.", "Forsi jien ma nifhimx daqstant fil-proċedura tal-liġi, pero' ma naħsibx li dawn iż-żewġ żgħażagħ ġew hawnhekk biex jiġu interrogati mill-pulizija dwar dak il-party partikolari.", "Dawn iż-żewġ żgħażagħ ġew hawn bil-buona volonta' tagħhom.", "Fil-fatt jien għedtilhom ukoll li jekk iridu, lanqas biss juru isimhom.", "Dawn iż-żewġ żgħażagħ li wrew kuraġġ ġew f'dan il-bini li naħseb li qatt ma daħlu fih qabel, biex jesprimu s-sentimenti u l-opinjoni tagħhom lil din l-udjenza.", "Ma naħsibx li għandna ninterrogawhom u lanqas għandu jkun hemm follow up ta' dan iktar tard, għaliex inkella f'okkażjonijiet oħra fejn inkunu nixtiequ nistiednu nies oħra biex jagħtu l-opinjoni tagħhom, se jħossuhom qishom soġġetti għal xi hearing partikolari.", "IS-SUR MICHAEL CASSAR: Ma kienx dan il-ħsieb tiegħi.", "Ħalli niċċara l-punt għax forsi ġejt miftiehem ħażin.", "Veru dehret hekk, imma li rrid ngħid jien huwa li kien hemm ħafna ineżattezzi f'dak li beda jingħad, dwar il-pulizija, dwar ir-road blocks u dwar dawk iż-żgħażagħ li ta x'wieħed jifhem li qishom ġew mitfugħin hemmhekk mill-pulizija mingħajr ħadd ma ta kashom.", "Dawn l-affarijiet huma totalment mhux veru, allura kien statement li jikkumplimenta dak ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawnhekk kulħadd qiegħed on the same footing u għandna żewġ opinjonijiet iktar milli verita' jew le.", "Tajjeb li din nagħmluha ċara.", "MICHAEL FARRUGIA: Xtaqt nagħmel żewġ punti.", "L-ewwelnett niskuża ruħi li wasalt tard għax kont qiegħed nitkellem fil-Kamra, pero' ippikjajt żewġ punti li fil-fatt inkwetawni daqsxejn u inkwetawni minħabba li għar-risposta ta' l-Onor.", "Gonzi, ġie suġġerit li għandu jkun hemm medical team.", "Is-suġġeriment li għandu jkun hemm medical team għal dawn l-attivitajiet, juri li qegħdin nirrikonoxxu l-fatt li jeżisti periklu, għax jekk ma jeżistix periklu, għaliex għandu jkun hemm a medical team jew preżenza paramedika matul dawn l-attivitajiet?", "Għaliex qed nitolbu li jkun hemm medical team?", "Għax jeżisti periklu?", "Mela qed nirrikonoxxu li l-ecstasy - skond ma jgħiduli żgħażagħ - tintuża b'mod iktar liberali fir-rave parties milli tintuża fid-discos, u allura għalhekk qed nesiġu li jkun hemm dan il-medical team.", "X'inhu l-kumment tagħkom dwar dan?", "IS-SUR DAVID ABELA: Kulħadd jaf li hawn nies li meta jmorru f'rave parties se jużaw l-ecstasy.", "Allura jekk dawn in-nies se jiġrilhom xi ħaġa u mhux se jkun hemm min jgħinhom, dawn x'se jagħmlu?", "Fejn se jkun hemm parties, tista' tgħid li żgur se tidħol xi droga, issa jekk titteħidtx barra jew ġewwa … Jekk dawn se jiġrilhom xi ħaġa, x'se jagħmlu jekk ma jkunx hemm min jgħinhom?", "MICHAEL FARRUGIA: Mela ħa nkompli fuq l-istess punt.", "Semmejtu li jekk persuna tinqabad f'road block jew inkella tara li se ssir xi tfittxija fil-bieb, hemm it-tendenza li biex dik il-persuna ma tinqabadx bil-pilloli fuqha, taqbad u tiblagħhom kollha f'daqqa.", "Intom qegħdin tgħidu li dan jista' jikkawża periklu lill-individwi.", "Naħseb li fil-fatt qegħdin naħarbu mill-punt mediku.", "Issa dan la huwa punt legali u lanqas huwa punt ta' diskussjoni li għandu x'jaqsam ma' dan il-kumitat as such, imma huwa punt purament mediku.", "Hawn persuni, u dan ġara anke barra minn Malta, li ma mietux għax inqabdu f'road block u ħadu għaxar pilloli ecstasy f'daqqa, imma mietu wara li ħadu pillola ecstasy waħda.", "Mela ejja ma naħarbux mill-punt u ma nwasslux il-messaġġ żbaljat li sfortunatament qiegħed jiġri fost iż-żgħażagħ li l-persuni mietu għax inqabdu f'ċirkostanzi li ġegħluhom jieħdu ċertu ammont f'daqqa, hu kemm hu, ta' pilloli ecstasy.", "Ħadd ma jkun jaf jekk il-persuna tiflaħx għal pillola ecstasy waħda jew inkella tiflaħx għal iktar minn waħda.", "Barra minn hekk, jista' jkun li llum ħadet waħda u ma għamlitilhiex effett drammatiku, imbagħad l-għada ħadet oħra u kellha effett drammatiku fuqha, saħansitra li tista' twassal għall-mewt ukoll.", "Ma rridux nitilqu mill-punt - u din smajtha kemm-il darba fost iż-żgħażagħ - li l-ecstasy toqtol mhux għax tieħu waħda imma għax tieħu ħafna jew għax tħallat ma' xi ħaġa oħra.", "Tafu li ecstasy, anke waħda, toqtol?", "X'messaġġ tissuġġerixxu intom li għandna nwasslu, jew inkella għandu jagħmel il-pajjiż, biex inkomplu nesiġu fuq dan il-punt partikolari?", "IĊ-CHAIRPERSON: David Abela.", "IS-SUR DAVID ABELA: Naħseb li l-messaġġ diġa' qiegħed jasal għax jien sirt naf li anke pillola waħda tista' toqtol bniedem, mill-gazzetti.", "Jiġifieri min jaqra l-gazzetti, jafha din.", "Jien naħseb li dawn iż-żewġ każi ta' mwiet li kellna, ma sarux għax belgħu l-pilloli fir-road blocks, għax dawn mietu ħin sew wara li beda l-party, jiġifieri l-persuni involuti kienu ilhom numru ta' sigħat il-party, imma saru … Ir-road blocks issemmew bħala raġuni għaliex bniedem jista' jmut, fis-sens li dawn jistgħu jwasslu għal mewt.", "Issa tiġi mill-individwu li jagħraf li l-ecstasy hija ħażina.", "Jekk bniedem m'għandux lanqas valur tiegħu nnifsu u se jieħu d-droga, hija għażla tiegħu.", "Jekk lil dan it-tip ta' bniedem ma tagħtihx tagħlim u tipprova ddaħħalu f'rasu li qiegħed jagħmel ħażin u jista' jispiċċa ħażin jekk jieħu d-droga, mhux se jirraġuna.", "Jekk dara jieħu gost bl-ecstasy, mhux bilfors se jeħodha f'party, iżda se jeħodha fejn irid, l-aqwa li jkun ħadha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Martin Cassar.", "IS-SUR MARTIN CASSAR: Nixtieq ngħid ukoll li għandha ssir edukazzjoni fl-iskejjel u mhux kif tidħol is-sixth form kulħadd jibda jgħidlek kontra d-drogi.", "Anke meta wieħed ikun għadu żgħir għandu jingħata ċertu edukazzjoni dwar id-droga.", "Jien kont fi skola tal-Knisja u tista' tgħid li qatt ma qalulna xejn dwar id-drogi.", "Biex ngħid hekk, wieħed lanqas biss ikun jaf x'inhuma.", "IĊ-CHAIRPERSON: Personalment, din li qed tgħid qed naraha ftit stramba, imma dan huwa li qed tgħid inti.", "IS-SUR MARTIN CASSAR: Dwar drogi, ftit ħafna kienu jgħidulna.", "Niftakar li darba kellna laqgħa, pero' barra minn dik il-laqgħa, xejn aktar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiena naf li l-Aġenzija sedqa u l-Caritas jagħmlu anke live-ins u weekends għal żgħażagħ li qegħdin fil-Form IV.", "Dawn huma programmi li jsiru b'mod regolari.", "IS-SUR MARTIN CASSAR: Jien qed ngħid għal meta kont l-iskola sekondarja jien.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Michael Asciak xtaq jgħid xi ħaġa, pero' qabel xejn nitlobkom tkunu fil-qosor ħafna għax għad baqgħalna nisimgħu lir-rappreżentanti tal-Malta Hotels and Restaurants Association, l-Alternattiva Żgħażagħ u lil Dr John Cachia u Dr Malcolm Micallef.", "Nixtieq li llum nisimgħu lil kulħadd.", "MICHAEL ASCIAK: Fl-isfera li kien qiegħed ikellimkom il-Ministru Gonzi fejn staqsiekom x'miżuri tixtiequ taraw fil-postijiet fejn qed isiru d-discos, kieku intom kontu ministri ta' l-edukazzjoni u ta' l-affarijiet soċjali, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-edukazzjoni fl-iskejjel u f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-edukazzjoni tal-ġenituri tagħkom, x'miżuri kontu ddaħħlu?", "X'miżuri tixtiequ taraw li jidħlu fis-syllabus nazzjonali tagħkom, bħala extracurricular activities fl-iskejjel, u bħala attivitajiet għall-ġenituri tagħkom?", "IS-SUR DAVID ABELA: Miżura li tista' tgħin din il-problema hija li tgħallem lill-ġenituri kf jistgħu jindunaw jekk it-tfal tagħhom humiex qegħdin jieħdu d-droga.", "Wieħed jinduna li bniedem qed jieħu d-droga, kemm dak il-ħin li jkun ħadha, kif ukoll wara.", "Trid tgħallem lill-ġenituri taż-żgħażagħ kif jindunaw li uliedhom qed jieħdu d-droga u jekk ikun hemm bżonn anke jiċċekkjawlhom u jagħmlulhom xi testijiet.", "Żgur li kif il-ġenituri se jkollhom l-inqas ħjiel li t-tfal tagħhom qed jieħdu d-droga, se jagħmlu minn kollox biex ma jħalluhomx ikomplu sejrin f'dik it-triq.", "Jiġifieri jekk il-ġenituri jkunu jistgħu jgħarfu x'inhuma jagħmlu eżatt iż-żgħażagħ tagħhom u mhux sempliċement ħarġu għal party u ġew lura u ma tawx kas aktar, żgur li mhux se jħalluhom jimxu f'dik it-triq.", "IS-SUR MARTIN CASSAR: Naħseb li miżura oħra tajba hi li fil-party stess jitwaħħlu ċertu posters.", "Per eżempju meta l-programm ''Xarabank'' kien dwar dan is-suġġett, kien hemm xi ħadd li semma li għandhom jitwaħħlu posters li jgħidu: ''Rave yes, drugs no''.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija wkoll ħaġa sabiħa.", "Dan huwa pass 'l quddiem.", "Hawn Malta kulħadd għadu bil-mentalita' magħluqa li kif wieħed isemmi d-drogi, jibdew iħarsu lejh bl-ikrah.", "L-istess jiġri dwar is-sess.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri inti taħseb li l-fatt li jeħel poster mal-ħajt li jgħidlek: ''Rave yes, drugs no,'' lilek se jinfluwenzak?", "Taħseb li poster bħal dan se jinfluwenza liż-żgħażagħ biex ma jeħdux drogi?", "IS-SUR DAVID ABELA: Dan l-istess bħal fil-każ tar-reklami.", "Ir-reklami mhux bilfors jinfluwenzaw lil kulħadd imma lil ċertu nies se jinfluwenzahom żgur.", "Trid tibda bil-mod.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr Francis Agius, xtaqt tagħmel l-aħħar kumment?", "FRANCIS AGIUS: Taħsbu li dawn is-suġġerimenti li qegħdin tagħmlu se jiġu aċċettati mill-komunita' li jiffrekwentaw dawn il-postijiet?", "Għaliex inkella inutli nagħmlu regolamenti jekk mhux se jiġu aċċettati b'mod li jistgħu jiġu mħarsa.", "Taħsbu li dak li qed tgħidu intom jirrappreżenta dak li jixtiequ li jsir min imur fir-rave parties?", "Intom kontu kapaċi titkellmu fuq dawn l-affarijiet imma jien ċert li hemm ħafna li jattendu dawn il-parties li m'humiex aware ta' ħafna mill-affarijiet li qegħdin ngħidu hawnhekk.", "IS-SUR MARTIN CASSAR: Sakemm l-affarijiet isiru kif għandhom isiru u mhux b'ħafna esaġerazzjonijiet, bħal ngħidu aħna internal searches li mn'Alla ma jsirux, … Jien naħseb li ċertu affarijiet għandhom isiru imma jsiru b'mod tajjeb.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri intom tapprezzaw li jkun hemm numru ta' regolamenti.", "IS-SUR DAVID ABELA: Iva, tajjeb li jkun hemm regolamenti.", "Jien naħseb li ħafna min-nies li jieħdu d-droga ma jafux x'inhuma l-konsegwenzi ta' wara u dan minħabba nuqqas ta' tagħlim.", "FRANCIS AGIUS: Qed nipprova nqabbel is-sitwazzjoni mal-football fejn għandna l-hooliganism.", "Ovvjament ma nneħħux il-football, imma nneħħu l-hooligans.", "Intom qed tagħtuna messaġġ biex ma nneħħux ir-rave parties imma nneħħu lil min qiegħed iħammeġ ir-rave parties, allura t-task tagħna hu li nagħmlu r-rave parties aktar indaf.", "Sadanittant għandna l-Assistent Kummissarju li qiegħed jgħidilna li minkejja li kellna mewt, ħadd ma jikkopera biex nagħrfu min huma dawn il-''hooligans'', biex insejħilhom hekk.", "Jien naħseb li a point to ponder upon huwa li jekk mhux se jkun hemm kif se nagħrfu dan il-high risk group m'aħniex se naslu.", "Naħseb li aħna rridu nagħrfu u napprezzaw li veru hawn min imur f'dawn il-parties biex ġenwinament jieħu pjaċir, pero' jekk ma nagħrfux dan il-high risk group mhux se jirnexxielna .… Kif qal l-Onor.", "Gonzi, fir-rave parties mietu n-nies; mhux eżattament hemm biss imma l-użu ta' l-ecstasy huwa assoċjat ma' dawn il-parties.", "Biex imut bniedem sinjal li jkun hemm abbuż enormi.", "Din tirrifletti ruħha f'kull sitwazzjoni.", "Per eżempju, l-mewt ta' bniedem f'inċident tat-traffiku tirrifletti f'ħafna inċidenti li ma jwasslux għal mewt imma jwasslu għal korrimenti li ma tantx nitkellmu fuqhom.", "Qed nitkellmu fuq imwiet u għadna ma nafux in the long term x'effetti t-teħid ta' l-ecstasy se jkollu fuq is-soċjeta' Maltija.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nerġa' nitlob lill-kelliema jżommu fil-qosor ħafna għax inkella ma nilħqux nisimgħu lil kulħadd.", "Diġa' talbitni tintervjeni l-Onor.", "Rita Law, talabni l-Onor.", "Mario Galea u issa qiegħed jitlobni wkoll l-Onor.", "Jiddispjaċini li jkolli ngħid \"le\" lil kulħadd għaliex aħna l-membri parlamentari għandna mezz kif nerġgħu niltaqgħu.", "Nhar it-Tlieta se jkun hawn laqgħa oħra ta' dan il-grupp, u allura llum se nħallu l-ispazju għall-mistiedna.", "Nirringrazzjakhom.", "L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Nixtieq nagħmel mistoqsija lil dawn iż-żgħażagħ li mhux se jkunu magħna l-ġimgħa d-dieħla.", "Jien ma nafx kemm ilkom is-sixth form, imma matul dan iż-żmien - qed tgħidu li ilkom sentejn - x'tip ta' laqgħat kellkom fuq awareness dwar l-abbuż tad-droga?", "IS-SUR MARTIN CASSAR: Jiena ilni l-Junior College tliet snin u din is-sena l-ewwel darba li bdew jgħidulna xi ħaġa fuq id-droga.", "L-ewwel darba li kellna xi ħaġa konkreta dwar id-droga.", "IĊ-CHAIRPERSON: David, inti qed tgħid li ssemmiet is-sena l-oħra wkoll?", "IS-SUR DAVID ABELA: Le, l-ewwel darba li smajna dwarha kienet din is-sena.", "IĊ-CHAIRPERSON: U b'liema mod issemmiet din is-sena?", "IS-SUR MARTIN CASSAR: Illum.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri meta ġejna aħna?", "IS-SUR DAVID ABELA: Eżatt.", "Meta ġejtu intom.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiġifieri fis-sixth form qatt ma kien hemm programm b'sensiela ta' exchanges formali fuq dan is-suġġett?", "Naħseb li dan huwa punt importanti li tajjeb li jagħtu kasu l-Caritas u l-Aġenzija sedqa.", "Hawnhekk issemmiet ħafna drabi l-ħtieġa ta' edukazzjoni u ta' tkabbir ta' kuxjenza fuq dawn l-affarijiet fost iż-żgħażagħ u m'hemmx dubju li dan huwa livell li rridu nikkonċentraw fuqu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjakhom.", "Nixtieq issa nsejjaħ lir-rappreżentant tal-Malta Hotels and Restaurants Association.", "Jidher li mhux qiegħed hawn u allura nistieden lil Dr John Cachia u lil Dr Malcolm Micallef jingħaqdu magħna.", "Dawn stedinnihom wara li fis-sessjoni l-oħra Dr Farrugia kien qal liċ-Chairperson li kienet hawn dakinhar, l-Onor.", "Dolores Cristina, li dawn iż-żewġ tobba jista' jkun li kellhom xi informazzjoni li setgħu b'xi mod jgħadduha lil dan il-Kumitat.", "IT-TABIB JOHN CACHIA (Aġent Tabib Ewlieni tal-Gvern) L-ewwel punt li xtaqt nagħmel huwa li ladarba qed nitkellmu fuq regolamenti ta' dan it-tip ifisser li diġa' qegħdin fl-area ta' harm reduction, u rridu nkunu konxji li qegħdin nitkellmu f'dan l-ambitu.", "Ħa niġi għall-punti li ġew offruti għar-riflessjoni tagħna u naraw x'jolqotna min-naħa ta' saħħa pubblika.", "Dwar il-premises, naħseb li rridu niffokaw ftit aħjar fuq il-postijiet fejn isiru dawn l-attivitajiet, irridu naraw il-kobor ta' dawn il-postijiet, il-ventilazzjoni reali, reali mhux apparenti, li hemm u t-temperatura interna f'dawn l-ambjenti.", "M'għandniex biss nikkonsidraw it-terminu ta' persuna għal kull 0.5 metru kwadru, għax persuna għal kull 0.5 metru kwadru tista' tkun tajba for a fully air conditioned environment, waqt li f'environment b'inqas ventilazzjoni, naħseb li l-measure irid ikun differenti.", "Jien m'iniex awtorita' biex nitkellem fuq dawn l-affarijiet, hawn periti u nies li jifhmu ferm aktar minni fuq dawn l-affarijiet, pero' ċertament irridu nħarsu lejn dan il-qies mhux biss bħala regolament fiss imma li jiddependi ħafna mil-livell ta' umdita', ventilazzjoni, eċċ, li jkun hemm fil-post.", "Nixtieq nagħmel punt importanti fuq il-kwestjoni ta' temperature control.", "Waħda mill-problemi li għandek bl-ecstasy u ż-żfin, hija l-body temperature, jiġifieri t-temperatura attwali tal-ġisem li togħla.", "Il-kwestjoni tat-temperature control huwa l-iktar aspett importanti f'dak kollu li qegħdin ngħidu.", "Din tiddependi mit-temperatura ta' l-ambjent, minn kemm għandek fluwidu fil-ġisem u mill-ventilazzjoni tal-post.", "Jiġifieri rridu niffokaw fuq dawn l-affarijiet kollha biex l-ambjent innifsu fejn isiru dawn l-attivitajiet ikun wieħed safe.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa dwar il-fresh water fountains.", "Il-Kunsill tas-Saħħa kien ħa pożizzjoni dwar din il-kwestjoni u għamel rappreżentazzjoni ma' l-awtorita' tal-Pulizija.", "Iva, din hija kwestjoni ta' enforcement.", "Aħna rridu naraw li l-fresh water fountains ikunu hemm f'numru adegwat, qegħdin jaħdmu u huma readily available u mhux qegħdin fit-toilets fejn ikun hemm queue sħiħ għalihom.", "Nixtieq nagħti ftit figuri bħala indikazzjoni.", "Ġo fabbrika, Dr Micallef, ikkorreġini jekk żbaljat, nesiġu li jkun hemm toilet u fresh water supply, vit, għal kull 30 ħaddiem.", "M'aħniex qed nesiġu dawn it-tip ta' livelli imma jeżistu guidelines.", "M'hemmx għalfejn nagħmlu water fountain for every 30 persons li jmorru ġo rave party, imma li kif smajna hawn ġew ikun hemm żewġ water fountains għal 1,100 ruħ … Allura dawn baqgħu għaddejjin right through, l-erba' sigħat tal-party kollu?", "Ġew replenished tul il-party?", "IĊ-CHAIRPERSON: Iktar minn erba' sigħat!", "Xtaqt ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-medical team.", "Medical teams jiswew, pero' la qed nitkellmu fuq medical teams naħseb li l-problema rridu naffrontawha minn punto di vista differenti.", "Smajna li d-Dipartiment tas-Saħħa, jew xi ħadd min-naħa tagħna, għandu jipprovdi dan it-tip ta' servizz.", "Ma jistax ikun li dawn it-tip ta' l-affarijiet jiġu mitfugħa fuq id-Dipartiment tas-Saħħa.", "Għandu jkun hemm first aid teams, pero' d-Dipartiment tas-Saħħa ma jistax jerfa' responsabbilta' li jagħmel manning u jattrezza rave parties bl-istaff tiegħu, la bil-ħlas u lanqas mingħajr ħlas.", "Naħseb li nkunu qegħdin nitfgħu onus fuq id-dipartiment li għandu affarijiet ħafna iktar importanti x'jagħmel f'dan it-tip ta' xogħol.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn xi ħadd li jixtieq jagħmel xi mistoqsija?", "MICHAEL FARRUGIA: Punt li ssemma hawnhekk kien dwar is-sound.", "Jiena naħseb li in the long term, il-fatt li wieħed jisma' sound għoli ġimgħa wara ġimgħa, jista' jkollu effett fuq is-smiegħ ta' l-individwu.", "Jien naf illi kull post huwa differenti mill-ieħor, fis-sens li s-sound ivarja skond l-ispazju u l-kobor li hemm, pero' huwa fatt ukoll li m'hijiex l-ewwel darba li diversi żgħażagħ, kważi bħala pika bejniethom, jersqu ħafna viċin l-ispeakers li jkun hemm.", "Hemm xi livell ta' decibels per square metre li għandu jiġi rakkmandat min-naħa tad-Dipartiment tas-Saħħa?", "IĊ-CHAIRPERSON: Nixtieq ngħaqqad ukoll, ma nafx jekk kenitx l-effett tas-sound jew l-effett tal-mużika, ma' dak li qal wieħed miż-żgħażagħ meta qal li jekk twaqqaf il-ħoss b'mod ħesrem, dawn jitħawwdu.", "IT-TABIB JOHN CACHIA: Aħna nafu li sound għoli ħafna u psychedelic lights żgur li jaffettwaw l-elettriku tal-moħħ u nafu li jista' jkollok epileptic fits f'dawn it-tip ta' ambjenti.", "Issa jista' jkun hemm nies li jkunu suxxettibbli għal dawn l-affarijiet, allura a sudden deceleration, bħalma hija sudden deceleration of sound tista' tipproduċi dawn it-tip ta' effetti fuq il-moħħ.", "Il-kwestjoni ta' noise pollution hija kwestjoni diffiċli għaliex it-tolleranza għas-sound hija soġġettiva, m'hijiex l-istess għal kull persuna.", "L-istess bħalma kien qed jissemma ftit ilu li pillola waħda tista' toqtol bniedem, waqt li ħaddieħor jista' jieħu għaxar pilloli u ma joqtluhx.", "Qabel xejn, tajjeb li ngħid li pillola għal xejn hija dejjem ħażina.", "Personalment, li tieħu pillola biex tieħu gost, jien ma nifhimiex.", "Nixtieq inżid xi ħaġa ma' dak li għedt fuq harm reduction għax naħseb li l-punt importanti li rridu nitkellmu fuqu huwa l-promozzjoni tas-saħħa.", "Qed nitkellmu fuq kultura ta' rave nadif, jew kultura ta' rave aċċettabbli, pero' hemm kulturi differenti li jistgħu jinħolqu fil-pajjiż.", "Fejn huma, u x'ġara mill-kultura tat-teatru, taċ-ċinema, tal-palk, ta' l-isport u tal-youth centres li huma assoċjati biss mal-Knisja?", "X'ġara mill-kultura tal-baned tal-festa u l-kultura ta' l-organizzazzjoni ta' attivitajiet soċjali fl-irħula u fl-ibliet tagħna?", "X'ġara mill-kultura tal-partiti politiċi li għandhom sezzjonijiet fid-diversi lokalitajiet ta' Malta u Għawdex?", "Dawn fejn qegħdin biex jipprovaw joħolqu kultura differenti u alternattivi differenti ta' divertimenti għaż-żgħażagħ tagħna?", "Jien mhux qed neskludi rave parties nodfa, imma ejja nibdew nitkellemu fuq kultura differenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Il-clubs u d-discos huma b'xi mod klassifikati?", "Inti staqsejt kif jista' jkun hemm żewġ water fountains biss għal 1,200 ruħ u semmejt anke l-ispazju, il-ventilazzjoni eċċ, issa d-Dipartiment tas-Saħħa jikklassifikawhom id-discos u clubs?", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiġifieri lanqas il-clubs.", "Aħna qed nitkellmu fuq parties |i normalment ma jsirux fin-normal discotheques, fil-clubs stabbiliti, iżda li jużaw stabbilimenti oħra.", "IT-TABIB JOHN CACHIA: Il-kwestjoni kollha hija li rridu nippruvaw naslu flimkien ma' min hu responsabbli biex joħroġ il-permessi għal dawn it-tip ta' attivitajiet, għal-linji gwida ta' x'għandu jkun hemm.", "Jiena semmejt l-eżempju tal-fabbriki li jrid ikollhom toilet u vit għal kull 30 ħaddiem, issa jekk dan il-kumitat jew il-Ministru ta' l-Intern, jew ministru ieħor għandux jirrakkmanda li għal kull 30 persuna jkun hemm water fountain … M'iniex qed nesiġi hekk, pero' naħseb li numru iktar adegwat minn tnejn għal kull elf persuna, is more than reasonable.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Ma taħsibx li anke d-diskoteki għandhom ikunu regolati bi standards?", "IT-TABIB JOHN CACHIA: Jiena naħseb li dawn it-tip ta' standards għandhom japplikaw għall-postijiet ta' divertiment kollha bħalma japplikaw il-fire fighting measures.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mr Philip Fenech, donnok tixtieq tgħid xi ħaġa.", "Jimporta tiġi hawnhekk għaliex inkella dak li tkun qed tgħid tkun qed tgħidu għalxejn.", "IS-SUR PHILIP FENECH (President, Hospitality and Leisure Division, General Retailers and Traders Union): Xtaqt nirrispondi għal dak li għadha kemm staqsiet l-Onor.", "Iva, hemm kondizzjonijiet għal postijiet ta' divertiment.", "Per eżempju, biex ikun hemm amplified music, il-post irid ikun airconditioned u sound proof u jrid ikollok extraction.", "Jiġifieri dawn il-kondizzjonijiet kollha qegħdin hemm.", "Fejn se jkollok ċertu mużika li se tiġġenera ċertu enerġija, dawn il-kondizzjonijiet iridu jkunu mħarsa inkella ma jinħariġx il-permess.", "IS-SUR PHILIP FENECH: Hemm kondizzjonijiet fuq sanitary facilities imma mhux fuq water fountains.", "Dik hija kondizzjoni ġdida.", "Sinjura President, għandi paper maħruġa mil-London Drug Policy Forum li jisimha ''Dance till Dawn Safely'' li tindirizza dawn l-argumenti kollha from A to Z u jekk darb'oħra jkolli ċans, nerġa' nagħmel preżentazzjoni għaliex l-aħħar darba għamilt preżentazzjoni pjuttost ta' malajr.", "Naħseb li qed induru u nduru u għalkemm qed nagħmlu punti validi, finalment it is a managerial decision.", "Jien naħseb li rridu nagħmlu bħal barra minn Malta fejn waslu biex għamlu dawn il-kondizzjonijiet u ħarġu sistema ta' regolamenti li jħarsu lejn dawn il-problemi ta' safety u li m'humiex ideat arkajiċi imma huma ideat prattiċi ħafna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mr Fenech, ma naħsibx li se jkollna ċans nerġgħu niltaqgħu darba oħra, pero' jekk tista' tibgħatilna xi ħaġa bil-miktub sa nhar it-Tlieta, aħna nikkonsidrawha.", "L-ewwel se nsejjaħ lil Dr Michael Asciak u mbagħad lil Dr Jean Pierre Farrugia.", "Nerġa' nitlobkom iżżommu fil-qosor kemm jista' jkun għaliex għad irridu nisimgħu lill-Għaqda Alternattiva Żgħażagħ.", "MICHAEL ASCIAK: Dr Cachia, hawnhekk issemmew kemm first aid group u kemm grupp mediku li m'humiex l-istess.", "Fl-opinjoni tiegħek, taħseb li l-mortalita' tista' tonqos jekk f'dawn il-parties ikun hemm grupp mediku?", "Jien m'iniex qed ngħid grupp mediku provdut mid-Dipartiment tas-Saħħa, pero' persuna kwalifikata li tista' tagħmel interventi fuq individwi.", "Taħseb li bil-preżenza kontinwa ta' grupp mediku, jiġifieri tabib u nurse, il-mortalita' tonqos?", "IT-TABIB JOHN CACHIA: Din hija domanda ftit diffiċli biex tirrispondiha.", "Jekk il-problema hija kwestjoni ta' temperature control u temperature tollerance, ikollok kemm ikollok tobba, diffiċli biex tagħmel azzjoni.", "Il-kwestjoni jekk għandux ikun tabib jew first aider, naħseb li iva, jekk ikun hemm medical team, hemm ċans aħjar, pero' ma nistgħux ninħbew wara a medically led team or a first aid team biex naħarbu mir-responsabbilta' li jkollna a safe environment.", "M'hijiex kwestjoni li għax għandek tabib tista' sserraħ moħħok u tista' tagħmel li trid.", "L-ambjent irid ikun conducive biex l-affarijiet isiru kif għandhom isiru.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Dr Cachia, jekk fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza jidħol żagħżugħ li jkollu sintomi li b'xi mod jistgħu jkunu relatati ma' l-użu ta' l-ecstasy … L-aħħar darba min-naħa tal-Pulizija smajna li għad m'għandniex ċertu testijiet, imma min-naħa tad-Dipartiment tas-Saħħa, hemm testijiet biex wieħed ikun jista' jsir jaf ...?", "IT-TABIB JOHN CACHIA: Le, id-diffikulta' hija li dawn id-designer drugs u mediċinali ta' dan it-tip … Jien qed nisma' li hawn xi ħaġa, flat liners, li huma 50 darba iktar qawwija.", "Din m'hijiex ċajta.", "IT-TABIB JOHN CACHIA: Allura jiena naħseb li l-kultura alternattiva, il-kultura taż-żgħażagħ u ż-żgħar tagħna li jgħidu ''le'' u ''le'' u jibqgħu jgħidu ''le'' u ''le'' għal dawn it-tip ta' affarijiet ma nistgħux ma nisħqux fuqha.", "Aħna lkoll għandna tfal bejn wieħed u ieħor fl-eta' ta' l-adoloxxenza jew ta' eta' żgħira u l-kultura li ngħidu ''le'' u ''le'' u li dawn iż-żgħażagħ jibqgħu jgħidu ''le'', ''le'' u ''le'' u nibqgħu nenforzaw dik il-''le'' fiż-żgħar tagħna, ma nistgħux nieqfu nisħqu fuqha.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Il-punt l-ieħor li xtaqt nagħmel huwa li anke t-tobba tal-familja għandhom jiġu alerted iktar, fis-sens li hemm ċertu sintomi li jindikaw li seta' kien hemm abbuż għal din it-tip ta' droga.", "Naħseb li t-tobba fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza huma alerted, hux hekk?", "IT-TABIB JOHN CACHIA: Ħafna, u nieħu l-punt tiegħek biex naraw jekk forsi ma l-Aġenzija sedqa nistgħux nippreparaw leaflet ...", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Aġenzija sedqa qed jgħidu li diġa' bdew jaħdmu dwar dan, pero' jiena naħseb li m'hijiex biss is-sezzjoni medika li għandha tiġi alerted imma huma l-għalliema, il-ġenituri u kull min b'mod dirett jew aċċidentali jaħbat ma' żgħażagħ li jistgħu jkunu fir-riskju.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Il-problema hi li meta t-tabib jeżamina pazjent, jistrieħ ħafna fuq l-istorja u jekk wieħed jiġi quddiemu b'deni, faċilment jista' jaħseb li huwa virus.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nifhmek Onor. Farrugia, pero' jekk verament irridu nħallu effett fuq iż-żgħażagħ tagħna, naħseb li kulħadd għandu jiġi alerted.", "Nirringrazzjakom u issa nsejjaħ lir-rappreżentant ta' l-GĦaqda Alternattiva Żgħażagħ.", "IS-SUR BRIAN HORN (GĦaqda Alternattiva Żgħażagħ): Xtaqt nagħmel żewġ punti qosra.", "Malta hija gżira u allura żewġ rotot biss hemm biex id-droga tkun tista' tidħol f'pajjiżna, jew mill-baħar jew mill-ajru.", "Aħna nemmnu li jrid ikun hemm enfasi biex in the first place id-droga ma tidħolx u allura wieħed ma jkunx jista' jiġri biha f'Malta.", "It-tieni punt li xtaqt nagħmel huwa dwar spazju.", "It-tabib ta' qabli qal li hu ma jħossux kwalifikat biex jitkellem fuq dan l-aspett, lanqas jien ma jien kwalifikat, pero' aħna ż-żgħażagħ inħossu li l-0.5 square metres per person, anke jekk tiġi rispettata, f'sitwazzjonijiet normali diġa' huwa ftit.", "Ikun hemm wisq affollament, anke jekk ma tikkonsidrax l-alkoħol u l-possibbilta' ta' droga.", "Aħna nħossu li din l-area per person, żgur li ma tgħinx is-sitwazzjoni, anzi tagħmel is-sitwazzjoni ħafna agħar.", "Barra minn hekk għandna dubji serji kemm wara kollox l-organizzaturi ġenwinament jirrispettaw dan il-punt għax normalment in-numru ta' persuni f'dik l-area jkun aktar minn hekk.", "Tifhimha li l-organizzaturi jridu jagħmlu l-flus imma mhux akkost li jagħmlu l-flus ibati l-individwu.", "Kif diġa' għedt, għandna dubji serji kemm dan il-punt qed jiġi rispettat imma anke kieku kellu jiġi rispettat, aħna xorta waħda naħsbu li żewġ persuni f'kull metru kwadru, f'dawk il-kondizzjonijiet, hija ħażina fiha nnifisha.", "Bniedem taħt l-effett ta' alkoħol jew tad-droga, żgur m'intix qed tgħinu f'dik is-sitwazzjoni.", "Aħna nixtiequ naraw li jkun hemm kontroll sabiex ma titħallix daqstant densita' ta' nies f'dawn il-postijiet.", "Veru li se jbatu l-organisers minn din il-miżura, pero' se jiggwadanja l-individwu u għalina l-individwu huwa kollox.", "Dawn kienu ż-żewġ punti li xtaqt nagħmel, Sinjura President.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Hawn xi ħadd li jixtieq jagħmel xi mistoqsija?", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Waqt id-diskussjoni qam punt, forsi pjuttost punt tekniku, u naħseb li biex il-Kumitat ikun iggwidat aħjar, darb'oħra tajjeb li jkollna opinjoni ta' perit dwar il-kwestjoni ta' spazju relatata ma' 0.5 square metres per person.", "Naħseb li għandna nidentifikawlu minn qabel x'inhija l-problema li qamet hawnhekk ħalli mbagħad inkunu nistgħu neżawraw dan il-punt.", "Nitlob lil dik il-persuna li qed tagħmel sinjal li tixtieq titkellem tingħaqad magħna mal-mejda.", "IS-SUR BRIAN SCHEMBRI (Deejay): Jiena deejay u llum il-ġurnata qed nipproduċi din it-tip ta' mużika u se nibda wkoll norganizza parties.", "Jien mhux se nitkellem min-naħa ta' organizzazzjoni għaliex għadni qatt ma organizzajt party, pero'", "hawnhekk kulħadd qiegħed jgħid li r-rave music għandha x'taqsam mad-droga, u għalhekk nixtieq nistaqsi għal liema raġuni qegħdin ngħidu hekk.", "Jiġifieri qegħdin ngħidu li t-teknika ta' kif inhi magħmula l-mużika ġġiegħlek tieħu d-droga?", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma nafx; pero' ħalli nikkwotalek xi ħaġa.", "Aktar kmieni l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia ikkwota xi ħaġa li nkitbek l-Amerka, issa jiena ħa nikkwota xi ħaġa li ġiet ippreżentata lil dan il-kumitat il-ġimgħa l-oħra.", "Il-kitba li se nikkwota minnha ħarġet mill-Universita' ta' Manchester u tgħid hekk:", "Dan huwa studju li sar minn senior research fellow fid-Department of Social Policy and Social Work ta' l-Universita' ta' Manchester.", "Jiġifieri dan ma sarx minn xi ħadd kwalunkwe imma minn xi ħadd illi huwa konxju ta' l-affarijiet.", "Hawn artiklu sħiħ dwar dan, pero' I highlighted certain parts waqt li kont qed naqrah.", "Din hija l-interpretazzjoni ta' fellow minn Manchester University.", "Issa fellow m'huwiex xi ħadd kwalunkwe u dan qed jagħti din id-definizzjoni ta' x'jiddistingwi rave party minn kull party jew attivita' oħra.", "IS-SUR BRIAN SCHEMBRI: Pero' qed isemmiehomlok waħda waħda.", "Mhux qed jgħidlek illi l-mużika hija dik ix-xi ħaġa li ġġiegħlek tieħu dik id-droga.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien qed nikkwota.", "L-ewwel qrajtha bl-Ingliż biex żgur ħadd ma jgħid illi qed ngħawweġ il-fatti, u issa se ngħidha bil-Malti.", "Dawn il-parties jistgħu jiġu distinti mit-tip ta' mużika li tindaqq, mid-droga li tittieħed u jsemmi b'isimha l-ecstasy, u mill-mod kif iġibu ruħhom min imur dawn il-parties, li hawnhekk qed isejħilhom ravegoers.", "Imbagħad iktar 'l isfel jgħidlek x'inhi din il-behaviour tar-ravegoers.", "Dan jgħid li minħabba li n-nies ikunu tant f'xulxin - donnu huwa neċessarju li jkun hemm din il-prossimita' fejn in-nies ikunu jmissu ma' xulxin - u minħabba din it-tip ta' mużika, l-apparenza tista' taraha minħabba li dawn tant ikunu viċin xulxin illi l-għaraq, il-mod kif jgħawwġu wiċċhom - u hawnhekk iż-żagħżagħ esprimew ukoll illi raw ħafna uċuħ koroh .… L-uċuħ koroh huwa l-effett tad-droga.", "Dan kollu qed jiġi esperjenzat waqt ir-rave parties.", "Naturalment tistgħu ma taqblux miegħi, imma ...", "IS-SUR BRIAN SCHEMBRI: Jiena l-ewwel wieħed li ma naqbilx.", "Barra li jien indoqq f'dawn illi qed tgħidilhom rave parties, indoqq ukoll fil-clubs u nqis lili nnifsi bħala wieħed illi ndoqq it-techno.", "Issa jekk se mmur indoqq fi club, mhux se ndoqq mużika kummerċjali, kif tissejjaħ il-mużika l-oħra.", "Jiġifieri fi club u f'party, l-istess mużika se ndoqq.", "Jiena għandi sett u ndoqq dak is-sett kull fejn immur.", "L-istess bħal m'hu kantant.", "Meta kantant se jmur ikanta, mhux se jkanta d-diski ta' ħaddieħor, imma se juri l-abilita' tiegħu .…", "IĊ-CHAIRPERSON: Okay, fine.", "IS-SUR BRIAN SCHEMBRI: Jiġifieri l-parties u d-discos huma l-istess ħaġa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Aħna m'aħniex qegħdin ngħidu … Allura flok insejħulu disco, insejħulu rave disco, jekk tindaqq dik it-tip ta' mużika u jsiru l-istess affarijiet.", "Flok noqogħdu ngħidu jekk hux party jew disco, nużaw il-kelma rave, jekk dik it-tip ta' mużika tipproduċi dak it-tip ta' effett.", "IS-SUR BRIAN SCHEMBRI: Jiena qiegħed nagħmel din il-mużika u għal din il-mużika jintużaw l-istess strumenti li jintużaw għal mużika oħra.", "Biex taħdem il-mużika, għandek bżonn baseline, drum beat u ħafna affarijiet oħra biex timla', u biex nagħmlu din il-mużika, aħna nużaw l-istess affarijiet bħal ma tintuża għall-mużika oħra.", "Jiena ilni għaxar snin indoqq, minn mindu beda l-house fl-aħħar tas-snin tmenin, u jiena ndoqq din il-mużika kuljum għax biex iżżomm xogħlok trid tittrenja.", "Allura jiena bniedem illi qiegħed overdosed?", "Jiena naħseb illi hawn nies bħali li verament iħobbu l-mużika u minħabba ħaddieħor illi qiegħed jiġi...", "IĊ-CHAIRPERSON: Xi ħadd miż-żgħażagħ illi ltqajna magħhom semma proprju l-baseline.", "Dan qal li jħoss li l-istess ritmu, il-baseline, jaffettwalu l-widna.", "Dan qalu żagħżugħ illi jieħu pjaċir jisma' din it-tip ta' mużika, jiġifieri ma kienx xi ħadd illi bħali jiddejjaq jisma' din it-tip ta' mużika.", "Issa inti semmejt illi jintużaw l-istess strumenti.", "Naturalment hawn diversi tip ta' strumenti u jekk tużahom f'diversi modi - jien ma nifhem assolutament xejn dwar dan - jagħtuk ħoss differenti.", "U r-rhythm, il-beat, jagħmel xi effett, jagħmel xi differenza?", "IS-SUR BRIAN SCHEMBRI: Għalina jagħmel effett, jagħti effett li d-diska hija sabiħa.", "Għalhekk inti għandek tipi ta' mużika differenti.", "Kieku ma jsirux dawn l-affarijiet, kieku hawn tip ta' mużika waħda.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri inti taħseb illi din it-tip ta' mużika ma tħallix effett.", "IS-SUR BRIAN SCHEMBRI: Fl-opinjoni tiegħi, ma tħallix effett.", "Aktar kmieni xi ħadd semma l-ambulanza u qal li għax ikun hemm ambulanza waqt il-party forsi qed tistieden xi ħaġa.", "Allura bl-istess argument, waqt logħba football qegħdin jistiednu l-periklu għax dejjem ikun hemm ambulanza?", "IĊ-CHAIRPERSON: Pero' r-rappreżentant tar-Red Cross qal illi huma ma jkunux hemm biss minħabba d-drogi imma għaliex bħal f'kull attivita' ta' massa jista' jkun hemm diversi inċidenti, per eżempju, xi ħadd iħossu ħażin minħabba għejja fiżika, jew xi ħadd jiżloq jew jaqsam idejh fuq ħġieġa ta' xi flixkun imkisser.", "Jiġifieri t-team mediku mhux qiegħed hemm biss minħabba l-ecstasy imma anke minħabba inċidenti oħra li jistgħu jinqalgħu fejn jinġabru ħafna nies.", "IS-SUR BRIAN SCHEMBRI: Hawn min jgħidlek li aħjar jinqatgħu dawn ir-rave parties, pero' l-argument huwa li minkejja li hawn ħafna serq, ma nagħlqux il-ħwienet imma nippruvaw nedukaw lin-nies.", "Jiena nista' ngħid illi naf nies illi għamlu l-programm tal-Caritas u wara jgħidulek kemm hi sabiħa l-ħajja.", "Jien naħseb li aħjar mill-edukazzjoni m'hawn xejn.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, u mbagħad nagħlqu d-diskussjoni għax sar il-ħin.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Nhar l-Erbgħa inzertajt kont qed insegwi programm fuq stazzjon tat-television fejn kien hemm intervista miegħek u inti għedt li kont l-Olanda.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Staqsewk attendejtx xi rave party hemmhekk, hux hekk?", "IS-SUR BRIAN SCHEMBRI: Jiena dak inhar ma attendejtx rave party, pero' daqqejt barra minn Malta.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Qed ikun hawn ħafna Maltin illi jmorru l-Olanda fejn huwa magħruf li tiġi manifatturata ħafna l-ecstasy underground?", "IS-SUR BRIAN SCHEMBRI: Jien naħseb li n-nies ma jmorrux l-Olanda minħabba r-rave parties.", "Min imur barra minn Malta għar-rave parties, imur il-Ġermanja jew l-Ingilterra għax dawk huma l-iżjed żewġ pajjiżi magħrufa għar-rave parties.", "Per eżempju fil-Ġermanja isir l-ikbar love parade party, fejn kontra dak li konna qegħdin ngħidu aktar kmieni, dan ma jsirx fil-magħluq iżda jsir fil-miftuħ.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: U qed ikun hemm ħafna Maltin għalihom?", "IS-SUR BRIAN SCHEMBRI: Iva, jitilgħu ħafna u kull sena jiżdiedu.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mill-esperjenza tiegħek, barra minn Malta, qegħdin jittieħdu xi miżuri kontra t-traffikar ta' l-ecstasy illi jistgħu wkoll jittieħdu hawn Malta iżda li mhux qed jittieħdu?", "IS-SUR BRIAN SCHEMBRI: Personalment jien rajt li jitqassmu hand-outs dwar dan is-suġġett u jien naqbel ma' dan.", "Naf illi jekk teħodhom wieħed jista' jidher ikrah, pero' jiena nemmen illi kulħadd jista' jiżbalja.", "Forsi bniedem kien hemm u ħa minħabba ħabib tiegħu li qallu biex jeħodha, u wara xtaq illi joħroġ minn dak l-effett.", "Barra minn Malta kienu qed jagħtu hand-out kif dak li jkun jista' joħroġ minn a state of ecstasy.", "Naħseb li dawn il-hand-outs huma siewja għax forsi jista' jkun hemm xi ħadd li ħadha l-ewwel darba u ma jafx kif jista' joħroġ minnha u naħseb li lil dawn in-nies għandna ngħinuhom.", "IS-SUR BRIAN SCHEMBRI: Imma kulħadd għandu l-internet?", "Mhux aħjar li tolqot lil dak il-bniedem illi dieħel f'dik l-event?", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzja lil kull min qiegħed hawn.", "Napprezza ħafna li ġejtu hawnhekk darbtejn għal iktar minn tliet sigħat u żgur li l-kontribut tagħkom ser ikun siewi ħafna.", "Jiena nixtieq ninfurmakom illi għal-laqgħa li jmiss intom m'intomx se tirċievu invit, pero' … (Interruzzjonijiet) Bil-permess tal-Kumitat naħseb li l-laqgħa li jmiss għandna nagħmluha t-Tnejn.", "Naf illi aħna konna ftehmna li jekk fil-Kamra jkun qed jiġi diskuss xi ħaġa dwar social policy, kemm jista' jkun nagħtuha prijorita', pero' ma nistgħux nibqgħu nkarkru fuq dan is-suġġett.", "MARIE LOUISE COLEIRO: If I may suggest, għaliex minflok ma niddeċiedu issa meta se nerġgħu niltaqgħu l-ewwel tikkonsulta mal-Leader of the House biex tara x'se jkollna fuq l-aġenda, imbagħad tinfurmana?", "IĊ-CHAIRPERSON: Hekk hu.", "Kif għedt, mhux se tkunu mistiedna għal din il-laqgħa peress illi l-laqgħa se tkun għall-membri tal-Kumitat li se jiġbor l-informazzjoni kollha li ħarġet matul dawn l-aħħar żewġ laqgħat.", "Nirringrazzja lil kulħadd.", "Il-lejl it-tajjeb.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u l-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19981124_003d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 24 ta' Novembru, 1998", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.25 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Preżenti wkoll kien hemm l-Onor.", "Lawrence Gonzi, Ministru għall-Politika Soċjali u l-Onor Tonio Borg, Ministru ta' l-Intern.", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 2 li saret fit-18 ta' Novembru, 1998 kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumitat informat lill-Kumitat li kellha talba minn Net Television sabiex jittieħed filmat ta' din il-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "KIF GĦANDHOM IKUNU STRUTTURATI L-LAQGĦAT TAL-KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Il-Kumitat irriżuma mit-18 ta' Novembru, 1998 id-diskussjoni fuq kif għandhom ikunu strutturati l-laqgħat tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.", "L-Onor Helen D'Amato qassmet lill-membri tal-Kumitat lista tas-suġġetti diskussi mill-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali matul il-leġislatura preċedenti.", "DISKUSSJONI DWAR REGOLAMENTI GĦAŻ-ŻAMMA TA' DISCOS U PARTIES", "Il-Kumitat stieden lis-Sinjorina Lorraine Napier, President tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ; is-Sur Joe Saliba, Assoċjazzjoni tas-Salib l-Aħmar; is-Sur Silvio Bartolo, party organiser, Exit Promotions; is-Sinjur u s-Sinjura Borg, ġenituri ta' żgħażagħ; il-Perit Sandro Soler, Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ; is-Sur Martin Cassar u s-Sur David Abela, żewġ studenti żgħażagħ; is-Sur Michael Cassar, Assistent Kummissarju tal-Pulizija; it-Tabib John Cachia, Aġent Tabib Ewlieni tal-Gvern, u t-Tabib Malcolm Micallef, Direttur tas-Saħħa Pubblika fid-Dipartiment tas-Saħħa; is-Sur Philip Fenech, President, Hospitality and Lesiure Division tal-General Retailers and Traders Union; is-Sur Brian Horn, Alternattiva Żgħażagħ u s-Sur Brian Schembri, disc jockey.", "Is-Sinjorina Lorraine Napier, Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u l-Perit Sandro Soler, Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, ippreżentaw lill-Kumitat punti u proposti dwar regolamenti għaż-żamma ta' discos u parties.", "Is-Sur Philip Fenech, General Retailers and Traders Union, informa lill-Kumitat li kellu jibgħat kopja ta' rapport maħruġ mill-London Drug Policy Forum intitolat \"Dance till dawn safely\".", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19981124_003m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 3", "It-Tnejn, 30 ta' Novembru 1998, fil-6.30 p.m.", "Mr Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 30 ta' Novembru 1998, fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra.", "Ombudsplan għas-sena 1999.", "25 ta' Novembru 1998 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19981130_003a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 30 ta' Novembru, 1998", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-", "L-iSpeaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra l-Onor.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 2 li saret fis-16 ta' Novembru 1998, kienu konfermati.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li l-Uffiċċju tiegħu kien għamel kuntatt mal-MITTS dwar il-possibilita' li l-Membri Parlamentari jingħataw il-faċilita' ta' l-Internet fid-djar tagħhom.", "Xogħol tal-Kamra", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li kien għadda abbozz ta' skeda dwar is-seduti konnessi mad-diskussjoni dwar il-Budget għas-sena 1999.", "Kopja ta' din l-iskeda ġiet ċirkolata fil-Kumitat.", "Il-programm maħsub għal dawn is-seduti kien kif ġej:-", "L-Erbgħa, 25 ta' Novembru Budget Speech", "L-Erbgħa, 2 ta' Diċembru Risposta mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni", "Il-Ġimgħa, 4 ta' Diċembru", "Fis-6.30 p.m. Risposta mill-Prim Ministru", "L-Erbgħa, 9 ta' Diċembru L-Ewwel Jum", "Fid-9.30 a.m. Ministeru ta' l-Edukazzjoni", "L-Erbgħa, 9 ta' Diċembru It-Tieni Jum", "Fis-6.30 p.m. Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi", "Il-Ħamis, 10 ta' Diċembru It-Tielet Jum", "Fid-9.30 a.m. Ministeru għall-Politika Soċjali", "Il-Ħamis, 10 ta' Diċembru Ir-Raba' Jum", "Fis-6.30 p.m. Ministeru għat-Trasport u", "Komunikazzjoni", "Il-Ġimgħa, 11 ta' Diċembru Il-Ħames Jum", "Fis-6.30 p.m. Ministeru għall-Ambjent", "It-Tnejn, 14 ta' Diċembru Is-Sitt Jum", "Fid-9.30 a.m. Ministeru għat-Turiżmu", "It-Tnejn, 14 ta' Diċembru Is-Seba' Jum", "Fis-6.30 p.m. Ministeru tas-Saħħa", "It-Tlieta, 15 ta' Diċembru It-Tmien Jum", "Fid-9.30 a.m. Ministeru għall-Biedja u Sajd", "It-Tlieta, 15 ta' Diċembru Id-Disa' Jum", "Fis-6.30 p.m. Ministeru tal-Finanzi", "L-Erbgħa, 16 ta' Diċembru L-Għaxar Jum", "Fid-9.30 a.m. Ministeru ta' l-Intern", "L-Erbgħa, 16 ta' Diċembru Il-Ħdax-il Jum", "Fis-6.30 p.m Ministeru għall-Affarijiet Barranin", "Il-Ħamis, 17 ta' Diċembru It-Tnax-il Jum", "Fis-6.30 p.m. Ministeru għal Għawdex", "Il-Ġimgħa, 18 ta' Diċembru It-Tlettax-il Jum", "Fid-9.30 a.m. Uffiċċju tal-Prim Ministru", "Il-Ġimgħa, 18 ta' Diċembru L-Erbatax-il Jum", "Fis-6.30 p.m. Approprjazzjoni", "Id-diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u tal-Prim Ministru kellhom jieħdu sagħtejn kull wieħed.", "L-Onor George Vella qajjem il-punt li d-diskussjoni fuq il-voti tal-Ministeru għall-Politika Soċjali kienet timmerita aktar minn seduta waħda.", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali talab indikazzjoni dwar l-għadd ta' seduti li l-Oppożizzjoni kellha bżonn għad-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju ħalli jkun jista' jiġi allokat aktar ħin għad-diskussjoni fuq il-Voti tal-Ministeru tiegħu.", "Il-Kumitat qabel li l-mozzjoni ta' proċedura li tirregola s-seduti konnessi mal-Budget għandha titressaq fil-Parlament mingħajr diskussjoni.", "Fuq proposta tal-Ministru għall-Politika Soċjali, il-Kumitat qabel li fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa, 9 ta' Diċembru 1998, kellha titressaq fil-Parlament riżoluzzjoni konġunta bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-Universal Declaration of Fundamental Human Rights, u li l-ħin li jittieħed għal din ir-riżoluzzjoni kellu jiżdied mal-ħin tas-seduta.", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li kien ġie informat mill-Ministru tal-Finanzi li dak inhar stess kien stieden lix-shadow minister tal-finanzi, l-Onor Leo Brincat, sabiex jieħu sehem f'konsultazzjonijiet dwar l-introduzzjoni tal-liġi tal-VAT u li l-Onor Brincat kellu jagħti r-risposta tiegħu wara li jikkonsulta lill-grupp parlamentari.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor George Vella, il-Kumitat qabel li l-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ma kellhiex issir fl-istess ħin li fil-Kamra tkun għaddejja d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali u għaldaqstant il-laqgħa li jmiss ta' dan il-Kumitat kellha tiġi posposta.", "Diskussjoni dwar l-Ombudsplan għas-sena 1999", "Il-Kumitat qabel li s-Sur Joe Sammut, Ombudsman, jieħu parti fil-Kumitat sabiex isirulu xi mistoqsijiet jew osservazzjonijiet u qabel ukoll li ssir it-traskrizzjoni ta' din is-seduta.", "Meta ntemmet id-diskussjoni, il-Kumitat qabel li għandu jirrakkomanda lill-Kamra l-Ombudsplan kif ippreżentat, wara li t-traskrizzjoni ta' din il-laqgħa tkun ġiet ċirkolata lill-Membri kollha tal-Kamra, u li l-Kamra mbagħad tintalab tapprova riżoluzzjoni fejn taddotta l-Ombudsplan għas-sena 1999.", "Fit-8.58 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19981130_003m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 4", "It-Tnejn, 7 ta' Diċembru 1998, fis-6.30 p.m.", "Mr Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 7 ta' Diċembru 1998, fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra.", "3 ta' Diċembru 1998 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19981207_004a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 7 ta' Diċembru, 1998", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-", "L-iSpeaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra l-Onor.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 3 li saret fit-30 ta' Novembru 1998, kienu konfermati.", "Fuq punt imqjjem mill-Onor George Vella, il-Kumitat qabel li l-ħin għad-diskussjoni fuq ir-riżoluzzjoni konġunta bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-Universal Declaration of Fundamental Human Rights li kellha ssir fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa, 9 ta' Diċembru, kellu jkun ta' nofs siegħa, bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni.", "Il-ħin li jittieħed għal din ir-riżoluzzjoni kellu jiżdied mal-ħin tas-seduta.", "Il-Kumitat qabel li d-diskussjoni fuq il-Voti tal-Ministeru għall-Politika Soċjali kellha tiġi estiża b'sagħtejn.", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li l-Gvern kien lest li jipprogramma x-xogħol tal-Kamra b'mod li Parlament ikollu ċans li jiddibatti l-Abbozz ta' Liġi dwar il-VAT qabel ma din tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1999.", "L-Onor Gonzi talab lill-Oppożizzjoni tindika l-għadd ta' seduti li se jkollha bżonn għad-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi u r-reazzjoni tagħha għal diversi proposti li għamel dwar meta jistgħu jsiru dawn is-seduti fl-isfond tal-programm li kien hemm għad-diskussjoni dwar il-Budget.", "Fit-8.56 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19981207_004m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 4", "L-Erbgħa, 9 ta' Diċembru, 1998 fis-7.00 p.m.", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, tavża li l-Kumitat ser jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 9 ta' Diċembru 1998 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar regolamenti għaż-żamma ta' discos u parties - Kontinwazzjoni.", "2 ta' Diċembru 1998 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19981209_004a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 4", "L-Erbgħa, 9 ta' Diċembru, 1998", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 4", "L-Erbgħa, 9 ta' Diċembru, 1998", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.15 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 3 li saret fl-24 ta' Novembru, 1998, ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Nixtieq ninforma lill-kumitat bil-korrispondenza li jien irċevejt mill-aħħar laqgħa li kellna.", "Irċevejt żewġ ittri dwar dan is-suġġett, waħda mid-Department for Health Promotion and International Health u oħra mill-Assoċjazzjoni Ġenituri Nħarsu lil Uliedna, kif ukoll dokument mingħand is-Sur Philip Fenech, mill-GRTU, intitolat \"Dance till Dawn Safely\".", "Kopji ta' dawn id-dokumenti se jitqassmu lill-membri tal-kumitat.", "Bħal f'laqgħat oħra ġejna mitluba biex għal din il-laqgħa tidħol l-istampa permezz ta' NET Television u forsi anke hawn xi rappreżentanti ta' gazzetti li jridu jieħdu xi ritratti.", "Hawn xi oġġezzjoni?", "Kien deċiż li din il-laqgħa tinżamm għall-membri tal-kumitat u għall-Membri Parlamentari li l-aħħar darba ma kellhomx iċ-ċans li jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar dan is-suġġett, pero' fl-aħħar laqgħa kienet intweriet ukoll ix-xewqa li nisimgħu l-veduta ta' perit dwar spazju li għandu jiġi allokat għal kull persuna, il-ventilazzjoni tal-post, il-livell tal-ħoss u dwar fire fighting measures.", "Għal dan il-għan hawn preżenti l-Perit George Cilia mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar li nitolbu jiġi mal-mejda biex jagħti l-veduti tiegħu bħala persuna esperta f'dan il-qasam.", "IL-PERIT GEORGE CILIA (Awtorita' ta' l-Ippjanar): Għalkemm il-konsiderazzjoni ta' volum ta' nies li jistgħu jidħlu fil-premises per se m'hijiex konsiderazzjoni diretta ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, meta nagħmlu l-konsultazzjoni tagħna, partikolarment mat-Taqsima tat-Tifi tan-Nar tal-Pulizija, ġieli jiġi ndikat l-ammont massimu ta' nies li dak il-post jieħu, pero' iżjed mill-punto di vista ta' safety kontra nar milli minn xi lat ieħor.", "F'pajjiżi oħrajn, xi forma ta' standards jeżistu, pero' hawn Malta m'għandniex dawn it-tip ta' standards.", "Kien hemm xi indikazzjoni dwarhom fil-building regulations, pero' dawn ilhom biex jidħlu fis-seħħ 'il fuq minn ħames snin.", "Għal xi raġuni jew oħra dawn ir-regolamenti dejjem jiġu posposti, partikolarment minħabba min se jieħu ħsieb jara li effettivament dawn il-building regulations qed jiġu mħarsa.", "Bħalissa l-unika ħaġa li tavviċina xi ftit il-building regulations hija l-liġi sanitarja li bħalma probabbli jafu ħafna mill-membri, hija liġi antika.", "Il-liġi prinċipali saret fl-1875 - 1880 u minkejja li baqgħet tiġi emendata, m'għadhiex tirrispondi għall-ħteġijiet tal-lum.", "Min-naħa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma nagħmlux l-ammont speċifikat, ħlief meta tindikalna t-Taqsima tat-Tifi tan-Nar tal-Pulizija u allura f'dan il-każ, fil-permessi nagħmlu kondizzjoni kemm dak il-post jiflaħ nies.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma fil-building regulations, allavolja għadhom ma daħlux fis-seħħ, hemm xi ħaġa li tindika dwar dan għall-postijiet ta' divertiment?", "IL-PERIT GEORGE CILIA: Bl-amment ma nafx ngħidlek iżda kien hemm diversi kumitati li ħadmu fuq diversi sezzjonijiet ta' performance tal-bini, per eżempju, l-ventilazzjoni tal-post, ċioe' thermal conditions.", "Hemm abbozzi li għadhom ma daħlux fis-seħħ, pero' ma nafx jekk koprewx din il-parti.", "Jien naħseb li wieħed għandu jindaga ftit jekk kenux indikati li jidħlu u jekk le, forsi wieħed jista' jibda jagħmel indikazzjoni.", "Ġeneralment, min-natura tagħhom, il-building regulations jipprovaw jirrispondu as time goes by.", "Pero' bħalma għedt, dawn għadhom lanqas biss daħlu fis-seħħ.", "Żgur li daħlu f'affarijiet bħalma huma l-għoli tat-turġien, l-għoli ta' railings, safety in use, imma ma nafx jekk daħlux fi spazju li għandu jkun hemm għal kull persuna f'tipi differenti ta' postijiet ta' divertiment, bħal swali taċ-ċinema, eċċ. Naf fiċ-ċert li taħt l-Att dwar l-Edukazzjoni hemm legal notice li tgħid li għal kull tifel u tifla fl-iskola għandu jkun hemm tant open space.", "Naturalment għad-divertiment m'hemmx dan it-tip ta' regolarment, imma fil-każ ta' l-edukazzjoni hemm xi ħaġa stabbilita.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn mistoqsijiet?", "L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Nixtieq nistaqsi lill-perit jekk jikkonsidrax li spazju ta' 0.5 square metres per person li qed jiġi suġġerit huwiex raġonevoli.", "IL-PERIT GEORGE CILIA: Huwa daqsxejn tight l-ispazju ta' 0.5 square metres għal kull persuna.", "Qed nitkellmu fuq żewġ piedi, l-iktar, jiġifieri l-persuna trid tibqa' bil-wieqfa fl-istess pożizzjoni.", "Jekk qed tirriferi għad-dance floor innifisha, ngħidlek li forsi tagħmel sens, imma jekk qed tirriferi għal area fejn ikun hemm sufani u siġġijiet, il-bar area, il-foyer u t-ticketing area .… Naħseb li n-nies ikunu pjuttost qishom sardines.", "FRANCIS AGIUS: Jiġifieri inti tagħmel distinzjoni.", "IL-PERIT GEORGE CILIA: Nagħmel distinzjoni, iva.", "U bilfors trid tagħmel din id-distinzjoni.", "Biex nerġa' nuża l-eżempju ta' l-iskejjel, fi klassi għandu jkollok a certain area għal kull tifel u tifla u fil-bitħa jrid ikollok area oħra għal kull tifel u tifla.", "Per eżempju, bħala normal standard, f'uffiċċju, two square metres per employee huwa meqjus tajjeb, imma dik l-area ma tkoprix is-circulation space, jiġifieri trid tarahom b'mod separat.", "Pero' jien naħseb li spazju ta' żewġ piedi … Jekk persuna tkun daqsxejn qawwija, probabbilment lanqas huwa biżżejjed.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Tista' tgħidilna jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tagħmilx inspections f'dawn il-postijiet?", "Jekk għadha ma tagħmilx, peress li għadhom ma daħlux fis-seħħ dawn il-building regulations, x'beħsiebha tagħmel?", "Jekk beħsiebha tagħmel inspections, kemm se jkunu spissi dawn l-inspections?", "Hemm xi proċedura formali li trid tiġi segwita qabel ma post li għadu kif inbena u jiġi dikjarat li huwa tajjeb biex jinfetaħ?", "IL-PERIT GEORGE CILIA: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar per se, m'hijiex responsabbli għall-bini fl-użu, imma jekk il-bini inbeniex skond il-permess.", "Ir-responsabbilta' ta' l-Awtorita' hija li dak il-bini jkun inbena skond il-permess.", "Bħalissa l-proċedura li tintuża hija dik li tissejjaħ il-compliance certificate, partikolarment biex jingħataw is-servizzi tad-dawl u l-ilma.", "Ovvjament imbagħad il-premises jenħtieġlu l-operating licence mingħand il-Pulizija u f'din l-Awtorita' ma tidħolx.", "Il-Pulizija jistaqsuna jekk il-bini għandux xi irregolaritajiet mill-permess li jkun inħareġ u meta ssir inspection u jkollna d-dikjarazzjoni tal-perit li dan inbena skond il-permess u ma jkunx hemm enforcement orders fuqu, ninformaw lill-Pulizija permezz ta' ittra li dan il-bini jikkonforma mal-permess.", "Beyond that stage, fl-użu tiegħu, l-Awtorita' ma tagħmilx dawn it-tip ta' inspections, naturalment sakemm ma jkunx hemm xi ħadd li jgħid li saret xi illegalita', per eżempju, li tkun inbniet biċċa oħra, jew inbena sular ieħor, jew żdied jew naqas taraġ, jew ingħalaq bieb.", "F'dan il-każ, l-Awtorita' tidħol f'dak li huwa ppjanar tal-bini.", "KARL CHIRCOP: Jekk ma tagħmlux random checks wara li tkun inħarġet il-liċenzja, intom kif se tkunu tafu jekk ikunx sar xi żvilupp illegali?", "IL-PERIT GEORGE CILIA: S'issa m'hijiex il-prattika li nagħmlu dan, u dan proprju minħabba l-kwestjoni ta' riżorsi.", "Il-volum tax-xogħol għan-numru ta' enforcement officers li għandha l-Awtorita' hija kwestjoni perenna.", "L-Awtorita' tittama li billi tkun effettiva qabel, ma jkunx hemm min jissogra jagħmel illegalitajiet fil-post mil-lat ta' ppjanar.", "Over recent years nista' ngħid li l-illegalitajiet naqsu.", "Per eżempju, id-developers qed ikunu iżjed kawti jekk jieħdu dak is-sogru għal dik li hija l-illegalita'.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Hemm bżonn permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-postijiet li jintużaw b'mod temporanju għal dawn l-attivitajiet, per eżempju ir-rave parties li qed jiġu organizzati f'post maħluq apposta?", "IL-PERIT GEORGE CILIA: Jekk l-attivita' tkun qed issir, per eżempju, f'sala tat-tiġijiet li normalment għandha permess ta' żvilupp għall-użu bħala sala tat-tiġijiet, l-Awtorita' ma tidħolx.", "Anke f'postijiet oħrajn, għal dik li hija attivita' ta' lejl wieħed, l-Awtorita' ma tidħolx.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jiġifieri anke jekk wieħed itella' tined f'post partikolari.", "IL-PERIT GEORGE CILIA: Dak m'huwiex meqjus żvilupp partikolari temporanju.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Inti semmejt li 0.5 square metres per person huwa ristrett ħafna.", "Issa f'dawn ir-regolamenti proposti qed jingħad li m'għandhomx jiġu nklużi żoni fil-lokal li ma jistgħux jiġu wżati mill-patrons bħal, ngħidu aħna, uffiċini u areas privati, taraġ jew landings, toilets jew kċejjen.", "Jiġifieri int qed tgħid li 0.5 square metres huwa ristrett wisq?", "IL-PERIT GEORGE CILIA: Iva, jien qed ngħid li wieħed forsi jista' jaċċetta dak l-ispazju fejn qed jiżfnu n-nies, id-dance floor proper.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: X'area tissuġġerixxi?", "IL-PERIT GEORGE CILIA: Irid ikun hemm iktar floor area.", "Jien naħseb li jrid ikollok metru kwadru kull persuna, pero' jiddependi għal fejn qed tirriferi.", "Per eżempju ma tistax tieħu kuridur ta' 50 metru kwadru u tgħid li fih tista' ddaħħal sa 50 persuna oħra, dak trid teskludih.", "Trid tagħti kas tas-circulation space.", "Jien naħseb li f'seating area, sa metru kwadru b'seating normali, għandek fejn tiċċirkola.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn xi ħadd ieħor li jixtieq jagħmel xi domanda?", "(Onor. Membri: Le) Nirringrazzjak perit.", "Issa nixtieq insejjaħ lill-Onor.", "Adrian Vassallo li fl-aħħar laqgħa wera x-xewqa li jitkellem.", "ADRIAN VASSALLO: Aħna nafu li r-regolamenti antiki li għadhom eżistenti sal-lum m'humiex tajbin u għalhekk qegħdin nibdluhom, pero' minkejja li nafu li r-regolamenti m'humiex tajbin u diġa' mietu żewġ persuni u oħrajn iddaħlu l-isptar ibatu mill-effetti ta' din id-droga, xorta waħda baqgħu joħorġu l-permessi biex isiru dawn ir-rave parties.", "Fil-fatt għadu kemm sar wieħed it-Tnejn.", "Dan il-party kellu jsir proprju fil-post fejn miet Sammy Schembri u peress li l-owner tal-post iddeċieda li ma jsirx hemm, sar band'oħra.", "Il-punt jibqa' li jekk aħna nafu li r-regolamenti eżistenti m'humiex tajbin, għalfejn baqgħu joħorġu l-permessi biex isiru dawn l-attivitajiet?", "Li kieku, allaħares qatt, miet xi ħadd, min kien se jerfagħha r-responsabbilta'?", "Din hija l-ewwel domanda li xtaqt nistaqsi.", "Il-loġika tiegħi tgħid li jekk nafu li r-regolamenti eżistenti huma ħżiena u se noħorġu oħrajn ġodda, sakemm joħorġu l-ġodda, ma jibqgħux jingħataw permessi għal dawn it-tip ta' attivitajiet.", "Din hija l-opinjoni tiegħi; forsi ħaddieħor jaħsibha mod ieħor, imma aħna qed nitkellmu fuq il-ħajja ta' nies.", "Jien inħoss li sakemm isiru regolamenti li aħna naħsbu li huma adattati u li huma aħjar minn dawk eżistenti, m'għandhomx jibqgħu jingħataw permessi għal dawn l-attivitajiet.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' għaġġla għax ġejja n-new year.", "L-affarjiet iridu jsiru bis-serjeta' u mhux l-ewwel infattruha u mbagħad noqogħdu ngħidu: Għax messu sar hekk, u stajna għamilna hekk!", "Nerġa' ngħid, fuq nies qed nitkellmu, mhux fuq oġġett, fuq karozza jew ħaġa oħra.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa dwar l-ecstasy; forsi se nirrepeti affarijiet li diġa' ntqalu.", "L-ecstasy m'hijiex droga li bniedem jeħodha biex joqgħod id-dar jisma' l-mużika.", "Hawn min qal li jeħduha fil-marċi u f'meetings pubbliċi, pero' safejn naf jien, u skond ma qaluli min ħa d-droga, LSD jieħdu fil-marċi.", "Issa jista' jkun hemm wieħed 'l hemm u 'l hawn li jieħu l-ecstasy fil-marċi, pero' normalment LSD jieħdu.", "L-ecstasy tittieħed when a number of conditions are satisfied, jiġifieri jkun hemm il-massa tan-nies fejn kulħadd iħakkek ma' xulxin it-tip ta' ilbies li jkun hemm li bħalma rajna fuq it-television meta ġabu filmati ta' dawn l-attivitajiet, b'mod speċjali tat-tfajliet, ma tantx ikun ilbiex onest, u jkun hemm a particular type of music.", "Ħadd m'hu se joqgħod idoqq mużika jazz, jew slow, imma jkun hemm tip ta' mużika apposta għal din it-tip ta' droga.", "Jiġifieri bħalma jgħidu l-Ingliżi, it comes in a package u l-package issibu proprjament f'dawn it-tip ta' rave parties.", "Wieħed jistaqsi għaliex tittieħed id-droga.", "Id-droga ilha tittieħed għal eluf ta' snin.", "L-alkoħol huwa droga, it-tabakk huwa droga.", "Meta l-Ewropej marru l-Amerka ħadu l-alkoħol magħhom u ġennu lill-Indjani.", "Dak iż-żmien kont tieħu li trid mingħandhom jekk tagħtihom naqra alkoħol.", "Huma tawhom it-tabakk li ġabuh lura magħhom, u mbagħad kulħadd beda jpejjep.", "Meta marru fil-far east sabu l-opium u anke dan inġieb lura magħhom.", "Jiġifieri erbat ijiem oħra jivvintaw droga oħra XYZ u xi ħadd se jeħodha.", "Jgħaddu erbat ijiem oħra, jivvintaw droga ABC u xi ħadd se jeħodha wkoll.", "Il-fatt li d-droga teżisti jfisser li xi ħadd bilfors se jeħodha.", "Hawn min qal li d-droga jeħduha minħabba n-nuqqas ta' valuri li għandhom.", "Veru, illum kollox sar jgħaddi, ma baqa' valuri ta' xejn.", "Illum il-bniedem qed jiġi mgħallem, anke permezz tal-media, li hu the centre of the universe u jippretendi li kulħadd joqgħod idur miegħu, mhux huwa parti mill-komunita' u għandu jagħmel dak li hu tajjeb għall-komunita'.", "Illum wieħed jippretendi li jagħmel li jrid u kulħadd joqgħod għal dak li jrid hu.", "Il-familja huwa l-post fejn it-tfal tagħna jitgħallmu l-valuri, imma l-familja x'inhi?", "Illum il-missier jaħdem minn fil-għodu sa tard bil-lejl - nara minni, ġieli lit-tfal tiegħi narahom reqdin, u bħali hawn eluf ta' missirijiet oħra - u ħafna mill-ommijiet jaħdmu wkoll.", "It-tfal l-ewwel kienu jibdew il-primary school meta jkollhom ħames snin, imbagħad saru l-kindergarten u issa għamilnielhom il-pre-kindergarten stage.", "Dejjem naraw kif nagħmlu biex wieħed jeħles mit-tfal ħalli jkun jista' jmur jaħdem.", "Issa vvintajna wkoll id-day centres għat-tfal - veru li ma mar ħadd imma ma mar ħadd għax id-day centres expensive għax kieku bagħtuhom - biex tfal tat-twelid jitħallew mal-carers.", "Jien naf tfal - u bħali kemm Dr Chircop kif ukoll it-tobba l-oħra li hawn preżenti jafu wkoll - li lill-carers tagħhom, liz-zija jew lin-nanniet, jsejħulhom \"ma\" u \"pa\".", "Dawn lanqas jafu min huma ommhom u missierhom.", "Allura x'tip ta' karattru jista' jkollhom dawn it-tfal meta lanqas jafu min hi ommhom!?", "Twaqqfet kummissjoni biex tara l-futur tal-familja imma l-kummissjoni għandha ssir biex tara kif se ngħaqqdu l-familja u kif il-familja għandha tgħallem il-valuri lit-tfal tagħha.", "Illum it-tfal jiġu mill-iskola u ħafna drabi jsibu d-dar vojta, jiġu l-ommijiet, min kiel 'l hawn, min kiel 'l hemm u jintefgħu quddiem dik il-kaxxa tat-television.", "Il-valuri mit-television jitgħallmuhom imma minn fuq it-television ma tantx tara affarijiet sbieħ.", "If we don't try to help the family work as a family … Jien inħoss li għandu jsir xi ħaġa dwar dan.", "Jien kont issuġġerejtha s-sena l-oħra iżda ma sar xejn.", "Kulħadd jaf li llum qed ikollna kważi elf separazzjoni fis-sena.", "Fl-opinjoni tiegħi, jiddispjaċini ngħid li enforcement m'hawn xejn.", "Bir-rispett kollu lejn l-Assistent Kummissarju Cassar, il-pulizija ma tantx jispirawli fiduċja.", "Minn mistoqsija parlamentari li għamilt, ħareġ li fi żmien għaxar snin, f'discos inqabdu xi sitt itfal taħt is-sittax-il sena.", "Sitt itfal issibhom ġo toilet jekk tmur issa stess!", "Mhux sitta f'għaxar snin!", "Meta staqsejt kemm inqabdu nies ibigħu alkoħol lil tfal taħt is-16-il sena, jekk m'iniex sejjer żball, ir-risposta kienet li f'għaxar snin, inqabdu xi 15, b'sitta minnhom jinqabdu din is-sena.", "Imbagħad kien hemm dak il-ġuvni Libjan li kiser il-liġi għax daħħal gremxula u weħel xahar ħabs, waqt li din is-sena ittellgħu l-Qorti iktar minn 100 ruħ fuq akkużi ta' drogi, iżda weħlu xi għaxra biss!", "Insejt il-figura eżatta imma hemm mistoqsija parlamentari dwar dan.", "Is-sena l-oħra għaddejna l-liġi li min jittraffika is-psychotropic drugs jeħel 20 sena, mentri fil-fatt lanqas 20 minuta ma jeħel għax ma jeħel ħadd il-qorti.", "Jekk inti m'għandekx enforcement kemm mill-qorti u kemm mill-pulizija .… Kulħadd jaf b'dak ir-rave party li kellhom il-permess biex jidħlu 480 ruħ u daħlu 7,000.", "Minn taħt għajnejn il-pulizija daħlu dawk in-nies kulħadd ħalla kollox għaddej!", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, le; hawnhekk nixtieq nikkorreġik.", "Ħadd ma ħalla kollox għaddej għax fil-fatt ...", "ADRIAN VASSALLO: Ħallew kollox għaddej ....", "IĊ-CHAIRPERSON: .… ttella' l-qorti u sar anke appell.", "MICHAEL FARRUGIA: Jekk se ngħidu li kien hemm dak il-każ u li sar appell donnu qisna għamilna xi ħaġa, irridu ngħidu x'inhi l-verita'.", "Niftakar li fil-bidu ta' din is-sena kienu jissemmew ħafna, anke fil-ġurnali, dawn l-imberkin meningo coccus septisimia.", "Naħseb li ħafna mill-ġurnalisti jiftakruha din għax kemm-il darba ġabuha fil-ġurnali u fil-fatt għadha sejra sal-lum.", "Il-maġġor parti ta' dawn il-każi kienu ta' persuni ta' bejn l-14 u s-16-il sena u fil-maġġor parti tagħhom kienu attendew id-discos.", "Mela jekk hemm prova żgura li għandna żgħażagħ li jattendu d-discos li għandhom inqas mill-eta' tar-regolamenti eżistenti ta' l-1995, hija proprju l-każi li kellna.", "Biex ngħid hekk, dawn inqabdu red-handed għax meta marru biex jinterrogawhom uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa - u qed nieħu pjaċir li hawn preżenti Dr Malcolm Micallef li huwa d-Direttur tal-Public Health - biex jaraw fejn kienu u x'kuntatti kellhom, sabu li l-maġġor parti tagħhom kienu f'discos.", "Xi provi iktar minn hekk trid f'idejk biex tikkonferma li ż-żgħażagħ qed jattendu d-discos?", "Dawn ammettew li kienu jattendu d-discos, imma kemm ittieħdu passi fir-rigward ta' dawk in-nies fil-postijiet tagħhom li kien hemm dawn iż-żgħażagħ?", "Każ red-handed iżjed minn hekk, ma jistax ikollok.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Farrugia, jien fl-ebda ħin ma għidt li l-bżonn ta' enforcement mhux neċessarju u m'hemmx bżonn li jsir aktar, iżda hawnhekk kien hawn kumment mill-Onor.", "Vassallo fejn qal li ma sar xejn f'dik l-okkażjoni.", "Jien ikkorreġejt il-punt li ....", "MICHAEL FARRUGIA: Kollox simboliku, biex taparsi sar xi ħaġa.", "ADRIAN VASSALLO: Jimporta jekk nippreċiża ftit għax bir-rispett kollu lejk, inti forsi mmiżinterpretajtni?", "Jien ridt ngħid li skond il-permess kellhom jidħlu 468 ruħ meta fil-fatt daħlu 7,000.", "Skond il-permess ukoll, il-mużika kellha tieqaf f'nofs il-lejl mentri l-mużika waqfet fl-4.30 a.m., u waqfet għax bdew iċemplu n-nies mill-Belt, mill-Isptar San Luqa u minn kullimkien, għax kieku ma ċempel ħadd, xejn ma kien jiġri.", "Il-fatt li sar l-appell ma sarx biex taparsi għamilna xi ħaġa.", "Naħseb li ħadd ma kien kuntent bil-mod ta' kif ingħatat il-multa u għalhekk sar l-appell.", "Jiġifieri din m'hijiex kwestjoni li saret biex taparsi tkun saret xi ħaġa għax allura qisna qed ngħidu li meta ma jsir xejn, nikkritikaw li ma jkun sar xejn, u meta jsir xi ħaġa, ngħidu li nkunu qed nagħmluha biex taparsi saret xi ħaġa.", "Jekk se nirraġunaw b'dan il-mod, noqogħdu b'idejna fuq żaqqna kollha kemm aħna, ħalli almenu jakkużawna li m'għamilna xejn!", "MICHAEL FARRUGIA: Jien mhux qed nikkritika l-fatt li sar l-appell.", "Sewwa għamlu, anzi għadni mbellah b'dik it-tip ta' multa li ngħatat imma naħseb li l-fatti qed juru li qed nagħmlu ħafna diskussjonijiet u ilna għaddejjin tliet seduti fuq dan is-suġġett, meta r-regolamenti ta' l-1995 m'aħniex nimxu magħhom.", "Naħseb ikun interessanti li wieħed jistaqsi kemm, minkejja li ilna għaddejjin bid-diskussjonijiet għal dawn l-aħħar tlieta, erba' ġimgħat, ġew rispettati r-regolamenti ta' l-1995 f'dawn l-aħħar ġimgħat.", "Mela regolament wieħed ta' l-eta' m'aħniex inżommuh, aħseb u ara jekk inżidu aktar regolamenti!", "Jien naħseb li aħjar ikollna daqsxejn goodwill ta' iktar enforcement jekk irridu nibdew niddiskutu l-affarijiet bis-serjeta'.", "Ħafna drabi nissuspetta li se nispiċċaw bħalma nagħmlu s-soltu, nagħmlu xi ħaġa, nagħmlu erbat ijiem nagħmlu festa bihom u mbagħad wara erbat ijiem kollox jintnesa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Bir-rispett kollu, Onor. Farrugia, huwa minnu li aħna rridu noqogħdu wkoll għar-regolamenti ta' l-1995 u hemm xi shortfalls f'dawk ir-regolamenti fejn tidħol enforcement, pero' dan ma jipprekludiniex milli nesiġu li jkun hemm enforcement fuq ir-regolamenti ta' l-1995, u nesiġu wkoll enforcement fuq dak li aħna se ngħaddu bħala punti għall-konsiderazzjoni tal-Ministeru ta' l-Intern u tal-Ministeru għall-Politika Soċjali għax fl-aħħar mill-aħħar huma jridu jagħmlu r-regolamenti.", "Jekk se noqogħdu naħsbu u nargumentaw li la fuq ir-regolamenti ta' l-1995 m'hemmx biżżejjed enforcement allura mhux se jkun hemm enforcement fuq l-affarijiet l-oħra li se nagħmlu, jiddispjaċini ngħid, hija attitudni żbaljata.", "Minn hawnhekk għandna noħorġu b'sett ta' regolamenti għall-konsiderazzjoni tal-Ministeru ta' l-Intern u tal-Ministeru għall-Politika Soċjali.", "Naturalment dak li se joħroġ minn hawn mhux neċessarjament se joħroġ photocopy tiegħu min-naħa taż-żewġ ministeri, pero' hawnhekk se nagħtu s-suġġerimenti tagħna.", "Imma li nibqgħu nargumentaw li ladarba dwar ir-regolamenti ta' l-1995 ma kienx hemm biżżejjed enforcement, nieqfu hawn, huwa żball.", "Aħjar li aħna niffokaw fuq x'suġġerimenti nistgħu nagħmlu - wara kollox aħna ġejna hawnhekk biex niddiskutu dawn is-suġġerimenti u naħseb li llum kien il-forum proprju li niddiskutuhom - milli niddiskutu jekk għandniex nagħmlu suġġerimenti.", "L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Dwar dak li qal l-Onor.", "Adrian Vassallo, bażikament jien diġa' għidtu fil-laqgħat ta' qabel.", "Veru li rridu nibdew mill-aspett edukattiv għax jekk kemm-il darba lit-tfal tagħna m'aħniex se nedukawhom b'mod anke pro-attiv, mhux kontra d-droga imma kemm hu sabiħ li tgħix ħajja sana, m'aħniex se naslu.", "Din għandha tkun waħda mill-aspetti preventivi.", "Għar-rigward ta' dawn il-punti li ġew imressqa għall-konsiderazzjoni, nara żewġ ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk tippermettili Onor. Chircop, xtaqt li ma naqbdux fuq dawn il-punti għalissa.", "Naħseb li l-ewwel aħjar inħallu lill-Onor.", "Adrian Vassallo jgħid dak li għandu x'jgħid - u nitolbok, jekk jogħġbok, iżżomm fil-qosor kemm jista' jkun - imbagħad nidħlu f'dawk il-punti wieħed wieħed.", "ADRIAN VASSALLO: Xtaqt nistaqsi mistoqsija waħda għax għadni m'iniex ċar fuqha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hi qiegħda 0.5 square metres per person.", "(Interruzzjonijiet)", "ADRIAN VASSALLO: Mela fi ftit kliem, għal kull maduma li hawn hawnhekk, tidħol persuna.", "Jiġifieri ġo din il-kamra jidħlu xi 600 ruħ, allura naħseb li dik il-miżura hi daqsxejn żgħira.", "Dwar il-ħin jien naqbel ħafna ma' dak li qal l-Onor.", "Agius fil-laqgħat preċedenti.", "Mhux tajjeb li bniedem jibqa' barra sas-6.00 a.m., jiġi mid-disco qisu s-sinjur u ħutu u l-ġenituri tiegħu jridu joqogħdu bil-kwiet lanqas jistgħu jiċċaqalqu.", "Barra minn hekk jien naf min wara li mar dawn l-attivitajiet, baqa' sejjer għax-xogħol.", "Illum hawn ħafna nies jaħdmu f'lukandi bix-shift, but it is definitely not healthy li jibqgħu barra sa dak il-ħin.", "Aħna l-ewwel inħallu lil kulħadd jagħmel li jrid, imbagħad irridu nikkontrollaw!", "Jekk tgħid li fis-2.00 a.m. ir-rave parties iridu jieqfu, dan imurlek x'imkien ieħor.", "Mela tagħmel curfew u tagħlaq il-bars u l-ħwienet kollha, għax inkella billi twaqqaf ir-rave party, in-nies jispiċċaw biex mir-rave party jmorru x'imkien ieħor.", "Jiġifieri m'inti se ssolvi xejn billi tistipula xi ħin speċifikat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti semmejt il-package fejn kollox hu marbut ma' xulxin, allura ma taħsibx li meta jieqaf xi fattur minnhom se jaffettwa dak il-package?", "Jekk dawn ikunu f'numru kbir, mhux kollha se jmorru x'imkien ieħor.", "ADRIAN VASSALLO: Intom qed tgħidu li nwaqqfu l-parties fis-2.00 a.m., imma x'inhu l-iskop li twaqqafhom fis-2.00 a.m.?", "Biex dak li jkun ma jeħux id-droga?", "Jien naħseb li min irid jieħu d-droga, jista' jeħodha fid-9.00 p.m. x'ħin jibda l-party u jibqa' għaddej sas-2.00 a.m.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma tkisser il-package.", "ADRIAN VASSALLO: Biex tkisser il-package trid tagħmel party ta' siegħa li mbagħad ma tiġix worth it li wieħed imur, il-bqija m'intix se tkisser il-package.", "If the time frame is there … Illum qed jagħmlu parties li jibdew mill-11.00 p.m. u jibqgħu sejrin sas-1.00 p.m. ta' l-għada!", "Kien hawn beach parties li jibdew mis-1.00 p.m., imorru jgħumu, imbagħad imorru ma nafx fejn u mbagħad imorru jiżfnu sas-6.00 a.m.!", "Jiġifieri mbilli tgħid li fis-2.00 a.m. l-party irid jieqaf, trid tara wkoll x'ħin se jibda.", "Mhux xorta se jeħodha d-droga.", "Issa jekk l-iskop huwa li tgħid li d-divertiment m'huwiex tajjeb wara s-2.00 a.m. - semmejna l-aspett ta' saħħa - dawn mhux xorta se jmorrulek x'imkien ieħor?", "Jiġifieri inti qed tgħid li se nagħlqu kullimkien fis-2.00 a.m.?", "Jien naħseb li mil-lat ta' ħin, we've missed the boat.", "L-ewwel ħallejna lil kulħadd jagħmel li jrid sa x'ħin irid, u issa .… Illum il-postijiet ta' divertiment jagħlqu fl-4.00 a.m. u jerġgħu jiftħu fl-istess ħin għax il-permessi hekk qegħdin.", "Hawn postijiet ta' divertiment li lanqas bieb m'għandhom għax jibqgħu miftuħin 24 hours!", "Dwar id-droga, jien inħoss li trid issir distinzjoni bejn id-droga.", "Hawn żewġ tipi ta' droga.", "Hawn droga li hija physically addictive, bħalma hija l-eroina, u hawn droga li m'hijiex physically addictive, bħalma hi l-ecstasy.", "Hemm bżonn li ndaħħlu sistema bħalma jsir fl-isports u f'oqsma oħra biex niċċekkjaw għad-doping.", "Illum anke f'logħba billiard jagħmlulhom doping tests.", "Min ra l-filmat li ġabu fuq in-Net Television jinduna min ma jkunx f'sensih.", "Jekk inti m'intix se taqbad lil min jidher li jkun ħa d-droga … Billi toqgħod tagħmel road blocks bil-klieb - u niddubita kemm il-klieb ixommuha l-ecstasy - m'initx se taqbadhom għax jeħduhielek qabel u ma ssibhiex.", "Imbagħad naraw x'nagħmlulu wara li naqbduh, jew tagħmillu multa jew xi ħaġa oħra.", "Imma li toqgħod tagħmel road blocks minn tlett ijiem qabel, timmobilizza l-Korp tal-Pulizija kollu, tidħol tfittex qabel u ddaħħal il-klieb, m'inti se ssolvi xejn.", "Trid tara jekk wieħed huwiex doped bħalma jsir fl-isports u bħalma jsir għall-alkoħol permezz tal-breathalyser test.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Filli qed nitkellmu fuq nuqqas ta' enforcement u filli mmorru lura fuq enforcement żejjed.", "Naħseb li rridu nkunu nqara konsistenti wkoll.", "Nixtieq issa ngħaddu għall-punti kif kienu ġew imressqa oriġinarjament u in vista ta' dak kollu li ntqal hawn ġew u forsi anke barra minn hawn ġew.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li dawn ir-regolamenti m'humiex biss kwestjoni ta' konnessjoni bejn parties u droga, qisna qed ngħidu li dawn ir-regolamenti jridu jħarsu l-parties biex ikunu drug free - għalkemm aħna hekk nixtiequhom li jkunu - imma hemm konsiderazzjonijiet oħra li rridu neħduhom ukoll.", "U hawn qed nirreferi għal health and safety waqt li dawn iż-żgħażagħ ikunu qegħdin jiddevertu fil-post, ejja ngħidulu li jkun drug free.", "Hemm konsiderazzjonijiet oħra li aħna rridu nieħdu biex dawn il-postijiet ikunu safe?", "Wieħed ma jridx jara biss ir-rabta bejn il-party u d-droga għalkemm ħafna drabi d-diskussjoni waqgħet fuq hemm biss, għax nafu li hemm hazards oħra, fosthom il-ħoss esaġerat, l-iffollar żejjed, in-nuqqas ta' faċilitajiet sanitarji u n-nuqqas ta' safety measures f'każ ta' emerġenza.", "Dawn huma kollha affarijiet li aħna rridu nħarsu lejhom u mhux sempliċement nagħmlu relazzjoni bejn il-party u d-droga.", "Forsi wieħed mill-aktar punti li se jaqilgħu kontroversja huwa proprju l-ewwel punt dwar ir-regolamentazzjoni tal-ħin.", "Hawnhekk qegħdin nagħmlu distinzjoni bejn party jew disco li jkun fil-miftuħ u dak li jkun fil-magħluq.", "Il-ħin li kien suġġerit huwa dak tas-2.00 a.m. Issa llum jien għaddejtilkom kopja ta' punti għall-konsiderazzjoni tagħna u fil-punt 1(b) qed ngħidu li:", "\"M'għandu jingħata l-ebda permess biex isiru parties jew discos\"", "- anke fil-magħluq -", "\"bejn l-4.00 a.m. u d-9.00 a.m.\".", "Forsi dan ikopri proprju dak il-punt li qajjem l-Onor.", "Vassallo fejn qal li disco jieqaf fl-4.00 a.m. u jerġa' jkompli fl-istess ħin għaliex tkun bdiet session oħra.", "Mentri jekk ikun hemm dan il-break, naħseb li nkunu qed nevitaw li jsir dan.", "Jekk inkunu saqajna ma' l-art, nirrealizzaw li ħadd ma jibda disco bejn l-4.00 a.m. u d-9.00 a.m. jekk ma jkunx kontinwazzjoni ta' xi ħaġa oħra.", "Allura qed nissuġġerixxu dan il-break biex jekk party jew disco għandu jieqaf fl-4.00 a.m., ma jkunx hemm xi loophole, biex ngħidu hekk, li jistgħu jidħlu għaliha fejn jagħlqu l-bieb fl-4.00 a.m. u jerġgħu jiftħuh fl-4.01 a.m. għax tista' tiġi tfisser li tkun bdiet session oħra.", "B'riferenza għar-regolamenti ta' l-1995, qegħdin ngħidu li minn dawn ir-regolamenti għandu joħroġ ċar li l-obbligu li jorbot lill-proprjetarju tal-post fejn qed isir party għall-fini ta' regolamenti, għandhom japplikaw ukoll għall-organizzaturi li jkunu qed jagħmlu użu mil-lokal.", "Aħna nafu li ħafna minn dawn il-parties ma jsirux f'lokalitajiet li jkunu ta' l-organizzatur, imma l-organizzatur jidħol biex jagħmel il-party f'dak il-post.", "Allura in vista tar-regolamenti ta' l-1995 li ħafna drabi jikkonċernaw il-proprjetarju tal-post, l-organizzatur għandu jinżamm responsabbli daqs il-proprjetarju għall-fini ta' ksur ta' regolamenti?", "Fir-regolamenti nsibu wkoll il-famuża eta' ta' 16-il sena.", "Issa hawnhekk issemmiet li ħadd ma jiġi mitlub juri l-identity card hu u dieħel.", "Ħafna drabi jikkalkolaw jekk wieħed għandux 16-il sena mid-daqqa t'għajn, jekk inkunx imkittef jew le.", "B'saqajna ma' l-art nistgħu ngħidu li hekk jiġri.", "Allura jekk persuna ma jkollhiex identity card fuqha, il-pulizija tista' żżommha milli tidħol?", "Għaldaqstant aħna qed nissuġġerixxu li jidħol regolarment fejn fuq il-biljett tad-dħul ikun hemm speċifikat li persuni taħt is-16-il sena ma jistgħux jattendu u biex wieħed ikun jista' jidħol, irid juri l-identity card.", "Jiġifieri jekk il-pulizija titlob l-identity card, ħadd ma jkollu skuża li jgħid li nzerta li m'għandux l-identity card fuqu.", "Bħala żieda mar-regolamenti ta' l-1995 qed jiġi suġġerit li għandha tidħol multa speċifika jekk fil-lokal ikun hemm persuni ta' taħt is-16-il sena.", "Illum għandek blanket provision; jekk xi ħadd kiser wieħed mir-regolamenti, per eżempju li jkun hemm fil-lokal tfal taħt is-16-il sena, jeħel Lm100.", "Għandha tibqa' din il-blanket provision, jiġifieri li jekk jinstabu sitta jew instabu 200 taħt l-eta', teħel l-istess, teħel somma globali, jew inkella, jekk jinstab sitt itfal taħt is-16-il sena teħel multa għal kull wieħed li jinstab?", "Anke f'dan il-każ, il-multa għandha tkun kemm fil-konfront tal-proprjetarju u kemm fil-konfront ta' l-organizzatur jekk il-proprjetarju u l-organizzatur ma jkunux l-istess persuna.", "Qed nissuġġerixxu wkoll li kull permess jispeċifika n-numru massimu ta' persuni li jistgħu jidħlu abbażi ta' 0.5 square metres għal kull persuna u qed ngħidu li din il-klawsola forsi għandha tiġi kwalifikata fis-sens li m'għandhomx jiġu nklużi żoni fil-lokal li ma jistgħux jiġu wżati mill-patrons, bħalma huma uffiċini u areas privati fejn in-nies ma jkunux jistgħu jidħlu fihom.", "Meta wieħed qed jieħu l-area biex jara kemm persuni jistgħu jidħlu għal dak il-party, m'għandhomx jiġu nklużi taraġ, landings, toilets, kċina jew l-area ta' wara l-bar.", "Again, għal kull persuna li tinstab over and above in-numru ta' persuni li jippermettilek il-post, il-multa kif se toħroġ?", "Se toħroġ somma globali għax ikun inkiser ir-regolament li jitkellem dwar in-numru speċifikat, jew inkella se jidħol il-provvediment li jekk jinstab wieħed over the limit, jeħel ta' wieħed u jekk jinstabu 100 over the limit, jeħel ta' 100, jiġifieri jkun hemm multa għal kull persuna żejda li jkun hemm?", "Imbagħad hemm li għandu jsir id-depożitu ta' somma flus, jew tingħata garanzija bankarja lill-pulizija bħala garanzija tat-twettiq ta' l-obbligi assunti mill-organizzaturi.", "Qegħdin ngħidu wkoll li t-telfien ta' dan id-depożitu, ma jipprekludix lill-pulizija milli jressaq il-każ quddiem il-qorti.", "Qed nissuġġerixxu wkoll li jkun hemm prezzijiet fissi u reklamati għax-xorb kollu, anke dak mhux alkoħoliku.", "Suġġeriment ieħor hu li kull applikazzjoni ssir direttament lill-Kummissarju tal-Pulizija u tiġi proċessata minnu.", "Kull organizzatur irid jara li għal kull attivita' jkun hemm kamra jew area li tkun air-conditioned fejn ma jkunx hemm żfin, f'liema kamra għandu jkun hemm post fejn persuna tista' tistrieħ.", "Barra minn hekk għandu jkun hemm faċilitajiet sanitarji adegwati skond ir-regolamenti tas-sanita'.", "Dawn ir-regolamenti jgħidu li f'fabbrika jrid ikun hemm toilet u sors ta' ilma għal kull 30 persuna.", "Jien naħseb li għal party m'hemmx għalfejn jiġi applikat dak li hu applikat għall-fabbrika u għall-postijiet tax-xogħol, imma forsi għandna ngħidu li jkun hemm sors ta' ilma tajjeb għax-xorb għal kull 200 persuna.", "Ovvjament nistgħu nissuġġerixxu li flok għal kull 200 persuna, ngħidu 100 jew anke 300.", "Pero' importanti li dawn ikunu f'postijiet immarkati u identifikabbli għaliex meta konna qed nitkellmu maż-żgħażagħ, dawn qalu li ħafna drabi trid veru nemes biex issibhom.", "Punt ieħor huwa li bħalma jsir f'attivajiet ta' massa - jiġifieri dan il-provvediment ma japplikax biss għaż-żamma ta' parties - ikun hemm team mediku għal dak li jista' jinqala'.", "Għandu jiġi identifikat post fil-lokal minn fejn it-team mediku jista' jopera.", "Ta' min ifakkar li r-rappreżentant tas-Soċjeta' tas-Salib l-Aħmar kien qal li jekk jinqala' inċident, wieħed seta' jopera mill-ambulanza, pero' jekk l-ambulanza tkun telqet u xi ħadd ieħor jiżloq u jaqsam wiċċu trid post minn fejn tkun tista' timmedikah.", "Hemm bżonn ta' post minn fejn wieħed jista' jopera.", "Meta qegħdin ngħidu \"topera\" mhux qed nirriferu għal xi operazzjoni, biex nagħmluha ċara, imma għal post minn fejn wieħed jista' jaħdem.", "Qed ngħidu wkoll li tagħmir ta' fire fighting u sinjali ta' ħruġ ta' emerġenza jridu jkunu ċari u viżibbli u l-livell ta' ħoss m'għandux jaqbeż ċertu livell ta' decibels.", "Dan il-livell ħallejnih vojt għax il-kwestjoni tal-ħoss hija open to discussion.", "Nafu li jeżisti apparat żgħir, hand held, li jista' jiddetermina jekk il-ħoss ikunx qiegħed over and above dak li huwa meqjus bħala safe; safe fis-sens li inti ma tkunx qed tagħmel ħsara għall-widna, jiġifieri din hija kwestjoni diretta ma' ħsara fiżika.", "L-aħħar punt huwa li l-Pulizija tirriżerva d-dritt li tirrifjuta kull permess meta l-karattru, il-passat u l-pedina penali tal-proprjetarju, l-organizzatur jew disc-jockey, ma jagħtux garanzija li mhux se jsiru abbużi, inkluż abbuż mid-droga.", "Din il-lista ta' punti hija ftit twila u żgur li se toħloq diskussjoni mill-membri ta' dan il-kumitat.", "Nitlobkom biex tkunu konċiżi fil-punti li tixtiequ tagħmlu u fejn jaqbel kulħadd, m'hemmx għalfejn noqogħdu nirrepetu kemm qed naqblu.", "Naturalment il-kummenti li tkunu tixtiequ tagħmlu se jgħaddu lill-Ministru ta' l-Intern biex imbagħad jiġu mfasslu r-regolamenti proprja.", "Nibda billi nsejjaħ lill-Onor.", "Michael Asciak u warajh lill-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Dwar il-ħin, jien personalment naqbel ma' dak li qed jiġi suġġerit, ċioe' li attivitajiet li jsiru fil-miftuh, għandhom jieqfu fis-2.00 a.m. Issa mbagħad, x'jiġri wara ..… Ovvjament ma tistax taqbad u tgħid lin-nies kollha li fis-2.00 a.m. bilfors iridu jmorru jorqdu, imma almenu ngħidu li l-attivitajiet li jsiru fil-miftuħ għandhom jieqfu fis-2.00 a.m. Fil-każ fejn il-ħoss jista' jinstema' minn barra, jorbtu regolamenti oħra.", "Per eżempju, nistgħu ngħidu li bejn l-4.00 a.m. u d-9.00 a.m. m'għandhomx isiru attivitajiet ġewwa.", "Dwar l-ispazju li għandu jkun hemm għal kull persuna, skond dak li qalilna l-perit jidher li l-area suġġerita hija understatement u forsi wieħed jista' jiftaħha billi jkunu two persons per square metre.", "One person per square metre naħseb li hija daqsxejn wisq, allura forsi nagħmluha 0.75 square metres per person.", "Punt ieħor li rrid nagħmel huwa dwar punt 7.", "Naħseb mhux \"team mediku\" rridu ngħidu imma \"first aid team\" għaliex team mediku jinvolvi tabib.", "Aħna rridu nirriferu għal organizzazzjonijiet bħalma huma St. John's Ambulance, Red Cross Society u oħrajn simili.", "Punt ieħor jirrigwarda l-bżonn ta' l-edukazzjoni.", "Jidher, anke mill-memo li ntbagħat mid-Dipartiment tas-Saħħa fis-26 ta' Novembru mis-Sur Mario Spiteri - li għadek kemm tajtna kopja tiegħu - that we are underestimating the educational aspect.", "Aħna mingħalina li l-ongoing education fl-iskejjel biex noħorġu awareness ta' dawn il-problemi hija suffiċjenti, mentri fil-fatt, mir-riċerka li saret jidher ċar li d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, il-Caritas, l-Aġenzija sedqa u l-għaqdiet l-oħra kollha għandhom bżonn jagħmlu aktar.", "Naħseb li għandna nibgħatu memo lid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni fejn nindikawlu li r-riżultati ta' riċerka qed juru li mhux qed isir biżżejjed.", "Naħseb li tkun idea tajba li nagħtu kas dak il-punt li semma ż-żagħżugħ li fid-discos jitwaħħlu posters jgħidu li tista' tiddeverti u tieħu gost mingħajr il-bżonn ta' drogi, you can have fun without drugs.", "Naħseb li għandna nesiġu li posters bħal dawn jiġu esebiti f'post li jarahom kulħadd.", "Forsi dawn il-posters li jistgħu anke jitqassmu, jista' wkoll joħroġhom il-Gvern.", "L-aħħar punt li rrid insemmi huwa fuq il-kwestjoni tal-ħoss.", "Jiena staqsejt jekk l-Unjoni Ewropea għandhiex xi regolamenti dwar il-massimu ta' ħoss li għandu jkun hemm f'dawn il-postijiet u sibt li regolamenti as such, m'hemmx, pero' sibt li l-pulizija Ingliża stabbiliet guidelines fuq il-massimu tal-livell ta' ħoss li jista' jkun hemm f'postijiet magħluqa u ħarġet booklet proprju fuq dan is-suġġett.", "Jien għaddejt din l-informazzjoni liċ-Chairperson biex nibgħatu għall-ktieb ħalli naraw x'inhuma r-rakkmandazzjonijiet.", "Għaldaqstant naħseb li peress li l-problema tal-ħoss hija waħda soġġettiva immens, tajjeb li l-ewwel naraw il-pulizija Ingliża x'tirrikkmanda għaż-żamma ta' parties f'pajjiżha qabel ma niddeċiedu x'għandu jkun il-livell ta' decibels.", "Tajjeb li l-ewwel ikollna dan il-ktejjeb u naraw x'inhuma s-suġġerimenti tagħhom qabel ma noħorġu b'xi figura.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Issa nsejjaħ lill-Onor.", "KARL CHIRCOP: L-ewwel ħaġa li nixtieq ngħid hija proprju dwar il-ħin.", "Dan is-suġġett li qed niddiskutu huwa suġġett jaħraq, kulħadd huwa aware minnu u kulħadd jiġbed 'l hawn jew 'l hemm, pero' naħseb li importanti niftakru ftit minn fejn tlaqna.", "Naħseb li d-deċiżjoni li f'dan il-kumitat niddiskutu regolamenti għaż-żamma ta' rave parties ittieħdet proprju minħabba l-imwiet li kellna b'riżultat tat-teħid tad-droga ecstasy.", "Naħseb li dan l-eżerċizzju għandna nħarsu lejh bħala arma ta' prevenzjoni.", "Jien frankament nemmen li billi wieħed jissikka l-ħin iżżejjed mhux se jakkwista affarijiet pożittivi.", "Ġaladarba ż-żgħażagħ tagħna huma mdorrijin joħorġu tard ħafna - ħafna drabi dawn il-parties ma jibdewx qabel il-11.00 p.m. jekk mhux f'nofs il-lejl - jista' jkun hemm it-tendenza li flok ma nnaqsu l-vizzju ta' l-użu ta' l-ecstasy, bla ma rridu, indirettament nistgħu anke ninkoraġġuh u allura jkun iktar diffiċli biex nirregolarizzawh minħabba li kif qal is-Sur Fenech, tkun qed tinkoraġġixxi li jmorrulek underground.", "Niftakar li dan it-terminu kien uża.", "Jekk int għandek 1,000 żagħżugħ organizzat f'post wieħed, b'xi mod tista' tirregolahom, imma jekk dawn se jitferxu u jmorru underground, se tkun diffiċli biex tirregolahom.", "Fl-opinjoni personali tiegħi, jien naħseb li s-2.00 a.m. huwa pjuttost tight.", "Naħseb li jekk il-ħin nagħmluh it-3.00 a.m. ikun iktar moderat.", "Pero' apparti minn dan naħseb li ż-żewġ subartikolu ta' l-ewwel punt iridu jiġu ċċarati iktar.", "Fl-ewwel subartikolu hemm li kull party jew disco, jekk ikun fil-miftuħ. irid jieqaf f'ħin stabbilit u l-ħin suġġerit huwa dak tas-2.00 a.m. - dwar dan diġa' tajt l-opinjoni tiegħi personali - u t-tieni subartikolu qed jgħid li m'għandu jingħata l-ebda permess biex isiru parties jew discos bejn l-4.00 a.m. u d-9.00 a.m. Naħseb li hawnhekk jew irridu nżidu l-kliem \"fil-magħluq\" biex inkunu qegħdin niftehmu sewwa, jew inkella namalgamaw iż-żewġ artikoli f'artikolu wieħed u ngħidu li kull party jew disco, li jsir fil-miftuħ jew fil-magħluq, irid jagħlaq f'ċertu ħin - issa niddeċiedu fuq il-ħin - u l-istabbiliment ma jistax jerġa' jinfetaħ qabel id-9.00 a.m.", "Niġi issa għall-punt li semma l-Onor.", "Jien naħseb li l-eżerċizzju li għamlu l-Caritas dan l-aħħar, huwa eżerċizzju tajjeb ħafna.", "Dan l-eżerċizzju pprovda lill-korpi kostitwiti u lil dawk kollha li huma interessati, b'għodda li hi siewja ħafna għal min jaf jużaha u allura issa l-ballun qiegħed iktar f'saqajn l-awtoritajiet.", "Dan l-eżerċizzju jittratta l-prevenzjoni sekondarja biex nippruvaw nidentifikaw il-high risks groups u dan huwa proprju a high risk group.", "Naħseb li wasal iż-żmien li r-regolamenti li hemm nemendawhom billi nagħmluhom aktar riġidi, imma żgur li wasal iż-żmien li jibdew jiġu implimentati.", "Huwa inutli li noqogħdu niġu hawnhekk biex nitkellmu jekk dawn ir-regolamenti m'humiex se jiġu implimentati.", "Issa sta għall-awtoritajiet li jieħdu dan il-pass.", "Il-Caritas għamlu eżerċizzju siewi ħafna u min qara r-rapport li għamlu żgur li jaqbel ma' dan li qed ngħid jien.", "Rigward it-team mediku, naqbel li għandu jiġi stipulat f'min irid ikun jikkonsisti, ikunux paramedics, jew inkella jkunx hemm ukoll tabib.", "Pero' dan irid jiġi stabbilit u stipulat ċar fir-regoli.", "Naħseb li importanti wkoll li jiġi speċifikat min se jkun responsabbli biex iħallas lit-team mediku.", "Għalissa dan li xtaqt ngħid.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Tajjeb li nagħmlu distinzjoni bejn ir-regolamenti u dak li nixtiequ ngħaddu bħala punti ta' konsiderazzjoni għall-Aġenzija sedqa jew għall-Pulizija jew għal xi organizzazzjoni oħra.", "Illum iktar se niffokaw fuq ir-regolamenti as such, pero' nistgħu nerġgħu niltaqgħu biex apparti r-regolamenti, minn dak li ħareġ mid-diskussjoni naraw x'jista' jiġi tackled mill-qasam edukattiv jew mill-qasam ta' prevenzjoni.", "Aħna nistgħu ngħaddulhom l-informazzjoni li jidhrilna hija utli għalihom biex imbagħad huma jdaħħluhom fil-plan of work tagħhom.", "L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Jien xtaqt iktar kummenti fuq il-kwestjoni tal-ħin.", "Naħseb li l-kumitat irid ikun konsistenti ma' dak li ntqal.", "Ovvjament nistgħu naslu għal ħin li jkun hemm qbil dwaru mill-membri kollha, imma naħseb li huwa importanti ndaħħlu dan ir-regolamenti tal-ħin għax l-iktar ħaġa li tolqot il-kontroll, jekk tista' sejjaħlu hekk, ta ' numru kbir ta' nies huwa li ma jkunx hemm dik id-disruption tal-ħin ta' bil-lejl u ta' matul il-ġurnata.", "Naħseb li hija r-responsabbilta' tagħna li nippruvaw nittekiljaw dan il-punt.", "Jekk ir-regolamenti ta' l-1995 ma kenux tajbin biżżejjed jew ma jistgħux jiġu applikati, aħna rridu naraw li r-regolamenti li se nagħmlu jkunu prattikabbli u jservu ta' għodda għal min se jimplimentahom.", "Naħseb li overall, jistgħu jiġu applikati dejjem jekk ikun hemm ir-rieda min-naħa tal-pulizija u min-naħa ta' min hu responsabbli biex japplikahom.", "Niġi issa għal paragrafu (c) tal-punt 2.", "Ma nafx jekk huwiex ir-remit tagħna li ngħidu x'se tkun din il-multa, pero' tkun farsa jekk il-multa tkun waħda żgħira ħafna għal kull persuna tant li anke meta timmultiplikaha b'numru kbir, ma tagħmilx effett.", "Naħseb li rridu nagħtu indikazzjoni that we mean business għaliex inkella that will mean business fuq iż-żgħażagħ tagħna.", "Jekk irridu li nkunu serji, irridu nagħtu xi forza lil dawn ir-regolamenti u naħseb li anke bħala guideline għandna nidħlu dwar dan.", "Dwar il-punt li jirrigwarda l-ispazju li għandu jkun hemm għal kull persuna, naħseb li għalkemm huwa tajjeb li wieħed jisma' x'inhuma d-diffikultajiet biex tikkontrolla dawn l-affarijiet u ma tistax taqbad u ssib soluzzjoni waħda.", "Ir-responsabbilta' issa qiegħda fuqna u dak li nistgħu nagħmlu, għandna nagħmluh.", "Ir-regolament li nabbinaw in-numru ta' nies skond l-area tal-post huwa f'idejna u naħseb li one square metre per person iqarreb iktar lejn sitwazzjoni li tista' twassal biex ikun hemm inqas inċidenti u iffullar iżżejjed.", "Naqbel mal-kumplament tal-punti; ovvjament wieħed jista' jirfinahom iktar, pero' ċert li dawn ir-regolamenti will have to be revised six monthly or at least yearly.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Skużani jekk se nkun pjuttost xjettiku fil-kummenti tiegħi pero' naħseb li dħalna f'sitwazzjoni ta' paniku biex niddiskutu regolamenti u l-problemi reali bqajna l-ħin kollu nduru magħhom mingħajr ma qatt attakkajnihom.", "X'inhuma l-problemi reali?", "Il-problemi reali huma l-vizzju tad-droga u l-mod kif bil-mod il-mod, iktar persuni, b'mod partikolari żgħażagħ, qed jersqu lejn l-ecstacy li sa ftit ta' żmien ilu kienet meqjusa minn xi wħud bħala d-droga li hija safe, droga li tista' teħodha, droga li tagħtik l-enerġija u tneħħilek ċertu inhibitions, droga li biha you can actually dance the night out.", "Naħseb li jekk mhux se nkunu saqajna ma' l-art u niffaċċjaw il-problemi reali, se nkunu qed nagħmlu xi ħaġa biex sempliċement isservi ta' image, ta' smoke screen, mingħajr ma nkunu ttekiljajna l-problema reali.", "Huwa fatt ukoll li l-mużika għandha ċertu beats per minute u fiha nnifisha tistimulak biex tiċċaqlaq iżjed u allura trid ċertu għajnuna, pero' jekk se tagħmlu ċerti ħinijiet naħseb li se nkunu qed naħarbu mill-istess problema.", "Ma naħsibx li għandna nitkellmu fuq xi ħin stipulat, jekk ikunx fis-2.00 a.m., fit-3.00 a.m. jew fl-4.00 a.m. Per eżempju, wieħed mill-punti li tqajjem fid-diskussjonijiet li kellna kien jekk għandniex nagħmlu ħin ta' għeluq jew inkella nagħmlux terminu ta' ħin ta' kemm għandu jdum il-party.", "F'din il-lista ta' punti m'iniex narah dan il-punt.", "Hemm numru ta' esperti illi għandhom know-how fuq dawn l-affarijiet li jgħidu li l-effett tal-ħin li jista' jkun hemm fuq diversi persuni … Ejja ma nitilqux mill-idea illi jekk il-ħin ta' l-għeluq nagħmluh fis-2.00 a.m. se nkunu solvejna l-problema għax b'hekk l-ecstasy m'hijiex se tittieħed.", "Jekk se mmorru b'dik l-impressjoni, ikolli ngħid illi m'aħniex saqajna ma' l-art.", "Mela waħda mill-affarijiet li qed ngħid hija li għandna nikkonsidraw kemm għandu jkun it-tul tal-party jew disco, ikunx sas-2.00 a.m., it-3.00 a.m. jew l-4.00 a.m. huwa irrelevanti.", "Barra minn hekk irridu nidentifikaw ukoll jekk il-post huwiex fl-abitat jew le.", "Irridu nidentifikaw jekk il-post huwiex 'il bogħod ħafna min-nies tant illi s-sound m'huwiex se jdejjaq lil xi ħadd, jekk niddeċiedu li l-ħin ta' l-għeluq ikun sas-2.00 a.m.", "Darba kien se jsir party fil-barriera fis-Sagħjtar, in-Naxxar, li hija eżatt taħt area abitata.", "F'dan il-każ, se tagħti permess sa-2.00 a.m. jew se tagħti permess sal-11.00 p.m.?", "Jekk inti se tagħmel party sas-2.00 a.m. f'nofs Dingli Cliffs, probabbli m'hu se jdejjaq lil ħadd imma naħseb li l-każ ikun kompletament differenti jekk se tagħmlu f'barriera fis-Sagħjtar, fin-Naxxar li tmiss eżatt mal-bini.", "Naħseb li għandna nagħmlu distinzjoni mhux biss jekk l-attivita' hijiex barra jew ġewwa, imma jekk l-attivita', minkejja li se ssir barra, hijiex se ssir viċin l-abitat jew inkella 'l bogħod mill-abitat.", "U jekk se ssir ġewwa, irridu naraw ukoll il-kondizzjoni ta' l-ambjent ta' ġewwa.", "Kif se tiġi assessed it-temperatura ta' ġewwa?", "Għax jekk inti tissettja l-air-conditioning b'ċertu temperatura u se jkollok 1,000 ruħ. huwa mod u jekk tissettja l-air-conditioning bl-istess temperatura imma jkollok 300 ruħ, l-ambjent, mil-lat ta' temperatura, se jvarja.", "Allura ejja ma nkunux daqshekk dommatiċi u ngħidu kif irridu jkunu eżatt l-affarijiet.", "Semmejna l-area l-għandu jkun hemm għal kull persuna.", "Anke hawhekk, din tvarja skond it-temperatura tal-post.", "Jekk it-temperatura hija waħda għolja, għandu jkun hemm tant persuni kull metru kwadru, mentri jekk it-temperatura tkun baxxa, is-sitwazzjoni hija differenti.", "Jiġifieri apparti li nitkellmu fuq kemm għandu jkun hemm persuni per square metre, irridu wkoll nitkellmu fuq kemm hija realment it-temperatura ta' ġewwa, mhux kemm hija ssetjata t-temperatura ta' l-air-conditioning imma kemm hija realment it-temperatura għax din tvarja skond l-għoli u l-kobor tal-post.", "Hemm ħafna affarijiet illi jridu jittieħdu in konsiderazzjoni qabel ma wieħed jasal biex jagħti l-ispazju li għandu jiġi allokat għal kull persuna.", "Naħseb li anke f'dan il-każ ma nistgħux inkunu dommatiċi u ngħidu one person per 0.5 square metres, jew per 0.75 square metres, jew per one square metre.", "Naħseb li hemm ħafna punti li jirregolaw l-ispazju meħtieġ u safejn naf jien, ma rajt imkien imniżżel dan il-punt ta' temperatura tal-post fejn tkun qed issir l-attivita'.", "Kien hemm suġġeriment illi fuq il-biljett tad-dħul jitniżżel li wieħed irid juri l-identity card qabel jidħol.", "Fl-opinjoni tiegħi dan huwa tajjeb.", "Ħadd ma jista' jgħid li l-liġi ma jafhiex; il-fatt li ma tafx il-liġi m'hijiex skuża.", "L-Onor.", "Michael Asciak semma l-edukazzjoni Bl-ebda dubju l-edukazzjoni hija l-pern ta' kollox.", "Jekk għada pitgħada rridu ġenerazzjoni verament iktar b'saħħitha, irridu nagħtu kas ta' l-edukazzjoni minn issa.", "Sfortunatament matul is-snin kellna ġenerazzjoni li kompliet tiġi mnawwra.", "Jekk se naqbdu biss punti minn hawn u punti minn hemm, mingħajr ma naqbdu l-barri minn qrunu u nippruvaw nissussawh, jiddispjaċini ngħid li m'aħniex se naslu.", "Sfortunatament il-messaġġ li ppruvajna nwasslu kemm mill-Parlament, kemm minn barra l-Parlament, u kemm mill-ġurnali, illi l-ecstacy toqtol ma wasalx, wasal biss meta bdejna naraw liż-żgħażagħ tagħna jaqgħu u jmutu.", "Il-messaġġ illi l-ecstacy tagħti riżultati agħar jekk tħallatha ma' l-alkoħol, ma wasalx u issa f'daqqa waħda bdejna naraw illi l-ecstacy imħallta ma' l-alkoħol, qed tkompli tħarrex il-problema.", "Nafu wkoll li ġejjin drogi li huma iktar qawwija mill-ecstasy u biex jakkumpanjaw dawn id-drogi, sejrin għal mużika illi fiha beats per minute iktar milli għandha r-rave music ħalli iktar tistimulak u tressqek lejn droga illi hija iktar qawwija, droga illi barra minn Malta diġa' qed tħalli każi ta' imwiet.", "Fuq fuq ippruvajt ngħid xi ħaġa dwar il-punti li ġew ippreżentati lilna mingħajr ma dħalt f'punti diretti.", "Naħseb li ħafna punti ta' min wieħed jerġa' jiflihom sew.", "Inħoss li hemm ċertu sweeping statements li tajjeb jiġu evitati, per eżempju, is-suġġeriment illi d-disco irid jieqaf f'ħin stabbilit jekk ikun fil-miftuħ, u li l-ħin ikun fis-2.00 a.m. Fl-aħħar każ ta' mewt li kellna waqt rave party, bażikamet dak ir-rave party fis-.2.00 a.m. waqaf.", "Fis-.2.00 a.m. ġie imwaqqaf ir-rave party li kien fil-miftuħ.", "Imbagħad kien hemm reklamar biex iż-żgħażagħ imorru d-discos u saħansitra ħafna minnhom marru.", "Mela kulma għamilna hu li ttrasferejna xi ħaġa min-naħa għal naħa oħra.", "Alllura mingħalina li għax se nwaqqfu l-attivitajiet fis-2.00 a.m. se nkunu solvejna l-problema jew sempliċement se nwaddbu l-problema x'imkien ieħor?", "Forsi f'qalbna se nħossuna iktar komdi għax għallinqas mhux qegħdin f'post pubbliku, imma qegħdin fi flats jew f'postijiet oħrajn?", "Forsi issa nistgħu ngħidu li ma nistgħux nikkontrollaw fejn imorru u allura telqu mir-responsabbilta' tagħna?", "Forsi nistgħu ngħidu li aħna kuntenti li ħadna l-passi kollha, imma la marru x'imkien ieħor, issa affari tagħhom?", "Hekk irridu nittekiljaw il-problema?", "Għalhekk qed ninsisti iktar fuq il-punt ta' edukazzjoni għax inkella kulma nkunu qegħdin nagħmlu huwa illi nixxiftjaw il-problema min-naħa għal naħa oħra.", "Jien mhux beħsiebni nieħu iktar fit-tul fuq dawn il-punti, pero' ejja npoġġu rasna fuq għonqna u nippruvaw nittekiljaw il-problema tad-droga b'mod aktar reali.", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel - forsi dwaru ma qbiltx ma' xi kelliema li kien hawn kemm illum kif ukoll qabel - huwa li ara ma mmorrux naħsbu li d-droga hija biss problema ta' ċertu klassi ta' familji.", "Jekk se nitilqu minn dan il-ħsieb, se nagħmlu l-ikbar żball kardinali.", "Fil-problema tad-droga m'hemmx klassi, m'hijiex il-kwestjoni jekk il-familja hijiex imkissra jew le.", "Ħafna drabi l-problema hija peer pressure minn sħabhom u minn persuni oħrajn.", "Illum il-ġurnata, jekk xi ħadd, anke tfal ta' 11 u 12-il sena, ikun qiegħed jistudja, jgħidulu: Dak nerd.", "Jekk ma jilbiesx ta' ċertu ditta, jgħidu kemm huwa nerd.", "L-importanti huwa li naraw kif se nkomplu nsaħħu aktar il-messaġġ tagħna.", "S'issa, il-messaġġ tagħna m'huwiex qed jasal.", "Bl-edukazzjoni kollha li ssir, qegħdin nitilfu.", "Ejja nammettu li qegħdin nitilfu.", "Il-messaġġ illi l-ecstasy ma tagħmillekx ħsara rebaħ fuq il-messaġġ li l-ecstasy tagħmel il-ħsara sakemm beda jkollna l-konsegwenzi koroh.", "Ejja naraw kif se nittekiljaw din il-problema b'mod iktar b'saħħtu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Naħseb li jekk hawn xi ħaġa li lkoll naqblu dwarha hija li d-droga hija l-problema tagħna lkoll.", "Il-problema tad-droga m'hijiex ta' xi ħadd partikolari.", "Din il-problema m'hijiex taż-żgħażagħ, din il-problema m'hijiex tal-ġenituri, iżda hija tagħna lkoll bħala soċjeta' waħda.", "Din il-problema m'hijiex kwestjoni ta' klassi, m'hijiex kwestjoni ta' jekk għandekx flus jew le għax jekk m'għandekx flus, tara minn fejn se ġġib.", "Lanqas m'hija kwestjoni ta' eta', imma hija problema ta' soċjeta' in ġenerali u żgur li minn fuq dak il-livell irridu nittekiljawha, apparti min dawn ir-regolamenti.", "IĊ-CHAIRMAN: L-Onor.", "CHRIS AGIUS: Jien l-ewwel darba li qiegħed preżenti f'dan il-kumitat u allura xi kummenti li se nagħmel jistgħu diġa' ġew diskussi f'laqgħat preċedenti.", "Ħalli ngħid xi ħaġa dwar il-ħinijiet.", "Ma nafx għalfejn qed issir din id-distinzjoni bejn attivitajiet li jsiru fil-magħluq u dawk li jsiru fil-miftuħ.", "Ma nafx għalfejn qegħdin ngħidu li dawn il-ħinijiet għandhom ikunu għal discos jew parties li jsiru fil-miftuħ għaliex issa daħlet id-drawwa li jsiru parties f'postijiet li għandhom permess, liema parties jibqgħu sejrin sa filgħodu.", "Ma nafx għalfejn qed ngħidu li dawn l-abbużi jistgħu jsiru f'postijiet fil-miftuħ u mhux ukoll f'postijiet fil-magħluq.", "Jien nissuġġerixxi li jekk għandhom isiru regolamenti ġodda, ikunu japplikaw ukoll għal postijiet fil-magħluq.", "Illum il-ġurnata fost iż-żgħażagħ tagħna daħlet id-drawwa li qabel imorru fil-postijiet magħrufa ta' divertiment, jiltaqgħu f'xi club ta' xi team tal-football jew f'każin ta' banda u jimtlew bix-xorb u anke bid-drogi.", "Allura hemm bżonn li anke fuq dawn il-postijiet ikollna xi tip ta' regolamentazzjoni.", "Qed insemmu ħafna d-droga ecstasy, pero' jien naħseb li l-ecstasy qed nonfħuha żżejjed għax minbarra l-ecstasy hawn abbuż sfaċċat ta' tipi ta' drogi oħra.", "Jien naf, u naħseb li t-tobba hawnhekk jafu wkoll, li bħalissa l-ikbar abbuż fost iż-żgħażagħ tagħna huwa mill-LSD, mit-trips, u mill-ħaxixa.", "Skond ma jgħiduli żgħażagħ li forsi għadhom ma waqgħux f'dan l-abbuż, l-ecstasy jeħduha sabiex ikunu jistgħu jwasslu l-lejl sa filgħodu.", "Jien ma nistax nifhem kif persuna ta' eta' żgħira tista' tibqa' sal-5.00 a.m. tiżfen u tixrob mingħajr ma tgħejja.", "Minbarra l-ecstasy nemmen li rridu nitkellmu wkoll fuq it-tipi l-oħra ta' droga.", "Rigward spazju, qegħdin ngħidu 0.5 square metres għal kull persuna.", "Jien ma nafx kif persuna tista' ddur f'0.5 square metres mingħajr ma taħbat ma' ħaddieħor.", "Issemmew il-ventilazzjoni u t-temperatura tal-post.", "Naħseb li b'area ta' 0.5 square metres għal kull persuna, ikun hemm ħafna inqas arja.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Niskuża ruħi li ma ġejtx qabel pero' kelli appuntament ma' Ministru.", "Jien kont preżenti għal laqgħat li diġa' kellna dwar dan is-suġġett u naħseb li m'hemm l-ebda diskussjoni dwar il-fatt li l-ikbar prijorita' għandha tingħata lill-edukazzjoni.", "Imma dan ma jfissirx li għax l-ikbar prijorita' għandha tingħata lill-edukazzjoni, il-Gvern m'għandux jagħmel regolamenti biex jipprova jikkoordina aħjar dak li jista' jiġri f'dawn il-parties fil-miftuħ.", "Jekk wieħed iqabbel il-proposti oriġinali li ġew suġġeriti lil dan il-kumitat mill-Ministru għall-Politika Soċjali u mill-Ministru ta' l-Intern - qed ngħid għall-ittra li kienet intbagħtet fit-3 ta' Novembru - u dawk preżentati llum wara dak kollu li ntqal f'dan il-kumitat, issib li hemm tibdil sostanzjali.", "Dawn jirrigwardaw regolamenti dwar persuni taħt 16-il sena li jinqabdu f'dawn il-parties kif ukoll regolamenti dwar l-għadd ta' persuni li għandu jkun hemm fil-post.", "Għar-rigward ta' spazju, wara li aktar kmieni kellna l-okkażjoni nisimgħu espert jgħid li 0.5 square metres per person huwa ftit wisq, qed jiġi propost miż-żewġ naħat tal-Kamra li din tinbidel.", "Per eżempju, ġie suġġerit li ssir 1 square metre per person.", "Issa mill-każ li kellna l-qorti dan l-aħħar - huwa sub-judice għax il-Gvern appella - jidher ċar li anke kieku stess il-qorti tiddeċiedi li tħarrax il-piena, il-massimu ta' piena li jista' jeħel l-organizzatur ma kenetx se tkun ħafna iktar mill-Lm100 li weħel; fil-verita' kienet se tkun ftit iktar minn Lm200.", "Jiġifieri r-regolamenti kif inhuma llum, huma tali li l-organizzatur - veru li jekk ikun serju se jipprova jimxi ma' kriterji serji - ma kellu ebda liġi jew ebda regolament li kien qiegħed iżommu milli jmur kontra regolamenti għaliex il-piena ma kenetx ta' deterrent.", "Issa hawnhekk - u dan huwa żvilupp - qed nissuġġerixxu li għandha tidħol multa speċifika jekk jinstab li fil-lokal ikun hemm persuni taħt is-16-il sena.", "Din il-multa għandha tkun kemm fil-konfront tal-proprjetarju tal-lokal kif ukoll ta' l-organizzatur li jkun qed jagħmel użu mil-lokal.", "Il-multa għandha tkun speċifika għal kull persuna li tinstab qiegħda hemm kontra l-liġi.", "Mela jekk ikun hemm numru sostanzjali ta' nies taħt is-16-il sena ovvjament il-multa se tkun tirrispekkja dak l-ammont ta' nies li huma taħt l-eta'.", "L-istess għal meta jkun hemm numru ta' nies iżjed min-numru massimu ta' persuni li jistgħu jidħlu f'dak il-post.", "Hawnhekk qed jingħad ċar u tond li għandha tidħol multa speċifika għal kull persuna żejda li tinstab fil-lokal u din għandha torbot kemm lill-proprjetarju kif ukoll lill-organizzatur.", "Anke l-fattur li jorbot lill-proprjetarju ma konniex insibuh fil-proprosti oriġinali.", "Din il-proposta li mhux biss jintrabat l-organizzatur imma anke l-proprjetarju, qed tiġi suġġerita issa, u naħseb li hija wkoll importanti.", "Regolament ieħor li huwa ġdid, jirrigwarda l-livell ta' ħoss.", "Hawnhekk smajna, kemm minn ġenituri kif ukoll minn esperti, li ħoss qawwi jista' jagħmel ħafna ħsara lis-smiegħ tal-persuna u allura se ssir konsultazzjoni ma' liġijiet barranin biex naraw x'għandu jkun il-livell ta' decibels.", "Jien nemmen li dan il-kumitat, bil-konsultazzjoni li wettaq, kien strumentali sabiex ikollna regolamenti.", "Veru li dawn ir-regolamenti għal parties fil-miftuħ m'humiex biżżejjed biex il-problema tad-drogi tiġi tackled b'mod globali, pero' m'għandix dubju li se jkunu effettivi sabiex il-konsum tad-droga f'dawn il-parties jonqos għax dan il-konsum b'mod sfaċċat qiegħed jirrendi l-ħajja ta' diversi żgħażagħ fil-periklu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Naħseb li kulħadd kellu ċans jagħmel il-punti tiegħu u se nagħmel highlighting tal-punti li ħarġu biex imbagħad nersqu iktar lejn punti li nistgħu ngħaddu għas-suġġerimenti.", "Dwar il-punti li ma ssemmewx, jien qed neħodha li to a certain extent ħadd m'għandu oġġezzjoni dwarhom.", "Ħalli nibda mill-kwestjoni tal-ħin.", "Kien hemm min qabel li s-2.00 a.m. huwa ħin adattat waqt li kien hemm min qal li s-2.00 a.m. huwa pjuttost tight u t-3.00 a.m. huwa ħin iktar raġonevoli.", "Kien hemm ukoll min semma option oħra, ċioe' li għandu jkun hemm terminu ta' ħin għal dawn l-attivitajiet, erba' sigħat jew ħames sigħat.", "Issemma wkoll jekk il-post huwiex fl-abitat, jew le u tagħmel differenza jekk il-post, minkejja li jkun fil-miftuħ, ikunx fl-abitat jew le.", "Mela dak huwa punt li dwaru rridu noqorbu lejn xulxin.", "It-tieni punt huwa dwar l-ispazju li għandu jkun allowed għal kull persuna.", "Fil-karti oriġinali għandna 0.5 square metres per person, mentri waqt id-diskussjoni ġie ssuġġerit kemm 0.75 square metres kif ukoll 1 square metre per person.", "Dan huwa punt ieħor li rridu naqblu dwaru.", "B'konnessjoni ma' l-ispazju, issemmiet l-actual temperature tal-post.", "Jiġifieri din m'hijiex biss kwestjoni ta' area, per eżempju, 0.5 square metres per person, imma torbot mal-fatt jekk il-post huwiex air-conditioned, eċċ.", "Fir-rigward tal-punt 2(c) li jgħid li:", "\"Għandna tidħol multa speċifika jekk jinstab li fil-lokal ikun hemm persuni ta' taħt is-16-il sena....\",", "intqal li għandna nagħtu indikazzjoni ta' kemm għandha tkun din il-multa u mhux kemm sempliċement ngħidu li għandha tidħol multa.", "Issemma wkoll li m'għandux ikun hemm distinzjoni bejn postijiet fil-miftuħ u l-magħluq.", "Ħaġa oħra li ssemmiet kienet jekk għandux ikun hemm a first aid team jew inkella team mediku li jinkludi tabib.", "Intom tissuġġerixxu li għandu jkun team mediku, jew first aid team huwa biżżejjed?", "Saret ukoll il-mistoqsija min se jħallas għalih.", "Se tkun speċifikata fir-regolamenti min għandu jħallas?", "Ta' min hi r-responsabbilta', ta' l-owner, ta' l-organiser jew ta' l-Istat?", "Apparti mill-kummenti li saru dwar l-edukazzjoni fejn semmejna l-ħtieġa li niltaqgħu ma' l-Aġenzija sedqa u ma' Caritas fuq l-aspett ta' secondary prevention, u fuq il-prevenzjoni fil-kwestjoni ta' droga, jidhirli li semmejt il-punti kollha li ħarġu minn din id-diskussjoni fejn jikkonċerna direttament lil dawn ir-regolamenti.", "L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Tkellimna ħafna fuq l-edukazzjoni u naf li qegħdin nikkonċentraw biex noħorġu sett ta' regolamenti, pero' fir-regolamenti lanqas hemm token - ħalli nsejħilha hekk - ta' xi ħaġa dwar edukazzjoni.", "L-Onor.", "Jien nissuġġerixxi, maybe it's too late, li jkun hemm xi forma ta' leaflet li nobbligawhom li jridu jeħduh.", "Naħseb li fir-regolamenti għandu jkun hemm imqarr bħala token, xi ħaġa fuq prevenzjoni u edukazzjoni.", "Naf li hemm organizzazzjonijiet sħaħ li qegħdin jaħdmu fuq dan, pero' barra dawn il-posters naħseb jista' jkun hemm xi tip ta' leaflet li jkun available għaż-żgħażagħ.", "Forsi dawn iż-żgħażagħ hemmhekk biss jistgħu jieħdu din il-leaflet.", "Forsi jkun hemm min jieħu leaflet miegħu u jaqrah.", "Naħseb li dawn għandhom ikunu available fl-entratura tal-post.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb fuq dak li qal l-Onor.", "Agius ta' min wieħed jagħti iktar ħsieb fuqu ta' kif l-aħjar wieħed iwassal il-messaġġ.", "Per eżempju, fuq pakkett sigaretti għandek imniżżel li s-sigaretti huma ħżiena għal saħħtek.", "Bażikament kont qed naħseb għandekx tagħmel xi messaġġ fuq il-biljett tad-dħul, pero' mill-banda l-oħra, billi kien hemm dan il-messaġġ fuq il-pakketti tas-sigaretti, x'effett kellna fuq il-problema tas-sigaretti?", "Naħseb punt li forsi qabiżli kien punt 7(i) fejn qed jingħad li għandu jkun hemm:", "\"kamra/area air conditioned għal min ikun irid jużaha fejn ma jkunx hemm żfin, f'liema kamra għandu jkun hemm post fejn persuna tista' tistrieħ.\".", "Hawnhekk reġa' għandna l-problema dwar id-daqs tal-kamra.", "X'daqs għandha tkun din il-kamra?", "Issa kamra daqs din il-kamra hija kamra, u kamra daqs din il-mejda hija wkoll kamra u jekk lis-7,000 ruħ li qegħdin ir-rave party jew id-disco titfagħhom f'kamra daqs hawnhekk, naħseb li minkejja li nkunu qegħdin mar-regolamenti, ma nkunux verament qegħdin naslu għal dak li rridu nagħmlu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Onor. Farrugia.", "Dwar il-kwestjoni tal-ħin, x'se ngħidu?", "Se ngħidu li l-ħin għandu jkun is-2.00 a.m., it-3.00 a.m., l-4.00 a.m., il-5.00 a.m.?", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb li din m'għandhiex tkun deċiżjoni tal-kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien nista' ngħid li fil-kumitat kien hemm diversi opinjonijiet.", "Kien hemm min qabel mas-2.00 a.m., kien hemm min qal li t-3.00 a.m. huwa ħin aktar raġonevoli u kien hemm min issuġġerixxa li jkun hemm stipulat ħin kemm idum il-party.", "Intqal ukoll li wieħed irid jieħu konsiderazzjoni jekk iż-żona fejn se ssir l-attivita' hijiex waħda residenzjali jew le.", "FRANCIS AGIUS: Naħseb li jrid jirrifletti l-fatt li mil-lat ta' min qed jipparteċipa f'attivita' fejn se jiżfen għal numru ta' sigħat, se jkun hemm il-bżonn ta' drogi.", "Naħsb li jekk tirrifletti dak il-konċett, inkunu ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Ippermettili sakemm inniżżel dawn il-punti li qed issemmu.", "Mela kien hemm min issuġġerixxa s-2.00 a.m., kien hemm min issuġġerixxa t-3.00 a.m., u kien hemm min issuġġerixxa li jkun hemm ħin stipulat.", "Onor. Agius, tista' tirrepeti dak li għadek kemm għedt?", "FRANCIS AGIUS: Il-kwesjtoni tal-ħin trid tirrifletti l-konċett li kemm aħna kif ukoll kull min tkellem hawnhekk, jaqbel li biex tieħu sehem f'attivita' bħal din, trid tirrikorri għal xi użu ta' droga biex tkun tista' twassal … (Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, le, ma rridux ngħidu hekk.", "Żgur li ma rridux ngħidu hekk.", "FRANCIS AGIUS: Mhux dak il-messaġġ, imma jien qed ngħid .… (Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk jogħġobkom, ma rridx kummenti mill-mistiedna.", "Ma tlabniex l-opinjoni tagħkom bħalissa.", "Kellna tliet laqgħat fejn fihom intalbet l-opinjoni tagħkom u naħseb li issa wasal il-ħin biex aħna, membri ta' dan il-kumitat, nikkummentaw u niddiskutu.", "Nirringrazzjakom.", "FRANCIS AGIUS: Nagħmulha numru ta' sigħat, imma naħseb li nistgħu naqblu li nillimitaw in-numru ta' sigħat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Forsi l-kwestjoni ta' ħin trid tirrifletti ...", "FRANCIS AGIUS: Pero' jekk se tkun open ended, hemm ċertu assoċjazzjoni.", "Jekk l-attivita' se tibda mill-10.00 p.m. sat-8.00 a.m., hija mod … (Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Irridu noqogħdu attenti għax ma jkunx fair ...", "FRANCIS AGIUS: Kellna evidenza li hija l-minoranza li fil-fatt tirrikorri għad-droga għax fil-fatt kien hawn min qalilna li mhux kulħadd jiżfen il-ħin kollu.", "Ma nimmaġinax li kulħadd se joqgħod jiżfen il-ħin kollu.", "Pero' trid tirrispekkja l-fatt li jekk attivita' se tibqa' għaddejja mingħajr limitu ta' ħin, wisq probabbli se jkun hemm aktar ċans li dan l-ambjent jattira lil dak li jkun lejn d-droga, anzi se jinħass il-bżonn tagħha.", "Din l-istess bħal fil-każ ta' l-isports.", "Biex iġġib dik is-sekonda jew fraction of a second, vantaġġ, b'xi ħaġa hekk jirnexxilek.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela l-kwesjoni tal-ħin trid tirrifletti li l-ħin ma jkunx tant twil li jattira lil dak li jkun lejn il-bżonn li jirrikorri għad-droga.", "Il-ħin ma jkunx tali li jinkorraġixxi l-użu tad-droga.", "Tkellimna wkoll dwar l-ispazju.", "L-Onor.", "(Interruzzjonijiet)", "MICHAEL ASCIAK: Ħalli nsejjaħ erba' min-nies ta' daqsijiet differenti u nqegħduhom bil-wieqfa biex naraw eżatt x'aħna ngħidu b'dan l-ispazju li qed nissuġġerixxu li għandu jkun hemm għal kull persuna.", "Il-perit qed jissuġġerixxi one square metre għal kull persuna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-perit m'għadux hawn?", "(Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri qed tissuġġerixxu li dan ir-regolament jibqa' kif qed jiġi propost, 0.5 square metres per person?", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Pero' l-perit issuġġerixxa d-doppju.", "Naħseb li l-aħjar li mmorru fit-triq tan-nofs, ċioe' li nagħmluha 0.75 square metres per person.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tistgħu tagħtuni indikazzjoni?", "Qed tissuġġerixxu li l-ispazju jkun 0.75 square metres għal kull persuna.", "Jien kont se ngħid li jidhirli li barra minn Malta r-regolamenti huma ta' 0.5 square metres per person.", "Meta din l-area ġiet suġġerita fid-dokument oriġinali, ma saritx hekk bla ebda ħsieb, iżda wara li saru ċertu konsultazzjonijiet.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Imma l-parir tal-perit mill-Planning Authority kien l-area suġġerita kienet pjuttost żgħira.", "KARL CHIRCOP: Pero' ma rridux inkunu riġidi għaliex fuq id-dance floor in-nies ikunu mod, u fl-area ta' madwar ikunu mod ieħor.", "FRANCIS AGIUS: L-importanti hu li l-post ma jkunx overcrowded.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-importanti huwa li ma jiġux inklużi areas tal-post li ma jintużawx.", "Ma rridux li wieħed jaqbad pjanta u jieħu t-total area of the place biex jasal għal kemm jista' jesa' dak il-post.", "Wieħed irid jara liema areas huma fil-fatt użati.", "Li rrid ngħid huwa li għall-iskop ta' 0.5 square metres per person, ma tiġix inkluża l-area tat-toilets, per eżempju.", "Wieħed irid joqgħod attent li l-areas li se jintużaw mill-patrons jiġu mkejla biss.", "Areas oħra li m'humiex se jintużaw mill-patrons, ma jiġux ikkonsidrati.", "MICHAEL FARRUGIA: Meta konna għamilna s-suġġerimenti tagħna lill-pulizija, b'mod speċjali meta kien hawn il-każijiet ta' meningoccol u kien qed jingħad li f'ħafna mill-każijiet in-nies kienu marru discos, eċċ, u konna qed nitkellmu fuq overcrowding, konna ċċekkjajna x'inhu t-terminu ta' overcrowding, u konna sibna li one person per 0.5 square metres huwa addattat.", "Saħansitra din kienet ir-rakkmandazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Dwar il-punt 3(a), naħseb li rridu nkunu naqra iktar speċifiċi.", "Veru li qed ngħidu li uffiċini, l-areas privati, taraġ, landings, toilets u kċejjen, m'għandhomx jiġu nklużi, pero' f'xi postijiet ikun hemm kurituri sħaħ sakemm tidħol fil-post.", "Jekk se tgħodd ukoll din l-area, in-numru ta' persuni li se jesa' l-post, se jiżdied b'mod konsiderevoli.", "IĊ-CHAIRPERSON: Allura ma' uffiċini, areas privati, taraġ jew landings, nistgħu ninkludu wkoll kurituri u foyers.", "KARL CHIRCOP: Pero' jekk mhux se nispeċifikaw fejn qegħdin dawn il-kurituri, jekk humiex qabel l-entratura jew wara l-entratura, naħseb li se nissikkaw iżżejjed ir-regolamenti.", "Jista' jkollok kurituri, bħalma hemm, per eżempju f'Gianpula, within the premises ta' fejn issir l-attivita'.", "Naħseb li dik l-area għandha titqies bħala parti mill-area available għall-patrons.", "Il-kurituri ta' barra ma jitqiesux, imma ta' ġewwa, għandhom jiġu nklużi.", "FRANCIS AGIUS: Jekk dawn l-attivitajiet se jsiru b'mod regolari f'ċertu post, dan l-eżerċizzju li se jistabbilixxi kemm se jkun jesa' post, skond dawn ir-regolamenti, se jsir darba.", "Barra minn hekk, jien naħseb li għandna nagħmlu li jkun reklamat kemm jesa' post.", "KARL CHIRCOP: Jekk nispeċifikaw li l-kurituri ma jistgħux jitqiesu bħala available area għall-patrons, irridu mmorru oltre minn hekk u nispeċifikaw liema huma dawk il-kurituri.", "Jiġifieri dawk il-kurituri li jagħtu għall-entratura ma jiġux inklużi waqt li dawk il-kurituri li jinstabu wara l-entratura għandhom jitqiesu bħala area available għall-patrons.", "Jien inħoss li din għandha tiġi speċifikata għax inkella tista' tiġi miżinterpretata.", "IĊ-CHAIRPERSON: Pero' jekk inħalluha li m'għandhomx jiġu nklużi l-uffiċini, areas privati, taraġ jew landings, toilets u kċejjen, naħseb inkunu qed nagħtu indikazzjoni ċara li l-area li trid titqies għandha tkun dik l-area fejn in-nies jistgħu jieqfu jitkellmu jew jiżfnu.", "FRANCIS AGIUS: L-għan tiegħi m'huwiex li nissikka, iżda li qed nipprova nagħmel huwa biex ma jkunx hemm loopholes ...", "KARL CHIRCOP: Imma din tista' taħdem ukoll kontra r-regolamenti għax jista' jkollok abbuż fis-sens li jingħaddu wkoll il-kurituri ta' barra l-entraturi biex tiżdied is-surface area.", "Jien ta' l-opinjoni li ma nsemmux kurituri għaliex tista' taħdem kontra.", "MICHAEL FARRUGIA: Dan jiddependi mill-post.", "Jekk inti se tagħmel attivita' - ħalli nsemmi post mhux b'riklam - f'Palazzo Parisio, fuq wara għandek il-ġnien kuruturi.", "Ovvjament hemm il-ħamrija, allura l-ħamrija se teħodha bħala area li trid tikkalkulha?", "Jekk ikun hemm swimming pool, din se tiġi nkluża fl-area li se tikkalkula?", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Naħseb li l-kliem areas privati għandha niddiskrivuhom billi ninkludu wkoll dawn l-affarijiet.", "L-Onor.", "Hemm ukoll l-area ta' funtani li m'għandhiex tiġi nkluża.", "Dawk il-postijiet li ma jistgħux jintużaw mill-patrons għandhom jiġu esklużi billi nikkwalifikawhom b'xi kelma.", "IĊ-CHAIRPERSON: Pero' aħna qegħdin ngħidu ''m'għandhomx jiġu nklużi żoni fil-lokal li ma jistgħux jiġu wżati mill-patrons, bħal ngħidu aħna ...'' u qed nikkwalifikaw liema huma dawn iż-żoni.", "Jiġifieri m'aħniex inkopru l-areas kollha.", "Hija fid-diskrezzjoni ta' min imur ikejjel li jekk jara funtana ma jkejjilx l-area tagħha għax jaf li n-nies m'humiex suppost qegħdin ġol-funtana.", "Jien neħodha bħala sens komun.", "(Interruzzjonijiet) Iva, veru ma tista' teskludi xejn, pero' kull lokal ikollu l-identifikazzjoni partikolari tiegħu.", "Jekk għandek swimming pool, min imur ikejjel jaf li n-nies m'humiex se joqogħdu ġos-swimming pool waqt li suppost qegħdin jiżfnu u allura m'għandux jinkludi l-area tas-swimming pool.", "Għalhekk qegħdin ngħidu li m'għandhomx jiġu nklużi ż-żoni li ma jistgħux jiġu wżati mill-patrons, bħalma huma uffiċini, areas privati, eċċ. Jiġifieri qed nagħtu indikazzjoni.", "Issa jekk min ikun qed jagħmel ir-regolamenti jħoss li għandu jispeċifika proprju kull post … Hawnhekk qed nagħtu l-indikazzjoni ta' aħna x'qed nifhmu bil-kliem ''użati mill-patrons'', mhux qed nispeċifikaw kull rokna li hemm fil-post.", "Biex nerġa' nagħmilha ċara, dawn il-proposti tagħna, m'humiex neċessarjament ir-regolamenti li se naraw stampati.", "Dawn huma r-recommendations tagħna lill-Ministru ta' l-Intern.", "Niġi issa għall-punti li jirrigwardaw il-multi, kemm għal meta fil-lokal ikun hemm tfal ta' taħt is-16-il sena, u kemm għal meta jkun hemm iktar persuni milli suppost.", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb li l-messaġġ li rridu nwasslu lill-Ministru, aktar milli ngħidu li l-multa trid tkun Lm100, Lm50 jew Lm40, huwa li l-multi jridu jkunu per person u jridu jkunu raġonevoli li jagħmlu sens fiċ-ċirkostanzi.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Il-multa trid tkun aktar mill-prezz tal-biljett tad-dħul għax jekk il-multa se tkun daqs, jew inqas, mill-prezz tal-biljett tad-dħul, l-organizzatur mhux se jkollu x'jitlef.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien kieku kont inħallieha għad-diskrezzjoni tiegħu.", "Nagħmilha fis-sens li għandhom ikunu ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-multi għandhom iservu ta' deterrent.", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb li dak għandu jkun il-messaġġ, li l-multi jkunu ta' deterrent iktar milli ngħidulu għamilhom Lm100, Lm50, eċċ.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela nagħmluha li l-multi jridu jservu ta' deterrent sabiex dak li jkun isiba diffiċli biex jikser ir-regolamenti.", "Dan japplika kemm għal meta jkun hemm persuni taħt is-16-il sena, jiġifieri punt 2(c), u kemm għal meta jkun hemm aktar persuni milli suppost, jiġifieri punt 3(c).", "Ħalli nirrikapitola dak li diġa' għidna.", "Dwar it-timeframe qegħdin ngħidu s-2.00 a.m., it-3.00 a.m. jew li jkun hemm ħin stipulat.", "Il-kwestjoni tal-ħin trid tirrifletti li l-ħin ma jkunx tali li jinkorraġġixxi l-użu tad-droga.", "Dwar l-ispazju li għandu jkun allokat għal kull persuna, naħseb li qbilna li se tibqa' 0.5 square meters per person.", "Għadna ma semmejniex it-team mediku.", "Jidhirli li t-tabib li kien hawnhekk l-aħħar darba, qal li m'hemmx għalfejn ikun hemm tabib u li jekk nesiġu li jkun hemm tabib, tkun diffiċli ħafna biex tiġi mplimentata.", "Qalu li hija ħafna iktar faċli li jkun team ta' first aiders.", "Barra minn hekk intqal li jekk ikun hemm tabib, jista' jkun hemm ukoll a false sense of security.", "KARL CHIRCOP: L-Aġent Tabib Ewlieni tal-Gvern qal li d-Dipartiment tas-Saħħa ma jaffordjax li jibgħat tabib … (Interruzzjonijiet) Appuntu, imma jista' jitqabbad tabib privat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri aħna se mmorru għal team mediku b'tabib, jew first aid group?", "KARL CHIRCOP: Veru, dik diġa' ddiskutejnieha.", "Imma xorta jibqa' l-fatt li trid tipprovdi għax mhux neċessarjament wieħed se jittratta biss emerġenza li għandha x'taqsam ma' droga.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien nixtieq nistaqsi lilkom it-tobba, f'attivitajiet ta' massa - għaliex hawnhekk aħna rridu nittrattawha mhux biss mil-lat ta' droga, imma mil-lat ta' attivita' ta' massa - ir-regolamenti sanitarji jitolbu li jkun hemm tabib, jew li jkun hemm a group of first aiders?", "MICHAEL FARRUGIA: Huwa rrakkmandat li jkun hemm numru ta' first aiders.", "M'hemm l-ebda obbligu li jkun hemm first aiders jew inkella tobba, eċċ. Pero' jien naħseb li qabel xejn irridu nikkwalifikaw x'inhija attivita' ta' massa; meta se nsejħulha ''attivita' ta' massa''.", "Punt ieħor li rridu nitkellmu dwaru huwa jekk aħniex se nitkellmu wkoll għal discos, parties, eċċ. Qegħdin nesiġu li għal kull disco għandu jkun hemm team mediku jew paramediku, jew sempliċement qed nissuġġerixxu li għandu jkun hemm team mediku jew paramediku għal rave parties biss?", "Qed ngħid hekk għax jekk, per eżempju, se jsir rave party nhar il-Ġimgħa li ġejja u fl-istess ħin se jkun hemm għaddejja numru ta' attivitajiet oħra, discos, eċċ, jekk se nagħmlu obbligu, irridu noqogħdu attenti fejn se nagħmlu l-obbligu.", "Jekk se ngħidu fuq rave parties biss, qed nitkellmu mod … Issa jista' jkun hemm party li jkollu 200 ruħ u allura jkun hemm min jgħidlek li din m'hijiex attivita' ta' massa, pero' fl-istess ħin, rave party ta' 200 ruħ jista' joħloqlok il-problemi daqs rave party ta' 7,000 ruħ, għax jekk f'rave party ta' 200 ruħ għandek min abbuża mid-droga, jew inkella over abused mid-droga, xorta waħda jista' jkollok wieħed li jaqa' u jmutlek daqskemm jista' jkollok f'rave party ta' 7,000.", "Meta qed nesiġu u nobbligaw, irridu noqogħdu attenti kif se nagħmlu r-regolamenti.", "Irridu nkunu prattiċi, imma fl-istess ħin ir-regolamenti jridu jirriflettu għalfejn se nagħmluhom, għax jekk se nagħmluhom għas-sempliċi raġuni għax huwa rave party u hemm massa, huwa mod, u jekk f'disco li jkollu 150, 200 jew 300 ruħ tista' wkoll tiġi abbużata l-ecstasy u l-ecstasy tista' wkoll tiġi mħallta ma' l-alkoħol, naħseb li ....", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma r-regolamenti tas-sanita', jispeċifikaw x'inhi massa?", "JEAN PIERRE FARRUGIA: F'dawn il-punti li ġew ippreżentati lilna hawn li:", "''Kull organizzatur irid jara li għal kull attivita', bħalma jsir f'attivitajiet ta' massa, ikun hemm team mediku għal li jista' jinqala'.", "Għandu jiġi ddentifikat post fil-lokal minn fejn it-team mediku jkun jista' jopera.''.", "Għall-mument, ejjew ninsew hux mediku jew paramediku, pero' hawn m'iniex nara enfasi biżżejjed fuq it-tagħmir, fis-sens li jista' jkollok tabib mingħajr ambubag u jista' jkollok paramediku b'ambubag.", "Jien nemmen li għandu jkun hemm tagħmir li normalment issibu, per eżempju, f'ambulanza.", "Illum f'pajjiżna, is-servizz ta' emerġenza jingħata fl-ambulanza minn nurses speċjalizzati f'dan ix-xogħol.", "Jiġifieri f'każ ta' emerġenza, anke f'dar, huwa infermier kwalifikat li jmur fuq il-post u mhux tabib.", "Ħafna drabi t-tabib ikun diġa' mar, imma anke jekk ma jkunx mar tabib, is-servizz jingħata minn infermier kwalifikat fl-emerġenzi.", "Jien nemmen li l-importanti m'huwiex jekk ikunx hemm infermier, tabib jew paramediku, imma jkun hemm it-tagħmir.", "Issa hawnhekk m'hawn l-ebda riferenza għat-tagħmir.", "Jien naħseb li għandu jkun hemm riferenza għat-tagħmir u min se jingaġġa dan it-tip ta' servizz, irid jara li jkun servizz ta' ċertu standard u mhux servizz biex sempliċement ikun sar.", "Trid tiġi kwalifikata.", "(Interruzzjonijiet)", "FRANCIS AGIUS: Nista' ngħid li f'mass gathering, bħalma huma attivitajiet sportivi, eċċ, dejjem ikun hemm ambulanzi u team paramediku.", "Dawn il-faċilitajiet dejjem jintalbu.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Kif fhimt jien, is-CGMO mhux se jiggarantixxi li jibgħat ambulanza ....", "FRANCIS AGIUS: Le, m'iniex qed ngħid li jintbagħtu mid-Dipartiment tas-Saħħa.", "Anzi, f'attivitajiet bħalma huma tlielaq taż-żwiemel, tlielaq tal-karozzi, logħob tal-football, eċċ, l-ambulanzi ma jintbagħtux mid-Dipartiment tas-Saħħa.", "Hemm min jipprovdi dan it-tip ta' servizz, m'hemmx għalfejn insemmu ismijiet.", "MICHAEL ASCIAK: Jien nifhem il-punt ta' Dr Farrugia, pero' fiċ-ċirkostanzi preżenti fejn kellna mwiet f'rave parties, ma nara xejn ħażin li fir-regolamenti nissuġġerixxu li f'dawn ir-rave parties ikun hemm a first aid team speċjalment meta jkun hemm 'l fuq minn ċertu numru ta' nies.", "Billi kien hemm imwiet f'dawn il-parties, we have to take that into consideration, pero' jien kieku nħalliha li għandu jkun hemm first aid team, mhux team mediku.", "Fl-opinjoni tiegħi m'hemmx għalfejn ikun hemm tabib magħhom.", "MICHAEL FARRUGIA: Illum jew il-bieraħ rajt fuq ġurnal lokali, ma nafx kemm din hija vera, u ma nistax nikkonfermaha, li kien hemm każ ta' taħlit ta' ecstasy ma' alkoħol u persuna intilfet minn sensiha.", "Issa dan il-każ ma sarx f'rave party imma f'disco.", "Allura se nibdew ngħidu: Mela f'discos imutu wkoll?", "Issa hemmhekk m'għamilnihiex.", "Mela allura anke hemmhekk se nibdew nagħmluha?", "(Interruzzjonijiet) Imma lili li tinkwetani hi dik li kont qed insemmi l-ewwel, fejn jista' jkollok 7,000 ruħ u ma jinqala' xejn, waqt li jista' jkollok party jew disco b'200 ruħ u jinqala' xi ħaġa.", "Aħna l-ħin kollu ngħidu ''Alla ħares mietet''.", "Għaliha personali qed ngħid ''Alla ħares mietet'' u għall-ebda konsiderazzjoni oħra fil-konfront ta' dawn ir-regolamenti għaliex aħna hawnhekk qed nitkellmu fuq bnedmin umani.", "Hija bniedma prezjuża għal kulħadd.", "Ma rridux inkunu żgwidati min-numri.", "(Interruzzjonijiet) Ma rridux ninsew l-inċidenza u l-package li dejjem semmejna.", "In-numru ta' nies preżenti, il-mużika li tindaqq, ir-rassa li jkun hemm u l-ħin twil ta' dik il-mużika, huma kollha a multiplier factor li joħolqulek … Jiġifieri tekk taqa' xi ħaġa minnhom, l-incidence li jiġri xi ħaġa, jonqos.", "Hawnhekk ħafna drabi tkellimna b'mod distakkat għall-aħħar, ma tajniex każ in-numru ta' persuni li jkun hemm, ma tajniex każ il-livell ta' decibels li jindaqq, ma tajniex każ il-beats li jindaqqu, pero' dawn kollha jagħmlu a package.", "Iva, meta dawn l-affarijiet kollha jkunu f'daqqa, l-incidence biex wieħed jieħu l-ecstasy biex ikun jista' jkompli sejjer, huwa ikbar.", "Jekk inti tnaqqas, per eżempju, l-ammont ta' nies għal 200 ruħ, dik l-incidence se tonqos, l-atmosfera se twaqqagħha immedjatament.", "Jekk il-ħoss flok 80 decibels ikun 60 decibels, dik l-atmosfera twaqqagħha immedjatament u allura tkun qed ixxellef l-incidence li f'dik l-atmosfera kollha kemm hi ġġiegħlek tieħu d-droga.", "Aħna din li ma rridux ninsew, il-package as a whole li jkabbarlek l-incidence.", "Jekk noqogħdu nfettqu u ngħidu li f'tal-200 jeħduha, u f'ta' l-1,000 jeħduha u f'ta' l-1,000 mietu u f'ta' l-1,000 ma mietux, imma f'ta' l-1,000 kien hemm każ ta' overdose u f'tal-200 kien hemm ukoll każ ta' overdose, u allura li nagħmlu għal ħaġa rridu nagħmluha għal ħaġa oħra wkoll, ma naslux.", "Ma nistgħux naħdmu hekk.", "Veru li incidental cases se ssibhom kullimkien u jekk immorru Paceville illejla, għid li se nsibu lil xi ħadd li ħa l-ecstasy.", "Il-probabbilita' hija hekk, pero' bħalma qal Roger Degiorgio meta staqsewh ''ma jistax jeħduhielek waqt tieġ?'' qallhom: ''Iva, pero' waqt ir-rave party mietet persuna u għamilt erba' mitt tieġ u ma mietx wieħed.''", "Ovvjament anke waqt tieġ xi ħadd jista' jieħu l-ecstacy.", "Ħadd m'hu se jżommu milli jeħodha, imma inti trid tipprova xxellef l-edges of what leads to taking ecstasy.", "Irridu noqogħdu attenti li ma nibdewx infettqu fuq l-affarijiet u nneħħu l-importanza ta' dak il-package.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien irrid niġbed l-attenzjoni tal-leġislatur li se jkun qiegħed jiddraftja r-regolamenti għas-sempliċi raġuni li fost ir-regolamenti li se jkun qed jagħmel, irid jikkonsidra wkoll ċerti punti oħrajn.", "Din hija r-responsabbilta' tal-leġislatur li se jagħmel ir-regolamenti.", "Jien għamilt il-punt tiegħi u issa sta għalih.", "IĊ-CHAIRPERSON: Li nista' nsemmi wkoll huwa li dwar punt 7 (iii) ġue suġġerit li jiġi speċifikat xi tfisser ''massa''.", "Dwar il-livell ta' ħoss, ħallejna miftuħ il-livell ta' decibels għax se jiġu kkonsidrati l-livell ta' decibels rakkmandat fl-Ingilterra u se nissuġġerixxu liema huma l-kotba li għandhom jiġu kkonsidrati.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Allura dwar il-kwestjoni ta' spazju li għandu jiġi allokat għal kull persuna, kieku jien kont nimxi bl-istess mod.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ir-regolament ta' 0.5 square metres per person huwa regolament internazzjonali.", "Dwar il-provvista ta' ilma, qed ngħidu li għandu jkun hemm sors għal kull 200 persuna.", "Ħadd ma tkellem dwarha allura jien qed neħodha li taqblu dwar dan is-suġġeriment.", "MICHAEL FARRUGIA: Mhux sors ta' ilma għal kull 200 persuna, imma sors ''miftuħ'' ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Għandu jkun hemm sors ta' ilma tajjeb għax-xorb u mingħajr ħlas, għal kull 200 persuna.", "Jien fhimtek xi trid tgħid biha ''sors miftuħ', pero' it is by implication li għandu jkun miftuħ.", "Inutli tagħmilli flixkun issiġġilat biex jien ma nkunx nista' niftħu.", "(Interruzzjonijiet) Aħna qegħdin ngħidu wkoll li dawn għandhom ikunu f'postijiet immarkati u identifikabbli.", "Jiġifieri mhux taħt xi bush fejn ma jinstabx.", "Definitely li hawnhekk m'aħniex ngħidu li jkun x'imkien moħbi f'xi rokna.", "Qabel nagħlqu, nixtieq nirringrazzja lill-press li dejjem kienu hawnhekk isegwu l-laqgħat li kellna.", "Ħafna drabi lill-press ninsewha, pero' l-press għandha rwol importanti ħafna.", "Ġieli saru xi kummenti fil-press u jiddispjaċini ngħid li kien hemm anke kummenti dispreġġattivi fuq l-attitudni li se jieħu dan il-kumitat qabel ma' kien għadu biss iltaqa'.", "Fl-ewwel ġurnata li kellu jiltaqa' dan il-kumitat, kien hemm editorjal f'gazzetta li kien diġa' qatel ix-xogħol ta' dan il-kumitat mingħajr lanqas biss kien jaf x'se jiġri.", "Pero' kif għidt, nixtieq nirringrazzja lill-press, għaliex il-press għandha rwol importanti ħafna x'taqdi f'din il-ħaġa.", "Il-membri tal-media jridu jgħaddu l-messaġġi ċari u tondi mingħajr ħafna tgħawwiġ u mingħajr ħafna spekulazzjoni dwar x'jaħsbu li ntqal jew x'jaħsbu li suppost intqal.", "Naturalment aħna napprezzaw jekk ir-rapportaġġ tagħhom ikun wieħed ċar kemm jista' jkun u nirringrazzjahom talli baqgħu hawn sa l-aħħar biex jagħtu r-rapport tagħhom.", "Għalkemm hawnhekk m'hawnx in-nies kollha li kienu nvoluti biex tkun tista' ssir din id-diskussjoni, nixtieq nirringrazzja lil kull wieħed u waħda minnhom li ġew hawnhekk, li qagħadu jinqalgħu minn ġo djarhom biex jiġu jagħtu l-esperjenzi u l-opinjonijiet tagħhom.", "Naturalment dik id-diskussjoni żgur li għenet biex aħna stajna nifformolaw perspettiva forsi differenti milli kellna qabel ma bdejna niddiskutu dan is-suġġett.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-membri tal-kumitat li ħadu sehem f'din id-diskussjoni.", "M'iniex se nagħti data għal meta se nerġgħu niltaqgħu, imma żgur li se jkun wara l-Christmas recess.", "Naturalment l-aġenda tingħata in due time.", "Grazzi ħafna.", "Fid-9.27 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19981209_004d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 9 ta' Diċembru, 1998", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.15 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 3 li saret fl-24 ta' Novembru, 1998 kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumitat informat lill-Kumitat li kellha talba minn Net Television sabiex jittieħed filmat ta' din il-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "DISKUSSJONI DWAR REGOLAMENTI GĦAŻ-ŻAMMA TA' DISCOS U PARTIES", "Il-President tal-Kumitat, l-Onor Helen D'Amato, informat lill-Kumitat li kienet irċeviet żewġ ittri dwar dan is-suġġett, waħda mid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Relazzjonijiet Internazzjonali, u oħra mingħand l-Assoċjazzjoni Ġenituri, Inħarsu 'l Uliedna.", "Hija informat ukoll lill-Kumitat li s-Sur Philip Fenech, President tal-Hospitality and Leisure Division tal-General Retailers and Traders Union, kien bagħat rapport maħruġ mill-London Drug Policy Fourm intitolat \"Dance till Dawn Safely\".", "Kopja ta' l-ittri u d-dokument tqassmu lill-Onorevoli Membri.", "Il-Kumitat stieden lill-Perit George Cilia mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u lill-Onor Adrian Vassallo jieħdu sehem fid-diskussjoni.", "Fid-9.27 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u l-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19981209_004m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 5", "It-Tnejn, 11 ta' Jannar 1999, fil-5.15 p.m.", "Mr Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 11 ta' Jannar 1999, fil-5.15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "7 ta' Jannar 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990111_005a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 11 ta' Jannar , 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fil-", "L-iSpeaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra l-Onor.", "Lawrence Gonzi, l-Onor Joe Mizzi u l-George Vella.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor Joe Mizzi, il-Kumitat qabel li f'paġna 2 tal-Minuti ta' Laqgħa Nru 4, li saret fis-7 ta' Diċembru, 1998, wara l-kliem \"għad-diskussjoni dwar il-Budget\" kellhom jiżdiedu dawn il-kliem:", "\"In-naħa ta' l-Oppożizzjoni sostniet li din l-offerta saret tard wisq biex wieħed ikun jista' joħloq skeda.\".", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 4 li saret fis-7 ta' Diċembru, 1998, kif emendati, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali esprima x-xewqa li d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali – Abbozz Nru 2 – ma ddumx ma tagħlaq peress li l-miżuri in kwestjoni kienu tħabbru fil-Budget għas-sena 1998.", "Huwa informa wkoll lill-Kumitat li l-Gvern ma kien isib l-ebda problema jekk, bil-permess tal-Kamra, id-diskussjoni fl-istadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ssir fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-Onor Joe Mizzi informa lill-Kumitat li min-naħa ta' l-Oppożizzjoni d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi kellha tagħlaq matul dik il-ġimgħa.", "Huwa sostna li peress li dan l-Abbozz ta' Liġi kien jirrikjedi l-Messaġġ tal-President, per prinċipju jkun aħjar jekk id-diskussjoni fl-istadju ta' Kumitat issir fil-Kamra.", "Madankollu dejjem ikun hemm il-possibbilta' li jintlaħaq qbil fil-Kamra li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat fil-Kumitat Permanenti.", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li:", "(a) wara li tintemm id-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, il-Kamra tgħaddi għad-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa – Abbozz Nru 11 – u d-diskussjoni dwar l-estimi tal-korporazzjonijiet, billi tibda bl-estimi ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, l-estimi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u l-estimi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar;", "(b) il-Mozzjoni dwar l-Avviż Legali Nru 254 ta' l-1998 ippreżentata mill-Onor Leo Brincat tiġi diskussa f'seduta li ssir nhar il-Ħamis, 14 ta' Jannar 1999;", "(c) il-Mozzjoni ta' Sfiduċja f'Mr Speaker tiġi diskussa f'seduta li ssir f'ġurnata normalment allokata għal xogħol tal-Gvern u din issir nhar it-Tnejn, 18 ta' Jannar 1999; u", "(d) iż-żewġ mozzjonijiet dwar kontestazzjoni ta' rulings mogħtija mill-President u l-Viċi President tal-Kumitati, rispettivament, jiġu diskussi fl-istess seduta nhar il-Ħamis, 21 ta' Jannar 1999, u wara d-diskussjoni titqiegħed mistoqsija fuq kull mozzjoni separatament.", "L-Onor George Vella qal li l-Oppożizzjoni ma ssibx oġġezzjoni.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor Joe Mizzi, il-Kumitat innota li l-membri fuq il-Welfare Committee kellhom ikunu l-Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Mario Galea u l-Onor Victor Galea Pace għan-naħa tal-Gvern u l-Onor Joe Mizzi, l-Onor Joe Debono Grech u l-Onor Adrian Vassallo għan-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "L-Onor George Vella qajjem il-punt dwar il-ħtieġa ta' aktar kontroll fuq id-dħul ta' membri tal-pubbliku fil-Palazz fil-ħin tas-seduti.", "L-iSpeaker qal li kien se jara li r-regolamenti f'dan ir-rigward jiġu inforzati.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li peress li waqt il-laqgħa ta' l-istess Kumitat li fiha kien ġie diskuss l-Ombudsplan għas-sena 1998/1999, l-Ombudsman kien offra li jiltaqa' mal-membri parlamentari, kienu se jiġu ffissati data u ħin għal din il-laqgħa, liema dettalji mbagħad jiġu komunikati lill-membri parlamentari.", "L-iSpeaker informa wkoll li l-Kumitat li kienu bdew jittieħdu passi biex il-membri parlamentari jkunu jistgħu jibdew jibbenefikaw mis-servizz ta' l-Internet fid-dar.", "Fil-5.47 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990111_005m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 5", "It-Tlieta, 19 ta' Jannar 1999 fis-6.30 p.m.", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, tavża li l-Kumitat ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 19 ta' Jannar 1999 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "13 ta' Jannar 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990119_005a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 5", "It-Tlieta, 19 ta' Jannar, 1999", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 5", "It-Tlieta, 19 ta' Jannar, 1999", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.40 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 4 li saret fid-9 ta' Diċembru 1998, ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Huwa ta' pjaċir għalija li nilqagħkom għal din l-ewwel laqgħa minn serje ta' laqgħat fuq is-suġġett children at risk.", "Żgur li l-intenzjoni m'hijiex li llum neżawrixxu s-suġġett imma li nitfgħu l-attenzjoni tagħna fuq it-tfal.", "Iktar milli nħarsu lejn is-servizzi li qed nagħtu f'dan il-qasam fih innifsu, l-għan tagħa huwa li niffokaw fuq kif dan is-servizz qed jolqot lit-tfal.", "Irridu nagħtu wkoll ħarsa wiesgħa fuq il-ħarsien tat-tfal u biex nagħtu ħarsa wiesgħa lejn il-ħarsien tat-tfal, iddeċidejna li nistiednu firxa wiesgħa ta' nies.", "Intom il-mistiedna hawn preżenti tafu lil xulxin u tafu li ġejjin minn oqsma differenti.", "Ma ħadniex biss il-Ministeru għall-Politika Soċjali li forsi aktar huwa assoċjat mal-ħarsien tat-tfal fil-mod dejjaq tiegħu, imma ħadna numru ta' oqsma diversi għax ridna li jkun hawn diversi oqsma rappreżentati.", "Fil-fatt nista' nagħtikom idea mil-liema oqsma ġejjin il-mistiedna tagħna; għandna min hu ġej mill-qasam tal-politika soċjali, bid-dipartimenti u aġenziji li jaqgħu fi ħdanu, għandna mill-oqsma ta' l-edukazzjoni, bid-diversi dipartimenti li jaħdmu mat-tfal, għandna mill-oqsma tas-saħħa li wkoll għandhom x'jaqsmu mat-tfal, għandna wkoll lil min hu responsabbli mid-djar tal-Knisja u minn St. Patrick's, apparti milli għandna wkoll individwi, bħalma huwa l-Imħallef David Scicluna li kien għamel żmien maġistrat fil-juvenile court, u Dr. Ruth Farrugia li wkoll tat sehem f'dan il-qasam.", "Il-ħsieb tagħna huwa li din il-firxa wiesgħa ta' nies jagħtu l-input tagħhom biex flimkien niddiskutu l-ħarsien tat-tfal u finalment naslu biex nagħmlu xi ħaġa li ilha ġejja - m'hijiex xi ħaġa li ħlomna biha llum - u qed nirriferi għal children act.", "Ħafna minna ilna niltaqgħu waqt seminars u ilna nitkellmu bejnietna, anke meta niltaqgħu b'mod soċjali, kemm huwa importanti li jkollna children act, pero' qabel ma naslu għaċ-children act, għaliex liġi fiha nfisha m'hija se toħloqlok xejn, nixtieq li nagħtu ħarsa lejn is-servizzi eżistenti li għandna biex naraw kif qegħdin jilħqu lil dawn it-tfal li forsi huma at risk.", "Qed isir duplication of work mid-diversi aġenziji jew dipartimenti?", "Forsi jekk ningħaqdu flimkien, ikollna iktar riżultat?", "X'irridu għall-futur?", "X'se jkun il-pass li jmiss?", "Fejn għandna lakuna, jekk għandna?", "Hemm servizzi li s'issa għadhom ma jeżistux u nixtiequhom li jkunu parti mis-sistema tagħna?", "Per eżempju, filwaqt li għandna s-servizz ta' \"Fejda\", m'għandniex xi ħaġa simili għas-subien.", "Fejn se niġbdu l-linja, aħna li għandna tfal żgħar u addoloxxenti?", "Fejn huwa l-fine line?", "Meta mbagħad niġu għal-liġi, jekk naslu li nipproduċu liġi, x'inhuma l-kriterji li se nadottaw meta tiġi mfassla din il-liġi?", "Kemm se nagħmluha liġi dommatika?", "Forsi għax jien m'iniex avukat għandi ċerta perspettiva ta' liġi, imma kemm se tkun umana din il-liġi?", "Dawn huma kollha affarijiet li rridu nħarsu lejhom.", "Nafu li matul is-snin saru diversi liġijiet imma l-impressjoni hija li qisna pezzi bukkuni, nagħmlu liġi in isolation, jew inkella nibdlu xi parti minn xi liġi biex inġibuha iktar taqbel max-xewqat tagħna f'dak il-mument.", "U fil-verita', għandna bżonn iċ-children act?", "F'Ottubru li għadda, id-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Familja organizza seminar, iċ-Child Care Seminar, u fl-aħħar tas-seminar kienu ħarġu diversi rakkmandazzjonijiet.", "Ħaġa li laqtitni ħafna f'dak is-seminar kien li qtajna r-retorika u ħriġna b'concrete proposals.", "Nixtieq nadotta din l-istess sistema għal dawn il-laqgħat, naqtgħu l-paroli żejda, biex ngħid hekk, and we come out with concrete proposals.", "Matul is-seminar, il-Ministru Lawrence Gonzi għamel ftit mistoqsijiet u se nissellifhomlu biex anke nifflowtjaw l-ideat tagħna.", "Per eżempju, xi strutturi huma neċessarji biex verament ikollna l-protezzjoni tat-tfal?", "Kemm huma adegwati l-inter-agencies and inter-departmental arrangements li għandna fil-preżent biex jagħtu protection services lit-tfal?", "X'se nagħmlu biex il-foster care jidħol fis-sistema tagħna?", "Kif se nagħtu support lill-familji biex huma wkoll ikunu jistgħu jaqdu d-doveri tagħhom b'mod konkret u b'mod effettiv fil-familja tagħhom ma' uliedhom?", "Kif se ngħinu lit-tfal u lill-familji għal meta l-familja ssib ruħha fi kriżi?", "X'mekkaniżmu se nagħmlu li verament iħares lejn id-drittijiet tat-tfal?", "Wasal iż-żmien li jkollna ombudsman biex iħares lejn il-konvenzjoni tad-drittijiet tat-tfal?", "Veru li din il-konvenzjoni ġiet maqluba għall-Malti, u dan hu tajjeb, pero' kemm tiftiehem?", "Għandna bżonn nagħmlu xi ħaġa biex din tiftiehem aħjar u tkun iktar ''user friendly''?", "U meta qed ngħid user friendly, m'iniex ngħid biss user friendly għalina l-kbar, imma user friendly għat-tfal għax wara kollox din tolqot lilhom direttament.", "Kemm għandhom say it-tfal fis-servizzi li nagħtuhom?", "Dawn huma mistoqsijiet li partijiet minnhom jista' jkollna risposta għalihom, pero' partijiet oħra rridu naħsbu iktar fuqhom.", "Dawn huma kollha mistoqsijiet li qed nitfgħalkom f'ħoġorkom u li nixtieq nisma' mingħandkom dwarhom.", "Qabel xejn nixtieq nitlob il-permess ta' sħabi l-membri tal-kumitat sabiex PBS u Net Television ikunu jistgħu jieħdu filmat ta' din is-sessjoni.", "Hemm xi oġġezzjoni?", "(Onor. Membri: Le) Grazzi.", "Naturalment intom il-mistiedna tirrealizzaw li mhux kulħadd se jirnexxielu jitkellem f'din is-sessjoni, pero' jien se nipprova nieħu interventi minn dipartimenti u aġenziji differenti u f'laqgħat oħra tingħata l-ewwel preferenza lil min ikun għadu ma tkellimx.", "Biex jagħti bidu għad-diskussjoni u forsi anke jpoġġilna l-ħsebijiet tiegħu vis-a-vis il-mistoqsijiet li għadni kemm għamilt, nixtieq nistieden lil Dr. Zammit, Direttur tad-Dipartiment għall-Assistenza Soċjali u tal-Familja.", "Nixtieq ngħidilkom li kulma tgħidu hawnhekk qed jiġi recorded, kull kelma li tgħidu hija pubblika u wara jiġi ppubblikat it-transcript tal-laqgħat.", "Għaldaqstant nappellalkom li jekk tkunu se tgħidu xi ħaġa li tikkonċerna individwi, toqogħdu attenti li dawn l-individwi ma jkunux identifikati Dawn il-laqgħat huma pubbliċi, bħalma qed taraw hawn il-press preżenti, u dak li tgħidu jista' jiġi rapportat allura wieħed għandu joqgħod attent kif jesprimi ruħu.", "Meta tiġu biex tagħmlu l-intervent tagħkom jew turu x-xewqa li tixtiequ tagħmlu intervent, importanti li titkellmu fil-microphone u tidentifikaw lilkom infuskom u tgħidu mil-liema qasam ġejjin.", "Nirringrazzjakom għal darb'oħra ta' l-interess li wrejtu u nispera li jkollna diskussjoni utli mhux għal kull wieħed u waħda minnha li hawn hawn ġew, imma għall-ħarsien tat-tfal tagħna.", "Grazzi.", "DR. VICTOR ZAMMIT (Direttur, Dipartiment Assistenza Soċjali u tal-Familja): Xi ftit tax-xhur ilu kien hawn dibattitu fuq l-aspett ta' ħarsien soċjali imma n-numru ta' nies preżenti kien terz ta' dak tal-lum.", "Illum hawn miġemgħa kbira u dan proprju juri l-interess li hawn fuq dan is-suġġett għax bħalma kulħadd jaqbel, qegħdin nitkellmu fuq ġenerazzjoni futura u m'hemmx dubju li l-ewwel prijorita' trid tkun l-investiment li rridu nagħmlu fil-persuna umana.", "Tajjeb naraw ukoll x'qed isir fl-Ewropa, per eżempju, fil-Kunsill ta' l-Ewropa, dwar dan il-qasam.", "Jien nattendi l-Kumitat ta' l-Iżvilupp Soċjali fil-Kunsill ta' l-Ewropa li għandu fi ħdanu programmi fuq it-tfal u mill-iskeda wieħed jista' jara li s-suġġetti huma varji.", "Dawn jinkludu residential care, fostering, family problems, eċċ. u dan iġibni proprju għall-mistoqsija ta' x'nifhmu eżattament meta ngħidu servizzi lill-minuri.", "X'hemm bżonn isir?", "X'qed isir u x'jonqos li jsir?", "Għalija hemm żewġ punti importanti u wieħed minnhom huwa l-kunċett ta' oġġettivita'.", "Kull meta nitkellmu, irridu nkunu oġġettivi.", "Kultant huwa diffiċli li tkun oġġettiv, imma 'l hemm irridu naħdmu.", "Aktar kmieni int semmejt is-seminar li ġie organizzat ftit ilu u minnu ħareġ li għalkemm m'aħniex f'ġenna ta' l-art għax għandna l-problemi tagħna, min-naħa l-oħra m'aħniex fl-estrem l-ieħor, per' meta niffokaw fuq problemi, irridu npoġġuhom fil-kontest Malti u nkunu realistiċi ħalli l-messaġġ joħroġ ċar.", "Punt ieħor importanti huwa l-ħtieġa li jkollok l-istrumenti neċessarji.", "L-istrumenti huma importanti, imma daqstant ieħor huwa importanti l-personnel.", "Jekk qed nitkellmu fuq il-qasam tas-saħħa u pazjenti, tenħtieġ it-tobba, jekk qed nitkellmu fuq sigurta' ta' nazzjon, tenħtieġ il-pulizija u s-suldati u jekk qed nitkellmu fuq edukazzjoni, tenħtieġ it-teachers.", "F'dan il-qasam, il-persuna li hija l-iktar strument importanti, hija s-social worker.", "Diġa' għandna numru ta' social workers u hemm oħrajn li qed jiġu trained l-Universita' u dawn kollha qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom, imma rridu naraw ukoll jekk in-numru ta' social workers li għandna huwiex adegwat għall-bżonnijiet tagħna u jekk m'huwiex adegwat, kif jista' jsir adegwat.", "Irridu naraw f'liema oqsma hemm bżonn ta' social workers u x'koordinament irid isir.", "Kif għedt, iż-żewġ punti li għalija huma importanti huma l-oġġettivita' tal-kwestjoni, ma ngħidx ''problema'', u l-personnel.", "Ix-xogħol tas-social worker huwa li l-ewwel jidentifika s-servizz li jrid jingħata lil pazjent u mbagħad jara min jista' jagħtih dak is-servizz għax is-servizz mhux neċessarjament jingħata minn dik il-persuna li tidentifika s-servizz meħtieġ, imma jista' jiġi mgħoddi lil ħaddieħor.", "Imbagħad il-multi-disciplinary teams jindirizzaw dik il-problema partikolari.", "U l-istatistika li hija ferm importanti, tinġabar minn dawk in-nies li qed jagħtu s-servizz.", "Jien niftakar meta riċentement ħarġet statistika ta' kemm għandna family break-ups f'Malta u kienet qamet il-kwestjoni li koppja li tagħmel rikors għal separazzjoni fil-Qorti fis-Sekond'Awla, tista' tagħmel ħames rikorsi fuq l-istess każ, pero' dan ma jfissirx li hemm ħames każi ta' separazzjoni imma separazzjoni waħda.", "Allura jekk trid figura li tapprossima s-sitwazzjoni reali, trid tmur fir-Reġistru tal-Qorti, tara r-rikorsi li saru għas-separazzjoni, m'hemmx għalfejn bl-alimenti, u mbagħad tara s-sentenzi deċiżi li qed jagħtu separazzjoni.", "Ma tridx tara biss il-proċeduri mibdija għaliex jista' jagħti l-każ li jkun hemm rikonċiljazzjoni.", "Dak aspett wieħed.", "L-istess ħaġa dwar children at risk.", "L-akbar inċidenza ta' riskju hija neglect.", "IĊ-CHAIRPERSON: Meta tgħid ''neglect'', qed tgħid neglect fis-sens li l-ġenituri huma incompetent jew neglect minn aspetti oħra?", "Liema hi l-ikbar l-inċidenza ta' neglect?", "Bil-mod ta' kif il-ġenituri jaġixxu, forsi mingħajr ma jkun tort tagħhom sa barra, iġibu neglect fit-tfal, jew tkun xi ħaġa intenzjonata?", "DR. VICTOR ZAMMIT: Wieħed irid jirrispondi din il-mistoqsija b'ċerta eżitazzjoni.", "Jekk tara, per eżempju, il-kawżi li jagħtu skop għall-care orders - illum stess kont qed nara waħda - tara dan l-aspett ta' neglect kif qed tgħid inti.", "Jista' jkun li tfal ikunu inkontrollabbli, pero' kull każ għandu l-aspetti u ċ-ċirkostanzi tiegħu.", "Jiġifieri wieħed irid jara l-aspetti kollha u ċertament li hawnhekk hawn nies kompetenti ħafna biex jitkellmu dwar dan.", "MICHAEL FARRUGIA: Inti għedt li ''neglect'' huwa l-akbar inċidenza.", "Tista' tgħidilna, bejn wieħed u ieħor, x'inhu l-persentaġġ ta' każi ta' neglect?", "X'inhuwa l-persentaġġ tal-kawżi l-oħra li jġibu t-tfal f'riskju?", "DR. VICTOR ZAMMIT: F'dak is-seminar li għada kemm semmiet iċ-Chairperson kien hemm paper minn wieħed mill-ispeakers - forsi jkollna ċans naraw din il-paper 'l quddiem - fejn ingħataw ċertu figuri.", "Pero' frankament ngħidlek li ma nafx kemm hu l-persentaġġ ta' każi ta' neglect u għedt li l-inċidenza hija kbira għax imbagħad taħt \"neglect\" jaqgħu r-riskji li nitkellmu fuqhom.", "U mbagħad wieħed forsi jrid jagħmel id-distinzjoni, \"children at risk\" jew \"neglected children\"?", "Niġi issa għall-abbuż.", "Wieħed irid jara jekk l-abbuż huwiex sesswali, fiżiku, psikoloġiku jew wieħed ta' pressure.", "Per eżempju, għall-konferenza ministerjali tal-Kunsill ta' l-Ewropa li se ssir f'Ġunju li ġej fi Stockholm, l-isteering committee kien qed jitlob rapport minn kull pajjiż, inkluż Malta, u wieħed mid-delegati għamel questionnaire sempliċi; infatti kont qed naħdem fuqu llum.", "Ma nistax ngħid li dan huwa sample imma I was intrigued by the replies u għedt li jekk illum f'din il-laqgħa jkolli l-okkażjoni, nagħti xi informazzjoni dwaru.", "Per eżempju, għar-rigward ta' user friendliness, meta staqsew lil 40 tifel u tifla li l-eta' tagħhom tvarja minn tmien snin għal ħdax-il sena, jekk is-soċjeta' hijiex inqas user friendly, iktar, jew baqgħet l-istess, minn 40 persuna, 28 qalu li baqgħet l-istess, tlieta qalu li saret inqas user friendly u 10 qalu li saret iktar user friendly.", "Imbagħad meta tara t-tliet ostakoli kbar illi jagħmlu s-soċjeta' inqas friendly, tara li l-aktar li tispikka - ma ngħidx li dan hu indikattiv imma jista' jkun fattur li jwassal għall-problemi f'minorenni u forsi anke għal neglect - hija illi t-tfal għandhom ħafna xogħol fl-iskola.", "46% qalu hekk.", "Fattur ieħor jirrigwarda l-leisure, per eżempju, il-logħob fit-triq.", "Veru li xi ħadd jista' jgħid that you are a street kid jekk tilgħab barra fit-triq, pero' fil-passat konna nibagħbu fit-triq u hawn min jgħid li l-isbaħ żmien ta' ħajtu kien 20 jew 30 sena ilu meta kienu jilgħabu ma' oħrajn fit-triq, meta kien hawn inqas traffiku, u kienu jilgħabu \"ħarba\" jew bil-ballun taċ-ċarruta .… Mir-rapport li qed insemmi tara li 82% tat-tfal iħossu l-problema ta' \"too much traffic\" u \"too dangerous to go out\".", "Per eżempju, 36% tat-tfal iħossu l-problema li l-ġenituri tagħhom jgħaddu sigħat twal ix-xogħol, waqt li 31% iħossu l-problema li meta jmorru d-dar wara l-iskola ma jsibu lil ħadd id-dar.", "Mill-aspett legali, f'Malta għandna s-civil code u liġijiet oħra li fihom hemm protezzjonijiet tajbin pero' ovvjament, bħal kull ħaġa oħra, il-liġi trid tiġi emendata biex tirrifletti ċ-ċirkostanzi tal-pajjiż u tal-ħajja.", "Fis-Civil Code hemm section waħda, section 149, li tipproteġi mhux biss lill-persuna imma anke l-proprjeta' tal-minuri.", "Imbagħad għandek ukoll iċ-Children and Young Persons (Care Orders) Act li jekk nużawha b'ċertu delikatezza u b'attenzjoni kbira, hija liġi tajba.", "Naħseb li wieħed irid jara x'nistgħu nżidu ma' dak li diġa' hemm u x'liġijiet oħra nistgħu namalgamaw biex noħorġu b'children act.", "Naraw nistgħux noħorġu b'enabling law li taħtha joħorġu ħafna regolamenti.", "Per eżempju, għandna l-Avviż Legali Nru. 13 ta' l-1962 li joħroġ taħt ir-regolamenti ta' l-addozzjoni.", "Issa jien qrajt dan l-avviż legali and I stand to be corrected and I need an opinion, imma dan donnu qiegħed għal dawk il-minuri li jkunu f'dak il-perijodu bejn meta jibda l-proċess għall-adozzjoni u sakemm jiġu adottati.", "F'dak l-istadju jridu jkunu protetti.", "Il-liġi ta' l-adozzjoni titkellem fuq care and possession u mhux fuq care and custody.", "Donnu dan l-avviż legali qiegħed for protected minors qabel ma jiġu adottati.", "Irridu naraw jekk dan l-avviż legali jistax jiġi utilizzat u kif nistgħu nirreveduh.", "Jiġifieri hemm ħafna x'wieħed jgħid fuq children act u fuq liġijiet oħra eżistenti.", "'Il quddiem, forsi għaxar, għoxrin sena oħra, irridu naraw kif se namalgamaw dawn il-liġijiet biex forsi jkollna liġi li mhux biss tirrigwarda lit-tfal, imma anke l-familja.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr. Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Dr. Zammit, il-United Nations through UNICEF u l-Kunsill ta' l-Ewropa - fil-fatt fil-bidu ta' l-1996 il-Kunsill ta' l-Ewropa kien għadda riżoluzzjoni fuq il-European Charter for the rights of the child - tkellmu ħafna fuq the rights of the child.", "Meta wieħed jara s-suġġerimenti kollha li saru kemm mill-UNICEF kif ukoll mill-Kunsill ta' l-Ewropa, kif tikkompara l-liġijiet eżistenti Maltin ma' dawk ta' barra?", "Fejn jidħlu d-drittijiet tat-tfal, tara l-bżonn li l-liġijiet tagħna jkunu konformi?", "Ovvjament jinħoloq ukoll dibattitu jekk għandekx ikollok ombudsman għat-tfal bħalma hemm fl-Isvezja, jew inkella jkollokx xi ħaġa differenti inkorporata f'liġijiet oħrajn, barra l-bżonn li r-rakkmandazzjonijiet internazzjonali jiġu upgraded.", "Naf illi xi sena u nofs ilu kien hemm diskussjoni, anke interna fid-dipartiment, dwar il-possibbilta' li naraw dawn il-liġijiet kollha f'daqqa u nagħmlu upgrading tagħhom fejn jidħlu r-rights of the child, imma llum, f'liema stadju qegħdin?", "Id-drittijiet huma marbuta mad-dmirijiet.", "Jekk aħna se nitkellmu fuq children at risk, ma rridux biss nelenkawhom, imma rridu naraw li jkollna wkoll il-mezzi.", "Issa ħalli mmur oltre mid-drittijiet tat-tfal u mmur fuq setturi oħrajn li rridu nirranġawhom fl-istess ħin illi qed nitkellmu fuq children at risk.", "Jien inħoss li għandu jkun hemm statistika li tkun tqarreb aktar lejn ir-realta'.", "Nafu li ħafna minn dawn il-każijiet ikunu moħbija jew minħabba taboo, jew minħabba biża', jew minħabba diversi fatturi oħra, imma għallinqas kemm jista' jkun għandna nippruvaw nersqu lejn estimu ta' x'inhija l-problema.", "U jidher li m'għandniex statistika li hija daqshekk reliable, barra l-fatt li jekk ikollok statistika, xorta waħda din ma tkunx reliable għall-aħħar minħabba diversi fatturi estranei għaliha.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa dwar is-social workers.", "Din il-problema ilha hemmhekk u għadha teżisti sal-lum.", "Il-problema hija fejn qegħdin is-social workers.", "Jekk is-social worker qiegħed fis-settur governattiv, huwa mħallas tant u jekk qiegħed fl-SWDP, huwa mħallas b'rata differenti u din toħloqlok ċertu konflitt.", "U toħloqlok konflitt għax id-dipartimenti tal-gvern huma marbuta bil-pagi skond l-iskali differenti u fil-każ tas-social workers, l-iskali qatt ma ġew mgħollija 'l fuq.", "Allura jekk, per eżempju, xi sptar tal-gvern jipprova jdaħħal social workers, ikollu l-problemi għaliex fid-dipartimenti tal-gvern m'hemmx x'jattirahom, waqt li l-SWDP għandu speċi ta' fond ta' social workers li għandhom paga iktar minn dawk li huma fid-dipartimenti tal-gvern u allura s-social workers dejjem jistennew li jkunu hemmhekk u jistennew li d-dipartimenti jużaw l-SWDP ħalli huma jiġu mpjegati fid-dipartimenti nfushom.", "Kif taħseb li din il-problema tas-social workers tista' tiġi solvuta?", "Ovvjament, wieħed jista' dejjem jibda billi jgħolli l-iskali tal-gradi ta' social workers.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr. Zammit.", "DR. VICTOR ZAMMIT: Wieħed irid jara x'inhi eżatt il-funzjoni tas-social worker fl-organu ta' l-Istat.", "Kif qed jgħid l-Onor.", "Farrugia, din il-klassi ta' ħaddiema tagħmel xogħol utili ħafna imma fl-istess waqt qisha it has yet to come into its own, anke f'dik li hi leġislazzjoni.", "Infatti konna qegħdin nitkellmu għandniex nagħtu warrant lis-social worker, u kif għandna nagħtuha.", "Kemm inġinier, kemm awditur u kemm tabib għandhom warrant, issa aħna rridu niddiskutu bl-opinjonijiet diversi li hemm, jekk social worker għandux jingħata warrant.", "Jien ngħid li għandu jingħata warrant.", "Is-social workers qegħdin fis-servizz statali, fis-servizz parastatali u fis-servizz volontarju u hemm diverġenzi u livelli differenti ta' dan il-grad.", "Barra minn hekk, toħroġ ukoll il-problema bejn dawk in-nies li qed jagħtu servizz u dawk in-nies li qed jagħmlu l-monitoring ta' dak is-servizz.", "Din il-kwestjoni dwar il-konflitt qajjimtha m'ilux f'sotto-kumitat tal-Kunsill ta' l-Ewropa ħalli nara l-opinjoni ta' persuni barranin.", "Per eżempju, min jimpjega s-social workers fl-Ewropa?", "U niftakar li delegat Belġjan qalli that the problem should not arise; jiddependi kif issir ix-scelta ta' min qed jagħti s-servizz u ta' min qed jagħmel il-monitoring.", "Ovvjament tidħol ukoll il-kwestjoni tar-remunerazzjoni.", "F'ċerti affarijiet ma tistax tkun kategoriku u dommatiku u tieħu across the board, imma trid tistudja l-pożizzjoni.", "Pero' jien ngħid li anke bħala grad, jista' jkun hemm aġġustament fil-pożizzjoni tas-social workers mal-Gvern biex almenu jiġu pari ma' klassi ta' ħaddiema simili.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien inħoss li aktar milli nindirizzaw il-problema ta' social workers bħala grupp ta' ħaddiema, aktar għandna niffokaw fuq id-diversi aġenziji li għandna vis-a-vis is-servizz li qed jagħtu lit-tfal.", "Aktar milli nidħlu fi problema partikolari ta' settur, mhux qed ngħid li għandna nitfgħuha taħt it-tapit u ninsewha, naħseb li at this stage aktar għandna niffokaw fuq aspetti oħra.", "Fil-bidu għedt li jiena nixtieq li l-focus tagħna ma jkunx fuq xi grupp ta' ħaddiema partikolari jew fuq id-dipartimenti bil-problemi ta' organizzazzjoni li jista' jkollhom, imma jkun fuq it-tfal u kif is-servizzi li nagħtu se nagħmluhom verament utli għalihom.", "Għaldaqstant nixtieq li nibbażaw il-mistoqsijiet u l-interventi tagħna f'dik id-direzzjoni.", "Forsi huwa iktar utli li nitkellmu kif is-social workers, fid-diversi oqsma, jistgħu jikkoordinaw bejniethom biex jagħtu servizz aħjar lil dawn it-tfal.", "L-Onor.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Sinjura President, naħseb li huwa importanti li jkollna definizzjoni ċara fuq min qed nitkellmu.", "Is-suġġett li għandu quddiemu dan il-kumitat huwa t-tfal f'riskju, children at risk, u allura huwa importanti għalina l-Membri Parlamentari li l-ewwelnett niddefinixxu x'qegħdin nifhmu bi ''tfal'', jiġifieri sa liema eta' qegħdin nitkellmu, għaliex inkella x-xogħol tal-kumitat tant isir ġeneralizzat li ma jippermettix analisi tajba tal-problema li trid tiġi tackled.", "It-tieni ħaġa li rridu niddefinixxu hija x'qegħdin nifhmu b'''riskju''.", "Naħseb li dawn huma żewġ punti li tajjeb li l-kapijiet ta' dipartimenti u ta' aġenziji u esperti li hawn preżenti, jgħidulna għaliex il-frażi ''children at risk'' hija frażi li għandha tifsira partikolari.", "Tajjeb li l-kumitat ikollu wkoll informazzjoni dwar liema huma l-kategoriji differenti ta' children at risk li jeżistu f'pajjiżna u kif dawn il-kategoriji nqisuhom.", "It-tielet ħaġa li naħseb ukoll għandna bżonn informazzjoni dwarha qabel nibdew ngħidu kif ċerti problemi jistgħu jiġu tackled jew kif wieħed jipprospetta ċerti soluzzjonijiet, hija liema huma l-istituzzjonijiet eżistenti li jittrattaw tfal li huma f'riskju.", "X'tip ta' istituzzjonijiet għandna?", "X'tip ta' aġenziji għandna?", "Kemm minnhom huma sempliċement aġenziji li jagħtu servizz?", "Kemm minnhom huma istituzzjonijiet?", "Naħseb li din l-informazzjoni trid toħroġ ħalli jkollna stampa ċara tas-sitwazzjoni u nkunu nafu fuqxiex qed nitkellmu.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Fil-fatt jiena se norbot ftit ma' dak li qal kemm l-Onor.", "L-Onor.", "Farrugia semma l-UN Convention imma jien naħseb li aħna għadna daqsxejn 'il bogħod u qed nitlaq minn dan il-punt għaliex minkejja li fuq l-agenda għandna ''children at risk'' issemmiet ukoll children act, pero' ovvjament children act ma tħarisx biss lejn id-diffikultajiet tat-tfal u tagħmel safeguards għat-tfal li qegħdin f'riskju, imma tħares ukoll lejn tfal li m'humiex f'riskju, jiġifieri trid tkopri wkoll id-drittijiet tat-tfal.", "Naħseb li hemm bżonn niddeċiedu fuq il-linja li se nieħdu; jekk aħniex se niffokaw - u hawnhekk ngħaqqad ma' dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Galea - fuq it-tfal f'riskju, jew inkella aħniex se nitkellmu b'mod aktar miftuħ dwar children act.", "Jekk se nitkellmu dwar children act, irridu nħarsu wkoll lejn konvenzjonijiet internazzjonali li rridu nikkonformaw magħhom.", "U jekk se nitkellmu fuq children act li hija ferm iktar wiesa', irridu nitkellmu wkoll fuq gruppi ta' tfal differenti, per eżempju, tfal imwielda barra ż-żwieġ li f'dan il-pajjiż assolutament m'għandhomx drittijiet ugwali daqs tfal imwielda fiż-żwieġ.", "Irridu naraw gruppi oħra ta' tfal li mhux neċessarjament qegħdin f'riskju imma huma neqsin minn drittijiet bażiċi.", "Huwa importanti ħafna li niggwidaw lilna nfusna.", "Hawn ħafna nies li jistgħu jagħtuna informazzjoni utli imma huwa importanti ħafna li niddiskutu ċerti prijoritajiet.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr. Zammit, trid tikkonkludi?", "DR. VICTOR ZAMMIT: M'għandix aktar x'inżid.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nixtieq li issa nisma' lir-rappreżentanti tal-guidance and counselling services tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u tajjeb li l-kelliema jżommu f'moħħhom dan li għadu kif intqal.", "Qabel inkomplu nixtieq nagħmilha ċara lid-diversi dipartimenti u aġenziji li aħna m'aħniex qegħdin hawnhekk biex nagħmlu skrutinju tax-xogħol tagħhom jew biex nikkritikaw dak li qegħdin jagħmlu, imma biex nisimgħu l-veduti tagħhom b'mod mill-aktar miftuħ u apert.", "MONA VELLA (Guidance and Counselling Services, Dipartiment ta' l-Edukazzjoni): Xi tridni ngħidilkom?", "IĊ-CHAIRPERSON: Aħna nixtiequ nisimgħu l-esperjenza tiegħek meta tiġi biex tesegwixxi x-xogħol tiegħek.", "Għalik, xi tfisser ''child at risk''?", "Għalissa insa ċ-children act għaliex bħalma qalet l-Onor.", "Coleiro dik tinvolvi t-tfal kollha u mhux biss it-tfal f'riskju, pero' inti, fix-xogħol tiegħek, fiex jikkostitwixxi child at risk?", "Kif issiru tafu b'dawn it-tfal?", "X'diffikultajiet issibu meta intom tippruvaw tagħmlu xi ħaġa u ssibu li għandkom bieb magħluq quddiemkom, jew inkella ssiru tafu bil-każijiet u ma tistgħux issegwuhom?", "X'diffikultajiet issibu meta bħala dipartiment tirrelataw ma' dipartiment ieħor li jaqa' f'ministeru differenti?", "X'koordinazzjoni teżisti bejnkom li taqgħu taħt id-dipartiment ta' l-edukazzjoni, ma' aġenziji u dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali, jew taħt il-Ministeru tas-Saħħa?", "Dawn huma t-tip ta' mistoqsijiet li nixtiequ tweġiba għalihom.", "MONA VELLA: Aħna għandna network ta' guidance teachers li qegħdin proprju fl-iskejjel.", "Ħalli ngħid xi ħaġa dwar l-istruttura li naħdmu fiha ħalli kulħadd ikun jista' jifhem kif naħdmu.", "Kull guidance teacher li hemm fi skola għandha half load apposta biex tkun tista' tagħmel ix-xogħol ta' guidance.", "Imbagħad għandna wkoll - mhux f'kull skola imma f'numru ta' skejjel - counsellors u jiena l-education officer li nikkordina x-xogħol kollu.", "Jiena ili fil-guidance section kważi 20 sena, jiġifieri għandi esperjenza ta' dan il-qasam, u sas-sena l-oħra stess, kont għadni proprju fir-roots.", "Ix-xogħol tal-guidance teachers huwa li jkunu ħbieb mat-tfal u għalhekk għandhom half load biex ikollhom ħin għal dan.", "Ix-xogħol tagħhom m'huwiex biss li jagħtu lezzjonijet, imma li jsiru jafu t-tfal li hemm fl-iskola fejn qegħdin.", "Once li inti tibni relazzjoni mat-tfal - u trid tagħmel ħiltek kollha biex tibniha - it-tfal se jibdew jafdawk ftit iktar u se jibdew jafdawk anke bil-problemi tagħhom.", "Pero' m'humiex dejjem il-guidance teachers li jidentifikaw il-bżonnijiet tat-tfal.", "Tista' tkun teacher oħra li tidentifika l-bżonnijiet ta' xi tifel jew tifla, jew jistgħu jkunu wkoll nies minn barra.", "Il-każ jista' jkun ġie riferut jew mid-dipartiment, jew mill-ministeru, jew minn x'imkien ieħor, imma d-dover tal-guidance teacher huwa li tara l-bżonnijiet ta' dik it-tifla jew tifel u taħdem skond il-każ.", "Aħna naħdmu mat-tfal kollha kemm huma u mhux biss ma' min ikun at risk f'dak il-mument, għax minkejja li llum xi ħadd jista' ma jkunx at risk, jekk ma taħdimx miegħu, għada pitgħada jista' jkun at risk.", "Allura dak huwa l-ewwel riskju.", "Jiġifieri aħna naħdmu ma' kulħadd u meta qed ngħid li naħdmu ma' kulħadd, irrid infisser li naħdmu mat-tfal fuq il-bżonnijiet normali tagħhom u skond l-eta' li jkollhom.", "Kulħadd jgħaddi mill-istadju ta' żvilupp, imma mhux kulħadd għandu l-istess bżonnijiet.", "Aħna naħdmu wkoll fuq il-binarju l-ieħor ta' crisis intervention.", "F'dan il-każ l-iktar fejn ikollok tfal at risk.", "Ħafna drabi jidentifikaw ruħhom it-tfal stess jew inkella jgħaddilek il-messaġġ xi ħadd ieħor.", "Inti trid tara kull każ individwali biex tara kif se taħdem għax il-każijiet huma diversi, jista' jkun hemm kriżi fil-familja, il-problema tista' tkun minħabba li t-tfal ikunu ġejjin minn area partikolari, eċċ. Imbagħad aħna nerġgħu naħdmu fuq żewġ livelli; nagħtuhom is-support u l-għajnuna li jkollhom bżonn u nidentifikaw il-bżonn li għandhom.", "Il-każijiet li jkollna jkunu jew ta' welfare, jew ta' child abuse.", "Il-każijiet ta' child abuse ngħadduhom mill-ewwel u ma noqogħdux nistennew mentri f'każijiet oħrajn, forsi nistennew ċertu ġranet ħalli naċċertaw ruħna dwar dak li nkunu qed naraw.", "Il-każ ngħadduh lill-awtoritajiet kompetenti, jew within our services fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, jew f'xi aġenzija, per eżempju, l-SWDP, jew inkella liċ-Ċentru Ħidma Soċjali.", "Dwar koordinament bejn aġenziji, nista' ngħid li aħna nikkoordinaw ma' aġenziji oħra.", "Ġieli kellna xi problemi għax forsi ma niftehmux, pero' naħseb li l-problema ewlennija hija dik li qal Dr. Zammit, li ma jkollokx personnel biżżejjed biex taħdem.", "Hemm lok fejn nistgħu nikkoordinaw ftit aktar, imma għax il-ħin huwa dejjem kontra tagħna, ma tantx nieqfu biex naraw kif nistgħu niltaqgħu biex nippjanaw xi ħaġa flimkien.", "Ma' l-Aġenzija sedqa għandna relazzjonijiet tajbin ħafna imma bħalma għedt, huwa ftit diffiċli ssib il-ħin.", "IĊ-CHAIRPERSON: Meta għandna daqstant dipartimenti jaqgħu taħt ministeri differenti, tħossu l-bżonn li tiltaqgħu bejnietkom?", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma kemm fil-fatt tiltaqgħu?", "Jiġifieri tħossu l-bżonn li min jaħdem f'dan il-livell fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni jiltaqa', per eżempju, ma' min qed jaħdem fil-ministeru għall-ħarsien soċjali?", "U kemm tiġri din, jekk tiġri?", "Kemm taħseb li huwa bżonnjuż li dawn il-laqgħat isiru?", "MONA VELLA: Ħalli ngħidu hekk, at managerial level, ma tantx ikollna laqgħat, pero' ikollna laqgħat, even at managerial level, ma' l-Aġenzija sedqa.", "U dawn il-laqgħat isiru għax nieħdu l-inizjattiva aħna bejnietna biex niddiskutu prevential programmes, x'hemm bżonn isir, kif nistgħu naħdmu iżjed, eċċ.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri minkejja li tħoss il-bżonn li s-sezzjonijiet differenti li jaħdmu f'dan il-qasam, jiġifieri fl-SWDP, fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u fid-Dipartiment għall-Politika Soċjali, jiltaqgħu flimkien, donnu li din l-opportunita' ma tantx isseħħ.", "MONA VELLA: At managerial level, ma tantx ikollna dawn it-tip ta' laqgħat, imma għall-bżonnijiet tat-tfal, iva, we are only a telephone call away.", "Jekk ikun hemm bżonn, inċemplu lill-SWDP, jew nibgħatulhom fax, jew immorru għandhom u ngħidulhom dwar il-każ li jkollna f'idejna u nieħdu azzjoni flimkien.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Fil-ħin tal-mistoqsijiet tas-seduta tal-lum kellna mistoqsija parlamentari dwar l-assentejiżmu ta' tfal fl-iskejjel u l-Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor.", "Louis Galea, semma l-fattur li l-mod kif inhi l-liġi llum fejn jiġu mħarka l-ġenituri meta ma jipprovdux raġuni valida għall-assentejiżmu ta' wliedhom, tista' tkun waħda mir-raġunijiet li kulħadd iħossu li qed jagħmel il-biċċa tiegħu meta fil-verita' l-problema m'hijiex qed tiġi tackled biżżejjed.", "F'rivisti barranin ġieli taqra li ħafna drabi l-assentejiżmu ta' tfal fl-iskejjel ikun marbut ma' problemi bħalma huma drug abuse, early pregnancies, eċċ. Jirriżulta hekk fil-każ tagħkom?", "Meta jkun hemm tfal li jkollhom repeated absenteism mill-iskejjel, tqishom bħala children at risk?", "Ovvjament meta jkun jidher ċar li l-każ ma jkunx minħabba mard kroniku imma minħabba problemi psikoloġiċi jew problemi marbutin mal-fatt li t-tfal ma jixtiequx jattendu l-iskola.", "MONA VELLA: Tfal li ma jmorrux skola huma dejjem high risk.", "High risk għaliex huma se jitilfu l-iskills akkademiċi tagħhom u high risk għaliex meta huma qegħdin id-dar, jew iktar agħar ikunu barra minn ġod-dar, jew jiġru fit-triq, inti ma tafx x'inhuma jagħmlu u jistgħu jiltaqgħu ma' ħafna affarijiet.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Fiex jikkonsisti x-xogħol tal-guidance and counselling services biex jersqu lejn dawn it-tfal?", "MONA VELLA: Aħna l-guidance teachers nikkoordinaw ħafna mal-welfare section u naħseb li s-Sur Francis Chircop minn din is-sezzjoni, u li qiegħed hawnhekk, jista' jgħinkom aktar minni.", "L-aħjar li tagħmel huwa li taqbad it-tfal qabel ma jibdew jinżlu f'reapted absenteism.", "Normalment il-guidance teachers jiċċekkjaw kemm ilhom ma jiġu t-tfal l-iskola billi jduru r-reġistri ta' l-attendenza u jistaqsu lit-teachers l-oħra meta jkunu flimkien fl-istaff rooms.", "Jekk ikun hemm tifla li tkun ilha ma tiġi l-iskola għal numru ta' jiem, aħna ngħidulhom il-famużi ħamest ijiem, l-aħjar li l-ewwel iċċemplilha d-dar u tistaqsiha kif inhi.", "Aħjar tagħmel hekk milli tħalli ċ-ċertifikat isir xahar wara l-ieħor.", "Jiġifieri kif għedt fil-bidu, l-aħjar huwa that you befriend them biex jafdawk u meta t-tifel jgħidlek li ma jridx jiġi l-iskola għax m'għandux aptit, jew għax ma jistax jiġi, jew għax jiddejjaq u affarijiet bħal dawn, inti tgħidlu biex l-ewwel jiġi mbagħad flimkien taraw x'hemm bżonn li jsir.", "Ġieli nirranġaw mal-head ta' l-iskola biex dak it-tifel li assolutament ma jridx jiġi skola, jibda jiġi għal xi sagħtejn biss u wara dawk is-sagħtejn imur lura d-dar, jew jekk ikun għadu żgħir, tiġi ommu għalih.", "Jiġifieri inti trid tibdielu ftit ftit.", "Dawn huma każijiet li ħafna drabi jkollna l-assessment tas- psychologist, Mr Zammit, dwarhom u wieħed irid jimxi skond dak li jkun qed jgħid s-psychologist.", "Għall-mistoqsija jekk aħna naħdmux bejnieta, iva, aħna mis-support services section, ikollna regular meetings flimkien u nikkordinaw bejnietna, pero' bħalma diġa' għedt, il-problema hija ta' nuqqas ta' nies.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak Miss Vella.", "La semmietu Miss Vella, nixtieq issa nistieden lil Mr Francis Chircop biex jgħidilna kelmtejn hu u warajh nistieden lil Fr Zammit McKeon li huwa d-Direttur tad-Djar tat-Tfal biex anke hu jagħti l-esperjenza tiegħu.", "IS-SUR FRANCIS CHIRCOP (Education Welfare Unit, Dipartiment ta' l-Edukazzjoni): Jien social worker mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u xogħli, flimkien ma' social workers oħra, huwa li nagħmlu monitoring ta' l-assentejiżmu ta' tfal ta' l-iskola.", "Ix-xogħol tagħna huwa li naraw ir-raġuni għala dawn it-tfal mhux qed imorru l-iskola.", "Aħna nibdew billi l-ewwel mmorru l-iskola u nitkellmu mal-guidance teachers ta' dik l-iskola u mas-surmast li jagħtina l-attendance register biex naraw kemm-il darba it-tifel jew tifla ikun qed ifalli, u mbagħad minn hemmhekk naraw x'intervent se nagħmlu.", "Aħna nagħmlu wkoll home visits.", "Waħda mill-ikbar problemi li qed niltaqgħu magħha, hija ...…", "IĊ-CHAIRPERSON: Dak li nixtieq nisma' Sur Chircop, x'inhuma l-problemi li qegħdin tiffaċċjaw.", "IS-SUR FRANCIS CHIRCOP: Tajjeb li ngħidu li t-tfal li jfallu l-iskola huma kollha at risk u l-ikbar problema li qed niltaqgħu magħha hija li t-tfal li jfallu għal iktar minn tliet ijiem, ħafna drabi qed ikunu covered by medical certificates.", "Xi kultant ir-raġunijiet ta' l-assentejiżmu jkunu validi imma xi kultant ma jkunux daqstant validi.", "Ikollna wkoll ċertifikati li jkunu tailor made u din lilna tinkwetana ħafna.", "Ġieli jkollna każijiet oħra fejn il-ġenituri jkunu jaħdmu t-tnejn, it-tfal ikunu waħidhom id-dar, u allura ma jkun hemm kontroll u dixxiplina ta' xejn, u mbagħad meta t-tfal ikollhom tnax, tlettax jew erbatax-il sena, meta jkunu fl-eta' where they rebel against authority, isibu ċ-ċans tagħhom u jkunu ta' uġigħ ta' ras għall-ġenituri tagħhom.", "F'dawn il-każijiet aħna nħeġġu lill-ġenituri biex jattendu għall-korsijiet ta' parental skills li jorganizzaw diversi aġenziji.", "Problemi oħra jirrigwardjaw dawk it-tfal li fl-iskola jkunu telgħu minn sena għal oħra mingħajr ma jkunu tgħallmu jaqraw u jiktbu.", "Meta dawn it-tfal ikollhom l-eta' li jmorru fl-opportunity centres, jew fl-iskejjel sekondarji jew fi skejjel oħra, dawn iħossuhom qishom qegħdin jitgħallmu l-ġermaniż, ma jifhmu xejn, u allura jirraġunaw li fl-iskola jaħlu l-ħin u jaqbżu 'l barra.", "Ikollna każi oħra ta' tfal li jkunu qegħdin jitgħallmu, imma fl-istess waqt ikunu qegħdin jagħmluha ta' bullies u jipprovaw ikissru s-sistema.", "Aħna dejjem nipprovaw nagħmlu l-intervent tagħna ma' dawn it-tfal, pero' jiddispjaċini ngħid li aħna qegħdin biss seba' social workers u rridu nlaħħqu ma' l-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex.", "Ix-xogħol tagħna jinkludi wkoll li skond il-liġi, xi kultant ikollna ntellgħu l-ġenituri l-qorti.", "Issa bil-liġi m'humiex it-tfal li qed jittellgħu l-qorti imma l-ġenituri biss u allura għat-tfal il-punishment għal xi ħaġa li jagħmlu huma, qed jeħduh il-ġenituri.", "Aħna nħossu li din is-sistema m'hijiex qiegħda taħdem kif suppost u l-pieni tal-qorti m'humiex adegwati biżżejjed.", "Ix-xogħol tagħna huwa mġebbed ħafna.", "Kulħadd irid is-social workers biex imur jagħmel il-home visits, pero' aħna għandna l-limitazzjonijiet tagħna wkoll.", "Xi ħaġa oħra li nixtieq insemmi hija li biex insolvu ftit mill-problemi li għandna, hemm bżonn li l-koppji li jiżżewġu u jkollhom l-ewwel tarbija, jingħataw parental skills mill-bidu biex ikunu jistgħu jrabbu lit-tfal kif għandhom irabbuhom.", "Inutli li jien nipprova nrabbi lit-tifel tiegħi tajjeb biex imbagħad kif joħroġ barra se jsib sistema differenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "LOUIS GALEA: Jien għadni qed naħseb li m'aħniex qed nittrattaw is-suġġett li għalih dan il-kumitat qed jiltaqa'.", "U nerġa' nitlob li nġibu lil xi ħadd, hawnhekk qed nara nies mit-Taqsima Ħarsien tat-Tfal tas-Social Welfare Development Programme, l-SWDP, biex jiddefinielna x'qed nifhmu bil-kelma ''tfal'' u x'qed nifhmu bil-kliem ''tfal f'riskju''.", "Jien inħoss li dak li qed jgħidilna s-Sur Chircop huwa ftit imbiegħed, huwa pjuttost at the tail-end tal-problema.", "Jista' jkun li finalment jagħtuna parir li m'għandniex nintilfu dwar dak is-suġġett issa, għaliex assentejiżmu fl-iskejjel jista' jkun suġġett li l-kumitat jittratta.", "Naħseb li aħjar niddefenixxu x'irridu niddiskutu għaliex inkella se nibqgħu nittrattaw jew il-problemi tas-social workers, jew il-problemi ta' l-unmarried mothers, jew inkella l-problemi taż-żgħażagħ li ma jmorrux skola.", "Dawn kollha għandhom rabtiet bejniethom, eventwalment tista' ssib li għandhom l-għerq, imma jien nippreferi li jkollna spjega ċara ta' fuq xiex qed nitkellmu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr. Farrugia, nixtieqek tkun ftit fil-qosor.", "MICHAEL FARRUGIA: Se nkun konċiż ħafna.", "Naħseb li hemm żewġ punti li ta' min wieħed iħares lejhom u wieħed minnhom huwa l-bullying.", "Mil-lat ta' social workers fl-iskejjel, kif qed tiġi tackled din il-problema?", "Issa meta qed nitkellem fuq bullying, qed nitkellem kemm dwar bullying fiżiku u kemm dwar bullying psikoloġiku.", "Per eżempju, nafu li s-subien għandhom aktar tendenza għal bullying fiżiku milli l-bniet li għandhom aktar tendenza għal bullying psikoloġiku.", "Min-naħa tagħkom, kif qed tiġi tackled din il-problema u fejn tirreferuhom każijiet simili?", "Il-punt l-ieħor li nixtieq nagħmel huwa dwar l-assentejiżmu.", "Qatt għamiltu surveys biex taraw x'inhu jwassal għall-assentejiżmu?", "IS-SUR FRANCIS CHIRCOP: Ħalli nirrispondi l-ewwel mistoqsija.", "Meta aħna naraw li għandna tfal li qegħdin jagħmlu bullying, psychologically, physically jew emotionally, hu x'inhu hu, niddiskutu mal-guidance teacher biex naraw fejn nistgħu nirriferu lil dan it-tifel u x'terapija għandu bżonn.", "Ikollna anke każijiet fejn it-tfal jiġu riferuti lis-psychologist biex naraw għaliex dan it-tifel qed jagħmel hekk.", "Għat-tieni mistoqsija tiegħek dwar ir-raġuni għaliex it-tfal qed ifallu mill-iskola, tajjeb ngħid li xi sena u nofs ilu għamilna survey fuq 729 tifel u tifla li kienu fallew iktar minn xahar matul is-sena u issa r-rapport wasal fl-istadju finali tiegħu u dalwaqt se nkunu nistgħu nippreżentawh.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Nixtieqek tiżkużani ftit Fr Zammit McKeon, għax qabel insejjaħlek se nistieden lil Dr. Tony Macelli biex jagħtina definition ta' ''children at risk''.", "DR. TONY MACELLI (Kap Eżekuttiv, Social Welfare Development Programme): Sinjura President, miegħi għandi lil Miss Yvonne Mallia li hija l-koordinatriċi tat-Taqsima Ħarsien tat-Tfal, Child Protective Services Unit, is-CPSU, ta' l-SWDP.", "Dwar definizzjoni, Yvonne tista' tgħidilna t-Taqsima tal-Ħarsien tat-Tfal x'jifhmu b'''children at risk''.", "Iżda din hija d-definizzjoni tat-taqsima tagħhom, li naħseb hija iżgħar mid-definizzjoni li tkunu tridu tagħmlu intkom għaliex huma qed jaħdmu ma' tfal li huma f'riskju ta' abbuż u ma nafx intom intomx ristretti għal dan is-suġġett.", "IĊ-CHAIRPERSON: Aħna m'aħniex qegħdin ngħidu abbuż fis-sens dejjaq jew wiesa' tal-kelma, imma rridu naraw x'jikkonstitwixxi risk.", "Jiġifieri tifel li qiegħed, per eżempju, ġo familja fejn l-omm għandha problemi ta' saħħa mentali, huwa considered as a child at risk?", "(Interruzzjonijiet) Irridu nkunu nafu x'jikkonstitwixxi risk u min huma dawk it-tfal li huma at risk.", "Intom x'tikkonsidraw bħala risk?", "L-Onor.", "LOUIS GALEA: Jien naħseb li dan il-kumitat għall-affarijiet soċjali beda tradizzjoni li hija tajba ħafna, li jagħmel public meetings, li jeżamina bil-kalma u b'mod oġġettiv u li jidħol fid-dettall, imma jekk ma nkunux speċifiċi f'dak li qegħdin niddiskutu, nibża' li f'kull laqgħa, jew taħt suġġetti differenti .… Ftit ilu kien hawn suġġett li minn dak li smajt f'xi interventi li saru, kien repetizzjoni ta' dak li kien qed jintqal qabel.", "Jien personalment, pero' naturalment hawnhekk hawn sħabi l-oħra li għandhom l-opinjoni tagħhom, nippreferi li jekk qed nitkellmu fuq children at risk, nitkellmu fuq id-definizzjoni preċiża tal-kliem ''children at risk''.", "Kulħadd jista' jkun f'riskju, anke aħna nistgħu nkunu qegħdin f'riskju bħalissa, pero' ma naħsibx li qed nitkellmu fuq ir-riskji li jeżistu jekk jimirdu l-ġenituri, jew jekk taqsam it-triq, jew jekk tħalli lit-tfal jilagħbu barra.", "Jekk qed niddiskutu children at risk, nixtieq l-ewwelnett nisma' opinjoni fuq liema eta' qed nitkellmu, u meta qed ngħidu ''at risk'' irridu nkunu nafu - mhux aħna, at this stage mhux x'inhi l-opinjoni tiegħi jinteressani - x'jifhmu b''risk'' the expert agency in the field.", "DR. TONY MACELLI: Bir-rispett kollu, jien fhimt dan li għadkom kif għedtu u għalhekk għedt li d-definizzjoni li se nagħtukom mit-Taqsima Ħarsien tat-Tfal m'hijiex l-istess definizzjoni li nagħtukom minn taqsimiet oħra u forsi lanqas ma hija d-definizzjoni li tridu tagħmlu intom.", "Bħala kumitat intom tridu tiddefinixxu.", "LOUIS GALEA: Eżatt.", "DR. TONY MACELLI: Se nibda b'riflessjoni fuq children at risk fis-sens l-iktar wiesa'.", "Jien naħseb li children at risk huma dawk it-tfal minorenni, taħt it-18-il sena, li relattivament għandhom iktar possibbilta', iktar ċans, li jkollhom ħsara.", "Issa affari tagħkom jekk tinkludux l-aspetti wiesgħin kollha, bħalma huma l-aspett ta' saħħa, l-aspett edukattiv, inkluż il-bullying u affarijiet li għandhom x'jaqsmsu ma' tagħlim li ssemmew diġa', riskju ta' abbuż, riskju ta' vjolenza, anke fit-triqat jew inċidenti tat-traffiku, u riskju minħabba problemi jew diffikultajiet kbar psikoloġiċi jew emozzjonali li għandhom.", "Aspett ieħor ta' riskju jista' jkun minħabba n-natura tal-familja li qegħdin fiha jew inkella n-nuqqas ta' familja, jiġifieri tfal li qegħdin f'residential care, tfal li għandhonm bżonn fostering.", "Dan li għedt m'huwiex definition imma huma riflessjonijiet dwar id-definition li wieħed jista' jagħmel f'sens l-iktar wiesa'.", "Il-punt l-ieħor huwa jekk intoom bħala kumitat tridux tħarsu mhux biss lejn children at risk f'dan is-sens li qed ngħid jien, imma lejn tfal li diġa' għandhom ħsara, tfal li mhux qegħdin f'periklu li jkollhom il-ħsara, imma li diġa' qegħdin isofru tbatija, ħsara u diffikultajiet kbar.", "U dawn jinkludu wkoll nies li naħdmu magħhom aħna, per eżempju, nies li huma abbużati, nies li huma morda, jew nies li għandhom diffikultajiet psikoloġiċi kbar.", "Kif għedtilkom, Yvonne Mallia se tagħti definizzjoni ta' ''children at risk'' li jużaw iċ-Child Protective Services Unit.", "Nixtieq ngħid li din hija waħda mis-sitt forom, biex ngħidu hekk, ta' abbuż, għaliex li tkun imqiegħed f'riskju ta' abbuż, huwa diġa' abbuż.", "Jiġifieri qed nabbużaw b'ċerti tfal li nħalluhom f'sitwazzjonijiet li jkunu fil-periklu, allavolja l-periklu għadu ma wassalx għall-ħsara.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Xtaqt nistaqsi x'inhija l-inċidenza, forsi bħala aġenzija din tqisuha, ta' tfal f'riskju of their own parents.", "X'inhi l-inċidenza ta' tfal f'riskju li l-familji tagħhom ikunu finanzjarjament fi problemi?", "DR. TONY MACELLI: Jiddispjaċini ma nistax inwieġeb din il-mistoqsija kwantitattivament, forsi l-planner tkun tista' tagħmel xi kummenti dwar dan iktar tard.", "Hawnhekk għandna rappreżentanti mhux biss tat-taqsima taċ-child protection imma xi erba' jew ħames taqsimiet oħra li għandhom x'jaqsmu ma' tfal f'riskju u nixtieq nippreżenta lill-kumitat account kwantitattiv tax-xogħol li dawn qed jagħmlu mat-tfal f'riskju.", "Nippreżenta:", "YVONNE MALLIA (Koordinatriċi tat-Taqsima Ħarsien tat-Tfal, Social Welfare Development Programme): Naħseb li waħda mill-ikbar problemi li kellna bħala taqsima kienet biex niddefinixxu ''tfal f'riskju'' u ħadna ħafna żmien biex wasalna għal definizzjoni.", "Nixtieq nenfasizza dak li qal Dr. Macelli, jiġifieri li aħna dejjaqnieha ħafna d-definizzjoni.", "Bdejna minn xi ħaġa wiesgħa u meta ħarisna lejha b'mod wiesa', id-definizzjoni li stajna naslu għaliha kienet ta' tfal taħt it-18-il sena li minħabba ċ-ċirkostanzi li kienu fihom, ma setgħux jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom, potenzjal fejn tidħol l-edukazzjoni, fejn tidħol is-soċjeta', fejn tidħol il-psikoloġija u l-aspett emozzjonali.", "Jiġifieri tlaqna minn hemmhekk, bħala area wiesgħa ħafna.", "Li bdejna niskopru matul iż-żmien kien li iktar ma jkunu żgħar it-tfal, iktar ikunu f'riskju b'mod speċjali fejn tidħol l-area ta' abbuż.", "Aħna dejjaqna d-definizzjoni għal dawk it-tfal li huma f'riskju għal abbuż, abbuż fiżiku, abbuż sesswali, abbuż emozzjonali u abbuż fejn tidħol traskuraġni ta' tfal.", "Allura meta aħna nitkellmu fuq tfal f'riskju, inkunu qed inħarsu lejn dawn l-oqsma.", "Xtaqna nidentifikaw x'inhu dak li jpoġġi lit-tfal f'riskju għal wieħed minn dawn l-abbużi, jiġifieri mhux li fil-fatt qegħdin jiġu abbużati, imma hemm ċerti fatturi li jpoġġuhom f'dan ir-riskju.", "Per eżempju tfal li jgħixu fl-istess dar ma' persuna li hija abuser, huma potenzjalment f'riskju li jiġu abbużati.", "Dik hija waħda mill-affarijiet li nħarsu lejha.", "Eżempju ieħor huwa ta' meta f'dar ikun hemm tifel jew tifla li tkun diġa' ġiet abbużata, allura l-aħwa l-oħra, minkejja li m'humiex abbużati, huma potenzjalment f'riskju.", "Meta aħna niltaqgħu ma' ċerti każijiet nagħmlu risk assessment u nimxu b'formola li biha naslu biex naraw x'inhuwa r-riskju.", "Aħna nħarsu lejn fatturi li jikkonċernaw il-ġenituri, per eżempju, l-eta' żgħira tal-ġenituri jew history ta' kriminalita'.", "Dawn huma fatturi li jesponu lit-tfal għal ċerti riskji.", "Hemm lista ta' fatturi diversi; hemm xi 20 punt differenti li jikkonċernaw lill-ġenituri, pero' jiddispjaċini li ma ġibthiex miegħi din il-lista.", "Imbagħad hemm dawk il-fatturi li jikkonċernaw lit-tfal stess.", "Sibna, anke minn litteratura li qrajna, li ċerti tfal, per eżempju, tfal li huma hyperactive, huma iktar disposti li jiġu abbużati minn tfal oħra.", "M'huwiex biss dak il-fattur waħdu li jpoġġi lit-tfal f'riskju, imma dak il-fattur in conjunction ma' fatturi oħra, ikun qed jesponi aktar lit-tfal għal riskju.", "Wieħed irid iħares ukoll lejn l-ambitu soċjali li jgħixu fih it-tfal.", "Dawn għandhom support?", "Hemm min jgħinhom lil dawn it-tfal?", "Fl-ambjent tagħhom, il-vjolenza hija tollerata?", "Jekk qegħdin f'ċertu ambjent fejn wieħed jargumenta li ''iva, jien nista' nsawwathom lit-tfal għax b'hekk jitgħallmu'', allura hemmhekk hemm iktar riskju li dawk it-tfal jiġu abbużati minn dawk it-tfal li jgħixu f'ambjent fejn wieħed jargumenta li ''le, kemm jista' jkun jien nipprova ma nsawwathomx lit-tfal''.", "Allura diġa' hemm differenza bejn dawk li jgħixu f'ambjent mod u dawk li jgħixu f'ambjent differenti.", "Meta tikkombina dawn il-fatturi flimkien, inti tibda tieħu ċertu idea u tistaqsi jekk dawn it-tfal humiex qegħdin potenzjalment f'riskju.", "Huwa għoli dan ir-riskju, jew m'huwiex għoli dan ir-riskju?", "X'tip ta' intervent hemm bżonn li jittieħed biex f'dan il-każ nippreveni milli jsir l-abbuż - għaliex qed ngħidu li l-abbuż għadu ma bediex isir?", "Hemm bżonn li jien nagħti support lill-ġenituri jew hemm bżonn li nara biss il-bżonnijiet ta' dan it-tifel jew tifla partikolari?", "Hemm bżonn li noħloq network biex din il-familja jkollha fuq min iddur?", "Hija diffiċli tiddefinixxi l-kliem ''tfal f'riskju''.", "Id-definizzjoni hija wiesgħa pero' huwa importanti li tħares lejn l-oqsma differenti, per eżempju, il-qasam edukattiv u l-qasam tas-saħħa.", "Meta t-tfal ikollhom problema medika, qed ifittxu l-għajnuna medika għal dawn it-tfal?", "Dak huwa wkoll riskju fejn it-tfal ma jkunux jistgħu jikbru b'mod tajjeb għaliex mhux qed jirċievu l-kura neċessarja.", "Dik hija d-definizzjoni li aħna bħala taqsima nimxu fuqha.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Dwar l-eta', inti wkoll qed tgħid għal min huwa taħt it-18-il sena, jew hemm eta' iktar ristretta?", "YVONNE MALLIA: Ir-range ta' l-eta' tkopri minn qabel ma t-tfal jitwieldu sa meta jagħlqu t-18-il sena.", "Dik hija l-eta' definita bil-liġi.", "Ovvjament ma jfissirx li lit-tfal nistmawhom bl-istess mod.", "Aħna nifhmu li jekk għandek persuna ta' tliet snin u persuna ta' 15-il sena, wieħed jista' jkun f'riskju aktar mill-ieħor.", "Pero' trid tħares mhux biss lejn l-eta', iżda wkoll lejn fatturi oħra.", "Trid tara x'tip ta' abbuż qed nitkellmu fuqu u x'inhi l-gravita' ta' dak l-abbuż.", "M'hijiex biss l-eta', imma l-eta' hija waħda mill-affarijiet li nikkonsidraw meta nkunu qed naraw x'riskju qegħdin fih it-tfal.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: F'gazzetta lokali, riċentement kien hemm statistika maħruġa minnkom fejn minnha rriżulta li f'kull tip ta' abbuż - mhux biss dak sesswali imma kull tip ta' abbuż ieħor - il-bniet jintlaqtu aktar mis-subien.", "Kif tispjega dan il-fatt?", "Hemm xi raġuni għala huwa hekk?", "YVONNE MALLIA: B'mod xjentifiku, le, għadna ma wasalniex għal raġuni, għalkemm anke jekk tħares lejn pajjiżi barra minn Malta, issib din it-trend.", "Hemm iktar bniet minn subien li jiġu abbużati, pero' r-raġuni xjentifika għala huwa hekk, għad ma wasalniex għaliha.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Il-fatt li kemm Malta kif ukoll barra minn Malta rriżulta li n-numru ta' każijiet ta' abbuż irdoppja - in-numru ta' abbuż sesswali s-sena li għaddiet kien id-doppju ta' dak li kien fl-ewwel sena tal-ħidma tagħkom, tattribuh biss għall-fatt li llum il-każijiet iktar qed jiġu rapportati, jew għaliex fil-fatt kien hemm żieda ta' każijiet?", "Jekk m'iniex sejjer żball, hemm xi 300 każ fis-sena?", "YVONNE MALLIA: Pero' l-persentaġġ baqa' pjuttost l-istess.", "Jekk per eżempju tħares lejn il-każijiet ta' abbuż sesswali, tara li l-persentaġġ baqa' pjuttost stabbli, varja xi ftit minn sena għall-oħra, pero' safejn naf jien in-numru ma rdoppjax.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Is-sena l-oħra kien hemm 81 każ, waqt li fl-ewwel sena kien hemm xi 40 każ.", "YVONNE MALLIA: Pero' trid tara l-persentaġġ.", "Barra minn hekk, l-ewwel sena ma kenitx full year għax bdejna minn Awissu.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Per eżempju fl-Amerika, bejn l-1986 u l-1993, irdoppja n-numru ta' każijiet.", "Intom taħsbu li dan huwa biss minħabba l-fatt li aktar nies saru jafu bikom u allura aktar każijiet qed jiġu rapportati, jew għaliex fil-verita' l-problema qed tiggrava?", "YVONNE MALLIA: Ma naħsibx li tista' tgħid li r-raġuni hija waħda.", "Fl-opinjoni tiegħi, nattribwixxi ħafna għall-fatt li hawn iktar awareness u l-awareness żdiedet permezz ta' programmi fuq il-media u artikli fil-gazzetti, u permezz ta' programmi edukattivi, bħal PSE, li jsiru fl-iskejjel u anke permezz is-servizz ta' guidance li jingħata lit-tfal fl-iskejjel.", "Illum it-tfal huma aktar aware li jistgħu jieħdu azzjoni.", "Jafu li anke huma stess jistgħu jċemplu għall-għajnuna u din hija xi ħaġa li sa ftit taż-żmien ilu ma kenux jafu biha.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Minn dak li qed nifhem, il-unit tagħkom taħdem meta xi ħadd jgħaddilha każ.", "Ma naħsibx li intom tistgħu tweġbuni għall-mistoqsija li se nagħmel, pero' se nagħmilha xorta waħda biex meta l-awtorita' kompetenti tkun qed tagħmel espożizzjoni, forsi tkun tista' tagħtini tweġiba.", "Personalment ma nafx kemm qed naħdmu b'mod pro-attiv.", "Għadna kemm smajna d-definizzjoni ta' ''children at risk'' u skond it-taqsima tagħkom liema huma l-gruppi differenti ta' tfal f'riskju, imma kemm qed nilqgħu minn qabel?", "Veru li issa hemm iktar aċċess għat-tfal fejn huma stess jistgħu jċemplu għall-għajnuna, imma mil-lat ta' prevenzjoni, x'inhu jsir?", "Kemm jeżisti koordinament biex meta wieħed jistabbilixxi li hemm familja fejn fiha jista' jkun hemm perikli għat-tfal - kif kienet qed issemmi s-Sinjorina, forsi hemm ġenitur li kien abuser u allura hemmhekk wieħed jista' jidentifika li jista' jkun hemm riskju - tittieħed xi azzjoni qabel ma jiġri xi ħaġa?", "Kemm aħna organizzati biex nidentifikaw ħalli mill-bidu nett - u hawn tidħol l-iskola wkoll - wieħed joqgħod ftit iktar attenti u jagħti dak is-support li bdejt issemmi inti fil-bidu?", "YVONNE MALLIA: Bħala taqsima, aħna reattivi, jiġifieri jidħol każ u nirreaġixxu għalih, ħlief meta niġu mistiedna biex nagħtu talks.", "Pero' anke dawn, lanqas ma nfittxuhom aħna attivament u dan proprju minħabba problema ta' ħin.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiġifieri m'hemmx programmi fl-iskejjel?", "YVONNE MALLIA: Naħseb li l-Aġenzija sedqa tista' tagħti aktar informazzjoni dwar dan għax huma jagħmlu programmi fl-iskejjel u safejn naf jien jittekiljaw ukoll l-issue ta' abbuż.", "Jien naħseb li ta' min wieħed jidħol fl-area ta' prevenzjoni u xi programmi edukattivi jistgħu jsiru fl-iskejjel biex nilqgħu minn qabel għall-problema ta' l-abbuż u biex it-tfal jitgħallmu kif huma stess jistgħu jwaqqfu l-abbuż qabel ma jiġri, li huma jistgħu jgħidlu ''le'' u li hemm mezzi kif tista' twaqqfu l-abbuż.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Madam Chairperson, jien naħseb li wara li nkunu smajna u għarbilna dak li smajna, għandna niffokaw kif nistgħu nkunu pro-attivi u noħolqu sistema ta' prevenzjoni biex ma nibqgħux pajjiż li dejjem jaħdem b'reazzjoni għal dak li jkun diġa' ġara.", "Dan hu l-mod ta' kif inċekknu l-problemi tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naħseb li fl-introduzzjoni tiegħi kont ċara meta għedt li nixtieq li naraw x'aħna nagħmlu llum u kif se nħarsu għal quddiem.", "Naħseb kont ċara dwar dak li xtaqt inkun naf u kif nistgħu nikkoordinaw ix-xogħol.", "DR. TONY MACELLI: Jien naqbel ħafna li hawn nuqqas kbir ta' xogħol ta' prevenzjoni.", "Xogħol ta' prevenzjoni 'l hawn u 'l hemm, qiegħed isir, imma fil-fehma tiegħi u fil-fehma tagħna, l-SWDP, naħsbu li mhux qiegħed isir biżżejjed, we are just scratching the surface.", "U għal dan ix-xogħol trid nies, trid ħsieb u trid ċerti faċilitajiet għaliex anke reklam fuq it-television jiswa' l-flus.", "Biex isiru talks, support groups u skill learning sessions għall-ġenituri, jenħtieġu riżorsi.", "Napprezza ħafna li qed tagħmlu sforz f'din id-direzzjoni u bil-permezz tiegħek, nixtieq naqbad xi trufijiet żgħar minn dak li ntqal f'dawn l-aħħar ftit minuti dwar l-etajiet.", "Fis-session li jmiss ta' dan il-kumitat, jekk tridu, nistgħu nġibulkom account ta' child abuse cases skond l-eta'.", "IĊ-CHAIRPERSON: Napprezzaw jekk tagħmel hekk.", "DR. TONY MACELLI: Dwar in-numru ta' child abuse cases li ħadet din it-taqsima, safejn naf jien, f'dawn l-aħħar sentejn jew tlieta, ir-rata kienet ta' kważi każ wieħed kuljum u f'dawn l-aħħar tliet snin, in-numru ta' każi ma tantx inbidel.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: 300 każ fis-sena.", "DR. TONY MACELLI: Anzi 360 każ fis-sena.", "Fil-fatt fl-1998 kien hemm 361 każ.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Qed tirreferi għalkażijiet rapportati?", "MARIE LOUISE COLEIRO: Taħsbu li hemm każijiet li ma jkunux rapportati?", "Forsi każijiet li ġraw and which were overcome, b'liema mod il-Bambin waħdu jaf.", "Taħsbu li jeżistu każi bħal dawn?", "YVONNE MALLIA: Fil-fatt hemm każijiet li ma jiġux rapportati, jew għaliex il-problema tkun ġiet megħlba minnhom stess, jew inkella għax ikunu għadhom ma tkellmux fuqha.", "Barra minn hekk, hemm ukoll dawk il-każijiet li jiġu rapportati iżda li meta nagħmlu l-investigazzjonijiet tagħna, insibu li r-rapport ma kienx vera.", "Jiġifieri persentaġġ minn dawn il-każijiet ma jkunux vera.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jista' jkun hemm ukoll każijiet fejn ma tkunx intalbet l-għajnuna ta' xi aġenzija tal-Gvern, imma ta' xi ħadd privat, per eżempju, ta' psikologu.", "Allura għall-iskopijiet ta' statistika dawk il-każijiet ma jingħaddux għax ma jkunux ġew għall-konoxxenza tagħkom.", "DR. TONY MACELLI: Li tajt hija biss l-istatistika tat-Taqsima Ħarsien tat-Tfal.", "Ma jinkludux dawk il-każijiet li marru d-dipartiment tas-social welfare jew dawk li marru għand l-education welfare unit, jew dawk li marru l-CDAU u postijiet oħra iktar speċjalizzati.", "Il-każijiet li semmejna, jiġifieri t-361 każ li kellna s-sena li għaddiet u numru simili s-sentejn ta' qabel, huma każijiet ġodda li ġew għall-attenzjoni tat-Taqsima Ħarsien tat-Tfal.", "Bħala każijiet differenti, fit-Taqsima Ħarsien tat-Tfal - mhux qed insemmu t-Taqsima Vjolenza Domestika - kemm ilna li bdejna 52 xahar ilu, s'issa kellna 1,437 referrals ta' tfal abbużati, li jfisser medja ta' 28 każ fix-xahar.", "U meta aħna qed ngħidu abbuż, dejjem fil-kontest tat-Taqsima Ħarsien tat-Tfal, inkunu qed nirreferu għal sitt kategoriji ta' abbuż, abbuż psikoloġiku u emozzjonali, abbuż fiżiku, jiġifieri swat jew ħruq bis-sigaretti, abbuż sesswali ...", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Meta qed tgħid \"swat\", qed tirreferi għal kull tip ta' swat?", "DR. TONY MACELLI: Naħseb li aħjar nħalli lil Yvonne twieġeb din il-mistoqsija.", "Aħna qed ngħidu \"swat abbużiv\", jiġifieri mhux xi daqqa waħda kultant.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Naħseb li importanti tkun ċar, b'mod partikolari minħabba l-media.", "DR. TONY MACELLI: It-taqsima tagħna għandha definizzjoni ta' ''swat'' imma ma ġibnihiex magħna hawnhekk.", "YVONNE MALLIA: Aħna qed nitkellmu fuq abbuż.", "Naturalment bħala taqsima ma niġġustifikaw l-ebda tip ta' swat fuq it-tfal; jekk tfal qalgħu daqqa, mhux se niġġustifikawha, pero' ma nistax ngħid li daqqa fuq sieq hija abbuż.", "F'dan il-każ it-taqsima se tintervjeni u se tipprova taħdem mal-familja biex turihom modi kif tista' tiddixxiplina lit-tfal mingħajr ma tuża swat fuqhom.", "Imma meta qed nitkellmu fuq swat fiżiku, qed nitkellmu fuq dak li huwa abbużiv, jiġifieri dak li qed jikkawża ħsara lit-tfal, jew ħsara fiżika jew ħsara fl-iżvilupp tagħhom.", "DR. TONY MACELLI: Ħalli nkompli nagħti l-lista ta' kategoriji ta' abbuż bid-definitions li qegħdin fil-manwal operazzjonali tagħna.", "L-abbuż jista' jkun psikoloġiku, emozzjonali, fiżiku, sesswali, traskuraġni abbużiva, pre-natal abuse, l-aktar minħabba drogi u pilloli żejda, u l-kategorija li semmitilkom Miss Yvonne Mallia qabel, at risk of abuse, jiġifieri, at risk li jkollhom wieħed minn dawn l-abbużi li semmejna.", "Hawnhekk preżenti hawn ukoll rappreżentanti mit-Taqsima Vjolenza Domestika ..…", "IĊ-CHAIRPERSON: Konna se nisimgħuhom aktar tard.", "DR. TONY MACELLI: Fil-qosor ngħid li kien hemm 300 tifel u tifla li kienu nvoluti f'domestic violence u li kienu affettwati biha.", "Dawn it-300 każ huma l-każijiet kurrenti biss, il-każijiet li qed naħdmu fuqhom.", "Il-Family Therapy Unit, minn Jannar 1996 sa Diċembru 1998, taw servizz terapewtiku lil 550 tifel u tifla li qegħdin ġo familji mħawdin.", "IĊ-CHAIRPERSON: U qed isemmi biss il-każijiet li jiġu għand l-SWDP.", "DR. TONY MACELLI: Hekk hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien persważa li li kieku kellhom joħorġu hawnhekk nies li qegħdin fil-ħidma soċjali, jgħidulna li dawn in-numri jikbru ħafna iżjed, pero' ma naħsibx li għandna noqogħdu ninħlew fuq in-numri għaliex anke jekk hemm persuna waħda, irridu nipprevenu għaliha.", "In-numru mhux se jimpressjonana biex iġiegħlna nagħmlu xi ħaġa.", "L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Nixtieq nagħmel mistoqsija żgħira.", "Dawn il-każijiet huma kollha ta' persuni differenti, jew jista' jagħti l-każ li l-istess persuna jkollha iktar minn każ ta' abbuż wieħed?", "Huma events, jew huma persuni?", "DR. TONY MACELLI: Il-każijiet li semmejna taċ-child protection, huma kollha ta' tfal differenti.", "Kull tifel huwa meqjus bħala każ u tfal ta' l-istess familja, qed ngħodduhom bħala każijiet differenti.", "YVONNE MALLIA: Jekk hemm tliet itfal fl-istess familja li huma abbużati, dawk huma meqjusa bħala tliet każijiet.", "Imma jekk l-istess tifel ġie rapportat tliet darbiet, dak jiġi meqjus bħala każ wieħed.", "FRANCIS AGIUS: Allura fil-fatt, bħala numru ta' events, in-numru huwa iktar.", "DR. TONY MACELLI: Iva, dażgur.", "FRANCIS AGIUS: Sinjura President, fid-definizzjoni lilna tinteressana wkoll il-kobor ta' din il-problema u se jkollna problema bid-definizzjoni.", "Pero' tista' ma tkunx problema jekk aħna naċċettaw li rridu nagħmlu ċerti prijoritajiet għaliex issa qegħdin nisimgħu fuq abbuż fiżiku, abbuż sesswali, abbuż psikoloġiku, eċċ., imbagħad se nitkellmu skond l-area li se nisimgħu.", "Jiġifieri rridu nkunu aware - qed ngħid dan anke għalija nnifsi - li din id-definizzjoni hija speċifika u fl-istess ħin forsi anke frammentarja.", "Diġa' qed nara frammentazzjoni kbira meta qed nitkellmu dwar children at risk.", "Hemm bżonn li ninżlu fl-ispeċifiku biex imbagħad minn dawn id-definizzjonijiet noħorġu lejn sitwazzjoni fejn nistgħu nikkontribwixxu permezz ta' koordinazzjoni.", "Pero', fl-intervall bejn dawn iż-żewġ affarijiet, għandna bżonn immensament l-informazzjoni.", "Issa fil-każ ta' prevenzjoni, il-problema hija min se jidħol għar-responsabbilta' speċifika f'kull funzjoni.", "Kull settur għandu parti minn din il-funzjoni.", "Per eżempju, intom qed tiġbru u tagħtuna l-istatistika li minnha aħna nistgħu nieħdu deċiżjonijiet, jew napplikaw deċiżjonijiet li huma tajbin, pero', postijiet oħra qegħdin jiġbru dik l-istatistika bl-istess mod?", "Din l-istatistika qiegħda tiġi shared?", "Huwa importanti ferm li aħna naqsmu l-istatistika.", "L-informazzjoni hija l-akbar arma li għandna biex niġġieldu l-problema u anke biex nikkwantifikawha.", "Importanti li nikkwantifikaw.", "Per eżempju l-media li hawn preżenti tista' forsi taqbad każ wieħed u ġġibu fl-ewwel faċċata għax forsi jkun fih ċertu interess, pero' l-importanti huma dawk it-tfal, the silent majority, biex ngħid hekk, li qegħdin ibatu.", "Tfal, li aħna interessati fihom.", "Jien nixtieq nitlobkom per eżempju, tesploraw il-possibbilta' li taħdmu mat-tobba tal-familja kif isir fl-Ingilterra.", "Jien ma nħossx li hawn awareness biżżejjed ta' ċerti problemi.", "It-tobba huma nies li jaħdmu kontiwament u direttament mal-familji tagħna u huma nies li żgur għandhom il-fiduċja tal-komunita'.", "Qed nara wkoll daqsxejn ta' periklu fis-sens li s-servizzi li qed nagħtu m'humiex daqshekk holistic.", "Mhux qed nagħmel dan il-kumment b'sens kritiku, pero' naħseb li jekk tmur għand social worker se taqdik ta' social worker ..… Fl-opinjoni tiegħi qegħdin inkunu frammentarji wisq u m'aħniex nilqgħu l-bżonn tal-persuna b'mod ħolistiku li fuq kollox hija persuna taħt l-eta' u allura għadha m'hijiex matura biżżejjed.", "YVONNE MALLIA: Jien naħseb li waħda mill-affarijiet li nħossu l-bżonn tagħha hija l-bżonn ta' proċedura nazzjonali ta' kif għandhom jitmexxew dawn it-tip ta' … Qed nitkellmu fuq tfal f'riskju.", "Kif se nħarsu b'mod nazzjonali lejn tfal f'riskju?", "Nistgħu nilħqu definizzjoni waħda biex kulħadd iħares lejn l-istess definizzjoni?", "Għaliex għandna aġenzija li tħares lejn definizzjoni mod u aġenzija oħra li tħares lejn definizzjoni differenti?", "Jekk se niġbru statistika, hemm bżonn li jkun hemm uniformita' fil-mod kif tinġabar l-istatistika u mhux aħna niġbruha mod u dipartiment ieħor jiġborha b'mod ieħor.", "Anke l-mod ta' kif se nintervjenu f'dawn il-każijiet, hemm bżonn li jkun hemm qbil fuq il-proċedura li tintuża mill-aġenziji kollha li huma involuti.", "Ħalli nitkellem fuq it-taqsima tagħna; aħna għandna l-proċeduri tagħna, bħalma oħrajn għandhom il-proċeduri tagħhom, u nimxu mal-proċeduri tagħna, imma l-professjonisti l-oħra jaċċettawha din il-proċedura li għandna?", "Irid ikun hemm qbil fuq il-proċedura li tintuża u nħoss li hawnhekk trid tidħol il-koordinazzjoni tas-servizzi u hawnhekk hemm bżonn li at a managerial level niltaqgħu biex niddiskutu x'għandha tkun dik il-proċedura.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Għalikom, tifel li jassentejixxi ruħu mill-iskola b'mod esaġerat, huwa meqjuż bħala child at risk?", "YVONNE MALLIA: Jekk se nħares lejn riskju mil-lat wiesa', iva, imma mit-Taqsima tal-Ħarsien tat-Tfal ma nikkonsidrahx bħala każ li jaqa' fil-kategorija tagħna għax m'huwiex f'riskju ta' abbuż.", "B'danakollu ma jfissirx li t-tfal li jassentejixxu ruħhom mill-iskola m'humiex f'riskju.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Li tifla toħroġ tqila ta' 13-il sena, huwa meqjus bħala child at risk?", "YVONNE MALLIA: Naħseb li dak il-fattur waħdu m'huwiex neċessarjament fattur illi huwa ta' riskju.", "Kif għedt l-ewwel, irrid inħares lejn iċ-ċirkostanzi kollha, lejn il-familja, lejn il-persuna ...", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Kieku kellkom tingħataw lista, per eżempju, mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, ta' bniet li ħarġu pregnant meta kienu taħt is-16-il sena, kif ukoll lista ta' regular absentees mill-iskola, ma taħsbux li forsi tkunu tistgħu tolqtu każijiet qabel ma dawn jiġu huma għandkom, speċi taħdem mill-aspett ta' prevenzjoni?", "YVONNE MALLIA: Bħalma għedt, aħna aktar reattivi għall-każijiet u dan minħabba l-ammont kbir ta' każijiet li jkollna.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Forsi tajjeb li jkun hemm aktar koordinazzjoni bejn dipartiment u ieħor.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma taħsibx li jekk wieħed m'huwiex aware ta' ċertu riskju li wieħed jista' jsib ruħu fih, per eżempju ssemmew tfal ta' 13-il sena li jinqabdu tqal għax forsi ma jkunux ġew mgħallma sex education, jista' jwasslu biex ikun f'riskju?", "Fid-definizzjoni tagħkom, tqisuhom lil dawn il-persuni bħala children at risk?", "Safejn għandha tasal l-istruttura edukattiva?", "Nħallu lit-tfal jaqgħu għal peer pressure?", "Nħalluhom jiġbru l-informazzjoni minn sħabhom?", "Għandna nħallu biss f'idejn il-ġenituri, jew għandna mmorru wkoll għal edukazzjoni iktar wiesgħa?", "DR. TONY MACELLI: Mhux tweġiba kompleta se nagħtik imma riflessjoni.", "Dawn id-definizzjonijiet li tajna aħna huma definizzjonijiet li jintużaw għal dik it-taqsima biss, it-taqsima li għandha x'taqsam ma' abbuż.", "Għall-iskopijiet tagħkom, fuq perspettiva nazzjonali, żgur illi d-definizzjoni trid tinkludi affarijiet bħalma qed tgħidu intom.", "Huwa tajjeb li wieħed jiftakar li hemm ċerti approaches u servizzi li diġa' qed jaħdmu fuq dawk il-problemi pero' ma nafx kemm għandhom ċans jagħmlu prevention.", "Anke aħna, minħabba riżorsi limitati, sibniha diffiċli ħafna fil-passat biex nagħmlu prevention ta' dak illi huwa strettament abbuż, imma jeżistu servizzi, per eżempju, fil-kuntest ta' edukazzjoni u fil-kuntest ta' saħħa.", "Aħna nafu illi bħalma qed tgħid inti, hemm kategorija ta' nies ħafna u ħafna usa', imma ma nistgħux narawhom individwalment għax m'għandniex ħin.", "Aħna għandna backlog ta' mijiet ta' każijiet li ma nistgħux nittrattaw magħhom sew.", "Il-kategorija hija wiesgħa u jenħtieġu approaches nazzjonali, u jekk jista' jkun, koordinati minn ħafna u ħafna istituzzjonijiet.", "Hemm bżonn ta' ċerti affarijiet ċentrali wkoll, per eżempju, definizzjoni ta' x'inhu meqjus bħala at risk, hemm bżonn ta' proċeduri nazzjonali, u anke ta' \"at risk register'' li fil-fatt qed tipproponi t-taqsima tagħna.", "Hemm bżonn ukoll ta' proċeduri legali u obbligi fuq l-Istat li għandhom x'jaqsmu ma' l-\"at risk register\".", "Per eżempju fl-Ingilterra mhux at risk register biss għandhom, imma obbligazzjonijiet fuq is-social worker, fuq il-familji u fuq l-Istat, dwar in-nies li qegħdin fuq l-at risk register.", "Biex tara kemm hija wiesgħa l-kategorija ta' nies li qed issemmi inti, ngħidlek biex tara daqsxejn l-opportunity centres, l-iskejjel illi llum qed jissejħu boys schools u girls schools.", "Aħna morna f'sitta minnhom, jekk m'iniex sejjer żball hemm sebgħa b'kollox, inkluża dik f'Għawdex, u meta tkellimna mal-headteachers u ma' l-assistant heads, rajna illi ħafna mit-tfal għandhom problemi serji u allura huma at risk.", "Ma jistax ikun li t-Taqsima tal-Ħarsien tat-Tfal tittratta magħhom kollha.", "Dak m'huwiex kamp tagħna imma huwa kamp nazzjonali, importanti u urġenti, u urġenti għaliex minn hawn u ftit ieħor, dawn se jkollhom it-tfal tagħhom u kif nafu anke mill-istatistika, dawn se jkunu l-problemi ta' ġenerazzjoni oħra.", "Tfal li jkunu ġejjin minn familji disturbati, tfal li jkunu abbużati u tfal illi jkunu f'familja ta' vjolenza, x'aktarx li t-tfal tagħhom ikollhom problemi serji.", "MARIE LOUISE COLEIRO: X'koordinament jeżisti ma' l-istituzzjonijiet tal-Knisja li għandha istituti li jieħdu ħsieb it-tfal?", "Naħseb li meta nitkellmu fuq koordinament, u qed nieħu gost li ħarġet b'enfasi l-ħtieġa ta' koordinament nazzjonali, m'għandniex nissegragaw istituzzjonijet u aġenziji li għandu l-Gvern minn dawk li għandha l-Knisja.", "Kultant inħoss li minkejja diġa' jkun hemm xi ħaġa għaddejja b'ċerta tradizzjoni - jiena nħoss li l-Knisja għamlet ċerti xogħol f'dan is-sens - nerġgħu nibdew l-istess ħaġa mill-ġdid.", "Hemm bżonn li jkun hemm tisħiħ u koordinament ma' dak illi diġa' jeżisti.", "F'dan il-kamp il-Knisja tgawdi ċerta fiduċja min-nies u allura l-esperjenzi li jgħaddu minnhom dawk li jaħdmu f'dan il-qasam jistgħu jservu biex jittieħdu ċertu prevenzjonijiet ħalli forsi naqbdu minn qabel ċertu tip ta' problemi.", "Ma nafx jekk dan il-koordinament huwiex diġa' qed isir.", "DR. TONY MACELLI: Il-koordinament nistgħu naqsmuh f'żewġ kategoriji; koordinament f'referrals ta' każijiet, jiġifieri każ li jkun f'istituzzjoni tal-Knisja u li jrid jgħaddi jew għand iċ-Child Protective Services Unit, jew għand entita' oħra tal-Gvern, jew inkella entita' parastatali, liema koordinament qiegħed isir, u koordinament ieħor li huwa fuq livell proattiv, per eżempju, strateġiji nazzjonali ta' prevenzjoni u ta' innovazzjoni.", "Dan, ma tantx qed isir.", "Fil-każ ta' fostering, isir koordinament bejn l-interagency fostering team li hemm fi ħdan il-Knisja, bejn id-dipartiment tal-family welfare u l-SWDP.", "Qabel, fil-preparament ta' ċerti pjanijiet kien hemm anke iktar aġenziji mdaħħlin, pero' dawn it-tliet istituzzjonijiet li semmejt, għadhom qed jaħdmu id f'id fuq każijiet li għandhom bżonn fostering u fuq potential foster parents.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom.", "Nixtieq issa nistieden lil Fr. Zammit McKeon li huwa d-direttur taċ-children's homes li naturalment għandha x'taqsam magħhom il-Knisja.", "VICTOR ZAMMT McKEON: L-ewwelnett nixtieq nirringrazzjakom ta' din l-istedina.", "Naħseb li minn din l-udjenza, l-inqas wieħed li għandu jitkellem huwa jien.", "Intom għedtuli biex nagħtikom l-esperjenza tiegħi, pero' l-esperjenza tiegħi hija miżera ħafna għaliex għadni kemm għalaqt 13-il xahar f'dan ix-xogħol.", "Biex ma jġeldunix mat-tfal, billi jiena direttur tad-djar ta' l-anzjani, 13-il xahar ilu tawni wkoll il-qasam tat-tfal!", "Biex inkompli ma' dak li kien qed jgħid Dr. Macelli, nista' nserrħilkom raskom u ngħilkom li hemm quite a good working relationship bejn l-uffiċċju ċentrali Djar tat-Tfal u l-aġenziji statali u parastatali u nirringrazzjahom ħafna u ħafna ta' l-appoġġ u l-inkoraġġiment li jagħtuna u anke ta' l-għajnuna fil-qsim fil-problemi tat-tfal.", "Il-Ministru Galea tkellem u għamel enfasi fuq is-suġġett tal-lum, children at risk, u nittama li ma niftehimx ħażin f'dak li se ngħid, pero' minn parliamentary question li kien hemm mingħalija l-ġimgħa l-oħra, ħareġ li fid-djar residenzjali tat-tfal immexxija mill-Knisja, hemm 282 tifel u tifla li umilment ngħid li huma at risk.", "Filwaqt li nirringrazzja ħafna lis-sorijiet u lill-patrijiet Sależjani u l-Patrijiet tas-Soċjeta' ta' San Pawl għas-sagrifiċċji kbar u għall-għoti tal-ħajja tagħhom lil dawn it-tfal fit-trobbija diffiċli tagħhom, nistgħu ngħidu li dawn it-tfal huma at risk għaliex li jdumi żmien twil f'dawn id-djar - u se nuża kelma iebsa - hija inġustizzja.", "Li tfal idumu iktar minn sentejn ġo istituzzjoni, għalija - qed nesprimi opinjoni personali - hija inġustizzja.", "Id-djar residenzjali se jibqa' jkollna bżonnhom.", "Dawn m'humiex se jagħlqu għaliex dejjem se jibqa' jkollna bżonn din it-tip ta' kura kemm short-term kif ukoll long-term, pero' inħoss li rridu nagħmlu l-isforzi tagħna lkoll, Knisja u Stat, biex inniedu fuq livell aktar professjonali l-programm tal-fostering.", "Dr. Macelli qal sew meta qal li qegħdin naħdmu flimkien.", "Qed ikollna monthly meetings, li aħna nsejħulhom interagency fostering team - heads meeting, biex nipproponu strateġija.", "Nixtieq ngħid li għandna - Dr. Macelli jew Mr John Role' forsi jikkoreġini fil-figuri - xi 30 jew 50 tifel u tifla li huma fostered u hemm xi 20 oħra li huma fil-queue, pero' għandna bżonn malajr li l-pajjiż, fil-livelli kollha tiegħu, jieħu deċiżjoni li jkollna aktar social workers so that we launch dak li ngħidulu \"shared responsibility\" fejn social worker isegwi lit-tifel jew tifla fil-fostering programme, kemm mal-foster parents kif ukoll man-natural mother, jew man-natural father, jew man-natural parents.", "Dan huwa xogħol delikat ħafna u l-koppji li jidħlu għalih huma koppji with a mission.", "Jiena nsejħilhom \"imġienen\" għax kultant jgħaddu minn ċertu problemi kbar.", "Naf dan għaliex insegwi, kultant minn distanza, tifel partikolari.", "Bilfors tingħafas qalbek meta tara li minkejja li diġa' għandna koppji trained ma nistgħux nafdawlhom tfal għaliex inħossuna irresponsabbli jekk nagħmlu hekk peress li m'għandniex dan il-backup force ta' social workers.", "Nixtieq li dan il-punt jiġi reġistrat sew għax hemm bżonn li nagħmlu xi ħaġa.", "Ma nistgħux nibqgħu nistudjaw, nistudjaw u nistudjaw għax inkella nkunu qegħdin nagħmlu inġustizzja, għalkemm innoċentement, ma' dawn it-tfal.", "Għandna koppji preparati, trained minna, mit-team ta' John Role', u għandna wkoll tfal, pero' inkunu irresponsabbli li nagħtuhom dawn it-tfal jekk ma jkunx hemm is-social workers li jagħtuhom il-backup neċessarju.", "Il-kura tat-tfal fir-residenzi kienet il-pastorali tradizzjonali tal-Knisja f'Malta, pero' intom tafu li f'dawn l-aħħar snin il-Knisja daħlet fi kriżi ta' vokazzjonijiet.", "Għandna kriżi ta' vokazzjonijiet reliġjużi u jiena, qed nitkellm b'mod uman, qed nibża' għall-futur, qed nibża' li se neħlu, fis-sens li ħlief is-sorijiet Ursolini u f'ċertu sens il-patrijiet Sależjani, m'għandniex young blood li jistgħu jifilħu għal tmint itfal jew għaxart itfal, in residential care.", "Għandna reliġjużi li għandhom aktar minn 50 sena u resqin lejn is-60 sena u ma nistax nifhem kif reliġjuża ta' 60 sena tista' tieħu ħsieb tmient itfal jew għaxart itfal li jgħixu flimkien ġo flat.", "Il-patrijiet Sależjani u l-patrijiet ta' l-SSP daru lejn care workers pero' naturalment din iġġib magħha wkoll problemi finanzjarji.", "Din xtaqt inġibha quddiemkom biex tirriflettu ftit fuqha.", "Per eżempju fil-home li nsejħulha \"Dar Qalb ta' Ġesu'\", li qabel kienet Cini Home ġo Santa Venera - L-Onor.", "D'Amato u mingħalija anke l-Onor.", "Law marru hemmhekk, ma nafx jekk l-Onor.", "Coleiro marritx ukoll - għandna koppja li bit-tfal tagħhom ittrasferew ruħhom f'dan l-istitut enormi u issa bil-permess ta' Monsinjur Arċisqof qegħdin proprju fit-tmiem ta' l-ewwel fażi biex nittrasformaw spazju li hemm fi flatlets għal nisa msawta bit-tfal.", "Pero' anke hawnhekk tingħafas qalbi għax minkejja li għandna l-ispazju, għandna persuni fil-managerial level li lesti li jmexxu din id-dar, nies b'vokazzjoni li ġejjin mill-kamp tal-Moviment Karismatiku, u għandna erba' ommijiet imsawta bi tfal, jiena, bħala direttur, ħadt ir-responsabbilta' kollha fuqi - kważi kważi poġġejt is-social worker involuta fil-ġenb biex ma ngħabbihiex bir-responsabbilta' - u ċħadt li jidħlu iktar nisa msawta bit-tfal f'din id-dar għaliex inħoss li inkella nkun qed ngħabbi wisq lill-koppja Camilleri b'din ir-responsabbilta'.", "Fil-fatt bħalissa qed nagħmel business plan għall-Monsinjur Arċisqof biex nagħmlu wkoll aware minn din il-ħaġa.", "Għandna wkoll xi ftit sussidju min-naħa tal-programm ta' NGOs, imma naħseb li tajjeb li bħala leaders politiċi ta' pajjiżna tkunu tafu li għalkemm għandna l-ispazju u għandna wkoll in-know-how għax naħdmu ħafna flimkien ma' aġenziji statali u parastatali, qed neħlu.", "Naħseb li għalissa għedt biżżejjed u nista' nieqaf hawn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn min jixtieq jagħmel xi domanda?", "MICHAEL FARRUGIA: Rigward il-fostering, taħseb li l-liġi kif inhi llum tista' tiġi mtejba biex min qiegħed jagħmel il-fostering ikun sa ċertu punt protett iktar mill-ġenituri naturali tal-fostered children?", "VICTOR ZAMMIT McKEON: Forsi se ngħid ħmerija, imma jidhirli li m'hemmx liġi dwar il-fostering.", "Rigward protezzjoni, dawk it-tfal li għall-fostering jiddependu mill-aġenziji statali jew parastatali, għandhom ċertu protezzjoni imma aħna m'għandniex.", "U hawnhekk nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-Dr.", "Zammit li bl-esperjenza tiegħu u bil-background legali tiegħu, daħal għalina f'każ delikat li kellna u proprju tana pariri tajbin ħafna u skappajna minn din il-ħaġa.", "Aħna bħala Knisja nixtiequ li jkollna l-fostering agency wkoll, pero' waqt li dejjem naħdmu u nikkoordinaw flimkien, min-naħa l-oħra nibżgħu, għax la m'għandniex protezzjoni, nibżgħu.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Int semmejt l-NGOs li nassumi huma separati mill-Knisja, allura tista' tgħidilna liema huma dawn l-NGOs u x'kontribut qed jagħtu u jekk hemmx mezz kif dawn l-NGOs jiġu stimulati biex jipproduċu iżjed?", "VICTOR ZAMMIT McKEON: Jiena naħseb li ma kontx biżżejjed ċar meta rreferejt għal NGOs.", "Meta semmejt il-kelma NGO ridt infiehem li d-dar \"Qalb ta' Ġesu'\" għandha sussidju min-naħa ta' l-Istat għaliex użat il-faċilita' li through an NGO document titlob lid-dipartiment għal għajnuna.", "Fil-fatt kienu ġew il-persuni responsabbli biex jaraw l-ambjent li qegħdin inbiddlu u kkonċedew għajnuna finanzjarja lil din id-dar.", "Pero' din l-għajnuna m'hijiex biżżejjed għaliex fl-opinjoni tiegħi, mill-inqas, għandna bżonn a full-time care worker and a part-time care worker biex almenu mmexxu l-ewwel fażi tal-proġett.", "Aħna mbagħad nixtiequ li d-dar tgħaddi għat-tieni fażi fejn tagħti refuġju lil battered women mingħajr tfal u mbagħad ngħaddu għall-aħħar fażi li hija l-ħolma tagħna, li nagħtu kenn anke lill-irġiel imsawta.", "Dik hi l-ħolma tagħna, li nittrasformaw il-kumpless kollu f'dawn it-tliet units.", "MICHAEL ASCIAK: Jiġifieri meta inti semmejt NGO, kont qed tinkludi x-xogħol li qed tagħmlu intom, bħala Knisja.", "M'hemmx NGOs sekolari li qegħdin jgħinu f'dan ix-xogħol.", "VICTOR ZAMMIT McKEON: M'iniex kompetenti biex nirrispondi din il-mistoqsija.", "MICHAEL ASCIAK: Hemm xi NGOs sekolari li qegħdin jgħinukom?", "VICTOR ZAMMIT McKEON: Le, ma jidhirlix.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Inti semmejt li hemm madwar 300 tifel u tifla fid-djar tat-tfal.", "Hemm domanda biex aktar tfal jidħlu f'dawn id-djar?", "Jiġifieri fil-każ tat-tfal, il-problema hija bħal dik fil-qasam ta' l-anzjani fejn hemm domanda kbira minn anzjani biex jidħlu fid-djar tal-Knisja u l-Knisja m'hijiex f'pożizzjoni li tista' tilqa' għaliha?", "Hawn biżżejjed djar għat-tfal?", "Dawn it-300 tifel u tifla huma komdi, almenu fl-ambjent fiżiku?", "L-aħħar punt huwa dwar is-social workers.", "Inti qed tgħid li hemm nuqqas ta' social workers u għandkom bżonnhom minħabba x-shared responsibility għar-rigward ta' fostering, eċċ. Kemm għandkom social workers u kemm taħseb li hemm bżonn ta' social workers?", "Kemm hija kbira f'pajjiżna l-problema ta' social workers?", "VICTOR ZAMMIT McKEON: Rigward it-tielet mistoqsija, naħseb li s-Sur Role' jista' jirrispondi aħjar minni dwar il-bżonn ta' social workers, mhux bħala knisja imma bħala pajjiż.", "Rigward il-mistoqsija l-oħra dwar jekk it-tfal fiċ-children's homes humiex komdi, naħseb li kieku jitkellmu s-social workers ta' l-aġenziji tal-Gvern, jirrispondu li t-tfal huma pjuttost komdi, ovvjament dejjem nistgħu ntejbu dak li hemm imma naħseb - allavolja forsi se nidher naqra stramb - li wasal iż-żmien li l-Istat joħloq inspection teams biex bħalma jibgħat inspection teams fid-djar ta' l-anzjani jibgħathom ukoll fid-djar tat-tfal.", "Għaliex le?", "Qed ngħid dan proprju bil-għan li nemeljoraw is-servizz li qed nagħtu u għal ebda raġuni oħra, pero' rigward set-up, jiena m'iniex inkwetat.", "Mons. Maurice Grech, Fr. Arthur Barbara u Fr. Noel Vassallo flimkien mas-sorijiet, imxew ħafna biex dawn it-tfal jingħataw trobbija fuq linji moderni.", "Dwar cramming, ġieli kellna sitwazzjoni ta' cramming.", "It-tfal ġieli jibqgħu fid-djar għal perijodu twil u ġieli jkunu għal perijodu qasir, allura kultant nippruvaw inrassuhom xi ftit, imma m'iniex daqshekk inkwetat li hemm cramming fid-djar tat-tfal.", "Forsi f'dar waħda partikolari fejn anke hemm unmarried mothers with children u battered wives with children, hemm ftit ta' cramming imma din hija aktar kwestjoni ta' ċirkostanzi.", "MICHAEL FARRUGIA: Hemm waiting list ta' tfal biex jidħlu f'dawn id-djar tat-tfal?", "VICTOR ZAMMIT McKEON: Le, fir-rigward tat-tfal m'hemmx, imma biex jidħlu battered wives with children, iva.", "MICHAEL FARRUGIA: Mhux l-ewwel darba illi l-ministru responsabbli mid-dipartment tal-familja jkollu joħroġ care order fuq xi tifel jew tifla imma kultant dawn it-tfal tant ikunu problematiċi illi filwaqt li tittieħed azzjoni biex tipproteġihom u ddaħħalhom f'istituzzjoni, fl-istess ħin ikunu ta' periklu għat-tfal l-oħra li jkunu fl-istess istituzzjoni.", "Nafu li dawn il-każi jeżistu u anke jiena darba kont iffaċċjat bi problema simili, imma kemm hija reali u kbira din il-problema li jkollok persuni li biex jiġu protetti ddaħħalhom f'istituzzjoni u mbagħad fl-istess ħin ikunu ta' periklu għat-tfal l-oħra?", "Mela qed tipprova tgħin liċ-child at risk u fl-istess waqt qed tpoġġi tfal oħra at risk proprju minħabba dik il-persuna.", "VICTOR ZAMMIT McKEON: Il-Knisja tiddikjara umilment li ma tistax tagħmel kollox, ma tistax tagħti kura lil kull każ li jiġi quddiemha.", "Anke f'dawn it-13-il xahar kemm ili responsabbli mill-uffiċċju ċentrali kelli żewġ każijiet fejn is-sorijiet qaluli speċifikament li dawk il-każijiet ma kenux ta' idejhom.", "U ma kenux ta' idejhom proprju għar-raġuni li qed issemmi inti, għax kienu se jkunu ta' riskju għall-oħrajn.", "F'dan il-każ we teamed ma' l-aġenziji tal-Gvern u sibna soluzzjoni.", "Veru li qalbek tingħafas meta tisma' tfajla ħierġa mid-dar tgħidlek li almenu dawk it-tlett ijiem tkun għexithom fil-paċi.", "Naturalment aħna ninkwetaw għal dawn it-tfal imma la aħna wkoll limitati fin-numru ta' personnel, ikollna ngħidu \"le\".", "Nittamaw li dik il-\"le\" tkun kemm jista' jkun mill-inqas, imma xi kultant ikollna ngħiduha wkoll.", "F'dawn it-13-il xahar, żewġ każijiet kelli, almenu li naf bihom jien, li ma stajniex nagħtuhom ir-refuġju.", "IĊ-CHAIRPERSON: Pero' mbagħad tinqala' l-problema fejn se jmorru dawn it-tfal u naf li dawk li jaħdmu fis-sezzjoni tal-care orders jiltaqgħu ma' din il-problema.", "Nirringrazzjak Fr. McKeon.", "DR. RUTH FARRUGIA: Sinċerament nirringrazzjakom ħafna li stedintuni u fraħt l-iktar, forsi għal xejn, għax fhimt li se titkellmu dwar children act pero' milli jidher erġajna morna lura għal children at risk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Pero' taqtagħx qalbek Dr. Farrugia.", "DR. RUTH FARRUGIA: Nifhem dak li qal l-Onor.", "Louis Galea dwar il-ħtieġa ta' definizzjoni ta' dak li rridu niddiskutu.", "Jekk se titkellem dwar xi ħaġa trid tkun taf fuqiex se titkellem.", "Ovvjament l-SWDP iridu jagħtu definition biex jaħdmu biha, pero' naħseb li legalment, jekk dan se jkollu xi qafas legali, irridu niddifenixxu l-kelma \"child\".", "Bħalissa ngħidu li min għandu inqas minn 18-il sena huwa minuri, pero' min għadu ma twelidx, se jiġi offrut protezzjoni?", "Din tridu taħsbu dwarha, intom.", "Iċ-Children and Young Persons (Care Orders) Act, sa persuna ta' 16-il sena tħares.", "Per eżempju, tfal jinstemgħu l-qorti jekk ikollhom 14-il sena.", "Jiġifieri t-taħwid ta' l-etajiet b'xi mod trid tiġi ndirizzata.", "Irridu naraw ukoll id-definition ta' ''riskju''.", "Dr. Macelli tana breakdown kompensiva ħafna ta' l-areas kollha li huma jittrattaw.", "Pero' naħseb li wieħed irid ukoll jara \"risk\" mil-lat legali.", "Din il-kwestjoni ta' x'inhu riskju hija relattiva u semmiha Dr. Zammit meta kien qed jitkellem dwar l-importanza li wieħed ikun oġġettiv fid-definitions tiegħu.", "Ħalli nieħdu bħala eżempju l-prostituzzjoni f'Malta.", "Bħalissa kien hemm xi ħaġa dwar dan fil-gazzetti u b'kumbinazzjoni jiena qed naħdem fuq xi ħaġa relatata, imma m'għandniex statistika definita biex inkunu nistgħu nitkellmu dwarha, minkejja li dejjem ngħidu dwar il-bżonn li wieħed jiġbor l-istatistika.", "Ir-riskju qiegħed hemm mhux biss għall-minuri imma wkoll għal kull min huwa madwar il-minuri.", "Naħseb li rridu niddefinixxu eżattament safejn irridu nilħqu bil-kelma \"at risk\".", "Per eżempju, mara li hija tqila u għandha 16-il sena, hija minuri, u barra minn Malta hija ovvja li la hija taħt l-eta', dak it-tifel li se jkollha huwa potentially at risk ladarba l-omm m'hijiex adulta.", "Jista' jkun li l-omm se tmexxi, pero' legalment żgur li se jkun hemm problemi.", "Allura wieħed mhux biss il-lat prattiku jrid jara, imma anke l-lat legali.", "Fr. Zammit McKeon għadu kif irrisponda lill-Onor.", "Farrugia dwar il-problema ta' x'jiġri meta jkun hemm tfal li ma tistax tqegħdhom x'imkien.", "Jekk l-Istat se jieħu l-briga biex jgħid li hu responsabbli li jagħti ċertu tip ta' kura lit-tfal kollha, li t-tfal ħaqqhom ċerta tip ta' kura, allura jekk m'hemmx fejn tqegħdhom lil dawn it-tfal, l-Istat irid jidħol responsabbli għalihom u joffri alternative care.", "Intom tridu tagħmlu hekk?", "Ma nafx, imma din trid taħseb dwarha.", "Jekk se tgħid: \"Iva, se nidħol għaliha għax id-definition tiegħi tinkludi dawn\", trid toffri l-alternattivi.", "Jista' jkun li tiddeċiedu li ma tagħtux definition.", "Il-liġi tagħmilha din ħafna drabi.", "Xi kultant hija ferm iktar faċli li tkun vaga milli tagħti definition ċara u mbagħad ikollok ċertu constraints.", "Jista' jkun li tgħid tinkludi ċerti affarijiet u mabgħad tħalliha għad-diskrezzjoni tal-ġudikant li jinkludi definitions ta' x'inhu \"at risk\".", "Barra żgur jeżistu problemi dwar jekk tfal li għadhom ma twieldux għandhomx ċerti drittijiet.", "Hawn Malta s-sitwazzjoni m'hijiex trattata legalment.", "Lil dik l-omm tqila li għandha substance abuse problem, awtomatikament tista' tgħidilha li l-baby li se jitwieled se jkollu problema, mela hija trid tittieħed into care ukoll?", "Jekk se testendiha għall-estrem, allura tista' tgħid li mara li qed tpejjep se twaqqafha mit-tipjip għax it-tipjip se jkollu effetti negattivi fuq it-tarbija li se jkollha?", "Dawn m'humiex argumenti ġodda imma huma argumenti antiki, pero' naħseb li tridu titkellmu dwarhom fil-kuntest ta' x'inhu \"at risk\".", "Naħseb li kulħadd jaqbel li t-tfal ikunu jafu x'inhuma d-drittijiet tagħhom taħt il-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal, pero' kif se ssir, biex huma stess ikunu jafu x'jiġifieri riskju?", "Kif se jkunu jafu xi dritt għandhom għal sigurta'?", "Il-liġi tagħi d-drittijiet ta' ikel, abitazzjoni, saħħa, edukazzjoni … (Interruzzjonijiet) Not only, much wider.", "Il-liġi titkellem dwar maintenance u tinkludi dawn l-affarijiet speċifiċi.", "(Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Irridu noqogħdu attenti dwar l-aspett tad-dmirijiet u l-ewwel kont se noqmos, Onor. Farrugia meta semmejt id-dmirijiet tat-tfal.", "Fil-każ tat-tfal you cannot equate id-drittijiet mad-dmirijiet in equal balance, għax trid tieħu into consideration l-eta' tagħhom.", "DR. RUTH FARRUGIA: Bir-rispett kollu, mhux biex inkun legalistika, ma tistax titkellem eżattament dwar id-drittijiet tat-tfal.", "Fil-fatt hemm dibattitu kbir għaddej dwar jekk għandekx titkellem biss dwar interessi tat-tfal, għax kif qed tgħid int, malli tgħid \"dritt\" tassumi li hemm obbligu wkoll, the obverse of the coin, imma ma tistax tgħid li t-tfal għandhom dmirijiet.", "Il-liġi tgħid li t-tfal għandhom id-dmir li jobdu lill-missierhom u lill-ommhom u din iġġibna għall-kwestjoni tas-swat.", "Barra minn Malta hemm ħafna pajjiżi, fosthom Ċipru li huwa l-iktar wieħed viċin tagħna, li hija kontra l-liġi li tgħolli jdejk fuq it-tfal.", "Imma aħna s'hemm irridu naslu?", "Issa jien qed ngħid għal meta wieħed imiss ftit lit-tfal.", "(Interruzzjonijiet) Pero' l-problema hija li jekk ħadd ma jagħmel xejn dwarha, ma tkunx taf.", "Jista' jkollok ħafna liġijiet imma jekk ħadd ma jagħmel kawża, qatt ma tippruvaha l-ħaġa.", "Kien hemm xi ħaġa żgħira oħra li xtaqt insemmi li hija l-kwestjoni tal-best interest of the child.", "Dr. Zammit semma l-artiklu 149 tal-Kodiċi Ċivili, il-famuża blanket section fejn il-qorti dejjem tħares l-aħjar interessi tat-tfal, pero' forsi tajjeb li wieħed jagħmel definition ta' x'inhuma l-aħjar interessi tat-tfal u min jiddeċiedihom in kwantu ta' risk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak Dr. Farrugia.", "Qabel nagħlqu xtaqt nisma' lil xi ħadd mill-health division u nistieden lil Dr. Stephen Attard mill-Butterfly Centre.", "Jidher li m'huwiex qiegħed hawn, mela nistieden lil Dr. Joe Saliba miċ-Child Guidance Unit.", "B'hekk inkunu missejna s-settur ta' l-edukazzjoni, is-settur tal-qasam soċjali u s-settur tas-saħħa.", "DR. JOE SALIBA (Child Guidance Clinic, Sptar San Luqa): Apparti li jien id-direttur tal-psikjatrija, jiena wkoll il-konsulent inkarigat mis-servizzi psikjatriċi għat-tfal, jiġifieri dawk is-servizzi li jingħataw miċ-Child Guidance Clinic li qiegħda fuq ir-raba' sular taċ-Child Development Assessment Unit fl-Isptar San Luqa u mill-Young People's Unit li qiegħda barra l-grada ta' l-Isptar Monte Carmeli.", "Huwa f'dan l-ambitu li noffru servizz multi-dixxiplinarju għat-tfal, tista' tgħid mit-twelid sa l-eta' ta' 16 jew 18-il sena.", "Sa ċertu punt tista' tgħid that we do not deal with children at risk, fis-sens li t-tfal li jiġu għandna qegħdin f'sitwazzjoni iżjed gravi minn hekk.", "Il-maġġoranza tagħhom diġa' għandhom problemi pero' imbagħad tista' targumenta wkoll li qegħdin at risk fis-sens li hemm riskju ta' kroniċita' fil-problemi tagħhom u hemm ukoll riskju ta' secondary complications.", "Li rrid nenfasizza huwa li għal xejn nitkellmu fuq identifikazzjoni ta' tfal at risk jekk imbagħad ma jkollniex network of services li se jkunu kapaċi jirrispondu għal dawn il-problemi.", "Aħna pjuttost insibu rwieħna f'dik is-sitwazzjoni ta' servizzi li suppost jirrispondu għal tfal li mhux talli huma at risk, imma talli l-problemi tagħhom diġa' żviluppaw.", "Għandna problemi interni fis-sens li minkejja l-isforzi tagħna, ir-riżorsi huma limitati.", "Kważi kollha kemm aħna naħdmu fuq bażi part-time mentri għall-popolazzjoni ta' Malta, hemm lok illi nkunu full-time fuq dan ix-xogħol.", "Jien inħoss li s-servizz li nagħtu fil-Child Guidance Clinic, ma tantx huwa user friendly mil-lat ta' dewmien.", "Per eżempju, ġieli jkollok nies li jkunu ilhom jistennew mit-8.00 a.m. u jkollhom jibqgħu hemm sas-2.00 p.m. jew it-3.00 p.m. It is not a user friendly service imma din hija wkoll relatata ma' problemi ta' riżorsi.", "Pero' imbagħad hemm problemi oħra li huma relatati ma' network of services.", "Aħna nsibu ruħna f'pożizzjoni li wara li nkunu għamilna l-assessment u sibna ma' xiex huma relatati l-problemi, per eżempju, ma' educational problems, social problems, eċċ., m'hemmx network ta' servizzi biex wieħed jindirizza dak li hemm bżonn isir.", "Forsi din l-iżjed illi toħloq problemi hija fil-Young People's Unit fejn ikollna tfal, jew żgħażagħ, li daħlu kif suppost … Ma nagħmel ebda apoloġija li dawn iż-żgħażagħ ikunu sabu ruħhom barra l-grada ta' Mount Carmel Hospital fil-unit tagħna għax forsi kieku ma kienx hemm dak il-unit, abbli sabu ruħhom ġewwa l-grada.", "Apparti l-fatt li dawn ikunu tfal li verament ikollhom problemi kbar ħafna, meta naslu fl-istadju fejn inkunu wasalna għal-livell li nistgħu magħhom - għandna team multi-dixxiplinarju nkluż a small class b'full-time teacher - u niġu biex nintegrawhom lura, insibu illi l-iskejjel, inklużi l-ispecial schools, qishom qegħdin jagħmlulna xi pjaċir jieħdu t-tfal tagħna lura minflok ma jagħrfu that we are a secondary and tertiary service and we should be having a fast track response għat-tfal li nkunu għenna.", "Meta niġu biex napplikaw għal facilitators, insibu li qegħdin nikkompetu ma' ħaddieħor mentri wieħed għandu jieħu l-pożizzjoni li l-ewwelnett we are a very expensive resource, u t-tieni nett, that we are a resource which is dealing with the most in need children.", "Għandu jkun hemm response aħjar mis-servizzi relatati.", "Din tinqala' wkoll fis-sitwazzjoni ta' tfal li jkollhom bżonn fostering, jew inkella ta' tfal li jirriżulta li hemm bżonn li jkunu f'children's home.", "Again, ikollna tfal li jeħlu għandna, u s'intendi jekk tfal jeħlu għandna, tkun traġedja kbira għalihom għax meta jaslu għal 16 jew 18-il sena, fl-ambitu tagħna, f'post wieħed biss jistgħu jmorru, ġewwa Mount Carmel Hospital.", "Għal din ir-raġuni nenfasizza magħkom li apparti dak li għandkom bżonn tagħmlu fis-sens ta' at risk register u tidentifikaw b'mod ċar diversi kategoriji ta' at risk, educational, moral, psychological, eċċ, irid ikun hemm network sħiħ ta' servizzi.", "Wieħed irid kważi litteralment ipoġġi bil-qiegħda a task force, a working group, biex joħloq organigram, network ta' servizzi li hemm bżonn biex wieħed ikopri l-bżonnijiet kollha li jista' jkollhom it-tfal u ma naqbżux għall-konklużjonijiet li t-tfal kollha jistgħu jiġu integrati ġo foster homes jew ġo skejjel normali.", "Hemm bżonn ta' network of services.", "Fil-ħafna snin li domt naħdem l-Ingilterra, kulma kelli bżonn nagħmel kien li nitgħallem kif nuża s-servizzi għax bid-defiċjenzi tagħhom, kien hemm ħafna servizzi u ftit hemm minn dawk is-servizzi li m'għandekx bżonn.", "Għandek bżonn ta' foster parents għall-maġġoranza ta' tfal, pero' jibqa' dejjem dak ir-residue u allura trid taċċetta li jagħmel ħafna iktar sens that you have a small high quality children's home li jista' jżomm u jgħin lil dak it-tifel waqt l-iżvilupp tiegħu, milli tissottomettih għal sitta, seba', tmien rejections minn foster parents li kollha kemm huma jkollhom intenzjoni tajba imma l-problema tkun ta' natura differenti.", "U hija għal din ir-raġuni li hemm bżonn li wieħed ikun jaf x'inhuwa n-network ta' servizzi li hemm bżonn qabel ma wieħed jibda jiżviluppa piecemeal.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Bejn wieħed u ieħor, kemm hemm tfal li jattendu s-psychiatric outpatients?", "Qed nirreferi għal każijiet differenti.", "U hemm tfal li huma in-patients?", "IĊ-CHAIRPERSON: Ta' liema eta' tikkonsidrawhom bħala tfal?", "DR. JOE SALIBA: Fiċ-Child Guidance Clinic Outpatients, naraw throughput ta' kważi 200 fis-sena, pero' irrid nenfasizza li dawn mhux kollha jkollhom problemi psikjatriċi, forsi ftit iżjed minn nofshom ikollhom problemi psikjatriċi.", "Pero' dan ma jfissirx li huma inappropriate referrals għax fost dawn ikun hemm tfal li jew huma at risk, jew inkella hemm problemi ta' natura oħra.", "Huwa ċar illi aħna wasalna fejn stajna magħhom u għad għandhom bżonn li jkunu f'ambitu protettiv, pero' m'hux il-każ li għad għandhom bżonn ikunu fl-ambitu ta' sptar mentali.", "U meta ngħid f'ambitu ta' sptar mentali, irrid nenfasizza li l-Young Poeple's Unit hija barra l-grada ta' l-isptar u din il-unit hija waħda mid-djar qodma li kienu jintużaw mit-tobba, jiġifieri attwalment dawn iż-żgħażagħ qegħdin f'ambjent ta' dar mhux f'ambjent ta' sala fi sptar.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jiġifieri huma segregati mill-pazjenti l-oħra.", "DR. JOE SALIBA: Dażgur; qegħdin f'dar għalihom barra l-grada mill-isptar.", "Għandhom il-bedrooms and it is a nice living unit, pero' suppost ikunu hemmhekk għal perijodu limitat ta' assessment u early intervention u mbagħad suppost ikun hemm network ta' servizzi oħra illi wara perijodu ta' ġimgħat jew xhur, imexxihom f'idejn aġenziji oħra.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Il-biċċa l-kbira tal-200 outpatient fis-sena li semmejt, jiġu referred mis-CDAU stess?", "DR. JOE SALIBA: Le, il-maġġoranza jiġu through family practitioners pero' dik tista' tkun, biex ngħid hekk, artefact, ikkreata mill-gate-keeping li hemm bżonn.", "Biex aħna nkunu nistgħu nlaħħqu mas-servizz, ma nistgħux noffru self referral, imma jrid ikollna forma ta' gate-keeping allura ninsistu li jkollna referral jew through a medical agency, per eżempju, hospital consultancy, jew inkella from a school psychology service, pero' l-maġġoranza jiġu minn family practitioners.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Is-CDAU tikkoordina ħafna magħkom?", "DR. JOE SALIBA: Iva, hemm two-way referral.", "Meta aħna nidentifikaw tfal li jkollhom educational problems, we refer them to Dr. Bernadette Spiteri u meta jkun hemm behavioural problems, she refers them to us, hemm koordinazzjoni mhux ħażin.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Farrugia, pero' jekk jogħġbok kun fil-qosor għax wasalna biex nagħlqu.", "MICHAEL FARRUGIA: Punt żgħir se nagħmel.", "Ftit ta' żmien ilu kien sar eżerċizzju dwar l-eżamijiet tal-Junior Lyceum.", "Kien hemm a coordinated effort bejn diversi dipartimenti dwar l-effett, kemm psikoloġiku kif ukoll mentali, fuq dawk l-istudenti li kienu qed jersqu għal dawn l-eżamijiet.", "Apparti dak l-eżerċizzju li kien sar, kemm taħseb hija kbira l-problema tas-sistema edukattiva fuq it-tfal illi twassalhom għal problemi psikoloġiċi, jew psikjatriċi, eċċ.?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk dan huwa punt żgħir, nixtieq inkun naf x'inhuma l-punti l-kbar!", "DR. JOE SALIBA: Ħalli nipprova nirrispondik fil-qosor.", "Biex bniedem ikun bilanċjat psikoloġikament hemm bżonn li jkun hemm bilanċ bejn il-potenzjal tal-bniedem u dak li tgħallmu u naħseb li hawn Malta we tend to err on the side of getting as much as we can, educationally, out of our children, jiġifieri as such, hemm iżjed riskju ta' problemi psikoloġiċi, pero' imbagħad hemm diversi fatturi korrettivi li bħala soċjeta' naħseb xorta nibqgħu a very caring and supportive society and that I think, more than compensates for perhaps overeducating our youngsters.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak Dr. Saliba.", "Għal-lum se nieqfu hawn, pero' dan ma jfissirx li min qiegħed hawn mhux se jkollu ċ-ċans li jagħti l-veduti tiegħu f'laqgħat oħra.", "Kif għedtilkom fil-bidu, din hija l-ewwel minn sensiela ta' laqgħat.", "Jiena apprezzajt ħafna, u l-kumitat kollu apprezza ħafna, is-sagrifiċċju li għamiltu wara ġurnata xogħol li tiġu hawnhekk biex tkomplu tiddiskutu magħna s-suġġett li tant huwa sensittiv u li tant huwa importanti u għal qalbna.", "Nixtieq ngħidilkom li jekk hawn xi ħadd f'din il-Kamra li ġie hawnhekk mingħajr ma kellu invit, biex ngħid hekk, personali u darb'oħra jixtieq jirċievi invit personali, jekk jogħġobu wara l-meeting ikellem lil Miss Abela u jagħtiha d-dettalji tiegħu ħalli jekk ikun sema' b'din il-laqgħa b'kumbinazzjoni, ikun jaf meta se nerġgħu niltaqgħu.", "Ma nixtieqx inħallu lil xi ħadd barra.", "Illum ippruvajt li nisimgħu interventi mid-diversi oqsma għaliex ma rridx nagħti l-impressjoni li xi sezzjoni qed tagħti input iktar minn ħaddieħor.", "Ippruvajt inqassam kemm jista' jkun, pero' nassigurakom li fis-sessions li ġejjin kull wieħed u kull waħda minnkom li tkunu hawn, se jkollkom iċ-ċans li tagħtu l-input tagħkom.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-9.05 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u l-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990119_005d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 19 ta' Jannar, 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.40 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "Preżenti wkoll kien hemm il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 4 li saret fid-9 ta' Diċembru, 1998 kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumitat talbet il-permess tal-membri sabiex Net Television u l-Public Broadcasting Services jieħdu xi filmati minn din il-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "Il-Kumitat stieden lil Dr Victor Zammit, Direttur, Dipartiment Assistenza Soċjali u tal-Familja; lil Ms Mona Vella, Guidance and Counselling Services u lis-Sur Francis Chircop mill-Education Welfare Unit fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni; lil Dr Tony Macelli, Kap Eżekuttiv tas-Social Welfare Development Programme u Ms Yvonne Mallia miċ-Child Protection Services Unit ta' l-SWDP; lil Fr Victor Zammit McKeon, Direttur, Djar tat-Tfal; lil Dr Ruth Farrugia, u lil Dr Joe Saliba miċ-Child Guidance Clinic fl-Isptar San Luqa, jieħdu sehem fid-diskussjoni.", "Dr Tony Macelli ppreżenta lill-Kumitat dokument intitolat \"Children at Risk - a quantitative overview of SWDP work with children and young persons at risk and those in difficulty\" datat Jannar 1999 u nforma lill-Kumitat li għal laqgħa li jmiss kien se jippreżenta statistika ta' każi ta' abbuż fuq tfal, skond l-eta'.", "Fid-9.05 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u l-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990119_005m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 6", "It-Tlieta, 26 ta' Jannar 1999, fis-6.30 p.m.", "Mr Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 26 ta' Jannar 1999, fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "22 ta' Jannar 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990126_006a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 26 ta' Jannar, 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-", "L-iSpeaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra l-Onor.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 5 li saret fil-11 ta' Jannar, 1999, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li jekk id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs – Abbozz Nru 1 – tintemm fis-seduta ta' dakinhar, tibda mill-ewwel id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati) – Abbozz Nru 15 – sabiex l-Erbgħa, 27 ta' Jannar, u t-Tnejn, 1 ta' Frar, jiġu diskussi l-Estimi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għas-sena 1998/99.", "It-Tlieta u l-Erbgħa, 2 u 3 ta' Frar, kellha ssir id-diskussjoni fuq l-estimi ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena 1998/99.", "Il-ħsieb tal-Gvern kien li l-estimi tal-korporazzjonijiet ikunu ġew diskussi kollha sa l-aħħar ta' Frar.", "Il-Ministru Gonzi ppropona li d-diskussjoni fl-istadju ta' Kumitat fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet – Abbozz Nru 5 – issir fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, minkejja li ż-żewġ abbozzi kienu jirrikjedu l-messaġġ tal-President.", "L-Onor Joe Mizzi sostna li dejjem ikun aħjar jekk id-diskussjoni fl-istadju ta' Kumitat fuq abbozzi ta' liġi li jirrikjedu l-messaġġ presidenzjali ssir fil-Kamra, madankollu dejjem kien hemm il-possibbilta' li jintlaħaq qbil li d-diskussjoni ssir fil-Kumitat Permanenti.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor George Vella, il-Kumitat iddiskuta l-ħtieġa ta' aktar kontroll fuq id-dħul ta' membri tal-pubbliku fil-Palazz fil-ħin tas-seduti.", "L-iSpeaker qal li kien se jara li ż-żewġ impjegati tal-Parlament li jkunu mal-bieb tal-Palazz jibdew joqogħdu fil-bidu tat-taraġ, fejn il-bieb tal-ħġieġ, biex ikunu jistgħu jikkontrollaw aħjar id-dħul tal-pubbliku waqt is-seduti tal-Parlament.", "Barra minn hekk kellhom jibdew jiġu inforzati aktar il-proċeduri li kull min jidħol jingħata identification tag li trid tintlibes f'kull ħin.", "Fis-7.02 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990126_006m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 7", "L-Erbgħa, 17 ta' Frar 1999, fis-7.30 p.m.", "Mr Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 27 ta' Frar 1999, fis-7.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "16 ta' Frar 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990217_007a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 17 ta' Frar 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-", "L-iSpeaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra l-Onor.", "Lawrence Gonzi, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-Onor Alfred Sant, l-Onor Mario Galea, l-Onor Victor Galea Pace u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 6 li saret fis-26 ta' Jannar, 1999, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li nhar it-Tnejn u t-Tlieta, 22 u 23 ta' Frar, kellhom jiġu diskussi l-estimi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas-sena 1998/99, u l-Erbgħa, 24 ta' Frar, issir id-diskussjoni fuq l-estimi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għas-sena 1998/99.", "Matul l-ewwel ġimgħa ta' Marzu tkompli d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs – Abbozz Nru 1 – u tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati) – Abbozz Nru 15 – u l-Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru 2), Abbozz Nru 7.", "Id-diskussjoni fl-istadju ta' Kumitat kellha ssir f'Kumitat tal-Kamra kollha, wara li jintemm l-istadju tat-Tieni Qari ta' dawn it-tliet Abbozzi ta' Liġi, peress li kienx intlaħaq qbil li d-diskussjoni ssir fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fakkar fis-suġġeriment li kien għamel f'isem l-Oppożizzjoni li fil-Kamra ssir diskussjoni, li tieħu żewġ seduti, dwar il-qagħda ekonomika fil-pajjiż.", "Din id-diskussjoni ma tkunx marbuta ma' mozzjoni formali u għaldaqstant ma jkunx meħtieġ li jittieħed vot.", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali qal li diskussjoni fuq dan is-suġġett setgħet issir fl-isfond tad-dibattitu dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati) u l-Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru 2) li kienu jidhru bħala t-tieni u t-tielet items fuq l-aġenda.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni informa lill-Kumitat li kien se jirriferi l-materja lill-Grupp Parlamentari tiegħu.", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali osserva li kien hemm progress fl-inforzar tal-proċeduri segwiti għad-dħul tal-pubbliku fil-Palazz waqt is-seduti tal-Parlament.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor Mario Galea, l-iSpeaker qal li l-Membri kienu se jiġu informati li min irid se jkun jista' japplika għall-faċilita' ta' l-Internet fid-dar.", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li riċentement kien talab lill-Uffiċċju ta' l-Iskrivan tal-Kamra jesplora l-possibbilta' li tingħata l-faċilita' lill-Membri li jużaw il-computer mill-bankijiet tagħhom fil-Kamra.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li x-xogħol konness ma' l-għoti ta' din il-faċilita' kellu jsir fir-recess tas-sajf.", "Fit-8.17 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 23 ta' Frar 1999, fis-7.30 p.m.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990217_007m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 6", "It-Tlieta, 23 ta' Frar 1999 fis-7.00 p.m.", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, tavża li l-Kumitat ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 23 ta' Frar 1999 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-agenda:-", "Children at risk - Kontinwazzjoni.", "19 ta' Frar 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990223_006a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 6", "It-Tlieta, 23 ta' Frar, 1999", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 6", "It-Tlieta, 23 ta' Frar, 1999", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.04 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 5 li saret fid-19 ta' Jannar 1999, ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Nixtieq nirringrazzjakom talli erġajtu ġejtu magħna hawnhekk biex inkomplu niddiskutu t-tfal f'riskju.", "Nibda billi nagħmel resume' ta' xi punti li tqajmu fl-aħħar laqgħa biex ma nirrepetux dak li diġa' ntqal iżda nkomplu nibnu fuq dak li ntqal u noħorġu bi proposti konkreti.", "L-appell tiegħi huwa li nagħmlu proposti konkreti u li ngħidu fejn qed inħossu li hemm vojt, fejn qed inħossu li għandna bżonn servizzi li f'pajjiżna għadhom ma jeżistux u kif nistgħu ntejbu s-servizzi eżistenti li għandna.", "Matul l-aħħar laqgħa tkellimna dwar id-definizzjoni ta' \"children at risk\" u x'jikkostitwixxi \"risk\".", "Rajna kemm hu diffiċli tiddefinixxi \"children at risk\" u fil-fatt ħafna organizzazzjonijiet jiddeterminaw huma x'jifhmu b'\"children at risk\".", "U allura hawnhekk tibda tinħass il-ħtieġa li l-oqsma differenti li għandna jaħdmu fost it-tfal, jiltaqgħu iktar flimkien biex tiġi żviluppata proċedura nazzjonali ta' kif se jitmexxew is-servizzi.", "Importanti li jkollna baseline ta' kif inħarsu lejn tfal f'riskju biex forsi naslu għal definizzjoni waħda u jkollna ċertu uniformita'.", "Dan jista' jgħin ukoll biex ma jkunx hemm duplikazzjoni tax-xogħol, aktar u aktar meta qed nirrikonoxxu li għandna nuqqas ta' riżorsi umani.", "Jekk qegħdin nidduplikaw ix-xogħol u għandna nuqqas ta' riżorsi umani, huwa ħafna iktar importanti li jkollna streamlining ħalli bir-riżorsi li għandna nilħqu firxa usa' ta' tfal.", "Inħass ukoll il-bżonn ta' koordinament u ta' kooperazzjoni bejn l-aġenziji kollha li għandna fil-pajjiż.", "Forsi f'ċertu każi ġieli jkun hemm diffikultajiet biex tintlaħaq din il-kooperazzjoni, pero' żgur li jenħtieġ iktar networking ta' servizzi.", "Meta konna qegħdin nitkellmu fuq in-nuqqas ta' proċedura nazzjonali, qamet ukoll il-kwestjoni tal-ġbir ta' statistika.", "Anke hanwhekk m'għandniex baseline fuq xiex naħdmu u jekk m'hemmx il-baseline u uniformita' fil-ġbir ta' statistika, ma nistgħux noħorġu statistika.", "Waqt id-diskussjoni ħareġ il-fatt li f'pajjiżna jeżistu ċertu anomaliji fejn tidħol l-eta' li persuna tiġi meqjusa bħala tfal.", "Hemm ċirkostanzi fejn l-eta' li persuna hija meqjusa bħala minorenni hija ta' 18-il sena, waqt li imbagħad fil-każ ta' care order, l-eta' hija dik ta' 16-il sena, allura f'dawk is-sentejn, bejn is-16 u t-18-il sena, x'inhuma?", "Minorenni, u kif se nipproteġuhom lil dawn it-tfal?", "Issemmew ukoll id-dritt ta' l-unborn child u dawk il-każijiet ta' ommijiet li huma stess għadhom tfal, tfal irabbu t-tfal.", "Ta' min hija r-responsabbilta' u kif se nipproteġuhom?", "Fid-diskussjoni ħareġ ukoll l-element ta' assentejiżmu mill-iskejjel li jġib ukoll riskju għat-tfal.", "Issemma wkoll ir-rwol ta' diversi gruppi u ħafna ammettew li aħna iktar nirreaġixxu għall-problemi kif niġu ffaċċjati bihom, milli nippruvaw nevitaw li jinħolqu l-problemi.", "Issemmiet ukoll il-ħtieġa ta' aktar multi-disciplinary teams.", "Ħafna drabi aħna nitfgħu l-enfasi fuq is-social worker imma s-social worker waħdu m'huwiex biżżejjed biex jittratta ma' ħafna mill-problemi.", "Issemmew ukoll l-istrutturi li għandna bżonn, uħud minnhom ġodda, pero' rridu nħarsu lejn l-istrutturi mhux mil-lat biex sempliċement ikollna struttura b'liġi, imma mil-lat ta' kemm dawn se jgħinuna fix-xogħol tagħna.", "Issemmew ukoll l-at risk register, child advocacy, child ombudsman, children act u children's office, imma dawn kemm verament se jgħinu s-sitwazzjoni?", "Kemm huma effiċjenti?", "Kemm se nagħmluhom effiċjenti u x'se jagħmilhom effiċjenti dawn l-istrutturi?", "U l-istrutturi li diġa' għandna, kemm huma children friendly?", "Issemmew ukoll servizzi alternattivi, bħalma huma l-adoption u l-fostering.", "Fiex wasalna f'dan il-qasam?", "Nafu li għandna tfal li ma jiffitjawx ġo istituzzjoni għaliex iħarbtulek is-sistema bil-mod ta' kif huma jaġixxu u allura forsi lanqas jistgħu jiġu adopted jew fostered, imma żgur li ma jfissirx li nistgħu ninsewhom u nitilquhom f'nofs ta' triq.", "Illum nixtieq li nkomplu nisimgħu dwar servizzi eżistenti li jaħdmu ma' tfal li huma f'riskju.", "Nisimgħu dwar id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom u nuqqasijiet li jħossu li hemm fis-servizzi eżistenti.", "Nixtieq nisma' mingħandkom kif l-istrutturi li semmejna jistgħu jgħinuna biex aħna nwettqu x-xogħol li hemm bżonn isir u kif għedt, nixtieq nisma' proposti konkreti.", "Nixtieq li l-presentations tagħkom tillimitawhom għal bejn wieħed u ieħor għaxar minuti biex nagħtu ċans għall-mistoqsijiet mill-membri tal-kumitat ħalli iktar nifhmu x'aħna ngħidu.", "Nitlobkom tkunu konċiża u kemm jista' jkun ma tirrepetux dak li diġa' ntqal.", "Nibda billi nistieden lil Miss Carmen Zammit mill-programm Fejda u naf li ġabet magħha persuna li tixtieq tagħti l-esperjenzi tagħha f'dik l-istituzzjoni.", "Qabel xejn, irrid ngħid li rċevejt korrispondenza miċ-Child Protective Services Unit fl-SWDP fejn bagħtu tabella li turi l-age distribution of reported abuse cases; irċevejt rapport intitolat \"Children at risk\" mingħand Mrs. Sina Bugeja mill-Aġenzija sedqa, u rċevejt ittra mingħand is-Sur Peter Paul Portelli, social worker fid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja f'Għawdex.", "Kopja tal-korrispondenza li rċevejna ser tiġi mqassma.", "Nixtieq nerġa' nfakkarkom li meta tkunu qegħdin tagħmlu l-presentation tagħkom tiftakru li dawn huma laqgħat pubbliċi u għandna l-press preżenti.", "Nappellalkom biex toqogħdu attenti kif issemmu ċerti każijiet jew nies li jistgħu jiġu identifikati.", "Naturalment il-press jagħrfu li dan huwa suġġett sensittiv u nixtieq nirringrazzjahom għall-mod kif ikkooperaw meta kien hemm ċertu affarijiet li ma xtaqniex li jiġu misquoted out of context.", "Nirringrazzja ħafna lill-membri tal-media għall-kooperazzjoni tagħhom, pero' anke aħna rridu noqogħdu attenti.", "Malli tibdew tagħmlu l-intervent tagħkom, nitlobkom tgħidu isimkom u l-qasam li tirrappreżentaw u dan għal skopijiet ta' transcription tal-laqgħat.", "CARMEN ZAMMIT (Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja): Jiena naħdem bħala principal social worker fid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja u bħalissa qiegħda manager tal-programm Fejda li huwa programm terapewtiku għat-tfajliet ta' bejn l-14 u d-19-il sena li jkollhom problemi emozzjonali u psikoloġiċi u li jkunu jirrikjedu terapija kontinwa.", "Għal snin twal jien kont segretarja tal-bord konsultattiv dwar it-tfal u ż-żgħażagħ u allura għandi idea tal-każijiet ta' tfal li jkunu ġew imqegħda taħt ordni ta' ħarsien, jiġifieri każijiet li huma gravi ħafna, każijiet ta' tfal li l-abbuż tagħhom ikun ġie verifikat u li jkunu għaddew minn trawmi kbar ħafna.", "L-esperjenza tiegħi ma' dawn il-każijiet hi li ħafna drabi s-social worker tagħmel assessment tal-każ u minħabba l-problema gravi li jkun hemm fil-familja, it-tfal ma jkunux jistgħu jibqgħu fil-familja, u allura jiġi deċiż li tinħareġ ordni ta' ħarsien biex it-tfal jittieħdu mingħand il-ġenituri tagħhom.", "Ħafna drabi tasal biex tieħu tifel jew tifla minn ħdan il-familja u minħabba n-nuqqas kbir ta' riżorsi li għandna, kemm biex isir assessment u kemm biex tingħata t-terapija lit-tfal u l-familja tagħhom biex jerġgħu jingħaqdu flimkien, kważi kważi ngħid li nkunu qegħdin inpoġġu lil dawk it-tfal fi stat ta' abbuż ieħor għax ma nkunux nistgħu naraw sew xi bżonnijiet għandhom sabiex noffrulhom dak li għandhom bżonn.", "Naħseb li rridu nibdew nikkontemplaw u naraw kif lit-tfal li nieħdu minn eta' żgħira taħt ordni ta' ħarsien, u li ħafna drabi jgħaddu snin twal f'dar tat-tfal, noffrulhom alternattivi oħra biex ikunu jistgħu jiżviluppaw b'mod normali, f'ambjent li jekk mhux tal-familja tagħhom, jixbaħ ħafna dak ta' familja.", "U għalhekk nenfasizza l-importanza li jiġi żviluppat il-foster care.", "Xi tlieta jew erba' snin ilu mort in-Norveġja u rajt li fuq livell internazzjonali kważi m'għadhiex tissemma iżjed ir-residential care, imma tissemma l-foster care bid-diversi sfumaturi tagħha biex jinstab post adattat għat-tfal li ma jistgħux jibqgħu fil-familji naturali tagħhom.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-programm Fejda.", "Bħalissa f'dan il-programm għandna 12-il persuna, pero' peress li l-post jesa' biss disgħa, qed nużaw ukoll iż-żewġt ikmamar għall-crisis intervention.", "Il-problemi ta' dawn it-tfal huma gravi ħafna u l-maġġoranza tagħhom jew qegħdin taħt ordni ta' ħarsien, jew ikella ġew b'ordni tas-Sekond'Awla tal-Qrati.", "Huma tfal li għandhom problemi kbar u li għaddew minn trawmi kbar.", "Xi wħud minn dawk li huma taħt ordni ta' ħarsien, ittieħdu minn mal-familja tagħhom meta kienu għadhom żgħar, allura għaddew ħajjithom fi djar tat-tfal, u issa spiċċaw fil-programm Fejda.", "Naturalment mhux kollha jispiċċaw hekk, pero' għandna ħafna mit-tfal li kienu ġew abbandunati mill-ġenituri tagħhom meta kienu żgħar.", "Li qegħdin nagħmlu fil-programm tagħna huwa li noffrulhom counselling individwali u counselling group sessions, u noffrulhom ukoll ambjent fejn iħossuhom li huma maħbubin u fejn jista' jkollhom models fuqiex jistgħu jimmedeżimaw ruħhom għaliex f'ħajjithom hemm il-bżonn li jkollhom model.", "Xi wħud mit-tfajliet li jiġu fil-programm Fejda, tant ikunu mfarrkin u mweġġgħin li għalkemm jagħmlu progress ikollhom bżonn żmien twil sakemm jissuperaw dik il-weġgħa li jkunu sofrew.", "Irrealizzajna wkoll li meta tfajla tasal għall-eta' ta' 18-il sena, minħabba l-istil ta' ħajja li tkun għaddiet, assolutament ma tkunx għadha tista' tgħix waħedha u jekk tħalliha tgħix waħedha, tkun qed terġa' titfagħha f'nofs ta' triq.", "Jien għandi esperjenza ta' dan għax kellna tfajliet, anke taħt ordni ta' ħarsien, li ma kellniex fejn inpoġġuhom u spiċċaw f'nofs ta' triq drogati u prostituti.", "Wieħed irid jibda ma' dawn it-tfal minn meta jkunu għadhom żgħar pero' ovvjament jenħtieġ numru ta' riżorsi biex jintlaħqu l-bżonnijiet individwali tagħhom.", "Lakuna kbira li qed inħossu li għandna fil-preżent, hija fil-konfront tas-subien.", "Filwaqt li l-problema tal-bniet b'xi mod qed insolvuha - għalkemm forsi iżjed 'il quddiem id-dar li għandna se tkun żgħira wkoll għax diġa' bdiet tkun full-up - għas-subien għad m'għandna xejn.", "Subien li jkunu fid-djar residenzjali u jilħqu l-eta' ta' 13 u 14-il sena, jistgħu jibdew jippreżentaw problema ta' imġieba gravi li jista' jkollha riperkussjonijiet negattivi fuq tfal oħra, pero' m'għandniex fejn inpoġġuhom lil dawn is-subien.", "Diġa' għandna numru ta' subien, anke bil-care order, li qegħdin jiġru fit-toroq.", "Jiġifieri allavolja tfal ikunu taħt ordni ta' ħarsien, jekk dar ma jkollhiex il-possibbilta' - u jien nifhem li jkun hemm diffikultajiet kbar - li żżommhom, dawn jispiċċaw ma jmorrux skola u forsi jmorru lura għand il-ġenituri tagħhom li forsi jkunu qegħdin iġegħluhom jisirqu bir-riżultat li jispiċċaw quddiem il-juvenile court u anke l-ħabs.", "Diġa' għandna numru ta' subien li qegħdin f'din is-sitwazzjoni u allura hemm bżonn enormi li tinfetaħ dar li toffri programm terapewtiku għas-subien.", "Miegħi ġibt tfajla li qiegħda fil-programm Fejda ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Miss Zammit, jekk trid, din it-tfajla tista' ma turix isimha.", "CARMEN ZAMMIT: Naħseb li huwa importanti ħafna li nisimgħu lit-tfajliet stess x'għandhom x'jgħidulna għax fuq kollox huma jkunu għaddew mill-esperjenzi u allura huma jafu x'ħassew.", "It-tfajla li qiegħda magħna qatt ma għexet fil-familja iżda għaddiet ħajjitha tgħix fid-djar tat-tfal.", "Forsi nista' nistaqsiha xi mistoqsijiet ħalli tkun iżjed faċli għaliha li tirrispondi.", "Nixtieqha tgħidilna ftit l-esperjenza tagħha, kif ħasset li kienet ħajjitha u x'tixtieq li sar minflok dak li fil-fatt sar f'ħajjitha.", "ŻAGĦŻUGĦA: Jien inħoss li meta l-ommijiet jew il-ġenituri ma jagħtux kas it-tfal tagħhom u jitfgħuhom f'xi istitut, m'għandhomx jibqa' jkollhom dritt għat-tfal.", "Jekk hemm familja li trid tadottak jew tieħdok għal fostering, la l-omm ma tkunx tat kas uliedha, m'hemmx bżonn ifittxuha għal firem jew għal xi affarijiet oħra.", "Anke jekk it-tifla tkun trid issiefer, la l-omm ma tatx kas …", "IĊ-CHAIRPERSON: Tista' tgħidilna xi ħaġa dwar l-għajnuna li inti sibt f'ħajtek, jew l-għajnuna li xtaqt li kellek?", "Meta inti kont qiegħda tgħix f'istitut mas-sorijiet ...", "ŻAGĦŻUGĦA: M'għoġbitnix il-ħajja meta kont ngħix mas-sisters.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma xi xtaqt inti?", "Kieku kellek tagħżel, xi xtaqt?", "ŻAGĦŻUGĦA: Li kelli familja jew li ġejt adopted.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri inti xtaqt li kellek iċ-ċans li tiġi adottata.", "X'jogħġbok u xi jdejqek fil-programm Fejda?", "Għidilna l-verita'; aħna mill-verita' ma nibżgħux, anzi nippreferu li inti tgħidilna l-verita' ħalli jekk hemm xi affarijiet li jistgħu jiġu rranġati, jiġu rranġati u tgawdi int u sħabek li għad iridu jgħaddu mill-programm Fejda.", "Toqgħodx tiddejjaq li hawn Miss Zammit ħdejk, għidilna dak li inti verament tħoss.", "ŻAGĦŻUGĦA: L-istaff ta' hemmhekk alright, imma wħud mit-tfal idejquni.", "Jien għandi 18-il sena u akbar mill-oħrajn li hemm fil-programm.", "Ftit minnhom għadhom naqra lura u jdejquni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Forsi ma tintegrawx daqshekk minħabba li hemm differenza fl-eta' bejnietkom, differenza li tinħass fl-eta' bejn l-14 u t-18-il sena.", "Forsi xi wħud għadhom naqra childish u inti tħossok akbar minnhom, imma hemm xi affarijiet li tixtieq tara li jseħħu fil-programm Fejda?", "ŻAGĦŻUGĦA: Li jkun hemm iktar attivitajiet.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Meta qed tgħid \"attivitajiet\", x'tip ta' attivitajiet qed tirreferi għalihom?", "ŻAGĦŻUGĦA: Bħal sports u affarijiet hekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: M'għandkomx faċilitajiet sportivi?", "X'tip ta' attivitajiet sportivi tagħmlu?", "Ejja l-ewwel naraw x'hemm u mbagħad naraw x'jonqos.", "ŻAGĦŻUGĦA: Tiġi mara tagħmlilna counselling sessions.", "IĊ-CHAIRPERSON: U fejn jidħlu attivitajiet li tieħdu pjaċir bihom, per eżempju, daqq ta' mużika jew ħruġ, x'tagħmlu?", "ŻAGĦŻUGĦA: Outings ikollna.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Nista' nistaqsik kif tqattgħu ġurnata normali fost il-ġimgħa?", "ŻAGĦŻUGĦA: Jiena ma naħdimx pero' nixtieq li naħdem.", "Filgħodu ngħinhom jagħmlu l-cleaning up, imbagħad xi wħud minna jgħamlu it-tisjir; daqshekk.", "Jien ġeneralment noqgħod nara t-television ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Ikollkom il-counselling sessions.", "ŻAGĦŻUGĦA: Imma mhux jiena, l-oħrajn ikollhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Forsi għax inti ilek hemmhekk, diġa' għaddejt minnhom il-counselling sessions.", "ŻAGĦŻUGĦA: Iva.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Tistgħu toħorġu filgħaxija?", "ŻAGĦŻUGĦA: Iva.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jeżistu indoor games?", "CARMEN ZAMMIT: Għandna gym żgħir fil-post.", "Huma jieħdu sehem ukoll fl-organizzazzjoni tal-post.", "Per eżempju, darba fil-ġimgħa jkollhom il-community meeting fejn jorganizzaw ħafna affarijiet, jiddeċiedu fuq menu, roster u fejn iridu jmorru.", "Barra minn hekk, f'dawn il-meetings għandhom l-opportunita' jgħidu dak kollu li jixtiequ lil management.", "Il-meeting tmexxih ir-residential social worker li llum ma tiflaħx; infatti għalhekk ma ġietx hawnhekk.", "Naturalment ikollhom counselling u affarijiet oħra li jkollhom bżonn isiru individwalment.", "Ikollhom ħafna social work intervention mis-social worker.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Is-Sinjorina qed tgħid li għandha 18-il sena u ma taħdimx.", "Forsi din għadha l-ewwel esperjenza tagħkom li jkollkom tfajliet ta' 18-il sena għax il-programm Fejda għadu pjuttost programm ġdid, iżda qegħdin taraw kif tistgħu tiżviluppaw xi tip ta' koordinament ma' l-ETC, per eżempju?", "CARMEN ZAMMIT: Iva, saru ħafna diskussjonijiet ma' l-ETC, pero' l-problema m'hijiex li ma jsibux xi tip ta' xogħol, għax xogħol isibu, u din it-tfajla diġa' ppruvat diversi tipi ta' xogħol, pero' l-problema hija l-instabbilita' tal-persuna li hija dovuta għall-problemi passati li wieħed ikun għadda minnhom.", "Jiġifieri sakemm waħda ssib xogħol li lesta toqgħod fih, trid ħafna u ġieli jgħaddu minn disa' tipi ta' xogħol qabel ma jissettiljaw f'xi job.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri d-diffikulta' m'hijiex li mhux qed isibu xogħol.", "CARMEN ZAMMIT: Le, ma' l-ETC hemm rapporti tajbin ħafna u qed jgħinuna ħafna fuq dan il-livell.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Kemm ilha fil-programm it-tfajla?", "CARMEN ZAMMIT: Minn mindu beda l-programm, jiġifieri f'Lulju ta' l-1997, ilha hemm sena u nofs.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Għal dak li jirrigwarda studju, hemm min jiggwidahom, b'mod partikolari lit-tfajliet iżgħar?", "CARMEN ZAMMIT: Hemm minnhom li għadhom imorru l-iskola.", "Isiru sforzi, pero' minħabba l-problemi li t-tfajliet ikunu għaddejjin minnhom, tkun trid tagħmel sforzi enormi.", "Kellna anke volontiera li ġew biex jagħtuhom xi lezzjonijiet, jiġifieri jimpenjaw ruħhom għal ċertu ħin jew għal ċertu żmien, imma tkun diffiċli ħafna li jkomplu.", "Mil-lat ta' sports, aħna ninkoraġġuhom ħafna li jieħdu sehem f'xi attivita' sportiva għax nafu li l-isports huwa importanti, u saħansitra bħalissa għandna tfajla li qiegħda tittrenja fil-futboll.", "Għandna wkoll volontier li qiegħed fis-social work li ġieli joħroġhom.", "Dan it-tip ta' ħruġ huwa wkoll importanti biex inwessgħulhom iċ-ċirku ta' ħbieb.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Għandkom xi librerija żgħira u personal computer?", "CARMEN ZAMMIT: Iva, għandhom computer u jħobbu jilgħabu fuq il-computer pero' rigward kotba, ma tantx jaqraw.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma hemm librerija?", "IĊ-CHAIRPERSON: Voldieri lanqas jekk iridu jaqraw, ma jistgħux.", "CARMEN ZAMMIT: Imma ġieli ġibnilhom kotba.", "Huwa diffiċli ħafna li joqogħdu bil-qiegħda, jiftħu ktieb u jaqrawh.", "IĊ-CHAIRPERSON: Pero' tajjeb li l-kotba jkunu available biex forsi b'xi mod jitħajru jibdew jaqraw għax jekk m'għandekx kotba available, żgur li m'intix se tipprova taqra.", "Sinjorina, hemm xi affarijiet oħra li qegħdin fuq l-istonku tiegħek u tixtieq tgħidhom?", "ŻAGĦŻUGĦA: Le.", "CARMEN ZAMMIT: Hemm xi affarijiet li tixtieq tgħidhom biex forsi jgħinu lil tfal oħra li se jgħaddu mill-istess esperjenza li għaddejt minnha int?", "ŻAGĦŻUGĦA: Le.", "MICHAEL ASCIAK: Kemm għandkom residenti bħalissa?", "CARMEN ZAMMIT: Bħalissa qegħdin 12 u tnejn minnhom qegħdin fil-crisis intervention.", "MICHAEL ASCIAK: Fejn qiegħda d-dar?", "CARMEN ZAMMIT: Id-dar, li hija mexxija minn lay people, qiegħda f'Santa Venera u hija parti mill-Konservatorju Vinċenzo Bugeja, pero' qisna qegħdin f'dar għalina.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Rita Law tixtieq tagħmel xi mistoqsija.", "RITA LAW: X'kienu l-problemi tat-tfal li qegħdin fil-programm Fejda?", "CARMEN ZAMMIT: Fil-programm Fejda, il-maġġoranza tat-tfal kienu mqiegħda taħt ordni ta' ħarsien jew minħabba abbuż fiżiku, jew inkella minħabba neglect.", "Xi wħud minnhom qegħdin hemm minħabba t-tip ta' imġieba tagħhom għax ma setgħux jibqgħu iżjed fid-djar residenzjali fejn kienu qegħdin jgħixu.", "Meta ngħid \"imġieba\", qed nirreferi għal manifestazzjoni ta' aggressivita', vjolenza lejn l-istaff, eċċ.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Hemm a live-in set-up, bħala management?", "MARIE LOUISE COLEIRO: Dawn huma nies li jinbidlu, nies li jaħdmu b'sistema ta' shift, jew hemm koppja jew familja li tgħix magħhom?", "CARMEN ZAMMIT: Le, m'hemmx koppja jew familja li tgħix magħhom.", "GĦal wara nofsinhar hemm ħames carers li jagħmlu shift bejniethom, waqt li filgħodu hemm waħda li dejjem tkun magħhom and she is very good magħhom.", "Din tgħinhom iżommu d-dar nadifa, tagħmel ix-xiri li jkun hemm bżonn u tieħu magħha lil min ikun qiegħed id-dar biex jitgħallem jixtri.", "Barra minn hekk, ġejjin u sejrin bit-tfal l-isptar, inġibulhom il-pilloli u l-mediċini li jkollhom bżonn.", "Per eżempju, illum stess ħafna minnhom marru d-dental clinic.", "Ir-roster ta' wara nofsinhar jibda mis-2.30 p.m. sat-8.30 a.m. ta' l-għada, u jkun hemm żewġ carers magħhom.", "Imbagħad bħala back-up, bil-lejl ikun hemm ir-residential social worker u jekk jinqala' xi ħaġa, anke jien disponibbli.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Minn dawn it-12-il persuna, kemm minnhom ġew minn familja normali, \"normali\" fis-sens li ġew minn dar?", "U nista' ngħid li d-differenza tkun tidher.", "Mill-esperjenza tiegħi kemm ilha li twaqqfet id-dar, id-disturb ta' tfajliet li jiġu minn ambjent ta' familja, allavolja jkun ambjent problematiku, ma jkunx daqshekk profond daqs ta' dawk li jkunu rejected u qatt ma għexu f'familja.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro, l-aħħar kumment jekk jogħġbok.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Bażikament qed nitkellmu fuq numru ta' tfal li għexu ħajjithom kollha, jew il-biċċa 'l kbira ta' ħajjithom, fi djar residenzjali u mbagħad, b'xi mod, qed jispiċċaw fil-programm Fejda.", "Mill-informazzjoni li qed tagħtina Miss Zammit, jidher li l-maġġor parti ta' dawn it-tfal ġejjin minn dan is-set-up u allura l-ironija hija li dawn it-tfal qed jerġgħu jispiċċaw ġo dar, u għaldaqstant naħseb li toħroġ aktar il-ħtieġa li l-pajjiż iħares bis-serjeta' lejn fostering u adozzjoni.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Il-ħsieb tagħkom huwa li dawn it-itfal jerġgħu jmorru ġol-familja li kienu fiha?", "CARMEN ZAMMIT: Dażgur; l-iskop tagħna huwa li kollha jirritornaw fil-familja imma ħafna minnhom ma jistgħux jirritornaw fil-familja għax qatt ma kellhom familja.", "Id-diffikulta' hi li tippreparahom joqogħdu fuq saqajhom ħalli jkunu jistgħu jgħixu weħidhom.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: U simultanjament, il-ġenituri jkunu qegħdin jiġu trained?", "Aħna naħdmu ħafna mal-ġenituri, jew permezz ta' counselling li jsir mir-residential social worker tagħna li taħdem full-time, jew inkella nirriferuhom lil family therapy unit ta' l-SWDP.", "Miċ-ċentru hawn ukoll is-Sur Godwin Steer li naħseb jista' jiżviluppa iktar is-sitwazzjoni ta' subien bi problemi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nixtieq naqbad ma' dak li semmejt inti dwar il-ħtieġa ta' alternative care, bħalma huma l-fostering u l-adoption.", "Hawnhekk għandna magħna lil Mr. John Rolé li żgur jista' jikkumplimenta dak li għadek kif għedt inti.", "CARMEN ZAMMIT: Sinjura President, nixtieq nippreżenta lill-Kumitat statistika, rapporti u informazzjoni relevanti għal dan is-suġġett.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjawk Miss Zammit u nirringrazzjaw ukoll lit-tfajla li ġibt miegħek għall-intervent tagħha.", "IS-SUR JOHN ROLÉ (Social worker, Fostering Unit, Social Welfare Development Programme): Naħseb li meta nisimgħu dak li qed nisimgħu hawnhekk, verament nibdew naraw illi għal dawn it-tfal li jsibu ruħhom f'sitwazzjonijiet diffiċli minn meta jkunu għadhom żgħar, huwa iktar aħjar illi jsibu familji alternattivi fejn ikunu jistgħu jiżviluppaw b'mod naturali milli jgħaddu ħafna snin f'istituzzjonijiet.", "Pero' fl-istess waqt bl-ebda mod ma wieħed irid jinsa d-dedikazzjoni li kien hemm min-naħa tar-reliġjużi f'pajjiżna u n-numru ta' tfal li għaddew minn taħt idejhom.", "Jiena għandi esperjenza ta' 20 sena ġewwa St. Patrick's u niltaqa' ma' ħafna żgħażagħ illi minkejja li għaddew minn ħafna trawmiet, xorta waħda jirnexxielhom ikollhom il-familja tagħhom bi tfal.", "Fil-fatt għad għandi kuntatt magħhom u sa ġimgħatejn ilu konna qed nilagħbu l-futboll flimkien.", "Huwa żgur il-bżonn li l-konċett tal-fostering, kemm min-naħa ta' organizzazzjoni u kemm min-naħa ta' mentalita', jiġi żviluppat.", "Il-ġenituri naturali ġieli ma jifhmux xi jfisser eżattament il-kunċett tal-fostering u allura hemm bżonn li nqajmu awareness biex dawn jifhmu illi t-tfal tagħhom għandhom ukoll id-dritt li jgħixu ġo familja.", "Pero' mhux il-ġenituri naturali biss għandhom bżonn jifhmu x'inhu l-fostering imma anke dawk il-ġenituri li jkunu jixtiequ jżommu lit-tfal.", "Bażikament l-għan tal-fostering huwa li familja tgħin lil familja oħra ħalli jekk ikun possibbli, it-tfal jirritornaw għand il-ġenituri naturali tagħhom, pero' jekk ma jkunx possibbli li dan isir, ikun hemm żewġ options - jew long-term fostering, jew inkella adozzjoni.", "F'dawn l-aħħar sentejn sar ħafna xogħol minn interagency team magħmul miċ-Ċentru Ħidma Soċjali, iċ-Children's Homes u l-SWDP biex flimkien nikkreaw moviment li jippromwovi l-fostering.", "Pjanijiet saru u naħseb li lkoll kemm aħna, inklużi l-Onor.", "Marie Louise Coleiro, nafu x'sar, pero' nafu wkoll li għad baqa' ħafna xogħol xi jsir.", "Aktar ma jkollna malajr a fostering agency, aktar aħjar.", "Fil-preżent hawn tliet aġenziji iżda n-numru ta' nies u l-ammont ta' ħin li jagħmlu fuq dan ix-xogħol, huwa ftit.", "Fil-preżent għandna 26 foster carer u minkejja li qegħdin jagħmlu xogħol siewi, ħafna minnhom lanqas biss huma trained biex jagħmlu dan ix-xogħol ta' fostering u f'dawn l-aħħar sentejn għamilna training programme speċifikament għall-foster carers ħalli jkunu jafu għal xiex deħlin għaliex qed insibu li ħafna drabi dawn jibdew b'sempliċement social contact u ma jkunux jafu eżattament għal xiex deħlin.", "Il-każijiet li għandna huma każijiet verament tqal u ħafna mill-foster carers ma kellhomx is-support li suppost ikollhom u dan proprju minħabba nuqqas ta' riżorsi umani.", "F'dawn l-aħħar sentejn għamilna seba' korsijiet u ttrejnjana mhux biss prospective foster carers, imma anke care workers, social workers u studenti tas-social work.", "L-awareness tal-fostering trid tkun globali u totali, ħalli jekk għada pitgħada se tħaddem social workers f'dan il-qasam, huma wkoll ikunu jafu xi jfisser il-fostering.", "Bħalissa hemm 15-il koppja li qed jistennew biex jiġu assessed u kieku m'għamilniex it-training din is-sena, kieku konna nispiċċaw biex lanqas konna nsibu t-trained social workers li qed jagħmlulna l-assessments.", "Aħna qed naħdmu biex kulħadd, is-social workers, il-foster carers u l-ġenituri naturali, jifhmu xi jfisser eżattament il-kunċett tal-fostering.", "Per eżempju llum wara nofsinhar, tarbija ta' sena għadha kemm ġiet placed.", "Preżenti kien hemm l-omm naturali tat-tarbija, il-foster carer u s-social worker u nispera li bil-mod il-mod nibdew xi ħaġa li dejjem konna noħolmu li ssir, ċioe' li kemm l-omm naturali u kemm il-foster carers, ikunu trained u jafu għal xiex deħlin.", "Jekk m'aħniex se nimxu f'din id-direzzjoni, se nibqgħu niġbru l-biċċiet.", "Irridu noqogħdu bil-qiegħda u naraw xi pjan hemm bżonn li jsir, pero' bla dubbju hemm bżonn li jkollna n-nies għax mingħajr ir-riżors uman ma nagħmlu xejn.", "Naturalment hemm ukoll il-bżonn ta' finanzi.", "Mhux qed ngħid li l-foster carers għandhom jitħallsu l-belli liri, imma li qed ngħid hu li l-Istat għandu għallinqas jirrikonoxxi x-xogħol siewi li qed jagħmlu dawn in-nies għaliex inkella, financially, ikun impossibbli għalihom li jkomplu jwettqu x-xogħol li qed jagħmlu.", "Illum ssib familji li minkejja li għandhom żewġt itfal jew tlieta, qegħdin jagħmlu wkoll fostering.", "Jiena verament nammirahom lil dawn il-familji, pero' hemm bżonn li jsir xi ħaġa għalihom.", "Per eżempju koppja li taqla' aktar minn Lm10,000 fis-sena, ma tibqax tieħu ċ-children's allowance.", "Issa llum kulħadd jaf li biex tixtri żarbun trid tonfoq xi Lm25, u allura koppja se tixtri żarbun lit-tfal tagħha u ma tixtrix ieħor lil fostered child?", "Allura qed nispiċċaw biex lil dawn in-nies li qed jagħmlulna pjaċir qed nitfgħulhom piż ieħor fuqhom.", "Fi ftit kliem inħoss li l-ewwelnett irridu nibdew mil-lat ta' manpower, inwaqqfu l-aġenzija li hemm bżonn li titwaqqaf, u bil-mod il-mod, l-affarijiet l-oħra will follow.", "Tajjeb jingħad li pjanijiet konkreti diġa' hemm.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Safejn naf jien, f'Malta ma teżisti l-ebda liġi dwar il-fostering, hux hekk?", "IS-SUR JOHN ROLÉ: Speċifikament fuq fostering, le.", "MICHAEL FARRUGIA: Mingħalija - ikkoreġini jekk jien żbaljat - lanqas fil-liġi dwar is-sigurta' soċjali, ma jidħol il-konċett ta' fostering.", "IS-SUR JOHN ROLÉ: Li hemm fil-liġi huwa li jekk ikun hemm care order fuq tifel jew tifla u l-Istat jiddeċiedi li jibgħat .… (Interruzzjonijiet) Hemmhekk l-Istat hu obbligat li jħallas.", "MICHAEL FARRUGIA: Iva, imma l-fatt hu li ħafna drabi tifel li jkollu care order jitqiegħed f'post biex jieħdu ħsiebu.", "Issa legalment, billi ma teżisti l-ebda liġi dwar il-fostering …", "IS-SUR JOHN ROLÉ: Kulma tgħidlek il-liġi hija li persuna tista' tiġi appuntata biex tieħu ħsieb lil dak it-tifel jew tifla li jkollu care order.", "MICHAEL FARRUGIA: Jiġifieri meta intom tagħtu għal fostering xi ħadd li jkollu care order, tiġi applikata wkoll bejn il-partijiet li jkun hemm ...", "IS-SUR JOHN ROLÉ: Suppost li tiġi applikata pero' l-problema li hemm fil-preżent hi li ħafna min-nies li qed jagħmlu l-fostering, kienu bdew b'social contact.", "Kienu jmorru għand is-sorijiet u fil-weekend jieħdu tifel id-dar, u mbagħad jgħidulek: Issa ilu dan iż-żmien kollu magħna, se nibagħtuh lura?", "Aħna qed ngħidu li din is-sitwazzjoni hemm bżonn tinbidel b'mod li dawn in-nies jiġu trained ħalli jkunu jafu eżattament għal xiex deħlin imbagħad id-deċiżjoni li tittieħed tkun deċiżjoni ta' familja u b'hekk nipprevenu ċerti diffikultajiet li qed jinħolqu llum.", "MICHAEL FARRUGIA: Tiltaqgħu ma' problemi minħabba li ma teżistix liġi dwar il-fostering?", "Il-persuni li jagħmlu fostering - nafu li l-fostering huwa differenti minn adoption, huma żewġ konċetti kompletament differenti - jiltaqgħu ma' xi tip ta' problemi mal-ġenituri naturali tat-tfal?", "IS-SUR JOHN ROLÉ: Kultant xi ġenituri ma jifhmux x'inhu l-fostering b'mod li jsiru aggressivi ...", "MICHAEL FARRUGIA: Fejn għandek care order huwa mod, imma fejn m'għandekx care order, għandek sitwazzjoni kompletament differenti.", "IS-SUR JOHN ROLÉ: Jiena ngħidlek li l-problema iktar tinqala' meta jkun hemm care order.", "Ċerti ġenituri jkunu tant possessivi tat-tfal tagħhom li lanqas biss jagħtu kas l-interess ta' uliedhom u jpoġġu l-ewwel l-interessi tagħhom. minbarra li jġibu lill-foster carers f'sitwazzjonijiet verament diffiċli, per eżempju joqogħdu jagħmlulhom ħafna telefonati, eċċ. U għalhekk irid ikollna proċeduri u aġenzija li tara illi l-foster carers jiġu protetti minn ċerti abbużi li ġenitur jista' jaqla'.", "Jekk mhux se jkollna xi ħaġa konkreta, se nispiċċaw biex minkejja x-xogħol kollu li jkun sar, il-foster carer se jgħidlek li ma jistax ikompli jżomm tfal.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Kemm ikollkom każi ta' care orders f'sena?", "IS-SUR JOHN ROLÉ: Ma naħsibx li jiena l-persuna li nista' nirrispondi din il-mistoqsija.", "MICHAEL FARRUGIA: Safejn naf jien ma konniex noħorġu numru kbir ta' care orders, imma ħafna drabi l-problemi li kien ikollna kienu jkunu problemi jaħarqu.", "Niftakar li kien hemm każ li kont dħalt fih jien bħala ministru, fejn wieħed mar jixtri revolver u beda jhedded lin-nies b'dan l-imbierek revolver.", "Min jiffirma l-care orders, jgħaddi minn ħafna diffikultajiet, pero' bħala numru, u hawnhekk qed nara lil Dr. Zammit li jista' jikkoreġini jekk żbaljat, ma konniex noħorġu ħafna, kienu jingħaddu fuq l-idejn.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jien naħseb li d-diffikultajiet iqumu mhux biss minħabba n-nuqqas ta' liġi, imma minħabba l-problemi emozzjonali tal-ġenituri naturali.", "Aħna dejjem nisimgħu dwar ġenituri li abbandunaw lit-tfal tagħhom imma jista' jkun hemm ukoll każijiet ta' ġenituri li jkollhom diffikultajiet li forsi ma jkollhomx kontroll fuqhom u allura they will have to give up their children.", "Jien naħseb li anke dan l-aspett irridu nżommuh f'moħħna bħala parti mill-framework li qed nitkellmu fuqu.", "Il-fatt li l-konċett ta' fostering m'għandux ilqugħ b'liġi u regolamenti u m'għandniex ukoll programm regolari biex jittrenja emotionally, kemm lill-foster carers kif ukoll lill-ġenituri naturali li se jkollhom jagħtu lit-tfal tagħhom minħabba diversi diffikultajiet, taraha bħala problema?", "IS-SUR JOHN ROLÉ: Permezz tal-programm li qed nagħmlu, żgur li qegħdin nilħqu lill-foster carers, lil prospective foster carers u lil dawk li għandhom social contacts ma' tfal li jeħduhom id-dar tagħhom fil-weekend.", "Permezz ta' dan il-programm qed nagħmluhom konxji ħafna ta' kif jiġu dawn it-tfal u kif għandna nilqgħu lil dawn it-tfal.", "Il-programm jikkonsisti f'sitt sessions ta' tliet sigħat il-waħda, jiġifieri dan il-programm huwa pjuttost intensiv.", "Barra minn hekk aħna nipprovaw naraw min huwa interessat li jidħol għal dan ix-xogħol, immorru nkellmuhom id-dar, ngħidulhom b'dan il-progamm, inħallu ftit taż-żmien jgħaddi biex nagħtuhom ċans jaħsbu u mbagħad nerġgħu mmorru nkellmuhom.", "Jiġifieri mill-esperjenza li ġbarna, qed nippruvaw nevitaw proprju dan.", "Permezz ta' programmi fuq ir-radio u permezz ta' metodi oħra, trid tibda tagħmel lin-nies konxji tad-diffikultajiet li jistgħu jiltaqgħu magħhom dawn it-tfal.", "Fortunatmanet ikollok okkażjonijiet biex titkellem fuq ir-radio u naħseb li iktar ma l-kelma \"fostering\" tidħol f'widnejn in-nies, iktar aħjar ħalli aktar nies jibdew jaħsbu li anke huma jistgħu jagħtu sehemhom.", "Anke l-ġenituri naturali jridu jibdew jifhmu li t-tfal tagħhom għandhom ċerti drittijiet u jistgħu jsibu persuna li tista' tgħinhom.", "Il-foster carers se jkunu preparati pero' ħafna drabi jkun hemm ġenituri li jaħsbu li jekk se jagħtu lit-tifel tagħhom għall-fostering, se jeħduhulhom.", "Din hi l-mentalita' li hawn fil-preżent.", "Aħna lill-foster carers nippreparawhom u fil-fatt l-aħħar training session li nagħtu lill-foster carers hija proprju \"letting go\".", "Minkejja li tkun ilek tieħu ħsieb tifel għal sena, sentejn jew anke aktar, jekk ikun fl-interess tat-tifel li jmur għand il-ġenituri naturali tiegħu, irid imur.", "Pero' bħalma qalet is-Sinjorina Carmen Zammit dwar il-programm Fejda, irridu nżommu f'moħħna li jekk mhux se jkollna nies jaħdmu mal-ġenituri naturali, se tispiċċa ċikkubriku.", "Hemm bżonn ta' social workers li jaħdmu biex jippreparaw lill-foster carers u jagħmlu assessment u follow-up tagħhom, imma mbagħad hemm bżonn ukoll ta' social workers li jaħdmu għall-familja naturali ta' dawk it-tfal li qed jiġu fostered.", "Per eżempju,", "jista' jkun hemm bżonn ta' family therapy.", "Il-foster carers se jkollhom link mal-familja naturali tat-tifel li qed jiġi fostered u ħafna drabi jkunu qed jaħdmu flimkien biex dak it-tifel ma jħossux barra minn postu.", "U bil-mod il-mod, aktar ma nitkellmu dwar xi jfisser il-fostering, aktar se tibda tinbidel il-mentalita' li hawn fil-preżent.", "Bażikament, il-fostering huwa att kristjan fejn familja verament tgħin lil familja oħra, mhux b'mentalita' paternistika, imma fuq il-kunċett ta' sharing of skills.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Mr Role'.", "Jidher li m'hawnx mistoqsijiet, għaldaqstant nistieden lil Fr. Vella minn St Patrick's School.", "Nixtieq nerġa' nfakkarkom iżżommu l-presentation tagħkom fil-qosor ħalli jkollna ħin għal diskussjoni.", "Skond l-istatistika li rċevejna mill-SWDP u dik li tatna Miss Zammit, jidher li b'kollox, din is-sena nħarrġu 16-il care order.", "STEPHEN VELLA (Head of Care, St Patrick's School, Sliema): Din is-sena għalaqna 100 sena mill-ewwel ġebla tal-fondazzjoni ta' St Patrick's u bħalissa qed nipprovdu servizz lil 150 tifel, 50 minnhom huma residenti waqt li l-100 l-oħra jiġu għad-day care service.", "GĦandna 15-il tifel li ġej mill-Qorti jew li għandu care order.", "Aħna nipprovdu servizz ta' skola b'mod speċjali għal tfal li għaddew mill-kura residenzjali u għal tfal li nkunu nistgħu nirriabilitawhom u nintegrawhom lura fil-familja, inżommuhom bħala day care biex b'hekk jibqa' jkollna kuntatt magħhom.", "Ma' dawn il-150 tifel, qegħdin 50 ħaddiem naħdmu magħhom u ħafna mill-enerġija tagħna tmur fuq it-tagħlim fl-iskola; għandna kemm skola primarja u kemm skola sekondarja peress li l-eta' tat-tfal tagħna tvarja minn disgħa sa 16-il sena.", "Is-servizzi li nipprovdu lit-tfal residenzjali huma varji.", "It-tfal jiġu maqsuma f'sitt units, f'sitt homes differenti, u hemm care worker ma' kull seba' jew tmient itfal.", "Għandna wkoll tfal li minkejja li huma residenti, ma jattendux l-iskola tagħna għax sakemm aħna nipprovdu l-kura residenzjali li għandu bżonn it-tifel, nipprerferu li jekk jista' jkun jibqa' jżomm kuntatt mal-lokalita' tiegħu.", "Għandna wkoll każ ieħor li ġej mill-Young People's Unit li huwa nkarigat minnu Dr. Saliba u li tkellimtu miegħu l-aħħar darba, u issa bdejna servizz ma' subien li jkunu jixtiequhom jintegraw lura fis-soċjeta'.", "Dawn is-subien jgħaddu ċertu żmien għandna sabiex aħna nipprovdulhom il-kura qabel ma jintegraw ruħhom lura fil-familja.", "Tqajmu diversi punti li xtaqt nirreferi għalihom u wieħed minnhom kien proprju l-punt li tqajjem mill-Onor.", "Farrugia meta staqsa dwar xi jsir minn dawk it-tfal li huma at risk imma li fl-istess waqt ikunu ta' riskju għal tfal oħra.", "Dik hija dilemma li aħna jkollna naffrontaw u f'dawn l-aħħar tliet snin kellna tliet każi partikolari ta' tfal li jkunu ta' periklu kbir mil-lat morali u mil-lat etiku, għal tfal oħra.", "F'dawn is-sitwazzjonijiet insibu ruħna dahrna mal-ħajt għax bl-istruttura eżistenti tagħna, ma nistgħux nipprovdu servizz għalihom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fix-xogħol tagħkom ta' kuljum, x'inhuma l-problemi li tiltaqgħu magħhom, b'mod partikolari f'dak li huwa koordinament ma' aġenziji oħra meta titolbu l-għajnuna?", "Fejn tħossu li m'għandkomx ħajt ta' kenn?", "STEPHEN VELLA: Naħseb li l-akbar problema hija n-nuqqas ta' riżorsi li wieħed ikun jixtieq li jkollu f'idejh, riżorsi biex jiġi provdut is-servizz ta' counselling u assessment tat-tfal.", "Għal kull tifel, aħna nifformulaw care plan li nipprovaw inżommu biex inwettqu l-pjan ta' kura.", "Ovvjament inqas ma tifel idum għandna, iktar aħjar għax ikun juri li l-għan tagħna, li huwa dak ta' riabilitazzjoni, ikun intlaħaq.", "Problema partikolari li niltaqgħu magħha hija meta nfasslu pjan ta' kura għal xi tifel u mbagħad ċerti visits jew ċerti bżonnijiet ma jiġux segwiti bir-riżultat li t-tfiel jibqa' dejjem pending.", "Ħafna drabi tifel li ma jagħtix ħafna problemi huwa l-iktar tifel li jiġi traskurat mis-sistema ġenerali u allura jibqa' jkaxkar.", "Ġeneralment dan it-tip ta' tifel ikun beda f'istitut tas-sorijiet meta kien għadu żgħir u sa 16-il sena, jibqa' drifting; he just drifts.", "Dik hi ħaġa li aħna u s-sorijiet li naħdmu flimkien fuq xi każijiet, irridu li ma sseħħx.", "Infatti aħna stess ninkoraġġixxu li jekk jista' jkun, tifel jiġi inserit f'familja, anke billi jiġi fostered.", "Nafu li jeżistu każijiet ta' tfal li ma jkunux jistgħu jitqiegħdu f'familja għax ikunu mweġġgħin ħafna u jekk jitpoġġew f'familja li m'hijiex preparata, hemm il-probabilita' li dik il-familja titfarrak.", "Aħna rajna familji jitfarrku għax ma jkunux ippreparati sew għat-tifel li jkun ġie fdat f'idejhom.", "Rajna familji li kważi spiċċaw biex isseparaw għax it-tifel li ġie fdat f'idejhom kien too much for them to handle.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jien qed nifhem li f'St Patrick's tilqgħu subien li jkollhom sa 16-il sena, allura x'jiġri minnhom wara dak il-perijodu?", "STEPHEN VELLA: Uffiċjalment inżommuhom sa 16-il sena, pero' għandna każijiet ta' tfal li għandhom aktar minn 16-il sena.", "Sakemm aħna nsibulhom xogħol u post fejn joqogħdu - xi wħud minnhom joqogħdu fi flat u oħrajn joqogħdu f'akkomodazzjoni li jiġi provdut max-xogħol stess li nkunu sibnilhom - jibqgħu St Patrick's, pero' hemm problema għaż-żgħażagħ ta' bejn is-16 u t-18-il sena.", "Meta jirnexxielna mmexxuhom sa 18-il sena, huma jiġu trasferiti għal Osanna Pia Salesian Youth hostel.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Kemm tesa' Osanna Pia?", "STEPHEN VELLA: Tesa' 12-il tifel u bħalissa hemm xi disgħa.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: St. Patrick's School hija miftuħa għal kulħadd, jew hija ristretta għal tfal bi problemi?", "STEPHEN VELLA: Minn sentejn 'il hawn ftaħniha anke għal tfal li jkunu ġejjin minn familji normali, pero' intbaħna li ħafna mit-tfal li ġew fl-iskola tagħna, kienu tfal li kienu bullied fl-iskola li kienu ġejjin minnha.", "U meta pprovajna naraw it-tip ta' servizz li rridu nipprovdulhom, sibna li dawn it-tfal kienu mweġġgħin ħafna u kellna nużaw ħafna enerġija magħhom biex ikunu ta' influwenza tajba għat-tfal tagħna.", "Fil-fatt din is-sena fformajna care team biex proprju jieħu ħsieb lit-tfal li daħħalna.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: It-tfal li jmorru lura fil-familji tagħhom, jibqgħu jieħdu t-tuition tagħhom f'St. Patrick's?", "JEAN PIERRE FARRUGIA: X'inhu l-achievement ta' dawn it-tfal fir-rigward ta' \"O\" level exams?", "STEPHEN VELLA: Mil-lat ta' academic achievement, l-istandard ma tantx huwa għoli.", "F'dawn l-aħħar ħames snin neħħejna t-tagħlim ta' snajja' għax sibna li t-tfal ta' 11 jew 12-il sena konna qegħdin inderruhom sengħa b'ċertu mod u mbagħad meta jaslu għall-eta' ta' 16-il sena jsibu li dak li jkunu tgħallmu, ikun inbidel kompletament minħabba l-avvanz li jkun sar matul is-snin u allura enfasizzajna aktar fuq computing u għamilna wkoll computer lab.", "Aħna nagħtu lit-tfal individual attention għaliex uħud minnhom are below standard u minkejja li jkunu qed jattendu fi klassi, ma jkunux jafu x'inhu għaddej madwarhom.", "Enfasizzajna ħafna fuq remedial classes, daħħalna d-drama, għamilna adventure groups u għandna l-judo classes u bi ftaħir ngħid li wħud mit-tfal tagħna anke ħadu n-national title u qegħdin fin-national team tal-judo.", "Uħud minnhom jilagħbu l-waterpolo u kull nhar ta' Tnejn imorru għat-training fil-pixxina.", "F'St. Patrick's norganizzawlhom ħafna attivitajiet, norganizzawlhom camps, ħruġ barra, safar, eċċ; m'humiex neqsin mil-lat ta' attivitajiet.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Nimmaġina li over the years ikollhom riżultati sodisfaċenti, pero' meta t-tfal joħorġu minn hemm, isibu fejn jaħdmu?", "Meta jikbru, dawn it-tfal jibnu familja?", "STEPHEN VELLA: Is-Sur John Role' jista' jitkellem ħafna iktar minni dwar dan għaliex qatta' 20 sena hemmhekk waqt li jien ilni biss erba' snin, pero' nista' ngħid li r-rata ta' suċċess hija pjuttost għolja.", "Ħafna miż-żgħażagħ jirnexxu fil-ħajja u jiġu jarawna bil-familji tagħhom, pero' hemm ukoll oħrajn li spiċċaw il-ħabs.", "Ħafna drabi m'hijiex tort tas-sistema li jinsabu hemmhekk iżda tort tagħhom infushom għaliex qatt ma riedu lil xi ħadd li jipprova jifhem is-sitwazzjoni tagħhom, li ovvjament tkun diffiċli ħafna.", "Dwar nuqqas ta' servizzi, naħseb li l-iktar ħaġa diffiċli hija meta nirriferu xi każijiet għal psychological assessment u jibqgħu jkaxkru.", "Jekk appuntament jingħata għal xahrejn jew tliet xhur wara, ifisser li lit-tifel ikunu sarulu biss xi erba' assessments f'sena, u jien ma naħsibx li dan huwa l-mod effettiv ta' kif wieħed ikun jixtieq jaħdem mat-tifel.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Inti semmejt in-nuqqas ta' riżorsi umani.", "Qatt ħsibtu biex żgħażagħ li jkunu rnexxew fil-ħajja u integraw lura fis-soċjeta', jgħinukom huma stess?", "Naħseb li dawn huma l-iktar nies adatti biex jgħinukom.", "Jien naf persuni li kienu magħkom u llum il-ġurnata huma miżżewġa u għandhom il-familja tagħhom, naf li dawn jiġu jżurukom, anke bħala sinjal ta' rikonoxximent għal dak kollu li intom għamiltu magħhom, allura ma titħajrux tużaw is-servizzi tagħhom biex jgħinukom?", "STEPHEN VELLA: Fil-fatt tnejn mill-ħaddiema tagħna huma past pupils, wieħed huwa teacher u l-ieħor huwa care worker.", "Naturalment din hija xi ħaġa pożittiva għax huma stess jistgħu jgħidu kif ħassewhom meta kienu f'sitwazzjoni simili.", "Teżisti wkoll assoċjazzjoni tal-past pupils u l-membri ta' din l-assoċjazzjoni jiltaqgħu regolarment f'St. Patrick's stess u jorganizzaw ħafna attivita' bejniethom.", "Jorganizzaw parties, laqgħat, logħob tal-football, eċċ. Jiġifieri hemm ħafna attivita' fuq dak il-livell.", "Hemm uħud li bnew business bejniethom, imxew fuq dak il-livell u għenu lil xulxin.", "Dejjem kien hemm sistema ta' għajnuna, after care, lil dawn iż-żgħażagħ u fil-fatt f'St. Patricks's se niftħu uffiċċju proprju għal past pupils ħalli huma jkunu jistgħu jitolbu biex iħaddmu tfal tagħna stess.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Fr. Vella, xi kriterji jintużaw biex tfal jidħlu fl-iskola tagħkom?", "Issir xi forma ta' screening fuq it-tfal li jkunu se jidħlu?", "Kellkom każi ta' tfal li għal xi raġuni kellhom jiġu rifjutati milli jidħlu magħkom?", "STEPHEN VELLA: Nagħmlu distinzjoni bejn tfal residenti u dawk li ngħidulhom day care.", "Fir-rigward ta' residenti, minn Jannar nibdew nibagħtu ittri lis-social workers, lid-dipartimenti u anke lid-djar tat-tfal, fejn nitolbuhom jgħidulna bil-każijiet li jridu jidħlu għandna f'Settembru ta' wara sabiex nagħmlu screening tagħhom matul is-sajf.", "Nistiednu lit-tfal stess jiġu għandna u jibdew isiru l-case conferences fuq it-tfal ħalli b'hekk wieħed jibda jipprepara għalihom minn qabel ma jidħlu.", "Sfortunatament ikun hemm każijiet li ma nkunux nistgħu nipprovdu servizz għalihom, u dawn jinkludu tfal li huma physically disabled jew psychologically severely disabled.", "Ma nistgħux naħdmu fuq dak il-livell.", "Persentaġġ kbir ta' tfal li għandna, huma vittmi u allura noqogħdu attenti li ma ndaħħlux perpetrators fosthom.", "Jekk tifel ikun jipprovdi ħafna diffikulta' fil-kuntest li għandna bħalissa, u ma jkunx jiffittja fl-ambjent tagħna, ngħidu li jkun aħjar li nagħmlu żball u nirrifjutawh, milli nagħmlu żball u nġibu tifel li jispiċċa jabbuża minn tfal oħra.", "Fir-rigward ta' day care, meta ftaħna l-iskola kellna biżibilju ta' applikazzjonijiet biex tfal jidħlu bħala day pupils.", "Kellna xi 60 applikazzjoni u ridna nagħżlu biss xi 20 minnhom.", "Kien hemm demand kbira u l-problema li għandna bħalissa hi li qed nibżgħu li l-għadd ta' day pupils jissupera l-għadd ta' residenti, pero' dan għandu l-benefiċċju tiegħu għaliex jidħol a high level of standard u jkun hemm iktar kompetizzjoni għat-tfal tagħna.", "Anke mil-lat ta' imġieba u ta' indafa, it-tfal residenti jibdew joqogħdu aktar attenti fis-sens li issa m'għadhomx biss bejniethom.", "Allura jkun hemm livell għoli, pero' fl-istess ħin, bħalma għedt qabel, jekk ma jkunx hemm follow-up ta' ċertu tfal - u tfal li jkunu f'familji normali jipprovdu d-diffikultajiet tagħhom ukoll - jista' jiġri li ma jkollniex limitu ta' dixxiplina fuq dak il-livell għat-tfal tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Int semmejt li ġieli jkollkom tgħidu \"le\" għaliex tifel ma jkunx jiffittja s-sistema u nixtieq nisma' lis-Sur Godwin Steer jgħid xi ħaġa fuq din il-problema.", "Jekk tifel ma jiffittjax is-sistema ta' St. Patrick's, xi jsir minnu?", "IS-SUR GODWIN STEER (Socio-Legal Unit, Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja): Dik hija problema li ma niffaċċjawhiex aħna biss, imma tiġi ffaċċjata wkoll fil-każ ta' żgħażagħ li jidhru quddiem il-qorti tal-minorenni.", "Fil-fatt nixtieq insemmi każ partikolari li ġara s-sena l-oħra ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Irridu noqogħdu attenti qabel ma nsemmu każijiet speċifiċi.", "IS-SUR GODWIN STEER: M'iniex se nsemmi ismijiet, pero' kellna tifel ta' 16-il sena li kellu jispiċċa l-ħabs.", "Il-qorti ġiet dahra mal-ħajt; riedet tpoġġih x'imkien imma ma kienx jeżisti post secure għal żgħażagħ b'dawk it-tip ta' problemi.", "Jien responsabbli mit-taqsima soċjo-legali fid-dipartiment tal-welfare u aħna l-aktar li naħdmu huwa ma' żgħażagħ, mhux ma' tfal.", "Kif tafu tajjeb, hawn Malta wieħed huwa legalment responsabbli minn għemilu, minn disa' snin 'il fuq, pero' l-age bracket li l-iktar tagħtina trouble hija dik ta' bejn it-13 u l-15-il sena.", "Nixtiequ li naqbduhom meta jkunu għadhom żgħar, għax iktar ma jkunu żgħar, iktar tista' tikkontrollahom pero' ħafna drabi jiġu għandna wara li jkunu diġa' kissru l-liġi.", "Jista' jkun li jkunu ilhom li kissru l-liġi, imma jew għax forsi jikkonsidrawhom żgħar allura dak li jkun ma jressaqhomx, jew għax jaħfrilhom, jew inkella għax ma jinqabdux, ma jiġux għandna qabel.", "Issa meta jiġu għandna, ikunu ilhom jiksru l-liġi, ma jkunux first offenders.", "Fil-fatt ta' spiss qed jirriżultalna li dawn iż-żgħażagħ ikunu ilhom ma jattendu skola għal aktar minn sentejn u ħafna drabi l-ġenituri tagħhom stess ikunu qed jgħinuhom billi jipprovdu ċertifikati mediċini li jgħidu li t-tfal qed ibatu minn schoolphobia, jew ma jistgħux imorru skola għax ma jifilħux jew għal xi raġuni oħra.", "Huwa diffiċli biex dawn iż-żgħażagħ terġa' tintegrahom f'ħajja normali.", "Fejn se tpoġġihom?", "Se tpoġġihom ma' studenti daqshom ta' 14-il sena li żgur mhux se jlaħħqu magħhom, jew se tpoġġihom ma' tfal ta' disa' snin għax wara kollox dak il-livell ta' edukazzjoni għandhom?", "Aħna naħdmu ma' l-education welfare pero' anke għalihom hija diffiċli li jsibu post fejn ipoġġu lil dawn iż-żgħażagħ.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri int ta' l-opinjoni li għandna vojt u jenħtieġ li naraw kif se nimlew dan il-vojt.", "Taħseb li għandu jkun hemm iktar kollaborazzjoni mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni peress li int semmejt li dawn it-tip ta' żgħażagħ ikunu ilhom ma jmorru skola għal sentejn jew aktar?", "Taħseb li għandu jkun hemm liaison bejnietkom?", "IS-SUR GODWIN STEER: Il-problema hi li aħna nsiru nafu b'dawn iż-żgħażagħ meta jkunu diġa' kissru l-liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Meta l-problema diġa' tkun teżisti.", "IS-SUR GODWIN STEER: Aħna naħdmu ma' diversi aġenziji, fosthom l-Aġenzija sedqa, il-Caritas, l-ETC u l-education welfare, u naħdmu wkoll ma' xi professjonisti bħalma huma l-psikologi, imma naturalment il-prevention hija aħjar mill-fejqan.", "Kieku dawn it-tfal jistgħu jiġu identifikati qabel, huwa ferm aħjar, pero' l-problema hija dejjem dik ta' nuqqas ta' riżorsi u naf li l-education welfare għandhom bżonn in-nies biex ilaħħqu ma' l-iskejjel kollha.", "Lil dawn iż-żgħażagħ trid tpoġġihom f'post adattat għalihom.", "Veru li hemm is-St.", "Patrick's Boys Craft Centre - u hawnhekk hawn is-Sur Demanuele li jieħu ħsieb il-post - fejn jintbagħtu dawn it-tip ta' żgħażagħ, imma hemm bżonn ta' iktar postijiet bħal dawn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn xi ħadd li jixtieq jagħmel mistoqsija lil Mr Steer?", "KARL CHIRCOP: Fil-fatt fejn tispiċċaw tpoġġuhom lil dawn it-tfal?", "Dawn qed jiġru barra fit-toroq?", "IS-SUR GODWIN STEER: Forsi żgħażagħ li huma first offenders u li ma jkollhomx problemi kbar, tista' tpoġġihom f'home, pero' trid tara wkoll l-eta', għax jekk ikollhom 15-il sena, għandek problema.", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll li kultant anke l-ġenituri jkollhom tort għaliex li ma tagħtix kas tat-tfal tiegħek huwa abbuż.", "Li tħallihom jagħmlu li jridu u ma tibgħathomx skola, huwa wkoll child abuse.", "Ikun hemm żgħażagħ li jidħlu f'residential homes u jagħmlu progress u f'dawn il-każi aħna naħdmu wkoll mal-familja tagħhom għaliex bħalma diġa' ntqal, inutli tgħin lit-tifel biex imbagħad meta jagħlaq 16-il sena tibgħatu lura d-dar u jsib diżastru.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jekk żagħżugħ ta' 16-il sena jingħata sentenza ta' priġunerija, fejn jintbagħat?", "Dan ma jmurx il-ħabs, hux hekk?", "IS-SUR GODWIN STEER: Iva, il-ħabs imur.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Naf li se tinbena wing ġdida fil-ħabs, imma sakemm tinbena m'hemmx alternattiva?", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-wing ġdida se tkun separata mill-kumplament tal-ħabs.", "IS-SUR GODWIN STEER: Aħna bħala social workers ma nidħlux fil-mertu jekk tifel huwiex ħati jew le, dak tarah il-pulizija jew il-qorti, lilna jinteressawna l-underlying problems; x'wassal lil dak it-tifel biex jaġixxi b'mod li kiser il-liġi.", "Fuq dak il-livell naħdmu aħna.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Tingħata sentenza ta' priġunerija lil żgħażagħ taħt is-16-il sena?", "IS-SUR GODWIN STEER: Tingħata.", "Hawn Malta persuna tista' tintbagħat il-ħabs minn 14-il sena 'il fuq.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Allura żgħażagħ taħt l-14-il sena li ma jintbagħtux il-ħabs, fejn jintbagħtu?", "IS-SUR GODWIN STEER: Dik hija l-problema.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Biex ikollna idea tad-daqs tal-problema li għandna f'pajjiżna, tista' tgħidilna kemm għandkom każijiet bħal dawn u forsi tgħidilna wkoll il-lokalita' minn fejn ġejjin iż-żgħażagħ li kkommettew offences?", "IS-SUR GODWIN STEER: Sinjura President, għandi tagħrif dwar każi quddiem il-Juvenile Court mill-1995 'l hawn li nista' nippreżenta lill-Kumitat.", "Dan it-tagħrif jinkludi statistika ta' eta', sess u l-lokalita' ta' min ikkometta l-offence u t-type of offence.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Kif tistgħu tgħinu mil-lat ta' prevenzjoni?", "Fl-opinjoni tiegħek, f'liema livell tista' ssir il-prevenzjoni għal dawn iż-żgħażagħ?", "Taħrseb li tkun ta' għajnuna jekk il-qorti tinforma lil xi aġenzija kull meta jkun hemm first offender?", "Aħna hawnhekk qed nisimgħu dwar kull servizz li jingħata f'pajjiżna, pero' lilna jinteressana dak li jista' jsir globalment.", "IS-SUR GODWIN STEER: Naturalment l-iktar post ideali biex isiru programmi ta' prevenzjoni, hija l-iskola.", "Hemmhekk l-aktar li tista' tilħaq it-tfal ta' eta' tenera.", "FRANCIS AGIUS: Imma inti qed tgħid li ħafna minnhom ma jmorrux skola.", "IS-SUR GODWIN STEER: Imma aħjar jekk tilħaqhom qabel dak l-istadju, allura programmi ta' prevenzjoni jridu jsiru qabel dak l-istadju.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Kemm hemm tfal taħt is-16-il sena l-ħabs?", "IS-SUR GODWIN STEER: Din hija mistoqsija interessanti, pero' ma nafx nirrispondik.", "Ħaġa interessanti li qed tfakkarni fiha u li nixtieq insemmi, huwa l-fatt li quddiem il-qorti tal-minorenni jitressqu żgħażagħ sa 16-il sena iżda jista' jiġri li jkun hemm żagħżugħ taħt is-16-il sena li jikkommetti reat ma' xi ħadd li jkollu 'il fuq minn 16-il sena u allura f'dan il-każ, it-tnejn jidhru quddiem il-qorti ta' l-adulti, pero' żgħażagħ ta' taħt is-16-il sena li jidhru quddiem il-qorti ta' l-adulti ma jingħatawx l-istess trattament li jingħataw kieku kellhom jidhru quddiem il-qorti tal-minorenni u fil-fatt, waqt iċ-child care seminar li kien organizzat mid-dipartiment, kien hemm rakkmandazzjoni biex dawn il-każijiet jinfirdu u ż-żgħażagħ ta' taħt is-16-il sena jiġu quddiem il-qorti tal-minorenni ħalli jekk iridu jirranġaw, ikollhom iċ-ċans li jagħmlu dan.", "IĊ-CHAIRPERSON: Min attenda xi sessjoni fil-juvenile court iħoss id-differenza enormi li hemm bejn kawża li tkun qed tinstema' quddiem il-juvenile court u kawża li tkun qed tinstema' fil-qorti ta' l-adulti fil-Belt.", "Jien naf għaliex kont assistenta ta' maġistrat u naf li t-trattament huwa kompletament differenti u li jgħin ħafna lit-tfal.", "Il-każijiet ġieli jkunu petty ħafna, per eżempju niftakar każ ta' tifel li ġie mressaq il-qorti tal-minorenni - għax baqa' jkun hemm insistenza li dan it-tifel jitressaq - għax fid-Duluri kien qata' żewġ fjuriet.", "Kif għedt, l-atmosfera hija kompletament differenti u l-maġistrat jagħraf jimxi skond il-każ li jkun.", "IS-SUR GODWIN STEER: Kien jagħtina ċans naħdmu mat-tifel sakemm nakkwistaw ir-riżultati mixtieqa.", "FRANCIS AGIUS: Naħseb tajjeb li l-kumitat ikun jaf minn fejn jista' jiġbor ċertu informazzjoni, per eżempju, informazzjoni dwar first offenders li huma at high risk li jkomplu f'dik it-triq, ħalli l-prevenzjoni tkun tista' ssir at that level.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'qed titlob eżattament, Onor. Agius?", "FRANCIS AGIUS: Jien inħoss li fil-pajjiż għandu jkun hemm aġenzija li tkun responsabbli li tiġbor informazzjoni dwar il-first time offenders u naħseb li l-qorti tista' tagħmel dan ix-xogħol.", "IS-SUR GODWIN STEER: Int qed tirriferi għal informazzjoni ta' jekk wieħed huwiex relapser?", "FRANCIS AGIUS: Jien qed ngħid li jkun hemm xi tip ta' reġistru tal-first time offenders.", "Int għedtilna li l-problema tiegħek hija li ħafna drabi meta dawn iż-żgħażagħ jiġu għandek, ma jkunux first time offenders.", "IS-SUR GODWIN STEER: Mhux il-maġġorparti, imma jkollna numru żgħir minnhom li ma jkunux first time offenders.", "FRANCIS AGIUS: Jekk m'iniex sejjer żball, inti għedt li waħda mill-problemi li tiffaċċjaw hi li dawn iż-żgħażagħ ikunu diġa' kissru l-liġi.", "IS-SUR GODWIN STEER: Iva, ikunu diġa' kissru l-liġi imma ma jkunux kriminali.", "Ftit ikollna li tista' ssejħilhom kriminali.", "FRANCIS AGIUS: Imma naħseb hemm bżonn li jkun hemm xi ħadd li jiġbor l-informazzjoni dwar min ikun diġa' tressaq il-qorti jew min xellef difrejh mal-liġi.", "IS-SUR GODWIN STEER: Dik hija proprju l-problema.", "Jien inkun naf b'dawk li jiġu għandna.", "Dawk li jitressqu l-qorti l-Belt, ma nkunx naf bihom jekk mhux mill-media.", "FRANCIS AGIUS: Jien nimmaġina li jkun hemm ukoll a hidden problem.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dan il-punt jista' joħroġ fl-aħħar meta niġbru l-ħsebijiet kollha li qed jitqajmu hawnhekk.", "L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: L-istatistika li għadek kemm ippreżentajtilna turi t-type of offence u jien qed nara li hemm differenza kbira bejn offence u ieħor.", "Naħseb li wieħed irid jiddistingwi bejn każ u ieħor.", "IS-SUR GODWIN STEER: Bħalma diġa' għedt, aħna ma jinteressaniex jekk persuna hijiex ħatja jew le.", "Lilna jinteressawna l-underlying problems.", "Per eżempju, kellna każ ta' tfajla li tressqet fuq traffic offence u aħna konna persważi li kienet se toħroġ liberata mill-akkuża li barxet karozza, pero' l-problemi li kellha kienu enormi.", "U fuq dawn il-problemi li naħdmu aħna.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Imma naħseb li tara li hemm differenza bejn offence u ieħor.", "IS-SUR GODWIN STEER: Iva; imma l-każi jiġu riferuti lilna mill-pulizija.", "Aħna nħossu li attwalment ħafna każi m'għandhomx jiġu quddiem il-qorti, pero' l-police referred cases iservu wkoll ta' deterrent, fis-sens li wieħed joqgħod attent għaliex inkella darba oħra jista' jitressaq il-qorti.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Imma anke għal finijiet ta' statistika, jekk se ngħoddu dawn il-każijiet ...", "IS-SUR GODWIN STEER: Aħna nippreferu li ma jiġux quddiem il-qorti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Pero' wieħed jifhem li hemm differenza bejn l-offences reġistrati.", "Hemm trivial offences u offences oħra aktar gravi.", "Ma rridux nallarmaw u ngħidu li kellna, per eżempju, 200 każ biex imbagħad issib li tliet kwarti minnhom kienu każi fejn xi ħadd qata' fjura jew xarrab lil xi ħadd b'water pistol.", "L-Onor.", "Rita Law; l-aħħar mistoqsija lil Mr Godwin Steer.", "RITA LAW: Aħna qed niddiskutu t-tfal f'riskji u normalment huma l-adulti li jabbużaw mit-tfal, imma issa qed naraw li hemm ukoll tfal li huma stess qed jabbużaw.", "X'taħseb li hija r-raġuni għala dawn it-tfal waslu fl-istadju li jkunu huma ta' riskju għas-soċjeta'?", "IS-SUR GODWIN STEER: Bħalma diġa' ntqal ħafna mill-każijiet li jiġu quddiemna jkunu dwar affarijiet żgħar, pero' imbagħad f'każijiet serji, normalment issib li jkun hemm abbuż mill-ġenituri.", "U abbuż fis-sens li jew ma jkunux tawhom trobbija tajba jew inkella ma jkunux tawhom eżempju tajjeb.", "Li hu żgur hu li l-ġenituri ma jkunux għamlu dak li suppost jagħmlu ma' uliedhom.", "Hawn ġenituri li lanqas biss ikun jinteressahom jekk it-tfal tagħhom ikunux qed jattendu l-iskola.", "Hawn ġenituri li jiskużaw lill-uliedhom f'kollox.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nixtieq issa nsejjaħ lis-Sinjorina Salvina Muscat.", "SALVINA MUSCAT (Fra Diego Bonanno Girls' School, Marsa) Jiena kap ta' skola ta' studenti tfajliet li għandhom bejn il-11 u s-16-il sena.", "Tfajliet li jattendu skejjel bħal tagħna, issemmew fl-aħħar seduta u napprezza ħafna l-fatt li int bħala chairperson appellajt lill-ġurnalisti biex joqogħdu attenti kif jikkwotaw ċertu figuri għaliex xi kultant il-figuri ma jurux ir-realta' tas-sitwazzjoni.", "Smajna ħafna fuq abbuż u nixtieq ngħid li riċerka Ewropea turi li kull min ma kellux suċċess fl-iskola, huwa f'riskju.", "Fis-sistema edukattiva tagħna nsibu li fl-ewwel erba' snin ta' l-iskola primarja, suppost li ma jeżistix streaming, u ngħid \"suppost\" għaliex meta titkellem mat-tfal ta' l-iskola tiegħi, kollha jgħidulek li huma dejjem kienu fl-aħħar bank tal-klassi.", "Mela kien hemm streaming anke jekk ma kienx uffiċjali.", "Imbagħad meta ġew għall-eżami, dawn it-tfal ġew fi klassi u fi gruppi ta' tfal li huma inqas tajbin.", "Fis-sistema edukattiva tagħna, l-eżami nazzjonali jsir għal dawk it-tfal li jkunu fil-year 6 u min iġib inqas minn 15-il marka fis-suġġetti tal-matematika, Ingliż, reliġjon u studju soċjali, jiġi l-iskola tiegħi.", "Barra minn hekk, jekk inti tfalli għall-eżami, il-marka ta' dak l-eżami li ma tkunx qgħadt għalih, tkun zero u tispiċċa l-iskola tiegħi.", "Lili jirrabjani ħafna l-fatt li fl-iskola tiegħi hemm studenti li fil-Year 5 ikunu ġabu marka tajba imbagħad talli ma jagħmlux l-annual exam - xi kultant jingħataw parir biex ma jagħmluhx - jiġu l-iskola tiegħi.", "Din hija r-realta'.", "Pero' interesssanti - u din lili tinkwetani ħafna - hija l-istatistika dwar ix-xhur ta' meta twieldu t-tfal fl-iskola tiegħi.", "On average, 7% ta' l-istudenti twieldu f'kull xahar ta' l-ewwel disa' xhur tas-sena, waqt li fl-aħħar tliet xhur tas-sena - u hawnhekk ħriġt l-istatistika f'forma ta' graph u issa ngħaddilkom il-materjal - naraw li dan il-persentaġġ jiżdied.", "16% ta' l-istudenti tiegħi twieldu f'Diċembru, tfal li dejjem kienu ż-żgħar ta' l-iskola, 11% twieldu f'Novembru, u 11% oħra twieldu f'Ottubru.", "Mela issa se nibdew nikkonsidraw wkoll bħala riskju, ix-xahar li wieħed jitwieled fih.", "Ħalli issa ngħid xi ħaġa dwar dak li jiġri fi skejjel bħal tiegħi.", "L-istudenti li jidħlu l-iskola tiegħi ta' 11-il sena, ikunu għadhom illiterati imma qed jirnexxielna ngħallmuhom jaqraw u jiktbu.", "Tistaqsunix dwar academic achievement għax mhux se nitkellem fuq hekk imma l-istudenti kapaċi jippreżentaw ruħhom tajjeb u saħansitra qed isibu xogħol fejn jaħdmu.", "Aħna nduru l-industriji u nagħtuhom esperjenza ta' shadowing u fil-fatt imorru jipprovaw xogħol mal-privat sabiex jakkwistaw ċertu esperjenza.", "Barra minn hekk, fuq inizjattiva ta' l-iskola qed ngħallmuhom interview skills u fuq rakkmandazzjonijiet tiegħi personali, wara li nagħmlu visits f'ċertu postijiet tax-xogħol dawn it-tfajliet qed jidħlu jaħdmu mill-ewwel.", "Ta' min wieħed jgħid li fi skejjel bħal tiegħi, il-liġi tgħid li fi klassi jrid ikun hemm 16-il student biss u mhux 30 kif normalment ikun hemm fi skejjel oħra, u allura l-istudenti tagħna għandhom il-vantaġġ li jkollhom attenzjoni individwali.", "Irrid ngħid ukoll li aħna ġieli jkollna nipprovdu lunch lil min ma jġibx lunch miegħu.", "It-tfal l-aktar imqarrbin fl-iskola tiegħi huma dawk it-tfal li huma l-aktar imweġġgħin u jien mhux se nkompli nweġġagħhom.", "Għalija, dawk qegħdin ikunu mqarrbin għaliex għandhom weġgħa u b'xi mod iridu jesprimuha.", "Mill-banda l-oħra, mhux se ngħidlek li fl-iskola għandna problemi ta' vandaliżmu, jew problemi ta' bullying.", "It-tfal jissapportjaw ħafna lil xulxin imma huma mkissrin għaliex minn eta' żgħira dejjem qalulhom li se jmorru f'dawn it-tip ta' skejjel.", "Jien nemmen li jekk nagħtu l-possibbiltajiet lill-istudenti kollha, kulħadd kapaċi jitgħallem, pero' ovvjament il-ħiliet u l-kwalitajiet ta' kull student, m'humiex ta' kulħadd l-istess.", "Bħala skola, aħna ħdimna ma' ħafna mill-aġenziji li hawn hawnhekk u sibna għajnuna kbira minnhom, iżda ħafna mill-affarijiet isiru fuq inizjattivi personali ta' min jiltaqa' mal-problema għaliex fid-dipartiment ma jeżistux policies.", "Mela sta għal dak li jkun biex jieħu inizjattivi pero' fejn jidħol social welfare, jew fejn tidħol l-SWDP, kulħadd jagħti l-għajnuna tiegħu, imma l-problema tibqa' dejjem dik ta' nuqqas ta' riżorsi.", "Allura aktar u aktar hemm il-bżonn ta' koordinament bejn kull min hu nvolut f'dan il-qasam.", "Nemmen li l-Gvern irid jinvesti fuq programm ta' prevenzjoni, u programm ta' prevenzjoni li jilħaq it-tfal minn eta' żgħira għaliex ma jistax ikun li aħna naħdmu ma' tfal meta diġa' jkollhom 11-il sena għax ikun tard wisq.", "Aħjar tagħmel programm ta' prevenzjoni biex ma jkunx hemm mard milli jkollok tikkura għall-mard.", "Nixtieq nippreżenta lill-kumitat rapport ta' case studies realistiċi dwar drittijiet li huma minsija.", "Dawn huma każijiet realistiċi ta' studenti - għandi l-permess tagħhom stess biex nippreżentahom - u huma realtajiet li qed jgħixu dawn it-tfal li qed ikunu kontinwament imkissra.", "Per eżempju każ reali huwa dak ta' tifla li qaltilna li għandha bżonn nuċċali.", "In-nurse li ġiet l-iskola ċċertifikat li t-tifla verament għandha bżonn nuċċali iżda minkejja li għamilnilha żewġ appuntamenti ma' konsulent privat, meta s-social workers marru għall-ġenituri ta' din it-tifla biex jeħduhom għand il-konsulent, id-darbtejn irrifjutaw li jmorru.", "Din hija r-realta' tas-sitwazzjoni.", "Jien nemmen li waħda mill-problemi hija n-nuqqas ta' dixxiplina u għalhekk nesiġi li fl-iskola tiegħi jkun hemm ċertu dixxiplina.", "Ħafna mill-ġenituri ta' dawn it-tfal tilfu l-kontroll ta' wliedhom u ma jafux imexxuhom bid-dixxiplina.", "Mhux qed ngħid li jien xi persuna li nwerwer in-nies, anzi lili jirrispettawni u nidħak ħafna magħhom, iżda jekk ngħid xi ħaġa, nagħmilha.", "Aħna qed nipprovaw naħdmu anke mal-ġenituri mil-lat ta' kontroll għaliex ħafna minnhom tilfu l-kuntatt u l-kontroll tat-tfal għaliex ma jafux jimmaniġġjaw u ma jafux il-prijoritajiet tagħhom.", "Per eżempju, hemm ommijiet li lesti li jinvestu fil-fili tad-deheb imma mhux lesti li t-tifla jagħtuha lunch x'tiekol.", "Għalihom l-iskola m'hijiex prijorita' u allura mhux se jaraw xi valur f'dak li qed nipprovaw nagħmlu aħna.", "Il-programm ta' l-iskola tagħna qed jinvolvi l-ġenituri.", "Ġibthom l-iskola, kellimthom u wara offrejtilhom kikkra kafe' u gallettina, u din għamlet differenza għalihom.", "Bdew jiġu għall-kafe' u kulħadd beda jgħidli kemm għandna kafe' tajjeb allavolja kulma tajnihom kienet kikkra instant coffee.", "Qabel nagħlaq nixtieq ngħid li f'Marzu tas-sena li għaddiet attendejt għal konferenza ta' youth at risk li saret ġewwa Nottingham fl-Ingilterra u din is-sena, din il-konferenza ta' esperti se ssir f'Marzu hawn Malta.", "Fil-laqgħa li attendejt jien, bħala rappreżentant Malti kien hemm Dr. Joe Mifsud li bħalissa sfortunatament jinsab indispost u forsi tajjeb li l-kumitat jara kif jista' jagħmel użu mil-laqgħa li se ssir f'Malta.", "Nixtieq ngħaddilkom kopja tar-rapport li kont għamilt dwar il-konferenza li saret u xi informazzjoni oħra dwar dak li qed naħdmu fuqu bħalissa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Aħna t-tobba, almenu jien, niltaqgħu ma' problemi meta t-tfal ikollhom bżonn ta' nuċċali għaliex għal xi raġuni jew oħra, ċerti familji ma jieħdux pjaċir li t-tfal tagħhom ikollhom bżonn nuċċali.", "SALVINA MUSCAT: Fil-fatt jgħidu li jekk ikollhom in-nuċċali ma jiżżewġux!", "MICHAEL ASCIAK: Ma nafx x'inhi r-raġuni imma ċertu ġenituri jagħmlu reżistenza enormi biex lit-tfal tagħhom ma jagħmlulhomx nuċċali.", "Lil dawn it-tfal tħallsuhom xi flus biex jattendu l-iskola?", "SALVINA MUSCAT: Meta mort fl-iskola li qiegħda fiha fil-preżent, suppost kien hemm madwar 250 student u ngħid \"suppost\" għax kien hemm xi 100 minnhom li qatt ma kienu dehru hemmhekk.", "Nista' ngħidlek li jien qed nirriskja ħafna f'dik l-iskola, per eżempju kelli każ fejn kelli nċempel tabib li għal sentejn sħaħ bagħat ċertfikat li tifla ma setgħetx tattendi l-iskola għaliex in-nannu tagħha kien qed imut.", "Għalija dak mhux ċertifikat validu, dak huwa abbuż.", "Qalli li se jibgħat lit-tifla għandi u jien għedtlu li għalija mhux problema għaliex jekk jibgħatha għandi, jien mhux se niċċertifikaha.", "Għandna ħafna problemi ta' schoolphobia u naf li anke t-tobba jgħidu fuqi, pero' jien kuntenta ħafna għaliex minn din is-sena, minn 210 student, waħda biss għandna li hija untraced.", "Għandna full attendance u l-istudenti huma kuntenti li qed jiġu l-iskola.", "Pero' bħala skola, qed nidħlu f'ammont kbir ta' riskju.", "Jien ma nafx inpinġi imma jekk tagħtini karta bajda jew sewda u tgħidli biex inpinġilek stampa, inpinġiehlek sabiha u togħġbok żgur, imma jekk tagħtini karta sewda u tgħidli biex l-ewwel inġibha bajda u mbagħad inpinġi fuqha, int lili diġa' ppreżentajtli problema kbira.", "Dik hija s-sitwazzjoni li aħna rridu naħdmu fiha.", "MICHAEL ASCIAK: Taħt liema ċirkostanzi tagħtuhom xi pocket money?", "SALVINA MUSCAT: Nagħtuhom pocket money għal xiex?", "SALVINA MUSCAT: Sa 16-il sena l-istudenti ma jieħdu xejn.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Fl-ex-opportunity centres, l-assentejiżmu huwa iktar għoli milli fi skejjel oħra?", "SALVINA MUSCAT: Fejn tidħol l-iskola tiegħi, bħalissa, m'għandniex problema ta' assentejiżmu, pero' hemm ċertu ġenituri li jżommu t-tfal id-dar biex irabbu lill-ħuthom iżgħar minnhom ħalli mbagħad huma jkunu fit-triq.", "Din is-sena aħna m'għandniex problema daqshekk kbira ta' assentejiżmu imma jkollna problemi minn tobba u familjari.", "Niltaqgħu ma' ħafna ġenituri li jgħidulna li meta t-tfal tagħhom kienu fil-primarja ħadd ma kien jgħidilhom xejn u qatt ma kellhom problemi u allura ma jippretendux li jien għandi noqgħod nagħmel ħafna mistoqsijiet.", "Għalhekk qed ngħid li rridu ninvestu fuq programm ta' prevenzjoni li jibda minn eta' żgħira.", "Barra minn hekk hemm bżonn li jkun hemm ċertu policies.", "M'għandux ikun li tfal jagħmlu sena sħiħa ma jattendux l-iskola u dejjem ikollhom ċertifikati biex jiskużaw l-assentejiżmu tagħhom.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Naħseb li dawn huma pjuttost każijiet eċċezzjonali.", "Jien kelli l-impressjoni li meta l-achievement fi skola jkun baxx, iktar ikun hemm assentejiżmu għax l-interess fl-edukazzjoni jonqos, mentri int qed tgħid li fl-iskola tiegħek, l-assentejiżmu mhux daqshekk qawwi.", "SALVINA MUSCAT: Aħna naħdmu ħafna mat-tfal u lit-tfal nagħtuhom ħafna importanza.", "It-tfal għallmuni ħafna lili, per eżempju darba ħadthom fi skola sekondarja u meta raw librerija bil-kotba, qaluli: Kemm huma bravi dawn it-tfal.", "Meta staqsejthom għaliex qed jgħidu hekk, qaluli: Mhux qed tara kemm għandhom kotba!", "U issa anke aħna għandna librerija u hemm tfal li jagħmlu użu minnha.", "Kellna tifla fil-Form I li ma kenitx taf taqra u tikteb u issa qiegħda tmur il-librerija u taqra tliet kotba fil-ġimgħa.", "Veru li l-kotba li taqra huma żgħar, imma almenu tmur il-librerija u tibdel il-kotba.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Għandkom computers?", "SALVINA MUSCAT: Iva, aħna investejna ħafna fl-iskola, għandna computer room attrezzata u għandna wkoll ħafna videos.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Tgħallmuhom xi snajja' t-tfajliet tagħkom?", "SALVINA MUSCAT: Fl-iskola tagħna t-tfajliet jitgħallmu l-home economics, il-ħjata u l-bizzilla ta' Malta u nista' ngħid li għandhom talent kbir fejn jidħlu l-ħjata u x-xogħol tal-bizzilla ta' Malta.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Għandhom talent fejn jidħol sport?", "SALVINA MUSCAT: Iva, tajbin fl-isports, pero' d-diffikulta' tagħna hija li m'għandniex skola għalina għax aħna nużaw parti mill-iskola primarja.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jiġifieri m'għandkomx faċilitajiet sportivi?", "SALVINA MUSCAT: Nużaw il-bitħa, imma rridu ninżlu tliet sulari għaliha għaliex aħna qegħdin fuq l-iskola primarja tal-Marsa.", "Naturalment nixtieq li jkollna skola għalina.", "FRANCIS AGIUS: Aktar kmieni semmejt li fil-klassijiet hemm 16-il student, kemm taħseb li dan il-fattur huwa importanti?", "SALVINA MUSCAT: Jien nemmen li dan il-fattur huwa importanti ħafna għaliex jekk fi klassi għandek 30 tifla, ma tistax tagħti l-attenzjoni lil kull tifla daqskemm tista' tagħtiha jekk għandek biss 16.", "Din tapplika wkoll fil-każ ta' familja, pero' waħda mill-iktar affarijiet li għenet, anke lill-istaff, kien l-investiment li għamilna f'riżorsi moderni.", "Per eżempju bħalissa qegħdin nippreparaw l-inviti għal prize day u x-xogħol kollu qed jagħmluh it-tfal waħedhom permezz tal-computers.", "Fl-iskola tagħna, mhux it-teachers biss jafu lit-tfal personalment imma anke jien nafhom, u dan il-kuntatt personali huwa pożittiv immens.", "Dalgħodu stess ġbart ftit tfal u staqsejthom hemmx xi ħaġa li jixtiequ li jkollna fl-iskola u waħda minnhom qaltli li tixtieq enċiklopedija.", "Jien għidtilha li diġa' għandna enċiklopedija fil-librerija u hi rrispondietni u qaltli: Le, mhux hekk qiegħda ngħid, imma enċiklopedija fuq CD.", "Għedtilhom li qed nagħmlu l-affarijiet bil-mod u s-CD nixtruha din is-sena.", "It-tifla fil-pront qaltli li ppruvat tixtri s-CD ta' l-1998, jiġifieri taf li tas-sena l-oħra tkun irħas, taf li tinbidel.", "Dawn it-tfal għandhom ħafna sens u ħafna potenzjal.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-aħħar mistoqsija, l-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: X'tip ta' koordinament hemm bejnkom meta inti qed tgħid li fl-iskola hemm tfal quite at risk - biex ma ngħidx \"at risk\" - u organizzazzjonijiet tal-gvern li jipprovdu ċertu servizzi għat-tfal?", "SALVINA MUSCAT: Kif diġa' għedt, aħna naħdmu ma' ħafna aġenziji - ħafna minnhom qegħdin hawnhekk u jafuni - u kull meta kellna xi diffikulta' dejjem sibna l-għajnuna tagħhom.", "F'liema familja wieħed jitwieled m'hijiex għażla tiegħu u l-ikbar programm li rridu naħdmu fuqu huwa programm ta' edukazzjoni lill-ġenituri, pero' kultant huwa diffiċli li tgħallem lill-ġenituri għaliex ma jagħrfux ċertu prijoritajiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nixtieq issa nistieden lil Dr. George Grech u lil Mrs Sina Bugeja mill-Aġenzija sedqa.", "Mrs Bugeja, bħal ma taf, fil-bidu għedt li rċevejt mingħandek dokument dwar children at risk.", "SINA BUGEJA (Chief Executive, Aġenzija sedqa): Se nibdlu għax hemm bżonn ta' korrezzjoni.", "IĊ-CHAIRMAN: Aħna diġa' għamilna photocopy tad-dokument u qassamnih.", "SINA BUGEJA: Xorta għadu validu.", "Fid-dokument li ppreżentajna, aħna bażikament ħarisna lejn x'nifhmu b'\"children at risk\" mill-angolu tagħna.", "Għamilna d-definizzjoni u identifikajna l-bżonnijiet li għandhom dawn it-tfal skond ir-riskju li qed naraw, għedna x'qegħdin nagħmlu bħalissa, x'servizz qegħdin nipprovdu u spiċċajna d-dokument tagħna b'rakkmandazzjoni fejn qed naraw li hemm problema.", "Aħna naraw bħala problema l-fatt li għalkemm hemm numru ta' tfal li qed imissu mas-servizzi tagħna, f'ċertu sens, dawn is-servizzi huma ad hoc, m'hemmx pjan proprju kif it-tfal li verament għandhom ċertu bżonnijiet jiġu riferuti.", "Aħna qed nissuġġerixxu li jkun hemm an intake assessment and referral unit u jkun hemm ukoll a standardised tool biex tfal li verament għandhom dawn il-bżonnijiet jiġu identifikati and referred to the services that are available.", "Jien ma naħsibx li hemm lok li noħolqu iktar servizzi, imma naħseb li aktar għandna nikkonsolidaw dawk li diġa' għandna biex ikunu aktar aċċessibbli għan-nies li għandhom bżonn.", "Fil-qosor, dak huwa li għedna fid-dokument li bgħatnielek.", "Iżjed kmieni ssemmew il-first time offenders.", "Jien nixtieq nagħmilha ċara li anke aħna nħossuha din il-problema għaliex nirrealizzaw li ħafna żgħażagħ, kieku nqabbdu qabel, ma kenux jiżviluppaw karriera fil-kriminalita' jew f'dik il-linja li jkunu qegħdin isegwu.", "Fil-preżent qegħdin f'diskussjoni mal-pulizija, u fil-fatt diġa' avvanzajna mhux ħażin, u qed norganizzaw seminar edukattiv biex l-uffiċjali tal-pulizija li se jkollhom kuntatt ma' first time offenders, ikollhom training bażiku u jirreferuhomna mill-ewwel ħalli aħna nkunu nistgħu nagħmlu intervention magħhom, ovvjament mingħajr ma neliminaw il-bżonn li jittellgħu l-qorti jew li jittieħdu l-passi meħtieġa.", "L-iskop tagħna m'huwiex li nieħdu post is-sistema eżistenti, imma hemm nuqqas, u n-nuqqas jista' jimtela' billi aħna nagħmlu intervention iktar kmieni fil-ħajja ta' dawn in-nies.", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti semmejt li se tagħmlu co-ordinated effort mal-pulizija minħabba li l-pulizija jiġu f'kuntatt ma' dawn it-tip ta' nies, imma ma taħsibx li jekk l-awareness tinfirex ma' l-educators, jista' jsir xogħol b'dan il-mod ukoll?", "SINA BUGEJA: Il-problema qed tiġi approached minn żewġ angoli differenti; mill-aspett preventiv li totalment jirrigwarda s-sistema edukattiva u l-edukaturi kollha infurmati dwar dak li hemm eżistenti, u mill-aspett l-ieħor li jaqa' f'secondary prevention, l-aspett ta' care fejn għandek żgħażagħ li diġa' esperjenzaw problema u allura l-azzjoni li trid tittieħed hija differenti.", "L-angolu l-ieħor li qed inħarsu lejh huwa mill-aspett tal-pulizija li jmissu ma' nies li diġa' għandhom problema u diġa' għaddew minn ċerta sitwazzjoni, pero' dan qed nagħmluh mingħajr ma nħallu barra l-aspett preventiv billi b'mod regolari nedukaw l-educators u fil-fatt dan diġa' qed isir.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fl-ewwel sett ta' laqgħat li kellna kien ħareġ il-fatt li filwaqt li intom tagħmlu programmi ma' tfal fi skejjel primarji u fi skejjel sekondarji, hemm nuqqas fir-rigward ta' studenti li qegħdin fl-iskejjel post sekondarji.", "Jien kelli kważi rasi mistrieħa għax inħoss li dawn qegħdin f'inqas riskju minħabba li qegħdin fis-sistema edukattiva, pero' nixtieqek tgħidilna jekk irriflettejtux xi ftit fuq dan il-punt li ħareġ.", "SINA BUGEJA: Diġa' ħadna azzjoni dwar dan.", "Fil-fatt aħna konna diġa' ppjanajna li naħsbu fuq secondary prevention u meta qed ngħid \"secondary prevention\", irrid infisser li qed inħarsu lejn l-\"at risk population\".", "Minn Jannar ta' din is-sena bdejna pilot study fejn qed naraw x'inhuma l-bżonnijiet partikolari u kif nistgħu nisvolġu s-servizz waqt li din is-sena se nattwaw programm, nevalwawh u naraw x'se jkollna bżonn biex ikun jista' jinfetaħ.", "Pero' fl-istess ħin it-tobba tagħna qed jagħmlu intervention b'mod regolari, per eżempju, fl-opportunity centres fejn qegħdin nidentifikaw at risk situations.", "Bir-riżorsi li għandna u bil-limitazzjonijiet li għandna, qed nippruvaw niftħu bl-iktar mod possibbli.", "DR. GEORGE GRECH (Kap Eżekuttiv u Clinical Director, Detox Centre): Jien li bażikament qiegħed in charge mit-treatment and rehabilitation section, nara tliet problemi kbar li qed niffaċċjaw fir-rigward ta' children at risk.", "Għar-rigward ta' l-unborn child, hawn Malta m'għandna l-ebda qafas legali biex inwaqqfu omm li qed tabbuża mid-droga u li ma tridx tieqaf tieħu d-droga, jiġifieri f'pajjiżna, il-liġi tirrikonoxxi d-drittijiet tat-tarbija mat-twelid, mhux qabel.", "Fid-Detox Centre qed nużaw ħafna low threshold, jiġifieri ma nirrifjutaw lil ħadd, u pazjent jiġi moqdi within 24 or 48 hours u jekk il-pazjenta tkun pregnant, naqduha mill-ewwel, ikun x'ħin ikun, u jekk hemm bżonn, bħala crisis intervention indaħħluha anke għal żmien residenzjali.", "Bl-intervent li nagħmlu qed jirnexxielna li l-maġġoranza ta' pazjenti li jkunu pregnant, minkejja li jkunu fuq medication waqt it-tqala, inwassluhom biex ma jkomplux jabbużaw mid-droga.", "Dan qed isir bil-kooperazzjoni kbira ta' l-Ante-Natal Department, tan-Neo-Natal Department u taċ-Child Protective Services Unit ta' l-SWDP.", "On average, qed ikollna bejn 10 u 12-il pregnancy fis-sena ta' nisa li jabbużaw mid-droga u mill-alkoħol.", "We go out of our way to help these people u hemm koordinazzjoni bejn it-tobba u t-team li għandna fid-Detox Centre.", "Ovvjament il-problema tinqala' fil-każ ta' nisa li assolutament ma jkunux iridu jieqfu milli jieħdu d-droga waqt it-tqala.", "Hemmhekk għandna problemi kbar.", "Jien għandi xi suġġerimenti dwar x'jista' jsir u nixtieq insemmihom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Semmihom jekk jogħġbok.", "DR. GEORGE GRECH: Pero' l-ewwel nixtieq insemmi l-problemi li qed niffaċċjaw.", "Bħalma għedt, hemm vacuum fir-rigward ta' liġi li tipproteġi l-unborn child.", "Ippruvajt niddiskuti dan il-punt ma' avukati u ma' maġistrati, pero' jidher li hemm bżonn li l-ewwel isir studju fuq il-liġi qabel ma jsir xi ħaġa.", "Ħalli nsemmi l-anomaliji li għandhom l-Ingilterra fejn l-abort huwa legali.", "Jekk omm tqila tabbuża mid-droga u ma tkunx trid tagħmel abort, jidħol l-Istat biex jipproteġi lit-tarbija li tkun għadha ma twelditx.", "Irrid ngħid li għandna 'l fuq minn 300 tifel u tifla ta' klijenti li jattendu d-Detox Centre, jiġifieri tfal ta' drug using parents.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'inhi l-eta' li wieħed jitqies bħala tifel?", "DR. GEORGE GRECH: M'għandix l-istatistika fuqi imma fiċ-ċentru għandna informazzjoni dwar l-eta' tagħhom li tibda minn neo-natal sa adoloxxenti.", "Illum fid-Detox Centre jiġu tliet ġenerazzjonijiet ta' klijenti, għandna żgħażagħ, ġenituri u anke nanniet.", "Għalkemm lil dawn it-tfal ma nikkonsidrawhomx bħala tfal abbużati, nikkonsidrawhom bħala tfal at a certain risk.", "Fl-istess waqt irrid nirrikonoxxi l-fatt li l-maġġoranza ta' dawn il-ġenituri, għalkemm għandhom il-problema tad-droga, jagħmlu sforzi biex jekk huwa umanament possibbli, ma jressqux lill-uliedhom lejn il-problema tad-droga.", "Problema oħra li qegħdin niġu ffaċċjati biha, hija dik ta' adoloxxenti li jaqgħu taħt il-kategorija li semma s-Sur Godwin Steer.", "Illum, u din hija trend internazzjonali, min qed jabbuża mid-droga qed jiġi kmieni għat-treatment services u aħna nieħdu gost li meta jiġu għandna ma jkunux ilhom snin jieħdu d-droga imma jkunu ilhom biss xi ftit xhur.", "L-eta' tal-klijenti qiegħda tonqos u qed ikollna iktar nisa li qed jiġu għandna.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'jiġifieri meta qed tgħid li l-eta' qed tonqos?", "DR. GEORGE GRECH: Fejn qabel min jabbuża kien jiġi għandna ta' 19, 20 jew 25 sena, illum qed naraw żgħażagħ ta' 15, 16 u 17-il sena.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma r-raġuni hija għaliex illum id-droga qed tittieħed minn żgħażagħ ta' eta' iżgħar, jew inkella għaliex qed insiru nafu bihom iktar kmieni?", "DR. GEORGE GRECH: Naħseb li r-raġuni hija li kif qed jiġri internazzjonalment, żgħażagħ qed jabbużaw mid-droga minn eta' aktar żgħira u għalina these are posing ethical problems fis-sens li meta jiġu għandna żgħażagħ ta' 16 jew 17-il sena, etikament aħna marbutin dwar it-treatment li nistgħu nagħtu għax ikunu għadhom m'għalqux it-18-il sena.", "Meta imbagħad nidħlu fil-fond insibu li prattikament il-ġenituri jkunu non-existing u dan il-fatt ipoġġi liż-żagħżugħ jew żagħżugħa in a risky situation.", "Ġeneralment it-tfalja tkun qed tittaqqab, in-know-how tagħha dwar mard ikun limitat ħafna u ġieli tkun ukoll qed tipprostitwixxi ruħha biex tkun tista' tixtri l-eroina.", "Li jinkwetana ħafna huwa l-fatt li dawn iż-żgħażagħ ikollhom diġa' xi sitt każijiet miftuħa mal-pulizija - normalment ikunu relapsers, repeated offenders - u min-naħa tal-pulizija l-problema tad-droga ma tkunx qiegħda tiġi indirizzata.", "Aħna nixtiequ li l-pulizija jkollhom a social background biex meta jaqbdu żagħżugħ ta' eta' żgħira - jien nissuġġerixxi li jkun hemm a police, child and youth team - jagħmlulu assessment mill-ewwel u mhux iħalluh ikollu xi sitt każi oħra għax inkella meta jitressaq il-qorti, il-maġistrat ma jkollux alternattiva oħra ħlief li jitfgħu ġewwa.", "Aħna li qed ngħidu huwa li nibdew malli ż-żagħżugħ jikkommetti l-ewwel offence u mhux wara.", "Tajjeb li wieħed jinnota li bejn 60% u 70% ta' l-inmates f'Corradino Correctional Facilities qegħdin hemmhekk fuq drug related cases u aħna qed naraw l-estrem tal-każijiet li semmew il-kollegi tiegħi.", "Aħna nixtiequ li jsir intervent immedjat fuq dawn in-nies u meta każ jitressaq il-qorti, isir rapport dwar il-problema tad-droga ta' dik il-persuna għax ħafna mill-każijiet, litteralment qed jaħarbu mix-xibka.", "Ikun hemm każijiet fejn l-avukat difensur ta' l-individwu jgħid lill-maġistrat li l-klijent tiegħu m'għandux problema kbira tad-droga, il-maġistrat jemmnu, u b'hekk his problem is being perpetrated.", "Hemm bżonn ta' aktar struttura u aktar kredibbilta' biex dawn il-problemi jkunu jistgħu jiġu tackled.", "Problema oħra li qed niltaqgħu magħha hija dik ta' żweġijiet ta' konvenjenza ma' barranin.", "Il-maġġoranza kbira ta' dawn iż-żweġijiet ifallu, u aħna qed nibqgħu bit-tfal li jitwieldu minn dawn iż-żweġijiet ta' konvenjenza.", "Dawn huma nies li qed jattendu għas-servizzi li aħna nagħtu.", "Irrid ngħid li bħala Aġenzija sedqa, aħna aċċettajna erba' nisa tqal jidħlu għall-programm residenzjali li għandna f'Santa Marija u żammejnilhom it-trabi waqt li ommijiethom kienu qed jagħmlu l-programm residenzjali.", "Naħseb li l-effett li kien hemm, anke fuq il-komunita' li kienet qed issegwi l-programm ta' riabilitazzjoni, kien pożittiv ħafna.", "Kif diġa' għedt, il-problema hija fil-każ ta' ġenituri li assolutament ma jridu jagħmlu xejn.", "Naħseb li f'dan il-rigward għandna vacuum kbir, issa jekk huwiex mil-lat legali jew mil-lat ta' enforcement, ma nafx, m'għandix soluzzjoni imma żgur li din il-problema trid tiġi ndirizzata.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Fl-ewwel laqgħa dwar dan is-suġġett, deher ċar li m'hemmx biżżejjed koordinazzjoni bejn struttura u oħra u naħseb li Dr. Grech laqgħat il-musmar fuq rasu meta rrefera għal każi ta' żgħażagħ li jkollhom sitt każijiet differenti u l-pulizija ma' tidħolx fil-fond biex tara jekk hemmx problema ta' droga.", "Dr. Grech, taħseb li b'mod ġenerali nistgħu naslu biex ikun hemm koordinazzjoni aħjar bejn dawn l-istrutturi kollha?", "DR. GEORGE GRECH: M'għandix dubju li nistgħu naslu.", "Naħseb li jrid isir huwa li l-ewwelnett ikun hemm tibdil ta' kultura, ta' mentalita', u li l-pulizija - għalkemm jien m'għandix x'naqsam mal-pulizija - tirrealizza li għal ħafna nies is-soluzzjoni m'hijiex li titfagħhom il-ħabs.", "Il-fatt li wara ġimgħa li bniedem joħroġ minn sitt snin ħabs terġa' tarah ma' wiċċek fuq l-għatba tad-Detox Centre, għalija jfisser li fallejna bil-kbir.", "Jiġifieri minkejja li din il-persuna tkun għaddiet sitt snin imsakkra, baqgħet fejn kienet.", "Li qed nippruvaw nagħmlu, u din semmietha anke Mrs Bugeja, huwa li nibnu rapport kemm mal-pulizija kif ukoll mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.", "Se jkollna protocol ċar biex jekk per eżempju tfal jinqabdu jabbużaw fil-klassi ta' l-iskola - per eżempju fi trade schools minn fejn nafu li ġejjin ħafna mill-problemi - il-headmaster u t-teachers ikunu jafu x'għandhom jagħmlu b'dawk it-tfal.", "Li taqbad u tkeċċihom mill-iskola, m'hijiex is-soluzzjoni, anzi hija agħar.", "U hawnhekk tidħol is-secondary prevention li qed naħdmu ħafna fuqha biex ikollna policy ċara dwar dak li għandu jsir.", "M'iniex qed nassigura li se nfejqu lit-tfal bi problemi, imma aħna nemmnu li aktar ma l-intervent isir kmieni, anke kif jiġu arrestati, aktar nistgħu nbegħdu l-ħsara li tista' tiżviluppa.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Taħseb li l-problema tad-droga hija qawwija fost iż-żweġijiet ta' konvenjenza?", "DR. GEORGE GRECH: Jien ngħid li hija sinifikanti ħafna, ma ngħidx li hija qawwija.", "Dwar koordinament bejn aġenziji, nixtieq ngħid li għada stess għandna t-tieni parti ta' seminar li għamilna flimkien maċ-Child Protective Services Unit ta' l-SWDP, dwar x'jifhmu huma u x'nifhmu aħna b'care order u b'child protection.", "Kellna ftit tad-diżgwid - assolutament mhux clashes, infatti naħdmu ħafna id f'id - għaliex ma kellniex l-istess idea dwar dan.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri l-baseline, dik li semmejna fil-bidu, m'huwiex l-istess.", "DR. GEORGE GRECH: Mhux eżattament kwestjoni ta' baseline; jista' jkun hemm perceptions differenti, aħna narawha b'perception mod u huma jarawha b'perception mod ieħor.", "Li xtaqt insemmi wkoll u li forsi s'issa għadna ma dħalniex fil-fond dwarha, hija l-problema ta' l-alcohol.", "Nisimgħu ħafna fuq il-problema ta' alcohol, speċjalment dwar ġenituri li jabbużaw mill-alcohol u dwar it-tfal li jitrabbew f'dak l-ambjent.", "Flimkien ma' l-SWDP qed nippruvaw niddiskutu ċerti kriterji, anke mil-lat etiku, biex naraw ir-riċerka li għandna aħna u r-riċerka li għandhom, per eżempju, id-Domestic Violence Unit.", "Naraw kemm każijiet qed jiġu għandna u kemm minn dawn l-istess każijiet qed imorru wkoll quddiem id-Domestic Violence Unit.", "Jiena persważ li persentaġġ kbir ta' nies iduru bejn is-servizzi offruti mingħajr ma nafu aħna.", "Ikollna suspett, imma m'għandniex ir-raw material f'idejna.", "U dan irridu narawh ukoll f'termini finanzjarji għaliex is-servizzi li nistgħu nagħtu huma limitati finanzjarjament allura tajjeb li nikkoordinaw iktar ix-xogħol.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Kemm mill-każijiet li jkunu relatati ma' alkoħol jew drug abuse, ikollkom indikazzjoni li jkun hemm child abuse jew domestic violence?", "Ikollkom ċans tidħlu fil-fond tal-każijiet biex tagħmlu l-indaġini meħtieġa?", "Fil-każ ta' child abuse u ta' domestic violence, ma' min tagħmlu kuntatti biex il-każijiet jibqgħu jiġu followed?", "SINA BUGEJA: Fi kwalunkwe drug jew alcohol case, meta l-persuna se tara li hemm family problem, se tirreferiha lill-family team, jiġifieri l-problemi tal-familja se jiġu ndirizzati wkoll.", "Jekk inti qed tidentifika problema ta' domestic violence, se tirreferiha lid-domestic violence unit.", "Aħna naħdmu b'koordinament mal-units eżistenti, pero' fl-Aġenzija stess għandna l-family team tagħna li jindirizza wkoll dawn l-issues.", "MICHAEL FARRUGIA: Dr. Grech, inti semmejt il-problema ta' tfal fi żweġijiet ta' konvenjenza li jkollhom ukoll problema ta' droga.", "Tista' tgħidilna xi trid tfisser bi tfal?", "Dawn huma tfal ta' ommijiet li jkollhom problema tad-droga, huma tfal imwielda minn persuni li kellhom problema ta' droga, jew huma tfal li spiċċaw huma stess bil-vizzju tad-droga?", "DR. GEORGE GRECH: Dawn huma każi ta' ġenituri, jew każi ta' wieħed mill-ġenituri, li diġa' jkollu problema tad-droga, imbagħad jiġi Malta u jiżżewweġ persuna Maltija b'mod ta' konvenjenza.", "Dawn huma 24 u 48 hour marriages u jekk il-mara ma tkunx diġa' tqila qabel iż-żwieġ, malajr taraha ġejja bit-tarbija.", "Jien naħseb li kif pajjiżi barranin qed jippruvaw isibu sistema għall-illegal immigrants, anke aħna għandna nkunu aware minn din il-problema reali.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Ma nafx jekk il-bieraħ qrajtux l-istqarrija li ħareġ il-Ministru ta' l-Intern dwar proposti għal tibdiliet fil-liġi taċ-ċittadinanza, pero' intom bgħattulu resume' dwar il-problema ta' żweġijiet ta' konvenjenza?", "Is-suġġeriment tiegħi huwa li jekk ma bgħattulux diġa', tibagħtu resume' peress li bħalissa qegħdin jaħdmu fuq emendi fil-liġi.", "DR. GEORGE GRECH: Jiena ċert li min-naħa ta' l-Insinwa, nista' nsemmi lis-Sur Bilocca, huma konxji ħafna minn din il-problema.", "Il-problema tagħna hi li minħabba konfidenzjalita', we cannot disclose certain information.", "MICHAEL ASCIAK: Jien qed nitkellem fuq il-problema b'mod ġenerali u naħseb li tajjeb li l-Ministru ta' l-Intern tagħmluh ukoll konxju mill-problema.", "IĊ-CHAIRPERSON: Forsi huwa konxju ta' l-affarijiet kif qed jiġru, pero' forsi tistgħu iġġibuh konxju minn dak li qed tiltaqgħu miegħu intom b'mod partikolari.", "Ovvjament mingħajr ma ssemmu ismijiet, naħseb li tistgħu tinfurmawh bil-problema li qed tiffaċċjaw intom.", "DR. GEORGE GRECH: Tajjeb jingħad li l-każijiet li niltaqgħu magħhom ġejjin minn kull naħa ta' Malta, kemm min-north u kemm mis-south, m'hijiex kwestjoni ta' xi area partikolari.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Dr. Grech semma li bejn 60% u 70% ta' l-offenders fil-ħabs huma fuq drug related cases, adoloxxenti li jkollhom xi sitt każi mal-pulizija, u ssuġġerixxa wkoll a child and youth police team għall-fażi qabel ma joħorġu mill-ħabs.", "Minn statistika li jiena tlabt permezz ta' mistoqsija parlamentari li għamilt ftit tal-ġimgħat ilu, ħareġ li sfortunatament, f'Malta l-probation ma tantx hija użata.", "Taħsbu li jekk il-probation tiġi aktar żviluppata, tista' ssolvi, jew iċċekken xi ftit, il-problema ta' dawk li minkejja li qed jgħaddu ċertu żmien il-ħabs, qed jibqgħu fejn kienu?", "Taħseb li wieħed jista' jikkontrolla xi ftit?", "DR. GEORGE GRECH: Għandna niftakru li l-każijiet li jiġu għandna huma każijiet estremi, jiġifieri bi probation u mingħajrha, huma diġa' diffiċli biex nittrattawhom, pero' m'hemmx dubju li s-servizz tal-probation irid jiġi aktar żviluppat.", "Dawk in-nies li qegħdin taħt probation jiġu għandna biex nittestjawlhom l-urina u aħna ma tantx aħna kuntenti b'din il-ħaġa fis-sens li, skużi l-espressjoni, qed nispiċċaw latrina.", "Anke l-ħaddiema tagħna jħossuhom naqra offiżi.", "Aħna ma rridux biss li wieħed jiġi għandna biex jagħti l-urina, imma rridu noffrulu xi ħaġa iktar, irridu nimmotivawh biex jinbidel.", "Il-probation officer jibgħat lin-nies għandna biex jagħtuna l-pipi, imbagħad aħna nagħtuh lura r-riżultat.", "Fl-opinjoni tiegħi, hawn Malta l-probation service għadu fi stat embrijoniku u naħseb li minħabba ħafna diffikultajiet li kien hemm, għad irid jiġi żviluppat.", "SINA BUGEJA: Huwa importanti ħafna li l-probation tiġi żviluppata, pero' l-probation m'hijiex is-soluzzjoni tal-problemi kollha.", "Il-probation tħares lejn ċertu angolu waqt li aħna nieħdu angolu ieħor.", "Għalina, iċ-ċentru huwa l-persuna u l-problemi li qed tesperjenza.", "Għalina, il-law enforcement u l-aspetti l-oħra, m'humiex il-paramount issues, huma sekondarji, pero' kif semma Dr. Grech qabel, aħna qegħdin naħsbu wkoll fuq rakkmandazzjoni ta' dan il-unit fi ħdan il-pulizija, fejn mingħajr ma jintilfu l-aspetti legali jew dawk ta' enforcement, jaraw il-persuna per se u l-problemi li jkollha.", "Qabel ma nġibuhom qrib xulxin, forsi ma nistgħux nimxu 'l quddiem.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Għal-lum ikollna nagħlqu hawnhekk.", "Jien nispera li l-ġimgħa d-dieħla nilħqu nisimgħu lil kulħadd ħalli imbagħad ikollna session għalina l-membri tal-kumitat fejn niddiskutu dak kollu li nkunu smajna.", "Intom tkunu mistiedna għal dik il-laqgħa, pero' nsejħulkom biex tagħmlu intervent jekk ikun hemm bżonn ta' xi kjarifika.", "Nixtieq nirringrazzja lill-press għax-xogħol li huma jagħmlu u nirringrazzja wkoll lilkom kollha li b'ċerta assidwita' qed tiġu ġimgħa wara ġimgħa biex flimkien niddiskutu dan is-suġġett.", "Grazzi.", "Fid-9.05 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u l-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990223_006d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 23 ta' Frar, 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.04 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 5 li saret fid-19 ta' Jannar, 1999 kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumitat talbet il-permess tal-membri sabiex il-Public Broadcasting Services jieħdu xi filmati minn din il-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "Il-President tal-Kumitat, l-Onor Helen D'Amato, informat lill-Kumitat li kienet irċeviet:", "- tabella maħruġa miċ-Child Protective Services Unit tas-Social Welfare Development Programme, li turi l-għadd, sess u eta' ta' tfal f'każi rapportati ta' abbuż;", "- rapport dwar tfal f'riskju maħruġ mill-Aġenzija sedqa; u", "- ittra mingħand is-Sur Peter Paul Portelli, social worker fid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja f'GĦawdex.", "Il-Kumitat stieden lil Ms Carmen Zammit, Principal Social Worker fid-Dipartment għall-Ħarsien tal-Familja u Manager tal-Programm Fejda; tfajla li qiegħda fil-Programm Fejda; lis-Sur John Role', Fostering Unit fi ħdan l-SWDP; lil Fr Stephen Vella, St Patrick's School; lis-Sur Godwin Steer, Socio-Legal Unit tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja; lil Ms Salvina Muscat, Head of School, Fra Diego Bonanno Girls' School, Marsa; u lil Ms Sina Bugeja u lil Dr George Grech, Kap Eżekuttiv u Clinical Director, Detox Centre, ta' l-Aġenzija sedqa rispettivament.", "Ms Carmen Zammit ippreżentat lill-Kumitat rapport annwali għas-sena 1998 tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja, rapport magħmul minnha dwar tfal f'riskju u statistika dwar care orders u każi ta' abbuz fuq tfal;", "Is-Sur Godwin Steer ippreżenta lill-Kumitat tagħrif dwar każi quddiem il-Juvenile Court; u", "Ms Salvina Muscat ippreżentat lill-Kumitat tliet rapporti, wieħed intitolat \"Drittijiet Minsija\", ieħor b'riferenza għal konferenza li nżammet f'Nottingham bit-tema \"children and youth at risk\" u ieħor bit-tema tfal f'riskju.", "Fid-9.05 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u l-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990223_006m_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 23 ta' Frar 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-", "L-iSpeaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra l-Onor.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 7 li saret fis-17 ta' Frar, 1999, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali kkonferma li nhar l-Erbgħa, 24 ta' Frar, il-Kamra kienet se tiddiskuti l-estimi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għas-sena 1998/99 u matul l-ewwel ġimgħa ta' Marzu kellha tkompli d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs – Abbozz Nru 1 – u tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati) – Abbozz Nru 15 – u l-Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru 2), Abbozz Nru 7.", "Wara li tintemm id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' dawn l-Abbozzi ta' Liġi l-Kamra tgħaddi biex tiddiskutihom fl-istadju ta' Kumitat.", "L-Onor George Vella reġa' qajjem il-punt li kien sar mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat li ssir diskussjoni fil-Kamra dwar il-qagħda ekonomika fil-pajjiż, liema dibattitu ma jkunx marbut ma' mozzjoni formali u għaldaqstant ma jkunx meħtieġ li jittieħed vot.", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali tenna li din id-diskussjoni setgħet issir fl-isfond tad-dibattitu dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati) u l-Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru 2) li kienu jidhru bħala t-tieni u t-tielet items fuq l-aġenda.", "L-Onor George Vella wera apprezzament għall-fatt li ġiet milqugħa t-talba tiegħu li l-Membri Parlamentari jingħataw il-faċilita' ta' l-użu ta' l-Internet fid-dar.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li kien irċieva talba mingħand Membru tal-Parlament Franċiż, chairperson tal-France-Malta Friendship Group sabiex din tiġi Malta ħalli tkun tista' tħares mill-qrib lejn kif dawn il-gruppi jistgħu jingħataw aktar ħajja.", "Il-Kumitat iddiskuta l-għanijiet u l-funzjonijiet li għandu jkollhom dawn il-friendship groups.", "Fit-8.12 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990223_008m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 7", "It-Tlieta, 9 ta' Marzu 1999 fis-7.00 p.m.", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, tavża li l-Kumitat ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 9 ta' Marzu 1999 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Children at risk - Kontinwazzjoni.", "4 ta' Marzu 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990309_007a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 7", "It-Tlieta, 9 ta' Marzu, 1999", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 7", "It-Tlieta, 9 ta' Marzu, 1999", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.03 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 6 li saret fit-23 ta' Frar, 1999, ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Ninforma lill-kumitat li l-Onor.", "Chris Agius illum qiegħed jissostitwixxi lill-Onor.", "Karl Chircop li jinsab indispost.", "Mill-aħħar laqgħa li kellna rċevejt xi korrispondenza dwar is-suġġett ta' tfal f'riskju.", "Irċevejt:", "- rapport dwar children at risk mibgħut mis-Sur Frank Mifsud li huwa fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni;", "- tabella li tagħti l-kategoriji u n-natura tar-riskju ta' tfal f'Malta, mibgħuta minn Mrs Nora Macelli, mis-Social Welfare Development Programme;", "- proposti miċ-child protective services unit fi ħdan is-Social Welfare Development Programme; u", "- tagħrif u rakkmandazzjonijiet dwar l-adozzjoni ta' tfal mibgħuta minn Ms. Laura Agius, Senior Social Worker fl-adoption unit fid-Dipartiment Ħarsien tal-Familja.", "Ms. Agius ma setgħetx tattendi għal-laqgħa tal-lum u allura se ngħid fil-qosor dak li kitbet fil-korrispondenza tagħha peress li kienet intenzjonata li titkellem illum wara li diġa' tkellimna fuq il-fostering.", "Aktar tard is-Sur John Role' jixtieq jagħmel presentation dwar il-fostering u kif jixtieq jara dan il-qasam jiżviluppa.", "Bħalma nagħmel fil-bidu ta' kull laqgħa, se nagħmel resume' tal-punti li diġa' tqajmu biex niffriskaw ftit il-memorja.", "Fil-laqgħa li għaddiet tkellimna dwar il-programm Fejda u l-bżonn li s-servizz li jingħata jkompli jikber peress li bir-riżorsi li hemm fil-preżent ma jistgħux jinżammu aktar żgħażagħ.", "Minn dak li smajna l-aħħar darba ħareġ il-bżonn ta' programm simili għas-subien li sal-lum għadu ma jeżistix.", "Smajna dwar każijiet, partikolarment ta' subien, li minkejja li jkollhom care order, ma jkunux jistgħu jittieħdu in care, jew minħabba nuqqas ta' post adattat għalihom, jew għax ma jiffittjawx fis-sistemi li għandna.", "Waqt l-aħħar laqgħa reġgħet tqajmet il-kwestjoni ta' nuqqas ta' riżorsi u smajna l-esperjenza ta' tfajla li qed issegwi l-programm Fejda.", "Għalkemm din it-tfajla tkellmet fil-qosor ħafna, il-kliem tagħha kienu qawwija; qalet:", "\"Jien inħoss li meta l-ommijiet jew il-ġenituri ma jagħtux kas it-tfal tagħhom u jitfgħuhom f'xi istitut, m'għandhomx jibqa' jkollhom dritt għat-tfal.", "Jekk hemm familja li trid tadottak jew tieħdok għal fostering, la l-omm ma tkunx tat kas uliedha, m'hemmx bżonn ifittxuha għal firem jew għal xi affarijiet oħra.\".", "U għall-mistoqsija, \"Kieku kellek tagħżel, xi xtaqt?\", ir-risposta qasira imma very pungent, kienet:", "\"Li kelli familja jew li ġejt adopted.\".", "Jiġifieri mingħajr ma tnaqqas il-merti tal-programm Fejda, u mingħajr ma tnaqqas il-merti ta' l-istituzzjoni fejn kienet dik it-tfajla, ix-xewqa tagħha kienet li tgħix ġo familja.", "Naħseb li bħala konċett dan għandna inżommuh dejjem quddiem moħħna.", "Issemmiet ukoll l-importanza tal-koordinament bejn id-diversi aġenziji; il-ħtieġa ta' koordinament bejn il-programm Fejda u l-ETC biex it-tfajliet li jkunu qegħdin isegwu l-programm ikollhom job opportunities, il-bżonn ta' koordinament bejn l-Aġenzija sedqa u l-pulizija, bejn l-Education Division u s-Socio-Legal Section fid-Dipartiment Ħarsien tal-Familja u l-koordinament bejn St Patrick's School u s-psychology unit mil-lat ta' assessment u follow-up.", "Fl-aħħar sessjoni dħalna wkoll fil-fond dwar l-importanza tal-fostering u t-training mhux biss għas-social workers biex jagħrfu kif jimxu, imma anke għal foster carers.", "Inħasset il-ħtieġa ta' training u preparazzjoni lill-foster carers biex ma jitkissrux huma stess meta jkunu qed jiffosterjaw tifel jew tifla.", "Anke f'dan is-settur issemmiet il-ħtieġa ta' aktar riżorsi, kif issemmiet ukoll il-ħtieġa ta' aġenzija u l-ħtieġa ta' liġi biex tirregola u tipproteġi.", "Ħareġ ukoll il-punt li l-foster carers għandu jkollhom xi forma ta' għajnuna finanzjarja.", "Meta tkellimna fuq tfal li jitressqu quddiem il-juvenile court, ġie rikonoxxut li mhux il-każi kollha li jmorru quddiem il-juvenile court jistgħu jissejħu reati kriminali għax fil-fatt hemm każijiet li iktar tista' ssejħilhom pranks milli reati kriminali.", "Pero' b'danakollu jenħtieġ li toħroġ statistika ċara dwar il-każijiet li jitressqu quddiem il-juvenile court.", "Issemmiet il-koordinazzjoni mal-pulizija, speċjalment fil-każ ta' first time offenders, biex dawn iż-żgħażagħ jiġu megħjuna jibdlu r-rotta.", "L-interess tas-social workers m'huwiex li jaraw jekk persuna kenitx ħatja jew le, imma kif se jgħinuhapersuna ma taqax fil-vizzju.", "Tkellimna wkoll dwar l-iskejjel tal-bniet, dawk li kienu jissejħu opportunity centres, u hawnhekk inħass in-nuqqas ta' guidelines u policies ta' kif wieħed għandu jimxi meta jinqalgħu ċertu problemi u minn dak li ntqal ħareġ li l-inizjattivi li jittieħdu f'dawn l-iskejjel huma iktar inizjattivi personali ta' min qiegħed imexxi, milli għax hemm xi pjan proprju għal dawn it-tfal.", "Fl-aħħar laqgħa missejna wkoll il-problema ta' l-alkoħol u d-droga.", "F'dan il-qasam qiegħed jinħass il-bżonn li jiġi msaħħaħ il-koordinament bejn l-Aġenzija sedqa u l-pulizija biex l-offenders jiġu riferuti immedjatament u mhux wara li jkollhom numru ta' każijiet pendenti.", "Ġie suġġerit li jitwaqqaf police, child and youth group team.", "Issemma wkoll il-bżonn li l-Aġenzija sedqa u d-domestic violence unit ta' l-SWDP jaraw jekk humiex jittrattaw l-istess każijiet, fis-sens li forsi l-Aġenzija sedqa tkun qed tittrattahom għal drug jew alcohol abuse, waqt li l-SWDP tkun qed taħdem magħhom minħabba domestic violence.", "Issemmew ukoll is-servizzi li jagħtu d-Detox u l-probation services unit.", "Bejn wieħed u ieħor dawk kienu l-punti li semmejna fl-aħħar laqgħa.", "Nixtieq nibda l-laqgħa tal-lum billi nistieden lill-grupp ta' probation officers li naf li jixtiequ jagħtu r-reazzjoni tagħhom wara li ssemmew l-aħħar darba.", "Infakkarkom li dawn il-laqgħat huma pubbliċi u meta ssemmu każijiet jew ismijiet, toqogħdu attenti li ma tkunx tista' tiġi identifikata l-persuna li tkunu qed titkellmu dwarha.", "Il-membri tal-media huma sensittivi ħafna, pero' aħna rridu ngħinuhom ukoll.", "Ma nistgħux nitfgħu l-onus fuq il-ġurnalisti biex ikunu sensittivi huma biss min-naħa tagħhom, anke aħna rridu nkunu sensittivi fid-diskorsi tagħna.", "Inħeġġiġkom biex kemm jista' jkun iżżommu l-presentations tagħkom fil-qosor ħalli wara jkollna ħin għad-diskussjoni.", "MARIELLA CAMILLERI (Probation Officer, Probation Services Unit): Xtaqt nibda billi nagħti introduzzjoni dwar is-servizzi li aħna noffru.", "Il-prinċipji bażiċi tal-probation huma r-riabilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħati, filwaqt li tingħata attenzjoni xierqa lill-vittmi.", "F'Malta qed issir ħidma biex dan il-għan jintlaħaq u fil-preżent qed isir studju lokalment sabiex is-servizz tal-probation ikompli jiżviluppa.", "Barra minnhekk, numru ta' uffiċjali ġodda mistennija jissieħbu mal-unit fil-futur immedjat, pass ferm importanti minħabba l-ħtieġa li n-nuklju preżenti jikber.", "Ir-rwol tal-probation officer jikkonsisti fi tliet partijiet prinċipali.", "L-ewwel parti, l-aktar waħda li niġu implikati fiha, hija s-superviżjoni fil-perijodu operattiv ta' l-ordni ta' probation.", "Parti oħra hija dik ta' superviżjoni fil-perijodu operattiv ta' sentenzi sospiżi, u t-tielet parti hija li nħejju a pre-sentence investigation report qabel ma' l-ġudikant jagħti s-sentenza.", "Bħala superviżjoni li nagħtu fil-perijodu ta' l-ordni ta' probation, il-probation officers jenfasizzaw il-lat ta' kontroll u l-lat ta' riabilitazzjoni.", "Huwa importanti li jkun hawn network sod bejn l-aġenziji varji peress li ħafna drabi, għall-fini ta' riabilitazzjoni, il-probation unit tirreferi l-klijenti lil aġenziji oħra.", "Jiġifieri barra li naħdmu aħna mal-klijenti billi narawhom regolarment u nagħmlu counselling magħhom, nirreferuhom skond il-każ lill-aġenziji varji li għandna, fosthom il-Caritas u l-Aġenzija sedqa.", "F'dawn il-każijiet ta' rehabilitation, l-uffiċjali tal-probation jadottaw aktar ir-rwol ta' case coordinators milli jkunu huma the main actors.", "Fejn jidħol l-element ta' kontroll, meta tinħass il-ħtieġa jinżamm ukoll kuntatt jew ma' l-ispettur tal-lokal minn fejn ikun ġej il-probationer, jew inkella ma' l-ispettur li jressaq il-każ il-qorti, pero' minħabba l-persentaġġ għoli ta' probationers li jkunu tressqu l-qorti minħabba reati relatati mal-vizzju tad-droga, il-qorti tesiġi li jsiru kontrolli f'dan ir-rigward ukoll.", "F'ħafna minn dawn il-każi, l-uffiċjali tal-probation jitolbu lill-aġenziji konċernati, bħalma huma l-Caritas, l-Aġenzija sedqa u l-Oasi, sabiex il-probation officers jaraw ir-riżultat tat-testijiet ta' l-urina li jsiru minn dawn l-istess aġenziji.", "Jiġifieri jekk jien għandi klijent u nibagħtu, per eżempju, id-Detox Centre jew Gubbio għat-treatment, barra t-treatment li jingħata, titteħidlu l-urina u aħna qed nitolbu li naraw ir-riżultati tat-testijiet li jsiru mit-tobba u l-care workers.", "Hawnhekk ta' min wieħed jgħid li huma rari ħafna l-każijiet - fil-preżent hemm żewġ każijiet biss - fejn il-probationers jintbagħtu fl-aġenziji li semmejt għall-urine testing biss.", "Il-probation unit tagħraf li idealment l-aħjar metodu ta' superviżjoni hija dik li taħdem id f'id ma' min qed jagħti s-servizz ta' riabilitazzjoni.", "Infatti, supervision on its own issir aktar f'każi ta' sentenzi sospiżi, meta l-qorti tenfasizza l-element ta' kontroll, milli f'każi ta' probation orders fejn il-qorti tenfasizza l-kontroll u r-riabilitazzjoni.", "Rapporti li jintalbu mill-ġudikanti qabel tingħata s-sentenza, huwa servizz li f'diversi pajjiżi barranin jiġi utilizzat b'mod aktar regolari milli hawn Malta, pero' f'dawn l-aħħar snin, meta fil-qrati tagħna ġie mitlub u ppreżentat il-pre-sentence investigation report, il-Ġudikatura rrispondiet b'mod ferm pożittiv għax-xogħol li jkun sar mill-uffiċjal tal-probation.", "Ir-rapport isir fuq l-informazzjoni li tinġabar mingħand il-ħati, mill-familja tiegħu, mill-ħbieb - fejn hu possibbli - u jekk ikun il-każ, mill-aġenziji kollha konċernati.", "Fejn hu meħtieġ jiġi inkluż ukoll rapport miġbur mill-aġenziji u r- riżultat tal-urine tests barra xi informazzjoni oħra legali.", "Il-PSIR jinvolvi ħafna xogħol u jirrikjedi ħafna żmien biex isir u allura dan is-servizz ikun mifrux aktar meta t-team tagħna jikber b'aktar uffiċjali tal-probation.", "Bħala rakkmandazzjoni min-naħa tal-probation unit, nixtieq ngħid li hemm bżonn ta' aktar networking bejn l-aġenziji.", "Minkejja li kull aġenzija li għandna fil-pajjiż qiegħda hemm għal skopijiet differenti, l-għan għandu jkun dejjem l-istess.", "Huwa importanti li kulħadd jiġbed ħabel wieħed sabiex ix-xogħol ikun aktar produttiv u l-għan tagħna jinlaħaq.", "Ta' min wieħed jirrimarka li l-klijenti jiġu għandna għax ikunu mibgħuta mill-qorti permezz ta' sentenza, filwaqt li fil-każ ta' aġenziji oħra - mhux fil-każ ta' kollha imma f'xi wħud minnhom - il-klijenti jirrikorri lejhom volontarjament għax ikunu jixtiequ jegħlbu xi vizzju, allura lilna l-klijenti bilfors se jarawna b'mod differenti.", "Anke aġenziji oħra se jaraw ix-xogħol tagħna, uffiċjali tal-probation, b'mod differenti, pero' l-għan huwa ta' kulħadd l-istess u naħseb li huwa importanti li kulħadd jagħraf dan.", "Bħalma għedt, tajjeb li jkun hawn iktar networking sabiex ix-xogħol li jsir mid-diversi aġenziji u organizzazzjonijiet ikun aktar produttiv.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nixtieq nagħmillek mistoqsija żgħira.", "Bħala probation officers, kemm ikollkom kuntatt ma' żgħażagħ ta' anqas minn 18-il sena?", "MARIELLA CAMILLERI: Naħseb din il-mistoqsija tista' tirrispondiha l-kollega tiegħi, Ms. Falzon Sevasta.", "MIRIAM FALZON SEVASTA (Probation Officer, Probation Services Unit): Bħala probation officers aħna għandna x'naqsmu ma' tfal kemm direttament kif ukoll indirettament.", "B'mod dirett aħna naħdmu ma' minuri, jiġifieri dawk li l-eta' tagħhom tkun sa 18-il sena, u mir-records fl-uffiċċju tagħna ġewwa Sant'Iermu, jidher li l-iżgħar persuna li tpoġġiet taħt probation kellha 12-il sena.", "Il-każijiet ta' akkużati li l-eta' tagħhom tkun taħt is-16-il sena, jitressqu quddiem il-qorti tal-minorenni, pero' każijiet ta' tfal taħt is-16-il sena li jitressqu ma' oħrajn li jkollhom 'il fuq minn 16-il sena, jistgħu jidhru wkoll fil-qorti ta' l-adulti.", "Aħna, bħala uffiċjali tal-probation li qegħdin stazzjonati ġewwa Sant'Iermu, nieħdu l-iżjed mit-tip ta' każijiet li semmejt l-aħħar, jiġifieri żgħażagħ li jiġu mill-qorti ta' l-adulti.", "Fil-każ ta' minuri, aħna nesiġu li l-ġenituri tagħhom jattendu u jipparteċipaw fil-laqgħat li jsiru ma' l-uffiċjali tal-probation.", "B'mod indirett, aħna naħdmu wkoll mat-tfal tal-probationers.", "Meta aħna niltaqgħu ma' probationers li jkollhom tfal taħt l-eta', naraw il-każ x'inhu u jekk jiġi nnutat li t-tfal għaddejjin minn xi riskji ta' abbuż, nirreferuhom lil xi aġenzija, bħalma hi l-SWDP.", "F'ċerti każijiet fejn ikun hemm imposta care order fuq it-tfal tal-probationers, l-uffiċjali tal-probation jaħdmu flimkien ma' l-aġenziji li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien tat-tfal sabiex jirrapportaw progress u jagħmlu r-rakkmandazzjonijiet tagħhom dwar il-ġenituri.", "Dan l-eżerċizzju jista' jwassal jew biex titneħħa care order, jew biex tinħareġ care order.", "Bħalma qalet il-kollega tiegħi, qiegħed isir studju ħalli tiġi emendata l-liġi tal-probation sabiex niżviluppaw is-servizzi preżenti u nintroduċu oħrajn, huma l-victim support u community service order.", "Dan il-proġett li għadu qed jiġi studjat qed naħdmu fuqu kemm aħna l-uffiċjali tal-probation kif ukoll dawk l-istudenti li qed isegwu jew lestew il-kors tal-probation.", "Anke l-Ġudikatura għandha sehem f'dan il-proġett li qed jiġi kkordinat minn persuna kwalifikata flimkien mal-Ministeru ta' l-Intern u f'isem sħabi nirrakkmanda li kif l-istudju li qiegħed isir jiġi ffinalizzat, jiġi affettwat mingħajr dewmien.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "MARYANNE ZAMMIT (Probation Officer, Probation Services Unit): Il-problemi li niffaċċjaw aħna fil-każ ta' tfal, huma aktar problemi indiretti, fis-sens li jkunu jew tfal ta' klijenti li nkunu qegħdin insegwu u li jistgħu jkunu f'riskju - f'dan il-każ nirreferuhom lill-aġenziji konċernati - jew inkella tfal taħt it-18-il sena li jsibu ruħhom fi problemi ta' delinkwenza, pero' f'dan il-qasam jidher li s-servizzi huma limitati.", "Nifhmu li l-qorti tal-minorenni tistudja ċ-ċirkostanzi ta' dawn il-każijiet u li kemm jista' jkun tagħti sentenza adattata billi tieħu in konsiderazzjoni t-tenerezza ta' l-eta' u l-problemi ta' l-istess tfal, pero' aħna, bħala uffiċjali tal-probation, nistgħu niġu maħtura biex nissorveljaw u ngħinu lil żgħażagħ ta' taħt it-18-il sena, iżda dawn is-servizzi huma pjuttost limitati.", "Hemm bżonn li globalment naħdmu fuq żewġ livelli.", "Hemm bżonn naħdmu mil-lat ta' prevenzjoni biex nipproteġu t-tfal billi noħolqu komunita' li tifhem u tagħraf il-bżonnijiet tagħhom ħalli kemm jista' jkun inżommuhom 'l bogħod milli jikkommettu reat.", "Bħala uffiċjali tal-probation, aħna niġu f'kuntatt ma' individwi wara li jkunu wettqu reat u għaddew mis-sistema ġudizzjarja.", "Jeħtieġ li jissaħħu l-istituzzjonijiet preżenti u jiġu megħjuna l-oqsma tal-prevenzjoni, fosthom il-familja, is-sistema edukattiva u l-youth centres li huma frekwentati minn tfal ta' eta' żagħżugħa.", "Binarju ieħor li bħala prattikanti f'dan il-qasam irridu naħdmu fuqu, huwa l-kunċett ta' trattament fil-komunita'.", "Għandhom jitwaqqfu istituzzjonijiet, jew residential centres jew day centres, li jkunu speċjalizzati biex jilħqu t-tfal bi problema ta' delinkwenza, liema nuqqas qiegħed jinħass l-aktar fil-każ tas-subien.", "Naħseb li ħafna huma tal-fehma li l-ħabs m'huwiex is-soluzzjoni għat-tfal bi problema ta' delinkwenza.", "Mill-esperjenza tagħna nista' ngħid li kellna diversi każijiet li ma sibniex postijiet fejn nirreferu persuni ta' eta' tenera u bi problemi ta' delinkwenza u problemi familjari.", "Nifhem li xi kultant meta lil dawn it-tfal nirreferuhom f'istituti jew djar oħra, ma jiġux aċċettati minħabba l-konnessjonijiet li jkollhom ma' delinkwenza u ma' qrati.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Hawn xi ħadd li jixtieq jagħmel xi mistoqsija?", "MARIE LOUISE COLEIRO: Meta toħroġ probation order, irid ikun hemm il-pre-sentence investigation report?", "In-numru ta' pre-sentence investigation reports li ntalbu s'issa, huwa baxx ħafna meta komparat man-numru tal-probation orders li nħarġu.", "Idealment ikun hemm rapport fuq kull każ, pero' dan m'huwiex possibbli kemm minħabba n-numru limitat ta' probation officers li għandna, u kemm minħabba n-numru ta' każijiet li jitressqu l-qorti.", "Barra minn hekk, il-pre-sentence investigation report mhux bilfors iwassal biex tissuġġerixxi probation order iżda jista' jwassal biex tissuġġerixxi sentenza ta' ħabs.", "Kif għedt, tajjeb li jsir a pre-sentence investigation report għal kull każ, iżda naħseb li għad fadal sakemm naslu għal dan il-punt, pero' dak hu l-għan.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiġifieri idealment tajjeb li jkun hemm a pre-sentence investigation report.", "MARIELLA CAMILLERI: Forsi l-Ġudikatura ma jaqblux li għandu jsir rapport għal kull każ minħabba li ċerti każi jqisuhom bħala straightforward, pero' bħala probation unit, aħna tal-fehma li rapport isir f'kull każ.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Intom tqisu bħala importanti l-fatt jekk wieħed huwiex first offender jew inkella xi ħadd li regolarment dieħel u ħiereġ il-qorti?", "MARIELLA CAMILLERI: Iva, il-PSIR - il-pre-sentence investigation report kif jissejjaħ fil-qosor - jinkludi kemm informazzjoni soċjali mill-aspett psikoloġiku u mill-aspett legali, kif ukoll informazzjoni personali u allura meta niġu għall-aspett legali, mir-record se jidher jekk kenitx l-ewwel offiża għax il-fedina penali ta' l-individwu tkun għadha clean.", "Din nagħtuha wkoll importanza fis-summarju ħalli l-ġudikant iżommha quddiem għajnejh.", "FRANCIS AGIUS: X'kontribut qegħdin tagħtu intom bħala unit, għal dik li hija prevenzjoni?", "Intom tagħtu lectures dwar dan is-suġġett, għax anke mill-mod kif tkellimtu, wieħed malajr jinduna li dan l-aspett irid jiġi attakkat minn diversi aspetti, fosthom l-aspett edukattiv.", "Bħalma għedtu, intom tagħmlu xogħol ma' tfal li sfortunatament diġa' qabżu dan kollu pero' peress li r-remit tagħna huwa pjuttost lejn tfal f'riskju, irridu nidentifikaw u niffokaw iktar fuq dawk il-familji li huma at risk u forsi anke fuq areas partikolari minkejja li aħna pajjiż żgħir.", "Ma nafx jekk intom ħsibtux fuq dan speċjalment meta semmejtu n-networking.", "Normalment wieħed jista' jaqsam il-ħajja tal-bniedem f'fażijiet differenti, fil-familja, l-iskola, il-postijiet ta' divertiment u l-postijiet tax-xogħol, għalkemm f'dawn il-laqgħat m'aħniex nitkellmu fuq postijiet ta' xogħol minħabba li qed nitkellmu fuq tfal.", "Ma naħsibx li l-popolazzjoni ta' nies li intom taħdmu magħhom hija kbira ħafna, imma minn dawn in-nies, hemm min hu repeated offender u jekk hemm, x'jista' jsir biex jiġu megħjuna ħalli ma' jerġgħux jaqgħu?", "MARIELLA CAMILLERI: Komparati ma' pajjiżi oħra, il-popolazzjoni ta' probationers f'pajjiżna għadha żgħira pero' n-numru qed jikber kull sena u saħansitra bejn l-1997 u l-1998, in-numru ta' każijiet irdoppja.", "Mil-lat ta' prevenzjoni, aħna aktar naħdmu fuq prevenzjoni within the rehabilitation.", "Naturalment meta niġu mistiedna nagħtu talks f'komunitajiet, aħna naċċettaw u nagħmluhom pero' m'għandniex programmi ta' prevenzjoni as such, l-aktar li naħdmu hija fl-isfera tar-riabilitazzjoni.", "Hemmhekk l-aktar li nipprattikaw is-sistemi ta' prevenzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Intom għedtu li taħdmu wkoll mat-tfal tal-probationers, allura x'tip ta' ħidma tagħmlu magħhom, jekk m'hijiex preventive programme?", "Dawn it-tfal m'humiex offenders; ma tistax tqishom bħala kriminali jew persuni li għamlu reat.", "MIRIAM FALZON SEVASTA: Ħafna drabi lit-tfal tal-probationers nirreferuhom lill-aġenziji li huma speċjalizzati f'oqsma partikolari.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri ma taħdmux magħhom direttament u ssiru tafu bihom through the probationers.", "MIRIAM FALZON SEVASTA: Jekk naraw li t-tfal qegħdin f'xi riskju jew għandhom xi problemi, aħna nirreferuhom lill-aġenziji u imbagħad naħdmu magħhom flimkien.", "IĊ-CHAIRPERSON: Allura l-kuntatt tagħkom ma' dawn it-tfal, isir għaliex tfittxuhom intom, jew għaliex jiġu għandkom awtomatikament?", "Kif issiru tafu li dik il-persuna li fuqha ħarġet probation order għandha t-tfal?", "MARIELLA CAMILLERI: Meta bniedem jiġi taħt probation, aħna niltaqgħu mal-familja tiegħu kollha, ma naħdmux miegħu biss.", "Parti importanti mix-xogħol tagħna huwa proprju li nagħmlu home visits u hemmhekk fejn niġu f'kuntatt mat-tfal.", "Aħna mbagħad nagħmlu assessment tal-każ u nimxu skond dak l-assessment.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'kooperazzjoni ssibu minn aġenziji oħra meta tirreferulhom dawn il-każijiet?", "MARIELLA CAMILLERI: Ħafna drabi nsibu livell għoli ta' kooperazzjoni.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mil-lat ta' networking, isiru case conferences ma' l-aġenziji li tkunu rreferejtulhom xi każ partikolari?", "MARIELLA CAMILLERI: Iva, dak isir b'mod regolari.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Kemm-il probation officer hemm bħalissa u kemm-il każ għandu f'idejh kull uffiċjal?", "MARYANNE ZAMMIT: Bħalissa qegħdin full load.", "MARIE LOUISE COLEIRO: X'jiġifieri meta tgħidu \"full load\" jew \"over load\"?", "MARIELLA CAMILLERI: Qegħdin erbgħa probation officers, aħna t-tlieta hawn preżenti u ieħor li jagħmel ukoll xogħol fil-ħabs.", "Bħala case load, bħalissa għandna madwar 40 każ kull wieħed.", "MARIE LOUISE COLEIRO: U x'inhuwa l-average f'pajjiżi barranin?", "MARIELLA CAMILLERI: M'hemmx numru speċifikat.", "F'pajjiżi barranin il-każijiet jinqasmu f'kategoriji differenti bħalma huma probation order, intensive probation, eċċ. Aħna nieħdu average ta' 30 każ kull wieħed, massimu ta' 35 każ.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Naf li l-probation officer ma jeħux ħsieb biss l-offender iżda wkoll il-vittma, pero' sfortunatament f'pajjiżna l-mentalita' għadha li meta wieħed jisma' li xi ħadd ħareġ fuq probation, jew ħareġ fuq sentenza sospiża, jaħseb li s-soċjeta' qisha ħafritlu xi ħaġa u issa qiegħed jiġri barra t-triq, …", "IĊ-CHAIRPERSON: Anzi, hawn min jirraġuna \"mela jien soffrejt u dak għadu jiġri barra t-triq\".", "MARIE LOUISE COLEIRO: Naħseb hemm bżonn ta' proċess edukattiv ħalli s-soċjeta' tifhem li fl-aħħar mill-aħħar il-probation hija cost effective kemm f'sens soċjali kif ukoll f'sens ekonomiku.", "B'liema mod taħdmu vis-a-vis il-vittma?", "MARIELLA CAMILLERI: Bħalma qalet il-kollega tiegħi, din l-area għadha qed tiġi żviluppata, pero' aħna, bħala parti mis-sessions regolari li nagħmlu mal-klijenti, indaħħlu kemm jista' jkun awareness dwar il-vittma.", "Jista' jkun hemm ukoll każijiet fejn il-qorti tordna li jsir kumpens, jew inkella f'każijiet aktar rari, tordna li jkun hemm victim offender reconciliation programmes, pero' din għad trid tiġi aktar żviluppata.", "S'issa qiegħda ssir b'mod aktar informali, iżda 'l quddiem din tista' tiġi aktar ordnata direttament mill-qorti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nistieden issa lil Fr. Charles Cini li huwa d-direttur ta' Osanna Pia Salesian Youth Hostel.", "Fr. Cini ġab miegħu żewġ żgħażagħ u se nimxi bl-istess proċedura li wżajt meta tkellmet magħna dik it-tfajla li qed issegwi l-programm Fejda.", "Fr. Cini, jekk il-ħbieb li ġibt miegħek jippreferu li ma jagħtux isimhom, jistgħu jagħmlu dan b'mod liberu.", "CHARLES CINI (Direttur, Osanna Pia Salesian Youth Hostel): Osanna Pia Salesian Youth Hostel f'Tas-Sliema hija mmexxija mis-Salesjani ta' Don Bosco u bħalma skoprew Salesjani oħra f'pajjiżi barranin, f'dawn l-aħħar tliet snin erġajna rajna li l-hostel hija waħda mis-servizzi attwali li permezz tagħha nistgħu nagħtu servizz lil żgħażagħ, speċjalment lil dawk li jitolbu shelter.", "Pero' ż-żagħżugħ ma jfittiex biss shelter imma b'mod speċjali jfittex l-imħabba u l-attenzjoni u għalhekk investejna fil-hostel li għal perijodu kienet tintuża mit-tfal ta' St Patrick's u morna għal żgħażagħ li għandhom bejn it-18 u t-28 sena.", "Wara ftit propaganda li saret, il-bieb infetaħ u numru ta' żgħażagħ bdew iħabbtu l-bieb tagħna.", "Hemm min ġie minn jeddu, hemm min intbagħat mill-pulizija jew minn xi aġenzija, u hemm ukoll min intbagħat minn xi kappillan.", "Naturalment, l-istejjer ta' kull żagħżugħ huma differenti.", "Investejna mhux billi rajna l-mezzi, id-dar, imma billi l-ewwel u qabel kollox fittixna persuni.", "Għandna èquipe ta' Salesjani u lajċi li huma preżenti l-ġurnata kollha, kemm bil-lejl u kemm b'inhar, u preżenti mhux bħala għassiesa imma bħala familja għaliex is-sistema Salesjana ta' Don Bosco hija mibnija fuq l-imħabba u fuq il-familja.", "Imbagħad wara li kellna l-persuni, rajna x'servizz irridu nagħtu u dan il-proġett bdejna nitgħalmuh mingħand il-persuni stess li bdew iħabbtu l-bieb tagħna.", "Fittixna l-mezzi u kienu s-Salesjani u Osanna Pia li tawna l-flus u għal perijodu twil aħna għexna bil-mezzi li taw is-Salesjani lokali u s-Salesjani li hemm barra minn Malta.", "Sentejn ilu tlabna l-Gvern biex iqiegħdna fuq il-lista tan-non governmental organisations u bdejna nirċievu xi ħaġa żgħira li tkopri biss nofs paga ta' wieħed mill-ħames lajċi li għandna jaħdmu magħna.", "Fil-fatt il-flus li wegħduna s-sena l-oħra, lanqas tawhomlna kollha.", "Aħna ngħixu bil-karita' u bl-inizjattivi u fund raising activities li nagħmlu.", "Hija ħassra li jien, flimkien ma' Salesjani oħra, irridu noqogħdu niddedikaw ħafna mill-ħin tagħna għal fund raising meta bla dubju ta' xejn l-iktar ħaġa importanti huma l-persuni li għandna jgħixu hemmhekk.", "Is-sistema tagħna hija mibnija fuq is-sistema ta' Don Bosco, jiġifieri fuq l-imħabba u fuq id-dixxiplina.", "Għalkemm aħna nagħtu lil dawn iż-żgħażagħ iċ-ċavetta tal-bieb u m'għandna l-ebda ċavetta li tagħlaq xi parti mid-dar, huma jafu li l-ftit regolamenti li għandna huma regolamenti esiġenti ħafna u kellna każijiet fejn kellna nistiednu residenti jħallu d-dar għax ma kenux qed josservaw xi regolamenti żgħar li għandna.", "Jiena, bħala direttur tad-dar flimkien ma' dawk li jikkolaboraw miegħi, qed nindunaw li l-problema tan-nies li qegħdin iħabbtu l-bieb tagħna, qiegħda dejjem tikber.", "Aħna ma nixtiequx li kemm min-naħa tal-knisja kif ukoll min-naħa tal-Gvern, ninqatgħu barra.", "Aħna rridu l-attenzjoni u l-għajnuna għax dak li qed nagħmlu qed nagħmluh għaċ-ċittadini Maltin, pero' aħna ma nibnux biss fuq il-wegħdi, fuq il-paroli u fuq il-burokrazija.", "Għandna nies li qegħdin isofru u l-għan tagħna huwa li nippruvaw nerġgħu nagħtuhom il-ħajja u nqegħduhom regolari fil-ħajja ta' kuljum.", "L-ewwel ħaġa li jitolbuna ż-żgħażagħ li jħabbtu l-bieb tagħna, hija residenza.", "Minn nhar it-Tnejn li għadda sal-lum, ġew 18-il persuna li talbuni l-għajnuna u erba' minnhom talbu residenza hemmhekk.", "Id-dar tagħna hija żgħira, m'għandniex wisq spazju, għandna biss tmien sodod, pero' naturalment mhux biżżejjed li jkollok sodda fejn traqqadhom, irid ikollok spazju, irid ikollok spazju għal computer, u dawk li jaħdmu jrid ikollhom fejn jistrieħu, jiġifieri qed nindunaw li d-dar hija żgħira ħafna.", "Ir-residenza tagħna hija mibnija fuq żgħażagħ li jaħdmu biex ikunu jistgħu jagħtu kontribut żgħir, imma imbagħad jingħataw logo terapija fil-laqgħat li nagħmlu kull nhar ta' Erbgħa ma' dawn iż-żgħażagħ.", "Barra biex isibu residenza, hemm min iħabbat il-bibien tagħna jew għaliex ma jkollhomx x'jieklu, jew biex isibu xogħol - u din it-talba għax-xogħol qiegħda dejjem tikber - jew inkella għal għajnuna finanzjarja, jew biex jiġu mogħtija ħwejjeġ.", "Bħalma għedt, spazju m'għandniex u allura tlabna lill-Gvern jagħtina maħżen fejn inqiegħdu ħwejjeġ, għamara, fridges u affarijiet oħra, biex inkunu nistgħu ngħinu lil dawn in-nies.", "Hemm min jiġi għandna għal terapija, jiġifieri m'humiex residenti imma jiġu darba jew darbtejn fil-ġimgħa biex jieħdu terapija għall-problemi personali li jkollhom.", "Oħrajn, per eżempju żgħażagħ li jkollhom problema ta' droga, jiġu għandna għal counselling u lil dawn il-persuni nibgħatuhom f'postijiet li aħna naħsbu huma l-aħjar biex jgħinuhom fis-sitwazzjoni tagħhom.", "Ix-xogħol tagħna qiegħed dejjem jikber pero' l-ikbar sodisfazzjon tagħna hija l-armonija li għandna fid-dar bejna u r-residenti u l-gratifikazzjoni ta' dawk in-nies li wara li jkunu għamlu perijodu għandna, jissetiljaw u joħorġu mill-problemi tagħhom.", "Dan l-aħħar id-Detox Centre talbuna nżommu magħna drug addicts minħabba li ma kellhomx fejn iqiegħduhom qabel ma jmorru komunita'.", "Issa aħna bħala prinċipju ma neħdux drug addicts imma nieħdu lil dawk li wara li jkunu spiċċaw komunita' ma jkollhomx fejn imorru biex jissetiljaw fil-ħajja, iżda fuq insistenza, fost oħrajn ta' Dr. Grech, ħassejna li bħala Salesjani ma nistgħux nagħlqu l-bieb għall-eċċezzjonijiet u allura pprovajna ngħinu lil dawk in-nies fil-bżonn, speċjalment lil dawk li konna nafu.", "Pero' aħna m'għandniex organizzazzjoni biex inkunu nistgħu ngħinu lil dawn in-nies u dawk li jiġu għandna, jiġu għall-perijodu qasir.", "Jien naħseb li ħafna nies, kemm min-naħa tal-Knisja, kemm min-naħa tal-Gvern u kemm minn organizzazzjonijiet oħra, ma jafux bis-servizz li aħna s-Salesjani qed nagħtu minn Osanna Pia u għalhekk dan l-aħħar bdejna nistiednu darba fil-ġimgħa, social workers u nies oħra li qegħdin f'ċertu pożizzjonijiet biex jiġu d-dar, jiltaqgħu mar-residenti u jaraw ix-xogħol li qed nagħmlu.", "Barra minn hekk, kull nhar ta' Ġimgħa fis-7.30 p.m., jiltaqa' għandna support group ta' żgħażagħ minn Malta kollha li jqattgħu sagħtejn flimkien.", "Ovvjament dawn iż-żgħażagħ m'humiex residenti għandna imma qed ngħid dan biex nurikhom kemm tintuża d-dar tagħna.", "Id-dar saret żgħira għall-ħtiġijiet tagħna u hemm dar ħdejna li hi għall-bejgħ imma tiswa ħafna flus.", "Diġa' tlabna għajnuna u ħabbatna ħafna bibien biex tingħatalna għajnuna una tantum.", "Nonfqu tant flus f'affarijiet!", "Monument nagħmluh una tantum, xi ħaġa fir-raħal nagħmluha una tantum, allura jekk il-Gvern japprezza x-xogħol li qed nagħmlu u jifhem li li kieku x-xogħol ma nagħmluhx aħna jrid jagħmlu hu bi kwantita' kbira ta' flus, jifhem li l-una tantum tiswa ftit ħafna, pero' s'issa għad m'għandna l-ebda risposta u għalhekk għedt li aħna ma nistgħux nibqgħu ngħixu fuq il-wegħdiet u l-paroli biss.", "Aħna bnedmin u l-bnedmin ma jistgħux jistennew.", "Il-bieraħ stess fil-11.30 p.m. ċempilli Fr. Mark Montebello biex jgħidli li kellu tifel li ma kellux fejn iraqqdu.", "Naturalment aħna bilfors kellna nagħmlu post għalih għax ma stajniex inħallu persuna torqod barra wara li kienet diġa' għamlet numru ta' ġranet torqod f'garaxx.", "Aħna m'għandniex il-mezzi neċessarji u ma nistgħux nagħmlu budget.", "Aħna s-Salesjani nħobbu li nkunu organizzati u dak li nagħmlu rridu nikkwantifikawh iżda wieħed ma jistax jaħdem f'dan ix-xogħol jekk ma jkollux budget, u fil-każ tagħna ma nafux meta ġejja l-għajnuna.", "Daqqa tingħatalna fil-bidu tas-sena, daqqa tingħatalna fl-aħħar tas-sena, daqqa jgħidulek Lm2,000 ma tajthomlokx, daqqa hekk u daqqa hekk.", "Ma tistax tibni b'dan il-mod.", "Kif diġa' għedt, għandna bżonn ta' maħżen u minkejja li tlabna għal maħżen, s'issa għadhom ma tawulniex.", "Naħseb li kieku l-maħżen kien għal xi karru tal-karnival jew għal xi ħaġa li għandha x'taqsam mal-partiti politiċi, forsi kienu jsibu maħżen iżda s'issa, lilna, għadhom ma tawna l-ebda maħżen.", "Aħna ma nistgħux naħdmu waħedna, irridu naħdmu flimkien u għalhekk aħna lesti nilqgħu kull suġġeriment għax nemmnu li dak li qed nagħmlu qed nagħmluh għaż-żgħażagħ Maltin.", "Nixtieq nagħmel żewġ punti qabel ma nagħlaq.", "Jien inħoss li waħda mill-akbar problemi li jiltaqgħu magħha ż-żgħażagħ tagħna, hija dik ta' l-istigma.", "Forsi qrajtu l-artiklu li ktibt f'\"The Sunday Times\" ta' xi żewġt iĦdud ilu fejn ktibt dwar inċident li seħħ meta pulizija waqqaf wieħed minn dawn iż-żgħażagħ li hawn preżenti miegħi u għadda kummenti negattivi u umiljah.", "Ħassejt li nikteb l-artiklu għaliex inħoss li pajjiżna ma jaħfirx lil dawn iż-żgħażagħ.", "Per eżempju meta ż-żgħażagħ imorru jixtru minn ħdejna, jingħadulhom ċertu kummenti u jgħidulhom \"Kif Fr. Cini qed iżomm żgħażagħ bħalkom ġo dik id-dar?\".", "Din hija waħda mill-ikbar problemi li aħna qed niġġieldu u minn hawnhekk nagħmel appell dwar il-bżonn ta' edukazzjoni lill-insara tagħna, lil dawk li jafu jħobbu, li jmorru l-quddies u jisimgħu l-eżerċizzi.", "Dawk li huma emarġinati u dawk li ma jħobbhom ħadd, huma l-iktar nies li aħna għandna nħobbu.", "Dawk huma n-nies li verament għandhom bżonn ta' ħafna imħabba.", "L-aħħar ħaġa li rrid ngħid hija dwar diffikultajiet li niltaqgħu magħhom fix-xogħol tagħna, fosthom mill-ġenituri u mill-pulizija.", "Ħdejja hawn żagħżugħ li huwa stess jista' jgħidilkom li fil-passat kellu problemi mal-pulizija u issa kull meta jiġri xi ħaġa f'Malta, jiġi msejjaħ fid-Depot tal-Pulizija.", "Per eżempju dan l-aħħar konna qed nieħdu breakfast flimkien ma' żgħażagħ oħra fid-dar tagħna - dak inhar kellna madwar 50 ruħ hemmhekk għax kienet qed tiġi organizzata maratona tas-CBs - u ġie msejjaħ id-Depot u akkużat li seraq borża ta' persuna fl-inħawi ta' Delimara.", "Lill-pulizija għedtilhom li jekk jogħġobhom, qabel ma jtellgħuh il-qorti javżawni, iżda fil-fatt ġie mtella' l-qorti u ma ħallewhx iċempilli, u mbagħad il-gazzetti kollha xandru li dan it-tifel li hawn ħdejja u li kien qiegħed magħna jieħu l-breakfast ġewwa Osanna Pia, seraq il-borża ta' żewġ Awstrijaċi li riedu jitilqu lura lejn l-Awstrija.", "Ma nafx jekk tixtiequx tistaqsu lil dawn iż-żewġ żgħażagħ li hawn miegħi l-istorja tagħhom.", "Huma jistgħu jgħidulkom ħafna affarijiet li jimmotivaw dak li għedt jien, li għedtu minn qalbi u bl-ikbar verita'.", "IĊ-CHAIRPERSON: Li xtaqt nisma' mingħand iż-żewġ żgħażagħ hija l-esperjenza tagħhom.", "Ma nixtieqkomx tagħtuna dettalji personali dwar minn xiex għaddejtu, imma nixtieqkom li tgħidu x'ħassejtu nieqes f'żgħożijtkom, jekk kien hemm xi ħaġa nieqsa.", "X'tixtiequ li kellkom meta kontu tfal u issa fiż-żgħożija tagħkom?", "X'tixtiequ taraw bħala servizzi jew għajnuna li forsi kieku intom kellkom, forsi kien ikollkom ħajja differenti jew opportunitajiet differenti?", "Inħalli f'idejkom biex tgħidulna.", "GĦal skopijiet ta' traskrizzjoni, iż-żgħażagħ se jiġu identifikati bħala \"Żagħżugħ A\" u \"Żagħżugħ B\".", "ŻAGĦŻUGĦ A: Jien kont norqod barra.", "Il-problemi ma ħloqthomx jien, imma ġew fuqi.", "Qatt ma kelli omm, missier biss kelli u dan marad tliet snin ilu bi stroke.", "Jiġifieri mhux tort tiegħi dak li ġara.", "Spiċċajt fit-triq u fit-triq kulma ssib hija d-droga.", "Tisraq biex iġġib id-droga, tbigħ id-droga ħalli jkollok biex tixriha u ħafna taħwid ieħor u tispiċċa biex tieħu fama mal-pulizija u mas-soċjeta'.", "Is-soċjeta' taqtgħek, ħadd ma jkellmek, ħbieb m'għandekx, familja ma għandekx u l-pulizija jagħtuk mill-agħar.", "Lanqas xogħol ma tkun tista' ssib.", "L-interviews li għamilt u l-karti kollha li mlejt għax-xogħol, kienu kollha għal xejn għax il-ħin kollu jinfamawni, il-ħin kollu jġibuni fil-gazzetti u jtellgħuni l-qorti.", "M'hemmx ċans għalija u qed naqta' qalbi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, għad hemm ċans għalik.", "Tieħux dik l-attitudni għax jekk tieħu dik l-attitudni, tkompli tbati.", "Ħu l-attitudni pożittiva.", "ŻAGĦŻUGĦ A: Issa m'għandnix ngħid hekk għax qed jgħini Fr. Cini.", "Imma dak iż-żmien li kont fit-triq, hekk kont naħseb.", "Kont ngħid li m'hemmx ċans għalija, kont suwiċidali imma issa bl-għajnuna tal-Father, qed niġi naqra f'sensija, pero' għad baqa' l-problema tas-soċjeta'.", "Is-soċjeta' għadha taħseb li jien għadni l-istess u kull meta jarawni l-pulizija, jagħmluli search u affarijiet oħra li jdejquni u javveluni quddiem in-nies.", "Ma jistgħux jifhmu li jien inbdilt.", "IĊ-CHAIRPERSON: Int trid li s-soċjeta' tagħtik ċans.", "ŻAGĦŻUGĦ A: Iva, jekk hu possibbli.", "Irrid ngħid ukoll li l-Father qed jagħmel ħafna ġid.", "Jien naf kemm qed jagħmel ġid.", "Mhux biżżejjed li jgħidulu \"prosit\" imma hemm bżonn li jgħinuh.", "Hawn ħafna nies li jgħidulu \"prosit\" u \"grazzi\" imma mhux qed jgħinuh.", "Dawn l-affarijiet jien nafhom u narahom għax qed ngħix miegħu.", "Jaqla' ħafna prosit, imma ħadd ma jgħinu, iħalluh għaddej.", "Xi kultant nistħi ngħid li jien Malti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "ŻAGĦŻUGĦ B: Jien f'żgħożiti ma kelli xejn nieqes, familja kelli u għandi.", "Naqbel ma' dak li qal sieħbi li hemm bżonn li s-soċjeta' terġa' tagħtik ċans.", "Veru għamilt żball, imma huwa ikrah il-fatt li n-nies ma jagħtukx ċans biex terġa' tibda.", "Dak li nixtieq ngħid.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri inti tlaqt minn mal-familja?", "Jekk ma tixtieqx tirrispondi, tirrispondix.", "ŻAGĦŻUGĦ B: Bħalissa qed ngħix f'Osanna Pia mhux għax tlaqt mid-dar imma għax kelli problema u kelli bżonn ngħix naqra waħdi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Hawn min jixtieq jagħmel xi domanda?", "FRANCIS AGIUS: Xi kriterji tużaw biex taraw jekk xi ħadd jiġix aċċettat jew le?", "CHARLES CINI: Persuni li jkunu handicapped jew li jkollhom problemi mentali, ma nistgħux naċċettawhom għax m'għandniex in-know-how u ma jaqgħux fis-sistema tagħna.", "Aħna naċċettaw kull kwalita' ta' problema.", "Naturalment nitolbu ċerti dokumenti u ċertifikati mediċi, għax wieħed irid joqgħod attent, pero' mbagħad il-board of directors jevalwa l-każ, jara l-case study li jkun sar - ġeneralment il-case study nagħmlu jien - u jiġi megħjun l-iktar każ urġenti, pero' aħna ma neskludu lil ħadd.", "Jiġifieri kbar kemm huma kbar il-problemi li jkollhom dawn iż-żgħażagħ, nipprovaw nittekiljawhom u bil-mod il-mod, bl-imħabba, bl-attenzjoni u bil-preżenza tagħna, ngħinuhom joħorġu mill-problemi li jkollhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fr. Cini, int għedt li taċċettaw żgħażagħ ta' bejn it-18 u t-28 sena u allura qed naraw li għad għandna problema għal dawk iż-żgħażagħ ta' bejn is-16 u t-18-il sena.", "Ħafna drabi, l-istituzzjonijiet iżommu s-subien sakemm ikollhom 16-il sena, waqt li Osanna Pia, bil-ftit, bil-qatra li qed tipprova tagħmel, taċċettahom minn 18-il sena 'l fuq, u allura l-problema għas-subien ta' bejn is-16 u t-18-il sena, qed taggrava iktar.", "Mhux qed ngħid hekk biex f'Osanna Pia tibdew iżżommu żgħażagħ minn 16-il sena, imma qed iġġibna iktar in se dwar il-problema li għandna fil-każ tas-subien ta' bejn is-16 u t-18-il sena.", "CHARLES CINI: Fl-Irlanda, is-Salesjani għandhom ħames jew sitt hostels li 99% tal-finanzi li huma meħtieġa biex jitmexxew, ġejjin mingħand il-Gvern, jiġifieri s-Salesjani qed jagħmlu biss ix-xogħol, allura hemmhekk setgħu jagħmlu differenzi.", "Fl-Irlanda, is-Salesjani jaħdmu fuq problemi differenti u jagħtu tagħlim differenti, waqt li aħna bdejna b'Osanna Pia u qed nipprovaw kemm jista' jkun insaħħu u nemeljoraw is-sistema.", "Pero' anke aħna bħala Salesjani - hawn preżenti Fr. Savio, Direttur ta' St Patrick's - rajna li meta t-tfal joħorġu minn St Patrick's m'għandhomx fejn imorru sakemm isibu posthom fil-ħajja.", "Iżda problema oħra hija li ma tistax taqbad lil dawn it-tfal minn istituzzjoni u terġa' tibgħathom f'istituzzjoni oħra.", "Rajna li dak il-perijodu bejn meta t-tfal joħorġu minn St. Patrick's sakemm forsi jiġu għandna, iservihom ta' ġid minkejja li forsi jsibu diffikultajiet, imma dak li għedt inti hija wkoll waħda mill-affarijiet li aħna bħala Salesjani rajna.", "Naħseb li hawn Malta hawn esiġenza għal dawk it-tfal li għandhom bżonn f'dik is-sitwazzjoni.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Fr. Cini, inti għedt li l-problema qed tikber, allura jien nimmaġina li intom qed ikollkom tirrifjutaw każijiet proprju minħabba l-kapaċita' limitata tal-post.", "Bħala numru, kemm bejn wieħed u ieħor qed tirrifjutaw każijiet?", "CHARLES CINI: L-ewwelnett trid tara r-raġuni għaliex il-każijiet qed jiġu rifjutati.", "Hemm każijiet li qed jiġu rifjutati minħabba spazju u hemm oħrajn li qed jiġu rifjutati għax ma jaqgħux taħt is-sistema tagħna, pero' dejjem hemm ħames jew sitt każijiet pendenti minħabba li ma għandniex spazju fejn inqiegħduhom.", "Id-dar dejjem mimlija għax kif joħroġ wieħed, jidħol ieħor minfloku.", "Barra minn hekk, aħna ma nistgħux ngħinu lil dawk li għandhom 'il fuq minn 28 sena u hawn numru kbir ta' persuni 'l fuq minn 28 sena li għandhom bżonn l-għajnuna, bħalma huma rġiel li jħallu lill-mara tagħhom.", "Dawk ma jaqgħux taħt is-sistema tagħna.", "Id-domanda qiegħda dejjem tikber u aħna li qegħdin on the field, qed narawha din il-problema u jien naħseb li bil-problemi soċjali u bin-nuqqas ta' valuri li għandna - il-faqar tagħna m'huwiex faqar ekonomiku imma huwa iktar faqar soċjali - id-domanda se tkompli tikber.", "Per eżempju din il-ġimgħa kelli każ ta' familja ta' ħamsa min-nies li sfaxxat, kulħadd mar għal rasu u kull wieħed minnhom qed ifittex dar fejn joqgħod.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-aħħar domanda, l-Onor.", "CHRIS AGIUS: Iktar minn domanda, xtaqt nagħmel kumment żgħir.", "Jien ġej mill-Kottonera fejn hemm numru kbir ta' żgħażagħ li se jsibu ruħhom fis-sitwazzjoni li qed issemmi u naqbel perfettament ma' dak li qal Fr. Cini għar-rigward ta' l-istigma.", "Ħafna drabi dawn iż-żgħażagħ, anke jekk ikunu first offenders, isibuha ferm diffiċli biex isibu xogħol.", "Tkellimt ma' Fr. Mark Montebello li naf li jimpenja ruħu ħafna f'dan il-qasam, u nemmen li jrid isir sforz kollettiv sabiex dawn iż-żgħażagħ jgħixu ħajjithom b'mod tajjeb.", "Ma rridx niftiehem li rrid niddefendi xi każ partikolari, imma mhux sewwa li jekk żgħażagħ ikunu żbaljaw u għaddew minn trawma, ma jingħatawx ċans jibdew ħajjithom mill-ġdid u allura bilfors li kif tkellem dan iż-żagħżugħ stess iħossuhom li qatgħu qalbhom mill-ħajja.", "Hemm bżonn li jsir sforz kollettiv sabiex iva, nerġgħu nagħtu direzzjoni lill-ħajja ta' dawn iż-żgħażagħ.", "Il-ħabib tagħna semma l-pulizija.", "Veru, il-pulizija kultant qishom jagħmlu witch-hunt wara dawn iż-żgħażagħ.", "Darba li żagħżugħ jiċċappas - u qed nitkellem minn esperjenza ta' każi li ltqajt magħhom - il-pulizija tibqa' tarrestah kull darba li ssir xi ħaġa f'dak il-lokal.", "Ħemm bżonn li l-pulizija jifhmu li mhux bilfors li jekk żagħżugħ jiċċappas darba, se jibqa' mċappas bil-vizzju tul ħajtu.", "Hemm bżonn ta' sforz kollettiv bejna lkoll sabiex nagħtu ċans lil dawn iż-żgħażagħ jibdew jgħixu ħajjithom mill-ġdid.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom ilkoll u issa nistieden lill-pulizija.", "Bdejna bil-probation officers, morna Osanna Pia u issa se mmorru għall-pulizija.", "Wara l-intervent tal-pulizija nixtieq nistieden ir-rappreżentant tad-domestic violence unit fi ħdan l-SWDP.", "AĠENT SUPRETENDENT KEVIN ELLUL BONICI (Economic Crime Unit u Vice Squad, Korp tal-Pulizija): Jien ġejt hawnhekk at short notice u qed nirrappreżenta lill-Assistent Kummissarju Cassar.", "Qiegħed hawn fil-kapaċita' tiegħi bħala Aġent Supretendent ta' l-economic crime unit u l-vice squad tal-Pulizija.", "IĊ-CHAIRPERSON: Intom bħala pulizija, kif tirrelataw mal-victim support unit, mad-domestic violence unit, ma' l-Aġenzija sedqa u mat-tfal li jkunu qed jiġu abbużati?", "Kif tirrelataw mal-familji?", "Kif tipproteġu lit-tfal ta' 12, 13 jew 14-il sena?", "AĠENT SUPRETENDENT KEVIN ELLUL BONICI: Ħalli nispjega ftit ix-xogħol tal-vice squad u l-victim support unit tal-Korp tal-Pulizija.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma nixtieqekx li tgħidilna kif taħdem il-vice squad fejn jidħol frodi, eċċ. Aħna nixtiequ li dak li tgħid ikun relatat ....", "AĠENT SUPRETENDENT KEVIN ELLUL BONICI: Il-frodi m'għandux x'jaqsam mal-vice squad.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed tara l-injoranza tiegħi fejn twassal!", "Jien nixtieq li dak li se tgħid ikun relatat mat-tfal.", "AĠENT SUPRETENDENT KEVIN ELLUL BONICI: Jien min-naħa tiegħi ma nistax nagħti first hand experience fejn jidħlu tfal abbużati għax il-qasam tiegħi huwa frodi u ili nvolut fil-vice squad għal dawn l-aħħar sena u nofs minn meta ġejt maħtur Aġent Supretendent.", "Bħalissa fil-vice squad hemm żewġ surġenti u pulizija meta suppost li hemm spettur, imma l-ispettur - kulħadd jaf lill-Ispettur Tanti - bħalissa qiegħda on long-term leave u għalhekk il-vice squad waqgħet taħt ir-responsabbilta' ta' l-ispettur inkarigat li jinvestiga l-kutrabandu, money laundering, exchange control u oqsma oħra ta' l-economic crime unit.", "Nista' ngħid li bħalissa l-vice squad qed tmiss il-qiegħ.", "Nixtieq nispjega wkoll li l-vice squad u l-victim support unit fil-Korp tal-Pulizija, huma l-istess.", "Sa l-1993, il-vice squad kien ikopri d-drogi, l-investigazzjonijiet ta' sexual offences, prostituzzjoni, gambling, clandestine lotto u l-victim support li jikkonċerna l-aktar id-domestic violence.", "Fl-1993 ġiet imwaqqfa d-drug squad bħala entita' għaliha u bqajna bil-vice squad.", "Forsi anke wasal iż-żmien li nsibu kelma oħra flok il-kelma \"vice\" li hija kelma antika.", "Illum il-ġurnata għandna sitwazzjoni fejn żewġ surġenti u pulizija, taħt is-sorveljanza ta' spettur li hu maħkum minn xogħol li jikkonċerna economic crime, qed ilaħħqu ma' l-investigazzjonijiet kollha ta' sexual offences, prostituzzjoni, gambling, lotto klandestin u absentees minbarra l-victim support unit.", "Il-victim support unit is an added role tal-vice squad għax fil-fatt l-ebda unit ma ġie mwaqqaf.", "Personalment jiena nara li hemm bżonn li jsir categorisation ta' l-offiżi li jiġu nvestigati mill-vice squad u forsi anke jinbidel l-isem.", "Il-gambling u l-lotto klandestin m'għandhom x'jaqsmu assolutament xejn ma' sexual offences.", "Veru li dawn jista' jkollhom x'jaqsmu mal-vizzji, imma m'għandhomx x'jaqsmu mas-sexual offences, l-absentees u l-victim support.", "Hemm pjanijiet biex ikun hemm categorisation ta' l-offiżi u sexual offences, victim support within the section, gambling u lotto klandestin u prostituzzjoni jkunu kolllha għalihom.", "Jien personalment naħseb li għandu jkun hemm mill-inqas żewġ spetturi u skwadri mħarrġa għal ta' l-apposta.", "Ovvjament mhux il-vice squad biss għandha x'taqsam ma' dan il-qasam, imma anke d-distretti tal-pulizija għax dawn kollha jinvestigaw sexual offences u domestic violence.", "Fid-distretti tal-pulizija - u din tinħass mad-dinja kollha - għandu jkun hemm nies speċjalizzati fil-qasam ta' domestic violence għaliex huma l-pulizija li jkunu first on the spot.", "Naturalment m'hemm xejn ħażin li jkun hemm a victim support unit bħala a specialised unit at headquarters li tkun tista' tagħti kull għajnuna li jkollhom bżonn id-distretti għax fid-distretti t-training huwa limitat ħafna.", "Fil-vice squad fadal tlieta minn nies, u qed ngħid tlieta għaliex minkejja li suppost hemm ħamsa min-nies, wieħed qiegħed fuq kors ta' tliet snin l-Universita' u l-ispettur qiegħda on long-term leave.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'tista' tgħidilna dwar ir-relazzjoni ma' tfal, għaliex aħna t-tfal qed niddiskutu u meta qed ngħidu tfal qed nirriferu għal minuri sa 18-il sena.", "AĠENT SUPRETENDENT KEVIN ELLUL BONICI: Ftit nista' ngħid x'jagħmlu d-distretti, pero' bħalma diġa' għedt, hemm bżonn ta' training.", "Kull xogħol li jsir mat-tfal isir flimkien maċ-child protective services unit ta' l-SWDP li dejjem sibna assistenza mingħandhom.", "L-interviews li jsiru ma' tfal, anke meta jissejjaħ maġistrat, dejjem isiru fil-preżenza ta' social worker.", "Ma nafx tixtiequx tkunu tafu xi dettalji oħra, forsi minn xi ħadd li għandu first hand experience, imma jien second hand experience għandi; ċertu dettalji mill-files nafhom.", "Hemm xi ħaġa speċifika li tixtiequ tistaqsuni dwarha?", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn xi domandi?", "L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Aktar minn domanda nixtieq nagħmel osservazzjoni dwar il-punti li qed joħorġu minn dak li qed jintqal.", "Illejla smajna kemm lil Fr. Cini kif ukoll liż-żewġ żgħażagħ infushom, jitkellmu dwar l-istigma soċjali li għandhom żgħażagħ li jkunu żbaljaw u għalhekk toħroġ ċara l-ħtieġa, kif qal anke l-kollega tiegħi l-Onor.", "Chris Agius, li għandu jsir sforz minn kulħadd.", "Imma aktar minn hekk, hemm bżonn proċess fit-tul biex titkabbar l-awareness pubblika dwar dawn l-affarijiet.", "Min-naħa l-oħra qed nisimgħu wkoll dwar id-defiċenzji li hemm fil-Korp tal-Pulizija.", "Per eżempju, jidher li lanqas taħriġ m'hemm ippjanat.", "Veru forsi f'daqqa waħda tnaqqar xi ftit il-personnel, pero' l-units jew is-sections, tista' terġa' timlihom, imma meta aħna niddependu mhux mill-unit ċentrali imma mill-għases tal-pulizija mxerdin fil-komunita', aktar u aktar tinħass il-ħtieġa ta' taħriġ.", "Allura mhux ta' b'xejn li nisimgħu liż-żgħażagħ infushom jgħidu li s-soċjeta' m'hijiex tagħtihom ċans.", "Mela fuq naħa qed ngħidu lill-pubbliku biex jiftaħ moħħu għax hemm bżonn li lil dawn iż-żgħażagħ nagħtuhom ċans ieħor, u min-naħa l-oħra, l-istrutturi li huma ta' l-Istat, m'humiex mgħammra b'mod adegwat biex jilħqu dawn il-bżonnijiet.", "Dawn ma jistgħux jimxu għal rashom.", "L-affarijiet iridu jimxu pari passu.", "Jien naħseb li dan il-kumitat qed ikollu stampa ċara ħafna quddiemu biex ikun jista' jagħmel ċerti rakkmandazzjonijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Il-protezzjoni ta' tfal qabel it-twelid, taħtkom taqa' wkoll?", "AĠENT SUPRETENDENT KEVIN ELLUL BONICI: F'liema sens qed tgħid?", "MICHAEL ASCIAK: Jiġifieri fuq kwestjonijiet ta' abort illegali ....", "AĠENT SUPRETENDENT KEVIN ELLUL BONICI: Jekk qed tirriferi għall-azzjoni li trid tittieħed wara li nirċievu tagħrif dwar abort, iva, din taqa' taħtna.", "MICHAEL ASCIAK: Taħt liema liġi Maltija taqa' l-kwestjoni ta' l-abort?", "AĠENT SUPRETENDENT KEVIN ELLUL BONICI: L-abort jaqa' taħt infantiċidju, pero' ma nafx liema hi s-section fil-liġi.", "MICHAEL ASCIAK: Jiġifieri hemm liġi apposta, ma jaqax taħt proċedura normali ta' qtil.", "AĠENT SUPRETENDENT KEVIN ELLUL BONICI: Ma nafx ngħidlek eżatt, iżda safejn naf jien, jaqa' taħt l-infantiċidju.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawnhekk hawn preżenti Dr. Ruth Farrugia li forsi tista' tirrispondi għal din il-mistoqsija.", "DR. RUTH FARRUGIA: Il-kriminal mhux il-forte tiegħi, jien ċivilista.", "L-infantiċidju huwa wara li titwieled it-tarbija iżda hemm sections speċifiċi dwar l-abort.", "MICHAEL ASCIAK: Jiġifieri l-abort huwa separat mil-liġi normali.", "DR. RUTH FARRUGIA: Le, jaqa' taħt il-criminal code.", "MICHAEL ASCIAK: Jiġifieri l-proċedura li tintuża fil-każ ta' persuna li hija responsabbli għal abort, hija l-istess daqslikieku sar qtil normali, jew hemm xi proċedura oħra?", "AĠENT SUPRETENDENT KEVIN ELLUL BONICI: Fuq każi ta' abort, jiġu mtellgħa' l-Qorti.", "L-akkuża m'hijiex ta' omiċidju jew ta' infantiċidju.", "Hemm section apposta.", "Ma nafx ngħidlek liema hi u fejn qiegħda, imma jien jidhirli li qiegħda fil-parti li tirrigwarda l-infantiċidju.", "MICHAEL ASCIAK: Mil-liema mument jiġi determinat li jkun sar abort?", "Hemm xi żmien speċifiku?", "AĠENT SUPRETENDENT KEVIN ELLUL BONICI: Ovvjament il-provi ewlenin sabiex jiġi pprovat każ ta' abort, huma mediċi.", "MICHAEL ASCIAK: Jiġifieri l-liġi hekk tgħid.", "AĠENT SUPRETENDENT KEVIN ELLUL BONICI: Il-liġi mhux bilfors tgħid hekk, imma ovvja li from the moment of conception trid tittieħed.", "Sadanitant qed nara li \"procuring miscarriage\" - kif fil-fatt hi msejħa - taqa' taħt Sub-title VII ta' section 241 tal-Kodiċi Kriminali li huwa l-Kapitlu 7 tal-Liġijiet ta' Malta.", "DR. RUTH FARRUGIA: Fil-heading ta' dawn is-sections insibu l-kelma \"abortion\", imma mbagħad il-liġi titkellem fuq miscarriage.", "AĠENT SUPRETENDENT KEVIN ELLUL BONICI: Bilfors li hija from the moment of conception, għax inkella l-liġi tkun qed tippermetti l-abort sa ċertu żmien.", "Ma tispeċifikax meta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kieku tispeċifika, tkun qed tgħid li sa ċertu żmien, tista' tabortja t-tarbija.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nistieden issa lir-rappreżentanti tad-domestic violence unit fi ħdan is-Social Welfare Development Programme.", "Jien ridt ngħaqqad ma' dak li kien qed jgħid is-Sur Ellul Bonici dwar taħriġ ta' pulizija.", "Naf li d-domestic violence unit jagħmlu programmi ta' taħriġ lill-pulizija.", "AĠENT SUPRETENDENT KEVIN ELLUL BONICI: Fl-1997 kien hemm xi taħriġ.", "(Interruzzjonijiet) Jekk tippermettuli nixtieq ngħaddilkom kopja ta' rapport intitolat \"Families in Crisis - a law enforcement perspective\" li għamilt m'ilux u li jikkonċerna l-aktar vjolenza domestika.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tajjeb nagħtu kopja ta' dan id-dokument lid-domestic violence unit.", "Jekk jogħġbok, Ms. Gatt Sacco, ipprova irrelata l-iktar mat-tfal u mhux man-nisa.", "MARIKA GATT SACCO (Coordinator, Domestic Violence Unit, Social Welfare Development Programme): Fil-fatt il-presentation tiegħi bbażajtha biss fuq it-tfal.", "Jien li se nitkellem huwa għalfejn tfal li ġejjin minn familja fejn hemm il-vjolenza, narawhom bħala tfal li huma at risk.", "Sfortunatament, ħafna drabi t-tfal li jgħixu f'familji fejn hemm vjolenza, huma l-vittmi siekta, jew il-vittmi sekondarji, pero' xorta waħda huma vittmi ta' vjolenza.", "Huma vittmi siekta għaliex normalment ma tantx ikollhom sinjali ta' vjolenza ovvji u li jidhru.", "Jiġifieri ħafna drabi ma jkunx hemm, jew jista' ma jkunx hemm, bruising, pero' madanakollu t-tfal qegħdin f'periklu għaliex qegħdin jaraw vjolenza.", "Xi kultant ikunu wkoll f'periklu fiżiku għaliex mhux l-ewwel darba li nisimgħu b'każijiet fejn tfal, waqt l-inċident ta' vjolenza, imorru jifirdu l-partijiet bil-konsegwenza li jaqilgħu xi daqqiet.", "X'effetti jista' jkollha fuq it-tfal il-vjolenza li ħafna drabi ssir fuq l-omm?", "Fost affarijiet oħra, il-vjolenza taffettwa l-istabbilta' emozzjonali tat-tfal, taffettwa l-mod ta' kif iħarsu lejn il-futur, kif ukoll l-andament tagħhom fl-iskola.", "Huwa ovvju li jekk tifel għandu problemi serji, fosthom problemi ta' vjolenza fid-dar, ma tantx se jimportah minn dak li qed tgħid it-teacher fil-klassi għax aktar se jinkwieta jekk meta jmur lura d-dar huwiex se jsib lill-ommu mejta.", "It-tfal jinkwetaw ħafna għall-ġenituri tagħhom u minn riċerka li saret, instab li t-tfal li jaraw vjolenza fid-dar jista' jkollhom effetti simili ħafna ta' post traumatic stress disorder li jbatu minnu nies li jkunu għaddew minn trawmi kbar ħafna.", "Tfal subien u bniet li jaraw lill-ommhom tiġi abbużata fid-dar, juru sintomi ta' dipressjoni u aggressivita', ikollhom stima baxxa ħafna tagħhom infushom u jkollhom problemi ta' atteġġjament u patoloġija psikoloġika.", "Barra minn hekk, tfal żgħar ħafna, jiġifieri mit-twelid sa qabel ma jmorru l-iskola, huma iktar vulnerabbli għaliex f'dan il-perijodu wieħed mill-milestones tat-tfal huwa proprju li jiskopru s-safety tagħhom.", "Fejn assolutament m'hemmx safety, x'se jiskopru dawn it-tfal?", "F'dan iż-żmien it-tfal imorru għand il-ġenituri tagħhom biex jagħtuhom l-istabbilta', il-kontroll u l-protezzjoni, iżda meta waħda mill-ġenituri hija mweġġa' - qed ngħid \"waħda\" għaliex il-vjolenza hija ikbar fuq in-nisa - hija bla kontroll, hija vulnerabbli, hija vittma, id-dinja tat-tfal ma tistax tkun stabbli u allura m'humiex se jsibu s-safety li qed ifittxu.", "Sfortunatament hemm aspett ieħor li wieħed ma jistax jinjora; ċioe' li l-eżempju jkaxkar.", "Instab li 50% tal-każijiet li jiġu riferuti minħabba vjolenza fid-dar, huma każijiet fejn huma stess ikunu raw vjolenza sseħħ fi djarhom.", "Dawn qed jitgħallmu li biex wieħed isolvi argument, irid juża l-vjolenza u allura se jżommu dak il-mudell meta jkollhom il-familja tagħhom.", "Jiġri wkoll li dawn it-tfal ikunu rrabjati għal min ikun qed jabbuża, pero' jistgħu jkunu wkoll irrabjati għall-vittma.", "Jista' jkun li t-tfal iħossuhom li l-persuna abbużata falliet milli tieħu ħsiebhom u probabbilment dik l-idea se jġorruha magħhom tul ħajjithom kollha, hija l-baggage tagħhom li fil-fatt tista' tagħmillhom ħafna ħsara.", "L-idea tagħna hi li t-tfal li jaraw vjolenza fid-dar, huma wkoll abbużati.", "Ħalli nagħti ftit rakkmandazzonijiet.", "Aħna nħossu li l-akbar bżonn huwa r-riżors uman.", "Importanti li jkollna human resources biex inkunu nistgħu nagħmlu iktar support groups għat-tfal.", "Diġa' jeżistu support groups għat-tfal li jaraw vjolenza, pero' sfortunatament minħabba n-nuqqas ta' riżorsi umani, ma jistgħux isiru fuq perijodu regolari.", "Nixtiequ wkoll li jkollna iktar riżorsi biex ngħallmu iktar parenting skills lill-ġenituri li għaddejjin minn vjolenza jew għandhom il-problema ta' vjolenza.", "Xi ħaġa oħra li nixtiequ naraw issir hija t-twaqqif tal-qorti tal-familja u s-servizz ta' medjazzjoni.", "Per eżempju fl-Ingilterra, kull min jissepara u jkollu t-tfal, irid jitlaqa' ma' medjatur, jiġifieri, jingħata servizz ta' mediation u hawnhekk hawn preżenti Dr. William Azzopardi li jista' jitkellem aħjar minni fuq dan is-suġġett.", "Is-servizz ta' medjazzjoni m'huwiex qiegħed hemmehkk biex issir ir-rikonċiljazzjoni tal-koppja, iżda biex jiffaċilita s-separazzjoni u ma jkunx hemm effetti koroh la fuq il-partijiet u lanqas fuq it-tfal.", "B'hekk inkunu qed nevitaw li t-tfal jintużaw bħala pawns li lili tinkwetani ħafna meta nara ġenituri li jkunu għaddejjin mill-proċess ta' separazzjoni.", "Naturalment, b'aktar riżorsi umani nkunu nistgħu nagħmlu aktar xogħol terapewtiku mat-tfal li qed jaraw vjolenza.", "Ħaġa oħra li nixtieq insemmi huwa l-bżonn ta' iktar servizzi għat-tfal li jkollhom vjolenza fid-dar, per eżempju, il-bżonn ta' shelters adegwati; primary shelters u anke long-term shelters, dawk li aħna ngħidulhom secondary shelters fejn it-tfal, flimkien mal-ġenituri tagħhom, ikollhom ftit iktar stabbilta' u spazju.", "IĊ-CHAIRPERSON: Xi programmi ta' awareness tagħmlu ma' dik il-faxxa tas-soċjeta', bħalma huma social workers, teachers, tobba u pulizija, li jiltaqgħu ma' nies, partikolarment tfal at risk?", "MARIKA GATT SACCO: Ħalli nibda b'dak li għamilna s'issa.", "S'issa għamilna guidelines u seminar għas-social workers, professionals u counsellors.", "Għamilna wkoll training session u seminar għall-pulizija u ħdimna flimkien biex nifformolaw guidelines dwar kif għandhom jimxu l-pulizija.", "Tajna wkoll in-service training lil dawk il-pulizija li kienu qed jagħmlu l-in-service training tagħhom fejn wieħed mis-suġġetti kien proprju dwar il-vjolenza fid-dar.", "Ħafna minn dawn il-pulizija kienu pulizija ta' l-għases, jiġifieri l-front liners, dawk il-persuni li jiltaqgħu l-ewwel mal-każ.", "Huwa importanti ħafna li mara li qed tiġi abbużata u li se tmur għall-għajnuna f'għassa, issib lil xi ħadd li jista' jagħtiha għajnuna professjonali.", "Aħna għadna, biex ngħid hekk, fuq il-kotba tal-pulizija, jiġifieri meta jkun hemm il-bżonn u meta jsir in-service training, jgħajtulna.", "Nagħmlu wkoll training sessions għal tobba u għada stess għandna training session għat-tobba li jaħdmu l-casualty.", "It-tobba li jaħdmu l-casualty huma wkoll front liners għax huma minn ta' l-ewwel li jaraw persuni li qed jiġu abbużati.", "Jiddependi ħafna x'jiġri at that stage biex persuna tkun tista' tingħata l-aħjar għajnuna.", "FRANCIS AGIUS: Inti semmejt is-support groups li jistgħu jiġu organizzati; tista' tagħtina ftit iktar informazzjoni biex forsi wieħed jara kif jista' jgħin sabiex dan il-għan jintlaħaq?", "Għandi f'moħħi kunsilli lokali, clinics, eċċ.", "MARIKA GATT SACCO: Meta jien irreferejt għas-support groups, kont qed nirriferi għal support groups għat-tfal, pero' m'iniex se neskludi support groups għan-nisa u naħseb li fil-każ ta' support groups għal nisa, nistgħu insibu għajnuna mill-kunsilli lokali.", "Iżda meta nitkellmu fuq servizzi għat-tfal, l-għajnuna trid tkun iktar speċifika u fuq livell iktar professjonali.", "Bl-ebda mod ma jien qed ngħid li s-servizz li jingħata lin-nisa m'hemmx bżonn ikun fuq livell professjonali, pero' fil-każ ta' tfal, irridu noqogħdu aktar attenti.", "Li nixtieq huwa li jkollna iktar human resources fid-domestic violence unit sabiex persuna tkun tista' tiffoka biss, per eżempju, fuq servizzi għat-tfal.", "Ix-xogħol li jsir bħalissa huwa ad hoc, fis-sens li jekk il-klijenta tiegħi qed tgħidli li t-tifla tagħha qed tinkwetaha minħabba, per eżempju, atteġġjament, jien se nara mhux biss lill-omm, imma anke lit-tifla tagħha.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Fl-iskejjel ikun hemm xi tip ta' programmi?", "MARIKA GATT SACCO: Li qed isir huma training sessions mal-counsellors, guidance teachers u PSE teachers fejn qed nagħtuhom informazzjoni fuq vjolenza fid-dar ħalli huma jkunu jistgħu jinkludu s-suġġett ta' vjolenza fid-dar fil-lezzjonijiet tagħhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "MARIKA GATT SACCO: Qabel nagħlaq nixtieq nippreżenta lill-kumitat rapport intitolat \"Tfal tal-Vjolenza - Vittmi Sekondarji\" li l-unit tagħna pprepara", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistieden issa lir-rappreżentant tas-St Patrick's Boys Craft Centre.", "IS-SUR EMANUEL DEMANUELE (St. Patrick's Boys Craft Centre): Dan iċ-ċentru jilqa' fih żgħażagħ jew studenti - aħjar insejħilhom studenti - li ma jkunux qed jiffunzjonaw fl-iskejjel normali ta' l-Istat.", "Dawn huma t-tip ta' studenti li jtellfu jew jaħarbu mill-iskola, jew inkella ma jkunux imorru skola.", "L-għan li nħoloq dan iċ-ċentru 13-il sena ilu, kien biss biex għallinqas lil dawn it-tfal inżommuhom magħna u nżommuhom 'il bogħod milli jagħmlu xi reati.", "Matul iż-żmien għamilna ftit ta' progress, bdejna bi 13-il student u issa għandna 38 student.", "Fil-bidu n-numru ta' l-istaff kien ta' tlieta waqt li issa qegħdin ħamsa, pero' għad m'għandniex biżżejjed faċilitajiet biex lil dawn l-istudenti ntejbulhom mhux biss il-ħajja tagħhom imma li nassigurawlhom li jkollhom futur tajjeb billi, per eżempju, isibu xogħol.", "Aħna nagħmlu ħilitna kollha imma meta naraw li minn 20 student li waslu biex jispiċċaw, ħamsa biss tkun sibtilhom xogħol, bilfors tħoss qalbek tingħafas.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'eta' ikollhom l-istudenti meta jiġu għandkom?", "IS-SUR EMANUEL DEMANUELE: Meta bdejna, l-eta' ta' l-istudenti li kienu jintbagħtu għandna, kienet ta' 14-il sena, iżda meta kienu jiġu għandna ta' 15-il sena u nofs, jiġifieri jkun baqgħalhom jagħmlu sitt xhur biss magħna, ma kienx ikollna ċans nilħqu l-għan tagħna.", "Li tgħallimhom iġibu ruħhom tajjeb fis-soċjeta', diġa' huwa progress.", "Anke l-fatt li aħna nagħtuhom individual supervision, meta qabel ma kellhomx, huwa progress.", "Ġieli jibgħatuhom għandna meta jkollhom 13-il sena u meta jibgħatuhom ta' eta' daqshekk żgħira, nagħmlu iżjed progress magħhom għax jgħaddu iżjed żmien magħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Meta qed tgħid \"jibgħatuhom għandna\", għal min qed tirreferi?", "Min jibgħathom għandkom?", "IS-SUR EMANUEL DEMANUELE: It-tfal jagħmlu ftit ħin magħna, jagħmlu biss sitt sigħat waqt li barra jagħmlu 18-il siegħa u allura qed insibu li dak li fil-ftit ħin li jagħmlu magħna nkunu bnejna, qed jitkissrilna meta t-tfal ikunu barra bir-riżultat li l-ewwel ikollna nsewwu dak li nkunu bnejna qabel ma nkunu nistgħu nagħmlu pass ieħor.", "Qabel kien ikollna 26 periods waqt li issa full on, iżda aħna naħdmu minn qalbna u anke wara l-ħin naħdmu.", "Per eżempju mhux suppost li nagħmlu home visits, imma biex ikollna kuntatt mal-ġenituri, li m'hijiex faċli, ikollna nagħmlu home visits.", "Aħna naħdmu ma' diversi sections f'dan il-qasam, fosthom il-welfare section, il-guidance section u ċ-Ċentru Ħidma Soċjali.", "Preżenti hawn is-Sur Steer li naħdmu ħafna miegħu u li ġieli rreferilna xi studenti.", "Ħalli issa ngħid xi ħaġa dwar l-intake.", "Fil-bidu konna nieħdu l-inizjattiva aħna billi nikkuntattjaw il-heads u l-guidance teachers u konna nitolbuhom il-lista ta' l-istudenti li ma kenux qed jattendu skola.", "Il-lista kienet tkun twila u peress li ma nistgħux indaħħlu lil kulħadd, konna nistiednu l-ġenituri jiġu għandna sabiex inkellmuhom u konna nilqgħu l-każijiet l-iżjed serji u l-każijiet fejn l-iżjed ikun hemm problemi.", "Ma konniex nistgħu nilqgħu lil kulħadd, għax iċ-ċentru huwa żgħir u għax l-istaff kien biss ta' tlieta.", "Illum, bl-għajnuna ta' Alla, staff hemm ħamsa pero' sentejn oħra, aħna li konna hemmhekk mill-bidu, se nilħqu l-eta' l-irtirar u se nispiċċaw.", "Ħadd ma kien qed jiġi mħarreġ biex jiffaċċja lil dawn l-istudenti.", "M'hijiex faċli taħdem ma' dawn l-istudenti.", "Ma rridux ninsew li għal dawn l-istudenti, iċ-ċentru tagħna huwa the last resort.", "Dawn l-istudneti qishom imkeċċija u mwarrba minn kulħadd.", "Ħafna minnhom kienu mwarrba mhux biss mill-ġenituri tagħhom imma anke mit-teachers li kellhom.", "Sibna li ħafna minn dawn it-tfal kienu minn mindu kienu fil-primarja, dejjem jiġru fil-kuruturi, jew jgħinu lill-purtinar jew jagħmlu xi qadja, u qatt ma kienu jkunu fil-klassi.", "Qisu ħadd ma kien jagħti kashom.", "Il-maġġoranza tagħhom jgħidulna li huma qatt ma kienu jidħlu għal-lezzjonijiet u fil-fatt ħafna minnhom lanqas biss jafu jiktbu.", "M'hijiex faċli li tgħallimhom jiktbu xi ħaġa meta ma għandekx il-mezzi u trid tibda mill-bidu nett magħhom.", "Ħalli ngħid xi ħaġa dwar dak li nagħmlu aħna.", "Aħna għandna lista ta' topics li niddiskutuha ma' l-istudenti nfushom.", "Ġieli konna naħsbu li l-istudneti ma jifhmuniex, pero' meta bdejna niltaqgħu magħhom u nagħmlu djalogu magħhom, sibna li dawn għandhom kemm intelliġenza u kemm talenti, iżda t-talenti tagħhom huma moħbija.", "L-istaff huwa maqsum f'kategoriji differenti, per eżempju, wieħed minna jeħodhom iżuru postijiet industrijali, bħalma huma d-Dockyard, il-Malta Shipbuilding u Ta' Qali Crafts Village, ieħor jeħodhom fuq educational visits u ieħor jorganizzalhom leisure visits.", "Tnejn mill-istaff tagħna qegħdin hawn u nixtieq li forsi jkollhom l-opportunita' li jitkellmu u jsemmu d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom.", "Waħda mill-problemi tagħna hija n-nuqqas ta' finanzi u allura ma jkollniex biex norganizzaw ċertu attivitajiet.", "It-tfal tagħna jieħdu Lm1 allowance kull ġurnata li jattendu l-iskola, pero' ma nħossiex ġusta li jekk se norganizzaw xi attivita', per eżempju, ħarġa għal GĦawdex, ngħid lit-tfal li jridu joħorġu Lm2.", "Għandna 22 student li huma interessati li jitilgħu Għawdex u fil-fatt ħmistax oħra se neħduhom GĦawdex bil-ħsieb li nispjegawlhom xi ħaġa dwar il-gżira ta' Għawdex.", "Ridna nikru tliet jeeps, rajna minn fejn se nġibu xi ħaġa għall-vjaġġ bil-vapur u ridna wkoll norganizzawlhom l-ikel.", "GĦandna għalliem li huwa in charge mit-tisjir u fil-fatt dan anke jgħallem lit-tfal isajru xi ħaġa ħafifa għaliex ħafna minnhom se jispiċċaw waħedhom, jekk mhux diġa' qegħdin waħedhom għax hemm minnhom li ma jgħixux mal-familji tagħhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: U l-istudenti huma ta' l-eta' ta' bejn it-13 u s-16-il sena.", "IS-SUR EMANUEL DEMANUELE: Oriġinarjament ma kenux jiġu għandna qabel ma jkollhom 14-il sena, pero' issa qed insibu li hemm żgħażagħ ta' 13-il sena li qed jaħarbu mill-iskola jew li ma jmorru qatt l-iskola, imma x'imkien iridu jiffittjaw dawn iż-żgħażagħ.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dawn għandhom allowance ta' Lm1 kull ġurnata li jmorru l-iskola?", "IS-SUR EMANUEL DEMANUELE: GĦedtha għaliex jien onest pero' din dejjem riedu jżommuha daqsxejn moħbija għaliex inkella kulħadd ikun irid jitlaq mill-iskola ħalli jiġi għal dik il-Lm1, pero' t-tfal lanqas għal Lm1 ma jiġu jekk ma jridux imorru skola.", "Mill-esperjenza nista' ngħid li t-tfal mhux għal Lm1 jiġu, imma għaliex sabu post fejn hemm min iħobbhom u min jagħti kashom.", "Dawn iż-żgħażagħ għandhom bżonn ħafna għajnuna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Min jibgħathom għandkom?", "Jibgħathom, per eżempju, Mr Steer għaliex ikun hemm xi każ fil-juvenile court fejn jinħass li żagħżugħ ikun jiffittja aktar fil-programm tagħkom?", "IS-SUR EMANUEL DEMANUELE: Hemm każi li jintbagħtu għandna b'dan il-mod.", "Ikollna każi fejn miċ-Ċentru Ħidma Soċjali jgħidulna li għandhom każ ta' student li ma jista' jsib tarfu ħadd u allura se jibagħtuh għandna.", "Jien ngħidilhom biex l-ewwel jibagħtuh xahar trial qabel ma jinqaleb it-transfer, ħalli naraw jiffittjax għandna, iżda kważi l-istudenti kollha jiffittjaw għandna.", "Lil min jibagħtulna, veru qisu ma jkun aċċettahom ħadd.", "Għandna studenti mill-Kottonera u kemm-il darba semmewk miegħi, Onor. Agius.", "Fil-bidu li nħoloq dan iċ-ċentru, konna noħorġuhom u nilagħbu l-ballun magħhom u konna nkellmuhom waqt li nkunu qegħdin nilagħbu magħhom, iżda llum, aħna l-għalliema, qegħdin inħossuna li kbirna.", "Jien lanqas għad għandi saħħa nilgħab il-ballun magħhom għax l-enerġija li għandhom dawn iż-żgħażagħ hija tremenda.", "Dawn huma kollha hyperactive.", "Fl-iskejjel li jkunu ġejjin minnhom dawn kienu l-bullies u li jħobbu jiġġieldu u jaqbdu ma' xulxin.", "Mit-8.00 a.m. sas-1.45 p.m. it-tfal ikunu jridu jkellmuk fuq il-problemi li għandhom mal-ġenituri jew ma' xi ħadd ieħor, ikunu jridu jgħidulek għaliex raqdu barra, għaliex għandhom il-ġuħ, għaliex m'għandhomx flus, għaliex iġġieldu u dwar ħafna problemi oħra, u aħna, għalkemm ma ġejniex mħarrġa għal dan ix-xogħol, we are coping.", "L-ewwelnett nirringrazzja l-Alla tal-paċenzja li tana, pero' f'dawn it-13-il sena, irnexxielna mhux ħażin.", "Kellna żgħażagħ li wara li ħarġu mill-iskola daħlu pulizija jew fl-Armata, pero' kellna wkoll min spiċċa l-ħabs.", "Din hi l-iktar ħaġa li tweġġgħalna qalbna lilna edukaturi f'dak iċ-ċentru, meta nisimgħu li xi ħadd … Aħna nżommu track tat-tfal li kienu fiċ-ċentru tagħna; mhux spiċċaw minn magħna u daqshekk.", "Aħna nibqgħu nagħmlulhom home visits u nibqgħu ninformawhom, anke wara sena, meta nkunu se nagħmlu party.", "Barra minn hekk, nistiednuhom jiġu jkellmu l-istudenti li jkollna fiċ-ċentru u fil-fatt ħafna minnhom jiġu.", "Ġieli anke jiġu mat-tfal tagħhom għaliex ikunu żżewġu u jkollhom il-familja tagħhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn xi ħadd li jixtieq jagħmel xi mistoqsija?", "IS-SUR EMANUEL DEMANUELE: Tant nixtieq nitkellem dwar dawn iż-żgħażagħ, tant nixtieq li jkollhom iżjed ħin ma' edukaturi u mhux biss sitt sigħat .… Jien inħoss li għandha tinħoloq xi struttura fejn ikun hemm min jgħallimhom filgħodu u min joqgħod magħhom wara nofsinhar u filgħaxija.", "Anke jekk is-Sibt jew il-Ħadd imorru d-dar, almenu jkun hemm struttura għal dawn it-tip ta' żgħażagħ.", "Meta kont il-Kanada mort f'post li jilqa' żgħażagħ bħal dawk li għandna aħna, pero' għal kuntrarju tagħna, għandhom kollox, anke ċinema għandhom ġo l-iskola.", "Iċ-ċentru tagħna huwa żgħir, qisna qegħdin f'gaġġa fih.", "Aħna nħalluhom joħorġu, pero' nosservawhom biex naraw x'se jirriżulta.", "Jekk ma tafdahomx, ma tkunx taf fiex int magħhom dawn iż-żgħażagħ.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Intom entita' governattiva jew NGO?", "IS-SUR EMANUEL DEMANUELE: Aħna naqgħu taħt id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.", "MICHAEL ASCIAK: Jiġifieri entita' governattiva.", "IS-SUR EMANUEL DEMANUELE: Entita' governattiva.", "Ġieli jħalltuna ma' St. Patrick's ta' Tas-Sliema.", "Ġieli kellna studenti minn hemm ukoll u ġieli kellna studenti li ġew minn Mater Dei School u kif għedt, għal ċertu żgħażagħ, iċ-ċentru tagħna huwa the last resort.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Hawn iktar domandi?", "CHRISTINE FIRMAN (Special Learning Difficulties Service, Dipartiment ta' l-Edukazzjoni): Nibda biex ngħid li mill-esperjenza tiegħi, it-tfal li huma dyslexic, huma ħafna at risk.", "Naturalment il-problemi tagħhom huma differenti, m'għandhomx it-tip ta' problemi li kontu qed titkellmu dwarhom.", "Tfal li huma dyslexic huma tfal b'moħħhom tajjeb, imma b'diżabilita' li ma tidhirx u għalhekk ma jiġux identifikati u allura ma jirċevux l-għajnuna li hija meħtieġa għalihom.", "Xi kultant naħsbu li dawn it-tfal ma jridux jitgħallmu jew huma tfal injoranti u allura ġieli jinsabu fl-aktar klassijiet baxxi kemm ta' l-iskejjel sekondarji u kemm ta' l-iskejjel primarji.", "Ġeneralment dawn it-tfal huma frustrati, ribellużi u bla ma jridu, xi kultant iġibu ruħhom f'mod anti soċjali.", "La mhux qed jitgħallmu, jixbgħu.", "Biex jaqraw isibu diffikulta' u biex jiktbu, jibdew igerfxu fil-pitazz bil-konsegwenza li kulħadd jgħajjat magħhom.", "Kif diġa' għedt, dawn għandhom moħħhom tajjeb u allura jibdew jivvintaw ħafna tricks u forsi jispiċċaw, kif kien qed jgħid is-Sur Demanuele, jew barra mill-klassi jew wara l-bieb tas-surmast.", "Bħal dwn it-tfal għandna ħafna, u importanti ngħid li dawn ma nsibuhomx biss fl-iskejjel statali imma anke fi skejjel tal-Knisja.", "Sa ċertu punt, l-awareness tad-dyslexia għadha fil-bidu.", "F'Malta kien hawn reżistenza biex nirrikonoxxu din il-problema u waqt li f'pajjiżi barranin hemm ħafna tentattivi biex wieħed jara x'inhi l-kawża u x'inhu l-aħjar rimedju, speċjalment fejn tirrigwarda l-lingwa, hawn Malta ddeċidejna li din il-kondizzjoni ma teżistix.", "Kienet diffiċli li aħna nifhmu din il-kondizzjoni għaliex id-dyslexia hija kondizzjoni nuroloġika, pero' ma nistgħux ngħidu li hawn Malta m'għandniex din il-problema.", "Infatti f'Malta twaqqfet assoċjazzjoni tad-dyslexia.", "Kienu ġew ħafna esperti barranin u flimkien konna għamilna proposta biex nistudjaw id-diffikultajiet tat-tfal Maltin, pero' dak iż-żmien, jiġifieri fis-snin tmenin, il-proposta ma ntlaqitx, forsi għaliex kien għadu kmieni wisq.", "CHRISTINE FIRMAN: Kull lingwa ġġib magħha problemi speċifiċi u differenti u aħna kellna bżonn nistudjaw ukoll kif din il-problema timmanifesta ruħha fil-lingwi tal-Malti u ta' l-Ingliż.", "Jiena bdejt naħdem fl-iskejjel statali fl-1991 u f'dak iż-żmien - qed ngħid kważi tmien snin ilu - lanqas kien hemm tifel wieħed li ġie identifikat bħala dyslexic waqt li fl-iskejjel tal-Knisja kien hemm numru mhux ħażin ta' tfal identifikati bħala dyslexic.", "Allura bdejna nipprovaw noħolqu ċertu awareness fl-iskejjel governattivi, konna għmilna kors ta' erba' xhur għar-remedial teachers u bil-mod il-mod, bdejna nidentifikaw it-tfal dyslexic u sa l-1994 kellna grupp ta' xi 50 tifel u tifla.", "Id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, flimkien ma' l-association, kien għamel speċi ta' summer school għal dawn it-tfal.", "Dan kien l-ewwel tentattiv li naħdmu flimkien.", "Kienet esperjenza pożittiva fejn it-tfal iltaqgħu kollha flimkien u bdew jindunaw huma stess li huma m'humiex l-uniċi tfal li għandhom problema.", "Fl-1996 kellna referrals minn xi 55 skola u allura ġew allokati żewġ għalliema gradwati.", "Ovvjament dan kien ta' ġid kbir għal kulħadd imma l-problema hi li aktar ma bdiet tiżviluppa l-awareness, aktar kellna referrals waqt li l-istaff ma żdiedx.", "Żvilupp ieħor importanti kien l-introduzzjoni ta' special arrangements fl-eżamijiet tal-Junior Lyceum.", "Id-dipartiment qed jagħmel kull sforz biex tfal li huma dyslexic ikollhom opportunitajiet indaqs u jidħlu fl-iskola addatta għalihom skond l-abbilta' tagħhom, imma x'qed jiġri?", "Waqt li fl-1996 kellna erbat itfal dyslexic u kellna staff ta' tlieta, illum il-ġurnata, fil-Junior Lyceums biss, għandna 23 tifel u tifla li huma dyslexic u allura ovvjament m'aħniex inlaħħqu bin-numru ta' staff li għandna.", "Li nagħmlulhom special arrangements fl-eżamijiet, m'huwiex biżżejjed għaliex aħna nafu li dawn it-tfal għandhom bżonn an ongoing support, pero' kif għedt qabel, m'għandniex biżżejjed human resources.", "Fil-preżent għandna kamra fejn nistgħu nlaqqgħu t-tfal u l-ġenituri ma' l-għalliema, għandna wkoll kotba adattati, għandna programmi u computers li jgħinuna naħdmu b'mod professjonali, pero' n-numru ta' dawn it-tfal qiegħed dejjem jiżdied.", "Aħna nipprovaw naħdmu mal-grupp li l-aktar għandu bżonn, allura ovvjament ikun hemm min iħossu ftit imweġġa' għaliex forsi jkun ilu jistenna fuq il-listi tagħna.", "Qed naħdmu ma' diversi aġenziji bħal, per eżempju, l-iSchool Psychological Services, is-CDAU, l-ETC, il-Welfare Department u l-Institute of Linguistics ta' l-Universita'.", "Jien nispera li fil-futur inkomplu nirrikonoxxu din il-problema li hija problema serja u hija serja għaliex hemm talent moħbi.", "Hemm min ġie għas-servizz tagħna li forsi għandu l-possibilita' li jiggradwa jew li jieħu ċertifikat, per eżempju, ċertifikat ta' mastrudaxxa.", "L-importanti hu li jiġi megħjun jilħaq il-livell li jirrifletti t-talenti tiegħu.", "Jien nispera wkoll li jkollna aktar strutturi u li din il-problema tiġi rrikonoxxuta anke b'liġi biex min għandu din il-problema jkollu aktar possibilitajiet ta' xogħol.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Intom għandkom kuntatt maċ-child development assessment unit f'St. Luke's?", "MICHAEL ASCIAK: L-istudenti ta' l-Universita' li qed jagħmlu l-kors tal-B.Educ., għandhom module fuq diagnosis of dyslexia?", "CHRISTINE FIRMAN: L-istudenti tas-second u l-fourth year għandhom module wieħed kif tgħin lil dawn it-tip ta' tfal.", "Id-diagnosis m'huwiex kollox, huwa imporanti imma daqstant ieħor huwa importanti kif tista' tgħinhom.", "CHRISTINE FIRMAN: Iva, ikollhom biżżejjed awareness biex jagħrfuhom u jirreferuhom.", "Jistgħu jirreferuhom lis-CDAU jew l-SPS li mbagħad jirreferuhom lilna.", "Għalhekk għedt li n-numru qiegħed dejjem jiżdied.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nixtieq issa nistieden lis-Sur John Role' li xtaq jagħmel presentation fil-qosor.", "Wara nistieden lis-Sur Vincent Tonna li huwa social worker.", "IS-SUR JOHN ROLE' (Fostering Unit, Social Welfare Development Programme): Jien kulma rrid nagħmel hu li nippreżenta rapport intitolat \"National Policy on Adoption and Fostering\" u dokumenti relatati mal-fostering b'riferenza għal dak li sar f'dawn l-aħħar sentejn jew tlieta.", "L-aħħar darba tkellimt fuq fostering agencies u llum qed nippreżenta dokumenti dettaljati dwar dawn l-aġenziji", "IĊ-CHAIRPERSON: Qabel ma nsejjaħ lis-Sur Vincent Tonna, nixtieq nistaqsi jekk hawnx xi grupp preżenti li jien għadni ma sejjaħtx.", "Naħseb li din se tkun l-aħħar laqgħa bħala sensiela miftuħa fejn dawk mistiedna kellhom l-opportunita' jagħmlu l-presentation tagħhom.", "Il-laqgħa li jmiss se tkun għad-diskussjoni bejn il-membri tal-kumitat fejn ser nevalwaw dak kollu li smajna minn għandkom.", "Jekk hawn xi grupp li kien qed ikun preżenti - anke jekk forsi ġie llum biss - u jixtieq jitkellem, jekk jogħġbu jagħmilli sinjal.", "Jidher li hawn rappreżentant tas-Supportline 179 u se nsejjaħlu wara s-Sur Vincent Tonna.", "IS-SUR VINCENT TONNA (Foster carer): Qabel xejn, nixtieq nagħmilha ċara li jiena m'iniex qiegħed hawnhekk fil-kapaċita' tiegħi ta' social worker, imma bħala foster carer.", "Naħseb li huwa importanti li tisimgħu kif jaħsbuha l-foster carers infushom dwar il-fostering.", "Naf u napprezza ħafna x'qegħdin jagħmlu dwar il-fostering is-Sur John Role' u sħabu, imma l-esperjenza li għandi ta' fostering, m'hijiex daqshekk sabiħa.", "M'iniex nirriferi għall-każ tiegħi personali għax nista' ngħid li l-każ tiegħi kien ta' suċċess imma meta nara minn xiex qegħdin jgħaddu sħabi foster carers, ngħid li għandi ħafna dubji.", "Hemm raġuni għaliex m'iniex daqshekk kuntent u favur il-fostering u jiddispjaċini li se nkun ftit kritiku, imma jien naħseb li t-tort prinċipali huwa tal-membri parlamentari.", "U għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex minkejja li ilna nokorbu fuq il-bżonn ta' liġi dwar il-fostering, s'issa għadu ma sar xejn.", "Fi tmien snin kontu kapaċi toħorġu 65 liġi u fis-16-il sena li ilni nagħmel fostering jiena, minkejja li saru ma nafx kemm liġijiet, għadna ma sibniex ċans għal liġijiet dwar ċertu oqsma bħalma huma l-fostering, adoption, għaqdiet volontarji - smajna lil Fr. Cini minn Osanna Pia jitkellem dwar nuqqas ta' flus - domestic violence, eċċ. Min qed jieħu ħsieb fostered child bħalma qed nagħmel jien, qiegħed jirriskja ħafna.", "Aħna qegħdin ngħidu li bħalma hemm f'pajjiżi żviluppati, jiġu identifikati min jista' jkun foster carer u titniżżel fil-liġi.", "Qegħdin ngħidu li m'għandhiex tkun kif qiegħda llum fejn il-ġenituri jistgħu jaqbdu jgħidulek li jridu lit-tifla tagħhom lura.", "Qegħdin ngħidu li fil-liġi jkun hemm imniżżel żmien stipulat, per eżempju xahar, qabel ma t-tifla titlaq minn mal-foster carer biex tmur lura mal-ġenituri tagħha.", "U mhux titlaqlek mil-lum għal għada għax wara li tkun ilek trabbiha, titkisser meta t-tifla tmur x'imkien ieħor.", "Veru li l-foster carers have to let go, imma they let go meta jkunu jafu li t-tfal sejrin għal ambjent aħjar.", "Qegħdin ngħidu wkoll li bħalma hemm barra minn Malta, fil-liġi għandu jkun hemm li l-fostered child ikollha dritt li tiġi konsultata.", "Per eżempju, l-qorti m'għandhiex tisma' lit-tifla tiegħi tara jekk hi fil-fatt tixtieqx tmur lura jew le?", "M'għandux ikollha dan id-dritt jew le?", "Fl-aħħar laqgħa smajna titkellem tfajla li għaddiet għomorha kollu f'istituti.", "Jekk ġenituri jkunu abbandunaw lit-tifla tagħhom, m'għandhomx il-foster carers ikollhom dritt bil-liġi li tistaqsihom iridux jadottaw lil dik it-tifla?", "Possibbli ma kien hemm xejn fil-liġi biex inkunu nistgħu ngħinu lil dik it-tfajla li għamlet għomorha kollu f'istitut?", "Skużawni, imma meta tibda tħares lejn dawn l-affarijiet ....", "Fil-liġi dwar il-fostering qegħdin nipproponu li jkun hemm social workers speċjalizzati f'dan il-qasam.", "Min jaf kemm kien hemm social workers fil-kamp tal-fostering li nbiddlu f'dawn is-16-il sena kemm ili li kelli fostered child, pero' f'dawn is-snin kollha, qatt ma kellmu lit-tifla tiegħi.", "Stajt abbużajt mit-tifla tiegħi, bħalma ġieli nisimgħu?", "In-numru ta' social workers huwa żgħir u forsi għalhekk qed nibżgħu mil-liġi għaliex ma rridux insaħħu l-aspett tal-fostering.", "Fil-liġi għandu jkun hemm li għallinqas kull sitt xhur, is-social worker trid tkellem lill-fostered child biex tara kif inhi sejra u jekk hijiex kuntenta mal-foster carers.", "Instab ħin biex nitkellmu fuq il-liġi tal-VAT, tas-CET u l-pensjonijiet, imma ħin għal dawn il-liġijiet li huma tant importanti, ma nstabx.", "Bħala foster carer jien inħoss li ħlief wegħdiet ma kellniex u minkejja li kull ministru jgħid kemm huwa importanti l-fostering, għad m'għandniex liġi li tirregola l-fostering.", "Aħna l-foster carers irridu nkunu partners u mhux klijenti tad-dipartiment jew tal-ministeru għax wara kollox l-aktar xogħol li jsir mal-fostered child, isir mill-foster carers.", "Mela fil-liġi għandu jkun hemm li l-foster carers huma partners aktar milli klijenti tad-dipartiment.", "Ħalli issa niġi għall-ħlas li hija l-iktar ħaġa li ddejjaqna.", "Darba biss aħna l-foster carers kellna opportunita' li niltaqgħu u dakinhar, fost affarijiet oħra, tkellimna dwar remunerazzjoni.", "Ħafna drabi jingħad li m'hemmx flus, imma CSA li tieħu ħsieb anzjana, titħallas bil-Lm1.50c is-siegħa u l-Gvern jonfoq aktar minn Lm600,000 biex iħallas lis-CSAs, u mbagħad fejn jidħlu fondi għal foster carers, jingħad li m'hemmx flus.", "Minn studju li sar ġewwa l-Ingilterra nstab li f'ġimgħa, foster carer jkollu iktar minn 50 siegħa kuntatt dirett.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-foster carers jagħmlu iktar xogħol minn CSA li taħsel l-art.", "Min jaf kemm ħaslet l-art il-mara tiegħi!", "Jien inħoss li għal diversi raġunijiet, il-foster carers għandhom jitħallsu u mhux qed ngħid dan għalija personali għaliex illum it-tifla tiegħi kibret.", "Għandhom jitħallsu għall-iskills tagħhom u jekk il-fostered child tkun persuna bi ħteġijiet speċjali, il-foster carer għandu jitħallas aktar għaliex qed jagħmel iżjed xogħol.", "Is-sena l-oħra kull persuna li qiegħda fil-programm Fejda ġiet tiswa 'l fuq minn Lm10,000.", "Is-sena l-oħra għamilt test case u bgħatt ittra lid-dipartiment fejn tlabtu jagħtini Lm75 biex nibgħat lit-tifla tiegħi għal kors fuq il-computers imma lanqas tweġiba ma rċevejt mingħandhom biex jgħiduli għala ma setgħux jagħtuni dak li tlabt meta għal kull persuna li qed issegwi l-programm Fejda qed jintnefqu Lm10,000.", "Dawn huma fatti.", "Lanqas Osanna Pia ma jieħdu Lm10,000.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawnhekk hawn Ms. Zammit li qed tinnega.", "IS-SUR VINCENT TONNA: Jien qed ngħid għas-sena l-oħra.", "Jekk trid tista' tara jekk hux veru jew le.", "Issa ma rridux nagħmlu l-iżbalji li saru fl-Ingilterra jew pajjiżi oħra fejn il-fostering sar mezz biex wieħed jaqla' l-flus.", "Li qed nissuġġerixxu huwa li l-fostered children ikollhom, per eżempju, il-karta r-roża biex meta jkunu morda jkunu jistgħu jieħdu l-mediċina b'xejn bħalma jieħdu l-mediċini b'xejn l-anzjani.", "Ikollhom ukoll il-fakulta' li jieħdu l-kotba ta' l-iskola u l-istipendju.", "Per eżempju fil-każ tiegħi, għax il-mara tiegħi qiegħda taħdem issa li t-tifla m'għadhiex żgħira, la nieħdu children's allowance u lanqas stipendju.", "Jien inħoss li l-foster parents għandhom ikunu eżentati milli jħallsu għall-eżamijiet jew għal attivitajiet sportivi.", "Jien inħoss li huwa importanti li t-tifla nibagħtha l-iskola tal-basketball allavolja rrid inħallsilha Lm60 fis-sena imma b'hekk tkun tista' tinvolvi ruħha u tgħix ħajja normali.", "Lit-tifla nħallsilha wkoll biex tmur fir-Razzett ta' Ħbiberija fejn hemm indoor swimming pool ħalli minflok ma tiġri 'l hemm u 'l hawn, tmur x'imkien għall-ġid tagħha.", "L-argument tiegħi huwa li l-flus imorru direttament fuq il-fostered child u mhux fuq il-foster carer biex nevitaw li foster carers jidħlu biex jagħmlu fostering għall-flus.", "Qed ngħid dan kollu għaliex hawn familji li huma aħjar minna imma li ma jidħlux għal dan ix-xogħol għaliex ma jaffordjawx li jagħmel fostering.", "Żgur li kulħadd jaqbel miegħi kemm hemm spejjeż biex iżżomm persuna f'istitut, mela minflok jintefqu l-belli liri biex jinżammu tfal f'istituti, agħtu dawk il-flus lill-familji li qed iżommu tfal ħalli b'hekk it-tfal ikunu jistgħu jgħixu, bħal ma qalet dik it-tfajla, ġewwa familji.", "Jekk hawn xi ħadd li ma jabqilx ma' dak li għedt jien, lest li nisma'.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien naħseb li l-ewwelnett wieħed irid jirrikonoxxi li l-kunċett tal-fostering għadu, biex ngħid hekk, qed jiġi żviluppat fil-pajjiż.", "Jien nirrikonoxxi l-impenn li għamilt inti tul dawn l-aħħar 16-il sena, pero' bħala pajjiż, dawn l-aħħar sentejn, tlieta, qegħdin nirrikonoxxu l-ħtieġa tiegħu.", "Għamilna żball, mhux qed ngħid li għamilna sew li ma rrikonoxxejniex il-ħtieġa tal-fostering qabel.", "Għar-rigward ta'social workers kwalifikati, irid jingħad li huwa f'dawn l-aħħar snin li beda jkollna social workers kwalifikati.", "Meta inti ffosterjajt it-tifla tiegħek 16-il sena ilu, ma kienx hawn social workers kwalifikati bl-abbundanza.", "Lanqas biss kien hemm kors fl-Universita' biex ikollna social workers gradwati.", "Dan huwa żvilupp li jimxi fuq ieħor.", "Jien naf foster carers u naf koppja partikolari li għandha żewġt itfal fostered u naf b'liema impenn u b'liema imħabba jagħmlu l-fostering.", "Naf x'sagrifiċċji jagħmlu u naf li l-mara li kellha karriera kellha titlaq il-karriera tagħha biex setgħet tieħu ħsieb il-fostered children.", "Naf b'liema mħabba u mpenn isir dan, pero' rridu nħarsu 'l quddiem.", "Irridu nirrikonoxxu x'għamilna s'issa, naraw x'sar ħażin, x'sar mhux daqshekk ħażin u x'sar tajjeb, u nibqgħu mexjin 'il quddiem.", "Jekk nitilqu bil-premessa li f'dan il-qasam xi darba se naslu biex ikollna l-perfezzjoni, inkunu qegħdin nagħmlu wieħed mill-ikbar żbalji li nistgħu nagħmlu, pero' naturalment kollha li aħna nirrikonoxxu li nagħmlu dejjem għall-aħjar.", "Hawn xi mistoqsija qabel ma nsejjaħ l-aħħar kelliem?", "IS-SUR VINCENT TONNA: Barra foster carer jien ukoll NGO liaison officer u allura jkolli ħafna kuntatti ma' għaqdiet volontarji u jekk ma jimpurtax nixtieq li nitkellem ħames minuti fuq dan is-suġġett.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk jogħġbok fil-qosor, għaliex diġa' saru d-9.00 p.m.", "IS-SUR VINCENT TONNA: Hawn Malta għandna ħafna servizzi, pero' huwa importanti x'tip ta' servizz qegħdin nagħtu.", "Nisimgħu ħafna dwar in-nuqqas ta' human resources u allura rridu noqogħdu attenti.", "Hawnhekk smajna li qed jidħlu tfal f'istituti mingħajr ma jsirilhom case conference u mingħajr ma ssir il-care plan u minħabba n-nuqqas ta' social workers, it-tfal fl-istituti, rari jaraw social worker.", "Mhux qed ngħid li dan huwa tort tas-social workers, imma fir-realta' ma tistax titfa' tfal x'imkien jekk ma jkollokx servizz adegwat għalihom.", "Ikun hemm każijiet ta' tfal li jinfirdu minn eta' żgħira u mbagħad jerġgħu jinfirdu meta jkollhom disa' snin.", "Jien nemmen ħafna fuq il-bżonn ta' spettorat li xogħlu jkun li jara s-servizzi li qegħdin jingħataw, pero' l-ispettorat għandu jaħdem b'mod awtonomu u mhux ikun magħmul minn membri tal-gvern.", "Kif qal Fr. Charles, qed isir ħafna ġid mill-għaqdiet volontarji iżda mhux qed nagħtuhom il-mezzi biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb lit-tfal li għandhom bżonn l-għajnuna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi ħafna, Sur Tonna.", "Nistieden issa lir-rappreżentant tas-Supportline 179.", "IS-SUR NOEL ZAHRA (Supportline 179, Social Welfare Development Programme): Fil-maġġoranza tiegħu, is-servizz tagħna huwa mmexxi minn volontiera li qegħdin taħt superviżjoni ta' social workers li wħud minnhom qegħdin preżenti hawnhekk.", "Il-kuntatt tagħna mat-tfal huwa permezz tat-telefon.", "Nirċievu diversi telefonati u l-problemi li jgħidulna t-tfal, huma diversi imma l-maġġoranza tal-problemi jinvolu abbuż, fejn tfal ikunu qed jiġu abbużati minn adulti.", "Iċemplulna tfal li jkollhom problemi għaliex jitħallew waħedhom id-dar, problemi ta' traskuraġni.", "Iċemplulna wkoll tfal li jkollhom problemi l-iskola, liema problemi jvarjaw minn eżamijiet, problemi ta' ħbiberija u problemi ta' bullying, u jkollna tfal oħrajn li jkollhom problemi minħabba xi biżgħat u li qatt ma jkunu sabu lil xi adult li lest joffrilhom il-ħin tiegħu ħalli jismagħhom.", "Mill-esperjenza li għandi mis-Supportline, nista' ngħid li hawn ħafna servizzi pero' kemm jafu bihom it-tfal?", "Jien nista' ngħidilkom li ftit huma dawk it-tfal li jafu bis-servizzi li jingħataw f'pajjiżna pero' nħoss li sfortunatament ħafna mis-servizzi li għandna, ma tantx huma children friendly.", "Naħseb li huma iktar immirati għall-adulti u t-tfal ma tantx huma kkonsidrati.", "Naħseb ukoll li xi kultant lanqas hemm guidelines kif jimxu mat-tfal.", "IĊ-CHAIRPERSON: Speċi ssetjati b'perspettivi ta' xi ħadd adult.", "IS-SUR NOEL ZAHRA: Dik hi l-impressjoni li aħna nieħdu.", "Biex nagħti eżempju, ġieli jċemplu tfal u meta nsemmulhom is-social worker jaħsbu li s-social worker huwa pulizija li se jeħodhom mid-dar għaliex ma qgħadux bravi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn min jixtieq jagħmel xi mistoqsija?", "(Onor. Membri: Le) Grazzi, Sur Zahra u nirringrazzjakom tax-xogħol li qegħdin tagħmlu kollha kemm intom.", "Se nagħti mill-anqas ħmistax żmien qabel ma nerġgħu niltaqgħu sabiex il-membri tal-kumitat ikunu jistgħu jiġbru l-interventi kollha li saru qabel ma ssir diskussjoni bejn il-membri sabiex jinħarġu l-aktar punti importanti u biex nagħtu l-fehma tagħna lill-Ministeru għall-Politika Soċjali u lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni fejn jidhrilna li għandhom jittieħdu xi inizjattivi.", "Għal din il-laqgħa se tirċievu wkoll invit biex taraw x'ikun ħareġ min-naħa tal-kumitat, pero' dak inhar id-diskussjoni ssir bejn il-membri tal-kumitat.", "Naturalment jekk ikollna xi diffikulta', forsi ma nkunux fehmna eżatt dak li ridtu tgħidu, tkunu tistgħu tagħmlu l-kjarifika li jkun hemm bżonn.", "Nirringrazzjakom ħafna u tisimgħu mingħandna bejn ħmistax u tliet ġimgħat oħra.", "Fid-9.05 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u l-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990309_007d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 9 ta' Marzu, 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.03 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 6 li saret fit-23 ta' Frar, 1999 kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumitat, l-Onor Helen D'Amato, informat lill-Kumitat li kienet irċeviet:", "- rapport dwar children at risk mibgħut mis-Sur Frank Mifsud, fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni;", "- tabella li tagħti l-kategoriji u n-natura tar-riskju ta' tfal f'Malta, mibgħuta minn Ms Nora Macelli, Social Welfare Development Programme;", "- proposti magħmula miċ-Child Protective Services Unit tas-Social Welfare Development Programme; u", "- tagħrif u rakkmandazzjonijiet dwar l-adozzjoni ta' tfal mibgħuta mill-Adoption Unit fid-Dipartiment Ħarsien tal-Familja.", "Il-Kumitat stieden lil Ms Mariella Camilleri, Ms Miriam Falzon Sevasta u Ms Maryanne Zammit, mill-Probation Services fi ħdan il-Ministeru ta' l-Intern; lil Fr Charles Cini, Direttur, Osanna Pia Salesian Youth Hostel, u żewġ żgħażagħ li qegħdin f'Osanna Pia; l-Aġent Supretendent Kevin Ellul Bonici, uffiċjal inkarigat mill-Economic Crime Unit and Vice Squad tal-Pulizija; lil Ms Marika Gatt Sacco, Domestic Violence Unit u lis-Sur Noel Zahra, mis-Supportline 179, fl-SWDP; lis-Sur Emanuel Demanuele, St Patrick's Boys Craft Centre; lil Ms Christine Firman, Special Learning Difficulties Services; lis-Sur John Role', Fostering Unit u s-Sur Vincent Tonna, foster carer.", "L-Aġent Supretendent Kevin Ellul Bonici ppreżenta lill-Kumitat rapport intitolat \"Familes in Crisis - a law enforcement perspective\";", "Ms Marika Gatt Sacco ippreżentat rapport intitolat \"Tfal tal-Vjolenza - Vittmi Sekondarji\" ippreparat mid-Domestic Violence Unit fl-SWDP; u", "S-Sur John Role' ippreżenta rapport intitolat \"National Policy on Adoption and Fostering\" ippreparat mill-SWDP, flimkien ma' tagħrif ieħor dwar il-fostering.", "Fid-9.05 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u l-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990309_007m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 9", "It-Tlieta, 23 ta' Marzu 1999, fis-7.00 p.m.", "Mr Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 23 ta' Marzu 1999, fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra;", "Korrispondenza dwar Friendship Groups; u", "Affarijiet oħra.", "22 ta' Marzu 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990323_009a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 23 ta' Marzu 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-", "L-iSpeaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra l-Onor.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 8 li saret fit-23 ta' Frar, 1999, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li t-Tlieta u l-Erbgħa, 23 u 24 ta' Marzu, il-Kamra ser tkompli bid-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru 2), Abbozz Nru 7.", "Wara r-recess tal-festi ta' l-Għid, il-Kamra tirriżumi d-diskussjoni fuq l-istess Abbozz ta' Liġi, jekk din tkun għadha ma ntemmitx, u wara tgħaddi għad-diskussjoni fl-istadju ta' Kumitat ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs – Abbozz Nru 1 – l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati) – Abbozz Nru 15 – u l-Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali – Abbozz Nru 7.", "Fis-seduta ta' nhar it-Tnejn, 29 ta' Marzu, kellhom jiġu diskussi u deċiżi l-mozzjoni ta' ringrazzjament lil Dr Ugo Mifsud Bonnici President ta' Malta, il-mozzjoni ta' l-Oppożizzjoni dwar ħatra ta' President ta' Malta u l-mozzjoni tal-Gvern dwar ħatra ta' President ta' Malta.", "Il-ħin ta' l-Aġġornament ta' dik is-seduta ma kellux jittieħed.", "Il-Kumitat qabel li jekk ikun hemm bżonn il-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol jitwal ftit iżjed mid-9.00 p.m.", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li ċ-ċerimonja tal-ħatra tal-President kellha ssir nhar il-Ħadd, 4 ta' April, fejn il-Kamra tiltaqa' fis-Sala tal-Gran Kunsill, għall-ħabta tal-11.30 a.m. F'dik is-seduta ma kellu jsir xejn aktar ħlief il-ħatra tal-President u immedjatament wara l-Kamra taġġorna għal nhar it-Tnejn, 26 ta' April 1999.", "Il-minuti tas-seduti tad-29 ta' Marzu u ta' l-4 ta' April jiġu konfermati fis-seduta tas-26 ta' April.", "Il-Kumitat qabel li ċ-ċerimonja tal-ħatra tal-President tiġi trasmessa fuq il-mezzi tax-xandir.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li kien irċieva ittra mingħand iċ-Chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin fejn għarrfitu li l-Kumitat kien qabel li d-diskussjoni fuq ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin fis-17 ta' Frar 1999, kellha ssir fil-Kamra u mhux fil-Kumitat.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li wara l-aħħar laqgħa tal-Kumitat il-High Comissioner Malti f'Canberra, l-Awstralja, kien bagħatlu lista tal-membri tal-Parlament fl-Awstralja li wrew interess li jkunu jifformaw parti mill-Malta-Australia Friendship Group.", "Huwa fakkar lill-Kumitat li kien hemm ukoll korrispondenza pendenti dwar friendship groups minn Franza, il-Ġermanja u r-Russja.", "L-Onor.", "George Vella ġibed l-attenzjoni tal-Kumitat li kien hemm ilmenti minn deputati dwar kif qed jiġu risposti ċerti mistoqsijiet parlamentari.", "L-iSpeaker osserva li aktar ma s-seduta tal-Parlament tibda fil-ħin, aktar ikun hemm ħin għall-mistoqsijiet parlamentari.", "Fis-7.47 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990323_009m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 10", "It-Tnejn, 26 ta' April 1999, fil-5.15 p.m.", "Mr Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 26 ta' April 1999, fil-5.15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "21 ta' April 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990426_010a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 26 ta' April 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fil-5.25 p.m.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra l-Onor.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 9 li saret fit-23 ta' Marzu, 1999, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali nforma lill-Kumitat li dakinhar, it-Tnejn, 26 ta' April, kellha tkompli d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali u malli tintemm id-diskussjoni, il-Kamra tgħaddi għat-tieni item fuq l-aġenda, ċioe', l-istadju ta' kumitat ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati).", "B'riferenza għall-mozzjonijiet imressqa mill-Gvern u mill-Oppożizzjoni dwar l-HSBC, il-Ministru għall-Politika Soċjali ppropona li dawn iż-żewġ mozzjonijiet jitressqu flimkien f'seduta li ssir nhar il-Ħamis, 29 ta' April, bil-vot jittieħed separatament fl-aħħar tad-diskussjoni; il-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni u bil-ftuħ u l-winding up mill-Gvern.", "L-Oppożizzjoni ma qablitx li d-diskussjoni ssir fuq iż-żewġ mozzjonijiet f'daqqa għax qalet li ż-żewġ mozzjonijiet huma totalment differenti.", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali rrefera għall-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - Abbozz Nru 8 - u l-Abbozz ta' Liġi li jkompli jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - Abbozz Nru 14 - li kellhom jgħaddu mill-istadji kollha sal-25 ta' Mejju u t-30 ta' Ġunju, rispettivament.", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali nforma lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li mill-ġimgħa d-dieħla, il-Parlament jibda jiltaqa' filgħodu wkoll u staqsa lill-Oppożizzjoni jekk hemmx ftehim dwar il-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol meta l-Parlament jiltaqa' fid-9.00 a.m. L-Oppożizzjoni talbet lill-Gvern jagħmel il-proposti tiegħu sabiex jitressqu quddiem il-grupp parlamentari Laburista.", "Fuq talba ta' l-Onor George Vella, l-Kumitat qabel li possibbilment il-Kumitat jerġa' jiltaqa' din il-ġimgħa stess.", "Fil-5.54 p.m. il-Kumitat aġġorna.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990426_010m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 8", "It-Tlieta, 27 ta' April 1999 fis-7.00 p.m.", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, tavża li l-Kumitat ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 27 ta' April 1999 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Children at risk - Kontinwazzjoni.", "22 ta' April 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990427_008a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 8", "It-Tlieta, 27 ta' April, 1999", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 8", "It-Tlieta, 27 ta' April, 1999", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.03 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 7 li saret fid-9 ta' Marzu, 1999, ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Nibda billi ninfurmakom bil-korrispondenza li rċevejna minn l-aħħar laqgħa li kellna.", "Irċevejt rapport dwar it-tfal f'riskju mibgħut mis-Sur Stanley Zammit, Educational Psychologist fl-iSchool Psychological Services fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Irċevejna talba biex dan il-kumitat jiltaqa' mas-Social, Health and Family Affairs Committee tal-Kunsill ta' l-Ewropa li se jiltaqa' hawn Malta f'Mejju li ġej.", "Din il-laqgħa ġiet iffissata għal nhar it-Tlieta, 11 ta' Mejju wara nofsinhar, pero' għad irridu niċċekkjaw il-ħin eżatt.", "Kulma hawn imniżżel fil-programm huwa li fit-3.00 p.m. hemm address by the Hon.", "Antoine Mifsud Bonnici followed by an exchange of views u mbagħad il-laqgħa magħna.", "Billi għal ħabta ta' Ġunju ta' din is-sena l-Kunsill ta' l-Ewropa se jorganizza konferenza dwar a children friendly society, u billi bħalissa qegħdin nittrattaw ''it-tfal'', naħseb li tajjeb jekk f'din il-laqgħa li se jkollna nesprimu l-opinjonijiet tagħna dwar din il-materja.", "Irċevejna wkoll memorandum mingħand il-Ministu tas-Saħħa, l-Onor.", "Louis Deguara, fejn infurmana bi proposta li għandu mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, WHO, biex jiġi mniedi studju dwar it-tfal, l-iskola u s-saħħa.", "At this stage qed ninformakom b'din l-ittra, pero' naħseb li l-ġimgħa d-dieħla għandna niddedikaw laqgħa apposta għal dan is-suġġett.", "Nirringrazzja lil kull wieħed u waħda minnkom talli erġajtu attendejtu għal din il-laqgħa.", "Illum il-ħsieb tagħna huwa li nagħlqu d-diskussjoni dwar it-tfal f'riskju.", "Baqgħalna tnejn min-nies biss li għad irridu nisimgħu l-veduti tagħhom fuq dan is-suġġett, ċioe' l-Prison Fellowship - pero' jidher li m'humiex preżenti - u l-Imħallef David Scicluna li għamel żmien twil maġistrat tal-juvenile court.", "Illum huwa Imħallef, pero' l-esperjenza li għandu f'dan il-qasam hija waħda immensa u jien ċerta li dak li għandu x'jgħidilna se jkun ta' interess.", "IMĦALLEF DAVID SCICLUNA: Grazzi, u nirringrazzja lill-kumitat talli għoġbu jistedinni biex nagħmel xi sottomissjonijiet riżultat tal-perijodu li kont nippresjedi l-qorti tal-minorenni.", "Mhux dejjem kien faċli li l-qorti tasal għad-deċiżjonijiet tagħha; l-ewwelnett minħabba ċerti nuqqasijiet f'dawk li huma sistemi jew metodi ta' kif jistgħu jiġu trattati t-tfal u ż-żgħażagħ li jiġu quddiemha u anke minħabba l-komplessita' ta' ċerti każijiet.", "U meta qed ngħid \"komplessita'\", mhux qed ngħid għal dak li jirrigwarda l-każ fih innifsu, għax f'ħafna mill-każijiet kien ikun hemm ammissjoni daparti tat-tfal u żgħażagħ, imma komplessita' prinċipalment tal-problemi psikoloġiċi li kienu jsawru lill-individwi li kienu jidhru quddiem il-qorti.", "Ħafna drabi konna nsibu li l-problemi m'humiex neċessarjament ristretti għat-tfal infushom, imma jitwessgħu iktar fil-familja bejn il-membri tal-familja.", "U għaldaqstant il-qorti dejjem ħasset il-ħtiega li qabel ma tgħaddi għal sentenza, ikun hemm rapport dwar it-tfal li jkunu qed jidhru quddiemha.", "Kien jitħejja rapport minn social worker assenjat għal kull każ, pero' kellna każijiet fejn kien hemm il-ħtieġa li jiġi nominat jew espert psikoloġiku jew espert psikjatriku.", "Matul il-pendenza tal-każijiet, il-psikologu jew il-psikjatra, kien jiltaqa' kemm mat-tfal, kif ukoll mal-familja qabel ma jippreżenta r-rapporti tiegħu.", "Ġieli kien hemm il-bżonn mhux biss ta' rapport wieħed imma ta' aktar rapporti peress li matul dan il-perijodu ta' żmien tkun qed tinbena ċerta relazzjoni bejn l-esperti u t-tfal u l-familja tagħhom.", "Wieħed min-nuqqasijiet li kien hemm, kien post ta' detenzjoni, jew ta' containment, fejn jistgħu jiġu riferuti subien, \"Programm Fejda\" għas-subien li tant smajna biha u li nispera that eventually will take off.", "Jekk m'iniex sejjer żball, il-proposti li ġew sottomessi lil dan il-kumitat huma għal Programm Fejda għas-subien imma mhux through referral from courts.", "Subien li jkollhom xi problemi jiġu referred lil dan il-post, imma mhux referred mill-qrati.", "Allura tibqa' tinħass dik il-ħtieġa li jkun hemm post fejn tfal taħt is-16-il sena li ma jistgħux jiġu kontrollati fil-familja tagħhom u fl-ambjent li qed jgħixu fih, u li għandhom bżonn ta' dixxiplina, edukazzjoni u support, ikunu contained għal perijodu ta' żmien.", "Forsi wieħed jiftakar fis-sistema ta' l-approved schools li kellna qabel.", "M'iniex qed ngħid biex immorru lura għall-approved schools pero' almenu għandu jkun hemm ċentru edukattiv fejn dawn it-tip ta' tfal ikunu jistgħu jiġu referred mill-qrati.", "B'riferenza għal emendi fil-Juvenile Court Act, hemm xi affarijiet li xtaqt nirriferi għalihom.", "L-ewwelnett il-liġi stess tindika li l-qorti tal-minorenni għandha titqies bħala qorti tal-maġistrati u għaldaqstant għandha l-istess funzjonijiet tal-qorti tal-maġistrati bħala qorti tal-ġudikatura kriminali u qorti ta' inkjesta.", "Imkien fil-liġi ma jissemma l-kunċett ta' riabilitazzjoni, il-kunċett ta' riforma, li għalija huwa l-punt kardinali ta' kull qorti ta' minorenni.", "Forsi wieħed għandu jqis jekk għandux jissemma fil-liġi l-kunċett li l-qorti għandha dejjem iżżomm quddiem għajnejha l-prinċipju li għandha tfittex ir-riabilitazzjoni ta' tfal u żgħażagħ li jidhru quddiemha.", "Naturalment mhux it-tfal u ż-żgħażagħ kollha li jidhru quddiem il-qorti tal-minorenni għandhom bżonn ta' input ta' espert.", "Infatti kellna ħafna każijiet fejn ma kien hemm l-ebda bżonn ta' input ta' espert u l-qorti setgħet tittratta mat-tfal mill-ewwel seduta, pero' forsi wieħed jista' jqis dan il-punt.", "Ħaġa oħra li tgħid il-liġi kif inhi bħalissa, hija li quddiem il-qorti tal-minorenni jiġu dawk it-tfal kollha taħt is-16-il sena, iżda jekk dawn it-tfal se jitressqu flimkien ma' oħrajn li diġa' għalqu s-16-il sena, jitressqu fil-qrati ordinarji tal-Belt.", "Forsi wieħed għandu jikkonsidra wkoll jekk wasalx iż-żmien li dawk kollha li huma taħt is-16-il sena, anke jekk ikkommettew reat ma' xi ħadd ikbar minnhom, għandhomx jitressqu kollha kemm huma quddiem il-qorti tal-minorenni u mhux iktar ikun hemm din is-separazzjoni bejniethom.", "Naturalment wieħed jista' jgħid li dan ifisser work load ikbar fuq il-qorti tal-minorenni, pero' jien inħoss li hemm ċerti każijiet li lanqas għandhom għalfejn jitressqu quddiem il-qorti tal-minorenni, speċjalment każijiet kontravenzjonali.", "Fil-fatt jien nemmen ħafna fil-prevenzjoni u f'sistemi ta' diversion, jiġifieri billi tuża sistemi li ma jressqux lit-tfal lejn xi qorti.", "Per eżempju, is-sistema tal-caution li taħt ċerti kondizzjonijiet u naturalment għal ċerti tipi ta' reati - wieħed jista' jibda bil-kontravenzjonijiet - it-tfal, flimkien mal-ġenituri tagħhom, jinġabru quddiem spettur tal-pulizija u t-tfal jingħataw caution - caution biex ma jerġgħux jikkommettu reat ieħor - u jiġu mwissija bi twissija espliċita li jekk jikkommettu reat ieħor se jitressqu l-qorti.", "B'dan il-mod, wieħed jevita proċeduri fil-qorti.", "Naturalment il-pulizija jistgħu dejjem jirriferu każijiet, l-hekk imsejħa police cases, lis-social workers fiċ-Ċentru Ħidma Soċjali sabiex is-social workers jeżaminaw iċ-ċirkostanzi ambjentali, soċjali u familjari ta' dawn it-tfal u jirrakkmandaw lill-pulizija jekk hemmx il-ħtieġa ta' intervent iktar qawwi, iktar b'saħħtu, permezz ta' proċeduri fil-qorti.", "Naħseb li l-qorti tista' titħalla as a last resort f'dawk is-sitwazzjonijiet, b'mod partikolari l-kontravenzjonijiet, fejn ir-reati jkunu minuri.", "Dan iħalli aktar żmien lill-qorti tal-minorenni biex tikkonċentra fuq il-każijiet iktar serji, bħalma huma delitti, jiġifieri każijiet ta' serq, tentattivi ta' omiċidju u Allaħares qatt, pero' ħadd ma jista' jara x'hemm fil-futur, il-possibbilta' ta' omiċidju.", "Jien nemmen li l-kumitat jista' jikkonsidra jagħmilx dawn ir-rakkmandazzjonijiet.", "Ħaġa oħra li nista' nsemmi u li emmint fih, huwa l-programm \"Spark\" li bħalma tiftakru kien ġie mniedi mill-Aġenzija sedqa.", "Għalija il-programm \"Spark\" kien programm tajjeb ħafna u naħseb li programmi ta' dan it-tip huma essenzjali.", "M'iniex neċessarjament qed nitkellem biss dwar tfal li jiġu riferuti mill-qrati, iżda anke dwar tfal li jiġu riferuti mill-iskejjel.", "L-iskejjel kollha għandhom guidance teacher u l-guidance teacher jista' jkollha hands on knowledge ta' tfal li huma beyond control jew li għandhom bżonn ta' ċertu kontroll u allura, flimkien mal-fattur li jista' jitwaqqaf programm bħalma kien \"Spark\", jista' jkun hemm xi uffiċċju ċentrali - bħalissa qed jiġi quddiem moħħi youth delinquency office, jew youth delinquency board - li jeżamina l-każijiet ta' referrals mill-iskejjel.", "Forsi b'konsultazzjoni mal-ġenituri, dawn it-tfal jiġu referred għal xi ċentru ta' dan it-tip, ċentru li m'hemmx għalfejn ikun residenzjali, imma li jkun on a day basis with a day programme.", "B'dan il-mod, wieħed ikun qed jipprevjeni milli jkun hemm każijiet li jkollhom jitressqu l-qorti.", "Dawn huma ftit mill-punti li xtaqt insemmi li forsi jistgħu jiġu kkonsidrati mill-kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Hawn min jixtieq jagħmel xi domanda?", "L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Fil-każ ta' kontravenzjonijiet żgħar, il-qorti dejjem tagħti caution?", "IMĦALLEF DAVID SCICLUNA: Għal dawk li huma methods of disposal, il-qorti hija marbuta ma' dak li tgħid il-liġi.", "Jekk nieħdu tfal ta' bejn id-9 u l-14-il sena, hu x'inhu l-każ, għandek possibbilta' ta' caution - fit-test Ingliż tal-liġi, insibuha \"reprimand and admonition\" - u l-possibbilta' ta' ammenda, multa, ta' bejn it-Lm3 u Lm25.", "Dawn huma ż-żewġ possibbiltajiet imsemmija fil-Kodiċi Kriminali imma mbagħad jibqagħlek il-possibbiltajiet taħt il-Probation of Offenders Act u ċ-Children and Young Persons (Care Orders) Act.", "Dawk huma żewġ liġijiet li jistgħu jintużaw.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: X'tip ta' piena jistgħu jwasslu għaliha dawk iż-żewġ liġijiet?", "IMĦALLEF DAVID SCICLUNA: Fil-Probation of Offenders Act, għandek tliet affarijiet.", "Waħda minnhom hija probation fejn it-tfal jitqiegħdu taħt is-sorveljanza ta' probation officer, u f'dan il-każ tista' tagħmel diversi kondizzjonijiet li għandhom jiġu osservati biex takkwista dak li jkun hemm bżonn, possibbilment ir-riforma kompleta tat-tfal.", "Per eżempju f'ċerti ċirkostanzi, wieħed jista' jinnomina espert bħalma hu l-psikologu, il-psikjatra jew it-tabib biex jassisti l-probation officer u allura jekk inti għandek bniedem bi problemi psikoloġiċi, mhux biss għandek il-probation officer, imma għandek ukoll il-psikologu biex jipprovdi l-expertise tiegħu; l-istess fil-każ ta' psikjatra.", "Hemm imbagħad il-conditional discharge li tfisser li jekk il-qorti ssib l-individwu ħati, tgħidlu biex ma jerġax jikkommetti reat ieħor f'perijodu li ma jissuperax tliet snin.", "Hemm ukoll l-absolute discharge fejn jekk hemm dikjarazzjoni ta' ħtija, il-qorti tieqaf hemm.", "Din is-sistema hija l-inqas waħda użata mill-qrati.", "Il-possibbilta' li għandek taħt iċ-Children and Young Persons (Care Orders) Act hija waħda, li l-qorti toħroġ care order li biha t-tfal jitqiegħdu taħt il-kura tal-ministru responsabbli mis-social welfare, jiġifieri għal perijodu ta' bejn sena u ħames snin - iżda li matul dan il-perijodu l-persuna ma taqbiżx l-eta' ta' 18-il sena - jitqiegħdu jew ġo istitut jew inkella ġo foster family.", "Dawk huma l-possibbiltajiet li jeżistu għat-tfal ta' bejn id-9 u l-14-il sena.", "Ovvjament hemm ukoll dak il-perijodu ta' bejn l-14 u t-18-il sena li allura jinkludi l-perijodu ta' bejn l-14 u s-16-il sena li jiġu quddiem il-qorti tal-minorenni.", "F'dan il-każ tista' tiġi applikata kwalunkwe tip ta' piena imma għandek tnaqqis awtomatiku ta' bejn grad u tnejn.", "Jiġifieri tista' tikkundanna tifel ta' 14-il sena għall-ħabs.", "Tista' tagħtih sentenza ta' priġunerija, pero' bid-differenza li awtomatikament il-piena tonqos.", "Per eżempju, piena ta' sitt snin tista' tinżel tliet snin b'mod awtomatiku, iżda m'hemm xejn xi jwaqqaf il-qorti milli tagħti sentenza ta' priġunerija lil tifel ta' bejn l-14 u s-16-il sena, ħlief il-fattur li l-qrati, naħseb jien b'mod ġeneriku, huma konxji tal-fatt li l-ħabs mhux il-post adattat għal tfal ta' eta' hekk żgħira.", "Mhux għax żgħażagħ ta' 17-il sena għandhom ikunu l-ħabs, imma l-kwestjoni hija li qegħdin nitkellmu fuq ċertu threshold li huwa ta' 16-il sena.", "Imma x'se nagħmlu bi tfal ta' bejn l-14 u s-16-il sena?", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn aktar domandi?", "L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Peress li kulħadd jagħraf l-importanza tal-prevenzjoni u tar-riabilitazzjoni, il-qorti tagħmel monitoring tal-każijiet li tkun tat sentenza fuqhom?", "IMĦALLEF DAVID SCICLUNA: Naturalment nista' nitkellem biss fuq dak li kont nagħmel jien u mit-tagħrif li għandi dwar dak li jsir f'xi qrati.", "Meta akkużat jiġi dikjarat ħati ta' reat u jitqiegħed taħt probation, il-liġi tal-probation stess tobbliga lill-probation officers biex mill-inqas darba kull sitt xhur, jirrapportaw lill-qorti.", "Normalment dawn il-progress reports li jsiru anke b'mod verbali, isiru biex il-qorti ssir taf dwar l-andament tal-probation u ssir taf kif dawn it-tfal - għax qed nitkellmu fuq tfal minkejja li l-probation tista' tintuża għal kulħadd - ikunu sejrin fil-perijodu tal-probation u jekk humiex jobdu u joqogħdu għad-direttivi.", "Naturalment jista' jkollok sitwazzjoni fejn probationer ma jkunx qiegħed isegwi d-direttivi u allura f'dan il-każ, il-probation officer jagħmel denunzja, jiġifieri rapport bil-miktub, lill-qorti fejn jirraporta li l-probationer m'huwiex qed josserva l-kondizzjonijiet.", "Imbagħad il-qorti tibgħat għall-probation officer u għall-probationer u wara li tisma' dak kollu li jkollhom xi jgħidu, tiddeċiedi x'għandha tagħmel.", "Hemm ċerti alternattivi x'tista' tagħmel; jew tħassar il-probation għal kollox u tagħti s-sentenza li setgħet tat l-ewwel darba, jew tbiddel il-kondizzjonijiet tal-probation, jew inkella, jekk in-nuqqas ma jkunx nuqqas kbir, tista' tikkundanna lil dik il-persuna għal ħlas penali ta' mhux iktar minn Lm50 ammenda.", "Dawk huma l-alternattivi.", "Dak huwa t-tip ta' monitoring li jista' jsir, fejn il-probation officer jitkellem mal-ġudikant li jkun ta l-probation.", "Fil-każi fejn ikunu ngħataw sentenza, jew ta' priġunerija, jew ta' multa, jew anke ta' care order, il-qorti ma tagħmel ebda tip ta' monitoring għax m'hemm xejn prospettat fil-liġijiet biex isir xi tip ta' monitoring, imma fil-każ ta' probation, iva.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fil-każ tal-probation, kif taħdem ir-recall system?", "Taħdem b'mod awtomatiku, jew iridu jiġu recalled il-probation officers?", "IMĦALLEF DAVID SCICLUNA: Il-progress reports huma parti mid-dmirijiet tal-probation officers allura suppost li l-probation officers jagħmlu r-rapporti minn jeddhom, pero' jista' jkun hemm ukoll sitwazzjonijiet fejn meta l-ġudikant jagħti probation, fis-sentenza stess jagħti appuntament għal numru ta' xhur wara, biex kemm il-probationer u kemm il-probation officer, jerġgħu jiltaqgħu u jitkellmu fuq il-każ.", "Hemm ukoll numru ta' każijiet fejn il-probation tintuża fil-każ ta' żgħażagħ li jkollhom il-problema ta' l-abbuż tad-droga, allura f'dak il-każ, mhux biss għandek il-probation officer imma għandek ukoll it-team li qed jieħu ħsieb ir-riabilitazzjoni ta' dawk id-drug dependents li jistgħu ikunu residenti f'San Blas, f'Santa Marija jew fir-residential unit ġewwa Għawdex.", "F'każi bħal dawn għandek a double control.", "Forsi kultant kien hemm daqsxejn ta' nuqqas ta' koordinazzjoni bejn il-qorti u l-probation officer u ċ-ċentru tar-riabilitazzjoni.", "Kien hemm każijiet fejn ċentri qalu li ma kenux jafu li l-individwu kien taħt probation.", "Kien hemm ukoll każijiet bil-maqlub, fejn fil-fatt tkun ingħatat conditional discharge, allura m'hemmx probation officer, u ż-żagħżugħ jgħid li ngħata probation u allura ċ-ċentru jilmenta li m'għandhom l-ebda probation order meta fil-fatt l-individwu ma jkunx ingħata probation.", "Hija pjuttost kwestjoni ta' misnomer.", "Hemm differenza kbira bejn \"probation\" u \"conditional discharge\"; f'waħda għandek is-supervision u fl-oħra m'għandekx, l-individwu qiegħed għal rajh.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħalli nagħmillek l-aħħar mistoqsija jekk m'hawn ħadd li jixtieq jagħmel iktar mistoqsijiet.", "F'każ li l-probationer jingħata appuntament għal sitt xhur wara u matul dan il-perijodu l-probation officer jinduna li l-persuna li qiegħda taħt probation qiegħda tfalli fil-proċess, hemm xi mezz kif il-probation officer jista' jirrapporta qabel sitt xhur?", "IMĦALLEF DAVID SCICLUNA: Jista' jagħmel denunzja.", "Jekk irid, il-probation officer jista' jagħmel denunzja mill-għada, hija parti mid-dmirijiet tiegħu li jista' jagħmel dan.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Għandna biżżejjed probation officers, u dawk li għandna, huma trained biżżejjed?", "IMĦALLEF DAVID SCICLUNA: Mil-lat ta' numru, le, m'għandniex biżżejjed pero' mil-lat ta' training, dawn jirċievu t-training tagħhom mill-Universita'.", "Fl-Universita' hemm diploma course in probation studies fejn l-istudenti jieħdu t-tagħlim neċessarju u jekk m'iniex sejjer żball, dawk li qegħdin isegwu dawn il-korsijiet, jekk mhux kollha, numru minnhom, għandhom background ta' social work jew psychology.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Diġa' bdew jiggradwaw studenti li qed isegwu dan il-kors fl-Universita'?", "IMĦALLEF DAVID SCICLUNA: Iva, infatti hawnhekk preżenti hawn probation officers li kienu fl-ewwel grupp li ggradwaw u mingħalija, warajhom diġa' ħarġu tliet gruppi oħra.", "(Interruzzjonijiet).", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Minn mindu bdew jiggradwaw probation officers, kien hemm titjib fil-livell ta' servizz?", "Naturalment aktar ma jkollok probation officers, aktar jista' jitqassam ix-xogħol.", "Per eżempju meta bdejt nipprattika, kien hemm xi ħames probation officers u xi tnejn minnhom kellhom over a hundred cases.", "Wieħed ma jistax jaħdem b'mod intensiv mal-probationers jekk ikollu numru daqstant kbir ta' każijiet.", "Jidhirli li l-limit li qed jipprovaw iżommu huwa ta' not more than 40 cases per probation officer, pero' dan ma jinkludix xogħol ieħor li jagħmel il-probation officer, bħalma huma l-pre-sentence investigation reports li jingħataw lill-qorti qabel ma tgħaddi għas-sentenza.", "Il-qorti tista' titlob lill-probation officer ilesti rapport fuq il-problemi u l-ħajja familjari u soċjali ta' l-individwu u jekk il-probation officer jaħsibx li l-individwu jista' jibbenefika minn probation order għax għalxejn tagħti probation lil bniedem li assolutament ma jridx ibiddel ħajtu, jew li m'huwiex lest li joqgħod għall-kondizzjonijiet li tagħmillu l-qorti.", "Barra minn hekk, taħt il-Kodiċi Kriminali hemm ukoll il-possibbilta' li meta tingħata sentenza sospiża ta' ħabs, issir dik li ngħidulha supervision order u s-supervising officers huma l-probation officers.", "Pero' r-responsabbiltajiet tagħhom bħala supervising officers huma inqas milli bħala probation officers.", "Il-Probation of Offenders Act tistipula d-dmirijiet tal-probation officer waqt li l-Kodiċi Kriminali ma tistipulax dmirijiet għas-supervising officer, iżda tgħid biss li l-ħati huwa obbligat li jirrapporta lis-supervising officer skond id-direttivi li jingħata u jżommu informat dwar ir-residenza tiegħu.", "Jiġifieri teknikament, is-supervising officer jista' jżomm dak il-kuntatt formali, pero' naf li huma jagħmlu minn kollox biex possibbilment jittrattaw il-każijiet daqslikieku l-individwu huwa taħt probation.", "Imma hemm dan in-nuqqas.", "Jekk dawk li qegħdin taħt supervision order jonqsu milli jipprovdu l-indirizz tagħhom, jew jonqsu milli jżommu appuntament, is-supervising officers xorta jistgħu jirrapportaw il-qorti, imma kulma tista' tagħmel il-qorti huwa li timponi multa ta' mhux aktar minn Lm100 ammenda.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-aħħar mistoqsija, l-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Is it a must li jsir a pre-sentence investigation report qabel ma l-qorti tgħaddi għas-sentenza?", "Naħseb li kieku kien ....", "MARIE LOUISE COLEIRO: Fl-opinjoni tiegħi, il-pre-sentence investigation report huwa importanti għaliex il-ġudikant ikun f'qagħda aħjar biex jagħmel evalwazzjoni tal-każ u jara jekk l -individwu ħaqqux probation order.", "Allura ma taħsibx li l-fatt li dan ir-rapport m'huwiex obbligatorju ....?", "IMĦALLEF DAVID SCICLUNA: Meta inti tikkonsidra team daqshekk żgħir ta' probation officers u n-numru enormi ta' każijiet li jkun hemm il-qorti, tara li huwa prattikament, anke fiżikament, impossibbli li jkollok neċessita' obbligatorja ta' pre-sentence investigation report.", "L-optimum huwa li wieħed jersaq għal dak l-istat, iżda fir-realta' huwa impossibbli.", "Pero' f'kull każ ta' tfal u żgħażagħ, għalkemm ma kenx qiegħed isir pre-sentence investigation report as such, kien hemm is-social worker, mhux il-probation officer, li ħejja rapport bil-miktub.", "Allura l-qorti dejjem kellha informazzjoni dwar dawk it-tfal u żgħażagħ li kellha quddiemha.", "F'dawn il-każijiet, dan ix-xogħol seta' jsir għax il-workload kien pjuttost manageable u x-xogħol seta' jiġi distribwit bejn is-social workers li jaħdmu fiċ-Ċentru Ħidma Soċjali, imma jekk se nieħdu l-każijiet quddiem il-qorti l-Belt, fejn in-numru ta' każijiet huwa tant ikbar, hija ħaġa oħra.", "Barra minn hekk, fejn se tieqaf?", "Għal liema każijiet se tieqaf?", "Naturalment fejn jidħlu kontravenzjonijiet m'intix se titlob pre-sentence investigation report, imma fejn jidħlu delitti, f'kull każ se titlob rapport?", "L-optimum huwa dak, pero' wieħed irid iqis il-human resources u ż-żmien li jeħodlok biex tlesti rapport bħal dan, għalkemm ir-rapport jista' jitlesta fi żmien xahar.", "Huwa mod jekk qed nitkellmu fuq żewġ każijiet, jew tliet każijiet fix-xahar, u mod ieħor jekk qed nitkellmu fuq 100 każ fix-xaħar.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Allura s-sistema tal-probation li titħaddem illum, m'hijiex il-mod ta' kif suppost titħaddem mija fil-mija?", "IMĦALLEF DAVID SCICLUNA: Il-pre-sentence investigation report huwa dak ir-rapport li jgħin lill-ġudikant jasal għad-deċiżjoni jekk għandux jagħti probation jew le.", "Il-kuntatt bejn il-probation officer u l-akkużat isir meta l-individwu għadu akkużat.", "Veru, bażikament f'dak l-istadju l-ħtija tkun diġa' ġiet determinata, imma l-ġudikant irid ikun jaf ċertu affarijiet.", "Per eżempju, jekk jagħtih probation, l-individwu se joqgħod għal dawk il-kondizzjonijiet?", "Jekk għandu bżonn programm ta' riabilitazzjoni minħabba l-abbuż tad-droga, dan se jsegwih il-programm?", "Hemm motivazzjoni u support mill-familja tiegħu biex jaraw li dan jagħmel il-programm ta' riabilitazzjoni?", "Ir-rapport jgħin ħafna lill-ġudikant biex jara x'tip ta' sentenza se jagħti.", "Kelli każijiet fejn il-pre-sentence investigation report jgħid li għalxejn tqiegħed lil ċerti individwu taħt probation.", "On the other hand, jista' jkollok każijiet fejn ir-rapport jirrakkmanda l-probation pero' mbagħad issib li la huwa possibbli u lanqas desiderabbli li l-probation tingħata.", "Tista' tkun mhux possibbli li tingħata minħabba li l-liġi stess teskludiha, per eżempju, fil-każ ta' bniedem akkużat bit-traffikar.", "F'każi bħal dawn, inti ma tistax tqiegħdu taħt probation, hija eskluża mil-liġi.", "Jekk se tagħti sentenza ta' priġunerija, ir-rapport jista' jgħin għal dak li jirrigwarda l-metodu ta' trattament meta jkun qiegħed il-ħabs.", "L-istudju li jkun diġa' sar fuq l-individwu jista' jgħin lill-awtoritajiet tal-ħabs biex forsi jissuġġerixxu jew jgħinu lil dak l-individwu jagħmel programm ta' riabilitazzjoni waqt li jkun qiegħed il-ħabs.", "Il-probation officers li hemm, qegħdin iħaddmu l-probation kif suppost għaliex meta qed tingħata probation order, huma qed iwettqu d-dmirijiet tagħhom within the terms of the Probation of Offenders Act.", "Għandhom diversi dmirijiet, fosthom, to befriend, to assist, to advise, u meta l-probationers ma jkollhomx xogħol, huma jipprovaw ukoll jgħinuhom isibu x-xogħol.", "Dan kollu jaqa' fl-ambitu tax-xogħol tal-probation officer u iva, dak ix-xogħol qiegħed isir.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imħallef Scicluna, nixtieq nirringrazzjak ta' l-intervent tiegħek.", "Wara li l-kumitat ilu tliet seduti u parti mil-laqgħa tal-lum jisma' dak li kellhom xi jgħidu dawk kollha li wrew tant interess f'din il-materja, forsi tajjeb nibdew noħorġu dak li rriflettejna aħna wara dak li smajna u nibda billi nagħmel xi erba' punti fil-qosor.", "Nixtieq li bħala focus aħna jkollna t-tfal in their own right.", "Minn hemm irridu nibdew.", "Irridu nħarsu lejn it-tfal mhux bħala future adults jew bħala appendices to adults, imma in their own right as children fil-mument li qed jgħixu t-tfulija tagħhom.", "Jeħtieġ li nagħtu ħarsa lejn servizzi ġodda li għandna bżonn u naraw kemm is-servizzi eżistenti għadhom relevanti għall-ħteġijiet tal-lum.", "Naraw kemm jeħtieġ li iktar ikollna strutturi u servizzi li huma preventivi milli kurattivi għaliex minn dak li ħareġ waqt dawn il-laqgħat, deher ċar daqs il-kristall li s-servizzi li għandna huma aktar kurattivi milli preventivi; l-ewwel inħalluhom jimirdu u mbagħad nagħtuhom il-mediċina biex ifiequ.", "Fl-opinjoni tiegħi ħarġet ċara wkoll il-ħtieġa ta' koordinament bejn is-setturi li jaħdmu f'dan il-qasam, bejn setturi li jaqgħu taħt l-istess ministru, bħal per eżempju, il-ministeru għall-politika soċjali bl-aġenziji kollha li jaqgħu taħtu, kif ukoll bejn ministeri differenti, bħalma huma l-ministeru tas-saħħa u l-ministeru għall-edukazzjoni.", "Dawn kollha għandhom jiġu channelled flimkien.", "Ħarġet ukoll il-ħtieġa ta' aktar riċerka u statistika li jkollha a common base.", "Hawnhekk skoprejt li kulħadd jieħu l-istatistika bil-qies tiegħu u l-ebda settur m'għandu l-istess base-line ta' statistika.", "Dwar id-definizzjoni ta' \"children at risk\", ma nixtieqx li f'dan il-punt noqogħdu nfettqu fuq id-definizzjoni ta' \"children at risk\" u liema għandha tkun id-definizzjoni eżatta, pero' jeħtieġ li dan il-kumitat joħroġ bil- proposta li din id-definizzjoni għandha ssir biex isservi ta' linja ta' gwida għad-diversi aġenziji u dipartimenti li jaħdmu f'dan is-settur.", "Niġi issa għall-istrutturi.", "Forsi dan il-kumitat jagħmel tajjeb jekk jissuġġerixxi li jiġi mwaqqaf a children's office.", "A children's office li mhux biss ultimament joħroġ b'children act li issa ilna ħafna nitkellmu dwarha u naħseb li wasal iż-żmien li din il-liġi tiġi quddiem il-Parlament, imma children's office li jkun an ongoing process.", "Uffiċċju li mhux joffri hu s-servizzi, imma li jevalwa kontinwament is-servizzi li jkunu qegħdin jingħataw u jara kemm fil-fatt dawk is-servizzi jkunu għadhom relevanti għall-ħtiġijiet tal-ġurnata għaliex għandna ħabta li dak li jiġi ntrodott jibqa' jeżisti fil-kotba għal numru ta' snin wara.", "Dak li ġie ntrodott 50 jew 60 sena ilu, għadu jeżisti fil-kotba tagħna llum.", "Jeħtieġ naraw li kulma jsir ikun children friendly.", "Anke meta naslu biex ikollna children act, irridu naraw li din tkun children friendly.", "Illum nużaw ħafna l-kliem \"user friendly\", pero' f'dan il-qasam il-users huma t-tfal u allura l-bżonn li l-affarijiet ikunu children friendly huwa iktar meħtieġ.", "Hemm bżonn inħarsu lejn national procedures.", "Bħalma l-istatistika għandu jkollha a common base-line, għandu jkun hemm national procedures.", "Hawnhekk issemmiet ukoll il-ħtieġa ta' guidelines fejn jidħlu d-djar tat-tfal, u minkejja li aħna nafu kemm hemm min qed jagħmel sagrifiċċji - bl-ebda mod m'aħna qed innaqsu mill-merti tagħhom - jeħtieġ li jkun hemm standards u monitoring ta' dawn l-istandards u meta għal xi raġuni jew oħra t-tfal ma jkunux jistgħu jibqgħu within the family u ma jiġux adopted jew fostered u allura jkollhom jispiċċaw f'residential care, mhux sempliċement nitfugħom hemm u naħsbu fihom meta jkollhom 16-il sena meta jkunu se joħorġu minn hemm.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel huwa dwar il-familja, l-importanza tal-familja.", "Jeħtieġ li aħna nindirizzaw il-bżonnijiet tal-familja.", "Hemm bżonn li ngħinu lill-familja l-ewwel u qabel kollox biex tkun tista' taqdi d-dmirijiet tagħha lejn l-ulied, iżda mbagħad meta l-familja ma tasalx, jeħtieġ li nħarsu lejn alternative families.", "Anke hawnhekk smajna dwar il-ħtieġa ta' alternative families u l-ħtieġa ta' leġislazzjoni fejn jidħol il-fostering u llum smajna ukoll dwar il-ħtieġa ta' leġislazzjoni fejn tidħol il-qorti tal-minorenni - mhux se noqgħod nirrepeti dak li għadu kemm qal l-Imħallef Scicluna.", "Jien nemmen li l-koordinament u l-awareness ta' ħafna nies bħalma huma l-pulizija, l-għalliema u t-tobba li kollha kemm huma jittrattaw ma' tfal, huma neċessarji biex kif diġa' għedt, kemm jista' jkun ma nħallux li l-ewwel it-tfal jimirdu u mbagħad nipprovaw infejquhom għaliex il-ħsara tkun diġa' saret.", "Jien elenkajt ftit mill-punti li tqajmu f'din il-kamra minn dawk li kienu preżenti u issa nħalli f'idejn il-membri tal-kumitat jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom.", "L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Jekk tippermettili, m'iniex se nitkellem b'mod ġenerali imma se nitkellem fuq esperjenza li kelli l-ġimgħa li għaddiet rigward diffikultajiet li qed jiltaqgħu magħhom tobba li jaħdmu in close contact mat-tfal speċjalment fejn jidħol reporting of sexual abuse.", "Milli jidher l-Education Department ħareġ xi ċirkolari fejn bażikament jingħad li r-rapport jista' jsir, iżda t-tobba qed isibu problema għax qed jiġu f'konflitt ma' l-informazzjoni li jieħdu taħt il-professional secrecy.", "Jekk ma jkollhomx il-kunsens tal-ġenturi, dawn ma jistgħux jgħaddu l-informazzjoni lill-aġenziji fl-SWDP biex il-każ ikun jista' jiġi nvestigat.", "Jien qed nitkellem f'isem il-kunsill mediku li talabni nressaq din il-problema quddiem dan il-kumitat.", "Forsi hemm bżonn li wieħed jara wkoll il-leġislazzjoni tal-pajjiż.", "Issemmew żewġ soluzzjonijiet u naħseb li t-tobba li hawn hawnhekk jifhmuni mill-ewwel.", "Waħda mis-soluzzjonijiet li ssemmiet, u se nsemmiha għaliex ġejt mitlub insemmiha, hija biex jekk huwa possibbli, is-sexual abuse cases isiru notifiable, jiġifieri kulma hemm bżonn isir huwa li tinħareġ legal notice.", "Forsi tidher pjuttost sempliċi żżejjed imma naħseb wieħed irid jiddiskutiha.", "Punt ieħor li ssemma kien in-nuqqas ta' police surgeon f'pajjiżna li jkollu, biex ngħid hekk, dawn il-poteri.", "Naħseb tajjeb li nikkonsidraw dawn iż-żewġ aspetti.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: At this stage, m'iniex se nitkellem b'mod ġenerali fuq dan is-suġġett imma se nsemmi aspett partikolari ta' tfal li wkoll jistgħu jkunu f'riskju, aspett li ma ħariġx.", "Tkellimna ħafna dwar tfal li huma f'istituti, imma naħseb irridu nkunu wkoll konxji ta' dawk it-tfal li qed ikunu istituzzjonalizzati flimkien mal-ġenituri tagħhom, f'ħafna każi ma' l-omm tagħhom, u qed nirriferi għal dawk it-tfal li qegħdin ma' ommhom fix-shelters Dar Merħba Bik u Dar Qalb ta' Ġesu u probabbli anke f'xi shelter f'Għawdex, imma m'iniex daqshekk familjari mas-sitwazzjoni f'Għawdex.", "Anke dawn it-tfal jinsabu f'riskju, u qegħdin f'riskju mhux biss għax qegħdin in confined spaces imma għax qed idumu ħafna hemmhekk minħabba d-diffikulta' ta' social housing.", "Il-problema ta' dawn it-tfal hija differenti minn dik ta' tfal li qegħdin f'istituti.", "Il-problema ta' tfal li qegħdin f'shelters ma' ommhom, ma tissolviex bil-fostering jew b'adoption, imma teżisti minħabba nuqqas ta' social housing.", "Imbagħad hemm każijiet oħra ta' ommijiet li jkunu ilhom mifrudin minn uliedhom subien għal numru kbir ta' xhur minħabba li s-subien ta' ċertu eta' ma jistgħux jibqgħu ma' ommhom fix-shelters u allura minkejja l-fatt li jkun ġie stabbilit li l-missier ikun abuser, it-tfal subien xorta waħda jispiċċaw mal-missier.", "Jien naf b'każijiet ta' subien ta' 11-il sena li jċemplu lill-ommhom li tkun tinsab fix-shelter biex jistaqsuha, per eżempju, kif isajru l-brodu.", "Ċertu ommijiet jibqgħu f'shelter mhux għax għandhom bżonn shelter, terapija jew programmi ta' għajnuna, imma għax ikunu qed jistennew li jingħataw social housing.", "Forsi se noħloq mare magnum, pero' naħseb li nkunu qegħdin nagħmlu bħall-ostrich jekk ma nsemmux din il-problema reali.", "Jien inħoss li dan il-kumitat irid jiġbed l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti biex issir xi ħaġa.", "Ilna nitkellmu s-snin fuq din il-problema u issa hemm bżonn illi l-awtoritajiet jagħtu aktar attenzjoni għal din il-problema.", "Per eżempju, minn statistika jidher li s-sena li għaddiet, minn 66 single parents li applikaw għal post, kienu biss sitta li ġew allokati post, u sfortunatament - din hija r-realta' ta' pajjiżna - in-numru ta' single parents qed jiżdied u mhux jonqos.", "Issa dawn huma biss il-każijiet li nafu bihom għax hemm single parents oħra li jkunu qatgħu qalbhom u spiċċaw jgħixu mal-familja tagħhom fi spazji verament żgħar.", "M'għandniex statistika ta' dawn il-każijiet għax ġeneralment, każijiet bħal dawn ikunu moħbija, imma nħoss illi kelli niġbed l-attenzjoni tal-kumitat għal dan il-fatt.", "F'dan ir-rigward mhux liġi hemm bżonn li ssir, imma policies amministrattivi.", "M'hemmx għalfejn inħallu xhur jgħaddu sakemm ngħaddu l-proċedura kollha biex xi darba jkollna children act.", "J'Alla nagħmluha liġi bħal din, imma sadanittant nistgħu nibdew biex nagħmlu affarijiet oħra.", "L-istess ħaġa fir-rigward ta' ċertu proċeduri vis-a-vis l-pulizija u qed nieħu gost illi hawn preżenti l-Assistent Kummissarju.", "Forsi se nuża kelma daqsxejn iebsa, imma xi kultant inħossni disgustata bi stejjer li nisma' ta' kif jiġu trattati nisa abbużati li jagħmlu r-rapport tagħhom għand il-pulizija.", "M'iniex qed ngħid illi l-pulizija jkunu jridu joħolqu dik it-tip ta' sitwazzjoni, imma forsi l-pulizija m'humiex imħarrġin biżżejjed.", "Mhux kulħadd għandu ċertu front desk skills.", "Wara kollox, kull skill has to be developed u żgur illi hemm bżonn li l-pulizija jkollhom aktar taħriġ biex jiffaċċjaw dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet.", "Jekk lit-tfal Maltin u Għawdxin verament se nagħtuhom ċertu drittijiet, żgur li l-pulizija se jidħlu in scena.", "Jekk lit-tfal se nagħmluhom aktar aware li jistgħu jirrapportaw każi ta' abbuż, l-ewwel persuna li t-tfal se jduru lejha, se tkun il-pulizija iżda jekk il-pulizija mhux se jkunu mħarrġin għal dawn it-tip ta' ċirkostanzi, se jkollhom diffikulta'.", "Anke hawn, mhux fuq liġijiet qed nitkellmu imma fuq programmi li jgħinu lill-pulizija jiżviluppaw l-iskills tagħhom f'dan il-qasam.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tajjeb illi tinġibed l-attenzjoni tal-Housing Authority dwar dak li għadek kif għedt.", "Diġa' huma sensittivi ta' din il-problema u dan jidher minn skemi li ħarġu li proprju jirriflettu dan il-ħsieb.", "L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Smajna ripetutament illi s-subien huma pjuttost żvantaġġjati f'dik li hija protective child care u allura bla dubju hemm bżonn li s-sitwazzjoni tiġi rranġata billi wieħed jenfasizza l-importanza ta' l-emergency shelter, kif fil-fatt ġie suġġerit miċ-Child Protective Services Unit tas-Social Welfare Development Programme.", "Naqbel li hawn problema fejn jidħol il-fostering u nħoss li hemm bżonn li wieħed jidħol f'dan l-aspett b'iktar dettall.", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel huwa wieħed illi forsi ftit nies tawh ħsieb, pero' ħassejt illi huwa d-dover tiegħi li nagħmel lill-kumitat konxju minnu.", "Forsi fl-oqsma pubbliċi, legali u soċjali, wieħed ma tantx jiltaqa' ma' din il-problema, pero' fl-oqsma mediċi din il-problema diġa' qed tinħass u jista' jagħti l-każ li tiggrava aktar 'il quddiem.", "Fl-aħħar laqgħa kont għamilt xi mistoqsijiet fuq it-tfal lil Dr. Farrugia u milli jidher il-liġi tagħna ma tispeċifikax meta t-tarbija fil-ġuf ta' l-omm hija kkonsidrata persuna.", "Milli jidher hemm il-konċett - ikkoreġuni jekk żbaljat - tal-liġi Rumana li din għandha tibqa' open ended, ikun aħjar jekk ma tiġix speċifikata.", "Pero' fiċ-ċirkostanzi xjentifiċi li qegħdin jiżviluppaw b'mod imgħaġġel, naħseb li hija pożizzjoni perikoluża illi m'hemmx żmien speċifiku meta qiegħda tiġi protetta t-tarbija f'ġuf l-omm.", "Naħseb li l-Gvern u l-pajjiż għandu jieħu f'idejh l-inkarigu li din tiġi speċifikata.", "Fil-professjoni tagħna niltaqgħu ma' każijiet ta' abbuż.", "M'iniex beħsiebni nidħol f'dettalji, pero' taħwid isir u li jinkwetani hu l-iżvilupp mediku barra minn Malta, speċjalment fl-Amerika, fl-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi ex-kommunisti, fejn ix-xjenza tal-bijoteknoloġija avvanzat b'mod imgħaġġel ħafna u llum jeżistu ċertu problemi ta' pre-natal diagnosis u problemi ta' esperimenti fuq il-fetu uman.", "F'ħafna pajjiżi, iż-żmien meta l-fetu uman jibda jiġi kkonsidrat persuna, huwa speċifikat fil-liġi.", "Per eżempju fl-Ingilterra teżisti liġi dwar dan u l-Kunsill ta' l-Ewropa għadda konvenzjoni mibnija fuq il-European Convention of Human Rights li hija l-Oviedo Convention on Human Rights and Biomedicine - il-konvenzjoni għandha isem twil imma fil-qasir hekk insibuha - fejn ħafna minn dawn id-definizzjonijiet ġew stabbiliti, għalkemm meta l-fetu uman isir persuna m'huwiex stabbilit f'din il-konvenzjoni peress li f'ħafna pajjiżi jeżistu problemi ta' reliġjon u problemi etiċi.", "Fl-opinjoni tiegħi, għandu jiġi stabbilit the moment of conception u jekk fil-liġi għandna din il-lakuna, the quicker we fill the vacuum u nistabbilixxu l-mument meta l-fetu huwa kkonsidrat persuna, iktar aħjar għaliex il-problemi huma enormi.", "Il-liġi għandha tendenza li tkun reattiva, pero' f'dan il-każ, aktar ma nkunu proattivi, aktar aħjar.", "U jiena għalhekk qed nissuġġerixxi illi jekk hemm bżonn, tiġi emendata l-liġi billi jiġi speċifikat il-mument tal-konċezzjoni.", "Allura mill-mument tal-konċezzjoni nkunu qegħdin nittrattaw ma' persuna.", "Barra minn hekk, bl-iżviluppi mediċi, it-terminu tan-normal early labour qiegħed dejjem jonqos.", "Illum il-ġurnata qiegħed xi 27 ġimgħa pero' minn hawn u għaxar snin oħra, jista' jiġi 24 ġimgħa jew anke 20 ġimgħa.", "Iktar ma jgħaddi ż-żmien u aktar ma x-xjenza tavvanza, aktar qed jikber iċ-ċans li f'każ ta' very early labour, it-tarbija tiġi salvata.", "Mela jekk aħna fil-liġi tagħna ma nispeċifikawx meta l-fetu huwa kkonsidrat tarbija, inkunu qed nilagħbu man-nar u fl-opinjoni tiegħi, we are already extremely late.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma kienx il-ħsieb tiegħi li nitkellem fuq dan is-suġġett, imma ladarba tqajjem minn sieħbi, Dr. Michael Asciak, inħoss illi għandi nitkellem.", "Jekk immorru għat-teoriji li konna nitgħallmu fil-filosofija meta konna l-Universita', nibdew nirrealizzaw id-differenza bejn kreatura umana u persuna - il-kreatura umana li tiġi mill-conception stess fejn għandek fetu li se jwassal għal kreatura umana u persuna li tiżviluppa wara t-twelid.", "Irridu noqogħdu daqsxejn attenti fit-terminoloġiji li nużaw.", "Filwaqt li t-tnejn li aħna naqsmu l-istess opinjoni - anke l-politika uffiċjali taż-żewġ partiti hija kontra l-abort - naħseb li tajjeb noqogħdu attenti għad-definizzjonijiet li nagħmlu għax jista' jagħti l-każ illi jekk immorru fuq definizzjoni ta' persuna, anke fil-każ ta' fetu, se noħolqu problemi legali kbar.", "Ma naħsibx li għandna nidħlu f'dawn il-problemi legali.", "Għandna nikkonsidrawhom, iżda fl-istess waqt irridu noqogħdu attenti mid-definizzjonijiet illi nagħmlu meta nsemmu \"persuna\" u \"kreatura\".", "Naħseb illi punt li ta' min wieħed jitkellem fuqu, huwa l-koordinament bejn is-servizzi kollha li qegħdin noffru b'mod ġenerali.", "F'diversi oqsma, mhux fil-qasam tat-tfal biss, noffru ħafna servizzi u għandna ħafna faċilitajiet u istituzzjonijiet, imma kemm fil-fatt hawn min hu konxju mill-faċilitajiet li jeżistu?", "It-tobba li jiltaqgħu ma' diversi tipi ta' problemi, kollha jafu bil-faċilitajiet illi għandna fil-pajjiż?", "Naħseb li kieku kellna nagħmlu survey fost it-tobba, inkunu daqsxejn diżappuntati bir-riżultat.", "Anke kieku kellna nagħmlu survey fost it-teachers, insibu li mhux kulħadd huwa konxju mid-diversi servizzi li jeżistu f'pajjiżna.", "Forsi nafu b'ċertu faċilitajiet, imma naħseb li jekk jiġi xi ħadd ikellimna u jistaqsina dwar servizzi għal diffikultajiet speċifiċi, ilsienna jibda jeħel.", "Ma nafux daqshekk dwar is-servizzi kollha li wieħed jista' jkollu aċċess għalihom meta jkun għaddej minn xi problema jew inkun jinsab f'riskju.", "Bħal f'kull settur ieħor, naħseb illi wasal iż-żmien illi jkollna iktar koordinament bejn is-setturi kollha biex ma jkollniex duplikazzjoni ta' servizzi.", "Pajjiżna huwa żgħir u r-riżorsi umani tagħna huma limitati u allura l-aktar ħaġa li rridu nevitaw hija l-ħela ta' riżorsi.", "Mhux qed ngħid biss għas-setturi governattivi jew tal-knisja, imma anke għal għaqdiet mhux governattivi.", "Ħafna drabi jaqbdek id-daħk meta tara li f'pajjiżna hemm xi erba' NGOs li jipprovdu l-istess servizz.", "Hemm bżonn li jkun hemm iktar konċentrazzjoni fuq il-problema milli fuq pika u qsim tas-servizz li jkun qed jingħata.", "Naħseb illi jekk inħarsu lejn din id-direzzjoni, inkunu qegħdin nagħmlu l-ewwel pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Naturalment pajjiżna għandu bżonn ukoll ta' żviluppi legali pero' tajjeb ikun hawn iktar diskussjoni - forsi ma tantx dħalna fid-dettall fuq dan l-aspett - dwar ombudsman għat-tfal.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma nafx kontx hawnhekk, iżda jien semmejt iċ-children's office.", "MICHAEL FARRUGIA: Fl-Isvezja jeżisti ombudsman waqt li fl-Ingilterra jeżisti children's office u allura wieħed irid jara l-aħjar sistema li għandha tiġi adottata għal pajjiżna.", "Kemm il-Ġnus Magħquda, fejn jidħol il-UNICEF, u kemm il-Kunsill ta' l-Ewropa, diġa' għamlu kwantita' kbira ta' xogħol fuq is-settur ta' tfal u allura għandna nirriferu għal dawn l-istudji li diġa' saru.", "Per eżempju, ma tantx dħalna fuq xhieda li tingħata mit-tfal fil-każ ta' ġenituri li jkunu għaddejjin minn ċertu problemi u kemm għandhom ikunu protetti t-tfal u x'għajnuniet għandhom jingħataw, anke minn naħa ta' l-Istat, ħalli ma tiżdiedx it-trawma li jkunu għaddejjin minnha minħabba li ħafna drabi jiġu sfurzati jagħtu x-xhieda tagħhom.", "Biżżejjed ikunu diġa' ilhom għaddejjin minn trawma.", "Jiena naħseb illi l-Kunsill ta' l-Ewropa ħadem ħafna fuq dan il-punt fejn tfal jiġu użati f'każijiet ta' swat minn wieħed mill-ġenituri fuq l-ieħor.", "Naħseb li jekk naraw x'inhu jiġi ssuġġerit minn dawn l-għaqdiet internazzjonali, u naraw x'inhi l-prattika normali f'pajjiżna, x'għandna available, x'għandna nieqes u fejn nistgħu mmorru, nistgħu nagħmlu pass 'il quddiem fejn tidħol il-protezzjoni, mhux biss ta' tfal li qegħdin f'riskju, imma tat-tfal kollha in ġenerali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Huwa importanti li mhux biss f'dan il-qasam li jirrigwarda t-tfal f'riskju imma f'diversi sferi oħra, nipprovaw kemm jista' jkun niżviluppaw soċjeta' iktar proattiva milli preventiva u mid-diversi aspetti li ddiskutejna, ħareġ ċar il-bżonn li nkunu aktar proattivi.", "Ma nistgħux nibqgħu nistennew illi l-ewwel irridu niltaqgħu ma' ċerti problemi qabel nieħdu azzjoni.", "Hemm bżonn li nibdew nilqgħu għall-problemi minn qabel.", "Forsi tajjeb li wieħed jenfasizza wkoll l-aspett ta' investiment soċjali f'pajjiżna għax jekk il-ġenerazzjoni żagħżugħa ta' pajjiżna tkun waħda b'saħħitha, iktar intelliġenti u iktar edukata, fl-aħħar mill-aħħar se jkollok inqas dipendenza fuq is-servizzi soċjali li joffri l-pajjiż u allura awtomatikament ikollok inqas bżonn tar-riżorsi li kif nafu huma diġa' limitati.", "Qiegħed ngħid dan fil-qafas ta' problemi oħra illi qiegħda tiffaċċja s-soċjeta' tagħna.", "Per eżempju jekk m'iniex sejjer żball, fil-preżent għandna madwar 1,200 anzjan li qegħdin jistennew biex jidħlu fid-djar ta' l-anzjani, inkluż fir-residenza ta' San Vinċenz de Paule.", "Għandna wkoll madwar 2,000 applikazzjoni fis-sena għal separazzjoni.", "Dawn huma kollha problemi soċjali li jekk m'aħniex se ninvestu b'mod soċjali fiż-żgħażagħ tagħna, se jkomplu jikbru.", "Il-punt li semmejt inti, Sinjura President, dwar children's office huwa importanti u tajjeb nissapportjawh għaliex jista' jintuża biex jevalwa iktar mill-qrib il-problemi li jeżistu u jikkoordina d-diversi servizzi li għandna f'pajjiżna ħalli ma jkunx hemm duplikazzjoni ta' servizzi u ħela ta' riżorsi.", "Naħseb illi l-punti kollha li tqajmu huma importanti u li wieħed irid jaħseb fuqhom u l-eżerċizzju li qed nagħmlu f'dan il-kumitat għandu jikkontribwixxi ferm biex nimxu fuq dawn il-linji.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Onor. Chircop.", "Inti semmejt iċ-ċifra ta' 2,000 applikazzjoni għal separazzjoni fis-sena.", "Ma rridx immerik imma qed naqra mir-rapport intitolat \"Il-Qorti tal-Familja\" li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra llum, u fih hawn imniżżel illi n-numru ta' kawżi ta' separazzjoni li qed jiġu ntrodotti, hu ta' madwar 130 fis-sena.", "Hemm differenza kbira bejn 130 u 2,000.", "Kemm jista' jkun, wieħed irid joqgħod attent qabel ma jsemmi ċ-ċifri.", "(Interruzzjonijiet) Ma nixtieqx li nidħlu f'polemika, imma dawn huma ċ-ċifri.", "L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jiena naqbel mal-mod kif is-Social Welfare Development Programme tikklassifika cases of children at risk għax minn dak kollu li smajna tul dawn il-laqgħat, jidher li b'xi mod jew ieħor kull każ jiċċentra f'wieħed mill-kategoriji li huma familiy, education, health, mental health, disability u criminal justice system.", "Pero' ovvjament hemm bżonn illi wieħed jidħol ukoll f'kategoriji oħra, fosthom, per eżempju, l-eta', għax jekk qed nitkellmu fuq tfal taħt it-18-il sena, inkunu qed nitkellmu fuq madwar 100,000 tifel u tifla, filwaqt li jekk qed nitkellmu fuq age group differenti, in-numru se jkun ukoll differenti.", "Importanti li wieħed jidħol f'dawn id-definition of terms.", "Jiena naħseb illi din nistgħu niddiskutuha iktar fil-fond.", "Aħna se mmorru għal fostering illi jkun made legal, fis-sens li jaqleb għal adozzjoni, anke mingħajr il-permess tal-ġenituri naturali tat-tfal?", "Dan huwa punt li rridu nindirizzaw.", "In-numru ta' adozzjoni minn pajjiżna huwa pjuttost żgħir, per eżempju mill-istatistika li ngħatajna, insibu illi mill-1987 'il hawn, kien hawn 142 adozzjoni minn Malta, waqt li mir-Rumanija, in-numru ta' adozzjonijiet kien ta' 293, kważi d-doppju ta' l-adozzjonijiet li kellna minn Malta.", "Pero' tajjeb jingħad ukoll li r-Rumanija kien l-uniku pajjiż minn fejn kellna numru daqstant konsiderevoli ta' adozzjonijiet, apparti mir-Renju Unit minn fejn kellna 41 adozzjoni.", "X'inhi r-raġuni li n-numru ta' adozzjonijiet minn pajjiżna huwa daqshekk żgħir?", "Kif anke wieħed seta' jaqra fil-ħarġa ta' \"Il-Ġens\" ta' nhar il-Ġimgħa, naħseb li r-raġuni hi li meta l-ġenituri naturali jaraw lit-tfal tagħhom sejrin tajjeb f'foster family u forsi anke jaslu biex jiġu adottati minn dik il-foster family, jibżgħu u ma jħallux li dan il-pass iseħħ.", "Jista' jkun li l-ġenituri naturali dejjem jittamaw illi s-sitwazzjoni fil-familja tagħhom xi darba tirranġa.", "Jiena naħseb illi hemm bżonn nidħlu aktar fil-fond tal-punti li qed jitqajmu.", "Tista' ssir adozzjoni mingħajr il-kunsens tal-ġenituri naturali tat-tfal?", "Il-proposti tas-CPSU jirriferu għall-fatt illi \"police investigation proceedings can only be initiated with parental consent\".", "Fiċ-children act li wieħed irid jipproponi, din għandha tinbidel?", "Jiena nemmen li iva, imma naħseb tajjeb li wieħed jiddiskutiha aktar.", "Kienet interessanti l-proposta ta' l-Imħallef Scicluna meta qal li t-tfal jingħataw l-option li jitressqu quddiem police inspector biex jingħataw caution minflok ma jitressqu l-qorti.", "M'għandix dubju li din hija proposta f'din id-direzzjoni.", "Jiena nemmen illi fejn jidħlu konċetti legali, għad irridu nirfinaw ftit iktar qabel ma naslu għall-proposti tagħna.", "Għal dak li jirrigwarda proċeduri, jiena nemmen illi l-proposta msejħa \"funnel model\" li ġiet sottomessa lilna minn Frank Mifsud fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, hija tajba ħafna.", "Bażikament, f'dan il-mudell għandek referrals from all sources li jgħaddu għal case allocation and coordination u mbagħad għal interventions by service delivery agencies.", "Jien m'għandix dubju li dan għandu jgħin sabiex, kif għedt int, Sinjura President, ikollna inqas duplikazzjoni ta' xogħol u sabiex ikollna statistika li hija iktar konformi mad-diversi għaqdiet li qegħdin jaħdmu f'dan il-kamp.", "Meta kellna l-ewwel laqgħa dwar dan is-suġġett, jien kont sorpriż li l-SWDP, anke minħabba nuqqas ta' riżorsi, ma segwitx il-każijiet ta' regular school absenteeism.", "U għalhekk jiena ħadt pjaċir illi meta kklassifikat it-tip ta' children at risk, daħħlet id-diversi tipi ta' children at risk b'riferenza għas-settur ta' l-edukazzjoni.", "Matul dawn il-laqgħat smajna ħafna ilmenti dwar nuqqas ta' riżorsi.", "Per eżempju, Fr. Zammit McKeon stqarr illi filwaqt li hemm madwar 282 tfal fi djar tal-Knisja, hemm nuqqas ta' social workers.", "Huwa importanti ħafna li din il-problema tiġi ndirizzata.", "Rajna li quddiem l-SWDP jiġi kważi każ kuljum ta' child abuse li huma ristretti għal tliet tipi ta' abbużi.", "Rajna li 73% tal-każi li kellha l-SWDP f'din l-aħħar sena, kienu każi ta' physical abuse, serious neglect u sexual abuse.", "Jiena naħseb li bi 28 każ fix-xahar, l-SWDP diġa' hija mpenjata biżżejjed, pero' fl-opinjoni tiegħi, b'aktar human resources, l-SWDP flimkien ma' għaqdiet oħra, trid bilfors tikkonċentra fuq tipi oħra ta' children at risk sabiex b'hekk l-enfasi ikun aktar fuq prevenzjoni.", "Jiena nemmen illi hemm ħafna opportunitajiet ta' prevenzjoni li s'issa f'pajjiżna għadhom m'humiex daqstant mistħarrġa u forsi wieħed jista' jirreferi għal fuq l-internet biex jara ċertu affarijiet.", "Qabel nagħlaq nixtieq insemmi l-victim support unit fil-Korp tal-Pulizija.", "Fl-aħħar laqgħa smajna lill-Ispettur Kevin Ellul Bonici jilmenta dwar il-fatt li din il-unit hija fil-vice squad tal-pulizija u li kulma fiha huma biss spettur, żewġ surġenti u żewġ kuntistabbli.", "Jiena nemmen li hemm bżonn ta' aktar human resources f'din il-unit daqstant importanti.", "Għal dak li jirrigwarda mental health fit-tfal, naħseb illi l-istress li jiġi bl-eżamijiet huwa kriterju importanti ħafna.", "Fil-fatt jekk wieħed jara r-rapport ta' l-SWDP jara illi madwar 500 telefonata li saru lis-Supportline 179 kienu marbuta ma' l-istress ta' l-eżamijiet, waqt li 35 telefonata biss kienu marbuta ma' każi ta' bullying.", "Din l-istatistika turi biċ-ċar li l-problema ta' l-eżamijiet hija konsiderevoli.", "Matul dawn il-laqgħat smajna lil Dr. Saliba, Kap tad-Dipartiment tal-Psikjatrija fl-Isptar Monte Carmeli, jgħid li jkollhom madwar 200 każ ta' tfal out-patient fis-sena u għalija dan in-numru huwa numru qawwi.", "Jiena nemmen illi s-CDAU - sfortunatament għal xi raġuni jew oħra min imexxi s-CDAU ma ndirizzax dan il-kumitat - jista' jgħin sabiex in-numru ta' tfal li qegħdin jersqu b'dawn it-tipi ta' problemi mentali jonqos.", "Veru li hemm problemi li huma endogenous u allura ma tantx hemm x'wieħed jista' jagħmel dwarhom, pero' hemm problemi oħra, per eżempju reactive depression li hija reazzjoni għal xi ħaġa li wieħed ikun ġarrab f'ħajtu, li jistgħu jiġu megħjuna u jien naħseb li s-CDAU jista' jgħin ħafna biex inaqqas dawn it-tipi ta' problemi.", "Fl-opinjoni tiegħi naħseb li għal dak li jirrigwarda klassifikazzjoni ta' tipi differenti ta' abbuż u għal dak li jirrigwarda proċeduri, diġa' għandna framework li hu kważi lest, pero' għad hemm aktar x'wieħed irid jagħmel mill-aspett legali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Onor. Jean Pierre Farrugia.", "Nixtieq nagħti ċans lil kull wieħed u waħda minnkom terġgħu tagħmlu intervent qasir, pero' nixtieq li dan l-intervent ma jeħux iktar minn ħames minuti.", "L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Ma nixtieqx nirripeti dak li diġa' ntqal, pero' naħseb illi d-definizzjoni hija importanti ħafna.", "Anke jien, xi kultant meta nisma' l-kelma \"abuse\", mill-ewwel nifhem \"sexual abuse\" aktar milli xi abbuż ieħor, allura huwa importanti li l-kategoriji jiġu identifikati b'mod ċar.", "Smajna ħafna dwar in-nuqqas ta' human resources u nemmen li dan huwa minnu, pero' fl-istess waqt naqbel ma' Dr. Farrugia meta qal illi jekk tistaqsi lit-tobba jew lit-teachers dwar il-ħafna units li jeżistu .… Il-frammentazzjoni ta' servizzi hija tant kbira u tant hemm firxa ta' ismijiet - CPSU, SWDP, CDAU, eċċ - illi naħseb suġġeriment prattiku huwa illi darba fis-sena, jew kull tant żmien, dawn l-aġenziji diversi jiltaqgħu f'xi konferenza nazzjonali biex almenu jkunu jsiru jafu lil xulxin.", "Jista' jinħareġ ukoll booklet li jelenka s-servizzi kollha li jeżistu.", "Uħud minna li naħdmu direttament f'dan ix-xogħol lanqas biss nafu bis-servizzi kollha li jeżistu, aħseb u ara kemm jafu bihom il-ġenituri.", "Għar-rigward ta' prevenzjoni, jekk mhux se nagħmlu biss lip service, irridu naraw li ċ-children's office jidħol għal programmi li huma verament preventivi, u jara hu għal xiex irid ifittex biex jilqa' u biex verament it-tfal f'riskju jkunu identifikati qabel ma jkun tard wisq.", "Smajna li ħafna drabi meta jiġu identifikati jkun tard wisq.", "Jiġu identifikati meta jaslu viċin l-għatba tal-qorti jew viċin l-għatba ta' ċertu servizzi li pjuttost għandhom stigma, ħa nsemmi l-istigma; biex ma ngħidx li fil-verita' huma aktar punittivi milli riabilitattivi jew preventivi.", "Meta qed nitkellmu fuq prevenzjoni, ifisser li rridu mmorru għal każijiet illi jkunu għadhom ma resqux għal xi servizz.", "Jien nemmen illi l-istruttura ta' l-edukazzjoni, għaliex it-tfal kollha suppost jattendu l-iskola … L-assenteiżmu jfisser ħafna u allura wieħed irid jara r-raġunijiet diversi ta' assenteiżmu.", "Bħalma diġa' ntqal, il-koordinament huwa importanti ħafna u dan mhux biss fil-qasam tat-tfal.", "Irridu nitkellmu wkoll fuq il-familja għax il-problema tinvolvi mhux biss it-tfal iżda l-ġenituri u s-sitwazzjoni tal-familja in ġenerali.", "Ilkoll nafu kemm is-soċjeta' tagħna tiftaħar illi t-tfal tagħtihom il-protezzjoni u għandhom post għoli ħafna fis-soċjeta' tagħna, pero' rridu nammettu li s-soċjeta' tal-lum mhux qed issib ħin għat-tfal.", "Din hija waħda mill-problemi li wkoll b'xi mod trid tiġi ndirizzata miċ-children's office.", "L-edukazzjoni trid tingħata wkoll lill-koppji żgħażagħ li għada pitgħada se jkollhom it-tfal tagħhom.", "Servizz ieħor li jingħata f'pajjiżna huwa dak ta' help line, iżda ma jidhirlix li jingħata 24 siegħa, u allura forsi ta' min wieħed jikkonsidra jekk dan is-servizz għandux jiġi estiż, jekk mhux għal 24 siegħa, għal sigħat itwal.", "Niġi issa għall-kunċett ta' one stop shop.", "Ma rridx insemmi dan il-kunċett f'sens kummerċjali, pero' ċertament għandu jeżisti xi forma ta' uffiċċju minn fejn wieħed ikun jista' jikseb informazzjoni u għajnuna sabiex il-problema tat-tfal ma tiġix trattata b'mod piecemeal, fejn każ jiġi riferut minn sezzjoni għall-oħra.", "Iċ-children's office jista' jaħdem ħafna mil-lat ta' koordinament.", "Ir-riżorsi jridu jkunu pooled għax sfortunatament jidher li hemm ċertu duplikazzjoni ta' servizzi u għad hemm x'wieħed jista' jirranġa biex isir użu aħjar tar-riżorsi li għandna.", "Smajna ħafna dwar il-ħtieġa ta' taħriġ u naħseb li dejjem hemm lok ta' titjib f'dak li huwa taħriġ.", "Kif diġa' ssemma, il-Kunsill ta' l-Ewropa għamel ħafna xogħol fuq dan il-qasam u allura m'hemmx għalfejn speċi nivvintaw ir-rota, iżda nistgħu nimxu fuq dak li diġa' sar.", "Illum jeżistu ħafna sorsi minn fejn wieħed jista' jikseb l-informazzjoni, fosthom l-internet, u tajjeb li wieħed jirreferi għal dawn is-sorsi diversi.", "Naħseb li fuq livell nazzjonali, jista' jkun hemm management aħjar tar-riżorsi li għandna biex nindirizzaw il-problemi, per eżempju, dawk ta' natura psikoloġika li żgur 'il quddiem se jiżdiedu.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Xtaqt nagħmel ftit rimarki mil-lat ta' metodu.", "Sinjura President, fil-bidu tal-laqgħat inti għedt li l-ħsieb wara dawn il-laqgħat kien biex wieħed jara x'servizzi għandna u x'servizzi ġodda hemm bżonn li jkollna.", "Fil-fatt għamilna tliet laqgħat taking stock ta' dak li għandna u mid-diversi interventi li saru, ħareġ ċar il-bżonn ta' azzjoni, azzjoni, kif għedt fil-bidu, mhux biss marbuta ma' liġi imma marbuta wkoll ma' ftit iktar impenn u ma' tibdil f'policies amministrattivi.", "Jiena nħoss illi hemm ħafna duplikazzjoni ta' xogħol.", "Hemm ċertu areas f'dipartimenti fejn kulħadd qisu għandu s-set-up tiegħu iżda mbagħad issib irqajja' f'dawn is-set-ups differenti that overlap.", "Jien inħoss li m'hemmx koordinament biżżejjed, u bir-rispett kollu lejn sieħbi l-Onor.", "Frans Agius, ma naqbilx li għandha tkun an annual national conference li tlaqqa' flimkien id-diversi NGOs u aġenziji li għandna fis-settur governattiv u privat.", "L-aġenziji li għandna, flimkien ma' l-NGOs u l-għaqdiet tal-Knisja, qed jagħtu kontribut kbir f'dan il-qasam, pero' hemm bżonn li tinħoloq xi tip ta' struttura - issa jkunx children's office jew xi strtuttura oħra m'hijiex daqstant importanti - biex il-koordinament isir il-mod naturali ta' kif naħdmu, il-koordinazzjoni tkun xi ħaġa ta' kuljum.", "Il-koordinament jaqta' ċertu overlap u jiżviluppa aktar is-sens ta' kooperazzjoni bejn id-diversi units li għandna.", "Jien inħoss li hemm bżonn ta' aktar involviment minn ċertu entitajiet u persuni bħal, per eżempju, it-tabib tal-familja.", "Fl-Ingilterra, it-tabib tal-familja jgħin ħafna f'dan il-qasam u anke hawn Malta t-tabib tal-familja jista' jkollu rwol importanti ħafna fejn jidħlu sistemi u programmi ta' prevenzjoni.", "Naħseb li l-istrutturi tal-Knisja jistgħu jiġu integrati f'dawn il-programmi fuq livell ta' komunita' u anke l-kunsilli lokali jistgħu jiġu integrati fi programmi ta' awareness u ta' tagħlim, per eżempju, ta' parental skills.", "Sfortunatament ma tistax tgħid b'mod ġenerali li l-poplu Malti u Għawdxi huwa konxju biżżejjed ta' ċertu tipi ta' abbuż u allura hemm bżonn ta' programmi ta' awareness.", "Jien naħseb li f'dan il-qasam hemm bżonn li l-media tagħti s-sehem tagħha.", "Forsi se nkun ftit goffa, pero' inħoss li l-media tinqeda ħafna mir-riklami għaliex ir-riklami għandhom effett fuq il-konsumaturi u allura b'xi mod, hemm ċirku li qed isostnuh.", "Naħseb li l-media trid tagħti ftit lura, per eżempju, billi tħalli spazju għal programmi edukattivi, liema spazju jkun bla ħlas.", "Fl-aħħarnett nixtieq insemmi wkoll il-bżonn ta' definizzjoni ċara, nazzjonali u uniformi minħabba l-anomaliji li jeżistu f'pajjiżna.", "Niftakar li Dr. Farrugia semmiet dan il-punt f'laqgħa preċedenti li kellna u jekk m'iniex sejra żball, qalet li persuni taħt it-18-il sena insejħulhom minuri, imbagħad f'dan il-pajjiż, tarbija li għadha ma twelditx, m'għandhiex protezzjoni.", "Iċ-Children and Young Persons (Care Orders) Act tapplika għal persuni taħt is-16-il sena iżda fl-istess waqt, tifel ta' 14-il sena tista' tieħdu l-qorti.", "Hemm bżonn li dawn l-anomaliji jiġu eliminati.", "L-istess għad-definizzjoni ta' x'jikkostitwixxi \"riskju\".", "Ma nistgħux nippretendu li nistgħu nagħmlu ċertu affarijiet jekk ma nkunux attrezzati u żgur li l-akbar bżonn huwa r-riżors uman.", "Smajna lil min jaħdem fis-social work jgħid li m'hemmx social workers biżżejjed, kif smajna wkoll lil min jaħdem fil-qasam tal-probation jgħid li m'hemmx probation officers biżżejjed.", "U minn hawnhekk nixtieq nistaqsi x'inhi s-sitwazzjoni għar-rigward ta' guidance teachers.", "(Interruzzjonijiet) Żgur li guidance teacher waħda fi skola m'hijiex biżżejjed.", "(Interruzzjonijiet)", "MARIE LOUISE COLEIRO: Ħaġa li żgur qed naqblu fuqha hija l-importanza tal-prevenzjoni u rridu naħsbu fuq programmi ta' prevenzjoni minn kmieni ħafna.", "Ma nistgħux inħallu sakemm it-tfal jaslu fil-livell sekondarju, iżda rridu nindirizzawhom minn meta jkunu fil-livell primarju.", "Anke l-fatt li hemm guidance teacher għal kull 200 student, inħoss .… Jekk aħna rridu nkunu proattivi billi nipprovaw noħolqu soċjeta' preventiva u ma nibqgħux inkunu soċjeta' reattiva - int tgħidilha b'mod sabiħ \"soċjeta' kurattiva\" - bilfors irridu nkunu attrezzati tajjeb u allura hemm bżonn li fl-iskejjel tagħna jkun hemm nies speċjalizzati, bħalma huma guidance teachers, eċċ.", "Jien nittama li dak kollu li għedna mhux se jaqa' fuq widnejn torox u ma jiġri xejn kif sfortunatament għandna vizzju li jiġri.", "Qabel nagħlaq nixtieq nirriferi għall-fostering.", "Anke jien irrid ningħaqad ma' dan il-bżonn.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tal-bullying li wieħed irid jagħti kasha bis-serjeta'.", "Jekk verament se nersqu lejn children act, irridu nħarsu lejn gruppi oħra ta' tfal li għalkemm f'dawn il-laqgħat ma ġewx identifikati bħala tfal f'riskju, huma tfal li huma nieqsa minn ċertu drittijiet, u qed nirreferi għal tfal imwielda barra ż-żwieġ.", "F'pajjiżna dawn huma fost l-aktar grupp ta' tfal li huma neqsin minn drittijiet u qed insemmi dan il-punt biex jekk se nimxu lejn children act, wieħed jindirizza wkoll dan il-grupp ta' tfal.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "ONOR MICHAEL ASCIAK: M'għandi xejn x'inżid ma' dak li għedt qabel, iżda rrid ngħid li ma naqbilx ma' dak li qal l-Onor.", "Farrugia għar-rigward ta' distinzjoni bejn il-personalita' u l-iżvilupp fiżiku tal-fetu.", "Dik hija l-iktar ħaġa perikoluża.", "Meta tibda tiddistingwi bejn l-iżvilupp fiżiku tal-fetu u l-personalita' tiegħu, hemmhekk jibda l-periklu kbir u għalhekk għedt li fil-code of police laws għandna nispeċifikaw li l-personalita' tal-bniedem tibda mill-mument tal-konċezzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ONOR KARL CHIRCOP: Se jkolli nirriafferma dak li qal sieħbi l-Onor.", "Michael Farrugia u ċioe', li ma naqbilx ma' dak li qal sieħbi l-Onor.", "KARL CHIRCOP: Ma rridx noħloq rebus fuq dan il-punt, imma naħseb huwa common sense li l-karattru ta' persuna tinħoloq wara t-twelid.", "Ovvjament bħala Partit m'aħniex ngħidu li aħna favur l-abort, xejn affattu, pero' xorta naħseb li hemm distinzjoni għalkemm forsi din hija aktar kwestjoni ta' opinjoni personali.", "Nixtieq nerġa' nenfasizza l-importanza tal-prevenzjoni primarja.", "Naħseb li l-Gvern għandu jagħti aktar input biex iħares il-lat ta' prevenzjoni mill-aspett edukattiv għax jidher li f'dan il-kamp hemm nuqqas ta' riżorsi, kemm riżorsi umani, kif ukoll riżorsi finanzjarji.", "Naturalment biex tinvesti fi programmi ta' prevenzjoni aħjar u iktar effiċjenti milli diġa' għandek, trid il-flus u jien naħseb li din hija l-problema kardinali.", "Jien nemmen ukoll li hemm bżonn nenfasizzaw il-lat ta' riabilitazzjoni.", "Biex inkompli ma' dak li qalet l-Onor.", "Coleiro, naħseb li tajjeb jekk it-tobba tal-familja jibdew jintużaw - biex nuża din il-kelma - aħjar għaliex f'pajjiżna t-tabib tal-familja għandu rwol importanti ħafna u jgawdi ħafna fiduċja mill-familji tagħna.", "Tajjeb li jkun hemm aktar liaison mat-tobba tal-familja u kif qal l-Onor.", "Agius, għandu jingħata format iktar legali dak li wieħed jista' jiżvela ħalli t-tobba jkunu ta' għajnuna kemm għall-awtoritajiet kif ukoll għall-familji Maltin li wara kollox huma l-fulcrum tas-soċjeta' tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jien nixtieq nirrepeti dak li għedt qabel għaliex naħseb li sħabi m'humiex jindirizzaw preċiżament il-problema.", "Jien nemmen li m'hawnx consensus fuq ċerti punti legali, per eżempju, jekk il-ġenituri naturali ta' fostered children jistgħux jiġu by-passed qabel ma t-tfal jiġu adopted.", "Dan il-punt irid jiġi ndirizzat meta niġu għal children act.", "IĊ-CHAIRPERSON: Trid iżżomm f'rasek li l-fostering ma jneħħix id-drittijiet tal-ġenituri naturali, mhux bħal meta għandek adoption.", "(Interruzzjonijiet)", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Kien hemm anke kontroversja li dehret fil-ħarġa ta' \"Il-Ġens\" ta' nhar il-Ġimgħa dwar dan il-punt.", "Jekk il-ġenituri naturali ta' tfal li qed jiġu fostered jidhrilhom li għandhom jieħdu lura lit-tfal tagħhom, jeħduhom.", "S'issa hekk qiegħda.", "(Interruzzjonijiet) Fil-fatt jien nemmen li wieħed għandu jibqa' jagħti kas tal-ġenituri naturali.", "Fejn jidħlu police investigation proceedings, l-SWDP qed tipproponi li s-sitwazzjoni ma tibqax kif inhi, jiġifieri li dawn jistgħu jiġu inizjati biss bil-permess tal-ġenituri.", "Fl-opinjoni tiegħi, huwa importanti li dan il-kumitat jagħmel proposti anke fuq dawn l-affarijiet.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "B'dak l-intervent nagħlqu l-erba' sessjonijiet li kellna fuq tfal f'riskju.", "Nixtieq nirringrazzja lil kull wieħed u waħda minnkom li wrejtu tant interess f'dan is-suġġett.", "Li ma kienx għal dak li għedtulna intom li tmissu l-problema, aħna llum ma konniex inkunu daqshekk informati dwar il-problemi u s-servizzi li għandna f'pajjiżna biex naraw kif nistgħu ntejbu dak li diġa' għandna.", "Wara kollox dak kien l-għan ta' dawn il-laqgħat, li ntejbu dak li għandna.", "Jien nixtieq nirringrazzja kemm lilkom il-mistednin li lqajtu l-istedina tagħna, kemm lill-ġurnalisti li kienu ta' għajnuna kbira u bħas-soltu sensittivi ħafna fir-rapportaġġ tagħhom, kemm lil sħabi membri tal-kumitat għall-impenn li wrew, kif ukoll lis-Sinjorina Abela għax-xogħol li tagħmel bħala segretarja ta' dan il-kumitat.", "Bħalma tafu, dak kollu li ntqal hawn ġew ġie recorded u se jiġu compiled b'erba' debates.", "Dawk kollha li kienu mistednin għal dawn il-laqgħat jirċievu kopja tad-debates fi ftit ġranet oħra - naturalment jittieħed ċertu żmien sakemm id-debates jiġu compiled - sabiex ikollkom record ta' dak kollu li ntqal, mhux biss minnkom imma minn kulħadd.", "Dawn l-erba' debates ngħadduhom ukoll lill-Ministru għall-Politika Soċjali, lill-Ministru tas-Saħħa, lill-Ministru ta' l-Intern u lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni għaliex naħseb li huwa importanti li l-konsulenti tagħhom jarawhom bir-reqqa biex ikun hemm dak il-koordinament li lkoll kemm aħna verament nixtiequ.", "Nirringrazzjakom u l-lejl it-tajjeb.", "Fit-8.50 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990427_008d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 27 ta' April, 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.03 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 7 li saret fid-9 ta' Marzu, 1999 kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumitat, l-Onor Helen D'Amato, informat lill-Kumitat li kienet irċeviet:", "- proposti mibgħuta mis-Sur Stanley Zammit, Educational Psychologist fl-iSchool Psychological Service fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, b'riferenza għat-tfal f'riskju; u", "- memorandum mibgħuta mill-Ministru tas-Saħħa b'riferenza għall-proposta mir-reġjun Ewropew ta' l-GĦaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) biex iniedi programm ta' evalwazzjoni dwar il-promozzjoni tas-saħħa f'Malta.", "Il-President tal-Kumitat informat lill-Kumitat bi stedina mis-Social, Health and Family Affairs Committee tal-Kunsill ta' l-Ewropa li kien se jiltaqa' f'Malta bejn l-10 u t-12 ta' Mejju 1999, sabiex nhar it-Tlieta, 11 ta' Mejju wara nofsinhar, il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali jindirizza lid-delegati li ser jattendu għal dan il-kumitat tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Il-Kumitat stieden lill-Imħallef David Scicluna jagħmel l-intervent tiegħu dwar dan is-suġġett.", "Il-Kumitat ikkonkluda d-diskussjoni fuq is-suġġett \"tfal f'riskju\" u l-President tal-Kumitat informat lill-membri li t-transcripts tal-laqgħat fejn ġie diskuss dan is-suġġett kienu se jintbagħtu lill-Ministru għall-Politika Soċjali, lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, lill-Ministru ta' l-Intern u lill-Ministru tas-Saħħa.", "Fit-8.50 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990427_008m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 11", "L-Erbgħa, 28 ta' April 1999, fit-3.00 p.m.", "Id-Deputy Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 28 ta' April 1999, fit-3.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "28 ta' April 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990428_011a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 28 ta' April 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "PREŻENTI", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra l-Onor.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 10 li saret fis-26 ta' April, 1999, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "L-Onor George Vella informa lill-Kumitat li l-Grupp Parlamentari ta' l-Oppożizzjoni ma kienx laqa' l-proposta tan-naħa tal-Gvern li ż-żewġ mozzjonijiet, waħda mressqa mill-Gvern u l-oħra mill-Oppożizzjoni dwar il-bejgħ ta' l-ishma tal-Mid-Med Bank lill-HSBC, jitressqu flimkien għad-diskussjoni fil-Parlament f'daqqa.", "Huwa talab lill-Ministru għall-Politika Soċjali jinforma lill-Kumitat bir-riżultanzi tal-laqgħa li kienet saret aktar kmieni dak inhar bejn il-Prim Ministru u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali kkonferma li kienet saret laqgħa bejn il-Prim Ministru u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u matul dik il-laqgħa ntwera li min-naħa tal-gvern ma kienx hemm diffikulta' sabiex il-kwestjoni tal-bejgħ ta' l-ishma lill-HSBC tiġi trattata mill-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi (PAC).", "Huwa għarraf lill-Kumitat li l-gvern kien lest li jikkonsidra żewġ xenarji: Jew li -", "a) nhar il-Ħamis, 29 ta' April, jitressqu għad-diskussjoni ż-żewġ mozzjonijiet; fil-ħin ta' l-interuzzjoni tax-xogħol id-dibattitu jiġi aġġornat; sadanittant il-PAC jkun jista' jiltaqa' u jagħmel l-eżerċizzju li jidhirlu li għandu jagħmel fuq l-istess kwestjoni, u meta jitlesta dak l-eżerċizzju l-Kamra terġa' tiltaqa' l-Ħamis sabiex tkompli d-diskussjoni fuq iż-żewġ mozzjonijiet; jew li", "b) il-PAC jibda jiltaqa' immedjatament biex jagħmel l-eżerċizzju li jidhirlu li għandu jagħmel, jippreżenta rapport lill-Parlament u mbagħad il-Kamra tkun tista' tiddibatti l-kwestjoni fid-dawl tar-relazzjoni li jkollu mill-PAC.", "L-Onor George Vella ppropona li fi kwalunkwe każ, sakemm il-PAC itemm l-investigazzjoni tiegħu, minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari ta' din il-materja, l-Onor Leo Brincat ikun rikużat kemm minn membru kif ukoll minn chairman tal-PAC u li minfloku jinħatar l-Onor Charles Mangion bħala ad hoc chairman.", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali ppropona li l-Ministru tal-Finanzi jissostitwixxi lill-Onor Claude Muscat.", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li minbarra l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - Abbozz Nru 8 - u l-Abbozz ta' Liġi li jkompli jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - Abbozz Nru 14 - li kellhom jgħaddu mill-istadji kollha sal-25 ta' Mejju u t-30 ta' Ġunju rispettivament, il-Parlament kellu jiddibatti wkoll il-qagħda ekonomika, l-update ta' l-avis tal-Kummissjoni Ewropea, riżoluzzjoni dwar fondi speċjali lill-kunsilli lokali u l-proġett tal-Kottonera.", "Fid-dawl ta' dan ix-xogħol li kien hemm ippjanat li jsir, il-Ministru għall-Politika Soċjali talab ir-reazzjoni ta' l-Oppożizzjoni għall-proposta li jintlaħaq qbil biex meta jkun meħtieġ li l-Parlament jiltaqa' fil-għodu, il-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol ta' dawk is-seduti jkun nofsinhar, mingħajr ma jkun hemm il-ħtieġa li titressaq mozzjoni ta' proċedura biex tistabbilixxi dan.", "L-Onor George Vella kellu jikkonsulta lill-Grupp Parlamentari dwar il-proposti kollha li saru min-naħa tal-Gvern u jirrapporta d-deċiżjoni lill-Kumitat dak inhar stess.", "Fl-4.00 p.m. il-laqgħa kienet sospiża u rriżumiet fis-7.37 p.m.", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li wara diskussjonijiet li saru bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, intlaħaq qbil li:", "a) il-PAC jingħata l-inkarigu li jifli fil-fond il-materja tal-bejgħ ta' l-ishma tal-Mid-Med Bank lill-HSBC u għal dan il-għan jibda jiltaqa' immedjatament minn nhar it-Tnejn, 3 ta' Mejju, sal-Ġimgħa, 7 ta' Mejju; wara li tintemm id-diskussjoni fil-PAC, it-Tnejn, 10 ta' Mejju, il-Parlament jiddibatti l-mozzjoni tal-Gvern fuq l-istess materja f'żewġ seduti li jsiru waħda fil-għodu u oħra fil-għaxija; il-ħin kollu tad-diskussjoni jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-winding up għall-Gvern, u li l-votazzjoni tittieħed fl-għeluq tat-tieni seduta;", "b) matul id-diskussjoni fuq din il-materja, kellu jinħatar bħala ad hoc chairman tal-PAC l-Onor Charles Mangion minflok l-Onor Leo Brincat, u li l-Ministru tal-Finanzi jissostitwixxi lill-Onor Claude Muscat; u", "c) meta mill-programm ta' xogħol parlamentari, li jiġi komunikat minn qabel lill-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, ikun jidher li hemm il-ħtieġa li l-Parlament jiltaqa' f'seduti fil-għodu, dawn is-seduti jibdew fid-9.00 a.m., ikun hemm nofs siegħa għall-mistoqsijiet, il-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol ikun nofsinhar u tingħata nofs siegħa għall-Aġġornament.", "Minħabba li kien hemm qbil miż-żewġ naħat tal-Kamra fuq din il-materja, ma kienx jinħass il-bżonn li titressaq mozzjoni proċedurali.", "L-Onor George Vella kkonferma li kien intlaħaq dan il-ftehim.", "Fit-8.03 p.m. il-Kumitat aġġorna.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990428_011m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 9", "It-Tlieta, 4 ta' Mejju 1999 fis-7.00 p.m.", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, tavża li l-Kumitat ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 4 ta' Mejju 1999 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Proposta mir-reġjun Ewropew ta' l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) biex iniedi programm ta' evalwazzjoni dwar il-promozzjoni tas-saħħa f'Malta.", "3 ta' Mejju 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990504_009a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 9", "It-Tlieta, 4 ta' Mejju, 1999", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 9", "It-Tlieta, 4 ta' Mejju, 1999", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.10 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 8 li saret fis-27 ta' April, 1999, ġew konfermati.", "PROPOSTA MIR-REĠJUN EWROPEW TA' L-GĦAQDA DINJIJA TAS-SAĦĦA (WHO) BIEX INIEDI PROGRAMM TA' EVALWAZZJONI DWAR OPPORTUNITAJIET GĦAL PROMOZZJONI TAS-SAĦĦA F'MALTA", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Nibda biex nirringrazzjakom talli lqajtu t-talba ta' dan il-kumitat biex flimkien naraw proġett li qiegħed jiġi offrut lilna mill-World Health Organisation dwar il-promozzjoni tas-saħħa f'Malta u kif aħna nistgħu nibbenefikaw minn dan il-proġett.", "Se jkollna presentation minn Ms. Maria Ellul li hija d-direttur tad-Dipartiment dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, u wara l-presentation tagħha tkunu tistgħu tagħmlu l-mistoqsijiet li tixtiequ.", "Wieħed jinnota li apparti l-membri tal-kumitat, madwar din il-mejda hawn ukoll nies li ġejjin minn diversi oqsma, fosthom il-qasam ta' l-edukazzjoni, il-qasam tal-politika soċjali, il-qasam ta' l-ambjent u anke l-qasam ta' trasport minbarra ovvjament il-qasam tas-saħħa, u allura wieħed malajr jinduna li dan il-proġett mhux se jittieħed fuq il-bażi li normalment tittieħed il-promozzjoni tas-saħħa, jiġifieri mill-ambitu ta' saħħa, imma f'firxa iktar wiesgħa.", "Se naraw kif id-diversi aġenziji, dipartimenti u ministeri jistgħu jaffettwaw is-saħħa tagħna l-Maltin permess ta' policies li jieħdu flimkien.", "Mill-memorandum li kopja tiegħu diġa' tqassmet, intom stajtu tieħdu idea ta' fuqiex qegħdin nitkellmu u annexed ma' dan, għandna wkoll il-proġett HBSC, Health Behaviour in School Children.", "Nixtieq insejjaħ lil Ms. Ellul li se tagħtina presentation biex aħna nifhmu iktar kif dan il-proġett jista' jkun utli għalina.", "MARIA ELLUL (Direttur, Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa): Grazzi għall-opportunita' li qed tagħtuni biex nispjega dan il-proġett u l-benefiċċji tiegħu, liema proġett nixtiequ li jsir mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO).", "Il-proġett li jismu ''Appraisal of opportunities for Health Promotion'' huwa eżerċizzju li team ta' esperti mill-WHO jagħmlu f'pajjiż li jkun għamel stedina formali li tkun ġejja mill-Parlament ta' dak il-pajjiż.", "Il-WHO diġa' għamlet dan l-appraisal fl-Ungerija u fis-Slovenia u dalwaqt se tagħmel l-istess proġett fir-Rumanija.", "L-iskop ta' l-appraisal, li huwa propjament strument xjentifiku, hu li jħares lejn l-infrastruttura ta' pajjiż biex juri liema huma l-opportunitajiet għas-saħħa.", "Illum meta nitkellmu fuq saħħa qed nifhmu li din hija kundizzjoni essenzjali biex kull individwu jikseb il-potenzjal massimu tiegħu u jkun jista' jgawdi livell tajjeb ta' għejxien.", "Fil-fatt dan il-konċett huwa deskritt fl-aħħar dokument li ħarġet il-WHO, ''Health for all 21'', li huwa maqsum f'targets li jiddiskutu kif pajjiż irid imexxi 'l quddiem is-saħħa tal-poplu tiegħu.", "Irridu naraw ukoll il-lat ekonomiku, soċjali u l-political sustainability li jridu jmexxu 'l quddiem l-implimentazzjoni tad-dokument ''Health for all 21''.", "Tajjeb ngħidu li fil-Ministeru tas-Saħħa għandna dokument li huwa bbażat fuq dan u li aħna sejjaħnilu \"Health Vision 2000\", fejn ħadna focuses minn dan id-dokument u qlibnihom għall-ambjent u s-sistemi tagħna.", "Jekk qed nitkellmu fuq multi sectoral strategies li se jħarsu dak li jaffettwa s-saħħa tagħna, irridu nieħdu into account the physical aspects and the economic, social, cultural and gender perspectives, li fl-aħħar mill-aħħar se jkollhom impatt fuq kull bniedem li jifforma parti min-nazzjon tagħna.", "Illum il-ġurnata aħna nemmnu li biex bniedem ikun jista' jgħix fuq l-aħjar livell ta' saħħa, huwa importanti li nikkreaw the relevant partnerships fejn il-pajjiż, mhux biss il-Ministeru u d-Dipartiment tas-Saħħa li jaħdem direttament fuq dan l-aspett, imma kull qasam tal-komunita', jgħin liċ-ċittadini tagħna through this participatory health development ikunu empowered jagħmlu għażliet tajbin favur saħħithom.", "Pero' forsi tajjeb inkunu ftit iżjed profondi fid-diskussjoni tagħna u nagħtu daqqa t'għajn x'qed infissru eżattament bil-kliem \"health promotion\".", "Sfortunatament ħafna nies jimmaġinaw li l-promozzjoni tas-saħħa hija biss l-edukazzjoni dwar is-saħħa, pero' llum aktar ma aħna qed nirrealizzaw għaliex in-nies jimirdu jew għaliex jiġu kkawżati ċertu sitwazzjonijiet ta' ill health, aktar qed nirrikonoxxu l-fatt li kultant il-kawża ta' dan kollu huwa l-ambjent li ngħixu fih.", "U meta qed ngħid \"ambjent\", mhux qed infisser biss it-tniġġis ta' l-ambjent, iżda l-fatt li kultant l-individwu m'għandux għażliet x'jagħmel favur saħħtu, u allura m'huwiex it-tort tiegħu li forsi jinsab f'ċertu sitwazzjoni.", "Il-mudell tal-health education jitkellem dwar il-ħtieġa li tinforma l-persuna u allura għax il-persuna jkollha ċertu knowledge fuq is-saħħa, hi awtomatikament se tbiddel ħajjitha, but this does not work u għandna ħafna studji li jikkonfermaw dan.", "Illum il-World Health Organisation tiddefinixxi l-promozzjoni tas-saħħa bħala proċess fejn l-individwi, within their homes and also within the community, jiġu megħjuna jiżdiedilhom il-kontroll tagħhom infusuhom fuq saħħithom u b'hekk ikunu jistgħu wkoll iżidu l-kontroll fuq id-determinants li jaffettwawlhom saħħithom u b'riżultat ta' dan il-proċess, wieħed ikun qiegħed itejjeb is-saħħa ġenerali ta' poplu.", "Minnha wieħed jista' jirrealizza dak il-punt li jien semmejt qabel, jiġifieri li m'huwiex biss il-kamp tas-saħħa nnifsu li jħalli effett fuq is-saħħa tal-poplu, imma hemm fatturi oħra li jħallu effett fuq is-saħħa.", "Dawn il-fatturi huma maqsuma f'diversi livelli u fl-ewwel livell insibu l-eta' u s-sess tal-bniedem, fatturi li m'għandniex kontroll fuqhom.", "Fil-livell aktar 'il fuq insibu l-life style factors, bħalma huma l-affarijiet li nieklu, nagħmlux eżerċizzju, inpejpux - firsthand choices li ċ-ċittadin jista' jagħmel - u mbagħad, fil-livell aktar 'il fuq insibu dawk l-affarijiet li juru kemm huwa importanti li jkollna a multisectoral action towards health.", "Prinċiparjament dawn id-determinants huma housing, agriculture and food policies, education, unemployment, work environment, sanitation and water, health services u affarijiet oħra li fl-aħħar mill-aħħar kollha għandhom impatt fuq il-health status u s-saħħa li jgawdi l-poplu tagħna.", "Il-promozzjoni tas-saħħa huwa konċett li jevolvi u l-poplu mhux biss irid ikun jaf x'inhuma l-healthy lifestyles, imma li jkun qed jgħix f'ambjent - inkluż l-ambjent soċjali u fatturi personali oħra, per eżempju, fejn jaħdem u fejn jgħix physically, bħad-dar - li jgħin is-saħħa tiegħu.", "Mela jekk qed ngħidu hekk, qed ngħidu li l-health promotion tfisser li nippromovu s-saħħa fuq kull livell u li se jkun investiment għall-poplu tagħna.", "Għaliex?", "Għax meta qed nitkellmu fuq mard, meta qed nitkellmu fuq kura u meta qed nitkellmu fuq social cost li jonfoq pajjiż biex ifejjaq il-mard, qed nitkellmu fuq expenditures.", "U l-WHO minn hemmhekk qed titlaq; qed tgħid li t-triq 'il quddiem trid tkun fuq health promotion.", "Jekk aħna rridu ninvestu fis-saħħa, irridu ninvestu fuq il-promozzjoni tas-saħħa u mhux fuq il-fejqan mill-mard.", "X'inhija l-għodda li l-WHO qed toffrielna biex insaħħu l-promozzjoni tas-saħħa f'pajjiżna?", "Il-WHO qed issejjaħ dan il-proċess an appraisal of opportunities for health promotion.", "M'hijiex qed taraha bħala sistema ta' audit.", "Mhux se tiġi hawnhekk biex tiċċekkja fuqna, biex tara x'għamilna u x'għadna m'għamilniex.", "M'hijiex sistema li tikkritika l-metodu kif aħna nimplimentaw din l-istrateġija bażata fuq health promotion, iżda hija sistema li tħares u tistudja x'tip ta' struttura għandu l-pajjiż biex jagħmel health promotion b'mod aħjar.", "Li se tagħmel huwa proprju mmirat biex issaħħaħ dak li diġa' qed jiġri fil-pajjiż.", "Tajjeb li ngħidu wkoll li l-WHO għamlitha ċara li din il-kwalita' ta' appraisal qed toffriha biss lil pajjiżi li diġa' jemmnu li hemm il-potenzjal għal promozzjoni tas-saħħa.", "Il-WHO mhux se toqgħod taħli l-ħin fejn m'hemmx diġa' din il-kwalita' ta' thinking.", "Mill-ħafna kuntatti li saru fil-world health assemblies, il-WHO ħasset li dan il-proġett huwa ta' investiment għal Malta u jixtiequ jinvestu l-ħin f'pajjiżna għax diġa' għandna dan il-potenzjal.", "Meta qed ngħidu li l-World Health Organisation tuża din l-għodda, qed ngħidu li se toħroġ stampa ta' x'inhuma l-effetti tajbin u ħżiena fil-pajjiż tagħna u apparti minn hekk, se turi wkoll kif is-saħħa ta' pajjiżna qed tiġi affettwata mid-determinants li semmejt u rajna fid-diagram li wrejtkom aktar kmieni.", "Se tagħmel assessment ta' x'inhuwa jaffettwa s-saħħa u kif qed tiġi affettwata s-saħħa.", "Jekk nistiednu lill-WHO biex tiġi hawn Malta tagħmel dan ix-xogħol, se jkollna f'idejna strateġija ta' health promotion ta' kif kull qasam jista' jiġi megħjun biex ikollna dak li huma qed jgħidulha \"a robust health promotion strategy\".", "Naturalment huwa konċett sabiħ ħafna, pero' tajjeb naraw ukoll kif fil-prattika din se tiġri.", "L-GĦaqda Dinjija tas-Saħħa ilha turi dan l-interess f'Malta mis-sena li għaddiet u fit-fatt għadha tiġri wara pajjiżna.", "Primarjament kien id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa li kien qed jiġi chased biex isir dan l-appraisal u l-ewwel stadju li jrid isir, u għalhekk kellha ssir din il-laqgħa, huwa li Malta toħroġ invit uffiċjali.", "Pero' l-World Health Organisation m'hijiex kuntenta li dan l-invit joħroġ biss mill-Ministru tas-Saħħa, imma tixtieq li jintlaħaq consensus li il-proġett li in practice se jkun a multisectorial action plan, għandna mmorru għalih.", "It-tieni stadju huwa li t-team of experts mill-WHO jiġi briefed dwar pajjiżna, jiġi briefed dwar l-istorja ta' pajjiżna, il-ġeografija, Kostituzzjoni, liġijiet relevanti mhux biss mas-saħħa imma li jistgħu jaffettwaw is-saħħa tal-poplu tagħna, dwar l-ekonomija u jingħata informazzjoni fiskali, jiġi briefed ukoll fuq ċertu demografija dwar is-saħħa u aspetti soċjali u anke jingħata informazzjoni relevanti dwar l-istruttura u l-organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet li għandna f'pajjiżna.", "Jiġifieri l-WHO diġa' qed turina li hemm ħafna dixxiplini attached ma' dan il-kwalita' ta' appraisal.", "It-tielet stadju ta' dan il-proċess huwa li pajjiżna jilqa' minn tlieta sa ħames esperti mill-WHO u fil-ġimgħatejn li jqattgħu f'pajjiżna jkollhom laqgħat mal-key stakeholders, kif qed isejħulhom huma, li ħafna drabi jkunu huma li jieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw, nisperaw b'mod pożittiv, is-saħħa tal-poplu tagħna.", "Bażikament dan l-istadju jieħu xi xahrejn u wara dan l-istadju, il-WHO tipprepara rapport li jiġi ppreżentat b'mod simili kif jien qed nippreżenta l-affarijiet illejla, lill-member state.", "Apparti minn hekk, il-WHO toffri wkoll li tagħmel rakkmandazzjonijiet u follow-up skond il-bżonn tal-member state.", "Jiġifieri jekk aħna nkunu rridu, huma offrewlna li jibqgħu attached u jgħinuna f'din l-istrateġija.", "Naturalment il-crux ta' proġett bħal dan huwa proprju l-funding.", "Jekk aħna nidħlu biex nagħmlu dan il-proġett, id-Dipartiment tas-Saħħa jirċievi donazzjoni kull sena mingħand il-WHO, dak li ngħidulu l-medium term programme, u għas-snin 1999/2000 il-WHO se tagħtina USD10,000 biex jitħallas il-briefing team li jiġi hawn Malta.", "L-unika ħaġa li aħna mistennija li nagħmlu f'dan il-qasam, huwa li noffru board and lodging lill-briefing team li jkun jikkonsisti fi tlieta min-nies u li normalment jiġi għal ġimgħa.", "Sinjura President, nixtieq nippreżenta lill-kumitat kopja tal-briefing notes b'riferenza għall-appraisal opportunities for health promotion li jagħtu iktar dettalji dwar dan il-proġett, jekk għandu jsir.", "Il-WHO diġa' bagħtet lil Dr. Rasmussen titkellem mal-Ministru u din qalet li kif ikollhom l-invit, huma lesti li jiġu Malta sa Ottubru li ġej u jekk ikollhom il-materjal neċessarju f'idejhom, ir-rapport jitlesta sa l-aħħar ta' din is-sena.", "Fil-brief li tawna hemm fid-dettall kif Malta tista' tibbenefika minn dan il-proġett.", "Huma jaraw lill-pajjiżna bħala hub fil-qasam turistiku u jemmnu li f'dan il-qasam nistgħu nkunu ta' mudell għal ħaddieħor.", "Allura apparti li tgawdi s-saħħa tal-poplu tagħna, probabbli se nkunu in the forefront fejn pajjiżi oħra jħarsu lejn dak li jkun qed jiġri f'pajjiżna u jagħmlu bħalna.", "Huma qed jgħidu wkoll li aħna nkunu nistgħu nieħdu ċertu benefiċċju mill-ekonomija li jġib miegħu t-turiżmu.", "Ma nafx jekk hawnx xi ħadd li jixtieq jistaqsi xi mistoqsijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: L-ewwelnett nifraħ lil Ms. Ellul għall-presentation li għadha kemm għamlet.", "In-naħa ta' l-Oppożizzjoni ta' dan il-kumitat taqbel ma' din il-proposta u bilfors taqbel ma' din il-proposta għax kienet appuntu din in-naħa meta kienet fil-Gvern f'Settembru ta' l-1997 li saru l-ewwel laqgħat ma' ċertu Dr. Erio Ziglio tad-WHO/EURO dwar l-appraisal of health promotion.", "Fil-fatt kienu ddaħħlu wkoll l-MTP funds u iktar tard dak ix-xahar stess, f'Settembru 1997, kienu saru diskussjonijiet ma' Suzanna Jacob mid-WHO/EURO.", "Imbagħad f'Mejju ta' l-1998, wara laqgħat ma' Dr Joe Agvall, kien ġie kkonfermat li l-MTP funds se jmorru proprju għal dan l-appraisal.", "Kif għadha kemm qalgħet Ms. Ellul, il-WHO jitolbu li inti tmur quddiem il-Parlament qabel ma huma jiġu mistiedna jagħmlu l-appraisal, pero' x'ġara fil-Parlament tagħna f'Ġunju tas-sena l-oħra, hija storja magħrufa u m'iniex se nidħol f'dak il-mertu, iżda nixtieq nagħmel xi mistoqsijiet ħalli jkolli aktar dettalji.", "Fid-diskussjonijiet li kellna kien ġie diskuss li l-WHO ma tkoprix biss il-health promotion kif nafuha hawn Malta, imma ssir fuq bażi aktar wiesgħa, u qed nieħu pjaċir li hawnhekk hawn ukoll is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Politika Soċjali.", "Jekk wieħed iħares lejn il-health promoting outlets f'pajjiżna, jara li barra l-Health Promotion Department hemm ukoll l-Aġenzija sedqa.", "Issa m'iniex se nidħol fl-argument jekk l-Aġenzija sedqa għandhiex tkun taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali jew taħt il-Ministeru tas-Saħħa.", "Fl-opinjoni tiegħi nħoss li hija iktar abbinata ma' saħħa u kemm-il darba tkellimna dwar dan, anke b'mod mhux uffiċjali, imma apparti hekk, bħala health promoting outlet hemm ukoll id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.", "Mela l-main health promoting outlets huma l-Health Promotion Department, l-Aġenzija sedqa u l-Education Department.", "Naturalment kif għedt int, hemm setturi oħra li wieħed ta' min jidħol fihom, imma indirettament, id-Dipartiment tas-Saħħa jdeffes saqajh f'diversi dipartimenti, fosthom dak ta' l-agrikoltura, turiżmu u anke l-qasam tal-catering.", "L-appraisal li se jsir mill-WHO, se jinkludi l-Aġenzija sedqa u l-oqsma l-oħra kollha kif oriġinarjament kien maħsub?", "Il-kuntatt li kienu għamlu l-WHO kien mal-Health Department.", "Qisu dejjem kien il-Health Promotion Department li wera interess li jsir dan it-tip ta' xogħol u għalkemm aħna nemmnu li l-health promotion ma jsirx biss mid-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa, forsi wieħed jista' jarana bħala one of the key partners in health promotion, pero' llum il-konċett hu li wieħed jara wkoll aġenziji oħra.", "Wieħed irid jara other key players, inkluż l-industrija privata, u għalhekk il-briefing team tal-WHO iridu l-materjal li jiena elenkajt fil-bidu, biex fejn huma jħossu li hemm aġenziji jew partners oħra li jistgħu jkunu involuti fil-promozzjoni tas-saħħa, issir l-appraisal tagħhom ukoll.", "Tajjeb li wieħed jikkjarifika li l-eżerċizzju li l-WHO se tagħmel, m'hu bl-ebda mod audit tad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa.", "Jekk qed ngħidu li l-promozzjoni tas-saħħa hija proċess fejn wieħed jgħin lin-nies jgħixu ħajja aħjar, aħna nafu li mhux id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa biss qed jagħmel din il-kwalita' ta' xogħol u għandu din il-missjoni xi jwettaq.", "Iva, nemmen li l-Aġenzija sedqa, il-Caritas u l-NGOs kollha jidħlu f'dan it-tip ta' appraisal.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma tantx beħsiebni nidħol f'irqaqat, pero' nixtieq niċċara ċertu affarijiet.", "Naf li hemm fondi li ġejjin mill-MTP, pero' l-Gvern se joħroġ sehmu għal dan l-appraisal għax mhux kollu se jkun covered mill-MTP funds, hux hekk?", "MARIA ELLUL: Fl-aħħar laqgħa li kellna qalulna li l-appraisal se jkun covered mill-MTP funds.", "Se jkun honorarium għalihom.", "MICHAEL FARRUGIA: Kemm huwa stmat li se jkun jiswa l-programm kollu?", "Mhux biss biex joqogħdu hawnhekk, imma x-xogħol kollu li jridu jagħmlu wara li jitilqu minn Malta, kemm huwa stmat li se jkun jiswa?", "Aħna rridu nagħmlu tajjeb għalih?", "Qed ngħid hekk għaliex il-budget li hemm għad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa għandu ċertu limitu u allura jekk l-ispiża se taqbeż dak l-ammont, se jagħmel tajjeb għaliha xi vot rikorrenti?", "MARIA ELLUL: Għadna ma ddiskutejniex li dan il-funding għandu joħroġ mill-fondi li hemm għad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa.", "Li qaltilna s'issa il-WHO hu li huma se jkopru l-professional fees u l-vjaġġi ta' l-ajru biex l-esperti jiġu Malta.", "Li huma talbuna huwa to host them ġo lukanda għal tlieta jew erbat ijiem biex ikunu jistgħu jagħmlu l-investigative field work.", "MICHAEL FARRUGIA: Jiġifieri l-Gvern Malti se jieħu ħsieb il-hospitality.", "MARIA ELLUL: Eżattament.", "Huma qed jgħidu li xahrejn wara li jiġi l-briefing team, ir-rapport li jridu jagħmlu jkun lest u jippreżentawhulna.", "MICHAEL FARRUGIA: Apparti minn hekk, hemm il-ħsieb li t-team li jiġi jagħti ideat ta' kif jista' jsir assessment ta' kemm huma effettivi l-proġetti li nkunu qegħdin nagħmlu?", "Se jagħtuna idea kif nistgħu niċċekkjaw u nagħtu rating lilna nfusna ta' kemm qed inkunu effettivi fit-tip ta' promozzjoni li nkunu qed nagħmlu?", "MARIA ELLUL: Inti qed tirreferi għall-evalwazzjoni ta' kampanji u strateġiji li qed nagħmlu aħna preżentament?", "MICHAEL FARRUGIA: Aħna nagħmlu proġetti ta' health promotion, pero' mbagħad m'għandniex kejl biex naraw kemm verament konna effettivi f'dak li għamilna.", "It-team li se jiġi, se jagħmel xi tip ta' assessment biex jara kemm konna effettivi u forsi anke jissuġġerielna kif għada pitgħada aħna stess inkunu nistgħu nagħmlu l-assessment tagħna biex naraw, per eżempju, għandniex inkunu iktar aggressivi, jew inkella għandniex inbiddlu l-istil li nkunu mexjin bih, eċċ.?", "MARIA ELLUL: Le; ma jidhirlix li dak huwa l-kwalita' ta' xogħol li se jagħmlu huma.", "Mhux se jiġu hawn biex jaraw x'impatt qed ikollhom fuq il-komunita' tagħna l-kampanji li qed nagħmlu aħna.", "Naħseb li huma se jmorru aktar fil-fond minn hekk.", "Se jaraw li l-pajjiż tagħna jkun wieħed li proprju qed iħares is-saħħa tal-poplu u se npoġġu responsabbilta' fuq ħafna nies li forsi qabel ma ħassewx li kellhom dik ir-responsabbilta' u għalhekk huma se jitilqu mid-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u aġenziji oħra involuti f'dan it-tip ta' xogħol.", "Li se jagħmlu hu li jaraw x'hemm bżonn biex intejbu l-ħajja tal-poplu tagħna.", "X'għandna bżonn bħala pajjiż?", "X'tip ta' liġijiet u strutturi għandna bżonn?", "Forsi dawn se jagħmlu ċerti rakkmandazzjonijiet li aħna qatt m'aħna se nkunu komdi bihom.", "Jiġifieri l-konċett jista' jkun wieħed revoluzzjonarju.", "Jistgħu jgħidulna, per eżempju li ċerti affarijiet ma jistgħux iseħħu jekk ma jkollniex ċertu strutturi.", "Ħaġa li xtaqt nabbina mal-mistoqsija tiegħek hi, li meta Dr. Rasmussen kienet hawn Malta, qalet - u hawnhekk ġejja ftit ta' evaluation - li xtaqet li parti mill-appraisal for health promotion opportunities, jikkonsidra l-health promoting schools project hawn Malta.", "Hemm proġett li ngħidulu l-health promoting schools network, li hi ħasset il-bżonn li nagħmlu evalwazzjoni tiegħu.", "Pero' dak l-uniku proġett li ssemma li se jsir evalwazzjoni tiegħu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn iktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Il-briefing team se jidħol ukoll fil-qasam tas-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol?", "MARIE LOUISE COLEIRO: L-ewwel semmejt l-industrija privata.", "Dan ifisser li t-team se jara kif attwalment jaħdmu s-sistemi ta' xogħol tagħna?", "Se jara l-linji ta' protezzjoni li nħaddmu aħna?", "MARIA ELLUL: Kif spjegajtilkom qabel, il-work environment huwa importanti ħafna.", "U l-work environment mhux biss fejn jirrigwarda n-nies li jaħdmu fiċ-Ċivil imma anke għan-nies li jaħdmu fil-privat.", "Il-briefing team se jħares lejn kull livell tal-pajjiż, jiġifieri mhux biss se jmissu ma' nies li jaħdmu fid-dipartimenti tal-gvern, iżda se jkollhom interviews ma' kull organizzazzjoni li għandha impatt fuq is-saħħa tal-poplu tagħna.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Se jagħmlu assessment tax-xogħol li jsir mit-taqsima tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol?", "Se jaraw il-mod kif il-Kummissjoni għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol twettaq ix-xogħol tagħha?", "Dan huwa proġett dettaljat ħafna u xi erba' ġimgħat qabel ma jiġi l-briefing team hawn Malta, aħna rridu nibagħtulhom dokumenti dwar dak kollu li huma jixtiequ jkunu jafu.", "Il-kuntatti li pajjiżna għandu mal-WHO huma tajbin ħafna, allura diġa' għandhom ħafna materjal dwar Malta, per eżempju, tagħrif dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-turiżmu, eċċ, pero' ovvjament se jkollhom bżonn iktar materjal biex ikunu jistgħu jagħmlu proprju dak li qed tgħid inti.", "Bl-ebda mod m'hija se tikkategorizza parti u mhux oħra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: L-ewwelnett nixtieq nifirħilkom ta' din l-inizjattiva li mhux biss għandha l-kunsens tagħna lkoll, imma se jkollha wkoll is-support tagħna.", "Jien interessat ħafna fuq equity issues.", "Issa waħda mid-diffikultajiet li ltqajt magħhom kull meta pprovajt nagħmel xi riċerka fuq equity, hija li sfortunatament meta niġbru l-informazzjoni hawn Malta, ħafna mill-indicators m'humiex adegwati u jien naħseb li fi kwalunkwe appraisal li jsir, l-istatistika hija importanti immens għaliex fuqha jridu jittieħdu ċerti deċiżjonijiet.", "Jien xtaqt inkun naf x'se jkun l-impatt ta' dan il-proġett fuq il-unit tiegħek u x'se jiġri wara li jsir l-appraisal.", "Jien qed nara dan il-proġett bħala a one off thing.", "Naħseb li l-mudell tal-WHO jaqbel ħafna għalina, pero' jien inħoss li ħafna drabi nembarkaw fuq affarijiet li jkollhom l-awra internazzjonali biex imbagħad forsi ma jkunux japplikaw eżattament għalina.", "Għandi f'moħħi l-mudell li l-WHO - se nuża kelma qawwija ħafna - bellgħulna fuq l-informazzjoni.", "Naħseb li l-local expertise, fejn nistgħu nsibuh, huwa importanti immens biex nadottaw dak li verament japplika għal pajjiżna.", "Naturalment hemm ħafna affarijiet li mhux se niskopruhom aħna u allura rridu nieħdu minnhom, pero' naħseb tajjeb li anke aħna bħala pajjiż naraw x'se nieħdu minnu dan il-proġett.", "Se nikkontribwixxu ħafna biex ikun jista' jsir, pero' x'se nieħdu lura?", "X'se jieħdu n-nies li ma jafux jiktbu u jaqraw?", "Mil-lat ta' health promotion, kif se jitwasslu l-miżuri lid-dipartimenti li għandhom sistemi arkajċi ġejjin mill-1930?", "Mhux qed ngħid dan b'sens ta' kritika imma pjuttost biex wieħed jagħraf ċerti affarijiet.", "MARIA ELLUL: Fil-brief li huma bagħtu elenkaw dawk li huma jaħsbu se jkunu ta' benefiċċju għalina, pero' fl-aħħar mill-aħħar dejjem se jiddependi minna li nieħdu maximum opportunity minn dak li se jsir.", "Ir-rapport jista' jirrakkmanda li aħna nbiddlu ċerti policies, jew ċerti liġijiet, jew ċerti sistemi u għalhekk għedt li jista' jkun revoluzzjonarju ħafna, pero' llum diġa' qegħdin inħossu l-bżonn li ninvestu fis-saħħa tal-poplu tagħna u proprju minn hemmhekk irridu nibdew.", "Jekk aħna nemmnu li d-determinants kollha fuq is-saħħa għandhom impatt, kbir jew żgħir, u kull wieħed minna li għandu xi rwol f'dawn il-health determinants se jagħmel commitment … Ovvjament huwa l-member state li jiddetermina x'inhuwa importanti.", "Il-WHO qatt ma timponi u anke f'dan il-każ, m'hijiex se timponi r-rapport fuqna.", "Hi tixtieq li aħna nistiednuhom għax nemmnu li hemm bżonn ikollna a more empowered Maltese community.", "Inti semmejt lil min ma jafx jikteb u jaqra u għalhekk huwa importanti li jkun hemm affarijiet li jipproteġu lil min ma jafx jikteb u jaqra għaliex aħna m'għadniex nemmnu biss f'health education, pero' nemmnu that we should promote health for our community and empower communities to achieve that.", "U għalhekk nerġa' niġi għall-ewwel goal tagħna li hu health for all. Issa jekk aħna naqblu fuq dawn il-konċetti rridu nifhmu li se jinbeda proċess ġdid u allura se nidħlu fi stadju ġdid.", "Naturalment mhux kollox li se jkun fih ir-rapport se jogħġobna, pero' aħna nemmnu li la l-WHO qed tofffrilna li tagħmel dan ix-xogħol u se ġġib l-esperti tagħha hawnhekk, ifisser li l-WHO rrealizzat li Malta wriet impenn u ħajra u għandha l-potenzjal meħtieġ biex issaħħaħ il-proċess li aħna diġa' bdejna.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "EVARIST BARTOLO: Waqt li naqbel kompletament ma' l-approach, xettiku ħafna fuq l-inizjattiva u se nispjega għala jien xettiku.", "Xettiku mhux biex nitfa' l-ilma ħalli noqtlu din l-inizjattiva imma biex nistaqsu mistoqsijiet fundamentali dwar xi rridu minn din l-inizjattiva u jekk aħniex se nkunu kuntenti biss li jsir ir-rapport ħalli jkollna rapport ieħor li fuqu jinġabar it-trab fil-ministeru jew fil-Parlament.", "Qed ngħid dan mill-esperjenza qasira li kelli fl-amministrazzjoni għax kellna diversi inizjattivi fejn ġew teams minn barra li għamlulna audit, assessment, evalwazzjoni jew rakkmandazzjonijiet dwar xi qasam partikolari, imma jekk ma jkunx hemm follow-up, kważi tispiċċa agħar milli kont qabel għaliex jagħmluk konxju tan-nuqqasijiet kollha li jkollok, u naħseb li f'dan il-qasam għandna nuqqasijiet kbar jekk irridu nkunu onesti magħna nfusna.", "Jien fhimt tajjeb li dawn tlett ijiem biss se jagħmlu hawn?", "MARIA ELLUL: Il-briefing team li jiġi biex jagħmel interviews, se jdum bejn tlieta u ħamest ijiem hawnhekk, imma huma jkollhom diġa' f'idejhom informazzjoni fuq ħafna mill-affarijiet li jkunu se jistudjaw.", "EVARIST BARTOLO: Imma naħseb li taqbel miegħi li jiddependi mill-kwalita' ta' informazzjoni li se nagħtuhom.", "MARIA ELLUL: Eżattament.", "Irridu niftehmu anke fuq dik.", "EVARIST BARTOLO: Ħalli nagħtik eżempju li naf jien fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Players importanti f'dan il-qasam li m'humiex madwar din il-mejda, huma l-ischool medical service, il-welfare section, il-guidance and counselling u l-educational psychological service.", "Jekk l-education division tibgħat tinformahom li għandna dawn is-servizzi, min se jara din l-informazzjoni, se jgħid li lilna ma tantx hemm x'jipproponulna għaliex diġa' għandna ċertu affarijiet, imma jekk irridu nkunu sinċieri … Waħda mill-aktar affarijiet li kienet tinkwetani u li għadna ma rranġajniex fil-pajjiż, hi li oqsma daqshekk importanti bħalma huma l-ischool medical service, il-welfare u oħrajn - gżejjer żgħar fl-imperu ta' l-edukazzjoni - dejjem l-aħħar jiġu.", "U jiġu l-aħħar għaliex meta l-ministru jkun qed jieħu deċiżjoni mad-diretturi tiegħu, dawn rari jkunu rappreżentati f'dak il-livell.", "Ikunu ħadu over it-teachers jew dawk li kienu teachers, u allura l-prijorita' tagħhom dejjem tkun l-edukazzjoni u jirraġunaw li s-saħħa hija responsabbilta' tal-Ministeru tas-Saħħa.", "Fil-fehma tiegħi, importanti ħafna li nagħtu kashom għaliex l-akbar difetti li għandna huma istituzzjonali.", "Hawnhekk aħna qed inpoġġu subgħajna fuq waħda mill-affarijiet li l-aktar ma nafux nagħmlu, jiġifieri naħdmu flimkien, u dan il-proġett jitlob impenn qawwi ta' integrated resource management.", "MARIA ELLUL: U għax se jagħtina opportunita' li naħdmu flimkien, possibbilment joħroġ ħafna ġid.", "EVARIST BARTOLO: Biex vera nieħdu l-massimu minn din l-inizjattiva, fil-fehma tiegħi hemm bżonn ta' steering committee fejn l-istakeholders kollha jkunu rappreżentati u rappreżentati bis-serjeta' u l-laqgħat ma jittieħdux sempliċement bħala laqgħat ta' kumitat ieħor.", "Importanti ħafna huwa l-follow-up.", "Ħalli nagħtikom eżempju.", "Il-Kunsill ta' l-Ewropa għamlilna heritage action plan għaliex f'ċertu oqsma s-saħħa tal-wirt storiku tagħna huwa prekarju daqs dak tal-bnedmin u allura anke f'dan il-qasam irridu naħdmu flimkien.", "Il-qasam turistiku, is-settur ta' l-edukazzjoni, il-public works, l-oqsma kollha jridu jaħdmu flimkien, u dawn ġew u għamlu l-assessment tagħhom.", "Naturalment nafu x'inhuma n-nuqqasijiet, imma jekk ma jkunx hemm co-ordinator u follow-up strategy … U l-akbar problema, għallinqas mill-esperjenza tiegħi, hi li trid taħseb għall-istrutturi biex l-approaches li tagħmel jaħdmu flimkien għax ma jistax ikollok a holistic approach jekk ma jkollox l-istrutturi għaliha.", "U aktar diffiċli minn hekk, irid ikollok budget għall-istrutturi.", "Jekk mhux se jkollok strutturi u resourcing għalihom, mhux se tasal.", "Il-ħitan ta' Berlin waqgħu imma l-ħitan bejn il-ministeri u bejn id-diretturi u d-dipartimenti differenti, ma waqgħux.", "Waħda mill-akbar diffikultajiet fi proġetti bħal dawn dejjem kenet kif se tagħmel common budgeting u common structures.", "Jiena naħseb li dan huwa proġett tajjeb ħafna u m'hemmx dubju li jekk irridu nagħmlu qabża fil-kwalita' ta' kif il-problemi tagħna jiġu approached, hekk irridu naħdmu, imma mbagħad irridu naħsbu mill-ewwel jekk aħniex se nkunu kuntenti biss li jkollna rapport ieħor jew li jkollna follow-up istituzzjonali u strutturali serju.", "MARIA ELLUL: Rapport waħdu ma jfisser xejn.", "Ir-rapport f'azzjoni strateġika huwa dak li fl-aħħar mill-aħħar se jmiss iċ-ċittadini f'pajjiżna.", "Definitely irid ikun hemm follow-up u anke hawnhekk il-WHO se toffri l-għajnuna tagħha.", "Ħalli ngħidu hekk, at this stage in time, naħseb ilkoll kemm aħna għandna ħafna mistoqsijiet dwar kif proprju se jiġi attwat dan il-proġett.", "Naturalment l-importanti huwa kemm aħna kommessi għal din il-kwalita' ta' xogħol.", "Nistgħu nieħdu ħafna ġid minnu imma forsi rridu wkoll inbiddlu l-mod kif konna qed inħarsu lejn l-affarijiet.", "Naqbel miegħek li anke għalina se tkun challenge biex nibdew niddiskutu l-issue tas-saħħa flimkien, pero' nifhmu li s-saħħa m'għandhiex taqa' biss taħt il-ministeru tas-saħħa.", "MICHAEL FARRUGIA: Ilna snin niddiskutu u naħdmu ma' l-FAO fejn jidħol food safety u kull tant żmien jiġu esperti minn din l-organizzazzjoni biex jaraw l-iżvilupp li jkun għaddej kemm mil-lat ta' food safety u kemm mil-lat tad-diversi rakkmandazzjonijiet li jkunu saru mill-FAO.", "Jiena qed nifhem tajjeb li wara li jsir l-appraisal u r-rapport, m'hu se jkun hemm l-ebda follow-up min-naħa tal-WHO biex jaraw fejn wasalna, fuq xiex naqblu jew ma naqblux, x'inhu l-aħjar metodu li rridu nimxu fuqu fiċ-ċirkostanzi Maltin, eċċ?", "Se jkun hemm dan it-tip ta' follow-up?", "MARIA ELLUL: Iva, u dan jingħad fil-brief li qassamtilkom fil-bidu tal-laqgħa.", "Jekk aħna nkunu rridu dik it-tip ta' follow-up, jagħtuhielna.", "Huma lesti li joffru assistenza skond kemm aħna bħala pajjiż nitolbuha.", "Aħna li aħna fil-kamp tas-saħħa ħdimna mal-WHO u nafu li huma qatt ma jimponu xi ħaġa li aħna m'aħniex komdi biha.", "Il-WHO m'hijiex organizzazzjoni li tgħidlek: Isma', jekk ma tagħmilx hekk, is-sistema tas-saħħa m'hijiex se taħdimlek.", "Fl-aħħar mill-aħħar dan huwa proċess u allura ma rridux narawhom qishom xi rakkmandazzjonijiet li rridu nattwawhom kollha f'perijodu qasir.", "Naraw il-priority areas, naraw minn fejn nistgħu naħdmu, u naturalment fejn għandna ċertu diffikultajiet, jittieħed aktar ħin u jsir aktar planning.", "Pero' din hija opportunita' u tajjeb li tkunu tafu li hemm żewġ pajjiżi oħra li qegħdin in league magħna, ir-Rumanija u l-Iżvizzera iżda at this point in time il-WHO qed tippreferi taħdem magħna milli magħhom.", "Illum qed joffru li jagħmlulna dan il-programm ta' evalwazzjoni, pero' m'għandna l-ebda garanzija li fil-futur se jibqgħu jkunu jistgħu jagħtu dan il-kwalita' ta' servizz bl-esperti li għandhom magħhom.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jien ukoll nemmen ħafna f'dan it-tip ta' appraisal li naħseb huwa ta' benefiċċju kbir għal pajjiżna.", "L-Onor.", "Bartolo semma l-bżonn ta' follow-up, pero' jien nemmen li mil-lat ta' preparazzjoni hemm bżonn li wieħed jifhem minn issa x'se nagħmlu.", "Aħna se nkunu awto-kritiċi?", "Aħna se ngħinuhom isibu l-problemi, jew le?", "Ħalli nieħu bħala eżempju l-qasam tad-djar.", "Jekk tara l-liġijiet relevanti u s-social data li se jiġu briefed dwarhom il-WHO, ma naħsibx li ssib, per eżempju, li s-sistema tal-punti li tuża' l-Awtorita' tad-Djar meta talloka post qiegħda tkun inġusta, fl-opinjoni tiegħi, ma' min għandu mard tal-qalb iskemiku u jingħata post fejn hemm ħafna taraġ.", "Li qed nipprova ngħid huwa li mhux biżżejjed li nagħtuhom biss il-liġijiet u d-data.", "MARIA ELLUL: Fil-fatt il-briefing team mhux se joqgħod jistudja l-affarijiet minn barra u jikteb li jrid, iżda se jkollu scheduled interviews.", "On an interview system jiġu studjati l-affarijiet.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Imma min se jiġi intervistat f'Malta?", "MARIA ELLUL: Huma se jiddeċiedu.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jekk irridu li dan il-proċess ikun effettiv, importanti li l-Maltin li se jiġu intervistati jkunu awto-kritiċi sabiex l-affarijiet jirranġaw ruħhom.", "Jekk il-problemi mhux se jiġu pin-pointed out, jistgħu jdumu jfittxu fil-liġijiet u fid-data għax fl-opinjoni tiegħi mhux se jsibuhom.", "MARIA ELLUL: Eżattament.", "In-nies li se jsiru interviews magħhom, iridu jkunu nies aġġornati ben tajjeb dwar l-affarijiet li proprju qed issemmi inti.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Naturalment hemm ukoll ir-riskju ta' bias.", "F'dawn l-affarijiet wieħed ma jistax ikun biased għaliex inkella l-istudju ma jkunx ...", "MARIA ELLUL: Naħseb irridu nirrealizzaw il-fatt li Malta hija pajjiż żgħir għall-World Health Organisation u allura f'Malta tista' tagħmel dan it-tip ta' appraisal.", "Tant aħna żgħar li għalihom m'hijiex diffiċli biex isibu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li għandna fis-sistemi tagħna.", "Ma naħsibx li jistgħu jagħmlu din il-kwalita' ta' evalwazzjoni, jew appraisal, f'pajjiżi fejn hemm il-miljuni.", "F'Malta, għandna aċċess għan-nies u mill-ewwel tista' tifhem x'inhu jiġri.", "Naħseb li f'dan il-każ id-daqs tagħna se jservi ta' vantaġġ.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Ħalli nerġa' nirriferi għall-qasam tad-djar għax naf kemm hu qasam importanti f'pajjiżna.", "Xi ħadd irid jispjega lil dawn in-nies id-dettalji ta' kif tadem is-sistema tal-punti għax jekk ħadd m'hu se jinfurmahom dwar it-teknikalitajiet li fil-prattika jfissru ħafna, fl-opinjoni tiegħi, ir-riżultati m'humiex se jilħqu l-għanijiet mixtieqa.", "MARIA ELLUL: Il-fieldwork qiegħed spjegat f'paġna 4 tal-handout li qassamt.", "Naturalment huma għandhom it-teknika tagħhom u f'dan l-istadju aħna għadna ma dħalniex f'dan id-dettall.", "Possibly, this kind of information would be readily available darba aħna nistiednuhom u ngħidulhom li għandna ċerti dubji fuq l-affarijiet li qed issemmi.", "Pero' naħseb li at this stage mhux se jagħtuna iktar informazzjoni milli diġa' rnexxielna niġbru.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jien inħoss li l-qasam tad-djar huwa wieħed mill-aktar oqsma importanti f'pajjiżna.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jien inħoss - ma nafx sħabi x'jaħsbu dwar dan - li jekk ma tidħolx fis-sistema tal-punti, tista' ma tidħolx fil-qasam ta' housing.", "Hemm bżonn li din is-sistema tiġi rranġata.", "Jekk it-team ta' esperti li ġej hawn Malta mhux se jara dan l-aspett, fl-opinjoni tiegħi jista' lanqas biss iħares lejn il-qasam tad-djar.", "MARIA ELLUL: Għaliex qed tibża' li din l-issue mhux se tiġi ndirizzata if this is such a main issue?", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Qed insemmi l-housing bħala eżempju.", "MARIA ELLUL: Fejn inħossu li issues bħal dawn għandhom jiġu studjati, irridu nagħmluhielhom ċara.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Hawnhekk ma jingħadx li se jidħlu f'dan id-dettall u anke inti qed issostni li m'humiex se jidħlu f'dan id-dettall, imma jekk mhux se jidħlu f'dan id-dettall ...", "MARIA ELLUL: Le, se nidħlu f'dak id-dettall u kif għedtilkom, kull determinant of health se jiġi studjat.", "Kif qal l-Onor.", "Farrugia, m'għandniex naraw biss l-isptar u s-servizzi tas-saħħa li għandna.", "Hawn ħafna li jaħsbu li biex tippromwovi s-saħħa tenħtieġ biss li dawn is-servizzi jiffunzjonaw tajjeb, jew li d-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa jiffunzjona 100%, pero' mhux hekk, id-determinants of health kollha jridu jiġu studjati f'dan it-tip ta' appraisal.", "Jekk ma jsirx hekk, mhux se jkollna rapport validu.", "Dan id-dokument huwa kollu fuq hekk u l-health appraisal ħarġet minn dan id-dokument.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Onor. Rita Law.", "RITA LAW: Skużawni li ma kontx hawn mill-bidu tal-laqgħa, pero' jien għandi ċerti dubji.", "Dan il-proċess se jwassal biex ikollna inspectors?", "Ġejna approached mill-WHO għax raw li aħna għandna ċertu potenzjal biex nippromwovu u nsaħħu s-saħħa tal-poplu tagħna u għaldaqstant jixtiequ li jiġu hawn jagħmlu ftit investigazzjoni u joħorġu b'rapport.", "Dan ir-rapport għandu jgħinna biex bħala poplu naraw, per eżempju, għandniex inżidu l-fondi għall-promozzjoni tas-saħħa jew għandniex inżidu l-fondi għall-Aġenzija sedqa jew fuq liġijiet li jistgħu jgħinu s-saħħa tal-poplu.", "Dan ir-rapport għandu jgħinna nkunu nafu fuq liema triq għandna nimxu.", "Ir-rapport se jservi ta' għodda li fl-aħħar mill-aħħar se nużawh kif jaqbel lilna.", "Jiġifieri huma mhux se jikkritikawna għax għad m'għandniex ċertu liġijiet jew benefiċċji soċjali.", "Mhux se jagħmlu hekk.", "RITA LAW: Jiġifieri ċertu liġijiet se jiġu affettwati.", "MARIA ELLUL: Liġijiet, strutturi … Jien nemmen li l-mod kif irridu nibdew inħarsu lejn is-saħħa tal-poplu tagħna, irid jiġi affettwat.", "RITA LAW: Ġaladarba aħna se nagħmlu struttura u daqstant tibdil, jien inħoss li minn issa l-Istat għandu jaħseb - fil-bidu għedt ''inspectors'' - għal nies preparati apposta biex jagħtu struzzjonijiet fuq dan it-tibdil propost.", "Fiċ-chart li urejtna, wieħed mill-health determinants kien proprju ''health services'', iżda b'''health services'' wieħed jifhem hotels jew bars?", "MARIA ELLUL: Health services huma s-servizzi ta' saħħa li jingħataw jew minn sptarijiet, jew minn health centres, jew minn kliniċi, jew inkella minn health leisure centres.", "RITA LAW: B'hekk ħsibt f'inspectors għax jekk m'intix se trawwem nies li jkunu kapaċi jispjezzjonaw il-health services ....", "IĊ-CHAIRPERSON: Forsi wieħed irid jispjega li l-għan ta' dan il-proġett m'huwiex dak li qed tifhem inti b'inspectors.", "Dan il-proġett irid jgħin biex fil-policy making ta' oqsma differenti li normalment m'humiex assoċjati ma' saħħa, tibda tiġi kkonsidrata wkoll is-saħħa tal-bniedem.", "L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Id-domanda li nixtieq nagħmel lil Ms. Ellul torbot ħafna ma' dak li qalu l-Onor.", "Rita Law u l-Onor.", "X'jiswa li nagħmlu dan l-eżerċizzju konsultattiv jekk imbagħad ma jkollniex follow-up siewi tiegħu?", "Jekk per eżempju mhux qed jiġi maħsub biex id-dipartiment jissaħħaħ b'aktar riżorsi umani - forsi jenħtieġu iktar nies speċjalizzati at managerial level fit-taqsima tas-saħħa u fil-health promotion section - ir-rapport li eventwalment se jkun preżentat mill-WHO, se jispiċċa biex jitħalla fuq l-ixkaffa?", "MARIA ELLUL: Imma għaliex qed naqtgħu qalbna minn issa dwar il-follow-up?", "KARL CHIRCOP: Għaliex jien nemmen li għandu jiġi maħsub minn issa li l-Health Promotion Department jissaħħaħ.", "MARIA ELLUL: Il-health appraisal m'huwiex se jħares biss lejn il-Health Promotion Department, iżda se jħares lejn kull ...", "Jekk inti se tifrex fuq ħafna oqsma, iktar se jkollok bżonn ta' riżorsi umani.", "MARIA ELLUL: Se tikkrea framework ta' kif il-partners kollha jistgħu jissaħħu biex finalment jaffettwaw il-determinants of health in the inner circle.", "Forsi l-follow-up li aħna qed nibżgħu ftit minnu, se jurina li f'ċertu areas diġa' għandna bidu tajjeb u kulma rridu huwa ftit iżjed xogħol.", "KARL CHIRCOP: Jien m'iniex nibża' mill-follow-up, anzi nixtieq li jkun hemm follow-up.", "MARIA ELLUL: Dak huwa ċ-challenge tagħna.", "Jekk dan irridu narawh jiġri f'pajjiżna u aħna kommessi lejh, il-follow-up huwa importanti ferm.", "Bħal kull rapport ieħor se jkollu ċertu rakkmandazzjonijiet, pero' nistgħu naraw li xi wħud minnhom m'humiex priority areas li rridu naħdmu fuqhom mill-ewwel, imma żgur li ċerti affarijiet se jkunu ħafna favur tagħna.", "Diġa' għandna affarijiet li huma pożittivi u tajjeb li nħarsu lejhom ukoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Jien m'iniex nara problemi.", "Il-WHO li hija organizzazzjoni stabbilita, qed toffri s-servizzi tagħha biex tikkoordina l-aspetti differenti fejn tidħol il-promozzjoni tas-saħħa.", "Inti għedt li dan il-proġett se jiswa USD 10,000?", "MARIA ELLUL: Huma qed jistmaw li dan il-proġett se jiswa USD 10,000 u dawk il-flus se jinħarġu minn għandhom.", "MICHAEL ASCIAK: Jiġifieri m'aħniex qed nitkellmu fuq ammont fenomenali ta' flus.", "Għar-rigward ta' follow-up, jiddependi mill-Gvern tal-ġurnata.", "Ma naħsibx li l-Ministru tas-Saħħa li qiegħed hawn u li jixtieq li nidħlu għal dan il-proġett se jħalli r-rapport fuq l-ixkaffa jew li m'huwiex se jikkoordina mad-dipartmenti l-oħra skond il-bżonn.", "Jien ma nara xejn ħażin, jew l-ebda problemi, fil-proposta biex isir dan il-programm ta' evalwazzjoni, anzi nħoss li din hija opportunita' li għandna naħtfuha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Is-Sur Scicluna, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Politika Soċjali.", "IS-SUR JOSEPH SCICLUNA (Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Politika Soċjali): Jien nixtieq ngħid xi ħaġa mil-lat amministrattiv.", "Matul is-snin kellna ħafna consultancy reports fis-servizz pubbliku.", "Qabel ma twaqqfet l-MSU kien ikollna input qawwi mill-aġenziji ta' l-United Nations u rajna ħafna rapporti li ġew u tpoġġew fuq l-ixkaffa.", "Kemm meta kellna l-MSU u kemm issa li għandna organizzazzjonijiet oħrajn fosthom l-MEU, ikollna ħafna rapporti li minkejja jkunu rapporti tajbin - anke dawk li jsiru minn nies lokali - sfortunatament jitpoġġew fuq l-ixkaffa.", "Naħseb li ħafna drabi l-ikbar problema hija n-nuqqas ta' ownership.", "U jien naħseb li f'dan il-pajjiż in-nuqqas ta' ownership dehret ħafna fejn l-inizjattivi kienu multi-settorali bħalma qed jiġi propost hawnhekk.", "Barra minn hekk, naħseb li fit-tlett ijiem li l-briefing team se jagħmel hawnhekk se jkun diffiċli ħafna biex joħorġu b'rapport komprensiv kif qed issemmi Ms. Ellul.", "Veru li jekk l-informazzjoni tingħata minn qabel tgħin, pero' jien għandi ftit dubju kemm consultancy ta' tlett ijiem tista' twassal għal dan it-tip ta' eżerċizzju vast li qed jiġi propost.", "Issemmew il-qasam tad-djar u l-qasam ta' l-alkoħol u d-droga, pero' diversi oqsma oħra jaffettwaw is-saħħa tal-bniedem.", "Per eżempju l-SWDP taħdem ma' każijiet ta' child abuse u domestic violence u hemmhekk għandek ukoll aspett ta' saħħa.", "MARIA ELLUL: Ġejjin tliet esperti.", "Huwa maħsub li dan l-eżerċizzju jitlesta f'sebat ijiem imma jista' jieħu sa ġimgħatejn.", "Meta għamlu l-istess xogħol fis-Slovenia li għandha popolazzjoni ħafna ikbar minn tagħna, ħadu aktar minn hekk.", "Jiena mhux qed ngħidilkom li l-esperti tal-WHO se jiġu fit-tali ġurnata u se jitilqu tliet ijiem wara.", "L-acceptance u l-ownership tal-proġett huma importanti.", "Per eżempju f'pajjiżna ilna nitkellmu dwar gender equality u l-bżonn li jkollna a gender impact assessment fuq l-inizjattivi li jittieħdu, imma x'qed jiġri?", "Li qed jiġri huwa li l-qasam ta' gender equality huwa multi-settorali, hemm ħafna setturi li huma nvoluti, allura ħafna drabi, even because of the day-to-day pressures, meta nibdew inizjattivi ftit nagħtu kas il-gender impact assessment.", "L-istess fil-każ ta' persuni b'diżabilita'.", "Suppost li aħna kollha kemm aħna meta nieħdu ċerti inizjattivi nagħtu kas l-aċċessibilita' ta' persuni b'diżabilita', imma kemm ilna biex indaħħluha din il-kultura ta' aċċessibilita'?", "U hawn se tiltaqa' ma' l-istess problema.", "Hawnhekk aħna qed indaħħlu dimensjoni ġdida which is health promotion for all in respect of all our sectors u kulħadd irid ikun konxju minnha, imma kif se ddaħħal din il-health promotion consciousness?", "Jien naħseb li d-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa - u hawn norbot ma' dak li qal l-Onor.", "Jekk il-Health Promotion Department ma jkollux ir-riżorsi biex jimbotta dan il-konċett, eventwalment naħseb li nkunu għamilna eżerċizzju li ftit se jkollu riżultat.", "L-aħħar ħaġa li rrid ngħid hu li forsi rridu nibdew niddeċiedu x'inhuma l-prijoritajiet.", "Jekk nippruvaw nindirizzaw is-setturi kollha, naħseb li nkunu daqsxejn ambizzjużi wisq.", "Għaliex l-ewwel ma niddeċiedux, anke fil-kontest ta' dan l-eżerċizzju, x'inhuma l-prijoritajiet li rridu nindirizzaw?", "IĊ-CHAIRPERSON: Ms. Ellul.", "MARIA ELLUL: Naħseb li fejn jidħol l-aspett ta' follow-up, we are missing the wood for the trees għax ir-rakkmandazzjonijiet li se jagħmlu, almenu skond ma qalulna u skond rapporti ta' pajjiżi oħra li rajt, se jkunu skond il-qasam li huma dovuti lejhom.", "Jiġifieri jekk nieħdu il-qasam ta' saħħa, se jkun hemm ċertu rakkmandazzjonijiet għal dak il-qasam; jekk se nitkellmu fuq housing, se jkun hemm rakkmandazzjonijiet fuq housing.", "U għalhekk kien hemm il-bżonn ta' consensus minn issa.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Eventwalment huma se joħorġu bi proposti, hux hekk?", "MARIA ELLUL: Dażgur, u l-proposti se jkunu abbinati ma' kull settur li se jistudjaw.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nixtieq nagħti ċans għal intervent ieħor mill-Onor.", "Bartolo, imbagħad insejjaħ lill-Onor.", "Farrugia u fl-aħħar nagħti l-kelma lill-Ministru Deguara.", "EVARIST BARTOLO: Jien nixtieq insemmi l-problemi mhux biex naqtgħu qalbna jew biex ngħidu li l-affarijiet m'għandhomx isiru, imma għax irridu li jkollna riżultat.", "U huwa importanti li jkollna riżultat għaliex inkella ma nilħqux dak li rridu.", "Jien norbot ħafna ma' dak li kien qed jgħid is-Sur Scicluna.", "Jien naħseb li għandu ħafna raġun għaliex ħafna drabi, f'pajjiżna, l-inizjattivi ta' kulħadd, jispiċċaw l-inizjattivi ta' ħadd.", "Kulħadd jirraġuna ''dik m'hijiex tiegħi, dik trid issir minn xi ħaddieħor ...''.", "U jekk mhux se jkun hemm a coordinating unit qabel, waqt u wara li jsir dan l-eżerċizzju, jien ngħid li nispiċċaw b'biċċa karta li fl-aħħar mill-aħħar ma jkollhiex wisq riżultat.", "Qed insemmi wkoll dan il-punt għaliex kif kien qed jgħid il-kollega tiegħi l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, ħafna jiddependi mill-kwalita' ta' informazzjoni li l-briefing team jingħata.", "Jien rajt ħafna rapporti preparati min-nies tagħna li kienu qishom qed jiktbu xi promotion brochure, fejn jagħtu deskrizzjoni ta' x'jeżisti u jekk jista' jkun jagħmluh b'mod sabiħ qishom qed jiġbdu n-nies għal lukanda.", "L-iskop tagħna m'huwiex li nċarrtu lilna nfusna jew li noqogħdu bil-frosta ngħidu kemm aħna taċ-ċajt; mhux dak il-punt, imma li ssemmi l-istrenghts and weaknesses huwa importanti.", "U jekk min qed jagħmel l-appraisal u min qed jiġbor l-informazzjoni lanqas jappartjeni għall-filosofija ta' l-approach li qed tissemma, hu x'inhu l-għan ta' l-eżerċizzju … Jien rajt rapporti li d-dipartimenti jippreparaw għall-UNESCO jew għall-UNIDO fejn wieħed qisu jagħti x'jifhem li m'għandna l-ebda problema u tingħata biss deskrizzjoni pjuttost sanitized.", "Imma dak m'huwiex l-iskop tagħna.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel hu li jekk mhux se jkun hemm coordinating unit, qabel, waqt u wara li jsir l-eżerċizzju u bis-saħħa jagħmel dak li għandu jagħmel, ikollna l-problemi.", "Wieħed mill-aqwa rapporti li sar Malta, kien dak tal-UNIDO meta xi tlieta jew erba' snin ilu kienu ġew jagħmlu rapport fuq il-high tech industry u qalu: ''We went to a small island and found a large archipelago'' għax sabu ħafna gżejjer ta' pockets f'istituzzjonijiet differenti.", "Dawn kellmuhom lilhom imma ħafna drabi ma tantx jikellmu ma' xulxin u ma jitkellmux ma' xulxin mhux għax neċessarjament huma miġġieldin imma .… Din il-mentalita' ssibha kullimkien.", "Teżisti fid-dinja kollha; m'hijiex xi ħaġa li ssibha hawn Malta biss.", "Kif se tikkoordina flimkien social policy, education, health and the social and economic side - għaliex il-problema ta' l-unemployment u l-problema tar-resourcing biex tista' tagħmel dan il-proġett jiddependi mill-economic side - huwa importanti ferm.", "Jiena sinċerament nemmen li jekk mhux se jkun hemm a high powered co-ordinating unit, qabel, waqt u wara l-eżerċizzju, se nkunu diżappuntati.", "U dan mhux l-iskop tagħna.", "Nixtieq nirrepeti li qed insemmu l-problemi, mhux għall-gost jew biex naqtgħu qalbna, imma biex inkunu nafu x'qed niffaċċjaw.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Biex ngħaqqad ma' dan li qed jingħad, nixtieq nirriferi għar-rapport li tlesta lejn nofs is-sajf li għadda, in-National Environment Health Action Plan, fejn ta diversi rakkmandazzjonijiet fosthom li għandu jitwaqqaf kumitat biex jara l-mod kif niżviluppaw, eċċ. Issa jekk wieħed jara dak li jiġi diskuss fil-Parlament, jara li tlett kwarti mid-diskussjonijiet ikunu jew fuq liġijiet finanzjarji, jew inkella dwar liġijiet b'konnessjoni ma' miżuri mħabbra fil-budget u sfortunatament ikun hemm ftit ħin għad-diskussjoni fuq liġijiet li hemm bżonn li jinbiddlu.", "Ħalli nirriferi għall-qasam tal-housing li diġa' rrifera għalih l-Onor.", "Jekk wieħed kellu jistaqsi kemm hawn persuni f'Malta li huma sid darhom, it-tweġiba tkun 60%, imma wieħed irid jara x'jifhem b'dar.", "Dar b'żewġt ikmamar hija dar, u dar b'għaxart ikmamar hija wkoll dar.", "Mela m'hijiex sempliċement kwestjoni ta' kemm nies għandhom saqaf fuq rashom, imma kwestjoni li tikkonċerna wkoll il-kondizzjonijiet li qegħdin jgħixu fihom in-nies.", "Wieħed irid jidħol fid-dettall għaliex inkella, kif diġa' ssemma minn diversi kelliema, inkunu qegħdin naħarbu mir-realta' tal-ħajja.", "Anke fil-każ tan-NEHAP kien hemm diversi rakkmandazzjonijiet pero' jenħtieġ li d-dipartimenti kollha jkunu konxji li jridu jaslu fejn qegħdin ngħidu li rridu naslu.", "Huwa faċli li dipartiment, per eżempju, dak tas-saħħa, jgħid li jrid jasal, imma jekk imbagħad dipartiment ieħor li wkoll jgħid li jrid jasal fil-fatt ma jagħmel xejn biex jintlaħaq l-għan finali li nkunu nixtiequ nilħqu, ma naslux u pjuttost inkunu qed nidħku bina nfusna.", "Semmejna l-Parlament u l-Ministeru tas-Saħħa, pero' naħseb li b'dawn biss ma naslux fejn irridu naslu.", "Naħseb li kemm meta tkun qed tiġi preparata l-informazzjoni li trid tintbagħat lill-WHO qabel jiġi l-briefing team hawn Malta, kemm waqt li jkun qed isir l-appraisal, kif ukoll wara, there has to be a concerted effort.", "Hemm ukoll a political commitment u jrid ikun hemm a political commitment jekk irridu nħarsu lejn tibdil fl-aspett ta' saħħa b'riferenza għal kull dipartiment, fosthom housing, agrikoltura, eċċ. Barra minn hekk, irridu naqblu mhux biss bħala membri parlamentari biex sempliċement nagħtu l-go ahead imbagħad kollox ikun f'idejn il-Ministeru tas-Saħħa, jew bejn il-Kabinett, imma jien immur oltre minn hekk, u ngħid li għandha tkun fuq livell nazzjonali u jkun hemm pressure biex l-affarijiet isiru mhux bi kritika għal xi ministru imma għas-sempliċi raġuni biex jimxu l-affarijiet.", "Ma għandniex niddiskutu biss affarijiet finanzjarji jew affarijiet relatati ma' xi benefiċċju bir-riżultat li l-problemi reali tal-pajjiż jibqgħu jiġu shelved għax forsi nibqgħu ma nsibux ħin għalihom.", "Il-problemi reali, anke problemi li huma health related, qed jiġu shelved minn sena għal oħra.", "Jekk wieħed kellu jara l-leġislazzjoni li għaddiet matul numru ta' snin, jara li ċertu affarijiet ilhom jiġu shelved is-snin.", "Per eżempju, ċertu dokumenti tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra erba', ħames snin ilu, u sal-lum għadna qatt ma ddiskutejnihom.", "Kien hemm dokumenti li huma health related u d-diskussjoni dwarhom ilha s-snin tiġi shelved.", "Dak hu l-aħħar messaġġ li se ngħaddi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Ms. Ellul, tixtieq tagħti r-reazzjoni tiegħek għal dan?", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Din il-kwestjoni li qed nittrattaw hija waħda ta' konsistenza magħna nfusna u mal-poplu tagħna, fis-sens li dan ir-rapport tal-WHO se joffri okkażjoni unika ta' kif il-barranin jarawna u xi prijoritajiet jaraw għalina.", "Veru, dawn se jimxu fuq l-indikazzjonijiet li se nagħtuhom, pero' jiena inħoss li l-fatt li biex jiġi kummisjonat dan ir-rapport jixtiequ li jkun hemm backing tal-Parlament, ifisser li jixtiequ li inizjattiva bħal din ma ssirx għodda politika.", "Irid issir pjan ta' ħidma u naħseb li l-fatt li jkun hemm consensus bejn il-membri parlamentari jfisser li jekk l-Oppożizzjoni tara li l-Gvern qiegħed jibqa' lura fil-ħidma tiegħu, tkun tista' tniggzu.", "Kif għedt, irridu nkunu konsistenti magħna nfusna.", "Naħseb li waħda mir-raġunijiet li l-WHO qed tippreferi tiġi Malta u mhux tmur l-Iżvizzera, hija li fl-1995 konna ħriġna bid-dokument ''Health Vision 2000'' li nistgħu ngħidu kien jelenka proprju l-istess konċetti mniżżlin fir-rapport li se jiġi kummissjonat.", "Ta' min ifakkar ukoll li r-rapport li ġie preżentat fl-1995, kien sar wara konsultazzjoni ma' l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien.", "Infatti jiena niftakar lill-Prof.", "Grech jgħid li dak ir-rapport kien ''the way forward''.", "Jiġifieri fl-1995 kien hemm qbil fuq kif għandna nimxu biex il-problemi li hemm envisaged f'dan l-istudju jiġu tackled.", "Matul din il-laqgħa tqajjem ċertu dubju dwar l-ownership ta' dan l-eżerċizzju.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar is-saħħa tal-poplu u allura l-ownership ta' proġett bħal dan għandu jkun tal-poplu Malti.", "Vera li d-Dipartiment tas-Saħħa jrid ikun il-mutur, pero' anke jekk naraw x'konna ktibna fil-''Health Vision 2000'' għar-rigward ta' l-implimentazzjoni, naraw li konna għidna li d-Dipartiment tas-Saħħa għandu jibqa' jkun il-fus, jew il-mutur, pero' għandu jkun hemm ukoll coordinating committee ta' l-ogħla livell.", "Fil-fatt fid-dokument konna niżżilna li dan il-kumitat kellu jkun magħmul mis-segretarji permanenti li hemm f'kull ministeru.", "U konna għidna hekk biex l-ewwelnett ikun hemm close liaison bejniethom, u t-tieni nett biex jagħti clout biżżejjed lill-kumitat ħalli ċertu affarijiet li jkunu ġew deċiżi mill-kumitat jitwettqu.", "Per eżempju, inutli noqogħdu ngħidu li ħafna mill-mard li għandna f'pajjiżna huwa kaġunat mill-ikel jekk imbagħad ma tinvolviex il-qasam ta' l-agrikoltura biex iħajjar lill-bdiewa jinvestu u jkabbru ħxejjex li ovvjament huma tajbin għas-saħħa u jkabbruhom f'ammonti li jwasslu biex il-prezz tagħhom ikun irħis.", "Tagħmel kemm tagħmel promozzjoni tas-saħħa, tistenniex li l-poplu se jixtri ċertu ikel jekk ma jkunx bi prezz favorevoli.", "Meta ppreżentajna d-dokument ''Health Vision 2000'' fl-Assemblea tal-WHO, konna ppreżentajna chart fejn fiha ġew listed id-dipartimenti kollha li għandna f'pajjiżna bi grading ta' kemm dipartiment għandu x'jaqsam ma' ieħor u x'kontribut irid jagħti.", "U minn din iċ-chart ħareġ li l-ikbar kontribut ma kienx tad-Dipartiment tas-Saħħa iżda tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.", "Jiġifieri dawn il-pjanijiet ta' kif għandna nimxu 'l quddiem, ta' kif għandna nikkoordinaw u x'mekkaniżmu għandna nużaw, diġa' ġew stabbiliti fl-1995.", "U nerġa' nirrepeti li dwar dan kien hemm il-qbil taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Il-prijoritajiet kienu ġew magħżula u t-targets kienu ġew iffissati u ġew iffissati mhux fl-arja, imma b'dati.", "Per eżempju, konna rajna kemm għandna nnaqqsu l-inċidenza tat-tipjip, kemm għandna nżidu d-dijanjosi ta' kanċer, kemm għandna nnaqqsu t-traffic accidents.", "Dan ix-xogħol diġa' sar u dawn it-targets ħadem fuqhom id-Dipartiment tas-Saħħa b'kollaborazzjoni ma' dipartimenti oħra.", "Illum il-konċett tas-saħħa qed jinbidel radikalment.", "Illum il-konċett, il-buzz-word - kulħadd juża l-buzz-words - hija the empowerment of the individual.", "Aħna rridu nipprovdu l-għodda but we have to empower the individual, kif qalet tajjeb Maria Ellul, li jieħu ħsieb saħħtu.", "It is useless trying to empower the individual u ngħidulu jiekol il-ħaxix, imbagħad nirristrinġuh milli jagħmel hekk minħabba l-prezz.", "Dawn huma l-konċetti u kif għedt fil-bidu, din se tkun l-għodda.", "Dan l-eżerċizzju se jagħtina opinjoni, forsi unbiased - għalkemm dak li lħaqna fl-1995 żgur ma kienx biased - u se jniggiżna u forsi se jistaqsina x'wettaqna minn dak li ż-żewġ naħat tal-Kamra qablu dwaru fl-1995.", "Forsi din se tkun l-għodda li verament se tixprunana biex nibdew inwettqu l-ħidma bis-serjeta' kollha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjakhom.", "Napprezza d-diskussjoni li saret.", "Ovvjament ma nistgħux ngħidu li dan il-proġett m'huwiex very challenging pero' l-fatt li huwa challenging żgur li m'għandux jaqtagħalna qalbna milli nieħdu din ic-challenge u naraw li dan il-proġett isir.", "Minkejja li tqajmu diffikultajiet u saru mistoqsijiet, kif inhu sewwa, l-ewwel kelma li kull wieħed minna qal kienet li dan huwa proġett tajjeb, allura qed neħodha li kull wieħed u waħda minnkom qegħdin taċċettaw il-proposta li jsir dan il-proġett f'pajjiżna.", "Naqbel ħafna li r-rapport li jitlesta m'għandux ikun dokument ieħor mad-dokumenti li diġa' għandna.", "Il-follow-up huwa importanti ħafna jekk verament irridu nieħdu l-aħjar benefiċċju u nixtieq li dan il-kumitat jibqa' jiġi nfurmat dwar dak li jkun qiegħed jiġri, kemm sakemm jasal biex jibda l-appraisal, kemm waqt li jkun qed isir l-appraisal u kemm wara li joħroġ id-dokument.", "Imbagħad nagħmlu diskussjoni oħra f'dan il-kumitat meta jkun lest id-dokument li se jħejjulna l-esperti mill-WHO li se jiġu hawnhekk.", "Għandu jkun an ongoing process ta' dan il-kumitat biex bħala kumitat jimbotta dak li jkun qed jiġi suġġerit, biex fejn hu possibbli, vijabbli u ta' ħtieġa għal pajjiżna, l-affarijiet suġġeriti jsiru.", "Pero' l-iktar ħaġa importanti hija l-coordination u iktar ma' nies fid-diversi dipartimenti u fid-diversi ministeri jemmnu li l-health promotion m'hijiex biss tal-Ministeru tas-Saħħa, aktar hemm ċans li jkollna suċċess.", "Biex dawk kollha nvoluti f'dan is-scenario jibdew jemmnu f'dan il-konċett, jenħtieġ li nimxu bil-għaqal u bil-paċenzja.", "Nirringrazzjakom u navżawkom meta l-kumitat ikun se jerġa' jiltaqa'.", "Fit-8.35 p.m. il-Kumitat ikkonkluda d-diskussjoni u aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.Ha HaHawn"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990504_009d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 4 ta' Mejju, 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.10 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "Kienu preżenti wkoll il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni, l-Onor Censu Galea; il-Ministru tas-Saħħa, l-Onor Louis Deguara; l-Onor Evarist Bartolo; l-Onor Dolores Cristina; l-Onor Rita Law; is-Sur Joe Scicluna, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Politika Soċjali; u s-Sur Louis Vella, uffiċjal fil-Ministeru għall-Ambjent.", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 8 li saret fis-27 ta' April, 1999 kienu konfermati.", "PROPOSTA MIR-REĠJUN EWROPEW TA' L-GĦAQDA DINJIJA TAS-SAĦĦA (WHO) BIEX INIEDI PROGRAMM TA' EVALWAZZJONI DWAR IL-PROMOZZJONI TAS-SAĦĦA F'MALTA", "Il-Kumitat stieden lil Ms Maria Ellul, Direttur fid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa, tagħmel presentation dwar dan is-suġġett.", "Ms Ellul ippreżentat lill-Kumitat briefing notes dwar Appraisal Opportunities for Health Promotion.", "Barra l-Membri tal-Kumitat, fuq dan is-suġġett tkellmu l-Ministru tas-Saħħa, l-Onor Louis Degura; l-Onor Evarist Bartolo; l-Onor Rita Law u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Politika Soċjali, s-Sur Joe Scicluna.", "Il-Kumitat ikkonkluda d-diskussjoni u qabel mal-proposta tal-WHO li jitniedi programm ta' evalwazzjoni dwar il-promozzjoni tas-saħħa f'Malta.", "Il-President tal-Kumitat uriet ix-xewqa li l-Kumitat jibqa' jiġi nformat dwar dan il-programm ta' evalwazzjoni.", "Fit-8.35 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990504_009m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 12", "It-Tnejn, 10 ta' Mejju 1999, fil-11.00 a.m.", "Id-Deputy Speaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 10 ta' Mejju 1999, fil-11.00 a.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "10 ta' Mejju 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990510_012a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 10 ta' Mejju 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fil-11.05 p.m.", "L-iSpeaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra l-Onor.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor George Vella, il-Kumitat qabel li l-Minuti tal-laqgħa numru 10 li saret fis-26 ta' April, 1999, kellhom jiġu emendati kif ġej:-", "(a) f'paġna 2, f'paragrafu (a), minflok il-kliem \"il-PAC jingħata l-inkarigu li jinvestiga l-materja\", għandhom jidħlu l-kliem \"il-PAC jingħata l-inkarigu li jifli fil-fond il-materja\"; u", "(b) f'paġna 3, minnufih fit-tarf tal-paragrafu (c) għandhom jiżdiedu l-kliem \"Minħabba li kien hemm qbil miż-żewġ naħat tal-Kamra fuq din il-materja, ma kienx jinħass il-bżonn li titressaq mozzjoni proċedurali.\".", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 11 li saret fit-28 ta' April, 1999, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li fil-ġranet li jmiss il-Parlament ikompli bid-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u t-Turiżmu ta' Malta – Abbozz Nru 16 – jibda d-diskussjoni fuq ir-riżoluzzjoni dwar il-proġett tal-Kottonera, u jibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa – Abbozz Nru 21.", "Huwa ppropona li, bi qbil miż-żewġ naħat tal-Kamra, l-istadju ta' Kumitat ta' l-Abbozz Nru 16 ikun jista' jsir fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi u b'hekk tonqos il-ħtieġa ta' seduti fil-għodu.", "L-Onor George Vella sostna li x-xewqa tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni hija li d-diskussjoni fuq l-istadju ta' Kumitat ta' l-Abbozz ta' Liġi Nru 16 issir f'Kumitat tal-Kamra kollha.", "Fuq it-talba tal-Viċi Prim Ministru sabiex l-Oppożizzjoni tindika l-għadd ta' kelliema fuq ir-Riżoluzzjoni dwar il-porġett tal-Kottonera, l-Onor George Vella fakkar lill-Kumitat fl-istedina li kienet saret mill-Ministru għall-Ambjent fl-istqarrija li kien għamel fil-Parlament li jekk l-Oppożizzjoni tħoss li l-kuntratt għandu jiġi mifli f'xi kumitat tal-Kamra, il-Gvern ikun lest li jagħmel dan.", "Il-Viċi Prim Ministru kkonferma li dik l-offerta għadha tgħodd u ppropona li l-Kumitat jiġi sospiż għal ftit minuti sakemm ikun jista' jikkonsulta ruħu dwar din il-proposta.", "Fil-11.22 a.m. il-Kumitat kien sospiż u rriżuma fil-11.32 a.m.", "Il-Viċi Prim Ministru kkonferma li l-proposta kif imressqa oriġinarjament mill-Ministru għall-Ambjent u kif sostnuta mill-Onor George Vella kienet aċċettabbli fil-prinċipju.", "Huwa ppopona li, fi kwalunkwe każ, id-diskussjoni fuq il-proġett tal-Kottonera kellha tibda immedjatament u li jekk issir f'kumitat, dan jingħata żmien ġimgħa biex jagħmel l-eżami neċessarju u mbagħad jirrapporta r-riżultanzi tiegħu lill-Parlament permezz tal-minuti u t-transcripts tal-laqgħat.", "Il-Kumitat qabel li f'każ li l-materja tiġi miflija minn kumitat, id-diskussjoni fil-Kamra mbagħad għandha tieħu ħames seduti.", "Il-Kumitat iddiskuta jekk għandux ikun il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi jew kumitat ieħor imwaqqaf ad hoc li jagħmel l-eżami tal-materja tal-proġett tal-Kottonera u l-Onor George Vella rriżerva li jagħti r-reazzjoni tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni possibbilment dak inhar stess.", "L-Onor Joe Mizzi informa lill-Kumitat li peress li kien se jkun imsiefer, l-Onor Joseph Cuschieri kien se jassumi l-inkarigu ta' acting whip.", "Il-Kumitat qabel li kellu jerġa' jiltaqa' possibbilment aktar tard wara nofsinhar.", "F'12.05 p.m. il-Kumitat aġġorna.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990510_012m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 13", "It-Tlieta, 11 ta' Mejju 1999, fil-11.00 a.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 11 ta' Mejju 1999, fil-11.00 a.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "11 ta' Mejju 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990511_013a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 11 ta' Mejju 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fil-11.05 a.m.", "L-iSpeaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Joseph Cuschieri, l-Onor Mario Galea, l-Onor Victor Galea Pace u l-Onor George Vella.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 12 li saret fl-10 ta' Mejju, 1999, kienu konfermati.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u l-Onor George Vella kkonfermaw li kien intlaħaq qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra li, minkejja l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, għall-kumplament tal-leġislatura meta l-Parlament jiltaqa' fil-għodu, is-seduta tibda fid-9.00 a.m. u l-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol ikun f'nofsinhar.", "L-Onor George Vella informa lill-Kumitat li l-Oppożizzjoni kienet taqbel li l-proġett tal-Kottonera jiġi diskuss fil-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi (PAC) u li għal dawn il-laqgħat tal-Kumitat, minbarra ċ-Chairman, l-Onor Leo Brincat, il-membri għan-naħa ta' l-Oppożizzjoni kienu se jkunu l-Onor Charles Buhagiar u l-Onor Karmenu Vella.", "Il-membri indikati min-naħa tal-Gvern u li kellhom jiġu konfermati aktar tard kienu l-Ministru għall-Ambjent, il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, l-Onor Carmelo Mifsud Bonnici u possibbilment is-Segretarju Parlamentari l-Onor Jesmond Mugliett.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li sakemm il-Kamra tiġi biex tiddiskuti l-mozzjoni dwar il-proġett tal-Kottonera, kellha tkompli d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta.", "Huwa informa wkoll lill-Kumitat li l-għada, l-Erbgħa, 12 ta' Mejju 1999, kellha tiġi ppreżentata r-riżoluzzjoni dwar fondi speċjali lill-kunsilli lokali.", "Fuq proposta ta' l-Oppożizzjoni, il-Kumitat qabel li għandu jiġi appuntat kumitat biex jirrevedi l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra.", "Fil-11.34 a.m. il-Kumitat aġġorna.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990511_013m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 14", "It-Tnejn, 24 ta' Mejju 1999, fil-5.30 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 24 ta' Mejju 1999, fil-5.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "21 ta' Mejju 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990524_014a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 24 ta' Mejju 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fil-5.38 p.m.", "L-iSpeaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor George Vella.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor George Vella, il-Kumitat qabel li f'paġna 2 tal-minuti tal-laqgħa numru 13 li saret fil-11 ta' Mejju 1999:", "(a) wara l-kliem \"kellha tkompli d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi\" għandhom jiżdiedu l-kliem \"dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta\"; u", "(b) immedjatament qabel il-kliem \"Il-Kumitat qabel li għandu jiġi appuntat kumitat biex jirrevedi l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra\" għandhom jiżdiedu l-kliem \"Fuq proposta ta' l-Oppożizzjoni\".", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 13 li saret fil-11 ta' Mejju, 1999, kif emendati, kienu konfermati.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li wara li tintemm id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta, il-Kamra tgħaddi għad-diskussjoni ta' l-istess Abbozz ta' Liġi fl-istadju ta' Kumitat, biex wara tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa – Abbozz Nru 21 – u fuq ir-Riżoluzzjoni dwar fondi għall-ħtiġijiet speċjali tal-kunsilli lokali.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor George Vella, il-Kumitat iddiskuta l-possibbilta' li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta' membri parlamentari li huma impjegati mal-gvern u li meta ġew eletti fil-Parlament kellhom iħallu l-impieg tagħhom.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li:", "(a) nhar il-Ġimgħa, 28 ta' Mejju, 1999, kellu jinawgura l-11th Annual Seminar of the Commonwealth Parliamentary Association; u", "(b) is-Sedja kienet irċeviet ittra mingħand il-Whip tal-Gvern fejn informah min huma l-membri fuq diversi friendship groups.", "Fil-5.59 p.m. il-Kumitat aġġorna.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990524_014m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 10", "L-Erbgħa, 9 ta' Ġunju 1999 fis-7.00 p.m.", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, tavża li l-Kumitat ser jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 9 ta' Ġunju 1999 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "3 ta' Ġunju 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990609_010a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 10", "L-Erbgħa, 9 ta' Ġunju, 1999", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 10", "L-Erbgħa, 9 ta' Ġunju, 1999", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.03 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 9 li saret fl-4 ta' Mejju, 1999 ġew konfermati.", "ONOR HELEN D'AMATO (Chairperson): Qabel nibdew nixtieq nitlob il-permess tagħkom biex f'każ li xi mezzi tax-xandir ikunu jixtiequ jieħdu xi ritratti jew filmati, ikunu jistgħu jagħmlu dan.", "Hawn oġġezzjoni?", "Ninformakom li l-Onor.", "Dolores Cristina qed tissostitwixxi lill-Onor.", "Francis Agius li huwa msiefer u l-Onor.", "Chris Agius qed jissostitwixxi lill-Onor.", "Nixtieq ninfurmakom ukoll li l-Ministru tas-Saħħa, l-Onor Louis Deguara, xtaq ikun preżenti għal din is-sessjoni, pero' minħabba impenn li għandu, ma jistax jattendi.", "Ovvjament il-laqgħa tal-lum m'hijiex se tkun l-ewwel u l-aħħar laqgħa li se jkollna fuq dan is-suġġett u allura nittamaw li jkun preżenti għal-laqgħat li jmiss.", "Nixtieq nirringrazzja lilkom hawn preżenti ta' l-interess li wrejtu billi ġejtu hawn biex flimkien niddiskutu s-saħħa mentali.", "Naturalment dan huwa suġġett delikat ħafna u suġġett li jirrikjedi ħafna impenn.", "Irridu niffokaw fuq dak li għandna bħalissa u 'l fejn irridu nimxu.", "Dan is-suġġett qiegħed jitqajjem issa bi skop; u qed jitqajjem biex aħna ma nitkellmux dwar is-saħħa mentali sempliċement f'Ottubru meta nkunu qed niċċelebraw il-jum dedikat għal dan il-qasam u mbagħad qisna nserrħu rasna li qegħdin nagħmlu d-doveri tagħna.", "Qed naqilgħu din l-issue ta' saħħa mentali biex niddiskutu policies.", "Diġa' għandna d-dokument \"National Policy on Mental Health Service\" li nistgħu niddiskutuh biex naraw kemm għadu adattat u validu għal-lum minkejja li ħareġ fl-1995.", "Ovvjament nistgħu nżidu jew innaqqsu minnu imma dan se joħroġ mid-diskussjoni li se jkollna flimkien.", "Nixtieq li nitkellmu fuq strutturi li diġa' għandna u x'nixtiequ naraw fil-futur biex verament nagħtu l-importanza li din l-issue tistħoqqilha.", "Nixtieq li nitkellmu wkoll dwar is-servizzi li għandna u fiex waslet il-mental health act u x'irridu iżjed għal quddiem.", "Waqt id-diskussjoni nixtieq nisma' minn għandkom x'għandna nagħmlu biex ikun hemm l-integrazzjoni tas-saħħa mentali fl-ambitu ta' saħħa in ġenerali u mhux naqilgħu s-saħħa mentali mill-ambitu tas-saħħa in ġenerali u nittrattawha bħala issue on its own.", "Nafu li fejn jidħlu problemi ta' saħħa mentali teżisti ċerta stigma.", "Veru li forsi din l-istigma bdiet tonqos, pero' għadha teżisti.", "Fil-fatt qabel ma bdejna kont qed nitkellem ma' l-Onor.", "Cristina u qaltli li matul il-programm fuq ir-radju li kellha nhar il-Ġimgħa, kull min ċempel ried ikellimha off air, ma riedux juru l-identita' tagħhom.", "U waħda mir-raġunijiet għal dan hija proprju l-istigma li teżisti.", "Nixtieq li niffokaw ukoll fuq community services.", "Aħna se nibqgħu nimxu għall-istituzzjonijiet jew irridu naħsbu li hemm skop li mmorru għal community services biex kemm jista' jkun in-nies li għandhom problema ta' saħħa mentali lanqas biss jidħlu f'istituzzjonijiet imma jiġu cared for fil-komunita'?", "Naturalment dan jista' jaffettwalek wkoll affarijiet oħra, fosthom il-qasam tax-xogħol.", "Nixtieq li nitkellmu dwar dan il-qasam għax jekk lill-persuni bi problemi ta' saħħa mentali rriduhom jibqgħu fil-komunita', irid ikollhom ix-xogħol.", "Mela allura jekk irridu li dawn in-nies ikollhom ix-xogħol, l-ETC wkoll trid tkun involuta għax hija trid tagħtihom it-taħriġ.", "Barra minn hekk trid ukoll tgħinna nqajmu awareness ma' min iħaddem biex jaċċettaw u jifhmu s-sitwazzjoni ta' dawn il-persuni.", "Naturalment l-aspett ta' housing huwa wkoll importanti għax jekk irridu li dawn in-nies jibqgħu fil-komunita', irid ikollhom fejn joqogħdu.", "Hemm il-kwestjoni ta' pensjonijiet u l-aspett ta' leisure facilities għalihom għax ħafna drabi jsibu ruħhom iżolati.", "Nixtieq nisma' wkoll dwar x'servizzi jistgħu jingħataw mhux mill-Istat waħdu iżda mill-gvern u l-NGOs flimkien fuq livell ta' komunita' fil-lokalita'.", "Naħseb li minn dan il-lat il-knisja u NGOs fil-komunita' jistgħu jgħinu.", "Naf li għandna NGOs stabbiliti li jagħtu kontribut u nixtieq nisma' dwar ir-rwol tal-Kummissjoni għas-Saħħa Mentali u lir-rwol tal-Federazzjoni għas-Saħħa Mentali.", "X'inhu x-xogħol li jwettqu?", "Hemm overlapping bejniethom jew it-tnejn li huma għandhom rwol definit?", "Nixtieq nisma' iktar dwar dan.", "Nixtieq nisma' wkoll dwar ir-rwol tal-Ministeru tas-Saħħa u l-Ministeru għall-Politika Soċjali.", "U fejn jibda x-xogħol ta' wieħed u jkompli - ma ngħidx \"jieqaf\" - ix-xogħol ta' l-ieħor?", "Meta se nħarsu lejn ċertu affarijiet bħala affarijiet li jrid jiffoka fuqhom id-Dipartiment tas-Saħħa u affarijiet oħra li jrid jiffoka fuqhom id-Dipartiment għall-Politika Soċjali?", "Anke għar-rigward ta' finanzjament, min hu responsabbli?", "Min se jieħu l-briga?", "Għandna nqisu l-problema ta' saħħa mentali bħala diżabilita'?", "Naf li intom preżenti tafu d-distinzjoni bejn problemi ta' saħħa mentali u diżabilita' mentali - dawn huma kompletament differenti - imma l-persuna li għandha problemi ta' saħħa mentali, tista' f'xi żmien ikollha a disabilitating factor?", "Allura kif se tiggwadanja minn servizzi li jingħataw lill-persuni b'diżabilita' jew minn servizzi oħra offruti bħalma huma l-home help, meals-on-wheels u telecare li normalment igawdu minnhom l-anzjani?", "Nixtieq nisma' wkoll dwar problemi ta' saħħa mentali mil-lat ta' tfal; id-diversi etajiet u sezzjonijiet ta' tfal li jkollhom problemi ta' saħħa mentali.", "Naf li l-lista ta' affarijiet li nixtieq jiġu diskussi hija twila, pero' fil-fatt il-lista hija anke itwal minn hekk.", "Jien qanqalt ftit mistoqsijiet li nixtieq nisma' tweġiba għalihom u nixtieq il-kooperazzjoni tagħkom billi kemm jista' jkun il-presentation li tagħmlu tkun iffokata fuq il-qasam tagħkom, kif taħsbu li tistgħu tagħtu kontribut u fejn taħsbu li hemm bżonn ta' iktar kooperazzjoni.", "Nixtieq li żżommu l-presentation tagħkom għal madwar għaxar minuti biex wara jkollna ħin għall-mistoqsijiet mill-membri tal-kumitat.", "Bħalma diġa' għedt, din m'hijiex se tkun l-unika laqgħa li se jkollna fuq dan is-suġġett u allura dawk minnkom li mhux se jkollhom ċans jitkellmu llum, se jkunu jistgħu jitkellmu f'laqgħat oħra.", "Mistiedna hawnhekk hawn persuni mill-Kummissjoni għas-Saħħa Mentali, min-National Mental Health Federation, minn Mount Carmel Hospital, mid-Dipartimenti tas-Saħħa u tas-Sigurta' Soċjali, minn NGOs bħalma huma Fond Għaj-Ri u Richmond Foundation u mill-ETC.", "Suppost kellna rappreżentanti ta' l-Employers' Association pero' ma setgħux jiġu llum iżda se jattendu darb'oħra.", "Għandna mistiedna wkoll users, familjari ta' users u social workers.", "Bħalma qed taraw għandna firxa wiesgħa ta' oqsma rappreżentati li lkoll kemm huma se jagħtu l-input tagħhom biex wara dawn il-laqgħat ikollna stampa iktar ċara tas-sitwazzjoni ta' dan il-qasam f'pajjiżna.", "Biex nagħtu bidu għad-diskussjoni nixtieq nistieden lil Ms. Doris Gauci li ġejja mir-Richmond Foundation tagħtina l-perspettiva tagħha.", "Nitlobkom li qabel ma tibdew titkellmu tgħidu min intom u x'inhija l-pożizzjoni tagħkom fl-għaqda li tkunu qed tirrappreżentaw.", "Infakkarkom li dak kollu li jingħad hawnhekk qed jiġi rrekordjat u allura nixtieqkom toqogħdu attenti fejn jidħlu każijiet speċifiċi.", "Bħalma qed taraw din il-laqgħa hija covered mill-press u għaldaqstant wieħed irid joqgħod attent kif jesprimi ruħu dwar ċertu affarijiet.", "Jien naf li l-membri tal-press huma sensittivi ħafna u dejjem ikkooperaw magħna meta kien hemm min forsi semma xi affarijiet personali li bihom persuna setgħet tiġi identifikata.", "Nitlob il-kooperazzjoni ta' kulħadd.", "Grazzi u nsejjaħ lil Ms. Doris Gauci.", "DORIS GAUCI (Project Manager, Villa Chelsea, Richmond Foundation): Ir-rwol tagħna fl-ambitu tas-saħħa mentali huwa li noffru servizzi fil-komunita'.", "L-għan tagħna huwa li ngħinu nies li jkunu ġewwa l-Isptar Monte Carmeli kif ukoll dawk li qegħdin fil-komunita', jitgħallmu skills li jgħinuhom jintegraw ruħhom ġewwa l-komunita'.", "Aħna noffru tipi differenti ta' servizz.", "Għandna residential, day u home support għaliex nemmnu li n-nies li joħorġu mill-programmi tagħna xorta waħda jibqa' jkollhom bżonn li jiġu supported anke meta jkunu fi djarhom.", "Naturalment bħal ħafna mis-servizzi oħra fis-saħħa mentali, kif semmejt inti Sinjura President fl-introductory speech tiegħek, hemm ċerti aspetti li niltaqgħu magħhom li joħolqu problemi biex nattwaw ix-xogħol tagħna u naħseb li l-akbar problema hija dik ta' housing, b'mod partikolari għal dawk in-nies li jkunu jew ħerġin mill-Isptar Monte Carmeli, jew inkella li jkunu qegħdin fil-komunita' pero' ma jkunx adattat għal saħħithom li jibqgħu jgħixu mal-familja u allura jkun jeħtieġilhom li jmorru jgħixu għal rashom.", "Bħal fil-każ ta' servizzi oħra, ikollna nduru fuq is-settur privat biex dawn in-nies jikru post fejn joqogħdu għaliex is-social housing u l-Awtorita' tad-Djar m'humiex qed jipprovdulna l-housing li għandna bżonn.", "Naturalment din toħolqilna diffikulta' għax jekk lin-nies ma nkunux nistgħu nagħtuhom housing barra mill-proġett tagħna, nispiċċaw with bed blocking.", "Naf li f'Mount Carmel Hospital teżisti din il-problema u hemm nies li minkejja li m'għandhomx għalfejn jibqgħu f'Mount Carmel Hospital għaliex għaddew minn programm ta' riabilitazzjoni, ikollhom jibqgħu hemm minħabba nuqqas ta' outlets għalihom.", "L-impjieg huwa aspett ieħor li joħolqilna diffikulta'.", "Jekk il-persuna ma tirristrutturax il-ġurnata tagħha u ma tgħinhiex biex ikollha ċertu self-esteem, jista' jkollha relapse.", "Ix-xogħol huwa aspett importanti f'ħajjithom, pero' sfortunatament l-employers għadhom m'humiex sensittivi biżżejjed biex jaċċettaw nies bi problemi ta' saħħa mentali.", "Għandna xi nies li qegħdin jaħdmu wara li għaddew minn programm, pero' n-numru huwa żgħir.", "Jien nixtieq li b'kollaborazzjoni ma' l-ETC, naħdmu biex l-employers ikunu aware u jimpjegaw nies li għandhom problemi ta' saħħa mentali.", "Aspett l-ieħor li nsibu diffikulta' dwaru huwa n-nuqqas ta' community services, per eżempju, in-nuqqas ta' psychiatric nurses fil-komunita'.", "Per eżempju hawn nies li kulma jkollhom bżonn hija li jingħataw injection kull xahar iżda tkun diffiċli għalihom li jmorru fl-out-patients.", "Kulma jentħieġu hija li tmur nurse fi djarhom biex tagħtihom il-mediċina li għandhom bżonn.", "B'dan il-mod they can survive, imma community psychiatric nurses ma jeżistux, jeżistu biss l-MMDNA li xi ftit jew wisq jagħtu servizz, pero' huwa servizz limitat ħafna u minħabba li ma jkollhomx ċertu training, ma jkunux jistgħu jagħmlu assessment tas-sitwazzjoni.", "Kif semmejt int ukoll, għandna nuqqas ta' servizzi oħra bħalma huma t-telecare, home help u meals-on-wheels.", "Dawn it-tip ta' servizzi ma jiġux offruti lil nies li għandhom problemi ta' saħħa mentali, u naturalment aħna nixtiequ li din is-sitwazzjoni titranġa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti rreferejt għal housing u naf li kellkom problema fuq dawk il-ħames units.", "Forsi aktar milli intom bħala Richmond Foundation il-Kummissjoni tista' tgħidilna aktar, pero' inti tista' tgħidilna xi ħaġa dwar dawn il-units ġaladarba m'iniex nara lil Dr. Podesta' hawnhekk?.", "DORIS GAUCI: Naf li sar meeting mal-ministri konċernati fejn intlaħaq arranġament biex il-ħames flats li hemm f'diversi partijiet ta' Malta jiġu allokati.", "Naf li se jiġi mwaqqaf kumitat li se jieħu ħsieb l-għażla ta' nies li se jiġu allokati dawn il-flats u r-Richmond Foundation se tintalab biex tamministrahom.", "Is-selection tal-users għal dawn il-flats se jsir minn kumitat magħmul mill-Kummissjoni, minn Richmond Foundation u minn Mount Carmel Hospital, waqt li l-amministrazzjoni tagħhom se tkun f'idejn Richmond Foundation.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri ersaqtu pass biex dawn il-flats jiġu allokati.", "DORIS GAUCI: Nispera li whatever system is used dawn il-ħames flats ma jkunux l-uniċi flats li jiġu allokati għaliex il-problema hija kbira ħafna.", "KARL CHIRCOP: Kif jiġu riferuti lilkom il-pazjenti?", "Intom qegħdin preżenti f'Mount Carmel Hospital u allura tagħżlu l-każi intom, jew inkella taħdmu mal-konsulenti?", "DORIS GAUCI: Le, aħna naħdmu in liaison mal-konsulenti, fis-sens li l-konsulenti jirreferu lilna nies li jkunu qed jiġu trattati minnhom.", "Jibagħtulna rapporti dwarhom u mbagħad aħna nikkonsidraw jekk nistgħux ngħinuhom.", "Nieħdu into consideration it-tip ta' residenti u day users li jkollna f'dak il-mument, u fuq bażi ta' hekk, niddeċiedu jekk naċċettawx jew le dik il-persuna.", "Ħafna drabi, iktar iva milli le, naċċettaw li noffru servizz.", "KARL CHIRCOP: X'tip ta' turnover ikollkom?", "Kemm tiddiljaw ma' każi fil-ġimgħa u kemm qegħdin staff fir-Richmond Foundation?", "DORIS GAUCI: L-istaff ta' Villa Chelsea jikkonsisti f'sebgħa b'kollox.", "Hemm ħames project workers, deputy u jiena.", "Aħna naħdmu bis-sistema li jgħidulha key working system u kull user li jiġi fis-servizz tagħna, jiġi allokat project worker.", "Il-project worker jagħmel assessment tal-user qabel ma l-user jidħol fil-programm, waqt li jkun qed isegwi l-programm u anke wara li jispiċċa l-programm, jiġifieri l-project worker jibqa' jiffolowjah barra.", "Aħna nistgħu naċċettaw 12-il resident at any one time u 12-il day user.", "Il-maximum stay hija ta' sena u ħafna drabi nies li jkunu ġejjin minn Mount Carmel Hospital fejn ikunu ilhom numru sostanzjali ta' snin, jeħduha s-sena.", "Għar-rigward ta' turnover, f'sena jista' jkollok 15-ir-ruħ bħala residenti u forsi xi ftit aktar minn hekk bħala day users.", "Over the three years li ilna niffunzjonaw, qegħdin naraw mal-50 ruħ.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "DOLORES CRISTINA: Semmejt li hemm numru ta' pazjenti f'Mount Carmel Hospital li m'għandhomx għalfejn jibqgħu hemm.", "Għandek idea x'inhi ċ-ċifra ta' nies li minkejja li qegħdin f'Mount Carmel Hospital jikkwalifikaw biex jersqu lejn Villa Chelsea kieku hemm il-faċilitajiet neċessarji?", "Minn mindu ftaħtu, kemm kellkom klijenti f'Villa Chelsea li ħriġtu fil-komumita'?", "Tista' tikkwantifika n-numru ta' kmamar u social workers li għandkom bżonn?", "DORIS GAUCI: Naħseb li mil-lat ta' statistika, aħjar jitkellmu n-nies li jaħdmu f'Mount Carmel Hospital għax naħseb li l-figuri li jistgħu jagħtu huma, huma aktar reliable milli nista' nagħti jien u ma naħsibx li huwa kompitu tiegħi li nagħti ċertu figuri.", "Għall-mistoqsija l-oħra li għamiltli, aħna nixtiequ li s-servizz tagħna, b'mod speċjali l-home support, nestenduh għal nies li m'għandhomx għalfejn jiġu fil-programm innifsu u allura aħna mmorru fid-dar tagħhom sabiex nagħtuhom l-għajnuna fi djarhom.", "Naturalment biex dan il-ħsieb jintlaħaq għandna bżonn ta' aktar nies.", "Fil-fatt biex nibqgħu naċċettaw nies jiġu fil-programm u nibqgħu niffolowjawhom, se jkollna nżidu l-personpower tagħna.", "Bħalissa kull project worker għandu madwar 12-il persuna li huwa responsabbli għalihom, li hija case load pjuttost għolja meta trid tmexxi l-programm ta' Villa Chelsea plus li ssegwi n-nies barra fil-komunita'.", "Aspett ieħor li qed niltaqgħu miegħu huwa li meta inti qed tiddilja ma' nies li qegħdin fil-komunita', qed tiddilja ma' ħafna crisis situations, per eżempju, sitwazzjoni fejn persuna ċċempillek u tgħidlek li tant hi imdejqa li se tikkommetti suwiċidju.", "Naturalment każ bħal dan trid tagħtih l-attenzjoni immedjata.", "Meta l-persuna tkun f'istituzzjoni, is-sitwazzjoni hija aktar kontrollata u aħna bħala NGO, hija pjuttost ta' pressjoni għalina li rridu nagħtu crisis intervention ta' dak it-tip.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Tista' tgħidilna bejn wieħed u ieħor kemm kien hemm persuni li minn Villa Chelsea marru lura fil-komunita' u ma kellhomx għalfejn jerġgħu jidħlu f'Mount Carmel Hospital?", "DORIS GAUCI: Naħseb għandna madwar 30 ruħ li bħalissa qed niffolowjawhom fil-komunita' u f'perijodu ta' tliet snin, ifisser average ta' għaxra fis-sena.", "Naturalment kien hemm numru ta' nies li kellhom jirritornaw f'Mount Carmel Hospital u kellhom jirritornaw għal diversi raġunijiet, fosthom jew għaliex il-bżonnijiet tagħhom were not met, jew inkella għax kellhom relapse.", "IĊ-CHAIRPERSON: Pero' b'daqshekk ma jfissirx li l-programm ma kienx suċċess.", "Il-fatt li jkollhom bżonn jirritornaw Mount Carmel Hospital, m'huwiex ...", "DORIS GAUCI: Le, imma tajjeb nagħmilha on record li hawn nies li jkollhom bżonn l-ambitu ta' sptar.", "Nemmen ukoll li dawn in-nies, minħabba t-tip ta' diffikultajiet li jkollhom - ħafna minn dawk li marru lura kellhom il-marda tas-skiżofrenja - ikollhom bżonn mhux li jgħixu b'mod indipendenti imma li jgħixu f'xi tip ta' sheltered accommodation jew hostel type of accommodation, li fil-fatt ma jeżistux f'pajjiżna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Forsi dik kienet waħda mir-raġunijiet li kellhom bżonn jerġgħu lura.", "L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Għar-rigward ta' servizzi fil-komunita', x'inhi r-relazzjoni ta' Richmond Foundation mad-day centre li għandna?", "Il-programm li jitħaddem fid-day centre ta' Ħal Qormi, huwa programm laid-out minn Richmond Foundation?", "X'konnessjoni hemm bejnkom u d-day centre?", "DORIS GAUCI: We are a Non-Governmental Organisation waqt li d-day centre li hemm f'Ħal Qormi huwa tal-gvern.", "Id-day centre kien parti mill-pilot project li kien beda; huwa parti mir-riforma li kienet bdiet.", "Ir-relazzjoni li għandna bejnietna hija li nistgħu nirreferu nies lil xulxin.", "Imma fuq dak il-livell hija r-relazzjoni li għandna.", "MARIE LOUISE COLEIRO: X'inhija l-ongoing connection tagħkom mal-gvern, fis-sens x'għajnuna tingħataw?", "Naf li Richmond Foundation is an NGO, imma x'għajnuna prattika tingħataw min-naħa tal-gvern?", "DORIS GAUCI: Bħal kull NGO oħra, we submit dak li jgħidulu a project proposal ta' x'inkunu qed nagħmlu u fuq bażi ta' dak il-project proposal, il-gvern jagħtina grant biex inkunu nistgħu mmexxu s-servizz tagħna.", "Il-gvern jagħtina madwar 75% tal-fondi u d-dar innifisha hija tal-gvern.", "Il-25% l-oħra tal-fondi rridu niġbruhom aħna minn fund raising activities.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiġifieri jagħtikom 75% ta' l-annual budget.", "DORIS GAUCI: Iva, hekk hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Għedtilna li l-akbar problemi li tiltaqgħu magħhom huma fl-oqsma ta' housing u employment.", "Naħseb li lkoll kemm aħna naqblu li biex ikollna soċjeta' aħjar u biex inħarsu lejn il-problemi mill-aspett soċjali, il-gvern irid jaħdem fuq policy ta' investiment soċjali u kif jingħad fil-mission statement tan-National Policy on Mental Health Service, the mission is:", "Naħseb li huwa importanti ħafna li l-NGOs f'dan il-qasam, inkluż Richmond Foundation, ikollhom contacts bejniethom biex jgħinu lil xulxin f'dan is-sens.", "Mhux sew li jkollok riżorsi umani mħarrġa mbagħad ikollok failure rate li forsi setgħet kienet anqas proprju minħabba nuqqas ta' għajnuna f'back-up services li jkollhom bżonn il-pazjenti biex jerġgħu jintegraw ruħhom fis-soċjeta'.", "Tista' tispjega ftit aktar dwar dan.", "DORIS GAUCI: Jien naqbel miegħek, pero' rrid ngħid ukoll li nsibu għajnuna, per eżempju, mill-Housing Authority li qed ikunu open għas-suġġerimenti tagħna għar-rigward ta' xi tip ta' sussidju.", "Jien inħoss li m'hemmx strateġija ta' kif għandhom jiġu żviluppati s-servizzi fuq l-ambiti kollha, kemm in terms ta' servizzi psikjatriċi fil-komunita' u kemm in terms ta' servizzi soċjali fil-komunita', biex jagħtu back-up lis-servizzi psikjatriċi.", "Per eżempju għar-rigward ta' housing, m'hemmx a strategic plan li tgħid li kull sena jiġu offruti numru ta' units lil nies li għandhom problema ta' saħħa mentali biex over a period of time in-nies li forsi qegħdin f'Mount Carmel Hospital għax m'għandhomx housing, bil-mod il-mod jibdew joħorġu.", "There has to be some sort of a strategic plan li tindirizza l-problema biex jekk f'Mount Carmel Hospital hemm 50 ruħ li qegħdin hemmhekk għax m'għandhomx dar, bil-mod il-mod jibdew joħorġu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri fir-realta', il-kuntatt li għandkom intom mal-housing, huwa biss on a one to one basis.", "GĦad m'hemmx xi ħaġa strutturata kemm bħala Richmond Foundation u kemm bħala kummissjoni?", "DORIS GAUCI: Mil-lat ta' Richmond Foundation m'għandniex struttura, waqt li mil-lat ta' kummissjoni kien hemm dawk il-ħames appartamenti pero' kif kont qed ngħid, l-ewwel ittieħed pass imbagħad kellna nieqfu minħabba d-diffikultajiet li nqalgħu.", "Issa wieħed irid jara kif is-sitwazzjoni se tiżviluppa minn hemmhekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kif jidhirli li se jsiru xi ristrutturazzjoni dwar il-mod kif jiġu mqassma punti għall-allokazzjoni ta' djar, tajjeb li l-Housing Authority tieħu din il-problema into consideration u taħdem fuqha.", "DORIS GAUCI: Jekk nista' nagħmel dan il-kumment, tajjeb jingħad li nies bi problema ta' saħħa mentali dejjem batew meta kien hemm sistema ta' punteġġi.", "Ġeneralment sistemi bħal dawn dejjem jagħtu importanza lil koppji li għandhom it-tfal, pero' kif qed tiżviluppa l-ħajja moderna, ma jeżistux biss dawk it-tip ta' set-ups imma jeżistu nies individwali li wkoll għandhom bżonn akkomodazzjoni u ħafna min-nies li naħdmu magħhom aħna, huma ta' dak it-tip.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naturalment tajjeb li niġbdu l-attenzjoni tal-Housing Authority biex huma wkoll ikunu aware minn din is-sitwazzjoni li hemm bżonn tiġi indirizzata.", "L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Fl-introduzzjoni tiegħek semmejt il-bżonn li l-employers ikunu iktar sensittivi ta' din il-problema u jagħtu ċans lill-persuni bi problema ta' saħħa mentali u semmejt ukoll l-ETC.", "Qed isiru laqgħat ma' l-ETC biex jgħinu lil dawn it-tip ta' nies?", "DORIS GAUCI: Fuq livell individwali, per eżempju f'każ ta' persuna li jkollha bżonn ix-xogħol, nitkellmu ma' l-ETC, pero' sfortunatament l-ETC stess ġieli jsibu diffikulta' biex jikkonvinċu employers jaċċettaw nies bi problema ta' saħħa mentali u dik toħloq diffikulta'.", "Jekk employer għandu vacancy u jisma' li l-persuna li qed tapplika għall-impieg għandha problema ta' saħħa mentali, hemm ċans kbir li ma jaċċettahiex.", "Għajnuna li sibna mill-ETC, hija l-on-line scheme li meta ppruvajnieha deher li kienet qed taħdem, pero' hemm bżonn ta' aktar awareness amongst the employers biex jgħinuna f'dan il-qasam.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiġifieri m'hemmx attentat konsistenti għal xi tip ta' awareness programme f'dan is-sens u l-kuntatt pjuttost isir meta jkun hemm xi ħadd li jista' jidħol fid-dinja tax-xogħol.", "DORIS GAUCI: Aħna bħala Richmond Foundation ġieli għamilna attentati ma' kumpanniji individwali u ċerti nies ġew placed in employment, imma ġeneralment ikunu ma' kumpanniji that are known to have a social conscience allura ma tkunx daqshekk diffiċli għalina, pero' jiena ċerta li hemm ħafna employers li jistgħu jimpjegaw persuni bi problemi ta' saħħa mentali iżda li jenħtieġu jkunu aktar aware tas-sitwazzjoni.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Meta jirnexxielkom tagħmlu placement, isir monitoring tal-persuna fuq il-post tax-xogħol biex tgħinu f'dik li hija riabilitazzjoni?", "We support kemm lill-persuna fuq il-post tax-xogħol u kemm lill-employer biex jifhem id-diffikultajiet.", "Barra minn hekk aħna available għal meta jinqalgħu xi diffikultajiet.", "Ovvjament bħal f'kull sitwazzjoni oħra, ġieli jinqalgħu diffikultajiet, pero' aħna nkunu hemm biex nilqgħu mill-bidu.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jekk fhimtek sew, jidhirli li għedt li d-domanda għas-servizz tagħkom hija akbar minn dak li tistgħu toffru, allura fuq liema kriterji tagħżlu l-pazjenti tagħkom?", "Huma l-konsulenti li jirreferu l-pazjenti lilkom?", "DORIS GAUCI: Waħda mill-konsiderazzjonijiet li qed nagħtuha importanza kbira hija jekk persuna għandhiex fejn tmur wara li tispiċċa l-programm.", "Jekk il-persuna għandha outlet jew iċ-chances tagħha li jkollha outlet huma kbar, nagħtuha prijorita'.", "Nagħtu wkoll prijorita' lill-persuna li tkun ta' eta' żgħira, jew li ma tkunx ilha f'Mount Carmel Hospital għax inħossu li nkunu nistgħu nintegrawha fil-komunita' at a faster rate, u in terms of employment, tkun aktar faċli li nsibulha xogħol.", "Ma naċċettawx nies li għaddejjin mill-fażi akuta tal-marda tagħhom għaliex aħna m'aħniex attrezzati, m'aħniex skilled, biex ngħinu f'dawk it-tipi ta' diffikultajiet, pero' darba li jkunu għaddew mill-fażi akuta tal-marda tagħhom, inkunu nistgħu naċċettawhom.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Ir-referral ta' konsulent huwa mandatory?", "Il-pazjent bilfors irid ikun diġa' f'Mount Carmel Hospital?", "DORIS GAUCI: Mhux neċessarjament.", "Kellna numru żgħir ta' referrals li ġew mingħand GPs fejn ħassejna li jekk lil dawn il-persuni nagħtuhom l-għajnuna nkunu nistgħu nevitawlhom li jispiċċaw l-isptar.", "DORIS GAUCI: Għadna ma bdejniex naċċettaw self referrals għax tant għandna referrals mingħand professjonisti .… Hemm min jiġi għandna wara li jsir jaf bis-servizz tagħna.", "Per eżempju kellna sitwazzjoni fejn persuna ġiet u qaltli li minn dak li semgħet tħoss li r-raġel tagħha għandu bżonn ta' programm.", "L-ewwel ħaġa li nistaqsu hija jekk għandhomx psikjatra u jekk ikollhom, nagħtuhom materjal biex jiddiskutu l-każ mal-psikjatra tagħhom li jkun jafhom.", "Imbagħad jekk il-psikjatra jaqbel, jirriferi l-każ lilna.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Hawn Malta m'għandniex djar residenzjali li tista' tgħidilhom halfway houses; Villa Chelsea hija l-unika dar immexxija minn NGO.", "Taf jekk hemmx pjani biex jinfetħu oħrajn ta' l-istess tip?", "Taħseb li at this stage there is no point illi jinfetħu oħrajn bħalha ladarba s-servizzi ta' wara m'humiex provduti?", "DORIS GAUCI: Saru diversi diskussjonijiet mal-Ministru tas-Saħħa u meta aħna xtaqna li nestendu l-home support service għal nies fi djarhom, il-Ministru ġibdilna l-attenzjoni li numru minn dawk in-nies li aħna se nkunu qegħdin ngħinu fi djarhom, se jkollhom bżonn xi tip ta' programm after our involvement.", "U l-mistoqsija kienet fejn se jiġu catered for dawn in-nies jekk Villa Chelsea hija mimlija.", "Fil-fatt il-Ministru kien tana indikazzjoni ċara li hemm bżonn nibdew naħsbu dwar possibbilta' ta' set-up ieħor bħal Villa Chelsea.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Ms. Gauci.", "Nixtieq issa insejjaħ lil Dr. Joseph Saliba, Direttur tal-Psikjatrija ġewwa Mount Carmel Hospital.", "Naturalment Dr. Saliba, inti kont qed issegwi d-diskussjoni - ma nafx jekk kontx hawnhekk mill-bidu - u fl-introduzzjoni għedna li nixtiequ naraw dan il-qasam mil-lat ta' policy, structure, services u legislation.", "Għedna wkoll li hemm bżonn inħarsu lejn dan l-aspett minn institutional care għal community care biex ma nibqgħux niffokaw fuq il-ħtieġa li dawn in-nies bilfors iridu jidħlu ġewwa Mount Carmel Hospital.", "Waħda mill-mistoqsijiet li saret, jidhirli li saret mill-Onor.", "Dolores Cristina, kienet dwar kemm hemm nies ġewwa Mount Carmel Hospital li potenzjalment jistgħu ma jibqgħux hemmhekk.", "U jidher li fost ir-raġunijiet għaliex dawn in-nies jibqgħu fl-isptar huma proprju minħabba nuqqas ta' housing, ta' xogħol u ta' after care services.", "Dr. Saliba, nixtieq nisma' l-veduti tiegħek dwar dak li ntqal mil-lat ta' Mount Carmel Hospital.", "DR. JOSEPH SALIBA (Direttur tal-Psikjatrija, Sptar Monte Carmeli): Intom xtaqtuni ngħid xi ħaġa fuq is-servizz li nagħtu fl-isptar?", "IĊ-CHAIRPERSON: Xtaqnik li l-ewwel tgħidilna xi ħaġa in ġenerali, imbagħad tiffoka fuq il-mistoqsijiet li diġa' saru in relation to Mount Carmel Hospital.", "Naturalment wara l-presentation tiegħek, isirulek il-mistoqsijiet mill-membri.", "DR. JOSEPH SALIBA: Is-servizz jinvolvi in-patient facilities li l-parti l-kbira minnhom qegħdin fl-Isptar Monte Carmeli, pero' jeżistu wkoll a short stay psychiatric unit f'St Luke's Hospital u psychiatric unit f'Għawdex.", "Jiġifieri l-in-patient facilities huma mifruxa f'dawk it-tlett ibnadi.", "Tajjeb li wieħed jenfasizza li l-maġġoranza ta' l-għajnuna li nagħtu, tingħata fuq bażi ta' out-patients u huma pjuttost il-minoranza li jkollhom bżonn jidħlu l-isptar.", "Bħala out-patients, il-parti l-kbira ta' każijiet ġodda narawhom fl-out-patients, jew l-out-patients ta' Malta jew ta' Għawdex, pero' meta niġu għall-follow-up, biex is-servizz ikun iżjed ta' għajnuna kemm għall-pazjent kif ukoll għall-pubbliku, qed noffru għajnuna mill-health centres tal-Gzira, Furjana, Raħal Ġdid u Mosta.", "Barra minn hekk, f'Qormi health centre - Ħal Qormi hija pilot area - minbarra follow-up cases imorru wkoll każijiet ġodda.", "Għar-rigward ta' in-patient population, ħaġa li forsi ma tantx napprezzaw hija illi kemm qabel ir-riforma u kemm qabel il-public awareness li teżisti llum, in-numru ta' sodod ġo Mount Carmel Hospital kien qiegħed dejjem jonqos.", "Waqt li fl-1972 in-numru ta' sodod kien 'il fuq minn 1,000, the official bed number bħalissa, huwa ta' 630 u l-average bed occupancy qiegħda pjuttost madwar 500.", "Il-proċedura li nużaw hija li kemm jista' jkun ninkoraġġixxu l-pazjenti jqattgħu perijodi barra mill-isptar, allavolja l-bed complement huwa ta' 630.", "Is-servizzi ta' l-isptar huma dipartimentalizzati biex kemm jista' jkun nispeċjalizzaw fuq diversi branki, per eżempju għandna s-psycho-geriatric department that caters for old people, department for young people, rehabilitation department u l-learning disability unit.", "L-akbar parti ta' l-isptar hija dik li tkopri r-riabilitazzjoni u hemmhekk jinsabu dawk il-pazjenti li wieħed jista' jistaqsi l-mistoqsijsa kemm minnhom jistgħu jgħixu fil-komunita'.", "Naturalment ir-risposta tiddependi fuq in-natura tan-network of services li jkollok, fis-sens li jekk inti tkun qed tiffoka biss fuq dawk li jistgħu jgħixu totalment, jew kważi totalment, indipendenti, probabbli n-numru jkun pjuttost konservattiv, pero' jekk aħna nħarsu lejn live-in hostels fejn forsi anke jkollok staff mal-pazjenti li minflok ma jkunu f'istituzzjoni kbira jkunu in smaller living units, in-numru jkun sostanzjali.", "Jiġifieri jekk aħna qed nitkellmu fuq 500 sodda, probabbli nsibu li 350 minnhom jistgħu jgħixu fil-komunita'.", "Pero' nenfasizza li dan ma jfissirx li dawn ikunu jistgħu jgħixu għal rashom fi djar weħidhom imma within the necessary support services.", "Ħaġ'oħra li xtaqt nenfasizza hija li nbidlet l-istampa meta pazjent jidħol u jibqa' l-isptar.", "Minn sena għal oħra n-numru ta' pazjenti qiegħed dejjem jinżel, approximately ikollna 900 admissions a year, pero' 900 admission ma tfissirx 900 persuna għax persuna tista' tidħol iżjed minn darba, hija fin-natura tal-mard li nikkuraw li tagħmel x'tagħmel, dejjem se jkun hemm it-tendenza li l-persuna tirkadi.", "Jekk imbagħad tħares lejn in-numru ta' discharges, tara li dan ilaħħaq madwar 900.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kif taħseb li nistgħu naslu biex ikun hemm integration tas-saħħa mentali fl-ambitu tas-saħħa in ġenerali?", "U fl-isptar il-ġdid f'Tal Qroqq, x'se tkun il-pożizzjoni fejn jidħol il-qasam tas-saħħa mentali?", "Inti semmejt li f'Mount Carmel Hospital hemm dipartimenti differenti, per eżempju psycho-geriatric, rehabilitation, eċċ., kif qegħdin tippruvaw tilqgħu għat-taħlit biex ma jkunx hemm diversi kondizzjonijiet fl-istess wards?", "DR. JOSEPH SALIBA: S'intendi, it-teorija u l-għan huma dejjem iktar faċli mill-prattika; tista' tkun kostrett mil-limitazzjoni tal-faċilitajiet li għandek.", "Dejjem qegħdin nimxu biex ikun hemm l-inqas taħlit ta' pazjenti possibbli, pero' huwa l-każ, u wieħed ma jistax jaħrab minnu u jinnegah, li anke fuq l-acute admission ward, minn żmien għal żmien ikollok pazjenti li tixtieq iċċaqlaqhom jew għal band'oħra fl-isptar, jew inkella tirrijabilithom iżda tiġi mblukkat minn nuqqas ta' faċilitajiet.", "Pero' tajjeb li ngħid li riċentement, bħala parti minn eżerċizzju li nagħtu feed-back lill-konsulenti dwar in-numru ta' pazjenti fl-acute admission ward li damu izjed minn tlieta jew sitt xhur, rajna li n-numru niżel b'mod sinifikanti.", "Kieku wieħed ra s-sitwazzjoni fl-acute admission ward li suppost hija short stay, sena ilu, kien jara li roughly 20% jew 30%, kienu ilhom hemm iktar minn sitt xhur.", "Mentri llum il-ġurnata,dawk li huma fl-acute admission ward huma ftit, tgħoddhom fuq subgħajk.", "Il-maġġoranza ta' dawk li huma fl-acute admission ward huma kif suppost, jiġifieri m'għandekx dik it-taħlita li wieħed qiegħed jipprova jevita.", "Irrid nenfasizza li l-policy document, allavolja wieħed jista' jmaqdar xi partijiet minnu, huwa dokument sod, pero' l-problema kbira li għandna hija li ma mxejniex mill-istadju ta' policy għal strateġija.", "Hemm pjan ta' x'riżultat irridu nilħqu imma għad m'għandniex kif se naslu minn fejn qegħdin bħalissa għal dak ir-riżultat.", "M'għandniex strateġija with time-frames billi naraw x'inhuma d-defiċjenzi, x'se jkollna bżonn bħala riżorsi, speċjalment human resources, x'tip ta' korsijiet għandna niżviluppaw, jekk għandna nagħtu positive incentives, kif se nagħtuhom, eċċ. Għad m'għandniex strateġija biex nimxu mill-preżent għat-twettiq ta' dak id-dokument.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Hawn min jixtieq jagħmel xi domanda?", "L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Minn dawk il-500 sodda ta' pazjenti permanenti, kemm għandkom institutionalized geriatric patients?", "MICHAEL ASCIAK: Fhimt sew li fl-opinjoni tiegħek mhux qiegħed isir biżżejjed investiment f'support services barra mis-servizzi tas-saħħa?", "Jiġifieri pjuttost m'hemmx psychiatric nurse training u network support systems?", "Int għedt li hemm pjan, iżda m'hemmx strateġija?", "DR. JOSEPH SALIBA: Funds as such għall-komunita', għad m'għandniex.", "Dawk l-affarijiet li qed nipprovaw niżviluppaw fil-komunita', qed nagħmluhom billi nużaw ir-riżorsi minn Mount Carmel Hospital.", "Naturalment fiha nfisha m'hemm xejn ħażin li żżomm il-bażi ġo l-isptar.", "We are talking about secondary care, specialist care, u naħseb huwa żball li timmaġina li fil-komunita' s-settur primarju jista' jkopri dak li huwa ta' natura sekondarja, l-ispecialist care.", "Pero', budget as such, għadu ma jeżistix.", "Kif qiegħed fuq dan l-aspett, irrid nenfasizza li biex aħna veramennt jirnexxielna npoġġu lin-nies fil-komuita', hemm bżonn li jkollna an efficient primary health care sector.", "Jekk tara l-out-patients tagħna, tara li ħafna mill-każijiet huma jew GP psychiatry jew inkella każijiet li kważi lanqas biss għandna bżonn narawhom.", "Kieku kellna a primary care sector organizzat, l-ispeċjalista forsi jkun jista' jara l-individwu kull tlieta jew erba' xhur biex jagħmel review tal-medication, u matul dak iż-żmien, il-kura tiegħu tkun tista' tiġi ndirizzata mis-settur primarju, pero' bħalissa m'għandniex an organised primary care sector.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Id-dipartiment tiegħek, b'mod ġenerali, qabel mal-konklużjonijiet li nħarġu fir-rapport li kien għamel l-Ombudsman?", "DR. JOSEPH SALIBA: B'mod ġenerali, iva.", "Infatti diġa' kien previst li jiġu indirizzati xi wħud mill-affarijiet li ġew kritikati u minn dak iż-żmien fil-fatt ġew indirizzati.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: F'dan il-qasam nisimgħu ħafna dwar l-overprescribing of drugs.", "Inti taħseb li din hija problema ikbar at primary level, GP level, jew hija iktar problema at secondary, specialist level?", "DR. JOSEPH SALIBA: Jien aktar qiegħed f'pożizzjoni li nikkummenta fuq dak li jiġri at the specialist level and at that level, ma naħsibx li hija problema daqshekk kbira.", "Żgur li ħaġa ta' min jinnutaha hija li meta ġiet f'Malta l-kummissjoni kontra t-tortura biex tara x'jiġri ġo l-isptar, minkejja li kellhom diversi aspetti ta' tmaqdir għal dawk li huma hotel services, għar-rigward ta' użu ta' mediċini enfasizzaw li kuntrarjament għal dak li raw f'ċerti pajjiżi oħra, fl-isptar tagħna ma kien hemm l-ebda eżempju ta' pazjenti li kienu, biex ngħid hekk, drogati jew illuppjati biex jinżammu taħt kontroll.", "Fir-rapport emfasizzaw li ma nnutawx użu żejjed ta' medikazzjoni.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Fl-opinjoni tiegħek, huwa allarmanti n-numru ta' control cards li hawn f'pajjiżna?", "DR. JOSEPH SALIBA: Kif għedt fil-bidu, kont qed nirristrinġi ruħi għal dak li jiġri at secondary level.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Hemm mard mentali li jeskludi totalment lil persuni milli jmorru fuq il-post tax-xogħol, jew biex imorru lura fuq il-post tax-xogħol?", "Hemm mard li minkejja li jħallik tgħix fil-komunita' jimpedixxik li tmur fuq il-post tax-xogħol?", "Tista' tgħid kemm minn dawk li jistgħu jmorru lura fil-komunita', jistgħu jmorru lura fuq il-post tax-xogħol?", "DR. JOSEPH SALIBA: B'mod kategoriku ngħidlek li m'hemm l-ebda kategorija ta' mard, forsi bl-eċċezzjoni ta' dawk li għandhom diżabilita' gravi ħafna, li minnha nnifisha tipprekludi li wieħed imur jaħdem.", "Illum il-ġurnata qed inkunu ħafna avventurużi mil-lat ta' supported work, pero' mil-lat ta' pazjent huwa minnu li ċertu tip ta' mard, bħal skiżofrenja, iwassal lill-pazjent jitlef id-drive, il-motivazzjoni biex imur għax-xogħol.", "Dan it-tip ta' mard jenħtieġ ħafna, biex ngħid hekk, motivazzjoni min-naħa ta' l-istaff.", "Sfortunatament il-marda fiha nnifisha ġġiegħel lill-individwu jkun passiv u forsi min-naħa tiegħu ma jagħmilx sforz biex isib ix-xogħol.", "Naħseb li huwa bilanċ delikat.", "Minn banda ma rridux naqgħu fin-nassa li nużaw il-labels psikjatriċi biex l-individwi jiġu boarded out qabel iż-żmien, pero' mill-banda l-oħra rridu nagħrfu li minkejja l-kura jew riabilitazzjoni kollha li għandha, hemm ċerti individwi li ġenwinament ma jkunux kapaċi jaħdmu, jew għax m'għandhomx id-drive għax-xogħol, jew inkella għax ripetutament jirkadu meta jsibu ruħhom f'ambjent ta' xogħol.", "Sfortunatament l-istress tax-xogħol iġġiegħel lill-marda tirkadi.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Dr. Saliba, inti għedt li fil-qasam psikjatriku fil-livell primarju m'hemmx support services adegwati biżżejjed, x'opinjoni għandek rigward it-tip ta' xogħol li jagħmel l-ispeċjalista psikjatriku fil-poliklinika tal-gvern li suppost qiegħed hemmhekk biex jagħmel review tal-pazjenti?", "Jien naħseb li qed jiġri huwa li ħafna mill-ħin qed jinħela biex jiġu riveduti scheduled files, eċċ. X'ħin qed jiġi utilizzat biex il-pazjenti jiġu eżaminati, screened u reviewed kif suppost?", "DR. JOSEPH SALIBA: Mill-aspett mediku, ma naħsibx li l-pazjent qiegħed isofri.", "Jekk tħares lejn ir-review purament mill-aspett mediku, issib li dak li hemm bżonn isir, qiegħed isir.", "Verament li qed isir bi prezz għoli għat-tobba għax ikun hemm turnover għoli - ikollhom quite a high pressure of work - imma l-aspett mediku qed jiġi ndirizzat.", "Il-konċett li jkollok health centre huwa li jkollok team li jikkonsisti f'psikologu, social worker, nurse u occupational therapist, u li tuża dik l-opportunita' biex tirrevedi l-pjan sħiħ tal-pazjent.", "Kif kont qed ngħid, kważi aħjar li l-pazjent tarah inqas ta' spiss iżda meta tarah tirrevedi l-pjan u mbagħad ħaddieħor ikompli b'dak il-pjan.", "Minn dan l-aspett, m'hemmx biżżejjed ħin iffokat fuq kull pazjent biex il-pjan terapewtiku tal-pazjent jiġi ndirizzat.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Safejn naf jien, jekk m'iniex korretta nitolbok tikkoreġini, l-anti-depressants ma jiġux prescribed biss minn psikjatra imma anke minn general practitioner u llum tisma' ħafna nies jgħidulek li qegħdin jieħdu anti-depressants.", "Fl-opinjoni tiegħek taħseb li l-anti-depressants huma over-prescribed.", "Dawn suppost huma controlled drugs … (Interruzzjonijiet) M'iniex medika, imma safejn naf jien ħafna minnhom huma controlled drugs, jingħataw by prescription.", "Forsi wieħed jista' aktar jikkontrolla u jagħmel monitoring ta' pilloli li jingħataw minn government venues milli ta' dawk li jingħataw minn private venues meta l-pazjenti jmorru direttament għand il-GP privat.", "Nafu li l-anti-depressants huma addictive u l-pazjenti jiġu hooked fuqhom għal snin twal to an extent li qatt ma jistgħu jgħaddu mingħajrhom.", "Ma jidhirlekx li f'dik li hija primary health care f'dan il-qasam hemm bżonn li jsir monitoring anke fuq dawk in-nies li jmorru għand it-tabib privat tagħhom?", "Ma taħsibx li tkun tajjeb jekk din ma tkunx option tagħhom imma jkun hemm sistema fejn il-GP privat irid isejħilhom huwa?", "Michael Farrugia, m'humiex as such l-anti-depressants li huma kontrollati, pjuttost huma kontrollati tipi oħra ta' psychotropics, bħalma huma il-benzo diozepes, tipo ta' valium u librium.", "Il-parti l-kbira ta' anti-depressants m'humiex kontrollati u m'humiex kontrollati għax m'humiex habit forming, m'humiex biex ngħid hekk, drugs of dependence.", "Ħafna mill-kontrolli li jsiru min-naħa tal-gvern huma pjuttost relatati ma' użu għaqli ta' riżorsi.", "Pjuttost jaffettwaw fejn tidħol free treatment u f'dik il-branka, il-GP huwa limitat ħafna fin-numru ta' anti-depressants li jista' jippreskrivi.", "Anti-depressants li huma, biex ngħid hekk, iżjed qawwija, jiġu preskritti minn speċjalista u mhux minn GP.", "Pero' l-konċett modern huwa li l-maġġoranza ta' depressions, speċjalment straightforward depressions, jistgħu u għandhom jiġu kkurati mill-general practitioner.", "Issa jekk tgħidli jekk għandux ikun general practitioner tal-health centre jew general practitioner fil-privat, ma naħsibx li hija ħaġa li etikament wieħed jista' jidħol fiha.", "Kemm it-tabib li jaħdem mal-gvern u kemm it-tabib li jaħdem fil-privat, it-tnejn għandhom responsabbilta' ...", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mhux dak il-punt tiegħi.", "Il-punt tiegħi m'huwiex jekk għandux ikun it-tabib privat jew inkella t-tabib li jaħdem mal-gvern.", "Jien iżjed qed nitkellem mil-lat ta' mentalita'.", "Taħseb li l-mentalita' hi li malli xi ħadd iħossu daqsxejn depressed, il-GP jaqbad u jfaqqagħlu l-anti-depressants - ma nafx x'inhuwa t-terminu eżatt … (Interruzzjonijiet) Skużani, forsi qed inwaddab lil kulħadd f'keffa waħda, imma ejja nkunu realistiċi.", "F'dan il-pajjiż ħafna minn nies li tiltaqa' magħhom, jgħidulek li jieħdu xi forma ta' anti-depressant.", "Din hija r-realta' li qegħdin ngħixu bħalissa.", "Hawn ħafna nies fuq l-anti-depressants.", "Jien bħala lay person qed nitkellem imma din hija l-perception li għandi ta' x'qed jiġri fis-soċjeta' tagħna.", "Inti bħala speċjalista, taħseb li f'pajjiżna hawn ħafna nies li qed jiddependu mill-anti-depressants?", "Taħseb li l-użu ta' anti-depressants huwa rampanti f'dan il-pajjiż?", "DR. JOSEPH SALIBA: Naħseb li qed tuża l-kelma \"anti-depressants\" b'mod ġeneriku, forsi biex tkopri l-pilloli kollha li jintużaw fil-branka.", "Naħseb li jista' jagħti l-każ li bħala nazzjon għandna tendenza li nirrikorru għat-tobba, għall-isptar u għas-servizzi mediċi iżjed minn pajjiżi oħra.", "Issa jekk hux sempliċement għax is-settur primarju m'huwiex, biex ngħid hekk, sod biżżejjed biex il-pazjent ma jiġix lejn l-isptar, ma nafx, pero' huwa fatt li ħafna tobba jinnotaw li fl-isptar naraw a high level of neurosis, u din mhux fil-psikjatrija biss tiġri, imma fil-branki l-oħra wkoll.", "Bħala nazzjon qisna nfittxu wisq it-tobba, pero' r-risposta għall-mistoqsija tiegħek hija li għandna nkomplu kif fil-fatt diġa' qegħdin nagħmlu, ċioe' li t-tobba nżommuhom aġġornati fuq x'inhuwa l-mod korrett kif id-depression tiġi diagnosed, x'pilloli għandek tuża, kemm għandek iddum tagħtihom, eċċ. Dawn huma eżerċizzji li ilhom isiru dawn l-aħħar snin u se jkomplu jsiru, pero' fl-aħħar mill-aħħar, huwa kompitu tat-tabib li jiddeċiedi jekk il-pazjent għandux jingħata kors ta' anti-depressants u meta għandu jwaqqaf dak il-kors.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Qatt sar xi research fuq bażi nazzjonali dwar l-użu ta' anti-depressants f'pajjiżna?", "Saru xi paraguni ma' pajiżi oħra?", "DR. JOSEPH SALIBA: Mhux fuq bażi komparattiv, le.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Imma ġieli sar xi research fuq livell nazzjonali?", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiġifieri riċerka xjentifika dwar l-użu ta' anti-depressants - u qed tifhmuni x'irrid infisser b'\"anti-depressants\" ....", "DR. JOSEPH SALIBA: Wieħed jista' jħares lejn figuri globali u forsi jqabbilhom ma' pajjiżi oħra, pero' bħala riċerka, le, ma saritx.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiġifieri m'għandniex xi indicator xjentifiku li jurina l-qagħda kif inhi.", "DR. JOSEPH SALIBA: Qegħdin nimxu pjuttost fuq impressjonijiet.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Madam Chairperson, jien naħseb li dan il-kumitat irid jirreġistra dan il-punt.", "Aħna nitkellmu ħafna f'dan il-pajjiż, u hekk għandu jkun, u kull ħaġa li nagħmlu, nitilqu minn dak li huwa research-based iżda sfortunatament jekk mhux se jkollna research u data miġbura, m'hu se jkollna l-ebda indicator biex nagħrfu kif għandna nimxu.", "Billi jkollna policy .…", "DR. JOSEPH SALIBA: Irid ikollok infrastruttura biex tagħmel dawn l-affarijiet.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Ma jimpurtax, imma almenu rridu nibdew b'xi ħaġa.", "Irridu nidentifikaw il-problema bażika li lanqas riċerka għad m'għandna.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Saru diversi parliamentary questions dwar kemm hemm control cards, kemm jiġu importati psychotropic drugs, eċċ., imma kif qed tgħid int, tajjeb li jkun hemm studju xjentifiku li jagħmel comparison ma' dak li hemm f'pajjiżi oħra.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Pero' n-numru ta' control cards jirrifletti biss dawk li qed jgħaddu mill-isptarijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, jirriflettu dawk il-mediċini kollha li huma controlled, jingħataw minn fejn jingħataw.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jirriflettu anke dawk li jinxtraw.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma jirreflettux biss dawk il-mediċini li jgħaddu mill-isptar, imma jirriflettu l-mediċini li huma meqjusa bħala controlled.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Michael Farrugia u mbagħad warajh l-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Se nkompli fuq l-istess argument li kienet miexja fuqu l-Onor.", "Waħda mill-affarijiet li qed insibu ħafna drabi fil-komunita', hija li hawn nies li litteralment qishom sejrin shopping mingħand speċjalista jew tabib għal ieħor.", "Illum ġew għandek, għada jiġu għandi, pitgħada jmorru għand tabib ieħor, pit pitgħada jmorru għand xi ħadd ieħor u jibqgħu sejrin hekk, iduru tabib wara l-ieħor.", "Hawn ċertu persuni - ma rridx niġġeneralizza u ngħid kulħadd - li jagħmlu dan it-tip ta' shopping, biex insejjaħlu hekk, u f'ħafna każi, għalkemm id-diagnosis li ssir mid-diversi tobba tkun l-istess, il-mod biex tabib jasal għall-kura ta' dak il-pazjent partikolari, tista' tkun differenti.", "Mill-esperjenza tiegħek u minn dak li tisma', kemm tinkwetak din il-kwestjoni ta' shopping around?", "Naturalment jekk wieħed imur għand tabib jagħtih ċertu pilloli u jekk imbagħad imur għand tabib ieħor, jista' jbiddillu dawk il-pilloli u jagħtih pilloli oħra.", "Allura għandna sitwazzjoni fejn anke kieku kellna naraw b'mod xjentifiku kemm qed joħorġu pilloli mill-ispiżeriji, inklużi dawk privati, ma jkollniex stampa reali ta' x'inhuma jieħdu l-pazjenti għas-sempliċi raġuni li l-istess pazjenti jistgħu jkunu qed jieħdu pilloli differenti kull darba li jmorru għand tobba differenti.", "M'iniex qed ngħid li m'hijiex importanti li naraw eżatt x'inhu ħiereġ għaliex fl-aħħar mill-aħħar, dawn il-pilloli fis-suq qegħdin jiġru.", "DR. JOSEPH SALIBA: Din hija problema reali, pero' ma nafx kemm nistgħu naħarbu minn din il-problema bis-sistema eżistenti f'pajjiżna.", "Per eżempju f'diversi pajjiżi barranin, żgur fl-Ingliterra għax huwa pajjiż li naf kif jaħdmu hemmhekk, m'hijiex faċli li tibdel minn tabib għall-ieħor.", "Fil-livell primarju tkun reġistrat ma' GP u jrid ikollok raġuni valida biex iċċaqlaq minn tabib għall-ieħor.", "Forsi ġo l-istess practice tkun tista' taqleb bejn il-partners, pero' jrid ikollok raġunijiet validi.", "MICHAEL FARRUGIA: Pero' ovvjament ma jeskludix lil dak li jkun milli jmur għand tabib jew speċjalista fil-privat, anke jekk qiegħed taħt l-NHS.", "DR. JOSEPH SALIBA: Pero' tradizzjonalment, fl-Ingilterra ma tantx tiġri.", "Forsi r-raġuni hi jew għaliex il-primary care sector tal-gvern ikoprihom sew, jew inkella għax forsi l-mediċina privata hija very expensive, hija projbittiva, imma fil-prattika, ftit huma dawk li jmorru għand private GPs.", "Il-maġġoranza jużaw the State primary care sector u l-GPs għandhom a very powerful gatekeeping function.", "Fil-każ tagħna qisha parti mill-kultura tagħna, iżda m'iniex konvint jekk il-Maltin iridux l-affarijiet mod ieħor.", "MICHAEL FARRUGIA: Taħseb li jkun għaqli jekk id-dipartiment tas-saħħa jew id-dipartiment tal-promozzjoni tas-saħħa, jew inkella l-kummissjoni nazzjonali, b'xi mod jew ieħor tagħmel eżerċizzju biex tgħallem lill-poplu u ġġibu aktar aware tal-perikli li jistgħu jinħolqu meta persuna tbiddel il-mediċini b'dan il-mod?", "Wara kollox b'dan l-aġir il-kura aħħarija tiegħek tista' ddum iktar biex tiġi għas-sempliċi raġuni li għandek tibdil ta' mediċini minn ġimgħa għall-oħra jew minn xahar għall-ieħor.", "DR. JOSEPH SALIBA: Naħseb li tkun ħaġa utli, pero' nibqa' nsostni li donnha hija parti mill-kultura preżenti - mhux neċessarjament tal-kultura fil-futur - li l-pazjent Malti jkun irid jiċċekkja dak li qallu wieħed ma' dak li jista' jgħidlu ħaddieħor.", "MICHAEL FARRUGIA: Lili jinkwetani l-fatt li l-kultura tal-Maltin qisha li jekk pazjent b'mard mentali jiġi joqgħod ħdejk, tirriġettah.", "Aħna rridu naħdmu biex inbiddlu din il-kultura ħalli pazjent li jmur lura fil-komunita', ma jiġix imwarrab u emarġinat.", "DR. JOSEPH SALIBA: Irrid nieħu l-mistoqsija tiegħek bl-ikbar serjeta'.", "Jekk inħarsu lejn l-Ingilterra naraw li l-maġġoranza ta' pazjenti ma jaffordjawx jaraw GP privat u biex jibdlu minn tabib għall-ieħor isibu li m'hijiex daqshekk faċli jekk ma jkunux bidlu l-indirizz, allura jridu jew ma jridux, il-pazjenti jkollhom kważi impost fuqhom ċerta kontinwita'.", "Issa jekk dik hija sistema li minħabba l-vantaġġi tagħha nixtiequ nintroduċuha f'Malta, sta għalina li nintroduċuha, imma dik hi s-sitwazzjoni.", "F'pajjiżi barranin m'hijiex daqshekk faċli jibdlu minn tabib għal ieħor.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma nixtieqx nispiċċaw inqabblu dak li jiġri fl-Ingilterra ma' dak li jiġri f'Malta, f'pajjiżna għandna sistema li nixtiequ naraw tevolvi u minn hemm irridu nitilqu.", "Għar-rigward ta' l-Isptar Monte Carmeli, waħda mill-affarijiet li dejjem kienet tinkwieta lil kulħadd, hija t-taħlita ta' pazjenti fl-istess swali.", "Bħalma taf inti, hemm pjan biex il-pazjenti jkunu mqassma skond il-gravita' tal-problema u skond il-kondizzjoni tagħhom, pero' meta taħseb li se nkunu f'pożizzjoni li l-pazjenti jkunu mqassma skond il-kondizzjoni tagħhom?", "Xi ħaġa li ilha ddejjaqni u ma nafx kemm se ddum iddejjaqni aktar, hija t-taħlita fi swali ta' persuni li jbatu bil-problema tad-droga ma' pazjenti b'mard mentali.", "X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar il-programm li kien qiegħed jitħaddem?", "Bħala direttur kliniku, meta taħseb li se nkunu f'pożizzjoni li l-pazjenti jkunu mqassma skond il-marda tagħhom u l-gravita' ta' dik il-marda biex l-attenzjoni li jingħataw tkun partikolari aktar għall-kondizzjoni li jbatu minnha?", "DR. JOSEPH SALIBA: S'intendi, li pazjenti tqassamhom skond il-gravita' u l-kategorija tal-marda.", "Pero' huwa iktar ideal u għan milli ħaġa li tista' tintlaħaq totalment għaliex il-pazjenti huma komplessi fil-problemi li jkollhom, iżda minkejja dan, xorta waħda dak irid ikun l-għan tagħna.", "Huwa diffiċli biex nirrispondi b'mod definit meta se nilħqu dan l-istat, għax jiddependi minn diversi affarijiet li m'humiex taħt il-kontroll tagħna u għalhekk insostni li hemm bżonn ta' strategy plan.", "Kollox jiddependi fuq riżorsi, kemm fuq riżorsi umani u kemm fuq riżorsi ta' natura oħra.", "Aħna neqsin minn diversi branki ta' professjonisti, fosthom social workers, occupational therapists u anke tobba, fis-sens li qed ikollna nibgħatu tobba jispeċjalizzaw barra.", "M'għandniex it-teams li għandna bżonn.", "Għar-rigward ta' riżorsi strutturali u finanzjarji, jien naħseb li jekk irridu nagħmlu passi kbar 'l quddiem, se jkun hemm bżonn ta' iktar finanzi milli għandna fil-preżent.", "Naturalment hemm bżonn li nużaw il-finanzi li għandna b'mod għaqli u b'mod iżjed effiċjenti u fil-fatt bħalissa qed isir eżerċizzju biex il-financial management ta' l-isptar isir b'mod iktar effettiv.", "MICHAEL FARRUGIA: Kont għamilt mistoqsija parlamentari dwar discharges mill-isptar u ngħid il-verita' it-tweġiba li ngħatajt inkwetatni daqsxejn.", "Ma nafx x'jista' jsir, pero' nħoss li l-fatt li numru konsiderevoli minn dawk li jiġu discharged - u l-ħsieb huwa li dawn jirritornaw fil-komunita' - jerġgħu jiġu re-admitted wara ftit jiem, hija pjuttost inkwetanti.", "In-numru ta' re-admissions wara ftit jiem jidher li huwa wieħed relattivament għoli, almenu 50% jiena nikkonsidrah bħala wieħed għoli.", "Ma taħsibx li f'ċerti każi, ma rridx niġġeneralizza, jista' jkun hemm xi dubji għaliex dawn il-pazjenti ġew discharged?", "Ħalli nagħmel il-mistoqsija b'mod aktar ċar.", "Kemm minn dawk li jkunu re-admitted issirilhom tfittxija fuqhom qabel jiddaħħlu fis-swali?", "Il-hearsay hija pjuttost serja, b'mod partikolari għal ċertu swali fejn jista' jkollok persuni bi problema tad-droga.", "DR. JOSEPH SALIBA: Nixtieq nara l-figuri għoljin ta' re-admissions li semmejt, għax attwalment il-metodu li naħdmu bih, huwa li qabel ma nilliċenzjaw pazjent nibagħtuh fuq leave mill-isptar biex jekk il-pazjent ma jkunx lest li jiġi liċenzjat, aħna nindunaw qabel ma nkunu lliċenzjajnih.", "Jiġifieri meta naslu biex nilliċenzjaw pazjent, normalment dan ikun diġa' għamel ċertu żmien sostanzjali fil-komunita' u allura nkunu stabbilixxejna li jista' jgħix fil-komunita'.", "Minkejja dan, wieħed irid jammetti li hija fin-natura tal-problemi li nikkuraw li minn żmien għal żmien il-pazjent jirkadi u allura żgur li se jkun hemm numru ta' re-admissions ta' pazjenti liċenzjati.", "Għar-rigward tal-mistoqsija tiegħek dwar searches, dik hija rutina f'ċerti sitwazzjonijiet fejn inkunu nafu li jew min-natura tal-problema tal-pazjent, jew mill-imgħoddi tiegħu, jista' jkun hemm xi riskju li se jdaħħal xi affarijiet li jistgħu jkunu ta' periklu.", "Hija parti mill-proċedura li tintuża fi sptar mentali.", "MICHAEL FARRUGIA: Min jagħmel is-searches?", "MICHAEL FARRUGIA: Kif jiġu magħżulin?", "Inti qed tgħid li l-każi jkunu identifikati, pero' ovvjament dawn mhux se jkollhom tabella fuqhom u allura naħseb li tajjeb li dan il-kumitat jinnota l-bżonn li kemm huwa possibbli ssir tfittxija fuq il-pazjenti li jiġu re-admitted.", "Fil-komunita' għandna diversi setturi li jgħinu fir-riabilitazzjoni ta' pazjenti, imma kemm taħseb li hemm bżonn ta' postijiet bħalma hi Richmond Foundation biex individwi li joħorġu mill-isptar ikollhom fejn imorru għall-kura u l-attenzjoni li jkollhom bżonn biex kemm jista' jkun inżommuhom 'il bogħod miċ-ċansijiet ta' re-admission?", "Veru li kif għedt ċertu pazjenti jkollhom bżonn jiġu re-admitted l-isptar, imma almenu nipprovaw kemm jista' jkun intawlulhom iż-żmien bejn admission u oħra.", "DR. JOSEPH SALIBA: Titgħallem kemm titgħallem minn barra, dejjem trid tipprova dak li tkun tgħallimt f'pajjiżek stess.", "Hemm proċess ta' expert involement, pero' wieħed jitgħallem minn dak li jkun qed jagħmel, u għal din ir-raġuni ma naħsibx li l-metodu huwa li tipprevedi b'mod globali imma pjuttost li wara li wieħed jibda pilot project tkompli ddaħħal iżjed ir-riżors ta' din in-natura u minn esperjenza għall-oħra dejjem tkun qed titgħallem u temeljora dak li għamilt qabel.", "Ma naħsibx li huwa neċessarju li wieħed ikollu figura fis-sens li qed tissuġġerixxi.", "Pjuttost li l-bżonn huwa ta' pjan strateġiku biex niftħu iżjed minn dawn il-faċilitajiet u mhux nibqgħu biss nitkellmu u nippjanawhom.", "MICHAEL FARRUGIA: X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar priġunieri li jintbagħtu l-Isptar Monte Carmeli għall-kura?", "Taħseb li dawn għandhom jingħataw il-kura ġewwa l-Isptar Monte Carmeli, jew inkella li jingħataw il-kura f'post partikolari għalihom?", "Taħseb li aħjar jiġu kkurati f'post li jiġi mibni apposta għalihom, jew f'parti tal-ħabs stess li tkun tintuża għal dan il-għan - ovvjament ikollhom l-attenzjoni kollha tat-tobba, psikjatri u infermiera - milli fil-forensic ward ġewwa l-Isptar Monte Carmeli?", "DR. JOSEPH SALIBA: Hemm żewġ aspetti għal din ir-risposta li wieħed irid jikkonsidra.", "L-ewwelnett irridu niftakru li aħna dejjem ninsistu li kemm jista' jkun min għandu marda mentali għandna nittrattawh bħalma nittrattaw mard ieħor, m'għandniex niddiskriminaw kontrih.", "F'dak l-ambitu, meta priġunier ikollu bżonn operazzjoni jew jagħtih attakk tal-qalb, jintbagħat l-isptar - naturalment billi jittieħdu l-miżuri neċessarji - għall-kura li jkollu bżonn u allura għal dik ir-raġuni, jekk priġunier verament jimrad b'tali mod li jkollu xi psikożi jew xi depression gravi, naħseb li jkun żball li wieħed jippretendi li tista' tagħtih il-kura meħtieġa ġo ħabs.", "Dik il-kura trid tingħata ġo sptar.", "S'intendi, wieħed għandu joħloq unit apposta, imma għandu jkun fl-ambjent ta' sptar.", "Pero' hemm dimensjoni oħra għal din ir-risposta.", "Sfortunatament huwa minnu li fil-psikjatrija hemm dik li tissejjaħ \"personality disorder\", problema li hija komuni ħafna fil-priġunieri.", "Bħala riżultat ta' hekk, jista' jkollhom tendenza li jimmanipulaw is-sistema biex jipprovaw jintbagħtu l-isptar u jieħdu vantaġġi li ma jkollhomx x'jaqsmu ma' xi kura li se jieħdu għall-marda mentali.", "U għal dan it-tip ta' grupp, jidhirli li hemm bżonn li l-ħabs ikollu xi forma ta' corrective resource, forsi psikologi, li jagħrfu x'atteġġjament għandhom jieħdu ma' dawn it-tip ta' nies li jistgħu jkunu very testy, fis-sens li anke jheddu b'suwiċidju.", "Jekk ma jkunx hemm riżorsi jew l-istaff ma jkunx jaf kif dawn il-priġunieri għandhom jiġu handled, verament isibu ruħhom f'diffikulta'.", "Għal din il-popolazzjoni, probabbli huwa l-każ that they can be handled in a properly designed resource within the corrective facility, imma għal min huwa verament marid, l-opinjoni tiegħi hija li għandu jiġi kkurat ġo sptar.", "MICHAEL FARRUGIA: Rigward seclusion wards, taħseb li erba' units huma biżżejjed?", "Hemm xi pjanijiet biex in-numru ta' seclusion units jitkabbar?", "DR. JOSEPH SALIBA: Le; ma jidhirx li erba' units huma ftit wisq.", "Irridu jew ma rridux nammettuha, it-tendenza hija li iktar ma wieħed ikollu seclusion rooms, iktar juża minnhom.", "S'intendi wieħed irid jiġbed il-linja x'imkien, pero' rridu niftakru li jeżistu units fejn lanqas biss jirrikorru għal seclusion rooms.", "M'iniex qed ngħid li bir-riżorsi eżistenti li għandna u l-fatt li Monte Carmeli huwa l-uniku sptar hawn Malta, qegħdin f'sitwazzjoni li ngħidu li m'għandniex bżonn seclusion rooms.", "Għandna bżonn seclusion rooms, pero' mill-esperjenza li kellna s'issa, m'hemm xejn x'jindika li se jkun hemm bżonn iktar minn erba' units.", "L-importanti li jinstab bilanċ tajjeb li nipprevedu, kif wieħed jagħmel fir-rigward ta' ITU u ta' CCU, li dejjem ikun hemm post jew tnejn lesti għall-ħtiġijiet li jistgħu jinqalgħu.", "Anzi din tagħti ċertu spinta kemm lill-istaff u kemm lill-pazjent biex ikun hemm ċerta ħeġġa li dak li jkun toħorġu minn dan il-unit.", "Jekk hemm bżonn, jerġa' jidħol imma minnha nfisha it is a therapeutic experience li l-istaff ikollhom l-atteġġjament li jgħinu lill-pazjenti joħorġu mis-seclusion unit u li l-pazjent ikollu opportunita' biex hu stess jibbenefika mill-fatt li jkun ħareġ u allura jipprova ma jerġax jidħol.", "MICHAEL FARRUGIA: L-aħħar mistoqsija ....", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk jogħġbok għamel l-aħħar mistoqsija għax inkella se nieqfu u hawnhekk hawn nies li nixtieq nismagħhom illejla.", "MICHAEL FARRUGIA: Naf, imma jekk ikun hemm bżonn nistaqsi, nistaqsi.", "Aħna qegħdin hawn biex nistaqsu kemm hemm bżonn.", "Għalhekk qiegħed il-kumitat, mhux għall-logħob.", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, pero' ...", "MICHAEL FARRUGIA: Bħalma taf inti, l-istorja tas-seclusion ward hija kompletament differenti.", "Taħseb li n-numru ta' infermiera ġewwa l-Isptar Monte Carmeli li m'humiex kwalifikati iżda li għandhom l-esperjenza li ħafna drabi tista' tkun aħjar milli l-fatt li jkollok it-teorija ...?", "Taħseb li complement ta' infermiera kwalifikat fil-psikjatrija jkun aħjar milli complement ta' infermiera b'diploma jew b'B.Sc.", "Tħoss il-bżonn li jkun hemm aktar korsijiet għal social workers, fiżjoterapisti, occupational therapists, eċċ., biex flimkien ma' psikjatri u tobba li jaħdmu f'Monte Carmeli u anke barra mill-Isptar Monte Carmeli, jissaħħaħ il-qasam tal-kura ta' mard mentali?", "DR. JOSEPH SALIBA: Hekk kif indikajt, l-ewwel parti ta' l-istrateġija għandha tkun li nantiċipaw fejn se jkollna nagħfsu fuq training u fejn se jkollna nagħtu positive incentives biex inżidu n-numru ta' professjonijiet li aħna neqsin minnhom għaliex biex ikollna servizz li huwa suċċess, għandna bżonn firxa ta' professjonisti differenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-aħħar domanda għall-Onor.", "DOLORES CRISTINA: Nixtieq nistaqsi jekk issirx konsultazzjoni mal-private general practitioners li jkunu rreferu l-pazjenti għandkom u jekk imbagħad tingħatax feedback lilhom.", "Naħseb li ġustifikata nassumi li bniedem fil-kariga tiegħek għandu wish list twila ħafna biex jara ameljorament fis-servizzi ta' mental health, imma tista' tiffoka ftit fuq prijoritajiet, l-iktar fuq l-affarijiet li tixtieq tara jinbiddlu?", "DR. JOSEPH SALIBA: Għall-ewwel mistoqsija tiegħek, nista' ngħid li bir-riżorsi eżistenti u n-numru ta' pazjenti li naraw f'kull out-patient clinic, m'aħniex qegħdin nagħtu l-livell ta' feedback li nixtiequ nagħtu lill-GP.", "F'servizz li jaħdem kif suppost, fejn ikollok numru żgħir ta' pazjenti u allura bejn pazjent u ieħor ikollok ċans tiddetta ittri u jkollok anke segretarja li tista' tittajpjalek l-ittri … Barra minn Malta kont naħdem f'sistemi differenti ħafna minn dawk tagħna u l-feedback li konna nagħtu lit-tabib kienet ta' livell ħafna ogħla milli nagħtu hawn, pero' l-ammont ta' xogħol u r-riżorsi li kellna, kienu differenti.", "L-istruttura kienet totalment differenti.", "Għar-rigward ta' prijoritajiet, naħseb li l-ogħla żewġ prijoritajiet li għandi hija li l-ewwelnett ikollna l-firxa ta' riżorsi umani li hemm bżonn biex inkunu nistgħu noħolqu u niżviluppaw it-team speċjalizzat li hemm bżonn, u t-tieni li jkollna proper community back-up services fis-sens li s-settur primarju jiffunzjona kif suppost u jkun hemm support services kemm fejn jgħixu l-pazjenti kif ukoll fil-komunita' għall-pazjenti li aħna nirritornaw.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "DR. JOSEPH SALIBA: Jekk nista' nieħu żewġ minuti ta' dan il-kumitat nixtieq ninformakom li wieħed mill-eżerċizzji tal-kummissjoni kien li nħatar sotto-kumitat biex jirrevedi s-saħħa mentali.", "Is-sotto-kumitat kien chaired minni u l-ewwel fażi ta' dak ix-xogħol tlesta fis-sens li ħarġet l-ewwel draft ta' dik il-leġislazzjoni.", "Ovvjament issa hemm bżonn li jibda proċess ta' konsultazzjoni mal-gruppi li se jkunu nvoluti, per eżempju l-assoċjazzjoni tal-psikjatri, assoċjazzjoni tas-social workers, eċċ.", "IĊ-CHAIRPERSON: Bħala chairperson ta' dan il-kumitat napprezza ħafna li meta tkun qed issir din il-fażi, tinformawna biex forsi aħna wkoll inkunu nistgħu niġu nisimgħu u naraw dak li jkun għaddej.", "Nirringrazzjak.", "MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq inżid xi ħaġa żgħira.", "Nixtieq li jkollna ċans naraw dan l-abbozz biex forsi anke nagħmlu xi kummenti għax naħseb li l-mental health act għandha tkun waħda nazzjonali.", "Din hija ħaġa li jiena kont insistejt fuqha daqs sentejn ilu, u bħalma taf Dr. Podesta' li hija hawnhekk preżenti, waħda mill-ewwel affarijiet li għedtilha kienet li bħala ċ-chairperson tal-kummissjoni, għandha tbiddel il-mental health act u qed nieħu pjaċir illi dan l-abbozz wasal fi stadju avvanzat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak Dr. Saliba.", "Issa nixtieq insejjaħ lis-Sur Dennis Arrigo u nħalli f'idejh biex jgħidilna l-esperjenzi tiegħu.", "IS-SUR DENNIS ARRIGO: Jiena ftit żmien għamilt f'Mount Carmel Hospital, xi tliet ġimgħat l-aktar li għamilt, pero' nista' ngħid li hemmhekk hemm nies dedikati f'xogħolhom u jagħtu l-kura medika li l-pazjent ikun jinħtieġ, pero' jiddispjaċini ngħid illi l-post ma jilqgħekx, pjuttost jimbuttak u jekk ikollok depression hemm ġew aktar tiżdiedlek milli tonqoslok.", "Kif tidħol fis-sala jeħdulek l-affarijiet kollha li jkollok fuqek, per eżempju, lighter, ċwievet u flus, u ipoġġuhomlok ġo safe u ma jħallulek xejn fuqek ħlief pakkett sigaretti u matul il-lejl ineħħulek ukoll iċ-ċintorin għax jibżgħu minn xi attentat ta' suwiċidju mis-suicidal cases.", "Jiena dħalt hemmehkk għax qabditni suicidal depression wara l-mewt t'ommi u bħalma għedt, il-post m'huwiex xi wieħed sabiħ, pero' hemm nies li xogħolhom jagħmluh b'mod dedikat ħafna.", "Jiena nemmen li t-terapija m'hijiex biss li wieħed jingħata pilloli imma li jingħata għajnuna individwali u personali billi jitkellem ma' psikjatra għal siegħa jew sagħtejn.", "Jien inħoss li servizz bħal dan huwa ta' għajnuna aktar milli l-pilloli.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dennis, sibt għajnuna fil-komunita'?", "Sibt min jgħinek?", "Wara li ħadt il-kura, erġajt lura fuq il-post tax-xogħol?", "IS-SUR DENNIS ARRIGO: Huwa interessanti ngħid li meta jiena dħalt fl-Isptar Monte Carmeli bħala pazjent, kont naħdem bħala skrivan f'sala fl-istess sptar.", "Meta ħriġt minn pazjent, in-nurses laqgħuni bħala skrivan b'idejhom miftuħin, pero' imbagħad ħassejt li ma stajtx inkompli bħala skrivan hemmhekk għax is-sitwazzjoni kienet pjuttost ċinika u allura tlabt li jibdluli l-post għal x'imkien ieħor.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn min jixtieq jagħmel xi mistoqsija?", "L-Onor.", "DOLORES CRISTINA: Hemm volontiera li jiġu jgħinu lill-pazjenti u forsi joħorġuhom ftit biex iderrulhom?", "Hemm xi għaqda illi hija midħla ta' Mount Carmel Hospital?", "IS-SUR DENNIS ARRIGO: Iva, hawn għaqda fi ħdan il-Caritas, Thursday Club, li tgħin tintegra fis-soċjeta' n-nies li kienu Mount Carmel Hospital.", "Din torganizzalhom outings, teħodhom Għawdex, tiġborhom flimkien biex jaħdmu l-crochet u knitting, jaħdmu fuħħar, jaqraw, jingħataw terapija, eċċ. Jiġifieri teżisti għaqda pero' jiddispjaċini ngħid li m'hawnx għaqda għal users as such, għaqda li tħaddan fiha l-users biex isservi ta' self-support għalihom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Taħseb li x-xogħol li jingħataw l-inmates ta' Mount Carmel, anke bħala occupational therapy għalihom, huwa effettiv, jew taħseb li għandhom jiġu żviluppati aktar il-ħiliet tal-persuni li qegħdin hemmhekk peress li meta jidħlu fl-isptar jibdew jitilfu mill-kapaċitajiet li kellhom qabel daħlu?", "Il-pazjenti jkollhom kapaċitajiet li normalment jużawhom ġol-komunita' imma meta jkunu ġo istituzzjoni jibdew jitilfu mill-ħiliet tagħhom.", "Taħseb li hemm għajnuna biżżejjed biex wieħed jiġi megħjun ma jitlifx minn dak li kien kapaċi jagħmel qabel daħal fl-isptar?", "IS-SUR DENNIS ARRIGO: Preżenti hawn is-Sur Busuttil li huwa s-senior occupational therapist ta' Mount Carmel u naħseb li jista' jitkellem aħjar minni dwar dan, pero' meta jiena kont nieħu t-terapija kont inħossni aħjar.", "Daqqa kont nagħmel woodwork, daqqa pottery, pero' inħoss li fit-therapy section hemm ukoll nuqqas ta' riżorsi umani.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Mil-lat ta' ħbieb, kellek problema meta saru jafu li inti kont spiċċajt pazjent hemmhekk?", "IS-SUR DENNIS ARRIGO: Iva, per eżempju meta kont ninżel Paceville u kont ngħid l-istorja tiegħi, dak li jkun kien qisu jitwarrab minni u jħallini waħdi f'rokna u ma jkomplix jisma' dak li nkun qed ngħidlu.", "MICHAEL FARRUGIA: Jiġifieri inti tħoss illi l-komunita' għadha m'hijiex preparata tilqa' lill-pazjent lura bil-konsegwenza illi l-pazjent stess ma jħossux milqugħ iżda pjuttost imwarrab.", "Dan jista' jwasslu biex jerġa' jaqa' f'sitwazzjoni ta' kondizzjoni psikoloġika illi fil-fatt ma kellux qabel daħal l-isptar.", "IS-SUR DENNIS ARRIGO: Naħseb li hawn nuqqas ta' edukazzjoni u misinformazzjoni sħiħa dwar is-saħħa mentali.", "M'hawnx biżżejjed programmi li jkattru awareness fost il-poplu.", "Hemm bżonn li t-tfal ta' l-iskola miċ-ċokon jiġu mgħallma biex iħobbu lill-persuni li għandhom problemi ta' saħħa mentali.", "MICHAEL FARRUGIA: Bil-mod il-mod qed naraw li s-soċjeta' qed taċċetta persuni b'diżabilita' u tant hu hekk li ta' spiss naraw attivitajiet organizzati għalihom - bħalissa għaddejja attivita' ta' inżul bil-parachute proprju għal persuni b'diżabilita' - taħseb li għandu jkun hemm aktar awareness fil-konfront ta' persuni b'mard mentali ħalli jkun hemm aktar postijiet bħal Richmond Foundation li jagħtu għajnuna u kura lill-pazjenti li jkunu jridu jirritornaw fil-komunita' u sabiex il-pazjenti nfushom jiġu aċċettati u integrati kompletament fis-soċjeta'?", "IS-SUR DENNIS ARRIGO: Iva, għandu jkun hemm għajnuna minn nies li mhux biss huma intiżi fil-qasam mediku, bħalma huma s-psychologists, social workers, eċċ, imma mill-persuni in ġenerali fil-komunita'.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Kieku hemm aktar informazzjoni u liaison bejn l-isptar u t-tabib personali tiegħek, taħseb li tkun tista' tikkontrolla s-sitwazzjoni tiegħek mingħajr ma jkollok bżonn tirrikorri lejn l-isptar, jew tħoss li mill-ewwel trid tirrikorri lejn l-isptar meta tinqalagħlek problema?", "IS-SUR DENNIS ARRIGO: Jien m'għadnix nirrikorri lejn l-isptar, qiegħed taħt kura privata.", "MICHAEL ASCIAK: Ħassejt li kien hemm informazzjoni biżżejjed għaddejja bejn l-siptar u t-tabib tiegħek?", "IS-SUR DENNIS ARRIGO: Fl-isptar hemm il-file tiegħi li l-psikjatra seta' liberalment jarah.", "MICHAEL ASCIAK: Taħseb li hemm informazzjoni biżżejjed għaddejja bejn l-isptar u t-tabib tiegħek?", "IS-SUR DENNIS ARRIGO: Le, ma naħsibx li hemm.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Inti għandek t-tabib privat tiegħek u tmur għall-kura għandu regolari?", "KARL CHIRCOP: Il-mediċini li tieħu, teħodhom permezz ta' riċetta mingħand it-tabib jew tixtrihom mill-ispiżerija over the counter?", "X'tip ta' aċċess għandek għall-mediċina li tieħu?", "IS-SUR DENNIS ARRIGO: It-tabib jara kif inkun, jara għandux iżidli jew inaqqasli l-pilloli, jagħmilli riċetta u mbagħad immur inġibhom mill-ispiżerija tal-gvern.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dennis, grazzi ta' l-intervent tiegħek.", "IS-SUR DENNIS ARRIGO: Nispera li kont utli.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħafna; aktar milli taħseb int. Jiena naf li inti tikteb anke poeżiji u nixtieq li meta jkollna laqgħa oħra ġġibilna xi waħda mill-poeżiji tiegħek għax inħobb naqrahom ħafna.", "Grazzi.", "Nixtieq issa nistieden lis-Sur u s-Sinjura Borg jagħmlu l-intevent tagħhom.", "IS-SUR BORG (Ġenitur): Sinjura President, jien se nitkellem mil-lat ta' ġenitur.", "Sa tmien ġimgħat ilu aħna konna nħarsu lejn il-mard mentali bħala xi ħaġa li taraha qisek minn gallarija.", "Konna nafu li jeżisti ċertu mard imma ma konniex nafu eżatt xi jfisser sakemm tmien ġimgħat ilu kellna l-każ tat-tifla tagħna u ħadna tliet xokkijiet.", "L-ewwel shock kien li t-tifla għandha kondizzjoni mentali li tenħtieġ kura kontinwa, it-tieni shock kien meta kulħadd beda jistaqsi ċertu affarijiet u bdejna nħossuna guilty talli t-tifla għandha marda mentali, u t-tielet shock kien meta rajna l-faċilitajiet li jeżistu fil-pajjiż għal min ibati minn mard mentali, liema faċilitajiet għadhom fil-bidu.", "F'dan il-qasam hemm ħafna nies dedikati li ltqajt magħhom f'dawn l-aħħar tmien ġimgħat meta ġiet ma' wiċċna l-marda tat-tifla tagħna.", "Jiena qatt ma kont dħalt fl-Isptar Monte Carmeli qabel, pero' llum il-ġurnata nidħol hemmhekk regolarment u bħalma qalu l-kelliema ta' qabli, nara li m'hemmx riżorsi umani biżżejjed.", "Inħoss li l-gvern għandu jagħmel xi ħaġa.", "Apparti l-kura medika li tenħtieġ kontinwament it-tifla tagħna, bħala ġenitur jinkwetani l-fatt li meta nispiċċaw jien u l-mara tiegħi, ma nafx x'se jiġri mit-tifla tagħna.", "Sakemm aħna għadna ħajjin, it-tifla għandha carers, imma meta nispiċċaw aħna, ma nafx x'se jsir minnha.", "Issemmiet r-riabilitazzjoni ta' dawn il-pazjenti, iżda fil-pajjiż teżisti stigma lejn kull min ibati minn xi forma ta' mard mentali.", "Il-pajjiż iħares lejhom b'mod differenti milli jħares lejn persuni oħra.", "Għar-rigward ta' employers privati, jien inħoss li kif ikunu jafu li xi ħaddiem għandu mard mentali, kemm jista' jkun ma jkunux iridu jkollhom x'jaqsmu miegħu.", "They are working for profit u waħdiet huma dawk li jżommu dawn it-tip ta' ħaddiema magħhom.", "Jiena nħoss li biex inserraħ moħħi, il-gvern irid jagħmel inizjattivi huwa stess biex lil dawn in-nies jgħinhom jintegraw ruħhom fil-ħajja ta' kuljum u jsostnu lilhom infushom.", "Mil-lat ta' ħajja soċjali, jien nista' nitkellem dwar il-każ tat-tifla tagħna.", "Sa tmien ġimgħat ilu, it-tifla kienet bħal kull tfajla oħra, toħroġ, tmur discos u tiddeverti bħal kull żagħżugħa, iżda imbagħad, minħabba l-marda li aħna lanqas biss konna nafu biha u minn tmien ġimgħat 'il hawn tgħallimna ħafna affarijiet dwarha u għad baqgħalna ħafna x'nitgħallmu, waqgħet, tilfet il-job u ġiet penniless.", "Li kieku ma konniex aħna l-ġenituri li għeniha, ma nafx x'kien se jsir minnha t-tifla tagħna.", "Indagajt dwar x'servizzi jeżistu li jistgħu jgħinu lit-tifla u sirt naf li hemm kwalita' ta' marda, l-iskiżofrenja, li min ibati minnha jista' jieħu xi ħaġa, pero' safejn naf jien, min ibati minn mard ieħor mentali, m'huwiex kwalifikat biex jieħu xi forma ta' għajnuna.", "Mela waħda mill-affarijiet li lili bħala ġenitur tinkwetani, hija li jekk jiena ma kontx finanzjarjament tajjeb, din it-tifla kienet tispiċċa.", "Kif qal Dr. Saliba, lill-pazjenti jibagħtuhom on leave u jien nemmen li s-sistema li tintuża hija tajba għax titħaddem b'mod gradwali.", "Barra minn hekk jinvolvu wkoll lill-ġenituri billi jgħallmuhom ċertu affarijiet li huma utli ħafna.", "Infatti dħalna fil-mental health association fejn tgħallimna kif il-problemi għandhom jiġu tackled pero' m'hawnx co-ordinating unit u nħoss li l-gvern imissu jagħmel co-ordinating unit biex għallinqas l-isforzi li għandhom isiru, isiru b'mod ta' strateġija.", "Kif qal Dr. Saliba, huwa importanti li jkun hemm strateġija biex ir-riżorsi jiġu użati b'mod tajjeb u mhux kulħadd jgħaffeġ għalih.", "Issemma l-qasam tal-housing.", "Jien nemmen li l-gvern irid iħares mhux biss lejn id-disabled jew l-anzjani iżda wkoll lejn is-settur ta' nies li jbatu minn xi forma ta' mard mentali.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat tgħallimt li waħda minn kull tliet nisa u wieħed minn kull sitt irġiel, ibatu minn xi forma ta' mental illness.", "Illum nemmen li l-problema teżisti u bħalma diġa' ntqal, illum kulħadd jibla' l-anti-depressants.", "L-impjieg għal dawn il-persuni huwa importanti u forsi l-gvern jista' jibda inizjattivi permezz ta' twaqqif ta' koperattivi bejn persuni li jbatu minn xi forma ta' mard mentali biex ikollhom fejn jeżerċitaw l-abbiltajiet tagħhom.", "Huwa diffiċli għal persuni li kienu fl-Isptar Monte Carmeli jintegraw ruħhom fis-soċjeta' għax in-nies li jiltaqgħu magħhom ikollhom ċertu apprehension.", "Nemmen sinċerament li għandu jkun hemm day centres għal dawn il-persuni.", "Nixtieq li jekk it-tifla tiegħi tixtieq toħroġ ikollha fejn tmur u jkollha ma' min titkellem għax sinċerament nemmen li meta dawn in-nies jitħalltu bejniethom, ikunu ta' għajnuna kemm għalihom infushom kif ukoll għal xulxin.", "Għar-rigward ta' l-admission ward f'Mount Carmel Hospital, nista' ngħid li jien rajt kooperazzjoni kbira minn dawk li jaħdmu hemmhekk.", "Kuljum morna naraw lit-tifla l-isptar u allura stajna naraw kif l-affarijiet jiġu tackled u kif bil-mod il-mod jerġgħu jġibu lill-pazjenti jemmnu fihom infushom.", "Qabel ma missejna mal-problema, kont sempliċement naf fejn jinsab Mount Carmel Hospital iżda ma kontx naf xi jkun għaddej wara r-rixtellu ta' l-isptar.", "Illum naf mod ieħor.", "L-Onor.", "Farrugia semma r-rejection tal-ġirien.", "Dan huwa minnu għax kif għedtlek, meta n-nies ikunu jafu li persuna għandha xi forma ta' mental illness, kemm jista' jkun jibqgħu 'l bogħod minnha aħseb u ara kemm se nemmen li xi darba l-employers se jimpjegaw lil nies b'xi forma ta' mard mentali.", "Jien inħoss li bħalma l-gvern jagħti għajnuna lil min hu disabled jew anzjan - u hekk hu xieraq - għandu jagħti wkoll xi forma ta' għajnuna lil dawn in-nies.", "Aktar kmieni smajna li s-sistema li tintuża biex pazjenta toħroġ mll-isptar, hija li l-ewwel tintbagħat on leave u personalment nemmen li din hija sistema tajba.", "Meta jien ħadt lit-tifla jarawha f'Mount Carmel Hospital, ma kenitx faċli għalina.", "Ovvjament ma kenitx xi ħaġa li ġenitur jieħu pjaċir jagħmilha.", "Kienet għafsa ta' qalb meta t-tabib tagħna qalilna li se jagħmlilha karta biex tiġi ezaminata l-isptar.", "U qabel ma kienu ċerti dwar xi affarijiet, ma daħluhiex l-isptar.", "Kuntrarjament għal li kont naħseb qabel, biex tidħol l-isptar ma tridx biss il-karta tat-tabib, jew sempliċement tħabbat il-bieb u tgħidilhom li trid tidħol, iżda l-ewwel irid isir eżami fuq il-pazjent biex jiġi assigurat li l-pazjent jenħtieġ jinżamm l-isptar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiena nista' nifhem l-isforz li sar minnkom biex tiġu hawn u titkellmu dwar is-sitwazzjoni li tinsab fiha l-familja tagħkom u wieħed japprezza immens l-impenn li ħadtu biex ġejtu titkellmu hawnhekk speċjalment meta għadkom tippruvaw taċċettaw is-sitwazzjoni li ġiet fuqkom f'daqqa.", "Jien nifhem il-preokkupazzjoni tiegħek meta tgħid li jekk jista' jkun ikun hemm linji differenti min-naħa tal-gvern biex mhux biss l-iskiżofrenja tiġi konsidata għal skopijiet ta' pensjoni imma anke mard mentali ieħor.", "Nifhem il-preokkupazzjoni ta' ġenitur li jistaqsi x'jiġri mit-tifla kif jispiċċa hu, pero' jiena nippreferi li aktar milli jiġu provduti pensjonijiet jiġu provduti opportunitajiet biex il-persuni b'mard mentali jkollhom opportunita' li jaħdmu u jżommu job għaliex mhux tajjeb, anke mil-lat ta' terapija, li l-persuna titfagħha x'imkien u tgħidilha li se tibagħtilha l-pensjoni.", "Huwa ferm aħjar li l-persuna tintegra fil-ħajja ta' kuljum.", "Jiena naqbel miegħek li għandu jkun hemm aktar day centres fejn dawn in-nies ikunu jistgħu jiltaqgħu flimkien, pero' jiena nixteq narahom jintegraw mhux bejniethom imma magħna lkoll.", "Meta persuni li għandhom l-istess problema jiltaqgħu flimkien, isservi ta' terapija għalihom għaliex wieħed isib solliev f'min jista' jifhmu ftit aħjar, pero' l-integrazzjoni nixtieq naraha magħna lkoll.", "Aħna lkoll kemm aħna għandna problemi.", "Inti semmejt li wieħed minn kull tlieta għandu problema u allura naħseb li anke hawn ġew wieħed minn kull tlieta għandu problema u qed ngħid hekk mhux biex inkun ċinika … Veru li wieħed li għandu problema jista' jkun ta' għajnuna għal min għandu l-istess problema, pero' jekk verament irridu l-integrazzjoni, din trid issir fil-komunita' at large u mhux bejniethom għax inkella nkunu qegħdin nitilfu t-tifsira ta' x'inhi integrazzjoni fil-komunita'.", "IS-SUR BORG: Issemma li għandu jkun hawn aktar edukazzjoni u awareness fuq il-mard mentali.", "Per eżempju jien niftakar li madwar 25 sena ilu, min kellu tifel b'diżabilita' kien jaħbih, mentri llum il-ġurnata kulħadd jaċċetta l-fatt li familja jista' jkollha tifel b'diżabilita'.", "Pero' fir-rigward ta' mard mentali, jien inħoss li għadna pjuttost naħsbu kif konna naħsbu 25 sena ilu fir-rigward ta' persuni b'diżabilita' u għandna ċertu apprehension lejn min ibati b'xi mard mentali.", "Meta tkellimt dwar pensjoni, jien ma rridx niftiehem li l-gvern għandu jkun speċi ta' bank li jagħti l-flus lil kull min ibati minn xi marda, imma kieku jiena bħala ġenitur ma tajtx support lit-tifla tiegħi, x'kien se jiġri minnha?", "Social benefits ma hemmx, l-ETC ma setgħux jagħtuha unemployment benefit għar-raġuni li ġiet dismissed mix-xogħol tort tagħha, allavolja issa nafu li l-kawża kienet il-marda stess .....", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien nixtieq li l-każ tat-tifla tagħkom jiġi segwit.", "Ovvjament m'iniex ngħid biss għall-każ tagħkom partikolari imma għal każijiet oħra simili fejn wieħed jitlef il-post tax-xogħol tiegħu minħabba kawża medika u ma jkunx intitolat għal xi benefiċċju soċjali.", "Hawnhekk hawn preżenti nies li ġejjin mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali u lilhom qed nindirizza dan il-kumment għaliex it is very unfair li persuna li jkollha problema ta' saħħa mentali .… Jekk persuna jkollha attakk tal-qalb, ma tispiċċax barra mix-xogħol imma tieħu s-sick leave u terġa' lura fuq il-post tax-xogħol wara li tiġi rikoverata.", "Wieħed irid jara x'ġara eżattament u x'avenue seta' jieħu u mhux sempliċement spiċċa barra mill-post tax-xogħol u daqshekk.", "Mhux qed nieħu l-każ tat-tifla tagħkom għaliex intom qegħdin hawnhekk b'xi preferenza speċjali, imma dan l-istat ta' fatt huwa inkwetanti.", "One has to look into the issue mil-lat ta' politika soċjali u qed nindirizza wkoll din il-kwestjoni lir-rappreżentanti tal-politika soċjali biex jagħtuna risposta.", "IS-SUR BORG: Nista' ngħidlek li f'korpi parastatali, min ikollu problema ta' drogi jista' jieħu sa sentejn biex jagħmel riabilitazzjoni u wara jerġa' jidħol lura fuq il-post tax-xogħol waqt li fil-każ ta' mard mentali, din il-fakulta' ma teżistix.", "Din hija r-realta'.", "Barra minn hekk wieħed jista' jkun ilu jbati minn xi marda mentali qabel ma jkun aware minnha.", "Per eżempju fil-każ tagħna, allavolja jien nħobb naqra u ninteressa ruħi f'ħafna affarijiet, nista' ngħid li ma konniex aware li t-tifla kellha marda.", "Kont naħseb li kienet bluha taż-żogħżija mentri llum tgħallimt li l-marda taħdem in cycles.", "Issa għidli min se jħaddem lit-tifla meta tkun għaddejja minn ċertu cycle?", "Tajjeb li wieħed iżomm f'moħħu li l-mard m'huwiex tort ta' l-individwu, iżda jista' jiġi fuq kulħadd.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kif qalet Miss Doris Gauci, hemm min qiegħed jimpjega dawn it-tip ta' persuni pero' jenħtieġ titkabbar l-awareness fost min iħaddem.", "IS-SUR BORG: Lil Miss Gauci nafha u anke talks għamlitilna pero' kif qalet hi stess, għadna fil-bidu u jekk mhux se jsir sforz ġenwin u koordinat, se nieħdu ħafna tul ta' żmien u se jkun hemm ħafna tbatija għal ħafna nies.", "Jien nemmen li din it-tbatija tista' tonqos permezz ta' twaqqif ta' co-ordinating unit bejn kull min huwa nvolut f'dan il-qasam.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Dan li qed tgħid inti huwa reali u naħseb tajjeb li 'l quddiem dan il-kumitat ikollu wkoll ċans jevalwa sitwazzjonijiet simili.", "Jien kelli esperjenza ta' persuna li wara marda li kellha spiċċat b'diżabilita' f'wheelchair.", "Din il-persuna kienet taħdem ma' kumpannija parastatali u fil-fatt riedu jitterminawlha l-impjieg tagħha u ma tterminawulhiex wara ruxmata nkwiet, ġlied u interventi oħra għax kienet se tgħaddi bord u tispiċċa barra.", "Naħseb li dan huwa punt ieħor li 'l quddiem tajjeb li l-kumitat ikollu ċans jevalwa.", "Bl-aċċettazzjoni ta' l-unions, jekk persuna li taħdem f'kumpannija privata taqbeż il-limitu ta' sick leave li għandha, il-kumpannija għandha l-fakulta' kollha li tkeċċi lil dik il-persuna.", "Naturalment il-mard mentali mhux dejjem se jgħaddilek fi żmien tlett ijiem jew ġimgħa, imma f'ċertu każijiet se jdumlek numru ta' ġimgħat.", "M'iniex nirreferi għal każijiet kroniċi imma każijiet akuti ma jdumux jumejn, tlieta, sakemm jitfejqu imma jdumu numru ta' ġimgħat.", "Li qed jiġri, u din sfortunatament teżisti wkoll f'kumpanniji parastatali, hija li kif jispiċċalek is-sick leave, tirċievi ittra li tgħidlek li ħadt is-sick leave kollu u allura s-servizzi tiegħek m'għadx għandhom bżonnhom.", "Jibgħatuk għand il-grupp ta' tobba tagħhom, jgħadduk bord u tispiċċa barra.", "IS-SUR BORG: Kultant minħabba l-kwalita' tal-marda li jkollhom, lanqas huma stess ma jkunu jafu x'ikunu qed jagħmlu.", "MICHAEL FARRUGIA: U lillpazjent tkompli titfgħu aktar 'l isfel milli diġa' jkun.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-kumment li għamilt qabel lir-rapprezentanti tas-social services department qed nindirizzah ukoll lill-ETC biex f'seduta oħra ta' dan il-kumitat ikollna guidelines min-naħa tagħhom għar-rigward ta' reġistrar, eċċ. L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Jien inħoss li s-sistema hija unfair li tiddiskrimina ma' min ikollu psikożi bejn dak li hu skiżofreniku u dak li m'huwiex.", "Ma nistax nifhem kif jekk wieħed jaqa' fil-kategorija ta' skiżofrenja jieħu free drugs u jgawdi minn ċertu servizzi soċjali u jekk jinzerta jkollu xi psikożi oħra bħalma hi mania jew manic depression, l-Istat jitilqu għal rasu.", "Dan huwa punt li jrid jiġi kkonsidrat.", "Huwa unfair kemm fuq il-pazjent u kemm fuq il-ġenituri.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "DOLORES CRISTINA: Xtaqt nixxiftja ftit minn fuq il-pazjent għal fuq il-familja tal-pazjent.", "Qed ngħid hekk għaliex il-mama' tiegħi dejjem niftakarha depressing.", "Illum għandha 89 sena u dejjem niftakarha tieħu t-tranquillisers u anti-depressants.", "Meta kont qed nikber kelli bżonn support, pero' qatt ma sibtu, forsi għax kien dak iż-żmien, iżda naħseb li anke llum jeżisti dan in-nuqqas.", "U qed inħares lejkom bħala ġenituri li għandkom tifla oħra minbarra t-tifla li qed titkellmu dwarha u allura nista' nimmaġina illi intom kemm bħala family unit u kemm bħala tliet individwi, għandkom bżonn ħafna support emozzjonali u psikoloġiku.", "Sibtu xi forma ta' family therapy illi tagħtikom l-attenzjoni individwali u anke bħala unit, li hija bżonjuża ħafna fiċ-ċirkostanzi tagħkom?", "IS-SUR BORG: Li nista' ngħidlek huwa li minn mindu daħħalt lit-tifla f'Mount Carmel Hospital sibna għajnuna kbira kemm mill-istaff kif ukoll mit-tobba li tawna support u tagħlim.", "Barra minn hekk, dħalna fil-mental health association li bħalissa qed torganizza seminar b'sensiela ta' lectures u se jistiednu wkoll lill-Ministru għall-workshop li se jagħmlu.", "Huwa tajjeb li l-ġenituri jingħataw dan it-tip ta' support u din il-kwalita' ta' informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jiffaċċjaw is-sitwazzjoni li tkun ġiet fuqhom.", "Meta titfaċċa l-marda fil-familja tagħhom, jibdew isaqsu lilhom infushom x'għamlu ħażin - din il-fażi għaddejna minnha aħna - u mbagħad jibdew jistaqsu jekk humiex ġenituri tajbin.", "Pero' mbagħad aħna ġejna mgħallma li din hija marda bħal kull marda oħra li tista' tiġi fuq kulħadd.", "Nerġa' ngħid li l-istaff li ltqajna miegħu aħna, kien ta' support u għajnuna kbira għalina.", "Anke l-mental health association għenitna ħafna u issa li sirt naf b'din il-problema, beħsiebni naħdem f'dan il-qasam.", "DOLORES CRISTINA: L-għajnuna li qed tagħtikom l-association, hija għalikom biss bħala ġenituri, jew hija wkoll estiża lejn it-tifla?", "IS-SUR BORG: Normalment il-pazjenti jkunu wkoll prezenti, pero' għal ċerti lectures jagħtuna parir li lill-pazjenti ma nġibuhomx magħna.", "DOLORES CRISTINA: M'iniex qed nirriferi għat-tifla li bħalissa għandha l-problema ta' saħħa mentali imma qed nirriferi għat-tifla l-oħra li għandkom id-dar.", "IS-SUR BORG: Naturalment lit-tifla l-oħra rridu nedukawha u ngħidulha bil-mod x'inhuma l-problemi għax wara kollox jekk ma tiġix aware bħalma ġejna aħna, ma tkunx taf kif il-problema trid tiġi tackled.", "Jien illum tgħallimt li din hija kondizzjoni li trid tgħix magħha u trid iżżomm lilek innifsek informat biex ma' l-inqas sinjal li tara li m'huwiex \"normali\", tieħu l-passi neċessarji.", "Illum nafu fejn irridu mmorru, nafu lil min irridu nċemplu u żguri li se nsibu għajnuna.", "Li nixtiequ aħna bħala ġenituri huwa li s-servizzi eżistenti jiżdiedu.", "Per eżempju n-numru ta' social workers qualified in psychiatric care huwa ta' tlieta.", "F'pajjiż b'popolazzjoni ta' terz ta' miljun, ma nippretendix li għandu jkun hemm biss tliet social workers kwalifikati f'dan il-qasam.", "Fil-qasam ta' l-anzjani hemm numru ta' persuni li jagħtu l-għajnuna tagħhom waqt li fuq mental illnesses, hemm biss tlieta; forsi għandi informazzjoni żbaljata, imma safejn naf jien hekk hu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Se mai, dik tista' tiġi ċċarata f'laqgħa oħra.", "Jiena nixtieq nirringrazzjakom Sinjuri Borg u nixtieq nirringrazzja lil kull min kien hawn f'din il-kamra li segwa b'attenzjoni dak kollu li kien qed jingħad.", "Naturalment id-diskussjoni se tkompli u dawk li diġa' tkellmu se jirċievu wkoll invit biex jibqgħu jattendu għal-laqgħat li se jkollna.", "Kull min qiegħed fuq il-lista tagħna, se jkollu ċ-ċans li jitkellem fil-laqgħat li jmiss, pero' ovvjament dan huwa suġġett li ma tistax teżawrih la fi tliet sigħat u lanqas fi 12-il siegħa.", "Il-bidu huwa tqil pero' jiena persważa li minn dawn il-laqgħat se toħroġ ħafna informazzjoni u se jkun hemm lok fejn aħna nkunu nistgħu naġixxu u naħdmu flimkien.", "Nirringrazzjakom, il-lejl it-tajjeb u l-laqgħa li jmiss se tinzamm nhar it-Tlieta, 15 ta' Ġunju.", "Fid-9.05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 15 ta' Ġunju, 1999 fis-7.00 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990609_010d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 9 ta' Ġunju, 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.03 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 9 li saret fl-4 ta' Mejju 1999 kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumitat talbet il-permess tal-Membri biex jekk ikun hemm talba minn mezzi tax-xandir jew ta' l-istampa sabiex jieħdu filmati jew ritratti, ikunu jistgħu jagħmlu dan.", "Il-permess ingħata.", "Il-Kumitat stieden lil Ms Doris Gauci minn Richmond Foundation, lil Dr Joseph Saliba, Direttur tal-Psikjatrija fl-Isptar Monte Carmeli, lis-Sur Arrigo, user tas-servizzi u lis-Sinjur u s-Sinjura Borg, qraba ta' user tas-servizzi, jieħdu sehem fid-diskussjoni.", "Fid-9.05 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u l-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 15 ta' Ġunju 1999 fis-7.00 p.m. bl-istess aġenda.", "GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990609_010m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 15", "It-Tnejn, 14 ta' Ġunju 1999, fil-5.30 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 14 ta' Ġunju 1999, fil-5.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "11 ta' Ġunju 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990614_015a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 14 ta' Ġunju 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fil-5.34 p.m.", "L-iSpeaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor Mario Galea, l-Onor Victor Galea Pace, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor George Vella.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 14 li saret fl-24 ta' Mejju, 1999, kienu konfermati.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Aġent Kap tal-Kamra informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li fis-seduta ta' dak inhar, it-Tnejn 14 ta' Ġunju, tkompli d-diskussjoni fuq ir-riżoluzzjoni dwar fondi għal ħtiġijiet speċjali lill-kunsilli lokali, fis-seduta ta' l-għada fil-għodu tkompli d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa – Abbozz Nru 21 – u wara li tintemm, il-Kamra tgħaddi biex tkompli tiddiskuti r-riżoluzzjoni dwar fondi għal ħtiġijiet speċjali lill-kunsilli lokali.", "Fuq proposta tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni, il-Kumitat qabel li l-mozzjoni ta' sfiduċja fl-iSpeaker u fid-Deputy Speaker imressqa mill-Oppożizzjoni għandha tiġi diskussa nhar il-Ħamis, 17 ta' Ġunju, f'seduta li tibda fis-6.00 p.m.; bl-ewwel nofs siegħa għall-mistoqsijiet u l-ħin tad-diskussjoni jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni bil-winding up għall-Oppożizzjoni.", "Il-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol tas-seduta għandu jkun fid-9.00 p.m., jekk kemm-il darba d-diskussjoni ma tkunx intemmet qabel, u l-ħin ta' l-Aġġornament jittieħed bħas-soltu.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni informa lill-Kumitat li għall-ġimgħa li tibda fil-21 ta' Ġunju, il-ħsieb tal-Gvern kien li l-Kamra tkompli bid-diskussjoni fuq ir-riżoluzzjoni dwar fondi għal ħtiġijiet speċjali lill-kunsilli lokali, jekk din tkun għadha ma ntemmitx, imbagħad tgħaddi biex tibda tiddiskuti fl-istadju tat-Tieni Qari l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Proprjeta' tal-Għadu – Abbozz Nru 6 – u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – Abbozz Nru 20.", "Wara l-punt imqajjem fil-laqgħa tal-Kumitat li saret fil-11 ta' Mejju, 1999, l-iSpeaker talab liż-żewġ naħat tal-Kamra jissottomettu l-ismijiet tal-membri li għandhom jikkomponu l-kumitat li għandu jirrivedi l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li kien irċieva stedina formali mingħand l-iSpeaker ta' l-Eġittu sabiex delegazzjoni parlamentari żżur l-Eġittu u talab liż-żewġ naħat tal-Kamra jissottomettu ismijiet ta' membri li għandhom jikkomponu d-delegazzjoni.", "Fil-5.56 p.m. il-Kumitat aġġorna.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990614_015m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 11", "It-Tlieta, 15 ta' Ġunju 1999 fis-7.00 p.m.", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, tavża li l-Kumitat ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 15 ta' Ġunju 1999 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "14 ta' Ġunju 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990615_011a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 11", "It-Tlieta, 15 ta' Ġunju, 1999", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 11", "It-Tlieta, 15 ta' Ġunju, 1999", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.10 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 10 li saret fid-9 ta' Ġunju, 1999 ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Għal darb'oħra nixtieq nirringrazzja lil kull min ġie għal din il-laqgħa u bħalma nagħmel is-soltu, nibda billi nsemmi xi punti li tqajmu waqt l-aħħar laqgħa, kemm għall-benefiċċju ta' dawk li qegħdin hawn għall-ewwel darba u kemm biex niffriskaw il-memorja tagħna ħalli kemm jista' jkun ma nirrepetux dak li diġa' ntqal.", "Matul il-laqgħa ta' nhar l-Erbgħa tawna l-esperjenzi tagħhom erba' min-nies; smajna lil project manager li taħdem f'Villa Chelsea, lid-Direttur tal-Psikjatrija f'Mount Carmel Hospital, lil user u anke familjari ta' persuna li għandha mard mentali.", "Wieħed mill-punti li ħareġ b'mod ċar ħafna huwa l-fatt li f'pajjiżna għad hawn ċerta stigma.", "Veru li forsi din l-istigma qed tixxellef xi ftit, pero' inħossu li għadha hawnhekk u allura toħroġ il-ħtieġa ta' aktar awareness fost il-pubbliku.", "Inħasset ukoll il-ħtieġa ta' aktar awareness fost l-employers u l-unions.", "Issemmiet il-ħtieġa li tiġi żviluppata strateġija għall-policy li diġa' għandna.", "Donnu hawn consensus li din il-policy għadha adattata, pero' inħass il-bżonn ta' strateġija biex il-policy tkun tista' tiġi mħaddma.", "Smajna dwar il-ħtieġa ta' aktar community services biex il-perijodu li nies iqattgħu ġewwa Mount Carmel Hospital ikun biss perijodu minimu li jservi ta' kura u mhux jibqgħu hemm minħabba problemi ta' housing, xogħol, support services, eċċ. Ħarġet ukoll il-ħtieġa ta' aktar psychiatric nurses, pero' smajna wkoll li llum il-ġurnata hemm courses li jwasslu lil nurses ikunu kwalifikati fis-psychiatric care.", "Smajna wkoll li m'għandniex nużaw il-labels psikjatriċi biex nies bi problemi ta' saħħa mentali jiġu boarded out qabel iż-żmien.", "Naturalment irridu nibqgħu konxji li jkun hemm min ikollu bżonn jiġi boarded out mix-xogħol, imma l-isforz tagħna għandu jkun biex inżommu lil dawn in-nies fix-xogħol u mhux jiġu boarded out għax forsi huwa iktar komdu li nagħmlu hekk.", "Issemmiet il-ħtieġa li jsiru studji xjentifiċi dwar l-użu ta' l-anti-depressants.", "Issemmiet li kemm jista' jkun nevitaw taħlit ta' pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli iżda smajna wkoll li din il-policy tiġi segwita fil-maġġoranza tal-każi.", "Issemmiet il-ħtieġa ta' multidisciplinary teams u l-ħtieġa ta' support mhux biss lill-persuni bi problema, imma anke lill-familjari tagħhom.", "Infakkarkom li l-għan ta' dawn il-laqgħat huwa li nevalwaw il-policies, l-istrutturi, is-servizzi u l-aġġornament tal-leġislazzjoni.", "Dan is-suġġett huwa ferm delikat u għalhekk jekk irridu li nkunu ta' servizz għal persuni bi problemi ta' saħħa mentali u l-familji tagħhom, m'għandniex nirrikorru għas-sensazzjonaliżmu.", "Naf li l-ġurnalisti huma sensittivi ħafna u napprezza l-kooperazzjoni tagħhom, iżda nfakkar lil kull min se jitkellem hawnhekk li hawnhekk qed nitkellmu b'mod pubbliku u kulma jintqal qed jiġi recorded.", "Anke aħna rridu ngħinu lill-ġurnalisti biex ma npoġġuhomx daharhom mal-ħajt.", "Qabel nagħtu bidu għas-sessjoni tal-lum, nixtieq ngħidilkom li rċevejna ittra u policy document on family medicine in Malta, mill-Malta College of Family Doctors.", "Nagħti bidu għas-sessjoni tal-lum billi l-ewwel insejjaħ lil Dr. Giovanni Pace li ġie minn Għawdex u allura għandna nagħtuh preferenza.", "Dr. Pace, nixtieqek tgħidilna x'inhu r-rwol tiegħek u l-esperjenzi tiegħek f'dan il-qasam u x'tixtieq tara li jinbidel u x'taħseb li huwa neċessarju.", "DR. GIOVANNI PACE (Chairman, Għaqda Ħbieb tal-Morda u ta' l-Anzjani f'Għawdex): Jiena surgeon u fiż-żmien li għamilt bħala supretendent ta' l-isptar ta' Għawdex, kont in charge ukoll tal-mental section ta' l-isptar.", "Jiena ma nafx eżatt xi tridu minni, pero' nixtieq ngħid li l-aktar ħaġa importanti hija li l-pazjent dejjem ikun il-focus ċentrali f'dak kollu li jkun qed isir u kulma jsir isir għal benefiċċju tal-pazjent u mhux l-ewwel inħarsu kif se niffrankaw il-flus jew kif se nkunu cost effective.", "Kulma jsir għandu jsir biex jippromwovi u jissalvagwardja d-drittijiet tal-pazjent bħala individwu f'soċjeta' ċivilizzata.", "Id-dinjita' tiegħu għandha tiġi mħarsa f'kull ħin u f'kull pass li jittieħed, sew fit-tfassil tal-policy u sew fl-execution tagħha.", "Il-pazjent għandu jkollu ċertu empowerment, għandu d-dritt li jkun informat mit-tabib dwar il-mard li għandu u għandu wkoll id-dritt li jiġi mismugħ.", "Il-pazjent irid jipparteċipa fid-decision making, speċjalment wara l-fażi akuta tal-marda, u għandu dritt għall-indipendenza tiegħu.", "Jiġifieri jrid ikollu għajnuna mill-awtoritajiet biex jiżviluppa l-ħiliet tiegħu sabiex ikollu impjieg ħalli kemm hu possibbli jkun self-supporting, jikkontribwixxi għall-pensjoni tiegħu u ma jkunx burden fuq is-soċjeta'.", "Ix-xogħol jagħti d-dinjita' lill-pazjent u f'każ li pazjent ma jkunx jista' jmur lura mal-familja, għandu dritt li jingħata għajnuna biex ikollu post fejn jgħix.", "It-tieni focus għandha tkun immirata lejn il-familja tal-pazjent li tenħtieġ support f'ħafna forom.", "Il-familja tenħtieġ informazzjoni dwar il-marda tal-pazjent, il-kors tagħha, il-prognosis, il-management u l-implikazzjonijiet tagħha.", "Dan kollu jirrikjedi input mit-tobba u min-nurses.", "Imbagħad irid ikun hemm riabilitazzjoni tajba għall-pazjent bil-parteċipazzjoni tal-familja li tiġi edukata dwar il-marda biex tkun tista' tikkontribwixxi għall-fejqan u r-riabilitazzjoni tal-pazjent.", "F'din il-fażi jrid ikun hemm input minn nurses, occupational therapists, social workers u minn halfway houses.", "Aħna nħossu li l-follow-up care li tingħata mis-psychiatric out-patient service għandha tiġi supplimentata minn home visiting u home assistance minn trained nurses, occupational therapists, social workers u oħrajn.", "Forsi ċerti faċilitajiet li jingħataw lill-anzjani jistgħu wkoll jingħataw lill-persuni li jsibu ruħhom inkapaċitati fi djarhom.", "Jidhrilna wkoll li għandu jkun hemm xi forma ta' respite services f'units speċjali għal min ikun qiegħed jieħu ħsieb pazjenti d-dar.", "Anke l-carers kultant ikollhom bżonn imorru l-isptar, jew jieħdu vaganza.", "Bħalma hemm respite services għal min jieħu ħsieb anzjani jew persuni b'diżabilita', daqstant ieħor għandu jkun hemm respite services għal familjari ta' pazjenti li jenħtieġu ħafna attenzjoni, kważi continuous observation, mill-membri tal-familja tagħhom.", "Per eżempju, pazjenti jistgħu jmorru f'halfway houses jew f'day centres sakemm il-familjari jieħdu l-ġranet ta' mistriħ li jixierqilhom.", "Safejn naf jien, f'Malta teżisti biss Villa Chelsea waqt li f'Għawdex m'għandniex xi ħaġa simili u naħseb li 'l quddiem għandu jkun hemm post simili għall-Għawdxin.", "Id-domiciliary services li hemm ħtieġa kbira għalihom għadhom m'humiex żviluppati, għalkemm l-ewwel għandna bżonn ikollna iktar trained nurses, social workers u occupational therapists, qabel ma s-servizz jiġi żviluppat.", "Naħseb li għadna 'l bogħod ħafna minn dan l-iżvilupp.", "Safejn naf jien lanqas f'Malta m'għandna s-servizz li jintbagħat xi ħadd id-dar jieħu ħsieb il-pazjent.", "Per eżempju f'Għawdex, lanqas għandna resident occupational therapist jew resident psychiatrist u jien personalment jidhirli li għandu jkun hemm għallinqas wieħed.", "F'Għawdex, għandna biss wieħed social worker kwalifikat; naħseb li hemm bżonn ta' iktar social workers.", "Kif diġa' għedt, għandu jkun hemm aċċess ta' social housing għall-persuni b'mard mentali.", "L-aħħar darba smajna li se jiġu allokati xi djar għalihom u jekk fhimt sew, dawn huma grupp ta' djar fl-istess area.", "Jien naħseb li jekk inpoġġuhom kollha flimkien f'post wieħed ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, ma jidhirlix li l-ħamest idjar li se jiġu allokati għal dan l-iskop, huma kollha ħdejn xulxin.", "M'hux se jkunu f'xi block of flats li mbagħad fuqhom nistgħu npoġġulhom tabella.", "MICHAEL FARRUGIA: Fi blokk ta' sitt flats se jkun hemm flat wieħed allokat lil dawn in-nies.", "Jekk tħallihom kollha flimkien, ma jkollokx integrazzjoni.", "DR. GIOVANNI PACE: Naturalment biex l-integrazzjoni ta' dawn il-persuni tirnexxi, hemm bżonn - u din diġa' ssemmiet - li l-poplu jiġi edukat sabiex titneħħa l-imbierka stigma u l-pazjenti ma jibqgħux jiġu kkonsidrati bħala xi ħaġa untouchable.", "Għandhom jiġu kkonsidrati bħala nies b'differenza; hawn min huwa iswed, hawn min huwa abjad, hawn min hu zopp u hawn min m'huwiex.", "Kulħadd għandu jagħraf li dawn il-persuni għandhom id-dinjita' tagħhom u m'humiex nies li wieħed għandu jibża' minnhom u mod wieħed kif nistgħu nkabbru l-awareness fost il-pubbliku, huwa billi jkun hemm iktar informazzjoni fil-media.", "Għar-rigward ta' employment u self-support, jiena jidhirli li huwa importanti immens li kemm jista' jkun lil dawn il-persuni nżommuhom attivi u jaħdmu.", "Dan l-aħħar mort il-Ġermanja u rajt is-social work li jsir fil-qasam ta' pazjenti with mental problems.", "Fil-post li morna, rajna sistema fejn il-Caritas tal-Kattoliċi u d-diaconate tal-Protestanti, jikkostitwixxu aġenzija bejniethom -mingħalija 75% jew 80% tagħha hija ffinanzjata mill-gvern - u l-pazjenti li ma jkunx jista' jinstabilhom job f'workplace normali, jingħataw xogħol f'fabbrika li tkun tagħhom u hija sta għall-aġenti biex iġibu xogħol minn fabbriki ikbar.", "Dawn il-persuni jagħmlu xogħol skond il-kapaċitajiet tagħhom.", "Rajnihom jaqtgħu l-azzar, jagħmlu electronic contacts, eċċ. Per eżempju wieħed minnhom, kulma kien jagħmel hu li jdaħħal screw ġo biċċa injama but this task was part of a larger job.", "Naturalment dawn il-persuni jitħallsu skond kemm jaħdmu.", "Huma jitħallsu skond il-kwalita' ta' xogħol li jagħmlu u mill-flus li jaqilgħu, ikunu qed jikkontribwixxu għall-pensjoni tagħhom.", "Pero' barra li jkunu qed jaqilgħu l-flus, iħossuhom kburin li qegħdin jaħdmu.", "Lil dawn il-persuni jiġbruhom mid-dar kull filgħodu u jerġgħu jeħduhom lura d-dar wara li jispiċċaw mix-xogħol.", "Jien naħseb li xi ħaġa bħal din, li tista' taħdem għall-pazjenti bid-down syndrome, tista' taħdem ukoll għal pazjenti psikjatriċi li għandhom ċerta incapacity li jaħdmu f'postijiet tax-xogħol normali.", "Forsi ta' min wieħed jikkonsidra l-iżvilupp ta' sistema simili.", "Fl-aħħar laqgħa ssemmew il-control u compliance of medication.", "Veru li hemm problemi imma llum xtaqt ngħid xi ħaġa dwar il-files tal-pazjenti u d-data recording.", "Bħalissa s-sitwazzjoni hi li kull sptar iżomm il-files tiegħu; St. Luke's għandu l-files tiegħu, l-Isptar Boffa għandu l-files tiegħu, Mount Carmel għandu l-files tiegħu u l-Isptar ta' Għawdex għandu l-files tiegħu u rari l-files imorru minn sptar għall-ieħor.", "Veru li fi sptar il-files jintbagħtu minn post għall-ieħor, imma jista' jiġik pazjent li ma tkunx taf li huwa mental patient u qiegħed fuq ċertu drugs u jekk jgħidlek li qed jieħu xi drugs, għandu mnejn li l-informazzjoni li jagħtik ma tkunx eżatta.", "Barra minn hekk, to my knowledge - forsi l-affarijiet inbidlu - il-health centres u l-polyclinics ma jżommux noti.", "L-isptarijiet privati għandhom il-files tagħhom u kull private GP għandu l-files tiegħu, imma dawn il-files huma inaccessible.", "Fl-isptarijiet tal-gvern hemm separazzjoni bejn general files, psychiatric files u emergency files, u allura meta wieħed jidħol fid-dipartiment ta' l-emerġenza, jagħmlulu ticket of admission, iħażżu xi ħaġa fuq in-naħa ta' wara tat-ticket u jiġi filed, pero' din in-nota ma tidħolx fl-istorja li jkollu l-pazjent fl-isptar, allura pazjent jista' jkollu file f'Mount Carmel, ieħor fil-casualty department u ieħor fl-Isptar Ġenerali.", "Hemm bżonn li jkun hemm ċentralizzazzjoni ta' l-informazzjoni and in this electronic age, jien jidhirli li nistgħu nikkomputerizzaw is-sistema billi jkun hemm central patient data bank fejn tidħol id-data kollha tal-pazjent, data li tista' tiġi minn diversi sorsi, mit-tabib jew konsulent personali tal-pazjent, mill-isptar u anke mill-psikjatra.", "Fi gżira żgħira bħalma hi tagħna, din hija mhux biss possibbli imma anke prattikabbli u l-kwestjoni ta' konfidenzjalita' tista' tiġi mħarsa b'security system li tillimita l-aċċess għal ċerti certified computers, per eżempju, permezz ta' unique passwords li jingħataw biss lit-tobba.", "Jien inħoss li sistema bħal din toffri ħafna vantaġġi u fl-aħħar mill-aħħar tkun ta' benefiċċju għall-pazjent għax meta pazjent imur quddiem tabib, it-tabib ikollu aċċess għall-istorja kollha ta' dak il-pazjent, inkluż it-treatment li jkun qed jieħu li tgħin lit-tabib ma jagħtihx treatment li jista' ma jaqbilx ma' treatment li jkun tah tabib ieħor u jagħmel xi froġa.", "Jien inħoss li miżuri bħal dawn huma importanti u jistgħu jwasslu biex inaqqsu l-patient shopping għax jekk il-pazjent ikun jaf li dak li qiegħed jikteb it-tabib dwaru se jkun aċċessibbli għal tabib ieħor, jonqos milli joqgħod idur minn tabib għal ieħor.", "Barra minn hekk dan jagħti lok li tiġi żviluppata relazzjoni speċjali bejn il-pazjent u t-tabib ta' l-għażla tal-pazjent.", "Mil-lat ta' medical standards, dawn ikunu wkoll imħarsa għax kulma jikteb tabib jista' jiġi biss skrutinizzat mill-peers tiegħu.", "Sistema bħal din żgur li se jibbenefika minnha l-pazjent u twassal biex jiġu ffrankati ħafna flus, sforzi, karti u żmien.", "Ma nafx kemm tali sistema tkun popolari mat-tobba, iżda almenu tista' tibda billi tiġi limitata għall-isptarijiet tal-gvern.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Qed nara li hawn preżenti cameraman minn Net television.", "Hawn permess biex il-cameraman jieħu filmat ta' din il-laqgħa?", "Il-permess ingħata.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Xtaqt nikkjarifika xi punti li għadu kif semma Dr. Pace.", "Id-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed fil-proċess ta' komputerizzazzjoni ta' diversi setturi fl-isptarijiet kollha governattivi, liema proċess se jwassal biex fuq perijodu ta' żmien l-informazzjonni dwar pazjent tkun kollha komputerizzata, pero' din iġġib magħha problemi, fosthom il-problema ta' aċċess u l-problema ta' konfidenzjalita' fuq sistema komputerizzata, min jista' jkollu aċċess għal dik l-informazzjoni u kif tasal għal dak l-aċċess.", "Naħseb dik hi l-aktar importanti għax ovvjament ma jistax ikun li ċikku l-poplu jidħol fil-computer u jara x'għandu u x'm'għandux Michael Farrugia u x'inhu jieħu għall-marda li għandu.", "Il-kura u l-istat ta' saħħa ta' individwu m'hija affari ta' ħadd, imma tista' tinstab sistema kif it-tabib ikollu aċċess għall-informazzjoni mingħajr ma tonqos il-konfidenzjalita'.", "Il-proċess ta' komputerizzazzjoni ilu għaddej taħt diversi gvernijiet u għadu qed jiġi żviluppat.", "Tista' tgħidilna kemm hemm persuni f'Għawdex li għandhom problema ta' mard mentali u li għandhom bżonn hospitalisation għal perijodu ta' żmien?", "Kemm hemm persuni li minħabba l-gravita' tal-kundizzjoni tagħhom ma jistgħux jingħataw il-kura meħtieġa ġewwa l-isptar ta' Għawdex u jkollhom jinġiebu Malta għall-kura?", "DR. GIOVANNI PACE: Peress li ili iktar minn sena nieqes mill-isptar, ma nistax nagħtik figuri.", "Hemm pazjenti li kultant ikollhom bżonn ta' kura l-isptar on an acute basis, pero' ġeneralment ma jdumux ħafna l-isptar u huwa numru żgħir ħafna li kultant ikollhom bżonn jiġu trasferiti għal kura f'Malta.", "MICHAEL FARRUGIA: Nifhem li n-numru ta' pazjenti flactuates.", "Mill-esperjenza tiegħek meta kont supretendent ta' l-isptar ta' Għawdex u meta kont taħdem bħala tabib ġewwa Għawdex, ma taħsibx li x-xogħol li jingħataw persuni bi problemi mentali - inti tajt eżempju ta' wieħed li jdaħħal screw ġewwa injama - jista' jkun tedjanti?", "IĊ-CHAIRPERSON: L-eżempju li ta kien ta' każ fil-Ġermanja, mhux ġewwa Għawdex.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma tħossx li proċess bħal dak huwa tedjanti għal persuni b'mard mentali u mhux dan it-tip ta' xogħol biss jista' jiġi offurt lil persuni b'mard mentali?", "Ma tħossx li xogħol bħal dan huwa pjuttost degradanti u tedjanti għal persuna li tbati minn mard mentali u tista' iktar twasslu biex tiggravalu ċertu problemi li jista' jkollu?", "DR. GIOVANNI PACE: Iva, sewwa qed tgħid, imma l-ewwel il-pazjenti jiġu assessed u mbagħad jingħataw xogħol skond il-kapaċitajiet tagħhom.", "Mhux se jingħataw job tedjanti jekk huma jkunu jistgħu jagħmlu job iktar komplikat.", "Wara li jiġu assessed jagħmlu sena training sabiex min ikun qed jgħallimhom jara safejn jista' jasal kull wieħed u x'jobs huwa kapaċi jagħmel.", "Jiġifieri jenħtieġ team ta' nies li jifhmu u jafu x'qegħdin jagħmlu.", "Irrid ngħid li l-persuna li rreferejt għaliha aktar kmieni li kienet qed tagħmel dak it-tip ta' xogħol fil-Ġermanja, kienet demented.", "Kien hemm ħafna tolleranza fuq il-post tax-xogħol li rajna fil-Ġermanja.", "Il-ħaddiema jqumu minn posthom meta jridu u jaħdmu at their own pace.", "U jekk l-aġenzija tkun intrabtet ma' fabbrika li tipproduċi tant oġġetti, huma x'inhuma, within a certain time u l-pazjenti ma jlaħħqux ilestu x-xogħol fiż-żmien stipulat, il-management ixammru l-kmiem u jlestu x-xogħol huma.", "Dawn jaħdmu on professional lines u jipproduċu diversi affarijiet.", "Per eżempju kien hemm makna komputerizzata li taqta' l-isteel f'forom u kulma kien jagħmel pazjent kien li jpoġġi a sheet of steel fil-makna li tkun programmata u jagħfas buttuna.", "Meta l-forma tinqata', ineħħi x-sheet u jistivaha, imbagħad ikun hemm min jgħoddhom u jeħodhom għall-packing u wara jintbagħtu l-fabbrika li magħha jkun sar il-kuntratt.", "Tista' tkun kwalunkwe fabbrika, tista' tkun fabbrika tal-karozzi, pero' x-xogħol li jagħmlu huwa pjuttost wieħed ripettitiv.", "IĊ-CHAIRPERSON: Int qiegħed issemmi sheltered work.", "DR. GIOVANNI PACE: Sheltered u supervised work li ma jeżistix f'pajjiżna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Li nixtiequ naraw ukoll hu li mhux biss ikun hawn sheltered workshops, li forsi huma bżonjużi għal żmien qasir, imma li dawn in-nies jidħlu verament fid-dinja tax-xogħol.", "Nafu li hemm diffikultajiet u m'aħniex ngħidu li t-triq hija faċli, pero' jekk ikun hemm iktar sensittivita', iktar awareness u iktar support, kemm għall-persuna li tkun qed tbati mill-problema u kemm għall-employers, forsi nkunu nistgħu nagħmlu pass 'il quddiem.", "DR. GIOVANNNI PACE: Sewwa qed tgħid.", "Forsi ma spjegajtx ruħi biżżejjed meta semmejt l-eżempju tal-Ġermanja.", "L-ewwel pass li jagħmlu huwa li jipprovaw jimpjegaw il-pazjent in the workforce tal-pajjiż, imma hemm ċerti nies li ma jistgħux jaħdmu b'mod normali, jew għax m'humiex kapaċi jew inkella għax ma jkunux aċċettati.", "Pero' s-soluzzjoni m'hijiex li titfagħhom id-dar jgħixu mill-benefiċċji tal-gvern imma li tagħtihom id-dinjita' tagħhom billi tipprovdilhom xogħol.", "Dawk in-nies li rajt jaħdmu hemmhekk, kienu kburin immens li qed jaħdmu u jaqilgħu l-flus.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ix-xogħol jagħti d-dinjita' lil kulħadd.", "L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Fl-opinjoni tiegħi hawn misconception fost il-pubbliku in ġenerali fis-sens li hawn min jaħseb li min ikollu problema ta' mard mentali, huwa mentalment inkapaċitat.", "Din hija misconception kbira għaliex il-mard tal-moħħ m'huwiex mental subnormality.", "Meta mard mentali, bħall-iskiżofrenja, manic depression u schizophrenic disorders oħra, huwa kkontrollat, ma jirrendix l-individwu inkapaċi għax-xogħol u allura kif għedt inti, l-ideal għandu jkun li dawn il-persuni jiġu inseriti fid-dinja normali tax-xogħol.", "Per eżempju jista' jkollok nies gradwati li għandhom mard mentali u lil dawn m'intix se tibgħathom jaqtgħu xi ħadida jew xi injama għax iħossuhom under employed u under utilised.", "L-ideali hu li safejn hu possibbli tħallihom jaħdmu fil-professjoni li kienu jaħdmu fiha qabel mardu.", "Kif naraha jien, il-problema bażika tas-pyschiatric services, m'huwiex is-servizz li jingħata l-isptar li fl-opinjoni tiegħi huwa servizz tajjeb ħafna, jew is-servizz ta' out-patients, imma s-servizzi ta' barra x-xibka li mill-isptar għandhom jiġu mifruxa lejn il-pazjenti li jkollhom bżonn dan it-tip ta' servizz, b'mod partikolari biex jidħlu aħjar fid-dinja tax-xogħol.", "Jekk ikollna network stabbilita u effiċjenti, li s'issa m'għandniex, inkunu nistgħu nersqu lejn id-desideratum, ċioe' li l-isptar mentali jingħalaq.", "Naħseb dan huwa d-desideratum ta' kull psikjatra, iżda ovvjament ir-realta' titlob li jkun hemm preżenza ta' sptar mentali.", "Qed nieħu gost li hawn preżenti l-Ministru tas-Saħħa li wera interess f'din id-diskussjoni għax jien żgur li jekk ikollna network iktar qawwi biex naslu għand il-pazjenti - ovvjament meta jkunu qed jieħdu l-kura l-marda tkun kontrollata - u nagħtuhom l-għajnuna meħtieġa, jien ċert li ħafna mill-problemi, inklużi dawk konnessi mad-dinja tax-xogħol li qiegħed isemmi Dr. Pace, inkunu nistgħu nibdew insolvuhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Dr. Pace, inti semmejt l-esperjenza li kellek fil-Ġermanja fejn persuni b'mard mentali ngħataw l-opportunita' li jagħmlu xogħol bi ħlas, pero' jien nemmen li f'pajjiżna għadna lura ħafna minn dan il-lat.", "Jekk wieħed jipprova jirrelata ma' persuni b'diżabilita' u jħares lejn il-qasam tal-housing, jara li diġa' hemm strutturi li jħarsu persuni b'diżabilita' filwaqt li m'hemmx strutturi li jħarsu persuni b'mard mentali.", "Nafu li l-Awtorita' tad-Djar tirriżerva postijiet għal persuni b'diżabilita' u l-aħħar darba għedna li l-Awtorita' tad-Djar għandha tagħmel l-istess fil-konfront ta' persuni b'mard mentali.", "Mil-lat ta' xogħol, jiena wisq nibża' li kif qal Dr. Saliba, u psikjatri u tobba oħra hawn preżenti jistgħu jikkonfermaw dan, ħafna persuni b'depression u b'mard mentali ieħor, ikollhom lack of drive u self-esteem baxx ħafna u allura kważi kważi l-inizjattiva diffiċilment jeħduha huma u għalhekk jien nemmen li l-Istat għandu jintervjeni.", "Veru li għandna problema ta' over employment mas-settur pubbliku, imma naħseb li huwa iktar diffiċli li wieħed isib impjieg għal dawn in-nies mas-settur privat milli mal-gvern, u nixtieqek telabora ftit iktar dwar dan.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma nixtieq li dak li jsir, isir bi sħab bejn il-gvern u l-privat, jiġifieri mhux neskludu l-privat.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Il-problema hi li ħafna drabi mard mentali m'huwiex daqshekk fid-deher daqs kemm hi diżabilita' u allura wieħed irid joqgħod attent ukoll li ma jkunx hemm min jabbuża billi jgħid, jew ikollu ċertifikat li jgħid, li qed ibati minn marda mentali biex jibbenefika minn impjieg mal-gvern.", "Din hija problema li trid ukoll tiġi kkonsidrata, imma jien nemmen li l-gvern, mhux biss billi jimpjega persuni b'mard mentali mas-settur pubbliku, jista' jgħin billi joffri inizjattivi lil min iħaddem bħalma jsir fil-każ ta' impjiegi ta' persuni li huma 'l fuq minn 45 sena.", "Huwa importanti ħafna li jkun hemm stimolu għaliex naf nies b'mard mentali li jixtiequ jaħdmu.", "Ħafna minnhom ikollhom mumenti fejn iħossuhom down u ma jkollhom aptit jagħmlu xejn, pero' imbagħad ikollhom mumenti oħra li jkunu aħjar u jkunu jixtiequ jsibu post fejn jaħdmu.", "Tista' tgħidilna iktar fuq l-esperjenza li kellek fil-Ġermanja?", "Min kien qiegħed iħallashom lil dawn il-persuni?", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr. Pace.", "DR. GIOVANNI PACE: Aħna li rajna huwa x-xogħol li l-Caritas tagħmel fil-Ġermanja.", "Bħalma tafu l-Caritas hija organizzazzjoni Kattolika li tinsab mal-Ġermanja kollha u fost il-ħafna xogħol li tagħmel - għandhom skejjel, kindergartens, skejjel għal persuni b'diżabilita' jew bi problema mentali, eċċ. - tagħmel dan it-tip ta' social work.", "Hemm struttura integrata fejn it-tfal jiġu posted waqt li qed jikbru.", "Per eżempju, għandhom kindergartens għat-tfal with mental problems u kif jaslu fil-primarja, jintegrawhom mill-ewwel fi special primary schools li jaċċettaw numru ta' persuni b'diżabilita'; for every eight normal children, jaċċettaw tnejn li għandhom diżabilita'.", "Imbagħad meta jaslu għat-teenage years, imorru fi special schools fejn jiġu assessed u mħarrġa għax-xogħol skond il-kapaċita' tagħhom.", "L-ewwel li ma jipprovaw huwa li jsibulhom xogħol fil-workforce normali, iżda lil dawk li ma jirnexxilhomx isibulhom xogħol, jeħduhom f'workshops apposta immexxija mill-Caritas fejn ikollhom l-equipment neċessarju biex ikunu jistgħu jaħdmu.", "Fil-fabbrika li rajna aħna kienu qed jagħmlu diversi tipi ta' xogħol, kienu qed jaħdmu l-injam, ħadid, jaqtgħu u jippakkjaw il-pipes, u hija l-aġenzija li tieħu ħsieb tittrasporta l-finished product lill-fabbriki li jkunu tawhom il-kuntratt.", "Il-Caritas hija organizzazzjoni privata run by the Catholic church u l-gvern iħallashom persentaġġ ta' l-ispejjeż, pero' qabel iħallashom, iridu juru li qegħdin jieħdu ħsieb u jħaddmu numru ta' nies.", "Il-gvern jikkontribwixxi on a regular basis a substantial sum, jidhirli madwar 72% jew 80% ta' l-ispejjeż, pero' naturalment iridu juru l-irċevuti kollha, inkluż kemm qegħdin jaqilgħu flus.", "It works in a complicated manner, imma ladarba tidħol is-sistema, ma naħsibx li jkun hemm problemi.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Nitlobkom li jekk jista' jkun iżżommu fil-qosor għax hawn xi nies li nixtieq li nismagħhom illum, fosthom Dr. Vella Baldacchino li jaħdem fir-rehabilitation department ta' Mount Carmel Hospital, Dr Baldacchino li jaħdem fil-primary health care, qasam li huwa wkoll importanti, u ma' familjari ta' persuna li tbati minn mard mentali.", "Din m'hijiex se tkun l-aħħar laqgħa fuq dan is-suġġett, pero' nixtieq li nirrestrinġu daqsxejn l-interventi tagħna.", "FRANCIS AGIUS: Napprezza li l-ħin huwa limitat pero' naħseb li ma tistax tagħmel ġustizzja ma' suġġett bħal dan jekk ma tidħolx fil-fond u nieħu gost li hawn preżenti Dr. Pace li ħadem fis-settur pubbliku u li issa qed jirrappreżenta a non governmental organisation.", "Dan il-kumitat iddiskuta diversi suġġetti u smajna maratona ta' nies jitkellmu, pero' naħseb li bħala kumitat li se jippreżenta lill-ministri tagħna l-veduti li jkunu ġew murija, l-aktar ħaġa li rridu noqogħdu attenti minnha hija li ma nħallux kanali vojta li jistgħu jaqgħu fihom il-problemi li mingħalina se nsolvu.", "Fil-qasam ta' mental health għandek professjonisti ta' kull tip li kollha jagħmlu l-almu tagħhom, pero' flimkien irridu nsibu kif verament ikun hemm networking system bejniethom.", "Naħseb li dan hu li jagħmel sistema ta' saħħa mentali holistic.", "Għalkemm inti kemm-il darba alludejt għall-fatt li fil-Ġermanja għandhom sistema fejn it-tfal jiġu assessed minn eta' żgħira, jien inħoss li flimkien ma' din is-sistema, irid jidħol ukoll l-aspett ta' prevenzjoni li s'issa għadna ma smajna xejn dwaru.", "Jiena nemmen li jekk verament irridu li l-problemi ta' saħħa mentali jiġu tackled, irridu nħarsu wkoll lejn l-aspett ta' prevenzjoni.", "Inti għandek esperjenza ta' kif taħdem is-sistema governattiva f'dan il-qasam - mhux biss f'Malta imma iktar u iktar f'Għawdex - u taf li ħafna drabi dawn in-nies ikollhom bżonn ta' support li forsi ma jinstabx fis-sistema governattiva, allura kemm taħseb li l-volontarjat jista' verament jikkontribwixxi fil-proċess kollu ta' fejqan, jew biex insejħulha hekk, ta' prevenzjoni?", "DR. GIOVANNI PACE: L-intenzjoni tal-volontarjat huwa tajjeb, pero' diffiċli li ssib l-għajnuna.", "Ħalli nagħtik eżempju.", "Fl-Għaqda Ħbieb tal-Morda għandna 600 membru u fil-kumitat hemm 16-il membru, imma x-xogħol jagħmluh biss erbgħa min-nies.", "Ix-xogħol kollu jaqa' fuq erbgħa min-nies li nzertaw huma wkoll involuti f'organizzazzjonijiet oħra.", "Din hi l-problema.", "Faċli tattira lil min jgħinek imma ġeneralment l-għajnuna tkun pjuttost sporadika.", "Ovvjament ma tistax tisforza lil xi ħadd li jrid jagħmel xogħol volontarju u allura diffiċli tagħmel proġett li se jkun maintained in a regular and continuous manner.", "Din hi l-problema u għalhekk ħafna drabi ma nissugrawx nibdew xi ħaġa.", "Per eżempju ilna ħafna nilagħbu bl-idea li nipprovdu meals-on-wheels imma l-ewwel problema hija biex insibu driver.", "M'għandniex driver.", "FRANCIS AGIUS: Kif taħseb li l-gvern jista' jgħin biex ikun hemm networking aħjar sabiex nies b'mard mentali jiġu megħjuna?", "DR. GIOVANNI PACE: L-ewwelnett meta jkun hemm idea li tkun ħarġet mill-volontarjat u li l-gvern ikun jidhirlu li tkun ta' ċertu valur, għandu jieħu interess fiha u jistieden l-organizzazzjoni konċernata biex jiddiskuti magħha kif tista' titħaddem bl-għajnuna tagħhom.", "Per eżempju semmejt is-servizz ta' meals-on-wheels.", "Kulma nixtiequ aħna huwa li l-gvern jipprovdielna driver u clerk li tieħu ħsieb iżżomm lista ta' fejn iridu jintbagħtu l-meals u aħna nagħmlu l-ordnijiet skond it-talbiet li jkollna.", "Jiġifieri jekk il-gvern jagħtina driver u clerk, il-volontarjat ikun jista' jagħmel il-kumplament.", "Qed insemmi s-servizz ta' meals-on-wheels għaliex bħalissa dan l-eżempju ġie f'rasi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Deguara.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Sinjura President, nixtieq nagħmel żewġ kummenti fil-qosor.", "F'dawn it-tip ta' diskussjonijiet aħna nużaw it-terminu \"pazjenti b'mard mentali\", pero' rridu noqogħdu attenti u nagħrfu li hemm ħafna u ħafna livelli ta' mard mentali.", "Irridu noqogħdu attenti biex min forsi m'huwiex daqshekk intiż f'dawn l-affarijiet, per eżempju membri tal-press, ma jieħux l-impressjoni li hemm biss saff wieħed ta' pazjenti b'mard mentali.", "Jekk tqabbel l-istatistika ta' nies li jbatu minn dipressjoni f'pajjiżna ma' dik ta' pajjiżi oħra, issib li pajjiżna qiegħed fl-istess livell u jekk tifli l-istatistika, issib li ħafna min-nies li jbatu minn mard mentali qegħdin jagħmlu xogħol li tista' tagħmlu kull persuna li tissejjaħ \"normali\".", "Dik hija l-ewwel ħaġa li rridu noqogħdu attenti għaliha.", "Qabel, donnu l-pazjent li kien ibati b'mard mentali, kien assoċjat biss ma' xogħol ripettitiv u naħseb li kulħadd xi darba uża xi affarijiet li għamlu pazjenti b'mard mentali, per eżempju, l-crackers li nisparaw f'parties matul iż-żmien tal-Milied.", "Dawk il-crackers prinċiparjament isiru l-Ingilterra u kollha jsiru minn pazjenti li huma morda b'mard mentali u li għalihom jgħodd biss xogħol ripettitiv, pero' hemm ħafna u ħafna pazjenti oħra li jagħmlu perijodu qasir ħafna jbatu b'mard mentali u mbagħad jgħaddu minn perijodu twil meta jkunu normali u jkunu jistgħu jagħmlu kwalunkwe tip ta' xogħol.", "Ovvjament f'ċertu tip ta' mard mentali dejjem tibqa' l-problema ta' rikorrenza.", "Ċertu mard mentali huwa kkaratterizzat b'relapses u allura wieħed irid dejjem iżomm an open-mind meta jitkellem.", "Tajjeb li ngħid li llum f'pajjiżna hawn ditti privati li qegħdin jimpjegaw persuni li kienu pazjenti f'Mount Carmel Hospital u qegħdin jiġu integrati lura fis-soċjeta'.", "Wieħed irid joqgħod attent ukoll mil-lat ta' konfidenzjalita'.", "Barra minn hekk ma tistax tistenna li pazjent li għandu problema ta' relapse se jagħti l-istess livell ta' produzzjoni li jagħti ħaddiem ikkonsidrat bħala normali.", "L-employer irid ikun lest jaċċetta numru ta' ġranet ta' sick leave aktar minn normal, pero' kif għedt, hemm il-problema ta' konfidenzjalita'.", "Min se jiddeċiedi jekk wieħed għandux jinforma lill-ħaddiema li jkunu qed jaħdmu miegħu jew lill-foreman tiegħu, li l-persuna tbati minn marda mentali?", "Dawn huma diffikultajiet li qegħdin niltaqgħu magħhom fil-prattika.", "Jien niftakar li meta fl-1996 bdejna ndaħħlu l-komputerizzazzjoni fl-isptar, kienet tqajmet l-idea li pazjenti li jkunu ġewwa l-Isptar Monte Carmeli jifformaw kooperativa bejniethom biex iħaddmu computers.", "Dan ma jfissirx li wieħed irid jimpjega lil Louis Deguara s-sena kollha, iżda jekk jifformaw kooperativa, jintrabtu li almenu sitta minnhom, huma min huma, will input information.", "Dawn huma t-tip ta' proġetti li wieħed irid jaħseb fuqhom.", "Waqt li kienet għaddejja d-diskussjoni, niżżilt il-kelma \"prevenzjoni\" pero' antiċipani l-Onor.", "Ir-riforma li rridu nagħmlu tista' tinqasam f'żewġ binarji u fil-preżent għaddejjin bi studju biex naraw kemm mill-pazjenti li qegħdin ġewwa l-Isptar Monte Carmeli huma verament morda mentalment u kemm minnhom huma każijiet soċjali.", "Illum qegħdin f'sitwazzjoni fejn għadna ma pprovdejniex servizzi biżżejjed għal pazjenti li m'għandhomx mard mentali, iżda li għandhom, per eżempju, diżabilita'.", "Dawk li huma taħt is-60 sena ma tista' ddaħħalhom fl-ebda home u allura ħafna minnhom jispiċċaw f'Mount Carmel Hospital għas-sempliċi raġuni li m'għandhomx support services, m'għandhomx min idur bihom.", "Mela l-ewwel ħaġa li rridu naraw hija kemm minn dawk il-pazjenti li hemm ġewwa Mount Carmel Hospital verament għandhom bżonn it-tip ta' kura li joffri l-isptar.", "Ovvjament it-trattament li għandhom bżonn persuni li jbatu minn mard mentali huwa differenti mit-trattament li għandhom bżonn social cases.", "Wieħed irid jikkura pazjenti b'mard mentali biex jipprova jintegrahom fis-soċjeta'.", "Diġa' smajna dwar l-istigma li jkollhom persuni b'mard mentali u jien nemmen li biex negħlbu l-istigma li għandu l-poplu Malti vis-a-vis pazjenti li jbatu minn mard mentali, wieħed irid jifhem li meta pazjent jiġi discharged mill-isptar, m'għandux jibqa' jiġi labelled bħala persuna li kienet Mount Carmel.", "Wara li joħroġ mill-isptar dan iżjed se jkollu bżonn l-input ta' dipartimenti differenti, per eżempju d-dipartiment tax-xogħol u d-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "Jien nemmen li jekk dik il-persuna se tibqa' taħt l-umbrella tad-Dipartiment tas-Saħħa, se nkomplu nġeddu l-istigma li l-poplu tagħna għandu lejn pazjenti b'mard mentali.", "Jien ngħid li meta pazjent jiġi discharged, se jkollu bżonn support speċifiku għax se jiltaqa' ma' problemi diversi, problemi ta' xogħol, problemi finanzjarji u problemi ta' housing u allura ma naħsibx li għandhom jibqgħu taħt l-umbrella tad-Dipartiment tas-Saħħa u proprju għalhekk li l-kollaborazzjoni bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u dipartimenti oħrajn qiegħda tiġi intensifikata.", "Naħseb li dan il-konċett ma japplikax biss għal mard mentali u llum il-ġurnata il-konċett li d-Dipartiment tas-Saħħa huwa l-koordinatur bejn diversi dipartimenti qed jiġi ċċarat.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' mard mil-lat ta' prevenzjoni, huwa l-koordinatur bejn id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, id-Dipartiment tax-Xogħol u diversi dipartimenti oħra.", "Naħseb li kull dipartiment għandu x'jikkontribwixxi, mhux biss fil-każ ta' mard mentali, imma fil-każ tal-mard kollu.", "Jiġifieri qegħdin noħorġu b'dan il-konċett ġdid.", "L-aħħar darba ma stajtx nattendi għal-laqgħa, pero' jiena qrajt it-transcript tad-debate u deherli li l-prevenzjoni mhux qed tingħata importanza biżżejjed.", "Il-prevenzjoni huwa l-binarju l-ieħor.", "Kif għedt, għandna problema b'dawk li diġa' hemm f'Mount Carmel, pero' l-akbar challenge huwa li ma nħallux il-lista ta' nies li għandna f'Mount Carmel tiżdied.", "Naħseb li għadna ftit dgħajfa f'żewġ aspetti; għadna ma saħħaħniex biżżejjed il-lat preventiv, jew inkella s-servizzi li nipprovdu bħala prevenzjoni, u għandna ftit dgħajfa wkoll mil-lat li meta pazjent jiġi discharged mill-isptar biex jiġi integrat lura fis-soċjeta', ma jsibx is-support services li jkun jeħtieġ.", "Għadna ma żviluppajniex biżżejjed is-servizz li għandu jingħata fil-komunita' biex lill-pazjent tnaqqaslu r-riskju li jerġa' jidħol ġewwa l-isptar.", "Jekk nibda nitkellem fuq il-prevenzjoni ma nispiċċa qatt, pero' nixtieq nisma' speakers oħra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzja lilek u lil Dr. Pace u nixtieq insejjaħ lil Dr. Baldacchino li huwa l-Officer-in-Charge Primary Health Care fid-Dipartiment tas-Saħħa.", "Nappellalkom li żżommu l-presentation għal madwar 10 minuti biex ikollna ċans għall-mistoqsijiet.", "DR. ALFRED BALDACCHINO (Officer-in-Charge Primary Health Centre Dipartiment tas-Saħħa): Jien m'ilniex in charge mill-kura tas-saħħa primarja, id-dmirijiet tiegħi kienu differenti.", "Ir-riforma tas-saħħa mentali titfa' l-importanza fuq il-kura fil-komunita' iżjed milli fuq il-kura istituzzjonali, u allura d-Dipartiment tal-Kura tas-Saħħa Primarja għandu rwol importanti ħafna f'dan il-qasam.", "Jien naħseb li kif qal il-Ministru, id-dipartiment għandu jipprovdi dik il-link, dik ix-xibka, bejn id-discharge tal-pazjent u l-kura tiegħu fil-komunita'.", "Fiċ-ċentri tas-saħħa l-ġodda - f'uħud miċ-ċentri tas-saħħa l-antiki m'hemmx l-ispazju - b'mod partikolari dawk ta' Birkirkara u ta' Bormla li ġew refurbished, flimkien mad-Dipatiment tal-Psikjatrija li huwa in charge mis-servizz li jingħata fil-komunita', ipprovdejna mental health clinics attrezzati apposta biex ikunu jistgħu jaqdu r-rwol tagħhom fil-komunita'.", "Jien naħseb li hemm bżonn ta' iżjed involviment mit-tobba taċ-ċentri tas-saħħa u mit-tobba tal-familja, jekk iridu jagħtu l-parti tagħhom fil-komunita'.", "Bħalissa l-pilot project f'Ħal Qormi m'huwiex miexi kif nixtiequ u skond il-parametri li suppost miexi bihom u dan primarjament minħabba nuqqas ta' tobba.", "M'għadniex nistgħu nipprovdu li t-tabib ikun dejjem l-istess biex il-pazjent ikun jista' jmur dejjem għand l-istess tabib.", "Naħseb li l-proċess m'huwiex miexi kif nixtiequh aħna, minħabba li għandna nuqqas ta' tobba.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri inti tara li l-health centres għandhom rwol importanti ħafna biex kemm jista' jkun pazjent jiġi identifikat kmieni.", "DR. ALFRED BALDACCHINO: Jien naħseb li minn dak il-lat forsi hemm bżonn ta' iżjed training fil-psikjatrija lit-tobba tal-familja.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mil-lat ta' primary health care, kemm qed tagħtuhom importanza l-inter-disciplinary teams għar-rigward ta' nurses, social workers, eċċ.?", "DR. ALFRED BALDACCHINO: Dak it-team kien kostruwit fil-pilot project.", "Il-primary team kien magħmul minn tabib, social worker u nurse ta' l-MMDNA, pero' t-team ma setax jibqa' miexi 'l quddiem peress li t-tobba riedu jagħmlu wkoll xogħol fil-health centre, u dan kollu minħabba nuqqas ta' tobba.", "IĊ-CHAIRPERSON: Waħda mill-affarijiet li nisma' t-tobba jgħidu, hi li t-tabib irid iqatta' ħafna aktar ħin ma' persuna li għandha problemi ta' saħħa mentali milli normalment iqatta' ma' pazjent ieħor li jkun qed ibati minn xi ħaġa ta' kuljum.", "Forsi ma tantx jieħdu pjaċir ....?", "DR. ALFRED BALDACCHINO: Importanti li tabib iqatta' ħin twil ma' pazjent li jkollu mard mentali.", "It-tobba kienu jieħdu pjaċir u jipparteċipaw, pero' ....", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien ma rridx nitfa' dell ikrah fuq it-tobba, imma nista' nifhem li bil-pressure of work ....", "DR. ALFRED BALDACCHINO: Minħabba pressure of work u n-nuqqas ta' tobba li għandna, tabib ma jistax jiġi spared għal numru ta' sigħat.", "Bis-sitwazzjoni li qegħdin fiha, m'huwiex possibbli li tabib iqatta' numru ta' sigħat fuq dak il-proġett mingħajr ma jagħmel xogħol fil-health centre.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia u mbagħad l-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jiena nemmen li s-servizz tal-kura primarja ma jridx biss jipprova jsolvi r-run of the mill problems, imma jrid ukoll jidħol fil-prevenzjoni ta' mard iktar serju bħalma qed niddiskutu llum.", "Per eżempju l-ġimgħa l-oħra kelli telefonata minn social worker biex immur nara pazjenta li kellha ferita f'saqajha.", "Il-pazjenta kienet tgħix f'appartament li kien fi stat ħażin ħafna u l-ewwel domanda li staqsejt lili nnifsi kienet: Possibbli s-sistema taċ-ċentri tas-saħħa f'pajjiżna m'hijiex geared biex tidħol f'dawn il-problemi?", "Jien m'iniex it-tabib ta' din il-persuna u naħseb li ġejt avviċinat għaliex il-persuna m'għandhiex fiduċja fis-sistema primarja tas-saħħa u forsi beżgħet li tintbagħat l-isptar minħabba l-ferita li kellha f'saqajha.", "Li qed nipprova ngħid hu li wieħed ma jridx iħares biss lejn il-kwantita' ta' viżti li jsiru mit-tobba, imma jrid iħares ukoll lejn il-kwalita' ta' servizz li jingħata.", "Jien nemmen li t-tobba fiċ-ċentri tas-saħħa għandhom ikollhom iktar ħin biex jiddedikaw għall-pazjenti li ma jkunux għadhom f'idejn speċjalisti jew forsi jkunu qed ibatu minn xi sintomi ta' ansjeta' qawwija jew dipressjoni.", "Jiena ma nistax nifhem għaliex m'għandux ikun hekk.", "Ma naħsibx li hija kwestjoni ta' preparazzjoni għax pjuttost naħseb li huma ppreparati biżżejjed.", "DR. ALFRED BALDACCHINO: Il-ħin li tabib jista' jqatta' ma' pazjenti b'mard mentali huwa limitat minħabba l-pressure of work li jkollu.", "Normalment wieħed ikun jixtieq jiddedika iżjed ħin fuq ċertu każi imma mhux dejjem ikun possibbli proprju minħabba l-kwantita' ta' xogħol li jkollu.", "Jekk inti trid taħdem ix-xogħol normali bin-numru ta' nies li għandek, mingħajr ma trid, bilfors li se tiddedika anqas ħin fuq każi li forsi jimmeritahom iżjed ħin.", "M'hijiex kwestjoni ta' għażla.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Dr. Baldacchino, inti għedt li temmen li t-tobba tal-familja għandhom iktar x'joffru mil-lat ta' kura primarja fil-qasam ta' mard mentali u effettivament jien naqbel miegħek, pero' tista' tgħidilna xi ħsibijiet għandek dwar dan?", "Nixtieqek tgħidilna wkoll jekk taqbilx li l-pazjenti ta' l-Isptar Monte Carmeli jiġu discharged bħalma jiġu discharged pazjenti minn sptarijiet oħra.", "DR. ALFRED BALDACCHINO: Ir-rwol tat-tabib tal-familja u tat-tabib taċ-ċentru tas-saħħa, għandu jkun f'multidisciplinary team li jipparteċipa fil-proċess kollu tal-kura tal-pażjent.", "Dan konna qegħdin nagħmluh fil-pilot project fejn kemm hu possibbli l-pazjent kien jieħu ħsiebu l-istess tabib li jkollu miegħu social worker u nurse.", "Barra minn hekk ikun hemm ukoll team ieħor li jista' jirriferi għalih.", "Allura dejjem se jkun hemm team li se jiddiskuti l-każ bejnietu u jkun hemm ukoll diskussjoni bejn iż-żewġ teams biex il-pazjent jingħata l-aħjar kura.", "Dwar il-punt l-ieħor ta' discharge ta' pazjenti, ħafna drabi jiġri li ma nirċievu l-ebda discharge letter - mhux f'dawn il-każijiet biss imma f'ħafna każijiet oħra - u allura meta tirriferi l-pazjent x'imkien, inti se titilfu għaliex m'intix se tirċievi informazzjoni jew feedback dwaru u meta jerġa' jikkonsultak, ma tkunx tista' tgħinu bl-aħjar mod għaliex ma tkunx irċevejt l-informazzjoni li suppost intbagħtitlek.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Għandek informazzjoni dwar kemm ġew riferuti pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli minn tobba taċ-ċentri tas-saħħa matul dawn l-aħħar sitt xhur?", "Jew biex ma nitkellmux fuq statistika, hija komuni li tabib taċ-ċentru tas-saħħa jirreferi pazjent fl-Isptar Monte Carmeli?", "DR. ALFRED BALDACCHINO: Ma naħsibx li huma ħafna l-pazjenti li jiġu riferuti l-Isptar Monte Carmeli mit-tobba taċ-ċentri tas-saħħa.", "Il-pazjenti aktar jirrikorru lejn it-tabib tal-familja tagħhom milli lejn it-tabib fiċ-ċentru tas-saħħa.", "Barra minn hekk, tabib taċ-ċentru tas-saħħa joqgħod ħafna iżjed attent qabel ma jirreferi pazjent għaliex għandu l-iżvantaġġ li l-pazjent ma jkunx jafu filwaqt li t-tabib tal-familja normalment ikun jaf il-pazjent, il-familja tiegħu, eċċ.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: F'oqsma oħra taħdem pjuttost bil-kontra fejn tobba taċ-ċentri tas-saħħa jirriferu żżejjed pazjenti lejn l-isptar.", "DR. ALFRED BALDACCHINO: Mill-esperjenza nista' ngħid li t-tobba joqogħdu ferm attenti qabel jirreferu xi pazjent.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Għedt ripetutament li waħda mill-ikbar problemi li għandkom fis-servizz ta' kura primarja hija n-nuqqas ta' tobba.", "Xi pjanijiet għandu d-dipartiment li inti responsabbli minnu biex tittaffa l-problema ta' nuqqas ta' tobba?", "DR. ALFRED BALDACCHINO: Aħna daħħalna part-timers biex inkabbru l-pool ta' tobba, pero' s-servizzi ta' dawn it-tobba huma shared bejn l-isptarijiet u l-istituzzjonijiet kollha li dejjem qegħdin jespandu u allura dejjem għandhom bżonn ta' iżjed tobba.", "MICHAEL FARRUGIA: Dr Baldacchino, kemm hemm koordinament bejn l-Isptar Monte Carmeli u l-infermiera li qegħdin fil-komunita'?", "Peress li ħafna mix-xogħol huwa mmexxi minn nurses ta' l-MMDNA, x'kuntatti jkun hemm magħhom biex meta jkunu qegħdin iduru fil-komunita' u jagħmlu assessment tal-persuni li jkunu discharged mill-Isptar Monte Carmeli u jaraw deterjorazzjoni fil-kondizzjoni tagħhom jiġbdu l-attenzjoni ħalli dak il-pazjent jingħata l-attenzjoni neċessarja mill-ewwel?", "Li qiegħed insemmi hija xi ħaġa rudimentarja għax wieħed irid imur għal xi ħaġa iktar solida fejn jidħlu follow-up u assessment minn infermiera fil-komunita', imma fil-preżent, hemm xi forma ta' komunikazzjoni bejn min ikun bagħat lura persuni fil-komunita' u l-membri ta' l-MMDNA li jżuru l-pazjenti fid-djar tagħhom biex jaraw jekk il-kondizzjoni tal-pazjent tkunx qed tiddeterjora, b'mod partikolari fil-każ ta' persuni li jgħixu waħedhom?", "DR. ALFRED BALDACCHINO: M'iniex ċert imma ma nafx li din issir.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Dr. Baldacchino.", "Nixtieq issa nistieden lis-Sinjorina CV, familjari ta' persuna b'mard mentali, ħalli tagħti l-veduti tagħha dwar dan is-suġġett.", "CV: Jien qed nitkellem primarjament bħala familjari ta' persuna li tbati mill-iskiżofrenja pero' apparti minn hekk, jiena nurse li naħdem f'Mount Carmel Hospital.", "Jien involvejt ruħi fil-Mental Health Association li hija NGO u fil-fatt qiegħda segretarja ta' din l-assoċjazzjoni, kemm għaliex għandi esperjenzi li għaddejt minnhom bħala familjari ta' persuna b'mard mentali u kemm biex ngħin lil ħaddieħor.", "Meta titfaċċa l-problema, il-familja tgħaddi minn diversi fażijiet.", "Fil-bidu l-familja tkun taħt shock u ma tkunx tista' taċċetta l-problema, pero' jien personalment ikkorrispondejt ma' barra, fosthom in-National Schizophrenia Fellowship u Making Space, u ħadt ħafna ideat li nkoraġġewni biex anke aħna nagħmlu xi ħaġa simili.", "Bħala familja nħoss il-bżonn ta' respite services.", "Ġeneralment il-carers huma magħrufa bħala the silent partners of health professionals u huma msejħa \"silent\" għaliex minkejja r-rwol importanti li għandhom, ma tantx ikunu kkonsultati.", "In-National Schizophrenia Fellowship għamlet riċerka mal-carers ta' persuni b'mard mentali, u mir-riċerka li għamlet fl-1995, instab li minn sample ta' 74 carers li qattgħu 50 siegħa mal-familjari ta' persuni b'mard mentali, 81% minnhom kellhom problemi fiżiċi.", "Instab ukoll li anke l-carers li damu inqas f'kuntatt mal-familjari tagħhom li kellhom mard mentali, xorta kellhom rata għolja ta' mard fiżiku.", "Din l-istatistika daqshekk għolja toħroġ mill-fatt li ħafna minnhom ikunu burnt-out.", "Sfortunatament ma jeżistix estimu ta' kemm-il carers qed jiffrankaw spejjeż lill-gvern talli qed jipprovdu informal care lil dawn il-persuni.", "Per eżempju fl-1993, il-Mental Health Foundation ta' l-Ingilterra sabet li kien hemm £2.8m fis-sena ffrankati minn fuq lodging li ħalsu għalihom il-carers peress li ħafna drabi l-persuni b'mard mentali ma jkunux jaħdmu u allura l-qraba jkollhom jagħtuhom mhux biss pocket money, imma anke flus għall-ħlas ta' kera ta' xi flat u għall-bżonnijiet kollha tagħhom.", "B'respite services, aħna nifhmu li jkun hemm flat jew numru ta' flats, immexxija minn familji differenti li jipprovdu short-term respite sakemm il-familjari ta' persuni b'mard mentali jieħdu holiday jew sakemm idumu l-isptar jekk ikollhom bżonn imorru l-isptar.", "Naf li dan il-punt diġa' ssemma qabel, pero' tajjeb li jerġa' jissemma għax f'Malta dan il-konċett għadu ma daħalx fil-qasam ta' mard mentali.", "Jien inħoss li hemm ħtieġa għal servizz bħal dan u din il-ħtieġa toħroġ ukoll minn dak li jgħidulna familjari oħra.", "Ħaġa oħra li aħna bħala familja ffaċċjajna, huwa l-bżonn ta' vocational rehabilitation, jiġifieri li bniedem ikun kapaċi jaħdem.", "Fil-każ tal-familja tagħna, ħija kellu job coach mill-ETC, pero' kellna nispjegawlu x'inhu mard mentali għaliex ħija kien iktar labelled bħala li għandu learning disability jew li huwa inkapaċitat mentalment.", "Possibbli li l-ETC jew awtoritajiet oħra, ma jafux x'jiġifieri eżattament mard mentali?", "Jien inħoss li anke mil-lat ta' leġislazzjoni hemm bżonn li tiġi definita d-differenza bejn physical disability, mental disability u mental illness.", "Aħna nixtiequ li fl-ETC jkun hemm iktar struttura li tgħin lil dawn il-persuni jsibu x-xogħol.", "Per eżempju ħija ma kienx jaħdem qabel marad, kien għadu l-iskola meta ġiet fuqu l-marda u allura sabha iktar diffiċli biex jiffaċċja d-dinja tax-xogħol.", "Fl-opinjoni tiegħi l-ETC għandha tagħti aktar għajnuna lil dawn il-persuni.", "Smajna li kemm is-servizz pubbliku u kemm is-settur privat jistgħu jagħtu sehemhom.", "Jiena nħoss li jista' jkun hemm skemi bejn il-gvern u NGOs biex ikollna jew sheltered workshops jew xi sistema li permezz tagħha wieħed jista' jiġi employed.", "Per eżempju jien kont mort nara kif taħdem l-għaqda volontarja Making Space li tinsab fit-tramuntana ta' l-Ingilterra u laqatni ħafna l-fatt li dawn kellhom skema fejn in-nies jagħmlu xogħol ta' ħjata u l-prodotti li jagħmlu jiġu mibjugħa mill-għaqda stess.", "Barra li x-xogħol iservi ta' fund raising, fl-istess ħin jagħti speċi ta' paga lil numru ta' persuni b'mard mentali.", "F'dan il-każ hija għaqda volontarja li qed tissapportja lil dawn in-nies.", "M'għandniex dejjem nistennew mingħand il-gvern jew mingħand xi kumpannija privata.", "Naħseb li l-konċett fejn huma bejniethom jifformaw speċi ta' kooperativa, huwa konċett li ta' min wieħed jikkonsidrah.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi huwa li ħafna drabi nies b'mard mentali - ma rridx niġġeneralizza imma fil-maġġorparti tagħhom hekk hu - iħossuhom soċjalment iżolati.", "Iħossuhom lonely u mhux aċċettati.", "Forsi suġġeriment utli huwa li nagħmlu drop-in clubs fil-komunitajiet fejn persuni b'mard mentali jkunu jistgħu jiltaqgħu flimkien.", "Indirettament pass bħal dan ukoll ikun qed iservi ta' respite għall-familja tal-persuna b'mard mentali għaliex il-persuna tkun tista' toħroġ mid-dar għal ċertu ħin.", "Huwa diffiċli tgħix taħt l-istess saqaf 24 siegħa kuljum ma' persuna b'mard mentali u dejjem ma tafx x'se jinqala'.", "Din is-sitwazzjoni toħloq ċertu tension ukoll.", "Illum mexjin lejn sitwazzjoni fejn id-demand hija li l-health care tingħata fil-komunita' u din tapplika wkoll fil-qasam ta' saħħa mentali, pero' qed inħossuha diffiċli biex ir-riżorsi li għandna jirrispondu għal din id-domanda.", "Qed inħossu l-bżonn li jkun hemm community psychologist nursing service.", "Ovvjament din mhux se tiġi mil-lum għal għada, imma ġieli jkun hemm kriżi bir-riżultat li l-pazjent bilfors ikollu jidħol l-isptar.", "Forsi l-problema tkun ilha ġejja, forsi l-pazjent ma jkunx baqa' jieħu l-pilloli jew ma jkunx baqa' jieħu l-injection, imma naħseb nistgħu nagħmlu skema fejn ikun hemm back-up support services.", "Per eżempju barra minn Malta għandhom family support workers fejn nies minn background ta' social work jew minn background ta' nursing, jiġu trained u jkunu on call matul il-lejl biex jekk jinqala' xi ħaġa fil-familja, imorru mill-ewwel fuq il-post.", "Naħseb li din hija possibbilta' oħra li wieħed jista' jikkonsidra.", "Nixtieq nirreferi wkoll għall-ħtieġa ta' edukazzjoni fl-iskejjel.", "Qed ngħid l-iskejjel għaliex fil-każ tagħna ħija kien f'Form 4 meta tfaċċat il-marda u kellna nispjegaw lill-counsellor minn xiex kien qiegħed ibati.", "Aħna għedna bil-każ lil persuna waħda biex lill-ħija nilqgħulu ftit mill-istress ta' l-iskola, pero' għandna bżonn nedukaw ukoll lit-teachers biex ikunu attenti għal ċertu sinjali fit-tfal għax bla dubju ta' xejn l-early intervention hija importanti ħafna.", "Ir-rwol tal-pulizija hija wkoll importanti għaliex meta pazjent ikun se jidħol l-isptar taħt il-mental health act, wieħed irid joqgħod attent kif jiddilja miegħu.", "Jien inħoss li hemm bżonn ta' edukazzjoni in ġenerali.", "Għar-rigward ta' benefiċċji, naħseb li ħafna nies ma' jkunux jafu għal liema benefiċċji jikkwalifikaw, jekk per eżempju jikkwalifikawx għal SKA li hija ta' Lm23 fix-xahar, liema benefiċċju naturalment jispiċċa jekk il-persuna ssib full-time job.", "Jien nixtieq li min-naħa tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jkun hemm spjegazzjoni ċara ta' xi drittijiet għall-benefiċċju għandu l-pazjent.", "Naħseb li hemm bżonn li jkun hemm struttura ċara.", "Bħala Mental Health Association aħna nagħtu lezzjonijiet lill-familjari ta' pazjenti biex jifhmu x'inhu mard mentali, pero' hemm bżonn li l-familjari jkunu empowered anke biex jitkellmu għad-drittijiet tagħhom.", "Ħafna drabi meta titfaċċa din il-problema, il-familja ma tkunx taf fejn se tirrikorri għall-għajnuna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Din il-ġimgħa sirt naf li l-ETC u uffiċjali mill-Isptar Monte Carmeli se jiltaqgħu b'mod strutturat biex fost oħrajn jiddiskutu l-problemi li jiltaqgħu magħhom persuni b'mard mentali meta jiġu biex jimpjegaw ruħhom u x'tip ta' training jistgħu jingħataw.", "F'dawn l-aħħar laqgħat l-ETC issemmiet diversi drabi u għalhekk qed insemmi li se ssir din il-laqgħa.", "L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Meta semmejt ir-respite services għal carers ta' persuni b'mard mentali, naħseb li semmejt xi ħaġa importanti ħafna.", "Ħafna drabi l-carers ikunu ikbar fl-eta' mill-pazjenti li jkunu qed jieħdu ħsieb allura huma stess ikollhom problemi fiżiċi u mediċi, pero' wisq nibża' li fil-każ ta' mard mentali, aktar milli fil-każ ta' persuni b'diżabilita' jew b'mard ieħor, tiżviluppa bond bejn il-carer u l-persuna marida b'mard mentali bir-riżultat li l-carer diffiċilment tkun tista' tiġi replaced, anke permezz ta' respite care.", "Personalment ma nafx kemm ikun possibbli li l-carer issiefer għal ġimgħa jew ġimgħatejn mingħajr ma l-persuna b'mard mentali tħoss in-nuqqas tagħha.", "Mill-esperjenza tiegħek, kemm personali kif ukoll professjonali, taħseb li l-biċċa l-kbira ta' żgħażagħ milquta bl-iskiżofrenja ikollhom esperjenza ta' xogħol?", "CV: Ħa nibda mill-aħħar mistoqsija.", "Fil-każ tagħna, ħija kellu 14-il sena meta qabditu l-marda.", "Kien għadu żgħir wisq u allura ma kellux esperjenza ta' xogħol.", "Barra minn hekk, kważi ma kellu ebda kwalifiki mill-iskola.", "Naturalment l-intelliġenza hemm tibqa' imma meta tiġi biex tiffaċċja d-dinja tax-xogħol, l-ewwel mistoqsijiet li jsaqsu l-employers huma x'taf tagħmel u xi qualifications għandek.", "Għalhekk hemm bżonn ta' struttura li tgħin lil dawn in-nies tagħtihom korsijiet f'xi skills.", "Naf li l-ETC jorganizzaw dawn il-korsijiet, pero' aħna sibna problemi enormi meta ħija ġie biex jidħol fid-dinja tax-xogħol.", "Kulħadd iħoss ċertu diffikulta' meta jmur l-ewwel darba għax-xogħol, iżda iktar u iktar se jħoss din id-diffikulta' xi ħadd li jkollu problema ta' saħħa mentali.", "Għar-rigward ta' respite, li nista' ngħid hu li mill-esperjenza personali tiegħi, respite għal carers hija bżonjuża.", "Naf li l-ġenituri jinkwetaw iħallu lil xi ħadd minn uliedhom waħedhom u żgur li jekk isiefru moħħhom dejjem se jkun fihom, pero' jekk tibda tgħid minn qabel lill-persuna li qed tbati minn mard mentali li hemm bżonn li tieħu holiday u mhux se tabbandunah, żgur li l-pazjent se jifhem.", "Naturalment kull każ huwa differenti imma b'daqshekk ma jfissirx li ma tagħmilx struttura ta' respite.", "Aħna naċċettaw li jeżisti ċertu burden of care iżda kultant il-piż jitqal u għalhekk tajjeb ikun hemm xi tip ta' għajnuna għal carers.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Naqbel perfettament mal-bżonn ta' struttura.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi ta' l-esperjenzi li qsamt magħna.", "Nistieden issa lil Dr. Vella Baldacchino li huwa konsulent responsabbli mir-riabilitazzjoni li torbot ħafna mal-mod kif sfolġiet id-diskussjoni tal-lum.", "DR. JOSEPH VELLA BALDACCHINO (Konsulent fid-Dipartiment tar-Riabilitazzjoni, Sptar Monte Carmeli): Hemm diversi kummenti li wieħed jista' jagħmel biex jorbot mad-diskussjoni li għaddejja, pero' qabel nibda l-intervent tiegħi, ngħid li jien inkarigat mid-Dipartiment tar-Riabilitazzjoni fl-Isptar Monte Carmeli u nvolut ukoll fil-pilot project li kien inbeda f'Ħal Qormi fl-1995.", "Meta smajt il-kummenti ta' Dr. Baldacchino ftakart kemm bdejna b'ħafna entużjażmu minkejja li ma kellniex il-clinics ġodda.", "Fil-fatt konna naraw il-pazjenti fil-kamra tal-gynaecologist, jiġifieri l-ambjent kien juri li l-post kien ta' xi ħaddieħor, pero' madanakollu mxejna.", "Forsi ma kellniex ir-riżultati li wieħed xtaq, pero' n-nies baqgħu jiġu u baqgħu jiżdiedu.", "Il-problema kienet li dawk it-tobba li kienu attendew training seminars, jiġifieri kellhom ċertu involvement, bil-mod il-mod, jew bdew jitilqu s-servizz jew inkella ġew trasferiti x'imkien ieħor u ġew nies ġodda minflokhom.", "Ma kienx hemm l-istess momentum, l-istess impetus li kien hemm fil-bidu, u għal diversi raġunijiet bdejna naraw l-entużjażmu jonqos bil-mod il-mod.", "Kif diġa' ntqal jien ukoll naħseb li t-tabib tal-familja għandu rwol importanti f'dan il-qasam.", "Hemm ħafna affarijiet x'wieħed jista' jgħid u ħafna minnhom diġa' semmihom Dr. Pace.", "Irridu nibqgħu saqajna ma' l-art u ma ninsewx li sfortunatament il-mard mentali jeżisti.", "Xi kultant ninsew u nużaw ħafna kliem sabiħ, ħafna euphemisms u kull tip ta' lingwaġġ biex forsi l-mard mentali nneħħulu l-istigma.", "Mingħalija kien il-Ministru Deguara li semma li hawn diversi tipi ta' mard mentali.", "Importanti li ma npoġġux lil kulħadd f'keffa waħda.", "Hawn nies li jdejquk daqskemm jiffittawk biex jiġu għal kura, jiġifieri dawk li għandhom anxiety disorders li fl-antik kienu n-nevrożi - ġeneralment dawn ikunu fitti, jibżgħu u pjuttost għal kull ħaġa ta' xejn iċemplu u jippreżentaw ħafna sintomi fiżiċi u saħansitra jispiċċaw għand il-GP jew fl-emerġenza - imma hemm ukoll il-każijiet l-oħra aktar dramatiċi, il-psikotiċi, fosthom l-iskiżofrenja.", "Hemm diversi tipi ta' nies li jista' jkollhom manic-depressive disorder u meta jkunu stabbli b'xi mod jimxu, imma hemm ukoll il-każijiet diffiċli u naħseb li l-iktar gravi huma dawk ta' l-iskiżofrenja li ġġib diżabilita'.", "Emil Kraeplin kien jgħidilha \"dementia praecox\", jiġifieri dementia li tiġi qabel iż-żmien u toħloq ċertu deficit.", "Sfortunatament illum, minkejja li għandna ħafna mediċini ġodda u anke expensive, ma nistgħux nikkontrollaw ċertu tip ta' skiżofrenja.", "Is-sintomi jibqgħu hemmhekk u fl-esperjenza tiegħi, rajt nies illi qatt ma kienu Mount Carmel, jiġifieri jgħixu fil-komunita' mal-familja tagħhom, li paradossalment kienu ferm iktar gravi u diffiċli biex tittrattahom milli nies li għandna f'Mount Carmel.", "Dawn il-każijiet jeżistu wkoll u allura kif diġa' ntqal, wieħed irid jara l-burden of care fuq il-familji.", "Irid jara s-sofferenza li tgħaddi minnha l-familja.", "Din il-marda taqbad żgħażagħ ta' 18, 19 jew 20 sena; żgħażagħ li jkunu fl-aqwa ta' ħajjithom, in their prime.", "Lil dawn tarahom li ħlief ipejpu ma jagħmlux u lanqas biss ma jqumu biex ifarfru s-sigarett.", "Per eżempju għandi każ ta' wieħed skiżofreniku li qatt ma kien f'Mount Carmel Hospital li lanqas biss imur għaċ-ċekk tas-social assistance iżda jibgħat lill-missieru u mbagħad paradossalment jagħtih lira talli ġablu ċ-ċekk.", "Din il-marda hemm min isejħilha ''the apathy syndrome'' għax twaqqgħek f'apatija kbira.", "Ma nistgħux ngħidu li kulħadd huwa hekk, imma dawn huma każijiet li jeżistu.", "F'Ħal Qormi naraw nies li kważi nokorbulhom biex jiġu d-day centre.", "Issa tajjeb jew ħażin, ċkejken u forsi nieqes minn ċertu faċilitajiet, pero' dan iċ-ċentru jeżisti.", "Minkejja li nokorbulhom biex jiġu, xorta waħda ma jiġux.", "Trid tippressahom, trid kważi theddidhom li se ddaħħalhom f'Mount Carmel biex forsi jiġu.", "Ovvjament m'huwiex l-iskop tagħna li nagħmlu hekk imma xi kultant trid timxi b'dak il-mod.", "Wieħed irid jara wkoll l-aspett kulturali ta' l-individwu, jiġifieri minn fejn ġejja l-familja tiegħu.", "Per eżempju hemm nies Għawdxin li jippreferu jiġu Malta milli jmorru fl-ispiżerija Għawdex ħalli ma jmurx ikun hemm xi ħadd li jarahom deħlin.", "Bħalma ntqal, l-istigma għadha teżisti u din forsi taraha aktar f'Għawdex.", "Hemm ukoll nies li ma jmorrux id-day centre - issa dan m'huwiex f'Mount Carmel Hospital - għax il-post jieħu l-isem \"ta' dawk li kienu hemm fuq\".", "Naf b'każ f'Għawdex fejn persuna ma tmurx ma' l-occupational therapists li jeħduhom outing bil-van għax jużaw trasport li jidentifikahom li huma minn \"dawk\".", "Hemm affarijiet li forsi lilna jaħarbulna u ma nagħtux kashom, imma għall-familjari huma importanti.", "Jenħtieġ nisimgħu x'iridu eżatt tal-familja.", "Hawnhekk għandi xi statistika dwar l-Isptar Monte Carmeli li tirrigwarda s-sena li għaddiet.", "Fl-isptar għandna swali kbar, hemm popolazzjoni kbira u ħafna drabi l-pazjenti jkunu cooped up.", "Konna aħna li rreferejna ċertu nies għal Villa Chelsea wara li jkunu għaddew minn proċess ta' riabilitazzjoni fil-halfway house.", "Sfortunatament uħud minnhom reġgħu ġew lura għandna, sbokki fuq barra ma kellniex … U għan-nom ta' psikjatri oħra - jien ukoll il-President ta' l-Association of Maltese Psychiatrists - jiddispċjaċini ngħid li la fil-kummissjoni ta' qabel u lanqas f'dik tal-lum ma konna mistiedna biex inkunu membri.", "Konna membri fl-ewwel kummissjoni li kienet chaired mill-Onor.", "Gonzi u niftakar li dak iż-żmien kien hemm l-issue tal-famużi ħames flats li sal-lum għadhom ma ġewx allokati, iżda sadanittant aħna ma qagħdniex b'idejna fuq żaqna, ħadna ċertu passi, forsi għamilna pass riskjuż, ardit, meta ħriġnihom u poġġejnihom flimkien f'furnished flats.", "Għall-grazzja t'Alla, ħlief forsi għal xi waħda 'l hawn u 'l hemm li reġgħet daħlet for a short stay, għadhom barra.", "Il-ħaġa li tinkwetana hija li ħafna minn dawn in-nies li huma morda jgħixu biss bil-benefiċċju tas-sigurta' soċjali.", "Ma jaffordjawx jgħixu waħedhom pero' meta jaqsmu l-ispejjeż u bl-għajnuna tas-social workers, jimxu.", "Mil-lat ta' social workers, kulma għandna għal Malta kollha, huma biss tlieta.", "Care worker li jmur jagħmel home visits, wieħed għandna għan-nies kollha li ħriġna, u ħriġna mhux ħażin.", "Xi ħadd semma l-after care li hija importanti immens.", "L-importanti mhux li l-pazjent jiġi discharged u mbagħad tarah darba fix-xahar fil-polyclinic, imma l-importanti hu li xi ħadd imur jarah.", "L-istigma ma tiġix għax wieħed jagħmel label, imma .… Per eżempju kelli każ f'San Ġwann ta' tliet pazjenti li ħriġna minn Mount Carmel li bdew irabbu kemm Alla ħalaq klieb, qtates u għasafar ta' kull tip fi blokk ta' flats tal-gvern - hawnhekk tidħol ukoll il-kwestjoni ta' budgeting; ħafna minnhom ma jkunux kapaċi jagħmlu budgeting - u ovvjament il-ġirien bdew jikkomplejnjaw.", "Ma nafx kenitx saret ukoll petition li ntbagħtet lis-CGMO.", "Kellna nintervjenu aħna u niftakar li s-social worker lanqas biss felħet tidħol bir-riħa li kien hemm.", "Hemm ċertu każijiet li trid tibqa' tarahom regolarment għaliex mhux billi toħroġ pazjent minn Mount Carmel, il-marda jibqa' jġorrha fuqu.", "Ara ma nilliedux ruħna li l-marda tispiċċa meta wieħed joħroġ minn Mount Carmel.", "Nafu li llum barra minn Malta jeżistu ħafna postijiet fejn il-pazjenti ta' ward sħiħa - infatti jgħidulha ward in a house - joħorġuhom jgħixu ġo terraced house fi triq normali.", "Dawn jistgħu jkunu jew nies b'dementia jew inkella nies li jistgħu jkunu vjolenti, jiġifieri disturbati, dawk li ngħidulhom ta' ward 10.", "Dawn qabdu u mexxewhom, lock, stock and barrel fil-komunita'.", "Wieħed jista' jagħmel hekk, imma l-mard xorta hemm jibqa' allavolja tbiddel il-post.", "Barra minn hekk malajr tista' toħloq - mingħalija semmiha Dr. Pace - l-istigma u l-ambjent ta' ghetto jekk grupp ta' nies bħal dawn jinġemgħu flimkien.", "Hemm xi ħaġa illi tolqtok fihom, hemm ċertu karatteristiċi illi jidhru.", "Problema oħra hija x-xogħol.", "Kif diġa' smajna, ix-xogħol jagħtik id-dinjita', pero' l-aktar karatteristika komuni speċjalment bir-residues li jibqgħalna fil-chronic wards tagħna … Ngħidulhom ''chronic'' għax il-pazjenti jdumu l-isptar żmien twil u hemm ċertu definizzjonijiet, anke epidemjoloġiċi, ta' kif niddefinixxu ċerti affarijiet.", "Hemm ukoll in-''new chronics'' li huma dawk iż-żgħażagħ li qatt ma daħlu fi sptar u allura huma ġodda, u hemm dawk li nsejħulhom \"long stay\" li jkunu ilhom hemmhekk għal aktar minn sena u f'dawn it-tip ta' każi niltaqgħu mal-problemi li ġġib magħha l-kumdita'.", "Ħafna minnhom iħossuhom komdi fl-isptar, isibu l-ikel u s-sodda lesti u ma jdejjaqhom ħadd.", "Dawn huma l-problemi li qed niffaċċja jiena bħala l-persuna inkarigata mir-riabilitazzjoni.", "Imbagħad hemm ukoll il-vested interest tan-nurses.", "Per eżempju l-proċedura hi li l-ikel jiġi lest, allura l-kċina m'hijiex attrezzata biżżejjed biex it-terapista li għandna fis-swali tkun tista' tagħmillhom cookery session.", "U kellna problema meta ġejna biex nagħmlu cookery session fil-hostel.", "Meta jkollna bed blockage, ma nistgħux naqbdu u ngħidulhom biex jitilqu 'l barra, kif forsi jistgħu jagħmlu ta' Villa Chelsea, jgħidulhom that their time is up u jaraw fejn se jqegħduhom.", "Fil-każ tagħna, iridu jibqgħu hemmhekk jekk ma nsibulhomx sbokk għall-barra.", "Allura biex ma jkunx hemm blockage ta' sodod fil-halfway house, sfortunatament ikollok tibagħthom jew fil-long stay wards jew f'dik li jgħidulha l-open ward li llum saret tissejjaħ hostel.", "Issa fil-hostel, kulma għandna huma 11-il sodda għan-nisa u numru ikbar għall-irġiel.", "Forsi hemm bżonn ukoll li ssir xi ħaġa biex in-numru ta' sodod għall-irġiel u nisa jiġi aktar bilanċjat u ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejniethom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Aħna nisperaw li inqas nisa jkollhom bżonn jibqgħu hemm.", "DR. JOSEPH VELLA BALDACCHINO: Imma l-bżonn hemm qiegħed.", "Pero' rridu ngħidu li forsi l-irġiel huma ftit aktar għażżenin and they tend to aggregate more than the women u jibqgħu hemm.", "Kif kont qed ngħid, kellna problema meta ġejna biex nagħmlu cookery sessions fil-hostel, u l-ikbar reżistenza li sibna kienet min-naħa tan-nurses għax beżgħu li se jitilfu l-fattiga.", "Jiġifieri jidħlu wkoll problemi interni oħra.", "Fil-halfway house il-pazjenti suppost jittrejnjaw kif jippreparaw l-ikel tagħhom u kif jipparteċipaw fit-tisjir.", "U allura s-sessions bdejna nagħmluhom għal gruppi żgħar biex ma nitilfux il-faċilita' li l-ikel jiġi lest mill-kċina.", "Dawn huma affarijiet żgħar, imma tiskanta kemm wieħed isib reżistenzi minn ġewwa.", "Per eżempju hija kważi taboo illi nitlob nurse tmur tagħmilli home visit lil pazjenta li tkun għadha tutilizza s-servizz fil-halfway house.", "Qisni qed nagħmel xi ħaġa skandaluża li nitlob nurse mill-halfway house tmur tagħmel home visit lil waħda li sejra lura tinġabar ma' uliedha fi flat tal-gvern li għandha.", "L-ewwel ikunu jridu jiftehmu, jitkellmu, jiddiskutu u jaraw jekk il-ħaġa hijiex kontra l-proċeduri.", "Fl-opinjoni tiegħi dawn huma kollha stumbling blocks għall-progress għax anke bir-riżorsi limitati li għandna, nistgħu nimxu aktar 'l quddiem.", "Biex insemmi eżempju, kelli ġlieda kbira biex jinfetħu l-kmamar tal-banju fil-long stay wards tan-nisa.", "Dawn huma rehabilitation wards fejn il-pazjent ikollu ċertu liberta' u suppost jaf jinħasel u jilbes waħdu, iżda l-kamra tal-banju kienet tingħalaq biċ-ċavetta u trid titlob lin-nurse biex tiftaħlek.", "Issa għandi l-pjaċir ngħid li fl-aħħar il-kamra tal-banju infetħet.", "Kollox iċċentrat fuq il-bżonn ta' l-impjegat u mhux fuq il-bżonn tal-pazjent.", "Fid-dar tiegħek, inti tmur it-toilet jew tinħasel meta jkollok bżonn jew meta jfettillek.", "Il-bżonnijiet ta' kuljum ma jsirux b'mod reġimentali.", "L-istess ħaġa għal meta nagħtu l-ikel.", "L-ikel jingħata fil-11.00 a.m. għax dak il-ħin jiġi.", "Issa għiduli min minna jiekol kuljum fil-11.00 a.m.!", "Veru qegħdin nitkellmu fuq sptar imma l-mentalita' trid tinbidel jekk irridu li l-ambjent jiġi jixbaħ dak ta' dar.", "Kellna każijiet ta' nies li kienu ilhom l-isptar 30 sena.", "Per eżempju wieħed kien ġie abbandunat mill-familja tiegħu u kien ilu 30 sena ma jara lill-ommu u meta s-social worker u l-care worker ħaduh id-dar biex jara lill-ommu, din m'għarfitux.", "Kienet biss wara daqsxejn ta' introduzzjoni li ġieha f'moħħha li dak ir-raġel seta' kien it-tifel tagħha li kienet ilha ma tarah 30 sena.", "U din il-laqgħa saret għax sfurzajna aħna għax kieku lanqas biss kienet issir għax kien hemm xi problemi ma' ħutu u interessi ta' wirt.", "Din iġġibni wkoll għall-kwestjoni ta' prokuri u benefiċċji soċjali.", "F'ċertu każi, min fil-fatt qed jeħodhom il-benefiċċji soċjali li xi kultant tant nitħabtu biex ikollhom il-prokura u mbagħad kulma jinġabu huma biss ftit sigaretti?", "Apparti li huma ħżiena għas-saħħa, il-pazjent mhux sigaretti għandu bżonn.", "Ikollna każi oħra ta' nies li jkunu on expensive medication u jkunu ilhom kważi 30 sena f'Mount Carmel u nkunu qed nirrijabilitawhom, iżda l-partner tagħhom ma jkunx iridhom lura d-dar.", "Naturalment il-partner isibha diffiċli biex jerġa' jieħu l-pazjent lura d-dar għax fil-memorja tiegħu ikun għadu jiftakar iż-żmenijiet koroh ta' qabel ma' l-pazjent ikun iddaħħal l-isptar.", "Jiġifieri hemm diffikultajiet kbar biex persuna li m'hijiex separata treġġagħha lura d-dar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naħseb li jkun shock anke għall-persuna nnifisha.", "DR. JOSEPH VELLA BALDACCHINO: Dawn in-nies jitilfu d-dinjita', u in a way, jitilfuha f'Mount Carmel Hospital.", "Per eżempju l-flus tagħhom imorru għand almoner u huwa l-psikjatra li jrid jiffirmalhom biex jieħdu l-flus lura.", "Anke hawn, m'aħniex nitkellmu fuq nies akuti imma nies li qed jagħmlu rehabilitation.", "M'hijiex sistema tajba.", "Dawn suppost ikollhom flushom u suppost ikun hemm xi ħadd jgħinhom jagħmel budget, jiftħu kont u jżommu flushom fil-kont.", "Imma ċertu possessions jitpoġġew fil-famuż safe u hemm bżonn il-firma tiegħi biex jerġgħu jeħduhom lura.", "Anke din hija sistema antikwata u ma naqbel xejn magħha.", "Imbagħad hemm il-parassiti tal-familja li jiddispjaċini ngħid - mhux kollha imma wħud minnhom - ma jkollhomx l-interess ġenwin tal-pazjent imma pjuttost interessi oħra.", "Fl-isptar jingħata l-famuż hamper.", "Hemm pazjenti li donnhom ma jkunux iridu jitilqu mill-isptar minħabba dan il-present u jibqgħu b'konnessjoni ma' l-isptar biex ma jitilfux il-hamper.", "Pero' wieħed irid jara wkoll fejn jispiċċa l-hamper; ġieli jinnegozjawh bejniethom, u ġieli jagħtuh lill-familjarji tagħhom.", "Dawn jaraw il-hamper bħala possession tagħhom.", "Ħalli issa ngħid xi ħaġa dwar in-nuqqas ta' riżorsi, in-nuqqas ta' staff u n-nuqqas ta' training u sfortunatament, anke fejn sar training, ir-riżultati baqgħu l-istess.", "Fl-opinjoni tiegħi, din qed tkun waħda mill-problemi għaliex ma nistgħux navvanzaw aktar man-nies li baqgħu fl-Isptar Monte Carmeli.", "Kien hemm turnover kbir fir-Rehabilitation Department, sia ta' pazjenti minn ward għall-oħra u sia mil-lat ta' discharges.", "Per eżempju s-sena l-oħra, l-għadd ta' discharges kien ta' 68.", "Jista' jkun li xi wħud minnhom reġgħu daħlu, imma n-numru hemmhekk qiegħed.", "Naturalment aħna nixtiequ li dawk li joħorġu ma jerġgħux jidħlu u jekk ikollok after care tajjeb fil-komunita', ma jkunx hemm daqstant re-admissions.", "Tkun interessanti li wieħed jistudja l-fenomenu fiċ-ċokon.", "Per eżmpju fil-pilot area, kien hemm inqas admissions minn qabel ma bdejna bil-pilot project.", "Għax jafu li nkunu hemm kull ġimgħa u għax jafu li hemm team sħiħ, hemm a multidisciplinary team, qed jirrikorru anqas għall-isptar.", "Fil-fatt ma naqbilx ma' dak li qal Dr. Baldacchino għar-rigward ta' referrals minn tobba ta' polyclinics għax naħseb li ħafna mill-admissions jiġu mit-tobba tal-polyclinics.", "F'sitwazzjoni ta' emerġenza, ħafna drabi l-ewwel ma ssib huwa t-tabib tal-polyclinic u allura ħafna mir-referrals li jkollna, jkunu minn tobba tal-polyclinics.", "Ovvjament ġieli jkollna referrals minn tobba privati imma anke t-tobba tal-polyclinics jagħmlu referrals.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Forsi wieħed ma tkellimx biżżejjed dwar persuni b'mard mentali li jkunu fid-djar u jkollhom ukoll il-problema ta' vjolenza.", "Hemm xi studju li jara jekk dawn ikunux aħjar jekk jgħixu waħedhom, fis-sens li ma jibqgħux jgħixu fil-familja?", "Jekk il-persuna li tkun xi ftit vjolenti ma tkunx supervised waqt li tkun qed tgħix waħedha, ir-riżultat ikun aħjar, jew agħar?", "DR. JOSEPH VELLA BALDACCHINO: Ma rridux naħsbu li n-nies bi problemi psikjatriċi huma kollha vjolenti.", "Huma f'minoranza kbira dawk li huma vjolenti.", "Ħafna drabi l-vjolenza tiġi jew għax hemm il-paranoja, biża' li hemm xi ħadd kontra tiegħu u qed jagħmillu xi ħaġa, jew proprju minħabba ansjeta' kbira li tpoġġih fi stat ta' paniku li jirreaġixxi.", "Imbagħad, bħal forsi f'kull familja, hemm oħrajn li jkollhom, per eżempju, l-arja fuq ommhom.", "Jafu li jekk isabbtu jew jaġixxu b'tali mod, se jieħdu li jridu, allura jidraw b'dak il-pattern, imma bl-ebda mod ma nista' ngħid li minkejja li l-pazjenti psikjatriċi ġieli jkunu disturbati, huma xi razza ta' nies vjolenti.", "Anzi, huma vulnerabbli ħafna u rridu noqogħdu attenti għax faċilment jistgħu jiġu exploited meta jkunu waħedhom fil-komunita' u għalhekk wieħed irid ikun ċert li min jgħinhom jagħmlu budgeting tal-fondi tagħhom, ikollu l-ewwel l-interess tal-pazjent.", "Għall-mistoqsija l-oħra tiegħek, minn riċerka nafu li min ikun f'ċertu ambjent li jkun anke ostili għalih … Tal-familja mhux kollha ħelwin; hemm min lanqas iħalli lil dak li jkun jitkellem, hemm min jirriferi għall-pazjent bħala l-''miġnun'' jew l-''iblah'' u allura dak il-pazjent jitlef id-dinjita' tiegħu, jitlef l-identita' tiegħu.", "Mhux biss is-self-esteem jitlef, imma jitlef kollox.", "Naħseb din teżisti fi kwalunkwe persuna minna.", "Kemm iddum tissapporti - għalkemm mhux kulħadd għandu l-istess livell ta' tolleranza.", "Ħafna drabi - qed nirriferi għal studji kbar li saru fuq expressed emotions fil-familji - fejn ikun hemm jew ostilita', jew addirittura kritika għall-individwu, il-pazjent ma jmurx tajjeb, speċjalment jekk ma jeħux il-mediċini.", "Il-problema ġieli tiġi kkomplikata billi xi bravu, xi professur minn ġod-dar, jgħidlu: ''Dawn xi tridhom?", "Dawn qed ibelħuk.", "Teħodhomx, waqqafhom''.", "U mbagħad tispiċċa li wara tliet xhur, wara li jmur l-effett, per eżempju ta' l-injection, trid terġa' tibda tibni mill-ġdid.", "Hemm ukoll każijiet fejn omm tkun tant overpowering, over-domineering u proctective, li trid titkellem hi għat-tifla tagħha.", "Ikunu t-tnejn quddiemek u hi trid titkellem għat-tifla.", "Issaqsi xi ħaġa lit-tfal u tirrispondi l-omm.", "U dawn it-tip ta' każijiet tant huma ta' intrusion għall-persuna li ħafna drabi l-persuna aħjar tmur tgħix għal rasha, aħjar tkun x'imkien fil-kwiet fejn għandha ċertu privatezza u fejn m'hemmx dan l-istress negattiv.", "U l-kelma ''stress'' ġġibni għal punt ieħor, l-aspett ta' prevenzjoni li l-ewwel ssemma, jidhirli mill-Onor.", "Jiddispjaċini ma naqbilx wisq ma' l-aspett ta' prevenzjoni għax jekk hemm kwalita' ta' mard li sfortunatament ma tantx tista' tipprevjeni, huwa l-mard mentali.", "Ħlief li forsi tneħħi l-istress u jekk hemm ambjent ta' stess fil-familja minħabba nuqqas ta' housing adegwat, tipprovdilhom housing, jekk hemm skiżofrenja ma tistax tagħti injection biex tippreveniha.", "Sfortunatament ma tantx nistgħu nagħmlu wisq mil-lat ta' prevenzjoni.", "Forsi d-diagnosis jista' jgħin, imma żgur li ma nistgħux nipprevjenu dawn l-affarijiet.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Tajjeb li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jara li f'każijiet fejn, per eżempju psikjatra jiċċertifika li wieħed ma jistax jibqa' jgħix fl-istess dar mal-familja tiegħu minħabba raġunijiet li qed jissemmew, jingħata akkomodazzjoni alternattiva.", "DR. JOSEPH VELLA BALDACCHINO: Fil-fatt ċerti ċertifikati joħorġu proprju f'dak ir-rigward u hemm studji sħaħ li jikkollaboraw dawn l-affarijiet.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Naħseb li l-maġġorparti ta' dawn il-persuni x'aktarx ikunu ġuvintur jew xebbiet u allura ma tantx jingħataw prijorita' mid-dipartiment.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fil-fatt waħda mill-problemi hi li peress li dawn ikunu single persons, ibatu fl-iskemi li jinħarġu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Pero' jiena ċerta li issa, li anke s-settur tal-housing qiegħed fil-fażi ta' ristrutturizzazzjoni, dan l-aspett, b'xi mod, jiġi tackled.", "Nieħu l-opportunita' biex nirrimarka li l-Ministru Gonzi li qiegħed jaħdem fil-qrib ħafna mal-Ministru Deguara, xtaq ikun hawn illum pero' qiegħed imsiefer.", "Fl-introduzzjoni tiegħi ta' l-aħħar laqgħa, waħda mill-affarijiet li għedt kienet li jista' jkun hemm perijodu fejn ikun hemm overlap bejn ix-xogħol tal-ministeru tas-saħħa u x-xogħol tal-ministeru tal-politika soċjali.", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Isir xi tip ta' preparazzjoni għall-qraba ta' pazjenti li jkunu se jirritornaw fil-familja tagħhom?", "Naħseb li l-preparazzjonni tal-qraba ta' pazjenti hija importanti daqs kwalunkwe mediċina li tkun qed tingħata lill-pazjent, allura x'inhu jagħmel id-dipartiment biex il-pazjent ikun milqugħ mill-familjari tiegħu?", "DR. JOSEPH VELLA BALDACCHINO: Fil-fatt isir ħafna xogħol.", "Qabel ma l-pazjent imur lura fil-familja, isiru ħafna case conferences, pero' kull każ huwa differenti.", "Kif diġa' għedt, issib reżistenza kbira minn familjari ta' pazjenti li jkunu ilhom l-isptar.", "Normalment l-ewwel tibda bil-kuntatt, pero' anke hawn tiltaqa' ma' problemi għax kultant, minkejja li jkunu wegħdu li se jsir il-kuntatt, il-kuntatt ma jiġix, anzi ġieli tara reżistenza u tara li l-familja m'hijiex tieħu pjaċir.", "U għax taf li dak jista' jkun ta' stressor għall-pazjent, you have to hold your horses.", "Tipprova tinvolvi lis-social worker billi titkellem ma' tal-familja u tagħmel home visits, imma naturalment trid ħafna xogħol preparatorju.", "MICHAEL FARRUGIA: Proprju minħabba dawn il-problemi li jkun hemm pazjenti li jiġu re-admitted l-Isptar Monte Carmeli u mhux għax attwalment ikollhom bżonn ċertu kura.", "Ikun hemm pressure minn tal-familja fuq tobba u psikjatri biex jaċċettaw lura lill-pazjent fl-isptar?", "DR. JOSEPH VELLA BALDACCHINO: Ikun hemm każijiet fejn tal-familja stess jheddu lill-pazjent li se jdaħħluh l-isptar għal għomru.", "Li qed tgħid hwua veru u jiġri regolarment pero' ma naħsibx li għax jisforza … Ġieli l-pazjent stess seeks refuge fl-isptar billi jiġi hu spontanjament.", "Forsi jkun dara s-sistema, allura l-ewwel imur għand it-tabib tal-poliklinika u mbagħad jiġi l-isptar bil-karta.", "Hemm min jiġi għandna through casualty u fil-fatt aħna ngorru li ċertu każi huma purely social problems.", "Għadu kemm kelli każ dalgħodu stess fejn bniedem li ma jistax jimxi qed jistenna l-home help tmurlu d-dar u peress li għal xi raġuni ma marritx, qed jidħlilna repetutament.", "Lil dawn aħna ngħidulhom ''homers'', għax jiġu lura, imma dawn il-każijiet huma purament każijiet soċjali.", "MICHAEL FARRUGIA: Għar-rigward ta' servizzi soċjali, nafu li jekk inti tqatta' aktar minn sitt xhur l-isptar, jinqatgħulek is-servizzi soċjali, allura ....", "DR. JOSEPH VELLA BALDACCHINO: Pero' ġibniha li dawk li jkunu fil-hostel jew fil-halfway house, huma meqjusa li qegħdin ġo dar, jiġifieri minn dan il-lat kien sar daqsxejn ta' progress u forsi jekk nestenduha anke għall-long stay wards li huma purely a home, a residence, ikunu jistgħu jibbenefikaw minnha anke dawk il-pazjenti.", "MICHAEL FARRUGIA: Tara li teżisti problema fejn familjari jikkalkulaw kemm se jħallu lill-pazjent ġewwa l-Isptar Monte Carmeli minnħabba l-benefiċċji li jkollhom dritt għalihom?", "DR. JOSEPH VELLA BALDACCHINO: Waħda minnhom hija li trid torqod tlett iljieli fid-dar.", "Dik hija karrotta famuża u ġieli kkonvinċejna lil ċertu nies biex joħorġu l-pazjent minħabba s-social benefit li jkunu se jieħdu.", "Ma teħux gost li l-pazjent jeħduh fil-familja minħabba ċ-ċekk u mbagħad meta jieħduh jagħmlulu sodda taħt it-taraġ; l-importanti li jkunu jistgħu jeħdulu ċ-ċekk.", "Dan huwa kważi abbuż, imma huma sitwazzjonijiet li niltaqgħu maghom.", "Pero' l-fatt li l-familjari jieħdu l-pazjent lura, can also break the ice għax bil-mod il-mod, il-qraba jindunaw li wara kollox il-pazjent iġib ruħu sew u mhux qed jagħtihom trouble u wara ftit jistgħu jżommuh mhux għal tliet iljieli biss imma għal ġimgħa sħiħa.", "Kif diġa' ntqal, il-familjari ġieli jkollhom bżonn ta' respite, forsi jkunu jridu joħorġu u allura dakinhar ikunu jixtiequ li l-pazjent jidħol lura l-isptar u naturalment aħna nakkomodawhom.", "Għandna każijiet fejn persuni jidħlu darba jew darbtejn fil-ġimgħa biss, per eżempju biex jorqdu over the weekend.", "MICHAEL FARRUGIA: Pazjenti li jbatu bil-problema tad-droga, jgħaddu wkoll minn dawn it-tip ta' patterns?", "Ikollna dual diagnosis; ikollna persuni bi problema tad-droga u bi problema ta' mard mentali imma ma naħsibx li min ikollu problema ta' droga jidħol fl-isptar għal din ir-raġuni.", "Normalment jidħlu jew għad-detoxification jew inkella għax il-marda l-oħra li jkollhom tkun qed toħloq problema.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-aħħar mistoqsija, l-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Naħseb li lkoll jinteressana nkunu nafu jekk dak li qed nagħmlu huwiex effettiv u kif fil-fatt qed inkejluh.", "Naf li qed tippruvaw iddaħħlu ċertu riformi u naf li ċertu pajjiżi barranin imxew b'ċertu għaġla biex imbagħad skoprew li kellhom imorru lura; x'inhi l-opinjoni tiegħek dwar dan?", "Jien inħoss li anke f'dan il-qasam hemm bżonn li nkejlu dak li qed nagħmlu u l-kejl huwa importanti biex naraw jekk il-miżuri li qed nieħdu humiex effettivi jew aħniex nużaw il-metodi li suppost qed nużaw, anke fil-komunita'.", "Per eżempju hemm kontroversja sħiħa dwar jekk is-suwiċidju għandux jintuża bħala indikatur, pero' tajjeb li jkollna idea kif nistgħu ...", "DR. JOSEPH VELLA BALDACCHINO: Fl-Italja u l-Ingilterra saru studji pero' safejn naf jien, ma kienx hemm xi rata għolja ta' suwiċidju għax nies ħarġu mill-isptarijiet.", "Meta ngħalqu l-isptarijiet fl-Italja, ma kienx hemm xi rata għolja ta' suwiċidju, imma hemm ċertu perċentwali li hija aktar aċċentwata f'nies li għandhom ċertu tip ta' mard.", "Per eżempju nafu li fl-iskizofrenja, il-perċentwali hija bejn wieħed u ieħor ta' 10% allura r-riskju qiegħed hemm.", "Issa jekk tkun tgħix waħdek, jekk m'għandekx familja, jekk m'għandekx network, jekk m'għandekx support, jekk inti 'l fuq minn middle age, ir-riskju se jkompli jogħla.", "Il-persuni li jaqgħu f'dawn il-kategoriji huma at a higher risk b'mod partikolari jekk diġa' kellhom a suicidal attempt.", "Issa sfortunatament, ħafna mill-pazjenti kroniċi li għandna fl-isptar, m'għandhomx familjari, jew jekk għandhom, iridu jgħixu l-ħajja tagħhom u jżuru lill-pazjent fil-Milied biss, ma jiġux jarawh kull ġimgħa, il-messaġġi huma ċari.", "Kif tista' tibbaża fuq dawn it-tip ta' familjari?", "Kif tista' ġġiegħel lil xi ħadd jieħu lura pazjent li jkun ilu 30 sena l-isptar?", "L-unika ħaġa li rridu ngħidu hija li llum, permezz ta' expensive medication li għandna, il-maġġoranza tan-nies - mhux kulħadd għax għad hemm failure cases - marru tajjeb ħafna u huma kapaċi jibqgħu barra fil-komunita' mingħajr ebda problemi.", "Għadna ma lħaqniex il-100% imma lħaqna viċin il-65% u 70%.", "Hemmhekk fejn hemm bżonn ta' edukazzjoni lill-familjari tal-pazjent biex forsi jaċċettaw lura lill-pazjent.", "Forsi wieħed irid jagħmel xi forma ta' motivazzjoni.", "L-ewwel semmejna l-motivazzjoni tax-xogħol.", "Dawn in-nies trid litteralment timbuttahom.", "Jien kont li xprunajt il-meeting li se jsir għada ma' l-ETC.", "Tajjeb naraw kemm minn dawk li nirriferulhom fil-fatt isibu impjieg għax naħseb kulħadd jaqbel li ftit li xejn mill-każijiet li nirriferu jsibu impjieg.", "Huma jintroduċuhom għall-ħajja tax-xogħol ta' kuljum, imma dawn iridu tip ta' sheltered work, u forsi l-gvern jista' jidħol għal biċċa xogħol bħal din minkejja l-problemi li ovvjament jeżistu.", "Id-dinja tax-xogħol hija diffiċli ħafna għal dawn it-tip ta' nies.", "Jien naf nies, mingħalija minn Dar il-Wens, li jmorru f'fabbrika jimlew pencil boxes bil-lapsijiet, pero' mingħajr l-ebda ħlas għall-individwu jew għall-familjari tiegħu.", "Irid ikun hemm xogħol adattat għal kull pazjent partikolari.", "Naqbel ma' dak li qal Dr. Pace imma wieħed irid joqgħod attent għal liema tip ta' pazjent qed jirriferi.", "Għandna pazjenti li huma gradwati, għandna pazjenti li huma professjonisti, jew li kienu teachers u lil dawn mhux se tgħidilhom imorru jagħmlu il-forom.", "Trid issib xogħol dinjituż għalihom.", "U at the end of the day, irid jitħallas, irid iħoss li qed jieħu xi ħaġa.", "Ħafna drabi dawn jirrifjutaw li jiġu għat-terapija u d-day centre għax jafu li m'huma se jieħdu xejn.", "Jgħidlek: X'niġi nagħmel?", "Forsi tagħmel sens li wieħed jikkonsidra li ċ-cheque tas-social security jingħata jekk il-pazjent jagħmel il-programm.", "Per eżempju għall-pilloli jiġu, għax il-pilloli jingħataw b'xejn u meta jridu jġeddu l-kartuna biex iġibu l-pilloli, jiġu, għax il-pilloli għandhom bżonnhom imma ħafna drabi m'għandhom l-ebda motivazzjoni li jiġu jekk m'huma se jieħdu xejn.", "Din iddiskutejniha wkoll ma' ta' l-ETC.", "Per eżempju barra minn Malta nxtrat lukanda li qiegħda tiġi managed on professional grounds minn komunita' ta' nies b'mard mentali.", "Per eżempju fl-Irlanda ta' fuq ħadu xi restaurants u l-pazjenti ġew trained b'mod professjonali, u kulħadd jaħdem skond il-kapaċitajiet tiegħu, forsi wieħed kapaċi jagħmel xogħol ta' executive, ieħor kapaċi jgħin fil-kċina, eċċ., imma x-xogħol isir on a professional level.", "U l-flus li jaqilgħu huma għalihom.", "Fiċ-Ċina fejn hemm ħafna nies u għadhom jużaw ħafna l-kupuni, ir-rehabilitation bdiet billi organizzaw fabbriki li jipproduċu l-kupuni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Dr. Vella Baldacchino.", "Nirringrazzja lil kull wieħed u kull waħda minnkom li ġejtu hawnhekk għal din il-laqgħa.", "Naf li wegħedt lil xi ħadd li se jitkellem illum imma ma kellniex ċans nisimgħuh u nwegħdu li darb'oħra nibda bih.", "Nixtieq ninfurmakom li l-ġimgħa d-dieħla mhux se jkollna laqgħa minħabba li xi membri ta' dan il-kumitat se jkunu msiefra fuq xogħol parlamentari, inkluża s-segretarja tagħna, u għalhekk nerġgħu niltaqgħu nhar l-Erbgħa, 30 ta' Ġunju fis-7.00 p.m. Bħas-soltu tirċievu l-aġenda minn għandna.", "Il-lejl it-tajjeb.", "Fid-9.10 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 30 ta' Ġunju, 1999 fis-7.00 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990615_011d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 15 ta' Ġunju, 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.10 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 10 li saret fid-9 ta' Ġunju, 1999 kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumitat talbet il-permess tal-Membri sabiex membri mill-media ikunu jistgħu jittieħdu filmat ta' din il-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "Il-President tal-Kumitat informat lill-Kumitat li kienet irċeviet korrispondenza mill-Malta College of Family Doctors flimkien ma' policy document on family medicine in Malta.", "MENTAL HEALTH: POLICIES, STRUCTURES, SERVICES AND LEGISLATION - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat stieden lill-Ministru tas-Saħħa, l-Onor Louis Deguara, jieħu sehem fid-diskussjoni u stieden ukoll lil Dr Giovanni Pace, President ta' l-GĦaqda Ħbieb tal-Morda u ta' l-Anzjani f'GĦawdex; lil Dr Alfred Baldacchino, Officer in charge mill-Primary Health Care tad-Dipartiment tas-Saħħa; lil Ms Charmaine Vassallo, infermiera u relative ta' user u lil Dr Joseph Vella Baldacchino, konsulent responsabbli mid-Dipartiment tar-Riabilitazzjoni fl-Isptar Monte Carmeli.", "Fid-9.10 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u l-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 30 ta' Ġunju 1999 fis-7.00 p.m. bl-istess aġenda.", "GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990615_011m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 16", "It-Tnejn, 21 ta' Ġunju 1999, fil-5.40 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 21 ta' Ġunju 1999, fil-5.40 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "21 ta' Ġunju 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990621_016a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 21 ta' Ġunju 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fil-5.42 p.m.", "L-iSpeaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Mario Galea, l-Onor Victor Galea Pace, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor George Vella.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 15 li saret fl-14 ta' Ġunju, 1999, kienu konfermati.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien:", "(i) li l-aħħar seduta qabel ir-recess tas-sajf tkun nhar l-Erbgħa, 28 ta' Lulju, u li possibbilment il-Parlament jibqa' jiltaqa' f'seduti fil-għaxija biss;", "(ii) sa qabel ir-recess ikunu ġew diskussi u konklużi r-riżoluzzjoni dwar fondi speċjali lil kunsilli lokali, l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - Abbozz Nru 19 – u, jekk ikun laħaq ġie ppubblikat, abbozz ta' liġi konness maċ-Ċentru ta' l-Arbitraġġ, kif ukoll isir id-dibattitu fuq l-update ta' l-avis tal-Kummissjoni Ewropea u s-sitwazzjoni ekonomika fil-pajjiż, liema dibattiti ma jkunux marbuta ma' mozzjonijiet u ma tkunx meħtieġa votazzjoni dwarhom.", "L-Onor George Vella rriżerva li jinforma lill-kumitat dwar l-għadd ta' seduti li l-Oppożizzjoni tkun teħtieġ.", "L-iSpeaker fakkar fl-istedina mingħand l-iSpeaker tal-Parlament ta' l-Eġittu sabiex delegazzjoni parlamentari żżur l-Eġittu.", "Fil-5.57 p.m. il-Kumitat aġġorna.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990621_016m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TALKAMRA TADDEPUTATI", "KUMITAT DWAR LAFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 12", "LErbgħa, 30 ta' Ġunju 1999 fis7.00 p.m.", "Helen D'Amato, President talKumitat dwar lAffarijiet Soċjali, tavża li lKumitat ser jiltaqa' nhar lErbgħa, 30 ta' Ġunju 1999 fis7.00 p.m. filKamra talKumitati filPalazz ilBelt b'din laġenda:", "18 ta' Ġunju 1999 SKRIVAN TALKAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990630_012a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 12", "L-Erbgħa, 30 ta' Ġunju, 1999", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 12", "L-Erbgħa, 30 ta' Ġunju, 1999", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.13 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 11 li saret fil-15 ta' Ġunju, 1999 ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Nibda biex nagħti bidu għal-laqgħa tal-lum billi ninformakom dwar korrispondenza li rċevejt.", "Irċevejt dokument intitolat ''A social work service at the primary health care level'' mill-Health Social Officers f'Qormi Health Centre u rċevejt wkoll discussion document li huwa in draft form għal emendi proposti għal mental health act.", "Fl-ewwel sessjoni fuq dan is-suġġett Dr. Saliba kien qalilna li l-emendi proposti mill-kumitat kienu waslu fil-final u issa qegħdin għandna.", "Naturalment dawn il-proposti għad iridu jiġu diskussi aktar fil-fond, anke f'fora pubbliċi.", "Jiġifieri d-diskussjoni se tkompli għaddejja anke barra minn dan il-kumitat.", "Ngħaddi issa biex ngħid fuq fuq dak li ġie diskuss ħmistax ilu biex nidħlu mill-ewwel għas-suġġett.", "Intqal li f'dak kollu li nagħmlu l-pazjent għandu jkun dejjem il-focus ċentrali u kulma jsir għandu jsir għall-benefiċċju tiegħu.", "Għandna nżommu dejjem f'moħħna li m'hemmx saff wieħed ta' persuni b'mard mentali.", "Tkellimna dwar id-dinjita' u l-empowerment tal-pazjent u allura issemma d-dritt ta' informazzjoni u d-dritt li l-pazjent jingħata ċ-ċans jissieħeb fid-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-konfront tiegħu.", "La tkellimna dwar id-dinjita' u l-empowerment tal-pazjent, ma setax jonqos li nitkellmu wkoll dwar ix-xogħol, kemm dwar ix-sheltered workshops kif ukoll dwar employment in the open market.", "Naturalment issemmiet ħafna l-ETC u naf li llum hawn rappreżentanti ta' l-ETC u iktar tard se nisimgħu mingħandhom dwar dan is-suġġett.", "Issemmew ukoll il-job coaches u r-rwol tal-gvern u tal-private enterprise bħala employers.", "Fl-aħħar laqgħa tkellimna dwar ix-xogħol li jagħmlu l-familjari u kif għedna li l-pazjent għandu jkun il-focus ċentrali f'dak li nagħmlu, il-familja tal-pazjent għandha tkun it-tieni focus.", "Tkellimna fuq il-ħtieġa ta' respite services għall-carers tal-pazjenti li ħafna drabi jkunu familjari tal-pazjent u jqattgħu ħafna ħin magħhom li bla dubju ta' xejn ukoll ikollhom bżonn il-mistrieħ tagħhom.", "Tkellimna wkoll dwar il-bżonn ta' multidisciplinary teams u hawnhekk ħarġet l-importanza tal-primary health care jekk verament irridu l-integrazzjoni ta' persuni b'mard mentali fis-soċjeta'.", "Tkellimna dwar il-ħtieġa ta' network biex ħadd ma jaqa' mix-xifer tax-xibka u f'dan il-kontest issemmiet wkoll l-importanza tat-tobba tal-familja.", "Mhux biss it-tobba taċ-ċentri tas-saħħa għandhom ir-rwol importanti, imma anke t-tobba tal-familja.", "Tkellimna dwar ir-relazzjoni li għandu jkun hemm bejn il-ministeru tas-saħħa u l-ministeru tal-politika soċjali u qed nieħu gost li llum għandna magħna ż-żewġ ministri responsabbli - jekk tixtieq, Onor. Deguara, tista' tersaq iktar 'il quddiem - biex jisimgħu direttament huma dak li qed jintqal, pero' barra jisimgħu, jaġixxu wkoll fuq dak li jkun intqal.", "Tkellimna wkoll dwar is-social services u l-anomaliji li jistgħu jinqalgħu meta pazjent ma jibqax residenti l-isptar jew jibqa' l-isptar għal ċertu żmien bir-riżultat li jitlef il-pensjoni.", "Naturalment dawn joħolqu ċertu problemi għall-pazjent u tajjeb nisimgħu aktar dwarhom.", "Magħna erġajna għandna numru sabiħ ta' nies u nixtieq nibda billi nisimgħu r-rappreżentant ta' l-Institute of Health Care.", "Infakkarkom li dak kollu li tgħidu hawnhekk qed jiġi rrikordjat u bħalma nagħmel fil-bidu ta' kull laqgħa, nitlobkom tkunu sensittivi għall-mod kif titkellmu biex ma jiġux identifikati nies li jissemmew.", "Naf li l-press, bħal dejjem, hija sensittiva għal dan is-suġġett, pero' aħna rridu ngħinuhom ukoll.", "Qabel tagħmlu l-presentation tagħkom, infakkarkom biex tgħidu isimkom u liema qasam tirrappreżentaw.", "Nitlobkom iżżommu l-presentation tagħkom kemm jista' jkun fil-qosor ħalli wara jkollna ħin għall-mistoqsijiet min-naħa tal-membri.", "Nixtieq li llum ikollna ħin nisimgħu numru ta' mistiedna ħalli aktar 'il quddiem insibu wkoll ħin niddiskutu d-draft li rċevejna f'dan il-forum.", "Nitlob lir-rappreżentant ta' l-Institute of Health Care jingħaqad magħna mal-mejda.", "IS-SUR JOSEPH INCORVAJA (Institute of Health Care): Il-pożizzjoni tiegħi hija dik ta' koordinatur tas-psychiatric nursing courses li qegħdin jinżammu fl-Institute of Health Care li huwa parti mill-Universita' ta' Malta.", "Naħseb li tajjeb nibda billi ngħid xi ħaġa fil-qosor dwar dak li jsir fil-preparazzjoni ta' nurses, għax bħalma tafu, f'multidisciplinary team ikun hemm dejjem in-nurse.", "L-Institute of Health Care joffri tliet livelli ta' korsijiet li huma miftuħa għall-general nurses.", "L-inqas livell huwa dak ta' certificate in nursing li huwa kors ġenerali ta' tliet snin li jwassal għal state enrolled nurse.", "It-tieni livell huwa dak ta' diploma li huwa kors ta' erba' snin u jwassal għall-kwalifika ta' state registered nurse.", "It-tielet kors li huwa l-iktar wieħed għoli, huwa dak ta' baċellerat fin-nursing.", "Anke dan il-kors huwa ta' erba' snin u jwassal ukoll għal kwalifika ta' state registered nurse.", "Dawn it-tliet korsijiet jinkludu l-ispeċjalizzazzjonijiet kollha tan-nursing.", "L-Istitut joffri kors fil-kura tas-saħħa mentali f'livell wieħed biss, fil-livell ta' diploma.", "Il-kors huwa ta' erba' snin u l-istudenti li jilħqu jkollhom il-kwalifika ta' registered mental nurse.", "L-ewwel kors ta' dan it-tip fetaħ fl-1992 u kien miftuħ biss għal nurses kwalifikati.", "L-Istitut għall-Kura tas-Saħħa jaċċetta żewġ tipi ta' studenti, dawk li jissejħu direct entry students - dawk li ħarġu mill-pre-vocational school jew mill-iskola sekondarja u li jgħaddu immedjatament biex ikomplu l-istudji tagħhom fl-Universita' - u studenti maturi jew studenti kwalifikati.", "Mill-ewwel kors li sar fl-1992, ikkwalifikaw 26 nurse bħala registered mental nurse fil-psikjatrija u dawn kollha kienu diġa' SRNs.", "Minn dak inhar 'il hawn, il-kors sab ħafna diffikultajiet, prinċiparjament minħabba nuqqas ta' tutors.", "Kemm ilu li nfetaħ il-kors fl-1992, kellna ħames co-ordinators li kollha kienu barranin.", "Dawn kienu jagħmlu biss sena u jitilqu.", "F'dawn l-aħħar sentejn, l-Institute of Health Care għamel sforzi kbar biex jipprova jġib tutors barranin u saħansitra anke telgħu interviewing boards barra minn Malta biex jintervistaw tutors prospettivi, pero' ma kienx hemm riżultat pożittiv.", "Bħala emergency measure kellna nirrikorru għal persuni Maltin kwalifikati li jaħdmu fl-Isptar Monte Carmeli.", "Per eżempju jien ġejt released part-time mid-Dipartiment tas-Saħħa u minn Mount Carmel Hospital għal erbat ijiem fil-ġimgħa biex inkun nista' ngħallem fl-Institute u nikkoordina dawn il-korsijiet u fil-preżent.", "Barra minn hekk, l-Isptar Monte Carmeli qed jibgħat ukoll żewġ nurses kwalifikati fil-psikjatrija biex jgħallmu lill-istudenti li għandna fl-Institute of Health Care.", "L-għadd ta' studenti li laħqu huwa baxx ħafna.", "Per eżempju mill-ewwel kors li sar bejn l-1992 u l-1994, laħqu 24 nurse; 6 minnhom kienu Għawdxin u mit-18-il nurse l-oħra, illum baqa' biss 12 minnhom jaħdmu hawn Malta u kollha qegħdin f'managerial positions.", "Għall-kors li beda fl-1994, daħlu 26 u kollha laħqu.", "Imbagħad fl-1995 laħqu żewġ nurses u waħda minnhom kienet diġa' SRN.", "Is-sena ta' wara laħqu tliet nurses u din is-sena, jekk il-Bambin irid, se jkollna sitta oħra, u s-sena d-dieħla jkollna massimu ta' sebgħa oħra.", "Ta' min jgħid li l-kors ma tantx hu popolari ma' l-istudenti.", "L-istudenti jippreferu jieħdu korsijiet iktar popolari bħalma huma l-midwifery u general nursing.", "Hemm ċertu stigma assoċjata ma' dan il-kors.", "Tiskanta, imma l-istigma teżisti anke fost il-professionals stess.", "Aħna li naħdmu ma' pazjenti b'mard mentali naraw li għandna ċertu stigma u allura kif għedt, il-kors mhux popolari u japplikaw ftit studenti għalih.", "Forsi waħda mir-raġunijiet li l-kors kellu ħafna skossi kien minħabba li ħafna mill-istudenti kienu jibdlu l-kors.", "Nisperaw li issa l-kors stabbilixxa ftit ruħu, pero' l-problema ta' nuqqas serju ta' tutors għadha magħna.", "Xi ħaġa li xtaqt insemmi hija li madwar erba' jew ħames snin ilu kien hawn Malta il-Brothers of Charity mill-Belġju li għamlu interviews u ntgħażlu erba' tutors biex jitilgħu jispeċjalizzaw fil-Belġju.", "Tnejn minnhom kellhom jispeċjalizzaw fil-kura istituzzjonalizzata ta' Mount Carmel u t-tnejn l-oħra kellhom jispeċjalizzaw fuq il-kura fil-komunita'.", "Dawn l-erba' persuni kellhom imorru għal perijodu ta' ftit ġimgħat jew ta' ftit xhur fil-Belġju, pero' minkejja li kienu saru l-interviews u anke ntgħażlu l-persuni li kellhom jitilgħu, sal-lum, erba' jew ħames snin wara, ma nstema' xejn aktar.", "Kienet sfortuna li minkejja li kien hemm nurses li riedu jitilgħu, ma sar xejn.", "Minn riċerka żgħira li għamilt jidher li bħalissa r-rata ta' rtirar mill-Isptar Monte Carmeli hija ta' madwar 10 fis-sena u s'issa, l-Istitut tal-Kura tas-Saħħa laħħaq biss għaxar qualified nurses minn direct entry nurses; jiġifieri mhux dawk li kienu qed jitgħallmu jew li kienu diġa' qualified, imma dawk li daħlu mill-iskejjel sekondarji.", "Bejn wieħed u ieħor, f'dawn l-aħħar ħames snin, l-Istitut għall-Kura tas-Saħħa rriplejsja biss b'kemm intilfu nurses fl-Isptar Monte Carmeli.", "Fil-qosor, din hija s-sitwazzjoni li għandna fil-preżent.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Hawn min jixtieq jagħmel xi domanda?", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Bħalma għedt inti, din is-sena hemm sitta li għamlu l-eżamijiet ta' l-aħħar u għas-sena d-dieħla se jkollna sebgħa oħra.", "Tista' tgħidilna jekk dawk is-sebgħa li hemm humiex se jispiċċaw il-kors peress li naf li kien hemm dubju jekk dawk is-sebgħa humiex se jkollhom tutors biex jispiċċaw il-kors?", "Barra dawk is-sebgħa li suppost jilħqu s-sena d-dieħla, hemm studenti oħra li qegħdin isegwu l-kors?", "Din is-sena se jiftaħ il-kors li jwassal għall-ispeċjalizzazzjoni fil-psikjatrija?", "IS-SUR JOSEPH INCORVAJA: Bħalissa hemm sitta li għamlu l-final examinations u qed nistennew biss li joħroġ ir-riżultat u", "uffiċjali.", "Jekk il-Bambin irid, jilħqu kollha u jiggradwaw f'Novembru li ġej.", "Il-kors ta' warajhom li qed isegwuh seba' studenti, għadu għaddej u fil-preżent l-istudenti qed jippreparaw biex jagħmlu l-ispecial project, speċi ta' teżi, biex imbagħad jiggradwaw bħal daż-żmien sena.", "Uffiċjalment il-kors se jiftaħ din is-sena u fil-fatt huwa wkoll imniżżel fil-website ta' l-Universita' u staqsew ukoll lill-istudenti li qed isegwu nursing course jekk iridux jieħdu din il-linja.", "L-ewwel sentejn tal-kors tad-diploma huwa komuni għan-nurses kollha, inklużi midwives u general nurses, u huwa fl-aħħar sentejn li n-nurses jagħżlu liema linja f'dan il-qasam iridu jsegwu.", "L-istudenti li waslu biex jagħżlu liema branka jridu jsegwu ġew informati li l-kors għadu miftuħ pero' milli jidher hemm biss tnejn jew tliet nurses li huma interessati jieħdu din il-linja.", "Saħansitra anke tlabt li nkellem lill-istudenti biex forsi nħajjarhom jagħżlu din il-linja.", "Tlabt ukoll biex isiru avviżi fid-Dipartiment tas-Saħħa biex forsi SRNs li jixtiequ jkomplu l-karriera tagħhom billi jkollhom kwalifika fil-psikjatrija, jidħlu magħna għall-aħħar sentejn tal-kors li jwassalhom biex jiggradwaw fil-psikjatrija.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fil-general courses ikun hemm units li jittrattaw dan is-suġġett, naturalment mhux fid-dettall bħalma jsir fil-kors li jwassal għall-kwalifika ta' registered mental nurse?", "IS-SUR JOSEPH INCORVAJA: Mistoqsija tajba u missni rreferejt għal dan il-punt qabel.", "Is-sistema hija li f'kull livell ta' nursing course, inklużi l-korsijiet ta' nursing aides u nursing assistants - bħalissa dawn il-korsijiet huma magħluqa - hemm module obbligatorja fuq dan is-suġġett.", "Dawn ikollhom mill-anqas 14-il ġurnata tagħlim, bejn wieħed u ieħor ġurnata fil-ġimgħa matul semester, u mill-inqas bejn 28 u 40 ġurnata prattika fl-Isptar Monte Carmeli.", "Irrid ngħid ukoll li l-module dwar il-kura tas-saħħa mentali tinvolvi żewġ aspetti: il-kura ta' mard mentali u l-kura ta' nies b'diżabilita', dawk li huma l-learning disabilities.", "Għalkemm hawn Malta jidher li l-kura ta' persuni b'diżabilita' hija parti integrali mill-kura ta' mard mentali, fl-Ingilterra jeżisti kors speċifiku li jwassal għall-qualification of registered nurse for learning disabilities.", "Hawn Malta qatt ma sar dan il-kors u s'issa ma jidhirx li hemm pjanijiet li jsir.", "Dan l-aspett ngħallmuh bħala parti integrali mill-kors.", "Tajjeb ngħidilkom ukoll li l-istudenti jiġu mgħallma dwar l-alkoħol u d-droga, il-kura tal-morda fil-komunita', rehabilitation u l-mard mentali ta' l-anzjani.", "Dawn l-aspetti tas-suġġett jiġu mgħallma f'dawk l-14-il ġimgħa li huma obbligatorji u naturalment jiġu mgħallma f'aktar dettall fil-kors ta' sentejn li jwassal għal diploma.", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti għedt li mhux biss il-pazjenti li jbatu minn mard mentali jġorru stigma imma anke n-nurses li jaħdmu f'dan il-qasam, allura x'taħseb li jista' jsir biex aktar nurses jagħżlu din il-branka ta' speċjalizzazzjoni?", "Għax kif għedt inti, minkejja li l-kors fetaħ u minkejja li m'hemm l-ebda restrizzjoni ta' kemm jidħlu nurses għall-kors, ikunu ftit ħafna dawk li jagħżlu biex isegwu dan il-kors.", "IS-SUR JOSEPH INCORVAJA: Hemm daqsxejn ta' ċirku vizzjuż f'din il-ħaġa.", "X'għandek tagħmel l-ewwel?", "Tibgħat nurses ġodda l-Isptar Monte Carmeli biex jibdlu n-nurses tradizzjonali, jew tipprova ttejjeb in-nurses tradizzjonali biex forsi tnaqqas l-istigma u tħajjar iktar żgħażagħ jieħdu l-kors?", "Jien naħseb li rridu nimxu fuq żewġ binarji.", "L-ewwelnett irridu naħdmu fuq tagħlim kontinwu biex ikun hemm upgrading tan-nurses li diġa' hemm fl-Isptar Monte Carmeli - fil-preżent hemm madwar 170 - billi jattendu regolarment għal korsijiet, anke bl-għajnuna ta' l-Istitut għall-Kura tas-Saħħa, u t-tieninett irridu nagħmlu drive kbira diment li nistabbilixxu ruħna mil-lat ta' tutors.", "Minħabba d-drop out rate ta' l-istudenti, jien nissuġġerixxi li almenu għall-għaxar snin li ġejjin, f'kull klassi jkun hemm 25 student biex fuq medda ta' għaxar snin, ikollna madwar 200 nurse.", "Ovvjament tkun biss qed timmira għal dan in-numru għax uħud minnhom jiżżewġu u jitilqu u oħrajn mhux se jaħdmu fl-isptar.", "Il-lezzjonijiet fil-kors xorta jridu jsiru, kemm jekk fil-klassi jkun hemm biss ħames studenti u kemm jekk ikun hemm 25 student.", "Il-preparamenti xorta jridu jsiru, pero' l-problema ta' nuqqas ta' tutors timpedixxi ħafna li jsiru pjanijiet fit-tul.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Is-Sur Incorvaja semma aktar minn darba l-problema ta' tutors.", "X'inhija eżattament il-problema biex jiġu ngaġġati tutors?", "IS-SUR JOSEPH INCORVAJA: Naħseb li r-raġuni hija li l-Universita' ma tħallasx daqs kemm iħallas id-Dipartiment tas-Saħħa lin-nurses li jaħdmu f'Mount Carmel Hospital.", "Meta wieħed jaqleb minn mad-Dipartiment tas-Saħħa għal ma' l-Universita', jitlef ħafna allowances.", "Naħseb li dik hija r-raġuni prinċipali.", "Wieħed ikun jixtieq iżomm l-istess standard of living u nista' ngħid li jekk tmur l-Institute, ix-xogħol ma jonqosx, anzi pjuttost jiżdied, u allura dak li jkun jibża' jagħmel dak il-pass.", "Aħna li qegħdin fl-Institute of Heatlh Care, qegħdin seconded ma' l-Universita', m'aħniex impjegati ma' l-Universita'.", "Qegħdin tlieta; jien fuq erbat ijiem fil-ġimgħa, ieħor li jispeċjalizza fuq l-alkoħol u d-droga qiegħed fuq jumejn fil-ġimgħa u l-ieħor li jispeċjalizza fuq learning disabilities jiġi ġurnata fil-ġimgħa.", "Dawn ġew released mid-Dipartiment tas-Saħħa pero' nista' ngħid li kien hemm ħafna diffikultajiet min-naħa ta' l-Isptar Monte Carmeli biex jiġu released għax ma jkunx hemm min jagħmel xogħolhom.", "Per eżempju wieħed minnhom jaħdem bil-lejl biss u allura jkollu ċertu diffikultajiet.", "Ipprovajna nħajru iktar nies jiġu magħna u l-Universita' tat part-time appointment lil persuna oħra iżda fil-fatt din qatt ma setgħet tiġi mill-Isptar Monte Carmeli.", "Hemm problemi li 'l quddiem iridu jiġu tackled iktar bis-serjeta'.", "Wieħed irid jara x'hemm bżonn isir biex aktar nies jitħajru jiġu jaħdmu fl-Istitut.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Li qed tgħid huwa fir-rigward ta' potential tutors Maltin, pero' inti semmejt ukoll problema għar-rigward ta' tutors barranin.", "IS-SUR JOSEPH INCORVAJA: Minn dak li qrajt jien, jidher li din il-problema teżisti mad-dinja kollha.", "Per eżempju l-International Council of Nurses għamel riċerka fi 43 pajjiż Ewropew u sab li f'ħafna pajjiżi, b'mod partikolari fil-pajjiżi ta' l-Ewropa ta' Lvant, lanqas biss hemm korsijiet fil-psikjatrija, u fejn hemm korsijiet fil-psikjatrija, hemm nuqqas tremend ta' tutors.", "Aħna għamilna avviżi f'nursing journals internazzjonali, inklużi dawk Amerikani u Ingliżi, pero' r-risposta kienet fqira ħafna.", "L-aħħar tutor li kellna kienet mill-Iskozja u bħal daż-żmien sena telqet għax ma ridietx iġġedded il-kuntratt tagħha.", "Ipprovaw jagħmlu l-kors by correspondence imma għal xi raġuni jew oħra, il-proġett ma seħħx.", "Nista' ngħid li l-Istitut għadu kemm bagħat delegazzjoni ġo Leeds fl-Ingilterra - jidhirli li hawn xi nies preżenti li kienu hemmhekk - u qed isiru kuntatti preliminarji biex forsi l-universita' ta' Leeds toffri l-għajnuna tagħha, anke permezz ta' dik li qed tissejjaħ virtual university fejn permezz ta' l-internet, ta' radio links u ta' videos, aħna nkunu nistgħu nsegwu l-lezzjonijiet li jsiru ġo Leeds permezz ta' two-way link.", "Jiġifieri hemm potenzjal ta' x'jista' jsir.", "Nista' ngħid ukoll li kellna laqgħa mad-Direttur tal-Psikjatrija, Dr. Joseph Saliba, fejn tlabna lill-professjoni medika tagħti l-kontribut tagħha.", "Sfortunatament l-Istitut kien qata' barra t-tobba waqt li issa hemm il-ħsieb li jerġa' jintalab is-servizz tat-tobba, b'mod speċjali dawk li jaħdmu fil-psikjatrija.", "Qed nitolbuhom biex minn Ottubru li ġej jagħtuna mqarr sagħtejn tagħlim fil-ġimgħa, u bħalissa qed naħdmu fuq programm li dalwaqt se noħorġu biex naraw ir-rispons tat-tobba.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Naf li kienu qed isiru xi kuntatti ma' l-univerista' ta' Nottingham għar-rigward ta' nursing, pero' tista' tgħidilna kienx hemm xi kuntatti ma' din l-universita' fir-rigward ta' psychiatric nursing, għalkemm ma nafx jekk l-universita' ta' Nottingham tipprovdix dan it-tip ta' servizz?", "IS-SUR JOSEPH INCORVAJA: Ma neskludix li kien hemm xi kuntatti, pero' fuq speċjalizzazzjoni ta' psychiatric nursing, ma nafx.", "Naf żgur li kien hemm kuntatti fir-rigward ta' general nursing.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nixtieq issa nsejjaħ lir-rappreżentanti ta' l-ETC.", "L-ETC issemmiet f'kull laqgħa li kellna fuq dan is-suġġett.", "Biex verament ikollna integrazzjoni ta' persuni b'mard mentali fis-soċjeta', ir-rwol ta' l-ETC huwa importanti ħafna.", "L-ETC tista' tgħin fir-rehabilitation, fit-training u fir-re-training ta' dawn il-persuni biex ikunu iktar kapaċi jżommu job, mhux biss f'sheltered work, imma anke fil-job market.", "Naf li xi ġimgħatejn ilu l-ETC kellha laqgħa ma' rappreżentanti ta' l-Isptar Monte Carmeli u nixtiequ nisimgħu mingħandkom x'xogħol qegħdin tagħmlu f'dan ir-rigward u x'beħsiebkom tagħmlu fil-futur.", "Forsi tistgħu tgħidulna wkoll x'ħareġ minn dik il-laqgħa li kellkom dan l-aħħar.", "IS-SUR FELIX BORG (Senior Manager, Training Services Division, Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ): Qabel nistieden lill-kollega tiegħi jagħti dettalji fuq il-korsijiet tagħna, nixtieq nibda billi nagħmel introduzzjoni ġenerali tax-xogħol li nagħmlu.", "L-ETC toffri servizz ta' impjiegi u taħriġ lil kull min qiegħed ifittex ix-xogħol, inkluż persuni b'diżabilita', hi x'inhi d-diżabilita' tiegħu.", "Jekk persuna b'diżabilita', jew persuna li għandha mental health problem, hija available għax-xogħol u tixtieq taħdem, dik il-persuna tista' tirrikorri lejn is-servizzi ta' mpjiegi u taħriġ li toffri l-ETC.", "L-ETC timpjega ħaddiem full-time li xogħlu hu li jgħin persuni b'diżabilita' jsibu impjieg.", "M'hijiex faċli ssib xogħol għal persuni b'diżabilita'.", "M'hijiex faċli tqabbel il-vacancies li nirċievu mingħand l-employers mal-persuni b'diżabilita' li jkollna fuq il-kotba tagħna u peress li nafu li dan ix-xogħol m'huwiex sempliċi, aħna nagħmlu wkoll użu minn skemi ta' inċentivi għall-employers.", "Nista' nsemmi, per eżempju, l-on-line training scheme.", "Permezz ta' din l-iskema, l-ETC toħroġ Lm30 fil-ġimgħa għal numru ta' ġimgħat lill-persuna b'diżabilita' biex employer jitħajjar jimpjegaha, jiġifieri l-employer ma jħallas xejn.", "L-iskop tagħna hu li l-employer jidra japprezza l-abilitajiet li għandha l-persuna u mhux jara biss id-diżabilita' li għandha.", "Ħafna drabi l-employer l-ewwel ma jara huwa x'mhijiex kapaċi tagħmel il-persuna b'diżabilita' u mhux x'kapaċi tagħmel.", "Imma biex nikkonfermawlu u nipprovawlu l-ħiliet li għandha dik il-persuna, aħna ngħidulu li lil dik il-persuna se nsegwuha aħna, u ġieli anke nipprovdu job coach biex iħarriġha fuq il-post tax-xogħol.", "Aħna nħallsu direttament lill-persuna b'diżabilita' biex titgħallem tagħmel ix-xogħol bil-ħsieb li l-employer jimpjegaha wara li jeskadi l-perijodu ta' l-iskema.", "Barra minn din l-iskema, aħna ngħinu wkoll permezz ta' taħriġ dirett li nagħtu.", "Il-korsijiet ta' taħriġ jiġu organizzati jew mill-ETC stess, jew inkella minn aġenziji speċjalizzati f'linja partikolari li jkunu mqabbda mill-ETC.", "Fl-ETC għandna taqsima li tħarreġ persuni b'diżabilita', hi x'inhi d-diżabilita', inkluż lil dawk il-persuni li għandhom problemi ta' saħħa mentali.", "Jiġifieri aħna miftuħin għal kull tip ta' diżabilita' u nipprovaw nagħmlu korsijiet custom-made għalihom, liema korsijiet huma differenti mill-korsijiet normali li nagħmlu.", "Dawn it-tip ta' korsijiet jieħdu iktar żmien u peress li f'kull grupp ikun hemm numru inqas ta' trainees, inkunu nistgħu nagħtu iktar individual attention.", "Barra li nagħmlu korsijiet aħna, ġieli wżajna s-servizz ta' Villa Chelsea biex jagħtu training lil xi persuni li kellhom problemi ta' saħħa mentali.", "Bħala korporazzjoni aħna ngħinu persuni b'diżabilita' jsibu impjieg, ngħinuhom bi skemi ta' on the job training u placement u ngħinuhom billi norganizzaw korsijiet aħna stess, jew inkella nqabbdu xi aġenzija tagħmel korsijiet hi.", "Per eżempju fil-każ ta' persuni li għandhom diżabilita' intellettwali, aħna anke nużaw is-servizzi ta' l-Eden Foundation.", "Forsi l-kollega tiegħi jista' issa jitkellem dwar il-korsijiet li norganizzaw.", "IĊ-CHAIRPERSON: Pero' persuni li għandhom problemi ta' saħħa mentali, ma jitqiesux bħala persuni b'diżabilita'.", "IS-SUR FELIX BORG: Huma inklużi.", "Min-naħa ta' l-ETC, jingħataw attenzjoni partikolari.", "IĊ-CHAIRPERSON: Issemma li hemm bżonn li s-sistema tiġi żviluppata peress li fil-preżent qisha għadha m'hijiex daqstant strutturata; m'hemmx xi ħaġa ongoing.", "Jiġifieri hija aktar a one-to-one system fejn tkunu tafu b'xi ħadd ....?", "IS-SUR FELIX BORG: M'hijiex strutturata.", "Kif semmejt inti aktar kmieni, għamilna seminar ma' l-uffiċjali ta' Mount Carmel Hospital biex naraw kif nistgħu ntejbu s-sistema preżenti, anke r-referral system, u kif nistgħu nagħmluha aktar strutturata.", "Idealment tajjeb inkunu nafu min huma l-persuni li se jkunu klijenti tagħna qabel ma niġu ffaċċjati bihom.", "Qed nipprovaw inħaddmu din is-sistema anke f'oqsma oħra ta' diżabilita'.", "Tajjeb li nkunu nafu min huma l-persuni li se jagħlqu s-16-il sena u li se jitolbu s-servizzi tagħna biex isibu impieg, meta jkunu għadhom l-iskola.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma fil-każ ta' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali, ma tistax tipprevjeni n-numru tagħhom meta jkunu għadhom l-iskola.", "Filwaqt li fil-każ ta' persuni b'diżabilita' fiżika tista' tipprevjeni kemm għandek persuni - għalkemm ikollok ukoll każi ta' persuni li tiżviluppalhom diżabilita' fiżika wara xi inċident - fil-każ ta' persuni b'mard mentali, ma tistax tikkwantifika n-numru minn qabel.", "Ma tistax tkun taf in-numru ta' persuni li se jiġu għandkom, minn meta jkunu għadhom l-iskola.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Borg, minn dak li għedt, jien fhimt li taħdmu b'sistema ta' referrals minn Mount Carmel Hospital jew minn Villa Chelsea.", "Tista' tgħidilna xi kemm ikollkom referrals kull sena?", "IS-SUR FELIX BORG: Min-naħa ta' Mount Carmel Hospital?", "Kull sena, xi kemm ikollkom referrals ta' persuni li kellhom a mental health problem u li jkunu jistgħu jmorru lura fil-komunita' u jistgħu jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol?", "IS-SUR FELIX BORG: Jiddispjaċini m'għandix statistika hawnhekk.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Imma żżommu rekord ta' każijiet bħal dawn?", "L-ETC tiġbor statistika bħal din?", "IS-SUR JOE BEZZINA (Senior Executive Ability Development Centre, Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ): Iva, teżisti statistika ta' kif daħlu n-nies, ta' kif għamlu kuntatt ma' l-ETC.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Teżisti statistika dwar kemm l-ETC serviet ta' catalyst biex jinstab impjieg lil persuni b'mard mentali?", "X'kienet is-success rate ta' persuni mħarrġa mill-ETC?", "IS-SUR FELIX BORG: Li nistgħu ngħidu hu li matul is-sentejn u nofs li ilha mwaqqfa t-taqsima speċjali fl-ETC biex tħarreġ persuni b'diżabilita', ġew imħarrġa 42 persuna.", "(Interruzzjonijiet).", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri t-42 persuna li ġew trained, kollha kellhom mard mentali; ma kenux b'diżabilita' mentali jew b'diżabilita' intellettwali, imma b'mard mentali.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Ma nafx huwiex possibbli li l-ETC tibda tiddistingwi bejn persuni b'diżabilita' u persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali għaliex il-problemi ta' dawn iż-żewġ kategoriji ta' nies huma differenti u allura jeħtieġu attenzjoni differenti.", "Naħseb li persuna b'mard mentali, minħabba nuqqas ta' inizjattiva u minħabba apatija, ssibha diffiċli tmur tirreġistra darba fil-ġimgħa u għalhekk nemmen li hemm bżonn li wieħed jiddistingwi bejn iż-żewġ tipi ta' problemi.", "Filwaqt li l-problema ta' persuna b'diżabilita' tista' tkun waħda ta' mobilita' u allura ssibha diffiċli li tmur tirreġistra minħabba raġunijiet ta' mobilita', liema problema tista' tingħeleb, il-problema ta' persuna b'mard mentali hija waħda psikoloġika u għalhekk hija iktar diffiċli għal dik il-persuna li tmur tirreġistra darba fil-ġimgħa.", "Nemmen li wieħed għandu jaħdem biex jipprova jfittex il-persuni b'mard mentali tramite dipartimenti oħra.", "Per eżempju permezz ta' l-Out-patients Department, id-Dipartiment tas-Saħħa jista' jirreferi persuni b'mard mentali lill-ETC jekk jemmen li s-saħħa tagħhom tista' titjieb jekk ikollhom impjieg.", "X'inhuma l-kummenti tiegħek dwar dan?", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Borg, forsi tista' l-ewwel twieġeb għal din il-mistoqsija qabel ma nisimgħu lis-Sur Bezzina.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sinjura President, nixtiequ l-ewwel jirrispondi għall-mistoqsija tiegħi.", "Is-Sur Borg qal li f'sentejn ħarrġu 42 persuna li xi darba kellhom problema ta' saħħa mentali, imma x'kienet is-success rate tal-persuni li ġew imħarrġa?", "Tajjeb li jingħataw training biex ikunu potentially more employable, imma in actual fact, l-ETC permezz tal-job centres jew tas-set-up ċentrali tagħha, kemm irnexxielha ssib jobs għal dawk it-42 persuna?", "IS-SUR FELIX BORG: L-ewwelnett ngħid li aħna niddistingwu bejn persuni li għandhom mental health problem u dawk li għandhom intellectual disability.", "Għar-rigward ta' dawk it-42 persuna li ġew trained, jiddispjaċini li m'għandix l-informazzjoni fuqi, pero' nista' niċċekkja u ninfurmakhom.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jista' jkollna din it-tip ta' informazzjoni?", "IĊ-CHAIRPERSON: Tista' tagħtina din l-informazzjoni f'laqgħa oħra?", "IS-SUR FELIX BORG: Iva, nista' nagħtihielkom darb'oħra.", "Pero' nista' ngħid ukoll li fl-aħħar sentejn u nofs, 29 persuna li kellhom problema ta' saħħa mentali ġew placed f'impjieg.", "42 persuna ġew trained filwaqt li 29 minnhom instabilhom impjieg.", "MICHAEL FARRUGIA: Minn fejn kienu referred dawn it-42 persuna, mill-Isptar Monte Carmeli, minn Villa Chelsea, minn fejn?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija peress li fl-Isptar Monte Carmeli minbarra persuni b'mard mentali hemm ukoll persuni li għandhom problemi ta' diżabilita' mentali, allura fost dawn it-42 persuna riferuti mill-Isptar Monte Carmeli, hemm inklużi persuni li ma kenux ibatu minn mard mentali?", "MARIE LOUISE COLEIRO: Aktar kmieni l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia staqsa jekk intom tiddistingwuwx bejn persuni bi bżonnijiet speċjali u persuni b'mental health problem u rrispondejtuh li din id-distinzjoni ssir, pero' jista' jkollok ukoll persuni b'mental health problem għax għal perijodu jkunu abbużaw mid-droga.", "Din il-kategorija ta' nies toħroġ mill-istatistika li żżommu?", "Naħseb li importanti li l-istatistika tinżamm skond kategoriji differenti.", "MICHAEL FARRUGIA: Jew għax ġew riferuti mill-Isptar Monte Carmeli, jiġifieri kienu pazjenti hemmhekk, ikunu meqjusa bħala persuni b'mental health problem?", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru Gonzi.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Tajjeb nippreċiżaw l-affarijiet kif inhuma ħalli anke ċ-ċifri li qed jiġu kkwotati ma neħduhomx bħala l-istorja sħiħa.", "Kif qal is-Sur Borg, it-42 persuna mħarrġa kienu persuni li ġew riferuti mill-Isptar Monte Carmeli.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Hemm bżonn inżommu ċar f'moħħna li l-qasam tas-saħħa mentali, u anke l-politika li qed nipprovaw inwettqu fil-qasam tas-saħħa mentali, hi mmirata biex kemm jista' jkun l-intervent fi problema ta' saħħa mentali jsir fuq livell tal-komunita' u safejn hu possibbli, dejjem jekk huwa fl-interess tal-persuna, il-persuna nevitawlha li tiġi riferuta f'istituzzjoni ta' sptar, f'dan il-każ, l-Isptar Monte Carmeli.", "Issa aħna nafu bħala fatt li jeżistu numru ta' persuni - ma nafx kemm, imma naħseb li l-istatistika hi simili bħal dik Ewropea - li jgħaddu minn perijodu ta' żmien ta' sitwazzjoni dipressiva, ta' problema ta' saħħa mentali iżda li joħorġu minnha meta jiġu kkurati.", "Dik hi d-differenza bejn \"diżabilita'\" u \"problema ta' saħħa mentali\"; diżabilita' hi diżabilita' waqt li f'ċerti każijiet, il-kondizzjoni ta' saħħa mentali tista' tiġi kkurata.", "Mela inti jista' jkollok numru ta' nies li jkunu għaddew minn problema ta' saħħa mentali, ikunu tilfu l-post tax-xogħol tagħhom - anke forsi għaliex huma stess ikunu ssottomettew ir-riżenja mill-post tax-xogħol tagħhom fuq parir tat-tabib jew minħabba ċirkostanzi personali - ikunu għaddew minn proċess ta' kura li mhux bilfors ikun sar fl-isptar - jista' jkun li jkunu ġew ikkurati d-dar taħt il-kura ta' tabib jew psikjatra - joħorġu minn dik il-kondizzjoni dipressiva u mbagħad jerġgħu jmorru jirreġistraw għax-xogħol u jgħaddu mill-proċess li jgħaddi minnu kulmin imur jirreġistra għax-xogħol.", "U qed nippreċiża dan biex ma naħsbux li qegħdin nitkellmu biss fuq it-42 ruħ li ġew riferuti mill-Isptar Monte Carmeli, imma rridu niffokaw fuq firxa ħafna usa'.", "L-issue li għandna quddiemna hija jekk persuni li jkunu tilfu l-post tax-xogħol tagħhom, jew ikunu huma stess li rriżenjaw mill-post tax-xogħol tagħhom, minħabba kondizzjoni dipressiva u mbagħad joħorġu minnha, humiex qed isibuha diffiċli biex jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "U jekk qed isibuha diffiċli, għaliex?", "Għaliex għandhom l-istigma li xi darba kellhom problema dipressiva?", "Għaliex fuq il-post tax-xogħol fejn kienu jaħdmu, il-ħaddiema sħabhom ikunu jafu li għaddew minn problema ta' depression?", "U kif nistgħu nwasslu l-messaġġ li l-problema dipressiva tista' toħroġ minnha u jekk tkun ikkurat tista' terġa' tirritorna għad-dinja tax-xogħol u għall-ħajja normali mingħajr diffikulta' ta' xejn?", "Naħseb li importanti nagħmlu dan il-punt ħalli ma naħsbux li qegħdin nitkellmu biss fuq 42 ruħ.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "SILVIO PARNIS: Jien naħseb li persuni b'diżabilita' jsibuha pjuttost diffiċli joħorġu mid-djar tagħhom ħalli jmorru jaħdmu fuq il-postijiet tax-xogħol, allura x'inhi tagħmel l-ETC biex tgħin lil dawn il-persuni b'diżabilita'?", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhux biex ninterrompik jew biex ma tagħmilx il-mistoqsija, pero' illum qed niffokaw fuq persuni b'mard mentali u jekk naqbdu l-branka ta' persuni b'diżabilita' ....", "SILVIO PARNIS: Nista' nagħmel l-istess mistoqsija għar-rigward ta' persuni b'mard mentali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Illum qed nitkellmu fuq persuni b'mard mentali u jekk niftħu għall-problema ta' persuni b'diżabilita', fiżika jew intellettwali, inkunu qegħdin mmorru 'l bogħod mis-suġġett.", "SILVIO PARNIS: X'inhi tagħmel l-ETC biex persuni li għandhom mard mentali jingħataw xogħol li jistgħu jagħmlu d-dar, u jekk dan diġa' jsir, kemm jingħata xogħol fid-djar lill-persuni b'mard mentali?", "IS-SUR JOE BEZZINA: Jien inkarigat mill-Ability Development Centre fl-ETC li jagħti t-taħriġ lill-persuni b'diżabilita'.", "Hawnhekk kien hawn min staqsa jekk aħna nikkategorizzawx il-persuni b'diżabilita' skond id-diżabilitajiet differenti.", "Irridu nifhmu li meta persuna tiġi għandna tkun fuq l-għatba li taqbad taħdem.", "M'huwiex il-każ li l-persuna tkun qiegħda tieħu l-kura allura forsi x-xogħol qiegħed 'l bogħod minnha, jew li għadha l-iskola.", "Mela jekk għandek bniedem li ġie labelled li għandu mard mentali u qiegħed taħt skema partikolari, ħa tikxfu ma' kulħadd li għandu mard mentali.", "Hija diffiċli għall-placement executive li jipplejsja bniedem b'mard mentali fuq post tax-xogħol għax kif employer jara lill-placement executive tagħna li huwa wieħed popolari - forsi hawn min jafu, Mr Charles Vella - mhux se jgħid li dan ġie to place any person, imma biex jipplejsja persuna b'diżabilita'.", "Mela jekk Charles Vella mar biex jipplejsja lit-tifel tiegħi li m'għandux diżabilita', l-employer se jifhem li t-tifel tiegħi għandu diżabilita' għax rah ma' Charles Vella.", "Issa jekk din il-label se nkabbruha u niftħu iżjed billi ngħidu li tali persuna għandha mard mentali, fl-opinjoni tiegħi, inkunu qed nitbegħdu aktar.", "Naturalment lill-employer se ngħidulu li l-persuna għandha problemi ta' saħħa mentali u mhux aħna biss ngħidulu, imma nġiegħlu lill-persuna b'mard mentali tgħidlu hi wkoll.", "Dan m'huwiex każ ta' mistħija, pero' ovvjament ngħinuha lill-persuna jekk ma tkunx kapaċi biżżejjed li tgħidlu hi.", "Kien hawn min qal li forsi m'għandniex għalfejn inħallu persuni b'mard mentali jmorru jirreġistraw darba fil-ġimgħa, pero' jekk din il-persuna m'hijiex kapaċi tmur tirreġistra darba fil-ġimgħa, kapaċi tmur taħdem kuljum?", "Forsi għalissa mhux ta' min wieħed jidħol fid-dettall dwar is-sistema ta' reġistrazzjoni, pero' jekk inti ġejt fl-ETC biex issib impjieg, ifisser li inti tista' taħdem u allura mhux suppost tkun daqshekk diffiċli li tmur tirreġistra darba fil-ġimgħa.", "Issemma x-xogħol li jista' jsir id-dar.", "Dawn jistgħu jagħmlu xogħol id-dar, pero' imbagħad jitqiesu bħala self-employed.", "Aħna ma nagħmlux differenza bejn fejn taħdem, ma jinteressaniex fejn huwa l-post tax-xogħol.", "Ma jeżistux għajnuniet finanzjarji pero' jeżistu għajnuniet ta' taħriġ, per eżempju kif tmexxi negozju żgħir, għax finalment xogħol li jsir id-dar jista' jitqies bħala negozju żgħir.", "Per eżempju, jekk tagħmel xogħol b'kompjuter ma' xi kumpannija, sub-contracting, fih innifsu jista' jitqies bħala negozju żgħir.", "L-ETC għandha programmi ta' taħriġ li jinkludu kif tmexxi l-finanzi jew kif tibgħat korrispondenza u dan it-tip ta' taħriġ jgħinek tgħolli l-livell tiegħek sabiex tkampa aħjar.", "Ħalli ngħid xi ħaġa dwar dawk it-42 persuna li ssemmew diversi drabi.", "Veru li dawk it-42 persuna daħlu fiċ-ċentru ta' taħriġ imma barra dak in-numru, ikun hemm oħrajn li jkunu daħlu fil-mainstream, jiġifieri marru għall-korsijiet li torganizza l-ETC u li jista' jmur għalihom kulħadd.", "Jekk jien għandi problema mentali iżda kapaċi mmur għal kors, per eżempju tal-kompjuter, m'hemmx għalfejn ngħaddi minn sistema partikolari u nitlob għajnuna personali; nista' mmur nitgħallem il-kompjuter fi klassi li jista' jattendi għaliha kulħadd.", "L-Ability Development Centre li għandna fl-ETC, ma jipprovdix taħriġ vokazzjonali, jiġifieri ħadd ma jiġi fiċ-ċentru biex joħroġ minn hemm welder, jew computer operator, jew data entry operator.", "Ma titgħallimx sengħa jew vokazzjoni, imma takkwista dawk li jissejħu pre-vocational skills.", "Għandna programm speċifiku li jismu \"Getting through programme\" - semmejnih hekk għax qed nifhmu li dan huwa passaġġ - fejn wieħed jakkwista skills ġodda, ħiliet ġodda, sabiex ikun kapaċi jkampa fid-dinja tax-xogħol.", "F'dan il-programm hemm għaxar units li jirrigwardaw personal skills.", "F'dawn il-units wieħed jitgħallem id-deportament tiegħu fuq il-post tax-xogħol, il-mod kif jilbes, il-bżonn li wieħed jinħasel, l-użu ta' make-up f'każ ta' tfajliet, insomma, l-iskills li jmorru mal-persuna.", "Ngħallmuhom ukoll community functioning skills biex kemm jista' jkun wieħed ikun jista' jkampa fis-soċjeta', per eżempju jekk għandu bżonn jirkeb karozza tal-linja waħdu, jitgħallem il-proċess li wieħed irid jagħmel biex jirkeb karozza tal-linja, ċioe' li jrid iħallas u jistenna l-bqija, eċċ. Ngħallmuhom jużaw public telephones, ATMs; ngħallmuhom dawk l-affarijiet li wieħed li jaħdem fil-komunita' juża b'mod regolari.", "Kemm jista' jkun nagħmluhom indipendenti.", "Jitgħallmu wkoll dawk li huma recreational skills.", "Fl-idle time tiegħu, jintefa' f'rokna waħdu ma jkellem lil ħadd, jew inkella kapaċi jaqra gazzetta, kapaċi jilgħab u kapaċi jkollu relazzjoni ma' nies oħra?", "Nagħtuhom ukoll ftit, għax il-ħin huwa limitat, academic skills u l-academic skills li nagħtuhom huma dawk li ngħidulhom applied skills.", "Per eżempju jekk wieħed se jaħdem f'fabbrika, se jiltaqa' ma' ċertu kliem bħalma huma \"store\", \"no smoking\", \"exit\", kliem li jintużaw ta' kuljum fid-dinja tax-xogħol, allura nippruvaw ngħallmuhom dawn il-kliem.", "Ħaġa oħra importanti li ngħallmuhom hija kif jiffirmaw.", "Nista' ngħidilkom kemm jieħdu pjaċir meta wara ftit tax-żmien jitgħallmu jiffirmaw isimhom.", "Ħafna minnhom ma jkunux jafu jiktbu u allura jieħdu pjaċir kbir meta jitgħallmu jiktbu isimhom.", "Jekk se jitħallsu biċ-ċekk jew jenħtieġu jiffirmaw għal skopijiet ta' time recording, importanti jkunu jafu jiktbu isimhom u mhux jagħmlu biss salib.", "Ngħallmuhom il-motor mobility skills, kemm huma kapaċi jużaw partijiet minn ġisimhom biex ikunu jistgħu jaħdmu.", "Qed jiġi f'moħħi każ partikolari ta' persuna b'mard mentali li meta ġiet għandna kienet kapaċi tibqa' bil-wieqfa għal siegħa waħda biss.", "Bil-mod il-mod, il-ħin li ġiet kapaċi tibqa' bil-wieqfa tela' għal sagħtejn.", "Is-sistema li nużaw matul il-kors hija waħda ta' continuous assessment fejn it-trainer tagħmel assessment ta' l-individwu l-ħin kollu.", "Hemm ukoll sensory skills, kemm il-persuna hija kapaċi tuża' s-sensi tagħha, il-ħars, is-smiegħ u anke l-palat għax ġieli kellna każi li jinvolvu tisjir.", "Ngħallmuhom communication skills, kemm il-persuna hi kapaċi tikkomunika fis-soċjeta' in ġenerali, b'mod partikolari fuq il-post tax-xogħol.", "Ngħallmuhom li ma jistgħux jidgħu jew joffendu lil xi ħadd fuq il-post tax-xogħol għax jistgħu jitkeċċew, ma jistgħux jiġġieldu jew jaqbdu jgħajtu meta hemm, per eżempju, klijenti ta' l-employer.", "Ngħallmuhom ukoll social interactive skills, kemm se jkampaw ma' sħabhom fuq il-post tax-xogħol.", "Nidħlu wkoll, ovvjament f'livell li jifhmuh huma, f'dawk li huma health and safety skills.", "Nagħtuhom ukoll ftit vocational skills.", "Fil-bidu, il-kors kien ibbażat ħafna fuq vocational skills imma li kien qed jiġri kien li wieħed jitgħallem, per eżempju, gardening u jekk dan ix-xogħol kien jogħġbu, kien jippretendi li se jagħmel xogħol ta' gardening meta fis-suq ma tantx hawn impjiegi għal gardeners.", "Allura dik is-sistema kienet taħdem pjuttost kontra l-individwu għaliex l-ewwel twebblu b'tip ta' xogħol imbagħad ma jsibx dak l-impjieg li jkun jixtieq.", "Is-sistema li qed nużaw illum hija li nħallu lil dawn il-persuni jagħmlu diversi xogħlijiet fiċ-ċentru ta' l-ETC, bħalma huwa tindif, gardening ħafif, idaħħlu ittri f'envelopes meta jkollna ħafna ittri x'nibgħatu, eċċ., u għax-xogħol li jagħmlu għall-ETC, jieħdu allowance ta' 50c kull siegħa.", "Din l-allowance ma titlax għal ħafna pero' apparti li nħallsuhom l-allowance għax-xogħol li jagħmlu lilna - jekk ħaqqu jitħallas, għandu jitħallas - il-ħlas ta' allowance nagħmluha bi skop biex meta l-klijent ma jkunx qed jirrispondi għat-taħriġ, ikollu jbati l-konsegwenzi.", "Per eżempju jekk klijent ġie tard filgħodu, flok ġie fit-tmienja ġie fit-tmienja u nofs, ngħidulu li se naqtgħulu nofs siegħa paga.", "Jekk wara l-break ġie tard għax ma jafx jaqra l-ħin, ngħallmuh jaqra l-ħin.", "Wara l-break hu jrid jieħu ħsieb biex jiġi lura għax-xogħol fil-ħin, l-ebda employer m'hu se jmur jgħajjatlu jiġi lura wara l-break.", "Aħna sibna li s-sistema li naqtgħulhom il-flus jekk jiġu tard, taħdem immens speċjalment ma' persuni b'mard mentali.", "Għandna wkoll sistemi ta' taħriġ fejn nużaw work station li konna akkwistajna - kienet a one time donation - mingħand il-Brand International, fejn il-persuni jagħqdu flimkien il-pupi li mbagħad jerġgħu jintużaw għal skopijiet ta' assessment.", "Aħna nittrenjawhom għal skopijiet differenti, per eżempju biex naraw kemm iħaddmu idejhom jew kemm huma kapaċi jibqgħu bil-qiegħda jew bil-wieqfa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fl-opinjoni tiegħi dawn l-iskills li qed issemmi huma aktar geared għal persuni b'diżabilita' intellettwali milli għal persuni li għandhom mard mentali.", "Min għandu mard mentali ma jfissirx li ma jafx jaqra jew li m'għandux motor skills jew ċertu ħiliet oħra.", "Nafu persuni li ħarġu mill-universita' li tfaċċatilhom marda mentali, u żgur li dan li qed issemmi m'huwiex geared għalihom.", "IS-SUR JOE BEZZINA: Għandna persuni b'mard mentali li huma illiterate.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiena mhux qed ngħidlek li m'hawnx persuni b 'mard mentali li huma illiterate.", "Tifhimnix ħażin, pero' l-iskills li qed issemmi qed narahom iktar geared għall-persuni b'diżabilita' intellettwali milli għall-persuni b'mard mentali.", "Naħseb tajjeb li nibdew naħsbu wkoll għal xi ħaġa li hija iktar geared għal persuni b'mard mentali.", "MICHAEL FARRUGIA: Fil-fatt anke jiena, hekk kont qed naħseb.", "Minn dawk li jidħlu għall-kura fl-Isptar Monte Carmeli hemm minnhom li diġa' għandhom job.", "Hemm min ikollu ċertu edukazzjoni, jew kwalifiki tekniċi, jew anke professjoni, u hemm min diġa' kien fid-dinja tax-xogħol.", "Ma rridux nagħtu l-impressjoni li l-individwu li ħareġ mill-Isptar Monte Carmeli u se jerġa' jidħol fid-dinja tax-xogħol għandu bżonn jgħaddi mill-istrutturi kollha għax jekk ma jagħmilx hekk mhux se jkun kapaċi għax-xogħol.", "Bħalma qalet l-Onor.", "D'Amato, qisu hemm xi ħaġa missing f'dak kollu li kont qed tgħid.", "L-ETC, kemm taħdem fil-viċin ma' l-Occupational Therapy Department ta' l-Isptar Monte Carmeli?", "L-ETC tibgħat nies mħarrġa fl-Isptar Monte Carmeli biex jaħdmu mal-persuni fl-Occupational Therapy Department?", "Jew il-persuni li jaħdmu fl-Isptar Monte Carmeli jirreferu nies l-ETC mingħajr ma jsir l-assessment mill-occupational therapist qabel persuna toħroġ fil-komunita'?", "IS-SUR JOE BEZZINA: Ħalli nerġa' nirrepeti dak li għedt għax forsi ma ġejtx miftiehem sew.", "It-42 persuna li ġew riferuti lill-placement officer tagħna, kellhom nieqsa l-iskills li semmejt jien.", "Naturalment fl-ETC daħlu wkoll nies li għandhom l-iskills li semmejt u allura daħlu fil-courses normali.", "Pero' jekk dawn l-iskills huma nieqsa fil-persuna, l-ebda employer m'hu ħa jagħtihomlu.", "Irid ikollok dawn l-iskills qabel tidħol fuq il-post tax-xogħol għax inkella ħa tbati.", "Aħna ma nieħdux pjaċir li job jintilef wara ftit li jkun sar placement.", "Aħna naraw li kemm jista' jkun il-klijenti tagħna jkollhom il-vocational skills meħtieġa ħalli kemm hu possibbli job insalvawh mill-bidu u mhux noqogħdu nippruvaw by trial and error.", "Dak li għedt kien jirreferi għal persuni b'mard mentali.", "Per eżempju kellna każ tipiku li biex il-persuna tikkontrolla l-għemil tagħha, konna ngħidulha li jekk m'hijiex se tbiddel il-behaviour tagħha - aħna naħdmu fuq behaviour - konna se nnaqqsulha l-flus u meta konna ngħidulha hekk, kienet tirrispondi.", "Jekk tgħidilha li ħa ċċempel lill-familjari tagħha, qisek ma qed tgħidilha xejn, imma jekk tgħidilha li minkejja li ħadmet m'intix se tħallasha għax il-behaviour tagħha fuq il-post tax-xogħol ma kenitx aċċettabbli, kienet tirrispondi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Bezzina, jiena bl-ebda mod ma ridt ngħid li ma jkunx hemm min għandu mard mentali u m'għandux bżonn l-iskills li semmejt, pero' kif għedt fil-bidu rridu nżommu quddiem għajnejna li m'hemmx saff wieħed ta' nies li għandhom mard mentali, m'hemmx tip wieħed ta' mard mentali u għalhekk wieħed irid jara diversi avenues.", "L-Onor.", "LAWRENCE GONZI: Importanti li nenfasizzaw dan il-punt u naħseb li l-punt li għadu kif għamel l-Onor.", "Farrugia huwa kruċjali.", "Min jgħaddi minn diffikulta' ta' saħħa mentali ma jfissirx li f'daqqa waħda tilef il-kapaċitajiet u l-abbiltajiet kollha tiegħu.", "Anzi jiena ngħid li l-maġġoranza l-kbira ta' min jgħaddi minn problema ta' saħħa mentali, joħroġ mill-problema u jgħaddi mill-proċess normali biex isib impjieg.", "L-ability centre fl-ETC u l-programm ta' l-ability centre, twieled biex ifassal programmi speċjalizzati għal persuni b'diżabilita'.", "Hekk tfassal, dak kien it-twelid tiegħu u żviluppa tip ta' programm li tista' taddattah skond iċ-ċirkostanzi.", "Jien naf persuni b'diżabilitajiet kbar li huma gradwati mill-universita' u naf ukoll persuni b'diżabilita' li l-istandard ta' edukazzjoni tagħhom huwa zero.", "Naf min m'għandux diżabilita' u hu gradwat, u naf min m'għandux diżabilita' u lanqas jaf jikteb ismu, u għax ma jafx jikteb ismu, minkejja li m'għandu l-ebda diżabilita', la mentali u lanqas fiżika, xorta jrid jgħaddi minn programm li jressqu viċin l-iskills personali li għandu bżonn biex jirrelata man-nies, biex jimla' applikazzjoni, biex jippreżenta lilu nnifsu u jikkomunika mas-soċjeta'.", "Jiġifieri t-tip ta' programmi li jrid ikollna fl-ETC, iridu jkunu flessibbli biżżejjed biex jaċċettaw ġo fihom lil min għandu dawk l-iskills neqsin, indipendentement jekk kellux problema ta' saħħa mentali jew problema ta' diżabilita'.", "Irridu noqogħdu attenti ma nittimbrawx lil kull min b'xi mod jew ieħor għadda minn problema ta' saħħa mentali bħala xi ħadd li tilef l-iskills kollha tiegħu.", "Anzi, mill-esperjenza personali tiegħi, naf li l-biċċa l-kbira minn dawn il-persuni jkunu żammew l-iskills tagħhom u l-problema li jiffaċċjaw hi li tkun ħarġet il-kelma li xi darba kellhom depression.", "Allura hi problema ta' stigma, u allura hi problema ta' kultura li hemm bżonn tinbidel.", "Il-messaġġ irid ikun li la darba inti tkun iċċertifikat li ssuperajt il-problema ta' saħħa mentali, inti tista' terġa' tintegra ruħek fil-komunita'.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Ħalli nerġa' nagħmel id-domanda li għamilt qabel b'mod differenti.", "Minn dawk it-42 persuna li ssemmew, kien hemm minnhom li jmorru s-psychiatric out-patients ta' l-Isptar San Luqa u li l-konsulent iddeċieda li huma tajbin għax-xogħol u rreferihom l-ETC?", "Teżisti struttura simili?", "Dan l-aħħar saru interviews għall-part-time loaders fl-Air Malta u mill-informazzjoni li għandi, l-interviews ma' persuni b'diżabilita' - li allura għandi nifhem li kienu jinkludu persuni bi problema ta' saħħa mentali - tħallew għall-aħħar ġurnata minkejja li l-interviews kienu ilhom għaddejjin għal ġranet sħaħ.", "Dawn il-persuni kienu grouped flimkien u kważi kważi kien hemm diġa' deċiżjoni min-naħa ta' l-amministrazzjoni ta' l-Air Malta li l-biċċa l-kbira tagħhom ma kenux se jiġu mpjegati.", "Dan nafu mhux through l-ETC imma minn dak li ġara fil-prattika.", "Naf li kien hemm persuni b'diżabilita' li ġew impjegati, imma l-punt tiegħi huwa li persuna b'diżabilita' ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Niffokaw fuq persuni b'mard mentali, Onor. Farrugia.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jiena naħseb li għal persuna li m'għandhiex ħafna skola u tbati minn nuqqas ta' saħħa mentali iżda li qed tiġi kkurata u li l-psikjatra tagħha jemmen li hi kapaċi taħdem, anzi x-xogħol jgħinha tkun aħjar, part-time loader ma' kumpannija bħalma hi l-Air Malta, huwa job ideali.", "F'okkażjonijiet bħal dawn, x'tagħmel l-ETC biex tipprova ssolvi dawn il-problemi?", "IS-SUR JOE BEZZINA: Fuq il-każ tal-loaders ma nistax inwieġbek għax mhux kompitu tiegħi, pero' meta nirċievu l-vacancies, il-prattika hi ...", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Ovvjament l-ETC tista' tieħu ħsieb li meta jkun hemm każijiet bħal dawn ...", "IS-SUR JOE BEZZINA: Ikun hemm każijiet fejn ċertu jobs - forsi aktar 'il quddiem ngħidilkom ukoll għal xiex qed jirreġistraw it-tip tan-nies li għandna - nirriservahom għal ġurnata jew tnejn għall-persuni b'diżabilita'.", "Mhux qed ngħid għal persuni bi problemi ta' saħħa mentali, imma għal persuni b'diżabilita' ġenerali għalkemm il-mard mentali huwa inkluż.", "Ċertu vacancies jiġu riservati u l-placement executive tagħna jipprova jagħmel job matching.", "Jiġifieri jqabbel malajr kemm jista' jkun il-persuna mal-job.", "Ħalli ngħid xi ħaġa dwar ir-referral system għax forsi m'hijiex ċara kif il-persuna tiġi għandna.", "Aħna nagħrfu lill-klijent, mhux lill-isptar jew lil xi aġenzija, imma fl-istess waqt naħdmu ħafna ma' l-isptar.", "Jekk il-klijent ma jridx li hu jirreġistra bħala persuna b'diżabilita', trid tiġi osservata dik id-deċiżjoni u għal fini ta' xogħol ma jiġix reġistrat bħala persuna b'diżabilita'.", "Għal kuntrarju, jekk meta jiġi l-klijent, jiġi minn fejn jiġi, jiġi minn Mount Carmel jew minn Villa Chelsea ma tagħmilx differenza, jgħidilna li għandu problema ta' saħħa mentali u jixtieq jirreġistra bħala disabled person, jibda l-proċess u jarah il-placement medical officer.", "Din il-proċedura hija skond il-liġi.", "Ovvjament it-tabib jitlob ċertifikat mingħand l-ispeċjalista u jekk jiddeċiedi li dan il-bniedem għandu diżabilita', jiċċertifikah bħala disabled u jiġi rreġistrat fir-reġistru bħala disabled person.", "Din il-proċedura ma tapplikax biss jekk il-bniedem ikun qed jirreġistra għax-xogħol, imma anke jekk ikun diġa' qed jaħdem, f'liema każ jiġi mniżżel fir-reġistru bħala disabled person.", "Bħalma tafu fl-ETC jinżammu żewġ reġistri, reġistru fejn jiġu reġistrati d-disabled persons inkluż persuni bi problemi mentali - li jistgħu ikunu qed jaħdmu - u r-reġistru l-ieħor li nafuh bħala r-reġistru għax-xogħol.", "Kif persuna tiġi reġistrata bħala persuna b'diżabilita', ma tintilifx fost is-sebat elef persuni reġistrati imma titqiegħed flimkien ma' madwar mitejn persuna li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilita'.", "Fl-ETC għandna persuna apposta li tieħu ħsieb persuni bi problemi u x-xogħol tagħha jinkludi li tara x'kapaċitajiet għandhom u x'tip ta' impjieg jixtiequ.", "U forsi f'dan ir-rigward nistgħu ntejbu l-pożizzjoni tagħna.", "Huwa importanti ħafna li jsir assessment tajjeb tal-klijent.", "Barra minn Malta jsir assessment qawwi ta' dawn it-tip ta' persuni minn multidisciplinary team, jiġifieri mhux tabib biss jara l-persuna imma team sħiħ li jħares kemm il-lat mediku u kemm il-lat soċjali.", "Il-multidisciplinary team jara wkoll x'tip ta' xogħol hu addattat għal dik il-persuna.", "Ovvjament nifhmu li ma nistgħux nitfgħu persuna b'ċertu problemi fis-suq tax-xogħol.", "Persuna bi problema m'hijiex kapaċi tagħżel xogħol kif ġieb u laħaq, iżda jkollha bżonn ta' direzzjoni.", "Il-placement officer tagħna jagħmillha interview biex jidditermina xi skills għandha nieqsa imbagħad jirriferiha lill-Ability Development Centre, il-post li kont qed insemmilkom qabel.", "Per eżempju jkollna klijenti bi problema ta' saħħa mentali li mhux kapaċi jirrapurtaw għax-xogħol fit-tmienja ta' filgħodu u allura diffiċli ssib xogħol għalihom jekk m'humiex kapaċi jirraportaw għax-xogħol fil-ħin.", "Finalment l-employer irid jieħu ġurnata xogħol mill-ħaddiema tiegħu.", "Mela parti mix-xogħol tagħna huwa li nġibu lil dawn il-persuni jobdu u josservaw il-ħinijiet tax-xogħol.", "Ikollna persuni oħra li mhux kapaċi jibqgħu bil-wieqfa għal iktar minn siegħa u allura jekk ix-xogħol jirrikjedi li jagħmlu sagħtejn bil-wieqfa, irridu nittrenjawhom jibqgħu bil-wieqfa għall-ħin li hemm bżonn.", "Kif għedtilkom, ikun hemm oħrajn li jibdew fil-korsijiet normali għax diġa' jkollhom l-iskills meħtieġa u allura ma hemmx għalfejn nerġgħu nagħtuhomlhom.", "Għandhom għażla, jew jidħlu fis-sistema regolari jew inkella jidħlu fis-sistema li għadni kemm semmejt.", "Rigward ir-relazzjoni li għandna ma' l-awtoritajiet sanitarji, nista' ngħid li aħna niltaqgħu regolarment mal-konsulenti ta' Mount Carmel, mas-Social Policy Department u ma' l-OT Department.", "Darba fix-xahar niltaqgħu biex naraw xi progress ikun qed isir, pero' ovvjamnt ikollna kuntatt regolari bit-telefon u ġieli r-referrals isiru anke bit-telefon.", "Ħmistax ilu saret konferenza żgħira, pjuttost brainstorming session, fl-ETC u matul din il-laqgħa ppruvajna nsibu soluzzjonijiet biex lil dawn il-klijenti nsibulhom xogħol dinjituż daqs ta' kull kljient ieħor.", "Spjegajna x-xogħol li tagħmel l-ETC f'dan ir-rigward peress li hemm uffiċjali minn Mount Carmel Hospital li lanqas jafu kif inhu s-set-up tagħna.", "F'din il-laqgħa tqajmu xi suġġerimenti, fosthom li jitwaqqfu kooperattivi.", "Ovvjament il-kunċett ta' kooperattiva huwa wieħed ta' business, pero' lill-isptar għaddejnilhom il-messaġġ li jekk jidentifikaw nies li għandhom ċertu inizjattivi, ċertu ħajriet li jiftħu n-negozju tagħhom, aħna norganizzawlhom kors biex nuruhom x'hemm bżonn ikunu jafu f'din il-linja.", "Għallinqas ikunu jafu x'jinvolvi, ħalli mbagħad jieħdu d-deċiżjoni huma.", "Aħna lill-persuna nagħtu kasha ħafna u waħda mill-iskills li ngħallmuh hija li d-deċiżjonijiet tiegħu jrid jeħodhom hu u mhux xi ħaddieħor jeħodhom għalih.", "Id-deċiżjoni jrid jeħodha hu għax finalment l-aħjar job għal dak li jkun huwa dak li jrid hu u mhux dak li jrid jagħtih ħaddieħor.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Jekk fhimtek tajjeb, persuni b'mard mentali jiġu reġistrati bħala persuni b'diżabilita', hux hekk?", "IS-SUR JOE BEZZINA: Il-liġi hekk biss issemmi.", "Fil-preżent hemm madwar tletin persuna li jbatu minn mard mentali.", "MICHAEL FARRUGIA: Aktar kmienu għedtu li 29 minn dawk it-32 persuna li semmejtu, instabilhom xogħol.", "Għandkom records dwar x'tip ta' xogħol qegħdin jagħmlu dawn in-nies?", "U fil-fatt għadhom jaħdmu?", "IS-SUR JOE BEZZINA: M'għandniex tracing tagħhom, pero' forsi nistgħu nieħdu indikazzjoni ta' x'tip ta' xogħol qegħdin jirreġistraw għalih dawk it-30 persuna li semmejna.", "MICHAEL FARRUGIA: Jiġifieri m'għandkomx record jekk dawk id-29 għandhomx .… (Interruzzjonijiet)", "IS-SUR JOE BEZZINA: Hawnhekk m'għandix l-informazzjoni fuqi, pero' nistgħu niċċekjaw.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tistgħu tiċċekjaw u mbagħad tinfurmawna?", "IS-SUR JOE BEZZINA: It-trades diversi li qed jirreġistraw għalihom huma dawk ta' cleaner, electronic technician, waiter, labourer, cashier, receptionist, kitchen hand, sales assistant, messenger, store assistant, watchman, assembler, security man, handyman, dishwasher u driver/delivery man.", "Ħafna minn dawn it-trades huma jew craft jew below craft.", "Wieħed biss qed jirreġistra għal technician.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom u nispera li darb'oħra tipprovdulna l-materjal li ġie rikjest.", "Nixtieq issa nsejjaħ lil Mr Busuttil, Principal Occupational Therapist.", "IS-SUR JOE BUSUTTIL (Principal Occupational Therapist, Sptar Monte Carmeli): Grazzi talli stedintuni biex nagħti l-fehmiet tiegħi fuq dan is-suġġett.", "Ix-xogħol tiegħi huwa li nieħu ħsieb it-taqsima ta' l-occupational therapy li hija waħda mill-professjonijiet fit-team multidixxiplinarju.", "Għandna occupational therapy units fl-isptarijiet ewlenin ta' Malta u Għawdex u oħra fil-komunita'.", "Ix-xogħol tagħna huwa li ngħinu lill-klijent jinnormalizza ħajtu kemm jista' jkun ħalli jkun indipendenti u jiffunzjona bħala entita' indipendenti.", "Se nitkellem l-iżjed fuq il-pazjenti b'mard mentali li jinsabu fl-Isptar Monte Carmeli u fil-komunita'.", "Bħala dipartiment, f'ċerti aspetti tax-xogħol tagħna, qegħdin mhux ħażin.", "Ir-rwol ewlieni tagħna huwa li nagħtu attivitajiet lill-klijenti biex isiru indipendenti.", "Id-diversi attivitajiet li noffru jinkludu attivitajiet ta' xogħol, ta' snajja' soċjali u dawk li jgħidulhom activities of daily living.", "Ngħinuhom ikunu iktar indipendenti f'dawk l-affarijiet li aħna nqisu bħala normali, per eżempju, li meta wieħed iqum filgħodu jinħasel, jilbes, eċċ. Għal min ikollu problemi mentali, jekk jagħmlu dawn l-attivitajiet, jagħmluhom b'diffikulta' kbira.", "Mil-lat ta' snajja' soċjali, ngħallmuhom jaqbdu karrozza tal-linja, jieħdu ħsieb il-flus u jaqraw gazzetta; ngħinuhom f'attivitajiet soċjali u rikreattivi u nagħmlu wkoll xogħol fil-komunita' billi nżuru d-djar tagħhom qabel imorru lura fi djarhom u nżuruhom ukoll wara li jmorru jgħixu fi djarhom.", "Erba' snin ilu ftaħna day centre f'Ħal-Qormi bħala parti mill-proġett pilota għall-inħawi tas-Siġġiewi, Ħal-Qormi u Ħaż-Żebbuġ.", "Nista' ngħid li x-xogħol sejjer mhux ħażin u nisperaw li 'l quddiem jinfetħu ċentri simili f'inħawi oħra ta' Malta.", "Għalkemm f'ċertu aspetti tax-xogħol tagħna għandna materjal biex naħdmu, jiddispjaċini ngħid li f'aspetti oħra, speċjalment fl-aspetti moderni tar-riabilitazzjoni, ma tantx għandna materjal, b'mod partikolari mil-lat ta' information technology.", "Għandna bżonn ħafna computers biex nittrenjaw lill-pazjenti tagħna jużawhom pero' huwa diffiċli ħafna ġġib il-materjal mid-dipartiment.", "Problema oħra li għandna huwa nuqqas ta' staff, kemm dak tekniku kif ukoll professjonali.", "Jiddispjaċini ngħid li ilhom ma jsiru korsijiet ta' occupational therapists erba' snin.", "Dan l-aħħar l-Universita' approvat li jibda l-kors ta' occupational therapist pero' għal xi raġuni jew oħra, il-kors għadu ma ġiex kkonfermat.", "Fil-professjoni tagħna l-biċċa l-kbira ta' l-istaff huma nisa u meta jiżżewwġu u jkollhom it-tfal, jagħmlu perijodu ma jaħdmux u allura għalkemm fuq ir-reġistru jidher li għandna sittin occupational therapist, fil-prattika hemm biss xi ħamsa u tletin.", "Il-bqija huma jew fuq parental leave jew fuq maternal leave.", "Nixtieq ngħid ukoll li l-istaff tat-therapy jinsab naqra dimotivat u waħda mir-raġunijiet hija li filwaqt li hemm ħafna inċentivi u jintefqu eluf ta' liri fis-sena fuq overtime għal staff ieħor, m'hemmx daqstant inċentivi għall-istaff tat-therapy u meta nitolbu għall-overtime, trid tapplika minn xahar qabel u trid tiġġustifika bil-miktub il-bżonn ta' dak l-overtime.", "Fl-Isptar Monte Carmeli qed naħdmu f'atmosfera kustodjali.", "Jiddispjaċini ngħid li minn għoxrin sala, il-biċċa l-kbira tas-swali għadhom magħluqin bil-katnazz, biċ-ċavetta tal-boxxla, minkejja li ħafna pazjenti lanqas jekk tħallashom m'huma se joħorġu 'l barra mill-isptar.", "Hemm mill-inqas għaxart iswali li jistgħu jinfetħu, jistgħu jkunu open wards mingħajr problema ta' xejn.", "L-atmosfera kustodjali tirrendi lill-istaff isofri minn burn-out.", "Wara numru ta' snin taħdem f'din l-atmosfera, ħafna mill-istaff, mhux biss terapisti imma anke nurses u professjonisti oħra, jaqtgħu qalbhom.", "Anke jekk tkun studjajt barra minn Malta u jkollok kwalifiki u tkun mimli motivazzjoni, impenn u entużjażmu, wara ħafna snin taħdem f'dik l-atmosfera, ħafna drabi titlef il-kuraġġ.", "Tipprova tibdel is-sistemi pero' ssibha diffiċli ħafna speċjalment meta tkun qed tiddilja ma' mard kroniku kif huma l-biċċa l-kbira tal-pazjenti - li jgħoddu mas-sitt mija - li għandna fl-Isptar Monte Carmeli.", "Fl-opinjoni tiegħi, li għandna bżonn fiż-żgur huwa qafas ta' faċilitajiet fil-komunita'.", "Għandna bżonn ta' aktar halfway houses, sheltered workshops, group homes, hostels u day centres.", "Jekk ma jkollokx dawn l-affarijiet ma tistax tagħmel riabilitazzjoni professjonali.", "Bħalma tafu kulma għandna huma Villa Chelsea u d-day centre f'Ħal-Qormi.", "Mil-lat tal-volontarjat, nista' ngħid li jkun hemm inizjattivi.", "Per eżempju ftit tas-snin ilu, aħna, bħala staff, identifikajna li waħda mill-ikbar problemi li jkollhom dawn it-tip ta' nies, hija d-dwejjaq, il-loneliness fil-komunita', u allura grupp ta' voluntieri minn fostna bdejna servizz b'xejn ta' helpline li konna noffruh kuljum bejn it-tmienja ta' filgħaxija u nofs il-lejl.", "Il-komunita' reliġjuża ta' San Ġwann kienu offrewlna li nibdewh hemmhekk iżda meta tlabna lill-awtoritajiet biex jgħinuna, ma sibniex għajnuna.", "Is-servizz bqajna noffruh għal xi sentejn pero' meta wieħed joffri servizz b'mod volontarju għal qasam daqstant importanti bħalma hija l-loneliness fil-komunita', jistenna ċertu kooperazzjoni mill-awtoritajiet, iżda sfortunatament ħafna drabi din il-kooperazzjoni ma ssibhiex.", "Ma nixtieqx nieħu ħafna aktar ħin tal-kumitat u qed nieħu gost li qed niltaqgħu hawn ġew fil-Parlament.", "Jien ilni midħla f'dan il-qasam għal aktar minn tletin sena u f'dawn l-aħħar tletin sena, rajna diversi esperti mill-Ingilterra, mill-Italja, minn Franza u mill-Belġju jiġu f'pajjiżna, u għandna ħafna blueprints, programmi u gwidi dwar x'għandna nagħmlu, eċċ., pero' jekk ma jkunx hemm ir-rieda politika, għal xejn noqogħdu niltaqgħu u għal xejn jiġu l-esperti minn barra.", "Jekk ma jkunx hemm ir-rieda politika, jekk ma jiġux ivvutati l-flus meħtieġa u jekk ma jiġux implimentati proġetti li l-esperti u n-nies tagħna jkunu ssuġġerew, wisq nibża' li jkun kollu għal xejn li noqogħdu niltaqgħu u niddiskutu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Hawn min jixtieq jagħmel xi mistoqsija?", "L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Kif għedt inti, il-biċċa l-kbira tal-pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli jkollhom mard kroniku, pero' hemm min jidħol għal ftit żmien, per eżempju għal ġimgħa u mbagħad jerġa' jgħaddi żmien twil fil-komunita'.", "Meta bniedem jidħol għal ftit żmien, tingħata occupational therapy lil dak il-pazjent?", "U jekk jibda jingħata s-servizz ta' therapy, ikun jista' jitkompla on an out-patient basis?", "Xi kwalifiki jrid ikollu wieħed li jixtieq jidħol għall-kors ta' occupational therapist?", "IS-SUR JOE BUSUTTIL: Ħalli nibda mill-ewwel mistoqsija tiegħek.", "Illum fl-acute admission wards, jiġifieri ward 6 u ward 2, hemm bejn wieħed u ieħor ħamsin pazjent u l-biċċa l-kbira minnhom għandhom kemm dar fejn imorru u kemm xogħol.", "Jiġifieri għall-biċċa l-kbira tal-pazjenti fl-acute admission wards, m'hemmx bżonn ta' riabilitazzjoni radikali għax wara ftit taż-żmien ħafna minnhom jerġgħu jmorru lura fil-komunita'.", "Li wieħed irid joqgħod attent għar-rigward ta' l-admission wards huma dawk li jgħidulhom \"new chronics\", li jibqgħu jidħlu ripetutament.", "Lil dawn wieħed jimmarkhom biex ikompli jgħinhom, pero' aħna nkomplu nsegwu l-pazjenti tagħna anke wara li joħorġu minn għandna, insegwuhom fil-komunita', fl-out-patients clinic u anke fis-psychiatric unit f'St Luke's.", "Rigward il-kors ta' l-occupational therapists, jekk jibda fl-Universita', il-ħtiġijiet se jkunu l-istess bħalma huma għal studenti oħra li japplikaw biex jidħlu għal korsijiet fl-Universita', jiġifieri two ''A'' levels u three in intermediate level.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: L-ETC jagħmlu wkoll xogħol fil-viċin ma' l-occupational therapists, allura x'inhi r-relazzjoni ma' l-ETC bi preparazzjoni għal persuni biex ikunu jistgħu joħorġu fil-komunita'?", "IS-SUR JOE BUSUTTIL: Fil-qasam mentali għandna ħames taqsimiet u taqsima minnhom hija proprju dik ta' riabilitazzjoni li parti minnha qiegħda fl-isptar u parti oħra qiegħda fil-komunita'.", "Hemm terapisti li jagħmlu liaison ma' l-ETC, infatti tnejn minnhom marru għal-laqgħa li diġa' ssemmiet li saret ħmistax ilu.", "Ikollna laqgħat magħhom għalkemm forsi mhux daqs kemm wieħed jixtieq.", "Naħseb li jista' jkun hemm lok għal aktar liaison u koordinament bejnietna.", "MICHAEL FARRUGIA: Kif tikkwalifika r-rispons tal-pazjenti għall-occupational therapy li jkun qed jingħatalhom?", "Tikkwalifikaha bħala inkoraġġanti, kif mistenni, jew forsi minħabba diversi fatturi inqas milli wieħed jistenna?", "X'taħseb li jistgħu jkunu dawn il-fatturi biex forsi wieħed jara jistax jibdilhom ħalli jimxi 'l quddiem?", "IS-SUR JOE BUSUTTIL: Meta bdejt l-occupational therapy, ix-xena fil-mard mentali kienet differenti milli hi llum.", "Illum il-pazjenti b'mard mentali li qegħdin l-isptar, għandhom diversi permessi biex ikunu jistgħu joħorġu; għandhom permess li joħorġu, permess li jmorru bil-leave, permess li jmorru sal-Belt u jiġu lura waħedhom, allura l-pazjenti qed jibbenefikaw minn dawn l-vantaġġi.", "Niftakar li meta bdejt, dawn il-permessi ma kenux jeżistu, allura meta kont tgħidilhom biex jiġu għall-occupational therapy, kienu jiġu bi ħġarhom.", "Illum l-attendenza m'hijiex daqstant, għalkemm illum wieħed imur iżjed għall-kwalita' milli għall-kwantita'.", "Pero' ta' min wieħed jinnota wkoll li llum il-pazjent għandu iktar għażla fejn imur.", "Veru li forsi llum in-numru ta' dawk li jattendu l-occupational therapy huwa inqas milli kien per eżempju, għaxar snin ilu, iżda wieħed m'għandux jallarma ruħu għax bħalma qed ngħid, hemm iżjed postijiet fejn jistgħu jmorru.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nixtieq niċċara punt dwar il-kors ta' l-occupational therapists.", "Meta inti għedt li ma tafx jekk il-kors huwiex se jiftaħ din is-sena, jiena għaddejt il-mistoqsija lil Dr. Raymond Busuttil, Director General fid-Dipartiment tas-Saħħa, li qalli li huwa approva li jinfetaħ il-kors ta' l-occupational therapists u hemm qbil ma' l-Institute of Health Care, pero' hemm xi kwestjoni interna fl-Universita' dwar il-kwalifiki li għandu jkollu l-koordinatur tal-kors.", "Il-fatt li l-kors ġie approvat min-naħa tal-gvern u li l-Institute of Health Care wants to take it on board, huwa pożittiv iżda naturalment wieħed jispera li d-diskussjonijiet ma' l-Universita' ma jitwalux iż-żejjed ħalli meta tibda s-sena skolastika f'Settembru li ġej, ikollna wkoll il-kors ta' l-occupational therapists fost il-korsijiet l-oħra offruti ħalli jkollna aktar occupational therapists meta qed jingħad li n-numru li għandna huwa żgħir wisq biex ilaħħaq mal-bżonnijiet mhux biss fl-Isptar Monte Carmeli imma anke fil-komunita'.", "MICHAEL FARRUGIA: Inti għedt li hemm problema dwar il-kwalifiki biex wieħed jidħol għall-kors?", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, il-kwalifiki li għandu jkollu l-co-ordinator.", "Ħalli nagħmilha ċara f'każ li ma ftehimtx.", "Id-diskussjoni m'hijiex dwar x'tip ta' kwalifiki għandu bżonn min se japplika għall-kors, imma dwar il-kwalifiki tal-co-ordinator, għandux ikollu Ph.D., masters, eċċ., naturalment anke biex ikun in line ma' korsijiet oħra fl-Universita'.", "L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Fuq il-punt li għamilt qabel rigward min jerġa' jidħol fil-ward, in-new chronics, inti għedt li l-occupational therapy ma tantx jintuża peress li l-pazjenti ma tantx idumu l-isptar ...", "IS-SUR JOE BUSUTTIL: Għax jekk idumu ġimgħa, mhux se narawhom ħafna, imma jekk ikun hemm bżonn, insegwuhom ukoll fil-komunita'.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Imma peress li dan huwa l-iżjed grupp ta' nies b'mard mentali li huwa suxxettibbli li jmur lura għad-dinja tax-xogħol - ovvjament la wieħed joħroġ 'l barra malajr, x'aktarx li huwa inqas kroniku komparat ma' pazjenti oħra - naħseb li jista' jsir sforz akbar mill-occupational therapist.", "Forsi minn diskussjoni li ssir magħhom wieħed jista' jsib li jkun hemm problema, per eżempju marbuta ma' nuqqas ta' opportunita' ta' xogħol.", "Mill-esperjenza tiegħi bħala tabib tal-familja, naf persuni b'mard mentali li ġieli daħlu Mount Carmel Hospital li kellhom problema ta' nuqqas ta' xogħol, pero' l-problema tagħhom qatt ma ġiet tackled, anke biex inkun għedt kollox, għaliex ma damux l-isptar.", "Naħseb li hemm bżonn li dan il-fattur jiġi mogħti konsiderazzjoni.", "IS-SUR JOE BUSUTTIL: Aħna konxji ta' dan il-fattur u fejn hu possibbli, insegwu l-pazjent fil-komunita', pero' bħalma diġa' għedt, għandna nuqqas ta' staff u l-prijorita' ta' l-istaff hija fuq il-pazjenti li jkollna l-isptar.", "Jekk ma għandekx nies biżżejjed ma tistax tagħmel servizzi espansivi fil-komunita'.", "L-instructions li għandna huma li l-ewwel nieħdu ħsieb il-pazjenti ta' l-isptar, imbagħad nieħdu ħsieb il-persuni fil-komunita'.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: L-occupational therapy huwa intiż l-iktar biex bniedem imur lura għad-dinja tax-xogħol, jew huwa intiż biss bħala passatemp u bħala mezz kreattiv li dak li jkun, anke jekk huwa in-patient, ikun jista' jagħmel xi ħaġa?", "Hemm min imur lura għax-xogħol, per eżempju, jekk tkun mara tad-dar, din tmur lura d-dar, pero' hemm numru mhux ħażin li ma jaħdmux u allura trid tagħtihom rutina, struttura, fil-ħajja tagħhom.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Meta qed tgħid li m'hemmx biżżejjed occupational therapists, inħoss li qisu l-occupational therapist qed jirrinunzja għall-opportunita' li lin-new chronics jinstabilhom impjieg, anke bl-għajnuna ta' l-occupational therapy.", "Naħseb li wieħed għandu jikkonsidra dan il-fatt .", "IS-SUR JOE BUSUTTIL: Ma tridx tħares biss lejn l-impjieg.", "Bħalma għedt, irid ikollok qafas ta' faċilitajiet oħra fil-komunita', fosthom sheltered employment.", "Uħud minnhom jerġgħu jmorru lura għax-xogħol, pero' hemm oħrajn li għal xi raġuni jew oħra ma jkunx hemm xogħol adattat għalihom u allura trid issibilhom xi ħaġa differenti.", "L-importanti hu li jkollhom struttura, rutina, fil-ħajja tagħhom.", "L-occupational therapy mhux biss intiż biex tgħinhom isibu impjieg imma anke li jkunu indipendenti fl-attivitajiet tal-ħajja tagħhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-importanti hu that they maintain their skills, li l-iskills tagħhom ma jmorrux lura waqt li qegħdin fl-isptar.", "MICHAEL FARRUGIA: Jekk tiftaħ it-tifsira ta' \"dinja tax-xogħol\", li jinkludi x-xogħol tan-nisa tad-dar ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Ix-xogħol tad-dar huwa wkoll xogħol.", "Grazzi, Sur Busuttil, u nixtieq issa nsejjaħ l-aħħar kelliem għal-lum, Dr. Mario Sammut mill-College of Family Doctors.", "DR. MARIO SAMMUT (Segretarju Onorarju, Malta College of Family Doctors): Nirringrazzjakom ta' l-istedina tagħkom.", "Kont ġejt għall-ewwel laqgħa imma peress li kelli nitlaq kmieni kont bgħatt ittra bil-fehmiet tal-kulleġġ fuq dan is-suġġett u se nieħu siltiet mill-ittra li kont bgħattilkom.", "Kont irriferejt għad-dokument li kien ħareġ il-ministeru għall-iżvilupp soċjali, \"National Policy on Mental Health Service\" fejn hemm imniżżel:", "Fil-fatt dawn il-fatturi rriżultaw f'diffikultajiet li ġew esperjenzati fil-pilot area project fil-community mental health care f'Ħal Qormi, Siġġiewi u Żebbuġ.", "Id-dokument ikompli jirrikkmanda li:", "Il-kulleġġ jaqbel ħafna ma' din ir-rakkmandazzjoni u l-policy document li ħareġ il-kulleġġ is-sena l-oħra, jisħaq li:", "Il-policy document jirrikkmanda li jkun hemm ċerti kundizzjonijiet, jew skema ta' tabib tal-familja, jew ta' kura ta' saħħa primarja, li jkun hemm kundizzjonijiet strutturali biex issir registration system, a personal family system li hija importanti, li jkun hemm organisational movement, li jinżammu systematically detailed records u li jiġi utilizzat it-team work.", "Barra minn hekk, il-kulleġġ jemmen li l-professional development huwa importanti u allura għandha tiġi introdotta l-edukazzjoni tat-tabib tal-familja, l-undergraduate u l-post-graduate levels, li bħalissa ma jeżistux.", "Fl-opinjoni tal-kulleġġ, biex ikun hemm skema li tagħti mental health care kif suppost fil-komunita' u skema li tkun suċċess, irid ikun hemm riformi fis-sistema preżenti tal-primary health care billi kif hemm ukoll imsemmi fin-National Policy on Mental Health Service, ikun hemm basic registration, continuity of care, record keeping, eċċ.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn min jixtieq jagħmel xi domanda?", "Donnu l-erba' tobba membri tal-kumitat huma mitħla tal-Malta College of Family Doctors għax m'għandhomx domandi x'jagħmlu!", "Fl-opinjoni tiegħek, mhux bilfors f'isem il-kulleġġ, x'taħseb li huma l-istumbling blocks fil-proċess ta' l-implimentazzjoni ta' ċerti tibdiliet fejn jidħlu l-primary health care u r-role of the family doctor fir-rigward tal-kontribut tagħhom fejn jidħlu mental health patients u l-kura tagħhom fil-komunita'?", "DR. MARIO SAMMUT: Jien kont senior medical officer fil-Qormi Health Centre meta ġiet introdotta l-pilot area scheme.", "Dakinhar konna pprovajna nagħmlu sistema in-house tal-continuity of care, ta' registration ma' ċerti tobba u ta' record keeping, imma sfortunatament kif diġa' aċċennajt, is-sistema tal-primary health care fil-health centres hawn Malta, ma tantx hi fil-kundizzjoni li suppost u minħabba l-fatt li hemm nuqqas ta' tobba u l-fatt li t-tobba huma overloaded bix-xogħol, is-sistema tal-pilot project min-naħa ta' primary care u min-naħa tat-tobba, ma tantx irnexxiet.", "Dak iż-żmien kellna għaxar tobba li kienu ġew trained u attendew għal żewġ korsijiet differenti fuq il-kura tal-mard mentali fil-komunita', imma minn dawk l-għaxar tobba li kien hemm dak iż-żmien, sitta minnhom m'għadhomx jaħdmu u baqa' biss erbgħa.", "Naturalment ġew tobba oħra minflokhom imma ma kenux ingħataw training fil-mental health care.", "Naħseb li hemm bżonn huwa l-ewwelnett l-edukazzjoni tat-tabib tal-familja u fil-fatt nista' ngħid li min-naħa ta' l-Universita' l-affarijiet bdew jiċċaqalqu u forsi fil-futur mhux 'il bogħod ħafna jkollna dipartiment ta' family medicine fl-Universita' ta' Malta, u t-tieni nett il-bżonn ta' riforma fil-primary health care.", "Il-kulleġġ jemmen li hemm bżonn ta' riforma u kif jistgħu jikkonfermaw Dr. Busuttil u l-Onor.", "Deguara, saru diskussjonijiet bejn il-kulleġġ, il-Medical Association of Malta u d-Department of Primary Health Care.", "Għamilna ċerti rakkmandazzjonijiet li eventwalment tressqu quddiem il-Kabinett pero' minħabba raġunijiet finanzjarji, ir-rakkmandazzjonijiet li bgħatnilhom reġgħu bgħatuhomlna lura for re-evaluation.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Peress li naf li inti taħdem fil-primary health care u Dr. Baldacchino li kien hawn l-aħħar darba qalilna li waħda mill-problemi f'dan il-qasam hija n-nuqqas ta' tobba, taħseb li meta jkun hemm problemi ta' mard mentali, it-tobba taċ-ċentri tas-saħħa jkollhom ħin biżżejjed sabiex jidħlu fil-fond tal-problema u jevitaw li dak li jkun jiġi riferut lil psikjatra bla bżonn?", "Kif diġa' għedt, hemm nuqqas ta' tobba u x-xogħol minn sena għal oħra dejjem jiżdied.", "Barra minn hekk m'hemmx continuity of care, it is just occasional contacts li jkun hemm u allura t-tabib ma jħossux responsabbli tal-pazjent.", "Minħabba li l-pazjent li għandu mard mentali jista' jkun iżjed diffiċli biex tittrattah, sfortunatament it-tabib ma jeħux ir-responsabbilta' ta' dak il-pazjent u allura fil-health centres iżjed hemm it-tendenza li l-pazjent jiġi riferut għand il-psikjatra.", "Min-naħa tat-tobba li jaħdmu fil-privat, is-sistema hija differenti.", "Hemm iżjed continuity of care; it-tabib iħossu iktar responsabbli għall-pazjent u allura forsi jieħu iżjed kura tal-problema li għandu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr. Raymond Busuttil qed jagħmilli sinjal li jixtieq jagħmel kjarifika.", "DR. RAYMOND BUSUTTIL (Direttur Ġenerali, Dipartiment tas-Saħħa): Xtaqt nagħmel kjarifika fuq it-tobba taċ-ċentri tas-saħħa.", "Meta beda l-proġett pilota f'Ħal Qormi, l-għaxar tobba li kienu fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi kien ingħatalhom protected time biex ikunu jistgħu jqattgħu aktar ħin ma' pazjenti li kellhom bżonn kura mentali.", "Li ġara kien li minħabba nuqqas ta' tobba, id-dipartiment la seta' jżomm l-istess għaxar tobba fiċ-ċentru tas-saħħa f'Ħal Qormi kif konna kkommettejna ruħna li nagħmlu u li fil-fatt għamilna fil-bidu, u wisq inqas seta' jaffordja li jagħti dak il-protected time biex ikun hemm il-kontinwita' ta' kura u biex it-tabib ikun jista' jqatta' iktar żmien mal-pazjent.", "It-tieni punt li xtaqt insemmi huwa dwar it-tobba li jaħdmu fil-privat.", "Wara li konna daħħalna l-proġett pilota fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi, konna pprovajna nestenduh biex jinkorpora wkoll lit-tobba li jaħdmu fil-privat.", "Jien kont direttur dak iż-żmien u kont ktibt personalment lit-tobba kollha li jaħdmu f'Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi - u ż-żewġ konsulenti, Dr. Vella Baldacchino u mingħalija Dr. David Cassar, kienu ċemplulhom huma personalment - fejn informajthom b'laqgħa li kellha ssir fit-8.30 p.m. fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi, pero' jiddispjaċini ngħid li għal dik il-laqgħa, mank ġie tabib wieħed li jaħdem fil-privat.", "Jiġifieri l-effort biex ninkorporaw it-tobba li jaħdmu fil-privat kien sar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak ta' dak il-kumment.", "L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Xtaqt nagħmel żewġ mistoqsijiet relatati ma' dak li qal l-Onor.", "Dr. Sammut qal li meta beda l-pilot scheme kien hemm għaxar tobba waqt li llum dan in-numru niżel, fl-opinjoni tiegħek, taħseb li fil-preżent hemm interess fost it-tobba biex jidħlu għal dan ix-xogħol li naturalment parti minnu jinkludi s-saħħa mentali?", "Aħna nafu li mental health patients jirrikjedu iktar ħin u commitment differenti min-naħa tat-tobba.", "Tista' tgħidilna x'inhi l-fehma tal-kulleġġ dwar dan u kif qed jara li dan it-tip ta' servizz jista' jiġi mtejjeb aktar 'il quddiem?", "DR. MARIO SAMAMUT: L-ewwel mistoqsija kienet jekk hemmx interess fost it-tobba li jieħdu l-community psychiatry.", "Jien ma għadniex ibbażat fil-Qormi Health Centre, pero' nassumi li dawk l-erba' tobba li kienu ħadu t-training u għadhom ibbażati fil-Qormi Health Centre, għadhom jittrattaw u jikkuraw il-klijenti li ġew abbonati magħhom.", "Ma nafx kemm it-tobba ġodda li marru fil-Qormi Health Centre u li sfortunatament m'għandhomx it-training speċifiku fil-community psychiatry għandhom l-interess li kellhom l-għaxar tobba oriġinali li ngħatalhom it-training.", "FRANCIS AGIUS: It-tieni mistoqsija kienet dwar x'pożizzjoni se jieħu l-kulleġġ, vis-a-vis din it-tip ta' kura minħabba li din il-kura tieħu iktar ħin.", "DR. MARIO SAMMUT: Il-kulleġġ jemmen li l-qasam tal-kura tas-saħħa mentali ma nistgħux nittrattawh bħala xi section għalih, imma rridu narawh fl-ambitu ġenerali u kif diġa' semmejt, hemm bżonn li ssir riforma fil-primary health care, pero' mhux biss mil-lat ta' health centres imma anke fejn jidħlu t-tobba tal-familja li jaħdmu fil-privat.", "B'xi mod jew ieħor dawn għandhom jiġu integrati permezz ta' skema li tinkorpora d-dettalji li semmejna fil-policy document, bħalma huma kundizzjonijiet strutturali, kundizzjonijiet organizzazzjonali u kundizzjonijiet ta' żvilupp professjonali.", "Dawn il-kundizzjonijiet iridu jiġu introdotti biex is-sistema tibda tirrendi l-frott tagħha mhux biss għall-pazjenti li għandhom mard mentali imma għall-pazjenti kollha li għandna fil-komunita'.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Iktar milli mistoqsija nixtieq nagħmel kumment.", "Bħala tabib li naħdem fil-komunita' u li għandi pazjenti b'mard mentali, kultant inħoss li hemm nuqqas ta' kooperazzjoni mill-awtoritajiet tas-saħħa fl-Isptar Monte Carmeli.", "Kemm-il darba jkolli pazjenti li jkollhom bżonn kura l-isptar, imma biex tikkonvinċihom li għandhom bżonn kura f'Mount Carmel Hospital taqla' fwiedek.", "Bħalma tafu m'hijiex faċli tikkommetti pazjent l-isptar u trid iġġib il-firma ta' konsulent, ta' tabib ieħor u ta' social worker qabal iddaħħal pazjent l-isptar iżda kemm-il darba kelli każi fejn flimkien ma' tabib ieħor u social worker irnexxielna nikkommettu pazjent l-isptar biex imbagħad jiġi discharged l-għada li jidħol.", "Jien naħseb li din trid tiġi kkonsidrata.", "Mhux qed ngħid dan biex nipponta subgħajja lejn xi ħadd għax wara kollox il-konsulent għandu dritt jiddeċiedi hu, pero' nħoss li ladarba t-tobba u s-social worker ikunu marru at length biex jassiguraw li l-pazjent jiġi committed u jieħu l-kura li għandu bżonn l-isptar, id-deċiżjoni tagħhom għandha tiġi rispettata.", "Naħseb li jekk żewġ tobba u social worker bl-esperjenza tagħhom ikun dehrilhom li pazjent kellu jkun committed, id-deċiżjoni tagħhom għandha tiġi kkonsidrata u l-pazjent ma jiġix discharged l-għada bir-riżultat li l-problema terġa' titfaċċa fil-komunita' eżatt kif marret.", "DR. MARIO SAMMUT: Fis-sena li domt fil-Qormi Health Centre meta kien qed jaħdem il-pilot area project, nista' ngħid li kellna suċċess għaliex kien beda jiżviluppa l-primary team.", "Dawk l-għaxar tobba li semmejt kienu bdew jiżviluppaw relazzjoni ma' tliet social workers u ż-żewġ MMDNA nurses li kellna, u flimkien konna niltaqgħu b'mod regolari.", "Kien hemm żewġ psikjatri li kienu jiġu darba fil-ġimgħa - wieħed jiġi nhar ta' Tnejn u l-ieħor jiġi nhar ta' Tlieta - u li kellhom it-team tagħhom, jiġifieri psychiatric nurse, OT u psychiatric social worker.", "Kien hemm komunikazzjoni tajba.", "B'dik is-sistema konna bdejna nipprevjenu u meta tasal fi stat ta' emerġenza għax il-pazjent ikollu problema akuta, tara kif se tagħmel biex iddaħħlu f'Mount Carmel.", "Jiġifieri bdejna fuq sieq tajba, imma kif qal Dr. Busuttil, minħabba l-problemi li għandna fiċ-ċentri tas-saħħa, problemi ta' nuqqas ta' personnel u ammont kbir ta' xogħol, sfortunatament ma stajniex inkomplu fuq dak l-istess livell.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Dr. Sammut u nixtieq nirringrazzja wkoll lil kulmin attenda għal din il-laqgħa.", "Il-laqgħa li jmiss se tkun nhar it-Tlieta, 6 ta' Lulju, fis.7.00 p.m. pero' bħas-soltu tirċievu ittra mingħandna.", "Il-lejl it-tajjeb.", "Fid-9.05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 6 ta' Lulju, 1999 fis-7.00 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990630_012d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 30 ta' Ġunju, 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.13 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 11 li saret fil-15 ta' Ġunju, 1999 kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumitat informat lill-Kumitat li rċeviet kopja ta' dokument għad-diskussjoni dwar tibdil fil-liġi tas-saħħa mentali mibgħut mill-Kummissjoni Nazzjonali dwar is-Saħħa Mentali u rapport \"A social work service at the primary health care level\" datat 24 ta' Ġunju 1999, mibgħut mill-Health Social Officers fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi.", "MENTAL HEALTH: POLICIES, STRUCTURES, SERVICES AND LEGISLATION - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat stieden lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Lawrence Gonzi, jieħu sehem fid-diskussjoni u stieden ukoll lis-Sur Joseph Incorvaja mill-Institute of Health Care; lis-Sur Joe Bezzina u s-Sur Felix Borg mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ; lis-Sur Joe Busuttil, Principal Occupational Therapist fl-Isptar Monte Carmeli; u lit-Tabib Mario Sammut, Segretarju Onorarju tal-College of Family Doctors.", "Il-Kumitat talab lir-rappreżentati tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ jibgħatu informazzjoni dwar l-għadd ta' persuni bi problemi ta' saħħa mentali, li ġew imħarrġa mill-Korporazzjoni u li nstabilhom xogħol.", "Fid-9.05 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u l-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 6 ta' Lulju 1999 fis-7.00 p.m. bl-istess aġenda.", "GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990630_012m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 17", "L-Erbgħa, 30 ta' Ġunju 1999, fil-5.40 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 30 ta' Ġunju 1999, fil-5.40 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "28 ta' Ġunju 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990630_017a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 30 ta' Ġunju 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fil-5.43 p.m.", "L-iSpeaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Victor Galea Pace, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor George Vella.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 16 li saret fil-21 ta' Ġunju, 1999, kienu konfermati.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li minbarra x-xogħol li kien indika fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat, sa qabel ir-recess tas-sajf jiġi diskuss ukoll l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Fuq il-punti mqajma fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat, l-Onor Joe Mizzi informa lill-Kumitat li l-Oppożizzjoni kien se jkollha bżonn żewġ seduti għad-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri, Abbozz Nru 19, seduta għad-diskussjoni dwar il-qagħda ekonomika u erba' seduti għad-diskussjoni fuq ir-rapport dwar l-update ta' l-avis tal-Kummissjoni Ewropea.", "Il-Viċi Prim Ministru kellu jikkomunika r-risposta tan-naħa tal-Gvern fi stadju ulterjuri.", "L-iSpeaker fakkar fil-kumitat li kellu jitwaqqaf bil-ħsieb li jiġu riveduti l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra.", "Fis-6.00 p.m. il-Kumitat aġġorna.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990630_017m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 13", "It-Tlieta, 6 ta' Lulju 1999 fis-7.00 p.m.", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, tavża li l-Kumitat ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 6 ta' Lulju 1999 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "2 ta' Lulju 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990706_013a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 13", "It-Tlieta, 6 ta' Lulju, 1999", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 13", "It-Tlieta, 6 ta' Lulju, 1999", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.12 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 12 li saret fit-30 ta' Ġunju, 1999 ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (L-Onor.", "Helen D'Amato): Nibda biex għal darb'oħra nirringrazzjakom talli erġajtu qegħdin magħna hawn illejla.", "Bħalma nagħmel fil-bidu ta' kull laqgħa, se ngħid fil-qosor dak li ntqal fl-aħħar darba sabiex niffriskaw il-memorja.", "Fl-aħħar laqgħa tkellmu erbgħa minn nies; rappreżentat ta' l-Institute of Health Care li huwa wkoll il-koordinatur tal-Psychiatric Nursing Course, żewġ uffiċjali mill-ETC, il-Principal Occupational Therapist fl-Isptar Monte Carmeli u s-segretarju onorarju tal-Malta College of Family Doctors.", "Fid-diskussjoni ħarġet il-ħtieġa li n-nurses fl-Isptar Monte Carmeli jkunu dejjem imħarrġa fid-dixxiplina tagħhom u ħarġet ukoll il-ħtieġa li aktar nurses jagħżlu li jsegwu l-kors tal-psikjatrija bħala l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom.", "Smajna wkoll li sfortunatament l-istigma li aħna nassoċjaw ma' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali, ibatu minnha wkoll in-nurses li jagħżlu din il-branka.", "Fl-aħħar laqgħa smajna li l-kors ta' l-occupational therapists għadu ma nfetaħx.", "Hemm bżonn jinfetaħ jekk verament irridu li n-numru ta' occupational therapists jiżdied u bi pjaċir ngħid li proprju llejla Dr. Busuttil qalli li l-problemi li kien hemm biex jiftaħ il-kors issa ġew solvuti u allura l-kors se jerġa' jiftaħ f'Settembru li ġej.", "Ovvjament nieħdu gost li kien hemm dan il-progress mill-ġimgħa l-oħra 'l hawn.", "Mir-rappreżentanti tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, smajna dwar skemi li wieħed jista' jadotta u jaddatta għal ħtiġijiet tal-persuni li għandhom problemi ta' saħħa mentali, bħal per eżempju, l-on-line training scheme.", "Bħalma tafu fl-aħħar laqgħa tlabnihom għal kjarifika tal-figuri li bdew isemmu u fil-fatt matul din il-ġimgħa rċevejna ittra mingħandhom fejn taw dettalji dwar it-42 każ li semmew.", "Il-persuni kienu kollha with mental health problems; 21 minnhom kienu riferuti għal impjieg, 19 were eventually employed iżda huma tnejn biss li għadhom in employment.", "Dwar id-29 klijent li kienu fuq l-on-line training scheme, 11 minnhom kienu mpjegati u saħansitra għadhom impjegati; għadhom iżommu x-xogħol tagħhom.", "Meta konna qegħdin nitkellmu fuq il-qasam tax-xogħol, tkellimna dwar ir-relazzjoni ta' min iħaddem mal-ħaddiem li jkollu problema u tal-ħaddiem mal-kumplament tal-ħaddiema u x'relazzjoni se jkun hemm fl-isfond u fl-ambitu ta' kunfidenzjalita', u proprju llejla qabel bdejna, kont qed nitkellem ma' persuni li jaħdmu fil-Qormi Day Centre li qaluli li llum stess kellhom problema f'dan ir-rigward.", "Fid-diskussjoni tal-ġimgħa l-oħra reġgħet ħarġet ċara l-ħtieġa ta' aktar community care, ir-rwol tat-tabib tal-familja u t-tisħiħ tal-primary health care biex il-mental health care ma tkunx iżolata imma integrata fil-qasam tal-kura primarja.", "Nixtieq li nagħtu bidu għas-sessjoni tal-lum billi nistieden lil Dr. Ray Xerri li huwa d-Direttur fil-Policy and Planning Department.", "Naturalment, policy and planning huma l-qofol ta' ċertu tibdil li jrid iseħħ biex persuni bi problemi ta' saħħa mentali jkunu aktar integrati fis-soċjeta'.", "Infakkarkom li kulma jintqal qed jiġi rrekordjat u allura rridu noqogħdu attenti li minn dak li jintqal ma jiġux identifikati persuni partikolari.", "Bħas-soltu hawn magħna membri tal-press u nirringrazzjahom li bħal dejjem huma sensittivi ħafna dwar dak li jintqal u jekk tiżloqhielna xi kelma, joqogħdu attenti u jgħinuna bħalma dejjem għamlu.", "Nagħmlilkom appell biex il-presentation tagħkom tkun ta' madwar għaxar minuti ħalli wara jkollna ħin għall-mistoqsijiet.", "DR. RAY XERRI (Direttur, Policy and Planning Department): Nippreferi li intom tgħiduli fuqhiex irrid nitkellem.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawnhekk qegħdin nimxu mal-policy document \"National Policy on Mental Health Service\" li kien inħareġ xi snin ilu u qed naraw kif nistgħu mmorru minn institutionalisation to community care.", "To disregard completely institutionalisation, huwa żball, imma meta għandek saffi differenti ta' nies bi problemi ta' saħħa mentali, u meta għandek problemi oħra relatati ma' nies b'mard mentali, għandna naraw x'nistgħu nagħmlu biex kemm jista' jkun ma nżommuhomx f'istituzzjonijiet minħabba nuqqasijiet oħra li jista' jkollna f'sistemi differenti.", "U hawnhekk m'iniex nirreferi biss għall-qasam tas-saħħa, imma anke għall-qasam ta' djar, xogħol, eċċ. Allura f'dan l-ambitu wiesa', nixtiequ nisimgħu mingħandek kif nistgħu naslu għal dan ir-rigward mil-lat ta' policy and planning.", "DR. RAY XERRI: Il-mental health policy kienet l-ewwel policy li ktibna bħala dipartiment; inkitbet fl-1994 u mbagħad parti minnha ġiet integrata fil-politika nazzjonali \"Health Vision 2000\".", "Fl-opinjoni tiegħi ħafna nies jieħdu a very myopic view tas-saħħa mentali.", "Kulħadd qisu jibni l-imperu tiegħu; jekk qed jaħdem fil-mental health care sector, jipprova jirriforma dak is-settur bla ma jagħti kas x'qed jiġri fil-kumplament tal-qasam mediku.", "Fil-mission statement tal-policy document qed ngħidu li l-viżjoni tagħna hija mibnija fuq l-empowerment ta' l-individwu.", "Ma jistax ikun li nibqgħu nippretendu li l-Istat jagħmel kollox hu.", "The idea is to change the welfare state to a welfare society fejn l-individwu jiġi mogħti social skills u training biex jgħin lilu nnifsu u mhux inħallu l-Istat jipprovdi kollox hu.", "That is not sustainable, la fil-preżent u lanqas fil-futur.", "Meta imbagħad irreferejna għar-riforma li għandha ssir, enfasizzajna ħafna dwar il-ħtieġa li l-kura trid tingħata l-aktar fil-komunita', ovvjament mingħajr ma toħloq imperi fil-komunita'.", "Fiċ-chapter fejn tkellimna dwar ir-rwol ta' dipartimenti oħra, għedna li ħafna mill-iżvilupp li jrid isir fil-komunita', irid isir mhux biss mil-lat ta' saħħa.", "Għalkemm aħna rridu niżviluppaw is-sistema tal-kura primarja li hija l-building block fil-komunita', hemm servizzi oħra li jridu jiġu mogħtija, per eżempju, mis-social services department.", "Is-social wokers mhux qed jaħdmu fil-komunita', iżda ġod-dipartiment u fid-dokument stess għedna li f'dak id-dipartiment trid issir riforma biex is-social workers jiġu attached ma' tobba fil-livell komunitarju.", "Għedna wkoll li kull riforma ma tistax issir mid-dipartiment waħdu.", "Hemm ħafna affarijiet li ma jiddependux minna, per eżempju l-leġislazzjoni tas-sigurta' soċjali li ħafna minnha hija counter-productive għall-istess ġid tal-pazjent.", "Jekk tipprova tintegra fil-komunita' l-pazjenti li jistgħu jiġu integrati, tista' tiltaqa' ma' problemi mil-lat ta' pensjonijiet minħabba li f'ċerti aspetti l-liġi tas-sigurta' soċjali hija pjuttost diskriminatorja.", "Għalhekk dejjem enfasizzajna li f'kull riforma hemm bżonn li d-dipartimenti kollha jaħdmu b'viżjoni waħda u dan il-konċett konna ħriġnih l-aktar fil-\"Health Vision 2000\" fejn konna għedna, u fil-fatt kien hemm qbil dwarha fil-Kabinett, li għandu jitwaqqaf an interministerial committee bir-rappreżentanza ta' diversi segretarji permanenti.", "Parti mir-riforma tas-servizz fil-komunita', jrid issir mid-dipartiment tagħna, imma hemm ħafna xogħol ieħor li jrid isir minn dipartimenti oħra u allura jekk id-dipartimenti l-oħra ma ġġibhomx f'sistema formalizzata fejn jistgħu jiddiskutu l-problemi, ġeneralment ma jsir xejn.", "Inutli nieħdu bħala prijorita' l-iżvilupp tas-settur komunitarju jekk dan l-iżvilupp ma jkunx il-prijorita' ta' ħaddieħor.", "Għalhekk konna ssuġġerejna li jiġi mwaqqaf kumitat formalizzat bi rwol speċifiku biex jekk se jsir xi żvilupp, mhux biss fis-settur tas-saħħa mentali imma f'diversi setturi oħra, il-permanent secretaries ikollhom iċ-ċans jiddiskutu flimkien u jaħdmu id f'id sabiex jaraw x'hemm bżonn isir biex jitwettaq dak l-iżvilupp fid-diversi dipartimenti li jaqgħu taħthom.", "Ikun hemm specific targets with specific time-frames biex kull dipartiment jagħmel il-biċċa tiegħu ħalli mbagħad dawk il-biċċiet kollha, like a jigsaw puzzle, jingħaqdu flimkien.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn min jixtieq jagħmel xi mistoqsija?", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Nibda biex nagħmel kumment żgħir.", "Ma nafx minn fejn ġiet id-definizzjoni ta' \"welfare state\" iżda assolutament ma naqbilx mad-definizzjoni li ngħatat.", "Hawnhekk mhux il-post biex niddiskutu d-definizzjoni ta' \"welfare state\" u ta' \"welfare society\", pero' d-definizzjoni li ngħatat, assolutament m'hijiex eżatta.", "Ovvjament il-kura hija parti integrali biex il-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali jiġu integrati fis-soċjeta' u dak huwa l-ultimate aim li konna qegħdin naħdmu fuqu.", "Imma biex tasal għall-ultimate aim, fl-istess ħin irid ikun hemm amalgamazzjoni mal-kura li tingħata fil-livell sekondarju u terzjarju fl-isptarijiet u fl-istituzzjonijiet.", "Jiġifieri wieħed irid iħares lejha mil-lat ħolistiku u mhux qisna se noħorġu lil kulħadd fil-komunita'.", "Irridu nieħdu l-holistic approach tas-setturi kollha li l-welfare state jipprovdi.", "Jekk aħna nħarsu lejn l-isptarijiet - u naf li Dr. Xerri ħadem ħafna fuq l-istrutturi ġewwa l-isptarijiet - naraw li hemm affarijiet li jenħtieġu jiġu rranġati.", "Naħseb importanti li Dr. Xerri jispjega lil dan il-kumitat dwar l-iżviluppi li diġa' saru fir-rigward ta' saħħa mentali; dawk li jridu jsiru u l-għanijiet li rridu nilħqu, inkluż fejn jidħlu sptarijiet, anke forsi billi jitkellem fuq l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq.", "DR. RAY XERRI: Aħna qatt m'għedna li rridu nitfgħu l-klijenti li għandna f'Mount Carmel Hospital fil-komunita', minkejja li nafu li ħafna minnhom jistgħu jgħixu fil-komunita'.", "Minħabba li ilhom ħafna żmien fl-isptar, dawn il-klijenti jqisu l-isptar bħala d-dar tagħhom.", "Fl-1994 kont ngħid li għandhom jiġu integrati fis-soċjeta' imma l-esperjenza urietna li nkunu qed nagħmlulhom a disservice jekk nibagħtuhom 'il barra.", "Infatti meta bagħtniehom 'il barra, għamilnielhom a very bad disservice.", "Trid tinsa l-passat u tħares lejn il-futur.", "U għalhekk fl-Isptar Monte Carmeli qed nagħżlu areas li huma ta' prijorita', bħalma huma l-admission ward, ir-rehabilitation u l-young people's unit.", "U qed ngħidu li dawn huma ta' prijorita' biex ma nagħmlux l-iżbalji li għamilna fil-passat fejn kellna nies, u għad għandna nies, li jidħlu fis-sistema u jintilfu f'dik is-sistema.", "Qed nagħmlulhom a disservice mil-lat ta' social skills għaliex ġeneralment is-social skills li jidħlu bihom jiddeterjoraw waqt li jkunu fl-isptar u mbagħad ikollna nerġgħu nħarrġuhom mill-ġdid.", "Irridu naraw li min se jidħol fis-sistema ma nagħmlulux ħsara.", "Hawn min jieħu għalih għax nuża din il-kelma imma facts speak for themselves.", "Meta tanalizza s-social skills tal-pazjent, tara li ħafna minnhom jiddeterjoraw waqt li jkunu fl-isptar.", "Is-sena l-oħra ħdimna ħafna fuq dawn it-tliet areas u kkreajna protokolli flimkien ma' multidisciplinary teams magħmula minn konsulenti, nurses u occupational therapists, jiġifieri kulħadd kien involut.", "Aħna tajniehom id-direzzjoni ta' fejn irridu naslu u huma ħarġu b'xogħol siewi ħafna li nisperaw nibdew nimplimentawh fl-aħħar ta' din is-sena.", "F'dawn it-tliet areas, kull ħaddiem se jibda jaħdem b'ċerti proċeduri u ċerti regoli.", "Irridu nassiguraw li l-ewwelnett kull pazjent jieħu l-kura neċessarja, mhux biss kura medika jew soċjali, imma anke kura integrata u t-tieni nett irridu naraw li jkun hemm accountability minn kulħadd.", "Kulħadd se jibda jirrispondi għal egħmilu.", "Illum l-accountability daħlet biss fis-sistema finanzjarja fejn għandna idea preċiża ta' x'qed jintefaq u fuq xiex qed jintefaq.", "Irridu naraw li n-nies ikunu accountable for their performance and their outcome Bħalissa hawn esperti barranin li qed jgħinuna niżviluppaw ċerti proċeduri internament.", "Naturalment li qed ngħid ma japplikax biss għall-Isptar Monte Carmeli imma japplika wkoll għas-setturi kollha tas-saħħa.", "U qed nagħtu l-iżjed enfasi lill-isptarijiet għax minbarra li l-isptar il-ġdid se jibda jaħdem b'sistemi ġodda, the most expensive part of the health sector huwa proprju s-settur ta' l-isptarijiet, u r-riżorsi li huma meħtieġa biex isir kull żvilupp, anke fis-settur komunitarju fejn hemm bżonn isir ħafna xogħol, bilfors iridu jiġu l-ewwelnett from within.", "Ma tkunx sostenibbli jekk aħna nieħdu the easiest option, jiġifieri li lill-gvern ngħidulu li għandna bżonn \"X\" amount of money to develop the service meta nafu li fis-settur hemm ħafna riżorsi, anke riżorsi umani, li m'humiex utilizzati sewwa.", "It's a constant battle - ikollna wkoll problemi ma' unions - imma rridu nirresponsabbilizzaw lil kulħadd ta' egħmilu biex jagħti l-ġurnata tiegħu, kemm mil-lat ta' ħin u kemm mil-lat ta' produzzjoni effettiva.", "Jekk l-affarijiet jimxu sewwa f'Mount Carmel Hospital, enough financial resources may be released but not a lot in terms of personnel għaliex għalkemm hemm ħafna nies żejda with regards to nursing, these people cannot be utilised anywhere else, jew minħabba l-eta' tagħhom jew minħabba t-training tagħhom.", "Pero' hemm riżorsi li jistgħu jiġu shifted biex niżviluppaw servizzi oħra fil-komunita'.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Mhux punt akkademiku se nipprova nagħmel, imma pjuttost punt prattiku li jinteressa lil kulħadd.", "Jekk ma nkunux nafu eżattament fejn qegħdin u 'l fejn irridu mmorru, jiġifieri jekk ma jkollniex dawk il-famużi indicators, diffiċli, b'mod partikolari f'din l-area aktar minn areas oħrajn fil-mediċina, li nkejlu dak li qed nagħmlu u naraw jekk dak li qed nipproponu biex nagħmlu huwiex se jwassalna fejn irridu naslu.", "Irid ikollna data u ma nafx x'tip ta' data għandna fil-preżent.", "Wieħed mill-indikaturi li hemm anke kontroversja dwaru f'ħafna pajjiżi barranin u li ma ssemmhiex hawnhekk, huwa l-għadd ta' każi ta' suwiċidju fil-pajjiż.", "Hemm min jgħid li r-rata ta' suwiċidju hija importanti u hemm min jgħid li din ma tirriflettix l-istat ta' saħħa mentali fil-pajjiż.", "Jiena nara li l-funzjoni ta' dan il-kumitat m'għandhiex tkun biss li nisimgħu numru ta' persuni jagħmlu l-presentation tagħhom, imma li naraw id-diffikultajiet li persuna bħalek li tokkupa rwol tant importanti tiltaqa' magħhom biex timplimenta dak li nitkellmu fuqu.", "Hawnhekk nisimgħu ħafna affarijiet sbiħ imma fil-prattika niltaqgħu ma' ħafna problemi li ħafna minnhom ilhom jeżistu s-snin.", "X'taħseb li jista' jsir mil-lat ta' koordinament?", "Naqbel ħafna miegħek li f'dan is-settur hemm wisq imperi żgħar, kemm bejn il-professjonijiet u kemm within the professions, u allura qabel ikollna teamwork veru, naħseb li jkun ferm diffiċli li nimxu 'l quddiem.", "Hawnhekk smajna kemm il-moral huwa baxx fost l-impjegati f'dan is-settur u kemm huwa żgħir in-numru ta' persuni li jagħżlu jidħlu f'din il-linja, allura naħseb li wasal iż-żmien li jkun hemm positive discrimination.", "Ma nafx jekk inti taqbilx ma' l-idea ta' positive discrimination favur min jidħol f'dan il-qasam, pero' forsi tajjeb li lin-nurses nagħtuhom ċertu vantaġġi vis-a-vis impjegati oħra biex jitħajru jidħlu fis-settur tan-nursing.", "Forsi nistgħu nagħmlu diskriminazzjoni pożittiva favur min jagħżel dawn id-dixxiplini peress li kif diġa' ntqal minn diversi kelliema, in-numru ta' persuni li jagħżlu jidħlu f'dan il-qasam huwa żgħir.", "Tista' tgħidilna x'diffikultajiet tiltaqa' magħhom fil-prattika biex jiġu implimentati l-ideat li qed insemmu?", "DR. RAY XERRI: Il-policy li ktibna tagħti indikazzjoni ċara tas-sitwazzjoni kif kienet fil-bidu ta' l-1993 - kważi għadha l-istess illum - u mbagħad tagħti l-viżjoni ta' fejn irridu naslu, u li qegħdin nagħmlu huwa li nikkonvertu dik il-viżjoni fi strateġija li nistgħu nimplimentaw.", "Irrid ngħid li sar ħafna xogħol fl-Isptar Monte Carmeli anke jekk forsi ma tantx jidher.", "L-ikbar bidla li nara jiena, hija l-bidla kulturali li saret fost ċerti impjegati.", "Qabel kulħadd kien jaħdem b'mod separat u jien kont nistaqsi kif jista' jkun li xi darba dawn jaħdmu as a team, pero' llum hemm areas fejn l-impjegati jaħdmu ħafna flimkien.", "Hawnhekk hawn konsulenti li naf li jaħdmu tajjeb within their teams u jkollhom healthy discussions within those teams, imma l-problema hija li fis-settur tas-saħħa, mhux biss f'Mount Carmel, hemm diżastru maniġġerjali.", "Naf li Dr. David Cassar u Dr. Joe Saliba ħadmu għal madwar sitt xhur fuq protokolli li huma dettaljati ta' kif kull membru għandu jaħdem, imma fil-prattika għadna ma bdejniex nimplimentawhom minħabba li s-sistema maniġġerjali hija difettuża.", "Ħafna mill-problemi fis-settur tas-saħħa jeżistu minħabba li hemm a management problem.", "Illum daħħalna sistemi imma m'għandniex struttura biex imexxulna dawk is-sistemi.", "U l-ikbar problema hi li ħafna mix-xogħol li sar jista' jikkrolla minħabba li m'għandniex nies kwalifikati u mħarrġa biex imexxu s-sistemi li daħħalna.", "U r-regoli taċ-Ċivil ma jħallulekx flessibilta' maniġġerjali biex tuża r-riżorsi li għandek bl-aktar mod utli.", "U anke mil-lat ta' unions tista' tiltaqa' ma' problemi, b'mod partikolari kull darba li tipprova ddaħħal xi ħaġa ġdida, per eżempju, il-flessibilta'.", "Il-ħaddiem jgħidlek: Jien għalfejn għandi nagħtik prodott aħjar meta llum m'hu qed nagħmel xejn u xorta qed naqla' Lm100?", "X'inċentiv se tagħtihom?", "Pero' ma tridx tara biss l-inċentiv finanzjarju.", "We've got very good people within the medical, nursing and other paramedical services li mhux qed inħalluhom jużaw fil-prattika l-kreattivita' li għandhom.", "Kull deċiżjoni tittieħed minn fuq.", "Ħalli nieħu bħala eżempju n-nursing officers.", "The nursing officer is supposed to run the ward, imma l-ebda nursing officer m'għandha poter li tieħu ċerta deċiżjonijiet fuq riżorsi u għaldaqstant illum bdejna nħarrġuhom billi għamilnilhom kors intensiv biex nagħtuhom l-iskills u l-empowerment meħtieġ biex jibdew jattwaw il-job description tagħhom.", "Pero' anke jekk tħarriġhom, trid tbiddel il-mod kif jaħdmu s-sistemi internament billi tħallihom jieħdu d-deċiżjonijiet huma u mhux jeħodomlhom ħaddieħor għalihom.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mid-diversi diskorsi li saru matul dawn il-laqgħat, jirriżulta li tista' tgħid hemm shortage of staff f'kull livell, ħlief forsi fil-livell ta' psikjatra fejn naħseb li l-problema m'hijiex daqshekk akuta.", "Żgur li hemm nuqqas ta' tobba fil-livell primarju u hawnhekk smajna li diffiċli li pazjenti b'mard mentali jingħataw quality time fiċ-ċentri tas-saħħa tagħna.", "Per eżempju occupational therapist qalilna li mhux possibbli li persuna li tiġi admitted f'Mount Carmel Hospital u li ma tkunx ser iddum hemmhekk, tingħata occupational therapy biex tkun tista' titqarreb iktar lejn id-dinja tax-xogħol.", "Smajna wkoll dwar in-nuqqas kbir ta' nurses.", "Issa fin-National Policy on Mental Health Service li ħareġ fi Frar ta' l-1995, b'riferenza għal situation analysis, wieħed isib:", "u waħda mill-affarijiet li tissemma hija l-critical shortage of professional staff.", "Minkejja li dan id-dokument ħareġ erba' snin u nofs ilu, għaliex għadna m'ersaqniex biex insolvu l-problema akuta ta' nuqqas ta' staff?", "I may be open to correction on numbers, imma safejn naf jien, tlieta kkwalifikaw u issa se jispiċċaw xi sitta oħra.", "U għalhekk qed nieħdu biss ċerti areas bħala prijorita'.", "Dawn in-nies għandhom imorru jaħdmu f'dawn l-areas biex għallinqas nibdew nagħmlu impatt.", "Imma rridu nassiguraw li min jidħol fl-isptar - l-isptar xorta ħa jibqa' jiffunzjona; we will always require a hospital għax hemm ċertu mard li ma tistax tikkurah barra l-isptar - ma nagħmlulux ħsara għax jintilef fis-sistema, għax ħadd ma jagħti kasu, iżda jieħu l-aħjar kura possibbli peress li jkun hemm nies imħarrġa professjonalment u li jkunu qed jaħdmu flimkien as a team.", "Iva, għall-mument irridu ninsew areas oħra għax m'għandniex biżżejjed riżorsi umani mħarrġa.", "Mil-lat ta' primary health care, ma ngħidx li hemm nuqqas ta' tobba.", "Ma tridx tħares biss lejn is-settur pubbliku, iżda anke lejn is-settur privat.", "Ma tistax tiżviluppa sistema komunitarja bbażata biss fuq il-public GP service.", "Hawn Malta s-settur privat huwa l-ikbar settur u jekk dan is-settur ma jiġix integrat u mħaddem fiha, it will never work because you have to allow choice to patients.", "Pero' mill-banda l-oħra, is-settur privat trid tgħinu, trid tagħtih l-istess faċilitajiet li jkollu tabib li jaħdem fis-settur pubbliku.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: X'inhi l-policy li tintuża meta studenti jispiċċaw il-kors tal-mediċina u jibdew il-perijodu ta' housemanship?", "Wara s-sentejn, dawn jinżammu mad-dipartiment, anke jekk ma jkunux bdew jieħdu a postgraduate course?", "DR. RAY XERRI: M'iniex il-persuna kompetenti li nwieġeb din il-mistoqsija.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Naf li jiggradwaw numru ta' tobba b'mod konsistenti pero' fl-opinjoni tiegħi hawn nuqqas kbir ta' tobba fil-primary health care.", "Nixtieq li xi ħadd iwieġeb il-mistoqsija tiegħi.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Dr. Xerri, aħna pjuttost dejjem naħsbu biex inħarrġu nurses in psychiatric nursing, u din issemmiet fl-aħħar laqgħa mis-Sur Incorvaja, pero' forsi wasal iż-żmien li l-problema tiġi approached ukoll minn lat differenti.", "Jien nitkellem ma' ħafna studenti tal-Baċellerat fil-Psikoloġija fl-Universita' u dawn dejjem jgħidu li meta jiggradwaw ma jkollhomx xogħol, allura taħseb li huwa l-każ li wieħed jibda jikkonsidra li dawn l-istudenti li jiggradwaw b'mod konsistenti u li għandhom bażi qawwija fis-suġġett - veru li ma jkollhomx l-aspett mediku - jiġu offruti xogħol f'Mount Carmel Hospital jew fis-servizz psikjatriku tal-pajjiż?", "Wara li jiggradwaw, taħseb li għandhom jiġu nkorporati, ovvjament b'ċertu kundizzjonijiet, fl-Institute of Health Care u jingħataw tagħlim f'basic nursing u f'ċertu aspetti mediċi tal-psikoloġija?", "Wara kollox il-psikjatrija hija psychological medicine, m'hijiex suġġett maqtugħ mill-psikoloġija għal kollox.", "Taħseb li huwa l-każ li nibdew naħsbu fuq dawn il-linji?", "Fl-opinjoni tiegħi dan huwa riżors li qed naħluh.", "DR. RAY XERRI: Jiena ngħid li kull professjoni għandha l-iżvilupp tagħha.", "Professjoni ma tistax tiġi replaced bi professjoni oħra.", "In-nursing service hija waħda mill-istrutturi fundamentali tas-servizz u x-xogħol li suppost jagħmlu ma jistax jiġi replaced b'xi ħaġa oħra.", "Ovvjament jista' jkollok studenti tal-psikoloġija li jieħdu wkoll kors fin-nursing u allura jkunu doubly qualified.", "Fl-isptar impjegajna studenti fil-psikoloġija biex jieħdu course in clinical psychology, mhux biex jaħdmu bħala nurses imma as part of a team fejn kulħadd huwa bżonjuż u kulħadd għandu r-rwol u l-iskills tiegħu biex jikkontribwixxi għall-ġid tal-pazjent.", "Jiena għandi rispett kbir lejn in-nurses.", "Naf ħafna studenti li wara li spiċċaw mill-Universita' marru jagħmlu kors ieħor.", "There is nothing wrong in that, imma min jagħmel ix-xogħol ta' nurse, irid ikun qualified as a nurse, anke minħabba l-kwestjoni regolatorja.", "Per eżempju barra minn Malta rajna li meta f'ċerti aspetti daħlet in-nurse flok it-tabib, kien hemm diżastru enormi.", "Is-sena l-oħra, f'litigation biss, l-Ingilterrra ħallset xi £3 billion which is quite a lot of money, u parti mill-problema kienet minħabba rwoli mhux kompatibbli u l-ħafna delegazzjoni ta' xogħol li kien hemm minn ċertu nies għal nies oħra li ma kenux kompitenti jagħmlu x-xogħol li ġew delegati biex jagħmlu.", "Ma nixtieqx nara r-rwol tan-nursing jieħu daqqa 'l isfel.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-aħħar mistoqsija għal Dr. Xerri mingħand l-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-Policy and Planning Department kien għamel eżerċizzju sħiħ ta' kif għandha tiġi tackled waħda mill-problemi ġewwa l-Isptar Monte Carmeli fejn għandek taħlita ta' pazjenti fl-istess swali.", "Ovvjament taħlit ta' pazjenti, per eżempju persuni bi problema ta' droga ma' persuni bi gravita' ta' mard differenti, iġġib magħha problemi konsegwenzjali u kien sar eżerċizzju li safejn naf jien kien ġie aċċettat ukoll mill-amministraturi ta' l-isptar u kienu daħlu f'diskussjonijiet ma' l-unions biex il-proġett ta' tqassim aħjar ta' l-impjegati jiġi implimentat, pero' donnu li fuq perijodu ta' żmien ma bqajniex mexjin kif wieħed kien qed jippjana li jimxi.", "Hemm xi raġunijiet partikolari għaliex il-proġett li kien qed jiġi miftiehem bejn id-dipartiment u l-uffiċjali fid-dipartimenti fl-Isptar Monte Carmeli ma kompliex miexi 'l quddiem?", "DR. RAY XERRI: Safejn naf jien, għadu miexi.", "Il-problema li għandna fis-settur tas-saħħa hija ...", "MICHAEL FARRUGIA: Il-proġett ġie aċċettat jew le?", "DR. RAY XERRI: Il-union li kienet tirrappreżenta lin-nurses u li legalment hi trid tiddeċiedi, kienet qed taqbel ma' l-eżerċizzju kollu kif inhu.", "Ma konniex qegħdin nitkellmu biss dwar in-nuqqas ta' personnel imma dwar redeployment effiċjenti tal-personnel u dwar il-bżonn li jiddaħħlu ċerti nies professjonali oħra bħalma huma occupational therapists, social workers u psychologists, biex jagħtu servizz komplut.", "Ma konniex qegħdin ngħidu biss li se nnaqqsu n-numru tan-nurses, imma li per eżempju, ħafna mix-xogħol li llum isir min-nurses, jistgħu jagħmluh il-health assistants.", "In-nurses għandhom imorru iżjed fuq xogħol professjonali milli jkunu speċi ta' watchman, guardian.", "Pero' safejn naf jien, il-proġett għadu għaddej.", "Għalkemm il-unions ikunu qegħdin jaqblu magħna dwar x'irridu nagħmlu, they have a problem on how to sell it to their members.", "Il-union tibża' li jekk nimplimentaw xi ħaġa, in-nies tagħha jmorrulha f'union oħra u allura hemm bżonn li l-unions jingħaqdu flimkien u jaħdmu għall-ġid komuni tan-nazzjon.", "Jien nara ħafna affarijiet pożittivi min-naħa ta' l-unions and we have built up the bridges quite strongly u niftehmu fuq ħafna affarijiet, pero' fl-opinjoni tiegħi l-problema hi kif il-unions se jbigħu ċertu proposti lill-membri tagħhom.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma taħsibx li meta nagħmlu sweeping statements - mhux qed ngħid għal dan il-qasam biss imma anke għall-qasam politiku - per eżempju li l-unions m'humiex qegħdin jaraw il-futur jew mhux qegħdin jaħsbu kif jistgħu jaħdmu għall-ġid tal-pazjent, ma nkunux qegħdin ngħinu biex forsi darba għal dejjem jiġu aċċettati ċerti riformi mhux biss fis-settur tas-saħħa imma anke fis-setturi kollha taċ-Ċivil u barra ċ-Ċivil?", "DR. RAY XERRI: Ma' l-unions għandna rapport tajjeb ħafna pero' mhux aħna biss għandna l-problemi, anke l-unions għandhom il-problemi tagħhom u allura trid teħodhom on board.", "Aħna nipprovaw nagħmlu dejjem iżjed diskussjonijiet bejnietna.", "Per eżempju kien hemm affarijiet li kont naħseb li l-unions se jopponuhom inside out, pero' meta rawhom jaħdmu fil-prattika, għoġbuhom u llum qed jiġru warajna biex indaħħluhom f'setturi oħra.", "U qabel ma nitgħallmu naċċettaw li f'kull tibdil se jkollok problemi u se jkollok min se jintlaqat ħażin, m'aħniex se naslu.", "Naturalment wieħed irid jimminimizza l-problemi u jara kif jibni fuq l-affarijiet pożittivi.", "MICHAEL FARRUGIA: Naf li int kont qed tieħu ħsieb ukoll ir-riforma finanzjarja fir-rigward ta' l-isptarijiet u spiċċajt ir-riforma finanzjarja fl-Isptar Monte Carmeli, allura ma taħsibx li statement bħal dak li deher il-bieraħ f'ġurnal lokali li hemm 50 impjegat fl-Isptar Monte Carmeli li jaqilgħu bejn Lm300 u Lm500 f'overtime fix-xahar hija skandaluża?", "Qed ngħid \"skandaluża\" fil-kontest ta' rapport ta' inkjesta li kien sar fejn intqal li iktar minn Lm100 f'overtime fix-xahar huwa skandaluż.", "Ma taħsibx li minkejja t-tibdil kollu li sar, il-fatt li xorta għadna b'50 impjegat ġewwa l-Isptar Monte Carmeli li qed jaqilgħu bejn Lm300 u Lm500 f'overtime fix-xahar jista' jitqies bħala skandaluż?", "Tgħidlix min huma li qed jieħdu dan l-ammont, abbli jkunu magħżula min qed jeħodhom, imma dik hija rrelevanti.", "Ma taħsibx li m'aħniex nilħqu t-targets ta' sistemi finanzjarji u auditing li kienu qed jiġu ppjanati fl-Isptar Monte Carmeli?", "DR. RAY XERRI: M'għandix il-figuri hawnhekk, pero' bħalma diġa' għedt, id-difett huwa dejjem mil-lat ta' management.", "Għalkemm daħħalna sistemi biex f'Mount Carmel Hospital inkunu nafu eżattament x'qed jiġri mil-lat finanzjarju, m'għandniex in-nies biex imexxulna dawn is-sistemi.", "Ġeneralment id-data tasal għandna fl-aħħar tax-xahar meta jkun tard wisq biex tittieħed ċertu azzjoni.", "U għalhekk nemmen - u 'l hemmhekk irridu nimxu - li kull deċiżjoni trid tittieħed fil-livell li se jiġi affettwat.", "Per eżempju l-overtime mhux jiġi approvat mis-Sanita' tliet ġimgħat jew erba' ġimgħat wara li jittieħed, imma jiġi approvat mill-persuna li hija direttament responsabbli ta' l-impjegat li se jaħdem l-overtime.", "Naturalment irid ikollha l-budget tagħha u tkun responsabbli tar-riżorsi li jintużaw.", "Ħafna mill-overtime jista' jkun qed jittieħed ħażin għax ħadd m'hu responsabbli ta' xejn.", "Per eżempju kif bdejna nagħtu lin-nursing officers informazzjoni fuq l-ispiża li qiegħda tintnefaq fuq mediċini, their behaviour changed, imma biex timplimenta dawn l-affarijiet, irid ikollok nies b'ċerti kwalifiki maniġġerjali biex imexxu s-sistemi li daħħalna.", "Sistemi waħedhom ma jaħdmux; jgħidulna biss x'għadda.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi Dr. Xerri.", "L-Onor.", "Deguara qed jagħmilli sinjal li xtaq jgħaddi xi kumment.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Jidhirli li għandi nagħti spjega dwar dan li ntqal b'riferenza għal ħlas ta' overtime eċċessiv.", "Intlaħaq ftehim li f'kull ward għandu jkun hemm minimum complement of staff u allura li jiġri huwa li peress li m'għandniex dak li għadu kemm irrefera għalih Dr. Xerri, ċioe', il-flessibilta' li nċaqalqu nurses minn wards li jkollhom workload pjuttost baxx iżda li fl-istess ħin ikollhom il-full complement ta' nurses, għal wards oħra, qabel ma jintlaħaq ftehim li jiġi aċċettat mill-unions, f'dawk il-wards li jkollhom workload għoli pero' manpower inqas mill-complement li jkun miftiehem, qed ikollna ndaħħlu nurses jaħdmu overtime.", "Bħalma qal Dr. Xerri, huwa importanti li l-unions jifhmu li ċertu ċaqliq ta' nurses huwa inevitabbli, mhux biss fl-Isptar Monte Carmeli imma fl-isptarijiet kollha.", "Per eżempju jekk fl-Isptar San Luqa hemm sala fejn għandek tliet konsulenti tal-kirurġija li jkunu qed joperaw u fis-sala jkun hemm żewġ nurses neqsin, ma jistax ikun li l-unions ma jaċċettawx li jiċċaqalqu nurses minn sala oħra li fiha ma jkunx hemm bżonn il-full complement ta' nurses.", "Eżempju klassiku huwa l-każ li kellna s-Sibt li għadda fil-ward Fairyland fejn kien hemm erba' nurses li kienu bis-sick leave u peress li l-unions ma jippermettux li n-nurses jiċċaqalqu minn sala għall-oħra, bilfors kellna ndaħħlu nurses jaħdmu overtime biex isir ix-xogħol ta' dawk l-erba' nurses li kienu bis-sick leave.", "Naħseb li meta wieħed jara s-sistemi ġodda li qed jiddaħħlu, per eżempju l-protokolli ġodda li ddaħħlu f'dawk li għandhom x'jaqsmu ma' constant watches ġewwa l-Isptar Monte Carmeli, jara li tnaqqas radikalment l-infiq fenomenali li kien qed jintnefaq f'overtime ġewwa l-famuża ward 10 fejn hemm pazjenti taħt osservazzjoni.", "Minn mindu daħħalna l-protokolli ġodda fejn ta' kuljum kull speċjalista jrid jagħti rendikont ta' kemm għandu pazjenti taħt il-kura tiegħu u x'tip ta' pazjenti huma, skond is-severita' tal-kondizzjoni tagħhom, rajna li m'għadniex nonfqu mijiet ta' eluf ta' liri f'overtime f'din is-sala biss.", "MICHAEL FARRUGIA: Safejn naf jiena - u ikkorreġini jekk żbaljat - kulmin jaħdem f'ward 10 ta' l-irġiel, ikun qed jaħdem overtime hux hekk?", "Hemm impjegati li huma assenjati għal ward 10 ta' l-irġiel?", "LOUIS DEGUARA: F'ward 10 - li llum ingħalqet - ġieli kellna madwar 14-il pazjent li jkunu jenħtieġu constant watch, jiġifieri li ma' kull pazjent ikun hemm nurse, mentri issa, bil-protokolli u s-sistema ġdida li qiegħda titħaddem fl-acute admission ward - u hawnhekk irridu nifhmu x'ried jgħid Dr. Xerri bl-introduzzjoni ta' mentalita' ġdida - in-numru ta' nies li jkollhom bżonn constant watch u li qabel kienu isolati f'ward 10, naqas drastikament.", "Fil-fatt fis-sala l-ġdida hemm biss erba' sodod.", "Kif qal tajjeb Dr. Xerri, ħafna mill-oġġezzjonijiet li jsiru huma minħabba li aħna nistennew li s-soċjeta' tbiddel il-mentalita' tagħha vis-a-vis il-pazjenti li jkollhom mard mentali, pero' forsi qegħdin ninjoraw il-fatt li l-bidla trid issir ukoll min-naħa tad-dipartiment, tat-tobba u anke min-naħa tan-nurses.", "U proprju biex nibdlu din il-mentalita', id-dipartiment qiegħed f'kuntatt ma' sptar ġewwa Enfield fl-Ingilterra u se jintbagħtu specialised nurses biex jagħtu taħriġ lin-nurses tagħna fi protokolli ġodda u moderni ta' admission u ta' trattament ta' acute psychiatric patients.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi u issa nistieden lir-rappreżentanti tal-Qormi Day Centre.", "DORIETTE BONELLO (Senior Occupational Therapist, Qormi Day Centre): Jiena occupational therapist li nieħu ħsieb id-day centre ta' Ħal-Qormi.", "IS-SUR VINCENT CASSAR (Occupational Therapist, Qormi Day Centre): Jien ukoll occupational therapist naħdem ġewwa Qormi Day Centre u nagħti wkoll servizz fil-komunita' ġewwa s-psychiatric unit.", "DORIETTE BONELLO: Qormi Day Centre ilu miftuħ erba' snin u nagħtu servizz lil-lokalitajiet ta' Qormi, Żebbuġ u Siġġiewi.", "Fid-day centre nagħtu servizz sekondarju, jiġifieri servizz speċjalizzat, allavolja naħdmu fil-komunita'.", "Aħna l-iżjed li naħdmu huwa ma' nies li għandhom problemi ta' mard mentali u li allura l-funzjoni tagħhom tonqos b'mod serju, b'mod gravi.", "Aħna naħdmu ma' dawk li huma most in need.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dejjem qed tirreferi għas-servizzi li jingħataw fil-komunita', hux hekk?", "Il-klijenti li naraw aħna jiġu mid-djar tagħhom u l-għan prinċipali tagħna huwa li ma nħalluhomx jidħlu, jew jerġgħu jidħlu, l-isptar fejn forsi diġa' kienu.", "M'għandix statistika hawnhekk imma n-numru ta' nies li kellna li kienu l-isptar u li reġgħu daħlu l-isptar, huwa żgħir.", "Għan prinċipali ieħor huwa li ntejbulhom il-kwalita' tal-ħajja tagħhom u dan nagħmluh bi prinċipji ta' occupational therapy.", "Lin-nies ngħinuhom isiru jafu lilhom infushom, ngħinuhom biex iħossuhom tajjeb u jżommu ruħhom attivi u mhux staġnati.", "Ngħinuhom jgħixu fil-komunita' u mhux jeżistu għax ħafna nies, minkejja li qegħdin fid-djar, xorta għandhom il-problema ta' institutionalisation, jiġifieri ma jkunux iridu joħorġu, jinħaslu, jieklu jew isajru.", "Minn Ottubru li għadda żdidna fl-istaff u żidna wkoll is-servizz li nagħtu.", "Fil-preżent qegħdin nagħtu follow-up care fis-psychiatric unit lin-nies li jiġu minn Malta kollha.", "Dan huwa servizz utli għax peress li m'hemmx day centres oħra fil-pajjiż, qed nipprovaw nifirxu s-servizzi li nagħtu, allavolja qed nolqtu biss numru żgħir ta' pazjenti.", "Bħala numru ta' klijenti li naraw b'mod regolari, fuq il-kotba tagħna hemm xi 68.", "Ma rridx noqgħod nirrepeti ħafna kliem li diġa' ntqal minn ħaddieħor, imma problema kbira li għandna hija li nfehmu lin-nies li għandhom bżonn il-kura, terapija, jew riabilitazzjoni, li għandhom bżonn jiġu d-day centre.", "U hawnhekk niltaqgħu mal-problema ta' l-istigma għax allavolja s-centre huwa dar privata, xorta waħda hemm stigma kbira assoċjata miegħu.", "In-nies jassoċjaw il-post bħala l-post ta' l-imġienen u allura ma jiġux.", "Barra minn hekk, bħalma diġa' ntqal, il-marda stess li jkollhom tnaqqsilhom il-motivazzjoni u ma jiġux.", "Ma rridux ninsew ukoll li n-nies li jbatu bi problemi ta' saħħa mentali, qed jikbru fl-eta'.", "Dejjem insemmu l-kura ta' l-anzjani u lin-nies li għandhom mard mentali qisna ninsewhom.", "Irridu niftakru li anke dawn għandhom problemi fiżiċi.", "Per eżempju, m'għandniex trasport biex immorru niġbruhom minn djarhom.", "Forsi jista' jkun hemm trasport għalihom bħalma hemm għall-anzjani miċ-ċentri ta' l-anzjani.", "Ovvjament mhux biex innaqsu mill-indipendenza tal-klijenti li jużaw il-faċilitajiet eżistenti fil-komunita', imma għax fil-fatt għandhom problemi ta' viżjoni u problemi ta' mobilita'.", "Problema oħra li għandna hija n-nuqqas ta' assistenti, jew kif hemm min isejħilhom, care workers jew project workers.", "L-ewwel issemmew is-psyhology graduates u jien naħseb li dawn jistgħu jiġu utilizzati.", "Mhux qed ngħid li jkunu occupational therapists jew social workers, imma peress li jkollhom general skills, jistgħu jgħinu billi jsegwu n-nies fil-komunita' ħalli b'hekk verament inkunu qegħdin intejbu l-kwalita' ta' ħajja tal-klijenti u nkunu qed inżommuhom fil-komunita' u fil-lokalita' tagħhom.", "Naħseb li dik hija ħaġa li ta' min wieħed jikkonsidraha.", "Proposta żgħira li fosri tista' ttejjeb is-servizz li nagħtu bħalissa fil-Qormi Day Centre, hija li l-post jiġi rranġat.", "Ilna erba' snin nużaw dan il-post u f'dawn is-snin qatt ma sar maintenance tal-post; darba nbeda l-proġett imma ma tkompliex.", "Suġġeriment ieħor li nixtieq nagħmel huwa li forsi tajjeb li jkollna pager.", "Aħna naħdmu ħafna barra miċ-ċentri u jekk tinqala' emerġenza, se jkun hemm shortage of staff.", "Diġa' għandna nuqqas ta' staff, qegħdin biss tlieta, u ovvjament ġieli jinqalgħu emerġenzi, allura naħseb li tajjeb li jkollna pager biex f'każ ta' emerġenza wieħed ikun jista' jikkuntattjana malajr.", "Kien hemm pjanijiet - ma nafx fiex waslu fil-preżent - biex jinfetħu aktar day centres pero' importanti li qabel jinfetħu ċentri oħra, ikun hemm ħsebijiet fuq diversi aspetti.", "L-importanti mhux li jkollna l-post imma li jkollna r-riżorsi neċessarji - kemm riżorsi infrastrutturali u kemm riżorsi umani - biex imexxu l-post għaliex inkella ma nkunux committed għalihom u minflok suċċess ikollna diżastru.", "Barra minn hekk importanti wkoll li n-nies li jaħdmu fil-komunita' jkollhom xi forma ta' training speċjalizzat.", "Il-komunita' hija a sub-speciality fil-psikjatrija, fil-kura tas-saħħa mentali, u peress li n-nies li jaħdmu fil-komunita' jkunu daqsxejn isolati mit-teams li nsemmu ta' sikwiet għax ikunu qegħdin jaħdmu waħedhom fil-komunita', importanti li jkollhom back-up ta' training.", "IĊ-CHAIRPERSON: Meta rreferejt għall-persuni li għandhom ċerta eta', inti għedt li dawn qed ikunu isolati minħabba nuqqas, per eżempju, ta' trasport.", "Intom għamiltu kuntatt mal-kunsilli lokali ta' l-area li taħdmu fiha, jiġifieri ta' Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ, biex tagħmluhom konxji minn din il-problema?", "Jiena naf li l-kunsilli lokali taż-Żurrieq, Qrendi u Ħal Kirkop jorganizzaw trasport biex l-anzjani li joqogħdu f'dawn il-lokalitajiet jinġabru u jittieħdu fil-lokalita' taż-Żurrieq fejn hemm day centre għall-anzjani.", "DORIETTE BONELLO: Din issir ukoll f'Ħal Qormi .", "IĊ-CHAIRPERSON: Allura kkuntattajtu lill-kunsilli lokali?", "Jekk le, taħsbu li hemm lok li wieħed jikkuntattjahom?", "Pero' ma nħossnix li għandi l-awtorita' li nagħmel ħaġa bħal din.", "Fl-opinjoni tiegħi ma nħossnix li għandi l-awtorita' naqbad u nieħu inizjattiva bħal din waħdi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nissuġġerilek tiċċekkja ta' min hi l-awtorita' u tikkomunikaw mal-kunsilli lokali għax jiena ċerta li bħalma l-kunsilli lokali joffru servizz lill-anzjani, b'diskussjoni bejnietkom tkunu tistgħu tagħmlu xi ħaġa simili f'dan il-qasam.", "DORIETTE BONELLO: Nixtieq nieħu din l-opportunita' biex ngħid li l-kunsill lokali ta' Ħal Qormi jgħina ħafna f'diversi affarijiet.", "Per eżempju fid-day centre m'għandniex computer jew fax machine iżda meta jkollna bżonn computer jew fax machine, immorru għandhom u nużaw il-faċilitajiet tagħhom.", "Dawn huma affarijiet żgħar imma huma utli ħafna għalina.", "IS-SUR VINCENT CASSAR: Nixtieq ngħid xi ħaġa dwar is-servizz li nagħtu ġewwa s-psychiatric unit.", "Dan is-servizz beda jingħata minn Ottubru li għadda, estendejnih mill-pilot area u qed nagħtuh lill-kumplament tal-komunita' Maltija.", "Problema li qed niltaqgħu magħha hija li l-post li qed nużaw, is-psychiatric unit ta' St. Luke's, huwa misluf u qed nużawh b'arranġament speċjali li għamilna man-nurses u l-konsulenti ta' hemmhekk.", "Is-servizz nagħtuh basta ma ntelfux is-sistema ta' day care li għandhom huma, pero' bħala occupational therapy ma nistgħux nagħtu day care ġewwa s-psychiatric unit minħabba l-fatt li hemmhekk inkun darba fil-ġimgħa biss u nkun waħdi, iżda minkejja dan, ir-riżultati qed ikunu pożittivi ħafna.", "Kif qalet Doriette, jekk il-konċett ta' day centres ikompli jinfirex billi jkollna iktar minn day centre wieħed, persważ li jista' jsir ħafna iktar ġid milli qed isir bħalissa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Intom issegwu l-klijenti tagħkom fid-djar tagħhom?", "Jekk taraw li xi ħadd mit-68 klijent li qed tgħid li għandkom registered fuq il-kotba tagħkom ilu ma jiġi numru ta' ġranet, tagħmlu follow-up tiegħu?", "DORIETTE BONELLO: Iva, nagħmlu follow-up fid-djar tagħhom.", "Jien għandi problema personali ta' mobilita' u allura ma tantx nista' mmur 'il bogħod minn post għal ieħor, pero' nagħmlu follow-up ta' dawk il-klijenti li nafu li minkejja li għandhom problemi iżjed minn ħaddieħor, ma jiġux.", "Vince, il-kollega tiegħi, għandu karozza u allura jista' jifrex is-servizz tiegħu iżjed.", "IS-SUR VINCENT CASSAR: Is-servizz li nagħtu m'huwiex estiż biss għal visti fid-dar iżda wkoll għal visti fuq il-post tax-xogħol.", "Kelli każ proprju dalgħodu fejn il-manager ta' post tax-xogħol partikolari ċempilli u qalli li l-klijent mhux qed jiffunzjona kif suppost u allura mort mill-ewwel fuq il-post tax-xogħol biex flimkien nirranġaw is-sitwazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mingħajr ma ssemmi l-persuna u l-azjenda fejn taħdem din il-persuna, nixtieq nistaqsik jekk l-intrapriża fejn taħdem il-persuna li qed issemmi hijiex waħda privata.", "IS-SUR VINCENT CASSAR: M'iniex se nsemmi ismijiet, pero' nista' ngħid li l-persuna taħdem bħala waiter f'lukanda.", "Ċempilli l-manager u qalli li l-klijent m'huwiex qed jagħti servizz kif suppost.", "Fost l-affarijiet li semmili, qalli li minħabba l-ansjeta' li kellu l-klijent, waqqa' u kissirlu ħafna platti li kienu jqumu ftit tal-flus mhux ħażin, qalli li m'hux libes l-uniformi kif suppost u talabni li mmur personalment fil-lukanda.", "Naturalment jien mort fuq il-post u ltqajt mat-top manager u nista' ngħid li ħadt pjaċir li l-manager żamm mal-protocol li kellna li jsir jaf bil-kondizzjoni t-top manager.", "Qalli li l-kollegi tal-klijent bdew jistaqsu x'inhu jiġri u jgħidu li li kieku għamlu hekk huma, kienu jiġu mqaċċta u bdew jistaqsu għala ma ġarax hekk ma' din il-persuna.", "Il-manager żamm il-konfidenzjalita' tal-każ.", "Tkellimna mal-klijent, tkellimna mat-top manager u għedtlu x'għandu jagħmel meta jiġri hekk u l-problema tidher li hija prattikament solvuta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiena staqsejtek dawn il-mistoqsijiet għaliex f'laqgħat preċedenti ħafna onus ntefa' fuq il-gvern.", "Intqal li l-gvern għandu jimpjega lil dawn in-nies u aħna qed ngħidu li m'huwiex biss il-gvern li għandu jimpjegahom - ovvjament jista' jimpjegahom - imma anke s-settur privat.", "Magħna hawn persuna li tirrappreżenta l-Malta Employers Association u li qed tattendi għal kull laqgħa li qed ikollna u tajjeb li nkunu konxji li hawn employers privati li qegħdin jgħinu.", "Forsi l-kelma eżatta mhijiex \"jgħinu\" imma \"jimpjegaw\" għax wara kollox l-employer qed jieħu servizz, veru forsi ftit limitat, minn dawn in-nies.", "IS-SUR VINCENT CASSAR: S'issa l-istejjer ta' suċċess li kelli kollha kienu ta' persuni mpjegati f'azjendi privati.", "Ir-respons kien aktar pożittiv f'każijiet ta' impjegati ma' azjendi privati.", "Fis-settur governattiv, forsi l-mentalita' hi li l-paga hija żgura, għalkemm illum il-ġurnata qed naħsbu mod ieħor, u allura t-tendenza hi li ma jkunx hemm daqstant attachment.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom.", "Insejjaħ issa lil Dr. David Cassar.", "Jekk jgħoġbok Dr. Cassar, għidilna lil min qed tirrappreżenta u x'inhu r-rwol tiegħek f'dan il-qasam.", "DR. DAVID CASSAR (Konsulent jirrappreżenta l-komunita'): Jiena kont psikjatra l-Isptar Monte Carmeli u responsabbli wkoll għas-servizzi fil-komunita'.", "Diġa' smajna ħafna fuq Mount Carmel Hospital u allura nixtieq li fil-preżentazzjoni tiegħi nagħfas iżjed fuq il-komunita' milli fuq Mount Carmel.", "Nixtieq li nifhmu sewwa l-perspettiva li qed nitkellmu fuqha.", "Wieħed jista' jaqsam is-servizzi ta' saħħa mentali fi tlieta; servizzi primarji, servizzi sekondarji u servizzi terzjarji.", "Jekk inħarsu lejn is-servizz primarju, naraw li 120,000 ruħ fil-pajjiż, jiġifieri terz tal-popolazzjoni, f'xi ħin fis-sena se jkollhom problema ta' saħħa mentali, waqt li fil-każ ta' servizz sekondarju, naraw li madwar 12,000 persuna se jiġu għas-servizz sekondarju.", "Dawn huma nies li għandhom problema li hija iżjed qawwija u għax il-problema tagħhom hija iżjed qawwija, qed taffettwa lilhom u l-familja tagħhom, ħafna iżjed.", "Jekk nieħdu l-familja bħala unit li jikkonsisti f'żewġ ġenituri u persuna oħra jew tnejn, naraw li f'pajjiżna għandna bejn 50,000 u 60,000 ruħ li qed jiġu affettwati minn problemi severi.", "Jekk imbagħad nieħdu s-sitwazzjoni terzjarja - u qed inħares lejn adulti u mhux lejn tfal u anzjani - naraw li fil-pajjiż hawn 800 ruħ li aħna nsejħulhom the most in need, l-iżjed nies fil-bżonn.", "Dawn huma nies li qed isofru ħafna u huma l-iżjed nies batuti.", "Jekk inħarsu lejhom u lejn il-familjari tagħhom - għax il-familjari tagħhom isofru mmens ukoll - naraw li fil-pajjiż hawn 4,000 ruħ li qed isofru ħafna.", "Smajna ħafna fuq is-servizz primarju u għalija s-servizz primarju huwa essenzjali.", "Jekk is-servizz primarju m'huwiex tajjeb biex nibnu fuqu, ma nistgħux nimxu u din qed ngħidha għax numru konsiderevoli ta' nies li naraw l-out-patients, narawhom mhux għax fil-fatt għandna bżonn narawhom, imma għax is-servizz primarju m'huwiex daqstant adegwat.", "Per eżempju numru ta' nies fuq il-lista tiegħi narahom għax qed jgħixu barra mingħajr m'għandhom tabib biex isegwihom u allura ma nabbużax li nħallihom mingħajr ma nagħtihom servizz.", "Qabel ma jkollna servizz ta' primary care tajjeb, lil dawn in-nies ma nistgħux inħalluhom.", "GĦar-rigward ta' servizz primarju, diġa' smajtu lil Dr. Mario Sammut jitkellem fuq il-problemi fis-servizz primarju u allura mhux se nirrepeti dak li ntqal ħalli nħalli ħin għal ħaddieħor.", "Fuq livell sekondarju aħna nagħtu servizz kemm mill-out-patients f'St Luke's u kemm mill-health centres, pero' r-riżorsi tagħna huma limitati ħafna.", "Bħala tobba fil-clinics, inġaħġħuha, pero' mil-lat ta' riżorsi umani li huma tant importanti fit-team multidixxiplinarju, aħna ferm health centres, pero' r-riúorsi tagóna huma limitati óafna.", "Jekk inħarsu lejn ir-riżorsi umani li għandna biex nagħtu servizz fil-komunita' - qed inħalli barra l-Qormi Health Centre li huwa servizz lokalizzat ħafna - naraw li għandna biss lil Vince li għadu kemm għamel l-intervent tiegħu u li jaħdem part-time.", "Jiġifieri għandna nofs occupational therapist għal Malta kollha, u mil-lat ta' social workers, għandna tlieta li jaħdmu f'Mount Carmel u meta jkollhom ċans, jagħmlu xi ħaġa fil-komunita'.", "Qed nirreferi għal meta nkunu qed naraw il-klijenti fl-out-patients jew fil-health centres.", "Tkellimna fuq il-bżonnijiet tal-familjari ta' persuni li jbatu minn mard mentali u kemm huwa importanti li nagħtu support lill-familjari u tkellimna wkoll fuq ir-re-admission rate li ovvjament se titla' jekk lill-pazjent ma nagħtuhx is-servizz li jkollu bżonn meta jkun fil-komunita'.", "Lil dawk li aħna ngħidulhom \"the most in need\", jiġifieri qed nitkellmu fuq 800 ruħ u jekk ninkludu l-familji tagħhom qed nitkellmu fuq madwar 4,000 ruħ, fil-pilot area qed nagħtuhom servizz limitat u qed nagħtuhom servizz limitat għax m'għandniex ir-riżorsi meħtieġa waqt li m'aħna nagħtu l-ebda servizz fil-komunita' lill-persuni ġejjin mill-kumplament ta' pajjiżna ħlief għas-servizz li nagħtu mill-out-patients.", "Support fid-dar, tista' tgħid li ftit li xejn qed nagħtu.", "F'laqgħat preċedenti smajna dwar il-bżonn li nintegraw lil dawn in-nies fil-komunita, dwar l-obbligu li għandna li nagħtuhom kwalita' ta' ħajja, u dwar il-bżonnijiet tal-familja tagħhom, pero' l-biża' kbira li għandi hija li nagħmlu l-istess żball li għamlu pajjiżi żviluppati barranin u nisparpaljaw is-servizz.", "Dan irriżulta f'diżastru kemm fl-Amerka u kemm fl-Ingilterra.", "Il-proċedura li jekk bniedem għandu bżonn social worker, psikoloġista, housing, jew terapista, tibgħatu f'postijiet differenti, ifisser li l-pazjent u l-familja tiegħu m'għandhomx point of reference wieħed li jistgħu jirrikorru għalih u minn fejn jistgħu jinqdew mill-ewwel jekk għandhom bżonn xi ħaġa.", "Li jiġri huwa li l-individwu, kif ngħidu bl-Ingliż, falls between the cracks.", "Kulħadd jaħseb li xi ħaddieħor qed jagħtih is-servizz waqt li fil-fatt ħadd ma jkun qed jagħtih is-servizz meħtieġ.", "Nerġa' nirrepeti li kemm fl-Ingilterra u kemm fl-Amerka, din is-sistema uriet li s-servizz kien ferm imkisser u ma ħadmitx.", "Servizz ħafna iżjed effettiv huwa meta l-individwu u l-familja tiegħu jkollhom point of reference wieħed.", "Dan il-point of reference nistgħu nsejħulu \"rehabilitation worker\", imma l-importanti huwa li tkun persuna waħda li tipprovdi outreach, li tmur id-dar tal-pazjent u taħdem mhux biss miegħu imma wkoll mal-familja tiegħu, li tagħmel assessment tas-sitwazzjoni u li tagħti edukazzjoni lill-individwu u lill-familja.", "Jekk tinqala' problema, se tintervjeni mill-ewwel għax hemm point of reference wieħed u allura jekk se tintervjeni kmieni, se tevita li l-persuna jkollha bżonn terġa' tidħol l-isptar.", "Jekk il-persuna tiddeterjora, il-konsegwenzi jistgħu jkunu severi; jista' jkun li l-persuna titlef ix-xogħol, jista' jkun li martu tixba u titlaq għax ma tkunx tiflaħ iżjed f'dik is-sitwazzjoni u allura l-persuna tista' titlef ukoll il-familja tagħha.", "Kollox jitfarrak għall-persuni li jibdew ibatu bi problemi severi ta' saħħa mentali minn l-eta' żgħira ta' 16, 18 jew 20 sena, meta jkunu se jibdew il-karriera tagħhom, jew meta jkunu fil-peak tal-karriera.", "Jekk ikunu s-Sixth Form, jew ikunu se jibdew l-Universita', se jitilfu kollox u mhux se jkomplu.", "Jekk lil dawn tista' tgħinhom, forsi jkunu jistgħu jerġgħu jibdew jedukaw lilhom infushom, pero' trid tagħtihom support.", "Smajna lill-Vincent Cassar jitkellem dwar support fuq il-post tax-xogħol u meta kien hemm problema, mill-ewwel seta' jintervjeni, pero' Vincent huwa biss persuna waħda.", "Nixtieq issa ngħid xi ħaġa fuq prevenzjoni li ssemmiet f'laqgħat preċedenti.", "Aħna għedna li ma jistax ikun hemm prevenzjoni totali fir-rigward ta' saħħa mentali għax jekk għandha taqbdek marda, se taqbdek u jekk hemm problemi soċjali, dawn qegħdin hemm pero' dik hija biss prevenzjoni primarja waqt li nistgħu nieħdu prevenzjoni sekondarja u prevenzjoni terzjarja.", "Prevenzjoni sekondarja tfisser li jekk għandek bniedem li għandu marda u l-marda hija kontrollata iżda jibda sejjer lura u l-familja tiegħu tkun taf eżatt x'għandha tagħmel għax tkun ġiet mgħallma minn qabel x'għandha tagħmel u mill-ewwel se ssib support - support ma jfissirx li ddaħlu ġewwa Mount Carmel imma li jkun hemm team ta' nies jew rehabilitation worker li mill-ewwel se jintervjeni - biex jitnaqqas il-kriżi, dak il-bniedem mhux se jkompli jiddeterjora u mhux se jitlef ix-xogħol jew il-familja.", "Dik hija prevenzjoni.", "Imbagħad hemm il-prevenzjoni terzjarja u smajna lil Dr. Xerri jitkellem fuq l-iskills li jintilfu.", "Wieħed ma jitlifx l-iskills għax daħal f'Mount Carmel Hospital għax l-iskills jistgħu jintilfu anke jekk il-bniedem jibqa' fil-komunita', imma hija parti integrali tal-mard mentali li dawn in-nies jitilfu l-kapaċitajiet tagħhom u jekk jirnexxilek tagħtihom support intensiv biex jerġgħu jiżviluppaw l-iskills, tevitalhom li jiddeterjoraw.", "Din ukoll hija prevenzjoni, hija prevenzjoni terzjarja.", "Nixtieq nagħlaq billi nħares lejn il-bżonnijiet kif narahom jien.", "GĦandna policy document sod u jekk hemm xi kritika dwaru hija żgħira.", "Smajna ħafna nies qabli jitkellmu fuq il-bżonn ta' pjan strateġiku u lili din tinkwetani ferm.", "Minkejja li l-policy document sar fl-1994, għal ħafna raġunijiet għadna ma żviluppajniex pjan strateġiku.", "Għal xejn ikollna policy document jekk m'għandniex pjan strateġiku li jiddeċiedi x'hemm bżonn li jsir u x'backup għandna bżonn biex l-affarijiet ikunu jistgħu jsiru within a specific time-frame.", "Nemmen li l-pjan strateġiku għandu jinkludi mhux biss is-servizzi tas-saħħa imma anke s-social partners l-oħrajn, b'mod speċjali l-NGOs.", "Għandna ħafna nies b'rieda tajba.", "Nemmen li hemm politiċi li jridu jagħmlu differenza u lesti li jagħmlu differenza.", "Hemm nies ta' kwalita' fis-servizz, hemm nies fuq min tibni u hemm nies li lesti jħarrġu nies oħrajn, pero' hemm bżonn li jittieħdu ċerti deċiżjonijiet.", "Smajna wkoll li għandna problemi ta' management.", "Iva, il-problemi ta' management huma kbar.", "L-informazzjoni li għandi hija li f'Mount Carmel Hospital hemm 70 ruħ fuq maintenance.", "GĦandna bżonn 70 persuna għal maintenance?", "Per eżempju biex inżebgħet ward 6 tan-nisa, żewġt irġiel damu madwar xahar biex lestewha.", "Imbagħad nistaqsu fejn sejrin il-flus u nitkellmu li għandna bżonn il-flus fil-komunita'.", "Iva, hemm bżonn ta' management sod u l-flus li jiġu ffrankati, għandhom jintużaw għal servizzi fil-komunita'.", "Irid ikun hemm deċiżjonijiet u jrid ikun hemm commitment li l-flus li jiġu ffrankati jidħlu fil-komunita', pero' dawn il-flus iridu jkunu protetti.", "Ħalli ngħid xi ħaġa dwar personnel.", "Jien ngħid li mhux biss hemm maintenance workers żejda, imma hemm ukoll nurses żejda u naqbel ħafna ma' dak li qal Dr. Xerri li numru konsiderevoli minnhom għandhom ħafna problemi u limitazzjonijiet.", "Per eżempju dan l-aħħar kelli każ ta' pazjent li kien taħt constant watch u meta mort narah sibt li n-nurse li suppost kien constant watch miegħu, ma kienx hemm u meta staqsejt għalih qaluli li mar jgħin il-fattiga jaħsel il-platti!", "Dawn huma nies li ma tistax tibni fuqhom.", "Sfortunatament huma parti mill-istituzzjoni u tant huma istituzzjonalizzati li m'intix se tbiddilhom malajr, pero' jekk tħares lejn il-figuri tara li fil-ħames snin li ġejjin, by natural attrition, se nitilfu madwar 60 nurse minn ġewwa Mount Carmel, waqt li l-fondi għas-salarji tagħhom, diġa' qegħdin hemm.", "Allura jekk dawn il-fondi jintużaw għal persuni li jistgħu jaħdmu fil-komunita', jista' jkollna nies jaħdmu fil-komunita'.", "Għas-suġġeriment li għamel l-Onor.", "Ray Xerri, irrid ngħid li naqbel ma' dak li qal Dr. Xerri.", "Ma jistax ikollok psychology graduate jagħmel ix-xogħol ta' nurse jekk ma jkollux extra training biex jaħdem bħala nurse.", "Jekk inħarsu lejn l-esperjenza ta' Villa Chelsea, naraw li dawn qabdu graduates in psychology jew in social work, ħarrġuhom u ħaddmuhom bħala rehabilitation workers u din tista' ssir.", "Mill-universita' joħorġu numru kbir ta' psychology graduates u social workers u allura jekk lil dawn in-nies inħarrġuhom u niżviluppawlhom l-iskills biex ikunu multi-skilled, ikunu jistgħu joffru servizz fenominali fil-komunita'.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel huwa dwar ħaġa li lili tinkwetani ferm u din hija l-problema tal-benefiċċji soċjali.", "Minkejja li hemm gelgul kbir ta' flus ħerġin mit-Teżor, dawn m'humiex qed imorru għand il-pazjenti tagħna.", "Uħud mill-qraba ta' pazjenti li qegħdin ġewwa l-manikomju, qed jiġu u jeħdulhom il-flus li jirċievu.", "Forsi jiġu jarawhom darba fix-xahar, meta jiġu, għax ħafna drabi ma jiġu xejn, imma qed jinħarġu ammonti kbar ta' flus li mhux sejrin għand il-pazjenti tagħna.", "Nemmen li jrid ikun hemm kontroll.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak ta' dik l-esperjenza li tajtna.", "L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Dr. Cassar, inti rreferejt għas-second u t-third type of mental illness.", "Kemm taħseb li hawn persuni li jbatu mit-third type of mental illness u li qegħdin fil-komunita', jew dawn it-tip ta' persuni bilfors iridu jkunu fi sptar?", "Fl-opinjoni tiegħek, x'jista' jsir biex iktar minn dawn in-nies jibqgħu fil-komunita'?", "DR. DAVID CASSAR: Fil-fatt il-maġġoranza l-kbira ta' dawn in-nies qegħdin fil-komunita'.", "Minn riċerka li għamilna naraw li għandna bejn wieħed u ieħor 800 persuna li ngħidulhom \"the most in need\" u minn dawn, ġewwa Mount Carmel Hospital hemm biss madwar 150, jiġifieri madwar 650 qegħdin fil-komunita'.", "Pero' numru konsiderevoli tal-persuni li qegħdin fil-komunita' qed isofru ferm iżjed mill-pazjenti li hemm ġewwa Mount Carmel.", "Sfortunatament, barra s-servizz li nagħtu fl-out-patients, dawn in-nies u l-familji tagħhom, huma minsija.", "Doriette u Vince diġa' semmew x'għandna bżonn biex noffrulhom servizz.", "Jiena nemmen li rridu nkunu daqsxejn kreattivi.", "Per eżempju d-day centres jistgħu jiġu żviluppati ġewwa parish halls.", "Id-day centre li għandna f'Ħal Qormi m'huwiex xi stabbiliment kbir iżda huwa dar żgħira li tinsab fil-komunita' ġewwa Ħal Qormi.", "Għandna bżonn day centres u l-flus li jiġu ffrankati minn fuq personnel żejjed f'Mount Carmel, jistgħu jmorru għal day centres, pero' kif diġa' għedt irid ikun hemm commitment.", "Naturalment id-day centres iridu jkunu mgħammra b'multi-skilled rehabilitation workers li jkunu l-point of reference li jaħdmu mal-familja tal-pazjent.", "Ir-rehabilitation worker irid ikun parti minn team li jkun magħmul minn nies li għandhom background ta' social work, ta' psychology u ta' occupational therapy.", "It-team jagħti saħħa lil kull membru f'dak it-team għaliex flimkien ikunu qed jiddiskutu l-istat tal-pazjent u jekk wieħed mit-team joħroġ bil-leave, ikun hemm ħaddieħor li jista' jieħu ħsieb il-pazjent u anke jekk wieħed jiddeċiedi jitlaq, xorta jkun hemm it-team li l-pazjent jista' jirriferi għalih.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Dr. Cassar, l-ewwelnett nifraħlek tal-preżentazzjoni tiegħek.", "Inti għedt li fil-livell primarju, hawn Malta hawn madwar 120,000 pazjent li jbati minn mard ta' saħħa mentali, li fil-fatt tiġi għal madwar terz tal-popolazzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħek, din hija rata allarmanti meta mqabbla ma' pajjiżi barranin?", "Int għedt li fil-livell primarju hemm nuqqas ta' riżorsi umani, tista' tgħidilna f'liema sferi hemm nuqqas u kemm tikkalkula li hemm bżonn biex ikun hemm complement adegwat li jista' jilqa' għad-domanda?", "Naf li l-aħħar domanda hija pjuttost diffiċli biex tirrispondiha imma nixtieq li tagħtina l-ħsebijiet tiegħek.", "MICHAEL ASCIAK: Tista' tgħidilna wkoll kif il-persentaġġ ta' pazjenti f'pajjiżna fil-livell terzjarju jitqabbel ma' dak f'pajjiżi barranin?", "DR. DAVID CASSAR: Sfortunatament m'għandniex il-figuri eżatti u waħda mir-raġunijiet li m'għandniex il-figuri hi li m'għandniex il-personnel biex jiġbor il-figuri u jdaħħal fil-computer id-data li għandna.", "Per eżempju fil-pilot area qatt ma tawna lil xi ħadd biex idaħħlilna d-data li niġbru.", "Għandna ammont ta' informazzjoni u għandna l-computer software lest, iżda m'għandna lil ħadd biex idaħħal id-data fil-computer.", "Jekk tħares lejn international studies li saru f'pajjiżi rappreżentattivi tad-dinja fejn inkludew developed, partially developed and undeveloped countries, tara li f'komunitajiet bħal tagħna, in-numru ta' persuni the most in need, huwa l-istess f'kull pajjiż, 0.2% tal-popolazzjoni u minn hemm ġibt in-numru ta' 800 persuna.", "Hekk ukoll għar-rigward tal-figura ta' 120,000 persuna.", "L-istess riċerka turi li terz tal-popolazzjoni, at any time in one year, se jkollha problemi ta' saħħa mentali.", "Niġi issa għad-domanda tiegħek dwar x'riżorsi għandna bżonn.", "Għandna bżonn diversi riżorsi.", "Per eżempju meta bdejna l-pilot area, inizjalment is-sistema ħadmet b'mod sabiħ immens.", "Pero' sfortunatament, minħabba l-bżonnijiet ta' servizzi, mit-tliet nurses ta' l-MMDNA, ittieħdu tnejn u mill-11-il tabib li ttrejnjajna fadal biss tlieta u mhux kull tabib minn dawn it-tlieta huwa kommess.", "Jista' jkollok tobba li huma committed u oħrajn li m'humiex.", "Għar-rigward ta' social workers, dawn kollha għadhom hemmhekk u qed jagħtu servizz siewi ħafna.", "Biex ikollok servizz primarju tajjeb, irid ikollok nurses, social workers u tobba li huma protetti.", "Jekk inti tħarreġ 11-il tabib u mbagħad kollha, jew kważi kollha, titlifhom, tiġi ċikkubriku.", "Jekk inti għandek tobba fil-clinic li suppost qed jaraw pazjenti bi problemi ta' saħħa mentali u minħabba nuqqas ta' tobba f'xi clinic oħra ikollhom imorru f'dik il-clinic, ma jkunux jistgħu jagħtu s-servizz.", "Irid ikun hemm commitment u mill-esperjenza tal-pilot area nagħrfu li minflok ma nittrejnjaw 12-il tabib, aħjar nittrejnjaw tnejn jew tlieta li jkunu verament dedikati u jixtiequ jagħtu servizz, u lil dawk it-tlieta nipproteġuhom u ma neħduhomx band'oħra meta jkun hemm nuqqas imma nħalluhom dejjem hemm biex ikunu jistgħu jagħtu s-servizz.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiddispjaċini li ma kontx hawn mill-bidu tal-laqgħa iżda kont qed nitkellem fil-Parlament.", "Dr. Cassar, inti għedt li mill-11-il tabib li kienu mħarrġa, baqa' biss tlieta.", "Dan ifisser li l-oħrajn ġew transferred għal x'imkien ieħor jew għażlu li jitilqu?", "DR. DAVID CASSAR: Mhux neċessarjament li ġew transferred.", "Il-maġġoranza telqu.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiġifieri ma kienx hemm miżura amministrattiva biex dawk it-tobba jiċċaqalqu.", "DR. DAVID CASSAR: Huma ddeċiedew li jitilqu mis-servizz primarju u jmorru jaħdmu fil-privat.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Fuq liema bażi intgħażlet il-lokalita' ta' Ħal Qormi bħala pilot area?", "X'kien li ġiegħel il-pilot project isir ġo Ħal Qormi?", "Kienet l-availibilty ta' post?", "DR. DAVID CASSAR: Ir-risposta ma naħsibx li nista' nagħtihielek jiena.", "Meta ntgħażel il-post kont qed nieħu training fis-servizzi tal-komunita' u dħalt eżatt wara li ntgħażel il-post, pero' li huwa żgur huwa li it is a captive population f'numru relattivament żgħir fejn inti tista' taħdem fuq in-nies u b'dak il-mod tista' tagħtihom l-intervent li tixtieq u din għenitna għaliex stajna ngħarfu ċertu diffikultajiet.", "Waħda mill-bażijiet ta' servizz tajjeb hija proprju l-aċċessibbilta' u dik hija ħaġa li rridu nħarsu lejha iżjed u iżjed 'il quddiem.", "Per eżempju nies mis-Siġġiewi sabuha diffiċli li jiġu f'Ħal Qormi għal ċertu servizzi u allura importanti li s-servizzi li noffru jkunu iżjed aċċessibbli.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiġifieri għan-nies tas-Siġġiewi hija diffiċli li jmorru Ħal Qormi?", "DR. DAVID CASSAR: Iva, pero' fl-istess ħin, waqt li huwa diffiċli biex in-nies tas-Siġġiewi jmorru Ħal Qormi, huma jaqgħu taħt il-health centre ta' Ħal Qormi.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Naħseb huwa importanti li dan il-kumitat iħares lejn ir-realtajiet inkella se nibqgħu nagħmlu l-affarijiet wishy-washy.", "Mela jekk qed nifhem sew, l-għażla ta' Ħal Qormi ma kenitx ibbażata fuq xi research li seta' sar jew minn xi data partikolari li nġabret.", "DR. DAVID CASSAR: M'hemm l-ebda post f'Malta li nistgħu ngħidu saret riċerka dwaru u ġew identifikati ċerti bżonnijiet.", "Ħal Qormi għandu vantaġġ li jirrifletti ċertu bżonnijiet.", "Ħal Qormi huwa an inner city - allura għandek problemi ta' town - jinkludi suburbs ta' town, għandek area of social deprivation, għandek villaġġ li huwa medju u villaġġ ieħor li huwa verament a rural village u allura nistgħu napprezzaw iżjed id-diffikultajiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed jagħmilli sinjal Dr. Busuttil li jixtieq jintervjeni.", "Forsi Dr Busuttil kien iktar involut fil-kwestjoni u allura tajjeb jekk jersaq mal-mejda biex ikun jista' jwieġeb hu għad-domanda li qed issir.", "DR. RAYMOND BUSUTTIL (Direttur Ġenerali, Dipartiment tas-Saħħa): Apparti l-karatteristiċi ta' Ħal Qormi li semma Dr. Cassar, kien hemm catchment area li bħala numru ta' nies kien biżżejjed li wieħed jista' jqisu bħala pilot area.", "Barra minn hekk, Qormi Health Centre huwa l-uniku catchment area li ġeografikament huwa iżolat fis-Siġġiewi, Żebbuġ u Qormi li mad-dawra tagħhom ma jmissux ma' bliet oħra.", "Jekk tieħu geographical areas oħra, il-catchment area tkun kbira, per eżempju ma tistax tgħid li mal-Furjana tinkludi biss il-Ħamrun u Gwardamangia.", "Dawk kienu l-kriterji; il-karatteristiċi tal-post, id-daqs tal-popolazzjoni ta' l-area li kienet a geografically well defined area, u l-fatt li kellna l-ispazju ġewwa Qormi Health Centre biex inkunu nistgħu niżviluppaw is-servizz fil-komunita'.", "DR. DAVID CASSAR: Nixtieq inżid ħaġa oħra ma' dak li għadu kemm qal Dr. Busuttil.", "Barra mill-affarijiet li semma Dr. Busuttil, niftakar li ċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal-Qormi kien għadu kemm infetaħ u kellu tobba żgħar u kien importanti għalina li nibdew b'tobba li huma stess ma kenux istituzzjonalizzati, tobba li kienu lesti li jaħdmu fi proġett ġdid.", "F'ċentri tas-saħħa oħra kien hemm tobba li kienu anzjani, u allura kienu draw ċertu sistemi u kienet se tkun iktar diffiċli biex naħdmu magħhom.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Dawn il-fatturi kollha li qed issemmu għad-deċiżjoni li ttieħdet, huma validissimi, pero' l-punt tiegħi huwa li m'hemmx data u għandna mental health policy li jekk m'iniex sejra żball ilha mill-1995, u li m'hijiex ibbażata fuq riċerka.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri int qed tistaqsi x'data hemm dwar nies f'dawn il-lokalitajiet li potenzjalment għandhom bżonn l-użu ta' dan is-servizz.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Dwar nies li potenzjalment se jkollhom bżonn dan is-servizz, jew nies li diġa' għandhom history ta' mard, eċċ. Minn dak li qed nisimgħu jidher li m'għandniex data nazzjonali dwar din il-problema.", "Jiġifieri aħna qed naħdmu fuq impressjonijiet.", "DR. DAVID CASSAR: Onor. Coleiro, naħseb li huwa importanti li nitilqu mill-premessa li waqt li veru m'għandniex data, ir-realta' qiegħda magħna.", "Aħna għandna l-polz tal-pajjiż.", "Aħna naħdmu ma' dawn in-nies, aħna nxarbu idejna fl-għaraq tagħhom kuljum.", "Hemm numru enormi ta' nies fil-pajjiż li qegħdin isofru, pero' jekk inti tħares lejn surveys internazzjonali u lejn survey li sar mill-World Health Organisation fuq the most in need fi 12-il pajjiż li jirrappreżentaw id-dinja kollha, tara li dawn it-12-il pajjiż differenti urew li m'hemm l-ebda varjazzjoni fir-rata ta' persuni li qed ibatu.", "F'kull pajjiż hemm l-istess persentaġġ.", "Mela dak hu l-persentaġġ li għandna f'pajjiżna għaliex hekk intwera li hu f'kull pajjiż.", "Kieku per eżempju, fl-Ingilterra nstab li hemm 40% u fil-Bahamas instab li hemm 13%, allura tifhem li d-diskrepanza hija kbira, imma jekk fl-Ingilterra nstab li hemm 2% u fil-Bahamas instab li hemm 2.1%, taf li madwar id-dinja kollha hemm l-istess ammont ta' mard.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Dan li qed tgħid huwa kollu minnu u validu, pero' min-naħa l-oħra jekk xi ħadd jistabbilixxi li l-persentaġġ ta' mard f'pajjiżna hu ta' 2%, probabbli jkun stabbilixxa wkoll minn fejn ġejjin dawk il-persuni u allura jkun ukoll stabbilixxa l-ambjent li seta' wassal għal dak l-istat.", "Ma nistgħux nimminimizzaw l-importanza tar-riċerka minkejja li għandkom il-hands-on experience.", "Kulmin għandu esperjenza diretta ma' persuni li qed ibatu minn nuqqas ta' saħħa mentali f'pajjiżna, mhux neċessarjament qed jaqsam dik l-informazzjoni li qed jakkwista mill-esperjenza.", "Per eżempju x'tip ta' koordinament qed ikollkom mal-psikjatri privati biex tkunu tafu kemm hija kbira jew żgħira l-problema fuq livell privat?", "L-esperjenza tagħkom qed tkun ma' dawk li qed imissu magħkom, jew li jmorru fiċ-ċentru ta' Ħal Qormi jew fl-istituzzjonijiet li għandu l-gvern.", "Hemm xi tip ta' koordinament ma' professjonisti privati biex tkunu tafu x'qed jiġri fil-komunita'?", "DR. DAVID CASSAR: Aħna l-psikjatri niltaqgħu u niddiskutu bejnietna regolarment.", "Ma jkunx hemm ċertu xogħol uffiċjali, pero' aħna, iżjed minn kwalunkwe branka oħra fil-mediċina, għandna kuntatt kbir ferm mas-servizzi kollha kemm ta' l-Istat u kemm dawk offruti minn NGOs.", "Per eżempju jiena naħdem mal-Caritas, ma' Richmond Foundation, ma' l-SWDP, mad-Domestic Violence Unit u mal-Community Development Unit ta' Bormla ta' l-SWDP.", "Aħna naħdmu id f'id.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Inti kuntent, Dr. Cassar, bir-riċerka li ssir, bid-data li qed tiġi collated u bl-analisi li ssir minn dik id-data?", "DR. DAVID CASSAR: Jien ma jien kuntent xejn għaliex fil-fatt ftit qed issir riċerka.", "Hemm ċertu riċerka għaddejja, pero' l-limitazzjonijiet tagħna huma kbar.", "Jien lill-gvern suppost nagħtih 40 siegħa xogħol fil-ġimgħa iżda naf fiċ-ċert li nagħtih ferm iżjed minn hekk, imma kemm għandi ħin biex nagħmel riċerka meta jiena rrid nagħti servizz lil numru enormi ta' pazjenti?", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mela minn hawnhekk qed joħroġ il-fatt li jekk mhux se jkollkom l-għodda - issa hijiex in terms of human resource or any other resurce - .… Dawn l-affarijiet importanti li joħorġu.", "DR. DAVID CASSAR: Jiena naqbel miegħek u nerġa' nirrepeti li ġo Qormi Health Centre ma kellniex min jagħmlilna data entry.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jekk verament irridu naslu, importanti li l-affarijiet nagħmluhom b'mod sew.", "Il-mental health policy ilna li għamilniha kważi erba' snin u kull ma sar minnha huwa l-pilot project u sal-lum għadna qegħdin niddiskutu.", "It took four years biex jibda jiċċaqlaq xi ħaġa.", "Importanti li nibdew inħarsu lejn ir-realtajiet għaliex inkella nispiċċaw biex ikollna ħafna karti u xejn iżjed.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-aħħar mistoqsija, l-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Fiċ-ċentru tas-saħħa f'Bormla li kien ippjanat li jinfetaħ f'Marzu jew April li għadda u li s'issa għadu ma nfetaħx, kellu jkun hemm sezzjoni li tieħu ħsieb il-qasam psikjatriku.", "Diġa' ġew imħarrġa l-persuni li suppost se jaħdmu hemmhekk?", "F'Bormla se jkun hemm estensjoni ta' dak li fil-fatt qiegħed isir f'Ħal-Qormi?", "DR. DAVID CASSAR: Nista' ngħidlek li xi xogħol infrastrutturali diġa' sar.", "Il-kmamar lesti bl-għamara u b'kollox u xogħol qed isir mhux biss ġewwa Bormla imma anke ġewwa Birkirkara, pero' l-problema tibqa' dik ta' riżorsi għaliex sakemm ikun hemm commitment li jingħataw riżorsi, aħna ma nistgħux inħarrġu nies.", "Hemm ħaġa oħra wkoll li lili tinkwetani.", "Jiena nemmen ferm li għandna bżonn niżviluppaw il-primary care.", "Dr. Xerri qal li l-primary care hija l-bażi fundamentali u jien naqbel miegħu.", "Per eżempju f'Ħal Qormi suppost għandna servizz ta' primary care tajjeb, imma kieku s-servizz ta' primary care kien tajjeb, kieku ma kienx ikun hemm bżonn li jien nara numru daqstant konsiderevoli ta' pazjenti li qed noffrulhom servizz.", "Din tbeżżagħni għaliex meta inti toħloq servizz, se jkun hemm talba għalih u allura f'daqqa waħda, in-numru ta' nies li se jkollok deħlin se jeskala u ma jkollokx nies biex taħdem.", "MICHAEL FARRUGIA: Jiġifieri bħalma dejjem kienet, qegħdin nikkonfermaw li the spirit is willing but the flesh is weak.", "Għandna ħafna pjanijiet u nixtiequ mmorru iktar lejn il-komunita' imma l-ikbar problema li għandna hija li għad m'għandniex ir-riżorsi umani - iktar milli strutturali jew infrastruttrali - biex inkunu nistgħu nimplimentaw dak li fil-fatt ilna nixtiequ nagħmlu.", "Ilna ngħidu li rridu mmorru aktar lejn il-komunita', imma l-importanti huwa li l-pazjenti li jinħarġu fil-komunita' jiġu assessed il-ħin kollu biex f'każ ta' deterjorament jittieħdu l-miżuri meħtieġa aktar malajr.", "Barra minn hekk għad għandna problemi kbar fl-iżvilupp ħolistiku li jista' jsir fil-komunita' biex lill-pazjent tkompli ttejjiblu l-istil ta' ħajja tiegħu b'mod ġenerali biex ikun jista' jintegra iżjed fis-soċjeta'.", "Għar-rigward tal-problema kbira ta' nuqqas ta' riżorsi umani li għandna, x'taħseb li għandna nagħmlu biex inħajru aktar persuni jidħlu f'dan il-qasam?", "Aħna dejjem nisimgħu dwar il-problema ta' nuqqas ta' tobba u ta' infermiera, pero' għandna wkoll nuqqas ta' social workers u hawnhekk nidħlu fil-problema tas-social workers, il-problema bejn dawk li jaħdmu mad-dipartiment u dawk li jaħdmu ma' l-SWDP, liema problema ħafna drabi hija relatata ma' paga, kondizzjonijiet, eċċ. Kif taħseb li għandna norganizzaw dawn l-affarijiet?", "Kemm għandna ndaħħlu iktar l-SWDP fl-istruttura ta' social workers, eċċ?", "GĦandna ndaħħlu l-SWDP, jew għandna naħdmu bis-social workers fis-settur governattiv u nipprovaw insaħħu dan il-qasam biex nimxu 'l quddiem u l-pazjenti li qed joħorġu fil-komunita' jingħataw l-attenzjoni kollha neċessarja?", "DR. DAVID CASSAR: Jiena nemmen li jekk l-inċentivi jkunu tajbin, in-nies se jibqgħu.", "Jiena ma nħossx li l-problema hija biss ta' social workers.", "Per eżempju t-tobba nitilfuhom għaliex jgħidulek li huma mdejqin jaħdmu fl-ambjent li jaħdmu fih.", "Il-biża' tiegħi hi li nħarrġu kemm inħarrġu tobba, bħalma ħarriġna għaċ-Ċentru tas-Saħħa f'Ħal Qormi, dawn xorta se jitilqu, pero' jekk l-inċentivi jkunu tajbin, joqogħdu.", "L-SWDP kienet tista' tipprovdi inċentivi u s-social workers ġew.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Pero' jidher li din il-problema ma teżistix biss fil-livell professjonali, iżda wkoll f'livelli oħra, per eżempju fil-każ ta' data entry operator.", "Nitkellmu tant dwar nies żejda mal-gvern u mbagħad ma nagħmlux deployment ta' data entry operator li hija tant meħtieġa f'dan il-qasam?", "Kif nistgħu naħdmu mingħajr għodda?!", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Dr. Cassar.", "Fadal ftit ħin, pero' wegħedt lis-Sinjorina Sammut li se nsejħilha llum u għalhekk nitlobha li tiġi magħna mal-mejda.", "SAMMUT (User): L-ewwelnett nirringrazzjakom talli stedintuni biex nitkellem illejla.", "Nixtieq ngħaddi ftit punti fuq dak li ntqal f'laqgħat preċedenti, u l-ewwel punt li nixtieq nagħmel huwa fuq id-dinjita' tal-pazjent.", "Jien kont Mount Carmel Hospital fl-1990 u niftakar li meta daħluni f'ward 6 kien hemm preżenti tliet tobba, xi sitta jew tmien nurses u partita studenti u kelli ngħid l-istorja tiegħi quddiem dawk in-nies kollha.", "Immaġinajtni li kont qiegħda f'xi seduta fil-qorti bħalma kien ikolli mar-raġel.", "Jiena ma nħossx li huwa sewwa għall-pazjent li meta jidħol irid jitkellem quddiem numru ta' nies.", "Il-pazjent mhux se jħossu komdu u allura mhux se jkollu kunfidenza biżżejjed biex jitkellem.", "Intqalu xi affarijiet fuq is-psychiatric out-patients files.", "Jiena naqbel li jkun hemm files personali għall-pazjenti li jattendu l-mental out-patients għaliex jiena stess bħala impjegata fl-Isptar San Luqa, naf li n-nurses jgħaddu ħafna kummenti meta jiġu files mill-mental out-patients jew mill-psychiatric unit u nħoss li dan ma jagħmillux ġid lill-pazjent.", "Ġeneralment meta l-pazjent joħroġ mis-psychiatric unit jew minn Mount Carmel, jitlef l-iskills li jkollu u jispiċċa ma jinħasilx, ma jnaddafx, ma jsajjarx u bla aptit ta' xejn.", "Ħafna drabi dawn ikunu jew nies separati jew inkella nies li minkejja li għandhon familji, ma jkollhomx wisq għajnuna minnhom - kif fil-fatt kien il-każ tiegħi.", "Dawn jgħaddu minn fażijiet fejn daqqa jħossuhom high u daqqa jħossuhom depressed u meta jkunu depressed ma jkunux kapaċi jagħmlu l-affarijiet kollha waħedhom u jkollhom bżonn l-għajnuna.", "Nixtieq nirriferi għas-servizz ta' helpline li kellna żmien ilu.", "Jien personalment nista' ngħid li dan is-servizz kien importanti ħafna għaliex lili salvali ħajti.", "Lejl minnhom kont se nikkommetti suwiċidju u huma baqgħu jitkellmu miegħi u jisimgħuni l-lejl kollu sakemm ġejt daqsxejn f'tiegħi.", "Ħalli ngħid xi ħaġa dwar il-mediċini.", "Jien nieħu mediċini u ġeneralment jagħmlulek tajjeb pero' l-mediċini jkollhom ħafna side-effects, fosthom blurred vision, nixfa fil-ħalq u allura tkun trid tixrob jew togħmod xi ħelwa l-ħin kollu, ħxuna żejda minkejja li forsi tagħmel eżerċizzju, u għejja kbira li jekk tkun qed taħdem, ma tkunx tista' tlaħħaq mal-bżonnijiet tal-ħajja, tad-dar u tat-tfal.", "Meta l-pazjent isib ruħu barra u ma jkunx jaħdem u jkollu bżonn xi affarijiet tad-dar, bħalma huma fridge, cooker, jew washing machine, il-Community Chest Fund tagħtihomlu - lili kienu tawni washing machine u fridge - pero' jekk il-pazjent ikun jaħdem, ma jagħtuhx dawn l-affarijiet.", "Dan nafu għaliex meta applikajt għal lożor u kutri - jien tlaqt 'il barra mid-dar minn mar-raġel tiegħi għaliex ma stajtx nibqa' għaddejja fil-ħajja li kont - ma tawnix dak li ridt u m'hemm l-ebda għaqda li tgħinek f'dawn l-affarijiet.", "Fil-każ tiegħi, il-paga trid isservi għaliha u għat-tlett itfal li għandi.", "Bħalma jista' jikkonferma s-Sur Pace li qiegħed hawn, id-dar fejn kont noqgħod mat-tfal tiegħi, kienet diżastru u issa bl-għajnuna li ħadt mill-qorti, allavolja d-deċiżjoni ma kenitx tajba, irranġajtha.", "Għar-rigward ta' housing nista' ngħid li l-gvern ma jagħtix akkomodazzjoni biżżejjed lil dawn il-pazjenti u jien naħseb li hawn djar madwarna li jistgħu jiġu rranġati mill-ħaddiema tal-gvern.", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq is-social workers.", "Hemm social workers li jaħdmu filgħaxija għalina li naħdmu filgħodu għax jekk inkunu naħdmu, ma nistgħux noqogħdu nieħdu l-leave kull darba li tiġi tkellimna social worker; ġieli jkun hemm bżonn li tiġi tkellimna darbtejn f'ġimgħa.", "Meta f'dawn l-aħħar sentejn ġietni d-dar social worker - bħalissa ninsab bla social worker - kelli nieħu ġurnata leave għaliex is-social worker li bagħtuli kienet taħdem filgħodu biex imbagħad kulma damet għandi kien biss seba' minuti, kemm introduċejt lili nnifsi u kemm rat f'liema stat kienet id-dar tiegħi.", "Ħafna drabi, aħna li jkollna bżonn is-servizz, ma naffordjawx ikollna t-tobba personali tagħna u allura jkollna nkellmu t-tobba tal-polikliniċi, u meta nkunu bid-depression, it-tobba ma jkunux iridu jagħmlulna ċertifikat li qed inbatu minn depression u allura ma nkunux nistgħu noqogħdu d-dar f'dak il-perijodu, minkejja li ma nkunux tajbin għax-xogħol.", "M'iniex qed ngħid li tkun trid tagħmel xhur jew ġimgħat sħaħ id-dar, imma xi kultant dik il-ġimgħa jkollok bżonnha sakemm tgħaddi t-tensjoni li tkun għaddejja minn fuqek.", "Ħadt gost meta aktar kmieni matul il-laqgħa tal-lum smajt li l-problema li kien hemm għal ftuħ tal-kors ta' occupational therapist issolviet.", "Ħafna drabi aħna ma nkunux nistgħu nieħdu s-servizz ta' psychologist b'xejn mill-isptar minħabba n-nuqqas ta' psychologists li hemm.", "Naħseb li għandu jkun hemm iktar psychologists impjegati ma' Mount Carmel Hospital u mas-pyschiatric unit biex ikunu jistgħu jgħinuna fil-problemi tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħadt pjaċir nisimgħek tgħidilna l-esperjenzi tiegħek u l-punt li għamilt dwar il-kunfidenzjalita' huwa wieħed li ta' min jikkonsidrah.", "Huwa importanti li kulħadd ikun sensittiv dwar l-issue tal-kunfidenzjalita' f'dawn l-affarijiet.", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Id-diversi punti li semmejt kienu interessanti ħafna u naħseb kienu interessanti għaliex urew li anke dak li jeżisti fil-komunita' m'huwiex geared għall-bżonnijiet tal-pazjent, imma pjuttost li l-pazjent irid ikun geared għall-istrutturi.", "Per eżempju inti semmejt il-punt li social workers jaħdmu filgħodu biss.", "Filwaqt li nitkellmu fuq il-bżonn li dawn il-persuni jiġu integrati fil-komunita' u li l-pazjent jirritorna lura għax-xogħol, naħseb li l-punt li qajjimt huwa punt li dan il-kumitat għandu jikkonsidra.", "Dan il-kumitat irid jara x'inhuma l-prijoritajiet u jekk dawn humiex iduru mal-pazjent jew inkella huwiex il-pazjent li jrid idur ma' l-istrutturi kif nafuhom aħna.", "B'riferenza għall-helpline li semmejt, jekk m'iniex sejjer żball, dan is-servizz kien jitmexxa mill-YMCA.", "Safejn naf jien l-SWDP tagħti servizz ta' helpline għal diversi tipi ta' għajnuniet u naf li ħafna mill-pazjenti kulma jkunu jridu huwa xi ħadd ma' min jiftħu qalbhom, xi ħadd ma' min ikunu jistgħu jitkellmu meta jkunu qed iħossuhom waħedhom.", "Naħseb li hemm bżonn insibu dawk l-istrutturi - m'hemmx għalfejn ikunu governattivi imma jistgħu jkunu NGOs - li jistgħu jagħtu din l-għajnuna u l-għajnuna li pazjenti b'mard mentali jfittxu, hija għajnuna li trid tingħata fil-ħin li jkollhom bżonnha.", "Dak il-ħin partikolari jista' jkun kruċjali għalihom.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: L-impjieg kien diġa' għandek qabel ma kellek il-problema?", "Fil-fatt kont se ngħaddi kumment anke biex ikun jaf il-Ministru Louis Deguara.", "Jiena waħda minn dawk il-ward clerks li daħlu minn ta' l-ewwel fl-isptar.", "Kont mort napplika l-ETC minn jeddi u bagħtu għaliha biex naħdem bħala ward clerk.", "Jekk niftakar sew, l-Onor.", "Louis Deguara kien semma li kienu qegħdin jipprovaw biex il-computers fl-isptar jiġu mħaddma mill-pazjenti u dak hu x-xogħol tiegħi.", "Jien naħdem fuq il-computer u nagħmel diversi xogħlijiet u nieħu pjaċir naħdem, pero' xi kultant issib il-kuntrarju wkoll, issib min jagħmillek il-bsaten fir-roti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kulħadd jiltaqa' ma' sitwazzjonijiet bħal dawk.", "SAMMUT: Veru; mhux qed ngħid li intom ma tiltaqgħux ma' kuntrarju imma intom kapaċi tiġġieldu għal ċertu affarijiet.", "Jien naħdem ġo sptar u kultant tiskanta bl-injoranza grassa li teżisti fejn jidħol mard mentali.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Inti sibt l-impjieg wara li kellek il-problema, jew kont taħdem qabel kellek il-problema?", "SAMMUT: Jien sibt ix-xogħol wara li ħriġt minn Mount Carmel.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Inti għedtilna li kont ħriġt mid-dar li kellek mar-raġel tiegħek u mort toqgħod f'dar oħra.", "Il-post ġie allokat lilek mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali, jew kien post tal-privat?", "SAMMUT: Il-post li kien tal-familja kien vojt u qbadt u dħalt fih, pero' m'ilix li rranġajtu għaliex dak iż-żmien ma kellix flus.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Huwa importanti nenfasizzaw li l-fatt li tgħaddi minn trawma u minn problema ma jżommokx lura milli jkollok xogħol u importanti li jkun xogħol produttiv għaliex kieku ma jkunx produttiv, ma jagħtikx sodisfazzjon.", "Naf li intom li ilkom tiġu hawnhekk qed tistaqsu meta se jmisskom biex tagħmlu l-intervent tagħkom, pero' tirrealizzaw li ladarba jibdew isiru l-mistoqsijiet, diffiċli biex ma tespandix fuq is-suġġett.", "Laqgħa oħra se ssir bħal-lum ġimgħa.", "MICHAEL FARRUGIA: Sinjura President, naħseb li importanti li meta fil-Parlament ikunu qed jiġu diskussi affarijiet li huma relatati ma' affarijiet soċjali … Bħalissa fil-Parlament qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi dwar is-sekwestru u l-kustodja ta' minuri u probabbli l-ġimgħa d-dieħla se nkunu qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi li jemenda l-ordinanza dwar il-mediċini perikolużi, u ħafna mill-membri ta' dan il-kumitat, inkluż jien, se nkunu qed nieħdu sehem fid-diskussjoni.", "Bħalma taf, illum stess kien hemm l-Onor.", "Coleiro li tkellmet għal ħin twil u allura minkejja li xtaqet tipparteċipa hawnhekk ma setgħetx tiġi mill-bidu ....", "Ma nixtieqx li ntawwlu b'dan is-suġġett għal wara l-vaganzi tas-sajf, imma fl-istess ħin irridu nikkonsidraw ċertu affarijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Anke jiena ma nixtieqx li ntawwlu dan il-proċess u nixtieq li dawn in-nies li qed juru tant interess u jiġu hawnhekk, ġimgħa wara ġimgħa, nisimgħu l-presentation tagħhom.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma qajjimtx dan il-punt fil-bidu tal-laqgħa għas-sempliċi raġuni li m'huwiex għaqli li ladarba stedinnihom nitolbuhom jirtiraw, imma flok naġġornaw għall-ġimgħa d-dieħla, ejja l-ewwel naraw x'se jkun il-programm fil-Parlament għal nhar it-Tlieta - wara kollox il-programm parlamentari huwa f'idejn il-gvern - u mbagħad naraw.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiena napprezza s-sensittivita' tiegħek għall-mod kif aġġixxejt u naturalment se niċċekkja mal-Leader of the House biex nara jekk il-ġimgħa d-dieħla huwiex se jiġi diskuss l-abbozz ta' liġi li jemenda l-ordinanza dwar il-mediċini perikolużi.", "Jekk se jiġi diskuss dan l-abbozz ta' liġi, l-ġimgħa d-dieħla naqbżuha, pero' bħas-soltu tirċievu ittra mingħandna biex ninfurmawkom meta se nerġgħu niltaqgħu.", "Nirringrazzjawkom u l-lejl it-tajjeb.", "Fid-9.05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990706_013d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 6 ta' Lulju, 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.12 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 12 li saret fit-30 ta' Ġunju, 1999 kienu konfermati.", "MENTAL HEALTH: POLICIES, STRUCTURES, SERVICES AND LEGISLATION - KONTINWAZZJONI", "Il-President tal-Kumitat informat lill-Kumitat li kienet irċeviet ittra mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ bl-informazzjoni mitluba fil-laqgħa Nru 12 dwar l-għadd ta' persuni bi problemi ta' saħħa mentali li ġew imħarrġa mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ u li nstabilhom xogħol.", "Il-Kumitat stieden lil Dr Ray Xerri, Direttur, Dipartiment tal-Policy u l-Ippjanar tas-Saħħa, lis-Sinjorina Doriette Bonello, Senior Occupational Therapist, u lis-Sur Vincent Cassar, Occupational Therapist, minn Qormi Day Centre; lil Dr David Cassar, Konsulent; lil Dr Raymond Busuttil, Director General, Dipartiment tas-Saħħa u lil Ms Catherine Sammut, user tas-servizzi.", "Il-Ministru tas-Saħħa, l-Onor Louis Deguara, ħa ukoll sehem fid-diskussjoni.", "Fid-9.05 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u l-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990706_013m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 18", "It-Tnejn, 12 ta' Lulju 1999, fil-5.30 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 12 ta' Lulju 1999, fil-5.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "8 ta' Lulju 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990712_018a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 12 ta' Lulju 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fil-", "L-iSpeaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Mario Galea, l-Onor Victor Galea Pace, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor George Vella.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 17 li saret fit-30 ta' Ġunju, 1999, kienu konfermati.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali ikkonferma li l-Gvern kellu l-ħsieb li qabel ir-recess tas-sajf kellu jiġi diskuss l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi kif ukoll issir id-diskussjoni fuq il-qagħda ekonomika fil-pajjiż.", "Huwa qal li l-pożizzjoni tal-Gvern hija li d-dibattitu fuq ir-rapport dwar l-update ta' l-avis tal-Kummissjoni Ewropea jiġi pospost peress li f'Ottubru kellu joħroġ rapport aġġornat.", "L-Onor George Vella informa lill-Kumitat li din il-proposta kienet inaċċettabblli għall- Oppożizzjoni.", "L-iSpeaker iċċirkola kopja ta' ittra datata 8 ta' Lulju 1999, li kien irċieva mingħand is-Sur Charles Flores, Executive Corporate Affairs tal-PBS, dwar xandir fuq l-Internet tas-servizz ta' Radju Malta 2, inkluż is-seduti parlamentari.", "Fis-6.01 p.m. il-Kumitat aġġorna.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990712_018m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 19", "It-Tnejn, 19 ta' Lulju 1999, fil-5.30 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 19 ta' Lulju 1999, fil-5.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "16 ta' Lulju 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990719_019a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 19 ta' Lulju 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fil-", "L-iSpeaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Mario Galea, l-Onor Victor Galea Pace, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor George Vella.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor George Vella, il-Kumitat qabel li fil-Minuti ta' Laqgħa numru 18 li saret fit-12 ta' Lulju 1999, minflok il-kliem:", "\"Huwa ppropona li d-dibattitu fuq ir-rapport dwar l-update ta' l-avis tal-Kummissjoni Ewropea jiġi pospost peress li f'Ottubru kellu joħroġ rapport aġġornat\",", "għandhom jidħlu l-kliem:", "\"Huwa qal li l-pożizzjoni tal-Gvern hija li d-dibattitu fuq ir-rapport dwar l-update ta' l-avis tal-Kummissjoni Ewropea jiġi pospost peress li f'Ottubru kellu joħroġ rapport aġġornat\".", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 18 li saret fit-12 ta' Lulju, 1999, kif emendati, kienu konfermati.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kamra li kien intlaħaq qbil man-naħa ta' l-Oppożizzjoni li d-dibattitu dwar il-mozzjoni ta' sfiduċja fil-gvern imressqa mill-Oppożizzjoni li kellu jsir dak inhar, kellu jieħu seduta waħda, bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni; bl-introduzzjoni u l-winding up għall-Oppożizzjoni u bil-ħin li jittieħed għal xi sospensjonijiet jiżdied mal-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.", "Fuq il-punt imqajjem fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat dwar id-dibattitu fuq ir-rapport dwar l-update ta' l-avis tal-Kummissjoni Ewropea, il-Viċi Prim Ministru informa lill-Kumitat li l-Gvern kien lest li jilqa' t-talba biex dan id-dibattitu flimkien mad-dibattitu dwar il-qagħda ekonomika fil-pajjiż isiru qabel ir-recess tas-sajf u ssuġġerixxa li, bi qbil, id-diskussjoni setgħet issir f'seduti li jsiru nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, 22 u 23 ta' Lulju 1999.", "L-Onor George Vella rriżerva d-dritt li jikkomunika l-pożizzjoni ta' l-Oppożizzjoni dwar jekk dawn id-diskussjonijiet għandhomx isiru l-Ħamis u l-Ġimgħa jew inkella f'seduti li jistgħu jsiru fil-għodu u fil-għaxija nhar it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa, 26, 27 u 28 ta' Lulju 1999, rispettivament.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor George Vella, il-Kumitat qabel li dak inhar ma kellu jkun hemm ebda laqgħa ta' kumitati tal-Kamra.", "Fil-5.58 p.m. il-Kumitat aġġorna.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990719_019m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 20", "It-Tlieta, 20 ta' Lulju 1999, fis-7.30 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 20 ta' Lulju 1999, fis-7.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "20 ta' Lulju 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990720_020a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 20 ta' Lulju 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-", "L-iSpeaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Mario Galea, l-Onor Victor Galea Pace, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor George Vella.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 19 li saret fid-19 ta' Lulju, 1999, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Minkejja li l-Oppożizzjoni wriet ix-xewqa li jkun hemm dibattitu itwal, eventwalment il-Kumitat qabel li d-diskussjoni fuq ir-rapport dwar l-update ta' l-avis tal-Kummissjoni Ewropea kellha tieħu erba' seduti li jsiru nhar it-Tnejn u t-Tlieta, 26 u 27 ta' Lulju 1999, fil-għodu u fil-għaxija; u li d-dibattitu fuq il-qagħda ekonomika fil-pajjiż kellha tieħu żewġ seduti li jsiru nhar l-Erbgħa, 28 ta' Lulju, 1999, fil-għodu u fil-għaxija.", "Il-ħin tad-diskussjoni fuq iż-żewġ suġġetti li dwarhom ma jitteħidx vot, kellu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni bl-introduzzjoni u l-winding up għall-Gvern, u l-ħin tal-mistoqsijiet u ta' l-aġġornament jittieħed bħas-soltu.", "Il-Kumitat qabel li għal dawn is-seduti, l-Ordnijiet tal-Ġurnata kellhom jiġu sospiżi biex isiru d-dibattiti msemmija.", "Fis-7.55 p.m. il-Kumitat aġġorna.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990720_020m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 21", "Il-Hamis, 23 ta' Settembru 1999, fil-12.15 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Hamis, 23 ta' Settembru 1999, fil-12.15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "22 ta' Settembru 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990923_021a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ħamis, 23 ta' Settembru 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "L-iSpeaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Victor Galea Pace, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor George Vella.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor George Vella, il-Kumitat qabel li fil-Minuti tal-laqgħa numru 20, li saret fl-20 ta' Lulju 1999, fil-bidu tal-paragrafu intitolat \"Xogħol tal-Kamra\", fl-ewwel paġna, għandhom jiżdiedu l-kliem \"Minkejja li l-Oppożizzjoni wriet ix-xewqa li jkun hemm dibattitu itwal, eventwalment\"", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 20 li saret fl-20 ta' Lulju, 1999, kif emendati, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kamra li l-ħsieb tal-Gvern kien li:", "(i) it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa, 27, 28 u 29 ta' Settembru, il-Parlament kellu jiltaqa' fil-għaxija biss;", "(ii) l-ewwel żewġ items fuq l-aġenda tat-Tnejn kellhom ikunu t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern – Abbozz Nru 18 – u t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' – Abbozz Nru 10 – li possibbilment kellu jgħaddi mill-istadji kollha sat-3 ta' Diċembru 1999, li huwa l-Jum Internazzjonali tal-Persuni b'Diżabilita';", "(iii) d-diskussjoni dwar il-mozzjoni għat-tħassir ta' Avviż Legali Nru 123 dwar il-levies, imressqa mill-Onor John Attard Montalto kellha ssir fis-seduta ta' nhar il-Ħamis, 7 ta' Ottubru 1999, bil-possibbilta' li l-ħin tas-seduta jitwal xi ftit;", "(iv) fil-ġranet li jmiss se jitressqu żewġ riżoluzzjonijiet, waħda dwar il-proġett ta' Manoel Island u oħra dwar l-għoti ta' faċilitajiet sportivi lil għaqdiet sportivi;", "(v) sa qabel ma jitressaq il-Budget għas-sena 2000, ikunu ġew diskussi l-estimi tal-korporazzjonijiet; u", "(vi) li huwa previst li se jkun hemm bżonn isiru seduti fil-għodu u fil-għaxija minħabba l-ammont ta' xogħol leġislattiv li jrid jgħaddi mill-Parlament u allura forsi għandha titfassal mozzjoni ta' proċedura li tirregola l-ħinijiet tas-seduti u tiskeda x-xogħol parlamentari.", "L-Onor George Vella ssuġġerixxa li jingħata aktar żmien sakemm tibda d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita'.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor Joe Mizzi, il-Kumitat iddiskuta l-kriterji wżati sabiex jiġu aċċettati mistoqsijiet parlamentari.", "Mr Speaker informa lill-Kumitat li x-xogħol sabiex il-Membri Parlamentari jingħataw aċċess għall-użu tal-computer u l-faċilitajiet ta' l-Internet u l-e-mail mill-Kamra tal-Parlament stess, kien tlesta.", "Il-Kumitat feraħ u rringrazzja lil min kien ta s-sehem tiegħu sabiex isir ix-xogħol.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor George Vella, il-Kumitat qabel li għandha tiġi eżerċitata aktar prudenza fl-użu ta' mobile phones fil-Kamra tal-Parlament.", "Fin-12.57 p.m. il-Kumitat aġġorna.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19990923_021m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 14", "It-Tnejn, 18 ta' Ottubru 1999 fis-7.00 p.m.", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, tavża li l-Kumitat ser jiltaqa' nhar it-Tnejn, 18 ta' Ottubru 1999 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni fuq l-abbozz finali tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali.", "11 ta' Ottubru 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991018_014a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 14", "It-Tnejn, 18 ta' Ottubru, 1999", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 14", "It-Tnejn, 18 ta' Ottubru, 1999", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.17 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 13 li saret fis-6 ta' Lulju, 1999 ġew konfermati.", "ABBOZZ FINALI TAL-KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Nagħtu bidu għall-ewwel sessjoni ta' diskussjoni dwar il-kurrikulu minimu nazzjonali.", "Dan il-kumitat irċieva ittra mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor.", "Louis Galea, fejn qal li jixtieq li l-abbozz finali tal-kurrikulu minimu nazzjonali jiġi diskuss fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali bil-għan li l-abbozz finali jiġi magħrbel aktar qabel ma jidħol fis-seħħ għall-istudenti tagħna.", "Tajjeb illi fil-qosor nagħti l-isfond storiku tal-kurrikulu minimu nazzjonali.", "Fl-1995 inbeda l-proċess ta' reviżjoni u tiġdid tal-kurrikulu minimu nazzjonali li kien daħal fis-seħħ għall-kindergarten u livell primarju fl-1989 u għal-livell sekondarju fl-1990.", "Fl-1995 kellna d-dokument \"Tomorrows' School\", imbagħad fl-1998 kellna l-abbozz ġdid tal-kurrikulu minimu nazzjonali għall-edukazzjoni ta' tfal ta' bejn it-tlieta u s-16-il sena, liema dokumenti servew biex isir djalogu wiesa' ma' kull min kien involut fl-edukazzjoni.", "Matul dawn l-aħħar xhur saru wkoll diversi diskussjonijiet u l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni rċieva numru ta' kummenti u rakkmandazzjonijiet u kien fid-dawl ta' dan kollu li d-dokument ta' l-1998 ġie rivedut.", "F'Lulju ta' din is-sena ntbagħat abbozz rivedut lil firxa wiesgħa ta' nies u wara li reġgħu ġew ikkonsidrati l-aħħar kummenti ħareġ l-abbozz finali li għandna quddiemna llum.", "Jiena konxja li bosta minnkom diġa' tajtu l-kontribut tagħkom fid-diversi fażijiet qabel ma ħareġ dan l-abbozz finali, iżda nħoss illi issa l-Parlament jenħtieġlu jisma' r-reazzjonijiet tagħkom għall-abbozz.", "Hija x-xewqa tagħna li nisimgħu l-opinjoni ta' keyplayers u stakeholders f'dan il-qasam u se jingħata wkoll iċ-ċans lill-politiċi biex jitolbu spjegi mingħandkom u fl-istess waqt iwasslu l-fehmiet tagħhom dwar dan is-suġġett.", "B'hekk f'din id-diskussjoni nkunu qegħdin ninkludu lil dawk kollha li jridu jaħdmu biex dan il-kurrikulu jkun imfassal bl-aħjar mod possibbli u mħaddem b'mod mill-aktar effettiv għall-ġid tal-komunita' kollha.", "U meta għedt \"komunita'\" u mhux \"it-tfal\" jew \"iż-żgħażagħ\" tagħna, għedtha konxjament.", "Naturalment is-suċċess ta' dan il-kurrikulu jiddependi minn ħafna forzi.", "Jiddependi mill-qasam politiku biex fil-qasam edukattiv ikun hemm consensus - u dan il-consensus dejjem intwera - ħalli jkun hemm l-anqas skossi possibbli.", "Jiddependi wkoll minn djalogu kontinwu bejn il-ministeru, id-diviżjoni u l-iskejjel dwar l-implimentazzjoni u t-tiġdid tiegħu, mill-professjonalita' tal-kapijiet ta' l-iskejjel u ta' l-għalliema, minn djalogu kontinwu ma' l-union u mill-parteċipazzjoni - din hija importanti ħafna - tal-ġenituri fil-proċess sħiħ ta' l-edukazzjoni.", "Is-suċċess tal-kurrikulu ġdid jiddependi mill-firxa kollha ta' nies involuti fl-implimentazzjoni tiegħu.", "Intom li se tagħtu l-preżentazzjoni tagħkom, il-ħsebijiet u l-fehmiet tagħkom, nixtieqkom li fid-diskussjoni tiffukaw fuq l-abbozz li għandna quddiemna u mhux fuq xi ħaġa li kien hemm qabel jew fuq xi ħaġa li għad trid tiġi.", "Nixtieqkom tiffukaw proprju fuq il-prinċipji kif inhuma mniżżlin f'dan l-abbozz, jekk taqblux magħhom, jekk hemmx xi ħaġa nieqsa jew żejda fuq l-għanijiet li lkoll kemm aħna nixtiequ nilħqu u b'mod partikolari kif jista' jitħaddem, jiġifieri kif jista' jsir realta' u mhux jibqa' biss dokument fuq xi xkaffa.", "Tajjeb li fost affarijiet oħra naraw kif id-dokument se jorbot lill-iskejjel kollha - l-abbozz japplika mhux biss għall-iskejjel tal-gvern imma anke għall-iskejjel reliġjużi u skejjel indipendenti - kif se jolqot lil kull skola u lil kull individwu jekk nidħlu iktar fil-fond bid-diversita' kollha tiegħu.", "F'dan id-dokument id-diversita' tissemma ħafna drabi imma li rridu naraw huwa kemm fil-verita' id-dokument se jilħaq id-diversitajiet u kemm se joffri flessibbilta' biex din ir-realta' narawha u kemm id-dokument se jagħti safeguards biex l-istandards mixtieqa jintlaħqu.", "Nixtieq li naraw ukoll kif il-prinċipji li hu msejjes fuqhom dan id-dokument se jgħinu biex filwaqt illi tiġi preservata l-identita' tagħna, jinfetħu orizzonti wesgħin ħafna kemm għall-istudenti kif ukoll għall-komunita'.", "Kif diġa' nformajnikom, nixtieq li intom li se tagħtu l-preżentazzjoni tagħkom tieħdu madwar għaxar minuti ħalli mbagħad il-membri ta' dan il-kumitat ikunu jistgħu jagħmlu mistoqsijiet jew jitolbu spjegazzjonijiet mingħandkom dwar kif taħsbuha intom fuq diversi affarijiet illi tkunu għedtu in relation mad-dokument.", "Se nagħti iktar ħin lid-direttur ġenerali tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u lid-direttur għall-iżvilupp tal-kurrikulu għaliex naturalment huma jridu jagħtuna t-tifsira tal-kurrikulu.", "U se nagħmel allowance ukoll lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni li għandu responsabbilta' li tagħtihielu l-liġi ta' l-1988 fejn f'artiklu 45, subsection (c), insibu li the law empowers the minister to determinate the curriculum.", "GĦal dawn il-laqgħat il-Ministru Galea qiegħed hawnhekk bħala membru tal-kumitat u llum qiegħed jissostitwixxi lill-Onor.", "Onor. Louis Galea, nitolbok tkun kemm jista' jkun fil-qosor.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Nixtieq nirringrazzja lill-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra u l-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali li qablu li l-abbozz finali tal-kurrikulu minimu nazzjonali jiġi wkoll sottomess għall-konsiderazzjoni ta' dan il-kumitat.", "Tajjeb illi wieħed ipoġġi mill-ewwel il-mira prinċipali ta' dan id-dokument.", "L-iskop prinċipali huwa li nippruvaw li l-esperjenza edukattiva f'pajjiżna għat-tfal ta' bejn l-eta' ta' tlett snin u 16-il sena, l-eta' obbligatorja ta' l-iskola, ċioe' sa meta wieħed jispiċċa l-Form 5, tiggarantixxi livell bażiku ta' edukazzjoni u tiggarantih bħala dritt lit-tfal kollha, bniet u subien, ġuvintur u tfjaliet.", "Jiġifieri dak li huwa mfisser fil-prinċipji tal-Kostituzzjoni, u anke bħala objettiv fl-Att dwar l-Edukazzjoni, qegħdin nagħtuh sura iktar konkreta ta' kif id-drittijiet illi huma enunċjati f'dawn il-liġijiet bażiċi nkunu nistgħu nwettquhom.", "Aħna nafu li s-sistema edukattiva ta' pajjiżna għamlet ħafna ġid u hija sistema li tilħaq b'mod tajjeb, ħafna livelli, imma hija wkoll sistema li għadha m'hijiex qed tilħaq lit-tfal kollha.", "Tant hu hekk li meta naqbdu ġuvintur u tfajliet ta' 16-il sena u naraw x'kisbu wara esperjenza twila edukattiva, insibu li numru minnhom għad jonqoshom ħafna iktar żvilupp sew f'dik li hija personalita' u wisq aktar f'dak li huwa żvilupp edukattiv, per eżempju, fil-qasam tal-qari u fil-qasam ta' kif il-ħiliet li jkunu kisbu jkunu kapaċi japplikawhom fil-ħajja tagħhom u fil-ħajja tax-xogħol.", "Il-kurrikulu minimu nazzjonali huwa gwida li jindika l-livell minimu.", "M'aħniex qegħdin ngħidu li s-sistema edukattiva trid tasal proprju sa dan il-livell.", "Dan huwa l-livell minimu li l-Istat qed ipoġġi quddiemu bħala l-livell illi għandu jkun garantit għat-tfal kollha.", "Huwa l-istrument illi l-Istat qiegħed juża biex ipoġġi sensiela ta' miri, sensiela ta' prinċipji u sensiela ta' għanijiet illi bejniethom jistabbilixxu l-livell minimu u l-kwalifiċi u li jirrikonoxxi l-bżonnijiet ta' tfal, liema bżonnijiet wieħed irid jipprova jgħinhom isolvu u jgħinhom jiżviluppaw.", "Fil-kurrikulu, kif kulħadd jaf, hawn taqsima li titkellem dwar 14-il prinċipju u 14-il għan illi, biex ngħid hekk, huma l-miri li jridu jassiguraw li l-prinċipji kurrikulari jitwettqu.", "Il-qofol tal-kurrikulu jimmira lejn l-iżvilupp sħiħ tal-bniedem li huwa marbut mal-ħila ta' l-iskola li jirnexxielha tistimula l-ħsieb kritiku, il-ħsieb kreattiv u l-ħsieb intelliġenti fit-tfal tagħna, li tiżviluppalhom il-ħila tar-raġuni u li tiżviluppalhom dawk il-ħiliet kollha li huma għandhom bżonn.", "Il-kurrikulu huwa għodda ta' żvilupp sħiħ; il-kurrikulu jitkellem fuq edukazzjoni, soċjalizzazzjoni, valuri umanistiċi u fuq trasmissjoni ta' valuri u ta' kultura.", "Jitkellem ukoll fuq kif it-tfal għandna ngħinuhom jiżviluppaw imġieba tajba mibnija fuq ċerti prinċipji etiċi.", "U valur importanti ħafna huwa li nipprovaw niżviluppaw fit-tfal tagħna dak is-sens ta' appartenenza għall-pajjiżna, għaċ-ċittadinanza ta' pajjiżna u għall-mod kif inkunu nistgħu nfissruha.", "Il-kurrikulu huwa magħmul b'mod illi jagħti l-possibbilta' lil kull skola tqis il-bżonnijiet ta' tfal li għaliha hi responsabbli u jagħti viżjoni komuni.", "Hawn qed naraw shift minn sistema li hija iktar interessata tiffoka fuq il-kontenut tat-tagħlim għal sistema li se tħares iktar lejn ir-riżultati, lejn dawk li ngħidulhom l-outcomes.", "Naturalment dan kollu jiddependi minn ħafna affarijiet.", "Jiddependi minn affarijiet illi għandhom x'jaqsmu ma' l-ekwita' u ma' l-inklussivita' u allura nidħlu fi kwestjonijiet fejn il-kurrikulu jagħraf bħala ħaġa pożittiva d-differenzi ta' bejn it-tfal u jiċċelebra dawn id-differenzi, pero' fl-istess waqt jipprova li huma x'inhuma d-differenzi, sija jekk huma ta' sess, ta' abbiltajiet jew ta' diżabilitajiet, jara li kulħadd ikollu l-istess dritt illi jasal, anke jekk jinvolvi proċess differenzjat fl-esperjenza edukattiva.", "Jiġifieri l-kurrikulu minimu nazzjonali huwa ddisinjat b'mod flessibbli li fih l-iskola tista' tiżviluppa l-policies, l-istrateġiji u l-metodi ta' twettiq ta' dawn il-policies u tista' wkoll tagħżel riżorsi, stili u teknoloġiji u l-metodu ta' kif l-għalliema, il-ġenituri u l-istudenti jaħdmu flimkien.", "Dan kollu mbagħad jiġi applikat fi tliet stadji; bikrija, primarja u sekondarja.", "Jistgħu jiġu trattatati diversi kwestjonijiet, bħalma huma liema lingwa għandha tintuża, x'inhuma l-implikazzjonijiet tal-politika inklużiva fl-edukazzjoni, l-enfasi fuq it-tagħlim, l-aspett ta' reliġjon u l-ambjent fiżiku fl-iskejjel.", "Fid-dokument hemm enfasizzat ukoll id-djalogu kontinwu li jrid ikun hemm bejn il-partners fis-sistema edukattiva u l-mira li nersqu iktar lejn skejjel illi huma diċentralizzati u iktar awtonomi.", "Il-kurrikulu jiġbor mhux biss il-ħafna affarijiet li semmejt u ħwejjeġ oħra li jkollna ċans nitkellmu fuqhom 'il quddiem, imma jipprova jagħti direzzjoni kemm jista' jkun ċara li tgħin lill-għalliema, lill-kapijiet ta' l-iskejjel, lill-kunsilli skolastiċi u lill-ġenituri jikkoperaw flimkien biex nersqu lejn il-miri li aħna qed inpoġġu quddiemna b'mod effettiv.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Nixtieq issa nsejjaħ lis-Sur Charles Mizzi li huwa d-direttur ġenerali fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Sur Mizzi, bħalma għedtlek, se nagħtik ftit iktar minn għaxar minuti, pero' nixtieqek tillimita lilek innifsek.", "Naturalment niftħu d-diskussjoni u jekk ikun hemm punt li jidhrilna li ma ġiex trattat biżżejjed u li forsi jkun qiegħed idejjaqna jew jinkwetana, nerġgħu inqajmu dak il-punt, imma kemm jista' jkun, ma nagħmlux ripetizzjonijiet.", "Ninfurmakhom li dawn is-seduti qed jiġu rrekordjati, għalhekk inutli jingħadu kummenti minn naħa tal-floor għaliex ma jkunu jiswew assolutament għal xejn.", "Qabel ma tibdew titkellmu, nixtieqkom tgħidu min intom, x'kariga għandkom u mil-liema assoċjazzjoni jew grupp tkunu ġejjin.", "Magħna għandna wkoll lill-ġurnalisti li bħal dejjem jagħtuna servizz tajjeb ħafna meta jagħmlu coverage ta' dawn is-sessjonijiet.", "IS-SUR CHARLES MIZZI (Direttur Ġenerali (Edukazzjoni) Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni): Fil-preżentazzjoni tiegħi, iktar milli nimxi sistematikament ma' l-abbozz tal-kurrikulu - nixtieq li d-direttur għall-iżvilupp tal-kurrikulu li hija proprju impenjata fuq dan ix-xogħol tiżvolġi dan il-lat - se nipprova nagħti l-kuntest ta' dan il-kurrikulu li fih se jimxi l-iżvilupp edukattiv.", "Jien se nipprova nispjega x'għodda siewja hija li għall-iżvilupp ta' l-edukazzjoni jkollok dokument bħal dan u xi jfisser dan il-kurrikulu.", "Meta qed ngħidu li l-kwalita' ta' l-edukazzjoni trid titjib, qed ngħidu li definittivament għandna bżonn establishment edukattiv u aħna l-għalliema, flimkien ma' l-istakeholders kollha, irridu nsiru iktar riflettivi.", "Fl-iskejjel qisna wrietna prattika ta' attitudni u ta' tradizzjoni u jekk hemm xi ħaġa li trid tinbidel, hija li l-ewwelnett irridu nkunu ftit riflettivi biex naraw x'qed nagħmlu eżatt u kemm fil-fatt qed nilħqu l-għan tagħna f'dak illi aħna msejħin għalih.", "U proprju dan kien l-eżerċizzju li sar biex inħareġ l-abbozz li għandna quddiemna.", "Jien naħseb li l-mod li sar kien tajjeb.", "Kien hemm bżonn ta' kjarifika ta' ċertu konċetti u għalhekk ittieħed ċertu żmien sabiex tlesta.", "Qabel niftaħ l-ewwel folja ta' dan id-dokument, ngħid illi matul l-aħħar tlett snin kien hemm eżerċizzju ta' riflessjoni li ġiegħlet lill-professjoni kollha taħseb, tasal għall-objettiv u tinterjorizzah.", "Inutli jinkiteb rapport li ħadd ma jaf eżatt xi jfisser.", "X'differenza tagħmel meta jkollok rapport illi jkun interjorizzat minn kulħadd u allura nistgħu nimxu fuqu.", "Dan il-kurrikulu għadda minn proċess.", "Ħalli l-ewwel ngħid xi ħaġa dwar il-proċess qabel ma ngħaddi għall-element l-ieħor tal-prodott, il-kontenut.", "Il-proċess sar b'ċertu galbu; mhux se noqgħod ngħaddi mill-fażijiet kollha tiegħu, pero' tajjeb jingħad li kien hemm madwar 300 talba biex issir reviżjoni tal-kurrikulu l-antik.", "Twaqqaf steering committee magħmul minn ħafna partijiet, u mis-sottomissjonijiet li rċevew u mid-diskussjonijiet li saru, inħareġ l-ewwel draft.", "Dan id-draft reġa' ġie ċċirkolat lil kulħadd, intbagħtu diversi reazzjonijiet dwaru - reazzjonijiet li ħafna minnhom nafuhom għax kienu anke fl-istampa - u mbagħad inħareġ id-draft li għandna quddiemna li fil-fatt jirrifletti ħafna mir-reazzjonijiet li saru fuq l-ewwel draft.", "Jien naħseb illi l-kelma \"nazzjonali\" se jkollha tifsira oħra.", "Il-kelma \"nazzjonali\" tfisser illi l-kurrikulu mhux biss se japplika għall-iskejjel ta' l-Istat imma kif għedt inti, Sinjura President, għall-iskejjel kollha, pero' aktar minn hekk, qiegħda tfisser ħaġa oħra wkoll.", "Jien naħseb illi hi l-ewwel darba li s-sistema edukattiva ta' pajjiżna se jkollha direzzjoni, se jkollha charter, se jkollha pjan illi qed jiġi minn ħdanha u li huwa endorsed minn kulħadd.", "Kollox mar sewwa, anzi mar aħjar milli stennejnih, pero' kien hemm żvolġiment żgħir illi ppreokkupana lilna li qegħdin fil-mistier u kif hawn preżenti membri ta' l-istampa, inħoss li għandi nqanqal dan il-punt.", "Wara li kien hemm l-istqarrija tal-Ministru u d-dibattitu fil-Parlament, gazzetta mexxejja bl-Ingliż irrapportat l-istqarrija u fl-artikolu bdiet tirreferi għall-ewwel draft bħala \"the Labour draft\".", "Aħna fid-diviżjoni definittivament ma rajniex l-affarijiet hekk.", "Għalina m'għandniex dokument li huwa \"Labour draft\" u ieħor li m'huwiex \"Labour draft\".", "Dawn it-tikketti ma jagħmlulniex ġid.", "Jien naħseb li meta nkiteb l-artikolu, ma nkitibx b'intenzjoni ħażina, imma diskors bħal dan jista' jagħmlilna ħafna ħsara.", "Mhux biss huwa traversija tal-verita' imma huwa diskors li jista' jagħmel ħsara għax allaħares niġu biex flok ma dokumenti jgħaqqduna nazzjonalment, nissapportjawhom għax huma naħa u nattakkawhom jekk huma naħa oħra.", "Jien nixtieq nappella li kif għedt inti, id-diskussjoni tmur fuq x'qed jgħid proprju d-dokument.", "Meta konna qed nagħmlu concept clarification, ġejna għall-kelma \"kurrikulu\".", "X'inhu dan il-kurrikulu?", "U matul dawn l-aħħar tlett snin, l-idea u t-tifsira bdiet tiżvolġi.", "Infatti fl-1997 ġie ċirkolat periodical lill-membri li qegħdin hawn preżenti fejn il-kelma \"kurrikulu\" ingħatat definizzjoni li kienet oltre milli dak li wieħed kien jifhem bil-kelma \"kurrikulu\", ċioe' sillabi.", "Qabel inkompli, naħseb tajjeb nistabbilixxu ċertu vokabolarju flimkien.", "\"Curriculum\" m'huwiex iżjed sillabi biss.", "Infatti meta l-periodical ġie ċirkolat, kien diġa' qed jintqal illi:", "Pero' qed jirriżulta li d-definizzjoni li qed nagħtu għall-kelma \"kurrikulu\", qiegħda tinfetaħ iżjed.", "L-ewwelnett, kurrikulu jappartjeni lil skola; kurrikulu huwa ta' skola.", "Allura meta aħna ngħidu li l-kurrikulu huwa ta' skola, qed ngħidu li l-kurrikulu jiġbor l-esperjenzi kollha li jkun hemm fi ħdan min ikun fl-iskola u dawk l-affarijiet kollha li jagħmlu l-iskola dik li hi.", "Jekk aħna nieħdu din id-definizzjoni għall-kelma \"kurrikulu\", f'daqqa waħda dan id-dokument jibda jagħmel sens.", "Għal dawk illi f'dan id-dokument qed ifittxu biss jekk hemmx it-tali suġġetti u bil-kelma \"kurrikulu\" qed jifhmu biss \"sillabi\", dan id-dokument mhux se jagħmel sens.", "U għalhekk qed ngħid li l-proċess tat-tiswir tiegħu lilna għenna biex niffukaw lilna nfusna.", "Meta mbagħad tiftaħ id-dokument, issib li s-sens ta' proċess tant hu importanti li huwa parti mill-prodott.", "Bħalma qal il-Ministru, f'dan l-abbozz insibu numru ta' prinċipji, pero' qabel nelenkawhom, nixtieq nispjega li f'dan il-kurrikulu m'hawn xejn li bilfors ma setax ikun mod ieħor.", "L-istatements li hawn imniżżla setgħu ġew imniżżla mod ieħor.", "Ma' kull statement hawn għażla.", "Ħa nikkwota mit-tieni paragrafu tal-prinċipju 14 li jgħid hekk:", "''Il-kurrikulu huwa proprjeta' pubblika.", "Għalhekk, għandha tissaħħaħ l-idea li nies minn diversi oqsma tal-ħajja jipparteċipaw fil-proċess kollu tat-tifsil, l-iżvilupp, it-twettiq u t-tiġdid tal-kurrikulu.''.", "Jekk dan il-kurrikulu se jgħaddi, ifisser li l-kurrikulu m'għadux iżjed tagħna l-uffiċjali li qegħdin fiċ-ċentru, m'huwiex il-prerogattiva ta' xi ħadd individwali, imma huwa tal-pubbliku kollu.", "F'dan il-kurrikulu qed jidħol l-element li l-kurrikulu m'huwiex xi ċens perpetwu u nsibu:", "''Huwa maħsub li l-iżvilupp tal-kurrikulu jkun ta' żewġ forom: proċess kontinwu ta' tifsil, żvilupp, twettiq u tiġdid tal-miżuri proposti f'dan id-dokument u tiġdid ta' dan id-dokument innifsu fi proċess li jibda wara ħames snin ta' implimentazzjoni u jieħu sentejn.''.", "Jiġifieri wara ħames snin, ikun hemm proċess ieħor ta' sentejn fejn id-dokument jiġi evalwat mill-ġdid, u matul dawk is-sentejn, in-nies jerġgħu jinterjorizzaw dak li jkun se jsir.", "Għalhekk dan id-dokument qed narawlu ħajja ta' seba' snin u fl-aħħar sentejn jiġi evalwat mill-ġdid u jekk in-nies ta' dak iż-żmien ikunu jridu jimxu 'l quddiem, jerġa' jibda proċess ieħor.", "Jekk aħna bħala pajjiż naċċettaw dan, nistituzzjonalizzaw il-bidla - bidla li ma tiġix fuqna f'daqqa waħda, imma hija bidla perjodika - ifisser li dan id-dokument se jservina għal seba' snin, li matul l-aħħar sentejn ta' dak il-perijodu, wieħed jerġa' jirrifletti u jerġa' jimxi għal seba' snin oħra.", "Din hija għażla li mhux bilfors kellha tkun hekk.", "Biex ma nieħux ħafna ħin tal-kumitat, se nieħu biss l-iktar punti saljenti tad-dokument.", "F'paġna 14 tal-kurrikulu minimu nazzjonali, taħt il-heading \"Żvilupp Sħiħ\", insibu li:", "''Il-kunċett ta' żvilupp sħiħ tal-persuna jpoġġi lill-istudent fiċ-ċentru tas-sistema.\".", "Naħseb din hija għażla ġdida għall-pajjiż għaliex qabel, fiċ-ċentru tas-sistema tagħna, kellna aktar is-suġġett milli l-istudent.", "Ħalli nkompli nikkwota.", "''Għalhekk il-kurrikulu għandu jaqdi lill-istudenti u mhux bil-kontra.", "Esperjenaza edukattiva li twassal għal żvilupp sħiħ tagħraf ukoll li t-tagħlim psikomotorili, intellettwali, affettiv, soċjali u kulturali huwa interdipendenti.", "Għalhekk, il-komunita' edukattiva tkun qed tonqos jekk tipprivileġġja xi wieħed minn dawn l-aspetti.''.", "Ma naħsibx illi l-edukazzjoni li qed nagħtu llum qed tagħti spazju lill-aspetti kollha li qed insemmu.", "F'dan id-dokument qed nintrabtu b'ħaġa ġdida.", "Donnu s'issa dejjem morna aktar għal tagħrif u fatti li ngħadduhom permezz ta' chalk and talk.", "Prinċipju ieħor li naħseb huwa importanti li nsemmi, hu t-tieni prinċipju li jdaħħal l-idea ta' diversita'.", "Kif għadni kemm semmejt, hemm oqsma differenti li rridu nilħquhom mhux biss bl-akkademja.", "Hawn qed jidħol prinċipju ieħor ġdid, prinċipju li huwa massiċċ.", "Il-prinċipju ta' diversita' se jidħol f'sistema li s'issa qatt ma ddeċidiet tħares lejn it-tfal tagħna li huma diversi minn xulxin għax huma individwi.", "Dan il-prinċipju qed jgħid:", "''L-istudenti ġejjin minn ambjenti differenti.", "L-ambjent ta' l-iskola la huwa l-ewwel u lanqas l-uniku ambjent tat-tagħlim tat-tfal.", "Ir-riċerka u l-esperjenza ta' min hu midħla tal-qasam tat-tfulija bikrija juru li d-differenzi bejn it-tfal jidhru minn kmieni.\".", "Hawn qed jiġi enfasizzat illi meta wieħed iħares lejn it-tfal, ma jarahomx bħala massa, imma jarahom b'mod individwali u jsaqsi lili nnifsu x'kapital qed iġib miegħu l-istudent u jieħdu in konsiderazzjoni.", "Taħt dan il-prinċipju, insibu wkoll li:", "''L-istudenti jitgħallmu b'modi differenti.''.", "Dan huwa prinċipju li bħalissa m'huwiex magħna iżda li jrid jibda jitlaħħam magħna.", "Fil-preżent is-sistema hija li l-għalliem jidħol fil-klassi u jibda jgħallem lit-tfal li għalih huma kollha l-istess u allura se jagħtihom l-istess ħaġa u jippretendi li t-tfal kollha se jimxu bl-istess pass.", "Bil-mod il-mod qed nibdew naċċettaw illi t-tfal għandhom personalita' u dan irid jiġi rifless bil-mod kif isir it-tagħlim.", "Biex dan kollu jista' jseħħ matul is-seba' snin li ġejjin, hemm ħafna affarijiet li jridu jsiru biex jagħmlu l-klassi diversa.", "Id-diversita' m'hijiex biss fl-ambjent soċjali, jew fil-fatt li l-istudenti huma individwi differenti, imma fil-fatt illi meta jkunu f'fażijiet ta' żvilupp differenti, jekk humiex fil-livell primarju jew fil-livell sekondarju, bilfors għandu jkollok tagħlim illi jkun differenti u addattat għal dak li jkun.", "Sinjura President, baqagħli ħin insemmi punti oħra?", "IĊ-CHAIRPERSON: Baqagħlek madwar ħames minuti oħra.", "IS-SUR CHARLES MIZZI: Se nsemmi punt massiċċ ieħor.", "L-edukazzjoni umanistika għamlet it-tifel fiċ-ċentru tas-sistema edukattiva.", "Jiġifieri hawnhekk qed ngħidu: Ejja nibdew nifhmu li t-tifel huwa tifel u mmorru 'l bogħod mill-istandards akkademiċi li kultant nagħmlu.", "Pero' rridu noqogħdu attenti biex ma jsirux l-istess żbalji li saru barra minn Malta u allura tajjeb inħarsu lejn prinċipju 6 tal-kurrikulu minimu nazzjonali li hu proprju it-trawwim ta' impenn, u nikkwota.", "''L-edukazzjoni titlob impenn mill-istudenti.", "Filwaqt li l-Kurrikulu Minimu Nazzjonali jinsisti li s-sistema edukattiva għandha tipprovdi ambjenti u proċess tat-tagħlim stimulanti u pjaċevoli, l-istudenti jridu jiġu megħjuna jifhmu li hemm rabta bejn l-ordni u l-valur tal-ħin min-naħa, u d-dixxiplina personali, l-isforz kontinwu u s-suċċess fl-edukazzjoni, min-naħa l-oħra.''.", "Li qiegħed jgħid dan id-dokument huwa li filwaqt li jkun hemm żvilupp fis-sens li t-tifel jiġi rikonoxxut mil-lat umanistiku, ikun hemm ukoll il-kontra bilanċ fejn ikun hemm standards f'dak illi qed jiġi mgħallem biex ma nispiċċawx b'xi sistema li tant tkun morbida li tillaxkalna u f'daqqa waħda nsibu li flok ma għamilna ġid lit-tfal, għamilnilhom il-ħsara.", "Irridu noqogħdu attenti li l-affarijiet ikunu bbilanċjati flimkien.", "Novita' kbira oħra, insibuha minn paġna 27 tad-dokument 'il quddiem.", "Naturalment ma rridx niftiehem li l-affarijiet li m'iniex insemmi m'humiex importanti, pero' qed nislet dawk l-affarijiet li lili l-iktar laqtuni.", "Is-sezzjoni ta' l-għanijiet ġenerali daħħlet sitwazzjoni ġdida.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li inti tkun ilħaqt għan meta tħares lejn it-tifel biex tara xi jkun akkwista u tara li dan ikun akkwista tagħrif, ħiliet u attitudnijiet.", "Jekk inti tipprova tara llum x'qed nipprovaw immexxu fit-tagħlim tagħna, ma naħsibx li tara li din is-sitwazzjoni tipprevali.", "S'issa, aħna konna aktar nagħtu kas li t-tagħrif u fatti nwassluhom; għalkemm fil-fatt m'iniex daqshekk ċert li konna qed inwasslu biex l-istudenti jakkwistaw ħiliet u attitudnijiet.", "Naf illi se jkun hemm mezzi apposta - u għad irridu naraw kif se nħabblu rasna biex inwassluhom - imma meta naslu, is-sistema edukattiva tagħna se tkun iktar tanġibbli u iktar veru għax tkun wasslet biex it-tfal ikunu ħadu xi ħaġa li llum m'humiex jieħdu.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq learning outcomes.", "Jiġifieri wara li t-tfal ikunu għaddew 13-il sena fi skola, x'ikunu akkwistaw?", "X'inhuma bħala persuna?", "Ma rridux nistaqsu biss x'tagħrif għandhom, jew x'eżamijiet għaddew minnhom, imma rridu naraw x'ħiliet akkwistaw u x'attitudnijiet għandhom f'14-il għan differenti.", "Din minnha nnifisha hija differenti minn dak illi għandna llum.", "Illum għandna aktar enfasi fuq provision of content.", "L-importanti li tkun lestejt is-sillabu, li għamilt il-grammatika u l-verbi u li b'xi mod jew ieħor, tipprova tgħaddi mill-eżamijiet.", "Filwaqt li forsi dawn l-għanijiet m'humiex klamorużi daqskemm wieħed li jkun qed ifittex xi ħaġa li tagħmel ħoss fl-inews, jistenna, irrid nenfasizza li dawn l-għanijiet huma kollha radikali u meta s-sistema tagħna tkun qed iddaħħalhom - jekk jirnexxielna naslu - is-sistema se tkun ferm differenti milli hija llum.", "Nixtieq ngħid ukoll illi dawn huma vjaġġi li jieħdu tul ta' żmien.", "Meta għandna dan it-tip ta' dokument u din it-tip ta' direzzjoni, fis-seba' snin li ġejjin, se nkunu qed nersqu lejn l-għan tagħna.", "L-istess bħal meta jkollok economic plan.", "Ma naħsibx illi l-pjan jintlaħaq kollu u jintlaħaq b'mod perfett.", "Fit-triq tista' tiltaqa' ma' xi ħaġa li tkun differenti u tbiddilek il-mira, b'daqshekk ma jimportax, imma aħna rridu nimxu biex seba' snin oħra naraw fejn inkunu wasalna u nibdew nippjanaw għall-perijodu ta' wara.", "Naħseb li jkun żball jekk meta din id-diskussjoni tibda tiżvolġi f'daqqa waħda ngħidu: X'suppost sar il-bieraħ biex dan diġa' twettaq?", "Jekk nagħmlu hekk, ma naslu mkien.", "Naħseb irridu naċċettaw illi qed nitkellmu fuq affarijiet li jridu jieħdu l-milja tagħhom.", "Din hija sitwazzjoni fejn il-konċetti tagħna mhux biss qegħdin jiġu kkjarifikati imma qed jiġu wkoll mibdula.", "Jekk Alla jrid, minn sena għall-oħra nimxu 'l quddiem biex is-sistema edukattiva tagħna tkun aħjar u nkunu nistgħu npoġġu l-ġebla li jmiss.", "Kif se jitwettaq il-kurrikulu?", "U t-tweġiba għal din il-mistoqsija nsibuha fis-suċċint tal-kurrikulu minimu nazzjonali.", "Qegħdin ngħidu li l-kurrikulu huwa ta' skola u l-linji gwida se jkunu għandna biex naraw illi l-kurrikulu ta' skola jkun fil-linji gwida li qed nipproponu.", "F'paġna 8, taħt it-titolu ''Mezzi għat-Twettiq tal-Kurrikulu'' naraw li:", "''(i) Kull skola għandu jkollha pjan għat-twettiq ta' dan il-kurrikulu skond il-kondizzjonijiet partikolari tagħha.", "Dan il-pjan irid juri li l-iskola għandha viżjoni kurrikulari ċara, miri kurrikulari preċiżi, u strateġija konkreta u realistika ta' kif il-miri kurrikulari għandhom jintlaħqu.", "(ii) Fit-twettiq ta' din il-ħidma kurrikulari, l-iskola tlaqqa' l-ħsieb u l-impenn ta' l-imsieħba kollha, li wara li jaslu għal konsensus komunitarju, jaħdmu flimkien biex ifasslu u jwettqu l-għanijiet kurrikulari ta' l-iskola tagħhom.", "(iii) Il-kapijiet ta' l-iskejjel ikunu mexxejja fil-qasam tal-kurrikulu u jingħataw kull għajnuna possibbli biex ikunu jistgħu jwettqu tajjeb dan ir-rwol importanti tagħhom.''.", "Jekk aħna se nipproponu u naċċettaw is-suċċint flimkien mal-kurrikulu bħala l-bażi u d-direzzjoni ta' l-edukazzjoni ta' pajjiżna, qed ngħidu li l-kurrikula se jiġu mill-iskejjel tagħna.", "Allura jiena naħseb illi jkun kontro-produttiv jekk b'xi mod nibdew nargumentaw: \"Xi strateġiji se nagħmlu aħna miċ-ċentru?", "Kif se tkun il-pedagoġija?\"", "Se jkollna mezzi biex naraw din il-viżjoni sseħħ u se ngħinuhom biex jagħmlu l-kurrikula, pero' rridu nifhmu li jew se nagħtu empowerment lill-iskejjel biex l-iskejjel joħorġu l-kurrikulu ta' l-iskola tagħhom ma' l-imsieħba skond iċ-ċirkostanzi ta' l-iskola, jew inkella se niddeċiedu li aħna miċ-ċentru, se nibqgħu naġixxu kif dejjem aġixxejna, nagħtu direzzjoni f'forma ta' diktat ħafif - għandu jsir dan, dan u dan, u m'hemmx triq oħra ħlief dik.", "Irridu nagħżlu; jew waħda jew oħra.", "Jiena personalment naħseb li jekk dan il-kurrikulu kif qiegħed miktub jiġi aċċettat, il-fatt illi l-iskejjel nagħtuhom l-empowerment biex anke f'dawn l-affarijiet ikunu riflettivi u jagħmlu l-aħjar għall-imsieħba tagħhom - żgur li jafu aktar minni, mill-Ministru u kollha li aħna hawnhekk, x'hemm bżonn isir għall-ġid tat-tfal għax huma qegħdin proprju mat-tfal - inkunu wassalna biex dawn il-miri iktar jintlaħqu.", "Naturalment jibqa' kompitu tagħna li naraw li dak li qed jagħmlu verament ikollu viżjoni ċara.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Sur Mizzi.", "Nistieden lill-membri tal-kumitat biex jagħmlu l-mistoqsijiet lis-Sur Mizzi.", "L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: L-ewwelnett nixtieq ngħidlek prosit tad-dokument.", "Naħseb tajjeb li l-l-kumitat u l-pubbliku in ġenerali jkun jaf kif nistgħu nivvalidaw iktar dik li ngħidulha ''non formal youth education''.", "Fil-kurrikulu minimu nazzjonali, f'paġna 16, din it-tip ta' edukazzjoni sejjaħtulha ''hands-on experience'' u fost diversi skemi, semmejtu l-President's Award.", "Kif għedt inti ftit ilu, it-tfal qegħdin il-ħin kollu jirċievu mill-uffiċjali edukattivi, kemm fl-iskola tagħhom u kemm fil-livell ta' diviżjoni, imma jien inħoss li fis-sistema edukattiva jrid jinħoloq spazju fejn it-tfal jiskopru huma stess x'ihuma t-talenti tagħhom u x'inhi r-relazzjoni tagħhom ma' nies oħra.", "Naf li jeżistu non formal youth programmes fosthom il-President's Award - qabel kien jisimha d-Duke of Edinburgh Award - liema skema teżisti u titħaddem fl-iskejjel, imma l-mistoqsija tiegħi hija jekk aħniex lesti biex nivvalidaw aktar dawn l-iskemi.", "Min jidħol f'dawn l-iskemi jieħu ċertifikat mingħand il-President ta' Malta u hemm grading differenti ta' ċertifikati, imma fis-sistema edukattiva tagħna, nistgħu nagħtu lil din l-iskema aktar validita'?", "Dan huwa programm vast illi t-tfal stess jagħżlu f'liema direzzjoni jridu jaħdmu.", "Naturalment għandhom supervisors pero' l-programmi jagħmluhom huma stess.", "Issa l-eżamijiet tas-suġġetti l-oħra bħalma huma l-Franċiż, l-Ingliż, il-bijoloġija u l-matematika, iwasslu biex jekk jgħaddi, l-istudent jieħu ċertifikat tal-MATSEC, imma fl-opinjoni tiegħi, m'aħniex nivvalidaw biżżejjed ċertu skemi, bħalma hi l-President's Award.", "M'aħniex qed inħallu biżżejjed spazju biex iż-żgħażagħ jaħdmu fihom billi jikkreaw programmi huma stess.", "Barra minn Malta, per eżempju fl-Amerka, dawn it-tip ta' programmi għandhom ħafna piż, forsi piż iktar milli nixtiequ nagħtuhom f'pajjiżna, imma f'pajjiżna għandna, per eżempju, l-iscout movement li għandhom programmi edukattivi strutturati u ilhom fondati għal żmien twil, u allura naħseb li rridu nsibu xi mezz kif dawn it-tip ta' programmi nivvalidawhom iktar.", "Inħoss li x-xogħol li t-tfal ikunu għamlu f'dawn it-tip ta' skemi, għandna nivvalidawh.", "Inħoss li s'issa dan għadna m'għamilnihx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Onor. Asciak.", "Is-Sur Mizzi.", "IS-SUR CHARLES MIZZI: Jiena naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Meta tkellimna dwar esperjenza edukattiva li m'hijiex biss dik akkademika, tkellimna wkoll dwar esperjenza soċjali.", "Jiġifieri fil-kurrikulu nsemmu esperjenzi kulturali u esperjenzi psikomotorili bħalma huwa l-isports.", "Hawnhekk qed naraw viżjoni ta' esperjenza edukattiva.", "Meta inti tidħol ġo klassi fi skola - kif diġa' għedt, il-kurrikulu huwa ta' skola - ma tarax biss l-affarijiet tas-soltu, blackboard, ġips, exercise books, eċċ, imma tara affarijiet oħra li wkoll se jwasslu.", "Kif għedt inti, il-kurrikulu jsemmi l-President's Award u l-Young Enterprise, u fil-fatt, skemi bħal dawn huma esperjenzi soċjali li għandhom validita' kbira u fil-futur jista' jkollna oħrajn bħalhom.", "Jekk iċ-ċertifikat ta' dawn l-iskemi ma jingħatax ċertu rikonoxximent, anke mil-lat ta' evalwazzjoni tal-progress ta' l-istudent, dawn l-iskemi jitwarrbu fil-ġenb u jibqa' biss il-famuż eżami.", "Naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Asciak, pero' rridu nimxu bil-mod.", "Nixtiequkom tifhmu li meta se titlaq minn każ kulturali li m'għandu l-ebda validita', u meta qiegħed f'soċjeta' fejn il-ġenituri stess jgħidulek li dan hu ħela ta' ħin, l-ikbar żball li jista' jsir hu jekk inti tipprova ddaħħal mil-lum għal għada dan il-konċett ġdid ta' aktar validita' għal dawn it-tip ta' programmi.", "Trid twitti t-triq sewwa qabel iddaħħal konċett ġdid, u trid tħalli lill-iskejjel jaraw kif se jdaħħluh.", "Naturalment nagħtuhom is-support tagħna, pero' iva, naqbel miegħek li rridu naraw kif noħolqu mod ta' kif dawn l-iskemi jingħataw kredtu.", "Tifel li jgħaddi minn din l-esperjenza għandu ċertu kredtu u mertu sostanzjali u allura jista' jwassal biex iktar studenti jersqu għal dawn it-tip ta' skemi.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "EVARIST BARTOLO: L-ewwelnett nixtieq nirreġistra fatt illi s'issa għadu ma ssemmiex.", "Fl-1 ta' Lulju ta' din is-sena, jien kont ktibt lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u se niċċita kelma b'kelma, paragrafu minn din l-ittra li jgħid hekk:", "''Il-proposta tal-grupp parlamentari Laburista hi li t-tibdiliet li jonqos isiru fl-ewwel abbozz ta' l-avviż legali u fl-abbozz tad-dokument finali tal-kurrikulu nazzjonali għandhom isiru ġo laqgħat apposta tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament.''", "- aħna nieħdu gost illi din il-proposta ġiet aċċettata minkejja li ma nagħtajniex credit għaliha -", "''Il-grupp tagħna huwa tal-fehma li għandu jkun hemm seduti apposta fil-Parlament fejn jiġi mressaq u diskuss il-kurrikulu nazzjonali.", "Aħna ta' l-idea li għandu jsir hekk biex b'hekk nissiġġillaw il-proċess kollu ta' konsultazzjoni li tkun saret fil-livelli kollha biex insawru kurrikulu nazzjonali għall-istudenti ta' bejn it-tlieta u s-16-il sena.\".", "Qed nirreġistra dan il-fatt għaliex għandna ħabta li kulħadd jagħti l-verżjoni ta' l-affarijiet illi jirriflettu sabiħ fuqu u jirriflettu ħażin fuq l-oħrajn.", "Jien għandi sensiela ta' mistoqsijiet illi naħseb bilfors ikollna nagħtu kashom.", "Waqt li ċertament id-diskussjoni fuq il-kurrikulu jrid ikollha approach kunċettwali, irridu nagħtu kas ukoll l-aspett operazzjonali tal-kurrikulu.", "L-iktar ħaġa faċli hu li naqblu fuq it-test tad-dokument, dokument li jkun mitkub bi kliem sabiħ, imma mbagħad irridu naraw x'se jiġri fil-klassi, x'se jiġri fir-relazzjoni bejn l-għalliema u l-istudenti u x'se jiġri fir-relazzjoni bejn l-iskola u s-soċjeta' biex dak illi nkunu qed nimmiraw għalih nilħquh.", "Jiena naħseb illi m'għandux ikollna problemi biex naqblu fuq ħafna mill-miri ġenerali li hawn fil-kurrikulu, imma naħseb hemm bżonn ta' ċertu ċarezza fuq ċerti affarijiet.", "Ċerti mistoqsijiet se nqajjimhom mhux għax bilfors irrid nagħmilhom lid-direttur ġenerali ta' l-edukazzjoni, pero' ħafna minn dak illi jrid jsir fit-twettiq tal-kurrikulu jġorru min jaħdem fil-makna tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Huwa faċli għalina l-politiċi biex inqumu nitkellmu, imma imbagħad il-problema jrid jiffaċċja ħaddieħor.", "Allura naħseb illi biex inkunu responsabbli, importanti li jkun hemm rabta bejn dak li ngħidu u dak li nistennew li jsir.", "Waħda mill-mistoqsijiet li għandi - u din tidher waħda mit-tensjonijiet illi toħroġ mit-test tal-kurrikulu, anke kif inhu issa - hija dwar x'bidliet naħsbu li hemm bżonn li jsiru fil-liġi ta' l-edukazzjoni ta' l-1988 biex dak illi qed ngħidu fil-kurrikulu jkun jista' jsir, biex ma nispiċċawx b'inbid ġdid fi fliexken qodma kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' liġi u kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' struttura.", "Fil-liġi ta' l-edukazzjoni ta' l-1988, kollox idur madwar il-ministru - Galileo kien għadu ma skopriex illi ċ-ċentru m'huwiex il-ministru ta' l-edukazzjoni! - filwaqt li f'dan id-dokument qed ngħidu li ċ-ċentru ta' l-edukazzjoni m'huwiex il-ministru ta' l-edukazzjoni imma huwa t-tifel.", "U allura li jkollna liġi ta' l-edukazzjoni li tpoġġi lill-ministru bħala ċ-ċentru ta' sistema edukattiva hija kontradizzjoni kbira li naħseb irridu nieħdu ħsieb biex inbiddluha.", "Problema ikbar huma l-istrutturi li jridu jħaddmu l-kurrikulu.", "Jekk se jkollna ministeru fuq id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u diviżjoni ta' l-edukazzjoni fuq l-iskejjel … Fit-test tal-kurrikulu qed ngħidu li l-iskejjel se nagħtuhom iċ-ċans jiżviluppaw il-pjan tagħhom u jiżviluppaw il-karattru tagħhom, imma mbagħad min imexxi l-iskejjel ftit li xejn għandu say, lanqas għandu say biex jagħżel lil min ikollu purtinar jew jekk ikollux purtinar, aħseb u ara kemm biex ikollu r-riżorsi kollha meħtieġa biex il-miri tant tajbin li qed insemmu hawnhekk jintlaħqu.", "Naħseb irridu naħsbu minn issa x'tip ta' bidliet irridu naraw fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, f'relazzjoni bejn il-ministeru u d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u r-relazzjoni bejn id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u l-iskejjel individwali, għaliex inkella kulma nkunu qegħdin nagħmlu huma stqarrijiet illi l-iskejjel se jiżviluppaw huma l-kurrikulu tagħhom, waqt li fil-fatt ma jkunux jistgħu jwettquh minħabba li ma jkunux f'pożizzjoni li jagħmluh.", "U dan iġibni għal mistoqsija oħra.", "Filwaqt li jien ċertament naqbel li kull skola tiżviluppa l-pjan tagħha u taħdem minn isfel - wara kollox, naqblu jew ma naqblux, hekk jiġri fl-iskejjel kemm fit-tajjeb u kemm fil-ħażin - irridu nistaqsu xi strutturi għandna bżonn fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex waqt li nagħtu l-poter lill-iskejjel, ikun qed isir evalwazzjoni ta' x'qed jiġri fl-iskejjel.", "Waħda mill-affarijiet illi tinkwetani fit-test il-ġdid tal-kurrikulu, hi li waqt li l-ewwel abbozz li forsi seta' jiġi kkritikat li kien preskrittiv iżżejjed u li kien jiddeċiedi wisq x'għandhom ikunu l-outcomes u x'għandhom ikunu l-istandards, l-eċċess issa huwa daqsxejn wisq bil-maqlub.", "Il-preokkupazzjoni tiegħi fuq dan it-test hija li m'hemmx miri ċari u l-istandard setting li għandna bżonn.", "Jekk aħna qed ngħidu li s-sistema edukattiva tagħna trid tipprovdi biex it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jkunu kapaċi jikkompetu f'ekonomija globali u jkunu kapaċi jieħdu sehem f'soċjeta' moderna, kif se niżguraw li dan jintlaħaq?", "Bħalissa d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni żgur li m'hijiex armata biex tagħmel evalwazzjoni, assessment, jew audit ta' x'inhu jiġri.", "Irridu nkunu ċari fuq hekk għaliex inkella wisq nibża' li flok nagħmlu pass 'il quddiem, immorru pass lura.", "Irridu niftakru li l-iktar sistema diċentralizzata fid-dinja, dik ta' l-Istati Uniti, għalkemm hija laxka f'dak li hu poter li tagħti lill-iskejjel, hi esiġenti ħafna biex tiżgura li l-outcomes mixtieqa jintlaħqu.", "Irridu naħsbu x'saħħa u x'riżorsi għandu jkollu d-dipartment ta' l-iżvilupp tal-kurrikulu li qed ngħabbuh b'responsabbilta' kbira biex ikompli l-proċess kontinwu.", "U rridu naħsbu wkoll f'dipartiment ta' l-evalwazzjoni li s'issa għadu ma jeżistix.", "Ix-xogħol ta' dan id-dipartiment ikun wieħed ta' assessment edukattiv li jagħmel evalwazzjoni ta' dak li jkun għaddej fl-iskejjel, mhux fis-sens ta' inkwiżituri li jmorru fl-iskejjel biex ibeżżgħu lit-tfal jew ibeżżgħu lill-għalliema, imma biex jiġi żgurat li l-miri tagħna qed jintlaħqu.", "U marbuta ma' din hemm il-kwestjoni mhux biss tal-bżonn ta' riżorsi - naf li m'hijiex biss kwestjoni ta' flus, għalkemm ejja ma noqogħdux nidħku bina nfusna hija wkoll kwestjoni ta' flus … Xi bżonn ta' riżorsi hemm biex il-miri ta' dan il-kurrikulu jintlaħqu?", "Hemm bżonn ta' bidla fis-sistema ta' l-iffinanzjar ta' l-iskejjel?", "Naħseb li anke dan l-aspett irid jidħol għaliex inkella ma naslux jekk min-naħa waħda qed nistennew lill-iskejjel jagħmlu ċerti affarijiet imbagħad min-naħa l-oħra ma nagħtuhomx ir-riżorsi biex jagħmluhom, jew inkella s-sistema ta' finanzjar ta' l-iskejjel ma tippermettilhomx li jagħmluhom, speċjalment l-iskejjel ta' l-Istat.", "B'xi mod, l-iskejjel l-oħra huma moħħhom mistrieħ għax hemm formula kif jinħadem il-financial budget tagħhom.", "F'din il-ħaġa, l-iskejjel ta' l-Istat mhux biss huma s-Cinderella, imma jiena nħoss li kważi kważi s-sitwazzjoni hi li dawn jieħdu dak li jibqa' wara li ħaddieħor jieħu dak li għandu jieħu minn dak li joħroġ il-kunvent.", "Hawn taqsimiet fil-kurrikulu illi jiena nħoss li huma qawwija u tajbin ħafna, speċjalment fir-rigward ta' dawk li għadhom joħorġu mill-iskejjel tagħna mingħajr l-iskills li għandhom bżonn, skills ta' literacy, numeracy u technological capacity.", "Kif se niżguraw li se nagħtu l-appoġġ li l-iskejjel għandhom bżonn biex jitmexxew b'mod effiċjenti u b'mod demokratiku?", "Kif se niżguraw li jkunu skejjel nodfa, li jkunu skejjel sbieħ u li jkunu skejjel amministrati tajjeb?", "Forsi wieħed jistaqsi: Imma dawn l-affarijiet x'għandhom x'jaqsmu mal-kurrikulu?", "Dażgur li għandhom x'jaqsmu mal-kurrikulu!", "Irridu naraw xi jkun qed jiġri fil-ħajja ta' kuljum.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel hu dwar xi bżonn hemm ta' tibdil mhux biss fil-kurrikulu imma anke fis-sillabi u fil-karti ta' l-eżamijiet.", "Jekk nibdlu l-kotba u nibdlu l-materjal edukattiv u mbagħad nissettjaw karta ta' l-eżami li tistenna mit-tfal l-iskills li ma jissemmgħux hawn, l-iskills ta' qabel, ta' tagħlim bl-amment, eċċ., dak li nkunu qed nagħmlu jkun taraġ li għandu jew xi terran jew xi tarġa nieqsa.", "L-affarijiet iridu jkunu integrati flimkien, bidliet fil-materjal edukattiv u aġġornament ta' l-għalliema.", "Nafu li l-aktar vot li huwa fqir fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, huwa dak għall-iżvilupp ta' l-għalliema.", "Hawnhekk qed nitolbu bidla kulturali kbira fil-mod ta' kif jgħallmu l-għalliema.", "Qed nitolbu ħafna bidliet mill-għalliema, fosthom li jridu jaħdmu f'ambjent inklużiv, anke jekk qed inkunu pjuttost kawti u gradwali.", "Illum l-għalliema jridu jlaħħqu ma' ħafna tibdiliet f'salt.", "Iridu jlaħħqu ma' teknoloġija ġdida, ma' ambjent inklużiv u ma' tfal b'ħiliet u b'diżabilitajiet differenti, allura ma nistgħux nippretendu li lill-għalliema nagħtuhom dawn il-bidliet kollha mingħajr ma nagħtuhom l-aġġornament li għandhom bżonn.", "X'bidliet hemm bżonn fil-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-għalliema biex ikunu jistgħu jwettqu dawn il-bidliet?", "U din il-mistoqsija nagħmilha għal min qiegħed fuq in-naħa ta' wara tal-kamra, mhux biex iweġibha imma biex jaħseb fuqha.", "Qed nitkellmu fuq il-bżonn li jkollna studenti kapaċi jikkompetu fl-ekonomija globali, imma kif se niżguraw illi fis-sistema tagħna jkun hemm benchmarks globali?", "Naħseb li dan il-punt intnesa fil-kurrikulu, jew għallinqas m'huwiex espress b'mod espliċitu.", "Jekk inkejlu lilna nfusna ma' xulxin, inkunu qed nidħku bina nfusna.", "Ma rridux inħarsu biss lejn x'inhuma jagħmlu t-tfal Maltin u Għawdxin ta' tmien snin, imma rridu naraw x'inhuma jagħmlu t-tfal Ungeriżi ta' tmien snin.", "Irridu nqabblu t-tfal tagħna ma' tfal ta' pajjiżi barranin u naraw fejn qegħdin magħhom.", "Wara kollox it-tfal tagħna jridu jikkompetu f'dinja globali.", "Benchmarks internazzjonali jeżistu, għadna qatt ma ħadna sehem fihom, imma naħseb irridu nikkonsidrawhom għax dawn huma parti minn proċess li rridu nieħdu ħsiebu l-ħin kollu.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Onor. Bartolo.", "Is-Sur Mizzi.", "IS-SUR CHARLES MIZZI: Onor. Bartolo, inti għedt li l-liġi ta' l-edukazzjoni ddur mal-ministru waqt li hawn qed ngħidu li ċ-ċentru tas-sistema edukattiva jrid ikun l-istudent.", "Sewwa għedt, pero' dak li għandu jsir biex jinbidel, jaqa' aktar fil-kamp tagħkom milli fil-kamp tagħna.", "Il-hidden curriculum ta' dan id-dokument huwa li bil-mod il-mod qed jistabbilixxi tip ta' proċess illi jekk wara dawn is-seba' snin illi qed nipproponu jirnexxielu jerġa' jirrepeti ruħu seba' snin oħra, naħseb min se jkun ministru - jien ma nafx min se jkun ministru fl-2014 - ma jkunx jista' jissogra li b'xi mod ma jagħmilx dak li diġa' sar matul dawn is-sentejn u li hemm propost li jsir fis-seba' snin li ġejjin.", "Naturalment illum jista' jgħid li ma jridx jagħmilha seba' snin oħra, pero' b'orgoglio ngħid li l-professjoni tagħna qed nipprovaw intellgħuha u min ġej warajna jrid imexxi l-affarijiet bil-mod li saru din id-darba anke jekk ma jkunx speċifikat hekk fil-liġi.", "Semmejt l-istrutturi.", "Jiena naħseb li rridu noqogħdu attenti li ma niġrux.", "Għandna 129 skola statali u mhux kollha qegħdin in the same level of preparedness.", "Kollha għandhom il-karatteristika tagħhom imma wara snin twal ta' handholding, naħseb li kieku kellek titlaqhom jimxu għal riħhom f'daqqa waħda, tant tiddiżorjentahom li fil-fatt iktar issirilhom ħsara milli ġid.", "Ma rridux ngħaġġlu żżejjed u meta qed ngħid dan, qed noqgħod attent x'qed ngħid.", "Naturalment għandna ħafna kapijiet ta' skejjel statali li qed iħaddmu b'mod tajjeb l-awtonomija li tajnihom u qed jagħmlu ħafna ġid għall-iskejjel tagħhom.", "Sa ftit taż-żmien ilu konna noqogħdu nfittxu jekk talbux permess mingħandna biex imorru jkellmu lill-headmistress tal-blokk l-ieħor; minn din l-esaġerazzjoni tlaqna!", "Pero' llum tajnihom budget f'idejhom li qed inħaddmuh b'mod tajjeb u l-iskejjel qed imorru 'l quddiem.", "Iżda kif diġa' għedt, ma rridux ngħaġġlu żżejjed.", "Iktar ma huma jitgħallmu kif għandna nimxu, id-diviżjoni aktar tibda tillaxka.", "Inkun qed ngħid il-verita' meta ngħid li kemm meta kont inti ministru, Onor. Bartolo, u kemm illum taħt il-Ministru Galea, il-ministeru m'huwiex qiegħed jindaħlilna biex aħna nindaħlu lill-iskejjel b'dan il-mod.", "Dan huwa proċess illi qed jimxi u se jibqa' għaddej u iktar ma jitrawwem, inqas hemm il-possibbilta' li jiġi xi ħadd b'ideat antikwati u jdawwar l-arloġġ lura.", "Ġaladarba n-nies ikunu tgħallmu, naħseb ma tantx tkun tista' tbiddilhom biex imorru lura.", "Għar-rigward ta' strutturi, naħseb dawn għandhom jiġu defined iktar ma tkun daħlet il-kultura.", "Jien nemmen li kultant aktar tista' tfixkel jekk tagħmel struttura mingħajr m'għandek il-kultura neċessarja.", "Allura l-ewwel trid toħloq il-klima - dak hu li ġara f'dawn it-tlett snin illi ilha għaddejja d-diskussjoni - imbagħad nagħmlu l-istruttura.", "Mistoqsija oħra li saret hija jekk għandniex struttura li tevalwa l-pjan li tkun qed timxi bih l-iskola.", "Sfortunatament m'għandniex struttura li tagħmel dan ix-xogħol.", "Ma nistax ngħid illi din hija ħaġa ta' issa.", "F'dawn l-aħħar 20, 25 sena, donnu d-dipartiment abdika minn strettezza kbira għal sitwazzjoni ta' strettezza ferm inqas.", "Mil-lat ta' riżorsi, l-iktar ħaġa preokkupanti hija n-nuqqas ta' nies li qed jiġu 'l quddiem għat-tmexxija fl-edukazzjoni.", "Bħalissa nħossni fortunat ħafna li t-team ta' nies li għandi madwari, id-diretturi u l-assistenti diretturi, jaħdmu u jikkolaboraw ħafna flimkien.", "Kultant aktar ma jkun hemm nies, aktar ifixklu milli jgħinu, pero' m'huwiex hekk fil-każ tagħna.", "Li hu inkwetanti huwa l-fatt li qed noħorġu applikazzjonijiet għal education officers u m'hu qed japplika ħadd għal dawn il-postijiet.", "Hu ta' inkwiet li għandna bżonn 13-il head ta' skola u meta noħorġu call for applications, nirċievu biss tliet applikazzjonijet u saħansitra waħda minn dawn it-tlieta, kif rifset fl-iskola, riedet terġa' trid tmur lura għal post ta' assistant head.", "L-aktar li għandna bżonn huma persuni b'leadership skills għaliex kif jingħad fis-suċċint stess, biex dan kollu jseħħ irid ikollna mexxejja ta' skejjel li huma veru mexxejja.", "Iżda ara ma naħsbux li din hija problema li teżisti f'Malta biss.", "Il-bieraħ kont qed naqra l-gazzetta ''Sunday Times'' ta' barra, u f'artiklu ntqal li waħda minn kull sitt skejjel Ingliżi mhux qed isibu kap ta' skola biex tmexxiha.", "Din hija xi ħaġa fenomenali.", "Il-piż tat-tmexxija qed ikun tali li inqas nies qed jersqu 'l quddiem biex jerfgħu l-vara.", "Jekk mhux se jkollna nies biex imexxu, inutili nispekulaw biex nibdew nagħmlu audit assessments, eċċ. Irid ikollna r-riżorsi għax mingħajr riżorsi ma nafx kif irridu nimxu 'l quddiem.", "Issemmew ukoll ir-riżorsi li għandhom bżonn l-iskejjel biex issir il-bidla.", "Riżorsi materjali dejjem se jkun hemm bżonnhom, pero' hija kwestjoni ta' kif tħares lejn l-affarijiet.", "Qed nipproponu bidla konċettwali allura trid iż-żmien tagħha biex isseħħ, pero' l-ikbar riżors li għandna bżonn hija dik ta' tmexxija.", "Bħalma nafu, skola tiddependi ħafna mill-kap tagħha.", "F'dawn il-laqgħat se jitkellmu sitt kapijiet ta' skejjel ta' l-Istat li ġejjin minn setturi differenti u niggarantilkom li dawn is-sitta huma fost il-leaders li għandna.", "Kif diġa' għedt, l-aktar riżors li se jkollna nfittxu hija dik ta' leadership, ta' nies li jafu jaraw fil-bogħod, ta' nies illi laħħmu dan id-dokument magħhom.", "Per eżempju jien ninkwieta li jkollok head jew assistant head li jgħidlek: Imma dan id-dokument xi jfisser?", "Jekk head jew assistant head qed jgħid hekk, kif tista' l-iskola jew is-sistema edukattiva timxi 'l quddiem?", "Naturalment jekk se nagħmlu syllabus illi ma jkunx biss tagħrif imma jinkludi wkoll ħiliet u attitudnijiet, it-textbooks li għandna llum m'humiex tajbin u jridu jinbidlu, u hekk se jsir.", "Hemm ukoll il-ħtieġa li jsir syllabus design.", "It-triq hija twila ħafna, pero' f'dawn l-aħħar tlett snin ma għamilniex biss id-dokumenti, imma konna qed nibnu l-pedament biex inkunu nistgħu naslu.", "Il-mod kif tmexxiet mill-1996 'l hawn id-difużjoni ta' l-idea ta' school development planning .… F'pajjiżna din kienet xi ħaġa ġdida tlett snin ilu, pero' llum, bil-mod li daħħalniha ġiet aċċettata u hemm skejjel li qed iħabirku għax fehmuna u interjorizzaw dan il-konċett.", "Dalgħodu stess beda kors għall-education officers tal-curriculum u għada għandhom jiġu s-subject coordinators sabiex jaħdmu magħhom fuq syllabus design.", "Bħalma qed taraw, qed inlestu l-għodda tagħna ħalli jkollna iktar skills biex inwettqu dak li qed nipproponu.", "Per eżempju qed insibu affinita' mas-sistema Skoċċiża.", "Il-ħsieb huwa li wara li nsibu affinita' u nagħmlu exposure, nieħdu ideat u nadattawhom għalina.", "Naturalment ikun hemm affarijiet li aħna nkunu rriduhom differenti minn tagħhom, pero' sibna li l-filosofija tagħhom hija simili ħafna ma' tagħna.", "Illum sirt naf illi l-kurrikulu tagħhom ħareġ fl-1993, jiġifieri huma qegħdin biss pass qabilna.", "Allura qed naraw sitwazzjoni ta' xi ħadd li għadu frisk, qed naraw l-ewwel passi tagħhom u mbagħad naraw x'nistgħu nadattaw għall-bżonnijiet tagħna.", "L-Onor.", "Bartolo semma l-istudenti li joħorġu mill-iskola bi skills batuti u staqsa x'appoġġ se jkollhom.", "Diġa' bdejna naħdmu f'dan ir-rigward u għandna l-\"let me learn project\" fejn qed immorru għal stili differenzjati.", "Għandna wkoll il-literacy project.", "M'iniex ngħid li qed nagħmlu biżżejjed, pero' qegħdin niżviluppaw f'dik id-direzzjoni u fil-fatt ferħan u kburi li dawn l-affarijiet bdew jissemmew.", "Bis-sistema li għandna, wara 13-il sena ta' tagħlim, għad għandna studenti li joħorġu mill-iskola bi skills batuti ħafna u li jġiegħluk tistaqsi jekk fil-fatt qattx marru skola.", "Sfortunatament din tiġri u jiġri hekk għaliex ma jinterjorizzaw xejn.", "Aħna ma nistgħux inħarsu biss lejn l-istudenti li jirnexxu u jaslu għal-livell universitarju, imma rridu nħarsu lejn kull student u nagħtuh il-bżonnijiet tiegħu.", "Din qiegħda ssir, imma bħalma tafu tenħtieġ ħafna riżorsi.", "Pero' bdejna mexjin u jekk Alla jrid nagħmlu iktar.", "Ladarba qegħdin nitkellmu fuq l-illitteracy, ħa ngħid xi ħaġa li qrajt dan l-aħħar f'gazzetta Ingliża.", "Fil-gazzetta ntqal li fl-Ingilterra, 26% tat-tfal, joħorġu mill-iskejjel illiterati.", "L-inkwiet tagħhom huwa biex iniżżlu dan il-persentaġġ meta fil-kumplament ta' l-Ewropa l-persentaġġ huwa ta' 20%.", "Ma naħsibx li f'pajjiżna għandna eċċezzjoni.", "Infatti kienet ħarġet ċifra li f'pajjiżna madwar 25% tat-tfal qed joħorġu mill-iskola b'livell ta' edukazzjoni mhux aċċettabbli.", "Aħna għandna d-dmir li lil dawn it-tfal nagħtuhom li nistgħu u nagħmlu li nistgħu għalihom għax huma tfal daqs l-oħrajn.", "Issemma l-bżonn ta' tibdil fis-syllabus u fil-karti ta' l-eżami.", "Qabel m'għamilna s-syllabus design konna għamilna t-transfer of skills permezz ta' seminars u biex naraw kif isiru l-eżamijiet, konna ġibna l-Edexcel Organisation li ħadet ix-xogħol ta' dawk li konna u għadna nafuhom bħala l-University of London GCE examinations.", "Jien naħseb li l-karti ta' l-eżamijiet diġa' bdew jinbidlu.", "Bħalma jaf kulħadd, il-karti ta' l-eżamijiet għall-entrance tal-junior lyceum m'għadhomx li kienu; illum huma ħafna aktar child friendly u din is-sena għandhom ikunu aħjar.", "Pero' dawn huma eżamijiet summattivi, eżamijiet li kulma jagħmlu huwa li fl-aħħar tas-sena jistaqsu sett ta' domandi fuq is-suġġett u li jrid isir hija xi ħaġa iktar radikali.", "Illum beda kors fil-Forum Hotel u għalih ġibna tliet konsulenti Skoċċiżi li qed jgħidulna li l-assessment huwa parti integrali mill-kurrikulu u jrid jassessja affarijiet formattivi differenti.", "Għalina din hija ħaġa ġdida u allura għandna bżonn nakkwistaw l-iskills u hemm bżonn ta' bidliet kbar.", "Iridu jsiru bidliet fl-eżamijiet, bidliet fis-sillabi, bidliet fit-textbooks u naturalment hemm bżonn ta' aġġornament ta' l-għalliema.", "Mingħajr l-għalliema ma nagħmlu xejn u li qed ngħid huwa miktub f'dan id-dokument.", "Dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-għalliema, ma naħsibx li jien nista' nwieġeb il-mistoqsija li saret.", "L-għalliema jafu li dan jolqot il-kondizzjonijiet tagħhom, pero' lil sħabi l-għalliema li huma professjonisti, nixtieq ngħidilhom li hawn m'hawn xejn li tista' ma taċċettax u tħaddan u tħaddem jekk jgħidu li huma għalliema professjonali ta' kalibru mhux biss Ewropej, imma mondjali.", "Kif jista' jkun ngħid li jien għalliem dedikat għal xogħli u mbagħad ngħid li ċertu affarijiet li qegħdin imniżżla b'mod ċar hawnhekk u huma self-evident għal min hu dedikat, inħosshom li huma impożizzjoni fuqi jew inkella b'xi mod qegħdin jgħaffġuni?", "Kif se ninterpretawha ma nafx, meta jasal iż-żmien nikkonsultaw mal-Ministru u ninnegozjaw, pero' hawnhekk ma nara l-ebda ħaġa li qiegħda biex tfixkel jew ixxekkel lill-għalliem.", "Wara kollox, jekk ikollna sistema edukattiva li tirrendi u tkun iktar effikaċi u effiċjenti, l-istess għalliem isib illi l-problemi ta' dixxiplina u ta' motivazzjoni li kultant nisimgħu dwarhom, jibdew idubu.", "L-għalliem irid jara li dawn l-affarijiet m'humiex bidliet tal-kondizzjoni tax-xogħol illi jxekklu imma huma opportunitajiet biex hu jkun jista' jagħmel xogħlu aħjar u l-atmosfera fl-iskola u r-relazzjoni tiegħu ma' l-istudenti, titjieb.", "Rigward il-benchmarks internazzjonali, jien naqbel ma' dak li ntqal.", "Qatt ma batejt b'inferiority complex minn dan il-lat, pero' jien konxju li rridu nħarsu barra minn xtutna.", "Pajjiżna huwa biss 17-il mil b'disgħa, il-popolazzjoni tagħna hija daqs ta' belt żgħira, daqs Plymouth fl-Ingilterra, u allura hemm bżonn inħarsu 'l bogħod minna.", "Ġieli kien hawn żmien meta kien hawn min skandalizza ruħu, jekk per eżempju, inġibu f'Malta tliet konsulenti Skoċċiżi.", "Li nġibuhom f'pajjiżna la hija inferjorita' u lanqas hija kolonjaliżmu.", "Għandna bżonn nesponu lilna nfusna għal barra u naraw l-ideat ta' pajjiżi barranin.", "Fl-istess waqt jien l-ewwel wieħed li m'iniex se nkun imkaxkar ma' kull ma nisma'.", "L-ewwel irrid nirrifletti biex nara dak li jaqbel għalina.", "Importanti li aħna ma naħsbux li qegħdin f'xi bozza għalina u nitkellmu biss magħna nfusna.", "Irridu naraw fejn qegħdin f'livell internazzjonali, pero' tajjeb li ngħidu wkoll - dak li hu tagħna għandna neħduh - li kull darba li tellaqna ma' barranin, il-livelli tagħna ma kenux inqas minn tagħhom.", "Ħalli nieħdu l-kors tal-mediċina bħala eżempju.", "Meta ġew in-Norveġiżi hawn Malta, kien hawn min staqsa għaliex in-Norveġiżi qed jeħlu u l-Maltin qed jgħaddu.", "It-tweġiba sempliċi hija li l-Maltin għandhom standards għoljin.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Fil-kurrikulu qed ngħidu li l-istudent għandu jkun fiċ-ċentru tas-sistema edukattiva.", "Tista' tgħidilna kif kienu nvoluti l-istudenti fl-iżvilupp ta' l-abbozz li għandna quddiemna, ġaladarba qed ngħidu li l-istudenti jridu jkunu fiċ-ċentru?", "Għandi nifhem li l-istudenti kellhom ikunu nvoluti bis-sħiħ sabiex dan il-curriculum ġie mfassal.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa dwar follow-up li għandu jsir waqt li l-kurrikulu jkun qed jiġu mħaddem.", "X'follow-up se jsir - għandi nifhem mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni - fuq dan il-kurrikulu?", "CARMELO ABELA: L-aħħar punt huwa dwar id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Hemm xi ħsieb li jsir xi tibdil fid-diviżjoni sabiex ma nħallux l-affarijiet kif inhuma, biex mhux ikollna xi ħaġa ġdida b'ilbies antik?", "Naħseb li għandna nipprovaw naraw li anke d-diviżjoni tiġi in-line sabiex il-kurrikulu minimu nazzjonali kif propost, isib l-għajnuna u l-backing min-naħa tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Abela, naħseb li l-aħħar mistoqsija dwar bidliet fl-istrutturi fid-diviżjoni diġa' rrefera għalihom l-Onor.", "IS-SUR CHARLES MIZZI: Għall-mistoqsija tiegħek dwar kif kienu nvoluti l-istudenti, nista' ngħidlek li fl-isteering committee li għamel id-draft, wieħed mill-membri kien proprju rappreżentant tal-kunsill taż-żgħażagħ.", "Veru li qed ngħidu li l-istudent irid ikun parti ċentrali mis-sistema, pero' biex inkun ċar, ma naħsibx illi ż-żgħażagħ kellhom il-lingwaġġ neċessarju biex ikunu jistgħu jagħtu kontribut sħiħ fis-sitwazzjoni kif inhi.", "Anzi ħa nkun aktar ċar minn hekk.", "Sibna li anke fost l-għalliema ridna noħolqulhom il-lingwaġġ.", "Jekk inti tmur għand nies li jafu biss daqsek, u għax sempliċement tikkonsultahom u ssib li l-maġġoranza ta' ma' min qed titkellem qed tieħdok lejn naħa, mhux neċessarjament ifisser li dak huwa l-aħjar għall-pajjiż, jew inkella huwa l-aħjar għall-istess sistema, jew l-aħjar għall-istess tfal.", "Fid-dokument issib li wieħed mill-għanijiet huwa li l-istudenti stess iridu jitgħallmu jkunu demokratiċi u jħaddmu d-demokrazija.", "Kumbinazzjoni wieħed mill-millennium projects li qed tagħmel id-diviżjoni għall-iskejjel, hija l-ħarġa tal-ktieb \"Democracy in school\" li qassamna fl-iskejjel.", "Dan il-ktieb huwa miktub mill-assistent direttur għall-implimentazzjoni tal-kurrikulu.", "Jidher ċar li aħna qed nagħtu empowerment lill-head ta' l-iskola.", "S'issa l-power sharing qed jagħmluh ma' l-għalliema biss, pero' għada pitgħada, il-power sharing se jkollna nagħmluh ukoll ma' l-istudenti.", "X'għandu jsir f'dan ir-rigward?", "Jekk irridu nkunu għaqlin u għarfa, jaqbel li naraw kif se nħaddmu d-demokrazija fl-iskejjel billi nagħtu strutturi lill-istudenti biex il-vuċi tagħhom tibda tiela' u barra li l-vuċi tagħhom tibda tiela', jkunu jafu kif jistgħu jiġu għal deċiżjoni matura u informata.", "Bejn l-1996 u s-sena l-oħra meta l-Onor.", "Bartolo kien il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, fil-proċess ta' konsultazzjoni li wassal għall-ewwel draft .… U nerġa' ngħid li t-tieni draft huwa sempliċement kontinwazzjoni ta' l-ewwel draft bir-reazzjonijiet li kien hemm għalih u n-nies li kitbu l-ewwel draft huma l-istess nies li kitbu t-tieni draft.", "Jiġifieri għalina, m'hemmx l-ewwel u t-tieni draft, it-tieni draft huwa biss kontinwazzjoni ta' l-ewwel draft.", "Niftakru wkoll li qabel ma ħareġ l-ewwel draft, kienu ħarġu żewġ kotba ta' kif it-tfal tal-primarja u tas-sekondarja jixtiequ jkollhom l-iskola tal-ħolm tagħhom u dak ġie rifless fl-abbozz; kien rifless fl-ewwel draft u ġie rifless fit-tieni draft.", "U forsi għalhekk dan il-kurrikulu se jkun aktar nazzjonali, għax kif dar il-pendlu f'pajjiżna, dan huwa draft ta' kulħadd; inbena biċċa biċċa.", "Dwar il-follow-up, din hija kwestjoni li tista' tirnexxi u tista' ma tirnexxix.", "S'issa, b'xi mod jew ieħor, donnu rnexxielna.", "Is-suċċess jiddependi ħafna minn kemm aħna se nkunu tenaċi.", "Qed immorru kontra l-kurrent kontemporanju tagħna.", "Qisu aħna drajna li għal kull esperiment li jsir, ikun hemm ħafna storbju fil-bidu, imbagħad jintelaq.", "L-affarijiet irriduhom malajr, imma jekk isiru malajr ngħidu li saru mbażwrin u li l-idea kienet ħażina, mentri l-ħażin ikun il-mod ta' l-implimentazzjoni ta' l-idea u mhux l-idea nnifisha.", "L-Onor.", "Bartolo staqsa kif se jaħdem id-dipartiment għall-iżvilupp tal-kurrikulu.", "Dan id-dipartment se jkun jaħdem b'tali mod illi jaċċetta li dawn huma affarijiet li jridu jimxu bil-mod.", "Bl-Ingliż ngħidu ''you inch your way forward''.", "U hekk għandu jsir, ma tistax timxi, aħseb u ara tiġri.", "Jekk trid timxi bil-consensus, jekk trid iġġib in-nies miegħek, trid timxi biċċa biċċa.", "Inutli tordna biex imbagħad jibqa' kollox f'wiċċek.", "Irridu naċċettaw li f'dawn l-affarijiet irridu nimxu bil-mod, imma fl-istess waqt irridu nkunu tenaċi u mhux naqtgħu qalbna mill-ewwel.", "Mhux għax ikollna uffiċjal li ma jasalx f'sena jew f'sentejn, jew inkella ma jasalx ma' l-oħrajn, naqtgħu qalbna.", "Il-follow-up irid ikun b'dak il-mod.", "Se mmur għal xi ħaġa li qal l-Onor.", "Dan l-abbozz huwa miftuħ u meta huwa miftuħ ma jorbotx biżżejjed, pero' dan jorbot skond kemm se nagħmluh jorbot aħna.", "L-Onor.", "Bartolo qal li l-ewwel abbozz kien preskrittiv u forsi dan huwa miftuħ iżżejjed.", "Jien ma naqbilx miegħu għal kollox.", "Għandna preċedent wieħed, għandna l-Kostituzzjoni tagħna.", "Kapitolu II huwa d-dikjarazzjoni ta' prinċipji u taħt dan il-kapitlu hemm sett ta' prinċipji u fl-aħħar tal-kapitolu nsibu li:", "\"Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu ma jkunux esegwibbli f'xi qorti, iżda l-prinċipji li hemm fihom huma b'dan kollu fondamentali għall-igvernar tal-pajjiż u jkun l-iskop ta' l-Istat li japplika dawn il-prinċipji fl-egħmil ta' liġijiet.\".", "Id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għandha l-grinta u l-qawwa biex il-prinċipji, jekk veru se jkunu nazzjonali, ma nħalluhomx fl-ajru.", "Din hi l-vera follow-up li jrid ikun hemm.", "Jiena nispera li mhux se nħallu l-affarijiet fin-nofs u milli wrejna fil-passat m'għandix dubju li se jsir hekk.", "Għamilna l-ewwel eżerċizzju li jittranxendi hu min hu l-ministru, hu min hu fil-gvern.", "L-ewwel kapitlu hu miktub verament tajjeb.", "M'hemm ħadd imsemmi b'ismu.", "Saru ħafna, biex ngħid hekk, musical chairs, per eżempju fil-bidu jissemma d-direttur għall-iżvilupp tal-kurrikulu li kont jien, waqt li fl-aħħar jissemma d-direttur ġenerali ta' l-edukazzjoni li issa huwa jien, pero' mhux jien kont qed naħdem imma min kien qed jokkupa l-post.", "L-istess fir-rigward ta' Ms. Vella.", "Meta beda x-xogħol fuq il-kurrikulu, kienet assistant director u issa hija d-direttur għall-iżvilupp tal-kurrikulu.", "Anke l-ministru kien differenti, u għalhekk id-dokument jista' jissejjaħ wieħed nazzjonali.", "Iktar ma jkun anonimu, iktar ma jkun kollettiv, inqas ma jkollu tikketti u jkun estensjoni ta' xi ħadd, iktar se jiġi applikabbli.", "Din hija t-tip ta' follow-up li trid issir.", "Irridu noqogħdu ħafna attenti li dan ma jiċċappas ma' l-ebda settur u ma' l-ebda individwu, għax inkella jkollna nies li rridu naħdmu bihom li jkunu kontrih.", "Dwar tibdil fid-diviżjoni, naħseb li qisu għandna memorja qasira għax fil-fatt fl-1995 saret il-bidla neċessarja li għamlet id-diviżjoni taħdem b'sens modern.", "Allaħares nagħmlu dawn it-tip ta' bidliet kull ħames snin.", "Fl-1995 kien l-ewwel darba li l-isem 'kurrikulu'' daħal bħala parti mill-operat tagħna.", "Sa l-1995 id-diviżjoni mxiet mingħajr qatt ma ħasset il-bżonn li jkollha direttur tal-kurrikulu jew dipartiment tal-kurrikulu.", "U naħseb il-frott kbir li ħadna kien il-fatt illi meta ġejna biex niddiskutu, ma rajniex sillabi imma bdejna proċess li baqa' għaddej.", "Importanti ħafna li minkejja li saru l-bidliet, anke ta' min kien qiegħed jokkupa l-post, l-andament baqa' sejjer u j'Alla jibqa' sejjer hekk.", "Id-diviżjoni diġa' għamlet l-ewwel kambjament u kulma qed isir huwa frott tiegħu.", "Dwar il-ħtieġa ta' evalwazzjoni biex tkun ċert illi l-iskejjel qed jagħmlu x-xogħol tagħhom skond l-għanijiet imniżżla f'dan id-dokument, nammetti li iva, irridu struttura oħra.", "Din l-istruttura m'għandniex bżonnha kmieni żżejjed għax irridu nagħtu l-iskejjel ċans jibdew iħaddmu l-pjan tagħhom u jlaħħmuh qabel ma nevalwah, pero' jekk ma jkollniex l-istruttura u wara li nagħmlu struttura ma jiġux nies biex iġorru l-vara, naħseb li jkollna xi ħaġa nieqsa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Sur Mizzi.", "Issa nistieden lil Ms. Mary Vella, Direttur għall-Iżvilupp tal-Kurrikulu.", "MARY VELLA (Direttur għall-Iżvilupp tal-Kurrikulu, Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni): Se nipprova nżomm fil-qasir u kemm jista' jkun ma nirrepetix dak li diġa' ntqal.", "Nixtieq inħares lejn il-kurrikulu minn għajnejn differenti.", "Personalment id-dokument tal-kurrikulu narah bħala viżjoni, viżjoni li bi pjaċir ngħid li kellhom sehem fiha numru ta' msieħba, fosthom l-istudenti, u m'iniex ngħid hekk għaliex fil-grupp kien hemm studenti, imma għaliex ħafna mill-għalliema li tlabnihom jagħtuna feedback, tawna kemm il-views tagħhom kif ukoll il-views ta' l-istudenti tagħhom.", "Naf ukoll illi fl-iskejjel sekondarji saru konsultazzjonijiet ma' l-istudenti stess u naturalment nieħu gost illi din il-viżjoni hija shared bejn tant imsieħba.", "Xi programm qed nipproponu u kif se nwassluh?", "Din il-viżjoni li tippreżenta wkoll sfidi, kif se titwettaq?", "Kif se naraw li dak it-tifel u tifla ta' bejn it-tlieta u s-16-il sena li qegħdin x'imkien fil-klassijiet tagħna, fl-ambjent ta' l-iskola tagħna, se jkollhom esperjenzi aħjar b'riżultat ta' dak li qed nipproponu?", "Ma nistax ma nirrepetix il-fatt illi l-istudent irid ikun iċ-ċentru.", "Dan il-konċett, il-kurrikulu qed jipproponih mill-bidu sa l-aħħar, qed jipproponih fl-għeruq tiegħu.", "Huwa minsuġ ġol-curriculum illi t-tifel u t-tifla jridu jkunu fiċ-ċentru.", "L-istudenti jridu jkunu f'kull ħaġa li nagħmlu, sija jekk qed infasslu s-sillabu, sija jekk qed naħsbu għal sistema ta' eżamijiet u sija jekk qed nagħżlu materjal.", "Dan il-konċett qatt ma jrid jitwarrab minn quddiem għajnejna.", "Biex inkun iżjed estrema, l-ewwel mhux l-iffinanzjar jew ċertu kumditajiet, jew jekk l-istruttura hijiex se tkun komda, imma t-tifel u t-tifla.", "F'dak kollu li se nippjanaw, fid-deċiżjonijiet kollha li se nieħdu u fl-għażliet tagħna, dan il-konċett ma jridx jitlaq minn quddiem għajnejna.", "Tkellimna wkoll illi rridu nibdew naraw l-istudent bħala bniedem sħiħ.", "Meta nħarsu lejn il-programmi eżistenti u l-esperjenzi li hemm fl-iskejjel tagħna, aħna nħarsu lejn l-istudent bħala bniedem sħiħ?", "Fil-programmi ta' l-iskola tagħna, l-iżvilupp soċjali u emozzjonali ta' l-istudent, jieħu l-attenzjoni li jieħu l-iżvilupp intellettwali?", "Ejja nħarsu lejn dawn il-programmi u nanalizzawhom.", "Jeżistu dokumenti, jeżistu programmi, jeżisti xogħol, mela ejja nagħmlu din il-mistoqsija.", "B'dan il-mod se nimplimentaw dan id-dokument.", "Il-kurrikulu jsemmi l-edukazzjoni għad-diversita'.", "M'iniex se nsemmi xi lista twila ta' differenzi, iżda se nillimita ruħi għal xi wħud minnhom u se nassoċjahom ma' implimentazzjoni.", "Irridu nkunu konxji u nagħrfu li t-tfal jiġu l-iskola b'pakkett ta' ħiliet u talenti.", "U qed ngħid \"nagħrfu\" mhux biss biex mill-bidu nett l-iskola tilqa', tissapportja u tikkumplimenta dak li forsi seta' kien nieqes fil-pakkett tagħhom waqt l-ewwel trobbija, imma biex inħarsu wkoll lejn l-edukazzjoni tagħna mal-ġenituri.", "Din hi l-implimentazzjoni tad-diversita'.", "Meta nagħmlu programmi għall-ġenituri, kemm inħarsu lejn id-diversita' ta' tfal ta' tlett snin?", "Id-diversita', b'xi mod, nistgħu nindirizzawha fil-programmi tagħna mal-ġenituri?", "Diversita' oħra teżisti bejn fażi ta' żvilupp u oħra.", "Jista' jkun, per eżempju, illi qed immorru għal konċetti astratti kmieni wisq?", "U hemm tidħol l-implimentazjoni u d-diversita'.", "Diversita' oħra hija d-differenza fir-rata li biha jiżviluppaw it-tfal.", "It-tfal ma nistgħux inqishom qishom għaddejjin minn makna u kollha se jiffunzjonaw flimkien.", "Jekk naħsbu b'dan il-mod se jibqgħalna faxxa ta' tfal li ma jirnexxux u għalhekk qed jibqgħalna din il-faxxa ta' tfal.", "Irridu nirrealizzaw li t-tfal ma jiżviluppawx bl-istess rata.", "Jekk ma nagħmlux dawn il-mistoqsijiet, jekk ma nagħtux l-attenzjoni u jekk ma nagħmlux riċerka u mbagħad nanalizzaw ir-riżultati li nkunu ksibna, se jibqa' jkollna dik il-faxxa ta' tfal li ma jirnexxux.", "Naħseb li bdejna naraw differenza bil-mod differenti ta' kif nipproċessaw it-tagħlim, sistema li kultant tissejjaħ \"learning styles\".", "Sfortunatament ma tantx konna nagħtu kas ta' dan l-aspett.", "Kien jidhrilna li kulħadd jista' jgħaddi bl-istess tip ta' proċess.", "Jiena naħseb li jrid ikollna pedagoġija apposta li twieġeb għal dan l-aspett u hemm programmi apposta, pero' mhux se noqgħod nirrepeti.", "Hemm modi differenti kif naslu biex nassimilaw u biex ninteressaw ruħna fit-tagħlim.", "Jekk l-għalliem jispiċċa biex sempliċement jimponi t-tagħrif tiegħu fuq l-istudenti, żgur li fil-proċess se jitlef xi wħud minnhom.", "Ħalli nsemmi d-diversita' ta' bżonnijiet speċjali li forsi ma tantx issemmiet.", "Hemm impenn biex din tirnexxi u l-politika ta' inklużjoni hija sfida li se nieħdu u impenjajna ruħna għaliha.", "Bla dubju ta' xejn din hija responsabbilta' kbira ħafna, tenħtieġ attenzjoni kbira u rridu nistudjawha, pero' mhux biżżejjed l-impenn u r-responsabbilta', irid ikun hemm ukoll il-provvediment u l-istrateġiji.", "Naħseb diġa' inbdiet triq u nbdiet fuq pedament sod.", "Id-dokument jirriferi għal pedagoġiji differenti li mbagħad jirriflettu l-għanijiet tal-kurrikulu.", "M'aħniex se nilħqu l-għanijiet jekk il-metodi tat-tagħlim tagħna ma jissapportjawhomx u ma jwassluhomx.", "Fost il-pedagoġiji ewlenin, insibu l-pedagoġija għal ħiliet mħallta, mixed ability.", "Jekk irridu li l-għan jitwassal, żgur li rridu nindirizzaw dan l-aspett.", "Dak huwa l-vehicle li rridu naslu bih.", "Insibu wkoll l-aspett ta' tagħlim f'kooperazzjoni.", "Aħna mdorrija, anke fit-tagħlim, nisseparaw u nkunu individwalisti, imma rridu nħarsu lejn il-pedagoġija ta' xogħol fi gruppi.", "M'hijiex faċli imma 'l hemm irridu nħarsu.", "Irridu naraw kif se nġibu l-għalliema tagħna kapaċi jwettqu din il-pedagoġija.", "Irridu nsibu l-integrazzjoni ta' l-għerf meta aħna tant imdorrija ntellgħu ħitan bejn dik u l-oħra.", "Wieħed mill-aspetti li qegħdin naraw fis-syllabus design li diġa' ssemma, huwa li inti tara kif it-tagħrif li qed twassal għal ċertu suġġett ikun qrib ta' tagħrif għal suġġetti oħra.", "Id-dokument jagħmel ukoll riferenza għal pedagoġija f'dik li hi l-ugwaljanza bejn is-sessi.", "Hemm pedagoġija partikolari li jew se tgħin jew se tfixkel.", "Il-mod kif għalliema - biex nagħmilha sempliċi - tittratta lit-tfal subien u bniet, fil-klassi, iwassal il-messaġġi dwar l-ugwaljanza ħafna iżjed minn affarijiet oħra.", "F'dan id-dokument insibu tifsira fit-tul għar-rigward tal-lingwi u l-politika tal-lingwi.", "Il-gwidi jagħtu ċans għall-politika tal-lingwa għall-iskola partikolari, li tara l-ħteġijiet tagħha, pero' l-qafas qiegħed hemm.", "Li m'għandux hija l-karatteristika li fl-ewwel abbozz kienet magħduda bħala preskrittiva ħafna.", "Issa se ngħid xi ħaġa dwar l-assessjar u nixtieq nagħmel enfasi fuq dan l-aspett.", "F'dan id-dokument hawn riferenza ċara, waħda wara l-oħra, fuq l-assessjar formattiv.", "L-assessjar formattiv se jkun l-assessjar illi se nħaddmu, pero' f'xi fażijiet huwa msieħeb ukoll ma' assessjar summattiv.", "Naħseb li rridu ndaħħlu f'rasna hu, min se jaqdi lil min.", "Fl-assessjar summattiv seta' kellna sistema illi t-tagħlim jaqdi s-sistema ta' l-assessjar permezz ta' eżami, jiġifieri qed nitkellmu fuq il-kontra ta' l-assessjar formattiv.", "L-assessjar irid ikun l-għodda li jservi t-tagħlim, għodda importanti ħafna, pero' sakemm ma ndaħħluhiex fis-sistema kollha ta' eżamijiet, ta' assessment tat-teacher, inkunu għadna ma implimentajnihiex b'mod tajjeb.", "Id-dokument jirriferi għal profili u għal portfolio u allura anke hawn irridu nibnu strutturi u rridu ngħallmu l-mod kif se naslu.", "Kien ta' interess kbir għalija, per eżempju, li nara portfolios u sistema ta' portfolios kif użata f'pajjiżi barranin.", "Dak illi pajjiżi barranin tgħallmu bi spejjeż u b'ħela ta' ħin għalihom, irridu nħarsu lejh b'għajnejna miftuħin ħalli dak li ġara f'pajjiżhom nużawh bħala għodda rfinuta għall-ġid tagħna.", "Naħseb element importanti ħafna u partikolari ta' dan id-dokument, hija l-parteċipazzjoni.", "Dan id-dokument hu mibni fuq is-sens ta' parteċipazzjoni.", "Diġa' semmejna s-sehem tal-ġenituri iżda illum aktar minn qatt qabel qegħdin nirrealizzaw l-importanza tas-sehem tagħhom.", "Nixtieq insemmi wkoll is-sehem tal-komunita' li għalkemm jissemma, ma naħsibx illi qegħdin nagħtuh attenzjoni biżżejjed.", "Naħseb illi l-ġenituri resqu ħafna lejn xulxin, pero' forsi mhux daqshekk il-komunita'.", "Id-dokument isemmi d-dinja tax-xogħol, ir-relazzjoni ta' l-iskola mad-dinja tax-xogħol u jsemmi wkoll programmi, anke wara l-ħin ta' l-iskola, pero' l-ikbar sehem parteċipattiv, narah f'kurrikulu mfassal mill-iskejjel.", "Għalija, dak huwa l-qofol ta' sehem u parteċipazzjoni.", "Il-kurrikulu jsemmi l-isfidi ta' żmienna.", "Ma nistgħux nibdew l-implimentazzjoni mingħajr ma nzommu dawn l-isfidi quddiem għajnejna.", "Fost l-isfidi li jsemmi, insibu globalizzazzjoni, kemm dik ekonomika u kemm dik soċjali.", "X'impatt se jkollha l-globalizzazzjoni fuq l-istrateġiji tagħna, fuq dak li se nħaddmu?", "Isemmi wkoll l-informatika, l-internet; kif jista' jkun ngħidu li qed nagħtu edukazzjoni ta' kwalita' jekk ma nagħtux attenzjoni kbira lill-informatika?", "Ma rridux inħarsu biss lejn il-bżonn li nipprovdu l-finanzi għall-informatika, imma rridu naraw kif se nużawha bl-aħjar mod possibbli.", "Id-dokument isemmi wkoll it-tnaqqis ta' valuri u l-effett tal-media.", "Smajna ħafna dwar riżorsi.", "Id-dokument isemmi diversi tipi ta' riżorsi u jien se nieħu biss tnejn.", "Kemm nixtieq illi fl-implimentazzjoni nħarsu lejn riżorsi barra mill-ħitan ta' l-iskola; inħarsu lejn riżorsi oħra li normalment ma nipprovdux min-nies ta' l-iskola, li qegħdin barra mill-ħitan ta' l-iskola imma qegħdin hemm lesti għalina biex nużawhom.", "Mhux se nagħtuhom esperjenzi ħolistiċi jekk se nħalluhom sajmin minn dawn ir-riżorsi.", "Ir-riżors l-ieħor li xtaqt insemmi huwa r-riżorsa uman li għalija jiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Issemmew l-għalliema, imma rrid insemmi wkoll lin-nies illi qegħdin fl-istrutturi li hemm fiċ-ċentru.", "Allaħares min jidħol fiċ-ċentru jinsa li qiegħed għat-tfal, jinsa li jrid ikun qrib ta' dak li qed jiġri u qrib it-tagħlim u mhux jorganizza xi ħaġa qisha qiegħda fl-ajru.", "Ħasra jekk min jidħol fiċ-ċentru ma jibqax f'kuntatt dirett mat-tagħlim.", "Id-dokument isemmi l-għalliema u l-kapijiet ta' l-iskejjel, imma rrid insemmi wkoll lill-education officers li huma l-iżjed riżorsa importanti li jista' jkollna.", "Ngħaddi issa għat-taħriġ li fl-opinjoni tiegħi se jħoll u jorbot ħafna.", "M'iniex se nagħmel lista sħiħa ta' diversi tipi ta' taħriġ, pero' meta qrajt il-kurrikulu għamiltha.", "Hemm lista sħiħa ta' diversi tipi ta' taħriġ u kif tista' tagħmel strateġija skond il-prijorita' tagħhom u kif tip ta' taħriġ jgħin lill-ieħor.", "Se nsemmi l-bżonn ta' tiġdid kontinwu.", "Ma rridux nimmaġinaw li xi darba se naslu li ma jkunx hemm bżonn ta' tiġdid.", "It-tiġdid irid ikun kontinwu u naħseb li llum kulħadd jaċċetta dan il-bżonn.", "Xi wħud huma partikolari ħafna, per eżempju, it-tfassil ta' sillabu li diġa' bdejna u t-taħriġ għad-diversita'.", "Mhux biżżejjed li llum sirna konxji tad-diversita', li llum sirna nilqgħu u niċċelebraw id-diversita'.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-importanti hu li nkunu nafu l-metodu kif se nħaddmuha.", "Niġi issa għall-edukazzjoni inklużiva li hemm ħafna xi tgħid dwarha.", "Hemm ħafna xi tgħid fuq il-metodi u l-modi differenti li l-istudenti tagħna jitgħallmu.", "Meta nitkellmu fuq l-illitteriżmu, inkunu staqsejna l-mistoqsijiet kollha għaliex wasalna f'din is-sitwazzjoni?", "Hemm lista sħiħa ta' tipi differenti ta' taħriġ, per eżempju, taħriġ f'xogħol ta' gruppi.", "It-tipi differenti ta' taħriġ kollha jridu jkunu hemm.", "Ħallejt fl-aħħar - imma mhux għaliex hija anqas importanti - il-punt dwar il-ħtieġa ta' taħriġ għad-diċentralizzazzjoni u għall-awtonomija.", "Din hija mixtieqa ħafna u hija sabiħa ħafna.", "B'dan il-mod irridu niffunzjonaw jekk verament irridu nilħqu lil kull tifel u tifla.", "Pero' dan jitlob ħafna taħriġ, anke meta qed ngħidu li l-iskejjel tagħna se jfasslu l-kurrikulu tagħhom.", "Issemmew l-ischool development plans u ppermettuli nsemmi żewġ pilastri li jrid ikollna.", "Bla dubju ta' xejn, wieħed minnhom huwa l-finanzi.", "Iva, il-finanzi huma neċessarji u diġa' hemm programm ta' taħriġ u qed isir ippjanar u konsultazzjoni.", "Il-pilastru l-ieħor jikkonċerna l-kwestjoni ta' ħin.", "Inħossni li m'għandix nitlaq minn hawnhekk mingħajr ma nsemmi problema li rridu nsibu soluzzjoni għaliha; x'ħin se nħarrġu n-nies tagħna biex inwasslu l-viżjoni tagħna.", "Nixtieq naqsam magħkom ċertu sfidi speċifiċi li forsi ma ssemmewx il-lejla, u waħda minnhom li lili tinteressani ħafna u hija sfida partikolari ħafna fl-implimentazzjoni, hija ċ-ċentri ta' riżorsi u ta' speċjalizzazzjoni.", "Punt ieħor li jissemma f'dan id-dokument u li naħseb huwa importanti li nħarsu lejh ukoll, huwa l-aċċenn għall-bżonn ta' strutturi ġodda għal transizzjoni bla skossi.", "Xi kultant fis-sistema tagħna t-transizzjonijiet joħolqu l-iskossi u tajjeb li dan il-punt nikkonsidrawh fl-implimentazzjoni.", "Punt ieħor speċifiku ħafna, huwa t-tagħlim tax-xjenza koordinata.", "Nagħlaq billi insemmi aspett li jissemma ħafna fid-dokument, ċioe', l-impenn.", "Is-Sur Mizzi qara mid-dokument dik il-parti li tikkonċerna l-impenn ta' l-istudenti, pero' l-impenn irid ikun ukoll min-naħa ta' l-għalliema.", "Importanti li jkun hemm impenn minn kulħadd u meta ngħidu \"impenn\" qed nifhmu impenn biex nissalvagwardaw il-kwalita'.", "Illejla, madwar din il-mejda ssemma ħafna l-bżonn ta' evalwazzjoni.", "Naħseb l-evalwazzjoni hija kruċjali.", "Irid ikun hemm ċirku sħiħ.", "Bdejna fuq in-neċessitajiet li rajna, analizzajnihom u qed nipprovaw niżviluppawhom.", "Diġa' żviluppajna mhux ħażin, u tiela' magħhom - aktar milli warajhom - inħoss li jrid ikun hemm l-evalwazzjoni.", "Imbagħad xi ħin irridu nieqfu u nissorveljaw - issemmiet il-kelma \"audit\" pero' fl-opinjoni tiegħi l-kelma \"audit\" m'hijiex eżatta - u nissapportjaw u nagħmlu l-mistoqsija ta' kemm irnexxielna nwasslu l-viżjoni tagħna u kif nistgħu nkomplu nwassluha.", "Naħseb nistgħu nkunu pożittivi u ngħidu li iva, bl-għajnuna ta' kulħadd, nistgħu nwasslu l-viżjoni tagħna.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak Ms. Vella ta' dik il-ħarsa ferm wiesgħa.", "Peress li sar il-ħin, il-mistoqsijiet għal Ms. Vella se nħalluhom għal għada u b'hekk kulħadd se jkollu iktar ċans jixtarr dak li ntqal u x'mistoqsijiet jixtieq jagħmilha.", "Nirringrazzjakom talli ġejtu għax huwa importanti li kulħadd jisma' dak li għandu xi jgħid ħaddieħor.", "Nagħmlu żball jekk naħsbu li billi nagħtu l-preżentazzjoni tagħna u nitilqu 'l barra huwa biżżejjed.", "Meta niltaqgħu għada fis-7.00 p.m. żgur li se nitlob l-intervent ta' Fr. Charles Mallia.", "Illum smajna minn naħa tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u għada nisimgħu xi ħaġa minn naħa ta' l-assoċjazzjoni ta' l-iskejjel privati.", "Nixtieq li għada nisimgħu wkoll lis-Sur Frans Borg biex inkunu smajna wkoll in-naħa tal-ġenituri.", "Is-Sur Borg jirrappreżenta l-assoċjazzjoni tal-kunsilli skolastiċi tal-gvern.", "Ma jirrappreżentax biss il-ġenituri, imma ġenituri, għalliema u mexxejja ta' skejjel li jaħdmu flimkien fil-kunsill skolastiku.", "Wara dawn iż-żewġ preżentazzjonijiet, jekk jibqgħalna ħin ngħaddi għas-Sur John Bencini li jirrappreżenta l-union prinċipali ta' l-għalliema.", "Pero' nixtieq li għada kulħadd jerġa' jkun preżenti hawnhekk.", "Nirringrazzjakom u l-lejl it-tajjeb.", "Fid-9.05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 19 ta' Ottubru 1999 fis-7.00 p.m. bl-istess aġenda."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991018_014d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 18 ta' Ottubru, 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.17 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 13 li saret fis-6 ta' Lulju, 1999 kienu konfermati.", "ABBOZZ FINALI TAL-KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Charles Mizzi, Direttur Ġenerali u lil Ms Mary Vella, Director Curriculum Development, Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, jieħdu sehem fid-diskussjoni.", "Fid-9.05 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u l-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 19 ta' Ottubru 1999 fis-7.00 p.m. bl-istess aġenda.", "GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991018_014m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 15", "It-Tlieta, 19 ta' Ottubru 1999 fis-7.00 p.m.", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, tavża li l-Kumitat ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 19 ta' Ottubru 1999 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni fuq l-abbozz finali tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali - Kontinwazzjoni.", "19 ta' Ottubru 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991019_015a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 15", "It-Tlieta, 19 ta' Ottubru, 1999", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 15", "It-Tlieta, 19 ta' Ottubru, 1999", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.10 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 14 li saret fit-18 ta' Ottubru, 1999 ġew konfermati.", "ABBOZZ FINALI TAL-KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Qabel nibdew bil-laqgħa tal-lum, nixtieq ninforma lill-kumitat li kelli talba mill-Public Broadcasting Services sabiex jidħlu jieħdu filmat qasir tal-laqgħa.", "Naħseb li bħas-soltu m'hawnx oġġezzjoni.", "Nixtieq nitlobkom ukoll il-permess f'każ li xi ħaddieħor mill-media jitlob jieħu filmat tal-proċeduri biex ma jkollix għalfejn inwaqqaf id-dibattitu ħalli nitlobkom il-permess.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ninformakom illi llejla waslitli ittra mingħand is-Sur Joseph Camilleri, chairperson tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', fejn qed jgħid illi llum ma jistax jattendi, pero' bagħtilna l-kummenti li l-Kummissjoni kienet għamlet fil-5 ta' Lulju dwar il-kurrikulu meta kien għadu iktar fi draft form.", "Is-Sur Camilleri qed jirrimarka li xi affarijiet li huma ssuġġerew sabiex jidħlu fil-kurrikulu ma jidhrux fl-abbozz finali.", "Ma stajtx nivverifika dal li qal peress li r-riferenzi għal paġni ma jaqblux mal-paġni li għandna fid-dokument quddiemna.", "Naturalment għada nivverifika mad-dokument oriġinali kif kien intbagħat lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabailita' u wieħed ikun jista' jiddeċiedi dwar punti li forsi setgħu jiġu mdaħħla iżda baqgħu barra.", "Se ngħaddilkom kopja tal-kummenti sottomessi mill-kummissjoni pero' bħali se ssibuha diffiċli biex tkunu tistgħu tiċċekkjaw ir-riferenzi.", "Il-bieraħ waqafna bid-diskors ta' Ms. Mary Vella, Direttur għall-Iżvilupp tal-Kurrikulu.", "M'iniex se nagħmel resume' bħalma nagħmel is-soltu fuq dak li jintqal fil-laqgħa preċedenti għall-fatt illi l-laqgħa kienet biss il-bieraħ u allura kulħadd għadu jiftakar dak li ntqal; m'għandkomx bżonn lili biex infakkarkom!", "Nitlob lil Ms. Mary Vella tersaq mal-mejda biex tirrispondi għall-mistoqsijiet li jistgħu jsirulha mill-membri tal-kumitat.", "Hawn xi ħadd li jixtieq jagħmel xi kummenti jew domandi?", "L-Onor.", "EVARIST BARTOLO: Id-dokument jitkellem dwar il-proċess ta' edukazzjoni ta' tfal ta' bejn it-tlieta u s-sitt snin, u fl-aħħar ta' dan il-proċess isiru l-eżamijiet li jagħmilhom korp li huwa estern għas-sistema li qed nitkellmu dwarha, jiġifieri l-Bord tal-MATSEC u allura l-Universita'.", "Kif se niżguraw li l-eżamijiet tal-MATSEC ikunu ddisinjati b'mod illi jirriflettu l-filosofija li nsibu fid-dokument?", "Meta konna għadna fil-proċess bikri ta' tfassil ta' kurrikulu ġdid, smajt kumment mingħand nies illi għandhom x'jaqsmu ħafna mal-MATSEC, li xxukkjani.", "Il-kumment kien \"intom agħmlu l-kurrikulu, imma l-eżamijiet ta' l-aħħar aħna nissettjawhom u aħna niddeterminaw x'jiġri u x'ma jiġrix\".", "Kif se niżguraw illi ma jkunx hemm żganċar bejn dan li qed nagħmlu u x'jiġri fil-livell tal-Bord tas-SEC u tal-MATSEC ta' l-Universita'?", "Ikun diżastru jekk l-ewwel nippreparaw liż-żgħażagħ tagħna b'ċertu mod imbagħad isibu bieb differenti.", "Ma nafx jekk hux il-każ illi f'waħda minn dawn is-seduti jkun hawn xi nies mill-Bord tal-MATSEC biex inqanqlu magħhom din il-kwestjoni li naħseb hija strateġika; żgur li m'hijiex xi ħaġa leġġera.", "Naħseb din hija l-ewwel mistoqsija li għandna nikkonsidraw.", "Ħaġa oħra li tajjeb nikkonsidraw hija l-kwestjoni tal-lingwa.", "Jien inkwetat daqsxejn illi f'dan id-draft m'hemmx iktar enfasi fuq l-Ingliż.", "M'iniex qed ngħid li huwa eskluż, jew li huwa mwarrab, iżda naħseb li għal ħafna raġunijiet hemm bżonn ta' iktar enfasi fuq l-Ingliż, pero' m'iniex se noqgħod nirrepeti r-raġunijiet għax inkella nkun qiegħed ninsulenta l-intelliġenza tagħkom.", "Semmejna l-importanza ta' l-iżvilupp bejn l-iskola u l-komunita' u l-education business needs.", "S'issa, meta tkellimna fuq education business needs, dejjem ħsiebna fil-livell post-sekondarju.", "Naħseb illi wasal iż-żmien, u biex inkun fair ngħid li l-abbozz tal-kurrikulu jissuġġerixxi dan, li l-kuntatt mad-dinja tax-xogħol u mad-dinja ekonomika jidħol fil-livell primarju u fil-livell sekondarju.", "Kif naħsbu li għandna niżviluppaw dawn il-links u kif irridu niżviluppawhom b'mod strutturat?", "Irridu naraw ukoll jekk naħsbux li parti mill-problema - naħseb Ms. Vella għamlet aċċenn tajjeb ħafna għaliha l-bieraħ - hi li ħafna mill-iskejjel tagħna għadhom bħas-sanatorji li kienu jippruvaw ifejqu t-TB fil-bidu tas-seklu.", "Kienu jaħsbu li aktar ma l-iskejjel ikunu mbiegħda mis-soċjeta' u f'arja rarefikata li m'għandha x'taqsam xejn ma' x'qed jiġri fir-realta', aktar se jfejqu lin-nies meta fil-fatt nstab li aktar kienu qed idgħajfuhom.", "Fid-dokument insibu s-suġġeriment li s-soċjeta' u l-iskola jitħalltu ħafna flimkien.", "L-aħħar punt tiegħi huwa jekk naħsbux li hemm bżonn ta' bidla radikali fis-sistema tal-career guidance.", "Minbarra li trid tikber l-interaction bejn l-iskola u d-dinja ekonomika, is-sistema li għandna bħalissa hija li ħafna drabi teachers jissuġġerixxu x'għandu jsir mingħajr ma jkunu jafu sewwa kif inhi d-dinja tax-xogħol u kif se tiżviluppa.", "Ħafna drabi jagħtu pariri fuq il-preġudizzji personali tagħhom u lil bright students jgħidulhom biex jaqbdu ċertu triq, waqt li lil dawk illi huma batuti, jgħidulhom jagħżlu s-snajja' jew jieħdu linja industrijali, xi ħaġa li fid-dinja tal-lum ċertament ma tagħmilx sens.", "X'bidliet naħsbu li hemm bżonn fis-sistema tal-career guidance biex aktar tkun marbuta mad-dinja tax-xogħol milli mad-dinja ta' l-edukazzjoni?", "Ms. Vella, inti taf iżjed minni li ħafna drabi nies li jaħdmu fil-qasam edukattiv ikunu qattgħu xi 90% ta' ħajjithom, jew bħala studenti, jew teachers, jew assistant heads, jew heads, jew inkella EOs u allura ma tantx ikunu ġew f'kuntatt mad-dinja ekonomika.", "X'naħsbu li għandu jkun hemm fis-sistema tal-career guidance biex għallinqas sieq waħda tkun fid-dinja ekonomika?", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Onor. Bartolo.", "MARY VELLA (Direttur għall-Iżvilupp tal-Kurrikulu, Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni): L-ewwel punt tiegħek kien dwar l-eżamijiet tal-MATSEC.", "Bla dubju ta' xejn, l-eżamijiet tal-MATSEC se jkollhom backwash effect kbir fuq is-snin tas-sekondarja, partikolarment l-aħħar snin, għalkemm żgur li se jmissu wkoll l-ewwel snin tas-sekondarja.", "Id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għandha rappreżentanti fuq il-MATSEC Board, fosthom jien, u allura hemm nies biex iwasslu l-għanijiet ta' dan il-kurrikulu u l-iskopijiet illi qed nagħtu lill-assessjar fl-iskejjel tagħna.", "Jiġifieri nistgħu nwasslu mhux biss leħinna imma l-leħen tal-korp kollu ta' nies li jaħdmu fl-iskejjel tagħna.", "Barra minn hekk, fuq panels hemm il-parteċipazzjoni, li llum qiegħda tiżdied u din ngħidha b'sodisfazzjon, ta' għalliema, subject coordinators, education officers u anke kapijiet ta' skejjel, jiġifieri parteċipazzjoni ta' nies li qegħdin qrib ħafna tal-klassi.", "Dawn qegħdin fuq syllabus panels u huma paper setters.", "Nisperaw ukoll li t-tip ta' taħriġ li jkunu ħadu nies fid-diviżjoni u l-metodi li jkunu ħaddnu fis-snin ta' qabel, per eżempju, fl-entrance exams tal-junior lyceum, jidħlu wkoll u jibda jkollhom effett konkret f'dawn il-postijiet, partikolarment meta hemm parteċipazzjoni verament attiva.", "Dan l-aħħar rajna żieda f'dan ir-rigward u naturalment din nixtiequha ħafna u se nsostnuha kemm jista' jkun.", "Pero' irrid nagħmel ukoll il-punt li finalment, wara li l-Bord tal-MATSEC jiddibatti, iwassal ideat u jiddiskuti, id-deċiżjoni finali hija tas-Senat.", "Inħossni li din għandi ngħidha wkoll.", "Rigward il-punt tal-lingwa u l-enfasi fuq l-Ingliż.", "Naħseb li f'dan id-dokument, il-politika tal-lingwa, prinċipalment tibda mis-sitwazzjoni u mill-bżonnijiet tat-tfal.", "Hemm miri; altru li hemm miri u waħda mill-miri tagħna hi li t-tfal ikunu kapaċi jikkomunikaw fil-lingwa tagħhom, li jkunu kburin biha u li fl-aħħarnett tgħinhom fl-identita' tagħhom.", "Jekk ma jkunux kapaċi jesprimu ruħhom fil-lingwa tagħhom, se jsibu ruħhom infushom maqtugħin minn ċertu attivita' f'pajjiżhom stess.", "Jiġifieri li jkunu jafu sew il-lingwa tagħhom, nixtiequha ħafna, pero' jekk aħna verament għandna l-ġid tagħhom għal qalbna, nafu wkoll illi mal-lingwa tagħna trid titla' magħha kompetenza qawwija ħafna fl-Ingliż u f'lingwi oħra barranin.", "Għalina, l-kompetenza fl-Ingliż hija importanti ferm.", "Jekk ma jkollhomx kompetenza fl-Ingliż, se jkollhom ċavetta nieqsa għal ħafna opportunitajiet.", "Jien nittama li dan id-dokument wassal messaġġ.", "Kull fejn hemm riferenza għal-lingwa, naħseb illi d-dokument wassal il-messaġġ li m'hemmx għalfejn li biex insaħħu lingwa, nitilfu s-saħħa tal-lingwa l-oħra.", "Dan huwa messaġġ illi d-dokument qed jipprova joħroġ.", "Iż-żewġ lingwi jistgħu jitilgħu sħaħ.", "Anzi, fid-dokument insibu riferenza kif l-akkwist ta' l-ewwel ilsien għandu jservi ta' bażi tajba għall-akkwist tat-tieni lsien u huwa ttamat ukoll li l-iskejjel ikunu jistgħu jtellgħu politika ta' lingwa li verament ikollha bżonn dik l-iskola partikolari.", "Hemm skejjel fejn l-attenzjoni lejn l-Ingliż hija importanti immens u dan anke minħabba l-ambjent minn fejn ikunu ġejjin l-istudenti.", "Jekk tfal għandhom ħafna kuntatt ma' lingwa, ovvjament li dik il-lingwa se jakkwistawha iżjed.", "Għandna tfal li l-kuntatt li għandhom mal-lingwa Ingliża, minħabba l-ambjent ta' fejn jgħixu, huwa intensiv waqt li mbagħad għandna tfal oħrajn li l-uniku kuntatt li għandhom mal-lingwa Ingliża huwa bejn il-ħitan ta' l-iskola.", "EVARIST BARTOLO: Li qed ngħid huwa proprju biex nikkumpensaw għal dik id-differenza għaliex hemm ċans kbir li fejn l-użu intensiv ta' l-Ingliż qiegħed fil-komunita', se jkun ukoll fl-iskola, filwaqt illi fejn fil-komunita' ma jkunx daqshekk intensiv, iċ-ċans huwa li ma jkunx ukoll daqshekk intensiv fl-iskola.", "MARY VELLA: Dan il-punt irid jiġi kkonsidrat fil-programm ta' kull skola.", "L-iskejjel se jagħmlu l-ischool development plan tagħhom.", "Se janalizzaw is-sitwazzjoni tat-tfal u se jaraw x'inhuma l-bżonnijiet ta' l-iskola tagħhom u mbagħad jaraw x'inhuma l-prijoritajiet.", "Jien nifhem li fi skola fejn l-istudenti ġejjin minn ambjent fejn il-lingwa Ingliża hija mitkelma biss bejn il-ħitan ta' l-iskola, waħda mill-prijoritajiet fid-development plan ta' dik l-iskola għandha tkun proprju t-tisħiħ tal-lingwa Ingliża.", "Naħseb li l-iskejjel se jkollhom bżonn għajnuna ta' kif se jagħmlu dan it-tisħiħ fil-bini tal-programm tagħhom, pero' dan l-aspett irid jidħol.", "L-ischool development plan irid ikun għodda kruċjali f'idejna.", "Min se jfassal dan il-pjan, huma l-istess nies li qegħdin jaħdmu f'dak l-ambjent u allura huma konxji tal-bżonnijiet tagħhom.", "Żgur li se jkun hemm ownership għax huma stess iridu jagħmlu l-pjan tagħhom u naturalment huma l-aktar li jafu t-tfal tagħhom.", "L-ischool development plan huwa importanti, pero' ovvjament aħna rridu nkunu attenti għall-prijoritajiet li jagħtu l-iskejjel.", "Issemmew il-business links, kuntatti mad-dinja tax-xogħol, u jien se ngħaqqad dan il-punt mal-career guidance u nsemmi xi ħaġa għaż-żewġ punti.", "Irridu nagħtu kas l-eta' tat-tfal li qed nitkellmu dwarha.", "Qed nitkellmu fuq tfal li għandhom bejn it-tlieta u s-16-il sena.", "Huwa importanti ħafna li f'dan iż-żmien nagħtuhom curriculum li huwa wiesa' ħafna.", "Il-wasa' u l-bilanċ fil-curriculum ta' tfal ta' bejn it-tlieta u s-16-il sena, huwa importantissimu.", "Jien nibża' illi ndaħħluhom ġo xi sqaq, biex ngħid hekk, kmieni.", "Forsi dan isir minħabba opportunitajiet illi naraw, jew forsi minħabba xejriet ta' dak il-post partikolari, jew forsi minħabba interess partikolari tal-ġenituri, imma jien nibża' jekk minn kmieni nibdew ngħadduhom minn channel illi se jwassal għal post wieħed.", "Dik tbeżżagħni.", "Din kont naraha fil-career guidance ta' snin ilu.", "Infatti l-mistoqsijiet illi kienu jagħmlu l-ġenituri lill-kap ta' l-iskola meta konna nkellmuhom dwar għażla ta' suġġetti, kienu jkunu: Jekk it-tifla tagħżel dawn is-suġġetti, x'se tkun tista' taħdem?", "Naħseb importanti li nifhmu li dawn is-snin huma s-snin illi t-tfal se jieħdu bażi kemm jista' jkun wiesgħa possibbli li iżjed 'il quddiem isservihom għal speċjalizzar.", "Per eżempju, kien hemm suġġerimenti ta' xjenza koordinata.", "L-ispeċjalizzar kmieni - aħseb u ara meta naħsbu li se norbtuh ma' karriera - jista' jkun perikoluż.", "Għar-rigward ta' business links, jien narahom illi dawn il-kuntatti jridu jkunu parti integrali f'ċerti sillabi.", "Ma nilludux ruħna li dak li nħallu to chance se jiġri.", "Ma nilludux ruħna li se nwasslu kollox permezz ta' l-extracurricular, espressjoni li jien ma tantx għandi grazzja magħha.", "Jien nemmen li mill-mument li t-tfal jaslu l-iskola, jibda l-curriculum.", "Il-ħin li jgħaddu l-iskola hija esperjenza.", "Anke f'liema ambjent deħlin, x'tip ta' gate għandhom, huwa parti mill-curriculum.", "Dawn huma kollha messaġġi.", "Kulma jsir bejn il-ħitan ta' l-iskola, huwa kollu curriculum.", "Jekk il-business links se nħalluhom għall-extracurricular, hemm iċ-ċans, jew li ma jiġrux jew inkella li l-istudenti jassoċjawhom ma' xi ħaġa one-off, bħal speċi ġrat darba, jekk ma jassoċjawhomx ukoll ma' ħruġ, qisu reward, meta għal kuntrarju aħna rriduha tkun esperjenza tat-tfal.", "Nixtieq li fil-bini tas-syllabus il-ġdid dan il-għan ikun highlighted.", "Min ikun qed jibni s-syllabus għandu jara li dan ikun inkluż fiċ-checklist.", "Pero' l-business links narahom integrati f'numru ta' suġġetti, u mhux qed naħseb biss fis-suġġetti tal-business studies, jew tal-matematika, jew tas-social studies, imma fit-tagħlim tal-lingwi, fil-komunikazzjoni u fl-IT.", "Nixtieq li din tkun parti strutturata fl-esperjenza tat-tfal.", "Dwar il-career guidance, nixtieq illi meta niġu biex naħsbu għal programmi ġodda ta' career guidance nagħtuhom lista kemm jista' jkun wiesgħa, pero' għalija l-akbar assigurazzjoni tal-karrieri huwa t-tip ta' pakkett li ngħinuhom joħorġu bih mill-iskola.", "Meta nħarsu lejn il-parti li tittratta l-ugwaljanza bejn is-sessi, naraw li hawn ħafna riferenzi dwar dan, anke li għandna nneħħu l-idea ta' sterjotipi fejn jidħlu karrieri, li nimmaġinaw li nistgħu norbtu suġġett ma' karriera partikolari biss.", "Kif nistgħu ndaħħlu ġo moħħ it-tfal l-idea ta' life-long learning, l-idea li inti dejjem se tibqa' titgħallem, li se jkollok bżonn tittrasferixxi ħiliet minn ħaġa għal oħra, li se jkollok bżonn tiffaċċja bidla, jekk ikollna career guidance li tgħidilhom li tip ta' kors - hawn qed nitkellmu sa l-eta' ta' 16-il sena - se jagħtihom tip ta' impjieg?", "Jekk hu hekk, inwaddbu l-baħar l-idea li inti trid tibqa' titgħallem u li żgur f'xi ħin jew ieħor irid ikollok ħiliet biex tiffaċċja bidla li kull wieħed minna irid jiffaċċja fil-karriera tiegħu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Ms. Vella.", "MARIE LOUISE COLEIRO: M'hemmx dubju li t-text li għandna quddiemna huwa miktub bi stil mill-isbaħ, l-għanijiet li hemm warajh huma bellezza, imma meta taqrah kollu tirrealizza kemm attwalment, anke kif qed taċċenna Ms. Vella, hemm bżonn illi jkun hemm koordinament assolut mhux biss ma' min qiegħed fil-korp edukattiv, jiġifieri d-dipartiment innifsu, il-kapijiet, l-għalliema u anke l-istudenti, imma anke ma' nies estranji jew inkella korpi estranji għad-dipartiment u l-korp edukattiv, u fosthom id-dinja tax-xogħol, l-aġenziji, u anke, kif naraha jien, l-għaqdiet volontarji u t-trade unions.", "Se ninċita mill-istess text għaliex lili jinteressani ħafna kif dan kollu se jiġi translated on the ground.", "Tkun ħasra jekk mhux kulħadd jagħmel l-isforz tiegħu biex dawn l-għanijiet sbieħ jintlaħqu.", "U nibda billi nirreferi għall-aħħar paragrafu ta' paġna 16 tal-kurrikulu fejn qed jirriferi għad-dinja tax-xogħol.", "''Biex nilħqu aħjar din il-mira, id-dinja tax-xogħol trid tagħraf l-obbligu tagħha li tissieħeb b'mod attiv u tinvesti mill-aħjar li tista' fis-sistema edukattiva.''.", "B'liema mod id-dipartiment qed jaħdem, jew se jaħdem, biex id-dinja tax-xogħol - għandi nifhem li hawnhekk qed nirreferu għall-employers - tikkoopera, tikkoordina u taħdem mill-qrib mad-dipartiment biex toffri l-esperjenzi lill-istudenti?", "Jien naħseb li anke t-trade unions, b'xi mod, irid ikollhom ċertu koordinament u ċertu funzjoni għaddejja biex il-kurrikulu jkun jista' jiġi mwettaq.", "F'paġna 18 insibu:", "\"Studenti mċaħħda minn sistemi ta' appoġġ barra mill-iskola għandhom jingħataw attenzjoni speċjali.''.", "X'tip ta' sistemi ta' appoġġ qed jara d-dipartiment li jista' jagħti lil dawn it-tip ta' studenti?", "Hawnhekk qed nitkellmu b'mod ġeneriku, imma m'hemmx dubju li bil-mod kif dan il-kurrikulu qed jagħraf l-individwalita' ta' kif isir it-tagħlim u l-metodu li jintuża fit-tagħlim, se jkun hemm studenti differenti li se jkollhom bżonn appoġġi differenti barra l-iskola.", "Kif se jingħata fil-konkret dan l-appoġġ?", "F'dan it-text jiena rajt li hemm enfasi fuq l-individwaliżmu ta' l-istudenti u fil-fatt f'paġna 18 taħt Prinċipju 2: Rispett għad-Diversita', hemm:", "''L-għalliema għandhom ikunu konxji ta' dawn id-differenzi u l-implikazzjonijiet pedagoġiċi tagħhom b'mod li jkunu f'pożizzjoni aktar informata biex jippjanaw għal dawn l-isfidi pedagoġiċi billi jipprovdu esperjenzi differenti ta' tagħlim.''.", "Fil-fehma tiegħi, biex jipprovdu esperjenzi differenti ta' tagħlim, irid ikollhom l-opportunita' ta' aġġornament.", "U meta jkun hemm dawn l-opportunitajiet, li nifhem irid jagħtihom id-dipartiment, hemm bżonn li jittieħdu minn kulħadd.", "Meta qrajt din il-parti, ġietni f'rasi l-esperjenza sfortunata li kien hemm ftit ilu ta' in-service course fuq gender equality li kellu jitħassar minħabba li ma kienx hemm biżżejjed għalliema li nteressaw ruħhom fis-suġġett.", "Fil-kuntest wiesa' u intensiv ta' dan il-kurrikulu, kif se nassiguraw li dawn l-affarijiet ikunu jistgħu jitwettqu u l-għalliema jkunu jistgħu jżommu lilhom infushom informati biżżejjed?", "Biex l-għanijiet sbieħ li hawn imniżżla fl-abbozz jintlaħqu, kulħadd irid ikun fine-tuned u mħejji għall-esiġenzi u l-isfidi li qed jippreżentalna.", "Jekk ma jkunx hemm strutturi li jipprovdu l-appoġġ, minn dan kollu li qed jiġi propost, ma jsir xejn u l-abbozz ikun biss text sabiħ, qisu essay riċerkat, li żgur ma kienx l-iskop ta' min tant ħadem matul dawn l-aħħar tlett snin.", "F'paġna 19, taħt il-Prinċipju 4: Edukazzjoni Rilevanti għall-Ħajja, insibu:", "''F'dan il-kuntest l-edukazzjoni tmur lil hinn mill-iskola.", "Il-monumenti storiċi, il-mużewijiet, il-wirjiet permanenti u temporanji, il-postijiet tax-xogħol, l-istituzzjonijiet, u l-inħawi naturali joffru kuntest edukattiv importanti, u għandhom jiffurmaw parti integrali mill-iskemi tax-xogħol ta' l-għalliema.''.", "Anke dan il-paragrafu qed narah jirrifletti l-bżonn ta' koordinament sħiħ.", "M'huwiex sempliċement li l-miri jkunu jifformaw parti integrali mill-iskemi tax-xogħol ta' l-għalliema, imma kif se jsir dan il-koordinament?", "L-għalliema se jkunu responsabbli li jagħmlu l-koordinament, jiġifieri se jkun fuq livell individwali ta' l-għalliema, jew inkella se jkun il-kap ta' l-iskola li se jieħu din ir-responsabbilta' fuqu?", "Se jkun hemm xi tip ta' struttura min-naħa ċentrali li mbagħad forsi tiġi diċentralizzata?", "F'paġna 19, taħt il-Prinċipju 5: Stabbilta' fl-Ambjent tat-Tagħlim, hemm riferenza għal ċentri ta' riżorsi ta' speċjalizzazzjoni.", "M'hemmx dubju li hemm bżonn kbir għal dawn iċ-ċentri u kif għedt qabel, hemm bżonn li l-għalliema jkunu aġġornati u li jkollhom l-opportunitajiet kollha biex jaġġornaw ruħhom, imma again, din tħassibni ftit għax kif se jiġi assigurat illi se jkun hemm fondi biżżejjed għal ċentri ta' riżorsi u ta' speċjalizzazzjoni meta din is-sena stess rajna tnaqqis fil-budget ta' affarijiet bażiċi għall-edukazzjoni?", "Prinċipju 8 jitkellem dwar l-edukazzjoni inklużiva.", "Bħalissa, il-Parlament għandu quddiemu l-Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita', kien hemm koordinament mad-dipartiment tal-politika soċjali dwar dan l-aspett meta kien qed jiġi fformolat il-kurrikulu?", "Huwa sabiħ li ngħidu kulħadd għandu dritt għall-edukazzjoni u kulħadd għandu dritt għal dak kollu li tipprovdi s-sistema edukattiva tagħna, imma mbagħad naraw li fl-iskejjel tagħna għandna problemi mill-aktar bażiċi, fosthom l-aċċessibilita' ta' l-iskejjel.", "Żgur li ħafna mill-iskejjel tagħna m'humiex aċċessibbli.", "Per eżempju naf b'każ ta' tifla mir-Rabat, Għawdex li għal xhur sħaħ ma setgħetx tattendi l-iskola għaliex l-iskola m'hijiex aċċessibbli għal tfal li m'humiex mobile.", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel huwa dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u f'paġna 22 insibu:", "''L-ugwaljanza bejn is-sessi mhix tema li l-iskola tista' tittratta f'iżolament, jew f'xi suġġett partikolari.", "L-ugwaljanza għandha titqies bħala tema interdixxiplinarja, li l-għalliema kollha jistgħu jittrattawha mill-perspettiva tas-suġġett tagħhom u jikkumbattu l-preġudizzji kif ukoll joffru mudelli ġodda.''.", "Naħseb li anke f'dan ir-rigward hemm bżonn ta' taħriġ.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq kwestjoni ta' mentalita', kwestjoni ta' kultura, jiġifieri mhux la kemm ngħidu li fit-tagħlim hemm bżonn jiġi trasmess l-ugwaljanza bejn is-sessi.", "Jekk il-persuna stess li qed tagħti t-tagħlim ma tkunx temmen f'dan il-ħsieb, ma tistax tgħaddih lil ħaddieħor.", "Veru li hemm bżonn a cultural change, imma jrid jinbeda l-proċess.", "Kif se niġġieldulu s-sillabu moħbi?", "Jien kelli esperjenza partikolari tat-tifla tiegħi.", "It-tifla tiela' f'ambjent fejn m'għandniex bżonn nitkellmu dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi għax hija naturali fl-ambjent tagħna, imma meta kienet tmur il-kindergarten kienet tgħid li blue is for boys u pink is for girls.", "Lit-tifla ridt infehemha li l-kuluri huma ta' kulħadd, tas-subien u tal-bniet.", "Qed nieħu dan bħala eżempju u żgur li l-għalliema li kienet qed tgħaddilha dan il-messaġġ lanqas biss kienet konxja ta' x'diffikulta' kienet toħloq lili biex nerġa' npoġġi lit-tifla tiegħi fuq il-linja li kont ili ngħallimha minn ċkunita.", "Il-punt hu li m'hemmx dubju li dan il-proċess irid isir ukoll ma' l-għalliema biex il-mentalita' u l-kultura li ilha magħna għexieren ta' snin, tispiċċa.", "Naturalment din ma tistax issir mil-lum għal għada, imma almenu rridu nibdew.", "F'dan il-kurrikulu għandna filosofija sabiħa immens u għandna ideali mill-isbaħ, imma jrid ikollna saqajna ma' l-art u nagħrfu li hemm affarijiet li meta jiġu on the ground se jkunu diffiċli biex jitwettqu.", "Jien nemmen li intom l-esperti - jiena żgur li lanqas nibda ħdejkom - ħsiebtu dwar il-punti li qajjimt u nixtieq li jkolli risposti għall-mistoqsijiet li għamilt biex isserħuli rasi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Onor. Coleiro.", "MARY VELLA: Ħalli nibda fuq il-koordinament mad-dinja tax-xogħol, l-għaqdiet volontarji, eċċ. S'issa, il-koordinament kien aktar isir b'mod sporadiku u inċert milli bħala ħaġa strutturata.", "M'iniex ngħid li ma kienx qiegħed isir, pero' mhux b'mod daqshekk ippjanat.", "Bħal kull ħaġa oħra, l-idea li tressaq liż-żewġ oqsma flimkien trid tinbena għaliha.", "Li żgur li għandna lest fl-iskejjel tagħna, hi l-idea ta' ftuħ lejn ambjenti oħra barra mill-iskola.", "Dan il-konċett diġa' nbena u diġa' saret differenza.", "Dwar id-dinja tax-xogħol, per eżempju, l-industrija, nixtieq nagħmel tlett tipi ta' interventi.", "Nixtieq li meta aħna nħarsu lejn l-esperjenzi li nkunu qegħdin nagħtu lit-tfal, anke permezz ta' syllabus f'suġġetti differenti, inkunu diġa' identifikajna fejn noqorbu ħafna lejn dak li jiġri barra mill-iskola.", "Nistgħu, meta nkunu qed nippjanaw ix-xogħol ta' l-istudenti naraw fejn hemm qbil bejn dak illi jkun qed jiġri fit-tagħlim tagħna fuq il-bank tal-klassi ma' dak li qed jiġri barra?", "L-istudenti jista' jkollhom esperjenzi prattiċi, per eżempju, mil-lat ta' xjenza, ta' business studies u ta' matematika?", "Jista' jkollna okkażjonijiet meta l-ambjent tat-tagħlim ma jibqax il-klassi ta' l-iskola imma jkun laboratorju jew post ta' xogħol?", "Nistgħu nagħmlu dan?", "Qatt ħsiebna fuq dawn il-linji?", "Meta qed ngħidu koordinament mad-dinja tax-xogħol, m'iniex qed nara illi lill-istudenti se nagħmluhom xi apprendisti, xejn minn dan, imma li qed nara huwa li dak li nħaddmu b'mod teoretiku fl-ambjent tal-klassi, jarawh jiġri fil-verita'.", "Ħalli nieħu bħala eżempju l-management.", "Fl-iskejjel nagħtuhom lezzjonijiet fuq management, imma kieku l-istudenti kellhom imorru f'post ta' xogħol fejn il-management jarawh jiġri fil-verita', kieku jkun ferm aħjar għalihom u hemm skejjel fejn dan diġa' beda jseħħ.", "Jien nixtieq illi l-postijiet tax-xogħol iservu ta' laboratorji prattiċi għal hands-on experiences.", "Nerġa' nirrepeti, mhux qed ngħid li t-tfal ikunu qishom xi apprendisti, xejn minn dan.", "Fid-dinja tax-xogħol jeżisti ħafna expertise.", "Nistgħu nġibu lil dawn in-nies jaqsmu l-expertise li għandhom ma' l-istudenti tagħna?", "Mhux neċessarjament f'lezzjonijiet jew f'xi talks, infatti, personalment, l-effett ta' talks narah very short lived.", "Inġibu grupp ta' tfal ġo sala, jiġi xi ħadd jagħmlilhom talk u daqshekk.", "It-talks iħallu effett, imma jien mhux f'talks kont qed naħseb imma aktar li jkun hemm topic scheduled fit-timetable where teachers can tap l-expertise li jeżisti barra l-iskola.", "Li għandi f'moħħi huwa li dawn in-nies jiġu l-iskola u jgħallmu ma' l-għalliema, per eżempju, permezz ta' proġetti.", "Sfortunatament l-istudenti jaqbadhom paniku meta jkollhom jippreparaw proġett u l-ġenituri tarahom imorru għal leaflet mingħand dak u leaflet mingħand l-oħra!", "Jien qed naħseb li jkun hemm tip ta' partnership bejn grupp ta' studenti u xi ħadd mid-dinja tax-xogħol.", "Dawn iridu jinbnew, pero' jien ma naqtagħx qalbi.", "Jekk l-affarijiet isiru pass wara l-ieħor, naslu.", "Per eżempju, qed naħseb fi proġett li jinbena bejn grupp ta' studenti - mhux qed ngħid student wieħed, imma grupp ta' studenti - ma' xi ħadd barra mill-iskola, jew xi ħadd fid-dinja tax-xogħol, jew xi ħadd fil-volontarjat.", "Qed nara l-possibbilita' li dawn jaħdmu l-proġett flimkien f'numru ta' laqgħat bejniethom, jaħdmu bil-qiegħda ħdejn xulxin u jaħdmu id f'id.", "Meta naħseb f'koordinament, anke ma' trade unions, dan hu t-tip ta' koordinament li jkollu f'moħħi u mhux dik il-laqgħa ta' darba li mbagħad tissemma biss fid-djarju ta' l-iskola u tispiċċa hemm.", "Bħala wieħed mill-proġetti tal-millennju, se nagħmlu proġett ta' demokrazija fost l-istudenti fejn l-istudenti se jagħżlu l-kunsill tagħhom.", "Hawn tant kunsilli f'pajjiżna!", "Jekk l-istudenti jaħdmu mal-kunsilli, jiltaqgħu magħhom, jaraw kif jiffunzjonaw, jaraw ir-regolamenti tagħhom, jiddraftjaw regolamenti huma and they pilot them għal band'oħra, żgur li jkun qed jitwettaq l-għan ta' koordinament.", "Dan hu t-tip ta' koordinament li nixtieq li jkun hemm.", "Kien hemm riferenza dwar kif se nagħtu support lill-istudenti li għal xi raġuni għandhom bżonn ta' iżjed support minn ħaddieħor għaliex forsi huma iżjed fqar, jekk nista' nsejħilhom hekk.", "Naħseb illi rridu ndaħħlu kuxjenza li rridu nagħtu kas tal-bżonnijiet tat-tfal li għandna u mhux ngħidu biss illi se nsibu xi rimedju barra mill-klassi.", "Dan hu l-ewwel punt li xtaqt nagħmel.", "Faċli naħsbu għal xi ħaġa rimedjali għal min għandu ċertu bżonn għax għandu tip ta' nuqqas, billi, per eżempju, nibagħtuhom għand il-complementary teacher, pero' s-support li jrid jingħata narah iżjed minn hekk.", "Hija responsabbilta' ta' kulħadd il-ħin kollu li dawn jingħataw is-support li għandhom bżonn.", "Ħalli jkun hemm tiela' programm komplimentari mas-support li jkun qed jingħata, pero' ma nixtieq qatt illi jkollna każ fejn ir-responsabbilta' ta' support għal dawn it-tfal tixxiftja immedjatament.", "Xi drabi jkun hemm bżonn ta' support partikolari ħafna, support partikolarment imfassal għalihom u mogħti minn nies imħarrġa.", "Kif nispiċċaw il-kors illi qegħdin nagħmlu bħalissa, se nagħmlu kors ieħor għall-complementary teachers.", "Is-support li għandhom bżonn dawn it-tfal irid ikun kontinwu.", "Bħalissa l-complementary education qed nagħmluha at Year 2 bit-tama li kemm jista' jkun malajr it-tfal jidħlu fil-mainstream u għandna studju li juri li qed jiġri hekk, pero' rridu nżommu għajnejna miftuħin li dawn iżommu fil-mainstream u li qed jibqgħu jingħataw is-support li jkollhom bżonn.", "Is-support huwa responsabbilta' ta' kulħadd.", "Iva, fl-iskola kulħadd huwa responsabbli jissapportja kull fejn hemm bżonnijiet partikolari.", "Ħadd m'għandu jfarfar ir-responsabbilta' ta' support lejn xi ħaġa jew xi ħadd għax jenħtieġ support speċjalizzat.", "Jiena naqbel li jkun hemm għajnuna speċjalizzata, pero' s-support li jrid jingħata lit-tfal, hija responsabbilta' ta' kulħadd.", "Hemm ċerti ħinijiet u ċerti każi fejn is-support irid ikun iżjed intensiv u iżjed programmat għall-bżonn partikolari u jrid jingħata min-nies li huma kwalifikati, pero' ma rridux li s-support jingħata għal perijodu qasir imbagħad ma nkomplux inżommu għajnejna fuqhom.", "Naturalment ma rridux nilludu ruħna li dan ma jitlobx ħafna minna, dan jitlob immens minna.", "Issemma l-aspett tad-diversita'.", "Kif se nsibu mezz biex nilħqu għad-diversita'?", "Id-diversita' titlob metodi u pedagoġiji differenti u jeħtieġ li jkollna taħriġ għaliha.", "U l-mistoqsija kienet kif se nagħtu taħriġ u appoġġ lit-teachers li jridu jiġu edukati fir-rigward tad-diversita'.", "Jien ħadt gost illi dan id-dokument isemmi wkoll il-bżonn li anke l-ġenituri jridu jiġu edukati għad-diversita', aħseb u ara kemm hu kbir il-bżonn li nħarrġu lill-għalliema.", "Preżentement għandna ċertu perijodi ta' taħriġ.", "L-in-service courses li jinżammu darbtejn fis-sena jridu jiġu wżati b'mod għaqli u intensiv billi naraw x'inhuma l-akbar bżonnijiet li għandna.", "Irridu ninvestu sew f'korsijiet ta' dan it-tip u naraw fejn wasalna, mhux nagħmlu kors darba u daqshekk.", "Jekk inħarsu lejn il-programm ta' in-service courses li kellna f'Lulju u f'Settembru, naraw li sar ħafna xogħol kemm fil-mod ta' kif intgħażlu l-korsijiet u kemm fil-mod ta' kif kienu mogħtija l-korsijiet.", "Barra minn hekk, qegħdin nagħmlu ukoll korsijiet matul is-sena, per eżempju bħalissa għandna tliet korsijiet li qed isiru filgħaxija matul il-ġimgħa.", "Innegozjajna u t-teachers qegħdin jiġu.", "It-taħriġ qed ikun programmat u dan fl-opinjoni tiegħi hu importanti ħafna.", "Naturalment ikollna diffikultajiet; dan irid isir b'agreement ma' l-union, hemm ċertu limitu ta' kemm jista' jsir taħriġ.", "It-taħriġ li jsir matul is-sena huwa importanti ħafna, mhux għax it-taħriġ li jsir f'Lulju u f'Settembru m'huwiex importanti, imma daqskemm hu importanti t-taħriġ li jingħata filgħaxija lill-għalliem li filgħodu jkun fil-klassi, u allura jkun jista' jħaddem dak li jkun tgħallem il-ġurnata ta' qabel u filgħaxija jerġa' jmur lura bil-kontribut u bl-esperjenza tiegħu, m'hemm xejn.", "Din is-sena għandna tliet korsijiet għaddejjin u qed nużaw ukoll il-perijodu meta jkun hemm teaching practice, pero' dak il-perijodu jrid jintuża b'mod għaqli.", "Jiena waħda minn dawk illi nibża' li t-teaching practice ndajfulu l-għan tiegħu jekk nużawh biex ikollna release ta' teachers, pero' qed nagħmlu taħriġ għall-għalliema matul it-teaching practice, per eżempju, taħriġ fuq information technology.", "Jien nibqa' nsostni li l-initial teacher training li nagħtuhom, huwa importanti u għalhekk irridu noqogħdu attenti kif nużaw it-teaching practice period li huwa perijodu intensiv u li jdum numru ta' ġimgħat.", "Fil-fehma tiegħi, l-iżjed importanti u li nixtieq nibdew inħaddmu b'mod tajjeb, hu t-training fl-iskejjel stess.", "Nixtieq li l-istaff development plan ikollu wkoll in-built ġo fih, staff development li jiġi parti mill-ħajja ta' l-iskola.", "S'issa, il-perijodi li għandna għalih huma qosra u huma ftit, biss ħadt gost nara li fl-ischool development plans li qrajt, hemm skejjel li diġa' identifikaw areas li l-iskola partikolari tagħhom għandha l-iżjed bżonn ta' taħriġ.", "Naħseb dan hu l-isbaħ, li jirrealizzaw huma u jagħżlu u jimpenjaw ruħhom huma għall-bżonnijiet partikolari ta' l-iskola tagħhom.", "Mistoqsija oħra kienet dwar tip ta' strutturi li se jkollna bżonn għar-rigward ta' taħriġ.", "Sibna li t-taħriġ huwa daqsxejn iżjed faċli fil-livell tas-sekondarja milli fil-primarja.", "Irrid nammetti li hekk kif tersaq lejn skola primarja, issib ħajt.", "Fil-livell tal-primarja, huwa diffiċli pero' fl-iskejjel sekondarji diġa' qed naħdmu ftit aħjar.", "Id-departmental meetings li jkollna huma sors ta' taħriġ, l-impatt ikun bil-mod pero' jħalli ħafna effett.", "L-education officers tagħna qed jinfilsaw kemm jista' jkun fl-iskejjel biex jgħinu.", "Personalment ħadt ħafna gost meta mort fi skejjel u rajt ċertu xogħol isir.", "Per eżempju, skola tidentifika xi suġġett li tixtieq taħriġ dwaru, tiltaqa' ma' l-għalliema, jinżammu sessions fejn ikun hemm input minn xi ħadd, imbagħad ikun hemm workshops u jerġgħu jiltaqgħu fi plenary sessions.", "Għalija, dan hu t-tip ta' taħriġ li se jkollu ħafna effett, taħriġ stabbilit u mibni ftit ftit.", "Pero' bħalma għedt, id-diffikulta' hija ikbar fl-iskejjel primarji milli fl-iskejjel sekondarji u nixtieq li nsibu soluzzjonijiet.", "Mistoqsija li saret kienet min se jagħmel il-koordinament, humiex l-għalliema, l-iskola jew iċ-ċentru.", "Naħseb li ċ-ċentru jrid jgħin u dwar dan insibu wkoll riferenza fil-kurrikulu.", "Per eżempju, jista' jsir tip ta' direttorju u ċertu xogħol isir min-naħa ta' ċentru u xogħol ieħor isir min-naħa ta' fakulta'.", "Pero' iżjed ma l-koordinament jsir mill-għalliema, iżjed se jkun qrib tal-bżonnijiet attwali ta' l-iskola.", "U għalhekk qed ngħidu li l-għalliema huma players importanti u l-affarijiet li jsiru m'għandhomx ikunu affarijiet li sempliċement ġew minn fuq.", "Jien niftakar żmien meta kien ikollna lista ta' l-ispeakers li kienu se jinġabu fl-iskola biex jagħtu xi talk fuq ċertu suġġett u l-ewwel sensazzjoni li kien ikollna, kienet tkun waħda kważi ta' ribelljoni.", "Ħalli xorta waħda konna se nagħżlu lil dak l-ispeaker, imma l-fatt li kien impost fuqna, kien idejjaqna.", "Naturalment min-naħa taċ-ċentru ma rridux naħslu idejna imma rridu ngħinu anke fil-bini ta' direttorju, pero' l-koordinament proprju jrid isir minnhom.", "B'riferenza għaċ-ċentri ta' riżorsi u ta' speċjalizzazzjoni, naħseb li dawn iċ-ċentri għandna bżonnhom, partikolarment ċentri fejn tkun tista' ssir ċertu riċerka, u riċerka li ssir b'serjeta'.", "Diġa' għandna resource centres, għandna dawk tal-lingwi, tax-xjenza u ta' taħriġ, pero' ovvjament qegħdin nipprovaw inġibu kemm nifilħu attivita' għaddejja hemmhekk.", "Anke l-curriculum centre li għandna fil-Furjana nixtiequh ikun ħaj u dinamiku.", "Nieħu gost li meta nkun hemm nara subject coordinators jiddiskutu bejniethom u nara għalliema li jkunu ġew sabiex jiltaqgħu ma' education officers biex jiddiskutu karti ta' l-eżami, jew biex jiddiskutu xi ħaġa li jkunu qed jaħdmu fuqha.", "Qed noħorġu wkoll newsletter dwar ir-resource centres tagħna.", "Naturalment nixtiequ li ntejbuhom biex inqajmu aktar interess fost min jista' jagħmel użu minnhom.", "Tajjeb li ngħid li anke studenti qed jiġu fiċ-ċentri ta' riżorsi u speċjalizzazzjoni, pero' hija ħasra li meta stedinna l-ġenituri ġew ferm inqas milli s-soltu jmorru fl-iskejjel.", "Issemmew it-tfal bi bżonnijiet speċjali u kien hemm aċċenn partikolari għall-aċċess.", "Jien nixtieq ħafna li l-iskejjel ikunu aċċessibbli fiżikament, pero' aktar nixtieq nara l-aċċess lejn il-kurrikulu.", "Ma nkunx kuntenta jekk ikun hemm l-aċċess fiżiku imma ma jkunx hemm l-aċċess veru għall-esperjenzi li joffri l-ambjent ta' tagħlim.", "Nixtieq li dan inżommuh f'moħħna.", "Jien nara l-kurrikulu bħala bir bla qiegħ.", "Hemm ħafna xi jsir u hemm bżonn ta' ħafna fondi biex jitwettaq.", "Diġa' qed isir ħafna iżda nkunu qed nidħku bina nfusna jekk ngħidu li wasalna.", "L-Onor.", "Coleiro semmiet l-aċċess fiżiku u l-aċċess għal-laboratorji.", "Qed nagħtu ħafna ħsieb biex naraw kif lil dawn it-tfal nagħtuhom aċċess, per eżempju, għall-eżamijiet.", "Irridu nibnu bil-mod; l-affarijiet iridu jsiru waħda wara l-oħra.", "L-esperjenza tgħin; dak li tibni f'sena normalment issibu s-sena ta' wara pero' nkunu qed nilludu ruħna jekk naħsbu li m'hemmx ħafna xi jsir.", "B'riferenza għall-ugwaljanza bejn is-sessi, l-Onor.", "Hemm aspetti ta' ugwaljanza li qegħdin speċifikament fis-syllabus u hemm syllabus differenti fejn it-tema hija speċifikament għal hekk.", "Jien nixtieq li l-ugwaljanza naraha mibnija fl-esperjenza tat-tfal u se ngħid għaliex.", "Kull meta pprovajna ndaħħlu xi aspett, anke tip ta' valur, billi ngħallmuh, it-tfal bdew jassoċjawh ma' l-għalliema li tkun tat it-tagħlim, jassoċjawh ma' dik il-lezzjoni partikolari u mal-ħin partikolari.", "Imbagħad tispiċċa s-sena skolastika u jgħaddi l-eżami fejn ikun hemm xi mistoqsijiet dwar it-tagħlim mogħti matul is-sena, u jispiċċa kollox.", "Per eżempju, l-għarfien ta' l-ambjent, l-edukazjzoni dwar it-traffiku u t-tagħlim dwar il-konsumatur, dawn kollha jaqgħu, imma għaliex jaqgħu?", "Għaliex jibqa' jiġri hekk?", "Jibqa' jiġri hekk għaliex kienu xi ħaġa tal-mument, kienu lezzjonijiet partikolari, kienu ta' suġġett partikolari, kienu assoċjati ma' teacher partikolari u ma nternajnihx.", "Bħalma qalet l-Onor.", "Coleiro, din hija kultura sħiħa.", "Hija semmiet il-kulur roża għall-bniet u l-blu għas-subien, pero' huwa fatt li s-suġġett tal-physics iħobbuh is-subien u s-suġġett tal-biology iħobbuh il-bniet.", "Trid tibni bil-mod; kemm min-naħa ta' l-iskola u kemm min-naħa tal-komunita'.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Ms. Vella.", "Nitlob biex kemm jista' jkun id-diskors li tagħmlu żżommuh fil-qosor.", "FRANCIS AGIUS: Il-kummenti tiegħi se nżommhom b'mod ġenerali.", "Dan id-dokument huwa verament estensiv u l-firxa u d-depth tiegħu ċertament iqanqlu ħafna issues.", "Bħala l-persuna responsabbli mill-iżvilupp tal-kurrikulu, xtaqtek tgħidilna xi ħaġa dwar l-evalwazzjoni ta' dan id-dokument.", "Aħna għandna notions ta' fejn qegħdin f'dan il-qasam kemm mil-lat ta' strutturi, kemm mil-lat ta' l-iskejjel li għandna - inkluż l-ambjent fiżiku tagħhom - u kemm mil-lat ta' l-abbiltajiet tat-teachers tagħna, insomma, il-proċess kollu li t-tfal ta' bejn it-tlieta u s-16-il sena jgħaddu minnu.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan id-dokument narah li pjuttost iħares mill-esperti għall-esperti.", "L-esperjenza tiegħi dwar dan is-settur hija esperjenza bħal ta' kull wieħed minna li ma jaħdimx f'dan il-qasam - għaddejna mill-proċess edukattiv u llum għandna t-tfal tagħna li qegħdin fi stadji differenti tal-proċess edukattiv; fil-każ tiegħi, it-tfal huma bejn it-tlieta u s-16-il sena - pero' jien inħoss li jekk verament se nimplimentaw dak propost fl-abbozz, pajjiżna se jiffjorixxi bil-kbir.", "Dan id-dokument qed insejħulu \"minimu\" u allura tajjeb li wieħed jaċċenna fuq dan għax il-kelma \"minimu\" tagħti dimensjoni li hemm xi ħaġa oltre minn hekk, hemm massimu, jiġifieri livell li l-iskejjel jipprovaw jilħqu u jtejbu fuqu.", "Aħna qegħdin naċċettaw dan l-abbozz bħala l-minimu u kif spjegajt tajjeb inti, il-kurrikulu huwa nazzjonali u żgur li l-kontribut tagħna lkoll hawnhekk u tagħkom li qegħdin taħdmu f'dan il-qasam, huwa biex il-kurrikulu ikun wieħed verament nazzjonali.", "Nixtieqek tidħol ftit fuq il-konċett li kull skola se tipprova ttejjeb fuq l-idea li toħroġ tant tajjeb mill-kurrikulu.", "Kważi kważi, dan id-dokument narah li huwa perfezzjonista, pero' bħalma nafu hemm problemi enormi biex jiġi implimentat, mhux biss min-naħa tat-teachers imma anke min-naħa tal-ġenituri.", "X'inhuma l-problemi prattiċi li jeżistu?", "U x'kontribut se jagħtu l-ġenituri biex dak li hemm mniżżel ikun jista' jitwettaq?", "Naf li m'hijiex il-kompetenza tad-dipartiment li jara x'se jiġri wara l-ħinijiet ta' l-iskola, pero' ċertament li biex pjan li jħares fit-tul bħalma hu dan jirnexxi, bilfors li wieħed jikkonsidra l-kontribut tal-ġenituri.", "Waħda mill-affarijiet li l-aktar tinkwetani fl-iskejjel tagħna, huwa n-numru ta' studenti li hemm fil-klassijiet.", "Il-kurrikulu huwa marbut ma' xi numru partikolari ta' tfal fil-klassi?", "Inutli nitkellmu fuq bżonnijiet partikolari tat-tfal jekk in-numru ta' tfal f'kull klassi jibqa' wieħed għoli.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li t-tfal jiżviluppaw b'mod differenti; f'kull eta' hemm min ikun aktar avvanzat minn oħrajn ta' l-istess eta', hemm min għandu ċertu ħiliet, hemm min għandu ċertu xeħtiet u hemm min għandu ċertu attitudnijiet, imma kif se jkunu indirizzati l-bżonnijiet partikolari tat-tfal jekk fil-klassi jkun hemm 15, 20, 32, jew anke iżjed, studenti?", "Naħseb li n-numru ta' tfal f'kull klassi huwa kruċjali.", "Kelma li ma smajtx hawnhekk matul id-diskussjoni - ma nafx jekk hijiex xi kelma li m'għadhiex tintuża - hija l-istreaming.", "L-istreaming, kif jinfilza fil-kurrikulu minimu nazzjonali?", "Bħalma diġa' għedt, id-dokument huwa wieħed tajjeb, pero' kif se nimplimentaw dak li jgħid meta fi klassi jkollok tant u tant differenzi?", "Fi klassi waħda jista' jkollok numru ta' tfal b'ċirkostanzi diversi, jista' jkollok tfal bi bżonnijiet speċjali, oħrajn b'ġenitur mejjet u oħrajn b'ġenituri separati.", "Dawn huma problemi li trid tagħti kashom jekk trid timplimenta dak kollu li qed jipproponi l-kurrikulu għax naturalment, fi klassi bi tfal bi bżonnijiet diversi, ikollok biss teacher waħda, għaldaqstant lill-għalliema wieħed irid ibigħilhom, biex ngħid hekk, dan il-pjan fit-tul.", "Issemma l-kuntatt ta' l-iskola mad-dinja tax-xogħol u nista' ngħid li jiena kelli esperjenza mħallta f'dan ir-rigward, mhux fuq livell sekondarju imma immedjatament post-sekondarju.", "Illum kulħadd jirrikonoxxi l-importanza li t-tfal ikollhom exposure mad-dinja tax-xogħol u kif aċċennajt tant tajjeb inti, il-one-off talk jew visit li ssir, ma tantx tħalli impatt.", "Mela żgur illi hawnhekk qed tindirizzaw problema fondamentali.", "Għar-rigward ta' l-ambjent ta' l-iskejjel, jien inħoss li l-ambjent fiżiku huwa ostili ħafna - forsi din tirrifletti l-area li jiena naħdem fiha.", "Hawn numru ta' tfal li ma jattendux skola għal ħafna żmien u llum qed naraw li t-tfal qed jibdew ifittxu biex joħorġu mill-iskola minn etajiet żgħar.", "Mill-esperjenza personali tiegħi ta' dawn l-aħħar għaxar snin kemm ili nipprattika l-professjoni medika, nista' ngħid li għaxar snin ilu kont nara tfal li jipprovaw joħorġu mill-iskola meta jkollhom 14 jew 15-il sena, mentri llum, qed nara tfal li jipprovaw joħorġu mill-iskola meta jkun għad għandhom biss 11 jew 12-il sena.", "F'dawn il-każijiet wieħed malajr jara li għal dik il-familja partikolari, l-edukazzjoni ċertament m'hijiex prijorita'.", "Ma tantx tkellimt fuq l-abbozz per se, pero' żgur li jekk se nimplimentaw dan kollu li qed nipproponu, huwa challenge kbir u nixtieq li tikkumenta ftit dwar kif qed jiġi mfassal it-twettiq tal-kurrikulu bir-riżorsi li għandna.", "MARY VELLA: Kif għedt inti, hija sfida, pero' dan huwa ukoll impenn.", "Ma naħsibx li rridu ngħidu \"jekk\" se nimplimentaw, imma \"kif\" se nimplimentaw.", "Din hija viżjoni u jrid ikollok viżjoni u trid tkun l-aqwa viżjoni li tixtieq għat-tfal.", "Allaħares ma jkunx hekk u fil-bini ta' dik il-viżjoni jrid ikun hemm kemm hu possibbli idea ta' x'dinja se jgħixu fiha.", "Naturalment ma tantx tista' tkun ċerta, imma jrid ikollok viżjoni u impenn kbir.", "Mela għalija, mhux \"jekk\" se nimplimentaw, imma \"kif\" se nimplimentaw, għax iva, se nimplimentaw.", "Ħaġa oħra li għedt huwa li dan id-dokument pjuttost iħares mil-lat ta' esperti għall-esperti.", "Jien bl-ebda mod ma nsejjaħlu dokument minn esperti għal esperti.", "Magħġun fid-dokument hemm l-input kemm ta' għalliema u kemm ta' ġenituri.", "L-ideat ħarġu mid-diversi laqgħat li nżammu u kieku kont magħna f'laqgħa li saret fil-Mosta, kont tara fil-prattika dan li qed ngħid.", "Kien mument sabiħ ħafna meta qamet omm u qalet li tixtieq li xi ħadd ifehemha aktar xi jfisser eżattament id-dokument għax il-lingwa li ntużat ma kenitx qed tiftiehem kollha għaliha, pero' minkejja dan, tat l-ideat tagħha u qalet x'messaġġi ġġib magħha d-dar it-tifla tagħha u kif ċerti affarijiet qed jaffettwaw lilha u lit-tifla tagħha.", "B'xi mod, l-ideat u l-ħsibijiet kollha li ħarġu, sawru l-għanijiet li nsibu fid-dokument.", "Naturalment tlaħħmu minn nies esperti, pero' kienu l-ħsebijiet, l-ideat, l-attitudnijiet u l-qalb ta' numru kbir ta' nies.", "Barra minn hekk, kien hemm ukoll l-input ta' esperti f'oqsma oħra minbarra l-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Naturalment naqbel ma' dak li ntqal li rridu nkunu mħarrġin biex inħaddmuh.", "Semmejt ukoll il-punt ta' l-evalwazzjoni.", "Bla dubju, l-evalwazzjoni hija important u jrid ikollha żewġ faċċati, l-evalwazzjoni interna u l-evalwazzjoni esterna.", "Ħa nkunu sinċieri; jekk nimmaġinaw li se nserrħu biss fuq l-evalwazzjoni esterna, se nfallu.", "L-aqwa evalwazzjoni li verament għenet lit-tfal kienet l-evalwazzjoni interna.", "Għaliex anke fi żmien ta' evalwazzjoni stretta ħafna ta' kif forsi konna nafuha fil-passat, kien hemm mod kif tgħaddi madwarha.", "Mibni, minsuġ fl-ischool development plan, irid ikun hemm ukoll l-evalwazzjoni.", "L-iskejjel tagħna għaddejjin minn fażi ta' evalwazzjoni, jiltaqgħu, jagħmlu assessment huma stess, anke tagħhom infushom u jaraw fejn waslu.", "Pero' ma naqtagħx barra l-bżonn ta' evalwazzjoni esterna.", "Naħseb ilkoll għandna bżonn li nsinnu daqsxejn u nqabblu l-ideat tagħna ma' dawk ta' nies oħrajn.", "Importanti li jkun hemm ukoll xi linja, xi tip ta' benchmark illi aħna nistgħu nkejlu magħha.", "Dik għad trid tinbena.", "Flok il-kelma \"evaluation\", hawn min juża l-kelma \"audit\", pero' jien nippreferi l-kelma \"evaluation\".", "Naħseb li rridu nħaddmu kemm l-evalwazzjoni interna u kemm dik esterna.", "Inti għedt li l-kurrikulu huwa \"minimu\".", "Il-kurrikulu suppost jassigura dak li kull tifel u tifla huma intitolati għalih.", "Anke fil-qafas tiegħu, iħalli moviment differenti għal skejjel ta' tipi differenti u b'neċessitajiet differenti.", "Dak irid jiggarantih ukoll u t-tifsila tagħtiha l-iskola skond il-bżonnijiet tagħha.", "Per eżempju l-bieraħ issemmiet l-awtonomija.", "L-awtonomija hija neċessarja u importanti - xi kultant in-nies jeħduha b'idejhom - pero' l-awtonomija ma tfissirx li aħna nistgħu, b'xi mod, inqiegħdu fil-perikolu dak li t-tfal għandhom dritt għalih, l-entitlement tat-tfal.", "Il-kurrikulu jrid jassigura dan ukoll.", "Għall-kumment tiegħek li l-kurrikulu huwa pjuttost perfezzjonist, jien nistaqsi, liema missier u liema omm ma jixtequx l-iżjed ħaġa perfetta għat-tfal tagħhom?", "Għidli min irid xi ħaġa mxellfa?", "Jekk fil-viżjoni, fil-pjan, ma nkunux perfetti, aħseb u ara kemm se nkunu perfetti fit-twettiq ta' dik il-viżjoni.", "Minn hemm irridu nitilqu.", "Bħalma aħna meta nippjanaw għall-familji tagħna nippjanaw il-perfett, hekk ukoll f'dan il-qasam.", "Irridu naħdmu biex nipprovaw nilħqu dejjem dak il-livell.", "Staqsejt x'kontribut se jagħtu l-ġenituri.", "Importanti ħafna li l-ġenituri jissapportjaw b'kull mod, pero' barra li jagħtu support nixtieqhom ukoll jipparteċipaw kemm hu possibbli f'dak kollu li jkun qed isir.", "Diġa' għedna li ċertu kulturi għad iridu jinbnew u anke din hija kultura, u ma nieħduhiex bi kbira li rridu nibnuha.", "Sa ftit ilu l-klassi kienet ir-renju għall-iskola u għaċ-ċentru.", "Il-klassi kienet ir-renju ta' l-għalliema.", "Forsi kien hemm ċertu kburija wkoll f'dan il-ħsieb.", "Kien hemm ċertu impenn, u l-ġenituri kellhom sehem mod ieħor imma llum qed nirrealizzaw illi nfallu jekk ma ndaħħlux lill-ġenituri.", "Kif se nġibu lill-ġenituri jipparteċipaw?", "Forsi għadna lura minn parteċipazzjoni li ġieli tara f'pajjiżi barranin fejn il-ġenituri jissapportjaw anke t-tagħlim, pero' qegħdin nipprovaw.", "Per eżempju se nagħmlu kors għall-ġenituri ta' tfal li għandhom id-dyslexia.", "U bħalma se nagħmlu għall-ġenituri ta' tfal li għandhom id-dyslexia, … Kif jista' jkun li t-tifel jingħata support mit-teacher jew mill-unit tad-dyslexia u mbagħad meta jmur id-dar biex jagħmel il-homework ma jkun hemm ħadd min isostni dawk il-prinċipji kollha li jkunu ngħataw mill-għalliema matul il-ġurnata?", "Dan huwa biss eżempju imma dan il-konċett irid jidħol f'ħafna iżjed oqsma.", "Issemma n-numru ta' studenti fil-klassi.", "Jiena m'għandix in-numri f'idejja; huwa dipartiment ieħor li jżomm dik l-istatistika, iżda jiena nuża dik l-istatistika għal ħafna raġunijiet u żgur li ma jirriżultalix li fl-iskejjel ta' l-Istat hemm klassijiet b'iżjed minn 30 tifel u tifla.", "GĦal kuntrarju, hemm numru sostanzjali ta' klassijiet li huma ferm iżgħar minn hekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skużani qed ninterrompik, Ms. Vella, iżda tajjeb jingħad li jekk fil-klassi jkun hemm tfal bi bżonnijiet speċjali, in-numru massimu ta' 30, jonqos.", "MARY VELLA: Jekk inqiegħdu fuq din il-mejda statistika li turi n-numru ta' studenti fi klassijiet ta' l-Istat, naħseb li naraw li m'għandniex daqshekk inkwiet.", "Punt ieħor li ssemma huwa dak dwar l-istreaming.", "Fil-kurrikulu minimu nazzjonali hemm riferenza li fl-aħħar sentejn tal-primarja tieqaf is-sistema ta' abbiltajiet imħallta, jiġifieri jkun hemm l-istreaming.", "L-istreaming huwa maħsub biex joħloq klassijiet kemm jista' jkun omegeni, meqjusa minn ħafna għalliema bħala l-klassijiet li l-iżjed jiffavorixxu t-tagħlim.", "Naf ukoll illi f'numru ta' skejjel qed tidħol il-prattika tas-setting, jiġifieri għal biċċa l-kbira tal-ħin, it-tfal ikunu fi klassi ta' ħiliet imħallta, pero' mbagħad għal ċerti suġġetti jitqassmu fi gruppi differenti.", "L-istreaming kien wieħed mis-suġġetti li l-iżjed irċevejna feedback dwaru, sew qabel ma ħareġ l-ewwel abbozz u sew qabel ma ħareġ it-tieni abbozz.", "U naħseb li bħala nazzjon irridu nibdew sistema ta' riċerka dwar dan is-suġġett.", "Irridu naraw kif inħaddmuh u x'effetti għandu - mhux bilfors effetti negattivi - pero' barra minn hekk, irridu naraw x'inhu l-aħjar mezz biex inħaddmuh.", "S'issa, m'hemm l-ebda riċerka magħmula b'mod xjentifiku, huma iżjed impressjonijiet li għandna u għalhekk hemm bżonn ta' riċerka magħmula b'mod xjentifiku u b'ċerta serjeta' anke fuq perijodu ta' żmien.", "Mistoqsija oħra li saret kienet kif għalliema se tlaħħaq ma' klassi ta' diversita' kbira.", "Ovvjament dan jirrikjedi taħriġ, pero' jien nemmen li min ħiereġ mill-Universita' llum, għandu dan it-taħriġ.", "Naturalment ma rridux nidħku bina nfusna; irridu nammettu li dan jirrikjedi impenn kbir u ħafna preparazzjoni.", "Dalgħodu stess smajt teacher ġdida titkellem dwar kif qed tara l-klassi tagħha.", "Qed tara numru ta' tfal li huma gifted, oħrajn li huma ftit anqas gifted u oħrajn li għandhom bżonn aktar għajnuna.", "Qed tara li x-xogħol tagħha jitlob impenn kbir u jitlob ukoll preparazzjoni kbira.", "Per eżempju, għadna m'aħniex kapaċi nużaw ir-riżorsi tat-tfal stess f'dik li hi peer help li tgħin iż-żewġ naħat.", "Dan huwa kollu taħriġ li hemm bżonn isir.", "Issemma wkoll l-ambjent ta' l-iskola u l-fatt li l-ambjent ta' ċerti skejjel huwa pjuttost ostili.", "Bħala persuna li sa ftit taż-żmien ilu kont kap ta' skola, dan il-punt laqatni għax hija ħasra jekk l-ambjent ta' l-iskejjel tagħna ikun wieħed ostili.", "Jista' jkun ostili, kemm l-ambjent fiżiku u kemm l-ambjent soċjali ta' kif jilqgħek il-post.", "Inti għedt li forsi t-tfal qed joħorġu kmieni mill-iskola minħabba l-ambjent ostili ta' l-iskejjel pero' rrid ngħid li qed isiru numru ta' programmi li l-għan tagħhom huwa li tingħata għajnuna lit-tfal, per eżempju, programmi li għandhom x'jaqsmu ma' bullying.", "Jekk irridu naraw għala l-istudenti qed joħorġu kmieni mill-iskola, irridu nħarsu lejn il-kwestjoni ta' rilevanza.", "L-ambjent jista' jkun ostili jekk mhux qiegħed ikun rilevanti.", "Kieku kellna nqisu lilna nfusna f'sitwazzjoni li m'aħniex nifhmu, kemm se ndumu mingħajr ma naraw x'nistgħu nagħmlu?", "Jiġifieri importanti li wieħed jikkonsidra wkoll il-kwestjoni ta' rilevanza u naħseb li l-iskejjel diġa' qegħdin jipprovaw jindirizzaw din il-problema.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Ms. Vella.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Se nipprova nkun fil-qosor u ma nirrepetix dak illi diġa' staqsew sħabi.", "Ċertament illi ħadd m'għandu xi jgħid kontra l-għanijiet u prinċipji sbieħ li nsibu fid-dokument.", "Forsi xi wħud minnhom jistgħu jitjiebu jew jinstabu metodi differenti ta' kif jitwettqu, pero' forsi l-ikbar problema hija kif se naslu biex inwettqu l-prinċipji u għanijiet sbieħ li qed nipproponu.", "Żgur li dan ma jiddependix biss minn naħa ta' min fassal il-curriculum jew mid-dipartiment tiegħek biss, imma jiddependi wkoll minn dipartimenti oħra li wkoll iridu jagħtu l-parti tagħhom.", "U fost il-prinċipji li nsibu f'dan l-abbozz, hemm l-ambjent tat-tagħlim.", "Jekk l-ambjent ikun wieħed komdu, it-tfal se jħossuhom aktar at home u l-għalliema se jħossuhom kważi kważi mbuttati u mġiegħla li jagħtu their utmost.", "M'għandix dubju li ħafna mill-għalliema diġa' jagħtu their utmost, imma jekk l-ambjent ikun wieħed komdu, żgur li se jħossuhom illi jridu jagħtu iktar.", "Kif se naslu biex l-ambjent fiżiku ta' l-iskejjel - dan ma jiddependix direttament minnek jew mis-sezzjoni li tmexxi - li jirrikjedi wkoll finanzi, jingħata l-prijorita' mhux biss mil-lat ta' aċċessibbilta' imma anke mil-lat ambjentali ġenerali?", "Jien inħoss li anke dan jgħin biex l-aspett komunitarju jikber u l-idea li l-iskola hija segregata mill-bqija tal-komunita', bil-mod il-mod tibda tinqata' meta l-iskejjel isiru iktar friendly għal kulħadd, inkluż għall-komunita'.", "Punt ieħor li xtaqt nagħmel huwa dwar l-edukazzjoni inklużiva.", "Ċertament illi f'dan l-għan hemm diffikultajiet, pero' naħseb illi hemm long-term objectives f'dan ir-rigward u nixtieq nistaqsi jekk il-long-term objective huwiex li l-iskejjel speċjali jispiċċaw.", "Forsi jkun tajjeb illi nisimgħu opinjonijiet ta' nies oħrajn li nifhem huma wkoll preżenti hawnhekk u li żgur għandhom ideat x'jgħaddu.", "Il-kurrikulu jagħmel riferenza għall-edukazzjoni inklużiva u f'paġna 21 taħt il-Prinċipju 8: Edukazzjoni Inklużiva, qed jingħad li:", "\"Sakemm il-pajjiż jasal biex iwettaq il-proġett ta' inklużjoni sħiħa ...'',", "allura qed nifhem illi l-mira tagħna hija li xi darba l-iskejjel speċjali jispiċċaw jew għallinqas jonqsu?", "Nixtieq il-kummenti tiegħek dwar dan.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa dwar il-preparazzjoni ta' l-għalliema, mhux biss l-għalliema li ilhom li ggradwaw u ilhom snin jaħdmu f'dan il-qasam u li forsi hemmhekk hemm l-akbar diffikultajiet, imma anke l-għalliema li qed jiggradwaw issa jew li se jiggradwaw fil-futur.", "Fl-intervent tiegħek diġa' aċċennajt illi suppost li l-għalliema li ħerġin mill-Universita' huma ppreparati, jew inkella orjentati aktar lejn l-għanijiet u l-prinċipji li nsibu fil-curriculum, imma naħseb irridu naraw jekk hemmx bżonn ta' aktar titjib sabiex l-għalliema li għadhom se jiggradwaw mill-Universita' joħorġu aktar orjentati lejn it-tip ta' ħsibijiet u għanijiet li nsibu f'dan il-curriculum.", "L-aħħar punt li nixtieq insemmi huwa dwar l-edukazzjoni fiżika u l-isports fl-iskejjel.", "Jiena nħoss illi fil-maġġoranza ta' l-iskejjel tagħna, għandna nuqqas ta' attivita' sportiva.", "Qisha l-attivita' sportiva tiddependi mill-interess li jieħdu l-għalliema jew kapijiet ta' l-iskejjel.", "Bil-kliem ngħidu ħafna li l-isports huwa importanti, imma mbagħad fil-prattika ..… Naħseb li mhux il-lingwi u s-suġġetti akkademiċi biss huma essenzjali, iżda anke l-isports allura paripassu mas-suġġetti kollha mgħallma fl-iskola, tajjeb li l-istudenti jifhmu l-importanza ta' l-isports u forsi fuq dan is-suġġett tajjeb nisimgħu l-opinjonijiet ta' ħaddieħor, fosthom l-EO inkarigat mill-edukazzjoni fiżika u anke l-president tal-Kunsill Malti għall-Isport.", "Forsi nistgħu nġibu hawnhekk lil dawn iż-żewġ persuni sabiex jesprimu l-ideat tagħhom fuq dan il-punt.", "Importanti naraw kif l-iskejjel tagħna jkunu aktar friendly għat-tfal.", "Dan il-kurrikulu jirrigwarda tfal ta' bejn it-tliet snin u s-16-il sena u allura żgur li għandhom ħafna enerġija x'jaħlu, imma ma naħsibx illi qed nagħtuhom spazju biżżejjed … Jien niftakar li meta kont f'Year 6 ma kenux iħalluna nilagħbu l-football għax fl-opinjoni tagħhom kien ħela ta' ħin; kien aktar importanti li ngħaddu għall-junior lyceum!", "IĊ-CHAIRPERSON: Pero' nassigurak illi llum is-sistema m'għadhiex hekk.", "Nista' ngħidlek li t-tifla tiegħi li qiegħda Year 6, minkejja li se tagħmel l-eżami għad-dħul fil-junior lyceum, tilgħab in-netball, u t-tifel jilgħab il-football l-iskola.", "CARMELO ABELA: Illum għandi 27 sena u allaħares l-affarijiet ma nbidlux minn meta kont l-iskola jien!", "Jien għedt kif kienet il-mentalita' dak iż-żmien, pero' nħoss li anke llum l-attivita' sportiva fl-iskola tiddependi ħafna mill-għalliema jew kap ta' l-iskola.", "Forsi t-tfal tiegħek fortunati għax sabu min iħeġġiġhom f'dan il-qasam, imma ma naħsibx illi kulħadd hu bħalhom.", "Nixtieq li l-isports jingħata iktar attenzjoni għax għalkemm fil-curriculum insibu riferenza għall-attivitajiet sportivi, ma nħossx li l-isports qed jingħata l-importanza mistħoqqha.", "L-aħħar ħaġa li nixtieq nistaqsi hija jekk hemmx schedule ta' kemm se jingħata ħin għal kull suġġett.", "Fil-kurrikulu jissemmew is-suġġetti ta' importanza għall-iskola, pero' nixtieq nistaqsi jekk hemmx dettalji bħalma huwa t-tul ta' lezzjonijiet, eċċ.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dak hu proprju li qed jipprova ma jagħmilx il-kurrikulu.", "Ma tridx tħallat il-kurrikulu ma' sillabi u ma' numru ta' lezzjonijiet.", "CARMELO ABELA: Mhux qed ngħid li dawn id-dettalji jkunu inklużi fil-kurrikulu, pero' forsi bħala addenda għalih, għax fl-aħħar mill-aħħar trid tingħata indikazzjoni ta' kemm għandu jingħata ħin għal kull suġġett.", "Ċertament mhux il-għan tal-kurrikulu li jiffissa ħinijiet, il-kurrikulu jitkellem b'mod ġenerali, pero' l-ħin ta' l-iskola huwa stipulat u allura la hemm ċertu importanza għal ċertu suġġetti, hemm limitazzjonijiet ta' ħin ukoll.", "Jekk din l-informazzjoni hija available, forsi tajjeb jekk tingħatalna, ovvjament mhux issa, imma f'xi laqgħa oħra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ms. Vella, fin-nofs siegħa li baqa' nixtieqek tirrispondi l-mistoqsijiet kollha li sarulek.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Jekk tippermettili, Madam Chairperson, mhux aħjar li l-ewwel isirilha l-mistoqsijiet kollha imbagħad twieġeb għalihom f'daqqa?", "IĊ-CHAIRPERSON: Hekk kont se nissuġġerixxi; li Ms.Vella tieħu l-mistoqsijiet kollha, imbagħad tgħaqqad kollox, pero' ma xtaqtx nagħti l-impressjoni li qed nipprova neħles.", "Nixtieq li llum nisimgħu wkoll lil Fr. Charles Mallia.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Qabel xejn, irrid ngħid illi fl-opinjoni tiegħi dan id-dokument jagħmel ġieh kbir lill-poplu Malti lejliet il-millennju l-ġdid.", "M'għandix dubju li dan jirrifletti s-serjeta' u l-impenn sħiħ ta' kull min ipparteċipa u kkontribwixxa biex jitlesta dan id-doklument.", "Filwaqt li hemm enfasi ripetuta fuq il-viżjoni ħolistika, problemi li lili jinkwetawni meta nħares lejn l-edukazzjoni kemm bħala missier u kemm bħala politiku, m'humiex indirizzati.", "L-ewwel problema hija l-kwestjoni tal-privat.", "Jiena naf illi l-biċċa l-kbira ta' tfal li għandhom għaxar snin, imorru l-privat.", "Illum you are the odd one out jekk ma tmurx għal-lezzjonijiet tal-privat meta jkollok għaxar snin.", "Għalija, din hija sitwazzjoni li m'hijiex normali.", "Naturalment nemmen illi jista' jkun hemm tfal li jkollhom bżonn privat jekk ikollhom ċertu diffikultajiet, pero' żgur li fi żmieni l-privat ma kienx jingħata lil tfal ta' għaxar snin daqskemm qed jingħata llum.", "Din hija preokkupanti ħafna.", "Il-ġimgħa l-oħra nzertajt kont waqt parent's encounter u rajt omm ta' tifel ta' għaxar snin, literally breaking down għaliex it-tifel tagħha kien se jagħmel l-eżami għal skola sekondarja ftit tax-xhur wara.", "Naħseb li l-istress li hemm fuq it-tfal minn eta' daqshekk żgħira, m'hijiex indirizzata fil-kurrikulu.", "Naħseb li hemm ħafna aspetti ta' prevenzjoni li m'humiex indirizzati.", "Is-Sibt li għadda kont qiegħed ngħin lit-tifel tiegħi fis-suġġett ta' l-istudji soċjali u waħda mid-domandi li kellu fuq il-preistorja kienet fejn jinsab Skorba.", "Ma nafx kemm minnkom tafu fejn jinsab, jiena personalment ma kontx naf li jinsab fl-Imġarr u meta mort inżur il-post il-Ħadd wara nofsinhar, sibt illi l-bini megalitiku jinsab fi stat delapidat, m'hemm l-ebda spjegazzjoni dwar il-post u l-post m'huwiex miżmum fl-istat li jixraqlu.", "Hemm bżonn li tifel ta' għaxar snin jidħol f'ċertu dettalji?", "Jekk tidħol fil-website tal-gvern u tmur fuq siti storiċi, issib paragrafu jew tnejn fuq iż-żmien preistoriku, imma t-tfal ta' għaxar snin qed ikollhom jistudjaw paġni u paġni u dettalji u dettalji li forsi m'humiex daqstant importanti għalihom.", "Mhux qed nitkellmu fuq il-Ġgantija imma fuq Skorba li għalkemm ukoll huwa importanti … La semmejt it-tempji tal-Ġgantija tajjeb ngħid ukoll li dan is-sajf mort inżurhom u anke f'dawn it-tempji, ma kien hemm l-ebda spjegazzjoni dwar il-post.", "Jekk hawnhekk qed ngħidu li rridu nsibu l-ħin biex it-tfal iżuru l-monumenti storiċi, nippretendi li fis-siti jkun hemm spjegazzjoni ċara għal min ikun qed iżurhom, sew jekk huma turisti, u sew jekk huma Maltin.", "It-teknoloġija anke hawn trid tidħol.", "Nemmen li għandu jkun hemm viżjoni iktar ħolistika.", "Il-viżjoni m'għandhiex tibda biss mill-grada ta' l-iskola 'l ġewwa.", "Hemm fejn wieħed jiftaħ b'mod iktar sħiħ.", "Problema oħra li tinkwetani u li frankament ma rajthiex enfasizzata, huwa l-preġudizzju li jista' jkun hemm kontra tfal li jagħżlu s-snajja'.", "Hawn tfal li għandhom potenzjal kbir f'dan il-qasam, imma wisq nibża' li għad hemm preġudizzju fl-imħuħ ta' xi nies dwar tfal li jagħżlu s-snajja'.", "Ovvjament li m'għandux ikun hekk.", "Kulħadd huwa bżonnjuż, irrispettivament liema linja wieħed jagħżel.", "Li jinkwetani huwa l-fatt li minkejja li forsi minn fuq, din il-problema ma tidhirx, din il-problema hija reali u tinħass fost in-nies in ġenerali.", "L-aħħar punt illi nixtieq nagħmel huwa dwar il-proposti li saru mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'.", "Fost affarijiet oħra, il-kummissjoni tgħid li fir-rigward tat-tfal li huma l-aktar fil-periklu, imkien ma jissemmew b'isimhom tfal b'diżabilita' meta huma fost l-ikbar grupp ta' tfal vulnerabbli fil-popolazzjoni skolastika.", "Naturalment il-kummissjoni għandha raġun, imma anke hawn, wieħed irid jiftaħ aktar.", "Jekk se nitkellmu fuq tfal b'diżabilita', ma rridux naraw ukoll tfal ta' ġenituri b'diżabilita'?", "L-enfasi li nixtieq nagħmel huwa l-bżonn li wieħed ikun iktar miftuħ u li l-viżjoni, bil-fatti u mhux bil-kliem biss, tkun iktar ħolistika.", "Id-dokument isemmi diversi aspetti, per eżempju, prevenzjoni u screening ta' diversi problemi, imma importanti li wieħed jidentifika.", "Dan il-kumitat għamel numru ta' sessjonijiet jitkellem dwar children at risk u minn dawk il-laqgħat deher ċar illi l-id il-leminija ma kenitx taf x'inhi tagħmel l-id ix-xellugija.", "Hemm ħafna modi kif id-dipartiment ta' l-edukazzjoni jidentifika t-tfal li huma f'riskju u jiena nemmen li filwaqt li għandu jkun hemm prevenzjoni u screening b'mod ġenerali, aktar attenzjoni għandha tingħata lit-tfal f'riskju.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Onor. Farrugia.", "Ms. Vella, se nipprova nitlob l-impossibbli minn għandek!", "Jekk tista' tirrispondi għall-mistoqsijet kollha li sarulek f'għaxar minuti, napprezza ħafna.", "MARY VELLA: Se nipprova nirrispondi fil-qosor il-mistoqsijiet kollha li saruli.", "L-ewwel waħda kienet fuq l-ambjent fiżiku tat-tagħlim.", "Normalment ikun hemm programmi ta' xogħol li jridu jsiru fl-iskejjel biex l-ambjent fiżiku jinżamm fi stat tajjeb.", "Isir pjan tal-bżonnijiet ta' l-iskejjel u ħafna drabi dan jitwettaq matul il-vaganzi tas-sajf biex kemm jista' jkun l-istudenti ma jitqiegħdux f'periklu.", "Naf li għal ħafna raġunijiet, kull ministru ta' l-edukazzjoni jitwaħħax minn dan il-programm.", "Il-problema m'hijiex biss dik ta' fondi imma hija wkoll in-nies illi jkunu se jaħdmu fl-iskola.", "Naħseb irridu nammettu li din hija waħda mill-areas li tagħti ħafna ħsieb u ħafna inkwiet.", "Ma rridux ninsew l-immensita' ta' dak li nkunu dħalna għalih.", "Aħna lkoll kemm aħna għandna dar u nafu li biex inżommuha fi stat tajjeb, tirrikjedi ħafna xogħol, aħseb u ara kemm jirrikjedu xogħol il-kwantita' kbira ta' skejjel li għandna.", "Irridu nżommu dan il-fatt quddiem għajnejna.", "Jiena kont kap ta' skola kbira u nista' ngħidilkom li diffiċli ħafna biex tlaħħaq magħha.", "Ix-xogħol irid isir b'mod kontinwu, pero' naħseb li l-attenzjoni li qiegħda tingħata hija waħda kontinwa.", "Jekk tistaqsini aħniex sodisfatti b'dak li qed isir, ngħid li le, u ngħid li le, għaliex aħna dejjem nixtiequ l-aħjar għall-istudenti tagħna.", "Mistoqsija oħra li saritli kienet jekk aħniex se naslu biex xi darba nwarrbu l-iskejjel speċjali.", "Mill-esperjenza ta' madwarna nistgħu naraw li għalkemm għandna l-edukazzjoni iklużiva, li hija pożittiva ħafna, l-iskejjel speċjali li jieħdu każijiet partikolari għadhom jeżistu u naħseb li se jkomplu jeżistu.", "Hawn nies illi huma ħafna iżjed esperti minni fuq dan il-punt, pero' minn dak li naqra nsib illi f'pajjiżi barranin, dawn it-tip ta' skejjel inżammu.", "Punt ieħor kien fuq kemm huma ppreparati n-newly appointed teachers.", "Jien naħseb illi hemm bżonn inħarsu lejn żewġ aspetti.", "Wieħed minnhom huwa li naraw kif nistgħu nutilizzaw aħjar l-induction year li hija l-ewwel sena ta' l-għalliema, u l-ieħor huwa li nikkonsidraw l-idea li fl-iskola jkollok mentors u teachers li jistgħu jgħinu anke lill--għalliema ġodda u f'paġna 52 tal-kurrikulu hemm ħjiel, hemm bidu, ta' l-idea ta' development schools.", "M'għandix ħin nidħol fid-dettall, pero' dan il-ħsieb jinsab f'paġna 52.", "Punt ieħor li ssemma kien dwar l-isports u ġie mistoqsi jekk huwiex il-każ illi jiġu hawnhekk nies involuti f'dan il-qasam sabiex jagħtu l-kontribut tagħhom.", "Naturalment m'hijiex f'idejja min jiġi mistieden għal dawn il-laqgħat, pero' naf żgur illi għandna sezzjoni li qiegħda taħdem ħafna dwar dan, qiegħda taħdem permezz ta' subject coordinators u peripatetic teachers.", "Għalkemm ma rridx nieħu fit-tul, irrid ngħid li ma nixtieqx illi t-teachers tal-klassi jabdikaw id-dmrijiet tagħhom meta jkollhom l-għajnuna ta' peripatetic teachers.", "Nixtieq illi ndaħħlu ħafna iżjed support u qed nipprovaw inkabbru l-grupp ta' peripatetic teachers, u nkabbruh mhux biss fin-numru, imma anke f'dawk il-ħiliet li jkunu qegħdin joffru.", "Xi wħud minn nies li għandna huma imħarrġa ħafna pero' ma nixtieqx illi naslu fi stat fejn it-teachers jabdikaw, għax inkella ma naslux.", "Issemmiet ukoll it-timetable u ġie mistoqsi jekk għamilniex ħin stipulat għal kull suġġett.", "Fl-ewwel abbozz dan il-punt kien wieħed mill-punti illi qajjem reazzjoni.", "Jekk naraw x'jiġri f'pajjiżi barranin naraw li hemm pajjiżi fejn il-ħin huwa kważi preskritt u hemm pajjiżi oħrajn li jistipulaw li ċertu suġġetti m'għandhomx jingħataw anqas minn ċertu persentaġġ ta' ħin.", "Per eżempju l-bieraħ konna qed nisimgħu li fl-Iskozja hemm numru ta' sigħat, qisu 80% tal-ħin, li huwa preskritt għal ċertu suġġetti bħalma huma l-lingwi, matematika, xjenza, arti espressiva, eċċ., u l-20% l-oħra jmorru għal dawk l-affarijiet li tiddeċiedi fuqhom l-iskola.", "Hemm modi differenti kif tista' taħdem.", "Naħseb importanti li nżommu gwida, qafas, pero' fl-istess ħin irridu nagħtu ċans għall-għażliet illi għidna li se nagħtu lill-iskejjel.", "L-Onor.", "Farrugia semma l-punt dwar il-privat.", "Il-kwestjoni tal-privat ma ssemmietx fil-kurrikulu, pero' nixtiequ jirriferi għal kull fejn jissemma l-assessjar.", "Mhux għal xejn qed jingħad illi se jkun hemm assessjar formattiv u f'ċertu waqtiet imsieħeb ma' dak summattiv.", "Parti mill-problema tal-privat ġejja mis-sistema ta' assessjar summattiv u fil-verita' qed nipprovaw ngħinu wkoll bit-tipi ta' karti ta' l-eżami li qed nagħmlu.", "Irrid ngħid li tajna ħafna attenzjoni lill-karti ta' l-eżami għad-dħul fil-junior lyceum u jekk tmur tara l-karti ta' l-eżami ta' dawn l-aħħar tliet snin u tara l-partijiet fuq il-preistorja, tara li t-tifel tiegħek ma kienx ikollu bżonn jidħol fid-dettall li qed tgħid illi kellu jidħol fih, pero' għadna ma nistgħux infiehmu dan il-punt.", "Nixtieqek tħares lejn il-mistoqsijiet li kien hemm fuq il-preistorja fl-aħħar eżami.", "Kienu skill-based ħafna u bil-background li jkunu tawhom it-teachers, ikunu jistgħu jaslu għal ċertu konklużjonijiet u jkunu jistgħu jesprimu ruħhom.", "Naturalment m'iniex ngħid illi wasalna.", "Meta ħriġna l-ewwel karta b'dan it-tip ta' mistoqsijiet, xi ħadd iltaqa' ma' għalliem u qallu: Dak mhux eżami kellu, dak jaħseb ried!", "Tant aħna imdorrija li rridu nitgħallmu u nagħtu lura, li ċertu affarijiet huma diffiċli tfehemhom.", "L-Onor.", "Farrugia semma wkoll l-istat fiżiku ta' postijiet storiċi bħalma huma Skorba u l-Gġantija, pero' mhux se nidħol f'dan l-aspett.", "Qed inħajru lill-iskejjel biex meta jieħdu t-tfal għal żjajjar f'dawn it-tip ta' postijiet, it-tfal ikollhom xi tip ta' hands-on experience.", "Fis-sens li jieħdu xi materjal magħhom u jidentifikaw xi ħaġa, pero' mhux illi jidħlu f'dettall.", "Nixtieq li ġibt miegħi materjal li kien suġġerit għal tfal ta' Year 5.", "Nista' ngħidilkom li huwa ferm differenti minn xi ħaġa xotta xotta ta' ktieb illi nippretendu li t-tfal ikunu jafu.", "Fis-suq hawn kotba kummerċjali li qed jgħabbu lit-tfal b'ċertu dettall li m'għandhomx bżonn.", "Dawn m'humiex il-kotba li qed nissuġġerixxu aħna.", "Għamilna syllabus li jagħti indikazzjoni ta' x'aħna nistennew mit-tfal, pero' donnu għad hawn min ma jistax jemmen li t-tfal m'għandhomx bżonn tant dettall minkejja li jkun hemm bil-miktub li sa ċertu dettall biss għandek tasal.", "Sfortunatament il-mistoqsija \"Imma jekk imbagħad toħroġ xi ħaġa fl-eżami?\", xorta għadna nisimgħuha.", "M'hijiex se toħroġ.", "Lit-tfal qed ngħabbuhom ħafna iżjed milli qed nitolbu.", "Ħriġna teaching material għas-social studies, għandna CD għas-suġġett tal-geography, qed nippreparaw oħra għal history … Ejja nagħtu ħarsa lejhom.", "Nixtiequ li nistgħu nagħmluhom bil-kulur, pero' nixtieqkom tħarsu lejhom u taraw illi t-tfal m'għandhomx bżonn dettalji daqs kemm taħsbu intom.", "Issemma l-preġudizzju kontra t-tfal li jagħżlu s-snajja'.", "Iva, ċerti preġudizzji jeżistu u semmejniehom ukoll.", "Irridu nibdew nifhmu li s-snajja' m'humiex xi ħaġa li tgħallimthom u se tużahom f'ħaġa partikolari biss.", "Naħseb li anke t-tip ta' terminoloġija li nużaw trid tinqata'.", "Il-preġudizzji jinbnew bil-mod fuq numru ta' snin u jinħattu daqshekk ieħor bil-mod.", "Issemma l-punt li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' talbet għal riferenza iżjed diretta għal tfal b'diżabilita'.", "Naħseb li l-kurrikulu juri kemm hu ħolistiku meta qed iqis it-tfal b'diżabilita' bħala tfal f'riskju mingħajr ma jagħti label lil xi grupp partikolari.", "Naħseb huwa s-sens ħolistiku tiegħu li ma jġegħlekx tara biss f'riskju lit-tfal b'diżabilita'.", "Tafu li fl-iskejjel tagħna għandna tfal li huma fost l-iżed gifted u fost the highest achievers, li huma f'riskju?", "Donnu ħadd ma jimmaġina li anke dawn it-tfal jistgħu qed isibu diffikultajiet.", "Meta jien kont head ta' junior lyceum u kont nibni ċertu għajnuna għall-istudenti, kien hemm min kien jgħidli li fil-junior lyceum m'hemmx tfal f'riskju.", "Lili jogħġobni l-fatt li meta għedna \"it-tfal f'riskju\" ma konniex qed nirriferu biss għal dawk it-tfal b'diżabilita' imma għat-tfal kollha li huma f'xi tip ta' riskju.", "Per eżempju llum semmejt leħen ta' xi ħadd li forsi s'issa għadu ma nstemax, il-leħen tal-high achievers.", "L-Onor.", "Farrugia qal li kien hemm każi fejn l-id il-leminija ma kenitx taf x'inhi tagħmel l-id ix-xellugija.", "Nispera li jien ma kontx waħda minnhom, tal-lemin jew tax-xellug!", "Ma nixtieqx illi nkun id li ma tkunx taf x'inhi tagħmel l-oħra!", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Ms. Vella.", "Wara din il-laqgħa fejn għamilna gruelling session ta' kważi sagħtejn nibbumbardjaw lil Ms. Vella biex tagħti l-veduti tagħha, nirrealizza għaliex il-kurrikulu huwa daqshekk perfezzjonist!", "Jien naħseb illi Ms. Vella ħaqqha prosit wara l-inkjesta li rnexxielna ngħadduha!", "Kif għedt qabel, xtaqt li llum nisimgħu lil Fr. Charles Mallia, pero' ma nafx jekk Fr. Mallia jippreferix jibda bid-diskors tiegħu llum jew inkella għada.", "Wieħed jifhem illi meta qed niddiskutu l-kurrikulu u jkollna magħha d-Direttur għall-Iżvilupp tal-Kurrikulu, żgur li se jsiru għadd ta' domandi.", "Dak huwa l-mod kif nieħdu feedback u nitgħallmu mis-sitwazzjoni.", "Naħseb aħjar jekk naġġornaw u għada nibdew bil-kontribuzzjoni ta' Fr. Charles Mallia.", "Nirringrazzjakom ilkoll.", "Il-lejl it-tajjeb.", "Fit-8.55 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 20 ta' Ottubru, 1999 fis-7.00 p.m. bl-istess aġenda."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991019_015d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 19 ta' Ottubru, 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.10 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 14 li saret fit-18 ta' Ottubru, 1999 kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumitat talbet il-permess tal-Kumitat sabiex membri mill-mezzi tax-xandir ikunu jistgħu jieħdu filmat ta' parti minn din il-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "ABBOZZ FINALI TAL-KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI - KONTINWAZZJONI", "Il-President tal-Kumitat informat lill-Kumitat li rċeviet ittra mingħand is-Sur Joseph M Camilleri, Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', b'riferenza għar-rakkmandazzjonijiet li l-istess Kummissjoni bagħtet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni fir-rigward ta' persuni b'diżabilita' fil-Kurrikulu Minimu Nazzjonali.", "Il-Kumitat stieden lil Ms Mary Vella, Director Curriculum Development, Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, tieħu sehem fid-diskussjoni dwar il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali.", "Fit-8.55 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u l-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 20 ta' Ottubru 1999 fis-7.00 p.m. bl-istess aġenda.", "GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991019_015m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 16", "L-Erbgħa, 20 ta' Ottubru 1999 fis-7.00 p.m.", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, tavża li l-Kumitat ser jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 20 ta' Ottubru 1999 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni fuq l-abbozz finali tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali - Kontinwazzjoni.", "20 ta' Ottubru 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991020_016a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 16", "L-Erbgħa, 20 ta' Ottubru, 1999", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 16", "L-Erbgħa, 20 ta' Ottubru, 1999", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.10 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 15 li saret fid-19 ta' Ottubru, 1999 ġew konfermati.", "ABBOZZ FINALI TAL-KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Nirringrazzjakom talli erġajtu ġejtu għal din it-tielet laqgħa fejn qed niddiskutu l-abbozz finali tal-kurrikulu minimu nazzjonali.", "B'riferenza għall-ittra li semmejt il-bieraħ li bagħat is-Sur Joseph Camilleri, Chairperson tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', fejn qal li minkejja li l-kummissjoni għamlet ir-rakkmandazzjoniijiet tagħha rigward persuni b'diżabilita', jidher li s-suġġerimenti tagħha ma ġewx inkorporati fl-abbozz finali, nixtieq nagħmel rimarka fuq kull punt imsemmi fl-ittra tas-Sur Joseph Camilleri.", "Nista' ngħid li l-maġġor parti tar-rakkmandazzjonijiet li saru mill-kummissjoni, ġew fil-fatt inklużi fl-abbozz finali tal-kurrikulu.", "L-ewwel kumment imsemmi fl-ittra tas-Sur Camilleri, il-punt dwar minoranzi li hemm riferenza għalih fit-tielet paragrafu f'paġna 3 ta' l-ewwel abbozz, veru li ma ntlaqax għax ittieħdet id-deċiżjoni li l-gender issues jibqgħu jiġu tackled f'dak is-sens u mhux f'sens iktar wiesa'.", "Iż-żewġ punti l-oħra, forom alternattivi ta' komunikazzjoni u l-ambjent fiżiku ta' l-iskejjel, ġew inkorporati fl-abbozz finali li għandna quddiemna u l-kummissjoni stess taqbel perfettament mal-prinċipji kif jidhru fl-abbozz.", "Dwar il-punt ta' edukazzjoni għad-diversita' - fl-aħħar abbozz kien ttrattat f'paġna 197 u f'dan l-abbozz finali huwa ttrattat f'paġna 17 - il-kummissjoni qed tgħid li dwar l-investiment fil-futur ta' tfal li huma l-aktar fil-periklu, imkien ma jissemmew tfal b'diżabilita' li huma fost l-aktar grupp vulnerabbli.", "Issa f'paġna 17 tal-kurrikulu minimu nazzjonali taħt Prinċipju 2: Rispett għad-Diversita', insibu li:", "''Il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali jimpenja lill-Istat biex jassigura l-aħjar esperjenzi edukattivi possibbli lill-istudenti kollha, huma x'inhuma r-realtajiet soċjali u l-ħiliet tagħhom.", "Kull skola hi mogħnija b'repertorju vast ta' ħiliet, esperjenzi u bżonnijiet.", "Din id-diversita', mlaqqgħa mad-differenzi individwali u soċjali li jsawru lill-istudenti, titlob pedagoġija li tirrispetta u tiċċelebra l-kalejdoskopju ta' realtajiet u stejjer personali li jiddefinixxu kull klassi f'kull skola f'Malta.''.", "Jiġifieri qed insibu riferenza kontinwa għal ħiliet kollha u ħiliet differenti ta' l-istudenti u f'paragrafu ieħor taħt dan l-istess prinċipju, insibu:", "''Biex dan il-prinċipju jsir realta', il-komunita' edukattiva trid tipprovdi sistema li minn kmieni taħseb biex tidentifika l-potenzjal u l-bżonnijiet ta' l-istudenti kollha, biex b'hekk ikunu jistgħu jitfasslu programmi li jżommuhom fuq il-binarju tal-progress.", "Il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali jipprovdi spazju biżżejjed lill-iskejjel biex dawn jindirizzaw ir-realtajiet edukattivi ta' l-istudenti tagħhom.", "Permezz ta' din l-awtonomija relattiva, l-iskejjel ikunu jistgħu jżewġu l-garanzija ta' pakkett edukattiv bażiku lil kulħadd ma' rimedji speċjalizzati mnebbħa mill-bżonnijiet partikulari ta' l-istudenti.''.", "U f'paġna 21 taħt il-Prinċipju 8: Edukazzjoni Inklużiva, insibu li:", "''il-komunita' edukattiva trid tibqa' fidila lejn il-ġustizzja soċjali billi tinvesti l-aktar fit-tfal u ż-żgħażagħ li minħabba kawżi differenti jkunu fil-periklu ...''.", "Dan il-prinċipju qed jinkludi kull min huwa fil-periklu u fl-ittra tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', qed jingħad li:", "''Għalhekk, il-Kummissjoni tenfasizza li d-diskussjoni dwar edukazzjoni speċjali f'Malta, għandha tkun fuq il-livell tal-\"kif\" u mhux fuq il-\"jekk\".", "Fil-fatt id-diskussjoni fuq il-\"kif\" qed issir b'mod pożittiv fuq il-Kumitat Ministerjali dwar l-Inklużjoni. ''.", "Dan il-punt enfasizzatu ħafna l-bieraħ Ms. Vella meta qalet illi m'hemm ħadd li qed jgħid \"jekk\" għandniex nagħmlu edukazzjoni inklużiva, imma l-mistoqsija hija \"kif\" irridu nimxu għall-edukazzjoni inklużiva.", "Punt ieħor li jirreferu għalih il-kummissjoni huwa dwar is-soċjeta' u l-media li fl-abbozz finali tal-kurrikulu minimu nazzjonali nsibuh f'paġna 33 taħt il-Għan 8: Edukazzjoni dwar il-Midja.", "Taħt it-titolu \"Ħiliet\", b'riferenza għas-soċjeta' u l-midja, insibu li", "\"it-teknoloġija ta' l-informatika għandha tkun aċċessibbli għal kulħadd, inklużi tfal b'diżabilitajiet differenti.\".", "Jiġifieri fl-abbozz finali, dan il-punt qiegħed imniżżel eżattament kif riduh il-kummissjoni u barra minn din ir-riferenza f'paġna 33, hemm riferenzi oħra dwar dan f'paġni 36 u 44.", "Punt ieħor dwar il-media, imsemmi mill-kummissjoni, jirreferi għal paġna 220 ta' l-ewwel abbozz.", "B'riferenza għall-organizzazzjoni tal-midja f'paġna 34 tad-dokument li għandna quddiemna, insibu:", "\"jiffamiljarizzaw ruħhom mal-proċess ta' produzzjoni ta' midja differenti, inklużi forom differenti bħal, ngħidu aħna, il-Lingwa tas-Sinjali, il-Braille, sottotitli, eċċ.\".", "Jiġifieri s-suġġeriment tal-kummissjoni ġie milqugħ u mniżżel kelma b'kelma fl-abbozz finali tal-kurrikulu.", "B'riferenza għall-punt li jittratta l-parteċipazzjoni produttiva u effettiva fid-dinja tax-xogħol, il-kummissjoni qed tissuġġerixxi li għandhom jidħlu l-kliem \"Support għall-persuni b'diżabilita'\".", "Issa jekk immorru għal paġna 34 tal-kurrikulu minimu nazzjonali, insibu:", "\"is-sistema ta' benefiċċji soċjali għall-kategoriji differenti ta' ħaddiema (full-time/part-time/bla xogħol) u l-appoġġ għall-persuni b'diżabilita'; \".", "Mela anke f'dan il-każ, fl-abbozz tal-kurrikulu hawn imniżżel b'mod eżatt il-kummenti tal-kummissjoni.", "Punt ieħor li rreferew għalih il-kummissjoni huwa dwar ix-xjenza u teknoloġija fejn qed jingħad li ħadd m'għandu jitħalla barra milli jiġi nfurmat dwar l-attivita' tax-xjentisti u t-teknoloġisti.", "F'paġna 37 tal-kurrikulu minimu nazzjonali, b'riferenza għax-xjenza, insibu li:", "\"Il-kurrikulu fix-xjenza għandu:", "- jagħti tagħrif bażiku dwar id-dmirijiet u l-etika li għandhom josservaw ix-xjentisti u t-teknoloġisti, fosthom l-obbligu li jinfurmaw lil kulħadd bl-attivita' tagħhom.\".", "Mela anke s-suġġeriment li kulħadd għandu jiġi nfurmat qiegħed imdaħħal fil-kurrikulu.", "Għas-suġġeriment l-ieħor li fil-parti \"Ħiliet\" taħt \"Komunikazzjoni\" għandhom jiżdiedu l-kliem \"inkluż forom differenti ta' komunikazzjoni\", f'paġna 38 tal-kurrikulu, fil-parti \"Ħiliet\" ta' l-Għan 13: Kompetenza Komunikattiva, insibu:", "\"- ikunu jafu jitħadtu, jiktbu u jużaw forom oħra ta' esprezzjoni;", "- jifhmu kemm dak li jaqraw u jisimgħu kif ukoll forom oħra ta' espressjoni;\".", "Wara li rajna kull punt imsemmi fl-ittra li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' bagħtet lill-Onor.", "Louis Galea, Ministru ta' l-Edukazzjoni, fil-5 ta' Lulju 1999, liema ittra naturalment għaddiet lil min kien qed ifassal il-kurrikulu, wieħed jirrealizza li mhux talli min kien qed ifassal dan l-abbozz ma tax widen tal-kummenti u s-suġġerimenti kollha li għamlet il-kummissjoni - ħlief għall-punt li ssir differenza bejn gender issues u issue ta' persuni b'diżabilita' - iżda li r-rakkmandazzjonijiet kollha ġew segwiti u nklużi f'dan id-dokument.", "Nixtieq illi tittieħed konjizzjoni ta' dan li għedt għaliex nemmen illi l-kummenti li għamel is-Sur Joseph Camilleri meta qal illi minkejja li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' kienet għamlet ir-rakkmandazzjonijiet tagħha fir-rigward ta' persuni b'diżabilita', lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, jidher li s-suġġerimenti tagħha ma ġewx inkorporati fl-abbozz finali, huma inġusti għall-aħħar.", "Jiena se nibgħat kopja tal-punti li għadni kemm għamilt lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' biex jagħrfu u japprezzaw illi s-suġġerimenti tagħhom ġew inklużi fl-abbozz finali tal-kurrikulu.", "Skużawni jekk forsi ħadd ftit fit-tul, pero' ħassejt illi ma stajtx inwarrab il-kummenti li saru mill-kummissjoni.", "Ngħaddi biex nistieden lil Fr. Charles Mallia jagħmel il-kummenti tiegħu, pero' qabel xejn, nixtieq ninformakom illi minn ħin għall-ieħor nistgħu niġu msejħa fil-Kamra tad-Deputati biex jittieħed vot, jiġifieri jkollna break ta' 20 minuta.", "CHARLES MALLIA (Segretarju ta' l-Assoċjazzjoni ta' l-Iskejjel Privati): Qabel nibda naħseb tajjeb nispjega li għalkemm l-Assoċjazzjoni ta' l-Iskejjel Privati tinkludi prinċipalment l-iskejjel tal-knisja, tinkludi wkoll skejjel privati, fosthom St Edwards li ilhom membri għal żmien twil, u San Anton Senior School.", "Bejn wieħed u ieħor, l-iskejjel tagħna huma responsabbli mill-edukazzjoni ta' madwar 26% tat-tfal f'Malta.", "Tajjeb ngħid ukoll li għalkemm jien reliġjuż, ma nirrappreżentax lill-awtoritajiet ekklesjastiċi dwar it-tagħlim tar-reliġjon fl-iskejjel.", "Dwar il-kurrikulu, nixtieq insemmi erba' punti li huma daqsxejn kritiċi; kritiċi mhux f'sens negattiv imma pjuttost biex forsi ntejbu d-dokument li għandna quddiemna.", "Naqbel ħafna mad-dokument għax fih ħafna affarijiet sbieħ u pożittivi, pero' forsi jista' jkun hemm żvilupp fuq il-punti li se nqajjem, u l-ewwel punt li se nagħmel jirrigwarda t-tagħlim tar-reliġjon.", "Innotajt illi t-tagħlim tar-reliġjon daħal bħala għan u jissemma fil-livell tal-primarja u tas-sekondarja, pero' ma jissemmiex fl-edukazzjoni bikrija.", "Bir-rispett kollu lejn nies ta' reliġjonijiet oħra jew li m'għandhomx twemmin, u nirrispettahom bil-qalb, naħseb illi ħafna ġenituri jibdew jgħallmu lit-tfal tagħhom fir-reliġjon Kattolika minn eta' żgħira u għalhekk naħseb illi forsi jista' jsir xi żvilupp fis-sezzjoni ta' l-edukazzjoni bikrija.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi huwa dwar l-assessjar formattiv.", "Ħalli nirrakkontalkom fatt illi ġara l-ġimgħa l-oħra.", "Il-ġimgħa l-oħra ltqajt ma' għalliem li qalli: \"Talbuni biex nagħmel profile u għalkemm għall-bidu ma kellix aptit nagħmlu, għamiltu u issa għandi r-riżultat, imma x'se nagħmel bir-riżultat?", "Nibgħathom lill-ġenituri?\"", "Kif qalli hekk, ħasadni.", "Għalxiex irriduh l-assessjar formattiv?", "Kif jgħid tajjeb id-dokument, l-assessjar formattiv irriduh biex l-għalliema jkunu jafu b'iktar preċiżjoni x'għandu bżonn kull tifel u tifla fil-klassi ħalli t-tagħlim ma jibqax orjentat lejn il-klassi sħiħa u nibqgħu nitkellmu fuq linji ġenerali, imma nkunu aktar preċiżi u t-tagħlim ikun iktar individwalizzat u t-tfal ikunu jistgħu jifhmu aktar dak illi qed jiġi ppreżentat lilhom.", "Kif diġa' qalu d-Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni u d-Direttur għall-Iżvilupp tal-Kurrikulu, se jkun diffiċli ħafna biex nikkomunikaw x'inhu u għal xiex iservi l-assessjar formattiv.", "L-assessjar formattiv m'huwiex l-iskop aħħari, iżda huwa strument biex nagħtu edukazzjoni aħjar u biex it-tagħlim ikun aħjar.", "L-għan ta' l-assessjar formattiv huwa biex it-tagħlim ikun iktar individwalizzat u tani daqsxejn fastidju l-fatt li qisu hemm polemika bejn assessjar formattiv u assessjar summattiv.", "F'paġna 48 tal-kurrikulu, b'riferenza għas-sistema ta' assessjar fil-livell sekondarju, insibu li:", "\"Eżamijiet ibbażati fuq kontenut biss jissarrfu f'tagħlim fattwali memorizzat.", "Dan ixejjen il-proposti ta' l-assessjar formattiv imsemmi qabel.\".", "M'huwiex bilfors li l-assessjar summattiv ikun kontenutistiku biss.", "Ms. Vella l-bieraħ qaltilna li fl-eżamijiet għad-dħul fil-junior lyceum diġa' ddaħlu mistoqsijiet li jiċċekkjaw mhux biss il-kontenut imma anke l-ħiliet.", "Jien ma naqbilx illi npoġġu l-assessjar summattiv kontra l-assessjar formattiv.", "Jien inħoss li ż-żewġ tipi ta' assessjar huma pjuttost kumplimentari u wieħed jgħin lill-ieħor.", "It-tieni punt tiegħi forsi aktar jirrigwarda l-kapijiet ta' l-iskejjel primarji għaliex l-assessjar formattiv huwa iktar inċisiv fl-edukazzjoni primarja.", "Dan id-dokument jobbliga li sa l-ewwel tlett snin, l-assessjar kollu li jsir ikun dak formattiv u jekk fhimt sew lill-Ministru, dan il-pjan se jiġi implimentat mis-sena d-dieħla.", "Given the fact li diġa' għandna tant diffikultajiet biex nifhmu x'inhu l-assessjar formattiv, xi strument għandna, fuq liema suġġetti se nilħquh, kif se nużawh u għal xiex se jservi?", "Jekk irridu nkunu realistiċi, jien qed naraha diffiċli ħafna biex jiġi implimentat fil-Years 1, 2 u 3 mill-1 ta' Ottubru tas-sena d-dieħla.", "Naħseb għad jonqos iktar żmien biex dan il-pass jiġi implimentat bis-serjeta'.", "Aħna, bħala skejjel mhux ta' l-Istat, se nirċievu xi għajnuna f'dan ir-rigward?", "Bħalma l-għalliema ta' l-Istat għandhom bżonn ta' training f'dan il-qasam, naħseb li anke l-għalliema tagħna għandhom bżonn ta' taħriġ f'dan il-qasam.", "Dawn kienu l-punti li xtaqt nagħmel dwar l-assessjar formattiv.", "Punt ieħor huwa dwar is-suġġetti fl-edukazzjoni sekondarja li jissemmew f'paġna 47 tal-kurrikulu.", "Dan il-punt kien diġa' ssemma fl-abbozz ta' qabel u saħansitra kien iktar determinanti għaliex kien jissemma wkoll in-numru ta' lezzjonijiet, pero' għad baqagħli xi diffikultajiet.", "B'riferenza għas-suġġetti bażiċi fil-livell sekondarju, x'qegħdin nifhmu bil-kelma \"bażiku\"?", "Ifisser li dawn is-suġġetti jridu jiġu mgħallma tul il-ħames snin tas-sekondarja, jew jistgħu jiġu mgħallma biss f'xi snin?", "Id-dokument m'huwiex ċar fuq dan il-punt.", "F'paġna 48 jingħad li t-tfal li huma batuti fil-lingwi uffiċjali, fil-Malti u fl-Ingliż, jistgħu jieqfu milli jistudjaw ilsien barrani ieħor u jissaħħu f'dawn iż-żewġ ilsna.", "Jiġifieri hawnhekk qed nifhem illi t-tagħlim ta' ilsien barrani li huwa wieħed mis-suġġetti bażiċi, jista' ma jiġix mgħallem?", "M'hijiex daqshekk ċara xi tfisser il-kelma \"bażiku\".", "Fl-opinjoni tiegħi, il-lista ta' suġġetti għadha twila.", "Meta wieħed jaqleb il-lista f'lezzjonijiet li jridu jingħataw u l-interpretazzjoni tkun li trid tingħata lezzjoni għal kull suġġett, kważi kważi, nerġgħu nispiċċaw biex il-ħin kollu ta' l-iskola se jkun okkupat b'lezzjonijiet.", "Qisu ma tantx se jibqa' spazju għall-option subjects li jingħataw minn Form 3 'il fuq.", "Ma nafx jekk il-ħsieb huwiex li forsi fis-sekondarja ma jibqax ikollna option subjects, imma fir-realta' jidher li m'hawnx spazju biżżejjed għall-option subjects.", "Forsi dan huwa mudell ta' kif wieħed jista' jorganizza u jqassam is-suġġetti matul is-snin.", "Per eżempju, jissemma t-tagħlim tal-computer, imma dan għandu bilfors jiġi mgħallem mill-Form 1 sal-Form 5 b'lezzjoni waħda, jew f'xi snin jista' jiġi mgħallem lil kulħadd u f'xi snin oħra lil min jagħżel dan is-suġġett?", "Nixtieq spjegazzjoni aktar ċara.", "Dwar it-teknoloġija u d-disinn.", "Xi skejjel, inkluż skejjel fl-assoċjazzjoni tagħna, diġa' jgħallmu dan is-suġġett allura għalihom it-tagħlim tat-teknoloġija u disinn, m'huwiex xi ħaġa ġdida, pero' għal ħafna skejjel oħra, dan huwa suġġett ġdid.", "Bilkemm nafu x'inhu u ċertament li m'aħniex ippreparati għalih.", "Ma nafux x'riżorsi għandna bżonn; ma nafux x'għalliema għandna bżonn.", "U jekk indaħħlu għalliema ġodda, x'se nagħmlu bl-għalliema li diġa' għandna għax naturalment tagħlim ta' suġġett bħal dan jitlob ċertu reorganisation.", "Inħoss li hemm bżonn ta' iktar diskussjoni qabel ma jiddaħħal dan is-suġġett.", "L-istess għar-rigward tax-xjenza koordinata.", "Nhar it-Tnejn kellna meeting ta' l-assoċjazzjoni u nista' ngħidilkom li xi kapijiet ta' skejjel sekondarji dehru daqsxejn konċernati.", "It-tagħlim tax-xjenza koordinata jfisser illi issa mhux se nibqgħu ngħallmu l-physics, chemistry u biology bħala single subjects, imma se ngħallmu biss ix-xjenza koordinata bħala suġġett wieħed?", "Kif diġa' kellhom iċ-ċans jagħmlu l-awtoritajiet edukattivi, huma diġa' ħadu prekawzjoni u qalu li sakemm ma jsirux tibdiliet fl-iskejjel post-sekondarji, dan ma jitwettaqx, pero' naħseb illi hemm bżonn ta' aktar diskussjoni qabel ma tgħaddi.", "Xi wħud mill-kapijiet ta' l-iskejjel tagħna jixtiequ li s-suġġetti tax-xjenza jibqgħu jiġu mgħallma b'mod individwali.", "Dawk kienu l-punti li xtaqt nagħmel dwar il-lista tas-suġġetti.", "Jien tkellimt mill-punt applikattiv, kif kap ta' skola jrid ipoġġi fil-prattika l-affarijiet li hemm imniżżla fil-kurrikulu.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel huwa pjuttost tekniku.", "M'iniex espert fil-materja, imma tani daqsxejn fastidju li fis-sezzjoni ta' għerf taħt l-għan fuq ix-xjenza u t-teknoloġija, jissemma ħafna l-aspett proċesswali.", "M'għandi l-ebda diffikulta' dwar dan, pero' nħoss illi għandu jkun hemm daqsxejn ta' kontenut ukoll.", "Naħseb li xi ideat bażiċi prinċipali għandhom ikunu mgħallma sakemm wieħed jasal fit-tmiem ta' l-iskola sekondarja.", "Forsi ttieħdet dik id-deċiżjoni anke minħabba d-diskussjoni li diġa' semmejt, ċioe' jekk għandux jiġi mgħallem is-suġġett ta' xjenza koordinata jew inkella s-suġġetti l-oħra tax-xjenza.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn xi ħadd li jixtieq jagħmel xi mistoqsija lil Fr. Charles Mallia?", "L-Onor.", "EVARIST BARTOLO: Jiena l-aktar li xtaqt huwa li forsi nesploraw flimkien il-possibbilta' li jkun hemm skemi ta' kooperazzjoni bejn is-setturi differenti tas-sistema edukattiva.", "Per eżempju, mil-lat ta' eżamijiet, x'kooperazzjoni tara li għandu jkun hemm biex jersqu aktar lejn xulxin il-common entrance examination u l-eżami għad-dħul fil-junior lyceum?", "Kif taf daqsi, qed nispiċċaw biex f'temp ta' għaxart ijiem, tfal ta' 11-il sena jridu jagħmlu xi għaxar eżamijiet differenti.", "Naħseb dak hu punt li ta' min wieħed jidħol fid-dettall dwaru.", "X'diffikultajiet taraw biex l-iskejjel tal-knisja u l-iskejjel privati - għal dawk li tista' titkellem inti għalihom - jattwaw il-politika ta' inklużjoni?", "Bħalma taf, għad hawn il-perċezzjoni - kultant ġusta u kultant inġusta - li l-iskejjel li lanqas lesti jkunu inklużivi huma l-iskejjel privati u xi kultant anke l-iskejjel tal-knisja.", "Mistoqsija oħra li nixtieq insaqsik hija x'jista' jsir biex l-iskejjel kollha jaħdmu iktar flimkien.", "Nafu li teżisti kooperazzjoni ta' livell tajjeb ħafna bejn skejjel individwali, per eżempju, kooperazzjoni bejn skejjel privati u skejjel ta' l-Istat, jew skejjel tal-knisja u skejjel ta' l-Istat, fejn skejjel imorru għand xulxin u jorganizzaw attivitajiet flimkien, liema kooperazzjoni tista' tgħin biex tnaqqas ċerti preġudizzji li jeżistu fis-soċjeta' Maltija - per eżempju fis-sistema edukattiva hemm il-ġenna, il-purgatorju u l-infern, u b'mod inġust, l-iskejjel ta' l-Istat dejjem jiġu ekwiparati ma' l-infern - allura min-naħa ta' l-Istat u min-naħa ta' l-iskejjel privati u tal-knisja, x'jista' jsir biex ngħinu lil xulxin u biex negħlbu dawn it-tipi ta' preġudizzji?", "Inti stess tlabt, u naħseb bir-raġun, li jekk se jidħol l-assessjar formattiv u hemm bżonn ta' bidla kulturali fit-teachers, l-għalliema se jkollhom bżonn taħriġ.", "X'jista' jsir biex f'affarijiet bħal dawn ikun hemm taħriġ ta' l-għalliema flimkien?", "L-aħħar mistoqsija li nixtieq nagħmel hi daqsxejn aktar long-term u forsi lanqas hi fair li nistaqsiha lilek, imma xorta se nistaqsihielek.", "Bis-soċjeta' li qed tinbidel fejn is-sekularizzazzjoni dieħla f'kull qasam, u l-fatt illi l-vokazzjonijiet reliġjużi qed jonqsu u allura qed tiżdied ħafna l-preżenza tal-lajċi fl-iskejjel tal-knisja, x'karattru konfessjonali taħseb illi jista' jibqgħalhom l-iskejjel tal-knisja biex jagħtu l-kariżma tagħhom jew l-identita' tagħhom f'dawk l-iskejjel?", "Bħalma nafu, mil-lat ta' teaching personnel qed nersqu biex ma tantx se jibqa' differenza bejn l-iskejjel ta' l-Istat u l-iskejjel tal-knisja.", "U jekk wieħed iħares lejn il-ftehim li sar bejn l-Istat u l-knisja fl-1991, taħseb illi l-formula kif tinħadem il-kontribuzzjoni ta' l-Istat lill-iskejjel tal-knisja se jkollha tikber biex tagħmel tajjeb għall-implimentazzjoni tat-tibdiliet li qed jiġu proposti fil-curriculum?", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Onor. Bartolo.", "L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Il-mistoqsija li nixtieq nagħmel m'hijiex neċessarjament indirizzata lejn Fr. Mallia bħala rappreżentant ta' l-Assoċjazzjoni ta' l-Iskejjel Privati għaliex jiena nformat illi l-assoċjazzjoni ma tirrappreżentax l-iskejjel privati kollha, pero' ħaġa li tinkwetani hija l-kwestjoni tal-lingwa użata f'ċerti skejjel privati, mhux qed ngħid fl-iskejjel privati kollha, imma f'xi wħud minnhom.", "Kultant jirriżulta li tfal li normalment id-dar jitkellmu bil-Malti u li l-ġenituri tagħhom jagħżlu li jibagħtuhom fi skola privata fejn tintuża biss il-lingwa Ingliża - naturalment bl-ebda mod ma qiegħed nitkellem kontra l-użu ta' l-Ingliż fl-iskejjel, anzi huwa tajjeb illi l-istudenti kollha jitgħallmu l-Ingliż - ikunu handicapped meta mqabbla ma' tfal oħra, u bħala tabib niltaqa' ma' każijiet bħal dawn.", "Jien naf familji li fid-dar tagħhom jitkellmu biss bil-Malti u meta t-tfal tagħhom marru fi skola fejn tintuża biss il-lingwa Ingliża, kellhom problemi meta marru lura d-dar.", "Kellhom problemi kemm mal-ġenituri u kemm mat-tfal tal-ġirien li normalment jilagħbu magħhom fit-triq għax ma jkunux jistgħu jiftiehmu bejniethom.", "Naħseb importanti ħafna s-suġġeriment li qed jagħmel id-dokument fuq il-bilingwaliżmu biex din il-problema tingħeleb meta t-tfal ikunu għadhom ta' eta' żgħira.", "Din hija problema li rridu noqogħdu attenti minnha għaliex naħseb taffettwa l-iżvilupp tat-tfal infushom meta jkunu għadhom żgħar.", "It-tieni mistoqsija li nixtieq nagħmel ma rridx nindirizzaha lilek bħala rappreżentant ta' l-iskejjel tal-knisja imma iktar lejn il-knisja per se, pero' peress li ma naħsibx illi se jkun hawn rappreżentant tal-knisja, se nagħmilha lilek.", "Bħala ġenitur inħoss li jeħtieġ ikun hemm iktar koordinazzjoni bejn it-tagħlim tar-reliġjon fl-iskejjel u t-tagħlim tar-reliġjon li jsir barra l-iskejjel.", "Per eżempju t-tfal tiegħi, fl-iskola jkollhom lezzjoni tar-reliġjon kważi kuljum.", "It-tfal tiegħi li għandhom seba' snin u ħames snin, iqumu fis-6.00 a.m. għax il-private tiġborhom fis-6.30 a.m., u jiġu lura mill-iskola fis-2.30 p.m., u darbtejn fil-ġimgħa jridu jmorru l-Mużew inkella ma jkunux jistgħu jagħmlu l-preċett u l-griżma.", "Ma rridx niġi miżinterpretat li qed ngħid kontra t-tagħlim tad-dutrina fil-Mużew jew it-tagħlim tar-reliġjon fl-iskejjel, pero' inħoss li bi ftit koordinament bejn l-iskejjel u l-awtoritajiet tal-knisja, is-sitwazzjoni tista' tiġi iktar dovetailed ħalli t-tfal ikunu daqsxejn iktar liberi.", "U meta qed ngħid \"liberi\", mhux qed ngħid biex joqogħdu jiġru barra imma biex iqattgħu aktar ħin id-dar mal-ġenituri u biex ikollhom aktar ħin jagħmlu l-homework.", "Ħafna drabi dak li jitgħallmu l-iskola huwa l-istess li jitgħalmu fil-Mużew allura naħseb ikun biżżejed jekk il-Mużew imorru biss darba fil-ġimgħa minflok darbtejn.", "Illum il-ħin li t-tfal iqattgħu mal-ġenituri u l-ħin li t-tfal għandhom fuq idejhom, huwa at a premium u jġib stress fuq il-familja.", "Qed nispiċċaw biex kif it-tfal jaslu d-dar mill-iskola, jagħmlu l-homework malajr ħalli jkunu jistgħu jmorru l-Mużew għat-tagħlim tad-dutrina.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Onor. Asciak.", "L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Il-kurrikulu jitkellem b'viżjoni wiesgħa ħafrna; ma jitkellimx biss dwar l-aspett akkademiku, iżda jitkellem, per eżempju, dwar ir-rabta bejn l-edukazzjoni u d-dinja tax-xogħol, dwar gender issues, eċċ. Kif tħarsu lejn dawn l-aspetti?", "Dawn huma affarijiet li se teħduhom on board, jekk forsi m'intomx diġa' qed tagħmluhom?", "Għar-rigward tat-taħriġ ta' l-għalliema, it-taħriġ se tagħmluh intom jew inkella se titolbu l-għajnuna tal-gvern biex l-għalliema ta' l-iskejjel privati jkunu jistgħu jiġu mħarrġa flimkien ma' l-għalliema ta' l-Istat?", "Saru assessments min-naħa ta' l-iskejjel privati vis-a-vis il-viżjoni sħiħa li qed jagħti dan il-curriculum f'sens ta' xi spejjeż finanzjarji aktar tridu tidħlu għalihom?", "Fost affarijiet oħra, il-kurrikulu jitkellem fuq l-edukazzjoni inklużiva, fuq l-edukazzjoni ta' persuni bi bżonnijiet speċjali, u anke fuq l-ambjent fiżiku ta' l-iskejjel.", "Issa jien naf skejjel tal-knisja li m'humiex aċċessibbli għall-persuni bi bżonnijiet speċjali u jekk dan il-kurrikulu se jiġi implimentat, bilfors li jrid isir xi ħaġa f'dan is-sens, u allura bilfors se jkun hemm infiq finanzjarju.", "Jekk diġa' saru financial assessments, l-iskejjel privati - mhux qed nitkellem għall-iskejjel tal-knisja għax dawn jingħataw donazzjonijiet u mhux jitħallsu miżati - se jgħollu l-miżati tagħhom?", "Nafu li minn sena għal oħra l-miżati jogħlew u naturalment kull tibdil jirriżulta fi spejjeż finanzjarji, allura l-iskejjel privati se jkomplu jgħollu l-miżati b'ċertu skaletta?", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Onor. Coleiro.", "L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mill-mistoqsija parlamentari numru 9874 li ġiet imwieġba dan l-aħħar, ħareġ li l-miżati ta' skejjel primarji privati, mhux tal-knisja, jistgħu jlaħħqu għal Lm750 fis-sena.", "Issa jien naf min għandu tlett itfal imorru fl-istess skola privata u lanqas għandu xi tnaqqis fil-miżati li jrid iħallas.", "Mill-istess mistoqsija parlamentari ħareġ ukoll li l-miżati ta' skejjel sekondarji jistgħu jitilgħu għal Lm900 fis-sena.", "Meta nara dawn it-tip ta' miżati, inħoss illi l-gvern għandu impenn ikbar biex jagħti l-aqwa edukazzjoni fl-iskejjel tiegħu u m'għandix dubju li l-gvernijiet kollha dejjem għamlu ħilithom sabiex fl-iskejjel ta' l-Istat tingħata l-aħjar edukazzjoni.", "Fl-opnjoni tiegħi, anke l-knisja għandha tidħol iktar fil-fond ta' din il-problema għaliex fl-aħħar mill-aħħar, is-sistema li tfal jidħlu fi skejjel tal-knisja permezz ta' lotterija m'hijiex il-mod kif tiddistingwi bejn familja li finanzjarjament tista' u familja li tista' anqas.", "Din is-sistema tista' twassal biex familji jkollhom jagħmlu sagrifiċċju finanzjarju kbir li jġib stress fuqhom u fuq it-tfal.", "Nixtieq inżid ma' dak li qal l-Onor.", "Michael Asciak għar-rigward tad-dutrina fil-Mużew.", "Fil-Ħamrun, it-tfal darbtejn fil-ġimgħa biss ikollhom dutrina, imma f'lokalitajiet oħra bħal Ħ'Attard u Ħal Balzan, it-tfal iridu jmorru għad-dutrina erba' darbiet fil-ġimgħa.", "Il-knisja hija sodisfatta bil-proposti li nsibu f'dan il-curriculum għar-rigward tat-tagħlim tar-reliġjon?", "Jekk hija sodisfatta, hemm għalfejn it-tfal imorru għal iktar tagħlim reliġjuż barra l-ħin ta' l-iskola?", "Huwa importanti ħafna li dan il-punt jiġi tackled għax kif qal il-kollega tiegħi, biex it-tfal imorru l-Mużew qed jitnaqqasilhom il-ħin li għandhom biex iqattgħu mal-familji tagħhom u qed jiżdied ukoll l-istress fuq il-membri tal-familja.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Onor. Farrugia.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Peress li fil-kurrikulu nsibu li se taqa' iktar responsabbilta' fuq il-kapijiet ta' l-iskejjel, inti, bħala kap ta' skola, taraha bħala problema li se jkunu l-kapijiet stess li jridu jippjanaw ix-xogħol u jaraw jew hemmx ħtieġa ta' aktar persuni biex imexxu l-iskola?", "It-tieni mistoqsija hija dwar faċilitajiet sportivi.", "Naħseb li b'mod ġenerali l-iskejjel privati għandhom faċilitajiet sportivi tajbin u jallokaw ħin lill-istudenti tagħhom sabiex jipprattikaw xi tip ta' sport, waqt li għal kuntrarju, l-iskejjel tal-gvern għandhom ċertu limitazzjonijiet mil-lat ta' faċilitajiet sportivi, taħseb li jista' jkun hemm ħidma mill-qrib bejn l-iskejjel tal-knisja, skejjel privati u skejjel tal-gvern biex il-faċilitajiet sportivi li hawn fil-pajjiż jiġu shared bejn l-iskejjel kollha?", "Forsi barra x-sharing ta' faċilitajiet sportivi, jista' jkun hemm ukoll sharing ta' faċilitajiet oħra li jkunu aħjar f'xi skejjel tal-gvern milli fi skejjel privati, bħalma huma, per eżempju, il-laboratorji.", "Taħseb li jista' jkun hemm din it-tip ta' kooperazzjoni bejn l-iskejjel privati, skejjel tal-knisja u skejjel statali għar-rigward ta' użu ta' faċilitajiet eżistenti?", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Onor. Abela.", "Fr. Charles, nitolbok tagħti overview tal-mistoqsijiet kollha li sarulek.", "CHARLES MALLIA: Nibdew bil-kooperazzjoni fir-rigward ta' l-eżamijiet għad-dħul fil-junior lyceum u l-common entrance.", "Bartolo, meta xi sentejn ilu saret ir-reviżjoni tas-sillabu, konna kkooperajna flimkien u dħalna f'ċertu dettall u minn dak iż-żmien 'il hawn, il-kooperazzjoni kompliet tiżdied.", "Fil-fatt aħna naqsmu l-karti ta' l-eżamijiet ma' Ms. Vella u ma' l-EOs u kemm hu possibbli, qed insegwu fedelment is-sillabu li hemm.", "We are doing our utmost biex nimxu fuq l-istess binarji u għalkemm iż-żewġ eżamijiet huma separati, il-materja qiegħda tkun more or less parellela u forsi iktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar tista' tiġi fine-tuned u aħjar.", "Fir-rigward ta' kooperazzjoni bejn l-iskejjel dwar dak li għandu x'jaqsam ma' sports, jiena naħseb illi fuq livell individwali l-iskejjel ġieli jikkooperaw bejniethom, pero' l-iskejjel kollha għandhom il-problemi tagħhom.", "Naturalment l-iskejjel iridu l-ewwelnett jaqdu lill-istudenti tagħhom imbagħad jaraw jistgħux jaqdu lil ħaddieħor.", "Fil-fatt ġieli jsiru xi attivitajiet sportivi, bħalma huma leagues, bejn skejjel individwali.", "Ovvjament huwa disturb fuq l-aspett fiżiku ta' l-iskola li jkollok tfal minn skejjel oħra għaddejjin fil-kurituri, pero' iktar ma jkollna relazzjonijiet tajbin bejn l-iskejjel, aktar aħjar.", "Naħseb aħjar jekk il-kooperazzjoni bejn l-iskejjel titmexxa fuq livell informali milli b'xi deċiżjonijiet formali jew b'xi liġi.", "Ġieli jkunu l-għalliema stess li jagħmlu kuntatti ma' għalliema ta' skejjel oħra, forsi għax ikunu jafuhom personalment.", "Dwar l-inklużjoni, jiena nħoss illi f'dawn l-aħħar snin anke l-iskejjel tal-knisja bdew jiċċaqilqu u nara ċertu progress.", "Fil-fatt fl-iskejjel tagħna llum għandna aktar tfal b'diżabilita' milli kellna ftit tas-snin ilu.", "Ovvjament il-heads u l-għalliema jiffaċċjaw diffikultajiet għax ċertu każijiet ikunu diffiċli, pero' anke għar-rigward tal-livell sekondarju, fil-common entrance examination għamilna klawsola fejn għedna li safejn hu possibbli, nistgħu ndaħħlu persuni b'diżabilita'.", "Naturalment wieħed irid ikun realistiku wkoll.", "Per eżempju meta aċċettajna l-ewwel persuna bin-nuqqas ta' smiegħ, konna ansjużi f'sens tajjeb għaliex riedna nagħmlu t-tajjeb, imma riedna naraw ukoll x'kien se jfisser għalina dan il-pass.", "Kienet esperjenza pożittiva għall-fatt illi kellna peripatetic teacher li għenet ħafna lit-teacher tal-klassi u allura naqqset l-ansjeta'.", "Kien hemm support reali għax il-peripatetic teacher li kienet taf kif it-tifel irid jiġi handled, għallmet il-mod kif irid jiġi handled lill-oħrajn.", "Jiġifieri b'għajnuna ta' facilitators u ta' peripatetic teachers, dawn il-barriers jistgħu jiġu megħluba.", "Ħaġa li tippreokkupana daqsxejn hija li fil-livell sekondarju, it-tagħlim jitqal u ma nafux kemm dawn it-tfal ikunu jistgħu jlaħħqu miegħu.", "Naħseb li xi wħud minna qegħdin nimxu lejn restricted curriculum għalihom, qegħdin niffokaw fuq l-essenzjali, fuq dak li huwa l-iktar bżonjuż.", "Barra minn hekk, naħseb li xi wħud mill-facilitators u peripatetic teachers, se jkollhom bżonn huma stess xi ftit għajnuna għaliex fil-livell sekondarju ma jistax ikun li jkollok persuna waħda li tkun taf kollox, pero' naħseb mexjin, iċċaqlaqna sew u j'Alla nibqgħu mexjin 'il quddiem.", "Dwar il-preżenza tar-reliġjużi fl-iskejjel, iva, din qiegħda tonqos u tant aħna preokkupati li f'Lulju li għadda għamilna seminar ta' ġimgħa niddiskutu din il-problema.", "Aħna ninsabu preokkupati għaliex ma nafux fil-futur kemm se jkollna vokazzjonijiet.", "Hemm min jittama li jibqa' jkollna vokazzjonijiet u allura nkunu nistgħu nkomplu u hemm min jaħseb li mhux se jibqa' jkollna vokazzjonijiet u allura x'se nagħmlu?", "Li qegħdin nagħmlu hu li kemm jista' jkun naqsmu ma' oħrajn il-valuri li nemmnu fihom aħna, biex imbagħad huma jkunu jistgħu jkompli dak li bdejna aħna.", "Dik hija l-viżjoni tagħna.", "Forsi tvarja minn grupp għall-ieħor u minn skola għall-oħra u forsi hawnhekk jirriflettu l-vokazzjonijiet li jkollu grupp u mhux ieħor.", "Dwar il-kontribuzzjoni ta' l-Istat vis-a-vis tibdil li jrid isir u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilita', ta' min isemmi li hemm daqsxejn ta' differenza bejn l-iskejjel tal-knisja u skejjel privati.", "Forsi aħna l-iskejjel tal-knisja iktar fortunati mill-iskejjel privati għax l-Istat jgħinna billi jibagħtilna peripatetic teachers u facilitators free of charge waqt li l-iskejjel privati jridu jimpjegawhom at their own cost.", "Għandhom salarju ta' persuna oħra li jridu jħallsu u allura kultant mhux ta' b'xejn iżidu l-miżati.", "S'intendi waħda tmur ma' l-oħra u jekk se nħaddmu l-prinċipju ta' l-inklużjoni, irridu nimpjegaw lil ċertu persuni.", "Naturalment tagħmel differenza meta għandek għajnuna; meta għandek għajnuna, se tkun esperjenza pożittiva, iżda wisq probabbli l-ispejjeż se jiżdiedu wkoll.", "Pero' naħseb illi huma spejjeż ġustifikati għax wieħed ikun qiegħed jaħdem biex jgħin persuna li għandha aktar bżonnijiet minn ħaddieħor.", "Issemmiet il-problema tad-dutrina.", "Ma naħsibx li jiena l-bniedem kompetenti biex nirrispondi l-mistoqsijiet li saru f'dan ir-rgiward.", "Ix-xogħol tiegħi huwa l-iktar fi skola.", "Naturalment nifhimkom, pero' sinċerament ma nafx inwieġibkom.", "Li nista' nagħmel hu li nwassal il-messaġġ tagħkom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Issejħet votazzjoni fil-Kamra allura dalwaqt se jkollna nwaqqfu l-intervent tiegħek, Fr Mallia, u nkomplu wara d-division.", "CHARLES MALLIA: Dwar finanzi, il-finanzi għal ċerti bżonnijiet, jieħdu ħsiebhom l-iskejjel individwali.", "L-iskejjel privati jieħdu ħsiebhom permezz ta' miżati u aħna nieħdu ħsiebhom permezz ta' donations.", "Ma naħsibx illi jekk nitolbu lill-gvern biex jgħinna nagħmlu lift … Fl-iskejjel tagħna bdejna nistallaw lifts għall-persuni b'diżabilita' u naħseb illi l-ebda skola ma talbet għajnuna lill-gvern biex jiġi stallat lift.", "Apparti l-aspett finanzjarju li huwa reali, naħseb li se jkollna bżonn għajnuna għat-taħriġ ta' l-għalliema, speċjalment f'ċertu oqsma li jissemmew fil-kurrikulu, għas-sempliċi raġuni li m'għandniex l-expertise meħtieġ.", "S'intendi, dan jinvolvi spejjeż u fil-limitazzjonijiet tagħna, qegħdin naħsbu li nagħmlu xi taħriġ aħna stess, pero' għandna bżonn l-għajnuna u naħseb li anke l-ftehim bejn l-Istat u l-knisja jistipula li l-Istat jgħin fit-training u fl-ongoing formation ta' l-għalliema.", "Dwar id-dinja tax-xogħol u l-gender issues, naħseb li bħal f'kull skola oħra, fl-iskejjel tagħna, dawn l-issues qed jiġu tackled.", "Naħseb illum l-iskejjel tagħna huma ħafna iktar miftuħin minn qabel.", "Naturalment inbatu mill-istess textbooks.", "Malta żgħira u l-limitazzjonijiet tat-textbooks jeżistu għal kulħadd, pero' naħseb li m'għandna l-ebda preġudizzju.", "Naturalment bħala kap, nagħraf li jekk verament irridu nwettqu l-għanijiet tal-kurrikulu, ir-responsabbiltajiet tal-kap ta' l-iskola se jiżdiedu.", "Ma nafx kif se nittekiljaw il-kurrikulu u l-għajnuna hija merħba biha, pero' inħoss illi huwa … L-iktar aspett li nieħu gost naħdem fuqu huwa l-aspett tat-tagħlim.", "Ovvjament bħala kap ta' skola trid tieħu ħsieb l-aspetti kollha, pero' ċertament li t-tagħlim huwa l-aktar ħaġa li nieħdu gost naħdmu fuqu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Fr. Mallia.", "Onor. Farrugia, l-aħħar domanda, jekk jogħġbok.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Fir-rigward tal-lotterija li jkun hemm sabiex tfal ikunu jistgħu jidħlu fi skejjel tal-knisja, jingħata importanza l-aspett finanzjarju tal-familja?", "F'dan il-kumitat tkellimna dwar children at risk, u forsi veru li at that age ir-riskju ma tantx ikun fid-deher daqskemm ikun iktar tard, imma meta l-knisja tiġi biex tagħżel, turi xi forma ta' solidarjeta' iktar fid-deher ma' dawn it-tip ta' tfal?", "CHARLES MALLIA: Fil-fatt, xi katergoriji ta' tfal diġa' jingħataw preferenza.", "L-ewwel lotterija li ssir hija l-lotterija ta' dawk illi għandhom bżonnijiet speċjali imma bħalma kulħadd jaf, ma tistax taqdi lil kulħadd.", "Dejjem hemm il-problema tal-limiti.", "Ikun hemm diffikultajiet ta' placements, trid tqassamhom fi skejjel u fi klassijiet u fi klassi waħda ma tistax tpoġġi aktar minn persuna waħda li għandha ċertu diffikultajiet.", "Hemm ċertu limitu ta' kemm jistgħu jiġu aċċettati tfal b'diżabilita'.", "Issemmiet il-problema finanzjarja; veru li din teżisti, pero', nużaw liema sistema nużaw, id-demand dejjem se tkun ikbar mis-supply.", "Ir-riżorsi huma limitati.", "Jekk inbiddlu s-sistema tal-lotterija u nużaw xi sistema oħra, dejjem se nibqgħu b'numru akbar ta' tfal milli jifilħu l-iskejjel li għandna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom.", "Se jkollna nissospendu l-kumitat sakemm tittieħed il-votazzjoni fil-Kamra.", "Meta niġu lura, se nistieden lis-Sur Frans Borg jagħmel l-intervent tiegħu.", "Fit-8.03 p.m. il-Kumitat kien sospiż minħabba li ntalbet votazzjoni fil-Kamra tad-Deputati.", "Peress li fit-8.20 p.m. reġgħet intalbet votazzjoni oħra fil-Kamra tad-Deputati, il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn, 25 ta' Ottubru, 1999 fis-7.00 p.m., bl-istess aġenda."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991020_016d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 20 ta' Ottubru, 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.10 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 15 li saret fid-19 ta' Ottubru, 1999 kienu konfermati.", "ABBOZZ FINALI TAL-KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat stieden lil Fr Charles Mallia, Segretarju ta' l-Assoċjazzjoni ta' l-Iskejjel Privati, jieħu sehem fid-diskussjoni dwar il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali.", "Fit-8.03 p.m. il-Kumitat kien sospiż minħabba li ntalbet votazzjoni fis-seduta tal-Parlament.", "Il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn, 25 ta' Ottubru 1999 fis-7.00 p.m. bl-istess aġenda.", "GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991020_016m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 17", "It-Tnejn, 25 ta' Ottubru 1999 fis-7.00 p.m.", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, tavża li l-Kumitat ser jiltaqa' nhar it-Tnejn, 25 ta' Ottubru 1999 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni fuq l-abbozz finali tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali - Kontinwazzjoni.", "22 ta' Ottubru 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991025_017a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 17", "It-Tnejn, 25 ta' Ottubru, 1999", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 17", "It-Tnejn, 25 ta' Ottubru, 1999", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.05 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 16 li saret fl-20 ta' Ottubru, 1999 ġew konfermati.", "ABBOZZ FINALI TAL-KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Nagħtu bidu għas-seduta tal-lum billi nistieden lis-Sur Felix Borg mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ jagħmel il-preżentazzjoni tiegħu.", "IS-SUR FELIX BORG (Senior Manager, Taqsima ta' Taħriġ, Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ): Xtaqt niftaħ il-kummenti tiegħi billi ngħid illi l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ taqbel mal-kurrikulu minimu nazzjonali li jeduka lill-persuna biex tisfrutta l-potenzjal u l-abbiltajiet tagħha biex wara li tlesti l-edukazzjoni obbligatorja tkun kapaċi taħdem u tipparteċipa b'mod sħiħ f'dik li tissejjaħ knowledge society tal-millennju l-ġdid.", "Naqblu wkoll li l-kurrikulu ma jagħmel l-ebda diskriminazzjoni fuq bażi ta' gender, kapaċita' intellettwali jew diżabilita'.", "Bħala korporazzjoni napprezzaw ħafna li r-rakkmandazzjonijiet li tajna kull meta saru laqgħat ta' konsultazzjoni dwar il-kurrikulu ġew inkorporati f'dan l-abbozz il-ġdid li huwa vast ħafna u li naħseb inkluda kollox.", "Nieħdu gost ninnotaw illi l-curriculum inqasam b'tali mod illi jispeċifika x'għerf, ħiliet, attitudnijiet u xejriet il-persuna se toħroġ bihom mill-iskola għax b'hekk inkunu nistgħu nevalwaw fejn wasalna u naraw jekk il-kurrikulu huwiex qed jilħaq l-għanijiet tiegħu.", "Ovvjament aħna eżaminajna l-kurrikulu kollu, pero' hawnhekk ħa nikkonċentra l-kummenti tiegħi fuq ir-rabta bejn il-kurrikulu u d-dinja tax-xogħol.", "Huwa ta' pjaċir ninnotaw illi l-curriculum il-ġdid jaħseb biex jipprepara liż-żgħażagħ tagħna, l-adulti ta' għada, ikunu iktar konxji mis-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Naħseb li fuq livell nazzjonali aħna nbatu minn dan il-lat.", "Fuq il-postijiet tax-xogħol tagħna għad m'għandniex il-kultura u l-mentalita' li nagħtu kas is-saħħa u s-sigurta'.", "Għaldaqstant importanti li ż-żgħażagħ tagħna jitrawmu fil-kultura fejn jagħtu kas kemm is-saħħa u s-sigurta' tagħhom, kif ukoll is-saħħa u s-sigurta' ta' sħabhom fuq il-post tax-xogħol.", "Nieħdu gost ninnotaw li l-kurrikulu jagħti l-kapaċita' li t-tfal jikkomunikaw u iktar u iktar li jaħsbu b'moħħhom, jaħsbu b'mod xjentifiku u kritiku.", "Mhux biss ikunu kapaċi jirrepetu dak li jgħidulhom l-għalliema jew l-imgħallmin tagħhom, iżda jkunu kapaċi jisimgħu, jagħrblu u jaslu għall-konklużjonijiet tagħhom mhux biss waqt li jkunu għadhom l-iskola imma anke meta jkunu jaħdmu.", "Nieħdu gost ukoll ninnotaw li l-kurrikulu qed jaħseb biex jipprepara liż-żgħażagħ għat-tibdil li dejjem ikun hemm fid-dinja tax-xogħol.", "Il-curriculum jagħmel enfasi fuq il-ħtieġa ta' literacy, numeracy u information technology.", "Illum kulħadd jaċċetta li dawn il-ħiliet huma fundamentali u mingħajrhom persuna mhux biss ma tkunx kapaċi tgħix fid-dinja tax-xogħol, imma lanqas fis-soċjeta' in ġenerali.", "Bħala korporazzjoni, aħna jkollna problemi kbar biex insibu xogħol lil persuni li għandhom dawn in-nuqqasijiet u lanqas m'hija faċli biex inħarġuhom speċjalment jekk ikunu laħqu ċerta' eta'.", "Jekk ikun hemm enfasi fuq il-ħtieġa ta' dawn il-ħiliet minn eta' żgħira, aktar hemm iċ-ċans li jitrawmu f'ambjent li għandhom bżonn jiktbu u jaqraw u jkunu aktar ambjentati ma' l-iżvilupp fil-qasam ta' l-information technology.", "Innotajna wkoll li l-istudenti se jingħataw ħiliet dwar kif iqassmu l-ħin, kif imexxu l-flus, kif jaslu għal deċiżjoni, kif jippjanaw, kif jinterpretaw ir-regoli u r-regolamenti u kif ikunu quality conscious.", "Naħseb li l-aspett ta' quality, bħalma hu l-aspett ta' health and safety, huwa aspett ieħor li għandna nuqqas fil-kultura tagħna u hemm bżonn li ntejbuh iktar u iktar jekk għada pitgħada rridu nikkompetu mhux biss ma' Maltin oħra imma anke ma' barranin fuq livell internazzjonali.", "Il-kurrikulu jagħmel enfasi fuq żviluppi u trends fid-dinja tax-xogħol.", "Għalhekk jipprepara lill-istudenti jkunu kapaċi jfittxu u japplikaw għal xogħol, jippreparaw il-curriculum vitae tagħhom, jippreparahom kif iġibu ruħhom waqt interview u kif ikunu kapaċi jaħdmu mingħajr supervision, mingħajr il-bżonn ta' xi ħadd għassa tagħhom biex jara humiex jagħmlu x-xogħol sew.", "F'isem l-ETC inwiegħed l-appoġġ kollu tal-koporazzjoni lid-dipartiment ta' l-edukazzjoni, b'mod partikolari t-taqsima tal-guidance and counselling, biex kontinwament ninformawhom bit-trends fid-dinja tax-xogħol, liema informazzjoni jkunu jistgħu jgħadduha lill-istudenti fl-iskejjel għax żgur tkun importanti u ta' bżonn għalihom.", "Innotajna wkoll illi l-kurrikulu ma jidħolx fi speċjalizzazzjoni f'xi sengħa partikolari sakemm persuna tagħlaq is-16-il sena.", "Bħala ETC naqblu ma' miżura bħal din.", "Nemmnu li l-ispeċjalizzazzjoni f'xi qasam partikolari ta' xogħol għandu jiġi wara.", "Nixtiequ li l-kurrikulu jikkontribwixxi biex apparti li jilħaq l-għanijiet li semmejna qabel, ineħħi l-istigma negattiva li teżisti kontra n-nisa fid-dinja tax-xogħol.", "Il-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol hija baxxa u n-nisa pjuttost għadhom ifittxu jobs f'oqsma tradizzjonali.", "Nixtiequ li bl-għajnuna tal-guidance teachers u tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni, din it-tradizzjoni titkisser u n-nisa jibdew jimirħu f'oqsma li s'issa qishom kienu, biex ngħid hekk, riservati għall-irġiel.", "Nieħdu gost ukoll jekk il-curriculum ineħħi l-istigma negattiva li teżisti fir-rigward ta' edukazzjoni teknika u vokazzjonali.", "L-edukazzjoni teknika u vokazzjonali għandu jkollha l-istess stima li għandha l-edukazzjoni akkademika.", "Kif qed jingħad, sa 16-il sena mhux se jkun hemm distinzjoni, pero' nisperaw li meta ż-żgħażagħ tagħna jiġu biex jagħżlu bejn it-triq akkademika u t-triq vokazzjonali, ikunu ppreparati u dawk li jagħżlu r-rotta vokazzjonali ma jiġux ittimbrati bħala inqas tajbin minn sħabhom li jagħżlu t-triq akkademika.", "Ninnotaw b'sodisfazzjon li l-kurrikulu jipprova jħeġġeġ u jippromwovi kultura ta' entrepreneurship fost l-istudenti u l-abbozz finali tal-kurrikulu jsemmi skemi bħalma huma l-Young Enterprise u Scoops.", "Anke f'dan il-qasam inwiegħed l-appoġġ ta' l-ETC.", "Aħna diġa' qegħdin naħsbu biex nidentifikaw l-istudenti li jipparteċipaw f'dawn l-iskemi biex meta jispiċċaw mill-iskola, aħna, flimkien ma' l-IPSE, inħajruhom jibdew business għalihom.", "Inħajruhom biex is-sehem tagħhom f'dawn l-iskemi ma tkunx biss esperjenza ta' darba meta kienu studenti, esperjenza sabiħa li ħadu gost jagħmluha mbagħad insewha u pprovaw ifittxu xogħol ma' xi ħadd, imma jkun pass li jista' jwassalhom biex jibdew business għal rashom.", "Tajjeb li l-kurrikulu jdaħħal fiż-żgħażagħ tagħna kultura ta' taħriġ kontinwu matul il-ħajja tax-xogħol tagħhom.", "Sfortunatament aħna niltaqgħu ma' ħafna nies, speċjalment dawk ta' eta' avvanzata, li ma tantx huma receptive għal dan il-bżonn, ma tantx jilqgħu bi pjaċir il-bżonn li jerġgħu jitħarrġu.", "Nispera li dan il-bżonn jidħol fiż-żgħażagħ minn mindu jkunu għadhom żgħar u jagħmluh parti minnhom biex meta jikbru jħaddnu l-kultura ta' taħriġ kontinwu ħalli jibqgħu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom.", "L-aħħar kumment tiegħi huwa li aħna nixtiequ li l-kurrikulu minimu nazzjonali mhux biss jipprepara ż-żgħażagħ tagħna għat-tibdil li qed isir fid-dinja tax-xogħol biex ikunu kapaċi jkampaw, imma li jkunu kapaċi jisfruttaw l-opportunitajiet li jinqalgħu ħalli jtejbu l-pożizzjoni tagħhom u s-soċjeta' tagħna b'mod ġenerali.", "Fil-qosor, dawn kienu l-kummenti li xtaqt nagħmel.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Sur Borg.", "L-Onor.", "EVARIST BARTOLO: In vista tax-xogħol li qed isir fuq ir-reviżjoni ta' l-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC u anke minħabba l-importanza li kif qed tgħid int ma jkunx hemm preġudizzju kontra l-edukazzjoni teknika u teknoloġika, tista' tgħidilna x'inhi l-opinjoni ta' l-ETC fuq il-GNVQs?", "Tara li għandhom ikunu inkorporati f'xi bord unitarju bħal tas-SEC u l-MATSEC, jew għandu jkun hemm bord separat bir-riskju li dawn xorta jibqgħu jiġu mogħtija stima inqas mill-eżamijiet akkademiċi?", "Punt li aċċennajt għalih huwa d-diffikultajiet li tiltaqgħu magħhom biex issibu impjieg għal żgħażagħ li wara 13-il sena skola jammettu li ma jafux jiktbu u jaqraw jew jammettu li m'għandhomx sengħa, meta 2,000 minnhom jiddikjaraw li marru skola sekondarja.", "Tarax il-possibbilta', anke fuq l-esperjenza ta' pajjiżi oħra bħall-Iżrael, l-Istati Uniti u d-Danimarka, u anke b'riferenza għal waħda mill-proposti li hemm fil-white paper ta' l-Unjoni Ewropea fuq a learning society, li niftħu second chance schools?", "Waqt li naqbel miegħek li rridu nipprovaw nieħdu ħsieb it-tfal kollha mil-livell primarju biex ma jkollniex bżonn ta' second chance schools, dawk li diġa' huma maqbudin fis-sistema u allura huma fit-timeframe tal-ħajja ta' dan il-kurrikulu ta' ħames snin, irridu naraw x'nistgħu nagħmlu bihom.", "Irridu naraw x'nistgħu nagħmlu b'dawk il-mijiet ta' tfal li jitolbu li jitilqu mill-iskola qabel jagħlqu s-16-il sena, u b'dawk il-mijiet li uffiċjalment jew mhux uffiċjalment ma jattendux skola u joħorġu mill-iskola anke jekk ma jkollhomx exemption iffirmata.", "Tara l-possibbilta' li noħolqu second chance schools?", "U x'kontenut għandu jkollhom dawn is-second chance schools?", "Wieħed mill-punti li qajmet Ms. Mary Vella, fil-fehma tiegħi b'mod validu għal dak li qal l-Onor.", "Francis Agius, kien li jekk l-adoloxxenti jħossu li l-iskola m'hijiex relevanti għalihom m'għandniex għalfejn nistagħġbu li ma jattendux skola, allura s-second chance school ikollha l-isfida li tkun qrib ħafna mhux biss tad-dinja soċjali imma anke tad-dinja ta' l-adoloxxenti biex iħossu li dak li ma ngħatawx fit-13-il sena li attendew l-iskola, jipprovaw jirkuprawh permezz tal-casualty department tas-sistema edukattiva.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Onor. Bartolo.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur Borg, inti semmejt il-problema ta' l-illiteracy u n-numeracy li torbot mal-mistoqsija ta' l-Onor.", "Bartolo u għedt li l-ETC m'hijiex attrezzata biżżejjed għaż-żgħażagħ li joħorġu mill-iskola b'ċertu diffikultajiet.", "Ċertament li anke bil-curriculum li għandna quddiemna, mhux se nkunu f'pożizzjoni perfetta fejn l-istudenti kollha joħorġu litterati kif nippretendu li għandhom joħorġu wara numru ta' snin ta' skola, allura taħseb li l-ETC għandha tiffoka iktar fuq dan l-aspett ħalli tindirizza aktar lil dawk iż-żgħażagħ li sfortunatament joħorġu b'diffikultajiet?", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-guidance and counselling, taħseb li l-ETC tista' tagħmel xi ħaġa b'mod iktar konkret sabiex l-għalliema nkarigati mill-guidance and counselling ikunu aktar konxji ta' dak li qed jiġri fid-dinja tax-xogħol?", "Veru li l-ETC hija iktar iffokata fuq id-dinja tax-xogħol, pero' taħseb li l-ETC tista' tagħti l-għajnuna tagħha, b'mod partikolari minħabba diffikultajiet li pajjiżna qed jiltaqa' magħhom illum u se jiltaqa' wkoll magħhom fil-futur?", "L-aħħar mistoqsija; taħseb li hemm xi strutturi fl-ETC, jew fil-mod kif taħseb, li bl-implimentazzjoni tal-curriculum iridu jitbidlu?", "Naturalment il-kurrikulu huwa proċess li jieħu numru ta' snin u t-terms of reference tiegħu jiskadi wara ħames snin meta mbagħad naraw x'mar tajjeb u x'mar ħażin matul l-aħħar snin biex jgħinna nfasslu kurrikulu ieħor.", "Taħseb li l-ETC tista' tibdel ċertu aspetti, jew inkella tibda tindaga minn issa ċertu aspetti li fil-futur nistgħu niltaqgħu magħhom ħalli jgħinu fit-tfassil tal-kurrikulu li jrid jiġi wara dan?", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Onor. Abela.", "L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Fl-abbozz tal-kurrikulu nsibu parti sħiħa li tirrigwarda d-dinja tax-xogħol u m'hemmx dubju li fuq diversi punti l-ETC trid taħdem mill-qrib mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni.", "Per eżempju f'paġna 16 tal-kurrikulu minimu nazzjonali nsibu:", "''Edukazzjoni li tipprepara lill-istudenti għall-ekonomija globali:", "- taħdem id f'id mad-dinja konkreta tax-xogħol;", "- tħejji studenti li kapaċi jittrasferixxu l-ħiliet tagħhom minn sitwazzjoni ta' xogħol għal oħra;", "- tħarreġ l-istudenti biex jidentifikaw il-bżonn ta' tagħlim ġdid kull meta ċ-ċirkostanzi personali u ekonomiċi jinbidlu;''.", "Hawnhekk qed nara area sħiħa fejn id-dipartiment ta' l-edukazzjoni ma jistax iwettaq dawn l-għanijiet waħdu u fl-opinjoni tiegħi, nara li hemm spazju kbir fejn l-ETC tista' tikkoordina.", "Xi pjanijiet għandha l-ETC fuq dawn il-punti?", "Inti semmejt l-iskema Scoops u għedt illi qed jiġi ppjanat li tidentifikaw xi studenti.", "L-iskema Scoops ilha li bdiet numru ta' snin mhux ħażin u żgur li llum għandna għadd ġmielu ta' ex-studenti li esperjenzaw l-iskema Scoops u li issa daħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Naħseb li l-ETC kaxkret saqajha ftit iżżejjed, naħseb damet wisq biex tieħu xi inizjattiva.", "X'tip ta' inizjattiva konkreta se tieħu l-ETC biex tidentifika lit-tfal u tħajjarhom, anke forsi b'koordinament ma' l-IPSE, biex jiftħu business għal rashom?", "Fil-konkret, x'qed jiġi propost mill-ETC?", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Onor. Coleiro.", "Sur Felix Borg, nitlob il-kummenti tiegħek għall-mistoqsijiet li sarulek.", "IS-SUR FELIX BORG: Aħna qisna aktar aċċennajna għal x'jiġri wara l-edukazzjoni obbligatorja milli x'jiġri waqt l-edukazzjoni obbligatorja.", "Ħa nitkellem dwar in-national vocational qualifications li jiġu wara l-edukazzjoni obbligatorja.", "EVARIST BARTOLO: Il-GNVQs jiġu qabel is-16-il sena.", "IS-SUR FELIX BORG: Nista' ngħid illi bħala ETC ma tantx dħalna fihom; aktar ikkonċentrajna fuq l-NVQs li jiġu wara s-16-il sena, pero' ovvjament jekk dawn jinħolqu, ikun hemm link bejn il-GNVQs u l-NVQs.", "Żgur li jrid ikun hemm rabta bejniethom għaliex waħda twassal għall-oħra, pero' kif diġa' għedt, sal-lum ma tantx kien hemm xogħol min-naħa ta' l-ETC fuq il-GNVQs.", "Naf li d-dipartiment ta' l-edukazzjoni qed jaħseb fuq din il-linja u mbagħad nillinkjaw magħhom.", "Issemmiet l-illiteracy.", "Din hija problema kbira fost il-persuni li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol għax ovvjament persuna illitterata għandha iktar ċans illi ma ssibx xogħol.", "X'qed tagħmel l-ETC f'dan ir-rigward?", "Flimkien mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni kemm-il darba pprovajna nħarrġu lill-persuni qiegħda li jgħidu li huma illitterati.", "Għamilna korsijiet u fassalna programmi tajbin, pero' ma tantx aħna kuntenti bir-riżultati li kellna minkejja li fl-opinjoni tiegħi, il-programmi kienu mfassla tajjeb u żewwiġna t-taħriġ fil-literacy u fin-numeracy ma' snajja' biex il-programm ta' taħriġ ikun wieħed interessanti u mhux boring.", "Ħafna drabi dawn iż-żgħażagħ ikunu jew skartaw mill-iskola jew inkella fallew fis-sistema edukattiva, allura jekk terġa' tibagħthom lura l-iskola biex jitgħallmu l-Malti, il-maths u forsi xi ftit Ingliż, se jerġgħu jirrepetu l-esperjenza kerha li kellhom fil-passat.", "Biex din ma tiġrix, ħallatna t-tagħlim ma' taħriġ fi snajja' differenti biex it-tagħlim ikun varjat pero' kif diġa' għedt, ma tantx kellna suċċess.", "Ftit kienu dawk illi wara t-taħriġ sabu impjieg għax għalkemm forsi jkunu tgħallmu xi ħaġa, id-dinja tax-xogħol qiegħda dejjem tirrikjedi nies aktar kwalifikati.", "Id-demands ta' l-employers qegħdin dejjem jiżdiedu.", "Tgħidli b'daqshekk qtajtu qalbkom?", "Le, ma qtajniex qalbna u se nibqgħu nipprovaw, pero' t-tagħlim għall-adulti illitterati huwa tagħlim speċjalizzat fil-qasam ta' l-edukazzjoni u aħna bħala ETC, nippreferu naħdmu flimkien mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni milli nindirizzaw il-problema waħedna.", "Aħna m'għandniex nies esperti f'dan il-qasam, allura we tap resources fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni, partikolarment dawk fis-section ta' l-adult education.", "Fejn jidħlu second chance schools għal żgħażagħ li ħarġu mill-iskola illitterati, fil-futur immedjat se ndaħħlu s-sistema ta' traineeships.", "S'issa, il-proċedura kienet li l-persuni li jispiċċaw mill-iskola u ma jkunux sabu xogħol, indaħħluhom fil-korsijiet tagħna li kienu qishom extension ta' l-iskola, bid-differenza li forsi jkunu iktar orjentati lejn lingwaġġ li jintuża fid-dinja tax-xogħol.", "Pero' fil-futur immedjat, flimkien mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni, se nagħmlu programmi li se nsejħulhom traineeships li jikkombinaw taħriġ fiċ-ċentri tagħna jew fit-trade schools ma' taħriġ prattiku għand l-employer.", "Meta persuna tagħmel taħriġ prattiku għand l-employer, takkwista kompetenzi u l-iskop tagħna hu li niċċertifikaw il-kompetenzi li takkwista anke bħala parti mis-sistema ta' NVQs biex meta l-persuna tispiċċa t-taħriġ, ikollha ċertifikat x'turi li jgħinha ssib xogħol.", "Għar-rigward ta' guidance and counselling, iva, għandna bżonn niffidjaw it-teachers, b'mod partikolari dawk inkarigati mill-guidance and counselling, dwar il-labour market needs.", "Aħna qegħdin f'kuntatt mad-dinja tax-xogħol ħafna iktar mill-għalliema u se nilħqu lil dan it-team li huwa numeruż mhux ħażin biex imbagħad huma, minn naħa tagħhom, jilħqu l-istudenti.", "Aħna nagħmlu wkoll talks għall-ischool-leavers u fl-ETC f'Ħal Far inġibu l-Form 5 students li huma fi skejjel statali u privati, u nispjegawlhom ftit fuq id-dinja tax-xogħol u fuq l-iskemi ta' apprendistat.", "Pero' nifhem li billi ġġib fl-ETC lill-istudenti tal-Form 5 m'huwiex effettiv biżżejjed.", "Huwa ferm aktar effettiv jekk nagħtu iktar informazzjoni lill-guidance teachers li jmissu direttament ma' l-istudenti b'mod regolari.", "L-Onor.", "Coleiro staqsiet x'feedback nagħtu lid-dipartiment ta' l-edukazzjoni dwar korsijiet ġodda li norganizzaw.", "Id-dinja tax-xogħol qiegħda dejjem tinbidel u aħna kontinwament nieħdu feedback mid-dinja tax-xogħol dwar bżonnijiet ġodda, liema feedback imbagħad ngħaddu lid-dipartiment.", "Nassigurak illi aħna jkollna diskussjonijiet mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni.", "Per eżempju bħalissa għaddejjin b'diskussjonijiet biex l-apprendistat ma jibqax biss fl-oqsma ta' l-inġinerija.", "Għaliex l-apprendistat tagħna għandu jibqa' biss fl-oqsma ta' inġinerija u forsi b'hekk tkompli tiġi rrinforzata t-taboo negattiv li hawn?", "Għaliex m'għandux ikollna apprendistat fuq salesmanship, fuq marketing, fuq secretarial work jew fuq is-settur tas-servizzi, is-settur li l-aktar qed jespandi fil-pajjiż?", "Issemmew l-iskemi Scoops u Young Enterprise.", "Veru, dawn l-iskemi ilhom jeżistu u sal-lum ma segwejniex lin-nies li ħadu sehem fihom, pero' l-għajnuna li se nagħtu se tkun tanġibbli ħafna.", "L-ETC, apparti li se tidentifika lill-istudenti li ħadu sehem f'dawn l-iskemi permezz ta' links mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni, se tipprovdilhom għajnuna ta' guidance, għajnuna finanzjarja biex jibdew business għal rashom, għajnuna ta' pariri kummerċjali u anke għajnuna permezz ta' links li nagħmluhom ma' l-IPSE biex jikkwalifikaw għall-benefiċċji li qed jagħti l-Istitut għall-Promozzjoni ta' l-Industriji ż-Żgħar.", "Billi ngħidulhom: \"Intom ħadtu sehem fil-Young Enterprise, mela komplu\", imbagħad ma nagħtuhomx għajnuna, bilfors li jaqtgħu qalbhom.", "Normalment dawn ikunu school-leavers ta' bejn is-16 u t-18-il sena u allura m'hijiex faċli għalihom jibdew business għal rashom, speċjalment jekk ikun għad għandhom biss 'O' jew 'A' levels.", "Allura se nagħtuhom għajnuna tanġibbli anke billi ngħinuhom finanzjarjament.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Tista' tgħidilna x'se tkun l-għajnuna finanzjarja li se tingħata b'mod tanġibbli lill-ex-studenti li ħadu sehem fl-iskema Scoops?", "IS-SUR FELIX BORG: L-għajnuna finanzjarja se nagħtuhielhom biex ikunu jistgħu jibdew business għal rashom, per eżempju, billi nagħtuhom loan financing permezz ta' banek, jew nissussidjawlhom l-interessi ...", "MARIE LOUISE COLEIRO: B'koordinament ma' banek kummerċjali.", "IS-SUR FELIX BORG: Naturalment, ma' banek kummerċjali.", "Aħna m'aħniex bank, imma l-ETC tista', per eżempju mill-budget tagħha, tiffinanzja l-interessi li jeħlu fuq loan financing, jew tiffinanzjalhom pariri kummerċjali fuq financing jew marketing.", "B'dan il-mod se ngħinuhom.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Imma diġa' hemm pjan konkret, jew dawn għadhom biss ħsiebijiet?", "IS-SUR FELIX BORG: Il-paper inkitbet u diġa' qiegħda tiġi diskussa ma' l-IPSE u ma' banek.", "Il-pjan għandu jiġi mwettaq fi ftit xhur oħra.", "M'huwiex biss pjan fl-arja.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Sur Borg.", "Jidher li kulħadd huwa sodisfatt bil-kontribut tiegħek u m'hawnx aktar mistoqsijiet.", "Nistieden issa lis-Sur Joseph Camilleri, President tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'.", "IS-SUR JOSEPH CAMILLERI (Chairperson, Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'): Sinjura President, nixtieq nibda billi nirriferi għad-daqsxejn ta' kontroversja li qamet il-ġimgħa li għaddiet.", "Jiddispjaċini li ma stajtx inkun preżenti u għaldaqstant se nibda billi niċċara xi punti li tqajmu l-aħħar darba qabel ma nirrispondi xi mistoqsijiet li forsi tixtiequ tagħmluli vis-a-vis persuni b'diżabilita'.", "Nibda billi nirriferi għall-ittra tiegħi datata 19 ta' Ottubru u ndirizzata lilek Madam President, bħala President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "F'din l-ittra jien kont stqarrejt li r-rakkmandazzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' fir-rigward tal-kurrikulu minimu nazzjonali f'ittra indirizzata lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni datata 5 ta' Lulju 1999, ma ġewx inkorporati fl-abbozz finali tal-kurrikulu minimu nazzjonali.", "Fil-fatt, kif ħareġ ċar minn tweġiba mibgħuta lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' minn uffiċjali għolja fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni fl-20 ta' Ottubru, numru sostanzjali ta' suġġerimenti tal-kummissjoni ġew inklużi fid-dokument finali tal-kurrikulu.", "Tajjeb illi niċċara l-pożizzjoni tiegħi b'riferenza għall-ittra tad-19 ta' Ottubru.", "Sfortunatament, dak iż-żmien kien wieħed diffiċli f'termini ta' xogħol.", "Kont għadni kif spiċċajt nikkoordina kors qasir ta' ħamest ijiem li kien jinkludi involviment ta' tliet kelliema barranin, wieħed minnhom juża' siġġu tar-roti.", "Dan kien jirrikjedi impenn assolut u fil-fatt affettwa b'mod negattiv l-input tiegħi fuq xogħol ieħor.", "Għamilt ġimgħa nieqes mill-uffiċċju u b'hekk l-istedina biex nipparteċipa fil-laqgħa ta' dan il-kumitat li kellha ssir fit-18 ta' Ottubru u li ġiet aġġornata għad-19 ta' Ottubru, sabitni f'mument fejn kelli backlog ta' xogħol qawwi ħafna.", "B'riżultat ta' dan, kont ilħaqt qrajt biss il-parti tal-kurrikulu minimu nazzjonali li jirrigwarda l-ewwel u l-aktar punt importanti għall-persuni b'diżabilita'.", "Is-suġġeriment tagħna kien illi t-titolu għandu jinbidel sabiex ma jiffokax fuq minoranza waħda f'pajjiżna, voldieri n-nisa, iżda jkunu ikopri firxa iktar wiesgħa.", "Billi deher li dan is-suġġeriment ma ġiex milqugħ, wasalt għall-konklużjoni żbaljata li l-kummenti l-oħra sekondarji tħallew ukoll barra.", "Dan kien żball min-naħa tiegħi li jien lest nerfa' r-responsabbilta' għalih.", "Dwar ir-rakkmandazzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni fl-ittra datata 5 ta' Lulju, il-kummissjoni tibqa' tinsisti li l-ispirtu ta' rispett lejn kull persuna umana m'għandux jiffavorixxi xi minoranza iktar minn oħra.", "Il-prinċipju għandu jiffoka b'mod aktar wiesa' kif irrakkmandat mill-kummissjoni u għaldaqstant fl-opinjoni tagħna, id-dokument finali tal-kurrikulu minimu nazzjonali għandu jgħid hekk:", "(a) mara u raġel;", "(b) persuni b'diżabilita';", "(c) anzjani;", "(d) persuni ta' reliġjon, razza u fehmiet differenti.''.", "Nerġa' ngħid, dan is-suġġeriment ma ntlaqax mill-kumitat għat-tfassil tal-kurrikulu minimu nazzjonali.", "Il-kummissjoni temmen li teżisti kontradizzjoni fejn f'paragrafu 4 tal-memo mibgħuta mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni fl-20 ta' Ottubru, naqraw li l-kumitat għat-tfassil tal-kurrikulu minimu nazzjonali kien tal-fehma li l-kurrikulu kellu jiffoka fuq il-kategoriji kollha tat-tfal vulnerabbli, imbagħad f'paragrafu 1 ta' l-istess dokument, l-istess kumitat jisħaq li huwa tal-fehma li l-kuntest u l-kultura Maltija joħolqu ħtieġa għal enfasi fuq prinċipju ta' gender equality.", "Dan ta' l-aħħar jingħata importanza 'il fuq minn kull konsiderazzjoni dwar l-ugwaljanzi ta' minoranzi oħra fis-soċjeta' tagħna.", "Bħala konklużjoni, nixtieq nerġa' niskuża ruħi għall-kumment żbaljat li għamilt fl-ittra tiegħi tad-19 ta' Ottubru, iżda bħala chairperson tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' nixtieq ninsisti li tiġi kkonsidrata r-rakkmandazzjoni prinċipali li għamlet l-istess kummissjoni fil-5 ta' Lulju u li jsiru l-emendi neċessarji fid-dokument finali sabiex ir-rakkmandazzjoni tagħna tiġi inkluża.", "Dan qed nagħmlu fl-interess tal-ġustizzja soċjali bħala kelliem favur wieħed mill-iktar setturi vulnerabbli fis-soċjeta' tagħna.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Sur Camilleri.", "L-Onor.", "EVARIST BARTOLO: Waqt li ċertament għadna nitħabtu - m'hijiex ħaġa faċli - biex ikollna edukazzjoni inklużiva ta' kwalita' fil-livell primarju, taħsibx li għandna nibdew minn issa nagħtu iktar attenzjoni għall-edukazzjoni inklużiva fil-livell sekondarju li naturalment toffri problemi partikolari, bħal per eżempju, x'livelli differenti ta' kurrikulu naħsbu li nkunu nistgħu noffru lill-istudenti b'diżabilita' fil-livell sekondarju, u l-kwestjoni ta' aċċessibilita', kemm għall-programmi ta' studju, kemm għall-eżamijiet u kemm għall-istrutturi fiżiċi.", "Punt ieħor li f'xi ħin jew ieħor se jkollna nikkonsidraw - forsi diġa' qegħdin tard - huwa li waqt li b'xi mod jew ieħor fil-livell primarju l-facilitators, jew l-assistenti femminili, jistgħu jgħinu kemm lis-subien kif ukoll lill-bniet, fl-edukazzjoni inklużiva sekondarja meta t-tfal isiru ġuvintur u xebbiet, se jkollna bżonn facilitators, jew xi forma ta' helpers, irġiel.", "X'taħseb li għandna nagħmlu, għaliex x'issa mhux żgur jirriżulta li għandna facilitator wieħed raġel li qed jgħin lil mijiet ta' tfal li għandna fis-sistema?", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: X'tip ta' kuntatt regolari għandha l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni?", "X'tip ta' koordinament ongoing jeżisti?", "Bħala kummissjoni nazzjonali, taraw ċerti diffikultajiet bażiċi?", "F'laqgħa preċedenti jien kont semmejt l-ambjent fiżiku ta' l-iskejjel tagħna, pero' minkejja li jidher li hemm impenn biex is-sistema edukattiva tagħna tkun verament tinkludi lil kulħadd, hemm barriers fiżiċi, u jekk dawn il-barriers m'humiex se jinqabżu, se jkun hemm problemi.", "Inutli ngħidu li l-iskejjel tagħna għandhom ikunu aċċessibbli għal kulħadd meta mbagħad nafu li fil-maġġor parti tagħhom m'humiex aċċessibbli għal min m'huwiex mobile biżżejjed.", "Nista' nsemmi bħala eżempju l-libreriji ta' l-iskejjel.", "Kemm huma aċċessibbli għat-tfal bi bżonnijiet speċjali?", "Qed insemmi affarijiet konkreti għaliex dawn huma t-tbatijiet li persuni b'ċertu bżonnijiet qed ikollhom iħabbtu wiċċhom magħhom kuljum.", "Issemmew il-facilitators u l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Evarist Bartolo, semma jekk għandniex naħsbu għal facilitators f'livell ogħla ta' l-edukazzjoni tagħna.", "Bħalma nafu, diġa' hemm diffikultajiet bin-nuqqas ta' facilitators li għandna fil-livell primarju.", "Mal-bidu ta' kull sena skolastika tiltaqa' ma' ħafna ġenituri ta' tfal bi bżonnijiet speċjali li jilmentaw li s-sena ta' qabel it-tfal tagħhom kellhom facilitator waqt li din is-sena m'għandhomx, jew li kellhom facilitator sa nofs is-sena biss u allura t-tfal ma setgħux ikomplu bl-improvement li kienu qed ja#mlu waqt li kellhom l-għajnuna.", "Nixtieq li ċ-chairman tal-kummissjoni jispjega x'tip ta' koordinament hemm għaddej b'mod regolari mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni u in vista ta' dak kollu li qed jingħad fl-abbozz tal-kurrikulu minimu nazzjonali, jgħid x'inhuma d-diffikultajiet prattiċi li qed jaraw li se jkollhom jiffaċċjaw immedjatament il-kurrikulu jiġi implimentat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Nixtieq nistaqsi lis-Sur Camilleri jekk jaħsibx li l-proposti li hawn imsemmija fil-kurrikulu minimu nazzjonali humiex iktar mod ta' integrazzjoni milli ta' inklużjoni.", "Taħseb li dawn il-proposti li għandna aktar se jintegraw persuni b'diżabilita' milli jkunu proprju parti mis-sistema edukattiva?", "Għax jekk tibqa' kif inhi, ċertament li se jkun hemm ammont ta' esklużjoni minkejja l-intenzjonijiet tajba li jista' jkun hemm.", "It-tieni mistoqsija tiegħi hija dwar l-iskejjel speċjali.", "Ġaladarba l-ħsieb huwa li jkun hemm inklużjoni, x'futur se jkollhom l-iskejjel speċjali?", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "IS-SUR JOSEPH CAMILLERI: Ħalli nibda mill-mistoqsija ta' l-aħħar.", "Naħseb li min-naħa tal-kummissjoni, sa mill-bidunett meta bdiet titkellem fuq l-edukazzjoni inklużiva, il-policy tagħha dwar l-iskejjel speċjali kienet waħda ċara.", "Il-kummissjoni tara li darba l-iskejjel speċjali jkunu resourced aħjar milli huma bħalissa, jistgħu jkunu resource centres, ċentri ta' expertise u ċentri ta' equipment speċjalizzat li jkun available mhux biss sempliċement f'ambjent segregat kif forsi huwa bħalissa, imma jkun available ukoll f'ambjent iktar inklużiv.", "Jiġifieri m'hemmx dubju li l-kummissjoni taqbel ħafna mar-rakkmandazzjonijiet li hemm fis-Salamanca statement li bil-mod il-mod, l-ispecial schools jibdew, mhux jingħalqu, imma jibdlu r-rwol tagħhom billi jsiru prinċipalment ċentri ta' riżorsi edukattivi speċjalizzati u jaslu biex jissupplixxu l-expertise u ċertu ammont ta' riżorsi oħra lill-iskejjel regolari.", "Għall-mistoqsija kemm il-kurrikulu minimu nazzjonali huwa iżjed mitfugħ fuq integration milli fuq inclusion, naħseb li minnu nnifsu l-kurrikulu m'huwiex se jxaqleb il-keffa lejn naħa jew oħra.", "L-ewwelnett minħabba l-attitudni ta' l-għalliema, speċjalment ta' l-għalliema tat-tfal in ġenerali, voldieri l-ambjent kollu ta' l-iskola, u t-tieni nett minħabba li sa ċertu punt, it-taħriġ li qed jieħdu t-teachers u t-trainee teachers għadu aktar mixħut lejn integration milli inclusion.", "Barra minn hekk, ħafna mill-għalliema li jien għandi kuntatt regolari magħhom mill-credit course li nagħmlu fuq disability issues fl-Universita', aktar għadhom taħt l-idea żbaljata li kienet in vigore meta jien kont għadni qed nieħu t-taħriġ tiegħi, ċioe' li l-għalliema, l-ewwel jiġu ppreparti biex jgħallmu lill-istudenti hekk imsejħa \"normali\", u mbagħad jispeċjalizzaw fit-tagħlim ta' tfal b'diżabilita'.", "Jien ma nistax inwieġeb għall-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni, pero' nista' ngħid li qed ikun hemm sensibilizzar aktar f'dan l-aspett u nisperaw li d-diskussjonijiet li kellna biex issir bidla sostanzjali fil-kurrikulu tat-taħriġ ta' l-għalliema jitkomplew u l-bidla ssir mill-bidu sat-tmiem.", "M'għandhiex tkun iżolata jew speċjalizzata żżejjed; aktar ma tkun mainstreamed, aktar aħjar.", "Il-kummissjoni għandha kuntatti regolari mal-fakulta' u l-push qed tkun iktar lejn inclusion milli lejn integration.", "Naturalment il-problema ta' facilitators hija waħda kbira.", "Aħna nħossu din il-problema iktar bħala l-avukati tal-persuni b'diżabilita' milli bħala service providers.", "Forsi minħabba li aħna dipartiment tal-gvern hawn min jaħseb li qisna qegħdin fuq in-naħa tal-gvern, pero' aħna nirrappreżentaw nies b'diżabilita'.", "Nafu li bħalissa hemm problemi ta' livelli differenti ta' taħriġ u problemi minħabba nuqqas ta' facilitators, pero' nista' nassigura lil dan il-kumitat li l-kummissjoni qed iżżomm kuntatti fil-viċin ħafna mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u mal-ministeru, speċjalment fuq il-forum tal-kumitat ministerjali li kien beda l-Onor.", "Bartolo u li għadu jiltaqa'.", "Dan il-forum jiltaqa' b'mod regolari u mil-lat ta' facilitators, il-kummissjoni hija konsistenti fuq l-insistenza tagħha li għandu jiżdied in-numru ta' facilitators u li jrid ikun hemm uniformita' fit-taħriġ tagħhom.", "Irid ikun hemm qbil bejn l-istakeholders kollha u aħna qed naħdmu biex nilħqu dan il-għan.", "Dwar l-aċċess fiżiku, nista' ngħid li għad baqa' problemi u again, bħala avukati ta' studenti b'diżabilita', waħda mir-rakkmandazzjonijiet li għamlet il-kummissjoni hija li parti mill-maintenance vote tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni tiġi earmarked and ring-fenced biex jintuża bħala inclusion fund u l-modifikazzjonijiet jew estensjonijiet ta' l-iskejjel, isiru bl-aċċessibilita' in mind.", "Għar-rigward ta' problema ta' aċċessibilita' għal libreriji, nista' nikkonfermaha mill-esperjenza tiegħu personali.", "Din il-problema teżisti.", "Wieħed irid idaħħal kultura kompletament differenti f'moħħ il-periti tagħna u dan qed nipprovaw nagħmluh billi nagħmlu pressjoni fuq il-Fakulta' ta' l-Arkitettura biex b'mod sostanzjali jżidu fil-kurrikulu tagħhom l-element ta' design for all, kif ukoll jagħtu skop li jitkellmu nies b'diżabilita' nfushom u mhux nispiċċaw b'nies mingħajr diżabilita' jitkellmu fuq nies b'diżabilita'.", "Qegħdin ukoll f'kuntatt dirett mal-Kamra tal-Periti li ħadu l-inizjattiva biex fl-aħħar ta' Novembru jagħmlu seminar ta' ġurnata lill-periti kollha dwar il-konċett ta' design for all. Li qed ngħid huwa mil-lat ta' aċċess fiżiku, pero' tibqa' l-problema li ħafna mill-equipment li jinxtara, m'huwiex aċċessibbli għal persuni b'diżabilita'.", "A case in point huwa l-equipment ta' l-informatika li barra li m'huwiex aċċessibbli għal minoranza żgħira ħafna ta' tfal li għandhom problemi fiżiċi, assolutament m'huwiex aċċessibbli għal tfal għomja.", "Aħna konna nsistejna, u nibqgħu ninsistu, li fil-buying policies tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għandu jkun hemm element qawwi li l-equipment li se jinxtara - kemm hardware u kemm software - ikun aċċessibbli għal persuni b'diżabilita'.", "Aħna konna għamilna suġġeriment li fuq il-kumitat tax-xiri jkun hemm persuna b'diżabilita' li tkun kapaċi tagħmel testing ta' l-equipment li se jinxtara bil-ħsieb tat-tfal li jridu jużawh.", "L-amministrazzjoni preċedenti kienet waqqfet accessibility unit li kien ġie resourced b'Lm20,000 recurrent fund, liema flus jistgħu jintużaw b'mod wiesa', u s-sena li għaddiet il-kummissjoni rrakkmandat li l-flus jintużaw biex jiġi stallat lift fi skola tal-bniet, mingħaliha fl-iskola tal-Marsa.", "Jiġifieri qegħdin nipprovaw naraw kif nistgħu nifirxu r-riżorsi tagħna, pero' ma naħsibx li l-accessibility unit qiegħda hemmhekk biex tirriżorsa biss id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "MARIE LOUIS COLEIRO: L-accessibility unit għadha teżisti?", "IS-SUR JOSEPH CAMILLERI: Iva, l-accessibility unit twaqqfet b'kollaborazzjoni mal-ministeru ta' l-ambjent u tinsab fi ħdan id-diviżjoni tax-xogħlijiet.", "Il-unit baqa' b'annual vote ta' Lm20,000 u kif għedt, il-brief tal-unit huwa wiesa', iżda minħabba problemi kbar ta' human resources - hemm biss perit part-time - il-progress li jista' jiġi reġistrat huwa limitat għall-aħħar.", "Mistoqsija oħra kienet dwar il-kuntatt li l-kummissjoni għandha mad-diviżjoni u mal-ministeru ta' l-edukazzjoni.", "Id-diviżjoni u l-ministeru huma rappreżentati fuq il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u r-rappreżentant tad-diviżjoni huwa wkoll membru ta' l-eżekuttiv tal-kummissjoni li jiltaqa' aktar ta' spiss.", "Il-kummissjoni għandha rappreżentanza qawwija fuq il-kumitat ministerjali li jiltaqa' b'mod regolari u li bħalissa qed jiddiskuti l-introduzzjoni ta' inclusion fuq firxa wiesgħa ħafna.", "Dwar facilitators fil-livell sekondarju, tkellimna dwar dan il-bżonn fl-aħħar laqgħa li kellna u ġie identifikat il-bżonn li jkun hemm facilitators bi skills differenti minn dawk li għandhom il-facilitators li qed jgħinu lit-tfal fil-primarja.", "Naturalment tfal li jkunu fis-sekondarja jibdew għaddejjin mill-bidliet tal-ħajja tagħhom u allura se jkollhom bżonn iktar sensittivita' min-naħa ta' l-għalliema u min-naħa ta' l-istruttura ta' l-iskola, u aktar facilitators sensibilizzati għat-tibdil li jkunu għaddejjin minnu.", "Sar suġġeriment li jsir taħriġ aktar dettaljat għall-għalliema tal-guidance and counselling, b'mod partikolari f'ċertu areas bħalma hi l-area tas-sesswalita', biex jgħinu u jagħtu support lill-facilitators, pero' m'hemmx dubju li l-facilitators li jkunu fis-sekondarja se jkollhom bżonn skills differenti, fosthom skills soċjali.", "Dwar facilitators fis-sekondarja, ħalli forsi I stick my neck out u nitkellem naqra iktar personali.", "Jien nara daqsxejn bħala periklu l-fatt li l-facilitator nistgħu narawh bħala someone to restrain.", "M'iniex qed ngħid li facilitator raġel bilfors se jkollu rwol aktar fiżiku, rwol li jikkontrolla, pero' tajjeb li ngħid li fl-1995 u 1996, il-kummissjoni kienet bdiet programm - grazzi għar-riżorsi li għandna u minkejja li huma limitati beħsiebna nkompluh - dwar positive approaches for challenging behaviour.", "M'hemmx dubju li billi jkollok raġel imħarreġ biex jagħmel restraint - nafu li mhux dak huwa s-suġġeriment - m'huwiex il-mod kif il-problema trid tiġi tackled.", "Waħda mill-affarijiet li bħala kummissjoni nistgħu nagħmlu, hu li nerġgħu niftħu l-kapitlu li konna ftaħna fuq challenging behaviour u nipprovaw noħorġu bi programm dettaljat biex jiżviluppa competencies li jkunu fuq livelli differenti u li jolqtu setturi differenti għaliex naturalment wara ċertu żmien, dawn it-tfal se jidħlu fid-dinja tax-xogħol u fid-dinja tad-day care centres, eċċ.", "Personalment ma neskludix il-fatt li jkollna facilitators irġiel.", "Sfortunatament jidher li l-kultura soċjali tefgħet dak ir-rwol fuq in-nisa u forsi bħala kummissjoni rridu ngħinu biex nibdlu din l-istereotype u forsi ninteressaw żgħażagħ ġuvintur jidħlu f'din l-area.", "M'hemmx dubju, u m'iniex qed ngħid biss mil-lat ta' facilitators, li fil-kamp ta' l-edukazzjoni inklużiva hemm lok fejn wieħed juża studenti li joħorġu mill-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni u li forsi ma jkunux sabu impjieg bħala għalliema mill-ewwel.", "Voldieri fil-qasam ta' l-ispecial education, żgur li għandhom fejn jimirħu jekk iridu jidħlu f'din l-area.", "Punt ieħor li ssemma kien l-aċċess għall-kurrikulu u għall-eżamijiet.", "Dwar l-aċċess għall-eżamijiet, sentejn u nofs ilu konna bdejna naħdmu fuq dan l-aspett u l-kummissjoni kienet involuta b'mod ċentrali biex inħarġu guidelines u rakkmandazzjonijiet fuq special examination arrangements għal tfal b'diżabilita', kemm għal dawk li jkunu qed jagħmlu eżamijiet fl-iskejjel u kemm għal dawk li jkunu qed jagħmlu eżamijiet pubbliċi.", "Dawn konna ħriġnihom f'forma ta' abbozz u forsi huwa l-mument opportun li nerġa' nagħmel pressjoni biex kemm jista' jkun malajr dan l-abbozz jiġi ffinalizzat u adottat b'mod formali ħalli kemm il-kapijiet ta' l-iskejjel u kemm l-għalliema jkollhom linji ta' gwida ċari u ma jkunx sempliċement għad-dispożizzjoni ta' l-individwu jekk jaċċettahomx jew le, imma la jkunu hemm, ikun irid jimxi magħhom.", "Dwar l-aċċess għall-kurrikulu, ma nafx jekk is-Sur Bezzina jridx jagħmel xi kumment hu.", "Ma naħsibx li ġie hawnhekk biss biex jgħinni nitla' t-taraġ!", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħalla d-diskors għalik, Sur Camilleri.", "IS-SUR JOSEPH CAMILLERI: Naturalment, filwaqt li nisperaw li l-kurrikulu ma jkunx wieħed immirat l-aktar għat-tfal li huma kapaċi, iżda wieħed li jħalli skop u spazju għall-għalliema u għall-facilitators biex ikunu jistgħu jinterpretawh f'livelli differenti u li jkollu modalitajiet ta' different entrances, where you can enter at different levels, waħdu, mhux se jirnexxi.", "Mhux se jirnexxi jekk ma jkollniex bidla fil-kultura fid-diviżjoni u naturalment nafu li bidla fil-kultura trid issir bil-mod.", "S'issa, it-taħriġ fl-iskejjel kien kollu għat-tfal li huma l-aktar kapaċi u allura rridu nibdew nibdlu l-approach tagħna, pero' naħseb li f'ċertu areas diġa' qegħdin nirreġistraw progress u għalkemm forsi huwa progress żgħir, naħseb li se jkun progress sinifikanti u konsistenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Napprezzaw ħafna d-diffikultajiet tiegħek biex inti irnexxielek tasal sa hawn u nieħu din l-opportunita' biex nerġa' nirrimarka li dan il-post, il-post li suppost huwa tal-pubbliku in ġenerali, huwa wieħed mill-iktar postijiet inaċċessibbli li għandna fil-pajjiż.", "Nispera li din il-problema tiġi rimedjata, naf li hemm il-ħsieb li jsir lift, pero' s'issa dan il-lift għadu ma wasalx.", "B'xi mod jew ieħor, matul din l-aħħar ġimgħa, irnexxieli nesperjenza d-diffikulta' biex tidħol f'dan il-post meta tkun qiegħed jew fuq wheelchair - l-Onor.", "Bartolo għadda minn din l-esperjenza - jew fil-pożizzjoni li qiegħda jien bħalissa fejn għandi bżonn nuża l-krozzi.", "Dan id-diskors ili ngħidu; għedtu qabel ma kelli din l-esperjenza personali, imma llum nista' napprezza ħafna iżjed dak li dejjem għedt.", "U l-preżenza tiegħek hawnhekk tkompli ssaħħaħ kemm l-aċċessibilita' ta' postijiet hija importanti.", "IS-SUR JOSEPH CAMILLERI: Naħseb li tippermettili ngħaddi kumment żgħir.", "Dan huwa mument tajjeb li nuri l-apprezzament tiegħi għas-support li jingħatali, mhux biss is-support li tani llum is-Sur Bezzina, imma s-support li jingħatali ta' kuljum.", "Minħabba l-problemi li għandna, huwa diffiċli ħafna li persuna b'diżabilita' - importanti li din tiġi aċċennata - tilħaq il-massimu tal-kapaċitajiet tagħha mingħajr ma jkollha support adegwat, allura naħseb li meta persuna bħali tingħata l-opportunita' li titkellem f'forum bħal dan, huwa grazzi ħafna għas-support li aħna nsibu.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Sur Camilleri.", "Issa se nsejjaħ lil sitt heads of school li ġejjin minn oqsma differenti, mill-primarja, mis-sekondarja, minn junior lyceum, minn special school u minn girls' school li qabel kienet tissejjaħ opportunity centre.", "Ilum m'għadniex insejħulhom opportunity centres imma qed insejħulhom boys' jew girls' schools.", "Qabel tibdew bl-intervent tagħkom, nitlobkom tgħidu isimkom u mil-liema qasam ġejjin.", "Jien ta' l-opinjoni li l-ewwel inħallu lilkom is-sitta tagħmlu l-presentation tagħkom, imbagħad niġbru l-mistoqsijiet li l-membri ta' dan il-kumitat ikunu jixtiequ jagħmlulkom.", "Forsi l-mistoqsijiet jistgħu jsiru f'laqgħa oħra, imma l-aħjar li nisimgħu l-presentations kollha qabel ma nieħu l-mistoqsijiet.", "DR. ALFRED ELLUL (Kap ta' skola primarja): Jien ili kap ta' skola primarja li tieħu tfal ta' bejn it-tliet snin u t-12-il sena, għal dawn l-aħħar disa' snin.", "Jien jidhirli li għandi nitkellem biss dwar problemi li se nsib ma' wiċċi meta niġi biex nimplimenta l-kurrikulu li għandna quddiemna.", "Nibda biex ngħid li għalija l-kurrikulu huwa pożittiv għax jirrakkmanda edukazzjoni umanistika u mhux kif deher f'rapport f'gazzetta ġimgħa ilu, liema rapport werwirni meta ntużaw il-kliem ''market driven'', skond l-andament tas-suq.", "Jidhirli li t-tfal mhux qed nagħtuhom dak kollu li għandna nagħtuhom.", "Nieħu gost ukoll li qed nużaw il-kelma ''minimu'', jiġifieri x'tagħlim isir oltre l-minimu, huwa sta biss għall-bżonnijiet ta' l-istudenti ta' l-iskola.", "Nieħu wkoll gost bil-kelma ''awtonomija'' li fl-aħħar qiegħda tindera, u għall-aċċess li hemm għar-riċerka operazzjonali li naf li xi skejjel - inkluża tiegħi - diġa' għamluha u stgħaġbina bir-riżultati li kellna din is-sena.", "Kellna wkoll facilitator ma' persuna b'diżabilita' li wara sentejn bil-facilitator, l-istudenta ġiet fully integrated u ma kellhiex bżonn aktar tal-facilitator.", "Naturalment nara li bl-implimentazzjoni tal-kurrikulu se jkollna problemi u l-ikbar problema li nara hija l-ġenituri.", "Il-ġenituri se jaċċettawh il-kurrikulu?", "Sfortunatament għad għandna ġenituri li la jafu r-responsabbiltajiet tagħhom u lanqas m'huma lesti li jagħtu x-share tagħhom.", "Għandna ġenituri li jaraw il-post ta' l-iskola bħala l-post fejn jeħilsu minn uliedhom biex ikunu jistgħu jmorru jaħdmu jew anke biex imorru xi coffee morning.", "Naf x'qed ngħid, u kelli anke każ serju fejn minkejja li ċempilna lill-omm ta' tifel li kellu 103 deni u minkejja li kienet toqgħod mitt jarda biss 'il bogħod mill-iskola, ma rridietx tiġi għat-tifel u saħansitra kellna ndaħħlu lill-pulizija.", "Fit-tliet nofs ta' nhari fis-sena meta jkollna staff development meetings, niltaqgħu ma' ħafna problemi mal-ġenituri.", "Dejjem bil-ġlied magħhom.", "Jgħidu li huma jħallsu għall-iskola sas-2.30 p.m. u allura jħallulna gozz tfal l-iskola minkejja li waqt li jkollna l-laqgħa, it-tfal ikun unattended.", "Minn hawnhekk irrid nappella biex prime time fuq it-television jittieħed mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u mix-shadow minister - wiċċ Fredu Ellul u wiċċ id-direttur ma tantx jidhru, ma jafhom ħadd - biex jedukaw lill-poplu, b'mod partikolari l-ġenituri, għal new way of thinking.", "Il-kelma tal-ministru u tax-shadow minister tagħmlilna ħafna ġid għaliex jekk jaċċettawha l-ġenituri, żgur li tintrebaħ nofs il-problema.", "Naturalment għandna bżonn kbir ta' support staff, għandna bżonn training fil-formative assessments u fil-portfolioing u ovvjament għandna bżonn ta' iktar fondi.", "Sfortunatament, erba' snin ilu l-budget tal-material and supplies tnaqqas b'22.5% minkejja li żdiedu l-ispejjeż tat-telephone, tal-computer software, eċċ. Mingħajr fondi ma jistax ikollna ambjent aktar pjaċevoli, welcoming u stimulanti.", "Nixtieq inkun naf jekk il-kap ta' l-iskola huwiex se jkun involut fl-għażla ta' l-istaff tiegħu, għaliex qed naraw li fejn il-kap ta' l-iskola kien involut fl-għażla ta' l-ancillary staff, il-caretakers, l-iskola hija ferm aktar nadifa.", "Punt ieħor li rrid nagħmel huwa li fil-primarja m'hemmx ħin għal inter-teacher discussion.", "Fl-opinjoni tiegħi - bħala bniedem li qatt ma kont ħdimt qabel fil-primarja imma fis-sekondarja biss bħala għalliem - is-sistema preżenti li twaddab teacher fi klassi għal sitt sigħat sħaħ non stop, hija inumana u bestjali u jekk it-teacher verament se jagħti ġurnata xogħol, se jmur id-dar imfarrak.", "GĦar-rigward ta' l-inclusive education, nista' ngħid li din ħolqitilna xi problemi pero' mhux tort tat-tfal.", "Aħna l-amministraturi u l-għalliema, qatt ma konna preparati għaliha u nispera li l-istudenti għalliema qed ikollhom credits fil-kors tagħhom fl-Universita' ta' xi tfisser inclusive education and how to go about it.", "Nixtieq li wieħed jirrealizza li huwa impossibbli li ċertu tfal jiġu inklużi u hawn qed nirriferi għall-excessively hyperactive children.", "Fl-iskola tiegħi għandi disat itfal bi problemi u m'għandi l-ebda problema bihom, lanqas bil-classic autistic, pero' għandi problemi bl-excessively hyperactive children.", "Qed ikollna ħafna ġenituri jilmentaw għaliex waqt li l-Eden Foundation qed jinsistu li nżommu lil dawn it-tfal fil-klassi l-ħin kollu, huwa impossibbli li nagħmel dan.", "F'ħames minuti, an excessively hyperactive child irnexxielu jaqlagħli kemm għandi wires fl-uffiċċju tiegħi!", "Dawn it-tip ta' tfal jiddisturbaw il-klassi.", "M'hijiex ċajta tipprova toqgħod ħames minuti ma' excessively hyperactive child sakemm il-facilitator tiegħu tmur it-toilet.", "Naturalment ikollna wkoll ilmenti mill-ġenituri ta' tfal hekk imsejħa ''normali'' li jilmentaw li l-hyperactive children qed itellfu lit-tfal tagħhom.", "Bħalma għedt, qed nirriferi biss għal hyperactive cases għaliex it-tfal l-oħra huma kollha fully included and integrated.", "Il-kurrikulu jirrikkmanda li l-lezzjoniijet ta' l-Ingliż jingħataw bil-lingwa Ingliża, pero' jiddispjaċini ngħid li xi wħud mill-għalliema tagħna jħossuha diffiċli jesprimu ruħhom bl-Ingliż.", "Jiena ma nistax nifhem kif f'paġna 46 ta' l-abbozz qed jiġi rrakkmandat li nibqgħu bil-marda nazzjonali li hija l-code switching, jiġifieri li kif qed nagħmel jien, tgħid biċċa bl-Ingliż u biċċa bil-Malti.", "Naħseb aħjar li flok code switching nagħmlu ''echoing'' li jużaw it-Teflers fid-dinja kollha fejn int tgħid is-sentenza strutturalment tajba bil-Malti u mbagħad tgħidha bl-Ingliż, imma please, not code switching.", "Din hija marda nazzjonali li hemm bżonn neliminawha.", "F'paġna 24 tal-kurrikulu nsibu riferenza għall-physical environment ta' l-iskola u x-xewqa li l-ambjent ikun safe.", "Fl-iskola tiegħi hemm ukoll l-uffiċċju tal-kunsill lokali u ż-żewġ entrance gates huma dejjem miftuħin bin-nies deħlin u ħerġin mingħajr ma nafu min ikun daħal u min ikun ħareġ u infatti kellna numru ta' petty thefts, fosthom serq ta' qsari.", "Jiena xbajt kull filgħaxija bejn it-3.30 p.m. u l-5.00 p.m. sakemm tingħalaq l-iskola, nara nies bil-kelb tagħhom jinqeda fl-iskola!", "Forsi tgħiduli dawn ħmerijiet, veru, pero' huma affarijiet li jirritawk.", "M'humiex affarijiet sbieħ, iżda sfortunatament qed isiru.", "Nieħu gost li dan il-kurrikulu qed jgħid li għandna seba' snin mingħajr skossi.", "Sfortunatament fl-imgħoddi kellna skossi u kull skoss huwa delitt edukattiv fuq uliedna.", "L-iktar ħaġa li nara diffiċli fil-kurrikulu hija l-immediate inclusion of parents.", "Waqt li għandna ġenituri li jissapportjawna, li huma prudenti, li jifhmuna u ninkluduhom, għandna wkoll oħrajn li qegħdin hemm biex itellfu u jikkritikaw.", "Per eżempju fl-iskola tagħna, minn 400 student, hemm 5% tal-ġenituri tagħhom li dejjem lesti biex jikkritikaw.", "Ngħidilkom li kienu banali biżżejjed biex ikkritikaw li f'dan it-term jien infaqt Lm2,000 biex nagħmel librerija li qatt ma kien hemm.", "Jien jidhirli li kull skola jistħoqqilha li jkollha librerija u għalhekk għamilna librerija moderna.", "Għamilna librerija li m'hijiex biss lending library imma li għandna wkoll encyclopaedia fuq CD-ROM u li tista' tintuża għal research mill-istudenti.", "Jiġifieri hemm min jikkritika ukoll l-affarijiet li suppost huma ta' ġid għal uliedhom.", "F'paġna 22 tal-kurrikulu tissemma l-media education.", "Jien nixtieq li fl-iskola ndaħħal il-media education u pprovajt indaħħalha fl-iskola fejn kont qabel, l-iskola ta' Ħal Tarxien, imma ma nistax indaħħalha għaliex l-għalliema jgħidulek li ma jafux how to go about media education.", "Allura ngħid jien, f'erba' snin l-Universita' l-istudenti li għada pitgħada se jkunu għalliema fl-iskejjel tagħna, m'għandhomx ikollhom credits obbligatorji biex lilna jgħinuna nintroduċu l-media education fl-iskejjel?", "Għar-rigward ta' nuqqasijiet li nara li hemm fid-draft, forsi ma fehemtux tajjeb jiena, huwa l-fatt li ma jissemmewx x'benchmarks aħna l-għalliema u administrators se jkollna għad-dispożizzjoni tagħna biex naraw jekk aħniex nattwaw b'suċċess il-bidliet proposti.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-benchmarks huma meħtieġa.", "Ħaġa oħra li nixtieq nara huwa li l-monitoring isir b'mod kontinwu, regolari u formali u ma jkunx biss xi ħaġa one-off kif isir bħalissa.", "Importanti li f'kull laqgħa li jkollna, isiru l-minuti ta' dik il-laqgħa ħalli nkunu nafu x'għedna u mhux nispiċċaw imparlaw fil-vojt.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Insejjaħ issa lis-Sur George Borg.", "IS-SUR GEORGE BORG (Kap ta' skola speċjali): L-ewwel ħaġa li rrid ngħid hija li huwa ta' sodisfazzjon għalija li l-edukazzjoni għal tfal bi bżonnijiet speċjali qiegħda tiġi diskussa f'dan il-livell.", "F'paġna 14 tad-dokument insibu dawn il-preċiżi kelmiet:", "''il-kunċett ta' żvilupp sħiħ tal-persuna jpoġġi lill-istudent fiċ-ċentru tas-sistema.", "Għalhekk il-kurrikulu għandu jaqdi lill-istudenti u mhux bil-kontra.''.", "F'kull każ għandu jkun hekk, imma naturalment il-bżonn huwa akbar fejn għandek tfal bi bżonnijiet speċjali, fejn għandek iktar bżonnijiet individwalizzati.", "U li hawn miktub fid-dokument jawgura tajjeb għall-futur; ipoġġi lil kulħadd taħt umbrella waħda.", "M'aħniex qegħdin ngħidu li xi ħaġa tgħodd għal grupp ta' tfal u ħaġ'oħra tgħodd għal grupp ieħor.", "Le, kulħadd qiegħed taħt umbrella waħda, għandna gwida ġenerali għal kulħadd.", "Fl-opinjoni tiegħi, is-sabiħ tal-kurrikulu huwa li se jagħti lok lill-iskejjel tagħna, inkluż skejjel diffiċli, biex il-kapijiet u l-għalliema jkunu involuti huma stess fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-kurrikulu ta' l-iskola tagħhom skond il-ħteġijiet u l-bżonnijiet tat-tfal tagħhom.", "Dan huwa importanti ħafna u jien narah bħala pass 'il quddiem fis-sistema edukattiva u fil-kurrikulu li għandhom jadottaw l-iskejjel tagħna.", "Il-kurrikulu jagħti wkoll importanza lill-parteċipazzjoni tal-ġenituri.", "Jien inħoss li l-ġenituri għandhom ikunu parteċipanti, key players, fis-sistema edukattiva kollha u mhux biss fil-qasam ta' l-edukazzjoni għat-tfal bi bżonnijiet speċjali - għalkemm jien inħoss li l-parteċipazzjoni tal-ġenituri fil-qasam tagħna hija importanti immens - imma fil-qasam kollu ta' l-edukazzjoni.", "Jiena nemmen ħafna fil-parteċipazzjoni, ħaddimtha ħafna u r-riżultati li kelli kienu pożittivi immens.", "Irridu nifhmu minn xiex jgħaddu l-ġenituri meta titwieldilhom tarbija u l-ispeċjalisti jgħidulhom li t-tarbija tagħhom għandha problema.", "Il-ġenituri li jkollhom tarbija normali jibdew from zero u l-ġenituri ta' tarbija bi problema, jibdew from minus one.", "Mela dawn diġa' bdew differenti minn ħaddieħor.", "Naturalment daqskemm il-ġenituri jafu lit-tfal tagħhom, ma jafhom ħadd u minkejja li jsiru assessments u statements fuq it-tfal, ħadd ma jafhom daqskemm jafuhom il-ġenituri tagħhom u allura hemm bżonn naħdmu id f'id mal-ġenituri għall-ġid ta' uliedhom.", "Ħafna mill-ġenituri ta' tfal bi bżonnijiet speċjali m'għandhomx l-expectations għoljin li għandhom ġenituri ta' tfal normali li jkunu jixtiequ lill-uliedhom imorru l-Universita', allura r-rwol ta' l-iskola jrid ikun ukoll li jinkoraġġixxi lill-ġenituri fl-iżvilupp ta' wliedhom.", "Il-link bejn l-iskola u d-dar hija importanti ħafna f'dawn il-każijiet.", "Jien nemmen li l-kuntatt fiżiku huwa importanti immens.", "Kemm ilni kap ta' l-iskola li qiegħed fiha bħalissa, niltaqa' mal-ġenituri b'mod regolari u jkollna meetings magħhom fejn niddiskutu ideat u naraw x'inhu jdejjaqhom fl-iskola.", "Minn din is-sena nisperaw li nibdew nagħmlu group meetings ma' kull klassi għax nemmen ħafna li dawn it-tip ta' laqgħat jiftħu aktar orizzonti fil-qasam tagħna.", "Punt ieħor li għoġobni ħafna fil-kurrikulu huwa l-konċett li nsibu f'paġni 16 u 18, il-konċett ta' learning by doing.", "Dan il-konċett huwa utli immens mhux biss għat-tfal tagħna imma għat-tfal kollha.", "Jien nemmen li kieku nagħmlu aktar affarijiet b'mod hands-on milli b'mod astratt, b'mod chalk and talk, iktar naslu.", "Naħseb li huwa daqstant importanti, huma l-esperjenzi fid-dinja tax-xogħol li wkoll jikkummenta dwarhom il-kurrikulu.", "Forsi t-tfal ma jiviżwalizzawx kif il-prodott jasal fuq l-ixkaffa tal-ħanut.", "M'iniex nirriferi biss għat-tfal bi bżonnijiet speċjali, imma anke għal tfal oħra li, per eżempju, għandhom diffikultajiet fit-tagħlim.", "Ħalli issa ngħid xi ħaġa fuq l-edukazzjoni inklużiva.", "Hija ċara daqs il-kristall li l-iskejjel - anke s-Sur Ellul aċċenna għal dan il-punt - m'humiex lesti għal dawn l-isfidi.", "Il-ħabib tiegħi s-Sur Joseph Camilleri li huwa wkoll president ta' l-iskola tagħna, għamel punt u naqbel ħafna miegħu li l-iskejjel speċjali għandu jkollhom dual role, rwol ta' skola speċjali u rwol bħala ċentru ta' riżorsi.", "X'nifhmu b'ċentru ta' riżorsi?", "Jiena nemmen li jekk fl-iskejjel tagħna għandna team ta' nies mħarrġa u professjonisti fil-qasam tagħhom, dawn ir-riżorsi speċjalizzati jistgħu joffru support kbir lill-għalliema u facilitators ta' tfal bi problemi li qegħdin fil-mainstream.", "Ħalli nieħu bħala eżempju l-iskola tiegħi li hija skola li tieħu tfal b'diffikultajiet diffiċli ħafna, profound and severe difficulties.", "Jista' jkun hemm twinnings; jista' jkun li għalliem li għandu tifel bi problemi jkun jixtieq jara x'apparat jeżisti għall-bżonnijiet ta' dak it-tifel.", "Jista' jiġi għandna, jara x'apparat għandna u niddiskutu flimkien programm għat-tifel.", "Hemm ħafna x'jista' jsir.", "Eżempju ieħor huwa li l-iskola tinfetaħ wara nofsinhar.", "Fl-iskola tiegħi hemm highly specialised equipment li jiswa eluf kbar ta' liri.", "Per eżempju l-hydrotherapy pool li nisperaw li fi żmien qasir tibda tiffunzjona, tista' tiġi wżata wara l-ħin ta' l-iskola mit-tfal li qegħdin fil-mainstream.", "Jekk ikollok full-time therapist, it-tfal jistgħu jiġu l-iskola wara l-ħin normali ta' l-iskola u ma jkollhomx għalfejn imorru l-isptar biex jieħdu t-terapija, jiġu ġo ambjent skolastiku u mhux imorru ġo ambjent ta' sptar.", "Jien nemmen ħafna f'dan il-prinċipju.", "F'paġni 24 u 25 tad-dokument jissemmew ir-riżorsi, li l-Istat ikollu l-obbligu li jixtri skond il-ħteġijiet u l-bżonnijiet tat-tfal.", "Jekk aħna se nagħmlu l-iskejjel speċjali bħala ċentri ta' riżorsi, għaliex għalliem jew kap ta' skola m'għandux jiġi fl-iskejjel tagħna biex jara x'apparat għandna li jgħodd għal każ li jkollu?", "Probabbilment, aħna jkollna l-apparat li jkollu bżonn, allura għaliex l-għalliem m'għandux jippruvah jew jissellfu qabel ma jixtrih?", "Aħna nixtru ħafna apparat għaliex għandna spectrum sħiħ ta' tfal bi bżonnijiet speċjali waqt li skola jkollha biss tifel partikolari li jkollu bżonn ċertu apparat, allura għaliex l-għalliem m'għandux l-ewwel jara l-apparat u r-riżorsi li għandna aħna qabel ma jixtri xi ħaġa?", "Huwa importanti li r-riżorsi jintużaw u jintużaw b'mod tajjeb billi min ikun se jużahom jiġi mgħallem kif jużahom.", "L-istess bħal meta jkollok karozza; jekk għandek karozza imma ma tkunx taf issuqha, ma jfisser xejn.", "Importanti li jkun hemm taħriġ kontinwu ta' l-istaff.", "Importanti li jkollok aċċess għall-iżviluppi li jkunu qed iseħħu barra, kemm mil-lat ta' metodi u kemm mil-lat ta' apparat.", "Jiena nemmen ħafna fit-transition period.", "It-transition m'hijiex biss għal post-16, imma anke għal meta tifel jew tifla tgħaddi mill-iskola primarja għal dik sekondarja.", "Dik ukoll hija transition.", "Fil-każ ta' tfal b'diffikultajiet, wieħed irid jikkonsidra wkoll it-transition ta' meta tifel imur minn klassi għal oħra, jew minn facilitator għal oħra.", "Għal dawn it-tfal m'hijiex faċli jgħaddu minn fażi għall-oħra.", "Id-dokument isemmi l-użu tal-braille u l-lingwa tas-sinjali u dawn huma affarijiet pożittivi għax kif qal il-ħabib tiegħi, Joe Camilleri, l-ICT, information for communication technology, hija importanti immens fil-qasam tagħna.", "Importanti ħafna li niżviluppaw ir-riżorsi tagħna f'dan il-qasam.", "Definitely li l-implimentazzjoni tal-kurrikulu jrid isir b'mod flessibbli ħafna.", "Se jkollok tfal li huma kapaċi jidħlu fil-fond ta' ħafna mill-partijiet tiegħu, oħrajn li forsi jmissu biss il-periferji tiegħu u oħrajn li ċertu suġġetti u topics imsemmija huma irrelevanti għalihom.", "Allura rridu nkunu flessibbli.", "Kif diġa' ntqal, importanti ħafna li jkollna ongoing evaluation and monitoring.", "Importanti li jkollna struttura li tgħinna naraw li l-kurrikulu jkun aċċessibbli għat-tfal tagħna.", "Xi ħaġa li laqtitni ħafna fid-dokument kienet l-opportunita' li d-dokument jgħallimna kif ngħallmu.", "Dan deher fil-prinċipju tad-dokument u l-mod kif jiddiskrivih id-dokument, jagħti aktar ċans lil dawn it-tfal jieħdu sehem attiv fil-klassi.", "Bla dubju ta' xejn huwa challenge kbir għall-iskejjel tagħna u jirrikjedi ħafna taħriġ, kemm għalina heads of school, kemm għall-għalliema, kemm għall-assistenti u kemm għall-facilitators li qegħdin fil-primarja jew fis-sekondarja.", "Hawnhekk ta' min wieħed jaħseb u jistaqsi jekk it-taħriġ li nagħtu lill-facilitators li qegħdin fil-primarja għandux ikun l-istess taħriġ li għandna nagħtu lill-facilitators fis-sekondarja.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel huwa fuq il-workload tagħna bħala kapijiet ta' skejjel.", "Aħna l-kapijiet ta' l-iskejjel speċjali m'għandniex assistenti, għandna biss support ta' part-time clerical staff u allura nista' ngħid li idejna mimlijin pjuttost iżżejjed.", "Nibża' li mhux se jkollna ħin nagħmlu u nimplimentaw il-kurrikulu.", "Jien inħoss li ta' min wieħed jikkonsidra kif nistgħu nnaqqsu mill-workload tagħna f'affarijiet oħra biex ikollna ħin nimplimentaw il-kurrikulu b'mod effettiv u b'mod li jagħti r-riżultati mixtieqa.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "SALVINA MUSCAT (Kap ta' skola studenti bniet b'diffikultajiet fit-tagħlim): L-istudenti ta' l-iskola tiegħi, huma bniet li m'għaddewx għall-iskejjel sekondarji u huma ta' l-eta' ta' bejn l-11 u s-16-il sena.", "Qabel nibda bl-intervent tiegħi, nixtieq infaħħar id-diskussjoni wiesgħa li kien hawn dwar dan id-dokument.", "Issemmiet il-parteċipazzjoni ta' studenti u nista' ngħid li fil-każ tiegħi, kull meta ntbagħat xi materjal fl-iskola, inkluż l-abbozz tal-kurrikulu, fejn kien possibbli, dejjem kien hemm koordinament bejn l-għalliema u l-istudenti.", "L-input ta' l-istudenti tiegħi dejjem ikun pożittiv immens.", "Jien inħoss li l-pass li jmiss huwa t-twettiq ta' dan id-dokument għaliex jekk id-dokument se jispiċċa sempliċement bħala dokument ieħor, tkun ħasra kbira.", "Jien nara li biex jitwettaq irid ikun hemm job descriptions preċiżi għal kulħadd.", "U meta qed ngħid ''kulħadd'', qed nirriferi għal kull min jaħdem fis-settur edukattiv, dawk li jaħdmu direttament ma' l-iskola, dawk li joffru s-support services li jeżistu fl-iskejjel, jiġifieri social workers, guidance and counsellors, u anke d-diviżjoni għaliex ikun punt ta' informazzjoni fejn inti għandek tirriferi.", "Nista' ngħid li bħala skola aħna diġa' għamilna ħafna minn dak li hawn imniżżel fid-dokument.", "Diġa' kien inħass il-bżonn li nibnu kurrikulu għall-iskola tagħna.", "Kien hemm il-bżonn li ndaħħlu s-sistema ta' l-assessment u bis-saħħa u bl-għajnuna tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni li jagħti support għax-xogħol li nagħmlu, kien aktar possibbli li nagħmlu dak li xtaqna.", "Nara wkoll il-bżonn ta' taħriġ konkret għal dawk kollha involuti fil-proċess edukattiv.", "Il-bieraħ issemmew il-facilitators.", "Jien l-ewwel darba li għandi facilitator fl-iskola tiegħi pero' diżappuntata immens għax dawn kienu trainee kindergarten assistants waqt li l-istudenti tagħna huma tfajliet u allura ċertament li ma jafux kif dawn it-tfajliet għandhom jiġu handled.", "Għaldaqstant, bħalma diġa' ntqal, ta' min wieħed jikkonsidra r-rwol tal-facilitators fl-iskejjel sekondarji.", "F'paġna 14 tal-kurrikulu nsibu r-rwol diffiċli li jkollha skola biex tirrikonoxxi l-identita' u l-kultura differenti li l-istudenti jġibu magħhom.", "Issemmew, per eżempju, l-istudenti hyperactive.", "Fl-iskola tagħna, l-iktar studenti intelliġenti huma l-istudenti hyperactive.", "Ir-raġuni hi li dawn huma mdejqin f'ċertu sitwazzjoni u ħadd ma jagħraf kif id-diffikultajiet tagħhom jistgħu jiġu handled.", "L-iskola tagħna hija waħda mit-tliet skejjel li qed jieħdu sehem fil-proġett pilota ''Let me learn'', liema proġett issemma diġa' mis-Sur Mizzi.", "Il-''Let me learn'' project jagħraf erba' kategoriji ta' studenti; studenti li jitgħallmu b'mod konsegwenzjali, jiġifieri jimxu pass wara pass u jekk jimmissjaw pass mhux se jifhmu l-pass ta' wara; studenti li huma preċiżi u jekk ma jifhmux dettall, jistaqsu ħafna mistoqsijiet u jgħejju lit-teachers bil-mistoqsijiet li jagħmlu; studenti li huma tekniċi u jkunu jridu jitgħallmu bil-hands-on experience - dawn ikunu jenħtieġu li l-ewwel issir il-prattika ta' l-oġġett u mbagħad imorru għall-parti miktuba - u l-aħħar kategorija ta' studenti huma dawk li huma confluent.", "Dawn normalment issibhom jaħdmu għal rashom u waqt li tkun għaddejja bl-ispjega, ikunu diġa' telqu biex jibdew jagħmlu dak li tkun spjegajt għax ikunu fehmuk mill-ewwel.", "Lill-għalliema dawn it-tip ta' studenti jġennuhom għax waqt li jkunu għaddejjin bl-ispjega, l-istudenti jkunu diġa' telqu u jgħidulhom x'jgħidulhom l-għalliema, mhux se tbiddlilhom il-fehma tagħhom.", "L-erba' kwalitajiet flimkien huma tajbin u kollha kemm aħna għandna kwalitajiet li huma dominanti aktar minn oħrajn.", "Importanti li nidentifikaw u nipprovaw nifhmu l-karatteristiċi differenti li kull persuna għandha.", "Naturalment din m'hijiex xi ħaġa faċli, imma 'l hemm irridu nerqsu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jidher li ntalbet votazzjoni fil-Kamra tad-Deputati, għaldaqstant, Ms. Muscat, baqagħlek biss xi għaxar minuti oħra qabel ma jkollna naġġornaw.", "SALVINA MUSCAT: Fid-dokument insibu l-bżonn li l-iskejjel ikunu attrezzati indaqs.", "Ċertament ma nistax ma naqbilx ma' din il-frażi u meta qed ngħid ''attrezzati indaqs'', qed nitkellem fuq human resources u fuq availability of staff.", "Per eżempju fl-iskejjel tagħna, rari tara education officers.", "L-effett tagħhom u tas-subject coordinators - subject coordinators huma dawk in-nies li għandhom x'jaqsmu direttament mal-kurrikulu - huwa imprezzabbli.", "Is-sena l-oħra ġew żewġ subject coordinators l-iskola u s-subject coordinator ta' l-art skopriet li t-teacher kienet diġa' qed taħdem kif issuġġeriet hi u ħajritha tattendi għal seminar volontarju li tgħidx kemm entużjażmaha lill-għalliema fl-iskola tiegħi.", "Peress li kien hemm xi areas li l-għalliema fl-iskola tagħna ma kenitx intiża fihom, għamlu programm ta' ftehim bejniethom u r-riżultat kien pożittiv ħafna.", "Sar ġid enormi biż-żjara tagħha.", "Każ ieħor kien ta' subject coordinator li ġiet l-iskola tagħna u wara ż-żjara tagħha kitbitli ittra biex tirringrazzjani talli tgħallmet li jeżistu dimensjonijiet differenti.", "Il-kontribut ta' dawn il-persuni huwa importanti immens.", "Hawn skejjel li għandhom għaxar subject coordinators u oħrajn, bħall-iskola tiegħi, lanqas biss għandhom waħda.", "Nixtieq insemmi l-aċċess ta' technicians.", "Fl-iskola għandna computer room, pero' din il-computer room se ġġennini għaliex kull meta jinqala' xi ħaġa, jiġu jistaqsu lili.", "Fl-iskola għandna internet, imma għadna lanqas nistgħu nużawh.", "Impossibbli nibqgħu sejrin hekk.", "Jien ili tliet ġimgħat naħdem mingħajr assistenta kap għaliex weġġgħet riġlejha.", "Nixtieq nitkellem fuq l-edukazzjoni tul il-ħajja.", "Meta qegħdin ngħidu ''edukazzjoni tul il-ħajja'', jien nifhem li l-istudenti li jispiċċaw l-edukazzjoni mas-16-il sena, ikollhom x'imkien li jilqagħhom fejn ikomplu jistudjaw.", "Ma nħossx li edukazzjoni sa 16-il sena hija biżżejjed.", "Hemm ukoll il-ħtieġa ta' certification li jintitulhom għal iktar studju wara s-16-il sena.", "Id-dokument issemmi l-ugwaljanza bejn is-sessi u nixtieq ngħid li għad għandna skejjel, tiegħi waħda minnhom, li m'humiex esposti għall-għalliema maskili.", "Għad għandna diskriminazzjoni.", "L-iskola tiegħi hija skola ta' nisa biss, ma jeżistux għalliema rġiel.", "L-irġiel kollha jibżgħu jersqu 'l hemm!", "Għar-rigward ta' aċċessibilita', nixtieq ngħid li grazzji għas-Sur Joe Camilleri u għal persuni oħra, ix-shaft tal-lift tlesta sentejn ilu u l-lift beda jitwaħħal din il-ġimgħa.", "Forsi nista' nieħu din l-opportunita' biex nappella lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni jieħu nota ħalli x-xogħol fuq it-three phase ta' l-elettriku jitlesta u mal-millennju l-ġdid ikollna l-lift jaħdem!", "Ħalli ngħid xi ħaġa dwar l-ambjent fiżiku tal-post.", "Nitkellmu ħafna fuq ambjent san, pero' nixtieqkom tiftakru fina.", "Kuljum ngħallmu lit-tfal xi jridu jagħmlu biex ikunu b'saħħithom u mbagħad ħlief b'foga u residwi velenużi m'aħniex imdawwrin.", "Ta' kuljum ikollna nieħdu tfal il-poliklinika jew l-isptar, talli jkun daħlilhom frak f'għajnejhom.", "Is-sitwazzjoni li qegħdin fiha aħna fil-Marsa hija tal-biki.", "Fl-iskola tagħna, ħafna mix-xogħol isir by doing.", "Darba fix-xahar kulħadd imur għal xi tip ta' visit, per eżempju, historical visit, u qabel iż-żjara ssir preparazzjoni u mbagħad wara, ikun hemm il-follow-up.", "Aħna naħdmu ħafna fuq thematic approach li hija msemmija wkoll f'dan id-dokument u jkollna kollaborazzjoni sħiħa minn kulħadd.", "It-tema ta' din is-sena hija ''nixtieq inkun aħjar'', x'nista' nagħmel biex inkun aħjar.", "Din hija t-tema ta' l-iskola kollha u kulħadd qed jagħti l-input tiegħu fuq x'jista' jagħmel biex isir persuna aħjar.", "Dwar il-parteċipazzjoni ta' l-industrija u l-intrapriżi, nista' ngħid li aħna kellna suċċess kbir.", "Kellna 30 studenta li kienu involuti direttament f'shadowing experience ma' diversi intrapriżi u 20 minnhom, diġa' sabu xogħol.", "Mhux qed nirriferi għal xogħol ta' chambermaids imma kellna studenti li marru jaħdmu bħala waitresses fil-Hotel Phoenicia u fil-Corinthia Hotel u kellna oħrajn li marru jaħdmu l-Bortex.", "Dawn daħlu bil-portfolio li bnew fl-iskola tagħna.", "L-iskola tagħna għamlet kuntatt dirett ma' l-industriji, u l-programm kien li l-ewwel jagħmlu żjara fl-intrapriża, imbagħad jagħmlu ġurnata xogħol, imbagħad jagħmlu ġimgħa sħiħa jaħdmu fil-post u wara jingħataw ċertifikat.", "Naturalment f'dan il-perijodu jkun hemm it-teachers jgħinuhom, pero' llum qegħdin jaħdmu b'mod regolari.", "Fl-iskola tagħna, flimkien ma' l-ETC, nħarrġu lit-tfal kif għandhom jimlew applikazzjonijiet, nagħtuhom interviewing skills, eċċ. u meta applikaw biex jidħlu f'dawn il-postijiet, intagħżlu.", "Jiġifieri s-sistema li nużaw tat riżultati pożittivi.", "Dwar assessment, inħoss li jrid isir xi tip ta' assessment tat-tfal meta jkunu għadhom żgħar biex id-diffikultajiet li jista' jkollhom jiġu identifikati minn eta' żgħira.", "Ftit huma l-esperti li jistgħu jgħidu li tifla għandha diffikulta' bħalma hi d-dyslexia.", "Ikun hemm ġenituri li jitolbu appuntament magħna ma' l-ewwel ġurnata li t-tfal tagħhom jiġu għandna, u meta jiġu jkellmuna jgħidulna li meta t-tfal tagħhom kienu fil-primarja marru quddiem bordijiet - ħafna drabi t-tfal jarawhom waħedhom - u ma jkunu tawhom l-ebda riżultat ħlief li t-tfal ikunu ġew ċertifikati bħala slow learners.", "Prinċipju bażiku ta' dan l-abbozz huwa li t-tfal jemmnu fihom infushom.", "Meta t-tfal jiġu għandna, ikunu diġa' fallew u magħhom ikunu fallew il-familji tagħhom.", "Biex tibni l-fiduċja fit-tfal u l-familji tagħhom li diġa' iħossuhom falluti, huwa diffiċli.", "Naħseb li l-assessment formattiv u summattiv jiffavorixxi ħafna lill-istudent, pero' nħoss li jrid ikun hemm xi tip ta' standardisation għax inkella jekk is-sistema fil-primarja tibqa' kif inhi, jien se nara biss it-tfal tal-klassi tiegħi u ma nkunx nista' nqabbel ma' tfal oħra.", "Dwar l-eżamijiet li tfal fil-Year 6 tal-primarja jridu jagħmlu, jien inħoss li l-fatt li jridu jagħmlu tliet eżamijiet fi ftit xhur meta jkunu għadhom qatt m'għamlu eżami pubbliku, huwa wisq.", "Meta jkunu fil-Year 6, iridu jagħmlu n-national exam, l-eżami għad-dħul fil-junior lyceum u min ikun irid, il-common entrance exam.", "Irridu niftakru li għat-tfal din hi l-ewwel darba li se jiffaċċjaw karta ta' eżami nazzjonali għax l-eżamijiet l-oħra li jkunu għamlu, ikunu school-based.", "Naħseb li jrid isir ħsieb dwar dan.", "Huwa wisq li lil tfal ta' għaxar snin nippreżentawlhom tliet eżamijiet f'perijodu ta' ftit xhur.", "Għar-rigward ta' l-eżami nazzjonali li jsir fil-Form 5, jien inħoss li jkun aħjar jekk l-eżami jsir, per eżempju, fil-Form 3.", "Għaliex?", "Għax jekk is-sistema se tibqa' kif inhi, dawk li se jaslu sal-Form 5 se jagħmlu s-SEC u l-eżami l-ieħor se jkun biss rehearsal u l-oħrajn li mhux se jagħmlu s-SEC, x'se jieħdu?", "Inħoss li jrid isir eżerċizzju fejn il-karta tkun gradata, għal min se jimxi għall-Universita', għall-kulleġġi, jew għall-industrija, pero' jrid ikun hemm ċertifikat bażiku ħalli kulħadd jispiċċa b'xi tip ta' ċertifikat.", "Ovvjament dan kollu ma jistax isir mingħajr taħriġ ta' l-għalliema.", "U meta qed ngħid \"taħriġ\" qed nirriferi għal taħriġ prattiku fl-użu tat-teknoloġija - inutili tagħtihom il-laptops jekk ma tagħtihomx taħriġ prattiku - aġġornament kontinwu f'metodi ta' tagħlim biex il-ħiliet ta' l-istudenti jkunu iktar esposti, taħriġ fl-assessment u fil-portfolios u taħriġ fil-preparazzjoni ta' karti ta' l-eżamijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ms. Muscat, Jiddispjaċini li se jkolli nwaqqfek, pero' jkollna nikkonkludu għax ħames minuti oħra rridu nkunu fil-Kamra peress li ntalbet votazzjoni.", "Naħseb li nistgħu naġġornaw għal għada fl-istess ħin, u jekk tixtieq, tista' tkompli bil-presentation tiegħek.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-8.40 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 26 ta' Ottubru, 1999 fis-7.00 p.m. bl-istess aġenda."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991025_017d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 25 ta' Ottubru, 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.05 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 16 li saret fl-20 ta' Ottubru, 1999 kienu konfermati.", "ABBOZZ FINALI TAL-KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Felix Borg, Manager, Taqsima ta' Taħriġ, Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ; lis-Sur Joseph Camilleri, Chairperson, Kummissjoni Persuni b'Diżabilita'; lil Dr Alfred Ellul, Kap ta' Skola Primarja; lis-Sur George Borg, Kap ta' Skola Speċjali u lil Ms Salvina Muscat, Kap ta' Skola tal-Bniet, jieħdu sehem fid-diskussjoni dwar il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali.", "Fit-8.40 p.m. intalbet votazzjoni fis-seduta tal-Parlament u l-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 26 ta' Ottubru 1999 fis-7.00 p.m. bl-istess aġenda.", "GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991025_017m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 22", "It-Tnejn, 25 ta' Ottubru 1999, fil-5.15 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 25 ta' Ottubru 1999, fil-5.15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "22 ta' Ottubru 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991025_022a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 25 ta' Ottubru 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "Fil-5.21 p.m.", "L-iSpeaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Mario Galea, l-Onor Victor Galea Pace, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor George Vella.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 21 li saret fit-23 ta' Settembru, 1999, kienu konfermati.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor Joe Mizzi, il-Kumitat reġa' ddiskuta l-aspett tal-mistoqsijiet parlamentari.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kamra li l-ħsieb tal-Gvern kien li għall-ġimgħat li jmiss il-Kamra kellha tiltaqa' f'seduti li jsiru t-Tnejn fil-għaxija, u t-Tlieta u l-Erbgħa fil-għodu u fil-għaxija, u li:", "(i) matul il-ġimgħa li tibda it-Tnejn, 25 ta' Ottubru 1999, meta l-Kamra ma tkunx qed tiddibatti estimi tal-korporazzjonijiet, kellha tkompli d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu (Abbozz Nru 6) u tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni (Abbozz Nru 23) u fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' – Abbozz Nru 10;", "(ii) fiż-żewġ seduti ta' nhar it-Tlieta, 26 ta' Ottubru 1999, issir id-diskussjoni fuq l-estimi tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena 1999/2000; fiż-żewġ seduti ta' nhar it-Tlieta, 2 ta' Novembru 1999, issir issir id-diskussjoni fuq l-estimi ta' l-Awtorita' tad-Djar; fis-seduta ta' fil-għodu ta' nhar l-Erbgħa, 3 ta' Novembru 1999, issir id-diskussjoni dwar l-Estimi ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta, u fis-seduta ta' dak inhar fil-għaxija jiġu diskussi l-estimi ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "Wara diskussjoni qasira, il-Kumitat wasal għall-konklużjoni li d-dibattitu fuq ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kellu jsir nhar il-Ħamis, 4 ta' Novembru 1999, b'mod li jingħataw 10 sigħat ta' dibattitu.", "Għaldaqstant kellhom isiru żewġ seduti, waħda bejn id-9.00 a.m. u s-2.00 p.m., u l-oħra bejn il-5.00 p.m. u l-10.00 p.m., f'liema seduti ma kellux jingħata ħin għall-mistoqsijiet parlamentari u l-aġġornament ma jitteħidx.", "Id-dibattitu jsir billi jiġu sospiżi l-Ordnijiet tal-Ġurnata; il-ħin tad-diskussjoni jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni - bl-introduzzjoni u l-winding up għall-Gvern - u fl-aħħar tad-dibattitu ma jitteħidx vot.", "Fil-5.53 p.m. il-Kumitat aġġorna.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991025_022m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 18", "It-Tlieta, 26 ta' Ottubru, 1999", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 18", "It-Tlieta, 26 ta' Ottubru, 1999", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.15 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 17 li saret fil-25 ta' Ottubru, 1999 ġew konfermati.", "ABBOZZ FINALI TAL-KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Bħas-soltu nirringrazzjakom talli erġajtu ġejtu hawnhekk u nibda mill-ewwel billi nitlob lil Ms. Salvina Muscat tagħlaq id-diskors li kienet qed tagħmel il-bieraħ qabel ma nisimgħu lill-kapijiet ta' skejjel oħra.", "SALVINA MUSCAT (Kap ta' skola studenti bniet b'diffikultajiet fit-tagħlim): Sinjura President, nixtieq insemmi aspett li huwa nieqes fid-dokument, id-drama.", "Naħseb li b'xi mod jew ieħor id-drama għandha tiddaħħal fid-dokument għaliex id-drama toħroġ ħafna l-ħiliet tat-tfal u tgħinhom isaħħu l-istima tagħhom lejhom infushom.", "Fl-opinjoni tiegħi, waħda mill-affarijiet l-aktar importanti fid-dokument, hija li l-iskejjel isiru ċentri ta' riċerka.", "Aħna nemmnu ħafna fil-bżonn ta' riċerka għax ir-riċerka tagħti riżultati immedjati u fl-iskola tiegħi għamilna ħafna tipi ta' riċerka li kollha taw riżultati li wieħed jista' jaħdem fuqhom u nħoss li huwa aħjar jekk l-iskola tagħmel ir-riċerka hija stess.", "Sfortunatament, fl-iskola tiegħi, minkejja li din is-sena saru sitt tipi ta' riċerka, ma nafx x'kien ir-riżultat tagħhom.", "Inħoss li l-iskejjel fejn tkun saret ir-riċerka għandhom jiġu magħrfa bir-riżultati miksuba.", "Id-dokument isemmi r-rwol tal-ġenituri.", "Ma naħsibx li f'ċerti skejjel huwa daqshekk faċli li tinvolvi l-ġenituri daqskemm jagħti x'jifhem id-dokument.", "Jien kull mezz għamilt biex nara li l-ġenituri ta' l-istudenti jattendu għal-laqgħat li nagħmlu.", "Per eżempju minn riċerka li għamilt sibt li l-ġenituri ma jkunux jistgħu jattendu għal-laqgħat filgħaxija allura l-laqgħa tal-kunsill nipprovaw nagħmluha f'ħin li huwa konvenjenti għall-ġenituri, pero' minkejja dan, fil-laqgħa tal-kunsill tas-sena l-oħra, kien hemm numru ta' tfal li ħadd mill-ġenituri tagħhom ma attenda.", "Jiġifieri biex tagħmel kunsill ta' l-istudenti ssib diffikultajiet u waħda mid-diffikultajiet hija li fi skejjel sekondarji, it-tfal ikunu ġejjin minn rħula differenti.", "Per eżempju, għamilt lezzjonijiet għall-ġenituri wara l-ħin ta' l-iskola biex it-tfal stess ikunu mal-ġenituri tagħhom, pero' l-istudenti jibqgħu u l-ġenituri ma jiġux.", "Anke lezzjonijiet għall-ġenituri filgħodu għamilt biex forsi jiġu, pero' l-istess, ma jiġux.", "Din is-sena, għandna jiġu għal-lezzjonijiet, miżerja ta' 16-il parent u jekk darba fix-xahar il-kunsill ta' l-iskola jagħmel attivita' għall-ġenituri, huma biss 20 jew 25 ġenituri li jitfaċċaw.", "X'inhuma l-attivitajiet li jirrikorru għalihom il-ġenituri?", "Normalment il-ġenituri jiġu fil-parents day meta jkollna attivita' immensa, jattendu għall-prize day - dakinhar l-iskola tkun imballata - u ġeneralment jattendu meta jkollna open day, pero' hemm diffikultajiet fejn jidħlu l-ġenituri.", "Nikkonkludi billi nirriferi għal dak li qed jgħid id-dokument, li l-iskejjel sekondarji bħal tagħna, bil-mod il-mod iridu jiġu phased out.", "Jekk tistaqsuni naqbilx mal-phasing out, ngħid li kif inhi s-sistema llum, it-tfal ta' l-iskejjel bħal tiegħi xorta qed jiġu esklużi minn ħafna affarijiet.", "Nixtieq nara dawn it-tfal jiġu nklużi iktar.", "Illum qed ngħidu li dawn it-tfal qed jimpruvjaw u qed jitgħallmu, imma fil-fatt, min qiegħed jiċċertifika din il-ħaġa?", "Nixtieq li b'xi mod l-affarijiet jinbidlu.", "Inħoss li huwa importanti ħafna li mat-tibdil ikun hemm is-support neċessarju għall-kapijiet.", "Ma nafx kemm-il darba tidher il-kelma ''kapijiet'' fid-dokument, imma l-kap timxi skond il-bsaten li jkollna mdawrin magħha.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Ms. Muscat.", "MIRIAM CAPPELLO (Kap ta' skola sekondarja tal-bniet): Meta qrajt dan il-kurrikulu minimu nazzjonali, ħadt pjaċir għaliex għedt li fl-aħħar għandna kurrikulu li hu miktub minn edukaturi u mhux min nies li jridu jieħdu xi vantaġġ minnu.", "In-nies li kitbu dan id-dokument huma veru edukaturi, pero' meta erġajt qrajtu deherli li l-kurrikulu qed jiddiskrivi sitwazzjoni li hija pjuttost ideali, utopian.", "Fir-realta' hemm ħafna affarijiet li jenħtieġu jinbidlu.", "Jiena ili naħdem fil-qasam ta' l-edukazzjoni għal ħafna snin u t-tibdiliet kollha li saru f'dawn l-aħħar 40 sena, kollha għexthom.", "Niftakar meta ddaħħlet l-iskola sekondarja għal kulħadd, meta tellgħina l-eta' ta' l-edukazzjoni obbligatorja għal 16-il sena, niftakar il-comprehensive schools u niftakar meta neħħejna l-eżamijiet.", "Dawn il-miżuri kollha kienu implimentati mingħajr ħsieb.", "F'Ġunju jew f'Lulju kien ingħad li l-iskola sekondarja se tkun għal kulħadd, imbagħad ridna nattwaw dik id-deċiżjoni f'Settembru ta' wara.", "Xahrejn mhux biżżejjed biex wieħed jimplimenta miżura bħal din.", "La kien hemm pjanijiet, la kien hemm strutturi u lanqas in-nies ma kienu preparati.", "Jiena għallimt tfal ta' 14-il sena li f'Ġunju ħasbu li dik kienet l-aħħar ġurnata ta' l-iskola għalihom mentri f'Settembru ta' wara kellhom jerġgħu jiġu l-iskola, u kellhom imorru fi skola ġdida għaliex l-iskola li kienu jmorru fiha qabel ingħalqet.", "Tistgħu timmaġinaw id-disprament li taw lilna t-teachers.", "Dik kienet il-baptism of fire għalina bħala teachers għaliex ma konniex ippreparati għalihom.", "Teacher li kienet tgħallem ġo grammar school kif kont ngħallem jien u mbagħad sabet ruħha ffaċċata b'dawn it-tfal, was not able to cope.", "Jiena nispera li qabel ma' l-kurrikulu jiġi implimentat, jitwaqqfu l-istrutturi li hemm bżonn jitwaqqfu.", "Jekk taqra d-dokument sewwa, tirrealizza li jekk ma jkunx hemm - jien qed nirriferi għal-livell ta' l-iskejjel sekondarji - departmental meetings regolari, organizzati b'mod tajjeb u li jsiru f'ħin kwiet, dan il-kurrikulu ma jistax jitħaddem.", "Fit-timetable tagħna għandna slot ta' lezzjoni waħda fil-ġimgħa fejn l-għalliema jkunu free fl-istess ħin.", "Imma t-tliet kwarti free time, jiddiġeneraw f'nofs siegħa.", "Sakemm teacher toħroġ mill-klassi, tmur fl-istaff room, tiltaqa' u titkellem ftit ma' sħabha, ma jibqax ħafna ħin minn dawk it-tliet kwarti u naturalment f'nofs siegħa ma jsirx ħafna xogħol.", "Anzi, jekk ma jkunx ippjanat minn qabel x'hemm ħsieb li jsir, ma jsir xejn.", "Barra minn hekk, jiena nara li mhux departmental meetings biss irid ikun hemm imma anke interdepartmental meetings.", "Jekk immorru f'paġna 48 tad-dokument naraw:", "''Fid-dawl tal-prinċipju ħolistiku ta' dan id-dokument, huwa mistenni li l-għalliema tas-suġġetti differenti jingħaqdu flimkien u jippjanaw proġetti madwar temi partikolari.''.", "Fi x'ħin se jsiru dawn l-interdepartmental meetings?", "Fit-timetable hemm slot waħda for departmental meetings, not for interdepartmental meetings għaliex ovvjament ma tistax tqiegħed xi 30 teacher free fl-istess ħin.", "Huwa importanti wkoll li jkun hemm interschool meetings.", "Aħna qed ngħidu li kull skola se tkun awtonoma u se tipprepara l-kurrikulu tagħha, u allura nimmaġina li se tipprepara wkoll is-syllabus tagħha.", "Imma jekk kull skola se taħdem b'mod iżolat, se tħossha mitlufa u nibża' li l-istandards jinżlu.", "Għalhekk qed ngħid li għandu jkun hemm interschool meetings u li jkunu regolari.", "Bħal-lum tmient ijiem, Ms. Vella qalet li huwa diffiċli biex issib il-ħin, imma jiena ngħid li jekk mhux se nsibu l-ħin, dan il-kurrikulu se jibqa' biss dokument miktub b'mod sabiħ mingħajr ma jsir reali.", "Ħaġa oħra li għandna bżonn jekk verament irridu li dan il-kurrikulu jaħdem, hija li f'kull skola jkun hemm subject coordinator għal kull suġġett.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-mod kif qegħdin imqassmin is-subject coordinators is very unfair.", "Ċertu skejjel għandhom numru kbir ta' subject coordinators, għandhom bejn 10 jew 12, oħrajn, bħali, għandhom biss waħda, u oħrajn m'għandhom l-ebda subject coordinator.", "Jiena nipprova nieħu d-departmental meetings, imma jien m'iniex esperta f'kull suġġett u allura ma nistax niggwida lit-teachers fis-suġġetti kollha, u lanqas ma nista' niċċerja kull departmental meeting għaliex ix-xogħol tal-ġurnata ma jippermettilix li nagħmel dan, waqt li subject coordinator ikun jista' jagħmel dan ix-xogħol.", "Bħalma għedt, huwa importanti li f'kull skola jkun hemm subject coordinator għal kull suġġett.", "Jekk dan is-suġġeriment jiġi milqugħ, jien nissuġġerixxi li l-applikazzjoni għal mili ta' dawn il-postijiet tkun site specific għaliex aħna qegħdin f'sitwazzjoni fejn is-subject coordinators ma jkunux iridu jiġu fl-iskejjel tagħna, jippreferu jibqgħu jew fil-higher secondary jew inkella fil-junior lyceum.", "Jiddispjaċini ngħid li l-iskejjel tagħna huma s-cinderella ta' l-iskejjel.", "Hemm preġudizzju kontra tagħhom li fl-opinjoni tiegħi ma tistħoqqilhomx.", "Suġġeriment ieħor huwa li l-kap ta' l-iskola fejn se jintbagħtu s-subject coordinators, tkun fuq l-bord ta' l-għażla.", "S'issa, bħala heads, qed inkunu fuq il-bord ta' l-għażla ta' casual cleaners u allura għandek ċertu kontroll fuqhom.", "Jekk il-head of school tkun fuq il-bord ta' l-għażla ta' subject coordinators għall-iskola tagħha u forsi japplikaw teachers li jkunu diġa' parti mill-istaff tagħha, il-head of school tkun tista' tevalwa eżatt il-potenzjal ta' l-għalliema li jkunu qed japplikaw għall-post.", "Jien inħoss li għandna nagħtu ċans lill-għalliema ż-żgħar li wrew li huma kapaċi.", "Kultant aħna ngħidu li l-esperjenza hija l-aktar ħaġa importanti.", "Veru li l-esperjenza hija sabiħa u importanti, imma hawn min jilħaq ċertu eta' u l-esperjenza jibqa' ma jeħodha qatt, u hawn min ikun ilu jgħallem tlieta jew erba' snin biss u jkollu aktar esperjenza minn persuna li tkun ilha tgħallem 30 sena.", "Jiena nippreferi persuna żagħżugħa bl-enerġija, bil-kariżma, taf x'inhi tgħid u li għandha rapport mat-tfal u ma' l-għalliema l-oħra, milli xi ħadd li huwa ikbar fl-eta' u għandu biss l-esperjenza.", "Ħaġa oħra li jien nara l-bżonn tagħha, hija li fl-iskola jkun hemm persuna, tista' tkun il-head jew assistant head, li tkun in charge mill-kurrikulu.", "Xogħolha jkun speċifikament curriculum planning.", "Naturalment biex tikteb kurrikulu trid ħafna ħin u jinvolvi ħafna xogħol.", "Mhux se toqgħod bilqiegħda u tiktbu f'minuta.", "Trid il-ħin u trid tikkonċentra u toqgħod attenta.", "La qed ngħidu li l-kurrikulu se jkun f'idejna, qed nassumi li anke s-syllabus se jkun f'idejna u jekk is-syllabus se jkun f'idejna, nixtieq li l-kotba nixtruhom aħna u mhux jixtrihomna d-dipartiment u mbagħad aħna niġu lumped b'kotba li la jkunu ta' interess għat-tfal tagħna u lanqas ma jkunu ta' livell għalihom.", "Imbagħad diżgrazzjament, biex ikun ġustifikat il-fatt li nxtraw dawk il-kotba, ċertu EOs jinsistu li fin-national paper - veru li xi darba n-national paper se tispiċċa, imma s'issa għadha magħna - ikun hemm mistoqsijiet speċifiċi fuq topics speċifiċi li nsibu fil-kotba li nkunu qed nużaw.", "Per eżempju, bilfors irid ikun hemm mistoqsija fuq poeżija li tkun f'ċertu ktieb ta' l-Ingliż biex ikunu żguri li aħna wżajna dak il-ktieb.", "Issa jista' jkun hemm ċerti sitwazzjonijiet fil-klassijiet fejn xi poem ma tkunx tista' tagħmilha.", "Per eżempju, poeżija ''My Mother'', ma tistax tagħmilha jekk hemm tifla li għadha kif tilfet lill-ommha, imma jkollok tagħmilha għax fl-eżami toħroġlok mistoqsija dwar dik il-poeżija u jekk ma tkunx għamiltha fil-klassi, l-istudenti ma jkunux jafu jirrisponduha.", "Naturalment tista' toħroġ minn dik is-sitwazzjoni jekk il-mistoqsija ma tagħmilhiex speċifika, imma mhux hekk isir.", "Jekk nixtru l-kotba aħna, neħilsu mill-ħafna raċanċ ta' kotba li għandna li ilhom jintużaw is-snin, u li l-kondizzjoni tagħhom ma tantx hija tajba, u neħilsu mill-ħafna kotba li m'għadhomx daqshekk ta' interess għat-tfal.", "Punt ieħor li rrid ngħid huwa li jekk kull skola se tkun awtonoma u se jkun hemm biss one national paper fl-aħħar tal-Form 5, hemm bżonn ta' monitoring kontinwu u monitoring li jsir minn xi ħadd barra l-iskola.", "Il-monitoring ma jridx isir biss minni jew mill-coordinator, imma trid tinħoloq xi sistema fejn persuni kwalifikati - u nenfasizza fuq il-bżonn li l-persuni jkunu kwalifikati - jagħmlu monitoring ta' l-istandards ta' dik l-iskola.", "Jekk l-iskejjel jitħallew waħedhom, wisq nibża' li l-istandards jinżlu għax kulħadd jixtieq li t-tfal tiegħu jmorru tajjeb u allura jista' jkun hemm it-tendenza li wieħed jibda jniżżel l-istandard biex aktar tfal imorru tajjeb fl-eżamijiet.", "Hemm bżonn ta' re-training qawwi ta' għalliema u l-bżonn li tinbidel il-mentalita' li l-għalliema hija responsabbli biss għal-lezzjoni tal-klassi tagħha ta' dak il-ħin.", "Bħala għalliema, ma nistgħux nibqgħu naħsbu biss mil-lat ta' klassi, imma rridu naħsbu mil-lat ta' skola.", "L-għalliema għandhom bżonn ukoll taħriġ fuq l-assessment system u l-eżamijiet.", "Li tagħmel assessment huwa daqsxejn diffiċli għaliex aħna bnedmin u allura kultant inkunu aktar soġġettivi milli oġġettivi.", "Biex isir l-assessment, irid ikun hemm ċertu regoli li kull persuna trid timxi magħhom.", "Jien naqbel ma' dan is-suġġeriment.", "Dan id-dokument isemmi wkoll ir-reliġjon u jgħid li t-tagħlim tar-reliġjon huwa importanti għaliex lit-tfal jagħtihom conduct of living, jgħinhom jagħrfu kif għandhom jgħixu.", "Issa jekk aħna verament irridu li t-tfal nuruhom ċertu triqat li għandhom jimxu minnhom, nixtieq nissuġġerixxi li s-suġġett tar-reliġjon ma jkunx examinable għaliex jekk se tagħmillu eżami, se jkun bħal kwalunkwe suġġett ieħor.", "Fl-opinjoni tiegħi, is-suġġett tar-reliġjon għandu jkun unexaminable kif inhu l-PSE, biex it-teacher ma tkunx restrained b'syllabus u allura tkun tista' tiddiskuti u tgħin lit-tfal isolvu d-diffikultajiet li jkollhom.", "Ma nafx iniex nesaġera, imma naħseb li jekk ma nkomplux ngħidulha l-\"lesson tar-religion'' imma nagħtuha isem ieħor, aktar inkunu qed nilħqu l-iskopijiet tagħna għaliex malli t-tfal jisimgħu l-kelma ''religion'' itellgħu barrier.", "Fl-opinjoni tat-tfal, is-suġġett m'huwiex interessanti u jgħidu li mhux importanti għalihom, u allura fil-klassi jkun hemm ċertu inkwiet.", "Il-PSE, minkejja li m'għandux eżamijiet, jaħdem, jimxi u jgħin lit-tfal, allura għaliex m'għandniex nagħmlu l-istess fil-każ tar-reliġjon?", "Hawnhekk huwa suġġerit li l-PSE jibqa' tiela' sa Form 5.", "Sal-lum, il-PSE jiġi mgħallem sa Form 3, u jien nixtieq li jibqa' tiela' sa Form 5, imma jekk jibqa tiela' sa Form 5, x'suġġetti se nneħħu?", "Il-PSE se jieħu żewġ lezzjonijiet fil-ġimgħa, allura mil-liema suġġetti se nnaqqsu dawn iż-żewġ il-lezzjonijiet?", "Jien ilni 20 sena kap ta' skola sekondarja u naf x'inhi l-atmosfera fihom, allura fl-opinjoni tiegħi - u din hija soġġettiva - jekk neżaminaw dan il-kurrikulu tajjeb, naħseb that we have to query il-validita' ta' l-eżami għad-dħul fil-junior lyceum.", "Min-naħa qegħdin ngħidu li ma jridx ikun hemm diskriminazzjoni, u min-naħa l-oħra se nagħmlu eżami li se jiddiskrimina kontra tfal minn meta jkollhom 11-il sena.", "Qed ngħidu li min hu tajjeb imur il-junior lyceum u min mhux daqshekk tajjeb, jiġi fl-iskejjel tagħna.", "Aħna qegħdin ngħidu li rridu l-inclusive education, imma fl-istess waqt, lit-tfal tagħna qed ngħidulhom, ''intom akkademikament żvantaġġati għaliex sejrin f'dik l-iskola u sejrin f'dik l-iskola għaliex dik hija tajba għalikom''.", "Qegħdin ngħidu li nneħħu l-istreaming, imma aħna stess qegħdin nagħmlu streaming tat-tfal meta jagħlqu 11-il sena.", "Dawk li huma kkonsidrati bħala tajbin, imorru l-junior lyceum u dawk li m'humiex daqshekk tajbin, qed jiġu fl-iskejjel tagħna.", "Issa lit-tfal li qegħdin fl-iskejjel tagħna, diġa' jkunu ħadu żewġ skussaturi li tefgħuhom lura.", "L-ewwel skossatura kienet li meta kellhom tlett snin ħadu parti fil-lotterija biex jidħlu fl-iskejjel privati u ma telgħux, u mbagħad nisimgħu l-ġenituri jgħidu li t-tifla tagħhom għal imkien ma telgħatilhom u kollhom jibagħtuha fi skola tal-gvern.", "Jiġifieri l-fatt li t-tifla qiegħda fi skola tal-gvern, għalihom, diġa' is second best.", "Imbagħad il-ġenituri jittamaw li forsi t-tifla tgħaddilhom mill-eżami għad-dħul fil-junior lyceum.", "Allura biex forsi tgħaddi mill-eżami, tibda l-farsa tal-privatijiet.", "Jibgħatuhom għall-privat minn mindu jkunu għadhom Year 1, u jibqgħu jibgħatuhom il-privat sakemm jaslu biex jagħmlu l-eżami għad-dħul fil-junior lyceum.", "Jekk it-tifla ma tgħaddix minn dak l-eżami u tkun għadha ftit żgħira, tirrepeti l-Year 6 u jekk terġa' ma tgħaddix, idaħħluha fl-iskejjel tagħna.", "Din is-sena kelli każ fejn l-omm, quddiem it-tifla stess qaltli: ''Diġa' għamlet żewġ eżamijiet u m'għadditx issa din is-sena se tagħmel l-eżami it-tielet darba u jekk ma tgħaddix, ma naħfrilhiex!''.", "Immaġina kemm hija demoralizzata t-tifla u x'tensjoni għandha fuqha.", "Pero' kultant mhux il-ġenituri biss jagħmlu din it-tip ta' pressure fuq it-tfal imma sfortunatament anke xi għalliema tal-primarja.", "Jgħidulhom li jekk ma jistudjawx imorru fi skejjel bħal tiegħi.", "Allura għat-tfal, il-fatt li ġew fl-iskola tagħna, diġa' huwa punishment u dan m'huwiex fair.", "It-tfal tagħna jistħoqqilhom aħjar.", "Qegħdin niġġudikaw it-tfal li jkunu ilhom tmien snin jew aktar fil-primary school, fuq ġimgħa eżamijiet u qegħdin nikkundannawhom fuq ir-riżultat li jġibu.", "Pero' l-kelma ''nikkundannawhom'', m'hijiex il-kelma ġusta għax fl-opinjoni tiegħi, li jiġu fl-iskola tagħna m'humiex ikkundannati minkejja li għal ħafna min-nies huwa hekk.", "Naħseb għandna naraw jekk l-eżami għad-dħul fil-junior lyceum għadux validu.", "Mhux qed ngħid li nabolixxu l-eżamijiet għaliex meta għamilna hekk, kien hawn diżastru sħiħ fl-edukazzjoni.", "L-eżamijiet għandhom jibqgħu, pero' għandna nistudjaw is-sitwazzjoni fejn tfal ta' 11-il sena qed jagħmlu tliet eżamijiet fi żmien xahar, l-eżami tal-junior lyceum, l-annual exam, u l-common entrance exam.", "IĊ-CHAIRPERON: Skużani se ninterompik, pero' l-annual examination tal-Year 6 isir fi Frar u mhux f'Mejju bħall-eżami għad-dħul fil-junior lyceum.", "MIRIAM CAPPELLO: Veru, imma xorta waħda jkollhom żewġ eżamijiet fi żmien ftit xhur, il-junior lyceum exam u l-common entrance exam għas-subien.", "Barra minn hekk, ikun hemm ħafna tensjoni u pika bejn il-ġenituri stess u tfal li jkunu ilhom numru ta' snin fl-istess klassi, ikollhom jinfirdu u jmorru fi skejjel differenti.", "Issemmiet l-inclusive education u naħseb li hemm tfal li ma semmejnihomx u li għandhom bżonn l-għajnuna tagħna, u qed nirriferi għat-tfal li huma emotionally disturbed.", "Aħna għandna ħafna minn dawn it-tip ta' tfal.", "Dawn it-tfal ikollhom bżonn back-up system u psychological help iżda l-iskejjel tagħna ma jipprovudx dan it-tip ta' support.", "Fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni hemm biss school pyschologist wieħed u art therapist waħda li daħlet din is-sena.", "Naf b'din l-art therapist għaliex bħalissa qiegħda tiġi l-iskola tiegħi kuljum għal tifla li għandna.", "Ma nafx kif taħdem is-sistema ta' l-art therapy għax it-therapist ilha tiġi biss minn nhar it-Tnejn li għadda u meta tiġi, tieħu t-tifla fil-guidance room u ġġegħelha tpinġi biex toħroġ l-emozzjonijiet tagħha permezz tat-tpinġija.", "She has no sense of indentity, she doesn't feel she belongs to anyone u tħossha li ħadd ma jridha, pero' nista' ngħid li f'dawn il-ftit ġranet li ilha tiġi l-art therapist, diġa' bdejna naraw ftit improvement fl-imġieba tagħha fil-klassi.", "It-tifla tiddisturba l-klassi, m'għandhiex kwiet u sabar f'ġisimha.", "Bħalma tafu, fi ħdan id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni hemm il-welfare department u l-guidance department u fl-istruttura tal-pajjiż, għandna l-SWDP, iċ-Ċentru Ħidma Soċjali, l-Aġenzija sedqa u l-Caritas.", "Dawn huma organizzazzjonijiet differenti li kollha qed jaħdmu għall-istess għan u kollha jaħdmu separatament.", "Issa allaħares tirriferi lil xi ħadd x'imkien meta suppost irriferejtu x'imkien ieħor għax jinfetħu bibien is-sema.", "Naħseb li hemm ħafna tensjoni bejniethom, allura ma nistgħux naraw x'nistgħu nagħmlu biex minflok ma jkollna sitt aġenziji jkollna biss aġenzija waħda li tikkoordina x-xogħol kollu hi?", "Ara kemm tirbaħ manpower.", "Jekk inti għandek 20 persuna f'kull aġenzija, b'kollox għandek 120 persuna li tista' tqassamhom fi skejjel differenti biex b'hekk kull skola jkollha tip ta' għajnuna.", "Tkellimna ħafna fuq kemm għandhom bżonn għajnuna t-tfal u x'għandna nagħmlu biex ngħinuhom, imma fl-istess waqt ma rridux ninsew it-teachers.", "L-għalliema huma bnedmin u burn-out tat-teachers jeżisti.", "Huwa diffiċli tikkontrolla klassi ta' 30 tifla li kollha għandhom problemi.", "Jien naħseb li jkollok 30 tifla fi klassi, huwa wisq.", "Aħna jkollna tfal li meta jiġu għandna lanqas biss ikunu jafu jiktbu u jaqraw u bi 30 tifla ġol-klassi, it-teacher ma tistax tagħtihom individual attention, bilfors ikollha tħalli lil xi ħadd barra.", "Possibbli li jkollna klassijiet iżgħar, imqar b'25 jew 20 tifla biex it-teacher tkun aktar tista' tagħtihom individual attention?", "Diġa' qed noħolqu support services għat-tfal, imma nistgħu noħolqu xi support service għat-teachers?", "Anke t-teachers ikollhom problemi u jkollhom bżonn min jgħinhom.", "Wara li tkun ilek ma nafx kemm tagħti lezzjonijiet u mbagħad ma tara l-ebda riżultat, titfgħek lura.", "Jien ma nixtieqx nitfa' dell ikrah jew nispiċċa b'togħma ħażina.", "Dan il-kurrikulu huwa tajjeb u jekk jaħdem, fl-iskejjel tagħna jkollna stat ideali u tispiċċa l-idea li ħafna nies għandhom li l-iskejjel ta' l-Istat huma second rate.", "Jekk tippermettuli nixtieq nikkwota minn artiklu bit-titlu ''Parents fight for facilitators'' li deher il-bieraħ f'gazzetta lokali.", "F'dan l-artiklu ntqal li l-gvern ma jħallasx għal facilitators ta' tfal bi bżonnijiet speċjali li jmorru fi skejjel indipendenti u l-bieraħ wieħed mill-persuni li ġie intervistat qal:", "Jien noġġezzjona għall-aħħar kumment.", "Ma naħsibx li l-iskejjel ta' l-Istat huma ħżiena, l-image tagħhom huwa ħażin u allura għandu jkun hemm kampanja konċentrata biex ngħollu l-image ħalli kif għedt fil-bidu, ma nibqgħux niġu kkonsidrati s-cinderella ta' l-iskejjel kollha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nitlob issa lil Ms. Ciappara tagħmel l-intervent tagħha.", "MARIA CIAPPARA (Kap ta' junior lyceum): Qabel ma kont head ta' junior lyceum, kont kemm f'ex-opportunity school u kemm fi skola sekondarja allura nista' nifhem dak li ntqal hawnhekk.", "Jien qassamt il-presentation tiegħi fi tliet taqsimiet, f'apprezzament in ġenerali għal dan l-abbozz tal-kurrikulu, f'mistoqsijiet u f'suġġerimenti.", "Meta qrajt dan l-abbozz, ħassejt li m'huwiex tqil biex jinftiehem pero' narah bħala proġett ambizzjuż.", "Is-suċċint huwa interessanti bħala riferenza waqt li l-abbozz finali jagħti d-dettalji kollha.", "Jagħti ħafna u ħafna punti u jaħseb għal-livelli kollha, jaħseb għat-tfal ta' bejn it-tlieta u s-16-il sena.", "Il-kurrikulu jagħti importanza l-bżonn li d-dipartment u l-Universita' jaħdmu flimkien u fl-opinjoni tiegħi din hija importanti ħafna.", "Jogħġobni l-konċett li l-istudent huwa ċ-ċentru tas-sistema u li nqisu lill-istudent bħala bniedem sħiħ.", "Id-dokument fih numru ta' espressjonijiet li huma tassew sbieħ u li laqtuni; it-thematic approach, learning by doing, il-kurrikulu huwa proprjeta' pubblika u li t-tfal m'humiex flixkun biex jimtela', imma fjamma biex tinxtegħel.", "Fl-opinjoni tiegħi, din is-sentenza tfisser ħafna u hija interessanti ħafna.", "F'paġna 23 ta' l-abbozz naraw x'inhuma dawk il-kwalitajiet li jagħmlu teacher tajba, motivata u kompetenti u f'paġna 20 naraw li skola tajba, timmira għall-iżvilupp sħiħ ta' l-istudent.", "L-abbozz juri l-importanza tal-portfolio - ħaġa li naqblu ħafna magħha - u jitkellem dwar l-assessjar summativ flimkien ma' l-assessjar informattiv, u l-għoti ta' aktar awtonomija lill-iskejjel.", "Niġi issa għal xi mistoqsijiet li nixtieq nagħmel.", "Liema bidliet huma immedjati?", "Liema huma l-areas li se jkunu assessed?", "Se jkollhom eżami?", "L-għalliema se jilħqu jkunu ppreparati għal dawn il-bidliet li jridu jidħlu fis-seħħ f'Settembru 2000?", "L-iskejjel kbar u klassijiet kbar se jibqgħu, jew huwa maħsub li l-popolazzjoni ta' kull skola u klassi tonqos?", "Xi proġetti importanti se jsiru f'ċerti skejjel?", "Jista' xi ħadd jara bis-serjeta' li l-ħin tagħna, kapijiet ta' l-iskejjel, ma jibqax jittieħed għal xogħol klerikali li jista' jagħmlu ħaddieħor kompetenti?", "Jista' xi ħadd jiggarantixxi li s-support resources li bħala kapijiet ta' l-iskejjel għandna bżonn biex jitħaddem dan il-proġett, jingħatawlna?", "Jista' xi ħadd jiggarantilna li l-problemi li jista' jkollna ma' impjegati jew nies oħra ta' madwarna, jittieħdu bis-serjeta' u jitqiesu bħala urġenti?", "Aħna rridu naħdmu u nħabbtu wiċċna magħhom kuljum, allura ma nistgħux nistennew ix-xhur biex il-problemi jinqatgħu.", "Niġi issa għal xi suġġerimenti.", "Irridu napprezzaw li aħna bħala junior lyceums qed nieħdu ħsieb il-high achievers.", "Fl-iskejjel privati jmorru mat-30% ta' l-istudenti kollha f'pajjiżna allura 70% qed imorru fl-iskejjel ta' l-Istat, pero' anke l-high achievers li jgħaddu għall-iskejjel tagħna għandhom bżonn support.", "Irridu naħsbu sewwa qabel ngħidu li nneħħu l-eżami għad-dħul fil-junior lyceums, ma mmorrux nitilfu lil dawn il-high achievers.", "Jien nieħu pjaċir ngħid, per eżempju, li kellna studenti fil-Form 5K li għaddew minn tmien suġġetti, u m'iniex ngħodd il-Grade 6.", "Dawn mhux riżultati tajbin?", "Naturalment mhux qed ngħid biss għall-iskola tiegħi, imma qed nitkellem bħala rappreżentanta tal-junior lyceums f'pajjiżna.", "X'jiġrilhom dawn it-tfal jekk ma neħdux ħsiebhom, jekk ma nqisumhomx bħala individwi u mhux bħala numru?", "Irridu nikkultivawhom ukoll lil dawn it-tfal.", "Huwa d-dover tagħna li nagħmlu hekk la aħna konvinti li se jaslu.", "Irridu mmexxuhom u nġebbduhom kemm nistgħu ħalli ma nitilfuhomx.", "Dawn huma riżorsi umani li m'għandniex nitilfuhom.", "Huma kapaċi u ċertament li jaslu jekk ngħinuhom u ngħollulhom il-livell tagħhom.", "Dawn se jkunu l-professjonisti ta' għada u ladarba l-professjonisti huma importanti fis-soċjeta', irridu ngħinuhom minn issa.", "La kapaċi jiġru u mhux jimxu, iridu nġerruhom.", "Irridu nagħtuhom is-support bħalma nagħtu s-support lil dawk li huma batuti jew li ma jaslux.", "It-tfal batuti qegħdin in-naħa ta' wara tal-graph waqt li l-istudenti tagħna qegħdin in-naħa ta' quddiem tal-graph.", "Huma importanti u allura rridu nieħdu ħsiebhom bħalma nieħdu ħsieb lil min qiegħed fin-nofs jew qiegħed fuq wara tal-graph.", "Fl-abbozz għandna miktub ''aktar żgħażagħ jagħżlu x-xjenza'', imma min qed jagħżel is-suġġetti tax-xjenza?", "Mhux l-istudenti tagħna qed jagħżlu s-suġġetti tax-xjenza?", "Jekk ma neħdux ħsiebhom, jintilfu u fl-aħħar mill-aħħar, min se jitlef?", "Mhux is-soċjeta' se titlef?", "Naturalment bħal kull skola oħra, għandna wkoll problemi u għalhekk naqbel li l-PSD għandu jibqa' sal-Form 5 u l-istudenti tagħna għamlu l-parti tagħhom billi darbtejn għamlu petizzjoni biex il-PSD jibqa' magħhom sal-Form 5.", "Fil-junior lyceums, il-PSD m'huwiex sal-Form 3 kif inhu fl-iskejjel sekondarji, imma sal-Form 2.", "Qishom sal-Form 2, il-problemi jiġu solvuti waqt li bħalma nafu, fil-Forms 3, 4, u 5 ikun hemm tip ta' problemi totalment differenti.", "Dan id-dokument qed jipproponi li kull skola jkollha l-kurrikulu tagħha.", "Jien naqbel, imma bħalma diġa' ntqal minn heads of school oħra, wara ċertu snin għandha ssir karta nazzjonali bħala benchmark that will cater for all students.", "Jagħmel ħafna sens ukoll li l-karta tkun graded biex it-tfal mhux mill-ewwel domanda jaqtgħu qalbhom.", "Jekk tkun graded, l-ewwel domandi jkunu jistgħu jiġu tackled minn ċerti tfal waqt li d-domandi l-oħra jkunu jistgħu jiġu tackled minn tfal oħra skond l-intelliġenza tagħhom.", "Nixtieq nissuġġerixxi li fil-junior lyceums nesiġu, u mhux nipproponu, li f'ċerti suġġetti jintuża l-Ingliż.", "Jekk nesiġu li jkun hekk, it-tfal ikunu iktar exposed għal-lingwa Ingliża imma jekk nipproponuha biss, hemm il-probabbilta' li wieħed ma jimplimentahiex.", "It-tfal m'humiex qed ikunu exposed biżżejjed għal-lingwa Ingliża u jekk nesiġu li f'xi suġġetti - mhux fis-suġġetti kollha - t-teachers jitkellmu bl-Ingliż, il-livell żgur li jitjieb.", "Nixtieq ukoll li l-istudenti jieħdu sehem f'extracurriculur activities u mhux jagħmluhom bis-serqa.", "L-istudenti joħorġu l-identita' tagħhom f'dawn l-attivitajiet, bħalma huma d-drama, sports, eċċ. Dawn l-attivitajiet huma importanti daqs l-istudju akkademiku.", "L-istudenti jitgħallmu ħafna permezz tagħhom, jitgħallmu jaħdmu fi gruppi u jaħdmu ma' ħaddieħor, jistrieħu mix-xogħol li jkun tal-moħħ u fl-istess waqt jiddevertu u jieħdu pjaċir.", "Permezz tal-media nixtieq li ssir kampanja biex il-ġenituri li għandhom kontribut x'jagħtu, ma jibqgħux lura imma jmorru l-iskola ta' wliedhom u jaraw fejn jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom.", "Wara kollox, l-iskola m'hijiex biss tat-tfal iżda anke tal-ġenituri.", "Huma klijenti tagħna daqskemm huma wliedhom.", "Il-ġenituri huma wkoll riżors u aħna nistmawhom u ninkluduhom f'ħafna attivitajiet għaliex inħossu l-bżonn tas-support tagħhom u l-bżonn li jiġbdu l-istess ħabel tagħna.", "Fil-fatt, kull meta jkollna xi attivita', dejjem nibagħtu parent mat-teacher biex il-parents ikunu jafu kif qed iġibu ruħhom uliedhom, x'qed jitgħallmu u fl-istess waqt jitgħallmu huma wkoll.", "Jien jiddispjaċini għal min m'għandux coordinators.", "Fl-iskola tagħna għandna sitt coordinators u x-xogħol u l-esperimenti li jagħmlu u l-inizjattivi li jieħdu, huma inkredibbli.", "Ms. Cappello tkellmet fuq il-kotba li jintużaw fl-iskejjel u jien se nieħu eżempju wieħed.", "It-teachers tagħna indunaw li l-ktieb \"Espaces\" li kien jintuża għas-suġġett tal-Franċiż, kien tqil wisq u allura t-teacher u l-coordinator ħadmu flimkien u xtaqu li nibdew nużaw ktieb ieħor li kien aktar illustrat u ta' interess għat-tfal tagħna.", "F'dan il-ktieb, minflok ma kien hemm xi ħadd xiħ bit-toppu qed ikellem lit-tfal, kien hemm waħda bil-jeans qed tkellem tifel.", "Kellmuni dwar ix-xewqa tagħhom li nibdew nużaw dan il-ktieb, għamilna appuntament ma' Ms. Vella, kellimniha u qaltilna biex nipprovawh.", "Ipprovajnih, morna tajjeb, sar rapport wara s-sena li użajnih u issa dan il-ktieb ġie introdott fi skejjel oħra.", "Din kienet inizjattiva tal-coordinator.", "Mhux jien għedtilhom biex inbiddlu l-ktieb imma l-coordinator kienet il-persuna responsabbli.", "Min se jiggwadanja minn inizjattivi bħal dawn?", "Naturalment, seta' mar ħażin, seta' l-ktieb ma kienx tajjeb għalihom, imma tajjeb li jittieħdu ċertu inizjattivi.", "Jiġifieri nista' nara u napprezza x-xogħol li jagħmlu l-coordinators u jiddispjaċini għall-iskejjel li m'għandhomx nies li jistgħu jikkoordinaw ix-xogħol għaliex jien, ġo junior lyceum, nara l-utilita' tagħhom, aħseb u ara l-bżonn tagħhom fi skejjel oħrajn.", "Per eżempju min għamel il-plan ta' l-isports area li għandna?", "Kienu t-teachers li ħadmu u għenu biex jirranġaw l-area u tieħu pjaċir tarahom jaħdmu flimkien għax dik tagħna, aħna bdejniha, aħna għexniha.", "Inizjattivi bħal dawn juru li l-iskola tkun miexja 'il quddiem.", "Dan huwa x-xogħol li jagħmel kull coordinator.", "Dan ix-xogħol ma jsirx biss fl-iskola tagħna imma anke fi skejjel oħra.", "M'humiex magħluqin fil-junior lyceums, aħna nemmnu fix-sharing.", "Ġieli ġie xi ħadd għandi u staqsieni jekk niddejjaqx jekk xi ħadd imur jara l-lezzjoni tiegħu.", "Dażgur li ma niddejjaqx.", "Aktar ma naqsmu bejnietna, aktar aħjar.", "Jien mhux se ngħir għal dak li jkun qed jagħmel ħaddieħor.", "L-aħjar li naqsmu u niftiehmu bejnietna.", "Jien kont inħoss meta kont ġo ex-opportunity school u kont nitlob l-għajnuna ta' heads u għalliema li kienu fi skejjel oħra u ma kontx insib għajnuna.", "Jien dejjem ngħidilhom: Iva, ejjew ilgħabu magħna, ejjew nagħmlu xi ħaġa flimkien.", "Naf x'jiġifieri meta kont ġo livell ieħor u ma kontx insib l-għajnuna li kont nixtieq.", "Dak kien it-team tiegħi, b'dak kont irrid inġerri, dawk it-teachers kelli u b'dawk it-tip ta' tfal imxejt u ġrejt.", "Forsi I learnt it the hard way, imma issa li qiegħda f'post ieħor u f'ambjent ieħor, ma rridx ninsa dak iż-żmien u jiddispjaċini meta nisma' xi ħaġa kontra l-iskejjel sekondarji jew kontra l-ex-opportunity schools għaliex dawk huma parti minni wkoll.", "Jiena ħdimt u għext fi skejjel differenti u ma nistax ninsa ż-żmien li għaddejt minnu.", "Kien żmien sabiħ ukoll u qatt ma ngħid kontra dawk l-iskejjel li kont fihom.", "Riżors ieħor huma t-technicians fil-laboratorju.", "Fl-iskola tagħna għandna tliet computer labs u t-technician li kellna ttieħdet mill-iskola u bqajna mingħajr technician.", "Naturalment jien ma nistax naffordja li teacher ta' l-IT nagħtih load inqas biex jekk tinqala' xi problema fil-laboratorji, nibagħtu dejjem għalih u jekk għandu l-load kollha, ma nistax nippretendi li għal kull problema li tinqala' bilfors nibagħtu għalih.", "Importanti li ċertu riżorsi jkunu at hand.", "Ovvjament, apsett importanti huwa l-aspett finanzjarju.", "Illum il-ġurnata kulħadd jitkellem dwar l-internet u jiena bħala head ta' skola ma jistax ikun li jkolli tfal jitkellmu dwar l-internet u jien ma nafx x'inhu computer!", "Kif jista' jkun!", "Bilfors ikollok iddaħħal l-internet ħalli almenu tkun taf fuq xiex qed jitkellmu.", "Ma nistax naffordja li n-neputijiet tiegħi jitkellmu dwar l-internet u jien ma nafx x'inhuwa dan l-internet.", "Imma l-kontijiet tat-telephones, min se jħallashom?", "Ma jistax ikun li jkollna persuna waħda biss li tista' tuża l-internet.", "Jekk irridu nimxu 'l quddiem f'dawn l-affarijiet … Per eżempju ħmistax ilu ġiet delegazzjoni minn Oslo - mhux fl-iskola tagħna biss ġew imma marru fi skejjel oħra ukoll - u tkellmu dwar networking bejn skejjel minn kull post fid-dinja.", "Studenti jingħataw proġett, iniżżlu Alla biss jaf xiex mill-internet u imbagħad jippreżentaw lil xulxin il-proġett li jkunu għamlu.", "Imma kif jista' jitwettaq proġett bħal dan meta hemm studenti li m'għandhomx computer id-dar?", "Dawn ma jistgħux jipparagunaw ruħhom ma' min għandu computer.", "Naqbel ma' ideat bħal dawn, dawn huma affarijiet pożittivi, imma għandna bżonn għajnuna biex nimxu 'l quddiem.", "Ħalli ngħid xi ħaġa dwar il-paperwork.", "Jiena nħoss li ħafna mill-paperwork li nagħmlu aħna, jrid jispiċċa.", "Ma jistax ikun inqattgħu daqstant ħin fuq paperwork.", "Aħna rridu nkunu persuni li nissapportjaw l-għalliema kontinwament għaliex nemmnu fit-tibdiliet li qed jiġu suġġeriti.", "Jekk inħalluhom jaħdmu waħedhom jew 'il bogħod minna, se jaqtgħu qalbhom.", "Irridu li l-abbozz jagħmluh tagħhom għaliex b'hekk ikunu jistgħu jħaddmuh.", "Aħna rridu nkunu magħhom il-ħin kollu biex jekk tinqala' xi problema nkunu nistgħu nissapportjawhom u ngħinuhom.", "Irid ikun hemm kull għajnuna għalina bħala kapijiet ta' l-iskejjel biex mill-esperjenza li għandna, jiggwadanja kulħadd, jiggwadanjaw l-istudenti, id-dipartiment, it-teachers, ġenituri u anke l-komunita'.", "Irridu l-għajnuna mhux biex aħna ma naħdmux jew biex inneħħu mir-responsabbilta' li għandna, imma biex inkunu nistgħu ngħinu lil dawk in-nies li jridu jimxu 'l quddiem.", "Irridu nkunu qrib in-nies tagħna, irridu mmorru fil-klassijiet.", "Jien l-iktar ħaġa li ddejjaqni hija meta nagħmel ġurnata ġewwa l-uffiċċju.", "Ikolli nervi tal-ġenn!", "Meta ġieli nċempel lil xi kap ta' skola oħra u jgħiduli li m'hijiex qiegħda fl-uffiċċju tagħha, ngħid: Xi pjaċir.", "Jien niddejjaq inkun ġo l-uffiċċju.", "Jien ma rridx inkun fl-uffiċċju.", "Jien irrid inkun madwar l-iskola tiegħi imma ġieli ma nsibx ħin indur fl-iskola.", "Ġieli tiġi studenta u tgħidli li tixtieq tkellimni.", "X'nagħmel?", "Inressaq kollox fil-ġenb u noqgħod nismagħha.", "Hekk nieħu gost u mhux meta tiġi xi studenta ssib il-bieb magħluq u ma tkunx tista' tkellimni.", "Qatt ma nibgħat lil xi ħadd lura, imma mbagħad x'qed jiġri?", "Mhux qed nitkellem għalija personali bħala Maria Ciappara imma bħala rappreżentanta tal-heads u li qed jiġri hu li jkollna nieħdu x-xogħol id-dar u jekk hemm faċenda, irridu nagħmluha aħna, jekk hemm xi mard id-dar, irridu nieħdu ħsiebu aħna u qegħdin nitkissru.", "Qed ikollna tensjoni fuqna u ma jistax ikun li nibqgħu ngħixu hekk.", "Bħala kapijiet ta' skejjel, nafu għaliex ħadd ma jrid japplika għal post ta' kap ta' skola u l-affarijiet iridu jirranġaw ruħhom jekk ma rridux nibqgħu f'din is-sitwazzjoni.", "Naturalment nitolbu għal ftit għajnuna, imma l-għajnuna mhux dejjem tiġi.", "Irridu nlaħħqu ma' wisq affarijiet.", "Ħafna nies jippretendu wisq mingħandna u għaliex aħna ma rridux li dak li bdejna jaqgħalna, nipprovaw nagħmlu aktar aħna u qed inbatu aħna.", "Qed nispiċċaw fis-sitwazzjoni fejn l-ewwel tgħid \"Mela dik ma nagħmilhiex\", imbagħad terġa' pass lura u tgħid \"imma ili tant biex nipprova nagħmel dik, allura mhux aħjar nagħmel sforz u nagħmilha jien?\"", "Imma li niġu abbużati għaliex nagħmlu affarijiet bħal dawn, m'hijiex fair.", "Aħna nafu x'hemm bżonn isir imma hemm wisq x'tiddelega u tispiċċa tagħmel xogħol li suppost jagħmel ħaddieħor.", "Nies biex jagħmlu ċertu xogħol m'għandniex, u allura tispiċċa biex tagħmel ħafna mix-xogħol inti stess u ssir tifhem fil-katusi, issir tifhem fit-tarmak, issir tifhem fil-maintenance u ssir tifhem fil-ħġieġ!", "F'kollox trid tifhem, għaliex kollox responsabbilta' tiegħek.", "U jekk ma tagħmilx hekk, ma' wiċċek jibqa'.", "Kif jista' jkun nagħmlu kollox aħna?", "Madankollu, xorta waħda nidħlu għal ċerti challenges u inizjattivi għax naħsbu fis-sodisfazzjon li jagħtina x-xogħol li nagħmlu.", "Issemma t-taħriġ ta' l-għalliema u fl-opinjoni tiegħi, it-taħriġ ta' l-għalliema huwa ferm importanti.", "L-ischolarships li jieħdu t-teachers jgħinu immens.", "Meta jiġu lura minn barra, jkunu mimlija entużjażmu.", "Kull meta toħroġ call for applications għal xi scholarship, nagħmel mezz biex nistaqsi lil kulħadd jekk rahiex l-applikazzjoni għaliex naf kemm hu ta' ġid għall-għalliema li jmorru barra.", "Per eżempju għandna teacher li sejra Switzerland u se tieħu l-load ta' teacher li bħalissa jinsab fl-iskola tagħna.", "U fl-aħħar mill-aħħar min se jiġġwadanja minn din l-exchange?", "Mhux it-teacher biss se tiggwadanja imma anke t-tfal qed jiggwadanjaw għaliex it-teacher barrani qed ikellimhom bil-Ġermaniż u qed jgħidilhom fuq is-sistema edukattiva f'pajjiżu.", "Anke jien qed nieħu gost li qiegħed hawn magħna għaliex qed nisma' fuq is-sistema tagħhom u nieħu gost narah jitkellem mat-teachers l-oħra fl-istaff room.", "Il-ġid li nieħdu meta t-teachers tagħna jiġu lura minn barra minn Malta, hija xi ħaġa li ma nistax niddiskriviha.", "Inħoss li hemm bżonn li nagħtu inċentivi lil min ikun qed ikompli jistudja xi suġġett li għandu x'jaqsam ma' professjoni partikolari.", "Teacher li qiegħda tagħmel diploma jew degree, agħtuha inċentiv ħalli tagħmel oħra.", "Dan mhux investiment għad-dipartiment?", "Dawn huma l-affarijiet li jiġbdu lit-teachers.", "Dawn huma inċentivi li jgħinu ħafna lit-teachers.", "GĦar-rigward ta' transfers, jien inħoss li t-transfers għandhom jingħataw jekk ikunu ġustifikati.", "Għalhekk naqbel li l-applikazzjonijiet isiru site specific.", "Mela jekk qed tapplika għall-iskola taż-Żejtun, l-iskola taż-Żejtun sejra u mhux l-ewwel iddaħħal rasek iż-Żejtun, imbagħad tibda tara fejn se tmur u lil min se tkellem ħalli miż-Żejtun tmur iż-Żurrieq, jew tmur Ħal Tarxien, jew x'imkien ieħor.", "Inti applikajt għaż-Żejtun u ż-Żejtun trid tibqa'.", "Ġieli transfer ikissirlek dak li tkun ilek tibni s-snin.", "Il-ħsara li jista' jikkaġunalek transfer hija enormi u ddum is-snin biex issewwiha.", "Interessanti wkoll li perjodikament isir speċi ta' assessment jew eżami biex naraw jekk ċerti impjegati, clerical staff jew ancillary staff, għadhomx effiċjenti.", "Ħa nieħu bħala eżempju l-caretakers.", "Waħda ma terfgħax, l-ieħor ma jitlax taraġ, l-oħra ma tagħmilx hekk, l-oħra għax ommha hekk; allura kemm fil-fatt għandek caretakers, erba' jew wieħed?", "Mhux għal caretakers biss qed ngħid imma jista' jkollok teacher li ma tistax tagħmel xi ħaġa jew clerk li ma tafx tuża' l-computer, u nibqgħu sejrin hekk.", "Dawn x'affarijiet huma!", "Imbagħad kull meta jinqala' xi ħaġa, iduru fuqna.", "Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk.", "Biex nagħtu servizz effiċjenti, jenħtieġ li jkollna nies effiċjenti madwarna.", "Smajna dwar l-evalwazzjoni tax-xogħol li jkun qed isir fl-iskola.", "Dejjem tajjeb li jiġi xi ħadd jagħmel evalwazzjoni tax-xogħol li nkunu qed nagħmlu fl-iskola.", "Tajjeb li kultant jiġu nies mid-dipartiment jaraw x'qed nagħmlu, kemm bħala affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kurrikulu u kemm ma' affarijiet li għandhom x'jaqsmu, per eżempju, ma' maintenance.", "Tajjeb li jkun hemm assessment, audit u accountability exercise ta' l-amministrazzjoni u tat-teachers fl-iskola.", "U rridu naraw kif nistgħu ngħinu lil min mhux responsabbli biżżejjed.", "Hemm bżonn li ngħinu lil min m'huwiex responsabbli biżżejjed u x-xogħol tiegħu m'huwiex jagħmlu.", "Nissuġġerixxi wkoll li jkun hemm iktar liaison bejn l-Universita' u l-iskejjel.", "Mhux sewwa li l-Universita' tidħol biss permezz ta' l-istudenti li jiġu jagħmlu t-teaching practice għandna.", "Naħseb li l-istudenti ta' l-Universita' jistgħu jagħmlu xi studju relatat ma' l-iskejjel li jitqies bħala assignment jew credit għalihom.", "Jekk fl-aħħar tas-sena jiena għamilt questionnaire ħalli nara l-istudenti ta' l-iskola tagħna x'jixtiequ jirranġaw fl-iskola, inkun nixtieq naf l-istudenti ta' din is-sena humiex iktar kuntenti minn dawk tas-sena l-oħra.", "Nixtieq inkun naf x'affarijiet jixtiequ jaraw jinbidlu.", "Jien nagħmel questionnaires u naqrahom ir-risposti tal-questionnaires imma kieku jkolli studju minn xi ħadd li se jgħoddu bħala credit jew assignment għalih, mhux tajjeb?", "Mhux għajnuna għall-iskejjel?", "Kieku dawn jiġu l-iskola u jagħmlu questionnaires, imma r-riżultati tal-questionnaires qatt, jew rari, jaslulna.", "Tajjeb li ngħid li għal kuntrarju, l-ġimgħa l-oħra ġie l-iskola wieħed Russu li għamlilna xi testijiet ta' l-atlethics u l-bieraħ irċevejt ir-rapport.", "Mill-Ġimgħa sat-Tnejn ħa biex bagħat ir-rapport tiegħu!", "Nirċievu tant questionnaires u nieħdu tant ħin biex niktbu l-ideat tagħna għal kull mistoqsija li jkun hemm, imma x'jiġri minnhom?", "Għaliex ma tisma' xejn dwarhom?", "Jiġu tant nies l-iskejjel tagħna, imma fejn huma r-rapporti li jagħmlu?", "Jien jinteressani nkun naf x'ħareġ mill-questionnaires li jkunu tawna biex nimlew.", "Jien nieħu pjaċir inkun naf x'nista' nirranġa.", "Jien anke lill-istudenti li jiġu nistaqsihom jaħsbux li hemm xi ħaġa li nista' nirranġa fl-iskola.", "Jien jinteressani nkun naf, għaliex l-iskola hija tagħna, aħna ngħixu fiha, għidulna xi ħaġa, mhux xejn.", "Hemm bżonn li l-istudenti ta' l-Universita' jkunu aktar qrib ta' l-iskejjel u jkunu jafu aktar x'qed isir fihom.", "Ġieli tinħass li l-istudenti ta' l-Universita' jkunu maqtugħin wisq mill-iskejjel u nħoss li l-Universita' tenħtieġ tkun fl-iskejjel permezz ta' l-istudenti tagħha.", "Dan jgħinhom biex meta jibdew jgħallmu huma, iħossuhom at home fl-iskola għaliex ikunu diġa' jafuh l-ambjent ta' l-iskola.", "U xi ngħidu dwar l-eżamijiet tal-MATSEC?", "Fl-opinjoni tiegħi, l-eżamijiet tal-MATSEC għandhom ikunu aktar student friendly.", "It-tfal ġieli jkunu mwerwrin u mimlija tensjoni għaliex se jagħmlu l-eżami tal-MATSEC u allura tistgħu timmaġinaw kemm jiddispjaċihom meta jsiru jafu li huma kienu kapaċi jirrispondu l-mistoqsija li kellhom fl-eżami imma għaliex kienet impoġġija b'mod ambigwu, jew inkella b'mod mhux ċar, ma fehmuhiex.", "Ejja naraw l-istudenti x'jafu u mhux x'ma jafux.", "Ħaġa oħra interessanti hija li fl-eżamijiet tal-MATSEC hemm paper A u paper B, mela jekk studenta tagħżel li tagħmel il-Maths f'paper A, se ġġib jew grade 1, grade 2, grade 3 jew grade 4 u jekk ma tilħaqx il-grade 4, din tkun qisha qatt ma studjat dak is-suġġett għaliex mhux se jkollha ċertifikat.", "Waqt li jekk studenta oħra tagħżel li tagħmel il-Maths f'paper B, se ġġib jew grade 4, grade 5, grade 6 jew grade 7, jew unclassified.", "Jiġifieri se jidher li xi darba din l-istudenta studjat il-Maths.", "Nistgħu nagħmlu karta waħda which will range from grade 1 to grade 7?", "Għallinqas jekk studenta ma ġġibx il-marka meħtieġa għal grade 4 se jidher li xi darba studjat il-Maths.", "Naturalment dawk it-tfal li għamlu paper A iżda ma ġabux grade 4, jiddispjaċihom li ma għamlux is-suġġett f'paper B. Min ma jġibx grade 4 f'paper A, jispiċċa biex qisu qatt ma studja s-suġġett.", "Fid-dokument insibu miktub il-kliem \"inħarrġu t-tajjeb li jkollna\".", "Aħna mhux \"nixtiequ\" imma \"rridu\" li l-awtonomija li se tgħaddulna, nużawha, iżda f'ġieh is-sewwa, tħalluniex waħedna.", "Irridu nidħlu għal din il-biċċa xogħol imma għandna bżonn ta' ħafna għajnuna.", "Ċerti kwalitajiet tajba li diġa' nħaddmu, irridu nkompluhom, irridu nqisu lil kulħadd bħala individwu u mhux biss bħala numru.", "Kull studenta hija individwu.", "Mhux in-numru ta' tfal li għandek huwa importanti, imma l-importanti hu li tkun tafhom.", "Irridu nkunu nafu l-bżonnijiet ta' kull studenta.", "Sfortunatament kultant, minħabba ċerti ċirkostanzi, nittraskurawhom - mhux nitilquhom imma nittraskurawhom daqsxejn.", "Irridu nsibu iktar ħin għalihom.", "Irridu nagħmlu l-learning process wieħed pjaċevoli u mhux xi ħaġa li ddejjaq lill-istudenti.", "Irridu li jkollna life long education biex ikollna soċjeta' sana u responsabbli.", "Nagħlaq b'espressjoni li bdejt biha u li nsibu f'dan l-abbozz.", "L-istudenti m'humiex fliexken biex jimtlew imma fjamma biex jinxtegħlu, ngħinuhom flimkien, fejn, u kemm nistgħu.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Ms. Ciappara.", "Nistieden issa lis-Sur Zahra li huwa kap ta' skola tas-snajja'.", "IS-SUR EMANUEL ZAHRA (Kap ta' skola tas-snajja'): Jien ma tantx għandi xi ngħid ġdid wara dak li diġa' ntqal minn sħabi.", "Waqt li naqbel mal-punti pożittivi kollha li semmew il-kollegi tiegħi, nixtieq ngħid li jidher li r-riforma li bdiet fir-rigward ta' l-iskejjel tas-snajja', se tkompli.", "Jiġifieri se tixxiftja, se tkun post-sekondarja, u allura ma tantx għandi xi ngħid fuq il-kurrikulu.", "Filwaqt li fi ftit snin oħra trid titneħħa minn magħha dik il-ftit sekondarja li għad fadlilna - u se nispjega x'inhu l-\"ftit\" għaliex fil-fatt m'huwiex daqstant \"ftit\" - l-iktar ħaġa importanti, anke issa li t-trade school se tkun post-sekondarja, hi li se jkollna interess kbir fil-pre-sixteen year old students.", "Ir-rappreżentant ta' l-ETC, il-kollega Felix Borg, il-bieraħ semma l-istigma li hawn f'pajjiżna għat-technical education.", "Fil-pajjiż kien hawn stigma fil-konfront ta' l-iskejjel tas-snajja', l-istigma għadha magħna u nispera li ma tibqax.", "Għandna bżonn studenti b'potenzjal jagħżlu t-technical education.", "Għaliex?", "Għaliex fil-futur, min se jħaddem, per eżempju, l-isptarijiet?", "Jekk l-industrija ta' pajjiżna trid timxi 'l quddiem u pajjiżna jrid ilaħħaq ma' pajjiżi barranin, irridu ninvestu fi studenti b'potenzjal biex jidħlu fl-edukazzjoni tat-teknoloġija.", "Il-punt pożittiv li nara f'dan id-dokument, barra l-punti li diġa' ssemmew, huwa li għandna kurrikulu li rridu nibnuh aħna l-edukatturi u għandna kurrikulu li ċ-ċentru tiegħu huwa l-istudent.", "U bi pjaċir ngħid li fit-trade schools, bid-diffikultajiet kollha u bis-cindirelli tad-dipartiment kollu, dan il-programm diġa' beda.", "Bi pjaċir ngħid ukoll li f'paġna 47 ta' dan id-dokument, insibu li d-design and technology se jibda fl-iskejjel kollha.", "Pero' nispera li meta qed ngħidu l-iskejjel kollha, qed ninkludu wkoll il-junior lyceums tal-bniet u tas-subien, biex ma nillimitawhx biss għal xi skejjel li forsi huma ftit zopop bħalma kienu t-trade schools tagħna.", "Dan il-programm li se jidħol fl-iskejjel sekondarja kollha, diġa' ħalla riżultati pożittivi u importanti ħafna.", "Forsi ħadd ma jdoqq trombi fuqhom pero' diġa' rajna ċertu riżultati.", "Il-proċess kollu għadu ma spiċċax, għad jonqos sentejn oħra biex l-industrija tkun tista' tgħid jekk il-prodott huwiex qed joħroġ aħjar jew agħar.", "Minn aptitude test li sar mill-ETC, ħareġ li f'dawn is-sentejn li għaddew, l-average mark ta' l-istudenti telgħet b'10 points li hija xi ħaġa li lanqas aħna ma konna qegħdin nistennew.", "Tajjeb ngħid ukoll li saħansitra kellna żgħażagħ li ressqu għall-eżamijiet tas-SEC.", "Jiena wkoll membru tat-trade school review working group u diġa' għamilna r-rakkmandazzjonijiet biex kif it-technology education tidħol fl-iskejjel sekondarja, tkun fuq saqajn tajba.", "Ma tantx inħobb inkun negattiv, imma tajjeb li ngħidu anke n-negattiv biex minnu joħroġ il-pożittiv.", "Li kieku ma kienx għall-involviment u għad-dedikazzjoni ta' xi wħud mill-għalliema tagħna, kieku dan il- programm żgur li sfaxxa bħalma sfaxxa l-programm tas-CDT - craft, design and technology - li pprovaw idaħħlu snin ilu fl-iskejjel sekondarja u li reġa' spiċċa f'woodwork and metal work.", "B'impenn ta' l-għalliema fl-iskejjel tagħna, qed inkomplu niżviluppawh, imma ma konniex mitmugħin b'mod tajjeb il-prinċipji li wħud minnhom kienu tajbin.", "Wara, bdejna ndaħħlu wkoll id-disinn u l-istudenti fl-iskejjel komplew jevolvu u komplew jaħdmu fuq dan il-proġett, iggwadanjaw u hemmhekk fejn bdiet issir il-veru technology education.", "Sfortunatament, ma kien hemm l-ebda support min-naħa taċ-ċentru u allura fejn ma kienx hemm l-impenn min-naħa ta' l-għalliema, il-programm ma mexiex.", "Dan qed ngħidu b'dispjaċir kbir u għalhekk fl-interim report tat-23 ta' Lulju għamilna bħala l-ewwel prijorita' l-bżonn li t-technology education tidħol fl-iskejjel kollha biex l-istudenti ta' Malta kollha jkunu exposed għal dan il-programm.", "Jekk 'il quddiem irridu niggwadanjaw minnu, irid ikun hemm struttura organizzata.", "Irid ikun hemm staff imħarreġ u fit-teknoloġija, aktar minn f'suġġetti oħra, huwa aktar meħtieġ li l-istaff ikun trained bis-serjeta'.", "Punt negattiv dwar il-kurrikulu hu li fid-dokument m'hemm xejn miktub dwar dan, lanqas biss żewġ linji, anzi kultant, huwa pjuttost ambigwu.", "Tant hu hekk, li xi ħadd staqsieni jekk it-teknoloġija daħħluhiex mas-science.", "Mhux suppost li sar hekk, u nispera li ma jkunx hekk.", "Hemm bżonn ta' PR qawwi fost il-ġenituri, fost l-għalliema u fost l-istudenti.", "Barra minn hekk, hemm bżonn kbir ta' riżorsi, u meta qed ngħid ''riżorsi'', m'iniex ngħid għal riżorsi finanzjarji kbar, imma li r-riżorsi jintużaw b'mod tajjeb biex dan il-programm li qed narah bħala wieħed importanti ħafna jitpoġġa fuq sisien tajba.", "Il-working group issuġġerixxa wkoll time-frame kif nidħlu fis-sekondarja, pero' wisq nibża' li għadu ma sar xejn.", "Is-sena 2000 qiegħda magħna u s-sena 2005 hija wkoll magħna u jekk ma jsirx tajjeb mill-bidu, se jkollu jibqa' fit-trade schools.", "Aħna nixtiequh li jibqa' hemmhekk imma ma jistax ikun li nkomplu nħalltu tfal ta' 13 u 14-il sena ma' ġuvintur u rġiel miżżewġa ta' 20 sena.", "Din it-taħlita m'hijiex healthy għall-edukazzjoni.", "Aħna ssuġġerejna li dan is-suġġett jidħol ukoll fil-primarja, pero' l-unika riferenza li rajt għalih fir-rigward ta' l-iskejjel primarji, hija f'paġna 37 fejn insibu ''xjenza u teknoloġija fis-soċjeta''' Jidher li d-dokument jagħti aktar enfasi fuq ix-xjenza.", "Naħseb li jkun tajjeb jekk nistudjaw ir-riżultati li kellhom pajjiżi barranin li addottaw dawn il-programmi, naraw l-output tagħhom u nitgħallmu mill-iżbalji tagħhom.", "Barra l-miżuri ta' preparazzjoni li hemm bżonn nikkonsidraw biex dan il-programm jirnexxi, bħalma huma t-transition period biex naqilbu minn sistema għal oħra, l-istaff training u r-riżorsi, nixtieq ngħid xi ħaġa dwar l-ambjent u jekk hawn xi ħadd li jista' jitkellem fuq l-ambjent, huwa żgur jien.", "Bħalma tafu, ma' ġemb l-iskola tagħna, hemm industrija, u veru li l-istaff ta' l-iskola tagħna huwa kwiet.", "Jidher li qiegħed isir xi xogħol b'impenn u ġew periti fuq il-post u għamlu programm, pero' nisperaw li s-somma flus li ċertament se jkun hemm bżonn li tintnefaq ma tbeżżax lil xi ħadd biex ma jitteħdux il-passi li jenħtieġ li jittieħdu.", "Għar-rigward ta' parteċipazzjoni min-naħa tal-ġenituri, jien inħoss li l-ġenituri jridu jiġu edukati ħafna.", "Jien nissimpatizza ma' Ms. Muscat u ma' Ms. Cappello imma nista' ngħidilkom li huma qegħdin ftit aħjar minni.", "Jien agħar minnhom qiegħed imma mhux se noqgħod neqred fuq dawn l-affarijiet.", "Niġi issa għall-industrija.", "Jien naħseb li l-industrija tista' tagħmel aktar milli fil-fatt qed tagħmel u fl-opinjoni tiegħi huma ftit, skużawni għall-espressjoni, egoisti.", "Meta jkollhom bżonn l-istudenti, tarahom ġejjin imma meta m'għandhomx bżonnhom, ma jersqux u ma tantx jagħtuna biex naħdmu.", "Pero' rridu ngħidu wkoll li l-industrija f'pajjiżna qed taħdem b'dawk li ħarġu mill-iskejjel tas-snajja' tagħna u aħna kburin b'dan, imma ovvjament ma jistax ikun li kulħadd jiġbed lejh biss.", "Ħalli ngħid xi ħaġa fuq l-istudenti li huma ħafna għal qalbna.", "Nitkellmu ħafna fuq persuni b'nuqqasijiet u b'diżabilita', imma fl-iskejjel tagħna għandna wkoll studenti li għandhom problemi, forsi mhux problemi fiżiċi imma problemi oħra li huma wkoll kbar.", "Ma ssemmiex, per eżempju, kif se jiġu tackled dawk li ma jiġux l-iskola u ma ssemmiex ukoll kif se jiġu tackled dawk li qed jikkaverjaw lil dawk li ma jiġux l-iskola.", "Jiddispjaċini li jkolli nagħmel dawn ir-rimarki imma dawn huma problemi reali li niltaqgħu magħhom ta' kuljum.", "X'hemm ippjanat għal dawk li huma demotivated u għandhom problemi?", "Veru qtajna s-snajja' mill-iskejjel u jiena nemmen li m'għandux ikun hemm speċjalizzazzjoni minn kmieni imma naħseb irridu naraw kif nimmotivaw l-istudenti u naħseb li l-kreattivita' tista' tkun mezz kif tqanqal xi ftit l-interess fl-istudenti.", "Minn riċerka li għamilna fl-iskola f'dawn l-aħħar sentejn, sibna li minn intake ta' 150 student, 30 kienu purament illiterati, 30 kienu kważi illiterati, 30 kellhom problemi ta' falliment u problemi soċjali, u s-60 l-oħra kienu l-potential students u għalina dawn m'huma second għal ħadd.", "Veru li dawn ma jġibux l-As jew il-Bs fl-eżamijiet, imma dawn għandhom say fis-soċjeta' u meta ħadu sehem f'attivitajiet, bħalma huma quizzes, anke ma' skejjel privati, kienu minn ta' quddiem.", "Niftakar li fl-aħħar quiz li ħadu sehem fih, l-iskejjel tas-snajja' ma ġewx l-ewwel, imma ġew it-tieni.", "Il-programm li għamilna aħna fl-ischool development programme m'aħniex insejħulu remedial, imma qed insejħulu SSP, students' support programme, u d-dipartiment għenna ħafna f'dan il-programm.", "Li ngergru dwar id-dipartment huwa li m'hemmx struttura.", "L-awtonomija ilna li ħadniha fl-iskejjel tas-snajja'.", "Iċ-ċentru ma jtellifniex u jħallina nimxu, pero' meta kellna bżonn dejjem tana l-għajnuna u bis-saħħa ta' hekk li bdejna programm fl-iskola tagħna.", "Qabel inkompli fuq dan il-programm nixtieq ngħid xi ħaġa dwar l-għalliema ġodda li għandna.", "L-aqwa ċertifikat għall-iskejjel tagħna, tawhuli t-tmien għalliema ġodda - erbgħa minnhom nisa - li ġew fit-22 jew 23 ta' Settembru li għadda.", "L-ewwel ħaġa li għedtilhom kienet li l-istudenti tridu turuhom li tħobbuhom għaliex iż-żgħażagħ tagħna huma neqsin mill-imħabba.", "L-għalliema jidhru li qed jidraw magħna u qed jaħdmu b'entużjażmu kbir u żgur li l-proġett li għamilna għal din is-sena li nagħmlu t-teaching and learning prijorita' fl-iskola tagħna, qed jagħtuh forza u entużjażmu kbir.", "Bdejna programm ta' SSP fi tliet suġġetti, fil-Maths, fl-Ingliż u fil-Malti, u matul dan ix-xahar li ilna għaddejjin bih, qed nagħmlu sitt lezzjonijiet.", "Qed nilħqu numru ta' tfal tas-second year - meta ngħid \"second year\" jiġifieri equivalent għal Form 5 - li kienu se jispiċċaw l-iskola ma jafu xejn u bi pjaċir ngħid li dan il-programm jidher li miexi.", "Issemmiet l-istigma lejn studenti li jagħżlu s-snajja'.", "L-istigma hemm bżonn titneħħa darba għal dejjem.", "Hemm bżonn li nedukaw lil kulħadd għax b'dispjaċir ikolli ngħid li ċertu żgħażagħ li jiġu fl-iskola tagħna, ikunu ilhom ittimbrati li se jmorru fit-trade school minn meta jkunu għadhom fil-primarja.", "Kif nistgħu mit-trade school noħorġu n-nies tas-sengħa kif nixtiequ aħna meta għad għandna din il-mentalita'?", "Għar-rigward tal-PSE li ssemma minn diversi kollegi, irrid ngħid li fl-iskola tagħna l-PSE ma jeżistix meta kif kulħadd japprezza, l-iktar li hemm bżonnu huwa proprju fl-iskejjel tagħna.", "Qabel nagħlaq nixtieq nagħmel appell minn hawnhekk għax naħseb li hawnhekk hawn l-iktar nies importanti tal-pajjiż, fis-sens li hawn preżenti membri parlamentari, edukaturi u anke rappreżentant tal-knisja.", "Nixtieq insemmi l-istudenti bi problemi, dawk li erbat ijiem oħra se jkunu l-kriminali ta' pajjiżna.", "Nafu li aktar ma mmorru, aktar qed jonqos ir-rispett lejn l-awtorita', allura se ssir xi ħaġa kollettiva biex ngħinu lil dawn iż-żgħażagħ?", "Jekk ngħaqqdu flimkien ir-riżorsi li jeżistu, żgur li nkunu qed ninvestu għall-futur.", "Veru li l-programm ta' l-Aġenzija Sedqa li din is-sena qed isir post-sekondarju fl-iskola tagħna u li ilu biss xahar li beda u se jkun hemm follow-up wara l-ewwel sitt ġimgħat, qed iħalli l-ġid, pero' l-problema m'hijiex biss id-droga.", "Dawn iż-żgħażagħ huma at risk minn ħafna affarijiet oħra.", "Nagħlaq billi ngħaddi kumment pjuttost negattiv.", "Mhux veru li qed nagħtu l-aħjar għalliema u l-aħjar riżorsi lit-tfal l-aktar batuti.", "A case in point kien is-suġġett tal-physics fejn fl-iskola tiegħi huwa diżastru.", "Bir-rispett kollu lejn min qed jgħallem il-physics, minkejja li qed jagħti l-output tiegħu, dak li qed isir mhux biżżejjed.", "Kelli teacher li kien għadu kemm iggradwa pero' wara ftit ħaduh mill-iskola tiegħi.", "Ma nafx għala ħaduh, forsi kellu dritt jagħżel li jmur fi skola aħjar għaliex ġie minn ta' quddiem, imma min jagħmilha l-order of preference?", "Id-dipartiment, il-politiċi, il-unions, min?", "F'dan il-kurrikulu qed jingħad li lill-batut nagħtuh l-aħjar u b'aħjar nifhmu wkoll l-aħjar għalliema.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjakhom u ngħaddi mill-ewwel għad-domandi.", "L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Nixtieq nagħmel ftit domandi u ftit suġġerimenti.", "Dwar is-suġġett tar-reliġjon, nifhem il-punt li għamlet Ms. Cappello, pero' inħoss li jekk ma jkunx hemm eżami, jiġri bħalma jiġri fis-suġġetti li ma jkollhomx eżami fuqhom u l-istudenti jispiċċaw biex ma jsegwuhx.", "Sfortunatament, hekk jiġri.", "Dwar il-PSE, naqbel li għandu jibqa' sal-ħames sena fl-iskejjel sekondarja u li jkun fl-iskejjel kollha.", "Per eżempju l-problema tad-droga li għandna, bażikament hija failure of personality.", "Dwar l-emotionally disturbed, naħseb tista' tgħaqqadha mal-PSD u kif għedt diġa', naħseb li l-education department jista' jutilizza l-ħafna gradwati li għandna fil-psikoloġija u li qed jgħidu li mhux qed isibu xogħol.", "Veru li dawk li jkollhom BA fis-psychology ma jistgħux jaraw tfal jekk ma jkollhomx superviżjoni, imma naħseb li jekk ikun hemm wieħed b'MA in charge minn numru ta' gradwati, tista' ssir xi forma ta' struttura biex jiġu assessed u mgħejuna t-tfal li jkunu emotionally disturbed.", "Naqbel li l-label li ħafna nies jagħtu li l-iskejjel tal-gvern m'humiex tajbin, trid tispiċċa.", "F'Birkirkara hemm 11-il skola, kemm tal-privat u kemm tal-gvern, u meta kont sindku ta' Birkirkara u kont inżur l-iskejjel li għandna fil-lokalita', nista' ngħid li kont impressjonat immens bix-xogħol li kien isir fl-iskejjel tal-gvern, mhux biss fin-New Lyceum ta' Santa Tereża imma anke fl-iskola ta' Bishop Labini Street f'Ta' Paris.", "Naqbel ħafna li l-audit huwa importanti immens.", "L-audit huwa importanti f'diversi oqsma, mhux biss fil-qasam ta' l-edukazzjoni imma anke fl-isptarijiet inħossu l-bżonn tiegħu.", "Sfortunatament f'pajjiżna qatt ma jsir audit fuq il-professjonalita' ta' min qed jagħti s-servizz u allura jirriżulta li min qed jagħmel xogħol tajjeb u min qed jagħmel xogħol ħażin, jiġi kkonsidrat l-istess.", "Bħalma ntqal, importanti li l-eżamijiet tal-MATSEC ikunu student friendly.", "Jiena rajt karti ta' l-eżami u ma naħsibx li l-karta ta' l-eżami hija l-medium li tippreżenta materjal ġdid lill-istudenti.", "Ma naħsibx li l-eżami huwa l-mument li tippreżenta format ġdid lill-istudenti li jkunu f'mument ta' ansjeta'.", "Veru li b'hekk tista' tagħraf l-As, il-Bs u s-Cs, imma l-iskop ta' eżami hu li l-istudenti jgħaddu u mhux li jeħlu.", "Ftit tas-snin ilu fil-Parlament kont għamilt suġġeriment u nixtieq nirrepetih hawnhekk.", "Aħna dejjem ngħidu li rridu ngħollu t-tagħlim fil-livell sekondarju u naħseb tajjeb nikkonsidraw nistgħux nagħmlu ġurnata ta' gradwazzjoni bħalma jsir barra minn Malta.", "Jekk nagħmlu xi ħaġa f'dan is-sens b'mod serju, naħseb jista' jservi ta' inċentiv għal ħafna studenti biex forsi anke permezz tal-peer pressure, jagħmlu sforz ikbar, jagħmlu l-aħħar sforz qabel jispiċċaw l-iskola sekondarja.", "Naħseb tajjeb li dan is-suġġeriment jiġi studjat, wara kollox fl-Amerika hemm riżultati pożittivi.", "Issemma l-ambjent madwar l-iskejjel.", "Ħafna mill-iskejjel tas-sekondarja huma mdawra b'art agrikola li naħseb tista' tkun ferm aktar utilizzata.", "Ħafna drabi l-art ma tkunx mitluqa imma tkun under utilised u allura naħseb nistgħu naħdmu biex l-areas ta' madwar l-iskejjel jiġu rranġati.", "Qabel nagħlaq nixtieq ngħid xi ħaġa dwar id-dixxiplina fl-iskejjel tal-gvern.", "Fi skejjel privati normalment ikun hemm bniedem responsabbli speċifikament mid-dixxiplina.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-aħjar tip ta' dixxiplina hija dik li hi marbuta mal-konċett li semma s-Sur Zahra, ċioe' li d-dixxiplina hija biex tgħin lill-istudent u teżerċita d-dixxiplina għaliex tħobbu and not simply to punish him.", "Ma nafx kif titħaddem id-dixxiplina fl-iskejjel tal-gvern.", "Id-dixxiplina jagħmilha l-għalliem waħdu fil-klassi, jirreferi l-każ lill-headmaster, jew hemm xi ħadd li jikkoordina s-sistema ta' dixxiplina?", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn xi ħadd li jixtieq jirrispondi għall-aħħar mistoqsija ta' l-Onor.", "DR. ALFRED ELLUL (Kap ta' skola primarja): Fl-iskola tiegħi kellna ftit problemi minħabba some seedy characters li kellna u allura rrevedejna l-ktieb tad-dixxiplina ta' l-1994 li għandna għall-iskola tagħna u mis-sena li għaddiet waqqafna kumitat magħmul miċ-chairman li hija senior assistant head u minn tliet membri li huma senior female teacher, senior male teacher u parent representative.", "Il-kumitat jiltaqa' every alternate Friday u naħseb li mexjin tajjeb.", "Kien hemm każi meta splodejt u anke kelli telefonati mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni because I did not budge imma darba li tkun ittieħdet id-deċiżjoni, ħażina jew tajba, trid teżegwiha u għalkemm mhux jien kont li ħadt id-deċiżjoni, I am fully responsible għad-deċiżjonijiet li jittieħdu.", "Naħseb li llum is-sitwazzjoni kkwietat ħafna u lill-ġenituri bagħtnilhom kodiċi ta' etika li nixtiequ jiġi adottat.", "F'każi bħal dawn, il-kumitat jissuġġerixxi l-azzjoni li għandha tittieħed u mbagħad jien nieħu dik l-azzjoni.", "Veru li kultant tħammar wiċċek imma naħseb li llum solvejna 90% tal-problemi li kellna kemm ili fl-iskola għal dawn l-aħħar tliet snin.", "Nista' ngħid li l-ewwel sentejn kienu koroh, pero' llum l-affarijiet pjuttost inbiddlu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naturalment intom qed iġġorru l-esperjenza u l-problemi ta' l-iskola tagħkom, pero' nixtieq li d-domandi tirrisponduhom kemm jista' jkun b'mod ġenerali.", "Jekk noqogħdu nitkellmu biss fuq x'qed jiġri fi skola partikolari, nistgħu nagħtu l-impressjoni li fi skejjel oħra l-affarijiet ...", "DR. ALFRED ELLUL: Naturalment ħafna skejjel għandhom il-kodiċi tagħhom u qabel ħriġna l-kodiċi tagħna rajna kodiċi ta' diversi skejjel, anke kodiċi ta' skola sekondarja, u din is-sena aġġornajna l-kodiċi tagħna għaliex dehrilna li xi affarijiet li kellna fil-kodiċi ta' qabel kienu pwerili.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "EVARIST BARTOLO: Il-kummenti tiegħi fuq il-bidliet li hemm maħsuba biex jispiċċaw dawk l-hekk imsejħa trade schools, se nindirizzawhom lil Ms. Muscat u Mr Zahra.", "Waqt li jiena naqbel ma' Ms. Muscat li għandna nippruvaw ninkludu lit-tfal kollha, naħseb li s-Sur Zahra għamel punt importanti ħafna meta staqsa x'se jiġri minn dawk it-tfal li huma diġa' maqbudin fis-sistema, dawk li diġa' qegħdin f'Form 1 jew Form 2 u diġa' qed joħolmu kif se jispiċċaw kmieni mill-iskola u kif ma jmorrux l-iskola minkejja li xi heads ġieli jniżżluhom li jmorru l-iskola.", "(Interruzzjonijiet) Mhux qed ngħid għal heads kollha, imma hemm xi heads li jagħmlu hekk biex ir-rata ta' assentejiżmu ma tidhirx daqshekk kerha.", "Apparti minn din il-botta, x'se jiġri minn dawn l-addoloxxenti li kif kienet qed tgħid Ms. Muscat il-bieraħ, tfal differenti jitgħallmu b'mod differenti jekk mill-esperjenza skolastika se nneħħulhom kull tip ta' hands-on experience, kull tip ta' esperjenza tanġibbli li jagħmlu meta jiġu l-iskola?", "Ma taħsibx li hemm il-periklu kbir li minkejja l-intenzjonijiet tajba tagħna, dawn it-tfal aktar se jħossuhom 'il bogħod mill-iskola?", "Jiġifieri jekk wieħed jaqbel li jibda jneħħi skejjel li jiġu immarġinalizzati fis-sistema għaliex huma meqjusa bħala sink schools, bħala the sink option, li mort hemm għaliex ma rnexxielekx tmur x'imkien ieħor - lkoll kemm aħna nixtiequ li noħorġu minn dik is-sistema - kif se niżguraw li d-design and technology li se jidħol fl-iskejjel sekondarji se jpatti għaċ-ċans li għandhom bħalissa biex jagħmlu affarijiet hands-on?", "Il-periklu kbir li nara hu li jekk se nżidu l-kontenut \"astratt\" ta' l-edukazzjoni, hemm ċans akbar li ħafna mit-tfal li diġa' jħossu li l-iskola ma tilqagħhomx, se jkomplu jippruvaw jaħarbu minnha u allura iktar milli pass 'il quddiem, se nagħmlu pass, mhux wieħed imma aktar, lura.", "It-tieni punt hu li jekk se ndaħħlu d-design and technology, kif se niżguraw li fil-livell ta' SEC u MATSEC dawn is-suġġetti se jkollhom l-istess stima u l-istess rispett li jgawdu suġġetti oħra?", "Aħna nafu li sfortunatament l-istigma hija ripetuta f'kull livell.", "Biex l-istudenti tagħkom jidħlu l-Universita', mhux il-ħmar irid jitla' l-arblu .… Naturalment m'hijiex fair is-sistema ta' Apartheid li min qabad ir-rotta tagħkom huwa meqjus inqas minn oħrajn li ħafna drabi jkunu ġejjin minn familji li tippermettilhom li jkollhom ċertu kapital kulturali w allura jimxu 'l quddiem, waqt li l-oħrajn ma jimxux 'il quddiem.", "Bħala heads li għandkom ċertu esperjenzi, tistgħu tgħidu x'taħsbu li għandna nagħmlu biex waqt li nneħħu dak li bħalissa huwa ħażin, ma mmorrux għal sitwazzjoni agħar minkejja l-intenzjonijiet tajbin li jista' jkollna?", "SALVINA MUSCAT: Jien qed nara transition period, pero' ovvjament it-tfal li bħalissa għaddejjin minn din il-fażi, se jibqgħu għaddejjin mis-sitwazzjoni preżenti.", "Jien qed nara - forsi qed noħlom, jista' jkun li minħabba l-istress li għandna aħna bħala kapijiet, moħħi spiċċa wkoll! - li fil-primarja t-tfal se jkollhom ħafna support u allura se jintlaħqu minn eta' żgħira.", "Qegħdin ngħidu li bħala kapijiet se jkollna iktar awtonomija, pero' l-awtonomija nixtieq naraha iktar fis-sistema primarja u għalhekk jiena semmejt illi jrid ikun hemm professional team biex it-tfal li għandhom xi diffikultajiet jiġu identifikati minn eta' żgħira.", "Jien nemmen li jekk is-support jibda minn eta' żgħira, it-tfal ma nilħquhomx ta' 11-il sena.", "Għalija, li tilħaqhom ta' 11-il sena, diġa' jkun tard wisq.", "Għar-rigward ta' attendenza, nista' ngħid li qabel, meta kienet tkun ġurnata tajba kien ikolli 38% attendance, mentri illum għandi l-unur ngħid li għandna 94% attendance u s-6% absenteeism huma kollha każi serji u jien personalment xbajt niġri wara nies professjonali biex naraw x'nistgħu nagħmlu dwarhom.", "Jien qed nittama li jekk lil dawn it-tfal naqbduhom minn kmieni, bl-awtonomija li qed ngħidu li se jkollna, jien inkun nista' ngħid li għandi tfal li jinħtieġu ċertu tip ta' support, u allura bħala kap ta' skola, flimkien mal-ġenituri tagħhom, se niddeċiedi xi programm se nħaddem - fil-fatt dan diġa' qiegħed isir fl-iskola tagħna - programm li jkun aktar indirizzat lejn każi speċifiċi.", "Għalija, li nibdew nagħmlu xi ħaġa meta t-tfal ikollhom 11-il sena, hu tard wisq.", "L-Onor.", "Jiena nittama li ma jkollniex il-bżonn ta' second chance schools, imma jekk is-sitwazzjoni tibqa' kif inhi llum, it-tfal tagħna ma rridhomx jibqgħu emarġinati u lanqas ma rridhom jintilfu f'sistema sekondarja u jispiċċaw il-vittmi tas-sistema.", "Għax jekk inhu hekk, jien naqbel miegħek li mhux pass se nagħmlu lura imma aktar.", "Bħalma għedt, l-ikbar responsabbilta' trid tkun fil-primarja biex it-tfal jinqabdu minn kmieni u jekk ikun hemm bżonn, jingħataw support emozzjonali, kemm lilhom kif ukoll lill-familja tagħhom, qabel ma t-tfal jaslu fl-iskejjel tagħna meta jkollhom 11-il sena, għax fl-opinjoni tiegħi, ikun perijodu qasir wisq biex it-tfal tipprova ssalvahom waqt li jkunu fis-sekondarja.", "Għar-rigward ta' edukazzjoni terzjarja, jekk se jiftaħ kulleġġ post-16, nixtieq nara tfal minn tagħna hemmhekk għaliex huma kapaċi jkomplu jistudjaw u hija s-sistema preżenti li m'hijiex tajba and is not catering for them.", "Fl-opinjoni tiegħi, it-tibdil irid jibda minn eta' żgħira.", "Ovvjament minn qiegħed fit-transition period ma nistgħux nilħquh, din dejjem tiġri, imma almenu wieħed ikun jista' jaħdem u jirsisti ma' min se jiġi wara biex is-sitwazzjoni tinbidel milli kif inhi llum.", "IS-SUR EMANUEL ZAHRA: Nixtieq inserraħ moħħ Ms. Muscat li jekk il-proposti msemmija fid-dokument se jiġu attwati, l-istudenti fi skejjel bħal tagħha se jkollhom post fil-livell post-sekondarju u jkollhom ċans jibqgħu telgħin għaliex mhux se jkun hemm barriers biex jidħlu għal level one.", "Fuq dak li qal l-Onor.", "Bartolo, nixtieq ngħidlu li fil-każ tad-design and technology diġa' qed jiġri dak li qal.", "Għalkemm l-output li ħiereġ għall-ESTS baqa' konsistenti, in-numru ta' studenti fit-trade schools diġa' naqas.", "U naqas għall-fatt li peress li dawk li kienu qed jiġu fit-trade schools biex jaħarbu l-iskola sabu li s-sistema ta' design and technology hija differenti, warrbu mill-iskejjel tas-snajja'.", "Ma nafx x'qed jiġri minnhom fl-iskejjel sekondarja, pero' dan il-kurrikulu jrid jagħtina spazju biex kull skola li taf l-istudenti tagħha, toħloq programmi ta' hands-on experience, joħolquhom u mhux inaqqsuhom, iżda fl-istess waqt irridu nneħħu l-mentalita' li se ngħallmuhom is-sengħa.", "Naturalment mhux qed ngħid li ma nużawx il-medium tas-snajja', imma ma jistax ikun li żagħżugħ ta' 12, 13 jew 14-il sena se tgħidlu raġel tas-sengħa.", "Ħafna mill-ħsara li saret fl-iskejjel tas-snajja' kienet li lanqas wara ma żagħżugħ jagħmel erba' snin fl-iskola tas-snajja' l-antika, ma kien ikun raġel tas-sengħa għaliex kien ried jagħmel tliet snin apprendistat.", "U li kien qed jiġri kien li wieħed li jagħmel biss sena fi skola tas-snajja', kien qed imur l-ETC u jirreġistra bħala welder għaliex fl-iskola tas-snajja' kien ikun ħa l-kors tal-welding u din hi l-ħsara li saret lill-iskejjel tas-snajja'.", "Ma nixtiequx li din terġa' tirriperti ruħha, pero' ovvjament nistgħu nużaw is-snajja' bħala medium biex nagħtuhom hands-on experience u nimmotivawhom biex jitgħallmu l-Ingliż u l-Malti through concepts tas-snajja'.", "Għaliex le?", "Jekk it-technology education inħaddmuha b'mod tajjeb, tagħti spazju għal dan.", "Jiena favur li nużaw il-medium tas-snajja' biex nimmotivaw u niġbru dawn l-istudenti u jien naħseb li dan diġa' qiegħed inkorporat fid-dokument.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ms. Cappello.", "MIRIAM CAPPELLO: It-technology qiegħda tiġi mgħallma fi tliet skejjel tal-bniet, fl-iskola tiegħi, f'St.Andrews u fir-Rabat u bdiet l-iskola tiegħi tliet snin ilu bħala pilot scheme.", "L-ewwel żball li sar kien li qasmuh f'technology A u technology B; technology A għas-subien u technology B għall-bniet.", "Sinjura President, naf li kemm jista' jkun aħjar ma noqogħdux nirriferu għall-iskola tagħna, imma jiena x'qed jiġri fl-iskola tiegħi naf u għalhekk se nirriferi għall-iskola tiegħi.", "Fl-ewwel sena kellna ħamest itfal li għażlu dan is-suġġett u nista' ngħid li kellna problemi kbar għaliex it-tfal kienu misled x'se jkunu qed jistudjaw.", "Min għamlilhom it-talks ma kienx jaf eżatt fiex se jikkonsisti s-suġġett tat-technology u l-istudenti ħadu l-impressjoni li se jagħmlu needlework and home economics billi semmewlhom it-textiles and nutrition, u meta marru għal-lezzjonijiet u sabu li la għandhom needlework u lanqas cooking, kellna rivoluzzjoni sħiħa anke mill-ġenituri.", "Kellna bojkott, strikes, ma riedux jidħlu għal-lezzjonijiet, and so on and so forth.", "Bil-mod irnexxielna nsolvu l-problema u llum is-suġġett tat-technology daħal fl-iskejjel imma l-istudenti m'humiex jingħataw ċertifikat allura dawn it-tfal qed jagħmlu sentejn jistudjaw it-technology - illum qed ngħidulha ''technology'' u mhux aktar ''technology B'' - bla ma jingħataw ebda ċertifikat.", "Fil-fatt il-bieraħ kelli meeting mat-teacher li qed tgħallimhom is-suġġett u ddeċidejna li l-iskola toħroġilhom ċertifikat.", "Ma nafx kemm se jkun validu dan iċ-ċertifikat imma almenu t-tfal se jkollhom ċertifikat li juri xi jkunu studjaw, kemm-il project ħadmu u xi grad ġabu f'kull project.", "Il-ħsieb tagħna huwa li nagħtuhom marka maqsuma fuq pratical work li jkunu għamlu, fuq projects, u fuq written paper biex ma jaħsbux li technology is not a subject like any other subject.", "Irrabbjaw wkoll li għal ħafna nies it-technology mhux konsidrat bħala option subject normali.", "Aħna tajniehulhom bħala option subject imma biex jieħdu t-technology iridu jwaqqgħu l-foreign language, jiġifieri dawn it-tfal m'humiex jistudjaw it-Taljan jew Franċiż.", "It-tagħlim ta' foreign language jibdewh minn Form 1 imma jkollhom iwaqqgħuh meta jaslu Form 4.", "L-unika opening li għandhom it-tfal bniet - ma nafx kif inhi s-sitwazzjoni fil-każ ta' l-istudenti subien - li qed jagħżlu t-technology, huwa l-ispecialized course in cooking fl-ITS li huwa organizzat minn l-ETC.", "Imma anke meta jmorru hemmhekk, it-tfal qed iħossuhom disadvantaged għaliex m'għandhomx l-istess kwalifiki li għandhom l-istudenti ta' l-ITS.", "Allura dawn it-tfal qed iħossu li qed jieħdu kors ta' sentejn … Fl-opinjoni tiegħi, dan il-kors huwa importanti ħafna u jogħġobni ħafna l-metodu ta' kif qed jiġi mgħallem.", "It-tfal qed jiġu mgħallma jaħsbu u mhux qed jiġu spoonfed.", "It-tfal jibdew mix-xejn imbagħad jispiċċaw bi prodott.", "Stiednu lili, l-assistant heads u l-guidance teachers u flimkien għamilna brainstorming.", "Bdew jaraw x'għandhom jagħtuhom u bdew jaħdmu l-proġett.", "Ikkonsidraw is-suġġerimenti u l-menus kollha u mbagħad iddeċiedu huma stess xi jridu jagħmlu and later they presented us with the refreshments.", "Qagħdna mal-mejda flimkien, kilna u tkellimna mat-tfal u talbuna biex nevalwaw ix-xogħol tagħhom.", "Kien hemm evaluation min-naħa tagħhom u evaluation min-naħa tagħna.", "Jien inħoss li importanti li nagħtuhom certification u min iħaddem għandu jiġi mġiegħel jaċċetta s-certification li tkun inħarġitilhom.", "The certificate has to be recognised għaliex inkella se nitilfu l-iskop kollu li qed naħdmu għalih.", "IS-SUR EMANUEL ZAHRA: Naqbel li jingħata ċertifikat, imma ara ma nagħmlux xi written examination għaliex inkella se nwaqqgħu l-prinċipju tat-technology education.", "Naċċettaw li l-MATSEC Board jagħmlu eżami kif suppost, bil-portfolio, bil-proġetti u bl-affarijiet l-oħra kollha, imma mhux li jsir biss eżami tal-kitba fl-aħħar, inkella nkunu qegħdin inwaqqgħu l-prinċipju ta' technology education.", "EVARIST BARTOLO: Il-ħsieb li jkun hemm kooperazzjoni ma' l-Universita' ta' Londra, kien minħabba li dawk għandhom l-esperjenza tal-B.Tech u ġabu flimkien, fi stream waħda, ir-rotta akkademika u r-rotta vokazzjonali.", "Kif inhi l-Universita' u kif inhu l-Matsec bħalissa, żgur li ma jagħmluhx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn min jixtieq jagħmel iktar domandi?", "L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Punt li laqatni ferm mill-ħafna punti li semmew diversi kapjiet ta' skola, huwa l-fatt li f'diversi skejjel il-ġenituri ma jikkoperawx.", "Forsi l-mistoqsija li se nagħmel ma tantx tistgħu twieġbuha intkom bħala kapijiet ta' skola, forsi aktar jista' jirrispondiha xi ħadd li jirrappreżenta lill-ġenituri, imma xtaqt nisma' xi ftit ideat dwar x'taħsbu li jista' jsir.", "Kif taħsbu li l-ġenituri jistgħu jiġu motivati biex jikkoperaw u jinvolvu ruħhom fis-sistema edukattiva?", "Għandkom ideat kif xi ħaġa bħal din tista' tiżviluppa u tmur għall-aħjar?", "Kważi kulħadd semma l-bżonn ta' training ta' għalliema as an ongoing process.", "Dan it-tip ta' taħriġ qed tarawh bħala xi ħaġa li għandu jkun organizzat fuq livell ta' dipartiment, bħala xi ħaġa li tistgħu teħduh on board intom bħala an individual school, jew forsi bħala xi ħaġa li tkun shared bejn numru ta' skejjel li forsi mill-ambjent u min-natura tagħhom huma xi ftit qrib xulxin?", "Smajna ħafna dwar il-bżonn ta' riżorsi.", "X'intom tifhmu b'riżorsi?", "Il-problema hija waħda finanzjarja?", "Hija nuqqas ta' komunikazzjoni?", "Naħseb li hemm bżonn li jkun hemm tifsira ċara għaliex kulħadd jgħid li hemm bżonn ta' aktar riżorsi, imma x'taħsbu li hija l-problema?", "Issemma wkoll l-assentejiżmu.", "Naħseb li l-assentejiżmu hija problema serja u ma nafx għaliex l-abbozz ma ssemmihiex.", "Ma nafx jekk dan in-nuqqas sarx apposta, forsi għaliex it-text huwa miktub b'mod pożittiv immens, imma naħseb li b'xi mod il-kwestjoni ta' l-assentejiżmu trid tiġi tackled.", "Il-problema ta' assentejiżmu hija relatata biss ma' secondary schools, jew hija relatata wkoll ma' primary schools u ma' junior lyceums?", "Xtaqt ngħid xi ħaġa fuq il-kwestjoni ta' bullying.", "Jien naħseb li anke din hija problema reali.", "Ta' spiss nisimgħu b'każijiet ta' bullying u nixtieq nisma' mingħandkom kemm fil-fatt hija reali din il-problema.", "Xtaqt nistaqsi jekk intkomx tiffaċċjaw xi forma ġdida ta' bullying.", "Riċentement fil-Parlament konna qed niddiskutu r-ratifika ta' żewġ konvenzjonijiet dwar abduction ta' tfal u jiena kont intervjenejt u semmejt - għalkemm dan m'għandux x'jaqsam mal-kurrikulu - il-mixed marriages li qed ikollna f'Malta b'mod partikolari ma' persuni ta' razza li għandha kulur differenti minn tagħna.", "Xi ħaġa li tista' tinnota fit-triq hija li llum għandna Maltin ta' karnaġġjon differenti minn dak li aħna mdorrijin bih.", "Dan il-fatt qed tinnotawh?", "Qed tinnotaw ukoll xi affarijiet li jistgħu jkunu ta' problema aktar 'il quddiem, f'sens ta' forma ġdida ta' bullying?", "Qed ngħid dan għaliex jien inħobb inkun saqajja ma' l-art u f'dan il-pajjiż għandna intolleranza għal ċertu affarijiet u teżisti intolleranza minn ċertu setturi tal-poplu għal nies ta' kulur.", "Ma rridx niġġeneralizza imma nixtieq nisma' xi ħaġa dwarha mingħandkom.", "Smajna ħafna wkoll dwar il-bżonn ta' strutturi għax inutli li jkollna text sabiħ jekk imbagħad mhux se jkollna l-istrutturi biex iħaddmu l-proposti li qed nagħmlu, imma l-aktar strutturi li aċċennaw għalihom kienu dawk marbutin mas-suġġetti akkademiċi u dan l-abbozz żgur li jmur 'il bogħod mill-parti akkademika.", "X'tip ta' strutturi oħra taraw li m'humiex marbutin mal-parti akkademika u li hemm bżonnhom ħalli din il-viżjoni tmur off the ground?", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "CARMELO ABELA: L-ewwelnett nixtieq ngħid prosit u grazzi ta' l-esperjenzi li għaddejtulna.", "Naħseb li l-ewwel kummenti li smajna madwar din il-mejda kienu proprju kif dan it-text sabiħ se jiġi implimentat fil-prattika.", "Naħseb tajjeb nirrikonoxxu l-fatt li daqskemm għandkom kuntatt dirett mat-tfal intom, m'għandu ħadd.", "Intom qajjimtu ħafna mistoqsijiet u qed inħossni skomdu nagħmel mistoqsijiet meta intom għandkom bżonn risposti, pero' l-ewwel punt li nixtieq nagħmel b'mod ġenerali, huwa dwar ir-rwol ta' kap ta' skola.", "Ms. Ciappara semmiet lista sħiħa ta' fiex kellha ssir tifhem u li qalet hija verita'.", "Nimmaġina li intom kollha tistgħu ssemmgħu l-istess lista, imma issa, kif hemm f'paġna 51 tal-kurrikulu, il-kapijiet ta' l-iskejjel, aktar minn qatt qabel, iridu jiffukaw fuq xogħol ta' natura kurrikulari.", "M'għandix esperjenza fil-qasam edukattiv, ħlief bħala student, imma naħseb irridu naraw x'għandu jkun ir-rwol ta' kap ta' skola jekk qed ngħidu li jrid jagħmel daqstant xogħol.", "Faċli ngħidu diskors sabiħ, imma meta mbagħad niġu għall-prattika, u l-pratika għedtuhielna intom stess, hemm storja differenti.", "Fr. Mallia semma l-problema ta' finanzi fir-rigward ta' ċertu tibdil li jrid isir.", "Fid-dawl ta' l-awtonomija li se tingħata lill-iskejjel, ċertament li l-finanzi huma importanti u filwaqt li wħud mill-iskejjel privati u tal-Knisja għandhom moħħhom daqsxejn mistrieħ, ma naħsibx li jista' jingħad l-istess għall-iskejjel tal-gvern.", "Ma' l-iskejjel privati hemm ftehim li jrid jiġi onorat, waqt li ma' l-iskejjel ta' l-Istat m'hemm l-ebda ftehim li jrid jiġi onorat bil-konsegwenza li l-iskejjel statali jista' jkollhom nuqqasijiet ta' finanzi.", "Ma rridux ninħbew wara subgħajna imma l-finanzi huma importantissimi jekk verament irridu li jsir tibdil fis-sistema preżenti u jekk verament irridu li l-iskejjel ikunu awtonomi.", "Dwar l-edukazzjoni fiżika u l-isport, nifhem li ċertu skejjel għandhom diffikultajiet biex jibnu strutturi ġodda, anzi huwa kważi impossibbli għalihom li jagħmlu dan, pero' naħseb li għandu jinstab xi metodu kif l-istudenti jkollhom l-opportunita' u l-faċilita' li jipprattikaw edukazzjoni fiżika.", "Ms. Cappello qalet li jekk il-PSE jibqa' sa Form 5, l-istudenti jridu jwaqqgħu xi suġġett ieħor, imma liema suġġett se jwaqqgħu?", "Jekk irridu nagħtu edukazzjoni sħiħa lill-istudenti, x'se nnaqqsu meta nafu li l-ħin ta' l-iskola huwa sas-2.30 p.m.?", "Dwar l-iskejjel speċjali, forsi din il-mistoqsija aktar tikkonċerna lil Mr Borg, nixtieq nisma' l-ħsieb tagħkom dwar il-prinċipju ta' inklużjoni u dwar il-futur ta' l-iskejjel speċjali.", "Il-bieraħ intqal li tajjeb jekk l-iskejjel speċjali jservu bħala ċentri ta' riżorsi, pero' inutli nfajru diskors sabiħ mingħajr ma nagħmlu pjanijiet serji għaliex inkella nispiċċaw biex noħolqu aktar problemi milli diġa' għandna llum.", "Nixtieqek li inti bħala head li għandek esperjenza vasta f'dan il-qasam, tgħidilna xi ħaġa dwar dan.", "Fil-bidu ta' dawn il-laqgħat, l-Onor.", "Bartolo semma il-MATSEC Board u l-eżamijiet.", "Naħseb li qabel ma bdejna niddiskutu dan il-kurrikulu, aħjar staqsejnihom jekk humiex lesti jiċċaqqalqu mill-pożizzjoni tagħhom.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq xi ħaġa sabiħa li jaqbel magħha kulħadd, pero' s-suċċess jiddependi minn ħafna nies u jekk dawn in-nies mhux se jiċċaqalqu, inutli li qed nitkellmu u naħlu l-ħin hawnhekk barra l-ħafna ħin li qattgħu dawk li fasslu dan l-abbozz sabiħ.", "Jiġifieri hemm bżonn ta' koordinament wiesa'.", "Jekk ħadd mill-MATSEC Board m'hu lest li jiċċaqlaq, inutli noqogħdu nitkellmu hawnhekk.", "L-aħħar punt li nixtieq insemmi huwa l-bżonn ta' gwida għall-istudenti.", "Povra studenti u povra żgħażagħ li jispiċċaw mill-iskola u ma jafux x'se jagħmlu.", "Forsi issa qed noqogħdu attenti li ma tantx nagħmlu streaming ta' studenti, imma b'mod ġenerali, inħoss il-bżonn ta' gwida għall-istudenti, liema gwida għandha tibda mill-primarja.", "Nafu li t-tfal għandhom abbiltajiet differenti u huwa fatt li mhux kulħadd se jispiċċa l-Universita' - wara kollox allaħares kulħadd jispiċċa l-Universita' għalkemm allaħares ukoll ma jkollniex numru ta' persuni li jispiċċaw mill-Universita' - imma kif qal is-Sur Zahra, it-technical education hija importanti ħafna għall-pajjiżna u ma rridux nitkellmu biss fuq studenti li jaslu sa l-Universita'.", "Naħseb li t-tfal tagħna għandhom bżonn ta' ċertu gwida.", "Li t-tfal jiġu segwiti minn skola għal oħra, forsi huwa utopiku aktar minn dak li qalgħet Ms. Cappello fil-bidu ta' l-intervent tagħha, imma ejja nimmiraw lejn hemmhekk, ħalli mbagħad naslu għal livell ftit iktar 'l isfel.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "SALVINA MUSCAT: Se nirrispondi fuq fuq għall-punti kollha li ssemmew.", "Onor. Abela, meta jiena applikajt għal kap ta' skola, fl-applikazzjoni kelli li r-rwol ta' kap ta' skola huwa li rrid nagħmel mill-A sa Z, pero' ngħidlek ukoll li kull ittra kellha (i), (ii) u (iii)!", "Donnu issa anke l-alfabet jista' jiżdied!", "Per eżempju m'hijiex ċajta li wara ġurnata hawnhekk, il-bieraħ mort id-dar nagħmel l-accounts ta' l-iskola għaliex se jagħlqu din il-ġimgħa.", "Veru li tawhomlna f'Mejju, imma l-għeluq ta' l-accounts irid isir fl-aħħar ta' Ottubru.", "Per eżempju jien personalment qattajt is-sajf nixtri l-għamara ta' l-iskola.", "Għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Coleiro dwar tipi differenti ta' bullying, nista' ngħid li fl-iskola tagħna, għandna tfal ta' kulur differenti imma m'għandniex problemi ta' razez.", "Lanqas m'għandna problema ta' bullying.", "Għar-rigward ta' inklużjoni ta' tfal, dalgħodu stess kelli każ ieħor ta' inklużjoni.", "Minn Mejju sal-lum, kelli seba' każi differenti u jiddispjaċini ngħid li qed ngħejjew fis-sens li ma nistgħux nibqgħu nagħfsu lill-istess staff f'perijodu tant qasir.", "Nemmen li ma kellniex ħsara fit-tfal l-oħra għaliex naturalment anke t-tfal trid tippreparahom meta jkun se jkollhom magħhom tfal bi bżonnijiet differenti.", "Nista' ngħid li aċċettawhom u l-unika diffikulta' li kellna kien dwar każ li ma konniex nafu bih.", "It-tifla bi bżonnijiet speċjali bdiet mat-tfal l-oħra imma hi kienet imdorrija mod, per eżempju, li l-baskett jerfgħulha l-oħrajn, u meta għedtilha li fl-iskola tiegħi kulħadd iġorr il-baskett tiegħu, għajbitni.", "Hekk kienet tagħmlilhom lit-tfal l-oħra, tgħajjibhom.", "Pero' bil-mod il-mod qed nimxu għaliex nemmen li t-tfal iridu jiġu mgħallma jaċċettaw is-sitwazzjoni.", "Dwar l-involviment tal-ġenituri, irridu nifhmu li hawn ġenituri li l-prijorita' tagħhom m'hjiex l-edukazzjoni għall-uliedhom.", "Probabbilment huma stess kienu fallew fis-sistema edukattiva, allura kif iridu jagħtu prijorita' lill-edukazzjoni ta' wliedhom?", "Dawn jiġu jaqgħu u jqumu minn uliedhom u mis-sistema edukattiva u tagħmlilhom x'tagħmlilhom, m'huwiex importanti għalihom.", "Għalihom l-importanti huwa jekk it-tfal tagħhom humiex se jitgħallmu jsajru, u jekk humiex se jġibulhom l-ikel id-dar.", "Hekk alright.", "M'iniex qed ngħid li l-ġenituri kollha ma jipparteċipawx għaliex inkun qed nigdeb.", "Fl-iskola tiegħi, ta' spiss jiġu ġenituri u hemm ġenituri li jċempluli u jkellmuni regolarment u l-kritika li qed naqla' hija li qatt ma jsibuni biex ikellmuni.", "Jien nagħmel sigħat fuq it-telefon nitkellem ma' ġenituri.", "Għar-rigward ta' staff training, illum kull skola għandna d-development plan tagħha li tinkludi l-metodi ta' dixxiplina li tkun se ssegwi l-iskola, iżda fir-rigward ta' training jiena għandi diffikultajiet.", "Jekk nagħmel ġurnata staff training, nagħmilha barra mill-iskola u nipprova li l-kunsill iħallas mill-anqas Lm1 għal kull persuna li tattendi.", "Nara li dejjem ikolli grupp ta' ġenituri jattendu u lil dawn inħallsulhom ukoll, imma għandi staff li għandhom diffikultajiet finanzjarji u ma jaffordjawx iħallsu għal ġurnata seminar barra mill-iskola.", "Jiġifieri aħna għandna bżonn ta' finanzi biex nibqgħu nagħmlu dawn l-affarijiet.", "Jien nemmen li jrid isir training nazzjonali għaliex il-viżjoni ta' dan id-dokument tfisser li l-mod kif jaħdmu l-għalliema jrid jinbidel.", "Żgur li ma nistgħux nagħmlu l-affarijiet waħedna imma jrid ikollna nies imħarrġa biex flimkien inwettqu dak li hemm propost.", "Għar-rigward ta' riżorsi, per eżempju, meta jien ħadt promozzjoni, jien ma kontx assistant head administration, iżda kont assistant head li dak iż-żmien kien head of department u bqajt fl-istess skola li kont.", "Iċċaqlaqt meta applikajt għall-post ta' kap ta' skola.", "Dan huwa t-tip ta' tqassim li għandna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiddispjaċini jkolli ninterrompik iżda ġejt informata li ntalbet votazzjoni fil-Parlament.", "Nixtieq li naġġornaw għal għada filgħaxija għax ma nixtieqx li nwaqqfu l-momentum li qbadna .… (Interruzzjonijiet) Veru li bħalissa fil-Parlament għaddejja l-Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita', pero' ma jistax wieħed jibdel ftit lil ieħor?", "Naturalment mhux se jitkellem kulħadd f'daqqa.", "Anke jien nixtieq nitkellem fuq il-liġi għaliex hija liġi li proprju tolqot mill-qrib il-qasam soċjali.", "CARMELO ABELA: Ippermettili ftit.", "Lanqas aħna min-naħa tagħna ma nixtiequ li nieqfu minn din id-diskussjoni, pero' bħalissa fil-Parlament għaddejja liġi dwar il-qasam soċjali u bħalma taf, dan il-kumitat għandu ftehim li ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħa ngħiduha kif inhi.", "Il-ftehim sar b'mod biex kemm jista' jkun niftehmu bejnietna.", "M'hemm xejn xi jgħid li waqt li fil-Parlament tkun għaddejja xi liġi li għandha x'taqsam mal-qasam soċjali, il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ma jistax ikompli għaddej bil-laqgħat tiegħu.", "M'hemm xejn xi jgħid li l-kumitat ma jistax jiltaqa'.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Bir-rispett kollu, dan il-ftehim konna lħaqnih is-sena l-oħra meta fil-Parlament konna qed niddiskutu emendi għal-liġi dwar is-sigurta' soċjali u dan il-kumitat kien baqa' jiltaqa' minkejja li Membri ta' l-Oppożizzjoni kienu qegħdin jitkellmu fil-Parlament.", "Jien kont nieqsa mil-laqgħat ta' dan il-kumitat, allavolja jiena membru tiegħu, għaliex kont qed nitkellem fil-Parlament.", "Fil-laqgħa tal-House Business Committee ta' wara tqajjem dan il-punt u kien intlaħaq il-ftehim li meta fil-Parlament tkun għaddejja leġislazzjoni li għandha x'taqsam mal-qasam soċjali, dan il-kumitat ma jiltaqax.", "Bir-rispett kollu, Madam Chairperson, qed nitkellmu fuq liġi importantissima.", "Mhux qed ngħid li x-xogħol ta' dan il-kumitat m'aħniex nagħtuh prijorita', kulħadd jaf li attendejna għal ħames seduti wara xulxin, imma l-liġi li għaddejja bħalissa fil-Parlament hija l-ewwel waħda ta' dan it-tip f'pajjiżna u rridu nkunu fil-Kamra mhux sempliċement għax irridu nitkellmu imma għax irridu nisimgħu dak li qed jintqal mill-kelliema diversi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien napprezza dak kollu li għadek kemm għedt, pero' xtaqt li kieku jirnexxielna ....", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Naħseb li rridu niftehmu dwaru huwa li jekk fil-Parlament hemm l-Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Perusni b'Diżabilita' u lkoll kemm aħna, inkluż jien, nixtiequ li nsegwuha u nipparteċipaw fid-diskussjoni, nistgħu ngħidu li l-membri ta' dan il-kumitat ikunu jistgħu jattendu għad-diskussjoni fuq dik il-liġi.", "Pero' nibqgħu miftehmin li sakemm fuq l-aġenda tal-Parlament m'hemmx dik il-liġi, inkomplu a tambur battente niddiskutu dan l-abbozz tal-kurrikulu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qatt ma kellna problema dwar dik.", "(Interruzzjonijiet) Jiena nifhem, u nerġa' ngħid ''nifhem'' li kollha kemm aħna nixtiequ nkunu fil-Parlament biex insegwu d-dibattitu fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' u għalija, huwa ta' dispjaċir li kelli nagħmel dan is-suġġeriment, pero' mill-banda l-oħra lanqas ma xtaqt li nitilfu l-momentum li qbadna f'dan il-kumitat.", "Naturalment kien hemm suġġeriment li biex ma tieqafx id-diskussjoni f'dan il-kumitat, minflok l-Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita', titla' fuq l-aġenda xi liġi oħra, imma milli jidher, min-naħa tagħkom, Onor. Abela, kien hemm xi diffikultajiet.", "CARMELO ABELA: Bil-permess tiegħek, nixtieq ngħid li fuq l-aġenda m'hemmx biss l-Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Arbitraġġ.", "Il-whip tagħna tkellem mal-Kap tal-Kamra, u naħseb li kien hemm options oħra, jiġifieri mhux il-każ li jkollna biss il-liġi dwar l-arbitraġġ jew xejn.", "Il-kelliem ewlieni ta' l-Oppożizzjoni fuq dak l-abbozz ta' liġi se jkun imsiefer u normalment dejjem hekk isir, jekk il-kelliem ewlieni ta' l-Oppożizzjoni ma jistax ikun preżenti, il-liġi tinqabeż.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien se naġġorna dan il-kumitat għal data li tiġi komunikata aktar tard.", "Fid-9.00 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991026_018d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 26 ta' Ottubru, 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.15 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 17 li saret fil-25 ta' Ottubru, 1999 kienu konfermati.", "ABBOZZ FINALI TAL-KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat irriżuma mill-25 ta' Ottubru 1999 id-diskussjoni fuq l-abbozz finali tal-kurrikulu minimu nazzjonali.", "Il-Kumitat stieden lil Ms Salvina Muscat, Kap ta' Skola tal-Bniet; lil Ms Miriam Cappello, Kap ta' Skola Sekonardja tal-Bniet; lil Ms Maria Ciappara, Kap ta' Junior Lyceum; lil Mr Emanuel Zahra, Kap ta' Skola tas-Snajja'; lil Dr Alfred Ellul, Kap ta' Skola Primarja u lis-Sur George Borg, Kap ta' Skola Speċjali, sabiex jieħdu sehem fid-diskussjoni u jirrispondu għall-mistoqsijiet magħmula mill-Membri tal-kumitat dwar il-kurrikulu minimu nazzjonali.", "Billi fid-9.00 p.m. intalbet votazzjoni fis-seduta tal-Parlament, il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991026_018m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 19", "It-Tlieta, 2 ta' Novembru 1999 fl-10.00 a.m.", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 2 ta' Novembru 1999 fl-10.00 a.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni fuq l-abbozz finali tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali - Kontinwazzjoni.", "29 ta' Ottubru 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991102_019a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 19", "It-Tnejn, 2 ta' Novembru, 1999", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 19", "It-Tnejn, 2 ta' Novembru, 1999", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-10.09 a.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 18 li saret fis-26 ta' Ottubru, 1999 ġew konfermati.", "ABBOZZ FINALI TAL-KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI", "A/CHAIRPERSON (Onor. Dolores Cristina): Nirringrazzjakom talli lqajtu l-istedina tagħna biex tiġu hawnhekk.", "Jekk mhux qed niżbalja, illum hija school holiday u għalhekk nirringrazzjahom aktar mis-soltu.", "Jien qiegħda nissostitwixxi lill-Onor.", "Helen D'Amato li bħalissa tinsab imsiefra.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li rċevejna ittra mingħand is-Sur Joseph Schembri, Direttur tad-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur, fejn qed jitlob biex hu u s-Sinjorina Joyce Borg jattendu għal dawn il-laqgħat u jkunu jistgħu jagħmlu kummenti u jipproponu xi emendi għall-kurrikulu b'riferenza għall-edukazjzoni tal-konsumatur, u naturalment aħna bagħtnilhom stedina sabiex jattendu għal dawn il-laqgħat.", "Ngħaddu mill-ewwel għall-kontinwazzjoni tad-diskussjoni li kellna fl-aħħar laqgħa u nitlob il-heads of schools - Dr. Ellul, Ms. Cappello, Mr Zahra, Mr Borg u Ms. Muscat - jersqu lejn il-mejda ħalli nkompli bid-diskussjoni.", "Fl-aħħar laqgħa kienet qed titkellem Ms. Muscat u allura nitlobha tkompli bl-intervent tagħha.", "SALVINA MUSCAT (Kap ta' skola studenti bniet b'diffikultajiet fit-tagħlim) L-aħħar darba saru diversi mistoqsijiet u se nipprova nirrispondi dawk li għadni ma rrispondejtx.", "Fid-development plan ta' kull skola, ċertu affarijiet jieħdu prijorita' fuq oħrajn.", "L-aħħar darba issemmiet il-kwestjoni ta' dixxiplina.", "Tajjeb li tkunu tafu li anke fl-iskejjel statali hemm kodiċi ta' dixxiplina u fl-iskola tagħna, id-dixxiplina timxi billi l-pożittiv joħroġ fuq in-negattiv.", "Jekk tfal għandhom diffikultajiet għax għadhom ma jistgħux isegwu t-tagħlim, ifisser li aħna mhux qed nikkomunikaw b'mod tajjeb bejnietna u allura jkunu għadhom ma fehmux l-importanza u l-ħtieġa tat-tagħlim.", "Hemm bżonn li jinħolqu mezzi biex dawn it-tfal jifhmu l-importanza, il-ħtieġa u l-utilita' tat-tagħlim għaliex jekk dan mhux se jsir, se jibqa' jkollhom fihom sens ta' ribeljoni u se jibqgħu jkunu ta' inkwiet.", "Aħna bħala skola nħossu li jkollok problemi ta' dixxiplina jekk inti ma tkunx qed tikkomunika b'mod tajjeb ma' l-istudenti ta' madwarek.", "Għar-rigward ta' skejjel ta' studenti b'ċertu diffikultajiet, forsi kien hawn min ħa l-impressjoni żbaljata li speċi jien moħħi mistrieħ jekk l-iskejjel bħal tiegħi jispiċċaw.", "M'huwiex il-każ, pero' sfortunatament din hija l-eventwalita'.", "Kien possibbli li ċerti ħteġijiet ta' l-istudenti tagħna jiġu mwieġba minħabba diversi fatturi, fosthom il-fatt li fl-iskejjel tagħna għandek numru żgħir ta' studenti fi klassi.", "Naturalment dan huwa fattur li jaffettwa.", "Qegħdin ngħidu li l-kap tista' tiddeċiedi fuq il-lingwa bażika, allura nassumi li qed ngħidu wkoll li l-kap ta' l-iskola se jkollha r-rwol li tiddeċiedi fuq in-numru ta' studenti fil-klassi.", "Kollox irid jorbot ma' xulxin għaliex jekk ħaġa ma torbotx ma' oħra, kollox ifalli.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa fuq il-problema tal-lingwa bażika għaliex jien inħoss li wieħed irid joqgħod attent f'dan ir-rigward.", "Per eżempju l-istudenti ta' l-iskola tiegħi huma pjuttost tajbin fil-lingwa Taljana u r-raġuni hi li jaraw ħafna programmi tat-television fuq stazzjonijiet Taljani iżda għandhom diffikultajiet enormi fejn tidħol il-lingwa Ingliża.", "Għandhom inferiority complex kbira fejn jidħol l-Ingliż.", "L-aħħar darba issemmiet il-problema tal-code switching, imma fil-każ ta' studenti li għandhom dawn id-diffikultajiet, jekk ma jkunx hemm il-code switching, ċertu suġġetti, per eżempju, l-matematika, ma jkunux jistgħu jittieħdu minn dawn l-istudenti.", "Naturalment konċetti matematiċi se tagħtihomlhom bl-Ingliż imma fl-opinjoni tiegħi mportanti li jkun hemm il-code switching.", "Fir-rigward tal-lingwa bażika, nerġa' ngħid li għandi diffikultajiet.", "Naturalment l-Ingliż ma jistax jitħalla barra, imma l-fatt li t-Taljan tgħallmuh bil-mod viżwali, huwa punt li wieħed irid jikkonsidrah.", "Għaliha, dan il-punt għandu jservi ta' eye-opener u l-lingwi l-oħra għandna nipprovaw ngħallmuhomlhom bl-istess metodu.", "Mistoqsija oħra li saret fl-aħħar laqgħa kienet dwar l-isport.", "Aħna għandna diffikultajiet enormi fejn jidħlu attivitajiet sportivi.", "Biex it-tfal jinżlu fil-bitħa, iridu jinżlu tliet sulari u jekk tkun ix-xita, ma jistgħux jagħmlu xi tip ta' sports għaliex m'għandniex fejn neħduhom.", "Barra minn hekk, il-bitħa hija shared minn tliet skejjel; l-iskola tagħna u żewġ skejjel primarji.", "Sfortunatament m'hemm l-ebda għalqa ddawwar l-iskola tal-Marsa u kultant inkunu f'sitwazzjoni fejn ma tistax tieħu nifs la fil-bitħa u lanqas fil-kuritur.", "Ħemm ċerti problemi u għalhekk l-iskejjel irid ikollhom l-istess provvediment għaliex jien inħoss li l-importanza ta' l-edukazzjoni fiżika għadha m'hijiex magħrufa mill-istudenti stess.", "Għandna ħafna tobba li għadhom jiċċertifikaw tfal li ma jistgħux jagħmlu l-PE u din hija xi ħaġa li wieħed irid jagħti kasha.", "Jien għallimt edukazzjoni fiżika, u għallimt meta lanqas biss kelli gym u nħoss il-ħtieġa u l-importanza tal-PE.", "Per eżempju t-tfal ta' l-iskola tiegħi marru darba l-pixxina nazzjonali u biex marru, riedu jħallsu Lm1 u mhux kulħadd jiflaħ iħallas lira, barra li kien hemm ukoll min kellu jixtri l-bathing cap.", "Veru li tixtriha darba imma mhux kulħadd jista' jaqbad u jixtriha.", "Naturalment it-tfal ħerqana biex jerġgħu jmorru l-pixxina imma jiena nħoss li dawn huma affarijiet li d-dipartiment irid jaħdem dwarhom magħna.", "Nixtieq li ta' l-inqas nagħmluhilhom li jistgħu jmorru l-pixxina darba f'sena.", "Mhux se niddejjaq ngħid li l-ġimgħa l-oħra kitibli l-kunsill ta' l-istudenti u tgħidx kemm dħakt meta qrajt li minħabba raġunijiet tan-natura kien hemm min ma setax jgħum u allura talbuni nerġa' neħodhom darba oħra.", "Pero' m'hijiex daqshekk possibbli li nerġgħu neħduhom darb'oħra; trid tipprovdi t-trasport, eċċ. Jien inħoss li bħala komunita' importanti li nikkomunikaw bejnietna b'mod aħjar, b'mod partikolari dwar ċertu affarijiet.", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Waħda mill-mistoqsijiet tiegħi kienet ukoll dwar ir-rwol tal-kap ta' skola u kkwotajt silta qasira minn paġna 51 ta' l-abbozz tal-kurrikulu fejn qed jingħad li ''l-kapijiet ta' l-iskejjel, aktar minn qatt qabel, iridu jiffukaw fuq xogħol ta' natura kurrikulari''.", "Dan ifisser li se jżid mal-ħafna xogħol li kull kap ta' skola diġa' għandu.", "Apparti d-diffikultajiet li diġa' ssemmew, intom taraw xi tip ta' soluzzjoni biex il-kap ta' l-iskola jkollu aktar ħin iwettaq ir-rwol veru tiegħu?", "Taraw li forsi jista' jkun hemm xi tip ta' amministrazzjoni oħra li tieħu ħsieb id-day-to-day activities sabiex il-kap ta' l-iskola jkollha aktar ħin tikkonċentra fuq ix-xogħol li l-istess abbozz li għandna quddiemna qed jgħid li jrid isir minn kull kap ta' skola?", "Għandkom xi ideat dwar dan?", "A/CHAIRPERSON: Min se jirrispondi?", "IS-SUR GEORGE BORG (Kap ta' skola speċjali): Naħseb li l-mistoqsija tiegħek għandha diversi tweġibiet għaliex kull qasam ta' l-edukazzjoni u kull skola għandha l-problemi tagħha u fl-intervent tiegħi aċċennajt għal din il-problema li kemm jien personalment, u kemm sħabi kapijiet ta' skejjel speċjali, inħossu.", "Veru li fl-iskejjel bħal tiegħi hemm numru żgħir ta' tfal - per eżempju fl-iskola tiegħi għandi biss 44 student - iżda nista' nassigurak li l-problemi ta' dawn l-44 student huma enormi u l-iktar diffikulta' li nsib jien, hi li minħabba l-paperwork, per eżempju, m'għandix ħin indur il-klassijiet.", "Kif qal l-Onor.", "Abela, l-aħħar sezzjoni tal-kurrikulu minimu nazzjonali titkellem dwar ir-rwol ta' kap ta' skola u dak li jingħad fl-abbozz huwa minnu.", "Hekk għandha tkun ir-rwol tal-kap ta' skola.", "Per eżempju s-sena l-oħra, qabel ma ħareġ il-kurrikulu minimu nazzjonali, għamilt exercise ma' l-istaff tiegħi biex naraw fiex qegħdin u fejn irridu mmorru.", "Dan l-eżerċizzju kien importanti ħafna imma kien diffiċli biex nagħmlu u kelli nieħu x-xogħol id-dar biex inlaħħaq ma' dak kollu li ridt nagħmel.", "Laqqajt lill-istaff kollu flimkien u għedtilhom li wasal iż-żmien li l-iskola jkollha viżjoni, li l-iskola jkollha fuqhiex taħdem, li jkollna strutturi u li naqsmu l-esperjenzi ta' xulxin.", "Tajjeb li min qiegħed fi klassi ta' studenti ta' ċertu eta' jaqsam l-esperjenza tiegħu ma' min qiegħed fi klassi ta' studenti b'age group differenti.", "Aħna għandna bżonn ħafna support, iżda fl-iskola speċjali tagħna, m'għandniex assistant heads.", "U m'għandniex assistant heads għax in-numru ta' studenti huwa żgħir, imma n-numru ma jfisser xejn.", "Ir-returns xorta jridu jimtlew u ċertu day-to-day activities xorta jridu jsiru, minkejja li n-numru ta' studenti huwa żgħir.", "Per eżempju, jien inqatta' ħafna ħin fuq it-telephone ma' ġenituri li jċempluli biex ikellmuni dwar il-problemi kbar li għandhom uliedhom.", "Fl-iskola tiegħi, jiġu ħafna professjonisti mill-qasam tas-saħħa, bħalma huma terapisti, speech therapists u physiotherapists u trid tirranġa l-appuntamenti tagħhom mal-ġenituri, b'mod speċjali fejn tidħol il-fiżjoterapija.", "Għaliex il-ġenituri m'għandhomx jaraw huma stess fejn waslu uliedhom u x'inhuma jagħmlu magħhom biex ikun hemm continuation?", "It-terapija li jenħtieġu dawn it-tfal, m'hijiex xi ħaġa ta' darba f'ġimgħa jew darba fi ħmistax, imma xi ħaġa li trid issir b'mod kontinwu.", "Dawn l-affarijiet kollha jirrikjedu ammont ta' ħin biex isiru u min se jagħmilhomlok, il-part-time clerk li taħdem biss erba' sigħat kuljum?", "Min se jagħmillek il-photocopies biex tqassam xi hand-outs?", "Tliet kwarti, anzi naħseb 95% ta' l-istudenti fl-iskola tiegħi, huma incontinent.", "Naturalment ma jistax ikun inħalli l-cupboard miftuħ biex meta jkollhom aptit jaqbdu u jieħdu l-ħrieqi.", "Bilfors trid tagħmel sistema ta' kontroll għax wara kollox il-budget li għandna m'huwiex xi wieħed kbir; anzi, bil-ħniena tgħaddi.", "L-istess għall-ikel u s-supplies.", "Dawn huma affarijiet ta' kuljum, m'humiex xi ħaġa ta' darba kull tant.", "Biex nagħti eżempju ieħor fil-każ ta' l-iskola tiegħi, insemmi t-trasport.", "Jekk it-trasport ma jiġix, ikolli problemi biex nibgħat għat-tfal għaliex fil-każ ta' l-istudenti tiegħi, mhux il-każ li naqbad u nċempel għal minibus.", "Dawn it-tfal jenħtieġu attenzjoni speċjali u bi pjaċir ngħid li s'issa, din is-sena, il-problema tat-trasport hija kontenuta.", "Per eżempju s-sena l-oħra, ma kellix lifters biex inġib it-tfal għax il-lifters kienu bil-ħsara, waqt li din is-sena, kelli l-lifters u ma kellix drivers għax kienu bis-sick leave!", "Dan ifisser li rrid nagħmel nofs ta' nhar bl-għaraq nieżel minni, inċempel lid-diviżjoni biex nara nsibx żewġ drivers ħalli jiġbru lit-tfal.", "Ovvjament dan nagħmlu biex kemm jista' jkun lit-tfal inġibhom l-iskola fil-ħin u kemm jista' jkun, ma nibgħathomx lura d-dar kmieni.", "Jekk tibgħat lit-tfal lura d-dar kmieni, xi jfisser?", "Ifisser li trid toqgħod iċċempel lill-ġenituri ħalli tara jekk hemmx xi ħadd id-dar.", "Lil dawn it-tfal ma tistax taqbad u tibagħthom d-dar u tħallihom wara l-bieb.", "Mill-perspettiva tiegħi, dawn huma kollha affarijiet li jeħdulek ħafna ħin.", "Il-ħin tal-ġurnata jtir.", "Meta se niltaqa' ma' l-istaff biex nifformula l-kurrikulu?", "M'iniex ngħid li hija problema imma huwa challenge.", "M'iniex ngħid li ma nistgħux naslu imma jekk mhux se jkollna support, se jkun ferm aktar diffiċli li naslu.", "Ħalli nsemmi persuna li jafha kulħadd f'dan il-qasam, Billy Nightingale.", "Allaħares ma kenitx tiġi darba fil-ġimgħa biex tissapportjani.", "Din il-persuna li taħdem l-Universita' u fid-diviżjoni, tiġi darba fil-ġimgħa biex tagħti support u biex flimkien nipprovaw nagħmlu dak iċ-ċentru ta' riżorsi li kont qed nitħaddet fuqu l-aħħar darba.", "Meta se nsib il-ħin biex nagħmel cataloguing ta' l-affarijiet li xtrajt dan is-sajf biex ikunu tailor-made ma' l-individual educational programmes tat-tfal u sabiex l-istaff ikun jaf f'liema parti tal-programm trid iddaħħal kull item li nxtara?", "Għaliex wieħed għandu jieħu nofs ta' nhar iqalleb ħalli jara għal xiex xi ħaġa tintuża?", "Kulma hemm bżonn hija struttura li tkun magħmula b'mod professjonali.", "Jekk se nibda, l-aħjar li nibda bil-mod kif suppost.", "Ħalli nieħu sena, sentejn, biex xi ħaġa titwettaq, imma mbagħad ladarba tkun bdejt, tkun aktar faċli.", "U jekk dan ix-xogħol ma tagħmlux inti, min se jagħmlu?", "Aħna m'għandna l-ebda support ħlief għall-part-time clerk li għandna.", "Dawn huma l-fatti u dawn huma problemi serji.", "IS-SUR EMANUEL ZAHRA (Kap ta' skola ta' snajja'): Jien naħseb li din hija problema li qed tiġri f'kull istituzzjoni.", "Nagħmlu laqgħat, nagħmlu studji u niddeċiedu dwar programmi imma fil-fatt ma jiġux implimentati.", "Jien naħseb li jekk il-collective agreement li jagħmlu l-unions jiġi implimentat, mhux qed ngħid mil-lum għal għada imma within a timeframe, ħafna mill-problemi li qed insemmu jiġu solvuti.", "Is-sena l-oħra jien kont f'kumitat ta' l-ischool support services u konna għamilna ċertu rakkmandazzjonijiet u fil-fatt ħarġet call for applications li għadha kemm għalqet għal school secretary li suppost tkun responsabbli għal ħafna mix-xogħol li bħalissa qed jagħmlu l-heads of school.", "Imma fir-rapport jissemmew ħafna affarijiet oħra barra l-ischool secretary.", "Tissemma, per eżempju, il-kwestjoni tal-cleaners li jien naraha problema kbira.", "Il-heads kollha qablu li kull skola għandu jkollha skeleton staff u mbagħad ikun hemm contract out.", "Naf li miżura bħal din iġġib magħha l-problema ta' x'se tagħmel bin-nies li diġa' hemm fl-iskejjel, imma din hi problema li trid tiġi ndirizzata.", "Per eżempju fl-iskola tiegħi, hemm sitt caretakers imma ħafna minnhom għandhom id-diffikultajiet tagħhom.", "Veru li sitta hemm fuq il-kotba ta' l-iskola imma mhux qed jagħtu output ta' sitta.", "Aħna laqqajna l-heads kollha, ħadna feedback minn għandhom u għamilna studju u bil-mod il-mod, bdejna.", "Infatti, kif diġa' għedt, ħarġet il-call for applications għall-ischool secretaries u jidher li anke l-heads se jkollhom say dwar min jintagħżel.", "Dan huwa pass pożittiv, pero' naħseb li hemm constraints li aħna m'aħniex narawhom.", "Anke fil-każ ta' l-agreements, kieku fl-agreements li l-unions għamlu kien hemm x'complement għandu jkollna, kieku meta jkun hemm vacancy ma ddumx daqstant biex timtela'.", "Kieku dejjem se jkun hemm support.", "Żgur li dan il-punt iddiskutejnih.", "Problema oħra hija dik ta' finanzi.", "Naqbel li l-finanzi ġew diċentralizzati u issa għandna say fuq xiex jintnefqu, pero' għad hemm problemi.", "Kif semmiet il-kollega tagħna, ċerti fondi trid teħodhom mill-ischool fund imma jekk l-iskola tiegħek m'għandhiex school fund, għaliex ma tistax tagħmel ċertu affarijiet?", "Per eżempju nhar ta' Erbgħa qed norganizzaw attivitajiet barra mill-iskola imma l-kont tat-trasport diġa' ġieni madwar Lm300, allura għaliex ma nistax nieħu xi fondi mill-imprest fund?", "Naf li hemm ir-regolarmenti tal-finanzi, imma jew se jagħtuna flessibbilta' biex naħdmu, jew inkella … Bħalma għedt, il-fatt li l-finanzi ġew diċentralizzati kien pass in the right direction għaliex għallinqas naqset il-burokrazija li kien hemm qabel u l-affarijiet tad-daħk u tal-biki fl-istess ħin, imma għad jonqos dak il-fine-tuning biex il-problemi li ssemmew jiġu megħluba u nagħmlu l-veru xogħol li jrid jagħmel kap ta' skola li kif jingħad f'dan id-draft, żgur li se jiżdied.", "Naturalment hemm bżonn li ċertu problemi ma jibqgħux jaqgħu fuq il-kap ta' l-iskola.", "MIRIAM CAPPELLO (Kap ta' skola sekondarja tal-bniet): Kultant jien nikkonsidrani bħala jack of all trades.", "Xi erba' snin ilu kien ġie head ta' skola fl-Ingilterra - bħalissa ma nistax niftakar x'jismu - li kienet at the bottom of the list ta' l-iskejjel u dan il-kap ta' l-iskola rnexxielu jtellagħha fl-ewwel għaxra tal-lista.", "Pero' kien qalilna li fl-uffiċċju tiegħu kellu 18 support staff.", "Kull persuna kellha x-xogħol speċifiku tagħha; waħda minnhom kienet in charge of the timetable.", "Niftakar li aħna konna ħassejna ċertu għejra għalih għaliex fil-każ tagħna, kulma jinqala' rridu niddiljaw miegħu aħna.", "Naqbel ma' dak li qal Mr Zahra dwar il-caretakers.", "Taħli ħafna ħin biex iġġiegħlhom jagħmlu xi ħaġa żgħira.", "Jgħidulek ''jien ġejt fis-7.00 a.m. biex nobdik'', mentri dawn jiġu fis-7.00 a.m. mhux biex jobdu lili imma għaliex dak hu l-ħin li huma suppost jibdew.", "Ikollhom ġlied bejniethom, ħafna petegolezza.", "Per eżempju kien hemm ġlieda kbira għaliex wieħed tefa' trab fid-dustbin ta' l-ieħor!", "Dawn huma ħmerijiet, imma quddiemek jiġu.", "Kif qal Mr Zahra, jekk ikun hemm skeleton staff biex jiftħu u jagħlqu l-iskola u contract cleaners li jkollna kontroll fuqhom, żgur li l-iskola tkun iktar nadifa u jkollna inqas problemi.", "Ħalli nsemmi problema li forsi teżisti biss fil-każ partikolari tiegħi.", "Jien kap ta' skola tal-bniet u għandi tliet assistant heads irġiel.", "M'għandi xejn kontra tagħhom; jaħdmu ħafna u għandi ħafna u ħafna għajnuna mingħandhom, imma kulma jinqala', kollox jiġi quddiemi, anke jekk jinqala' xi ħaġa ġo toilet, quddiemi jiġu, għaliex mhux se jmur assistant head raġel ġo toilet tal-bniet!", "Naħseb li jkun aħjar kieku fi skola tal-bniet ikun hemm imqar assistant head waħda mara, mhux għaliex l-irġiel ma jagħmlux xogħolhom imma kultant ikun hemm ċerti ċirkostanzi fejn it-tfal bniet ikunu jixtiequ mara quddiemhom.", "Għandna bżonn purchasing officer li jkun in charge mill-ħafna affarijiet li jkollna bżonn nixtru.", "Aħna ma nistgħux noħorġu mill-iskola biex noqogħdu nixtru kull ħaġa li jkollna bżonn, barra l-fatt li ma nifhmux f'kollox.", "Hemm bżonn ukoll ta' storekeepers li jieħdu ħsieb l-affarijiet li nixtru u li nużaw.", "Għar-rigward ta' l-accounts, naħseb li l-problema se tissolva meta jkollna l-ischool secretary imma nixtieq nissuġġerixxi - u din ilna nissuġġeruha ħafna u qalulna li m'hijiex possibbli li ssir - li flok ma nibgħatu tliet accounts, capital expenditure, maintenance u supplies, nibagħtu biss account wieħed u l-accounts ikunu interchangeable.", "X'differenza tagħmel tonfoqx mis-supplies jew mill-maintenance?", "Jekk teċċedi l-vot tas-supplies u teħodhom minn fuq il-maintenance, l-accountant ma jaċċettalekx l-account!", "Għax xtrajt il-qsari u ħadthom mill-vot tal-maintenance, qalli ''you're breaking the spirit of the law, dawk mhux maintenance''!", "Din hi r-realta' u r-realta' hi li dawn l-affaijiet jeħdulek ħafna ħin.", "Issa jien qsari għall-kuritur ta' l-iskola xtrajt mhux għall-uffiċċju tiegħi, imma qalli li l-flus kelli neħodhom mill-ischool fund.", "Dik irrabjatni ħafna lili.", "Għaliex għandna noqogħdu nfittxu ħafna dettalji li jeħdulek ħafna u ħafna ħin?", "Veru li l-finanzi huma importanti u bis-sistema preżenti nistgħu nixtru l-affarijiet dak il-ħin li rriduhom, imma naħseb li jkun ferm aħjar jekk ikollna kont wieħed u mhux kont għall-capital expenditure, ieħor għall-maintenance u ieħor għas-supplies.", "Naħseb ikun ferm aħjar jekk it-tliet accounts ikunu interchangeable.", "Wara kollox, l-ischool fund huwa ta' l-school council.", "A/CHAIRPERSON: Grazzi ħafna.", "SALVINA MUSCAT: Fl-iskola tiegħi, din is-sena għandi 180 studenta waqt li s-sena l-oħra kelli madwar 240, jiġifieri jien ntitolata għal assistant head waħda, u allura tispiċċa biex nofs ix-xogħol tagħmlu inti u n-nofs l-ieħor tagħmlu l-assistent kap.", "M'hemmx aktar nies lil min tiddelega ċertu xogħol, pero' xorta waħda dak li jkun f'idejn l-assistant head jispiċċa quddiem il-head ta' l-iskola.", "Ikollok ukoll problema jekk xi ħadd ma jkunx jiflaħ u x-xogħol tiegħu tkun trid tagħmlu int ukoll.", "Għar-rigward ta' manutenzjoni ta' l-iskola, ma nħossx li din għandha taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-kap ta' l-iskola.", "Naturalment l-istaff jgħidulek x'inhuma d-diffikultajiet, imma ma nistgħux nippretendu li l-kap ta' skola tkun tifhem f'kollox, fuq l-ilma u d-drenaġġ!", "Bħalma għedtilkom fl-aħħar laqgħa, fl-iskola tiegħi x-shaft tal-lift huwa lest imma l-lift ma jistax jitwaħħal għaliex ix-xogħol ma sarx kif suppost.", "Suppost kien hemm min kien qed jiċċertifika x-xogħol li kien qed isir u jien kelli moħħi mistrieħ li l-affarijiet kienu qed isiru kif suppost imma issa jien qed nisfen fin-nofs, wieħed jgħidli mod u l-ieħor jgħidli mod ieħor!", "Jien ma nifhimx f'dawn l-affarijiet.", "Naħseb kulħadd japprezza li l-manutenzjoni ta' l-iskola hija problema kbira.", "Għar-rigward ta' l-ischool fund, mhux l-iskejjel kollha għandhom school fund, per eżempju aħna għandna somma żgħira, jgħaddulna somma żgħira ta' Lm50 jew Lm100.", "Jiddependi jekk fl-iskola għandekx tuck shop, imma mhux tort tiegħi li fl-iskola m'għandniex tuck shop.", "Jien lanqas kamra għat-teachers m'għandi, aħseb u ara kemm għandi post għal tuck shop, allura m'għandix ammont ta' flus li nista' ndur fuqhom.", "Problema oħra li nitlaqgħu magħha hija l-problema tal-fiscal receipts.", "Għandna nies li trid tiġri warajhom biex jagħtuk il-fiscal receipt, hemm min ili niġri warajh xahrejn għall-fiscal receipts.", "Mela huma jridu l-flus hekk kif iġibu l-affarijiet l-iskola, imbagħad trid tiġri warajhom għall-fiscal receipt.", "Tispiċċa tgħidilhom li se tmur għand id-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur biex forsi jagħtuhielek.", "Dan xogħli?", "Possibbli li kap ta' skola trid toqgħod tagħmel dawn l-affarijiet?", "Inkredibbli l-ammont u t-tip ta' xogħol li rridu nagħmlu.", "Tajjeb li jkollna l-awtonomija, imma jrid ikollna wkoll support staff.", "Barra mix-xogħol fl-iskola, ikollna wkoll laqgħat barra mill-iskola.", "Per eżempju nhar il-Ġimgħa li għaddiet kelli tliet laqgħat, waħda fl-10.00 a.m., l-oħra f'nofsinhar u l-oħra fis-1.30 p.m. Il-ħsieb tiegħi kien li mmur għal tnejn minnhom u nibgħat lil xi ħadd għal-laqgħa l-oħra mentri fil-fatt spiċċajt biex la mort waħda u lanqas l-oħra għax kien hemm tifla - Miss Cappello semmiet il-fatt li hija mara waħedha fl-iskola - li bilfors lili riedet biex titkellem dwar il-problema li kellha, lanqas lill-guidance teacher ma riedet tgħidha.", "It-tifla tant kienet imweġġa' li domt magħha mill-11.00 a.m. sas-2.00 p.m. Fl-aħħar sibna rkaptu tal-problema u rnexxieli nikkonvinċiha li riedna nitkellmu mat-tfal l-oħra.", "Naturalment ma jiddispjaċinix li t-tfal ifittxu lili meta jkunu jridu jitkellmu dwar xi problema li jkollhom, imma spiċċajt biex ma mortx il-laqgħat li kelli l-ħsieb immur allavolja waħda minnhom kienet importanti.", "L-iskola ma ssibx il-ħin biex tagħmel l-affarijiet kollha li jkollok f'moħħok.", "L-iskola tkun biss disponibbli għall-istudenti u għall-istaff tiegħek u biex tirrispondi t-telephones li ma jieqfu qatt iċemplu.", "Il-paperwork kollu qed nispiċċa jkolli nagħmlu d-dar.", "Lanqas proof reading ta' karta ma qiegħda nagħmel l-iskola għaliex meta mmur id-dar u nerġa' naraha, insib li jkun għad hemm l-iżbalji minkejja li suppost inkun diġa' iċċekkjajtha.", "Għar-rigward ta' support staff, jien għandi casual clerk u tnejn min-nies oħra li kienu general hand issa li għamlu l-eżami saru support staff.", "Jien mhux hekk nippretendi li għandu jkun is-support staff.", "Lanqas computer ma kienu jafu jużaw.", "Jien għallimthom kif jixgħelu l-computer.", "L-ewwel ġurnata tajthom ittra biex jittajpjawhieli ħalli nara x'jafu u lil waħda minnhom rajtha tfittex madwar il-kamra.", "Rat il-computer u l-printer u bdiet tibża' tistaqsi fejn hi t-typewriter.", "Irid ikollna nies kwalifikati biex jgħinuna.", "A/CHAIRPERSON: Nirringrazjak.", "L-Onor.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq nagħmel xi mistoqsijiet lis-Sur Borg.", "Wieħed mill-ilmenti tiegħek kien dwar il-budget u waħda mill-problemi ta' budget m'hijiex biss kwestjoni ta' kwalita' jew ta' kwantita', iżda jekk il-flus humiex imorru fejn l-aktar hemm bżonn, u se nqajjimlek il-punt kontroversjali jekk jagħmilx sens li fl-iskejjel speċjali nibqgħu nonfqu l-eluf ta' liri li qed nonfqu fuq l-ikel.", "Taħseb li l-flus li qed jintnefqu bħalissa fuq l-ikel jistgħu jmorru għal skop aħjar edukattiv?", "It-tieni mistoqsija.", "Mill-esperjenza tiegħek, tara futur għall-iskejjel speċjali, mhux biss bħala ċentru ta' riżorsi kif diġa' ntqal, imma bħala skejjel speċjali?", "Fil-ħames snin li ġejjin, li huwa t-timeframe jew time horizon mis-seba' snin ta' dan il-kurrikulu, tara li l-iskejjel speċjali għandhom jibqgħu jgħinu tfal li ma jistgħux jiġu nklużi?", "Għar-rigward ta' l-inklużjoni, x'inhi l-opinjoni tiegħek fuq il-withdrawal mill-klassi?", "Hemm min hu estremista u jgħid li jekk mill-klassi tagħmel withdrawal ta' tifel jew tifla bi bżonnijiet speċjali qisek qed iċċaħħad lil dak it-tifel jew tifla mill-inklużjoni, u hemm min li minkejja li jemmen ħafna fl-inklużjoni, jara li hemm mumenti fejn ma tistax tagħmel mod ieħor u l-withdrawal isir kemm fl-interess tat-tifel jew tifla stess u kemm fl-interess tal-kumplament tat-tfal ta' dik il-klassi.", "Għar-rigward ta' facilitators, x'tip ta' taħriġ tara li għandhom bżonn il-facilitators fl-iskejjel sekondarji?", "Nafu li l-facilitators ma' tfal fil-primarja għandhom bżonn taħriġ iżda sfortunatament, ħafna minn dawk li bħalissa qegħdin mat-tfal, m'għandhomx it-taħriġ meħtieġ.", "Meta l-aħħar darba kont qed nitkellem dwar facilitators fis-sekondarja, inftehemt ħażin imma ma nterrompejtx lis-Sur Joe Camilleri meta rrifera għall-punt tiegħi.", "Meta jien għedt li hemm bżonn ta' facilitators irġiel ma' studenti ġuvintur bi bżonnijiet speċjali fl-iskola sekondarja, donnu fehemni li għandhom ikunu speċi ta' bodyguards biex jikkontrollaw lit-tfal jekk huma disruptive.", "Jien bl-ebda mod ma kont qed nifhem hekk.", "Jien kont qed ngħid li jekk għandek ġuvni ta' 17 jew 18-il sena, ma nistax nimmaġina sitwazzjoni sempliċi fejn facilitator tfajla trid tieħdu t-toilet, biex nitkellem ċar.", "Ma naħsibx li kont qiegħed inġib xi sitwazzjoni ta' barra minn hawn.", "IS-SUR GEORGE BORG: Rigward l-ischool meals, nista' ngħid li bejn nofs u żewġ terzi tal-budget tagħna, imur fuq l-ischool meals.", "Ovvjament qegħdin tagħtuna l-flus għal dawn il-meals u li jinkwetani hu li jekk ineħħulna l-meals, ineħħulna wkoll il-flus li għandna.", "Biex nitħaddet b'mod ċar u ma noqgħodx indur mal-lewża ....", "A/CHAIRPERSON: Sur Borg, nixtieqek tkun kemm jista' jkun konċiż.", "IS-SUR GEORGE BORG: Ir-realta' hi li għad fadal tfal bi problemi soċjali u allaħares ma jkunux l-ischool meals li nitimgħuhom fl-iskejjel tagħna.", "Ġieli jkollna min ma jkunx irid l-ikel u dak l-ikel nagħtih lil xi tifel ieħor biex jieħdu miegħu d-dar ħalli jkollu x'jiekol filgħaxija.", "Dawn huma fatti.", "Jiġifieri minn dak il-lat, jiswa kemm jiswa l-ikel biex tipprovdih, jekk tolqot imqar persuna waħda, ukoll napprovah.", "Huwa veru li ħafna flus qed imorru fuq l-ikel imma wieħed irid jara x'kien l-iskop ta' l-ischool meals meta ġew introdotti fl-iskejjel bħal tagħna ħmistax jew għoxrin sena ilu.", "L-iskop kien biex l-għalliem jgħallem lit-tfal self help skills u table manners.", "Biex nagħmluha ċara, dak kien l-iskop oriġinali mhux li titma biss lit-tfal.", "M'hijiex kwestjoni li tnaqqas jew tħalli l-flus ivvotati għal dan l-iskop.", "M'iniex qed inħares lejn dak il-lat.", "Jekk tistaqsi lil sħabi l-għalliema li ilhom f'dan il-qasam daqskemm ili jien, jew iktar minni, jgħidulek li xi sittax-il sena ilu kienu jħallsu 15c għal meal, imbagħad xi sentejn wara għolliet għal 20c u mbagħad, ma nafx min kien ministru dak iż-żmien, neħħa din iċ-charge.", "Kienet tagħmel differenza kbira meta wieħed ried iħallas għall-ikel.", "Meta inti qed tagħtihom ikel b'xejn, it-tfal se jagħmlu dak li jfettlilhom; jew se jeħduh jew se jgħidulek li ma jriduhx.", "Issa kif jgħid il-Malti, taqta' minn fejn taqta', toħroġ id-demm.", "Meta ma baqax jintalab ħlas għall-ikel, kienu jgħidu li neħħew il-ħlas għax kien hemm min ma setax iħallas 20c - dik hija ukoll issue; hija kobba mħabbla - biss wieħed jista' jara wkoll the educational side ta' l-ischool meals.", "M'hijiex biss kwestjoni li titma lit-tfal, hemm valur edukattiv ukoll.", "Ovvjament jekk tistaqsini għandix bżonn dawk il-flus, se ngħidlek li għandi bżonnhom, għax il-budget, mhux għalija biss imma għal kulħadd, huwa tight.", "M'hijiex daqshekk faċli tiddeċiedi għandekx tneħħi l-ischool meals jew le.", "Forsi f'ċerti każijiet ngħidlek iva, imma rridu niftakru wkoll li t-tfal fl-iskola tiegħi ma tistax tibagħtilhom sandwich magħhom.", "Lanqas ma jien ngħid li napprova l-menu li hemm għalihom, anzi immur oltre minn hekk u ngħid li t-tfal ta' l-iskola tiegħi għandu jkollhom menu differenti milli għandhom bħalissa.", "Issemma wkoll il-futur ta' skejjel bħal tiegħi.", "L-ewwelnett mhux għal kemm taqbad tgħid tagħlaq il-bieb u titfa' lil kulħadd 'il barra.", "Anke għar-rigward ta' l-inclusive education, kif irriferejt inti l-bieraħ fid-diskors tiegħek fil-Parlament, ma kenitx faċli taqbad u ddaħħal ċertu tfal fil-klassi mil-lum għal għada.", "Kien diffiċli għall-għalliem li jsib tifla bi bżonnijiet speċjali quddiem wiċċu mil-lum għal għada.", "Trid tipprepara lil kull min hu involut u anke l-abbozz jgħid li m'aħniex ippreparati biżżejjed.", "Jien ma naħsibx li tista' taqbad u tagħlaq il-bibien ta' dawn l-iskejjel.", "L-aħħar darba jien għedt li l-iskejjel jistgħu jkunu ċentri ta' riżorsi.", "Forsi ma kontx ċar, imma ma kontx qed ngħid ċentri ta' riżorsi mil-lat ta' bini.", "Jien qed ngħid li t-tfal jibqgħu hemm.", "Li ridt ngħid hu li l-iskejjel ikollhom a dual role, l-iskola bħala skola, u l-iskola li qed toffri r-riżorsi tagħha.", "Biex niftiehem x'irrid ngħid b'ċentru ta' riżorsi, ħalli nagħti eżempju.", "Il-ġimgħa l-oħra stess, fl-iskola Sir Luigi Preziosi li tinsab ħdejn tiegħi, daħlu tlieta jew erbat itfal b'diżabilita' u tliet facilitators magħhom li kienu mitlufin.", "Ma kenux jafu x'se jaqbdu jagħmlu u jien ċempilt lil Miss Anastasi li staqsietni jekk jimportax jekk il-facilitators iżuru l-iskola tiegħi biex nitkellem magħhom u naraw x'jista' jsir.", "Għaliex le?", "Minn dak il-lat irrid infisser b'ċentru ta' riżorsi.", "Meta ġew fl-iskola tiegħi, ma rawx biss il-bini, il-wheelchairs u l-appart, iżda raw lit-tfal u tkellmu miegħi u ma' l-istaff fejn flimkien rajna x'inhu l-aħjar li jagħmlu.", "GĦedtilhom biex l-ewwelnett jagħmlu inventory ta' l-iskills tat-tfal ħalli jaraw minn fejn iridu jibdew u mbagħad ikellmu lill-ġenituri tat-tfal.", "Jekk mhux se jkun hemm tfal, se jaraw biss il-bini, u billi jaraw il-bini, x'se jgħinhom?", "Wheelchair jistgħu jarawh fuq stampa jew fuq it-television, l-importanti li turihom x'jistgħu jagħmlu bih.", "Punt ieħor kien dwar il-hyperactive children.", "L-aħħar darba Dr Ellul qal li t-tifel hyperactive li żamm fl-uffiċċju tiegħu sakemm il-facilitator marret it-toilet, ġennu.", "Jien m'iniex kontra li tipprova sistema imma t-time-out irid ikun f'ħinu u mhux meta t-tifel ikollu t-tantrum toħorġu 'l barra.", "It-tifel irid jidra jitgħallem li f'ċertu ħin għandu session li tista' tkun group session ma' tfal oħra u li din is-session hemm bżonn issir.", "Mhux għax it-tifel ikollu tantrum toħorġu 'l barra.", "Far from it, għax inkella titlef l-iskop kollu u tispiċċa biex meta t-tifel jixba fil-klassi, jibda jaqbeż u jogħla ħalli titfgħu 'l barra.", "Punt ieħor li semmejt kien dwar il-facilitators fis-sekondarja u l-male facilitators.", "Jekk m'iniex sejjer żball, fil-kors tal-B.Educ l-istudenti jagħżlu jekk humiex se jmorru għall-primarja jew għas-sekondarja.", "L-istess isir fil-każ ta' facilitators.", "The way one has to relate ma' tifel ta' għaxar snin jew ta' ħdax-il sena, mhux l-istess mod ta' kif wieħed jirrelata ma' xebba ta' 18-il sena.", "Ma jfissirx li għax huma żgħażagħ b'diżabilita' mhux se jgħaddu mill-proċess uman bħalma jgħaddi ħaddieħor.", "Il-fażi ta' l-adoloxxenza se jgħaddu minnha bħalma jgħaddi minnha kulħadd.", "U din tfakkarni f'sitwazzjoni fejn omm ta' ġuvni ta' 14 jew 15-il sena kienet qaltli: \"Taf x'għamilli dak?", "Taf li rrispondieni u qalli \"le\"?''", "M'għandux dritt dan il-ġuvni jgħid \"le\"?", "M'għandux dritt jieħu deċiżjoni hu?", "The man in the street ma jħarisx lejn dawn iż-żgħażagħ b'dak il-mod, imma aħna, u kulmin jaħdem magħhom, jikkonsidra dan il-fattur.", "Għar-rigward ta' male facilitators, iva, naqbel miegħek mija fil-mija.", "A/CHAIRPERSON: Nirringrazzjak Sur Borg.", "L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur Borg, hemm żgħażagħ mill-iskola tiegħek li jkunu jistgħu jgħaddu għall-adult training centres.", "IS-SUR GEORGE BORG: Jiġifieri għandix żgħażagħ li jmorru għall-ATC?", "MARIE LOUISE COLEIRO: Iva, jekk mill-iskola tiegħek ikunx hemm studenti li jistgħu jgħaddu għall-adult training centres.", "IS-SUR GEORGE BORG: Ħalli nieħu l-iskola tiegħi.", "Il-maġġorparti tat-tfal ta' l-iskola tiegħi għandhom multi and profund learning difficulties u allura definitely li hemmhekk iridu jmorru, pero' tajjeb tkun taf ukoll li din is-sena, dawk li għalqu d-19-il sena - aħna għandna concession u l-ischool leaving age tagħna hija ta' 19-il sena - żammejnihom.", "Jiġifieri għall-ewwel darba, din is-sena - u dan huwa punt pożittiv ħafna - it-tfal se jmorru l-ATCs ippreparati aħjar.", "Mhux malli għalaq 19-il sena, qbadtu minn post u tfajtu x'imkien ieħor qisu xi xkora patata!", "Kif diġa' għedt, dawn huma tfal sensittivi ħafna u din is-sena qed isir programm ta' transition, mhux fl-iskola tiegħi biss imma fl-iskejjel speċjali kollha, li għandu jgħin lit-tfal.", "Kienet inizjattiva pożittiva u hemm persuna apposta, għalliema, li qed tagħmel dan ix-xogħol.", "Ovvjament ma nistax nagħmlu jien dan ix-xogħol; m'għandix ħin biex nagħmlu, imma almenu issa dan il-proċess beda u nisperaw li jawgura tajjeb għall-futur.", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Nixtieq li s-Sur Borg jagħtina ftit iktar informazzjoni dwar it-transition programme.", "Xi jfisser eżatt dan il-programm?", "Is it a programme for individuals jew għal grupp ta' żgħażagħ li jkunu jistgħu jgħaddu għat-training centre?", "IS-SUR GEORGE BORG: Din hija area li ħdimt ħafna fuqha fil-passat pero' għadna fil-bidu.", "Din taħdem billi grupp ta' studenti, fil-każ ta' l-iskola tiegħi għas-sena d-dieħla se jkolli sitta, li jkunu se jispiċċaw mill-iskola, minflok ma jintbagħtu fid-diversi ċentri ta' Ħal Far, ta' l-Imtarfa jew ta' Santa Venera … Jiġifieri meta t-tfal jagħlqu sittax-il sena, isir kuntratt bejn il-ġenituri, iċ-ċentru u l-kap ta' l-iskola, u t-tifel, minflok ma jkompli jmur l-iskola, jibda jmur fiċ-ċentru.", "Kif diġa' għedt, dik hija trawma għat-tfal.", "Għal dawn it-tip ta' tfal, anke jekk tinbdilhom it-teacher jew il-facilitator hija trawma allura għandu jkollhom transition programme u dan jenħtieġ ippjanar minn qabel.", "Jenħtieġ li t-tifel jew tifla jkunu jafu f'idejn min se jkunu s-sena ta' wara u tlaqqagħhom mat-teacher minn qabel.", "Dan huwa programm estensiv li naturalment jinvolvi kemm l-għalliema u kemm il-ġenituri biex it-tfal jidraw minn qabel l-iskola li jkunu se jmorru fiha.", "It-tielet fażi tinvolvi kuntatti bejn l-iskola u l-ATCs.", "Għalhekk għedt li jrid ikun hemm planning minn qabel għax min ikun se jieħdu fl-ATC, jiġi l-iskola ħalli jarah jiffunzjona fl-iskola qabel ma jmur għandu.", "Hekk għandhom isiru l-affarijiet barra l-fatt li huwa att umanitarju li l-affarijiet isiru b'dan il-mod.", "A/CHAIRPERSON: Hawn aktar mistoqsijiet?", "Jidher li m'hawnx aktar mistoqsijiet għaldaqstant nirringrazzjakom u nitlob lil Dr. Joanna Drake tingħaqad magħna madwar il-mejda.", "DR. JOANNA DRAKE (Chairperson, Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara): Thank you, Madam Chairperson.", "Bażikament jien se nikkonċentra fuq il-parti tal-kurrikulu li jitkellem dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi.", "Aħna, bħala kummissjoni, ninnotaw b'sodisfazzjon li l-prinċipju ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi ġie elevat għal pedament ewlieni tas-sistema edukattiva tagħna u fl-opinjoni tal-kummissjoni dan huwa għodda essenzjali sabiex titwettaq il-politika tal-gender mainstreaming li hija l-politika fejn kull proċess politiku jew teħid ta' deċiżjoni, jitlaqqam mill-bidu nett minn sensitivitajiet ta' gender.", "Naħseb li dan jawgura tajjeb għal quddiem għaliex jekk din il-politika issib art għammiela, għandu jkollna ġenerazzjoni ġdida li tkun verament temmen u tħaddan fil-prattika l-prinċipju ta' l-ugwaljanza bejn in-nisa u rġiel li wara kollox huma komponenti bażiċi tas-soċjeta' tagħna.", "Bħala kummissjoni għandna sodisfazzjon ukoll għaliex għalkemm naturalment il-kummissjoni kemm-il darba ssottomettiet memoranda u rakkmandazzjonijiet dwar dan il-proġett lill-ministeru ta' l-edukazzjoni, kienet pjuttost inizjattiva li oriġinat mill-ministeru.", "Din tolqot il-pedament tas-soċjeta' tagħna u m'hijiex xi ħaġa ġejja minn għaqda tan-nisa li huma ossessjonati fuq l-ugwaljanza.", "Jiġifieri napprezzaw ħafna li din ġejja bħala strateġija għas-settur edukattiv għax dan ifisser li f'dan il-qasam diġa' qed jaħdem il-gender mainstreaming.", "Iż-żewġ punti li xtaqt nagħmel huma dwar l-implimentazzjoni ta' dak li hemm propost fil-prinċipju 11.", "Naturalment tajjeb li jkollok charter li tiddikjara kif se tkun il-politika tiegħek u nifhem li dan huwa dokument aktar dikjaratorju milli li qed jagħmel routing ta' pjan ta' implimentazzjoni.", "Pero' min-naħa l-oħra naħseb li tajjeb li naħsbu b'mod attiv ħafna fuq l-interim arrangements, il-perijodu transitorju.", "Rajt li f'oqsma oħra issemmew kif se jiġu managed u kif proattivament se jibda dan il-proċess ta' transizzjoni, biex kemm min-naħa ta' l-għalliema, kemm min-naħa tal-ġenituri u kemm min-naħa ta' l-istudenti, jiġi infilsat bil-mod il-mod dan il-proċess ta' tlaqqim, biex ngħid hekk, fuq gender sensitivity.", "Forsi tajjeb li wieħed jistabbilixxi timeframe jew pjan ta' azzjoni li jkun rigorożament segwit.", "Nixtieq inqajjem punt li ma nafx jekk huwiex intenzjonat jew inkella hijiex biss kwestjoni ta' drafting.", "F'nofs l-ewwel kolonna ta' paġna 23 fejn jissemma t-tibdil fuq livell strutturali, insibu:", "''B'mod konkret, fejn il-bniet u s-subien qegħdin jitgħallmu flimkien, l-għalliema għandhom jindirizzaw temi pedagoġiċi ...''.", "Jiġifieri donnu hemm l-objettiv li l-għanijiet iridu jintlaħqu.", "Ma nafx jekk hijiex l-intenzjoni li tiġi limitata biss għall-bniet fejn hemm co-education, pero' importanti li dawn l-objettivi jintlaħqu anke fejn m'hemmx co-education għax naħseb li proprju hemmhekk fejn jista' jkollok art għammiela ħafna biex jiġu perpetwati l-isterjotipi a bażi ta' sess.", "Dwar strutturi, fid-diversi memoranda li aħna bagħtna bħala kummissjoni, kemm-il darba enfasizzajna li jeħtieġ li jkun hemm makkinarju biex jiżgura l-gender sensitivity u l-opportunitajiet indaqs fit-tagħlim u t-tagħrif.", "Konna ssuġġerejna żewġ affarijiet u waħda minnhom hija li jkun hemm ħatra ta' uffiċjal għoli fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li jkun responsabbli proprju għal din il-politika.", "Nixtieq nerġa' nirrinforza dak l-argument għax f'dan l-istadju żgur li għandna bżonn ta' xi ħadd li attwalment jieħu r-responsabbilta' li jara li qed iseħħ dak propost.", "Jekk hemm pjan ta' implimentazzjoni, jekk hemm pjan li se jseħħ fuq medda ta' ċertu żmien, naħseb li hemm bżonn li jkun hemm xi ħadd li jkun responsabbli minnu.", "Fl-aħħar mill-aħħar, naħseb li rridu naslu fil-punt li din il-persuna ma jkollniex aktar bżonnha, imma f'perijodu transitorju jeħtieġ li jkollok persuna responsabbli minn dawn l-issues, b'mod partikolari meta qed nitkellmu fuq il-pedament ta' l-edukazzjoni tas-soċjeta' tagħna.", "Is-suġġeriment l-ieħor li konna għamilna - forsi jista' jinstema' pjuttost burokratiku imma għal medium term jeħtieġ li jkollna dawn il-pointers, dawn il-focussed persons - kien li fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni jitwaqqaf kumitat apposta dwar opportunitajiet indaqs.", "Xtaqt ngħid xi ħaġa dwar il-fondi.", "Nimmaġina li r-return fuq l-investiment fi proġett bħal dan, se jkun kbir ħafna għaliex nemmen li l-kwestjoni ta' opportunitajiet indaqs m'hijiex biss kwestjoni ta' gender, imma hija kwestjoni ħafna iktar minn hekk.", "Fl-aħħar mill-aħħar hija kwestjoni ekonomika iżda jien naħseb li dak li se jsir bħala investiment fi training, awareness, disseminazzjoni ta' informazzjoni u fl-istrutturar, ikun worth it.", "Pero' jien nifhem u napprezza li meta tara l-prijoritajiet kollha f'dan il-qasam, jista' jkun hawn perception li se jiġu assorbiti wisq fondi mill-budget jekk l-affarijiet verament se jittieħdu bis-serjeta' u se jiġu implimentati kemm jista' jkun b'mod strutturat għaliex irid ikollok strutturi.", "Jien naħseb li għandha tittieħed l-opportunita' biex fin-negozjati bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, u anke fuq bażi kompletament separata imma parallel ma' dak li għaddej bħalissa bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, nipprovaw nitteppjaw fondi min-naħa ta' l-Unjoni fuq dawn l-areas.", "Ma rridux ninsew li wara l-emendi ta' Amsterdam, l-Unjoni għamlet il-gender equality bħala wieħed mill-objettivi tagħha għaliex proprju għarfet li għall-evoluzzjoni tagħha stess importanti li dan il-prinċipju jkun evolut, anzi proattivament esegwit.", "Jiġifieri ma tibnix biss il-kultura ta' awareness billi tibqa' in-house, iżda billi tifrex, tara ideat oħrajn u tagħmel skambji ta' ideat u mbagħad issib il-livell tiegħek f'pajjiżek.", "Naħseb li għalissa nista' nieqaf hawnhekk, pero' nixtieq nirreġistra li l-kummissjoni tinsab verament kuntenta li s-suġġett ta' l-ugwaljanza sab ruħu fil-kurrikulu minimu nazzjonali.", "Definittivament dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba.", "A/CHAIRPERSON: Nirringrazzjak Dr. Drake.", "Nieħdu issa l-kummenti u mistoqsijiet.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Xtaqtek tippreċiża suġġertiment li għamilt.", "Int qed tissuġġerixxi li għandu jitwaqqaf kumitat fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li jiffoka partikolarment fuq il-gender issue?", "Naf li fi kwalunkwe każ qed tissuġġerih bħala struttura transitorja, imma ma taħsibx li l-istrutturi li diġa' jeżistu fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, bħalma huma d-dipartiment ta' l-iżvilupp tal-kurrikulu, id-dipartment għall-implimentazzjoni tal-kurrikulu u d-diversi uffiċjali edukattivi barra l-fatt li hawn din il-gwida ċara, għandhom ikunu biżżejjed?", "DR. JOANNA DRAKE: Żgur li dak huwa 'l fejn irridu naslu.", "Jiġifieri jekk se toħloq kumitat, jew se toħloq uffiċjal b'dawn ir-responsabbilitajiet speċifiċi, se toħloqhom biex bażikament jeqirdu lilhom infushom.", "Jien nemmen li għalkemm hawn dawn il-linji gwidi ċari, wieħed irid ikun iktar proattiv min-naħa ta' monitoring biex dak li hemm propost jara li qed jiġi attwalment u rigorożament implimentat.", "Nibża' li jekk ma jkun hemm ħadd li għandu responsabbilta' speċifika, din l-issue ma tingħatax il-prijorita' u l-importanza li tistħoqqilha.", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiena smajt dak li qalet Dr. Drake b'attenzjoni u forsi jekk ma ninterprethiex tajjeb, nitlobha tikkoreġini.", "Dr. Drake, inti semmejt il-makkinarju li fil-fatt aċċenna għalih l-Onor.", "Galea u semmejt ukoll il-kwestjoni tal-fondi.", "Jien xtaqt nistaqsi x'tip ta' koordinament ongoing qed tara bejn id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u d-Dipartiment dwar in-Nisa fis-Soċjeta'.", "Diġa' teżisti struttura li suppost qiegħda hemm biex tara li tiġi esegwita policy nazzjonali u safejn naf jien hija l-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara li tiddiskuti u tiżviluppa din il-policy, pero' ma ssemma assolutament xejn dwar id-dipartiment, la fil-kurrikulu u lanqas fl-espożizzjoni tiegħek.", "Nixtieq inkun naf eżattament fejn se jkun dan id-dipartiment u x'tip ta' koordinament se jkun hemm miegħu.", "Safejn naf jien, il-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara m'hijiex an executive body but an advisory body.", "Nixtieq nistaqsi wkoll dwar il-makkinarju li inti ssuġġerejt b'ħatra ta' uffiċjali u ta' kumitat.", "Dan se jkun jagħmel biss monitoring?", "Jien inħoss li din il-kwestjoni hija ħafna iktar profonda minn hekk.", "Jekk se nħarsu lejn l-ugwaljanza bejn is-sessi bħala xi ħaġa in passing, fis-sens li ladarba issemmiet hawnhekk rasna mistrieħa li se naslu biex f'pajjiżna we will mainstream lin-nisa u l-irġiel flimkien, naħseb ikun juri li m'għandniex saqajna ma' l-art u qed noħolmu.", "Qed ngħid dan għaliex fl-opinjoni tiegħi anke l-istess abbozz li għandna quddiemna qiegħed jagħmel admission kbira ħafna.", "Il-fatt li f'xi partijiet ta' dan l-abbozz qed tissemma l-hidden curriculum, ifisser li aħna nafu li minkejja li suppost li l-għalliema … Ħalli ma ngħidx ''suppost'' għaliex l-għaliema rridu nħarrġuhom biex ikunu kapaċi jittrasmettu l-messaġġ korrett vis-a-vis l-ugwaljanza.", "Jien ma nagħtihom l-ebda tort lil dawk l-għalliema li llum hemm fl-iskejjel u li forsi ma jafux jgħaddu dan it-tip ta' messaġġ, għax jekk m'humiex imħarrġa huwa tort ta' min suppost qed jieħu ħsieb il-management u t-twettiq ta' dawn l-affarijiet.", "Jekk il-makkinarju li qed jissemma jagħmel biss monitoring, ma nafx x'se jakkwista għaliex fl-opinjoni tiegħi, l-ewwel pass irid ikun it-taħriġ bis-serjeta' ta' l-għalliema u m'għandniex għalfejn noqogħdu nwaqqfu makkinarji oħra.", "Ħalli jkun hemm focal points biex ikunu jafu eżattament x'inhu għaddej, imma ma naħsibx li għandna noħolqu makkinarji oħra meta diġa' jeżisti makkinarju fid-Dipartiment dwar in-Nisa fis-Soċjeta'.", "Naħseb li aktar minn ħaġa oħra, il-makkinarju li għandna bżonn huwa wieħed koordinattiv.", "Nixtieq li jkolli ftit feedback dwan dan.", "DR. JOANNA DRAKE: Mingħajr dubju, il-fatt li jkun hemm makkinarju in-house fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni, bl-ebda mod ma jfisser li d-Dipartiment dwar in-Nisa fis-Soċjeta' u l-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara mhux se jkollhom rwol.", "Il-kummissjoni għandha funzjoni iktar nazzjonali, biex ngħid hekk, li tipprova tindirizza lis-setturi kollha, pero' żgur li la fid-Dipartiment dwar in-Nisa fis-Soċjeta' u lanqas fil-kummissjoni m'hemm biżżejjed riżorsi biex jagħmlu dan ix-xogħol li jekk jittieħed bis-serjeta' żgur li huwa iebes u li jeħtieġ ħafna koordinament.", "Jien naħseb li jeħtieġ li jkun hemm xi ħaġa in-house għal perijodu transitorju.", "Id-Dipartiment dwar in-Nisa fis-Soċjeta' diġa' għandu sistema ta' focal points fid-dipartimenti, imma l-problema hija li ġeneralment il-focal points m'humiex fi gradi għoljin biżżejjed li jkollhom ċerta responsabbilta' u li allura jistgħu jingħataw ċertu involviment fil-policy making, eċċ. Jien qed nimmaġina li n-nies li jkunu involuti f'dan il-makkinarju, ma jkollhomx biss xogħol ta' monitoring.", "Jien semmejt il-monitoring biex nindika punt, biex nillustra punt, pero' żgur li dawn għandom ikunu responsabbli biex ifasslu l-implimentazzjoni pass pass, bl-iktar mod ċar u bl-iktar mod konkret ta' kif se jintlaħqu dawn l-għanijiet along a number of years.", "Naturalment, jekk se nitkellem fuq pedagoġija, fuq il-makkinarju, fuq il-kotba u l-apparat li jintużaw fl-iskejjel u li jistgħu jintużaw għall-għanijiet biex tiġi mrawma din il-politika, żgur li mhux se jintlaħqu mil-lum għal għada.", "Jien nara li d-Dipartiment dwar in-Nisa fis-Soċjeta' se jibqa' l-focal point ta' l-inizjattivi kollha li jistgħu jittieħdu.", "Jien ma nimmaġinax u ma nippretendix li inizjattiva għandha tiġi minn xi qasam wieħed biss, per eżempju, l-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Nippretendi li l-politika ta' l-ugwaljanza tinfilsa u ssib ruħha bħala parti mill-pedamenti ta' diversi oqsma oħra.", "Jiġifieri d-dipartiment xorta se jibqa' l-koordinatur, xorta se jirrapportaw lilu, imma żgur li bis-sistema preżenti ta' focal points, dan mhux qed isir b'mod adegwat.", "Ma neskludi bl-ebda mod li d-dipartiment stess jibqa' jkun involut, forsi billi jintalab jagħmel rakkmandazzjonijiet, anke through il-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara.", "X'kien il-punt l-ieħor li għamilt, Onor. Coleiro?", "MARIE LOUISE COLEIRO: Il-punt l-ieħor kien dwar it-taħriġ ta' l-għalliema.", "Dwar il-gender issue ma nistgħux ngħidu li within a number of years, l-affarijiet se jaqgħu f'posthom.", "Il-gender issue hija proċess ta' bidla fil-mentalita', we need a basic cultural leap.", "Issa jekk aħna se noqogħdu lura u ma nħarrġux, aktar u aktar dan il-perijodu ta' żmien se jkun wieħed indefinit u jekk m'aħniex se nħarrġu l-għalliema, probabbli se jibqa' indefinit għall-eternita'.", "Anke bit-taħriġ, lanqas m'għandna garanzija li l-prodott se jkun mija fil-mija kif nixtiequ.", "Qed nitkellem b'dan il-mod biex niftiehem.", "Jekk id-dar jien kont imdorrija minn ċkuniti b'defined roles, u jiena stess m'iniex se nagħmel sforz fuqi nnifsi, qatt m'hu se nasal biex niġi in-line.", "Jiġifieri għandna dan it-tip ta' biża'.", "Kważi kważi jien iktar qed inqisha bħala xi ħaġa long-term.", "Naf li llum fil-fakulta' hemm credits fuq gender equality, imma naħseb li t-transizzjoni trid issir kważi kważi b'mod naturali.", "Naturalment il-prodott il-ġdid li jkun ħiereġ mill-Universita', se jgħin, pero' nittamaw li l-għalliema li diġa' hemm fl-iskejjel - qed nitkellem b'mod ġenerali u ma rridx niftiehem li qed inwaddab lil kulħadd ġo keffa waħda - u li forsi jirreżistu għal ċertu bidliet, u jirreżistu forsi mhux tort tagħhom imma minħabba l-mentalita' u l-mod ta' upbringing li kellhom, inġibuhom in-line.", "Wieħed irid iħares lejn il-perspettiva kif inhi għaliex inkella nkunu qed nilludu lilna nfusna jekk naħsbu li l-affarijiet se jiġru mil-lum għall-għada jew inkella jekk naħsbu li nistgħu nagħmlu xi terminu ta' żmien.", "Fuq it-taħriġ, Dr. Drake nixtieqek tirrispondini.", "DR. JOANNA DRAKE: Qatt ma kelli l-illużjoni li din hija xi ħaġa li tista' sseħħ overnight.", "Naħseb li lkoll kemm aħna nafu li l-prinċipju ta' gender equality huwa bażikament culture building and you have got to build it by small but decisive steps.", "Dak li rrid ngħid; mhux qed ngħid li f'numru ta' snin se jinbidel kollox u se ssir rivoluzzjoni fil-mentalita'.", "Lanqas qatt ma nistenniha ħaġa bħal dik u għalhekk jien għamilt enfasi fuq il-perijodu transitorju.", "B'dak li għandna rridu nibdew u mbagħad inkomplu fuq dak li diġa' għandna ħalli l-proċess ikompli with small but decisive steps.", "U iva, irid isir bit-taħriġ tat-teachers li hemm illum.", "U aħna bħala kummissjoni diġa' għamilna s-suġġerimenti tagħna lill-Universita' u stedinna lir-Rettur jiddiskutihom magħna.", "Fost oħrajn issuġġerejna li l-aspett ta' gender sensitivity jidħol f'kull kors li hemm l-Universita' u mhux biss fil-kors tat-teaching għaliex nemmen li anke, per eżempju fil-fakulta' tal-liġi, għad hemm ħafna preġudizzji li fl-opinjoni tiegħi żgur m'humiex aċċettabbli fis-soċjeta' tal-lum.", "U ħażin li l-avukati tal-lum li jistgħu jibqgħu jservu għal għoxrin jew ħamsa u għoxrin sena oħra, se jibqgħu bil-mentalita' li ħadu.", "Jiġifieri jien nemmen li l-isforzi jridu jkunu targeted lejn ħafna aspetti, imma almenu trid tibda minn x'imkien.", "U jien nemmen li jekk l-kurrikulu minimu nazzjonali se jkun il-linja gwida tal-pajjiż, trid tibda minn hemmhekk u għalhekk għamilt enfasi anke fuq il-fondi għaliex nimmaġina li dan se jeħtieġ investiment kbir.", "Naturalment ma neskludix li jkun hemm involut amministrattivament id-Dipartiment dwar in-Nisa fis-Soċjeta' u wieħed jawgura li jkun hemm iktar riżorsi biex ikunu jistgħu jagħmlu ċertu xogħol.", "Bħalma nafu, qatt ma m'għandek biżżejjed nies u jekk qed nitkellmu fuq id-dipartiment ta' l-edukazzjoni, qed nitkellmu fuq ħafna u ħafna nies u fuq ħafna u ħafna xogħol u fuq ħafna sorveljanza li trid issir b'mod prattiku.", "Ovvjament lanqas ma teskludi li jkun hemm inizjattivi minn setturi oħrajn, pero' iva, ma nistax ma naqbilx miegħek dwar il-bżonn ta' taħriġ.", "B'dan irrid nifhem li on one hand tagħmel three or five year plan biex ma tarax wisq 'il bogħod, waqt li fl-istess waqt tkun qed tgħid li għallinqas ċertu objettivi se jintlaħqu u jekk qed nitkellem fuq pedagoġija, se nibdilha u allura nkun naf li l-intake ta' studenti se jidħlu bil-mod ġdid.", "Inutli li noqgħod inħares lura u ngħid kemm ma' baqagħlix x'nagħmel.", "Almenu qed nibda minn x'imkien, qed inkun proattiva, qed nagħmel three or five-year plan u ngħid li dawn il-linji gwida qiegħda magħhom.", "Naħseb li dan għandu jkun ix-xogħol tal-makkinarju in-house tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni.", "Ħalli mbagħad jiddiskutihom mal-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara; mela le, imma huma jkunu n-nies tekniċi u li verament jistgħu jagħtu l-ewwel pariri siewja.", "Naturalment tajjeb li mbagħad ikollok perspettiva ta' nies oħrajn li huma barra minn dak il-qasam.", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Jien naħseb li l-fatt li d-dipartiment kien proattiv dwar din il-ħaġa, diġa' huwa pass pożittiv, u għalhekk il-punt li semmejt inti li tinħoloq xi struttura oħra fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni, ma tantx narah f'waqtu, anke għall-fatt li ħafna drabi hawn Malta jiġri li meta titwaqqaf xi ħaġa, il-Bambin biss jaf meta tispiċċa.", "U jekk aħna qed ngħidu li rridu nbiddlu l-mentalita', li l-kultura trid tinbidel, aktar u aktar ma jkunx jaqbel li titwaqqaf struttura ġdida oħra, pero' fl-istess waqt ilkoll kemm aħna naqblu li mil-lat ta' kultura sar progress f'dawn l-aħħar għaxar snin, u żgur li għaxar snin oħra se jkun hemm progress fuq dak li għandna llum.", "Qed nitkellmu fuq perijodu li ma nafux kemm hu twil u rridu naraw kif fl-isfond tal-kurrikulu dan l-aspett se jiġi mhux mgħallem, għax ma naħsibx li dan huwa suġġett li se jiġi mgħallem, imma kif se jiġi mfiehem lil tfal ta' bejn it-tlett snin u s-16-il sena biex f'moħħhom ma jkollhomx preġudizzju li xi ħaġa tappartjeni lil tifel u mhux lil tifla u viċi versa.", "U rridu naraw il-mod kif se jasal il-messaġġ għand dawn it-tfal u żgur li l-ewwel u qabel kollox se jasal permezz ta' l-għalliema.", "Għalhekk it-taħriġ ta' l-għalliema huwa ferm importanti, pero' ma nistgħux nibdew biss mit-taħriġ ta' l-għalliema li qed jilħqu llum, imma rridu wkoll inħarrġu l-għalliema li diġa' għandna.", "Għalliem li għandu 'l fuq minn 50 sena, għandu mentalita' totalment differenti minn għalliem li għadu kemm laħaq u mhux daqshekk faċli li tibdillu l-mod ta' ħsieb tiegħu.", "Hemm min huwa ostinat u hawnhekk forsi aktar qed nirriferi għall-għalliema irġiel milli għall-għalliema nisa għaliex naturalment in-nisa jifhmuh aktar dan l-aspett.", "(Interruzzjonijiet) Ovvjament wieħed ma jistax jiġġeneralizza imma kont qed ngħid b'mod pjuttost ġenerali.", "Jien naħseb li din hija xi ħaġa long-term u l-ewwel messaġġ lit-tfal se jitwassal mill-għalliema.", "L-għalliema huma ċentrali ta' kif se jitwassal il-messaġġ li rridu nwasslu lit-tfal tagħna.", "Jien naħseb li anke l-għażla tal-kotba li jintużaw fl-iskejjel trid tiġi kkonsidrata għax il-kotba jdaħħlu ċerta mentalita' fit-tfal.", "Per eżempju jekk it-tfal dejjem se jaraw tifel jgħin lill-missieru u tifla tgħin lill-ommha, se jkollhom dik it-tip ta' mentalita'.", "Jien nixtieq nistaqsik x'taħseb dwar il-fatt li fil-livell sekondarju, is-subien u l-bniet ma jibqgħux flimkien imma jmorru fi skejjel għalihom.", "Bħala persuna li taħdem f'dan il-qasam, taħseb li l-fatt li fil-primarja t-tfal subien u bniet ikunu flimkien imbagħad fil-livell sekondarju jmorru għalihom u wara - għal min ikompli jistudja - jerġgħu jsibu ruħhom flimkien, jista' jservi ta' drawback?", "Kif taħseb li jista' jkun hemm koordinament bejn il-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara u d-dipartiment ta' l-edukazzjoni mingħajr ma jinħolqu strutturi ġodda?", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "EVARIST BARTOLO: Dwar il-kwestjoni tal-co-education fil-livell sekondarju, għandniex neskluduha għal kollox speċjalment fid-dawl - naf li hemm riċerka li turi li bil-co-education hemm ċans li l-bniet, għallinqas fil-livell sekondarju, jaqgħu lura, imbagħad jerġgħu jirpiljaw fil-livell terzjarju u mbagħad jerġgħu jaqgħu lura fil-post-terzjarju, imma dik hija kwestjoni oħra - tan-nuqqas ta' riżorsi li għandna f'ċerti suġġetti, bir-riżultat li qed ikollna studenti bniet jiġu mċaħħda minn ċerti suġġetti tax-xjenza.", "It-tendenza għadha li t-teachers tal-physics u tal-chemistry, l-ewwel ma jintbagħtu huma fi skejjel tas-subien u mhux fi skejjel tal-bniet, u allura fl-iskejjel statali hemm bniet li jixtiequ jieħdu s-suġġett tal-chemistry imma ma jistgħux għax fl-iskola tagħhom m'hemmx teachers li jgħallmuh.", "Naf li din tiġri minħabba li fl-iskola tal-bniet ikunu forsi tnejn jew tlieta li talbu jieħdu dak is-suġġett waqt li fl-iskola li tkun żewġ mili jew tliet mili 'l bogħod, għaliex hija skola tas-subien, jkun hemm xi għoxrin li jkunu għażlu s-suġġett tal-chemistry.", "Taħseb li għandna nagħmlu xi ħaġa dwar dan?", "Inti semmejt il-makkinarju u fl-opinjoni tiegħi, il-makkinarju li qed tipproponi huwa utli proprju minħabba l-affarijiet li qed insemmu biex niżguraw li l-bniet ma jibqgħux jiġu esklużi minn faxex sħaħ tas-sistema edukattiva tagħna u dan joħroġ ċar ħafna minn dak li qal Mr Zahra, head ta' Umberto Colosso.", "Jekk il-bniet jibqgħu jiġu esklużi mis-suġġetti tax-xjenza barra s-suġġett tal-bioloġija għaliex huwa aċċettat li l-bioloġija jagħżluh il-bniet, u esklużi wkoll mill-edukazzjoni teknoloġika - jekk tara l-għadd ta' tfajliet li jkomplu l-livell post-sekondarju u vokazzjonali, tara li n-numru jaqa' b'mod drammatiku - jibqa' jkollna l-problemi ekonomiċi li għandna llum u l-partecipation rate tan-nisa f'ċerti oqsma ta' l-ekonomija tagħna, tibqa' tkun baxxa kif inhi llum.", "X'irridu nagħmlu biex niżguraw li l-bniet u t-tfajliet li għadhom qed jiġu esklużi minn ċerti suġġetti tax-xjenza u teknoloġija ma jibqgħux jiġu esklużi kemm minħabba l-problemi kbar li qed jinħolqu għalihom stess, u bir-raġun, u anke għall-pajjiż kollu?", "DR. JOANNA DRAKE: Ħalli l-ewwel nirrispondi lill-Onor.", "Jien ma nħobbx l-istrutturi, jien nobgħodhom immens l-istrutturi, inħobb inkun prattika, pero' r-realta' hija li f'pajjiżna għandna l-ikbar battalja x'niġġieldu, għandna l-battalja ta' mentalita' u biex tikkombatti l-mentalita' trid bilfors toħloq struttura li għallinqas għall-perijodu transitorju it can map out a plan of action u tara li dak il-pjan jiġi implimentat.", "Jien nerġa' nenfasizza li transitorjament żgur li għandna bżonn struttura.", "Bħala kummissjoni ninnotaw li huwa ħafna pożittiv il-fatt li d-dipartiment kien proattiv u ra kif infilsa l-gender equality fil-kurrikulu minimu nazzjonali, pero' inutli li tiddikjara xi ħaġa mbagħad ma tarax li dik il-ħaġa tiġi implimentata.", "Forsi hawnhekk naċċenna għal dak li qal l-Onor.", "Aħna bħala kummissjoni żgurajna li naraw li l-kurrikulu jkun available għal kulħadd mingħajr l-ebda distinzjoni abbażi ta' sess.", "Pero' x'jiġri fil-prattika?", "Fil-prattika, l-allokazzjoni tar-riżorsi għandha l-limitazzjonijiet tagħha u proprju tippreġudika li dan il-prinċipju jintlaħaq.", "Jiġifieri hija ħaġa kważi amministrattiva għaliex jekk nistgħu nużaw ir-riżorsi b'mod aħjar, naħseb li l-għan jintlaħaq mingħajr ma noħolqu preġudizzji.", "Għar-rigward tal-co-education, jien m'iniex kompetenti biex nitkellem dwar co-education fil-livell sekondarju.", "Jien ma dħaltx, u ma studjajtx fuq l-effetti li l-co-education jista' jkollha fuq it-tfajliet, pero' nemmen li anke hawn Malta għandha tkun available, għandu jkollna possibbilta' ta' co-education.", "U jekk fil-mument din m'hijiex l-aħjar għażla, naħseb li xorta jistgħu jsiru ċerti affarijiet, xorta jistgħu jimtlew ċertu gaps u xorta jistgħu jinbnew ċerti bridges, forsi b'naqra sforz ta' xi ħadd li għandu responsabbilta' speċifika fuq din l-issue, per eżempju, li l-kurrikulu jkun available għal kulħadd bla ebda distinzjoni.", "Għaliex?", "Għaliex jekk tfajla, fid-dikjarar għandha available s-suġġett tax-xjenza imma fil-prattika jirriżulta li m'għandhiex aċċess għal dawk is-suġġetti minħabba l-problemi amministrattivi, diġa' minn stadju kmieni f'ħajjitha qed tiddeċiedilha liema rotta tista' tieħu fil-karriera tagħha.", "Inutli li mbagħad isir studju u noqogħdu ngħidu li fil-qasam tax-xjenza n-nisa huma neqsin jew il-persentaġġ tan-nisa huwa żgħir meta mqabbel ma' dak ta' l-irġiel.", "Inutli noqogħdu nibku wara.", "Jien naqbel ħafna ma' dak li qal l-Onor.", "Abela li għandek tirrinforza dak li diġa' għandek, pero' naħseb li jekk qed nelevaw dan il-prinċipju ta' l-ugwaljanza għal xi ħaġa għolja bħalma huwa l-objettiv li jrid jintlaħaq fil-kurrikulu minimu nazzjonali, hija struttura effettiva li tista' ġġib ħafna mir-riżultati li għalkemm forsi jidhru kbar, jistgħu jinġiebu b'tibdiliet żgħar u b'shifts żgħar.", "Sar enfasi fuq il-bżonn ta' taħriġ ta' l-għalliema u definittivament naqbel li dawk huma l-ewwel nies li jridu jiġu targeted, pero' kif isemmi d-dokument stess, il-ġenituri wkoll iridu jiġu mħarrġa.", "Naturalment huwa ħafna iktar diffiċli biex ikollok kontroll minn dak il-lat imma nemmen li jekk inti tagħmel l-isforz, tasal.", "Jien nemmen li tista' tilħaq ħafna in small but decisive steps.", "Nemmen li jekk tagħmel passi żgħar u ma tkunx ambizzjuż iżżejjed, in the long run, se jsarfulek.", "Nemmen li jekk isir targeting, mhux biss tas-setturi governattivi imma anke ta' l-actors fil-qasam ta' l-edukazzjoni, bil-mod, l-inizjattivi dwar gender equality jibdew jindraw.", "Jekk inħarsu lura żgur li naraw li kien hemm tibdil fil-mentalita' u naħseb li dan intlaħaq għaliex fil-passat sar ħafna xogħol siewi li r-riżultat tiegħu qed narawh illum.", "Definittivament jien naħseb li s-soċjeta' tagħna ma tistax iktar taffordja li tieħu s-suġġett tal-gender equality bħala xi ħaġa li hija fissazzjoni jew ossessjoni tan-nisa għaliex jaħsbu li huma vittimizzati.", "U għalhekk dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba għaliex naħseb li l-pajjiż qed jagħraf li dan l-aspett għandu importanza ħafna ikbar minn hekk.", "Naħseb li m'għandniex inkunu xħaħ, u meta qed ngħid \"xħaħ\", mhux qed ngħid mil-lat ta' flus imma xħaħ fil-prinċipju u f'dak li rridu nagħmlu biex inwettqu dak li verament nemmnu li huwa importanti.", "A/CHAIRPERSON: Jidher li m'hawnx aktar mistoqsijiet, għaldaqstant nirringrazzja lil Dr Drake u nistieden lil-Miss Joyce Borg mid-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur tingħaqad magħna mal-mejda.", "JOYCE BORG (Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur): L-ewwelnett nirringrazzjakom talli tajtuna l-opportunita' li niġu hawnhekk u nikkumentaw dwar il-proposti li għamilna fuq l-edukazzjoni tal-konsumatur fl-iskejjel.", "Id-direttur, is-Sur Joseph Schembri, jiskuża ruħu li ma setax jattendi minħabba impenji li nqalgħu fl-aħħar minuti.", "Nibda billi nirriferi għall-paġna 40 ta' l-ewwel abbozz li kienet tirrigwarda l-edukazzjoni tal-konsumatur.", "Forsi kienet diżvista min-naħa tagħna meta għamilna l-proposti li ma kkwalifikajniex il-komunikazzjoni effettiva minn min jipprovdi l-prodott jew servizz, twassil ta' ilment permezz ta' nota verbali u/jew nota miktuba.", "Forsi konna għamilna żball għax m'għedniex lil min għandha titwassal in-nota verbali.", "Fit-tieni abbozz ġiet identifikata lil min għandha titwassal, pero' aħna nħossu li mhux biżżejjed li ssemmi biss l-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur.", "Bħalma tafu, id-dipartiment huwa l-eżekuttiv allura importanti li l-abbozz jiġi emendat biex jiddaħħal id-dipartiment.", "Apparti minn hekk, jekk konsumatur ikollu xi problema u wara li jmur għand l-għaqda jew għand l-assoċjazzjoni ma jasalx għal ftehim amikevoli, bilfors irid jiġi d-dipartiment u għalhekk inħossu li fil-kurrikulu għandu jissemma d-dipartiment.", "Diġa' qed insibuha diffiċli biex lill-konsumatur Malti ngħallmuh id-differenza bejn l-assoċjazzjonijiet u d-dipartiment.", "Teżisti konfużjoni fl-imħuħ tal-poplu.", "Għalxejn nispjegaw li l-għaqda hija biss pressure group.", "Naturalment tajjeb li l-konsumatur ikun membru fiha għaliex permezz ta' l-uffiċjali tagħha, l-għaqda tkun tista' tinfluwenza l-politika tal-gvern favur il-konsumatur.", "Anke l-Unjoni Ewropea stess tagħti importanza lil dawn l-għaqdiet, pero' finalment id-dipartiment huwa l-eżekuttiv.", "Aħna nixtiequ li t-tfal jiġu mgħallma minn meta jkunu għadhom żgħar għaliex kultant hija diffiċli li tgħallem ċertu definizzjonijiet lil min ikun diġa' kiber.", "Hemm bżonn li kemm jista' jkun inneħħu l-misconception u t-taħlita li hawn fl-imħuħ bejn l-għaqda u d-dipartiment.", "Huwa importanti li minn eta' żgħira ngħallmu lill-konsumatur jiddistingwi bejn id-dipartiment u l-assoċjazzjoni ta' l-għaqdiet tal-konsumatur.", "Fil-fatt nipproponu li fil-paragrafu taħt it-titolu \"Ħiliet\", wara l-kliem \"jikkomunikaw b'mod effettiv ma' min jipprovdi prodott jew servizz\", jiżdiedu l-kliem \"mad-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur jew ma' l-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur, iwasslu ilmenti permezz ta' noti verbali u/jew noti miktuba\".", "Huwa tajjeb li l-proposti tagħna ġew milqugħa imma nixtiequ li l-proposti ma jibqgħux biss miktuba imma jiġu attwati.", "Aħna diġa' bdejna xogħol fuq l-edukazzjoni tal-konsumatur u rrid ngħid li nsibu ħafna kooperazzjoni mis-Sinjorina Mary Vella u mis-Sur Lawrence Muscat u saħansitra għadna kemm organizzajna korsijiet lit-teachers tal-PSE.", "Aħna lesti li nimxu mar-riżoluzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-politika u t-tagħlim tal-konsumatur fl-iskejjel u aħna lesti li nipprovdu l-materjal meħtieġ għax sfortunatament ma tantx hawn materjal dwar l-edukazzjoni tal-konsumatur.", "Huwa tajjeb li l-messaġġ jitwassal lit-tfal minn teachers mħarrġa mid-dipartiment.", "Hemm diversi suġġetti fejn dan l-aspett jista' jiġi mgħallem, bħalma huma l-PSE, business studies, home economics, eċċ. Anke fil-livell primarju wieħed jista' jdaħħal dan is-suġġett fl-istudji soċjali, ovvjament b'mod gradwali u skond l-eta' tat-tfal.", "L-edukazzjoni tal-konsumatur hija an important life skill speċjalment fid-dinja moderna tal-lum fejn għandna ħafna prodotti b'ċertu teknika u allura huwa diffiċli għall-konsumatur jiddistingwi bejn prodott u ieħor, barra l-fatt li l-bejjiegħ u l-manifattur għandhom l-informazzjoni teknika kollha waqt li l-konsumatur m'huwiex daqstant intiż mil-lat tekniku.", "A/CHAIRPERSON: Nirringrazzjak Ms. Borg.", "Hawn mistoqsijiet jew kummenti?", "L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Fhimt tajjeb, Ms. Borg, li qed ikun hemm an ongoing co-ordinating process mad-dipartiment?", "MARIE LOUISE COLEIRO: Hemm plan of action ta' kif dan l-ongoing process jista' jkun iktar formalizzat ħalli tintlaħaq kull skola ta' Malta u Għawdex?", "Ħadt gost nisma' li t-taħriġ ta' l-għalliema qed isir, imma bħala Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur, naturalment flimkien mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, hemm xi pjan kif qed isir dan il-proċess?", "JOYCE BORG: Bħalissa m'hemmx pjanijiet, pero' meta dan l-abbozz jiġi mgħoddi mill-Parlament, bħalma dejjem ħdimna mad-direttur u ma' nies konċernati f'dan il-qasam, aħna lesti … Naturalment nixtiequ li min-naħa tat-teachers ikun hemm ukoll ċertu interess għaliex mill-feedback li għandna, jidher li hemm teachers li qed jaraw dan is-suġġett bħala xi ħaġa żejda.", "Għad irid jiġi diskuss pjan u t-teachers iridu jiġu trained, pero' hemm bżonn ukoll ta' finanzji biex jitwettqu l-affarijiet proposti għaliex anke biex toħroġ literature trid riżorsi finanzjarji.", "Aħna nixtiequ li dan is-suġġett ma jiġix mgħallem minn xi ħadd li m'huwiex intiż, u għalhekk qed insostnu li għandu jiġi mgħallem mill-għalliema.", "Bħalma ħdimna fuq dan id-dokument meta kien għadu qed jiġi mfassal, aħna lesti li mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni nagħmlu programm biex jiġu milħuqa l-iskejjel kollha.", "Fil-fatt jekk dan is-suġġett jidħol fil-primarja, aħna lesti li nipprovdu kotba adattati għat-tfal.", "Dik hija xi ħaġa faċli li ssir, ovvjament dment li jkollna l-go-ahead.", "A/CHAIRPERSON: Hawn mistoqsijiet jew interventi oħra?", "Jidher li m'hawnx aktar kummenti u għaldaqstant nirringrazzjak Ms. Borg talli ġejt magħna llum.", "Naħseb li nistgħu nagħlqu din is-session u naġġornaw għal-lejla fis-7.00 p.m. Grazzi.", "Fil-11.37 a.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 2 ta' Novembru, 1999 fis-7.00 p.m. bl-istess aġenda."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991102_019d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 2 ta' Novembru, 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-10.09 a.m", "L-Onor.", "Dolores Cristina, Aġent President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 18 li saret fis-26 ta' Ottubru, 1999 kienu konfermati.", "ABBOZZ FINALI TAL-KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat irriżuma mis-26 ta' Ottubru 1999 id-diskussjoni fuq l-abbozz finali tal-kurrikulu minimu nazzjonali.", "L-Aġent President tal-Kumitat informat lill-Membri li rċeviet ittra mingħand is-Sur Joseph Schembri, Direttur, Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur, b'riferenza għar-rakkmandazzjoni li l-istess dipartiment bagħat lid-Direttur Żvilupp tal-Kurrikulu fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni fir-rigward ta' l-edukazzjoni tal-konsumatur kif inkluża fil-kurrikulu.", "Il-Kumitat stieden lil Ms Salvina Muscat, Kap ta' Skola tal-Bniet; lil Ms Miriam Cappello, Kap ta' Skola Sekonardja tal-Bniet; lil Mr Emanuel Zahra, Kap ta' Skola tas-Snajja' u lis-Sur George Borg, Kap ta' Skola Speċjali, sabiex jieħdu sehem fid-diskussjoni u jirrispondu għall-mistoqsijiet magħmula mill-membri tal-kumitat dwar il-kurrikulu minimu nazzjonali.", "Il-Kumitat stieden ukoll lil Dr Joanna Drake, Chairperson tal-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara, u lil Ms Joyce Borg, uffiċjal fid-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur, jieħdu sehem fid-diskussjoni.", "Fil-11.37 a.m. il-Kumitat aġġorna għat-Tlieta, 2 ta' Novembru fis-7.00 p.m.", "PAULINE ABELA GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "AĠENT PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991102_019m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 20", "It-Tlieta, 2 ta' Novembru 1999 fis-7.00 p.m.", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 2 ta' Novembru 1999 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni fuq l-abbozz finali tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali - Kontinwazzjoni.", "2 ta' Novembru 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991102_020a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 20", "It-Tlieta, 2 ta' Novembru, 1999", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 20", "It-Tlieta, 2 ta' Novembru, 1999", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.12 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 19 li saret fit-2 ta' Novembru, 1999 ġew konfermati.", "ABBOZZ FINALI TAL-KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI", "A/CHAIRPERSON (Onor. Dolores Cristina): Għal darb'oħra nilqagħkom talli għat-tieni darba llum erġajtu ġejtu hawnhekk biex inkomplu nħarsu lejn il-kurrikulu minimu nazzjonali u nibda mill-ewwel billi nistieden lis-Sur Frans Borg, President ta' l-Assoċjazzjoni Kunsilli ta' l-Iskejjel, jagħmel l-intervent tiegħu qabel ma jsirulu l-mistoqsijiet mill-membri.", "IS-SUR FRANCIS BORG (President, Assoċjazzjoni Kunsilli ta' l-Iskejjel): Sinjura President, se naqbad ma' dik li jien qed inqis hija s-sentenza prinċipali f'dan l-abbozz tal-kurrikulu minimu nazzjonali, ċioe':", "''Il-proċess ta' interpretazzjoni tal-kurrikulu minimu nazzjonali għandu jwassal biex l-iskola tlaqqa' l-imħuħ ta' l-imsieħba f'ħidma kontinwa u fid-dawl tal-prinċipji u għanijiet tal-kurrikulu minimu nazzjonali, tfassal il-kurrikulu u pjan ta' żvilupp skolastiku.''.", "Nixtieq nitkellem fuq erba' punti: fuq il-prinċipji u l-għanijiet; fuq is-sħubija u s-sehem tal-kunsilli u l-ġenituri; fuq il-kunsilli ta' l-iskejjel u l-iskola komunitarja; u fuq it-tħaddim tal-kurrikulu.", "Mil-lat ta' prinċipji u għanijiet, nista' ngħid mill-ewwel li matul dawn l-erba' snin li ilna mwaqqfin bħala assoċjazzjoni ħdimna aktar favur kultura ġdida milli fuq strutturi, u l-ħidma tagħna bnejniha fuq sħubija b'saħħitha bejn l-iskola u d-dar.", "L-istrateġija tagħna kienet li kemm jista' jkun nippruvaw nipperswadu l-imsieħba kollha jaħdmu flimkien li naturalment irrikjediet ħafna paċenzja u perseveranza.", "Matul dawn l-erba' snin li ilha mwaqqfa l-assoċjazzjoni, żammejna diversi seminars fejn tkellimna dwar il-parteċipazzjoni u d-deċentralizzazzjoni, l-iskejjel personalizzati mibnija fuq ir-rispett reċiproku, is-sħubija pro-attiva u anke favur skejjel komunitarji.", "Aħna nilqgħu l-kurrikulu minimu nazzjonali bil-ferħ għax b'mod ċar u kategoriku qed ipoġġi lill-istudent fiċ-ċentru tas-sistema edukattiva.", "Donnu qegħdin naraw li l-enfasi m'hijiex qiegħda fuq is-suġġetti jew l-informazzjoni li aħna bħala edukatturi rridu ngħaddu lill-istudenti, iżda qiegħda fuq kemm kull student kapaċi u possibbli għalih li jiżviluppa l-ħiliet li għandu.", "Nixtieq insemmi l-memorandum li l-AKS kienet ippreżentat lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni wara konsultazzjoni wiesgħa mal-kunsilli skolastiċi u ma' l-iskejjel u wara żewġ seminars li kienu nżammu f'lukanda f'Ħal Balzan fi Frar u f'Marzu ta' din is-sena.", "Għal dawn is-seminars ipparteċipaw l-imsieħba kollha, inkluż l-istudenti, u fil-memorandum konna għamilna ċara x'għandha tkun il-politika tagħna dwar il-kurrikulu nazzjonali.", "Konna għedna li l-kurrikulu nazzjonali għandu jassigura li l-istudenti kollha jakkwistaw il-core skills, li l-kurrikulu nazzjonali għandu jkun pro-attiv biex joffri spazju għall-iżvilupp ta' karattri differenti ta' l-iskejjel u b'mod partikolari għandu jassigura li l-istandards edukattivi jinżammu.", "Għedna wkoll li għalkemm il-kurrikulu m'għandux ikun preskritt iżżejjed, għandu jorbot l-iskejjel kollha, għandu jassigura li jkollna skejjel tajbin bis-support kollu meħtieġ, jara li jkollna eżamijiet aktar umani u informattivi u fl-istess waqt ikun hemm quality assurance miċ-ċentru.", "Semmejna wkoll sistema ta' benchmarking, semmejna li t-tfal għandhom ikunu esposti għaż-żewġ lingwi, semmejna l-ambjent fiżiku u soċjali ta' l-iskola u semmejna wkoll l-iskejjel komunitarji u skejjel inklużivi.", "Naħseb li llum dawn l-affarijiet qed narawhom riflessi fil-15-il prinċipju li hemm elenkati fil-kurrikulu minimu nazzjonali.", "Dak li konna qed nipproponu aħna fil-memorandum u fid-diskussjonijiet li kellna ma' l-iskejjel, mal-ġenituri u ma' l-imsieħba fl-edukazzjoni, huma llum riflessi fl-abbozz tal-kurrikulu li għandna quddiemna.", "Se nagħmel tliet kummenti żgħar li forsi jistgħu jidhru xi ftit superfluwi, pero' nixtieq li nagħmilhom.", "L-ewwel kumment huwa dwar l-iżbilanċ fid-deskrizzjoni tal-prinċipji.", "Hemm prinċipji li fl-abbozz huma deskritti b'95 kelma u hemm prinċipji oħra li huma deskritti bi kważi 600 kelma.", "Naħseb irridu noqogħdu attenti li ma nagħtux l-impressjoni li xi prinċipju huwa aktar importanti minn ieħor.", "Fil-fatt fis-section ta' l-għanijiet ġenerali f'paġna 27 tal-kurrikuli, insibu b'mod speċifiku li:", "''Il-komunita' edukattiva trid tqis dawn l-għanijiet ġenerali bħala inter-dipendenti u ta' l-istess importanza.''.", "Forsi wieħed jista' jislet sentenza simili għar-rigward tal-prinċipji kurrikulari sabiex inkunu ċerti li kulħadd qed jifhem dak li għandna f'moħħna, jiġifieri li l-prinpipji huma kollha importanti u għandna nagħtuhom l-istess attenzjoni.", "Meta niġu għall-Prinċipju 13: Importanza ta' l-Ambjenti tat-Tagħlim, li qed jiddeskrivi l-ambjent soċjali, inħossu li jkun ta' ġid jekk ikun hemm aktar enfasi fuq l-attivitajiet u relazzjonijiet soċjali li jħallu marka fuq it-tfal.", "Bażikament qed nirriferi għall-inkejja, it-tfarrik, l-iżolament, il-problema tal-bullying u problemi oħra fl-ambjent soċjali ta' l-iskola li jistgħu jkunu qed jaffettwaw l-istudent b'mod negattiv.", "Niġi issa għas-sezzjoni li titkellem dwar livelli differenti ta' sistema edukattiva li nsibuha f'paġna 45 taħt it-titolu ''Assessjar Summattiv miżżewweġ ma' dak Formattiv''.", "Waqt id-diskussjonijiet li kellna fiż-żewġ seminars li semmejt, kien hemm diskussjoni pjuttost taħraq dwar il-punt li fir-raba' u fil-ħames sena l-assessjar summattiv se jsir mill-iskejjel.", "Waqt li naqblu ma' dan, fl-istess waqt irridu nserrħu ras in-nies billi nassigurawhom li l-affarijiet se jsiru bis-serjeta' mill-iskejjel tagħna.", "Aħna qed nipproponu li flok jingħataw marki jkun hemm sistema ta' gradi fejn il-Grade C ikun l-average grade ta' dik l-iskola partikolari.", "Jekk ma ndaħħlux is-sistema tal-gradi, tajjeb li nagħtu l-average mark ta' l-iskola sabiex il-ġenituri jkunu jafu fejn qegħdin uliedhom u jkunu jistgħu jkejlu l-progress tagħhom.", "Jien niddejjaq meta f'eżami partikolari, per eżempju, eżami ta' kif titma' l-fniek, l-istudenti kollha jġibu 90.", "Dan ifisser li l-eżami ma sarx kif suppost iżda sempliċement sar biex inkunu nistgħu ngħidu li għamilna eżami.", "Is-sistema tal-benchmarking jenħtieġ li naħsbu wkoll fuqha u nagħtuha importanza.", "It-tieni punt li xtaqt nitkellem fuqu huwa dwar is-sħubija, sehem il-kunsill u sehem il-ġenituri, jiġifieri fejn qed nitkellmu fuq il-prinċipju li l-ġenituri u l-għalliema għandhom jaħdmu flimkien.", "L-ewwelnett ninnotaw b'sodisfazzjon li b'mod mill-aktar ċar u b'diversi riferenzi, il-kurrikulu minimu nazzjonali jirrikonoxxi l-importanza ta' sehem il-ġenituri fis-suċċess edukattiv ta' wliedhom u f'paġna 46, insibu li l-kurrikulu:", "''jitlob lill-iskejjel biex jinkludu l-parteċipazzjoni u l-edukazzjoni tal-ġenituri fil-pjan ta' żvilupp tagħhom.''.", "Nafu wkoll, u dan hu fatt ipprovat u d-dokument jagħraf dan, li fejn id-dar u l-iskola jaħdmu id f'id, il-livell akkademiku, soċjali u edukattiv ta' l-iskola, tjieb u t-tfal marru aħjar.", "Dan il-punt narawh wkoll f'paġna 25 fejn insibu li:", "''Illum nafu li aktar ma' l-ġenituri jibqgħu 'l bogħod mis-sistema edukattiva, aktar il-proċess edukattiv kif ukoll l-iżvilupp tat-tfal jiftaqru.''.", "Mela l-prinċipju li naħdmu flimkien huwa stabbli u l-importanza tiegħu rikonoxxuta.", "Tajjeb li nsemmi wkoll lill-kittieb Pugh, li fl-1989 qal li tali sħubija tfisser relazzjoni ħajja karatterizzata mis-sens qawwi ta' rispett reċiproku, rieda li naħdmu flimkien, sens ta' direzzjoni u għarfien ta' fejn irridu naslu.", "Naturalment dan jitlob tqassim ta' informazzjoni, responsabbilta', ħiliet, deċiżjonijiet u accountability.", "Jitlob li verament nitgħallmu naħdmu flimkien u nitgħallmu napprezzaw il-ħiliet li kull wieħed minna jista' jġib f'tali relazzjoni.", "Dan ifisser li kull imsieħeb għandu r-responsabbilita' fl-edukazzjoni ta' l-ulied u l-Att ta' l-1988 dwar l-Edukazzjoni u l-Avviż Legali Nru. 25 ta' l-1993, jitkellmu ċar dwar is-sehem tal-kunsilli ta' l-iskejjel u f'paġna 7 tal-kurrikulu naraw riferenza għal dan.", "Jekk immorru għal paġna 23, naraw li l-Prinċipju 12: Vokazzjoni u Kompetenza, jispjega x'inhuma l-prerogattivi li jiddefenixxu għalliema motivati, kompetenti u effettivi u saħansitra punt minnhom jispeċifika li tali għalliema jenħtieġu:", "''jaċċettaw li jaħdmu ma' msieħba oħra fil-proċess edukattiv''.", "Se nieqaf ftit fuq il-kelma ''jaċċettaw'' u nipprova nifhem l-implikazzjoni tagħha.", "Kieku flok il-frażi ''jaċċettaw li jaħdmu ma' msieħba oħra fil-proċess edukattiv'', kellna ''ifittxu li jaħdmu ma' msieħba oħra fil-proċess edukattiv'', kienet tinstema' aħjar?", "Forsi li tinstema' aħjar m'hijiex daqstant importanti, imma jekk nużaw il-kelma ''ifittxu'' flok ''jaċċettaw'', ikun hemm implikazzjonijiet aktar pożittivi?", "Ikun hemm implikazzjonijiet differenti?", "Naturalment diġa' hemm għalliema li qed jaħdmu id f'id mal-ġenituri, imma fil-prattika, kemm qiegħed isir dan?", "Ninnotaw ukoll li f'dan il-kuntest ma rreferejniex għall-ġenituri per se bħala msieħba.", "Konna nippreferu kieku f'dan il-livell fejn għandek ''l-għalliema jaċċettaw li jaħdmu ma' msieħba oħra fil-proċess edukattiv'', konna ndaħħlu wkoll il-kelma ''ġenituri'' biex inkomplu nenfasizzaw l-importanza tas-sehem tal-ġenituri.", "Infatti, Prinċipju 14: ''Tkattir tal-Parteċipazzjoni fl-Iżvilupp tal-Kurrikulu, li jagħraf li l-ġenituri huma fost l-imsieħba ewlenin fil-proċess edukattiv, iħares lejn il-ġenituri bħala sostenituri importanti tal-kurrikulu u jħeġġiġhom sabiex ''ikattru d-djalogu ma' l-għalliema'' - hawnhekk konna diretti - ''u l-awtoritajiet edukattivi''.", "Naqblu li għandu jitkattar id-djalogu ma' l-għalliema u ma' l-awtoritajiet edukattivi u li jkun espress b'mod espliċitu w dirett.", "Naqblu wkoll ma' parteċipazzjoni aktar pro-attiva f'dan il-qasam u fis-sehem aktar attiv tal-ġenituri, pero' nixtieq nistaqsi x'aħna nfissru bil-kelma ''sostenituri'' u x'konnotazzjonijiet għandha din il-kelma.", "Tajjeb li wieħed jaħseb aktar fuq hekk u jara jekk b'''sostenituri'' aħniex nifhmu wkoll ''kollaboraturi tal-proċess edukattiv''.", "F'paġna 55, fil-parti ta' l-għeluq tal-kurrikulu, insibu li s-suċċess tat-twettiq ta' dan id-dokument, jiddependi, fost ħwejjeġ oħra, fuq li:", "''l-kapijiet ta' l-iskejjel ikunu lesti jissieħbu mal-ġenituri u mal-membri tal-komunitajiet lokali sabiex, id f'id, jaħdmu bi sfiq u b'mod kreattiv għall-iżvilupp sħiħ tat-tfal u taż-żgħażagħ kif ukoll għall-iżvilupp uman ta' l-adulti fil-komunita'.''.", "Naturalment hekk għandu jkun u nassumi li b'''kapijiet ta' l-iskejjel'' qed nirriferu għall-edukatturi kollha fil-qasam ta' skola, diviżjoni u ministeru.", "Nemmen li nimxu ferm aħjar jekk l-għalliema jaħdmu ma' l-imsieħba ta' l-edukazzjoni, jekk il-ġenituri jikkooperaw ma' l-għalliema, u naturalment jekk anke l-heads jikkooperaw mal-ġenituri.", "Xtaqt nitkellem ukoll fuq l-esperjenzi li qed jgħaddu minnhom pajjiżi barranin, pero' minħabba kwestjoni ta' ħin, se nagħmel biss riferenza qasira.", "Bħalma nafu, il-moviment biex il-ġenituri jinvolvu ruħhom fil-qasam ta' l-edukazzjoni, beda fi Franza fl-1968 meta kien hemm l-istudents strikes.", "Niftakru li s-snin tas-sittinijiet kienu snin imqarrbin u għexniehom ukoll u naħseb li minn dak iż-żmien ħarġu movimenti oħra favur bordijiet u kunsilli ta' l-iskejjel.", "Meta tara l-esperjenzi ta' pajjiżi oħra, tara li l-kultura ta' parteċipazzjoni m'hijiex xi ħaġa li tista' sseħħ mil-lum għal għada.", "Per eżempju fid-Danimarka, minkejja li għandhom esperjenza ta' parteċipazzjoni mill-ġenituri għal dawn l-aħħar 30 sena, għaddejjin ukoll mill-istess problemi ta' parteċipazzjoni li aħna għaddejjin minnhom bħalissa.", "L-istess fil-każ ta' Franza.", "Għalkemm lill-ġenituri kultant naċċettawhom bħala sostenituri, bħala dawk li jgħinuna mmexxu l-edukazzjoni tat-tfal, meta niġu biex ninvolvuhom f'aktar attivitajiet, qisna noqogħdu pass lura u pjuttost inżommu ċertu affarijiet bħala affarijiet li jippartjenu lilna u ma ninvolvuhomx.", "Din hi l-esperjenza li għaddejja minnha l-Ewropa bħalissa.", "A/CHAIRPERSON: Skużani, ma nixtieqx ngħaġġlek u naf li ilek tiġi għal dawn l-aħħar ħames laqgħat, imma qed nara li għandek ħafna materjal u napprezza jekk tkun aktar brief.", "IS-SUR FRANCIS BORG: Mingħalija diġa' qed ngħid l-affarijiet fil-qosor!", "Se nipprova nkun aktar konċiż u nqabbeż xi punti.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): L-importanti li ma taqbiżx punti fejn taħseb li għandu jsir tibdil, jew tonqos milli tagħmel xi suġġerimenti.", "IS-SUR FRANCIS BORG: Kont se ngħid xi ħaġa dwar il-background tal-kunsilli u dwar il-politika ta' l-Assoċjazzjoni Kunsilli ta' l-Iskejjel favur is-sħubija, pero' naħseb nista' nqabbeż ċertu dettalji.", "Irrid niddikjara li l-AKS tħaddan politika edukattiva favur sħubija għax nemmnu li bis-sħubija l-iskejjel isiru iktar demokratiċi, nemmnu li jkunu iktar accountable, u nemmnu li l-parteċipazzjoni tqarreb aktar lejn edukazzjoni ta' prevenzjoni fit-tfal kontra problemi u perikli soċjali li t-tfal huma mdawrin bihom.", "Il-ġenituri huma riżorsa importanti u minn surveys li għamilna, ħareġ li l-maġġoranza tal-ġenituri jaqblu li għandu jkun hemm il-parteċipazzjoni tagħhom.", "Tajjeb li nsemmi li ħafna mill-proposti dwar il-parteċipazzjoni li għamilna għal-liġi l-ġdida tal-kunsilli ta' l-iskejjel, huma riflessi fil-kurrikulu.", "Nispera li l-liġi ssir u jkollna l-opportunita' li npoġġu bilqiegħda flimkien sabiex naraw li l-liġi tkun tirrifletti dak li qed isir illum.", "Kumment li nixtieq nagħmel fuq l-iskejjel u l-kunsilli ta' l-iskejjel, huwa li aħna definittivament naqblu li l-iskejjel ikunu ċentri komunitarji.", "Fit-taqsima ''l-iskola bħala ċentru komunitarju'', fost affarijiet oħra nsibu li t-tħaddim ta' dan il-prinċipju jimplika struttura ġdida ta' management għal wara l-ħin ta' l-iskola, jimplika li s-sehem tal-membri tal-komunita' fit-twettiq ta' dan il-prinċipju huwa wieħed kruċjali u li l-prinċipju joffri opportunitajiet oħra biex il-kunsilli ta' l-iskejjel u l-kunsilli lokali jersqu aktar lejn xulxin.", "Aħna naqblu ma' dan pero' rrid ngħid li f'dokument ta' 55 paġna, din hi l-unika riferenza għall-kunsilli ta' l-iskejjel.", "Fl-ebda parti tal-kurrikulu ma nsibu riferenza oħra għall-kunsilli skolastiċi.", "Naturalment biex il-kurrikulu jitħaddem b'mod tajjeb, irridu nagħtu kas id-diversita' ta' l-istudenti, pero' tajjeb li nżommu quddiem għajnejna wkoll id-diversita' ta' l-għalliema, ta' l-iskejjel u tal-komunita'.", "Anke d-diversita' tal-ġenituri rridu nindirizzawha jekk irridu li l-kurrikulu jilħaq l-iskop u l-milja tiegħu.", "Ma nistgħux nitkellmu u nindirizzaw biss id-diversita' ta' l-istudenti, imma rridu nindirizzaw diversitajiet oħra li hemm.", "Għar-rigward ta' marketing, m'għandix għalfejn ngħid li jekk m'aħniex se nbigħu dan il-kurrikulu b'mod tajjeb … L-ownership tiegħu huwa importanti u f'dan il-kuntest se nirrepeti l-kumment li konna għamilna meta kien ħareġ l-ewwel draft.", "Tajjeb li d-dokumenti jkunu miktuba bi kliem tekniku u b'mod professjonali, pero' naħseb li ta' min wieħed jikkonsidra li jkun hemm ukoll verżjoni oħra tal-kurrikulu li tkun aktar qrib min m'għandux livell għoli ta' edukazzjoni.", "Ħafna mill-ġenituri jista' ma jkunux daqstant midħla tal-lingwaġġ edukattiv u tekniku, iżda xorta waħda għandhom dritt ta' aċċess għall-kurrikulu.", "Għandhom dirtt li l-kurrikulu jaqrawh u jifhmuh.", "Naqblu wkoll li jrid jingħata taħriġ lill-għalliema u lill-amministratturi, pero' nħossu li jrid jingħata wkoll ħafna taħriġ lill-ġenituri.", "U ċert li bħalma għamilna fis-snin li għaddew, l-AKS terġa' tagħti sehemha f'dan ir-rigward.", "Ladarba jkun hemm qbil fuq il-kurrikulu, permezz ta' seminars, konferenzi u taħdidiet, l-AKS tkun tista' twassal il-kurrikulu lill-ġenituri.", "Pero' f'dan il-kuntest se nistaqsi jekk inħossux li wasal iż-żmien li titwaqqaf aġenzija għall-familja li l-għanijiet prinċipali tagħha jkunu li ssaħħaħ l-edukazzjoni u l-formazzjoni tal-familja permezz ta' korsijiet, seminars, xandir, pubblikazzjonjiet, counselling, riċerka u għajnuna oħra prattika.", "Diġa' għandna aġenziji li jaħdmu fuq il-prevenzjoni kontra d-droga, u allura wasal iż-żmien li jkollna aġenzija li tieħu f'idejha l-edukazzjoni tal-familja, l-edukazzjoni tal-ġenituri u dak kollu li għandu x'jaqsam mal-problemi li eventwalment se jirriflettu ruħhom fl-iskejjel tagħna?", "L-aħħar kumment li nixtieq nagħmel huwa dwar it-taħriġ.", "Naturalment it-taħriġ u l-preparazzjoni jitolbu ħin u biex insibu ħin għat-taħriġ lil dawk kollha involuti, hija problema li rridu nindirizzawha bis-serjeta'.", "Per eżempju, fil-primarja lanqas għandna ċans niċċaqalqu, lanqas biss għandna ċans noħorġu mill-klassi biex nieħdu kikkra kafe' għax faċilment jista' jinqala' inċident li jista' jkollu riperkussjonijiet serji.", "Jenħtieġ li nindirizzaw din il-problema bis-serjeta' jekk irridu nieħdu l-ownership ta' dan il-kurrikulu.", "U jekk verament irridu nħaddmu l-kurrikulu mis-sena li ġejja, jenħtieġu preparamenti li bla dubju ta' xejn jinvolvu xogħol kbir.", "Nafu li fl-iskejjel diġa' qed isir ħafna xogħol siewi, u bħala AKS ippruvajna b'diversi modi nwasslu eżempju ta' prattika tajba lil diversi skejjel u anke lill-ġenituri.", "Għamilna żewġ ċelebrazzjonijiet li kienu tajbin ħafna.", "Il-konkors u ċ-ċelebrazzjoni li semmejniha ''Bejn dar u skola'', kienu inizjattivi pożittivi.", "Għamilna wkoll żewġ attentati biex nippubblikaw ktieb li jkun jinkludi l-prattika tajba li qed issir fl-iskola imma għal raġunijiet li ma rridx nidħol fihom, ma wasalniex.", "Ir-rispons kien wieħed fjakk u forsi tajjeb jekk b'mod iktar uffiċjali wieħed jeħodha f'idejh biex jibda jkollna pubblikazzjonijiet bħalma pproponejna aħna.", "On the whole, id-dokument li qed niddiskutu huwa pass għaqli 'l quddiem fid-direzzjoni t-tajba pero' naturalment jeħtieġ sforz u impenn minn kull wieħed minna biex l-għanijiet tiegħu jintlaħqu.", "Bħala ġenitur ngħid li kienu bosta l-jiem li nsejt lili nnifsi u ma ddedikajtx ħin lill-uliedi, iżda s-sodisfazzjon kien wieħed kbir.", "A/CHAIRPERSON: Sur Borg, tista' tħallilna kopja tad-dokumenti li rriferejt għalihom?", "IS-SUR FRANCIS BORG: Iva, se nippreżenta:", "Kopja ta' rapport u memorandum imħejji mill-Assoċjazzjoni Kunsilli ta' l-Iskejjel dwar il-kurrikulu minimu nazzjonali; kopja ta' Newsletter 3 maħruġa f'Ġunju 1997 u emendi proposti għall-Att dwar l-Edukazzjoni u linji gwida dwar il-kunsilli ta' l-iskejjel.", "A/CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Inti tkellimt fuq suġġett ferm importanti għax jorbot l-ambjent tad-dar ma' dak ta' l-iskola, pero' nixtieqek tispjega aktar dwar dak li ridt tgħid meta għedt li l-kunsilli jridu jkunu pro-attivi.", "Jien naħseb li ħafna mill-ġenituri jieħdu interess fil-kunsilli u fl-attivitajiet kollha li jiġu organizzati mill-iskola, jiġifieri diġa' għandhom ħafna motivazzjoni għall-uliedhom, pero' ninkwieta fuq dawk il-ġenituri li ma tantx juru interess f'dak kollu li jkun qed isir u wisq nibża' li l-persentaġġ ta' dawn it-tip ta' ġenituri huwa wieħed pjuttost għoli u naħseb ivarja minn skola għal oħra.", "X'qed isir biex nilħqu lil dawn il-ġenituri?", "Inti tkellimt tajjeb meta għedt li wħud mill-ġenituri forsi m'għandhomx livell għoli ta' edukazzjoni u allura naqbel li għandu jkun hemm verżjoni oħra tal-kurrikulu li tilħaqhom biex jiżdied l-ownership ta' dan il-kurrikulu.", "Naħseb li taqbel li għandu jkun hemm ukoll verżjoni tal-kurrikulu li tkun tiftiehem mit-tfal, u jekk hemm bżonn, anke wieħed adattat għat-tfal tal-kindergarten.", "Għaliex le?", "Naħseb li b'hekk biss jista' jiżdied l-ownership tal-kurrikulu.", "Nixtieq il-kummenti tiegħek dwar dan.", "Bħalma nafu, ċertu skejjel għandhom reputazzjoni tajba u ħafna drabi dan ikun jiddependi ħafna mill-kap ta' dik l-iskola.", "Nixtieqek tgħidilna x'qed isir mill-kunsilli skolastiċi biex l-affarijiet li jkunu marru tajjeb f'ċertu skejjel tirriklamawhom ma' skejjel oħra u tużaw l-esperjenza pożittiva ma' skejjel li forsi baqgħu lura ħalli anke dawn jimxu 'l quddiem.", "Forsi wieħed jista' jdaħħal sens ta' għira, naturalment f'sens pożittiv, bejn l-iskejjel.", "A/CHAIRPERSON: Sur Borg, naħseb aħjar li l-ewwel nisimgħu l-mistoqsijiet kollha, imbagħad tirrispondihom globalment.", "L-Onor.", "EVARIST BARTOLO: Jekk nieħdu s-sistema edukattiva bħala sistema kumplessa magħmulha minn elementi differenti li jaffettwaw u jinteraġixxu ma' xulxin, bla dubju ta' xejn, wieħed minn dawn l-elementi huwa l-kunsill skolastiku.", "Fid-dawl ta' dak li qed ngħidu fuq il-kurrikulu u l-futur tiegħu, x'tibdiliet tara li hemm bżonn isiru fil-kunsill skolastiku biex ikun element fil-qafas ta' bidliet li qed naraw li għandhom isiru f'elementi oħra tas-sistema edukattiva?", "Tkellimna fuq il-bżonn li tikber ir-relazzjoni u r-rabta bejn l-iskola u l-komunita', pero' ma jidhirlekx li kif inhi bħalissa l-kompożizzjoni tal-kunsill skolastiku tipprivileġġa - forsi din kelma li inti ma taqbilx magħha għax naħseb trid iżżid il-parteċipazzjoni tal-ġenituri fil-proċess edukattiv - meta għandu nofsu magħmul mill-ġenituri u jħalli barra elementi mill-komunita' li hemm bżonn ikunu preżenti jekk aħna rridu li l-kunsill skolastiku jgħin biex l-iskola jkollha rabta mal-komunita', ma' nies mill-oqsma tan-negozju, ma' nies mill-oqsma kummerċjali, kulturali, soċjali u anke politiċi?", "U dan qed ngħidu speċjalment, u ma ngħidx \"biss\", fil-livell sekondarju fejn nilmentaw - u ma naħsibx li s-sitwazzjoni nistgħu nirranġawha - li l-preżenza tal-ġenituri hi inqas milli fil-primarja, imma naħseb li anke fil-primarja rridu niżguraw li l-kompożizzjoni soċjali tal-kunsill skolastiku taħdem biex iġġib fl-iskola mhux biss lill-ġenituri - naturalment naqbel mija fil-mija li għandha tagħmel dan - iżda lill-protagonisti oħra fil-ħajja kummerċjali, kulturali, soċjali u politika tal-komunita'.", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Waqt li kont qed tagħmel id-diskors tiegħek, ħadt l-impressjoni li filwaqt li l-abbozz li għandna quddiemna jirrikonoxxi l-bżonn ta' msieħba oħra, fl-istess ħin ma tantx jagħti importanza lill-kunsilli skolastiċi.", "Kif għedt inti, id-dokument darba biss issemmi l-kunsilli skolastiċi, jiġifieri filwaqt li jirrikonoxxi l-bżonn ta' l-imsieħba kollha, qisu m'hemmx dak il-focus fuq il-kunsill skolastiku.", "Dan jista' jkun minħabba li kif qal l-Onor.", "Bartolo, hemm bżonn ta' tibdiliet fil-kunsilli skolastiċi.", "Bħalma ħafna drabi jiddependi mill-head ta' l-iskola jekk l-iskola timxix tajjeb u 'l quddiem, daqstant ieħor jiddependi mit-tip ta' ġenituri li jkollok fil-kunsill skolastiku biex il-kunsill jaħdem u ma jkunx hemm problemi ma' l-għalliema u mal-head ta' l-iskola.", "Allura filwaqt li wieħed jirrikonoxxi l-importanza tal-parteċipazzjoni tal-ġenituri - jien naħseb li l-parteċipazzjoni tal-ġenituri għandha tkun ħafna iktar milli fil-fatt hi - naħseb li mhux biss parteċipazzjoni jrid ikun hemm, imma parteċipazzjoni ta' ċerta kwalita'.", "Naturalment irid ikun hemm spazju għal kulħadd pero' ċertament hemm bżonn ta' ċerta kwalita' fil-kunsill u \"kwalita'\" mhux fis-sens ta' livell ta' edukazzjoni tal-ġenituri, imma fis-sens li l-focus ma jkunx fuq ċertu tip ta' affarijiet.", "Dwar il-fatt li l-iskejjel saru iktar awtonomi fid-deċiżjonijiet li jittieħdu, kemm tara li l-kunsilli skolastiċi huma involuti fl-awtonomija ta' l-iskejjel?", "Taħseb li għandhom ikunu aktar involuti f'ċertu affarijiet, fosthom fuq l-infiq ta' flus?", "Naħseb li hawnhekk se jinħolqu aktar problemi għall-kapijiet ta' l-iskejjel għaliex kif diġa' smajna tul dawn il-laqgħat, il-kapijiet ta' l-iskejjel diġa' huma mgħobbija bix-xogħol u żgur li issa se jkollhom aktar xogħol bir-responsabbilta' diretta tagħhom fuq il-kurrikulu nazzjonali u allura jekk se jkun hemm ukoll il-kunsill skolastiku li forsi xi wħud jistgħu jarawh bħala żejjed, bħala piż ieħor, jew bħala aktar indħil li forsi d-deċiżjonijiet idumu aktar biex jittieħdu, kif tara dan kollu bid-diffikultajiet kollha li kull skola se jkollha?", "IS-SUR FRANCIS BORG: Se nipprova nwieġeb il-mistoqsijiet li saruli billi ngħaqqadhom flimkien u jekk inħalli xi punt barra, għiduli.", "Se jkolli mmur fuq il-parti li qbiżt fil-presentation tiegħi, ċioe' fuq il-background tal-kunsilli skolastiċi.", "Ippruvajt neħlisilkom, imma ma ħallejtunix!", "Il-kunsilli skolastiċi ilhom li twaqqfu tnax il-sena, iżda f'inizjattiva bħal din, jien nikkonsidra li għadna mexjin in beqq, lanqas biss għadna tlaqna nimxu, qed nitkaxkru ma' l-art, qed nippruvaw insibu saqajna.", "Jekk inħarsu lejn l-ewwel snin ta' meta twaqqfu l-kunsilli skolastiċi, naraw li dak iż-żmien il-kap ta' l-iskola kien jitkarrab biex isib tliet ġenituri joqogħdulu fuq il-kunsilli ta' l-iskola.", "Għad għandna każijiet bħal dawn.", "Għad għandna każijiet fejn il-kap ta' l-iskola jitlob lil xi ġenituri jagħmlulu pjaċir u joqogħdulu fuq il-kunsill sabiex ikun qed jobdi l-liġi u forsi kollha kemm aħna konna kuntenti għax il-liġi kienet qed tiġi osservata.", "Meta erba' snin ilu twaqqfet l-assoċjazzjoni, rajna x'kienet is-sitwazzjoni u sibna li minkejja li fuq il-karta jkollok ħafna affarijiet, il-liġi ma kenitx qed tiġi riflessa fir-realta'.", "Bdejna nagħmlu l-affarijiet bil-mod u għalhekk fil-bidu għedt li m'aħna naħlu l-ebda ħin fuq struttura ġdida għax lanqas biss kellna struttura li kienet qed tiffunzjona kif suppost, aħseb u ara kemm se jkollok struttura ġdida li tipprova ġġiegħelna tiffunzjona.", "U għedna li l-ewwel ħaġa li trid tinbidel hija l-mentalita'.", "L-ewwelnett il-kunsilli jridu jiġu aċċettati qabel ma' l-ġenituri jibdew jipparteċipaw u jkunu pro-attiva - anzi fil-bidu jkunu attivi mhux pro-attivi - fil-kunsill ta' l-iskejjel.", "Jien niftakar li bħala president ta' l-assoċjazzjoni kont inċempel l-iskejjel biex nispjegalhom fuq l-assoċjazzjoni u wara li kienu jistaqsu min aħna, bil-pulit kienu jaqtgħuli t-telefon.", "Illum is-sitwazzjoni inbidlet, illum il-kunsilli skolastiċi huma aċċettati.", "X'qed jiġri fil-qasam tal-kunsilli?", "Illum, minn kważi 5% wasalna biex 50% ta' l-iskejjel primarji jagħmlu elezzjoni, pero' lanqas ma rridu nilludu ruħna li għax issir elezzjoni għandek kunsill effettiv.", "Bl-ebda mod m'aħna nfissru li għax hemm elezzjoni hemm kunsill effettiv, imma qed ngħidu li llum il-ġenituri qed jagħrfu l-bżonn tal-kunsill u qed joħorġu għall-elezzjoni.", "Veru li s-sitwazzjoni m'hijiex l-istess fis-sekondarja, imma rrid ngħid li 52% tal-kunsilli ta' l-iskejjel sekondarji huma ffurmati b'elezzjoni.", "Anke l-għadd ta' persuni li qed jivvotaw qed jiżdied għalkemm għadna ma lħaqniex dak li nixtiequ nilħqu, u jekk is-sistema tibqa' kif inhi, forsi se nsibuha diffiċli biex nilħqu l-voti li rridu nilħqu.", "Ħafna drabi l-ġenituri ta' studenti fis-sekondarja jmorru jivvotaw fi skola fejn ma jafu lil ħadd - normalment l-iskola tkun barra r-raħal tagħhom - u allura forsi għalhekk ma jurux daqstant interess.", "Barra minn hekk, is-sistema ta' votazzjoni, il-proportional representation, għandha ċertu kumplikazzjonijiet u allura naraw li din is-sistema hija ftit peżanti, hija ftit tqila, pero' minkejja dan kollu, qbiżna l-50% tal-ġenituri li jmorru jivvutaw.", "Mela l-parteċipazzjoni popolari qiegħda hemm.", "Is-sena l-oħra kellna 500 ġenitur li ħareġ għall-elezzjonijiet u f'kull sena n-numru baqa' tiela' sakemm issa lħaqna s-57%.", "Fil-livell tas-sekondarja, kellna 400 ġenitur li kkonkorrew għall-elezzjonijiet, mela anke fil-livell tas-sekondarja, mill-qasam popolari mexjin.", "Kieku erba' snin ilu saritli l-mistoqsija jekk il-kunsilli humiex aċċettati, biex inkun pulit, kont ngħid \"mhux ħażin\", mentri llum ngħidlek: Iva, huma aċċettati.", "Jekk tistaqsini hemmx reżistena, ngħidlek li għad hemm, imma huma ftit li joffru reżistenza u ġeneralment ikun hemm raġuni partikolari għal dik ir-reżistena.", "Minkejja li l-parteċipazzjoni popolari qed tiżdied, m'hija qatt biżżejjed u aħna bħala assoċjazzjoni konna għamilna proposti ta' emendi għal-liġi dwar l-edukazzjoni.", "Il-proposti għamilnihom sentejn ilu, jiġifieri qabel saru ċertu żviluppi u allura wieħed irid jara l-iżviluppi li kien hemm matul dan iż-żmien u jrid jara kif l-emendi li aħna pproponejna jistgħu jitjiebu.", "Wara diskussjonijiet li kellna sentejn ilu, aħna konna għedna li kull sena, il-kunsill ta' l-iskola għandu jħejji dikjarazzjoni dwar l-għanijiet u l-politika edukattiva ta' l-iskola tiegħu u llum għandna l-ischool development plan li jimxi f'din il-linja.", "Konna għedna ukoll li l-kunsill għandu jħejji strateġija ta' kif dawn l-għanijiet jintlaħqu fi żmien determinat.", "F'dan ir-rigward, il-kunsill ta' l-iskola għandu l-obbligu li jippreżenta rapport annwali tal-progress li jkun sar fit-twettiq tal-programm edukattiv dikjarat.", "Ir-rapport għandu jinkludi, imma mhux neċessarjament ikun limitat għalihom biss, sections li jirrigwardaw l-amministrazzjoni, finanzi, żvilupp ta' kurrikulu, attivitajiet extra kurrikulari u ħidma tal-kunsill.", "U għalkemm din m'hijiex inforzata b'liġi, hemm kunsilli li diġa' qegħdin jagħmluha.", "Kellna diversi kunsilli li ddiskutew l-ischool development plan qabel ma ġie finalizzat, pero' kien hemm ukoll min qal li din m'hijiex materja tal-kunsill imma materja ta' l-amministrazzjoni u ta' l-għalliema, u mexa b'dak il-mod.", "Aħna qed ngħidu li aħjar jekk din nirrikonoxxuha b'liġi.", "Qed ngħidu wkoll li l-kunsill għandu jiżviluppa kodiċi ta' etika u prattika tajba li jirregola d-dmirijiet u d-drittijiet ta' l-imsieħba fl-iskola, liema kodiċi jrid jiġi approvat mill-għalliema u l-ġenituri ta' dik l-iskola.", "Qed nissuġġerixxu wkoll li l-kunsill ta' l-iskola jamministra l-fondi kollha ta' l-iskola, inkluż il-fondi li jingħataw mid-diviżjoni.", "Qed nipproponu li jkun hemm kontinwita'.", "Kif nafu, il-kunsilli skolastiċi jilħqu f'Ottubru - din is-sena laħqu f'Novembru minħabba ċertu ċirkostanzi - u wara ftit li jibdew jiltaqgħu, jiġi l-Milied, imbagħad ikun hemm span ta' xogħol u jerġgħu jieqfu f'Mejju jew f'Ġunju.", "Aħna qed ngħidu li wasal iż-żmien li l-kunsill skolastiku jservi għal sentejn biex ikun hemm aktar kontinwita' u allura aktar ħidma, u pproponejna kif dan għandu jsir.", "Naturalment, dawk il-ġenituri li uliedhom ikunu spiċċaw mill-iskola, jiġu replaced minn oħrajn.", "Qed nipproponu wkoll li l-membri jkollhom aktar aċċess għall-iskola u għal aktar informazzjoni dwar l-iskola biex flimkien mal-kap ta' l-iskola u mal-president, ikunu f'pożizzjoni aħjar li jiddeċiedu fuq il-bżonnijiet u l-infiq ta' l-iskola.", "Il-flus li l-gvern jagħti lill-iskejjel, huma flus pubbliċi u għalkemm wieħed ma jridx ikun b'idejh issikati żżejjed, tajjeb li l-ġenituri u kulmin hu nvolut fl-iskola jkun jaf kif qed jintnefqu l-flus u li qed jintnefqu għall-aħjar ġid ta' uliedhom.", "Naturalment jekk l-avviż legali jinħareġ, irid ikollu warajh il-forza ta' l-imsieħba fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Jekk trid tinforza, tista' tinforza, imma l-mentalita' ma tinbidilx billi tinforza.", "Fid-dawl tal-kurrikulu l-ġdid, anke l-emendi li għamilna aħna stess madwar sentejn ilu u wara diskussjoni twila, iridu jerġgħu jiġu eżaminati biex wieħed jara hemmx lok li jiddaħħlu provvedimenti oħra.", "Naħseb wieħed irid jiddiskuti iktar fil-fond is-suġġeriment li jkun hemm membri oħra mill-komunita' fil-kunsill ta' l-iskola.", "Diversi kunsilli skolastiċi sabu l-mod kif jaħdmu ma' membri fil-komunita' u ma' kunsilli lokali, pero' anke f'dan il-każ trid tinbidel il-mentalita' għax jekk l-iskejjel iħarsu biss lejn il-kunsilli lokali bħala mezz kif fil-prize day jingħataw Lm100 jew Lm200, u mill-banda l-oħra l-kunsilli lokali jirrikorru biss lejn l-iskejjel meta jkollhom bżonn il-ground jew is-sala ta' l-iskola, m'aħniex se nilħqu l-għan li nixtiequ.", "Jien nemmen li jekk għandek żewġ awtoritajiet li t-tnejn li huma qed jaħdmu fil-komunita' ta' l-istess raħal, iktar ma nderruhom jaħdmu flimkien u jsibu l-modi tagħhom kif jiżviluppaw lilhom infushom, il-bidla tkun iktar effettiva.", "Jien nippreferi li ndaħħlu l-kultura fejn kulħadd jaħdem flimkien - u fadlilna ħafna x'naħdmu minn dan il-lat - milli niftħu iktar il-kunsill biex sempliċement ngħidu li għandna ħafna iktar nies, għax min hu zopp, se jibqa' zopp, u forsi iktar se jizzoppja u min hu b'saħħtu, jistgħu jilħquh ukoll ċerti barikati oħra.", "Ovvjament wieħed irid jagħmel aktar studju u esperimenti f'din id-direzzjoni, pero' 'l hemm irridu nimxu għalkemm fadlilna triq twil biex il-kunsilli ta' l-iskejjel nagħmluhom pro-attivi.", "Irridu nkunu saqajna ma' l-art.", "Jien ma nistax nitkellem fuq kunsill ta' skola ideali li se jmexxi l-amministrazzjoni ta' l-iskola meta fir-realta' għad irridu nsaħħu dak li għandna.", "Meta nkunu konvinti li l-maġġoranza l-kbira tal-kunsilli huma b'saħħithom - u llum mexjin f'dik id-direzzjoni - allura iva, wieħed jibda jaħseb fuq strutturi forsi iktar moderni u li jagħmlu aktar sens.", "Mistoqsija oħra li saritli kienet x'qed nagħmlu biex nipprovaw nilħqu lill-ġenituri kollha.", "It-tweġiba hija li minkejja li nagħmlu minn kollox biex nilħquhom u niġru ħafna warajhom, hemm min hu ferm diffiċli biex tilħqu.", "Pass pożittiv hu li niftħu l-iskejjel għall-komunita', pero' kull kunsill irid jifhem li l-kultura ta' raħal hija differenti minn dik ta' raħal ieħor, allura ma nistgħux nużaw l-istess strateġija għal kull raħal.", "Forsi jien f'ċertu raħal immur liebes bil-libsa u biċ-ċoff u f'raħal ieħor, immur bix-shorts.", "Ma nistgħux indaħħlu kultura waħda u naddattawha għal kullimkien.", "Kull kunsill irid isib is-sistema tiegħu, irid jipprova jifhem il-kultura tal-post u jinfiltraha.", "Illum ħafna kunsilli joħorġu newsletters u hawn min jistaqsi: Imma min qed jaqrahom?", "Veru, mhux kulħadd jaqrahom, imma minbarra n-newsletters hemm attivitajiet oħra fejn tista' tilħaq il-ġenituri, per eżempju, il-prize days.", "Imma hawnhekk nistaqsi: Il-prize day għandha tibqa' okkażjoni ta' min hu bravu fl-iskola?", "Tista' tkun okkażjoni soċjali li sservi biex tilħaq aktar nies?", "Bħala prinċipju, nara li f'kull attivita' li ssir fuq il-palk fl-iskola tiegħi, it-tfal kollha jieħdu sehem f'dik l-attivita' u nista' ngħidilkom li dakinhar, in-nies li qatt ma jkunu resqu lejn l-iskola, jerqsu.", "Forsi fl-iskejjel jistgħu jsiru attivitajiet li jiġbdu lil dawk in-nies li qatt ma jersqu lejn l-iskola.", "Forsi jekk ma saritx attivita' minni, saret attivita' mill-każin ta' San Benedittu - biex nagħti isem - u allura min qatt ma ġie għall-attivita' tiegħi, jista' jiġi għal dik l-attivita' u jkollu l-okkażjoni li jara verament x'qed jiġri fl-iskola ta' uliedu.", "Naturalment jintbagħtu ċirkularjiet u jsiru kwestjonarji but you have to reach out to the people, u tilħaq lin-nies, mhux billi tingħalaq fl-uffiċċju, imma billi tkun pro-attiv u tipprova tivvinta attivitajiet differenti.", "Kif diġa' ntqal, il-head jilgħab parti importanti wkoll.", "Fejn ikun il-head meta jilqa' t-tfal filgħodu, hija wkoll importanti.", "Per eżempju, jekk joqgħod fil-bieb ta' l-iskola, se jilħaq nies li normalment ma jilħaqhomx mod ieħor.", "Kull kunsill jipprova jivvinta xi ħaġa ġdida u fil-brochure dwar il-kunsilli ta' l-iskejjel li se nippubblikaw dalwaqt, tajna skeda ta' attivtajiet differenti li sibna fl-iskejjel.", "Per eżempju, hemm kunsilli li daħlu fil-qasam tal-parenting u organizzaw ħafna korsijiet għall-ġenituri.", "Dan huwa wkoll eżempju kif tilħaq nies li forsi ma kontx tilħaqhom mod ieħor.", "Kull kunsill irid jipprova jifrex kemm jista' jkun.", "Jekk forsi tgħidilhom: \"Ejjew ħa nitkellmu fuq il-parteċipazzjoni tal-ġenituri\", ma jiġux, imma jekk tgħidilhom: \"Ejjew ħa nitkellmu fuq il-problemi li t-tfal tagħkom għandhom għax għandhom bżonn jitgħallmu jaqraw iktar\", hemm ċans li tilħaq xi wħud minnhom.", "Illum qed naraw li l-komunikazzjoni bejn l-iskejjel u l-ġenituri qiegħda tiżdied.", "Ħafna skejjel qed jagħmlu diversi attivitajiet u l-parents day m'għadhiex dik il-laqgħa li kienet issir biss fi Frar, imma illum qed isiru tnejn jew tlieta parents day.", "Waħda qabel jibdew, oħra f'Ottubru jew f'Novembru u oħra f'Diċembru.", "Naraw ukoll li l-għadd ta' concerts u attivitajiet sportivi li jorganizzaw l-iskejjel, żdied.", "Per eżempju, attivita' sportiva partikolari ma saritx fi skola imma saret f'Ta' Qali fuq il-ħaxix.", "Kien speċi ta' picnic għall-familja kollha u għal din l-attivita' kienu kkonkorrew nies li normalment, għal xi raġuni jew oħra, ma jikkonkorrux għall-attivitajiet li jsiru fl-iskola.", "Ma nistgħux neskludu l-laqgħat li jsiru filgħaxija.", "Permezz ta' laqgħat li jsiru filgħaxija, se tilħaq ġenituri li ma jiġux matul il-ġurnata, u ma jiġux mhux għax ma jinteressahomx xi jsir fl-iskola imma għaliex ikunu jaħdmu.", "Ħafna kunsilliera ħadmu ħafna fil-qasam volontarju fl-iskejjel u llum qed jikber ukoll it-tagħlim li jsir fl-iskejjel għall-ġenituri biex djarna jsiru verament post ta' tagħlim.", "Kull sena, l-assoċjazzjoni tagħmel diversi attivitajiet u mir-riżultat ta' surveys li għamilna, instab li l-kunsilli qed jorganizzaw diversi attivitajiet u n-numru ta' ġenituri li qed jintlaħqu qiegħed dejjem jiżdied.", "Jekk tistaqsuni jekk ilħaqniex lil kulħadd, ngħidlek li għadna ma lħaqniex lil kulħadd għad fadal ħafna lil min nilħqu u għad hemm ħafna xi jsir, imma 'l hemm mexjin.", "Kull skola trid tivvinta hi l-mod kif se tilħaq aktar nies u waħda mill-affarijiet li tgħin hija li nxerrdu l-prattika tajba li ssir fl-iskejjel.", "Bħala assoċjazzjoni għamilna żewġ ċelebrazzjonijiet fejn għalihom stedinna lill-iskejjel jagħmlu ħames minuti talk dwar eżempju ta' prattika tajba li għamlu fl-iskola tagħhom, u mbagħad kien hemm speċi ta' play żgħira fuq il-palk li permezz tagħha ġbidna ġenituri li ġew biex jaraw lill-uliedhom fuq il-palk.", "Dawn huma kollha eżempji ta' attivitajiet li saru biex jinġibdu aktar ġenituri lejn l-attivitajiet fl-iskola.", "Fin-newsletter tagħna, aħna nistiednu l-iskejjel jibgħatulna informazzjoni fuq prattika tajba li tkun qed issir fl-iskola tagħhom u naf li anke f'dan il-livell, id-diviżjoni ta' edukazzjoni, permezz tan-newsletter \"eduforum\", jagħmlu xi ħaġa simili.", "Naturalment aħna nipprovaw inqassmu n-newsletter tagħna lil ċirku dejjem aktar wiesa' pero' d-diżappunt tiegħi kien li meta pprovajna nagħmlu pubblikazzjonijiet iktar imlaħħma, ma rnexxilniex.", "Ma nafx jekk weġibtx il-mistoqsijiet kollha li saruli.", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Xtaqt nistaqsi jekk l-Assoċjazzjoni Kunsilli ta' l-Iskejjel tinsistix fuq a healthy food policy.", "Minkejja li forsi hemm guidelines, ma jidhirx li hemm policy as such.", "Dan qed ngħidu wara li smajt ħafna ilmenti minn ġenituri li għandhom tfal jattendu skejjel differenti.", "Bħala assoċjazzjoni, għandkom xi policy dwar dan?", "Qegħdin tippjanaw li timbuttaw policy speċifika ħalli kulħadd ikun fuq binarju wieħed?", "IS-SUR FRANCIS BORG: Konna ħejjejna u ppreżentajna rapport dwar it-tuck shops u qed nipprova nsib kopja tiegħu.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Imma r-rapport huwa adottat?", "IS-SUR FRANCIS BORG: Ir-rapport ressaqnih lill-awtoritajiet u nsistejna li jkun adottat, imma s'issa, ma jidhirlix li huwa adottat.", "Ma nafx li kien hemm xi żviluppi dwar t-tuck shops, pero' la qed nitkellmu fuq health policies, tajjeb ngħidlek li l-assoċjazzjoni ħadmet fuq l-aspett tal-basktijiet tqal li jġorru t-tfal.", "Għamilna seminar dwar health policy fl-iskejjel u għandna wkoll il-proġett \"healthy schools\".", "Barra minn hekk, diversi kunsilli ta' l-iskejjel ħadu inizjattivi personali u aħna rajna li l-inizjattivi li ħadu inġibuhom kemm jista' jkun 'il quddiem u nagħtuhom il-propaganda mistħoqqa.", "Hemm diversi skejjel li ħadu pożizzjoni fuq healthy food.", "Per eżempju fil-kunsill tiegħi, inizjattiva li ħadna kienet li nagħmlu breakfast day fl-iskola kollha, liema attivita' ngħatat pubbliċita' fuq in-newsletter \"eduforum\" u fuq il-media u ngħatat propaganda permess ta' l-AKS billi ġiet ippreżentata lil skejjel oħra u llum, fl-iskola tiegħi, kull nhar ta' Erbgħa fit-8.30 a.m., ikollna breakfast flimkien.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Pero' bħala assoċjazzjoni ma tistgħux tinsistu li din tiġi adottata minn kulħadd?", "Min għandu l-goodwill u huwa aware ta' ċertu affarijiet, jadottahom, iżda ħaddieħor li m'huwiex daqshekk aware, ma jadattohomx.", "Bħala assoċjazzjoni, ma tistgħux timbuttaw biex ħaġa bħal din tiġi adottata minn kulħadd?", "F'miżuri pożittivi, kultant ikun hemm bżonn timponi ċertu affarijiet għax inkella ma jsir xejn.", "IS-SUR FRANCIS BORG: Naqbel ma' dak li qed tgħid, pero' la rrid nimponi u lanqas irrid nidher li qed nimponi.", "Li ninsisti, iva, imma mhux li nimponi.", "Wara erba' snin taħdem, ma tkunx għadek daqshekk b'saħħtek li tinfluwenza kemm trid.", "Jien m'iniex bniedem kontroversjali, qatt ma dħalt f'kontroversja, pero' jekk jien nimbottak u nagħtik gambetta, nista' nagħmel iktar ħsara, mhux biss lilek imma anke lil min hu onest u nista' ngħidlek li jibdew telgħin ħitan minn taħt.", "Kif diġa' għedt, permezz tal-fuljett tagħna, aħna nxerrdu l-prattika tajba li tkun qed issir fl-iskejjel u f'waħda minn newsletters li ħriġna konna għedna x'inhi l-politika ta' l-AKS dwar it-tuck shops.", "Dak iż-żmien li għamilna r-rapport kien hemm tuck shops li naħseb kienu iktar minn substandard.", "Sinjura President, nixtieq nippreżenta kopja tar-rapport lill-kumitat sabiex wieħed ikun jista' jagħtih daqqa t'għajn.", "L-assoċjazzjoni kellha rappreżentant fuq il-health and safety committee li jdur dawn il-postijiet u wara li rrapportalna dwar is-sitwazzjoni fl-iskejjel, għamilna r-rakmandazzjonijiet tagħna, pero' ma nistax ma nenfasizzax il-bżonn ta' l-awareness u l-infurzar ta' dak li diġa' hu adottat.", "A/CHAIRPERSON: Nirringrazzjak Sur Borg u issa nistieden lis-Sur Ray Cassar jagħtina l-kummenti tiegħu f'isem il-Federazzjoni ta' l-Industrija.", "IS-SUR RAY CASSAR (Federazzjoni ta' l-Industrija): Jien qiegħed nirrappreżenta lis-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni ta' l-Industrija li ma setax jattendi l-laqgħa tal-lum.", "Il-preżentazzjoni ntbagħtitli l-bieraħ, allura jekk tippermettuli, se naqra l-brief kif inhu, u mbagħad inwieġeb għall-mistoqsijiet tagħkom.", "Jien membru ta' sotto-kumitat ta' l-FOI li jaħdem fuq il-politika soċjali u r-riżorsi umani u ilni f'dan il-qasam għal madwar sitt snin, allura ftit jew wisq, naf kif ħarġu dawn ir-riżoluzzjonijiet.", "L-abbozz tal-kurrikulu minimu nazzjonali jippreżentana b'viżjoni ambizzjuża għall-iżvilupp ta' l-edukazzjoni primarja u sekondarja.", "Qed jagħti bidu għal dak li hemm bżonn isir, iżda l-istadju ferm aktar importanti li l-FOI tixtieq tara u tifli, huwa dak li għandu jiġi immedjatament wara, jiġifieri, kif din il-viżjoni tissarraf fi programmi konkreti u fi stadji definiti li juru kemm il-loġistika u kemm is-sekwenza ta' kif se titwettaq din ir-riforma - l-implimentazzjoni - flimkien mal-mod kif dan il-proċess ta' bidla radikali se jiġi ġestit matul is-snin li ġejjin, b'mod li ma jinħolqux aktar problemi minn dawk li diġa' għandna.", "Irridu naraw l-aspetti finanzjarji u l-bżonnijiet ta' riżorsi umani adegwati tal-fażijiet differenti ta' din il-bidla.", "Kull waħda mill-fażijiet ta' proġett ta' bidla trid tagħmel sens fit-totalita' ta' l-għanijiet aħħarin li jridu jintlaħqu.", "L-allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji neċessarji mifruxa fuq medda ta' snin, trid tiġi stabbilita minn qabel, kemm mil-lat rikorrenti u kemm minn dak kapitali.", "Importanti li nassiguraw lill-poplu li l-flus li se jintnefqu mill-Istat fuq dawn il-bidliet mhux se jkunu f'xi esperimenti bħal oħrajn li għamilna fil-passat, forsi kkupjati minn xi pajjiż ieħor li dejjem inħarsu lejh għal ideat ġodda, bħalma hu r-Renju Unit, iżda li se jġibu riżultati tant mixtieqa u li se jagħtuna value for money.", "Aħna nixtiequ naraw programmi ċari u kkwantifikati b'mod professjonali li dak li se jitwettaq inkunu nifilħu għalih.", "Ma rridux ninsew li taqliba bħal din, se tinfluwenza wkoll dak li jagħmlu l-iskejjel privati u tal-knisja.", "Anke dawn irid ikollhom ir-riżorsi u l-kapaċitajiet biex iwettqu l-proposti li nsibu f'dan l-abbozz.", "Ħaġa li ċertament irridu naraw, hija l-qerda ta' l-illitteriżmu.", "Irridu naraw edukazzjoni bażika għal kulħadd li jkollha firxa wiesgħa biex iż-żgħażagħ li se jħallu l-iskola fis-snin li ġejjin, ikollhom preparazzjoni mhux biss biex isibu jaħdmu f'dawk l-attivitajiet li jħallu iktar valur miżjud, iżda li jkunu adattati biex ikomplu jistudjaw u jitħarrġu f'tip ta' xogħol li qiegħed jinbidel b'mod drammatiku.", "Hawnhekk irrid ngħaddi rimarka dwar dak li jonfoq il-pajjiż fuq l-edukazzjoni.", "Mill-benchmarking exercise li l-FOI għamlet sena ilu fejn intużat l-statistika ta' infiq fuq l-edukazzjoni matul l-1993, ħareġ li Malta ma kenitx fuq wara fir-rigward ta' l-ispiża tal-pajjiż fuq l-edukazzjoni meta tipparagunaha ma' pajjiżi oħra u tibbażaha mal-prodott gross domestiku.", "Il-figura li sibna kienet ta' 5.5% tal-GDP u dan jipparaguna tajjeb ma' pajjiżi ferm aktar żviluppati u sinjuri minna.", "Għaddejna l-Portugall, Spanja, l-Italja, ir-Renju Unit, l-Awstralja u l-Ġappun, jiġifieri m'hemmx bżonn ta' aktar flus biex jitwettqu r-riformi proposti, iżda li hemm bżonn huwa li r-riżorsi finanzjarji u umani li għandna, jintużaw bl-aktar mod effiċjenti u b'mod li jagħtuna riżultati aħjar milli tawna s'issa.", "Ħalli issa nikkummenta fuq xi aspetti speċifiċi ta' l-abbozz.", "L-FOI hi kburija li kellha l-opportunita' li mhux biss tikkontribwixxi fil-formazzjoni ta' dan l-abbozz, iżda li ġibdet l-attenzjoni fuq dak li kien hemm bżonn li jinbidel.", "Nibda billi nikkummenta dwar ir-rikonoxximent tal-bżonn ta' l-iżvilupp sħiħ tal-persuna u l-fatt li l-istudent qed jitpoġġa fiċ-ċentru ta' dak kollu li se jitwettaq taħt is-sistema kif proposta.", "Nassumu li din l-attitudni twassal biex jiġu kkonsidrati bħala prijorita' l-bżonnijiet ta' għerf, attitudni pożittiva u snajja' li l-bniedem irid ikollu biex ikun kapaċi jiffronta d-dinja tax-xogħol.", "Jiġifieri l-fatt li l-abbozz huwa client centred, għandu jiggarantixxi preparazzjoni aħjar għad-dinja tax-xogħol.", "Ninnutaw li fl-abbozz hemm ukoll il-prinċipju ta' rispett lejn id-diversita'.", "Naqblu ma' dan il-prinċipju fis-sens li jkun hemm identifikazzjoni tal-potenzjal u l-bżonnijiet ta' l-istudenti kollha biex ikunu jistgħu jiġu diretti lejn programmi adattati għalihom.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi hija l-edukazzjoni ħolistika.", "Naturalment aħna naqblu ma' dan il-prinċipju, iżda dan il-prinċipju jitlob għalliema mħarrġa apposta, b'kooperazzjoni bejniethom fid-diversi aspetti tat-tagħlim.", "Barra minn hekk, probabbli li n-numru ta' għalliema jrid jiżdied u l-metodi ta' tagħlim iridu jinbidlu radikalment.", "Lesti biex ninvestu fuq skala wiesgħa fit-taħriġ ta' l-għalliema?", "Dwar il-prinċipju ta' edukazzjoni inklużiva, l-FOI kienet esprimiet it-tħassib tagħha fuq kif din tista' titħaddem fir-realta' ta' kull skola u ta' kull klassi.", "Jekk l-inklussivita' tfisser li fl-istess klassi se jkun hemm tfal b'abbiltajiet ħafna differenti minn ta' xulxin, is-sitwazzjoni ma' tista' qatt tissarraf fi żvilupp tal-potenzjal sħiħ ta' kull individwu fil-klassi, kif fil-prinċipju kulħadd jixtieq.", "Madankollu, ma naqblux li l-istreaming ta' l-istudent iġib sitwazzjoni fejn l-istudent jibqa' f'dik l-istream għal tul ta' snin mingħajr ma jitqiesu żviluppi fl-abbiltajiet tiegħu u ta' sħabu.", "Dan it-tibdil għandu jwassal biex student jiċċaqlaq minn stream għall-oħra skond il-ħteġijiet.", "Dan qed ngħiduh sabiex l-istudent dejjem ikun imdawwar bi studenti oħra ta' abbiltajiet simili fejn hemm aktar ċans li l-qaqoċċa omoġenja ta' studenti jimxu 'l quddiem milli li wieħed iżomm lill-ieħor.", "Is-sistema ta' l-assessjar li tidher li se tiġi implimentata, titlob dawn it-tliet affarijiet: metodoloġija adattata għall-edukazzjoni ħolistika; metodoloġija summattiva u formattiva li timpenja ħafna aktar lill-għalliema; u żamma ta' portfolio bir-records kollha ta' l-assessjar ta' kull student matul is-snin ta' l-edukazzjoni, liema records jinżammu aġġornati bir-reqqa kollha.", "Dan kollu jfisser ħafna aktar xogħol għall-għalliema u l-amministrazzjoni ta' kull skola.", "Għalhekk, is-sistema jrid ikollha backup ta' strutturi li jifilħu li dan li semmejt isir u jsir bis-serjeta' għax hu il-perm tas-sistema.", "Nixtiequ wkoll naraw element ġdid fis-sistema edukattiva fejn isir eżerċizzju regolari ta' benchmarking tar-riżultati miksuba ma' l-ispiża u ma' l-użu ta' riżorsi umani.", "Dan jista' jsir kemm bejn skola u oħra f'Malta u f'Għawdex u kemm f'paragun mas-sitwazzjoni f'pajjiżi barranin.", "Fattur ieħor li nixtiequ naraw hija t-tneħħija ta' l-istigma li teżisti lejn l-iskejjel tas-snajja'.", "Fl-aħħarnett, nixtieq nirrimarka dwar il-bżonn ta' career guidance u mhux li dan jispiċċa sempliċement f'social counselling.", "It-tnejn għandhom ikunu distinti minn xulxin b'nies imħarrġa sewwa.", "Importanti li min ikun fuq career guidance, ikun jaf u jaġġorna ruħu dwar dak li jkun qed jiżviluppa fid-dinja tax-xogħol u l-bżonnijiet veri ta' min iħaddem.", "Grazzi.", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Inti għamilt riferenza għall-istreaming fuq bażi ta' intelliġenza.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-istreaming għandu jkun aktar fuq bażi ta' motivazzjoni u ta' inklinazzjoni.", "Wieħed irid joqgħod attent kif jiggrada l-intelliġenza.", "Bħalissa qed naqra ktieb ta' John Grey fuq l-iżvilupp tat-tfal fejn l-awtur ma jħarisx biss lejn l-intelliġenza akkademika imma jsemmi xi seba' jew tmien tipi differenti ta' intelliġenza.", "Bħalma nafu, tfal li m'humiex akkademikament intelliġenti, xorta waħda jkollhom doni oħra, bħalma huma l-intuwizzjoni u l-prattikabilita'.", "Personalment jien ma nħobbx li l-istudenti jiġu streamed fuq l-intelliġenza akkademika biss, aktar nixtieq li jinstab mod kif isir assessment ta' motivazzjoni u inklinazzjoni fejn it-tipi differenti ta' intelliġenzi jinġiebu taħt umbrella globali.", "Naħseb ikun żball jekk nagħmlu skejjel li jkollhom biss A students għaliex mill-esperjenza tiegħi nista' ngħid li kemm l-A students u kemm is-C students għandhom x'jitgħallmu minn xulxin.", "Sfortunatament l-assessment li nagħmlu ta' l-istudenti huwa dejjem ibbażat fuq il-livell akkademiku, meta fil-fatt hemm aspetti oħra li wieħed irid jikkonsidra.", "IS-SUR RAY CASSAR: Jien naqbel miegħek assolutament.", "Fil-fatt ħafna drabi l-kelma \"streaming\" hija daqsxejn misleading, pero' dan huwa suġġett vast u delikat.", "Naħseb li l-FOI kienet qed tirreferi għall-iskejjel li żmien ilu kienu jissejħu \"comprehensive schools\".", "Mil-lat prattiku, it-teacher ma jistax jieħu ħsieb klassi li jkun fiha 25 jew 30 tifel ta' abbiltajiet u motivazzjonijiet li jkunu ħafna differenti minn xulxin.", "Jekk ir-range ta' abbiltajiet u motivazzjonijiet tkun kbira ħafna, tispiċċa biex kemm l-istudenti u kemm it-teacher ikunu frustrati.", "Naqbel perfettament miegħek fuq dak li għedt dwar streaming bażat sempliċement fuq dik li hija definita bħala intelliġenza.", "Anzi, student motivat li jrid jitgħallem, mhux se joħloqlok problemi fil-klassi.", "Naħseb li l-problema kienet li tpoġġi mixed ability students fl-istess klassi u mbagħad torganizza group work.", "Meta naraw is-sistema kif inhi mħaddma, speċjalment fl-iskejjel sekondarji fejn it-teacher għandu allokat 40 minuta għal kull lezzjoni, naraw li biex l-għalliem imur minn klassi għal oħra, l-40 minuta jirriduċu ruħhom, u nispiċċaw biex l-istudenti lanqas biss ikollhom ċans jistaqsu mistoqsija waħda.", "Jien kont għalliem u naf xi jsir fil-prattika.", "L-għalliem ikollu timetable ta' seba' lezzjonijiet kuljum u se jaħli ħafna ħin jibdel minn klassi għall-oħra.", "Jekk ikollok skola armonjuża, tirringrazzja l-Alla, pero' jekk ikollok skola diffiċli, tispiċċa kompletament distrutt.", "L-importanti hu li jintlaħaq bilanċ bejn l-ideal u l-prattiċita'.", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Jekk fhimt tajjeb, inti għedt li l-FOI tqis l-infiq globali tal-pajjiż fuq l-edukazzjoni, bħala wieħed aċċettabbli, anzi iktar minn aċċettabli, bħala wieħed pożittiv, pero' mbagħad inti rriferejt għall-importanza ta' taħriġ ta' l-għalliema li ovvjament jitlob iktar riżorsi.", "Mil-lat ekonomiku, l-FOI kif tħares lejn dan il-fatt?", "Taħseb li hemm xi ħela f'ċertu aspetti?", "IS-SUR RAY CASSAR: M'hijiex kwestjoni ta' ħela.", "Mill-benchmarking exercise instab li pajjiżna mhux qiegħed ikun xħiħ fil-qasam edukattiv.", "Gvernijiet suċċessivi vvotaw u nefqu flus fuq l-edukazzjoni.", "U għalina, il-fatt li l-importanza ta' l-edukazzjoni fl-iżvilupp tan-nazzjon tagħna hija rikonoxxuta, huwa fattur pożittiv, pero' l-infiq ta' flus waħdu ma jfisser xejn.", "Wieħed irid jiġġudika kemm dawn il-flus qed jintużaw b'mod effiċjenti.", "Wieħed irid jara kemm qed jittieħed value for money mill-flus li qed jiġu minfuqa.", "U dak hu li qed tħares lejh l-FOI.", "L-FOI qed tħares lejn żewġ affarijiet; mill-flus li l-pajjiż qed jivvota - dawn jikkomparaw tajjeb ħafna ma' pajjiżi oħra - kemm qed nieħdu minnhom u x'riżultati qed nieħdu?", "Qed niġġustifikaw l-infiq li qed nonfqu?", "Il-kurrikulu nazzjonali qed jitlob aġġornament aħjar ta' l-għalliema, qed jitlob re-training ta' riżorsi umani u anke li jsir assessment.", "Dawn kollha jitolbu injections ogħla ta' flus.", "Fiż-żmien li għamilt fl-industrija, dejjem kien hemm maxim; il-flus onfoqohom u onfoq kemm ikun hemm bżonn, pero' dejjem jekk hemm bżonn li tonfoqhom.", "Jiġifieri f'dak is-sens, il-limitu m'huwiex importanti, huwa relattiv.", "Jien ngħid - u naħseb kulħadd jaqbel - li bl-ammont li qed nivvotaw nistgħu nieħdu riżultati aħjar, pero' jekk hemm bżonn nonfqu aktar għax jagħmel sens li nonfqu ftit aktar, l-FOI tbierku dak l-infiq.", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "EVARIST BARTOLO: Nieħu gost li min-naħa waħda l-perspettiva ta' l-FOI dwar l-edukazzjoni m'hijiex riduzzjonista, m'hijiex ekonomiċista daqskemm kultant tiġi espressa li l-edukazzjoni għandha tkun market driven.", "Għaldaqstant, naħseb li l-fatt li naċċettaw li l-edukazzjoni mhux monti, mhux league tal-futbol, ifisser li għamilna pass 'il quddiem.", "Pero' m'iniex ċar dwar dak li ġie express b'riferenza għall-inklussivita' u hawnhekk nixtieq niġbor kontradizzjoni kbira fost il-ġenituri Maltin għall-mistoqsijiet li sarulhom f'survey li kien sar fis-sajf ta' l-1997.", "Waħda mill-mistoqsijiet li saritilhom kienet jekk humiex favur jew kontra l-istreaming u l-ġenituri kienu wieġbu li huma favur l-istreaming, u mistoqsija oħra li saritilhom kienet jekk humiex favur l-inklużjoni u l-ġenituri kienu wieġbu li huma favur l-inklużjoni.", "Din hija kontradizzjoni kbira u probabbli, biex ikunu politically correct, il-ġenituri kienu wieġbu li huma favur l-inklużjoni mingħajr ma fehmu sew x'inhuma l-implikazzjonijiet ta' l-inklużjoni.", "L-implikazzjonijiet ta' l-inklużjoni huma jew streaming jew le.", "Il-problema hawn Malta hi li l-kelma \"streaming\" tant toħloq isteriżmu li lanqas biss tibqa' ssir diskussjoni serja fuq xi nkunu qed niddiskutu.", "L-istreaming huwa taboo, naħseb agħar mill-incest.", "Allura kif se ninkwadraw ruħna f'dak il-punt?", "Punt ieħor li nixtieq kumment dwaru hu dwar l-infiq li jsir fuq l-edukazzjoni.", "Jien m'iniex ottimista bħal FOI fuq il-5.5% tal-GDP li jintnefaq fuq l-edukazzjoni.", "Jekk tmur biss għat-totalita', tkun analisi superfiċjali ħafna.", "L-aktar mistoqsija importanti m'hijiex biss kemm mill-GDP qed nonfqu fuq l-edukazzjoni, imma billi permezz ta' structural analysis tara fejn qed imorru u fuq xiex qed jintefqu l-5.5% tal-GDP.", "L-ewwelnett hemm imbalance kbir li qed jerġa' jikber lejn il-livell tal-post secondarju 'l fuq, u l-istruttura tal-budget hi tali li dawk il-flus huma dejjem assigurati.", "Jiġifieri irrispettivament kemm jidħlu studenti fil-livell post sekondarju jew fl-Universita', il-budget tagħhom huwa assigurat, pero' dan huwa a spejjeż tal-kindergarten, tal-primarji u tas-sekondarji.", "Fil-fatt, minn analisi li kien sar biex jinstab kemm minn kull lira li tintnefaq fl-edukazzjoni primarja u sekondarja tmur għall-economic development, jiġifieri għat-taħriġ ta' għalliema, żvilupp ta' materjal edukattiv, eċċ., instab li l-persentaġġ tagħna huwa ta' 9% li huwa baxx ħafna meta kkomparat ma' pajjiżi li għandhom persentaġġ ta' 30% u 33%.", "Aħna minn kull lira li nonfqu, 9c biss imorru biex titjieb il-kwalita' ta' l-edukazzjoni fil-klassi, allura ma nistgħux noħolmu li nagħmlu xi bidla fil-kurrikulu u xi bidla fl-istrateġija edukattiva jekk dik l-istructural imbalance fis-sistema u fin-nefqa edukattiva tagħna .… Jien naqbel miegħek li m'għandniex sempliċement naraw jekk nonfqux Lm20 miljun, jew aktar, jew anqas, imma li naraw x'se nieħdu minn kull lira li se nonfqu.", "Nixtieqek tgħidli kif l-FOI tħares lejn dan.", "Punt ieħor li ma ssemmiex huwa li f'kull livell inħossu li hemm bżonn li jikber il-kuntatt bejn l-edukazzjoni u l-komunita' u parti importanti mill-komunita' huwa l-business.", "Pajjiżna ma jistax jiżviluppa 'l quddiem jekk mhux se nsaħħu ħafna l-kultura imprenditorjali, u b'kultura imprenditorjali jien m'iniex nifhem biss imprenditorjali fl-ekonomija imma anke mil-lat soċjali u mil-lat tal-kreattivita' biex issolvi l-problemi u fil-fatt l-abbozz tal-kurrikulu jitkellem dwar dan l-aspett.", "L-FOI, kif tara s-sehem tagħha biex tiġi intensifikata r-relazzjoni bejn l-edukazzjoni u n-negozju u l-ekonomija u x-xogħol biex ma tiġix akkużata li dejjem trid lil kulħadd ilestilha l-prodott imbagħad hi tieħu l-frott?", "IS-SUR RAY CASSAR: Kultant ikun hemm ħafna misconceptions fuq l-operat ta' l-FOI.", "Ħafna nies jimmaġinaw l-FOI bħala grupp ta' businessmen li jgħixu fis-sħab u jiltaqgħu biex jixorbu l-kafe'!", "Naturalment dan mhux minnu, anzi għall-10 snin sħaħ, l-FOI ħadmet biex isir il-vocational training college li issa se jsir realta'.", "L-FOI ħadmet bis-sħiħ biex tneħħi l-istigma li għandhom it-trade schools.", "L-FOI dejjem twieġeb għal white papers li jkun hemm fuq l-edukazzjoni u saħansitra għandha grupp li kważi huwa wieħed mill-aktar gruppi li jiltaqa' ta' spiss u li prattikament jiffunzjona kontinwament.", "Qabel, kien sub-committee dwar human resources, pero' issa qed jikkomprendi wkoll l-edukazzjoni.", "Għal 10 snin sħaħ, l-FOI ħadmet u stinkat biex it-trade schools li ovvjament huma ta' interess u ta' konċern dirett għall-FOI, jiġu reformed u titneħħilhom l-istigma.", "L-FOI ħadmet biex jiġi kkreat kulleġġ fil-veru sens tal-kelma, kulleġġ li jagħti ħafna dimensjonijiet u jagħti liż-żgħażagħ tagħna training aħjar fit-technological skills.", "Meta jien kont fl-industrija kelli okkażjoni li mmur nipprova nirrekluta nies mit-trade schools u mhux l-ewwel darba li sibt nofs tużżana żgħażagħ fi klassi tal-welding imdawrin ma' ċilindru tal-gass vojt u li kienu ilhom ma jkollhom supply ta' gass xi sitt xhur.", "Dawn rajthom b'għajnejja.", "Fit-trade schools kien hemm abbandun totali u ma kien hemm l-ebda equipment.", "L-FOI hija konxja ta' dawn l-affarijiet u għalhekk trid tara kulleġġ li ġenwinament jagħti lill-istudent l-opportunita', jew li jsib job li jkun imħallas tajjeb għalih u li jkun apprezzat u li jagħtih pożizzjoni fl-industrija, jew inkella li jagħtih l-opportunita' li jekk irid jerġa' jqabbad il-makna akkademika, jallaċċja ma' l-Universita' u jkompli jistudja l-Universita'.", "Jiġifieri at any moment in time, ikun jista' jagħmel bridge bejn id-dinja tax-xogħol u d-dinja akkademika.", "Aħna niltaqgħu ma' ħafna sitwazzjonijiet ironiċi u kontraditorji.", "Ħafna drabi tiskopri li n-nies li huma unemployed, huma wkoll unemployable u ġieli jkun hemm vacancies f'ċerti skills li l-iskejjel tagħna ma kenux qed jipproduċuhom.", "U dan, jew għax forsi kien hemm career guidance ħażina, jew għax kien hemm planning ħazin, jew inkella għax l-istudenti għażlu direzzjonijiet ħżiena, pero' dawn huma sitwazzjonijiet li kultant huma diffiċli biex tirrikonċiljahom.", "Ġieli jkollna employers jew potential employers li jkunu qed ifittxu inġiniera, OTDs jew HTDs but these are in a very short supply.", "Imbagħad min-naħa l-oħra, ikollok ħafna nies li huma jew bi skills baxxi jew inkella unemployable.", "Li tkun unemployable hija iktar traġika milli li tkun unemployed.", "Tiskanta kif għad għandna żgħażagħ li jispiċċaw hekk; tiskanta kif wara tant snin l-iskola ħafna żgħażagħ joħorġu ma jafux jiktbu u jaqraw.", "L-FOI hija konxja ħafna ta' dawn l-affarijiet u forsi l-cavallo di battaglia tagħha kien dan il-famuż kulleġġ li issa wasal qrib ir-realizzazzjoni tiegħu.", "Fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti ħdimna ħafna fuq dan il-kulleġġ u issa fi żmien il-Ministru preżenti, il-kulleġġ ħa forma konkreta u ħafna industrijalisti, kemm Maltin u kemm barranin, qed jistennew li jagħti l-istess riżultati li ta l-Istitut għall-Istudji Turistiċi li ħadnih bħala l-mudell tagħna.", "Jien naqbel miegħek 100% li l-importanti mhux kemm tonfoq flus fuq l-edukazzjoni, imma l-fatt li nfaqna flus, jien narah bħala sinjal pożittiv.", "Dan bħal missier li jagħti l-pocket money lit-tfal; ikun hemm min jonfoqhom kotba u jkun hemm min jonfoqhom f'Paceville.", "Naturalment, jien naqbel li rridu naraw kemm qed nieħdu value for money għal dak li qed nonfqu u naħseb li l-FOI hija konxja tal-fatt li kultant il-value for money mhux qiegħed hemm.", "Ir-raġunijiet huma kbar u numerużi u għalhekk qed isir kurrikulu bħal dan.", "Tajjeb li jkollok business plan - il-kurrikulu qed inħarsu lejh bħala business plan - imma fl-istess waqt irridu naraw kif se ssir l-implimentazzjoni ta' dan il-business plan.", "CARMELO ABELA: Xtaqt li nistaqsi mistoqsija li forsi tidher sempliċi imma li għandha ċertu implikazzjonijiet.", "Ċertament li l-industrija hija waħda mill-oqsma li l-iktar se tgawdi mill-frott li joħroġ mill-iskejjel u proprju fl-abbozz li għandna quddiemna, insibu riferenza partikolari għal kif l-edukazzjoni se taħdem mad-dinja tax-xogħol u kif dawn il-miri jistgħu jintlaħqu, u se nikkwota minn paġna 16 tal-kurrikulu.", "\"Biex nilħqu aħjar din il-mira, id-dinja tax-xogħol trid tagħraf l-obbligu tagħha li tissieħeb b'mod attiv u tinvesti mill-aħjar li tista' fis-sistema edukattiva.\".", "Jien hawnhekk qed nifhem għall-investiment finanzjarju u fid-diskors introduttiv tiegħek, inti semmejt riżorsi umani u finanzjarji b'riferenza għat-taħriġ, pero' meta rbatt il-flus, irbatthom ma' investiment finanzjarju mill-Istat biss.", "L-industrija qed taħseb biex anke hi tgħin billi toħroġ finanzi?", "Ovvjament imbagħad ikollha wkoll say dwar kif jintnefqu l-flus.", "Tara lok li l-industrija mhux biss taħdem mill-qrib ma' l-istudenti billi toffri lit-tfal okkażjoni ta' hands-on experience u okkażjoni jduru postijiet tax-xogħol - naturalment dawk huma kollha passi pożittivi - iżda billi b'mod konkret toħroġ finanzi min-naħa tagħha?", "IS-SUR RAY CASSAR: Naqbel miegħek.", "Naħseb li l-potenzjal jeżisti fl-industrija, pero' wieħed irid jikkwalifikah ukoll.", "Ħafna drabi meta nitkellmu fuq l-industrija, ħafna nies jaħsbu biss fuq l-industrija tal-manifattura, il-foreign direct investment companies li huma Ġermaniżi, Taljani jew Ingiżi, u li ħafna jaħsbuhom xi charity houses u allura dejjem jittalbu mingħandhom.", "Jien kont managing director ta' kumpannija għal sitt snin u nista' ngħidilkom li l-ittri, calls for scholarships jew assistenza, ma jieqfu qatt.", "Jaħsbuk li qed timpala l-liri u għax il-forma ta' assistenza u għajnuna ma kenitx strutturali, it-talbiet għall-għajnuna kienu kontinwi.", "Għandna wkoll l-industrija Maltija li għandha bażi iktar mifruxa, pero' hija iktar frammentata.", "Ir-riżorsi ta' din l-industrija jvarjaw ħafna; bejn min jista' jaffordja u bejn min bil-kemm jista' jaffordja jimpjega lil min għandu bżonn jimpjega.", "Per eżempju l-industrija Maltija hija dgħajfa ħafna mil-lat ta' marketing u l-kumpanniji Maltin ma tantx jinvestu fil-marketing u ma tantx huma lesti li jingħaqdu.", "Bħalissa qed naħdem ma' l-IPSE u nafhom dawn ir-realtajiet.", "Meta nitkellmu fuq l-industrija, ma nistgħux nimmaġinawha bħala xi cash fat cow lesta li tagħti.", "Pero' fl-istess waqt, jien ngħid li għandha ssir policy ta' scholarships, ta' traineeships.", "L-FOI jkollha meetings regolari ma' l-ETC dwar l-identifikazzjoni ta' bżonnijiet.", "Per eżempju bħalissa, minħabba l-procċess ta' ristrutturizzazzjoni nafu li se jkun hemm bżonn li jinbnew safety nets - l-IPSE qed taħdem fuq dan - u qed nippruvaw nidentifikaw a priori, kumpanniji li se jintlaqtu ħażin biex nippruvaw naraw min se jitlef il-job.", "Dak huwa n-negative defence, imma jkollok ukoll il-positive defence, kif se nittrenjaw nies f'teknoloġiji ġodda għall-futur.", "Hawn kumpanniji barranin li għandhom makkinarju u training departments u mhux l-ewwel darba li l-FOI tapes this resource.", "L-FOI għandha liaison ma' l-Universita' u ħafna drabi jkun hemm training schemes ma' l-ETC.", "Jiġifieri jeżistu apprenticeship training schemes fejn nies jiġu mħarrġa fuq makkinarju li prattikament jistgħu jaffordjawh biss ċerti kumpanniji.", "Pero' naqbel li għandu jkun hemm partnership strutturat fuq bażi nazzjonali.", "Jien messaġġier żgħir ta' l-FOI imma wieħed jista' jipproponi anke programm bejn is-social partners, il-gvern, u l-industrija.", "Naturalment imbagħad l-industrija jkollha say dwar kif jintnefqu l-flus.", "Jien naraha li din tista' tkun fuq bażi ta' scholarships, ta' traineeships u ta' sponsorships ta' programmi, mhux sponsorships ta' individwi.", "Hemmhekk nara lok sinifikattiv.", "A/CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, jekk m'hawnx aktar kummenti naħseb nistgħu naġġornaw id-diskussjoni għal għada fl-10.00 a.m. Fadal nisimgħu lis-Sur John Bencini mill-MUT, lil Dr. Mark Borg, lil Dr. Carmel Borg u l-Prof.", "Fit-8.45 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 3 ta' Novembru 1999 fl-10.00 a.m. bl-istess aġenda"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991102_020d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 2 ta' Novembru, 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.12 p.m", "L-Onor.", "Dolores Cristina, Aġent President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 19 li saret fit-2 ta' Novembru, 1999 kienu konfermati.", "ABBOZZ FINALI TAL-KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat irriżuma mit-2 ta' Novembru 1999 id-diskussjoni fuq l-abbozz finali tal-kurrikulu minimu nazzjonali.", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Frans Borg, President ta' l-Assoċjazzjoni Kunsilli ta' l-Iskejjel, u lis-Sur Ray Cassar mill-Federazzjoni ta' l-Industrija, jieħdu sehem fid-diskussjoni u jirrispondu għall-mistoqsijiet magħmula mill-membri tal-kumitat dwar il-kurrikulu minimu nazzjonali.", "Is-Sur Frans Borg ippreżenta lill-Kumitat:", "rapport u memorandum imħejjija mill-Assoċjazzjoni Kunsilli ta' l-Iskejjel dwar il-kurrikulu minimu nazzjonali;", "kopja ta' Newsletter 3 maħruġa f'Ġunju 1997; u", "u emendi proposti għall-Att dwar l-Edukazzjoni u linji gwida dwar il-kunsilli ta' l-iskejjel.", "Fit-8.45 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 3 ta' Novembru fl-10.00 a.m.", "PAULINE ABELA GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "AĠENT PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991102_020m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 21", "L-Erbgħa, 3 ta' Novembru 1999 fl-10.00 a.m.", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ser jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 3 ta' Novembru 1999 fl-10.00 a.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni fuq l-abbozz finali tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali - Kontinwazzjoni.", "3 ta' Novembru 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991103_021a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 21", "L-Erbgħa, 3 ta' Novembru, 1999", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 21", "L-Erbgħa, 3 ta' Novembru, 1999", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-10.08 a.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 20 li saret fit-2 ta' Novembru, 1999 ġew konfermati.", "ABBOZZ FINALI TAL-KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI", "A/CHAIRPERSON (Onor. Dolores Cristina): Nirringrazzjakom talli erġajtu ġejtu hawnhekk sabiex inkomplu niddiskutu l-kurrikulu minimu nazzjonali u nibda mill-ewwel biex nistieden lis-Sur Bencini, President tal-Malta Union of Teachers jagħmel il-presentation tiegħu.", "IS-SUR JOHN BENCINI (President, Malta Union of Teachers): Naħseb li diġa' smajna ħafna dwar il-kurrikulu minimu nazzjonali u għalkemm jien ma kontx preżenti għal-laqgħat kollha, smajt ħafna minn dak li ntqal u ma nixtieqx nirripeti dak li diġa' ntqal għaliex inkella d-diskussjoni ssir tedjanti u wieħed jibda jittewweb!", "Nixtieq nagħmel kummenti żgħar ħafna.", "Il-union tagħna ilha ħafna tħoss il-ħtieġa ta' riforma drastika fil-kurrikulu u mhux l-ewwel darba li esprimejna ruħna pubblikament f'dan is-sens.", "Dejjem ħeġġiġna lil min hu konċernat ikun kuraġġjuż biżżejjed biex jagħmel dak kollu li huwa meħtieġ sabiex ir-riforma titwettaq mill-iktar fis.", "Għalhekk kien ta' sodisfazzjon għalina bħala union u għall-għalliema kollha meta kien ingħata bidu għall-konsultazzjoni u għad-diskussjoni biex issir ir-riforma tant meħtieġa.", "Aħna tajna l-kontribut tagħna mill-aħjar mod li stajna u kien hemm ukoll għalliema li b'mod individwali u anke settorjali, taw sehemhom u l-esperjenzi kollha tagħhom għaliex żgur li jekk hemm xi ħadd li trid tikkonsulta f'ħaġa bħal din, huma l-għalliema, bħalma aħna dejjem ngħidu li jekk trid skola aħjar, trid tikkonsulta lit-tfal.", "Ħafna mis-suġġerimenti tagħna ntlaqgħu u ġew inklużi fl-abbozz li għandna quddiemna, pero' konna ftit delużi meta ħareġ il-final draft.", "Konna delużi mhux għax m'għandux punti tajbin, imma għaliex wara li l-kunsill iddibattih u analizzah, ħadna l-impressjoni li filwaqt li fil-bidu deher li kien hemm xewqa kbira għar-riforma u din dehret li bdiet b'ċertu entużjażmu, issa jidher li attwalment ftit se jinbidel mis-sistema edukattiva kif nafuha llum u kif ilha fis-seħħ għal ħafna u ħafna għexieren ta' snin.", "Qisu li r-riforma kif kienet maħsuba u kif inhi meħtieġa, ċediet xi ftit għall-pressjoni ta' nies li għandhom interess individwali li l-affarijiet jibqgħu kif inhuma.", "Aħna, bħala union ilna snin twal ngħidu li ma naqblux li tfal ta' għaxar snin tpoġġihom fuq bank, tagħmlilhom eżami u tgħidilhom li nofshom tajbin għal ċertu skola u n-nofs l-ieħor tajbin għal skola oħra.", "Li tgħid li min iġib 4Cs imur fi skola u min iġib A, B u 3Ds imur fi skola oħra, hija ħaġa li lilna tippreokkupana ħafna u xbajna ngħiduha.", "Din ma ssibha fl-ebda parti oħra ta' l-Ewropa, u għalkemm dehret fl-ewwel draft, u allura kienet se tkun indikazzjoni li forsi dan il-poplu, bil-mod il-mod, kien se jibda jinduna li iva, hemm bżonn li jsiru riformi drastiċi, issa jidher li f'din il-ħaġa kollox baqa' kif kien qabel.", "Il-kurrikulu minimu nazzjonali jisħaq ħafna fuq l-ambjent tajjeb għat-tagħlim.", "Din ukoll hi xi ħaġa li ilna ngħiduha ħafna.", "Dan huwa diskors li ilna nisimgħuh u għalkemm hawn ħafna skejjel li tieħu pjaċir tidħol fihom, sfortunatament għad għandna skejjel li l-ambjent ma jilqgħekx u ma tistenniex lill-istudenti u lill-għalliema jagħmlu ġurnata sħiħa f'ambjent hekk ikrah u ta' dwejjaq.", "Żgur li ċertu ambjent ma jgħinx biex isir it-tagħlim fih u aħna għalhekk nixtiequ li dan id-draft finali jsir realta' mill-aktar fis.", "Fl-abbozz insibu ħafna kliem sabiħ fuq l-ambjent u aħna napprezzaw l-isforz li qed isir u li ilu jsir mid-dipartiment biex fl-iskejjel ikun hemm iktar minor staff ħalli l-affarijiet jitjiebu.", "Ilna ninsistu li jkun aħjar jekk jerġa' jiddaħħal il-post ta' caretaker fl-iskola.", "Hemm bżonn li jkun hemm bniedem responsabbli mit-tindif ta' l-iskola u mhux fl-iskejjel tara, kif kont nara jien sa sentejn jew tliet snin ilu, nies bil-flokkijiet ta' taħt u ħafjin jippassiġġaw fil-kurituri jew deħlin fil-klassijiet ta' l-iskola.", "Żgur li dawn l-affarijiet m'għandhomx ikomplu jiġru f'pajjiżna.", "Mhux qed ngħid li din hija xi ħaġa li taraha b'mod regolari, imma f'xi skejjel għadek tiltaqa' magħha.", "Dwar l-appoġġ fl-iskejjel, ngħid li dan huwa importanti ħafna.", "Ta' min jgħid li dan l-aħħar sar sforz kbir mill-ministeru biex dan l-appoġġ, speċjalment appoġġ klerikali fl-iskejjel, jiżdied.", "L-appoġġ klerikali huwa meħtieġ biex tingħata iktar saħħa lill-kapijiet ta' l-iskola li fuqhom waqgħet responsabbilta' kbira.", "Jekk aħna naqraw sew dak li qed jgħid il-kurrikulu u naraw x'għandhom ikunu r-responsabbiltajiet ta' l-għalliema u tal-kapijiet ta' l-iskejjel, naraw kemm hemm bżonn li fl-iskejjel tagħna jkun hemm staff klerikali adegwat biex jgħinuhom fix-xogħol tagħhom.", "Pass pożittiv ħafna hija s-sistema ta' assessment u portfolio, pero' hemm bżonn li l-għalliema jiġu trained għaliex ma jistax ikun li fi skola, l-assessment isir mod, u fi skola oħra jsir mod ieħor.", "Fuq dan il-punt nixtieq nagħmel enfasi li forsi wasal iż-żmien li l-in-service courses jikbru għaliex aħna m'aħniex sodisfatti li teacher jagħmel biss kors kull sentejn.", "Lid-diviżjoni tajniha s-suġġerimenti tagħna kif din tista' ssir, forsi mingħajr repercussions fuq il-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-għalliema.", "F'paġna 23 tal-kurrikulu taħt il-Prinċipju 12: Vokazzjoni u Kompetenza, insibu definizzjoni ta' għalliem motivat, kompetenti u effettiv.", "Kieku għalliem ikollu dawk il-punti kollha imniżżla f'paġna 23, kieku se jitla' l-ġenna llum qabel għada għax huma l-perfezzjoni ta' kif għandu jkun għalliem.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-iktar prinċipju importanti tal-kurrikulu huwa proprju prinċipju 12 u fuq dan għandu jsir l-enfasi.", "Iktar milli forsi nkomplu nħarrġu lill-għalliema kif jgħallmu aħjar il-matematika, l-Ingliż jew it-Taljan, jenħtieġ isiru korsijiet biex l-għalliema jakkwistaw il-prinċipji tant sbieħ li jagħmlu għalliem veru uman fil-klassi u li jgħinuh jagħti verament dak li t-tfal tagħna huma neqsin minnhom, jiġifieri l-valuri.", "It-tfal ma jattendux l-iskola għat-tagħlim biss.", "Naħseb li jridu jsiru in-service courses minn nies professjonali biex dak kollu li hawn imniżżel taħt il-prinċipju 12 jitrawwem iżjed fl-għalliema tagħna.", "Aħna dejjem ngħidu \"Introibo ad altare Dei addio i libri miei\" u għalhekk l-enfasi tagħna huwa fuq l-in-service courses li nħossu li għandhom jikbru.", "Punt li qed jinkwieta ħafna lill-MUT hija l-edukazzjoni inklużiva.", "Donnu li nfetaħ bieb beraħ f'pajjiżna u donnu li ma nafux eżattament fejn sejrin.", "Kulħadd jixtieq li l-affarijiet isiru sew u m'għandi l-ebda dubju li min qed jagħmel l-affarijiet qed jagħmilhom b'intenzjoni tajba, bħalma qed nipprovaw ngħinu aħna, pero' jkolli ngħid li fil-pajjiż donnu hawn min jaħseb li t-tfal kollha jistgħu jiġu nklużi fl-iskejjel u jidher li din it-teorija qisha qed tirbaħ.", "Għalina, l-edukazzjoni inklużiva tfisser li t-tfal li għandhom from mild to moderate disabilities, kemm mentali kif ukoll fiżiċi, posthom huwa fis-soċjeta' u ma' tfal oħra fil-klassi, u jien u sħabi li nduru ħafna skejjel naraw verament xi progress jagħmlu dawn it-tfal, pero' sfortunatament hawn tfal li posthom m'huwiex fil-mainstream.", "Jien nistgħaġeb meta jċempluli nies li studjaw biex proprju jkunu ma' dawn it-tfal u jgħidulek li qed iħossuhom inutili għaliex poġġewhom ma' tfal li qegħdin f'cot, ma' tfal li għandhom aktar bżonn mobility jew physiotherapy, milli li jkunu fi klassi.", "Mhux l-ewwel darba li dawn in-nies li qed jieħdu ħsiebhom jgħidulek li jridu jerfgħu t-tfal kull tliet kwarti biex ipoġġuhom fuq mat fil-klassi.", "Din m'hijiex it-tip ta' edukazzjoni inklużiva li hemm f'pajjiżi oħra u jekk mhux se noqogħdu attenti u jekk l-istatementing board mhux se jkun lest jgħid lill-ġenituri li t-tifla jew tifel tagħhom ma tistax tidħol fis-sistema inklużiva wisq nibża' li din is-sistema se jkollha riperkussjonijiet serji, mhux biss fuq it-tagħlim imma anka fuq il-finanzi tal-gvern.", "Jekk wieħed jara x'qed jonfoq il-gvern fuq l-edukazzjoni inklużiva, jara li s-somma hija waħda fenomenali.", "Barra minn hekk, meta ngħidu ''ħteġijiet speċjali'', m'aħniex nirriferu biss għal ħteġijiet li għandhom bżonn persuni b'diżabilita', u allura jenħtieġ tingħata definizzjoni ġdida u komprensiva ta' dak li rridu nifhmu bi ''ħteġijiet speċjali''.", "Għandu jkun magħruf mill-ewwel ġranet ta' l-iskola, jekk mhux minn qabel, li ċertu tfal jenħtieġu attenzjoni differenti u l-intervent għandu jkun immedjat għaliex bis-sistema li għandna bħalissa qed nintebħu tard wisq li ċerti tfal jenħtieġu għajnuna speċjali.", "Hemm bżonn li jkollna grupp ta' early intervention teachers li jmorru fl-iskejjel u jaraw lit-tfal meta jkunu għadhom fil-Year 1.", "Jekk minn klassi ta' 20, 15 qed jitgħallmu u l-ħamsa l-oħra m'humiex, hemm bżonn jinsab ir-raġuni ta' dan qabel it-tfal jibqgħu telgħin f'Year 2, 3 and 4.", "Hemm bżonn li nsibu r-raġuni minn kmieni u xi raġuni dejjem ikun hemm.", "Ħafna drabi jeħel it-teacher pero' mhux dejjem huwa t-tort tat-teacher.", "Naturalment, jista' jkun it-tort tat-teacher imma r-raġuni trid tinstab minn kmieni.", "Dawn it-tfal qed jintilfu għaliex qed jibqgħu telgħin fil-klassijiet u jekk aħna rridu nsolvu l-problema ta' l-illitteriżmu f'pajjiżna, naħseb li dan huwa mod kif din il-problema tista' titrażżan.", "Kulħadd jaqbel li s-sistema edukattiva tagħna tenħtieġ riforma.", "Ir-riforma hi dettata minn ħafna fatturi li nsibu fid-dinja moderna, fosthom il-globalizzazzjoni, kompetizzjoni feroċi, id-djufija tan-nukleu tas-soċjeta' li huwa l-familja u t-teknoloġija, iżda jekk għandha ssir riforma, ejjew nagħmlu riforma li jemmen fiha kulħadd ħalli kulħadd jagħti sehmu u forsi naslu fejn irridu naslu.", "Bħala parti mill-festi tat-80 anniversarju minn kemm ilha li twaqqfet il-union tagħna, se norganizzaw forum dwar il-kurrikulu minimu nazzjonali, mit-teorija għall-fatti.", "Inkiteb ħafna u d-diskussjoni li saret kienet wiesgħa ħafna, imma issa rridu nsejħu lin-nies, lill-kapijiet ta' l-iskejjel u lill-għalliema u nistqsuhom kif dak li hemm imniżżel fid-dokument se jiġi mwettaq bejn il-ħitan tal-klassi.", "Jekk isir hekk, żgur li l-affarijiet ma jkunux saru nofs kedda.", "Kull meta saru nofs kedda u esperimentajna fuq it-tfal, tlifna ħafna minnhom u forsi llum qegħdin ukoll fuq il-kuxjenza tagħna.", "Naħseb li fil-qosor dawn kienu l-ideat li xtaqt inwassal.", "Ma xtaqtx nirrepeti affarijiet li diġa' nstemgħu matul laqgħat preċedenti.", "Grazzi.", "A/CHAIRPERON: Grazzi.", "L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Inti għedt li min fl-eżami jġib ċertu gradi, imur fi skola u min iġib gradi oħra, imur fi skola oħra.", "X'inhi l-pożizzjoni tagħkom vis-a-vis din il-kwestjoni u l-junior lyceum?", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Sur Bencini, b'riferenza għall-inklużjoni tat-tfal fil-klassi, nixtieqek telabora ftit kif il-union tħares lejn l-edukazzjoni inklużiva u kif din tista' tiżviluppa għall-ġid tat-tfal in ġenerali?", "Bħala union responsabbli, kif tħarsu lejn ir-riżorsi tal-pajjiż b'riferenza għal further training?", "Kif jista' jiġi implimentat il-kurrikulu?", "Ċioe', x'riżorsi se jkollhom bżonn l-għalliema u d-dipartiment biex il-kurrikulu jiġi attwat?", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "EVARIST BARTOLO: Sur Bencini, inti għedt li l-union hija ftit deluża għax jidher li t-thrust tar-riforma ċediet xi ftit, u għalhekk nixtieq nagħmillek mistoqsija soġġettiva u allura naħseb li se jkolli tweġiba soġġettiva.", "Ngħid għalija, kont daqsxejn sorpriż meta smajtek tagħmel dan l-istatement għaliex ħassejt li waħda mill-affarijiet li forsi min kien qiegħed ifassal il-kurrikulu ma mbuttax iżjed għal bidliet iktar radikali, kienet għax ħaseb li l-għalliema għadhom m'humiex lesti għal dik il-bidla.", "Meta qed tgħid li l-kunsill huwa deluż, taħseb li din hija l-pożizzjoni tal-leadership jew hija wkoll il-pożizzjoni tal-massa ta' għalliema li għandna fl-iskejjel?", "Hemm differenza bejniethom?", "L-istess mistoqsija hija jekk dak li għedt, jgħoddx ukoll għall-kwestjoni ta' inklużjoni.", "Nafu li hemm problemi kbar u allura naħseb li kulmin jimminimizza l-problemi, ma jkunx qiegħed jara l-affarijiet b'responsabbilta'.", "Allura l-pożizzjoni ta' l-MUT, minbarra li ovvjament tixtieq aktar sistemi u strutturi ta' appoġġ biex l-inklużjoni tkun tista' tirnexxi - b'hekk biss tista' tirnexxi - hi li ma jkunx hemm mainstreaming sħiħ u dan jibqa' rwol għall-iskejjel speċjali, u li jrid jiġi definit aħjar it-time-out fl-iskejjel fejn għandna l-inclusion?", "L-impresssjoni tiegħi s'issa kienet li hawn min jixtieq iħabbar li għandu jkun hemm time-out, imma qed nibżgħu nimplimentawha għaliex inkella niġu akkużati li qed nerġgħu niddiskriminaw u qed neskludu lit-tfal, mentri fil-fatt, time-out magħmul kif suppost, għandu ċans isalva anke l-viżjoni ta' l-inklużjoni.", "Jekk m'aħniex se nipprovdu time-out lit-tfal li huma diffiċli biex il-ħin kollu jkunu preżenti fil-klassi u li qed iqajmulna reazzjoni mill-ġenituri ta' tfal oħra u anke mit-teachers, se noħolqu problema għal strateġija sħiħa ta' inklużjoni fl-iskejjel tagħna.", "Jekk se naċċettaw kif aċċettaw pajjiżi oħra, l-idea tat-time-out, irridu naħsbu f'riżorsi u f'faċilitajiet fl-iskola biex it-time-out ma jkunx il-post ta' kastig fejn twarrab u tarmi lit-tfal għaliex ċertament li b'time-out ma nifhmux hekk.", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Il-prinċipju tal-kurrikulu huwa li jpoġġi lill-istudent fiċ-ċentru, li kollox idur ma' l-istudent, pero' żgur li l-għalliema u l-kapijiet ta' l-iskejjel għandhom rwol importanti ferm biex il-kurrikulu jitwettaq, u kif għedt inti, issa rridu ngħaddu mill-kitba u d-diskussjoni għall-fażi ta' twettiq.", "Fl-opinjoni tiegħi, ċertament li l-għalliema u l-kapijiet ta' l-iskejjel se jiġu affettwati mit-tibdil li jrid isir, allura bħala union, x'tibdil taraw li hemm bżonn isir biex id-dokument li għandna quddiemna jiġi implimentat?", "X'inhi l-pożizzjoni ta' l-MUT fuq it-tibdil li jenħtieġ isir?", "IS-SUR JOHN BENCINI: Saruli ħafna domandi u l-iżball tiegħi kien li ma niżżilthomx, għalhekk nitlobkom li jekk ma nwieġibx xi mistoqsija, tfakkruhieli.", "Waħda mid-domandi kienet dwar x'jista' jsir fl-iskejjel biex il-kurrikulu li għandna quddiemna jibda jaħdem.", "L-iktar ħaġa li tippreokkupana hi li kważi m'hemmx spazju, m'hemmx ħin għall-għalliema u l-kap ta' l-iskola biex jiddiskutu bejniethom dawn l-affarijiet.", "Per eżempju, fil-primarja l-għalliem jidħol l-iskola fit-8.15 a.m. u joħroġ meta tispiċċa l-iskola.", "Fil-break ikun mat-tfal u nista' ngħid li fil-primarja, id-diskussjoni bejn l-għalliema hija kompletament ineżistenti.", "Aħna ilna ngħidu li wasal iż-żmien li bħalma qed isir f'ħafna pajjiżi barranin, anke fil-primarja, ikun hemm is-subject teacher.", "L-għalliem tal-primarja għandu jkollu ħin għad-diskussjoni.", "Mhux qed ngħid, kif jistgħu jaħsbu ħafna, li għandu jkollu free time, imma sfortunatament, is-sistema kif inhi f'pajjiżna, ma tippermettix li jkun hemm diskussjoni, kuntrarjament għal dak li jsir f'ħafna pajjiżi barranin.", "Kulma jsiru huma biss tliet laqgħat, waħda f'kull term, u ovvjament dawn m'humiex biżżejjed biex jiġi diskuss dak li hemm bżonn isir fl-iskola.", "Mill-banda l-oħra, żgur li ma nistgħux innaqqsu iżjed mill-kuntatt li t-tfal għandhom ma' l-iskola.", "Ma nistgħux innaqqsu iżjed school days jew lezzjonijiet.", "Allura jekk irridu li bil-mod il-mod il-kurrikulu jiġi implimentat, irridu nsibu mezz biex ikun hemm diskussjoni bejn l-għalliema fl-iskejjel.", "Forsi l-contact hours ma' l-istudenti jistgħu jonqsu xi ftit - qed ngħid ''ftit'' u mhux ''ħafna'' - u l-ħin li jibqa' jiġi utilizzat għal diskussjoni miftuħa bejn l-għalliema u l-kapijiet biex ċerti riformi jitwettqu.", "Dan hu l-uniku suġġeriment li għalissa nistgħu nagħmlu jekk irridu naslu malajr.", "L-Onor.", "Bartolo tkellem dwar l-edukazzjoni inklużiva u staqsa għaliex aħna preokkupati fuqha.", "Irrid ngħid li lanqas biss għandna supply ta' kindergarten assistants.", "Kulħadd qed jistennihom ġejjin imma sadanitant qed isiru mirakli biex almenu dawk li għandna jiġu mħarrġa.", "Naturalment mhux biżżejjed li titfa' fil-klassi tfajla ta' 18 jew 19-il sena u tgħidilha li għandha tifel jew tifla bi ħteġijiet speċjali.", "Donnu li għaġġilna wisq qabel ma bdejna.", "Iva, sar progress u qed isiru korsijiet fl-Universita', pero' dan irid ikun an ongoing process.", "Per eżempju kull sena kien qed isir vocational course għall-kindergarten assistants ta' regular classes meta ma kellniex bżonnhom għax lanqas postijiet għalihom ma kellna.", "Konna qed nonfqu l-flus biex isir dan il-kors u mbagħad ma konniex qed nagħmlu ongoing courses għal dawk in-nies li jixtiequ li almenu jkollhom xi tip ta' training qabel ma jidħlu fil-klassi fejn ikun hemm xi ħadd bi bżonnijiet speċjali.", "Allura dawn qed jidħlu fil-klassijiet mhux ippreparati u mingħajr ma jafu t-tipi differenti ta' diżabilita'.", "Lanqas m'huma kapaċi jagħrfu ċertu diżabilita' u hawn fejn irridu nagħfsu.", "HHawn fejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni trid tara x'tagħmel għax billi tpoġġi tifel ma' xi ħadd li ma jkunx ippreparat, m'inti tagħtih xejn, mhux billi qiegħed included fil-klassi.", "Jekk m'għandekx espert mat-tifel, jew almenu xi ħadd li jkun tgħallem fuq id-diżabilita' li jkollu, ma jistax ikun li t-tifel jimxi 'l quddiem.", "Problema oħra hija li f'pajjiżna aħna nipprovaw nikkuntentaw lil kulħadd.", "Anzi, jekk jista' jkun, nikkuntentaw lil kulħadd f'daqqa u allura qbadna t-tfal ta' Malta kollha u poġġejnihom fl-iskejjel sekondarji li għażlu huma, bir-riżultat li issa qegħdin imxerdin ma' Malta kollha u allura ħolqulna problemi ta' trasport.", "Jien għandi informazzjoni li saħansitra qed tintbagħat taxi d-dar!", "Ma nafx kemm dan il-pajjiż jista' jibgħat taxi għat-tfal id-dar!", "Kieku n-numru ta' skejjel sekondarji huwa limitat, kieku għandna skola fin-North, oħra fis-South u oħra fiċ-ċentru tal-pajjiż, kieku dawn it-tliet skejjel tas-sekondarja jkunu iktar attrezzati u l-problema ta' trasport tkun ferm anqas milli hi llum.", "Wara kollox, kullimkien hekk isir.", "F'Toronto, li hija belt kbira, l-affarijiet hekk isiru.", "Jien kont f'Toronto u rajt li t-tfal imorru fi skejjel magħżulin u mhux għax it-tifel irid imur fi skola partikolari, bilfors imur hemm.", "Din qed tikber wisq u għalhekk fil-bidu għedt li qed jinfetħu l-bibien kollha.", "Qed niġru wara din is-sistema imma m'aħna se nilħquha qatt.", "L-Onor.", "Iva, veru, qed ikollna problemi ta' tfal included li qed itellfu lill-klassi u lit-tfal hekk imsejħa ''normali''.", "Ċerti tfal qed ikollhom problemi biex jitgħallmu pero' meta tiġi biex tneħħihom mill-klassi u tpoġġihom x'imkien ieħor, tara li m'hemmx kamra li hija mgħammra għad-diżabilita' ta' dawk it-tfal.", "Naturalment m'intix se tneħħihom mill-klassi biex tpoġġihom fil-kamra tas-surmast jew f'xi kamra oħra, għax inkella t-tfal jeħduha bħala xi tip ta' penitenza u żgur li mhux dak l-għan tal-withdrawal.", "Anke fil-każ ta' tfal bi bżonnijiet speċjali hemm bżonn li dawn jintbagħtu f'numru iżgħar ta' skejjel sabiex f'dawk l-iskejjel ikun hemm klassijiet li jkunu mgħammra apposta għal tipi differenti ta' diżabilita'.", "Jien anke rajt teachers jerfgħu wheelchair biex itellgħu lill-istudent it-taraġ.", "Dan ix-xogħol jagħmluh bil-qalb, imma jistgħu jibqgħu sejrin hekk?", "Dawn huma l-problemi li qed niffaċċjaw.", "Ma rridux inħallu l-affarijiet jiġru bina.", "Naħseb li qed naqbżu l-limiti kollha.", "Mistoqsija oħra kienet dwar il-junior lyceums.", "L-Onor.", "Bartolo staqsa jekk hijiex kritika lejn l-awtorita' jew inkella kritika lis-soċjeta'.", "Aħna ngħidu li hi kritika lis-soċjeta', inkluż l-għalliem.", "Iva, l-għalliema u l-ġenituri, bil-mod biex jaċċettawlek sistema komprensiva.", "Imma aħna x'qed ngħidu?", "Aħna m'aħniex ngħidu biex iddaħħal sistema bħal din mil-lum għal għada, imma almenu għamel pilot project, għamel żewġ skejjel jew tlieta bil-comprehensive system.", "Almenu ibdiha din is-sistema, ipprovaha, ara kif taħdem, poġġi flimkien tfal li forsi ma jkunux għamlu eżami.", "Ipprovaha u ara kif tmur.", "Jekk ikun hemm ir-riżorsi, naħseb li sistema ta' skola komprensiva taħdem bħalma taħdem fid-dinja kollha.", "Imma lanqas hu sew li meta tibda l-iskola jkun hemm ġenituri li jibżgħu joħorġu t-tfal tagħhom mid-dar għax inkella l-ġirien jarawhom b'uniformi differenti minn ta' l-oħrajn!", "Jew inkella naqgħu fir-redikolu bħall-każ f'Għawdex fejn tfal imorru f'żewġ skejjel differenti taħt l-istess saqaf u allura peress li għandhom uniformi differenti meta jgħaddu mill-kuritur iħarsu lejn xulxin u jgħidu li dak ta' din l-iskola u l-ieħor ta' l-oħra!", "Jien ftit psikoloġija studjajt u ma nafx x'ġid qed nagħmlu lit-tfal tagħna b'dawn is-sistemi.", "Għalhekk aħna ngħidu li m'għandux ikun hemm eżami biex l-istudenti jiġu magħżula għal liema skola se jmorru.", "Forsi l-ġenituri għandhom raġun ikunu mbeżżgħin għaliex is-sistema komprensiva kienet ġiet imdaħħla b'mod ħażin, ġiet imdaħħla bl-addoċċ u mingħajr ħsieb, imma jekk inti turi li trid tagħmel xi ħaġa bis-serjeta', u tibda b'pilot project u tħaddem skola waħda jew tnejn b'din is-sistema, naħseb li nistgħu naslu.", "Bis-sistema li għandna qed ikollna riperkussjonijiet.", "Per eżempju fil-ministerial committee for inclusive education - dak iż-żmien kien hemm l-Onor.", "Bartolo preżenti - meta ġejna biex naraw fejn se nibagħtu t-tfal b'diżabilita' li jispiċċaw mill-primarja, qamet diskussjoni sħiħa.", "Fejn se npoġġuhom?", "Se npoġġuhom fil-junior lyceums, f'comprehensive schools jew f'opportunity centres?", "U sal-lum għad m'għandniex risposta.", "Din hija xi ħaġa li ġibniha b'idejna stess.", "Dawn huma problemi li aħna mmissuhom b'idejna kuljum għaliex nagħmluha ma' l-għalliema kuljum.", "Kellek xi mistoqsija oħra, Onor. Agius?", "FRANCIS AGIUS: Il-mistoqsija li kelli dwar l-inclusive education, diġa' ttrattajtha u inti iktar tkellimt fuq il-facilitators u n-nuqqas ta' training adattat li għandhom, pero' jidher li l-union għandha wkoll riservi dwar kif jintgħażlu t-tfal fi klassijiet.", "Tista' forsi telabora ftit aktar dwar dan?", "IS-SUR JOHN BENCINI: L-ewwelnett tajjeb ngħid li aħna bħala prinċipji naqblu ma' l-edukazzjoni inklużiva.", "Nixtieq nagħmilha ċara din għax kultant niġu miżinterpretati minn ċerti nħawi.", "Illum għandek statementing board u kull talba li jkun hemm tmur quddiemu - in-nies fuq dan il-bord qed jagħmlu ħafna ġid u ma nafx kif qed ilaħħqu - u l-bord jiddeċiedi jekk it-tfal għandhomx imorru fi skola speċjali jew fi skola normali, fil-mainstream, u jekk għandhomx bżonn one is to one.", "Din oħra tal-one is to one; ma nafx fejn se nibqgħu sejrin b'din is-sistema.", "Jidhirli li l-gvern qed jonfoq 'l fuq minn Lm1 miljun fis-sena fuq il-facilitators biss.", "Li qed ngħidu aħna huwa li ma jistax ikun li t-tfal kollha jiġu included.", "Donnu iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar qed insibu li fl-opinjoni tagħna, u skond ma jgħidulna t-teachers, it-tfal … Wara kollox, it-telefonati lilna jsiru u ma jsirux lid-dipartiment u meta mmorru fl-iskejjel bilfors tqum il-mistoqsija kif l-istatementing board iddeċieda li ċerti tfal setgħu jidħlu fil-mainstream.", "Huwa iebes li tgħidu dan id-diskors.", "Dan huwa suġġett delikat u ma nixtiequx li nagħtu l-impressjoni li ma nixtiequx li t-tfal bi bżonnijjiet speċjali jiġu fil-mainstream.", "Huwa diffiċli biex wieħed jitkellem ċar, imma iva, għandna tfal li qed issirilhom aktar ħsara meta jkunu fil-klassi għax li għandhom bżonn m'huwiex tagħlim fil-klassi imma a caring institution, they need to be cared for.", "Għandhom bżonn jiġu mnaddfa u hawnhekk waħedha tqum il-mistoqsija: Safejn għandu jasal ix-xogħol tal-facilitator?", "Huwa xogħol il-facilitator li jnaddaf tifel li għandu bżonn jiġi mnaddaf kull 20 minuta jew kull nofs siegħa?", "Fl-iskejjel m'għandniex nurses imma allura għandna nibqgħu sejrin hekk?", "Dawn it-tfal għandhom bżonn a caring institution fejn ikunu jistgħu jiġu mnaddfa, jingħataw il-physiotherapy u tiżdiedilhom il-mobility tagħhom.", "Minn dak li jgħidulna l-facilitators stess, nista' niggarantilek li fil-klassi m'huma qed jieħdu assolutament xejn minn dawn l-affarijiet, pjuttost li forsi qed ibatu l-istess tfal.", "Forsi dan huwa kliem iebes għal xi wħud imma din hi l-verita'.", "Nibża' li l-istatementing board qed ikollu pressure kbira mill-ġenituri li naturalment iridu l-aħjar għal uliedhom, hi x'inhi d-diżabilita' tagħhom.", "Nibża' li jekk nibqgħu sejrin hekk, u nirrepeti dak li għedt fil-bidu, il-bibien jinfetħu b'mod li ma tkun tista' qatt terġa' tagħlaqhom.", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Nixtieqek tgħid xi ħaġa dwar il-privat.", "Taħseb li s-sitwazzjoni qed twassal biex timmina l-edukazzjoni stess?", "Tista' in a nutshell tgħidilna x'inhi l-policy ta' l-MUT fuq l-awtonomija ta' l-iskejjel skond dak li hawn propost fil-kurrikulu minimu nazzjonali?", "IS-SUR JOHN BENCINI: Aħna ilna nitkellmu dwar l-awtonomija ta' l-iskejjel u għall-grazzja ta' Alla, illum ħafna mill-iskejjel għandhom l-awtonomija tagħhom u għandhom ċerta identita'.", "Per eżempju, aħna nixtiequ li kull skola tiddeċiedi hi xi jsir matul ċertu ħin ta' l-iskola.", "Mhux dejjem l-iskola ta' ċertu lokalita' hija bħall-iskola ta' lokalita' oħra.", "Jiġifieri hemm ċerti deċiżjonijiet dwar x'għandu jsir fl-iskola u x'tip ta' tagħlim għandu jingħata f'ċertu ħin.", "Aħna ngħidu li għada pitgħada anke l-kotba għandhom jiġu magħżula mill-iskola għax ktieb li huwa tajjeb, per eżempju, għal Mosta, mhux bilfors huwa tajjeb għal Baħrija.", "Naħseb li 'l hemm irridu naslu.", "Ma rridx ngħid li ma sarx progress minn dan il-lat għax l-awtonomija żdiedet, forsi ma żdidietx biżżejjed u forsi wisq deċiżjonijiet jittieħdu mid-diviżjoni, imma sar progress.", "Kultant aħna ngħidu li hemm indħil mid-diviżjoni, per eżempju, meta kap ta' skola jpoġġi tifel fil-1A u mhux fil-1B, minflok ma l-ġenituri jmorru l-iskola, imorru d-diviżjoni u d-diviżjoni tipprova tikkonvinċi lill-kap ta' l-iskola li jkun għamel xi żball.", "Jiġifieri għad hemm ċertu, ma ngħidulux ''indħil'', imma ċerti deċiżjonijiet għadhom jittieħdu mill-uffiċċju fil-Furjana, pero' żgur li sar progress kbir f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-awtonomija ta' l-iskejjel.", "Meta tipparaguna dak li kellna 10 jew 20 sena ilu ma' dak li għandna llum, tara li hemm baħar jaqsam.", "Dwar il-privat li jingħata wara l-ħin ta' l-iskola, aħna qatt ma għedna li aħna favur il-privat, anzi jkun qed jikser il-kodiċi ta' etika jekk għalliem jagħti l-privat lill-istudenti tal-klassi tiegħu stess.", "U jekk għalliem jagħti l-privat lill-istudenti ta' klassi oħra, jista' jibda jingħad li t-teacher tal-privat huwa aħjar mit-teacher ta' l-iskola.", "Jien naħseb li bit-tagħlim li jingħata fl-iskejjel, m'hemmx il-bżonn li t-tfal imorru privat, speċjalment meta jkunu għadhom f'eta' żgħira.", "Meta l-istudent ma jkunx daqshekk żgħir u jkun baqa' lura f'xi suġġett partikolari, forsi jkollu bżonn ta' xi ftit għajnuna, imma li tfal ta' disa' jew għaxar snin, imorru l-privat wara l-ħin ta' l-iskola, għalija huwa ġenn u naħseb li pajjiżna huwa l-uniku pajjiż fid-dinja fejn isir dan.", "It-tagħlim li t-tfal jingħataw l-iskola huwa more than enough, imma sfortunatament il-mentalita' hi li teacher tajjeb huwa dak li jagħti ħafna homework u teacher inqas tajjeb, huwa dak li jagħti inqas homework.", "Naħseb li l-media għandha tintuża biex twassal il-messaġġ tajjeb għaliex għad għandna teoriji fost il-ġenituri li teacher tajjeb huwa dak li jagħti ħafna homework.", "Naturalment, meta t-tfal imorru tajjeb f'xi eżami, jgħidu li t-tfal huma bravi, u meta jmorru ħażin, jgħidu li t-teacher ma tantx kien tajjeb!", "Din hija ħaġa li drajna nisimgħu u bħala union, aħna nagħmlu l-almu kollu tagħna biex nipproteġu l-interessi ta' l-għalliema.", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "EVARIST BARTOLO: Se nagħmel żewġ mistoqsijiet li huma ftit antipatiċi.", "Jien ħadt gost nisimgħek tgħid li ma jistax ikun li nnaqqsu iżjed l-ischooldays u l-ischooltime għaliex minn informazzjoni li wieħed jaqra, jirriżulta li l-għadd ta' sigħat u l-għadd ta' ġranet li jaħdmu t-teachers f'Malta u f'Għawdex huwa ferm inqas minn dawk tal-kollegi tagħhom fil-kontinent Ewropew u allura żgur li ma jistgħux jonqsu iżjed.", "Meta titkellem ma' teachers tal-kontinent Ewropew, inkluż dawk ta' l-Ingilterra, tara li x-xogħol li jagħmlu biex jippjanaw u jsegwu ħafna mill-affarijiet li huma mniżżlin f'dan l-abbozz tal-kurrikulu, jagħmluh wara l-ħin ta' l-iskola, waqt li f'pajjiżna t-tendenza hi li kulma nagħmlu jrid ikun dejjem fil-qafas tal-ħin uffiċjali, dejjem fil-ġranet ta' l-iskola u dejjem matul il-contact hours mat-tfal tagħna.", "Fid-dawl ta' dan li qed ngħidu u fid-dawl tal-kondizzjonijiet il-ġodda, ta' obbligi u piżijiet ġodda u xogħol ta' assessjar li l-kurrikulu jqiegħed fuq l-għalliema, fuq l-assistenti kapijiet u fuq il-kapijiet, u l-fatt li kif għedt inti stess, u bir-raġun, li fil-primarja għandna problema kbira biex jinstab il-ħin meta t-teachers jistgħu jiltaqgħu biex jiddiskutu x'hemm bżonn isir, u fid-dawl tal-problema kbira u kardinali, ċioe', it-taħriġ għaliex jekk mhux se nħarrġu l-għalliema b'mod professjonali u b'mod kontinwu, kulma qed ngħidu hawn, se jfalli, kif jista' wieħed jirrikonċilja dan kollu mal-pożizzjoni tal-union fil-ftehim kollettiv ġdid li l-union trid tibda taħseb biex tfassal u biex tinnegozja ma' l-awtoritajiet?", "L-aktar li qed nappellak għal parti tagħkom bħala professional body iktar milli bħala union li sintendi trid tieħu ħsieb il-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-membri tagħha.", "IS-SUR JOHN BENCINI: Għalkemm m'għandix ħajt viċin tiegħi, ġibtni dahri mal-ħajt!", "Bħalissa qegħdin niltaqgħu mad-direttur ġenerali biex naraw x'nistgħu nibdlu mill-aħħar ftehim kollettiv ta' l-1994 sabiex l-affarijiet jitjiebu.", "U meta qed ngħidu ''jitjiebu'', mhux qed ngħidu jitjiebu għall-għalliem biss, imma jitjiebu għas-sistema.", "Fil-fatt diġa' tajna suġġerimenti li huma ''favur'' id-dipartiment, jiġifieri li t-teachers forsi mhux se jieħdu pjaċir 100% bihom.", "Diġa' tajna ideat ta' kif fil-qafas tas-sitwazzjoni ta' l-għalliema fl-Ewropa llum, l-għalliema tagħna - ma ngħidx jiżdiedilhom il-ħin għaliex inkella l-president tal-union jinbidel ix-xahar id-dieħel! - … Jekk fl-imgħoddi tkun ġibt ċerti kondizzjonijiet ta' xogħol, naħseb l-ebda union fid-dinja m'hu se tmur kontra dak li tkun diġa' akkwistat.", "Jien irrid nikkoreġi l-idea li meta teacher jispiċċa mill-iskola fit-3.00 p.m. tkun spiċċat il-ġurnata ta' xogħol tiegħu.", "Ħafna teachers, u jien naf għax ili iktar minn 30 sena f'dan il-qasam, jagħmlu ħafna xogħol id-dar.", "Huma ftit it-teachers li ma jagħmlux xogħol id-dar.", "Mill-esperjenza li għandi kemm ili f'dan il-qasam, nista' ngħid li l-maġġoranza ta' l-għalliema għandhom kuxjenza u l-ġurnata tagħhom ma tieqafx fit-2.45 p.m. Il-ġurnata ma tistax tieqaf dak il-ħin jekk inti trid li timxi ma' dak li semmejna hawn.", "Il-ġurnata ma tistax tieqaf fit-3.00 p.m. jekk l-għada filgħodu inti trid tmur ippreparat fil-klassi.", "Ma tistax toħroġ mill-iskola u ma tagħmel xejn id-dar.", "Anke jekk trid sempliċement tikkoreġi pitazz, żgur li fl-iskola m'għandekx ċans tikkoreġi pitazzi u allura bilfors id-dar irid isir dan ix-xogħol, u għalhekk aħna ngħidu li s-sigħat ta' xogħol ta' l-għalliema huma itwal milli fil-fatt jidhru għaliex jekk l-għalliem verament irid jagħmel dmiru sew, ix-xogħol tiegħu ma jieqafx mad-daqq tal-qanpiena ta' l-iskola.", "Dwar it-taħriġ professjonali, aħna qed ngħidu lid-diviżjoni li hi għandha mezz kif tista' żżid is-sigħat ta' taħriġ ta' l-għalliema.", "Aħna m'aħniex kuntenti li darba kull sentejn it-teacher jagħmel erba' jew ħamest ijiem taħriġ.", "Mhux se jirnexxielna nwettqu dak li hawn propost jekk it-taħriġ se jibqa' jingħata b'dan il-mod.", "Aħna tajna suġġerimenti prattiċi - mhux se noqgħod ngħidhom hawn għax mhux il-post - ta' kif it-teacher, speċjalment it-teacher ta' ċerta eta', jista' jkun imħarreġ iżjed.", "Aħna m'aħniex biss union trejdunionistika, imma noħorġu kotba u nagħmlu konferenzi u seminars.", "We always try to instil in the teacher mhux biss id-drittijiet tiegħu imma anke d-doveri tiegħu u qatt ma nagħtu raġun lil xi għalliem li jonqos milli jagħmel id-doveri tiegħu.", "Dan nistgħu ngħiduh b'wiċċna minn quddiem.", "Jekk jiġi għalliem għandna jgħidilna li ġralu xi ħaġa għaliex ma jkunx għamel id-doveri kollha tiegħu, żgur li ma joħroġx minn hemm mingħajr ma nkunu għednilu dak li suppost ngħidulu.", "Naturalment mhux faċli tgħid lil xi ħadd li llum qed jaħdem sat-3.00 p.m. biex jibda jaħdem sa l-4.00 p.m., pero' hawnhekk hawn indikat x'jista' jsir mill-iskejjel wara l-ħin normali ta' l-iskola.", "Per eżempju, fi Tripoli rajt li filgħaxija l-iskejjel tagħhom huma l-qalba ta' l-attivita'.", "L-iskola hija post li ma tistax tagħlqilha l-grada u tħalliha vojta bil-fatati.", "L-iskola tista' tutilizzaha u forsi anke hawn l-għalliem jista' jagħti xi tip ta' kontribut.", "Jien naħseb li l-idea li l-ħin jiġi estiż fis-sens li l-iskola tkun ċentru ta' attivita' fir-raħal, issib l-MUT warajha.", "Aħna żgur li nħeġġu lill-għalliema biex jagħtu l-kontribut tagħhom bħalma diġa' jagħtu l-kontribut tagħhom il-ħafna għalliema li huma f'ħafna soċjetajiet, f'ħafna każini tal-baned u f'ħafna kumitati.", "L-għalliema qegħdin kullimkien.", "Diġa' qed jagħtu kontribut u forsi jistgħu jagħtuh ukoll fil-komunita', fl-iskola.", "A/CHAIRPERSON: Grazzi.", "CARMELO ABELA: Matul il-laqgħat li diġa' kellna, smajna persuni li wrew tħassib dwar is-sistema ta' eżamijiet f'pajjiżna.", "Forsi hemm bżonn ta' xi tibdil fil-mod kif isiru l-eżamijiet, pero' naturalment dan jiddependi ħafna mill-MATSEC Board u allura ma nafx jekk hux qed nagħmel il-mistoqsija lill-persuna żbaljata, iżda tista' tirrispondi b'mod ġenerali?", "Tista' tgħidilna x'diffikultajiet tara inti, dejjem marbuta ma' dan li għandna quddiemna, jekk l-eżamijiet jibqgħu kif inhuma llum?", "Wisq probabbli, jekk l-eżamijiet jibqgħu jsiru bil-mod li qed isiru fil-preżent, u l-istudenti jibqgħu jiġu assessed fuq xi ħaġa li hija, biex ngħid jekk, tradizzjonali wisq, m'aħniex se naslu biex nilħqu l-miri mniżżla fl-abbozz tal-kurrikulu.", "IS-SUR JOHN BENCINI: Fil-fatt għalhekk enfasizzajt l-importanza ta' l-assessjar, pero' l-assessjar ma jridx jieqaf fil-Form 5, irid jibqa' sejjer fil-MATSEC.", "Fl-eżamijiet tal-MATSEC għandu jkun hemm numru ta' marki allotted għall-assessjar għaliex jekk se ddaħħal l-assessjar fl-iskejjel sekondarji mbagħad l-istudent se jsib ma' wiċċu eżami tal-MATSEC fejn m'hemmx assessjar, ifisser li hemm xi ħaġa ħażina.", "Għar-rigward ta' eżamijiet, iva, aħna ngħidu li t-tfal għandhom wisq eżamijiet.", "Veru li sar titjieb, emeljorament, imma l-iskejjel tagħna għadhom wisq exam-oriented.", "Qisu l-għan għala t-tfal imorru l-iskola huwa biex fl-aħħar jagħmlu eżami, iżda dan m'huwiex il-għan ta' l-edukazzjoni.", "Tmur fejn tmur, barra minn Malta - intom bħalna tmorru f'pajjiżi barranin - taraw li din m'hijiex il-mentalita' li teżisti f'pajjiżi barranin.", "Ftit ilu jien kont l-Olanda u meta dħalt fi skola jueb genn kwiet perfett.", "Staqsejt lill-kap ta' l-iskola fejn kienu l-istudenti, u meta ħaditni ħdejhom, rajt x'kienu qed jagħmlu.", "U tafu x'kienu qed jagħmlu?", "Kienu qed jitgħallmu s-sinjali tat-traffiku minkejja li kienu ta' eta' żgħira.", "Imma dawn l-affarjiet kemm isiru fl-iskejjel tagħna?", "Fl-iskejjel taħgna, allaħares titlef kwarta mil-lezzjoni tal-matematika għaliex taqa' d-dinja!", "Iva, qed nagħtu importanza esaġerata lill-eżamijiet u dan qed isir minħabba l-misħuta kompetizzjoni.", "Iva, l-eżamijiet għandhom jonqsu.", "Naturalment għandna nagħtu ċertu importanza lil ċertu suġġetti imma naħseb li hemm suġġetti li ma jirrikjedux daqshekk eżamijiet.", "Għaliex l-istudenti ta' Form 1 jew Form 2 għandhom jagħmlu eżami tar-reliġjon ta' siegħa u nofs jew sagħtejn meta f'nofs siegħa, jew fi tliet kwarti, tista' tagħmlilhom eżami adattat biżżejjed, eżami li jinkludi l-assessjar?", "Jien nemmen li qed nagħmlu enfasi esaġerata fuq l-eżamijiet, pero' min-naħa l-oħra rridu noqogħdu attenti għaliex meta l-eżamijiet tneħħew u morna l-estrem l-ieħor, kien hemm min anke fil-Parlament qal li konna ħadna falza stikka.", "Jekk tneħħi għal kollox l-eżamijiet, tneħħi wkoll il-motivazzjoni li l-istudent għandu jkollu.", "L-eżami huwa motivazzjoni li jġiegħel lill-istudent jieħu l-affarijiet b'iktar serjeta'.", "Irridu noqogħdu attenti kif nevalwaw dan l-aspett.", "A/CHAIRPERSON: Grazzi, Sur Bencini u nistieden issa lil Prof. Kenneth Wain u Dr. Carm Borg mill-Universita' ta' Malta.", "Nirringrazzjakom tal-paċenzja kollha li ħadtu - intom kontu preżenti għal fażijiet kollha tad-diskussjonijiet - u bħala drafters ta' dan il-kurrikulu, nixtieqkom tagħtuna ir-reazzjonijiet tagħkom vis-a-vis dak li smajtu.", "DR. CARM BORG (Lecturer fil-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni, Universita' ta' Malta): Nixtieq nibda b'mistoqsija bażika.", "S'issa, x'irnexxielna nirbħu permezz ta' dan il-proċess?", "Kieku kellna niżmantellaw kollox u nieqfu hawnhekk, x'inkunu irbaħna f'dawn it-tliet snin li ilna għaddejjin?", "L-ewwel mistoqsija li rrid nirrispondi hija l-mistoqsija inizjali ta' l-Onor.", "Bartolo fejn ikkummenta dwar is-saħħa esaġerata li l-Education Act tagħti lill-ministru ta' l-edukazzjoni.", "Modi kif wieħed jista' jirribatti din is-saħħa, apparti emenda għall-Att dwar l-Edukazzjoni, huwa billi jissaħħaħ l-apparat demokratiku fis-sistema edukattiva.", "U jien naħseb li waħda mir-rebħiet kbar li proprju għamilna permezz ta' dan il-proċess, huwa li saħħaħna l-proċess demokratiku fis-sistema edukattiva.", "Dan għamilnih billi rnexxielna nipperswadu lin-nies li l-kurrikulu huwa proprjeta' pubblika.", "Mela l-istakeholders, l-imsieħba kollha, għandhom id-dritt li jipparteċipaw fid-diskussjoni.", "Forsi waħda mill-affarijiet li nnotajtu l-bieraħ meta tkellmu Dr. Drake, Chairperson tal-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara, u Miss Borg li kienet qed tirrappreżenta lid-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur, kien is-sodisfazzjon li esprimew huma - ovvjament mill-punto di vista tagħhom - għal dan il-kurrikulu.", "Dan għamluh għaliex bażikament, ħafna minn dak kollu li tawna, kemm fil-każ tal-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara, kif ukoll fil-każ tad-Dipartment għall-Affarijiet tal-Konsumatur, ġie adottat, kważi in toto, fil-kurrikulu.", "Mela l-kummissjonijiet, l-għaqdiet u l-individwi li tawna r-respons tagħhom, qed jaraw lilhom infushom fil-mera.", "Mela rebħa oħra li akkwistajna, apparti li saħħahna l-apparat demokratiku u saħħaħna l-kultura demoratika, hija li tajna sens ta' ownership lil dan id-dokument.", "Ir-reżistenza li aħna li segwejna d-diskussjoni għal dawn l-aħħar ġimgħat, stajna naraw, hija waħda minima, u dan proprju għaliex fil-proċess ta' tliet snin daħħalna lil kulħadd.", "Kien hemm ħafna suġġerimenti kostruttivi u għalhekk m'iniex nantiċipa reżistenza kbira għal dan id-dokument għaliex f'dan id-dokument hemm imnissġa l-ideat ta' ħafna nies.", "Din hija importanti immens.", "Għar-rigward is-saħħa li għandu l-ministru, naħseb li din hija iktar perception milli verita' u l-ex-ministru u l-Ministru hawn preżenti jistgħu jikkonfermaw dan li qed ngħid li jirrifletti ruħu fiż-żewġ dokumenti.", "Jekk wieħed ipoġġi ż-żewġ dokumenti ħdejn xulxin, apparti għal punt wieħed li se nitkellem dwaru aktar 'il quddiem, jara li ftit li xejn hemm differenzi bejniethom.", "Id-differenzi li hemm m'humiex differenzi minħabba xi indħil politiku imma huma riflessjoni ta' diskussjoni.", "Din hija rebħa oħra li għamilna permezz tal-proċess.", "Fil-bidu tal-proċess kien hemm nuqqas kbir ta' fiduċja.", "Jien segwejt il-proċess kollu u kont f'ħafna diskussjonijiet, kont f'diskussjonijiet pubbliċi u f'diskussjonijiet ma' l-istudenti tiegħi, u l-ewwel ħaġa li kont niltaqa' magħha kien in-nuqqas ta' fiduċja li kienet ġejja mill-prattika storika ta' ''nqum illum u niddeċiedi'', ''noħlom il-bieraħ u niddeċiedi llum''.", "Ħafna min-nies ħasbu li anke f'dan il-każ se jsir hekk u allura l-attitudni tagħhom kienet ''għalfejn qed inkellmukhom, mhux li tridu se tagħmlu?!''.", "Dan kien il-messaġġ moħbi li kont qed nirċievi fil-bidu pero' ma nistax ngħid li llum huwa l-istess.", "Naħseb li f'dan il-proċess ta' tliet snin irnexxielna nipperswadu lin-nies li l-konsultazzjoni tagħna kienet konsultazzjoni ''ġenwina'', il-kelma li nħobb nuża bħalissa u naħseb li l-fatt li ħafna mit-tibdil kien frott id-diskussjoni, se jkompli jnissel fiduċja ikbar fil-proċess.", "Niġi issa għad-differenzi li hemm bejn l-ewwel u t-tieni abbozz li kienu proprju frott id-diskussjoni, ħlief għal differenza waħda bażika li se nsemmi, iżda qabel nibda nixtieq nippreżenta tabella li turi d-differenzi bejn l-abbozz tal-kurrikulu maħruġ f'Marzu 1998 u dak maħruġ f'Ottubru 1999.", "X'għadda fis-sena ta' diskussjoni wara li ħareġ l-ewwel abbozz f'Marzu ta' l-1998?", "Waħda mid-differenzi, u naħseb li hawnhekk ħarġet it-thrust differenti tal-gvernijiet differenti, hija li filwaqt li fl-ewwel dokument l-enfasi kien fuq id-dimensjoni Ewro-Mediterranja, fit-tieni abbozz, għalkemm din id-dimensjoni baqgħet hemmhekk, l-aċċenn huwa fuq il-mixja lejn sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Naħseb dik hija d-differenza akuta li hemm bejn iż-żewġ dokumenti, differenza li tirrifletti ċertu pożizzjoni politika.", "Il-kumplament tad-differenzi kienu frott id-diskussjoni li kien hemm minn meta nħareġ l-ewwel abbozz f'Marzu ta' l-1998 u Ottubru 1999 meta nħareġ dan l-abbozz.", "Differenza oħra kienet li filwaqt li fl-ewwel abbozz tkellimna dwar edukazzjoni komprensiva, f'dan l-abbozz, għalkemm ma rtirajniex kompletament minn din il-pożizzjoni, qed nitkellmu dwar sistemi ġodda u bini ta' organizzazzjoni ta' l-istudji differenti ta' l-edukazzjoni.", "Qed nitkellmu dwar azzjoni affermattiva favur dawk li l-aktar għandhom bżonn.", "M'aħniex qed nitkellmu b'mod dirett u qed insemmu l-issue ta' skejjel komprensivi, imma qed nitkellmu dwar il-possibbilta' li nħarsu lejn strutturi ġodda ta' kif nagħmlu l-affarijiet.", "Pero' f'pajjiżna dawn m'humiex affarijiet ġodda, diġa' għandna esperimenti li qed jirnexxu.", "Meta semmejna sistema komprensiva, ma konniex qed nitkellmu fuq xi ħaġa kompletament aljena għall-pajjiż, iżda fuq xi ħaġa li diġa' hija adottata u naturalment nistgħu nitgħallmu ħafna minn dawk l-iskejjel li kienu kuraġġjużi biżżejjed li proprju twaqqfu biex jipprovdu sistema differenti minn dik li għandna.", "Mela meta qed nitkellmu dwar sistema komprensiva, meta qed nitkellmu dwar struttura differenti, m'aħniex qed nitkellmu fuq xi ħaġa li rridu nibdewha from scratch, imma fuq xi ħaġa li diġa' għandna esperimenti dwarha.", "Jien involut f'dawn l-esperimenti u nista' ngħidilkom li għandi aħbarijiet ferm pożittivi dwarhom.", "Ovvjament jien għandi l-politika tiegħi u m'hemmx għalfejn nerġa' nirripertiha hawnhekk għaliex naħseb li diġa' għamiltha pubblika.", "Fl-opinjoni tiegħi, is-sentenza l-aktar importanti f'dan id-dokument hija, ''azzjoni affermattiva favur dawk li l-aktar għandhom bżonn''.", "Mela dan id-dokument uffiċjali qed jimpenja ruħu u jgħid li dawk li l-aktar għandhom bżonn, huma l-aktar li se jirċievu għajnuna u riżorsi.", "Hawnhekk għandna l-issue ta' entitlement li hija importanti u kruċjali jekk tassew nemmnu fil-ġustizzja soċjali.", "Din hija issue li d-dokument jibda biha, ikompli biha u jispiċċa biha.", "Jekk irridu nkunu verament konsistenti mal-politika ta' dan id-dokument, ma nistgħux ninjoraw statement bħal dan li huwa impenn importanti u impenn uffiċjali lejn min l-iktar li għandu bżonn.", "It-tielet differenza tirrigwarda l-preskrizzjoni dwar numru ta' lezzjonijiet għal kull suġġett.", "Fl-ewwel dokument ġejna kkritikati li ppreskrivejna numru ta' lezzjonijiet għal kull suġġett.", "Infatti waħda mill-kritiċi kbar li konna rċevejna kienet proprju li d-dokument kien wisq preskrittiv.", "U allura biex inżommu u nkunu konsistenti mad-dokument, neħħejna l-preskrizzjoni marbuta ma' numru ta' lezzjonijiet għal kull suġġett u tajna l-opportunita' lill-iskejjel biex jiddeċiedu huma kif se jqassmu eżattament il-ħin għad-dispożizzjoni tagħhom.", "Differenza oħra bejn iż-żewġ abbozzi hija dik dwar il-preskrizzjoni ta' lingwa ma' kull suġġett.", "L-abbozz li nħareġ f'Marzu ta' l-1998 jippreskrivi lingwa ma' kull suġġett.", "Anke fuq dan il-punt qlajna baraxx ta' kritika li lili personalment - qed nitkellem fil-kapaċita' personali tiegħi - ma tikkonvinċinix.", "Kien hemm reżistenza qawwija għal din l-idea, iżda rridu ngħidu li r-riċerka dwar dan il-punt hija konflinġenti.", "Sfortunatament m'għandniex linja waħda ta' ħsieb, imma għandna skejjel ta' ħsieb differenti rigward l-idea ta' preskrizzjoni ta' lingwa ma' kull suġġett.", "Riċentement fl-Isvizzera għadu kemm ħareġ dokument - naħseb l-aħħar wieħed li rajt dwar din l-area - fejn qed jingħad li fl-Isvizzera, se jagħmlu dak li ppreskrivejna aħna f'Marzu ta' l-1998, jiġifieri li jippreskrivu lingwa ma' kull suġġett.", "Il-preskrizzjoni ta' lingwa ma' kull suġġett ma kenitx xi ħaġa li aħna ġibniha mis-sema, imma li ġibniha wara li ħarisna lejn il-prattika li teżisti f'numru ta' pajjiżi barranin.", "F'numru ta' konferenzi u fora li jitkellmu dwar dan is-suġġett, sibna li hemm numru ta' pajjiżi li adottaw din is-sistema, pero' rrid nammetti li hemm numru ta' pajjiżi u numru ta' speċjalisti f'din l-area li huma kontra l-idea ta' preskrizzjoni ta' lingwa għal kull suġġett.", "Jiġifieri r-riċerka ma tantx għenitna biex nieħdu deċiżjoni definita.", "Ir-riċerka hija kontraditorja u konfliġenti.", "Niġi issa għal code switching li ma ssemmiex fl-ewwel dokument.", "Wara diskussjoni ma' speċjalisti fil-qasam, il-code switching ġie aċċettat bħala strateġija lingwistika f'każijiet diffiċli.", "Mela se nibdew bl-idea li l-għalliema jkunu konsistenti fl-approach u fl-istrateġija lingwistika tagħhom, iżda f'każijiet ta' diffikulta', il-code switching huwa aċċettat bħala strateġija pedagoġika fil-qasam lingwistiku.", "Ovvjament nittamaw li l-element lingwistiku, kemm fil-Malti, kemm fl-Ingliż u anke fil-code switching, ikun wieħed aċċettabbli.", "Biex nitkellem ċar, ma semmejniex il-code switching fl-ewwel dokument għax bżajna li għalliema inkompententi fil-lingwa, ikunu qed jingħataw liċenzja li jmorru għal code switching f'sitwazzjonijiet diffiċli.", "Dik kienet ir-raġuni; mhux għax aħna ma konniex mgħarrfin bil-code switching.", "Ovvjament nafu x'inhu u kif għandu jintuża l-code switching, pero' dik kienet il-biża' tagħna u din ġiet riflessa fl-assenza tal-code switching fl-ewwel dokument.", "Fuq insistenza f'fora dwar dan is-suġġett, daħħalna l-code switching għaliex sa ċertu punt aċċettajna l-possibbilta' li insistenza ta' lingwa waħda f'ċertu ċirkostanzi tista' toħloq problemi.", "Il-preokkupazzjoni tiegħi hija li għandek ħafna tfal, b'mod partikolari dawk li ġejjin minn klassi partikolari, fejn l-unika kuntatt tagħhom mal-lingwa Ingliża, hija l-iskola u fl-opinjoni tagħna, aktar ma nċekknu l-preżenza ta' l-Ingliż mill-iskejjel tagħna, iktar qed nagħtu disservice proprju lil dawn it-tfal, sintendi bl-implikazzjonijiet soċjali, politiċi u ekonomiċi li deċiżjoni bħal din jista' jkollha.", "Differenza oħra hija li filwaqt li fl-ewwel abbozz għedna li t-tagħlim formali tat-tieni lsien jibda fit-tieni simestru tat-tieni sena tal-livell primarju - preskrizzjoni oħra li ma għoġbitx lil ħafna nies - f'dan l-abbozz qed ngħidu li d-deċiżjoni dwar il-bidu tat-tagħlim formali tat-tieni lingwa titħalla f'idejn l-iskejjel.", "Kemm fl-abbozz ta' l-1998 kif ukoll f'dan l-abbozz, aħna insistejna li bħala parti mill-pjan ta' l-iżvilupp ta' l-iskola, l-iskola trid tfassal politika lingwistika tagħha li tirrifletti r-realta' lingwistika fil-komunita', u li allura tirrifletti r-realta' lingwistika fl-iskola partikolari tagħha.", "B'hekk inkunu konsistenti mal-politika ta' awtonomija li aħna rridu u nixtiequ li naraw tiġi adottata u msaħħa mill-iskejjel tagħna.", "Fl-ewwel abbozz ma jissemmewx ilsna li m'humiex Ewropej.", "Il-Ministru preżenti kien ġibdilna l-attenzjoni dwar dan u kien qalilna li hemm lingwi oħrajn li għalkemm mhux bilfors ikunu popolari daqs lingwi Ewropej, xorta waħda rridu niżguraw li nukleu ta' nies ikollhom konoxxenza u ċertu użu faċli ta' lingwi bħalma huma ċ-Ċiniż u l-Ġappuniż.", "(Interruzzjonijiet) Naqbel miegħek li l-Għarbi kellu jiġi nkluż u fil-fatt huwa nkluż fid-dokument.", "Nuqqas ieħor min-naħa tagħna meta ġejna biex nabbozzaw l-ewwel abbozz, kien li ma rrikonoxxejniex forom oħra ta' komunikazzjoni, bħal braille u l-lingwa tas-sinjali.", "Dan huwa s-sabiħ tad-djalogu u tad-diskussjoni għax waqt laqgħa sabiħa ħafna li kellna ma' nies speċjalizzati f'dawn l-oqsma, inġibditilna l-attenzjoni dwar dan in-nuqqas u allura f'dan l-abbozz daħħalna r-rikonoxximent ta' forom oħra ta' komunikazzjoni.", "Fl-ewwel abbozz ma jissemmewx units speċjalizzati waqt li fit-tieni abbozz jissemmew units speċjalizzati f'xi skejjel maħsuba biex jgħinu fit-tkattir u t-tisħiħ ta' l-għarfien u l-ħiliet fil-qasam ta' forom oħra ta' komunikazzjoni.", "Żgur li naqbel mas-Sur John Bencini meta qal li wasal iż-żmien li nibdew nidentifikaw skejjel li kapaċi joffru riżorsi ta' l-aħjar kwalita' u li ma jistax ikun li nibqgħu bil-prattika li malli noħorġu mill-għatba tad-dar, insibu l-iskola wara l-bieb.", "Fil-limitazzjoni tar-riżorsi tagħna, ma nistgħux inżewġu din l-idea.", "Fl-opinjoni tiegħi, biex verament ikollna skejjel attrezzati tajjeb u ta' l-aħjar kwalita', irridu nibdew nispeċjalizzaw u nikkonċentraw ir-riżorsi tagħna.", "Fl-ewwel abbozz jissemma l-benchmarking bħala metodu ta' assessjar formattiv.", "Jekk tiftakru sew, fl-ewwel abbozz konna neħħejna l-junior lyceum u l-assessjar summattiv, jiġifieri l-eżami ta' l-aħħar li jiddeċiedi l-istreaming ta' l-istudenti, u bħala mod ta' kif nassiguraw il-kontabilita', konna daħħalna l-konċett ta' benchmarking.", "Mentri issa, l-idea ta' de-streaming, ta' tneħħija tal-junior lyceum u ta' l-introduzzjoni ta' comprehensive schools, ġew proposti, jew jidhru taħt forma oħra, u l-benchmarking ma jidhirx fit-tieni abbozz.", "Differenza oħra hija li fl-ewwel abbozz, l-edukazzjoni għat-tfulija bikrija ftit li xejn tissemma.", "Dan ukoll kien nuqqas min-naħa tagħna u fil-fatt issorprendejt lili nnifsi għax waħda mill-ispeċjalizzazzjonijiet tiegħi hija proprju kurrikulu fil-kontest ta' tfulija bikrija.", "Naturalment irrispondejna għall-kritika li kienet ġusta u fit-tieni dokument għandna taqsima sħiħa li titkellem dwar l-għanijiet u l-pedagoġija fil-kontest tat-tfulija bikrija.", "Differenza oħra hija dwar l-edukazzjoni reliġjuża li fl-ewwel dokument tissemma ma' l-iżvilupp morali.", "Dwar dan il-punt kellna kritika qawwija minn elementi mill-knisja li qalu li l-ewwel abbozz kien pjuttost lajk, li ma jirriflettix il-preżenza tal-knisja u t-trattati tal-passat bejn gvern u knisja.", "Aħna rrispondejna għal dik il-kritika u llum, fl-abbozz qed ngħidu li edukazzjoni reliġjuża ta' bixra Kattolika tingħata iktar prominenza, pero' din trid tkun marbuta ma' garanzija ta' formazzjoni morali għat-tfal ta' denominazzjonijiet oħra.", "Illum għandna realta' assurda li f'ċerti skejjel, tfal fil-primarja qed jitilfu mill-inqas sagħtejn u nofs fil-ġimgħa sakemm it-tfal l-oħra jkunu qegħdin jitgħallmu r-reliġjon ta' denominazzjoni Kattolika.", "Għandna sitwazzjoni fejn tfal m'humiex qegħdin jieħdu sehem f'azzjoni produttiva ta' natura edukattiva u aħna rridu niżguraw li kull tifel u tifla f'Malta, kemm fil-kontest primarju u kemm f'kontesti oħra, ikunu ntitolati għal ħin kollu.", "Jiġifieri mhux biss irridu niggarantixxu formazzjoni morali, imma rridu niggarantixxu li tfal ma jitilfux il-ħin waqt li ħaddieħor ikun għaddej b'azzjoni edukattiva.", "Irridu niżguraw li nipproteġu lil dawn it-tfal minn labels.", "X'aktarx li din hija forma moħbija ta' bullying li għaddejja fl-iskejjel.", "Tifel li jintefa' ħdejn il-bieb tas-surmast waqt li t-tfal l-oħra għaddejjin march past quddiemu, jiġi iżolat għaliex it-tfal jistaqsu għaliex dan baqa' ħdejn l-uffiċċju tas-surmast u m'huwiex jieħu sehem fis-servizz li qed jieħdu sehem fih huma.", "Din hija forma moħbija ta' bullying li sfortunatament għandha wkoll għeruq reliġjużi.", "Il-kompetenzi komunikattivi huma definiti aħjar fit-tieni abbozz.", "Wara li ħriġna l-ewwel abbozz kien hemm kritika li ktibna dwar kollox, l-importanza tal-konsumatur, l-importanza ta' għażliet għaqlin fis-saħħa, eċċ - dawn issudajnihom u ktibna ħafna dwarhom - iżda ma tajniex saħħa biżżejjed lil kompetenzi bażiċi fit-taqsima dwar l-għanijiet ġenerali.", "Irrispondejna għall-kritika li saret u fl-opinjoni tiegħi, issa, il-kompetenzi komunikattivi ġew definiti aħjar u t-taqsima ġiet imsaħħa aktar.", "Differenza oħra li toħroġ bejn iż-żewġ abbozzi hija li fl-ewwel abbozz, l-istudji kummerċjali huwa meqjus bħala suġġett bażiku fl-ewwel sentejn tal-livell sekondarju, waqt li fit-tieni abbozz, l-istudji kummerċjali m'huwiex parti mill-pakkett ta' suġġetti bażiċi.", "Differenza oħra li forsi tidher bħala superfluwa pero' hija realistika, hija li fl-ewwel abbozz, fil-livell primarju, ix-xjenza u teknoloġija huma meqjusa bħala suġġett wieħed waqt li fit-tieni abbozz, wara l-kritika li saret u li naħseb kienet kritika li tagħmel sens, ix-xjenza u t-teknoloġija huma separati minn xulxin.", "Ovvjament dan ma jfissirx li m'hemmx lok għal integrazzjoni taż-żewġ areas ta' żvilupp.", "Differenza oħra hija li fl-ewwel abbozz, fil-livell sekondarju kien hemm preskrizzjoni dwar in-numru ta' proġetti li jridu jsiru madwar tema.", "Fil-kontest sekondarju, fl-ewwel abbozz, konna semmejna li minn ta' l-inqas l-iskejjel iridu jaħdmu fuq żewġ proġetti, iridu jintegraw l-areas differenti ta' l-iżvilupp fil-kontest sekondarju u jintegraw ukoll il-livelli differenti.", "Jiġifieri li t-tfal, per eżempju ta' Form 1, jaħdmu ma' tfal f'forms differenti minnhom, fuq l-istess proġett.", "Il-konċett ta' proġett madwar tema għadu jidher fit-tieni abbozz, pero' neħħejna l-preskrizzjoni dwar in-numru ta' proġetti li jridu jinħadmu; s'intendi hemm minimu ta' wieħed għaliex irridu naraw li dan il-proġett iseħħ.", "L-aħħar differenza li hemm bejn iż-żewġ abbozzi hija li fl-ewwel dokument insemmu l-addozzjoni ta' siti storiċi u ħidma f'istituzzjonijiet bħal djar u ċentri ta' l-anzjani.", "Dan il-proġett kien jaqa' taħt il-kategorija ta' ambjenti ta' tagħlim u permezz ta' l-abbozz ridna nwasslu l-messaġġ li l-ambjenti ta' tagħlim m'humiex sempliċement il-klassijiet tagħna, imma huma l-areas kollha ta' l-iskola u l-areas ta' madwarha, il-komunita' nnifisha, lil hinn mill-komunita' u saħansitra anke lil hinn mill-pajjiż.", "Illum naraw kemm huwa importanti, anzi, kważi urġenti, l-internet.", "Jien nattendi ħafna konferenzi internazzjonali li jitkellmu dwar proġetti bejn skejjel permezz ta' l-internet u l-aħħar konferenza li attendejt kienet dwar proġett tal-paċi, proġett inizjalat minn Iżrael u li jinvolvi l-pajjiżi Skandinavi, pajjiżi mill-Amerka ta' fuq, eċċ. Inkredibbli x'potenzjal għandha, jekk użata b'mod tajjeb, din il-parti infrastrutturali teknoloġika.", "Dan il-proġett ma jissemmiex fit-tieni abbozz.", "Dawn kienu d-differenzi bejn iż-żewġ abbozzi tal-kurrikulu.", "Kif qed taraw, il-maġġoranza assoluta tad-differenzi huma frott id-diskussjoni li saret matul l-aħħar sena u dan joħroġ is-saħħa tad-diskussjoni, speċjalment meta tkun diskussjoni ġenwina u djalogu ġenwin bejn l-imsieħba.", "Niġi issa għall-istrutturi.", "Jista' jagħti l-każ li għad għandna nies li għandhom l-impressjoni li dan id-dokument se jieqaf hawn.", "Naturalment dan m'huwiex il-każ.", "Kif qal Mr Cassar, u naqbel miegħu perfettament, id-dokument li jmiss huwa pjan strateġiku.", "Jekk tiftakru sew, meta pprovajna ndaħħluh fl-ewwel abbozz, kien hemm min kien qalilna li daħħalna mneħirna fejn ma jesaniex għaliex ipprovajna nitkellmu dwar dati, eċċ. Ma jimportax; neħħejna d-dati u issa d-dokument li jmiss huwa proprju pjan strateġiku.", "Ħalli ngħid x'inhuma l-ideat tiegħi dwar kif jista' jsir il-pjan strateġiku.", "Żgur li tajjeb li nkomplu mat-tradizzjoni li qbadna f'dawn l-aħħar tlett snin, jiġifieri li l-proġett li jmiss ma jkunx biss xogħol id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni imma li jdaħħal miegħu l-istakeholders kollha.", "Irrid inkun onest u ngħid li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, permezz tad-dipartiment tal-kurrikulu, m'għandux il-personnel biżżejjed biex ilaħħaq ma' dan il-ġgant ta' proġett li għandna quddiemna.", "Dan huwa l-ewwel statement importanti li rrid nagħmel.", "Fl-opinjoni tiegħi, naħseb li kieku kellna nħallu f'idejn id-diviżjoni waħida, m'aħniex se naslu.", "Tajjeb li nkomplu fuq it-tradizzjoni pożittiva ħafna li qbadna li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni taħdem ma' stakeholders oħrajn.", "Tajjeb li fuq dan il-proġett id-diviżjoni taħdem ma' assoċjazzjonijiet, komunitajiet u kummissjonijiet oħrajn u mal-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni.", "B'dan il-mod qed narah li jista' jaħdem dan il-proġett.", "L-idea tiegħi personali li ovvjament ma jien se nimponiha fuq ħadd, hija li jkun hemm kumitat ċentrali bi stakeholders madwarha u żgur li din hija l-ewwel struttura li rridu nwaqqfu.", "Fl-opinjoni tiegħi, ix-xogħol tal-kumitat ikun li jwaqqaf kumitati oħrajn speċjalizzati.", "Ma jistax ikun li jkollna kumitati b'firxa kbira ta' nies li sempliċement ifendu kelma u daqshekk.", "Irridu jew ma rridux, issa deħlin f'żona speċjalizzata u allura l-kumitati jridu jkunu ffurmati minn nies speċjalizzati li jafu x'inhuma jagħmlu.", "Nies li għandhom background fl-edukazzjoni, background fil-pedagoġija, background fil-kurrikulu u background fl-evalwazzjoni.", "Jien qed nara, per eżempju, kumitati mwaqqfin dwar l-issue ta' diversita', dwar l-issue ta' inklussivita', dwar l-issue ta' suġġett tat-teknoloġija fil-livell primarju, dwar l-issue tal-coordinated science fil-livell sekondarju, u dwar l-issue ta' l-assessjar formattiv u summattiv.", "Dawn iridu jkunu kollha kumitati speċjalizzati li jirrapportaw regolarment lill-kumitat ċentrali.", "Mela x-xogħol tal-kumitat ċentrali jkun li jikkoordina, li jżomm subgħajh fuq il-kumitati speċjalizzati, li jara li l-progress qed isir u qed isir tassew, u fl-istess ħin, ikollu l-obbligu li jara x'jistgħu jkunu l-istrutturi permanenti.", "Din hija importanti u ili ninsisti fuqha.", "Ma jistax ikun li s-sistema edukattiva tibqa' taħdem bi crisis management, jew b'mod ad hoc.", "Jeħtieġ strutturi permanenti li ovvjament jonoraw u jirremuneraw lil min qed jipparteċipa fihom u li naturalment jiffunzjonaw.", "Dak huwa x-xogħol proprju li qed nara li ġej sa Settembru tas-sena d-dieħla.", "Ovvjament ikollhom brief u l-brief ikun li jridu jaħsbu dwar x'jista' jsir fil-futur immedjat, x'jista' jsir fil-futur intermedjarju u x'jista' jsir fil-futur long-term.", "Jiġifieri dawn se jingħataw struttura u allura fost affarijiet oħra jridu jiġu bi pjan, b'dati, bl-ammont u t-tip ta' taħriġ li hemm bżonn, u x'tip ta' politika, jekk hemm bżonn, se jiżviluppaw.", "Dawn se jkollhom brief ċar u speċifiku ta' x'għandhom jagħmlu.", "Finalment qed nara li f'Settembru tas-sena d-dieħla joħroġ il-pjan strateġiku; mela għandek l-abbozz u għandek il-pjan strateġiku.", "Naturalment f'dan il-perijodu l-iskejjel iridu jaraw x'jistgħu jagħmlu dwar dan id-dokument.", "Kumitat ieħor li nara huwa kumitat li jirrifletti dwar fejn tista' tasal id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u fejn jistgħu jaslu l-iskejjel, b'dan id-dokument.", "Waħda mill-affarijiet li jitkellem dwarha dan id-dokument hija proprju l-interpretazzjoni tal-kurrikulu fil-livell ta' skola u x'jistgħu jagħmlu realistikament l-iskejjel.", "Din hija diskussjoni li trid tiżvolġi fl-iskejjel u hija diskussjoni li tista' tiżvolġi f'kumitat speċjalizzat li jiffoka biss fuq dan il-fatt.", "Niġi issa għall-istrutturi permanenti kif fl-opinjoni tiegħi jistgħu jiżviluppaw.", "Waħda mix-xenarji li nara huwa proprju li jissaħħaħ id-dipartiment tal-kurrikulu fi ħdan id-diviżjoni.", "Naħseb li dak huwa l-aktar pass straightforward li nara.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan id-dipartiment, u jien naħseb li ħdimt biżżejjed fil-qrib ma' dan id-dipartiment, m'għandux biżżejjed personnel, m'għandux il-firxa biżżejjed li għandu jkollu.", "Jekk wieħed iħares lejn in-national curriculum councils li hemm fir-Renju Unit u f'pajjiżi oħra barranin, jara li kull dipartiment li għandu x'jaqsam mal-kurrikulu għandu unit ta' riċerka.", "Kif jista' jkun immexxu sistema edukattiva fuq bażi professjonali mingħajr ma għandna data xjentifika ta' fejn qegħdin f'dawn l-issues?", "Mela dokument ieħor li nara li għandu jkollna sitta jew seba' snin oħra, huwa dokument xjentifiku dwar x'inhija s-sitwazzjoni.", "Imma biex ikollok dan it-tip ta' dokument, trid struttura madwarek.", "Waħda mill-affarijiet li ma tantx issemmiet hija r-riċerka u ma naħsibx li kienet b'kumbinazzjoni li r-riċerka ma tantx issemmiet.", "Jista' jagħti l-każ li ma ssemmietx għaliex f'dan il-pajjiż għad għandna allerġija kbira għar-riċerka; ir-riċerka hija marbuta ma' dawk in-nies li m'għandhomx x'jagħmlu; ir-riċerka m'hijiex xogħolna .… Sfortunatament għad għandna allerġija għar-riċerka, imma jien ngħid li ma tistax tmexxi sistema edukattiva fuq bażi professjonali u serja jekk m'għandekx unit ta' riċerka, jew almenu aġenzija ta' riċerka.", "Li jkollok aġenzija ta' riċerka hija alternattiva oħra.", "Aħna dejjem nitkellmu u nistennew mid-diviżjoni, pero' llum ħafna pajjiżi qed jitbiegħdu minn konċentrazzjoni fi ħdan il-gvern and they are farming out and tendering agencies li jieħdu ħsieb ir-riċerka.", "Per eżempju, hija nieqsa ħafna l-idea ta' unit dwar pubblikazzjoni u disseminazzjoni ta' informazzjoni.", "Din hija xi ħaġa bażika f'kull curriculum council li jien naf.", "Ċertament dawn huma żewġ areas li aħna neqsin minnhom u neqsin minnhom proprju għaliex m'għandniex in-nies u m'għandniex l-istruttura għalihom.", "Jiġifieri kif għedt, waħda mix-xenarji li nista' nimmaġina huwa proprju li nsaħħu d-dipartiment tal-kurrikulu fi ħdan id-diviżjoni.", "Xenarju ieħor li jien nista' noħlom dwaru u nantiċipa, huwa li d-diviżjoni tibqa' l-bażi eżekuttiva, pero' jiffidjawha jkun hemm aġenziji speċjalizzati.", "L-Onor.", "Coleiro li llum m'hijiex preżenti, qalet mhux diġa' jeżistu, per eżempju, l-istrutturi tal-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara u l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' li jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol u jservu ta' aġenti ta' konsultazzjoni mad-diviżjoni?", "Iva, jeżistu l-istrutturi, imma l-mistoqsija tiegħi hi: Fi ħdan dawn l-istrutturi, għandek nies li kapaċi jagħtu dan is-servizz?", "Din hija l-mistoqsija għaliex jekk nieħdu, per eżempju, il-konċett ta' l-ugwaljanza tal-mara u naraw x'għandek bżonn f'unit bħal dan, naraw li għandek bżonn nies li huma speċjalizzati fis-soċjoloġija ta' dan il-konċett.", "U kif qal l-Onor.", "Bartolo, it-teachers, kemm huma lesti li jibqgħu wara l-ħin ta' l-iskola kif hija l-prattika f'numru ta' pajjiżi barranin?", "Ovvjament hemm elementi soċjoloġiċi għal dan, u waħda minnhom hija l-feminizzazzjoni tal-professjoni ta' l-għalliema.", "Hawnhekk għandna fenomenu fejn minkejja li l-preżenza tal-mara fid-dinja tax-xogħol qed tikber, ma jfissirx li r-responsabbiltajiet tad-dar qed jinqasmu.", "Allura x'qed jiġri?", "Qed jiġri li n-nisa qed jagħmlu xogħol doppju; qed jagħmlu kemm ix-xogħol ta' barra mid-dar u kemm ix-xogħol tad-dar.", "Mela l-mara, għalkemm ħarġet taħdem, moħħha se jibqa' d-dar u appena jsiru s-2.30 p.m. se jkollha seba' mitt sena biex tmur id-dar u tieħu ħsieb id-dar u l-kumplament tal-familja.", "Jiġifieri żgur li jkollna bżonn ta' unit - ħalli nsemmi unit bħala eżempju tipiku - b'nies li għandhom ċertu background soċjoloġiku biex jifhmu eżattament is-sinjali taż-żmenijiet li bażikament huma sinjali soċjoloġiċi.", "Żgur li se jkollna bżonn ta' nies li huma mħarrġa fil-pedagoġija, li kapaċi jinterpretaw dawn is-sinjali u kapaċi jinterpretaw dan l-għarfien.", "Barra minn hekk, se jkollna wkoll bżonn ta' nies li kapaċi jevalwaw x'inhu jiġri fl-iskejjel proprju dwar dan il-konċett partikolari u li jevalwaw mhux biss statistika imma li ħafna drabi jkollhom bżonn imorru fl-iskejjel u jagħmlu xogħol kwalitattiv, xogħol etnografiku li jitlob kapaċitajiet speċjalizzati f'dik li hija riċerka.", "Jiġifieri mhux la kemm naqbdu u ngħidu li jeżistu l-istrutturi.", "Il-mistoqsija tiegħi hija kemm f'dawn l-istrutturi għandna nies kapaċi li jqumu għall-okkażjoni u kapaċi jaffrontaw iċ-challenge li aħna qed nagħmlulhom permezz ta' l-abbozz li għandna bħalissa.", "Xenarju ieħor li nara huwa li bħalma hemm barra minn Malta, jitwaqqaf kunsill nazzjonali għall-kurrikulu.", "Kunsill li jassorbi numru ta' nies mid-diviżjoni pero' li jippermetti l-parteċipazzjoni ta' nies barra mid-diviżjoni.", "Dan jista' jkun mod ġdid kif nattiraw nies li ma jridux jafu bid-diviżjoni u ma jridux jafu bid-diviżjoni għaliex il-kundizzjonijiet m'humiex tajbin, ir-remunerazzjoni għall-ispeċjalizzazzjoni tagħhom m'hijiex tajba u probabbli jrid jgħaddi ħafna żmien qabel ma jaslu għal-livell li huma jkunu qed jaspiraw għalih, u li naħseb għandhom dritt għalih bl-ispeċjalizzazzjoni tagħhom.", "Meta s-Sur Mizzi qal li ħarġu calls for application li ma mtlewx, ifisser li hemm problemi strutturali u mhux b'kumbinazzjoni li l-postijiet ma mtlewx.", "Ovvjament jien nappartjeni l-ġenerazzjoni kwalifikata u ambizzjuża u naf kif iħossuhom sħabi meta jaraw il-kondizzjonijiet imniżżla fil-calls for application.", "Żgur li ma jattirawhomx u mhux b'kumbinazzjoni li kif wieħed iġib degree, moħħu dejjem li jsib post fl-Universita'.", "Pero' ovvjament jekk ikun hemm strutturi li jonoraw lin-nies li ssagrifikaw flushom u l-familja tagħhom biex marru jistudjaw barra minn Malta ħalli jġibu l-kwalifiki, naħseb li s-sitwazzjoni tinbidel.", "Mela l-idea ta' kunsill nazzjonali hija li tassorbi nies mid-dipartiment tal-kurrikulu li qed jagħmlu dan ix-xogħol, pero' fl-istess waqt, f'kontest totalment differenti, tagħti l-opportunita' lin-nies barra mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni jagħtu kontribut xieraq u speċjalizzat lejn l-iżvilupp tal-kurrikulu.", "Dak huwa xenarju ambizzjuż, forsi radikali, imma li nemmen fih.", "Niġi issa għal-livell ta' skola.", "Naħseb li fil-kontest primarju li jien ffissat fih għaliex nemmen li huwa kruċjali, jekk tassew irridu nitkellmu dwar ġustizzja soċjali, irridu nitkellmu dwar it-tisħiħ tas-settur primarju u tat-tfulija bikrija.", "Fl-opinjoni tiegħi, f'dan is-settur għandna rebus sħiħ, b'mod partikolari fil-kontest tal-privat.", "Unbelievable il-ħniżrijiet li hemm f'dan is-settur.", "Biżżejjed ngħidilkom li tifel daqs it-tifel tiegħi li għadu lanqas għalaq it-tliet snin, f'kontest partikolari, ġie mġiegħel jikteb paġna sħiħa tan-numri one, four u seven bir-riżultat li dan it-tifel diġa' qed jgħid lill-ommu li ma jridx imur skola aktar.", "Ħafna drabi nwaħħlu fit-tfal u fil-familja għal ħafna mit-truancy li għandna, pero' ejjew nibdew nifhmu li aħna wkoll għandna ċertu responsabbiltajiet.", "Naħseb li għadna ma fehemniex biżżejjed l-importantza tat-tfulija bikrija, speċjalment f'kontest fejn għandek komunitajiet li huma żvantaġġjati.", "Jekk inħarsu lejn il-prattika internazzjonali, b'mod partikolari lejn l-Amerka ta' fuq li jien iktar familjari magħha, naraw li t-tfulija bikrija dejjem intużat biex kemm jista' jkun wieħed jindirizza s-sitwazzjonijiet pjuttost sfortunati tal-familji.", "Mela mhux biss qed nitkellmu dwar edukazzjoni bikrija li tindirizza l-bżonnijiet tat-tfal, imma qed immorru iktar 'il bogħod minn hekk u allura rridu nadottaw strateġija ħolistika u ekoloġika fejn mhux biss it-tfal qed jiġu indirizzati, imma anke l-familja tagħhom.", "Fl-opinjoni tiegħi, it-tfulija bikrija hija livell importantissimu u jeħtieġ li nagħtuha aktar importanza u naraw x'inhu jiġri eżattament f'dan il-qasam.", "Fil-livell primarju, naħseb li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar se toħroġ l-importanza ta' koordinaturi f'dan il-qasam.", "U meta qed ngħid \"koordinaturi\", m'iniex nirreferi għal koordinaturi ta' suġġett - il-politika tagħna hija dik ta' ħoliżmu u iktar ma tkompli tenfasizza s-suġġetti, iktar se tkompli tatomizza u inqas se tkun viċin il-politika ta' ħoliżmu - imma koordinaturi tal-kurrikulu primarju fil-kontest ta' skola.", "Dawn in-nies iridu jkunu speċjalizzati fil-qasam primarju u tajjeb li nfakkar li bir-ristrutturar tal-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni, għandna nies li qed jispeċjalizzaw fil-qasam kurrikulari fil-kontest primarju.", "Mela l-ispeċjalizzazzjoni kibret u issa mhux biss qed nispeċjalizzaw fil-primarja imma anke f'suġġett partikolari fil-primarja.", "Ara x'riżorsa se jkollna iktar 'il quddiem; se jkollna nies speċjalizzati fil-primarja u f'area partikolari tal-primarja.", "Naturalment wara l-kors bażiku anke dawn in-nies speċjalizzati se jkollhom bżonn ta' further training, fost affarijiet oħra f'dak li huwa żvilupp ta' kurrikulu, f'dak li huwa management u f'dak li huwa amministrazzjoni.", "Smajna ħafna dwar it-taħriġ, iżda naturalment hemm modi differenti kif tista' tħarreġ lil dawn in-nies u kif tista' tħarreġ lill-għalliema.", "F'pajjiżna għadna wisq riġidi f'dak li huwa taħriġ.", "L-ewwelnett naħseb li l-idea li in-service course fl-aħħar tas-sena jew fil-bidu tas-sena skolastika se jsewwi u jindirizza l-bżonnijiet ta' taħriġ, hija l-ikbar illużjoni li għandu l-pajjiż u allura rridu nsibu sistemi ta' kif wieħed jista' jitħarreġ mingħajr riġidita' żejda.", "Per eżempju sistema interessanti li adottaw ħafna pajjiżi barranin hija l-idea li l-għalliem ikun jista' jmur l-Universita' biex jieħu credit li jixtieq hu.", "M'hemmx għalfejn li mill-Universita' trid toħroġ bilfors b'ċertifikat jew b'diploma, imma tista' tmur biex tieħu credit partikolari li jinteressak u li għandek bżonn u li huwa rilevanti għalik.", "Ħaġa oħra li aħna għadna ma żviluppajniex iżda li l-industrija fehmitha u ilha li żviluppat, hija l-in-house training, jiġifieri training li huwa ddisinjat madwar il-bżonnijiet ta' l-iskola.", "Idea oħra ta' taħriġ li toħroġ mill-konċett tal-learning society, hija li l-assoċjazzjonijiet li jipparteċipaw magħna fid-dinja tal-kurrikulu, bħalma huma l-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara, id-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur, eċċ., ikunu huma stess li jorganizzaw korsijiet li jkunu akkreditati minn body li jgħid li tali kors huwa serju.", "Mela hemm flessibbilta' u hemm varjazzjoni sħiħa.", "Hemm repertorju sħiħ ta' possibbiltajiet kif wieħed jista' jħarreġ mingħajr ma jkun riġidu żżejjed.", "Għall-mistoqsija ta' l-Onor Bartolo lis-Sur Bencini dwar il-ħin li jagħmlu l-għalliema wara l-ħin ta' l-iskola, fl-opinjoni tiegħi, jekk verament l-għalliema qed jagħmlu xogħol ieħor wara li tispiċċa l-iskola, xogħol ta' correction of homeworks, ippjanar eċċ., x'differenza tagħmel li dan ix-xogħol jagħmluh, per eżempju, nofs siegħa jew tliet kwarti wara l-ħin ta' l-iskola?", "Dik hija t-tweġiba tiegħi.", "Jien kont involut f'ħafna taħriġ fl-iskejjel u nista' nassigurakom li nduru fejn induru, flessibbli kemm huma flessibbli l-għalliema u l-heads ta' l-iskejjel, u flessibbli kemm huwa flessibbli d-dipartiment tal-kurrikulu, xorta ltqajna ma' diffikultajiet.", "Din l-idea ġiet piloted bil-\"Let me learn\" project li għadu għaddej, pero' l-ikbar diffikulta' m'hijiex id-dispożizzjoni intrinsinka ta' l-għalliema - sibna ħafna kooperazzjoni minn għandhom - imma hija l-problema, il-kobba mħabbla, tal-ħin.", "Fil-kontest ta' opportunity centres, sibna l-ħin għaliex f'dawn it-tip ta' skejjel hemm ċertu flessibbilta', pero' fir-rigward ta' skejjel primarji sibna diffikulta' enormi.", "Ma naħsibx li nistgħu nkomplu nżarmaw knisja biex narmaw oħra, jiġifieri li nagħmlu seminars waqt il-ħin ta' l-iskola għax b'hekk inkunu qed inċaħħdu lit-tfal mill-ħin ta' kuntatt li huma għandhom ma' l-għalliema tagħhom.", "Jekk fil-ftehim kollettiv ma jkunx hemm xi forma - trid tkun verament kreattiv biex fis-sitwazzjoni li qegħdin issib din il-forma - li twassal biex ikun hemm iktar flessibbilta' u ma nibqgħux bl-idea li fis-2.30 p.m. spiċċajt u tlaqt 'il barra, ma nafx kif se naslu.", "Veru li hemm ħafna raġunijiet, pero' rrid nirrimarka wkoll b'mod pubbliku li s-sitwazzjoni m'hijiex innoċenti.", "Waħda mill-kritiċi kbar li qlajna hi li bid-destreaming irridu nnaqqsu n-numru ta' tfal fil-klassijiet, pero' naħseb nafu li għandna teachers li qegħdin bi 15, bi 12, jew anke b'inqas tfal fi klassi.", "Nafu li għandna facilitators full-time li m'humiex fil-klassi, imma huma bħala supply għal dak li jista' jinqala'.", "And yet, is-sistema hija tradizzjonali, anzi hija l-prototip ta' x'għandha tkun sistema trażmissjonali u tradizzjonali.", "Irridu noqogħdu attenti.", "Naħseb jien għandi esperjenza biżżejjed biex ngħid li għalkemm ammont ta' reżistenza li kellna kienet ġenwina, kellna wkoll reżistenza li ma kenitx ġenwina.", "Nafu fejn ir-ratio ta' għalliema ma' tfal huwa idealissimu, żgur li huwa l-għira ta' l-Ewropa u tad-dinja, pero' xorta waħda għandna struttura arċi-tradizzjonali.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti meta nitkellmu dwar dan.", "Nixtieq li nnaqqsu n-numru imma xtaqt ukoll nagħmel dan il-punt importanti.", "Din hija s-sitwazzjoni fil-preżent u għalissa se nieqaf hawn biex nieħu l-mistoqsijiet.", "A/CHAIRPERSON: Grazzi ħafna tal-preżentazzjoni tiegħek.", "L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: L-aktar li xtaqt nistaqsik hija l-idea tiegħek dwar l-evalwazzjoni ta' dan id-dokument stess u fil-bidu ta' din id-diskussjoni, diġa' tkellimna dwar kif nistgħu nevalwaw kif aħna mexjin fl-implimentazzjoni ta' dan il-programm.", "Rigward riċerka fl-iskejjel, inti semmejt riċerka etnografika li ovvjament tista' tagħtina ħafna informazzjoni.", "Jien nemmen ħafna li d-deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq riċerka xjentifika, kif fil-fatt isir fil-qasam tal-mediċina, għaliex mhux biżżejjed li nisimgħu ħafna opinjonijiet imma rridu nimxu fuq il-fatti li għandna, fuq il-brain power u l-potenzjal li għandu l-pajjiż.", "Tista' tispjega kif b'saqajna ma' l-art u bir-riżorsi li għandna, nistgħu nagħmlu l-evalwazzjoni?", "DR. CARM BORG: Xenarju li nixtieq nitkellem dwaru huwa l-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni.", "Jekk il-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni trid issir aktar rilevanti, inħoss li l-proġett ta' l-aħħar, jiġifieri t-teżi, jeħtieġ li jibda jsir aktar u aktar abbinat mal-bżonnijiet ta' l-iskejjel.", "Din hija waħda mir-risposti immedjati għat-tħassib tiegħek.", "Irrid nara iktar riċerka ħierġa mill-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni, riċerka li m'hijiex biss qed issir biex tagħti degree lil xi ħadd, imma li qed issir biex tagħti servizz lill-komunita'.", "Dan diġa' qed isir, pero' fl-opinjoni tiegħi qed isir b'mod limitat u allura m'iniex kuntent bis-sitwazzjoni.", "Irrid nara riċerka ħierġa mill-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni li hija rilevanti u ta' servizz dirett għall-komunita'.", "Iddejjaqni ħafna u m'hijiex etika li riċerkatur jidħol fi skola, jesplojta l-komunita' ta' l-iskola, jippubblika l-karti u jagħmel karriera minn dawk il-karti u qisu qatt ma ġara xejn.", "Din issemmiet mill-head tal-Junior Lyceum taż-Żejtun, Miss Ciappara, u kellha dritt li tagħmel dik il-kritika għaliex it is very unethical li studenti universitarji jieħdu l-informazzjoni minn skola, u wara li jieħdu d-degree, qatt ma terġa' tarahom.", "Din l-osservazzjoni mill-ewwel għaddejtha lill-kumitat li jieħu ħsieb it-teżijiet biex jagħmilha ċar lill-istudenti li l-klijenti tar-riċerka għandhom dritt fundamentali.", "Meta fil-korsijiet tagħna aħna nitkellmu dwar etika, din nagħmluha ċara, pero' milli jidher ma ġietx eżekwita minn min kellu jesegwixxiha.", "It-tieni xenarju u li jitkellem ukoll dwaru l-abbozz, huwa dwar riċerka interna, dik li ngħidulha \"action research\", jiġifieri riċerka li tkun ħierġa mill-iskola stess, fejn l-iskola stess tidentifika l-bżonnijiet u ż-żoni ta' riċerka tagħha.", "L-iskuża li fl-iskejjel m'hemmx nies kapaċi jagħmlu r-riċerka, qiegħda bil-mod il-mod tmajna għaliex anke fil-livell ta' B.Educ. aħna nagħtu mill-inqas żewġ korsijiet f'dan il-qasam.", "Min jgħidilkom li aħna m'aħniex qed nippreparaw lill-istudenti għal din it-tip ta' riċerka, għidulu li huwa żbaljat, jekk mhux ukoll giddieb, għaliex fil-verita' għandna żewġ korsijiet intensi ħafna li proprju jitkellmu dwar din il-ħaġa.", "Qed ikollna nies kapaċi jagħmlu din it-tip ta' riċerka u n-numru qed jiżdied anke fil-kontest primarju.", "Għandi l-pjaċir ngħid li kont ukoll involut f'numru ta' action research li sar fi skejjel.", "Kif tafu, l-iskejjel qed jiżviluppaw il-pjan ta' żvilupp tagħhom u numru ta' skejjel ħadu inizjattiva li qabel ma jibdew jiktbu il-pjan ta' żvilupp tagħhom, jaraw x'hemm u x'm'hemmx fl-iskola tagħhom.", "Identifikaw it-temi tar-riċerka tagħhom u bl-għajnuna ta' nies li huma speċjalizzati fil-metadoloġija partikolari, qed jagħmlu l-action research tagħhom.", "Jiġifieri l-idea ta' action research, għalkemm bil-mod ħafna, diġa' sabet art fertili f'ċertu skejjel.", "Xenarju possibbli ieħor, kif diġa' għedt, huwa unit fi ħdan id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni jew inkella aġenziji li jagħmlu riċerka dwar temi partikolari li l-abbozz jiżviluppa.", "Għar rigward ta' monitoring, evalwazzjoni, naħseb li dak huwa kruċjali ħafna.", "Żgur li mingħajr monitoring dan il-proġett ifalli.", "Jekk inħarsu lejn dawn l-aħħar għaxar snin - u nieħu pjaċir nagħmel il-kuntrast għaliex huwa kuntrast veru - naraw li tista' tgħid li fl-ewwel attentat, ħafna mill-għalliema ma kellhomx idea x'fih.", "Illum diġa' għamilna l-ewwel pass, jiġifieri diġa' frixna s-sodda biex ikollna possibbilta' ta' suċċess f'dan is-suġġett.", "Jekk għandna nies li ddiskutew dan l-abbozz, li l-abbozz iħossuh bħala parti minnhom u li jħossu li fl-abbozz hemm suġġerimenti tagħhom stess, ifisser li diġa' meddejna l-ewwel pass lejn dik li nsejħulha \"motivazzjoni intrinsika\".", "Dan ifisser li m'hemmx għalfejn il-ħin kollu żżomm l-istikka fuq in-nies biex imexxu l-affarijiet.", "Naħseb li l-ewwel pass lejn monitoring, diġa' għamilnih indirettament billi nvolvejna l-istakeholders kollha u allura nittama li nissilna ċertu motivazzjoni intrinsika f'dawk in-nies li għada pitgħada jridu jiżvolġu u jmexxu dan il-proġett.", "Pero' s'intendi għandek monitoring li fil-kontest primarju jista' jsir fl-iskola permezz ta' koordinaturi.", "Per eżempju, id-dipartiment tal-kurrikulu jista' huwa stess jagħmel parti mill-monitoring, pero' nerġa' nirripeti li jrid ikun hemm unit li xogħlu jkun proprju li jiffoka fuq il-monitoring li tant huwa importanti.", "Il-monitoring irid ikun qed isir fuq livell ta' skola, fuq livell nazzjonali u jrid ikun monitoring intern, intrinsiku, li wieħed jittama li niżviluppaw permezz tal-proċess innifsu.", "Jien nemmen li d-demokrazija titkattar billi nħaddmuha u mhux billi sempliċement nitkellmu fuqha.", "L-ikbar lezzjonijiet li ħadt fid-demokrazija kienu proprju lezzjonijiet prattiċi fejn involvejt ruħi u naħseb li dak huwa l-aħjar ċertifikat li wieħed jista' jagħti lil dan il-proċess.", "Saħħaħna d-demokrazija mhux billi ppriedkajna, imma billi ġegħelna lin-nies ikunu nvoluti.", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "EVARIST BARTOLO: L-ewwelnett ngħidlek grazzi għall-fibra u t-thrust li għandek biex tbiddel l-affarijiet.", "Min jaf kemm-il darba rajtni antipatku li ma ġrejtx daqskemm xtaqt int!", "Naħseb li l-punt li qajjimt dalgħodu għamililna ċara kif ma tistax titkellem biss fuq bidla fl-edukazzjoni fis-sens ta' ideal u oġġettivi x'jiġri fil-livell micro fil-klassi jew fl-iskola, imma wkoll billi nħarsu lejn l-arkitettura istituzzjonali tas-sistema edukattiva li tista' tpoġġina f'pożizzjoni li naqblu fuq id-dokument jew fuq l-għanijiet li rridu nilħqu imma fl-istess waqt ma nistgħux ma nistaqsux il-mistoqsija fundamentali, jiġifieri, b'liema strutturi nistgħu naslu.", "Naħseb li naqbel miegħek li rridu mmorru pass daqsxejn 'il bogħod mir-realta' eżistenti, nevalwawha u naħsbu f'soluzzjonijiet differenti minn dawk li jeżistu bħalissa għaliex ċertament li jekk qed naraw rwol ġdid għall-iskejjel, irridu bilfors naħsbu fi rwol ġdida għad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi, jista' jkollna a leaner education division, a lighter education division u allura għandna naħsbu f'soluzzjonijiet differenti għall-affarijiet li bħalissa narawhom bħala nuqqas fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Is-soluzzjonijiet mhux bilfors ikunu ġod-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, anzi probabbli naħseb li aħjar jekk ma jkunux.", "Irrid nistaqsik jekk f'raskom għandkomx - dejjem billi wieħed iżomm f'rasu r-riżorsi limitati li għandu l-pajjiż - tip ta' strutturi li rajna jimbtu f'pajjiżi oħra, per eżempju, li l-quality assessment and curriculum authority ma tkunx fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, imma li jkollok aġenzija estranja.", "Naturalment ma tistax tevalwa lilek innifsek; tista' tagħmel self evaluation li hija a learning process u li hija wkoll importanti ħafna, imma mbagħad irid ikollok aġent estern li jagħmillek il-quality assurance.", "Personalment waħda mid-diżappunti li għandi bit-tieni abbozz tal-kurrikulu hu li ċertu standard setting u ċertu imbuttaturi li tajtu fl-ewwel abbozz, huma neqsin fit-tieni abbozz.", "Nafu li ġejtu kkritikati li l-ewwel abbozz kien preskritt iżżejjed, imma naħseb li issa bit-tieni abbozz morna wisq in-naħa l-oħra.", "Qed nirriferi b'mod partikolari għal preskrizzjoni dwar in-numru ta' lezzjonijiet għal kull suġġett, dwar il-preskrizzjoni ta' lingwa għal kull suġġett u anke dwar it-tagħlim formali ta' l-ilsien.", "Jien inħoss li minn dan il-lat qed issir ħsara bl-abbozz li ħareġ f'Ottubru ta' l-1999.", "Inħoss li hemm irtirata wisq fuq l-Ingliż.", "Din se nkompli nsostniha għax naħseb li qed immorru kontra dak li hu tajjeb fl-abbozz ta' Ottubru 1999 b'riferenza għall-azzjoni favur dawk li l-aktar għandhom bżonn.", "Jekk hawn xi ħadd fil-pajjiż li l-aktar għandu bżonn biex ma tagħlaqlux il-bibien għall-opportunitajiet soċjali, ekonomiċi u politiċi, hu dak li l-inqas għandu exposure għall-Ingliż.", "Il-biża' tiegħi hi li bil-mudell li se mmorru għalih fit-tieni abbozz, se nkomplu nċaħħdu lil dawn it-tfal mill-Ingliż għaliex jiġri proprju dak li semmejt int, ċioe', li t-teachers li jħossuhom skomdi li jużaw l-Ingliż, malajr se jagħmlu l-code switching u jkomplu bil-Malti.", "Jien naħseb that we are short-changing our children u nitlob li dan il-punt jerġa' jiġi kkonsidrat għaliex dwar dan hemm wisq irtirata.", "Ħalli mmur lura għall-kwestjoni ta' kif se titwettaq l-arkitettura istituzzjonali.", "Jekk wieħed se jaħseb fil-forma ta' l-NCAA u fil-forma tal-QCA li hemm l-Ingilterra, wieħed irid jara li mbagħad din tkun marbuta wkoll ma' l-idea tal-MATSEC għaliex waħda mill-problemi li għandna f'pajjiżna hi li l-istituzzjonijiet ma jaħdmux flimkien, jaħdmu wisq 'il bogħod minn xulxin.", "Ma nistgħux inwettqu l-ideal li hawn f'dan il-kurrikulu jekk mhux se jkun hemm ħsieb strateġiku li jorbot lil kulħadd flimkien.", "Ma tistax tbiddel l-iskejjel u ma tagħtix kas x'se jiġri fil-MATSEC.", "Ma tistax tbiddel il-MATSEC u l-iskejjel u ma tagħtix kas id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Kollha huma inter-related.", "Jien naħseb li rridu nadottaw a systems approach għax jekk ma jkunx hemm a systems approach, x'imkien se neħlu, x'imkien se nfallu għaliex l-affarijiet mhux se jkunu marbutin flimkien.", "L-istess dwar it-training li tant qed nagħtuh importanza.", "Jien naqbel li t-teachers ma jeħdux biss in-service course darba kull sentejn imma li matul is-sena jkunu jistgħu jieħdu credit li jkun fil-portfolio tagħhom.", "Ma naħsibx li se jmutu jekk jattendu xi kors filgħaxija!", "Per eżempju pajjiżi barranin esperimentaw bit-teacher training agency li xogħolha ma jkunx biss tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Kulħadd jaf xi problemi kbar għandha d-diviżjoni biex tamministra l-ħajja ta' kuljum, u allura ma tantx ikollha ċans taħseb strateġikament x'għandha bżonn.", "DR. CARM BORG: Per eżempju pajjiżi oħra rabtu t-taħriġ ma' l-increments.", "EVARIST BARTOLO: Hekk hu; l-affarijiet iridu jkunu marbutin flimkien.", "Aħna qed naħsbu f'dawn it-tip ta' approaches li jridu jimxu flimkien?", "Punt ieħor li xtaqt nagħmel u li ċertament mhux se jkollok ħin twieġeb għalih f'din il-laqgħa, huwa diżappunt ieħor li kelli dwar it-tieni abbozz.", "Fit-tieni abbozz, għall kuntrarju ta' l-ewwel abbozz, fil-primarja, ix-xjenza u t-teknoloġija qed jiġu mifruda minn xulxin.", "Jien naħseb li fuq l-eżempju ta' pajjiżi barranin, u naħseb li l-iktar pajjiż fejn din irnexxiet kien l-Iżrael, ix-xjenza u t-teknoloġija għandhom ikunu marbuta flimkien għaliex inkella se nibqgħu bl-idea li x-xjenza hija adattata għal dawk li jaħsbu b'moħħhom, huma kapaċi u astratti, speċi n-nerds, waqt li t-teknoloġija hija għal min ikun tajjeb b'idejh.", "Fil-fatt naħseb li f'pajjiżna waħda mill-affarijiet għaliex inbatu, hi li noqogħdu naħsbu x'għandu jsir fl-astratt u mbagħad l-applikazzjoni hija dejjem mument mifrud mir-riflessjoni u mill-ħsieb.", "Jien naħseb li għandna nħarsu lejn l-eżempju tajjeb ta' l-Iżrael li bħas-soltu jaraw x'għamel tajjeb ħaddieħor u jagħmlu aħjar minnu u jaraw x'għamel ħażin ħaddieħor u ma jagħmluhx.", "Jien naħseb li x-xjenza u t-teknoloġija flimkien, bħalma nsibu fl-Iżrael, hija superjuri għad-design and technology li jidher li se mmorru għaliha, sistema li nsibu fl-Ingilterra u li llum hemm ukoll riflessjoni jekk għandhiex tibqa' f'dik id-direzzjoni, u anke għall-mudell Amerikan fejn għandek iktar teknoloġija milli xjenza.", "Jien naħseb li m'hemm xejn ħażin li nitgħallmu minn dak li għamel u addotta ħaddieħor.", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel huwa fuq kemm hu importanti li l-komunita' tappoġġja lill-iskola, punt li naħseb kien hemm iktar enfasi dwaru fl-ewwel abbozz milli fit-tieni wieħed.", "L-appoġġ huwa ferm importanti u allura, bħala parti mill-istrutturi li qed nitkellmu dwarhom, irridu naħsbu dwar community development initiatives fejn ikollok clusters of schools jaħdmu flimkien.", "Dwar dan m'aħniex nitkellmu biżżejjed u għandna ndaħħlu dan il-ħsieb għaliex hi traġedja li f'pajjiż żgħir bħal tagħna l-iskola primarja u l-iskola sekondarja ta' tliet mili 'l bogħod minn xulxin qishom qegħdin fuq pjaneti kompletament differenti.", "Mhux biss li lanqas jagħmlu kuntatt ma' xulxin, imma qishom qegħdin fuq pjaneti differenti.", "Irid ikollna din l-idea ta' clusters.", "Għaliex it-tfal tal-Belt ma jibdewx ikunu jafu fuq l-iskola sekondarja tal-Ħamrun li se jmorru fiha, qabel ma jidħlu fiha fis-27 ta' Settembru?", "Għaliex l-iskejjel ma jaħdmux flimkien biex insolvu ċerti problemi?", "U fl-idea tal-community development initiatives, għandu jkun hemm imdaħħlin il-kunsilli lokali u d-dipartimenti differenti f'ministeri differenti li tant tkellimtu dwarhom, bħalma huma dawk tal-health, tal-welfare u tal-housing, għaliex jekk bis-serjeta' rridu nsostnu lil dawk li bir-raġun it-tieni abbozz isemmi li għandha ssir għażla preferenzjali dwarhom, dawk li l-aktar għandhom bżonn, inkunu qed noħolmu jekk naħsbu li nistgħu nintervjenu biss fil-qasam edukattiv u ma nintervjenux ukoll fl-oqsma u fl-ambjenti soċjali, ekonomiċi u kulturali li fihom jgħixu.", "A/CHAIRPERSON: Naħseb li sar il-ħin u aħjar li naġġornaw għal-lejla fis-7.00 p.m. meta Dr. Borg ikollu ċans jirrispondi għall-mistoqsijiet li sarulu.", "Nirringrazzja lil kulħadd.", "F'nofsinhar il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 3 ta' Novembru 1999 fis-7.00 p.m. bl-istess aġenda."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991103_021d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 3 ta' Novembru, 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-10.08 a.m", "L-Onor.", "Dolores Cristina, Aġent President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 20 li saret fit-2 ta' Novembru, 1999 kienu konfermati.", "ABBOZZ FINALI TAL-KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat irriżuma mit-2 ta' Novembru 1999 id-diskussjoni fuq l-abbozz finali tal-kurrikulu minimu nazzjonali.", "Il-Kumitat stieden lis-Sur John Bencini, President, Malta Union of Teachers, u lil Dr Carmel Borg, Lecturer fl-Universita' ta' Malta, jieħdu sehem fid-diskussjoni u jirrispondu għall-mistoqsijiet magħmula mill-membri tal-kumitat dwar il-kurrikulu minimu nazzjonali.", "Dr Carmel Borg ippreżenta lill-Kumitat tabella li turi d-differenzi bejn l-abbozz tal-kurrikulu minimu nazzjonali maħruġ f'Marzu 1998 u dak maħruġ f'Ottubru 1999.", "F'nofsinhar il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 3 ta' Novembru fis-7.00 p.m.", "PAULINE ABELA GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "AĠENT PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991103_021m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 22", "L-Erbgħa, 3 ta' Novembru 1999 fis-6.00 p.m.", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ser jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 3 ta' Novembru 1999 fis-6.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni fuq l-abbozz finali tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali - Kontinwazzjoni.", "3 ta' Novembru 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991103_022a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 22", "L-Erbgħa, 3 ta' Novembru, 1999", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 22", "L-Erbgħa, 3 ta' Novembru, 1999", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.03 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 21 li saret fit-3 ta' Novembru, 1999 ġew konfermati.", "ABBOZZ FINALI TAL-KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI", "A/CHAIRPERSON (Onor. Dolores Cristina): Nilqagħkom għal-laqgħa tal-lum u nibda mill-ewwel biex nistieden lil Dr. Borg jirrispondi għall-mistoqsijiet li sarulu matul il-laqgħa ta' dalgħodu.", "DR. CARM BORG (Universita' ta' Malta): Dalgħodu l-Onor.", "Bartolo wera d-diżapprovazzjoni, jew aħjar l-inkwiet tiegħu, għall-fatt li fl-abbozz m'hemmx preskrizzjoni ta' lingwa ma' suġġett.", "Il-kritika li qlajna li kienet pjuttost ħarxa f'dan ir-rigward, kienet li wieħed m'hu se jsolvi xejn billi sempliċement jippreskrivi lingwa ma' suġġett.", "Sa ċertu punt naqbel ma' dan, u allura meta qegħdin nitkellmu dwar il-politika lingwistika fil-kontest ta' skola, wieħed irid jobbliga lill-iskejjel li jaċċennu għall-Ingliż, pero' iktar minn hekk, irridu naraw li ma jieqfux hemmhekk.", "Irridu naraw, per eżempju, x'metodoloġija qed tiġi wżata fl-iskejjel u x'riżorsi qegħdin jiġu wżati.", "Jiġifieri meta qegħdin nitkellmu dwar politika lingwistika, żgur li mhux se nieqfu fil-livell ta' lingwa ma' suġġett.", "Hija ħafna iktar vasta minn hekk.", "Veru li jidher li f'dan l-abbozz naqqasna l-preskrizzjoni, pero' xorta f'livell ta' skola se nibqgħu nesiġu politika lingwistika li tkun komprensiva u tkopri l-faċċati diversi tal-pedagoġija lingwistika.", "Rigward it-tqarrib ta' l-iskola mal-komunita', naqbel li hemm bżonn ta' tqarrib akbar bejn l-iskola u l-komunita'.", "Bħalissa bdejt tour personali ta' l-industrija u waħda mill-affarijiet li qed ninnota fl-industrija, speċjalment fl-industrija l-kbira li kien qed isemmi Mr Cassar f'laqgħa preċedenti, hija l-potenzjal edukattiv li għandhom ċertu industriji.", "Il-potenzjal li għandhom huwa tremend.", "Dawn huma żoni fejn għandek cutting edge technology anke meta kkomparati ma' dak li jistgħu joffru t-technical institutes tagħna.", "Barra minn hekk, l-infrastruttura meħtieġa biex jieħdu lil dawn in-nies, hija diġa' f'postha.", "Fil-fatt diġa' kien hemm xi attentati, per eżempju naf li l-Brand International offrew lit-teachers jagħmlu placements magħhom biex jiffamiljarizzaw ruħhom mat-teknoloġija li għandhom, li nerġa' nirrepeti, hija cutting edge.", "Pero' sfortunatament, mill-feedback li għandi, jidher li ma tantx ittieħed vantaġġ minn din l-inizjattiva.", "Żgur li f'dawn il-kumpanniji l-kbar jeżistu t-teknoloġija, l-infrastruttura u l-attitudni għal taħriġ.", "F'din il-kumpannija partikolari, il-Brand International, iltqajt ma' nies li litteralment bdew minn mal-makni u llum huma human resource managers.", "U huma human resource managers mhux għax xi ħadd għamlilhom pjaċir, imma għax stinkaw u ħadmu sakemm ġabu MBA u xi wħud minnhom tant huma ambizzjużi li diġa' avviċinawni biex nissuġġerilhom l-aħjar postijiet għal DBAs, eċċ. Fi ħdan l-azjenda nnifisha għandek potenzjal ta' taħriġ, ta' taħriġ kontinwu, u għandek attitudni li tiffavorixxi lil min ikompli jitħarreġ, anzi, kważi għandek pressjoni biex in-nies ikomplu jitħarrġu.", "It-taħriġ huwa minsuġ litteralment fit-tessut ta' l-industrija nnifisha.", "It-taħriġ huwa second nature għal din it-tip ta' kumpannija.", "Din hija xi ħaġa li verament noħlom dwarha fis-settur tagħna.", "Punt ieħor li ssemma kien dak ta' l-evalwazzjoni.", "Bla dubju ta' xejn naqbel li għandu jkun hemm evalwazzjoni across the board, pero' jien nemmen ħafna f'evalwazzjoni fl-iskola.", "Naħseb li l-abbozz innifsu, flimkien ma' l-ischool development plan li ovvjament irid ikun imnebbaħ minn dan l-abbozz u mnebbaħ mill-isfidi li għandha l-iskola stess, huma t-temi prinċipali ta' l-evalwazzjoni.", "L-ischool development plan huwa kruċjali għaliex fih se nsibu t-temi li semmejna dalgħodu, jiġifieri r-riċerka interna, continuous review u l-evalwazzjoni.", "Apparti l-evalwazzjoni fuq skala nazzjonali, nemmen ħafna f'evalwazzjoni fuq bażi ta' skola.", "Bħalma diġa' għedt, aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed ikollna nies fl-iskejjel tagħna li huma - mhux se ngħid ''suppost'' għax fil-fatt huma - imħarrġa biex jagħmlu din it-tip ta' riċerka.", "Jien nemmen ħafna fl-evalwazzjoni f'livell ta' skola u naħseb li l-ischool development plan jiżviluppa t-temi li wara kollox huma t-temi ta' riċerka u evalwazzjoni.", "Naħseb li dawn kienu l-punti li ssemmew dalgħodu.", "A/CHAIRPERSON: Hawn mistoqsijiet oħra għal Dr. Borg?", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Filgħodu Dr. Borg, semmejt li f'pajjiżna m'għandniex kultura ta' ġbir ta' data, u jien naħseb li dan huwa minnu.....", "DR. CARM BORG: M'għandniex ġbir ta' data b'mod sistematiku.", "CARMELO ABELA: Pero' daqstant ieħor m'għandniex kultura sportiva.", "Matul id-diskussjoni li kellna, għamilt mistoqsijiet lil diversi persuni dwar l-edukazzjoni fiżika u t-tagħlim ta' l-isport fl-iskejjel.", "Naħseb li jekk irridu nikkompetu bis-serjeta' ma' pajjiżi barranin, irridu nagħrfu nagħżlu l-aħjar mill-ftit li għandna, u naħseb li qed nitilfu numru sostanzjali ta' persuni li għandhom potenzjal u li jistgħu jagħmlu isem għal pajjiżna f'diversi dixxiplini sportivi, proprju għaliex m'aħniex nagħtu attenzjoni biżżejjed lill-isports fl-iskejjel tagħna.", "Barra minn hekk, tajjeb inħarsu wkoll lejn l-aspett li l-isports jgħin għall-formazzjoni tal-karattru tal-persuna.", "Żgur li pajjiżi barranin, u int tgħallimni f'din il-ħaġa, jagħmlu ħafna iktar milli qed nagħmlu aħna f'pajjiżna.", "Personalment inħoss li l-kurrikulu minimu nazzjonali ma tantx jenfasizza dan l-aspett, għallinqas mhux daqskemm nixtieq jien.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa dwar dawk l-affarijiet li fl-abbozz ta' qabel kienu preskritti waqt li issa qed ngħidu huma rakkmandati.", "Wisq nibża' li rakkmandazzjonijiet waħedhom ma jwasslux għall-għan proprju tagħna u allura forsi jkun tajjeb li jekk se nagħmlu biss rakkmandazzjonijiet - u aħna għandna r-riservi tagħna dwar dan - tinġibed l-attenzjoni li r-rakkmandazzjonijiet għandhom jittieħdu bl-akbar serjeta' u bl-akbar impenn u wieħed għandu jimxi mal-ħsieb wara dik ir-rakkmandazzjoni.", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "EVARIST BARTOLO: Fid-dawl ta' dak li konna qed nitkellmu fuqu, jiġifieri l-kultura ta' titjib ta' l-iskejjel, l-evalwazzjoni, eċċ., kienu saru kuntatti li setgħu jiġu żviluppati ħafna iżjed - konna għadna fil-bidu - mat-team ta' Peter Mortimore fl-Institute of Education ta' l-Universita' ta' Londra.", "Fid-dawl ta' dak li qed tgħid inti għal bżonn ta' riċerka, u naqblu ma' dan il-bżonn, tarax skop li jiġi żviluppat dak il-kuntatt li kien sar biex ikun hemm speċi ta' alleanza strateġika bejn id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, l-istitut ta' l-edukazzjoni ta' l-Universita' ta' Londra u l-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni ta' l-Universita' ta' Malta.", "Naħseb li b'hekk ikun hemm il-vantaġġ li qiegħed jiġi mbuttat bl-istandards internazzjonali.", "Naħseb kulħadd jaċċetta li l-Institute of Education ta' l-Universita' ta' Londra huwa wieħed mil-leading institutions fid-dinja dwar dan il-qasam.", "Huwa impressjonati l-livell ta' riċerka li jsir mill-fakulta' ta' l-edukazzjoni dwar dan u min-naħa tagħha, ċertament li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għandha rwol importanti x'tilgħab f'ħaġa bħal din.", "Peter Mortimore u t-team tiegħu, huma fost l-aktar avvanzati fid-dinja fuq l-ischool improvement culture u l-ischool effectiveness movements, barra li ħafna nies bħal Dennis Lawton u oħrajn, bnew il-kultura ta' assessment li ċertament aħna għad għandna bżonn nibnu l-capability u l-kultura f'pajjiżna.", "Ma' l-Universita' ta' Londra hemm ukoll l-istituzzjoni ta' Edexel li allura, b'arranġament ma' istituzzjoni bħal dik, tkun qed tolqot ħafna għasafar b'ġebla waħda minħabba x-xogħol li jrid isir fuq il-MATSEC biex nintegraw l-approach kollu.", "Fid-dawl ta' dak li kont qed titkellem dwaru, tara skop għal dawn it-tip ta' arranġamenti, għal dawn it-tip ta' approaches?", "L-aħħar mistoqsija li xtaqt nagħmel hija dwar xi ħaġa li naf hija għal qalbkom, anke bħala fakulta', u li ma ssemmietx wisq madwar din il-mejda, il-professional development school.", "Tarax il-possibbilta' li jiġu adottati - mhux across the board għaliex lanqas hemm possibbilta' li ssir - xi skejjel biex ikun hemm professional development fihom, anke fid-dawl ta' dak li kont qed tgħid int dalgħodu u li sfortunatament mhux magħruf biżżejjed f'pajjiżna?", "Dalgħodu inti semmejt sitwazzjoni fejn diġa' hemm comprehensive education u li tidher li qed taħdem.", "Din is-sistema ġiet minħabba d-daqs tal-komunita' fejn fl-iskola hemm klassi waħda jew tnejn u allura r-realta' ġabet li hemmhekk taħdem il-comprehensive system.", "X'jista' jsir biex jingħata iktar pubbliċita' lil dik it-tip ta' prattika li diġa' teżisti u li forsi tista' tgħin biex tirbaħ id-dubju u s-suspetti li qisu għax nafu ċertu triq u mhux oħra, bilfors se naqbżu fid-dlam, jew bilfors irridu nirrepetu l-iżbalji ta' l-imgħoddi li naturalment mhux il-każ?", "DR. CARM BORG: Ħalli nibda mill-punt dwar l-edukazzjoni fiżika.", "Ma naqbilx li l-iskejjel tagħna jispiċċaw breeding grounds għal talenti sportivi li għada pitgħada se jkunu l-professjonisti tagħna.", "Ma naħsibx li dak huwa l-iskop ta' l-iskejjel tagħna.", "Naħseb li iva, tajna importanza lill-edukazzjoni fiżika meta bħala prinċipju ewlieni ta' l-abbozz, qegħdin nagħmlu l-iżvilupp ħolistiku tat-tfal.", "Appena titkellem dwar ħoliżmu fl-iżvilupp, qed titkellem dwar żvilupp totali, żvilupp sħiħ tat-tfal li ovvjament jinkludi l-iżvilupp fiżiku.", "Pero' l-iżvilupp fiżiku ma jsirx biss f'kontest ta' sport, imma jsir ukoll, per eżempju, f'kontest ta' espressjoni kreattiva.", "U jekk tħares lejn l-abbozz issib li l-espressjoni kreattiva hija waħda miż-żoni bażiċi tal-kurrikulu.", "Ovvjament hemm areas oħra fejn dan l-iżvilupp jista' jsir, pero' ċertament li l-edukazzjoni fiżika tajniha l-importanza tagħha meta proprju semmejna l-fatt, u għamilnih bħala prinċipju bażiku, flimkien ma' prinċipji sagri oħra, li hemm bżonn inħarsu lejn it-tfal fit-totalita' tagħhom.", "Meta nitkellmu fuq it-totalita' tat-tfal, qegħdin ngħidu li m'huwiex aċċettabbli li l-edukazzjoni fiżika ssir is-Cindirella tal-kurrikulu bikri, primarju u sekondarju.", "Jiġifieri ma nistgħux naċċettaw iktar l-idea li l-għalliema, f'kontest ta' kurrikulu primarju, thedded it-tfal bil-PE.", "Diskors bħal: \"Jekk ma toqogħdux kwieti mhux se noħroġkom għal PE'', jew ''Jiddispjaċini imma din hija l-klassi 6A allura m'għandniex żmien għal PE'', huwa inaċċettabbli.", "Dawn is-sitwazzjonijiet, dawn ix-xenarji, huma inaċċettabbli mill-punto di vista edukattiv u naħseb li llum, permezz ta' dan l-abbozz, tajna arma b'saħħitha biżżejjed lill-istakeholders biex imissu ma' dan il-punt tant importanti.", "Fir-rigward tal-preskrizzjoni, nerġa' nirrepeti li l-preskrizzjoni jew inkella r-rakkmandazzjoni, tagħmel sens f'kontest ta' politika.", "Mela aħna mhux se nieqfu fuq bażi ta' rakkmandazzjoni, mhux se jkun rakkmandat li lingwa tintuża għal tali suġġett, imma se nkomplu billi niżviluppaw politika lingwistika.", "Waħedha, jista' jagħti l-każ li f'dak li għandu x'jaqsam ma' lingwa ikun jidher qisna idejn bl-ingwanti, pero' meta mbagħad wieħed jibda jiżviluppa l-politika lingwistika, jinduna li l-politika lingwistika ma tieqafx ma' sempliċi preskrizzjoni ta' lingwa ma' suġġett, imma tidħol proprju f'dik il-kaxxa s-sewda li hija l-klassi, u tara eżattament x'inhu jiġri.", "Bħalma m'huwiex aċċettabbli li numru kbir ta' tfal joħorġu mis-sistema edukattiva illiterati … Personalment ma nistax nifhem kif minkejja li nibdew ngħallmu l-Ingliż minn eta' żgħira, għandna numru daqstant kbir ta' tfal li joħorġu mis-sistema edukattiva ma jafux kelma bl-Ingliż jew inkella ma jafux jikkomponu almenu sentenza waħda bl-Ingliż, meta aħna nafu u huwa approvat - ir-riċerka ma tħallilna ebda dubju - li anke qabel ma jibdew imorru l-iskola, it-tfal għandhom il-potenzjal li jsiru bi-lingwali.", "Dan qed narah proprju fil-każ tat-tifel tiegħi; s'intendi f'kontest ta' ambjent lingwistikament stimulanti għall-aħħar.", "It-tfal għandhom il-potenzjal li minn kmieni jsiru bi-lingwali u allura jien bilfors ikolli nistaqsi għaliex wara tant snin l-iskola t-tfal tagħna qed joħorġu daqshekk batuti fl-Ingliż.", "Naturalment ir-riċerka trid tirrispondi din il-mistoqsija imma dan japplika wkoll għal studenti universitarji u r-raġuni hija li - hawnhekk se nitkellem ftit b'politika u soċjoloġija - għandna ċirku vizzjuż.", "Il-fakulta' tagħna tiġbed studenti mill-klassi ta' studenti li għandhom Ingliż pjuttost batut, fjakk, u meta jiggradwaw u jerġgħu jmorru lura fis-sistema edukattiva, jerġgħu jirrinfurzaw din is-sitwazzjoni pjuttost terribbli f'dik li hija kompetenza, ħakma, u użu effiċjenti tal-lingwa.", "Din hija s-sitwazzjoni.", "Hemm bżonn naraw eżattament x'inhu jiġri.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq metodoloġija fil-klassi, qed nitkellmu dwar strateġiji pedagoġiċi, qed nitkellmu dwar il-kontenut innifsu, qed nitkellmu dwar testi li qegħdin jiġu wżati.", "La semmejt it-testi, irrid nagħmel rimarka.", "M'huwiex aċċettabbli li kotba li forsi kienu relevanti ħmistax jew għoxrin sena ilu, għadhom jiġu wżati llum mit-tfal tagħna.", "Mhux biss qed ngħid għall-kontenut tagħhom, imma anke għall-immaġini li jiżviluppaw f'moħħ it-tfal.", "U hawnhekk għandna l-kurrikulu moħbi.", "Kotba li juru immaġini ta' Malta ta' għoxrin, tletin jew iktar, snin ilu, immaġini li jikkontradixxu l-iżviluppi li saru fl-istess soċjeta' u l-aspirazzjonijiet tagħna bħala soċjeta'.", "Ma nistax ma nirrimarkax li hemmhekk għandna lok fejn naħdmu iktar biex naġġornaw it-testi tagħna.", "F'kontest fejn il-ktieb huwa kruċjali, huwa ċentrali, kważi kull pedagoġija hija marbuta mal-ktieb, il-minimu li nistgħu nistennew huwa li jkollna kotba li huma relevanti, kotba li huma kurrenti, kotba li pedagoġikament jagħmlu sens.", "Onor. Bartolo, jimporta tfakkarni ftit x'kienu l-mistoqsijiet tiegħek?", "EVARIST BARTOLO: Staqsejtek dwar l-ischool improvement culture ta' Peter Mortimore u l-kollegi tiegħu, l-ischool effectiveness movement, Edexel of education and professional development.", "DR. CARM BORG: Sintendi, in-networking li jsir bejn id-diviżjoni u l-istituzzjonijiet, jew fakulta', jista' jsir fuq bażi triangolari.", "M'għandi l-ebda diffikulta' li naħdem mad-diviżjoni u kif jaf kulħadd, jien dejjem ħdimt mad-diviżjoni.", "Irrid ngħid li l-Ingilterra m'hijiex l-unika sors ta' ispirazzjoni.", "Per eżempju l-Kanada għandha l-guru f'dan il-qasam li huwa Michael Fullen.", "Naħseb li kulmin għandu x'jaqsam ma' management, żgur li sema' b'Michael Fullen u naturalment fl-Amerka ta' fuq għandek xalata sħiħa ta' ismijiet.", "Pajjiżi li qed jimpressjonawni ħafna, huma l-Awstralja - sintendi d-distanza tikkrea problemi - u New Zealand.", "Dawn il-pajjiżi għandhom ħafna x'joffru f'dan il-qasam.", "Definitely li n-networking jista' jinfirex ukoll 'lil hinn mill-kontinent Ewropew u jidħol fiż-żona ta' l-Amerka ta' Fuq - jien familjarji ma' dik iż-żona - u anke fl-Awstralja, l-Ażja, eċċ. Dawn huma pajjiżi li impressjonawni ħafna, qegħdin jaħdmu ħafna f'dan il-qasam, huma avvanzati ħafna u naħseb li nistgħu nitgħallmu ħafna minnhom.", "Barra minn hekk, għandna l-vantaġġ li bħala fakulta', u naħseb anke bħala diviżjoni, diġa' għandna kuntatti ma' nies li huma fil-forefront ta' dan il-qasam.", "Jien ma nsib l-ebda diffikulta' li noffri n-knowledge tiegħi f'dan il-qasam.", "Semmejt ukoll il-professional development schools li mill-punto di vista ta' fakulta' huma marbuta mal-konċett ta' mentoring.", "Dejjem irbatna l-mentoring ma' professional development schools għaliex kemm aħna u kemm id-diviżjoni, nemmnu li rridu nies … L-ewwelnett għandna problema ta' nies li huma ħerġin mill-fakulta' tagħna u ntefgħu fl-oċean u għandna problemi serji f'dik li hija fażi transitorja.", "Aħna nixtiequ naraw nies imħarrġa fl-iskejjel tagħna li kapaċi jgħinu mhux biss lill-istudenti fil-fażi tal-practicus tagħhom, imma li kapaċi jgħinu wkoll lill-istudenti fil-fażi transitorja u appropositu ta' dan, dan ix-xahar se joħorġu call for applications għal ċertifikat fil-mentoring.", "Naturalment għandna wkoll il-problema ta' inċentivi.", "Kif tafu, fl-1993 il-fakulta' kienet ħadet bis-serjeta' inizjattiva rigward il-mentoring u kienu anke nġabu nies esperti minn barra biex jagħtu pariri.", "Nista' ngħid li l-inizjattiva bdiet tajjeb, pero' mbagħad qamet il-kwestjoni ta' l-inċentivi u l-vapur inkalja appena qamet din il-kwestjoni.", "L-inċentivi mhux bilfors ikunu f'forma remunerattiva, imma jistgħu jkunu f'forma ta' privileġġi, per eżempju, aċċess għall-fakulta' u għall-korsijiet, aċċess għal-librerija, pero' ma nafx jekk dawn l-inċentivi humiex biżżejjed biex jattiraw lill-għalliema jagħmlu dan it-tip ta' xogħol li huwa importantissimu u li għandna ħafna eżempji tiegħu f'diversi partijiet tad-dinja.", "Il-PDS dejjem irbatnih mal-mentoring.", "Jekk naraw li l-mentoring se jerġa' jinkalja, li m'huwiex se jieħu l-ħajja, huwa diffiċli ħafna biex nistabbilixxu rapport sura ta' nies ma' l-iskejjel tagħna jekk m'għandniex nies disposti li jagħtu dan it-tip ta' servizz mill-iskola.", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Qabel xejn nixtieq nagħmel kjarifika għal dak li għedt.", "Ma xtaqtx niftiehem li l-iskejjel għandhom iservu biex jipproduċu l-isportivi professjonali tagħna, pero', kif inti stess għedt, u naqbel ma' dak li għedt, jekk ma jkunx hemm kuntatt, żgur li t-tfal ma jkunux jistgħu jitħajru jkomplu, anke fuq inizjattiva personali tagħhom.", "F'dak is-sens ridt ngħid.", "Waqt id-diskors tiegħek inti semmejt il-bżonn ta' pjan strateġiku u għedt ukoll li dan m'huwiex imsemmi fil-kurrikulu li għandna quddiemna.", "DR. CARM BORG: Se jsegwi minn dan.", "CARMELO ABELA: Jien naħseb li għandu jkun hemm aċċenn ta' x'inhu l-pass li jmiss ħalli mhux biss ikollna l-ideali miktubin, imma jkun hemm, anke jekk ma jkunx f'tant dettall, ħjiel ta' pjan strateġiku.", "Forsi wieħed jista' jagħti idea ta' x'għandu jkun dan il-pjan strateġiku sabiex ħaġa ssegwi ma' l-oħra, iktar u iktar meta jidħol fis-seħħ u jkollu rabta legali.", "Mistoqsija oħra li xtaqt nagħmillek hija jekk inti u Prof. Wain kellkomx kuntatt mal-bord tal-MATSEC dwar ...", "DR. CARM BORG: Prof. Wain se jitkellem fit-tul dwar dan.", "CARMELO ABELA: Mela nista' nieqaf hawn.", "DR. CARM BORG: Għar-rigward ta' jekk il-pjan strateġiku li se jkun il-pass li jmiss għandux jissemma f'dan id-dokument, it's an opinion.", "Żgur li jrid jkun hemm propaganda dwar din l-issue għaliex għad hawn ħafna li għadhom jaħsbu li f'Settembru li ġej se naqbdu dan id-dokument, lock, stock and barrel, u nibdew nirrambaw is-sistema edukattiva bih.", "M'huwiex il-każ.", "A/CHAIRPERSON: Nirringrazzjak Dr. Borg u ngħaddu issa għall-aħħar mistieden tagħna, Prof. Kenneth Wain.", "KENNETH WAIN (Fakulta' ta' l-Edukazzjoni, Universita' ta' Malta): Naħseb li m'għandix għalfejn nidħol fl-isfond ta' kif żviluppa l-kurrikulu u x'bidliet saru fl-ewwel draft sabiex wasalna għall-abbozz li għandna quddiemna, għax din l-area has been very well covered minn Dr. Carm Borg.", "Jien nixtieq nikkonċentra l-iktar fuq dik il-ħaġa li minn dak li ntqal fis-seduti li kont preżenti għalihom, jidher li hija l-iktar ħaġa li qed tippreokkupa, ċioe' l-istrateġija; kif aħna nistgħu npoġġu n-national curriculum into practice.", "Dr. Carm Borg diġa' semma dak li huwa jemmen għandu jkun is-segwitu immedjat għal dan id-dokument.", "Diġa' qal li mill-ewwel għandu jsir sforz biex tinħoloq strateġija u li l-istrateġija għandha tinħadem bl-istess mod kif inħadem id-draft tan-national curriculum, jiġifieri, bejn l-istakeholders, il-partijiet kollha li finalment se jkollhom x'jaqsmu mat-twettiq tal-kurrikulu.", "U meta qed ngħid ''il-partijiet kollha'', qed nirriferi għad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, għall-fakulta' ta' l-edukazzjoni, esperti li jista' jkollna bżonn inġibu minn barra, ġenituri, l-iskejjel, l-għalliema u l-istudenti infushom.", "Meta niġi għall-kwestjoni ta' struttura, naħseb li rridu nitkellmu fuq affarijiet li huma verament fundamentali.", "Naħseb li kif qal is-Sur John Bencini dalgħodu, irridu nkunu kuraġġjużi ħafna fil-mod kif inħarsu lejn il-futur u kif nirrevedu l-kurrikulu.", "Irridu nkunu daqstant kuraġġjużi meta niġu biex inħarsu lejn l-istrutturi tagħna ħalli l-kurrikulu ma jibqax biss dokument sabiħ li kulħadd jaqbel miegħu iżda li finalment ma jitwettaq xejn minnu.", "Jien naqbel ma' dak li qal Carmel dalgħodu li se jkun vitali ħafna kif in-national curriculum se jkun monitored, kif se jkun żviluppat, kif se jkun dokument dinamiku fis-sens li ma jibqax id-dokument li jkun imma li jiżviluppa b'mod li meta għada pitgħada niġu biex nirreveduh - il-ħajja ta' kull national curriculum m'hijiex għal dejjem - ikun diġa' sar ċertu xogħol u allura ma jkollniex għalfejn nerġgħu noqogħdu nagħmlu bħalma kellna nagħmlu din id-darba u ngħaddu mill-proċess kollu, mill-proċess ta' re-inventing the wheel.", "Għalhekk jien nemmen li għandu bżonn jiġi stabbilit xi tip ta' national curriculum council - jissejjaħx hekk jew jissejjaħx b'isem ieħor, m'huwiex importanti - li jiffunzjona bl-istess mod li jiffunzjonaw dawn it-tip ta' councils f'diversi pajjiżi barranin.", "Ix-xogħol ta' national curriculum council ikun the overall control tal-mod kif jitmexxa n-national curriculum.", "Ix-xogħol tal-council ikun jinkludi monitoring ta' l-iskejjel biex jara li n-national curriculum qed jiġi implimentat u auditing ta' l-iskejjel biex jara li l-istandards ta' tagħlim ikunu up-to-date.", "Barra minn hekk, kif semma dalgħodu Carmel, ikollu fih unit ta' riċerka li tgħin lill-iskejjel bir-riżultati miksuba u jagħmel ukoll dak l-istħarriġ neċessarju biex meta għada pitgħada jkollna bżonn nirrevedu l-kurrikulu preżenti, ikollna diġa' lest ix-xogħol fundamentali ta' preparazzjoni.", "Jien nemmen li għandna bżonn national curriculum council għaliex ma naħsibx li huwa fair li ngħabbu lid-dipartiment tal-kurrikulu fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni bix-xogħol ta' monitoring tas-sistema kollha.", "Ma naqbilx li għandu jkun hekk, l-ewwelnett, fuq livell ta' prinċipju.", "Jien nemmen li jekk se jkollna national curriculum, irid ikollna xi tip ta' organu nazzjonali li jissorvelja dak li jkun qed isir, inkella d-diviżjoni tkun qisha qed tissorvelja lilha nnifisha.", "Nemmen li dak m'għandux ikun.", "U t-tieni nett, naħseb li l-curriculum department fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni se jkollu ħafna x'jagħmel bl-iskejjel ta' l-Istat.", "Irid juża r-riżorsi kollha tiegħu biex jgħin lill-iskejjel jiżviluppaw l-ischool development plans tagħhom u jgħinhom jagħmlu l-internal monitoring tagħhom stess.", "Barra minn hekk, irid ukoll jassisti fit-training u fl-iżvilupp professjonali ta' l-għalliema u allura jekk titfa' piż ieħor fuq id-dipartiment, id-dipartiment jew se jkollu jżid in-nies bir-riżultat li d-dipartiment isir kbir wisq u jsir unwieldy, jew inkella se jkun imfixkel milli jagħmel ix-xogħol proprju tiegħu li jien nemmen għandu jkun iffokat fuq l-iskejjel ta' l-Istat biex jgħollilhom l-istandards tagħhom.", "Ħalli ngħid xi ħaġa dwar il-monitoring ta' l-iskejjel għax importanti li nkunu ċari x'qegħdin nifhmu meta ngħidu monitoring ta' l-iskejjel.", "Issemmiet ħafna l-idea ta' school auditing u jien kelli esperjenza ta' xi jfisser school auditing.", "School auditing ma jfissirx li grupp ta' nies f'daqqa waħda jinżlu fuq l-iskola u jibdew jaraw x'inhu tajjeb u x'inhu ħażin f'dik l-iskola.", "L-ischool auditing exercise ma jsirx għal din ir-raġuni, iżda biex l-iskola nnifisha tkun tista' tieħu evalwazzjoni oħra minn barra ta' x'qed jiġi mill-iskola.", "L-ischool auditing exercise isir flimkien mal-head u mat-teachers, voldieri ma jsirx biex xi ħadd jimponi xi ħaġa fuq ħaddieħor.", "Irid joħroġ ċar li l-għan finali ta' auditing exercise huwa l-improvement ta' l-iskola nnifisha allura jrid ikun hemm ħafna kollaborazzjoni bejn il-partijiet kollha u s'intendi jrid ikun xi ħaġa li jaqbel magħha kulħadd.", "Irridu nkunu ċari għaliex inkella l-idea ta' school audit tista' tgerrex lill-head u lill-għalliema għaliex jibdew jaħsbu li se tiġri xi ħaġa ġdida.", "M'għandu jkun xejn minn dan.", "Jekk l-ischool auditing exercise isir sew, l-iskejjel infushom should welcome it u l-eżerċizzju jarawh bħala għajnuna siewja ħafna għall-iżvilupp ta' l-għanijiet ta' l-iskola tagħhom.", "L-ischool auditing huwa importanti ħafna, imma anke hawnhekk, jekk se jkollna school auditing unit, ma nħossx li għandu jkun parti mill-education division.", "Nemmen li għandu jkun parti minn national curriculum council biex l-audit ma jsirx biss fuq l-iskejjel privati u indipendenti, imma anke fuq l-iskejjel statali.", "Dik hija l-idea tiegħi dwar dan.", "Jien nemmen li apparti minn national curriculum council, għandna bżonn struttura oħra bħalma hu teaching council.", "Jeżistu eżempji tajbin ta' kif jitħaddem teaching council u kif qal is-Sur Charles Mizzi l-aħħar darba, l-Iskozja huwa pajjjiż li nistgħu nħarsu lejh għal prattika tajba.", "Fl-Iskozja għandhom teaching councils żviluppati ħafna u nistgħu naraw kif qed jitħaddmu.", "L-idea ta' school council hija biex iżżomm għoli l-istandards professjonali ta' l-għalliema.", "Jien nemmen li jekk għandek a national curriculum council, għandek bżonn ukoll a national teaching council li r-rwol tiegħu ikun the upholding of teaching standards.", "Dan il-konċett huwa kontroversjali ħafna pero' jien inħoss li teaching council irid ikun inkarigat mill-ħruġ ta' warrants, inkarigat mill-kodiċi ta' etika ta' l-għalliema, jara li l-kodiċi qed jiġi mwettaq, u jieħu u jikkonsidra rapporti ta' nuqqas ta' professjonaliżmu u jkun ukoll a kind of overseer fuq il-kwalita' ta' in-service courses, teacher training u professional training li jkollna fil-pajjiż.", "Jien nara li dawn għandhom ikunu t-tliet funzjonijiet tan-national teaching council.", "Nemmen li national curriculum council u teaching council għandhom ikunu broad-based u li fihom ikun hemm rappreżentati l-istakeholders kollha li hemm fis-sistema.", "Nemmen li jekk ikollna national curriculum council li jkun qiegħed jissorvelja n-national curriculum, u teaching council li jkun qiegħed iħares lejn l-iżvilupp professjonali tat-teaching profession fil-pajjiż, ikollna strutturi sodi li bihom inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem.", "Xtaqt ngħid xi ħaġa dwar id-diċentralizzazzjoni u l-awtonomija ta' l-iskejjel.", "Aħna qed nitkellmu ħafna fuq l-awtonomija ta' l-iskejjel u n-national curriculum jikkontempla din it-tip ta' awtonomija.", "Wara li kien ħareġ l-ewwel abbozz tan-national curriculum, jien kont ikkritikajtu b'mod daqsxejn sever għaliex ħassejt li national curriculum jagħmel sens biss jekk is-sistema tkun diċentralizzata.", "Jekk inti għandek sistema ċentralizzata u mbagħad għandek national curriculum, inti se tirrinforza xi ħaġa li diġa' hija rinforzata.", "Ilna għal żmien twil nisimgħu dwar il-bżonn ta' diċentralizzazzjoni, pero' fil-kontest ta' dak li qegħdin niddiskutu llum, naħseb li rridu nitkellmu dwaru huwa d-diċentralizzazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mat-tħaddim tal-kurrikulu.", "Għalkemm għandna national curriculum u sistema ta' monitoring, aħna qegħdin ngħidu li għandhom ikunu l-iskejjel stess responsabbli li jiżviluppaw school plans għall-bżonnijiet ta' l-iskejjel tagħhom u li jagħtu strateġiji ta' kif beħsiebhom iħaddmu l-kurrikulu.", "Jien nemmen li dan ma tantx huwa possibbli fl-iskejjel ta' l-Istat jekk ma jittieħdux ċertu deċiżjonijiet kuraġġjużi li jistgħu jkunu kontroversjali ħafna.", "Jien nemmen li ma jistax ikollok skejjel li huma b'saħħithom u kapaċi jaċċettew u jadottaw din ir-responsabbilta', jekk per eżempju, id-deployment ta' l-għalliema jibqa' kif inhu bħalissa.", "Personalment nemmen li għandna nbiddlu l-mod kif isir id-deployment ta' l-għalliema.", "Ma jagħmilx sens li ngħidu li fl-iskejjel tagħna l-heads iridu jkunu mdawrin b'teams li jkollhom strengths varji biex flimkien jikkoordinaw ir-riżorsi available jekk it-teachers ikunu ntbagħtu minn x'imkien mingħajr ma jkollhom l-ebda tagħrif u konoxxenza tas-sitwazzjoni.", "Ma naħsibx li jagħmel wisq sens li nitkellmu fuq teamwork fl-iskejjel, fuq żvilupp u awtonomija ta' l-iskejjel, jekk imbagħad ma ngħaddux għall-pass l-ieħor fejn it-teachers jiġu direttament ingaġġati mill-iskejjel.", "Naf li din tfisser bidla kbira minn sistema li ilna nħaddmu snin twal, imma naħseb li wasal iż-żmien li nieħdu ftit deċiżjonijiet kuraġġjużi, u din hija waħda mid-deċiżjonijiet kuraġġjużi li rridu nieħdu.", "Deċiżjoni oħra kuraġġjuża li hemm bżonn nieħdu u li forsi hija iktar diffiċli, hija li nbiddlu s-sistema li għandna fejn il-kotba u l-materjal kollu ta' l-iskola, jinxtraw miċ-ċentru u jitqassmu lill-iskejjel biex l-iskejjel kollha ta' l-Istat ikollhom l-istess kotba, ikollhom l-istess ktieb tal-Maths u l-istess ktieb tal-Malti.", "Dalgħodu Dr. Carm Borg aċċena għall-fatt li fl-iskejjel tagħna għadna nużaw kotba li ilhom hemm l-għexieren ta' snin u dan ilkoll kemm aħna nafuh.", "Ma jistax ikun li f'area li qed tiżviluppa b'rata daqshekk mgħaġġla, fejn il-ħin kollu qegħdin joħorġu sistemi ġodda, textbooks ġodda, stili pedagoġiċi ġodda, nibqgħu b'din is-sitwazzjoni.", "Jien nemmen li waħda mill-affarijiet li xxekkel b'mod serju lill-iskejjel ta' l-Istat and that deskills the teachers, hija n-nuqqas ta' kontroll li l-għalliema għandhom fuq l-għażla ta' skemi u mezzi ta' tagħlim u fuq l-għażla tal-kotba u tat-testi.", "Hemm bżonn li jsir xi ħaġa biex din is-sistema tinbidel.", "Għalxejn ngħidu li rridu ngħollu l-istandards ta' l-iskejjel ta' l-Istat jekk l-iskejjel ta' l-Istat are handicapped b'dawn l-affarijiet.", "Illum il-ġurnata din is-sitwazzjoni hija assolutament redikola.", "X'tista' tagħmel f'termini prattiċi?", "Naf li ladarba tgħid li l-Istat m'huwiex se jidħol għal din in-nefqa, tidħol il-kwestjoni ta' x'se jagħmel min finanzjarjament ma jistax, eċċ. Jenħtieġ policy li titlaq mis-sistema li għandna bħalissa iżda li fl-istess waqt ma tiżvantaġġax lit-tfal li ġejjin minn familji li ma jistgħux iħallsu għall-kotba tagħhom.", "Bħalma nafu, waħda mill-affarijiet li llum il-ġurnata qegħdin dejjem inħambqu fuqha, hija l-importanza li t-tfal tagħna jkunu litterati, li jkollhom il-kotba u li jkunu jħobbu l-kotba.", "Imma x'tip ta' eżempju qegħdin nagħtuhom?", "X'tip ta' mentalita' qed inrawmu fit-tfal jekk tul il-ħajja skolastika tagħhom qatt ma kellhom kotba ħlief għal kotba li jkunu wżaw matul is-sena skolastika u li rritornawhom fl-aħħar tas-sena?", "Ma jistax ikun nibqgħu sejrin b'din id-drawwa.", "Ċertament ma nistax nifhem kif l-affarijiet li qed nitolbu f'dan in-national curriculum jistgħu jitwettqu jekk l-għalliema u l-iskejjel tagħna jibqgħu handicapped b'dan il-mod li għalija huwa serju ħafna.", "Jien kont hawn meta l-Onor.", "Bartolo staqsa lis-Sur Bencini dwar teachers li jkollhom jibqgħu wara l-ħin ta' l-iskola.", "Sfortunatament din hija problema ta' kultura ta' ċertu għalliema.", "Ċertament li għal ċertu teachers, mhux għal kollha imma għal ħafna minnhom, il-qanpiena ta' l-iskola tfisser li l-ġurnata spiċċat.", "Hekk kif iddoqq il-qanpiena, joħorġu t-tfal u joħorġu magħhom l-għalliema.", "Jien naħseb li waħda mir-raġunijiet għala din tiġri, hija proprjament għaliex bil-mod kif aħna qegħdin norganizzaw l-iskejjel tagħna, we are deskilling the teachers.", "Jekk lit-teachers nagħtuhom iktar sehem fid-decision making fejn jidħol il-kurrikulu, fejn tidħol l-għażla ta' kotba u fejn tidħol it-tmexxija ta' l-iskola, ikollhom aktar raġuni għaliex jibqgħu l-iskola wara l-ħin jiddiskutu dawn l-affarijiet.", "Pero' nixtieq ngħid ħaġa oħra li għalija hija wkoll importanti, il-ħtieġa li l-għalliema jippjanaw u jaħdmu flimkien.", "Dalgħodu ssemmiet il-problema li fl-iskejjel primarji l-għalliema ma jkollhomx ċans jiltaqgħu biex jiddiskutu flimkien.", "Jien nemmen li fl-iskejjel primarji, il-laqgħat tat-teachers għandhom ikunu timetabled.", "It-teachers tal-primarja għandhom ikollhom xi siegħa fil-ġimgħa, anke iżjed minn hekk, fejn fiha jiltaqgħu biex flimkien jippjanaw ċertu xogħol, jippjanaw syllabus, jippjanaw it-topics, jagħmlu evalwazzjoni u anke possibbilment jaqsmu t-talenti tagħhom permezz ta' team teaching.", "Din diġa' titħaddem fi skejjel mhux ta' l-Istat allura daqstant ieħor tista' titħaddem fl-iskejjel ta' l-Istat.", "Naturalment waqt li t-teachers ikunu qegħdin jiltaqgħu, it-tfal ikunu jistgħu jagħmlu affarijiet ma' teachers oħrajn, imma importanti li jinstab ħin għal dawn l-affarijiet.", "Din hija xi ħaġa li hija assolutament indispensabbli, speċjalment jekk kif qegħdin ngħidu fil-kurrikulu, fil-primarja se nimxu fuq topic based teaching.", "Trid il-ħin biex tippjana t-topics, biex tiddiskutihom u biex jingħata feedback.", "Barra minn hekk, b'dan it-tip ta' approach, it-teachers ma jħossuhomx iżolati, ikun hemm ċertu cross fertilisation ta' ideat bejn l-għalliema u forsi dan il-mod jista' jwassal biex tissolva parti mill-problema li jiffaċċjaw teachers ġodda li jkunu deħlin ġo skola għall-ewwel darba.", "Bħalissa s-sitwazzjoni hi li teacher ġdida tidħol ġo skola, tingħata klassi u trid tmexxi hi.", "F'ħafna skejjel ikollha l-għajnuna tal-kollegi tagħha u tal-head ta' l-iskola, imma ħafna drabi t-teachers ġodda jħossuhom mitlufin.", "Kemm hu differenti jekk teacher ġdida tidħol fi skola fejn ikun hemm grupp ta' teachers jaħdmu, jikkoordinaw u jikkoperaw flimkien.", "F'dan il-każ, it-teacher se ssir parti minn team, se tiġi assimilata f'dak it-team u se tiġi megħjuna minn dak it-team.", "Ħalli ngħid xi ħaġa dwar esperti li jinġiebu minn barra.", "Importanti li nġibu esperti minn barra, b'mod partikolari dawk l-esperti li jistgħu jgħinuna f'areas li għad m'għandniex esperjenza fihom, imma daqstant importanti huwa li nħarsu lejn il-prattika lokali.", "Għandna nħarsu lejn fejn qed issir prattika tajba, nistudjawha u nipprovaw naraw x'nistgħu nieħdu minnha.", "Għandna ħafna skejjel f'Malta li diġa' għandhom prattika tajba fejn jidħlu dawn l-affarijiet u allura ta' min wieħed iħares iktar lejhom u jistedinhom biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ma' l-iskejjel ta' l-Istat.", "Waħda mill-affarijiet li forsi ma ssemmietx daqshekk, pero' aċċenna għaliha l-Onor.", "Bartolo, hija l-integrazzjoni tal-kurrikulu.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq kurrikulu li jkopri l-eta' ta' tfal ta' bejn it-tlieta u s-16-il sena.", "Is-sistema edukattiva tagħna hija maqsuma fi tliet partijiet, il-kindergarten, l-iskola primarja u l-iskola sekondarja u waħda mill-problemi kbar hija t-transizjoni minn livell għal ieħor li aċċenna għaliha dalgħodu l-Onor.", "Jien naħseb li din hija kruċjali u verament irridu nħarsu lejha b'mod serju.", "Finalment, il-kurrikulu jrid jiġi integrat fl-esperjenza ta' dak li qiegħed jitgħallem.", "Forsi anke hawnhekk hemm bżonn li nħarsu lejn is-sistema ta' l-iskejjel tagħna bħala problema strutturali.", "Ċertament li bħalissa l-affarijiet m'huma sodisfaċenti xejn.", "M'hemmx koordinament bejn settur u ieħor.", "Forsi hemm bżonn li l-istruttura ta' l-iskola tinbidel, forsi ta' min jaħseb fuq xi tip ta' middle school, ma nafx, imma b'xi mod irridu nsibu mod kif il-kontinwita' narawha.", "Punt ieħor li xtaqt nitkellem fuqu huwa l-benchmarking.", "Iva, jien personalment nemmen li se jkollna bżonn benchmarks.", "Din il-ġimgħa kont f'laqgħa tal-matriculation board ta' l-Universita' fejn ġie diskuss in-national curriculum u kif l-eżamijiet tal-MATSEC u s-SEC se jiġu affettwati bl-implimentazzjoni tan-national curriculum.", "Jien dejjem sostnejt li billi nagħmlu l-preskrizzjonijiet u l-ideat u l-viżjonijiet kollha li rridu f'dokument bħal dan, u mbagħad finalment fl-aħħar eżami, fis-SEC, ma jkunx hemm korrispondenza bejn l-għanijiet tan-national curriculum u l-mod kif jiġi mmexxi u strutturat l-eżami tas-SEC, inkunu qisna m'għamilna xejn.", "L-idea tiegħi hija li l-aħħar benchmark għandha tkun is-SEC exam.", "Imma jien nemmen li wara li l-MATSEC board ikun għamel ix-xogħol preliminarju, jenħtieġ li ninżlu 'l isfel u naraw x'benchmarks iridu jintlaħqu fis-sistema, going further and further down sakemm naslu fl-aħħar.", "Naturalment, l-ewwel li rridu nagħmlu hu li nkunu ċari fuq fejn se jkun il-punt aħħari.", "Dan huwa eżerċizzju kruċjali u hemm bżonn li l-MATSEC board jiġi mbottat biex dan l-eżerċizzju jagħmlu kemm jista' jkun malajr.", "Naf li qiegħed in the pipeline u meta jkollna r-riżultat, forsi nkunu nistgħu naħsbu f'termini ta' dawn il-benchmarks li semmejna, pero' iva, ċertament li għandu jkollna benchmarks.", "Fis-seduta tal-bieraħ tkellem ir-rappreżentant ta' l-FOI.", "Aħna tkellimna ħafna fuq ir-relazzjoni ta' l-iskejjel ma' l-industrija, mal-business, mad-dinja tax-xogħol u Dr. Carm Borg qal li fl-industrija Maltija hemm teknoloġija u ħafna prattika siewja u interessanti li wieħed jista' jitgħallem u jibbenefika minnha, pero' li ddiżappuntani fid-dokument ta' l-FOI, huwa li l-FOI m'hijiex qed timxi in line ma' dak li qed jiġri f'ħafna organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet ta' l-industrija f'pajjiżi Ewropej, ċioe', li huma stess jieħdu l-inizjattiva biex jaraw kif l-industrija tista' tersaq iktar viċin ta' l-iskejjel.", "Jien naħseb li minn dan il-lat, l-industrija għandha dmir li hi stess tagħmel riċerka, tagħmel studju u rakkmandazzjonijiet u tinvesti f'din it-tip ta' inizjattiva.", "Ma naħsibx li l-industrija għandha tistenna li l-iskejjel joħorġu l-prodott perfett mingħajr ma hi tkun tat il-kontribut tagħha.", "Jien nemmen li għandhom iħarsu lejn il-ħafna dokumenti li nħarġu, fosthom id-dokument li ħareġ fl-1996 mir-round table of European businesses dwar ir-relazzjoni li għandu jkun hemm bejn l-industrija u l-iskejjel.", "Naħseb għandhom ħafna x'jitgħallmu dwar inizjattivi li jistgħu jieħdu daparti tagħhom biex isolvu din il-problema.", "Jien naqbel li għandu jkun hemm kollegament bejn l-iskejjel u d-dinja tax-xogħol, pero' għandha tkun a two-way traffic.", "Naqbel ukoll ma' dak li ntqal li l-iskejjel iridu jkunu responsive ħafna lejn il-komunitajiet.", "Jien personalment nemmen li f'sitwazzjoni ideali, l-iskejjel primarji li l-catchment tagħhom hija l-aktar fil-komunita', għandhom ikunu l-joint responsibility tal-komunita' kollha.", "Il-komunita' għandha tinvesti fl-iskejjel waqt li fl-istess ħin tkun qed tieħu ċertu return.", "Jien rajt esperjenzi bħal dawn f'pajjiżi diversi - dalgħodu issemmiet l-esperjenza li hemm fl-Iżrael - fejn per eżempju, il-librerija tal-lokal tkun ġo l-iskola.", "L-investiment isir ġo l-iskola u allura fil-lokal jkollok librerija waħda.", "M'hemmx għalfejn ikollok duplication of resources, librerija ta' l-iskola u oħra tal-lokal.", "Jekk il-librerija tkun aċċessibbli kemm għall-istudenti ta' l-iskola u kemm għan-nies kollha tal-komunita', tkun għamilt pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Dan jista' jsir ukoll f'affarijiet oħra, bħalma huma faċilitajiet sportivi u kulturali.", "Hemm bżonn li l-iskola tinfetaħ iżjed għall-komunita' imma fl-istess waqt hemm bżonn ukoll li l-komunita' tinvesti iżjed ġo l-iskola.", "Forsi għalissa nista' nieqaf hawn; ipprovajt inkun suċċint kemm jista' jkun.", "A/CHAIRPERSON: Grazzi u nibda billi nieħu l-mistoqsijiet.", "L-Onor.", "EVARIST BARTOLO: Waqt li kont qed titkellem indunajt li ma tantx użajt il-kelma \"minimu\".", "Forsi allerġiku għal din il-kelma?", "EVARIST BARTOLO: Forsi ma ddiskutejnihiex biżżejjed, pero' ma nafx għandux ikun hemm il-kelma \"minimu\" fit-titolu.", "KENNETH WAIN: Ma naħsibx li hemm bżonn nużaw il-kelma \"minimu\".", "Jien dejjem argumentajt li dan m'huwiex \"national minimum curriculum\", imma huwa \"national curriculum\".", "M'hemmx \"minimu\" u \"massimu\".", "Jien naħseb li meta nitkellmu fuq national curriculum irridu nkunu ċari dwar dak li qegħdin nagħmlu.", "Fl-opinjoni tiegħi, meta nagħmlu national curriculum, qegħdin nagħmluh għal żewġ raġunijiet.", "Waħda minnhom hija dik li semma Carm Borg, jiġifieri biex niggarantixxu d-drittijiet tat-tfal kollha, niggarantixxulhom l-entitlement tagħhom; u l-oħra hija biex inkunu ċerti li l-viżjoni tal-pajjiż u l-istandards ta' l-iskejjel tagħna jkunu dak li jixraq għad-dinja li qegħdin ngħixu fiha llum.", "Allura li tgħid \"minimum\" u \"maximum\", hija superfluwa.", "Naħseb li dan huwa l-kurrikulu li għandna bżonn biex inwettqu l-għanijiet li għandna.", "EVARIST BARTOLO: Il-bidliet li inti rajt li hemm bżonn fil-livell ta' skejjel, jinkludu wkoll bidla - u din hija bidla aktar diffiċli imma trid issir biex dak li awgurajt inti jitwettaq - fil-financial budgeting ta' l-iskejjel, jiġifieri fl-ischool funding, fil-mod kif l-iskejjel tagħna are funded?", "Mingħand il-kapijiet ta' l-iskejjel smajna dwar il-problemi li għandhom mil-lat ta' funds, per eżempju, li ma jitħallewx jitrasferixxu flus minn account għall-ieħor.", "Naf li bidla fil-mod ta' funding trid tkun bidla gradwali u naf li timplika ħafna diffikultajiet, imma m'għandniex naqtgħu qalbna minnha.", "Naħseb li ħafna mill-bidliet li jridu jsiru ma jsirux jekk ma jkunx hemm bidla fil-formola ta' l-ischool funding u poter aktar lill-heads fil-mod kif iħaddmu l-budgets tagħhom ta' kull skola.", "Taħseb li dak li tgħallimna mill-esperjenza ta' budgeting għall-iskejjel tal-knisja għandu jservina ta' mudell biex naraw x'jista' jsir fil-każ ta' l-iskejjel ta' l-Istat, anke jekk ma naslux biex nagħmlu bidla radikali mill-ewwel?", "Jien naħseb li kieku l-iskejjel tal-gvern qegħdin fl-istess punt fejn diġa' waslu l-iskejjel tal-knisja, inkunu għamilna passi kbar 'il quddiem.", "KENNETH WAIN: Ċertament li naqbel miegħek.", "Naturalment il-kapijiet ta' l-iskejjel jistgħu jitkellmu aktar minni dwar x'inhuma l-problemi li jiltaqgħu magħhom fis-sistema preżenti ta' budgeting għax għandhom l-esperjenza personali tagħhom, pero' jien nemmen li waħda mill-affarijiet li jeħtieġ li nagħmlu u li ma tiswilna xejn, hija li mhux naraw x'għandna bżonn nagħmlu mill-ġdid, imma li naraw kif nirriorganizzaw l-affarijiet li diġa' għandna biex nagħmluhom jaħdmu b'mod aktar effiċjenti.", "Jien l-ewwel ipprovajt insemmi żewġ affarijiet li jagħmlu s-sistema iktar effiċjenti; li d-deployment isir mill-iskejjel u li l-iskejjel ikollhom dritt għall-għażla tal-kotba u l-iżvilupp tas-sistemi pedagoġiċi.", "Naturalment il-budgeting huwa importanti ħafna għaliex jekk il-head of school ikollu idejh marbuta fuq kif jista' jonfoq il-flus, se timpedixxi l-freedom of action tiegħu b'mod li l-management ta' l-iskola stess jistaġna.", "Li rrid ngħid huwa dan; jekk aħna verament irridu nkunu relevanti għad-dinja li qegħdin ngħixu fiha llum, ma jistax ikun ma jkollniex skejjel li huma dinamiċi u dinamiċi minn kull aspett.", "Dinamiċi mill-mod kif iħaddmu l-kurrikulu, dinamiċi mill-mod kif jagħmlu deployment ta' l-istaff u staff development u dinamiċi fil-mod kif jiġġeneraw u jonfqu l-finanzi tagħhom.", "Id-dinamiżmu huwa l-qalba tas-sistema moderna ta' kif jimxu l-iskejjel.", "Jekk inti ddaħħal ħafna burokraziji u ħafna tfixkil, dak id-dinamiżmu se tnaqqsu u allura dik it-tip ta' effiċjenza li semmejt int iktar kmieni, lanqas tagħmel sens.", "Saret ħafna riċerka fuq school efficiency u nistgħu nitkellmu fuq effiċjenza ta' l-iskejjel, iżda jrid ikollok sitwazzjoni li tippermetti li din l-effiċjenza ssir, u ovvjament parti minn dik is-sitwazzjoni hija l-amministrazzjoni tal-fondi ta' l-iskola.", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Donnok qrajtli moħħi għaliex ridt nistaqsik fuq x'kontribut taħseb li jistgħu jagħtu l-kunsilli lokali li bil-mod il-mod se jkollhom jassorbu f'idejhom iktar poteri f'dan ir-rwol ta' diċentralizzazzjoni.", "Qed ngħid hekk b'ċertu esperjenza għaliex jien kont sindku ta' Birkirkara u dak iż-żmien konna ħadna l-inkarigu li nippubblikaw ktieb għat-tfal ta' l-iskejjel primarji, ktieb li kien interattiv u li kien jittratta l-istorja ta' Birkirkara u ta' l-ambjent ta' madwaru u li kien imur lura għaż-żmien il-Puniċi.", "Kien informattiv ħafna għan-nies tal-lokal u konna ppubblikajnih f'booklet form u qassamnih b'xejn lill-iskejjel primarji kollha ta' Birkirkara, kemm dawk tal-gvern u kemm dawk privati.", "Sfortunatament din l-inizjattiva tal-kunsill, li ttieħdet anke minn teachers li kienu kunsilliera fil-kunsill, waqgħet fuq art mhux fertili.", "Aħna ma ridniex nieħdu nofs is-sillabu ta' l-istorja, jew tas-civics, imma nonostante l-isforzi li l-kunsill kien qed jagħmel biex il-ktieb li qassamna b'xejn - għamilna xi 3,000 kopja - jiġi nkorporat fis-syllabus tat-tfal, kien hemm reżistenza kbira minn għalliema fl-iskejjel tal-gvern.", "Tawna numru ta' raġunijiet għala ma kellhomx jużaw il-ktieb li tajnihom, fosthom għax it-teachers ma kenux imkissra fuq il-ktieb u għax ma kellhomx il-ħin joqogħdu jdaħħlu materjal lokali fis-syllabus.", "Insomma, nista' ngħidlek li tawna mitt raġuni għaliex dan il-ktieb ma setax jintuża.", "Hija ħasra li ma ntużax għaliex bażikament dan kien fuq l-istorja lokali, local Maltese history iffokata fuq l-istorja tar-raħal fejn joqogħdu t-tfal li kienu se jistudjawh.", "Jien personalment inħoss, ma nafx taqbilx miegħi, li l-kunsilli lokali għandhom jagħtu l-kontribut tagħhom f'din it-tip ta' diċentralizzazzjoni.", "Għandhom jiffunzjonaw bħala community centres.", "Xi ħadd irid jintegra dik il-funzjoni u naħseb li par excellence, l-istruttura, l-istituzzjoni li tista' tintegra dik it-tip ta' attivita' jekk ma rridux li jkollna ċentralizzazzjoni, huwa l-kunsill lokali li huwa awtorita' eletta.", "Ma nafx jekk fis-syllabus nistgħux indaħħlu xi rwol li jista' jaqdi l-kunsill lokali għaliex inħoss li ħafna mill-potenzjal tal-kunsilli lokali qed jintilef.", "KENNETH WAIN: Meta qed nitkellmu fuq skejjel, qed nirriferu għall-iskejjel tal-lokal, jiġifieri l-iskejjel primarji.", "Jien nemmen li l-iskejjel primarji għandhom ikunu meqjusa bħala parti integrali tal-komunita' u huma parti mir-responsabbilta' tal-komunita'.", "Ċertament nemmen li jrid isir studju kif il-kunsilli lokali jistgħu jgħinu biex l-iskejjel jiżviluppaw b'dan il-mod.", "Mhux sempliċement billi jiġi studjat kif ir-riżorsi ta' l-iskejjel jistgħu jiġu wżati mill-komunita', imma anke kif ir-riżorsi tal-komunita', li jistgħu jkunu kemm umani u kemm finanzjarji, ikunu jistgħu jintużaw mill-iskola.", "Forsi ċerti kunsilli jkunu preparati li jinvestu flus, kif għamiltu intom, fl-iskejjel tal-lokal tagħhom.", "Li qed ngħid hu li r-riżorsi tal-komunita', anke dawk umani, jistgħu jkunu wkoll riżorsi ta' l-iskola.", "Bħala reazzjoni għal dak li għedt dwar il-ktieb li kontu ppubblikajtu, nixtieq niġi lura għal dak li jien semmejt qabel, meta wżajt il-kelma \"deskilling\".", "Ma nafx jekk ftehemtx tajjeb x'ridt ngħid, imma b'\"deskilling\" ridt infisser li jekk xi ħaġa li suppost hija parti mill-għodda tiegħek, hija skill tiegħek, ma tantx tużaha, finalment titlifha.", "L-iskill li jkollok ma tibqagħlekx hemmhekk.", "Naħseb li waħda mill-problemi kienet proprju din il-problema ta' \"deskilling\".", "L-għalliema tagħna tant m'humiex imdorrijin li jieħdu deċiżjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' kotba, textbooks, sistemi ta' tagħlim, software, eċċ. li ħafna drabi jispiċċaw li jitilfu, l-iskill li jevalwaw, jitilfu l-motiv.", "Importanti ħafna li l-għalliema jaqraw il-letterattura professjonali, li jaqraw il-journals tat-teachers li jirrakkmandaw kotba u sistemi ta' tagħlim differenti, imma jekk l-għalliem m'għandux parti fid-deċiżjoni ta' dawn l-affarijiet, m'għandux motiv li joqgħod ifittex, m'għandux motiv joqgħod jaqra, m'għandux motiv li joqgħod jikkompara sistema ma' oħra, per eżempju, jikkompara skema tas-science jew reading scheme ma' xi skema oħra biex jara liema hi l-aħjar.", "Allura meta inti tiffaċċja għalliema bi ktieb ġdid, inti se tiltaqa' ma' din it-tip ta' problema.", "Aħna rridu li dan it-tip ta' xogħol li fil-fatt isir fl-iskejjel privati u indipendenti kollha, ikun parti mill-kultura ta' l-iskola u parti mill-kultura ta' l-għalliema.", "Fl-iskejjel indipendenti u privati, l-għalliema jiddiskutu u jitkellmu bejniethom, jagħżlu l-kotba, jevalwawhom, ibiddluhom u jissuġġerixxu oħrajn.", "Jiġifieri dan it-tip ta' xogħol diġa' jsir f'ċertu skejjel.", "Dan huwa l-proċess dinamiku li kont qed nitkellem fuqu aktar kmieni.", "Jekk lit-teachers ma tinvolvihomx f'dawn id-deċiżjonijiet, l-iskola se sservi biss bħala l-post li jridu jqattgħu seba' sigħat fiha kuljum.", "Ma jkollhomx motiv għalfejn jibqgħu wara l-ħin.", "Dalgħodu, is-Sur Bencini qal li t-teachers jagħmlu ħafna xogħol id-dar u Dr. Carm Borg staqsa għaliex dak ix-xogħol ma jistgħux jagħmluh fl-iskola.", "Jista' jkun li fl-iskola qegħdin jagħmlu l-affarijiet li qed insemmi, imma jekk lit-teachers ma nittrattawhomx bħala professjonisti, ma nistgħux nippretendu minnhom li jkollhom l-attitudni professjonali.", "U parti milli tkun professjonist, huwa proprju li jkollok say importanti fl-għodda li trid taħdem biha li f'dan il-każ hu l-kurrikulu.", "Fil-kurrikulu qegħdin ngħidu li jeħtieġ li jkun hemm bidla fil-kultura ta' l-iskejjel Nafu li din m'hijiex faċli, nafu li tieħu ż-żmien u nafu wkoll li hemm ħafna għalliema li jekk tagħtihom din it-tip ta' responsabbilta' jibżgħu minnha.", "Nafu li għandna għalliema fl-iskejjel tagħna li ilhom jgħallmu l-istess form, għal ħmistax-il sena jew aktar.", "Għalija, dik hija policy żbaljata.", "Kieku jien kont head ta' skola, kull ħames snin inqalleb l-istaff kollu.", "Jekk xi ħadd ikun ilu jgħallem it-tfal ta' Year 3 għal xi ħames snin, jew anke għal inqas, nara li jibda jgħallem Year 4.", "MEMBRU: Jagħmlu mass transfer.", "KENNETH WAIN: Jagħmlu mass transfer jekk nibqgħu bis-sistema ta' transfers.", "Anke din il-kwestjoni ta' transfers għandha tispiċċa.", "Jekk ikollok direct deployment ta' l-għalliema mill-iskejjel, il-problema tat-transfers tispiċċa.", "Jekk teacher tkun tixtieq tmur fi skola oħra, tapplika għal dik l-iskola u jekk tintgħażel, tmur hemmhekk.", "Imma tkun deċiżjoni tagħha li ċċaqilqet.", "Għalija, sistema bħal din hija healthy ħafna.", "Jien nemmen ukoll li dan iwassal biex jitnaqqas ħafna mill-piż li għandha d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Jien nemmen li dawn il-problemi kollha, il-problemi ta' deployment, ta' transfers, ta' long term planning, ta' kemm se jkollna bżonn teachers, eċċ., huma problemi li jistgħu jissolvu b'bidla strateġika fil-mod ta' deployment.", "Forsi qed inkun ottimist imma hekk nemmen.", "DR. CARM BORG: Jimporta nirrispondi daqsxejn għall-punt li qajjem l-Onor.", "Asciak b'riferenza għall-kunsilli lokali?", "Illum naċċettaw li l-kunsilli lokali huma parti mil-landscape demokratiku tal-pajjiż u f'paġna 28 tal-kurrikulu - Għan 2: Żvilupp ta' Ċittadini u Ambjent Demokratiku - taħt is-section Għerf/Tagħrif, daħħalna għarfien ikbar dwar ir-rwol u l-preżenza tal-kunsilli lokali fil-komunita'.", "Li hawn interessanti hu li jien u Mr Mizzi, tul dawn l-aħħar tliet snin, ma waqafniex fuq il-livell ta' kontenut, ta' għarfien dwar fatti, imma dħalna wkoll fi skills f'dak li għandu x'jaqsam ma' tisħiħ ta' ambjent demokratiku, u allura tisħiħ tal-kunsilli lokali.", "Daħħalna issues bħalma huma lobbying, kif tagħmel petizzjoni, kif tmur għand il-kunsill lokali u titlob id-drittijiet tiegħek, eċċ. Jiġifieri mhux biss waqafna fuq livell ta' għarfien, informazzjoni dwar il-kunsilli lokali, imma taħt din il-kategorija daħħalna skills importanti li ovvjament huma kruċjali jekk aħna tassew irridu nsaħħu l-kultura demokratika tal-pajjiż.", "Ċertament li llum, anke fit-tfassil tal-kurrikulu, aċċettajna l-fatt li l-kunsilli lokali huma parti integrali tal-komunita'.", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Prof. Wain semma li wieħed irid iħares lejn l-għalliem bħala professjonist.", "Taħseb li wasal iż-żmien li l-għalliema jkollhom, per eżempju, continuous professional development, jew xi forma ta' creditation, affarijiet li ma jidhirlix li ssemmew f'dawn id-diskussjonijiet?", "Bla dubju ta' xejn, il-qasam ta' l-edukazzjoni huwa struttura kbira u aħna għandna strutturi, proċessi u outcomes.", "Ħafna drabi, biex niftiehmu, nitkellmu dwar l-outcome, fis-sens kemm għandna studenti l-Universita', kemm persuni għandhom tertiary education, kemm għandna nies ħerġin mill-iskejjel sekondarji ma jafux jaqraw u jiktbu, pero' l-evaluation m'hijiex just an academic exercise imma hija xi ħaġa li rridu nikkomunikaw dwarha ma' kulħadd u rridu niddiskutu bejnietna biex naraw jekk il-kurrikulu huwiex verament qed iwassalna fejn nixtiequ li naslu.", "Illum, minkejja li qegħdin bieb u għatba mal-millennju l-ġdid, għad għandna nies ħerġin mill-iskejjel ma jafux jaqraw u jiktbu.", "That is one thing, u minn dan l-aspett, nixtieq nisma' kelma li hawnhekk mhux żgur smajnieha, l-ekwita'.", "Ekwita' hija xi ħaġa li nitkellmu fuqha f'ħafna aspetti, imma fl-edukazzjoni x'inhu l-konċett ta' ekwita'?", "Jekk se nibqgħu b'dawn l-evaluation tools, m'hu se naslu qatt għaliex żgur li mhux kulħadd se jkompli jistudja sal-livell universitarju, pero' żgur li dan m'huwiex l-iskop ta' xi ħadd.", "Anzi, dak li qed jissemma hawnhekk, huwa ferm aktar wiesa' minn hekk.", "Hawnhekk insibu valuri li lkoll kemm aħna naqblu li għandna bżonnhom biex ikollna soċjeta' iktar b'saħħitha.", "Qed tifhimni x'qed nipprova ngħid?", "Dan li qed ngħid qisu għadu ma joħroġx mid-dokument, pero' nemmen li qiegħed hemm u qiegħed fl-imħuħ tagħna lkoll, imma importanti li kulħadd jifhem fuq xiex qed nitkellmu.", "Meta jien għedt li d-dokument qisu dokument mill-esperti għall-esperti, forsi użajt kliem daqsxejn iebsin, imma f'moħħi kelli li meta qed nitkellmu fuq id-demokrazija, kulħadd irid jifhem eżattament x'qegħdin ngħidu.", "Kulħadd irid jifhem x'jista' joħroġ b'mod konkret minn dawn l-affarijiet għaliex hawn qed nitkellmu fuq firxa wiesgħa ta' nies, fuq tfal żgħar, fuq żgħażagħ, fuq ġenituri u fuq industrijalisti.", "Bażikament qed nitkellmu fuq kulħadd.", "Ilqatna lil kulħadd.", "X'inhuma r-reazzjonijiet tiegħek, b'mod partikolari dwar l-ekwita'?", "Kif tara li dan id-dokument se jirnexxielu jassigura l-ekwita'?", "KENNETH WAIN: Dalgħodu Dr. Carm Borg tkellem fuq professional development u ma nafx jekk iridx iżid xi ħaġa oħra, pero' jien se nitkellem dwar l-ekwita'.", "Jien naħseb li l-ekwita' hija fil-qalb ta' dan id-dokument.", "Aħna, bħalma qed tgħid inti, l-ekwtia' nifhmuha bħala ħaġa li titqies mill-outcome.", "Niftakar li fis-snin sebgħin, meta konna nitkellmu fuq l-ekwita', konna qegħdin infissru ugwaljanza ta' l-opportunita'.", "Pero' rridu nagħmlu distinzjoni bejn \"ugwaljanza\" u \"ekwita'\".", "Għalina, l-ugwaljanza li inti tagħti lil kulħadd l-istess ċans, equality of opportunity, m'hijiex l-ekwita' li nemmnu biha aħna.", "Aħna nemmnu li l-ekwita' tiġi stabbilita meta tħares lejn l-outcome, tħares lejn il-prodott.", "Aħna nemmnu li l-ekwita' ma tfissirx li l-istudenti kollha joħorġu mis-sistema bl-istess affarijiet, imma tfisser li kull individwu jitħarislu d-dritt tiegħu u li l-potenzjal tiegħu jiġi żviluppat sa l-massimu tiegħu bir-riżorsi li għandu l-pajjiż u li jista' jpoġġi ġo l-iskejjel.", "Voldieri ċertament li ma nistgħux inqisu s-suċċess ta' sistema edukattiva fuq in-numru ta' nies li jmorru l-Universita' jew li jiggradwaw.", "Proprjament dak hu li jinkwetana.", "Tinkwetana dik il-grey area ta' 86% ta' l-istudenti tagħna li ma jiġux l-Universita'.", "Nemmnu li sistema ta' edukazzjoni li ma tagħtihomx din it-tip ta' ġustizzja, b'xi mod jew ieħor, qed tagħtihom a bad deal.", "Apparti mill-aspett ta' ekwita', nemmnu wkoll li biex il-pajjiż ikun verament kompetittiv .… Aħna nafu li l-ikbar riżors, forsi anzi l-uniku riżors li għandna, huwa dan uman, allura jekk tħares minn dan il-lat, tifhem li ma jistax ikun li jkollna sistema edukattiva li tħares biss lejn is-suċċess ta' persentaġġ żgħir ta' studenti għaliex aħna għandna bżonn nużaw u niżviluppaw ir-riżorsi kollha li għandna.", "Per eżempju, din hija proprjament waħda mir-raġunijiet għaliex aħna - naf li mhux qiegħed f'dan id-dokument - noħorġu b'mod daqshekk qawwi kontra l-istreaming u noħorġu b'mod qawwi għaliex nemmnu li l-istreaming jikkonflinġi mal-konċett ta' ġustizzja soċjali.", "Bi streaming minn żmien bikri, inkunu qed nikkundannaw lit-tfal għal ħajjithom kollha.", "Imma apparti minn hekk, aħna nemmnu li l-pajjiż tagħna ma jistax jaffordja li jaħli dawk ir-riżorsi umani kollha li qegħdin naħlu bis-sistema preżenti.", "Din is-sistema hija inġusta u ħalja.", "Ma nistgħux nibqgħu nżommu din is-sistema u qisu ma ġara xejn.", "Jien nemmen li f'isem l-ekwita' li qed issemmi inti, f'isem il-ġustizzja soċjali u anke għall-fini biex ikollna pajjiż iktar kompetittiv fuq il-livell ekonomiku u kulturali, fost livelli oħrajn, għandna bżonn li t-tfal tagħna niżviluppawlhom il-potenzjal kollu tagħhom u għandna bżonn niskopru sistemi ta' schooling u sistemi pedagoġiċi li jikkorrispondu ma' dan.", "Per eżempju, jien kont qiegħed naqra d-dokument ta' l-FOI fejn intqal li jekk ma jkunx hemm streaming ...… Jien naħseb li llum tant hawn letteratura, tant kulħadd fid-dinja kollha qed jaċċetta li t-tagħlim irid ikun mixed ability, li meta tisma' vuċi bħal din tgħid dawn l-affarijiet, taħseb li għadek fi żmien Charles Dickens!", "Illum kulħadd jitkellem favur il-mixed ability teaching.", "Jekk inti għandek il-faċilitajiet u d-daqs tal-klassijiet m'huwiex enormi .… F'Malta we are quite blessed minn dan il-lat għaliex anke fl-iskejjel ta' l-Istat, komparati ma' dawk ta' pajjiżi barranin, fil-klassijiet insibu numru żgħir ta' studenti.", "Kif diġa' ntqal, għandna skejjel fejn il-klassijiet huma verament żgħar.", "Jien nemmen li l-mixed ability teaching li hija bbażata fuq il-prinċipju li tiżviluppa l-abbiltajiet kollha ta' l-istudenti, hija t-triq li rridu nieħdu.", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Fil-pjan strateġiku li għad irid isir u fid-dawl ta' ħolqien ta' struttura li inti qed tirriferi għaliha bħala curriculum council, taħseb li pari passu ma' dan kollu hemm bżonn isir studju fuq il-bżonn ta' struttura ġdida għad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni?", "Ċertament li dan kollu se jaffettwa lid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u naħseb wieħed irid jikkonsidra dan il-punt għaliex inkella se tispiċċa biex ikollok mekkaniżmu ġdid u tajjeb - almenu nittamaw li jaħdem b'mod tajjeb - biex jitħaddem il-kurrikulu u fl-istess waqt se jkollok diviżjoni li mhux se tkun modifikata biex tilqa' għall-bidliet li żgur iridu jseħħu.", "Naħseb li flimkien ma' dawn l-iżviluppi għandu jkun hemm studju kwar kif id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni tista' tiġi aġġornata għall-bżonnijiet tal-lum.", "X'taħseb li għandha tkun ir-rwol tal-kunsilli skolastiċi?", "Taħseb li għandhom jibqgħu kif inhuma, jew għandhom ikollhom rwol differenti anke fid-dawl ta' pjan strateġiku li jrid jinvolvi lill-partners kollha, mhux biss lill-ġenituri u lill-għalliema?", "Nixtieq nagħmillek żewġ mistoqsijiet oħra biex nara jekk fhimtekx tajjeb jew le.", "Dwar il-MATSEC board, hemm pjanijiet jew tħejjijiet biex l-eżamijiet jiġu in-line mal-kurrikulu nazzjonali?", "L-aħħar mistoqsija hija dwar l-integrazzjoni ta' studenti biex jgħaddu minn passaġġ għall-ieħor.", "Inti semmejt il-kindergarten, il-primarja u s-sekondarja.", "Wara s-16-il sena, l-istudent jimxi jew għad-dinja tax-xogħol, jew inkella biex ikompli l-istudji tiegħu.", "Hemm xi ħaġa li taħseb għal dawn iż-żgħażagħ?", "Ma nafx jekk inti aċċennajtx għal dan il-punt, pero' jidhirli li semmejt biss il-kindergraten, il primarja u s-sekondarja.", "KENNETH WAIN: Ma kontx qiegħed nitkellem fuq il-livell post-sekondarju.", "Jien kont qiegħed nitkellem fil-qafas ta' l-iżvilupp ta' tfal ta' bejn it-tlieta u s-16-il sena.", "CARMELO ABELA: Taħseb li ż-żgħażagħ ta' 16-il sena li se jsibu ruħhom kważi waħedhom biex jaffrontaw il-pass li jmiss għandhom jiġu mħejjija u megħjuna minn ftit ta' żmien qabel sabiex jaffrontaw il-pass li jridu jieħdu, jekk humiex se jidħlu fid-dinja tax-xogħol jew inkella humiex se jkomplu bl-istudji tagħhom?", "Veru li l-istadju post-sekondarju ma jaqax fl-ambitu ta' dan id-dokument, pero' naħseb li wara li nkunu għenihom fil-proċess kollu, irridu naraw li fl-aħħar ma nħalluhomx waħedhom.", "Kumment li xtaqt nagħmel, mhux biex tirrispondi għalih inti, imma għall-attenzjoni tal-kumitat, huwa li f'dawn il-laqgħat tkellimna ma' bosta kelliema u għedna li l-kurrikulu qed ipoġġi fiċ-ċentru lill-istudent, pero' sfortunatament, minkejja li fuq il-lista ta' mistiedna għandna li kellhom jitkellmu rappreżentanti tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, naħseb bħala rappreżentanti ta' l-istudenti, għal xi raġuni jew oħra, ma smajnihomx ...", "A/CHAIRPERSON: Ippermettili; milli jidher il-kunsill għadu kif kellu l-elezzjoni u allura l-uffiċjali għadhom m'humiex formalment maħtura fil-kariga tagħhom.", "CARMELO ABELA: Jien ġbidt l-attenzjoni għal dan il-punt għaliex ma konniex nafu r-raġuni għala ma ġie ħadd mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, pero' naħseb li kien ikun tajjeb li kieku smajna l-ideat - forsi mhux ta' l-uffiċjali peress li kif għadek kif għedt, għadhom m'humiex maħtura - ta' min fl-aħħar mill-aħħar qiegħed fiċ-ċentru.", "KENNETH WAIN: Nibda mill-mistoqsija li għamilt fuq l-education division.", "Naħseb li l-education division trid tirreaġixxi għan-national curriculum kif inhuwa issa.", "Naturalment trid tirreaġixxi wkoll għal dak li jrid jiġi deċiż bħala strateġija biex jitwettaq in-national curriculum.", "Issa naturalment jekk wieħed jimxi fuq dak li għedt jien, jiġifieri li jkun hemm national curriculum council u li jkun hemm tibdil fid-deployment ta' l-għalliema, ifisser li ċerti funzjonijiet li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni qed twettaq bħalissa, ma jibqgħux il-funzjonjiet tagħha.", "Fl-opinjoni tiegħi, dak ifisser li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni jkollha l-opportunita' - naf li d-diviżjoni ilha tħares lejn l-istrutturi tagħha u diġa' hemm żvilupp qawwi f'dan ir-rigward - li tara kif b'dan il-mod iktar streamlined jistgħu jintlaħqu b'mod aktar effiċjenti l-għanijiet prinċipali tad-diviżjoni, ċioe', l-iskejjel ta' l-Istat u l-improvement tagħhom.", "Naturalment dik għandha tkun xi ħaġa interna għall-education division.", "M'huwiex il-każ li jien ngħidilhom x'għandhom jagħmlu.", "In-nies fid-diviżjoni huma kollha professjonali, kollha għandhom esperjenza twila fl-amministrazzjoni, kollha jafu tajjeb is-sistema edukattiva, jafu x'hemm bżonn u x'm'hemmx bżonn isir u jafu x'inhuma d-demands.", "Dan it-tip ta' studju jridu jagħmluh huma, pero' ċertament naqbel li jrid ikun hemm ċerta streamlining jekk ir-rakkmandazzjonijiet li għamilt jien jiġu aċċettati and taken on board, u dak it-tip ta' streamlining, iridu jaħsbu huma kif jistgħu jagħmluh.", "Għar-rigward tal-kunsilli skolastiċi, jien kont insaħħahom iżjed.", "Naħseb li hemm bżonn li l-kunsilli skolastiċi jissaħħu iżjed u forsi hemm bżonn ukoll li l-affarijiet li semmejt, fosthom ir-recruitment ta' l-istaff u l-internal monitoring ta' l-iskola, ijkunu wkoll parti mix-xogħol ta' l-ischool council.", "Iva, nemmen li l-ischool council għandna fejn niżviluppawh u għandna fejn nagħtuh is-saħħa vis-a-vis l-awtonomija ta' l-iskola.", "Jekk aħna qed inħarsu lejn l-iskola bħala awtonoma fis-sens li semmejt jien, allura l-ischool council għandu jiffunzjona iżjed bħala tip ta' school board li l-inkarigu tiegħu jkun jinkludi wkoll affarijiet bħalma huma r-recruitment ta' għalliema, eċċ. Ċertament nemmen li l-ischool council għandu bżonn jiġi rivedut jekk se jsiru t-tibdiliet strutturali li semmejt.", "Għall-mistoqsija tiegħek dwar il-MATSEC, nista' ngħidlek li l-MATSEC board diġa' huwa briefed fuq in-national curriculum, għandu kopja ta' l-abbozz u issa sta għalih biex jara kif l-eżami tas-SEC se jiġi affettwat mill-għanijiet u l-prinċipji li hawn imniżżla f'dan l-abbozz.", "Jien naf li dan huwa eżerċizzju li l-MATSEC board beħsiebu jagħmel u beħsiebu jieħu bis-serjeta'.", "Jidhirli li ċ-chairman tal-MATSEC board kellu jibgħat ir-reazzjoni tal-board fuq dan l-abbozz, pero' l-bord iltaqa' nhar it-Tnejn u allura ma nafx jekk ir-rapport wasalx, imma safejn naf jien, suppost li kellu jintbagħat.", "(Interruzzjonijiet) Jidhirli li kellu jintbagħat lill-Ministru.", "Il-MATSEC board kellu reazzjonijiet, pero' kienu reazzjonijiet immedjati.", "Naturalment jien m'iniex qiegħed hawn biex nitkellem f'isem il-MATSEC board; hemm iċ-chairman u tistgħu tibgħatu għalih, pero' ċertament li hemm impenn biex jiġi studjat il-mod kif il-kurrikulu se jaffettwa l-eżami tas-SEC.", "Kif diġa' għedt, il-prinċipju huwa mifhum.", "Jekk l-eżami tas-SEC jibqa' kif inhu bħalissa, jiġifieri jibqa' jitlob l-istess skills, il-cramming, studju, storage ta' informazzjoni, u ma nsibux mod kif … Jien qiegħed nissuġġerixxi li nsibu mod kif anke l-formative assessment jiġi mibni fis-SEC certificate.", "Jekk ma nagħmlux xi ħaġa fuq dawn il-linji, minn dan kollu li għandna hawnhekk, m'hu se jiġri xejn.", "Naqbel mas-suġġeriment li wara li ż-żgħażagħ tagħna jkollhom sittax-il sena, jingħataw xi tip ta' guidance dwar id-dinja tax-xogħol, xi tip ta' konoxxenza tad-dinja tax-xogħol.", "Jien nemmen ħafna li dan it-tip ta' kuntatt mad-dinja tax-xogħol irid jibda kmieni fl-iskola, irid jibda mill-primarja u jkompli fis-sekondarja.", "It-tfal jenħtieġu jiġu esposti lejn ambjenti differenti ta' xogħol.", "Jien nemmen li l-guidance trid tibda fl-iskola sekondarja biex it-tfal jiġu ppreparati għad-dinja tax-xogħol meta jkun għadhom fis-sekondarja, pero' jien għandi daqsxejn ta' riservi għaliex inħoss li ħafna drabi, tfal ta' sittax-il sena, ma jkun għad għandhom l-ebda ħjiel ta' x'jixtiequ jagħmlu wara li jispiċċaw l-iskola sekondarja.", "Li nistgħu nagħmlu huwa li nipprovaw nagħmluha iktar faċli għalihom billi nesponuhom iżjed għal dak li qed jistennihom barra l-iskola.", "U kif semmejt qabel, naħseb li l-inizjattiva trid tiġi wkoll min-naħa tad-dinja tax-xogħol, pero' frankament, ma nafx kemm jista' jsir iżjed minn hekk.", "A/CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Prof. Wain, jien ħadt gost nisimgħek issemmi l-istrutturi għaliex nemmen ħafna li se jkollna bżonn struttura biex dan id-dokument jiġi implimentat u l-għanijiet tiegħu jiġu mwettqa.", "Inti għedt li n-national curriculum council irid ikopri fih l-istakeholders kollha, allura taħseb li jrid ikun hemm l-expertise ta' l-oqsma differenti li jkunu qed jittrattaw il-kurrikulu?", "KENNETH WAIN: Ċertament irid ikollu t-technical section tiegħu.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiġifieri jekk qed nitkellmu fuq xjenza u teknoloġija, irid ikun hemm l-expertise biex jara dawk l-aspetti, u jekk qed nitkellmu fuq l-edukazzjoni tal-konsumatur, irid ikun hemm xi ħadd li jħares l-aspett tal-konsumatur.", "Qed insemmi dan il-punt għaliex il-bieraħ kien hawn proposta għat-twaqqif ta' struttura b'mod separat mid-dipartiment tal-kurrikulu fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Konna qed nitkellmu dwar il-gender equality u jien personalment ma jidhirlix li tista' toqgħod taqsam is-settur f'tant oqsma differenti.", "Jekk se jkollna set-up għall-gender equality to monitor gender equality b'mod separat mill-istess Dipartiment għan-Nisa fis-Soċjeta' li diġa' jeżisti, allura trid tagħmel ukoll struttura għall-edukazzjoni tal-konsumatur bil-focus tiegħu jkun il-konsumaturi.", "L-idea tiegħek li tiġbor kollox f'daqqa fuq national council … Naturalment kollox f'daqqa f'ċertu sens għaliex nifhem li jrid ikun hemm struttura oħra biex tkun tista' taħdem.", "Fil-fehma tiegħi, din l-idea tagħmel ħafna iktar sens li tiġbor b'mod ħolistiku l-oqsma kollha li jridu jmexxu dan is-settur.", "Nixtieq nisma' l-opinjoni tiegħek dwar tip ta' focal point fuq gender equality.", "Kif tara dawn l-istrutturi se jiffittjaw fl-organizzazzjoni tad-dipartiment?", "Se jkunu separati kompletament mid-dipartiment?", "U lejn min se jkunu responsabbli?", "Lejn min għandhom responsabbilta' politika?", "Lejn min għandhom responsabbilta' eżekuttiva?", "KENNETH WAIN: Ħalli nibda mit-tieni mistoqsija tiegħek.", "Meta qed nitkellmu fuq national curriculum council, qed nitkellmu fuq xi ħaġa li hija separata mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "M'hijiex parti mill-education division.", "Jekk irridu nsibu l-oppost għaliha, tista' tkun waħda minn żewġ affarijiet, pero' naturalment din hija deċiżjoni li finalment trid tkun deċiżjoni politika.", "Tista' tkun jew parti mill-ministeru, voldieri taħt is-sorveljanza tal-ministeru, jew inkella, hija nnifisha tista' tkun - kif darba kont ipproponejt jien fi ktieb li ktibt żmien twil ilu - awtonoma, jiġifieri tkun separata kemm mill-ministeru u kemm mid-diviżjoni.", "(Interruzzjonijiet) Eżattament, tkun tip ta' awtorita'.", "Fil-fatt meta ktibt il-ktieb, jien kelli f'moħħi, forsi minħabba l-esperjenza tiegħi ta' dak iż-żmien, l-Awtorita' tax-Xandir.", "That type of statutory entity, kelli f'moħħi.", "Jien personalment nippreferi li tkun indipendenti ħalli tkun tista' tiffunzjona b'mod li jkun totalment liberu minn kwalunkwe tip ta' influwenza politika.", "Nippreferi li tkun hekk, imma naturalment dik hija deċiżjoni li mhux jien irrid neħodha.", "Għar-rigward ta' l-expertise, ċertament li national curriculum council irid ikollu t-technical unit, jew it-technical team, tiegħu, pero' ma nemminx li bilfors irid jinkludi fih kollox, għaliex kif qal tajjeb Carm Borg dalgħodu, jista' jkun li ċerta tip ta' riċerka, jew ċerta tip ta' stħarriġ, jew anke ċerta tip ta' konsultazzjoni, tista' tiġi mitluba, tista' tiġi farmed out.", "Tista' tiġi minn barra, mhux neċessarjament tiġi mill-kunsill innifsu.", "Jien kontra li jkollok organizzazzjonijiet jew strutturi li jkunu top heavy ħafna.", "Jiġifieri jien nemmen li għandek bżonn li jkollok xi tip ta' kunsill, nemmen li dak il-kunsill irid ikollu t-technical team tiegħu, imma mbagħad nemmen ukoll li ċertu xogħol ta' riċerka jista' jiġi farmed out lill-esperti li mhux neċessarjament ikunu mpjegati mal-kunsill.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Nixtieq nagħmel mistoqsija oħra, pero' m'hijiex proprjament indirizzata lil Prof. Wain.", "MARIE LOUISE COLEIRO: L-Għan 11 tad-dokument jirrigwarda l-qasam tas-saħħa.", "Ma jidhirlix li f'dawn il-laqgħat - jien attendejt kull seduta ħlief dik ta' dalgħodu minħabba seminar li kelli - kellna mistiedna mill-qasam tal-promozzjoni tas-saħħa.", "Għar-rigward Għan I2: Għarfien akbar ta' Sehem ix-Xjenza u t-Teknoloġija fil-Ħajja ta' Kuljum, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknolġija ...", "KENNETH WAIN: Tawna r-reazzjonijiet tagħhom.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Taw ir-reazzjonijiet tagħhom?", "KENNETH WAIN: Ma ġewx hawnhekk, imma ġew ikkonsultati u taw ir-reazzjonijiet tagħhom.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Imma ma ġewx mistiedna għas-seduti tal-kumitat.", "Ġew mistiedna d-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur, il-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara ...", "A/CHAIRPERSON: Proprjament id-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur talbu huma biex jiġu.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Waqt dawn il-laqgħat tkellimna ħafna fuq id-dinja tax-xogħol u f'paġna 15 tal-kurrikulu nsibu riferenza għad-dinja tax-xogħol, pero' mad-dinja tax-xogħol hemm ukoll id-drittijiet u d-dmirijiet tal-ħaddiema.", "Veru li hawnhekk smajna l-president ta' l-MUT, pero' ma smajniex ir-reazzjoni ta' l-MUT f'kontest ta' trade union li se tgħallem id-drittijiet tal-ħaddiema lill-istudenti.", "Jien naħseb li kien ikun worthwhile li kieku smajna lil xi ħadd mit-trade unions ewlenin ta' pajjiżna.", "Naħseb kien ikun tajjeb kieku stedinna l-akbar żewġ trade unions f'pajjiżna ħalli naraw x'jaħsbu huma dwar dan.", "A/CHAIRPERSON: Nixtieq li nista' nirrispondik, imma jiddispjaċini ...", "MARIE LOUISE COLEIRO: Għandek raġun, imma naħseb li f'suġġett bħal dan missna smajna wkoll x'jaħsbu r-rappreżentanti tal-ħaddiema u mhux biss x'jaħsbu s-sidien.", "A/CHAIRPERSON: Hawn iktar kummenti?", "Jekk hawn xi ħadd li jixtieq jagħmel xi kumment, he is more than welcome li jagħmlu f'dan l-istadju tad-diskussjoni.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Naturalment jien ħadt ħafna gost nisma' tul dawn id-disa' seduti r-rappreżentazzjonijiet kollha li saru u anke l-mistoqsijiet u kummenti tal-membri tal-kumitat.", "Jien personalment, u żgur li nkun qiegħed nirrifletti s-sentimenti tal-membri kollha tal-kumitat, naħseb li għandna nirringrazzjaw u nfissru l-apprezzament tagħna lil dawk kollha li ħadu l-inkarigu li jiġu u jagħtu r-reazzjonijiet tagħhom mibnija fuq l-esperjenzi diversi li għaddew minnhom.", "Naturalment dan huwa tip ta' dokument li tista' ma tieqaf qatt tiddiskutih.", "Tista' ma tieqaf qatt tisma' lil dawk kollha interessati.", "L-istakeholders huma s-setturi kollha ta' dan il-pajjiż li huma ħafna.", "Per eżempju hawnhekk qed nara lill-kollega Edwin Vassallo li ilu jsegwi d-diskussjoni fuq dan id-dokument u attenda għal diversi seduti ta' dan il-kumitat, għaliex l-interess partikolari tiegħu hu kif l-edukazzjoni u d-dinja tax-xogħol, l-aspett ekonomiku tal-pajjiż, jistgħu jintisġu ħafna iktar flimkien bi frott għal xulxin.", "Naħseb li dan l-eżerċizzju kompla jurina t-triq li rridu nimxu.", "Rajna kemm hija triq twila, kemm hija triq komplessa u kemm hija triq li tirrikjedi l-appoġġ kontinwu tal-partijiet kollha involuti.", "Hawn ħafna x'wieħed jista' jirreaġixxi għal dak li ntqal, pero' xtaqt li nagħmel riflessjoni.", "Jien inħoss, u dak li smajt madwar din il-mejda nħoss li jikkonfermah, li fil-qasam ta' l-edukazzjoni qed nagħmlu tentattiv ta' paradigm shift u allura jien ma tantx naqbel ma' min jaħseb li hawn m'aħniex inkunu radikali biżżejjed.", "Jekk nieħdu l-ispirtu ta' dak li bnejna flimkien matul ix-xhur u s-snin li għaddew u li llum ġie sintetizzat f'dan id-dokument, naraw li dak li qegħdin nipprovaw infissru huwa partenza radikali mis-sistema edukattiva li aħna mdorrijin biha.", "Allura jekk qed nitkellmu fuq din it-tip ta' shift radikali mis-sistema li nafu, naħseb li rridu napprezzaw il-kumment li ntqal illum mill-esperti, u li ntqal ukoll mill-kapijiet ta' skejjel u minn persuni oħra, li hawn qed nittrattaw bidla kulturali li tirrikjedi għarfien tal-komplessita' tal-problemi li tippreżenta.", "U naħseb inkunu sempliċistiċi jekk naħsbu li din il-bidla kulturali tista' titwettaq mil-lum għal għada.", "Irridu niġu ntrodotti għal din il-bidla kulturali u rridu nidrawha.", "Kif qal Dr. Carm Borg illum, il-proċess innifsu huwa proprju l-bidu ta' din il-bidla kulturali.", "Jien naqbel ħafna li issa, wara li tpoġġa l-qafas li jrid jispira lil kull min hu involut fil-kamp ta' l-edukazzjoni dwar id-direzzjoni li rridu nieħdu, irridu ngħaddu għall-implimentazzjoni tiegħu.", "Ħalli nitkellem fuq punt li semma llum il-kollega l-Onor.", "Evarist Bartolo u li sejjaħlu arkitettura ta' l-istituzzjonijiet edukattivi.", "Naturalment aħna konxji ħafna li f'dan il-kurrikulu qegħdin nippressoponu funzjoni tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li hija radikalment differenti minn dak li għandna llum.", "Sal-lum, id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni kienet ir-regolatur u l-provider tas-servizzi.", "Kulħadd kien iħares lejn id-dipartiment ta' l-edukazzjoni bħala l-istruttura li mhux biss tirregola x'għandu jsir fil-kamp edukattiv, tgħid x'għandu jsir, tistabbilixxi l-kwalifiki u tistabbilixxi l-istandards, imma kienet ukoll l-istruttura li trid tipprovdi l-iskejjel, l-għalliema u l-finanzjamenti u kienet l-istruttura li trid twettaq dak li hi stess tkun iddeċidiet għax kull min jaħdem f'dan il-kamp, huwa impjegat tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Dan hu l-ikbar dipartiment bl-ikbar numru ta' uffiċjali pubbliċi li hawn fis-servizz pubbliku.", "Hemm armata nies impjegati mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Id-direzzjoni li aħna qed nindikaw hija li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ma tibqax tipprovdi hi s-servizzi konnessi mat-tagħlim, imma li ssir ir-regolatur, il-pjanifikatur, l-għodda li tkejjel, li tagħmel il-verifika u li tagħmel il-monitoring fuq l-aġenziji li fil-fatt ikunu qed jipprovdu s-servizz tat-tagħlim.", "Meta ħadna sehem fl-aħħar parti tat-tifsil tal-kurrikulu, Charles Mizzi, Mary Vella, Carm Borg, Kenneth Wain u jien, mill-ewwel ippostulajna li l-iskejjel ta' l-Istat, kif nafuhom illum, ma jistgħux jimplimentaw il-viżjoni li aħna qed inpoġġu quddiem is-soċjeta' tagħna għall-kamp edukattiv.", "Id-direzzjoni li rridu nieħdu hija d-direzzjoni ta' skejjel awtonomi f'esperjenza edukattiva li diġa' teżisti f'Malta.", "Punt ieħor li ma sarx biss illum imma anke f'okkażjonijiet oħra - fil-fatt l-Onor.", "Bartolo għamel domanda dwar dan - kien għaliex l-iskejjel ta' l-Istat, finanzjati mill-Istat, ma jistgħux jagħtu esperjenza edukattiva bħal dik ta' l-iskejjel tal-knisja li huma wkoll finanzjati mill-Istat.", "Huwa dan l-ispunt li fil-fatt mexxiena fid-direzzjoni biex aħna ndaħħlu paragrafu li jitlob li tinbeda diskussjoni dwar organizzazzjoni ġdida ta' l-iskejjel u dan proprju biex nipprovaw noħorġu mit-tifsila li għandna sal-lum tat-tliet fażijiet bejn l-edukazzjoni bikrija tal-kinder, dik primarja u dik sekondarja, liema żewġ fażijiet ta' transizjonijiet joħolqu ċerta diffikulta'.", "Fil-fatt, il-paragrafu li jien ipproponejt kien ħafna iktar speċifiku milli qiegħed issa fid-dokument.", "Ma baqax daqstant speċifiku għaliex meta bdejna niddiskutu bejnietna, il-parir kien li kieku kellna nissuġġerixxu espliċitament li l-iskejjel ta' l-Istat għandhom jiġu mibdula fi skejjel bħal dawk li llum diġa' jeżistu fostna, skejjel fondazzjonali u skejjel tal-knisja, u din tintqal mingħajr ma wieħed ikun poġġa bażi ta' diskussjoni u ta' djalogu, kien hemm il-preokkupazzjoni li din setgħet tqanqal kontroversja li ma tinftiehemx għax ma jkunx hemm il-preparazzjoni meħtieġa għaliha u allura ridna li aħna nintrabtu li almenu din id-diskussjoni tinbeda biex naraw nistgħux insibu l-formola meħtieġa.", "M'hemmx dubju li din m'hijiex xi ħaġa faċli.", "Altru tibni skola ġdida b'dan il-ħsieb f'moħħok, altru skejjel li nbnew għal dan l-iskop minn fondazzjonijiet reliġjużi, u altru l-Istat li diġa' għandu faċilitajiet fiżiċi li huma mfassla skond il-loġika ta' kinder, primarja u sekondarja, ħafna drabi, f'lokalitajiet differenti.", "M'hijiex faċli tikkoordina l-faċilitajiet fiżiċi eżistenti, il-kapital enormi li diġa' jeżisti, li diġa' ġie investit, u ddawru biex iħaddan fih il-konċett ta' skejjel kif jien u kif donnu ħassejt ilkoll kemm aħna nixtiequ li jkollna.", "Jien ma naħsibx li t-tifsila tal-faċilitajiet fiżiċi li diġa' jeżistu, filwaqt li tippreżenta d-diffikultajiet tagħha, hija ostaklu assolut biex wieħed ikun jista' jibda jersaq lejn din is-sitwazzjoni.", "Jien nara din il-kwestjoni bħala waħda mill-punti l-iktar fondamentali għaliex il-prinċipji kollha li għandna hawnhekk, il-kwestjonijiet tal-ġustizzja soċjali, ta' inklużjoni, ta' ekwita' u ta' awtonomija, huma kollha marbuta ma' din it-tifsila.", "Altru l-awtonomija ta' skola primarja u altru l-awtonomija ta' skola li se teħodlok ħsieb l-esperjenza edukattiva mill-istat bikri u f'ambjent stabbli - fil-kurrikulu ngħidu mingħajr skossi - u f'ambjent li jaħseb għal ċerti affarijiet li jwasslek sal-livell ta' sittax-il sena.", "Naħseb li dan huwa wieħed mill-ispunti fil-fażi ta' implimentazzjoni, fil-fażi li jmiss ta' strateġija, li wieħed irid jaħseb għalih.", "Il-problemi huma kbar.", "Kieku l-istakeholders kollha huma n-nies madwar din il-mejda, kieku m'għandniex problemi, pero' nafu li l-istakeholders f'dan il-kamp huma varji.", "Minkejja dak li wieħed kultant jgħid, x'ħin tiġi għas-si u n-no tibda tiltaqa' mad-diffikultajiet.", "Faċli ngħidu li din hija t-triq l-iktar mixtieqa u t-triq li l-aktar tista' tagħmel il-ġid, imma hu diffiċli meta tiġi biex taġġusta d-drittijiet vestiti li għandhom l-istakeholders kollha f'dan il-kamp għal dik is-sitwazzjoni.", "Veru, dawn jippreżentaw diffikultajiet kbar, pero' m'għandniex nikkonsidraw li dan għandu jkun l-ostaklu għaliex ma nipproċedux.", "Hawn fejn naħseb li minkejja l-urġenza, minkejja l-entużjażmu, minkejja x-xewqa, wieħed irid bilfors ikun saqajh fl-art u jgħid li hawnhekk hawn time-frame.", "Illejla l-Professur Kenneth Wain qalilna - kif qalu diversi preżentaturi oħrajn - li din hija bidla kulturali li tippreżenta diffikultajiet u li tirrikjedi żmien.", "Fiż-żmien qasir li ili nsegwi dan is-settur, jien dejjem għedt li l-finanzi tal-pajjiż huma problema pero' m'humiex l-ostaklu prinċipali għall-proċess li qegħdin nitħaddtu fuqu hawnhekk.", "Hemm problemi marbutin ma' trade unions li jirrappreżentaw l-għalliema u l-ħaddiema f'dan is-settur, u biex wieħed jibda jħollhom u jsib is-soluzzjonijiet għalihom, m'hijiex faċli.", "Faċli tbiddel il-kpiepel, imma mbagħad mhux daqstant faċli li ssarraf u tarmonizza dak li tgħid meta tilbes kpiepel differenti.", "Meta niġu għall-fażi ta' l-istrateġija, hu wkoll meħtieġ ħafna konsultazzjoni, djalogu u confidence building measures għaliex naħseb dik hi l-unika triq li nistgħu nieħdu, it-triq it-twila u t-triq li titlob ħafna paċenzja u li titlob ħafna informazzjoni.", "Waħda mill-problemi li kultant niltaqgħu magħha u ġieli nbati minnha jien personalment, hija li meta ma tkunx informat, tibda tagħmel ġudizzji li m'humiex bażati, tagħmel statements li ma jkollhomx bażi tajba biżżejjed.", "Meta tiġi biex iċċaqlaq pożizzjonijiet vestiti fejn hemm drittijiet vestiti, il-ġustifikazzjoni taċ-ċaqliqa tkun tirrikjedi l-fatti l-iktar ċari u għalhekk l-importanza kbira tar-riċerka.", "Ftit ta' żmien ilu, fil-ministeru bdejna nitħaddtu l-punt li għamel Dr. Carm Borg dalgħodu li minn kmieni nidħlu f'diskussjoni mal-fakulta' u ma' l-istudenti fil-fakulta' biex naraw liema huma dawk l-issues ta' relevanza kbira li għandna, kemm fuq bażi macro u kemm fuq bażi micro, li jirrikjedu li jiġu riċerkati u għandna niftiehmu biex napplikaw l-imħuħ ta' l-istudenti taħt is-superviżjoni tal-professuri u l-lecturers tagħhom biex dawn l-issues ikunu jistgħu jiġu riċerkati.", "Jien nara dan il-proċess u ngħid li bdejna u bdejna mhux issa, għax il-proċess ilu ċertu żmien li nbeda.", "Hemm ċaqlieq biex l-istruttura tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni tinbidel.", "L-istruttura tad-diviżjoni ma tistax tgħin l-implimentazzjoni ta' dan il-kurrikulu jekk tibqa' kif inhi.", "Kulmin jafna, jaf li aħna għandna ċirku vizzjuż ta' crisis management; kulħadd jipprova jitfi n-nar, fire fighting il-ħin kollu.", "Għal raġunijiet storiċi u għal ħafna raġunijiet differenti, mhux biss fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni imma naħseb f'ħafna dipartimenti oħrajn, ma nbnitx il-kultura ta' management tajjeb, ta' management li huwa smooth, li huwa proattiv, li għandu l-kapaċita' jippjana tajjeb.", "Naħseb irridu napprezzaw li l-idea ta' business plans f'dipartimenti tal-gvern hija idea ħafna riċenti u fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, taħt il-kappa tal-ministeru, twaqqaf office of review li waħda mill-funzjonijiet tiegħu hija proprju li ġġib ir-restructuring fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, anke biex ikun hemm id-diversi strutturi li rridu nitkellmu fuqhom.", "Hemm ħafna punti li wieħed jista' jikkummenta fuqhom, pero' nieqaf hawnhekk u nittama li issa ssir l-evalwazzjoni ta' dak kollu li ntqal f'dan il-kumitat biex inkunu nistgħu naraw jekk hemmx affarijiet li għandhom jinsiltu ħalli jkunu riflessi fid-dokument li jrid jiġi pubblikat kemm jista' jkun malajr.", "A/CHAIRPERSON: Grazzi.", "F'isem iċ-chairperson l-Onor.", "Helena D'Amato li bħalissa tinsab imsiefra, u f'isem il-membri kollha tal-kumitat, nirringrazzja kulmin ta kontribut biex jitfassal l-abbozz tal-kurrikulu u nirringrazzja kulmin ġie hawnhekk u pparteċipa fid-diskussjoni.", "Fid-9.00 p.m. il-Kumitat ikkonkluda d-diskussjoni fuq l-abbozz finali tal-kurrikulu minimu nazzjonali u aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar 'il quddiem."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991103_022d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 3 ta' Novembru, 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.03 p.m", "L-Onor.", "Dolores Cristina, Aġent President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 21 li saret fit-3 ta' Novembru, 1999 kienu konfermati.", "ABBOZZ FINALI TAL-KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat irriżuma mit-3 ta' Novembru 1999 id-diskussjoni fuq l-abbozz finali tal-kurrikulu minimu nazzjonali.", "Il-Kumitat stieden lil Dr Carm Borg u lill-Prof Kenneth Wain, mill-Universita' ta' Malta, jieħdu sehem fid-diskussjoni u jirrispondu għall-mistoqsijiet magħmula mill-membri tal-kumitat dwar il-kurrikulu minimu nazzjonali.", "Dr Carm Borg ippreżenta lill-Kumitat tabella li turi d-differenzi bejn iż-żewġ abbozzi tal-kurrikulu minimu nazzjonali maħruġa fl-1998 u f'Ottubru 1999 rispettivament.", "Fid-9.00 p.m. il-Kumitat ikkonkluda d-diskussjoni fuq l-abbozz finali tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali u aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar 'il quddiem.", "PAULINE ABELA GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991103_022m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 23", "L-Erbgħa, 3 ta' Novembru 1999, fil-5.30 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 3 ta' Novembru 1999, fil-5.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "2 ta' Novembru 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991103_023a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 3 ta' Novembru 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fil-5.34 p.m.", "L-iSpeaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Mario Galea, l-Onor Victor Galea Pace, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor George Vella.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 22 li saret fil-25 ta' Ottubru, 1999, kienu konfermati.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor Joe Mizzi, il-Kumitat reġa' ddiskuta l-aspett tal-mistoqsijiet parlamentari.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kamra li għall-ġimgħat li jmiss il-Kamra kellha tiltaqa' f'seduti li jsiru t-Tnejn fil-għaxija, u t-Tlieta u l-Erbgħa fil-għodu u fil-għaxija u li l-ħsieb tal-Gvern kien li matul il-ġimgħa li tibda nhar it-Tnejn, 8 ta' Novembru, tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Arbitraġġ - Abbozz Nru 45 - u wara tkompli d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' - Abbozz Nru 10.", "Fiż-żewġ seduti ta' nhar l-Erbgħa, 10 ta' Novembru, jiġu diskussi l-Estimi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għas-sena 1999/2000 u fiż-żewġ seduti ta' nhar it-Tlieta, 16 ta' Novembru, jiġu diskussi l-Estimi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas-sena 1999/2000.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li:", "(i) id-diskors tal-Budget 2000 se jsir nhar it-Tnejn, 22 ta' Novembru, u mhux kif kien imħabbar aktar kmieni (skeda preliminari tas-seduti tal-Parlament konnessi max-xogħol tal-Budget, flimkien ma' abbozz ta' mozzjoni ta' proċedura li tirregola l-istess seduti ġiet mgħoddija lill-Oppożizzjoni għar-reazzjoni tagħha);", "(ii) id-diskussjoni fuq il-Voti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-diskussjoni fuq il-Voti taħt il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi kellhom jieħdu żewġ seduti-il waħda; u li", "(iii) l-ħsieb tal-gvern kien li fis-17 ta' Diċembru l-Kamra taġġorna għall-vaganzi tal-Milied.", "Fil-5.55 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991103_023m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 23", "It-Tlieta, 14 ta' Diċembru 1999 fl-10 a.m.", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 14 ta' Diċembru 1999 fl-10 a.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar erba' oqsma ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilità):", "(a) artikolu dwar l-edukazzjoni;", "(b) artikolu dwar il-Unions;", "(c) artikolu dwar l-insurance; u", "7 ta' Diċembru 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991214_023a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 23", "It-Tlieta, 14 ta' Diċembru, 1999", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 23", "It-Tlieta, 14 ta' Diċembru, 1999", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-10.12 a.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 22 li saret fit-3 ta' Novembru, 1999 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IS-SUPERSEDING CLAUSE U L-OQSMA DWAR TRADE UNIONS, INSURANCE U EDUKAZZJONI, FL-ABBOZZ TA' LIĠI DWAR OPPORTUNITAJIET INDAQS GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITA'", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Bħalma tafu, id-diskussjoni dwar liġi għal opportunitajiet indaqs għal persuni b'diżabilita' ilha għaddejja f'fora differenti għal madwar seba' snin u waqt id-diskussjoni ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita', ħarġu erba' areas fejn donnu qed jintqal li aħjar jiġu diskussi fi ftit aktar dettall fi grupp żgħir biex naraw fejn nistgħu naqblu dwarhom.", "Dawn l-erba' areas jirrigwardaw l-edukazzjoni, it-trade unions, l-insurance u s-superseding clause u ntlaħaq qbil bejn l-Onor.", "Lawrence Gonzi, bħala l-Ministru responsabbli minn din il-liġi, u l-Onor.", "George Vella f'isem l-Oppożizzjoni, sabiex dawn l-erba' oqsma jiġu diskussi fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Nibda biex ngħidilkom li aħna bagħtna ittra lill-għaqdiet kollha li nsibu fil-pubblikazzjoni ''Servizzi u benefiċċji għall-persuni b'diżabilita''' li huwa dokument uffiċjali maħruġ mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', fejn staqsejnihom jixtiequx jissottomettu suġġerimenti dwar dawn l-erba' oqsma.", "L-ebda għaqda ma tħalliet barra.", "Jiġifieri l-fatt li ftit kienu l-għaqdiet li bagħtu l-feedback tagħhom, ma jfissirx li dawk biss kienu l-għaqdiet li ġew mitluba jibagħtu l-kummenti tagħhom.", "Naturalment wieħed jirrealizza li diġa' nżammu ħafna laqgħat dwar dan is-suġġett u sa ħmistax ilu stess, l-għaqdiet kienu għadhom qed jiġu konsultati.", "Biex nibdew id-diskussjoni fuq l-erba' oqsma li semmejt, nixtieq insejjaħ lill-Ministru għall-Politika Soċjali.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Grazzi, Sinjura President.", "Xtaqt nibda billi nippreżenta lill-membri tal-kumitat kopja tal-korrispondenza li għaddiet bejni u l-Onor.", "George Vella biex dak li qbilna dwaru jkun on record u kulħadd ikun jaf x'inhi l-pożizzjoni.", "Wara l-konverżazzjoni li kelli fil-Parlament ma' l-Onor.", "Vella, qbilna li niktiblu ittra biex nifformalizza dak li ddiskutejna u għalhekk qed nippreżenta kopja ta' ittra li jien bgħatt lill-Onor.", "George Vella fit-23 ta' Novembru, 1999 li fiha qed ngħid hekk:", "''Nirriferi għall-konverżazzjoni li kellna l-bieraħ dwar id-dibattitu tal-Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita'.", "Mid-dibattitu s'issa, qiegħed nifhem li l-Oppożizzjoni tixtieq li jingħata spazju għal aktar konsultazzjoni dwar tliet aspetti speċifiċi koperti bil-liġi, u ċioe':", "L-artikolu 9 tal-liġi li jittratta d-diskriminazzjoni fi trade unions;", "L-artikolu 16 tal-liġi li jittratta l-assigurazzjoni; u", "Dak li ġie deskritt bħala s-''superseding clause''.", "Naturalment barra dawn it-tliet aspetti hemm punti oħra li jkunu jridu jiġu spjegati u diskussi fl-istadju tal-Kumitat, iżda qiegħed nifhem li fuq dawn it-tliet punti jista' jkun utli li jkun hemm konsultazzjoni ulterjuri.", "Biex ikun jista' jintlaħaq dan l-iskop qiegħed nissuġġerixxi dan li ġej:''", "- wara konna qbilna differenti minn dan li hawn imniżżel, imma ħalli nkompli naqra l-ittra kif inhi -", "''A. Malli jingħalaq it-Tieni Qari tal-liġi, l-abbozz jiġi riferut lill-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.", "B. Dan il-kumitat għandu l-poter li jiffunzjona bħala Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, u għalhekk għandu jeżamina l-klawsoli kollha u jirrapporta progress lill-Kamra kif isir fil-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "C. Iż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu li l-kumitat għandu jibda billi jagħti l-opportunita' lil dawk il-movimenti jew assoċjazzjonijet interessati biex jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar it-tliet aspetti fuq imsemmija.", "D. Wara li tkun saret din il-konsultazzjoni, il-kumitat jgħaddi għall-konsiderazzjoni tal-klawsoli, emendi jew klawsoli ġodda, sakemm japprova l-klawsoli kollha fl-istadju ta' Kumitat, u jirrapporta progress lill-Kamra malli jkun ikkonkluda x-xogħol.", "Kif taf, il-mira taż-żewġ naħat kienet li din il-liġi tkun għaddiet mill-istadji kollha tagħha sat-3 ta' Diċembru, biex dakinhar - Jum il-Persuni b'Diżabilita' - tidħol fis-seħħ bil-firma tal-President ta' Malta.", "Bil-proċedura li qiegħed nissuġġerixxi, ma jidhirx li din il-mira se tkun possibbli li tintlaħaq.", "Madanakollu nistgħu flimkien nippruvaw nimmiraw biex din il-liġi tkun għaddiet mill-istadji kollha sa qabel ma naġġornaw biex hi tkun l-ewwel liġi li tiġi ffirmata mill-President ta' Malta fil-millennju l-ġdid.", "B'hekk, fl-okkażjoni tal-millennju l-ġdid, il-Parlament ikun ta l-poplu Malti, liġi li mhux biss tirrappreżenta qbil unanimu, imma li b'mod qawwi terġa' tafferma l-valuri umani li lkoll kemm aħna nemmnu fihom.", "Jekk taqbel ma' dan is-suġġeriment, nissuġġerixxi li għada ninformaw lill-iSpeaker b'dan l-arranġament li jista' jitħabbar waqt l-Aġġornament, jew jiġi minuted f'laqgħa tal-House Business Committee.''.", "Dakinhar, 23 ta' Novembru, irċevejt ir-risposta ta' l-Onor.", "Vella li tgħid hekk:", "''Nirriferi għall-fax li bgħattli llum dwar id-dibattitu tal-Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabililta', b'risposta għall-proposti li għamiltlek verbalment f'isem l-Oppożizzjoni nhar it-Tnejn filgħaxija fil-Kamra tal-Parlament.", "Nixtieq nerġa' ninformak li l-Oppożizzjoni tixtieq tingħata spazju għal aktar konsultazzjoni dwar it-tliet punti li semmejna nhar it-Tnejn u li int erġajt elenkajt fil-fax tiegħek.", "Nixtieq ninformak li ma' dawn il-punti, l-Oppożizzjoni tixtieq li jiżdied il-punt dwar edukazzjoni inklussiva u investiment soċjali fl-edukazzjoni.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' proċedura, intenni li hemm qbil dwar dak li tħadditna u li rrepetejt int fl-ittra tiegħek ħlief għal dawn il-punti:", "L-Oppożizzjoni tippreferi li l-istadju tal-Kumitat ta' din il-liġi jsir fil-Kamra u lesti li niftehmu dwar kemm seduti għandhom jittieħdu.", "Għandna f'rasna li żewġ seduti jkunu biżżejjed.''", "- fil-fatt hemm qbil li jkun hemm żewġ seduti -", "Ix-xogħol tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali jiġi ristrett biss biex jamplifika d-diskussjoni u jekk tinħass il-ħtieġa jwessa' l-konsultazzjoni fuq il-punti msemmija, u jasal biex jilħaq qbil fuq test konsolidat li jiġi mgħoddi għall-konsiderazzjoni tal-Kamra kollha.", "Irrid ngħidlek ukoll li l-Oppożizzjoni taqbel fuq it-timeframe li tkellimna fuqu fil-Parlament kif ukoll fuq il-bżonn li nifformalizzaw dan il-qbil dwar kif għandha tkompli d-diskussjoni fuq din il-liġi fl-istadji kollha li fadal, fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.''.", "Dan ifisser li għandna erba' oqsma ewlenin li dan il-kumitat ġie mistieden jiddibatti.", "Ma nafx jekk il-kumitat jixtieqx li nimxu bl-ordni kif semmejnihom jew b'xi ordni differenti, imma fi ftit kliem, qegħdin nitkellmu dwar l-artikolu 9 tal-liġi li jittratta t-trade unions, l-artikolu 11 li jittratta l-edukazzjoni, l-artikolu 16 li jittratta l-insurance u s-superseding clause li m'huwiex qiegħed fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, pero' li kien l-artikolu 3 fl-abbozz li kien abbozzat fl-ammistrazzjoni preċedenti.", "KARL CHIRCOP: Naħseb li aktar jagħmel sens jekk nibdew bis-superseding clause peress li din il-klawsola hija ta' natura ġenerali.", "LAWRENCE GONZI: M'għandix problema li nagħmlu hekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naħseb l-importanti huwa li l-erba' aspetti niddiskutuhom waħda waħda; ma tagħmilx differenza b'liema artikolu nibdew.", "Hawn qbil li kif qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Jidher li hawn qbil u allura nitlob lill-Onor.", "Chircop jagħtina l-ħsebijiet tiegħu dwar dan il-punt.", "KARL CHIRCOP: Naħseb li hawn qbil unanimu bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra u l-poplu in ġenerali, b'mod partikolari l-għaqdiet li jaħdmu fil-kamp ta' persuni b'diżabilita', illi f'pajjiżna hawn bżonn urġenti ta' liġi li aktar milli tipproteġi lil dawn in-nies, tagħtihom vuċi.", "Naħseb li l-liġi, apparti li trid tkun liġi effiċjenti biex tissalvagwardja l-interessi ta' persuni b'diżabilita', trid tikkappeġġja l-interessi kollha li hemm fil-liġijiet kollha li jistgħu jolqtu lill-persuni b'diżabilita' u proprju kien għalhekk li waqt id-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari l-Oppożizzjoni tkellmet dwar it-tħassib tagħha għat-tneħħija tas-superseding clause mill-abbozz li kien ippreżentat matul l-Amministrazzjoni Laburista.", "Aħna nħossu li 'l quddiem, bit-tneħħija ta' dan l-artikolu, nistgħu niltaqgħu ma' intoppi legali meta niġu biex inħaddmu din il-liġi.", "Forsi jeżistu xi diskrepanzi bejn din il-liġi u liġijiet oħra - ħafna minnhom liġijiet ta' natura soċjali - li jistgħu jolqtu lill-persuni b'diżabilita'.", "Jien m'għandi l-ebda liġi partikolari f'moħħi, sempliċement qiegħed niġbed l-attenzjoni tal-kumitat li f'liġijiet oħra jista' jkun hemm xi disprekanza li toħloq problemi u trendi diffiċli t-tħaddim ta' din il-liġi.", "Aħna nafu illi l-poplu Malti kollu kemm hu, qiegħed b'ħeġġa jistenna li jkollna liġi li tkun tista' titħaddem bl-aktar mod effiċjenti possibbli.", "Wara kollox, l-interess tagħna lkoll huwa l-interess tal-persuni b'diżabilita'.", "Dan kien l-ispunt li qajjimna b'riferenza għat-tneħħija tas-superseding clause minn dan l-abbozz għaliex aħna nsostnu li n-nuqqas ta' din il-klawsola tista' toħloq burokrazija żejda minkejja l-intenzjonijiet tajba ta' kull wieħed minna u meta 'l quddiem jista' jkun hemm każ quddiem il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', jistgħu jinħolqu diffikultajiet dwar liema liġi trid tiġi segwita.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "LAWRENCE GONZI: Naħseb li fl-iskop, fl-oġġettiv, naqblu.", "Il-liġi li se ngħaddu rriduha tkun il-liġi li tirregola l-qasam ta' diskriminazzjoni abbażi ta' diżabilita' u allura l-oġġettiv huwa komuni.", "Ir-raġuni għaliex ittieħdet id-deċiżjoni li din il-klawsola titneħħa, hija sempliċi.", "Il-parir li rċevejna mingħand l-Avukat Ġenerali dwar din it-tip ta' klawsola, jispjega li din il-klawsola hi żejda għall-iskop tal-liġi għaliex l-aħħar liġi li tgħaddi mill-Parlament Malti, dejjem għax hi l-aħħar liġi u l-aħħar espressjoni tal-volonta' tal-Parlament u ta' l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, dejjem se tirbaħ fuq liġijiet oħrajn li jkunu fuq l-istatute books tal-liġijiet Maltin.", "Il-parir ta' l-Avukat Ġenerali huwa illi jekk aħna se niksru din ir-regola, ikun ifisser li f'kull liġi li ngħaddu mill-Parlament, dejjem u f'kull ċirkostanza, irridu nagħmlu din it-tip ta' klawsola.", "KARL CHIRCOP: Imma x'diffikulta' hemm li ssir?", "LAWRENCE GONZI: Għaliex inkella nkunu qegħdin nintroduċu prinċipju li fis-sistema leġislattiva tagħna m'għandniex indgħajfuh.", "Dan jista' jfisser li nkunu qegħdin indgħajfu dawk il-liġijiet li m'għandhomx superseding clause.", "Ir-regola, dejjem u f'kull ċirkostanza, għandha tkun li awtomatikament, l-aħħar liġi li għadda l-Parlament, hi l-liġi li tirregola l-qasam.", "Jekk nintroduċu din it-tip ta' klawsola meta m'għandniex għalfejn nintroduċuha, il-periklu hu li nkunu qegħdin indgħajfu s-saħħa ta' dawk il-liġijiet l-oħra li m'għandhomx din il-klawsola.", "Dan hu parir pjuttost tekniku u forsi l-aktar li nista' nissuġġerixxi huwa li jiġi double-checked mill-membri ta' l-Oppożizzjoni.", "Pero' rrid inżid ħaġa oħra.", "Din hija t-tielet verżjoni ta' liġi dwar dan il-qasam; l-ewwel abbozz sar matul l-amministrazzjoni ta' qabel l-1996, it-tieni verżjoni saret matul l-amministrazzjoni Laburista, u t-tielet verżjoni ta' l-abbozz huwa dan li għandna quddiemna llum.", "Veru li fl-ewwel verżjoni ta' l-1996 u fil-verżjoni ta' l-amministrazzjoni preċedenti, is-superseding clause kien hemm, iżda meta l-Avukat Ġenerali ra l-liġi u analizza wkoll diversi artikoli, il-parir tiegħu - forsi l-kumitat jista' anke jistieden lill-Avukat Ġenerali biex jikkonferma dan li qed ngħid - kien illi klawsola bħal din, f'liġi bħal din, hi żejda, imma agħar minn hekk, tista' tfisser li f'liġijiet oħrajn fejn m'hemmx superseding clause, inkunu qegħdin indaħħlu dubju jekk l-aħħar liġi tal-Parlament hijiex dejjem il-liġi li tirregola.", "Allura l-parir huwa assolutament li m'għandniex indaħħlu s-superseding clause.", "Hemm konsiderazzjonijiet oħrajn pero' din hija l-aktar importanti.", "Forsi l-membri ta' l-Oppożizzjoni jistgħu jivverifikaw dan il-punt tekniku.", "Din hija kwestjoni ta' drafting, m'hijiex kwestjoni ta' prinċipju.", "Il-prinċipju hu li l-liġi li qed jgħaddi dan il-Parlament hija suprema għal-liġijiet l-oħra kollha.", "KARL CHIRCOP: Bħala Oppożizzjoni nista' ngħidlek illi aħna nappoġġjaw din il-liġi kompletament.", "Ma rridux noħolqu tfixkil, pero' naħseb illi huwa importanti li dan il-punt jiġi ċċarat mija fil-mija.", "Naqbel mas-suġġeriment tiegħek illi nitolbu lill-Avukat Ġenerali jserrħilna rasna u jikkonfermalna dan il-punt.", "Naturalment dan qed ngħidu dejjem fl-interess ta' persuni b'diżabilita' u mhux f'xi interess ta' l-Oppożizzjoni.", "LAWRENCE GONZI: Naqbel miegħek perfettament.", "Kif għedt, il-problema m'hijiex waħda ta' prinċipju.", "Qed naqblu mija fil-mija.", "Il-Parlament irid li din il-liġi tirbaħ fuq kwalunkwe liġi oħra li għandha fl-istatute books tagħna.", "KARL CHIRCOP: Ejja għall-grazzja ta' l-argument ngħidu li terġa' tiddaħħal is-superseding clause.", "Tista' taħtha tiddaħħal klawsola oħra li tgħid li s-superseding clause qiegħda tiddaħħal strettament għal fini tal-liġi dwar opportunitajiet indaqs għal persuni b'diżabilita'?", "Qed ngħid dan biex ma jinħoloqx il-konflitt li semma l-Ministru.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiena naħseb li jekk tagħmel hekk, aktar se toħloq il-konflitt li semma l-Ministru għaliex jekk tgħid li din il-klawsola qed tapplika għal din il-liġi biss, mela allura f'kull liġi se jkollok bżonn is-superseding clause.", "U kif issuġġerixxa l-Onor.", "Gonzi, biex inserrħu rasna lkoll, għaliex wara kollox anke aħna rridu nserrħu rasna, għal-laqgħa li jmiss insejħu lill-Avukat Ġenerali jikkjarifikalna dan il-punt.", "Naħseb li wara l-point of information li jixtieq jagħmel l-Onor.", "Agius, nistgħu nieqfu niddiskutu s-superseding clause u nkomplu niddiskutuh meta jkollna magħna l-Avukat Ġenerali.", "L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Jista' l-Ministru Gonzi jgħidilna għandux bil-miktub il-parir li tah l-Avukat Ġenerali?", "LAWRENCE GONZI: Bil-miktub, m'għandix, pero' jekk il-kumitat jixtieq, nista' nġib il-parir bil-miktub.", "KARL CHIRCOP: Jiena nixtieq nistaqsi jekk għandniex liġi li għaddiet mill-Parlament li kellha superseding clause.", "Għaliex jekk hemm liġi li diġa' għandha superseding clause, ifisser li din il-problema diġa' teżisti u allura ma nkunux qed noħolqu preċedent jekk indaħħlu superseding clause f'din il-liġi l-ġdida.", "Jekk hemm superseding clause fi kwalunkwe liġi oħra li m'għandhiex x'taqsam mal-materja ta' persuni b'diżabilita', ifisser li l-argument ta' l-Avukat Ġenerali ma jreġix u allura nkunu nistgħu ndaħħlu s-superseding clause f'din il-liġi għaliex b'hekk ma nkunu qed noħolqu l-ebda problema u ma nkunu qed indaħħlu l-ebda dubju fil-konfront ta' liġijiet oħra.", "LAWRENCE GONZI: L-Avukat Ġenerali huwa l-uffiċċju responsabbli mid-drafting tal-liġijiet, huwa uffiċċju li għandu esperjenza kbira u huwa l-uffiċċju li ħadem taħt amministrazzjonijiet differenti.", "Jien stess, allavolja avukat, inbaxxi rasi quddiem il-parir li jagħtini l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali għal dak li għandu x'jaqsam ma' drafting, allura li kont nissuġġerixxi huwa li bħala kumitat naraw x'inhu l-parir ta' l-Avukat Ġenerali u nimxu ma' dak il-parir.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiena qed nissuġġerixxi li llum stess niktbu lill-Avukat Ġenerali fejn nispjegawlu x'inhi l-pożizzjoni u x'suġġerimenti qegħdin isiru, u nistiednuh, jew li jattendi għal-laqgħa li jmiss, jew inkella f'każ li ma jkunx jista' jattendi minħabba impenji oħra - aħna rridu nagħmlu l-laqgħat din il-ġimgħa stess - jibgħatilna bil-miktub ir-raġunijiet għaliex għandha tidħol, jew għaliex m'għandhiex tidħol, is-superseding clause.", "KARL CHIRCOP: Jiena naħseb illi l-punt li qajjem l-Onor.", "Agius biex il-parir jingħata bil-miktub huwa validu ħafna anke meta nikkonsidraw illi diversi entitajiet li jaħdmu f'dan il-qasam għamlu riferenza għall-fatt li s-superseding clause ġiet imneħħija.", "Għaldaqstant, anke biex inserrħu ras l-għaqdiet li jaħdmu f'dan il-qasam, naħseb li tajjeb li jkollna bil-miktub il-parir ta' l-Avukat Ġenerali.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naturalment, jekk l-Avukat Ġenerali jiġi hawn, ikollna dak li jgħid bil-miktub peress li dawn il-laqgħat huma rrekordjati u wara jiġu transcribed.", "Mela nistgħu ngħaddu għall-artikolu 9 li jittratta t-trade unions.", "LAWRENCE GONZI: L-artikolu li jittratta t-trade unions huwa artikolu 9 u nixtieq nisma' lill-Onor.", "Chircop jispjega l-punt tiegħu biex inkun ċert li fhimt dak li qal fil-Parlament meta konna qed niddiskutu dan l-abbozz fl-istadju ta' Tieni Qari.", "KARL CHIRCOP: Jiena qabbilt l-abbozz ta' liġi li kien ippreparat mill-ex-ministru Edwin Grech ma' l-abbozz ippreżentat mill-Ministru Gonzi, u jirriżulta li għal dak li għandu x'jaqsam ma' unions, hemm diskrepanza bejn iż-żewġ abbozzi.", "Subinċiż (iii) tas-subparagrafu (b) ta' klawsola 10 ta' l-ewwel abbozz ġie mneħħi kompletament mill-klawsola 9 ta' l-abbozz li għandna quddiemna.", "L-għan ta' din il-klawsola kien sabiex jassigura li persuna b'diżabilita' ma tiġix diskriminata fuq post tax-xogħol billi tiġi mġiegħla tagħmel xi affarijiet, jew inkella bil-maqlub, li tiġi miżmuma milli tagħmel ċertu affarijiet, minħabba d-diżabilita' tagħha.", "Naħseb li bil-mod kif propost fl-abbozz, jista' jkun illi lit-trade unions Maltin qed titneħħilhom ċertu poter biex ikunu jistgħu jaqbżu għad-drittijiet tal-membri tagħhom.", "Naħseb li jkun tajjeb jekk nirrevedu dan il-punt u nerġgħu ndaħħluh bl-aktar mod speċifiku.", "Naħseb illi dan il-punt jgħin lill-persuni b'diżabilita' li nafu kemm jiġu diskriminati fuq il-post tax-xogħol, u jiġu diskriminati mhux biss minħabba nuqqasijiet fiżiċi, imma kif għedt fil-Parlament, anke minħabba ċertu mard.", "F'dan il-kumitat hawn diversi tobba u bħali jafu li hawn nies li għax ibatu bl-epilepsy jitilfu l-impjieg.", "L-employers, jew addirittura ikeċċuhom mix-xogħol, jew inkella jagħmlulhom ħajjithom miżerja billi jagħtuhom xogħol li jkun ta' natura perikoluża bir-riżultat li huma stess ikollhom jitilqu mix-xogħol għaliex jibżgħu jew li tagħtihom aċċessjoni fuq il-post tax-xogħol, jew inkella li jweġġgħu bil-makkinarju perikoluż li xi kultant jintuża fuq il-postijiet tax-xogħol.", "U għalhekk naħseb illi f'dan ir-rigward il-liġi għandha tkun aktar b'saħħitha u aktar punittiva fis-sens illi tagħti aktar jedd lill-unions jaqbżu għad-drittijiet ta' dawn in-nies.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "LAWRENCE GONZI: Naħseb illi hawn misunderstanding ta' dan l-artikolu.", "L-artikolu 9 ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, kien l-artikolu 10 fl-abbozz ta' liġi taħt l-amministrazzjoni preċedenti u nikkonferma li tneħħa s-subinċinż (iii) subparagrafu (b) ta' l-artikolu 10 tal-liġi preċedenti.", "L-ewwelnett huwa importanti li nżommu quddiem għajnejna li l-artikolu 9 kollu, jittratta r-relazzjoni bejn trade union u persuna b'diżabilita'.", "L-artikolu 9 ma jittrattax ir-relazzjoni bejn persuna b'diżabilita' u employer, imma jittratta esklussivament ir-relazzjoni bejn kif trade union tittratta ma' persuna b'diżabilita'.", "Importanti li dan inżommuh ċar quddiem għajnejna u l-intenzjoni ta' l-artikolu hija biex trade union ma tiddiskriminax hi stess fit-trattament ma' persuna b'diżabilita'.", "Mela allura, jekk persuna b'diżabilita' tixtieq tidħol membru fi trade union, it-trade union ma tistax tirrifjutaha bħala membru għax hi persuna b'diżabilita', jew b'xi mod jew ieħor tiddiskrimina fil-konfront tagħha għas-sempliċi raġuni li għandha diżabilita'.", "Mela s-subinċinż li tneħħa, ''subjecting him to any other action or deed to his detriment'', m'għandu x'jaqsam xejn mal-punt li qed isemmi l-Onor.", "Chircop - il-punt li qed isemmi jaqa' taħt artikoli differenti - ċioe', trattament ħażin ta' persuna b'diżabilita' fuq il-post tax-xogħol.", "Li kien antipatiku f'dan l-artikolu, li again, mhux fuq punt ta' prinċipju, huwa li donnu stona meta rrivedejna l-liġi kollha kemm hi.", "Hawn qegħdin ngħidu illi union stess, ma tistax b'xi mod jew ieħor tissuġġetta lil persuna b'diżabilita' għal xi azzjoni illi tkun għad-detriment tagħha, jiġifieri l-union stess tkun għad-detriment ta' persuna b'diżabilita'.", "Fis-subparagrafu (b) ta' din il-klawsola, insibu:", "Is-subparagrafu (a) jitkellem fuq xi ħadd li jrid jidħol membru ta' union u s-subparagrafu (b) jitkellem fuq xi ħadd li diġa' huwa membru.", "Mela fuq xi ħadd li diġa' huwa membru, l-artikolu qed jgħid illi union jew membru ta' kumitat ta' management ta' union, ma jistax jiddiskrimina kontra:", "Mela jekk per eżempju, union normalment tibgħat rappreżentant biex tiddefendi individwu quddiem it-tribunal industrijali, il-union ma tistax tgħid lill-individwu b'diżabilita' li m'hi se tibgħatlu lil ħadd għax hu persuna b'diżabilita'.", "Ma tistax tirrifjutalu jew tillimitalu l-aċċess għal xi benefiċċju jew servizz mogħti mill-union stess sempliċement għax għandu diżabilita'.", "Mhux talli ma tistax tirrifjuta, imma lanqas ma tista' tillimita, u lanqas ma tista' tiddiskrimina fil-konfront tiegħu:", "Kif diġa' għedt, hawnhekk mhux fuq prinċipju m'aħniex naqblu imma fuq il-fatt li donnu out of the blue kien hemm subparagrafu li qisu m'għandu x'jaqsam xejn ma' dak li qed jitkellem fuqu l-artikolu.", "Kif tista' union tissoġġetta għad-detriment tiegħu persuna b'diżabilita' wara li obbligajniha li ma tistax tiddiskrimina u obbligajniha li toffri s-servizzi kollha lill-persuna b'diżabilita'?", "Kif nistgħu f'daqqa waħda inżidu dan is-subinċinż?", "Xi jfisser dan is-subinċiż, u fejn irridu naslu bih?", "Jiġifieri union tgħid lil persuna b'diżabilita' li m'għandhiex tilbes il-kappell jekk taħdem f'post tax-xogħol fejn hemm il-periklu għax hija persuna b'diżabilita'?", "Tant hi vaga, illi l-biża' hi li toħloq misunderstanding, u biex inkun sinċier, meta smajt id-dibattitu fit-Tieni Qari, aktar fhimt li tista' toħloq misunderstanding għax il-misunderstanding twieled bis-saħħa ta' dan is-subinċiż.", "Donnu l-interpretazzjoni ta' l-Onor.", "Chircop dwar it-tneħħija ta' dan is-subinċiż kienet li l-unions issa qed iżżommhom milli jipproteġu persuni b'diżabilita' fuq il-post tax-xogħol jekk employer b'xi mod jew ieħor iġiegħelhom jagħmlu xi azzjoni li tkun ta' detriment jew ta' periklu għalihom.", "Donnu kien hemm min fehem hekk, imma m'huwiex hekk il-każ.", "Kif diġa' għedt, I am open u jekk bħala kumitat u bħala Parlament ninsistu li nħallu dan is-subinċiż, nerġgħu ndaħħluh, pero' noqogħdu attenti għax jien ma nixtieqx indaħħal klawsoli li jien ngħidilhom tad-duħħan, li aktar joħolqu mistoqsijiet milli jwieġbu mistoqsijiet.", "KARL CHIRCOP: Jiena l-punt tal-Ministru fhimtu u naħseb li għandu raġun, pero' jista' jgħidilna jekk il-punt li kien hemm fis-subinċinż li tneħħa huwiex provdut f'xi artikolu ieħor fil-liġi preżenti?", "U jekk hu hekk, f'liema artikolu jinsab?", "Forsi nistgħu nirreveduh flimkien u jekk jissodisfa l-concern tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni u ta' l-organizzazzjonijiet konċernati li wkoll urew tħassib dwaru, nistgħu naqblu fuqu u nibqgħu mexjin.", "Jekk fil-liġi preżenti hemm artikolu li qiegħed jipproteġi l-interess ta' persuna b'diżabilita' li qiegħda taħdem f'azjenda billi ma tiġix diskriminata abbażi tad-diżabilita' tagħha, billi ma tiġix mġiegħla tagħmel xi xogħol illi minħabba d-diżabilita' tagħha trendilha ħajjitha aktar diffiċli, jew forsi billi tiġi mġiegħla tagħmel xi xogħol ta' natura perikoluża, iżda min-naħa l-oħra tista' tiġi mogħtija għażla, jew inkella tiġi offruta xogħol fl-istess azjenda li jkun xogħol ta' natura iħfef jew ta' natura illi ma jpoġġihiex f'pożizzjoni diffiċli, allura aħna nkunu nistgħu naqblu fuqu.", "Jekk il-punt li kien hemm fis-subartikolu li tneħħa mil-liġi preċedenti, huwa provdut fl-abbozz preżenti, tkun qed isserrħilna rasna, kemm lilna minn din in-naħa tal-Kamra kif ukoll lill-persuni b'diżabilita', illi l-liġi li se ngħaddu m'hijiex se tiddiskrimina kontra persuni b'diżabilita' iżda se tiddefendihom.", "Dak huwa l-punt tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Il-punt li nixtieq nagħmel huwa dwar ir-relazzjoni ta' trade union ma' ħaddiem bi bżonnijiet speċjali.", "Jiena rrid inserraħ rasi dwar dawn iż-żewġ paragrafi fejn fl-ewwel paragrafu għandek li trade union ma tistax tiċħad lil xi ħadd ikun imsieħeb tagħha, u fit-tieni paragrafu għandek li xi ħadd li diġa' huwa membru, għandu dritt għas-servizzi kollha li toffri t-trade union.", "Imma ħalli mmur għal eżempju prattiku għax veru li l-liġijiet ikollhom dawn il-cover clauses biex kemm jista' jkun jolqtu kull ċirkostanza, imma tajjeb li naraw kif każ partikolari jista' jiġi milqut mil-liġi preżenti.", "Ejja ngħidu trade union ikollha industrial dispute f'post tax-xogħol u tordna azzjoni industrijali, per eżempju, tordna lock-out, u persuna bi bżonnijiet speċjali li hija membru tat-trade union, tkun trid tobdi dik l-industrial action.", "Jekk per eżempju l-lock-out idum ġranet u l-persuna bi bżonnijiet speċjali jkollha bżonn xi kura, ma tkunx tista' tibqa' l-ħin kollu ma' sħabha membri tat-trade union u allura tiċċaqlaq minn fuq il-post u prima facie tkun tidher li kissret id-direttiva mogħtija mit-trade union.", "Naturalment xi ħadd li jikser id-direttivi ta' kwalunkwe għaqda huwa soġġett għal dixxiplina, pero' dik il-persuna bi bżonnijiet speċjali ma tkunx telqet minn fuq il-post biex tikser id-direttiva ta' l-union imma għax ma setgħetx tagħmel mod ieħor minħabba d-diżabilita' tagħha.", "Jien nemmen fid-drittijiet ugwali, imma fl-opinjoni tiegħi, bilfors irridu nħarsu b'compassion lejn dan il-grupp ta' nies.", "Issa t-tieni paragrafu ta' din il-klawsola - naqbel ma' l-ewwel paragrafu li ħadd ma jista' jiġi mċaħħad milli jissieħeb fi trade union - ma jkoprix dan.", "Jiġifieri t-trade union tista' tieħu passi biex tkeċċi lil dik il-persuna li m'obdietx id-direttiva tagħha minkejja li m'għamlitx hekk b'kapriċċ iżda għax ma setgħetx tagħmel mod ieħor.", "Qed insemmi dan l-eżempju għax huwa każ li 'l quddiem jista' jinqala' u mbagħad ikun diffiċli biex noqogħdu nemendaw il-liġi.", "Naturalment nifhem il-punt tal-Ministru li rridu noqogħdu attenti qabel indaħħlu ċertu affarijiet imma m'hemmx dubju li rridu nikkonsidraw dan il-punt għax huma affarijiet li jistgħu jiġru.", "Ma rridux naħsbu biss fin-nies ta' bona fide, anzi jiena aktar naħseb f'dawk li m'għandhomx bona fide u forsi għalhekk ninstema' xi ftit negattiva imma jiena nemmen ħafna fil-proverbju Malti li aħjar taħseb fil-ħażin ħalli t-tajjeb ma jonqosx.", "Irridu naħsbu f'dak l-employer li la Maltija, jista' jipprofitta ruħu, u f'dak l-employer li forsi jkollu allegiance ma' xi uffiċjal ta' union.", "Dawn huma sitwazzjonijiet li jistgħu jiġru u allura rridu naħsbu dwarhom minn qabel.", "LAWRENCE GONZI: Ħalli l-ewwel inwieġeb il-punt ta' l-Onor.", "Marie Louise Coleiro qabel ma nwieġeb il-punt ta' l-Onor.", "M'għandix l-iċken dubju li l-każ li semmiet l-Onor.", "Anzi, jekk tinnotaw, l-artikolu kollu li jittratta t-trade unions, b'differenza minn artikoli oħra, lanqas fih it-test of reasonableness.", "Jiġifieri lanqas jippermetti li l-union tiddiskrimina jekk il-każ hu raġonevoli.", "Mela union, bl-ebda mod u taħt l-ebda ċirkostanza, ma tista' tiddiskrimina ma' persuna b'diżabilita' minħabba d-diżabilita' tagħha.", "U allura l-paragrafu (b) li jgħid li union cannot discriminate against -", "diġa' hu biżżejjed.", "Imma mhux hekk biss, biex inkopru l-każ li semmiet l-Onor.", "Mela jekk union organizzat azzjoni industrijali u tat direttiva lill-membri tagħha biex jistrajkjaw, u persuna b'diżabilita', minħabba d-diżabilita' tagħha, b'xi mod jew ieħor ma setgħetx issegwi dik id-direttiva, u union tiddeċiedi li tkeċċiha jew tieħu azzjoni kontra tagħha, taħt il-liġi, dik il-persuna b'diżabilita' għandha każ tieħu lill-union quddiem il-kummissjoni jew eventwalment quddiem il-qorti, biex tallega diskriminazzjoni fil-konfront tagħha għax ma jistax isir trattament differenti magħha minħabba d-diżabilita' li għandha.", "Din hi koperta żgur.", "Coleiro, għaliex jekk union tat direttiva, ma tistax takkuża l-union li fil-każ partikolari qiegħda tissuġġettaha għal xi azzjoni to his detriment.", "Ħalli nispjega xi jfisser il-konċett tad-diskriminazzjoni.", "Il-konċett ta' diskriminazzjoni jfisser li int tittratta b'mod differenti lil xi ħadd minħabba d-diżabilita' tiegħu.", "Jekk union toħroġ direttiva biex kulħadd joħroġ bi strike, ħadd ma jista' jgħid lill-union li d-direttiva ħarġitha għall-persuna b'diżabilita' biss.", "Kieku l-union toħroġ direttiva u tgħid li l-persuni b'diżabilita' joħorġu bi strike, kieku tkun qed tiddiskrimina, imma meta union tgħid lill-membri tagħha joħorġu bi strike, f'dak il-każ, il-union ma tkunx qiegħda tiddiskrimina.", "Il-union tiżbalja jekk persuna b'diżabilita' ma tkunx obdiet id-direttiva li ħarġet il-union minħabba d-diżabilita' tagħha u b'riżultat ta' dik l-azzjoni, il-union tkeċċiha 'l barra.", "Bl-artikolu kif inhu llum, il-membru jista' jtella' lil dik il-union quddiem il-qorti u jattakka d-deċiżjoni ta' l-union.", "Id-deċiżjoni ta' l-union tkun żgur diskriminatorja għax tkun qiegħda tkeċċiha għar-raġuni li minħabba d-diżabilita' tagħha ma setgħetx issegwi d-direttiva ta' l-union.", "Il-każ li qed issemmi l-Onor.", "Coleiro, żgur li huwa kopert bis-subparagrafi (i) u (ii) tal-paragrafu (b) u allura ma teżistix dik id-diffikulta'.", "KARL CHIRCOP: Is-subparagrafu (ii) tal-paragrafu (b) jipprovdi għal dak li qed tgħid int, imma naħseb li hu daqsxejn vag.", "LAWRENCE GONZI: Dan huwa punt pjuttost tekniku u forsi nistgħu nistaqsuh lill-Attorney General, pero' malli f'liġi tibda tagħti l-eżempji, il-periklu huwa li l-imħallef f'qorti jimxi ma' l-eżempju.", "Tkun tajtu l-iskappatojja.", "M'iniex tal-parir li nagħmlu hekk.", "KARL CHIRCOP: Allura l-aħjar tħalliha barra ....", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sakemm rasi mistrieħa li l-punt qed jiġi kopert, m'hemmx problema.", "Jien li tbeżżgħani hija l-interpretazzjoni tal-qrati.", "Jien m'għandix esperjenza ta' qrati, imma maġistrat jieħu in konsiderazzjoni l-għan u r-raġunar li jkun tqanqal waqt li tkun qed tiġi fformata l-liġi?", "MARIE LOUISE COLEIRO: Dik tkompli sserraħli rasi għaliex kieku jiġri xi ħaġa hekk, nikkwota lilek.", "LAWRENCE GONZI: Aħna qegħdin nagħmlu xi ħaġa iktar minn hekk, u nispjega ruħi.", "F'qorti, f'każ ta' konflitt ta' interpretazzjoni ta' artikolu tal-liġi, maġistrat jew imħallef għandu l-awtorita' li jibgħat għat-transcript tad-dibattitu kollu li jkun sar fil-Parlament, inkluż dan li qed jingħad bħalissa, u jara x'kienet l-intenzjoni tal-Parlament meta għaddiet dik il-klawsola.", "Hu mbagħad irid isegwi l-interpretazzjoni sakemm m'hemmx konflitt ovvju ċar.", "Jekk l-interpretazzjoni li qegħdin nispjegaw f'dan il-kumitat jew fil-Kamra kollha tkun qed tirrispondi għad-diffikulta' li tkun tqajmet, il-maġistrat irid isegwi dak li qegħdin ngħidu.", "Jiġifieri dan li qed ngħid jien bħalissa, għada pitgħada jista' jiġi kkwotat f'qorti u l-qorti tkun trid issegwi l-interpretazzjoni li qegħdin nagħtu hawnhekk.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Allura f'dan il-każ jien m'għandix diffikulta'.", "LAWRENCE GONZI: Il-punt ta' l-Onor.", "Jien spjegajt li dan l-artikolu qed jitkellem dwar relazzjoni bejn union u membru ta' union u xtaqt inserraħlu rasu li ħaddiem b'diżabilita' ma jiġix trattat ħażin minn employer minħabba d-diżabilita' tiegħu.", "F'dak il-każ, hemm l-artikolu 7 li huwa forsi l-itwal artikolu u l-iktar wieħed estiż li hawn f'din il-liġi kollha kemm hi.", "L-artikolu 7 li huwa kruċjali, jittratta r-relazzjoni bejn min iħaddem u persuna b'diżabilita'.", "Nasal biex ngħid li jekk tara kif inhu estiż dan l-artikolu u kif jolqot tista' tgħid kollox, employer, taħt ebda ċirkostanza u għall-ebda raġuni, ma jista' jiddiskrimina fil-konfront ta' persuna minħabba d-diżabilita' tagħha, fl-aspetti kollha tagħha.", "- qed nuża t-test Ingliż għaliex l-abbozz li għandi ta' l-amministrazzjoni preċedenti huwa bl-Ingliż -", "Jiġifieri dan huwa artikolu mill-iktar wiesa' meħud mil-liġi Awstraljana u jkopri assolutament l-aspetti kollha.", "L-aħħar subparagrafu (e) huwa an umbrella clause li jiġbor kollox u jgħid li taħt ebda ċirkostanza employer ma jista' jiddiskrimina fil-konfront ta' impjegat.", "Irrid nispjega li dan l-artikolu jmur 'lil hinn minn azzjoni li tkun \"an action or deed to his detriment\".", "Employer jista' jġiegħel individwu jagħmel xi ħaġa li ma tkunx to his detriment iżda li madanakollu tkun diskriminatorja.", "Aħseb u ara jekk tkun \"to his detriment\".", "Imma l-liġi qiegħda tipprospetta sitwazzjoni fejn employer - ħalli nagħti eżempju - jista' jgħid lill-individwu li se jibagħtu jaħdem f'ħanut fl-aħrax tal-Mellieħa meta jaf li ħaddiem b'diżabilita' se jkollu problema serja ta' trasport biex jasal hemm, imma se jagħtih żieda fil-paga, se jirdoppjalu l-paga.", "Pero', għall-persuna b'diżabilita', dik tkun mossa moħbija għaliex l-employer ikun jaf li dan se jieħu battikata enormi biex jasal fuq il-post tax-xogħol u wara ftit se jitlaq.", "Issa l-employer jista' jiskappa billi jmur quddiem il-qorti u jgħid lill-imħallef: \"Din hi to his detriment meta qed noffrilu li nirdoppjalu l-paga?!\".", "Diffiċli tipprova \"to his detriment\", pero' jekk huwa ovvju li l-employer qed jagħmel hekk fil-konfront ta' persuna b'diżabilita' għaliex għandu diżabilita', u l-employer għandu options oħra fejn jibagħtu - jista' jżommu fejn kien qed jaħdem jew inkella jista' jibagħtu jaħdem f'uffiċċju jew f'ħanut iktar viċin id-dar tiegħu - huwa ovvju li l-employer ikun qed jagħmel hekk b'tir li huwa diskriminatorju.", "Allura ngħid li l-punt li qed issemmi inti, jiġifieri li ma jkun hemm l-ebda ċirkostanza li employer jiddiskrimina fil-konfront ta' impjegat b'diżabilita' b'mod li jpoġġih f'periklu jew b'mod li jkun to his detriment, huwa kopert fl-artikolu 7.", "Jien nistiednek tara l-artikolu 7 kollu kemm hu - jien ikkwotajt paragrafu wieħed biss - li hu l-iktar artikolu estiż ta' din il-liġi, u tinduna li din iċ-ċirkostanza hija żgur koperta f'dan l-artikolu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tista' tara wkoll 7(2)(c) li tgħid:", "li naħseb hija wkoll relatata ħafna mat-tip ta' eżempju li ta l-Ministru.", "LAWRENCE GONZI: Waħda mill-iktar affarijiet li mmotivatna biex nagħmlu din il-liġi kienet proprju s-sitwazzjoni ta' persuna b'diżabilita' fid-dinja tax-xogħol.", "Aħna nirrikonoxxu li nistgħu nagħtu benefiċċji, għajnuna u appoġġ lill-persuna b'diżabilita' tgħix ħajja iktar komda fil-komunita', u dan huwa tajjeb, pero' meta persuna b'diżabilita' ssib impjieg u impjieg li jkun produttiv, fl-opinjoni tagħna nkunu lħaqna l-apiċi possibbli biex dik il-persuna tgħix b'dinjita' u b'dinjita' sħiħa ta' persuna.", "Forsi f'dan is-sens, irrid nammetti li f'din il-liġi kollha, dan huwa l-aħjar artikolu li aħna għandna.", "Dan l-artikolu mhux biss huwa l-iktar artikolu importanti, imma huwa l-aktar artikolu effettiv mil-liġi kollha u huwa ċ-ċavetta fil-kamp ta' persuni b'diżabilita'.", "Veru li kultant nistgħu ninstemgħu ottimisti, u veru li hemm diffikultajiet kbar biex persuni b'diżabilita' jsibu impjieg li jkun produttiv - nerġa' nirrepeti li jkun impjieg produttiv - pero' jeżistu dawn il-possibbiltajiet u fejn jeżistu hemm bżonn li nagħtuhom il-protezzjoni sħiħa tal-liġi ħalli lanqas ma nispiċċaw fis-sitwazzjoni li ġieli niltaqgħu magħha llum - u se ngħidha biex tkun reġistrata - fejn employer jimpjegalek persuna b'diżabilita' taħt l-online scheme, iżommu impjegat miegħu għal sena li matulha l-gvern iħallas parti mill-paga ta' l-impjegat, imbagħad, ġimgħa qabel ma tagħlaq dik is-sena, l-employer jiġi jgħidlek li l-impjegat mhux tajjeb għalih.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Aħna mhux biss il-protezzjoni sħiħa tal-liġi rridu, imma li jkollna l-istrutturi.", "Id-diskriminazzjoni hija diffiċli ferm biex tipprovaha.", "Anke jekk nieħdu d-diskriminazzjoni bejn is-sessi naraw li minkejja l-liġijiet u minkejja l-progress li sar, xorta waħda teżisti diskriminazzjoni bejn is-sessi.", "Ma nixtieqx ninstema xettika imma qed nerġa' naħseb fil-ħażin biex it-tajjeb ma jonqosx.", "Punt li nixtieq nagħmel li fil-fatt insejt nagħmlu meta konna qed niddiskutu dan l-abbozz fl-istadju tat-Tieni Qari, huwa li jien naħseb li b'xi mod irridu nimbuttaw il-unions biex ikollhom section, jew almenu persuna jew tnejn li jkunu mħarrġa f'dan il-qasam.", "Għalija, mhux biżżejjed li wieħed ikollu qalbu kbira u jkun aware tal-bżonnijiet ta' dawn il-persuni.", "Għalija, dan huwa approach falz.", "L-istess bħal fil-każ ta' gender equality.", "Ma jfissirx li għax jien mara, jew għax jien aware, jien imħarrġa biżżejjed fuq gender equality.", "Illum, fuq kollox hemm l-ispeċjalizzazzjoni.", "Forsi hawnhekk hawn spazju ieħor fejn il-kummissjoni nazzjonali tista' tidħol biex tagħmel it-trade unions aktar aware u forsi fit-trade unions ikun hemm persuna li sservi ta' focal point, persuna li wieħed jista' anke jirriferi għaliha waqt li jkun qed jiġi mħejji collective agreement.", "Jien nemmen ħafna fil-bżonn ta' l-istrutturi għaliex nibża' li bil-liġi biss, se jkollna ħafna expectations that will fall short from the practical side.", "LAWRENCE GONZI: Naqbel perfettament.", "KARL CHIRCOP: Għad għandi ċertu dubju fis-sens li l-artikolu 9 qed jindirizza r-relazzjoni ta' membru ta' union ma' union, u l-artikolu 7 qed jindirizza r-relazzjoni ta' min iħaddem ma' impjegat, pero' r-relazzjoni ta' union ma' l-employer, b'mod dirett, vis-à-vis l-interessi ta' l-impjegat, naħseb li hija pjuttost nieqsa.", "Ma nafx ikunx għaqli jekk fl-artikolu 7 tinkludix ukoll union representation.", "Jinħolqu xi problemi kbar mill-punto di vista amminstrattiva jew mill-korpi kostitwiti, jekk isir hekk?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk hawnhekk tidħol union representation, l-employer ma jista' qatt ...", "KARL CHIRCOP: Jew forsi ndaħħlu \"union matters\"; inħalluha pjuttost vaga.", "LAWRENCE GONZI: Il-lista li hemm taħt artikolu (7) (1) huma kollha affarijiet li l-employer jipprovdi lill-ħaddiema tiegħu.", "Innutawhom, \"procedures relative to applications for employment\"; hu stess qed joħroġ call for application.", "\"Hiring, promotion or dismissal of employees\"; hu stess qed iħaddem, jagħti promotions jew ikeċċi ħaddiema.", "\"Employee compensation\"; hu stess qed jagħti kumpens, increments or whatever, lill-ħaddiema.", "\"Job training\"; hu stess qed iħarreġ lill-ħaddiema.", "Dawn huma kollha affarijiet li l-employer jipprovdi lill-ħaddiem.", "Issa l-employer ma jagħtix union representation.", "Union representation hija għażla libera ta' impjegat jekk iridx jingħaqad f'union jew f'oħra.", "Jiġifieri m'hijiex xi ħaġa li jagħti l-employer.", "Postha, m'hijiex hawn.", "KARL CHIRCOP: Imma t-tħassib tiegħi huwa li din hi xi ħaġa li jista' jindaħal dwarha l-employer.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma f'liema sens, għax sinċerament ma nistax nifhmek.", "Per eżempju jkun hemm żewġ unions, union \"X\" u union \"Y\", fejn union \"X\" jew tkun toffri iktar benefiċċji għall-membri tagħha li jkunu b'diżabilita', jew inkella tkun aktar speċjalizzata minn union \"Y\" fir-rigward ta' difiża ta' l-interessi ta' dawn in-nies, u allura naturalment l-impjegat b'diżabilita' jagħżel li jingħaqad ma' union \"X\", iżda jista' jagħti l-każ li l-employer jipprova jimponilu milli jingħaqad ma' union \"X\" u jgħidlu li jrid jingħaqad ma' union \"Y\".", "Dawn huma affarijiet li ġraw f'pajjiżna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma employer ma jistax jimponilek ma' liema union tingħaqad.", "Dik hija l-freedom of association, irrispettivament intix persuna b'diżabilita' jew le.", "Il-freedom of association tagħtik l-opportunita' li inti tingħaqad ma' liema union trid.", "Naturalment ir-recognition hija kwestjoni differenti.", "LAWRENCE GONZI: Hawnhekk tidħol il-Kostituzzjoni.", "L-artikolu tal-Kostituzzjoni - issa nispjega d-diffikulta' ta' dan l-artikolu - ma jippermettix diskriminazzjoni fil-konfront ta' xi ħadd minħabba xi assoċjazzjoni tiegħu ma' għaqda.", "Il-konċett li rridu nżommu quddiem għajnejna huwa li wieħed ma jistax jittratta lil xi ħadd b'mod differenti minn xi ħadd ieħor għaliex għandu diżabilita'.", "Sakemm qed tittratta lil kulħadd l-istess, m'hemmx problema.", "Tista' tgħidli li qed tittratta lil kulħadd ħażin, imma l-prinċipju tad-diskriminazzjoni huwa li inti ma tistax tittratta lil xi ħadd differenti minn ieħor għaliex inkella tkun qed tiddiskrimina.", "Issa normalment, employer għandu dritt jindaħal lill-ħaddiema tiegħu f'liema union jassoċjaw ruħhom, huma min huma l-ħaddiema tiegħu?", "LAWRENCE GONZI: Jista' employer b'xi mod jew ieħor, jiddiskrimina fil-konfront ta' xi ħadd minħabba assoċjazzjoni tiegħu ma' xi union partikolari u mhux ma' union oħra?", "Jista' jagħmilha dik?", "U dak il-ħaddiem għandu rimedju?", "S'issa, għadna ma dħalniex fl-ambitu tad-diżabilita' u kemm jista' jkun irridu nżommu l-liġi tiffoka fuq id-diskriminazzjoni minħabba diżabilita'.", "Jien naqbel miegħek li employer m'għandux dritt jiddiskrimina fil-konfront ta' xi ħadd għaliex huwa membru ta' xi union.", "Hu min hu l-ħaddiem, jista' jkollu diżabilita', jista' ma jkollux, jista' jkun mara, raġel, ġuvni, miżżewweġ, hu min hu, employer ma jistax jagħmel hekk, u ma jistax jagħmel hekk abbażi ta' diskriminazzjoni u mhux minħabba d-diżabilita'.", "Ħalli nkunu ċari.", "Inti jista' jkollok diskriminazzjoni fil-konfront ta' xi ħadd għaliex hi mara.", "Issa għandhiex diżabilita' jew le, huwa irrelevanti.", "Dik id-diskriminazzjoni ma tistax issir u trid tittieħed azzjoni kontriha.", "KARL CHIRCOP: Pero' kif inhi l-liġi, xorta jibqagħli ċertu ammont ta' dubju.", "Insa l-eżempju partikolari li tajt jien, imma fost it-tripod of relations li jista' jkollok bejn union, employee u employer, m'hijiex qed tiġi indirizzata r-relazzjoni ta' employer ma' union.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Naħseb dik tidħol fl-Industrial Relations Act.", "LAWRENCE GONZI: Dan il-punt li qed niddiskutu bħalissa se jqum iktar b'saħħtu meta niġu biex niddiskutu l-artikolu dwar l-edukazzjoni.", "Jien se nkun qiegħed naqbel miegħek il-ħin kollu għax naqbel li employer m'għandux jiddiskrimina, naqbel li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni fl-edukazzjoni, naqbel li tabib fl-Isptar San Luqa m'għandux jiddiskrimina, pero' jekk jien għandi liġi li tirregola s-saħħa, oħra li tirregola l-edukazzjoni u oħra li tirregola r-relazzjonijiet industrijali f'pajjiżna, huma dawk il-liġijiet li waħedhom iridu jistabbilixxu darba għal dejjem l-istess trattament lil kulħadd.", "Qed tifhimni x'irrid ngħidlek?", "Forsi tajjeb nissuġġerixxi li ma nkomplux fuq dan il-punt għaliex fl-artikolu dwar l-edukazzjoni dan il-punt se jkun iktar b'saħħtu.", "Il-punt li qed issemmi inti, se joħroġ b'mod iktar qawwi meta niġu biex nittrattaw l-artikolu dwar l-edukazzjoni.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiena l-aspett ta' reasonableness jinkwetani ħafna.", "LAWRENCE GONZI: Jekk ma jimpurtax, ħalli nħallu dak l-aspett għall-aħħar u neħilsu l-punti l-oħra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħaddu għall-artikolu dwar l-insurance?", "LAWRENCE GONZI: Iva, kont se nissuġġerixxi li naraw l-artikolu dwar l-insurance li wkoll hemm bżonn nispjegah.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Fil-mod kif inhi għaddejja d-diskussjoni, qed nilmaħ li b'xi mod irridu wkoll nipprovaw nittekkiljaw id-diskriminazzjoni li tkun institutionalised.", "Din hi diffiċli ħafna biex tikkwantifikaha imma bdiet tiffaċċja 'l hemm u 'l hawn.", "M'hijiex faċli tindirizza din it-tip ta' diskriminazzjoni, imma naħseb wieħed għandu jżomm f'moħħu fejn huma s-sorsi possibbli ta' istitutionalised discrimination biex wieħed jaħseb għalihom.", "LAWRENCE GONZI: Dak huwa l-iskop tal-liġi.", "Għal żmien twil, meta kienu joħorġu call for applications għal kwalunkwe post, kien ikun hemm il-famuża klawsola li tgħid li l-applikant irid jipprovdi ċertifikat li juri li huwa fiżikament u mentalment b'saħħtu u jekk ma jipprovdix dak iċ-ċertifikat, awtomatikament, l-applikazzjoni tiegħu kienet tkun nulla.", "Din il-kondizzjoni taret bl-argument li l-ewwel tħalli lil dak li jkun japplika, u mbagħad tittestjah on equal grounds ma' ħaddieħor, naturalment taking into consideration id-diżabilita' u dak li huwa raġonevoli.", "Jekk il-call for applications hija għal pulizija li tistennihom li jkunu on the beat, tista' tgħid lill-persuna li għandha diżabilita' fiżika u allura ovvju li dak ix-xogħol m'huwiex addattat għaliha, li m'hijiex tajba għal dak il-post, pero' ma tistax a priori ma tħallix lil xi ħadd milli japplika jekk għandu l-kwalifiki u l-potenzjal kollu.", "F'dan is-sens nittama li bil-mod il-mod qed inżarmaw l-istituzzjonalizzazzjoni ta' diskriminazzjonijiet u din il-liġi tagħtina għodda biex kull meta nsiru nafu b'xi ħaġa - min jaf x'hemm li għadna lanqas biss nafu bih - inkunu nistgħu nattakkawha.", "Ħalli niġi għall-artikolu 16 li jirrigwarda l-insurance.", "L-artikolu 16 huwa worded differenti milli kien fl-ewwel abbozz.", "Jien insostni li mhux wisq, mhux fis-sustanza, pero' jekk tqabbel l-artikolu 16 kif inhu llum ma' l-artikolu 18 fl-abbozz ta' l-amministrazzjoni preċedenti, tara li hemm ftit varjazzjonijiet.", "U għaliex biddilnih?", "Jien se nkun ċar daqs il-kristall.", "Jien għandi suspett li dan l-artikolu huwa preċiż kif kont iddraftjajtu jien, pero' meta erġajt rajt dan l-artikolu, bdejt nara li m'huwiex ċar biżżejjed u xtaqt nagħmlu iżjed ċar.", "Anke fuq dan m'għandix prinċipju.", "Jekk din hija l-problema, jien lest li ntajjar l-artikolu 16 u ndaħħal dak li kien hemm qabel, imma ċari li aħna qed nagħmlu artikolu li jispjegalna preċiż x'jista' jsir u x'ma jistax isir minn insurance agency?", "L-ewwelnett x'inhu l-prinċipju?", "Il-prinċipju hu li aġenzija ta' insurance ma tistax tiddiskrimina fil-konfront ta' persuna b'diżabilita' minħabba d-diżabilita' tagħha.", "Dan huwa l-prinċipju, pero' hawn l-eċċezzjonijiet.", "Issa x-xogħol ta' insurance agency hu li tiddiskrimina.", "Per eżempju, jekk jien għandi sebgħin sena u mmur għand insurance agency u ngħidilha li rrid life insurance, hi żgur li se tgħidli: \"Ħallina minnek!\"", "Allura qed tiddiskrimina?", "Jekk jien għandi 50 sena u l-insurance tkun taf li jien inpejjep żewġ pakketti sigaretti kuljum, jew se tirrifjutali li toħroġli insurance, jew inkella se tgħidli li l-premium li rrid inħallas se jkun ogħla.", "Mela hemm qed tiddiskrimina.", "Jekk jien għandi 30 sena u nsuq karozza u diġa' ħbatt sitt darbiet, l-insurance tista' jew tirrifjuta li tinxurjani jew inkella tgħidli li l-premium tiegħi se jkun m'ogħla s-smewwiet.", "L-insurance qiegħda tiddiskrimina?", "Ix-xogħol kollu ta' insurance huwa mibni fuq riskju u kalkolu ta' riskju li l-insurance tikkalkola li tieħu skond dik l-istatistika li min hu in the business, jgħidilha actuarial data.", "Jiġifieri huma jagħmlu l-kalkolu ta' x'inhu dan ir-riskju.", "Il-pura verita' hija li huwa permessibbli, aċċettabbli, li kumpannija ta' insurance tiddiskrimina, pero' f'liema sens huwa aċċettabbli?", "Huwa aċċettabbli meta huwa raġonevoli.", "Persuna ta' 70 sena li tmur tapplika għal life insurance, hija ttrattata b'mod differenti minn persuna li tmur tapplika għal life insurance meta jkollha 20 sena.", "Din hija l-pura verita'.", "Jekk inti tapplika għal life insurance meta jkollok 18-il sena, tħallas ċertu premium, u jekk tapplika għal life insurance meta jkollok 40 sena, tħallas premium differenti.", "Mela l-punto di partenza għandu jkun li huwa aċċettabbli li insurance agency tagħmel il-kalkolu tar-riskju, pero' ma nistgħux nippermettu li l-kumpannija ta' l-insurance, awtomatikament, mingħajr ma tiġġustifika lilha nfisha, mingħajr ebda spjegazzjoni ta' xejn, tgħid lil persuna b'diżabilita' li mar quddiemha li mhux se tkoprih.", "Tkun biss ġustifikata li tieħu dik il-pożizzjoni jekk bħalma tagħmel fi kwestjonijiet oħra, tikkalkola x'inhu r-riskju skond l-actuarial data u skond ir-riżultat ta' dik id-data, tara tieħux dak ir-riskju jew le.", "Dan huwa l-prinċipju.", "Dan kien il-prinċipju fl-artikolu 18 tal-liġi abbozzata fl-amministrazzjoni preċedenti u dan għadu l-istess prinċipju ta' l-artikolu 16 ta' l-abbozz li għandna quddiemna.", "Ma nafx għandkomx it-text ta' l-abbozz preċedenti quddiemkom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħalli nagħmlu photocopy ta' dan l-artikolu kif kien fl-abbozz preċedenti.", "KARL CHIRCOP: Fl-opinjoni tiegħi, l-enfasi qiegħda fuq żewġ kelmiet.", "LAWRENCE GONZI: Liema huma, Karl?", "KARL CHIRCOP: Kont ktibt artikolu dwar dan fis-\"Sunday Times\" ta' xahar ilu.", "Fil-liġi preżenti, fl-artikolu 16 (a), għandek il-kelma \"refusing\", waqt li fil-liġi ta' Edwin Grech kellek il-kliem \"for insurance coverage\".", "Mela l-liġi ta' Edwin Grech kienet iktar proattiva.", "LAWRENCE GONZI: L-artikolu 18 tal-liġi tal-predeċessur tiegħi, Prof. Edwin Grech, kien jgħid hekk:", "Kif inhi worded is-sentenza, tfixkilni għaliex hemm double negative.", "L-iktar kelma importanti fl-ewwel paragrafu, hija l-kelma \"for\".", "Għalija, il-kliem \"for insurance coverage\", huma importanti ferm, waqt li fil-liġi preżenti nsibu l-kliem \"refusing to offer\".", "Mela hawnhekk lill-kumpanniji assigurattivi qegħdin nagħtuhom il-jedd biex addirittura jirrifjutaw li jagħtu insurance coverage waqt li fl-ewwel abbozz qegħdin norbtuhom li jridu jinxurjaw bilfors.", "Ħalli mbagħad tiddiskrimina, ma ġara xejn.", "LAWRENCE GONZI: Bil-kontra qiegħda.", "KARL CHIRCOP: Le; jien hekk nifhimha din.", "LAWRENCE GONZI: Erġa' aqra din il-parti.", "KARL CHIRCOP: Hawnhekk, b'\"a person\" qed infissru l-kumpannija assigurattiva.", "Jiġifieri qegħdin ngħidu \"for insurance coverage\".", "M'aħniex ngħidu, kif qiegħda llum, li qed nagħtuhom dritt li jirrifjutaw.", "Mhux qed ngħid hekk biex noqgħod nikkritika, imma naħseb li hemm żball ġenwin.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Id-differenza u s-sustanza hi li jkollhom jinxurjaw lil dik il-persuna b'diżabilita', ħalli joħolqu termini partikolari.", "KARL CHIRCOP: Jien ċert minnha din u meta tkellimt fl-istadju ta' Tieni Qari ta' dan l-abbozz u inti stedintni biex nerġa' naqra l-liġi, nassigurak li erġajt mort naqraha.", "Diffiċli biex tifhimha għaliex il-wording huwa pjuttost ambigwu.", "Ejja ngħidu li nneħħu d-double negative u nagħmlu \"it shall be lawful for a person to offer to a person with disability ...\", l-ewwel persuna qiegħda tirriferi għall-insurance company.", "Naqblu sa hemm?", "Il-kliem \"for insurance coverage\" huma l-aktar importanti.", "Jiġifieri hawnhekk qed nobbligaw lill-insurance company li bilfors trid tinxurja lill-persuna b'diżabilita' u dan huwa punt kruċjali.", "Bħalma nafu, id-diżabilita' mhux bilfors tkun diżabilita' kbira u diżabilita' li tidher.", "Jien għandi pazjenti li jbatu mill-epilepsy, kif persważ li għandu l-Onor.", "Agius, u żgur li jekk tistaqsihom jekk insurance agency tinxurjahomx, jgħidulek \"le\".", "LAWRENCE GONZI: Nista' nispjegaha.", "KARL CHIRCOP: Inxurjah; ħalli tgħollilu l-premium imma almenu jkollu l-opportunita' li jaħdem għaliex anke employers jistgħu jġibulhom l-iskuża li ma jistgħux jimpjegawhom għax m'humiex inxurjati.", "Forsi wieħed ikun jenħtieġ isuq karozza jew jopera xi makkinarju partikolari.", "MARIE LOUISE COLEIRO: B'hekk tkun qed iġġib lil kulħadd ugwali bħall-każ li semma l-Ministru.", "KARL CHIRCOP: Kif inhi l-liġi issa, hija diskriminatorja.", "Lill-kumpanniji assigurattivi qed nagħtuhom iċ-ċans li blatantly, jirrifjutaw li jinxurjaw persuni b'diżabilita'.", "LAWRENCE GONZI: Pero' hawn irridu nagħmlu għażla ċara.", "KARL CHIRCOP: Jien naħseb li l-wording irid jiġi rivedut.", "LAWRENCE GONZI: Pero' rridu noqogħdu attenti li ma nilludux ruħna u b'mod partikolari li ma nilludux lin-nies.", "Malli qed nippermettu li insurance tiddiskrimina fil-kondizzjonijiet, irridu nammettu li qegħdin nippermettu lill-insurance li l-individwu tgħidlu \"le\", pero' qed tgħidlu bil-pulit għaliex tagħmillu kondizzjoni impossibbli.", "KARL CHIRCOP: Imma imbagħad ma jidħolx l-aspett tal-competition?", "Ma rridux ninsew li fil-pajjiż hawn eluf ta' persuni b'diżabilita'.", "LAWRENCE GONZI: Min irid jagħti insurance coverage, affari tiegħu.", "Mhux dik il-kwestjoni.", "Każ iqum mhux jekk aġenzija ta' insurance tagħtik xi ħaġa imma jekk tirrifjutalek, pero' l-insurance mhux obbligata li tirrifjuta.", "L-artikolu mhux hekk qed jgħid.", "Ħobbni jew obgħodni, jien ma rridx wording li fil-verita' bih inkunu qed nidħku bin-nies.", "Jekk ikolli wording li bih inkunu qed ngħidu li insurance agency ma tistax tgħid \"le\", pero' tista' timponi kwalunkwe kondizzjoni li trid, prattikament inkunu qegħdin ngħidu lill-insurance li tista' tgħid \"le\".", "Din hija l-verita'.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiena naħseb li hemm differenza.", "LAWRENCE GONZI: Noqogħdu attenti li ma nilludux lin-nies.", "KARL CHIRCOP: Ngħidlek il-verita', din iddiskutejtha ma' diversi nies u kulħadd kien ta' l-istess opinjoni, Ministru.", "LAWRENCE GONZI: Ippermettuli nagħmel kwalifika żgħira.", "Aħna x'għamilna?", "Aħna qbadna l-artikolu 18 kif kien, qsamnih fi tnejn u għedna li insurance agency tista' tirrifjuta għar-rigward subparagrafi (a), (b) u (c) - annuity, life insurance policy u policy of insurance against accident.", "Jien ngħid li s-subparagrafu (c) irid jiġi rranġat imma ħalli nħallih għall-mument.", "Policies oħrajn huma koperti bis-subparagrafu (1) (b) għaliex hemm \"or\"; mela", "- hemmhekk hemm żball, mhux (d) trid tkun iżda (c) għaliex id-(d) ma teżistix -", "KARL CHIRCOP: Ministru, il-liġi qed tgħid li kumpannija assigurattiva tista', lawfully, tirrifjuta li tinxurja persuna, per eżempju, against accident.", "Mela se nagħmlu liġi li se tiddiskrimina ma' persuni b'diżabilita' li fil-fatt huma iktar prone għall-accidents.", "Aħna rridu nagħmlu liġi li tiffaċilitalhom il-jedd li jassiguraw ruħhom, ħalli jħallsu iktar fi premium, imma jekk lil insurance agencies se nħallulhom din it-tieqa, kważi kważi nistgħu ma nagħmlu xejn mill-ewwel!", "LAWRENCE GONZI: Nerġa' ngħidlek, hekk ukoll kien l-artikolu fl-abbozz preċedenti.", "Kien hemm il-kelma \"for\".", "L-enfasi qiegħda fuq il-kelma \"for\" insurance coverage.", "F'dan il-paragrafu qed tgħid li inti tista' tiddiskrimina f'sens li per eżempju, tgħolli l-premium.", "LAWRENCE GONZI: Imma hekk mhux qed nidħku bin-nies?", "Jiġifieri l-insurance flok ma tgħidlek \"le\", tgħidlek \"iva, imma trid tagħtini miljun lira premium\"!", "MARIE LOUISE COLEIRO: Imma kif inhi l-liġi, qiegħda li insurance company tista' tgħid a blatant \"no\".", "Qabel, il-konċett kien li ma tistax tirrifjuta, imma mbagħad tista' tiddiskrimina fuq kondizzjonijiet.", "Kif għedt inti qabel, jekk xi ħadd li għandu 70 sena jmur biex joħroġ life insurance, jgħidulu \"iva\", imma mbagħad ittellgħulu l-premium ...", "LAWRENCE GONZI: Jistgħu wkoll jgħidulu \"le\".", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jistgħu jgħidulu \"le\", imma ejja ngħidu li jgħidulu \"iva\" u jżidulu b'mod enormi l-premium.", "Żewġ options hemm.", "Kif kienet il-liġi tal-Prof.", "Grech, iktar din il-forma kienet tista' tieħu, fis-sens ta' l-eżempju ta' bniedem ta' 70 sena li jżidulu l-premium.", "Issa l-artikolu 16 kif inhu, qed jgħid li insurance company tista' mill-ewwel taqbad u tgħid \"le\".", "Allura qed taqta' kontra anke min għandu miljun lira, biex nuża l-argument tiegħek.", "Forsi komdu jħallas.", "Ovvjament aħna mhux se noqogħdu naħsbu fuq min hu komdu jħallas, aħna rridu nħarsu lil min mhux komdu jħallas għaliex dak li huwa komdu jħallas, dejjem se jsib il-mod kif se jirranġa.", "Jien naħseb li bilfors irridu nirranġawh dan l-artikolu jekk verament irridu nuru li qed nagħmlu xi ħaġa bis-serjeta'.", "Kif inhi, qed tagħti l-fakulta' lill-insurance agency or company li tgħid \"le\" mill-ewwel.", "L-insurance company trid tkun kostretta li ma tiddiskriminax, ħalli mbagħad tagħmel termini li jkunu partikolari għal dik iċ-ċirkostanza, kif fil-fatt diġa' jistgħu jagħmlu.", "Inti stess, Ministru, kont qed tispjega li fiha nfisha, insurance company dejjem tiddiskrimina u tajt l-eżempju ta' xi ħadd li ħabat sitt darbiet.", "Hemmhekk ġibt lil kulħadd ugwali.", "Fhimt xi rrid ngħid?", "LAWRENCE GONZI: Sa ċertu punt.", "L-insurance llum għandha dritt li tirrifjuta kwalunkwe applikazzjoni li tirċievi.", "Jiġifieri inti ma tistax tmur bi dritt quddiem insurance company u tgħidilha \"trid tinxurjani bilfors\".", "Irridu noqogħdu attenti.", "Aħna m'aħniex qegħdin ngħidu li issa se nagħtu lill-persuni b'diżabilita' xi ħaġa li ħaddieħor m'għandux.", "Aħna qed ngħidu li ma tistax tittratta persuna b'diżabilita' differenti milli tittratta lil ħaddieħor.", "Bil-konċetti kif qegħdin tispjegawhom, se nkunu qed nagħtu lill-persuni b'diżabilita' xi ħaġa li ħaddieħor m'għandux.", "Nistgħu niddeċiedu li nagħmlu hekk; ma ġara xejn, imma rridu nkunu nafu x'qegħdin nagħmlu.", "It-tieni punt li rrid nagħmel huwa li jibqa' overriding dejjem il-prinċipju li inti trid tkun raġonevoli billi tipprovdi actuarial data.", "Jien ma nixtieqx nilludi n-nies ...", "KARL CHIRCOP: Imma dik hi kif qiegħda issa.", "Jekk tirrifjuta, wieħed jista' jikkontesta d-deċiżjoni fil-qorti.", "LAWRENCE GONZI: Le, ma jistax.", "Illum m'għandekx bażi ta' diskriminazzjoni.", "Madwar seba' snin ilu kelli każ ta' studenta li rebħet scholarship l-Amerka u l-universita' ta' barra riedet li l-istudenta jkollha insurance coverage lokali li tassigura għal accidents fuq il-campus ta' l-universita', u mingħajr din l-insurance, l-istudenta kienet se titlef l-ischolarship li rebħet.", "Meta marret għand insurance agencies biex toħroġ insurance coverage, kollha qalulha \"le\".", "Kien ovvju li dan kien diskriminatorju pero' sal-lum m'hemmx rimedju.", "Mentri issa, b'din il-liġi se jingħata rimedju.", "Din il-liġi qed tgħid lill-persuna b'diżabilita' li hi tista' tmur għand l-insurance company u tgħidilha biex turiha l-actuarial data li turi li hija riskju differenti minn ħaddieħor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Din il-liġi qed tagħti l-fakulta' lill-insurance agency tgħid \"le\".", "L-istess bħalma għamlet il-liġi ta' Edwin Grech, qed tagħti din il-fakulta' taħt l-overriding principle ta' l-actuarial data, jiġifieri ta' dak li huwa raġonevoli.", "Ma jfissirx li l-kumpannija ta' l-insurance dejjem tista' tgħidlek \"le\".", "Jekk tgħidlek \"le\", inti għandek id-dritt li ddur fuqha u titlobha turik ir-raġuni għala qed tirrifjuta.", "KARL CHIRCOP: Naħseb jien qrajt għall-mitt darba din il-klawsola fiż-żewġ liġijiet separati u wasalt għall-konklużjoni li meta taqta' l-punti u l-virgoli kollha, l-ikbar differenza bejniethom hija li waħda tgħidlek ''for'', jiġifieri hija proattiva, qiegħda tobbliga lill-insurance companies biex jinxurjaw, waqt li l-oħra qiegħda tirrifjuta.", "Apparti d-double negative li trid tiġi rranġata, fit-totalita' tagħha kif inhi ....", "KARL CHIRCOP: Meta taqra ż-żewġ artikoli tinduna li dawk iż-żewġ kelmiet huma l-iktar importanti, u d-differenza bejn iż-żewġ artikoli minnhom toħroġ.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Almenu l-artikolu li kien hemm fl-ewwel abbozz kien jagħti ċ-ċans lill-persuni b'diżabilita', bħalma kien jagħti lill-persuni l-oħra, li jekk il-kumpannija ta' l-insurance tgħid li ma tridx tinxurjahom..… (Interruzzjonijiet) Imma s'issa m'għandhomx an equal opportunity għaliex m'għandhomx liġi li tħarishom.", "L-artikolu 18 fl-abbozz ta' Edwin Grech, qed jagħtihom l-istess opportunita' bħal ħaddieħor, kemm jekk l-insurance tgħid \"le\" abbażi ta' actuarial data, u kemm jekk l-insurance tinxurjahom iżda tagħmlilhom termini partikolari kif tagħmel lil ħaddieħor.", "Imma din taqta' mill-ewwel.", "waqt li l-paragrafu ta' qabel kien qed jgħid, ''for insurance coverage''.", "Jiġifieri tieħu in konsiderazzjoni l-actuarial data, pero' bir-rabta, biex ngħid hekk, li inti b'xi mod jew ieħor, trid tilħaq kompromess u bilfors trid tasal għal xi terminu ta' insurance.", "Bilfors, u ma tistax tirrifjuta.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Nixtieq nissuġġerixxi li wieħed jirrifletti ftit aktar fuq dan li qed ngħidu.", "Anke l-għaqdiet qegħdin jistaqsu dwar dan il-qasam.", "LAWRENCE GONZI: L-ewwelnett ejja naraw x'għamlu pajjiżi barranin ħalli ma nivvintawx ir-rota mill-ġdid.", "Ovvjament, dak li jagħmel ħaddieħor mhux neċessarjament vanġelu, pero' jkun hemm sens wara ċertu miżuri.", "Dan l-artikolu hu meħud - mhux ikkuppjat kelma b'kelma imma l-konċett hu meħud - mill-artikolu 46 tal-liġi Awstaljana, Disability Discrimation Act ta' l-1992 li bħalma dejjem għedt, hija l-aktar liġi li wżajna bħala mudell.", "Fil-liġi Awstraljana nsibu serje ta' artikoli li tpoġġew, bħalma għamilna aħna, taħt iċ-chapter \"exemptions\".", "Issa l-konċett ta' exemption diġa' huwa ċar.", "Il-prinċipju huwa li ma tistax tiddiskrimina, imma hemm l-eżenzjonijiet.", "Jiġifieri hemm affarijiet li se jinqalgħu 'l barra u li dwarhom tista' tiddiskrimina; hekk tfisser \"exemption\".", "L-artikolu dwar l-insurance fil-liġi Awstraljana, jgħid hekk:", "Il-konċett ta' l-artikolu 46 tad-Disability Discrimination Act ta' l-Awstralja, huwa taħt iċ-chapter ta' l-exemptions - mela l-messaġġ hu li hawnhekk tista' tiddiskrimina, qed jippermetti r-refusal - imma l-aktar ħaġa importanti, u hawn is-saħħa tagħha li sal-lum m'għandna mkien fil-liġijiet tagħna, hija li tpoġġi kollox taħt ir-regola li l-persuna għandha dritt tara li d-deċiżjoni tagħmel sens.", "Issa għaliex għażilna din it-triq u mhux it-triq kif donnu qegħdin narawha fil-liġi ta' Edwin Grech?", "Jiena nerġa' ngħid li bl-intenzjonijiet kollha tajba tagħna, nibża' li qegħdin nippreżentaw image lin-nies li issa l-insurance companies, bilfors, b'xi forma jew oħra, iridu jagħtuhom insurance coverage meta fil-verita' qed nidħku bihom għaliex l-insurance companies qed ngħidulhom jimponu l-kondizzjonijiet kollha li jixtiequ huma.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Le, il-parti tar-reasonableness trid tibqa' hemmhekk.", "Li qed ngaħmlu hu li qed nagħlqu ftit iktar l-options ta' l-insurance company sabiex ma tgħidx a blatant \"no\".", "Dak l-iskop u dik trid tkun il-mira tagħna.", "Ir-reasonableness trid tidħol f'kollox, anke fit-termini li jiġu offruti.", "LAWRENCE GONZI: Il-punt komuni bejn iż-żewġ verżjonijiet huwa t-test finali ta' l-actuarial data.", "Jiġifieri d-deċiżjoni ta' l-insurance trid tkun ġustifikata, trid tkun spjegata.", "Tiktibha b'liema mod tiktibha, dejjem għandek it-test.", "Dan il-punt huwa ċar, jew hemm dubju dwaru?", "KARL CHIRCOP: Aħna m'aħniex nargumentaw fuq it-test.", "Aħna naqblu mat-test, imma wieħed qed jinterpretah mod u qed jgħidilhom: \"Tistgħu tirrifjutaw fuq dak it-test\", u l-ieħor qed jinterpretah mod ieħor.", "Allavolja qed jintuża dak it-test, inti obbligat li tilħaq kompromess mal-persuna b'diżabilita' u trid tinxurjaha bilfors.", "Jien nixtieq nistaqsi - forsi mistoqsija daqsxejn impertinenti - jekk sarx xi tip ta' liaison mal-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni Maltin fuq din il-kwestjoni biex qabel ma nvaraw il-liġi naraw jistgħux jinħolqu l-problemi li qed issemmi int. Tajjeb li jinħoloq kompromess minn qabel, biex bil-mod kif tiġi phrased il-liġi, tkun qed tipproteġi l-persuni b'diżabilita', li fl-aħħar mill-aħħar huwa l-għan komuni tagħna lkoll u fl-istess waqt inkunu nafu minn qabel ta' x'se jitolbu l-insurance companies bħala premia.", "Inti qed issemmi miljuni, imma fil-prattika mhux hekk taħdem.", "(Interruzzjonijiet)", "MARIE LOUISE COLEIRO: Min se jagħmel monitoring ta' l-actuarial data u d-deċiżjonijiet ta' l-insurance companies?", "Jien naħseb li hemm bżonn ta' standards nazzjonali.", "Hemm bżonn ta' xi ħadd li jkun qed iħares, b'mod ugwali, lejn kull insurance company li għandna f'Malta, għax inkella jekk se titħalla f'idejn dak li jkun, illum jista' jagħmillek guidelines mod u għada jagħmillek guidelines mod ieħor.", "Ikun ingidem darba - skond il-fehma tiegħu - u ma jkunx irid jerġa' jingidem.", "Aħna qed nitkellmu fuq kumpanniji ta' l-assigurazzjoni u l-assigurazzjoni hija negozju u fin-negozju l-iktar ħaġa importanti huwa l-profitt.", "Jiena nieħu gost li nħarsu lejn esperjenzi u realtajiet ta' pajjiżi barranin pero' ma rridux inbegħdu minn quddiem għajnejna r-realta' ta' pajjiżna.", "L-Awstraljani jaffordjaw li jagħmlu ċerti affarijiet għax is-suq tagħhom hu enormi imma s-suq tagħna huwa wieħed żgħir.", "LAWRENCE GONZI: Imma mhux fil-każ ta' insurance.", "L-insurance hija xi ħaġa internazzjonali.", "Kumpanniji ta' l-assigurazzjoni hawn Malta, jirrappreżentaw parent companies barranin.", "Allaħares l-actuarial data kellha tiġi kkalkolata fuq Malta, għaliex kieku lanqas ħadd ma jersaq 'l hawn.", "Ir-riskji jiġu kkalkolati fuq livelli differenti minn dan il-pajjiż.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mitt darba u elf, imma l-ispejjeż biex tagħmel ċertu affarijiet, il-kumpannija Maltija ġġorrhom.", "Jiġifieri dak l-element trid tqisu ukoll.", "Mhux qed ngħid fis-sens ta' min se jħallas għal xi claim, imma x-xogħol irid isir mill-uffiċċju f'Malta.", "Dak it-tip ta' xogħol mhux se tidħol għalih il-parent company.", "FRANCIS AGIUS: Il-Ministru għandu xi informazzjoni jekk wara li daħlet fis-seħħ il-liġi Awstraljana fl-1992 - veru li l-kondizzjonijiet tagħhom mhux bħal tagħna u teżisti litigation differenti minn tagħna - persuni b'diżabilita' ggwadanjawx minn dik il-liġi?", "Kellhom iktar ċans għal insurance coverage?", "Teżisti xi informazzjoni prattika?", "Qegħdin naqblu fl-oġġettiv u nifhem li rridu noqogħdu attenti biex ma nagħmlux xi ħaġa li fil-prattika nkunu qed nidħku bin-nies, fis-sens li ngħidulhom mod u mbagħad meta jmorru biex jakkwistaw insurance coverage isibu problemi, pero' nifhem ukoll il-punt ta' l-Oppożizzjoni li speċi dan l-artikolu hu wisq favur il-kumpanniji ta' insurance u l-kumpanniji jistgħu jaqbdu u jirrifjutaw li jagħtu insurance coverage lill-persuni b'diżabilita'.", "Nixtieq nistaqsi jekk mill-1992 sal-lum, li għaddew seba' snin, għandniex xi informazzjoni kif il-persuni b'diżabilita' fl-Awstralja ġew ivvantaġġjati minn din il-liġi.", "Veru li forsi ma tistax tapplikaha kollha kemm hi għal Malta, imma almenu jkollna indikazzjoni għax wara kollox l-actuarial data hija maħduma fuq kull kondizzjoni b'mod internazzjonali.", "Per eżempju, l-epilepsy fl-Awstralja m'hijiex differenti mill-epilepsy f'Malta.", "Jien li tinkwetani hija l-kwestjoni ta' \"other relevant factors\" li hija open to interpretation.", "Veru li kollox provided there is actuarial or statistical data, imma mbagħad għandna section oħra li ma taqax taħt dik.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Ma rridux ninsew realta' oħra ta' pajjiżna li aħna m'aħniex xi information society avvanzata.", "Min irid iqarraq, jista' jagħmel dan faċilment anke jekk jeżistu standards internazzjonali.", "Aħna ma rridux nilludu lin-nies.", "Dwar dan m'hemmx dubju li naqblu lkoll u rridu nagħmlu l-affarijiet kemm jista' jkun client friendly.", "Sfortunatament in-nies għadhom sajmin minn ċertu tip ta' informazzjoni u żgur li mhux l-għan tagħna li noqogħdu nagħtuhom il-keded billi jkollhom jiġru minn insurance broker għal ieħor u jekk ma jinqdewx, ikollhom imorru fil-qrati.", "IĊ-CHAIRPERSON: Pero' naħseb li hemmhekk tidħol il-kummissjoni.", "Bil-poteri u l-funzjonijiet li għandha l-kummissjoni, din trid tidħol bħala intermedjarja.", "Aħna m'aħniex qed nitfgħu din il-liġi lill-persuni b'diżabilita' u qed ngħidulhom biex jipprovaw jifhmuha huma on their own.", "Hemm il-kummissjoni li hija istituzzjoni stabbilita ....", "MARIE LOUISE COLEIRO: Imma rridu noqogħdu attenti li ma ntellgħux l-aspettattiva li l-kummissjoni se tagħmel kollox.", "Il-funzjoni tal-kummissjoni m'hijiex ta' tribunal.", "IĊ-CHAIRPERSON: Aħna m'aħniex qegħdin ngħidu li l-kummissjoni hija tribunal jew qorti, imma r-remit tal-kummissjoni jinkludi li f'dawn it-tip ta' litigation, tidħol għalihom, tinfurmahom, tagħtihom parir u tgħinhom hi.", "Ħadd m'hu se jkun informat 100%, pero' rrid ngħid ukoll li hawn għaqdiet ta' persuni b'diżabilita' li lanqas biss kellhom id-diċenza jmorru jiġbru kopja ta' l-abbozz.", "Naturalment b'daqshekk ma jfissirx li l-liġi narmugħha, imma l-kummissjoni, kif maħtura bil-liġi, trid tidħol intermedjarja meta dawn il-persuni jkollhom problema.", "Il-kummissjoni is a known body, m'hijiex an unknown body, u jekk inti għandek diżabilita', huwa fl-interess tiegħek li tkun taf bil-kummissjoni u bix-xogħol li trid twettaq.", "LAWRENCE GONZI: Il-parti teknika ta' x'inhu actuarial u x'jiġġustifika insurance company li tieħu ċertu deċiżjoni u mhux oħra, hija teknika ħafna.", "Jeżistu esperti internazzjonali f'dan is-sens u anke f'Malta għandna tnejn jew tlieta minnhom.", "Ovvjament, m'għandniex xi numru kbir minnhom, pero' għandna.", "U żgur li sia l-kummissjoni, jekk il-każ jiġi quddiemha, u sia qorti jekk il-każ jiġi quddiem qorti, li jagħmlu t-tnejn li huma, hu li jikkummissjonaw l-esperti biex jaraw l-actuarial data.", "Il-problema tqum meta inti m'għandekx actuarial data.", "Hemm hi d-diffikulta'.", "Difatti l-artikolu jaħseb għal din l-eventwalita' u anke din meħuda fuq l-esperjenza ta' barra minn Malta għaliex inti jista' jkollok diżabilitajiet li tant huma rari li ma tkunx teżisti actuarial data dwarhom biex tikkalkola eżattament x'inhu r-riskju.", "Hemm metodu tekniku.", "Jien m'iniex espert u ma nafx kif jiġi kkalkolat ir-riskju, pero' there is an actuarial position li tintuża f'aspetti differenti.", "Per eżempju gvernijiet differenti jużaw actuarial data biex jikkalkolaw pensjonijiet, biex jikkalkolaw il-long term risks ta' social security benefits, eċċ.", "KARL CHIRCOP: Pero' fl-opinjoni tiegħi, kif inhu worded dan l-artikolu, qiegħed jitfa' żbilanċ favur l-insurance brokers.", "Jien naħseb li għandna nerġgħu naħsbuha u forsi anke mingħajr ma noqogħdu nużaw kliem daqstant blatant, bħalma huma \"refusing\" u \"for\", naqblu fuq wording ġdid ta' klawsola li almenu tisforza l-insurance brokers li wara li jkunu assessjaw l-actuarial data u ppreżentaw ir-raġunijiet tagħhom bl-aktar mod xjentifiku ...… U importanti li jkun sar b'mod xjentifiku.", "LAWRENCE GONZI: Jien lest li din nerġa' noqgħod nogħmodha.", "Kif għedt fil-bidu, I am open.", "L-intenzjoni tagħna hi identika, pero', biex nara x'wording nista' nuża, importanti li nkun ċar f'moħħi li aħna qegħdin naqblu fuq il-prinċipji kardinali.", "U x'inhuma l-prinċipji kardinali?", "Bħala regola, l-insurance trid tittratta persuna b'diżabilita' l-istess, mhux aħjar, jew agħar, milli tittratta persuni oħra.", "Fi kliem ieħor, ħalli nkun ċar, aħna b'dan l-artikolu rridu nagħtu lill-persuna b'diżabilita' xi ħaġa iżjed fil-qasam ta' l-insurance milli għandu individwu ieħor li jgħix f'dan il-pajjiż?", "Din hija l-mistoqsija kardinali.", "Imbagħad nibnu fuqha u naraw kif nistgħu nirranġaw.", "MARIE LOUISE COLEIRO: L-importanti hu li nneħħu d-diskriminazzjoni.", "LAWRENCE GONZI: Naqblu, pero' ħalli nkun ċar għaliex informalment se nipprova nistaqsi żewġ mistoqsijiet lil nies esperti f'dan il-qasam.", "Aħna m'aħniex qed nipproponu li nagħmlu klawsola li tagħti persuna b'diżabilita' xi ħaġa iżjed milli tingħata liċ-ċittadini l-oħrajn Maltin.", "Li qed nagħmlu huwa li insurance company ma tistax tittratta lill-persuni b'diżabilita' b'mod differenti, b'mod inqas, milli tittratta ma' persuni oħrajn.", "U dan ifisser li jekk illum insurance company għandha dritt li tirrifjuta ...", "LAWRENCE GONZI: Il-wording ma' dan il-prinċipju rrid nibnih.", "Jekk il-wording ikun b'mod li issa lill-insurance company neħħejtilha d-dritt li hi għandha fil-konfront ta' ħaddieħor, allura qed tagħti lill-persuni b'diżabilita' xi ħaġa iżjed milli għandu ħaddieħor f'dan il-pajjiż.", "IĊ-CHAIRPERSON: Forsi jekk naqraw is-sentenza mingħajr ma noqogħdu nidħlu fis-subparagrafi (a) u (b), inkunu aktar ċari f'moħħna.", "KARL CHIRCOP: Xorta jibqa' l-fatt li persuna b'diżabilita' għandha l-iżvantaġġ li tista' tiġi diskriminata minħabba li għandha diżabilita', waqt li persuna li hija kkonsidrata ''normali'', m'għandhiex dak l-iżvantaġġ.", "Mela l-iżvantaġġ tad-diżabilita' stess, qiegħed jagħti loophole biex tiġi rifjutata insurance coverage.", "Hekk, jew mhux hekk?", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq inkun ċar f'moħħi.", "Ejja nieħdu qasam differenti.", "Ejja nieħdu l-qasam ta' l-employment.", "Aħna x'aħna ngħidu?", "Qed ngħidu li employer irid bilfors jimpjega persuna b'diżabilita'?", "Aħna qegħdin ngħidu li employer irid jittratta lill-persuna b'diżabilita' bl-istess mod li jittratta ma' ħaddieħor u ma jistax jiddiskrimina fil-konfront ta' persuna b'diżabilita' minħabba d-diżabilita' tagħha.", "Finalment, l-employer irid jagħmel l-għażla b'mod ġust bejn min japplika għal dak il-post.", "Jiġifieri mhux bilfors irid jimpjega persuna b'diżabilita'.", "Imkien m'għednih dan u m'aħniex noħolmu li nagħmluh.", "Pero', bil-proposta li qed tagħmlu, donnu li intom tridu li nagħmlu hekk fil-każ ta' insurance.", "Donnu qed tgħidu li insurance company, trid u ma tridx, applikalha min applikalha, hi obbligata li taċċettah.", "MARIE LOUISE COLEIRO: What we are trying to hammer in, huwa li kumpanniji ta' l-assigurazzjoni ma jkollhomx options miftuħin li jgħidu a blatant \"no\".", "LAWRENCE GONZI: Okay, jiena miegħek kompletament.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Illum, din hi l-qagħda ta' persuni b'diżabilita' u dik hi li rridu neradikaw.", "LAWRENCE GONZI: Illum, lill-kumpannji ta' l-insurance qed nitfgħulhom piż li sal-lum m'għandhomx fil-konfront ta' kulħadd.", "Issa qed nitfgħulhom piż, applikabbli biss għal persuni b'diżabilita' u qed ngħidulhom li meta jirrifjutaw persuna b'diżabilita', iridu jgħidu għaliex qed jirrifjutaw u jridu juru d-data għaliex lil xi ħadd, per eżempju għax huwa autistic, ma nxurjawhx.", "Iridu juru d-data għaliex irrifjutaw li joħorġu life insurance lil xi ħadd li għandu per eżempju, muscular dystrophy.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Inti stess qed tgħid li din tista' ssir.", "Jekk il-persuna nfisha ma tkunx kuntenta bid-deċiżjoni, tista' tmur il-qorti ħalli tfittex ir-rimedju u l-insurance company trid tagħti r-raġuni tad-deċiżjoni tagħha, darba li marret quddiem il-qorti.", "Issa jekk ħaddieħor m'għandux din il-fakulta', I am sorry, imma naħseb hemm bżonn nemendaw il-liġi l-oħra ħalli din il-fakulta' nagħtuha lil kulħadd.", "Għaliex xi ħadd għandu jirrifjuta li jagħti insurance coverage mingħajr ebda raġuni?", "Allura jista' jirrifjuta għas-sempliċi raġuni li m'għandux grazzja ma' xi ħadd.", "LAWRENCE GONZI: Dik kwestjoni oħra.", "Nassumu li tqum kwestjoni u tmur quddiem il-qorti, il-qorti issa se tgħid lill-insurance agency, li hi trid toffri proposal, trid toffri coverage lil dak l-individwu.", "Tiċċarġjah kemm trid, tiċċarġjah miljun lira, ....", "MARIE LOUISE COLEIRO: U tgħidlu wkoll li r-raġunijiet jistgħu jiġu challenged.", "LAWRENCE GONZI: L-artikolu hekk qed jgħid.", "IĊ-CHAIRPERSON: Din mhux diġa' qed tipprovdiha l-liġi?", "MARIE LOUISE COLEIRO: Aħna qegħdin ngħidu li kif inhi, qed tagħti opportunita' lill-insurance company tgħid \"le\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, mhux hekk; qed ngħidu \"provided such action is based upon actuarial or statistical data\".", "Ma tistax taqbad u tgħid \"le\" bla ebda raġuni.", "LAWRENCE GONZI: Naħseb għalissa aħjar inħalluh dan l-artikolu.", "Qed nifhem li m'huwiex ċar u hemm bżonn li nagħmluh iktar ċar.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mhux għalina biss m'huwiex ċar.", "Hemm għaqdiet li qed jistaqsu dwar dan.", "Aħna ma rridux infettqu, aħna qed niddiskutu u l-għan tagħna huwa wieħed.", "LAWRENCE GONZI: Alright, fair enough, jekk mhux ċar mhux ċar u niċċarawh.", "Jien kont nipproponi li nissospendu dan il-artikolu, pero' għar-rigward il-punt li qajjem l-Onor.", "Agius, naħseb li worth it li nipprova nġib ftit informazzjoni dwaru.", "M'għandix informazzjoni available, imma tajjeb naraw x'ġara fl-Awstralja mill-1992 sal-lum fuq dan l-artikolu partikolari.", "Naħseb l-informazzjoni tkun interessanti.", "KARL CHIRCOP: Per eżempju, tista' tgħid li an insurance broker cannot refuse an insurance coverage before ...", "LAWRENCE GONZI: Hekk qed naħseb, Karl.", "Jiena xi ħaġa f'dak is-sens qed naħseb.", "LAWRENCE GONZI: Agħtuni ċans nagħġinha ħalli forsi noħroġ b'text ftit differenti.", "FRANCIS AGIUS: Forsi nistgħu nagħmlu li an insurance company cannot discriminate against another person solely on the basis of his disability, except ..., imbagħad tidħol il-proviso li jrid jipprovdi actuarial data.", "Li qed ngħid huwa li l-onus ikun fuq l-insurance company li trid tipprova li ma tistax toħroġlu insurance coverage.", "LAWRENCE GONZI: Inti qed taħseb f'wording aktar ġenerali.", "Inti eliminajt il-problema kollha hijiex refusal jew le, u għamilt klawsola ġenerali.", "FRANCIS AGIUS: Imbagħad tiftaħ fuq l-actuarial and statistical data, għaliex fuq dik trid timxi.", "KARL CHIRCOP: Jien naħseb li trid tiġi worded b'mod aktar miftuħ.", "Aħna fuq hekk qed nikkonċentraw; qegħdin nipprovaw nagħtu d-dritt lil persuna b'diżabilita' li tkun bħal ħaddieħor.", "Imbagħad ikun hemm l-exemption.", "LAWRENCE GONZI: Agħtuni ċans nagħġinha ftit.", "KARL CHIRCOP: Nixtieq ngħid xi ħaġa dwar is-superseding clause.", "Naf li m'għandhiex x'taqsam ma' dan li qed ngħidu bħalissa, imma ġietni f'moħħi issa.", "Jekk l-Avukat Ġenerali ma jkunx jista' jattendi għal-laqgħa li jmiss, nixtiequ jibagħtilna bil-miktub jekk hemmx liġijiet oħra li għandhom is-superseding clause.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kif għedt fil-bidu, l-ittra li se nibgħatulu se tinkludi l-mistoqsijiet li saru llum, inkluż jekk hemmx liġijiet li għandhom superseding clause.", "Se nitolbuh jagħtina r-raġunament tiegħu, mhux biss se nitolbuh jagħtina r-raġuni li ta lill-Ministru Gonzi, imma se nitolbuh jirrispondi għall-mistoqsijiet li saru llum.", "KARL CHIRCOP: Naturalment, jekk hemm liġijiet li diġa' għandhom is-superseding clause, l-argument tiegħu jaqa' kollu.", "LAWRENCE GONZI: Li normalment ikun hemm, huma t-transitory provisions.", "Ġieli jkun hemm liġijiet li mhux superseding clause ikollhom, imma bil-kontra.", "Ikollhom klawsola li tgħid li tali liġi trid tibqa' valida allavolja qed tgħaddi dik il-liġi.", "Fl-esperjenza limitata tiegħi, ma naf bl-ebda liġi li għandha din it-tip ta' superseding clause, imma jiena m'iniex vanġelu and I stand to be corrected.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naħseb li għal-lum aħjar nieqfu hawn, pero' qabel naġġornaw nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru għall-punt li tqajjem waqt il-laqgħa tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'.", "Matul din il-laqgħa, xi ħadd mill-Housing Authority tkellem dwar l-artikolu 14 (2) (b) li jgħid li:", "\"l-akkomodazzjoni provduta f'dak il-post ma tkunx abitabbli minn aktar minn erba' persuni.\".", "LAWRENCE GONZI: Is-subartikolu (2) (b) huwa marbut mas-subartikolu (2) (a) għaliex hemm il-kelma ''and'' u mhux ''or''.", "Is-subartikolu 14 (2) qiegħed jgħid:", "L-intenzjoni ta' dan is-subartikolu hija li jekk jien sid ta' hotel u ngħix fil-hotel stess, ma nistax niddiskrimina fil-konfront ta' persuni b'diżabilita', għax il-hotel tesa' iżjed minn erba' persuni u allura bilfors ikolli naċċettahom.", "Anke jekk jien sid ta' hostel żgħira u qed ngħix fil-hostel stess li għandha iżjed minn erbat ikmamar, jien ma nistax nirrifjuta akkomodazzjoni lil persuna b'diżabilita', pero', jekk jiena ngħix f'dar li ma tesax iktar minn erba' minn nies u huwa ovvju li l-iskop tad-dar m'huwiex biex tipprovdi akkomodazzjoni lin-nies imma qed tipprovdi residenzja għalija, f'dak il-każ, ma tistax tiġi persuna b'diżabilita' u tgħidli li trid bilfors toqgħod fid-dar tiegħi.", "Dan hu l-iskop tas-subartikolu u waqt il-konferenza ma ġiex innotat li hemm il-kelma \"and\" u allura ma rrealizzawx li l-paragrafi (a) u (b) huma relatati ma' xulxin.", "Jiġifieri ż-żewġ kondizzjonijiet iridu jeżistu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela għal-lum naħseb nistgħu nieqfu hawn u naġġornaw għal għada filgħodu fl-10.30 a.m. sabiex il-Ministru Gonzi jkollu ftit iktar ħin jipprova jġib l-informazzjoni mitluba.", "(Interruzzjonijiet) Jien kont se nagħmel il-laqgħa filgħaxija, pero' l-Onor.", "Marie Louise Coleiro urietni l-preokkupazzjoni tagħha li ma tistax tattendi filgħaxija.", "KARL CHIRCOP: Hemm possibbilta' li niltaqgħu xi ġurnata oħra?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien ma nixtieqx li nestendu ħafna.", "Ix-xewqa tiegħi hi li sal-Ġimgħa nkunu lestejna d-diskussjonni u biex ma nkunux qegħdin nillimitaw lilna nfusna ....", "KARL CHIRCOP: Il-Ħamis filgħaxija għandna seduta?", "IĊ-CHAIRPERSON: Għandna, imma jien nixtieq inħalli spazju biex jekk ikun hemm bżonn tat-tielet laqgħa, mhux jiskadilna ..… Jiena ma nixtieqx nillimita l-ħin tad-diskussjoni u għalhekk qed nipprova ngħaġġel.", "(Interruzzjonijiet)", "Nipproponi li niltaqgħu għada fl-10.30 a.m., u l-laqgħa ta' wara, f'każ li jkun hemm bżonn, issir filgħaxija.", "Nirringrazzjakom.", "F'12.12 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 15 ta' Diċembru, 1999 fl-10.30 a.m. bl-istess aġenda."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991214_023d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 14 ta' Diċembru, 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-10.12 a.m", "L-Onor.", "Helen D'amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 22 li saret fit-3 ta' Novembru, 1999 kienu konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IS-SUPERSEDING CLAUSE U L-OQSMA TA' TRADE UNIONS, INSURANCE U EDUKAZZJONI, FL-ABBOZZ TA' LIĠI DWAR OPPORTUNITAJIET INDAQS (PERSUNI B'DIŻABILITA') - ABBOZZ NRU 10", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Lawrence Gonzi, ippreżenta lill-Kumitat kopja tal-korrispondenza datata 23 ta' Novembru 1999 li għaddiet bejnu u l-Onor George Vella dwar id-dibattitu ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilita').", "Waqt id-diskussjoni fuq is-superseding clause, il-Kumitat qabel li l-Avukat Ġenerali jiġi mistieden jattendi għal-laqgħa li jmiss tal-kumitat sabiex jikkjarifika dan il-punt.", "F'12.12 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u l-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 15 ta' Diċembru 1999 fl-10.30 a.m. bl-istess aġenda.", "PAULINE ABELA GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991214_023m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 24", "Il-Ħamis, 16 ta' Diċembru 1999 fis-6.30 p.m.", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ser jiltaqa' nhar Il-Ħamis, 16 ta' Diċembru 1999 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar erba' oqsma ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilità):", "(a) artikolu dwar l-edukazzjoni;", "(b) artikolu dwar il-Unions;", "(c) artikolu dwar l-insurance; u", "15 ta' Diċembru 1999 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991216_024a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 24", "Il-Ħamis, 16 ta' Diċembru, 1999", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 24", "Il-Ħamis, 16 ta' Diċembru, 1999", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-6.35 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 23 li saret fl-14 ta' Diċembru, 1999 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IS-SUPERSEDING CLAUSE U L-OQSMA DWAR TRADE UNIONS, INSURANCE U EDUKAZZJONI, FL-ABBOZZ TA' LIĠI DWAR OPPORTUNITAJIET INDAQS GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITA' - ABBOZZ NRU 10", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Fuq l-aġenda tal-laqgħa tal-lum għandna erba' items partikolari li nsibu fl-Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' u għaldaqstant fid-diskors tagħna għandna nillimitaw ruħna għal dawn l-erba' items li huma l-artikolu dwar l-edukazzjoni, l-artikolu dwar it-trade unions li diġa' ġie diskuss u kjarifikat fl-ewwel laqgħa li kellna, l-artikolu dwar l-insurance u s-superseding clause.", "Is-superseding clause diġa' ġie diskuss pero' l-membri ta' l-Oppożizzjoni talbu li jiġi mistieden l-Avukat Ġenerali biex jagħtina r-raġunijiet għaliex il-Ministru Gonzi ngħata l-parir li s-superseding clause ma jidħolx f'din il-liġi.", "Mistoqsija oħra li saret kienet jekk għandniex xi liġi li fiha nsibu superseding clause u għalhekk nibda mill-ewwel biex nistieden lil Dr. Borg Barthet, l-Avukat Ġenerali, jingħaqad magħna.", "DR. ANTHONY BORG BARTHET (Avukat Ġenerali): Fl-interpretazzjoni ta' liġi hemm żewġ prinċipji ġenerali li dejjem japplikaw fl-interpretazzjoni tal-liġijiet u wieħed mill-prinċipji huwa li liġi speċjali torbot fuq liġi ġenerali.", "Jiġifieri jekk għandek liġi li titkellem fuq l-employment b'mod ġenerali, u għandek liġi oħra li titkellem b'mod partikolari fuq l-employment ta' persuni b'diżabilita', u jkollok każ ta' persuna b'diżabilita', trid tħares lejn il-liġi speċjali.", "Liġi li hi speċjali tirbaħ fuq liġi li hi ġenerali.", "Prinċipju ieħor huwa li a posterior law derogates from a prior law.", "Jiġifieri jekk diġa' hemm liġijiet u llum nagħmel liġi li tkopri l-istess affarijiet li kienu jkopru l-liġijiet l-oħra, fejn huma b'xi mod in conflict mal-liġijiet li kienu jeżistu qabel, tapplika l-liġi l-ġdida.", "F'dak is-sens qed ngħid li m'hemmx għalfejn ta' superseding clause.", "Jekk nagħmlu superseding clause f'din il-liġi, tkun qed tpoġġi f'dubju dan il-prinċipju li hu aċċettat minn kulħadd u kważi kważi tkun trid taqbad il-liġijiet l-oħra kollha u ddaħħal din il-klawsola f'kull waħda minnhom.", "Għall-mistoqsija jekk għandniex xi liġijiet fejn hemm is-superseding clause, nista' ngħid li jien b'liġi waħda naf, l-Att Nru. XIV ta' l-1987, il-European Convention Act, Chapter 319, u r-raġuni għaliex tinsab hemmhekk, hija waħda sempliċi.", "Dik il-liġi tenunċja prinċipji b'mod ġenerali, allura fil-forma tagħha hija liġi maħduma b'mod ġenerali u dik il-liġi ġenerali trid torbot anke fuq liġijiet speċjali.", "Jekk għandek a special law which deals with a special subject imma li tmur kontra dan il-prinċipju ġenerali, liġi speċjali trid tbaxxi rasha għall-prinċipju ġenerali li għandek fil-European Convention of Human Rights.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Karl Chircop.", "KARL CHIRCOP: L-ewwelnett nirringrazzjak talli lqajt l-istedina tagħna.", "Nifhem ir-raġunament tiegħek, pero' nixtieq nistaqsik jekk jistax jagħti l-każ li l-fatt li nkunu neħħejna s-superseding clause, jista' joħloq xi konflitt bejn din il-liġi u xi liġi oħra li għandha x'taqsam ma' l-interessi ta' persuni b'diżabilita' meta niġu biex ninterpretaw xi kondizzjoni partikolari.", "Per eżempju, jista' jkun hemm xi ħaġa fis-Social Security Act li tkun f'konflitt ma' din il-liġi u allura tiżdied il-burokrazija u d-dewmien ta' interpretazzjoni b'detriment tal-persuni b'diżabilita'.", "DR. ANTHONY BORG BARTHET: M'hemm xejn fis-Social Security Act li jitkellem fuq affarijiet li hawn f'din il-liġi.", "KARL CHIRCOP: Jien semmejt is-Social Security Act bħala eżempju.", "DR. ANTHONY BORG BARTHET: Jekk diġa' għandek liġi li titkellem fuq xi ħaġa li taqa' taħt din il-liġi, għax din il-liġi tiġi wara, twaqqagħhom dawk il-liġiijiet.", "Twaqqagħhom awtomatikament.", "Jekk għandek liġi ġenerali, anke jekk magħmulha wara, li titkellem b'mod ġenerali fuq in-nies kollha ta' Malta imma mhux fuq il-handicapped in partikolari, tapplika dik il-liġi ġenerali, pero' la din hija liġi speċjali li titkellem dwar il-handicapped, se tapplika din il-liġi speċjali għax din hija l-liġi li titkellem fuq il-qasam partikolari.", "Naturalment jekk għada pitgħada ssir liġi speċjali oħra li titkellem fuq il-handicapped, dik tkun il-will tal-Parlament dakinhar - ovvjament ma tistax tgħid li ma jistgħux isiru aktar liġijiet fil-Parlament - u allura anke jekk tagħmel superseding clause f'din il-liġi u iktar il-quddiem tagħmel liġi speċjali oħra, jien ngħidlek li xorta l-aħħar liġi se tapplika u mhux dik ta' qabel.", "KARL CHIRCOP: Diment li jkollna dik il-garanzija, naħseb li aħna, minn din in-naħa tal-Kamra, sodisfatti.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jien fuq il-garanzija nixtieq nitkellem.", "L-Avukat Ġenerali qed jassigurana li mhux se jkun hemm konflitt ma' liġijiet oħra minkejja li din hija liġi li titkellem fuq diversi aspetti tal-ħajja, il-qasam tax-xogħol, il-qasam edukattiv eċċ., u hemm liġijiet oħra li jirregolaw dawn l-oqsma.", "Jekk hemm din il-garanzija min-naħa tiegħek li ma jkunx hemm konflitt, aħna rasna mistrieħa, imma jekk se nispiċċaw b'konflitt u xi ħadd ikollu jfittex redress mill-qrati, kif qal sieħbi Karl, se jkun hemm ħafna dewmien.", "Barra minn hekk, se jkun hemm ukoll l-interpretazzjoni tal-qrati.", "Anke jekk il-qrati se jagħtu kas x'kien l-animu tal-liġi meta għaddiet mill-Parlament, xorta waħda se jkun hemm ċertu dewmien u l-każ se jkun soġġett ukoll għall-opinjoni tal-maġistrat li quddiemu jkun qed jidher il-każ, sakemm ma jkunx hemm diġa' xi case law, imma naturalment dejjem se jkun hemm l-ewwel każ.", "DR. ANTHONY BORG BARTHET: Din ir-regola ta' interpretazzjoni tant hija regola bażilari li mhux suppost toħloq konflitt.", "Jien ma nistax ngħidlek li ħadd ma jista' jiżbalja, tista' tagħmel is-superseding clause u xorta waħda mħallef jista' jiżbalja, pero' teknikament - m'aħniex nivvintaw teoriji ġodda ta' interpretazzjoni - the way the law normally works and the way the law should work, m'għandek bżonn ta' l-ebda garanzija oħra.", "Anzi, jekk se titfa' garanzija f'din il-liġi, se titfa' into doubt il-liġijiet l-oħra li diġa' jeżistu.", "Jekk tistaqsini x'garanzija nista' nagħtik, ngħidlek li nista' nagħtik garanzija ta' 26 sena fil-professjoni u allura naħseb li naf il-liġi.", "Kieku jien kont imħallef, kont niddeciediha b'dan il-mod u naħseb li l-imħalfin jafu l-liġi biżżejjed biex jiddeċieduha bl-istess mod.", "Jiġifieri m'aħniex insemmu xi teoriji strambi.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jien għadni m'iniex konvinta; naħseb I am a hard nut to crack!", "Din il-liġi titkellem fuq il-prinċipju tad-diskriminiazzjoni u l-konċett tad-diskriminazzjoni huwa msemmi fil-Kostituzzjoni.", "Ma jidhirlix li d-diskriminazzjoni per se is focused f'ħafna mil-liġijiet tagħna.", "Jiġifieri vis-á-vis persuni bi bżonnijiet speċjali, din hija l-liġi li tista' tassiguralhom u tagħtihom id-dritt leġislattiv li ma ssirx diskriminazzjoni fil-konfront tagħhom.", "Jekk nieħdu l-qasam tax-xogħol, wieħed se jħares lejn il-liġi li tirregola l-qasam tax-xogħol għax dik hija l-liġi speċifika fuq il-qasam tax-xogħol.", "DR. ANTHONY BORG BARTHET: Dik hija l-liġi ġenerali.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Imma l-kwestjoni ta' diskriminazzjoni fil-konfront ta' persuni bi bżonnijiet speċjali fil-qasam tax-xogħol, hija ttrattata f'din il-liġi.", "Jiġifieri meta hemm żewġ affarijiet lejn xiex tħares, diġa' għandek il-possibbilta' li xi ħadd li b'intenzjoni ma jridx jagħmel l-affarijiet sew, se jipprova jħawwad il-biegħa.", "Dawn huma affarijiet li jiġru f'pajjiżna; min jikkwota biċċa minn hemm u min jikkwota biċċa minn hawn.", "Naturalment ma nistgħux nippretendu li l-persuni fit-triq se jkunu jafu l-affarijiet daqskemm jafuhom l-avukati jew il-membri fil-Parlament u allura dejjem se jispiċċaw jiżfnu fin-nofs.", "Jien inħoss li la se nagħmlu xi ħaġa ġdida, ir-responsabbilta' tagħna hi li naraw li dak li se nagħmlu jkun fl-aħjar forma possibbli biex kemm jista' jkun il-persuni u l-familji milquta, ma nagħtuhomx kedded bla bżonn.", "DR. ANTHONY BORG BARTHET: Mhux suppost li jkollhom kedded.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Għar-rigward ta' liġijiet li għandhom superseding clause, qed tiġini f'rasi l-equality act ta' l-Ingilterra.", "F'din il-liġi, li naturalment tittratta n-nisa u mhux persuni b'diżabilita', insibu superseding clause.", "DR. ANTHONY BORG BARTHET: Jien ma nistax nagħtik parir fuq liġijiet Ingliżi għax ma studjajtx il-liġi Ingliża u l-prinċipji ġenerali tal-liġi Ingliża ma nafhomx.", "Jien qed ngħid li l-prinċipji ta' interpretazzjoni tal-liġi Maltija huma kif spjegajt.", "Suppost li ma jkun hemm l-ebda inkwiet jekk ma tagħmilx is-superseding clause, anzi, fl-opinjoni sinċiera tiegħi, jekk tagħmel is-superseding clause f'din il-liġi, se titfa' into doubt prinċipji ta' interpretazzjoni li ilna nużaw fil-qrati Maltin minn żmien ir-Rumani, u se titqajjem il-mistotqsija għaliex din id-darba kellha għalfejn tiddaħħal din il-klawsola.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Imma dan li qed nintroduċu f'din il-liġi hija xi ħaġa ġdida għal Malta.", "Il-prinċipju tad-diskriminazzjoni li nsibu f'din il-liġi, ma nsibuhx f'liġijiet oħra.", "Il-liġijiet setgħu ilhom ġejjin minn qabel ir-Rumani, imma għalija, il-punt hu li hawnhekk qed nintroduċu xi ħaġa ġdida għall-pajjiżna.", "Il-konċett ta' diskriminazzjoni m'huwiex rifless f'liġijiet oħra.", "F'din il-liġi huwa espress u l-ispirtu tiegħu qed jinħass right across the bill, mill-ewwel sentenza sa l-aħħar, u rridu nħarsuh.", "Irridu nikkonsidraw ukoll il-mentalita' tal-poplu tagħna.", "Aħna nafu li d-diskriminazzjoni hija diffiċli ħafna biex tipprovaha.", "Meta xi ħadd jagħmel diskriminazzjoni fil-konfront ta' xi ħaddieħor, huwa ferm diffiċli għall-vittma biex tipprova li saret diskriminazzjoni fil-konfront tagħha.", "DR. ANTHONY BORG BARTHET: Bir-rispett kollu, superseding clause mhux se jneħħilek id-diffikulta' tal-prova.", "Id-diffikulta' tal-prova teżisti fiha nnifisha.", "Jekk tagħmel superseding clause, m'intix se żżid fil-faċilita' kif tagħmel il-prova.", "Il-fatt li din hija liġi speċifika dwar diskriminazzjoni fil-konfront ta' persuni b'diżabilita' u din il-liġi qed titkellem b'mod speċjali fuq l-impjieg u l-edukazzjoni ta' persuni bi bżonnijiet speċjali, u għandek liġijiet oħra li jitkellmu in ġenerali dwar dawn l-oqsma, allura mill-ewwel jidħol il-prinċipju bażilari li jservi għal-liġijiet kollha.", "Il-qrati għandhom in-normi ta' l-interpretazzjoni, it-teoriji ta' l-interpretazzjoni li huma speċi ta' general instructions.", "Bħal meta fil-computer ikollok il-basic rules - ma tantx nifhem fil-computers, twelidt kmieni f'dan is-seklu! - u mbagħad il-programmi speċjali jaħdmu fuqhom, fil-każ tal-liġi, għandna l-liġijiet ġenerali u għandna wkoll il-liġijiet speċjali.", "Il-liġi ta' l-interpretazzjoni is there, it is underlined, m'għandekx għalfejn tagħmilha.", "Kieku kellna naqbdu u ndaħħlu s-superseding clause, xi ħadd se jistqasi għalfejn daħħalniha f'din il-liġi partikolari u se jistaqsi jekk ir-regola ta' interpretazzjoni għadhiex tapplika għal-liġijiet l-oħra.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Din hija liġi kontra d-diskriminazzjoni.", "Hija xi ħaġa ġdida għal Malta.", "Il-poplu tagħna għadu mhux daqshekk aware li anke b'affarijiet pjuttost żgħar jista' jkun qiegħed jiddiskrimina.", "Superseding clause ikun qed isaħħaħ din il-liġi u l-prinċipju kontra d-diskriminazzjoni.", "DR. ANTHONY BORG BARTHET: L-istatement politiku, ta' policy, jista' jsir - mhux se nindaħal kif għandu jagħmlu l-gvern - b'elf mod.", "Hija kwestjoni ta' how to take the message to the public imma l-interpretazzjoni tal-liġi hija ħaġa teknika.", "Il-liġi mhux se tagħmel l-edukazzjoni, il-liġi tagħti redress.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Bir-rispett kollu, kultant anke l-qrati jkollhom bżonn isiru iktar aware ta' ċerti affarijiet.", "Jiġifieri mhux qed nitkellem għall-poplu kollu barra l-qrati.", "Il-lack of awareness dwar diskriminazzjoni teżisti kullimkien.", "DR. ANTHONY BORG BARTHET: Il-qrati jsiru aware meta jkollhom il-kawżi quddiemhom u l-avukati will argue their cases before ....", "KARL CHIRCOP: Ħafna mill-ittri li rċevejna mill-għaqdiet li jaħdmu f'dan il-qasam, urew tħassib dwar it-tneħħija tas-superseding clause.", "Dan kollu ġej mill-fatt li nies bi bżonnijiet speċjali dejjem isibu ċertu ammont ta' tkaxkir tas-saqajn - kif insejjaħlu jien - fil-konfront tagħhom u għalhekk iridu redress f'dan is-sens.", "Importanti li t-tħaddim ta' din il-liġi jkun effiċjenti.", "DR. ANTHONY BORG BARTHET: Is-superseding clause ma jagħmel xejn fil-konfront tat-tkaxkir tas-saqajn.", "It-tkaxkir tas-saqajn jiġi anke jekk għandek superseding clause.", "L-awareness tal-pubbliku dwar x'inhi diskriminazzjoni, ma tagħmilx differenza għandekx jew le superseding clause.", "Jekk tistaqsini għaliex l-organizzazzjonijiet kollha kitbu dwar is-superseding clause, ngħidlek li ma nafx min kellhom advising them on the legal field.", "Jekk tagħti lil xi ħadd first draft li fiha jkun hemm xi ħaġa u mbagħad tneħħihielu għax forsi tkun rajt li fil-fatt qiegħda hemmhekk għal xejn, dan se jibda jaħseb li neħħejtlu xi ħaġa.", "Jekk tistaqsini għaliex ġiet hemmhekk, ngħidlek li ġiet hemmhekk għaliex kienet fil-liġi Ingliża u min kien qiegħed jittrasporta l-liġi Ingliża fil-liġi Maltija, minkejja li kienet tifla kapaċi u ta' ċertu esperjenza - she was a very capable young girl li jien ħajjart biex tidħol taħdem fl-uffiċċju tiegħi, imma peress li kienet taħdem f'kumpannija parastatali u allura kellha paga iktar milli stajt noffrilha jien fl-uffiċċju tiegħi, ma ġietx - ma kellhiex dik l-esperjenza ta' snin ta' interpretazzjoni legali, bir-rispett kollu, li għandi jien, and she made the beginners' mistake of inserting it when there was no need for it.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-interpretazzjoni tiegħek kienet ċara ħafna u naħseb li issa nistgħu ngħaddu biex nisimgħu lir-rappreżentanti ta' għaqdiet hawn preżenti.", "Magħna għandna tliet għaqdiet, id-Down Syndrome Association, Moviment Favur id-Drittijet ta' Persuni b'Diżabilita' u l-għaqda Disabled by Accident.", "Nixtieq infakkarkom biex tibdew l-intervent tagħkom billi tgħidu isimkom u liema assoċjazzjoni jew moviment qegħdin tirrappreżentaw, u kemm jista' jkun iżżommu mas-suġġett li għandna llum.", "Aħna għandna r-representations li intom bgħattu u nixtieqkom li tirriferu għal dak li ktibtulna dwaru biex tikkjarifikaw il-query tagħkom, jiġifieri mhux nibdew infajru 'l hemm u 'l hawn.", "Nibda biex nistieden lir-rappreżentanta tad-Down Syndrome Association u nitlobha tagħti r-raġunijiet għaliex fl-ittra tagħhom qalu li huma jemmnu li l-paragrafu (3) ta' l-artikolu li jittratta l-edukazzjoni għandu, jew jiġi mħassar, jew inkella, biex ma jinqalax il-każ li persuna tispiċċa bla edukazzjoni xierqa, jiġi emendat billi jiddaħħal provvediment li jekk jinqala' xi każ bħal dan, għandu jinstab post ieħor sabiex l-edukazzjoni xierqa għal dik il-persuna tkun issalvagwardjata.", "Nixtieqek tgħidilna x'wassalkom biex taħsbu li dan l-artikolu ma jissalvagwardjax l-edukazzjoni xierqa.", "Għar-rigward ta' l-artikolu li jittratta l-unions, nista' nassigurak li l-artikolu dwar il-unions diġa' ġie thrashed out u ntqal li m'hemm l-ebda dubju li r-right of association huwa b'xi mod imxekkel.", "Tkellimna wkoll dwar l-artikolu li jittratta l-insurance, pero' jekk tixtieq, tista' żżid xi ħaġa dwaru, u naturalment, dwar is-superseding clause, inti smajt l-ispjega li ta l-Avukat Ġenerali.", "Nixtiequ li forsi tiffokka aktar fuq l-edukazzjoni.", "KARL CHIRCOP: Nixtieq nagħmel punt ta' kjarifika.", "Veru li f'dan il-kumitat hemm qbil unanimu dwar l-artikolu li jittratta l-unions għaliex wara li rajna l-liġi flimkien ġejna assigurati mill-Ministru Gonzi li fi klawsoli oħra hemm provdut dak kollu li kellna dubju dwaru, pero' rigward l-artikolu li jittratta l-insurance, assolutament li s'issa m'hemm l-ebda qbil.", "Qed ngħid dan biex inkunu ċari ħalli ma niġux miżinterpretati.", "IĊ-CHAIRPERSON: M'għedtx li hemm qbil.", "Kulma għedt jiena huwa li dan l-artikolu ġie diskuss.", "M'għedtx, bħalma għedt fil-każ ta' l-artikolu li jittratta l-unions, li hemm qbil.", "MARTHESE MUGLIETTE (Public Relations Officer, Down Syndrome Association): Aħna nħossu li s-subartikolu (3) ta' l-artikolu 11, jista' jiġi mċaħħad id-dritt ta' edukazzjoni lit-tfal b'diżabilita'.", "Aħna nafu li kulħadd għandu dritt għall-edukazzjoni pero' nħossu li dan is-subartikolu jista' jċaħħad id-dritt ta' l-edukazzjoni lil dawn it-tfal u allura nixtiequ li jiġi mħassar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri intom hekk taħsbu?", "MARTHESE MUGLIETTE: Iva, aħna nippreferu li dan il-paragrafu jitneħħa.", "Nixtieq inżid xi ħaġa dwar is-superseding clause.", "Aħna nixtiequ li s-superseding clause jibqa', pero' jekk se jitneħħa, nixtiequ li l-gvern jintrabat li fi żmien sena jirrevedi dawk il-liġijiet li jistgħu jiġu interpretati bħala liġijiet li jmorru kontra persuni b'diżabilita'.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma inti fhimt dak li qal l-Attorney General li skond il-prinċipju tal-liġi Maltija ...", "Ħa nipprova ngħidlek x'fhimt jiena.", "(Interruzzjonijiet)", "EVARIST BARTOLO: Kien żbaljat fuq liġijiet oħra u jista' jkun ukoll żbaljat fuq din.", "Ma noqogħdux ninfluwenzaw lil min ġie jitkellem hawnhekk li għax tkellem l-attorney general tkellem alla.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed tagħti l-interpretazzjoni tiegħek.", "Jien qed nistaqsiha jekk minn fejn kienet bil-qiegħda, setgħetx tifhem dak li kien qiegħed jingħad.", "EVARIST BARTOLO: Bir-rispett kollu, Onor. D'Amato, meta jiġi xi ħadd hawnhekk jitkellem quddiemna, kull darba qed tistaqsih: \"Fhemtu x'qal l-attorney general?\" ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bartolo, darba staqsejtha.", "EVARIST BARTOLO: Staqsejtha darbtejn mill-anqas.", "L-ewwel bdejt billi tajtha rendikont ta' x'kitbu fl-ittra tagħhom u mbagħad, meta ġejt għas-superseding clause, għedtilha: Naturalment smajt x'qal l-Attorney General, allura m'hemmx x'niddiskutu iżjed.", "Aħna ma naqblux li m'hemmx x'niddiskutu iżjed.", "MARTHESE MUGLIETTE: Jiena smajt dak li ntqal dwar is-superseding clause pero' jiena xorta nibqa' ngħid li jekk is-subartikolu (3) ta' l-artikolu dwar l-edukazzjoni jibqa' … Aħna ġieli ġbidna l-attenzjoni u qalulna li hemm bżonn tiġi emendata l-Education Act imma jekk tiddaħħal is-superseding clause, m'hemmx bżonn tiġi emendata l-Education Act.", "Aħna nħossu li għandna naraw li kemm jista' jkun din il-liġi tiġi pinna - naturalment qatt ma tista' tkun perfetta imma almenu tkun liġi kemm jista' jkun sewwa - ħalli verament kulħadd ikollu opportunitajiet indaqs u b'hekk ma jkunx hemm bżonn immissu liġijiet oħra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tixtieq iżżid xi ħaġ'oħra, jekk jogħġbok?", "MARTHESE MUGLIETTE: Naħseb kont ċara biżżejjed.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Insejjaħ issa lir-rappreżentanta tal-Moviment Favur id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilita'.", "Fl-ittra tagħkom, intom ukoll tkellimtu dwar l-Education Act.", "GRACE ZERAFA (Moviment Favur id-Drittijet ta' Persuni b'Diżabilita'): Aħna wkoll bħala moviment nixtiequ li s-subartikolu (3) ta' l-artikolu 11 jitneħħa.", "Ma naqblux ma' dan il-paragrafu għax inħossu li kif inhu miktub, jista' jċaħħad id-dritt ta' edukazzjoni lil persuni b'diżabilita'.", "Kif fhemniha aħna, inħossu li jekk per eżempju d-dipartiment ta' l-edukazzjoni ma jkollux facilitators biżżejjed, se jiċċaħħad id-dritt għall-edukazzjoni lit-tfal b'diżabilita'.", "Għalhekk aħna nixtiequ li dan is-subartikolu jew jiġi rranġat jew inkella jitneħħa.", "Aħna nħossu li persuna b'diżabilita' hija ċittadina daqs persuna normali u għandu jkollha l-istess drittijiet li għandu ħaddieħor u ħadd m'għandu jiċħdilha d-drittijiet tagħha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "EVARIST BARTOLO: Jien qed nipprova nifhem x'inhu t-tħassib tagħkom u ta' għaqdiet oħra li esprimew dan l-istess tħassib.", "Taħseb li kif inhu miktub l-artikolu s-settur privat u s-settur statali jistgħu joħorġu mir-responsabbilita' tagħhom li jipprovdu edukazzjoni?", "GRACE ZERAFA: Iva, għax kif inhu miktub fl-abbozz ta' liġi, qiegħed jiġi miftiehem li jekk istituzzjoni m'għandhiex il-faċilitajiet jew il-mezzi, persuna b'diżabilita' tista' tiġi rifjutata milli tidħol f'dik l-istituzzjoni.", "Għaldaqstant aħna nħossu li hemm diskriminazzjoni għax l-ebda persuna b'diżabilita' m'għandha tiġi miċħuda d-dritt ta' l-edukazzjoni.", "Aħna nħossu li kull istituzzjoni jew skola privata għandha l-obbligu li tipprovdi l-edukazzjoni lil kull persuna b'diżabilita'.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nistieden issa lir-rappreżentanti ta' l-għaqda Disabled by Accident.", "Fl-ittra tagħkom, barra affarijiet li m'għandhomx x'jaqsmu b'mod dirett ma' din il-liġi, intom ukoll tkellimtu dwar il-qasam ta' l-edukazzjoni.", "IS-SUR PHILIP AGIUS (Direttur, Disabled by Accident): Jiena wieħed mit-tliet diretturi ta' l-għaqda Disabled by Accident.", "L-għaqda tagħna tieħu ħsieb l-interessi ta' dawk li jkorru f'inċidenti tat-traffiku jew li jweġġgħu fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Peress li fil-preżent iż-żewġ diretturi l-oħra jinsabu msiefrin, ma kellniex ċans niltaqgħu flimkien ħalli niddiskutu l-aspetti ta' din il-liġi, pero' ressaqna lmenti li nixtiequ li l-kumitat jikkonsidra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma tixtieqx iżżid xi ħaġa oħra dwar l-edukazzjoni?", "IS-SUR PHILIP AGIUS: Għalissa le.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Preżenti magħna hawn erba' min-nies li ġejjin mill-qasam edukattiv u nixtieq nistiedinhom jingħaqdu magħna sabiex insaqsihom iridux jgħaddu xi kummenti dwar dak li semgħu hawnhekk b'mod partikolari b'riferenza għas-subartikolu (3) ta' l-artikolu 11.", "IS-SUR PAUL ATTARD (Direttur, Servizzi għall-Istudenti u Relazzjoni Internazzjonali, Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni).", "L-area li naħdem fiha jien tkopri l-ispecial education u l-inclusive education.", "Ma nafx jekk hemmx xi mistoqsijiet li wieħed jixtieq jagħmel biex nikkjarifikaw xi punti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien nixtieqkom tagħtu l-opinjoni tagħkom dwar is-subartikolu (3) ta' l-artikolu 11.", "IS-SUR CHARLES MIZZI (Direttur Ġenerali, Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni): Il-filosofija tad-diviżjoni hija definittivament li kemm jista' jkun lit-tfal bi bżonnijiet speċjali nipprovdulhom is-servizz li jixirqilhom u kemm jista' jkun nipprovdulhom kulma għandhom bżonn, pero' jekk il-liġi ma jkollhiex is-salvagwardja li qed tidher hawnhekk, nistgħu niġu f'sitwazzjoni li dakinhar li tgħaddi l-liġi nkunu rridu nlaħħqu ma' ħafna affarijiet f'daqqa li ovvjament mhux bilfors inkunu nistgħu noffruhom immedjatament li tgħaddi din il-liġi.", "Bħalma tafu, diġa' qed nimpjegaw nies li jenħtieġu jkunu ma' dawn it-tfal u minn sena għall-oħra, qegħdin dejjem nonfqu aktar biex nagħmlu l-bini tagħna aktar aċċessibbli għal dawn it-tfal.", "Naturalment ħadd ma jista' jippretendi li l-għada li tgħaddi l-liġi se nkunu f'pożizzjoni fejn kollox ikun f'postu.", "Jista' jkun li dan l-artikolu qiegħed proprju biex jgħinna fil-perijodu ta' transizzjoni sakemm nilħqu l-għanijiet tagħna.", "L-affarijiet iridu jintlaħqu pass wara ieħor, pero' fl-istess waqt, il-pass mhux se jkun wieħed bil-mod għax l-għan tagħna lkoll huwa li din il-liġi tirnexxi.", "Anke l-istess kurrikulu qed jgħid li l-edukazzjoni trid tkun waħda inklużiva u dan l-artikolu qed jagħtina dak in-nifs biex dan il-għan jintlaħaq.", "Naħseb li l-għaqdiet li ġew jitkellmu hawnhekk, għandhom jippruvaw jifhmu li l-ispirtu ta' dan l-artikolu huwa f'dan is-sens.", "IS-SUR PAUL ATTARD: Naħseb tajjeb wieħed jiftakar li filwaqt li fl-iskejjel speċjali għandna l-maġġoranza tar-riżorsi neċessarji biex jingħataw is-servizzi speċjali, bl-inklużjoni li ovvjament aħna favur tagħha u qed nagħmlu kemm nistgħu biex ninkludu lil kulħadd fil-mainstream, m'huwiex possibbli li fi żmien qasir jiġi provdut dak kollu neċessarju fl-istituzzjonijiet edukattivi kollha.", "Ġieli kellna diffikulta' biex nagħtu servizzi kompleti, kif nixtiequ aħna, fis-sitt skejjel speċjali li għandna u allura rridu niftakru li l-inklużjoni tfisser li aħna rridu nagħtu servizz f'madwar 140 istituzzjoni edukattiva f'Malta.", "Issa jien qed nirriferi biss għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-Istat għax naħseb li din il-klawsola tirreferi wkoll għal skejjel tal-knisja jew privati li forsi ma jkunux f'pożizzjoni li jipprovdu s-servizzi u l-faċilitajiet neċessarji skond il-bżonnijiet ta' l-individwu.", "L-intenzjoni tad-diviżjoni u tal-ministeru hija li kemm jista' jkun malajr, nipprovdu l-faċilitajiet u s-servizzi kollha neċessarji, imma naħseb kulħadd japprezza li l-affarijiet ma jsirux mil-lum għal għada.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jien m'għandix dubju mill-ispirtu ġenwin tagħkom, pero' ċertu fatti li naraw madwarna jirriflettu mod ieħor.", "Jien naf b'każ, kumbinazzjoni għandi l-ittra hawnhekk, ta' tifla ta' tliet snin u nofs mir-Rabat Għawdex fejn il-ġenituri tagħha qed jiltaqgħu ma' ħafna diffikultajiet ma' l-awtoritajiet ta' l-iskola u dan meta għadha m'għaddietx din il-liġi u dan l-artikolu li jagħmilha aktar faċli biex xi ħadd jiġi miċħud milli jinżamm fi skola.", "Peress li din it-tifla ta' tliet snin u nofs tinsab f'wheelchair, ma tistax tidħol f'ċerti postijiet ta' l-iskola u allura l-ġenituri offrew li jagħmlu xi xogħlijiet huma, bħalma huma rampi, imma imbagħad inqalet id-diffikulta' kif se jidħlu fit-toilet ma' din it-tifla u l-ġenituri reġgħu offrew li jħallsu l-ispejjeż huma għax-xogħlijiet neċessarji u saħansitra anke ordnaw siġġu partikolari għaliha, pero' xorta waħda baqgħu jsemmulhom diffikultajiet oħra u spiċċaw biex lit-tifla kellhom jibagħtuha fl-iskola tax-Xewkija.", "Din l-omm ħadet lit-tifla fl-iskola tax-Xewkija, minkejja l-fatt li kellha tidħol għal tbatijiet żejda ta' skariċċ mir-Rabat għax-Xewkija kuljum, u hemmhekk qamet il-problema tal-facilitator.", "Lill-ġenituri qalulhom biex jieħdu lit-tifla l-iskola tas-Sannat, imma din it-tifla m'hijiex disabled kif inhuma t-tfal li jmorru fl-ispecial school tas-Sannat bir-riżultat li din it-tifla spiċċat biex damet ma tmur skola għal xhur sħaħ, u dan seħħ meta għad m'hemm xejn miktub iswed fuq l-abjad li istituzzjoni edukattiva li m'għandhiex faċilita' jew mezzi x'toffri għal każ partikolari, tista' tiċħad lil xi ħadd milli jidħol f'dik l-istituzzjoni.", "Jien qed insemmi dan il-każ apposta għax la dawn l-affarijiet diġa' ġraw, fil-futur se jkun aktar faċli biex ikomplu jiġru.", "Malli jkollna liġi li twaddab iswed fuq l-abjad li istituzzjoni edukattiva tista' tgħid: ''Le, jien m'għandix il-faċilita' jew mezzi għal dik it-tifla partikolari\", se tkun iktar faċli biex tfal ma jiġux aċċettati fi skola.", "Malli tgħaddi din il-liġi, ħadd ma jkun jista' jfittex redress għax tkun qiegħda fil-liġi u jiġi kkwotat is-subartikolu (3) ta' l-artikolu 11.", "Fl-opinjoni tiegħi hemm bżonn li dan il-punt jiġi kkonsidrat f'aktar dettall jekk verament irridu nwettqu dak li qed ngħidu b'inclusive education.", "Jien m'għandi l-ebda dubju dwar l-ispirtu ġenwin tagħkom imma l-fatti qed juru mod ieħor.", "IS-SUR PAUL ATTARD: It-tifla li qed issemmi għadha m'hijiex fl-eta' ta' l-edukazzjoni obbligatorja, għalkemm xorta għandna nipprovdu għaliha.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Qiegħda fil-kindergarten.", "IS-SUR PAUL ATTARD: M'hijiex obbligatorja.", "Dan il-każ jien ma nafux.", "(Interruzzjonijiet) Naturalment mhux qed ngħid li ma jeżistix, imma qed ngħid li aħna ma nafux b'dan il-każ.", "Forsi l-iskola tar-Rabat hija waħda mill-iskejjel li proprju tiġġustifika l-eżistenza ta' subartikolu bħal dan f'din il-liġi.", "Din l-iskola hija waħda mill-iskejjel l-aktar antiki li għandna u allura m'hijiex daqshekk faċli li ssir aċċessibbli, pero' kif qalet l-Onor.", "Coleiro stess, it-tifla ġiet offruta tmur fi skola oħra, jiġifieri ngħatat alternattiva.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Fil-fatt, wara li ntbagħtet fit-tieni skola, reġgħet intbagħtet fi skola f'lokalita' oħra, jiġifieri kull darba ...", "IS-SUR CHARLES MIZZI: Pero' Onorevoli, naħseb li aħjar naraw l-affarijiet f'kontest iktar wiesa'.", "Fil-kumitat ministerjali dwar l-edukazzjoni inklużiva, din il-problema nqalgħet kemm meta kien responsabbli minnu l-Onor.", "Bartolo, u kemm issa li hu responsabbli minnu l-Onor.", "Ejja ma narawx każ speċifiku imma nħarsu lejn l-affarijiet minn aspett aktar wiesa'.", "Għal ċertu tip ta' diżabilita', jista' jkun hemm bżonn ta' resource rooms u allura flok ma tgħid li f'kull skola għandu jkun hemm tip ta' kmamar - din għadha m'hijiex deċiża - tista' taqbad it-tfal li għandhom ċertu diżabilita' u li jkunu ġejjin minn ċertu area, u tibgħatahom fi skola li jkollha dawn ir-resource rooms.", "Dan irid jiġi kkonsidrat anke minħabba r-riżorsi li għandu l-pajjiż.", "Jekk fil-liġi ma jkunx hemm artikolu bħal dan li qed niddiskutu, nistgħu niġu f'sitwazzjoni diffiċli ferm.", "Apparti t-tifla li qed issemmi inti li għandha diżabilita' fiżika, u allura rridu naraw l-aċċessibbilta' ta' bini antik eċċ., irridu noqogħdu attenti minn affarijiet oħra.", "Aħna stess meta konna qed nippruvaw naraw x'inhu prattikabbli biex verament naqdu lil dawn it-tfal, rajna li hawn diżabilitajiet li jista' jkollhom bżonn riżorsi li m'humiex faċli tagħmilhom available fil-140 skola li għandna.", "Bir-riżorsi li għandu l-pajjiż, nistgħu naslu fil-konklużjoni li jkollna ngħidu li tfal b'ċertu diżabilita' jkollhom jintbagħtu fit-tali skola li jkollha resource room adattata għal dik id-diżabilita'.", "Importanti li fil-liġi jkun hawn klawsola bħal din.", "Biex l-edukazzjoni inklużiva verament tkun suċċess, jenħtieġ li jkun hemm ċertu safeguards.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jien ma jkollix problema kieku l-faċilitajiet jingħataw minn x'imkien ċentrali jekk dak huwa l-uniku mod ta' kif wieħed jista' jasal, pero' mbagħad tqum il-mistoqsija jekk dawn it-tip ta' faċilitajiet humiex se jkunu replikati f'Għawdex, per eżempju.", "Jekk din se tkun is-soluzzjoni biex nassiguraw edukazzjoni lil tfal bi bżonnijiet speċjali, all right, imma s-soluzzjoni li pprovaw isibu għal din it-tifla f'Għawdex, kienet li tintbagħat ma' tfal b'abbilitajiet differenti minn tagħha bir-riżultat li ma setgħatx tiffittja ma' dak il-grupp ta' tfal.", "IS-SUR PAUL ATTARD: L-iskola speċjali ta' Sannat hija parti integrali mill-iskola primarja, allura l-faċilitajiet li jipprovdu edukazzjoni lit-tfal bi bżonnijiet speċjali, huma fl-istess kumpless, jinsabu fl-istess bini ta' l-iskola primarja tas-Sannat, u allura sa ċertu punt, it-tifla tkun tista' tipparteċipa mat-tfal l-oħra fil-mainstream.", "Apparti mill-fatt li ma rridux nagħtu l-impressjoni li l-iskejjel speċjali ma jistax ikollhom ukoll skop li jikkontribwixxu fl-edukazzjoni ta' tfal bi bżonnijiet speċjali, aħna, filwaqt li qed nagħmlu minn kollox biex ninkludu t-tfal bi bżonnijiet differenti fil-mainstream, qegħdin inżommu u ngħollu l-istandards ta' l-iskejjel speċjali.", "Per eżempju dan is-sajf għamilna proġett fejn tejjibna ħafna u żidna b'mod sostanzjali ħafna l-faċilitajiet u r-riżorsi li għandna fl-iskola San Miguel f'St. Andrews fejn fiha jmorru wħud mit-tfal b'diżabilitajiet serji ħafna.", "Aħna nqisu li la darba dawn it-tfal jenħtieġu jmorru fi skola speċjali minħabba t-tip ta' diżabilita' li għandhom, hemmhekk għandhom ikollhom l-aħjar servizz.", "Nittamaw li eventwalment dawn l-iskejjel speċjali jsiru iktar bħala education resource centres li mhux biss jikkejterjaw għat-tfal li huma xi ftit jew wisq residenti hemmhekk, imma jikkejterjaw ukoll għall-bżonnijiet ta' tfal oħra li qegħdin fil-mainstream u li jkollhom bżonn xi forma ta' terapija għal ftit taż-żmien, per eżempju, darba jew darbtejn fil-ġimgħa.", "Fl-iskola tal-Qrendi għandna kamra li hija attrezzata għal dawk li għandhom hearing impairment.", "Din il-kamra qamet eluf kbar ta' liri biex issir u naturalment mhux possibbli li jkollna kmamar bħal dawn f'numru kbir ta' skejjel.", "Aħna ngħidu li jekk kemm-il darba hemm tfal li qegħdin fil-mainstream iżda li għandhom hearing impairment u għandhom bżonn jużaw dawk il-faċilitajiet għal żmien limitat, għal ġurnata jew ftit sigħat fil-ġimgħa, għandhom imorru hemmhekk u jużaw il-faċilitajiet li diġa' jeżistu.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiġifieri jekk qed nifhem tajjeb, permezz ta' dan is-subartikolu intom qed tagħtu garanzija li jekk istituzzjoni edukattiva partikolari m'għandhiex faċilitajiet għal każ partikolari, id-dipartiment ta' l-edukazzjoni se jsib istituzzjoni oħra li għandha l-faċilita' li tipprovdi għall-bżonnijiet ta' dak il-każ partikolari.", "Qed nifhem tajjeb?", "IS-SUR PAUL ATTARD: Naturalment qed ngħidu hekk, fil-limitazzjonijiet li aħna jista' jkollna.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiġifieri m'hemmx assigurazzjoni.", "IS-SUR PAUL ATTARD: Li nista' ngħid huwa dan.", "Biex tagħmel aċċessibbilta' kompleta f'140 skola ...", "MARIE LOUISE COLEIRO: Le, mhux hekk qed ngħid jien.", "Intom qed tassigurawna li jekk istituzzjoni edukattiva partikolari tgħid li m'għandhiex il-faċilitajiet u l-mezzi, l-edukazzjoni ta' dik it-tifla jew tifel tingħata minn xi skola oħra li jkollha l-faċilitajiet neċessarji.", "Naturalment mhux se tagħmel multi-sensory room fl-iskejjel ta' Malta kollha iżda tara li kull min għandu bżonn jagħmel użu minn dik il-faċilita', jintbagħat hemmhekk.", "Jiġifieri jekk skola partikolari m'għandhiex ċertu faċilitajiet, id-dipartiment se jassigura li t-tifel jew tifla se tintbagħat fi skola oħra li għandha l-faċilitajiet meħtieġa.", "IS-SUR PAUL ATTARD: Aħna ngħidu li r-riżorsi kollha li għandna, huma fejn huma, għandhom jiġu utilizzati kemm jista' jkun fl-aħjar interess ta' tfal li għandhom diżabilita' partikolari u allura għandhom bżonn dik il-faċilita' jew inkella dak is-servizz.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiġifieri d-dipartiment qed jagħtiha l-assigurazzjoni li t-tfal kollha ....", "IS-SUR CHARLES MIZZI: Onor. Coleiro, il-liġi dwar l-edukazzjoni torbot li aħna rridu nipprovdu edukazzjoni lil kull tifel u tifla Maltija li hija bejn l-eta' ta' ħames snin u 11-il sena.", "L-edukazzjoni trid tiġi pprovduta.", "Barra minn hekk, aħna qed nagħmlu eżerċizzju ieħor li se nitkellmu dwaru iktar 'il quddiem, fejn permezz tiegħu qed niċċekkjaw dawk it-tfal li twieldu ħames snin ilu u li nkitbu fl-iskejjel biex naraw jekk qabżilniex xi ħadd u fil-fatt sibna każ wieħed ta' tifel b'diżabilita'.", "Ommu kienet se tipprova ma tibagħtux l-iskola u aħna kkonvinċejniha li għandna faċilita' biex ngħinuh.", "Aħna nħossu d-dover li kull tifel u tifla jidħlu fis-sistema, imma naturalment l-impossibbli ma tistax tagħmlu fil-pront.", "Per eżempju aħna nfittxu li ndaħħlu facilitators, imma ma nsibux min jixtieq jidħol, jiġifieri l-problema m'hijiex biss waħda ta' flus.", "Ġieli rċevejna lmenti li xi facilitators ma jkunux mħarrġa biżżejjed.", "Bħalma tafu, ħdimna biex isir il-kors ta' taħriġ imma bħalma għedt, kultant l-impossibbli ma tkunx tista' tagħmlu minkejja li ċertu affarijiet ikunu miktuba black on white.", "Li qed jingħad hawnhekk huwa biss salvagwardja biex ma niġux fi stat redikolu li ngħidu li l-affarijiet bilfors iridu jkunu hemm mil-lum għal għada, pero' iva, nagħtu assigurazzjoni li fejn hu possibbli, jingħataw u meta m'aħniex qed naslu huwa għax ma nkunux nistgħu naslu mil-lum għal għada, imma naturalment, dawn it-tfal għandhom id-dritt tagħhom.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mela f'dan il-każ, dan is-subartikolu jista' jiġi emendat fis-sens li qed tgħidu intom.", "Ovvjament ħadd ma jippretendi li l-impossibbli jsir mil-lum għal għada, imma importanti li nippjanaw minn qabel għal ċertu affarijiet.", "Per eżempju jekk m'hemmx facilitators biżżejjed, wieħed jista' jibda jippjana biex f'sena, sentejn żmien, ikollna facilitators biżżejjed.", "Kellna żmenijiet fejn lanqas teachers ma kellna biżżejjed u llum għandna teachers aktar milli għandna bżonn.", "Forsi nistgħu nemendaw dan is-subartikolu b'mod li nserrħu ras il-ġenituri u b'mod li fl-istess waqt il-liġi tkun ftit diligent, biex ngħidu hekk, mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni li jippjana ħalli jkun hemm il-mezzi u l-faċilitajiet meħtieġa.", "KARL CHIRCOP: Nixtieq inżid xi ħaġa ma' dak li qalet l-Onor.", "Filwaqt li aħna qed nipprovaw nintroduċu edukazzjoni inklużiva, ma jidhrilkomx li dan is-subartikolu huwa xi ftit esklużiv?", "Anke l-kliem li qed jintuża huwa ftit iebes.", "Naħseb li jista' jiġi modifikat biex kif qalet l-Onor.", "Coleiro nagħtu garanzija li kull tifel u tifla b'diżabilita' partikolari ser jintlaħqu u l-gvern jintrabat li jirranġalhom biex imorru fi skola fejn ikun hemm il-faċilitajiet li għandhom bżonn.", "Forsi biex inkunu iktar effiċjenti nistgħu naħsbu biex naqsmu lil pajjiżna f'reġjuni, imma b'dan is-subartikolu qegħdin naqtgħu linja dritta.", "Jien nifhem id-diffikultajiet, inkluż dawk finanzjarji, li jista' jkun hemm, imma biex nissalvagwardjaw l-interessi tagħna, qegħdin inkunu esklużivi wisq b'dan is-subartikolu meta qed ngħidu li addirittura l-awtorita' nvoluta tista' tiċħad jew tonqos milli tħalli li jsir id-dħul ta' studenta f'dik l-iskola.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ippermettuli ftit nagħmel intervent.", "Naħseb irid ikollna ċar quddiemna l-proċedura li qed nipprovaw nadottaw.", "Aħna qegħdin fl-istadju fejn rappreżentanti ta' l-għaqdiet suppost jagħtuna l-kummenti tagħhom ħalli mbagħad dan il-kumitat jaqbad l-erba' issues li qamu waqt id-dibattitu fl-istadju ta' Tieni Qari fil-Parlament u naraw kif nistgħu nirriżolvu l-punti ta' disgwid, jew ta' nuqqas ta' qbil, li tqajmu waqt id-dibattitu li diġa' kellna.", "Qed nissorprendi ftit ruħi li qbadna fuq klawsola li fil-verita' hija l-istess kif kienet fl-abbozz ta' l-Amministrazzjoni preċedenti.", "Din l-istess klawsola ilha teżisti żmien, pero' ma rridx nidħol f'dan il-meritu għax jien jidhirli li issa l-membri ta' dan il-kumitat għandhom jiddiskutu s-sezzjoni ta' l-edukazzjoni - għax s'issa għadna ma ddiskutejnihiex - u forsi nagħmlu bħalma għamilna d-darba l-oħra fejn nagħtu ċans lil min qajjem id-diffikulta' fit-Tieni Qari jispjega ftit iżjed id-diffikulta' u niddiskutu u niddibattu flimkien.", "Ma naħsibx li f'dan l-istadju għandna niddibattu l-issue mar-rappreżentanti tad-dipartiment jew ma' għaqdiet partikolari.", "Naħseb li l-ewwel irid isir il-punt u nieħdu nota ta' dak il-punt, u mbagħad nikkonsidrawh u nagħtuh il-piż tiegħu waqt id-dibattitu li rridu nagħmlu bejnietna.", "F'dan l-istadju, sa hawnhekk nistgħu naslu, imbagħad bħala kumitat nitkellmu bejnietna ħalli niċċaraw ftit id-diffikultajiet li tqajmu fl-istadju ta' Tieni Qari.", "Hekk suppost li hi l-proċedura li qed nadottaw u mhux nidħlu f'dibattitu mar-rappreżentanti tad-dipartiment.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Imma jistgħu jiggwidawna u jgħidulna x'hemm in the foreseeable future biex aħna nkunu nafu eżattament x'hemm maħsub għall-futur.", "LAWRENCE GONZI: Kollox sew, imma jien għandi ħafna x'inwieġeb u mhux l-idea tiegħi li niddibatti mar-rappreżentanti ta' għaqdiet.", "Naturalment nieħu nota tar-rakkmandazzjonijiet u tal-preokkupazzjonijiet tagħhom, u fejn hu possibbli li niċċaraw, niċċarawh u fejn hu possibbli li nwieġbu, inwieġbu u jekk hemm bżonn li nirranġaw xi ħaġa, nirranġawha, imma daqshekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien xtaqt nisma' l-opinjoni tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni proprju biex naraw x'inhu l-animu tad-dipartiment dwar din il-klawsola.", "IS-SUR CHARLES MIZZI: Forsi nista' nerġa' nagħmel il-pożizzjoni tagħna ċara.", "LAWRENCE GONZI: Jien fhimt li dan il-punt partikolari kien miftiehem bejn gvernijiet differenti minn kemm ilu li nbeda x-xogħol fuq l-abbozz ta' liġi, jiġifieri madwar disa' snin ilu.", "Din il-klawsola dejjem hemm kienet u qatt ma qamet diffikulta' dwarha.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Naħseb li anke dan il-punt irridu niċċarawh.", "L-abbozz ta' liġi li kien hemm meta Prof. Edwin Grech kien responsabbli minn dan il-qasam, qatt ma ġie diskuss, jiġifieri.....", "LAWRENCE GONZI: X'jiġifieri qatt ma ġie diskuss?", "MARIE LOUISE COLEIRO: Ma kienx ġie diskuss fil-Parlament; ma kienx ġie diskuss fi stadju ta' Tieni Qari.", "LAWRENCE GONZI: Fil-Parlament, le, imma saru serje ta' diskussjonijiet.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Kieku kellu jkun hemm id-dubji, kienu jitqajmu f'dak l-istadju, imma dik il-fażi ma saritx u allura ma rridux noqogħdu ngħidu li hemm qbil.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naħseb li r-rappreżentanti tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni għamlu ċara l-pożizzjoni tad-dipartiment dwar din il-klawsola partikolari.", "Hawnhekk mhux se niddiskutu kif se jaħdem id-dipartiment, forsi dak nistgħu niddiskutuh jekk inkunu qed niddiskutu affarijiet li jikkonċernaw direttament l-edukazzjoni.", "Naħseb li issa nistgħu niftħu d-diskussjoni dwar din il-klawsola, bejnietna, l-membri ta' dan il-kumitat u forsi inti, Onor. Coleiro, tista' tgħidilna x'tixtieq tissuġġerixxi.", "Semmejt li din il-klawsola tista' tiġi reworded.", "LAWRENCE GONZI: Aħna qed nagħmlu strapp għall-proċedura normali tal-Parlament.", "Din hi l-ewwel darba li ddeċidejna li wara li liġi tiġi diskussa u approvata fl-istadju ta' Tieni Qari, minflok ma jibda l-istadju tal-kumitat fil-Parlament kollu, niġu f'dan il-kumitat biex jiġu kkjarifikati l-punti li ssemmew fit-Tieni Qari li donnhom qajmu l-bżonn ta' kjarifiċi ulterjuri.", "Dak kien l-iskop li qed niltaqgħu.", "Nerġa' ngħid, l-abbozz li għandna llum, huwa frott ta' snin twal ta' konsultazzjonijiet u diskussjonijiet ma' l-għaqdiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal-qasam ta' persuni b'diżabilita' f'pajjiżna, taħt żewġ gvernijiet, u allura ma nistgħux immorru lura u nerġgħu niftħu d-dibattitu mill-ġdid.", "KARL CHIRCOP: Aħna ma rridux immorru lura, imma waqt li l-abbozz kien qed jiġi diskuss fl-istadju ta' Tieni Qari, beda jidħlilna ċertu feedback minn għaqdiet li kienu mħassba dwar ċerti klawsoli u kif jaf kulħadd, kienu dawn l-erba' oqsma li qed niddiskutu hawnhekk.", "(Interruzzjonijiet) Aħna ma rridux intawlu u ndawru l-arloġġ lura.", "Kulma rridu huwa li jekk se nagħmlu xi ħaġa, nagħmluha tajba mill-ewwel.", "LAWRENCE GONZI: Jien nixtieq li nidħlu fiha ħalli niċċaraw il-pożizzjoni darba għal dejjem.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bartolo, xtaqt tagħmel xi mistoqsija?", "EVARIST BARTOLO: Peress li fuqkom hemm il-piż li tamministraw u timplimentaw dak li jiġi leġislat, huwa importanti li l-lawmaker ikun jaf x'inhuma l-implikazzjonijiet prattiċi ta' dak li qed nilleġislaw.", "Jekk qed nifhem tajjeb, il-fatturi ewlenin li jinkwetaw lill-amministraturi huma l-bżonn li jkollok nies imħarrġa, li jkollok il-bini aċċessibbli u li jkollok budget li jagħmel tajjeb għal dan.", "Qed ngħid hekk għaliex jien nemmen li l-ikbar problema m'hijiex problema ta' amministrazzjoni pubblika, minkejja li ċertament għad għandna ċertu problemi.", "Li jinkwetani hu li kif inhi l-klawsola, speċjalment fil-każ ta' l-iskejjel tal-knisja u ta' l-iskejjel privati, … Naf li diġa' nżammu diskussjonijiet dwar dan l-abbozz, jiġifieri naqbel mal-Ministru Gonzi li din m'hijiex diskussjoni tal-bieraħ jew tal-bieraħt lura, imma l-ġenituri huma mħassba u t-tħassib tagħhom dwar din il-klawsola kienu esprimewh anke fid-diskussjoni li kellna Santa Venera xi sentejn u nofs ilu.", "Huma mħassba li din il-klawsola tista' tiġi wżata.", "Din il-klawsola sserraħ ras min ma jridx jonora l-obbligi li l-liġi tpoġġi fuqu.", "Jien waslitli li hemm amministraturi li moħħhom mistrieħ li din il-klawsola m'hijiex qed tpoġġi fuqhom dak l-onus li l-amministrazzjoni pubblika trid tipprovdi.", "Nifhimha li hemm differenza bejnkom u s-settur tal-knisja u dak privat.", "Dak li qed nifhem żgur ukoll, hu li l-kwestjoni tal-parental choice li nsibu fil-liġi dwar l-edukazzjoni ta' l-1988, qed ngħidulha bye, bye.", "Irridu nkunu konxji li din il-klawsola hekk tfisser.", "M'iniex qed nidħol fil-mertu għaliex niftakar li aħna konna ddiskutejna l-bżonn li jkollok areas differenti tal-pajjiż - iċ-ċirkostanzi u r-riżorsi hekk jippermettu - li jispeċjalizzaw f'ċertu diżabilitajiet, per eżempju, f'autism.", "Dak iż-żmien kien hemm nies fil-kummissjoni li kienu wrew ċertu preokkupazzjoni dwar dik l-approach, ma nafx jekk għadhomx ta' l-istess opinjoni, pero' llum mhux dan qed niddiskutu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nixtieqkom tibqgħu fuq il-klawsola.", "Jiġifieri it is not subject to the insitution għaliex fl-aħħar mill-aħħar, l-individwu jista' jitlob lill-kummissjoni jew lill-qorti tagħti ruling dwar id-deċiżjoni li tkun ittieħdet.", "(Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzja lir-rappreżentanti tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għall-parteċipazzjoni tagħhom u issa li smajna x'jaħseb kulħadd dwar din il-klawsola, niftħu d-diskussjoni madwar din il-mejda.", "LAWRENCE GONZI: Xtaqt nagħmel introduzzjoni qasira għall-artikolu dwar l-edukazzjoni u nibda billi nirripeti xi ħaġa li diġa' għedt f'dan il-kumitat.", "Din il-liġi, kollha kemm hi, kellha mudell.", "Ippruvajna ma nivvintawx ir-rota mill-ġdid għaliex mill-bidunett konna nafu li qed nittrattaw suġġett sensittiv u delikat ħafna li se jkollu impatt kbir u pożittiv fuq il-persuni b'diżabilita' u fuq is-soċjeta' Maltija u li jista' jkollu wkoll impatt ekonomiku fuq is-soċjeta' Maltija.", "Naturalment int ma tagħmilx liġi bħal din li tindirizza l-kwestjoni tad-diskriminazzjoni fil-pajjiż jekk b'saqajk ma' l-art ma tirrealizzax li din hija sfida kbira.", "Allura ridna li dak li noħroġu u nipproponu, ikun riżultat ta' żewġ affarijiet.", "Ridna li l-ewwel ikun riżultat ta' konsultazzjoni wiesgħa u mifruxa kemm jista' jkun biex ikunu l-persuni b'diżabilita', jew il-familji tagħhom, li jindikawlna l-oqsma prinċipali fejn huma jħossu li jista' jkun hemm element ta' diskriminazzjoni.", "Allura kien hemm proċess ta' konsultazzjoni wiesgħa u kontinwu u tul firxa ta' snin, pero' ridna wkoll mudell, u fl-introduzzjoni li kont għamilt għal din il-liġi fil-Parlament, kont spjegajt lill-Membri li aħna kellna tliet liġijiet li ggwidawna biex noħorġu dan l-abbozz, iżda ddeċidejna li liġi waħda kellha tkun il-mudell.", "Kont ipprovdejt lill-Membri tal-Kamra kopji ta' dawn il-liġijiet u kont għedt li aħna kellna quddiemna l-liġi Amerikana dwar persuna b'diżabilita', kellna abbozz ta' liġi dwar drittijiet ċivili għal persuni b'diżabilita' li f'dak il-mument, fl-1993-1994, kien għadu ma għaddhiex mill-Parlament Ingliż - eventwalment dan l-abbozz sar liġi fl-1995 - u kellna wkoll il-liġi ta' l-Awstralja, id-Disability Act ta' l-1992.", "Kopji ta' dawn il-liġijiet kont poġġejthom fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli jkunu available għal kulħadd.", "Għedt ukoll li wara ċertu ħsieb, użajna l-mudell Awstraljan.", "Bnejna ħafna fuq il-mudell Awstraljan.", "Jekk wieħed jieħu l-briga, jagħmel sforz żgħir u jaqbad il-liġi Awstraljana ta' l-1992 - jiġifieri din il-liġi għandha l-benefiċċju ta' seba', tmien snin xogħol, ilha tapplika għal seba' snin allura għandha t-test taż-żmien - u jara l-artikolu 22, jara li kważi l-kliem kollu ta' dak l-artikolu huma riflessi u kkupjati fl-artikolu 11 tal-liġi tagħna u s-subartikolu (3) huwa prattikament meħud minn din il-liġi.", "X'kien il-ħsieb wara din il-liġi?", "Il-ħsieb kien li f'kull qasam, mhux fil-qasam ta' l-edukazzjoni biss imma f'kull qasam, it-test finali jrid ikun dak li huwa raġonevoli.", "Id-differenzi, l-isfidi, il-problemi u d-diffikultajiet biex inti tiddeċiedi jekk fil-konfront ta' persuna b'diżabilita' hijiex qed issir diskriminazzjoni jew le, irid ikollhom il-kejl ta' dak li huwa raġonevoli, it-test of reasonableness, li mbagħad il-liġi stess testendih billi tgħid li jekk biex tneħħi dik id-diskriminazzjoni se tikkawża dak li l-liġi tiddiskrivi bħala unjustifiable hardship, piż li mhux ġustifikat, allura f'dak il-każ, m'intix obbligat li tagħmel l-ispiża neċessarja biex tkun tista' tneħħi dik id-diskriminazzjoni.", "Allura l-liġi stess taħseb biex l-istruttura, li tista' tkun il-kummissjoni jew qorti, tiddeċiedi x'inhu ġustifikat jew le.", "Huwa żbaljat kompletament min qed jipprova jgħid li b'xi mod jew ieħor, dan l-artikolu jippermetti li ssir diskriminazzjoni.", "Din l-istess bħalma kellna fil-każ tal-qasam ta' l-insurance.", "Assolutament żbaljat min qed jaħseb hekk.", "L-artikolu qed jgħid li f'dan il-każ, il-piż tal-prova huwa fuq l-istituzzjoni edukattiva.", "L-istituzzjoni edukattiva trid tmur quddiem l-awtorita' kompetenti - il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' jew qorti - u hi, l-istituzzjonni edukattiva, u mhux il-persuna b'diżabilita', trid iġġib il-prova li dak li qed jintalab minnha qed jikkawża piż li mhux ġustifikat taħt iċ-ċirkostanzi.", "M'hijiex l-istituzzjoni edukattiva imma l-qorti jew il-kummissjoni li trid tiddeċiedi jekk hemmx unjustifiable hardship.", "U l-qorti żgur li se tgħid li biex tagħmel rampa m'huwiex se jikkawżalek xi piż mhux ġustifikat.", "Żgur li r-rampa trid issir għaliex billi tagħmel rampa m'huwiex xi piż mhux ġustifikat.", "Jew inkella xi skola li għandha turnover ta' Lm0.5 miljun tgħid li ma tridx tagħmel lift ta' Lm5,000 jew ta' Lm10,000.", "Dak m'huwiex piż mhux ġustifikat allura jrid isir, pero' istituzzjoni li tiġi quddiemi u tgħidli li riedet tagħmel lift iżda l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma tagħthiex permess, hija problema which is uncontrollable; m'hemmx x'tagħmel.", "Dan l-argument ma jgħoddx biss għall-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Nerġa' nirrepeti li dan il-konċett huwa across the board, jinfirex mal-liġi kollha.", "Per eżempju, sid ta' ħanut li qiegħed il-Belt u li għandu erba' tarġiet u allura qed irrendi dak il-ħanut mhux aċċessibbli għal persuna b'diżabilita', ma jistax jiġi quddiemi u jgħidli li ma jistax jagħmel rampa għaliex din se tiswielu Lm100.", "Irid jagħmilha dik ir-rampa, imma sid ta' ħanut li biex jagħmel rampa se jfisser li nofs il-ħanut se jitteħidlu bir-rampa u mhux se jkollu spazju minn fejn ibigħ, jista' jkun li jiġi deċiż li għal dik il-persuna, li tagħmel rampa jkun an unjustifiable hardship taħt iċ-ċirkostanzi.", "Irridu nifhmu li dan it-tip ta' kejl m'huwiex kejl li vvintajnih aħna f'Malta imma huwa kejl li l-liġi Awstraljana wżat u naħseb li l-esperjenza tul dawn it-tmien snin kemm ilha fis-seħħ il-liġi Awstraljana, uriet li fl-Awstralja mxew 'il quddiem, imma mxew b'pass li jkun raġunat taħt iċ-ċirkostanzi.", "Dan hu l-ħsieb komplut.", "L-aħħar kumment tiegħi huwa dwar punt li diġa' għamilt.", "Ma naħsibx li għandna nerġgħu niftħu l-kotba fuq l-affarijiet li diġa' ftehimna dwarhom.", "Safejn naf jien, m'huwiex is-subartikolu (3) li tkellem dwaru l-Onor.", "Chircop waqt id-dibattitu fit-Tieni Qari, m'iniex ċert u jekk qed niżbalja jikkorreġini l-Onor.", "Chircop, imma safejn naf jien, ħadd ma kkummenta fuq dan is-subartikolu.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Chircop qed jikkonferma li ma kienx dak l-artikolu li kkummenta dwaru.", "LAWRENCE GONZI: Nifhem li ma kienx dan għaliex iż-żewġ abbozzi ta' liġi li saru taħt iż-żewġ gvernijiet, saru b'riżultat ta' firxa wiesgħa ta' konsultazzjonijiet u ovvjament li ttieħdu into consideration il-preokkupazzjonijiet tal-ġenituri, pero' dehrilna li l-għaqal, taħt ċertu ċirkostanzi, huwa li nipprovdu proċess li jippermetti li xi ħadd oġġettivament jiddeċiedi jekk il-piż huwiex ġustifikat jew le.", "Jekk xi ħadd għandu raġun jgħid li ma jistax jagħmel ċerti affarijiet, alright, iżda jekk ma għandux raġun, iġġiegħlu jneħħi dak l-ostakolu li jkun qed jikkawża d-diskriminazzjoni.", "Jien nixtieq li naqbdu l-punt li ma ftehmniex fuqu fit-Tieni Qari u nipprovaw nittrattawh.", "Jien fhimt li l-punt li ma ftehmniex fuqu fit-Tieni Qari, huwa t-tneħħija ta' artikolu 12 mill-abbozz ta' liġi ta' l-Amministrazzjoni preċedenti.", "Jien nixtieq li għall-benefiċċju tagħna lkoll, naqra dan l-artikolu ħalli nifhmu għaliex ħadt id-deċiżjoni li dan l-artikolu nneħħih minn din il-liġi.", "Ħalli nagħmilha ċara mill-ewwel.", "Għamilt hekk mhux għaliex huwa artikolu ħażin għax ma tistax tmeri l-kontenut ta' dan l-artikolu.", "Dan l-artikolu kien jgħid:", "- u din is-section, ħalli nkunu nafu x'qed ngħidu, kienet titkellem fuq it-test of reasonableness u l-unjustifiable hardship; jiġifieri iva, taħt ċerti ċirkostanzi jippermetti li tirrikonoxxi li xi ħaġa hija impossibbli li tagħmilha -", "- naqbel, pero' din m'hijiex issue ta' diskriminazzjoni.", "Dan dritt li joħroġ mill-Education Act -", "Naqblu wkoll, imma din m'hijiex liġi li toħloq il-policies, din liġi kontra d-diskriminazzjoni.", "Allura ndaħħal artikoli bħal dawn fuq l-employment u fuq is-servizzi kollha inkella nkun qed nikkontradixxi lili nnifsi fuq prinċipju kardinali, ċioe', li l-prinċipju ta' l-inclusion in the mainstreaming ifisser li jekk għandi education act, għandha tkun l-education act li taħseb għall-bżonnijiet ta' persuni b'diżabilita' u mhux liġi għal persuni b'diżabilita'.", "Allura rridu nagħmlu liġi dwar l-edukazzjoni għall-persuni b'diżabilita', liġi dwar l-employment għall-persuni b'diżabilita', liġi dwar is-saħħa għall-persuni b'diżabilita', eċċ. Tridu li nagħmlu hekk?", "Ma naqbilx, kompletament ma naqbilx.", "L-artikolu jkompli:", "- \"strive\" tfisser jipprova, jitħabat u mhux \"oblige\" -", "Naqbel ukoll, mela le, għandna nagħmlu sforz.", "Iż-żewġ gvernijiet jaqblu li l-proċess biex f'pajjiżna ndaħħlu sistema ta' edukazzjoni inklużiva hija xi ħaġa pożittiva, pero' din il-liġi titkellem fuq l-eliminazzjoni tad-diskrimazzjoni, mhux fuq dawn l-affarijiet.", "L-inclusive education għandha tkun kwestjoni ta' policy u hi kwestjoni ta' policy approvata u aċċettata minn gvernijiet differenti u safejn naf jien, gvernijiet differenti u amministrazzjonijiet differenti, għamlu ħilithom - l-Onor.", "Bartolo qiegħed hawn u dan li qed ngħid jgħodd għalih bħalma jgħodd ukoll għall-ministru llum responsabbili mill-edukazzjoni - u għamlu sew biex idaħħlu l-inclusive education, but here we are talking about discrimination u diskriminazzjoni fil-konfront ta' xi ħadd għaliex għandu diżabilita'.", "Purament dwar hekk qed nitkellmu.", "L-artikolu jkompli:", "Fine, agreed; din hi klawsola pinġuta għall-Education Act.", "J'Alla naslu fil-viċin li dan l-artikolu ndaħħluh fl-Education Act, pero' fl-Education Act irridu ndaħħluh u mhux fil-liġi kontra d-diskriminazzjoni.", "It-tieni subartikolu ta' dan l-artikolu jgħid:", "Anke ma' dan is-subartikolu naqbel.", "Ma' nistax nikkontesta dan li qed jingħad, imma postu mhux f'din il-liġi u nirrepeti, fuq prinċipju ngħid li postu m'huwiex f'din il-liġi.", "Ejjew nitħabtu lkoll kemm aħna biex dan l-artikolu jinqala' minn hawn u jmur fl-Education Act.", "F'dak il-każ, issibuni kompletament warajkom, pero' f'din il-liġi li speċifikament tattakka d-diskriminazzjoni, m'għandniex bżonn dan l-artikolu.", "Jekk inħallu prinċipju bħal dan f'din il-liġi, nibża' li bħala prinċipju nkunu qed nikkontradixxu lilna nfusna u qed nammettu li jrid ikollna liġi għall-persuni b'diżabilita' biex tipprovdilhom servizzi li wara kollox għandhom id-dritt li jieħdu taħt il-liġijiet ġenerali ta' pajjiżna.", "Forsi mill-erba' punti li tqajmu fid-dibattitu waqt l-istadju tat-Tieni Qari, għalija, dan huwa l-uniku punt ta' prinċipju li huwa kardinali u l-istramberija ta' dan il-punt, tafu x'inhi?", "Filwaqt li naqbel perfettament ma' l-istatements li jagħmel dan l-artikolu, bħala prinċipju, ma naqbilx li għandu jkun parti minn din il-liġi li tattakka d-diskriminazzjoni, imma għandu jkun taħt il-liġi li tirregola l-edukazzjoni.", "Ma nafx jekk irreaġġixxejtx għall-punt li kont semmejt int waqt id-dibattitu fl-istadju tat-Tieni Qari.", "KARL CHIRCOP: Jien nixtieq nissottolinja dak li għedt int, Ministru, ċioe' li fid-diskors tiegħi waqt it-Tieni Qari m'għamiltx riferenza għall-artikolu 11 imma għamilt riferenza għat-tneħħija ta' l-artikolu 12, u dan għamiltu għas-sempliċi raġuni li ridt niffoka fuq l-aspett filosofiku ta' dan l-artikolu.", "Anke l-aspett ta' investiment soċjali qed jiġi abolit mill-abbozz preżenti.", "Jiddispjaċini ngħid li ma naqbilx mal-line of thought tiegħek, Onor. Gonzi, għaliex jekk din hija liġi li qed tiġi mwaqqfa proprju biex niġġieldu d-diskriminazzjoni li persuni b'diżabilita' jistgħu jiltaqgħu magħna, anke fil-qasam ta' l-edukazzjoni, il-gvern gandu jkun l-entita' li permezz ta' din il-liġi jipprovdi l-edukazzjoni inklużiva.", "Fl-opinjoni tiegħi, din trid tiġi sottolinejata f'din il-liġi u għalhekk aħna ħriġna all out kontra t-tneħħija ta' l-artilolu 12 li kien jinsab fl-abbozz preċedenti.", "Jien nifhem ir-raġunar tiegħek li dan l-artikolu jiddaħħal fl-Education Act imma jekk aħna qed nitkellmu fuq persuni b'diżabilita', allura l-aspett edukattiv se naqtgħuh barra?", "Jekk qed nitkellmu fuq l-aspett edukattiv għall-persuni b'diżabilita', iva, għandna nitkellmu fuq edukazzjoni inklużiva, xejn iżjed u xejn inqas, u għandha tiġi stipulata fil-liġi.", "Ħalli tiddaħħal ukoll fl-Education Act, why not?", "Naqbel perfettament u f'dak il-każ inkunu warajkom nappoġġjawkom kompletament, imma li titneħħa minn din il-liġi għaliex nistgħu ndaħħluha f'liġi oħra, għalija, ma tagħmilx sens.", "Jiddispjaċini, imma ma naqbilx.", "LAWRENCE GONZI: Jiddispjaċini, imma min-naħa tiegħi se nagħmel statement kategoriku li konċettwalment fuq prinċipju ma naqbel xejn ma' dak li għedt għaliex għalija, dan jikkontradixxi l-ħsieb kollu wara l-proċess ta' mainstreaming u inklużjoni ta' persuni b'diżabilita'.", "Issa jew nemmnu f'dan il-prinċipju u mbagħad nattwawh fil-prattika … Jien ma nistax inkun ħati ta' kontradizzjoni.", "Jien irrid nagħmel ħilti li l-persuni b'diżabilita' jkunu integrati fil-ħajja kollha normali u allura ninsisti li min hu responsabbli jerfa' fuq spallejh il-piż li jara li hu jipprovdi s-servizz mhux biss għal min m'għandux diżabilita', imma anke għal min għandu diżabilita'.", "Allura jien ninsisti li jekk għandi dipartiment tas-saħħa, id-dipartiment tas-saħħa għandu jkun li jaħseb li jipprovdi s-servizz lil kulħadd, kemm lil min għandu diżabilita' u kemm lil min m'għandux diżabilita'.", "Jekk jien għandi min hu responsabbli għax-xogħol f'pajjiżna, huwa responsabbli li jipprovdi servizzi kemm għal min m'għandux diżabilita' u kemm għal min għandu diżabilita'.", "Bħala leġislaturi li qed nagħmlu l-liġijiet f'pajjiżna, irridu noqogħdu attenti li l-messaġġi ma jkunux konfliġġenti.", "Irridu noqogħdu attenti li ma nwasslux messaġġi ħżiena.", "Il-messaġġ tagħna għandu jkun li jekk għandna education department regolat bl-Education Act, hija l-Education Act li trid taħseb għall-firxa kollha tas-soċjeta' tagħna, inklużi persuni b'diżabilita'.", "Ma rridux noqogħdu nistennew li jkun hawn liġi għall-persuni b'diżabilita' li tiggarantixxi l-edukazzjoni, li tiggarantixxi l-employment, li tiggarantixxi s-servizzi kollha!", "Inkella jkollna set-up komplut għall-persuni b'diżabilita'!", "Nagħmlu a virtual Dar tal-Providenza biex ikollna liġijiet u sistemi għall-persuni b'diżabilita'!", "Imma din x'integrazzjoni hi?!", "U jien neħodha bi kbira għaliex dan juri li f'dan il-pajjiż, il-prinċipji għadna ma fehemnihomx.", "Għadna ma fehemniex x'qed nagħmlu u sempliċement għadna nitkellmu.", "Ifhimni Onor. Chircop, teħodnix b'mod ħażin imma qed nitbaqbaq dwar dan il-prinċipju għaliex kollox jitwieled minnu.", "Kollox jitwieled minn dan il-pinċipju.", "Forsi tidher xi ħaġa innoċenti, imma m'hijiex.", "Jien jinkwetani l-fatt li m'aħniex qed nagħrfu s-serjeta' ta' dak li qed ngħidu, jiġifieri lanqas m'aħna nirrikonoxxu r-raġuni.", "Kif diġa' għedt, jien m'għandi xejn kontra dan l-artikolu.", "Ma nistax nikkritika l-kontenut ta' dan l-artikolu, anzi, issibni warajh inġorr il-bandiera, imma dan l-artikolu m'għandux jidħol f'din il-liġi.", "Dan ifisser special schools, special education, special training u special employment.", "Allura għidli fejn hu \"special\" meta fl-istess nifs qed ngħidu mainstreaming, inclusion, eċċ. Nixtieq li tipprova tifhem dan il-punt għaliex huwa kardinali u l-ħsibijiet tagħna fuq dan il-prinċipju jridu jkunu mibnija.", "Jien naħseb li jkun żball kbir jekk il-liġi li proprju qed tindirizza l-issue ta' diskriminazzjoni għaliex temmen li għandu jkun hemm mainstreaming, tkun hi stess li terġa' tittimbra uffiċjalment li mhux mainstreaming irid ikollok imma liġi speċjali biex tkopri d-drittijiet ta' persuni b'diżabilita' għar-rigward ta' edukazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: L-ewwelnett nixtieq nirreġistra li jien ma kontx preżenti għall-aħħar laqgħa ta' dan il-kumitat, għaliex proprju fl-istess ħin li kienet qed tinżamm il-laqgħa, ommi kellha inċident id-dar bir-riżultat li tista' titlef id-dawl minn għajn waħda.", "Veru li fil-liġi dwar is-sigurta' soċjali nsibu definizzjoni ta' xi tfisser persuna b'diżabilita', u persuna li ma tkunx għamja miż-żewġ għajnejn, m'hijiex ikkonsidrata persuna b'diżabilita', pero' m'għandix dubju li persuna li titlef id-dawl minn għajn waħda, ikollha diżabilita'.", "Jien nsostni li wieħed ma jistax jorbot fuq dan il-konċett mal-qasam ta' l-edukazzjoni biss għax jekk inħarsu lejn l-artikolu 12 taħt it-Titolu 3 - Dħul, b'mod partikolari subartikolu (2)(b), naraw li hawnhekk qed jingħad:", "\"it-tibdil li jsir f'dak il-post jew faċilitajiet jimponi piż mhux ġustifikat fuq kull min jista' jkun meħtieġ li jipprovdi dak id-dħul,\".", "Mela hawnhekk m'aħniex nirriferu biss għall-iskejjel imma qed nirriferu għall-konċett tad-dħul f'postijiet minn persuni b'diżabilita'.", "Dan l-argument jirrepeti ruħu fil-konċett ta' servizzi taħt it-Titolu 4 - Għoti ta' Oġġetti, Faċilitajiet jew Servizzi.", "L-istess raġunar narawh fis-subartikolu 13(3), u fil-fatt l-għaqda Equal Partners Foundation li għamlet is-sottomissjonijiet tagħha, ma rreferitx biss għal dak li jirrigwarda l-edukazzjoni, imma għal dak li jirrigwarda aċċess li allura wieħed isibu taħt it-Titolu 3 u t-Titolu 4.", "Jiġifieri dan huwa argument li jirrepeti ruħu kemm għal dak li jirrigwarda aċċess, kemm għal dak li jirrigwarda għoti ta' servizzi, u kemm għal dak li jirrigwarda akkomodazzjoni.", "Jien inħossni verament urtat għaliex matul id-diskussjoni fl-istadju ta' Tieni Qari ta' dan l-abbozz ta' liġi, jien semmejt dan il-punt mhux biss għar-rigward ta' aċċess għal skejjel imma anke għar-rigward ta' oqsma oħra bħalma huma akkomodazzjoni u għoti ta ' servizzi.", "Mela tajjeb, għall-oqsma l-oħra ma ndaħħluhiex u ndaħħluha biss fejn jidħlu l-iskejjel.", "Jew se nagħmlu l-affarijiet b'viżjoni totali jew inkella se nagħmlu l-affarijiet b'mod piecemeal.", "Importanti li nifhmu - u se nirrepeti dak li għedt fl-istadju tat-Tieni Qari ta' dan l-abbozz ta' liġi - li l-persuni b'diżabilita' m'humiex biss it-tfal li jitwieldu bi problemi konġenitali, imma anke persuni ta' ċertu eta' li jkollhom inċident meta jkunu diġa' adulti.", "Fil-fatt, l-għaqda Disabled by Accident, bagħtet ukoll is-sottomissjonijiet tagħha.", "Ħafna mill-membri ta' din l-għaqda huma adulti li jkollhom problemi kbar għal dak li jirrigwarda aċċess, dħul ġewwa postijiet, u għal dak li jirrigwarda għoti ta' servizzi.", "Jeżistu wkoll persuni li jiżviluppaw mard mhux b'mod konġenitali imma li jiżviluppawh meta jkunu adulti.", "Filwaqt li jien nissimpatizza mal-ġenituri ta' tfal b'diżabilita', wisq nibża', u din għedtha diversi drabi u sfortunatament ikolli nerġa' nsostniha llum, li l-għaqdiet jenfassizzaw l-aktar fuq dak li jirrigwarda ġenituri ta' tfal b'diżabilita' u għaldaqstant qed ikun hemm imbalance bejn l-edukazzjoni u l-oqsma l-oħra.", "Fl-opinjoni tiegħi, liġi m'għandhiex tkun imbalanced, imma jrid ikollha viżjoni totali li fl-aħħar mill-aħħar ma tagħfasx iżjed fuq qasam wieħed milli fuq oqsma oħra għaliex persuni b'diżabilita' jistgħu jkunu kemm tfal u kemm adulti.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "EVARIST BARTOLO: Biex nipprovaw niċċaqalqu mill-pożizzjoni, hemm xi ħjiel fil-pjan leġislattiv tal-gvern meta se tiġi aġġornata l-Att ta' l-1988 dwar l-Edukazzjoni?", "Ħafna mill-affarijiet jistgħu jiġu riżolti jekk tiġi emendata l-liġi dwar l-edukazzjoni għaliex ċertament li issa l-liġi saret kompletament antikwata, kemm fid-dawl tal-kurrikulu l-ġdid u kemm fid-dawl ta' l-obbligi ġodda li qed inpoġġu fuqha.", "Ċertu affarijiet li qed ngħidu, diġa' huma ta' kontradizzjoni mal-liġi ta' l-1988.", "IĊ-CHAIRPERSON: Infatti, ċerti affarijiet qed jiġu attwati minkejja li m'humiex fil-liġi ta' l-1988.", "LAWRENCE GONZI: Jien ma nafx inwieġbek off the cuff, imma nista' nivverifika u nwieġbek aktar 'il quddiem, imma naħseb li hekk hu.", "EVARIST BARTOLO: Ċerti għaqdiet u ġenituri huma mħassba għax ċertu affarijiet irridu nieħdu ħsiebhom permezz tal-liġi ta' l-edukazzjoni li m'hijiex aġġornata.", "Jien naqbel li m'għandniex noħolqu ghettos ġodda billi nagħtuhom tiċpisa sabiħa biex taparsi jkunu differenti mill-kerrejja ta' qabel, imma rridu naħsbu f'emendi għal-liġi dwar l-edukazzjoni għax inkella l-ġenituri se jibqgħu inkwetati.", "LAWRENCE GONZI: Naqbel perfettament u naħseb li l-proċess ta' updating tal-liġi dwar l-edukazzjoni jkun jinkludi wkoll update fid-dawl ta' l-esperjenza tagħna fid-dawl ta' dak li qed ngħidu.", "Naturalment tieħu pjaċir tisma' lil kulħadd jitkellem fuq edukazzjoni inklużiva.", "Dik hija d-direzzjoni li rridu nieħdu u hemm qbil dwar dan, imma kulħadd jaf li għandna diffikultajiet prattiċi.", "B'saqajna ma' l-art, kulħadd jaf l-isfidi u l-problemi biex tasal għal din il-mira u Allaħares ma nsemmuhomx għaliex inkella nkunu qed nidħku bin-nies.", "Nirrikonoxxu d-diffikultajiet kbar li għandna quddiemna, pero' waqt li jien nirrikonoxxi dawk id-diffikultajiet, nidħol għal dawk id-diffikultajiet biex insolvihom.", "Għalhekk ngħid li nqbadt f'morsa, jew aħjar skiżofrenija, f'din l-issue dwar l-edukazzjoni għaliex minn banda rrid ngħid li l-konċetti ta' dan l-artikolu huma konċetti li jien naqbel magħhom, u fl-istess nifs li ngħid hekk, qed ngħid li posthom mhux f'din il-liġi.", "Allura l-mistoqsija li qed jistaqsi l-Onor.", "Bartolo, jidhirli li hija rilevanti ħafna u żgur li wieħed jista' jara li meta jsir dan il-proċess, naċċertaw ruħna li jkun jinkludi wkoll din il-viżjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Din it-trend wieħed jaraha wkoll fl-ispirtu tan-national minimum curriculum u allura verament jenħtieġ li jsiru ċerti bidliet.", "Hemm iktar kummenti fuq l-artikolu dwar l-edukazzjoni ħalli nkunu nistgħu nagħlquh?", "Jidher li m'hawmx aktar kummenti.", "L-Onor.", "LAWRENCE GONZI: Sinjura President, nixtieq li mmorru lura għall-artikolu li jittratta l-insurance.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fil-fatt hekk kont se nissuġġerixxi.", "LAWRENCE GONZI: Ħalli niffriskaw ftit il-memorja fuq l-artikolu li jittratta l-insurance.", "Bażikament, id-differenza bejn it-test ta' l-artikolu dwar l-insurance kif inhu fil-liġi llum, artikolu 16, u", "l-artikolu 18 fil-liġi li kienet qed tiġi diskussa mill-Amministrazzjoni preċedenti, kienet li l-artikolu 18 ma kienx jippermetti li aġenzija ta' l-insurance tirrifjuta li toħroġ policy, pero' kien jippermettilha li tagħmel il-kondizzjonijiet li jidhrilha hi, dejjem soġġett għat-test ta' l-istatistika, l-actuarial data, li l-artikolu stess kien jipprovdi.", "Mentri l-artikolu kif propost illum, jgħid li aġenzija ta' l-insurance tista' jew tirrifjuta li tagħti polza ta' assigurazzjoni, jew tagħmel kondizzjonijiet differenti għall-polza ta' assigurazzjoni, pero' dejjem jekk dik id-deċiżjoni tkun ibbażata fuq statistika u actuarial data li tiġġustifika dik id-deċiżjoni.", "Meta tkellimna fl-aħħar laqgħa, jien kont spjegajt li dak li insurance agency tagħmel illum ma' kulħadd, jinvolvi proprju ċertu ammont ta' diskriminazzjoni.", "Per eżempju, jekk jien inpejjep u mmur napplika għal-life insurance, l-aġenzija ta' l-insurance tista' tagħmel għażla, tista' tgħidli li ma tridx tkoprini jew inkella tista' tgħidli li se tkoprini imma se tagħmilli premium \"X\".", "Jekk jien anzjan ta' 70 sena u mmur għand insurance agency u ngħidilha li rrid life insurance, din se tgħidli \"le\".", "Allura l-aġenzija ta' l-assigurazzjoni qed tiddiskrimina?", "Ma nkunux ġusti jekk ngħidu hekk.", "L-insurance hu business mibni fuq kalkoli ta' riskju u allura meta l-aġenzija ta' l-assigurazzjoni tgħidlek \"le, ma rridx ninxurjak\", qed tgħidlek hekk għax hi għandha kalkolu tar-riskju involut u tkun iddeċidiet li dak ir-riskju mhux worth it li tinvesti fih.", "Dan hu s-sens wara l-business ta' l-insurance.", "Dan hu business mibni fuq kalkolu ta' riskju u d-deċiżjoni ta' l-insurance toffrix servizz jew le, tkoprix jew ma tkoprix lil xi ħadd, tittieħed fuq dan il-kalkolu.", "Dan hu l-prinċipju u aħna ma nistgħux noħolqu prinċipju differenti.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' diskriminazzjoni għaliex jekk l-insurance tittratta ma' kulħadd l-istess, mhux qed tiddiskrimina.", "X'jiġifieri tittratta ma' kulħadd l-istess?", "Jiġifieri jekk lili, Lawrence Gonzi li m'għandix diżabilita', l-aġenzija ta' l-insurance tgħidli \"le, ma rridx ninxurjak\" u anke lil xi ħaddieħor li għandu diżabilita' tgħidlu li ma tridx tinxurjah, s'hemmhekk biss, l-insurance qed tittrattana t-tnejn l-istess; m'hijiex qed tiddiskrimina.", "Pero' issa x'qed tagħmel il-liġi u x'qed jagħmel dan l-artikolu li sal-lum ħadd f'Malta m'għandu?", "Illum, jien li m'għandix diżabilita', jekk immur quddiem aġenzija ta' l-insurance u ngħidilha tinxurjawni għax se nsiefer, tista', jew ma tinxurjanix, jew inkella tinxurjani u teħodli Lm10,000, u jien m'għandix rikors x'nagħmel għal din id-deċiżjoni.", "Jien ma nistax immur f'qorti nikkontesta lil dik l-aġenzija ta' insurance.", "Jien ma nistax neħodha l-qorti u ngħid li qed tiddiskrimina fil-konfront tiegħi, pero' b'din il-liġi, lill-persuna b'diżabilita' se nagħtuha dritt li ħaddieħor m'għandux.", "Jekk aġenzija ta' l-insurance lil persuna b'diżabilita' tgħidilha li ma tridx tinxurjaha, jew se tinxurjaha imma se twaħħalha premium għaxar darbiet iktar milli twaħħal lil ħaddieħor, il-persuna b'diżabilita' tista' tgħidilha: \"Stenna daqsxejn; il-liġi li telimina d-diskriminazzjoni fil-konfront ta' persuni b'diżabilita', tgħidlek li d-deċiżjoni li lili qed tittrattani b'mod differenti milli qed tittratta lil ħaddieħor, trid tiġi ġustifikata billi ġġibli d-data li wasslitek biex tieħu d-deċiżjoni tiegħek.", "Int trid tipprovaha u mhux jien persuna b'diżabilita'.\"", "L-aġenzija ta' l-insurance trid iġġib d-data biex tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha.", "Dan li qed jgħid l-artikolu.", "Jiġifieri b'din il-liġi, qed nagħtu dritt lill-persuna b'diżabilita' li f'dan il-pajjiż ħaddieħor m'għandux, u ċioe' qed nagħtu dritt lill-persuna b'diżabilita' tikkontesta deċiżjoni ta' insurance agency li trid tipprova d-deċiżjoni tagħha a bażi ta' actuarial data.", "Issa fejn qamet id-diffikulta' bejn in-naħa tal-Gvern u n-naħa ta' l-Oppożizzjoni?", "In-naħa ta' l-Oppożizzjoni trid li nneħħu l-artikolu fil-liġi li jippermetti li aġenzija ta' insurance tista' tirrifjuta li tkopri persuna b'diżabilita'.", "Jekk inneħħuh, ikun ifisser li insurance agency tkun obbligata, bilfors, li tikkwota.", "Fl-aħħar laqgħa jien għedt li rridu noqogħdu attenti dwar x'qed ngħidu għaliex inkella nkunu qed nidħku bin-nies.", "Għax insurance agency, minflok ma tgħidlek li ma tridx tinxurjak, tista' tgħidlek li se tinxurjak imma li inti trid tħallasha premium ta' Lm50,000.", "Ma jistax ikun li nidħku bin-nies b'dan il-mod u allura argumentajt favur li nżommu l-artikolu kif inhu, dejjem, bl-overriding condition li l-insurance agency trid tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha.", "Insurance agency ma tistax kapriċjożament tgħid lil xi ħadd li ma tridx tinxurjah.", "Dik id-deċiżjoni tista' tiġi challenged u l-insurance agency għandha tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha u l-artikolu hekk miktub.", "Jien xorta waħda erġajt tajt daqqa t'għajn lejn l-artikolu kif inhu propost u ħriġt b'wording differenti, pero' li jżomm dejjem id-dritt ta' rifjut.", "Ma nħossx li għandi nneħħi d-dritt li insurance tirrifjuta li tkopri.", "Bħalissa, għandha dritt li tirrifjuta ma' kulħadd, pero' konċett importanti ħafna huwa li dan tista' tagħmlu biss jekk hi tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha u pprovajt noħroġ b'wording li dan il-konċett joħroġ iktar ċar.", "Jien għandi t-text ta' l-artikolu kif reworded, tkunu tistgħu tagħtuh daqqa t'għajn, u nittama li meta tqabblu dan it-test mat-test tal-liġi kif inhi llum, joħroġ ftit iżjed ċar il-fatt li d-deċiżjoni ta' l-insurance trid dejjem tkun ġustifikata b'actuarial data, b'data teknika li verament tiġġustifika dik id-deċiżjoni.", "KARL CHIRCOP: Sakemm isiru l-photocopies ta' din l-emenda proposta, forsi nista' ngħid kif żvolġa l-argument mill-punto di vista tiegħi.", "Bħala tabib, jien niltaqa' ma' diversi każi ta' nies b'diżabilita' li ma tkunx diżabilita' fiżika, imma li sfortunatament f'pajjiżna għadha teżisti ċertu taboo dwarha, per eżempju, l-epilepsy.", "Kif employer isir jaf li ħaddiem minn tiegħu jbati mill-epilepsy, jew jagħmillu ħajtu diffiċli biex iġiegħlu jitlaq mix-xogħol, jew inkella jaqbad u jkeċċih mill-ewwel.", "B'dan kollu at the back of my mind, jien li tant u tant niltaqa' ma' nies li jbatu minħabba din it-tip ta' diskriminazzjoni, xtaqt li fuq il-kwestjoni ta' l-insurance coverage jibqa' l-artikolu kif kien propost fl-abbozz ta' liġi ppreżentat mill-Prof.", "Meta wieħed jaqra dan l-artikolu għall-ewwel darba, ma' l-ewwel daqqa t'għajn forsi ma tantx jiftiehem għaliex hemm double negative, kif konna qed ngħidu l-aħħar darba, pero' kif kien propost qabel, kien qiegħed jiggarantixxi li insurance broker bilfors irid jinxurja persuna b'diżabilita'.", "Ħalli jkun hemm il-possibbilta' li l-broker jgħolli l-premium, imma anke din trid tkun within limits; m'hemmx għalfejn insemmu somom fenominali ta' Lm50,000 jew ta' miljuni ta' liri kif issemmew l-aħħar darba.", "Naħseb li kif kienet, kienet iktar raġonevoli.", "Illum, klawsola 16, qed tgħid hekk:", "- jiġifieri insurance broker -", "- jiġifieri persuna b'diżabilita' -", "Hawnhekk qegħdin nagħtu l-possibbilta' li insurance broker jirrifjuta li jinxurja persuna b'diżabilita' on the grounds of disability.", "Jiġifieri jirrifjuta mhux għal xi raġuni partikolari iżda speċifikament minħabba diżabilita'.", "Din lili tinkwetani.", "Jekk aħna qed noffru u nressqu quddiem il-poplu liġi għall-ġid ta' persuni b'diżabilita', liġi li tissalvagwardja l-interessi tagħhom, kif imbagħad se nressqu dan l-artikolu fejn qed nispeċifikaw black on white, li insurance broker jista' jirrifjuta li jinxurja persuna b'diżabilita' on the grounds of disability?", "(Interruzzjonijiet) Hekk qed jgħid.", "Dan l-artikolu qrajtu ħafna drabi u hekk qed jgħid.", "LAWRENCE GONZI: Kollox sew, imma l-wording hekk kien ukoll fl-abbozz tal-Prof.", "LAWRENCE GONZI: Taf x'kienet id-differenza?", "Id-differenza kienet li l-liġi kienet tgħid li iva, tista' tiddiskrimina billi tagħmel terms and conditions differenti on the grounds of disability.", "L-istess argument tiegħek.", "(Interruzzjonijiet) Imma trid tkun konsistenti.", "Il-liġi tal-Prof.", "Grech kienet tgħid:", "KARL CHIRCOP: F'dik il-liġi qed ngħidu \"for insurance coverage\".", "Hemmhekk qiegħda l-istress, \"for insurance coverage\".", "LAWRENCE GONZI: Ma naqbilx ma' l-argument kif qed tpoġġih.", "Int qed toġġezzjona għall-wording ...", "LAWRENCE GONZI: Mhux fuq dak li kont qed toġġezzjona?", "Mhux dak il-kliem li kien qed idejqek?", "KARL CHIRCOP: Appuntu; qed noġġezzjona li l-kelma \"for\" tneħħiet.", "Kif kienet, kienet qed tiggarantixxi li insurance broker bilfors irid jinxurja.", "LAWRENCE GONZI: Mela forsi ma fehemtekx jien.", "Ħalli nara jekk fehemtekx tajjeb.", "Jien fehemt li kien qed idejqek il-wording li prattikament ifisser li inti tista' tiddiskrimina fil-konfront ta' xi ħadd għaliex għandu diżabilita'.", "Hekk kont qed tenfasizza fil-presentation tiegħek.", "Jien qed ngħidlek li kemm il-liġi tal-Prof.", "Grech, kif ukoll din il-liġi, f'dan is-sens għandhom l-istess wording.", "X'inhi l-unika differenza bejniethom?", "Id-differenza hi li l-liġi ta' l-Amministrazzjoni preċedenti kienet tgħid biss for insurance coverage, waqt li l-liġi li għandna llum, tippermetti r-refusal u tippermetti terms and conditions differenti.", "Din hija d-differenza, imma l-wording huwa l-istess; l-istess preċiż.", "KARL CHIRCOP: Jiddispjaċini, imma jien ma naqbilx miegħek.", "LAWRENCE GONZI: Jien għandi t-text quddiemi.", "(Interruzzjonijiet)", "LAWRENCE GONZI: Tridx tara t-text il-ġdid?", "KARL CHIRCOP: Jien kont qed nispjega x'ġara sa meta ltqajna l-aħħar darba.", "(Interruzzjonijiet) Issa narah it-text il-ġdid u forsi nissospendu għal żewġ minuti sakemm naraw il-klawsola kif reworded.", "MICHAEL ASCIAK: Dan l-argument huwa interessanti ħafna u fil-Kunsill ta' l-Ewropa kien hemm xi deċiżjonijiet - kont qed naqrahom fid-dettall - dwar dawn it-tip ta' problemi u fil-fatt ġew għall-konklużjoni li fl-aħħar mill-aħħar, in-natura ta' l-insurance kif taħdem, hija tali li trid teżamina sew lil min se tinxurja.", "Jiġifieri persuna b'diżabilita' tista' titlob għal spejga oġġettiva għaliex insurance agency iddeċidiet li ma tinxurjahiex.", "M'hijiex kwestjoni li persuna b'diżabilita' tmur għand insurance agency u din għax forsi kellha xi esperjenza ħażina, tirrifjuta li tinxurjaha ħalli ma jkollhiex liabilities.", "B'din il-liġi, insurance agency ma tistax tagħmel hekk, anzi, b'din il-liġi, min hu b'diżabilita' se jirbaħ dritt li ħaddieħor m'għandux għaliex min hu b'diżabilita' jista' jgħid lill-kumpannija ta' l-insurance turih kif wasal għal dik id-deċiżjoni u xi kriterji uża, u jekk il-kriterji li tagħtih ma jkunux jogħġbuh, jista' jirriferi l-każ lill-kummissjoni jew quddiem il-qorti.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Kif qal il-Ministru Gonzi, wieħed irid joqgħod attent għaliex fl-aħħar mill-aħħar, insurance agency ma tagħmilx diskriminazzjoni biss għaliex persuna għandha diżabilita', imma tista' tagħmilha wkoll kontra persuna li m'għandhiex diżabilita' u tagħmilha minħabba kriterji oħra.", "Jien naf b'każ ta' persuna li għax jipprattika sport li huwa perikoluż, il-paragliding, għollewlu l-premium tal-life assurance tiegħu.", "Jiġifieri m'hijiex biss kwestjoni ta' diżabilita'.", "Fl-aħħar mill-aħħar, insurance agency tista' tiddiskrimina mhux biss bejn persuna b'diżabilita' u oħra li m'għandhiex, iżda anke fuq it-tip ta' diżabilita'.", "Ejjew ma niġġeneralizzawx anke fejn tidħol diżabilita'.", "Naħseb dan hu l-iżball li qed isir.", "Hawn tipi differenti ta' diżabilita'.", "Kull kondizzjoni għandha l-prognosis tagħha u l-prognosis ta' mard bħal multiple sclerosis, jew motor-neuro disease, m'hijiex l-istess bħal kondizzjonijiet li wieħed ikun ġarrab wara xi inċident, jew kondizzjonijiet li wieħed ikun twieled bihom u m'humiex terminali.", "Per eżempju l-prognosis tad-Down Syndrome, kondizzjoni li wieħed jitwieled biha, minħabba li jkun hemm congenital heart problem assoċjata magħha, ir-riskju huwa ikbar, allura hija ovvja li insurance agency tiddistingwi bejn diżabilita' u oħra.", "Mhux id-diżabilitajiet kollha għandhom l-istess riskju mil-lat ta' saħħa.", "Barra minn hekk, hemm ukoll il-kwestjoni ta' performance.", "Kif jista' wieħed jinxurja bniedem li għandu vista batuta ħafna, biex isuq?", "Kważi kważi, dan ikun periklu għas-soċjeta'.", "Din il-liġi hija intiża biex tneħħi kull forma ta' diskriminazzjoni kontra persuni b'diżabilita' imma m'hijiex intiża biex taħrab ir-realta' tas-sitwazzjoni.", "Dawn huma l-punti li xtaqt li jiġu enfasizzati.", "Nerġa' ngħid, wieħed ma jridx jiġġeneralizza għax hemm differenzi kbar bejn diżabilita' u oħra u allura anke insurance agency, sew għal dik li hi life insurance u sew għal insurances oħra, tista' tiddistingwi bejniethom.", "Ovvjament, il-liġi ma tistax b'xi mod taħrab ir-realta' tas-sitwazzjoni.", "Għalkemm tista' tikkumpensa u tagħmilha diffiċli ħafna li wieħed ikollu b'xi mod jagħmel diskriminazzjoni fil-konfront ta' persuni b'diżabilita', ir-realta' hija dik li hi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nixtieq il-kummenti tagħkom dwar l-artikolu 16 kif ġie reworded.", "KARL CHIRCOP: Jien nixtieq nissottolinja l-fatt li xorta waħda għadni m'iniex kuntent kif l-artikolu ġie re-worded, pero' se nirriżerva d-dritt tagħna li nieħdu parir legali.", "Wara kollox, xorta għad irridu niddiskutu dan l-abbozz, inkluż dan l-artikolu, fil-Parlament.", "Prima facie, m'huwiex qed jogħġobni kif inhu.", "(Interruzzjonijiet)", "LAWRENCE GONZI: Il-wording ta' dan l-artikolu wrejtu lill-Avukat Ġenerali, jiġifieri mil-lat ta' legal drafting, qiegħed sew, pero' naturalment arawh sewwa u jekk nistgħu ntejbuh, aħjar.", "Il-pożizzjoni tiegħek hija li insurance agency għandha tkun obbligata li toħroġ polza.", "Dan hu l-punt tiegħek.", "Il-pożizzjoni tiegħi hi li ma naqbilx ma' dan il-ħsieb, kemm mill-aspett prattiku u kemm minn aspetti oħra.", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia għadu kif ta eżempju tajjeb ħafna - ma għaddilix minn rasi - dwar xi ħadd nieqes mid-dawl jew għandu vista batuta ħafna, li jmur biex japplika għall-insurance ħalli jsuq karozza.", "Jiġifieri inti qed tgħidli li għandi nobbliga lill-aġenzija ta' l-insurance li bilfors toħroġlu polza?", "Jiġifieri trid tobbliga lil xi insurance li toħroġ life insurance lil xi ħadd bl-AIDS, jew lil xi ħadd bil-kanċer?", "KARL CHIRCOP: Ippermettili, għall-eżempju li ta l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, fl-abbozz ta' l-Amministrazzjoni tagħna, kien hemm provdut li jrid ikun hemm ukoll backing b'ċertifikat ta' speċjalista.", "Dik ukoll ġiet imneħħija.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Inti semmejt każ ta' epilepsija.", "Bniedem li jbati mill-epilepsy, tista' tagħtih aċċessjoni f'nofs ta' baħar jew f'nofs ta' triq.", "Tista' tagħtih kullimkien.", "Ma tistax tiġġeneralizza u lill-insurance torbotha bilfors.", "LAWRENCE GONZI: Ejja nieħdu eżempju ieħor.", "Eżempju ta' persuna b'diżabilita' li tmur għand insurance company biex tinxurjalaha d-dar kontra s-serq, policy normali ta' insurance kontra s-serq.", "L-aġenzija ta' l-insurance, bħalma tagħmel fi kwalunkwe każ ieħor, se tmur fid-dar ħalli tara kif inhuma l-affarijiet u jekk tara li m'hemm l-ebda security, m'hijiex se toħroġ insurance.", "KARL CHIRCOP: Imma fil-prattika ma jiġrix hekk.", "LAWRENCE GONZI: Allura inti trid li nagħmlu liġi li tippermetti lill-persuna b'diżabilita' tmur għand l-insurance u tgħidilha li ma jimpurtahiex li għandha d-dar bit-twieqi miftuħin u tgħidilha li trid tinxurjaha bilfors?", "Imma dan x'sens jagħmel?", "KARL CHIRCOP: Il-premium ta' insurance tad-dar kontra s-serq, jagħmluhielek u l-premium jiddependi għandekx ħġieġ biss, għandekx ħġieġ li jillokkja, għandekx il-purtelli ta' l-injam wara l-ħġieġ jew għandekx pregnant windows fuq quddiem.", "Naturalment il-premium jonqos iktar ma jkollok miżuri ta' sigurta'.", "(Interruzzjonijiet)", "LAWRENCE GONZI: Le, ippermettili, jirrifjutalek.", "Hawn hi d-differenza.", "KARL CHIRCOP: Imma jekk jirrifjutalek wieħed, tista' tmur għand ieħor u hawn japplika l-prinċipju tal-kompetittivita'.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhux anke dan jista' jiġi applikat għall-argument tal-liġi?", "KARL CHIRCOP: Jien għadni qatt ma ltqajt ma' persuna li marret biex tinxurja darha u ma sabet lil ħadd min jinxurjahilha.", "(Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Per eżempju, jien jidhirli li min ikun 'il fuq minn 70 sena, ħadd ma jinxurjahom minkejja li ħafna minnhom jistgħu jkunu b'saħħithom aktar minni u minnek.", "KARL CHIRCOP: Jien inħoss li rridu noqogħdu attenti fid-diskors tagħna u mhux ngħidu \"to refuse\".", "LAWRENCE GONZI: Imma rridu noqogħdu attenti li ma nagħmlux liġi li ma tagħmilx sens.", "IĊ-CHAIRPERSON: Permezz ta' dan l-artikolu, fl-ebda mument m'huwa jingħad li inti tista' ma tinxurjax, fullstop.", "Kieku qed jingħad li aġenzija ta' l-assigurazzjoni hija permessa ma tinxurjax persuna, fullstop, ngħidlek, \"iva, għandek raġun\", imma dik is-sentenza titkompla, u jekk tirrifjuta, l-aġenzija ta' l-assigurazzjoni trid iġġib il-provi hi biex turik għala qed tgħidlek \"le\".", "Issa inti qed taċċetta li jkun hemm kondizzjonijiet diskriminatorji, issa fuq l-istess argument ta' l-actuarial data … Naturalment mhux se tagħmel kondizzjonijiet diskriminatorji b'mod frivolu u għalhekk qed jingħad li dawn il-kondizzjonijiet diskriminatorji jridu jkunu marbuta ma' actuarial data.", "Bl-istess argument, ir-refusal irid ikun marbut ma' actuarial data, jiġifieri m'intix sempliċement qed tgħid li aġenzija ta' l-assigurazzjoni tista' tiddiskrimina.", "M'hijiex qiegħda hekk, u jekk aġenzija tgħidlek li m'hijiex se tinxurjak, inti għandek redress.", "KARL CHIRCOP: Jiddispjaċini imma jien għandi r-riżervi tiegħi dwar l-artikolu kif ġie ppreżentat mill-Ministru.", "Naħseb l-aħjar that we sleep on it, imbagħad naraw.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kollox sew, imma jekk tisposta l-istess argument fuq il-kondizzjonijiet li jistgħu jkunu diskriminatorji, l-istess kejl qed jintuża.", "LAWRENCE GONZI: Forsi dan il-punt li qed issemmi s-Sinjura President, tajjeb li nenfasizzawh u tajjeb li kif qal l-Onor.", "Karl Chircop we sleep on it, u forsi jekk nieħdu ftit kamomella jagħmlilna tajjeb ukoll!", "Biex nagħlqu ftit ir-riflessjonijiet tagħna fuq dan il-punt, tajjeb inżommu quddiem għajnejna x'irridu nattakkaw.", "Aħna rridu nattakkaw id-diskriminazzjoni, jiġifieri trattament differenti, trattament mhux ġustifikat fil-konfront ta' persuna għax għandha diżabilita'.", "Dan hu the overriding condition, u naħseb li huwa kruċjali għall-punt li qed issemmi inti.", "Issa huwiex refusal għal insurance policy jew different terms and conditions, il-punt importanti huwa li b'din il-liġi qed nagħtu dritt lill-persuni b'diżabilita', li ħaddieħor m'għandux.", "Qed nagħtuhom dritt li jikkontestaw id-deċiżjoni ta' aġenzija ta' insurance li tirrifjuta jew li tagħmel terms and conditions differenti.", "U hemm raġuni għaliex qed nagħtu dan id-dritt lill-persuni b'diżabilita'.", "U r-raġuni hi li dan huwa l-uniku mod kif tista' tistabbilixxi jekk hemmx diskriminazzjoni jew le.", "Dan hu l-uniku mod; billi tikkontesta deċiżjoni li tkun ittieħdet mill-aġenzija ta' l-insurance.", "Trid turik l-actuarial data li tiġġustifika d-deċiżjoni għax hekk biss tista' tivverfika jekk hemmx każ ta' diskriminazzjoni.", "Jista' jkollok tanker taż-żejt, u b'xi mod jew ieħor l-insurance tgħidlek li ma tridx tinxurjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma nafx, forsi se ngħid xi ħaġa żejda, pero' bil-mod kif qiegħda miktuba fil-liġi tal-Prof.", "Edwin Grech, filwaqt li ma jissemma xejn dwar jekk tirrifjutalek, jiġifieri l-kelma \"refuse\" m'hijiex hemm, qed tgħidlek li tista' tirrifjuta għaliex dik hija l-bażi ta' kif taħdem insurance.", "Jiġifieri l-fatt li m'hijiex imsemmija, ma jfissirx li permezz ta' dak l-artikolu ma tistax tirrifjuta u l-bażi huwa s-safeguard ta' l-actuarial data, kemm għal wieħed u kemm għal ieħor.", "KARL CHIRCOP: Jiddispjaċini, imma ma naqbilx.", "LAWRENCE GONZI: Sinjura President, naħseb li qed tagħmel punt tekniku tajjeb.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imkien m'hemm fejn qed jgħidlek li jista' ma jagħtikx insurance coverage għaliex il-kliem \"for insurance coverage\" ifisser li tista' tiddiskrimina fir-rati ta' l-insurance coverage.", "Aġenzija ta' l-insurance tista' tirrifjuta kull persuna, mela allura you are not covering that instance, mentri kif inhi l-klawsola llum, qed taċċerta li jekk inti tiġi rifjutat insurance coverage, inti protett għax l-aġenzija trid tipprovdi l-actuarial data.", "KARL CHIRCOP: Imma trid tinxurja bilfors.", "IĊ-CHAIRPERSON: M'hemm xejn f'dik il-klawsola li tgħidlek hekk.", "Sleep on it u mbagħad erġa' araha.", "Jien naħseb li l-punti li kellna nagħmlu, għamilnihom.", "LAWRENCE GONZI: F'dan il-kumitat, prattikament iddiskutejna l-erba' punti li ssemmew matul id-diskussjoni fl-istadju ta' Tieni Qari ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Irċevejna wkoll rakkmandazzjonijiet u sottomissjonijiet minn għaqdiet involuti f'dan il-qasam li wkoll nistgħu nirriflettu fuqhom, u jien nibqa' miftuħ għas-suġġerimenti li jixtiequ jagħmlu l-kollegi tiegħi.", "Jekk għandhom xi punti li jixtiequ jressquli, jistgħu javviċinawni any time, m'hemmx għalfejn nerġgħu niltaqgħu f'dan il-kumitat.", "Għada, il-Parlament se jaġġorna għall-vaganzi tal-Milied u l-arranġament tiegħi ma' l-Onor.", "Vella kif imħabbar ukoll fil-Kamra, huwa li malli nerġgħu nibdew niltaqgħu wara l-vaganzi tal-Milied, dejjem jekk ma jinqalax xi ħaġa iktar urġenti, nibdew l-istadju tal-kumitat ta' dan l-abbozz ta' liġi fil-Kamra kollha, u f'żewġ seduti nkunu nistgħu ngħaddu din il-liġi.", "Naħseb li għall-mument nistgħu niefqu hawn u jekk hemm xi punti jew xi mistoqsijiet oħra, ħossukom fil-liberta' li tavviċinawni fi x'ħin tridu.", "Naħseb li x-xogħol ta' dan il-kumitat, nistgħu ngħidu li għalaqnih.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kif qal il-Ministru, l-erba' punti li kellna fuq l-agenda tagħna ġew thrashed out u smajna l-kummenti kollha li kull wieħed minna seta' jagħmel.", "Jien nixtieq nirringrazzja lil kull min ta sehmu biex dawn iż-żewġ laqgħat li kellna jkunu fruitful.", "Id-data u s-suġġett tal-laqgħa li jmiss, ikunu komunikati aktar tard.", "Grazzi u l-lejl it-tajjeb lil kulħadd.", "Fit-8.28 p.m. il-kumitat ikkonkluda d-diskussjoni fuq l-erba' oqsma ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilita') u aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991216_024d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ħamis, 16 ta' Diċembru, 1999", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.35 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 23 li saret fl-14 ta' Diċembru, 1999 kienu konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IS-SUPERSEDING CLAUSE U L-OQSMA TA' TRADE UNIONS, INSURANCE U EDUKAZZJONI, FL-ABBOZZ TA' LIĠI DWAR OPPORTUNITAJIET INDAQS (PERSUNI B'DIŻABILITA') - ABBOZZ NRU 10", "Il-Kumitat stieden lil Dr Anthony Borg Barthet, Avukat Ġenerali, jikkarifika l-punt dwar is-superseding clause.", "Il-Kumitat stieden ukoll lil Ms Marthese Mugliett, Public Relations Officer, fid-Down Syndrome Association; lil Ms Grace Zerafa mill-Moviment Favur id-Drittijiet ta' Pesrsuni b'Diżabilita'; lis-Sur Philip Agius mill-Assoċjazzjoni Disabled by Accident; lis-Sur Charles Mizzi u lis-Paul Attard, Direttur Ġenerali u Direttur, Servizzi għall-Istudent u Relazzjonijiet Internazzjonali, rispettivament, fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, jieħdu sehem fid-diskussjoni.", "Fit-8.28 p.m. il-Kumitat ikkonkluda d-diskussjoni fuq l-erba' oqsma ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilita') u aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar 'il quddiem.", "PAULINE ABELA GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 19991216_024m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 24", "It-Tnejn, 10 ta' Jannar 2000, fil-5.30 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 10 ta' Jannar 2000, fil-5.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "7 ta' Jannar 2000 SKRIVAN TAL-KAMRA", "15 ta' Settembru 1999", "Nispera li tinsab tajjeb u li rnexxielek tgawdi xi ftit jiem ta' mistrieħ li hu tassew mistħoqq.", "Ħsibt li jkun xieraq li ftit jiem qabel ma jerġa' jiltaqa' l-Parlament, jiltaqa' l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra biex b'hekk ikun jista' jiġi diskuss il-programm tax-xogħol parlamentari għall-ġimgħat li ġejjin.", "Għaldaqstant, jekk hu konvenjenti għalik, ġentilment nistiednek tattendi għal-laqgħa tal-Kumitat nhar l-Erbgħa, 22 ta' Settembru 1999, f'nofsinhar."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000110_024a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 10 ta' Jannar 2000", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fil-5.34 p.m.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Carmelo Abela, l-Onor Mario Galea, l-Onor Victor Galea Pace u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 23 li saret fit-3 ta' Novembru, 1999, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali ta indikazzjoni li matul il-ġimgħat li ġejjin il-Kamra se tiltaqa' f'seduti li jsiru t-Tnejn fil-għaxija, u t-Tlieta u l-Erbgħa fil-għodu u fil-għaxija.", "Huwa informa lill-Kumitat ukoll li kien lest li jilqa' suġġerimenti sabiex isiru seduti itwal minflok is-seduti ta' fil-għodu.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li l-Kamra tibda bid-diskussjoni fl-istadju ta' Kumitat fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' - Abbozz Nru 10 – li, skond kif miftiehem f'korrispondenza li kienet għaddiet bejnu u bejn l-Onor George Vella, kellha tieħu żewġ seduti.", "Immedjatament malli tispiċċa dik id-diskussjoni kellu jibda d-dibattitu fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Abbozz Nru 27 – l-Abbozz ta' Liġi li jemenda ċ-Ċittadinanza Maltija – Abbozz Nru 31 – u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti – Abbozz Nru 26.", "Kellha tibda wkoll id-diskussjoni fuq ir-Riżoluzzjoni dwar l-għoti b'ċens ta' art lill-MIDI p.l.c. ta' art f'Manoel Island u Tigne' u l-Oppożizzjoni ġiet mitluba tindika l-għadd ta' seduti li tinħtieġ għal dan id-dibattitu.", "Tqajjem il-punt dwar il-ħtieġa ta' laqgħa tal-Kumitat sabiex jiġi diskuss l-Ombudsplan għas-sena 2000.", "Fil-5.45 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000110_024m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 25", "It-Tlieta, 1 ta' Frar 2000, fis-6.30 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 1 ta' Frar 2000, fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra;", "Affarijiet oħra.", "28 ta' Jannar 2000 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000201_025a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 1 ta' Frar 2000", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fis-6.34 p.m.", "Mr Speaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Carmelo Abela, l-Onor Mario Galea, l-Onor Victor Galea Pace, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor George Vella.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 24 li saret fil-10 ta' Jannar 2000, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li wara li tintemm id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati – Abbozz Nru 46 – kellha tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) – Abbozz Nru 51 – id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Drittijiet dwar Proprjeta' Intellettwali (Miżuri Intrakonfini) – Abbozz Nru 50 – u d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tismija ta' Ministri f'Diversi Liġijiet – Abbozz Nru 47.", "Huwa semma l-possibbilta' li jitressqu xi riżoluzzjonijiet dwar trasferiment ta' proprjeta' lil għaqdiet sportivi jew volontarji.", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Joseph Sammut, Ombudsman, sabiex jieħu parti fil-Kumitat ħalli jikkummenta b'mod ġenerali kif ukoll iwieġeb għal xi mistoqsijiet jew osservazzjonijiet li jistgħu jsirulu fuq l-Ombudsplan 2000 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati fis-27 ta' Settembru 1999.", "Il-Kumitat ikkonkluda d-diskussjoni u rrakkommanda li wara li t-traskrizzjoni ta' din il-laqgħa tiġi ċirkolata lill-Membri tal-Kamra, il-Kamra tapprova l-Ombudsplan kif ippreżentat.", "Fit-8.43 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000201_025m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 25", "It-Tlieta, 15 ta' Frar 2000 fis-7.00 p.m.", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 15 ta' Frar 2000 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "7 ta' Frar 2000 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000215_025a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 25", "It-Tlieta, 15 ta' Frar, 2000", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 25", "It-Tlieta, 15 ta' Frar, 2000", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-7.10 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 24 li saret fis-16 ta' Diċembru, 1999 ġew konfermati.", "MENTAL HEALTH: POLICIES, STRUCTURES, SERVICES AND LEGISLATION - KONTINWAZZJONI", "Id-diskussjoni rriżumiet mis-6 ta' Lulju 1999.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Nirringrazzjakom talli ġejtu għal din il-laqgħa fejn se nkomplu niddiskutu s-saħħa mentali.", "L-ewwel laqgħa li kellna dwar dan is-suġġett kienet fid-9 ta' Ġunju, 1999, imbagħad kellna erba' laqgħat wara xulxin, fejn fihom tkellmu numru kbir ta' nies, fosthom psikjatri, familjari ta' users, NGOs, rappreżentanti ta' l-Institute of Health Care u ta' l-ETC, occupational therapists u diretturi fil-qasam tas-saħħa.", "Diġa' smajna firxa wiesgħa ta' kelliema u llum se nkomplu għaddejjin bid-diskussjoni dwar mental health: policies structures, services and legislation biex inkomplu neżawrixxu l-lista twila ta' mistiedna li għandna biex proprju nkomplu namplifikaw fuq dan is-suġġett.", "Bħal dejjem infakkarkom biex noqogħdu attenti kif nitkellmu.", "Dan huwa qasam delikat ħafna, dawn is-sezzjonijiet huma miftuħa għall-press u bl-ebda mod ma rridu li bid-diskors tagħna nindikaw xi persuna partikolari.", "Naf li l-membri tal-press huma sensittivi ħafna u dejjem kellna l-kooperazzjoni tagħhom u ma rrapportawx xi diskors li ntqal biex ma jiġux identifikati nies.", "Bħal dejjem, nirringrazzjakom għas-sensittivita' li qegħdin juru fil-laqgħat ta' dan il-kumitat.", "Biex inkomplu nagħtu ħarsa lejn dan il-qasam f'aktar dettall, illum nixtieq nibda billi nsejjaħ lil Dr. Cachia, li huwa d-Director Institutional Health fid-Dipartiment tas-Saħħa biex jiġi hawnhekk u jagħtina l-veduti tiegħu fuq dan il-qasam mil-lat professjonali tiegħu.", "DR. JOHN CACHIA (Director Institutional Health, Dipartiment tas-Saħħa): Madam Chair, kollegi tobba u sinjuri, naħseb li fir-rwol tiegħi bħala direttur responsabbli mill-isptarijiet tajjeb li nagħti ħarsa lura għal minn fejn beda dan is-settur.", "M'hemmx għalfejn immorru ħafna 'l bogħod.", "Naħseb jekk wieħed janalizza x'kienet is-sitwazzjoni ġewwa l-Isptar Monte Carmeli fil-bidu tas-snin sebgħin u x'inhija s-sitwazzjoni llum, jara l-ewwel indikazzjonijiet ta' fejn qegħdin.", "Fil-bidu tas-snin sebgħin kien hemm 'il fuq minn 1,200 persuna rikoverata ġewwa l-Isptar Monte Carmeli.", "Dan in-numru niżel għal madwar 900 fis-snin tmenin u llum, in-numru ta' sodod li hemm fl-Isptar Monte Carmeli huwa ta' madwar 600, waqt li n-numru attwali ta' pazjenti residenti ġewwa l-Isptar Monte Carmeli, huwa viċin il-500.", "Jiġifieri meta nikkonsidraw li fi spazju ta' 30 sena s-sitwazzjoni tjiebet b'dan il-mod, naraw li qegħdin inħarsu lejn settur li minkejja kollox, għamel il-progressi tiegħu f'dak li jirrigwarda l-isptar, pero' naħseb li rridu nagħmlu analisi fid-dettall dwar x'inhuma l-isfidi li llum għandna quddiemna.", "L-isfidi li għandna quddiemna llum, huma sfidi iktar delikati għaliex illum irridu nħarsu lejn dawk in-nies li ilhom hemm għal ħafna u ħafna żmien.", "Dawn it-tip ta' sfidi ma tistax issolvihom b'modi radikali, imma wieħed irid isolvihom bil-mod u b'ħafna ħsieb.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex irridu nammettu li meta nħarsu madwarna naraw li l-firxa ta' servizzi fil-komunita' m'hijiex dik li wieħed għandu jkollu.", "Jekk wieħed iħares lejn il-personnel li għandna llum, jara li n-numru ta' konsulenti, tobba, speċjalisti u nies li qed jispeċjalizzaw mil-lat mediku, huwa wieħed inkoraġġanti.", "Għad m'għandniex biżżejjed pero' huwa inkoraġġanti li għandna numru ta' nies kemm kwalifikati kif ukoll in training.", "Fl-aħħar laqgħa kien hawn rappreżentanti ta' l-Institute of Health Care u kif nafu ntqal li għandna stream ta' nurses li qed jiġu mħarrġa fil-psikjatrija, li huwa tajjeb, pero' ċertament li m'għandniex in-numru ta' nies imħarrġa fin-nursing psikjatriku li għandu bżonn il-pajjiż.", "Għandna bżonn ħafna iżjed milli fil-fatt għandna.", "Meta nduru lejn il-professjonijiet l-oħra, naraw li hawnhekk għandna l-ikbar lakuni.", "Naħseb li n-numru ta' occupational therapists li għandna huwa inkoraġġanti, pero' wieħed iħoss li hemm bżonn ta' iżjed social workers u psikologi.", "In-numru li għandna huwa ftit ferm għal dak li għandu bżonn pajjiżna.", "Jiġifieri meta wieħed iħares lejn il-firxa ta' professjonisti li għandna f'dan il-qasam, jara li dawn il-profili professjonali huma neqsin u allura ma tistax, b'mod veru u veritier, tagħmel dak il-qafas ta' support li għandhom bżonn dawn in-nies biex tirriabilitahom fil-komunita'.", "Pero' naħseb li l-iktar ħaġa importanti, u diġa' sar aċċenn għaliha u rrid nenfasizzaha, hija l-bżonn li noħolqu network ta' dawk li ngħidulhom case managers.", "Jekk fil-pajjiż mhux se jkollna qafas ta' nies li jkunu qegħdin jissapportjaw il-każijiet ġodda li jiġu quddiemna kemm fl-out-patients u kemm in-new cases li jiġu admitted ġewwa l-isptar u li mbagħad jintbagħtu lejn id-dar mingħajr ma jkollhom is-support network ta' persuni imħarrġa u kwalifikati biex isegwuhom on a regular basis… Ma tistax toħloq din it-tip ta' firxa madwarek jekk ma jkollokx qafas ta' nies imħarrġa.", "Huwa diġa' diffiċli biex ikollok il-psikologi u biex tirrekluta social workers, u f'dan il-kumitat tkellimt ma nafx kemm-il xahar ilu meta konna qegħdin niddiskutu s-social workers u nista' ngħid li s-sitwazzjoni għadha kif kienet dakinhar.", "M'hemm l-ebda improvement għar-rigward ta' social workers fid-Dipartiment tas-Saħħa, la għall-psikjatrija u lanqas għall-profili l-oħrajn.", "Allura meta wieħed iħares lejn il-qafas ta' servizzi li hemm bżonn jiġu żviluppati fil-komunita', irridu nifhmu li la qegħdin naħdmu ma' persuni li l-iktar ilhom hemm u li l-iktar huma każijiet diffiċli, u la qegħdin naħdmu biex nipprovaw ma nħallux każijiet akuti jsiru kroniċi, nifhmu li bilfors irid ikollna madwarna qafas ta' dan it-tip.", "Hemm bżonn li ninvestu fil-personnel.", "Hemm bżonn li ninvestu fi skills li s'issa m'għandniex.", "Naħseb li b'xi mod, irridu nispustaw l-attenzjoni lejn dawn li qed ngħidulhom case managers.", "M'hemmx għalfejn immorru lejn xi nies ta' studju kbir, kbir ħafna, pero' żgur li għandna bżonn nies li għandhom a basic bachelors degree f'social work, jew f'occupational therapy, jew f'psychology, jew anke f'nursing u li jiġu trained b'mod li r-rwol tagħhom ikun kompletament differenti minn dak li nafu llum.", "Qed ngħidu li kull wieħed minnhom ikollu load ta' bejn 20 u 25 każ u xogħlu ma jkunx biss li jsegwi lil din il-persuna sakemm tkun l-isptar, imma li jibqa' jaraha b'mod regolari, jitkellem mal-familjari tagħha, imur id-dar tagħha filgħaxija meta jkun hemm il-familja kollha, jara xi bżonn u x'support għandha bżonn, jitkellem u jkun il-vuċi tagħha ma' l-employers, ma' l-ETC, eċċ. Hemm bżonn dan it-tip ta' empowerment.", "Jekk tistaqsini kemm għandna bżonn minn dawn in-nies, ngħidlek li jekk nibdew b'10 jew 20 minnhom, inkunu bdejna b'mod tajjeb.", "Ma nistgħux ngħaġġlu f'dan il-kamp, pero' għandna bżonn ninvestu f'dawn in-nies.", "Tgħidli: Inti mhux fl-isptarijiet ir-rwol tiegħek?", "Veru, pero' jekk m'aħniex se nieħdu bis-serjeta' l-qafas komunitarju, il-qafas ta' support li hemm bżonn fil-komunita', inutli nippompjaw social workers, psikjatri u psikologi fl-isptar, inutli nippompjaw dawn it-tip ta' riżorsi fl-isptarijiet meta fil-komunita' m'għandniex il-qafas biex jilqa' għal dawn in-nies.", "Imbagħad, wara li jkollna dan il-qafas tant bżonnjuż, inkunu lesti biex ikollna dawk it-tip ta' hostel arrangements li ssemmew f'laqgħat preċedenti.", "Naħseb aħjar nibdew billi l-ewwelnett naraw kif se ntejbu l-qafas li hu available għan-nies li qed jimirdu llum, in-nies li qegħdin naraw fl-acute psychiatric unit u n-nies li qegħdin naraw bħala każijiet ġodda f'dawn l-aħħar xhur u snin, biex dawn in-nies ma jsirux il-problemi ta' għada.", "Hemm ħafna aspetti li wieħed jista' jaqbad, imma forsi nista' nieqaf hawn bħala introduzzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak Dr. Cachia.", "L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Dr. Cachia qal li matul dawn l-aħħar 30 sena, in-numru ta' pazjenti rikoverati fl-Isptar Monte Carmeli naqas bin-nofs.", "Naturalment wieħed ma jridx iħares biss lejn numru għax inkella jista' jasal għal konklużjonijiet żbaljati.", "Jista' jagħti l-każ li fis-snin sittin u fis-snin ħamsin kellek persentaġġ qawwi ta' pazjenti li kienu l-isptar mhux għax kienu każi ta' persuni b'mard mentali imma iktar bħala każijiet soċjali għax forsi ma kienx hemm post ieħor fejn jiġu rikoverati.", "Barra minn hekk, ma rridux ninsew ukoll li llum, il-mediċini u sistemi ta' kura, għamlu avvanzi kbar u allura għamluha aktar possibbli biex il-kura ta' pazjenti tingħata f'darhom, fil-komunita'.", "Naħseb li jkun tajjeb jekk wieħed jeżamina bir-reqqa dawn il-figuri u jekk jeżistu records jara eżattament x'kienu l-każijiet biex wieħed jasal għall-konklużjonijiet iktar veritieri.", "Jista' jkun li llum ilħaqna ċertu plateau u forsi m'hux daqshekk possibbli li n-numru ta' 500 pazjent li għandna llum innaqqsuh aktar.", "DR. JOHN CACHIA: Għandek raġun Onor. Chircop u għalhekk jien għedt li issa wasalna fis-sitwazzjoni fejn ħadna l-benefiċċju massimu li nistgħu nieħdu mill-pilloli, mediċinali, eċċ. Pero' jekk tħares lejn il-case mix, tara li fil-passat kellek ħafna persuni miżmuma hemmhekk kontra l-volonta' tagħhom.", "Dak iż-żmien kellek madwar 90% tal-pazjenti miżmuma l-isptar on a compulsory admission, waqt li llum, 30% jew 40% biss huma compulsory admissions u minn sena għall-oħra, il-figura qiegħda dejjem tinżel u qed ikollna iktar involuntary admissions.", "Allura illum għandek a revolving door situation fejn in-nies deħlin u ħerġin.", "Naturalment tajjeb li jidħlu u joħorġu fis-sens li m'humiex il-ħin kollu l-isptar u m'humiex il-ħin kollu f'post jew f'ambjent fejn qed iħossuhom threatened.", "Tajjeb ukoll li wieħed janalizza l-figuri li għandna available.", "Veru li fil-passat ir-record keeping ta' każijiet ma kienx dak li huwa llum, pero' għandna indikazzjonijiet.", "Per eżempju, meta wieħed iħares lejn il-firxa ta' morda li kien hemm fl-Isptar Monte Carmeli f'dawk iż-żmenijiet, isib li għalkemm il-problema ta' l-anzjani kienet teżisti, ma kenitx problematika daqs kemm hija llum.", "F'dawk iż-żmenijiet kien hemm ukoll numru kbir ta' nies b'drepression għax dak iż-żmien, min kien ikollu depression, kien jintbagħat l-Isptar Monte Carmeli.", "Illum, m'għadx hemm nies b'depression ġo l-Isptar Monte Carmeli.", "Dak iż-żmien, il-chronic depression kienet l-iktar dijanjosi komuni mentri llum, kif wieħed jistenna, l-iskiżofrenija hija r-raġuni ewlenija għala n-nies qegħdin fl-isptar.", "Dak iż-żmien, numru ta' nies kienu jinżammu l-isptar għax kienu newrotiċi.", "Jiġifieri jekk tħares lejn ir-raġunijiet għala dak iż-żmien persuni kienu jidħlu l-isptar, tara li kien hemm ħafna nies b'depression u ħafna newrotiċi.", "Illum, il-pattern huwa dak li tistenna, l-iskiżofrenija hija l-marda li tikkawża l-aktar problemi komplessi u hija l-kawża tas-sitwazzjoni li għandna llum.", "We cannot be complacent mis-sitwazzjoni li qegħdin ngħixu fiha llum and we cannot be complacent għar-raġuni li issa ma nistgħux sempliċement niddependu fuq il-mediċinali u fuq dak li għamilna fil-passat.", "Il-benefiċċju tal-mediċinali ħadnih kollu u issa rridu nsibu metodi u toroq ġodda.", "Il-metodi se jkunu iktar expensive għaliex issa qed nittrattaw on a personal level li huwa ferm importanti u allura t-terapija trid tkun iktar radikali.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Mistoqsija qasira.", "Mill-patient population li hemm bħalissa ġewwa l-Isptar Monte Carmeli, kemm tikkalkola li huwa l-persentaġġ ta' każi li forsi jistgħu jissejħu bħala każi perikolużi?", "DR. JOHN CACHIA: Il-kelma ''perikolużi'' ddejjaqni għaliex jien nemmen li min-natura tal-psikjatrija, partikolarment fil-każ ta' ċertu mard, għandek fażijiet differenti.", "Jien naħseb li kull pazjent potenzjalment jista' jkollu problema, pero' n-numru ta' pazjenti li verament ikunu f'fażi perikoluża ..… Let's face it.", "Kemm għandek sodod ġo s-secure unit ta' Ward 2 u fi żmien, f'Ward 10 tan-nisa?", "Għandek erba' sodod in-naħa ta' l-irġiel u tnejn in-naħa tan-nisa.", "Jiġifieri at any one point in time, il-massimu huwa ta' sitta min-nies.", "Naturalment ħafna drabi l-pazjent ikun perikoluż għalih innifsu għaliex ikun f'sitwazzjoni fejn il-marda ma tagħtihx il-kontroll tas-sitwazzjoni tiegħu personali u allura wieħed ikollu bżonn jgħinu billi juża ċertu restraint u mediċinali qawwija biex jikkontrolla s-sitwazzjoni.", "U b'sodisfazzjon wieħed jgħid li aħna m'għandniex rekord - u dan ġie ċertifikat anke minn barranin li ġew iżuruna, per eżempju, il-Kummissjoni kontra t-Tortura - ta' pazjenti li jkunu over medicated biex joqogħdu bi kwiethom reqdin il-ġurnata kollha.", "I think that is a bonus għalina mil-lat ta' kif inħarsu u nittrattaw is-sitwazzjoni.", "Kif taf inti, hemm metodi kif il-pazjent tista' tilluppjah ġurnata sħiħa u ma jkun ta' ebda periklu għall-ħadd, imma ma naħsibx li dak huwa l-iskop ta' l-eżerċizzju.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Inti għedt li biex nibdew bis-support network li semmejt, tikkalkola li għandna bżonn bejn 10 u 20 persuna, imma hemm xi ħsieb li dawn it-tip ta' persuni jiġu mpjegati?", "DR. JOHN CACHIA: Irridu naslu f'consensus, anke intern, ta' x'għandna bżonn.", "Fil-fatt bħalissa, il-management team ta' l-Isptar Monte Carmeli flimkien mal-health reform action committee tad-dipartiment, qiegħed iħares proprju lejn il-qafas li hemm bżonn noħolqu.", "Jien qed ngħid x'naħseb jien fl-opinjoni tiegħi.", "Hemm numru ta' nies li qed jagħtu l-kontribut tagħhom f'dak il-forum u żgur li bejnietna naslu f'sitwazzjoni fejn din l-idea tikkristallizza ftit iktar u anke b'mod konkret u tanġibbli biex naraw kif nistgħu nimxu lejn din is-sitwazzjoni.", "MICHAEL ASCIAK: S'issa, f'Malta, il-qasam tas-saħħa psikjatrika refgħu kollu l-gvern.", "Inti tara xi fissura f'din l-istruttura, fis-sens li forsi jista' jibda jagħti l-għajnuna u jġorr parti mill-piż is-settur soċjali - ma nħobbx nuża l-kelma ''privat''?", "Fil-fatt diġa' għandna r-Richmond Foundation li qiegħda tagħmel xogħol f'dan il-qasam u fil-qasam tas-saħħa ġenerali, naraw li llum, madwar 20% tal-prattika tal-mediċina u kirurġika, qed isiru mill-privat.", "X'inhi l-opinjoni tiegħek għar-rigward tas-saħħa psikjatrika?", "DR. JOHN CACHIA: Il-figura uffiċjali li għandna bħala mix ta' spiża ta' privat u pubbliku, hija ta' 40% u 60% imma naħseb li kif inhi maqsuma l-mix fil-qasam tal-kirurġija, trid tiġi analizzata biex wieħed jara eżattament x'inhu jiġri.", "MICHAEL ASCIAK: Fil-qasam tas-saħħa fiżika - ħalli ngħid hekk, għalkemm huwa konċett żbaljat li ngħidu hekk għax il-persuna hija waħda u s-saħħa hija sħiħa - is-settur soċjali, privat, qed jerfa' parti mill-piż.", "Tara li l-istess jista' jiġi applikat għas-saħħa mentali?", "Ovvjament dan il-qasam se jiġbed inqas interess għax naħseb iħalli financial run off agħar, pero' hemm xi għaqdiet barra r-Richmond Foundation li qed juru interess biex flimkien mal-gvern jerfgħu parti mill-piż?", "DR. JOHN CACHIA: Per eżempju l-Friends of Attard Hospital Society li hija a non-governmental organisation, għaqda volontarja, kienet interessata u għadha ħafna interessata li tiżviluppa xi forma ta' sheltered accommodation, pero', sfortunatament għadna ma wasalniex biex jiżviluppaw servizz fil-komunita' f'dak li huwa sheltered accommodation.", "Kieku ma nqalgħux ċertu problemi fuq post partikolari li kien hemm available, il-Kurja, through il-Caritas ...… Naf li l-għaqda għadha interessata li tikkollabora mad-dipartiment fi proġett partikolari għar-rigward ta' hostel type of accommodation fil-komunita', pero' naħseb li aħjar nieqaf hawn għalissa u nħallu s-sitwazzjoni timmatura qabel ma jingħad iżjed fuqha.", "Wieħed irid iżomm il-prudenza la darba ċertu affarijiet qegħdin il-qorti u allura aħjar jekk wieħed ma jippubbliċizzax iżżejjed din is-sitwazzjoni.", "Naħseb li hemm rwol għal dawn it-tip ta' għaqdiet, pero' sfortunatament ikun hemm min jaqta' qalbu jidħol għal dan t-tip ta' xogħol.", "Kif diġa' għedt, qed niddiljaw ma' settur li għandu bżonn ħafna support u mhux daqshekk faċli li ssib din it-tip ta' kollaborazzjoni.", "Irrid ngħid ukoll li hemm dar privata li għandha liċenzja biex iżżomm persuni li għandhom problemi ta' saħħa mentali u li jixtiequ jmorru hemmhekk għal mistrieħ, iżda l-persuni ma jridux ikunu committed, ma jridux ikunu taħt treatment order jew observation order.", "Jekk tistaqsini x'naħseb jien personalment, ngħidlek li jekk ikun hemm voluntary organisations, NGOs, li jersqu 'l quddiem biex jagħmlu dan it-tip ta' xogħol, naħseb li jkunu very welcome u jsibu l-kollaborazzjoni tagħna.", "Qabel għedna li m'hemm ħadd fis-settur privat li qed joffri servizz f'dan il-qasam, pero' żgur li nkunu unfair jekk ma nsemmux ix-xogħol kbir li jsir fid-Dar tal-Providenza.", "La qed nitkellmu fuq id-Dar tal-Providenza, naħseb li aħjar li nitkellmu wkoll dwar il-problema tal-mental handicap li kultant titħabbel kobba mal-problema tas-saħħa mentali bir-riżultat li ħadd ma jkun jaf f'liema ambitu qegħdin nitkellmu.", "Forsi tajjeb jekk xi darba wieħed jaqbad dan is-suġġett f'dan il-livell u f'dan l-ambitu.", "Sfortunatament irridu ngħidu li d-Dar tal-Providenza li għal numru kbir ta' snin offriet kenn għal tfal bi problemi ta' handicap mentali, illum waslet at its brim, at its seams.", "M'hemmx post fejn jiġu akkomodati aktar nies u fil-fatt kellna sitwazzjoni fejn tfal u żgħażagħ fid-Dar tal-Providenza li kellhom problemi akuti, kellhom jiddaħħlu fl-Isptar Monte Carmeli minħabba nuqqas ta' spazju jew minħabba nuqqas ta' servizz fuq mental handicap.", "Apparti s-saħħa mentali, hemm bżonn li naħsbu ftit iktar fuq id-diżabilita' mentali.", "Fuq id-diżabilita' fiżika nitkellmu u nitkellmu ħafna, imma fir-rigward ta' diżabilita' mentali, għandna t-tendenza li din jew tiġi lumped x'imkien mal-mentali, pero' mhux ma' min hu eżatt bħalhom, jew inkella mal-qasam tad-diżabilita' li tkun tfisser fiżika u mentali, u l-mental handicap inħalluha tifflowtja x'imkien Naħseb li hemm bżonn naraw dak li sar fid-Dar tal-Providenza u naraw ukoll kif il-pajjiż jista' jsostni dak li qed isir f'din id-dar.", "Per eżempju, jeżistu strutturi biex tfal li jilħqu eta' ta' maturita' u jkunu kapaċi jgħixu fi flat, ikunu jistgħu jagħmlu dan?", "Le, m'hemmx dawn it-tip ta' strutturi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Bħalma għedt inti stess, noqogħdu attenti ma nikkonfondux is-suġġett ta' persuni li għandhom diżabilita' mentali ma' persuni li għandhom problemi ta' saħħa mentali.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq persuni bi problemi ta' saħħa mentali.", "DR. JOHN CACHIA: Eżatt, sewwa qed tgħid, imma sfortunatament hemm it-tendenza li din issir ukoll anke f'ċertu ideat u f'ċertu .....", "IĊ-CHAIRPERSON: Allura nipprovaw nillimitaw id-diskors tagħna fuq il-persuni li għandhom problemi ta' saħħa mentali ħalli mhux aħna stess nikkonfondu l-issues.", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Dr. Cachia, nixtieq kjarifika dwar punt li semmejt.", "Inti semmejt dak il-post, m'hemmx għalfejn tagħti dettalji dwaru, li xi tliet snin ilu bdew diskussjonijiet dwaru mal-Kurja u mal-Caritas.", "Jiġifieri dak il-post ntnesa'?", "DR. JOHN CACHIA: Le, dak il-post għadu available pero' hemm ċertu diffikultajiet li jridu jintegħlbu qabel ma jkun available.", "MICHAEL FARRUGIA: Xi kwalita' ta' diffikultajiet huma?", "Huma kwestjonijiet ta' residenti tal-madwar, xi ħaġa li tikkonċerna l-Kurja, diffikultajiet ta' artijiet?", "Hija kwestjoni privata bejn persuni privati b'ċertu interess f'dak il-post, pero' ma nixtieqx inkompli nelabora.", "MICHAEL FARRUGIA: Nifhem u nieqaf hawn.", "Rigward it-trattament fil-komunita' naħseb li kulħadd qed jaħdem biex il-kura nipprovaw mmexxuha aktar lejn il-komunita' u fil-fatt naħseb li hawn iktar pazjenti fil-komunita' milli hemm pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli, pero' jien inħoss li għad għandna missing link.", "Ħafna drabi l-pazjenti b'mard mentali aktar jintbagħtu l-out-patients biex jaraw psikjatra milli jsirulhom visti fid-dar tagħhom.", "Inħoss li l-konċett ta' community psychiatric nursing għadu m'huwiex daqstant żviluppat.", "Qiegħed nagħmel enfasi dwar dan għaliex proprju waħda mill-problemi li aħna bħala tobba niltaqgħu magħha, hija li pazjenti jsejħu lit-tabib tagħhom, jew inkella jitolbu l-għajnuna, meta s-sitwazzjozni tagħhom tiġi tali li ma jkunux jistgħu jibqgħu d-dar u l-uniku ħaġa li jkollok tagħmel hija li tirriferihom għal kura fl-isptar, li tista' tkun għal ftit żmien jew għat-tul.", "Hemm xi pjanijet għal futur qarib dwar dan?", "Naf li kienu qed jiġu identifikati persuni biex jieħdu ħsieb dan t-tip ta' community nursing, imma minn dak iż-żmien 'il hawn, ftit li xejn smajt żviluppi f'dan is-settur.", "Fil-preżent għaddej xi forma ta' żvilupp dwar il-community psychiatric nursing, u jekk hemm il-ħsieb li jinbeda dan it-tip ta' servizz, meta hu ttamat li nibdew naraw l-ewwel passi?", "Jekk community psychiatric nursing imorru fid-djar, ikunu jistgħu jidentifikaw lil min ikun qed jiddeterjora u jagħtuh għajnuna qabel ma jiddeterjora sa l-istat li jkollu bżonn kura bħala in-patient.", "DR. JOHN CACHIA: Aktar kmieni kont qed nitkellem - ma nafx l-Onor.", "Farrugia kienx qiegħed hawn - fuq il-konċett ta' case managers u proprju għamilt riferenza għal dan meta l-Onor.", "Asciak staqsa kif qegħdin naħsbu li nieħdu ħsieb din it-tip ta' sitwazzjoni.", "L-ewwelnett naħseb li m'huwiex tajjeb li tirrestrinġi l-konċett għal nursing biss.", "Naħseb li trid tikkonsidra skills oħrajn, bħalma huma occupational therapy, social work u psychology u l-Universita' qed tipproduċi numru ta' graduates f'dawn l-iskills.", "Mhux qed ngħid nies li jagħmlu masters fil-psikoloġija, jew masters fis-social work, jew li jsiru psychiatric social workers, imma persuni li jkollhom baċellerat u jagħżlu li jkunu case managers, ċioe' li eżatt kif qed tgħid inti, ikollhom numru ta' każijiet li jsegwuhom on a regular basis.", "Isiru qishom mentors tagħhom.", "Iva, din qed tiġi diskussa attivament bejn il-management team ta' l-Isptar Monte Carmeli u r-reform action committee tad-Dipartiment tas-Saħħa.", "Bħalissa qed jiġi preparat rapport u nisperaw li fix-xhur li ġejjin inkunu nistgħu nattwawh.", "Qed naraw il-possibilita' li jekk ikollok numru ta' nies gradwati fis-psychology u social work nistgħu noffrulhom dawn it-tip ta' openings li forsi jkunu attraenti għalihom.", "Mhux bilfors għandhom ikunu psychiatric nurses għax trained psychiatric nurses nippreferihom jaħdmu fl-areas akuti fejn verament għandna bżonn support u counselling akut.", "MICHAEL FARRUGIA: Għar-rigward ta' social workers, id-dipartiment beħsiebu jirrekluta social workers hu, jew se jinqeda through l-SWDP?", "MICHAEL FARRUGIA: Nafu li fil-passat, il-fatt li jkollok social workers mill-SWDP ħolqot ċertu problemi u ħafna drabi l-problema li kienet tinħoloq … (Interruzzjonijiet) Veru li hemm kwestjoni dwar differenza fis-salarji imma ħalli ma nidħolx f'dak l-aspett.", "Problema li kienet dejjem tinqala', kienet il-kwestjoni ta' responsabbilta' fejn jidħlu s-social workers ta' l-SWDP.", "Lejn min hi r-responsabbilta' tas-social workers?", "Lejn l-SWDP, lejn id-Dipartiment tas-Saħħa, jew lejn il-psikjatri li jkun hemm fl-isptarijiet?", "Problema li kienet tinqala' kienet li ħafna drabi, meta s-social workers ta' l-SWDP jiġu biex jieħdu ċertu deċiżjonijiet, minflok ma kienu jirreferu għall-policies tad-Dipartiment tas-Saħħa, kienu jirreferu għall-SWDP.", "Il-punt dwar taħt min jaqgħu, ġie ċċarat?", "Jaqgħu taħt l-SWDP jew taħt id-Dipartiment tas-Saħħa?", "DR. JOHN CACHIA: Il-policy tad-Dipartiment tas-Saħħa hi li dawk il-persuni mill-SWDP li huma seconded biex jagħtu servizz mad-Dipartiment tas-Saħħa, iridu jirrispondu għal għemilhom lejn l-uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa.", "Jiġifieri jekk l-SWDP qed taħdem bħala recruiting agency .… Hawnhekk hawn Dr. Busuttil li naħseb jista' jelabora iktar minni dwar dan.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nitlob lil Dr. Busuttil jikkjarifika dan il-punt.", "DR. RAYMOND BUSUTTIL (Direttur Ġenerali tas-Saħħa, Dipartiment tas-Saħħa): Fil-preżent għaddejjin diskussjonijiet mac-Chief Executive ta' l-SWDP biex proprju jiġi ċċarat kif se jsir is-secondment ta' social workers.", "Se jiġu definiti t-terms of reference ta' kif se jingħata dan is-servizz u l-lines of accountability f'dak li għandu x'jaqsam ma' kura u ma' overall management ta' pazjenti.", "Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin u għadna ma wasalniex.", "Soluzzjoni hemm, pero' minkejja li għadna ma kkristallizzajnihiex, ma nasħibx li se ndumu biex naslu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Dwar l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq, għad hemm il-ħsieb li jkun hemm acute psychiatric ward?", "U jekk fl-affermattiv, xi kemm sodod se jkun hemm?", "DR. JOHN CACHIA: Iva, l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq se jkollu s-psychiatric service tiegħu.", "Se jkun hemm acute psychiatric ward mill-ewwel fażi.", "Mhux se jkun il-full phase; se jkun hemm out-patients u se jkun hemm ukoll 15-il sodda akuta.", "Għad irridu nikkristallizzaw iżjed in-numru finali ta' sodod li eventwalment se jkollna bżonn.", "MICHAEL FARRUGIA: Skużani, jiġifieri, qed nifhem tajjeb li n-numru għadu m'huwiex identifikat?", "DR. JOHN CACHIA: Il-unit se jkun fih 15-il sodda kif ukoll out-patients u day care service miegħu.", "MICHAEL FARRUGIA: Inti għedt li se jkun hemm 15-il sodda, imma se ssir evalwazzjoni biex taraw jekk hemmx bżonn jiżdied in-numru ta' sodod?", "Jiġifieri se nibdew bi 15-il sodda, jew għadu qed isir studju biex naraw kemm verament hemm bżonn sodod?", "DR. JOHN CACHIA: Il-kalkoli li saru at this point in time, juru li għandna nibdew bi 15-il sodda bil-possibilita' li nespandu bil-mod biex ikollha aktar sodod.", "Wieħed irid japprezza wkoll li s'issa, f'dan il-pajjiż, il-medium term psychiatry għadha ma żviluppatx ruħha.", "F'dan il-pajjiż għandna jew sitwazzjoni akuta, jew inkella sitwazzjoni long term.", "Il-medium term, ċioe' l-medium stay fejn wieħed joqgħod f'ambjent iktar komdu minn dak li huwa f'acute ward, pero' fejn m'hemmx għaġġla biex wieħed jipprova joħroġ l-individwu mis-sitwazzjoni akuta, ma teżistix.", "U naħseb li huwa tajjeb li la jkollna l-possibilita' u l-faċilita' li nużaw alternattivi oħra bħalma huwa l-Isptar San Luqa li se jagħtina ċertu spazju, u bħalma forsi huma particular areas within Mount Carmel Hospital li jistgħu jiġu żviluppati għal dan l-għan, inkomplu nagħfsu ħalli naraw min huwa realment akut ġo l-Isptar Monte Carmeli u ġo s-psychiatric unit f'St Luke's. Kemm verament minn dawk il-pazjenti kollha li qegħdin fil-Ward 2, Ward 6 jew is-psyciatric unit, huma the acute patients?", "Irridu nirrispondu din il-mistoqsija biex niżviluppaw the medium term type of patient li għandu bżonn xi ħaġa iktar transitorja.", "U naħseb li huwa għaqli li nagħmlu hekk għaliex s'issa għad m'għandniex l-esperjenza tal-medium term.", "Illum qed niżviluppawha ftit fil-Ward 2 ġewwa Mount Carmel Hospital u nisperaw li ma ndumux ma nibdew ikollna esperjenza aħjar fil-Ward 6 tan-nisa meta niżviluppaw b'mod aħjar l-acute centre.", "MICHAEL FARRUGIA: Qed nifhem tajjeb li l-Isptar San Luqa qed jiġi identifikat biex jieħu ħsieb il-moderate cases?", "DR. JOHN CACHIA: Le, li nista' ngħid s'issa huwa dan.", "L-Isptar San Luqa se joffri alternattiva għall-moderate cases.", "Jien naħseb li hemm numru ta' options u rridu nżommu moħħna miftuħ għall-options li għandna.", "F'liema ambjent l-aħjar li wieħed jagħti medium term psychiatry?", "Fl-ambjent tradizzjonali kif nafu bih illum ta' l-Isptar Monte Carmeli, jew f'ambjent aħjar ġo l-Isptar San Luqa li forsi jkun vakat minn numru ta' sodod?", "Kieku kellek tistaqsini fejn jien naħseb li hu l-aħjar, ngħidlek biex l-ewwel we try and fathom kemm nistgħu mmorru 'l bogħod bil-konċett ta' medium term psychiatry għaliex s'issa, fl-esperjenza tagħna għad ma għandniex kif jirreaġixxu l-pazjenti Maltin f'dik it-tip ta' sitwazzjoni.", "Għandna ftit wisq esperjenza.", "Bdejna biss sena ilu bil-Ward 2 bl-esperjenza ta' medium term psychiatry.", "Bil-mod il-mod, qiegħda tindera xi tfisser li pazjent ikun in an acute setting pero' filgħaxija jmur jorqod x'imkien ieħor.", "Irridu noqogħdu ħafna attenti kif niżviluppaw dawn il-konċetti.", "Dawn il-konċetti jridu jiżviluppaw bil-mod il-mod.", "Kif qal tant tajjeb l-Onor.", "Karl Chircop, illum qegħdin niddiljaw ma' sitwazzjonijiet li huma diffiċli ferm, sitwazzjonijiet li ma taqbadx u tikkurahom bil-pilloli moderni li għandna.", "Meta tkun qed tiddilja ma' dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet, wieħed irid ikun ħafna iktar kawt, pero' jekk nimxu bil-mod il-mod, naħseb li naslu.", "MICHAEL FARRUGIA: Oriġinarjament kien hemm talba għal 60 sodda fl-isptar il-ġdid, imbagħad dan in-numru niżel, hux hekk?", "Jiġifieri n-numru issa reġa' niżel għal 15?", "Allura issa l-length of stay li tiddefinixxi każ akut, naqset?", "Niftakar li kien hemm diskussjonijiet dwar dan u fil-fatt anke xahar kien ġie meqjus bħala fażi akuta.", "DR. JOHN CACHIA: Jien m'iniex psikjatra, jien public health pyhsician b'esperjenza pjuttost twila fil-management ta' health services.", "Mill-osservazzjonijiet li wieħed jagħmel, jara li jista' jkollok sitwazzjonijiet fejn persuna li jkollha bżonn acute observation ta' one-to-one supervision għal ċertu tip ta' problemi akuti jiġu cleared within one or two days, imma jafu wkoll jiġu cleared in ten days.", "Pero' l-previżjoni ta' kemm dak l-individwu se jdum f'dik il-fażi ..… Ħalli npoġġiha f'termini differenti.", "Fejn hu l-aħjar li wieħed jikkura lil dak il-bniedem li jidher li qed juri sinjali li l-acute phase tiegħu se titwal iktar minn ta' ħaddieħor?", "Fis-sitwazzjoni akuta fejn għandek ċertu ammont ta' turmoil, fejn il-ward m'hijiex settled, jew f'ambjent fejn wieħed jista' jkollu iktar counselling, iktar one-to-one talking, iktar social support?", "MICHAEL FARRUGIA: Jien nibża' ħafna li jekk ma jkollokx terminu ta' żmien, nistgħu naslu fis-sitwazzjoni li għax il-pazjent ikun Ġanni ....", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr. Busuttil.", "DR. RAYMOND BUSUTTIL: Naħseb tajjeb li niċċaraw li l-15-il sodda li se jkun hemm fl-ewwel fażi ta' l-isptar il-ġdid, se jieħdu post it-12-il sodda li hemm fil-preżent fl-Isptar San Luqa.", "Il-15-il sodda li qed insemmu, m'humiex se jieħdu post l-acute psychiatric ward li hemm fl-Isptar Monte Carmeli.", "Dik tiġi fit-tielet fażi.", "Tajjeb li dan il-punt niċċarawh.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-punt li qed inqajjem jien huwa li jekk ma jkollokx terminu ta' żmien, wisq nibża' li jista' jkun hemm tentazzjoni biex min ikun qed jieħu ħsieb dak il-pazjent partikolari, Ġanni, iżommu jumejn jew tlett ijiem u mbagħad iċaqalqu, u lil Peppi, għax forsi fil-każ tiegħu jkun hemm ċertu ċirkostanzi jew pressjoni minn tal-familja, l-istay tiegħu tiġi estiża fl-acute ward fl-isptar biex ma jmurx l-Isptar Monte Carmeli.", "Għalhekk jien semmejt il-kwestjoni ta' terminu ta' żmien.", "Naf li din hija xi ħaġa taħraq, imma rridu nitkellmu fuqhom dawn l-affarijiet.", "DR. RAYMOND BUSUTTIL: Qed nitkellmu fuq protokolli kliniċi li jridu jiġu stipulati mill-kliniċi u naħseb li anke l-proċess ta' awditjar kliniku jrid isir biex jara kif dan qed jimxi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr. Saliba.", "DR. JOSEPH SALIBA (Direttur tal-Psikjatrija, Sptar Monte Carmeli): Din id-domanda nista' nirrispondiha faċilment.", "Kif qalilkom Dr. Busuttil, il-15-il sodda, kulma huma se jirriplejsjaw huma dawk il-11-il sodda li għandna bħalissa.", "Diġa' ilhom jeżistu protocols għal żmien estensiv.", "Naturalment huma protocols li dejjem jistgħu jiġu mtejba, pero' diġa' għandna esperjenza estensiva u kriterji li fuqhom jidħlu pazjenti, li ma jeċċedux ċertu żmien, eċċ. Jiġifieri m'hijiex ħaġa li għad irridu nipprovawha li nibqgħu niffunzjonaw ġo protocols, pero' s'intenti huwa minnu wkoll li jrid ikollok back-up facilities u għalissa, fl-ewwel fażi, l-uniku back-up facility se jkun Mount Carmel Hospital, iżda m'hemm l-ebda raġuni għaliex il-protocol li ħadmet f'St Luke's Hospital m'għandhiex tibqa' taħdem fl-isptar il-ġdid.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħaddu għall-aħħar domanda.", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: L-aħħar mistoqsija hija rigward is-psycho-geriatric ward.", "Fir-Residenza San Vinċenz hemm psycho-geriatric ward kif hemm ukoll fl-Isptar Monte Carmeli, iżda ħafna drabi qed nispiċċaw fis-sitwazzjoni li fl-Isptar Monte Carmeli jkollna numru ta' pazjenti li kważi kważi huma każijiet soċjali.", "Jekk persuna m'għandhiex post fejn tmur, tista' tiġi trasferita lejn is-psycho-geriatric ward f'San Vinċenz għax postha m'huwiex ġewwa l-Isptar Monte Carmeli, iżda l-problema hi li m'hijiex faċli li ssib spazju ġewwa San Vinċenz, allura qisna qed nixxiftjaw il-problema min-naħa għall-oħra.", "Hemm xi diskussjonijiet għaddejjin biex l-Isptar Monte Carmeli jkun jista' jikkonċentra aktar fuq każijiet li m'humiex daqshekk soċjali u fl-istess waqt wieħed jara x'jista' jsir ħalli San Vinċenz ikun jista' jikkejterja aktar għal psycho-geriatric cases?", "DR. JOHN CACHIA: If Dr. Saliba can bear me out, naħseb li hemm ċertu ammont ta' overlap min-naħa tal-psikjatrija tagħna fir-rigward tas-psycho-geriatric patients li għandna ġewwa Mount Carmel Hospital u s-psycho-geriatric assessment li jsir ġewwa San Vinċenz de Paule.", "DR. JOSEPH SALIBA: Sa ċertu punt, għax il-unit li hemm f'San Vinċenz, issa sar a very low turnover unit.", "Fil-maġġoranza tiegħu - I stand to be corrected - pjuttost jieħu anzjani minn ġo San Vinċenz stess li jkollhom problema fl-imġieba tagħhom.", "Naħseb li n-numru ta' geriatric patients li jidħlu f'dak il-unit mill-komunita', huwa pjuttost ċkejken.", "L-aktar li jidħlu huma fil-unit li għandna ġo Mount Carmel Hospital.", "DR. JOHN CACHIA: Anke fil-każ tal-psiko-gerjatrija hemm il-fażi akuta ...", "Jekk għandna an ageing population, fil-futur iċ-chances huma li jkollna iktar psycho-geriatric cases.", "Dawn kollha se jispiċċaw ġewwa l-Isptar Monte Carmeli?", "DR. JOSEPH SALIBA: Għal din ir-raġuni, waqt li nkunu qed nippjanaw għall-futur, fl-istess ħin irridu nibqgħu nimmodifikaw u naġġornaw il-pjanijiet li nkunu qegħdin nagħmlu.", "Hemm indikazzjonijiet li aktar ma jgħaddi ż-żmien, l-Isptar Monte Carmeli jibda jinbidel minn a mental hospital to a geriatric hospital.", "Għandu mnejn li numru konsiderevoli mill-pazjenti jkunu l-istess pazjenti li bħalissa qegħdin ġewwa Monte Carmeli għax f'ħajjithom, sfortunatament ma setgħux joħorġu fil-komunita'.", "Jiġifieri jista' jkun li l-użu ta' l-Isptar Monte Carmeli jinbidel, pero' jista' jkun ukoll li waqt li bħalissa għandna bżonn one psycho-geriatric unit, il-funzjoni ta' swali oħra tinbidel u fl-Isptar Monte Carmeli jkollna two, three or four psycho-geriatric units.", "DR. JOHN CACHIA: Wieħed irid jgħid li bejn l-2005 u 2025 huwa previst li n-numru ta' anzjani fil-pajjiż se jikkwadriplika allura ovvjament li l-problemi psikjatriċi f'dawk il-persuni se jkunu problemi sinifikattivi ħafna.", "Naħseb li hemm, kif qed jgħid Dr. Saliba, fejn il-focus irid jinbidel, fis-sens li jrid ikollna xi forma ta' assessment unit aħjar għal dawk il-persuni li għandhom problemi psikjatriċi akuti, għax iktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar se naraw ma' wiċċna problemi kroniċi tal-psiko-gerjatrija.", "Din m'hijiex kwestjoni li wieħed sempliċement jadotta sistema ta' turnover, pero' kif qed jgħid ukoll Dr. Saliba, dak li sal-lum nafuh bħala l-Ward 3A, 3B ta' l-irġiel ġo l-Isptar Monte Carmeli, għada pitgħada jaf ikollna bżonn nitrasformawh into a geriatric unit għall-pazjenti li għandhom psychiatric problems u allura jkollok turnover minn dik li tissejjaħ acute psycho-geriatric problem - għalkemm kważi lanqas tgħidu dan it-terminu - into a chronic psycho-geriatric problem.", "MICHAEL FARRUGIA: L-aktar li qed nirreferi huwa għal psycho-geriatric patients li attwalment ma jkollhomx daqshekk bżonn l-environment ta' sptar mentali bħalma hu Monte Carmeli, imma aktar ikollhom bżonn ambjent li jixbaħ dak ta' San Vinċenz, jiġifieri pazjenti li aktar għandhom bżonn ta' post li jipprovdi n-normal day-to-day treatment.", "DR. JOHN CACHIA: Pero' ma nistgħux naħarbu mir-realta' li l-psychiatric problems fl-anzjani huma wkoll problemi.", "Dawn il-persuni ma jistgħux jiġu labelled bħala persuni anzjani li għandhom bżonn kura residenzjali biss, imma huma persuni li għandhom bżonn xi ħaġa oħra.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Huwa pożittiv ħafna li wieħed jisma' li se jinħoloq dan it-tip ta' network biex nipprovaw nsolvu dawn it-tip ta' problemi li bħalma nafu lkoll, ħafna drabi l-mediċina ma tantx taħdem fuqhom.", "Issemmiet il-kelma ''protokoll'' u fuq dik li xtaqt ngħid xi ħaġa.", "Jien nemmen li fil-mediċina ġenerali - mhux qed nitkellem fir-rigward tal-psikjatrija biss - minkejja li ħafna drabi s-sinjali huma iktar evidenti, jeżistu nuqqasijiet fis-sistema tas-saħħa.", "Per eżempju jiġi f'moħħi każ ta' persuna li kellha tumur fis-sistema tal-gastro-enteritis u sakemm sar il-gastroscopy, eżami bl-istrument, il-problema nfirxet u kellha metastasis.", "U dan ġara għax m'hemmx sistema li biha inti tkun taf li sa ċertu żmien wara jrid isir l-eżami b'istrument u allura l-każ jiġri qabel ma jkun hemm dan it-tip ta' intervent.", "Allura meta nidħlu għall-psikjatrija fejn ħafna drabi s-sintomi u s-sinjali huma inqas evidenti, wisq nemmen li hemm bżonn, mhux ta' reġimentazzjoni, imma ta' iktar protokolli.", "Per eżempju ftit tal-ġimgħat ilu miet pazjent tiegħi li kien skizofreniku.", "Dan il-pazjent li kien in his forties, kien jgħix fil-komunita' imma l-istandard of living tiegħu żgur li ma kienx dak mixtieq.", "Dan il-bniedem kien ipejjep xi erba' pakketti sigaretti kuljum u nista' ngħid li ħadd, forsi anke minħabba nuqqas ta' drive min-naħa tiegħu, ma kien isegwih.", "Veru li kien jiġi riferut l-isptar meta kien ikollu bżonn kura medika jew psikjatrika, imma ma kien hemm l-ebda follow-up ta' dan l-individwu.", "Ejja noħolqu protokoll li jara li l-istandard of living li aħna nippretendu li għandhom jgħixu dawn il-pazjenti, jkun milħuq.", "Wisq nibża' li għadna 'l bogħod ħafna u sadanittant nies skizofreniċi li għadhom żgħar qed jgħixu f'livell substandard ħafna.", "Nemmen li dan it-tip ta' network li qed jissemma jista' jgħin fejn il-mediċini ma jaslux.", "Nappella ħafna biex dan il-protokoll isir u jsir mill-aktar fis.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel, għalkemm ma nixtieqx nirrepeti dak li forsi ntqal f'laqgħat preċedenti li kellna fuq dan is-suġġett numru ta' xhur ilu, huwa dwar screening fil-komunita'.", "Ma niftakarx jekk dan il-punt issemmiex, imma jekk issemma, żgur li ma sarx wisq enfasi fuqu.", "Nemmen li fejn hemm xi predisposing factors, bħal per eżempju, mard ġenetiku, wieħed jista' forsi jidħol f'aktar dettall biex anke permezz ta' tip ta' networks li qed insemmu, il-problema tintlaħaq kmieni qabel ma tiggrava.", "DR. JOHN CACHIA: Naħseb li waħda mill-problemi prinċipali ta' dak li qed issemmi inti - hawnhekk hawn ħames GPs quddiemi - hija ta' kemm aħna attuned għall-persuni b'dawn it-tip ta' problemi at the GP service level.", "Il-general practitioner huwa l-persuna li jmur fid-djar u jħabbat wiċċu ma' dawn in-nies, imma kemm għandu training biex jaqbad il-każ u jġibu għall-attenzjoni?", "Veru, forsi m'għandux il-ħin biex isegwi l-persuna, imma kemm huwa trained biex jagħraf ċertu sinjali qabel ma sseħħ il-problema?", "U proprju wieħed mill-valuri tan-network li qed insemmu, huwa li jkollok point of reference within your community fejn inti tista' tasal biex tara kif b'xi mod tista' tgħin lil min għandu bżonn l-għajnuna.", "Il-GPs kollha will bear me out dwar dan li qed ngħid.", "GĦar-rigward ta' prevenzjoni, iva, nafu li hemm sitwazzjonijiet ċari fejn hemm predisposing factors.", "Mewt fil-familja, life events ta' ċertu kwalita' u unemployment, huma kollha social determinants li jwasslu biex ikollok predisposing factors għal mard mentali.", "Fil-każ ta' ġenetika, forsi ħlief għall-Huntington's, s'issa, għad m'għandniex evidenzi ċari dwar ġenetika, pero' definitely li hemm life events li jippredisponu nies għal sitwazzjoni ta' dan it-tip.", "Inti semmejt ukoll l-iskizofrenija u staqsejt jekk bniedem li qed ibati mill-iskizofrenija huwiex jgħix ħajja ta' bniedem jew le.", "L-iskizofrenija, minnha nnifisha, tikkawża dik it-tip ta' sitwazzjoni.", "X'se tagħmel?", "Hemm dibattitu sħiħ dwar il-prevenzjoni, pero' ċertament naħseb li hemm rwol importanti x'nilgħabu at GP level and at the prevention level.", "U meta general practitioner jiltaqa' ma' sitwazzjoni fejn xi ħadd ikun tilef lil xi ħadd fil-familja, għandu ftit tal-ħin biex jitkellem u jara jekk xi ħadd minn dik il-familja huwiex se jispiċċa vittma?", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jien ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Jean Pierre Farrugia jitkellem fuq il-bżonn ta' protocols u standards ta' kif nistgħu nittrattaw dawn it-tip ta' kondizzjonijiet u lil Dr. Cachia jitkellem dwar il-ħtieġa ta' network, imma kull darba li nitkellmu b'dan il-mod, anke fil-każ ta' oqsma oħra, mill-ewwel nistaqsi lili nnifsi kemm għandna nies imħarrġa.", "Kif qal tant tajjeb Dr. Cachia, l-ewwel kuntatt ma' dawn it-tip ta' nies, isir mill-GP, imma l-GPs kemm huma mħarrġa biex jindunaw mill-bidunett x'tip ta' sitwazzjoni tista' twassal għal ċertu kondizzjonijiet ta' saħħa mentali?", "Pero' l-problema tmur iktar 'il bogħod minn GP level.", "Per eżempju ssemmiet ir-residenza ta' San Vinċenz de Paule.", "Kemm attwalment hija attrezzata biex tilqa' għal dawn it-tip ta' kondizzjonijiet?", "U meta qed ngħid attrezzata, m'iniex nirreferi biss għal attrezzi fiżiċi imma anke għal speċjalisti fid-diversi oqsma li jistgħu jittrattaw dawn il-kondizzjonijiet.", "Per eżempju dan l-aħħar smajt li f'St. Vincent de Paule, lanqas biss hemm social worker waħda.", "Jekk l-informazzjoni li għandi m'hijiex korretta, ikkoreġuni imma jekk din hija s-sitwazzjoni attwali, ma tantx tawgura tajjeb.", "Jekk aħna qegħdin nitkellmu fuq long term plans u verament irridu nagħmlu xi ħaġa b'mod konkret fil-qasam tas-saħħa mentali, irridu nħarsu lejn xi pjanijiet qed jagħmel id-dipartiment ħalli jkollu biżżejjed nies mħarrġa fid-diversi dixxiplini.", "Ilu li kellna policy nazzjonali fuq saħħa mentali mill-1974-1995, iżda meta bdejna niddiskutu dan is-suġġett f'Ġunju tas-sena l-oħra, skoprejna li minn din il-policy, kulma sar kienet biss xi ħaġa żgħira.", "Veru li qed niddiskutu biex inwasslu għal-leġislazzjoni imma żgur li ħadd minna ma jixtieq li dak li finalment isir ikun biss fuq il-karta għax ma jkollniex fil-konkret dawk l-affarijiet meħtieġa biex jappoġġjaw dak li jkun qed jiġi propost.", "Nixtieq inkun naf xi pjanijiet hemm to support all this ħalli l-leġislazzjoni li nagħmlu tkun tista' tiġi implimentata.", "MICHAEL FARRUGIA: It-trend Ewropea hija li minflok ma l-GP jibqa' l-focal point ta' kuntatt, speċjalment fil-komunita', ikunu aktar in-nurses li jkollhom kuntatt ma' persuni b'dawn it-tip ta' problemi u allura n-nurses, b'mod partikolari fil-qasam komunitarju, qed jiġu mħarrġa biex proprju jagħrfu dawn it-tip ta' każijiet.", "Ħafna drabi l-GP jiġi f'kuntatt mas-sitwazzjoni meta jiġi msejjaħ għall-għajnuna, m'hemmx it-trend li l-GP iżur pazjenti biex jara jekk iddeterjorawx jew le.", "Biex ngħaqqad ma' dak li qalet il-kollega tiegħi, naħseb li 'l hemm irridu nimxu.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Lanqas ma nħoss li għandna norbtuha biss ma' nies mediċi jew paramediċi għaliex forsi l-GP jew in-nurse, tiskopri każ jekk il-persuna tkun ressqet 'il quddiem għal xi ħaġa oħra.", "Per eżempju ħadt gost nisma' lil Dr. Cachia jgħid li xi ħadd unemployed jew xi ħadd li jkun mietlu xi ħadd qarib tal-familja jista' jkun riesaq lejn problemi ta' saħħa mentali.", "Din faċilment tista' tiġri u ħafna drabi dawn it-tip ta' nies ma jfittxux għajnuna medika, allura forsi permezz tat-tfal tagħhom fl-iskola, wieħed jista' jiskopri li hemm xi ħaġa ħażina għaddejja f'dik il-familja.", "Jiena personalment li lanqas għandi l-iċken idea ta' aspetti mediċi, ġieli dħalt ġo dar u ndunajt li xi persuna f'dik il-familja għandha bżonn l-għajnuna għax tkun għaddejja minn ċertu sitwazzjoni.", "U jekk din qatt ma ħarġet barra biex tfittex l-għajnuna, xi ħadd irid imur ifittixha.", "Jien inħoss li teacher li għandha ftit insight, mill-ewwel tagħraf ċertu sinjali fit-tfal tal-klassi u tista' tagħmel referral lil xi ħadd ħalli l-persuna tinqabad mill-ewwel.", "B'dan il-mod inħoss li għandu jkollna network li verament jaħdem.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr. Agius.", "FRANCIS AGIUS: Il-mistoqsija li nixtieq nagħmel torbot ħafna għalkemm forsi ma tidhirx li torbot daqstant.", "Xtaqt nistaqsi x'inhuma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' awtonomija ta' l-isptar vis-a'-vis il-ħajja li qed jgħixu l-pazjenti u kif qegħdin jiżvolġu l-affarijiet f'Mount Carmel Hospital.", "X'servizzi hemm ippjanati li jistgħu jingħataw fil-komunita'?", "Dr. Cachia, taħseb li fil-mental health act hemm xi aspetti li aħna nistgħu nissuġġerixxu li jinbidlu jew jitjiebu?", "Nafu kemm din il-liġi hija komplikata u mhux qed nippretendi xi exhaustive reply, imma x'aspetti taħseb jistgħu jiġu mtejba?", "IĊ-CHAIRPERSON: Forsi tista' tagħlaq fuq dan il-punt, Dr. Cachia.", "DR. JOHN CACHIA: Hawnhekk ħriġna ħafna issues imma naħseb quite rightly, l-Onor.", "Coleiro qed tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li life events mhux dejjem jiġu għall-attenzjoni ta' l-iktar nies ovvji li jkollok madwarek.", "L-Onor.", "Coleiro semmiet it-teacher, imma jistgħu jkunu ħafna nies, tista' tkun il-ġara jew il-kappillan, li jiġu f'kuntatt ma' din it-tip ta' sitwazzjoni.", "Jekk ikun hemm in-network li semmejna li wieħed jista' jagħmel riferenza għalih, naħseb li jkun a good start minn fejn wieħed jista' jibda.", "L-Onor.", "Sa ċertu punt, ma naqbilx miegħu li jagħmel enfasi esaġerat fuq il-community nurse.", "Iva, fejn m'hemmx coverage adegwat ta' GPs, hemm trend li jintużaw nurses as community nurses, pero' jekk inħarsu lejn ir-realta' ta' Malta - wieħed irid jara x'inhu jiġri barra u mbagħad iħares lejn ir-realta' ta' Malta - naraw li f'dan il-qasam tant delikat, ħafna nies jitkellmu ma' dawk li l-iktar jafdaw fihom, li jistgħu jkunu nurses, ġirien jew ħbieb, imma f'pajjiżna, il-GP huwa bniedem fdat ħafna u naħseb li huwa importanti li filwaqt li ma nħallux by the wayside il-possibilita' li niżviluppaw nurses li huma mħarrġa fil-komunita', il-GPs li għandna nieħdu ħsiebhom u nieħdu ħsiebhom sew.", "GĦall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Agius għar-rigward ta' awtonomija fl-Isptar Monte Carmeli, naħseb li issa s-sistemi finanzjarji huma f'posthom u diġa' qegħdin jagħtu l-effett tajjeb tagħhom.", "L-istaff qed jieħu ħafna iktar padronanza ta' dak li jista' jagħmel ġol-ward tiegħu bil-flus tiegħu.", "Diġa' qegħdin naraw sinjali tal-mod kif wieħed jista' jagħmel xi ħaġa għalih innifsu, speċi dawk il-flus tiegħi biex niżbogħ il-ward, jew biex nagħmel ċertu affarijiet għall-ward, eċċ. Dan it-tip ta' ownership huwa importanti għaliex eventwalment irridu naslu għal sistema fejn l-istaff kollu jħossuhom kważi that they own the hospital, that they own what is there.", "Naħseb li nkunu qegħdin nagħmlu pass tajjeb 'il quddiem jekk ikollna l-qafas finanzjarju f'postu u matul din is-sena jirnexxielna nagħtu l-legal framework għal dak li qegħdin nagħmlu biex verament ikun hemm delega kompluta.", "S'issa, eżekuttivament, jien għadni responsabbli ta' dak kollu li jiġri hemmhekk għax il-budget għadu jgħajjat lili.", "Eventwalment ikun tajjeb li b'delegi and with appropriate safeguards .… Per eżempju qed niddiskutu l-business and financial plans li jiġu sottomessi lid-dipartiment, policy formulation u d-direzzjoni li rridu nieħdu, imbagħad wara li jkun hemm is-sanctioning tal-Parlament għar-rigward tal-fondi li se jiġu allokati, inkunu nistgħu nimxu biex dawk il-fondi jintnefqu mill-isptar bil-mod li nkunu qbilna li jkun within the right framework of the policy.", "GĦar-rigward tal-mental health act, nista' ngħid li fid-draft hemm diversi punti pożittivi, pero' l-iktar wieħed li nħoss huwa importanti u li jrid jiġi enfasizzat, hija l-possibilita' li fil-komunita' tkun tista' tiġi esegwita kura mentali li s'issa kont tista' tesegwiha biss ġo l-Isptar Monte Carmeli.", "Naħseb dan huwa l-iktar punt li jrid joħroġ b'saħħtu mil-liġi ġdida dwar is-saħħa mentali.", "Jiġifieri dak li sal-lum irid bilfors isir ġo l-Isptar Monte Carmeli, irid bilfors isir in a typical type of environment, ikun jista' jibda jsir ukoll fil-komunita' in the appropriate environment ta' familja, ta' ċirkostanzi, eċċ.", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Farrugia, ma nixtieqx li nwaqqfek milli titkellem pero' issa ilna siegħa u għaxar minuti niddiskutu ma' Dr. Cachia u naturalment iktar ma nitkellmu iktar se jinqalgħu mistoqsijiet.", "Naħseb li ċ-ċans għal mistoqsijiet ingħata lil kulħadd.", "MICHAEL FARRUGIA: Hawnhekk qegħdin f'kumitat u jekk qegħdin f'kumitat, irridu naħdmu bħala kumitat u mhux naħdmu bil-giljottina.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma naħsibx li tista' takkużani li ttrattajtek bil-giljottina, Onor. Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Mhux se nakkużak imma aħna qegħdin hawnhekk biex nissuġġerixxu kif nistgħu naħdmu għall-ġid tal-pazjent.", "Wara kollox mhux għalina qed nitkellmu imma qed nitkellmu għall-ġid tal-pazjent u wieħed mill-punti essenzjali huwa li nħarsu lejn il-pazjent.", "Jekk irridu nirrinovaw u nirriformaw, u iktar u iktar jekk fil-futur se nnaqqsu n-numru ta' sodod, irridu nsaħħu l-komunita'.", "Issemmew il-general practitioners u waħda mill-problemi li għandhom il-GPs, minkejja li jgawdu l-fiduċja kollha tal-pazjent, hija li ħafna drabi il-GP jidħol ġo dar u wara ftit jerġa' joħroġ.", "U li jagħmel il-GP huwa, jew li jirreferi lill-pazjent l-isptar, jekk ikun gravi, jew inkella jqabbdu ma' grupp ta' nies li se jieħdu ħsieb b'mod ħolistiku l-bżonnijiet tiegħu.", "Issa waħda mill-affarijiet li jsiru barra minn Malta - mhux qed ngħid biss għall-awtonomija li tagħtik cost containment fis-settur tas-saħħa … Per eżempju nhar il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd se nitkellmu fuq sustainability of health u waħda mill-affarijiet li tista' tagħtik l-awtonomija jekk ikollok l-istrutturi kollha jimxu b'mod tajjeb, hija ċertu ammont ta' sostenn, imma nimxu tajjeb ukoll jekk tissaħħaħ il-komunita'.", "U jekk se ssaħħaħ il-komunita', ma tistax issaħħaħ il-GP level biss, imma t-tisħiħ irid isir b'mod ħolistiku u fost oħrajn huma l-community nurses u s-social workers li jistgħu jmorru jżuru lill-pazjenti li jkunu ħarġu mill-isptarijiet u jkomplu jagħmlu assessment tagħhom.", "Il-GP jagħtik assessment tal-kondizzjoni medika u mentali tal-pazjent, imma dan il-grupp ta' nies ikun qiegħed f'kuntatt kontinwu mal-pazjent u mhux il-GP.", "GĦalhekk jien inħoss li għandna nsaħħu l-istrutturi fil-komunita' biex għada pitgħada, ma jkollokx għalfejn tibgħat pazjenti fl-isptarijiet u dan iwassal wkoll biex tnaqqas mill-ispiża tas-saħħa ġewwa pajjiżna.", "MICHAEL ASCIAK: Sinjura President, naħseb li għamilt tajjeb li ġbidt l-attenzjoni biex kemm jista' jkun inżommu fil-qasir għaliex s'issa, bl-intervent ta' Dr. Cachia, tkellmu 20 ruħ u allura hemm il-periklu li nirrepetu dak li diġa' ntqal f'laqgħat preċedenti.", "Jien inħoss li tajjeb li tibqa' tinsisti kif insistejt (Interruzzjonijiet) Le, m'hijiex kwestjoni li titlaq 'il-barra imma qed ngħid hekk għax nixtieq nisma' lil min għadu jrid jitkellem.", "MICHEAL FARRUGIA: Forsi ċertu nies jistgħu jagħtu kontribut aktar minn nies oħra u għalhekk isirulhom iktar mistoqsijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Dr. Farrugia, il-punt tiegħek għamiltu.", "(Interruzzjonijiet)", "MARIE LOUISE COLEIRO: Din m'hijiex kwestjoni ta' ħin imma kultant waqt id-diskussjoni jqumu punti li jkunu jinħtiegu aktar diskussjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Napprezza dak li qed tgħidu imma issa ilna għaddejjin u naħseb li tajt ċans jitkellem lil kulħadd.", "Safejn naf jien, kont fair ma' kulħadd.", "Jekk jogħġbok, Dr. Saliba, nixtieqek tagħlaq fuq il-punti li għadhom kemm tqajmu.", "DR. JOSEPH SALIBA: Se naċċenna biss għall-aspett ta' protocols u guidelines għax ma nistax ma naqbilx li hija essenzjali - speċjalment iktar ma l-mediċina ssir sofistikata u iktar ma' l-expectations tagħna lkoll jiżdiedu - li jkollna protocols, guidelines u screening biex ma niżbaljawx f'dak li nkunu qegħdin nagħmlu.", "Pero' rridu niftakru wkoll - u dan il-punt irrid nenfasizzah - li huwa relattivament faċli li wieħed joħloq protocols u guidelines.", "Infatti wħud minnhom nistgħu kważi nimpurtawhom u nimmodifikawhom, imma l-problema hija biex jiġu implimentati u jekk m'għandekx ir-riżorsi mħarrġa biex timplimentahom, se jkun diffiċli, anzi tasal biex kważi toħloq frustrazzjoni anke fil-livell tal-kura primarja.", "Naħseb li ż-żmien li GP jiffunzjona waħdu, dalwaqt se tkun xi ħaġa ta' l-imgħoddi.", "Il-GP irid ikun qed jikkoordina ma' team ta' nies li jgħinuh f'aspetti ta' screening biex dak li jkun għal idejh, fil-każ tal-psikjatra the most straightforward case and case detection, ikun qed isir kif suppost.", "But this has to be mirrored by secondary care teams u ma rridux naħsbu li s-secondary care teams ikunu biss fl-isptar, anzi iktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar iridu jkunu fil-komunita' biex għal każijiet kumplessi jkollna l-mezzi ħalli ċertu żbalji jiġu evitati.", "Li rrid ngħid huwa li din m'hijiex biss kwestjoni ta' protocols, screening u guidelines imma hija kwestjoni li jkollna biżżejjed riżorsi umani biex ix-xogħol li hu meħtieġ isir.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom.", "DR. JOHN CACHIA: Nixtieq nagħmel kumment ta' l-aħħar.", "Ma nixtieqx noħorġu minn hawn bl-impressjoni li setgħet ingħatat ukoll, li community care is necessarily a cheaper option than hospital care.", "Kif diġa' għedt u nerġa' nirrepeti, il-mediċini għamlu dak li kellhom jagħmlu u meta naslu fis-sitwazzjoni fejn in-nies iridu jiġu supported by having to use a lot of staff, hemmhekk se tidħol f'ħafna iktar spejjeż.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom.", "Insejjaħ issa lis-Sinjura Connie Magro li hija ċ-Chairperson tal-Mental Health Association u timmaniġġja wkoll acute unit ġewwa l-Isptar Monte Carmeli.", "CONNIE MAGRO (Chairperson, Mental Health Association): Illum m'iniex qiegħda hawnhekk bħala nurse imma fil-kapaċita' tiegħi bħala Chairperson tal-Mental Health Association.", "L-għan ta' l-assoċjazzjoni tagħna hi li nagħtu tama u support lill-familjari tal-persuni li jbatu minn nuqqas ta' saħħa mentali, pero' mhux dan biss, iżda li nagħtu wkoll ħafna educational talks.", "Aħna nħossu li mhux il-gvern biss għandu x'jagħti imma hawn ħafna għaqdiet volontarji li jistgħu jagħtu ħafna lil dawk li qegħdin ibatu b'mard mentali.", "Aħna nemmnu li jekk nedukaw u nissapportjaw lill-familjari, il-familjari jkunu jistgħu jżommu d-dar dawk li qed ibatu b'mard mentali u jistgħu wkoll inaqqsu ħafna mill-expressed emotion li l-mard mentali joħloq fid-dar.", "Naturalment inutli li nedukaw in-nies mingħajr ma nagħtuhom is-support li għandhom bżonn.", "L-edukazzjoni waħedha tista' toħloq frustrazzjoni u aħna m'aħniex hemmhekk biex inġibu frustrazzjoni, allura għan ieħor ta' l-assoċjazzjoni huwa li nagħmluha ta' advocates għalihom.", "Illum aħna qegħdin hawnhekk bħala l-advocates ta' dawk in-nies li għalija huma heros li qegħdin jissapportjaw u jżommu d-dar lil persuni li huma mentalment morda.", "Dawn in-nies ma setgħux jiġu hawnhekk u allura aħna qegħdin nirrappreżentawhom u naraw il-bżonnijiet tagħhom.", "Wara l-ewwel kors li għamilna ta' 13-il lecture fejn tkellimna fuq il-biological aspect, is-social aspect u s-support li jista' jkollhom il-familjari ta' persuni b'mard mentali, aħna għamilna riċerka żgħira fejn fiha rajna x'inhuma n-needs u l-wants tal-familja u x'distinzjoni nagħmlu bejn in-needs u l-wants tal-familja.", "U fuq dawn l-affarijiet ġejt nitkellem hawnhekk.", "Min għandu familjari morda fl-isptar jara li hemm short-term goals li aħna nistgħu nilħqu mingħajr ħafna spejjeż għad-dipartiment.", "Ħalli nibda billi ngħid xi ħaġa dwar l-out-patients section li kien hemm ħafna tgergir dwarha.", "Fl-out-patients, l-appuntamenti kollha jingħataw fit-8.00 a.m. u allura wieħed ta' spiss ikollu jagħmel ħames sigħat sħaħ jistenna.", "Aħna rajna x'suġġerimenti għandhom il-familjari w rajna li jkun aħjar jekk per eżempju, erba' familji jingħataw appuntament fit-8.00 a.m. u erba' familji oħra jingħataw appuntament kwarta wara u nibqgħu sejrin hekk, biex ħadd ma jkun ilu jistenna l-isptar mit-8.00 a.m. sas-2.00 p.m.", "Ħaġa oħra li ħafna nies igergru minnha - ma nafx kif din il-problema tista' tiġi solvuta għalissa - hija li fl-out-patients il-pazjenti jiltaqgħu ma' tobba differenti u allura jkollhom jgħidu l-ħajja tagħhom kull darba li jmorru fl-out-patients.", "Din iddejjaqhom ħafna u jħossuhom li qegħdin jaħlu ħafna ħin.", "F'isimhom ngħid li hemm bżonn nagħmlu sforz u nsibu soluzzjoni għal din il-problema.", "Ilment ieħor li rċevejna huwa rigward il-canteen ta' l-Isptar Monte Carmeli li suppost qiegħed hemm biex jaqdi lilhom imma li dejjem ikun magħluq.", "Ħafna min-nies li jiġu l-isptar jużaw it-trasport pubbliku għax ma jkollhomx karozza tagħhom, u jekk ikunu jixtiequ jixtru flixkun ilma, ma jsibux minn fejn jixtruh u allura jkollhom iġibuh magħhom mid-dar, ikollhom iqandluh magħhom, speċjalment fis-sajf, mid-dar sa l-isptar.", "Issa l-canteen huwa mmexxi minn nies li jaħdmu fl-isptar stess, huwa mmexxi minn fattigi mpjegati mill-gvern, allura aħna qed nissuġġerixxu li l-canteen jiġi mmexxi minn xi għaqda volontarja bħala kooperattiva li tkun tħaddem nies li kienu pazjenti u li jiġu mgħallma kif imexxu canteen ħalli mbagħad dawn l-istess nies jintbagħtu into the mainstream.", "Jiġifieri dawn ikunu qed jiġu mħarrġa hemm ġew stess under supervision.", "Naħseb li b'dan il-mod, il-gvern ikun qed jiffranka u mhux jonfoq il-flus.", "Ilment ieħor li ressqu numru ta' familjari jirrigwarda t-traffic lights li hemm ħdejn l-Isptar Monte Carmeli.", "It-traffic lights saru iktar l-isfel mill-isptar, saru għan-nies li jaħdmu fil-fabbriki, qisu l-morda u l-familjari tagħhom, huma second class citizens.", "Ħafna mill-pazjenti li jkunu se joħorġu mill-isptar jgħidulek li ma jridux imorru d-dar bil-leave għax jibżgħu jaqsmu t-triq waħedhom.", "Diġa' kellna ħafna inċidenti u anke mwiet f'din it-triq u ma nafx x'qegħdin nistennew qabel nagħmlu xi ħaġa.", "X'inhu l-aħjar, nagħmlu traffic lights għal dawn in-nies, jew nagħmlu monument li jqum ħafna iktar flus għal dawk li tilfu ħajjithom f'din it-triq?", "Ħaġa oħra li tkellmu dwarha l-familjari ta' min ibati minn mard mentali, kienet l-SKA.", "L-SKA tingħata lil min ibati mill-iskizofrenija, pero' dawk in-nies li jbatu minn manic depression jew minn chronic illnesses oħra, minkejja li min ibati minn obsession huwa wkoll bniedem b'mard kroniku, ma jieħdu xejn għax ma jaqgħux taħt Schedule V. Ħafna mill-mediċini, b'mod partikolari l-mediċini moderni kontra d-depression, huma quite expensive u jekk il-pazjenti ma jkunux jaħdmu, iridu jħallsu għalihom il-familjari tagħhom.", "GĦaliex dawk li huma chronically ill ma jiġux ttrattati l-istess u jaqgħu wkoll taħt Schedule V?", "Jekk xi ħadd li huwa physically hadicapped jaħdem għal siegħa, sagħtejn, ma jitnaqqaslu xejn mill-SKA, pero' jekk wieħed li jbati minn mard mentali jmur jaħdem għal siegħa, sagħtejn, l-SKA jitlifha.", "Fl-opinjoni tagħna, din hija diskriminazzjoni kontra min ibati minn mard mentali.", "Sinjura President, kulħadd jaf kemm psikjatra għandu bżonn taħriġ biex jiddilja mal-mard mentali, kemm jinħtieġu taħriġ pyschiatric nurses, occupational therapists jew social workers biex ikunu kapaċi jiddiljaw ma' min ibati minn mard mentali, pero' fl-istess waqt, qisna nippretendu li l-familjari ta' nies li jbatu minn mard mentali, ikunu mħarrġa f'ħafna affarijiet mingħajr ma nagħtuhom wisq support.", "Aħna qegħdin hawn għax kollha kemm aħna nħobbu lil min hu marid b'mard mentali, pero' nħobbu wkoll lill-familjari tagħhom għaliex qegħdin jagħtu servizz kbir.", "Il-membri ta' l-assoċjazzjoni tkellmu wkoll dwar drop-in centres.", "Il-persuni li jbatu b'mard mentali jħossuhom soċjalment abbandunati.", "Il-marda tagħhom stess iġġibilhom ċertu apatija u jinqatgħu waħedhom u meta jingħaqdu ma' nies oħra, iħossuhom li huma outcasts.", "Allura aħna nixtiequ li jkun hemm drop-in centres għal dawn in-nies.", "Naħseb li l-local councils jistgħu jgħinu f'dan ir-rigward.", "Ħsibna wkoll dwar l-old people's homes li filgħodu jintużaw bħala day centres.", "Forsi ta' min wieħed jikkonsidra jekk filgħaxija dawn jistgħux jibdew jinfetħu bħala drop-in centre għal dawn il-pazjenti.", "Naħseb li b'hekk inkunu qed nagħmlu użu aħjar tar-riżorsi li diġa' għandna, wara kollox, aħjar milli nħalluhom magħluqa.", "Tkellimna wkoll fuq il-mediċini moderni li qegħdin nużaw illum il-ġurnata.", "J'Alla dawn il-mediċini jibqgħu jiġu modernizzati biex b'hekk anqas nies jiġu institutionalized u ħafna aktar jibqgħu jgħixu fil-komunita'.", "Iżda jekk se jgħixu fil-komunita', se jkollhom bżonn impjieg għaliex waħda mill-aqwa terapija li għandhom bżonn dawn in-nies, huwa proprju mpjieg, pero' dawn in-nies kemm-il darba jsibu l-bieb magħluq ma' wiċċhom.", "Liebermann għamel training li huwa vocational rehabilitation u huwa the fountain house model u jien naħseb li dan huwa mudell li verament nistgħu nużaw.", "Ħbieb ta' l-assoċjazzjoni telgħu l-Ingilterra biex jaraw kif taħdem l-organizzazzjoni Making Space li rnexxiet ħafna billi waqqfu kooperattivi.", "Per eżempju qalulna li tnejn min-nies kienu jmorru jiġbru d-drapp li jibqa' fil-fabbriki imbagħad jagħmluhom portmonijiet żgħar u jbigħuhom.", "Dawn huma affarijiet sempliċi li ma tantx iqumu flus, pero' bi ftit brainstorming nistgħu noħorġu b'suġġerimenti li nistgħu nattwaw.", "La x-xogħol huwa the best therapy, ejja naħdmu flimkien billi kull assoċjazzjoni u kull NGO tagħti l-għajnuna tagħha.", "M'aħniex nippretendu kollox mill-gvern, imma nixtiequ li noqogħdu hand in hand u nimxu flimkien għaliex flimkien biss nistgħu naslu.", "Ħalli ngħid xi ħaġa oħra dwar l-impjiegi.", "Min ikollu a paid job, se jieqaflu r-relief, se tieqaflu l-SKA, mela anke l-gvern se jiffranka, imma għaliex is-settur privat, il-fabbriki, ma jimpjegawx nies with mental illness?", "Naħseb li anke l-gvern jista' jimpjega nies li jbatu minn saħħa mentali u jekk inħares lejn Mount Carmel Hospital - forsi ġejt institutionalized u nħares pjuttost b'moħħ magħluq nista' nara fejn dawn in-nies jistgħu jiġu mpjegati.", "Hemm biżżejjed fattigi jew hemm bżonn nimpjegaw minn barra?", "GĦaliex ma nimpjegawx dawn it-tip ta' nies sabiex fl-istess waqt li jkunu qegħdin jaħdmu, ikunu in a supportive environment?", "GĦaliex ma nimpjegawx bħala clerical ward clerks numru minn dawn in-nies li qegħdin jirreġistraw u li għandhom a certain standard of education?", "Naħseb li dawn huma suġġerimenti li l-gvern jista' jilqa' u fl-istess waqt ikun qed jagħti eżempju lis-settur privat kif jista' jimpjega lil dawn in-nies.", "Preokkupazzjoni oħra li għandhom ħafna mill-familjari, hija li f'każ ta' emerġenza, ma jafux fejn jirreferu.", "Nitkellmu ħafna dwar housing u halfway houses, pero' lill-familjari li qegħdin iżommu d-dar persuni b'mard mentali, x'support qegħdin nagħtuhom?", "In a crisis, dawn in-nies jenħtieġu a reference point, imma għad m'għandniex reference point.", "Min jaf kieku nagħmlu sistema, anke barra mill-isptar, ta' helpline biex f'każ ta' kriżi dawn in-nies ikollhom fejn jirrikorru għall-għajnuna?", "Ċerti affarijiet li semmejt jistgħu jagħmluhom NGOs b'kollaborazzjoni mal-gvern, mhux bilfors jagħmilhom il-gvern waħdu.", "Problema oħra li jiltaqgħu magħha l-familjari li qed jagħtuna servizz 24 siegħa kuljum, hija meta jitħajru jmorru holiday mingħajr il-pazjent.", "X'servizz ta' respite għandna f'pajjiżna?", "Sfortunatament, għad m'għandniex respite care for the mentally ill, u allura jekk il-familjari jkunu jixtiequ jieħdu holiday, ikollhom jirreferu l-pazjent f'Mount Carmel Hospital.", "Ma naħsibx li huwa fair għal min m'huwiex f'qagħda akuta li jkollu jidħol l-isptar jekk ma jkollux verament bżonn.", "Nixtieq li jkun hawn respite care u naf li hawn nies li huma interessati jieħdu ħsieb xi respite place li jista' jkun flat li forsi jkollna għad-dispożizzjoni tagħna.", "Min jaf ikunx ta' iktar servizz li flok ma nagħtu xi flat lil xi tnejn mill-ex-patients sabiex jgħixu fih, nużawh bħala respite home biex b'hekk inkunu wkoll qed ngħinu lill-familjari?", "Nixtieq issa ngħid xi ħaġa dwar il-job coaches.", "GĦandna job coaches, pero' l-job coaches li għandna huma trained in mental health?", "Jafu xi ħaġa on mental illness?", "Jien ġieli ltqajt ma' familjari ta' pazjenti li qaluli li għal ċertu job coaches, physical illness and mental illness huma l-istess ħaġa, ma kienx jaf x'inhi d-distinzjoni bejn it-tnejn.", "Inħoss li lill-job coaches għandna nagħtuhom xi ftit training fuq mental illness.", "Punt ieħor li tkellmu dwaru l-familjari kien dwar legal actions on medication.", "Ħafna mill-mediċini jistgħu jinxtraw over the counter u allura jpoġġu lill-familjari f'ħafna tensjoni għaliex overdose hija ħafna faċli jekk ċertu mediċini jistgħu jixtraw over the counter.", "Jista' jkun hemm emendi fil-liġi sabiex ċertu mediċini perikolużi, bħalma huma t-tryptizol u TCAs, ma jkunux jistgħu jinxtraw over the counter?", "MICHAEL FARRUGIA: Suppost ma jinxtrawx.", "Safejn naf jien, kien hemm direzzjoni biex it-tryptizol ma tingħatax mingħajr prescription.", "Suppost li l-ispiżjar li jkun qiegħed jiddispensa l-mediċina, ma jagħtix tryptizol jekk ma jkollux prescription.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jekk noqogħdu sejrin hekk, anke l-paracetamol huwa perikluż ħafna.", "Jien naħseb li mhux qed isir infurzar biżżejjed u naħseb li hawn spizeriji li l-anti-depressants qed jagħtuhom over the counter.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tixtieq iżżid xi ħaġa oħra Mrs Magro?", "CONNIE MAGRO: Nixtieq nagħmel l-aħħar punt.", "Lin-nisa li jaħdmu qed nagħtuhom ħafna opportunitajiet bħalma huma job sharing u flexible hours, imma qegħdin naħsbu fuq l-istess linji għal dawk li jbatu minn mard mentali?", "Qegħdin naħsbu biex lil dawn noffrulhom flexible hours u job sharing?", "Naħseb li jkun tajjeb jekk naħsbu on these lines fejn jidħlu dawn in-nies.", "Bħalma qed taraw, hemm affarijiet li biex isiru ma jeħtieġux wisq spejjeż u allura forsi nistgħu nattwaw ċertu suġġerimenti immedjatament.", "Naturalment hemm affarijiet oħra li jenħtieġu aktar ħsieb u pjanijiet qabel jitwettqu.", "Nirringrazzjakom talli tajtuna ċ-ċans inwasslu s-suġġerimenti u l-bżonnijiet tal-familjari ta' persuni b'mard mentali.", "L-aħħar ħaġa li rrid ngħid hi li bħala association se nerġgħu nagħmlu l-kors li diġa' għamilna għax kellna domanda kbira għalih.", "Dan juri li hawn għatx kbir għan-knowledge pero' l-poplu, wara li jiġi edukat, ikun irid jaf x'se jiġri u ma nixtiequx li lin-nies nedukawhom mingħajr ma nagħtuhom soluzzjonijiet għal xi wħud mill-problemi li għandhom.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mrs Magro, nirringrazzjak ta' l-eye-opener, biex ngħidu hekk, li tajtna tas-sitwazzjonijiet li jinsabu fihom ġenituri u familjari ta' persuni b'mard mentali li bħalma għedt inti, qed jagħtu servizz ta' 24 siegħa kuljum mingħajr m'huma jitolbu ħlas.", "Qed jagħmlu dan ix-xogħol sforz l-imħabba li għandhom lejn uliedhom u lejn il-familjari tagħhom.", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia għamilli sinjal li jixtieq jagħmel mistoqsija.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Wieħed mill-punti li ssemmew kien il-bżonn li jkollna respite care.", "Inti tajt bħala eżempju holiday, pero' apparti holiday, għax ħafna drabi l-familjari jiċċaħdu milli jieħdu holiday, hemm affarijiet oħra li l-membri tal-familja li qed jieħdu ħsieb persuna b'mard mentali, iġiegħeluhom joħorġu mid-dar, fosthom, il-bżonn ta' xi operazzjoni.", "Jien nemmen li l-persuna b'mard mentali tippreferi tibqa' fl-ambjent li tkun imdorrija fih, u għaldaqstant inħoss li bħalma s-servizzi li jingħataw lill-anzjani ġew estiżi lill-persuni b'diżabilita', daqstant importanti huwa li jiġu wkoll estiżi lill-persuni b'mard mentali.", "Qed ngħid per eżempju għas-servizz tal-homehelp.", "Ħalli l-familja ma tkunx tiddependi fuqu, imma almenu f'każ ta' bżonn issib spalla.", "Ovvjament ikun jenħtieġ li numru ta' home helpers ikunu mħarrġa għal sitwazzjonijiet fejn hemm mard mentali.", "Servizz ieħor li jien inħoss għandu jkun estiż għall-persuni b'mard mentali, huwa s-servizz tat-telecare.", "Punt ieħor li semmejt u li naħseb huwa wkoll importanti u rrid nenfasizzah, huwa l-continuity of care fil-każ ta' psychiatric care.", "Bħalma nafu, il-pazjenti kollha, anke dawk li m'għandhomx problemi mentali, jippreferu jaraw l-istess tabib jew speċjalista, aħseb u ara kemm jippreferu jaraw l-istess tabib persuni li għandhom problemi psikoloġiċi - ħalli nsejħilhom hekk għal mument - u li jkollhom nuqqas ta' fiduċja u paċenzja u li jsibuha diffiċli aktar minn ħaddieħor li jidraw lil xi ħadd ġdid.", "Is-sistema li tintuża hija l-istess li tintuża fil-qasam tal-kirurġija u l-mediċina, fejn l-ewwel darba jarah il-konsulent imbagħad id-drabi ta' wara jarah senior assistant jew forsi anke tabib imma mhux psikjatra?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija, mhux tant lilek - forsi wara kollox anke inti tista' tgħidilna x'inhi s-sistema li tintuża - imma biex titwieġeb aktar 'il quddiem.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel huwa dwar l-SKA u x-Schedule V. Tajjeb li wieħed josserva li fid-diskors tal-budget, il-Ministru tal-Finanzi semma li trid issir reviżjoni tas-sistema kollha tal-mediċini b'xejn u l-fatt li semmejt int, proprju jipprova dan.", "Is-sistema kif inhi hija li għal ċertu mard kroniku bħal, per eżempju depression, m'intix intitolat għal mediċini b'xejn waqt li imbagħad, għal mard kroniku ieħor, hu x'inhu l-income tiegħek, inti ntitolat għal mediċini b'xejn.", "U jien nemmen li iva - issa qed nitkellem b'mod personali - wieħed għandu jistudja din is-sitwazzjoni fejn persuni li għandhom income tajjeb ħafna għax għandhom ċertu mard kroniku jieħdu mediċini b'xejn u persuni oħra li jkollhom income baxx imma mhux baxx li jintitolhom għall-kartuna s-safra, għax ikollhom mard kroniku li ma jaqax taħt Schedule V ma jieħdux mediċini b'xejn minkejja li forsi ma jkollhomx biex jixtru l-mediċini li ħafna drabi jkunu jiswew ħafna flus, u llum, l-anti-depressants il-ġodda huma għaljin ħafna.", "Naħseb li dan il-punt tajjeb li wieħed jenfasizzah.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Xtaqt nistaqsi lis-Sinjura Magro x'tip ta' rapport hemm bejn l-assoċjazzjoni u l-awtoritajiet uffiċjali fuq dan il-qasam.", "Hemm xi tip ta' koordinament bejnietkom?", "Hemm xi mod ta' kif twasslu b'mod regolari d-diffikultajiet prattiċi li jiltaqgħu magħhom il-familjari ta' dawn in-nies?", "CONNIE MAGRO: Le, mhux b'mod regolari, u nerġa' nirringrazzjakom li stedintuni hawnhekk għax din kienet l-ewwel okkażjoni fejn bħala assoċjazzjoni stajna nsemmgħu leħinna.", "Kull meta għamilna xi laqgħa uffiċjali, dejjem stedinna Membri Parlamentari u min kellu xi complaint jew xi suġġeriment x'jagħmel, dejjem seta' jagħmlu bil-miftuħ.", "Kull meta stedinnihom, dejjem attendew u se nerġgħu nistednukom għall-għeluq u nistedinkom kollha kemm intom tiġu għall-kors ta' tlettax-il lecture li ser nagħmlu lill-familjari ta' persuni b'mard mentali.", "Dan il-grupp ta' familjari huma differenti minn dawk in-nies li kellna fil-kors l-ieħor.", "Nistedinkom tiġu ħalli intom stess tkunu tistgħu tisimgħu b'mod dirett lil min qed jgħaddi minn ċertu tbatija u tisimgħu minn fejn qed isibu l-għajnuna.", "F'dawn il-laqgħat, dawn l-affarijiet ikunu jistgħu jitkellmuhom b'mod liberu.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiġifieri fuq dan il-livell biss għandkom kuntatt?", "CONNIE MAGRO: Iva, s'issa fuq dan il-livell biss għandna kuntatt.", "Nixtieq li naħdmu iktar hand in hand.", "MICHAEL ASCIAK: L-affarijiet li semmejt ħadt nota tagħhom ħalli nagħmel mistoqsija parlamentari lill-Ministru.", "Punt li semmejt kien dwar l-istaggering ta' l-appuntamenti fil-mental out-patients.", "Jien kont għamilt mistoqsija parlamentari dwar dan, u jekk m'iniex sejjer żball, ir-risposta li ngħatajt kienet li din is-sitwazzjoni qed tiġi indagata.", "Punt ieħor li semmejt kien dwar il-bżonn li l-manic depression tiżdied ma' l-iskizofrenija u tidħol f'Schedule V. Kont għamilt PQ dwar dan ukoll u r-risposta kienet li dan is-suġġeriment qed jiġi studjat.", "Jien kont għamilt żmien naħdem f'dan il-qasam u nista' ngħid li fir-realta', lill-gvern, din il-miżura m'hi se tiswhielu xejn għaliex li jiġri huwa li ħafna tobba u konsulenti, when they are faced with this situation, iniżżlu d-diagnosis bħala skizofrenija biex il-pazjenti jkollhom dritt taħt ix-Schedule V. Per eżempju biex pazjent li jkollu manic depression ikun jista' jieħu l-mediċina b'xejn, id-dijanjosi tiegħu titniżżel bħala skizofrenija flok manic depression, li hi psikożi wkoll.", "Kif għedt, lill-gvern, miżura bħal din m'hi se tiswhielu xejn, pero' li qed jiġri huwa li r-records m'humiex juru l-verita' u f'Malta qed jidher li għandna rata enormi ta' skizofrenija meta mhux il-każ.", "Hemm bżonn li l-gvern jikkonsidra bis-serjeta' li nneħħu din l-anomalija.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq nagħmel żewġ punti żgħar u osservazzjoni.", "L-ewwelnett nirringrazzja lill-Onor.", "Michael Asciak li se jagħmel il-PQs u allura m'għandix għalfejn noqgħod nagħmilhom lill-Ministru jien!", "Veru li huwa importanti li nitkellmu dwar it-tobba, in-nurses u s-social workers fil-komunita', imma naħseb li iktar importanti huwa li jkollok il-familjari aware ta' dak li jistgħu jiltaqgħu miegħu biex ikunu jistgħu jgħinu b'mod aħjar lill-pazjenti b'mard mentali u kif huma jistgħu jkunu l-ewwel nies li jidentifikaw xi forma ta' deterjorament.", "Naħseb li aktar minnhom, ħadd ma jaf il-pazjent u l-kondizzjoni tiegħu.", "L-aħħar osservazzjoni li xtaqt nagħmel hija dwar it-triq quddiem l-Isptar Monte Carmeli.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li fl-1998 kien hemm vot biex dik it-triq tiġi rranġata, pero' għal xi raġuni jew oħra, fl-aħħar tliet xhur ta' l-1998 dik it-triq ma saritx minkejja li kien hemm il-flus ivvotati għaliha.", "Innutajt li bħalissa qed isir xi xogħol hemmhekk u nitlob biex ix-xogħol jitħaffef u jitlesta kemm jista' jkun malajr għax dik it-triq hija verament perikoluża.", "Kellna ilmenti mhux biss mill-qraba imma anke mill-ħaddiema li jaħdmu fl-Isptar Monte Carmeli.", "Hemmhekk hemm blind corner u hemm bżonn li tittieħed azzjoni kemm jista' jkun malajr għall-ġid tal-pazjenti, tal-qraba tagħhom u ta' l-impjegati fl-isptar stess.", "CONNIE MAGRO: Sinjura President, nagħlaq billi ngħid li jien inħoss li mill-pajjiżi Ewropej kollha, aħna l-iktar pajjiż li qegħdin at an advantage.", "U qed ngħid hekk għaliex il-familja Maltija għadha unita ħafna, u allura ejja ma nitraskurawhiex.", "Forsi pajjiżi oħra qegħdin jaħsbu aktar in terms li jiftħu halfway houses u respite centres u jiena naqbel li f'pajjiżna għandna bżonn respite houses u halfway houses, imma l-aktar ħaġa li għandna bżonn hija li nissapportjaw lill-familja.", "Il-familja Maltija għadha magħquda u l-aħjar post ta' fejn bniedem jista' jgħix, għandu jew m'għandux mard, huwa proprju fil-familja, fir-raħal ta' fejn twieled u fejn dejjem għex.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nixtieq ngħaddi kumment żgħir.", "Waqt il-laqgħat issemma l-punt li waħda mill-affarijiet li tinkwieta ħafna lill-users meta jiġu biex jaċċettaw impjieg, hija li jibżgħu li ma jidrawx u sadanittant ikunu tilfu s-social assistance u wara li jieqfu mix-xogħol idumu ħafna biex jerġgħu jibdew jeħduha.", "Naħseb tajjeb li intom bħala association tkunu tafu - ma nafx jekk intomx diġa' konxji tagħha - u tinfurmaw lill-ġenituri u l-familjari ta' dawn l-users, li within the department of social policy inħarġet internal memo li ntbagħtet wkoll fiċ-ċentri li hemm ġo l-irħula, li persuna li kienet qed tieħu l-għajnuna soċjali minħabba problema ta' saħħa mentali, tieqaf milli tieħu l-assistenza soċjali sakemm tibqa' fl-impjieg imma jekk within a framework jiġi indikat li l-persuna marret fuq il-job u ma setgħetx tkompli bl-impjieg proprju minħabba l-kondizzjoni tagħha, is-social assistance terġa' tibda tingħata immedjatament mingħajr ma jkollha għalfejn terġa' tapplika mill-ġdid u tistenna sakemm jitlestew il-proċeduri kollha.", "Naturalment wieħed jara wkoll jekk il-każ ikunx għadu dak li kien qabel, pero' ma jkunx hemm perijodu ta' żmien li matulu wieħed ma jieħu xejn u li jista' jwassal lil dak li jkun jaqta' qalbu milli jaċċetta impjieg għax jibża' li ma jidrax u imbagħad ikollu jagħmel xi xahar, xahrejn ma jirċievi l-ebda assistenza.", "Din hija inizjattiva li ttieħdet wara l-kummenti li saru f'dan il-kumitat u naħseb li tajjeb li intom bħala association li tgħinu lill-familjari ġġibu dan il-punt għall-attenzjoni tagħhom biex jekk jiltaqgħu ma' diffikultajiet, jirreferu għaċ-ċirkolari li nħarġet u li ġiet ċirkolata mad-district offices kollha.", "Din il-miżura ttieħdet biex l-affarijiet jimxu b'mod iktar mgħaġġel ħalli dawn in-nies ma jbatux minħabba burokrazija żejda.", "Nirringrazzjak Mrs Magro, diġa' saru d-8.50 p.m. u allura naħseb wasal il-ħin biex naġġornaw.", "Kelli l-ħsieb li llum insejjaħ lis-Sur Charles Pace jagħti l-kontribuzzjoni tiegħu, pero' ma kellniex ħin.", "Probabbilment dan il-kumitat ser jerġa' jiltaqa' l-ġimgħa d-dieħla, iżda bħas-soltu tiġu nfurmati permezz ta' ittra jew fax meta ser nerġgħu niltaqgħu.", "Grazzi ħafna u nawgura lil kulħadd il-lejl it-tajjeb.", "Fit-8.50 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000215_025d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 15 ta' Frar, 2000", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.10 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 24 li saret fis-16 ta' Diċembru, 1999 kienu konfermati.", "MENTAL HEALTH: POLICIES, STRUCTURES, SERVICES AND LEGISLATION - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat irriżuma mis-6 ta' Lulju 1999 id-diskussjoni dwar mental health: policies, structures, services and legislation.", "Il-Kumitat stieden lil Dr John Cachia, Director Institutional Health, u lil Mrs Connie Magro, Chairperson, Mental Health Association, jieħdu sehem fid-diskussjoni.", "Waqt id-diskussjoni tkellmu wkoll Dr Raymond Busuttil, Direttur Ġenerali tas-Saħħa fid-Dipartiment tas-Saħħa, u Dr Joseph Saliba, Direttur tal-Psikjatrija fl-Isptar Monte Carmeli.", "Fit-8.50 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 22 ta' Frar 2000 fis-7.00 p.m. bl-istess agenda.", "PAULINE ABELA GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000215_025m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 26", "It-Tlieta, 22 ta' Frar 2000 fis-7.00 p.m.", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 22 ta' Frar 2000 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "16 ta' Frar 2000 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000222_026a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 26", "It-Tlieta, 22 ta' Frar, 2000", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 26", "It-Tlieta, 22 ta' Frar, 2000", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-7.20 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 25 li saret fil-15 ta' Frar, 2000 ġew konfermati.", "MENTAL HEALTH: POLICIES, STRUCTURES, SERVICES AND LEGISLATION - Kontinwazzjoni", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Nixtieq nirringrazzjakom li għal darba oħra erġajtu ġejtu għal dawn is-sessjonijiet fejn qegħdin niddiskutu s-saħħa mentali, strutturi, servizzi u anke leġislazzjoni dwar dan il-qasam.", "Il-kumitat irċieva kopja ta' peożija miktuba mis-Sur Dennis Arrigo li wkoll qed jagħti l-kontribut tiegħu f'dawn il-laqgħat.", "Min jixtieq kopja ta' din il-poeżija, jista' jitlobhielna.", "Ma nafx jekk l-Onor.", "Michael Farrugia, membru ta' dan il-kumitat, huwiex se jattendi għal din il-laqgħa peress li llum mietlu l-papa' tiegħu, u f'isem il-kumitat kollu, nixtieq nestendi l-kondoljanzi tagħna lilu u lill-familja tiegħu.", "Nibda biex insejjaħ lis-Sur Charles Pace li huwa social worker u lecturer fl-amministrazzjoni soċjali fid-Dipartiment tal-Public Policy fl-Universita' ta' Malta.", "IS-SUR CHARLES PACE (Lecturer, Department of Public Policy, Universita' ta' Malta): Grazzi ta' l-istedina tagħkom u bħala introduzzjoni ngħid li jien għamilt tnax-il sena psychiatric social worker f'Mount Carmel Hospital, għamilt xi żmien social worker fil-management tas-social work u bħalissa qed ngħallem is-social policy fl-Universita'.", "Fil-preżent qed nagħmel ukoll riċerka fuq il-community care għar-rigward ta' mental health.", "Personalment, l-aħħar laqgħa se nibqa' niftakarha għaliex għall-ewwel darba bdejt nisma' kliem, bħalma huma \"case management\" u \"case managers\" li donnhom huma l-buzzwords il-ġodda.", "Minn dak li qed nistudja naf kemm-il case management huwa importanti fl-Ingilterra, fl-Amerka u f'ċerti postijiet fil-Ġermanija u forsi aktar 'il quddiem ikolli ċans ngħid xi ħaġa dwar dan f'aktar dettall għax naħseb li din hija bidla importanti.", "L-aħħar darba ħadt ħafna gost nisma' lil Connie Magro, Chairperson tal-Mental Health Association, titkellem f'isem il-users, il-pazjenti li aħna qed naħdmu għalihom.", "Tajjeb li jkun hemm xi ħadd jitkellem f'isimhom.", "Fl-istess waqt indunajt li ċerti affarijiet li semmiet, minkejja li konna nafuhom, qatt ma għamilnihom.", "Mhux biżżejjed ikollna ħsebijiet, riċerka, kotba u riżoluzzjonijiet, imma ċ-challenge irid ikun li nagħmlu dawk l-affarijiet li lilna jidhrilna li huma tajbin.", "L-aħħar darba tkellimna ukoll fuq il-bżonn li dawn in-nies ikollhom iżjed kura għaliex jgħaddu minn ħajja ta' tbatija, pero' fl-istess ħin jien deherli li kien hemm xi ħaġa ġdida li qed tiġri.", "Ma stajtx ma niftakarx f'dak li ġara l-Ingilterra fl-1989 u l-1990 meta nħarġu żewġ white papers li assolutament qalbu ta' taħt fuq ix-xena ta' dak li jiġri fil-health service u fil-community care.", "Il-ħaġa kurjuża kienet li kien hemm kritika għaliex kien qed jiġi enfasizzat ħafna l-management u kif wieħed għandu jagħmel biex ma jonfoqx iżżejjed.", "Diġa' ntqal li lil dawn irridu nieħdu ħsiebhom għax qegħdin waħedhom u għandhom bżonn il-kura u mhux qed jieħdu biżżejjed, iżda meta kien hemm riformi kbar f'pajjiżi barranin, kien hemm enfasi kbir fuq il-management.", "Jien naħseb li rridu nitgħallmu minn dak li ġara f'pajjiżi barranin u jekk aħna verament nixtiequ li din tirnexxi, għandna naraw li l-affarijiet ikunu cost-effective.", "Naħseb li bħalissa qed jiġru ċertu affarijiet, per eżempju fil-weekend li għadda kien hemm il-konferenza dwar is-saħħa u naħseb li fiha rajna kemm hemm nies li għandhom valuri tajbin u rajna li hemm konsensus dwar x'għandu jiġri fil-qasam tas-saħħa.", "Jekk kien hemm min beża' li per eżempju jrid ikun hemm tnaqqis fis-servizzi tal-gvern, ra li l-enfasi hi li ngħinu lil min hu fil-bżonn u nżidu l-effiċjenza ħalli n-nies li huma l-aktar fil-bżonn ikunu moqdija aħjar.", "Fl-opinjoni tiegħi, dik il-konferenza kienet importanti ħafna u naħseb li aħna għandna nagħmlu l-almu tagħna biex nimxu lejn il-konċetti ta' case management u community care u forsi dan il-kumitat jista' jservi biex jagħti l-ispinta li dan il-qasam għandu bżonn.", "Jien naħseb li qabel il-policy document dwar il-mental health, f'Malta qatt ma kellna dokument li kien fih pjan daqshekk estiż dwar is-saħħa.", "Issa għandna d-dokument Vision 2000 li huwa fuq is-saħħa in ġenerali, imma naħseb li dak id-dokument kien il-veru bidu u li verament għamel pass 'il quddiem.", "Min-naħa l-oħra, jekk wieħed iħares lejn pajjiżi li huma ifqar minna imma ikbar minna, isib li ħafna drabi mhux biss kien hemm dokument wieħed li jagħti viżjoni wiesgħa u ġenerali ta' dak mixtieq, imma li kien hemm ukoll ħafna guidelines.", "U b'viżjoni wiesa', wieħed jifhem li għandu jkun hemm goals, spjegazzjoni ta' x'inhi l-filosofija, u serje ta' performance ratings u performance goals li jridu jintlaħqu u li se jittieħdu bħala benchmarks.", "Naturalment l-għan tal-pilot area li waqqafna kien biex aħna nitgħallmu minnha u jien naħseb li waħda mit-tagħlimiet li ħadna kienet dik li jien insejħilha \"model drift\".", "Għalkemm il-pjani forsi ma kenux dettaljati ħafna, kien hemm kif kellhom isiru ċertu affarijiet għar-rigward l-ispecialist team, il-primary team, pero' l-esperjenza writna li anke f'ħaġa li suppost li hi taħt il-lenti tagħna u qiegħda għall-attenzjoni tagħna, qtajna nifisna u forsi dan kien sforz kemm trid titħabat biex iġġib l-affarijiet essenzjali.", "Mela jien inqis li waħda miċ-challenges tagħna hi li b'xi mod nirbħu ċertu nuqqas ta' capability fil-management tagħna.", "Ma rridux ngħidu biss li se nagħmlu, per eżempju, case managers, u din tfakkarni fis-soical cases li jinsabu fl-Isptar San Luqa.", "Ħadd m'hu kuntent bil-ftit każi ta' xjuħ li jibqgħu fl-isptar.", "Naturalment billi tagħmel ftit case managers, m'intix se ssolvi l-problema.", "Jekk inħarsu lejn il-letteratura li għandna fuq il-case managers u nħarsu lejn l-esperjenzi li kellhom fl-Ingilterra, naraw li hemm ħafna u ħafna diskussjoni u hemm ħafna gwidi li jgħinu lil dak li jkun jara x'inhu tajjeb u x'm'huwiex daqshekk tajjeb.", "Naħseb li lokalment għandna min jista' jipprovdi għajnuna, min jista' jgħinna nħarsu lejn dak li sar barra ħalli nitgħallmu minnu.", "Pajjiżi barranin, bħall-Ingilterra u l-Amerka, qagħdu ħafna attenti li jżommu s-sostennibilita'.", "F'Malta hawn min ilmenta li l-anzjani ma kenux qegħdin jingħataw attenzjoni adegwata u niftakar li darba mara kienet qaltli li hi kienet inkwetata dwar ommha għax minħabba li hi kienet taħdem, ma setgħetx tieħu ħsieb ommha li kienet anzjana u li kellha stroke u minkejja li kienet tmur il-home help għandha, ma kenitx moħħha mistrieħ dwar ommha.", "Għalija, din m'hijiex kura fil-komunita' imma hija traskuraġni fil-komunita'.", "Aħna m'għandniex il-GNP li għandha l-Ingilterra, iżda għandna familja iżjed qawwija u meta n-numru ta' anzjani fil-pajjiż se jkompli jiżdied, kif qed jiżdied ukoll in-numru ta' persuni b'mard mentali fil-komunita', se jkollna challenge quddiemna.", "Irridu naraw kif nagħmlu rationing.", "Kemm-il darba pproponejna li nagħmlu ħafna affarijiet sbieħ u ntqal ħafna kliem sabiħ, imma ma rridux jiġri bħalma ġieli ġara, fejn l-ewwel inkunu ġenerużi ħafna, per eżempju fl-għoti tas-servizz ta' home help u mbagħad jasal żmien meta ma jkun hemm home help għal ħadd, lanqas għan-nies li huma l-aktar fil-bżonn.", "Naħseb li issa żviluppajna biżżejjed biex nagħrfu l-bżonn li nkunu proattivi u nagħmlu budgeting mill-bidu.", "Irridu naraw li ma niġux fil-pożizzjoni fejn ikollna nagħmlu rationing arbitrarju meta ma jkollniex biżżejjed, imma rridu naraw li mill-bidu nassiguraw li jieħu s-servizz min l-aktar għandu bżonn.", "Dan jitlob li jkun hemm ċertu spirtu u ċertu mod kif l-affarijiet ikunu organizzati u mhux wara li jinbeda xi servizz naqtgħu nifisna u nħallu l-affarijiet jimxu waħedhom.", "Għandu jkun hemm guidelines u monitoring ta' kif qed isiru l-affarijiet.", "L-aħħar darba Dr. Cachia semma punt li għaliha huwa importanti ħafna.", "Hu qal li jieħu gost ħafna jara li dawk li huma responsabbli għall-wards jafu li għandhom budget u li għandhom ċertu liberta' kif jużaw il-flus allokati għalihom.", "Per eżempju jekk hemm bżonn li l-wards jinżebgħu, jafu li huma jridu jaraw kif jagħmlu biex dan isir.", "Huma responsabbli għall-immaniġġjar tal-budget tagħhom.", "Fl-Ingilterra u l-Amerka, it-teams ta' case management ikollhom il-budget tagħhom u huma stess jixtru s-servizzi.", "Fil-konferenza li nżammet dan il-weekend rajna li kien hemm ċertu konsensus u meta tkellem il-ministru, qal li hu jidhirlu li għandu jkun hemm iżjed każijiet fejn il-gvern, minflok ma jipprovdi servizzi huwa stess, jixtrihom.", "Ma naħsibx li aħna se naslu biex ikollna l-istess bħalma għandhom l-Ingilterra u l-Amerka, fis-sens li s-servizzi, per eżempju, ta' home help, jew ta' nursing homes, ikunu jridu jinxtraw, li kull darba jkun hemm transaction, pero' ħaġa li ssemmiet ħafna u li kienet popolari ħafna fil-konferenza, kienet li issa lill-pazjent li jmur l-isptar se jingħatalu kont ta' kemm swielu s-servizz li ngħata u dan biex tiddaħħal ċerta consciousness fost il-pubbliku in ġenerali.", "Il-community care ma ssirx billi naqbdu u nagħmlu numru ta' case managers, imma billi jiġi segwit dak li jkun qed isir.", "Din hija kruċjali.", "Jekk ma noqogħdux attenti, il-welfare state tagħna se jfalli għaliex hemm ħafna spejjeż li qegħdin jiżdiedu.", "Għar-rigward kontroll ta' nfiq, jidher li diġa' hawn il-mentalita' u ċerta readiness minn min jamministra li t-team stess ikun aware ta' l-infiq li jkun qiegħed isir.", "Aħna nitkellmu ħafna fuq il-bżonn li lil bniedem tagħtih servizz ħolistiku, imma diffiċli tkun taf eżattament x'għandu bżonn.", "Jista' jkollu bżonn, per eżempju, lezzjonijiet fil-bini ta' mudelli ta' l-injam ta' l-ajruplani, ċioe' li jkollu bżonn ta' hobby.", "Jista' jkun li d-differenza bejn jekk ikunx b'saħħtu jew le, hija li jkollu dawn it-tip ta' faċilitajiet.", "Forsi mhux il-każ li dawn it-tip ta' faċilitajiet jingħataw direttament mill-gvern, jiġifieri li l-gvern joffri ċertu servizzi mhux tas-soltu, għax forsi din tista' toħloq lok ta' abbuż, imma din il-flessibilita' tista' tiġi provduta minn xi fund ta' NGO.", "Jiġifieri dak il-purchasing li jsir minn case managers fl-Ingilterra u l-Amerka, aħna nistgħu nagħmluh f'ċertu livell u mhux f'livell estiż daqs tagħhom.", "Forsi tfajla jkollha bżonn lezzjonijiet tal-ballet, liema lezzjonijiet jistgħu jgħinuha ħafna aktar għar-rehabilitation tagħha milli kieku tmur f'day centre.", "Punt ieħor li nħoss huwa importanti, huwa li n-nies li jaħdmu direttament f'dan il-qasam ikunu konxji ta' kemm qiegħed jintnefaq.", "Il-community care m'hijiex xi ħaġa minuri, u għandna nagħtuha l-importanza li tawha l-Ingilterra.", "Fl-Ingilterra kien hemm white paper verament kruċjali li qalbet ix-xena ta' taħt fuq, pero' fl-Ingilterra għandhom capability ta' bidla li ma naħsibx li aħna kapaċi għaliha bl-istess pass.", "Din il-bidla kienet assolutament drammatika u in parallel kien hemm wkoll bidla fir-rigward tal-community care.", "Il-community care hija importanti ħafna u kif intqal fil-white paper fuq il-community care, il-case management huwa l-cornerstone, iċ-ċentru tas-servizz, imma ma jistax ikollok cornerstone jekk ma jkollokx bini.", "Il-case managers huma nies li jikkoordinaw l-għajnuna li tingħata.", "Bħalissa għandna social workers, għandna nurses, għandna occupational therapists, imma t-tagħlima li ħadu fl-Amerka, fl-Ingilterra, fil-Ġermanija, fl-Olanda u f'pajjiżi fejn daħħlu l-case management, kienet li trid tintrebaħ il-frammentazzjoni u jekk aħna rridu li jkollna servizz ħolistiku, dan irid ikun serviced minn diversi servizzi u minn ħafna aspetti.", "Jekk għandek NGOs, self-help groups u ġirien - dawn jistgħu jagħtu servizz imħallas - dawn kollha jridu jinġabru flimkien.", "Irid ikun hemm persuna li xogħolha jkun li tikkoordina u biex tikkoordina jrid ikollha ċerta awtorita'.", "Meta tkellimt ma' social workers f'Malta li jaħdmu fil-community care u staqsejthom x'jagħmlu u jekk jaħsbux li l-mod kif qed jaħdem is-servizz, per eżempju tal-homehelp, huwiex tajjeb, qaluli li huma biss providers bħall-oħrajn.", "Biex indaħħlu dan il-konċett ta' case management, jenħtieġ taqliba fil-mentalita' u fil-mod li naħdmu.", "Pero' forsi ma jenħtieġx daqstant taqliba ta' taħt fuq għaliex fil-konferenza li saret din il-weekend, kien hemm konsensus dwar l-inter-disciplinary work, team work, koordinament, quality management, audit, eċċ., u allura naħseb li għandna ħafna nies li huma lesti li jħaddmu din il-bidla.", "Il-case manager ikun jenħtieġ li jippresjedi l-laqgħa li matulha jitħejja l-care programme tal-persuna, u f'dik il-laqgħa, il-GP, l-NGO, il-home helps, il-kummissjoni u kull min hu nvolut, għandu jkollu sehmu.", "Dawn b'xi mod iridu jkunu rappreżentati hemmhekk, kif għandhom ukoll ikunu rappreżentati l-familjari.", "Meta inti ddaħħal il-konċett ta' case management, qisek daħħalt it-total quality management f'fabbrika, pero' jekk ikun il-każ li ċ-CEO ikun qed jagħmel xi ħaġa li m'hijiex qed tgħin, u inti ma' tista' tgħidlu xejn, ifisser li m'intix tħaddem it-total quality management.", "La inti m'hu se tbiddel xejn, m'għandekx total quality management.", "Jekk inti xogħlok se jkun li tikkoordina dak li qegħdin jagħmlu nies differenti imma dawn xorta se jibqgħu jaħdmu bil-mod tagħhom u l-preżenza tiegħek se tkun sempliċement biex iżżid xi ħaġa ma' dak li diġa' hemm, m'hu se jkun hemm l-ebda differenza.", "Ovvjament il-case manager huwa qaddej, huwa xi ħadd li qed jagħti servizz u jagħti s-servizz tiegħu billi jikkoordina u jiġbor it-truf flimkien.", "L-idea tal-case management huwa biex tikkoordina ħalli fis-setturi kollha jkun hemm ħsieb wieħed u filosfija waħda u kull ħaġa li ssir tkun qed tgħin lill-oħra.", "Naħseb ta' min wieħed jifraħ li min-naħa tad-Dipartiment tas-Saħħa hemm kuxjenza u huwa pożittiv li qed nisimgħu lil Dr. Cachia u lil Dr. Busuttil jitkellmu favur li ndaħħlu l-konċett ta' case management.", "Nafu wkoll li kemm min-naħa ta' l-SWDP u kemm min-naħa tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali hemm interess li għal dak li jirrigwarda kura għall-persuni b'diżabilita' u kura ta' l-anzjani, jidħol ukoll il-konċett ta' case management li jiġbor l-affarijiet flimkien.", "Mela ejja nieħdu din bħala opportunita' biex tkun parti mill-bidla li trid issir.", "Naħseb li hemm ħafna readiness għal din il-bidla.", "Naħseb li l-filosofija ta' case management m'għandhiex tkun biss fil-qasam ta' min għandu problemi ta' saħħa mentali, imma anke għal dak li jsir fil-qasam ta' nies b'diżabilita' u l-qasam ta' l-anzjani.", "Malta pajjiż żgħir u għax aħna pajjiż żgħir, ħafna drabi ma naffordjawx li nagħmlu l-affarijiet bħalma jagħmluhom f'pajjiżi barranin.", "Per eżempju fl-Ingilterra, meta tiġi introdotta xi ħaġa ġdida jkun hemm armata ta' nies jaħdmu billi fost affarijiet oħra jipproduċu dokumenti, strumenti u check lists.", "Jekk f'Malta se nibdew biex fil-qasam ta' l-anzjani jkollna case management mod, fil-qasam ta' persuni b'diżabilita', case management mod ieħor, eċċ, inkunu qegħdin nitilfu opportunita' biex nagħmlu l-affarijiet b'mod tajjeb.", "Meta kont qiegħed nara riċerka dwar l-effettivita' ta' case management fil-qasam ta' mental health, kien hemm xi affarijiet li ta' min wieħed jaħseb daqsxejn fuqhom.", "Il-case management ingħoġob ħafna wara li kien ġie introdott f'Kent u r-riżultati wrew li anzjani li kienu qed jieħdu ħsiebhom b'dan il-mod, naqsu li jidħlu l-isptar u kienu iżjed kuntenti d-dar tagħhom.", "U dan sar ukoll b'inqas spejjeż.", "Fil-qasam ta' saħħa mentali kien hemm diversi żviluppi, fosthom il-fatt li pazjenti ħarġu fil-komunita'.", "La qed insemmi dan il-punt, ta' min jgħid li l-Ombudsman stess qal li mhux sewwa li għandna daqshekk nies ġo Mount Carmel Hospital.", "Meta l-Ombudsman jgħid li xi ħaġa m'hijiex qiegħda sew u inti tkompli b'dak il-mod, huwa maladministration.", "Din tpoġġi obbligu fuqna u hija kważi kwestjoni ta' human rights.", "Jiġifieri m'hijiex option li aħna ngħidu li lil dawn in-nies ma noħorġuhomx.", "L-istatistika internazzjonali turi li meta kien hemm il-community mental health teams, l-admissions fl-isptarijiet naqsu.", "Il-ħaġa kurjuża kienet li meta beda l-konċett ta' case management, l-admissions fl-isptartijiet żdiedu, pero' wieħed irid jara din l-istatistika fl-isfond ta' l-Ingilterra għax fl-Ingilterra kien hemm żmien meta lill-pazjenti ħarġuhom mill-isptar mingħajr ma kien hemm kura adegwata għalihom fil-komunita'.", "Jiġifieri kien tajjeb li fil-bidu n-numru ta' admissions żdied, imma r-riċerka turi li kemm in-nies idumu biex ifiequ, ikollhomx impjieg u jkunux qegħdin jgħixu fid-dar b'mod sewwa, ma jiddependix minn jekk inti tajthomx case management jew inkella kienx hemm community mental health teams, imma jiddependi mill-ammont ta' riżorsi umani li għandek u mit-terapiji li għandek.", "Mela jekk inti teżerċita case management imma m'għandekx human resources biżżejjed biex tlaħħaq max-xogħol, x'aktarx li malli jkun hemm l-iċken diffikulta', l-istaff li għandek se jibagħtuhom l-isptar, u dan jagħmluh biex ikunu on the safe side.", "Jiġifieri inutli jkollok case manager biex jikkoordina jekk m'għandux riżorsi x'jikkoordina.", "Naħseb hemm bżonn li wieħed jara sewwa x'inhuma r-riżorsi u t-terapiji li għandna.", "Jekk se ddaħħal il-case management, irid jinħoloq koordinament bejn l-awtoritajiet u importanti ħafna huwa t-training lil dawk in-nies li jkunu għaddew perijodu ta' żmien fl-isptarijiet u naħseb li m'għandniex biżżejjed min jagħti training skills biex jgħixu fil-komunita' dawk li kienu imdorrija l-isptar.", "Nispera li aktar 'il quddiem inkun nista' ngħid xi ħaġa dwar x'riżorsi għandna bżonn, imma ċertament li jrid ikollna ċertu riżorsi u ċertu training biex l-affarijiet verament ikunu effettivi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi Sur Pace.", "Hawn min jixtieq jagħmel xi kummenti jew domandi?", "L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Sur Pace, int semmejt li qed tagħmel riċerka.", "Naħseb li bħal f'kull qasam ieħor, jeħtieġ li jkollna riċerka għaddejja biex permezz tagħha nkunu nafu eżattament fuq xiex qegħdin nitkellmu, mhux biss għar-raġuni ta' dijanjosi u problemi, imma biex naraw kif se nfasslu s-servizzi.", "Ikun żball jekk ngħidu li kull infiq li jsir f'riċerka u għal konferenzi huwa ħela ta' flus għaliex il-flus li ninvestu f'dawn it-tip ta' affarijiet, se jservuna ħafna u ħafna iktar in the long run milli kieku naqbdu u nidħlu għal ċertu servizz mingħajr ma jkun sar xi studju xjentifiku.", "Kif għedt tajjeb int, aħna veru pajjiż żgħir, imma ħaġa importanti li għandna ngħidu hija li aħna nipprovaw nitgħallmu minn pajjiżi oħra.", "Bħala pajjiż żgħir, aħna ma nistgħux nagħmlu ċerta riċerka għaliex m'għandniex fondi.", "Irridu nammettu li għandna kemm għandna nies tajbin, ma jistax ikollna pool ta' nies li se jidħlu għal ċertu riċerka u allura bilfors we have to adapt and adopt dak li jsir barra minn Malta.", "U jien naħseb li f'dan il-qasam, f'pajjiżi li għandhom il-pattern ta' mental health u mental illness li għandna aħna, hemm esperjenza kemm negattiva u kemm pożittiva.", "Naħseb li għandha ssir riċerka lokali u nixtieqek li forsi tispjega ftit fejn tista' twassalna din it-tip ta' riċerka.", "Barra minn hekk, nixtiequ nisimgħu iktar kif intom taħsbuha, mhux inti biss imma kull min qed jaħdem f'dan il-qasam, ħalli kemm aħna bħala kumitat u kemm bħala gvern, naraw x'nistgħu nagħmlu sabiex nimxu 'l quddiem.", "Jien inħoss li l-konferenza li għadha kemm spiċċat u li inti aċċennajt għaliha - ovvjament id-djalogu jibqa' sejjer - turi l-importanza li nżommu djalogu miftuħ ma' kull min huwa involut, mhux biss il-professjonisti imma anke min huwa milqut.", "Fil-preżent qed nitkellmu ħafna dwar case management u jien ċert li fi ftit ta' snin oħra, ikun hemm buzzwords oħra u sistemi oħra, pero' naħseb li għal ħafna u ħafna snin, dan il-qasam kien biex ngħid jekk, is-Cinderella tal-health department fejn tidħol l-allocation of resources.", "Forsi qed nipprovaw inbiddlu daqsxejn din ir-rotta, pero' ċertament li ma smajtx ħafna fuq dik li hija prevenzjoni.", "Naħseb li rridu nibdew naraw ftit x'nistgħu nagħmlu mil-lat ta' prevenzjoni.", "Almenu naraw li ma nħallux sitwazzjonijiet familjarji jew individwali jkomplu jiddeterjoraw, u qed ngħid dan, mhux biss mil-lat materjali imma anke għal dak li jirrigwarda personal suffering u kondizzjoni personali ta' l-individwu li ma tantx jista' jiġi mkejjel.", "Naħseb tajjeb li ninvestu iktar f'early interventions, naturalment f'każijiet li tista' tipprevjeni għax mhux kull każ tista' tipprevenih.", "Ħaġa oħra li rridu nħarsu lejha hija s-sostennibilita' ta' kwalunkwe servizz li jingħata f'dan il-qasam.", "Ħafna drabi dawn ikunu każijiet kroniċi u allura s-sostennibilita' hija iktar u iktar importanti għaliex wieħed se jidħol għal ċertu piż.", "Xtaqt ukoll nisma' ftit dwar l-istruttura tal-ħaddiema li jaħdmu f'dan il-qasam, jew xi struttura hemm il-ħsieb li jkollhom.", "X'inhuma d-diffikultajiet li dawn jiltaqgħu magħhom, mhux biss mil-lat ta' training imma anke mil-lat tal-karriera tagħhom?", "Il-karriera tagħhom tista' tieqaf f'ċertu livell?", "Tista' tkun stunted?", "Jien nemmen li kull min jidħol f'dan il-qasam ikollu l-amor proprio għall-pazjent, imma żgur li m'huwiex fair li s-sistema stess tippenalizza lin-nies li jkollhom ħeġġa u amor proprju lejn il-mistier tagħhom billi fil-karriera tagħhom jkunu jistgħu jaslu biss sa ċertu livell.", "Jekk ma jkunux jistgħu javvanzaw fil-karriera, żgur li jkollna ħafna frustrazzjoni u nies li jagħżlu li jitilqu minn dan il-qasam.", "Għaldaqstant jien inħoss li d-dipartiment u l-Universita' huma fid-dover li flimkien jaħdmu biex jipprovdu karriera li tagħti sodisfazzjon lil min qed jaħdem f'dan il-qasam.", "IS-SUR CHARLES PACE: Naqbel miegħek perfettament.", "Naturalment, illum, bl-użu tal-computer sar aktar faċli li mir-riċerka li tkun ġbart toħroġ ċertu riżultat, pero' naħseb li għandna bżonn noħolqu ċertu struttura, ċertu lead fir-riċerka.", "Per eżempju fil-kors ta' social administration, qegħdin nagħmlu l-almu tagħna biex in-nies li joħorġu bil-B.A. Hons. ikollhom ċerta kapaċita' fir-riċerka u huwa importanti li min għandu masters jagħmel ir-riċerka huwa stess.", "Pero' fl-istess waqt, naħseb li nies ta' ċerta seniority, ta' ċerta maturita', għandhom ikunu kapaċi jieħdu sens ta' proporzjon ta' l-affarijiet għax faċli tagħmel ħafna riċerka u toħroġ b'ħafna numri, imma li rridu nsibu hija xi ħaġa li lilna tagħmlilna effett mill-ewwel.", "Jien naħseb li hemm ħafna potenzjal u hemm ħafna nies li jixtiequ jagħmlu din il-ħaġa, imma jenħtieġu jkunu taħt l-id it-tajba.", "Hemm bżonn li l-Universita' u d-dipartimenti tal-gvern, dawk tas-saħħa, politika soċjali, eċċ., jikkollaboraw flimkien biex ikun hemm struttura, u mid-djalogu jinstabu l-prijoritajiet ta' kif għandhom jintużaw ir-riżorsi.", "Per eżempju fl-Universita' hemm il-work resources li jintużaw minn ħafna lecturers biex jagħmlu ċertu riċerka, pero' qisu kulħadd qiegħed għal rasu, minkejja li ħafna minnhom għandhom inizjattivi tajbin.", "Barra minn Malta r-riċerka ssir b'mod kontinwu u naħseb li wasal iż-żmien biex anke f'Malta nibdew nagħmlu riċerka li tkun verament utli.", "Ħalli ngħid xi ħaġa dwar policies li jintużaw f'pajjiżi barranin.", "Personalment, l-importazzjoni ta' policies minn barra minn Malta, tippreokkupani ħafna.", "Infatti ċ-ċentru tat-teżi tiegħi li qed nagħmel bħalissa, huwa dwar x'mudell għandna nużaw għal pajjiżna.", "X'mudell irridu nsibu li jkun adattat għall-ambjent tagħna?", "S'issa, ma nistax ngħid li ppruvajtu ma' ħafna nies differenti, pero' l-focus tiegħu huwa li mill-bidu nett irridu nsibu l-affarijiet li jaqblu għall-ambjent ta' pajjiżna billi jittieħdu in konsiderazzjoni l-ambjent soċjali, l-aspettattivi tan-nies u l-capability tagħna.", "Per eżempju, se nimportaw l-aspett ta' case management bil-purchasing side?", "Jien tkellimt dwar kif f'Malta qegħdin nintroduċu bidla mil-lat ta' purchasing and provision, split li fl-Ingilterra daħlet bil-qawwa u saret qisha vanġelu, jgħiduha filgħodu, jgħiduha f'nofsinhar, jgħiduha filgħaxija u meta jorqdu jibqgħu joħolmu biha.", "Infatti, darba qrajt li meta ltaqgħu ma' xi Belġjani li lanqas biss kienu semgħu b'din is-sistema, skandalizzaw ruħhom.", "M'iniex ngħid li f'Malta m'hu qed jiġri xejn.", "Jien naħseb li ċertu element ta' purchasing għandu jidħol.", "Naħseb li f'Malta m'għandux ikollna biss interess fuq kif aħna nittraduċu, imma li nkunu minn ta' quddiem.", "Per eżempju bil-pożizzjoni ġeografika ta' Malta, nistgħu nkunu ċentru ta' riċerka ta' kif tadatta għal ħaddieħor u forsi nies u istituzzzjonijiet minn pajjiżi iktar żviluppati minna, jużaw lilna bħala ċentru, proprju minħabba l-pożizzjoni tagħna.", "Per eżempju fil-konferenza li diġa' rriferejt għaliha, smajna li fl-Iżlanda qed issir riċerka fuq il-genetics u qed issir fl-Iżlanda proprju minħabba l-popolazzjoni żgħira tal-pajjiż, u allura l-fatt li aħna żgħar, li ħafna drabi jitqies bħala weakness, għandna nagħmluh l-istrength tagħna billi aħna stess noħolqu ċentru fejn inġibu flimkien nies li għandhom ħafna esperjenza.", "Jien jidhirli li jekk se ddaħħal il-case management, għandu jkun hemm ċertu tip ta' letteratura li tgħidlek x'varjabilitajiet għandu l-case management u x'jaqbel ma' tip ta' ambjent, u x'jaqbel ma' tip ta' ambjent mod ieħor, ħalli d-dokumentazzjoni ma sservix biss għal pajjiż wieħed imma għal diversi pajjiżi li jkunu fil-fażi tagħna.", "Għar-rigward ta' case management, naħseb li waħda mill-problemi hi l-karriera ta' case manager.", "Per eżempju fl-SWDP għadha ma ġietx iċċarata l-career structure ta' case manager u dik hija importanti li tiġi deċiża.", "Aspett ieħor li rridu nħarsu lejh, huwa fejn jidħlu s-semi-qualified persons.", "Dawn it-tip ta' nies għandna bżonnhom.", "Għandna bżonn nies li jkunu kapaċi jgħinu lil dak li jkun isajjar, jaħsel u jgħix il-ħajja normali ta' kuljum.", "Bħalissa, f'Malta m'għandna l-ebda karriera għal dawn it-tip ta' nies u għaldaqstant fl-Universita' qed naħsbu biex nagħmlu korsijiet li jindirizzaw dan in-nuqqas.", "Dawn in-nies jilħqu ċertu livell billi jintużaw il-metodi ta' l-NVQ, National Vocational Qualifications.", "Jiġifieri aħna mhux se nipprovaw ngħallmuhom ikunu kapaċi jagħmlu l-essays u ma jkunux kapaċi jagħmlu l-affarijiet prattiċi.", "Hemm ċertu tip ta' edukazzjoni u jekk nagħmlu career structure attraenti, jirnexxielna inġibu l-aħjar nies u nżommuhom għax ikollhom iċ-ċans jimmaturaw u jiżviluppaw il-kapaċita' tagħhom.", "Fil-community care hemm ħafna lok għal nies li huma semi-qualified li s'issa f'Malta qatt ma ħsibna biex nagħtuhom career structure tajba.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Sur Pace.", "Nixtieq issa nistieden lir-rappreżentanta tal-Caritas After Care Group, Miss Josette Vassallo.", "JOSETTE VASSALLO (Caritas After Care Group): Skużawni imma m'iniex daqshekk preparata għaliex sfortunatament ħallejt in-noti kollha d-dar.", "Ma kontx naf li llejla kien se jmiss lili li nagħmel intervent, pero' ħalli nibda billi ngħid xi ħaġa fil-qosor dwar l-istorja tal- grupp li għandna fi ħdan il-Caritas.", "Il-Caritas After Care Group beda fl-1977 meta waqt l-eżerċizzji li kien qed jagħmel Dun Victor Grech, talab għal voluntieri u wħud mill-ewwel voluntieri ddeċiedew jibdew servizz għal persuni li jbatu minn xi forma ta' saħħa mentali u l-grupp sejħulu \"after care\", kif fil-fatt għadu jissejjaħ sal-lum.", "Illum inħossu li dan l-isem m'għadux adatt għaliex illum m'aħniex naraw nies f'sens ta' after care, imma nies li huma fil-komunita'.", "Għandna numru ta' voluntieri li għandhom ħafna esperjenza, hemm min ilu 19-il sena f'dan il-qasam, pero' għandna wkoll voluntieri li għadhom kemm daħlu.", "Infatti għadna kemm daħħalna voluntieri ġodda li huma studenti fl-Universita'.", "Ħafna minnhom qed jagħmlu l-kors ta' B.Psych u allura għandhom xi forma ta' training mill-kors li qed isegwu.", "Lill-voluntieri tagħna nipprovaw nagħtuhom tliet tipi ta' training u support.", "Bħala Caritas, aħna affiljati mal-Caritas (International) u mal-Caritas (Europe) u allura għandna l-guidelines u l-istrateġiji tal-Caritas mondjali li qegħdin imxerdin f'159 pajjiż fid-dinja.", "Jiġifieri kull ħaġa li nagħmlu trid tkun abbinata ma' din l-istruttura.", "Importanti li l-voluntieri tagħna nagħtuhom formazzjoni spiritwali u din tingħata fuq livell ta' rtiri u fuq livell personali.", "Jien nagħmel monitoring ta' l-istaff tal-Caritas.", "Nieħu ħsiebhom fuq il-livelli kollha, jiġifieri nagħmel monitoring fuq livell professjonali u fuq livell spiritwali.", "Dan l-aħħar għaddejna minn fażi ta' ristrutturament ta' dan il-grupp u allura t-training li jieħdu, inbidel ftit.", "Sa xi sentejn ilu, it-training li kienu jieħdu kien f'forma ta' korsijiet, mentri issa ddeċiedejna li t-training li se nagħtuhom ikun monitoring minn occupational therapists li se jibdew jaraw b'mod regolari kif jaħdem il-grupp.", "Aħna ħassejna li mhux biżżejjed li jisimgħu minn għand ħaddieħor imma li jaraw l-affarijiet hands on. Aħna nixtiequ li l-occupational therapists jaraw ix-xogħol li qed jagħmlu dawn il-voluntieri u jaraw jekk huwiex ta' valur u ta' livell għoli.", "Ovvjament il-voluntieri jkollhom bżonn support, speċjalment meta jiġu ffaċċjati b'każijiet li jkunu overwhelming ħafna għalihom.", "Jien nagħmel ukoll monitoring ta' kull membru tat-Thursday Club; nara l-każ, nara jekk il-klijent ikollux psikjatra u jekk huwiex jarah fuq livell regolari, u nara jekk għandux occupational therapist, jew probation officer jekk ikun il-każ.", "Ġieli kellna dawn it-tip ta' każijiet.", "Waħda mill-ikbar diffikultajiet li għandna, hija li ħafna mill-persuni li jiġu l-Caritas ikunu diġa' rrikorru għal kull forma ta' għajnuna li għandna f'Malta u meta jaslu għandna jkunu fi stat mill-agħar.", "Ħafna minnhom ikunu qatt ma raw psikjatra fuq livell regolari.", "Per eżempju kelli każijiet ta' persuni li kienu ilhom ma jaraw psikjatra għal sentejn u lanqas ma kellhom social worker, jew inkella s-social worker tkun fantażma, jiġifieri jkollhom social worker on paper imma ma jkunu rawha qatt u allura nispiċċa biex dan ix-xogħol ikolli nagħmlu jien bħala Caritas staff.", "Il-voluntieri tagħna għandhom ukoll guidelines of ethics u nħarrġuhom ukoll f'dan il-qasam biex ċerta konfidenzjalita' tibqa' bejn il-voluntieri u l-istaff tal-Caritas.", "Ħadt ħafna gost li f'dawn il-laqgħat ssemma l-case management.", "Bħala social worker bil-ftit esperjenza li għandi f'dan il-qasam, inħoss li l-koordinament tax-xogħol li jsir mal-klijent, għadu m'huwiex fuq livell għoli.", "Ħafna minn dawn il-pazjenti, jew klijenti, jew fil-każ tagħna membri tal-Caritas, qed jużaw ħafna riżorsi u qed nara ħafna ħela ta' riżorsi mingħajr ma hemm continuous care.", "Naħseb dak li għadu kif issuġġerixxa Mr Pace jagħmel ħafna sens ma' ħafna mill-membri li għandna aħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Bħala Caritas, x'tip ta' servizz, jew programmi, tiffolowjaw?", "IĊ-CHAIRPERSON: X'tip ta' servizz tagħtu lill-membri tagħkom li għandhom problema ta' saħħa mentali?", "Huma grouped għalihom irrespective of other groups li għandkom?", "X'tip ta' programmi tużaw biex taħdmu ma' dawn in-nies?", "JOSETTE VASSALLO: L-għan ewlieni tas-servizz li nagħtu fit-Thursday Club, huwa li dawn in-nies ikollhom l-opportunita' to socialise.", "Ġeneralment il-persuna li tiġi għandna jkollha diffikulta' biex tintegra ruħha fil-komunita', allura s-servizz li noffru huwa li ngħallmuhom basic living skills, bħalma huwa tisjir u xi ftit ħjata u bħalissa qed nikkonċentraw ħafna fuq il-ħruġ tagħhom.", "Aħna ma noħorġuhomx biss fil-grupp tagħhom waħedhom kif konna ilna nagħmlu żmien twil, imma neħduhom f'postijiet fejn jistgħu jitħalltu ma' nies oħra, per eżempju t-trade fair, it-teatru, jew passiġġata l-Belt.", "Issa wasalna fl-istat li qed joħorġu waħedhom.", "Għalina, il-fatt li qed joħorġu waħedhom huwa sinjal ta' progress kbir.", "Meta jiġu l-Caritas kull nhar ta' Ħamis, jistgħu jagħżlu jew li joqogħdu hemm u jagħmlu dak li jkun hemm organizzat mill-voluntieri, jew inkella jagħżlu li joħorġu mal-voluntieri biex jagħmlu xi attivita', pero' dan ma jsirx biss kull nhar ta' Ħamis, imma jista' jsir ukoll fil-weekend jew f'kull ġurnata oħra tal-ġimgħa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għandkom care plan għal kull individwu, jew tużaw il-konċett ta' group therapy?", "JOSETTE VASSALLO: M'għandniex care plans li huma daqshekk definiti.", "Kif għedt, jien naħdem mal-voluntieri, pero' ovvjament meta jkollok voluntieri li jkunu ilhom f'xi struttura għal żmien twil, ikun diffiċli għalihom biex jifhmu ċerta terminoloġija u metodi ġodda, pero' jien personalment insegwi kull każ individwalment u mbagħad flimkien mal-voluntieri, naraw x'għandha bżonn il-persuna.", "L-ewwel ma nagħmlu hu li nidentifikaw il-prijorita' u mbagħad nipprovaw naħdmu fuqha, u jekk dik ma taħdimx, ngħaddu għas-second preference, imma nafu min hi kull persuna u nafu eżattament x'għandha bżonn.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Qabel xejn nixtieq nuri apprezzament għall-impenn tagħkom f'dan il-qasam għax qed tagħmlu xogħol verament utli u meħtieġ.", "Tista' tgħidilna bejn wieħed u ieħor kemm hu n-numru ta' persuni li jattendu għandkom b'mod regolari u kemm hu n-numru ta' persuni li jieqfu jattendu?", "JOSETTE VASSALLO: Jiddependi ħafna mis-sitwazzjonijiet u l-każijiet li jkollna.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: M'hemmx għalfejn tkun preċiża, imma qed nitkellmu fuq għexieren ta' nies, jew fuq mijiet?", "JOSETTE VASSALLO: Għandna bejn 15 u 25 persuna li jiġu kull nhar ta' Ħamis, pero' fix-xitwa, meta jkun il-bard, jonqos in-numru ta' persuni li jiġu b'mod regolari.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Dejjem l-istess persuni jiġu, jew jinbidlu?", "JOSETTE VASSALLO: Normalment, min jiġi għandna jkun referred jew minn Villa Chelsea, jew inkella minn psikjatra, imma hemm min ilu jiġi għandna żmien twil.", "Waħda mill-affarijiet li daħħalt jien kemm ili hemmhekk, hija li meta persuna tiġi referred għandna, tintbagħtilna nota bi brief case history tal-persuna biex jiena, flimkien mal-voluntieri, ikollna idea ma' min qegħdin nittrattaw.", "Dawn huma affarijiet li ma kenux jeżistu qabel.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Fil-fatt dik kienet il-mistoqsija li xtaqt nagħmillek.", "Issib għajnuna u jeżisti koordinament mad-diversi strutturi tal-gvern li għandna f'dan il-qasam?", "JOSETTE VASSALLO: Ma' Villa Chelsea qatt ma kelli problemi fis-sens li meta tlabthom case history, dejjem tawhieli.", "L-iktar li nbatu huwa meta l-klijent ikollu private psychiatrist għas-sempliċi raġuni li ma jkunx hemm continuity of care.", "Ħafna minnhom ma jkunux imorru għand psikjatra b'mod regolari u ma jkunux qed jużaw is-servizzi la ta' social workers u lanqas ta' occupational therapists.", "Ikun hemm ukoll min jipprova jaħrab minn psikjatra għall-ieħor bir-riżultat li qatt ma jkollu kontinwita' fl-għajnuna li jista' jingħata u allura hemm aktar ċans li jintilef fil-massa.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Għandkom ħafna voluntieri li huma gradwati fil-B.Psych?", "JOSETTE VASSALLO: Pero' ma jaħdmux biss f'dan il-qasam.", "Għadna kemm daħħalna madwar 20 persuna biex jaħdmu fil-qasam tad-diżabilita' minħabba li għandna ħafna requests għal għajnuna f'dan il-qasam, pero' billi t-Thursday Club għandu ċerta struttura, ma xtaqniex indaħħlu numru esaġerat ta' voluntieri.", "Kif diġa' għedt, għandna madwar 20 klijent li jiġu b'mod regolari u jekk ikollok għaxar voluntieri, jfisser li għandek two to one and that means there are too many volunteers.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jiġifieri dawn il-gradwati jieħdu ħsieb wkoll persuni b'diżabilita', drogati, eċċ?", "JOSETTE VASSALLO: Id-drogati ma ngħinuhomx b'undergraduates.", "Min jgħin lid-drogati u lill-ġenituri ta' drogati, ikunu diġa' gradwati.", "F'dan il-qasam ma ndaħħlux voluntieri li jkunu undergraduates.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Meta tgħid gradwati, ifisser li għandhom first degree?", "JOSETTE VASSALLO: Iva, li jkollhom first degree.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Frankament, f'pajjiż fejn għandna nuqqas ta' social workers u f'pajjiż fejn diġa' għandna ċertu strutturi bħalma huwa l-home help li qiegħed għall-anzjani, għall-persuni b'diżabilita' u kif irriżulta minn mistoqsija parlamentari li għamilt lill-Viċi Prim Ministru, huwa miftuħ ukoll għal persuni b'mard mentali ...", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jien insibha diffiċli biex nifhem kif f'dan il-pajjiż, persuna li hija gradwata fil-psikoloġija, għandna first degree, ma tistax tiġi utilizzata aħjar.", "Bilfors hemm bżonn ta' second degree?", "Mill-esperjenza tagħkom, jirriżulta li first degree graduates in B. Psychology huma preparati biżżejjed biex ...?", "JOSETTE VASSALLO: Jiena qed nitkellem dwar voluntieri.", "Għandi voluntieri li lanqas għandhom University level.", "Hemm min għandu biss \"O\" levels.", "Jiġifieri qed nitkellmu dwar nies li qed jagħtu mill-ħin privat tagħhom għat-taħriġ u support ta' dawn il-persuni.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Nifhem, imma għandek ukoll gradwati.", "JOSETTE VASSALLO: Għandi voluntiera li hija social worker pero' tgħin fil-ħin liberu tagħha.", "She is the leader of our group, pero' s-servizz li tagħti m'huwiex ta' social worker għax inkella se jkollna konflitt bejn is-social worker tal-klijent u l-voluntiera.", "Ovvjament irid ikun hemm linja.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Hawn ħafna nies li qed jagħmlu l-kors ta' B.Psych u matul is-snin kellna mijiet ta' persuni li għamlu dan il-kors, allura jien naħseb li dawn il-persuni jistgħu jiġu utilizzati aħjar.", "Mill-esperjenza tagħkom, wieħed bilfors irid ikollu a second degree?", "JOSETTE VASSALLO: Jekk m'iniex sejra żball, dan li qed tgħid diġa' ssemma f'dawn il-laqgħat.", "Mingħalija, il-ġimgħa l-oħra xi ħadd semma li jekk nagħtuhom specific training in psychiatric social work jew in any other sort of speciality, dawn jistgħu jkunu case managers.", "L-iskills li trid fis-psychiatry huma speċifiċi.", "Pero' jiena naħseb li n-nies li qed titkellem dwarhom inti, il-gradwati fil-B.", "Psych. li għandna ħafna minnhom, xorta għandhom bżonn xi ftit - mhux qed ngħid a second degree - ta' speċjalizzazzjoni biex ikunu jistgħu jaħdmu f'dan il-qasam.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: L-aħħar darba jiena għedt - u l-Onor, Marie Louise Coleiro qablet miegħi - li fl-opinjoni tiegħi huwa importanti li naraw li persuni li jbatu minn problemi ta' saħħa mentali ma jibqgħux jgħixu - u qed nirriferi b'mod partikolari għall-iskiżofreniċi - in a substandard form of living.", "Din lili tolqotni ħafna.", "Fost il-problemi li jbatu minnhom dawn il-persuni, hemm is-solitudni, pero' sfortunatament illum qegħdin ngħixu f'ħajja verament mgħaġġla fejn qisek qatt ma tista' tlaħħaq ma' dak kollu li tixtieq tagħmel.", "Per eżempju llum stess ċempilli xi ħadd li jiġi minni mill-viċin li huwa depressed ħafna u jiena ma sibtx mument li mmur inkellmu.", "Din hi l-ħajja li qed ngħixu, ħajja mgħaġġla, u allura aktar u aktar hemm bżonn li l-istrutturi jkunu mibnija b'mod li verament jgħinu lil min huwa fil-bżonn.", "Wisq nibża' li fejn tidħol saħħa mentali, qed inserrħu wisq fuq il-pilloli, qed inserrħu wisq fuq forom oħra ta' kura u riabilitazzjoni li huma over-stretched u under-staffed.", "Dan l-argument smajnih ukoll fil-każ ta' l-occupational therapists.", "Nemmen li hemm bżonn iktar impenn biex dawn il-persuni jkollhom standard of living aħjar.", "Wisq nibża' li mhux qed isir biżżejjed.", "JOSETTE VASSALLO: Jekk tippermettuli, nixtieq nirrispondik fuq livell iktar ħolistiku.", "Waħda mill-affarijiet li qed nippjanaw li nagħmlu, hija li nħarsu lejn il-prevenzjoni u fil-qasam ta' diżabilita' qed nagħmlu disability awareness courses fil-parroċċi u issa se nagħmlu wkoll mental health awareness courses fil-parroċċi.", "Imma diffiċli biex tbigħ prodott bħal dan u allura li se nagħmlu fil-Kottonera huwa li nagħmlu first session which distinguishes between mental health and disability bl-idea li eventwalment niġu mitluba nagħmlu kors fuq mental health biss.", "U dan se nagħmluh biex fl-istess ħin, fis-soċjeta' tagħna noħolqu kemm awareness u kemm il-bżonn ta' prevenzjoni.", "Jekk jiena naf x'inhuma dawk l-elementi kollha li jistgħu jwassluni biex inkun mentally ill, jien se nipprova nevita li nasal għal dak l-istat.", "Jekk jiena naf x'jista' jwassal lil persuna biex tkun mentally ill, se jkun hemm iktar awareness fis-soċjeta' u dan jista' jwassal biex ikollna iktar voluntieri li jagħżlu jgħinu f'dan il-qasam.", "X'inhu l-pressure fuq il-familji?", "Kif qalet tant tajjeb Mrs. Magro l-ġimgħa l-oħra, il-problema kbira li jiltaqgħu magħha l-familjarji, b'mod partikolari ta' dawk li huma skiżofrenċi - u aħna għandna ħafna membri li huma skiżofreniċi - is how they are to cope.", "M'għandniex biżżejjed servizzi, m'hawnx biżżejjed home helpers, m'għandniex biżżejjed social workers, m'għandniex biżżejjed occupational therapists.", "Allura x'jiġri?", "Jiġri li l-piż kollu jaqa' fuq il-familja.", "Nirringrazzjaw l-Alla li għandna l-assoċjazzjoni tal-ġenituri li qed tagħmel xi ħaġa.", "Ħaġa oħra li xtaqt ngħid hija dwar il-koordinament.", "Jien inħoss li l-koordinament hemm bżonn jiżdied.", "Jekk, per eżempju fis-servizz tal-home help, hemm abbużi, hemm bżonn li jsir monitoring biex il-każijiet l-aktar gravi jieħdu prijorita'.", "Per eżempju jien kelli każ partikolari ta' skiżofreniku fejn kelli bżonn home help mhux biex tmur tnaddaflu imma biex tgħinu, anzi kważi toqgħod għassa miegħu sakemm jiżbarazza kamra mimlija sas-saqaf bl-imbarazz.", "Kulma kelli bżonn kien li xi ħadd joqgħod miegħu sabiex jinkorraġih jiżbarazza.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Pero' jien kont għamilt mistoqsija parlamentari dwar persuni b'mard mentali fil-komunita' u t-tweġiba li ngħatajt kienet li s-servizzi li fil-preżent jingħataw lill-anzjani, huma mogħtija wkoll lill-persuni bi bżonnijiet speċjali.", "Jiġifieri teoretikament, is-servizzi huma available.", "JOSETTE VASSALLO: Imma in reality … Punt żgħir li xtaqt inżid huwa dwar id-dinjita' tal-pazjenti f'Mount Carmel Hospital jew inkella ta' l-out-patients li jkollhom visits f'Mount Carmel.", "Jien kelli l-opportunita' li mmur l-isptar ma' waħda mill-membri tal-club tagħna, u nista' ngħid li fil-kamra fejn il-psikjatra kien qed jagħmillha ċertu mistoqsijiet, kien hemm mill-inqas 20 ruħ; il-klijenta, xi ħadd minn tal-familja tagħha, jien u l-oħrajn kienu kollha studenti.", "Jien inħoss li m'għandniex nesponu lil dawn il-persuni b'dan il-mod.", "Ovvjament li l-istudenti jenħtieġu ċertu taħriġ, pero' nħoss li hemm bżonn li tinstab sistema oħra kif ngħallmu lin-nurses u t-tobba.", "Problema personali, ma' persuna waħda se tesponiha b'mod, waqt li fil-preżenza ta' numru kbir ta' persuni, se tesponiha b'mod ieħor.", "Naħseb li hemm bżonn li b'mod serju nagħmlu xi ħaġa dwar dan.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Illum il-kelma \"prevenzjoni\" ssemmiet darbtejn u magħna hawn id-Direttur tal-Health Promotion Department li nixtieqha tgħidilna xi ħaġa dwar dan l-aspett.", "MARIA ELLUL (Direttur, Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa): Qed nieħu gost nisma' kliem bħal mental health awareness u prevention of mental illness.", "Tajjeb li wieħed jirrealizza li llum, il-World Health Organisation titkellem ħafna dwar mental health promotion u fl-Ewropa hawn ħafna interventions differenti.", "Forsi tajjeb nagħti highlight ta' x'kienu l-problemi, almenu min-naħa tad-dipartiment tiegħi, biex nibdew naħdmu fil-qasam ta' mental health promotion.", "L-ewwelnett hawn nuqqas ta' statistika konkreta.", "Għandna nuqqas ta' scientific facts dwar xi kwalita' ta' mental well-being igawdu jew isofru minnu l-Maltin u aħna nħossu li qabel ma jkollna dik it-tip ta' data f'idejna, se tkun diffiċli li nindirizzaw il-problema b'mod xjentifiku.", "Apparti minn hekk, mir-rapporti li naraw fil-gazzetti u fil-media, naraw li ż-żgħażagħ tagħna, speċjalment dawk li jkunu ħarġu mill-iskola, juru problemi emozzjonali u behavioural problems.", "Ir-risky behaviour li huma jieħdu tindika li meta ż-żgħażagħ joħorġu mill-iskejjel tagħna qed ikollhom problemi psikoloġiċi, emozzjonali, mentali, sejħilhom li trid, pero' qed jidher li dawn iż-żgħażagħ li huma l-futur tagħna, huma l-adulti ta' għada, qed ikollhom problemi u din is-sitwazzjoni qed narawha mhux biss f'pajjiżna imma f'ħafna pajjiżi Ewropej.", "It-teħid ta' droga, abbuż minn alkoħol, tipjip fost iż-żgħażagħ eating disorders li llum ħafna mill-heads of schools jgħidulna bihom, huma kollha indikazzjonijiet li ż-żgħażagħ tagħna qed jirrispondu għal dan it-tip ta' ambjent li qed ngħixu, naħdmu, nilagħbu u nitgħallmu fih.", "Għaldaqstant wieħed bilfors japprezza l-bżonn li jkollna strateġija konkreta ta' prevenzjoni.", "U forsi hawnhekk wieħed għad irid joħloq dibattitu ta' x'irridu nfissru eżattament bil-kelma \"prevenzjoni\".", "L-ewwelnett żgur li se jkollna bżonn nindirizzaw il-human resources li għandna.", "Irridu nindirizzaw l-istrengths and weaknesses tagħna.", "Ħalli nieħu d-dipartiment tiegħi bħala eżempju.", "Fid-dipartiment tiegħi, m'hemm ħadd imħarreġ fil-qasam ta' mental health għax meta pprovajna noħorġu calls for application għal psikologi biex jiġu jaħdmu magħna, il-problema dejjem kienet li maċ-Ċivil diffiċli li jkollok din il-kwalita' ta' nies u allura ħafna drabi qed ikunu iżjed l-NGOs li qed jagħmlu dan it-tip ta' mental health awareness milli, per eżempju, aħna, min-naħa ta' Health Promotion Department u dan proprju minħabba l-problemi li semmejt.", "Kif diġa' għedt, wieħed qed jara biċ-ċar li qabel ma nanalizzaw is-sitwazzjoni proprja ta' mental well-being li aħna bħala poplu għandna, se tkun diffiċli li nintervjenu u jkollna r-riżultati li nixtiequ jekk fl-aħħar mill-aħħar ma nafux eżatt fejn irridu mmorru.", "Sabiħ nitkellmu fuq is-servizzi, pero' s-servizzi x'inhuma jindirizzaw?", "Qed jindirizzaw il-problemi wara li jkunu diġa' nħolqu?", "GĦandna servizzi biex jindirizzaw il-bżonnijiet qabel ma jinħolqu l-problemi, jew almenu meta l-problemi jkunu għadhom żgħar?", "Naħseb li dan huwa wieħed mill-iktar punti kruċjali fil-promozzjoni ta' saħħa mentali.", "Li nixtieq ngħid ukoll huwa li aħna nifformaw parti mill-proġett European Network of Health Promoting Schools u nirrealizzaw li f'ħafna mill-iskejjel Ewropej li jifformaw parti minn dan il-proġett, mental health hija indirizzata saħansitra mil-livell ta' kindergarten, jiġifieri l-ambjent ta' l-iskola, l-approach li hemm bejn it-teacher u t-tfal, u bejn it-tfal infushom, fosthom bullying, huma kollha affarijiet li qed jiġu indirizzati waqt li forsi għalina dawn narawhom bħala cases one off u forsi ma nirrealizzawx li aktar tard fl-iżvilupp tat-tfal jistgħu jkunu l-catalysts ta' affarijiet ħafna iktar serji.", "IĊ-CHAIRPERSON: Miss Ellul, inti tkellimt dwar in-nuqqas ta' data u allura bħala unit, ma tistgħux tipprogrammaw ix-xogħol tagħkom f'dan il-qasam minħabba li m'għandkomx data fuq xiex taħdmu.", "Kif tipproponi li din id-data tinġabar għax inkella nistgħu nibqgħu ngħidu li data m'għandniex, we sit complacently, u d-data tibqa' ma tinkisibx?", "Għedt ukoll li huma l-NGOs li qegħdin jaħdmu fuq l-aspett ta' mental health awareness.", "Biex ma jkollniex duplication of resources, xi rwol tara għad-dipartiment tiegħek li jaħdem ma' l-NGOs li diġa' qegħdin jagħmlu dan it-tip ta' xogħol?", "La xi ħaġa diġa' qed issir tajjeb, m'għandhiex għalfejn tittieħed on board kompletament minn xi ħaddieħor, qisna biex nivintaw ir-rota mill-ġdid.", "L-importanti hu li nikkoordinaw flimkien biex kulħadd ikun aware ta' x'inhu għaddej f'dan il-qasam.", "MARIA ELLUL: Jien nemmen li mental health promotion m'hijiex xi ħaġa li hija abbinata biss mal-health division per se, iżda hija aspett ta' saħħitna li trid tiġi indirizzata minn dixxiplini varji, u hawnhekk m'iniex nirriferi biss għal tobba, psikjatri u psikologi, trid tiġi indirizzata minn xjenzi differenti li kollha jistgħu jikkontribwixxu.", "Fil-fatt nemmen li xi darba bilfors se jkollna noħolqu xi tip ta' task force b'terms of reference ċari biex inkunu nistgħu nibnu strateġija nazzjonali u forsi waħda mill-ewwel affarijiet li trid issir, hija l-ġbir ta' data biex b'hekk almenu inkunu nafu fejn hi l-baseline tagħna.", "X'inhuma l-problemi li qed niffaċċjaw f'mental health?", "X'inhuma l-prijoritajiet tagħna?", "Qed nitkellmu fuq depression, stress, ansjeta', jew fuq problemi serji bħalma huma l-iskriżofrenija u psikożi?", "Probabbilment, meta jkollna din il-kwalita' ta' data nirrealizzaw li bħal pajjiżi oħra, għandna l-firxa kollha ta' problemi.", "Jiena nemmen li fil-futur qarib id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa bilfors se jkollu jibda jaħdem fuq din il-branch.", "F'dan l-istadju nħoss li għanda ħafna x'nitgħallmu mill-NGOs.", "Per eżempju għar-rigward il-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali, possibbilment se jkollna bżonn inkunu iżjed proattivi biex nġiegħluhom jirrealizzaw li din hija area li aħna rridu naħdmu magħhom dwarha.", "Pero' kif kont qed ngħid, peress li l-Health Promotion Department għad m'għandux esperjenza per se fl-area ta' mental health, inħoss li at this point in time, huwa iżjed alliance building li qed nagħmlu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti konxja ħafna iktar minn kull wieħed u waħda li hawn preżenti dwar il-health appraisal li se jsir mill-WHO, liema appraisal kien ġie diskuss anke f'din il-kamra, u għaldaqstant tajjeb ninformakom li uffiċjali mill-WHO se jkunu f'Malta bejn it-13 u s-17 ta' Marzu biex jagħmlu dan l-appraisal.", "Fil-fatt, lil dan il-Kumitat talbuh biex jagħmlu laqgħa partikolari miegħu nhar l-Erbgħa 15 ta' Marzu.", "M'għaddejtilkomx din l-informazzjoni qabel għax l-istedina formali għad trid tiġi, pero' tajjeb li tkunu tafu b'dan l-appuntant minn issa.", "Miss Ellul, fil-health appraisal li se jsir, se jintefa' focus fuq problemi ta' saħħa mentali?", "MARIA ELLUL: Il-health appraisal huwa eżerċizzju li l-World Health Organisation tagħmel f'dawk il-pajjiżi li jistiednuha biex jiġu studjati l-istrengths, weaknesses, opportunities u threats għal health promotion ġo pajjiżhom.", "Fil-fatt, pajjiżna stieden lill-World Health Organisation jagħmlu din il-kwalita' ta' analisi u kif għedt int, dan se jsir bejn it-13 u s-17 ta' Marzu.", "Diġa' ġew iffissati ħafna interviews ma' diversi ministri u kapijiet ta' dipartimenti u waħda mill-areas li se jħarsu lejha, hija proprju mental health u se jkun hemm laqgħat kemm ma' NGOs kif ukoll ma' nies li jaħdmu f'din l-area min-naħa tal-health services li noffru.", "Din hija area li qed inħossu trid tiġi indirizzata.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak Miss Ellul.", "Hawn xi ħadd li jixtieq jagħmlilha xi mistoqsija?", "La m'hawnx mistoqsijiet naħseb li għal-lum nistgħu nieqfu hawnhekk.", "Aħna qegħdin dejjem nitkellmu dwar kif se nagħtu iktar empowerment lin-nies li għandhom problemi ta' saħħa mentali u żgur li taqblu miegħi li parti mill-empowerment huwa x-xogħol u diġa' semmejna kemm huwa importanti li dawn jingħataw ix-xogħol.", "Magħna għas-seduti kollha, dejjem kien hawn rappreżentant tal-Malta Employers Association u naħseb li l-fatt li xi ħadd mill-Malta Employers Association kien qed ikun preżenti għal kull laqgħa li kellna, jisma' d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom in-nies li għandhom problema ta' nuqqas ta' saħħa mentali u jisma' dwar is-servizzi li għandna, hija pożittiva ħafna.", "Apprezzajna ħafna li kienu preżenti f'dawn il-laqgħat u fil-laqgħa li jmiss nixtieq nisma' lilhom.", "Nixtieq nisma' l-veduti tagħhom, xi problemi jiltaqgħu magħhom huma meta jiġu biex jimpjegaw persuni li għandhom problemi ta' saħħa mentali u x'feedback pożittiv għandhom meta jimpjegaw persuni bi problemi ta' saħħa mentali għax jien persważa li hemm feedback pożittiv minn min impjega persuni li għandhom problemi ta' saħħa mentali u forsi dawk il-ħafna biżgħat li xi employers ikollhom meta jimpjegaw persuna b'nuqqas ta' saħħa mentali, jibdew jitfarrku.", "Forsi wħud minnhom huma biżgħat ta' bla bżonn u forsi l-biżgħat reali nistgħu nilqgħu għalihom.", "Nixtieq li l-employers jgħidulna kif bħala komunita' nistgħu ngħinu biex dawn in-nies isibu posthom fid-dinja tax-xogħol.", "Fit-8.30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta 29 ta' Frar, 2000 fis-7.00 p.m. bl-istess aġenda."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000222_026d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 22 ta' Frar, 2000", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.20 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 25 li saret fil-15 ta' Frar, 2000 kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumitat, l-Onor Helen D'Amato, tat il-kondoljanzi tagħha u tal-membri tal-Kumitat lill-Onor Michael Farrugia għall-mewt ta' missieru, is-Sur Anthony Farrugia, li ġrat dakinhar, 22 ta' Frar 2000.", "MENTAL HEALTH: POLICIES, STRUCTURES, SERVICES AND LEGISLATION - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat irriżuma mill-15 ta' Frar 2000 id-diskussjoni dwar mental health: policies, structures, services and legislation.", "Il-President tal-Kumitat informat lill-membri li kienet irċeviet poeżija mingħand is-Sur Dennis Arrigo li kien ta l-kontribut tiegħu fid-diskussjoni matul il-laqgħa Nru 10 tad-9 ta' Lulju 1999.", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Charles Pace, Lecturer fl-amministrazzjoni soċjali, Dipartiment tal-Public Policy fl-Universita' ta' Malta; lil Ms Josette Vassallo, mill-Caritas After Care Group u lil Ms Maria Ellul, Direttur fid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa, jieħdu sehem fid-diskussjoni.", "Il-President tal-Kumitat informat lill-Membri li t-team mill-WHO, mistieden jagħmel programm ta' evalwazzjoni dwar il-promozzjoni tas-saħħa f'Malta, kien se jkun f'Malta bejn it-13 u s-17 ta' Marzu 2000 u laqgħa tat-team mill-WHO mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali kellha tinżamm nhar l-Erbgħa, 15 ta' Marzu 2000.", "Fit-8.30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 29 ta' Frar 2000 fis-7.00 p.m. bl-istess agenda.", "PAULINE ABELA GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000222_026m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 26", "It-Tlieta, 29 ta' Frar 2000, fis-6.45 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 29 ta' Frar 2000, fis-6.45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "28 ta' Frar 2000 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000229_026a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 29 ta' Frar 2000", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fis-6.47 p.m.", "Mr Speaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Victor Galea Pace, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor George Vella.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 25 li saret fl-1 ta' Frar 2000, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li wara li tintemm id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet – Abbozz Nru 52 – kellha tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir – Abbozz Nru 52 – u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku – Abbozz Nru 29.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li xi ġimgħatejn qabel kien ikkomunika bil-miktub mal-Whip ta' l-Oppożizzjoni fejn għarrfu biż-żjara f'Malta tal-Prim Ministru tas-Slovenja fis-27 ta' Frar u tal-Professur Prodi fil-5 ta' Marzu.", "Huwa informah li l-ħsieb tal-gvern kien li l-Professur Romano Prodi, President tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, jindirizza lill-Kamra tad-Deputati f'seduta tal-Parlament nhar it-Tnejn, 6 ta' Marzu fil-11.00 a.m., fejn isir diskors ta' madwar kwarta mill-Professur Prodi u diskors ta' madwar kwarta kull wieħed mill-Prim Ministru u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Il-Kumitat qabel li:", "(a) fis-seduta li fiha jsir l-indirizz mill-Professur Prodi, la ssir konferma tal-minuti u lanqas isiru mistoqsijiet parlamentari;", "(b) fl-aħħar tas-seduta l-iSpeaker jew id-Deputy Speaker jaġġorna l-Kamra għas-seduta ta' fil-għaxija b'aġenda li tkun ġiet ikkomunikata fis-seduta ta' qabel;", "(c) is-seduta tkun trasmessa dirett bit-televiżjoni mill-PBS u jekk ikun hemm talba minn stazzjonijiet oħra privati sabiex ixandru dirett dik is-seduta, dawn jingħataw il-permess bil-kondizzjoni li jittrasmettuha sħiħa; u", "(d) photographers u cameramen għandhom joqogħdu n-naħa ta' l-iStrangers' Gallery u jkunu jistgħu jibqgħu għas-seduta kollha.", "L-Onor George Vella qajjem il-punt li mhux qed jingħataw risposti għal mistoqsijiet parlamentari li fihom tintalab informazzjoni jew dokumentazzjoni dwar il-pożizzjoni ta' Malta fuq ċerti aspetti li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta' Malta għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Il-Kumitat awgura lill-Onor Mario Galea fejqan ta' malajr.", "Fis-7.18 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000229_026m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 27", "It-Tlieta, 29 ta' Frar 2000 fis-7.00 p.m.", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 29 ta' Frar 2000 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "23 ta' Frar 2000 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000229_027a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 27", "It-Tlieta, 29 ta' Frar, 2000", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 27", "It-Tlieta, 29 ta' Frar, 2000", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-7.20 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 26 li saret fit-22 ta' Frar, 2000 ġew konfermati.", "MENTAL HEALTH: POLICIES, STRUCTURES, SERVICES AND LEGISLATION - KONTINWAZZJONI", "IĊ-CHAIRPERSON (L-Onor.", "Helen D'Amato): Nibda biex ninfurmakom li l-kumitat irċieva sottomissjonijiet, li ser jitqassmu lill-membri, mingħand is-Sur Charles Pace, Lecturer fid-Dipartiment tal-Public Policy fl-Universita' ta' Malta, u li għamel l-intervent tiegħu dwar dan is-suġġett fl-aħħar laqgħa li kellna.", "Issa qegħdin, biex ngħid hekk, nagħlqu d-diskussjoni dwar dan is-suġġett u llum nixtieq nisimgħu lir-rappreżentant tal-Malta Employers Association u lir-rappreżentant tan-National Mental Health Federation, li huwa wkoll Manager Nursing Services fl-Isptar Monte Carmeli.", "Fil-laqgħa li jmiss nixtieq li nisimgħu ftit dwar id-draft legislation li qed tiġi mħejjija għaliex s'issa smajna biss il-veduti ta' social workers u ta' occupational therapists u l-problemi li jiffaċċjaw in-nies li huma direttament involuti f'dan il-qasam, mingħajr ma tant missejna l-Mental Health Act per se.", "Fis-seduta li jmiss għandha tiġi avukat li ħadmet fuq id-draft tal-liġi biex magħha niddiskutu l-emendi proposti għal-liġi eżistenti dwar is-saħħa mentali.", "GĦalhekk nibda billi nsejjaħ lis-Sur Victor Pisani li qiegħed jirrappreżenta lill-Malta Employers Association biex jiġi mal-mejda ħalli jagħtina r-riflessjonijiet tiegħu u nieħu din l-opportunita' biex pubblikament nirringrazzja lill-Malta Employers Association li kienu kostanti fil-preżenza tagħhom hawnhekk.", "Forsi wieħed jistaqsi kif il-Malta Employers Association tidħol fil-qasam tas-saħħa mentali, pero' aħna nirrealizzaw u l-employers association apprezzat dan ukoll, li biex nagħtu empowerment lil persuni li għandhom problemi ta' saħħa mentali, hemm bżonn li nagħtuhom l-opportunitajiet ta' xogħol.", "GĦaldaqstant pubblikament nirringrazzjahom ta' l-interess u s-sostenn kontinwu li wrew matul dawn l-aħħar laqgħat.", "IS-SUR VICTOR PISANI (Malta Employers Association) F'isem il-Malta Employers Association nixtieq nirringrazzja lill-kumitat għall-istedina biex aħna wkoll nagħmlu l-kummenti tagħna f'dan il-forum.", "Għal min m'huwiex wisq familjari mal-Malta Employers Association u mingħajr ma ninstema li qed nagħmel reklam, ngħid li l-Malta Employers Association tħaddan mat-300 membru, fil-parti l-kbira tagħhom azjendi privati, għalkemm għandna wkoll korpi parastatali bħala membri.", "F'soċjeta' moderna li trid timmijra għal bilanċ soċjali, l-Employers Association tista' titqies bħala l-kontra-piż għall-unions tal-ħaddiema, pero' din id-deskrizzjoni m'għandhiex tagħti lok għal interpretazzjoni negattiva ta' kif inhuma r-relazzjonijiet ta' dawn is-sieħba soċjali.", "Anzi, nieħdu gost ngħidu li jeżisti rispett reċiproku bejn rappreżentanti tal-ħaddiema u ta' min iħaddem u hemm konverġenza ta' sforzi biex jitnaqqas il-gwaj u jitjieb l-ambjent fil-qasam tax-xogħol.", "Meta nitkellmu dwar nuqqas ta' saħħa mentali b'konnessjoni mad-dinja tax-xogħol, ikun prattiku li naqsmu s-sustanza taħt tliet kapi; mard jew diżordni mentali li jiġi b'riżultat ta' ċirkostanzi tax-xogħol; impjegati stabbiliti li jaħkimhom mard mentali; u impjieg ta' persuni li jkun magħruf minn qabel li għandhom kondizzjoni ta' mard mentali.", "Se nidħol f'dawn it-tliet aspetti wieħed wieħed.", "M'hemmx dubju li jeżistu każi fejn persuni jidħlu fi stat ta' tensjoni, anxiety state, depression jew nervous breakdown, bi ftit jew wisq kaġun ta' sitwazzjonijiet fuq il-post tax-xogħol.", "Bħal kelliema oħra li diġa' tkellmu qabli, ngħid li bħala employers m'għandniex data jew statistika fuq kemm għandna każi li jaqgħu f'din il-kategorija, iżda jinħass li s-sitwazzjoni m'hijiex wisq allarmanti.", "Li hu żgur huwa li problemi mentali kaġunati mix-xogħol, aktar jiġu fuq nies li għandhom ċertu responsabbiltajiet, bħalma huma supervisors, managers u amministraturi, milli fuq impjegati b'inqas responsabbiltajiet.", "Fi ftit kliem, iktar huma suxxettibli ċ-chiefs milli l-Indjani!", "Naturalment jista' jkun hemm raġunijiet validi li jwasslu persuna fi stat mentali xejn feliċi u dawn jinkludu xogħol bix-shift, ħinijiet twal ta' xogħol, nuqqas ta' mistrieħ biżżejjed - li ħafna drabi jkun self-imposed - responsabbiltajiet aktar milli wieħed ikun jiflaħ, pressjoni kbira għal riżultati ta' xogħol, inġustizzji fl-għoti ta' promozzjonijiet, anomaliji fit-tqassim ta' xogħol, diskriminazzjoni għal diversi raġunijiet, personality clashes u ħafna u ħafna raġunijiet oħra.", "F'dan il-mument, żgur li min qed jisma' qed jistaqsi f'qalbu: Din hija ammissjoni mill-Malta Employers Association li dawn l-affarijiet huma aċċettati u tollerati?", "X'qed isir biex il-problema tiġi ndirizzata?", "L-ebda problema fil-ħajja ma tista' tiġi solvuta jew imtejba jekk tinżamm mistura u għalhekk ikun tajjeb li aħna nitkellmu bl-iktar mod apert anke fuq dak li jista' jkun sensittiv.", "Irridu ngħidu li f'dawn l-aħħar snin, fis-settur privat sar progress kbir f'dak li huwa taħriġ ta' supervisory u managerial grades u llum, azjendi, b'mod partikolari dawk li jħaddmu 'l fuq minn 50 persuna, iħaddmu l-professional management approach.", "Dan jixhdu l-fatt li hawn ħafna taħriġ imniedi minn aġenziji varji u l-konkorrenza għal dan it-taħriġ hija inkoraġġanti ħafna.", "Dan it-taħriġ ivarja fil-livell minn basic supervisory skills sa MBA.", "Fit-taħriġ dejjem ikun hemm aċċenn fuq stress management u suġġetti relatati, allura kulħadd qed isir iktar konxju għall-perikli li jeżistu fil-ħajja tax-xogħol u kif jistgħu jiġu skansati, imma bla dubju ta' xejn jibqa' l-fatt li fejn hemm tmexxija veru tajba, partikolarment interess ġenwin fis-saħħa ta' l-impjegati, hemm anqas lok li problemi ta' mard mentali jitfaċċaw.", "It-tieni aspett li semmejt huwa l-każ ta' impjegati li jaħkimhom mard mentali.", "Mill-prattika ngħid li l-employers ikunu jixtiequ jgħinu lill-impjegat, imma fl-istess waqt jistgħu jsibu diffikulta' biex jikkontrollaw ċerti sitwazzjonijiet.", "L-impjegat jista' jkun għaddej jew minn problemi kaġunati mix-xogħol, jew minn problemi personali, jew inkella kumbinazzjoni taż-żewġ aspetti tal-problema, problemi kaġunati mix-xogħol u problemi privati.", "Dan huwa qasam professjonali ħafna u għalhekk l-iktar li jista' jagħmel l-employer, huwa li jirrikorri għand it-tabib tal-kumpannija biex jgħin lill-impjegat ifittex l-għajnuna professjonali li jkollu bżonn.", "Naturalment, support morali lill-impjegat, m'għandu qatt jonqos.", "F'ħafna każi, tingħata wkoll għajnuna materjali 'l hemm mill-obbligu tal-liġi, per eżempju, konċessjonijiet għal extended sick leave, leave speċjali, jew inkella xogħol alternattiv.", "Normalment dan isir minn wara l-kwinti u mingħajr daqq ta' trombi, kemm biex tkun protetta l-privatezza tal-marid u kemm biex ma jkunux esposti preċedenti.", "Ħalli issa nikkummenta fuq il-proposta li employers jikkonsidraw l-ingaġġ ta' persuni bi problemi ta' saħħa mentali.", "Il-liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' tispjega li għall-fini ta' liġi, \"diżabilita'\" tfisser nuqqas fiżiku jew mentali li jillimita b'mod sostanzjali xi attivita' vitali maġġuri, waħda jew iktar minn waħda, ta' dik il-persuna.", "L-employers pjuttost iħarsu lejn din id-deskrizzjoni ta' x'inhi persuna b'diżabilita' bħala waħda ftit vaga.", "Qed ngħid għall-fini tal-liġi għaliex kif nafu, persuna jista' jkollha diżabilita' mit-twelid, per eżempju, tkun Down Syndrome, jew inkella tista' tiżviluppalha diżabilita' wara li titfaċċalha marda meta tkun adulta.", "Ma tantx aħna ċerti dwarha din.", "L-assoċjazzjoni tħoss li fir-rigward ta' opportunitajiet ta' xogħol għal persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali, għandu jkun hemm case managers li jsegwu l-proċess b'kuntatt sħiħ u dirett ma' l-employers u li jassiguraw li l-klijenti tagħhom jemeljoraw ħajjithom permezz ta' l-impjieg u mhux il-kuntrarju.", "Li qed nippruvaw ngħidu huwa li l-impjieg ta' persuna li tkun qed issofri minn mard mentali, m'hijiex kwestjoni ta' liġi li timxi fuq statistika, per eżempju li jekk wieħed jimpjega 500 ruħ irid ikollu persuna jew tnejn li qed ibatu minn mard mentali.", "M'għandux ikun hekk.", "L-aktar importanti huwa li x-xogħol ikun adattat għall-persuna.", "Mill-banda l-oħra, għandu jkun hemm inċentiv sabiex employers jimpjegaw dawn il-persuni.", "Per eżempju fl-aħħar budget, biex jiġu impjegati persuni li għandhom 'l fuq minn 40 sena, l-employers ingħataw vantaġġ mil-lat tan-national insurance.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ippermettili ftit.", "L-ETC għandha l-on-line scheme li permezz tagħha, tħallas għal perijodu ta' żmien li jitqies bħala training, lill-persuni li għandhom problemi ta' saħħa mentali.", "Dak fih innifsu huwa inċentiv.", "IS-SUR VICTOR PISANI: Fil-laqgħat preċedenti smajna diversi diriġenti ta' organizzazzjonijiet varji jitkellmu bl-akbar ħeġġa fuq dak li jixtiequ jaraw jitwettaq imma osservaw ukoll li jiffaċċjaw nuqqas ta' riżorsi umani jew finanzjarji, jew inkella nuqqas ta' riżorsi kemm dawk umani u kemm dawk finanzjarji.", "Il-Malta Employers Association tisħaq li għad hemm lok fejn il-welfare gap jiġi mrażżan b'mod aħjar biex b'hekk jibqa' iktar fondi għall-bżonnijiet speċjali.", "Biżżejjed nirriflettu li f'Malta, bħala kontribuzzjonijiet ta' sigurta' soċjali, jinġabru 20% ta' kull paga u salarju mħallas u għalkemm huwa aċċettat li l-parti l-kbira ta' dawn il-fondi jmorru għal benefiċċji bażiċi bħalma huma pensjonijiet, għad hemm ħafna abbużi li m'humiex kontrollati b'mod tajjeb biżżejjed.", "Fost dawn l-abbużi nsemmu każi ta' nies li jiġu boarded-out imbagħad jaħdmu bi qliegħ għal rashom, oħrajn li jirċievu l-benefiċċju ta' diżimpjieg filwaqt li jkunu qed jaħdmu illegalment - il-Malta Employers Association tikkundanna mingħajr riżerva lil dawk l-employers li jsiru kompliċi ma' dawn il-persuni - u anke ħlas ta' benefiċċju ta' mard li ma jkunx ġenwin.", "Aħna qed ngħidu li jekk wieħed jagħfas aktar fuq dawn l-abbużi, għandu jkun hemm fondi biex jintużaw għal bżonnijiet speċjali li tkellmu fuqhom kelliema ta' qabli.", "Nisperaw li dan il-proċess ta' djalogu bejn il-leġislaturi, l-awtoritajiet tas-saħħa, il-care institutions u min iħaddem, fl-iqsar żmien jissarraf f'qafas prattiku ta' koordinament li jindirizza l-kondizzjonijiet ta' persuni b'mard mentali fid-dinja tax-xogħol.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi, Sur Pisani.", "L-Onor.", "Michael Asciak xtaq jagħmel xi kummenti jew mistoqsijiet.", "MICHAEL ASCIAK: Sur Pisani, l-ewwelnett nirringrazzjak tal-preżentazzjoni tiegħek u bħala Employers Association nixtieq li tkunu konxji ta' l-irwol importanti li tistgħu tilagħbu biex nies b'nuqqas ta' saħħa mentali jiġu integrati fil-ħajja soċjali.", "Dan l-isforz normalment isir mill-gvern, mill-health services, mis-support services u mill-għaqdiet volontarji, pero' huwa importanti ħafna li intom tikkreaw tip ta' sheltered work għal dawn in-nies li jkunu qed ifittxu xogħol.", "Forsi nagħmel caveat fuq li għedt int. Int tkellimt sewwa fuq il-kwestjoni ta' problemi li jiffaċċjaw supervisors u managerial staff, pero' tajjeb li nfakkru wkoll li hemm żewġ subdivisions kbar ta' mard mentali, wieħed ir-reactive neurosis, jiġifieri dawk li jkollhom problemi bħalma semmejt int, u l-ieħor huwa l-psikosi fejn persuna tbati minn delużjonijiet, il-kategorija li qed nittrattaw hawnhekk.", "Illum, grazzi għall-mediċina moderna, kważi dawn il-każijiet kollha jiġu kontrollati pero' għadna 'l bogħod milli nintegraw ħafna minn dawn il-pazjenti fil-qasam tax-xogħol u dan proprju għaliex ma jeżistix sheltered work.", "Jien inħoss li hemm bżonn li l-Employers Association tieħu l-inizjattiva li toħloq tip ta' protokoll li jiġbor fih kondizzjonijiet ta' xogħol.", "Hemm bżonn ta' ċerta flessibilita'.", "Aħna nitkellmu fuq in-network li jrid iħares lill-pazjent fis-soċjeta' meta jiġi discharged mill-isptar jew minn fejn ikun qed jieħu xi kura, pero' hemm bżonn li jkollna tip ta' sheltered environment fejn il-pazjent ikun osservat minn network ta' social workers, psikjatri, eċċ. Hemm bżonn li intom toħolqu flessibilita' fuq il-post tax-xogħol biex flimkien ma' dan in-network ta' nies tkunu tistgħu tassorbu fil-workforce lill-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali.", "Tajjeb li jingħad li min ibati minn psikosi mhux neċessarjament ikollu problemi intellettwali.", "Ħafna nies ma jirrealizzawx li tista' tkun marid bi psikosi u tkun gradwat ta' l-Universita' jew tkun persuna ta' intellettwalita' kbira.", "Dawn il-każi jeżistu mhux biss f'Malta imma anke barra minn Malta.", "Il-manic depression ma tkiddx lill-individwu daqs l-iskizofrenija u l-potenzjal intellettwali ta' individwu jista' jintuża mill-kumpannija li tkun qed tħaddmu ladarba l-marda tkun kontrollata.", "Jien nista' nsemmi għexieren ta' nies li għandhom university degree, fosthom tobba, dentisti u teachers, li sfortunatament huma psikotiċi imma għaliex il-marda hija kontrollata u huma jaħdmu in a sheltered environment, jagħtu xogħol u kontribut siewi lill-employers tagħhom.", "'L hemmhekk irridu nersqu u minn dan il-lat intom tistgħu tgħinu.", "IS-SUR VICTOR PISANI: Il-kummenti li għamilt se ngħaddihom lill-assoċjazzjoni biex niddiskutuhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Nixtieq ngħaddi kumment żgħir fuq dak li għedt li meta ħaddiem jiżviluppa mard mentali waqt li jkun qed jaħdem, jiġi riferut lit-tabib tal-kumpannija.", "Naħseb li ħafna drabi jkun fl-interess tal-pazjent stess li jiġi riferut lit-tabib tal-familja u mhux lit-tabib tal-kumpannija għaliex mill-ħafna każi li niltaqa' magħhom jien personalment, nista' ngħid li t-tabib tal-kumpannija jmur id-dar tal-pazjent sempliċement biex jara li l-pazjent ikun id-dar u ħafna drabi lanqas biss ma jinvistah.", "Ftit huma dawk it-tobba ta' kumpanniji li jidħlu fil-fond biex jaraw minn xiex verament il-pazjent ikun qiegħed ibati, aħseb u ara kemm se jidħlu fil-fond meta jkollhom każ ta' mard mentali li bħalma kull tabib jaf, jeħodlok ħafna ħin biex tevalwah u tara jekk hemmx bżonn tirreferih għall-kura għand psikjatra.", "Naħseb li aktar importanti hu li t-tabib tal-kumpannija jkun imħeġġeġ jaħdem flimkien mat-tabib tal-familja ta' l-impjegat.", "IS-SUR VICTOR PISANI: Naturalment dawn m'humiex każi run of the mill bħalma hi l-influwenza fejn ħaddiem iċempel ix-xogħol biex jinformah li hu marid u wara jintbagħtlu t-tabib tal-kumpannija.", "Ħalli nitkellem mill-esperjenza tiegħi.", "Meta jkollok xi każ serju bħal dan, inti ma taqbadx u ċċempel lit-tabib tal-kumpannija u tagħtih l-indirizz ta' l-impjegat bħalma tagħmel fil-każ ta' impjegati oħra, imma normalment, l-ewwel tkellem lit-tabib u jekk ikun hemm bżonn, lill-impjegat tibagħtu fil-clinic privata tat-tabib.", "Nagħmlu hekk anke biex inkunu nafu fejn qegħdin.", "Naturalment inti għedt tajjeb li fl-aħħar mill-aħħar irid jarah it-tabib tal-familja u forsi anke speċjalista, imma l-ewwel nibdew billi nkellmu lit-tabib tal-kumpannija.", "Bħalissa qed niftakar f'każ ta' persuna li għandha behaviour verament stramba u min ikun bħali ma jifhimx f'dan il-qasam, l-ewwel ma jagħmel hu li jieħu parir ta' tabib.", "KARL CHIRCOP: Jien għedtlek hekk għaliex ġieli kelli każi ta' persuni li jkollhom depression, li tista' tkun jew reactive depression jew inkella endogenous depression, u meta jmur it-tabib tal-kumpannija, jippretendi li dawn ma joħorġux mid-dar u jibqgħu ġewwa meta aħna nafu li dak żgur m'huwiex it-trattament li jkollhom bżonn.", "IS-SUR VICTOR PISANI: Li kont qed ngħid huwa li meta inti tinvolvi lit-tabib tal-kumpannija f'każi bħal dawn, dan ma jmurx id-dar tagħhom biex jiċċekkja humiex id-dar, imma biex jara kif jista' jgħinhom billi forsi jirrreferihom lil speċjalista.", "Nixtieq nagħmel kumment fuq dak li qal l-Onor.", "Asciak dwar il-problemi li kultant jistgħu jiġu kkaġunati mix-xogħol.", "GĦalkemm il-każi m'humiex komuni, b'danakollu jistgħu jkunu serji ħafna.", "Niftakar każ ta' impjegat li ġie mitlub jibda jaħdem bix-shift.", "Dan aċċetta mingħajr ma tkellem u mingħajr ma fetaħ qalbu ma' ħadd u spiċċa bi breakdown kbir u sar qisu eremita.", "Huwa bniedem miżżewweġ u tal-familja, imma sinċerament ngħidlek li jekk tmur tarah, il-mara tiegħu ddum nofs siegħa sakemm tikkonvinċih joħroġ mill-kamra fid-dlam li jkun imsakkar fiha.", "Kien bniedem normali, imma l-fatt li kellu jibda jaħdem bix-shift, ħadha bi kbira ħafna minkejja li m'hijiex xi ħaġa daqstant gravi li taħdem bix-shift u hawn ħafna nies li ma jiddejqux jaħdmu bix-shift, pero' lil dan il-bniedem qabdu breakdown ikrah, spiċċa fi sptar mentali u kellu bżonn ta' ħafna u ħafna kura għax kważi ġġennen.", "Kultant niltaqgħu ma' każi bħal dawn, għalkemm fortunatament m'humiex ħafna.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Nuqqas li ta' spiss insibu fuq il-post tax-xogħol, kemm fis-servizz pubbliku kif ukoll fis-settur privat, huwa fejn jirrigwarda l-effett psikoloġiku ta' ħaddiema li jkunu esperjenzaw xi inċident, bħalma hu hold-up jew mewt, fuq il-post tax-xogħol tagħhom.", "Naturalment, kull trawma, b'xi mod jew ieħor se taffettwalek psikoloġikament l-impjegati kollha li jkunu jaħdmu fuq il-post ta-xogħol fejn ikun sar l-inċident, iżda ħafna drabi, kemm il-gvern u kemm l-employers, jippretendu li għall-impjegati li kienu preżenti waqt li jkun seħħ xi inċident fuq il-post tax-xogħol, qisu ma ġara xejn.", "IS-SUR VICTOR PISANI: Ma nafx kemm jeżisti t-trauma counselling hawn Malta.", "Tħoss il-bżonn li s-settur privat, waħdu jew inkella mal-gvern - huwiex id-dipartiment ta' health and safety, jew id-dipartiment tas-saħħa, jew is-social welfare, m'huwiex importanti - joħloq struttura ta' counselling għall-persuni li jkunu għaddew minn trawma qabel ma dawn jerġgħu jmorru", "lura fuq il-post tax-xogħol?", "Bħalma nafu, l-output ta' impjegat li jkun għadda minn xi trawma, ma jkunx dak mixtieq apparti li jista' jkun qed jibża' u allura ma jkunx alert daqs is-soltu bir-riżultat li jista' jseħħ xi inċident ieħor simili jew inkella agħar mill-inċident li jkun seħħ qabel.", "Taħseb li intom bħala association tistgħu tipprovaw tagħmlu xi ħaġa f'dan is-sens?", "Forsi tistgħu tiftiehmu mal-gvern biex ikun hawn trauma clinics ħalli s-psychological effects li jista' jkun hemm fuq il-ħaddiema u t-trawma li jkunu għaddew minnha ma tħallix long-term effects fuqhom?", "IS-SUR VICTOR PISANI: Biex insaħħaħ dan li qed tgħid inti, nista' nirriferi għad-diżgrazzja kbira u kerha li kienet ġrat fit-tarzna meta kienu mietu numru ta' ħaddiema.", "Nista' ngħid li l-għada tad-diżgrazzja, ma nafx kemm-il ħaddiem kien hemm li xtaq jagħti n-notice biex jitlaq mix-xogħol għaliex ippanikja, u dan hu preċiżament dak li qed tgħid inti.", "Kumbinazzjoni naf lil xi ħadd jaħdem fil-personnel li pprova jikkonvinċihom jibqgħu.", "Dawn ma riedu jafu b'xejn, lanqas jekk kienu se jmutu bil-ġuħ.", "Nixtieq nieħu l-opportunita' biex nistaqsi jekk jeżistux, u jekk jeżistu, kemm għandna trauma counsellors f'pajjiżna.", "Dawn il-counsellors qegħdin f'xi dipartiment tal-gvern?", "Qegħdin fid-dipartiment tas-saħħa?", "(Interruzzjonijiet) Ma jeżistux.", "Jien naf li fl-Ingilterra u fl-Amerka jeżistu trauma counsellors, allura qabel ma ngħidu bħala employers: Ejja nipprovaw nużaw is-servizzi ta' dawn in-nies … (Interruzzjonijiet)", "MICHAEL FARRUGIA: Forsi hawn support groups imma jien qed naraha bħala xi ħaġa iktar wiesgħa minn hekk, iktar professjonali.", "Hawn ħafna li mill-ewwel jgħidu li dak hu xogħol il-gvern, mela nħalluh f'idejh, pero' jien ma nħossx li għandha tkun f'idejn il-gvern biss.", "Wara kollox huwa fl-interess ta' l-employers li l-ħaddiema jagħtu l-output massimu tagħhom.", "Irrelevanti jekk l-employer huwiex il-gvern, il-privat, jew xi aġenzija parastatali.", "Huwa fl-interess ta' l-employer, anke mil-lat ta' output tal-ħaddiema tiegħu li jara li jkun hemm dawn il-units li jgħinu lill-ħaddiema jibqgħu jaħdmu fuq il-post tax-xogħol.", "Dak li għedt inti huwa veru u nista' nikkonfermah għaliex kelli pazjenti tiegħi stess li riedu jitilqu mix-xogħol wara d-diżgrazzja li kienet ġrat fit-tarzna u kien hemm każi oħra fejn ħaddiema għaddew minn ċertu trawma, imma ma naqbilx li ngħidu li la l-gvern m'għandux, allura aħna bħala employers ma nagħmluhiex.", "Per eżempju ħaddiema ta' banek, mhux l-ewwel darba li jgħaddu minn ċerta trawma allura għaliex il-banek m'għandhomx jieħdu l-inizjattiva u joħolqu units li jgħinu lill-ħaddiema tagħhom stess?", "Wara kollox, il-ħaddiem mhux makna.", "Huwa l-employer u l-employees flimkien li jmexxu l-intrapriżi 'l quddiem.", "Jien naħseb li huwa fl-interess ta' l-employer, anke dak privat, li jara li jieħu ċertu miżuri li jistgħu jgħinu lill-ħaddiem.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naqbel ħafna ma' dak li għadek kemm għedt u naturalment wieħed jifhem li mhux kull azjenda jenħtieġ li jkollha dan il-unit fi ħdanha.", "Azjendi żgħar jistgħu jingħaqdu flimkien għaliex m'għandekx bżonn dan it-tip ta' counselling kuljum, jew darba fil-ġimgħa, imma biss f'każ ta' emerġenza u allura naħseb li bħala assoċjazzjoni tistgħu tiġbru numru ta' employers flimkien u b'koordinament bejniethom isir xi ħaġa f'dan is-sens.", "Jagħmel sens ukoll li jingħaqdu flimkien għaliex tkun vijabbli u naturalment wieħed irid iqis ukoll il-vijabilita' ta' kull miżura li tittieħed.", "L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Jien naħseb li rridu nħarsu wkoll lejn dak li huwa complete provision of mental health care anke mil-lat ta' prevention għaliex kif diġa' ntqal, il-ħaddiem, sew jekk inhu ta' l-id u sew jekk inhu tal-moħħ, qiegħed jagħti s-servizz tiegħu lill-employer biex jagħmel l-azjenda profitabbli.", "Aħna dejjem ħarisna lejn is-saħħa tal-ħaddiem mil-lat fiżiku imma ma rridux inħarsu biss lejn dak il-lat.", "Jiġifieri l-awareness li hemm bżonn min-naħa ta' l-employer, trid tkun ukoll minn dan l-aspett.", "Bħalma qal Dr. Asciak, aħna nitkellmu fuq mard li huwa reactive u fuq mard li jiġi minn ġewwa li llum nafu li hija xi ħaġa biokimika, pero' let's face it, ċertu problemi jiġu wara li jittieħdu ċertu deċiżjonijiet fil-fabbriki u fl-azjendi tagħna, bħal per eżempju, transfers, nuqqas ta' mobilita', nuqqas ta' flessibilita', u kif dawn, fost affarijiet oħra, jaffettwaw il-commitments li wieħed ikollu fil-familja u fuq il-post tax-xogħol.", "Dawn l-affarijiet bilfors iridu jiġu diskussi ħalli kemm jista' jkun jiġu evitati problemi.", "Il-prevenzjoni hija importanti u jien nemmen li ħafna mill-problemi jistgħu jiġu evitati qabel ma jseħħu.", "Forsi azjendi kbar diġa' għandhom health clinics on site imma dawn jistgħu wkoll jipprovdu educational tools billi l-impjegati jingħataw lectures b'mod regolari minn nies professjonali f'dan il-qasam.", "Hemm xi ħsieb li jkun hemm employees' assistance programmes li jsiru b'mod regolari?", "Nifhem li fil-każ ta' azjendi żgħar din tkun diffiċli imma forsi r-riżorsi tagħhom jistgħu jiġu pooled waqt li azjendi kbar jistgħu jimpjegaw persuni li jkunu on site il-ħin kollu.", "Jien nifhem li hawn employers li huma sensittivi iktar minn oħrajn u jagħtu kas, iżda sfortunatament hawn min għadu ma daħalx biżżejjed f'dan l-aspett.", "Issemma każ partikolari ta' major trauma fuq il-post tax-xogħol.", "Ovvjament, jekk m'għandniex riżorsi fil-pajjiż, mhux faċli għall-employer li barra l-commitments li jkollu jħares ukoll lejn dawn l-aspetti, imma naħseb li b'iżvilupp fuq il-post tax-xogħol u anke mil-lat ta' holistic approach, qiegħed joqrob iż-żmien li l-employer ikun verament iktar aware mill-aspetti kollha tas-saħħa tal-ħaddiem.", "Anke għall-interess tiegħu stess hemm bżonn li l-employer ikun aware għax bħalma diġa' ntqal, kull trawma taffettwa l-effiċjenza u l-output tal-ħaddiem.", "Nixtieq insemmi punt ieħor li ma tantx issemma hawnhekk u dan huwa l-abbuż.", "Min jabbuża mis-servizzi li għandna fil-pajjiż, ikun qed jagħmel ħsara kbira lill-każi ġenwini, ikun qed jagħmel ħsara kemm lill-ħaddiem u kemm lill-employer.", "Jien naħseb li hemm bżonn ta' sforzi kbar minn kull min huwa konċernat.", "Jien nifhem u naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Chircop li t-tabib tal-familja iktar jaf il-problemi tal-ħaddiem milli t-tabib tal-kumpannija, imma ejjew nammettu li hemm numru ta' ħaddiema li jagħmlu ħsara kbira lilhom infushom, lill-pajjiż u lill-kawża kollha li qed nitkellmu dwarha f'dawn il-laqgħat, għaliex jipprovaw jabbużaw.", "Jien naħseb li għandu jkun hemm an adjudicating board jew inkella xi forum, biex wara li persuna tkun għaddiet minn ċerti testijiet u jkun sarilha a professional assessment tal-każ tagħha .… Trid tinqata' darba għal dejjem din il-ħaġa li ċertu nies jippretendu affarijiet li m'għandhomx dritt għalihom.", "IS-SUR VICTOR PISANI: Illum qed nersqu viċin ħafna li nagħtu servizz tajjeb lill-impjegat.", "Per eżempju f'ħafna azjendi kbar, anke fejn naħdem jien, għandna impjegata full-time, a qualified nurse, li xi kultant tispiċċa wkoll counsellor peress li l-ħaddiem jmorru għandha meta jkollhom xi problema jew iħossuhom imdejqa.", "Dawn huma kollha miżuri li jgħinu lill-ħaddiem għaliex permezz tagħhom iħoss li hemm xi ħadd minn fuq il-post tax-xogħol li qed jagħti kasu.", "Irridu ngħidu wkoll li llum, l-employers huma iktar open minded milli kienu 40 sena ilu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Pisani, nirringrazzjak għall-presentation tiegħek pero' qabel titlaq nixtieqek tfakkar lill-Malta Employers Association dwar dik il-laqgħa li kellna ftit taż-żmien ilu fejn tkellimna dwar seminar fuq is-saħħa mentali li nistgħu nagħmlu flimkien mal-membri tagħkom.", "Nixtieq li nżommu kuntatt biex naslu għall-ftehim meta hu l-aħjar żmien li jinżamm dan is-seminar.", "Napprezza jekk tgħaddi dan il-messaġġ.", "Insejjaħ issa lis-Sur Joe Borg li għalkemm m'huwiex liebes kappell, għandu żewġt ikpiepel!", "Is-Sur Borg qiegħed hawn jitkellem għan-nom tan-National Mental Health Federation u huwa wkoll Manager Nursing Services fl-Isptar Monte Carmeli.", "IS-SUR JOE BORG (Manager, Nursing Services, Sptar Monte Carmeli): Nirringrazzjakom ta' l-opportunita' li tajtuni li nitkellem f'dan il-forum u l-ewwel se nitkellem fuq l-irwol tiegħi bħala Aġent President - dalwaqt se jkun hemm president - tal-Federazzjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali.", "F'dawn il-laqgħat smajtu ħafna mingħand id-diversi għaqdiet li huma membri tal-federazzjoni u nista' ngħid li f'dawn l-aħħar 30 sena, l-irwol ta' l-għaqdiet volontarji li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali, kien dejjem importanti.", "Per eżempju, l-għaqda Friends of Attard li jien attiv ħafna fiha, bdiet fl-1968 u minn dak iż-żmien 'il hawn, dejjem ħadmet f'dan il-qasam.", "GĦandna numru ta' organizzazzjonijiet oħra li twieldu along the years, fosthom ir-Richmond Foundation li dwarha tkellmet fit-tul Ms. Doris Gauci, il-Mental Health Association, il-Caritas, it-Thursday Club u l-GĦaqda Ħbieb tal-Morda u ta' l-Anzjani f'GĦawdex li tkellem dwarha Dr. Pace.", "Dawn kollha jaħdmu f'dan il-qasam u jiġu wkoll l-Isptar Monte Carmeli jgħinu billi fost affarijiet oħra, jagħmlu counselling sessions.", "Fil-federazzjoni għandna wkoll users - xi wħud minnhom qegħdin hawn preżenti - u qraba ta' nies li għandhom problemi ta' saħħa mentali.", "Importanti li fil-federazzjoni li taħdem f'dan il-qasam ikun hemm nies li minn jeddhom jiġu biex jgħinu għaliex importanti li huma stess ikunu nvoluti fit-tmexxija tal-bord tal-federazzjoni.", "Fil-federazzjoni hemm ukoll il-Fondazzjoni GĦajnuna għar-Riabilitazzjoni li tgħin lil dawk in-nies li jkunu se jiġu integrati lura fil-komunita' jixtru l-bżonnijiet tagħhom.", "Dawn l-għaqdiet dejjem kienu attivi, pero' kien jinħass li jeżisti conflict of priorities fost id-diversi għaqdiet, fis-sens li min jiġbed 'l hawn u min jiġbed 'l hemm.", "Bħalma ntqal diversi drabi, il-qasam tas-saħħa mentali huwa xi ftit stigmatised u allura ma tantx issib nies li jagħżlu jaħdmu fih u żgur li f'din l-area, forsi aktar minn f'areas oħra, ma taffordjax li jkollok nies ma jaħdmux b'koordinazzjoni flimkien u allura s-soluzzjoni kienet, u din qiegħda elenkata fil-ktejjeb li nħareġ, li titwaqqaf Federazzjoni Nazzjonali dwar is-Saħħa Mentali li hija differenti mill-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali.", "Infatti, il-federazzjoni hija membru fil-kummissjoni.", "Kien hemm soluzzjoni prattika oħra u din kienet li jiġu acknowledged u jkun hemm support għas-servizzi li joffru l-għaqdiet li jaħdmu fis-settur privat.", "Aħna nemmnu li l-gvern ma jistax jagħmel kollox hu u s-settur tal-volontarjat huwa importanti ferm.", "Meta twaqqfet il-federazzjoni, l-iskop kien li għalkemm kull għaqda li hija inkorporata fiha żżomm l-identita' tagħha, jiġifieri wieħed ma jidħolx fl-aspetti ta' kif taħdem jew lil min iżżomm, eċċ., ikun hemm sforz komuni u koordinat biex kemm jista' jkun ma jkunx hemm duplikazzjoni tas-servizzi li joffru l-għaqdiet diversi.", "X'għamilna f'dawn il-ħames snin kemm ilha mwaqqfa l-federazzjoni?", "L-ewwelnett għamilna fuq il-kalendarju nazzjonali \"Jum is-Saħħa Mentali\" u kull sena qed niċċelebraw quddiesa fil-Kon-Katidral ta' San Gwann li għaliha jattendu l-klijenti tagħna.", "Forsi hawn min jistaqsi: B'daqshekk x'fiha?", "Veru, forsi fiha nnfisha ma fiha xejn, pero' l-Kon-Katidral ngħodduh bħala wirt nazzjonali u allura meta qed iġġib klijenti hemmhekk, qed turi li dawn m'humiex differenti jew anqas minn ħaddieħor.", "Barra minn hekk, fil-ġurnata dedikata lis-saħħa mentali, inkunu qed ningħaqdu mal-kumplament tad-dinja u flimkien niċċelebraw din il-ġurnata u more or less nadottaw it-topic li jkun ġie stabbilit min-National World Health Federation, topic li ovvjament ikun jirrigwarda l-qasam tas-saħħa mentali.", "Matul dik il-ġimgħa nippruvaw norganizzaw seminars, kemm għall-pubbliku, kemm għall-professjonisti u kemm għall-klijenti, biex kulħadd ikollu ċans jipparteċipa u jagħti s-sehem tiegħu.", "Il-gvern, kien min kien, dejjem ħatar lil xi ħadd mill-federazzjoni fil-kummissjoni nazzjonali.", "Il-federazzjoni hija wkoll membru tal-federazzjoni dinjija għas-saħħa mentali u diġa' attendejna żewġ laqgħat internazzjonali, per eżempju jien mort għal-laqgħa li saret fl-1997.", "Il-laqgħat jiġu organizzati biex kulħadd ikun jista' jara x'qed jiġri f'dan il-qasam f'diversi pajjiżi u aħna jkollna ċans nitkellmu magħhom u nadottaw dawk l-affarijiet li jkunu jgħoddu għal pajjiżna.", "Naturalment mhux kollox ikun jgħodd għalina imma punt li kien issemma fil-laqgħa li attendejt jien, kien li għandna nħeġġu n-nies li jagħmlu użu mis-servizzi tas-saħħa mentali jkunu fit-tmexxija tal-bord tal-federazzjoni.", "Dak huwa importanti biex kemm jista' jkun dawn in-nies ikunu empowered jieħdu sehem fid-deċiżjonijiet li jittieħdu.", "Bħala federazzjoni nieħdu sehem fil-fiera tal-volontarjat, attivita' li qed issir kull sena, u ta' min ifaħħar din l-inizjattiva għax permezz tagħha wieħed isir jaf fejn jista' jsib għajnuna għall-problema tiegħu.", "Importanti li wieħed ikun jaf liema għaqdiet jaħdmu f'area partikolari.", "Flimkien mal-kummissjoni ħriġna leaflets promozzjonali bl-aċċenn ikun aktar fuq il-promozzjoni tas-saħħa mentali milli fuq l-idea antika ta' x'inhi l-marda ta' l-iskizofrenija jew x'inhu l-mard mentali ieħor.", "L-aħjar hu li nippruvaw nuru lil min qed ibati minn xi mard mentali kif jista' jsib il-kura neċessarja mingħajr ma jkollu għalfejn jidħol l-isptar.", "Dan l-aħħar konna qed naħsbu biex nipparteċipaw mal-kulleġġ tal-kappillani u anke fil-kunsilli lokali biex nagħmlu iktar promozzjoni tas-saħħa mentali.", "Naturalment matul is-sena jkun hemm diversi attivitajiet organizzati minn għaqdiet diversi għax kull għaqda torganizza l-attivitajiet tagħha.", "Per eżempju l-Friends of Attard, li ma tantx issemmiet, ilha li twaqqfet mill-1968 u kienet minn ta' l-ewwel li ġo l-isptar stess għamlet ċentru soċjali - dan il-post ġie refurbished riċentement biex jilqa' iktar lill-klijenti - fejn il-klijenti ta' l-isptar setgħu jmorru biex iqattgħu ftit tal-ħin flimkien, jew biex jaqraw xi ktieb għall-kwiet, jew jaraw xi programm fuq it-television jew video, jew inkella jilgħabu t-table-tennis.", "Dawn jgħinu lill-klijent jissoċjalizza sakemm idum l-isptar.", "Il-Friends of Attard kienet ukoll minn ta' l-ewwel li ħasbet biex toħroġ lill-klijenti mill-isptar u kienet akkwistat coach proprju biex tiffaċilita' l-ħruġ tal-klijenti mill-isptar.", "Lill-klijenti neħduhom għal attivitajiet kulturali, neħduhom jgħumu u neħduhom il-karnival u fil-fatt daż-żmien qed jipparteċipaw ukoll fl-isfilata.", "Konna żviluppajna wkoll is-summer house f'San Pawl il-Baħar fejn konna neħduhom jgħumu biex waqt li jkunu qegħdin jeżerċitaw ruħhom, ikunu wkoll qed jitħalltu ma' oħrajn mingħajr ebda distinzjoni bejniethom.", "Ma konniex niżolawhom u nemarġinawhom min-nies hekk imsejħa \"normali\".", "Sfortunatament, għal xi raġuni dan il-post m'għadux hemm pero' l-għaqda qed tagħmel sforz biex issib post alternattiv.", "Il-Friends of Attard torganizza fiera annwali u wieħed mill-għanijiet tal-fiera huwa proprju biex jiġbed in-nies lejn l-isptar.", "Il-media tagħmel ħafna ġid, pero' daqshekk ieħor tista' tagħmel deni għax b'artikolu sensazzjonali, f'daqqa waħda tista' tqajjimlek infern sħiħ u dak kollu li tkun ilek tibni matul is-snin, f'kemm ili ngħidlek, jaqa'.", "B'sempliċi artikolu, wieħed jista' jibda jħares lejn l-Isptar Monte Carmeli bħala post terribbli, bħala post ta' min wieħed jibża' minnu.", "Mhux qed ngħid li l-media m'għandhiex tagħmel xogħolha jew ma tgħidx il-verita', altru li hekk, pero' jien nemmen li wieħed għandu jkun bilanċjat fir-rapportaġġ tiegħu.", "Bħalma kont qed ngħid, il-fiera sservi biex tiġbed lin-nies lejn l-isptar ħalli jaraw x'potenzjal għandhom dawk li jkunu rikoverati l-isptar, u biex jinxtraw il-handicrafts li jkunu għamlu l-istess klijenti.", "Dan hu more or less ix-xogħol li tagħmel l-għaqda Friends of Attard u l-federazzjoni b'mod ġenerali.", "IĊ- CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma nafx jekk qabżitlekx, Sur Borg, pero' ma jidhirlix li fost l-attivitajiet li semmejt, semmejt il-wirjiet li jsiru ġewwa l-Isptar Monte Carmeli.", "IS-SUR JOE BORG: GĦandek raġun, insejt insemmihom.", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb tajjeb wieħed isemmi n-numru ta' wirjiet li jinżammu ġewwa l-Isptar Monte Carmeli li jagħtu l-opportunita' lill-pubbliku jmur hemmhekk u jara b'għajnejh li l-Isptar Monte Carmeli m'huwiex xi Alcatratz.", "Apparti l-inizjattivi li jieħdu numru ta' NGOs, tajjeb li wieħed isemmi u ta' min ifaħħar inizjattivi li jieħu settur ieħor u li huwa kappell li wkoll għandek x'taqsam miegħu inti, qed ngħid għall-istaff ta' l-Isptar Monte Carmeli.", "Mhux l-ewwel darba li membri ta' l-istaff ħadu inizjattiva huma stess u organizzaw attivitajiet, inkluż safar barra minn Malta, għal persuni b'mard mentali.", "Dawn l-inizjattivi jgħinu lin-nies bi problemi ta' saħħa mentali jgħixu ħajja normali bħalma jgħix ħaddieħor u juru li dawn il-persuni huma kapaċi jgħixu fl-istess ambjent li jgħix fih ħaddieħor mingħajr ma jkunu ta' ħsara, ta' dannu u ta' periklu għal ħadd.", "Naħseb tajjeb li wieħed isemmi u jaċċenna għal inizjattivi li huma pożittivi.", "MICHAEL ASCIAK: Jiena qed nieħu gost li waqqaftu l-federazzjoni għax kif għedt f'laqgħat preċedenti, l-iktar ħaġa li tagħtini fastidju fir-rigward ta' mard mentali, hija li kulħadd jistenna kollox mill-gvern.", "Veru li l-gvern qiegħed f'pożizzjoni li jista' jagħmel ħafna, pero' jien inħoss li jrid jidħol ukoll il-konċett tas-civil society, ta' constituted bodies u ta' għaqdiet bħalma hija r-Richmond Foundation li hija speċifikament diretta lejn persuni b'mard mentali.", "Irrid infaħħar ħafna lill-għaqdiet kollha għax-xogħol li jagħmlu f'dan il-qasam, imma li jinkwetani huwa kemm l-għaqdiet qed jikkomunikaw ma' xulxin.", "Kemm qegħdin jitkellmu flimkien to dovetail il-problema ta' min ibati minn mard mentali biex jiġi megħjun jintegra ruħu fis-soċjeta'?", "Ta' spiss ikollok sitwazzjoni fejn għaqda torganizza xi attivita' u tagħmel direzzjoni lejn xiex trid taħdem, pero' kemm jista' jkun, tipprova ma jkollhiex x'taqsam ma' għaqdiet oħrajn u tillimita l-kooperazzjoni u djalogu ma' għaqdiet oħrajn.", "Jien inħoss li tajjeb li jevolvu għaqdiet differenti b'tiri differenti, pero' fl-istess waqt, tajjeb li jkunu qed jikkomunikaw ma' xulxin biex min qed ibati minn nuqqas ta' saħħa mentali jiġi placed u megħjun isolvi l-problemi li jkollu.", "Qablek tkellem is-Sur Pisani, imma x'kuntatti għandha l-Employers Association ma' l-għaqda tagħkom?", "X'kuntatti għandha l-Employers Association mar-Richmond Foundation li hija a non-governmental organisation?", "Dawn iż-żewġ għaqdiet għandhom l-expertise professjonali biex ikunu jistgħu jagħmlu l-assessment professjonali, pero' m'għandhomx ir-riżorsi biex jipplesjaw lin-nies.", "Hija l-Employers Association li għandha r-riżorsi biex tgħin lin-nies jiġu placed f'impjieg, allura jekk tikkoordinaw bejnietkom, żgur li tistgħu taslu aktar.", "Kif semmiet iċ-Chairperson, importanti ħafna li l-għaqdiet jikkomunikaw bejniethom.", "Naħseb li għadda ż-żmien li kulħadd jaħdem għal rasu.", "IS-SUR JOE BORG: Nista' nirrispondi?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk jista' jkun irrispondi fil-qosor ħalli mbagħad tgħaddi għal presentation, kemm jista' jkun qasira, dwar in-nursing.", "IS-SUR JOE BORG: Se nirrispondi għal dak li qal l-Onor.", "GĦal dak li qal l-Onor.", "Asciak, irrid ngħid li l-federazzjoni proprju għalhekk inħolqot, biex ikun hemm il-koordinazzjoni u komunikazzjoni bejnietna.", "Naturalment min jagħmel xi attivita' mingħajr ma jinvolvi lil ħaddieħor, ikun qed jiżbalja.", "Inti semmejt ir-Richmond Foundation u nista' ngħid li r-Richmond Foundation hija waħda mill-għaqdiet l-aktar attivi fil-federazzjoni u niftaħru biha.", "Aħna nitkellmu ħafna mar-Richmond Foundation u nagħmlu attivitajiet flimkien biex ma jkunx hemm duplication of work, jiġifieri hemm koordinazzjoni u komunikazzjoni bejnietna.", "GĦar-rigward il-Malta Employers Association, m'hemmx rappreżentanti ta' din l-assoċjazzjoni fil-federazzjoni u forsi din hija xi ħaġa li ta' min wieħed jirrakkmandaha, pero' żgur li r-Richmond Foundation u għaqdiet oħra, għandhom konnessjoni ma' l-Employers Association u din ħarġet minn seminar li għamilna xi sentejn ilu fejn wieħed mit-topics li kien diskuss fil-Jum is-Saħħa Mentali kien proprju dwar l-employers.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ir-Richmond Foundation għandha numru ta' employers fuq il-bord stess, iktar milli konnessjoni ma' l-Employers Association.", "IS-SUR JOE BORG: Ħalli issa ngħid xi ħaġa dwar in-nursing staff.", "Hawn min jgħid li n-nursing tifforma parti mill-multi-disciplinary team.", "Jien ili hemmhekk żmien mhux ħażin - niftakar lill-Onor.", "Asciak għadu ġej - u niftakar iż-żmien meta l-kriterji biex wieħed jieħu ħsieb il-pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli, kienu li jrid ikun twil, mingħajr nuċċali u pjuttost robust.", "Dak iż-żmien ma tantx kien ikollhom wisq skola.", "Illum dawn qed jiġu phased out u l-ftit li baqa' waslu għall-pensjoni.", "Illum in-nurses għandhom degrees mill-Universita', għandhom diploma in psychiatric nursing u wħud minnhom, hawn minnhom li qegħdin preżenti hawnhekk, anke għandhom masters level.", "Jiġifieri min-nies li kienu jidħlu mingħajr skola akkademika, illum wasalna għal staff li għandu tertiary education.", "Pero' l-importanti m'huwiex biss li tkun kwalifikat, imma li tattwa fil-prattika dak li tgħallimt.", "Hemm nies li jibdew jieħdu l-kors għad-diploma in psychiatric nursing waqt li jkunu diġa' qed jaħdmu, bħalma għamilt jien, u hemm oħrajn li jidħlu minn barra proprju biex jagħmlu l-kors.", "U għar-rigward dawk li jidħlu minn barra, tiġi f'dilemma.", "Fis-sens, x'se tagħmel?", "Tibgħathom mill-ewwel hemmhekk u ma tħallihomx jitħalltu man-nurses biex ma jiġux injettati bl-institutionalisation li hemm, jew tħallihom jitħalltu ma' nurses oħra biex jieħdu iktar prattika?", "Fil-preżent, fis-sajf qed jieħdu bejn 18-il siegħa u 30 siegħa fil-ġimgħa prattika, pero' dan forsi ma jkunx biżżejjed u bħala management konna qed naħsbu biex inħalluhom jieħdu ftit aktar prattika fil-wards billi nutilizzawhom mill-aħjar li nistgħu, pero' trid toqgħod attent li ma jiġux affettwati negattivament mill-aspetti li diġa' hemm.", "Aħna qed ngħidu li min jieħu d-diploma in psychiatric nursing, kemm jista' jkun jiġi utilizzat għall-community psychiatric nursing li huwa importanti ħafna.", "Dik hija t-triq li rridu nieħdu.", "Irridu nħarsu mil-lat ta' prevenzjoni ħalli kemm jista' jkun innaqqsu n-numru ta' pazjenti li diġa' hemm l-isptar u nnaqqsu minn dawk li jkunu se jidħlu l-isptar.", "Hemm ukoll l-aspett ta' min imur jgħallem l-Institute of Health Care li mhux bilfors ikun nurse imma jista' jkun tutor.", "Naturalment dwar dan hemm diffikultajiet li wieħed irid jitkellem fuqhom, kif ukoll għar-rigward l-isptar il-ġdid u l-acute mixed admission ward li se jkun hemm.", "Il-ħsieb huwa li kemm jista' jkun nibagħtu hemmhekk lil dawk li jkunu għadhom kemm ħadu d-diploma ħalli ma jitilfux l-iskills li jkunu għadhom kemm akkwistaw permezz tat-tagħlim.", "Din hija more or less il-viżjoni tagħna.", "Rigward in-nursing staff, ħafna jassoċjawhom ma' affarijiet li jaqraw fil-gazzetti, jassoċjawhom ma' affarijiet negattivi biss, fosthom l-overtime li jaħdmu.", "L-overtime isir meta jkun hemm bżonn u fejn ikun hemm bżonn, u l-bżonn ta' overtime ġie mistħarreġ, mhux biss mill-managerial staff ta' l-isptar imma anke mid-dipartiment, biex jiġi assigurat li l-overtime ikun qed isir għal skopijiet tajba u fejn hemm bżonn.", "Qed isiru wkoll eżerċizzji biex jinstab jekk verament hemmx ħtieġa li jsir daqshekk overtime, liema eżerċizzji, kif intqal fil-gazzetti, waslu biex jiġu konklużi.", "L-Onor.", "Farrugia semma attivitajiet li jagħmlu n-nurses flimkien ma' dixxiplini oħra.", "Ma nixtieqx li aħna n-nurses nieħdu l-mertu waħedna, imma ħafna drabi jiġri li dixxiplini oħra jieħdu ċertu name u aħna n-nurses nibqgħu dejjem, biex ngħid hekk, fl-inqas livell meta fil-fatt inkunu aħna l-ewwel nies li bdejna nagħmlu ċertu attivitajiet.", "Niftakar li aħna konna li bdejna l-in-service training għan-nies tagħna.", "Naturalment nieħdu pjaċir ngħidu li along the years ġew l-occupational therapists, social workers, psychologists u dixxiplini oħra li aħna ningħaqdu magħhom.", "Irrid insemmi s-support group li għadu kif ġie mwaqqaf u li huwa fformat min-nurses, OTs u psychologist, u social workers meta jkun hemm bżonn.", "Meta jkun hemm kriżi ġo ward, jiġifieri meta tiġri xi ħaġa li ma tkunx tas-soltu, is-support group jagħti support u counselling biex jgħin lil dak li jkun għaddej minn kriżi jegħleb dawk il-mumenti li jkun għaddej minnhom.", "Is-support group jagħti wkoll counselling lil min ikun jeħtieġ.", "Bħalma tistgħu timmaġinaw, in-nies daqqa jfittxu lili għax ikunu jafuni u daqqa jfittxu lill-Mrs \"X\" għax ikollhom iktar fiduċja fiha, pero' trid tinżamm il-kunfidenzjalita' u allura ma nistgħux noħorġu ċifri jew noqogħdu nsemmu ċertu affarijiet fil-pubbliku, imma dan huwa xogħol li qed isir u nieħdu gost li qed nagħmluh.", "In-nurses huma wkoll parti mill-hospital management board u mill-hospital management team għal dak li jirrigwarda l-planning u r-refurbishment u huma wkoll rappreżentati fin-National Commission, barra li jieħdu sehem f'attivitajiet li jsiru kemm fl-isptar u kemm barra l-isptar.", "Per eżempju hemm kumitat li l-maġġoranza tiegħu huwa magħmul minn nurses, li jieħu ħsieb jorganizza festa li ssir għad-unur tal-Madonna li hija l-patruna tagħna.", "Isiru attivitajiet li għalihom jinħarġu barra ħafna mill-pazjenti u nista' ngħid li dawn huma okkażjonijiet li l-pazjenti jkunu qed jistennew bil-ħerqa.", "L-attivitajiet li l-maġġoranza tagħhom ikunu organizzati min-nurses bl-għajnuna ta' dixxiplini oħra, jinkludu ikliet f'hotels u restoranti u anke safar.", "Fil-fatt ix-xahar id-dieħel sejjer grupp Tuneż u għaqda oħra se tieħu wkoll grupp lejn Catania u Mount Etna fi Sqallija.", "Ġieli jkun hemm xi 300 ruħ li jkunu qed jattendu xi attivita' u allura forsi tistenna li jiġri xi ħaġa, pero' b'ċertu apprezzament għal kull min ikun involut f'din l-attivita', ngħid li lanqas biss tinduna li dawn ikunu persuni rikoverati.", "Dan l-aħħar tajna ċertifikat bħala apprezzament lil min ilu 25 sena jieħu ħsieb lil dawn il-pazjenti fl-isptar.", "GĦandna wkoll benevolent fund, inizjattiva li bdiet min-nursing staff, fejn kull wieħed minna joħroġ lira biex meta jonqos xi ħadd, nagħtu somma flus lill-familjari tiegħu bħala sinjal ta' support.", "B'hekk, il-familjari ta' dik il-persuna li tkun naqset, iħossu li hemm xi ħadd mill-isptar li qed jagħtihom support.", "Bħalma diġa' ntqal, isiru staff development courses kemm fl-IHC u kemm l-SDO, liema korsijiet ilhom isiru u se jibqgħu jsiru.", "Wasalna wkoll fl-aħħar fażi tal-compliments and complaints service.", "Ilna biex nattwaw dan is-servizz li huwa forma ta' customer care service, pero' aħna semmejnih compliments and complaints service biex ma jirrigwardax biss il-problemi imma jirrigwarda wkoll il-lat pożittiv li huwa daqstant importanti li jissemma'.", "Dan l-aħħar għamilna leaflets ta' informazzjoni fuq l-isptar għal min jidħol hemmhekk, li huma wkoll importanti.", "Ħadna sehem attiv fil-finalizzazzjoni tal-liġi dwar is-saħħa mentali, li bħalma għedt int, Madam Chairperson, se tiġi diskussa fil-laqgħa li jmiss, u ħadna sehem ukoll fl-iżvilupp ta' protocols li hemm bżonn għal meta mmorru għal mixed admission ward kemm fir-rehabilitation department u kemm fl-isptar il-ġdid.", "Qed nagħmlu protocols biex inħejju għal din l-eventwalita' ħalli ma jkollniex nies b'kultura li baqgħet antika, imma jkollna staff b'kultura adattata għaż-żmenijiet tal-lum.", "Dwar community care, diġa' għedt li fil-preżent qed nipprovaw nutilizzaw bl-aħjar mod lil min iggradwa biex ma jitilfux l-iskills li jkunu għadhom kemm akkwistaw.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Nixtieq ngħid xi ħaġa li diġa' semmejt mas-Sur Incorvaja f'laqgħa preċedenti.", "Ta' spiss nisimgħu dwar nuqqas ta' nurses b' psychiatric qualifications.", "Kif hawn preżenti r-rappreżentanti tad-Dipartiment tas-Saħħa, jistax wieħed jaħseb fuq recruitment drive peress li bħalissa din għadha pjuttost low key?", "Forsi r-recruitment drive għal nurses tista' tiġi upgraded billi fil-gazzetti tiġi ppreżentata bħala professjoni li tagħti ċertu sodisfazzjon peress li tkun qed tgħin lill-proxxmu.", "Li rrid ngħid huwa li jkun hemm drive akbar biex il-kors ta' nursing ikun iktar high key u mhux sempliċement jitħalla bħala kors ieħor li wieħed jista' japplika għalih fl-Universita'.", "Naħseb tajjeb li jkun hemm ċertu reklamar fil-gazzetti qabel ma l-korsijiet fl-Universita' jiftħu f'Lulju jew Awissu.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa li għandna nagħtu attenzjoni lill-impjegati li huma 'l fuq minn 40 sena.", "Ix-xogħol fil-qasam li qed niddiskutu jirrikjedi ċertu maturita' u allura jien naħseb li aktar ma wieħed ikun ta' ċertu eta', iktar aħjar.", "Peress li fl-ETC hemm numru ta' nies maturi li qed jirreġistraw għax-xogħol, forsi għax ikunu romlu u allura verament ikunu jixtiequ jsibu xogħol, naħseb tajjeb jekk dawn in-nies ta' ċertu maturita' jiġu targeted.", "Żgur li hawn numru ta' nies, forsi mhux mijiet imma numru sostanzjali, li huma mħajra jibdew korsijiet biex jaħdmu f'dan il-qasam.", "Naħseb li wieħed jista' jagħmel kuntatt ma' l-ETC biex flimkien taraw kif il-persuni li huma 'l fuq minn 40 sena u li jsibu problemi biex jiġu mpjegati, jiġu channelled into the health services, mhux biss għas-psychiatric nursing imma għal tipi oħra ta' nursing.", "IS-SUR JOE BORG: Is-suġġeriment tiegħek napprezzah u se nressqu lin-nies kompetenti, pero' importanti ngħid li l-Institute of Health Care, bl-għajnuna ta' Mr Incorvaja fost oħrajn, qed jipproduċu nies li huma b'diploma in psychiatric nursing.", "MICHAEL FARRUGIA: Naf li inti m'intix il-persuna li tista' tagħtini risposta, imma naħseb li ta' min wieħed jibda jikkonsidra jekk għandniex inħallu l-istruttura li wieħed imur għal B.Psych. mill-ewwel jew inkella għandniex nikkonsidraw .… Issa meta qed ngħid \"B.Psych.\", qed ninkludi l-midwifery u s-setturi l-oħra ta' speċjalizzazzjoni fil-qasam tan-nursing.", "Bħalma inti għandek it-tobba u l-ispeċjalisti li huma fi skali differenti, m'għandhiex il-B.Psych. titqies - bħalma fl-opinjoni tiegħi għandha titqies il-midwifery u setturi oħrajn ta' speċjalizzazzjoni - bħala speċjalizzazzjoni fil-qasam tan-nursing?", "U qed ngħid dan biex ikun hemm motivazzjoni fost in-nurses stess.", "GĦaliex jekk tmur għal B.Psych. u mbagħad tiġi ttrattat daqs ħaddieħor li għandu B.Sc. nursing u tispiċċa fl-istess skala, bl-istess paga, inti m'għandek xejn xi jħajrek tagħżel dik il-linja.", "Anke l-istruttura ta' l-Institute of Health Care ħolqot ċertu problemi, per eżempju, li wieħed imur għal midwifery mingħajr ma l-ewwel ikun għamel perijodu bħala nurse qabel ma jispeċjalizza fil-midwifery.", "Inħoss li hemm bżonn li nħarsu lejn sitwazzjoni fejn wieħed l-ewwel jilħaq nurse, imbagħad jingħata ċans ta' speċjalizzazzjoni fil-midwifery, fil-psikjatrija eċċ. u dik l-ispeċjalizzazzjoni tagħtih ċans li jitla' fl-iskala tas-sistema governattiva.", "Naħseb li jekk nimxu lejn dik il-linja, aktar nies jitħajru li jmorru għal speċjalizzazzjoni għaliex ikun hemm xi ħaġa li qed tattirahom.", "Ma tkunx sempliċement għażla bejn nurse fl-Isptar San Luqa u nurse fl-Isptar Monte Carmeli, imma jkun hemm ċans ta' speċjalizzazzjoni.", "Jien naħseb li jekk noħolqu dawn it-tip ta' strutturi, inkunu qed nippromwovu ċ-ċans li jkollna aktar nies bi speċjalizzazzjoni, inkluż dik ta' B.Psych.", "Ma nafx x'jaħsbu l-membri l-oħra tal-kumitat, imma din hi l-opinjoni tiegħi.", "Ma nixtieqx risposta minn għandek għaliex ma rridx ngħabbik b'responsabbilta' li hi ta' l-MPO.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr. John Cachia għamel sinjal li xtaq jgħaddi xi rimarki.", "DR. JOHN CACHIA (Director, Istitutional Health, Dipartiment tas-Saħħa): Fil-każ tal-midwifery, diġa' ttieħdet id-deċiżjoni li l-ewwel wieħed jidħol għal basic nursing u mbagħad jagħmel post-graduate diploma or certificate in midwifery, pero' fil-psikjatrija rridu noqogħdu ftit attenti.", "Irridu naraw kif l-istruttura kollha se tilqa' għal din is-sitwazzjoni għaliex jekk minħabba l-istruttura li għandna li hija pegged ma' ħafna affarijiet oħra, lill-individwu li għandu B.Sc. jew diploma, u mbagħad għamel speċjalizzazzjoni, ma tkunx tista' tagħtih xi ħaġa iżjed għal dik l-ispeċjalizzazzjoni, dak li wieħed ikun jixtieq jevolvi, ma jkunx jista' jevolvih.", "Fil-każ tat-tobba, min għandu speċjalizzazzjoni għandu dritt li jitla' fi skala 9, 8, 7 jew 6, imma fil-każ tan-nursing, l-ispeċjalizzazzjoni m'hijiex ippremjata bl-istess mod.", "Fil-każ tan-nursing, l-iskali huma iktar on the managerial role.", "Fil-fatt biex inkun korrett, kien hemm korrezzjoni zgħira fl-agreement eżistenti bejn il-gvern u n-nurses għar-rigward ta' min għandu B.Sc.", "Pero' nħoss li dan m'huwiex biżżejjed.", "Bħalma mxejna fil-każ tat-tobba, irridu nimxu down the road anke fil-każ tan-nursing.", "Filwaqt li hemm l-administrative part of the nursing profession, ċioe' dik ta' Deputy Nursing Officer, Nursing Officer, Departmental Manager u Manager, inħoss li għandu jkun hemm il-clinical stream evolution u naħseb li din hija xi ħaġa li trid tidħol b'ċertu qawwa fin-negozjati futuri biex nippromwovu l-clinical nursing.", "Irrid ngħid ukoll li diġa' hemm indikazzjoni ta' din ir-rotta fil-corrective exercise li sar peress li kellna sitwazzjoni anomala għar-rigward ta' B.Sc. u diploma.", "Ma jistax ikun li jekk int għamilt erba' snin starting from \"A\" level tiġi kklassifikat fl-istess kategorija bħal dak li għamel erba' snin starting from \"O\" level.", "Pero' s'issa, sfortunatament, l-istruttura governattiva hija wisq riġida u ma tagħtix dik l-istream klinika li bla dubju ta' xejn hemm bżonn li tiġi żviluppata.", "DR. JOHN CACHIA: Pero' mingħajr ma nagħmlu l-iżball li fl-opinjoni tiegħi għamilna fil-każ tat-tobba.", "L-iżball li għamilna fil-każ tat-tobba qed inbati minnu jien personalment.", "Bl-ebda mod l-administrative ma jista' jitqies li m'huwiex ukoll professionally competent.", "Dik hija l-problema.", "Jekk inti tagħmel struttura fejn il-clinical u l-administrative aspects jieħdu żewġ rotot separati, qisek qed tgħid li l-amministrattiv ma jifhem xejn fil-klinika.", "Mhux hekk il-każ.", "Irid ikollok interrelation.", "Hawnhekk qed nitkellmu ma' l-ogħla awtorita' fil-pajjiż u fl-opinjoni tiegħi, il-Parlament għandu joħroġ direzzjoni ċara f'dawn l-affarijiet.", "Fl-opinjoni tiegħi, għandu bżonn li jkun hemm direzzjoni ċara f'din it-tip ta' sitwazzjoni, f'din it-tip ta' policy.", "Dawn huma l-policies li fil-futur jistgħu jinteressaw nies isegwu karrieri professjonali jew inkella għal kuntrarju, li jħajru nies jitilqu 'l barra mis-servizz.", "Jien inħares madwari u bi pjaċir nosserva kif żviluppaw, per eżempju, l-Aġenzija sedqa u organizzazzjonijiet oħra b'nies li telqu mid-Dipartiment tas-Saħħa.", "Dak li rnexxielna nagħmlu aħna, huwa li qed innaffru nies 'il barra mis-settur pubbliku biex jistabbilixxu ruħhom b'mod tajjeb ħafna banda oħra.", "Mhux faċli li ċertu nies jiġu replaced.", "Aħna pajjiż żgħir ħafna u r-riżorsi tagħna huma limitati.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kulħadd jixtieq iżomm miegħu n-nies tajba li jkollu.", "J'Alla li fejn tkun, tkun qed tagħmel il-ġid u tifrex il-ġid.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hekk hu, wara kollox il-konsiderazzjoni tagħna hija li naħdmu flimkien għal ħajja aħjar ta' kull ċittadin Malti, ġej minn fejn hu ġej.", "DR. JOHN CACHIA: Jekk kull wieħed jagħmel understudy tiegħu, diġa' biżżejjed, imma sfortunatament anke din ma tantx tiġri.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom.", "Naħseb li għal-lum nistgħu nieqfu hawnhekk.", "Ninfurmawkom permezz ta' ittra meta ser nerġgħu niltaqgħu peress li l-ġimgħa d-dieħla jiena se nkun imsiefra u allura ma nkunux nistgħu niltaqgħu.", "Insellmilkom u nawguralkom il-lejl it-tajjeb.", "Fit-8.40 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000229_027d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 29 ta' Frar, 2000", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.20 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 26 li saret fit-22 ta' Frar, 2000 kienu konfermati.", "MENTAL HEALTH: POLICIES, STRUCTURES, SERVICES AND LEGISLATION - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat irriżuma mit-22 ta' Frar 2000 id-diskussjoni dwar mental health: policies, structures, services and legislation.", "Il-President tal-Kumitat informat lill-membri li kienet irċeviet noti mħejjija mis-Sur Charles Pace, Lecturer fl-amministrazzjoni soċjali, Dipartiment tal-Public Policy fl-Universita' ta' Malta, b'konnessjoni mal-preżentazzjoni tiegħu fil-laqgħa Nru 26 tat-22 ta' Frar 2000.", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Victor Pisani mill-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem u lis-Sur Joe Borg, Manager Nursing Services fl-Isptar Monte Carmeli, jieħdu sehem fid-diskussjoni.", "Waqt id-diskussjoni tkellem ukoll Dr John Cachia, Director Institutional Health.", "Fit-8.40 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "PAULINE ABELA GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000229_027m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 28", "L-Erbgħa, 15 ta' Marzu 2000 fis-7.00 p.m.", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ser jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 15 ta' Marzu 2000 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa mat-team mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) li qed iniedi programm ta' investiment dwar il-promozzjoni tas-saħħa f'Malta.", "9 ta' Marzu 2000 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000315_028a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 28", "L-Erbgħa, 15 ta' Marzu, 2000", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 28", "L-Erbgħa, 15 ta' Marzu, 2000", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-7.15 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 27 li saret fid-29 ta' Frar, 2000 ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Qabel nibdew nixtieq ninfurmakom li ġejt mitluba minn NET Television sabiex jiffilmjaw parti minn din il-laqgħa.", "Nixtieq nitlob il-permess ukoll f'każ li jkollna talba simili minn xi television station ieħor.", "LAQGĦA MAT-TEAM MILL-GĦAQDA DINJIJA TAS-SAĦĦA (WHO) LI QED INIEDI PROGRAMM TA' INVESTIMENT DWAR IL-PROMOZZJONI TAS-SAĦĦA F'MALTA", "IĊ-CHAIRPERSON: Thank you.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr. Chircop, please.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mr Makara.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hon.", "IĊ-CHAIRPERSON: Thank you very much.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hon.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr. Asciak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr. Chircop.", "IĊ-CHAIRPERSON: Thank you.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr. Agius.", "IĊ-CHAIRPERSON: Thank you.", "Fit-8.25 p.m. il-Kumitat ikkonkluda d-diskussjoni u aġġorna għal nhar it-Tlieta, 21 ta' Marzu, 2000 fis-7.00 p.m bil-kontinwazzjoni tad-diskussjoni dwar mental health: policies, structures, services and legislation."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000315_028d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 15 ta' Marzu, 2000", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.15 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 27 li saret fid-29 ta' Frar, 2000 kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumitat informat lill-Kumitat li kellha talba minn NET Television sabiex jieħdu filmat ta' din il-laqgħa u talbet il-permess tal-Kumitat sabiex ikunu jistgħu jidħlu fil-kamra.", "Il-permess ingħata.", "LAQGĦA MAT-TEAM MILL-GĦAQDA DINJIJA TAS-SAĦĦA (WHO) LI QED INIEDI PROGRAMM TA' INVESTIMENT DWAR IL-PROMOZZJONI TAS-SAĦĦA F'MALTA", "Il-Kumitat stieden lit-team mill-GĦaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) kompost mis-Sur Spencer Hagard, leader tat-team, mis-Sur Peter Makara, minn Ms Tina Kiaer u minn Ms Marija Kisman, jieħdu sehem fid-diskussjoni.", "It-team mill-WHO ppreżenta Briefing Sheet No 3 - Auditing Investment for Health Opportunities: A WHO/EURO New Service for Member States.", "Fit-8.25 p.m. il-Kumitat ikkonkluda d-diskussjoni u aġġorna għal nhar it-Tlieta, 21 ta' Marzu 2000 fis-7.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "PAULINE ABELA GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000315_028m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 27", "It-Tnejn, 20 ta' Marzu 2000, fil-5.30 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 20 ta' Marzu 2000, fil-5.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "16 ta' Marzu 2000 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000320_027a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 20 ta' Marzu 2000", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fil-5.35 p.m.", "Mr Speaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Victor Galea Pace, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor George Vella.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 26 li saret fid-29 ta' Frar 2000, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li wara li tintemm id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir (Abbozz Nru 56), il-Kamra tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur (Abbozz Nru 42); l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks (Abbozz Nru 38), u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi (Abbozz Nru 62).", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali qajjem il-punt dwar it-tul ta' interventi minn deputati fil-Parlament.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor George Vella, il-Kumitat iddiskuta l-kwestjoni konnessa max-xiri ta' karti bla watermark mill-Parlament, u saret riferenza għar-rapport imħejji mill-iSpeaker li tqassam liú-úewġ naħat tal-Kamra.", "Fis-6.00 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000320_027m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 29", "It-Tlieta, 21 ta' Marzu 2000 fis-7.00 p.m.", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 21 ta' Marzu 2000 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "21 ta' Marzu 2000 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000321_029a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 29", "It-Tlieta, 21 ta' Marzu, 2000", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 29", "It-Tlieta, 21 ta' Marzu, 2000", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-7.15 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 28 li saret fil-15 ta' Marzu, 2000 ġew konfermati.", "MENTAL HEALTH: POLICIES, STRUCTURES, SERVICES AND LEGISLATION - KONTINWAZZJONI", "Id-diskussjoni rriżumiet mid-29 ta' Frar, 2000.", "IĊ-CHAIRPERSON (L-Onor.", "Helen D'Amato): Nibda billi ninforma lill-Kumitat li l-Aġenzija sedqa bagħtet il-kummenti tagħha għad-draft tal-mental health act.", "Mhux se naqra d-dokument mibgħut peress li huwa pjuttost twil, pero' kopja tiegħu se tiġi ċirkolata lilkom.", "Fost l-emendi li qed jipproponu, qegħdin jitolbu li d-drug and alcohol addiction ma jinqatgħux mill-mental health act.", "Illum magħna għandna l-avukat li ħadmet fuq il-proposed legislation biex tispjega punti li jistgħu jitqajmu matul id-diskussjoni.", "M'għandix dubju li hija konxja mit-talbiet ta' l-Aġenzija sedqa u naħseb tista' tagħti r-raġunijiet favur jew kontra l-proposti għal-liġi li ntbagħtu mill-Aġenzija sedqa.", "Din hija d-disa' laqgħa li żammejna fuq is-suġġett ta' mental health u naħseb li dan huwa s-suġġett li l-aktar kellna laqgħat dwaru.", "Nispera li issa wasalna biex proprju nagħlqu d-diskussjoni u fil-fatt xtaqt li llum nisimgħu kummenti dwar id-discussion document għal bidliet fil-mental health act li kien ġie ppreżentat lilna mill-Professoressa Podesta' fit-tielet laqgħa li kellna dwar dan is-suġġett.", "Nibda billi nitlob lil Dr. Brigitte Gafa', legal adviser fil-Ministeru tas-Saħħa, tagħtina overview ta' din id-draft u tagħtina d-differenzi bejn il-Mental Health Act kif inhi llum u l-proposti li qed isiru biex din il-liġi tiġi aġġornata ħalli tilħaq il-ħteġijiet tal-lum.", "Għaldaqstant nistieden lil Dr. Gafa' tiġi mal-mejda u nfakkarha li dawn is-seduti huma rrekordjati u bħal dejjem, għandna magħna rappreżentanti ta' l-istampa.", "Pero' qabel ma nkomplu, jekk tippermettuli għax kont se ninsa, irrid ngħid li Joe Borg li fl-aħħar laqgħa li kellna dwar il-mental health kien qed jirrappreżenta l-federazzjoni nazzjonali tas-saħħa mentali, ġibidli l-attenzjoni għar-rapport li deher fil-gazzetta \"In-Nazzjon\" fejn ġie rrapportat li hu qal li kienet il-fedarazzjoni stess li bdiet l-in-service training għall-infermiera.", "Huwa oġġezzjona għal dan il-kumment peress li ma qalx hekk.", "Jien qrajt id-draft transcript tal-laqgħa u fil-fatt ma jirriżultax li qal hekk.", "Li qal huwa li l-federazzjoni torganizza seminars kemm għall-pubbliku kif ukoll għall-professjonisti, ma qalx li tagħmel in-service training għall-infermiera.", "Nitlob issa lil Dr. Gafa' tagħmel l-intervent tagħha.", "DR. BRIGITTE GAFA' (Legal Adviser fil-Ministeru tas-Saħħa): Qabel jiġu analizzati l-emendi proposti għal-liġi dwar is-saħħa mentali, tajjeb li wieħed jiftakar li l-qasam tal-kura tas-saħħa dejjem kien dominat mill-prinċipju \"doctor knows best\" u l-pazjent, il-bieraħ aktar mil-lum, kien ikollu joqgħod għal dak li jgħid it-tabib.", "Għalkemm it-tabib huwa mogħni bit-tagħrif mediku, il-pazjent xorta waħda għandu d-dritt li jagħżel.", "Dan huwa l-prinċipju ta' awtonomija tal-pazjent u l-problema hija li ssib il-bilanċ bejn dawn iż-żewġ prinċipji li kultant ikunu opposti.", "Fil-qasam tal-kura tas-saħħa mentali, il-problema hija akbar billi l-presuppożizzjoni hija li l-pazjenti bi problemi psikjatriċi m'għandhomx il-kapaċita' li jiddeċiedu għalihom infushom.", "F'Malta, il-kura tas-saħħa mentali hija regolata permezz ta' l-Att dwar is-Saħħa Mentali, liema Att għadda mill-Parlament fl-1976 u sussegwentement ġie emendat permezz ta' l-Att XIII ta' l-1983.", "Jiġifieri dan il-qafas legali, illum għandu kważi 20 sena.", "Matul is-snin saru ħafna żviluppi fil-kura u t-trattament tal-kondizzjonijiet psikjatriċi, pero' sfortunatament dawn l-iżviluppi m'humiex riflessi fil-liġi u kien għalhekk li nħass il-bżonn li jsiru emendi sabiex il-liġi eżistenti tiġi aġġornata.", "Kien maħsub ukoll li l-qafas prinċipali tal-liġi ma jkunx jindirizza sitwazzjonijiet li jkunu soġġetti għal tibdil kontinwu.", "Id-draft proposta, għalkemm mhux fil-fażi konklussiva, hija intenzjonata li tipprovdi l-qoxra ta' l-istruttura li meta titħaddem mit-team multi-dixxilinarju, id-drittijiet tal-pazjent bi problemi psikjatriċi ma jkunux imxekkla, filwaqt li sitwazzjonijiet speċifiċi jkunu indirizzati permezz ta' avviżi legali li ma jenħtieġux li jgħaddu mill-Parlament sabiex jiġu nforzati.", "L-ewwel differenza li wieħed isib fid-draft hija l-inklużjoni tal-frażi \"day or residential facility for mentally disordered persons\" taħt id-definizzjoni ta' \"sptar\".", "Fl-Att XVIII ta' l-1976, \"sptar\" ma kienx jinkludi residenza jew respite centre għal persuni bi problemi mentali.", "L-oġġettiv wara din iż-żieda fid-definizzjoni hija li l-mira għandha tkun li kemm jista' jkun, il-pazjenti bi problemi psikjatriċi jkunu kkurati fil-komunita', 'il bogħod mill-isptar, ħalli ma jkollhomx iġorru l-piż ta' l-istigma tas-soċjeta' in ġenerali.", "Naturalment wieħed japprezza li barra l-kura medika, il-pazjenti li jingħataw kura fil-komunita' jkun jenħtieġilhom ukoll social care li hija imperattiva biex il-persuni li qed jieħdu l-kura jkunu jistgħu jamalgamaw irwieħhom fis-soċjeta' b'iktar faċilita'.", "M'hemm xejn agħar milli meta wieħed joħroġ mill-isptar, ikollu jħabbat wiċċu ma' indifferenza u kultant anke intolleranza, minn nies ta' madwaru.", "Dan aktar jagħmel sens f'dawk il-każijiet fejn pazjenti jkunu ilhom li daħlu l-isptar u għalhekk ikunu spiċċaw dipendenti għal kollox fuq dak provdut lilhom mill-istituzzjoni.", "Din il-problema ta' istituzzjonalizzar, tant hija evidenti u tinħass, li taħt l-artikolu 4 tad-draft, il-ministru ġie mogħti l-poter li jagħmel arranġamenti sabiex servizzi mediċi psikjatriċi jingħataw fil-komunita', u jagħmel ukoll arranġamenti għar-riabilitazzjoni tal-pazjent.", "Hawnhekk għandu jiġu osservat li l-pazjent bħala persuna vestit bid-drittijiet fundamentali, jista' biss iħaddan dawn id-drittijiet fit-totalita' tagħhom meta jkollu l-liberta' tiegħu.", "Din ta' l-aħħar tista' tiġi aktar sottolineata meta l-kura tingħata fil-komunita'.", "Kif diġa' spjegajt, sabiex il-kura fil-komunita' tirnexxi, irid ikollok support services minn nies imħarrġa apposta.", "Taħt il-liġi eżistenti, il-persuni responsabbli huma l-mental welfare officers u l-ministru għandu l-poter li jappunta persuna, irrispettivament mill-appointment u x-xogħol tagħha, sabiex taqdi d-dmirijiet ta' mental welfare officer.", "Fid-draft qed jiġi propost li din il-proċedura tinbidel peress li huwa rikonoxxut il-fatt li biex persuna tagħmel ix-xogħol ta' mental welfare officer, għandu jkollha taħriġ apposta.", "Tibdil ieħor li qed jiġi propost u li jitfa' dawl lejn it-tip ta' kura li qed tiġi mmirata, hija t-tneħħija tal-kliem \"responsible medical officer\" u minflokhom tidħol il-kelma \"consultant\".", "Il-consultant huwa l-persuna li se jkollu l-overall responsibility tal-pazjent.", "Dan ifisser li l-pazjent se jkun qed jieħu l-kura skond dak rikjest mill-multi-disciplinary team waqt li l-konsulent huwa dak li għandu r-responsabbilta' globali aħħarija.", "Iddaħħlet ukoll in-nomenklatura ta' \"approved medical practitioner\" fejn l-enfasi hija fuq il-fatt li dawn it-tobba għandhom ikollhom esperjenza speċifika fid-djanjosi u t-trattament ta' mental disorder u li isimhom ikun jinsab fuq lista approvata mill-ministru.", "Din id-definizzjoni hija ħafna aktar dejqa minn dik eżistenti ta' \"responsible medical officer\" fejn dan huwa designat bħala l-persuna responsabbli mill-kura tal-pazjent.", "L-artikolu 2 ta' l-Att dwar is-Saħħa Mentali huwa l-artikolu tad-definizzjonijiet u dan ra tibdil ieħor bl-inklużjoni tat-termini \"severe mental impairment\" u \"mental impairment\", minflok il-kliem \"mental subnormality\" u \"subnormality\".", "Wara kollox, persuni bi problemi psikjatriċi m'għandhomx jitqiesu bħala persuni taħt in-normalita'.", "Dan it-tibdil fil-liġi jista' jitqies bħala l-ewwel pass għal tibdil fil-kultura fejn persuni bi problemi psikjatriċi jiġu mwarrba u mitfugħa f'post minn fejn ma jkunu jistgħu jagħmlu ħsara lil ħadd.", "Żgur li din l-attitudni protettiva ma tgħinx lill-pazjenti bi problemi psikjatriċi jiffaċċjaw il-ħajja, iżda tgħinhom biss biex jeżolaw irwieħhom.", "Ta' min jinnota wkoll li s-subartikolu (2) ta' l-artikolu 2 huwa propost li jinbidel fis-sens li jiġi speċifikat li persuna li tkun qed tbati minn abbuż ta' alkoħol, drogi, jew divjazzjoni sesswali, ma tistax, abbażi biss ta' dak l-abbuż jew tendenza, titqies illi hija soġġetta għall-provvedimenti previsti taħt l-Att dwar is-Saħħa Mentali.", "Din l-emenda hija maħsuba biex tillimita l-applikabilita' tal-liġi u persuni li jkunu fil-morsa ta' l-abbuż ta' sustanzi stupefaċenti, ma jkunux awtomatikament sezzjonati għall-Isptar Monte Carmeli.", "L-artikolu 3 li jittratta dħul volontarju fl-isptar, inbidel ukoll għalkemm mhux esklużivament fis-sustanza tiegħu.", "Fil-liġi in vigore, dan l-artikolu jibda fin-negattiv waqt li issa, l-enfasi ġiet mibdula għal fuq il-persuna li qed titlob li tidħol l-isptar.", "Taħt l-Att ta' l-1976, ir-riferenza kienet fuq il-pazjent waqt li issa, ix-shift qiegħda fuq il-\"persuna\" u x-xewqat tagħha.", "Essenzjalment, dan huwa t-tibdil propost.", "Filwaqt illi taħt il-liġi preżenti għandek pazjent riċevitur ta' kura, soġġett passiv li joqgħod għal dak kollu li jiddetta t-tabib kuranti, issa, il-proposti qed jimmiraw lejn persuna li minkejja li tbati minn mard psikjatriku, għandha l-bżonnijiet singulari tagħha u għandha l-kapaċita' li tiddeċiedi.", "L-attitudni li l-pazjent b'mard mentali mhux kapaċi jieħu deċiżjoni, hija żbaljata u tenħtieġ tinbidel.", "Li l-ewwel u qabel kollox tħares lejn il-pazjent bħala persuna, huwa pass 'il quddiem biex tinbidel l-idea żbaljata li teżisti dwar dawn in-nies.", "Kif inhu llum, fl-artikolu 3 m'hemm l-ebda riferenza lejn il-ġid tal-pazjent, iżda hemm biss għal arranġamenti burokratiċi u parametri mediko-legali.", "Issa qed jiġi propost li t-tabib ikun marbut li jdaħħal persuna l-isptar jekk ikun ta' benefiċċju għaliha.", "Il-pazjent bħala persuna, huwa fiċ-ċentru ta' l-azzjoni kollha.", "Tant hu hekk, li qed jiġi rikonoxxut li l-pazjent għandu dritt jieħu deċiżjoni u ma jistax jinżamm l-isptar jekk jiddeċiedi li jitlaq.", "Dan kollu jrid jiġi studjat fl-ambitu ta' l-applikabilita' ta' l-artikolu 3, jiġifieri d-dħul volontarju fl-isptar.", "Fit-tieni parti tal-liġi, jiġifieri mill-artikolu 4 sa l-artikolu 13, it-tibdil prinċipali jirrigwarda l-inklużjoni tat-termini \"day or residential facility for mentally disordered patients\".", "Dan, kif diġa' għedt qabel, jorbot mal-prinċipju li l-pazjent huwa persuna awtonoma u jrid isir kull sforz sabiex dik l-awtonomija tiġi mħarsa.", "Filwaqt li mhux kontestat li l-pazjent bħala persuna għandu d-drittijiet tiegħu, daqstant ieħor għandu jiġi rikonoxxut li membri tas-soċjeta' għandhom ukoll id-drittijiet tagħhom.", "It-tielet parti tal-liġi viġenti tittratta d-dħul ta' persuni fl-Isptar Monte Carmeli għal osservanza u trattament indipendentement mix-xewqa tagħhom.", "F'dan il-każ, it-terminu wżat huwa \"pazjent\" u mhux \"persuna\" billi d-dħul fl-isptar ma jiddependix mill-volonta' tal-persuna konċernata, u ċ-ċirkostanzi fejn l-opinjoni ta' l-individwu momentarjament titpoġġa fil-ġenb, huma elenkati speċifikament taħt is-subartikolu (2) ta' l-artikolu 14, u ċioe', jekk il-pazjent ikun qed ibati minn kondizzjoni mentali li tenħtieġ li jinżamm l-isptar, u li jkun neċessarju li jinżamm għall-kura fl-interess ta' saħħtu jew sigurta' tiegħu, jew biex jiġu protetti terzi persuni.", "Dawn iċ-ċirkostanzi jinsabu wkoll fil-liġi ta' l-1976 u ma ġewx mibdula fid-draft proposta.", "Il-bidla fl-artikolu 14 kienet fis-subartikolu (3) fejn iddaħħlet l-idea li l-applikazzjoni għal dħul fl-isptar, għandha ssir biss wara li jkun hemm rakkmandazzjoni bil-miktub fuq forma preskritta magħmula minn żewġ tobba.", "Permezz ta' dan it-tibdil qed jiġi assigurat li biex tittieħed il-liberta' ta' persuna, jiġifieri li persuna tinżamm fl-isptar kontra l-volonta' tagħha, għandu jkun hemm second opinion ta' tabib ieħor.", "Idealment, is-second opinion tkun ta' xi ħadd indipendenti, iżda din hija diffiċli li tiġi attwata fil-kwadru Malti minħabba l-limitazzjoni ta' riżorsi umani f'dan il-qasam.", "Fil-każ ta' emergency application, qed jiġi propost illi l-pazjent għandu jkun informat li l-applikazzjoni tista' tiġi mibdula f'waħda ta' osservazzjoni u għalhekk il-perijodu fl-isptar ikun se jitwal.", "Hawnhekk, id-dritt tal-pazjent għal informazzjoni, minbarra li tolqot direttament il-liberta' tiegħu, titfa' dawl dwar il-kondizzjoni tiegħu.", "Dan jagħmel aktar sens meta wieħed jara s-subartikolu (3) ta' l-artikolu 19.", "Tibdil propost huwa li l-pazjent jista' jintavola l-applikazzjoni f'każ li jkun iddaħħal l-isptar għal osservazzjoni.", "Attwalment, tali applikazzjoni hija ristretta biss għal dawk il-persuni li jkunu l-isptar għal trattament.", "Di piu', tfal li jkunu ddaħħlu l-isptar qabel ma jkunu għalqu s-16-il sena, jistgħu jmorru quddiem it-tribunal meta jagħlqu s-16-il sena.", "Hija f'lokha li wieħed jirrimarka li sabiex pazjent ikun jaf bid-dritt tiegħu li japplika quddiem it-tribunal, l-awtorita' ta' l-isptar hija fl-obbligu li fost affarijiet oħra tinforma lill-pazjent b'dan id-dritt.", "Hija għalhekk l-intenzjoni li tali responsabbilta' tiġi formalizzata permezz ta' avviż legali u mhux direttament minn liġi mgħoddija mill-Parlament peress li att tal-Parlament jieħu aktar fit-tul biex jiġi emendat bir-riskju ċar li għal darb'oħra l-liġi proposta tispiċċa ma tirriflettix l-avvanz fil-qasam mediko-legali.", "Introduzzjoni oħra marbuta mad-drittijiet tal-pazjent, tinsab fil-paragrafu (b) tas-subartikolu (2) ta' l-artikolu 22.", "Hawnhekk ġiet introdotta riferenza għall-Kummissjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll għall-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Issa, pazjent jista' jkollu channel ta' informazzjoni u korrispondenza bejnu u bejn dawn iż-żewġ korpi, mingħajr tfixkil.", "Tibdil li qed jiġi propost, mhux b'riferenza għad-drittijiet tal-pazjent iżda probabbilment minħabba esklużjoni abbażi ta' sess, hi l-introduzzjoni għal \"omm\" fis-subartikolu (1) ta' l-artikolu 30, liema artikolu jelenka min għandu d-dritt li jaġixxi ta' qarib.", "Din l-introduzzjoni saret stante li sal-lum, il-persuna li kellha l-poter vestit lilha legalment sabiex taġixxi bħala qarib f'isem pazjent, kienet fost oħrajn il-missier bl-esklużjoni ta' l-omm, pero' għandu jingħad ukoll li minkejja l-poter imsemmi, f'ċirkostanzi preskritti mil-liġi, is-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili tista' tinnomina lil terzi applikanti sabiex jaġixxu ta' qarib.", "Proposta ġdida oħra tinsab fl-artikolu 38.", "Dan l-artikolu jippreskrivi l-kompożizzjoni tat-tribunal dwar is-saħħa mentali.", "It-tribunal għandu jkun kompost minn chairperson li kien, jew hu, imħallef fil-qrati superjuri jew li għandu r-rekwiżiti sabiex ikun imħallef, kif ukoll żewġ membri oħra li issa ġew speċifikati bħala psikjatra u mental welfare officer.", "Taħt il-liġi eżistenti, il-ministru għandu d-diskrezzjoni li jiddeċiedi hu fuq il-kwalifiki tal-membri tat-tribunal waqt li l-proposta issa hija li l-kwalifika tkun preskritta mil-liġi u għalhekk tneħħiet id-diskrezzjoni ministerjali.", "Huwa previst ukoll li jkun hemm membri supplimentari sabiex it-tribunal ikun jista' jiffunzjona b'aktar effiċjenza u aktar ta' spiss, stante illi l-istess tribunal huwa l-mezz li permezz tiegħu l-pazjent jista' jinvestiga r-raġuni għaż-żamma tiegħu fl-isptar b'detriment għal-liberta' tiegħu.", "Fis-sustanza u fil-qosor, dawn huma t-tibdiliet proposti għal-Liġi dwar is-Saħħa Mentali.", "L-oġġettiv wara l-proposti mressqa huwa li l-pazjent għandu jiġi rikonoxxut bħala persuna vestita bl-istess drittijiet ta' kull ċittadin ieħor.", "Naturalment, il-psikjatri u t-tobba għandhom id-diskrezzjoni klinika, iżda tali diskrezzjoni ma tistax tieħu l-post tal-volonta' tal-pazjent.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fid-diskors tiegħek, inti għamilt riferenza għal min ikun taħt l-effett tad-droga u l-alkoħol, pero' nixtieqek li tiftaħ ftit iktar in vista tal-fatt li għandna proposed amendment dwar dan il-punt mill-Aġenzija sedqa.", "Forsi nista' ngħaddilek kopja ta' l-emenda kif proposta.", "DR. BRIGITTE GAFA': Fid-draft proposal li sar biex jemenda s-subartikolu (2) ta' l-artikolu 4 tal-Mental Health Act, qed jingħad hekk:", "Fil-proposal, bl-ebda mod ma qed jiġi eskluż li l-persuni li jkunu qed ibatu minn sexual deviancy jew abbuż ta' alkoħol u sustanzi oħra, ma jiddaħħlux fl-Isptar Monte Carmeli għal osservanza jew trattament.", "Hawnhekk qed jingħad li ma jiddaħħlux jekk ikunu qed ibatu biss minn alcohol dependency or dependency on drugs.", "Bl-ebda mod ma hi qed teskludihom.", "Jekk id-dipendenza tkun qed toħloq mard psikjatriku lill-individwu, iva, imma jekk mhux qed toħloqlu problemi psikjatriċi u mentali, ma jiddaħħalx għax dak il-każ ikun a social case.", "Jeżistu bodies oħra fil-pajjiż li jieħdu ħsieb it-trattament u l-kura ta' dawn in-nies u m'għandux ikun l-Isptar Monte Carmeli li jieħu ħsieb dawn il-każijiet.", "Bħalma diġa' għedt, meta wieħed jiddaħħal l-isptar, se jkollu dik l-istigma li ddaħħal ġo sptar u li aħna qed nipprovaw nagħmlu huwa proprju li noħorġu lin-nies mill-istituzzjoni ta' l-isptar u nagħtuhom il-kura fil-komunita'.", "Jien naħseb li l-proposti ta' l-Aġenzija sedqa qed joħorġu minn miżinterpretazzjoni ta' dan is-subartikolu.", "Ma ġiex miftiehem eżattament x'qed nipprovaw ngħidu permezz ta' dan is-subartikolu.", "Aħna mhux qed ngħidu li nies li abbużaw minn alkoħol u droġi li mbagħad irriżultalhom fi problemi psikjatriċi ma tingħatalhomx kura fl-Isptar Monte Carmeli, imma qed ngħidu li jrid ikun hemm problemi psikjatriċi u mentali biex jiddaħħlu l-isptar.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Naħseb li l-Aġenzija sedqa qed tinterpreta din id-definizzjoni li drug and alcohol addiction is a mental disorder, waqt li aħna qegħdin ngħidu, anke mil-lat mediku, illi jekk l-alcohol intoxication jew alcohol abuse qed twassal biex persuna jkollha halucinations, allura f'dak il-każ, meta għandek komplikazzjoni partikolari, se tidħol fit-termini tal-liġi li dik il-persuna għandha a psychiatric disorder, imma l-fatt waħdu li inti għandek drug and alcohol addiction, ma jfissirx li taqa' taħt il-kappa ta' mental disorder.", "Naħseb li qed nifhem tajjeb, dak li qed tgħid.", "Tagħmel sens b'dak il-mod.", "DR. JOSEPH SALIBA (Direttur tal-Psikjatrija, Sptar Monte Carmeli): Fil-fatt, il-pożizzjoni hija komplikata.", "Jekk wieħed iħares lejha mill-aspett ta' djanjosi, kemm DSM u kemm ICD huma mental disorders imma l-problema hija ta' natura differenti fis-sens illi l-konċett ta' compulsory treatment huwa marbut ma' meta bniedem ma jkunx għadu kapaċi jirraġuna.", "Dak huwa l-essenzjal.", "Jekk bniedem newrotiku għadu kapaċi jirraġuna, ma tistax iġġiegħlu jieħu l-kura minkejja li forsi għandu bżonnha.", "Jiena naħseb li fehmu l-liġi, pero' qegħdin jipprovaw jakkwistaw mezz kif ikunu jistgħu jikkuraw lill-pazjent fil-bidu għax huwa minnu that at first, the drug addict is very difficult to engage.", "Huma jridu miżura biex almenu, għal perijodu preliminari, ikunu jistgħu jżommuh kontra r-rieda tiegħu, pero' din tmur kontra d-direzzjoni li ħadu ħafna pajjiżi Ewropej.", "Huma biss xi tnejn jew tlieta l-pajjiżi li żammew addiction solely as sufficient grounds.", "Apparti minn hekk, din xi tfisser?", "Tfisser li jekk teħodha kif qegħdin jgħidu, a person walking in the street who is known to have a dependency problem, tista' taqbdu mill-kozz t'għonqu u ddaħħlu l-isptar.", "Meta tara persuna fis-sakra jew taħt l-influwenza tad-droga, inti ma tkunx taf jekk dik il-persuna hijiex addicted jew le.", "Allura taqbad u ddaħħlu għal li jista' jkun?", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn min jixtieq jagħmel xi mistoqsijiet b'mod ġenerali?", "MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq nagħmel punt zgħir.", "Naħseb li jkun xieraq jekk lill-Aġenzija sedqa li għamlu din ir-rakkmandazzjoni tintbagħtilhom il-pożizzjoni tagħna dwar kif qegħdin inħarsu lejn din l-emenda biex jekk forsi l-mod kif inhi miktuba hawnhekk m'huwiex eżatt dak li riedu jwasslu huma, jagħmlu t-tibdil meħtieġ.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naqbel miegħek Dr. Farrugia.", "Naħseb lill-Aġenzija sedqa għandna nibgħatulhom transcript ta' l-ispjegazzjoni li għadha kif ingħatat biex jew jagħmlu diskussjoni aktar wiesgħa jew inkella jikkomunikaw direttament mal-Ministeru tas-Saħħa, b'mod partikolari jekk aħna ma nkunux għadna għaddejjin b'dan il-proċess ta' diskussjoni dwar is-saħħa mentali - naħseb li issa wasalna biex nikkonkludu d-diskussjoni -għalkemm naturalment, jekk iridu jużaw dan il-qafas, aħna nkunu nistgħu nikkomunikaw magħhom.", "MICHAEL FARRUGIA: Bħala Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, se niddiskutu din il-liġi qabel ma tmur quddiem il-Parlament?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għaliex jiena nħares lejn din il-liġi bħala liġi li għandha tkun maqbula bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra u peress li hemm consensus bejn iż-żewġ naħat tal-kumitat, jekk l-ewwel issir diskussjoni f'dan il-kumitat, meta mbagħad il-liġi titressaq fil-Parlament, ma jkollniex għalfejn nerġgħu noqogħdu nifluha.", "Naturalment, l-ewwel nagħmlu d-diskussjonijiet neċessarji, anke internament fil-grupp parlamentari, u forsi anke nagħmlu xi emendi żgħar, u mbagħad niġu hawnhekk u niddiskutuha bejnietna.", "Mhux qed ngħid nagħmluha l-ġimgħa d-dieħla, but if we thrash out the whole thing bil-kwiet hawnhekk, meta mmorru quddiem il-Kamra, inkunu nistgħu ngħaddu l-istadji ta' second reading u kumitat, mingħajr problemi.", "Fl-opinjoni tiegħi, din il-liġi għandha tiġi thrashed out fis-Social Affairs Committee.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma naħsibx li s-suġġeriment tiegħek nistgħu niddeċieduh aħna bejnietna.", "Li nistgħu nagħmlu hu li nressqu l-proposta lill-House Business Committee biex qabel ma l-liġi titressaq quddiem il-Kamra kollha, tiġi diskussa f'dan il-kumitat.", "Naħseb nistgħu nressqu dan is-suġġeriment lill-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra u mbagħad naġixxu skond id-direzzjoni li jagħtuna.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien inħoss li jekk hemm liġi li żgur m'għandniex noqogħdu nilletikaw fuqha, hija proprju din.", "Jekk ikun hemm xi dettalji li jkunu jenħtieġu diskussjoni, narawhom flimkien u nimxu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naturalment tifhem li aħna ma nistgħux naqbdu u niddeċiedu li jsir hekk.", "L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Naqbel ħafna ma' dak li qal l-Onor.", "Farrugia li l-liġi għandna l-ewwel niddiskutuha hawnhekk ma' l-esperti fil-materja.", "Din hija liġi li meta se tiġi biex timplementaha, ser tiltaqa' ma' ħafna problemi.", "Ħalli nieħu bħala eżempju sitwazzjoni bejn mara u raġel.", "Kellna każijiet fejn minħabba marital problems persuna ddaħħlet l-Isptar Monte Carmeli.", "Kien hemm diversi problemi li ma stajniex insibu soluzzjoni għalihom.", "U kif qed naraw, jeżistu miżinterpretazzjonijiet tal-liġi kif proposta u għalhekk naħseb illi iktar ma d-diffikultajiet tekniċi jiġu thrashed out mill-ewwel, forsi anke f'dan il-kumitat, aktar aħjar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Bħalma diġa' għedt, jien ma nsib l-ebda diffikulta' li l-ewwel issir diskussjoni hawnhekk.", "Jien naf li dan id-draft qed jiġi diskuss anke fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali u allura jista' jkun hemm ukoll xi tibdil min-naħa tal-kummissjoni.", "Naħseb li nistgħu nagħmlu hu li meta jkun hemm il-final document, inressqu l-proposta tagħna lill-House Business Committee biex qabel ma l-abbozz imur quddiem il-Kamra, jiġi f'dan il-kumitat biex niddiskutu xi diverġenzi li jista' jkun hemm, u naqblu fuqu qabel ma jmur fil-Kamra.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien kont nissuġġerixxi li meta niġu għad-diskussjoni f'dan il-kumitat, ikun hawn preżenti Dr. Gafa' u l-ogħla awtoritajiet tad-Dipartiment tas-Saħħa u ta' l-Isptar Monte Carmeli biex jikkjarifikaw xi affarijiet li forsi jkunu jenħtieġu kjarifika għax kif nafu lkoll, ħafna drabi jkun diffiċli li ċerti kjarifiċi jsiru fil-Parlament.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naħseb li qed naqblu fuq il-metodu li nistgħu nużaw.", "Dr. Busuttil qed jagħmilli sinjal li jixtieq jitkellem.", "DR. RAY BUSUTTIL (Direttur Ġenerali, Dipartiment tas-Saħħa): Dwar il-proposti ta' l-Aġenzija sedqa, nixtieq ngħid li fid-diviżjoni tas-saħħa għandna diskussjonijiet għaddejjin ma' l-Aġenzija sedqa dwar il-mod ta' kif l-aħjar nittrattaw pazjenti li għandhom co-morbidity, jiġifieri li għandhom kemm problemi ta' alkoħol u droga u kemm problemi psikjatriċi.", "U ċertament li meta jkollna l-laqgħa li jmiss, jien se nqajjem il-proposti li huma ssottomettew biex niddiskutuhom at that level.", "Punt ieħor, pjuttost dettall, li nixtieq nagħmel, huwa għal dak li qalet Dr. Gafa' b'riferenza għall-kelma \"consultant\" kif inhi fil-liġi.", "Il-grad ta' \"consultant\" huwa grad li jeżisti fiċ-Ċivil, m'huwiex grad ta' speċjalista.", "Naħseb li l-kelma li għandna ndaħħlu, għandha tkun \"speċjalista\", iktar u iktar meta fl-ispirtu tal-liġi qegħdin nestendu l-lokalitajiet fejn tista' ssir compulsory treatment.", "Bażikament se ninkludu sptarijiet, postijiet fil-komunita', residenzi eċċ., u dawn mhux neċessarjament se jkunu taħt il-kura ta' speċjalista - aħna nsejħulu \"consultant\" - li jaħdem mad-dipartiment.", "Naħseb li dan il-punt tajjeb li wieħed jiddiskutih u jiddibattih għaliex the post of a consultant is within the Civil Service waqt li l-ispeċjalisti li jaħdmu barra miċ-Ċivil għandu jkollhom il-faċilita' li jittrattaw in-nies fis-settur privat bħalma jagħmlu fis-settur tas-saħħa.", "MICHAEL FARRUGIA: Dr. Busuttil, naħseb anke l-kelma \"speċjalista\" trid tiġi defined għax ladarba m'għandniex specialist register ...", "DR. RAY BUSUTTIL: Imma l-problema se tiġi riżolta għaliex bħalissa fid-dipartiment qegħdin naħdmu b'ilsienna barra biex nagħmlu d-draft ġdid ta' l-NKPO li jkun fih specialist register, jiġifieri ċ-chances huma...", "MICHAEL FARRUGIA: Pero' liema se jiġi l-ewwel?", "DR. RAY BUSUTTIL: Naħseb li d-draft ta' l-NKPO se jitressaq quddiem il-Parlament qabel ma jitressaq l-abbozz dwar is-saħħa mentali.", "MICHAEL FARRUGIA: Tagħmel sens għax inkella jinħolqu ħafna ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Li rridu nagħmlu hu li nżommu dan il-punt f'rasna biex f'każ li dak id-draft ma jkunx għadu tressaq, naraw li fil-mental health act ikun hemm definition iktar speċifika.", "Dr. Saliba, ma nafx jekk tixtieqx tagħmel xi punti dwar dan li qed jintqal.", "DR. JOSEPH SALIBA: More or less, dak li kont se ngħid, għedtu inti.", "Kont se nissuġġerixxi li meta s-sotto-kumitat li huwa chaired minni u jikkonsisti f'erba' minn nies, ilesti x-xogħol mal-kummissjoni, jiġi hawnhekk biex flimkien niddiskutu x'kienu l-argumenti li waslu għal ċertu konklużjonijiet.", "Bħalissa qegħdin fl-istadju li ngħarblu l-feedback li kellna mid-diversi seminars li saru u probabbli navviċinawkom meta nkunu lestejna dan l-istadju.", "IĊ-CHAIRPERSON: Napprezzaw jekk isir hekk.", "MICHAEL FARRUGIA: Apparti minn hekk, jiena nħoss li jekk xi għaqdiet, gruppi jew persuni jixtiequ jagħmlu xi suġġerimenti - naf li fil-preżent għaddejjin diskussjonijiet fuq dan id-draft ma' diversi setturi - jew proposti għal emendi, and they want to stick by their position minkejja li kellhom diskussjoni man-national commission, irrispettivament jekk il-proposti tagħhom ġewx milqugħa jew le, jressqu hawnhekk il-proposti tagħhom biex flimkien niddiskutuhom ħalli naraw jekk hemmx bżonn li jiddaħħlu fil-liġi.", "Naħseb li hekk għandna nagħmlu bħalma fil-fatt konna għamilna fil-każ tal-qasam ta' persuni b'diżabilita', meta qabel ma l-liġi għaddiet mill-Parlament, f'dan il-kumitat iddiskutejna rakkmandazzjonijiet li kienu saru.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiena ma nsib l-ebda diffikulta' li meta intom bħala sotto-kumitat tal-kummissjoni tlestu l-emendi tagħkom għad-draft, u d-draft ikun iktar fine-tuned, titolbu laqgħa magħna biex niftħu d-diskussjoni.", "Nistgħu l-ewwel niltaqgħu magħkom biss bħala sotto-kumitat biex nisimgħu l-pożizzjoni tagħkom, u mbagħad nistgħu niftħu d-diskussjoni ma' dawk l-għaqdiet li jkunu ssottomettew il-proposti tagħhom biex wieħed ikun jista' jivverifika ċertu punti mqajma.", "DR. JOSEPH SALIBA: Li jista' jsir huwa li jkun hawn is-sotto-kumitat flimkien ma' l-interested parties li jqajmu l-punti tagħhom u aħna nkunu nistgħu ngħidu fuq liema bażi wasalna għall-konklużjonijiet li nkunu ħadna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Bħalma għamilna fuq suġġetti oħra u bħalma qed nagħmlu wkoll f'dan il-każ, meta xi ħadd talab li jkun hemm point of clarification jew point of explanation, dejjem ilqajna t-talba u ddiskutejna kif kien mixtieq.", "L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jien nemmen li l-emendi għal-liġi eżistenti huma meħtieġa ħafna u wara li qrajt dan id-draft, nista' ngħid li kont impressjonat ħafna bix-xogħol li sar, pero' qed nifhem sew li d-draft li għandna quddiemna se jerġa' jiġi fine-tuned?", "Jien naħseb li l-aħjar li jsir huwa li wara li jsiru l-emendi għal dan id-draft ta' abbozz ta' liġi, jiġu mgħarrfa l-għaqdiet konċernati bl-emendi li jkunu saru u mbagħad … Naħseb li jkun iktar pożittiv jekk l-ewwel il-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali jiltaqa' mas-sotto-kumitat biex l-emendi finali jiġu thrashed out bejnietna, u mbagħad jiġu nformati l-għaqdiet biex jekk iridu, jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom għax jien naħseb li jekk niltaqgħu mas-sotto-kumitat u ma' l-għaqdiet flimkien, ikollna konfużjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hemm żewġ metodi li nistgħu nużaw; li aħna niltaqgħu mas-sotto-kumitat flimkien mal-grupp, imbagħad niftħu d-diskussjoni mal-grupp biex ngħid hekk, ikbar.", "Aħna nippretendu wkoll li meta s-sotto-kumitat jiġi hawn, ma jiġix biss bl-emendi għall-emendi diġa' proposti, imma jiġi wkoll b'dawk il-proposti li jkun irċieva bħala sotto-kumitat.", "DR. JOSEPH SALIBA: Nista' nassigurak li huwa file oħxon ħafna!", "IĊ-CHAIRPERSON: Forsi wieħed ikun jista' jikklassifika l-proposti billi jiġbor flimkien l-emendi li kien hemm għal ċertu klawsoli u jingħad x'kien il-ħsieb warajhom.", "Żgur li mhux se naqraw l-emendi kollha, pero' rridu niftħu l-laqgħa għal dawk l-għaqdiet li jkunu ssottomettew il-proposti tagħhom lis-sotto-kumitat biex jiġi spjegat lilhom għala ċertu affarijiet ikunu ġew inklużi u għala affarijiet oħra jkunu tħallew barra.", "DR. JOSEPH SALIBA: Fid-draft għamilna in bold dawk l-affarijiet li huma differenti mil-liġi oriġinali u fit-tieni draft nistgħu nerġgħu nagħmlu the counter amendments in bold u forsi nagħmlu wkoll footnote biex intom tkunu tafu minn liema għaqdiet ġew dawk l-emendi.", "B'hekk, għajnejkom mill-ewwel jaqgħu fuq it-tibdiliet u fl-istess ħin tkunu tafu minn liema direzzjoni ġiet kull proposta.", "IĊ-CHAIRPERSON: U forsi jkun hemm spjega għaliex ċerti affarijiet inbidlu u għaliex ċerti proposti ma ġewx aċċettati.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Nista' ngħid li kien ħafna pożittiv il-fatt li d-draft ġie ppreżentat lilna b'mod sħiħ, kuntrarjament għal dak li jiġri fil-Kamra fejn jiġu ppreżentati biss l-emendi.", "Il-mod kif ġie ppreżentat id-draft jgħin lil wieħed jifhem kif l-emendi se jbiddlu l-liġi għax meta jkollok biss l-emendi, ikun diffiċli tifhem eżatt kif il-liġi se tiġi emendata.", "GĦenna ħafna l-fatt li ntuża bold għat-tibdiliet proposti.", "Naturalment jgħinna wkoll jekk ikun hemm notes biex juru min ippropona t-tibdil li se jkun hemm għal dan id-draft li għandna bħalissa.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Meta kontu qed taħdmu fuq id-draft law, ħaristu lejn ir-regolamenti li ħareġ il-Kunsill ta' l-Ewropa għal Convention on Human Rights and Biomedicine.", "DR. JOSEPH SALIBA: Iva, Professor Cauchi kien għaddieli kopja u nkorporajniha.", "Issa l-Kunsill ta' l-Ewropa ħarġet the final draft u allura se nerġgħu nħarsu lejn l-abbozz in vista tal-final draft tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Il-kopja li għandkom hija bbażata fuq id-draft li kienet eżistenti dak iż-żmien.", "MICHAEL ASCIAK: Jiġifieri kkonsidrajtuha, anke mil-lat ta' consent, eċċ.", "FRANCIS AGIUS: Fil-Medical Council ġieli kelli esperjenza mil-lat ta' interpretation tal-Mental Health Act meta l-liġi kienet, biex ngħid hekk, under scrutiny għax ikunu tqajmu ċertu diffikultajiet.", "Fid-dawl ta' esperjenzi li diġa' kellna, kellkom xi feedback mingħand membri tal-kunsill, jew anke mingħand iċ-chairperson stess li għamel 12-il sena fil-Kunsill Mediku, għar-rigward il-Mental Health Act li m'hijiex faċli tinterpretaha?", "DR. JOSEPH SALIBA: Ikolli nammetti li kont mingħalija li l-każijiet li ġew quddiem il-Medical Council kienu pjuttost għax dak li jkun ma jkunx mexa skond il-Mental Health Act.", "Ma kontx aware li l-Medical Council kienet inkwetata fuq il-kontenut tal-Mental Health Act u in vista ta' dak li qed tgħid, forsi ta' min wieħed javviċinahom għall-kummenti tagħhom.", "FRANCIS AGIUS: Naħseb li jkun tajjeb jekk wieħed jitkellem ma' l-Imħallef Caruana Curran għax minkejja li m'għadux fil-kariġa, għandu esperjenza ta' dawn l-aħħar 12-il sena.", "DR. BRIGITTE GAFA': Jiena personalment iddiskutejt id-draft proposals ma' l-Imħallef Caruana Curran.", "GĦamilt dan bħala għajnuna għalija biex inkun aktar kapaċi noħroġ bid-draft.", "FRANCIS AGIUS: GĦandu esperjenza kbira u allura jaf il-ħtieġa ta' ċertu emendi.", "DR. BRIGITTE GAFA': Proprju għalhekk kellimt lilu personalment biex ikollna draft iktar pliable and workable.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn aktar kummenti?", "Hawn xi ħadd li at this stage jixtieq jgħaddi xi kummenti dwar il-leġislazzjoni?", "Jidher li m'hawnx aktar kummenti, għaldaqstant nistgħu nagħlqu din il-laqgħa bill nirringrazzja lil kull min ta l-input tiegħu għad-disa' laqgħat li kellna fuq is-suġġett tal-mental health.", "Kif stajtu tindunaw, din m'hijiex se tkun l-aħħar laqgħa.", "Għalkemm forsi wħud minnkom m'intomx ġejjin minn għaqdiet li għamlu proposti għal tibdiliet fil-liġi, intom li qegħdin fuq il-lista tagħna u li attendejtu għal dawn il-laqgħat, nibgħatulkom invit meta niġu biex niddiskutu l-final draft biex anke intom tkunu tafu x'fiha u x'ma fihiex il-liġi u naturalment tkunu wkoll tistgħu tagħmlu l-kummenti tagħkom.", "Jiena napprezza ħafna li intom ġejtu hawn b'mod assidwu għal-laqgħat kollha u allura nixtieq li jkollkom din l-opportunita' qabel ma l-abbozz ta' liġi jgħaddi fil-Kamra għad-diskussjoni u qabel ma l-liġi tiġi implimentata.", "Nixtieq ninforma lill-kumitat li fil-laqgħa li jmiss se nitkellmu dwar servizzi li joffru aġenziji lil min ikollu problemi ta' drugs, alcohol and other abusive behaviours u napprezza jekk ikun hawn magħna - naturalment bħalma nagħmlu s-soltu tirċievu ittra mingħandna - Aġenzija sedqa, Caritas u OASI li t-tlieta li huma jirċievu finanzjament mingħand il-gvern.", "Fil-laqgħat li se jkollna, aħna mhux se nagħmlu financial audit per se, ma rridux naraw kull lira fejn qed tintefaq, imma nixtiequ naraw x'inhi l-kwalita' ta' servizz li qiegħed jingħata.", "Fis-servizzi li qed jagħtu dawn l-aġenziji differenti li għandhom heavy funding mill-gvern, kemm qed ikun hemm overlapping?", "Kemm nistgħu nagħmlu streamlining ta' servizz li dawn l-aġenziji qed jagħtu u li huma mmirati lejn l-istess grupp ta' nies?", "Naħseb li tajjeb jekk nagħmlu dan it-tip ta' audit tas-servizzi li qed jingħataw minn dawn it-tliet aġenziji b'mod partikolari, u naħseb li magħhom nistgħu wkoll nistiednu gruppi bħalma huma l-AA, l-AL ANON u GAM ANON, li għalkemm m'humiex funded mill-gvern, jagħtu wkoll servizz.", "Tajjeb nisimgħu mingħandhom x'tip ta' għajnuna jsibu minn dawn l-istess aġenziji.", "Nerġa' nirringrazzjakom ta' l-impenn sħiħ li intom urejtu f'dan il-qasam u tkunu avżati meta se nerġgħu niltaqgħu.", "Probabbli l-laqgħa li jmiss se tkun fil-11 ta' April ħalli nagħtu ftit break, apparti l-fatt li jien se nkun imsiefra u allura ma nkunx nista' nlaqqa' l-kumitat.", "Fit-8.05 p.m. il-Kumitat ikkonkluda d-diskussjoni u aġġorna għal nhar it-Tlieta, 11 ta' April, 2000."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000321_029d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 21 ta' Marzu, 2000", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.15 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 28 li saret fil-15 ta' Marzu, 2000 kienu konfermati.", "MENTAL HEALTH: POLICIES, STRUCTURES, SERVICES AND LEGISLATION - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat irriżuma mid-29 ta' Frar 2000 id-diskussjoni dwar mental health: policies, structures, services and legislation.", "Il-President tal-Kumitat, l-Onor Helen D'Amato, informat lill-Kumitat li kienet irċeviet kummenti dwar draft mental health act mill-Aġenzija sedqa.", "Il-President tal-Kumitat irreferiet għar-rapport li deher fil-gazzetta \"In-Nazzjon\" dwar id-diskors li kien għamel is-Sur Joe Borg, Manager Nursing Services fl-Isptar Monte Carmeli, matul l-aħħar laqgħa li ġie diskuss dan is-suġġett, ċioe' fid-29 ta' Frar 2000, liema diskors ma ġiex rapportat b'mod preċiż fil-gazzetta.", "Il-Kumitat stieden lil Dr Brigitte Gafa', legal adviser fil-Ministeru tas-Saħħa, tieħu sehem fid-diskussjoni.", "Tkellem ukoll Dr Joseph Saliba, Direttur tal-Psikjatrija, fl-Isptar Monte Carmeli.", "Fit-8.05 p.m. il-Kumitat ikkonkluda d-diskussjoni u aġġorna għal 11 ta' April b'aġenda li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "PAULINE ABELA GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000321_029m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 30", "It-Tlieta, 11 ta' April 2000 fis-7.00 p.m.", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 11 ta' April 2000 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Servizzi fil-qasam ta' l-addictive behaviour.", "6 ta' April 2000 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000411_030a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 30", "It-Tlieta, 11 ta' April, 2000", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 30", "It-Tlieta, 11 ta' April, 2000", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-7.30 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 29 li saret fil-21 ta' Marzu, 2000 ġew konfermati.", "SERVIZZI FIL-QASAM TA' L-ADDICTIVE BEHAVIOUR", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Nibda billi nirringrazzja lilkom ilkoll hawn preżenti talli aċċettajtu l-istedina tagħna u niskuża ruħi talli domna ftit ma bdejna din il-laqgħa.", "Jien persważa li intom li qegħdin hawnhekk tafu lil xulxin għaliex minkejja li ġejjin minn għaqdiet, fondazzjonijiet jew aġenziji diversi, kollha taħdmu fl-istess ambjent u żgur li ħdimtu flimkien minkejja li ġejjin minn toroq differenti.", "L-għan li bħala kumitat nixtieq li nilħqu permezz ta' dawn il-laqgħat, huwa li flimkien naraw jekk is-servizzi li qed nagħtu, u huma ħafna s-servizzi li qed nagħtu fil-qasam ta' l-addictive behaviour - ma nixtieqx li nirriferu biss għal drugs jew drugs and alcohol, imma nixtieq nifirxu iktar minn hekk - humiex verament qed jilħqu l-bżonnijiet tal-klijent li għandna quddiemna.", "Meta aħna qegħdin naħdmu minn aġenziji differenti, kemm qed nidduplikaw xogħol?", "Filwaqt li qed nagħmlu dawn l-isforzi kollha u nonfqu tant flus - u mhux qed insemmi l-flus mil-lat ta' effectiveness - qegħdin nikkordinaw biżżejjed bejnietna, jew forsi aġenziji differenti qed jagħmlu l-istess xogħol u forsi qed jaqgħulna nies minn max-xibka li kull wieħed u waħda minnkom qed tipprovaw li tifirxu biex kemm jista' jkun tilħqu nies?", "Nixtieq ukoll li ma nħarsux biss lejn ir-rehabilitation, għax jekk inħarsu biss lejn ir-rehabilitation inkunu qegħdin inħarsu biss lejn parti mill-problema.", "Nixtieq naraw kemm qegħdin nitfgħu enfasi fuq il-prevention, il-primary u s-secondary prevention, u naturalment anke fuq ir-riabilitazzjoni, għax b'saqajna ma' l-art, nafu li niffokaw kemm niffokaw fuq il-prevention, tajjeb kemm hu tajjeb is-servizz li nagħtu u nimpenjaw ruħna kemm nimpenjaw ruħna, dejjem se jibqa' grupp ta' nies li se jkollhom bżonn ir-rehabilitation.", "Dan huwa li nixtiequ nisimgħu mingħandkom, barra naturalment il-proposti tagħkom kif nistgħu ntejbu s-servizz.", "Preżenti hawnhekk hawn għaqdiet li għandhom funding mill-gvern, mhux qed ngħid funding totali imma per eżempju l-Caritas u l-OASI għandhom funding min-naħa tal-gvern waqt li l-Aġenzija sedqa hija aġenzija tal-gvern bil-funding totali tagħha ġej mill-gvern.", "Mela meta qed isir dan il-funding kollu, kemm verament qed nilħqu l-għanijiet tagħna bis-servizz li qed nagħtu lill-klijenti tagħna?", "Skużawni, iżda jidher li saret sejħa għal quorum fil-Parlament, għaldaqstant ikollna nissospendu s-seduta għal ftit minuti.", "Fis-7.32 p.m. il-Kumitat kien sospiż minħabba sejħa għal quorum fil-Kamra tad-Deputati u rriżuma fis-7.42 p.m.", "IĊ-CHAIRPERSON: Minħabba li hawn nies preżenti li ma nafx mil-liema għaqda ġejjin, se nsejjaħ l-għaqdiet kollha li ġew mistiedna kemm għall-benefiċċju tal-membri tal-kumitat, u kemm biex inkunu nafu liema aġenziji u għaqdiet qegħdin preżenti.", "L-Aġenzija sedqa, Caritas, OASI, Gamblers Anonymous, AL-ANON, AA, GĦaqda Ġenituri Nħarsu lil Uliedna, Sense Group u Alateen Family Anonymous.", "Peress li r-rappreżentanti ta' l-OASI għandhom battikata biex jiġu minn GĦawdex, naħseb tajjeb li l-ewwel nistieden lilhom jagħmlu l-intervent tagħhom biex jekk forsi ma jkunx possibbli għalihom li jattendu l-laqgħat l-oħra li naħseb se jkollna, almenu jkunu diġa' taw il-preżentazzjoni tagħhom.", "Pero' nixtieq nagħmilha ċara li l-iskop ta' dawn il-laqgħat m'huwiex li niġu hawnhekk biex nagħmlu biss il-presentation tagħna u daqshekk, iżda li wara li ngħidu dak li għandna ngħidu, nisimgħu wkoll dak li għandu xi jgħid ħaddieħor għax b'hekk inkunu nistgħu noqorbu lejn xulxin.", "Nistieden issa lir-rappreżentanti ta' OASI.", "Jekk hawn iktar minn persuna waħda, tistgħu tiġu flimkien biex tagħtu l-presentation tagħkom.", "(Interruzzjonijiet)", "Aħna m'aħniex qed nippretendu presentation miktuba, imma li nixtiequ huwa li tagħtuna l-esperjenzi tagħkom.", "Jien bdejt bikom għax kif diġa' għedt, intom ġejtu minn GĦawdex u forsi tixtiequ tagħmlu l-presentation tagħkom illum, pero' jekk inti tħoss li ma tixtieqx tagħmel il-presentation illum, ma jimportax.", "Li nixtiequ nisimgħu mingħandkom huma l-esperjenzi tagħkom, is-servizzi li tagħtu, forsi d-diffikultajiet li tiltaqgħu magħhom, kif tixtiequ taħdmu iktar mill-qrib ma' aġenziji oħra u fejn tħossu li għandkom vojt fis-servizzi li toffru intom.", "Dawn huma l-affarijiet li nixtiequ nisimgħu.", "L-OASI qed jippreżentawlna r-rapport annwali tal-Fondazzjoni OASI għas-sena 1999 biex inkunu nistgħu nsegwu x-xogħol li wettqu matul l-1999.", "DUN MANWEL CORDINA (Direttur Ġenerali, Fondazzjoni OASI): Il-Fondazzjoni OASI ilha tiffunzjona bħala aġenzija għal disa' snin u matul dawn is-snin żviluppat is-servizzi tagħha fuq tliet dipartimenti, il-prevenzjoni primarja, l-intervent immedjat u l-kura, u r-riabilitazzjoni.", "Matul dawn is-snin, kollox sar gradwalment.", "Primarjament bdejna bil-prevenzjoni primarja, imbagħad ftaħna l-out-patient care lil nies li huma f'sitwazzjonijiet diffiċli minħabba addictions partikolari.", "Il-programm tagħna bħala treatment, u l-filosofija in ġenerali, ġew żviluppati, fis-sens li anke t-tip ta' lingwaġġ li nużaw ġie żviluppat u nitkellmu mhux biss fuq droga, fuq sustanzi jew fuq alkoħol, imma fuq addiction and addictive behaviour.", "Jiġifieri l-programm tagħna ma jiddiljax ma' sustanzi, iżda jiddilja ma' sitwazzjonijiet partikolari speċifiċi fil-qasam ta' l-addictions.", "Fl-1992 għamilna programm Amerikan li jieħu in konsiderazzjoni l-problema ta' addictions fl-individwu f'kull qasam ta' dawn it-tliet dipartimenti u allura fil-qasam tal-kura għandek programm li jista' jlaqqa' nies li għandhom problemi bid-droga, problemi bl-alkoħol, problemi ta' attitudnijiet adittivi, fosthom il-gambling u problemi ta' eating disorders li llum il-ġurnata huma meqjusa bħala a type of disease in the addictive behaviour.", "Bdejna fuq livell ta' out-patients, imbagħad xi sena u nofs ilu, wara preparamenti twal, anke minħabba l-esperjenzi li kellna, żviluppajna l-kura fuq bażi residenzjali u fuq bażi ta' day programme.", "Matul iż-żmien qasir li ilna noperaw, nista' ngħid li d-domanda u l-pressure soċjali, dejjem kiber.", "L-ewwelnett ma konniex nistennew li l-poplu kellu daqshekk għatx għall-edukazzjoni u għall-bżonn ta' għaqda li meta jkollok bżonnha se ssibha f'kull ħin u f'kull mument.", "Il-programm tagħna u l-approach li aħna nużaw, kien approach alternattiv, jiġifieri kien totalment differenti mis-servizz li kien offrut qabel.", "Naturalment jeżistu aġenzji oħra, fosthom il-Caritas li għandha esperjenza twila u l-Aġenzija sedqa li ġiet warajna, iżda xorta waħda s-servizzi li nagħtu aħna u l-approach tagħna jolqtu ħafna.", "Aħna ma naħdmux biss fuq livell lokali.", "L-OASI hija organizzazzjoni li għalkemm għandha l-headquarters tagħha f'GĦawdex, is-servizzi tagħha huma miftuħin fuq bażi nazzjonali u għalhekk sa mill-bidunett dejjem imxejna fuq relazzjoni diretta mal-Ministeru tal-Politika Soċjali.", "Qatt ma ħarisna lejn l-organizzazzjoni tagħna bħala waħda li taħdem fuq livell lokali, la meta kien hemm segretarjat u lanqas meta kien hemm ministeru għaliex is-servizzi tagħna huma miftuħin fuq livell nazzjonali.", "Aħna ma nitkellmux dwar l-addiction bħala xi problema ta' GĦawdex, imma bħala problema tal-bniedem u allura problema nazzjonali, u kull meta ġejna mitluba nagħtu l-għajnuna tagħna, dejjem tajniha, ġejja minn fejn ġejja t-talba.", "U dan jidher ċar mir-rapport annwali tagħna tas-sena l-oħra fejn insibu li mhux biss GĦawdxin imma anke Maltin u barranin ingħataw l-għajnuna tagħna.", "Meta qed ngħid \"barranin\", qed nirreferi kemm għall-barranin li jkunu qed iżuru l-gżejjer tagħna u kemm għall-barranin residenti f'GĦawdex u f'Malta.", "Naturalment mil-lat ġeografiku aħna qegħdin f'sitwazzjoni favorevoli għax it-territorju huwa delineat u r-responsabbilta' lokali hija delineata.", "L-aktar li niddiljaw huwa ma' nies GĦawdxin, pero' jkun hawn min jisma' dwar it-trattament li aħna nagħtu u dwar il-programmi li żviluppajna fil-qasam tal-prevenzjoni, u allura jekk jistaqsina għalihom, ma niddiskriminawx bejn persuna u oħra.", "Is-servizzi tagħna kibru u biex inlaħħqu mas-servizzi li nagħtu, fl-1999 kellna 25 persuna fuq il-payroll; 10 kienu full-time u l-oħrajn kienu part-time.", "Barra minn hekk, għandna grupp ta' volontiera li jlaħħaq madwar 50 persuna, li jagħtu servizz fuq livell volontarju.", "Jekk taqraw ir-rapport taraw kif fi żmien seba' jew tmien snin, l-organizzazzjoni waslet fejn waslet illum, pero' waħedha u bil-fund raising activities biss, l-organizzazzjoni m'hijiex sostenibbli.", "In-nies jidentifikaw ruħhom magħha għal diversi problemi soċjali, pero' l-problema tagħna m'hi xejn ħlief li m'għandniex riżorsi umani għaliex m'għandniex riżorsi finanzjarji.", "Il-ħeġġa qiegħda hemm, l-istrutturi u l-istudju qegħdin hemmhekk, u għandna n-nies li qegħdin iħabbtu l-bibien tagħna, pero' m'għandniex riżorsi finanzjarji.", "F'Diċembru tajt ordni biex ma naċċettawx iktar klijenti għas-sempliċi raġuni li jekk l-istaff li għandek huwa limitat, ir-riżorsi li għandek huma limitati u anke l-enerġija hija limitata u naturalment trid tagħti kas lil min għandek biex ma jkollokx burn-out.", "Ili xi tliet snin ngħid lill-awtoritajiet u lill-projects selection committee - il-Ministeru għall-Politika Soċjali għandhom id-dokumenti kollha - li jekk ma jgħinuniex biex nieqfu fuq saqajna u s-servizzi li għandna jkunu sostenibbli, ikunu cost effective fihom infushom, tiġi ġurnata fejn ikollna nagħlqu.", "Għal kuntrarju, għaqda volontarja għandha ċ-ċans li tagħti ħafna servizzi mingħajr ħlas għaliex ċertu xogħol jingħata b'mod volontarju.", "Aħna ma nixtiequx nagħlqu u din il-problema ddiskutejniha kemm fuq il-bord tad-diretturi u kemm bħala staff, u l-pożizzjoni hi li at any moment, il-fondazzjoni tista' tiġi xolta, mhux għax m'hemmx bżonnha imma għax għandna bżonn appoġġ li jgħinna nqumu fuq saqajna minħabba li d-domanda għas-servizzi tagħna kibret wisq iżjed milli wieħed kien jimmaġina.", "Bħalissa qegħdin nistennew risposta mingħand l-awtoritajiet.", "Qatt ma morna pubblikament pero' nista' ngħid li ilni b'overdraft u b'dejn.", "Minn hawn u minn hemm dejjem sibt min għamilli tajjeb pero' llum din hija s-sitwazzjoni.", "Il-problema tagħna hija waħda finanzjarja u jekk taraw l-estimi li hemm f'paġna 25 tar-rapport li għadni kemm tajtkom, taraw li ebda għaqda tal-gvern, żgħira kemm hi żgħira, ma tmexxi fuq budget daqshekk limitat.", "F'paġna 24 hemm il-financial report ta' l-1999 u f'paġna 25 hemm il-projections għas-sena 2000.", "Bħalma għedtilkom, aħna għandna tliet dipartimenti li kollha għandhom staff għalihom u għandhom xogħol enormi u ma naħsibx li xi ħadd jista' joffri treatment fuq out-patient programme u day programme residenzjali b'Lm84,500 but we can make it.", "MICHAEL ASCIAK: GĦandkom statistika uffiċjali ta' kemm nies ifittxu trattament?", "Taħseb li l-persentaġġ ta' nies li jfittxu trattament huwa ogħla f'GĦawdex milli f'Malta?", "DUN MANWEL CORDINA: Il-problema tad-droga m'hijiex akuta daqs kemm hi akuta l-problema ta' l-alkoħol, pero' huwa diffiċli biex tikkompara s-sitwazzjoni f'GĦawdex ma' dik f'Malta peress li ma teżistix statistika proprja.", "Nista' ngħidlek li l-problema ta' l-alkoħol, kemm f'GĦawdex u kemm f'Malta, hija mitt darba ikbar mill-problema tad-droga, imma ma teżistix statistika u l-alkoħol hija sustanza li hija soċjalment aċċettata.", "Il-problema ta' l-alkoħol hija kbira u personalment nista' nidentifika, nafu l-ħinijiet u nafu mil-liema postijiet ikunu ġejjin, imma bħala fondazzjoni ma tistax ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiddispjaċini, iżda jkolli ninterrompik peress li saret sejħa għal quorum fil-Parlament.", "Nixtieqkom li waqt li qegħdin tistennew taħsbu ftit fuq l-istatistika u t-tools differenti li jintużaw mid-diversi aġenziji.", "Fis-7.55 p.m. il-Kumitat kien sospiż minħabba sejħa għal quorum fil-Kamra tad-Deputati u rriżuma fit-8.00 p.m.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skużawna, tista' tkompli.", "DUN MANWEL CORDINA: Diffiċli tkun taf eżatt jekk il-figuri humiex ġenwini jew le, għax jien nista' niġbor l-informazzjoni billi nagħtikom karta biex timlewha u intom tpoġġu fuqha dak li tridu intom allura diffiċli jkollok stampa ċara tas-sitwazzjoni.", "Veru li ċertu affarijiet jistgħu jkunu komuni, imma diffiċli tagħraf id-data ġenwina.", "Kien hemm tentattiv u għal żmien twil l-Aġenzija sedqa li għandha r-resource centre tagħha, kienet toħroġ id-data.", "Ma konniex kollha qegħdin hemmhekk, u peress li minn Diċembru 'l hawn, naqqast l-istaff, jien m'għandix żmien jew riżorsi biex nitfa' lil xi ħadd jieħu ħsieb id-data.", "Kulħadd iżomm id-data b'mod individwali fuq il-computer, imma m'għandniex ħin biex naħdmuha.", "Jien dejjem ikkoperajt u nixtieq li nkompli nikkopera fuq dan il-livell, imma biex tiġbor b'mod serju ċertu data, trid ħafna ħin.", "Rigward il-programm tagħna, aħna nimxu fuq il-Minnesota model, fuq il-prinċipju ta' tnax-il pass.", "Id-disease concept huwa l-bażi tal-kura u l-bażi tal-prevenzjoni.", "Inti trid tgħallem li jekk il-life-style ta' dak li jkun tkun waħda ta' mingħajr kontroll, tista' toħroġlok kondizzjoni li mbagħad tiġi kronika u li tibqa' għomrok kollu kkondizzjonat minnha u li ma tfieq qatt minnha.", "Jekk tkun għadek fil-ħin, tista' ma tħallix il-kondizzjoni toħroġ.", "Jekk għandek life-style mibnija fuq ċertu prinċipji ta' health promotion, tista' twaqqaf il-proċess ta' disintegrazzjoni u l-programm jgħinek titgħallem dawk l-iskills biex tkun tista' tikkontrolla u ma tħallix lilek innifsek taqa' u terġa' tmur tixrob, jew terġa' tmur tieħu d-droga, jew terġa' tmur f'sitwazzjonijiet li jagħmlulek il-ħsara.", "Il-bniedem jista' jkollu relapse, imma fil-programm tagħna, ir-relapse fiha nfisha - u hawn tidħol il-kwestjoni tad-data, ta' l-istatistika - m'hijiex disfatta ta' programm ta' kura imma hija convincer.", "Jiġifieri jekk bniedem li jkun għamel programm ta' kura, jiżloqlok, jista' jikkonvinċi ruħu kemm kien aħjar meta mexa mal-prinċipji tal-programm.", "U hemmhekk tidħol il-kwestjoni ta' x'inhu l-persentaġġ ta' suċċess.", "Hemmhekk għandek concept li huwa differenti minn concepts oħrajn, that once you have graduated, ma tistax ikollok relapse u jekk ikollok relapse ifisser li l-programm ikun falla.", "Jiġifieri hemmhekk diġa' għandek basic concept li huwa differenti.", "Aħna nemmnu+ ħafna f'support kontinwu u għalhekk naħdmu fil-qrib ma' l-AA, ma' l-NA u mal-GA.", "Aħna nħeġġu u nenfasizzaw lill-klijenti kollha li joħorġu mit-treatment tagħna biex tul ħajjithom kollha jattendu dawn il-fellowships.", "Aħna għandna l-istess prinċipji ta' l-AA u fil-programm tagħna nużaw l-istess passi, allura faċli għall-klijenti tagħna li jintegraw għomorhom kollu f'dawn it-tip ta' fellowships li jiltaqgħu kull ġimgħa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Peress li s-soċjeta' Għawdxija hija forsi xi ftit jew wisq iktar secluded minn dik Maltija, dan il-fattur jikkaġuna problemi fl-intermediate intervention sector tal-programm tagħkom?", "U dan jiġi rifless fit-trattament li attwalment jingħata?", "Mistoqsija oħra li nixtieq nagħmel hija pjuttost ta' natura amministrattiva.", "X'tip ta' kollaborazzjoni għandkom mal-Ministeru għal GĦawdex?", "Inti semmejt li tikkollaboraw direttament mal-Ministeru għall-Politika Soċjali, iżda teżisti kollaborazzjoni mal-Ministeru għal GĦawdex?", "DUN MANWEL CORDINA: Bħala tweġiba għall-ewwel mistoqsija tiegħek, nista' ngħidlek li hekk kienu jaħsbu għaxar snin ilu meta jien kelli l-idea li nibda xi servizz f'GĦawdex.", "Kienu jaħsbu li l-GĦawdxin huma magħluqin u jippreferu jibqgħu GĦawdex milli jirrikorru għand xi aġenzija f'Malta, imma l-prinċipju jgħodd għall-individwu u mhux għall-poplu in ġenerali.", "L-istatistika turi dan b'mod ċar, anzi llum il-ġurnata lanqas għadhom iħarsu lejna bħala fondazzjoni li tiddilja biss ma' każi ta' droga jew ta' alkoħol, imma jiġu għandna bi kwalunkwe problema li jkollhom.", "Minkejja li ċ-ċentru tat-treatment qiegħed fil-periferija, l-uffiċċju amministrattiv u s-secondary prevention qiegħed eżattament fiċ-ċentru, u kulħadd jaf fejn hu.", "Dalwaqt se nbiddlu l-post għaliex għalqilna ż-żmien u sibna lil xi ħadd li offrielna post ieħor u nista' ngħidilkom li n-nies diġa' jafu eżatt fejn se mmorru.", "Il-poplu GĦawdxi, meta jingħata servizz u s-servizz jingħata 24 siegħa kuljum u jingħata tajjeb, imur għalih.", "Rigward kooperazzjoni mal-ministeru, nista' ngħid li teżisti kooperazzjoni u teżisti fuq livell ta' attivitajiet partikolari li nagħmlu.", "Jekk ikollna bżonn ċertu għajnuna, niktbu lill-ministeru u normalment ningħataw dik l-għajnuna.", "Per eżempju kif għedt, se nbiddlu l-uffiċċju amministrattiv u allura kien hemm bżonn ta' maintenance tal-post.", "Ktibt lill-ministeru u l-construction and maintenance unit tal-ministeru, offrielna b'xejn il-labour u jien ħallast biss għall-materjal.", "Jekk ikollna xi attivita' u jkollna bżonn nipprintjaw l-inviti jew il-programmi, il-ministeru jew il-culture council jipprintjawhomna.", "Jiġifieri fuq dak il-livell teżisti kooperazzjoni filwaqt li f'sitwazzjonijiet oħra, immorru through l-Ministeru għal GĦawdex bħala istituzzjoni biex nilħqu l-gvern ċentrali.", "Ħafna min-nies ma jafux li aħna naqgħu taħt il-gvern ċentrali iżda jaħsbu li aħna naqgħu taħt ir-responsabilita' tal-Ministeru għal GĦawdex.", "Aħna ffinanzjati mill-gvern ċentrali.", "GĦar-rigward ta' kooperazzjoni ma' għaqdiet u aġenziji oħra, aħna dejjem konna pro-cooperative.", "Meta ma kellniex ir-residential programme, aħna konna nibgħatu l-klijenti tagħna jew lill-Caritas jew lill-Aġenzija sedqa, skond ix-xewqa ta' l-individwu u skond l-assessments li konna nagħmlulhom.", "F'livell ieħor, nista' ngħidlek li kien hawn diversi ftehim, pero' we were never considered mill-kumitat tad-Detox li fih hemm il-Caritas u l-Aġenzija sedqa.", "Aħna qatt ma konna f'dak il-kumitat.", "Qatt ma konna kkonsidrati li jista' jkollna klijenti minn Malta li qegħdin id-Detox.", "Qatt ma konna madwar dik il-mejda.", "Konna tkellimna dwar dan, imma qatt ma ġejna madwar il-mejda.", "Qatt ma kellna rappreżentant madwar dik il-mejda.", "Il-maġġoranza tal-Maltin li ġew għandna għat-treatment, ġew, jew għax semgħu lil xi ħadd minna jitkellem fuq ir-radju jew fuq it-television, jew inkella għax sema' lil xi ħadd li kien fit-treatment għandna jitkellem.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skużawna għal darb'oħra, pero' jkollna mmorru fil-Parlament għax kien hemm sejħa għal quorum.", "Fit-8.10 p.m. il-Kumitat kien sospiż minħabba sejħa għal quorum fil-Kamra tad-Deputati u rriżuma fit-8.12 p.m.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Rigward il-problema tax-xorb, tista' tgħidilna jekk il-problema hijiex iktar komuni fiż-żgħażagħ milli fl-adulti?", "DUN MANWEL CORDINA: Jiddependi mill-individwu.", "F'ċertu nies, l-addiction tidħol f'qasir żmien waqt li f'oħrajn tidħol iktar b'mod gradwali, imma ultimately, dawk in-nies li jixorbu iktar minn ċertu ammont, illum jew għada, se jkollhom il-problema ta' l-alkoħoliżmu.", "Mhux kulħadd jirrikonoxxi li għandu problema u huma n-nies ta' madwarhom li jindunaw li hemm disruption tal-karattru ta' dik il-persuna.", "Diffiċli ngħid l-etajiet ta' min għandu problema, pero' jien ngħidilkom li fi żmien 10 snin, il-problema se tkun akuta minħabba li n-numru ta' żgħażagħ li llum qegħdin jesperimentaw bix-xorb minn eta' daqshekk żgħira ta' 10, 12, 13-il sena, kiber immensament.", "Fil-fatt illum stess waslitli petizzjoni mill-iskejjel sekondarji li rrid ngħaddiha lill-awtoritajiet, fosthom il-Kummissarju tal-Pulizija, dwar problemi li hemm madwar l-iskejjel sekondarji.", "Numru kbir ta' studenti taħt is-16-il sena qegħdin f'sitwazzjoni fejn qabel ma tibda l-iskola u wara li tispiċċa l-iskola, qed jiġu inizjati fix-xorb.", "Naf li l-pulizija qed tagħmel ħilitha kollha imma minħabba anomaliji legali, il-pulizija ma jistgħu jagħmlu xejn.", "Diġa' għandi 500 firma ta' għalliema u ġenituri, iżda huma talbuni nagħtihom ftit iktar żmien ħalli jiġbru iktar firem qabel ma nieħu dan l-ilment 'il quddiem.", "M'għandix kopja ta' din il-petizzjoni għal kulħadd, imma nixtieq inħallilkom kopja tagħha.", "Dawn huma ittri ffirmati minn kapijiet ta' skejjel sekondarji li approvaw din l-inizjattiva ta' ġenituri u għalliema.", "Ċertu għalliema qed jaraw tfal intelliġenti jaqgħu lura minħabba li qed jixorbu.", "Il-ġimgħa l-oħra stess kelli mmur nagħmel session fi klassi minħabba xi żewġ każi partikolari fejn it-tfal huma diġa' disrupted in their education at the age of 13.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Tara li l-problema tax-xorb hija aktar komuni f'ċertu lokalitajiet milli f'lokalitajiet oħra?", "Fejn hi l-aktar komuni l-problema, fl-ibliet, fl-irħula jew fl-oqsma industrijali?", "DUN MANWEL CORDINA: F'GĦawdex m'hemmx differenza bejn raħal u ieħor.", "Is-soċjeta' GĦawdxija m'għadhiex daqshekk distinta.", "M'hemmx distinzjoni bejn lokalita' u oħra.", "Forsi għad hemm xi raħal jew tnejn li għadhom ftit magħluqin, imma l-GĦawdxin, b'mod partikolari ż-żgħażagħ, għandhom identita' soċjali waħda.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Taħseb li l-problema hija iktar marbuta ma' discos jew teżisti fil-ħajja ta' kuljum?", "DUN MANWEL CORDINA: Il-problema hija marbuta ma' diversi aspetti, fosthom problemi familjari, problemi ta' studju u problemi ta' peer pressures.", "Naraw prestazzjoni kbira fis-sistema edukattiva.", "Hija sistema informattiva ħafna, pero' m'hijiex sistema edukattiva.", "Is-sistema li għandna tfittex li timla' lit-tfal b'informazzjoni imma m'hijiex edukattiva, m'hijiex formattiva, allura f'ċertu sitwazzjonijiet, tfal ta' ċertu eta' jkollhom problemi kbar, per eżempju tfal adoloxxenti jkollhom clashes kbar mal-ġenituri tagħhom.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Kemm hemm impjegati ma' l-OASI?", "DUN MANWEL CORDINA: Bħalissa qegħdin 20; 8 minnhom huma nurses li jaħdmu bix-shift.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: M'intomx sodisfatti bit-tip ta' għajnuna li jagħti l-gvern?", "Il-gvern għandu budget għall-għaqdiet volontarji .…", "DUN MANWEL CORDINA: Ħalli ngħid daqsxejn kif inhi s-sitwazzjoni.", "Hemm project selection committee li suppost jara xi proġetti għandha għaqda u mbagħad jagħmel financial services agreement magħha u jgħinha biex tkun tista' tesperimenta l-proġetti tagħha.", "Issa jien ilni xi ħames snin taħt din is-sistema, u issa ġejna f'sitwazzjoni fejn il-project selection committee qiegħed jagħti kas biss tar-residential programme u sena ilu vvota Lm15,000 biex jiena nesperimenta u jkolli ċans nara jekk ir-residential treatment irnexxiex jew le.", "Bqajna b'dawk il-Lm15,000 u wieħed jifhem li ma tantx tista' tagħmel residential setting għal sena sħiħa bi Lm15,000.", "Lm15,000 lanqas biss għall-pagi ma jservu.", "Per eżempju s-sena li għaddiet irnexxielna nżommu r-residential, id-day programme u l-out-patients, billi l-istess staff ħadem f'dawn it-tliet dipartimenti, irrestrinġejna r-riżorsi, tajna pagi miżeri, u minkejja dawn il-miżuri, ħallasna Lm38,000 f'pagi biss.", "Trid tħallas ukoll il-pagi ta' min jieħu ħsieb il-prevention programme.", "Illum irridu nkunu effiċjenti, irridu nkunu kwalifikati.", "Sakemm ma jiġri xejn, kollox all right, imma jekk jiġri xi ħaġa, jgħadduna inkjesta u naf li hemm min ikun lest li jagħmel hekk għax forsi għal ċerti nies ikun jaqbel.", "Jien irrid nies li huma ħerġin mill-Universita', u fil-preżent għandi persuna minn Malta li taħdem miegħi għax jogħoġbha x-xogħol u l-approach tagħna, imma din il-persuna qed titħallas biss Lm3,500 fis-sena, minkejja li qed taħdem lejl u nhar.", "Per eżempju biex lesta dan ir-rapport, ħadem sas-2.00 a.m. Kif diġa' għedt, m'għandniex biżżejjed nies.", "Is-sena l-oħra naqqast ħafna mill-output.", "Per eżempju kull xahrejn konna noħorġu magazine - il-ġenituri jistgħu jgħidu l-ġid li kien jagħmel dan il-magazine - iżda kellna nwaqqfuh għax ma kellniex finanzi biex inżommuh.", "Saħansitra kelli nwaqqaf il-bini ta' l-extension li qed nibnu biex inkun nista' nħallas il-pagi ħalli s-servizzi jibqgħu għaddejjin imma b'danakollu xorta spiċċajt bi Lm30,000 dejn.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Kemm hu kkalkolat li għandkom bżonn dħul biex tlaħħqu mal-programm tagħkom?", "DUN MANWEL CORDINA: Tlabt lill-gvern jibda jagħtina Lm95,000 fis-sena u l-bżonnijiet ta' human resources u sponsors, naħsbu għalihom aħna.", "Qed ngħid Lm95,000 għat-tliet dipartimenti, mhux għat-treatment biss.", "Fil-preżent qed nieħdu bejn Lm50,000 u Lm52,000 fis-sena u s-sena l-oħra ħadna Lm43,000.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri b'kollox, is-sena l-oħra ħadtu Lm43,000.", "Il-flus l-oħra ġġibuhom minn donations?", "DUN MANWEL CORDINA: Iva, inġibuhom permezz ta' donations, sponsorships u għotji in kind.", "Per eżempju ħafna mill-ikel li jintuża fir-residential programme, jingħatalna b'xejn.", "Hemm min jagħtik ħaxix b'xejn, hemm min jagħtik ikel b'xejn u hemm min jagħtik laħam b'xejn, imma kemm tiflaħ tmur għand l-istess bniedem biex jagħtik affarijiet b'xejn?", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti tista' tagħmel hekk bħala OASI, imma aġenziji tal-gvern, bħalma hi, per eżempju l-Aġenzija sedqa, ma tistax tagħmel l-istess.", "DUN MANWEL CORDINA: Għaxar snin ilu, it-treatment li qegħdin noffru aħna kien offrut lill-gvern fuq franchising ta' Lm350,000 fis-sena.", "Jien mort barra minn Malta, rajt is-sistema, għamilt il-programm, bgħatt nies jittrenjaw barra, ġibna s-sistema hawnhekk u issa qegħdin noffruha b'xejn.", "Per eżempju meta mort barra, ħadt miegħi fuq l-istess programm, persuni li għal ħames ġimgħat ġiet tiswielhom Lm6,000.", "Jien xtaqt li dawn il-flus jibqgħu Malta u għalhekk ftaħt il-programm, imma jien nistenna li l-Istat almenu jirrikonoxxi dan il-fatt.", "Biex tagħmel it-treatment tagħna barra, trid ta' lanqas bejn Lm5,000 u Lm6,000 għall-programm ta' sitt ġimgħat, waqt li aħna qegħdin noffruh b'xejn.", "Qegħdin nagħmluh fuq 12-il ġimgħa biex inkunu aktar ċerti qabel ma joħorġu barra.", "Qed nagħtuhom is-support kemm qabel ma joħorġu u kemm wara f'after care.", "Il-valur tat-12 step programme hu magħruf internazzjonalment.", "Aħna għandna esperjenza ta' tmien snin u nista' ngħid li meta daħħalna r-residential programme kellna riżultat tajjeb ħafna.", "Il-kambjament u l-quality of life li bdew igawdu l-klijenti, huwa nkoraġġanti ħafna.", "Jiddispjaċini li għal raġunijiet ta' kunfidenzjalita' ma tista' ġġib lil ħadd minn dawk li għaddew mill-programm jitkellem madwar din il-mejda, imma min jaf lil dawn in-nies, jaf li qabel ma bdew il-programm dawn kienu down the drain u jaf ukoll li wara tliet xhur fil-programm kien hemm riżultat pożittiv u llum hemm min ilu ħames, sitt snin barra.", "Jiġifieri l-programm huwa pprovat imma jekk l-Istat ma jsibx soluzzjoni, ikolli noħroġ pubblikament u nitlob appoġġ finanzjarju mill-poplu, u dan jenħtieġ isir in the coming six months għax jien ma nistax nidħol għal dejn li personalment m'għandix biex inħallsu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hemm xi input min-naħa tal-Knisja GĦawdxija?", "DUN MANWEL CORDINA: Le, il-Fondazzjoni OASI m'hijiex organizzazzjoni tal-Knisja għalkemm jien qassis.", "L-istatut huwa totalment lajk.", "Il-bord tad-diretturi huwa magħmul minn nies volontarji li ġejjin minn oqsma differenti tas-soċjeta' u d-direttur ġenerali jagħżel hu lil min se joqgħod fuq il-bord tad-diretturi.", "Sussegwentement, dawn jiġu approvati mill-Isqof tal-mument, imma mbagħad, l-Isqof ma jindaħalx fl-amministrazzjoni tal-fondazzjoni.", "Jiġifieri l-Knisja qiegħda hemmhekk biss biex tara li jkun hemm bord tad-diretturi, imma l-istess statut jgħid li l-Isqof ma jistax jindaħal fit-tmexxija tal-programmi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri lanqas finanzjarjament ma jindaħal.", "Fil-fatt bħala qassis l-ewwel li offrejtha kienet lill-Knisja imma l-Knisja ma kenitx f'pożizzjoni finanzjarja li tidħol għal proġett bħal dan.", "L-Isqof ma setax jidħol għalih biex jappoġġjani.", "U forsi kien intelliġenti wkoll.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Imma l-Knisja lanqas ma tikkontribwixxi parzjalment?", "DUN MANWEL CORDINA: Kultant l-arċiprieti, b'mod volontarju, jagħmlu ġbir fil-parroċċi.", "Jien nieħu wkoll parti mill-ġbir li jsir darba fis-sena għall-karita' imma m'għandi l-ebda allowance mingħand il-Knisja, pero' rrid ngħid li biex inkun nista' nibda s-servizz, il-Knisja kienet tagħtni l-proprjeta' li llum il-ġurnata, kieku kelli nakkwistaha, irrid xi terz ta' miljun lira.", "MICHAEL ASCIAK: Inti għedt li intom tagħtu s-servizz lil kulħadd b'xejn.", "Qatt sar screening tal-mezzi finanzjarji tal-familjari tal-persuni li jirrikorru għandkom għas-servizz għax naturalment hawn min għandu ġenituri li jistgħu jħallsu.", "DUN MANWEL CORDINA: Jien nixtieq nevita li dan isir għar-raġuni li jekk jidħol il-fattur tal-flus, għada pitgħada, min għandu flus jidħol u min m'għandux ma jidħolx.", "Nista' nibdiha mil-lum; nista' nagħzel li nieħu biss min għandu l-flus, imma aħna naħdmu billi nżommu waiting list u nikkonsidraw lil kull min imissu wara xulxin.", "Ovvjament, fis-sitwazzjoni li qiegħed, nippreferi li ndaħħal lil min għandu l-flus milli lil min m'għandux, imma aħna ma nikkonsidrawx l-element ta' flus.", "Fil-bidu tal-programm nitolbu lil kull wieħed minnhom jiddepożita Lm50 li jingħatawlu lura jekk jispiċċa l-programm, imma jekk iħalli l-programm, dawk il-Lm50 imorru għall-ispejjeż fuq l-administration.", "Normalment, wara li jispiċċaw il-programm ikunu rikonoxxenti, imma jekk se titlob għajnuna finanzjarja għal servizz li għandu x'jaqsam mas-saħħa, ikunu ftit dawk in-nies li jirrikorru għalih.", "Dan narawh wkoll fejn jidħlu fondi tal-gvern.", "Jekk titlob għajnuna għal servizz, ħadd ma jitolbu ħlief dawk li għandhom ċertu ceiling ta' income.", "IĊ-CHAIRPERSON: Irridu niftakru li ħafna drabi dawn in-nies ikunu tilfu l-impjieg tagħhom u allura jkunu f'sitwazzjoni finanzjarja, biex ngħid hekk, prekarja ħafna.", "DUN MANWEL CORDINA: Ħafna drabi l-familjarji jkunu f'sitwazzjoni fejn il-persuna li tkun qed tieħu d-droga tkun biegħitilhom kważi kollox u jekk titlobhom il-flus, tkun qisek qed tgħidilhom biex ma jiġux aktar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħalli jagħtuk donazzjoni huma, minn jeddhom, bħala rikonoxximent ta' dak li tkun għamilt mal-familjari tagħhom.", "DUN MANUEL CORDINA: Eżatt.", "Wara li wieħed jispiċċa l-programm, min seta', dejjem ta, imma naturalment, qatt m'hu biżżejjed.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn iktar mistoqsijiet għal Dun Manwel Cordina?", "Jidher li m'hawnx aktar mistoqsijiet u għalhekk nirringrazzjak tal-parteċipazzjoni tiegħek, pero' dan ma jfissirx li ma nistgħux insejħulek darba oħra għall-kummenti tiegħek dwar dak li jkun qed jintqal fuq is-suġġett.", "Nirringrazzjak.", "Dun Cordina semma d-Detox u għaldaqstant nixtieq issa nsejjaħ lil Dr. Grech biex l-ewwelnett jagħtina stampa tad-Detox għax naf li d-Detox huwa l-qasam tiegħu, pero' l-idea m'hijiex biex jirrispondi biss għal dak li ntqal minn Dun Cordina, imma biex niddiskutu d-Detox.", "DR. GEORGE GRECH (Clinical Dirctor, Detox Centre): Id-Detox jagħmel parti integrali mill-Aġenzija sedqa u n-nies kollha li jaħdmu fid-Detox, jew huma impjegati direttament ma' l-Aġenzija sedqa, jew inkella, bħalma huma wħud mill-medical staff, huma sekondati ma' l-Aġenzija, allura l-holistic approach u multi-disciplinary team jagħmel iktar sens meta kulħadd jaqa' taħt kappa waħda, taħt responsabbilta' waħda.", "Bħalissa fid-Detox qegħdin ħames tobba, erba' rġiel u mara, u full-time nurse waħda u part-time nurses.", "Mill-costings li nagħmlu, ħareġ li hija irħas li nimpjegaw part-time nurses milli full-timers għalkemm issa wasalna fil-punt li nippreferu li jkollna full-timers.", "Il-persuna in charge huwa bniedem effiċjenti immens - u jien qed nibża' għal saħħtu minħabba l-burn-out li jista' jkollu - imma l-problema hija li ma tantx issib nurses li jridu jiġu jaħdmu d-Detox.", "Sfortunatament ikun hemm min irid jiġi for the wrong reasons, fis-sens li hemmhekk ma jqandlux morda, eċċ., pero' n-nies li jiġu għandna jrid ikollhom ċertu motivazzjoni.", "Kellna esperjenza ta' nurses li ma kenux tajbin għal hemmhekk u kellna ngħidulhom biex jitilqu.", "Bil-part-timers qed niddubbaw, imma problema oħra hija l-policy tal-gvern li ma jissekondax iżjed nies, per eżempju, mid-Dipartiment tas-Saħħa.", "Konna identifikajna tnejn li nafuhom, nafu xi jsarrfu għax diġa' ħadmu magħna part-time, imma ma rnexxielniex inġibuhom minkejja li għal kważi sitt xhur sħaħ iċ-Chief Executive ħadmet ħafna biex dawn in-nurses jiġu magħna full-time.", "Dak huwa għal dak li jirrigwarda d-Detox out-patient.", "Sinjura President, ix-xahar l-ieħor, ilħaqna n-numru ta' 535 ruħ u 460 minnhom kienu fuq il-methadone.", "Tistgħu timmaġinaw kif inkunu b'dak l-għadd ta' nies ġejjin hemmhekk.", "Fiżikament, il-post sar tali li bilkemm nistgħu nimmaniġġjaw, speċjalment kull nhar ta' Tnejn u Ħamis meta jkollna d-drop-in clinics, meta minn dawn il-535 persuni jiġi kull min jixtieq ikellem lit-tabib.", "Il-ġranet l-oħra nħalluhom għal dawk li jkollhom appuntament mat-tabib imma li qed jiġri wkoll huwa li s-Sibt, li suppost hija l-ġurnata li fiha tipprova tiġbor ix-xogħol li ma tkunx ilħaqt għamilt matul il-ġimgħa, qed jiġu dawk il-klijenti li jaħdmu u li ma jkunux jistgħu jiġu jaraw it-tabib matul il-ġimgħa.", "Allura s-Sibt saret ukoll ġurnata kważi kważi ta' drop-in.", "Ma rridx ninstema' razzist imma l-problema ta' l-GĦarab qed inħossuha pjuttost kbira fis-sens li kulturalment dawn ma jistgħux jifhmu l-konċett li din hija marda li m'intix se tfieq minnha fi ftit ġranet.", "Din hija marda kronika allura ma tistax tiġi jumejn, tlett ijiem hawnhekk u tippretendi li se tfieq.", "Ħafna drabi dawn jiġu bil-bagalja dritt mill-port u jitolbuna nagħtuhom il-mistura biex ifiequ.", "Minkejja l-limitazzjoni li għandna, nixtiequ noffrulhom servizz aħjar imma kulturalment, hemm dan il-blockage.", "Kemm jista' jkun, id-Detox nipprovaw noffru servizz personalizzat.", "Naraw x'inhuma l-problemi li l-klijent qed iġib quddiemna u barra l-mediċina li nagħtuh, nipprovaw .… Per eżempju issa qed nagħmlu standardized assessment li huwa l-addiction severity index, u bgħatna nies jitħarrġu barra minn Malta dwar dan l-interview bażiku li hu rikonoxxut internazzjonalment.", "Bħalissa hawn il-European ASI li kien żviluppat l-Amerka fejn jittieħdu readings tad-dimensjoni tal-klijent, isir rapport fuq il-klijent u mbagħad isir treatment plan għalih.", "(Interruzzjonijiet) Nipprovaw nagħmluh personalizzat kemm hu umanament possibbli.", "Nixtieq nespandu iktar is-servizzi, pero' jeżistu limitazzjonijiet fiżiċi.", "Żvilupp importanti li għamilna din is-sena kien l-introduzzjoni ta' dispensing machine.", "Qabel, il-methadone kien jingħata b'mod primittiv ħafna; in-nurses kienu jgħaddu sigħat sħaħ itellgħuh bis-siringa għal ġol-bott.", "Tista' timmaġina xi jfisser meta trid tipprepara 400 jew 500 bott għall-għada.", "Jien assolutament ma kontx kuntent b'dik is-sistema għax jistgħu jsiru ħafna żbalji, barra l-fatt li l-mod kif kien isir ma kienx daqstant iġeniku.", "Issa ġibna dispensing machine li qamitilna somma flus mhux ħażin u għandna database tal-klijenti kollha.", "Id-database tinżamm b'mod coded biex ikun hemm livell ta' sigurta', jiġifieri t-tobba għandhom passwords biex ikunu jistgħu jidħlu fid-database.", "Il-methadone jingħata f'tazzi disposable u issa nistgħu nimmoniterjaw aħjar id-dispensing tal-methadone.", "Żvilupp importanti ħafna kien is-servizz li bdejna nagħtu lin-nisa u bħalissa għandna madwar 60 klijenti nisa.", "Nafu li dawn huma klijenti diffiċli ħafna biex jersqu lejn ċertu servizzi, per eżempju biex jagħmlu smear test, u peress li ħafna minnhom huma diġa' nvoluti fil-prostituzzjoni, offrejna li nibdew nagħmlu s-smear test fid-Detox stess.", "Dawn diġa' għandhom relazzjoni magħna u allura ma jsibuhiex daqshekk diffiċli biex jagħmlu ċertu testijiet.", "Dawn huma high risk group u r-riżultati ta' l-ismear test, huma inkwetanti ħafna.", "Il-gyneacologists ma tantx kienu konvinti li fl-eta' żgħira li qed jiġu għandna se jinstab ċertu mard, pero' r-riżultati qed juru mod ieħor.", "S'issa, diġa' saru numru mhux ħażin ta' testijiet u 'l quddiem beħsiebna nippubblikaw l-istudji tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'support issibu min-naħa tal-gynaecologist?", "Nista' ngħid li għandna relazzjoni reċiproka mad-dipartimenti kollha li hemm fl-isptarijiet.", "Il-waiting list tagħna hija artifiċjali.", "Xi kultant ikollna waiting list ta' ġimgħa, imma klijent nistgħu narawh fi żmien 48 siegħa.", "F'ċentri barra minn Malta, per eżempju fl-Ingilterra, wieħed ġieli jrid idum jistenna sitt xhur sakemm jingħata s-servizz.", "IĊ-CHAIRPERSON: Anke meta jkollkom bżonn tirriferu pazjenti li jkunu ġew għandkom lil xi dipartiment ieħor?", "DR. GEORGE GRECH: Iva, ningħataw attenzjoni immedjata u l-istess nagħmlu aħna.", "Jekk konsulent iċemplilna u jgħidilna li għandu pazjent b'overdose, ħaġa komuni ħafna, aħna mmorru narawh within 24 hours.", "M'hemm problemi ta' xejn minn dak il-lat.", "Għar-rigward ta' għaqdiet oħra, kull nhar ta' Tlieta aħna nagħmlu referral meeting li għalih jista' jiġi kull min irid jirriferi klijenti li għandhom bżonn detoxification bħala in-patients.", "Il-Caritas jiġu kull ġimgħa, u flimkien niddiskutu l-pazjenti kollha b'mod liberu ħafna.", "Ovvjament, il-pazjent ikollu idea fejn jixtieq imur u aħna stess inħeġġuh li jekk ikun diġa' beda d-djalogu, per eżempju mal-Caritas, jibqa' jmur il-Caritas u mbagħad il-Caritas jgħidulna meta ndaħħluh għad-detoxification.", "Jiġifieri prattikament, m'aħna qed neskludu assolutament lil ħadd milli jmur għal xi programm.", "L-Aġenzija sedqa fetħet servizzi differenti biex jipprovaw jirrispondu għall-esiġenzi li jkollu l-klijent.", "Importanti ngħid li x-xogħol tagħna m'huwiex ibbażat fuq hearsay imma huwa bbażat fuq xjenza, we are scientifically based.", "Id-dożi tal-methadone li nagħtu u l-iżviluppi ġodda li nagħmlu fit-trattament, huma scientifically based.", "Per eżempju wara li s-sistema tan-naltrexone ġiet introdotta fl-Ewropa, aħna konna wieħed mill-ewwel pajjiżi li ntroduċejniha f'Malta u ntroduċejniha għaliex ġenituri bdew jgħidulna li kienu se jħallsu somom kbar ta' flus biex jieħdu t-tfal tagħhom Milan jew Iżrael - fil-fatt xi wħud minnhom ħaduhom f'dawn il-pajjiżi - biex jibbenefikaw minn dan it-trattament u għaldaqstant, fil-kuxjenza tagħna aħna ħassejna li jekk xjentifikament dan it-trattament jista' jitħaddem f'Malta, għaliex m'għandniex nħaddmuh ukoll?", "Bħalissa qed naraw kif nippruvaw nintroduċu treatment modalities ġodda, per eżempju, l-użu tal-buprenorphine minflok il-methadone, pero', peress li Malta huwa suq żgħir ħafna, l-aġenti lanqas biss irrispondewna u allura qed nipprovaw naslu permezz ta' aġenti oħra fl-Ewropa.", "Problema oħra li għandna tikkonċerna nisa tqal, imma anke f'dan il-każ jeżisti liaison tajjeb ma' l-ante-natal department u maċ-child protection unit.", "M'hemmx dubju li s-servizzi tagħna are in an evolutionary phase, imma kull min jixtieq jiġi għar-referrel meeting li semmejt, jista' jiġi.", "Jekk għandhom klijenti li għandhom bżonn id-detox in-patient, nirreferuhom.", "Aħna ma nirrifjutaw l-ebda klijent li jiġi.", "Hemm pazjenti Għawdxin li jiġu għandna għat-treatment, minkejja li ġieli jista' jkun hemm problema ta' komunikazzjoni għax ikunu qed jieħdu l-methadone minn Malta imbagħad jeħduh minn Għawdex.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hemm il-possibbilta' li jintuża l-isptar ta' Għawdex għad-detoxification?", "DR. GEORGE GRECH: Iva, imma f'dak il-każ il-pazjent jaqa' taħt ir-responsabbilta' diretta tal-psikjatra jew ta' min ikun qed jirrappreżentah f'Għawdex.", "Fil-fatt ġieli jkollna klijenti li jkunu jridu jmorru Għawdex - forsi jkunu se jmorru għal xi party - u jkunu jippreferu jieħdu l-methadone minn hemm.", "Imma mingħalija, żewġ pazjenti biss hemm li qed jieħdu l-methadone b'mod regolari minn Għawdex u jinżlu għandna, biex naġġustjawlhom id-doża.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn mistoqsijiet għal Dr. Grech?", "L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Inti semmejt l-iscreening ta' promiscuous patients li ħafna minnhom huma komuni għaż-żewġ problemi.", "Jien naħseb li dan huwa l-mod kif wieħed irid jaħdem.", "Naħseb li l-Aġenzija sedqa tista' tagħmel ċertu riċerka fuq early school leavers, liema riċerka 'l quddiem tgħin biex nies f'high risk category jiġu targeted.", "Per eżempju huwa fatt li r-rata ta' illitteriżmu f'ħabsijiet Amerikani hija fenomenali.", "Jien m'għandix dubju, u Dr. Grech jista' jikkonferma dan li qed ngħid, li r-rata ta' illitteriżmu ta' drug addicts hija pjuttost għolja.", "Jien naħseb li dan il-konċett ta' pep smear tests jista' jiġi mwessa' b'mod biex nipprovaw insibu l-higher risk cases f'oqsma oħra, anke bl-għajnuna ta' dipartimenti oħra.", "Jien naħseb li f'Malta - u din hija ħaġa li żgur tgħallimtha mil-laqgħat f'dan il-kumitat - m'hawnx pooling ta' riżorsi fid-diversi oqsma li jistgħu jaħdmu flimkien biex jipprovaw isolvu u jipprevenu ċertu problemi.", "Ħaġa oħra li xtaqt ngħid hija li meta jien kont l-Universita' at undergraduate level, it-tobba qatt ma ġew mgħallma fuq dan is-suġġett.", "X'inhi s-sitwazzjoni llum?", "It-tobba, kif ukoll il-paramedics u n-nurses, illum qegħdin jiġu mgħallma dwar dan is-suġġett?", "IĊ-CHAIRPERSON: Apparti l-paramedics, jien naħseb li rridu ninkludu wkoll lit-teachers u l-pulizija.", "DR. GEORGE GRECH: Naħseb li dwar dan jistgħu jitkellmu aħjar minni Paul Pace u Sina Bugeja.", "Jien inħoss ċerta frustrazzjoni - frustrazzjoni f'sens pożittiv - li aħna qed nimxu għaxar passi 'l bogħod mill-problema.", "La l-Aġenzija sedqa, la l-Caritas, la l-OASI u lanqas ħadd ieħor m'hu se jsolvi waħdu l-problema tad-droga.", "Ħalli ngħid xi ħaġa dwar id-drug courts.", "Mill-Amerka, li għandha esperjenza enormi u funding enormi, qed toħroġ statistika interessanti u qed jidher li l-ikbar impatt li kien hemm biex il-problema tad-droga tiġi kkontrollata, kienet preċiżament l-introduzzjoni tad-drug courts li huma qrati speċjalizzati f'dak li għandu x'jaqsam ma' droga.", "Jien xi kultant ikolli l-\"unur\" li nkun il-Qorti u nibda nara …", "IĊ-CHAIRPERSON: Għedtha b'daqsxejn sarkażmu, Dr. Grech!", "DR. GEORGE GRECH: Fil-qorti tara tant toqob ta' manipulazzjoni meta fil-fatt jista' jsir ħafna iktar ġid mal-klijent kieku hemm struttura fejn lill-klijent tista' tgħidlu li se tgħinnu jekk isegwi ċertu treatment, u mhux maġistrat jagħtih suspended sentence u ġimgħa wara, maġistrat ieħor jerġa' jagħtih suspended sentence oħra.", "Hemm taħwid enormi.", "Naħseb li d-drug court ġab ċerta stabilita' għax l-imħallef jew maġistrat, ikun qed jagħmel użu mis-servizzi kollha li jeżistu - il-probation, it-treatment services, il-volontarjat, il-parole - u l-klijent jibqa' jidher quddiemu kull ġimgħa u jagħtih ir-riżultati tal-pipi.", "Naturalment il-maġistrat ma jibbażax biss fuq ir-riżultati tal-pipi, imma jara wkoll jekk, per eżempju, fetaħx iktar każijiet kriminali li hija gauge importanti ħafna tat-treatment li qed jingħata, jew jekk ħax l-HIV jew il-Hepatitis C. Dawn huma parametri importanti ħafna, imma aktar importanti huwa l-fatt li l-klijent jaf li hemm xi ħadd li qiegħed isegwih u jaf li hemm rewards u defeats jekk mhux se jsegwi b'ċerta konsistenza t-trattament.", "Fl-Amerka, fejn id-drug courts ħadmu b'mod tajjeb, ir-rata ta' kriminalita' related to drug abuse, niżlet b'mod drammatiku.", "Pero', pass bħal dan ma jiddependix minna biss.", "L-Aġenzija sedqa u l-probation officers laqgħuha din l-idea u se nagħmlu position paper fuqha, imma anke l-aġenziji l-oħra jridu jimxu paripassu.", "Nixtieq naraw żviluppi f'dan ir-rigward.", "Qed ikollna ħafna żgħażagħ ta' 16 jew 17-il sena li diġa' qed jittaqqbu, jiġifieri mhux qed jieħdu l-ħaxixa, imma diġa' qed jieħdu l-eroina.", "Is-servizzi li għandna huma geared għal chronic addicts, huma aktar geared għal adulti li jkunu ilhom żmien bil-vizzju tad-droga.", "M'għandniex servizzi għal dawn iż-żgħar.", "Għandna wkoll min għandu problema ta' dual diagnosis, fejn qed ibati minn mard mentali u minn problema tad-droga.", "Nikkalkulaw li bejn 30% u 40% tal-klijenti li naraw aħna, għandhom ċertu problemi, bħalma hi l-psikożi.", "Naturalment diffiċli tgħid jekk il-marda hijiex relatata mad-droga jew inkella ġietx qabel id-droga, imma xorta waħda dawn il-persuni għandhom bżonn it-trattament u dawk jenħtieġu servizz speċifkament għalihom, pero' hemm limitu x'tista' toffri.", "Nixtieq insemmi wkoll l-iscreening kbir li nagħmlu fuq il-Hepatitis C, Hepatitis B u l-HIV.", "L-iscreening isir b'mod professjonali u b'mod kontinwu u fil-każ ta' l-HIV, isir pre-test counselling u post-test counselling.", "IĊ-CHAIRPERSON: Int semmejt il-burn-out ta' l-impjegati tagħkom.", "Għandkom servizz partikolari għalihom biex jgħinhom fid-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom?", "DR. GEORGE GRECH: Għal kull ħaddiem fl-Aġenzija sedqa, minn care worker sa l-ogħla grad, hemm sistema ta' supervision li hija wkoll sistema ta' support.", "Isiru ħafna laqgħat bejn it-timijiet li għandna u jiddispjaċini meta ma nkunx nista' nattendi għax ikun inqalgħali xi ħaġa, għax naħseb li dik hi l-forte tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fr. Cordina qal li m'għandux ċans jiġbor l-istatisika u napprezza li jgħid li jippreferi jaħdem man-nies milli juża l-ħin biex jiġbor l-istatistika, pero' bħala tools, hemm xi mod kif kulħadd jibda juża l-istess tools?", "DR. GEORGE GRECH: Jien ma naċċetta qatt li aġenzija, hijiex governattiva jew le, ....", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti tara diskrepanza jew hija biss perception tagħna li hawn diversi ...?", "DR. GEORGE GRECH: Naħseb li l-ebda gvern ma jista' jiżviluppa policy dwar il-problema ta' droga u alkoħol jekk ma jafx x'inhi l-problema.", "Jekk m'għandekx statistika, kemm mil-lat governattiv u kemm mil-lat ta' NGOs, ma tistax tiżviluppa ċertu policies.", "Għar-rigward ta' l-Aġenzija sedqa, nista' ngħid li kemm iċ-Chief Executive li kellna qabel, u kemm dik ta' issa, taw importanza kbira lid-dipartment tar-riċerka u fil-fatt iċ-Chief Executive preżenti saħħet aktar dan id-dipartiment.", "Jien ma nistax nittratta xi ħaġa li ma nafx x'inhi.", "Jekk m'għandekx statistika, qisek qed tilgħab id-darts mingħajr ma taf fejn hi d-dart board!", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma taħsibx li meta jkollok conflicting evidence, tħawwad iktar, mhux biss lil min irid jipprova joħroġ policy ...?", "DR. GEORGE GRECH: Imma jekk jien se nagħti statistika ħażina, jew se nimmanipulaha, min hu responsabbli, jista' jaqbad u jqaċċatli rasi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mhux qed ngħid li xi ħadd, intenzjonalment, jgħawweġ l-istatistika.", "Mhux qed ngħid li xi aġenzija jew għaqda, toħroġ statistika mbagħbsa b'mod intenzjonat.", "DR. GEORGE GRECH: Lanqas biss nimmaġinaha.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma taħsibx li jekk tinħareġ statistika konflinġenti nkunu qegħdin nagħmlu disservice kemm lin-nies in ġenerali - jew għax inbeżżgħuhom iżżejjed jew għax nagħtuhom l-impressjoni li l-problema m'hijiex daqskemm fil-fatt hi - u kemm lil min irid joħroġ il-policies?", "Ma taħsibx li b'hekk tkun qed tnaqqas mill-forza lil min irid jieħu ċertu deċiżjonijiet?", "DR. GEORGE GRECH: Jien naħseb li jekk nagħtu statistiċi li m'humiex korretti, ikun ukoll żball kbir għall-klijenti stess.", "Per eżempju, jekk is-success rate tar-riabilitazzjoni tagħna hija ta' 30%, biex nagħti ċifra, inutli ngħid lil min se jidħol għall-programm li s-success rate hija ta' 100% għax inkun qed nagħtih false hopes u allura bilfors jaħseb li jekk is-success rate hija ta' 100% se jgħaddi qisu passattur u m'għandux bżonn jaħdem, imma jekk ikun jaf li s-success rate hija 30%, jaf li jrid jaqta' bi sninu.", "Allura bi statistika żbaljata, tkun qed tagħmel disservizz kemm lill-klijent u kemm lill-pajjiż għax ma jkunx jaf fejn eżattament hi l-problema.", "IĊ-CHAIRPERSON: Considering all this - u din il-mistoqsija mhux qed nagħmilha biss lil Dr. Grech imma qed nagħmilha lil kull għaqda hawn preżenti u nixtieqkom li tirrisponduha meta jkun it-turn tagħkom li titkellmu - u considering li lkoll kemm aħna nemmnu u naħsbu li hemm bżonn li kemm jista' jkun ikollna stampa ċara, kien hemm xi tentattivi biex ilkoll kemm intom tingħaqdu bejnietkom ħalli tipprovaw taslu?", "DR. GEORGE GRECH: Naħseb li issa, bil-ħolqien tal-commission, huwa ż-żmien opportun biex nibdew.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri bdejtuha.", "DR. PAUL MICALLEF (Rappreżentant tal-Caritas): Jien ġej mill-Caritas u nagħmel ukoll parti minn National Commission against Drugs, Alcohol and other Dependencies li twaqqfet is-sena l-oħra.", "Waħda mill-affarijiet li bdejna naħdmu fuqha bħala kummissjoni, kienet li jkollna database waħda fin-National Commission fejn kull xahar tintbagħat id-data minn kull organizzazzjoni.", "Il-kummisjoni hija governattiva u diġa' ltaqgħet mal-kapijiet ta' l-aġenziji lokali u llum din l-istatistika qed tinġabar u ilha tinġabar mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena.", "Hopefully, tibqa' tinġabar u tibqa' tintbagħat f'post ċentralizzat li m'huwiex immexxi minn xi organizzazzjoni, imma jkun post newtrali li wara li jevalwa u jagħmel analiżi ta' l-istatistika, iqassam l-informazzjoni lil kull organizzazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nieħdu gost nisimgħu li dawn l-affarijiet bdew isiru għaliex din hi waħda mill-affarijiet li kienet verament tinkwieta lil bosta minna.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Anke l-għaqdiet mhux governattivi se jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni?", "Per eżempju, l-OASI ....?", "DR. PAUL MICALLEF: Ma nafx x'qed tagħmel l-OASI imma lill-OASI nbagħtet formula, bħalma ntbagħtet lill-Caritas fejn naħdem jiena, sabiex tinġabar l-istatistika.", "Naturalment hemm ċertu deadlines, infatti l-15 ta' April hija l-ewwel deadline biex tintbagħat l-istatistika ta' Marzu u mbagħad sat-30 ta' April, trid tintbagħat l-istatistika backdated ta' Jannar u Frar.", "IĊ-CHAIRPEROSN: Nixtieq li Fr. Cordina jgħaddi l-kummenti tiegħu dwar dan.", "DUN MANWEL CORDINA: Safejn naf jien, il-karta li ntbagħtet mill-kummissjoni tirrigwarda l-first contacts.", "M'hijiex statistika li turik an ongoing situation imma turik biss il-contacts li jsiru.", "Kif diġa' għedt, jien għandi problema ta' riżorsi.", "Jien m'għandix nies biex jagħmlu dan ix-xogħol.", "Dejjem bagħatniha l-informazzjoni, infatti sa Diċembru stajt naffordja li jsir dan ix-xogħol, imma issa ma nistgħux inlaħħqu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri int qed tgħid li għandek problema biex tipparteċipa f'dan l-exercise.", "Dr. Micallef, il-Caritas qed tipparteċipa f'dan l-exercise?", "DR. PAUL MICALLEF: Minħabba l-fondi li nirċievu bħala NGO, kull sitt xhur aħna rridu nibagħtu evaluation report lill-gvern li jinkludi l-istatistika li niġbru kull xahar.", "Jiġifieri ilha tinġabar statistika, iżda minn din is-sena, sar attentat differenti over and above ix-xogħol li normalment tagħmel kull organizzazzjoni.", "Jekk inti qed tirċievi fondi mingħand il-gvern, trid tibgħat l-evidenza ta' x'qed tagħmel b'dawk il-fondi, trid turi fejn qed imorru l-flus.", "DUN MANWEL CORDINA: Sa Diċembru, b'xi mod jew ieħor, konna nwasslu, kien jirnexxili nibgħat l-istatistika li kienet tinġabar kull xahar.", "Qatt ma kellna problema dwar dan, imma l-istaff tiegħi ma nistax naħarqu iktar milli diġa' ħraqtu.", "Fil-preżent qiegħed f'sitwazzjoni li lili, l-istatistika ma tgħinnix.", "Nibgħathiex jew le, lili mhux se tgħinni.", "Kif qed ngħid ċar u tond fir-rapport, jekk in six months' time ma nsibx is-soluzzjoni, is-servizzi kollha jridu jagħlqu.", "Dan jistgħu jikkonfermawh l-istaff tiegħi li qiegħed hawnhekk preżenti.", "Per eżempju, kelli nordna impjegat jitwarrab biex jistrieħ u r-riżultat kien li l-oħrajn kellhom jidħlu minfloku biex jissupplixxuh.", "Jien ma nistax nibqa' sejjer hekk.", "Naqbel li l-istatistika għandha tinġabar.", "Naqbel li għandna nkunu serji, imma serji min-naħa tagħna biss?!", "Kulħadd jitlob minna!", "Tgħidli, imma l-gvern qiegħed jagħti.", "Veru qiegħed jagħti, imma mhux qed jagħti biżżejjed.", "Għas-servizz li qed jintalab minna u għar-responsabbilta' li għandna, mhux qed jagħti biżżejjed.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Fr. Cordina, għalik, il-ħolqien ta' din il-kummissjoni, m'hijiex xi ħaġa pożittiva?", "DUN MANWEL CORDINA: Aħna ilna mill-1998 f'dan il-qasam u dejjem kont fil-kummissjonijiet li kellna u għalhekk ma nifhimx għaliex l-OASI m'hijiex rappreżentata fuq il-kummissjoni.", "Fuq liema kriterju bqajna barra?", "F'ċertu affarijiet jafu bina, u f'ċertu affarijiet oħra, m'aħniex relevanti.", "Ilni tmien snin ma nistax nifhimha din.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Imma Dr. Grech, li wieħed irid jinżalgħu l-kappell, bħalma wieħed irid jagħmel lilek ukoll għall-esperjenza kbira li għandkom f'dan il-qasam, qal li jekk ma jkollokx statistika, qisek qed tilgħab id-darts mingħajr ma tkun taf fejn hi d-dart board.", "Aħna t-tobba wkoll suppost ninformaw lid-Dipartiment tas-Saħħa meta niltaqgħu ma' xi każ, per eżempju, ta' gattone, imma ma naħsibx li lill-gvern se tagħmillu daqshekk differenza jekk ikun jaf li hawn ħafna każijiet ta' gattone, jew li hawn ftit iktar mis-soltu, waqt li f'dan il-qasam, fejn inti qed tiddilja ma' problemi diversi, problemi ta' etajiet differenti, ta' risk groups differenti, l-istatistika hija importanti.", "Jiġifieri kulħadd irid jagħmel sforz biex iżomm l-istatistika.", "DUN MANWEL CORDINA: M'iniex ngħid li l-istatistika m'hijiex importanti.", "Jien qed ngħid x'inhi s-sitwazzjoni tal-Fondazzjoni OASI.", "In six months' time, l-OASI mhux se tibqa' teżisti.", "Ilni tliet snin ngħid li x-xogħol qed jiżdied.", "Ilni tliet snin ngħid li n-numru ta' nies li qegħdin jitolbu l-għajnuna tagħna qed jiżdied kuljum.", "Jien nista' naqbad u nagħlaq il-bieb u ma nerfax ir-responsabbilta' aktar.", "Jien ġieli nagħmel ġranet sħaħ mingħajr ma nara l-istaff tiegħi.", "Jien nagħmel is-secondary prevention, il-counselling personali li huwa qabel il-problema ta' l-addiction, u mhux qed nesaġera meta ngħid li ġieli nagħmel ġranet sħaħ mingħajr ma nara l-istaff tiegħi.", "Tnejn biss għandi fuq il-prevention.", "Għandi għajnuna minn xi volontarji, imma l-istaff huwa maħnuq.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Fil-bidu inti għedt li għandkom xi 20 impjegat.", "Kif tispjega li għandkom iktar staff milli hawn f'Malta?", "DUN MANWEL CORDINA: Għandi 20 ruħ fit-tliet dipartimenti flimkien.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: U Malta hawn inqas minn 20 ruħ?", "DUN MANWEL CORDINA: Dr. Grech qed jitkellem biss mil-lat tad-Detox.", "DR. GEORGE GRECH: Aħna bħala aġenzija qegħdin ħafna aktar minn hekk.", "Aħna m'għandniex biss id-Detox, iżda għandna Santa Marija, l-Alcohol Unit, l-administration, eċċ. Bejn wieħed u ieħor, qegħdin xi 86 impjegat.", "Sinjura President, nixtieq nippreċiża xi ħaġa dwar il-kummissjoni.", "Lanqas l-Aġenzija sedqa m'għandha rappreżentant fuq il-kummissjoni u Dr. Paul Micallef, m'huwiex fil-kummissjoni bħala rappreżentant tal-Caritas imma qiegħed on his own steam bħala espert, bħala clinical psychologist.", "DR. PAUL MICALLEF: Infatti din il-kummissjoni m'hijiex mwaqqfa fuq it-terms of reference li kellhom kummissjonijiet oħra fil-passat.", "Il-Ministru Gonzi xtaq li jkollu kummissjoni magħmula minn esperti f'dan il-qasam u b'hekk għażel team ta' nies li jirrappreżentaw numru ta' dixxiplini, per eżempju, il-liġi, it-tagħlim, is-psychology, is-psychiatry, l-mediċina u rappreżentanti mill-Law Enforcement Unit.", "Jien m'għedtx li fil-kummissjoni qed nirrappreżenta l-Caritas imma għedt li jien membru tal-kummissjoni u naħdem il-Caritas.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri m'initix qiegħed hemm bħala rappreżentant tal-Caritas.", "MICHAEL ASCIAK: Nixtieq nagħmel mistoqsija lil Dr. Grech.", "Il-pazjenti tiegħi li huma drug addicts, juru ċertu reżistenza għal methadone u meta nirriferihom, ma jkunux iridu jiġu.", "Xjentifikament, kemm hi ġustifikata din ir-reżistenza għax kultant ma nkunx f'pożizzjoni li nara jekk verament huwiex każ ġenwin jew huwiex każ li wieħed qed jipprova jaħrab mir-responsabbilta'?", "DR. GEORGE GRECH: Jiġifieri li ma jiġux għall-methadone?", "Il-problema tal-methadone hija kumplessa.", "Il-methadone huwa mezz, imma ovvjament hemm min jirnexxielu u hemm min ma jirnexxielux.", "F'aġenzija bħal tagħna, il-prinċipju tal-harm reduction bilfors ikollok tagħmlu.", "Bażikament għandek numru ta' nies, li minkejja li jibdew jagħmlu programmi, deħlin u ħerġin il-ħabs u kif jerġgħu joħorġu mill-programm jew mill-ħabs, terġa' ssibhom fuq l-għatba tad-Detox.", "Tixtieq u tipprova u tibqa' tittama li twassalhom għal abstinence, imma xi wħud minnhom, tant ikunu żvantaġġati u tant ikollhom problemi kbar li ma jirnexxielekx, pero' fl-istess waqt għandek ir-responsabbilta' li għallinqas dan ma jibqax jitqabbad u tipprova tbiddillu ċertu patterns of behaviour.", "Anke jekk se jibqa' addict, tipprova tbiddilhomlu.", "U jekk il-klijent jibqa' ma jrid jagħmel xejn, jien bħala professjonist, tabib jew nurse, għandi responsabbilta' lejn il-familja tiegħu.", "Jiġifieri għalkemm naf li mhux qed nasal għar-riżultat li nixtieq, għallinqas qed inżommu f'kuntatt permezz tat-treatment li qed nagħtih, għallinqas qed narah darba kull ħmistax, qed niċċekkjalu d-demm u qed nistaqsih dwar il-familja tiegħu.", "Għallinqas qed nagħmel ċertu tip ta' intervent u nittama li jsir xi ħaġa fil-ħajja tiegħu.", "Ma' xi wieħed minnhom, se tasal, se jkun hemm wieħed li jgħid li xaba' f'din it-tip ta' ħajja u jrid jieqaf.", "Fid-Detox se nagħmlu riċerka fuq nies li qegħdin fuq ċertu ammont ta' methadone għax illum, minn riċerka li saret f'ċentri kbar fl-Amerka, qed jidher li konna qed nagħtu dożi żgħar ta' methadone.", "Id-doża trid tiżdied jekk trid iżżomm dak li nsejħulu l-long term methadone, imma fl-istess waqt, irid ikollok parametri ċari li hemm change of behaviour fil-klijent, li ma jibqax juża drogi - u bi drogi m'iniex infisser biss eroina, imma anke kokaina u valium - li jipprova jżomm impjieg, li ma jkunx ta' biża' waqt li qiegħed under treatment u li jnaqqas il-kriminalita'.", "Din hija waħda mill-iktar gauges li jiġu monitored barra minn Malta.", "MICHAEL ASCIAK: Imma fl-opinjoni tiegħek, ir-reżistenza għall-methadone hija ġustifikata, taken in a clinical context?", "DR. GEORGE GRECH: Diffiċli tgħid; trid tara l-klijent għax kull każ huwa differenti, pero' m'hemmx dubju li l-methadone hija addictive.", "Jekk għandna xi ħaġa aħjar mill-methadone, nużawha.", "Għalhekk se nintroduċu l-buprenorphine, għax ma jistax ikun li nibqgħu nżidu n-numru ta' nies fuq il-methadone.", "Anke mil-lat fiżiku, id-Detox ma jistax jilqa' aktar nies.", "DR. PAUL MICALLEF: Wieħed mis-servizzi li fetħet dan l-aħħar il-Caritas, huwa servizz speċifikament għal min qed jipprova jieqaf milli jieħu l-methadone.", "Waħda mill-concerns li kellha u għad għandha l-Caritas, huwa proprju n-numru kbir ta' klijenti li qed imorru għall-methadone.", "Hija spiża enormi fuq il-gvern u fuq il-pubbliku Malti.", "M'hijiex ċajta li jkollok 400 persuna jieħdu l-methadone kull xahar.", "It is an addiction in itself u allura wieħed mis-servizzi li ftaħna dan l-aħħar, kien biex ngħinu lil min irid jieqaf jieħu l-methadone because coming off methadone, is as difficult as coming off drugs.", "Sinjura President, l-ewwel inti għamilt sinjal li qed isir il-ħin, waqt li aħna ġejna mistiedna hawnhekk ....", "IĊ-CHAIRPERSON: Intom se jkollkom ċans titkellmu f'laqgħa oħra.", "Taħsibx li aħna ġibnikom hawn and I'm going to let you off billi titkellem ....", "DR. PAUL MICALLEF: L-ittra tiegħek ma tatx dik l-impressjoni.", "Fl-ittra qed jingħad biex niġu llejla ....", "IĊ-CHAIRPERSON: Nies bħal Dr. Grech u Ms. Sina Bugeja huma mdorrijin jiġu għal dawn it-tip ta' laqgħat.", "Caritas ġew mistiedna għal laqgħat meta konna qed niddiskutu suġġetti oħra, per eżempju, meta konna qed niddiskutu l-mental health u jafu li kellna xi disa' laqgħat fuq is-suġġett, jiġifieri this is not a one off meeting.", "Mhux għax illum ma tajtux il-presentation u l-esperjenzi tagħkom, we are going to stop here.", "Dan huwa eżerċizzju.", "Jien ħadt pjaċir narakom it-tlieta ħdejn xulxin confronting experiences u f'laqgħat oħra, Caritas, oqsma oħra ta' l-Aġenzija sedqa, Assoċjazzjoni Ġenituri Nħarsu 'l Uliedna, Gam Anon, eċċ, kollha se jkollhom l-opportunita' li jagħtu l-esperjenzi tagħhom u jesprimu l-concerns tagħhom.", "Kieku ridna li kulħadd jagħti l-veduti tiegħu llum, kieku ma kienx ikollkom iktar minn ħames minuti kull wieħed, and that is not the idea of this exercise.", "Biex tingħata ċans titkellem għal ħames minuti biss, aħjar ma tiġi xejn.", "Din il-ġimgħa l-Parlament se jieqaf għall-Easter recess u jerġa' jiltaqa' fit-2 ta' Mejju u allura l-laqgħa li jmiss, jekk ma jinqala' xejn sa dakinhar, se tkun dakinhar it-2 ta' Mejju fis-7.00 p.m. Bħas-soltu terġgħu tirċievu ittra minn għandna, iżda tajjeb li tniżżlu minn issa din id-data fid-diary tagħkom.", "Nixtieq nirringazzja lil kull min attenda u nixtieq nirrangrazzjakom għall-interess li wrejtu.", "Niltaqgħu fit-2 ta' Mejju u għal darba oħra nixtieq niskuża ruħi għall-interruzzjonijiet kontinwi li kellna, pero' kienu interruzzjonijiet li ma kellniex kontroll fuqhom.", "Grazzi ħafna u l-lejl it-tajjeb.", "Fid-9.05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 2 ta' Mejju, 2000 fis-7.00 p.m. bl-istess aġenda."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000411_030d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 11 ta' April, 2000", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.30 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 29 li saret fil-21 ta' Marzu, 2000 kienu konfermati.", "SERVIZZI FIL-QASAM TA' L-ADDICTIVE BEHAVIOUR", "Fis-7.32 p.m. il-Kumitat kien sospiż peress li kien hemm sejħa għal quorum fil-Kamra tad-Deputati, u rriżuma fis-7.42 p.m.", "Il-Kumitat stieden lil Dun Manwel Cordina, Direttur Ġenerali tal-Fondazzjoni OASI, jieħu sehem fid-diskussjoni.", "Dun Manwel Cordina ppreżenta lill-Kumitat ir-rapport annwali tal-Fondazzjoni OASI għas-sena 1999 u kopja ta' petizzjoni mibgħuta lilu minn erba' kapijiet ta' skejjel dwar il-qagħda taż-żgħażagħ f'GĦawdex b'riferenza għal bejgħ ta' alkohol lil tfal u żgħażagħ u magni tal-logħob fil-viċinanzi ta' l-iskejjel.", "Fis-7.55 p.m. il-Kumitat kien sospiż peress li kien hemm sejħa għal quorum fil-Kamra tad-Deputati, u rriżuma fit-8.00 p.m.", "Fit-8.10 p.m. il-Kumitat kien sospiż peress li kien hemm sejħa għal quorum fil-Kamra tad-Deputati, u rriżuma fit-8.12 p.m.", "Il-Kumitat stieden ukoll lil Dr George Grech, Clinical Director, fid-Detox Centre.", "Matul id-diskussjoni tkellem ukoll Dr Paul Micallef mill-Caritas.", "Fid-9.05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 2 ta' Mejju 2000 fis-7.00 p.m. bl-istess aġenda.", "PAULINE ABELA GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000411_030m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 28", "It-Tlieta, 2 ta' Mejju 2000, fil-5.15 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 2 ta' Mejju 2000, fil-5.15 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "28 ta' April 2000 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000502_028a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 2 ta' Mejju 2000", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fil-5.18 p.m.", "Mr Speaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Carmelo Abela u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-Kumitat qabel li fit-tieni paġna tal-minuti ta' laqgħa numru 27 li saret fl-20 ta' Marzu 2000, fit-tarf tal-paragrafu:", "\"Fuq punt imqajjem mill-Onor George Vella, il-Kumitat iddiskuta l-kwestjoni konnessa max-xiri ta' karti bla watermark mill-Parlament\"", "għandu jiżdied il-kliem \", u saret riferenza għar-rapport imħejji mill-uffiċċju ta' l-iSpeaker li tqassam liż-żewġ naħat tal-Kamra\".", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 27 li saret fl-20 ta' Marzu 2000, kif emendati, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li matul din il-ġimgħa ssir id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku (Abbozz Nru 29), u wara tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (Abbozz Nru 71), l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol (Abbozz Nru 63), u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili (Abbozz Nru 30).", "Huwa indika li fil-futur għandha titkompla d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju (Abbozz Nru 3).", "Fuq talba tal-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Oppożizzjoni indikat l-għadd ta' kelliema li kien għad fadlilha fuq ir-riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li n-naħa tal-Gvern kienet se tara li kemm jista' jkun l-interventi minn kelliema fil-Kamra ma jkunux ta' aktar minn 40 minuta.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor Joe Mizzi ġie osservat li ma ttieħdu ebda miżuri oħra dwar dak li kien intqal fuq il-kwestjoni tax-xiri ta' karti bla watermark mill-Parlament.", "Saret riferenza għal talba li kien għamel sabiex issir investigazzjoni dwar is-servizz ta' mobile phones lill-Whips u Mr Speaker informa lill-Kumitat li amministrattivament kienet saret evalwazzjoni ta' din il-materja.", "Fis-6.00 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn, 8 ta' Mejju 2000, fil-5.30 p.m.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000502_028m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 31", "It-Tlieta, 2 ta' Mejju 2000 fis-7.00 p.m.", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 2 ta' Mejju 2000 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Servizzi fil-qasam ta' l-addictive behaviour - kontinwazzjoni.", "27 ta' April 2000 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000502_031a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 31", "It-Tlieta, 2 ta' Mejju, 2000", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 31", "It-Tlieta, 2 ta' Mejju, 2000", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-7.08 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 30 li saret fil-11 ta' April, 2000 ġew konfermati.", "SERVIZZI FIL-QASAM TA' L-ADDICTIVE BEHAVIOUR", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Nixtieq nirreġistra li waslitli korrispondenza mingħand Dun Manwel Cordina li qed tiġi ċirkolata lill-membri tal-kumitat.", "Fl-ittra tiegħu, Dun Cordina jsemmi tliet punti li se nirreferi għalihom fil-qosor.", "L-ewwel punt jgħidilna li jiddispjaċih li filwaqt li stedinnihom biex jipparteċipaw, ma nfurmajnihomx dwar l-aġenda proprja tal-laqgħa.", "Fil-fehma tiegħi, nista' nkun żbaljata, l-aġenda tal-laqgħa hija self explanatory meta aħna qegħdin ngħidu li se nitkellmu fuq servizzi fil-qasam ta' l-addictive behaviour u r-raġuni għaliex jien sejjaħt lil Dun Manwel Cordina biex jitkellem l-ewwel wieħed, kienet proprju biex nagħmililhom aktar faċli minħabba li huma jridu jiġu minn Għawdex.", "It-tieni punt li semma fl-ittra, huwa dwar is-servizzi fil-qasam tal-prevenzjoni u jgħid li:", "\"Il-qasam ta' l-addictive behaviour huwa vast u ma jikkonsistix biss fil-qasam ta' kura u riabilitazzjoni.", "Ninnota li kull darba li niltaqgħu madwar xi mejda, id-diskors aktarx jaqa' fuq il-programmi ta' kura.", "Tingħata l-impressjoni bħallikieku l-oqsma l-oħra - dawk tas-servizzi fil-prevenzjoni primarja u dik sekondarja - jew ma jistħoqqilhomx diskussjoni inkella m'humiex l-għan wara dawn il-laqgħat.", "Fil-fatt, jingħataw il-ġenb fid-diskussjoni u jissemmew en passant.\".", "Jien jiddispjaċini li jkolli nirrimarka fuq dan.", "Mit-transcript ta' l-aħħar laqgħa li kellna, wieħed jinnota li fl-introduzzjoni tiegħi għas-suġġett, jien għedt li nagħmlu żball jekk aħna nħarsu biss lejn ir-rehabilitation u ma nagħtux kas il-prevenzjoni, kemm dik primarja kif ukoll dik sekondarja.", "Jiġifieri żgur li m'hijiex l-intenzjoni ta' dan il-kumitat li jitkellem biss fuq rehabilitation u jinjora l-oqsma tal-prevenzjoni primarja u sekondarja, anzi aħna nemmnu li l-prevenzjoni hija proprju l-qofol.", "Jien għedt li rridu nkunu b'saqajna ma' l-art u nitkellmu wkoll fuq riabilitazzjoni għaliex nafu li se jkun hemm min minkejja l-isforzi kollha li jsiru fil-prevenzjoni xorta waħda se jkollna bżonn li nagħtu servizzi ta' riabilitazzjoni.", "Naturalment kemm tingħata importanza lill-qasam tal-prevenzjoni, sew dik primarja kif ukoll dik sekondarja, jiddependi ħafna minnkom meta tiġu biex tagħmlu l-presentations tagħkom.", "It-tielet punt li semma kien dwar ir-rapport annwali.", "Iva, dan ir-rapport ġie ċirkolat u naturalment jien nittama li l-membri kollha jagħtuh l-attenzjoni mistħoqqa u jkun hemm mumenti meta dan il-kumitat ikun jista' jirreaġixxi kemm għal dan ir-rapport kif ukoll għal affarijiet oħra li jkunu ntqalu matul il-laqgħat.", "Qabel ma nibdew bid-diskussjoni, nixtieq infakkarkom li dawn is-seduti qegħdin jiġu rrekordjati u bħas-soltu hawn membri tal-press magħna li bħal dejjem nitlobhom ikunu sensittivi għal dak li jintqal hawnhekk b'mod partikolari fejn jidħlu affarijiet ta' natura konfidenzjali.", "Magħna għandna membri ta' l-AA li m'humiex se jissejħu b'isimhom u lanqas m'għandhom jiġu rraportati b'isimhom anke jekk ikunu magħrufa personalment.", "Irridu nipproteġu l-anonimita' tal-membri ta' l-AA u dak li jkunu qed jgħidu hawnhekk, anke jekk b'xi mod ikun hemm riferenza remota lejn xi ħadd.", "Bħal dejjem, il-membri tal-press huma sensittivi biżżejjed u jirrealizzaw li lil dawn irridu nżommulhom l-anonimita' tagħhom, anzi nirringrazzjawhom talli ġew hawnhekk biex jaqsmu l-esperjenza tagħhom.", "Nixtieq nibda billi nsejjaħ lir-rappreżentanti tal-Caritas u nitlob lil Dr. Micallef u lill-kollegi tiegħu jiġu madwar il-mejda biex flimkien niffokaw fuq is-servizzi li tagħti l-Caritas, sew dawk li għandhom x'jaqsmu mal-prevenzjoni, primarja u sekondarja, kif ukoll is-servizzi ta' riabilitazzjoni.", "Ma nixtieqkomx titkellmu biss dwar il-qasam tad-droga għax hawnhekk qegħdin niddiskutu addictive behaviour li tinkludi firxa wiesgħa ta' 'l hekk imsejħa vizzji li nistgħu ninħakmu minnhom aħna lkoll.", "Fl-aħħar laqgħa semmejna l-għodda li tintuża meta tiġu biex tagħtu stampa ta' x'inhija l-problema.", "Bħalma għedt l-aħħar darba, forsi m'hijiex daqshekk faċli li toħroġ stampa ta' x'inhi verament is-sitwazzjoni, b'mod partikolari jekk qed jintużaw tools differenti, u allura tajjeb jekk tgħidulna x'tip ta' tools qed tużaw intom, ħalli imbagħad ir-rappreżentanti ta' l-Aġenzija sedqa u forsi anke tal-Fondazzjoni OASI, jgħidulna wkoll x'tip ta' tools jużaw huma u b'hekk forsi nkunu nistgħu naraw jistax ikollna uniform tools biex almenu jibda jkollna stampa ...", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jekk tippermettili, qabel ma nibdew nisimgħu lil Dr. Micallef, nixtieq nirreferi għall-ittra li kiteb Dun Manwel Cordina.", "Ma nistax nifhem għaliex għamel riferenza għall-fatt li ma saritx enfasi fuq il-prevenzjoni meta fil-fatt lil Dr. George Grech jien stess għamiltlu domandi dwar l-assenteiżmu ta' tfal fl-iskejjel u kif it-tfal li ma jmorrux skola jistgħu jiġu traced biex 'il quddiem ma jkollhomx problemi ta' kriminalita', eċċ. M'għandix dubju li tkellimna dwar prevenzjoni u allura ma nistax nifhem għaliex irreaġixxa b'dan il-mod.", "Jien inħoss li dan il-punt għandu jiġi sottolinejat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Anke jien ma stajtx nifhimha u għalhekk tajt dik l-ispjegazzjoni.", "Dr. Micallef, qabel tibdew bl-interventi tagħkom, nitlobkom tintroduċu lilkom infuskom għal skopijiet ta' recording u transcription.", "DR. PAUL MICALLEF (Konsulent, Caritas): Jiena nokkupa l-kariga ta' konsulent intern fil-Caritas, liema kariga fiha nfisha tinvolvi mhux biss input tekniku fuq il-livell ta' addictive behaviour, imma anke input maniġerjali.", "Miegħi għandi lil Joe Gatt li huwa l-coordinator tal-prison inmates programme li tmexxi l-Caritas, u lil Mariella Balzan li hija l-coordinator ta' San Blas programme li wkoll tmexxi l-Caritas.", "Jien qiegħed hawn ukoll f'isem Monsinjur Victor Grech li jiddispjaċih li llejla ma setax jattendi.", "Se nibda billi nagħti introduzzjoni ta' x'qed tagħmel il-Caritas u wara l-introduzzjoni tiegħi se nistieden lil Joe Gatt u lil Mariella Balzan jagħtu deskrizzjoni ta' x'qed jiġri fil-programmi li jmexxu huma u forsi mbagħad nirrispondu għal xi mistoqsijiet li tixtiequ tagħmlulna.", "Miegħi ġibt informazzjoni biex tkunu tistgħu ssegwu aħjar dak li nkun qed ngħid u nippreżenta lill-Kumitat:", "Project manual tal-proġett \"New Hope\" flimkien ma' fuljett dwar l-istess proġett.", "Il-Caritas bdiet tinvolvi ruħha fil-qasam tad-droga u l-prevenzjoni fis-snin tmenin.", "L-ewwel ma bdiet tinvolvi ruħha kien fil-qasam tal-prevenzjoni iżda malajr wara bdiet ukoll tinvolvi ruħha fit-trattament u l-kura ta' abbuż mid-droga.", "Kieku kelli naqsam ix-xogħol li tagħmel il-Caritas, ngħid li madwar 30% jew 40% tax-xogħol tagħha, huwa fil-qasam tal-prevention u 60% fuq servizzi li għandhom x'jaqsmu mal-kura u t-trattament tad-droga.", "Naturalment il-Caritas ma toffrix biss servizzi li għandhom x'jaqsmu mad-droga u l-prevention, iżda hawnhekk se nitkellmu biss fuq is-servizzi tal-prevention u drug rehabilitation.", "Fil-qasam tal-prevention, il-Caritas għandha numru ta' programmi li jinvolvu tfal fi skejjel primarji u sekondarji, employees assistance programme li jidħol kemm fil-fabbriki, organizzazzjonijiet u aġenziji fejn isir xogħol ma' impjegati, u programmi f'parroċċi u f'youth clubs.", "Bażikament, dawk huma r-range of programmes li toffri l-Caritas għar-rigward ta' prevenzjoni.", "Għar-rigward ta' drug rehabilitation, il-Caritas għandha proġett li ssemma \"Tama Ġdida\", \"New Hope\", li huwa maqsum f'diversi programmi riabilitattivi, fosthom is-San Blas programme u l-prison inmates programme, u servizzi li jagħtu support lil dawn il-programmi.", "Bħala proġett, \"Tama Ġdida\" għandu erba' għanijiet prinċipali.", "L-ewwel għan huwa li joffri servizz lill-persuna li tkun qed tbati bil-problema tad-droga; it-tieni għan huwa li waqt li tkun qed tagħti servizz lill-persuna li għandha problema tad-droga, tagħti wkoll servizz lill-familjari tagħha, in-next of kin; it-tielet għan huwa li waqt li qed tagħti servizzi lil min għandu drug problem u lill-familjari tiegħu, tagħti wkoll attenzjoni lill-istaff u lill-volontiera li jkunu qed jaħdmu f'dan is-servizz biex toffrilhom support, training supervision and ongoing monitoring; u r-raba' għan huwa li waqt li tkun qed tagħmel dan kollu, tkompli tevalwa u tagħmel ċertu ammont ta' monitoring biex tiżgura li s-servizzi li qed toffri jibqgħu mhux biss professjonali, iżda wkoll effiċjenti u effettivi, dejjem billi jittieħdu into account the available resources.", "Naturalment il-flus m'humiex bla qiegħ; it is not a bottomless pit so one has to make sure li l-flus jintnefqu skond il-prijoritajiet u l-bżonnijiet tal-persuni li jkunu qed jitolbu l-għajnuna.", "Bħala proġett, \"New Hope\" għandu dawk l-erba' għanijiet prinċipali.", "\"New Hope\" huwa wkoll proġett immirat biex jgħin lin-nies joħorġu lura fis-soċjeta'.", "Aħna ngħidulhom għasafar tal-passa; jiġu biex joħorġu, ma jiġux biex jibqgħu hemm allura x-xogħol jiffoka fuq il-bżonnijiet tal-preżent biex jindirizza l-bżonnijiet tal-futur.", "Dak kien wieħed mill-bidliet li għamilna sentejn ilu meta għamilna reorganizzazzjoni totali tal-proġett fejn minflok ma bqajna niffokaw fuq il-passat u l-bżonnijiet li kienu relatati mal-problemi li kellhom fil-passat, bdejna naraw il-bżonnijiet li kien se jkollhom fil-futur.", "U dan kif qed nagħmluh?", "Qed nagħmluh permezz ta' numru ta' outcome variables li għandna.", "Primarjament, bħala organizzazzjoni, il-Caritas tiffoka fuq demand reduction, jiġifieri abstinence.", "Il-mira tal-Caritas hija li l-persuni li jiġu għandha, jieqfu jużaw id-droga.", "Bħalissa noffru servizz lil madwar 332 different clients a month, 60% huma drug users u 40% huma family members.", "Bħala staff, biex jindirizzaw il-bżonnijiet ta' dawn in-nies, għandna 27 full-timers, 5 part-timers u 15-il volontier regolari fil-proġett \"Tama Ġdida\".", "Nerġa' nirrepeti, m'iniex nitkellem fuq il-Caritas in ġenerali iżda qed nitkellem biss fuq proġett partikolari li qed tmexxi l-Caritas.", "Hemm ħafna volontiera oħra f'servizzi oħra li toffri l-Caritas, imma għar-rigward ta' \"Tama Ġdida\", hemm 15-il volontier li jiġu regolari kull ġimgħa.", "Meta xi ħadd jiġi għandna, nagħmlulu assessment u nkomplu nagħmlu reassessment kull tant żmien biex fl-aħħar naraw x'irnexxielna nilħqu fuq six main outcome measures li huma drugs, crime, housing, work, spiritwalita' tal-persuna u r-relazzjonijiet personali u intimi tal-persuna, jiġifieri kemm ir-relazzjonijiet familjari u kemm dawk personali, mal-mara jew ir-raġel tagħhom.", "Bħala distinctive qualities li aħna naħsbu u nemmnu li għandna differenti minn servizzi simili li joffru organizzazzjonijiet oħra f'dan il-qasam, hemm diversi.", "L-ewwelnett bħala organizzazzjoni, issa ilna 'l fuq minn 15-il sena f'dan il-qasam, jiġifieri nħossu li matul dan iż-żmien akkwistajna ċertu esperjenza, pero' barra l-esperjenza, illum hemm ukoll ċertu professjonalita', u naturalment il-Caritas għandha wkoll ċertu reputazzjoni u hemm ukoll ċertu vokazzjoni mdaħħla fix-xogħol tagħna.", "Apparti l-professjonaliżmu, hemm ukoll l-esperjenza li għallmitna ħafna u aħna nibbażaw ħafna fuq dak li għamilna fil-passat.", "Hemm ukoll il-vokazzjoni u d-dedikazzjoni ta' l-istaff.", "Bħala backdrop ta' l-organizzazzjoni, għandna wkoll l-ispiritwalita'.", "Aħna nemmnu li persuna li għandha problema b'addiction, għandha wkoll problema bil-valur tal-ħajja tagħha, the meaning of life.", "Jien min jien?", "X'qed nagħmel hawn?", "Fejn sejjer?", "Nemmnu li l-persuna tkun qisha tilfet ftit il-boxxla u allura ngħinuha terġa' ssib id-direzzjoni tagħha.", "Għandna wkoll postijiet li għandhom ambjent ideali fejn wieħed jista' jirċievi ċertu kura u trattament.", "Huma ideali biex fihom issir ir-riabilitazzjoni tal-persuna.", "Aħna nemmnu li l-imġieba tal-persuna hija influwenzata ħafna mill-ambjent u allura nitfgħu ċertu enfasi fuq l-ambjent ukoll.", "Kull min mar fil-kumpless ta' San Blas, jaf li l-post huwa mdawwar bis-siġar li sfortunatament ma tantx għandna minnhom hawn Malta u żgur li japprezza n-natura u l-paċi tal-madwar.", "Għandna wkoll ċentru ieħor f'Baħar iċ-Ċagħaq minbarra dak fil-Furjana li minkejja li huwa mdawwar bit-traffiku, huwa aċċessibbli ħafna.", "Aħna nħossu li another distinctive quality li għandna huwa l-istaff complement tagħna li huwa divers ħafna.", "Fil-passat, il-maġġoranza ta' l-istaff kienu ex-drug users, mentri llum, l-ex-drugs users huma biss madwar 45% ta' l-istaff.", "Il-bqija ta' l-istaff huma nies li jew kellhom xi taħriġ professjonali jew inkella ġew minn oqsma diversi, per eżempju, għandna postman, ħaddiema minn fabbriki, eċċ. Meta aħna nimpjegaw lil xi ħadd, nagħmlu ħafna enfasi fuq l-esperjenza li jkollha l-persuna, naraw fejn kienet qabel, naraw x'ġabet magħha, x'tista' toffri u xi training kellha jew xi training tista' tirċievi.", "Naturalment naraw ukoll jekk il-persuna għandhiex dedikazzjoni, motivazzjoni u vokazzjoni biex taħdem.", "Id-dedikazzjoni, il-motivazzjoni u l-vokazzjoni huma importanti ħafna għaliex meta kuljum tkun qed tħabbat wiċċek ma' nies li għandhom problemi serji, problemi ta' natura li xi kultant tkun gravi, trid tkun ta' karattru stabbli u allura trid toqgħod attent li ma ddaħħalx nies li jistgħu jġibu gwaj mhux biss lilhom infushom iżda wkoll lil dawk in-nies li qed toffrilhom is-servizz.", "Trid tagħżel u tagħrbel lil min se jidħol jaħdem miegħek fuq dawn it-tliet kriterji, esperjenza, professjonaliżmu u vokazzjoni.", "F'dawn l-aħħar erba' snin ħassejna li konna fortunati ħafna, għalkemm qed inħallsu għalih, li dħalna ġor-raba' protokoll finanzjarju ma' l-Italja.", "Konna ssottomettejna proġett li ġie magħżul iżda sfortunatament, l-Lm40,000 li jirċievi l-Gvern Malti mill-Gvern Taljan biex dan il-proġett jitwaqqaf u li suppost imorru għand il-Caritas, jitnaqqsulna mill-grant ta' Lm200,000 li jagħtina l-gvern kull sena.", "Wieħed jista' jgħid li dan huwa ġenn għax qed innaqqsu somma sostanzjali mill-grant li qed nirċievu biex tmur lura barra minn Malta in terms of consultancy and training, iżda ħaġa oħra li l-Caritas tagħmel hija li titfa' ħafna enfasi fuq l-istaff.", "Aħna nemmnu ħafna fi staff training u t-taħriġ huwa wieħed mill-primary goals tagħna.", "Bħalissa, 14% tal-budget tagħna jmur fuq staff training which by all counts is quite a generous portion minħabba dan l-agreement li konna dħalna fih.", "Meta dħalna għal dan il-proġett, ma konniex nafu li Lm40,000 se jerġgħu jmorru lura jew se jitnaqqsu mill-grant li nirċievu.", "L-aħħar distinctive quality li nħoss li għandna, allavolja fil-passat ġejna kkritikati ħafna għaliha, hija li nagħmlu regular monitoring and evaluation ta' dak kollu li nagħmlu.", "Inti staqsejtni x'tools nużaw biex nagħmlu regular monitoring and evaluation.", "Apparti t-tools li naturalment nużaw mal-klijenti, kull sena rridu nagħmlu żewġ rapporti - aħna ngħidulhom il-bi-annual evaluation report - li jmorru għand il-gvern u li minnhom nieħdu l-grant mill-NGO committee.", "Barra minn hekk, matul is-sena nagħmlu an average of 7 to 8 task forces li huma internal evaluation exercises fejn niltaqgħu għal ġurnata jew tnejn - jiddependi mid-daqs tal-proġett jew servizz li jkun qed jiġi evalwat - ħalli nagħmlu revision and review of the goal of that service.", "Per eżempju Joe Gatt imexxi l-prison inmates programme li għandu goal għalih u li ovvjament huwa differenti mill-goal in ġenerali ta' \"New Hope\" project.", "Mela jekk qed nagħmlu task force għall-prison inmates programme, se naraw jekk il-goal li noffru servizz għal dawk li jkunu qegħdin il-ħabs, għadux tajjeb u jekk naraw li l-goal ikun għadu tajjeb, noħorġu lista ta' specific objectives biex proprju nilħqu dan l-għan ġenerali.", "Imbagħad nitkellmu fuq l-għodda li rridu nużaw biex inwettqu jew nilħqu l-għanijiet u l-ispecific objectives li jkunu ġew identifikati.", "Wara li nitkellmu fuq l-għodda, nitkellmu fuq kif se nevalwaw, kif se nagħmlu ongoing evaluation, per eżempju, tax-xogħol li jkun qed isir fil-prison inmates programme.", "It-task forces saru parti integrali ta' kull sena tax-xogħol li twettaq \"Tama Ġdida\".", "Kull kap ta' servizz jew progamm, irid jagħmel a monthly report li fih jiġbor l-istatistika, jevalwaha u janalizzaha, jagħmel ċertu rakkmandazzjonijiet, u jsemmi n-nuqqasijiet u suċċess li kellu fil-qasam partikolari matul dak ix-xahar.", "Dan ir-rapport ta' kull xahar li jiġbor fih dak kollu li ġara f'dak is-servizz, imur għand is-senior management, għand id-direttur u għand il-manager.", "Fil-questionnaires nistaqsu lill-klijenti tagħna x'jaħsbu mis-servizz li nkunu qed noffrulhom, jaħsbux li hu tajjeb, kif jaħsbu li nistgħu nimplimentaw bidla li ġġib magħha suċċess aħjar, eċċ. Barra minn hekk, qabel ma mmorru għal kull task force, nagħmlu surveys mal-klijenti, mal-volontiera u ma' l-istaff.", "Per eżempju nhar il-Ġimgħa għandna task force biex nitkellmu fuq il-family services u ġimgħatejn ilu għamilna surveys mal-klijenti tal-family service, mal-volontiera li hemm fil-family service u ma' l-istaff mhux biss tal-family service imma anke tas-servizzi l-oħra.", "Hemm ukoll ċertu ammont ta' professional supervision minn nies imlaħħqa fil-qasam, pero' s-supervision ma ssirx biss internally, minni u minn persuna oħra li timpjega l-Caritas, iżda minn external consultants li jiġu minn barra minħabba l-proġett li qegħdin fih permezz tal-Malta-Italo Financial Protocol.", "Din is-sena qed nagħmlu a holistic impact assessment tax-xogħol li għamilna mal-klijenti f'dawn l-aħħar 15-il sena.", "L-impact assessment qed isir over and above ix-xogħol l-ieħor kollu li qed tagħmel il-Caritas.", "Aħna ninvolvu ruħna wkoll f'dawn it-tip ta' laqgħat li qed jiżammu hawnhekk li għalija huma wkoll parti minn evaluation exercise għaliex li niġu hawn nitkellmu u nagħtu ċertu fatti u dettalji, iservi mhux biss bħala internal exercise imma bħala mezz ta' komunikazzjoni ma' nies fuq barra.", "Aħna nagħmlu wkoll sensiela ta' assessments mal-klijenti tagħna; nagħmlu an initial assessment u mbagħad waqt il-proċess tar-riabilitazzjoni nagħmlu numru ta' re-assessments u dawk li jirnexxielhom jegħlbu l-problema jkollhom gradwazzjoni li ssir darba fis-sena.", "Dawk huma l-għodda li nużaw biex nevalwaw u nagħmlu ċertu internal monitoring.", "Aktar tard nitkellmu fuq l-għodda li nużaw mal-klijenti.", "Bħala revenue, il-Caritas tieħu mingħand il-gvern grant ta' Lm200,000 fis-sena which is approximately 75% of our total annual revenue.", "Tieħu wkoll 15% oħra, li huma approximately Lm40,000, għall-prison inmates programme li l-Caritas qiegħda toffri lill-Ministeru ta' l-Intern, liema servizz nitħallsu għalih.", "It-10% l-oħra ta' l-income tagħna, jiġi minn fund raising.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Lm200,000, Caritas teħodhom għas-servizzi kollha li toffri, għas-servizzi li tagħmel ma' l-anzjani, eċċ., jew teħodhom biss għas-servizzi li huma ffokati fuq id-droga?", "DR. PAUL MICALLEF: Le, teħodhom biss għall-proġett \"Tama Ġdida.\"", "Għall-prevention, il-Caritas ma tieħu xejn.", "Fl-1999, il-Caritas ma ħadet xejn għall-prevention.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri l-Lm200,000 huma biss għall-proġett tar-riabilitazzjoni.", "Kif diġa' għedt, għar-rigward ta' prevention, fl-1999 il-Caritas ma ħadet xejn mingħand il-gvern u din is-sena m'hemmx indikazzjoni li se tieħu xi ħaġa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tieħu wkoll Lm40,000 għas-servizz li qed tagħti l-ħabs, hux hekk?", "IĊ-CHAIRPERSON: Dawk l-Lm40,000 li semmejt qabel għar-rigward tal-protokoll ...", "DR. PAUL MICALLEF: Dawk se nsemmihom meta nitkellem fuq l-expenditure.", "Bħala revenue, il-Caritas iddaħħal Lm200,000 fuq in-\"New Hope\" project, Lm40,000 on the prison inmates programme and Lm20,000 from fund raising li tagħmel matul is-sena.", "Anqas minn għaxar snin ilu, ir-revenue li kienet iddaħħal il-Caritas minn fund raising, kien ħafna iżjed minn dak li ddaħħal illum.", "Illum sar diffiċli ħafna biex il-Caritas tkompli ddaħħal l-istess ammont ta' flus li kienet iddaħħal fil-passat u dan minħabba kompetizzjoni ta' NGOs oħra.", "Ħaġa oħra li forsi nitkellmu fuqha aktar 'il quddiem, hija l-identikit tal-klijent.", "Inti staqsejtni min huma n-nies li jiġu għandna.", "Aħna ngħidu li għandna identikit tal-klijenti li jiġu għandna.", "Jekk 10 snin ilu n-nies li kienu qed jiġu għandna kienu ġejjin minn ċertu klassi, illum dik m'għadhiex teżisti.", "Illum għandna nies li ġejjin from all social and economic strata.", "U għalhekk aħna naħsbu u nemmnu li l-kriminalita' għoliet ħafna.", "Illum, in-nies li jagħtuk donations u jgħinuk biex tagħmel ċertu fund raising, naqsu konsiderevolment.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma minħabba l-kompetizzjoni minn NGOs oħra.", "DR. PAUL MICALLEF: Mhux biss, iżda anke minħabba l-client group li għandna.", "Jekk qabel kellek ċertu nies li kienu jifilħu jagħtu donazzjoni, illum m'għandekx nies li jifilħu jagħtu donazzjonijiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Donazzjoni min-nies li jiġu għandkom bħala klijenti?", "Jiġifieri qabel, il-client base tagħkom seta' jagħti donazzjoni waqt li llum, il-client base tagħkom infirex u ma jistax jagħti donazzjoni.", "Inti qed tgħid għal donations diretti minn min qed jieħu s-servizz, hux hekk?", "DR. PAUL MICALLEF: Eżatt, u għalina dak huwa importanti.", "Aħna konċernati dwar dan il-fatt għaliex over time, aħna qed niddependu iżjed u iżjed fuq il-gvern.", "Il-grants baqgħu l-istess.", "We pay approximately Lm132,000 a year in salaries, waqt li 14% oħra jmorru fuq training, dawk l-Lm40,000 li semmejt.", "Ħalli issa ngħid xi ħaġa dwar iċ-challenges.", "Fuq il-livell intern, challenge kbir huwa n-nuqqas konsiderevoli ta' nies kompetenti li jistgħu jmexxu dawn it-tip ta' organizzazzjonijiet.", "Per eżempju fil-każ tagħna, jekk jitlaq Joe Gatt, Mariella, jew jien, it will be very difficult to find people to replace us.", "Għalina, dik hija problema għax biex timxi 'l quddiem irid ikollok management tajjeb.", "Challenge ieħor huwa r-riżors finanzjarju tagħna.", "Għandna ammont ta' flus u b'dawk il-flus irridu mmexxu s-servizzi li għandna.", "Irridu nikkonsidraw l-issue ta' kemm nistgħu nespandu u safejn nistgħu ngħidu lin-nies li nistgħu ngħinuhom, eċċ.", "It-tielet challenge huwa l-fatt li l-klijenti li jiġu għandna bi problemi, mhux biss problemi ta' droga iżda wkoll problemi ta' alkoħol, kriminalita', xogħol, housing, eċċ. għandhom ħafna expectations.", "Ħafna minnhom jiġu u jippretendu li joħorġu mija fil-mija alright, but that is impossible becuase we are not doing a total restructure of personalities and characters.", "So there is a lot of expectation that is projected on the organisation u allura meta xi ħadd jitlaq jew ma jkomplix il-proċess - proċess ta' kważi sentejn jekk mhux iżjed għal ċertu nies - ċertu klijenti, u kultant anke staff, iħossuhom li fallew.", "Dik hija kultura li dawn l-aħħar ftit snin qed nipprovaw inbiddlu għax ovvjament huwa impossibbli li tbiddel persuna mija fil-mija.", "Għalina huwa importanti ħafna li l-expectations li hemm fuq il-proġett jibqgħu reali u jekk ma jkunx hemm 100% success rate, ma jfissirx li wieħed falla jew ma kienx tajjeb.", "As our main outcome variables, aħna ma tkellimniex biss fuq li persuna tieqaf tieħu d-droga, iżda tkellimna fuq crime, housing, work, family relationships and spirituality, u allura jekk persuna jirnexxielha tiggwadanja wieħed, tnejn, jew tlieta minn dawn l-outcome measures, diġa' huwa suċċess.", "Ħalli forsi tagħżel li tibqa' tixrob jew ikollha relapse wara sentejn, sena, xahar jew anke l-għada, imma b'daqshekk ma jfissirx li għax persuna kellha relapse jew reġgħet kienet involuta f'ċertu attivita', f'ċertu imġieba, tilfet dak kollu li ggwadanjat waqt li kienet fil-proċess ta' riabilitazzjoni.", "Anke jekk kienet hemm għal ġimgħa biss jew għal xahar jew xahrejn, xi ħaġa żgur tkun ħadet.", "Mhux kulħadd jirnexxielu ma' l-ewwel darba, hemm min jiġi darbtejn jew anke aktar.", "Għandna klijenti li ilhom deħlin u ħerġin aktar minn 12-il sena.", "Jekk il-problema tkun akuta, hemm min jirnexxielu joħroġ minnha, imma jekk tkun kronika, jew idum biha, jew saħansitra ma jirnexxielux joħroġ mill-problema.", "L-expectations tagħna ma jistgħux jibqgħu hemm fuq, imma jenħtieġu jkunu iżjed realistiċi.", "Jenħtieġ li nkunu saqajna ma' l-art.", "Din lilna tpoġġilna challenge mhux biss internally imma anke externally, kemm ma' aġenziji oħra li forsi jistennew li għax il-Caritas ilha 15-il sena f'dan il-qasam irid ikollha excellent results u kemm mal-gvern jew funding agencies.", "Meta nitkellmu fuq outcomes u results ma nħarsux biss lejn dawk in-nies li in jargon ngħidulhom il-graduates, dawk li f'Ġunju jiggradwaw mill-programmi tagħna, imma nħarsu wkoll lejn dawk in-nies li aħna ngħidulhom \"splitees\", dawk li jiġu u jitilqu.", "Hemm wkoll il-familji tal-klijenti tagħna.", "Jiġifieri aħna ma noffrux biss servizz lill-persuna li qed tieħu d-droga, imma anke lill-familja tagħha.", "Il-familjari ta' min għandu l-problema huma wkoll klijenti tagħna, allura jekk ikun hemm suċċess fil-familja, għalina huwa wkoll suċċess.", "Inħossu li hemm coordination on a day-to-day level ma' aġenziji oħra, bħalma huma l-Aġenzija sedqa, SATU u OASI, iżda nħossu li hemm skop għal aktar koordinamnet speċjalment fejn jidħol forecasting of future services and planning on what the country actually needs.", "Għalina dik hija lakuna, lakuna serja li bħalissa m'hijiex qed tiġi indirizzata.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'tissuġġerixxi li wieħed għandu jagħmel biex intom tiġu flimkien?", "Fil-passat, in-national commission kellha dak ir-rwol, issa jekk in-national commission tal-lum jirnexxielhiex jew le, ma nafx.", "Jien wieħed li qiegħed fuq in-national commission u huwa għan tal-kummissjoni li tibni ċertu koordinament speċjalment biex tippjana għall-futur, imma s'issa għadna ma wasalniex.", "Ma nistax ngħid jekk hemmx suċċess jew le.", "Another challenge for us is the cost offset li fil-fatt il-Caritas qed toffri lis-soċjeta', mhux biss is-soċjeta' in ġenerali iżda anke lill-gvern in partikolari.", "Meta xi ħadd jiġi għandna u jqatta' ġimgħa, ġimgħatejn, xahrejn, tmien xhur, jew sena fil-programm, anke jekk ma joħroġx eċċellenti jew brillanti, hemm ċertu ammont ta' cost offset finanzjarju u ekonomiku li s-soċjeta' tkun qed tiggwadanja minnu.", "Kieku dan kellu jibqa' barra, x'kien se jagħmel?", "Żgur li kien se jkun involut fi ġlied fil-familja, problemi personali, problemi fiżiċi u mentali li ġġib magħha din l-addictive behaviour, eċċ, allura għalina, the issue of cost offset should also be taken into consideration.", "Aħna, bħala organizzazzjoni, la għandna l-faċilita' u lanqas ma nistgħu nagħtu l-methadone.", "Għalina, dik tqajjem potential challenges għax lill-klijenti tagħna rridu nirreferuhom lill-Aġenzija sedqa, keeping in mind that sedqa also offers drug rehabilitation.", "Naturalment wieħed irid jiftakar li jekk ikun hemm problemi, huwa l-klijent li normalment se jbati.", "IĊ-CHAIRPERSON: Xtaqt nagħmillek xi mistoqsijiet, iktar bħala mezz ta' kjarifika għax forsi ma fhimtekx tajjeb.", "Inti għedt li taraw 332 klijent differenti.", "Dawn tarawhom kull ġimgħa?", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti għedt li 60% minnhom huma drug users jew inkella għandhom multiple addictions, drugs, alcohol ....", "IĊ-CHAIRPERSON: U l-40% l-oħra jkunu familjari.", "Minn dawn it-332, iżżommu statistika kemm minnhom ikunu qed jiġu għandkom għall-ewwel darba?", "IĊ-CHAIRPERSON: Bi \"clients\" qed tinkludi l-familjari tagħhom?", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-60% li jiġu madwar 200, jinkludu wkoll dawk li qegħdin fil-programm tal-ħabs u dawk li qegħdin ġo San Blas?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri kollha, dawk li huma l-ħabs, dawk li qed jagħmlu l-programm residenzjali f'San Blas ...", "DR. PAUL MICALLEF: Nista' nirriferi għal-leaflet li tajtkom fejn fuq wara hemm lista ta' servizzi u programmi li aħna noffru.", "Per eżempju fl-outreach, bejn wieħed u ieħor naraw madwar 290 klijent fix-xahar.", "Minn dawk il-290, 100 narawhom fl-outreach li huwa l-community-based service fil-Furjana.", "Imbagħad hemm il-family service li huma l-40%, u l-harm reduction service li huwa servizz żgħir li nagħtu lil madwar 10 klijenti fix-xahar.", "F'dan is-servizz noffru għajnuna lil dawk in-nies li jew ġew sospiżi jew inkella telqu mis-servizzi tagħna.", "At that point in time, dawn in-nies ma jkunux jistgħu jlaħħqu ġo drug abstinence programme.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-family members huma kollha individwali jew huma family units?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri jista' jkollok sitta min-nies ma' klijent u ħadd ma' klijent ieħor.", "DR. PAUL MICALLEF: Rari ħafna li jkun hekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma for the sake of argument, jista' jkollok klijent li jkollu sitt familjari u 10 klijenti oħra li ma jkollhomx familjari li qed tagħtuhom servizz.", "Naħseb li ħafna minnhom għandhom ukoll it-tfal.", "Infatti din is-sena kellna każ fejn tifel ġab lil missieru għall-għajnuna.", "Id-droga ilha iżjed minn 20 sena f'Malta waqt li l-Caritas ilha approximately 16 years in the business.", "IĊ-CHAIRPERSON: Semmejt ukoll li l-istaff tagħkom jiġi minn diversi oqsma.", "Xi kriterji tużaw biex iddaħħlu lil xi ħadd jaħdem magħkom?", "Per eżempju dan l-aħħar telqu żewġ membri ta' l-istaff u daħħalna wieħed u nofs.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma intom għandkom professional staff u staff ieħor ...", "Imbagħad għandna oħrajn, fosthom ex-users, u għandna wkoll postman li impjegajnih is-sena l-oħra.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'inhi r-rwol tal-postman?", "Aħna nagħmlu ħafna enfasi fuq inter-dependence minħabba lack of resources, lack of funds and lack of competent staff.", "Meta ngħid \"competence\", fis-sens li jista' jkollok facilitator li huwa tajjeb imma jkollu limitations f'ċertu responsabbiltajiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: U xi tgħid dwar prevention, għax għadek ma għedt xejn dwar dan l-aspett tal-problema.", "Aħna nħossu li huwa importanti li l-prevention jitgħallem mir-rehabilitation billi jara għalxiex jaslu ċertu nies, naturalment qed nitkellmu fuq numru żgħir tal-popolazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti semmejt id-Detox u d-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu.", "Napprezza li jistgħu jinqalgħu diffikultajiet għax il-klijenti tagħkom iridu jmorru d-Detox li m'hijiex tagħkom, pero' jekk forsi jkun hemm iktar koordinament … Jien ma nafx x'inhuma d-diffikultajiet li jinqalgħu, ma nafx jekk tistax tikkwantifikahom, pero' ma taħsibx li tkun an extra burden and an extra cost to have so many different set-ups, set-up li jipprovdi l-gvern, ieħor li jipprovdi Caritas u ieħor li jipprovdi OASI, għall-klijenti ta' kull wieħed minn dawn l-organizzazzjonijiet?", "Ma taħsibx li jista' jkollna Detox wieħed, kif għandna bħalissa, li jista' jużah kulħadd?", "IĊ-CHAIRPERSON: Pero' b'saqajna ma' l-art ngħidu li intom qegħdin tieħdu servizz.", "Irridu ngħidu dan biex ma jkollniex ekwivoċi li forsi ...", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Fil-bidu inti tkellimt dwar il-kwestjoni ta' kriminalita' li hi relatata mal-problema ta' abbuż tad-droga u għedt li ħafna mill-persuni li jiġu għandkom għall-kura għandhom ukoll problema ta' crime addiction.", "GĦandkom statistika dwar kemm mill-persuni li għandhom bżonn il-kura minħabba abbuż mid-droga għandhom ukoll il-problema ta' kriminalita'?", "U jekk din l-istatistika teżisti, x'inhu l-persentaġġ?", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Hemm rabta ma' illiteriżmu, per eżempju?", "DR. PAUL MICALLEF: Nixtieq nagħti opportunita' lil ħaddieħor jitkellem dwar dan.", "Fil-fatt, Joe jew Mariella se jagħtukom dik li aħna ngħidulha l-identikit tal-persuna li għandha problema tad-droga.", "Li nixtieq ngħid huwa li għalina, allavolja nużaw il-kelma \"addiction\"..… Ħafna drabi l-kelma \"addiction\" is linked with the medical disease model, jiġifieri li l-persuna hija marida, m'għandhiex kontroll fuq il-problema tagħha.", "We talk about holistic bio-psycho social care, imma għalina, xi ħadd li għandu problema ta' addiction għandu ambivilenza għolja ħafna.", "Ħafna drabi jkun bejn ħaltejn jekk jieqafx jew le.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: B'kumbinazzjoni, fl-aħbarijiet tal-lum smajna b'każ ta' overdose ta' persuna li kellha 'l fuq minn 50 sena.", "Ngħid il-verita', kont pjuttost sorpriż meta smajt l-eta' tal-persuna għalkemm nifhem li hawn persuni mhux daqstant żgħażagħ li jieħdu d-droga.", "Bejn wieħed u ieħor, x'inhija l-average age ta' persuni li jieħdu d-droga?", "DR. PAUL MICALLEF: Il-persuna li qed tirriferi għaliha, kienet klijenta tagħna u kellha problemi.", "Mhux kulħadd juża d-droga bl-istess mod u allura għalhekk ma tistax titfa' lil kulħadd f'keffa waħda.", "Hemm min jieħu ftit droga u jkompli b'suċċess il-ħajja tiegħu, jiġifieri jaħdem, ikollu familja u ma jkollux problemi kbar, u hemm oħrajn li jieħdu in excess.", "Ma tistax taqta' linja u tgħid li għax wieħed huwa drug user bilfors għandu problemi kbar.", "Aħna naraw biss min verament għandu problema serja ta' droga.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Imma x'inhi s-success rate tal-Caritas issa li ilha taħdem f'dan il-qasam għal numru konsiderevoli ta' snin?", "Naħseb huma ftit il-persuni li jiġu għandkom għall-kura li għandhom 'il fuq minn 50 sena u għad għandhom problema ta' droga.", "DR. PAUL MICALLEF: Diffiċli tagħti numru għax ħadd m'hu se jiġi jgħidlek li jieħu d-droga, pero' rarissimu jiġi xi ħadd li għandu 'l fuq minn 40 sena.", "IĊ-CHAIRPERSON: Noqogħdu attenti ma nidħlux f'każijiet partikolari.", "DR. PAUL MICALLEF: Dawn ikunu każijiet ta' nies li jkunu ilhom snin twal għaddejjin minn problemi ta' droga u sfortunatament ikunu qatgħu qalbhom u allura ħafna minnhom jispiċċaw fuq il-methadone li forsi jkun l-uniku mezz how they can survive.", "Per eżempju hemm min għandu maintenance ta' heroin u jittaqqab darba fil-ġimgħa.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Imma mir-riċerka li qed issir u mill-programmi u l-metodi ġodda li dejjem tużaw, taħseb li s-success rate żdiedet matul is-snin?", "MARIELLA BALZAN (Coordinator, San Blas Programme - Caritas): M'hijiex daqshekk faċli li tagħti tweġiba.", "Fil-bidu jien kont ngħid li b'suċċess nifhem li persuna tieqaf tieħu d-droga u kollox jibda jimxi sew, pero' dik m'hijiex ir-realta'.", "Mhux qed nirreferi biss għal min jispiċċa l-programm imma anke għal min ma jispiċċax il-programm.", "Hemm nies li jirnexxielhom, per eżempju, li jaħdmu u minflok ma jieħdu l-eroina kuljum, jieħdu softer drugs fi tmiem il-ġimgħa, jew forsi ma jkomplux isawtu l-mara tagħhom, jew forsi jiżguraw li t-tfal tagħhom jieħdu edukazzjoni.", "Jiġifieri għalkemm is-suċċess ma jkunx wieħed assolut, xorta waħda jkun sar ċertu suċċess.", "DR. PAUL MICALLEF: U għalhekk din is-sena ħassejna l-bżonn li nagħmlu impact assessment.", "Barra minn hekk, fil-passat kellna tip ta' klijenti li kienu jiġu u jibqgħu għaddejjin.", "Kienu jidħlu mill-ewwel bieb u joħorġu mill-aħħar bieb, imma illum, rari ssib lil xi ħadd li jidħol mill-ewwel bieb u joħroġ mill-aħħar bieb mingħajr ma jkollu xi lapse.", "MARIELLA BALZAN: Illum, il-proċess huwa itwal, pero' jekk persuna jkollha relapse wara sentejn, rari li ma tiġix lura.", "Normalment jiġu lura.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Nixtieq nistaqsi dwar il-fondi.", "Inti għedt li Lm200,000 jiġu mingħand il-gvern u dawk huma 75% ...", "DR. PAUL MICALLEF: Aħjar nikkoreġi lili nnifsi; Lm50,000 mingħand il-gvern u Lm150,000, sfortunatament, mil-lottu.", "GĦamilt żball ma semmejthiex!", "KARL CHIRCOP: Mela intom tirċievu Lm200,000 mingħand il-gvern, li huma 75% tad-dħul tagħkom, u tirċievu wkoll mingħand il-gvern Lm40,000 għall-prison inmates programme.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kieku ma tkunux tistgħu tagħtu dak is-servizz.", "DR. PAUL MICALLEF: Kieku ma niftħuhx dak is-servizz, kieku nagħlquh.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Inti għedt ukoll li 10% tad-dħul tagħkom jiġi minn fund raising.", "Jiena Kattoliku prattikanti u proprju għalhekk se nistaqsi din il-mistoqsija.", "Il-Knisja ma tħossx li għandha tikkontribwixxi?", "DR. PAUL MICALLEF: Il-fatt li l-Knisja tieħu r-responsabbilta' biex toffri dawn is-servizzi .… Naħseb li meta organizzazzjoni tieħu r-responsabbilta' totali li toffri servizz bħal dan, diġa' huwa a major input.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jien ma rridtx inkun inġust, anzi, m'hemmx dubju li l-Knisja refgħet din ir-responsabbilta' qabel il-gvern, imma rari - personalment qatt ma niftakar - li waqt il-quddiesa ta' nhar ta' Ħadd ikun hemm ġabra għall-Caritas.", "There is a whole variety of services u meta l-Caritas iddaħħal flus bħala Caritas, dawk il-flus iridu jmorru għal numru ta' servizzi.", "KARL CHIRCOP: Naf li l-Knisja qed tara kif din il-problema tista' tiġi tackled, imma fl-opinjoni tiegħi, il-Knisja għandha wkoll tirrevedi l-infiq tagħha, per eżempju fuq il-festi ta' l-ibliet u rħula.", "M'għandix dubju li l-Knisja tiffinanzja wkoll dawn l-attivitajiet.", "Ovvjament li l-gvern irid ikompli jsostni ċertu għajnuna, imma jien inħoss li anke l-Knisja trid terfa' responsabbilta' meta hawn daqshekk ħtiġijiet.", "IS-SUR JOE GATT (Coordinator, Prison Inmates Programme – Caritas): Pero' wieħed irid jiftakar li ċertu attivitajiet li jsiru fil-festi, per eżempju n-nar, m'humiex organizzati mill-Knisja imma minn każini, eċċ. Punt ieħor dwar fund raising huwa li meta wieħed imur biex jiġbor għal bżonnijiet ta' persuni b'diżabilita', in-nies jagħtuh flus, imma jekk se jmur jiġbor għad-drug addicts, se jgħidulu: \"aħjar għalih, mhux hu ħa d-droga!\"", "Kull min għamel fund raising, żgur li ltaqa' ma' każijiet bħal dawn.", "It-taboo assoċjata ma' drug addicts ma tgħinx il-fund raising.", "KARL CHIRCOP: Il-mistoqsija tiegħi hija pjuttost relatata mal-mistoqsija ta' l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, imma hija minn aspett differenti.", "Peress li l-Caritas hija organizzazzjoni kumplessa, organizzazzjoni li hija mifruxa u għandha ħafna sections u tħaddem ħafna impjegati barra l-volontiera li għandha, intom tkunu tafu għall-anqas minn sena qabel kemm se jallokalkom flus il-gvern biex tkunu tistgħu tagħmlu projective costings?", "That is another major challenge that I did not mention because to be honest, ippruvajt ma nidħolx fuq il-lat finanzjarju għax naf li tiddardru tisimgħu dwar il-flus.", "Per eżempju issa qed nippreparaw il-budget ta' 2001.", "Kif qal Dun Manwel Cordina l-ġimgħa l-oħra, nobody ever comes back to us to ask us why we wrote down Lm20,000 or why we wrote down 100 clients.", "Ħadd ma jistaqsina għad-data sheets fejn inkunu ġbarna ċertu statistika.", "Jekk hemm NGO committee li suppost qed jagħrbel il-bżonnijiet qabel ma jingħataw il-flus, għaliex dawn qatt ma jiġu għandna biex jistaqsuna x'qed nagħmlu?", "Mhux sew li mbagħad niġu kkritikati li ma nagħtux l-istatistika.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Li qed nagħmlu hija li mill-bidu tal-programm nipprovaw ngħinu lil dawn in-nies ikollhom skop f'ħajjithom u li jkunu ċari kif jistgħu jaslu għall-goals li qed jagħmlu.", "U dan nagħmluh mill-bidu nett, bit-treatment plans, reviews u supervision.", "Magħna għandna staff members li għandhom responsabbiltajiet differenti, per eżempju l-facilitators huma responsabbli għad-day-to-day running tal-post waqt li r-residenti fir-residential programme, jieħdu ħsieb id-dipartimenti tagħhom, fosthom il-maintenance, tindif u xogħol fil-kċina.", "Jiġifieri d-dar imexxuha huma, ovvjament taħt is-supervision ta' l-istaff li jara kif qegħdin jimxu.", "B'hekk ir-residenti jkunu qed jitgħallmu jieħdu responsabbilta'.", "Barra l-facilitators, hemm staff members oħra li jieħdu ħsieb il-group and individual sessions.", "Re-entry huwa l-fażi fejn il-klijenti jerġgħu jidħlu totalment fis-soċjeta'.", "Biex huma jidħlu fir-re-entry phase, iridu jkunu qed jaħdmu u jrid ikollhom fejn joqogħdu.", "Dawn il-klijenti jkollhom group sessions filgħaxija.", "Min huma t-tip ta' klijenti li għandna?", "Ħafna drabi, meta dawn in-nies joħorġu fil-fażi tas-semi-residential, jibdew jipprovaw isibu impjieg, iżda qed ikollhom diffikulta' biex isibu impjieg.", "GĦaliex?", "Barra minn hekk, aħna nipprovaw ngħallmuhom ikunu onesti u jaħdmu bil-work book għax kieku, xogħol mingħajr work book, isibu, pero' aħna ninsistu magħhom li jaħdmu bil-work book inkella nkunu kompliċi u nista' ngħidilkom li m'hijiex faċli.", "Xi kultant there is a conflict, fis-sens li jkollok lil xi ħadd li huwa motivat biex jaħdem u li jrid imur lura għand il-familja tiegħu fejn it-tfal ikunu qed jistennewh jiġi d-dar, imma għax ma jsibx xogħol, ma jistax imur fir-re-entry phase u lura d-dar.", "Ħafna drabi jkun sab xogħol mingħajr ktieb tax-xogħol, imma aħna jkollna ngħidulu li ma jistax imur lura għand il-familja.", "Illum, aħna ndaħħlu nies bi 20 mg methadone.", "Din hija waħda mid-differenzi bejn it-tip ta' klijenti ta' 12, 15-il sena ilu u dawk tal-lum.", "Kif diġa' għedt, illum indaħħlu nies bi 20 mg methadone, u l-fażi minn meta jaqtgħu l-methadone from 20 mg to 0, is the most difficult time.", "Peress li ndaħħluhom bi 20 mg methadone, ta' kull filgħodu jkollna neħduhom id-Detox u nerġgħu ntellgħuhom.", "Meta aħna bdejna nieħdu nies bil-methadone, ma kenitx faċli għalina għax it-tip ta' klijent reġa' nbidel.", "Ried ikollna aktar paċenzja u ridna ndaħħlu staff li jrid jibqa' mqajjem bil-lejl minħabba n-nies li kienu bil-methadone u bil-withdrawal symptoms.", "Jiġifieri kellna iktar spejjeż għax kellna bżonn ta' aktar staff.", "Ħaġa oħra li għamilna hija li daħħalna nisa pregnant u dan kien suċċess għalina.", "Indaħħlu wkoll nies miżżewġin u adoloxxenti, so now we have a bigger number of adoloscents.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa li għandha x'taqsam mal-prevention.", "Jien għamilt studju bbażat fuq l-esperjenza tiegħi mal-klijenti li aħna għandna, liema studju kien ibbażat fuq kemm dawn in-nies jiġu abbużati.", "Mill-istudju li għamilt, sibt li 80% tal-klijenti tagħna ġew abbużati jew fiżikament, jew sesswalment, jew emozzjonalment, jew inkella kienu neglected.", "Dawn huma l-klijenti li jiġu għandna.", "Naturalment mhux qed ngħid li kull min jiġi abbużat jieħu d-droga, pero' li qed ngħid huwa li t-tip ta' nies li ġejjin għandna, għandhom problemi u problemi serji, u għaldaqstant jien naħseb li bħala miżura ta' prevenzjoni, għandu jkun hemm aktar awareness fuq l-abbuż li qiegħed jiġri f'dan il-pajjiż.", "KARL CHIRCOP: Tista' tkun indikazzjoni li l-abbuż qed jiżdied?", "MARIELLA BALZAN: Li nista' ngħid hu li għar-rigward tal-klijenti li qed jiġu għandna, the abuse is very serious.", "Forsi llum hemm iktar awareness, pero' fl-istess waqt inħoss li l-awareness hija min-naħa tagħna għax ma nemminx li hemm iktar awareness min-nies in ġenerali li llum qed isir ħafna abbuż.", "Aħna rridu naħdmu wkoll f'sitwazzjonijiet fejn per eżempju, il-klijenti jkollhom it-tfal u allura rridu noqogħdu attenti li t-tfal ma jiġux abbużati wkoll.", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-Sur Gatt.", "IS-SUR JOE GATT: Jien koordinatur tal-prison inmates programme li huwa programm li jsir bi ftehim bejn il-gvern u l-Caritas - meta qed ngħid \"gvern\", qed nirreferi għas-SATU li jaqa' taħt il-ħabs u l-Caritas - liema ftehim ġie ffirmat f'Ottubru ta' l-1997 u aħna bdejna naħdmu fuq dan il-proġett f'Ġunju ta' l-1998 u se jagħlaq f'Ottubru li ġej.", "Kien ilu jinħass il-bżonn li nies ġewwa l-ħabs li għandhom problema tad-droga jingħataw iċ-ċans li jagħmlu programm barra l-ambjent tal-ħabs.", "L-iskop kien li ngħinuhom biex meta jispiċċaw il-programm jipprovaw jaqbdu ħajja pożittiva u jevitaw li jerġgħu jidħlu l-ħabs.", "Dak huwa l-goal tagħna.", "L-għan huwa li nħeġġu ċertu dixxiplina u responsabbilta' f'dawn il-priġunieri u fl-istess ħin, inkunu qed jiskontaw is-sentenza tagħhom b'mod dinjituż u bir-rispett.", "Nippruvaw ukoll nedukawhom fuq l-impatt tal-kriminalita' kemm fuqhom infushom u kemm fuq il-vittma, fuq il-familja u fuq il-komunita'.", "Bħala kriterju biex ikunu jistgħu jagħmlu dan il-programm, il-priġunieri jrid ikollhom sentenza ta' mhux inqas minn sitt xhur iżda mhux iktar minn sentejn, jew inkella jkunu qed jiskontaw l-aħħar sentejn tas-sentenza tagħhom.", "L-iskop li jkollna dawn it-tip ta' priġunieri huwa għaliex għamilna żmien fejn kellna priġunieri li kienu b'sentenza pjuttost itwal, u allura wara li spiċċaw il-programm, kellhom jerġgħu jidħlu l-ħabs biex ikomplu jiskontaw is-sentenza tagħhom.", "GĦaldaqstant aħna rajna li l-aħjar ħaġa hija li meta jispiċċaw il-programm, ikunu waslu biex jaqbdu t-triq għal barra u jekk jista' jkun, ma jerġgħux jidħlu l-ħabs.", "Mil-lat ta' staff, bħalissa qegħdin - skond l-agreement suppost hemm ċertu staff iżda ma ħadnihomx - koordinatur, assistant head, ħames facilitators u żewġ correctional officers.", "Il-pagi tagħhom huma differenti minn dawk li hemm fil-kuntratt għax ma tistax iddaħħal facilitator bil-paga li hemm fuq il-kuntratt, allura l-Caritas kellha toħroġ id-differenza.", "Per eżempju fil-kuntratt ma jissemma l-ebda assistant head, imma kellna assistant head u allura riedna nħallsu għalih aħna.", "Jiġifieri hemm differenza fil-paga li nieħdu minn dik li hemm fil-kuntratt.", "Barra minn hekk, għandna wkoll professional part-timers li l-Caritas ma titħallasx għas-servizzi li jagħtu.", "Barra l-affarijiet li semmiet Mariella li huma komuni għall-programm tagħna, aħna naħdmu mal-priġunieri fuq il-guilt, shame u l-istigma.", "Biex ngħinuhom jintegraw aħjar fis-soċjeta' u forsi anke jegħlbu dik il-mistħija u dik il-biża' li huma m'humiex se jiġu aċċettati fis-soċejta', nagħmlu community work meta nsibu min joffrielna xogħol, għax anke biex tagħti xogħol b'xejn issib diffikulta'.", "Hemm min ma jieħux pjaċir iżomm lil dawn in-nies, anke b'xejn, għax huma priġunieri.", "Aħna nemmnu li l-community work huwa importanti, l-ewwelnett biex huma jħossu l-importanza li fil-ħajja tagħti xi ħaġa b'xejn, mhux bilfors trid titħallas ta' kull ħaġa li tagħmel, u t-tieni nett, għax b'hekk ikunu qed jagħtu xi ħaġa lis-soċjeta'.", "Biex ngħinuhom jintegraw ma' żgħażagħ oħra u ma jħossuhmx maqtugħa, involvejnihom f'attivitajiet sportivi b'mod partikolari f'adventure activities li jtella' l-ministeru responsabbli miż-żgħażagħ u sports.", "Il-parteċipazzjoni tagħhom għenithom ħafna meta raw li huma ġew aċċettati minn żgħażagħ oħra.", "Kif semmiet Mariella, huwa diffiċli għal dawn in-nies biex isibu impjieg minħabba l-kondotta tagħhom u allura ħafna drabi jkollhom jaċċettaw job li ma jixtiequx, job li ma jagħtihomx sodisfazzjon u allura fejn nistgħu, nipprovaw ngħinuhom isibu job li jkun għal qalbhom.", "Ngħinuhom fil-problemi li jkollhom dwar housing u problemi familjari, infatti għadna kif spiċċajna sensiela ta' group sessions li ttrattaw il-losses u l-bereavement.", "Kien importanti li nagħmlu bereavement groups għax dawk iż-żgħażagħ li jitilfu lill-ġenituri tagħhom waqt li jkunu l-ħabs, ma jkunux ħarġu mit-trawma tat-telfa tal-ġenituri tagħhom, b'mod partikolari jekk ma kellhoms iċ-ċans jarawhom qabel mewthom.", "Kull ġimgħa nagħmlu wkoll il-family and partners groups, laqgħat li aħna ninsistu fuqhom.", "Hemmhekk, l-ambjent m'huwiex ambjent ta' ħabs u allura dawk il-priġunieri li jkollhom it-tfal, ikollhom ċans jiltaqgħu magħhom kull nhar ta' Ħadd għal sagħtejn biex b'hekk ikollhom ċans jibnu relazzjoni magħhom.", "Ħafna drabi, ir-relazzjoni mal-partner tagħhom ma tantx tkun tajba għaliex meta żżewġu kienu taħt l-effett tad-droga u allura lanqas biss ikunu jafu kif iżżewġu u kellhom it-tfal, u allura jkunu jinħtieġu ħafna għajnuna min-naħa tagħna.", "Bħalissa qed naħdmu fuq hekk.", "Fil-kuntratt għandna li rridu nagħmlu post għal 14-il klijent, imma sfortunatament, minħabba problema ta' finanzi, kulma qed nieħdu huma biss sitt klijenti.", "Il-ħabs iħallas Lm10 kull ġurnata għal kull klijent iżda minħabba nuqqas ta' finanzi, ma nistgħux nieħdu aktar minn sitt persuni.", "GĦandna iktar staff milli residenti, għandna staff żejjed li ma nitħallsux għalih u allura l-programm m'huwiex vijabbli.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'għandkom żejjed, staff jew klijenti?", "IS-SUR JOE GATT: Bħalissa qed nieħdu iżjed klijenti milli nitħallsu għalihom biex jekk jista' jkun, il-programm ikun vijabbli.", "Jekk inti għandek numru ta' staff li tista' tużahom għal iktar klijenti, jagħmel iktar sens u huwa aktar cost effective li jkollok aktar klijenti.", "Naħseb li bħalissa, bejn staff u residenti qegħdin bilanċjati, pero' fil-fatt nifilħu nieħdu ħafna iktar klijenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri bħalissa tifilħu tieħdu iktar klijenti għall-ammont ta' staff li għandkom.", "IS-SUR JOE GATT: Kumment ieħor li nixtieq nagħmel huwa li qed insibu - mhux qed ngħid għall-prison inmates programme - nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa tal-pulizija.", "Qabel, il-pulizija kienu jirreferulna huma n-nies, mentri llum, jagħmluhielna ċara u tonda li huma mhux qed jirreferu nies lilna imma qed jirreferuhom lill-Aġenzija sedqa.", "Din ħarġet ukoll fuq radio station, jiġifieri mhux qed ngħid xi ħaġa bil-moħbi.", "Din ħarġet from high authorities tal-pulizija u personalment ma nafx x'inhi r-raġuni li qed isir hekk.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma l-programm isir għal min ikun qiegħed il-ħabs, jiġifieri m'hijiex kwestjoni ta' riferimenti lilkom.", "IS-SUR JOE GATT: Mhux qed ngħid għall-prison inmates programme imma jiena nirrappreżenta l-Caritas il-qorti u din il-ħaġa naraha.", "Aħna ma nistgħux ikollna staff il-qorti kuljum u hemm maġistrati li lin-nies li jkunu qed jiġu għandna, jgħidulhom li hemm ir-rappreżentanta ta' l-Aġenzija sedqa u jridu jaraw lilha.", "Meta aħna nilmentaw dwar dan, jgħidulna li dak hemm u lilha jridu jaraw.", "Dawn huma affarijiet li joħolqu frustrazzjoni kemm fost l-istaff u iktar u iktar mal-klijent li jkun beda jaħdem mal-Caritas u mbagħad f'daqqa waħda tiġi imposta fuqu l-ordni biex imur ikellem lill-istaff ta' l-Aġenzija sedqa.", "Naturalment, la r-rappreżentanta ta' l-Aġenzija sedqa tkun hemmhekk u tkun ordnata mill-maġistrat biex tkellem lill-klijent tagħna, ma tistax tgħidlu li ma tridx tkellmu.", "Kif qalet Mariella, aħna ninsistu li l-klijenti tagħna jaħdmu bil-work book, pero' ħaġa oħra li jgħidulna hija li la huma prison inmates, m'huma ntitolati għall-ebda benefiċċju soċjali.", "Din hija kontra tagħna għax ħafna minnhom m'għandhomx familja u allura l-bżonnijiet tagħhom - bħalma huma toiletries u sigaretti - li normalment jieħdu ħsiebhom il-familjari, irridu nieħdu ħsiebhom għalihom aħna.", "Ma tistax tgħidlu li għax m'għandux flus ma jpejjipx, għax dan xorta se jkun irid ipejjep.", "U jekk se joħroġ ma' grupp, ma jridx ikollu xi ħaġa tal-flus?", "Aħna ngħidulhom li la s-social services qalulna li huma m'humiex intitolati għal ċertu benefiċċji, aħna ma napplikawx għalihom, imma l-klijenti lilna jgħidulna li ħaddieħor jeħodhom u allura aħna niġu fi problema.", "IĊ-CHAIRPERSON: La ħaddieħor jeħodhom, ma nistax nifhem kif huma ma jeħduhomx.", "Jekk min qiegħed il-ħabs m'huwiex intitolat għal servizzi soċjali, kull min huwa l-ħabs m'huwiex intitolat għalihom, mhux min hu intitolat u min m'huwiex.", "Ma nistax naċċetta dan li qed tgħid.", "Jew kulħadd huwa ntitolat, jew ħadd.", "IS-SUR JOE GATT: Hemm possibbilta' li min hu f'aġenziji oħra, jeħodhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma jkunu l-ħabs?", "IS-SUR JOE GATT: Ikunu bi prison leave, bħalma jkunu bi prison leave dawk li jkunu magħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Din li qed tgħid se nistaqsi dwarha.", "Jekk jiena qiegħed il-ħabs u m'iniex intitolat għal social services, nista' mmur għand l-Aġenzija sedqa, nista' mmur għand Caritas, jew nista' ma mmur għand ħadd, għax xorta m'iniex se nieħu dak is-servizz.", "La m'iniex intitolat għas-servizz, m'iniex se nieħdu s-servizz.", "IS-SUR JOE GATT: Għalhekk semmejt dan il-punt, biex jekk huma intitolati għal xi benefiċċju, jeħduh.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma jekk hemm xi ħadd li qiegħed on prison leave u darba li qiegħed on prison leave huwa ntitolat għal xi servizz soċjali, qiegħed fejn qiegħed, huwiex ma' l-Aġenzija sedqa jew ma' Caritas, huwa intitolat għal dak is-servizz soċjali.", "If he is entitled, he is entitled on his or her own merit, irrispettivament huwiex qiegħed jagħmel il-programm għand l-Aġenzija sedqa jew għand Caritas.", "IĊ-CHAIRPERSON: Pero' dawn huma affarijiet li tistgħu tikkjarifikawhom.", "DR. PAUL MICALLEF: Kif tissuġġerixxi li għandna nikkjarifikawhom?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk għandkom diffikultajiet ta' din il-kwalita' fejn qed taħsbu li xi klijenti tagħkom huma intitolati għal servizz soċjali iżda m'humiex jeħduh, ma naħsibx li jekk tirreferu l-każ lill-Ministeru għall-Politika Soċjali se jagħlqulkom il-bieb.", "IS-SUR JOE GATT: Lilna jgħidulna li m'humiex intitolati u aħna nieqfu hemm.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma jekk m'humiex intitolati, ħadd m'hu intitolat.", "Ġieli tisma' lil xi ħadd jgħid li qed jieħu ċertu affarijiet meta fil-verita' ma jkun veru xejn.", "Jista' jkun li xi ħadd ikun qed jieħu ċertu benefiċċji għax iċ-ċirkostanzi, apparti affarijiet oħra, jkunu differenti u mhux għax ikun f'aġenzija u mhux f'oħra.", "IS-SUR JOE GATT: GĦalhekk semmejt dan il-punt.", "Jekk il-klijenti tagħna huma intitolati għal xi ħaġa, għandhom jeħduhom.", "Jien inkun magħhom u allura naf minn xiex jgħaddu minħabba problemi finanzjarji.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk huma intitolati, jieħdu, imma jekk m'humiex intitolati, ma jistgħux jieħdu.", "Trid taqta' linja dritta.", "IS-SUR JOE GATT: Il-ħabsin huma intitolati għal xi Lm2.50 fil-ġimgħa.", "IĊ-CHAIRPERSON: U minn fejn jeħduhom?", "IS-SUR JOE GATT: Probabbli mis-social services.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma ma nistgħux ngħidu \"probabbli\", irridu nkunu ċari u rridu nikkjarifikaw l-affarijiet.", "IS-SUR JOE GATT: Meta titlob l-informazzjoni ma jagħtuhielekx sew.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien inwiegħedkom li se niġbor l-informazzjoni.", "IS-SUR JOE GATT: Dawn il-Lm2.50, ir-residenti tagħna ma jeħduhomx.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Dawn huma flus li jingħataw lil min ikun qed jagħmel programm ta' riabilitazzjoni?", "IĊ-CHAIRPERSON: Mr Bell, donnok taf xi ħaġa iżjed dwar dan li qed jintqal?", "IS-SUR ALBERT BELL: Jien naħdem fuq il-policy and services development fl-Aġenzija sedqa imma mhux se nitkellem fil-kompetenza tiegħi fl-aġenzija iżda bħala ex-membru tal-bord tal-ħabs.", "Jekk huma ħabsin sentenzjati, huma intitolati għal allowance fil-ġimgħa.", "Jekk mhux qed jeħduha, ifisser li hemm problema fis-sistema u mhux għax qegħdin fil-programm tal-Caritas.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Imma dan l-benefiċċju jingħata jekk il-persuna tagħmel programm ta' riabilitazzjoni?", "IS-SUR ALBERT BELL: Le, jingħata lil kull min hu sentenzjat.", "Jaħdem jew ma jaħdimx, jingħata dik l-allowance.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jiġifieri kull ħabsi li huwa sentenzjat, jieħu dan il-benefiċċju.", "Jien ili snin twal nosserva u nammira l-ħidma tal-Caritas u m'għandi l-ebda dubju dwar il-ġid li għamlet u li qed tagħmel u huwa proprju għalhekk li jien għamilt dak il-kumment fejn għedt li kont nippretendi li forsi l-Knisja għandha tgħin iktar.", "Jien inħossni inkwetat u kif diġa' osservajt fl-aħħar laqgħa li kellna, jidher li hemm ħafna differenzi u ħafna disgwid bejn l-għaqdiet u l-aġenziji li qed jagħtu servizz lil min għandu xi tip ta' addivctive behaviour.", "U bħala persuna li la għandi min-naħa u lanqas minn oħra, anzi fl-opinjoni tiegħi kull organizzazzjoni qed tagħti kontribut u iktar ma jkun hemm organizzazzjonijiet, iktar aħjar, jien ma narahiex healthy li jkun hemm disgwid bejn l-għaqdiet li għandna.", "Nemmen li meta l-pubbliku josserva dawn it-tip ta' differenzi bejn l-għaqdiet, jinkwieta għax il-problemi huma diġa' kbar u smajna lil Dr. Micallef u l-kollegi tiegħu jispjegaw kemm il-problemi huma kbar, u allura m'għandix l-iċken dubju li jekk ikun hemm iktar kooperazzjoni bejn l-aġenziji, is-success rates ikunu aħjar.", "Per eżempju t-tools and instruments li nużaw direttament mal-klijent, huma t-treatment plans li jiġu tailored mill-assessment profiles li nagħmlu, għandna l-key worker system, għandna l-groups, both specific groups, like those on alcohol, sexuality and spirituality, and the general groups that are rehabilitation, prevention, impulsivity, and also general groups on conflict, etc. Għandna wkoll l-individual sessions, u naturalment ix-xogħol li jsir kuljum biex dawn iċ-ċentri jibqgħu mexjin, bħalma huma x-xogħol ta' engineer, maintenance etc. These are the tools and instruments that we use.", "Addiction oħra li dan l-aħħar bdejna nitfgħu ftit iżjed attenzjoni fuqha, hija l-gambling.", "Sfortunatament, sal-lum il-gambling ma tantx ingħata importanza iżda llum qed nibdew naraw iżjed u iżjed problemi li għandhom x'jaqsmu mal-gambling u fil-fatt il-ġimgħa d-dieħla l-Caritas se torganizza workshop fuq il-gambling u għal dan il-workshop stiednet aġenziji oħra biex nipparteċipaw flimkien.", "Kulħadd jaqta' għal rasu, min għandu l-iżjed flus, jasal l-ewwel and I think that is unfortunate.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom ħafna.", "Nixtieq nirringrazzja lil kull min attenda għal din il-laqgħa u ninfurmakom li laqgħa oħra se ssir bħal-lum ġimgħa fl-istess ħin.", "Nixtieq ninforma lill-AA li se jkunu huma li jibdew is-sessjoni li jmiss.", "Grazzi u nawguralkom il-lejl it-tajjeb.", "Fid-9.00 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 9 ta' Mejju, 2000 fis-7.00 p.m. bl-istess agenda."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000502_031d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 2 ta' Mejju, 2000", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.08 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 30 li saret fil-11 ta' April, 2000 kienu konfermati.", "SERVIZZI FIL-QASAM TA' L-ADDICTIVE BEHAVIOUR", "Il-President tal-Kumitat informat lill-Kumitat li kienet irċeviet ittra mingħand Dun Manwel Cordina, Direttur Ġenerali tal-Fondazzjoni OASI, b'riferenza għall-aħħar laqgħa tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali li nżammet fil-11 ta' April 2000.", "Il-Kumitat stieden lir-rappreżentanti tal-Caritas - Dr Paul Micallef, Konsulent; Ms Mariella Balzan koordinatriċi ta' San Blas programme u s-Sur Joe Gatt, koordinatur tal-Prison inmates programme, jieħdu seħem fid-diskussjoni.", "Dr Paul Micallef ippreżenta lill-Kumitat:", "- Project Manual tal-proġett \"New Hope\" flimkien ma' fuljett dwar l-istess proġett.", "Fuq kumment magħmul mis-Sur Joe Gatt dwar ħlas ta' benefiċċji soċjali lil priġunieri, il-President tal-Kumitat qalet li kellha tiċċekkja dan il-punt.", "Fid-9.00 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 9 ta' Mejju 2000 fis-7.00 p.m. bl-istess aġenda.", "PAULINE ABELA GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000502_031m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 29", "It-Tnejn, 8 ta' Mejju 2000, fil-5.30 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 8 ta' Mejju 2000, fil-5.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "5 ta' Mejju 2000 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000508_029a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 8 ta' Mejju 2000", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fil-5.32 p.m.", "Mr Speaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor Victor Galea Pace.", "Fuq punt imqajjem mill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, il-Kumitat qabel li fl-ewwel paġna tal-minuti ta' laqgħa numru 28 li saret fit-2 ta' Mejju 2000, minflok il-kliem \"għar-rapport imħejji mill-iSpeaker\" għandhom jidħlu l-kliem \"għar-rapport imħejji mill-uffiċċju ta' l-iSpeaker\".", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 28 li saret fit-2 ta' Mejju 2000, kif emendati, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li matul dik il-ġimgħa tkompli d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku (Abbozz Nru 29), u wara tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (Abbozz Nru 71), l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol (Abbozz Nru 63), u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili (Abbozz Nru 30).", "Huwa indika li fil-futur il-gvern kellu jressaq riżoluzzjoni dwar it-trasferiment ta' diversi proprjetajiet tal-gvern lil assoċjazzjonijiet sportivi u oħrajn.", "Mr Speaker informa lill-Kumitat li l-Commonwealth Workshop on Democracy kien se jiġi inawgurat nhar l-Erbgħa, 10 ta' Mejju, fil-10.45 a.m. fis-Sala ta' l-Arazzi.", "Peress li kien maħsub li l-iSpeaker jippresjedi ċ-ċerimonja u d-Deputy Speaker kien jinsab indispost, talab lill-Kumitat jindika jekk kienx hemm qbil biex xi ħadd ieħor ikun jista' jippresjedi s-seduta tal-Parlament waqt li tkun qed issir iċ-ċerimonja.", "Fin-nuqqas ta' ftehim bħal dan tkun trid tiġi sospiża s-seduta jew inkella ċ-ċerimonja tkun preseduta minn xi ħadd ieħor.", "Fis-6.51 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000508_029m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 32", "It-Tlieta, 9 ta' Mejju 2000 fis-7.00 p.m.", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 9 ta' Mejju 2000 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Servizzi fil-qasam ta' l-addictive behaviour - kontinwazzjoni.", "4 ta' Mejju 2000 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000509_032a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 32", "It-Tlieta, 9 ta' Mejju, 2000", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 32", "It-Tlieta, 9 ta' Mejju, 2000", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-7.13 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 31 li saret fit-2 ta' Mejju, 2000 ġew konfermati.", "SERVIZZI FIL-QASAM TA' L-ADDICTIVE BEHAVIOUR", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Nagħti bidu għal-laqgħa tal-lum billi nagħti l-informazzjoni li jiena ġbart wara l-aħħar laqgħa li kellna.", "Fl-aħħar laqgħa ssemmew il-benefiċċji soċjali li jieħdu l-priġunieri u l-kumment li sar kien li hemm min jieħu dawn il-benefiċċji u hemm min ma jeħodhomx.", "Jiena staqsejt lill-Ministeru għall-Politika Soċjali għal aktar informazzjoni u t-tweġiba li ngħatajt kienet li mil-liġi joħroġ ċar li dawk il-persuni li jkunu ġo faċilita' ta' riabilitazzjoni u jkunu qegħdin jistennew sentenza, jingħataw benefiċċju ta' Lm10 fil-ġimgħa, dik li fid-dipartiment hija magħrufa bħala d-DAD.", "Dan il-benefiċċju jingħata sakemm tkun għadha ma nqatgħetx is-sentenza għax ladarba tinqata' s-sentenza, ikunu fejn ikunu l-priġunieri, il-benefiċċju ma jibqax jingħata.", "Benefiċċju ieħor jingħata lil dawk in-nies li ma jkunux b'sentenza - din irrid nagħmilha ċara - ikunu ġo faċilita' ta' riabilitazzjoni u jkunu fir-re-entry phase.", "F'dawn il-każi, ma jibqgħux jingħataw biss Lm10 fil-ġimgħa imma jingħataw social assistance li titla' għal madwar Lm86 kull erba' ġimgħat.", "Iż-Lm2 jeħduhom biss dawk il-priġunieri li jkunu qegħdin il-ħabs jew li qegħdin jagħmlu l-programm ta' SATU.", "Iż-Lm2 l-oħra li jingħataw lil dawk li qegħdin il-ħabs jew SATU, huma marbuta ma' xogħol.", "Jiġifieri jekk xi ħadd jagħmel xogħol fil-bakery, jingħata Lm2 oħra.", "Iż-Lm2 li jingħataw mill-ħabs, m'huwiex benefiċċju soċjali imma jingħata mill-ħabs u jingħata wkoll lil dawk li jkunu qegħdin SATU.", "Ir-raġuni li ngħatajt kienet li dawk in-nies li qegħdin jagħmlu l-programm ta' SATU, ikunu taħt kondizzjoni ta' ħabs għal kuntrarju ta' dawk li qegħdin fil-faċilitajiet l-oħra, inkluż Caritas, Aġenzija sedqa u xi ċentri oħra rikonoxxuti mill-gvern.", "Min qiegħed f'dawn il-faċilitajiet, ma jingħatax dawk iż-Lm2.", "Ħalli nagħmel distinzjoni waħda partikolari biex inkunu ċari.", "Jekk xi ħadd li jkun qiegħed isegwi l-programm ta' SATU jaħrab minn SATU, jittieħdu proċeduri kriminali kontrih, filwaqt li jekk xi ħadd ieħor li jkun qiegħed f'Santa Marija jew f'San Blas, jaħrab, jittieħdu miżuri dixxiplinarji kontra tiegħu għax l-azzjoni tiegħu ma titqiesx bħala reat kriminali.", "Jiġifieri m'hijiex kwestjoni li persuna tieħu bnefiċċji soċjali taħt is-Social Services Act skond fejn qiegħda, iżda hija kwestjoni ta' jekk dik il-persuna tkunx sentenzjata jew le.", "Bħalma diġa' għedt, iż-Lm2 li tingħata mill-ħabs, m'hijiex benefiċċju soċjali, imma hija allowance li tinħareġ mill-ħabs għal dawn in-nies.", "U r-raġuni li ngħatajt għala n-nies li qegħdin SATU jingħataw Lm2 għal kuntrarju ta' dawk li jkunu qed isegwu programmi kemm f'Santa Marija kif ukoll f'San Blas, hija li dawk li jsegwu programm ta' SATU jridu jħallsu huma għal ċertu affarijiet, bħalma huma sigaretti, toiletries, eċċ., filwaqt li min ikun qiegħed isegwi programm ġo San Blas, skond kuntratt li sar, ma jridx jaħseb għal dawn l-affarijiet għax il-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin tagħti Lm10 kemm lill-Aġenzija sedqa u kemm lill-Caritas sabiex jaħsbulhom huma għall-effetti personali tagħhom, inkluż affarijiet li jkollhom bżonn kuljum.", "Informazzjoni oħra li nixtieq ngħaddilkom hija li n-numru ta' residenti f'SATU li għaddew mill-programm f'dawn l-aħħar ħames snin, kien ta' 125.", "47 minnhom telqu minn hemmhekk u reġgħu marru lura f'Kordin, 13 marru għand Caritas, 5 marru għand l-Aġenzija sedqa, 11 qed isegwu l-programm bħalissa, 13 ittieħdet azzjoni dixxiplinarja kontra tagħhom, waqt li 36 spiċċaw il-programm u skontaw is-sentenza tagħhom u minn dawn is-36, 25 minnhom għadhom f'kuntatt ma' SATU.", "Informazzjoni oħra li nixtieq nagħti dwar id-Detox hija dwar il-place of referral tal-klijenti li spiċċaw il-programm fid-Detox in-patients matul l-1999.", "Fil-programm \"Stima\" hemm 31 persuna, id-dar jew fil-komunita' hemm 22, fil-komunita' Santa Marija hemm 30, mal-Caritas hemm 19 u ma' aġenziji oħra hemm 23.", "Ħalli nerġa' nirreferi għal dak li għedt dwar għoti ta' benefiċċju soċjali.", "Dawk li qegħdin isegwu programmi ta' Caritas, OASI jew qegħdin f'San Blas, huma ntitolati għal benefiċċju soċjali u fil-fatt qed jeħduh.", "22 qed isegwu programm ta' l-Aġenzija sedqa, 21 ta' Caritas u 1 ta' OASI.", "Din hija l-informazzjoni li jiena ġbart wara l-mistoqsijiet li saru fl-aħħar laqgħa.", "Jekk hawn min jaħseb li s-sitwazzjoni m'hijiex skond l-informazzjoni li ngħatajt u għad għandu xi dubji u jixtieq ikellimni, anke b'mod konfidenzjali, jew wara l-laqgħa tal-lum jew inkella għada, jiena disposta biex nisimgħu, u naċċertah li jekk ikun hemm bżonn, infittex u nistaqsi aktar.", "Ninformakom li rċevejna dokumenti mingħand is-Sense Group, liema dokumenti se jkunu għand is-segretarja u naturalment min jixtieq jarahom, jista' jirreferi għandha.", "Irċevejna wkoll numru ta' pubblikazzjonijiet u rapporti mingħand l-Aġenzija sedqa li se jitqassmu lill-membri.", "Nitlob lill-membri ta' l-Alcoholics Anonymous, l-AA, biex jingħaqdu magħna mal-mejda.", "Nixtieq infakkar, b'mod partikolari lill-membri tal-media, li l-membri ta' l-AA m'għandhomx jiġu identifikati jew jingħad l-isem tagħhom fil-media.", "Jien m'iniex se nistaqsihom x'jisimhom u anke fir-record tagħna se jidhru bħala anonimi, kif fil-fatt tindika l-assoċjazzjoni tagħhom.", "Naturalment dawn in-nies m'humiex anonimi, qed narawhom u nirringrazzjawhom ta' l-impenn tagħhom f'dan il-qasam.", "AA (Segretarju): Hawnhekk ġejna l-membri tal-kumitat ċentrali ta' l-AA u nixtiequ ngħaddulkom xi dokumenti ta' l-AA flimkien mal-lista tal-membri li huma fil-kumitat ċentrali.", "Nibda billi nirringrazzjakom ta' l-istedina tagħkom biex niġu hawn u qabel ma ngħid xi ħaġa dwar l-Alcoholics Anonymous nixtieq insemmi l-ikbar problema li għandna u li forsi intom tistgħu tgħinuna fiha, ċioe' li m'għandniex post fejn niltaqgħu.", "Bħala uffiċċju ċentrali kellna post li kienet tagħtulna l-Aġenzija sedqa, imma imbagħad l-Aġenzija sedqa ġiet bżonnu u ħaduhulna, u spiċċajna mingħajr uffiċċju ċentrali.", "Kienu tawna kamra biex nerfgħu fiha l-arkivji u l-affarijiet kollha li kellna, imma milli jidher issa anke din il-kamra ġew bżonnha għax ċaqilqu l-affarijiet li kellna hemmhekk u storjawhom x'imkien, lanqas nafu fejn eżatt, l-Imsida.", "Dan hu l-akbar inkwiet tagħna u napprezzaw l-għajnuna tagħkom.", "Aħna m'għandniex bżonn xi palazz.", "L-uffiċċju li kellna fi Triq Nofsinhar, il-Belt, kien tajjeb ħafna, pero' kif għedt, ġew bżonnu u ħaduhulna.", "Aħna konna bgħatna ittra lill-Onor.", "Gonzi biex nispjegawlu l-pożizzjoni tagħna u kopja ta' dik l-ittra hija inkluża mad-dokumenti li diġa' għaddejnilkom.", "Imbagħad kellna kamra fi Strada Stretta u meta rajna li l-kwestjoni ġejja fit-tul, erġajna ktibna biex forsi nerġgħu nieħdu lura l-kamra li kienet tagħmel parti mid-Dipartiment tas-Saħħa, pero' r-risposta li rċevejna kienet li l-kamra ma baqgħetx tagħmel parti mid-Dipartiment tas-Saħħa - x'aktarx li kienet ittieħdet mill-pulizija jew mill-qorti - u allura ma setgħux jgħinuna.", "Kull fejn bdejna nħabbtu biex forsi ningħataw uffiċċju, bdejna nsibu problemi kbar.", "Ħalli issa ngħid xi ħaġa dwar l-alkoħoliżmu.", "Teżisti ħafna letteratura dwar l-alkoħoliżmu, pero' hija kollha bl-Ingliż u allura aħna impenjajna ruħna biex bi sforz kbir nittraduċu xi ftit minnha għal Malti inkluż dak li aħna ngħidulu l-\"big book\".", "L-AA taħdem fuq 12-il programm, fuq 12-il pass u fuq 12-il tradizzjoni u fil-big book insibu wkoll esperjenzi ta' alkoħoliċi.", "Il-fondaturi ta' l-AA kienu tabib u stockbroker, pero' l-istigma li għad baqa' fuq l-alkoħoliku hija tremenda u sfortunatament anke ċerti awtoritajiet għad għandhom ċertu dubju.", "Bl-għajnuna t'Alla, illum il-messaġġ qed jikber u din l-istigma, bil-mod ħafna, qiegħda tonqos.", "Jekk tippermettili, nixtieq naqra faċċata waħda mill-pubblikazzjoni ta' l-għaqda tagħna fejn tingħata spjegazzjoni ta' x'inhi l-AA.", "''L-Alkoħoliċi Anonimi hija għaqda ta' rġiel u nisa li jaqsmu bejniethom l-esperjenzi, is-saħħa u t-tama tagħhom biex isolvu l-problema li kull wieħed u waħda minnhom għandu, u jgħinu oħrajn iwaqqfu l-alkoħoliżmu.", "Kull m'għandek bżonn biex issir membru, hija xewqa li tieqaf mix-xorb.", "M'hemm ħlas ta' xejn għax l-għaqda tgħin lilha nfisha billi l-membri stess jagħtu xi ħaġa, kemm iridu, u jekk iridu.", "L-AA m'għandha x'taqsam ma' l-ebda setta, reliġjon, politika, organizzazzjoni jew istituzzjoni.", "L-AA ma tixtieqx li tidħol fl-ebda kwestjoni.", "Ma tgħidx la kontra u lanqas favur xi kawża.", "L-għan ewlieni tal-membri ta' l-AA hu li jibqgħu ma jixorbux u li jgħinu alkoħoliċi oħra jieqfu mix-xorb u jibqgħu weqfin.''.", "Il-preambolu jagħti definition ta' l-AA li bdiet f'Akron f'Ohio, fl-Amerika għal ħabta ta' l-1935 wara laqgħa li saret bejn żewġ sakranazzi li kienu tabib u stockbroker u li għalihom ma deherx li kien hemm tama ta' fejqan.", "Il-membri ta' l-AA jaċċettaw programm li jikkonsisti fi 12-il pass ippjanat għal fejqan personali mill-alkoħoliżmu.", "12-il tradizzjoni jipprovdu gwida għall-gruppi biex jibqgħu magħqudin kemm bħala grupp u kemm bħala parti mill-AA.", "12-il konċett għal servizz ta' għajnuna mad-dinja kollha jsawru l-istruttura ta' dan is-servizz dinji.", "Il-fejqan, l-għaqda u s-servizzi ta' għajnuna huma t-tliet legati mħollija mill-AA.", "L-AA tinqasam fi gruppi u kull grupp huwa awtonomu u jmexxi lilu nnifsu bil-mod li hu jaħseb hu l-aħjar.", "Il-gruppi jistgħu jagħmlu li jridu sakemm ma jaffettwawx l-AA in ġenerali.", "Erba' gruppi jsiru bil-lingwa Maltija u xi tmien gruppi oħra jsiru bil-lingwa Ingliża.", "L-unika ħaġa li hemm bżonn biex wieħed isir membru ta' l-AA, hija xewqa li jieqaf mix-xorb.", "Ħaġa li xtaqt niċċara għax naħseb li hawn misconception kbira dwarha, hi dwar l-anonimita'.", "B'anonimita' wieħed jaħseb illi dak li jkun qed jibża' juri li hu fl-AA, qisu li tkun fl-AA hija xi ħaġa sigrieta, pero' l-għan ta' l-anonimita' huwa biex jiġi evitat il-periklu li xi ħadd tikbirlu rasu.", "Ħalli nispjega xi rrid ngħid.", "Jista' jagħti l-każ li xi ħadd li jkun ilu snin li waqaf jixrob, jaħseb li sar xi espert jew xi professur fuq l-alkoħoliżmu u jiftaħ xi skola dwar l-alkoħoliżmu u jispiċċa biex jinsa l-għan ewlieni ta' l-AA li huwa proprju li wieħed jgħin alcoholics oħra jieqfu mix-xorb u li hu jibqa' ma jixrobx.", "Konċett importanti ħafna hu li meta alcoholic qed jgħin alcoholic ieħor, m'huwiex qed jagħmel hekk biex jagħmillu pjaċir, imma biex jgħin lilu nnifsu.", "Dawn huma affarijiet li fil-ħajja normali donnhom ma tantx jagħmlu sens, imma fl-AA huma prinċipji li jgħinu lill-alcoholic jibqa' wieqaf.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skużawna, imma se jkolli nwaqqfek għaliex jidher li ssejjaħ quorum fil-Kamra.", "Nirrużumu ħames minuti oħra.", "Fis-7.32 p.m. il-Kumitat kien sospiż minħabba sejħa għal quorum fil-Kamra tad-Deputati u rriżuma fis-7.37 p.m.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tista' tkompli jekk jogħġbok.", "AA (Segretarju): Il-fellowship ta' l-AA li issa huwa stmat li għandu aktar minn żewġ miljun membru mxerdin f'141 pajjiż, jiffunzjona fi gruppi li huma awtonomi u ma jindaħlilhom ħadd kif jimxu ħlief f'affarijiet li jolqtu l-gruppi l-oħra jew l-AA in ġenerali.", "L-AA tinkoraġġixxi kooperazzjoni iżda mhux affiljazzjoni, ma' organizzazzjonijiet oħra, jiġifieri tinkoraġġixxi li taħdem id f'id magħhom iżda mhux li ssir parti minnhom.", "Per eżempju aħna naħdmu id f'id ma' l-Aġenzija sedqa, pero' ma nistgħux naffiljaw, la magħha u lanqas ma' xi aġenzija oħra.", "L-aħħar darba Dr. Micallef semma San Blas u nixtieq ngħid li fil-passat konna nkunu ta' spiss mistiedna nagħtu talks hemmhekk, waqt li llum, ma nafx x'ġara, forsi nbidlet xi policy, m'għadniex niġu mistiedna nagħtu talks.", "Nixtieq nieħu l-opportunita' biex ngħid, mhux biss lil Dr. Micallef imma lil kull min qed jismagħna, li aħna dejjem lesti biex nagħtu talks.", "Kemm-il darba morna nagħtu talks fi skejjel u fi gruppi li jiġu organizzati minn xi parroċċa.", "Aħna dejjem lesti biex ngħinu.", "Aħna dejjem lesti naqsmu l-esperjenzi tagħna anke f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam taż-żgħażagħ.", "Bħala Alcoholics Anonymous ma nistgħux naċċettaw flus.", "Tgħidli mela kif qed titlobni biex ngħinkom issibu post fejn tkunu tistgħu tiltaqgħu?", "It-tradizzjoni tagħna hija li nħallsu xi ħaġa mill-aħjar li nistgħu, pero' ma tantx nistgħu nħallsu għax ma nistgħux naċċettaw flus.", "Per eżempju fl-Ingilterra kien hemm każ fejn intnefqu eluf ta' liri biex tiġi rifjutata somma flus li xi ħadd ħalla lill-AA fit-testment tiegħu.", "Biex ġie maħlul dak it-testment, intnefqu eluf ta' liri għax l-AA ma tistax taċċetta flus, pero' ma jfissirx illi ma nistgħux naċċettaw ċertu għajnuna.", "L-introjtu tagħna hu dak li niġbru mill-meetings għax lanqas fund raising ma nistgħu nagħmlu.", "L-uniku bżonn li għandna huwa post sabiex iservi ta' kumitat ċentrali.", "Għawdex għandhom kamra fejn jiltaqgħu, pero' hija żgħira ħafna u naturalment ikun ferm apprezzat jekk tinstab xi kamra ftit aktar komda.", "Kif diġa' għedt, l-AA tinkoraġġixxi kooperazzjoni iżda mhux affiljazzjoni.", "L-AA ma taċċettax flus għas-servizzi li tagħti.", "Aħna ma nitħallsux għat-talks li nagħtu u lanqas kontribuzzjonijiet minn nies barra l-għaqda ma naċċettaw.", "L-għaqda temmen li problemi ta' flus, proprjeta' u prestiġi personali jistgħu jbiegħdu lill-membri mill-iskop ewlieni tagħhom.", "Din hi r-raġuni għala aħna ma naċċettawx kontribuzzjonijiet.", "Fil-fatt, meta kienet ġiet imwaqqfa l-għaqda, kien hemm xi ħadd li ried joffri xi flus lill-għaqda iżda ma ġewx aċċettati għax jekk xi ħadd jagħti ħafna, hemm il-periklu li jimmonopolizza lill-organizzazzjoni.", "Dan mhux xi prinċipju li nsegwuh aħna biss, imma din hija tradizzjoni internazzjonali ta' l-AA.", "Il-membri ta' l-AA iżommu anonimita' personali fejn tidħol l-istampa, radju, televiżjoni, filmati u mezzi oħra ta' komunikazzjoni.", "L-AA tfakkar lill-membri biex dejjem ipoġġu l-prinċipji qabel il-personalita'.", "L-anonimita' għandha żewġ funzjonijiet li għalkemm differenti għandhom l-istess importanza u ħtieġa.", "Fuq livell personali, l-anonimita' tipprovdi protezzjoni lill-membri kollha biex ma jixxandrux bħala alkoħoliċi.", "Din għandha importanza speċjali għax iserraħ ras il-membri, b'mod partikolari, membri ġodda.", "Il-funzjoni l-oħra ta' l-anonimita' hija li fejn tidħol l-istampa, radju, televiżjoni, filmati u mezzi oħra ta' komunikazzjoni, l-anonimita' issaħħaħ l-ugwaljanza bejn il-membri fl-għaqda billi tagħfas il-brejkijiet fuq dawk li jitħajru jinqdew bl-AA biex jakkwistaw rikonoxximent, poter, prestiġju jew xi gwadann personali ieħor.", "AA (Chairman): Qabel nibda, nixtieq nintrodiċi lil sħabi li ġew hawnhekk għal din il-laqgħa.", "Jiena ċ-chairperson ta' l-Alchoholics Anonymous u flimkien miegħi ġew is-segretarju, il-PRO u żewġ membri, wieħed li jattendi l-meetings ta' l-international group u l-ieħor li jattendi l-grupp ta' Għawdex.", "Sieħbi ma tantx ħallili xi ngħid, għaldaqstant se nkun konċiż fl-intervent tiegħi.", "Il-letteratura li għadna kemm għaddejnilkom, neħduha magħna kull meta mmorru nagħtu xi talk, per eżempju fl-iskejjel, u dwar dan se jispjega iktar fid-dettall il-PRO.", "L-iskop tagħna huwa li ngħinu lill-alcoholics jiġu għandna.", "L-għaqda hija miftuħa u m'hemmx restrizzjonijiet ta' ħin, fis-sens li min jiġi għal meeting, jista' jiġi u jitlaq fi x'ħin irid.", "Bħala membri qegħdin madwar 70, pero' aħna ma nżommux records ta' kemm għandna eżatt membri.", "Sinjura President, nixtieq nieħu l-opportunita' biex nirringrazzja lill-Caritas u lill-Aġenzija sedqa li dejjem għenuna.", "Il-Caritas tagħtina kamra biex nagħmlu l-meeting ta' nhar ta' Tlieta, u l-Aġenzija sedqa tagħtina kamra biex nagħmlu l-meetings kull nhar ta' Ħadd u nhar ta' Ħamis.", "Il-meetings ta' nhar ta' Ħadd ikunu bl-Ingliż, filwaqt li l-meetings ta' nhar il-Ħamis, ikunu bil-Malti.", "Naturalment irrid nirringrazzja wkoll lill-OASI li jipprovdu kamra għall-grupp tagħna f'Għawdex.", "Naħseb li għalissa nista' nieqaf hawn u nħalli lill-PRO jagħmel l-intervent tiegħu.", "AA (PRO): Jiena nieħu ħsieb ir-relazzjonijiet pubbliċi.", "Kif qalu sħabi, aħna self help group.", "Aħna rġiel u nisa li għandna problema ta' xorb u flimkien naqsmu l-esperjenza tagħna.", "Meta kont nixrob, posti kien jew f'Mount Carmel Hospital jew il-ħabs.", "Sfortunatament, f'pajjiżna x-xorb għadu b'saħħtu.", "Bħalma ntqal, aħna ma nistgħux nieħdu flus, pero' għandna ħteġijiet ukoll.", "Jekk aħna niddeċiedu li nixtru post, ma nistgħux nixtruh waħedna, imma rridu għajnuna mingħand ħaddieħor u nħallsu l-ftit li nistgħu.", "Aħna niġu mistiedna nagħtu talks, kemm fi skejjel u kemm f'postijiet oħra.", "Jien wieħed milli mmur fuq postijiet sabiex nagħti talks, u flimkien ma' oħrajn, nieħu ħsieb lil min qiegħed fi sptar jew fid-dar.", "Għandna wkoll min imexxi programm fis-SATU.", "Kemm ili fl-AA, mort fi skejjel ta' tfal żgħar u nista' ngħid li verament ħadt pjaċir.", "Lanqas kont nemmen illi l-AA tista' tbiddilna daqshekk; filli kont fi triq mod, u issa qiegħed fi triq mod ieħor.", "Aħna, membri ta' l-AA, nibqgħu membri għal dejjem.", "Aħna nibqgħu fl-AA biex nibqgħu weqfin mix-xorb u biex ngħinu alkoħoliċi oħra jieqfu mix-xorb u jibqgħu weqfin.", "Kif diġa' ntqal minn sħabi, il-problema li għandna hi li m'għandniex kamra fejn niltaqgħu.", "L-Aġenzija sedqa tgħinna ħafna, speċjalment meta jkollna xi attivita', imma f'din il-ħaġa ma tistax tgħinna.", "Ipprovajna ħafna affarijiet; jien għamilt sena ġej u sejjer għand il-ministru u saħansitra hu kien qalilna li qed jipprova jagħmel xi ħaġa, imma issa din il-kwestjoni qed tieħu wisq fit-tul.", "AA (Segretarju): Jekk tippermettili, naħseb tajjeb jekk il-gvern jikkalkola kemm jiffranka flus meta alcoholic jieqaf jixrob permezz ta' l-AA minflok ma jmur fiċ-ċentri tas-saħħa.", "Kieku l-gvern jikkalkola kemm qed jiffranka flus permezz ta' l-għaqda tagħna, kieku żgur jara kif jagħmel biex isibilna post.", "AA (Rappreżentant ta' l-AA f'laqgħat internazzjonali): Jiena nixtieq nenfasizza l-importanza li l-AA f'Malta jkollha dak li jissejjaħ general service office, li jkollha l-uffiċċju tagħha minn fejn tkun tista' topera biex tgħaddi l-messaġġ kemm lill-alkoħoliċi li għandna fil-pajjiż, kif ukoll lil dawk l-alkoħoliċi li jiġu f'pajjiżna għall-btajjel jew għax-xogħol.", "Mad-dinja kollha, l-AA għandha sistema ta' network ta' telephone numbers sabiex persuna, ġejja minn fejn ġejja, u ġejja għal xiex ġejja hawn Malta, tkun taf li tista' ssib meeting ta' l-AA.", "Per eżempju l-bieraħ stess ċempilli wieħed Kanadiż u tliet ijiem ilu kellimna wieħed mill-Litwanja.", "Membri ta' l-AA mad-dinja kollha jafu li qegħdin fejn qegħdin, jistgħu jiltaqgħu ma' membri oħra ta' l-AA.", "In-network ta' telephone numbers huwa importanti ħafna kemm għalina kif ukoll għall-barranin li jiġu hawn Malta.", "AA (Rappreżentant ta' l-għaqda f'Għawdex): Importanti li aħna nagħrfu li l-alkoħoliżmu hija marda u bħal kull marda oħra, taffettwa kemm lill-ġisem, kemm lill-moħħ u kemm lill-karattru, l-ispirtu tal-persuna.", "Persuna marida bil-fwied, tmur għand it-tabib ħalli jfejjaqha imma aħna ma nfejqu lil ħadd fiżikament.", "It-tabib irid jagħraf li l-alkoħoliżmu hija marda li ma tistax titfejjaq minnha billi tfejjaq biss il-parti fiżika tal-ġisem.", "Il-parti mentali trid titfejjaq mill-psikjatri u l-psikologi - u ta' għajnuna kbira huma l-counsellors li hemm fiċ-ċentri tar-riabilitazzjoni tal-Caritas, ta' l-Aġenzija sedqa, ta' OASI, eċċ. - waqt li l-parti spiritwali tal-marda, titfejjaq billi wieħed jattendi laqgħat ta' l-AA wara li jkun ħa ħsieb il-parti fiżika u l-parti mentali tal-marda.", "Fl-AA ngħinu lil xulxin billi naqsmu l-esperjenza tagħna u aħna stess naraw kif il-karattru ta' kull wieħed minna tbiddel meta waqafna mix-xorb.", "Permezz tal-laqgħat tagħna, aħna nieħdu s-saħħa minn xulxin.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Jiena se nitkellem iktar mill-esperjenza tiegħi bħala general practitioner.", "Napprezza ħafna x-xogħol li qed tagħmel l-AA, pero' nħoss li l-problema hija ferm aktar mifruxa u kbira milli fil-fatt qed tagħtuna x'nifhmu bin-numri li semmejtu.", "Wisq nibża' illi hawn ħafna nies li mhux qegħdin jutilizzaw is-servizzi tagħkom.", "Mhux qed ngħid dan bħala xi nuqqas min-naħa ta' l-AA, imma aktar bħala stat ta' fatt. Intom donnkom qed tgħidu li l-unika problema li għandkom hija n-nuqqas ta' premises, iżda frankament, l-ikbar problema li nara jien, hi li hawn ħafna nies li minkejja li għandhom problema ta' xorb, m'humiex jaslu biex jagħmlu xi ħaġa effettiva dwarha għaliex kieku ma jibqgħux ġejjin u sejrin għal ċerti servizzi.", "Mhux qed ngħid li se nsolvu l-problemi ta' kulħadd, pero' n-numri reali żgur li ma jaqblux ma' dawk li semmejtu.", "Naħseb l-iktar li nistgħi nagħtu kontribut hija billi naraw kif taħdem is-sistema.", "Jiena nifhem l-importanza ta' l-anonimita', pero' jeħtieġ li jkun hemm aktar awareness dwar l-għaqda tagħkom.", "Bl-ebda mod ma rrid ngħid li l-AA hija esklussiva għal xi klassi tas-soċjeta', pero' żgur li ċertu nies isibuha diffiċli ħafna biex ikomplu jattendu l-laqgħat tagħkom.", "Personalment nista' ngħid li bħala tabib insibha diffiċli ħafna biex nikkonvinċi xi nies jattendu l-AA, pero' daqstant diffiċli huwa li wieħed ikompli bil-follow-up.", "Naħseb irid ikun hemm aktar awareness tal-benefiċċji li wieħed jieħu meta jattendi laqgħat ta' l-AA.", "Ħadt gost nismagħkom titkellmu dwar bidla fil-karattru għax ċertament m'hijiex faċli tbiddel il-karattru.", "Tant hu hekk, li hawn min isostni li huwa impossibbli li tbiddel il-karattru.", "Jiena ma naħsibx li huwa impossibbli, imma t-tibdil tal-karattru hija waħda mill-affarijiet illi ma ssirx permezz tal-mediċina.", "Naħseb il-mentalita' li kull marda tista' titfieq billi tieħu xi mediċina, hija xi ħaġa li rridu nikkumbattu.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-importanza hi li naraw kif nistgħu ntejbu s-sistema, speċjalment is-sistema ta' referral, u kif l-AA tista' tkun aktar magħrufa ma' kulħadd.", "Jien inħoss li t-tobba m'għandhomx biżżejjed training dwar dan il-qasam.", "Meta kont għadni under graduate, ma niftakar qatt li kellna xi kuntatt ta' dan it-tip.", "Naħseb importanti li t-tobba żgħar tagħna li jkunu għadhom fi training ikunu esposti għal dawn is-servizzi.", "Huma t-tobba li l-aktar li jiltaqgħu mal-problemi ta' din ix-xorta u bħalma jaf kulħadd, it-tobba jgawdu ċertu fiduċja mill-poplu u għaldaqstant huma l-aktar li għandhom bżonn ikunu jafu b'ċertu servizzi u organizzazzjonijiet.", "Importanti li jkollkom liaison mat-tobba u naħseb li dan il-kumitat irid jagħmel rakkmandazzjonijiet f'dan is-sens.", "AA (Chairperson): Jekk fhimtek sew, inti qisek qed tgħid li aħna ma tantx qegħdin nagħtu informazzjoni dwar l-għaqda tagħha.", "Il-leaflet li tajnikom konna qassamnih lill-isptarijiet, lill-kunsilli u lill-knejjes kollha, biex iwaħħluh fuq in-notice-board, imma meta xi ġimgħa wara li tajnihomlhom erġajna morna biex naraw jekk waħħlux, rajna li ftit kienu dawk li waħħluh.", "Il-problema tagħna hi li aħna ma nistgħux mmorru fuq it-televiżjoni u ngħidu li aħna ta' l-AA.", "Aħna ma nistgħux naraw bniedem fis-sakra u neħduh l-AA għax irid ikun hu li jagħżel li jattendi l-AA.", "Aħna jkollna diversi laqgħat fl-isptar u ma' social workers, imma mbagħad inħallu f'idejhom biex iċemplulna.", "Kif diġa' għedna, waħda mill-akbar problema li għandna hija n-nuqqas ta' uffiċċju.", "M'għandniex fejn inpoġġu l-arkivji tagħna.", "L-arkivji ma jiswewx flus imma għalina jiswew ħafna għax huma l-istejjer ta' nies li kienu sakranazzi u li rnexxielhom jiefqu mix-xorb.", "AA (Rappreżentant ta' l-AA f'laqgħat internazzjonali): Ħalli nżid xi ħaġa ma' dak li qal l-Onor.", "L-akbar stumbling blocks li għandna, huma tlieta.", "L-ewwel waħda semmejtha inti stess, id-denial, iċ-ċaħda.", "Ftit huma n-nies li jammettu li għandhom problema ta' xorb, aħseb u ara li jammettu li huma alkoħoliċi.", "It-tieni waħda hi l-istigma li sfortunatament għad hemm ma' l-alkoħoliżmu u t-tielet waħda hi li ħafna drabi n-nies li jkollhom problema serja ta' xorb - ejja ma ngħidux li huma alkoħoliċi imma li għandhom a serious drinking problem - u jmorru għand it-tabib tal-familja, jgħidulhom biex jipprovaw inaqqsu mix-xorb.", "Għal bniedem alkoħoliku li għandu problema bix-xorb, inutli tgħidlu biex inaqqas.", "L-alkoħoliku jrid jieqaf mix-xorb.", "Jiġifieri jista' jagħti l-każ, kif għedt inti wkoll, li ħafna tobba ma jifhmux il-konċett ta' l-addiction ta' l-alkoħoliżmu.", "Kemm-il darba t-tabib tiegħi kien jgħidli biex innaqqas, imma inutli tnaqqas, trid tieqaf.", "Dawn huma l-problemi li nħabbtu wiċċna magħhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "VICTOR GALEA PACE: Naħseb il-poplu kollu qed jgħix f'ċaħda ta' din il-problema li teżisti fil-pajjiż.", "Aktar ma' l-poplu u d-dipartimenti li l-iktar jistgħu jgħinu biex ipoġġu lil persuna bil-vizzju tax-xorb fit-triq lejn l-AA ikunu aware ta' din il-problema, aktar aħjar.", "U meta qed ngħid il-\"poplu\", qed ninkludi lil kulħadd, il-kleru, is-settur tas-saħħa, is-settur ta' l-edukazzjoni, eċċ. Din il-problema teżisti f'kull settur soċjali tal-pajjiż u allura kulħadd jista' jagħti palata biex jgħin lill-individwu fit-triq għall-AA.", "AA (Segretarju): Issemmiet il-figura tal-membri fl-AA.", "Veru forsi tidher bħala figura żgħira - u dan minħabba r-raġunijiet li diġa' ssemmew - pero' xtaqt nirriferi għall-punt li semma Dr. Micallef l-aħħar darba dwar l-effett ta' dak li nkunu qed nagħmlu.", "L-effett mhux dejjem ikun wieħed immedjat u allura ma tistax tkejlu.", "Jaf bniedem ġie meeting illum u ma jerġax jiġi għax ma jgħoġbux, imbagħad jgħaddu għaxar snin - dawn huma affarijiet li rajnihom jiġru - u r-riżultat fuqu jibda jinħass wara għaxar snin.", "Ma tistax tgħid meta se jkun hemm riżultat.", "Jekk wara li mmorru nagħtu talk, ma jċempel ħadd, ma jfissirx li t-talk tkun saret għal xejn u ma ħallitx effett.", "Jaf xi ħadd iċempel snin wara.", "Per eżempju jien stess kont niżżilt it-telephone number ta' l-AA fuq biċċa karta u kienu snin wara li ddeċidejt li nċempel.", "Tant hu hekk, li mbagħad kont sibt li n-numru kien inbidel.", "Il-punt li semma Dr. Micallef kien laqatni ħafna u xtaqt nagħmel enfasi dwar l-importanza tiegħu.", "Dwar ir-referrals minn tobba, nixtieq intenni dak li qal sieħbi.", "Bir-rispett kollu lejn Dr. Agius, anke fil-kors tal-mediċina ftit li xejn jissemma l-alkoħoliżmu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom ħafna tal-kontribut li tajtu lil dan il-kumitat u nirringrazzjakom iktar talli qsamtu l-esperjenzi personali tagħkom.", "Issa nsejjaħ lil Ms. Bugeja, Chief Executive ta' l-Aġenzija sedqa, u uffiċjali oħra mill-istess aġenzija.", "MS SINA BUĠEJA (Chief Executive, Aġenzija sedqa): Sinjura President, qabel nibda nixtieq nippreżenta lill-Kumitat kopja ta' rapport dwar l-Aġenzija sedqa imsejjaħ \"The National Agency against drug and alcohol abuse\".", "Se nagħmel overview ta' l-aġenzija billi nispjega pass pass ix-xogħol li nagħmlu, u mbagħad ngħid xi ħaġa dwar it-tip ta' evalwazzjonijiet li għandna għaddejjin b'mod regolari biex naraw kif qed jiġi offrut is-servizz tagħna.", "Kif jaf kulħadd, fl-1993 kien twaqqaf a working committee biex iħares lejn is-servizzi eżistenti fil-pajjiż u r-riżultat kien illi għalkemm fil-pajjiż kien hawn servizzi, ma kenux qed jingħataw b'mod koordinat.", "Wara dik l-investigazzjoni ħareġ il-Meli report li ssuġġerixxa li għandha titwaqqaf aġenzija biex tagħmel ix-xogħol li qed nagħmlu aħna u proprju f'Ġunju ta' l-1994, ġiet uffiċjalment imwaqqfa l-Aġenzija sedqa.", "Dak kien il-mandat li ngħatat l-Aġenzija sedqa u dak ifisser illi bħala aġenzija m'għandhiex għażla.", "Il-mandat tal-gvern huwa l-mandat ta' l-aġenzija u dak li jipproponi l-gvern tal-ġurnata fil-manifest elettorali tiegħu, huwa x-xogħol li tieħu fuqha l-aġenzija.", "Ovvjament aħna nħarsu lejn il-policy u nissuġġerixxu wkoll tibdiliet.", "Fir-rapport li għadni kemm tajtkom, hemm chart li tispjega kif inhi maqsuma l-organisation.", "L-aġenzija hija magħmula minn tliet divisions partikolari separati li huma l-care services division, il-prevention division u l-policy and service development division.", "Il-care services division hija maqsuma f'żewġ branki separati li huma d-drugs services u l-alcohol services.", "Fid-drugs services insibu s-substance misuse out-patient Detox (dik li ngħidulha d-Detox u li tkellem dwarha Dr. Grech ħmistax ilu) is-substance misuse in-patient Detox (dak li nsejħulu \"Dar Impenn\" fejn issir id-detoxification) il-community services, il-family services, il-community based programme u r-residential drug rehabilitation programme.", "Fl-alcohol services għandna l-community services, id-day rehabilitation programme u r-residential rehabilitation programme.", "Dawn kollha huma units partikolari bir-remit tagħhom u kollha jaħdmu b'mod partikolari, pero' l-idea hi li jkun hemm continuum of services.", "Klijent jista' jibda billi jidħol fil-livell ta' isfel, li huwa l-information and advice desk, jew inkella jidħol fis-servizz f'liema livell iħoss li għandu bżonn jidħol.", "Naturalment, il-professionals li jaħdmu fl-aġenzija jidderiġu l-individwu fejn għandu bżonn imur u jmexxuh pass pass, pero' l-iskop huwa dejjem ta' servizz kontinwu.", "Il-family services għandhom skop partikolari li huma mferrxin mas-servizzi kollha u jilħqu lil kull klijent skond f'liema stadju qiegħed.", "Jiġifieri qiegħed fejn qiegħed, il-klijent se jintlaħaq mill-family services.", "Aħna nemmnu ħafna li ma tistax taħdem ma' persuna individwali b'mod separat, imma trid taħdem mal-unit kollu biex tkun tista' tgħin lill-persuna tiġi 'l quddiem.", "Għar-rigward tal-prevention division, fil-preżent għandna kemm primary kif ukoll secondary prevention.", "Mil-lat ta' primary prevention nagħmlu xogħol fl-iskejjel, fil-komunita', fuq il-media, fuq il-post tax-xogħol, ma' professjonisti u anke fil-postijiet ta' divertiment, waqt li mill-aspett ta' secondary prevention, qed naħdmu bis-sħiħ ġo l-iskejjel.", "Ma rridux ninsew illi s-secondary prevention huwa proġett li għadu kemm inbeda, bil-kemm ilu sena sħiħa jaħdem, pero' minkejja dan, diġa' qiegħed iħalli riżultati partikolari.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nistgħu ngħidu li dan sar anke b'effett ta' laqgħat li kellna f'dan il-kumitat.", "SINA BUGEJA: Iva; waqt li kien hawn id-diskussjonijiet għaddejjin f'dan il-kumitat, ħarġet din il-ħtieġa u forsi dan huwa t-tajjeb ta' dawn it-tip ta' diskussjonijiet fejn jiġu identifikati lakuni u aħna nkunu pronti noffru servizz fejn ikun jidher li hemm nuqqas.", "Dan huwa l-mod kif taħdem l-Aġenzija sedqa.", "B'mod regolari nanalizzaw is-sitwazzjoni kif inhi u kull fejn insibu li hemm nuqqas, nidħlu biex noffru s-servizz tagħna għaliex nemmnu li kulħadd għandu dritt għal servizz.", "Jekk il-katina tas-servizzi tinqata', se titlef numru ta' nies f'dik il-gap li tinħoloq.", "Fil-policy and service development division, insibu r-research and evaluation unit li għalina hija ta' importanza kbira għax tgħinna nevalwaw ix-xogħol kollu li jkun qed isir fl-aġenzija.", "U hemm ukoll il-human resource development u t-training għax aħna nemmnu li ma tistax taħdem b'nies jekk ma jkunux żviluppati u mħarrġa b'mod regolari u allura f'dan is-settur isir investiment b'mod regolari.", "F'din id-diviżjoni hemm ukoll il-marketing għaliex jekk is-servizzi tagħna ma jkunux jafu bihom min għandu bżonn is-servizz, mhux se jiġu utilizzati, u fl-aħħarnett hemm il-librerija li hija għal qalbna ħafna u nżommuha updated u tintuża minn studenti u kull min iħoss li għandu bżonn jissellef xi materjal.", "Aħna daqsxejn strict għar-rigward ta' self ta' materjal u naraw li niġbru l-materjal lura għaliex inkella nispiċċaw inqassmu mingħajr ma niġbru xejn lura.", "Fir-rapport li qassamnilkom hemm pie chart li turi kif ġie mqassam il-budget li kellha l-Aġenzija sedqa għal din is-sena.", "Kif jidher mill-pie chart, 65% tal-budget jintnefaq fuq care services fejn il-maġġoranza tal-klijenti jiġu għal servizz li jeħduh direttament mingħand il-professionals tagħna; fuq policy and service development, jintnefaq 11%; fuq prevention jintnefaq 18% tal-budget u fuq l-amministrazzjoni ta' l-aġenzija b'mod sħiħ, tintnefaq 6% tas-somma globali li l-Aġenzija ngħatat din is-sena.", "Jekk inħarsu lejn il-policy and service development bħala diviżjoni partikolari, insibu li mill-budget ta' din id-diviżjoni, 50% imur għas-salarji, 9% imur għall-marketing, 19% imur għal human resource development u 22% imur għar-research and policy development.", "Għar-rigward ta' prevention, 60% tal-budget imur għas-salarji u 40% għal programmi u preparamenti ta' materjal.", "Jiġifieri dak il-materjal kollu li jitqassam kull sena, inkluż lill-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdew, jiġi pprintjat b'mod regolari bi spejjeż għall-Aġenzija sedqa.", "Paġna oħra tar-rapport tagħti analisi komparattiva bejn il-cost tas-servizz li offriet sedqa fl-1996 u li offriet fl-1999.", "Taħt il-kolonna \"cost\" ta' l-1999 hemm asterisk biex turi li l-livell tal-cost of living ta' l-1996 ġie mqabbel ma' dak ta' l-1999 bl-aspett ta' inflation imnaqqas biex inkunu nistgħu nqabblu like with like.", "Per eżempju jekk naraw kemm qed jiġi jiswa kull klijent fil-Komunita' Santa Marija, naraw li fl-1996 kull bed night kien jiswa lill-Aġenzija sedqa Lm13.17c, waqt li fl-1999 sewa lill-aġenzija Lm12.17c.", "Dan juri li fl-1999, il-finanzi ġew utilizzati b'mod aħjar.", "IĊ-CHAIRPERSON: Pero' dan mhux in real terms, hux hekk?", "SINA BUGEJA: Le, dan huwa comparison tal-finanzi kif kienu fl-1996 u fl-1999.", "Dar iż-Żerniq, ir-residential, fl-1996, per bed night kien jiswa Lm18.95c waqt li llum, qed jiswa Lm11.88c.", "Fid-Detox out-patients, fl-1996 kull contact kien jiswa Lm29.60c - hemmhekk hemm servizz qawwi ta' professjonisti bħalma huma tobba u nurses that are quite expensive to keep - waqt li fl-1999, is-servizz tad-Detox, per contact, qed jiswa Lm19.81c.", "Naħseb tajjeb li ngħidu wkoll illi l-għan kien li fid-Detox out-patients ikollna 5,500 contact mentri fir-realta' kellna 5,800 contacts.", "Jiġifieri minflok qed naħdmu at 100% capacity, qed naħdmu at 106% capacity li juri kemm qed isir xogħol b'ċertu għaqal.", "Paġna oħra tar-rapport turi l-costing exercise dwar kif intnefqu l-flus fil-Komunita' Santa Marija matul l-1999.", "Hawnhekk għandna breakdown ta' l-actual cost, jiġifieri in money terms, u llum, il-cost per occupied bed night, huwa Lm13.37c.", "Skond dan il-breakdown naraw li Lm9.41c sejrin fuq salarju ta' l-istaff, Lm1.48c fuq food, beverage and medicinals, 14c fuq maintenance and cleaning, Lm1.59c fuq utilities li jinkludu telefon, elettriku u ilma, 9c fuq trasport, 9c fuq spejjeż oħra u 57c fuq general costs apportioned mill-administration ġenerali ta' l-aġenzija.", "Jekk tgħodd dawn l-ispejjeż kollha, issib li kull klijent qed jiswielna Lm13.37c per bed night.", "Fl-1999 kellna occupancy ta' 57% u t-total f'sena sħiħa fil-Komunita' Santa Marija kien ta' 6,811 bed nights.", "F'paġna oħra naraw il-costing analysis tad-Detox out-patients li wkoll jagħti breakdown ta' l-ispejjeż kollha, u kif għedt qabel, kien qed ikollna 5,800 monthly contacts meta l-kien li jkollna 5,500 monthly contacts.", "Costing analysis ieħor huwa dak ta' Dar Żerniq li qed juri ċar kemm qed jiġi jiswa per bed night.", "F'Dar Zerniq, l-occupancy kienet ta' 40%, pero' tajjeb li wieħed jifhem li s-sodda ta' klijent li qiegħed fuq programm imma li qiegħed barra fuq leave, xorta waħda trid iżżommhielu għaliex jekk ikollu bżonn jerġa' jidħol, is-sodda trid tkun available għalih.", "La s-sodda mhux qed tintuża, m'aħniex qed ngħodduha, pero' qiegħda tinżamm għal xi ħadd.", "Hekk tajna spjega ta' kif qiegħda tonfoq il-flus tagħha l-Aġenzija sedqa.", "Fil-preżent għandna numru ta' evaluation exercises għaddejjin b'mod regolari, għandna l-client satisfaction survey u l-client outcome monitoring li nirrapportawh b'mod regolari.", "Fil-prevention, bħalissa qed nagħmlu evalwazzjoni tal-JeaNS programme, tal-programm TFAL, tal-basic course, tas-substance abuse-free employees u tat-Taħriġ Azzjoni Volontarja li jsir fil-komunita'.", "L-idea ta' l-evalwazzjoni hija li tara jekk hux qed tilħaq l-outcomes li trid tilħaq, u jekk hemm bżonn ta' tibdil, tibdilhom.", "L-evalwazzjoni nagħmluha b'mod regolari għaliex nemmnu li anke fis-soċjeta' jkun hemm għaddej tibdil b'mod regolari u jekk ma żżommx magħhom jew ma tkoprix għalihom, il-programm se jiġi obsolete; tkun qed toffri servizz meta fir-realta' ma tkunx qed toffri s-servizz li mingħalik tkun qed toffri.", "Fl-aġenzija stess, nagħmlu wkoll b'mod regolari, l-employee job satisfaction survey biex naraw x'qed iżomm lill-impjegati kuntenti jew x'qed iżommhom mhux kuntenti u nipprovaw insolvu l-problemi li joħorġu minn dan is-survey.", "Għandna wkoll assessment tools li huma standardised, per eżempju, l-Adoloscent Drug Abuse Diagnosis ADAD - u l-Addiction Severity Index - l-ASI.", "Dawn huma żewġ tools internazzjonali li ġew maqluba għal Malti u l-Aġenzija sedqa għandha l-copyright tagħhom.", "Dawn it-tools jistgħu jintużaw biss minn nies li jkunu mħarrġa fl-użu tagħhom u dawn jgħinu biex il-progress tal-klijent jiġi mkejjel b'mod standardised.", "Aħna naraw kif tkun il-persuna meta tidħol, imbagħad nerġgħu narawha ftit xhur wara, u b'hekk inkunu nistgħu naraw il-progress li għamlet.", "Punt kruċjali li nixtieq nagħmel huwa li kull ċaqlieqa, jew bidla li ssir, hija bbażata fuq dak li qed tgħid ix-xjenza.", "L-ebda tibdil u l-ebda programm fl-aġenzija ma jinħoloq sempliċement għax xi ħadd ħaseb jew ħass li hekk għandu jsir.", "Aħna dejjem naraw x'qiegħda tgħid l-evidenza xjentifika, napplikaw dik l-evidenza għall-kultura tagħna u noħorġu bi programmi fuq dak il-livell.", "Miegħu ġibt ftit eżempji ta' evaluations u ta' tools li aħna nużaw biex jekk xi ħadd ikun irid jistaqsina xi ħaġa, inkunu nistgħu nirrispondu.", "Miegħi preżenti hawn Dr. Grech, il-clinical director, u l-managers kollha, u jekk tixtiequ tagħmlu xi mistoqsijiet, naħseb li aħna ppreparati biex nirrispondu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Waħda mill-affarijiet li ħarġet f'dawn il-laqgħat, intqalet minn Dr. Grech, mill-Caritas u mill-OASI, hija li l-eta' ta' dawk li qed jiddependu fuq id-droga qiegħda tinżel.", "Ħaġa oħra li ħarġet hija li kemm il-pattern ta' dawk li qegħdin jieħdu d-droga u kemm it-tip ta' droga li qed tittieħed, qegħdin jinbidlu.", "Inti għedt li qed tagħmlu ongoing evaluation.", "Tista' tgħidilna x'patterns innotajtu u kif qed tirreaġixxu għalihom?", "Bħala Aġenzija sedqa, qegħdin tħarsu 'il quddiem biex taraw x'patterns differenti jistgħu jinħolqu?", "SINA BUGEJA: It-trends li qed naraw hawn Malta huma l-istess trends li qed jiġru f'kull pajjiż żviluppat tad-dinja.", "Jiġifieri meta aħna qed inżommu f'kuntatt regolari mar-riċerka ta' x'inhu għaddej f'pajjiżi barranin, diġa' qed naraw l-istampa ta' dak li qiegħed jiġri f'pajjiżna.", "M'għandniex żgħażagħ li huma differenti mill-kumplament tad-dinja.", "Per eżempju sa ftit snin ilu, ħadd ma kien isemmi l-ecstasy, ma kenitx trendy li tuża l-ecstasy.", "Kienet teżisti bħala sustanza pero' ma kenitx tintuża bil-mod li qed tintuża llum minn żgħażagħ f'pajjiżna.", "Allura anke mill-aspett ta' prevenzjoni naħsbu li nedukaw liż-żgħażagħ tagħna fuq il-possibiltajiet li jiltaqgħu ma' din is-sustanza.", "U meta ż-żgħażagħ jiġu d-Detox out-patients, irridu nkunu għajnejna miftuħin għal possibilitajiet ta' użu ta' sustanzi differenti.", "Per eżempju, sa ftit ilu kien jitqies li l-eroina kienet id-droga prinċipali, mentri llum nafu li l-kokaina, il-crack, hija available u tittieħed.", "It-trends li għandna hawn Malta huma l-istess trends li qed naraw f'kull pajjiż fid-dinja.", "Aħna nżommu ruħna aġġornati billi b'mod regolari nattendu konferenzi u naqraw il-letteratura li nirċievu b'mod regolari minn barra minn Malta u anke naqsmu ideat.", "Aħna nipprovaw inżommu ruħna as adjourned as is possible.", "Jekk inti ma tafx x'qiegħed jiġri, dejjem se tkun qed taħdem b'mod reattiv.", "Aħna qed nipprovaw ma nkunux dejjem reattivi, imma nipprovaw inkunu proattivi.", "La nafu x'inhi t-trend u forsi għandna l-grazzja - din id-darba se narawha bħala grazzja - li hawnhekk l-affarijiet isiru moda ftit żmien wara li jkunu diġa' moda f'pajjiżi barranin, għandna nutilizzaw dan il-perijodu biex inkunu pass 'il quddiem.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn xi ħadd li jixtieq jagħmel xi mistoqsija qabel ma mmorru fil-Parlament peress li jidher li ssejjaħ quorum?", "FRANCIS AGIUS: B'riferenza għal paġna 12 tad-dokument li qassamtilna fejn hemm comparative analysis tal-costs bejn l-1996 u l-1999, kien hemm xi żieda fin-numru ta' l-istaff?", "Qed nara li l-utilisation tbiddlet, jiġifieri bl-istess nies għamiltu iktar xogħol?", "SINA BUGEJA: Fil-fatt li żdied hu n-numru ta' klijenti.", "Irnexxielna niġbdu aktar klijenti għas-servizz.", "FRANCIS AGIUS: Jiġifieri sar aktar xogħol mill-istess grupp ta' nies.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiddispjaċini se jkolli ninterrompik, pero' hemm talba għal quorum fil-Parlament u għaldaqstant il-kumitat huwa sospiż.", "Fit-8.22 p.m. il-kumitat kien sospiż minħabba sejħa għal quorum fil-Kamra tad-Deputati u rriżuma fit-8.27 p.m.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ms. Bugeja, kellek mistoqsija.", "SINA BUGEJA: Dr. Agius staqsieni fir-realta' x'inbidel fil-komunitajiet minħabba d-different costings.", "Li ġara kien illi fil-bidu, fil-komunita' kien hemm iktar nurses li ma kenux qed jagħmlu nursing duties as such.", "Fil-preżent, għandna iktar care workers li ġew imħarrġa biex jagħmlu x-xogħol proprju ta' care worker u n-nurses huma iktar utilizzati f'postijiet oħra, bħalma huma d-Detox out-patients u d-Detox in-patients, fejn hemm bżonn nursing services.", "Biex inkomplu nkunu aktar cost effective, se nibdew niftħu d-detox fil-għaxija.", "Se jkollna ħin stipulat fejn se noffru servizz mid-Detox out-patients għaliex inħossu li l-fatt illi inti għandek unit li jagħlaq fis-2.00 p.m. jew is-2.30 p.m. u jibqa' magħluq sa l-għada fil-għodu, m'huwiex cost effective.", "Għandna possibbilta' ta' utilita' ta' post u mhux qed nutilizzawh biżżejjed.", "Dawn huma moves biex aħna nkunu dejjem iżjed cost effective.", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti għedt li fid-Detox out-patients tlajtu għal 5,821 contacts, li jfisser li ħdimtu at 106% capacity.", "Fuq xiex ibbażajtu li jkollkom 5,500 contacts?", "X'kienet il-baseline u għaliex ħadtu dik iċ-ċifra bħala l-100%?", "SINA BUGEJA: Mill-ħames snin ta' kemm ilha mwaqqfa l-Aġenzija sedqa, rajna t-trend ta' kemm kellna new cases kull sena u rajna kemm kien in-numru ta' average contacts per client.", "U minn dawk l-averages u min-numri li kellna, ħriġna bin-numru li stmajna li kien se jkollna bżonn li nagħmlu bħala kuntatti.", "Fir-realta', għalkemm l-aim tagħna kien ta' 5,500 contact, il-bżonn kien ta' 5,800.", "Daqshekk ġew nies jitolbu għas-servizz, u minflok ma nqalgħet problema, the staff was capable to cater for 5,800 contact without undue stresses minkejja li d-detox huwa post żgħir u l-kondizzjonijiet m'humiex wisq pjaċevoli biex taħdem fihom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Minn statistika li jien għandi dwar id-Detox out-patients għas-sena 1999, jidher li fl-1999 kellkom 797 referrals u l-parti l-kbira tagħhom - in fatti kien hemm 410 - kienu self-referrals, jiġifieri mhux xi ħadd qalilhom biex imorru għandkom imma ġew għandkom minn jeddhom.", "Iżżommu track ta' dawn in-nies?", "U kull min jiġi, jista' jibqa' dieħel bħala out-patient?", "Hemm xi sistema ta' appuntamenti?", "U mil-lat ta' in-patients, hemm sistema ta' waiting list?", "DR. GEORGE GRECH (Clinical Director, Aġenzija sedqa): Is-797 klijent li rreferejt għalihom, huma different clients, jiġifieri fl-1999 ġew 797 klijent.", "Fl-1999, kienu jiġu kuljum għal methadone, madwar 500 persuna.", "Prattikament, il-waiting list biex klijent ikun jista' jinkiteb, hija ta' ġimgħa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri biex jinkiteb bħala out-patient?", "DR. GEORGE GRECH: Biex jara tabib ħalli jibda t-treatment.", "Il-Maltin ġeneralment jistennew.", "Kif għedt l-aħħar darba, il-problema li għandna hija bil-barranin li jippretendu li jinqdew dak il-ħin stess.", "Din is-sitwazzjoni issa qegħdin inrażżnuha għaliex ma jistax ikun li nagħtu prijorita' lill-barranin fuq il-Maltin.", "Għar-rigward l-out-patients, m'hemmx waiting list as such, għax f'ġimgħa narawh il-pazjent.", "Naturalment, jekk lill-pazjent narawh malandat ħafna, narawh dak il-ħin stess u nagħtuh dak li hemm bżonn immedjatament, ħalli mbagħad nagħmlulu appuntament għal ftit taż-żmien wara.", "Fid-Detox in-patients, il-waiting list m'hijiex reali u se nispjega għaliex.", "Aħna nibbukkjaw lill-klijenti - per eżempju llum għandna bbukkjat sa nofs Ġunju - jiġifieri l-pazjenti li se jidħlu fid-Detox in-patients, tingħatalhom data minn qabel għax ovvjament dawn iridu jiġu ppreparati.", "L-iktar ħaġa importanti hi li naraw li l-pazjent ikun motivat biex jagħmel detox, u mbagħad irridu nkunu nafu eżattament fejn il-pazjent ikun sejjer wara.", "Jekk wieħed jidħol id-detox mingħajr ebda pjan, iċ-ċansijiet huma li ma jagħmilx id-detoxification.", "Iċ-ċansijiet huma li jfalli u wara ġurnata jew tnejn, jitlaq 'il barra.", "Għad-Detox in-patients, għandna planned admissions, jiġifieri waiting list as such m'hemmx, imma jekk ikun hemm xi ħadd li jrid jidħol bħala crisis intervention, nevalwaw is-sitwazzjoni.", "Per eżempju għandna persuna pregnant li hemm bżonn nagħtuha stabilization tal-methadone, u dik taqbeż lil kulħadd.", "Jekk ikun hemm xi alcoholic illi jkun għaddej minn sitwazzjoni kerha ħafna … Ġieli daħħalna drug addicts għal lejl wieħed jew tnejn għaliex kienu homeless u mbagħad rajna li ġew placed x'imkien.", "Imma ma tantx nixtiequ nużaw il-post bħala crisis intervention għas-sempliċi raġuni li n-nies li jidħlu fi kriżi, jistgħu jaffettwaw negattivament lill-klijenti l-oħra li jkunu ilhom ippreparati biex jidħlu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn min jixtieq jagħmel xi domanda oħra?", "Il-laqgħa tal-lum bdejniha billi smajna lir-rappreżentanti ta' l-AA u issa nixtieq nisma' iktar fuq l-alcohol services li toffri l-Aġenzija sedqa.", "SINA BUGEJA: Jekk tippermettili, nitlob lil Manuel Mangani jispjega dan il-qasam peress li huwa l-head ta' l-alcohol services u allura żgur li jista' jispjega aħjar minni s-servizzi li aħna noffru.", "IS-SUR MANUEL MANGANI (Coordinator, Alcohol Services, Aġenzija sedqa): L-alcohol services huwa ixjaħ mill-Aġenzija sedqa b'ħafna snin għaliex bdejna neżistu f'Mount Carmel Hospital iktar minn 14-il sena ilu.", "Dak iż-żmien kien hemm numru ta' pazjenti ġewwa Mount Carmel Hospital, iżda meta twaqqaf is-servizz hemmhekk, bdejna nattiraw ukoll nies barra mill-isptar.", "Minħabba l-problemi li ssemmew diversi drabi, fosthom l-istigma, aħna xtaqna nibdew noperaw barra mill-isptar, pero' kien biss wara li twaqqfet l-Aġenzija sedqa li dan sar possibbli.", "F'Jannar ta' l-1995 bdejna nagħtu s-servizzi tagħna minn Dar iż-Żerniq li għandna fil-Furjana u fil-bidu konna nagħtu minn hemmhekk kwalunkwe servizz ta' alcohol treatment, kemm dak residenzjali kif ukoll community care, u kien proprju dan l-aħħar, minn xi sitt xhur 'il hawn, li l-community service tagħna beda jingħata minn uffiċċju ieħor.", "F'dawn l-aħħar ħames snin kellna madwar 1,200 persuna li ġew riferuti għandna għall-għajnuna.", "Sfortunatament m'aħniex f'pożizzjoni li nqabblu eżattament mas-sitwazzjoni li kellna f'Mount Carmel Hospital għas-sempliċi raġuni li f'Mount Carmel ma konniex inżommu statistiċi, pero' hija ċara f'għajnejn kulħadd - ħafna minn nies li llum jaħdmu ma' l-Aġenzija sedqa kienu jaħdmu wkoll f'Mount Carmel Hospital - illi kien hemm qabża astronomika fl-għadd ta' referrals.", "Mela skop prinċipali li għalih xtaqna noħorġu mill-isptar u skop li għalih twaqqfet l-Aġenzija sedqa, jiġifieri li żżid l-aċċessibilita' tas-servizz, ċertament li nlaħaq.", "Aħna naħdmu kemm ma' nisa u kemm ma' irġiel alkoħoliċi.", "Il-proporzjon ta' nisa li jiġu għall-għajnuna huwa żgħir meta mqabbel ma' dak ta' l-irġiel, huwa ta' madwar 16%, pero' waħda mill-fenomini li nnotajna u forsi anke jimmerita investigazzjoni, hi li n-nisa jidhru li jieħdu t-treatment b'aktar serjeta'.", "Filwaqt li l-proporzjon ta' referrals ta' nisa huwa 16%, il-proporzjon tan-nisa in treatment huwa ferm ogħla minn hekk.", "Forsi wieħed mill-fatturi huwa li rnexxielna - għallinqas kien wieħed mill-iskopijiet tagħna - nagħmlu s-servizzi tagħna as female friendly as possible u waħda mill-affarijiet illi wkoll sħaqna fuqha kien li nħarrġu u ningaġġaw aktar staff femminili.", "Għal dak li jirrigwarda l-eta' tan-nies li jiġu għas-servizz, ħaġa li wieħed mill-ewwel jinnota, hi li filwaqt illi l-average age ta' dawk li qegħdin jingħataw il-kura minħabba abbuż ta' droga huwa pjuttost baxx, huwa ta' madwar 21 sena, fil-każ ta' persuni li għandhom problema minħabba l-alkoħol, huwa ogħla.", "Ħafna minn nies tagħna li huma in treatment, għandhom 'il fuq minn 40 sena.", "Naturalment dan ma jfissirx li m'għandniex żgħażagħ li qed jirċievu s-servizz, infatti mis-17-il persuna li bħalissa qegħdin jagħmlu programm ta' riabilitazzjoni, jew programm residenzjali, jew inkella programm ta' ġurnata, xi tlieta minnhom huma taħt it-30 sena, pero' l-parti l-kbira tagħhom huma ikbar fl-eta'.", "Ir-raġunijiet għal dan huma l-aktar marbutin mal-fatt illi l-addiction ta' l-alkoħol tieħu aktar żmien biex tiżviluppa, u barra minn hekk, filwaqt li l-konsegwenzi soċjali ta' l-alkoħol huma serjissimi, m'humiex tat-tip li jġiegħlu lil dak li jkun ixellef dufrejh mal-liġi kmieni ħafna, jew li jġiegħlu lil dak li jkun jinqata' ħafna mis-soċjeta', li jidħol f'sub-culture, bħalma jiġri fil-każ tad-droga.", "Il-parti l-kbira tan-nies li jiġu għat-treatment tagħna, jibqgħu jiffunzjonaw fis-soċjeta' b'mod mhux ħażin .", "Hemm inqas pressure biex jibdlu l-istil ta' ħajja tagħhom, naturalment jekk il-marda tkun għadha ma daħlitx 'il ġewwa ħafna.", "Bħalissa aħna qegħdin naħdmu ma' bejn wieħed u ieħor 100 alkoħoliku fix-xahar, pero' x-xogħol tagħna m'huwiex biss ma' min jabbuża mix-xorb, iżda wkoll mal-familji tagħhom u dan proprju għal żewġ raġunijiet.", "Waħda mir-raġunijiet hija għaliex tgħin iktar lil min jixrob jekk in-nies ta' madwaru jkunu nvoluti fit-trattament tiegħu u t-tieni nett, forsi hija iktar importanti, hija għall-fatt li min jgħix ma' xi ħadd li għandu problema tax-xorb, għandu ħafna stress u għandu dritt għal treatment in his own right.", "DR. GEORGE GRECH: Mal-medda taż-żmien kien hemm żvilupp anke mil-lat ta' referrals mill-Isptar San Luqa.", "Meta alcoholic jidħol fi kwalunkwe ward fl-Isptar San Luqa - jista' jidħol wara inċident tat-traffiku jew bi problemi fil-fwied - u l-ispeċjalisti jinformawna li daħal alcoholic, aħna immedjatament mmorru narawh.", "Dawn it-tip ta' persuni għandhom tendenza that they discharge themselves, ikunu jridu jitilqu malajr, allura aħna t-tobba, jew xi ħadd minn Dar iż-Żerniq, immorru l-isptar biex jekk jista' jkun nagħmlu kuntatt immedjat kemm magħhom u kemm mal-familja tagħhom.", "Dan kien żvilupp importanti ħafna li seħħ matul is-snin.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiġifieri ħloqtu dan in-network.", "DR. GEORGE GRECH: Ħloqna dan in-network anke mad-dipartiment mal-psikjatrija għax jekk jidħol wieħed b'overdose mid-droga jew b'overdose għax ikun ħallat l-alkoħol mal-pilloli, ġeneralment imur jarah il-psikjatra li jkun on call u t-tabib tagħna, u jekk il-każ ma jkunx purament psikjatriku, aħna nkunu nistgħu nagħtu l-intervention tagħna mill-ewwel.", "Ovvjament, imbagħad sta għall-pazjent jaċċettax jew le, imma l-intervent ikun sar.", "IS-SUR MANUEL MANGANI: Ħaġa oħra li xtaqt insemmi hija li t-treatment programme tagħna għandu bidu imma m'għandux tmiem.", "Aħna noffru life long treatment.", "Għandna nies li għadhom in contact magħna minkejja li jkunu waqfu jixorbu 11-il sena, tmien snin jew seba' snin ilu.", "Dan huwa in keeping mal-concept tagħna ta' x'inhu alkoħoliżmu.", "L-alkoħoliżmu hija marda li għalih m'hemmx kura bħalma hemm, per eżempju, għal infection.", "Wieħed jista' jitgħallem jgħix mingħajr ma jixrob, pero' bil-kondizzjoni li jibqa' jaħdem fuqu nnifsu u jibqa' f'kuntatt mas-servizzi.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-Sur Mangani qal li dawn in-nies ma jxelfux difrejhom mal-liġi kmieni daqs dawk li jabbużaw mid-droga, pero' nafu li ċertu inċidenti tat-traffiku u ċertu kwestjonijiet familjari, inkluż ċertu vjolenza, huma relatati mat-teħid ta' alkoħol.", "Imbagħad għandna wkoll nies li ma tistax issejħilhom alcoholics għax ma jixorbux alcohol kuljum, pero' dawn it-tip ta' nies jagħmlu erbat ijiem jew ħamest ijiem ma jixorbux alcohol, imbagħad is-Sibt u l-Ħadd ipattu għall-ġimgħa kollha.", "X'inhi r-relazzjoni tagħkom ma' dawn it-tip ta' nies?", "Kif taħdmu magħhom peress li dawn m'humiex addicted fis-sens li ma jistgħux jgħaddu siegħa mingħajr alcohol?", "IS-SUR MANUEL MANGANI: Inti għamilt distinzjoni importanti, pero' rrid ngħid illi l-parti kbira tan-nies li jiġu għall-għajnuna jaqgħu fil-kategorija ta' nies li huma addicted.", "Bejn 90% u 95% tan-nies li jiġu għandna huma alkoħoliċi fil-veru sens tal-kelma, iżda ċertament jeżistu ħafna iktar nies illi jabbużaw u ma jiġux għall-għajnuna.", "Jista' jkun, u din hija parti min-natura ta' l-addiction, illi qabel ma titkisser sew, ma tmurx għall-għajnuna, pero' llum din il-view qed tiġi challenged.", "Hemm min isostni li b'social marketing tajjeb, tista' tħajjar nies jiġu għall-għajnuna qabel ma jkunu laħqu l-qiegħ u għalihom, u għal dawk il-ftit li għandna li jiġu f'dan l-istat, għandna programmi differenti.", "Filwaqt illi għal min hu addicted naħdmu fuq ċerti aspetti bħalma huma riabilitazzjoni, residential programmes, life-long abstinence mill-alkoħol, eċċ., fuq nies illi għad m'għandhomx addiction pero' li jabbużaw, naħdmu magħhom b'mod differenti, per eżempju naħdmu iktar fuq livell individwali, naħdmu fuq l-underlying problems li jkun hemm madwar ix-xorb, u nagħmlu counselling ta' tip differenti.", "Jekk jirnexxielna nattiraw aktar nies li għandhom problema ta' xorb imma li għadhom m'humiex addicted, ikun hemm skop għal aktar xogħol ta' dan it-tip.", "Wieħed mill-iskopijiet għaliex il-community team tagħna ma baqax jiffunzjona minn Dar iż-Żerniq kien proprju għaliex ħassejna li l-fatt illi jkun hemm servizz 'il bogħod mill-post fejn tingħata tip ta' treatment lil hard core alcoholics jista' jwassal biex dawk li ma jidentifikawx ma' din il-kategorija ta' nies, ifittxu s-servizzi.", "Fuq il-kwestjoni ta' drink driving, in-nies li naħdmu f'dan il-kamp, għamilna snin ninsistu u nitolbu li tgħaddi liġi li tirrigwarda dan l-aspett u eventwalment saret.", "Konna daqsxejn diżappuntati għax fil-fehma tagħna kien hemm diversi affarijiet fil-liġi li setgħu saru aħjar u waħda minnhom hija illi aħna xtaqna ħafna, u għadna nixtiequ, li meta xi ħadd titteħiedlu l-liċenzja tas-sewqan, ma tingħatalux lura qabel ma jkun segwa xi forma ta' kors jew b'xi mod jew ieħor ikun għadda minn programm.", "Ovvjament mhux qed nitkellmu fuq programm residenzjali għal min m'għandux problema serja ta' alkoħol, pero' nixtiequ li l-liċenzja ma tingħatax b'mod awtomatiku.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-miżura li qed issemmi li tittieħed il-liċenzja u ma tingħatax lura qabel ma wieħed jieħu xi forma ta' kura, teżisti f'xi pajjiż ieħor?", "IS-SUR MICHAEL MANGANI: Teżisti kważi f'kull pajjiż Ewropew.", "MICHAEL FARRUGIA: Ħalli issa ngħid xi ħaġa dwar problemi li jinqalgħu fuq il-postijiet tax-xogħol minħabba problemi ta' alkoħol.", "X'relazzjoni għandha l-Aġenzija sedqa mal-health and safety unit biex wieħed ikun jista' jassessja jekk ċertu inċidenti li jiġru fuq il-postijiet tax-xogħol humiex b'xi mod jew ieħor, relatati ma' problemi ta' alkoħol?", "SINA BUGEJA: Mill-aspett preventiv, għandna s-SAFE programme li jindirizza kemm l-aspett tad-droga u kemm l-aspett ta' alkoħol fuq il-post tax-xogħol, pero' mal-health and safety department waqqafna wkoll working group.", "Aħna nħossu li għandna kontribut siewi ħafna x'nistgħu nagħtu f'dak ir-rigward, kemm mill-angolu ta' droga u kemm mill-angolu ta' alkoħol.", "L-idea tagħna hi li qabel ma l-affarijiet jiġu finalizzati, niddiskutu madwar mejda għax għandna ħafna proposti li nixtiequ nressqu.", "MICHAEL FARRUGIA: Għalkemm fejn jidħol is-sewqan wieħed jista' jitlob lis-sewwieq jagħmel il-breathalyser test jew xi test ieħor u jekk jirrifjuta l-liġi tgħid li qed jinkrimina lilu nnifsu, f'sitwazzjonijiet oħra ma tistax tagħmel l-istess.", "Tipproponu li f'każijiet fejn jidħlu health and safety fuq il-post tax-xogħol, per eżempju wara li jiġri inċident fuq il-post tax-xogħol - inċident li seta' ġie kkawżat minħabba traskuraġni jew negliġenza ta' ħaddieħor, forsi wkoll minħabba droga jew abbuż mill-alkoħol - isiru ċertu testijiet?", "Per eżempju ċertu postijiet tax-xogħol jitolbu li qabel ma wieħed jiġi mpjegat, isirlu test kontra d-droga u jekk dak it-test ma jagħmlux, ma jiġix impjegat.", "Hawn min jikkritika dan il-pass għax jgħid li din tmur kontra d-drittijiet ta' l-individwu, imma fl-istess waqt, ħaddieħor għandu wkoll id-drittijiet tiegħu u ħajtu għandha tiġi mħarsa mill-periklu li qed jikkawżalu ħaddieħor.", "Kif qegħdin tħarsu lejn dawn il-punti?", "SINA BUGEJA: L-aspett legali huwa importanti ħafna għaliex ċertu kontroll, bil-liġi u by coercion li żżommu, pero' jekk ninsew l-aspett edukattiv inkunu nsejna xi ħaġa verament importanti.", "Li jiena se nikkontrolla biss għax hemm il-liġi u hemm is-swat, huwa mod wieħed kif tilħaq ċertu skop.", "L-iskop tagħna huwa li nedukaw lin-nies.", "Id-diskussjoni tagħna qiegħda tinfetaħ b'ċertu mod għax aħna rridu li persuna li għandha problema tkun lesta tiġi 'l quddiem għall-għajnuna iktar milli tkun imbeżża' u tipprova taħbi l-problema taħt it-tapit.", "Naturalment dawn il-problemi għandhom diversi konsegwenzi.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien qed insemmi dawn l-affarijiet kollha għal raġuni waħda.", "Ilna nitkellmu fuq edukazzjoni, health promotion, ix-xogħol li jagħmlu l-Caritas, l-Aġenzija sedqa, OASI, eċċ., imma r-realta' tal-ħajja hi li s-sitwazzjoni m'hijiex sejra għall-aħjar imma pjuttost għall-agħar.", "Mela dan ifisser jew li l-approach li qed nieħdu m'hijiex waħda ideali għas-sitwazzjoni preżenti, jew inkella .… Naturalment huwa tajjeb li teduka imma milli jidher m'aħniex naslu.", "Issa jekk l-istatistika turi mod ieħor ma nafx, imma l-affarijiet qishom sejrin għall-agħar.", "Jekk mhux se nirresponsabbilizzaw lill-individwu fuq il-post tax-xogħol, fit-triq u kullimkien, we shall be missing the boat.", "SINA BUGEJA: Naqbel miegħek perfettament.", "Għandna npoġġu r-responsabbilta' fuq l-individwu, pero' jekk l-individwu li għandu problema m'hu se jsib l-ebda ħajt tal-kenn għaliex jekk se toħroġ ċara li għandu problema se jitlef ix-xogħol, dan se jagħżel li jaħbi l-problema biex iżomm ix-xogħol.", "Ma ninsewx li meta xi ħadd jitlef ix-xogħol, ikollu problemi iżjed serji.", "Jekk aħna mhux se naraw is-sitwazzjoni b'mod sħiħ imma se naraw angolu wieħed biss, m'aħniex se nsolvu l-problema.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien mhux qed ngħid illi tkeċċi mix-xogħol lil min jgħid illi huwa addicted għax-xorb.", "M'hijiex kwestjoni li wieħed jaħbi problema bħal din.", "Ħalli nieħu eżempju.", "Jekk inti għandek sewwieq ta' minibus, jew sewwieq ta' karozza tal-linja, li huwa alcoholic jew addicted għad-droga, dan huwa ta' periklu mhux biss għalih innifsu imma anke għall-passiġġieri li qed iġorr Dan jista' jikkawżalhom periklu bil-mod kif qed isuq jew bil-mod kif qed iġib ruħu fit-triq.", "Naf illi jekk se tagħmillu testijiet u ssibu pożittiv se toħloqlu problema ta' xogħol, pero' m'hijiex kwestjoni li ma jgħidlekx li għandu problema.", "Jekk jgħidli li għandu problema, merħba bih, nagħtih il-kura u jekk hu possibbli nagħtih ix-xogħol.", "Jiena wieħed minn dawk in-nies li nemmen illi jekk hemm xi ħadd li għandu vizzju, għandek tgħinu joħroġ minn dak il-vizzju, tara li ħareġ minnu u mbagħad tagħtih ix-xogħol.", "Imma jekk ma nistax nagħmillu testijiet u fil-fatt insib li għandu l-vizzju, ma nistax inpoġġih f'xogħol li jista' jipperikola lil ħaddieħor.", "SINA BUGEJA: Ikun ta' riskju għal ħaddieħor.", "DR. GEORGE GRECH: Aħna qed noffru wkoll servizz lill-alkoħoliċi li jinsabu l-ħabs.", "Lil dawk in-nies li jkollhom problema ta' kriminalita' - mhux biss li wieħed jisraq imma li jkun vjolenti, per eżempju, jfarrak il-karozzi - nagħmluhom assessment u mbagħad noffrulhom għajnuna.", "Il-kwestjoni tax-xogħol hija ftit iktar kumplikata.", "Naħseb l-iktar ħaġa importanti hu li jrid ikun hemm policy ċara.", "Lil health and safety department se nippreżentawlhom dokument importanti ta' l-ILO li proprjament jindirizza l-problema ta' l-abbuż ta' alkoħol u droga fuq il-post tax-xogħol.", "Hemm problemi legali, pero' l-ewwelnett irid ikun hemm policy ċara li l-managers, il-ħaddiema u l-unions jaqblu magħha, u t-tieni nett irridu nkunu ċari dwar ir-riżultati ta' l-eżami ta' l-urina għax jistgħu jinħolqu problemi kbar.", "Għandek żewġ blokki kbar, l-iscreening tests u l-confirmatory tests.", "Jekk dik il-problema ma tiġix solvuta, minflok ma tkun qed issolvi l-problema jista' jkun li tkun qed tkabbarha għax ikollok litigation … Per eżempju fl-Armata u fil-Korp tal-Pulizija, dawk li jinqabdu jiġu dismissed awtomatikament.", "Naqbel ma' dak li qal Dr. Farrugia u fil-fatt diġa' avviċinajna lill-Public Transport Authority u issa qed nistennew li tiġi mwaqqfa l-awtorita' biex ngħinuhom ifasslu policy, imma fl-istess ħin, kif qalet Sina Bugeja, li rridu nagħmlu hu li f'din il-policy ikun hemm engrained l-aspett ta' care.", "Għaliex jista' jagħti l-każ li jekk xi ħadd ikun jaf li jekk se jinqabad li għandu problema se jitkeċċa mix-xogħol, se jipprova jaħbi l-problema li mbagħad tista' toħroġ snin wara.", "Aħna li rridu hu li l-bniedem jiġi waħdu, imma jekk jinqabad, irridu li l-attitudni ta' min iħaddem, ta' l-unions u ta' kulħadd, tkun li dan il-bniedem jiġi offrut għajnuna.", "Fl-istess waqt, il-policy għandha tkun ċara li jekk wieħed ma jsegwix l-għajnuna ...", "MICHAEL FARRUGIA: Jien qed ngħid għal min diġa' qiegħed jaħdem.", "Jekk xi ħadd se jiġi mpjegat, speċjalment għal ċertu xogħol li jista' jpoġġi l-ħajja ta' ħaddieħor fil-periklu, u wara li jsirulu t-testijiet jinstab li hu pożittiv … Mhux qed ngħid li lil dan m'għandekx tħaddmu iżjed - allaħares naslu f'din l-assurdita' - iżda qed ngħid li għandek tgħinu biex jieħu l-kura li għandu bżonn, u mbagħad meta jkun ħareġ mill-vizzju jiġi offrut impjieg adattat u jsirlulu regular assessments ħalli jiġi żgurat li ma jerġax jaqa' fil-vizzju li kellu.", "DR. GEORGE GRECH: Naħseb kull min jaħdem f'dan il-qasam jaqbel miegħi meta ngħid li l-attitudni tal-maġġoranza kbira tal-managers Maltin hija a caring attitude.", "Meta jiltaqgħu ma' din il-problema, l-ewwel reazzjoni tagħhom ma tkunx li jqaċċtu lil dak il-ħaddiem li għandu problema, imma li jaraw jekk hemmx xi ħadd li jista' jgħinu, u jekk jista' jkun, ibegħduh minn dak it-tip ta' job li jista' jkun ta' periklu u jipprovaw jagħtuh job ieħor - f'dan il-pajjiż għandna affarijiet pożittivi wkoll - u jkunu lesti li jaċċettawh lura wara li jsegwi t-trattament.", "(Interruzzjonijiet) Naturalment hemm ċertu pożizzjonijiet li m'humiex kompatibbli.", "Ħa nsemmi bħala eżempju l-Armata.", "Fl-Armata jagħtu ħafna kas tad-drogi and rightly so, pero' l-kwestjoni ta' l-alkoħol hija pjuttost differenti għax il-kultura ta' l-alkoħol hija aċċettata.", "IĊ-CHAIRPERSON: Imma l-alkoħol m'għandux effett negattiv daqs id-droga.", "M'iniex qed ngħid li m'għandkomx raġun, imma r-realta' hi li fis-soċjeta' li ngħixu, l-alkoħol huwa iktar aċċettat.", "MICHAEL FARRUGIA: Li jinkwetani hu appuntu dak il-punt!", "Jekk nibda naċċetta din u l-oħra ma naċċettahiex ...", "DR. GEORGE GRECH: Lil Birkirkara nifirħilhom talli rebħu l-league imma x-xeni li kien hemm ta' tfal jixorbu l-birra fuq it-trakkijiet … Ma kenux tfal ta' 15 jew 16-il sena, imma kienu tfal ta' 12 jew 13-il sena.", "Kienet ħaġa ta' twerwir għalija.", "IĊ-CHAIRPERSON: Xeni li naraw ukoll f'festi.", "DR. PAUL MICALLEF (Konsulent, Caritas): Waħda mill-affarijiet li semmiet Mrs. Bugeja fil-bidu, kienet l-issue tal-coordination.", "Meta sar il-working group fl-1993 u mbagħad sar il-Meli report, l-Aġenzija sedqa kienet ġiet imwaqqfa fuq il-punt prinċipali ta' coordination.", "Nixtieq nistaqsi lil Mrs. Bugeja, at this point in time, x'tara li hu l-irwol ta' l-Aġenzija sedqa, bħala aġenzija nazzjonali, għar-rigward koordinament, speċjalment meta fil-pajjiż hawn numru ta' aġenziji li jaħdmu fil-qasam ta' l-addictive behaviour.", "Uħud minn dawn l-aġenziji m'humiex qegħdin hawn, per eżempju, l-Gamblers Anonymous ...", "IĊ-CHAIRPERSON: Kienu mistiedna.", "DR. PAUL MICALLEF: Ma rridx niftiehem li m'humiex hawn għax ma kenux mistiedna, imma għax bħalissa l-gambling qiegħed fuq moħħna minħabba li qed nagħmlu seminar proprju dwar dan.", "SINA BUGEJA: Nista' nibda billi ngħid li saru ħafna attenti biex isir koordinament iktar sħiħ milli fir-realta' forsi rnexxa.", "Insemmi, per eżempju, id-data collection.", "L-Aġenzija sedqa kienet ħadet pożizzjoni ċara li ma kienet qed tinġabar l-ebda tip ta' informazzjoni nazzjonali u allura pproponiet li tibda tinġabar.", "Ħafna aġenziji taw l-informazzjoni u konna ngħadduha, pero' qatt ma kienet informazzjoni sħiħa għax qatt ma kienet offruta minn kullimkien.", "Dak kien aspett wieħed.", "Għar-rigward ta' koordinazzjoni ta' xogħol, aħna nħarsu lejn dak li qiegħed jiġri u nipprovaw nidentifikaw il-lakuni li jeżistu.", "Iktar milli nipprovaw nirrepetu dak li diġa' jeżisti, għax naħseb li din hija l-problema prinċipali li għandna fil-pajjiż, inħarsu lejn x'hawn nieqes.", "Donnu li f'pajjiżna għandna tendenza li nħarsu lejn dak li qiegħed jaħdem u nipprovaw nagħmlu bħalu u naħseb li dik hija l-problema.", "U bħala aġenzija, aħna għamilniha ċara li bl-evalwazzjoni li ssir b'mod regolari u billi naraw it-trends ta' x'qed jiġri fil-pajjiż, nidentifikaw in-nuqqasijiet li jeżistu biex imbagħad noffru s-servizz meħtieġ.", "Eżempju li diġa' semmejt qabel huwa s-secondary prevention.", "Kien hemm kważi a cry for help għal dak is-settur.", "Dan in-nuqqas ħareġ ċar u għaldaqstant żviluppajna programm speċifikament għal dak is-settur.", "Jiena naħseb li l-bażi prinċipali għall-koordinazzjoni hija preċiżament illi kull meta niddiskutu proġetti jew programmi ġodda, naraw dak li qiegħed jaħdem u jiffunzjona, merħba bih, u nidentifikaw in-nuqqas li hawn u flimkien naraw kif nistgħu nimlew il-gaps li jkunu jeżistu.", "SINA BUGEJA: Illum teżisti l-kummissjoni nazzjonali u naħseb li huwa r-remit tagħha li tagħmel din it-tip ta' koordinazzjoni.", "Jiena ngħid li tpoġġi fuq il-mejda dak li qiegħed jagħmel kulħadd - ċertament mhux biex wieħed jgħid li dak li qed jagħmel hu, hu tajjeb u dak li qed jagħmel ħaddieħor hu ħażin; ma naħsibx li dak huwa l-argument - u flimkien naraw fejn hawn nuqqas.", "Importanti li dan isir għax kulħadd għandu riżorsi limitati, kemm dawk finanzjarji u kemm dawk umani.", "Fejn nidentifikaw nuqqas, naħseb nistgħu b'mod matur ngħidu li jiena nista' noffri din il-biċċa u inti tista' toffri dik il-biċċa.", "Naħseb nistgħu wkoll niżviluppaw programmi li naħdmu fuqhom flimkien, pero' biex isir hekk, ħadd ma jrid ikollu aġenda varja, kulħadd irid ikollu skop wieħed.", "Fl-aħħar mill-aħħar, qed naħdmu f'soċjeta' li għandha ċertu problemi u li aħna nħossu li nistgħu ngħinuha lil din is-soċjeta'.", "Jekk inpoġġu kollox fuq il-mejda u naraw verament x'għandu bżonn il-pajjiż, inkunu kapaċi nidentifikaw x'inhu n-nuqqas u imbagħad naraw kif flimkien nistgħu noħolqu dak li hemm bżonn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għal-lum se nieqaf hawnhekk.", "Jekk hawn xi ħadd preżenti f'din il-Kamra li jixtieq jagħmel xi mistoqsija biex tinġabar aktar informazzjoni u biex inpoġġu rasna iktar flimkien, nistiednu jibgħat il-mistoqsijiet tiegħu lilna bħala kumitat ħalli mbagħad nagħmluhom aħna.", "Interessanti ħafna li kellna lilkom it-tnejn hawnhekk tistaqsu mistoqsijiet lil xulxin.", "(Interruzzjonijiet)", "Jien napprezza li jkun hawn opinjonijiet u fatti li forsi jkunu jridu jiġu questioned.", "Kif għedt, jekk hawn min għandu xi mistoqsijiet li jixtieq li aħna nikkonsidraw u nagħmluhom lill-aġenzija konċernata, jista' jibgħathomna.", "Naturalment wieħed jirrikonoxxi li kull għaqda li taħdem f'dan il-qasam qed tagħmel l-almu tagħha għall-ġid tal-poplu tagħna.", "Il-ġimgħa d-dieħla m'aħniex se niltaqgħu u tirċievu l-aġenda għal-laqgħa li jmiss aktar tard.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-9.05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000509_032d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 9 ta' Mejju, 2000", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.13 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 31 li saret fit-2 ta' Mejju, 2000 kienu konfermati.", "SERVIZZI FIL-QASAM TA' L-ADDICTIVE BEHAVIOUR", "Il-Kumitat irriżuma mit-2 ta' Mejju 2000 id-diskussjoni dwar servizzi fil-qasam ta' l-addictive behaviour.", "Ic-Chairperson informat lill-Kumitat bl-informazzjoni li ġabret b'riferenza għall-punti mqajma fl-aħħar laqgħa dwar ħlas ta' benefiċċji soċjali lil priġunieri, u nformat ukoll lill-Membri li l-kumitat kien irċieva dawn id-dokumenti mingħand l-Aġenzija sedqa:-", "Sedqa biennial report 1997-1998; u", "dawn id-dokumenti mingħand is-Sense Group:-", "Tagħrif dwar The Sense Group flimkien ma' kopja ta' reklami li l-istess grupp għamlu; u", "Żewġ videos biex jgħinu lill-ġenituri jedukaw lill-uliedhom dwar abbuż minn aħkoħol.", "Il-Kumitat stieden lir-rappreżentanti ta' l-Alcoholics Anonymous jieħdu sehem fid-diskussjoni u ppreżentaw lill-Kumitat dokumenti li ġew ippubblikati mill-istess għaqda, flimkien ma' kopja ta' ittra mibgħuta mid-Dipartiment tas-Saħħa b'riferenza għall-post li l-AA kienu jokkupaw fi Strada Stretta, il-Belt Valletta u ittra mibgħuta mill-AA lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali dwar l-istess suġġett.", "Fis-7.32 p.m. il-Kumitat kien sospiż minħabba sejħa għal quorum fil-Kamra tad-Deputati u rriżuma fis-7.37 p.m.", "Il-Kumitat stieden ukoll lil Ms Sina Bugeja, Chief Executive, Dr George Grech, Clinical Director u lis-Sur Manuel Mangani, Head of alcohol services fl-Aġenzija sedqa jieħdu sehem fid-diskussjoni.", "Ms Sina Bugeja ppreżentat lill-Kumitat rapport dwar l-Aġenzija sedqa – \"The National Agency against drug and alcohol abuse\"", "Fit-8.22 p.m. il-Kumitat kien sospiż minħabba sejħa għal quorum fil-Kamra tad-Deputati u rriżuma fit-8.27 p.m.", "Dr Paul Micallef, Konsulent mal-Caritas, għamel ukoll intervent waqt din il-laqgħa.", "Fid-9.05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "PAULINE ABELA GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000509_032m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 30", "It-Tlieta, 6 ta' Ġunju 2000, fil-5.30 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 6 ta' Ġunju 2000, fil-5.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "5 ta' Ġunju 2000 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000606_030a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 6 ta' Ġunju 2000", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fil-5.33 p.m.", "Mr Speaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Carmelo Abela, l-Onor Frederick Azzopardi u l-Onor George Vella.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 29 li saret fit-8 ta' Mejju 2000, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li:", "(i) l-Kamra tkompli bid-diskussjoni fl-istadju ta' Kumitat fuq l-Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (Abbozz Nru 71) u, meta jkun qed jiltaqa' l-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi biex jiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir (Abbozz Nru 56), il-Kamra tgħaddi biex tiddiskuti t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili (Abbozz Nru 30); warajhom tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Abbozz Nru 58), l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat (Abbozz Nru 72); u", "(ii) minflok is-seduti ta' nhar l-Erbgħa, 7 ta' Ġunju, festa pubblika, għandhom isiru żewġ seduti nhar il-Ġimgħa, 16 ta' Ġunju 2000.", "L-Onor George Vella qajjem il-punt dwar ftehim li kien intlaħaq fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin li ssir talba lill-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra sabiex id-Draft National Plan for the Adoption of the Acquis jiġi diskuss fil-Kamra.", "Fis-6.03 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000606_030m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 31", "It-Tnejn, 19 ta' Ġunju 2000, fil-5.30 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 19 ta' Ġunju 2000, fil-5.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "16 ta' Ġunju 2000 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000619_031a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 19 ta' Ġunju 2000", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fil-5.32 p.m.", "Mr Speaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Victor Galea Pace, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor George Vella.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 30 li saret fis-6 ta' Ġunju 2000, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Għall-proposta tal-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali li d-dibattitu fuq id-Draft National Plan for the Adoption of the Acquis isir nhar il-Ħamis, 8 ta' Ġunju 2000, l-Onor George Vella informa lill-Kumitat li peress li l-Oppożizzjoni ma kinitx ġiet informata qabel b'din il-proposta, ikun aħjar jekk l-ewwel tiġi diskussa fil-Grupp Parlamentari.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li d-dibattitu fuq ir-riżoluzzjoni dwar it-trasferiment ta' artijiet isir il-Ħamisf'seduta li tibda mid-9.00 a.m. sa l-10.00 p.m. b'waqfa bejn is-2.00 p.m. u l-5.00 p.m. L-Onor Joe Mizzi informa lill-Kumitat li għal dan id-dibattitu l-Oppożizzjoni kienet tinħtieġ tliet seduti li jkunu jinkludu l-ħin tal-mistoqsijiet u l-aġġornament, u għaldaqstant il-proposta tal-Gvern ma kinitx aċċettabbli.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li l-programm tax-xogħol parlamentari jibqa' l-istess bħal dak indikat fil-laqgħa preċedenti, bil-possibbilta' li tibda ssir seduta nhar ta' Tnejn fil-għodu u żewġ seduti nhar ta' Ġimgħa.", "Fil-5.51 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000619_031m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 17 ta' Lulju 2000", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fil-5.33 p.m.", "Mr Speaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Victor Galea Pace, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor George Vella.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 31 li saret fid-19 ta' Ġunju 2000, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li:-", "1. wara li jintemm id-dibattitu fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi - Abbozz Nru 76 - il-Kamra tgħaddi għad-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' ta' l-Istatistika ta' Malta - Abbozz Nru 64 - u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Abbozz Nru 61;", "2. il-Kamra taġġorna għall-vaganzi tas-sajf nhar il-Ġimgħa, 28 ta' Lulju, u terġa' tiltaqa' nhar it-Tnejn, 18 ta' Settembru; u li", "3. sa l-aħħar ta' Settembru possibbilment tkun ġiet diskussa r-riżoluzzjoni dwar il-konfini elettorali u d-Draft National Plan for the Adoption of the Acquis.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor Joe Mizzi dwar proposta li kienet saret mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li b'koperazzjoni bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra jitħejja abbozz ta' liġi dwar id-drittijiet ta' l-annimali, il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali rriżerva li jgħaddi lill-Oppożizzjoni d-deċiżjoni tal-grupp parlamentari tan-naħa tal-Gvern li kellu jiddiskuti din il-proposta.", "Fil-5.54 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000717_032m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 33", "It-Tlieta, 19 ta' Settembru 2000, fil-5.30 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 19 ta' Settembru 2000, fil-5.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "18 ta' Settembru 2000 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000919_033a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 19 ta' Settembru 2000", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fil-5.34 p.m.", "Mr Speaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Victor Galea Pace, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor George Vella.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 32 li saret fis-17 ta' Lulju 2000, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li:-", "1. l-Erbgħa, 20 ta' Settembru, ma jkunx hemm seduti tal-Parlament, u l-Kamra terġa' tiltaqa' nhar il-Ġimgħa, 22 ta' Settembru, b'seduta fil-għodu u oħra fil-għaxija, u li għal dawk is-seduti u għal matul il-ġimgħa ta' wara, l-Abbozzi ta' Liġi li kienu jidhru fuq l-aġenda kellhom jibqgħu jidhru fl-istess ordni;", "2. il-mozzjoni dwar tibdil fil-konfini tad-distretti elettorali tiġi diskussa nhar l-Erbgħa, 27 ta' Settembru;", "3. il-mozzjoni ta' l-Onor Jose' Herrera dwar Avviż Legali Nru 124 ta' l-2000 tiġi diskussa nhar il-Ħamis, 28 ta' Settembru; u li", "4. id-diskussjoni fuq il-programm nazzjonali għall-adozzjoni ta' l-acquis (NPAA) isir fi tmien seduti matul il-ġimgħa bejn it-2 u s-6 ta' Ottubru, b'mod li jkun hemm żewġ seduti t-Tnejn, it-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ġimgħa.", "Il-Kumitat qabel li:", "1. tittieħed seduta waħda għad-diskussjoni fuq il-mozzjoni dwar tibdil fil-konfini tad-distretti elettorali, bl-arranġament li jekk ikun hemm bżonn, is-seduta titwal ftit sakemm tintemm id-diskussjoni;", "2. tittieħed seduta waħda għad-diskussjoni fuq il-mozzjoni ta' l-Onor Jose' Herrera dwar Avviż Legali Nru 124 ta' l-2000; u li", "3. l-ħin tad-diskussjoni fuq l-NPAA jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor George Vella, il-Kumitat iddiskuta fil-qosor il-punt dwar il-korrettezza legali ta' artiklu f'liġi li kienet għadha kemm għaddiet mill-Parlament, l-Att ta' l-2000 li jemenda l-Att dwar Bastimenti Merkantili, liema artiklu jittratta r-ratifika ta' diversi trattati mingħajr diskussjoni fil-Parlament.", "L-Onor Joe Mizzi qajjem il-punt li wara l-inċidenti li kienu ġraw dak inhar, fejn membri tal-moviment Greenpeace kienu telgħu fuq il-bejt tal-Palazz u niżlu bi ħbula mal-faċċata ta' l-istess Palazz, u fejn persuna kienet daħlet bi żball fis-Sala tal-Parlament, kien hemm bżonn li tiġi riveduta s-sitwazzjoni tas-sigurta' fil-Palazz.", "Mr Speaker informa lill-Kumitat li l-Commonwealth Parliamentary Association (CPA) kienet stiednet lill-Parlament jinnomina persuna jew tnejn, eskluż Membri Parlamentari, sabiex jattendu l-Millennium Youth Parliament li s-CPA se torganizza bejn it-22 u l-24 ta' Novembru 2000.", "Il-Whips taż-żewġ gruppi parlamentari aktar tard kellhom jissuġġerixxu parteċipant/i għal din l-attivita'.", "Fis-6.01 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20000919_033m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 34", "It-Tnejn, 9 ta' Ottubru 2000, fil-5.30 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 9 ta' Ottubru 2000, fil-5.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "9 ta' Ottubru 2000 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20001009_034a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 9 ta' Ottubru 2000", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fil-5.35 p.m.", "Mr Speaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Victor Galea Pace, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor George Vella.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor George Vella, il-Kumitat qabel li fit-tieni paġna tal-Minuti ta' Laqgħa Nru 33 li saret fid-19 ta' Settembru 2000, wara l-kliem \"jittratta r-ratifika ta' diversi trattati\" għandu jiżdied il-kliem \"mingħajr diskussjoni fil-Parlament\".", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 33 li saret fid-19 ta' Settembru 2000, kif emendati, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li:-", "1. l-Parlament ikompli bid-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol – Abbozz Nru 63; u li", "2. d-diskussjoni fuq il-Mozzjoni ta' l-Onor Angelo Farrugia dwar l-avviżi legali li jirregolaw it-tariffi fil-qrati kellha ssir nhar il-Ħamis, 19 ta' Ottubru, fejn il-ħin tad-diskussjoni jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-winding up għall-Oppożizzjoni, u bir-riżerva li jekk ikun hemm bżonn, il-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol jitwal bi ftit sakemm tintemm id-diskussjoni.", "Fuq il-punt imqajjem mill-Onor George Vella fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat, dwar il-korrettezza legali ta' artiklu fl-Att ta' l-2000 li jemenda l-Att dwar Bastimenti Merkantili, liema artiklu jittratta r-ratifika ta' diversi trattati mingħajr diskussjoni fil-Parlament, il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li l-pożizzjoni baqgħet li dawk it-trattati li skond l-Att dwar ir-Ratifika ta' Trattati jinħtieġ li jiġu approvati mill-Parlament, xorta waħda jkunu jridu jiġu diskussi fil-Parlament.", "Fil-5.56 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20001009_034m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 35", "It-Tnejn, 30 ta' Ottubru 2000, fil-5.30 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 30 ta' Ottubru 2000, fil-5.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra.", "27 ta' Ottubru 2000 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20001030_035a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 30 ta' Ottubru 2000", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fil-5.35 p.m.", "Mr Speaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 34 li saret fid-9 ta' Ottubru 2000, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li wara li tintemm id-diskussjoni fl-istadju ta' Kumitat fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol (Abbozz Nru 63), il-Kamra tgħaddi biex tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi (Abbozz Nru 68); segwita bid-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana (Abbozz Nru 70), it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Abbozz Nru 66), u t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali (Abbozz Nru 74).", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa wkoll lill-Kumitat li għadd ta' Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra kienu se jattendu l-laqgħa ta' l-Assemblea għall-Parlamentari tal-pajjiżi membri tal-Ġnus Magħquda li se ssir f'Ruma fl-4 u l-5 ta' Novembru 2000 fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Kristjaneżmu.", "Għaldaqstant fis-seduta ta' fil-għaxija ta' l-Erbgħa 1 ta' Novembru 2000, il-Parlament kellu jaġġorna għal nhar it-Tnejn 6 ta' Novembru 2000, fis-6.00 p.m.", "Fis-5.45 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20001030_035m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 33", "It-Tlieta, 31 ta' Ottubru 2000 f'nofsinhar", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 31 ta' Ottubru, 2000 f'nofsinhar fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni mill-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali, tal-Community Mental Health Strategic Plan.", "27 ta' Ottubru, 2000 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20001031_033a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 33", "It-Tlieta, 31 ta' Ottubru, 2000", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 33", "It-Tlieta, 31 ta' Ottubru, 2000", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fn-12.32p.m.", "MICHAEL FARRUGIA: Sinjura President, qabel nibdew nixtieq inqajjem punt, pero' la m'aħniex f'laqgħa bħal tas-soltu, forsi ningħata permess inqajjem dan il-punt f'laqgħa oħra.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Il-punt jirrigwarda l-minuti?", "MICHAEL FARRUGIA: Le, mhux fuq il-minuti, fuq l-andament tal-kumitat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela ħalli l-ewwel ngħaddu għall-konferma tal-minuti.", "MICHAEL FARRUGIA: Basta ningħata permess inqajjem dan il-punt f'laqgħa oħra u ma jingħadx li l-punt kelli nressqu f'din il-laqgħa bħala l-ewwel laqgħa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Alright.", "Il-minuti jistgħu jiġu konfermati?", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 32 li saret fid-9 ta' Mejju, 2000 ġew konfermati.", "IC-CHAIRPERSON: Nixtieq nibda billi nirringrazzja mhux biss lill-membri tal-kumitat u lill-Onor.", "Frederick Azzopardi li qed jissostitwixxi lill-Onor.", "Jean Pierre Farrugia li kellu impenn xi mkien ieħor u allura ma setax jattendi, imma lill-membri tal-Kummissjoni Nazzjonali dwar is-Saħħa Mentali, lill-membri mill-management team ta' Mount Carmel Hospital u lil Prof. Mark O'Callaghan li ħadmu fuq id-dokument li llum ġew biex jippreżentawlna - \"A strategy for community mental health services\".", "Din l-istrateġija li kienet tissemma fid-dokument \"National Policy on Mental Health Service\" li ħareġ fl-1995, donnu li ma qabditx, pero' jidher li issa għandna xi ħaġa iktar konkreta.", "Ma nistax nikkummenta fuq l-istrateġija nnifisiha għaliex id-dokument għadni kif irċevejtu, pero' llum qegħdin nistennew presentation min-naħa tagħkom to have an outline of the strategy.", "Jien nixtieq li 'l quddiem – wara li nkunu rajna d-dokument bil-kalma kollha - ikollna laqgħat apposta tal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali biex nidħlu fid-dettall ta' dan id-dokument u nressqu xi mistoqsijiet li jista' jkollna.", "Qed nieħu gost li wasalna f'dan l-istadju għaliex importanti li lill-persuni li għandhom problemi ta' saħħa mentali nagħtuhom il-kura li jkollhom bżonn.", "L-Isptar Monte Carmeli se jibqa' jkollna bżonnu għaliex f'ċerti mumenti n-nies bi problemi ta' saħħa mentali se jkollhom bżonn il-kura ta' sptar, pero' ma jfisssirx li dawn in-nies għandhom bilfors jiġu istituzzjonalizzati minħabba nuqqas ta' servizzi fil-komunita'.", "Jekk ikollhom bżonn jidħlu l-isptar, ħalli jidħlu, imma ż-żmien tagħhom fl-isptar għandu jkun the minimum possible.", "Għandhom jibqgħu l-isptar sakemm ikollhom bżonn il-kura u mhux jitħallew hemmhekk minħabba nuqqas ta' servizzi fil-komunita'.", "Ladarba jkunu ħadu l-kura u tkun ħadmet fuqhom, għandhom jerġgħu lura fil-komunita'.", "Ovvjament faċli tgħid li min jista' jmur lura fil-komunita' għandu jmur lura fil-komunita', pero' dawn jibqa' jkollhom bżonn numru ta' servizzi li huma multi-dixxiplinarji.", "Mhux biżżejjed li jkun hemm psikjatra on call, mhux biżżejjed li jkun hemm social worker, imma jrid ikun hemm team ta' nies professjonali għax il-bżonnijiet ta' dawn in-nies m'humiex kollha l-istess.", "Il-bżonnijiet ta' dawn in-nies huma diversi.", "M'hijiex kwestjoni li servizz wieħed se jolqot lil kulħadd.", "Ma tistax tolqot lil kulħadd b'ġebla waħda.", "Naf li l-kummissjoni diġa' bdiet tagħmel il-ħidma tagħha fil-komunita' permezz ta' ftehim li għamlet ma' Villa Chelsea.", "Nies li kienu fl-Isptar Monte Carmeli issa qegħdin joqogħdu fi flats għax ir-raġuni li dawn kienu fl-isptar kien proprju għax ma kellhomx fejn joqogħdu u mhux għax kellhom bżonn xi kura li trid tingħata fl-isptar.", "Veru li n-numru għadu żgħir, jiġifieri m'huwiex il-każ li aħna ferħanin b'din is-sitwazzjoni and so we may rest on our laurels, but at least, it is a start.", "L-għan tagħna hu li nkomplu nkabbru dan in-network, din ix-xibka, biex niġbru fiha l-ikbar numru ta' nies li nistgħu.", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb li jkun unfair għad-diversi gvernijiet li kellna fl-aħħar snin jekk ngħidu li qatt ma sar xejn fil-qasam ta' community mental health care.", "Veru li ma kienx hemm dokument li jispeċifika strateġija, imma jekk ngħidu li fl-aħħar ħames snin ma sar xejn f'dan il-qasam, ma nkunux qed ngħidu l-verita'.", "IĊ-CHAIRPERSON: Issa għandna strateġija li tkopri perijodu ta' għaxar snin, pero' naturalment din ma tistax isseħħ mil-lum għal għada għax hemm diversi konsiderazzjonijiet li jridu jiġu kkonsidrati.", "MARK O'CALLAGHAN (Konsulent, Kummissjoni Nazzjonali dwar is-Saħħa Mentali): The strategy document is divided in two parts.", "Fis-1.25 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20001031_033d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 31 ta' Ottubru, 2000", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fn-12.32 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 32 li saret fid-9 ta' Mejju, 2000 kienu konfermati.", "Il-Kumitat stieden lil Prof Mary Therese Podesta', Chairperson tal-Kummissjoni Nazzjonali dwar is-Saħħa Mentali, u lil Prof Mark O'Callaghan, konsulent imqabbad mill-istess kummissjoni, jagħmlu l-preżentazzjoni tagħhom dwar il-community mental health strategic plan.", "Prof Mark O'Callaghan ippreżenta lill-Kumitat kopja ta' dokument intitolat \"A stragegy for community mental health services\".", "Matul il-laqgħa tkellem ukoll Dr A J Amato Gauci, membru tal-Management Team ta' l-Isptar Monte Carmeli.", "Fis-1.25 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "PAULINE ABELA GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20001031_033m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 36", "L-Erbgħa, 15 ta' Novembru 2000, fil-5.30 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 15 ta' Novembru 2000, fil-5.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra.", "14 ta' Novembru 2000 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20001115_036a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 15 ta' Novembru 2000", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fil-5.36 p.m.", "Mr Speaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Carmelo Abela, l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Mario Galea u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 35 li saret fit-30 ta' Ottubru 2000, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "L-Onor Mario Galea, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, informa lill-Kumitat li wara konsultazzjoni man-naħa ta' l-Oppożizzjoni, kien intlaħaq qbil dwar l-iskeda ta' seduti għad-diskussjoni ta' l-Estimi ta' Awtoritajiet u Korporazzjonijiet li jridu jiġu diskussi fil-Kamra u dwar is-seduti li fihom isir id-dibattitu dwar il-Budget 2001.", "L-uniku tibdil li kien se jkun hemm mill-Iskeda provviżorja li kienet tqassmet kien li nhar il-Ġimgħa, 24 ta' Novembru minflok żewġ seduti se jkun hemm waħda biss fil-għaxija li fiha jiġu diskussi l-Estimi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, filwaqt li nhar il-Ħamis, 30 ta' Novembru, ikun hemm seduta fil-għodu għad-diskussjoni dwar l-Estimi ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta, u seduta fil-għaxija għad-diskussjoni fuq l-Estimi ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor Joe Mizzi, in-naħa tal-Gvern informat lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li possibbilment l-aħħar ġurnata tal-Parlament qabel ma jaġġorna għall-vaganzi tal-Milied tkun it-12 ta' Diċembru 2000.", "Il-Kumitat għadda biex jiddiskuti diversi talbiet li kienu saru minn tliet stazzjonijiet differenti tat-televiżjoni għal trasmissjonijiet mill-Palazz fi żmien il-Budget.", "Il-konklużjoni tad-diskussjoni kienet li fir-rigward ta' filming kellhom jiġu segwiti l-istess arranġamenti li saru fis-snin preċedenti.", "Fis-6.02 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20001115_036m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 34", "It-Tlieta, 21 ta' Novembru 2000 fis-7.00 p.m.", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 21 ta' Novembru 2000 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Servizzi fil-qasam ta' l-addictive behaviour - kontinwazzjoni.", "14 ta' Novembru 2000 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20001121_034a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 34", "It-Tlieta, 21 ta' Novembru, 2000", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 34", "It-Tlieta, 21 ta' Novembru, 2000", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-7.13 p.m.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Fl-aħħar laqgħa li kellna fil-31 ta' Ottubru, jien xtaqt inqajjem punt imma minħabba li dik il-laqgħa ma kenitx se tieħu fit-tul, kien se jkollna biss presentation tal-community mental health strategic plan, jien kont tlabt il-permess li nkun nista' nqajjem dak il-punt fil-laqgħa li jmiss li hija proprju llum, iżda fil-minuti m'hawn xejn imniżżel dwar dan.", "IĊ-CHAIRPERSON: Veru li dan il-punt m'huwiex imniżżel fil-minuti, pero' dakinhar jien għamilt commitment u ovvjament se noqgħod għalih.", "Naf li dakinhar xtaqt tqajjem xi punt u minħabba n-natura ta' dik il-laqgħa, bi qbil iddeċidejna li tipposponih għal-laqgħa tal-lum.", "Nistgħu l-ewwelnett napprovaw il-minuti?", "MICHAEL FARRUGIA: Iva, il-minuti jistgħu jiġu approvati.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 33 li saret fil-31 ta' Ottubru, 2000 ġew approvati.", "MICHAEL FARRUGIA: Nibda biex ngħid li wara l-aħħar laqgħa li kellna fid-9 ta' Mejju, iċ-Chairperson ta' dan il-kumitat kienet irċeviet ittra mingħand l-Onor.", "Evarist Bartolo biex tiġi diskussa l-kwestjoni tat-trade schools li jekk m'iniex sejjer żball, kienet qamet lejn l-aħħar ta' Mejju.", "Kienet intalbet li ssir diskussjoni pubblika biex wieħed ikun jista' jevalwa b'mod miftuħ id-deċiżjoni tal-gvern dwar il-qagħda tat-trade schools, iżda t-talba ma kenitx ġiet milqugħa.", "Naħseb li jkun tajjeb li jkollna kjarifika ta' dik id-deċiżjoni.", "Irrid ngħid ukoll li ħadd min-naħa ta' l-Oppożizzjoni ma kien konsultat jekk f'dan il-kumitat għandhiex issir diskussjoni dwar il-qagħda tat-trade schools.", "Inħoss li kien ikun iktar etiku li kieku dik l-ittra ġiet riferuta lill-membri ta' dan il-kumitat ħalli d-deċiżjoni jekk għandniex niddiskutu dak is-suġġett jew le, tittieħed flimkien.", "Naħseb għalissa nista' nieqaf hawnhekk ħalli nisma' l-opinjoni tas-Sinjorija Tiegħek.", "IĊ-CHAIRPERSON: Kif qed tgħid inti, jien kont irċevejt ittra mingħand l-Onor.", "Bartolo u wara li rajt il-kontenut ta' dik l-ittra - m'għandix l-ittra quddiemi u allura ma nistax nidħol fid-dettall tal-kontenut - u għamilt il-verifiki tiegħi, ma deherlix li kelli nlaqqa' dan il-kumitat.", "Pero' din id-deċiżjoni ma żammejthiex għalija u kkomunikajt ma' l-Onor.", "Bartolo b'mod uffiċjali billi ktibtlu personalment.", "Naturalment l-ittra kienet pubblika, pero' min-naħa tal-membri tal-kumitat, ma kellix reazzjoni oħra u allura waqaft hemmhekk.", "MICHAEL FARRUGIA: Nammetti li fil-fatt kienet pubblika imma nħoss li ittri li tirċievi ċ-Chairperson, speċjalment ittri ta' dan it-tip, għandhom jiġu riferuti lill-membri kollha tal-kumitat.", "Dan il-punt jien ridt inqajmu dawk iż-żmenijiet meta din l-issue kienet għadha friska - għalkemm għadha attwali anke llum - pero' ma kien hemm l-ebda okkażjoni biex id-deċiżjoni li ħa l-gvern dwar it-trade schools tiġi diskussa b'mod pubbliku.", "Bħall-Onor.", "Bartolo, jien ukoll inħoss li s-social affairs committee huwa l-post fejn dibattitu jista' jsir bl-iktar mod liberu, fejn jinstemgħu r-rappreżentazzjonijiet ta' dawk kollha involuti, inkluż ta' l-uffiċjali fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni.", "Jien inħoss li dik l-ittra kellha tiġi riferuta lill-membri kollha qabel ma ttieħdet deċiżjoni.", "Ħaġa oħra li rrid ngħid hija li minn dakinhar sal-lum, ma kienx hemm okkażjoni fejn stajna nqajmu dan il-punt.", "Veru li kien hemm ċirkostanzi li żammu lil dan il-kumitat milli jiltaqa', b'mod partikolari d-diskussjoni b'tema soċjali li kienet għaddejja fil-Kamra tad-Deputati qabel ir-recess tas-sajf, imma kien hemm żmien meta ma kenux għaddejjin dawk id-diskussjonijiet u xorta ma ltqajniex.", "U allura l-punt li wieħed ried iqajjem biex juri l-oġġezzjoni tiegħu, ma setax jitqajjem qabel.", "Illum hija l-ewwel darba li qed niltaqgħu f'dan il-kumitat wara aktar minn sitt xhur u allura illum hija l-ewwel opportunita' li b'mod formali nistgħu noġġezzjonaw għad-deċiżjoni li ttieħdet miċ-Chairperson li dan is-suġġett ma jiġix diskuss f'dan il-kumitat.", "Jien xorta għadni nsostni li l-issue tat-trade schools għandha tkun diskussa fil-kumitat dwar l-affarijiet soċjali, għandha tkun diskussa bl-iktar mod apert u d-deċiżjoni tiġix diskussa jew le, ma kellhiex tittieħed miċ-Chairperson waħedha.", "Safejn naf jien, kien hemm offerta anke min-naħa tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni li din tiġi diskussa.", "Il-forum fejn din il-kwestjoni setgħet tiġi diskussa, huwa proprju fil-kumitat dwar l-affarijiet soċjali.", "Il-kumitat għall-affarijiet soċjali twaqqaf biex jiddiskuti affarijiet ta' natura soċjali u nħoss li d-deċiżjoni meħuda mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni dwar it-trade schools, taqa' fl-ambitu ta' affarijiet soċjali.", "Inħoss li din id-deċiżjoni kellha tkun diskussa bl-iktar mod miftuħ ħalli wieħed jara dak kollu li wassal għal din id-deċiżjoni u mhux nispiċċaw biex il-qasam ta' l-edukazzjoni ta' pajjiżna jsir qisu yo-yo, fejn gvern ineħħi t-trade schools u gvern ieħor jerġa' jiftaħhom u nispiċċaw nilagħbu bit-tfal tagħna.", "Hawnhekk niddiskutu kif se nipproteġu lill-uliedna, kif se nipproteġu s-soċjeta' tagħna.", "Ma nħossx li hija sewwa jekk bil-politika stess li nkunu qegħdin inħaddmu nilagħbu bit-tfal tagħna.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan huwa l-forum ideali biex niddiskutu l-aħjar mod kif nistgħu nagħmlu t-tibdil neċessarju.", "Huwa l-forum fejn kulħadd ikollu l-opportunita' jifhem x'wassal biex jittieħdu ċertu deċiżjonijiet, inkluż deċiżjonijiet fil-qasam ta' l-edukazzjoni, b'mod partikolari fis-settur ta' l-iskejjel tas-snajja' li huwa daqstant importanti.", "Ma naqbilx mad-deċiżjoni taċ-Chairperson, deċiżjoni ta' persuna waħda u mhux tal-membri kollha tal-kumitat, li ma niddiskutux l-issue.", "IĊ-CHAIRPERSON: Id-deċiżjoni kienet tiegħi wara li wiżint is-sitwazzjoni.", "Veru li kif qed tgħid inti llum hija l-ewwel darba li stajt tqajjem dan il-punt b'mod formali, pero' kien hemm avenues oħra li setgħu ġew użati.", "Setgħet saret talba minn membri tal-kumitat biex jien nirrevoka d-deċiżjoni li kont ħadt, jew inkella din il-kwestjoni setgħet tressqet fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra biex tintwera x-xewqa li d-deċiżjoni li kont ħadt jien tiġi revokata.", "U jekk kif qed tgħid int, dan is-suġġett għadu attwali u tixtiequ li dan il-kumitat jiddiskuti l-qagħda tat-trade schools - illum il-ġurnata t-technology subjects huma option li qed jiġu mgħallma fl-iskejjel kollha u mhux biss fit-trade schools - jien lesta li nlaqqa' dan il-kumitat biex proprju niddiskutuh man-nies involuti.", "Lesta wkoll li nistiednu mhux biss lil dawk in-nies li jien naħseb li għandhom jiġu mistiedna, imma anke lil dawk il-persuni, għaqdiet jew assoċjazzjonijiet li intom tixtiequ jkunu wkoll hawn preżenti.", "La qed terġa' ssir din it-talba, jien lesta li nirrevoka d-deċiżjoni li ħadt dakinhar.", "Jien nixtieq nerġa' nirreġistra li dakinhar irċevejt ittra bħala Chairperson ta' dan il-kumitat u wara li wiżint is-sitwazzjoni, deherli li l-premessi li ntqalu fl-ittra, kienu premessi żbaljati.", "Jien ħadtha d-deċiżjoni u nerfa' r-responsabbilta' tagħha.", "Wara li bgħatt ittra pubblika lill-Onor.", "Evarist Bartolo - l-ittra anke deheret fil-gazzetti, jiġifieri ma sar xejn bil-moħbi - ma ġiet l-ebda talba oħra, speċjalment mill-membri tal-kumitat, biex jien nirrevoka d-deċiżjoni li ħadt.", "Wara dik l-ittra ma kelli l-ebda tip ta' feedback, pero' kif diġa' għedt, jekk qed tagħmlu talba formali biex niddiskutu s-suġġett, jien lesta li nilqa' t-talba u niddiskutuh.", "MICHAEL FARRUGIA: L-ewwelnett napprezza li lesta tiddiskuti dan is-suġġett.", "Nittama li l-ewwel laqgħa li jkollna tkun dwar dan is-suġġett imma ma tkunx sitt xhur jew seba' xhur oħra, u t-tieni nett ....", "IĊ-CHAIRPERSON: Bir-rispett kollu, inti taf ir-raġunijiet għaliex domna biex iltqajna.", "MICHAEL FARRUGIA: Fil-fatt jien diġa' għedt li kien hemm raġunijiet għaliex il-kumitat ma setax jiltaqa', pero' għedt ukoll li kien hemm żmien meta fil-Parlament ma kenux qed jiġu diskussi suġġetti ta' natura soċjali u allura, minkejja li dan il-kumitat seta' jiltaqa', xorta ma ltaqax.", "Barra minn hekk, il-grupp parlamentari Laburista li jien nifforma parti minnu, kien wera d-diżapprovazzjoni tiegħu talli t-talba ta' l-Onor.", "Bartolo ma kenitx ġiet milqugħa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nassigurak li din id-diżapprovazzjoni ma waslitx għandi.", "Jekk saritx b'ittra, jew saritx ....", "MICHAEL FARRUGIA: Kienet pubblika.", "IĊ-CHAIRPERSON: Għandi żgur li ma waslitx.", "MICHAEL FARRUGIA: Imma skużi, inti tippretendi li jien inkun naf l-affarijiet li jkunu pubbliċi u mbagħad inti ma tkunx taf ....", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien bgħatt ittra lill-Onor.", "Bartolo li setgħet tasal għandkom ukoll.", "Ma nafx jekk għandekx xi punt ieħor li tixtieq tqajjem.", "MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq nagħmel punt żgħir.", "Biex f'dan il-kumitat ma jkunx hemm disgwid aktar 'il quddiem, jien naħseb li jkun iktar għaqli jekk talbiet għal diskussjoni ma jiġux deċiżi minn persuna waħda imma jiġu deċiżi mill-membri tal-kumitat kollu.", "Ma nħossx li għandha tkun persuna waħda li tiddeċiedi jekk suġġett huwiex ta' interess nazzjonali, imma għandu jkun il-kumitat kollu li jiddiskuti t-talba li tkun saret u jara jekk it-talba għandhiex tiġi diskussa.", "SERVIZZI FIL-QASAM TA' L-ADDICTIVE BEHAVIOUR", "Ikompli mid-9 ta' Mejju, 2000.", "IĊ-CHAIRPERSON: Illum se nkomplu bid-diskussjoni li konna bdejna xhur ilu dwar l-addictive behaviour.", "Ħafna drabi, meta nitkellmu fuq addictive behaviour, f'moħħna mill-ewwel jiġuna d-droga u l-alkoħol u pjuttost ninsew affarijiet oħra li huma wkoll addictive u li jġibu daqstant problemi.", "Kif għedt fl-ewwel laqgħa dwar dan is-suġġett, ma nixtieqx li nitkellmu biss fuq il-kura u s-servizzi li naturalment huma ferm importanti, imma nixtieq li niffokaw ukoll fuq il-prevention.", "Qabel insejjaħ lill-membri ta' Al-Anon jiġu mal-mejda, nixtieq ninformakom li rċevejt in-Newsletter No. 7 ta' Novembru 2000 maħruġa mill-Assoċjazzjoni Ġenituri Nħarsu 'l Uliedna li llum se jkollhom iċ-ċans jagħmlu l-presentation tagħhom.", "Peress li r-rappreżentanti ta' Al-Anon ma kenux hawn għal kull laqgħa li diġa' kellna, nixtieq ngħidilhom li dawn il-laqgħat huma pubbliċi u jista' jkun hawn preżenti membri tal-media.", "Qed ngħidilkom dan biex tkunu tistgħu tirregolaw lilkom infuskom.", "Jekk ma tixtiequx tgħidu isimkom, tistgħu ma tgħiduhx, pero' jekk intom ma tiddejqux turu isimkom, għal skopijiet ta' transcription nitlobkom tgħidu isimkom malli tibdew titkellmu.", "Dawn il-laqgħat jiġu recorded u transcribed, pero' kif diġa' għedtilkom, jekk intom ma tixtiequx turu isimkom, ħossukom fil-liberta' li ma tgħiduhx.", "(Interruzzjonijiet) M'hijiex problema li tagħtu biss isimkom mingħajr il-kunjom.", "Anzi, jekk tridu, tistgħu tibdlu isimkom.", "MICHAEL FARRUGIA: Id-diskors li jintqal jiġi pubblikat.", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, dak kollu li tgħidu jiġi transcribed u pubblikat.", "MICHAEL FARRUGIA: Jiġifieri apparti li l-laqgħat jiġu recorded, jinħareġ dokument li juri kelma b'kelma dak kollu li tkunu għedtu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hekk hu.", "Għalhekk qed nagħmililkom ċara għaliex naf li fl-assoċjazzjonijiet tagħkom intom iżżommu ċertu livell ta' anonimita'.", "AL-ANON (1): Aħna nitkellmu għan-nom ta' Al-Anon family groups f'Malta u Għawdex, u jekk tridu, nista' ngħidilkom fiex tikkonsisti l-għaqda tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Napprezzaw jekk tagħtina background mhux fit-tul ħafna ta' min intom, x'inhu x-xogħol tagħkom u kif intom taraw is-sitwazzjoni.", "AL-ANON (1): Al-Anon hija għaqda ta' qraba u ħbieb ta' alkoħoliċi li jaqsmu l-esperjenzi, is-saħħa u t-tama tagħhom biex flimkien isolvu l-problemi li għandhom.", "Aħna nemmnu li l-alkoħoliżmu hija marda u l-fejqan jista' jintlaħaq billi jkun hemm tibdil fil-karattru.", "Al-Anon bdiet f'Malta fl-1976 minn tliet barranin, fosthom mara Amerikana li kellha r-raġel tagħha jaħdem l-Universita', li kienu jiltaqgħu darba fil-ġimgħa f'St. Patricks f'Tas-Sliema.", "L-Amerikana kellha esperjenza tajba ta' dak li jsir minn Al-Anon barra minn Malta u allura bdiet iġġib il-letteratura f'Malta.", "Imbagħad fl-1986 twaqqaf il-work group kompost minn Maltin li kien jiltaqa' fil-boardroom tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali u minn dakinhar sal-lum, Al-Anon baqa' jiltaqa' b'mod regolari.", "Fl-1988 kien beda l-grupp ta' Caritas u llum għandna grupp il-Belt u ieħor Għawdex.", "Dawn il-gruppi huma ta' għajnuna kbira għall-familjari ta' alkoħoliċi li jgħaddu minn ħafna tbatija.", "Ħafna nies jaħsbu li l-problema hija biss ta' l-alcoholic, pero' l-alkoħoliżmu hija marda tal-familja.", "F'dawn il-laqgħat il-membri jaqsmu l-esperjenzi tagħhom bit-tama li l-esperjenza tal-persuna li tkun sabet fejqan għaliha nnifisha, tgħin lil ħaddieħor.", "Il-World Health Organisation stess tagħraf din il-marda u hemm xi tletin elf grupp imxerda mad-dinja kollha, jiġifieri Al-Anon ma nsibuhiex biss f'Malta iżda fid-dinja kollha.", "Aħna, kulma nixtiequ huma premises peress li m'għandniex premises tagħna.", "M'aħniex nitolbu għal xi stabbiliment imma nixtiequ li jkollna post żgħir għall-użu tagħna ħalli kull min jixtieq jiġi għandna għall-għajnuna jkun jaf fejn isibna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fil-preżent, xi premises tużaw għal-laqgħat tagħkom?", "Tużaw premises ta' Caritas?", "AL-ANON (1): Aħna niltaqgħu fis-6.30 p.m. kull nhar ta' Ġimgħa fiċ-Ċentru Ħidma Soċjali f'Santa Venera, pero' m'għandniex premises tagħna personali.", "Kollox isir b'ħafna tqanżiħ.", "Aħna nużaw id-dining room ta' l-għaqda tal-persuni għomja li tinsab f'Santa Venera, imma din m'hijiex sitwazzjoni ideali.", "Hemm cupboard żgħir fejn inżommu xi letteratura u affarijiet oħra, imma dan il-cupboard dejjem jiġri ma' kullimkien, daqqa jressquh 'l hawn u daqqa jressquh 'l hemm.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-problema ta' nuqqas ta' premises hija stabbilita.", "Qed turu x-xewqa tagħkom li jkollkom premises, pero' hemm xi esperjenzi dwar il-ħidma tagħkom li tixtiequ taqsmu magħna?", "Tistgħu tgħidulna kif il-laqgħat tagħkom verament jgħinu lill-familjari, u f'liema sitwazzjonijiet isibu ruħhom familjari ta' persuni alkoħoliċi?", "Tistgħu tgħidulna dwar l-effett li l-alkoħoliżmu jħalli fuq il-familja, per eżempju d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-familjarji, jew il-biża' li jkollkom, jew il-problemi finanzjarji li jistgħu jsibu ruħhom fihom?", "X'inhija s-sitwazzjoni li l-familjari u l-ħbieb ta' persuni alkoħoliċi jsibu ruħhom fiha?", "AL-ANON (2): Al-Anon hija għaqda volontarja, jiġifieri l-għajnuna li jagħti kull membru, tingħata b'mod volontarju.", "Aħna nagħtu wkoll għajnuna barra mil-laqgħat, fis-sens li ngħinu u nagħtu l-kuraġġ lil dawk il-persuni li jċemplulna privatament id-dar tagħna.", "Aħna għandna l-programm li ngħidulu \"Tnax-il pass għal fejqan\" u kull min jitlob l-għajnuna tagħna, nipprovaw nuruh dan il-programm.", "Għandna wkoll ħafna letteratura li oriġinarjament kienet bl-Ingliż u li bħalissa xi partijiet minnha qed tiġi tradotta għall-Malti.", "Għandna l-ktieb \"One day at a time\" li huwa qari ta' kuljum, u għandna l-big book tagħna.", "Ngħidulu l-\"big book\" għax juri kif taħdem Al-Anon.", "Fil-preżent, dawn iż-żewġ kotba qed jiġu tradotti għall-Malti, iżda barra minn dawn il-kotba għandna wkoll ħafna leaflets li nqassmuhom b'xejn.", "Il-membri tagħna m'huma obbligati jħallsu xejn.", "Aħna nagħtu xi ħaġa, jekk irridu u kemm irridu, u nagħtu xi ħaġa, sabiex ikollna biex nixtru l-letteratura, il-karti li nibagħtu, eċċ.", "Bħalma diġa' ntqal, għandna problema ta' nuqqas ta' premises u din iġġib magħha l-problema li lanqas għandna fejn inħallu numru tat-telefon għal min ikun jixtieq jagħmel kuntatt magħna, inkluż il-barranin li jkunu jixtiequ jikkuntattjawna meta jiġu f'pajjiżna.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'inhi r-relazzjoni tagħkom ma' l-AA?", "Jien naf li anke l-AA m'għandhomx premises tagħhom u fil-preżent qegħdin naħdmu biex nidentifikaw xi post għalihom.", "AL-ANON (2): L-AA tirrappreżenta l-alkoħoliku waqt li l-għaqda tagħna tirrappreżenta l-familjari ta' l-alkoħoliċi, u tgħinna nifhmu lil xulxin.", "It-tnejn li aħna – l-alkoħoliku u l-familjari - inbatu minħabba l-alkoħol; il-membri ta' l-AA ikunu xorbu l-alkoħol waqt li fil-każ tagħna l-familjari, l-alkoħol ikun f'moħħna.", "L-alkoħol, iġiegħlna nbatu u jmarradna.", "MICHAEL FARRUGIA: Safejn naf jien, kemm Caritas u kemm l-Aġenzija sedqa għandhom servizz li jingħata lill-familjari tal-persuni li għandhom problema ta' l-alkoħol.", "X'inhi r-relazzjoni tagħkom ma' Caritas u ma' l-Aġenzija sedqa?", "Isir trasferiment ta' persuni minn għaqda għall-oħra, jew kulħadd jimxi separatament minn xulxin, bir-riżultat li jista' jkun hemm duplikazzjoni ta' riżorsi?", "AL-ANON (3): Aħna bħala għaqda m'aħniex professionals.", "MICHAEL FARRUGIA: Ħafna drabi, fil-każ tal-kura ta' persuni li għandhom problema ta' alkoħol, it-trattament li jkun qed jingħata jkun two-fold; jittratta lill-persuna li jkollha l-vizzju ta' l-alkoħol u jittratta wkoll il-familjari li b'xi mod jew ieħor ikunu qed ibatu minħabba l-problema li għandu l-alkoħoliku.", "Issa dawn iż-żewġ trattamenti jridu jimxu flimkien.", "Ma jistax ikollok xi ħaġa miexja naħa u ħaġa oħra miexja naħa oħra.", "Jistgħu jkunu mexjin paralleli ma' xulxin, imma naturalment, xi ħaġa li hija miexja parallela ma' xi ħaġa oħra, qatt m'huma se jikkonverġu biex jaslu għas-soluzzjoni aħħarija.", "Jiġifieri jekk għandek settur li qed jittratta l-alkoħoliku u settur ieħor li huwa separat u indipendenti minnu li qed jittratta lill-familjari, minkejja li t-tnejn ikollhom l-istess skop, għax ikunu mexjin paralleli, qatt m'hu se jkun hemm konverġenza għal soluzzjoni aħħarija li m'hijiex biss il-kura ta' l-alkoħoliku, imma wkoll l-integrazzjoni tiegħu u t-tnaqqis tal-problemi li jkun hemm fi ħdan il-familja.", "Issa jekk intom qegħdin tgħidu li qed timxu indipendentement kemm mill-AA kif ukoll minn organizzazzjonijiet oħra li qed jipprovaw jikkonverġu flimkien … Ma nafx kif taħsbuha intom, imma forsi jista' jkun hemm laqgħat flimkien ma' organizzazzjonijiet oħra li jwasslu għas-soluzzjoni li wieħed ikun jixtieq jasal għaliha.", "AL-ANON (1): Aħna għandna l-istess programm, it-tnax-il pass għall-fejqan, li għandhom l-AA.", "Għandna l-istess prinċipji, imma jekk ir-raġel tiegħi huwa alcoholic u jien m'iniex, il-problemi tiegħi m'humiex l-istess problemi li għandu r-raġel tiegħi, pero' b'daqshekk ma jfissirx li aħna m'aħniex nimxu bl-istess mod.", "Fil-fatt aħna nemmnu li jekk jien nattendi l-laqgħat ta' Al-Anon u r-raġel tiegħi ma jimxix mal-programm ta' l-AA, se jkun hemm barrier kbira bejnietna għaliex m'aħniex se nifhmu lil xulxin.", "Importanti li nimxu flimkien fuq l-istess programm.", "Il-marda hija l-iktar, emotional.", "L-uġigħ tiegħi mhux bħall-uġigħ ta' l-alcoholic.", "Issa jien li naf dwar l-alkoħol mill-programm u l-letteratura ta' Al-Anon, se nimxi differenti minn dik il-persuna li qiegħda fil-għama tikkastiga lir-raġel tagħha, tidgħajlu u theddu li se titilqu.", "Jien għandi lifetime ta' alcoholism, imma fortunatament il-ħajja tiegħi baqgħet għaddeja b'mod normali.", "Għaliex?", "Għaliex ili mas-17-il sena mmur il-laqgħat ta' Al-Anon u allura għandi esperjenza tajba ta' kif nista' nirkupra mill-effetti ta' l-alkoħoliżmu.", "Naturalment, l-iktar li jbatu huma t-tfal.", "Meta nara nies jiġu Al-Anon u wara ftit jitilqu, ngħid: \"Imsieken, jekk mhux se jerġgħu jiġu hawn, min jaf x'se jsir minnhom\".", "Il-marda ta' l-alkoħoliżmu tibqa' tiġri warajk.", "Tipprova kemm tipprova taħrabha, qatt m'hu se jirnexxielek taħrabha għax l-effetti ta' l-alkoħoliżmu jibqgħu jiġru warajk għal dejjem.", "Anke meta l-alcoholic imut, tibqa' tħoss l-effetti tiegħu għaliex il-ħsara li tkun saret, b'mod partikolari dik psikoloġika, tkun kbira.", "MICHAEL FARRUGIA: Qatt kellkom opportunita' li bħala Al-Anon tiltaqgħu, b'mod formali jew informali, ma' għaqdiet oħra, bħalma huma Caritas u l-Aġenzija sedqa li wkoll jaħdmu fuq l-istess linja?", "AL-ANON (3): Iva, infatti xi ġimgħatejn ilu, aħna bħala Al-Anon organizzajna public information meeting li għalih stedinna t-tobba, il-professionals, il-qassisin, Caritas u l-Aġenzija sedqa, imma ħadd minnhom ma ġie għall-meeting.", "Min-naħa tagħna, aħna nipprovaw ngħaddu l-messaġġ how one can recover from someone else's drinking.", "MICHAEL FARRUGIA: Bażikament, il-punt li qed nipprova nasal għalih huwa dan.", "Minkejja li Malta hija żgħira, in-numru ta' alkoħoliċi m'huwiex wieħed żgħir u allura n-numru ta' familjari li qed ibatu minħabba din il-problema, huwa konsiderevoli.", "Jidher li hawn tliet oqsma li qed jipprovaw jindirizzaw l-istess ħaġa, għaldaqstant ma taħsbux li huwa iktar għaqli li kemm huwa possibbli jkun hawn koordinament bejn dawn it-tliet oqsma ħalli jkun hemm attakk wieħed sabiex tinstab l-għajnuna lill-familjari?", "Jien kelli pazjenti li batew mill-problemi li jġib miegħu l-alkoħol u naf minn xiex għaddew il-familjari.", "Jien naħseb li jekk ikun hemm dan il-koordinament, il-problema tkun tista' tiġi tackled b'mod aktar professjonali u meta qed ngħid \"professjonali\", ma rridx infisser li jkollok speċjalista imma li ma jkunx hemm sparpaljar ta' riżorsi.", "U każijiet li jkunu jenħtieġu għajnuna professjonali, are referred to professionals.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien nifhem x'ridtu tgħidu meta għedtu that you are not aligned to any sect or denomination, pero' naħseb li kemm Caritas u kemm l-Aġenzija sedqa, bl-ebda mod ma jistgħu jitqiesu bħala sect or denomination.", "Ms. Sina Bugeja mill-Aġenzija sedqa qed tagħmel sinjal li tixtieq tikkjarifika xi ħaġa.", "SINA BUGEJA (Chief Executive Officer, Aġenzija sedqa): Grazzi talli tajtni l-ispazju li niċċara xi punti.", "Naħseb li l-ewwel punt li nixtieq ngħid huwa li l-Aġenzija sedqa hija aġenzija tal-gvern, la hija setta u lanqas denominazzjoni; weġġgħani daqsxejn il-fatt li ġejna riferuti bħala setta.", "(Interruzzjonijiet)", "AL-ANON (1): Skużawna jekk ġejna miftehma hekk, pero' bl-ebda mod ma ridna ngħidu li l-Aġenzija sedqa hija xi setta.", "IĊ-CHAIRPERSON: All right.", "Naqblu, il-punt huwa ċar u m'hemmx għalfejn nerġgħu nirreferu għalih.", "SINA BUGEJA: Punt ieħor li ssemma kien dwar kollaborazzjoni u l-bżonn li naħdmu flimkien.", "Inti semmejt laqgħa li ġiet organizzata f'dawn l-aħħar ġimgħat.", "AL-ANON (3): Iva, organizzajna public information meeting.", "SINA BUGEJA: Il-posta li nirċievi naraha kollha jien u nista' ngħidlek li għandi ma ġie l-ebda invit.", "AL-ANON (3): Konna bagħtna e-mails.", "SINA BUGEJA: Ma nafx f'liema e-mail address intbagħat l-invit, u qed ngħid dan għaliex ma nixtieqx nidhru li qisna mhux qed nieħdu interess.", "AL-ANON (3): Ma nafx f'liema indirizz intbagħat għax mhux jien bgħatthom.", "SINA BUGEJA: Kif taf, aħna dejjem ħdimna mill-qrib ma' kull min xtaq jaħdem f'dan il-qasam.", "Punt li nixtieq niċċara huwa li l-Aġenzija sedqa, bħala l-aġenzija tal-gvern, hija l-organizzazzjoni li taħdem fil-qasam ta' l-alkoħol.", "Xtaqt niċċara dawn il-punti għax ma kenux qed jinstemgħu daqshekk ċari, almenu għalina li qegħdin fl-udjenza.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Jien ċerta li ħadd ma jrid inaqqas il-mertu ta' xi ħadd, pero' li joħroġ ċar żgur, hu li jeħtieġ li jkun hemm koordinazzjoni.", "Mhux qed ngħid li kulħadd jitlef l-identita' tiegħu u kulħadd jaqa' taħt kappa waħda, qisna rridu nagħmlu umbrella kbira u kulħadd bilfors jidħol taħtha u bilfors isegwi r-regoli b'mod reġimentat, pero' importanti ħafna li l-id il-leminija tkun taf x'inhi tagħmel l-id ix-xellugija.", "Qed nara nies fl-udjenza li qed jurini li jixtiequ jagħmlu xi kumment u allura se nsejjaħ l-ewwel lir-rappreżentanta ta' Caritas li għolliet idejha l-ewwel waħda, imbagħad lil Fr. Cordina li għolla idejh it-tieni wieħed, u mbagħad lis-Sur Chetcuti li għolla idejh it-tielet wieħed.", "Kollha rajtkom, pero' agħtuni minuta ċans ħalli nispiċċa l-kumment li nixtieq nagħmel.", "Għandna ħafna nies li qed jaħdmu f'dan il-qasam u x-xewqa tagħna hi li nibqgħu naraw diversi nies jaħdmu, pero' importanti li jkun hemm koordinazzjoni.", "Mhux qed ngħid lilkom speċifikament bħala Al-Anon - peress li ma segwejtux il-laqgħat kollha forsi tistgħu taħsbu li qed nirriferi għalikom - iżda nassigurakom li kieku ġejtu għal-laqgħat kollha li kellna, mhux biss dwar dan il-qasam imma dwar l-oqsma diversi li ddiskutejna, kontu taraw li dejjem qed tqum din is-sitwazzjoni - m'iniex se nsejħilha \"problema\" għaliex j'Alla jkollna ħafna aktar nies jaħdmu f'dan il-qasam.", "Importanti li jkun hemm koordinament għaliex qegħdin inħossu li għandna ħafna nies jaħdmu fuq l-istess ħaġa imma mhux b'mod koordinat.", "Mhux se ngħid li qed jaħdmu fuq binarji differenti għaliex probabbli, jekk tpoġġi lil kulħadd madwar mejda u tagħsar ix-xogħol kollu li jkunu qegħdin jagħmlu, tara li ħafna minnu huwa kważi l-istess.", "Ħalli għal mument ninsew ir-riżorsa finanzjarja, imma rridu nħarsu lejn ir-riżorsa umana għaliex żgur li jkun iktar healthy kieku n-nies li għandna jaħdmu fid-diversi organizzazzjonijiet jikkoordinaw aktar bejniethom.", "Żgur li l-kontribut ta' l-għaqdiet kollha flimkien ikun jista' jilħaq ferm iktar nies għaliex il-biża' tiegħi hija li d-diversi organizzazzjonijiet qed jilħqu l-istess nies bir-riżultat li nies oħra li jkollhom l-istess problema qegħdin b'xi mod jintilfulna fil-massa.", "Il-preokkupazzjoni tagħna m'hijiex li għandna ħafna nies jaħdmu f'dan il-qasam, imma li minkejja li għandna dawn in-nies kollha jaħdmu f'dan il-qasam, jista' jkun li nkunu qegħdin naħdmu ma' l-istess nies u nies oħra li għandhom problemi, ikunu qed jaqgħulna mis-safety net sempliċement għaliex kulħadd ikun mogħmi fil-biċċa tiegħu mingħajr ma forsi jipprova jifrex mil-lat ta' koordinament.", "Pero' kif diġa' għedt, ma nixtieqx li intom li qegħdin hawn tħossukom li qed tiġu targeted għax mhux għalikom partikolari qed ngħid.", "Insejjaħ issa lir-rappreżentanta ta' Caritas biex tagħmel il-kumment li tixtieq.", "MARIELLA BALZAN (Co-ordinator San Blas Programme - Caritas): Aħna naħdmu ħafna ma' l-AA u forsi nistgħu naħdmu iktar ma' Al-Anon, pero' wieħed mill-goals tagħna għal din is-sena kien li nagħfsu u nindirizzaw il-problemi ta' l-alkoħol u d-droga.", "L-approach tagħna huwa differenti minn dak ta' l-AA għaliex huma jaħdmu fuq il-medical model waqt li aħna aktar nużaw the integrated approach.", "Aħna nindirizzaw il-problemi ta' l-alkoħol fil-gruppi li jkollna fir-residential, fis-semi residential, li hija fażi twila u importanti daqs il-fażi residenzjali, it-transition phase tar-residential għal barra, u fir-re-entry, jiġifieri meta jerġgħu jidħlu fis-soċjeta' u jkunu qed jaħdmu.", "Issa għandna wkoll grupp ta' nies li għandhom problema ta' alkoħol, li barra l-gruppi tagħna, proprju biex ikollhom iktar support fuq barra, qed jattendu wkoll il-laqgħat ta' l-AA.", "AL-ANON (3): Aħna m'aħniex l-AA; aħna Al-Anon li nieħdu ħsieb il-familjari ta' l-alkoħoliċi u mhux l-alkoħoliċi nfushom.", "MARIELLA BALZAN: Naqbel li ladarba aħna qed naħdmu ma' l-AA, u aħna naħdmu ħafna ma' l-AA, forsi nistgħu naħdmu iktar magħkom, pero' li ridt ngħid huwa that working together is not something that is totally not possible, it is happening and it can continue happening.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom.", "Insejjaħ issa lil Fr. Cordina.", "DUN MANWEL CORDINA (Direttur Ġenerali, Fondazzjoni OASI): Nixtieq niċċara xi punt li forsi m'huwiex jinftiehem sew.", "Al-Anon hija fellowship, mela għalihom, il-kelma \"programm\" hija differenti, hija programm ta' ħajja, stil ta' ħajja.", "Huma jimxu fuq it-tnax-il pass bħalma nimxu aħna fil-programm tagħna ta' l-OASI u s-sehem tagħhom fis-soċjeta' huwa wieħed totalment ta' appoġġ.", "Importanti li meta bniedem joħroġ fis-soċjeta' wara li jkun segwa l-programm tagħna, programm li huwa wkoll bażat fuq it-tnax-il pass ta' l-AA, ikollu dak il-grupp li jidentifika ruħu miegħu biex jagħtih is-support li jkollu bżonn.", "Dawn huma support groups, huma ta' support għalihom infushom imma indirettament huma wkoll ta' support għall-partner tagħhom, jew għall-ġenituri, jew għat-tfal, eċċ. L-AA ikollhom ukoll open meetings li għalihom jista' jattendi kulħadd, inkluż ħbieb.", "Huma jimxu fuq stil ta' ħajja li hu rikonoxxut internazzjonalment.", "Aħna ninkoraġġixxu ħafna lill-klijenti tagħna li wara li joħorġu minn għandna, wara li jagħmlu l-aftercare, ikomplu jattendu l-gruppi ta' l-AA għax dawn għandhom vantaġġ kbir, għandhom riżorsi enormi, għandhom min ilu tletin jew erbgħin sena sober.", "Huma jagħtu l-appoġġ li jkollu bżonn dak li jkun għamel il-programm tagħna ta' sena, sena u nofs, jew sentejn.", "Importanti li wara li wieħed ilesti l-programm tagħna, jieħu l-awtonomija mingħandna, ma jibqax dipendenti fuq il-programm taċ-ċentru, għaliex inkella tkun ħlistu minn dipendenza u tfajtu fuq oħra.", "Vantaġġ ieħor li min ilesti l-programm tagħna jattendi l-laqgħat ta' l-AA, huwa li jserrħilna moħħna li fis-soċjeta' se jsib l-ambjent li jista' jgħinu ħafna biex jagħtih il-kuraġġ li kuljum ma jaqax f'relapse.", "L-AA għandha sehem importanti ħafna.", "M'humiex jiddupplikaw ix-xogħol.", "Skond il-concept tagħna, Allaħares m'hemmx l-AA biex iserrħulna moħħna li wara li klijent joħroġ mill-programm tagħna hemm xi ħadd fis-soċjeta' li qed jieħu ħsiebu.", "Nixtieq ngħid ukoll li għal-laqgħa li Al-Anon organizzat f'Għawdex, l-OASI kienet preżenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak Fr. Cordina u nsejjaħ issa lis-Sur Chetcuti li qed jirrappreżenta lill-Assoċjazzjoni Ġenituri Nħarsu 'l Uliedna, li jixtieq jagħmel punt qabel ma nsejjaħlu biex jagħmel il-presentation tiegħu.", "IS-SUR JOE CHETCUTI (Assoċjazzjoni Ġenituri Nħarsu 'l Uliedna): Fuq il-punt ta' kooperazzjoni u koordinament bejnietna, nixtieq nagħmel osservazzjoni.", "Ma kontx se nsemmiha imma la qam il-punt, se ngħidha.", "Aħna, bħala assoċjazzjoni ta' ġenituri, konna qbadna l-caring directory li joħroġ is-Sur Alfred Calleja u minn madwar mitejn organizzazzjoni li hemm imniżżla fid-direttorju - naħseb li l-indirizzi huma tajba - għażilna ħamsin waħda li deherlina li n-natura tax-xogħol tagħhom u l-interess tagħhom, jixbaħ lil dak ta' l-assoċjazzjoni tagħna, ktibnilhom u b'dispjaċir ngħidlek li minn ħamsin ittra li bgħattna, irċevejna biss tliet acknowledgements.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi Sur Chetcuti.", "L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Naħseb li waħda mill-akbar problemi ta' l-alkoħoliżmu hija proprju that alcohol is a socially acceptable drug u allura problema kbira hija r-relapse rate.", "Alcoholic li jkun għamel programm u jkun ġie clean, għandu ċans kbir li jkollu relapse u għalhekk ħadt gost nisma' lil Fr. Cordina jgħid li huma jinkoraġġixxu lill-klijenti tagħhom jibqgħu jattendu l-laqgħat ta' l-AA.", "Li nixtieq ngħid lil Al-Anon hija li kulħadd huwa bżonjuż u bħala tabib nista' ngħid li l-familjari ta' l-alkoħoliċi għandhom rwol importanti ħafna x'jilagħbu f'din il-problema soċjali, pero' fl-istess waqt ma narax għalfejn m'għandniex ningħaqdu u naħdmu id f'id.", "Naqbel ma' dak li qalet iċ-Chairperson that the ultimate goal ta' kull wieħed minna huwa li ntejbu s-soċjeta' tagħna u kemm jista' jkun innaqsu din il-problema.", "Diment li l-goal tagħna huwa li niġġieldu din il-problema, ma narax għalfejn għandna noqogħdu naħdmu b'mod separat, anke jekk paralleli.", "Il-goals tagħna huma pui o meno l-istess u allura naħseb li tajjeb li intom bħala għaqda tfittxu li taħdmu iktar mill-qrib ma' għaqdiet oħra li jaħdmu f'dan il-qasam.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Onor. Chircop.", "Xtaqtu tgħaddu xi kummenti oħra?", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien naħseb li f'dan il-qasam, kemm fil-każ ta' l-alkoħol u kemm fil-każ tad-droga, kulħadd iħares l-aspett ta' anonimita'.", "Personalment, jien naħseb li prinċipju fundamentali għal dik il-persuna li titlob l-għajnuna, titlobhiex mingħand Caritas, sedqa jew OASI, hija li jkollha l-identita' tagħha rispettata, anzi, mhux biss rispettata imma protetta.", "Dak huwa aspett li żgur tistgħu sserrħu raskom minnu.", "U aħna tant aħna konxji ta' dan l-aspett, li l-ewwel ħaġa li għedtilkom kienet li jekk tridu ma tużawx isimkom, tistgħu ma tużawhx.", "M'għedtx l-istess lil Fr. Cordina jew lil Sina Bugeja imma għedt hekk lilkom għaliex naf li min jaħdem f'dan il-qasam jeħtieġ li jekk irid li jibqa' anonimu, jibqa' anonimu.", "Dak huwa rispett li rridu nuru lejn ix-xogħol li qed tagħmlu intom minkejja d-diffikultajiet kollha li tiffaċċjaw fil-familji tagħkom.", "Tixtiequ tgħaddu xi kummenti oħra?", "IĊ-CHAIRPERSON: Fil-fatt wieħed mis-suġġerimenti li ħafna drabi nisimgħu minn min jaħdem f'dan il-qasam, huwa li anke jekk bniedem li għandu problema ma jridx isegwi programm, huwiex ma' l-Aġenzija sedqa, ma' l-AA, ma' Caritas jew ma' OASI, xorta waħda l-familjari għandhom ifittxu għajnuna għalihom infushom.", "Anke jekk m'għandekx dipendenti, inti trid tgħin lilek innifsek u barra minn hekk, waqt li tkun qed tgħin lilek innifsek, tkun tista' tgħin aktar il-partner tiegħek mhux neċessarjament biex joħroġ mill-problema imma almenu biex tirrelataw aħjar bejnietkom.", "Jiġifieri nifhmu, iva, l-importanza li min qed jgħix l-alkoħoliżmu jfittex l-għajnuna.", "Definitely li qegħdin naqblu dwar dan.", "Nista' ngħidilkom li fil-preżent qiegħda nipprova naħdem biex insibu premises għall-AA u fil-fatt naħseb li wasalna għal wieħed, pero' għandi xi ħaġa oħra f'moħħi u nixtieq li jirnexxieli għal dan aktar milli għall-ieħor u għalhekk l-ewwel mistoqsija tiegħi kienet x'relazzjoni għandkom ma' l-AA.", "My first question was a teaser biex nara kif intom taħdmu flimkien, biex minflok ma jkollna nfittxu premises għalikom u ieħor għall-AA, ikun hemm premises wieħed li jkun jista' jintuża mit-tnejn li intom.", "Dan il-punt jista' jsaħħaħli ftit idejja peress li minflok minn organizzazzjoni waħda, l-istess premises ikun qed jintuża minn żewġ organizzazzjonijiet.", "Għalhekk my first question was an outright question ta' kif intom taħdmu flimkien.", "AL-ANON (1): Jekk ikollna premises wieħed, jgħinna aktar għaliex nagħmlu kuraġġ lil xulxin u mmorru għal-laqgħat flimkien.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mela nista' ngħid li l-AA u Al-Anon jistgħu jaħdmu flimkien.", "Dan il-punt isaħħaħli aktar idejja.", "Qabel nikkonkludi, nixtieq nippreżentalkom xi dokumentazzjoni b'tagħrif dwar Al-Anon li nqassmu lil kull min ikun jixtieq informazzjoni dwarna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom, jekk m'għandkomx iktar kummenti x'tagħmlu, nitlob lir-rappreżentanti ta' l-Assoċjazzjoni Ġenituri Nħarsu 'l Uliedna jingħaqdu magħna sabiex jagħmlu l-kummenti tagħhom.", "IS-SUR JOE CHETCUTI: L-Assoċjazzjoni Ġenituri Nħarsu 'l Uliedna hija assoċjazzjoni apolitika, filantropika u mingħajr irbit ma' assoċjazzjonijiet oħra.", "L-għan tagħna hu li nservu ta' pressure group, jekk hemm bżonn, nazzjonali, biex noħolqu kuxjenza u ambjent soċjali fil-pajjiż li nittammaw li jwassal biex jittieħdu inizjattivi li jimpedixxu li nies taħt l-effett ta' l-alkoħol jew tad-droga jaġixxu b'mod irresponsabbli.", "Aħna jidhrilna li hemm bżonn naħdmu biex il-liġijiet tal-pajjiż f'dan ir-rigward jiġu osservati.", "Jiena ma nistax nitkellem bl-istess mod li tkellmu l-assoċjazzjonijiet u l-aġenziji li tkellmu qabli għas-sempliċi raġuni li fl-istatut tagħna, almenu għalissa, m'għandniex imniżżel li se noffru xi servizz.", "Aħna m'għandniex il-mezzi u r-riżorsi biex nagħtu servizz, pero' lanqas kieku kellna, aħna ma nħossux li għandna nużaw l-enerġija u l-ħin tagħna biex inżidu man-numru ta' servizzi li diġa' jeżistu.", "L-assoċjazzjoni tagħna nħolqot wara esperjenza kważi traġika li għaddejna minnha jien u ħabib tiegħi meta ntbaħna kemm illum huwa faċli għaż-żgħażagħ tagħna li filli qegħdin jiddevertu u filli jsibu ruħhom jew fuq xi rħama jew inkella immankati għall-kumplament ta' ħajjithom.", "Ironikament, fuq il-post tax-xogħol iż-żgħażagħ tagħna ma jiffaċċjawx dak ir-riskju kbir li kultant jiffaċċjaw fil-ħin tad-divertiment.", "Aħna nħossu wkoll li l-aspett ta' prevenzjoni fil-leisure industry għadu fl-infanzja.", "Veru li qed isir xi ħaġa, pero' inħossu li mill-aspett ta' liġijiet għadna lura.", "Nixtieq ngħid ukoll li kontra dak li jaħsbu xi wħud, l-assoċjazzjoni tagħna m'hijiex xi għaqda ta' projbizzjonisti li qed nagħmlu xi kruċjata kontra l-alkoħol.", "Li hu żgur hu li aħna kontra li żgħażagħ u tfal żgħar jitħallew jixtru u jikkunsmaw xorb alkoħoliku li ta' spiss isir bi ksur sfaċċat tal-liġi.", "L-assoċjazzjoni tagħna hija wkoll kontra kull sfruttament taż-żgħażagħ li jkunu qed ifittxu d-divertiment tagħhom fid-diversi forom li qed jiġu offruti lilhom fl-industrija tad-divertiment.", "Xi tliet snin ilu aħna bdejna nagħmlu enfasi fuq awareness u prevenzjoni u bdejna nagħmlu pressjoni biex il-liġijiet ta' pajjiżna jinbidlu għaliex aħna rrealizzajna li ma jistax ikun li ġuvintur u xebbiet - anke meta jkunu għadhom taħt l-eta' - jidraw li kull meta joħorġu jridu jixorbu kwantita' ta' xorb alkoħoliku.", "Kif nistgħu mbagħad nippretendu li meta ż-żgħażagħ jagħlqu t-18-il sena jisimgħu minna meta ngħidulhom biex ma jixorbux ħafna għax ikunu se jsuqu?", "Ma naħsibx li b'hekk se naslu għaliex darba li drawwa tindara, ma tantx teħles minnha malajr.", "Aħna deherilna li għandna niffukaw fuq din il-problema li għalina hija enormi u nippressaw kemm nistgħu biex isir it-tibdil neċessarju fil-liġijiet ta' pajjiżna.", "Sinjura President, ma nafx jekk wara l-laqgħa li kellna magħkom intomx se tinkorporaw xi punti li aħna nħossu għandhom jidħlu fil-liġi.", "Taħseb li se jsiru tibdiliet, jew se jkun hemm taħdidiet oħra?", "IĊ-CHAIRPERSON: F'liema sens qed tgħid?", "IS-SUR JOE CHETCUTI: Inti għandek kopja tan-newsletter tagħna, hux hekk?", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti qed tirriferi għal-laqgħa li kellek ma' Mario Galea, Dolores Cristina u jiena, fejn qbilna li hemm bżonn ta' tibdil fil-liġi għar-rigward ta' bejgħ ta' xorb mis-supermarkets lil żgħażagħ ta' 16-il sena?", "Fil-liġi hemm anomalija; żagħżugħ ta' 16-il sena ma jistax jixtri tazza nbid minn xi ħanut imma mbagħad jista' jixtri flixkun minn supermarket u allura kulma għandu bżonn biex jixrob l-inbid, huwa corkscrew!", "Ma' dak il-punt qbilna perfettament.", "Wieħed jifhem il-preokkupazzjoni li hemm għar-rigward ta' tfal ta' bejn is-16 u t-18-il sena.", "Ma jfissirx li ta' 16-il sena dawn it-tfal saru adulti.", "Wieħed jifhem din il-preokkupazzjoni u naqbel li rridu nħarsu lejha.", "IS-SUR JOE CHETCUTI: Li xtaqt nistaqsi huwa jekk kif ġie rrapportat li ntqal fil-Parlament stess, humiex se jsiru diskussjonijiet f'dan il-kumitat dwar emendi fil-liġi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naturalment il-kumitat jista' jilqa' li jiddiskuti dan l-aspett jekk jiġi mitlub mill-ministru jew minn xi ħadd ieħor biex jagħmel dan.", "Aħna nistgħu wkoll niddeċiedu li wara li nispiċċaw din is-sessjoni ta' laqgħat, intellgħu għad-diskussjoni f'dan il-kumitat dan l-aspett partikolari.", "IS-SUR JOE CHETCUTI: Mela f'dan l-istadju jaqbilli nbattal l-ixkora kollha!", "IĊ-CHAIRPERSON: Dak li għandek tgħid, għidu.", "B'daqshekk bl-ebda mod m'aħna ngħidu li se tbattlu hawn għal xejn għaliex inkella malajr nistgħu niġu interpretati li tista' tgħid li trid għaliex minn hawn u ftit ieħor se jiġi l-kennies u jneħħih!", "Dak li tħoss li għandek tgħid illum, għidu, pero' b'hekk ma jfissirx li nkunu ddeċidejna li dan il-punt ġie eżawrit.", "IS-SUR JOE CHETCUTI: Fl-opinjoni tagħna, dawn id-diskussjonijiet huma utli immens u l-fatt li qegħdin isiru u nħasset il-ħtieġa li ssir koordinazzjoni biex jitjiebu s-servizzi, juri biċ-ċar li kull ma jmur qiegħed dejjem jiżdied il-bżonn għalihom, pero' aħna li nixtiequ naraw huwa għaliex qed ikollna tant nies li qed ikollhom bżonn dawn is-servizzi.", "Nixtiequ naraw x'jista' jsir biex in-numru ta' nies li qed jirrikorru għall-għajnuna jonqos u mhux ikompli jiżdied.", "Il-kelliema kollha li tkellmu qabli qalu li waħda mill-akbar problemi, hija l-problema tax-xorb.", "Aħna naqblu ma' din l-osservazzjoni u naqblu li l-alkoħol qed joħloq problemi lit-tfal tagħna meta jmorru biex jiddevertu.", "Tajjeb li jkollna aġenziji joffru servizzi liż-żgħażagħ, imma b'hekk nistgħu ngħidu li l-ġenituri jistgħu jserrħu rashom?", "Inkwiet kbir għall-ġenituri hu l-fatt li huma jafu li hekk kif uliedhom jikbru u jibdew joħorġu mid-dar, wara li jkunu għamlu l-almu kollu tagħhom biex irabbuhom sewwa - veru li kultant issib min ma jafx irabbi sewwa - uliedhom se jiġu influwenzati minn diversi fatturi li sfortunatament ma tantx ikollhom kontroll fuqhom.", "Naħseb li kulħadd jaqbel ma' dan li qed ngħid, allura kif jistgħu l-ġenituri jserrħu rashom meta jafu li minbarra li ċerti liġijiet m'humiex adegwati, lanqas dawk il-liġijiet li għandna m'huma osservati u nfurzati?", "Kif jistgħu l-ġenituri jserrħu rashom meta jafu li numru ta' nies fl-industrija tad-divertiment - ma nixtieqx niġġeneralizza - jinteressahom biss x'daħħlu mill-bejgħ tad-drogi legali, l-alkoħol u t-tabakk, b'mod partikolari, l-alkoħol?", "Ma rridux ninsew li għalkemm l-alkoħol u t-tabakk huma legali, huma wkoll drogi minkejja li kien hawn min ittanta jqabbel l-alkoħol ma' l-aspirina u lill-ġenituri qalulhom li l-alkoħol m'huwiex bħal drogi oħra għaliex huwa legali.", "Naħseb kulħadd jaf għal min qed ngħid.", "Kull attivita' rikreattiva tibbaża' l-qliegħ tagħha fuq il-bejgħ mill-bar.", "Veru li l-alkoħol u t-tabakk huma legali u soċjalment aċċettati, u hekk se jibqgħu, iżda l-mistoqsija tagħna tibqa' dejjem jekk aħniex se nibqgħu naċċettaw li dawn id-drogi legali, l-alkoħol u t-tabakk, jibqgħu jkunu aċċessibbli għaż-żgħażagħ taħt l-eta'.", "Se nħallu l-eta' għal konsum u xiri ta' dawn id-drogi legali tibqa' 16-il sena, meta żgħażagħ ta' 16-il sena m'humiex konsidrati maturi biżżejjed biex jivvutaw jew biex isuqu karozza?", "Quddiem il-liġi, żgħażagħ ta' 16-il sena huma konsidrati bħala minuri, imma għar-rigward tal-konsum ta' l-alkoħol, li nafu kemm jagħmel ħsara lill-kbar aħseb u ara liż-żgħar, dak ma jimportax, jistgħu jieħdu kemm iridu.", "Se nibqgħu nħallu bars li jbigħu xorb alkoħoliku u sigaretti bil-wieħed, ħdejn l-iskejjel tagħna, mingħajr ebda kontroll?", "Nista' nsemmi l-bars li hemm ħdejn il-Junior College fl-Imsida li fil-fehma tiegħi huma armati daqs dawk ta' Paceville.", "Mhux l-ewwel darba li fihom ġew organizzati parties li altru milli kienu alcohol free, fosthom il-famużi parties li jsiru fl-end of term.", "Niftakru meta għexieren ta' żgħażagħ spiċċaw f'sakra kbira faċċata tal-bieb ta' l-iskola waqt li ironikament fl-iskola kienet għaddejja funzjoni tad-Duluri.", "Se nibqgħu nħallu l-użu ta' cigarette vending machines, mingħajr, per eżempju, ma norbtu lil min ikun qed iżommhom fl-istabbiliment tiegħu b'responsabbilta' u garanzija li jekk dawn jintużaw minn persuni taħt l-eta' jeħel multi kbar u jingħalaqlu l-ħanut?", "Jekk mhux se nkunu drastiċi, ma nafx kif nistgħu naslu.", "Personalment jien naf b'każ fejn il-vending machine tas-sigaretti li tinsab fil-post minn fejn jien nixtri l-gazzetta, lanqas biss għandha l-avviż obbligatorju li persuni taħt is-16-il sena ma jistgħux jużawha.", "Issa dan l-avviż kulħadd jaf kif ikun miktub, ikun mitkub b'ittri verament żgħar li jekk ma jkollokx vista tajba, ma taqrahx.", "Imma lanqas biss dan l-avviż m'hemm fuq il-makna għalkemm aħna nsostnu li m'huwiex biżżejjed li jkollok biss avviż fuq vending machine.", "Riċentement jien kont wieħed mill-panel fuq programm tar-radju u meta staqsejt lil tfajjel ta' 14-il sena daqsxejn fuq ruħu, minn fejn jixtri l-għoxrin sigarett li qal li jpejep kuljum, dan qalli ċar u tond li l-vending machine ma tkunx taf kemm għandu eta' dak li jkun qed iħaddimha!", "Punt ieħor li rrid nagħmel huwa dwar l-open bars f'kull okkażjoni possibbli u l-happy hours f'kull ħin matul il-lejl.", "Hawn Malta aħna speċjali.", "F'pajjiżi barranin il-happy hour tkun bejn l-ħamsa u nofs u s-sitta u nofs ta' wara nofsinhar - il-ħin meta ma jmur ħadd fil-bars - mentri hawn Malta, il-happy hour jagħmluha bil-lejl, jagħmluha wara nofs il-lejl, ftit qabel ma uliedna jkunu se jirritornaw id-dar bir-riżultat li jistgħu jkunu ta' periklu fit-toroq kemm għalihom infushom u kemm għal ħaddieħor.", "Jippumpjawhom bl-alkoħol li jinxtara b'irħis u ma jimpurtahomx x'jista' jiġri wara.", "Se nibqgħu nħallu attivitajiet u parties li jkollhom prezz ta' l-entratura għoli, bl-iskuża li l-biljett tad-dħul jintitolak għal open bar fejn jiġi reklamat li tista' tixrob kemm trid?", "Dawn l-attivitajiet isiru kważi matul is-sena kollha, pero' b'mod speċjali fil-festi tal-Milied u ta' l-Ewwel tas-Sena.", "Mhux naturali li meta inti tħallas Lm15, Lm30 jew iżjed għall-biljett tad-dħul, se tipprova ġġib flusek billi tixrob kemm tiflaħ?", "L-organizzaturi ta' dawn il-parties ma jimpurtahomx x'effett se jħalli l-alkoħol fuq iż-żgħażagħ.", "Kull sena saret drawwa li ż-żewġ produtturi ewlenin tal-birra jorganizzaw b'pika bejniethom festivals tal-birra li qed jiġu reklamati bħala festi tal-familja.", "Irridu niftakru li l-birra hija xarba alkoħolika.", "Dawn il-beer festivals jew Oktoberfest, sejħilhom li trid, sfaċċatament qed jinkoraġġixxu l-attendenza tat-tfal billi jorganizzaw attivitajiet speċjali għalihom.", "Din x'serjeta' u self-regulation hi min-naħa ta' min hu fl-industrija?", "Mhux talli hekk, iżda qed jiftaħru u jgħidu f'leaflet li s-self-regulation hija aħjar milli regolamentazzjoni statutorja.", "Dażgur li jgħidu hekk; dawn ma jridux kontrolli.", "U xi ngħidu għar-reklamar ta' dawn id-drogi legali?", "Minkejja li nħarġu l-kodiċi, fuq ir-radju u t-televiżjoni donnu m'hemmx ħin biex jixxandru dawn il-kodiċi.", "Barra minn hekk, hawn min jirriklama l-alkoħol bħala xi sustanza ta' benefiċċju u jekk tassew jeżisti xi benefiċċju fl-alkoħol, ma jgħidux kemm wieħed għandu jkollu eta' biex ix-xorb iservi ta' benefiċċju, jiġifieri li raġel irid ikollu 50 sena u mara trid tkun wara l-menopawsa.", "Lanqas ma jingħad kemm wieħed għandu jixrob biex iservih ta' benefiċċju, imma tissemma biss il-figura tas-safe limit li ħarġu biha t-tobba Ingliżi, li hi ta' three/four għall-irġiel u two/three għan-nisa, u jittieħdu bħala xi benchmark ta' safety.", "Dak mhux l-ammont li jista' jinxtorob imma l-maximum li t-tobba Ingliżi jirrikkmandaw.", "Dawn donnu jagħmluh with impunity, minkejja li hemm min isemma' leħnu kontrihom.", "Illum il-marketing u r-reklamar huma professjoni u wieħed jista' jistudja u jiggradwa fil-marketing.", "Il-marketing sar aggressiv imma sfortunatament, ir-regolamenti u l-liġijiet baqgħu taż-żmien żemżem, ma mxewx maż-żmenijiet.", "Ta' min ifaħħar, kif fil-fatt aħna għamilna, il-kodiċi li nħareġ xi ħames xhur ilu mill-Awtorita' tax-Xandir flimkien mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni dwar ir-reklamar u l-kontenut fil-programmi għall-protezzjoni tal-minuri.", "Fl-opinjoni tagħna, dawn il-kodiċi, għalkemm huma tajbin, setgħu kienu aktar ċari għaliex huma pjuttost vagi.", "Trid iddum taqra biex forsi tifhem x'tista' tagħmel u x'ma tistax tagħmel.", "Barra minn hekk, aħna għandna suspett li l-kodiċi ma niżlux tajjeb mal-media Maltija, u qed ngħid dan għaliex aħna bgħatna press release lil kull stazzjon tat-television u tar-radju u lill-gazzetti kollha biex nuru l-appoġġ tagħna għall-kodiċi li nħarġu, imma s'issa, jew b'kumbinazzjoni jew għal xi raġuni li ma nafx x'inhi, ma kien hemm l-ebda riferenza għall-press release li ħriġna u allura kkonkludejna li l-kodiċi ma ntgħoġbux.", "Fis-sitwazzjoni li ninsabu fiha, ħadd m'għandu jiskanta li l-problemi assoċjati ma' l-alkoħol jammontaw għal parti kbira mit-talbiet għas-servizzi li qed nitkellmu dwarhom, liema servizzi jirrikjedu finanzjament kbir.", "L-assoċjazzjoni tagħna ħsiebha hu fil-kamp ta' qabel jiġi l-bżonn għal dawn is-servizzi.", "Naturalment aħna nieħdu pjaċir li jeżistu servizzi u li dawn ikomplu jiġu żviluppati, pero' aħna, l-aktar li jinteressana hu li anqas nies, anqas żgħażagħ, jiġu bżonn is-servizzi.", "Jinteressana wkoll li l-liġijiet tal-pajjiż jiġu updated sabiex jirriflettu s-sitwazzjoni reali tal-ġurnata.", "Kif diġa' għedt, il-produtturi u l-importaturi tax-xarbiet alkoħoliċi jgħidu li s-self-regulation hija aktar effettiva minn regolamentazzjoni statutorja, pero' ovvjament dawn jgħidu hekk għax ma jaqblux mal-kontrolli.", "Jiddispjaċini li hawnhekk m'hawn ħadd preżenti li hu involut f'dan il-qasam għax nixtieq ngħid x'kien qal Winston Churchill fil-Parlament Ingliż.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nassigurak li hawn xi ħadd.", "IS-SUR JOE CHETCUTI: Skużani imma fil-bidu tal-laqgħa jidhirli li ma rajt lil ħadd.", "Meta kienet qed tiġi piloted il-liġi fl-Ingilterra - diġa' kienu avvanzati iktar minna dakinhar aħseb u ara llum; ovvjament għandhom il-problemi tagħhom ukoll imma almenu l-liġijiet qegħdin hemm - Winston Churchill kien qal hekk:", "Naħseb dan il-ħsieb fih x'tomgħod.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-fatt li kien hemm min xeħet xi ħtija, jista' jkun f'postha, fuq il-ġenituri.", "B'mod ġenerali, kulħadd irabbi lil uliedu sew; irabbihom kif jaf hu.", "Veru li xi kultant kif jaf hu ma jkunx kif suppost u preċiżament għalhekk inħossu li għandu jidħol id-dmir ta' l-Istat biex jiġi żgurat li barra minn darhom, it-tfal u ż-żgħażagħ li huma ċ-ċittadini adulti ta' għada, ma jispiċċawx taħt idejn min jinteressah biss kemm fl-aħħar tal-ġurnata jkun daħħal mill-bejgħ ta' alkoħol u sigaretti.", "Mingħajr ma niġġeneralizza, ħafna minn dawn in-nies iqisu ż-żgħażagħ bħala l-mezz biex jagħmlu profitti kbar minn fuqhom u xejn aktar.", "U dan li qed ngħid ħareġ ċar mid-diversi surveys li saru s'issa, fosthom l-ESPACE survey li tmexxa mill-Aġenzija sedqa flimkien ma' 22 pajjiż ieħor, li żvela li Malta huwa l-aktar pajjiż li fih issib żgħażagħ ta' bejn il-11 u s-17-il sena li ta' spiss jabbużaw mill-alkoħol.", "Anke l-aħħar survey li sar ftit tax-xhur ilu mill-Health Promotion Department ikkonferma r-riżultati ta' surveys oħra.", "Hawn min jgħid li paragunat ma' pajjiżi Ewropej, f'Malta, ras għal ras jinxtorob inqas alkoħol minn f'pajjiżi oħra, mela ara la nilħqu lil dawn il-pajjiżi kemm se jkollna bżonn inżidu s-servizzi tagħna!", "Aħna preokkupati ħafna għax naħsbu li l-iktar li jinxtorob alkoħol huwa minn żgħażagħ li għandhom 25 sena jew anqas, żgħażagħ li jfittxu d-divertiment.", "F'dik l-age bracket jinxtorob ħafna alkoħol.", "U x'sar barra li twaqqfu l-aġenziji, fosthom l-Aġenzija sedqa, li joffru prevention programmes, eċċ?", "L-awtorita' għandha jew m'għandhiex il-kuraġġ tħarrex il-pieni għal min ibigħ u jagħmilha faċli għal tfal u żgħażagħ jixtru, jikkunsmaw u jabbużaw mid-drogi legali, l-alkoħol u t-tabakk?", "Ħsibna biex ngħollu l-eta' minn 16 għal 18-il sena kif proprju ssuġġeriet il-World Health Organisation fl-ewwel pjan għas-snin 1992/99?", "Meta dan l-istess kumitat kien iddiskuta r-regolamenti l-ġodda għaż-żamma tad-discos u l-parties, u eventwalment kienu nħarġu r-regolamenti l-ġodda, aħna konna minn ta' l-ewwel li għedna li dak kien pass kbir fid-direzzjoni t-tajba.", "Aħna konna pparteċipajna fil-laqgħat li saru u mill-ewwel ħriġna ngħidu li naqblu mar-regolamenti pero' għedna wkoll li ma nistgħux nifhmu għaliex ir-regolamenti ma japplikawx għall-firxa kollha ta' l-industrija tad-divertiment.", "Dan ħassibna għaliex jista' jkun li ma ridniex nirfsu xi kallijiet u allura donnu żammejna lura milli naqbdu l-barri minn qrunu.", "Mela issa noqogħdu nraqqu l-ħsara li tiġri liż-żgħażagħ tagħna u nikbuhom meta jmutu.", "Aħna nħossu li ta' min wieħed jara sewwa xi tgħid il-World Health Organisation fil-European action plan li għadha kemm ħarġet għall-ħames snin li ġejjin.", "Fost il-ħafna affarijiet li hemm skoprejna dak li aħna ilna tliet snin intambru fuqu wara li aħna bi ħsieb u forsi b'evalwazzjoni, wasalna għalih.", "Mingħajr ma konna nafu, għax dan id-dokument għadu kemm inħareġ, dak li ilna ngħidu huwa nkluż ġo dan il-pjan.", "Il-WHO qed tħeġġeg lill-gvernijiet ta' l-Ewropa jintroduċu aktar programmi u policies biex sas-sena 2005 il-konsum ta' l-alkoħol u t-tabakk jonqos b'25%.", "Fid-dokument hemm ir-rakkmandazzjonijiet u r-raġunijiet kollha għaliex huwa importanti li jittieħdu azzjonijiet ħalli jonqos il-konsum ta' l-alkoħol għaliex b'hekk jonqsu l-problemi u l-ispiża tal-gvern biex joffri s-servizzi neċessarji.", "Tajjeb tarawh dan il-pjan; jekk m'għandkomx kopja tiegħu, naħseb faċli li takkwistawh mill-Aġenzija sedqa li żgur għandha kopja.", "Fost ir-rakkmandazzjonijiet tagħhom insibu li l-eta' minima għax-xorb alkoħoliku tkun ta' 18-il sena u li t-taxxi li jinġabru minn fuq il-bejgħ ta' l-alkoħol jiffinanzjaw attivitajiet għall-kontroll ta' l-alkoħol u jintużaw fuq health education u fuq servizzi u għajnuna li jingħataw fuq skala nazzjonali.", "Naħseb kieku fil-budget li għadu kemm ġie ppreżentat ma roħosx l-alkoħol u dik id-differenza żgħira fil-prezz kienet tmur għal fond ta' dan it-tip, naħseb kieku konna nagħmlu ħafna ġid.", "Il-WHO qed tgħid ukoll li għandu jkun ipprojbit ir-reklamar ta' l-alkoħol u t-tabakk fl-isports u wisq aktar fl-isponsorship ta' attivitajiet rikreattivi għaż-żgħażagħ.", "Aħna nħossu li għandu jkun hemm regolamenti stretti f'attivitajiet maħsuba biex jippromwovu l-konsum ta' l-alkoħol, bħalma huma beer festivals bi drinking competitions, eċċ. Tajjeb wieħed jgħid li l-industrija tax-xorb alkoħoliku, xejn ma jinżlulha dawn l-alcohol action plans tal-World Health Organisation.", "Fil-fatt kien wara l-1992 li l-Amsterdam group u l-Portman group ta' l-Ingilterra organizzaw ruħhom u ħarxu l-kampanja tagħhom kontra il-pjanijiet ta' l-Organizzjazzjoni Dinjija tas-Saħħa.", "Hawn Malta għandna wkoll splinter group, jew grupp simili għax ma nafx x'konnessjoni għandhom magħhom.", "Jiġifieri l-industrija tax-xorb alkoħoliku ma baqgħetx lura, anzi, fit-taparsi ġlieda tagħha kontra l-abbuż ta' l-alkoħol, tipprova tieħu l-inizjattiva minn idejn il-gvern, l-aġenziji u l-organizzazzjonijiet l-oħra.", "Donnhom huma biss jafu jagħtu lectures kif għandna nnaqqsu l-abbuż.", "Aħna nemmnu li b'urġenza jeħtieġ naġġornaw il-liġijiet tagħna biex intaffu l-pjagi u mhux naraw biss kif se nilaqgħu l-feriti.", "Sinjura President, qabel inkompli nixtieq inqassam lill-membri tal-kumitat estratt mill-gazzetti \"The Times\" u \"The Sun\" ta' l-Ingilterra b'riferenza għal xorb alkoħoliku, u kopja ta' ittra li aħna rċevejna mingħand omm ta' tifla ta' 12-il sena.", "Kemm se ndumu nagħmlu surveys biex nikkonfermaw il-persentaġġ enormi ta' żgħażagħ u tfal, anke dawk taħt l-eta', li jixorbu xorb alkoħoliku u li x-xorb huwa ferm aċċessibbli għalihom?", "Dan mhux bilfors ifisser li numru ferm kbir ta' adulti li jbigħu u jservu l-alkoħol jiġu jaqgħu u jqumu mill-eta' ta' min jixtri x-xorb alkoħoliku minn għandhom?", "U hawn nixtieq naqra l-ittra ta' parent li ġiet imbikkma għandi.", "Ħasbet li jien għandi xi magic wand!", "- dan ġara f'Wied il-Għajn -", "Dan il-post hu parti minn cinema u tidħol għalih minn bieb qisu ta' dar.", "Malli tidħol issib games room kbira - jien mort fil-post - u jekk titla' t-taraġ issib bar disco.", "Kulħadd jista' jitla' mill-games room għall-bar disco.", "L-iskuża li ġieli tinġieb hija li l-eta' tat-tfajliet ma tkunx tingħaraf għax ikunu miżbugħa ħafna, imma jien naħseb li tifla ta' 12-il sena tagħrafha.", "Din l-omm tatni l-permess li jiena nesebixxi l-ittra tagħha, u hekk qed nagħmel.", "Jien naħseb li kulħadd jaqbel li għalkemm l-alkoħol u t-tabakk huma drogi legali għandhom jitqiesu bħala sustanzi illegali jekk jinbiegħu lil min ikun taħt l-eta'.", "Jien personalment nemmen li min ibigħ l-alkoħol u t-tabakk lil żgħażagħ taħt l-eta', għandu jkun ħati daqs dak li jittraffika sustanzi illegali bħalma huma d-drogi.", "Jekk min qed jikkonsmahom u jixtrihom huwa taħt l-eta', huwa ħati ta' att illegali.", "Jien ma nara l-ebda differenza bejn dak li jikser il-liġi u jbigħ joint tal-kannabis u dak li jikser il-liġi u jbigħ l-alkoħol u t-tabakk lil min hu taħt l-eta'.", "It-tnejn huma atti illegali u dan il-punt hemm bżonn jissammar f'moħħ il-bejjiegħa ta' l-alkoħol u t-tabakk.", "Mhux talli għandhom jiħraxu l-multi u s-sentenzi kontra min jinqabad ibigħ l-alkoħol u t-tabakk liż-żgħar, iżda talli l-liġi għandha tkun ċara daqs il-kristall mingħajr ebda beating around the bush.", "M'għandha tintwera l-ebda ħniena.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel qabel nikkonkludi huwa dwar ir-reklamar f'attivitajiet sportivi u fl-alcohol promotions.", "Barra li ħafna mill-alcohol promotions isiru fiċ-ċentri ta' divertiment li jkunu ffullati biż-żgħażagħ, vilment, jużaw żgħażagħ biex jippromwovu l-attivita'.", "Hawn għandi ritratt li deher fil-gazzetta lokali \"The Times\" tat-30 ta' Awissu 2000 li juri dan li qed ngħid.", "Li kieku dan ġara barra minn Malta, kieku l-bar ingħalaq.", "Qed jippromwovu xarba alkoħolika bi tlett itfal żgħażagħ.", "Forsi veru li ż-żgħażagħ li jidhru fir-ritratt għandhom 16-il sena, imma għalija, dik hija oxxenita'.", "Dan ir-reklam juri lejn min huwa mmirat il-bejgħ ta' l-alkoħol.", "Fir-reklami l-oħra kollha, inklużi dawk fi glossy magazines li jitqassmu regolarment b'xejn mal-gazzetti lokali, dejjem jidhru żgħażagħ biex jirreklamaw l-alkoħol.", "Għalina, din m'hijiex aċċettabbli u ċertu pajjiżi ma jħalluhiex tiġri.", "Barra minn hekk, meta jsiru dawn il-promozzjonijiet fil-postijiet frekwentati minn żgħażagħ, is-sigaretti u l-alkoħol, jew jinbiegħu lil kulħadd bi prezz irħis jew inkella jitqassmu b'xejn lil kull min ikun preżenti, anke lil min mhux suppost, jiġifieri min ikun taħt l-eta'.", "Bħala guidance teacher jien nitkellem ma' żgħażagħ u jgħiduli kemm hu faċli li tixtri u takkwista l-alkoħol, ġieli anke b'xejn, waqt xi alcohol promotion.", "F'Wied il-Għajn kien hemm bar, mhux se nistħi ngħid min hu jekk ikun hemm bżonn, li waħħal tabella kbira \"Alcohol free bar\" u nista' ngħid li konna fraħna li kien se jkollna alcohol free bar, pero' issa sirt naf li biex wieħed jidħol f'dan il-bar, irid iħallas nofs lira u jkun intitolat għal drink b'xejn, liema drink tista' tkun birra.", "Dan qalhuli t-tfal stess li m'għandhomx għalfejn jigdbu.", "Min jgħid jew jaħseb li l-isports għandu bżonn il-flus tar-reklamar ta' l-alkoħol u t-tabakk, għandu jieqaf jirrifletti jekk hijiex l-industrija ta' dawn is-sustanzi li fil-fatt għandha bżonn li tinqeda bl-isports.", "Jekk inħarsu lejn Franza fejn ir-reklamar ta' dawn is-sustanzi ilu banned minn attivitajiet sportivi, naraw li l-projbizzjoni ta' dan it-tip ta' reklamar ma tantx affettwat l-isports, b'mod partikolari l-futbol nazzjonali għaliex il-Franċiżi spiċċaw ir-rebbieħa tal-World Cup ta' sentejn ilu.", "Naħseb ħafna nies raw numru kbir tal-partiti li ntlagħbu fi Franza u li ntwerew fuq it-television u żgur li kulħadd innota li ma kienx hemm reklam wieħed ta' alkoħol u tabakk, bħalma ma rajniex ukoll fil-postijiet fejn dan l-aħħar kienu qed jintlagħbu l-Olympic games fl-Awstralja.", "Li rajna kienu r-reklami lokali li ġew imdeffsa qabel, wara, jew fin-nofs tal-partiti tal-futbol waqt il-World Cup.", "Għall-ġid tal-poplu tagħna għandna nieħdu l-eżempju ta' dawk il-pajjiżi li neħħew ir-reklamar ta' alkoħol u tabakk mill-attivitajiet sportivi f'pajjiżhom.", "U la qed insemmi l-isports, ħalli nsemmi paradoss kbir li għandna f'pajjiżna.", "Tajjeb ħafna li nħajru lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jieħdu sehem f'attivitajiet sportivi biex ikollhom alternattiva u jżommu 'l bogħod mid-droga, iżda fl-isfond tas-sitwazzjoni f'pajjiżna, paradossalment, fl-istess waqt qed nesponu lill-uliedna għal riskji kbar.", "Uliedna qed ikollhom l-ewwel kuntatti ma' l-alkoħol u t-tabakk fl-attivitajiet sportivi permezz tar-reklamar ta' dawn is-sustanzi u wisq probabbli, fil-klabbs u l-każini qed ikollhom aċċess faċli għalihom mill-bar.", "Jien għad irrid nara fi klabb jew każin tabella li tgħid li tfal taħt is-16-il sena ma jistgħux jixtru jew jixorbu alkoħol.", "Dawn it-tabelli ma tarahom imkien imma nispera li ma ndumux ma jibda jkollna minnhom.", "Ftit ilu kont l-Ingilterra u ġo supermarket f'Guildford, f'Surrey, rajt tabelli kbar li jgħidu li ħadd taħt it-18-il sena ma jista' jixtri xorb alkoħoliku.", "Lanqas qatt ma mmaġinajt li se nara xi avviż bħal dan fl-Ingilterra, allura aħna m'aħniex kapaċi nagħmlu l-istess u nosservawha?", "Nixtieq nagħlaq billi nirriferi għall-artiklu li tajtkom kopja tiegħu li kien deher f'ġurnal Ingliż, dwar ix-xorb minn tfajliet.", "Ma nistgħux ma ninkwetawx li kull sena qed jiżdied in-numru ta' tfajliet li qed joħorġu tqal u li numru minnhom huma schoolgirl mothers ta' bejn l-14 u l-15-il sena, u mingħalija kellna anke każ ta' tifla li kellha anqas minn 14-il sena.", "Ma nistgħux neskludu l-fatt li meta t-tfajliet joħorġu, qed jikkunsmaw l-alkoħol bir-riżultat li ma jkollhomx kontroll fuqhom infushom.", "F'dan l-artiklu qed jingħad li minn stħarriġ li sar riċentement fost nisa Ingliżi ta' bejn it-18 u t-30 sena, kważi nofs in-nisa li jkunu ħarġu biex jiddevertu u jkunu xorbu żżejjed, jispiċċaw biex ikollhom relazzjonijiet sesswali u li wara jiddispjaċihom kemm li għamlu l-att u kemm ma' min ikunu għamluh.", "Skond l-istħarriġ, dawn in-nisa qalu li kieku kienu f'sensihom, lanqas biss kienu jħarsu lejn l-irġiel li jkunu marru magħhom.", "Jiena nawgura li dan il-kumitat, wara li jkun sema' lil kulħadd, joħroġ b'suġġerimenti li jintbagħtu lill-ministri konċernati sabiex il-liġijiet tagħna jiġu mibdula radikalment ħalli jindirizzaw is-sitwazzjoni attwali.", "Naħseb billi nsewwu biss xi irqaqat, mhux se naslu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Semmejt diversi punti li huma verament interessanti u nista' nikkonferma ħafna mill-affarijiet li għedt, pero' ma naħsibx li kellek għalfejn tirriferi għal gazzetti Ingliżi, għax anke lokalment għandna stejjer ta' individwi li għaddew mill-istess esperjenzi li ssemmew fil-gazzetti barranin.", "Punt żgħir li naħseb ma ġiex daqshekk imtambar, huwa dwar l-alkoħol fid-dar.", "Jien niltaqa' ma' persuni li għandhom problema ta' xorb, persuni li tista' ssejħilhom addicted għax-xorb - qed ngħid għal persuni li m'humiex daqshekk żgħażagħ, persuni li għandhom 'il fuq minn tletin sena - li jgħidulek li x-xorb ta' l-alkoħol ma bdewhx minn ġol-bar jew mill-beer festivals, imma proprju mid-dar tagħhom.", "U mhux qed ngħid li kienu jixorbuh bil-moħbi, imma kienu jikkunsmawh fid-dar bl-iktar mod apert quddiem il-ġenituri tagħhom.", "U llum il-ġurnata huma stess jgħidulek li ma kienx ftit l-alkoħol li kienu jikkunsmaw fid-dar mill-eta' żgħira ta' 14-il sena.", "Kif għedt, qed nirriferi għal adulti ta' 30, 40 sena, jiġifieri qed nitkellmu mhux fuq dak li qed jiġri llum, fis-sena 2000, imma fuq dak li ġara fl-1970 u fl-1960.", "Dawn kellhom aċċess għall-alkoħol id-dar.", "Ma ġewx kontrollati mill-ġenituri tagħhom.", "Jien inħoss li m'għandniex nitilqu minn hawnhekk bl-idea li t-tort għala għandna tant nies jixorbu xorb alkoħoliku huwa tar-reklamar, jew tal-bars, jew tad-discos, imma rridu nirrikonoxxu li f'ħafna każi, it-tort huwa tal-ġenituri stess.", "Din narawha tirrepeti ruħha f'każ wieħed wara l-ieħor u ejja ma mmorrux naħsbu li dan il-fenomenu jikkonċerna biss ftit ġenituri.", "Mela l-ewwel aċċess għall-alkoħol li qed ikollhom it-tfal, huwa appuntu minn fuq il-mejda ta' l-ikel fid-dar tagħhom.", "Ta' kuljum, it-tfal qed jaraw lill-ġenituri tagħhom jieħdu tazza inbid ma' l-ikel u huma stess qed jiġu offruti nbid mill-ġenituri tagħhom.", "Imbagħad xi ngħidu għal dawk il-ġenituri li jieħdu pjaċir idaħħlu l-gażaża ta' tarbija fil-whisky biex idewquhulha u jiggustawha u toqgħodilhom kwieta!", "Bl-ebda mod ma rrid ngħid li l-ġenituri kollha jaġixxu l-istess imma lanqas ma rridu niskolpaw lill-ġenituri u nwaħħlu fl-industrija tad-divertiment.", "Issemma wkoll il-ħin li qed isiru ċertu attivitajiet.", "Bħalma nafu, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, qed isiru dawn l-imberkin group parties li m'hemm l-ebda kontroll fuqhom.", "Dawn il-postijiet qed jinkrew għal ongoing parties li m'humiex isiru sa l-għaxra ta' filgħaxija.", "Ejja għall-mument ma nidħolx fl-argument ta' bejn is-16 u t-18-il sena, imma min qed iħalli liż-żgħażagħ li għandhom ċertu eta' jmorru għal dawn it-tip ta' parties?", "Min hu responsabbli għat-tfal li għandhom inqas minn 16-il sena li qed imorru Għawdex jgħaddu mhux sagħtejn jew tliet sigħat f'party, imma weekend sħiħa, jitilqu l-Ġimgħa u jiġu lura l-Ħadd f'nofsinhar jew filgħaxija?", "Mhux il-ġenituri stess qed iħallu lill-uliedhom żgħażagħ imorru f'dawn it-tip ta' postijiet?", "U qed nitkellem mhux biss għal tfal ta' 15, 16-il sena, imma anke għal tfal ta' 12, 13-il sena għax illum il-ġurnata żgħażagħ li għandhom 16-il sena diġa' joħorġu tard filgħaxija.", "Jekk tistaqsi lil xi ħadd ta' 16-il sena jekk joħroġx fit-tmienja ta' filgħaxija, jgħidlek: \"X'nagħmel?!", "Jien noħroġ wara l-għaxra ta' filgħaxija.\".", "U mbagħad hawn min jaħseb ukoll li jekk tfal ta' 13, 14 jew 15-il sena jidħlu d-dar fl-għaxra jew fil-ħdax ta' filgħaxija, huma safe, imma mur f'ċertu postijiet ta' divertiment ħalli tara l-atti sesswali - issa mhux qed nitkellem fuq konsum ta' alkoħol - li jsiru b'mod apert.", "Tara żgħażagħ jinżgħu għarwenien quddiem kulħadd bin-nies jippassiġġaw madwarhom!", "U min huwa responsabbli ta' dawn it-tfal ta' 12, 13-il sena?", "Min qed iħallilhom imorru f'ċertu postijiet li m'hemmx kontroll fuqhom fejn qed ibellgħulhom l-alkoħol bir-riżultat li ħafna minnhom ma jkunux jafu x'qegħdin jagħmlu, għalkemm ikun hemm ukoll min ikun jaf x'inhu jagħmel?", "IS-SUR JOE CHETCUTI: Sfortunatament, dawn l-affarijiet issa ndraw u allura diffiċli biex trażżanhom.", "Il-peer pressure fuq it-tfal ta' dik l-eta', hija enormi.", "MICHAEL FARRUGIA: Veru li l-peer pressure hija enormi imma daqshekk ieħor hija kbira r-responsabbilta' tal-ġenituri.", "IĊ-CHAIRPERSON: Veru li l-peer pressure hija enormi, pero' l-ġenituri ma jistgħu qatt jabdikaw ir-responsabbilta' tagħhom fil-konfront ta' tfal fl-eta' ta' 12, 13 jew 14-il sena bl-iskuża tal-peer pressure.", "Naqbel ma' ħafna ma' l-affarijiet li għedt, Sur Chetcuti, u napprezza ħafna x-xogħol li tagħmel l-assoċjazzjoni tagħkom, pero' ara ma jidħlniex fil-qarquċa ta' rasna li bl-iskuża tal-peer pressure niskolpaw lill-ġenituri li għandhom tfal ta' 12, 13 jew 14-il sena.", "Jekk m'għandekx kontroll fuq uliedek ta' 12, 13 jew 14-il sena, għidli x'kontroll it-tfal jistgħu jeżerċitaw huma stess fuqhom infushom.", "Naf li t-tfal għandhom ħafna xi jħeġġiġhom biex joħorġu jiddevertu u għandhom ħafna x'jittantahom fil-postijiet tad-divertiment, imma b'daqshekk ma tonqosx ir-responsabbilta' tal-ġenituri.", "It-tifel tiegħi stess qed jgħidli li mhux sejjer Paceville fis-7.00 p.m. F'daqqa waħda, dan it-tifel li għandu 16-il sena qalli li se jibda joħroġ fit-8.00 p.m. Mhux se nippretendi lil tifel ta' 16-il sena jidħol lura d-dar fit-8.00 p.m., imma taf x'qalli?", "Qalli: \"Mummy, nixtieqek tmur Paceville ħalli tara l-etajiet tat-tfal li jkun hemm f'ċertu ħin.", "Mela jiena sejjer fil-ħin li jkun hemm tfal ta' 12, 13-il sena?!\"", "Skużi, imma tfal ta' 12, 13-il sena, x'qegħdin jagħmlu Paceville fl-10.00 p.m.?!", "Tfal għandna, jiġifieri m'iniex qed nitkaża u bl-ebda mod ma rrid nitkaża għax is-sitwazzjoni li wieħed ikun fiha, il-Bambin biss jafha, pero' ejja naraw l-affarijiet b'mod ċar.", "Naqbel miegħek li min mhux suppost ibigħ l-alkoħol lil tfal żgħar, ma jbigħilhomx - bl-ebda mod ma rridu nneħħu l-kolpa minn fuq min qed jagħmel dawn l-affarijiet - pero' f'ġieh il-Bambin, ejja ma nserrħux ras il-ġenituri bil-liġijiet.", "Bir-rispett kollu, anke din l-ittra ta' omm ta' tifla ta' 12-il sena li marret f'games room .… Il-games room li huma adatti għal tfal ta' 12-il sena, m'humiex run by the entertainment industry.", "Kieku għedtli games room immexxija mill-youth club tal-kappillan, jew mill-youth club ta' xi organizzazzjoni, nifhimha, imma omm li lanqas taf li bintha ta' 12-il sena qed tmur f'games room fejn hemm bar u disco .… U d-disco ma jkunx miftuħ fis-6.00 p.m. Omm għandha tkun taf eżattament fejn qiegħda t-tifla tagħha ta' 12-il sena.", "I'm sorry, nista' ninstema' antikwata, nista' ninstema' drakonjana, għidli li trid, pero' jiena ma nħallix tifla ta' 12-il sena tmur ġo games room.", "Jekk lil tifla ta' 12-il sena m'iniex kapaċi ngħidilha: \"M'intix sejra\", u ma tmurx, .… Pero' fl-istess waqt jien irrid inkun id-dar u mhux nitlaq 'il barra u t-tifla ma nkunx naf fejn qiegħda.", "Ħafna mill-problemi li qegħdin ingawdu llum huma frott in-nuqqas ta' dixxiplina u responsabbilta' tagħna l-ġenituri - mhux ħa ngħid tagħkom il-ġenituri għax jiena ġenitur ukoll u għandi l-problemi tiegħi u naf x'qed niffaċċja llum b'uliedi li għandhom dawn l-etajiet.", "Aħna, li niftaħru li nħallu tfal ta' tmienja u disa' snin waħedhom id-dar biex immorru party u la nafu jekk raqdux, la nafu jekk qamux u la nafu jekk humiex qegħdin waħedhom jew hemmx xi ħbieb tagħhom id-dar.", "Jiena nitkellem ma' ġenituri li għandhom tfal ta' l-eta' tat-tfal tiegħi u kont niskanta kif jazzardaw iħallu tfal ta' tmienja, disa' snin waħedhom id-dar.", "Iva, forsi beżżiegħa, imma jien nibża' nħallihom waħedhom id-dar u issa dan huwa l-frott li qed ingawdu.", "U issa qegħdin insemmu l-peer pressure.", "Wara din l-iżvugatura kollha għandhomx tort jew raġun il-ġenituri, ara taħseb li jiena b'xi mod se niskolpa lil dawk li qed jagħmlu xi ħaġa li m'għandhomx jagħmlu.", "Jekk xi ħaġa m'għandhiex issir, ma tistax issir, issirx fit-8.00 a.m., fis-sagħtejn ta' wara nofsinhar, jew f'nofs il-lejl.", "Dak li hu ħażin, jibqa' ħażin, pero' b'danakollu, bl-ebda mod ma nistgħu nneħħu r-responsabbilta' minn fuq il-ġenituri.", "IS-SUR JOE CHETCUTI: Naturalment mhux qed niskuża lill-omm, pero' dan il-każ ġara fis-sajf u forsi mingħajr ma l-omm kienet taf, it-tifla marret hemm flok …", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiena bl-ebda mod ma rrid niġġudika lil din l-omm.", "Il-persuna ma nafx min hi.", "Fuq l-ittra hawn imniżżel l-indirizz u n-numru tat-telefon u se nagħtik l-ittra lura għaliex jiena ma rridx ninstema' li qed nipprova nagħmel xi attakk fuq il-persuna, pero' m'għandux x'jaqsam kienx is-sajf jew ix-xitwa; l-ulied huma tagħna 24 siegħa kuljum mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru.", "IS-SUR JOE CHETCUTI: Naqbel miegħek perfettament.", "MICHAEL FARRUGIA: Li hu żgur hu li fis-sajf ikun hawn iktar problemi milli fix-xitwa u waħda mir-raġunijiet hija li fis-sajf ikollna ħafna studenti żgħar barranin, u hawnhekk irrid nagħmel kumment fuq dawk il-familji li suppost qed iżommu taħt ir-responsabbilta' tagħhom tfal barranin ta' ċertu eta' meta fil-fatt qed iħalluhom jagħmlu li jridu.", "Affarijiet li dawn it-tfal ma jagħmlux f'pajjiżhom, qegħdin jispiċċaw biex jagħmluhom hawnhekk.", "Ħaġa oħra li rrid ngħid hija li f'Paceville, mhux l-ewwel darba li minbarra Maltin u barranin qed ikun hemm ukoll baħrin.", "Jiġifieri qed ikollna sitwazzjoni ta' taħlit.", "Qed nisimgħu ħafna dwar l-eta', imma anke kieku d-discos ma jdaħħlux lil min ikun taħt it-18-il sena, jew ma jbigħux xorb alkoħoliku lil min ma jkollux 18-il sena, il-fatt hu li l-ġenituri - u sfortunatament ngħid li ħafna mill-ġenituri, u b'qalb magħfusa ngħid \"ħafna mill-ġenituri\" - jitilfu l-kontroll ta' uliedhom minn meta jkollhom 12, 13-il sena.", "Illum, it-tfal jgħallmuk, mhux inti tgħallimhom.", "It-tfal stess jgħidulek xi jkun hemm.", "U mhux qed ngħid għax-xorb alkoħoliku biss, imma għal drogi u sess.", "Ċertu affarijiet isiru bl-iktar mod apert fil-parapetti, bin-nies għaddejjin minn ħdejhom.", "IS-SUR JOE CHETCUTI: Jien għedt li sfortunatament hawn ġenituri li m'humiex kapaċi jrabbu lill-uliedhom sew u preċiżament għalhekk joħroġ id-dmir ta' l-Istat biex jekk ġenituri m'humiex kapaċi jrabbu lill-uliedhom, jara hu li ma jkunx hemm min jinteressah biss li jisfrutta t-tfal.", "MICHAEL FARRUGIA: Imma ma tistax tgħabbi lill-Istat.", "(Interruzzjonijiet) Ma jmorrux fil-bars imbagħad imorru fi private party!", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Jiena minn dejjem kont nemmen li f'pajjiżna għadna lura f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tat-tfal u minn dak li smajt illejla, komplejt nikkonferma dak li naħseb.", "Iva, nemmen li r-responsabbilta' hija kemm tal-ġenituri u kemm tal-gvern u m'għandniex nippruvaw niskolpaw lil xi ħadd minnhom.", "Biss nemmen ukoll li ħafna mill-problemi soċjali li għandna jonqsu kieku bħala pajjiż dan l-aspett tad-drittijiet tat-tfal nieħduh aktar bis-serjeta'.", "Naħseb dan jistgħu jikkonfermawh ħafna mill-għaqdiet li smajna jitkellmu hawnhekk.", "Naħseb li ħafna mix-xogħol ta' dawn l-għaqdiet jonqslihom kieku dan l-aspett jiġi ndirizzat bis-serjeta'.", "Jien nemmen li dan huwa proprju l-konċett ta' l-investiment soċjali.", "Naħseb għandna bżonn nenfasizzaw l-importanza li fl-iskejjel fejn it-tfal tagħna jqattgħu ħafna mill-ħin tagħhom fl-ewwel snin ta' ħajjithom, tiġi amministrata doża aktar qawwija ta' edukazzjoni f'dan is-sens.", "Nemmen ukoll fil-ħtieġa li l-aġenziji jirreklamaw b'mod proattiv, fis-sens li jirreklamaw kemm hu tajjeb li tgħix ħajja mingħajr alkoħol u mingħajr tipjip.", "Għandhom jesponu l-benefiċċji, anke b'mod sottili, ta' min jgħix free minn dawn il-vizzji.", "X'qiegħda tagħmel l-għaqda tagħkom f'dan is-sens?", "Naf li intom m'għandkomx riżorsi, imma saru x'inizjattivi min-naħa tagħkom f'dan is-sens?", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħalli l-ewwel insejjaħ lill-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: L-ewwelnett nixtieq niskuża ruħi li ġejt tard imma kelli impenji oħra ta' xogħol li żammewni milli nkun hawn mill-bidu tal-laqgħa.", "Minn dak li qal is-Sur Chetcuti u anke mid-diversi korrispondenza li l-għaqda tiegħu tibgħat minn żmien għal żmien u minn stqarrijiet pubbliċi li jinħarġu, nafu kemm attwalment l-għaqda hija concerned dwar dawn l-affarijiet.", "Fl-ebda waqt m'għandna niskolpaw ir-responsabbilta' tal-ġenituri.", "Ir-responsabbilta' tal-ġenituri hija waħda kbira u bl-ebda mod m'għandha tiġi mċekkna, pero' rridu wkoll nkunu saqajna ma' l-art u nagħrfu li hemm ġenituri li jew m'għandhomx dik is-saħħa psikoloġika neċessarja biex tkun kapaċi trabbi lill-ulied, jew inkella m'għandhomx parenting skills.", "Ma rridux naħsbu li kull ġenitur huwa ġenitur informat.", "Jien naf b'ġenituri li jgħixu fil-qalba ta' rħula antiki li għalkemm semgħu b'Paceville, assolutament ma jafux x'jiġri u ma jiġrix hemmhekk.", "Dawn huma fatti imma sadanittant it-tfal tagħhom huma esposti daqs it-tfal l-oħra ta' pajjiżna.", "Għalija, hemm żewġ tipi ta' ġenituri.", "Hemm ġenituri li rridu naħdmu magħhom anke fuq parenting skills biex inkomplu nsostnuhom ħalli nsaħħulhom is-saħħa li diġa' għandhom biex ikollhom ċertu kontrolli - forsi l-kelma \"kontrolli\" tinstema' ħażin f'dawn iż-żmenijiet ta' liberalizzazzjoni - jew biex forsi jirregolaw u jiggwidaw il-ħajja ta' wliedhom, u hemm ġenituri li rridu ngħinuhom aktar minn hekk u l-parenting skills normali m'humiex biżżejjed.", "Jiena nħoss li f'dawn il-każi rridu nħarsu lejn programmi partikolari, pero' l-ġenituri kollha jistgħu jiġu mgħejuna jekk liż-żgħażagħ tagħna noffrulhom alternattivi.", "U x'alternattivi ta' divertiment għandhom iż-żgħażagħ tagħna?", "Das-sajf attendejt żewġ attivitajiet taż-żgħażagħ, waħda organizzata minn Kerygma u l-oħra mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, u nista' ngħid li verament ħadt pjaċir nara lil tant żgħażagħ jieħdu sehem f'dawn l-attivitajiet.", "Il-maratona tal-volleyball organizzata minn Kerygma, illum saret annual event li lili taffaxxinani, apparti l-organizzazzjoni li qiegħda dejjem issir iktar professjonali.", "Lili timpressjonani kif Fr. Charles jirnexxielu jiġbor flimkien żgħażagħ, ġmiel ta' żgħażagħ, mimlija ħajja u enerġija, ġurnata wara l-oħra għal xhur sħaħ jaħdmu flimkien qishom arloġġ.", "Tgħidli li forsi jien qed nara biss in-naħa ta' barra, imma skużi, wara kollox dak li jidher minn barra huwa effett ta' ġewwa wkoll.", "Jiġifieri jekk minn ġewwa huma skurdati, se jkunu jidhru wkoll minn barra li huma skurdati.", "Il-Fiera Żgħażagħ organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ qisha wkoll saret an annual event u anke f'din l-attivita' rajt ġemgħat ta' żgħażagħ jaħdmu flimkien.", "Rajt żgħażagħ impenjati jorganizzaw l-istands u żgħażagħ oħra jieħdu gost b'dak li qed joffrulhom iż-żgħażagħ sħabhom.", "Mela jekk ikollhom alternattiva, iż-żgħażagħ, mhux kollha f'Paceville imorru.", "Veru li f'pajjiżna, barra xi events oħra li bħalissa ma jistgħux jiġu f'moħħi, għandna dawn iż-żewġ annual events tas-sajf, imma dawn huma one offs, m'humiex ongoing.", "L-alternattiva regolari li għandhom iż-żgħażagħ tagħna hija waħda kummerċjalizzata, konsumerista that exploits them and their parents to the full.", "Mela dak huwa appoġġ li għandna bżonn nagħtu kemm liż-żgħażagħ u kemm lill-ġenituri tagħhom, kemm lil dawk li huma informati bħalna u kemm lil dawk li m'għandhomx in-know-how, it-teknika, l-għerf, ta' kif jiggwidaw lill-uliedhom.", "L-għajnuna tal-volontarjat hija importanti, pero' jien nemmen li jrid ikun hemm ukoll l-għajnuna tal-gvern.", "L-Istat irid ukoll jagħti appoġġ.", "Għalija, dan huwa l-investiment soċjali.", "Irridu naraw kif aħna, mingħajr ma nagħtu shock treatments, insibu l-mod kif niggwidaw liż-żgħażagħ b'mod long term għal xi ħaġa li għandha valur.", "Nitkellmu ħafna li llum tlifna l-valuri, imma dawn il-valuri għadhom jeżistu?", "Jew inkella l-valuri f'termini ta' dak li nifhmu aħna, illum ġew replaced b'affarijiet li qed jattiraw liż-żgħażagħ u li qed iwassluhom biex jaraw biss sal-ponta t'imniħierhom?", "Bħalma qal sieħbi Karl, jiena wkoll nemmen fl-edukazzjoni u se ngħid esperjenza personali għax naħseb li mill-esperjenza l-aktar li nistgħu nitkellmu.", "Jiena ili npejjep snin twal u lit-tifla tiegħi ta' tmien snin ili neħodha tara l-maratoni tal-ġiri u attivitajiet oħra sportivi, allavolja jien m'iniex sportiva, minn mindu kienet għadha tarbija.", "Dejjem ngħidilha kontra t-tipjip minkejja l-eżempju ħażin li qed nagħtiha.", "Qed nistqarr magħkom l-affarijiet personali u familjari tiegħi.", "It-tifla tiegħi ilha tarani bis-sigaretti minn mindu twieldet u ġieli tqattagħhomli u tarmihomli, pero' l-ikbar għajnuna li sibt, apparti l-ktieb li ħarġet l-Aġenzija sedqa, kienet mingħand il-Maria Bugeja Foundation li jmorru bil-karattru Żelu ta' Veru fl-iskejjel - spiċċajt inkanta l-mużika jien u sejra neħodha l-iskola - u jgħallmuhom dwar l-effetti tax-xorb u allura issa, kif ikollna lil xi ħadd id-dar u tara imqar qatra inbid - mhux qed ngħid fliexken għax id-dar qatt ma tara fliexken ta' inbid - tgħidli: \"L-alkoħol mhux tajjeb, ma; neħħi dak l-inbid minn hemm!\".", "Mela din it-tifla qed tagħmel pressure fuqi.", "Minn barra dwar il-ħsara tax-xorb, it-tifla qed titgħallem ukoll dwar il-ħsara tat-tipjip u allura kull meta tarani npejjep, mill-ewwel tgħidli: \"Ma, ħa tmutli kmieni; jien ħa nispiċċa bla mama' kmieni\".", "Dan kollu ġej mill-pressjoni li ssir fuq it-tfal permezz ta' xi ħaġa attraenti li ppenetrat ġo moħħhom.", "Qed nipprova nurikom l-effett ta' l-edukazzjoni fuq it-tifla tiegħi.", "M'għandix dubju li intom konxji ta' l-effett ta' l-edukazzjoni, imma jien inħoss li għandna bżonn inżiduha u nżiduha b'mod attraenti, b'mod li timottiva u tinċentiva lit-tfal.", "Dawn l-inizjattivi mhux biss qed idaħħlu stil ta' ħajja għat-tfal, imma qed iġiegħlu lit-tfal jagħmlu pressjoni fuq il-ġenituri tagħhom.", "It-tifla tiegħi tirristrinġini ħafna fuq it-tipjip.", "Veru li ma npejjipx kullimkien, għandi l-quarter tiegħi fejn inpejjep, imma jkolli noqgħod għal dak li tgħidli t-tifla.", "Jiġifieri l-kampanja kontra t-tipjip indirizzata lit-tfal tagħmel ġid anke lill-ġenituri.", "Ħalli issa ngħid xi ħaġa dwar l-implimentazzjoni tal-liġijiet.", "Għandna liġijiet, imma fl-opinjoni tiegħi huma laxki wisq.", "Għalina, kollox jgħaddi.", "Aħna poplu li rridu nkunu aħjar mill-aħjar imma fl-istess waqt lanqas aħna kapaċi nżommu l-istandard ta' l-agħar.", "Ma rridx ninstema' negattiva imma jiena nħobb inkun realistika.", "Per eżempju għandna ħwienet ħdejn l-iskejjel li suppost huma confectioneries meta fil-fatt huma aktar bars bit-tfal deħlin u ħerġin jixtru l-energy drinks u l-bottijiet ta' l-alkoħol.", "Barra minn hekk, ħafna mill-areas madwar dawn il-ħwienet qed jispiċċaw areas tajbin ħafna għall-pushers tad-droga.", "Il-ġimgħa l-oħra kont qed nitkellem f'Ħal Qormi fejn għandna żewġ skejjel u numru ta' ġenituri qaluli li hemmhekk, il-pushers tad-droga qishom qed ibigħu ċ-ċikkulata.", "Kulħadd jaf min huma u n-nies ġejjin hemmhekk minn kull naħa ta' Malta biex isibu d-droga.", "Naf li l-pulizija jagħmlu ħafna xogħol imma fil-qasam tad-droga għadna m'aħniex qed nagħmlu biżżejjed, aħseb u ara x'qed nagħmlu fejn jidħlu l-alkoħol u s-sigaretti li m'humiex sustanzi illegali.", "Naqbel ma' dak li ntqal li hemm bżonn li l-liġijiet jiġu aġġornati għaż-żmenijiet tal-lum.", "Hawn preżenti Fr. Manwel Cordina li huwa d-Direttur Ġenerali tal-Fondazzjoni OASI u nixtieq nieħu din l-opportunita' biex ngħid kemm kien interessanti s-seminar li organizzaw riċentement.", "Dakinhar jiena għedt li f'ċertu areas il-bars għandhom ikunu banned milli jbigħu ċertu affarijiet u uffiċjal kien qalli li hemm xi regolament f'dak is-sens, iżda meta erġajt staqsejt, sibt li mhux minnu.", "Ma jeżisti xejn f'dak is-sens.", "Jien inħoss li hemm affarijiet li nistgħu nibdew nagħmlu, per eżempju li jkun hemm area mad-dawra ta' l-iskejjel tagħna fejn il-ħwienet ma jkunux jistgħu jbigħu alkoħol u sigaretti matul il-ħin ta' l-iskola.", "U dawn il-ħwienet għandhom ikunu taħt sorveljanza stretta u jekk jinqabad wieħed li qed ibigħ imqar filter ta' sigarett, irridu nagħmlu eżempju bih.", "Irridu nieħdu l-affarijiet bis-serjeta' u aħna l-politiċi - ejja nduru lejna wkoll għax mhux il-pulziija, l-għaqdiet taż-żgħażagħ u l-ġenituri biss għandhom rwol x'jilgħabu - ma rridux nibżgħu nieħdu ċertu miżuri għax forsi nibżgħu li se nitilfu l-voti.", "Wara kollox, ilkoll kemm aħna għandna familji u lkoll kemm aħna qed nagħmlu sagrifiċċji u nitħabtu biex ikollna soċjeta' aħjar milli għandna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Onor. Michael Asciak, jekk xtaqt tagħmel xi mistoqsija nitolbok tkun fil-qosor għax kull ma fadlilna huwa biss ftit minuti.", "MICHAEL ASCIAK: Meta tirrapportaw nuqqasijiet lill-pulizija ....?", "(Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-problema tagħna, Fr. Cordina, hija li minn hawn u ftit ieħor irridu nkunu fil-Kamra peress li ntalbet votazzjoni, pero' jekk trid, tista' tiġi tirrispondi basta tkun fil-qosor.", "DUN MANWEL CORDINA: Hawnhekk smajna kummenti dwar il-ħwienet li nsibu fil-viċinanza ta' l-iskejjel, u jien nixtieq ngħid li kapijiet ta' skejjel ġewwa Għawdex talbu lili bħala direttur tal-Fondazzjoni OASI biex niġbor petizzjoni dwar din il-problema u fil-fatt bgħatna ittra lill-awtoritajiet konċernati, fosthom l-Aġenzija sedqa, il-Kummissjoni, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-ministeri ta' l-edukazzjoni u tal-politika soċjali, fejn għednilhom dwar il-problemi kbar li hemm madwar l-iskejjel.", "F'Għawdex konna naħsbu li l-problema qiegħda biss fir-Rabat madwar l-iskejjel sekondarji, imma heads of school u teachers saru jafu bi problemi anke viċin l-iskejjel primarji, jiġifieri hemm ukoll ħwienet madwar l-iskejjel li fihom imorru tfal taħt it-12-il sena.", "Irċevejt risposta mingħand il-Ministeru għal Għawdex li magħha kien hemm inkluża r-risposta li l-pulizija bagħtu lill-Ministeru għal Għawdex.", "Ma nafx għala bagħtuha lill-ministeru u mhux lili, forsi biex jagħlquli ħalqi.", "Jekk tridu, nista' nibagħtilkom kopja tal-korrispondenza ħalli taraw il-faċċoliżmu u d-double face tas-sistema Maltija fejn il-pulizija jgħidulek li kollox qiegħed in order meta fil-fatt ma jkunx.", "Jgħidulek li l-permessi tal-machines huma kollha in order u Fr. Cordina ma jafx id-differenza bejn gambling machine u amusement machine!", "Jien inħoss li espressjoni bħal din hija degredanti.", "Aħna m'aħniex kontra l-amusement machines imma kontra l-manipulazzjoni tal-makni.", "Daż-żgur li nafu d-differenza bejn gambling u amusement machine.", "Imma taf x'jgħidulek?", "Jgħidulek li l-liġi ma tgħinx lill-pulizija.", "Nista' nibagħtilkom kopja ta' l-ittra.", "(Interruzzjonijiet) Il-permessi qegħdin joħorġu għal amusement machines u mbagħad il-makni qed jiġu manipulati biex jiġu użati bħala gambling machines.", "Meta informajt lill-pulizija dwan dan, huma qaluli li ma jistgħux jieħdu passi jekk ma tinbidilx il-liġi.", "Jenħtieġ li jkun hemm is-support tal-liġi.", "Issemmew il-private parties.", "B'liema dritt xi ħadd jikri flat jew villa lil tfal taħt it-18-il sena?", "Dawn huma affarijiet li qed jiġru u li qed narawhom b'għajnejna.", "Fis-sajf jiġu Għawdex tfajliet u ġuvintur ta' 12, 13-il sena, nofshom għarwenin, joqogħdu fi flat.", "Jien stess narahom u noqgħod ninnutahom ħa nitgħallem l-attitudni tagħhom.", "Għaliex il-liġi m'hijiex ċara u tonda?", "Mhux qed ngħid li għandna nkunu estremi imma hemm bżonn ta' liġijiet ċari.", "Per eżempju fl-Amerka, jekk tifel jixrob meta jkun fid-dar u jispiċċa l-isptar, it-tabib irid jagħmel inkjesta.", "Sakemm qiegħed id-dar u ma jiġrilu xejn, biċċa tiegħu, imma jekk jidħol f'istituzzjoni pubblika, it-tabib għandu kull dritt jagħmel inkjesta għaliex mhux qiegħed hemmhekk għall-kapriċċ u n-nuqqas ta' responsabbilta' tal-ġenituri.", "Nixtieq li xi darba l-kumitat jiddiskuti dawn l-aspetti.", "Aħna naħdmu ma' ħafna organizzazzjonijiet, fosthom l-Aġenzija sedqa u Caritas, imma aħna mixħutin fuq dan ix-xogħol b'mod differenti.", "Nagħmlu pressure ma' l-awtoritajiet sabiex ikun hemm kumitat li jiġbor flimkien il-ġenituri, il-politiċi, il-pulizija, il-knisja, insomma l-oqsma kollha fis-soċjeta', biex flimkien jiddiskutu kif jistgħu jinbidlu l-liġijiet għar-rigward ta' minuri, dawk li huma taħt it-18-il sena.", "Fi Spanja anke l-video games huma banned għal min hu taħt it-18-il sena.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Sur Chetcuti, bil-liġijiet li għandna bħalissa, normalment xi tkun l-attitudni tal-pulizija meta tirrapportaw xi ħaġa?", "IS-SUR JOE CHETCUTI: S'issa, fil-ftit żmien li ilha mwaqqfa l-assoċjazzjoni, ma kellniex każi li aħna morna nirrapportawhom lill-pulizija.", "Lill-omm li kitbet l-ittra tajtha l-parir li tmur tkellem il-barman u hi qaltli li l-barman innega kollox.", "Naturalment mhux ħa jammetti dak li qalet it-tifla, allura jiena fuq liema bażi ħa mmur nirrapporta?", "Mingħajr xhieda, ma naħsibx li nista' nagħmel xi ħaġa.", "Barra minn hekk, il-pulizija malajr tmur tgħid lill-barman li jien irrapportajtu.", "Mhux għax nibża' nsemmi l-persuna, imma hawn Malta s-sistema hi krudili.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiddispjaċini li se jkolli nwaqqfek imma se jkolli naġġorna għax għandna vot fil-Kamra.", "Nirringrazzjakom u nkomplu darb'oħra.", "Fid-9.06 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20001121_034d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 21 ta' Novembru, 2000", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.13 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 33 li saret fil-31 ta' Ottubru, 2000 kienu konfermati.", "L-Onor Michael Farrugia rrefera għal ittra mibgħuta qabel is-sajf liċ-Chairperson minn l-Onor Evarist Bartolo, b'riferenza għad-deċiżjoni tal-Gvern dwar it-trade schools.", "Iċ-Chairperson informat lill-kumitat li hija kienet lesta tilqa' t-talba ta' l-Oppożizzjoni li s-suġġett dwar il-qagħda tat-trade schools tiġi diskussa fil-kumitat.", "Il-kumitat qabel li talbiet għal diskussjoni ta' suġġetti ta' natura soċjali għandhom jiġu deċiżi mill-kumitat kollu.", "SERVIZZI FIL-QASAM TA' L-ADDICTIVE BEHAVIOUR", "Il-Kumitat irriżuma mid-9 ta' Mejju 2000 id-diskussjoni dwar servizzi fil-qasam ta' l-addictive behaviour.", "Iċ-Chairperson informat lill-Kumitat li kienet irċeviet in-Newsletter No 7 ta' Novembru 2000 maħruġa mill-Assoċjazzjoni Ġenituri Inħarsu 'l Uliedna.", "Il-Kumitat stieden lill-membri ta' l-Al-Anon u lis-Sur Joe Chetcuti mill-Assoċjazzjoni Ġenituri Nħarsu 'l Uliedna, jieħdu sehem fid-diskusjoni.", "Il-membri ta' l-Al-Anon ippreżentaw lill-Kumitat numbru ta' dokumenti b'tagħrif dwar l-Al Anon, waqt li s-Sur Chetcuti ppreżenta estratt mill-gazzetti \"The Times\" u \"The Sun\" ta' l-Ingilterra, tat-30 ta' Awissu u tat-2 ta' Novembru 2000, rispettivament, b'riferenza għal xorb alkoħoliku.", "Fid-9.06 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "PAULINE ABELA GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20001121_034m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 37", "L-Erbgħa, 10 ta' Jannar 2001, fil-5.30 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 10 ta' Jannar 2001, fil-5.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "5 ta' Jannar 2001 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010110_037a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 10 ta' Jannar 2001", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fil-5.34 p.m.", "Mr Speaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Carmelo Abela, l-Onor l-Onor Mario Galea, l-Onor Victor Galea Pace, l-Onor Joe Mizzi, l-Onor George Vella.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 36 li saret fil-15 ta' Novembru 2000, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li x-xogħol fil-Kamra jimxi f'din l-ordni:", "(i) Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali - Abbozz Nru 78 - Kumitat;", "(ii) Abbozz ta' Liġi dwar Proċeduri Legali - Abbozz Nru 74 - Tieni Qari u Kumitat;", "(iii) Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Abbozz Nru 70 - Tieni Qari u Kumitat;", "(iv) Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali - Abbozz Nru 94 - Tieni Qari u Kumitat;", "(v) Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Abbozz Nru 93 - Tieni Qari u Kumitat; u", "(vi) Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Abbozz Nru 77 - Tieni Qari u Kumitat.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali fakkar lill-Kumitat li kien hemm riżoluzzjoni tal-Ministru għall-Ambjent dwar ir-ratifika tal-Ftehim bejn il-Komunita' Ewropea u Malta dwar il-parteċipazzjoni ta' Malta fl-Agenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Network Ewropew għall-Informazzjoni u Osservazzjoni, li kienet għadha pendenti.", "L-Onor Joe Mizzi fakkar lill-Kumitat li kien hemm ukoll pendenti l-Abbozz ta' Liġi dwar id-Drittijiet ta' l-Annimali, imressaq mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor George Vella, il-Kumitat iddiskuta l-ġranet u l-ħinijiet li fihom qed jiltaqa' l-Parlament, kif ukoll il-possibbilta' li minflok li jibqa' jsir l-istess numru ta' seduti fil-ġimgħa, jibdew isiru inqas seduti imma jkunu itwal.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor Mario Galea, il-Kumitat iddiskuta l-problemi li qed jiltaqgħu magħhom il-Membri Parlamentari bir-remote access għall-Internet mid-dar tagħhom; kif ukoll il-proposta għal tħejjija ta' smoking policy għall-Parlament, sabiex jiġu identifikati areas fejn it-tipjip ikun projbit.", "Ġiet diskussa l-problema li minħabba li żdied l-għadd ta' seduti parlamentari, il-ħinijiet tad-dħul ta' turisti fil-Palazz naqas sostanjzalment.", "Mr Speaker informa lill-Kumitat li nhar il-Ġimgħa u s-Sibt, 19 u 20 ta' Jannar 2001, se jiltaqa' f'Malta il-kumitat ad hoc tas-CSCM fi ħdan l-IPU sabiex jiddiskuti, b'mod partikolari, il-working paper tad-delegazzjoni ta' Malta dwar it-twaqqif ta' Assemblea tal-pajjiżi tal-Mediterran.", "Fis-6.01 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010110_037m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 35", "It-Tlieta, 16 ta' Jannar 2001 fis-7.00 p.m.", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 16 ta' Jannar 2001 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Servizzi fil-qasam ta' l-addictive behaviour - kontinwazzjoni.", "10 ta' Jannar 2001 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010116_035a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 35", "It-Tlieta, 16 ta' Jannar, 2001", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 35", "It-Tlieta, 16 ta' Jannar, 2001", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-7.20 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 34 li saret fil-21 ta' Novembru, 2000, ġew konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Qabel nibdew bid-diskussjoni, nixtieq ninforma lill-kumitat li rċevejt ittra mingħand Dr. Michael Asciak, membru ta' dan il-kumitat, fejn fiha wera l-interess li dan il-kumitat jiddiskuti r-riżultat tal-kejl tat-tniġġis ta' l-arja f'Malta, kif ukoll il-kawża u s-soluzzjonijiet biex jitnaqqas it-tinġis.", "Hawn qbil li wara li neżawrixxu l-issue li qed niddiskutu bħalissa u wara li dan il-kumitat jiddiskuti t-trade schools, jew inkella l-implimentazzjoni tal-kurrikulu minimu nazzjonali, naqbdu dan is-suġġett?", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb li jkun interessanti wkoll jekk b'mod miftuħ dan il-kumitat jiddiskuti l-marda tal-BSE in vista tal-paniku li jeżisti fil-pajjiż.", "U meta qed ngħid \"paniku\", irrid infisser il-concern li l-poplu Malti għandu dwar il-marda tal-BSE.", "Naħseb li jkun interessanti jekk ikollna seduta apposta biex niddiskutu dan is-suġġett ħalli l-poplu Malti jserraħ moħħu dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż.", "Nafu li f'diversi pajjiżi Ewropej qed jittieħdu ħafna prekawzjonijiet u f'Malta, minkejja li diġa' qed nieħdu ċertu prekawzjonijiet, jidher li se jibdew jittieħdu miżuri li huma aktar fil-linja li pajjiżi Ewropej diġa' qed jimplimentaw.", "Naħseb li laqgħa bħal din tkun interessanti biex il-poplu Malti jkun jaf x'verament qed isir mill-amministrazzjoni tas-saħħa u mid-dipartiment veterinarju ħalli b'hekk jaċċerta ruħu li din il-problema – jiena inħoss li sa ċertu punt din hija wkoll problema soċjali - ma tkomplix iżżid fir-ritmu tagħha.", "Naħseb li laqgħa bħal din tagħti opportunita' lill-gvern u lid-dipartimenti tiegħu jispjegaw x'passi ttieħdu s'issa u x'passi hemm il-ħsieb li jittieħdu ħalli kemm jista' jkun din il-marda tinżamm 'il barra minn pajjiżna sabiex titħares is-saħħa pubblika taċ-ċittadini tagħna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn min jixtieq jgħaddi xi kumment dwar dak li għadu kif qal Dr. Farrugia?", "DOLORES CRISTINA: Jien nista' nifhem li minħabba l-concern li hawn Dr. Farrugia jħoss il-ħtieġa li ssir diskussjoni iktar estensiva fuq is-suġġett, pero' sinċerament m'inix ċara fuq kemm hi lok li din id-diskussjoni ssir f'dan il-kumitat.", "Safejn naf jien, il-kumitati tal-Kamra qegħdin biex joħolqu guidelines għal politika futura, waqt li d-dipartiment tas-saħħa diġa' ħareġ guidelines fuq din il-kwestjoni.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-guidelines għadhom qegħdin joħorġu.", "Infatti, sa ftit ta' żmien ilu konna qed nisimgħu, anke fil-Parlament stess, li jekk iċ-ċanga li tiġi minn barra jkollha ċertifikat li jgħid li dak il-laħam kien free from disease, konna nbaxxu rasna u ngħidu that it is free.", "Anzi, kienu qalulna wkoll li m'hemm l-ebda pajjiż iblah li se jibagħtilna ċanga li hija infettata għaliex jagħmel isem ħażin għal pajjiżu, imma aħna nafu x'inhu jiġri ġewwa l-Ewropa, nafu bit-trasferiment ta' ċanga li hemm minn pajjiż għal ieħor.", "Jidher li l-pożizzjoni tal-gvern nbidlet fis-sens li issa se jibdew isiru testijiet anke hawn Malta.", "Fil-ġurnali llum qegħdin naqraw - għalkemm mhux dejjem trid temmen dak li jingħad fil-ġurnali - li l-gvern bagħat lil xi ħadd barra minn Malta biex jiġi mħarreġ ħalli jkun jista' jagħmel it-testijiet fuq iċ-ċanga importata sabiex aħna ma nibqgħux naċċettaw b'rasna baxxuta dak li jgħidu ċ-ċertifikati fuq il-laħam importat.", "Naħseb li waħda mill-affarijiet l-aktar importanti li rridu nagħmlu hija li nserrħu moħħ in-nies billi ngħidulhom b'mod ċar jekk jeżistix periklu jew le u x'passi qegħdin jittieħdu biex inżommu 'l bogħod minn din il-problema, u mhux biss mil-lat ta' saħħa pubblika imma anke mill-aspett agrikolu, eċċ. Uħud mill-affarijiet li lili qed jinkwetawni hija l-problema li qed jgħidu li qed jiltaqgħu magħha diversi produtturi taċ-ċanga, u l-kwesjtoni ta' importazzjoni.", "Jien nixtieq li l-poplu tagħna jkun aktar informat għax irridu nammettu li fil-pajjiż hawn concern kbira dwar x'inhu jiġri madwarna.", "Illum il-gazzetti kollha qegħdin jiffokaw u jagħtu importanza lil din il-problema.", "Il-ġurnalisti jwasslu l-informazzjoni li jkollhom u allura huwa ferm importanti li jkollna first hand information ħalli l-concern li teżisti u li donnu qed tikber, titrażżan.", "Nista' ngħidilkom li f'kull dar li dħalt fiha llum, iltqajt ma' persuni li ġennewni bil-mistoqsijiet li għamluli u allura naħseb li huwa dmir ta' dan il-kumitat li kemm jista' jkun iserraħ moħħ il-poplu Malti.", "DOLORES CRISTINA: Jien ma tantx nemmen kulma naqra fil-ġurnali, pero' l-Ħadd li għadda kelli l-preżenza tal-Ministru Louis Deguara fuq programm tar-radju li jien nippreżenta u matul il-programm, il-Ministru spjega eżattament x'se tkun l-policy tal-gvern għall-ġimgħat li ġejjin, inkluż it-testijiet li se jibdew isiru hawn Malta.", "L-unika mistoqsija li qed nagħmel hija jekk hijiex il-funzjoni ta' dan il-kumitat li jiddiskuti issue ta' dan it-tip u issue li hija immedjata.", "Ma nafx meta d-diskussjoni se ssir u ma nafx kemm minn dan il-kumitat, minn bejn dawn l-erba' ħitan, se toħroġ il-possibbilta' li nserrħu moħħ il-poplu tagħna, b'mod partikolari meta lanqas biss hawn ġurnalist preżenti.", "MICHAEL FARRUGIA: Veru li m'hawnx ġurnalisti preżenti u dan il-fatt jinkwetani għax jista' jinftiehem li addictive behaviour m'hijiex se tagħmel xi headline news u allura l-ġurnalisti m'għandhomx għalfejn jiġu jsegwu d-diskussjoni.", "Pero' mill-banda l-oħra, kieku kellna niddiskutu l-kwestjoni tal-BSE, probabbli hawnhekk naraw numru ta' ġurnalisti biex isegwu d-diskussjoni għax forsi għalihom is-suġġett tal-BSE huwa aktar newsworthy.", "Din hija l-ironija tal-ħajja.", "Sfortunatament, ħafna drabi l-prijoritajiet tal-ħajja ma jkunux qegħdin jingħataw kif suppost.", "Jiġi rapportat biss dak li jiġri fil-Parlament għax forsi hemmhekk jista' jingħad xi ħaġa li tista' tagħmel xi headline news, waqt li imbagħad affarijiet ta' natura soċjali mhux dejjem jingħataw daqshekk importanza.", "Jien inħoss li dan is-suġġett jaqa' fl-ambitu ta' saħħa pubblika u għaldaqstant għandu jiġi diskuss f'dan il-kumitat.", "Fl-opinjoni tiegħi, din il-problema ma tridx tħares lejha biss mil-lat kummerċjali imma anke mil-lat ta' saħħa pubblika.", "Irridu nserrħu moħħ il-poplu tagħna li dak li qiegħed isir, qed isir b'pass imgħaġġel u fl-interess ta' kulħadd.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL ASCIAK: Jien m'għandix dubju li l-Onor.", "Michael Farrugia sinċerament jixtieq li ssir diskussjoni li sserraħ moħħ il-poplu, pero' ma nafx kemm diskussjoni f'dan il-kumitat tista' twassal biex jintlaħaq l-għan li qed isemmi l-Onor.", "Membru għas-sempliċi raġuni li wisq probabbli, sakemm niġu biex niddiskutu s-suġġett, ikun għadda ż-żmien akut u nkunu dħalna fiż-żmien kroniku.", "Barra minn hekk, jien inħoss li f'dan l-istadju l-problema hija pjuttost waħda veterinarja.", "L-ewwelnett s'issa, għall-grazzja t'Alla hawn Malta ma kellna l-ebda każ ta' v.Creutzfeldt–Jakob disease u fl-opinjoni tiegħi, il-miżuri li qed jieħu l-gvern huma pożittivi.", "Illum stess qrajna fil-gazzetti li l-veterinarju ewlieni tal-gvern stqarr li m'hi se tiġi importata l-ebda ċanga li tkun 'il fuq minn tmintax-il xahar u kif qal l-Onor.", "Farrugia intbagħat technician barra minn Malta biex iċ-ċanga importata tiġi ttestjata.", "Għaldaqstant fl-opinjoni tiegħi ma nħossx li fiċ-ċirkostanzi hemm xi urġenza biex niddiskutu dan is-suġġett darba l-gvern iddikjara li qed jieħu l-passi neċessarji fuq iċ-ċanga importata, jiġifieri li qed tittieħed in konsiderazzjoni l-eta' taċ-ċanga importata u qed isiru testijiet kemm fuq iċ-ċanga importata u kemm fuq il-merħliet Maltin.", "MICHAEL FARRUGIA: Jidher li n-naħa tal-gvern ma tantx hija disposta li dan il-kumitat jiddiskuti dan is-suġġett.", "Jien u l-membri l-oħra ta' l-Oppożizzjoni m'għandna l-ebda problema li niltaqgħu f'seduta apposta, jekk hemm bżonn anke din il-ġimgħa stess, biex niddiskutu dan is-suġġett.", "Fl-opinjoni tiegħi, din hija kwestjoni ta' saħħa pubblika.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Nifhem il-punt ta' l-Onor.", "Cristina u ta' l-Onor.", "Asciak li forsi dan il-kumitat huwa aktar geared biex jippjana għal affarijiet futuri milli għal affarijiet ta' issa, imma x'hemm fil-guidelines maħruġa mill-gvern li inti jew l-Oppożizzjoni taħsbu li għadhom inċajprin, li għadhom m'humiex tajbin biżżejjed?", "Jekk nidħlu iktar fid-dettall u naraw li f'ċertu aspetti hemm nuqqas ta' kjarezza, allura jien inħoss li l-Oppożizzjoni għandha kull dritt li tuża dan il-kumitat biex tiddiskuti s-suġġett fil-preżenza ta' esperti, eċċ., imma nixtieq li jkun iktar spjegat x'qed jinkwieta lill-Oppożizzjoni wara l-press release li nħarġet mill-gvern.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien inħares lejn din il-problema bħala waħda ta' saħħa pubblika u s'issa konna biss qed naċċettaw verabtim iċ-ċertifikati li kienu qed jintbagħtu maċ-ċanga importata.", "Naf li qed jiġu mħarrġa nies sabiex jagħmlu t-testijiet, għallinqas hekk qrajt fil-ġurnali, imma diskussjoni f'dan il-kumitat tagħti opportunita' lill-uffiċjali nkarigati fid-dipartimenti tal-gvern biex juru pubblikament li qed jerfgħu r-responsabbilta' u permezz tal-mistoqsijiet li jsiru, tagħtihom l-opportunita' jispjegaw lill-poplu Malti dak kollu li qed isir min-naħa tal-gvern.", "Naf li din hija kwestjoni akuta u għalhekk qed niddikjara li aħna lesti niltaqgħu f'xi ġurnata matul din il-ġimgħa stess ħalli niddiskutu s-suġġett u mhux noqogħdu nistennew sakemm nispiċċaw id-diskussjoni dwar l-addictive behaviour u xi suġġett ieħor barra s-suġġett interessanti li ssuġġerixxa li għandna niddiskutu Dr. Michael Asciak.", "Jekk noqogħdu nistennew sakemm nikkonkludu d-diskussjoni fuq dawn is-suġġetti kollha, altru milli jkun tard wisq.", "Jien inħoss li din il problema għandha tiġi diskussa b'mod apert f'dan il-kumitat.", "Bħalma nafu, fl-Ewropa din il-problema wasslet għar-riżenja ta' diversi ministri minkejja li diġa' kienu qed jittieħdu l-passi kollha neċessarji.", "Kif diġa' għedt, din hija problema ta' saħħa pubblika u wasslet għar-riżenja ta' ministri li kellhom x'jaqsmu kemm mal-qasam tas-saħħa u kemm mal-qasam agrikolu.", "Nixtieq inkunu nafu li d-dipartimenti tal-gvern qed jieħdu bis-serjeta' l-passi neċessarji u fejn mhux qed jittieħdu, jew hemm dubji li mhux qed jittieħdu bis-serjeta' biżżejjed, nagħmlu pressjoni pubblika, u jekk hemm bzonn anke pressjoni parlamentari - wara kollox dan il-kumitat huwa wieħed parlamentari - biex l-affarijiet isiru bl-aħjar mod possibbli għall-ġid tal-poplu tagħna.", "Jien m'għandix kummenti oħra xi nżid ma' dak li diġa' għedt.", "Dak li għedt, għedtu in bona fide.", "M'għandi l-ebda ħsieb li nieħu xi vantaġġ minn fuqu u sempliċement għedtu għax konċernat ħafna dwar dak kollu li qed jingħad barra fit-triq.", "Lilna t-tobba qed isirulna ħafna mistoqsijiet, fosthom jistax jittiekel laħam, ċikkulata jew ġobon, jistax jinxtorob ħalib, eċċ. Dan kollu juri li l-poplu Malti jinsab fi stat ta' paniku u proprju għal din ir-raġuni, jien, b'mod sinċier, qajjimt dan il-punt.", "Nirringrazzjakom u mhux beħsiebni nitkellem iktar fuq dan is-suġġett.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jien napprezza l-interess li qed turu fuq dan is-suġġett.", "Naf li din il-problema qed tippreokkupa lil ħafna nies, pero' wara li smajt dak kollu li kellkom xi tgħidu, jien inħoss li l-idea hija li f'dan l-istadju ma jiltaqax kumitat ad hoc biex jiddiskuti din il-materja.", "Minkejja dan, jien inħoss li għandna nwasslu l-preokkupazzjonijiet u l-ħsebijiet tal-membri ta' dan il-kumitat billi nibagħtu t-transcript ta' dak li ntqtal f'din il-kamra lill-Onor.", "Deguara bħala l-ministru responsabbli mis-saħħa u lill-Onor.", "Ninu Zammit bħala l-ministru responsabbli mill-agrikoltura biex ikunu jafu kif jaħsbuha l-membri ta' dan il-kumitat.", "SERVIZZI FIL-QASAM TA' L-ADDICTIVE BEHAVIOUR", "Id-diskussjoni rriżumiet mill-21 ta' Novembru, 2000.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nixtieq issa nistieden lir-rappreżentant ta' Gamblers Anonymous jagħti l-veduti tiegħu dwar addictive behaviour għar-rigward ta' gambling.", "(Interruzzjonijiet) Mr Chetcuti.", "IS-SUR JOE CHETCUTI: Nixtieq ikolli ċans nirrispondi għal xi mistoqsijiet li kienu saruli mill-membri tal-kumitat fl-aħħar laqgħa peress li dakinhar ma kellix ċans nirrispondihom minħabba li kienet intalbet votazzjoni fil-Kamra tad-Deputati u għaldaqstant id-diskussjoni kellha tiġi interrotta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Mingħalija li kont ikkonkludejt l-intervent tiegħek.", "Baqagħlek xi punti li xtaqt tressaq?", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħalli l-ewwel insejjaħ lir-rappreżentant ta' Gamblers Anonymous jagħmel il-preżentazzjoni tiegħu, imbagħad warajh insejjaħ lilek.", "IĊ-CHAIRPERSON: Thank you Mario.", "Fit-8.05 p.m. il-Kumitat kien sospiż minħabba sejħa għal quorum fil-Kamra tad-Deputati u rriżuma fit-8.12 p.m.", "Fit-8.45 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 30 ta' Jannar 2001, fis-7.00 p.m. bl-istess agenda."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010116_035d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 16 ta' Jannar, 2001", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.20 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 34 li saret fil-21 ta' Novembru, 2000 kienu konfermati.", "Iċ-Chairperson informat lill-Kumitat li kienet irċeviet ittra mingħand l-Onor Michael Asciak fejn talabha li l-kumitat jiddiskuti r-riżultati tal-kejl tat-tniġġis fl-arja.", "L-Onor Michael Farrugia talab li l-kumitat jiddiskuti l-marda tal-BSE in vista tal-preokkupazzjoni li teżisti fost il-poplu.", "Il-kumitat qabel li t-traskrizzjoni ta' din il-laqgħa fejn tqajjem il-punt dwar il-problema tal-BSE, tintbagħat lill-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd u lill-Ministru tas-Saħħa.", "SERVIZZI FIL-QASAM TA' L-ADDICTIVE BEHAVIOUR", "Il-Kumitat irriżuma mill-21 ta' Novembru 2000 id-diskussjoni dwar servizzi fil-qasam ta' l-addictive behaviour.", "Il-Kumitat stieden lis-segretarju ta' Gam Anon jieħu sehem fid-diskusjoni u ppreżenta lill-kumitat tagħrif dwar il-compulsive gambling f'Malta.", "Fit-8.05 p.m. il-Kumitat kien sospiż minħabba sejħa għal quorum fil-Kamra tad-Deputati u rriżuma fit-8.12 p.m.", "Fit-8.45 p.m. kien hemm sejħa għal quorum fil-Kamra tad-Deputati u għaldaqstant il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 30 ta' Jannar 2001 fis-7.00 p.m. bl-istess aġenda.", "PAULINE ABELA GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010116_035m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 36", "It-Tlieta, 30 ta' Jannar 2001 fis-7.00 p.m.", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 30 ta' Jannar 2001 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Servizzi fil-qasam ta' l-addictive behaviour - kontinwazzjoni.", "30 ta' Jannar 2001 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010130_036a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 36", "It-Tlieta, 30 ta' Jannar, 2001", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 36", "It-Tlieta, 30 ta' Jannar, 2001", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.14 p.m.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Hawn xi korrezzjonijiet għall-Minuti?", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Fil-Minuti ta' l-aħħar laqgħa, naħseb li wara t-tielet paragrafu għandu jitniżżel li l-kumitat ma qabilx li għandha ssir diskussjoni dwar il-marda tal-BSE fil-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, u naħseb ukoll li minflok il-kliem \"Il-Kumitat qabel li t-traskrizzjoni\" fir-raba' paragrafu, għandu jintqal li \"Iċ-Chairperson qablet li t-traskrizzjoni\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Naqbel li għandha tiddaħħal is-sentenza li t-talba biex tiġi diskussa l-marda tal-BSE ma ntlaqgħetx, pero' ma kontx jiena waħdi li qbilt mas-suġġeriment.", "Jidhirli li meta jien ressaqt dak is-suġġeriment, kien hawn qbil; ma kienx hawn oġġezzjoni.", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb li għandu jidħol il-fatt li l-kumitat ma qabilx .....", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, jien naqbel li għandha tidħol is-sentenza li għedt int, li l-kumitat ma qabilx li għandha ssir diskussjoni dwar il-BSE f'dan il-kumitat, pero' fl-opinjoni tiegħi, ir-raba' paragrafu għandu jibqa' kif inhu.", "Il-Minuti ta' l-aħħar laqgħa, kif emendati, jistgħu jiġu approvati?", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 35 li saret fis-16 ta' Jannar 2001, kif emendati, kienu konfermati.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qabel nibdew il-laqgħa tal-lum nixtieq li f'isem il-kumitat nagħti l-kondoljanzi tagħna lill-Onor.", "Francis Agius, membru ta' dan il-kumitat, peress li l-bieraħ ġie nieqes missieru.", "Illum l-Onor.", "Agius jinsab assenti minħabba li l-funeral ta' missieru sar illum stess.", "Filwaqt li diġa' ġew estiżi lilu l-kondoljanzi min-naħa tal-Kamra kollha, nixtieq li f'isem il-kumitat kollu nestendi l-kondoljanzi tagħna lejn l-Onor.", "Francis Agius u l-familja tiegħu.", "MICHAEL FARRUGIA: Din in-naħa tal-Kumitat tassoċja ruħha ma' dak li qalet iċ-Chairperson.", "It-telfa ta' ġenitur huwa mument ta' dieqa.", "GĦaddejt minn din l-esperjenza 11-il xahar ilu u naf kif tħossha persuna li tkun għaddejja minn dawn il-mumenti.", "Naħseb li jkun sewwa u xieraq li nwasslu l-kondoljanzi tagħna lill-kollega tagħna Dr. Francis Agius.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak u issa nagħtu bidu għas-seduta tal-lum.", "SERVIZZI FIL-QASAM TA' L-ADDICTIVE BEHAVIOUR", "Id-diskussjoni rriżumiet mis-16 ta' Jannar, 2001.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nixtieq nistieden lis-Sur Joe Chetcuti li f'isem l-GĦaqda Ġenituri Nħarsu 'l Uliedna xtaq iwieġeb għall-mistoqsijiet li kienu sarulu mhux fl-aħħar laqgħa imma fil-laqgħa ta' qabel peress li ma kellux ċans iwieġeb dakinhar minħabba li kienet intalbet votazzjoni fil-Kamra u allura kellna naġġornaw id-diskussjoni.", "IS-SUR JOE CHETCUTI (Ġenituri Nħarsu 'l Uliedna): Fil-fatt fl-aħħar laqgħa jien ħsiebt li kont se nwieġeb għall-mistoqsijiet li kien għamilli l-Onor.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-intenzjoni tagħna kienet li tiġi msejjaħ fl-aħħar laqgħa, pero' inti taf kif svolġiet dik il-laqgħa u llum huwa l-ewwel ċans li għandna biex inti tkun tista' tagħti r-risposti tiegħek.", "IS-SUR JOE CHETCUTI: L-Onor.", "Chircop kien staqsieni x'qegħdin nagħmlu aħna bħala assoċjazzjoni.", "F'dawn l-aħħar tliet snin u nofs minn kemm ilna mwaqqfa, aħna nafu x'biża' jkollhom il-ġenituri ta' tfal ta' ċertu eta' li jkunu qed jiddevertu barra.", "Nafu li waqt li ż-żgħażagħ ikunu qed jiddevertu, se jixorbu jew se jiġu mħajra jixorbu ċertu ammont ta' alkoħol u mbagħad se jiġu lura d-dar jew isuqu huma, jew inkella rekbin ma' ħaddieħor li jkun ukoll xorob.", "Jien, kif diġa' kelli okkażjoni ngħid qabel, għaddejt minn esperjenza personali li għall-grazzja t'Alla ma kenitx qarsa daqs kemm setgħet kienet, u mill-ewwel, flimkien ma' oħrajn, bdejna naħdmu biex inkabbru l-awareness tal-ħsara tax-xorb fost iż-żgħażagħ.", "L-ewwel ħaġa li għamilna kienet li bl-għajnuna tal-ministeru responsabbli miż-żgħażagħ ħriġna poster li qassamnih fl-iskejjel kollha u f'diversi ċentri li huma frekwentati minn żgħażagħ.", "GĦamilna xi 2,500 kopja ta' dan il-poster għax dehrilna li hawn Malta għandna nuqqas ta' dan it-tip ta' tagħlim.", "Bi pjaċir ngħid li din l-inizjattiva kienet suċċess u nixtiequ li nies li jonfqu ħafna flus matul il-festi tal-Milied jgħinuna noħorġu posters ta' din ix-xorta.", "Nixtiequ li dan il-messaġġ ma jkunx promoted darba fis-sena biss imma jkun ongoing is-sena kollha.", "Bħalma diġa' għedt, aħna m'għandniex ir-riżorsi biex nagħmlu ċerti affarijiet u jkollna mmorru nittalbu biex nagħmlu xi ħaġa.", "Ħaġa oħra li għamilna kienet li ħriġna newsletter lill-ġenituri fejn fiha għedna li l-problema ta' xorb żżejjed ma titfaċċax meta ż-żgħażagħ tagħna jkollhom 18-il sena u jibdew isuqu, imma tkun ġiet minn qabel, minn meta t-tfal isiru teenagers.", "Ma jistax ikun li ngħidulhom li ma jistgħux jixorbu għax iridu jsuqu lura d-dar, imma rridu naraw għaliex iż-żgħażagħ tagħna waslu fl-istat li biex jieħdu pjaċir, iridu jixorbu ammont ta' alkoħol.", "Nafu kemm isiru reklami minn bar owners, fosthom open bars, two for one, parties u alcohol promotions anke għal min m'għandux eta', biex iħajru ż-żgħażagħ tagħna jixorbu l-alkoħol.", "Irridu naħsbu għaliex it-tfal tagħna waslu fl-estremita' li kull meta joħorġu jridu jiddamdmu, b'periklu serju għalihom u għal ħaddieħor meta jibdew isuqu.", "Nafu li fattur li jwassal għal ċertu diżgrazzji, hija l-għejja li jkollhom żgħażagħ li jdumu barra u għalhekk għedna li l-aħjar hu li niffokaw fuq l-awareness fost iż-żgħażagħ.", "GĦamilna wkoll national poster drawing competition fejn bil-permess u l-għajnuna tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni, b'mod partikolari bil-kooperazzjoni tal-guidance unit infiltrajna l-iskejjel kollha ta' Malta u qassamna lill-iskejjel kollha it-tagħrif dwar din il-poster drawing competition li kienet maqsuma f'żewġ kategoriji; kategorija għal żgħażagħ ta' bejn il-11 u l-14-il sena u kategorija oħra għal żgħażagħ ta' bejn il-15 u s-17-il sena.", "Bi pjaċir ngħid li l-kompetizzjoni kienet suċċess u ffurmajna kalendarju li fih 13-il paġna, b'dawn il-posters bil-kulur li jwasslu messaġġi dwar sewqan, xorb u drogi.", "Qassamna wieħed minn dawn il-kalendarji f'kull klassi fl-iskejjel tal-gvern, tal-privat u tal-Knisja.", "Qassamna wkoll kopja tiegħu lill-girl guides u lil ħafna għaqdiet li huma frekwentati minn żgħażagħ.", "L-intenzjoni kienet li dan ikun xogħol tat-tfal b'messaġġi li jagħtuhom huma stess lil sħabhom.", "Naturalment biex stampajna 6,000 kopja, infaqna somma ta' flus sostanzjali u allaħares ma kenux xi dipartimenti tal-gvern li għenuna għaliex kieku ma konniex nistgħu nagħmluh.", "Id-dipartiment ta' l-edukazzjoni li ħa żewġ paġni mill-kalendarju, ħa ħsieb iqassmu fl-iskejjel tal-gvern waqt li d-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa, li wkoll ħa żewġ paġni, qassmu fl-iskejjel privati u tal-Knisja.", "L-għan ta' din l-inizjattiva kien li nippruvaw nilħqu kemm jista' jkun żgħażagħ.", "Jiddispjaċina ngħidu li minkejja li l-Aġenzija sedqa u d-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa jagħmlu ħafna xogħol, donnu li l-messaġġ mhux qed jasal għand iż-żgħażagħ tagħna.", "Jien għandi s-suspetti tiegħi għax biżżejjed ngħidilkom li minn 85 skola li marret għandhom iċ-ċirkolari dwar il-poster drawing competition, 17 biss kienu l-iskejjel li ppreżentaw tpinġijiet.", "Wieħed jista' jaħseb li jrid, imma l-fatt dejjem jibqa' li kemm it-tfal jieħdu sehem f'kompetizzjonijiet, jiddependi mill-amministrazzjoni ta' l-iskola.", "Irnexxielna nġibu rigali sbieħ, fosthom bank accounts, book tokens u fitness machines, imma sfortunatament donnu jidher li f'ċertu skejjel m'hemmx dik il-ħeġġa biex il-problema tiġi tackled b'mod sew.", "Noħorġu wkoll newsletters li nibgħatuhom lill-membri tagħna u lil numru ta' organizzazzjonijiet, u dan l-aħħar konna impenjati biex niġbru petizzjoni fost il-ġenituri biex l-eta' għal min jista' jixrob u jpejjep, togħla minn 16 għal 18-il sena.", "Din il-petizzjoni diġa' ġiet iffirmata minn 1,100 ġenitur, u għadna qegħdin niġbru aktar firem.", "Aħna jidhrilna li wasal iż-żmien li mill-analisi tas-sitwazzjoni ngħaddu għall-azzjoni.", "Donnu l-affarijiet hekk isiru hawn Malta, dejjem nagħmlu l-istudji u qatt ma nieħdu azzjoni.", "Bħala assoċjazzjoni kellna okkażjoni niltaqgħu ma' membri parlamentari u ministri biex inwasslu l-ideat tagħna.", "Aħna bl-ebda mod m'aħna niskulpaw il-ħtija tal-ġenitur, jekk ikun hemm ħtija, jew aħjar, ir-responsabbilta' tal-ġenitur, imma aħna jidhrilna li l-liġi trid tkun hemm.", "Ma nistgħux nieħdu defeatist attitude.", "Ma nistgħux nirraġunaw li la l-liġi eżistenti li tapplika għal min għandu 16-il sena lanqas biss hija inforzata, allura kważi għal xejn jekk ngħollu l-eta' għal 18-il sena.", "Kif inhi l-liġi llum, jiena bħala ġenitur ma nistax immur nirrapporta lill-grocer għax qed ibigħ l-alkoħol u t-tabakk lil żgħażagħ taħt it-18-il sena, għax bil-liġi jista' jbigħilhom dawn il-prodotti.", "Ma nistax immur Paceville jew x'imkien ieħor u nopponi li tfal ta' 16, jew 17-il sena jidħlu fil-postijiet tal-kbar għax bil-liġi, jistgħu.", "Aħna jidhrilna li l-liġijiet iridu jkunu hemm.", "L-inforzar tal-liġi hija ħaġa oħra u mbagħad naħdmu fuqha wkoll, imma ġenitur għandu jkollu l-backing tal-liġi.", "Aħna nħossu li trid tittieħed azzjoni u mhux nibqgħu nagħmlu biss survey wieħed wara l-ieħor u nraqqu l-ħsara li tiġri.", "IĊ-CHAIRPERSON: Aħna napprezzaw ħafna dak li għadek kif għedtilna u nifhem l-impenn li intom turu.", "Il-ħsieb tiegħi kien li kif nispiċċaw din is-sensiela ta' laqgħat nittrattaw it-trade schools, imbagħad wara, dan il-kumitat jiltaqa' biex proprju jiddiskuti l-problema ta' l-alkoħol.", "Niddiskutuha waħedha, jiġifieri mhux parti minn addictive behaviour, biex naraw fejn jeħtieġ li bħala kumitat nagħmlu l-pressure tagħna, biex wara li nkunu smajna d-diversi interventi tagħkom, naraw jekk hemmx xi liġijiet li jinħtieġu tibdil u nagħmlu l-pressure li hemm bżonn.", "Il-ħsieb tiegħi kien li nġibu magħna lill-Ministru Tonio Borg, forsi l-iktar wieħed li huwa nvolut biex isir ċertu tibdil, u lill-Ministru Louis Deguara, biex flimkien, madwar din il-mejda, forsi mhux b'mod formali ħafna, niddiskutu fejn nistgħu nħallu effett fejn jidħol dan l-aspett.", "IS-SUR JOE CHETCUTI: Ma rridx ninsa ngħid li għamilna wkoll 10,000 folder li qassamnihom lill-istudenti kbar permezz tal-guidance teachers fl-iskejjel.", "F'dawn il-folders iffokajna fuq traffic safety.", "Daħħalna l-aspett tax-xorb u s-sewqan imma ma ffokajniex fuq dan l-aspett biss biex ma tkunx daqshekk ovvja.", "Aħna nippruvaw nagħmlu mill-aħjar li nistgħu, imma kif diġa' għedt, aħna m'għandniex riżorsi u dejjem nittalbu għall-flus, fil-fatt dawn il-folders għamilhomlna l-RMF.", "Naħseb billi nsemmih ma jimpurtax.", "IĊ-CHAIRPERSON: Lanqas xejn, anzi tajjeb li wieħed juri l-apprezzament tiegħu lejn l-isponsors ta' dawn l-inizjattivi.", "IS-SUR JOE CHETCUTI: Qabel nagħlaq nixtieq nippreżenta lill-kumitat:", "- poster maħruġ mill-Assoċjazzjoni Ġenituri Nħarsu 'l Uliedna bl-għajnuna tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti, bil-kliem \"Better Sober than Sorry … or Dead!\";", "- kalendarju għas-sena 2000 maħruġ mill-Assoċjazzjoni Ġenituri Nħarsu 'l Uliedna bl-għajnuna ta' diversi dipartimenti tal-gvern, magħmul mit-tpinġijiet ta' studenti li ħadu sehem fil-kompetizzjoni mniedija mill-istess assoċjazzjoni, b'messaġġi dwar sewqan, xorb u droga;", "- kopja ta' erba' newsletters li ħarġet l-Assoċjazzjoni Ġenituri Nħarsu 'l Uliedna bejn Novembru 1999 u Novembru 2000;", "- petizzjoni li qed tinġabar mill-Assoċjazzjoni Ġenituri Nħarsu 'l Uliedna dwar proposta li l-eta' legali għax-xiri u konsum ta' alkoħol u tabakk togħla għal 18-il sena; u", "- folder li jagħti messaġġi ta' traffic safety.", "IĊ-CHAIRMAN: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Bla dubju ta' xejn irridu nirrikonoxxu l-isforz u l-inizjattivi li qed tieħu l-għaqda tagħkom, minkejja l-limitazzjonijiet li kif ġie spjegat, għandkom, pero' mingħajr ma ninstema' xettika, minkejja d-diversi inizjattivi li jittieħdu - issemmiet l-Aġenzija sedqa, il-Health Promotion Department u anke l-Maria Bugeja Foundation li naf li għandhom programm għall-istudenti li huma fil-primarja - donnu li dawn l-inizjattivi kollha m'humiex koordinati biżżejjed.", "Naħseb irridu nindirizzaw il-punt li semma s-Sur Chetcuti fis-sens kemm fil-fatt il-messaġġ qed jinżel l-isfel.", "Naqbel perfettament miegħu li m'għandniex nindirizzaw biss liż-żgħażagħ ta' 18-il sena għax dak huwa the end of the line.", "F'dak l-istadju l-affarijiet ikunu diġa' daħlu sewwa 'l ġewwa, imma rridu naqbdu lit-tfal minn mindu jkunu għadhom żgħar ħafna, forsi anke mil-livell ta' kindergarten.", "Wara kollox qed nitkellmu fuq l-għaġna ta' lifestyle għat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna.", "Naqbel ma' dak li għadha kemm qalet iċ-Chairperson li l-pass li jmiss huwa li dan il-kumitat jistieden lill-Ministri ta' l-Intern u tas-Saħħa, imma naħseb li jrid ikollna magħna wkoll il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "Jekk verament irridu nħarsu 'l quddiem u għat-tul, bilfors li l-parti preventiva trid tieħu kważi kważi l-ikbar focus.", "Ovvjament ma rridx ninftiehem li s-short term li tiffoka fuq żgħażagħ ta' 18 u 16-il sena ma tiġix tackled b'ċertu urġenza wkoll, imma żgur li ma nistgħux nibqgħu nonfqu b'dan il-mod.", "Ir-riżorsi li jintużaw m'humiex biss dawk umani, imma hemm involuta spiża u din l-ispiża qed noħorġuha lkoll kemm aħna mit-taxxi tagħna.", "Irridu naraw li l-parti preventiva tiġi ndirizzata lit-tfal meta jkunu għadhom ta' eta' verament żgħira.", "Naħseb li nistgħu nkunu ferm aktar effettivi jekk l-inizjattivi kollha li jittieħdu mill-aġenziji tal-gvern, NGOs, għaqdiet tal-Knisja, inkluż il-Caritas li taħdem fuq dawn it-tip ta' diffikultajiet, jiġu koordinati.", "Hemm bżonn li jkollna networking, focus u koordinament assolut ħalli nassiguraw li l-effett ikun qed jilħaq il-livell ta' isfel.", "Suġġeriment li nixtieq nagħmel huwa li qabel ma jkollna l-laqgħa li ssuġġeriet iċ-Chairperson, bħala kumitat nagħmlu xi tip ta' fieldwork fejn ikollna exchange ma' żgħażagħ biex nisimgħu lilhom stess jgħidulna x'jaħsbu dwar dan il-fatt.", "U meta qed ngħid \"żgħażagħ\", m'iniex nirriferi biss għal żgħażagħ ta' 18-il sena, imma anke għal żgħażagħ ta' 16, 14 u 13-il sena.", "Jien niltaqa' ma' ġenituri li jgħiduli li għandhom tfajla ta' 13-il sena li kull nhar ta' Sibt tkun trid tmur Paceville.", "Naturalment biex wieħed jixrob mhux neċessarjament irid imur Paceville, imma aħna għandna l-vizzju li dejjem insemmu Paceville.", "Jien naħseb li kieku qabel nagħmlu l-laqgħa mal-ministri konċernati nieħdu ftit feedback hands on mingħand tfal permezz ta' exchanges, aħna stess inkunu aktar informati ta' x'qed jiġri verament madwarna u b'hekk il-proposti tagħna jkunu iktar iffokati.", "Qabel nagħlaq nixtieq insemmi punt li jorbot ma' l-emenda fil-liġi li l-eta' għax-xiri ta' alkoħol u sigaretti togħla minn 16 għal 18-il sena.", "Nixtieq insemmi l-punt dwar bejgħ ta' alkoħol u sigaretti minn ħwienet madwar l-iskejjel tagħna.", "Dan is-suġġeriment kont għamiltu s-sena li għaddiet waqt seminar li organizzat l-OASI ġewwa GĦawdex fejn it-tema tas-seminar kienet simili għal dak li qed niddiskutu hawnhekk.", "Bħalma nafu, l-iskejjel tagħna huma mdawrin bi ħwienet u confectionaries li l-prodotti ta' bejgħ tagħhom jinkludu l-alkoħol u s-sigaretti, u għalija, dawn qed joffru a higher risk mill-ħanut tal-grocer għax il-probabbilta' hi li t-tfal jidħlu fil-ħanut tal-grocer meta jibagħtuhom il-ġenituri biex jixtrulhom xi ħaġa, mentri fil-ħwienet ta' madwar l-iskejjel, jidħlu ma' sħabhom kważi kuljum.", "Fil-fehma tiegħi, matul il-ħin ta' l-iskola dawn it-tip ta' ħwienet għandhom ikunu projbiti, bħalma huwa projbit it-traffiku madwar l-iskejjel f'ċertu ħinijiet, milli jbigħu alkoħol u prodotti tat-tabakk.", "Mhux qed ngħid li dawn il-ħwienet għandhom jingħalqu, ħalli nkun ċara, imma għandu jkun projbit il-bejgħ ta' dawn il-prodotti fil-ħin li t-tfal ikunu qed jistennew biex jidħlu l-iskola jew biex jirkbu x-xarabanks ħalli jmorru lura d-dar.", "Dan suġġeriment li jien inħoss għandu jingħata attenzjoni u għandu jingħaqad ma' dak li qed tgħid l-għaqda tagħkom.", "IS-SUR JOE CHETCUTI: Naqbel perfettament ma' dak li qed tgħid inti.", "Infatti ftit ilu meta konna għadna Kordin, qabel ma morna l-Marsa, is-sid tal-ħanut minn fejn kont nixtri l-gazzetta, li taf li jiena nvolut f'dan il-qasam, kienet staqsietni jekk huwiex minnu li għall-home economics it-tfal jiġu mitluba jieħdu magħhom l-inbid.", "It-tfal imorru jixtru flixkun inbid u jgħidulhom li għandhom bżonnu għal home economics!", "Naturalment mhux veru li l-istudenti jiġu mitluba jġibu l-inbid.", "Jien staqsejt lill-home economics teacher biex inkun ċert imma ara t-tfal safejn jaslu biex jakkwistaw dak li jridu.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: La darba fil-Kumitat se niddiskutu l-problema ta' l-alkoħol, jien naħseb li jkun interessanti jekk nistiednu wkoll għaqdiet ta' studenti żgħażagħ.", "Naħseb huwa importanti li mhux biss nisimgħu kif jaħsbuha l-politiċi u nies ta' ċertu eta', imma li nisimgħu wkoll kif jaħsbuha ż-żgħażagħ stess.", "Iż-żgħażagħ għandu jkollhom leħen.", "Apparti minn hekk, punt ieħor li jien naħseb ħafna dwaru, u niltaqa' ma' ħafna każi ta' dan it-tip, huwa li l-ġenituri stess jagħtu l-alkoħol lil uliedhom.", "Il-ġenituri għandhom responsabbilta' kbira fil-mod kif irabbu lil uliedhom u barra li normalment il-ġenituri jixorbu quddiem it-tfal tagħhom, iltqajt ma' ħafna każi fejn il-ġenituri stess jagħtu l-alkoħol lil uliedhom.", "Hawnhekk hawn xi erba' jew ħames tobba preżenti u żgur li kollha jistgħu jikkonfermaw li ltaqgħu ma' każi ta' ommijiet li lit-tarbija li għadha titwieled ibillulha l-gażaża fil-whisky ħalli toqgħod bi kwietha!", "Nafu li dawn l-affarijiet jiġru u nafu li din hija waħda mill-agħar affarijiet li tista' tagħmel lil tarbija f'eta' daqshekk tenera.", "Jien ma ngħidx li l-ġenituri għandhom ftit tar-responsabbilta', imma ngħid li l-ġenituri għandhom ħafna responsabbilta' u qatt ma nistgħu nfarfru r-responsabbilta' minn fuq spallejna.", "Punt li jqum f'kull kwestjoni huwa għandekx l-ewwel tħarrax il-liġijiet u mbagħad tinfurzahom, jew inkella għandekx l-ewwel tinforza l-liġijiet eżistenti mbagħad tħarraxhom skond il-ħtieġa.", "Jien inħoss li jekk se jkun hemm xi forma ta' tibdil fil-liġijiet eżistenti - għalissa mhux se nidħol fil-mertu jekk għandhomx isiru jew le - fl-istess ħin għandu jkun hemm struttura ta' infurzar.", "Kieku wieħed kellu jistaqsi lill-awtorita' responsabbli kemm kien hemm persuni taħt is-16-il sena li nqabdu jiksru l-liġi talli kkonsmaw alkoħol, naħseb li jġib għajnejh wara widnejh jekk iqabbel l-informazzjoni li tingħatalu ma' dak li verament jiġri madwarna.", "Naħseb li ħaġa oħra li rridu nikkonsidraw hija minn fejn jinbiegħ u jiġi kkonsmat l-alkoħol.", "Naqbel ħafna ma' dak li qalet il-kollega tiegħi l-Onor.", "Marie Louise Coleiro u bħalma għamilna fil-każ tad-drogi fejn il-gravita' ta' l-att tikber jekk id-droga tinbiegħ fil-viċinanza ta' skejjel u ta' postijiet li jattiraw numru ta' żgħażagħ, jien naħseb li dan il-fattur jista' jiddaħħal ukoll fil-każ ta' bejgħ ta' alkoħol.", "Punt li tkellimna dwaru meta konna qed niddiskutu r-regolamenti u l-ħinijiet ta' discos u ta' postijiet ta' divertiment, kien li llum qed tidħol it-tendenza, u kulma jmur qed taqbad aktar art u rajniha wkoll fil-perijodu ta' l-Ewwel tas-Sena, li grupp ta' żgħażagħ jiltaqgħu flimkien f'post, fi flat jew f'xi hall, fejn m'hemmx għajn ta' kontroll fuq dak li jkun qiegħed jiġri.", "Dan in-nuqqas ta' kontroll jista' jwassal biex iż-żgħażagħ jixorbu alkoħol kemm iridu.", "U hawnhekk nenfasizza r-responsabbilta' li għandhom il-ġenituri biex jaraw fejn ikunu sejrin uliedhom u mhux jiġu jaqgħu u jqumu fejn ikunu marru u ma marrux.", "Jien naħseb li l-gvern, hu min hu, għandu jerfa' fuq spallejh ir-responsabbilta' ta' ċertu affarijiet, imma fl-istess waqt ma nistgħux min-naħa l-oħra nnaqqsu mir-responsabbilta' li għandhom il-ġenituri.", "Naħseb li l-problema ta' kif għandhom jiġu tackled ċertu vizzjijiet, ma jistax jerfagħha l-gvern waħdu imma l-ġenituri jridu jerfgħu r-responsabbilta' daqs, jekk mhux aktar, milli jerfagħha l-gvern.", "Veru li l-gvern għandu l-forzi tas-sigurta' li huma responsabbli jaraw li ma jsirux affarijiet li m'għandhomx isiru, imma kemm hawn ġenituri li jafu fejn marru jixorbu uliedhom?", "Kemm hawn ġenituri li jafu min ta alkoħol lill-uliedhom minkejja li mhux suppost jagħtuhom alkoħol, u minkejja dan kollu, xorta baqgħu idejhom fuq żaqqhom u m'għamlu l-ebda rapport ħalli jittieħdu l-passi kollha neċessarji?", "Nagħlaq bl-aħħar punt.", "Naħseb li fatt li qed naraw jitfaċċa f'kull qasam, huwa li l-messaġġ mhux qiegħed jasal fejn għandu jasal.", "Din m'hijiex isseħħ biss fil-qasam tax-xorb, jew fil-qasam tat-tipjip, jew fil-qasam tad-drogi, imma qed isseħħ f'kull qasam.", "Il-messaġġ m'huwiex jasal.", "Xi ħaġa m'hijiex sejra tajba.", "Jekk wieħed jara l-Economic Survey li tqassam ma' l-aħħar budget li ppreżenta l-gvern u jħares lejn is-sigaretti, jara li l-infiq li sar fuq is-sigaretti bejn Jannar u Settembru ta' l-2000, żdied bi 23%.", "Dan juri li l-attakk li qed isir kontra t-tipjip, l-attakk li qed isir kontra x-xorb u l-attakk li qed isir kontra t-teħid ta' droga - din mit-triq nafuha; m'hemmx bżonn ta' ċertu statistika - mhux qed iwassal il-messaġġ li rridu nwasslu.", "Mela iktar milli naraw il-liġijiet u l-enforcement tagħhom, aktar għandna naraw għaliex il-messaġġ m'huwiex jasal.", "Ħaġa waħda biss se ngħid.", "Wieħed jinnota li fl-aħħar tlieta jew erba' snin, talli fil-perijodu ta' qabel il-Milied u l-Ewwel tas-Sena fuq il-media kollha kellna attakki l-ħin kollu biex wieħed ma jixrobx u jsuq, ma kellniex inċidenti tat-traffiku.", "J'Alla ma jkollniex inċidenti tat-traffiku s-sena kollha, imma dik il-kampanja ħalliet il-frott għaliex huwa fatt li matul dak il-perijodu, l-għadd ta' inċidenti tat-traffiku naqas.", "Dan juri kemm huwa importanti dan it-tip ta' targeting.", "Il-messaġġ irridu nwassluh kemm lit-tfal fl-iskejjel u kemm lill-ġenituri.", "Jekk il-messaġġ m'huwiex jasal, bir-rispett kollu nkunu qegħdin sempliċiment inlabalbu.", "Naf li qed tagħtu s-sehem tagħkom billi toħorġu leaflets, brochures, eċċ, imma l-messaġġ, minkejja dak kollu li qed jagħmel il-gvern, u minkejja dak kollu li qed jagħmlu l-għaqdiet mhux governattivi, inkluż il-Knisja permezz tal-Caritas, m'huwiex jasal fejn għandu jasal, jew inkella m'huwiex jasal biżżejjed b'saħħtu.", "Naturalment din m'hijiex kwestjoni ta' twerwir imma kwestjoni ta' edukazzjoni biex ikollna soċjeta' iktar b'saħħitha.", "IS-SUR JOE CHETCUTI: Aħna qegħdin niġġieldu l-kultura tal-pajjiż u l-fatt li ftit ftit il-kultura qed tinbidel, hu mertu ta' min qiegħed jaħdem f'din id-direzzjoni, pero' ma nistgħux nippretendu li l-kultura tista' tinbidel overnight.", "Kif qed tgħid inti, erba', ħames snin ilu, ma kontx tisma' fuq ir-radio u l-media kollha dawn it-tip ta' kampanji kontra x-xorb u s-sewqan u kien ikollna tnejn jew tliet inċidenti fix-xahar, mentri llum mhux hekk.", "Illum qed tintuża l-media biex twassal il-messaġġ kontra x-xorb u s-sewqan.", "Forsi veru hemm lok li tintuża aktar u li tkun ongoing imma almenu sar xi tibdil minn ftit tas-snin 'il hawn.", "GĦar-rigward li għedt inti li rridu wkoll naħdmu mal-ġenituri, jien inħoss li meta nkunu qed naħdmu mat-tfal, inkunu qed naħdmu mal-ġenituri ta' għada.", "Ħaġa oħra li xtaqt ngħid dwar il-liġijiet hija li minkejja li d-divertiment żviluppa b'mod tremend f'dawk l-aħħar snin, il-liġijiet ma żviluppawx bl-istess ritmu.", "GĦad għandna liġijiet antikwati.", "Aħna ma rridux liġijiet biex nikkontrollaw biss lit-tfal, imma liġijiet biex nikkontrollaw ukoll lill-kbar, il-kbar li qed jagħmlu l-alkoħol u s-sigaretti available liż-żgħar.", "Il-kbar iridu jifhmu li meta l-alkoħol jew is-sigaretti jittieħdu minn tfal żgħar, dik id-droga ssir illegali.", "U għalhekk naqbel ħafna mas-suġġeriment li fejn l-iskola ma jkunx hemm ħwienet li jbigħu dawn il-prodotti għax dawn huma illegali għat-tfal.", "Hemm ħafna x'għad irid isir.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Filwaqt li napprezza ħafna x-xogħol li qed iwettqu l-għaqdiet kollha li għandna fil-pajjiż, inħoss li f'dan il-kumitat qed naqbdu suġġetti li b'xi mod huma relatati bir-riżultat li qed nirrepetu ħafna affarijiet.", "Naħseb li wieħed irid jipprova ma jirrepetix dak li ntqal fid-diversi laqgħat li kellna, fosthom meta konna qed niddiskutu l-ħinijiet ta' ftuħ ta' diskoteki u meta konna qed niddiskutu t-tfal f'riskju.", "Dawn huma kollha argumenti li diġa' tqajmu u llum qegħdin sempliċement nerġgħu nirrepetu dak li għedna qabel.", "Billi nirrepetu ma fiha xejn, imma jien naħseb li rridu nipprovaw naslu għal xi konklużjonijiet.", "Per eżempju darba jien kont Londra mat-tifel tiegħi li dakinhar kellu seba' snin u meta dħalt f'restaurant li kien qisu bar, ġo train station, point blank qaluli li t-tifel ma jistax jidħol f'dak il-post.", "L-istess jiġri f'bars ta' airports.", "Żgħażagħ ta' 14-il sena ma jistgħux joqogħdu mal-bar.", "Issa aħna hawnhekk qegħdin iż-żewġ partiti politiċi rappreżentati fil-Parlament, naqblu li għandna nilleġislaw li tfal ta' 16-il sena jew inqas, ma jidħlux f'bars?", "L-Onor.", "Michael Farrugia semma' l-infurzar tal-liġijiet.", "Jien nista' ngħid li minn mistoqsija parlamentari li għamilt dwar kemm tressqu l-qorti traffikanti tad-droga tul l-aħħar snin, irriżulta li fis-sena 2000 tressqu l-qorti 128 persuna, id-doppju ta' kemm tressqu l-qorti ħames snin qabel.", "Jiġifieri hemm żieda fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga.", "Jien m'għandix dubju dwar dan.", "Issemma' wkoll ix-xogħol li tagħmel l-Aġenzija sedqa.", "Minn mistoqsija parlamentari oħra li għamilt, irriżulta li fis-sena 2000 in-numru ta' persuni li fittxew is-servizzi ta' l-Aġenzija sedqa, żdied.", "Dan juri li s-servizzi qegħdin jinfirxu ma' ħafna aktar nies u ħafna aktar nies qed ifittxu s-servizzi ta' l-Aġenzija sedqa.", "Jien m'għandix dubju li kemm l-għadd ta' servizzi offruti, kif ukoll l-infurzar tal-liġijiet, qiegħed jiżdied.", "M'għandix dubju wkoll li jeżisti ċertu titjib fil-livell tas-servizzi offruti.", "Minn mistoqsija parlamentari oħra li ġiet imwieġba llum jirriżulta li s-sena li għaddiet kien hemm sitt persuni li kienu riabilitati mill-Aġenzija sedqa u li l-ETC sabitilhom impjieg.", "Forsi tgħiduli li sitt persuni huma ftit, imma personalment ma naħsibx li huma daqshekk ftit.", "Kumment ieħor li rrid nagħmel - u hawn żgur se nirrepeti għax dan id-diskors għedtu sentejn ilu meta konna qed niddiskutu t-tfal f'riskju, imma nħoss li għadu ma nbidel xejn minn dakinhar 'il hawn - huwa dwar l-assenteiżmu fl-iskejjel.", "X'jiġifieri li fil-pajjiż għandna tfal ta' 13-il sena li ma jmorrux l-iskola u d-dipartiment ta' l-edukazzjoni għandu records dwarhom, u għaqdiet bħalma hija l-SWDP li tista' tkun aktar speċifika fuqhom, ma tarax li dawn it-tfal jiġu targeted aktar?", "Nafu u xbajna naqraw li dawn it-tfal huma l-iktar prone għal ċertu problemi.", "Jekk se nibqgħu biss ngħidu l-istess affarijiet mingħajr ma tittieħed azzjoni konkreta, inħoss li nkunu qed naħlu l-ħin ta' ħafna nies li qegħdin hawn u li għandhom tant x'jagħmlu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KARL CHIRCOP: Jien napprezza x-xogħol li qed isir mill-għaqda tagħkom biex tgħin lill-uliedna jkollhom futur aħjar, iżda fl-opinjoni tiegħi inħoss li bħala pajjiż, m'aħniex naqbdu l-problema mill-għeruq tagħha.", "Veru li kif qal is-Sur Chetcuti t-tfal tal-lum se jkunu l-ġenituri ta' għada, imma llum għandna wkoll ġenituri u kultant nieħu l-impressjoni li l-ġenituri tal-lum m'humiex ġenituri tajbin.", "B'daqshekk ma rridx ngħid li l-ġenituri tal-lum ma jħobbux lil uliedhom, pero' nħoss li pjuttost qed iħobbuhom b'mod ħażin.", "Jien persważ li l-kollegi tiegħi fuq dan il-kumitat bħali jidħlu f'ħafna djar u bħali jinnutaw li f'ħafna djar it-tfal ikollhom it-television fil-kamra tas-sodda tagħhom, u dan il-fatt qed jiżdied.", "Għalija, dan il-fatt hu xokkanti biex ma ngħidx ħaġa oħra.", "Fil-ħajja mgħaġġla tal-lum, normalment l-uniku ftit ħin li l-familja tgħaddi flimkien biex forsi tiddiskuti l-problemi ta' kuljum, huwa proprju quddiem it-televiżjoni.", "Jekk il-missier jidħol id-dar tard filgħaxija u t-tifel tiegħu jkun jixtieq jitkellem ma' missieru fuq xi problema li jkollu, dak hu l-uniku ħin li l-familja tkun flimkien u allura m'huwiex sewwa li lit-tfal tagħna nħalluhom jaraw it-televiżjoni waħedhom, magħluqin ġol-kmamar tas-sodda tagħhom.", "M'huwiex l-aħjar mod kif it-tfal tagħna jieħdu l-edukazzjoni tagħhom u kif jistgħu jiffurmaw ċertu ideat għall-futur tagħhom.", "U dan l-argument iġibni għall-ikbar preokkupazzjoni li għandi fuq din il-problema.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-ġlieda tagħna m'hijiex targeted lejn min l-iktar li għandu bżonn.", "Jekk aħna nemmnu fil-prevenzjoni, f'ġieħ is-sewwa, importanti li l-ewwel ma nedukaw huma l-ġenituri.", "Irridu niffokaw fuq il-ġenituri u l-problemi tagħhom.", "In-nuqqas ta' edukazzjoni li forsi jkollhom il-ġenituri tista' twassalhom biex jesprimu l-imħabba tagħhom lejn uliedhom b'mod ħażin, allura jekk niffokaw fuq il-ġenituri naħseb li l-problema nkunu qed intaffuha b'mod multiplikat.", "Jekk aħna nattakkaw direttament lit-tfal, se jkollna nifirxu r-riżorsi li għandna fuq aktar nies, għax naturalment hawn aktar tfal minn ġenituri, bir-riżultat li mhux se nattakkaw il-problema bl-aħjar mod.", "Tajjeb li jingħad ukoll li l-problemi li għandhom it-tfal tagħna m'humiex biss problemi ta' alkoħol jew ta' sigaretti jew ta' abbuż ta' droga, imma jeżistu problemi oħra, jeżistu problemi ta' attitudni, problemi ta' bullying, problemi ta' pedofelija.", "Proprju l-ġimgħa l-oħra kont qed nara programm fuq it-television fuq stazzjon barrani fejn kien qed jintqal li fl-Ewropa nqabad ring ta' paedophiles u waħda mill-pre-rekwiżiti biex wieħed isir membru ta' din l-għaqda, kienet li kull membru jrid ikollu ta' l-inqas 5,000 ritratt pornografiku li juri abbuż fuq it-tfal.", "Dawn huma affarijiet xokkanti imma huma fatti li jeżistu anke f'pajjiżna.", "Hawn Malta għandna minn dawn il-problemi u sfortunatament qegħdin jiżdiedu.", "Fattur ieħor huwa l-internet li aktar ma jmur aktar qed jidħol fid-djar tagħna, u sfortunatament illum il-ġurnata għandna wkoll aċċess għal magazines pornografiċi.", "Iva, dawn qegħdin hemm u se jimminaw l-istituzzjoni li hija tant għażiża għalina lkoll, il-familja.", "U l-punt li nixtieq nagħlaq bih huwa li jekk aħna bħala soċjeta', bħala politiċi u bħala għaqdiet mhux se jirnexxielna naħdmu flimkien biex nippreservaw il-familja Maltija li proprju għenet lil pajjiżna jimxi 'l quddiem, se nitkissru.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Smajna diversi drabi li l-ġenituri għandhom responsabbilta' biex irabbu lil uliedhom sew.", "M'hemmx dubju li l-maġġoranza tal-ġenituri Maltin jixtiequ jtellgħu lill-uliedhom tajjeb, jiġifieri l-will qiegħed hemm, imma fl-opinjoni tiegħi, il-problema hija li ħafna minnhom m'għandhomx biżżejjed parental skills, jew inkella l-parental skills li għandhom, m'humiex aġġornati.", "Il-maġġoranza tal-ġenituri jrabbu lill-uliedhom bl-istess mod kif huma ġew imrobbija mill-ġenituri tagħhom pero' l-iżvilupp kontinwu li qed iseħħ madwarna jitlob focus aktar qawwi fuq parental skills għall-ġenituri.", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Chircop semma' l-internet, imma kemm qed nisimgħu fuq parental controls ta' l-internet?", "Jien kont nistenna li d-dipartiment ta' l-edukazzjoni, permezz ta' l-iskejjel jew tal-kunsilli lokali, jidħlu fuq dan l-aspett għaliex illum l-internet sar the order of the day.", "Bħal kull ħaġa oħra, l-ewwel nibdew nisimgħu fuq xi ħaġa ġdida, imbagħad ftit wara tibda dieħla bil-mod fid- djar tagħna u sa ftit taż-żmien wara, tidħol qisha b'gaffa ġo darna.", "U hekk qed jiġri bl-internet imma sadanittant, filwaqt li qed nagħmlu dawn il-bidliet li huma pożittivi, għaliex m'hemmx dubju li l-aċċess għall-informazzjoni huwa pożittiv, m'aħna nilqgħu xejn għalih.", "Imbagħad, malli jibdew ifeġġu problemi ġodda fit-tfal tagħna, jew anke fil-ġenituri stess, naraw kif se nsolvu l-problemi li jkunu sparaw ma' wiċċna.", "Sfortunatament aħna għandna t-tendenza li mill-ewwel nifirħu b'xi ħaġa ġdida mingħajr ma nħarsu lejn l-angoli kollha ta' dik ix-xi ħaġa.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jien naħseb li l-internet qed inaqqas min-numru ta' żgħażagħ li jiffrekwentaw il-bars.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Ma rridx niġi miżinterpretata; li qed ngħid huwa li l-aċċess għall-informazzjoni huwa pożittiv, pero' sadanittant lill-ġenituri rridu nagħtuhom il-ħila ta' kif ikollhom ċertu kontroll.", "Aħna nafu li l-internet huwa pożittiv u qed inaqqas milli żgħażagħ imorru fil-bars, imma sorry, jien lanqas ma rrid li t-tifla tiegħi jkollha aċċess għall-internet u f'daqqa waħda, ma' l-għafsa tal-buttuna għandha kollox f'idejha.", "Dan hu li qed nipprova ngħid, u rrid li dan li qed ngħid jitħalla kif inhu u kif qed ngħidu.", "Jien qed nagħmel enfasi fuq il-ħtieġa ta' parental skills lill-ġenituri u li kontinwament naġġornawhom bit-tibdil li jkun qed iseħħ u ngħinuhom ikunu kapaċi jilqgħu għat-tibdil li jista' jkollu effetti negattivi.", "Fil-ħajja kollox għandu t-tajjeb u l-ħażin tiegħu.", "Jekk l-internet għandu ħafna tajjeb, għandu wkoll l-aspetti negattivi li nistgħu nilqgħu għalihom biex innaqqsu l-effett negattiv minn fuq it-tfal.", "It-tieni punt li nixtieq nagħmel huwa dwar il-ħwienet li jbigħu xorb u sigaretti f'distanza ta' 200 metru mill-iskejjel.", "Fil-fehma tiegħi, il-mod applikat fil-każ ta' traffikar tad-droga, għandu japplika wkoll fil-każ ta' bejgħ ta' tabakk u xorb alkoħoliku lil tfal taħt l-eta'.", "Pero' rridu nkunu realistiċi wkoll, għax minkejja li għandna s-safeguards fil-liġi għal dak li għandu x'jaqsam ma' pushing ta' droga, xorta waħda qed isir pushing minn ħdejn l-iskejjel.", "Jien naħseb li kieku kellna nagħmlu survey - qed nitkellem minn impressjonijiet li għandi imma mhux minn impressjonijiet fl-arja iżda minn esperjenza li għandi fil-kostitwenza tiegħi - u naraw fejn l-aktar qed isir pushing ta' droga, insibu li minkejja l-liġijiet kollha li għandna, l-aktar pushing qed isir minn ħdejn l-iskejjel.", "Jien fuq Ħal Qormi nista' nitkellem imma nista' ngħid li nitkellem ma' ħafna ġenituri li jilmentaw li l-pushing qawwi tad-droga isir proprju minn ħdejn l-iskejjel.", "Il-frażi li jużaw hija li d-droga tinbiegħ qisha ċikkulata u jsemmulek ukoll in-nies.", "Mela minkejja li għandna s-safeguards fil-liġijiet, m'aħniex naslu biżżejjed.", "Mhux qed ngħid li mhux qed isiru sforzi u m'għandix dubju li qed isiru sforzi kbar u dak li qal l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia dwar tweġibiet li ngħatawlu għal mistoqsijiet parlamentari huwa minnu, imma għad m'aħniex nilħqu l-għanijiet tagħna.", "Dawn l-affarijiet qed isiru fid-dawl tax-xemx waqt li t-tfal ikunu deħlin l-iskola.", "Jekk irridu nagħmlu xi ħaġa bis-sens, bilfors irridu naraw li l-implimentazzjoni tal-liġijiet tkun waħda effettiva.", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia semma ħafna punti li jien naqbel magħhom perfettament.", "Naqbel li wara d-diskors kollu li ilna ngħidu issa wasal il-mument biex nieħdu l-azzjoni.", "M'għandix dubju li f'dan il-qasam m'hemmx diverġenzi ta' politika partiġjana.", "L-għawġ u l-gwaj fuq uliedna ma jaqax fuq il-Laburisti jew fuq in-Nazzjonalisti biss, imma jiġi fuq kulħadd u m'għandix dubju li lkoll kapaċi nogħlew 'il fuq mill-politika partiġjana u flimkien nagħmlu dak li hemm bżonn isir.", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia semma wkoll punt partikolari li nixtieq nerġa' nirreferi għalih.", "Huwa semma l-assenteiżmu fl-iskejjel u qal li d-dipartiment ta' l-edukazzjoni huwa konxju ta' dan l-assenteiżmu, allura għala informazzjoni bħal din ma tgħaddix lil xi aġenzija tal-gvern, per eżempju l-SWDP?", "U dan jerġa' jwassalni għall-punt li qanqalt aktar kmieni dwar in-nuqqas ta' koordinament u networking.", "Dan l-istess punt qam ukoll meta konna qed niddiskutu t-tfal f'riskju meta hawnhekk kellna numru ta' rappreżentanti ta' dipartimenti, aġenziji, NGOs eċċ., u kollha kemm huma qalulna li huma għandhom ċertu inizjattivi għaddejjin.", "Kulħadd qiegħed jiġbor l-istatistika imma m'humiex jiltaqgħu flimkien biex ix-xogħol tagħhom ikun focused ħalli aspetti partikolari jiġu targeted bl-aktar mod effettiv.", "Jekk kulħadd qed jiġbor l-istatistika bil-mod li hu jaħseb hu l-aħjar u imbagħad ħadd m'hu qed jgħaqqad l-istatistika miġbura, kif qatt xi darba f'dan il-pajjiż se jkollna national indicators biex inkunu nafu eżattament mil-liema eta' t-tfal qed jiltaqgħu ma' problemi?", "Kieku jkollna indicators ċari, kieku nkunu nistgħu niffokaw fuq aspett partikolari biex forsi niskopru x'inhu jwassal għall-problema u forsi nsibu soluzzjoni permezz tal-prevenzjoni.", "M'għandniex networking, m'għandniex koordinazzjoni u jekk mhux se naħdmu fuq dan il-lat, m'aħniex se naslu.", "Issemma wkoll li l-messaġġ mhux qed jasal fejn għandu jasal.", "Jien semmejt l-Aġenzija sedqa, Maria Bugeja Foundation u l-Health Promotion Department u nifhem li kulħadd qed jagħmel l-isforzi tiegħu, pero' naħseb li mhux kulħadd qed juża medium li huwa effettiv mat-tfal.", "U se nsemmi bħala eżempju lit-tifla tiegħi li għandha tmien snin.", "Hi tmur fi skola tal-Knisja fejn regolarment iżuruhom nies minn Maria Bugeja Foundation bil-karattru ta' Żelu ta' Veru u anke tawhom cassettes b'mużika li togħġob lit-tfal u allura jien, fis-6.45 a.m. fi triqti lejn l-iskola tat-tifla f'Tas-Sliema, nispiċċa nkanta ''Saħħa, saħħa'' u l-kanzunetti l-oħra li hemm fuq il-cassette.", "Pero' xi ħaġa pożittiva hija li qed nagħmel ħilti kollha biex ma nibqax inpejjep ghax hija redikola li l-ewwel inkanta ''Saħħa, saħħa'' u mbagħad inpejjep!", "It-tifla tiegħi tieħu gost tkanta mal-cassette b'mod speċjali għax xi ħadd qalilhom li l-kor ta' tfal li jkanta fuq il-cassette huwa huma stess.", "Jiġifieri l-medium li qed tuża din il-fondazzjoni huwa effettiv.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Michael Farrugia, fil-ġranet ta' qabel il-Milied u l-Ewwel tas-Sena kien qed ikun hemm kampanja sħiħa fuq it-television kontra x-xorb u s-sewqan u f'dawn l-aħħar snin naqsu ħafna l-inċidenti fatali li żgur huwa riżultat tal-kampanja intensiva li kien qed ikollna f'dawk iż-żmenijiet ta' festi.", "Dan juri kemm it-television huwa medium effettiv.", "Illum mhux stazzjon tat-television wieħed għandna, imma numru ta' stazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju u jien naħseb li l-media għandha dover lejn is-soċjeta'.", "M'għandhiex tħares biss lejn il-kumpanniji biex tiġbor ir-reklami mingħandhom, imma trid tagħti xi ħaġa lura lis-soċjeta'.", "Ir-reklamar huwa bżonjuż għall-finanzjament ta' kull stazzjon imma l-media għandha tgħaddi xi ħaġa lura lill-konsumaturi.", "Il-konsumaturi qed jixtru l-prodotti li huma reklamati permezz tal-media allura huma stess qed isostnu l-istazzjonijiet.", "Jien naħseb, u dan is-suġġeriment għamiltu kemm-il darba, li l-aġenziji u min jaħdem f'dan il-qasam għandhom jiġu offruti, mingħajr ebda ħlas, slots.", "Għandha tkun ir-responsabbilta' tal-media li tgħaddi xi ħaġa lura lis-soċjeta' li qed tgħinha ssostni ruħha finanzjarjament permezz tar-reklami.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-medium li jintuża huwa importanti.", "Illum huwa diffiċli ġġiegħel żgħażagħ jaqraw leaflet meta għandhom tant materjal x'jaqraw, imma żgur li slot ta' 10 sekondi fuq it-televiżjoni se jħalli impatt fuqhom.", "Il-viżiv huwa effettiv immens.", "IĊ-CHAIRPERSON: Insejjaħ issa lill-Onor.", "Michael Farrugia li xtaq jagħmel kumment, imbagħad nagħmel kumment jien qabel nagħlqu din il-parti tad-diskussjoni ħalli wara nistieden lir-rappreżentant ta' l-Aġenzija sedqa li hu nkarigat mill-qasam ta' l-alkoħol.", "MICHAEL FARRUGIA: Ħaġa li wieħed jinnota f'dawn it-tip ta' laqgħat, hija li minkejja li f'Malta għandna l-ogħla persentaġġ ta' għaqdiet volontarji meta mqabbel mal-popolazzjoni ta' pajjiżna - sa ċertu punt mhux ħażin li jkollna daqstant għaqdiet - hawn nuqqas ta' koordinament bejn l-għaqdiet.", "Din tista' tkun waħda mir-raġunijiet għaliex mhux dejjem qed jirnexxielna nwasslu l-messaġġi kif nixtiequ nwassluhom.", "Wara kollox l-importanti hu li l-messaġġi nwassluhom b'tali mod li jħallu riżultat.", "Ħames, sitt snin ilu jien kont spokesperson fuq il-qasam tal-politika soċjali u waħda mill-affarijiet li kont dejjem nisħaq fuqha fil-laqgħat li kien ikolli ma' l-għaqdiet mhux governattivi, kien il-bżonn li l-għaqdiet volontarji li għandhom l-istess għan jingħaqdu flimkien bi sforz wieħed fi ġlieda waħda.", "Normalment l-għan tad-diversi għaqdiet ikun l-istess, ikun biss il-karattru li jkun differenti imma dan ifisser li r-riżorsi umani li għandna jkunu mxerdin, ma jkunux kollha konċentrati fuq il-qasam partikolari.", "U naturalment ir-riżorsi umani li għandna f'pajjiżna b'popolazzjoni ta' 370,000 ruħ, m'humiex bla limitu.", "Naħseb li dan huwa punt importanti li jrid jiġi kkonsidrat.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel huwa dwar każi ta' persuni li jinqabdu jittraffikaw id-droga.", "Veru li jinqabdu numru ta' persuni li jkollhom fil-pussess tagħhom id-droga jew li jkunu qed jittraffikaw id-droga, imma nafu li kif jispiċċa wieħed mis-suq, l-għada, jekk mhux dak il-ħin stess li jinġabar xi ħadd mill-pulizija, ikun hemm xi ħadd ieħor li jidħol minfloku.", "Mela ultimately m'hijiex biss kwestjoni ta' kemm qed jiġu arrestati persuni - dik hija importanti wkoll - imma l-ħtieġa li nidħlu aktar fil-fond.", "Naħseb li s'issa, il-ġlieda għadna m'aħniex nirbħuha.", "Sa ċertu punt qegħdin nirbħuha, imma nista' ngħidlek li jekk tiġi fil-pjazza tan-Naxxar jew fil-pjazza tal-Mosta, m'hemmx fejn tmur iżjed.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naqbel ma' dak kollu li ntqal hawnhekk.", "M'hemmx dubju li rrepetejna xi affarijiet waqt li konna qed niddiskutu suġġetti differenti u biex ma nirrepetix jien ukoll, mhux se nagħmel xi diskors twil.", "Jien ukoll nixtieq nenfasizza l-importanza tal-koordinament.", "Xbajna nisħqu kemm hu importanti l-koordinament.", "Jiddispjaċini li llum m'hawnx magħna Dr. Richard Muscat li huwa ċ-Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Abbuż ta' Droga, Alkoħol u Dipendenzi Oħra għax naf li x-xogħol ta' koordinament qed jingħata importanza fi ħdan il-kummissjoni u wieħed jittama li d-diskors kollu li għedna matul dawn is-sentejn iħalli l-frott.", "Veru li xi kultant nirrepetu ruħna, imma ma jimpurtax.", "Wara kollox, waħda mill-modi kif jasal il-messaġġ hija proprju permezz ta' repetizzjoni.", "Veru li rrepetejna ruħna meta konna qed niddiskutu diversi suġġetti u forsi għadna ma bdejniex inħossu l-effett tar-repetizzjoni tagħna u allura forsi qed inħossuna li qed nagħsqu fl-ilma, imma nittama li x-xogħol li qed tagħmel il-kummissjoni jħalli l-effetti mixtieqa.", "M'ilux kellna seminar dwar dak li għamlet il-kummissjoni, seminar li attendew għalih l-għaqdiet kollha, u matul is-seminar ħarġet ħafna l-ħtieġa ta' koordinament.", "Fis-seminar intwera wkoll il-goodwill li jeżisti fost id-diversi għaqdiet għax wara kollox il-kummissjoni ma tistax tagħmel ix-xogħol waħedha.", "Jien naħseb li l-goodwill qiegħed hemm u l-kwestjoni ta' l-istatistika qiegħda tiġi tackled mill-għaqdiet kollha flimkien u allura nittamaw li fi ftit żmien ieħor nibdew naraw ċertu riżultati.", "Naturalment m'aħniex se naraw l-istampa minn sewda ssir bajda imma iva, jien naħseb li x-xogħol li qed tagħmel il-kummissjoni jista' jagħti l-frott mixtieq.", "Insejjaħ issa lir-rappreżentant ta' l-Aġenzija sedqa jagħti l-preżentazzjoni tiegħu fuq il-qasam ta' l-alkoħol.", "Ma nixtieqx li ntawlu wisq jew li nirrepetu dak li diġa' ntqal.", "Ovvjament aħna se nerġgħu niltaqgħu; illum mhux se nesawrixxu s-suġġett imma nixtieq li meta niġu hawnhekk, niġu b'suġġerimenti konkreti, suġġerimenti li huma backed minn fatti biex aħna jkollna f'idejna l-forza biex inkunu nistgħu naġixxu.", "Se ngħidha ċara lil kulħadd; ma nixtieqx nerġa' nisma' dwar il-problema ta' l-alkoħol fuq il-ġenituri u t-tfal, imma rrid nisma' dwar miżuri konkreti li jistgħu jittieħdu, jew li diġa' qegħdin jittieħdu.", "IS-SUR JESMOND SCHEMBRI (Manager, Prevention Division, Aġenzija sedqa): Illum jien manager fil-Prevention Division imma sa Settembru li għadda kont social worker fl-Alcohol Unit fl-Aġenzija sedqa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nixtieq li tagħtuna r-reazzjonijiet tagħkom għal dak li smajtu waqt din id-diskussjoni u forsi tagħtuna xi ħjiel ta' proposti konkreti li intom li taħdmu f'dan il-qasam, tixtiequ taraw li jiġu mwettqa.", "Bħalma diġa' għedt, nixtieq li ma ntawlux iżżejjed, pero' fl-istess waqt irridu dejjem inżommu f'moħħna li din m'hijiex l-aħħar darba li se niltaqgħu.", "DR. GEORGE GRECH (Clinical Director, Detox Centre, Aġenzija sedqa): Fid-Detox Centre aħna iktar niffokaw fuq trattament u riabilitazzjoni waqt li Jesmond Schembri huwa nkarigat mis-sezzjoni tal-prevenzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: At this stage, nippreferi li nisimgħu mil-lat preventiv milli mil-lat ta' trattament as such.", "Nixtieqkom tieħdu into consideration ir-riflessjonijiet li tqajmu matul id-diskussjoni li kellna.", "IS-SUR JESMOND SCHEMBRI: Meta niġu għall-prevenzjoni importanti li ngħidu li l-approach tagħna m'huwiex wieħed fejn sempliċement ngħidu \"le\" għad-droga imma huwa wieħed aktar pożittiv lejn il-problema.", "Kif kien qed jgħid l-Onor.", "Chircop u membri oħra ta' dan il-kumitat, aħna nemmnu li trid tibda billi tindirizza lit-tfal minn meta jkunu għadhom ta' eta' żgħira u tant hu hekk, li l-programmi tagħna jibdew mit-tieni sena tal-kindergarten, jiġifieri meta t-tfal ikun għad għandhom biss erba' snin.", "Fis-sistema edukattiva għandna wkoll it-taqsima tas-secondary prevention li taħdem ma' sixth formers u żgħażagħ li qegħdin fil-Junior College u lil dawn ngħallmuhom coping skills.", "Aħna nafu li meta tagħti informazzjoni dwar x'inhi d-droga u x'inhu l-ħażin tad-droga, tkun qed tindirizza biss parti mir-realta' tal-prevenzjoni.", "Il-bażi tal-prevenzjoni hija li lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna tgħinhom biex f'ħajjithom isibu dak li huwa pożittiv.", "Jekk qed nitkellmu fuq coping skills, qed nitkellmu fuq kif lit-tfal ngħallmuhom jesprimu ruħhom, ngħallmuhom jagħrfu min huma dawk il-ħbieb li jgħinuhom u min huma dawk il-ħbieb li qed jagħmlulhom ċertu pressure negattiva fil-ħajja tagħhom u ngħallmuhom jiddjalogaw mal-ġenituri.", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro semmiet programm li jittella' minn Maria Bugeja Foundation u naħseb li programm simili li nagħmlu aħna huwa dak li nagħmlu ma' tfal ta' Year 3 fil-primarja li jissejjaħ BABES.", "Dan il-programm juża' seba' hand puppets differenti, b'karattru differenti, u permezz ta' storja nippruvaw ngħinu lit-tfal jifhmu x'inhuma coping skills, fosthom x'jiġifieri li jkollhom stima lejhom infushom, u liema huma dawk il-partijiet tal-ġisem li huma privati.", "Min jista' jmissni f'ċerti partijiet tal-ġisem u min ma jistax u għal liema raġunijiet.", "Jiġifieri għal dak li għandu x'jaqsam ma' prevention, ma ngħidux biss ''le\", għad-droga; \"le\", għall-alkoħol; \"le\", għat-tabakk, imma ngħallmu x'inhuma dawk il-ħiliet li kull tifel u tifla għandhom bżonn ikollhom biex għada pitgħada meta jiġu wiċċ imb'wiċċ ma' dawn is-sustanzi, jgħidu \"le\", pero' m'huwiex biżżejjed li tgħid \"le\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Inti għedt li għandkom programm immirat għat-tfal fl-iskejjel primarji.", "Nixtieq nistaqsik jekk hux l-iskejjel primarji kollha huma targeted.", "Tolqtu biss xi skejjel partikolari, jew inkella f'xi mument matul is-sena taraw lit-tfal kollha?", "Ħadt gost li semmejt ukoll is-secondary prevention li hemm ġol-Junior College għaliex kien proprju permezz ta' waħda mil-laqgħat li kellna f'dan il-kumitat li ħareġ li fil-Junior College - mhux se ngħid li ma kien qed isir xejn - kien hemm nuqqasijiet u allura ġie żviluppat u koordinat il-programm Storm.", "Din kienet xi ħaġa pożittiva li ħarġet wara punt li tqajjem f'dan il-kumitat, pero' jien naf li Storm qiegħed għas-second year students u naf li hemm problemi u hemm bżonn ta' iktar diskussjonijiet mad-diriġenti tal-Junior College u naf li dawn id-diskussjonijiet se jsiru biex dan il-programm jinfirex fuq numru ikbar ta' studenti, pero' kif qegħdin jintlaħqu l-iskejjel primarji u sekondarji?", "Qegħdin jintlaħqu kollha, across the board, jew għad għandna skejjel li m'humiex qegħdin jintlaħqu?", "IS-SUR JESMOND SCHEMBRI: Importanti li l-ewwel ngħidu kif jaħdmu l-programmi tagħna.", "Aħna għandna programm partikolari għall-iskejjel primarji li jissejjaħ TFAL, Tfal Favur Ambjent Liberu - BABES huwa programm għal sena partikolari - li jibda mit-tieni sena tal-kindergarten u jibqa' sejjer sas-sitt sena tal-primarja.", "Apparti fil-Year 3 meta jmorru l-facilitators tagħna fl-iskejjel, dan il-programm jitħaddem billi t-teachers jgħallmu l-materjal li jingħatalhom.", "Fost il-materjal hemm colouring books b'ċertu messaġġi u kotba fejn it-tfal iridu jagħżlu liema attitudni hija pożittiva u liema hija negattiva.", "Dawn huma kollha kotba indirizzati għat-tfal tal-primarja.", "Fil-livell tal-primarja, l-approach tagħna huwa wieħed iktar formattiv.", "Assolutament li fil-primarja ma nitkellmux fuq drogi u alkoħol, imma nitkellmu fuq life skills bażiċi.", "Għall-iskejjel sekondarji għandna programm li jissejjaħ JeaNS, Jien Ngħozz Saħħti.", "Dan il-programm huwa indirizzat lejn tfal ta' l-ewwel, it-tieni u t-tielet sena ta' l-iskola sekondarja u dan il-programm, aktar milli huwa programm fih innifsu, jindirizza l-issue tat-tabakk fil-ktejjeb għall-istudenti tal-Form I, jindirizza l-issue ta' l-alkoħol fil-ktejjeb għall-istudenti tal-Form II u jindirizza l-issue tad-droga fil-ktejjeb għall-istudenti tal-Form III.", "F'dawn is-snin, l-approach tagħna huwa aktar wieħed ta' global approach.", "X'jiġifieri?", "Jiġifieri t-teacher mhux se tgħid lill-istudenti tagħha biex ipoġġu bil-qiegħda ħalli tagħmlilhom lezzjoni fuq ix-xogħol li twettaq l-Aġenzija sedqa, imma l-messaġġ se jgħaddi billi meta l-istudenti jmorru għal-lesson tal-Franċiż, fil-ktieb se jsibu lesson bil-Franċiż li hija relatata ma' l-issue ta' l-alkoħol jew tat-tabakk jew tad-droga.", "Imbagħad wara l-Form III għandna dawk li jissejħu l-peer leadership fejn ċertu tfal iqattgħu weekend flimkien li matulhom jiġu mħarrġa f'leadership skills.", "Niġi issa għall-mistoqsija tiegħek jekk jintlaħqux l-iskejjel kollha.", "Li nista' ngħid hu li l-kotba jmorru fl-iskejjel kollha imma b'daqshekk ma jfissirx li l-iskejjel kollha qegħdin isegwuhom.", "Dalgħodu, jiena u sħabi flimkien ma' Ms Sina Bugeja, iċ-Chief Executive ta' l-Aġenzija sedqa, kellna laqgħa mal-President ta' Malta l-Eċċellenza Tiegħu Prof. Guido de Marco u waħda mill-affarijiet li tkellimna dwarha miegħu kienet li sfortunatament il-kultura tagħna fl-iskejjel hija li dak li għandu x'jaqsam mal-kurrikulu, dak li se jiġu eżaminati fuqu l-istudenti, huwa importanti, waqt li dawk l-affarijiet l-oħra li forsi m'humiex se jinsabu fil-karta ta' l-eżami, ma jingħatawx importanza.", "Il-kotba inqassmuhom lill-iskejjel kollha imma x-xewqa tagħna hi li jkollna kuntatt aktar dirett ma' l-għalliema u l-kapijiet ta' l-iskejjel biex naraw li l-materjal li nqassmu qed jiġi segwit.", "Ċertu skejjel jitolbuk huma biex tagħtihom il-materjal pero' sfortunatament, minn informazzjoni li għandna, anke minn teachers stess, nista' ngħid li hawn skejjel li ma jużawhx il-materjal li nagħtuhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hija ħela ta' riżorsi, ta' flus u anke ta' enerġija u hija ħasra jekk għandna materjal li huwa available ġo l-iskejjel u ma jintużax.", "Jien inħoss li l-Aġenzija sedqa jeħtieġ li tagħmel stocktaking biex tara x'feedback qed ikollha mill-materjal li qed tippubblika u tqassam.", "Trid tara x'materjal qed jintuża u x'effett qed iħalli.", "Veru li tista' tuża l-materjal u b'danakollu ma jħallix effett, għax jekk inti ma tużahx tajjeb ma jkollux effett, pero' tajjeb inkunu nafu kif il-materjal qed jintlaqa' mat-tfal.", "IS-SUR JESMOND SCHEMBRI: Fil-fehma tiegħi, l-effett fil-qasam preventiv jieħu fit-tul ħafna.", "Trid tgħaddi ġenerazzjoni biex tara ċertu attitudnijiet.", "M'hijiex kwestjoni ta' statistika sempliċi ta' min għamel il-programm.", "Hija waħda ta' attitudnijiet iktar milli riżultat li tara dak il-ħin stess.", "IĊ-CHAIRPERSON: Meta semmejt il-feedback, kont qed nirreferi għal kif it-tfal jirreaġixxu għal dak li jkunu qed jiġu mgħallma, mhux x'effett se jħalli in the long term.", "Ma nistgħux nistabbilixxu llum l-effett li se jħalli in the long term, imma nistgħu naraw x'inhija r-reazzjoni tat-tfal.", "Per eżempju nistgħu nkunu nafu jekk xi ħadd, wara li ra ċertu stampa jew puppet show, fetaħx qalbu li għandu problema d-dar.", "Xi ħaġa ta' dan it-tip kelli f'moħħi.", "IS-SUR JESMOND SCHEMBRI: Dan li qed tgħid int jiġri fil-programm BABES fejn il-facilitators tagħna jmorru fl-iskejjel u jagħtu lezzjoni fuq l-alkoħol u d-droga u lezzjoni oħra fuq l-importanza tal-ġisem privat.", "Mhux l-ewwel darba li wara dawn iż-żewġ lezzjonijiet il-facilitators jiġu għandi u għand il-kollegi tiegħi u jgħidulna b'każi konkreti ta' tfal li qalulhom li l-ġenituri tagħhom messewhom f'ċertu partijiet ta' ġisimhom, jew li missierhom jixrob u qalulhom x'jagħmel lill-ommhom wara li jkun xorob.", "Bil-kooperazzjoni tal-kap ta' l-iskola, ħafna drabi dawn il-lezzjonijiet kienu opportunita' biex stajna ngħinu b'mod konkret familji li kellhom ċertu problemi.", "Il-ġenituri ġew megħjuna permezz ta' uliedhom stess.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr. Grech, xtaqt tgħid xi ħaġa?", "DR. GEORGE GRECH: Naħseb tajjeb jekk f'dan l-istadju ssejjaħ lil Mr Albert Bell li jista' jagħti ċertu dettalji.", "IS-SUR ALBERT BELL (Manager Policy and Service, Development Division, Aġenzija sedqa): Fl-1997 kienet inħasset il-ħtieġa li iktar milli niġbru informazzjoni dwar is-servizzi li toffri l-aġenzija tagħna, aktar nibdew inħarsu lejn l-aspett evalwattiv.", "Fil-fatt f'dik is-sena stess konna nedejna l-ewwel studju evalwattiv tas-servizzi ta' kura u bqajna napplikaw dan l-istudju sal-ġurnata tal-lum u llum għandna stampa komparattiva kif is-servizzi tagħna qegħdin jintlaqgħu mill-klijenti u kemm is-servizzi verament qed jindirizzaw il-ħteġijiet tal-klijent.", "Fil-qasam preventiv, kif qal tant tajjeb Mr Schembri, m'huwiex faċli li tagħmel studju evalwattiv għax inti m'intix qed toffri servizz dirett, imma qed toffri programm u allura l-effett tiegħu huwa ħafna iktar diffiċli biex tkejlu.", "Minkejja dan, din is-sena qed inwettqu proġett pilota ta' evalwazzjoni fl-iskejjel fejn jiġu implimentati l-programmi tagħna u bħalissa qed nippruvaw l-għodda tal-metodoloġija tagħna biex naraw kemm hi applikabbli, bl-iskop li lejn il-bidu tas-sena skolastika li jmiss, inkunu nistgħu nimplimentaw proġett wiesgħa ta' evalwazzjoni fuq livell nazzjonali biex inkejlu l-impatt tal-programmi preventivi tagħna.", "Tajjeb ngħid ukoll - ma nafx il-kumitat jafx diġa' dwar dan - li bħalissa l-Ministeru għall-Politika Soċjali beda jniedi studju evalwattiv bejn l-erba' aġenziji prinċipali f'dan il-qasam bl-iskop li jkun hemm ħafna iktar koordinament bejn l-aġenziji kollha u kemm jista' jkun tinqata' d-duplikazzjoni jew ħela ta' riżorsi.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi hu li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Abbuż ta' Droga, Alkoħol u Dipendenzi Oħra qiegħda fil-proċess li tniedi studju dwar prevalenza fuq livell nazzjonali.", "Bħalissa għandna indikaturi tal-prevalenza ta' l-alkoħol u d-droga, mid-domanda għat-trattament u mil-ġbir ta' informazzjoni li nagħmlu, imma issa se jkun hemm social survey li se jindirizza l-problema fuq livell nazzjonali.", "Jiġifieri għall-ewwel darba, għalkemm naturalment hemm limitazzjonijiet, se nkunu f'pożizzjoni li jista' jkollna stampa sħiħa tas-sitwazzjoni.", "Dan se jkun self report study.", "Ovvjament, jekk se tmur fuq xi ħadd u tistaqsih jekk qattx ħa droga, kemm ilu jeħodha u x'tip ta' droga jieħu, ma tantx se jagħtik informazzjoni imma n-nies li se jagħmlu dan is-survey se jiġu mħarrġa biex kemm jista' jkun l-eżerċizzju jkun wieħed xjentifiku u r-riżultat ikun wieħed effettiv.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dr. Grech, xtaqt iżżid xi ħaġa?", "DR. GEORGE GRECH: Dan li semmew sħabi huwa importanti ħafna anke meta niġu biex niżviluppaw servizzi oħra.", "Jekk ma nevalwawx dak li nkunu qed nagħmlu, inkunu qisna mexjin fl-għama, pero' aħna nħossuna wkoll responsabbli tal-finanzjament li jagħtina l-gvern.", "Naturalment il-bottomline huwa dejjem il-klijent, allura jekk il-programmi u l-kotba jkunu jidhru sbieħ, imma ma jkunux qed jindirizzaw verament il-problema .… Poster effettiv ħafna li pproduċejna f'saħna ta' mument, kien wieħed dwar il-festi u nista' ngħid li ntlaqa' tajjeb ħafna.", "Min-naħa tat-trattament konna qed ninnutaw li fil-festi kien qed ikun hemm shift.", "Barra l-abbuż eċċessiv ta' l-alkoħol minn żgħażagħ ta' bejn it-13 u l-15-il sena, bdiet dieħla d-drawwa li waqt il-marċijiet tal-festi tintuża l-ecstasy, allura mil-lat ta' trattament morna għal-lat preventiv u immedjatament ħriġna dak il-poster li għallinqas tefa' naqra ħsieb.", "IS-SUR ALBERT BELL: L-Onor.", "Farrugia semma l-problema li hemm fin-Naxxar u l-Mosta u nixtieq ngħid li fil-fatt qed isiru diskussjonijiet bejn il-partijiet kollha involuti fis-settur soċjali biex permezz ta' software li jgħidulu GIS - geographic information system - li jintuża' fil-qasam ta' l-ippjanar, jiġu demarkati d-diversi problemi soċjali f'pajjiżna fuq livell ta' lokalita', fuq livell reġjonali, liema problemi jinkludu problemi relatati ma' droga u ma' abbuż tat-tfal, s'intendi, problemi li jiġu rapportati lill-aġenziji tal-gvern.", "Wara suppost li jkollna stampa aktar ċara ta' kif il-problemi huma ko-relati f'diversi lokalitajiet.", "Per eżempju żgur li toħroġ mil-lokalatijiet tan-Naxxar u l-Mosta, hi l-problema ta' traffikar ta' klandestini, imigranti llegali.", "U mingħajr ma ninstema' razzista għax żgur li m'iniex, żgur li l-influs tagħhom f'ċertu postijiet ħolqot ħafna iktar klima għat-tifrix ta' ċertu abbuż f'dawk il-lokalitajiet.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma naqbilx kompletament ma' l-aħħar statement tiegħek.", "Ma naħsibx li hija kwestjoni ta' razziżmu, naħseb hija iktar ta' persuni, pero' ma nħossx li għandi nsemmiha b'mod pubbliku.", "Naturalment jekk tridu, nistgħu nitkellmu wara.", "Nixtieq nagħmel mistoqsija.", "Jekk xi ħadd ikun se jiġi mpjegat ma' l-Aġenzija sedqa u wara li jsir ċertu assessment jinstab li għandu tip ta' addiction, x'passi jittieħdu mill-aġenzija?", "DR. GEORGE GRECH: Ma nafx li qatt kellna każ ta' dan it-tip.", "Parti mix-xogħol preventiv tagħna huwa li mmorru fuq il-postijiet tax-xogħol sabiex nagħmlu l-employers assistance programme u allura aħna nagħmlu dak li nippriedkaw lill-aġenziji oħra, jiġifieri li nippruvaw ngħinu lil min għandu bżonn l-għajnuna.", "Jekk ikollna każ bħal dak li semmejt u l-persuna tkun qed tagħmel xogħol direttament ma' klijenti, titwaqqaf milli tkompli taħdem mal-klijenti u tingħata ċ-ċans ta' trattament normali.", "Aħna nemmnu li din il-problema tista' tiġri lil kullħadd.", "Tista' tiġri lil xi ħadd li jkun qed jaħdem fl-aġenzija, tista' tiġri lil membru parlamentari, tista' tiġri lil membru fil-korp tal-pulizija, insomma, tista' tiġri lil kulħadd.", "Mill-firxa ta' servizzi li nagħtu f'dak li huwa alkoħol u droga, nista' ngħid li niltaqgħu ma' kull tip ta' nies.", "Ovvjament jekk dik il-persuna tkun qed taħdem fuq xogħol perikoluż, aħna nippruvaw inħeġġuha tieqaf minn dak ix-xogħol għaż-żmien li tkun qed tieħu l-kura li għandha bżonn, imma assolutament m'hijiex eskluża milli mbagħad tkompli taħdem f'dak il-qasam.", "IS-SUR ALBERT BELL: Fil-proċess ta' reklutaġġ issir evalwazzjoni, speċjalment fil-każ ta' persuni li jkunu se jaħdmu fil-qasam tat-trattament.", "F'dak il-każ isir assessment psikoloġiku minn nies li huma speċjalizzati f'dan il-qasam, għalkemm naturalment qatt ma tista' tilqa' għall-potenzjal li xi ħadd jiżviluppa xi forma ta' addiction.", "Barra minn hekk, aħna għandna l-prassi li ma' l-aġenzija nħaddmu ex-users għaliex hija ovvja li f'ċertu oqsma tista' tasal aktar permezz tagħhom milli tista' tasal b'nies li m'għandhomx idea tat-triq.", "MICHAEL FARRUGIA: Napprezza l-aħħar kumment għax huwa importanti li wieħed jagħmel użu minn persuni li jkunu għaddew minn ċertu vizzji.", "Wieħed li jkun għadda minn ċertu affarijiet żgur li se jifhem aktar lil dak li jkun għaddej mill-istess sitwazzjoni li jkun diġa' għadda minnha hu.", "X'pariri tagħtu lill-employers ta' ħaddiema li jinqabdu bil-vizzju tad-droga jew ta' l-alkoħol?", "Nafu wkoll li f'ċertu setturi, anke governattivi, min jinqabad b'ċerti tip ta' vizzji, jitkeċċa mingħajr ebda paroli, jitkeċċa mingħajr ma jinstablu impjieg alternattiv.", "Qed nirreferi l-iktar għall-forzi tas-sigurta' fejn persuna ma tingħatax a second chance; jekk tinqabad, titkeċċa.", "Min-naħa tagħkom, x'pariri tagħtu lill-employers?", "L-employers jikkomunikaw magħkom?", "Nista' nsemmi per eżempju x-Shipbuilding li kont tabib magħha u naf li persuni li kellhom drug addiction bdew jiġu mħajra jersqu 'l quddiem huma ħalli jingħataw il-kura.", "Naf li kien hemm il-kooperazzjoni kollha ta' min kien qiegħed jimpjega u kienet inċentiv għall-ħaddiem li jersaq 'il quddiem għaliex kien jaf li wara li jieħu l-kura ma kienx se jispiċċa fit-triq.", "Kif tħarsu lejn dawn l-aspetti?", "IS-SUR JESMOND SCHEMBRI: L-ewwelnett kif diġa' semma Dr. Grech, aħna bħala aġenzija noffru l-employers assistance programme, li aħna nsejħulu s.a.f.e., substance abuse free employees.", "F'dan il-programm, waħda mill-attivitajiet li nagħmlu hija li nservu ta' konsulenti tal-management tal-post tax-xogħol u ta' l-unions, biex fil-collective agreement jew fil-policy ġenerali tal-post tax-xogħol, ikun hemm policy ta' kif il-management ikun se jimxi ma' ħaddiema li jiskopru li għandhom problema ta' l-alkoħol jew tad-droga.", "Fost l-oħrajn, aħna nippruvaw nidentifikaw żewġ persuni minn fuq il-post tax-xogħol u nħarrġuhom biex il-ħaddiema li jkollhom il-problema jkunu jistgħu jirrikorru lejhom.", "Jiġifieri l-ħaddiema mhux se jmorru għand Ċikku l-poplu imma għand żewġ persuni li huma jkunu jafu li huma mħarrġa u li se jirreferuhom.", "Barra minn hekk, mal-management nippruvaw nagħmlu wkoll policy kif il-ħaddiema jistgħu jiġu megħjuna.", "Naturalment aħna mhux se ngħidu li lil dawn għandek tħallihom jieħdu kemm iridu, imma jkun hemm stipulat b'mod ċar x'jista' jagħmel il-management ma' dawn il-ħaddiema, fosthom li joffrilhom il-kura.", "Jekk il-persuna ma tkunx trid kura, jista' jkun li l-management isib alternattivi oħra.", "Aħna m'aħniex extension ta' l-unions u x-xogħol tagħna huwa biss favur il-ħaddiem.", "Nafu li f'ċertu postijiet tax-xogħol persuna taħt l-effett tad-droga jew ta' l-alkoħol tista' tkun ta' periklu għall-kollegi tagħha u aħna dik ma rriduhiex.", "Xi ħaġa oħra li nista' ngħid mill-esperjenza tiegħi meta kont naħdem bħala social worker fl-alcohol unit, hija li nsibu ħafna kooperazzjoni min-naħa ta' ċertu employers.", "Per eżempju ma' l-Air Malta kellna partnership tajjeb kemm ma' l-union kif ukoll mal-management.", "Ċertu employers kienu jressqu lill-ħaddiema tagħhom lejn it-trattament filwaqt li kienu jżommulhom l-impjieg tagħhom miftuħ.", "Kellna ħafna esperjenzi pożittivi ma' l-Enemalta u mad-Drydocks biex insemmi xi wħud.", "Irrid ngħid ukoll li l-employers jiġu għandna b'mod volontarju.", "Jien ma nistax immur għandhom u ngħidilhom li se nagħmlilhom l-employers assistance programme.", "Ħafna drabi, qabel ma jsir il-programm ikun hemm diskussjoni bejn il-partijiet sabiex jiġi miftiehem liema partijiet minnu huma aċċettati pero' fl-aħħar mill-aħħar, il-policy hija the culmination tal-proċess kollu.", "MICHAEL FARRUGIA: Jiġifieri jekk qed nifhmek tajjeb, intom bħala Aġenzija sedqa tfittxu postijiet tax-xogħol u jkollkom diskussjonijiet mal-management ħalli l-management jaċċetta li jdaħħal dawn it-tip ta' proġetti fi ħdan il-kumpannija tiegħu, imbagħad wieħed jitlaq minn hemmhekk.", "Ħafna drabi l-impjegat, għalkemm ikun imħajjar jersaq 'il quddiem, jibża' li jekk se jidħol għall-programm jew se jmur għall-metadone - jekk ikun fuq l-eroina se jkollu jmur għall-metadone - l-employer tiegħu se jsir jaf u forsi se jkeċċih mix-xogħol.", "Naħseb dan huwa inċentiv biex l-employer, hu min hu, meta jsir jaf li impjegat tiegħu għandu ċertu problemi, ma jsibx l-iskuża, ix-xoqqa f'moxxtha, li jgħid ....", "IS-SUR JESMOND SCHEMBRI: Din hija kwestjoni ta' kultura ta' l-employers, pero' sakemm l-employer twasslu biex tikkonvinċih jimxi b'dan il-mod ma' impjegati li għandhom il-problema, trid tinvesti ħafna.", "Aħna li nagħmlu huwa li l-ewwel nidħlu b'exhibition biex l-impjegati u l-management jaraw x'servizzi noffru, imbagħad nagħtu serje ta' laqgħat lill-ħaddiema fuq l-effetti tad-droga u l-alkoħol, u mbagħad fit-tielet fażi noffru taħdidiet lil middle u higher management.", "Mela allura f'dan l-istadju nkunu aktar qrib li naslu għal ftehim ta' policy.", "Ħafna drabi l-mentalita' ta' l-employer tkun l-istess mentalita' li għandhom ċerti nies fit-triq; fis-sens li lil dawn għandek taqfilhom u tarmi ċ-ċavetta.", "Ħafna jgħidulek ''Mela ma nżommilhomx il-post!'', imma bil-mod il-mod, wara proċess ta' edukazzjoni, l-employers jaslu biex jifhmu li għalihom jaqblilhom jekk l-impjegati bi problemi jintbagħtu jagħmlu programm u wara li jlestu l-programm jiġu lura, u mhux li jitkeċċew 'il barra, għax inkella jridu jħarrġu lil xi ħadd ġdid, eċċ. Hemm serje ta' affarijiet li aħna nagħmlu.", "MICHAEL FARRUGIA: Għamiltu xi forma ta' studju jew survey biex tidentifikaw xi jwassal lill-impjegati, jew anke lill-istudenti, li jirrikorru għad-droga jew għall-alkoħol?", "X'inhija r-raġuni li dawn in-nies fittxu li jsibu s-soluzzjoni għall-problemi permezz tad-droga jew l-alkoħol?", "U jekk kien hemm xi survey, x'kienu r-riżultati?", "IS-SUR ALBERT BELL: Studju fuq riċediviżmu kien sar fl-1994 minn Eric Baumer, Amerikan, liema studju kien ġie ppublikat fil-journal American Association of Criminology.", "Minn dan l-istudju ħareġ li kien hemm ħafna fatturi, iktar mill-aspett kriminaloġiku, li wasslu għal recidivism, fosthom in-nuqqas ta' opportunitajiet ta' xogħol għal nies kriminali.", "Ħafna min-nies kriminali jkollhom background ta' addiction u darba li jerġgħu lura fil-komunita', kemm jekk ikunu skontaw sentenza ta' ħabs u kemm jekk ikunu lestew programm, isibuha diffiċli jsibu impjieg.", "Dik hija problema kbira fejn jidħol recidivism.", "Apparti minn hekk, teżisti wkoll stigma fil-komunita' Maltija.", "Individwu li b'xi mod ikun miss difru mal-liġi, diffiċli biex joħroġ minn dak iċ-ċirku minħabba l-pressjonijiet soċjali li jeżistu u dan ma jgħinx ix-xogħol kbir li jsir mill-aġenzija tagħna u minn aġenziji oħra bħal Caritas, eċċ.", "Għall-mistoqsija tiegħek dwar x'jikkawża li wieħed jirrikorri għad-droga, aħna għamilna ħafna studju dwar prevalenza u indikaturi, imma fejn jidħol causality, jien inħoss u naqbel miegħek, li għadna lura.", "Fil-letteratura internazzjonali hemm diversi fatturi kemm fuq livell individwali, bħalma huma self esteem u raġunijiet psikoloġiċi, u kemm fuq livell soċjali.", "Punt li xtaqt nagħmel li għandu x'jaqsam ħafna mar-rwol tagħkom ta' politiċi, hu li dawn it-tip ta' problemi soċjali .… Żgur li iktar ma titnaqqar il-fibra ta' l-istituzzjonijiet tal-pajjiż, inkluż tal-Parlament, bir-riżultat li jispiċċaw ir-role models għaż-żgħażagħ, aktar se jkun hemm distabbilizzazzjoni soċjali u dan iktar se jiftaħ lejn lifestyles alternattivi.", "Ma nafx hux qed ninftiehem.", "L-impetus għal dan it-tip ta' aġir trasgressjonali jista' jkun jew psikoloġiku, soċjali jew bijoloġiku, jew inkella fuq livell ħafna aktar wiesgħa soċjali.", "Meta jitkissru l-istituzzjonijiet, jitkisser dak kollu li jżommna flimkien allura wieħed ikun ħafna iktar prone li jirrikorri għall-aġir li f'għajnejn is-soċjeta' jitqies bħala anti-soċjali.", "Din hija xi ħaġa li kulħadd, inkluż l-aġenziji u l-klassi politika, irid iġorr il-piż tiegħu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mill-1994 sal-lum, kull sena kien hemm żieda fin-numru ta' persuni li fittxew is-servizz ta' l-Aġenzija sedqa minħabba abbuż tad-droga.", "Il-fatt li n-numru qiegħed dejjem jiżdied, għalikom huwa inkwetanti jew ifisser li intom qegħdin tilħqu aktar nies?", "Fl-istess waqt, il-flus ivvotati u n-numru ta' impjegati fl-aġenzija, qegħdin jiżdiedu proporzjonalment man-numru ta' nies li qegħdin ifittxu s-servizz tagħkom?", "Aktar kmieni smajna li kien hemm sitt persuni li kienu riabilitati mill-Aġenzija sedqa u li nstabilhom impjieg permezz ta' l-ETC.", "Fl-opinjoni tagħkom, dan in-numru huwa baxx, huwa raġonevoli, jew jista' jitjieb?", "Minn mistoqsija parlamentari tal-bieraħ ħareġ li matul l-2000 kien hawn 14-il test li rriżulta HIV positive, pero' dan in-numru ma jeskludix testijiet li saru aktar minn darba allura n-numru attwali ta' persuni li huma HIV positive jista' fil-fatt ikun anqas.", "Ħareġ ukoll li bejn l-1990 u l-2000, kien hawn 37 persuna li ġew notifikati bl-AIDS u tul dawn is-snin, in-numru ta' każijiet fis-sena dejjem baqa' ta' inqas minn ħamsa.", "Dan juri li almenu s'issa, il-problema qiegħda taħt kontroll.", "Xtaqt inkun naf żewġ affarijiet.", "Il-fatt li t-test ta' l-HIV m'huwiex notifiable, huwa pożittiv, jew peress li t-testijiet jistgħu jsiru f'xi laboratorju privat - illum hawn numru mhux ħażin minnhom - jista' jfisser li għandna problemi li ma nafuhomx?", "Intom tkunu tafu x'inhu jiġri fil-laboratorji privati?", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa dwar l-għoti ta' siringi miċ-ċentri tas-saħħa.", "Forsi tajjeb li addict m'għandux għalfejn jirritorna s-siringa użata biex ma jinqabadx f'sitwazzjoni li jrid jiddobba xi siringa mingħand ħaddieħor, imma mill-banda l-oħra, l-għoti ta' siringi miċ-ċentri tas-saħħa qed ifisser li qed ikun hawn aktar siringi jiġru mas-saqajn u allura iktar nies qed jiġu wiċċ imb'wiċċ ma' din il-problema.", "L-aħħar punt tiegħi huwa dwar l-isports.", "Intom tittrattaw każijiet ta' użu ta' steroids fl-isports?", "Barra l-isteroids, il-problema tad-drogi fl-isports hija kbira f'pajjiżna?", "DR. GEORGE GRECH: Se nipprova nkun kemm jista' jkun skematiku, telegrafiku.", "Fuq il-kwestjoni ta' l-HIV, kif għedt, illum l-HIV m'għadhiex a notifiable disease, hija l-full blown AIDS li hija notifiable (Interruzzjonijiet) Il-WHO neħħitha; mhux biss hawn Malta m'għadhiex notifiable.", "Lill-klijenti Maltin li jattendu s-servizzi tagħna ta' riabilitazzjoni fid-Detox, kemm aħna u kemm il-unit tal-ħabs, kull sitt xhur nagħmlulhom it-testijiet ta' l-HIV u tal-Hepatitis C. Qabel jagħmlu t-testijiet, dawn dejjem ikollhom pre-test counselling, jiġifieri hemm proċess.", "Ma naqbdux u nagħmlu t-test ċum bum.", "U dan nagħmluh biex għallinqas il-klijent ikun ippreparat.", "Il-maġġoranza tad-drogati li jattendu għas-servizz tagħna jkollhom screening għallinqas ta' darba fis-sena, pero' l-problema tagħna huma l-klijenti barranin.", "M'għandix l-istatistika ta' kemm ikollna klijenti, imma mingħalija, minn xi 600 li jiġu d-Detox, 60 jew 70 minnhom huma barranin, ġejjin jew minn Sqallija jew minn pajjiżi Għarab.", "Lil dawn aħna ma nagħmlulhomx it-testijiet għaliex m'għandniex ċans nagħmlulhom il-pre-test u l-post-test counselling u aħna marbutin li ma' dawk it-testijiet nagħmlu l-counselling.", "Ovvjament jista' jkun, anzi għandna inkling, li dawn qed imorru fi clinics privati biex jagħmlu dawn it-testijiet.", "Jiġifieri aħna qed nirċievu klijenti u aħna armati .… ''Armati'' fis-sens li nittrattaw kull klijent li jiġi bħala potential HIV positive u allura nieħdu l-prekawzjonijiet kollha.", "Imma jekk dawn il-barranin huma verament HIV positive, min qed isegwihom hawn Malta?", "Nafu li barra minn Malta jsir tracing ta' dawn il-klijenti, imma jekk dawn jiġu klassifikati bħala positive hawn Malta, qed tingħatalhom xi għajnuna biex ma jferxux il-problema tagħhom?", "Din hija inkwetanti u hija inkwetanti wkoll il-Hepatitis C li mil-lat ta' saħħa għadna ma bdejniex niddiskutuha.", "Din hija marda li numru mid-drogati tagħna se jkollhom u jekk mhux se nagħtu kasha, se tkun problema ħafna ikbar mill-HIV u t-trattament tagħha jiswa ħafna flus.", "Fil-futur se jkollna numru ta' nies li missew mad-droga u laqtu l-Hepatitis C f'eta' relattivament żgħira u jekk mhux se jiġu trattati, fi żmien 10, 12-il sena oħra - diġa' qed naraw minnhom illum - se jmutu.", "Għar-rigward il-koordinament bejn l-aġenziji, nista' naċċertakom li at grass roots level, il-koordinament bejn id-diversi aġenziji jeżisti u jeżisti b'mod kostanti.", "Per eżempju ma' l-SWDP, fuq child issues, imxejna ħafna 'l quddiem.", "Imma anke mil-lat ta' xogħol sar breakthrough kbir bl-għajnuna ta' l-ETC għax iż-żgħażagħ li jkunu messew mad-droga ma baqgħux biss fil-jobs tradizzjonali.", "Ma baqgħux jaħdmu bħala dishwashers jew f'bars, imma llum qed jitgħallmu l-computer, l-informatika, biex għallinqas, jekk isibu impjieg fil-leisure industry, ikunu jafu jħaddmu l-computer.", "Ikunu jistgħu jsibu impjieg ta' receptionist f'hotel, mhux dejjem iridu jispiċċaw bħala dishwasher.", "Hemm min ta l-''O'' levels u hemm ukoll min ta l-''A'' levels.", "Infatti fil-ħabs kien hemm każ klassiku.", "Qed nagħmlu qabża mhux biss fil-kwantita' imma anke fil-kwalita'.", "U għalija din hija milestone.", "IS-SUR ALBERT BELL: Ta' min jirrimarka wkoll li minn studji komparattivi li nagħmlu ma' riżultati miksuba fl-Ewropa, Malta figures very well ta' kemm id-drogati tagħna jirnexxielhom iżommu impjieg meta mqabbla ma' pajjiżi oħra Ewropej.", "Mit-treatment demand surveys li għamilna tul dawn l-aħħar ħames snin, aħna dejjem konna minn ta' quddiem għar-rigward ta' kemm għandna drogati li jżommu impjieg u dak huwa importanti għax jekk dawn in-nies jispiċċaw fit-triq se jkollok splużjoni ikbar ta' kriminalita'.", "Jekk inti jirnexxilek iżżomm lil dawn in-nies inklussivi fis-soċjeta', se tgħin biex tittaffa' l-problema.", "DR. GEORGE GRECH: Punt ieħor li semma l-Onor.", "Farrugia kien dwar is-siringi.", "Nista' ngħidilkom li qed isiru diskussjonijiet dwar id-disposal of used syringes.", "S'issa għandna free syringe distribution, imma m'għandniex sistema ta' kollezzjoni lura.", "Kuljum nirċievu telefonati minn ġenituri li jilmentaw li sabu xi siringi barra fit-triq, imma l-problema hija li sal-lum, the possession of a used syringe tista' tinġieb mill-pulizija bħala evidenza fil-qorti.", "Dan l-aħħar, bil-kooperazzjoni tal-pulizija, saret riċerka fuq il-każijiet kollha dwar droga li kien hemm din l-aħħar sena fil-qorti u rajna kemm-il każ minnhom kien jinkludi used syringe bħala evidenza, u minn ma nafx kemm-il mitt każ kien hemm, f'xi żewġ każijiet biss kien hemm a used syringe bħala evidenza.", "Allura xi ħaġa li tista' ssir hija li lil dawk li huma reġistrati bħala drogati jingħatawlhom safe disposal bins li huma containers apposta fejn jitpoġġew is-siringi użati.", "Imbagħad dawn id-disposal containers jintremew fid-dustbins li jkun hemm apposta ħdejn il-polikliniċi.", "Miżura bħal din tkun qabża 'il quddiem għax sfortunatament nisimgħu b'każi ta' nies li kienu per eżempju fuq ir-ramel u ttaqqbu b'siringa wżata.", "Naħseb li wasal iż-żmien li nibdew naħsbu fuq dawn l-affarijiet.", "Issemma wkoll l-għadd ta' nies li qed jiżdiedu f'dak li huwa trattament.", "Wieħed mill-indicators internazzjonali huwa r-retention of client.", "Meta tiġi biex tagħmel assessment dwar is-servizzi tiegħek, inti tara kemm inti kapaċi żżomm lill-klijenti tiegħek.", "Naturalment aħna nixtiequ li l-klijenti tagħna jfiequ, imma l-fatt li l-klijent jibqa' f'kuntatt mat-trattament anke meta jfieq, huwa pożittiv u għalhekk tara li l-għadd ta' klijenti kiber.", "Irridu niftakru li hawnhekk qed nitkellmu on a chronic relapsing condition.", "Jekk tistaqsi bniedem li jkun ilu abstinant from alcohol għal 10 jew 15-il sena, jgħidlek that he is a recovering alcoholic minkejja li ma jkunx mess alkoħol għal dak iż-żmien kollu.", "L-istess għal min ikun abbuża bid-drogi.", "Jista' jkun hemm trigger points li jwaqqgħuh.", "L-għadd ta' nies li jkunu fis-servizz jirrifletti wkoll kemm hu tajjeb is-servizz.", "Il-budget ta' l-aġenzija jagħtihulna l-gvern u aħna nafu li rridu naqsmu ma' aġenziji oħra li għandhom l-aġenda tagħhom li hija wkoll importanti, pero' fit-tħaddim tal-budget jidħol ħafna l-accountability, fis-sens li jekk aħna nafu li xi ħaġa m'hijiex qed taħdem, għandna nwaqqfuha.", "Għandu jkollna l-kuraġġ biżżejjed li attraenti kemm hi attraenti xi ħaġa li niedejna, jekk il-messaġġ ma jkunx qed jasal inwaqqfuha u nagħmlu affarijiet li huma aktar effettivi.", "Punt ieħor daqstant importanti huwa l-cost effectiveness ta' dak kollu li nagħmlu.", "L-aħħar punt li semma l-Onor Farrugia kien dwar l-isports.", "L-isports huwa għal qalbi ħafna, pero' sfortunament il-problema tad-droga fl-isports teżisti.", "L-attitudni tagħna bħala aġenzija, u naħseb anke ta' NGOs oħra, hija li noqogħdu attenti li ma nibagħtux il-problema underground u jekk inkunu nafu b'każijiet, noffru l-għajnuna.", "M'hemmx dubju li f'ċerti dixxiplini, per eżempju l-bodybuilding, qed jintużaw l-isteroids u ma neskludix li l-istimulanti jintużaw wkoll f'ċertu dixxiplini sportivi.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Inti taħseb li l-gvern għandu jiffinanzja d-doping tests li jsiru fuq l-isportivi?", "DR. GEORGE GRECH: Il-Malta Football Association jagħmlu d-doping tests at random u bħalissa hemm diskussjonijiet għaddejjin mal-ministeru responsabbli mill-isports biex dawn jiġu standardised.", "Il-problema kbira hija fl-interpretazzjoni tar-riżultati.", "Per eżempju m'hawnx aktar minn 20 certified laboratories fid-dinja kollha.", "Trid toqgħod attent meta ssib riżultat pożittiv għaliex jista' jkollok false positives u din hija serja għax tkun sallabt sportiv li forsi kien qed jibbaża l-karriera tiegħu fuq dik il-kompetizzjoni jew attivita' sportiva.", "Qabel ikollna l-istrutturi in place bil-fakulta' li wieħed jista' jerġa' jagħmel it-test, irridu noqogħdu ħafna attenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom.", "Sar il-ħin, għaldaqstant id-diskussjoni hija aġġornata għal data oħra li tiġi komunikata aktar tard.", "Fid-9.00 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010130_036d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 30 ta' Jannar, 2001", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.14 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor Michael Farrugia, il-Kumitat qabel li fit-tielet paragrafu ta' l-aħħar minuti, wara l-kliem \"li teżisti fost il-poplu.\" għandhom jidħlu l-kliem \"iżda l-kumitat ma qabilx li d-diskussjoni dwar il-marda tal-BSE issir fil-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.\".", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 35 li saret fis-16 ta' Jannar, 2001, kif emendati, kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumtiat, l-Onor Helen D'Amato, tat il-kondoljanzi tagħha u tal-membri tal-Kumitat lill-Onor Francis Agius għall-mewt ta' missieru, is-Sur Paul Agius, li ġrat fid-29 ta' Jannar 2001.", "L-Onor Michael Farrugia, f'isem il-Membri ta' l-Oppożizzjoni, ingħaqad mas-sentimenti murija.", "SERVIZZI FIL-QASAM TA' L-ADDICTIVE BEHAVIOUR", "Il-Kumitat irriżuma mis-16 ta' Jannar 2001 id-diskussjoni dwar servizzi fil-qasam ta' l-addictive behaviour.", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Joseph Chetcuti mill-Assoċjazzjoni Ġenituri Nħarsu 'l Uliedna jwieġeb għal xi mistoqsijiet li kienu sarulu f'laqgħa preċedenti u ppreżenta lill-Kumitat:-", "- poster maħruġ mill-Assoċjazzjoni Ġenituri Nħarsu 'l Uliedna bl-għajnuna tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u l-Arti, bil-kliem \"Better Sober than Sorry … or Dead!\";", "- kalendarju għas-sena 2000 maħruġ mill-Assoċjazzjoni Ġenituri Nħarsu 'l Uliedna bl-għajnuna ta' diversi dipartimenti tal-gvern, magħmul mit-tpinġijiet ta' studenti li ħadu sehem fil-kompetizzjoni mniedija mill-istess assoċjazzjoni, b'messaġġi dwar sewqan, xorb u droga;", "- kopja ta' erba' newsletters li ħarġet l-Assoċjazzjoni Ġenituri Nħarsu 'l Uliedna bejn Novembru 1999 u Novembru 2000;", "- petizzjoni li qed tinġabar mill-Assoċjazzjoni Ġenituri Nħarsu 'l Uliedna dwar proposta li l-eta' legali għax-xiri u konsum ta' alkoħol u tabakk togħla għal 18-il sena; u", "- folder li jagħti messaġġi ta' traffic safety.", "Il-Kumitat stieden lil Dr George Grech, lis-Sur Jesmond Schembri u lis-Sur Albert Bell mill-Aġenzija sedqa, jieħdu sehem fid-diskussjoni.", "Fid-9.00 p.m. il-Kumitat aġġornat għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "PAULINE ABELA GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010130_036m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 38", "L-Erbgħa, 31 ta' Jannar 2001, fil-5.30 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 31 ta' Jannar 2001, fil-5.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra.", "30 ta' Jannar 2001 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010131_038a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 31 ta' Jannar 2001", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fil-5.32 p.m.", "Mr Speaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Carmelo Abela, l-Onor l-Onor Mario Galea, l-Onor Victor Galea Pace, l-Onor Joe Mizzi, l-Onor George Vella.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 37 li saret fl-10 ta' Jannar 2001, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Fuq punt imqjjem mill-Onor Joe Mizzi dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni ta' l-Annimali mressaq mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, wara diskussjoni qasira l-Kumitat qabel li l-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u l-Whip ta' l-Oppożizzjoni kellhom jindagaw fiex waslu l-konsiderazzjonijiet tad-draft ta' l-Abbozz ta' Liġi propost mill-Gvern u dak propost mill-Oppożizzjoni.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li x-xogħol fil-Kamra jimxi f'din l-ordni:", "(i) Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazji ta' Importazzjoni - Abbozz Nru 97 - Tieni Qari u Kumitat;", "(ii) Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi - Abbozz Nru 33 - Tieni Qari u Kumitat; u", "(iii) Abbozz ta' Liġi dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Abbozz Nru 43 - Tieni Qari u Kumitat.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li nhar it-Tlieta, 6 ta' Frar 2001 tiġi diskussa r-riżoluzzjoni tal-Ministru għall-Ambjent dwar ir-ratifika tal-Ftehim bejn il-Komunita' Ewropea u Malta dwar il-parteċipazzjoni ta' Malta fl-Agenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Network Ewropew għall-Informazzjoni u Osservazzjoni, u li se jersqu għad-diskussjoni l-Mozzjoni ta' l-Onor Karmenu Vella għat-tħassir ta' Avviż Legali Nru 14 ta' l-2001; il-Mozzjoni ta' l-Onor Gavin Gulia u l-Onor Angelo Farrugia għat-tħassir ta' Avviżi Legali Nri 261 u 262 ta' l-2000; il-Mozzjoni għall-Approvazzjoni ta' l-Estimi ta' l-Awtorita' dwar it-Turiżmu ta' Malta għas-sena 2001, u l-Mozzjoni ta' l-Onor Michael Farrugia u l-Onor Noel Farrugia dwar il-marda tal-BSE u l-ħtieġa ta' protezzjoni lill-industrija lokali taċ-ċanga.", "Rigward il-proposta għal tħejjija ta' smoking policy għall-Parlament, Mr Speaker talab liż-żewġ naħat tal-Kamra jindikaw rappreżentant sabiex flimkien mal-Health Promotion Unit, ikunu jistgħu jsiru diskussjonijiet dwar f'liema areas tal-Parlament għandu jkun projbit it-tipjip.", "Fis-5.53 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010131_038m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 2", "It-Tnejn, 14 ta' Frar, 2011", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 1 li saret fl-1 ta' Frar 2011, ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Jesmond Mugliett): Ninforma lill-Kumitat li kif kien miftiehem fl-ewwel seduta tat-Tlieta 8 ta' Frar, 2011 jien irrapportajt progress fil-Kamra, fis-sens li l-mozzjoni numru 202 kif emendata kienet ġiet approvata mill-Kumitat unanimament.", "Fil-fatt din il-mozzjoni u l-emenda għaliha jinsabu fuq l-aġenda tal-Kamra tas-seduta tal-lum u fil-fatt tressqet.", "Għal-laqgħa tal-lum ġew mistiedna Dr. Ian Stafrace u l-Perit Alex Borg u jekk m'hawnx oġġezzjoni se nistedinhom jiġu madwar il-mejda biex jieħdu sehem fid-diskussjoni.", "DISKUSSJONI DWAR ŻEWĠ ABBOZZI TA' AVVIŻI LEGALI:", "THE CHAIRMAN: Għalkemm diġà tqassmet kopja ta' dawn id-dokumenti lill-Membri, se nibda billi formalment nippreżenta lill-Kumitat kopja ta' dawn iż-żewġ abbozzi tal-avviż legali li se jkunu l-bażi tad-diskussjoni tagħna.", "Id-diskussjoni tal-lum se tkun waħda open ended u naħseb li din id-diskussjoni hija iktar dwar feedback milli biex nieħdu pożizzjoni formali.", "Kważi kważi kont qed nimmaġina li mhux bilfors illum nagħtu l-pożizzjoni tagħna, nitkellmu imbagħad forsi nagħmlu laqgħa oħra biex kulħadd ikollu ċans jixtarr dak li jkun intqal u wara li jagħtuna l-ispjegazzjoni u nkunu qrajniha fid-dettall, nirregolaw ruħna fuq il-laqgħa li jmiss.", "Dr. Ian Stafrace nibdew mill-Avviż Legali dwar id-Daily Penalty Regulations, 2011.", "DR. IAN STAFRACE (Awtorità Maltija għall-Ippjanar tal-Iżvilupp): Mr Chairman, li se nagħmlu hu li l-Perit Borg se jidħol fid-dettalji tad-daily penalties u jiena se nidħol fid-dettalji tax-schedule of penalties, però just by way of introduction dawn iż-żewġ legal notices joħorġu sew mill-att il-ġdid u kien hemm riferenza għalihom fl-att l-antik dwar l-ippjanar.", "Il-kunċett tad-daily fines taħt l-att l-antik dwar l-ippjanar kien jeżisti fil-liġi, però qatt ma ġiet enacted legal notice biex dak il-provvediment fir-realtà jibda jiġi implimentat.", "Barra minn hekk, dak li ġara hu li bejn il-liġi l-ġdida u l-liġi l-antika huwa li żdied il-massimu ta' kemm setgħet tkun id-daily fine, qabel kienet l-ekwivalenti ta' Lm5 il-major daily fine u fil-liġi l-ġdida telgħet sa €50 u l-legal notice tad-daily fines qiegħda fil-fatt timplimenta dak li l-enabling act daħħal fis-seħħ fl-att il-ġdid.", "Il-legal notice tax-schedule of penalties taħt il-liġi l-antika kienet teżisti u kienet tiġi implimentata, jiġifieri kuntrarju għad-daily fines, meta bniedem japplika biex jissanzjona dejjem kien jeħel multa u li ġara bejn il-liġi l-antika u l-liġi l-ġdida huwa li żdied il-capping.", "Mentri qabel taħt il-liġi l-antika kien hemm capping sa Lm1,000 u l-liġi kienet ġiet emendata fl-2001 biex iżżid dak il-capping sa Lm10,000 għalkemm dak l-artiklu qatt ma daħal fis-seħħ, issa l-artiklu daħal fis-seħħ u jipprovdi għal massimu ta' €50,000 bħala multa f'każ ta' illegalità.", "U dawn iż-żewġ legal notices, kif tipprovdi l-liġi, issa qegħdin jimplimentaw l-aspetti bażiċi ta' kif se tinħadem id-daily fine u l-major fine.", "L-aħħar punt li rrid ngħid qabel ma ngħaddi l-kelma lill-Perit Borg biex ikompli jispjega dwar dan huwa li din il-legal notice, bħal kull legal notice oħra taħt l-att il-ġdid anke li tinvolvi l-ippjanar, ħarġet għall-konsultazzjoni pubblika, jiġifieri bl-att il-ġdid kull legal notice, ħlief notices li jkunu dwar proċedura jew dwar fees jew li jenħtieġ li jiġu implimentati b'mod immedjat, jiġu sottomessi għall-konsultazzjoni pubblika u dawn iż-żewġ legal notices kienu għall-public consultation.", "Irċevejna xi kummenti mill-pubbliku, kien hemm specialised anke e-mail address fejn in-nies setgħu jikkummentaw u naħseb li se nagħmlu llum huwa li se ninformawkom ukoll x'tip ta' kummenti rċevejna u anke forsi x'improvements wieħed qed jara fil-legal notice as a result ta' dawk il-kummenti li l-awtorità irċeviet waqt il-public consultation.", "IL-PERIT ALEX BORG (Awtorità Maltija għall-Ippjanar tal-Iżvilupp): Ir-raġuni prinċipali tad-daily fines hija li, kif naħseb tafu, l-enforcement biex ikun effettiv irid ikun hemm deterrent qawwi.", "Is-sitwazzjoni s'issa kienet li qed joħorġu ħafna enforcement notices fuq żviluppi llegali u kważi l-uniku mezz kif nindirizzawhom kien qed ikun permezz ta' direct actions.", "Allura spiċċajna li direct action tinvolvi ħafna resources, tinvolvi ċertu ippjanar, tinvolvi legal integrations, qrati, eċċ. u allura kien qed ikun hemm distakk qawwi bejn in-notices li qed joħorġu u dawk li qed jiġu indirizzati, bil-konsegwenza allura li kien hemm ħafna żvilupp illegali li kien qed jinħariġlu anke enforcement notice, però kien qed jitgawda sakemm xi darba mmorru direct action li għalkemm żidnihom mhijiex is-soluzzjoni ta' kollox.", "Allura l-mod kif l-enforcement jista' jiġi aktar effettiv – u hawnhekk qed nitkellmu fuq żvilupp illegali – huwa li titpoġġa a daily fine, jiġifieri jkollhom multa kuljum u l-idea ta' din hi li biex kemm jista' ikun l-ewwelnett l-irregolaritajiet ma jsirux in the first place u meta jsiru jekk jista' ikun jitneħħew mis-sid innifsu.", "Dan huwa deterrent qawwi - kulħadd jaf li l-but joqros - li tpoġġiet din id-daily fine, allura dak li jkun huwa fl-interess tiegħu li jneħħi l-iżvilupp malajr kemm jista' ikun ħalli d-daily fine tonqos jew tispiċċa.", "L-idea hi – kif qiegħda fil-legal notice u anke kif qal Dr. Stafrace kien hemm public consultation li jekk m'iniex sejjer żball tagħlaq illum – li kull notice li se toħroġ minn meta tidħol fis-seħħ il-legal notice – jiġifieri qed nitkellmu fuq żvilupp illegali li għad irid isir mhux żvilupp illegali li diġà sar – ikollu daily fine attached miegħu.", "THE CHAIRMAN: Li għad irid isir?", "IL-PERIT ALEX BORG: Iva.", "PHILIP MIFSUD: Ħalli nagħmel mistoqsija li tkompli ma' taċ-chairman.", "Jiġifieri meta jkun hemm avviż ta' infurzar mhux bilfors fuq żvilupp li għad irid isir għax xi ħadd jista' joħroġ avviż ta' infurzar fl-2012 fuq irregolarità li, per eżempju, kienet saret fl-2006.", "Allura d-daily fine minn meta se tibda tgħodd?", "IL-PERIT ALEX BORG: Id-daily fine se tgħodd fuq żvilupp illegali li jsir wara li tidħol fis-seħħ il-legal notice.", "Jiġifieri jekk tittieħed enforcement notice kif qed tgħid int fuq fl-2012 fuq illegalità li saret fl-2006, dik ma tkunx suġġetta għad-daily fine.", "THE CHAIRMAN: Jekk jogħġbok tista' terġa' tispjegaha ftit din?", "IL-PERIT ALEX BORG: Id-daily fine se tibda tiġi mposta fuq żvilupp illegali li jsir wara li tidħol fis-seħħ il-legal notice, jiġifieri l-iżvilupp illegali jrid isir wara l-legal notice mhux meta toħroġ l-enforcement notice.", "PHILIP MIFSUD: Imma l-mistoqsija tiegħi hija x'se jkun qed jiddetermina dan għax f'ċerti każi wieħed jirrikorri għall-aerial photos u ma naħsibx li se jkun hemm aerial photos li se jkunu jikkonċidu ma' dan il-legal notice.", "IL-PERIT ALEX BORG: Kif inhi l-legal notice, l-onus se jkun fuqna li we have to prove li l-illeglaità saret wara li daħlet in force il-legal notice.", "THE CHAIRMAN: U għal żviluppi llegali li seħħew qabel tidħol fis-seħħ il-legal notice u li tindunaw bihom issa.", "IL-PERIT ALEX BORG: Le, f'dak il-każ ma tiġix imposta d-daily fine.", "Id-daily fine tkun imposta fuq żvilupp illegali li jsir wara li tidħol fis-seħħ il-legal notice.", "DR. IAN STAFRACE: Jekk nista' nagħmel punt żgħir, l-individwu li se jikkontesta l-enforcement notice mhux sta għalih li jipprova li l-illegalità seħħet qabel il-legal notice.", "L-awtorità trid turi li l-illegalità seħħet wara dħul fis-seħħ ta' legal notice biex timponi d-daily fine.", "IL-PERIT ALEX BORG: Ovvjament għalija, bħala enforcement manager, kieku nippreferi jkolli l-aerial photos, imma jekk id-deċiżjoni kienet li to be fair ma' kulħadd il-fines jibdew jiġu mposti fuq żvilupp illegali li jsir wara li tidħol il-legal notice, allura m'għandix l-aerial photos ma' xiex norbot.", "THE CHAIRMAN: U hawnhekk qed nitkellmu fuq kwalunkwe tip ta' illegalità.", "IL-PERIT ALEX BORG: Iva.", "PHILIP MIFSUD: Jiġifieri mhijiex qed issir distinzjoni bejn illegalità fiż-żona tal-iżvilupp u illegalità barra miż-żona tal-iżvilupp?", "THE CHAIRMAN: Fl-iskeda hemm din id-distinzjoni.", "IL-PERIT ALEX BORG: Il-fines ivarjaw bejn €2 u €50 kuljum imma mbagħad hemm skeda li se ngħaddiha għaliha iktar tard.", "Bażikament il-legal notice hija qasira.", "Li tgħid imbagħad li fejn ikun hemm appell mill-enforcement notice, jiġifieri qed jappellaw il-validità tal-enforcement notice, il-fine tiġi sospiża, imma jekk l-appell jinqata' kontra min qed jappella, allura d-daily fine tibda tgħodd mill-bidu.", "Jekk issir application to sanction u allura għandek ammissjoni li hemm illegalità, allura d-daily fine tibqa' għaddejja.", "THE CHAIRMAN: Imma jekk għandek applikazzjoni to sanction imbagħad għandek il-penalty li tmur mas-sanctioning.", "Allura dak li jkun ikun irid iħallas darbtejn fine, id-daily fine u l-fine li tmur mas-sanctioning?", "IL-PERIT ALEX BORG: Iva, hekk tiġi.", "L-idea hija biex ħadd ma jagħmel żvilupp illegali u dak li jkun jara li qabel jibda żvilupp ikollu l-permess.", "Li qed nikkonsidraw li forsi jistgħu jinbidlu bħalissa qiegħda li d-daily fine tibda tgħodd min-notifika għax kif tafu, l-enforcement notice tagħti lil dak li jkun bejn 15 u 30 ġurnata biex ireġġa' kollox lura.", "Qed niddiskutu fil-fatt x'jiġri jekk xi ħadd japplika hu stess to sanction għax ma rridux nagħmlu sistema li toħloq deterrent għal dak li jkun biex japplika to sanction.", "Jekk xi ħadd għandu xi ħaġa llegali u japplika to sanction u allura jkun qisu kixef il-karti, għandi nwaħħlu daily fine li kważi kważi qed tgħidlu biex ma japplikax?", "Ħaġa li konna qegħdin naħsbu hija li forsi f'dak il-każ id-daily fine tonqos b'ċertu ammont b'tali mod li l-affarijiet iż-żgħar jiġu esklużi minnha.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri min se jkun qed jissanzjona xi ħaġa li saret qabel daħlet fis-seħħ il-legal notice, mhux se jkun hemm daily fine.", "PHILIP MIFSUD: Imma allura qed jingħad li jekk xi ħadd minn jeddu prattikament imur japplika to sanction, xorta tikkonsidraw li jkun hemm daily fine fuqha?", "IL-PERIT ALEX BORG: X'inhuma l-options?", "Jew li tgħid li jekk applika to sanction ma jħallas xejn, jew li tgħid li jekk applika to sanction iħallas kollox.", "Allura li konna qed naħsbu huwa li jekk japplika hu stess to sanction ikun hemm reduction, per eżempju, l-ewwel €25 per day ma jitħallsux li bażikament qed ngħidu li l-affarijiet iż-żgħar normali mhux daqshekk serji ma jħallas xejn, filwaqt li l-affarijiet li huma iktar serji se jonqsulu ħafna.", "DR. IAN STAFRACE: Punt żgħir rigward li semma l-Onor.", "Mifsud, jekk bniedem japplika to sanction se jkun diffiċli għall-awtorità biex tiddetermina li dik l-illegalità seħħet wara d-dħul fis-seħħ tal-legal notice għax inti mhux se jkollok rapport tal-enforcement officer li mar on site u sab dik l-illegalità isseħħ.", "THE CHAIRMAN: Sakemm mhijiex xi estensjoni li tidher minn xi aerial photo.", "PHILIP MIFSUD: Imma jridu jittieħdu l-aerial photos!", "DR. IAN STAFRACE: Issa li jmiss fl-2012.", "PHILIP MIFSUD: Dr. Stafrace, dak li qed tgħid inti japplika għall-immedjat għaliex ladarba mbagħad jittieħdu l-aerial photos fl-2012 .…", "DR. IAN STAFRACE: Però mhux kull illegalità tinqabad bl-aerial photos.", "L-illegalitajiet li jinqabdu permezz ta' aerial photos normalment huma l-estensjonijiet fl-outside development zones (ODZ) jew xi sulari addizzjonali within scheme.", "Però again, l-aerial photos trid toqgħod attent għax jekk fis-sett tar-ritratti li ttieħdu fl-2008 ma deherx żvilupp u f'dawk li se jittieħdu fl-2012 deher l-iżvilupp, xorta m'għandniex evidenza li seħħ wara d-dħul fis-seħħ tal-legal notice għax seta' seħħ fl-2010.", "Jiġifieri mis-sena 2012 'il quddiem iżjed se tkun realistika tal-aerial photos.", "Jiġifieri għalkemm fl-2012 l-aerial photos se jagħtu stampa ftit aktar ċara, iżjed se jkunu qed jissetjaw il-benchmark ta' x'se jiġri iżjed fil-futur milli biex jintużaw retroactively għax xorta għandek gap ta' kważi tliet snin bejn l-2008 u l-2011 fejn m'għandekx l-aerial photo u allura ma tistax tiddetermina li dik l-illegalità seħħet wara d-dħul fis-seħħ tal-legal notice.", "LEO BRINCAT: Kien hemm tliet punti li xtaqt kjarifika dwarhom min-naħa tagħkom.", "L-ewwelnett mingħajr ma nidħlu fil-merti tal-penali nvoluti, se jkun hemm proviso bħala lqugħ biex ma jiġrix dak li ġara f'xi każi speiċifiċi fl-imgħoddi fil-Malta Environment and Planning Authority (MEPA) li jkollok penalty li tiġi discounted min-naħa ta' xi commission jew anke minn naħa tal-MEPA Board innifsu?", "It-tieni mistoqsija li għandi hija dwar il-kunċett tal-capping li semmejtu.", "Se jkun hemm xi forma ta' cumulative daily fine capping li permezz tiegħu wieħed jista' jgħaddi, at some stage, għal direct action?", "It-tielet punt huwa iktar amministrattiv.", "Ejjew ngħidu li hemm il-penali imposti – huma x'inhuma – u ovvjament il-MEPA tiddeċiedi li tiġborhom.", "Jiena nformat li fl-imgħoddi l-MEPA ħafna drabi sabet diffikultà biex tiġbor ċertu fines mingħand il-contraveners.", "Hemm xi provvediment amministrattiv - u m'iniex nidħol fin-nitty gritty tal-legal notices infushom – biex dawn it-tip ta' lakuni jew loopholes jiġu indirizzati, bħal per eżempju l-pagament mandatorju kif isir fuq il-car licences?", "I'm just thinking aloud m'iniex qed nagħmel suġġeriment.", "DR. IAN STAFRACE: Ħalli nirrispondi għalll-ewwel u t-tielet punti jiena u l-Perit Borg jirrispondi t-tieni punt.", "Dwar jekk hemmx mekkaniżmu kif il-fees jistgħu jiġu mnaqqsa …", "THE CHAIRMAN: Illum qed nagħmlu an open discussion u m'aħniex se nieħdu pożizzjoni għax naħseb ħafna minna jifhmu l-background ta' dawn iż-żewġ legal notices, imbagħad nirregolaw ruħna kif eventwalment nieħdu pożizzjoni.", "L-iskop tal-meeting huwa iktar bħala feedback mhux bħalma kellna fis-seduta ta' qabel fejn ridna nagħtu pożizzjoni ċara lill-Parlament.", "Din kienet inizjattiva tal-MEPA biex jiġu jieħdu l-feedback mingħandna.", "DR. IAN STAFRACE: Il-multi huma stabbiliti bil-legal notice, jiġifieri m'hemmx range ta' multi; jekk taqa' f'kategorija \"A\" u l-multa hija ta' €2 a day, hija ta' €2 a day mhux up to €2 a day.", "Oltre minn dan, il-multa se tiġi nnotifikata flimkien mal-enforcement notice, fl-istess dokument.", "Hemm metodu ta' kif inti tikkontesta l-enforcement notice, jiġifieri tmur quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni, li qabel kien il-Bord tal-Appell, u konsegwentement jekk l-enforcement taqa', il-multa taqa' magħha, però m'hemmx proċedura ta' kif il-multa tista', b'xi mod tiġi ridotta, la amministrattivament u lanqas b'xi rimedju ieħor.", "Il-multa jew teżisti jew ma teżistix.", "Rigward il-metodu tal-irkupru tal-multi min-naħa tal-awtorità, kif għedt tajjeb inti, fil-passat ovvjament kien hemm problemi amministrattivi u legali, fis-sens li l-multi li huma pagabbli lill-awtorità huma kkonsidrati bħala djun ċivili, mhumiex ta' natura penali għax l-awtorità ma tistax twaħħal multi penali, dawk il-qrati kriminali biss jistgħu jwaħħluhom.", "U kien ikollok id-diffikultà li you have to pursue il-contravener ċivilment jew permezz ta' kawża jew permezz ta' ittri uffiċjali li jeżistu skont il-capping u jekk ma jħallasx l-ewwel trid iġġib ġudizzju u jekk iġġib ġudizzju favorevoli tkun trid toħroġlu l-mandati, eċċ. bħal any other recovery bill civil debt.", "Li hemm provdut huwa numru ta' miżuri.", "Għandek miżura fil-liġi li tgħidlek li jekk inti daħħalt application to sanction u għandek outstanding fines, dik l-application ma tistax tiġi validata qabel ma tħallas il-multi.", "Għandek ukoll li jekk il-multi nel fra tempo ġew akkumulati waqt li għaddejja l-applikazzjoni, ma jistax jinħareġ permess jekk inti ma tħallasx il-multi li hemm akkumulati u dovuti, u din mhux għal daily fines biss tapplika, anke jekk hemm ammonti oħrajn dovuti lill-awtorità.", "Barra minn hekk, fil-liġi l-ġdida ntroduċejna l-mekkaniżmu, li japplika wkoll għall-gvern in ġenerali, li permezz tiegħu jekk inti tippreżenta ittra uffiċjali kontra individwu – hu kemm hu l-ammont – u dak l-individwu ma jikkontestax dik l-ittra uffiċjali within 30 days permezz ta' kawża, dik tiġi reża bħala titlu eżekuttiv bħal any other liability li hija dovuta lil xi entità governattiva.", "Jiġifieri din hija miżura li teżisti anke f'entitajiet jew awtoritajiet oħrajn governattivi.", "B'dawn it-tliet miżuri flimkien qed nippruvaw li r-recoveribility ta' dawn il-multi tkun daqsxejn iżjed faċli minn kif kienet fil-passat.", "Rigward il-capping u d-direct action se jispjega l-Perit Borg.", "IL-PERIT ALEX BORG: Meta tinħareġ enforcement notice jingħata ż-żmien bejn 16 u 30 ġurnata biex titneħħa l-illegalità.", "Dak li jkun jista' japplika jew to sanction jew jappella u jekk jagħmel hekk jiffriża l-execution tal-enforcement notice għalkemm irrid ngħid li issa bil-liġi l-ġdida ċerti każi ma jistgħux jiġu sanctioned, dawk li ngħidulhom schedule 6.", "Jiġifieri jekk hemm tali żvilupp li jaqa' taħt schedule 6 ma jistax jitfa' application to sanction.", "Jekk ikun hemm xi appell l-appell ma jżommx l-enforcement action milli tittieħed.", "M'hemmx link as such bejn id-direct actions u d-daily fines, jiġifieri mhux malli tasal f'ċertu ammont tieħu direct action, direct action tista' tittieħed at any stage.", "PHILIP MIFSUD: Nixtieq nagħmel żewġ mistoqsijiet.", "Jiġifieri jekk xi ħadd ikollu daily fine u din tibqa' tirrikorri għal numru twil ta' żmien jew ta' snin, hemm xi capping ta' ammont?", "Per eżempju, fil-multa li mhijiex daily fine għandek capping ta' €50,000.", "Fid-daily fines jeżisti xi capping?", "DR. IAN STAFRACE: Le, u nispjega għalfejn.", "PHILIP MIFSUD: It-tieni mistoqsija li xtaqt nagħmel hija fuq A(1).", "Hemmhekk milli qed nifhem hija xi ħaġa li tapplika għal żona tal-iżvilupp, imbagħad hemm parti mill-istess A(1) li tapplika għall-farms.", "Naħseb li hemmhekk irid jiġi inkluż l-ODZ fejn hemm farms għax inkella tista' tinftiehem li hija farms fiż-żona tal-iżvilupp li ma narahiex tagħmel sens.", "IL-PERIT ALEX BORG: Ix-schedule qiegħed maqsum fi tmien kategoriji mbagħad hemm multa għal kull wieħed.", "Għalkemm hemm tmien kategoriji ovvjament żviluppi llegali hawn multitude ta' affarijiet differenti li jistgħu jkunu żvilupp illegali.", "Fil-fatt li qed isir min-naħa tal-enforcement hu li qed noħolqu schedule li bażikament fiha qed nippruvaw niġbru kemm jista' ikun tipi differenti ta' żviluppi llegali biex imbagħad nittranslejtjaw għal kategorija jew oħra.", "Din nixtieqha titla' bord ħalli d-deċiżjoni tkun ittieħdet mill-MEPA allura l-application tad-daily fine kemm jista' ikun ma tkunx suġġettiva imma tkun marbuta mad-deċiżjoni tal-MEPA, xi ħaġa li per eżempju li l-Kamra tal-Periti konna nixtiequ li jkunu nvoluti fiha huma wkoll.", "Din mhux qiegħda taqla' multa għax issa rajt żvilupp illegali.", "L-iżvilupp illegali jekk hemm daily fine huwa għax l-iżvilupp għadu hemmhekk u l-iżvilupp illegali jrid jitlaq, għalhekk m'hemmx capping totali.", "Amministrattivament qed nimmaġina li meta jilħaq ċertu somma jew jgħaddi ċertu żmien jibdew jittieħdu ċerti proċeduri biex jiġu rkuprati l-flus.", "Ħaġa oħra li nixtieq ngħid hija li meta jinfetaħ enforcement notice fuq żvilupp li sar wara li tidħol fis-seħħ il-legal notice u nsibu li, per eżempju, f'għalqa minnhom hemm tliet affarijiet illegali, per eżempju hemm ħajt, hemm gate u hemm reservoir, ma jkunx cumulative id-daily fine, imma jittieħed tal-ogħla wieħed minnhom.", "Però jekk noħorġu n-notice imbagħad wara jkun reġa' sar żvilupp illegali ieħor, allura mbagħad jiżdied miegħu.", "PHILIP MIFSUD: U fuq il-kwestjoni tal-farms fl-A(1)?", "IL-PERIT ALEX BORG: Mela li qed ngħidu hu li bix-schedule li qed insemmi dawk li bħalissa huma din il-page biss, se jispjegaw fid-dettall xi jfissru.", "DR. IAN STAFRACE: Fuq tal-capping kemm inżid xi ħaġa fuq dak li qal il-Perit Borg, huwa fl-interess tal-individwu li jirċievi l-enforcement notice li jinforma lill-awtorità li dik l-illegalità tneħħiet jew twaqqfet għax ovvjament għal kull ġurnata li javża lill-awtorità li dik l-illegalità tneħħiet jew twaqqfet se jkun qiegħed jiffranka d-daily fine.", "Jiġifieri l-individwu din id-darba, fejn qabel forsi dak li jkun kien jirċievi enforcement notice li tgħidlek treġġa' lura fi żmien 16-il ġurnata, kien jinjoraha għax ma tantx kienet tagħmel differenza jekk tneħħihiex within 16 days jew qabel, issa hija fl-interess tiegħek li jekk se tneħħiha qabel dak it-terminu lanqas biss se tibda tiddekorri d-daily fine u apparti minn hekk jekk tkun laħqet tiddekorri wara dak it-terminu, fl-interess tiegħek li tavża lill-awtorità biex turi li dik l-illegalità fir-realtà twaqqfet biex b'hekk l-enforcement u l-effettività tagħha titwaqqaf.", "PHILIP MIFSUD: Jiena ma nafx jekk din il-legal notice tagħmilx allowance għal sitwazzjonijiet li huma komuni ħafna u se nispjega x'inhuma.", "Mill-esperjenza li għandi – u naħseb il-kollegi jikkondividu din l-esperjenza – ngħid li meta jinħareġ permess prattikament meta mbagħad dak il-permess jibda jimmaterjalizza ruħu u allura jibda jsir ix-xogħol fuq is-sit, kważi f'kull każ qatt ma jiġri li l-iżvilupp jimmaterjalizza ruħu skont il-permess eżatt.", "U ħafna mit-tibdil li jkun hemm, li fl-opinjoni tiegħi jistgħu jkunu meqjusa bħala żgħar, ikunu ħafna drabi għad-diskrezzjoni tal-perit li lill-klijent jagħtih parir x'jista' iċaqlaq minn dak il-permess jew le, kważi kważi anke mingħajr ma wieħed jirrikorri għall-MEPA imbagħad dawk it-tibdiliet jinġabru kollha f'minor amendment jew xi ħaġa simili.", "Il-prattika titlob hekk għax inkella kieku għal kull bidla żgħira li se ssir wieħed irid joqgħod imur il-MEPA u kieku l-iżvilupp ma jimmaterjalizza qatt.", "Dawn id-daily fines b'xi mod jaqbdu din ukoll jew dik hija eskluża minnha?", "IL-PERIT ALEX BORG: Id-daily fines se jiġu imposti fejn hemm enforcement notice.", "Fuq dan il-każ l-enforcement officers diġà għandhom direzzjoni, kont għaddejtha anke through il-Bord tal-MEPA, li enforcement notice ma jinfetaħx jekk hemm żvilupp li jgħaddi b'minor amendment.", "Jekk żvilupp jgħaddi b'minor amendment jingħata ċertu żmien u l-perit jitfa' il-minor amendment, f'dak il-każ ma noħorġux in-notice.", "PHILIP MIFSUD: Imma dik hija xi ħaġa interna jew xi ħaġa li hija mniżżla fl-avviż legali?", "IL-PERIT ALEX BORG: M'hijiex imniżżla, imma jekk ma jinfetaħx enforcement notice ma tiġix imposta d-daily fine.", "PHILIP MIFSUD: Jien naqbel li għandu jsir hekk u allura kważi kważi nitlob li b'xi mod ikun hemm klawsola fl-avviż legali li tirrifletti dan.", "THE CHAIRMAN: Minor amendments jew żvilupp li huwa għaddej.", "Għax jista' l-enforcement officer jinduna li hemm devjazzjoni fl-iżvilupp li mhux eżattament skont il-permess, sanzjonabbli u mhux, imma għadu għaddej ix-xogħol u joħroġlok enforcement order.", "IL-PERIT ALEX BORG: Jekk jgħaddi b'minor amendment, jekk id-differenzi huma ...", "THE CHAIRMAN: Imma mhijiex miktuba, jiġifieri teknikament skont ...", "PHILIP MIFSUD: Jista' jiġi xi ħaddieħor għada pitgħada u jibdilha din.", "DR. IAN STAFRACE: Però li wieħed irid jifhem huwa li din il-legal notice mhijiex il-legal notice li tagħti l-poter lill-awtorità li toħroġ enforcement notice.", "Din hija legal notice li apparti li jinħareġ l-enforcement notice, inti tagħmel id-daily fine ġo fiha.", "Jiġifieri l-mekkaniżmu ta' kif u meta tinħareġ enforcement notice l-awtorità ilha tipprattikah għal dan iż-żmien kollu u dejjem kien qisu protokoll intern tal-awtorità li fejn inti għandek żvilupp għaddej li jista' però jiġi approvat, jew b'minor amendment jew kien jgħaddi permezz ta' development notification order (DNO) li ma tenħtieġx notification, enforcement notice ma joħroġx.", "Kien hemm ukoll regola li forsi ma ġietx adoperata dejjem across the board, jekk inti qed tara llegalità isseħħ u tmur tinforma lil dak li jkun u dak li jkun jobdi u ma jkomplix għaddej bl-illegalità, kellek ċirkostanzi fejn ....", "THE CHAIRMAN: Jobdi u jieqaf jew xi kultant jagħmel applikazzjoni to sanction qabel ma jkun hemm enforcements oħra.", "DR. IAN STAFRACE: Dment li jieqaf kien hemm prassi li ma tinħariġx enforcement notice, però dik il-prassi mhux dejjem ġiet segwita.", "Jekk għandhiex tidħol jew le f'din il-legal notice wieħed jista' jiddibattiha, m'iniex qed ngħid ma tidħolx, però li qisek tgħid li taf li hemm illegalità u f'legal notice se tgħid imma xorta ma jinħariġx enforcement notice, hemm ċertu element forsi anke ta' kontro sens.", "Però s'issa l-awtorità li dejjem qieset hija li jekk għandek minor amendment, jgħaddi b'DNO mingħajr il-ħtieġa ta' notifika li tenħtieġ ir-risposta.", "THE CHAIRMAN: Nitolbok tispjega ftit għal min mhux perit hawnhekk x'inhi DNO mingħajr ħtieġa ta' notifika.", "DR. IAN STAFRACE: DNO huwa permitted development mingħajr il-ħtieġa li tapplika għall-permess u hemm tliet kategoriji ta' DNO.", "Hemm DNO li bil-liġi tista' tagħmlu mingħajr il-bżonn li tavża lil ħadd, jiġifieri huwa żvilupp permessibbli li lanqas għandek għalfejn iddaħħal notifika lill-awtoritàm bħal tibdil intern.", "THE CHAIRMAN: Ma tinnotifika lil ħadd bħala neighbours jew l-awtorità.", "PHILIP MIFSUD: Bħal meta, per eżempju, ikollok two bedrooms u tiddeċiedi li ċċekken waħda a skapitu tal-oħra.", "DR. IAN STAFRACE: Imbagħad hemm kategorija oħra ta' DNO fejn trid tinnotifika lill-awtorità imma m'hemmx il-ħtieġa li tirċievi clearance.", "THE CHAIRMAN: X'inhuma dawn?", "DR. IAN STAFRACE: Ma rridx niżgwidawkom, imma jkunu ftit iżjed onerużi mill-każijiet is-sempliċi, imma jeżistu DNOs li għandek l-obbligu li tinnotifika ....", "THE CHAIRMAN: Tipo tibdil ta' saqaf ....", "IL-PERIT ALEX BORG: Għal tibdil ta' saqaf bl-istess materjal m'għandekx bżonn notifika.", "DR. IAN STAFRACE: Imbagħad hemm it-tielet kategorija li trid tinnotifika u tistenna t-tweġiba.", "Issa f'dawk il-każijiet fejn trid tinnotifika u tistenna tweġiba m'aħniex qegħdin ngħidu li hemmhekk ma jinħariġx enforcement notice, għax la tenħtieġ tweġiba jfisser li hemm ċertu element diskrezzjonali jekk dak l-iżvilupp jistax isir jew le.", "Jiġifieri ma jinħariġx enforcement notice fil-kategoriji ta' fejn inti, jew tista' tagħmel ix-xogħol mingħajr il-ħtieġa tan-notifika jew .....", "PHILIP MIFSUD: Imma huwa ovvju li jekk inti tista' tagħmel ix-xogħol mingħajr ħtieġa tan-notifika ma jinħariġlekx enforcement notice.", "DR. IAN STAFRACE: Il-minor amendments hija xi ħaġa li inti qiegħed tagħmel alterazzjoni li hija departure mill-permess li inti kellek u hemmhekk jekk jgħaddi l-minor amendment l-awtorità ma toħroġx enforcement notice.", "Konsegwentement la ma toħroġx enforcement notice ma tistax teħel id-daily fine.", "PHILIP MIFSUD: Imma li qed tgħid inti hija prassi.", "DR. IAN STAFRACE: Nieħdu s-suġġeriment jekk wieħed għandux .....", "IL-PERIT ALEX BORG: Din ġibtha b'deċiżjoni mill-MEPA, jiġifieri jekk xi ħadd ma jimxix magħha strictly speaking, kien hemm każi fejn ħassart enforcement notices wara li nġibditli l-attenzjoni għal ċerti fatti.", "Kien hemm każijiet fejn enforcement officers ma ħarġux compliance għax iċċaqlaq ħajt.", "Jekk ma jkunx hemm bżonn ta' notifika l-compliance joħroġ u l-enforcement jiġi rtirat.", "Jiġifieri din mhijiex xi ħaġa li qed ngħidha jien, fl-aħħar mill-aħħar hemm deċiżjoni.", "IL-PERIT ALEX BORG: 'Il fejn qed nimxi jien bħala enforcement manager – u din qed tippreċipitaha imma mhux minħabba din biss – hija li jkun hemm iktar konsistenza.", "L-importanti - u din diġà issuġġerejtha liċ-chairman responsabbli mir-riżorsi – hu li noħorġu guidance manual ta' kif għandna nipproċedu ħalli kulħadd ikun jaf fejn qiegħed.", "CHARLES BUHAGIAR: L-Onor.", "Mifsud għamel domanda fuq irziezet tal-annnimali u ġieli jkun hemm affarijiet verament żgħar li ma jkunux skont il-permess bħal, per eżempju, għamel filata tal-kantun x'imkien u jgħidulu li jrid ineħħiha u jagħmilha tas-sejjieħ.", "Dan xorta se jkollu din it-tip ta' penalty li qed ngħidu fuq din il-filata?", "IL-PERIT ALEX BORG: Naħseb ir-risposta għandha tkun jekk għandux joħroġ enforcement notice jew le.", "Jekk joħroġ enforcement notice se jkun hemm id-daily fine.", "Issa jekk hemm filata għandu bżonn joħroġ enforcement notice?", "Naħseb iktar dik il-mistoqsija li trid issir.", "CHARLES BUHAGIAR: Safejn naf jien mill-esperjenza tiegħi joħroġ enforcement notice.", "DR. IAN STAFRACE: Jekk minflok bena ħajt tas-sejjieħ bnih tal-kantun naħseb li joħroġ enforcement notice.", "CHARLES BUHAGIAR: Le, per eżempju, ikun hemm filata tal-kantun biex tibqa' ħamrija li hija normali ħafna.", "DR. IAN STAFRACE: Kif qal il-Perit Borg, din il-legal notice forsi qiegħda teskala dawn ir-realtajiet għaliex qabel kienet tinħareġ enforcement notice u forsi kien ikollha effett jew deterrent għal dak li jkun li jgħid li he can live with it u issa hemm il-problema li apparti li rċevejt l-enforcement notice magħha se jkollok il-multa.", "Fil-każ tal-farms kienet ittieħdet id-deċiżjoni li tiġi applikata l-inqas multa possibbli, jiġifieri fil-każ tal-farms qed tiġi applikata l-multa ta' €2.", "Kif spjega l-Perit Borg, il-legal notice tad-daily fines trid taraha minn aspett iżjed ħolisitiku.", "L-idea hi li peress li tapplika biss għall-illegalitajiet li jkunu seħħew wara d-dħul fis-seħħ tal-legal notice, jiġifieri ma tapplikax b'mod retroattiv, dak li jkun qed jingħata avviż minn qabel.", "Jiġifieri din il-legal notice ilha li ġiet anke waqt li kien hemm id-debate tal-Parlament kienet issemmiet kemm se tkun għodda importanti from an enforcement point of view.", "Jiġifieri avviż ingħata lil dak li jkun, ħarġet għall-public consultation imma għadha ma daħlitx fis-seħħ.", "L-idea hi li mid-data li tidħol fis-seħħ 'il quddiem jekk inti beħsiebek tagħmel xi intervent imxi bil-proċedura tal-applikazzjoni u jekk ħaqqek tingħata l-permess, jiġifieri tintervjenix qabel ma inti tkun ottjenejt il-permess.", "Jiġifieri meta taraha b'mod iżjed ħolistiku, l-aspett ta' deterrent huwa dak.", "Issa se jkollok ċirkostanzi fejn bniedem jgħidlek li kulma għamel huwa biss li tella biċċa filata, però kif qal il-Perit Borg, il-kwestjoni hi li jekk fil-passat kienet toħroġ enforcement notice se tibqa' toħroġ enforcement notice għal dawk l-illegalitajiet.", "Li għandek iżjed issa huwa li mal-enforcement notice se jkollok id-daily fine.", "CHARLES BUHAGIAR: U din kif torbot mal-policy li issa jidhirli li hemm fis-seħħ li ODZ l-illegalitajiet li saru qabel l-2007 ma tistax tissanzjona?", "IL-PERIT ALEX BORG: Flimkien huma diformidabbli ħafna u naħseb li diġà bdejna nieħdu r-riżultati.", "Il-bieraħ fuq l-\"Independent\" kien hemm rapport dwar l-ewwel każ li kellna dwar individwu li kien qed jibni garaxx ta' 30 pied fl-ODZ li kien dważi lestih u meta għidnielu li ma jistax jissanzjona u forsi l-enforcement officer qallu li jista' jeħel multa, qabad u fi żmien ġimgħa neħħih.", "Qabel ma kienx ikollna dawn it-tip ta' riżultati.", "Jiġifieri flimkien, li ma tistax tissanzjona u li se jkun hemm daily fine, hija punch qawwija u l-messaġġ li nispera li qed joħroġ huwa li dak li jkun m'għandux jagħmel xogħlijiet qabel japplika sabiex dak li jkun, jekk se jagħmel xi ħaġa, speċjalment jekk hi schedule 6 u allura ftit iktar serja, għandu jara x'jagħmel biex ikun konformi mal-liġi.", "Però dwar id-dettalji li semmejt l-ewwel, kemm din tad-daily fines kif ukoll anke minħabba każi fejn jidħlu direct action immorru fuqhom qed tinbidel l-istampa kollha.", "S'issa kienu qed joħorġu ħafna notices fuq affarijiet relattivament minuri u forsi ċerti conditions li jiġu imposti.", "Jien issa għamiltha ċara lill-Bord sabiex jikkonsidra jekk ċerti conditions għandhomx jibqgħu jiġu imposti u jekk ċerti tentufiet għandniex nibqgħu noħorġu notices fuqhom.", "Per eżempju, concrete fuq ħajt tas-sejjieħ kważi kulħadd jagħmlu imma mhux suppost isir.", "Jiġifieri tajjeb li jibda jinqala' ċertu debate biex ċerti affarijiet, jew inbiddluhom jew ma nagħmluhomx.", "THE CHAIRMAN: X'inhi d-definizzjoni ta' ubiquitous?", "IL-PERIT ALEX BORG: Dawn ovvjament huma affarijiet żgħar għal xi ħadd li jagħmel aircondition unit mal-faċċata.", "THE CHAIRMAN: Se tagħmlu definizzjoni?", "IL-PERIT ALEX BORG: Kif għedt, se jkun schedule fejn se nippruvaw naqbdu kemm jista' ikun tipi differenti ta' żvilupp illegali, naqsmuhom f'biċċiet item item biex imbagħad intellgħuhom quddiem il-Bord tal-MEPA biex niddeċiedu l-kategoriji biex id-deċiżjoni ma' tkun suġġettiva tal-enforcement officer li jara fejn se jpoġġihom imma tkun deċiżjoni tal-MEPA.", "THE CHAIRMAN: U dawk l-affarijiet li ma jkunux fl-iskeda ma jkunux soġġetti .… ?", "Intom ma ssemmux il-konkos fuq is-sejjieħ, allura dak ifisser li jekk xi ħadd jagħmel il-konkos fuq is-sejjieħ ma jkunx hemm fine?", "IL-PERIT ALEX BORG: S'issa l-idea tal-iskeda bdejt nirsisti għaliha għall-enforcement officers biex ikollna gwida bħala unit.", "THE CHAIRMAN: Imma trid tkun pubblika wkoll, ma tistgħu tagħmlu l-ebda skeda li ma tkunx pubblika.", "Ma kenitx l-idea li dawk li ma naqbdux ma jeħlu xejn.", "DR. IAN STAFRACE: L-eżerċizzju li għamlu l-Perit Borg u t-team tiegħu dwar din l-iskeda kienet li raw historically x'tip ta' enforcement notices ħarġu fuq perjodu ta' żmien u naħseb ġew captured madwar 90 tip ta' illegalità li jista' ikun, per eżempju, jeżistu.", "U l-idea hi li dik issa tiġi qisek tiftaħ l-iskeda li hemm fil-legal notice u tagħmilha bil-kategoriji fejn effettivament tispjega l-affarijiet u dik l-iskeda ovvjament trid tiġi published u jekk hemm bżonn tgħaddi anke minn skrutinju ta' konsultazzjoni.", "CHARLES BUHAGIAR: Għandek per eżempju diversi toroq bl-aluminium fil-UCAs.", "THE CHAIRMAN: Imma qed ngħidu minn issa 'il quddiem.", "CHARLES BUHAGIAR: Allura dawn mhux se nindirizzawhom.", "Min m'għandux enforcement jew ħariġlu enforcement s'issa mhux se jkunu indirizzati.", "DR. IAN STAFRACE: Jekk it-tieqa tal-aluminium ma saritx wara d-dħul fis-seħħ ta' din il-legal notice, din il-legal notice ma taqbadhiex dik l-illegalità bid-daily fine.", "Ma jfissirx li dak l-iżvilupp huwa legali, jaf għandu enforcement notice li ilha hemmhekk 20 sena.", "THE CHAIRMAN: Xorta tista' toħroġlu enforcement notice, però mhux bid-daily fine.", "DR. IAN STAFRACE: Mhux bid-daily fine jekk m'għandniex evidenza li dik l-illegalità seħħet wara d-dħul fis-seħħ tal-legal notice u dak l-obbligu huwa fuq l-awtorità.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiġifieri se jkun hemm żewġ tipi ta' enforcement notices, waħda bid-daily fine u l-oħra mingħajrha.", "DR. IAN STAFRACE: Jiddependi meta seħħet l-illegalità.", "CHARLES BUHAGIAR: Allura se jkun hemm kitba differenti fl-enforcement notices?", "IL-PERIT ALEX BORG: Fl-enforcement notice s'issa għandna stop notice li jieqfu l-affarijiet, enforcement notice li jreġġa' lura, u issa se jkun hemm id-daily fine notice.", "Jiġifieri int se jkollok enforcement notices li għandhom it-tlieta li huma.", "Bħalissa ġieli noħorġu stop notice u ma noħorġux enforcement notice.", "Se jkun hemm xi każi fejn id-daily fine notice se tkun ċara fin-notice stess, se jkun hemm oħrajn li m'għandhomx daily fine notice u se jkun hemm każi li se jkollhom id-daily fine notice biss.", "Għax jekk inti għandek żvilupp illegali li sar qabel daħlet fis-seħħ il-legal notice imma kien hemm breach tan-notice, hemmhekk ma noħorġux notice ġdida għax ngħidu hemm breach, imma ovvjament ikun hemm id-daily fine fuqha għax dik saret wara.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiġifieri jekk hemm enforcement għax hemm xi ħaġa li mhijiex qiegħda skont il-liġi u dan jsir breach ta' dik l-enforcement wara li tidħol fis-seħħ, imbagħad il-breach tinqabad .…", "IL-PERIT ALEX BORG: Jekk, per eżempju, għandek kamra f'għalqa li nbniet qabel daħlet id-daily fine u għandu notice diġà, mela dik mhux se jeħel daily fine fuqha, imma jekk wara li daħlet fis-seħħ in-notice sibna li għamel ġiebja, allura fuq il-ġiebja se toħroġ id-daily fine.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiġifieri jista' ikollu żewġ tipi ta' enforcement notices differenti fuq l-istess site.", "IL-PERIT ALEX BORG: Dak normalment inqisuh breach.", "DR. IAN STAFRACE: Ma noħorġux enforcement ġdida, ngħidulu li kiser l-enforcement notice li kellu u li issa għandu d-daily fine.", "CHARLES BUHAGIAR: Ftit ikkumplikata.", "DR. IAN STAFRACE: Le, ħalli nispjegaw ftit.", "Ejjew nieħdu l-eżempju li semma l-perit Borg.", "Jiena għamilt kamra llegali fl-2009 u nħarġet enforcement notice.", "F'Diċembru tal-2011, jiġifieri wara li tkun daħlet fis-seħħ din il-legal notice, imur l-inspector on site u jaqbdek tħaffer ġiebja.", "Illum ma noħorġulekx enforcement notice ġdida imma ngħidulek li għamilt breaching tal-ewwel enforcement għax l-ewwel enforcement kienet qed twaqqfek milli tagħmel kull żvilupp ieħor.", "Issa li se jiġri bil-proċedura l-ġdida huwa l-istess, ma tinħariġx enforcement notice ġdida, però tiġi notifikat biss with a fine notice talli inti ksirt l-enforcement antika però dik l-illegalità għamiltha wara d-dħul fis-seħħ tal-legal notice.", "Jiġifieri bħala proċedura su e giù l-istess kriterju se jibqa' imma ovvjament għandek id-deterrent tad-daily fine.", "IL-PERIT ALEX BORG: U r-receiving end fil-fatt se tkun ċara għax jew se jkollu notice u għandu daily fine jaf li jrid iħallasha jew se jġib in-notice ta' daily fine li jaf li jrid iħallasha.", "CHARLES BUHAGIAR: Min ikollu daily fine se jingħata ċans biex jissanzjona bla ma jkollu fine?", "IL-PERIT ALEX BORG: Bħalissa kif qiegħda worded il-legal notice tibda tħallas mid-date of notification li forsi nbiddluha għax mid-date of notification għandna from 16 to 30 days biex treġġa' lura, forsi nagħmluha minn wara dak iż-żmien.", "Jekk hemm appell mill-enforcement u allura qed jikkontesta l-validità tal-enforcement notice, f'dak il-każ tiġi sospiża l-fine però jekk jinqata' kontra l-appellant, id-daily fine tibda b'lura.", "Jekk hemm application to sanction allura għandek ammissjoni li hemm illegalità, id-daily fine tibqa' għaddejja normali.", "DR. IAN STAFRACE: Sakemm tiġi sanctioned.", "CHARLES BUHAGIAR: Sakemm tiġi sanctioned, imma mhux se nħallu l-applikazzjoni għaddejja għal dejjem hux hekk?", "THE CHAIRMAN: Dik hija waħda mill-issues.", "DR. IAN STAFRACE: Issa bil-proċess il-ġdid ta' kemm iddum biex tiġi proċessata applikazzjoni ...", "CHARLES BUHAGIAR: Imma xorta għandek l-iscreening.", "THE CHAIRMAN: Għandek l-iscreening u jista' ikollok ODZ li jdum iktar ....", "DR. IAN STAFRACE: Però sadanittant sakemm għaddej dan il-perjodu inti dik l-illegalità qed tgawdiha.", "THE CHAIRMAN: Imma sadanittant ukoll jiena waħda mill-affarijiet li nixtieq nikkontesta huwa li jista' ikollok żewġ fines, jiġifieri se jkollok id-daily fine u meta tapplika biex tissanzjona mbagħad jinħariġlek il-permess, ikollok il-fine tas-sanzjonar ukoll li naraha ftit heavy handed.", "Jiena kont ngħid nieħu the highest of.", "DR. IAN STAFRACE: Però hekk tkun qiegħed tagħmel capping tad-daily fine ukoll għax imbagħad awtomatikament tkun qed tgħid li d-daily fine ma tistax taqbeż il-€50,000.", "PHILIP MIFSUD: Jekk id-daily fine takkumula għal aktar minn €50,000 allura tieħu d-daily fine.", "DR. IAN STAFRACE: Li d-daily fine taqbeż il-major fine waqt li għaddejja l-application jista' ikun hemm ċirkostanzi, però id-daily fine peress li għandha capping ogħla se jkun diffiċli li waqt li għaddejja l-application to sanction id-daily fine bil-mod kif takkumula se taqbeż il-major fine tal-legal notices l-oħrajn.", "CHARLES BUHAGIAR: Xorta jrid ikun hemm xi tip ta' comfort li l-proċess tas-sanzjonar mhux se jieħu għal dejjem għax inkella ....", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: L-ewwelnett qed nifhem tajjeb li l-cut off date mhijiex retrospettiva.", "THE CHAIRMAN: Iva, hekk hu.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Ħaġa oħra li ma fhimtx eżatt hija rigward il-UCA.", "Il-UCA mhux qed narah jidħol, per eżempju f'C2 u f'C3 qisu mħolli barra hemmhekk.", "IL-PERIT ALEX BORG: F'dak il-każ il-UCA jiġi parti mid-development zone sakemm ma jkunx speċifikat xort'oħra.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Imma f'dak il-każ ma jkunx hemm enforcement iktar qawwi għaliex hu UCA.", "IL-PERIT ALEX BORG: Kien hemm każi fejn għamilna distinzjoni.", "Per eżempju l-A1 u l-A2 huma l-istess ħaġa, imma l-A2 jinkludi l-UCAS, filwaqt li l-A1 jinkludi development zoneS biss.", "Il-B2 għandha biċċa fuq UCAs biss.", "Tkellimna ħafna fuq il-visual li fl-aħħar mill-aħħar il-UCA titkellem fuq visual impact.", "L-affarijiet l-oħra għalkemm il-B3 hija żvilupp li huwa ikbar minn 75 square metres, dak ikun jidher ukoll.", "Imma mbagħad tant għolew il-multi li m'għamilniex distinzjoni għax B3 ġejna €40 per day.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Imma f'din l-iskeda ħadtu in konsiderazzjoni l-fatt li f'UCA jekk ikun hemm żvilupp irregolari għandu jiġi penalised, jiġifieri b'mod iktar sever għax jien m'iniex qed naraha hawnhekk.", "Jiġifieri int qed tgħid li C3 jinkludi l-UCA?", "IL-PERIT ALEX BORG: C3 qiegħda għal żviluppi akbar minn 75 square metres u ODZs u scheduled buildings.", "Kien hemm ukoll l-argument li allura għax jien qiegħed f'UCA għandi naqla' dawn il-multi ħafna akbar?", "Għax għandi d-dar u ngħix hemmhekk, għax għamilt washroom għandi niġi kkastigat ħafna iktar minn xi ħaddieħor li forsi għandu villa s-Swieqi?", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Imma dan fl-opinjoni tiegħek jgħin iktar l-urban regeneration jew jgħin iktar li jkun hemm żvilupp li m'għandux ikun fl-urban?", "IL-PERIT ALEX BORG: Kif naraha jiena, f'affarijiet li jidhru u għamilna distinction dwar affarijiet l-iktar li jidhru.", "Fil-B2 daħħalna waħda fejn għandek proprju fuq UCA visually unacceptable.", "L-affarijiet l-oħra m'għamilniex distinzjoni dwarhom.", "Per eżempju f'C1 għandek change of use li fl-aħħar mil-aħħar tkunx UCA jew tkunx normali, jekk qed iddejjaq lin-nies qed iddejjaq lin-nies.", "Imbagħad hemm il-B3 u s-C3 li huma għal meta jkun hemm żviluppi akbar minn 75 square metres li tista' wkoll tiġi UCA f'C3 jekk irridu.", "THE CHAIRMAN: Dawn il-files fuq min se jkunu servuti.", "Jekk inti għandek tenant u mhux owner … Jekk ikun hemm tenant li jfettillu jagħmel tiling maz-zokklatura tal-faċċata x'jiġri?", "Veru li suppost irid jinforma lis-sid imma ma jkunx informah.", "X'jiġri f'dak li każ?", "DR. IAN STAFRACE: Fil-liġi kif kienet sa Novembru li għadda l-multi dejjem kienu dovuti mis-sidien.", "Fil-liġi l-ġdida pprovdejna mekkaniżmu fejn l-enforcement notice mhux bilfors toħroġ fuq the actual owner imma tista' anke toħroġ fuq it-tenant.", "Meta se tiġi biex tirkurpra dawn il-liabilities li konna nagħmlu fil-passat u li anke nagħmluha taħt il-provvediment il-ġdid huwa li meta l-awtorità tfittex biex tirkupra dawn id-dues, normalment li nagħmlu huwa li nfittxu lis-sid u nikkjamaw in causa lil min ikun wettaq l-illegalità biex il-ġudizzju jingħata fil-konfront ta' min effettivament ikun għamel l-illegalità.", "Ovvjament bħala awtorità li trid tqis ukoll li dawn il-multi mhux biss jiġu mposti imma li jiġu rkuprati wkoll, bħala prinċipju dejjem jaqblilha tipproċedi kontra s-sidien għax is-sid bil-proprjetà stess qed jagħti sort of a guarantee, mentri t-tenant m'għandu xejn fil-proprjetà anke jekk tiġi biex tagħmel mandati m'hemmx fuq xiex tesegwixxi.", "Però fil-liġi l-ġdida xorta pprovdejna, neħħejna l-obbligu li l-azzjoni bilfors trid tittieħed fuq is-sid, provdejna li anke jekk xi ħadd qed jokkupa t-tenement .....", "THE CHAIRMAN: Minn fejn tirriżulta din?", "DR. IAN STAFRACE: Mill-Environment and Development Planning Act il-ġdid għax il-mod kif tirkupra hemmhekk qiegħed fl-Att prinċipali.", "Però din xorta se tibqa' waħda mill-iżjed elementi ta' challenge li se jkollha l-awtorità għax kif qegħdin ngħidu, il-kwestjoni mhux li twaħħal il-multa u toħroġ in-notice bil-multa fiha.", "Id-detterent huwa li turi li l-awtorità hija kapaċi tirkupra dawk il-multi u tirkuprahom mingħand min huma verament dovuti.", "CHARLES BUHAGIAR: Għandkom bżonn legal office b'saħħtu ħafna.", "DR. IAN STAFRACE: Kif spjegajna qabel, fil-liġi l-ġdida ntroduċejna l-mekkaniżmu li jeżisti anke f'dipartimenti oħrajn governattivi fejn bnieden jippreżenta ittra ġudizzjarja ġuramentata u jekk dak li jkun ma jikkontestax dik l-ittra ġudizzjarja b'kawża, tiġi qisek għandek ġudizzju.", "Provvdejna mekkaniżmi oħrajn fejn għandek ċerti applications li jekk ma tħallasx il-multi on submission of application ma tiġix validata.", "Jiġifieri trid tara l-assjem kollu tal-miżuri.", "Però fl-aħħar mill-aħħar l-għan ta' din il-legal notice jekk taraha b'mod ħolistiku huwa li tibgħat il-messaġġ qabel ma' actually tibda timplimenta dawn il-multi, fis-sens li qed tgħid li issa hemm multi u hemm rimedju li tapplika u hemm issa anke proċedura kif l-applikazzjoni trid tiġi determinata f'perijodu, jaqbillek tmur għal din it-triq milli għat-triq l-antika li l-ewwel tagħmel l-illegalità imbagħad tieħu ċans biex tissanzjonah.", "Jiġifieri l-messaġġ prinċipali ta' din il-legal notice u anke coupled mal-legal notice l-oħra fl-aħħar mill-aħħar dejjem dak jibqa'.", "Jiġifieri l-idea tal-awtorità mhix li toqgħod toħroġ notices bid-daily fines fihom imma hija li tibgħat il-messaġġ from an enforcement point of view li ma jaqbillekx li tinħareġ enforcement notice kontrik.", "IL-PERIT ALEX BORG: Ħaġa interessanti wkoll li hemm fil-liġi l-ġdida - li tapplika żgur għad-direct action u ma nafx tapplikax għal din ukoll - hi li jistgħu jiġu rkuprati l-flus minn min wettaq l-illegalità, jiġifieri apparti l-owner jew it-tenant, issa hemm it-tielet wieħed; min wettaq l-illegalità.", "Per eżempju, kellna dak il-każ tal-Aħrax li kien fuq il-gazzetti.", "Hemmhekk l-art hija tal-gvern, tenant ma nafx hemmx, jiġifieri dak irid jaqbad u jordom.", "Kif konna sa qabel – almenu fuq direct actions – konna dejjem nibagħtu l-kont lil-Land Department u almenu issa nistgħu nfittxu lil min ikun qed jordom.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiġifieri l-kuntrattur.", "DR. IAN STARFACE: F'dan il-każ partikolari, iva.", "CHARLES BUHAGIAR: Xtaqt nagħmel domanda fuq il-multi.", "Naħseb li hemmhekk tridu tagħmlu distinzjoni jekk is-75 square metres huwiex flat jew inkella hijiex bitħa.", "DR. IAN STAFRACE: Jekk tinkludix il-bitħa jiġifieri?", "CHARLES BUHAGIAR: Le, għax għall-MEPA bitħa hija development.", "Jekk jien qbadt u kabbart il-bitħa b'75 square metres naqa' taħt din, imma jekk nibni flat ta' taħt 75 square metres naqa' taħt din ukoll hux hekk?", "IL-PERIT ALEX BORG: L-idea kienet li naqbdu footprint li tkun l-illegalità.", "DR. IAN STAFRACE: Naturament hemm illegalità u illegalità.", "Meta bdejna nikkategorizzaw dik kienet l-ikbar problema li kellna, qisu d-direzzjoni ta' kulħadd kienet kemm jista' ikun għamlu categorization qasira, tagħmlux ħafna kategoriji, però imbagħad meta tagħmel categorization qasira bħalma hija din fejn ġbidt l-enforcement notices kollha fi tmien kategoriji, se tibda tiggrupja kif qed tgħid inti, jiġifieri għandek illegalità u illegalità.", "Tagħmel sens li dawn l-għaxar illegalitajiet jaqgħu kollha taħt kategorija waħda?", "Il-categorization dik l-ikbar diffikultà li ġġiblek u trid toħloq kategorija għax ma tistax tħalliha suġġettiva l-multa.", "CHARLES BUHAGIAR: Forsi tista' tkun built-up area 75 square metres mhux tkun landscape area per eżempju għax hemm differenza għal wieħed li kabbar ġnien għal wieħed li bena blokka appartamenti.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri din il-footprint hija additional.", "IL-PERIT ALEX BORG: L-illegalità trid tkun iktar minn 75 square metres mhux l-iżvilupp kollu.", "CHARLES BUHAGIAR: Tkun built footprint għax development il-MEPA anke landscaped area tista' issir development.", "Jekk hemm biċċa konkos hija development.", "THE CHAIRMAN: Jiena kelli l-istess problema tal-modifications, il-B1 għax fil-modifications ukoll għandek spectrum enormi.", "Jekk xi għaqqad żewġt ikmamar flimkien dik hija modification interna.", "DR. IAN STAFRACE: Però f'dak il-każ mhux se joħroġlok enforcement jekk il-binja mhijiex skedata għax it's a permitted development.", "Jiġifieri dejjem tridu tibdew minn dak il-benchmark li jekk huwa permitted development jew jgħaddi permezz ta' DNO ....", "THE CHAIRMAN: Li jgħaddi permezz ta' DNO mingħajr notifika.", "IL-PERIT ALEX BORG: Imbagħad hemm l-A1 fejn se nagħtu sensila tagħhom.", "Per eżempju jekk xi ħadd jagħmel tegole mal-faċċata, jekk xi ħadd se jagħmel porch, jekk se jagħmlu air-conditioning unit, jiġifieri dawk ukoll tista' tqishom modifications, imma dawk se jaqgħu fl-A1 mhux fil-B1 għax il-B1 se jkunu dawk l-affarijiet li mhumiex imsemmijin fl-A1 li huma żviluppi illegali.", "CHARLES BUHAGIAR: Dejjem qed nitkellmu fuq dak li huwa meqjus illum, jew meta toħroġ il-legal notice, bħala llegali hux hekk?", "DR. IAN STAFRACE: U li trid tkun seħħet wara l-legal notice mhux ħarġet l-enforcement notice biss.", "CHARLES BUHAGIAR: Le, imma jista' ikun, per eżempju, solar water heaters fuq il-bjut.", "Dawn tista' tagħmilhom u m'għandekx bżonn permess imma f'daqqa waħda ngħidu li dawn viżwalment huma koroh u jirrikjedu permess.", "Dawk li jkunu waħħluhom qabel ma tistax tagħtihom enforcement notice hux hekk?", "DR. IAN STAFRACE: Hekk hu.", "THE CHAIRMAN: L-iskali tal-fines fuq liema bażi ġew stabbiliti?", "IL-PERIT ALEX BORG: Sa ċertu punt kienu ftit arbitrarji.", "Hemm A1 u A2 qishom l-istess ħaġa distinction bejn UCA u ODZ, B1 u B2 qishom l-istess ħaġa imma distinction bejn ODZ u ODZ from UCA, bejn C1 u C2 l-istess, imbagħad hemm B3 u C3 li huma għal areas ftit akbar.", "THE CHAIRMAN: Imma l-massimu ta' €50 minn fejn joħroġ?", "IL-PERIT ALEX BORG: Mil-liġi.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri dak huwa l-massimu li tista' timponi.", "DR. IAN STAFRACE: Bħala daily fine.", "IL-PERIT ALEX BORG: Per eżempju, meta kellna meeting mal-NGOs qalulna li dik il-multa rawha baxxa.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li għal-lum nistgħu nieqfu fuq din, imma xtaqt li qabel nispiċċaw tgħidulna l-feedback li kellkom, partikolarment fuq din tad-daily fines, jekk jogħġobkom.", "DR. IAN STAFRACE: Jien se niġbed is-silta imbagħad forsi fid-dettall jidħol il-Perit Borg.", "Kif għidna, din il-legal notice ħriġniha għall-public consultation u sfortunatament ma rċevejniex ħafna feedback però l-iżjed li rċevejna huma specialised.", "Kif qal il-Perit Borg, kien hemm presentations lill-NGOs u ħadna l-feedback there and then, jiġifieri m'għamlux submissions bil-miktub.", "Mill-Kamra tal-Periti daħlet submission qabel dan il-weekend fejn ikkummentat fuq żewġ legal notices u għandna pożizzjoni fuq ħafna mill-punti li qajmet il-Kamra tal-Periti u kellna xi periti individwali li daħlu submissions huma fil-kors tal-public consultations.", "Jiġifieri ma kellniex volum ta' public consultations però tista' tgħid kellna l-aħjar tip ta' kummenti.", "THE CHAIRMAN: Il-ġist tal-Kamra tal-Periti x'kien?", "DR. IAN STAFRACE: Ħalli jispjegahom il-Perit Borg.", "IL-PERIT ALEX BORG: Rigward din ix-schedule jaħsbu li għandha tiġi spjegata aħjar u anke jkun hemm consultation fuqha qabel tittieħed id-deċiżjoni.", "Semmew ukoll li semmejtu intom jiġifieri jekk tal-minor applications għandhomx jiġu penalizzati b'daily fine u DNO.", "Bażikament aħna s'issa qed nimxu li, kif għidna, jekk tgħaddi minor amendment ma noħorġux notice u DNO noħorġu notice jekk hemm bżonn notifika u ma kienx hemm in-notifika.", "Qalu li qed jaraw kontradizzjoni għax aħna qed ngħidu li d-daily fines jidħlu meta tiġi notifikata n-notice u jekk xi ħadd japplika to sanction id-daily fine tibqa' għaddejja xorta, filwaqt li l-liġi tgħidlek li jekk xi ħadd jitfa' application to sanction enforcement notice ma nistgħux nesegwixxu n-notice.", "Fl-opinjoni tagħna m'hemmx kontradizzjoni għax fil-fatt jekk għandek illegalità qiegħda hemm l-illegalità ma neħħejthiex, u meta tapplika to sanction kważi tkun qed tammetti li hemm illegalità.", "Il-liġi tipprovdi li ma mmorrux inwaqqgħulek l-iżvilupp illegali sakemm ikun hemm deċiżjoni, imma ma jfissirx li jkun sar legali.", "Jiġifieri li jkun hemm daily fine fuq dawk ma narax problema.", "Kif semmejt, li konna qed nikkonsidraw hija li jekk dak li jkun hu stess jiġi bi proposta to sanction, id-daily fine tonqos.", "Per eżempju - qed nitfagħha għal sieqha – tonqos €25 biex l-affarijiet iż-żgħar tista' tgħid jiġu kollha maqbudin minnha.", "L-idea hi li mhux ikun hemm qisu deterrent biex dak li jkun japplika to sanction, jekk jista' ikun japplika to sanction hu.", "Min-naħa l-oħra ma nagħmluhiex jekk applika to sanction ma jkunx hemm daily fine għax nimmaġina li l-enforcement officers ma tantx joħorġu notices qabel japplikaw in-nies.", "Staqsewna x'inhi ubiquitous li din fl-idea tagħna qiegħda għal affarijiet żgħar u komuni ħafna li tarahom kullimkien.", "IL-PERIT ALEX BORG: Din ix-schedule qegħdin naħdmu fuqha u s'issa jien bgħatt għall-enforcement officers kollha.", "CHARLES BUHAGIAR: Qed nistaqsi għar-raġuni għax issa se jkollna meeting ieħor fuq il-legal notice l-oħra u jekk tilħqu tlestu x-schedule forsi tistgħu iġġibuha magħkom.", "DR. IAN STAFRACE: Żgur li mingħajr dik ix-schedule ma nistgħux indaħħlu d-daily fines fis-seħħ għaliex l-enforcement officers m'għandhomx għodda biex ovvjament jibdew isarfu dik ....", "IL-PERIT ALEX BORG: Ma naqbilx li għandu jkun żgur il-ġudizzju ta' enforcement officer jew tas-senior tiegħu kemm tiġi imposta.", "PHILIP MIFSUD: Taħsbu li din ix-schedule għandha tkun xi ħaġa ħajja li tiġi aġġornata tul iż-żmien?", "IL-PERIT ALEX BORG: Ix-schedule titla' quddiem il-Bord tal-MEPA biex tiġi approvata, jiġifieri faċilment naġġornawha meta jkun il-każ.", "Punt żgħir għall-farms għax kif qiegħda miktuba qisha ġiet parti mid-development zone.", "Min-naħa tal-NGOs l-uniku kumment li kelli kienu li qed jaraw is-somma ta' €50 baxxa għax qalu li €18,000 fis-sena, jekk hemm xi ħadd b'barriera €18,000 .… Kellimt ukoll lill-istaff tiegħi biex nieħu feedback u qabel ma ġejt hawnhekk kont qed nitkellem ma' Dr. Stafrace dwar iċ-change of use, fis-sens li jekk iċ-change of use tibqa' għaddejja jekk aħniex se nqisuha bħala breach of notice jew le.", "Jiġifieri jekk bħalissa hemm xi ħadd li għandu ħanut illegali u tiġih in-notice illum.", "Malli tidħol il-legal notice jekk se jibqa' jużah bħala ħanut se nqisulu bħala breach u allura se nimponu l-fines jew ngħidu li ċ-change of use beda qabel u allura m'hemmx breach?", "Ngħid għalija l-iktar ħaġa importanti hija li jkollna konsistenza, jiġifieri li l-enforcement officers kollha jimxu l-istess.", "Bħalissa għandna issues prattiċi, per eżempju bħal dik tal-ownership.", "Bħalissa hemm każi li jekk inkunu nafu min hu l-owner noħorġu n-notice, imma ħafna drabi ma nkunux nafu min huma l-owners u ndumu nagħmlu riċerki sakemm insibu min hu l-owner.", "Allura jista' ikun li hemm l-istess ħaġa ħdejn xulxin imma wieħed ħriġnilu n-notice mill-ewwel u l-ieħor ħriġnilu n-notice wara xahrejn u bil-€50 kuljun diġà telgħet għal €3,000, jiġifieri rridu nsibu mekkaniżmu kif tkun fair playingfield għal kuluħadd.", "Ma rridux lanqas li jkun hemm xi ħadd li jiġi jgħidilna li huwa part owner u qatt ma ġie nnotifikat.", "Kien hemm l-issue ta' jekk ikun hemm blokka flats teħodhiex bħala blokka jew flats individwali, jiġifieri dawn huma affarijiet kważi dettaljati li waqt li nkunu qed niddiskutu l-proċess mal-enforcement officers u anke x'ħin inkun qed naħseb fuqhom jien jibdew ħerġin.", "Però dawn kienu l-main issues; is-submissions tal-periti ma rajthomx.", "PHILIP MIFSUD: Jien qed nifhem li se nikkonkludu mbagħad il-ġimgħa d-dieħla jew meta nerġgħu niltaqgħu, niddiskutu l-oħra imma jekk jistgħu jagħtuna ftit feedback fuq żewġ punti li ssemmew tul din il-laqgħa, wieħed dwar il-kwestjoni li semmejna qabel tal-minor amendments, etc. jekk għandhiex tidħol xi klawsola f'dan l-avviż legali u l-ieħor fejn issemma ftit, u naħseb li huwa importanti, li jrid ikun hemm xi forma ta' riferenza għal meta ssir applikazzjoni u jekk din l-applikazzjoni teċċedi t-terminu stipulat mil-liġi.", "Għaliex jekk dak il-każ jinqala' allura jista' jagħti l-każ, speċjalment jekk l-iżvilupp ikun sanzjonat, li l-individwu jkun qed jeħel fine meta m'għandux jeħilha, jew inkella jkun qed jeħel fine għal perijodu ta' żmien li suppost ma weħilhiex.", "Naħseb li dik ukoll trid tkun riflessa b'xi mod, tkun back to back bħal meta jekk hemm l-interessi fuq ammonti li huma .....", "DR. IAN STAFRACE: Jiġifieri qed ngħidu li jekk l-application to sanction tiġi determinata fit-terminu stabbilit fil-legal notice tal-proċedura, 12 weeks, 26 weeks jew 52 weeks, id-daily fine tapplika imma ma tapplikax għall-perijodu in access ta' dak il-perjodu.", "PHILIP MIFSUD: Jiena naħseb li hekk għandu jkun.", "Jiena ngħid jekk għandhiex tapplika.", "Taż-żewġ fines naraha iebsa ħafna.", "PHILIP MIFSUD: Imma dak imbagħad naħseb li huwa t-tielet punt li wieħed għandu jiddeċiedi jekk hux waħda jew l-oħra.", "THE CHAIRMAN: Però ejjew naraw anke mat-tieni waħda, mat-tieni legal notice.", "DR IAN STAFRACE: Is-suġġeriment huwa li per eżempju jekk inti weħilt il-fine l-oħra tal-massimu ta' €50,000 .....", "THE CHAIRMAN: Sakemm forsi nagħmlu xi eċċezzjoni per eżempju f'każ ta' C3 jew xi ħaġa hekk.", "DR. IAN STAFRACE: Tikkategorizzahom mal-każijiet.", "IL-PERIT ALEX BORG: Hemm ix-scenario l-ieħor li nistgħu mmorru prosecution u l-qorti twaħħal il-multa hi wkoll.", "DR. IAN STAFRACE: Dak huwa l-aħħar punt li ridt insemmi għax id-daily fines qishom qed jiġu introdotti issa, però qabel l-1992 u anke fi żmien il-PAPB meta individwu kien jiġi prosecuted talli għamel illegalità, id-daily fines kienu jeżistu.", "Fil-fatt ftit ilu għadha kemm ingħatat sentenza fil-Qorti t'Għawdex fejn bniedem weħel €60 a day sakemm jirrestawra barriera li skava b'mod illegali.", "Hemmhekk il-kunċett tad-daily fines kien jeżisti, imma l-problema li għandek hi li dawk id-daily fines ma jaslux għand il-MEPA.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Il-qorti tista' tagħti daily fine over and above tal-MEPA jew inkella waħda teskludi lill-oħra?", "DR. IAN STAFRACE: Meta l-awtorità – u dejjem hekk ġara anke fi żmien il-PAPB – tiddeċiedi liema triq se tieħu, you either prosecute jew inkella timxi bi proċedura interna tal-enforcement għaliex jekk se tiddeċiedi li se tagħmilhom it-tnejn flimkien, legalment ....", "THE CHAIRMAN: Jekk ikollok il-każ li xi ħadd appella mid-daily fine u tilifha, però imbagħad appella minn dak l-appell mal-qorti u jitlef l-appell mill-qorti, jiġifieri l-qorti tista' tagħmel żewġ affarijiet, tista' tikkonferma l-fines tal-MEPA jew timponi .....", "DR. IAN STAFRACE: Meta qed ngħid il-qorti jiġifieri l-Qorti Kriminali, il-qorti li mmorru quddiemha minn appelli ta' tribunal ta' reviżjoni dik hija l-Qorti tal-Appell Ċivili, jiġifieri hemmhekk ma jistgħux jeħlu daily fines.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri fil-Qorti Ċivili ma japplikawx.", "DR. IAN STAFRACE: Naħseb if we may, forsi għas-seduta li jmiss nagħtukom update rigward dawn il-queries li qajjimtu u wkoll xi interventi oħra li se nagħmlu as a result tas-session tal-lum.", "Jiġifieri għall-meeting li jmiss fil-każ li nagħmlu hija li nagħtukom update fuq dawn il-punti fejn xtaqtu kjarifiki, nagħtukom ukoll update fuq xi interventi tekiċi li se jilħqu jsiru anke fuq kummenti li saru llum.", "Forsi jekk ikollna x-schedule lesta tiġi ppreżentata lilkom qabel ħalli wara li nkunu tlajna l-bord nilħqu nissottomettuha lilkom biex forsi fid-diskussjoni li jkollna tiġi diskussa dik ukoll u nilħqu niddiskutu l-legal notice l-oħra.", "THE CHAIRMAN: Tridx allura nħallu 15-il ġurnata qabel nagħmlu laqgħa oħra?", "DR. IAN STAFRACE: Naħseb li jkun aħjar.", "Mr Chairman, bħala riżultat tal-ewwel meeting li kellna nixtieq nagħtikom update rigward l-outline u l-Land Department dwar il-kwestjoni li kien qajjem l-Onor.", "Id-diskussjonijiet mal-Land Department saru l-ġimgħa l-oħra u nista' ngħid li fuq il-prinċipju hemm qbil, kemm jiġi fformalizzat in writing.", "THE CHAIRMAN: Il-proċedura alternattiva fejn f'dak il-każ dik l-emenda li għamilna f'dawk il-każi fejn s'issa l-Land Department kien jitlob outline permit għad-disposal of property, issa se tiġi stabbilita proċedura alternattiva u jgħidulna x'inhi.", "DR. IAN STAFRACE: Id-diskussjoni s'issa hija li fil-każijiet sempliċi l-iscreening letter tkun suffiċjenti għal-Land Department filwaqt li fil-każijiet li jaqgħu taħt category 1 li huma l-major projects, ikun hemm il-brief, li dak li se jieħu over dak li kien hemm l-outline, però qed jiġi abbozzat sort of memorandum of understanding li ovvjament nassumi li s-Segretarju Parlamentari jissottometti meta javża lill-Kamra li se tidħol fis-seħħ l-emenda.", "Safejn naf jien il-policy tagħhom mhijiex legal notice li titlob li jkollok outline.", "Infatti meta ċċekjajna magħhom huma kienu jistrieħu fuq il-provvediment li kien hemm taħt id-Development Planning Act, dak li għedtilkom l-aħħar darba li tneħħa, li biex il-gvern jiddisponi minn art irid li jkun hemm permess.", "Dak il-provvediment issa tneħħa, s'issa ma ndikawlniex li qiegħed f'legal notice minn naħa tagħhom, però jekk qiegħed f'legal notice trid tiġi emendata l-legal notice.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjakom u naġġorna l-Kumitat għat-Tnejn, 28 ta' Frar, 2010.", "Fit-8:00 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010214_002d_dev.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 39", "L-Erbgħa, 14 ta' Marzu 2001, fit-8.00 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 14 ta' Marzu 2001, fit-8.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra.", "9 ta' Marzu 2001 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010314_039a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 14 ta' Marzu 2001", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "Mr Speaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor l-Onor Mario Galea, l-Onor Victor Galea Pace, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor George Vella.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 38 li saret fil-31 ta' Jannar 2001, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Fuq punt imqjjem mill-Onor Joe Mizzi dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni ta' l-Annimali mressaq mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, wara diskussjoni qasira l-Kumitat qabel li l-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u l-Whip ta' l-Oppożizzjoni kellhom jindagaw fiex waslu l-konsiderazzjonijiet tad-draft ta' l-Abbozz ta' Liġi propost mill-Gvern u dak propost mill-Oppożizzjoni.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li:-", "(a) fis-seduta ta' fil-għaxija ta' nhar it-Tlieta, 20 ta' Marzu, il-Kamra tiddiskuti l-Mozzjoni Nru 194 dwar ir-Ratifika tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta' l-Użu, Ħażna, Produzzjoni u Trasferiment ta' Mini ta' Kontra l-Persunal u d-Distruzzjoni tagħhom;", "(b) possibbilment fis-seduta ta' fil-għodu ta' nhar l-Erbgħa, 21 ta' Marzu, il-Kamra tiddiskuti l-Mozzjoni Nru 187 dwar l-Estensjoni tat-Terminu tat-Twaqqif tat-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji;", "(c) fis-seduta ta' fil-għaxija ta' nhar l-Erbgħa, 21 ta' Marzu, il-Kamra tiddiskuti l-Mozzjoni Nru 195 dwar ir-Ratifika tal-Konvenzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari; u li", "(d) l-ordni għall-kumplament tax-xogħol tal-Kamra jkun kif ġej:", "(i) Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Abbozz Nru 75 - Kumitat;", "(ii) Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Abbozz Nru 3 – Tieni Qari (Kont.);", "(iii) Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Abbozz Nru 35 - Tieni Qari;", "(iv) Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali - Abbozz Nru 99 - Tieni Qari; u", "(v) Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Abbozz Nru 92 - Tieni Qari.", "Mr Speaker għadda formalment liż-żewġ naħat tal-Kamra r-rapport dwar ir-reviżjoni ta' l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra mħejji minn Dr Ugo Mifsud Bonnici, liema rapport kien diġa' għaddiehulhom b'mod informali.", "Il-Kumitat qabel li r-rapport ikun aċċessibbli għall-mezzi tal-media u għall-pubbliku ġenerali, u li wara li r-rapport jiġi studjat miż-żewġ naħat, kellu jinstab metodu kif issir diskussjoni aktar fil-fond fuq l-emendi meħtieġa.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor George Vella, il-Kumitat qabel li għandha tinġabar informazzjoni dwar liġi li għaddejja mill-Parlament ta' Ċipru li tittratta dwar l-interessi u l-assi ta' membri parlamentari.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali qajjem il-punt li Ministri u Segretarji Parlamentari ma jingħatawx envelopes u letterheads mill-Parlament, bħalma jingħataw backbenchers sabiex jikkorrispondu mal-kostitwenti.", "Wara diskussjoni qasira, il-Kumitat qabel li jkompli jiddiskuti dan il-punt fi stadju ulterjuri.", "Fit-8.35 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010314_039m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 40", "L-Erbgħa, 16 ta' Mejju 2001, fis-7.30 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 16 ta' Mejju 2001, fis-7.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra.", "11 ta' Mejju 2001 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010516_040a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 16 ta' Mejju 2001", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fis-7.33 p.m.", "Mr Speaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor Carmelo Abela, l-Onor l-Onor Mario Galea, l-Onor Victor Galea Pace u l-Onor George Vella.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 39 li saret fl-14 ta' Marzu 2001, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Fuq punt imqajjem mill-Onor Carmelo Abela dwar fiex wasal id-draft ta' l-Abbozz ta' Liġi propost mill-Gvern għal Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni ta' l-Annimali, il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali indika li l-Abbozz ta' Liġi kien mistenni li jiġu ppubblikat fil-ġranet li ġejjin.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali informa lill-Kumitat li:-", "matul il-ġimgħa ta' wara l-Parlament kellu jiltaqa' t-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa fil-għaxija;", "it-Tnejn, 21 ta' Mejju tkompli d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Restituzzjoni ta' Ċerti Artijiet – Abbozz Nru 75 – u warajh tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi – Abbozz Nru 133;", "il-ħsieb tal-Gvern kien li l-mozzjoni ta' l-Onor Angelo Farrugia għat-tħassir ta' diversi avviżi legali konnessi mat-tariffi tal-qorti tibda tiġi diskussa nhar it-Tlieta, 22 ta' Mejju u peress l-Onor Carmelo Abela indika li l-Oppożizzjoni kellha bżonn żewġ seduti għal din il-mozzjoni, id-diskussjoni kellha tkompli nhar l-Erbgħa, 23 ta' Mejju u, jekk ikun hemm bżonn, nhar it-Tnejn, 28 ta' Mejju.", "L-Onor George Vella reġa' qajjem il-punt dwar l-abbozz ta' liġi li kellu jgħaddi mill-Parlament ta' Ċipru dwar id-dikjarazzjoni ta' l-assi (illicit declaration).", "Mr Speaker informa lill-Kumitat li kienet saret il-korrispondenza neċessarja mal-Parlament ta' Ċipru u li jekk jirċievi xi materjal jgħaddih lill-membri minnufih.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor George Vella, il-Kumitat iddiskuta x'għandu jsir meta jkun hemm inviti għal parteċipazzjoni f'fora internazzjonali li jkunu indirizzati lil presidenti ta' kumitati permanenti jew lil Membri individwali.", "Tqajjem ukoll il-punt li delegazzjonijiet parlamentari li jkunu attendew konferenzi barra minn Malta mhux dejjem qed jippreżentaw rapporti dwar il-laqgħa li jkunu attendew għaliha u l-parteċipazzjoni tagħhom.", "Tqajmet ukoll diskussjoni dwar l-inviti li nħarġu lid-deputati fl-okkażjoni taż-żjara tal-Papa u l-protokol li jiġi segwit f'okkażjonijiet pubbliċi u soċjali.", "Mr Speaker fakkar lill-Kumitat li kien qed jistenna r-reazzjonijiet taż-żewġ naħat tal-Kamra għar-rapport imħejji minn Dr Ugo Mifsud Bonnici dwar it-tibdil fl-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra.", "L-Onor Mario Galea rrapporta lill-Kumitat li hu u l-Onor Carmelo Abela kienu ltaqgħu ma' uffiċjal tal-Health Promotion Unit, fejn flimkien fasslu draft ta' non-smoking policy għall-Parlament, li mbagħad ġiet diskussa miż-żewġ gruppi parlamentari sabiex eventwalment titfassal il-policy finali.", "Fit-8.22 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010516_040m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 37", "It-Tlieta, 19 ta' Ġunju 2001 fis-7.00 p.m.", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 19 ta' Ġunju 2001 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Implimentazzjoni tal-pjan stateġiku għall-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali.", "5 ta' Ġunju 2001 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010619_037a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 37", "It-Tlieta, 19 ta' Ġunju, 2001", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 37", "It-Tlieta, 19 ta' Ġunju, 2001", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.08 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 36 li saret fit-30 ta' Jannar, 2001, ġew konfermati.", "PJAN STRATEĠIKU GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KURRIKULU NAZZJONALI", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): L-ewwelnett nixtieq nibda billi nirringrazzja lilkom kollha talli għoġobkom tilqgħu l-istedina tagħna biex tiġu hawnhekk ħalli niddiskutu l-implimentazzjoni tal-kurrikulu.", "Is-sena l-oħra f'dan il-kumitat iddiskutejna t-tfassil tal-kurrikulu qabel ma beda jitħaddem.", "Kellna diskussjoni estensiva ħafna u issa li wasalna fil-fażi ta' l-implimentazzjoni tiegħu, inħoss li flimkien għandna niddiskutu x-xogħol li sar u naraw kif il-kurrikulu qed jiġi attwat.", "Biex ngħid hekk, dan huwa t-test tax-xogħol li sar biex tfassal il-kurrikulu, u nagħtu bidu għad-diskussjoni billi nistieden lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor.", "Louis Galea, jagħti introduzzjoni qasira dwar l-implimentazzjoni tal-kurrikulu nazzjonali.", "Nitlob li kemm jista' jkun il-preżentazzjonijiet ikunu konċiżi, ħalli wara, il-membri tal-kumitat ikunu jistgħu jagħmlu mistoqsijiet jew suġġerimenti.", "Infakkarkom li dawn is-sessjonijiet huma rekordjati u dak li jingħad huwa pubbliku.", "L-Onor.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Sinjura President, Onor. kollegi, sinjuri.", "Kif aċċennajt inti, Onor. D'Amato, fil-bidu tas-sena li għaddiet ippubblikajna l-kurrikulu nazzjonali bil-messaġġ \"Inwelldu l-Ġejjieni Flimkien\".", "L-akbar preokkupazzjoni li kellna wara l-pubblikazzjoni tiegħu, kienet kif l-objettivi, il-miri u d-direzzjoni, konna se nwettquhom u allura mill-ewwel waqqaft żewġ gruppi ta' xogħol, in-National Steering Committee on the Implementation of the National Minimum Curriculum presedut mill-Prof.", "Kenneth Wain, u t-Training Strategy Formulation Team, maħsub biex jiffoka fuq it-taħriġ, li kien immexxi mid-Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni, is-Sur Charles Mizzi.", "L-isteering committee dwar it-twettiq tal-kurrikulu, kif kien mistenni, baqa' miexi fuq it-tradizzjoni li konna bdejna nsawru fis-snin ta' qabel, jiġifieri fuq il-linja ta' konsultazzjoni, ta' djalogu, ta' preżenza tal-partijiet kollha involuti fil-proċess edukattiv.", "Mhux biss il-kumitat innifsu kellu rappreżentanza wiesgħa kif se jkollna ċans nisimgħu iktar tard fi preżentazzjonijiet oħrajn, iżda talli kien hemm sena sħiħa ta' konsultazzjonijiet li kienu magħmula b'mod preparat biex jiġi assigurat li kulħadd ikollu l-opportunita' li jirrifletti u jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-aħjar metodu u l-aħjar strateġija li bih nistgħu nwettqu l-kurrikulu nazzjonali, u biex tiġi assigurata wkoll li dik il-konsultazzjoni tkun waħda rilevanti u maħsuba biex meta wieħed ikun qed jieħu sehem fi gruppi ta' xogħol, jew f'konferenzi, jew jirrispondi kwestjonarji, jew jagħti pariri, ikun qed jagħmlu bl-iktar mod preparat u effettiv possibbli.", "Ix-xogħol li kien mitlub jagħmel l-isteering committee lestih fiż-żmien mogħti lilu u fil-fatt fl-aħħar tas-sena li għaddiet jiena ġejt ippreżentat bir-rapport tiegħu.", "Wara perijodu ta' eżami ta' dan ir-rapport u wara kjarifiki li tlabt miċ-chairman tal-kumitat, il-Prof.", "Kenneth Wain, u wara diskussjonijiet individwali li kelli ma' membri li kienu fuq il-kumitat biex nifhem aħjar uħud mir-rakkmandazzjonijiet li kienu qegħdin isiru u uħud mil-linji strateġiċi li l-pjan kien qed jindika, u fuq pariri li kelli mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, ħassejt li dan huwa rapport li għandu jiġi aċċettat.", "Kien f'dan il-kontest li l-Ministeru u d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ħadmu biex jippreżentaw proposta lill-gvern ħalli r-rapport ikun endorsed u aċċettat minnu.", "Ridna li l-gvern jimpenja ruħu dwaru u jifhem l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-pjan ta' strateġija.", "Dan hu x'għamel il-Kabinett fil-bidu ta' din is-sena meta aħna ressaqnih għall-konsiderazzjoni tiegħu.", "Fil-fatt kif jaf kulħadd, id-dokument ġie pubblikat u disseminat bl-iktar mod wiesa' possibbli biex nassiguraw li d-direzzjoni, ir-rakkmandazzjonijiet u t-target speċifiċi, il-miri li qegħdin inpoġġu quddiemna, ikunu ħwejjeġ li jafhom kull min irid iħaddimhom, ibda min-nies involuti f'oqsma ta' policy making fil-ministeru, fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u fid-diversi dipartimenti li jaqgħu tagħha, u wisq iktar il-kapijiet kollha ta' l-iskejjel u l-għalliema konċernati.", "Tajjeb li wieħed jirrimarka li qegħdin nitkellmu fuq strateġija, fuq policy, li ma tapplikax biss għall-iskejjel ta' l-Istat imma għall-iskejjel kollha, kemm dawk tal-Knisja kif ukoll dawk indipendenti.", "Naturalment hemm ċerti deċiżjonijiet li jridu jittieħdu biex il-pjan ikun jista' jitwettaq u jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn l-introduzzjoni tal-pjan strateġiku, jara li hemm elenkati erba' punti partikolari li wieħed irid iħares lejhom.", "L-ewwel punt li diġa' rreferejt għalih, huwa li l-pjan strateġiku jrid jiġi endorsed u jsir parti mill-istrateġija nazzjonali tal-gvern fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Marbuta ma' dan kien hemm it-twaqqif ta' l-istruttura ċentrali li riedet tieħu ħsieb dan il-pjan ta' strateġija u fil-fatt, kif kulħadd jaf, jiena mxejt mar-rakkmandazzjonijiet ta' dak il-pjan u ħtarna l-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu li flimkien mal-Ministeru u mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, jridu jaraw, isegwu, jiggwidaw, jappoġġjaw, u pass pass jevalwaw l-implimentazzjoni tal-ħidma li trid issir fid-dawl tal-kurrikulu nazzjonali.", "Il-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu huwa forum ta' importanza nazzjonali għall-edukazzjoni ta' pajjiżna.", "Huwa forum li jirrifletti l-estensjoni tal-kurrikulu għall-iskejjel kollha kemm huma u fih insibu preżenza kemm ta' l-iskejjel tal-Knisja kif ukoll ta' l-iskejjel indipendenti, apparti rappreżentanti ta' l-Istat.", "Il-kunsill jirrifletti interessi oħra, stakeholders oħra, bħalma huma l-ġenituri u ċerti setturi oħrajn li importanti li jkollna l-kontribut tagħhom f'din il-fażi importanti ta' l-edukazzjoni li għaddejja minnu pajjiżna.", "Aħna qegħdin naraw li l-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu fil-fatt qed jaħdem u aktar 'il quddiem se nisimgħu mill-membri stess dwar dak li qed jiġri fil-kunsill biex mhux biss nieħdu ħjiel tax-xogħol li qed isir, imma anke tad-diffikultajiet li rridu nżommu quddiem għajnejna u li rridu negħlbu, u ta' l-opportunitajiet importanti li għandna quddiemna.", "Deċiżjoni oħra li l-pjan jispigola biex inkunu nistgħu navvanzaw 'il quddiem l-implimentazzjoni ta' dan il-pjan, kienet il-kwestjoni tal-finanzjament.", "Meta tlabna lill-gvern jikkonsidra dan il-pjan, ridna li jikkonsidra wkoll l-implikazzjonijiet finanzjarji tiegħu u kif kellna l-opportuntia' li ngħidu diversi drabi fil-Parlament u fil-pubbliku, il-gvern poġġa għad-dispożizzjoni tat-twettiq ta' dan il-pjan fondi sostanzjali kif huwa kalkolat li hemm bżonn.", "Naħseb li din kienet it-tieni deċiżjoni kruċjali li ntalbet fil-pjan innfisu bħala punt importanti jekk wieħed irid jasal għall-implimentazzjoni tiegħu.", "Il-pjan isemmi żewġ oqsma oħra li huma ta' portata fundamentali.", "L-ewwel wieħed huwa t-teħid ta' deċiżjonijiet ta' policies f'numru ta' oqsma li huma elenkati fil-pjan innfisu.", "Dan jappartjeni l-ħidma tal-kunsill nazzjonali u fil-fatt diġa' qed isegwi l-oqsma diversi u jieħu d-deċiżjonijiet li jidhirlu li huma meħtieġa biex it-twettiq tal-pjan iseħħ.", "Naturalment, minn żmien għal żmien nistennew li fil-firxa ta' dawn il-ħames snin, il-kunsill jew id-diviżjoni, skond kif jappartjeni lilhom fil-mansjonijiet tal-qadi ta' dmirijiethom, jirrikkmanda lill-ministeru għat-tfassil ta' policies u flimkien nikkonsidrawhom waħda waħda, niddeċiedu dwarhom u fl-aħħarnett nattwawhom.", "Ir-raba' punt li l-pjan strateġiku jsemmi huwa li jrid ikun hawn sforz nazzjonali biex jitneħħew ostakoli - il-pjan jiddiskrivihom bħala national-level obstacles - għall-implimentazzjoni tiegħu.", "Il-pjan jagħmel riferenza partikolari għall-parteċipazzjoni u t-taħriġ ta' l-għalliema.", "Naturalment fuq dan l-aħħar punt huwa ċar ħafna li l-implimentazzjoni tal-pjan strateġiku fil-kamp ta' l-edukazzjoni li hu mistenni li jġib qabża ta' kwalita' importanti fl-esperjenza edukattiva, ma tiddependix biss billi xi parti waħda tieħu sehem fis-sistema u l-proċess edukattiv.", "Kif diġa' ntqal, huwa kbir in-numru ta' stakeholders fil-proċess edukattiv u dawn jinkludu uffiċjali minn diversi ministeri, dipartimenti u aġenziji, rappreżentanti minn diversi unions, minn diversi strutturi u mill-partijiet soċjali, pero' fuq kollox, it-twettiq tal-pjan jiddependi bil-kbir mill-edukaturi li qed joperaw fuq il-livell ċentrali bħala l-mexxejja tat-taqsima edukattiva fil-pajjiż u fuq livell iktar diċentralizzat, jiddependi bil-kbir mill-kapijiet ta' l-iskejjel, mill-għalliema u mhux l-inqas, mill-ġenituri.", "Meta wieħed jiġi biex jirrifletti fuq id-deċiżjonijiet dwar l-istrateġiji meħtieġa biex aħna ntaffu u neliminaw kemm nistgħu dawn in-national-level obstacles li qegħdin fit-triq għat-twettiq tal-kurrikulu nazzjonali, jara kemm hija importanti l-operazzjoni li jrid jagħmel il-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu u anke l-importanza tal-parteċipazzjoni kontinwa ta' l-istakeholders kollha involuti.", "Il-ministeru u d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni se jibqgħu jsegwu attentament minn ġurnata għall-oħra l-iżviluppi fit-twettiq tal-kurrikulu nazzjonali, pero' aħna ma rridux li l-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu jkun xi kumitat li qed jiltaqa' sempliċement biex iġib flimkien l-istakeholders issa li m'għadniex fl-istadju ta' kumitat li qed ifassal proposti għall-kurrikulu nazzjonali, jew fil-fażi li qed ifasal pjan strateġiku biex jirrakkmandah lill-gvern, imma li jkun għodda ta' importanza kbira biex jidditermina x'qed jiġri fit-twettiq tal-kurrikulu.", "Il-ministeru u d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qegħdin hemm biex jappoġġjaw id-direzzjonijiet, id-deċiżjonijiet u l-gwida li jagħmel il-kunsill nazzjonali.", "It-terms of reference tal-kunsill huma importanti ħafna u l-istennija tiegħi hija li l-kunsill jaqbad id-diversi truf li jpoġġi quddiemu l-pjan strateġiku biex bl-għajnuna ta' kulħadd jixprunah lejn it-twettiq tiegħu.", "Fl-aħħar mill-aħħar, ilkoll kemm aħna anzjużi li naraw li x-xogħol u r-riżultati ta' dak kollu li ddiskutejna u li fassalna flimkien fis-snin li għaddew u li issa qegħdin nipprovaw inwettqu, ikunu ħwejjeġ li mmissuhom b'idejna ma' l-istudenti fil-klassi u li jibdew jissawru bl-iktar mod konkret fl-iskejjel li aħna rridu niżviluppaw bħala ċentri ta' tagħlim u ta' kultura fil-komunitajiet tagħna.", "Dan huwa sforz li ma jista' jkollu l-ebda suċċess jekk ma jkunx hemm sħubija pożittiva u kostruttiva bejn l-għalliema, il-ġenituri u l-istakeholders kollha li qegħdin hemm biex joffru l-infrastruttura u l-appoġġ biex din is-sħubija tagħti l-aqwa frott tagħha.", "Sinjura President, filwaqt li jiena se nsegwi b'attenzjoni kbira d-dibattitu u d-diskussjoni kollha li se ssir f'dan il-kumitat u nkun dispost li nintervjeni u nagħti l-fehmiet tiegħi u l-informazzjoni li nista' nagħti fuq kull materja li tista' titqanqal, irrid nagħlaq din l-introduzzjoni billi l-ewwelnett nerġa' nrodd ħajr pubblikament u minn qalbi, lin-national steering committee dwar l-implimentazzjoni tal-kurrikulu nazzjonali li tmexxa b'dedikazzjoni u b'impenn kbir mill-president tiegħu, Prof. Kenneth Wain, u bl-istess impenn u dedikazzjoni ħadu sehem fih id-diversi membri li kienu ġejjin minn oqsma differenti.", "Inħossni sodisfatt li fil-qasam edukattiv kellna kumitat - bħall-kumitati ta' qablu li fasslu diversi abbozzi - li ngħata terms of refernce li fil-fehma tiegħi ma kenux terms of reference ħfif imma kienu jirrikjedu ċerta profondita' ta' diskussjoni u firxa ta' għerf fil-kamp edukattiv, u li barra li ddiskuta u kkonsulta ma' mijiet kbar ta' stakeholders f'dan il-kamp, irnexxielu li jwettaq ix-xogħol tiegħu fiż-żmien li ngħatalu.", "Irrid nirringrazzja ħafna minn qalbi lil dawk kollha li qegħdin iservu fil-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu, il-kunsill li issa għandu mhux biss sena biex jaħdem, imma li għandu quddiemu firxa ta' żmien mhux ħażin.", "Irrid inrodd ħajr speċjali lid-Direttur, is-Sinjorina Mary Vella, li barra li qed tkompli terfa' fuq spallejha x-xogħol tad-Dipartiment tal-Kurrikulu fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, aċċettat ukoll li terfa' l-piż li tippresjedi dan il-kunsill li kif għedna huwa magħmul minn diversi stakeholders.", "Nifhem li fil-kamp ta' l-edukazzjoni mhux dejjem faċli li d-diversi partijiet li jista' jkollhom miri differenti, jekk mhux ukoll interessi differenti, iġġibhom flimkien madwar mejda biex jaġixxu b'qalb u vuċi waħda, u għaldaqstant irrid nirringrazzja lilha u lil kull min qed iservi fuq il-kunsill, għax-xogħol kollu li qed jagħmlu.", "Uħud mill-membri fuq il-kunsill huma uffiċjali pubbliċi, pero' dan ix-xogħol qed jagħmluh over and above ix-xogħol normali tagħhom.", "Fil-kunsill hemm ukoll numru ta' persuni li ġejjin minn setturi differenti li m'humiex impjegati mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni jew mal-gvern, u m'hemmx dubju li anke dawn qed jagħtu kontribut mill-ħin tagħhom u kemm jiena kif ukoll il-gvern, rikonoxxenti tax-xogħol li qed jagħmlu.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak Ministru.", "Jiena ta' l-opinjoni li issa nistieden lid-Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni biex jagħti overview tas-sitwazzjoni u mbagħad wara, il-membri tal-kumitat ikollhom iċ-ċans jagħmlu l-mistoqsijiet li jkunu jixtiequ jagħmlu kemm lilu u kemm lill-Ministru Galea li se jibqa' hawnhekk magħna.", "LOUIS GALEA: Sinjura President, jekk tippermettili, naħseb li l-preżentazzjoni dettaljata għandha ssir mill-President tan-National Curriculum Council għax il-kompetenza hekk titlob.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ir-raġuni li se nuża din is-sistema hija minħabba li d-direttur ġenerali għandu l-overview tas-servizzi edukattivi li għandna f'pajjiżna, u s-Sinjorina Mary Vella, bħalma għamlet fil-laqgħa meta konna qed niddiskutu n-national minimum curriculum, tkun tista' tiffoka b'mod iktar dettaljat fuq l-implimentazzjoni.", "IS-SUR CHARLES MIZZI (Direttur Ġenerali, Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni): Sinjura President, il-preżentazzjoni tiegħi m'hijiex se tkun twila għax la rrid nirrepeti affarijiet li diġa' qal il-Ministru, u lanqas ma jien beħsieni nagħti dettalji tekniċi għax dak huwa spazju tad-direttur tal-kurrikulu li ex officio – u b'ċertu sodisfazzjon ngħid ex officio - hija president tal-Kunsill tal-Kurrikulu Nazzjonali.", "Nippreferi nagħmel ftit kummenti li permezz tagħhom nipprova nagħmel contextualisation sabiex ikollna occhio clinico li jista' jgħin id-dibattitu fuq il-pjan strateġiku.", "Naħseb il-fatt li l-pjan strateġiku wasal f'dan l-istadju, huwa a momentous occasion għad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Huwa punt storiku għax qed jerġa' jenfasizza ħaġa li konna bdejna t-triq għaliha.", "Bla dubju ta' xejn u bla tlaqliq nistgħu ngħidu li l-ikbar prijorita' tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hija l-implimentazzjoni tal-pjan srateġiku għall-implimentazzjoni tal-kurrikulu nazzjonali.", "Għal darb'oħra qed nerġgħu ngħidu li d-diviżjoni qed titlaq ftit ftit mill-kultura tagħha kif konna nafuha fl-antik, meta kienet tikkonċentra u tiċċentra lilha nnifisha fuq il-proviżjoni tal-ħtiġijiet ta' l-iskejjel, ċioe' l-affarijiet kwantitattivi, bħalma huma t-trasport, l-għalliema, ir-riżorsi eċċ., u qed timxi għal xi ħaġa li hija iktar ċentrali, li hija l-qalba ta' l-edukazzjoni, x'inhu proprju jiġi mgħallem fl-iskejjel.", "Minn dak il-lat hija l-ikbar prijorita', hija integrali għad-diviżjoni u għaldaqstant kien tajjeb ħafna li din ma tagħmilhiex id-diviżjoni waħedha.", "Bit-twaqqif tal-pjan strateġiku u bit-twaqqif tal-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu mmexxi mid-Direttur tal-Kurrikulu fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, inħoloq spazju sabiex jidħol ħaddieħor.", "Il-formulazzjoni hija iktar konsenswali, hija iktar integrata u allura, kif qal il-Ministru, xogħolna jagħmel ħafna aktar sens jekk minflok ma mmexxu minn quddiem, leading from the front, nidraw teknika ftit iktar sottili where we lead from the back.", "Din qed ngħiduha wkoll lill-kapijiet ta' l-iskejjel tagħna.", "L-importanti hu li tkun taf x'inhi d-direzzjoni, tħoss li d-direzzjoni hija tajba u se tagħmel ġid, u allura tħalli lil dak li jkun jimxi bil-mod tiegħu, pero' fl-istess waqt insostnu r-riżorsi kollha tagħna biex nagħtu appoġġ sabiex il-miri jitwettqu.", "Id-Direttur tal-Kurrikulu se tispjega l-punti tekniċi tal-pjan strateġiku, pero' fi pjanijiet strateġiċi għat-twettiq ta' kurrikulu f'xi kontest nazzjonali, hemm żewġ affarijiet li wieħed irid ilaqqagħhom flimkien; l-element ta' deċentralizzazzjoni u l-element ta' kontroll.", "Per eżempju fl-Ingilterra qed jipprovaw jersqu biex jistabbilixxu iktar kontroll f'sistema li kienet għal kollox sparpaljata.", "Deċentralizzazzjoni totali tista' twassal biex ikollok nuqqas ta' koerenza u nuqqas ta' koordinazzjoni, waqt li mill-banda l-oħra, ċertu kontroll jista' joħnoq l-iżvilupp ta' organizzazzjoni, per eżempju ta' skola.", "Jien kont preżenti waqt id-dibattiti li nżammu dwar it-tfassil tal-pjan strateġiku - kont membru ta' l-istrategic committee għalkemm m'iniex membru tal-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu preżenti - u nista' ngħid li dawn il-punti tqajmu waqt dawk il-laqgħat.", "Fil-fatt kienet interessanti kif bejn teżi u antiteżi ħarġet ċertu sinteżi.", "Proprju l-bieraħ, fl-uffiċċju tiegħi kelli lil Mrs Pepin li hija l-head ta' l-European Unit ta' l-EURYDICE u kif qalet hija stess, meta huma jagħmlu l-komparabilita' bejn is-sistemi edukattivi kollha Ewropej, isibu li waħda mill-affarijiet li qed tinkwieta lil ħafna nazzjonijiet hija kif lill-iskejjel tagħtihom iktar nifs mingħajr ma tħalli lis-sistema taħrablek minn idejk.", "Mingħajr ma nidħol fid-dettalji, ngħid li dan il-pjan qed jistabbilixxi li tlieta, erba' snin oħra, l-iskejjel kollha jkunu waslu f'ċertu livell, pero' t-triq li dawn jaqbdu biex jaslu hemmhekk, tiddependi minn fejn bdew, mis-saħħa li għandhom u mit-triq li jagħżlu huma.", "Mela l-fatt huwa li dan il-pajjiż qed jipproponi mudell u qed jipproponi li wara ċertu snin trid tasal f'ċertu stadju, pero' kif tasal hemmhekk jiddependi mid-direzzjoni li tkun ħadet l-iskola.", "Forsi qabel konna ngħidu li kull skola bilfors trid tagħmel ċertu passi u allura waqt li tkun qed tagħmel l-ordni, tkun ukoll qed toħnoq.", "Issa għandna dan il-mudell u se nagħtuh trial ħalli naraw jekk jimxix, iżda jien fiduċjuż illi se naslu.", "Kif għedt qabel, dan huwa mument storiku għax mill-kliem se nersqu għall-fatti u jien ċert illi l-baħar li jikkumbatti se ngħadduh ukoll.", "Mrs Pepin, id-direttur ta' l-EURYDICE, kienet interessata ħafna fil-mudell tagħna u qaltli li se jkunu qed iħarsu ħafna lejh peress li jista' jkun forma ta' laboratorju minħabba li jissintesizza żewġ polaritajiet li kienu jeżistu meta pjanijiet strateġiċi ġew imfassla biex iwasslu l-kurrikulu f'pajjiżi oħra.", "Il-pjanijiet strateġiċi għat-twettiq ta' kurrikulu jippruvaw jużaw żewġ tipi ta' għodda; pressure u support.", "Biex l-iskejjel twassalhom xi mkien, hawn min jipprova jadotta s-sistema ta' pressure, imbuttaturi kbar, u hawn min imur għas-support.", "Jista' jkun li attwalment wieħed irid jasal għal sitwazzjoni fejn ikollok kemm support u kemm pressure, pero' imbagħad tqum id-domanda minn xiex għandek tibda.", "Tibda bil-pressure u tagħti s-support, jew tibda bis-support u teżerċita l-pressure?", "U kif għedt lid-Direttur Pepin il-bieraħ, l-istrategic plan tagħna għamel għażla u definittivament m'għamilx l-għażla Ingliża li hija bbażata totalment fuq pressure, fuq league tables u jekk l-iskola m'hijiex qiegħda 'l fuq fil-league tables, ifisser li qed tbati.", "Hija sistema ta' kif tipprova tilħaq oġġettiv strateġiku biex twassal il-kurrikulu permezz ta' pressjoni qawwija.", "Il-pjan strateġiku tagħna warrab din it-tip ta' filosofija.", "Għall-erba' snin li ġejjin, il-pjan strateġiku qed jipproponi l-għoti ta' support, support, support, lil kull skola, pero' fl-aħħar tiegħu jibda ġej ħjiel li jista' jkun hemm bżonn ta' pressjoni sottili.", "L-iskejjel ser jitħallew jimxu fit-triq li jagħżlu huma pero' meta tasal is-sena 2005 ser isir survey biex naraw kienx hemm skejjel li waqgħu lura u għaliex waqgħu lura.", "U jekk ikun hemm xi ħadd li waqa' lura għax ikollu bżonn naqra pressa biex jimxi 'l quddiem, iva, ikun il-waqt li nagħmlu l-pressure meħtieġa sabiex dik l-iskola tasal.", "Pero' ħażin ħafna li nitkellmu fuq pressjoni u pressa meta għadna se nibdew nitilqu.", "Lill-iskejjel se nibdew nagħtuhom ftit spazju u allura huwa ħażin li tippressa żżejjed saħansitra qabel ma tagħtihom l-ispazju.", "Ħalli mbagħad wara li tkun tajt l-opportunitajiet u s-support kollu tara min waqa' lura u tipprova tara għaliex ma rnexxielux jimxi fit-triq li xtaq.", "Naħseb dan huwa l-ewwel pjan Malti li huwa sistemiku, u sistemiku fis-sens li jħares lejn is-sistema kollha u kull ħaġa qed tiġi ppreżentata waħda wara l-oħra.", "Dan il-pjan ma qabadx aspett, intefa' fuqu u ma tax kas ta' affarijiet oħra, imma ħares lejn il-bżonn li jkun hawn strutturi, strutturi ġodda adegwati li jwasslu lill-iskejjel ikunu attrezzati biex jaqbdu t-triq li għażlu huma sabiex jaslu lejn l-oġġettivi ssettjati mil-lat ċentrali.", "Aspett importanti li jħares lejh il-pjan strateġiku, huwa t-taħriġ.", "Jekk tagħmel l-istrutturi kollha u ma tħarriġx lil min irid iwettaq l-objettivi, m'intix se tasal.", "Hemm l-idea wkoll li jkun hemm project funding, li jkun hemm fondi għal kull skola biex tkun kapaċi tatwa l-miżuri li tixtieq ħalli tilħaq il-miri li hija stess tkun għamlet għaliha nnfisha.", "Naturalment il-miri jridu jaqblu mal-fondi li jkollok, pero' dak huwa l-kompitu tal-management.", "Ma tistax taspira għal xi ħaġa li teħtieġ fondi aktar milli fil-fatt ikollok.", "Hekk trid tibda tkun skola.", "Hekk irid jibda jkun il-manager.", "Aspett ieħor li nsibu fil-pjan strateġiku hija r-riċerka.", "F'kull qasam, inkluż l-edukazzjoni, tista' tagħmel ħafna pjanijiet u tarahom jimxu, imma jekk ma tkunx qed tagħmel riċerka biex tanalizza r-riżultati tista' fil-fatt tkun qed tidħak bik innifsek.", "F'kull ħaġa għandek bżonn ir-riċerka, l-ewwelnett biex tara eżatt fuqhiex taħdem u t-tieninett biex tara jekk f'dak li għamilt irnexxejtx jew le.", "Dawn huma l-karatteristiċi kollha tal-pjan strateġiku li għandna quddiemna u nixtieq li dan li għedt jintuża bħala pedament, bħala bażi, għad-dibattitu.", "Apparti li s'issa l-pjan għadu ma bediex jaħdem ħlief għat-twaqqif tal-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu li x-xogħol tiegħu se jkun kif se tispjega iktar tard il-President ta' dan il-kunsill, diġa' kellna żviluppi li ġew wara l-ftehim li ntlaħaq bejn id-diviżjoni, il-Ministeru u l-union ta' l-għalliema u fih diġa' ddaħlu ċertu elementi, elementi li qed iservu ta' scaffolding, pedament, għal dak li għad irid isir iktar tard permezz ta' dan il-pjan.", "Barra minn hekk, kellna wkoll inizjattivi li se nelenkhom malajr.", "Mill-ftehim ma' l-MUT se nieħu biss dawk l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dan il-pjan strateġiku għax hemm aspetti oħra li m'għandhomx x'jaqsmu mal-pjan, per eżempju, relazzjonijiet industrijali.", "Waħda mill-inizjattivi hija li jitwaqqaf il-post ta' activity teachers.", "Dawn ikunu għalliema li jidħlu fl-iskola fl-10.30 a.m. u joħorġu fl-4.30 p.m. Naħseb is-sinjal li qed jingħata hu li l-ħin ta' l-iskola jista' kultant jaqbeż dik it-treshhold mirakuluża tas-2.30 p.m. Kienet ħolma tagħna li naslu f'dan il-punt.", "Mingħajrha, il-kurrikulu ġdid, bil-miri ambizzjużi li għandu, żgur li ma kienx ikun jista' jintlaħaq.", "Jekk nipprovaw indaħħlu dak kollu li hemm fil-kurrikulu mingħajr ma jitwal il-ħin, inkunu qed naħqru lit-tfal.", "L-ewwel proposta kienet illi l-activity teacher ikun bħall-għalliema l-oħra, jibda fit-8.30 a.m. u jispiċċa fis-2.30 p.m., pero' l-attivita' prattika m'għandhiex tibda fit-8.30 a.m. kif kien isir fl-antik.", "L-ewwel sagħtejn ta' tagħlim għandhom ikunu dedikati għall-aspett akkademiku, għall-Ingliż u l-matematika, u attivitajiet oħra jiġu wara u jibqgħu għaddejjin 'l hemm mill-ħin skolastiku.", "Bejn is-2.30 p.m. u l-4.30 p.m., l-activity teacher se jkun qed jilħaq miri oħra li qegħdin fl-istess kurrikulu.", "Inizjattiva oħra tirrigwarda r-resource teacher u fil-fatt il-ġimgħa l-oħra ħarġet cirkolari fl-iskejjel kollha fejn ġie mgħarraf li kull min għandu 57 sena u jkollu tletin sena servizz, jista' joffri li jitwarbulu 25% mil-load li jkollu ta' tuition u jgħin f'affarijiet oħra li aħna naħsbu li se jkollna bżonn.", "Għal dak il-kwart tal-ħin tagħhom, l-għalliema ma jkunux fil-klassi imma jkunu qed jagħmlu tip ta' xogħol li hu meħtieġ biex dan il-pjan ikun jista' jitwettaq fl-iskejjel partikolari.", "Dawn se jissejħu resource teachers u se jkunu dawk l-għalliema li għandhom 57 sena li se joffru illi jitnaqqsilhom kwart mil-load tagħhom biex jagħmlu xogħol fid-diversi oqsma li qed joffri l-pjan strateġiku.", "Jekk ix-xogħol tagħhom jirnexxix jew le, hija xi ħaġa li rridu naraw 'il quddiem.", "Li hu żgur hu li ma rridux li jkollna għalliema li jneħħu kwart mil-load tagħhom biex sempliċement joqogħdu fi staff room.", "Il-ħsieb hu li nibdew bil-ftit u jekk immorru tajjeb, inkomplu niżviluppaw.", "Sinjura President, meta nitkellmu fuq riżorsi għandna t-tendenza li nitkellmu fuq ir-riżors materjali, pero' hemm riżorsa oħra li ħadd ma kien qed isemmiha, u din hija r-riżorsa tal-ħin.", "Malli jsiru s-2.30 p.m., kulħadd jitlaq 'il barra u ara xi ħadd ma jagħmilx xi tagħlim wara dak il-ħin, pero', kif diġa' għedt, donnu issa qed jidher li dan l-aspett qed jitkisser.", "Problema oħra hija li aħna nitolbu ħafna riflessjoni mingħand l-għalliema, pero' kif jista' jkollok riflessjoni mingħand l-għalliema, jekk l-għalliema m'għandhom l-ebda ħin li jkunu flimkien?", "Kif nistgħu nippretendu li kull darba li l-għalliema jinġabru flimkien biex issir riflessjoni, nibagħtu t-tfal id-dar?", "Jiena naħseb li scaffolding importantissimu għall-implimentazzjoni ta' dan il-pjan, huwa l-ispazju li ġie identifikat fl-agreement bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-MUT u li qed jissejjaħ \"development time\".", "Qabel, l-għalliema kienu jidħlu darba f'sentejn biex jagħmlu staff development - anzi konna nsejħulhom \"service courses'' - mentri issa qed ngħidu li l-għalliema għandhom jibdew jidħlu tlett ijiem fis-sena.", "Matul dawn it-tlett ijiem jista' jsir kemm staff development, kemm school development, u kemm curriculum development.", "Pero' barra dan id-development time ta' tlett ijiem kull sena, darba kull term, l-għalliema kollha se jibqgħu sagħtejn wara l-ħin - jiġifieri t-tfal mhux se jkollhom bżonn jintbagħtu d-dar, u l-għalliema se jitħallsu għall-ħin żejjed li se jqattgħu fl-iskola – biex flimkien jirriflettu kif l-iskola tagħhom tista' tiżviluppa biex jitwassal il-kurrikulu propost.", "Nerġa' nirrepeti, mingħajr dan l-iscaffolding, ma konniex se naslu fejn qed nimmiraw.", "Ħaġ'oħra li mhux ta' min wieħed iħalliha barra, hija li l-kap taċ-Ċivil, Mr Grima, kitbilbna u għarrafna li l-MUT se tuża l-ħidma tagħha biex l-ischool development plans jimxu 'l quddiem għax taċċetta li huma tajbin u meħtieġa.", "Il-bażi ta' kif dak li se nagħmlu nazzjonalment se jibda jitwassal f'kull skola, huwa proprju l-eżerċizzju ta' l-ischool development planning.", "Dan l-eżerċizzju konna bdejnieh fl-iskejjel sekondarji f'Mejju ta' l-1997.", "Dakinhar konna għamilna l-ewwel pass u minn dakinhar sal-lum, bqajna miexjin.", "Għal min forsi m'huwiex intiż fil-qasam ta' l-edukazzjoni, tajjeb ngħid li l-ischool development plan hija xi ħaġa teknika, pero' żgur li m'hijiex business plan.", "Min jitfixkel l-ischool development plan ma' business plan li tispjega kif se jintefqu l-fondi, ifisser li m'huwiex jifhem xi tfisser school development plan.", "L-ischool development plan huwa metodu kif l-istaff jiġi kollu flimkien biex jagħmel auditing ta' fejn tinsab l-iskola.", "L-istess bħal meta inti tmur għand tabib għal general check-up ħalli tara kif inti.", "Permezz ta' l-ischool development plan, inti tara f'liema livell tinsab fid-diversi oqsma.", "Hemm seba' key areas u 21 performance indicators li permezz tagħhom inti tara fejn qiegħda l-iskola tiegħek.", "Tara jekk hijiex dgħajfa ħafna, jew iktar dgħajfa milli b'saħitha, jew iktar b'saħħitha milli dagħjfa jew inkella b'saħħitha sew, u imbagħad tippjana kif l-iskola tista' timxi 'l quddiem.", "Bdejna l-prinċipji ta' l-ischool development plan għall-iskejjel statali u kieku kellna nieħdu l-performance indicator għal kif tmexxi l-ischool development plan, kieku naħseb nista' ngħid li ħames snin ilu konna f'level 1 - ma konna nafu xejn – waqt li llum, forsi, wasalna biex qegħdin f'level 2.", "Bdejna nifhmu ftit x'inhu dan il-pjan, pero' għad baqgħalna triq twila quddiemna.", "Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qiegħda tagħmel l-almu tagħha u hemm tliet diretturi li qegħdin taħt it-tmexxija tad-direttur ta' l-operations li b'abbilta' tajba ħafna daħlet għal dan l-impenn.", "Ftehmna eżatt xi jrid isir u flimkien mad-direttur tal-kurrikulu u d-direttur tas-servizzi ta' l-istudenti, qed niftħu iżjed biex bil-mod il-mod, dan il-pajjiż ikollu skejjel li jingħataw l-għodda biex jimxu 'l quddiem.", "La qed nitkellem mal-politiċi, nista' nikkompara l-ischool development plan ma' l-Erskine May, it-tnejn li huma jgħinuk timxi 'l quddiem, pero' ma rridux naħsbu li wasalna.", "Għadna ma wasalniex għal kollox, wasalna biss fl-alfabett u se nibqgħu telgħin 'il fuq.", "L-MUT aċċettat wkoll il-performance management project li huwa stappa oħra importanti ħafna biex il-pjan strateġiku jitwettaq.", "Wara li l-iskola tkun għamlet l-objettivi tagħha permezz ta' l-ischool development plan, kull għalliem, flimkien mal-kap ta' l-iskola tiegħu, irid jara liema parti mix-xogħol tiegħu se jkun qiegħed iwassal biex l-objettivi ta' l-iskola jintlaħqu.", "Nerġa' ngħid, huwa ta' sodisfazzjon li l-MUT qed turi li hija union professjonali għax qiegħda taċċetta u tifhem kemm dawn l-affarijiet huma importanti biex l-edukazzjoni timxi 'l quddiem.", "L-aħħar pass li baqgħalna - u nispera li ma jkunx diffikultuż imma minn dibattitu li rajt fuq it-television u minn dak li qed nisma' jidher li l-union qed tersaq f'dik id-direzzjoni - huwa dwar l-assessment.", "L-assessment irid ikun ta' tip ieħor.", "GĦad irridu naslu biex l-iskejjel jibdew jifhmu illi f'assessment inti aktar interessat f'kompetenzi milli f'kontenut.", "Irid ikollna sistemi ġodda u differenti fejn inti mhux tibda bil-marka mija u tibda tnaqqas marka, marka għall-iżbalji li jkunu għamlu t-tfal fuq il-kontenut, imma li tħares lejn it-tifel.", "Naturalment dan jenħtieġ sistemi ġodda u bħalma sa ftit ilu lanqas l-alfabett dwar l-ischool development plan ma kien għadu ċar, għad irridu nibdew mill-qiegħ fejn jidħol l-assessment.", "Naħseb li għad ikollna l-gwida tal-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu imma żgur li bħala diviżjoni rridu nagħtu ħafna support u taħriġ biex l-assessment ikun iktar formattiv.", "Sinjura President, naħseb għalissa nista' nieqaf hawn u nispera li l-punti li semmejt jgħinu biex id-dibattitu jkun iktar ibbażat fuq fatti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Sur Mizzi.", "Nixtieq nitlob lill-membri tal-kumitat jixtiequx jagħmlu domandi f'dan l-istadju jew inkella ngħaddux mill-ewwel għall-intervent tas-Sinjorina Mary Vella.", "L-Onor.", "EVARIST BARTOLO: Waqt li huwa dejjem pjaċevoli li niltaqgħu mal-kollegi biex niddiskutu l-edukazzjoni, jien nixtieq inkun naf eżatt x'inhu l-iskop ta' dawn il-laqgħat.", "Kważi bħal-lum sena konna għamilna sensiela ta' laqgħat, jekk m'iniex sejjer żball kellna xi tmienja jew disa' laqgħat, li kellhom iservu ta' input waqt li kien qed jitfassal il-pjan strateġiku tal-kurrikulu.", "Issa li dan tfassal, qed nifhem li huwa fatt kompjut?", "Il-Ministru llejla qal li dan diġa' ġie endorsed mill-gvern, allura ma naħsibx li huwa l-iskop ta' dan il-kumitat li jerġa' jiftaħ diskussjoni fuq x'għandu fih dan il-pjan.", "Il-mistoqsija tiegħi hi: X'inhi eżattament il-funzjoni tal-laqgħat li se jkollna f'dan il-kumitat?", "Issa li għaddiet sena, nistgħu nagħmlu review ta' l-ewwel sena mill-ħames snin tal-pjan?", "X'ser inkunu qed nagħmlu eżattament f'dawn il-laqgħat?", "Qed insaqsi dawn il-mistoqsijiet biex ma noqogħdux inqajmu mistoqsijiet li lanqas jagħmel sens li nqajmuhom f'din is-sede.", "Nixtieq li jkolli tweġiba.", "IĊ-CHAIRPERSON: Waħda mir-raġunijiet għaliex aħna ħassejna li l-implimentazzjoni tal-pjan strateġiku għandu jiġi diskuss f'dan il-kumitat, hija li waqt laqgħa li kellna f'dan il-kumitat kienet qamet l-idea li nitkellmu fuq it-trade schools u kien ġie suġġerit li minflok ma nitkellmu fuq it-trade schools u kif inħarsu lejn it-trade schools u d-differenzi li hemm illum, narawhom mil-lat iktar wiesa' ta' dan il-pjan strateġiku għall-edukazzjoni.", "Veru li dan il-pjan strateġiku ġie adottat mill-gvern, iżda dan ma jfissirx li aħna bħala kumitat ma nistgħux naraw eżattament x'inhu biex napprezzaw u nifhmu l-operat tiegħu.", "Dan l-eżerċizzju jservina wkoll biex meta aktar 'il quddiem niġu biex nevalwaw x'ikun qed jiġri u nevalwaw kemm il-pjan strateġiku jkun wasal għall-miri tiegħu, inkunu nistgħu nifhmu ħafna aktar ix-xogħol li jkun attwalment sar.", "Hawnhekk hawn preżenti firxa ta' nies.", "M'hawnx preżenti biss il-membri tal-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu, imma nies li minkejja li m'humiex fil-kunsill, jew huma stess iridu jimplimentaw il-kurrikulu, jew inkella jridu jaraw li l-implimentazzjoni tal-kurrikulu qed issir.", "Naħseb tajjeb ikollna l-opportunita' nisimgħu x'diffikultajiet qegħdin jiltaqgħu magħhom dawn in-nies li huma nvoluti fil-qasam biex imbagħad il-membri tal-kunsill li huma preżenti, jaġixxu għal dak li jkun intqal.", "Veru li l-pjan strateġiku huwa lest, pero' m'hemm xejn cast in stone li jekk naraw li hemm xi diffikultajiet ma jistgħux jittieħdu in konsiderazzjoni mill-kunsill għall-implimentazzjoni tal-kurrikulu.", "Dan huwa proċess fil-qasam edukattiv u naħseb kulħadd jaqbel li dan huwa proċess li jrid ikompli jiġi aġġornat.", "Jien inħoss li dan huwa l-fil li l-kumitat għandu jadotta, pero' naturalment inħalli l-membri tal-kumitat jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom jew jesprimu fejn forsi ma qablux mas-suġġerimenti ta' kif il-pjan strateġiku għandu jimxi.", "B'hekk, il-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu jkun jaf x'inhuma d-diffikultajiet u fejn aħna naqblu jew ma naqblux u jara l-options differenti li jistgħu jippreżentaw ruħhom.", "Hemm xi mistoqsijiet oħra jekk jogħġobkom?", "LOUIS GALEA: M'hemmx dubju li d-dibattitu fuq l-edukazzjoni huwa dibattitu kontinwu u naqbel ma' l-Onor.", "Bartolo illi f'dan l-istadju mhux l-iskop illi wieħed jara eżattament fejn wasal dan il-pjan.", "Il-pjan għadu fil-bidu tiegħu u allura hemm sens li wieħed iħalli perijodu ta' żmien jgħaddi mill-implimentazzjoni tiegħu.", "Pero' f'ċertu mument tajjeb li anke f'dan il-kumitat wieħed jgħid: Issa li għaddew sentejn mill-implimentazzjoni tal-pjan, ejja nagħmlu stocktaking f'dan il-livell.", "Allura f'dak is-sens naħseb illi l-objettiv ta' dak l-eżerċizzju jkun veru objettiv ta' stocktaking abbażi tal-miri tal-pjan strateġiku tal-kurrikulu nazzjonali.", "It-tieni punt li nixtieq nagħmel huwa li rridu nifhmu illi dan il-pjan strateġiku ma sarx mill-steering committee waħdu.", "Dan kien pjan li ssawwar wara li ġew involuti f'konsultazzjoni maħsuba, numru kbir ta' għalliema, ta' ġenituri, ta' edukaturi, ta' nies minn kull qasam, u kull settur ta' social partners.", "Il-proceedings tal-konferenza li ddiskutiet il-linji ta' dan il-pjan ġew pubblikati f'volum li huwa ta' ċertu entita' u li ġie wkoll mqassam lill-membri parlamentari.", "Sussegwentament baqa' wkoll ikun hemm diskussjonijiet ma' diversi nies involuti.", "It-tielet punt li irrid nagħmel huwa dak li rreferejt għalih int, Onor. D'Amato.", "X'inhu l-iskop ta' diskussjoni fil-kumitat f'dan l-istadju ta' pjan illi huwa adottat mill-gvern għat-twettiq tiegħu?", "L-iskop irid ikun illi wara din il-konsultazzjoni wiesgħa li għaddejna minnha sakemm wasalna għal dan id-dokument, il-Parlament, permezz ta' dan il-kumitat, jara li hemm bżonn ta' shifts differenti, ta' direzzjonijiet differenti, ta' affarijiet li fl-opinjoni tal-membri parlamentari jistgħu ma jkunux adatti?", "Il-pjan, min-natura tiegħu stess, ifisser illi jibqa' l-ħin kollu open għall-kummenti, analiżi u kritika rilevanti.", "Ħalli nesaġera; jekk jiġri xi ħaġa li tirrendi xi ħaġa li qegħdin ngħidu kompletament obsolete, ikun ma jagħmilx sens li tibqa' tiġi segwita darba li tinġibed l-attenzjoni li ċ-ċirkostanzi inbiddlu tali li issa dik il-mira saret obsolete.", "Meta xi ħaġa tkun saret obsolete jew ikun jeħtieġ li tinbidel, li trid tagħmel huwa li tipprova tikkoreġiha a tempo.", "U jekk ikolli nesprimi opinjoni, pero' naturalment din hi opinjoni tiegħi bħala l-ministru konċernat, nemmen li hemm utilita' għal diskussjoni.", "L-ewwelnett, biex jekk qegħdin naraw xi ħaġa li m'hijiex ċara, jew aħna qed naħsbu mod meta forsi jista' jkun mod ieħor, l-għajnejn jinfetħu f'dan l-istadju bikri, u t-tieninett, naħseb illi huwa importanti wkoll illi l-affarijiet it-tajba li qegħdin naqblu fuqhom jiġu rafforzati f'dibattitu ta' dan it-tip.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Hawn xi kummenti oħra?", "EVARIST BARTOLO: L-ewwel punt huwa dwar kif se nipproċedu.", "Jien inħossni aktar sodisfatt wara li wieġeb il-Ministru, pero' għadna fl-istadju li nistgħu nissuġġerixxu affarijiet?", "It-tieninett, jekk parti mill-iskop ta' din il-laqgħa hija marbuta mat-talba li konna għamilna dwar il-kwestjoni tat-trade schools, fil-kors ta' dawn il-laqgħat se jkollna għall-anqas progress report ta' dak li ġara wara sena?", "Sena hija biżżejjed, jew għadha m'hijiex biżżejjed biex naraw jekk dak il-pass ħadimx jew le?", "Naħseb li jkun utli li wara sena nirriflettu ftit x'ġara u x'ma ġarax dwar it-technology education.", "Jiena nifhem li tagħmel tajjeb li llejla Ms. Vella terġa' tagħmlilna prezentazzjoni tax-xogħol li sar.", "Forsi huwa l-każ li biex nipproċedu aħjar, il-membri parlamentari jqajmu l-mistoqsijiet ta' natura strateġika li hemm bżonn jitqajmu, jew li jħossu li għandhom jitqajmu, biex jiġu diskussi f'dawn il-laqgħat tal-kumitat.", "Punt li naħseb għandna niddiskutuh bis-serjeta' huwa r-relazzjoni bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu u l-Bord tal-MATSEC.", "Naħseb li dan il-punt huwa strateġiku u naħseb li aktar ma nintervjenu b'mod bikri, aktar aħjar.", "Per eżempju jien, assolutament ma naċċettax li l-panels li jagħmlu s-sillabu ta' l-eżamijiet tas-SEC ikunu differenti minn dawk li jagħmlu s-sillabu fl-iskejjel.", "Ma jagħmilx sens li jkollna żewġ żwiemel paralleli.", "Naħseb li għandha tkun l-istess struttura.", "Naħseb hemm skop għal dawn il-laqgħat jekk se nqajmu dawn it-tip ta' mistoqsijiet.", "Per eżempju meta qed nitkellmu fuq il-fondi li hemm għal dan il-pjan, qegħdin fl-istadju li nikkwantifikawhom?", "Nistgħu nikkwantifikaw il-fondi ta' l-ewwel sentejn, jew ta' l-ewwel tliet snin, tal-pjan?", "Ma nafx jagħmilx aktar sens li wara li jkollna l-preżentazzjoni ta' Ms. Mary Vella, nagħmlu round ta' mistoqsijiet li naħsbu għandna niddiskutu fil-laqgħat li ġejjin.", "Fil-fehma tiegħi, b'dan il-mod, il-laqgħat ikunu aktar produttivi.", "LOUIS GALEA: Jekk tippermettili Sinjura President, fuq il-kwestjoni tas-suġġerimenti, naħseb importanti li nifhmu li jkun żball kbir jekk f'xi mument xi ħadd jingħalaq għas-suġġerimenti.", "Aħna qed ngħidu lill-iskejjel kollha li dan il-pjan huwa l-qafas, pero' issa huma jridu jħaddmuh u jridu jagħmlu l-ischool development plan tagħhom.", "Ma għandix dubju li fl-għeruq tas-sistema edukattiva ġo l-iskejjel, aħna se niltaqgħu ma' każijiet li jew se jikkonfermaw li dak li qed naħsbu aħna huwa fid-direzzjoni t-tajba, jew inkella li se juruna li x'ħin tiġi fil-livell ta' l-iskola, qed ngħidu xi affarijiet illi jridu jiġu modifikati, koreġġuti jew aċċentwati, wisq iktar jekk ikun hawn suġġerimenti mill-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali jew mill-Kamra in ġenerali.", "L-antennae tan-nies kollha involuti f'dan il-proċess, huma antennae li l-ħin kollu huma on biex jekk issir xi riflessjoni li tirrikjedi li xi ħaġa ma titħallhiex għaddejja, tittieħed kas tagħha.", "U naħseb ikun tajjeb ħafna jekk in-nies li jsegwu dan il-kamp - naturalment l-Onor.", "Bartolo isegwih bid-dettall kollu, pero' anke deputati oħra jsegwuh, jinterfaċċjaw miegħu ftit differenti milli ninterfaċjaw aħna - iħossu li għandhom jagħmlu xi suġġerimenti importanti, jagħmluhom biex nevalwawhom u forsi jekk ikun il-każ, nispjegaw lil xulxin jekk tali suġġeriment huwiex prattiku.", "Għar-rigward it-technology education, iva, naħseb li huwa tajjeb li jkollna żmien naqbdu l-argument ta' x'qed jiġri fit-technology education.", "Tajjeb ngħidu fejn wasalna, x'għamilna, x'inhuma d-diffikultajiet, fejn sejrin u kif qed niżviluppaw.", "Dwar il-kwestjoni tal-mistoqsijiet, inħalli f'idejn il-kumitat biex jirregola l-proċedura tiegħu, pero' rrid niġbed l-attenzjoni tal-kumitat li nhar il-Ħamis, Ms. Mary Vella ser ikollha bżonn issiefer fuq xogħol konness ma' dan li qed nagħmlu u allura jista' jkollna laqgħat fejn ikun hemm mistoqsijiet li trid tweġibhom hi meta fil-fatt ma tkunx Malta.", "Naħseb irridu norganizzaw ruħna b'mod biex għas-seduti meta Ms. Vella ma tkunx Malta, jiġu dawk in-nies li jkunu sarulhom xi mistoqsijiet.", "Għaldaqstant naħseb ikun utli jekk illejla stess nisimgħu lil Ms. Vella.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nixtieq niġbed l-attenzjoni li f'din il-kamra hawn preżenti membri mit-trade schools reform group u naturalment nistennew minn għandhom biex jgħidulna x'qed jagħmlu f'dak il-qasam.", "Onor. Bartolo, inti semmejt il-Bord tal-MATSEC u l-bord qiegħed hawn ukoll rappreżentat mis-Sur Falzon.", "Jiġifieri hawn preżenti, kemm il-kumitat li qed imexxi l-implimentazzjoni tal-kurrikulu, u kemm il-MATSEC Board, u allura rridu nlaqqgħuhom flimkien biex naraw kif il-proċess ser ikompli miexi.", "Jiena nixtieq nagħmel suġġeriment.", "EVARIST BARTOLO: Halli nkun antipatku b'mod konsistenti!", "Naħseb li ta' natura strateġika wkoll, hija l-formazzjoni tal-focus groups.", "Jekk il-focus groups diġa' twaqqfu, naħseb li nkunu tlifna l-karozza, imma jekk għadhom ma twaqqfux, ta' min jiddiskuti bis-serjeta' x'natura se jkollhom.", "Jiena rajt b'għajnejja żewġ mudelli differenti, u ż-żewġ mudelli huma interessanti, kemm wieħed u kemm l-ieħor.", "Nixtieq inkun naf jekk għadniex fl-istadju li niddiskutu kif se jkunu ffurmati l-focus groups, għax fil-fehma tiegħi, min se jiffurmahom ser jiddeċiedi x'se jiġri minn dan il-kurrikulu.", "Jekk se mmorru għal tip ta' mudell, naħseb li se jkollna ċertu riżultat, waqt li jekk se mmorru għal tip ta' mudell ieħor, se jkollna riżultat differenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ħalli llejla nisimgħu lil Ms. Mary Vella tagħmel il-preżentazzjoni tagħha li naħseb se tieħu ftit fit-tul.", "Bħalissa diġa' t-8.05 p.m. u allura wisq nibża' li l-ħin għall-mistoqsijiet se jkun ftit limitat.", "Nixtieq nissuġġerixxi li jekk xi membru ta' dan il-kumitat jixtieq jagħmel xi mistoqsijiet għal-laqgħa li jmiss - naturalment aħna m'aħniex hawnhekk biex nagħmlu l-parliamentary questions … Ma nafx jekk nhar it-Tlieta tkunx għadek hawn, Ms. Vella (Interruzzjonijiet) Fl-10 ta' Lulju se tkun hawn?", "Dakinhar ma nkunx hawn jien!", "EVARIST BARTOLO: Jista' jkun li f'laqgħa minnhom ma jkollniex bżonn il-preżenza ta' Ms. Mary Vella.", "IĊ-CHAIRPERSON: Li kont se nissuġġerixxi huwa li min jixtieq jagħmel mistoqsijiet, jagħmilhom bil-miktub biex niddiriġuhom lill-persuni nvoluti b'mod dirett u allura biex ngħidu hekk, ikollna bażi ta' diskussjoni u n-nies involuti jkunu jafu x'inhuma l-queries tagħna.", "Ejja ngħidu minn issa li l-laqgħa li jmiss se tkun bħal-lum ġimgħa, is-26 ta' Ġunju, u dakinhar naraw x'mistoqsijiet ikunu daħlu, naraw lil liema qasam ġew indirizzati u d-diskussjoni tkun iffokata fuq dawk il-mistoqsijiet speċifiċi.", "Kulma rridu nżommu f'moħħna huwa li l-mistoqsijiet indirizzati lil Ms. Vella, se jkunu mwieġba u diskussi iktar tard imma sa dakinhar li tkun hawn Ms. Vella, se jkollna nies oħra jipparteċipaw f'dan il-kumitat.", "Grazzi Sur Mizzi, u issa nitlob lil Ms. Vella tagħti l-preżentazzjoni tagħha.", "MARY VELLA (Direttur tal-Kurrikulu, Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni): Nieħu gost illi r-raġuni għala m'iniex se nkun Malta l-ġimgħa d-dieħla hija proprju minħabba wieħed mill-proġetti li hu għall-qalbna ħafna bħala parti mill-implimentazzjoni, ċioe', il-proġett \"Let me Learn\".", "Jiena ċerta li hawn ġew hawn numru ta' nies li kellhom l-istess esperjenzi tiegħi; għexu dan il-proċess miegħi, ħadu sehem fit-tfassil daqsi jew iżjed minni, u allura jiena ċerta li jistgħu jwieġbu l-mistoqsijiet li se jsiru mill-membri tal-kumitat, pero' biex ngħid il-verita', jiena dejjem nieħu gost ikolli ċans li nipparteċipa.", "Se nikkonċentra fuq il-pjan strateġiku u se mmur lura xi ftit għall-istorja tiegħu, u jekk forsi nirrepeti dak li ntqal mill-kelliema ta' qabli, ser nipprova nagħmlu b'mod differenti.", "Ser nagħmlu b'mod illi nuri għaliex il-pjan hu dak li hu u għaliex ġie ffurmat kif inhu.", "Meta jien immur fl-iskejjel u nitkellem dwar il-kurrikulu nazzjonali, inħobb nurihom illi l-pjan strateġiku ma kienx xogħol ta' grupp żgħir ta' nies, anzi, kif forsi xi ħadd jista' jaħseb, ta' tlieta minn nies li qagħdu bil-qiegħda madwar mejda u kitbuh, imma li jiġbor dak li kien intqal fl-iskejjel.", "Fl-uffiċċju tiegħi hemm miġbur il-feedback li kellna mill-iskejjel u nista' ngħidilkom li huwa kollu highlighted b'noti li juru l-prinċipji li jiġbru l-kummenti li rċevejna.", "Nixtieq u nispera li fl-iskejjel ikun hemm il-feeling illi l-pjan jiġbor l-ideat tagħhom li ġew magħġunin u msawrin fl-istrategic plan, u jekk illum kuntenti li qegħdin jieħdu parti f'din il-viżjoni, jiena nixtieq illi jħossu li dan l-istrategic plan hu tagħhom ukoll u proprju minħabba f'hekk li se mmur lura fiż-żmien biex nagħti background ta' dan li għandna llum.", "Parti mix-xogħol tagħna bħala steering committee kien li niddisseminaw il-prinċipji tal-kurrikulu.", "Morna fi skejjel, fuq stazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni u ltqajna ma' ġenituri.", "Kollha kemm aħna pparteċipajna f'diskussjonijiet wiesgħin.", "Pero' ma konniex biss qed niddisseminaw, imma konna l-ħin kollu qed nixorbu u ninnotaw dak li kien ħiereġ mill-ġenituri, mill-kapijiet ta' l-iskejjel u mill-iskejjel infushom.", "Meta konna qed niddisseminaw il-prinċipji tal-kurrikulu, daħal lura ħafna feedback u forsi mingħajr ma konna konxji tiegħu, konna qed nagħsruh biex eventwalment jifforma parti mid-dokument.", "Xtaqt ngħid dan il-punt għax inħoss li huwa importanti.", "Irrid ngħid ukoll li kienu jsirulna ħafna mistoqsijiet u dawn il-mistoqsijiet kienu jiġu diskussi fil-laqgħat tagħna ta' l-isteering committee.", "Konna naraw x'inhuma jistaqsu l-iskejjel, x'inhuma jħossu u dwar xiex kienu qed jitolbu iktar informazzjoni, u fl-istrategic plan insibu l-mistoqsijiet li proprju kienu jistaqsu l-iskejjel.", "Aħna konna konxji tal-feedback li konna qed nirċievu.", "Il-mistoqsijiet kienu f'moħħna l-ħin kollu anke meta konna qed niffurmaw il-pjan.", "Barra minn hekk, sar questionnaire għall-iskejjel imma peress li fil-pjan strateġiku nsibu riferenza għalih, m'iniex se nidħol f'dettall dwaru.", "Forsi l-questionnaire ma kellux valur ta' xi riċerka xjentifika u ma qisniehx b'dak il-mod, iżda li huwa żgur huwa li qajjem ħafna dibattitu fl-iskejjel.", "Igwida d-diskussjoni għax meta ssib ruħek quddiem dokument bħalma huwa l-kurrikulu, viżjoni b'tant prinċipji, ma tkunx taf minn fejn se tibda, u l-questionnaire għen biex jiggwida d-diskussjoni.", "Vantaġġ li żgur li ħadna minnu, kien id-dibattitu li qajjem.", "Naturalment sar studju fuqu anke minn membri ta' l-isteering committee, pero' jiena ċerta li l-iskejjel, barra d-dibattitu li qajjem, tahom ukoll ċertu gwida.", "Se nirreferi issa għat-18-il working group li kien hemm.", "Nista' ngħid li dawn il-gruppi ħadmu immensament, ħadmu għall-konferenza li kellna u ffukaw fuq areas differenti tal-kurrikulu.", "Minflok ma bdejna naraw stampa kbira, bdejna niffukaw fuq areas partikolari, u jien inħoss li l-working groups għamlu ħafna ġid, anke permezz tar-rapporti li għamlu.", "Id-dokument huwa pjuttost massiv u minn dak li nara meta mmur fl-iskejjel, naħseb li mhux qed jintuża daqskemm huwa mixtieq, pero' żgur li huwa apprezzat u wieħed jista' jidħol fih ftit ftit.", "Qed insib li qed isir ħafna iżjed użu mill-kurrikulu.", "F'kull skola li mmur, jiena dejjem nistaqsi fejn hu l-kurrikulu biex nara huwiex jintuża u jekk għandux dog-eared pages.", "Irrid nara tħażżiż fih u qed ikollna talba għal dan id-dokument, forsi mhux daqstant għar-rapporti, pero' fihom hemm minjiera ta' ideat u ta' informazzjoni.", "Ippermettuli mmur fuq l-issues li jien narhom bħala maġġuri.", "Issue importanti hi l-pożizzjoni li qiegħda fiha l-iskola.", "Dak hu li jħoll u jorbot.", "X'inhu jiġri fl-iskejjel?", "Fejn qegħdin?", "L-iskejjel m'humiex kollha fl-istess pożizzjoni għal ħafna raġunijiet.", "Mhux kollha għandhom l-istess bżonnijiet.", "Il-bżonn ta' skola, per eżempju ta' area secondary, m'huwiex l-istess bħal dak ta' area secondary school oħra.", "Timmaġina li l-bżonnijiet ta' l-iskejjel joqorbu lejn xulxin imma kull skola għandha l-karatteristiċi u l-bżonnijiet partikolari tagħha.", "Naħseb dik hija issue maġġuri ta' kull skola.", "Irridu naraw ukoll x'inhuma l-aspirazzjonijiet ta' l-iskejjel.", "Forsi l-aspirazzjoni ta' skola partikolari hija li tkun post li jilqgħek, li tkun safe, li jkun hemm ċertu għaqda bejn studenti, waqt li skola oħra tkun qed taspira għal affarijiet differenti.", "Fil-miżien jien dejjem inżomm l-aspirazzjonijiet u l-entitlement tat-tfal.", "Allaħares nitilfu l-perspettiva ta' l-entitlement tat-tfal.", "L-issue ta' l-entitlement tat-tfal hija importanti ħafna.", "Ma rridux naraw biss fejn huma, x'inhuma, imma wkoll lejn fejn iridu jersqu.", "Meta tabib jara pazjent, ma jarax biss l-istat ta' saħħa tiegħu imma lejn fejn irid iressqu.", "Importanti ħafna li nibqgħu b'moħħna ffukat fuq l-entitlement ta' l-istudenti.", "Jiġbor dawn iż-żewġ issues hemm żewġ affarijiet – li diġa` semma' s-Sur Mizzi – u waħda minnhom hija l-idea ta' deċentralizzazzjoni, ta' awtonomija ta' l-iskejjel.", "Kien hemm bżonn li lill-iskejjel tagħna nagħtuhom ċertu awtonomija sabiex ikunu huma stess li jfasslu l-miri tagħhom skond il-bżonnijiet u l-prijoritajiet tagħhom, pero` mbagħad min-naħa l-oħra jrid ikollok is-sistema – u dan il-bżonn qiegħed hemm u nħossu meta mmur fl-iskejjel – fejn aħna nkunu l-catalyst u nagħtuhom dik l-ispinta, mhux spinta fis-sens ta' imbuttatura imma spinta t'enerġija.", "Irridu nagħtu ħafna support u kif ser jingħata dak is-support, diġa` ssemma'.", "Per eżempju dan l-aħħar jien kont qed immur f'numru ta' skejjel għal xi nofs ta' nhar, u matul dak il-ħin niltaqa' ma' grupp ta' nies, nagħmel presentation u nisma' dak li għandhom xi jgħidu huma.", "Dan huwa tip ta' support, pero` naħseb li issa wasalna għal tip ieħor ta' support li hu aktar minn hekk.", "Jekk int għandek proġett, għandek idea, għandek bżonn, jien niġi għandek għax għandi xi ħaġa x'nagħtik, mhux għax għandi biss interess, imma għax għandi expertise, għandi knowhow, għandi esperjenza.", "Allura se niġi noqgħod bil-qiegħda miegħek fuq il-post tax-xogħol tiegħek u se naħdem miegħek, id f'id.", "Naħseb issa wasalna għal dak it-tir.", "Infatti jien diġa` qed ngħidilhom li m'iniex se mmur iżjed fi skejjel biex nagħmel speċi ta' meeting ġenerali, imma jekk għandhom bżonn xi ħaġa partikolari, insibu nies illi għandhom ċertu expertise f'dik il-ħaġa u tiġi ffisata speċi ta' time-table kif għadu kemm iffissa dan il-kumitat.", "Il-kumitat qed jgħid meta se jerġa' jiltaqa' u hekk għandhom jagħmlu l-iskejjel.", "Anke fil-każ tal-primarja rridu nħarsu lejn dan l-aspett u forsi bil-coordinators jirnexxielna nsibu daqsxejn iżjed ħin.", "Id-dati tal-laqgħat għandhom jiġu ssettjati bi qbil u mniżżla fuq time-table, per eżempju li jkun hemm a departmental meeting darba fil-ġimgħa jew kull ħmistax.", "Naħseb li wasalna għal dak it-tip ta' support.", "Ħaġ'oħra li nara hemm bżonn fil-keffa tal-miżien, hija tip ta' evalwazzjoni u monitoring.", "Naħseb li dawn l-aspetti konna tlaqnihom daqsxejn iżda jien inħoss li hemm bżonnhom.", "Nieħu gost li l-iskejjel qed jitgħallmu jagħmlu evalwazzjoni tagħhom infushom, pero` naħseb li anke aħna rridu ngħinuhom daqsxejn.", "Irridu noqogħdu attenti kif nagħmlu l-evalwazzjoni u l-monitoring.", "Irridu nitgħallmu mill-iżbalji li għamel ħaddieħor, pero` ma naħsibx li nistgħu nimxu tajjeb mingħajr l-evalwazzjoni u l-monitoring.", "Għandna bżonnhom.", "Issa ħa niġi għall-pjan strateġiku.", "GĦalkemm intqal li jien se nagħti dettalji, m'iniex se nidħol f'ċertu dettall għaliex kulħadd għandu d-dokument f'idejh u jista' jara ċertu dettalji huwa stess.", "Għaldaqstant pjuttost se mmur għall-ispirtu tiegħu, għall-essenza tiegħu.", "Dan id-dokument irridu nqisuh bħala qafas.", "Allaħares immorru bl-idea illi dan ma jistax jinbidel.", "Irid ikun hemm suġġerimenti u evalwazzjoni l-ħin kollu.", "Irridu dejjem nipprovaw nagħmluh aħjar u nibdluh skond il-bżonn.", "Parti minnu hu preskrittiv, per eżempju jgħid li l-iskola għandu jkollha ċertu policies.", "Naħseb li huwa importanti wkoll li ċertu affarijiet ikunu preskrittivi u miż-żjarat tiegħi fl-iskejjel, nista' ngħid li anke l-iskejjel iridu li jkun hemm ċertu element ta' preskrizzjoni.", "Iridu li jkun hemm xi ħaġa li tgħidlek li jrid ikollok ċertu affarijiet biex jiġi salvagwardjat il-ġid ta' l-istudenti.", "Fid-dokument insibu wkoll rakkmandazzjonijiet u jekk tħarsu lejn l-aħħar paġni tad-dokument – jien pjuttost lilhom l-aktar li nuża - taraw li minn paġna 131 'il quddiem, hemm ċertu żvilupp; tibda minn ħaġa, imbagħad timxi għal ħaġ'oħra, u tibqa' tagħmel pass wara l-ieħor.", "Hawnhekk m'għandix ċans nidħol f'certu dettall pero` jien għamilt qisu web u jekk taraw il-focus groups differenti, taraw kif ix-xogħol ta' grupp jiltaqa' max-xogħol ta' grupp ieħor, u tibqa' sejra hekk.", "Naturalment irridu naraw kif se nikkoordinawhom imma kif qed taraw, dawn jiltaqgħu u suppost li jibdew jissapportjaw lil xulxin.", "Hemm tliet fażijiet, l-ewwel, it-tieni u t-tielet fażi u dawn qegħdin hemm biex jgħinu l-idea ta' proċess u mhux biex tagħmel xi linja li taqta' bejn fażi u oħra.", "Fl-iskejjel kont qed nuża t-tixbiħa ma' destinazzjoni.", "Id-destinazzjoni ta' l-iskejjel hija waħda, dik li jwasslu t-tfal tagħna, l-istudenti tagħna, għal edukazzjoni ta' kwalita` li tinkludi lil kulħadd.", "Mela dik hi d-destinazzjoni.", "Issa liema triq se taqbad, hija l-għażla ta' kull skola.", "Biex tasal x'imkien tista' tuża main road, jew bypass, jew toroq sekondarji, pero` l-importanti hu li tasal.", "Ma tridx tinsa li lit-tfal trid twassalhom fid-destinazzjoni finali.", "Ma tistax taqbad triq li ma twasslekx fid-destinazzjoni t-tajba.", "Anke l-pass li se timxi bih se jkun tiegħek, imma trid tħares ukoll lejn ta' madwarek.", "Jekk jien irrid immur iċ-Ċirkewwa biex nilħaq il-vapur għal Għawdex u nara li kulħadd qed jaqlagħni u qed ninqata' lura, irrid nieqaf naħseb ħalli nara huwiex se jirnexxieli nasal fid-destinazzjoni li rrid.", "GĦandna skejjel li qabdu rotta li jekk se jibqgħu sejrin biha, se jintilfu numru ta' studenti u allura anke l-pass irridu nqisuh, u hemm fejn jidħol is-support u l-monitoring.", "Kulħadd jaf x'inhi d-destinazzjoni imma t-triq, il-metodu u l-pass li se jimxu bih, se jkunu ssettjati mill-iskejjel infushom, pero` l-iskejjel jenħtieġu li jkunu dejjem iggwidati ħalli ma jonqsux minn dak li għandhom jagħtu lill-istudent.", "GĦalija, dawn huma l-main issues.", "Ħalli issa ngħid xi ħaġa fuq in-National Curriculum Council.", "Dettalji dwar il-kompożizzjoni tiegħu u kemm hu rappreżentattiv, jinsabu fil-pjan strateġiku u allura m'għandix għalfejn noqgħod nidħol f'dak id-dettall.", "L-NCC jiltaqa' regolarment u s'issa qed niffokaw fuq żewġ ideat prinċipali li ħadnihom mill-pjan strateġiku nnifsu.", "Il-pjan jgħid kif il-kunsill għandu jimxi u aħna qed nimxu ma' dak li jgħid il-pjan.", "Fin-National Curriculum Council qed inħarsu lejn dawk l-istrutturi, inkluż id-dipartiment tal-kurrikulu, li jenħtieġu jkunu hemm.", "Jekk ċertu strutturi m'humiex se jkunu hemm, dan il-pjan se jbati.", "Il-kunsill qed iħares lejn dan l-aspett u diġa` għamel ċertu xogħol u għamel it-talbiet tiegħu lid-diviżjoni biex jibdew jittieħdu l-passi ħalli dawn l-istrutturi jitwaqqfu.", "Biex il-pjan verament jitwettaq, irid ikun hemm ħafna impenn u rieda tajba mingħand kulħadd, pero` jrid ikun hemm ukoll ċertu strutturi u għalhekk il-kunsill diġa` beda jara u qiegħed jikkonċentra fuq dan l-aspett.", "Fil-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu bdejna naraw ukoll l-idea tal-focus groups.", "Rajna xi jgħid l-istrategic plan dwar il-focus groups, pero` s'issa, għadhom ma sarux.", "Ix-xogħol biex isiru, miexi, qegħdin niddibattu bejnietna u diġa` għamilna ċertu talbiet.", "Il-pjan strateġiku stess jidħol f'ċertu dettall dwar il-focus groups u jgħid x'inhu l-irwol tagħhom allura m'iniex se noqgħod nirrepeti dak li jinsab fid-dokument għax żgur li diġa` qrajtuh.", "Id-dokument jgħid li dawn iridu jkunu knowledgeable u jridu jiġbru n-knowledge huma stess, jgħid kif iridu jiżviluppaw għerf, kif iridu jissapportjaw l-iskejjel u kif iridu jġibu koordinament at grass root level.", "Aħna nixtiequ li l-focus groups ikunu nuklji ta' dik it-tip ta' għajnuna, ta' dik it-tip ta' enerġija, ta' dak it-tip ta' għerf, ta' dak it-tip ta' expertise u esperjenza li meta l-iskejjel jaħbtu se jeħlu, meta jiġu f'pożizzjoni fejn għandhom bżonn l-għajnuna, se jsibuha.", "Iridu jkunu qishom power houses għal dak li jkun se jiġri fl-iskola u allura ħassejna li fost affarijiet oħra, irid ikollhom impenn enormi.", "Ma jridux ikunu nies li jagħżlu li jkunu hemm għax huwa unur li tkun hemm.", "Dan mhux xi kumitat ta' każin.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' isem jew ta' unur.", "M'hijiex kwistjoni li xi ħadd ikun hemm għax għandu dritt li jkun hemm għaliex qiegħed f'ċertu pożizzjoni.", "Irid ikollhom impenn enormi u meta qed nitkellmu fuq impenn, wasalna biex ngħidu wkoll li jrid ikun hemm impenn ta' numru ta' sigħat għax billi jkollna rieda tajba u ngħidu li ninteressaw tant ruħna fil-qasam ta' l-edukazzjoni u nixtiequ tant ġid lill-edukazzjoni, imbagħad m'aħniex se nkunu kapaċi li nagħtu ċertu numru ta' sigħat, ifisser li m'għandniex dak it-tip ta' impenn li nixtiequ naraw.", "U wasalna biex ngħidu wkoll li rridu naraw li dawn in-nies ikunu hemm.", "Iridu jkunu lesti li jagħtu numru ta' sigħat.", "GĦedna wkoll li l-focus groups irid ikollhom expertise.", "Fosthom irid ikun hemm nies li għandhom l-aqwa għerf fl-oqsma li se jaħdmu fihom.", "L-iskejjel qed jitolbu immens għal din il-ħaġa meta mmur inżurhom.", "GĦandna bżonn ta' nies li għandhom dan it-tip ta' expertise.", "Irid ikollhom ukoll esperjenza.", "L-expertise u l-esperjenza flimkien huma l-aħjar ingredjenti.", "Hemm bżonn li kemm jista' jkun riġlejhom ikunu għadhom fil-kamp tat-tagħlim u mhux ikunu nqatgħu mit-tagħlim.", "Barra minn hekk, nixtiequhom li jkunu rappreżentattivi, jiġifieri li jkun hemm firxa sħiħa ta' nies, inkluż ġenituri.", "Dan huwa wieħed mid-dettalji prattiċi li naħseb ta' min isemmih hawnhekk.", "Meta ġejna għall-preżenza, per eżempju, ta' ġenituri, għedna li jrid ikollna ġenituri li jkunu jistgħu jaqdu dawk l-irwoli li qegħdin nitolbu minnhom.", "Jiġifieri anke dan it-tip ta' dettall irridu naraw.", "Ma rridux li jkollna ġenituri sempliċement biex jekk xi ħadd jistaqsina, ngħidu li għandna ġenituri, imma rridu li jkollna ġenituri li qed jikkontribwixxu b'mod validu.", "GĦamilna suġġeriment u għaddejnih għall-call for applications biex inkunu nafu x'interess hemm għal dawn il-focus groups, pero` se nagħmilha ċara.", "Għadna fi stadju li kull idea, kull suġġeriment, għadu f'waqtu, anzi, huwa mitlub u jista' jgħin ħafna fejn jidħlu l-focus groups.", "Xtaqt insemmi wkoll tip ta' implimentazzjoni li għaddejja bil-kwiet.", "Implimentazzjoni li hi silenzjuża ħafna u forsi m'hijiex qed tinstema' wisq, pero` li qiegħda għaddejja id f'id ma' l-istrategic plan.", "Qed nirreferi għall-working group li kien qed jaħdem fuq technology u li baqa' jiltaqa' wkoll.", "Sar xogħol interessanti ħafna u naħseb xogħol li huwa tajjeb ukoll.", "Dan il-working group beda jħares lejn it-tagħlim tat-teknoloġija mil-livell primarju għal-livell sekondarju u saħansitra beda jfassal kurrikulu biex ikun hemm l-ewwel bażi.", "Jiġifieri diġa` nbdiet fażi ta' implimentazzjoni bil-kwiet kollu u again, din qed issir bil-parteċipazzjoni ta' għalliema u ta' nies li qegħdin f'dan il-qasam partikolari.", "Baqa' għaddej ukoll ix-xogħol fejn jidħol il-co-cordinated science u riċentement kien hemm dibattitu fl-Universita` li proprju beda jwieġeb dak li hemm f'paġna 81 tal-kurrikulu.", "Irrid ngħid ukoll li fil-MATSEC board, kemm-il darba semmejna l-ħtieġa li l-MATSEC Board u l-MATSEC Unit ikunu involuti f'dan il-pjan.", "Naħseb dak huwa qasam li se jkollna naħdmu ħafna fuqu, partikolarment mal-focus groups.", "Nixtieq ngħidilkom ukoll li bdiet miexja implimentazzjoni, fl-opinjoni tiegħi interessanti ħafna, fejn jidħol assessment.", "GĦamilna ħafna xogħol dwar profiling u portfolios u issa għandna background li jiena nħossu sod ħafna anke għalina stess biex niffaċċjaw il-kwestjoni ta' l-assessment.", "Ix-xogħol konness ma' l-assessment mexa bil-kwiet.", "GĦamilna sena naħdmu fuq dan l-aspett u issa nistgħu naqsmu kemm ma' l-iskejjel u kemm ma' kull min hu interessat, ix-xogħol li sar proprju biex nibnu background għalih.", "Rajna literature u rajna kif pajjiżi oħra użaw portfolios u profiling.", "Sar ħafna xogħol minn dak il-lat.", "Nistiedinkom taraw il-katalogu li ħareġ dwar l-in-service courses u żgur li tinnotaw li ħafna minnhom ġew ispirati mill-bżonn tal-kurrikulu.", "Uħud mill-courses għamlu statement ċar u rreferew għall-curriculum, waqt li oħrajn, minkejja li m'għamlux statement daqshekk ċar, indirizzaw ħafna l-curriculum.", "Il-katalogu jirreferi kemm għall-kurrikulu kif ukoll għall-istrategic plan.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel dwar l-implimentazzjoni, semmieh id-Direttur Ġenerali, ċioe`, l-ischool development planning li qed isir.", "Dan l-aħħar mort f'numru sostanzjali ta' skejjel, f'tipi ta' skejjel differenti, primarji, sekondarji, junior lyceums, u interessanti hu li issa l-iskejjel qed jaraw l-ischool development plan fid-dawl tal-kurrikulu u anke fid-dawl ta' l-istrategic plan.", "L-għalliema qed iduru lejn l-ischool development plan u qed jaraw kemm dan il-pjan verament jindirizza l-kurrikulu.", "Sar parti mill-eżerċizzju tagħhom.", "Kienu għadhom m'humiex qed jaraw kif l-ischool development plan se jirrelata ma' l-istrategic plan u jien ippruvajt nurihom li l-ischool development plan tagħhom m'għandux ikun differenti mill-istrategic plan, anzi, irid ikun ir-ruħ ta' l-istrategic plan.", "Naħseb li dak huwa l-pass li jmiss.", "Fid-diviżjoni bdew deħlin l-ischool development plans u allura issa, min-naħa tad-diviżjoni, se nkunu qed naraw kif dawn il-pjani jirrelataw ma' l-istrategic plan.", "Nisperaw li fis-sajf ikollna ċ-ċans li nagħmlu eżerċizzju f'dan is-sens.", "L-ischool development plans se nirrelatawhom mal-focus groups li aħna qegħdin ngħidu li se jkun hemm u se nippruvaw naraw kif jabbinaw bejniethom.", "Naħseb li dan hu xogħol illi jista' jsir u li għandu jsir.", "Jekk tippermettuli, nixtieq nagħlaq fuq żewġ noti.", "Hemm ħafna xogħol xi jsir pero` hemm ħafna rieda biex isir.", "Bħalissa għandna bżonn ta' ħafna enerġija biex inżommu l-pass ta' commitment u ta' entużjażmu li kellna u li għandu jkollna.", "F'kull ħaġa li tagħmel, dejjem hemm perijodu meta tħossok on top u perijodu meta tħoss li l-entużjażmu qed jonqos.", "Forsi l-mod ta' kif ġraw l-affarijiet u l-perijodu ta' żmien li ħadna, wassal biex jonqos xi ftit minn dak il-momentum.", "Dan in-nuqqas fil-momentum bdejt inħossu f'ċertu skejjel.", "Din it-tip ta' manutenzjoni, biex ngħid hekk, trid tkun kontinwa, pero` importanti li ma nitfixklux jew ma nintilfux fuq affarijiet li m'għandhomx x'jaqsmu.", "M'għandniex enerġija żejda x'naħlu.", "Bir-riżorsi li għandna, bil-ħniena nistgħu nkomplu għaddejjin u allura rridu noqogħdu attenti li ma nintilfux.", "Din qed inħossuha ħafna fil-kunsill.", "J'Alla ma nintilfux f'ċertu burokrazija – forsi nsejħilha hekk għax m'għandix kelma oħra – li twassal biex indumu ħafna ma nġibu dak li għandna bżonn biex inwettqu l-għanijiet tagħna.", "Jekk l-enerġija se tmur fuq burokrazija minflok fuq l-implimentazzjoni tal-pjan strateġiku, se nitilfu u naħseb li hemmhekk għandna bżonn l-għajnuna.", "Aspett ieħor li ma nixtieqx li nitilfu enerġija fuqu, huwa l-interessi li jibdew telgħin.", "La jkollok perijodu ta' numru ta' snin, jibdew telgħin interessi oħra.", "Jiġuni f'moħħi numru ta' dawn it-tip ta' interessi, ta' gruppi, ta' ideoloġiji, eċċ. Huma x'inhuma l-interessi, dawn ifixkluna u allura parti mill-enerġija tagħna, minflok ma tintuża biex timplimenta l-pjan, tintuża biex twieġeb jew biex tilqa' għal dawn it-tip ta' interessi li jibdew telgħin.", "Jien naħseb li meta jibdew ġejjin dawn l-affarijiet, għandna nerġgħu noħorġu t-tliet kotba li ppubblikajna - u ma naħsibx li għal xejn għamilna l-istess wiċċ fuq il-cover tat-tliet kotba - u nistaqsu lilna nfusna jekk għadniex bl-istess viżjoni u bl-istess mira.", "Aħna l-membri ta' l-NCC, fil-ħajja qasira li kellna, dawn iż-żewġ problemi – lanqas irrid insejħilhom \"problemi\" imma jistgħu jkunu problemi – qed inħossuhom ħafna u nixtiequ għajnuna biex niskansawhom.", "Nirringrazzjakom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjawk Ms. Vella tal-preżentazzjoni dettaljata li tajtna.", "GĦalkemm inti għedt li mhux se tidħol f'dettall, kienet preżentazzjoni dettaljata u komprensiva li tgħinna nifhmu iktar dan id-dokument.", "Naturalment il-ktieb taqrah u jirnexxielek tifhmu, pero' meta wieħed jiffoka fuq l-ispirtu tiegħu, tapprezzah ħafna iżjed.", "Diġa` saru d-8.45 p.m., jekk tixtiequ tistgħu tagħmlu xi mistoqsijiet preliminari, pero` llum jidher li mhux se jkollna ħin għat-tweġibiet tagħhom.", "Kif għedt qabel, min jixtieq jagħmel mistoqsijiet partikolari, għandu jgħaddihom lil Pauline – nimxu qisna bis-sistema tal-PQs – sabiex jintbagħtu fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u jiġu forwarded lill-persuna konċernata.", "Jekk għandkom xi mistoqsija li tridu li jirrispondiha xi ħadd partikolari, indirizzawha lil dik il-persuna, pero` għadduhom lil Pauline.", "Fil-każ ta' mistoqsijiet ġeneriċi, wieħed jara min huwa l-aħjar persuna li jista' jirrispondihom.", "Onor. Francis Agius, xtaqt tagħmel mistoqsija?", "FRANCIS AGIUS: La qed nitkellmu fuq strateġija naħseb li importanti li nagħmel mistoqsija strateġika.", "Is-Sur Mizzi tkellem ħafna fuq il-bżonn ta' support u pressure fl-istadju ta' l-implimentazzjoni.", "Tista' tgħidilna kif wasaltu għad-deċiżjoni li jkun hemm iktar support milli pressure?", "L-Onor.", "Bartolo qal li forsi għadu kmieni biex inħarsu lejn xi ħaġa li għadha ma bdietx, imma fis-sistema se jkun hemm inbuilt evaluation biex turik mill-ewwel min qiegħed jaqa' lura?", "Hawn qed nitkellmu fuq tfal, fuq teachers, fuq nies li huma tad-demm u l-laħam li għandhom futur quddiemhom, allura hemm xi sistema ta' evalwazzjoni li tkun tista' turik kemm jista' jkun kmieni – biex ovvjament jittieħdu l-miżuri neċessarji – jekk xi ħadd ikunx qed jaqa' lura biex nevitaw li meta nagħmlu evalwazzjoni wara numru ta' snin na nsibux li l-objectives li konna qed nippruvaw nilħqu marru 'l bogħod mill-miri ssettjati?", "MARY VELLA: L-ewwel mistoqsija kienet għaliex morna għal support aktar milli għal pressure u meta qed ngħidu pressure qed nifhmu wkoll tip ta' monitoring.", "Kif kulħadd jaf, l-iżjed metodu effettiv ta' xi programm li joffri edukazzjoni tajba, hu wieħed maħruġ mill-iskola nnifisha.", "Xi ħaġa li hi imposta minn barra, m'hijiex daqshekk effettiva u hija wkoll short-lived.", "Meta toħloq pressure minn barra, jista' jkollok min jibda jagħti mill-inqas li jista'.", "Ma jkollhomx l-enerġija meħtieġa biex iwettqu xi ħaġa u allura tonqos il-kwalita' tal-prodott.", "L-iskejjel huma sensittivi ħafna għal din il-ħaġa u l-istudenti jħossuha wkoll.", "GĦalhekk nippreferu li jkun hemm aktar support milli pressure, pero` żgur li anke f'sistemi fejn qed issir ħafna pressure, hemm ukoll ħafna support.", "Veru li fl-Ingilterra, biex nieħu bħala eżempju l-Ingilterra, hemm l-Ofsted Inspections - Office for Standards in Education - imma ma rridux naraw dak il-lat biss.", "Irridu nitkellmu wkoll fuq it-tip ta' support li jingħata lill-iskejjel f'ħafna forom, per eżempju f'taħriġ, taħriġ kontinwu b'sistemi li jippermettu ħin biżżejjed lill-għalliema għall-qsim ta' l-ideat li aħna ngħidu li jrid ikollhom, support f'materjal li nħoloq at grass root level li mbagħad tqassam u ġie evalwat.", "Jiġifieri barra l-pressure, ikun hemm ukoll support.", "Aħna ma rridux inħarsu lejn sistema li qed tagħmel pressure u la qed ikollha riżultati, immorru għall-pressure biss.", "Żgur li l-iskejjel jinħtieġu s-support ukoll.", "Jien ngħid li aħna morna għal ħafna support iżda fl-istess waqt irid ikun hemm monitoring, pero`, il-main emphasis ma jridx ikun fuq monitoring, għal raġuni oħra.", "Ma nistgħux f'daqqa waħda nieħdu l-pendlu lejn naħa waħda.", "Irridu niftakru li aħna kellna sitwazzjoni fejn lanqas monitoring ma kien hemm.", "Irridu noqogħdu attenti kif se ndaħħlu dan it-tip ta' monitoring li biex ngħidu l-verita`, żgur li hemm bżonnu.", "Qed nippruvaw ukoll indaħħlu l-evaluation bħala parti minn kull sistema.", "L-evalwazzjoni trid tkun parti minn kull ħaġa li nagħmlu.", "Kulħadd irid jagħmel evalwazzjoni ta' dak li qed jagħmel, l-NCC, il-focus groups, kulħadd.", "Il-pjan strateġiku jitkellem dwar il-bżonn ta' sistema ta' evalwazzjoni.", "B'xi mod, l-iskejjel diġa` bdew jagħmlu tip ta' evalwazzjoni u li issa għandhom bżonn hija t-teknika, it-tools ta' kif għandhom jagħmlu l-evalwazzjoni.", "Forsi għall-iskejjel l-evalwazzjoni għadha pjuttost xi impressjoni, idea, m'hijiex fondata u maħduma biżżejjed.", "Kif jingħad ukoll fil-pjan strateġiku, importanti li ssir diskussjoni b'mod kritiku, anke minn nies esterni, b'għajnejn esterni, ħalli mhux sempliċement tkun saret diskussjoni imma tkun saret diskussjoni ta' kwalita`.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn min jixtieq jagħmel mistoqsijiet fil-qosor qabel ma niġu għat-tmiem tal-laqgħa?", "L-Onor.", "EVARIST BARTOLO: Jiena sibtni komdu ħafna u qbilt ħafna ma' dak li ddeskrivejt inti, Ms.Vella, bħala l-identikit ta' min se jkun fil-focus groups.", "Huma differenti mill-proposti li ddiskutejtu u nieħu gost li huma differenti għaliex iż-żewġ proposti li rajt jien, huma żewġ estremi.", "Mudell minnhom kien wishy-washy wisq, speċi kulħadd jista' jkun fil-focus groups, waqt li l-mudell l-ieħor kien l-estrem, jistgħu jkunu biss dawk li għandhom second degree u li jkunu ppubblikaw barra.", "Fil-fehma tiegħi, l-aħħar mudell jeskludi ħafna mit-tip ta' nies li semmejt int. Kif għedt int, il-focus groups iridu jkunu school friendly u li joffru support.", "Jien nappella li meta tiġu biex tiffurmaw il-focus groups tersqu aktar lejn il-mudell li qed tipproponi int għax inkella jkunu counter-productive.", "Il-mistoqsija li nixtieq nistaqsi hija kwestjoni ta' orjentament ġenerali.", "Hemm diversi modi kif iġġib bidliet fl-iskejjel u naħseb li ħadd ma jaħseb li hu infallibbli u għandu xi pillola maġika li se ssolvi l-problemi, imma lili jinkwetani daqsxejn il-fatt li donnu ntgħażel l-orjentament – jekk jien żbaljat ikkoreġini – li l-bidla fl-iskejjel tiġi minn fatturi esterni għall-iskejjel.", "Jien naħseb li hemm żewġ fatturi; il-fatturi interni u l-fatturi esterni.", "Jekk inħallu l-iskejjel waħedhom, ma naħsibx li se jinbidlu u lanqas hu l-każ li nibdluhom biss minn barra.", "Nixtieq inkun naf jekk ikkonsidrajtux l-orjentament ta' l-ischool effectiveness movement li l-aktar li jitfa' enfasi huwa fuq x'inhuma l-fatturi li jgħinu skola tirnexxi.", "U ħafna minn dawk il-fatturi ma jiġux minn fatturi esterni imma minn fatturi interni, per eżempju, mid-dinamika bejn l-istaff u l-heads, jew jekk il-head jużax biss l-assistant head biex jagħmillu t-te' jew il-photocopies, u affarjiet oħra bħal dawn.", "Dawn huma affarijiet li jiġru u li jkissru l-iskejjel u naħseb tafhom biżżejjed mill-esperjenza tiegħek.", "Taħseb li hemm il-periklu li fil-mudell li qed jintgħażel hawnhekk m'aħniex nagħtu biżżejjed enfasi fuq x'inhuma l-ingredjenti biex skola tkun effettiva?", "Qed nagħmel riferenza għax-xogħol ta' Peter Mortimer u oħrajn li fl-Olanda, fl-Ingilterra u f'pajjiżi oħra, iffukaw ħafna fuq l-appoġġ li qed issemmi inti għal ġo l-iskejjel.", "Tara li qed nagħtu aktar importanza lill-istrutturi esterni milli kif se nintervjenu direttament on the ground u fil-klassi li fl-aħħar mill-aħħar huwa l-post fejn jiġi ġġudikat jekk irnexxilniex jew le?", "MARY VELLA: Qed nifhmek u naqbel miegħek li iva, jista' jkun hemm periklu illi għall-għajnuna nħarsu lejn l-estern.", "Meta kont qed inwieġeb għall-mistoqsija dwar support u pressure, erġajt għedt illi mingħajr ebda dubju, dak li verament jilħaq lill-istudent u jagħmillu differenza u għandu ħajja daqsxejn twila, huwa dak li jkun maħsub u maħluq fl-iskola u li jrabbi l-għeruq fl-iskola.", "Sfortunatment, fl-iskejjel għad hemm ċertu tip ta' ħsieb.", "Veru li nirriflettu fuq dak li qed jiġri, pero' jekk se nipprovaw insibu raġuni għaliex xi ħaġa sejra ħażin, għad għandna l-kultura li nagħtu tort lil xi ħadd jew xi ħaġa.", "Għadna nħarsu 'l barra minna iżjed milli 'l ġewwa u ħafna mill-iskejjel li qed jirriflettu b'sens ta' impenn kbir, pjuttost iħarsu 'l barra minnhom.", "Forsi l-kultura twassalhom li jagħmlu hekk imma ħafna drabi tismagħhom jgħidu jew li s-sillabu ma jippermettix, jew li l-eżamijiet li nħolqu ma jippermettux, jew għaliex m'għandhomx xi ħaġa jew oħra.", "Għadna nsibuha tqila biex inħarsu u naraw x'inhu li qed nagħmel jiena, kif qed naħdem, x'inhi l-preparazzjoni tiegħi, kemm jien aġġornat.", "Iva, hemm dik it-tip ta' kultura u magħha trabbiet wkoll il-kultura illi wieħed jgħid: ''Jiena se nipprova, imma inti x'inti tagħmel?", "X'għajnuna se nieħu jiena?\".", "Jekk ma noqogħdux attenti, hemm dak il-periklu u bħalissa hemm għajta sħiħa min-naħa ta' l-iskejjel – jiena diġa' tkellimt dwar dan mal-membri ta' l-NCC – li għandhom bżonn l-għajnuna u li aħna rridu ngħinuhom.", "Jekk ma noqogħdux attenti hemm ċans li l-iskejjel jibqgħu jagħtu tort l-affarijiet 'il barra minnhom, li m'humiex kif jixtiequ huma u li jaħsbu li huma qed jagħmlu dak kollu li għandhom jagħmlu u l-affarijiet iridu jiġu minn barra.", "Irid jinżamm ċertu bilanċ, pero' jien ma naqtax qalbi għax illum l-iskejjel bdew jemmnu li huma jistgħu jagħmlu differenza.", "Anke dawk li forsi l-istorja tagħhom dan l-aħħar ma kenitx daqshekk feliċi, qed jemmnu li jistgħu jagħmlu differenza.", "Jiġifieri dan is-sens ta' ħsieb qed jikber.", "Se nkomplu wkoll it-taħriġ ta' kif isir l-ischool development planning.", "Kif konna qed nitkellmu bejnietna d-diretturi flimkien mad-direttur ġenerali, inħossu li l-pass li jmiss huwa pass ta' kwalita' fl-ischool development planning.", "Tgħallima l-bażiku pero' issa rridu mmorru għall-kwalita'.", "L-iskejjel iridu jaraw x'se jagħmlu bir-riżorsi li għandhom u fejn ma jaslux, nidħlu aħna bħala partners.", "Nixtieq insemmi xi ħaġa li ma kontx semmejt qabel.", "Jien nixtieq nara partnership jinbena mhux biss bejn skola u focus group, jew skola u NCC, jew skola u d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, imma bejn skola u oħra.", "Diġa` bdiet issir; jiena mmur fi skejjel u nara ċertu partnership bejn skola fit-tali lokalita' ma' skola f'lokalita' oħra, pero' għad irridu nibnu fuq dan il-konċett u mbagħad hemmhekk nibdew narawha taħdem l-enerġija ta' l-iskola.", "Iva, jeżisti periklu iżda l-fatt li aħna konxji tiegħu, naħseb li jgħinna.", "(Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Mizzi, jekk se tagħmel xi rimarka, trid tiġi mal-mejda għax inkella dak li tgħid ma jiġix rekordjat.", "IS-SUR CHARLES MIZZI: Punt li rrid ngħid lill-Onor.", "Bartolo huwa li l-paradigm li rajna s'issa ġewwa d-diviżjoni kienet li l-curriculum department, issa għandu veru firxa kbira fuq dak li jrid iwassal lejn it-tagħlim, pero' mil-lat ta' effettivita' ta' l-iskola, anke mil-lat ta' relazzjonijiet maniġerjali, qegħdin nippruvaw inġibu bidla oħra biex id-dipartiment ta' l-operations ma jikkonċentrax biss fuq fejn se jintbagħtu l-għalliema, eċċ., imma bil-mod il-mod, ix-xogħol tiegħu jibda jixxiftja u jieħu l-ownership primarja ta' l-ischool development plans.", "L-għan huwa li l-operations department ikun qiegħed hemm biex jassigura li l-iskejjel huma effettivi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak ta' dik il-kjarifika.", "Insejjaħ issa lill-Onor.", "Farrugia biex jagħmel l-aħħar mistoqsija qabel ma naġġornaw.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Xtaqt immur għall-paġna 73 ta' l-istrategic plan fejn insibu r-rispons għall-questionnaire li kien sar fl-iskejjel.", "Hawnhekk jirriżulta li kienu ħafna mill-iskejjel statali, ħlief għall-iskejjel tas-snajja', li rrispondew il-questionnaire, għall-kuntrarju ta' l-iskejjel indipendenti u tal-Knisja li ma tantx irrispondew.", "Dan jista' b'xi mod jirrifletti li l-iskejjel tal-Knisja u indipendenti ma tantx qed iħossuhom parti minn dan il-proċess?", "Kumment li xtaqt nagħmel huwa li fl-opinjoni tiegħi, biex dan jirnexxi, importanti li l-ġenituri jifhmu that they have to let go.", "Il-ġenituri jridu jserrħu rashom li dak li qed jiksbu t-tfal tagħhom fl-iskola, u issa anke wara l-ħin ta' l-iskola, huwa biżżejjed fejn jidħlu eżamijiet.", "Naħseb li jrid jkun hemm paralleliżmu bejn is-sistema edukattiva u s-sistema ta' l-eżamijiet għax inkella m'aħniex se nilħqu l-għanijiet tagħna.", "MARY VELLA: Il-figuri ta' rispons għall-questionnaire li bgħatna fl-iskejjel huma dawk li jidhru fid-dokument, pero' rridu ngħidu li l-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti taw sehemhom f'kull tip ta' diskussjoni li kien hemm, f'kull tip ta' dibattitu u working groups.", "Min ġie għall-konferenza seta' jara li dawn l-iskejjel kienu minn ta' quddiem f'kull sens.", "Ma ninsewx wkoll li meta bgħatna l-questionnaire kien hemm union action li setgħet affettwat ir-rispons li kellna.", "Bl-ebda mod ma nistgħu nieħdu r-rispons li kellna mill-iskejjel tal-Knisja u indipendenti bħala nuqqas ta' interess.", "Nista' ngħid li jien kelli numru ta' kuntatti minn skejjel tal-Knisja u indipendenti li nteressaw ruħhom f'dan id-dokument.", "Fuq il-punt l-ieħor ta' kemm hu biżżejjed it-tagħlim li qed jingħata, naħseb li fl-edukazzjoni qatt ma nistgħu ngħidu li hu biżżejjed u nixtieq li l-ġenituri ma jgħoddux it-tagħlim fl-iskola bħala biżżejjed, anzi, nixtieq li huma wkoll jinvolvu ruħhom.", "Dwar l-assessment, naqbel ma' dak li ntqal.", "Irridu sistema ta' assessment li tgħin twassal dawn il-prinċipji.", "Il-kwalita' fl-edukazzjoni rridu nġibuha wkoll b'tip ta' assessment li jgħin u li jissapportja dawn il-prinċipji.", "L-eżamijiet tas-SEC se jiddeterminaw ħafna t-tip ta' edukazzjoni li trid tingħata.", "Tgħid x'tgħid, l-eżamijiet tas-SEC jaffettwaw is-sistema ta' l-edukazzjoni.", "Qed nibdew naraw daqsxejn ta' backwash effect.", "Irid ikollna sistema ta' assessment li tgħin u tiffaċilita u mhux li twaqqaf, qisna qed nitkellmu b'żewġ lingwi differenti, issa ngħid mod u mbagħad meta niġi għall-assessment ngħid mod ieħor.", "IC-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak Ms. Vella.", "Ġejna fit-tmiem ta' din il-laqgħa pero' naf li l-Onor.", "Aguis xtaq jagħmel kumment żgħir.", "FRANCIS AGUIS: Sinjura President, bil-permess tiegħek nixtieq nagħmel kumment żgħir.", "Nixtieq nirringrazzja lill-membri kollha ta' dan il-kumitat għall-kondoljanzi li ngħatawli fl-aħħar laqgħa tal-kumitat meta jiena ma kontx preżenti minħabba l-mewt tal-papa' tiegħi.", "IC-CHAIRPERSON: Grazzi Onor. Aguis.", "Għal darb'oħra nixtieq nirringrazzja lilkom, sinjuri, ta' l-attendenza tagħkom u ta' l-interess li qegħdin turu u li jiena persważa li se tkomplu turu tul is-sessjonijiet kollha li se jkollna.", "Nixtieq infakkar lill-membri tal-kumitat li jekk għandhom xi mistoqsijiet li jixtiequ jindirrizaw lil dawn is-sinjuri, jgħadduhom lis-segretarja, is-Sinjorina Pauline Abela, ħalli mbagħad jiġu mwieġba fil-laqgħat li jmiss.", "Nixtieq nirringrazzja b'mod partikolari lid-Direttur Ġenerali, is-Sur Charles Mizzi u lil Ms Mary Vella, Direttur tal-Kurrikulu, għas-sehem tagħhom fil-laqgħa tal-lum.", "Grazzi u l-lejl t-tajjeb lil kulħadd.", "Fid-9.10 p.m. il-kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 26 ta' Ġunju, 2001 fis-7.00 p.m. bl-istess agenda."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010619_037d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 19 ta' Ġunju, 2001", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.08 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "Preżenti kien hemm ukoll il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 36 li saret fit-30 ta' Jannar, 2001 kienu konfermati.", "L-Onor Francis Agius irringrazzja lill-Membri tal-Kumitat għas-sentimenti espressi minnhom fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat, wara l-mewt ta' missieru.", "PJAN STRATEĠIKU GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KURRIKULU NAZZJONALI", "Il-Kumitat stieden lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, lis-Sur Charles Mizzi, Direttur Ġenerali u lil Ms Mary Vella, Director Curriculum Development, fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, jieħdu sehem fid-diskussjoni.", "Minħabba n-numru ta' persuni li ġew mistiedna jipparteċipaw fid-diskussjoni dwar dan is-suġġett, il-President tal-Kumitat issuġġeriet li l-Membri tal-Kumitat jissottomettu mistoqsijiet lill-Uffiċċju ta' l-Iskrivan tal-Kamra sabiex dawn jitressqu lill-persuni konċernati.", "Fid-9.10 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 26 ta' Ġunju 2001 fis-7.00 p.m. bl-istess aġenda.", "PAULINE ABELA GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010619_037m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 41", "It-Tnejn, 25 ta' Ġunju 2001, fis-7.30 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 25 ta' Ġunju 2001, fis-7.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Xogħol tal-Kamra.", "20 ta' Ġunju 2001 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010625_041a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 25 ta' Ġunju 2001", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fis-7.40 p.m.", "Mr Speaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor l-Onor Mario Galea, l-Onor Victor Galea Pace, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor George Vella.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 40 li saret fis-16 ta' Mejju 2001, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali nforma lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li għal ġranet li ġejjin, il-Parlament ikompli jiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent imbagħad wara jibda jiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Inbid.", "B'riferenza għall-mozzjoni ta' l-Onor Joe Debono Grech dwar ir-regolamenti għal bastimenti żgħar, il-Kumitat qabel li din il-mozzjoni tiġi diskussa f'seduta waħda, nhar il-Ħamis, 5 ta' Lulju 2001.", "Il-Viċi Prim Minstru u Ministru għall-Politika Soċjali qal li l-ħsieb tal-Gvern kien li l-Parlament jiltaqa' t-Tnejn filgħaxija, it-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ġimgħa, filgħodu u filgħaxija, waqt li l-Ħamis jiltaqa' darba biex jiddiskuti l-mozzjoni ta' l-Onor Joe Debono Grech.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali rrefera għall-mozzjoni dwar tneħħija ta' imħallef li kienet ġiet ippreżentata matul is-Seba' Leġislatura iżda li ma kenitx ġiet diskussa fil-Parlament.", "Ġie suġġerit li l-Membri tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra l-ewwel jiddiskutu xi proċedura għandha tintuża f'dan il-każ u f'każi simili.", "Tqajjem il-punt dwar il-ħtieġa ta' laqgħa tal-Kumitat sabiex jiġi diskuss l-Ombudsplan għas-sena 2001 u ġie deċiż li din il-laqgħa ssir nhar l-Erbgħa, 4 ta' Lulju.", "L-Onor Mario Galea qajjem il-punt li mistoqsijiet parlamentari jkunu jistgħu jintbagħtu bl-e-mail.", "Mr Speaker issuġġerixxa li dan il-punt jerġa' jiġi diskuss qabel tittieħed deċiżjoni.", "L-Onor George Vella tkellem dwar il-proċedura li bħalissa qiegħda tintuża għall-pustaġġ ta' ittri minn Membri Parlamentari.", "Ġie miftiehem li l-żewġ whips, flimkien ma' xi ħadd mill-Uffiċċju ta' l-Iskrivan tal-Kamra, jiltaqgħu mas-Segretarju Parlamentari l-Onor George Hyzler sabiex tiġi diskussa proċedura li tista' tintuża mill-Membri Parlamentari, bid-deċiżjoni finali tittieħed fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Mr Speaker informa l-Kumitat b'korrispondenza li huwa rċieva mingħand l-Onor Dolores Cristina, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin, dwar il-preżentazzjoni ta' rapporti mill-Membri Parlamentari li jkunu qed jattendu laqgħat internazzjonali.", "Il-Kumitat qabel li għandha tintbagħat ċirkolari lill-kap ta' delegazzjonijiet parlamentari fejn fiha tintwera x-xewqa li jiġi ppreżentat rapport dwar il-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni f'laqgħat internazzjonali, lill-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin.", "Fit-8.27 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 4 ta' Lulju fis-6.30 p.m.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010625_041m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 38", "It-Tlieta, 26 ta' Ġunju 2001 fis-7.00 p.m.", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 26 ta' Ġunju 2001 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Implimentazzjoni tal-pjan stateġiku għall-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali - Kontinwazzjoni", "20 ta' Ġunju 2001 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010626_038a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 38", "It-Tlieta, 26 ta' Ġunju, 2001", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 38", "It-Tlieta, 26 ta' Ġunju, 2001", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.11 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 37 li saret fid-19 ta' Ġunju, 2001, ġew konfermati.", "PJAN STRATEĠIKU GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KURRIKULU NAZZJONALI - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat irriżuma mid-19 ta' Ġunju, 2001, id-diskussjoni fuq dan is-suġġett.", "IĊ-CHAIRPERSON (L-Onor Helen D'Amato): Kif tafu, fl-aħħar laqgħa l-membri ta' dan il-kumitat kienu ġew mitluba jressqu domandi li xtaqu jiġu mwieġba fil-kumitat u fil-fatt daħlu żewġ mistoqsijiet mingħand l-Onor.", "Illum se niddiskutu l-ewwel waħda li taqra hekk:", "\"Id-dħul ta' l-edukazzjoni tat-teknoloġija fl-iskejjel sekondarji - sena wara.", "Fejn wasalna mil-lat ta' evalwazzjoni?", "X'kienu l-iskopijiet?", "Kif qed jintlaħqu?", "X'inhu l-effett fuq l-istudenti fl-iskejjel sekondarji ġenerali fejn daħal dan is-suġġett?\".", "Nixtieq nibda billi nistieden lis-Sur Charles Mizzi, Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni, jagħti introduzzjoni mbagħad warajh nisimgħu lis-Sur Salvu Frendo, lis-Sur Mario Borg u lis-Sinjorina Carmen Mangion, subject coordinators fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, iwieġbu d-domanda ta' l-Onor.", "Infakkarkom li dak kollu li jintqal hawnhekk qed jiġi rekordjat u għaldaqstant, għal skopijiet ta' traskrizzjoni ta' din il-laqgħa, nitlobkom tidentifikaw lilkom infuskom qabel tibdew l-intervent tagħkom.", "IS-SUR CHARLES MIZZI (Direttur Ġenerali, Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni): Sinjura President, bil-permess tiegħek, nixtieq li qabel ma niġi għas-suġġett nagħti ġieh b'mod pubbliku lil żewġ uffiċjali fid-diviżjoni.", "Aħna għandna ħafna nies li jaħdmu b'mod effiċjenti u dedikat pero' ċertu karigi jkunu jeħtieġu responsabbilta' kbira u l-mod ta' kif wieħed jeżerċita dik ir-responsabbilta' tkun tenħtieġ edukazzjoni kbira.", "U allura, mingħajr ma nonqos lil ħaddieħor, inħoss li għandi nsemmi tnejn mill-assistenti diretturi li ħadmu b'dedikazzjoni eċċezzjonali, u li nzertaw qegħdin hawn fl-udjenza.", "Waħda minn dawn l-uffiċjali hija Ms. Pauline Apap li hija nkarigata mill-eżamijiet li llum huma benchmark fl-iskejjel tagħna.", "Illum stess ġew impostati r-riżultati ta' l-eżamijiet għad-dħul fil-junior lyceums u l-mod professjonali u dedikat li bih sar dan l-eżerċizzju jobbligani li nsemmi l-persuna li hija nkarigata mill-proċess.", "Naħseb li t-tfal kollha għandhom ikunu obbligati lejha u lejn it-team tagħha u jixraq ħafna li nagħti dan il-ġieh mistħoqq lil min ta kontribut eċċezzjonali.", "Uffiċjal ieħor li b'wiċċi minn quddiem ma niddejjaqx insemmi għall-kontribut tiegħu, huwa s-Sur Lawrence Zammit li huwa nkarigat bir-responsabbilta' li jħaddem il-computers li għandna fl-iskejjel tagħna li issa tant infirxu u b'dedikazzjoni eċċezzjonali wassal biex dan l-aspett ta' informazzjoni teknoloġika jiffjorixxi fl-iskejjel tagħna.", "Jidhirli li għandi nagħtihom dan il-ġieh hawn hekk.", "Waħda wasslet l-assessment, scaffolding kbir għal dak li jrid jiġri fl-implimentazzjoni tal-kurrikulu, u l-ieħor wassal l-aspett ta' l-ICT.", "Minn hawnhekk nixtieq nagħtihom il-prosit li jixirqilhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Żgur li aħna lkoll hawn preżenti ningħaqdu miegħek f'dan id-diskors ta' ringrazzjament għax-xogħol siewi li taw iż-żewġ uffiċjali li semmejt.", "Naturalment, wieħed jista' jagħmel xogħlu u jagħmlu b'mod tajjeb, pero' jista' wkoll jagħmlu b'mod eċċezzjonali u aħna nixtiequ nirringrazzjawk talli informajtna bix-xogħol eċċezzjonali li dawn iż-żewġ uffiċjali fl-istaff tiegħek jagħmlu b'risq l-edukazzjoni ta' wliedna.", "Ma nafx jekk għandekx il-mistoqsija ta' l-Onor.", "IS-SUR CHARLES MIZZI: Ħalli nibda billi nagħti ħarsa lura ta' x'ġara matul is-sena skolastika li għaddiet għal dak li jirrigwarda l-introduzzjoni ta' l-edukazzjoni teknoloġika.", "Bażikament, it-technology education kien maqsum f'Technology Education \"A\", tip ta' programm li huwa aktar orjentat lejn l-industrija milli lejn is-servizzi, u Technology Education \"B\".", "Minkejja li ma nixtiequx li jkollna gender stereotyping, donnu li s-subien jersqu aktar għat-Technology Education \"A\", infatti ma kien hemm l-ebda tifla tieħu dan is-suġġett, waqt li għat-Technology Education \"B\", kellna kemm subien u kemm bniet.", "Sas-sena l-oħra, min kien jagħżel it-Technology Education \"A\" kien ikollu jinqala' mill-iskola tiegħu u jmur fi skola tas-snajja' iżda minn din is-sena, is-subien ma kellhomx għalfejn jitilqu mill-skola tagħhom u jmorru fi skola tas-snajja' għax il-programm beda jsir fl-iskejjel tagħhom stess.", "Kellna biża' kbira li meta l-instructors jersqu lejn l-area secondary schools biex idaħħlu t-technology education ma kienux se jkunu aċċettati daqskemm wieħed jistenna.", "Naturalment ma tista' tieħu xejn for granted u allura aħna konna tkellimna mal-kapijiet ta' l-iskejjel li ħadu inizjattivi partikolari u fil-fatt irnexxilhom jintegrawhom fl-iskejjel tagħhom.", "Iktar minn hekk, qgħadna attenti li s-suġġett ma jkunx sparpaljat imma jkun koordinat u biex ikun hemm koordinament nazzjonali, żammejna l-instructors training unit fin-Naxxar biex iservi ta' hub, iċ-ċentru, li jgħaqqad is-suġġett u l-instructors flimkien.", "Iktar tard rajna l-viżjoni li hemm għal dan is-suġġett u flimkien ma' kull min hu involut, iddeċiedejna li biex is-suġġett ikun jista' jinħadem aħjar, kien hemm bżonn ta' żewġ affarijiet.", "Waħda, li naraw il-firxa tas-suġġett fil-partijiet tiegħu u l-oħra, li naraw li ħadd ma jieħu l-piż kollu waħdu imma li x-xogħol jinqassam fuq areas differenti, persuni differenti, pero' b'danakollu jibqa' dejjem koordinat.", "Il-viżjoni li donnha qiegħda toħroġ hija li t-technology education ikun wieħed mill-core subjects.", "X'kienu l-iskopijiet tat-technology education?", "L-ewwel skop ta' dan is-suġġett kien li jkun mifrux fl-iskejjel kollha.", "Mela m'għadniex nitkellmu iktar fuq an optional subject imma fuq suġġett li eventwalment irid ikun wieħed mill-core subjects, bħalma huma x-xjenza, il-matematika, l-Ingliż u l-Malti.", "Hi x'inhi l-iskola, hi x'inhi l-firxa tagħha, se jkollha s-suġġett tat-technology education u kull tifel u tifla se jkollu s-suġġett bħala wieħed mis-suġġetti bażiċi.", "Dan għandu ħafna implikazzjonijiet.", "Mela issa, skond il-kurrikulu stess u l-pjan ta' implimentazzjoni, l-iskejjel statali, il-junior lyceums, l-iskejjel tal-Knisja u l-iskejjel indipendenti kollha, se jkollhom dan is-suġġett li se jkun iwassal għall-eżami tas-SEC, paper A u paper B. Din hija xi ħaġa totalment ġdida.", "Ix-xogħol diġa' beda, pero' wieħed jifhem li jrid ikun hemm xogħol konċettwali u qed nippreżentaw dan is-suġġett bħala tema.", "Hawnhekk ta' min isemmi li meta kienu twaqqfu paper A u paper B għas-suġġetti kollha kemm huma - dak iż-żmien jien kont fuq il-MATSEC Board - qatt ma kienet intenzjonata li int se tagħmel karta biex tilħaq wkoll il-firxa tan-naħa t'isfel.", "L-eżamijiet li huma ċertifikabbli mill-Universita' – dak iż-żmien kienu GCE - kienu jilħqu biss 20-25% ta' l-istudenti, waqt li l-eżamijiet li hemm illum, qed jersqu għalihom madwar 60% ta' l-istudenti għalkemm jgħaddu biss madwar 45%.", "Il-fatt li llum għandek ċertifikazzjoni li telgħet għal 45% diġa' jfisser li qed jintlaħaq skop tajjeb.", "L-esperjenza qed tgħallimna li meta se taqbad tfal f'ċertu spectrum biex jersqu għall-eżamijiet tas-SEC, huma x'inhuma s-suġġetti, dik l-istess ċertifikazzjoni qiegħda tbarri lit-tfal milli jimxu 'l quddiem.", "Allura għalina kien importanti ħafna li meta ġejna biex inqassmu x-xogħol, naraw li jkun hemm team li qed jaħdem fuq it-technology education bħala suġġett li se jkun ċertifikabbli mis-SEC.", "B'mod ġenerali, żgur li se jkun qed jaqdi l-ħtiġijiet meta se jkun core subject fil-junior lyceums u fl-iskejjel l-oħra, pero' meta nħarsu lejn l-area secondary schools - filwaqt li definittivament m'aħniex se nbarru lill-ebda student li jersaq għas-SEC bħalma ma nbarru lill-ebda student jersaq għas-SEC minn dawn l-iskejjel - naħsbu li hemmhekk irid ikun hemm tip ta' programm li jkun differenti minn tas-SEC biex verament nilħqu lil kulħadd.", "Naħseb li x'aktarx inkunu qed nagħmlu disservice lil dawk it-tfal li kienu qed jieħdu t-technology education fl-iskejjel tas-snajja' u li issa qegħdin fl-area secondary, jekk se nagħmlu SEC programme that fits all u nipprovaw inġebbduhom lejn naħa partikolari f'daqqa waħda.", "Barra minn hekk, għedna li għalkemm il-programmi se jkunu relatati, ried ikollna grupp li jkun qed jaħdem fuq in-naħa ta' programm li jwassal għas-SEC - u f'dan ir-rigward hemm kumitat headed minn Mr David Purchase – u min-naħa l-oħra ried ikollna wkoll team ieħor li jkun qiegħed jikkonsolida t-tip ta' programm li kien diġa' beda fit-trade schools u mbagħad mexa għall-area secondaries u ridna nsaħħuh fuq dik il-linja.", "Se jkollna wkoll l-opportunita' li aktar 'il quddiem nisimgħu lil dan il-grupp f'dan il-kumitat.", "Bħala core subject, it-technology education ma jridx ikun biss fis-sekondarja imma jrid jinżel ukoll fil-primarja.", "It-teknoloġija hija parti kbira mix-xjenza u allura fil-primarja, l-istess għalliema li jkunu qed jgħallmu l-klassi, l-istess peripatetic teacher tax-xjenza, se jgħallmu s-science and technology.", "Ma jagħmilx sens li malli tidħol fis-sekondarja s-science u t-technology ikunu żewġ suġġetti differenti.", "Kien importanti ħafna li kulħadd jindirizza l-qasam tiegħu.", "Per eżempju s-Sur Buttigieg li jmexxi l-qasam tal-primarja - qiegħed hawnhekk u aktar 'il quddiem se jagħtina l-intervent tiegħu – għandu jdejh fuq il-polz u l-flavour ta' l-edukazzjoni primarja, mexxa ħafna l-edukazzjoni xjentifika fil-primarja u għaqqad tajjeb ħafna l-edukazzjoni teknoloġika ma' l-edukazzjoni xjentifika f'dan il-livell.", "Mr David Purchase, flimkien mal-kumitat tiegħu li fih kien hemm rappreżentanti minn kull qasam, fosthom it-trade schools, l-area secondaries, u ċ-church schools, għaqdu dan il-programm li jwassal għas-SEC.", "Flimkien ma' dan il-kumitat kien hemm ukoll grupp ieħor li bejniethom kienu qegħdin jikkonsolidaw il-programm li issa qed iwassal biex it-technology education li ġie ntrodott fl-area secondaries, ikun dejjem fuq bażi soda.", "Sinjura President, li nipproponi li nagħmlu f'dan il-kumitat huwa li nikkonsidraw kull tema differenti u għal kull tema nistiednu jingħaqdu magħhom mal-mejda lil dawk in-nies li forsi jistgħu jwieġbu aħjar minni l-mistoqsijiet li ġew sottomessi u għalhekk naħseb li jkun tajjeb jekk nibdew billi nistiednu lit-tliet subject coordinators tat-technology education.", "Dawn huma l-ewwel tliet subject coordinators li għandna; it-tlieta li huma ġew mill-faxxa ta' l-instructors allura jafu kif kien qed jitħaddem is-suġġett qabel u kif qed jitħaddem illum.", "Dawn se jkunu l-ankra prinċipali tal-programm fl-iskejjel tagħna, speċjalment fl-area secondaries.", "Warajhom nistgħu mbagħad insejħu grupp ta' tliet persuni oħra jagħtu l-veduti tagħhom.", "It-tlieta huma koordinati imma differenti minn xulxin.", "Is-Sur Philip Camilleri ilu ħafna snin jikkoordina r-reskilling ta' l-instructors biex minn instructors li jgħallmu snajja' partikolari jibdew jgħallmu t-technology education, is-Sur Rokku Camilleri kien il-kap tat-trade schools u llum qed jagħtina ħafna għajnuna biex jikkoordina loġistikament l-istess programm fil-firxa tiegħu fl-iskejjel, u s-Sur Lino Zahra kien mexxa pilot scheme ta' technology education fil-Form I fl-iskola tiegħu ġewwa Santa Venera.", "Warajhom nistgħu nisimgħu lis-Sur Buttigieg jitkellem fuq l-iżvilupp li sar fit-tagħlim tat-technology education fil-primarja, u lis-Sur David Purchase li se jkun involut fit-taħriġ ta' l-instructors u l-għalliema tat-technology education fil-firxa iktar wiesgħa.", "Is-Sur Purchase huwa wkoll il-president tal-kumitat li qed jifformola l-kurrikulu u s-syllabus li jwassal għas-SEC.", "Dan huwa s-suġġeriment tiegħi ta' kif għandna nipproċedu.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak Sur Mizzi.", "Ma nafx jekk hawnx xi domandi li l-membri jixtiequ jagħmlu at this stage qabel ma nibdew insejħu lil xi mistiedna.", "Jiena xtaqt nagħmel mistoqsija pjuttost ta' natura ġenerika fuq kumment li għamilt inti.", "Mhux qed nippretendi li tirrispondi l-mistoqsija inti, Sur Mizzi, imma se nagħmilha biex dawk li se jindirizzawna llum, iżommuha f'moħħhom.", "Inti għedt li Technology \"A\" huwa iktar indirizzat lejn l-industrija u għażluh is-subien biss, waqt li Technology \"B\" intgħażel kemm mill-bniet u kemm mis-subien.", "Nixtieq inkun naf jekk huwiex qed isir studju biex jinstab għaliex il-bniet m'humiex jieħdu Techonology \"A\" u x'qed isir biex iħajjarhom jeħduh.", "Mhux biżżejjed ngħidu li normalment il-bniet ma jeħdux ċerta linja allura qisna nserrħu rasna u naħsbu li r-raġuni għaliex qed isir hekk hija minħabba l-kultura tagħna, imma rridu nistaqsu x'qed isir, jekk qed isir xi ħaġa, biex dawn il-bniet ikunu aktar imħajra jagħżlu dan is-suġġett.", "Mistoqsija oħra li nixtieq nagħmel hija x'qed isir dwar tfal b'diżabilita', kemm dawk li diġa' huma inklużi fl-iskejjel u kemm dawk li għadhom jattendu l-iskejjel speċjali.", "Hawn xi domandi oħra li tixtiequ tagħmlu f'dan l-istadju?", "L-Onor.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sinjura President, nixtieq nagħmel mistoqsija fuq l-istess linja, pero' mhux se nistaqsi jekk huwiex qed isir studju għaliex il-bniet m'humiex qed jagħżlu Technology Education \"A\", għaliex naħseb li issa we're past the study stage.", "Nafu li r-raġuni hija minħabba l-kultura, il-mentalita' eċċ., imma x'qed isir on the ground biex nippromwovu l-istess opportunitajiet għall-bniet u s-subien?", "IS-SUR CHARLES MIZZI: Ħalli niċċara l-punt li qed issemmu intom.", "Il-pjan huwa li ma jibqax ikollna Technology \"A\" u Technology \"B\".", "Din hija l-aħħar sena li dan is-suġġett se jibqa' jiġi offurt b'dan il-mod.", "Ma jagħmilx sens li jkun hemm din id-distinzjoni għax wara kollox, Technology \"A\" u Technology \"B\" huwa paradigm.", "L-amalgamazzjoni se tidħol fis-seħħ minn Settembru 2002 allura jrid ikun hemm ċertu preparamenti minn issa.", "Li rridu hu li dawk l-għalliema tat-technology A jiffamiljarizzaw ruħhom mas-suġġett tat-Technology B, u dawk tat-Technology B jiffamfariljazzaw ruħhom mat-Technology A. Il-pjan hu li dan ikun programm integrat u allura żgur li ma jkunx hemm gender stereotyping għax is-suġġett ma jkunx għas-subien jew għall-bniet biss, imma jkun hemm firxa li tkun kemm għall-bniet u kemm għas-subien.", "U xi ħaġa ta' min wieħed jikkumenta dwarha hi li mhux qed ikun hawn oppożizzjoni biex dan is-suġġett jidħol fis-sistema in ġenerali għal kuntrarju ta' dak li kien ġara fis-snin sebgħin meta daħal is-suġġett tax-xjenza.", "Kif għedt fil-bidu, dan se jkun a core subject allura din m'hijiex kwestjoni li tħajjar lil xi ħadd jidħol għas-suġġett.", "Qed nitkellmu fuq sistema li meta tilħaq il-milja tagħha, ikun ifisser li t-tfal kollha f'Malta, irrispettivament f'liema skola jinsabu, u huma f'liema settur huma, ikunu qed jagħmlu dan is-suġġett għax irrealizzajna kemm it-technology huwa importanti għall-istudenti tagħna.", "Dan se jkun bħall-core subjects l-oħra.", "Per eżempju l-matematika ma jagħmluhx biss is-subien jew il-bniet, imma jagħmlu kulħadd.", "Dan is-suġġet irid jidħol fis-snin kollha obbligatorji ta' l-edukazzjoni, mil-livell primarju sal-Form V.", "Għall-kumment dwar l-inklussivita', s'issa dan il-programm qed jitħaddem fil-Form IV u Form V u l-inklussivita' għadha ma waslitx sa hemmhekk.", "L-inklussivita' tiela' sena wara l-oħra.", "Din is-sena daħlet fil-Form II u allura biex tasal għal Form IV u Form V, għad jonqos sentejn oħra, pero', kull min qiegħed fis-sistema tagħna, hu min hu, għandu dritt għall-entitlement tiegħu, għandu dritt għall-edukazzjoni sħiħa li tkun qed tiġi offruta.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak Sur Mizzi.", "Issa nsejħu lis-Sur Salvu Frendo, lis-Sur Mario Borg u lis-Sinjorina Carmen Mangion, subject coordinators, biex jekk jogħġobhom jersqu mal-mejda.", "IS-SUR MARIO BORG (Subject Co-ordinator, Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni): Aħna t-tlieta ġejna maħtura subject coordinators f'Marzu li għadda u minn kemm ilna maħtura, niltaqgħu b'mod regolari kull nhar ta' Tnejn fl-Instructors Training and Curriculum Development Unit u l-għan tagħna huwa li l-kurrikulu l-ġdid li ġie fformolat ....", "IĊ-CHAIRPERSON: Skużani li qed ninterrompik; jiġifieri intom it-tlieta tiltaqgħu bejnietkom bħala three subject coordinators?", "IS-SUR MARIO BORG: L-għan tagħna huwa li issa li ġie ppreżentat lilna l-kurrikulu l-ġdid tat-technology education, nifformolaw programme of study biex jibda jiġi implimentat.", "Kif diġa' semma s-Sur Mizzi, il-programm irid imexxi lill-istudent lejn programm wieħed u mhux iktar lejn Technology \"A\" jew Technology \"B\".", "L-għan tagħna hu li fil-programme of study ma jkunx hemm differenza bejn il-programm għas-subien u dak għall-bniet.", "L-għanijiet iridu jkunu l-istess.", "Forsi l-approach ta' kif il-bniet u s-subien iħarsu lejn il-problema u kif iridu jsolvuha, tkun differenti, imma l-problema tkun l-istess kemm għas-subien u kemm għall-bniet.", "Dan l-aħħar konna qegħdin nitkellmu wkoll fuq l-evaluation li kienet qed issir fuq il-klassijiet tal-Form I f'St Francis of Assisi School li kien pilot project, pero' dwar dan jista' jitkellem iktar fuqu s-Sur Zahra.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa li l-programm li se nipprovaw nifformolaw - almenu fuq hekk qed naħdmu - ikun kemm għat-tfal fil-junior lyceums u kemm għal dawk li qegħdin f'area secondary schools.", "Ovvjament ikun hemm livelli għax paralleli miegħu se jkun hemm a record of achievement biex waqt li l-istudenti li qegħdin fil-junior lyceums ikunu jistgħu joqogħdu għall-eżami tas-SEC, dawk l-istudenti li forsi jibqgħu batuti, anke dawk fil-junior lyceums, almenu joħorġu mill-iskola b'record of achievement li jiġi mfisser b'sistema ta' livelli.", "Il-livelli jridu jkunu l-istess kemm għall-istudenti tal-junior lyceums u kemm għall-istudenti ta' l-area secondary schools.", "Li se jkun hemm huwa li student tal-junior lyceum se jkun jista' jilħaq livell ogħla mill-istudent ta' l-area secondary school, pero' jekk ikun hemm student f'area secondary school li jibbrilla, se jkollu ċ-ċans li jiġi muri x'level of achievement laħaq.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "EVARIST BARTOLO: Qed nifhem li intom inħtartu f'Marzu u issa bdejtu taħdmu fuq programm ta' studju.", "Allura fit-technology education, bejn Ottubru u Ġunju ta' din is-sena, fuq liema programm ħadmu l-għalliema?", "Kellhom fuq xiex jimxu?", "IS-SUR MARIO BORG: S'issa, il-klassijiet involuti huma kollha fil-livell ta' Form IV f'area secondary schools, jiġifieri dawk li s-sena d-dieħla se jibdew il-Form V. Dawk li qegħdin Form V huma dawk li bħalissa qegħdin it-tieni sena tat-trade schools.", "Din is-sena hija l-aħħar sena li se jkun hemm dan il-grupp ta' tfal within the trade schools.", "Il-programm li kien hemm huwa l-istess programm li kien qed jiġi mmexxi meta konna fit-trade schools.", "Huwa l-programm li kien tfassal mill-grupp ta' l-Instructors Training Unit u skond is-syllabus u l-ischeme of work li ġiet ippreparata hemmhekk.", "S'issa, il-programm li hemm huwa l-istess programm li kellna, meta kellna biss il-Form IVs u l-Form Vs.", "Ix-xogħol tagħna huwa kif se nintegraw is-sistema l-ġdida minn Form I – anke l-mod kif inhuma geared in-nies trid tiġi kkonsidrata - b'kurrikulu li jkopri mill-ewwel snin għall-programm li hemm illum.", "EVARIST BARTOLO: Għall-benefiċċju ta' dawk li ma jafux eżatt fiex tikkonsisti t-technology education, tista' tgħidilna f'ġimgħa tipika ta' studenti li qed jattendu skola sekondarja llum, kemm hemm ħin dedikat għat-technology education?", "X'jiġri eżattament f'dak il-ħin li huwa allokat għat-technology education u x'rabta hemm, jekk hemm, bejn technology education kif qed isir bħalissa, jew kif sar matul dawn id-disa' xhur li għaddew, u s-suġġetti l-oħra tal-kurrikulu?", "IS-SUR MARIO BORG: L-ewwelnett it-timetable qiegħda mqassma fuq erba' lezzjonijiet fil-ġimgħa għal kull klassi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Sur Frendo u Miss Mangion, tistgħu tintervjenu intom ukoll.", "IS-SUR SALVU FRENDO (Subject Co-ordinator, Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni): Fil-preżent, fit-trade schools hemm tmien lezzjonijiet fil-ġimgħa ta' technology education, pero' qabel xejn tajjeb nispjega x'inhu t-technology education.", "Fit-technology education l-istudenti jiġu ppreżentati bi problema u t-training li jieħdu t-tfal huwa li l-ewwelnett għandhom jidentifikaw il-problema, imbagħad janalizzawha, u darba li janalizzaw il-problema, isibu sistema ta' kif se jsolvuha u finalment, wara li jsolvu l-problema, jagħmlu evalwazzjoni biex jaraw jekk is-sistema li użaw kenitx l-aħjar soluzzjoni għall-problema li kellhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tista' tagħtina eżempju?", "Per eżempju, kif se nagħmel mejda, kif se nagħmel tvalja?", "Tista' tgħidilna x'tip ta' problema tippreżentawlhom lit-tfal?", "IS-SUR SALVU FRENDO: Ħalli nagħti eżempju.", "Illum kulħadd għandu computer id-dar allura bħala eżempju prattiku, ħalli nieħdu computer desk li huwa mimli bl-imbarazz, b'lapsijiet, rigi, gomom, eċċ. Ejja ngħidu li l-omm qed tgerger mat-tifel li d-desk huwa untidy.", "Mela t-tifel għandu din il-problema quddiemu.", "Irid jara kif se jsolviha u l-ewwel pass huwa li jibda jaħseb xi jrid jagħmel.", "Se jagħmel kaxxa sempliċi biex fiha jitfa' l-affarijiet li hemm fuq id-desk, jew se jipprova jsolvi l-problema billi jidħol fiha fil-fond?", "Jekk se jiddeċiedi li jrid jagħmel xi ħaġa fejn ikun jista' jpoġġi l-lapsijiet, il-gomom, ir-rigi, il-foolscaps u kull ħaġa oħra li għandu imferxa fuq id-desk, l-ewwel mistoqsija li se jistaqsi hija ta' liema materjal se jagħmilha.", "Se jagħmilha ta' l-injam, plastic, ħadid?", "U allura t-tifel se jmur jagħmel riċerka.", "Se jara x'hemm available fil-ħwienet, fil-magazines u se jistaqsi lil ħaddieħor x'jista' jagħmel.", "Mela f'dan l-istadju, it-tifel se jagħmel l-investigazzjoni.", "Ħalli nieħdu li wasal għall-konklużjoni li se juża l-plastic, it-tifel se jara x'ideat għandu u kif se jagħmilha.", "Irid jieħu ħsieb id-dehra ta' l-oġġett.", "Irid jara li l-oġġett imur ma' l-ambjent tal-kamra tas-sodda.", "Jekk l-għamara hi tal-kewba, mhux se jagħmel xi ħaġa li hija per eżempju, ta' kulur isfar, għax ma jmurx.", "Allura jrid jieħu ħsieb l-estetika.", "Wara li jidħol f'dawn id-dettalji, it-tifel jagħmel working drawing, se jiġi għal make, se jieħu l-particular skills ta' kif se jagħmel dak l-oġġett u x'għodda se juża, u bl-għajnuna ta' l-għalliem, jidentifika l-għodda u jagħmel l-oġġett li għażel hu.", "Hemm ħafna tagħlim u skills li huma attached mal-make.", "Wara li jagħmel il-make, irid jagħmel l-evaluation.", "Irid jara għamilx il-ħaġa b'tali mod li ssodisfa l-ħtiġijiet tiegħu.", "Jista' jinduna li l-oġġett li għamel ġie żgħir għan-numru ta' lapsijiet li għandu u allura dan ifisser li kien hemm xi ħaġa ħażina fid-design, ma ppjanax tajjeb.", "Per eżempju bil-mod li għamilha, erba' lapsijiet biss qed joqogħdulu, jew fil-clip li għamel għall-foolscaps, mhux qed joqogħdulu iktar minn erbgħa, jew li r-riga m'hijiex qed toqgħod dritta, qed taqa' kull darba li ommu tfarfar il-mejda, li juri li hemm xi ħaġa ħażina fl-aspett ta' stability.", "Dawn huma aspetti li jridu jikkonsidraw it-tfal.", "Dawn l-istadji li jridu jidħlu fihom it-tfal, japplikaw għal kull suġġett ieħor.", "Per eżempju nista' ngħid lit-tifel jaħseb x'għandu bżonn biex jipprepara a healthy sandwich biex jieħdu miegħu għal picnic.", "It-tifel irid jagħmel investigazzjoni ta' x'inhu healthy food, x'tip ta' ikel huwa healthy għalih, xi drink se jieħu.", "Nista' nidħol f'diversi aspetti għax it-technology hija vasta ħafna li tenħtieġ diversi skills.", "Importanti li t-tifel jifhem li l-ewwel irid janalizza l-problema u mbagħad irid isolviha.", "Anke l-flessibilita' hija importanti ħafna.", "Per eżempju llum qed jaħdem bl-injam, għada se jaħdem bil-plastic, darb'oħra se jaħdem bil-ħadid.", "Dan is-sens ta' change huwa importanti għax kif jaf kulħadd, illum il-ġurnata rari ssib lil xi ħadd li jibqa' fl-istess impjieg tul ħajtu kollha, mela lit-tifel irridu ndaħħlu fih il-mentalita' ta' flessibilita' biex meta jiltaqa' ma' problema fil-ħajja tax-xogħol tiegħu, ma jsibhiex diffiċli jibdel l-impjieg u jaddatta ruħu.", "IS-SUR MARIO BORG: Mistoqsija li saret kienet kif it-technology education tintegra ruħha ma' suġġetti oħra.", "Fit-technology education għandek żewġ domains prinċipali, id-design and make u n-knowledge and understanding.", "Fil-parti tad-design and make għandek il-proċess li spjega l-kollega tiegħi fejn it-tifel irid jagħmel investigazzjoni u analisi qabel ma jfittex biex isib is-soluzzjoni, pero' fl-istess waqt għandek l-aspett ta' knowledge and understanding.", "Per eżempju fattur li l-istudent irid jikkonsidra meta jkun qed jagħmel xi ħaġa, huwa l-cost u hawnhekk ikun qed jara kif il-matematika qed tiġi applikata.", "EVARIST BARTOLO: L-integrazzjoni ma' suġġetti oħra qed issir fis-suġġett innifsu, jew min qed jgħallem it-technology education irid jitkellem ma' l-għalliem tal-matematika, jew ma' l-għalliem ta' l-Ingliż, jew ma' l-għalliem tal-home economics?", "IS-SUR MARIO BORG: Bħalissa hija r-responsabilita' tat-teacher li lit-tifel li għandu quddiemu u li għandu problema, per eżempju problema ta' matematika, problema li ma jafx jaqra r-riga, eċċ., jipprova jgħinu fil-problema li għandu.", "Naf li f'ċerti suġġetti, speċjalment fejn jidħol technical design, ħafna mill-għalliema qed jipprovaw isolvu l-problema billi jitkellmu ma' l-għalliema tat-technical design.", "Problema żgħira li hemm hija li meta teacher jipprova jibdel biex imur lura, qisek qed tidħollu fil-programm meta hu diġa' għandu programm imfassal, allura hemmhekk ittellef ftit.", "CARMEN MANGION (Subject Coordinator, Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni): Jiena ngħallem lill-bniet u se nagħti eżempji ta' xi affarijiet li jiltaqgħu magħhom l-istudenti tiegħi.", "Ħalli nieħu bħala eżempju tifla li trid tkun taf x'jinvolvi l-advertising.", "L-ewwel ma trid tagħmel hija li ssib il-mezzi kif se tikkomunika ma' advertising department, mela jew se ċċemplilhom jew inkella se tiktbilhom biex titlobhom tagħmel interview magħhom ħalli tistaqsihom dak kollu li tixtieq tkun taf dwar dan il-qasam.", "Per eżempju darba t-tfal ta' l-iskola xtaqu jkunu jafu kemm mill-istudenti jġibu l-lunch magħhom u kemm minnhom jixtruh, u staqsewni x'jistgħu jagħmlu biex jiġbru din l-informazzjoni.", "Din kienet motivazzjoni biex jibdew jaħsbu u flimkien għamilna questionnaire b'żewġ mistoqsijiet biss li saqsuhom lil 40 studenta f'age groups differenti minn Form I sa Form V. It-tfal ħadu pjaċir jistaqsu dawn il-mistoqsijiet lill-istudenti l-oħra u saħansitra qaluli li ħassewhom qishom xi nies fuq stazzjon tat-TV li jkunu qed jagħmlu xi sondaġġ mal-pubbliku!", "Imbagħad għedtilhom janalizaw ir-riżultat tal-questionnaire.", "Minkejja li dan l-eżerċizzju kien ġdid għalihom, mill-ewwel tibda tara s-self confidence tagħhom togħla.", "Kellna proġett ieħor fuq special diet food, issa aħna m'aħniex tobba, m'aħniex dieticians, allura t-tfal, kif se jkunu jafu ċerti affarijiet?", "Permezz ta' dawn it-tip ta' proġetti, huma jindunaw li fl-iskola mhux bilfors issib kulma għandek bżonn, u xi kultant trid toħroġ 'il barra mill-għatba ta' l-iskola.", "Trid tmur x'imkien ieħor biex tieħu r-risposti għal ċertu mistoqsijiet u fil-każ ta' special diet food, ikkuntattjajna d-dietician ta' l-isptar.", "Naturalment l-istudenti ħadu pjaċir jitgħallmu dwar it-tipi ta' ikel u x'ikel hu addattat għal min u x'ikel m'huwiex addattat għal ħaddieħor.", "Darba t-tfal staqsew għaliex il-whipped cream titla' jekk tuża ħalib normali u ma titlax jekk tuża skimmed milk.", "Wara li staqsejna lill-għalliema tas-science għala l-whipped cream mhux dejjem titla', sirna nafu li biex titla' l-ħalib irid ikollu percentage of fat.", "Meta jkollna bżonn nimirħu, nimirħu, ma nibqgħux lura.", "Darb'oħra riedu jagħmlu xi ħaġa bil-computer għax indunaw li bil-computer ikollok riżultat aħjar, allura tkellimna ma' għalliema ta' l-IT.", "Mela jekk il-computer kont qed nużah biex nilgħab bih, issa se nibda nużah għal affarijiet oħra.", "Issa li se nibdew nagħtuhom ir-record of achievement li jidħol f'livelli, it-tfal qed jagħrfu li jekk ikunu jafu xi ftit IT, se jkun an asset għalihom u se jkollhom opportunita' li permezz tiegħu jitgħallmu affarijiet oħra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dan huwa l-mod kif qegħdin timxu biex tipprovaw tgħaqqdu, pero' xi pjanijiet għandkom biex dan is-suġġett ikun iktar integrat, biex jekk tmur għand l-għalliem tat-technical design ma jgħidlekx li hu għandu s-syllabus tiegħu u jrid jimxi fuqu u jlestih u ma jieħux pjaċir jekk iżżidlu xi ħaġa oħra tat-technology education?", "Xi pjanijiet hemm biex is-suġġett ikun mifrux b'tali mod li dan ma jarahx bħala xi ħaġa żejda imma bħala parti mis-suġġett tiegħu?", "L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Aħna qegħdin nitkellmu fuq studenti li huma fil-Form III u 'l fuq minn Form III, jew fuq tfal li huma fil-Form I u 'l fuq?", "CARMEN MANGION: Fuq studenti fil-Form IV u Form V.", "IS-SUR MARIO BORG: Fuq studenti fil-Form IV fl-area secondaries, pero' għandna pilot scheme fejn dan is-suġġett ġie introdott lill-istudenti fil-Form I.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Xtaqt inkun naf jekk l-interess tat-tfal jistax jiġi mkejjel.", "L-interess tat-tfal, kemm mil-lat ta' numru ta' tfal li jagħżlu t-technology education, kif ukoll mil-lat ta' impenn, żdied?", "U fil-każ ta' l-għalliema, kien hemm tibdil u titjib mil-lat ta' impenn u interess min-naħa tagħhom?", "U fir-rigward tal-ġenituri ta' dawn it-tfal, kien hemm xi tibdil li forsi ħareġ fil-parents day jew parents encounters?", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa dwar il-workshops.", "Hemm biżżejjed investiment għal dak li jirrigwarda workshops?", "Fil-workshops hemm biżżejjed għodda għan-numru ta' studenti li għandna?", "It-tfal li jagħżlu t-technology education huma iktar IT literate, jew inqas mill-average student fl-iskola?", "Il-fatt li wieħed ma jkunx IT literate, se jġiegħlu jagħżel it-technology education, se jtelfu milli jagħżel it-technology education, jew ma tagħmel l-ebda differenza jekk wieħed ikunx IT literate jew le?", "Isemma l-health aspect, u ssemma wkoll il-plastic.", "Lit-tfal qed ngħallmuhom biżżejjed biex jekk jista' jkun il-plastic ma jintużax?", "IS-SUR CHARLES MIZZI: Tajjeb jingħad li dawn is-sinjuri daħlu f'dan il-qasam f'Marzu li għadda u allura forsi qed nitolbu xi ħaġa li m'hijiex proprju fil-linja tagħhom.", "Għall-mistoqsija dwar x'hemm ippjanat mil-lat ta' integrazzjoni, forsi tajjeb li ngħidu li fis-sekondarja, in-nuqqas ta' integrazzjoni bejn is-suġġetti hija marda, jew inkella problema, Maltija.", "Inċidentalment, uħud mill-mistoqsijiet li saru jistgħu iktar jirrisponduhom l-uffiċjali li se jitilgħu fit-tieni grupp.", "Li rrid ngħid huwa li problema massiċċa – u forsi aċċennajt għaliha fl-introduzzjoni tiegħi – hija li iktar milli jkun hemm integrazzjoni ta' dan is-suġġett ma' l-għalliema l-oħra ta' l-istess skola, hemm periklu kbir – u din ġrat anke fl-Ingilterra – li f'dan is-suġġett ikun hemm fragmentazzjoni bejn l-għalliema stess ta' dan is-suġġett.", "Jista' jkun hemm il-periklu li kulħadd jifhem it-technology education kif irid hu u kif jaħseb hu, speċjalment jekk ikollu l-laqta tiegħu, fis-sens li xi ħadd li kien jaħdem fl-injam jiġbed naħa, u xi ħadd li kien jaħdem f'linja oħra jiġbed lejn dik il-linja.", "Il-main focus li kien hemm matul is-sena li għaddiet kien li tintegra lill-għalliema ta' dan is-suġġett fid-diversi skejjel ħalli almenu jkun hawn xi ħaġa nazzjonali.", "Ix-xogħol tal-persuni li se nisimghu wara dan il-grupp, kien it-taħriġ ta' l-għalliema u nista' ngħidilkom li taw ħafna kontribut.", "Mistoqsija oħra li saret kienet dwar l-IT literacy.", "Ħalli ngħid x'kien qed jiġri storikament.", "Dan il-programm li daħal madwar erba' jew ħames snin ilu kien attwalment the sink option u ħaġa li żgur kienet qed tiġri kienet li meta s-subien tal- Form III kienu jiġu separati bejn dawk li se joqogħdu għall-craft fl-iskola u dawk li se jintbagħtu fi skejjel oħra għat-technology education, kienu jitħallew fl-iskola biex jieħdu l-craft dawk is-subien li jridu huma, waqt li l-oħrajn, li forsi kienu pjuttost problematiċi, kienu jintbagħtu biex jieħdu t-technology education.", "Mela jekk it-tifel huwa problema, eħles minnu!", "Kieku kellek tanalizza għaliex tifel ħa l-craft fl-iskola sekondarja u għaliex ieħor intbagħat fl-area secondary school biex jieħu t-technology education, x'aktarx issib dak li qed ngħid jien.", "M'hijiex kwestjoni ta' IT literacy.", "Li hu żgur hu li t-tfal li s-sena l-oħra għażlu t-technology education għax mingħalihom sejrin fl-iskejjel tas-snajja', kienu tfal li altru milli kienu IT literate.", "Li ġara din is-sena kien li l-istudenti kollha tal-craft ixxiftjaw għat-technology education fl-iskejjel sekondarji.", "Jien ngħid li t-technology education huwa utli u jagħmel ħafna iktar sens għal dawn it-tfal partikolari.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "Agius jixtieq jagħmel mistoqsija, imbagħad warajh l-Onor.", "FRANCIS AGIUS: B'xi mod jew ieħor, it-tfal iridu jiġu assessed fuq dak li jkunu qed jagħmlu, allura kif se jkun assessed dan is-suġġett?", "Hemm xi ħsieb li jkun wieħed mis-suġġetti tas-SEC?", "IĊ-CHAIRPERSON: Iva, se jkun wieħed mis-SEC.", "IS-SUR SALVU FRENDO: Nista' nirrispondi jien dwar l-assessment.", "Il-kurrikulu li ġie ssettjat taħt iċ-chairmanship ta' Mr David Purchase jagħtina livelli u allura t-tifel se jiġi assessed f'livelli għal kull item li qed jiġi kopert fis-syllabus.", "Tifel li hu low achiever jista' jiġi assessed f'level one, waqt li tifel ieħor li jkun fl-istess klassi imma li huwa high achiever, jista' jitla' sa level five, six, jew anke aktar.", "Hemm eight levels fejn tifel jista' jiġi assessed mela kull ħaġa li se jagħmel it-tifel, kemm jekk hija research, kemm jekk hija make u kemm jekk hija investigation, se tiġi assessed f'livelli diversi.", "Il-mod ta' assessjar qed nagħmluh kemm jista' jkun user friendly allura huwa sempliċi ħafna għall-għalliem biex jara f'liema livell għandu jitpoġġa t-tifel li jkollu quddiemu.", "Kulma għandu bżonn għalliem biex jara f'liema livell ipoġġi lill-istudent, hija biss tweġiba għal mistoqsija li jagħmillu.", "Hekk qed nipprovaw nagħmluh l-assessment; qed nipprovaw nagħmluh sempliċi kemm jista' jkun.", "Kull tifel li jispiċċa l-form se jkollu what level he had achieved during that past year u dan il-metodu se jkun kontinwu, se jibda minn Form I u jibqa' sejjer sa l-aħħar tal-Form V.", "Jista' jagħmel l-eżami tas-SEC u jirnexxilu jġib is-SEC daqskemm jista' jagħti l-każ li student fil-junior lyceum ma jirnexxielux iġib is-SEC.", "Il-level of achievement ta' l-istudent se tagħtih il-possibbilta' li jakkwista s-SEC.", "CARMEN MANGION: Qabel ġie formolat ir-record of achievement li se jibda jseħħ mis-sena d-dieħla, fl-iskola tal-bniet aħna fformolajna portfolio of evidence fejn kull tifla kellha mniżżel kemm-il proġett għamlet matul is-sentejn skolastiċi u x'marka ġabet għax-xogħol li għamlet.", "Jekk studenta għamlet ħames proġetti, kellha mniżżel dettalji dwar dawk il-ħames proġetti u jekk studenta għamlet 12-il proġett, kellna mniżżel dettalji dwar dawk it-12-il proġett.", "Fil-portfolio of evidence niżżilna wkoll l-iskills li l-istudenti tgħallmu, kemm dawk l-iskills li tgħallmu waħedhom, u kemm dawk li tgħallmu bl-għajnuna ta' l-għalliema jew ta' xi ħaddieħor.", "It-tfal apprezzawh ħafna dan il-portfolio għax wera x-xogħol li jkunu għamlu matul is-sena.", "Il-portfolio jingħatalhom fl-aħħar tas-sena ma' l-ischool leaving certificate u nista' ngħid li huwa apprezzat ħafna mill-istudenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Xtaqt iżżid xi ħaġa, Sur Borg?", "IS-SUR MARIO BORG: Mistoqsija oħra li saret kienet jekk hemmx biżżejjed investiment f'equipment.", "Jien nista' nwieġeb fuq il-livell tiegħi.", "Bħalissa, it-technology education rooms kollha qed jiġu equipped bil-basic requirements skond kif kien ippjanat.", "Jidher li l-workshops għandhom l-equipment li hemm bżonn u qegħdin jaħdmu, imma ovvjament, 'il quddiem se jkun hemm bżonn equipment ieħor li huwa iktar speċjalizzat, imma issa li għandna ftit aktar esperjenza, se naraw x'equipment għandna bżonn inżidu mal-programmi li jistgħu jiġu.", "L-equipment bażiku qiegħed hemm, il-problema hi kif il-food and textile technology se tiġi integrata f'dawk l-iskejjel fejn hemm biss il-programme \"A\" u viċiversa, pero' fuq dan il-punt forsi ħaddieħor jista' jitkellem aħjar minni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak Sur Borg.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Se ngħaqqad ftit ma' dak li qal l-Onor.", "Agius fuq il-kwestjoni ta' l-assessment.", "Is-Sur Borg u s-Sur Frendo qalu li issa qed jaħdmu fuq l-iżvilupp ta' levels of assessment u allura se jkun hemm record of achievement għal kulħadd u semmew ukoll is-secondary schools u l-junior lyceums.", "Waqt id-diskors qisu ngħata x'wieħed jifhem li diġa' hemm previst li l-istudenti tas-secondary schools mhux se jilħqu ċerti livelli.", "Lili jinkwetani l-fatt jekk se nitilqu b'din il-premessa, pero' ma neħodhiex bi kbira għax sfortunatament teżisti l-mentalita' li t-tfal tas-secondary schools huma \"imsieken\" għax forsi akkademikament ma mxewx bl-istess pass ta' studenti oħra u allura nstabitilhom rokna fejn joqogħdu sakemm jasal il-waqt li jkunu jistgħu joħorġu mill-iskola.", "Hemm minnhom li jirnexxielhom jilħqu livell and they learn basic skills, pero' ħafna minnhom qegħdin hemmhekk sempliċement sakemm jagħlqu s-16-il sena.", "Hemm uħud minnhom li bil-kemm jafu jiktbu u jaqraw.", "Naturalment mhux kullhadd u tista' tgħidli li jiena naf biss numru żgħir allura ma nistax nitkellem fuq is-sitwazzjoni as a whole, imma dawn l-individwi huma rifless ta' ċerta sitwazzjoni.", "Mela dawn diġa' huma żvantaġġati u se tkun ferm diffiċli għalihom biex jinvolvu ruħhom f'dan it-tip ta' suġġett li biex jimxu 'l quddiem definittivament jeħtieġu skills li huma m'għandhomx.", "Kif qalu Ms. Mangion u Mr Frendo, dawn it-tfal iridu jinvestigaw problema, jagħmlu ċertu stħarriġ u forsi jkollhom bżonn jirrikorru għand xi ħadd li hu espert fil-qasam partikolari, jew ifittxu l-informazzjoni permess ta' l-internet, imma sfortunatament uħud mill-istudenti tas-secondary schools ma jistgħux ilaħħqu ma' l-oħrajn għax lanqas biss għandhom basic skills.", "X'se jsir biex dawn ikollhom appoġġ u fair chance daqs l-oħrajn?", "Ċerta sitwazzjoni teżisti u allura ma nistgħux nippretendu li dawn it-tfal se jlaħħqu ma' oħrajn li għandhom aktar skills minnhom.", "Jekk wieħed qed jagħmel training biex jieħu sehem f'maratona tal-giri u ieħor li qatt ma ġera, se jiġru fl-istess tiġrija, naturalment huwa dak li qed jagħmel it-training li se jiġri sa l-aħħar għax l-ieħor se jaqta' nifsu wara l-ewwel ftit metri u se jkollu jieqaf.", "IS-SUR MARIO BORG: Li kieku qegħdin naħdmu fuq programm purament għall-istudenti fil-junior lyceums u programm ieħor għal dawk fis-secondary schools, kieku veru, lill-istudenti nkunu qegħdin ngħidulhom li xi uħud minnhom huma ta' naħa u l-oħrajn huma ta' naħa oħra, pero' li qed ngħidu hu li se jkun hemm programm wieħed.", "Jekk tifel ikun se jagħmel investigazzjoni jew riċerka u r-riċerka ma jafx jagħmilha għax ma jafx jaqra, lil dan trid tispjegalu ċertu affarijiet b'mod verbali, kif fil-fatt isir illum.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mhux aħjar li lit-tfal li ma jafux jaqraw u jkunu jenħtieġu jagħmlu riċerka, nagħtuhom l-għajnuna biex jitgħallmu jaqraw, milli nagħtuhom l-informazzjoni b'mod verbali?", "Dan li qed ngħid.", "Sakemm l-istudent għadu ggwidat mill-għalliem fl-iskola, kollox sew, imma kif se joħroġ fid-dinja tax-xogħol, l-affarijiet se jkunu ferm differenti.", "IS-SUR CHARLES MIZZI: Dawn it-tliet persuni li għandna magħna huma subject co-ordinators tas-suġġett u allura forsi ma jistgħux iwieġbu għall-mistoqsijiet tiegħek u għaldaqstant jekk ma jimpurtax, se nipprova nirrispondihom jien.", "Fil-fatt, id-dibattitu li għaddej fil-qasam ta' l-edukazzjoni, huwa jekk għandekx tissepara s-sekondarja jew le.", "Mela jekk niġu għall-argument tiegħek, meta din is-sena t-technology education nżamm fl-area secondaries, ifisser li rbaħna ...", "MARIE LOUISE COLEIRO: Skużani, imma jien mhux hekk qed ngħid.", "Jiena m'iniex qed nuri xi opinjoni favur xi programm, li qed ngħid hu li dan jista' jkun a focal point biex jiġi identifikat lack of basic skills ta' studenti u li staqsejt hu jekk dawn humiex se jingħataw l-appoġġ jew humiex se jiġu referred għal xi ħaġa oħra.", "Il-livelli diġa' qed jagħmlu distinzjoni.", "IS-SUR CHARLES MIZZI: Is-sistema Maltija kienet tripartite; kienet taqsam it-tfal fi tlieta.", "Illum, grazzi għal din is-sistema, ġiet bipartite.", "Issa mhux se nidħol fl-argument ta' jekk is-sistema bipartite hijiex sewwa jew le – l-argument tal-comprehensive system huwa argument ieħor - pero' huwa fatt li minn tripartite ġejna bipartite.", "Definittivament għalliem ta' suġġett partikolari ma jistax jaqbad is-sistema kollha biex jagħti appoġġ.", "Li jrid jagħmel żġur huwa li jmexxi s-suġġett tiegħu.", "Se nsemmi żewġ heads partikolari, il-head ta' l-iskola ta' Ħaż-Żebbuġ, Mr Calleja, u l-head ta' l-iskola sekondarja ta' Ħal Qormi, Mr Galea, li t-tnejn li huma qalu li t-tfal li kienu disrupted u unmotivated, bdew jieħdu gost fil-lezzjoni tat-technology education għax il-metodu ta' tagħlim huwa differenti.", "Fit-technology education hemm l-aspett ta' prattika għall-kuntrarju ta' tagħlim tas-suġġetti l-oħra li huma mixħuta fuq kitba u akkademja li jwasslu għall-eżamijiet tas-SEC.", "Jekk ma tibdilx il-mod ta' assessment, m'intix se tasal biex lil dawn it-tfal tagħtihom fair chance u forsi dak hu l-għan tar-record of achievement.", "IS-SUR MARIO BORG: Għandek raġun tgħid: Imma dan se jibqa' ma jafx jikteb u jaqra?", "Imma jekk tifel ma jafx jikteb u jaqra u se tibqa' tistennih …", "MARIE LOUISE COLEIRO: Skużani; ħalli nispjega ruħi għax milli jidher dak li qed nipprova ngħid mhux qed joħroġ ċar.", "Fuq il-livell primarju, meta xi ħadd jaqa' lura suppost li jingħata peripatetic teacher jew facilitator, mhux għax it-tifel jew tifla jkollha xi diżabilita' imma għax il-facilitating support qiegħed hemmhekk għall- inclusive education fil-veru sens.", "IS-SUR MARIO BORG: Veru li l-ewwel tipprova tgħallem lil tifel li ma jafx jikteb u jaqra dak il-vokabularju li forsi huwa tant bażiku, pero' li nixtieqek tifhem huwa li meta tifel jaħseb li m'huwa tajjeb għal xejn u mbagħad fit-technology education tagħtih ċans jaħseb x'għandu bżonn biex jagħmel oġġett, u tgħinu jfittex sabiex jakkwista l-informazzjoni, eċċ., huwa ferm pożittiv għat-tifel.", "Jekk se tistenna li r-riċerka se jfittixiha mill-internet jew mill-kotba, ngħidlek għandek raġun, pero' meta tifel, minkejja li jkollu livell akkademiku baxx, jibda huwa stess jipproduċi xi ħaġa, jieħu pjaċir u mill-ewwel tibda tara s-self esteem tiegħu tiela'.", "Per eżempju fl-iskola fejn qiegħed jien, f'Ħal Qormi, għandna studenti li kienu troublemakers mentri issa qed jispiċċaw biex lanqas break ma jkunu jridu jieħdu u jekk ikollhom free period fil-klassi, ikunu jridu jiġu għandna.", "B'hekk tara kemm dan is-suġġett qed jappella għall-istudenti.", "Jiena nara differenza f'ċertu studenti u dan wara biss sena.", "Ċertu tfal diġa' qed jirrealizzaw id-differenza bejn craft u technology education.", "Meta ngħidilhom li fit-technology education iridu jiktbu u jagħmlu l-homework, jgħidulek li ma jimpurtax, jaċċettawha.", "Mela bil-mod il-mod, il-kultura qiegħda tinbidel anke fost it-tfal.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Ikollna ninterrompu l-laqgħa għal madwar kwarta peress li ssejħet votazzjoni fil-Kamra.", "Onor. Bartolo, xtaqt tagħmel xi mistoqsijiet lil dawn is-sinjuri jew lill-persuni li se nsejħu wara li niġu lura mill-Kamra?", "Mela x'ħin niġu lura nistiednu jingħaqdu magħna s-Sur Philip Camilleri, is-Sur Rokku Camilleri u s-Sur Lino Zahra.", "Fit-8.15 p.m. il-Kumitat kien sospiż minħabba sejħa għal votazzjoni fil-Kamra tad-Deputati u rriżuma fit-8.34 p.m.", "IĊ-CHAIRPERSON: Baqgħalna nofs siegħa sad-9.00 p.m. meta se naġġornaw il-laqgħa tal-lum.", "Jekk illum ma nikkonkludux id-dibattitu fuq is-suġġett, il-ġimgħa d-dieħla jerġa' jkollna laqgħa oħra u nkomplu fejn inkunu ħallejna llejla.", "Issa nsejjaħ lis-Sur Philip Camilleri, lis-Sur Rokku Camilleri u lis-Sur Lino Zahra.", "IS-SUR PHILIP CAMILLERI (Assistant Head, Instructors Training Unit): Sinjura President, jien l-iktar li ninvolvi ruħi huwa fit-taħriġ ta' l-instructors tat-technology education.", "Fl-instructors training unit, l-instructors ma jitilgħux għal xi kors partikolari b'mod sistematiku, imma normalment, fuq agenda miftehma bejnietna, nidentifikaw il-problemi li għandna u niżviluppaw ideat ġodda biex inkomplu niżviluppaw it-tagħlim.", "Per eżempju din is-sena ħdimna ħafna fuq strutturi biex inkomplu niżviluppaw skemi ta' xogħol addattati għall-istudenti tal-Form IV u Form V. Komplejna nidentifikaw iktar modi kif nimmaniġġjaw u norganizzaw iktar il-learning, kif inwasslu b'mod aħjar il-messaġġ.", "Ħdimna wkoll fuq metodi ta' kif nevalwaw u kif l-instructors jistgħu jkomplu jaqsmu bejniethom l-esperjenzi teknoloġiċi tagħhom.", "Ma ninsewx li ħafna mill-instructors kienu speċjalizzati f'area partikolari allura għandhom ħafna x'jikkontribwixxu lill-oħrajn.", "Bdejna wkoll nespandu l-areas tat-teknoloġija għal instructors oħra.", "Per eżempju f'dan ir-rigward organizzajna inputs jew attivitajiet dwar diversi aspetti, fosthom hard joining, użu ta' machines - machines li huma marbuta ma' mechanical engineering u wood working – u ħdimna wkoll fuq components u teknoloġija elettronika.", "Fil-fatt din is-sena xtrajna wkoll l-apparat li huwa didattiku ħafna u peress li s-sena d-dieħla kull skola se jkollha dan l-apparat, qed inħarrġu lill-instructors fuq dan l-apparat.", "Kellna diversi inputs dwar teknoloġiji varji, inkluż l-aspett prattiku.", "Kellna inputs dwar il-conversion of energy, strutturi, mekkaniżmu, materjali, communication design, computers, eċċ. Dawn huma kollha suġġetti li għandna instructors li huma speċjalizzati fihom.", "Jiġifieri użajna r-riżorsi li diġa' għandna biex inkomplu naqsmu l-esperjenzi tagħna ma' xulxin.", "Kif għedt, il-programm huwa magħmul fuq agenda miftehma u huwa organizzat b'mod sistematiku imma minkejja dan, il-ħin kollu naraw kif nistgħu nużaw ir-riżorsi li għandna biex inkomplu niżviluppaw.", "Fil-fatt irrid ngħid illi l-irwol ta' l-Instructors Training Unit, iktar milli jagħti taħriġ bħalma jagħtu istituzzjonijiet normali, iservi ta' forum bejn l-instructors infushom.", "Li rridu hu li l-instructors ikunu katalisti u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom b'għan wieħed, għan ta' kif se jkomplu jimmotivaw u jħajru lil dawn it-tfal ikomplu jitgħallmu.", "Għalkemm bħalma diġa' ntqal dawn it-tfal ikunu pjuttost inqas motivati minn tfal oħra, l-esperjenza għallmitna li iktar ma nkunu ppreparati, iktar ma niddiskutu bejnietna u aktar ma niżviluppaw għodod kif nistgħu nwasslu l-messaġġ tagħna lil dawn it-tfal, aktar se naslu biex nilħqu l-għan tagħna.", "L-esperjenza wrietna li t-tfal huma aċċana għat-tagħlim.", "Aħna rridu nħarsu 'l quddiem u ngħidu li dan is-suġġett ma japplikax biss għal tip ta' tfal, imma japplika għat-tfal kollha, inkluż l-istudenti li huma tajbin, għax jagħti opportunita' lill-istudent jiżviluppa u jirrealizza l-kapaċitajiet tiegħu.", "Kif għedt, din is-sena nfaqna eluf ta' liri biex xtrajna apparat didattiku, pero' rridu nammettu wkoll li l-instructors tagħna għandhom kapaċitajiet li jipproduċu affarijiet three dimensional, jiġifieri mhux jaħsbuhom u jimaġġinawhom biss, imma kapaċi jipproduċuhom, allura pprovajna esperiment kif permezz ta' apparat didattiku niżviluppaw ċerti affarijiet.", "Ħafna mill-instructors li kellna din is-sena, ilhom jgħallmu t-technology education għal erba' jew ħames snin imma dejjem hemm lok ta' żvilupp u allura din is-sena tlaqna fuq programm biex niżviluppaw affarijiet didattiċi ħalli jgħinuna iktar inwasslu l-messaġġ tagħna lill-istudenti li forsi għandhom anqas kapaċitajiet li jużaw ktieb.", "Naturalment inħajruhom ukoll jużaw il-kotba, imma permezz ta' dan l-apparat li jekk tmissu jew tagħmel żball ma jiġri xejn, it-tifel ikun qed jagħmel ir-riċerka li jkollu bżonn.", "L-istudent se jibda mill-affarijiet l-aktar sempliċi, imma almenu se jibda jistaqsi x'inhu l-użu ta' ċertu components.", "Se jibda jistaqsi x'jiġri jekk xi ħaġa ddur kontra.", "Permezz ta' dan l-apparat qegħdin inġiegħlu lill-istudent jistaqsi.", "Wara li dawn l-apparati jiġu ppruvati fl-iskejjel, nevalwawhom u jekk naraw li ħadmu, minflok ma nixtruhom, naraw nistgħux nagħmluhom aħna.", "Mil-lat tekniku, m'hijiex xi ħaġa daqshekk diffiċli għall-instructor għaliex hu espert fit-teknika, imma mil-lat didattiku rridu nippruvawh.", "Meta nippruvawh u jidhrilna li jkun ħadem, naħseb li bi ftit effort, bid-dimensions kollha lesti u bl-eżerċizzji li jrid jagħmel l-istudent lesti – l-eżercizzji huma mibnija fuq mistoqsijiet żgħar biex nagħtu lill-istudent mod ieħor kif jista' jinvestiga - inkunu f'pożizzjoni li nibdew ukoll nipproduċu minnhom.", "Din is-sena ħdimna ħafna biex nistabbilixxu record of achievement.", "L-għanijiet prinċipali li żammejna f'moħħna meta żviluppajna r-record of achievement, kienu li jkollna biċċa għodda kemm jista' jkun oġġettiva li tgħallem lill-istudent ikejjel lilu nnifsu biex jara kemm mexa, li permezz tiegħu nagħmlu l-evalwazzjoni tal-learning tagħna biex inkomplu ntejbu billi naraw fejn morna żmerċ, u biex inkunu nistgħu ninformaw lill-ġenituri.", "M'għandkomx idea xi jħossu l-ġenituri meta jaraw xi jkunu għamlu uliedhom matul is-sena.", "Fil-parents day ta' din is-sena rajna ġenituri li bkew meta raw x'kienu kapaċi jagħmlu t-tfal tagħhom għax kull fejn kienu uliedhom, qatt ma raw xi riżultat, mhux għax fil-fatt ma jkunu għamlu xejn, imma għax issa dak li jagħmlu jista' jiġi mkejjel.", "Għamlu xi ħaġa sabiħa, xi ħaġa li tagħmel sens, għamluha b'ħafna għajnuna u allura l-genituri, permezz ta' dan l-eżerċizzju, qed japprezzaw kemm it-tfal tagħhom huma kapaċi.", "Barra minn hekk, qed japprezzaw ukoll ix-xogħol li qed jagħmlu l-għalliema biex jgħinu lill-istudenti jipproduċu xi ħaġa.", "Ir-record of achievement huwa maqsum f'ħames attainments.", "Għandi specimen tiegħu u nixtieq nippreżentahulkom.", "Naturalment dan huwa biċċa għodda li jrid ikompli jiġi żviluppat u issa ngħid x'għandna f'moħħna biex inkomplu niżviluppawh.", "Kif għedt, ir-record of achievement qiegħed maqsum f'ħames attainments li huma indirizzati lejn id-design and make.", "L-ewwel attainment jindirizza l-problem analysis and investigation, it-tieni attainment jindirizza l-generation of ideas and communication - jindirizza l-mod kif wieħed irid jaħseb - it-tielet attainment jindirizza d-decision making u l-planning, ir-raba' attainment jindirizza r-realisation - x'ipproduċa it-tifel in terms of three dimensions, jiġifieri l-idea ma baqgħetx biss fi ħżuż imma ġiet three dimensional - u l-aħħar attainment jindirizza l-evaluation.", "Ir-record of achievement għadu ma jirriflettix il-food and textiles technology imma 'l quddiem irridu nemendawh biex ikun addattat għas-suġġett il-ġdid.", "Ma rridux ninsew li għad baqa' mill-inqas erba' snin biex it-tfal li qegħdin jidħlu fil-Form I jaslu fil-Form V u nintegraw ix-xogħol li semma s-Sur Mario Borg ma' dan ix-xogħol.", "Nisperaw li sa dakinhar inkunu wasalna fejn qegħdin nipprovaw nimmiraw, imma f'moħħna għandna l-ħin kollu pjan ta' kif qegħdin nibnu u fejn irridu naslu.", "X'għandna bħala projections għall-futur?", "Naturalment l-ewwel għan huwa li nkomplu ntejbu r-record of achievement, il-mod kif nassessjaw lill-istudenti.", "Barra minn hekk jidhrilna li t-technician jista' jikkontribwixxi ħafna.", "S'issa, l-irwol tat-technician kienet li jqassam u jsonn l-għodda, imma għamilna effort b'mod mhux daqshekk sistemizzat fejn ġegħelna lil-instructors jaraw li t-technician ikun wieħed mit-team iktar milli sempliċement wieħed li jqassam l-għodda, eċċ. Dehrilna li din l-idea tista' taħdem u allura s-sena d-dieħla se nkomplu niżviluppaw il-karatteristiċi meħtieġa biex dejjem inqarbu lejn team teaching.", "Din is-sena kellna opportunita' li ma' klassi jkun hemm żewġ instructors u dawn għenu biex jagħtu support u attenzjoni individwali li tant għandhom bżonn dawn l-istudenti.", "Is-sena d-dieħla l-għadd ta' studenti se jiżdied, se jirdoppja, imma fil-preżent qed nipprovaw insibu mezz kif l-instructors bejniethom joħolqu team biex inkomplu ninkoraġixxu t-team teaching wara l-esperjenza pożittiva li kellna din is-sena.", "L-instructors ħadmu programm flimkien u permezz tiegħu setgħu jidentifikaw l-istrenghts u l-weaknesses tagħhom.", "Għenu lil xulxin fil-weaknesses tagħhom u dan għen u kien ta' gwadan għall-istudent.", "Qed ikollna ċans nagħmlu dawn l-affarijiet għaliex din is-sena l-instructors ġew fit-training unit darbtejn fil-ġimgħa u allura kellhom ċans biex flimkien jiddiskutu u jiżviluppaw scheme of work.", "Aħna dejjem naħdmu bil-prinċipju ta' design and make.", "Ma nistgħux nibqgħu biss noħolqu l-parametri li rridu naħdmu fihom.", "Ma nistgħux nibqgħu ngħidu biss l-ideat tagħna, irridu niżviluppaw xi ħaġa konkreta.", "Aħna iktar għafasna fuq l-istruttura li hemm bżonn biex nibnu dawn l-affarijiet għax naturalment iktar ma l-instructors ikollhom strutturi minn dawn, iktar nistgħu nkomplu niżviluppaw.", "Peress li sa sentejn oħra huwa mistenni li ż-żewġ branki – Technology \"A\" u Technology \"B\" - isiru waħda, irridu naraw kif se nagħmlu f'dak li jirrigwarda l-food and textiles.", "Din hija l-iktar parti iebsa għax mhux la kemm tħallat il-food technology mal-mechanical engineering.", "L-instructors jenħtieġu ċertu taħriġ, pero' sibna instructors li barra li huma kwalifikati fil-mechanical engineering, huma kwalifikati wkoll fil-food u jistgħu jikkontribwixxu u jagħmlu kuraġġ lill-instructors l-oħra biex flimkien negħlbu dan l-intopp.", "Sinjura President, dan hu fil-qosor x'għamilna s'issa u lejn xiex aħna mexjin.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi Sur Philip Camilleri.", "Sur Rokku Camilleri u Sur Lino Zahra, tixtiequ żżidu xi ħaġa ma' dak li għadu kemm qal is-Sur Philip Camilleri?", "IS-SUR LINO ZAHRA (Kap ta' Skola): Li xtaqt inżid huwa dwar l-assessment.", "F'dawn l-aħħar ħames snin kulħadd kien qed jimxi bil-mod tiegħu fl-iskola tiegħu.", "Ma kenux qed jimxu b'mod professjonali.", "Kellna t-targets ta' 70 marks għall-assessment u 30 marks għal written exam, imma kulħadd kien qed juża s-sistema tiegħu.", "Issa, bl-għajnuna tat-team ta' l-ITU - nippreferi nsejħilha technology education resource centre għax tinstema' isbaħ minn ITU li tfakkarni f'affarijiet koroh - għamilna r-record of achievement għal Technology \"A\" Form IV u Form V u kif qal Mr Camilleri, dan se jiżviluppawh wkoll għat-Technology \"B\".", "Il-kumitat l-ieħor li fassal il-kurrikulu l-ġdid diġa' lesta l-assessment u issa kulma fadal huwa li ngħaqqdu t-tnejn flimkien biex ikollna xi ħaġa li hija professjonali u li żgur se tkun ta' benefiċċju kemm għall-għalliema u wisq iktar għall-istudenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ippermettili nagħmillek domanda Sur Zahra.", "Jekk fhimt tajjeb, inti l-kap ta' skola fejn qed isir il-pilot project mill-Form I. Xtaqt nisma' iktar dwar l-esperjenza tiegħek.", "Inti li taf x'inhu t-technology education meta kien qed jiġi mgħallem fil-klassijiet il-kbar u issa li daħal fil-klassijiet iż-żgħar, x'kambjament rajt?", "X'kienu l-esperjenzi tiegħek matul din is-sena skolastika li issa għaddiet?", "Kellek sena sħiħa ta' esperjenza b'dan il-pilot project u issa trid tgħaddi l-esperjenzi tiegħek lill-iskejjel l-oħra li eventwalment se jidħol għandhom dan is-suġġett bħala core subject.", "Dan l-aspett irridu nkomplu niżviluppaw, anke f'laqgħa oħra.", "Kif se taħdmu ma' skejjel tal-Knisja u skejjel sekondarji tal-gvern biex dan is-suġġett isir wieħed mill-core subjects f'kull skola?", "Kif se taħdmu magħhom biex dan is-suġġett jiġi wkoll żviluppat f'dawn l-iskejjel?", "IS-SUR LINO ZAHRA: F'Ġunju tas-sena l-oħra kienet saret il-konferenza dwar in-national minimum curriculum u mbagħad suppost li kellhom isiru l-gruppi li bdew jifformolaw il-kurrikula u wieħed minnhom kellu joħloq il-kurrikulu l-ġdid tat- technology education.", "Sfortunatament, iċ-ċirkostanzi ġabu li kollox kellu jixxiftja lura b'sitt xhur u allura l-kurrikulu kien lest għall-ħabta ta' Marzu li għadda.", "Jien bqajt head tal-phasing out ta' Umberto Calosso u fl-iskola ta' San Franġisk t'Assisi, fejn qabel l-istudenti tal-Form I kellhom jagħżlu bejn home economics, craft jew technical drawing, tneħħitilhom din l-option u ddaħħal it-technology education.", "X'ġara minn dakinhar?", "Sfortunatament, fil-bidu tas-sena kien għad ma kellniex gwida, konna qed nittamaw li l-kurrikulu jibda dak ż-żmien, pero' ma qtajniex qalbna.", "L-għalliema li kienu se jieħdu dan il-proġett tkellmu kemm ma' membri li kienu esperti f'dan il-qasam u kemm ma' Mr Purchase biex flimkien jaraw kif se jindirizzaw din il-problema u bdejna naħdmu flimkien.", "Fil-fatt nista' ngħid li it was a godsend li l-kurrikulu ma sarx fil-bidu tas-sena imma sar wara li ġbarna l-esperjenza ta' ftit xhur.", "Bdejna naraw problemi fis-sens li t-tfal żgħar li kienu ġejjin minn skejjel primarji, ma kenux preparati għal dan is-suġġett.", "Għal xi wħud minnhom, anke biex jaqbdu l-imqass kienet problema.", "F'dawn is-sitt xhur tgħallimna ħafna u dak li tgħallimna għaddejnih.", "Niftakar li meta konna fil-kumitat qed nagħmlu l-kurrikulu ma' Mr Buttigieg, EO Science, konna tkellimna ħafna kif dawn it-tfal jistgħu jaslu biex jifhmu 2D u 3D.", "Aħna konna ħsiebna li dawn se jiġu lesti dwar ċertu affarijiet mill-primarja u bdejna nsibu diffikultajiet.", "Ġbarna ħafna esperjenza f'dawk l-ewwel ftit xhur.", "Irridu niftakru wkoll li l-għalliema ma kenux imħarrġa li jgħallmu ż-żgħar allura l-affarijiet li kellna għall-kbar bdejna naddattawhom għaż-żgħar.", "Bdejna billi nużaw affarijiet żgħar, bħalma hu imqass, u bdejna bil-kartun, pero' bdejna nimxu bil-mentalita' tat-technology, jiġifieri bdejna nġegħluhom jaħsbu x'inhi l-problema u kif se jsolvuha.", "Anke f'dan il-livell għamluh, imma għamluh bil-kartun.", "Bdejna l-proċess billi bdejna ndaħħlu bil-mod dawn l-affarijiet.", "L-għalliema kienu entużjasti u ġibna ħafna letteratura kemm minn hawn Malta u kemm minn fuq l-internet u xtrajna kotba li huma adattati għat-tfal ta' din l-eta'.", "F'dawn l-aħħar xhur sar żvilupp ieħor għax issa l-kurrikulu li ħdimna fuqu qiegħed f'idejna u saru tliet coordinators li qed jiltaqgħu ma' l-għalliema ta' dan is-suġġett.", "Ġew fl-iskola tiegħi stess, iltaqgħu ma' l-għalliema li din is-sena kienu qed jgħallmu l-Form I u tkellmu ma' Mr Purchase u ma' Mr Camilleri u t-team tiegħu.", "Is-Sur Philip Camilleri qal li l-grupp ta' instructors irid jiltaqa' u jaħdem flimkien.", "It-team li kelli Umberto Calosso mexa ħafna 'l quddiem, bħalma mxew oħrajn, imma jien fuq tiegħi nista' nitkellem.", "Sodisfatt ħafna bil-mod li mxew u nista' ngħid li kienu jaħdmu ħafna flimkien.", "Kien hemm għalliema li kienu jgħallmu s-sengħa u jgħallmuha tajjeb u meta ġie t-technology education, kienu jiltaqgħu f'wieħed mill-workshops li kellna fit-tliet sulari fit-torri ta' Umberto Calosso u kienu jieklu u jitkellmu fuq is-suġġett.", "Naħseb kienu anke joħolmu fuq is-suġġett tant kemm daħlu fih!", "Kienu motivati ħafna.", "X'għamilna barra minn hekk?", "Qbadna l-għalliema li spiċċaw il-Year 2 fit-trade school u għedna li s-sena d-dieħla dawn se jgħallmu l-Form 1 għax bi ħsiebni li l-għalliema li għallmu l-Form I din is-sena, is-sena d-dieħla jgħallmu l-Form II biex jibqgħu ma' l-istess studenti.", "Mela l-għalliema tal-Form 1 u Form II qed jitkellmu flimkien u flimkien qed ifasslu programm biex fl-aħħar ġimgħa ta' Settembru, bidu ta' sena skolastika ġdida, jibdew mill-ewwel fuq il-kurrikulu l-ġdid.", "Barra minn hekk, qed jagħmlu l-kurrikulu tal-Form II u bil-feedback u bl-evaluation li se jsir, se jkollna preparat ukoll il-kurrikulu tal-Form III biex imbagħad, dawk li qegħdin jaħdmu fuq il-Form IV, kulma jkun jonqoshom hu li jagħqdu kollox flimkien.", "Din hija l-esperjenza li kellna din is-sena.", "Għar-rigward tat-tfal u l-ġenituri, nista' ngħid li kellna problema fis-sens li ġewna tfal barra mill-catchment area u kellna nfehmuhom għaliex ma setgħux jieħdu home economics fl-iskola tal-catchment area tagħhom.", "Fil-bidu kienu jistaqsuna meta kienu se jibdew l-area tal-foods, pero` illum lanqas biss għadhom isemmuh ħlief għal xi wħud minnhom.", "Tant daħlu fis-suġġett u tant qed togħġobhom is-sistema, li lanqas għadhom isemmu l-home economics.", "Per eżempju għamlu struttura ta' bridge bil-karti; barmu l-karti flimkien u għamlu forma ta' bridge.", "Niġi issa għat-theme teaching.", "Fi school development seminar ħareġ mingħand kulħadd li rridu nagħmlu theme teaching u fil-fatt se nipprovaw li t-technology education ikun parti mis-suġġetti l-oħra kollha.", "Se jkunu flimkien u se nipprovaw biex fil-kurrikulu ta' l-iskola, kull term nagħmlu proġett li jkun jgħaqqad is-suġġetti kollha.", "Per eżempju meta għamlu l-bridge li semmejt, għaqqadna l-history mal-geography.", "Warrabna s-syllabus u flimkien fittixna biex nagħmlu dak il-bridge.", "Jiġifieri bdejna, imma b'daqshekk ma jfissirx li mil-lum għal għada t-technology education se jibdel il-kultura u l-mentalita' li hemm fl-iskejjel sekondarji.", "Aħna dejjem konna ngħidu li t-tfal qed jiġuna tard fl-iskejjel tagħna meta jiġuna mill-Form IV.", "Issa għandna challenge quddiemna għax it-tfal qed jiġu mill-Form I. Naturalment dan jippreżenta problemi oħra, per eżempju uħud minnhom għad m'għandhomx il-concept ta' one centimetre allura aħna rridu nibdew mill-bidu.", "Irridu ngħaqqdu ħafna ma' suġġetti oħra.", "Punt ieħor li ssemma kien il-literacy.", "Fl-iskola tagħna l-literacy ħadnih bħala wieħed mill-proġetti ta' l-ischool development programme u din is-sena fil-Form I, għax kellna staff available, ħaddimnih u ħalla riżultat.", "Mhux qed ngħidu li saru mirakli imma improvement kien hemm.", "IĊ-CHAIRPERSON: Jiddispjaċini li se jkolli ninterrompik, imma sar il-ħin.", "Naħseb tajjeb jekk naġġornaw għal bħal lum ġimgħa.", "Ilna hawn mis-7.00 p.m. u kulħadd għejja.", "Nixtieq nirringrazzjakom tal-kontribut li tajtu u bħal-lum ġimgħa nkomplu nisimgħu lis-Sur Philip Camilleri u lis-Sur Lino Zahra u nibdew nisimgħu wkoll lis-Sur Rokku Camilleri.", "L-Onor.", "EVARIST BARTOLO: Ħadt gost b'dak li smajna llejla pero' kont inkwetat ħafna li għadna qed nitkellmu fuq enclave qisu oasis fl-iskejjel sekondarji u kien pożittiv li smajna bi tfal li minflok ma jibqgħu għal free lesson x'imkien, imorru għat-technology education.", "Jekk qed jiġri hekk, għandna indikazzjoni ta' x'hemm tajjeb fit-technology education u ta' x'hemm ħażin fis-suġġetti l-oħra.", "Ma fhimtx l-inġranaġġ li se jkun hemm bejn x'qed jiġri fit-technology education u x'qed jiġri fis-suġġetti l-oħra.", "Ma nafx għandkomx pjan li meta tiltaqgħu għal forum biex tiddiskutu t-technology, tibdew tistiednu wkoll għalliema tas-suġġetti l-oħra.", "U l-kwestjoni tas-SEC, fejn tidħol fl-istorja kollha?", "Qed nissuġġerixxi li forsi ma tkunx idea ħażina li fil-laqgħa li jmiss, barra li niddiskutu t-technology education, nipprovaw nifhmu kif it-technology education se jingrana mas-SEC u jekk l-alternative form of certification li qed nitkellmu fuqha, tapplikax biss għat-technology education.", "L-iktar ħaġa inkwetanti bħalissa fis-SEC, hija li s-SEC kien disinjat għal 80% ta' l-istudenti sekondarji, pero` qed jagħmluh biss 60%, l-iktar l-iktar, 65% ta' l-istudenti.", "Allura x'qed jiġri mill-40%, 35% l-oħra?", "L-alternative form of certification biex naqbdu lit-tfal l-oħra, fit-technology education biss se nagħmluh, jew se nagħmluh wkoll fis-suġġetti l-oħra?", "Naħseb li jekk ma nagħmlux hekk, se jkollna problemi serji.", "IĊ-CHAIRPERSON: Naġġornaw fuq din in-nota.", "Għal darb'oħra nirringrazzjakom u nawguralkom il-lejl it-tajjeb u niltaqgħu l-ġimgħa d-dieħla fl-istess ħin.", "Fid-9.02 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 3 ta' Lulju, 2001 fis-7.00 p.m. bl-istess aġenda."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010626_038d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 26 ta' Ġunju, 2001", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.11 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "Preżenti kien hemm ukoll il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "L-Iskrivan qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 37 li saret fid-19 ta' Ġunju, 2001 kienu konfermati.", "PJAN STRATEĠIKU GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KURRIKULU NAZZJONALI - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat irriżuma mid-19 ta' Ġunju 2001 id-diskussjoni fuq il-pjan strateġiku għall-implimentazzjoni tal-kurrikulu nazzjonali.", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Charles Mizzi, Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni, biex jieħu sehem fid-diskussjoni.", "Il-President informat lill-Kumitat u lil dawk preżenti għal-laqgħa, b'żewġ mistoqsijiet ippreżentati mill-Onor.", "Is-Sinjorina Carmen Mangion, is-Sur Salvu Frendo u s-Sur Mario Borg, Subject Coordinators fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, ġew mitluba jipparteċipaw fil-Kumitat.", "Fit-8.15 p.m. il-Kumitat ġie sospiż minħabba sejħa għal votazzjoni fil-Kamra tad-Deputati u rriżuma fit-8.34 p.m.", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Philip Camilleri, Assistant Head, Instructors Training Unit, lis-Sur Lino Zahra, Kap ta' Skola u lis-Sur Rokku Camilleri biex jieħdu sehem fil-Kumitat.", "Is-Sur Philip Camilleri ppreżenta lill-Membri tal-Kumitat kopja ta' Record of Achievement certificate, li qiegħed jinħareġ għas-suġġett ta' Technology Education.", "Lill-Membri tal-Kumitat tqassmilhom dokument intitolat \"In-Service Courses Catalogue 2001 - July and September 2001\" maħruġ mill-In-Service Training Section tad-Dipartiment ta' l-Ippjanar u l-Iżvilupp fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Fid-9.02 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 3 ta' Lulju 2001 fis-7.00 p.m. bl-istess aġenda.", "PAULINE ABELA GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010626_038m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 39", "It-Tlieta, 3 ta' Lulju 2001 fis-7.00 p.m.", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 3 ta' Lulju 2001 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Implimentazzjoni tal-pjan stateġiku għall-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali - Kontinwazzjoni", "26 ta' Ġunju 2001 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010703_039a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 39", "It-Tlieta, 3 ta' Lulju, 2001", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz Lm1", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru. 39", "It-Tlieta, 3 ta' Lulju, 2001", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.07 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 38 li saret fis-26 ta' Ġunju, 2001, ġew konfermati.", "PJAN STRATEĠIKU GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KURRIKULU NAZZJONALI - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat irriżuma mis-26 ta' Ġunju, 2001 id-diskussjoni fuq dan is-suġġett.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Helen D'Amato): Nilqagħkom għat-tielet laqgħa f'din is-sensiela ta' laqgħat dwar l-implimentazzjoni tal-kurrikulu nazzjonali u għal darb'oħra nirringrazzjakom li għoġobkom tattendu u tilqgħu l-istedina tagħna.", "Fl-aħħar laqgħa konna qed nisimgħu lis-Sur Philip Camilleri, lis-Sur Lino Zahra u lis-Sur Rocco Camilleri - fil-fatt is-Sur Rocco Camilleri għadu ma tax il-preżentazzjoni tiegħu - jitkellmu dwar ix-xogħol tagħhom.", "Is-Sur Philip Camilleri tkellem dwar it-training ta' l-għalliema li riedu jieħdu on board is-suġġett tat-teknoloġija u s-Sur Lino Zahra tkellem dwar l-esperjenza tiegħu matul din l-aħħar sena meta s-suġġett tat-teknoloġija ġie ntrodott fl-iskola tiegħu proprju minn Form I. Dan is-suġġett m'huwiex se jibqa' jiġi mgħallem minn Form IV 'il fuq fis-sezzjoni tat-trade schools, imma se jibda jiġi mgħallem fl-iskejjel sekondarji minn Form I. U proprju fl-aħħar laqgħa konna waqafna fuq dan il-punt.", "Illum għandna magħna wkoll is-Sur Frank Cilia li nistidnuh jingħaqad magħna mal-mejda u naħseb li aħjar l-ewwel nibdew bil-preżentazzjoni tas-Sur Rocco Camilleri qabel ma l-membri tal-kumitat jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom dwar is-suġġett tat-teknoloġija.", "IS-SUR ROCCO CAMILLERI (Instructors' Training Unit – Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni): F'din is-sena skolastika 2000-2001, hemm disa' skejjel tas-subien f'Malta u waħda f'Għawdex, li bdew imexxu t-technology programme.", "Id-disa' skejjel f'Malta huma Vincenzo Borg f'Birkirkara, Antonio Bosia fil-Gżira, Francis X Attard fil-Marsa, Sir Temi Zammit fl-Imtarfa, Guże' D'Amato f'Raħal Ġdid, Ġuże' Galea f'Ħal Qormi, San Franġisk D'Assisi f'Santa Venera – il-parti t'isfel ta' l'ex-Umberto Calosso - Vincenzo Bugeja f'Santa Venera u Dun Karm Psaila f'Ħaż-Żebbuġ, u l-iskola f'Għawdex hija Ninu Cremona.", "Sar workshop addattat għat-technology f'kull waħda minn dawn l-iskejjel flimkien ma' workshop ieħor simili fl-Instructors' Training Unit fin-Naxxar sabiex l-instructors li jitilgħu hemmhekk ikollhom fejn jagħmlu l-hands-on practice f'dawk l-areas li jkollhom bżonn.", "Kull skola ngħatat capital fund ta' Lm3,500 mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni; Lm1,000 minnhom biex jinxtraw il-hand tools u l-Lm2,500 l-oħra biex jinxtara l-makkinarju.", "Barra minn hekk, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tat computer komplut bl-iscanner u l-aċċessorji l-oħra, lil kull waħda minn dawn l-iskejjel.", "L-iskejjel ingħataw wkoll fondi għall-materjal li jkollhom bżonn l-istudenti biex jagħmlu l-proġetti matul is-sena skolastika.", "Kull klassi li jista' jkollha bejn 15 u 16-il student, ingħatat Lm600.", "Aħna konna pproġettajna li matul is-sena t-tfal jagħmlu ħames proġetti u wasalna għall-ammont ta' Lm600 għax ħdimna fuq il-kalkolu li kull student ikollu bżonn madwar Lm8 f'materjal għal kull proġett li jagħmel matul is-sena.", "L-Instructors' Training Unit xtara wkoll electronic kits għal Form IV u Form V mingħand in-Novalabs u rppreżentanti minn din il-kumpannija kienu ġew hawn Malta u għamlu two-day hands on training seminar lill-għalliema, instructors u rappreżentanti minn kull skola biex juruhom kif iħaddmu dawk il-programmi ta' l-electronics.", "Imbagħad, matul is-sena skolastika, Philip Camilleri, Frank Cilia u team ieħor, komplew jagħtu aktar taħriġ lill-istaff sabiex ikunu aktar kapaċi jużaw dawn il-programmi mat-tfal.", "Dan għamilnih qabel ma bdejna nixtru l-kits għall-iskejjel biex ma jintefqux flus qabel ma wieħed ikun jaf juża l-kit b'mod tajjeb.", "Issa hemm flus ivvutati biex l-iskejjel li għandhom it-technology subject, ikunu jistgħu jixtru l-kit li ġie ordnat mingħand il-Novalabs li huma s-sole agents ta' dawn it-tip ta' kits.", "Għas-sena skolastika 2001-2002, l-ex-trade schools li baqa', jiġifieri Umberto Calosso u Stefano Zerafa fin-Naxxar, se jiġu phased-out u se jispiċċaw.", "F'dawn l-iskejjel, l-istudenti li kellhom t-Technology Education \"A\" kellhom programm ta' tmien lezzjonijiet fil-ġimgħa u mhux ta' ħamsa kif għandhom l-istudenti tas-sekondarja fejn dan is-suġġett huwa wieħed mill-option subjects.", "Il-parti t'isfel ta' Umberto Calosso hija issa l-iskola sekondarja St Francis of Assisi u hemmhekk il-programm qed jitmexxa bħala pilot għall-istudenti fil-Form 1 u Form II u fil-Form IV u Form V.", "L-iskola Lorenzo Gafa' se tmexxi t-technology subject għall-ewwel darba mis-sena d-dieħla peress li ma kienx hemm rispons biżżejjed biex tibdih minn din is-sena.", "Il-workshop ta' din l-iskola issa tlesta ħlief għal xi ftit affarijiet żgħar li għad iridu jsiru, u allura mis-sena d-dieħla jista' jibda jiġi mgħallem is-suġġett tat-teknoloġija.", "Fid-disa' skejjel l-oħra qed isirilhom it-tieni workshop, u fil-fatt dan diġa' tlesta f'erba' skejjel minnhom.", "Billi kien hemm numru kbir ta' studenti li għażlu li minn craft jaqilbu għat-technology, bilfors kien hemm il-ħtieġa li jiżdiedu l-workshops.", "Kien hemm ukoll każijiet fejn il-workshops tal-craft qlibnihom għal workshops għat-technology education u issa, dak in-numru żgħir ta' studenti li għażlu li jkomplu bil-craft, qed jaraw ukoll affarijiet li għandhom x'jaqsmu mat-technology education.", "Anke għal dawn l-iskejjel ġiet ivvutata capital sum ta' Lm3,500 għal kull skola u hemm minnhom li diġa' xtraw u kkonnettjaw il-makkinarju u l-hand tools, b'mod partikolari dawk li għandhom il-workshops lesti.", "Ħadna l-vantaġġ li l-workshops inlestuhom matul l-Easter holidays, wara li l-istudenti tal-Form V ikunu lestew l-eżamijiet, biex kemm jista' jkun, ma ntellfux lill-istudenti li jkunu għadhom fl-iskejjel.", "L-istructural work, inkluż xogħol ta' elettriku, li kien hemm bżonn isir f'dawn l-iskejjel, sar mill-maintenance section taħt is-superviżjoni tal-Works Manager Mr. Lawrence Bugeja u d-direttur tal-planning Mr Joe Magro, u s'intendi, tad-Direttur Ġenerali Mr Mizzi.", "Ilkoll kemm aħna ħdimna flimkien biex il-workshops ikunu lesti kif kien ippjanat.", "Il-mira tagħna hi li l-workshops li għadhom m'humiex lesti, jitlestew sa l-aħħar ta' Awissu.", "L-iktar li jidher li għad baqa' xogħol xi jsir, huwa fl-iskola ta' l-Imtarfa li tenħtieġ structural works, pero' l-mira tagħna hi li anke dawn ix-xogħlijiet jitlestaw sa l-aħħar ta' Awissu.", "L-engineering u woodwork benches ta' l-istudenti nħadmu fl-Iskola tan-Naxxar.", "Diġa' assenjajna ċertu affarijiet lil erba' skejjel u allura issa baqa' biss ħames skejjel oħra li għaddej ix-xogħol fuqhom.", "Il-materjal kollu, bħalma hu ħadid, injam, żebgħa eċċ., biex isir dan ix-xogħol, iqum madwar Lm330 u biex ma nagħmlux spejjeż żejda, ħadna l-moros li kien hemm fl-istores ta' l-ex-trade schools u dawk li kienu jintużaw fl-iskejjel sekondarji li neħħew il-bankijiet tal-craft.", "Barra minn hekk, fl-Universita' se jinħoloq workshop u fil-fatt diġa' nxtraw xi affarijiet skond ir-requirements ta' Mr David Purchase li se jmexxi kors għall-għalliema tat-technology education.", "L-education department – jiġifieri r-responabbilta' se tibqa' tad-dipartiment – diġa' xtara xi hand tools u makkinarju li David Purchase jixtieq li jkollu fil-workshop sabiex l-għalliema jiffamiljarizzaw ruħhom magħhom.", "Dan il-workshop m'huwiex eżatt bħalma għandna fl-iskejjel sekondarji għaliex fih hemm equipment, bħalma hu CNC machine, li huwa aktar sofistikat milli għandna fil-workshops ta' l-iskejjel.", "IĊ-CHAIRPERSON: Id-disa' skejjel ta' Malta huma kollha skejjel tas-subien?", "IS-SUR ROCCO CAMILLERI: Iva, tas-subien.", "IĊ-CHAIRPERSON: Pero' għandna wkoll erba' skejjel tal-bniet li qed imexxu t-Technology Education \"B\", hux hekk?", "IĊ-CHAIRPERSON: L-iskola f'Għawdex hija tas-subien?", "IS-SUR ROCCO CAMILLERI: Le, hemm oħra għall-bniet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-materjal provdut mill-iskola huwa biżżejjed biex l-istudenti jagħmlu l-proġetti ppjanati li jagħmlu matul is-sena?", "Inti semmejt somma ta' flus li tiġi allokata lil kull student.", "Dik is-somma tkopri l-materjal kollu li jkollu bżonn student?", "Mill-esperjenza li ġbartu matul din is-sena, taħsbu li din is-somma hija adegwata biex tkopri l-ispejjeż tal-materjal li jkollhom bżonn l-istudenti?", "IS-SUR ROCCO CAMILLERI: L-instructors jitilgħu fl-Instructors' Training Unit b'mod regolari u ħadd minnhom ma qalilna li kellhom shortage of material minħabba shortage of funds.", "IS-SUR PHILIP CAMILLERI (Instructors' Training Unit – Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni): Peress li t-tagħlim tat-technology qed jinbeda mill-Form IV, il-komplessita' tal-proġetti tkun daqsxejn limitata, pero' meta t-technology education tibda miexja mill-Form I 'il fuq, tibda tiżdied il-komplessita' ta' ċerti proġetti u allura wieħed irid ikun preparat kif se jipprogramma l-flus.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'hemm maħsub għal sena oħra?", "IS-SUR FRANK CILIA (Instructors' Training Unit – Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni): Irrid ngħid li għal din is-sena biss, peress li s-sena skolastika tibda f'Ottubru u l-funds ma jidħlux qabel Marzu, ħsibna għal erba' terms flok tlieta', u dan għamilnih biex l-istudenti jkollhom biex jaħdmu mill-ewwel.", "IĊ–CHAIRPERSON: X'hemm ipproġettat għal snin oħra?", "Se jiżdiedu l-iskejjel li se jibdew jgħallmu t-technology education minn Form I?", "IS-SUR PHILIP CAMILLERI: Is-sena d-dieħla se jkollna wkoll studenti fil-Form V. Se jkollna Form IV students li jkunu telgħu minn Form III, u Form V students li jkunu telgħu mill-Form IV, jiġifieri se jkollna żewġ klassijiet.", "Barra minn hekk, din is-sena n-numru ta' studenti li se jieħdu t-technology education żdied minn dak tas-sena l-oħra għaliex l-għadd ta' tfal li għażlu l-option tat-technology education, kważi rdoppja.", "IĊ-CHAIRPERSON: Dawk li se jitilgħu fil-Form III?", "IS-SUR PHILIP CAMILLERI: Le, dawk li se jitilgħu fil-Form IV.", "Ix-xogħol tat-technology education instructors, prattikament se jirdoppja.", "IĊ-CHAIRPERSON: X'hemm ipproġettat għall-istudenti tal-Form I?", "IS-SUR ROCCO CAMILLIERI: Studenti fil-Form I għandna biss fl-iskola San Franġisk D'Assisi li se tibqa' bħala pilot project.", "Hemmhekk se jkollna studenti fil-Form I u Form II li se jkunu qegħdin jagħmlu technology education bħala pilot project.", "EVARIST BARTOLO: Hawnhekk għandkom statistika ta' kemm mill-istudenti li għandna fl-iskejjel sekondarji qed jieħdu t-technology education?", "IS-SUR ROCCO CAMILLERI: Din is-sena, fil-Form IV kien hemm 248 student li kienu qed jieħdu t-technology education.", "EVARIST BARTOLO: Qed titkellem fuq is-subien?", "Din is-sena se jkun hemm 248 student fil-Form V, studenti li se jitilgħu mill-Form IV, waqt li fil-Form IV, jiġifieri dawk li se jitilgħu mill-Form III, se jkun hemm 412–il student.", "Din is-sena kien hemm shift minn craft għal technology education.", "In fatti, l-għadd ta' studenti li għażlu l-craft, naqas minn 159 għal 61.", "Il-bqija ta' l-istudenti marru għat-technology education.", "IĊ-CHAIRPERSON: Intom qed tirreferu għas-subien, hux hekk?", "IĊ-CHAIRPERSON: U x'inhi l-pożizzjoni għal dak li jirrigwarda l-bniet?", "IS-SUR PHILIP CAMILLERI: Prattikament hemm erba' klassijiet ta' studenti bniet, waħda f'kull skola.", "IĊ-CHAIRPERSON: U klassi tfisser klassi ta' 16-il student?", "IS-SUR PHILIP CAMILLERI: Iva, klassi ma jistax ikollha aktar minn 16-il student.", "EVARIST BARTOLO: Qed nifhem tajjeb li minn 8,000 student fl-iskejjel sekondarji, fis-sena skolastika li ġejja se jkollna madwar 660 li se jieħdu t-technology education?", "EVARIST BARTOLO: Jiġifieri fis-sena skolastika li jmiss, se jkun hemm 660 student li se jieħdu t-technology education, barra dawk fil-Form I u Form II ta' l-iskola San Franġisk D'Assisi.", "IS-SUR PHILIP CAMILLERI: Li għandna qed jieħdu t-Technology Education \"B\" huma l-erba' klassijiet fl-iskejjel tal-bniet u dawk li għadhom in-Naxxar.", "Fin-Naxxar is-sena l-oħra kien hemm 60 student li kienu qed jieħdu t-Technology Education \"B\".", "EVARIST BARTOLO: Dawk se jibqgħu?", "IS-SUR PHILIP CAMILLERI: Iva, imma se jiġu phased out fi żmien sentejn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-Sur Mizzi.", "IS-SUR CHARLES MIZZI (Direttur Ġenerali, Diviżjoni ta' l-Edukazzjon): Li se jiġri din is-sena huwa li s-660 student li se jieħdu t-Technology Education \"A\", se jibqgħu fl-iskejjel tagħhom, pero' għall-aħħar darba, fin-Naxxar, din is-sena se jerġgħu jitilgħu s-subien li se jieħdu t-Technology Education \"B\".", "Is-sena d-dieħla din m'hijiex se tkun possibbli.", "Din is-sena, in-numru ta' subien li għażlu t-Technology Education \"B\" u sejrin fin-Naxxar, huwa inqas minn dak tas-sena l-oħra.", "Is-sena l-oħra kien hemm 94 student waqt li din is-sena se jkun hemm 60.", "Mela ġon-Naxxar, taħt ir-responsabbilta' tas-Sur Rocco Camilleri, se jkun hemm 154 tifel li se jieħu t-Technology Education \"B\", pero' mis-sena ta' wara, dawn se jkunu inkorporati fl-iskejjel tagħhom u se jkunu qed jagħmlu t-technology education li m'mhijiex differenzjata.", "EVARIST BARTOLO: Minn dak li għedtu bħal-lum ġimgħa, jiena fhimt li se tinkorporaw flimkien Technology Education \"A\" u Technolocy Education \"B\".", "Fhimt tajjeb?", "IS-SUR PHILIP CAMILLERI: Il-mira tagħna hi li mis-sena d-dieħla, l-istudenti jagħmlu kemm Technology Education \"A\" u kemm Technology Education \"B\".", "Jiġifieri dawk li sal-lum kienu involuti, per eżempju, fl-engineering, jibdew jiġu involuti wkoll fil-food and textiles u viċiversa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Aħna qegħdin nifhmu sew li l-mira għas-sena d-dieħla - mhux għas-sena skolastika li ġejja imma ta' wara – hija li Technology Education \"A\" u Technology Education \"B\" jiġu amalgamati u t-technology education ikun meqjus bħala suġġett?", "EVARIST BARTOLO: Meta sillabu jipprova jolqot ħafna affarijiet f'daqqa, hemm ċertu periklu, allura intom m'intomx inkwetati li meta se jiġu flimkien Technology Education \"A\" and Technology Education \"B\", jista' ma jirnexxilkomx tagħmlu dak li qed taħsbu?", "Naturalment, din m'hijiex xi ħaġa faċli.", "IS-SUR PHILIP CAMILLERI: Veru li mhux faċli.", "Per eżempju waħda mid-diffikultajiet hi li fit-trade schools, l-istudenti kien ikollhom tmien periods dedikati għat-technology education, waqt li issa se jkollhom biss ħames periods, allura la se jkun hemm limitazzjoni ta' ħin, ftit jew wisq se jkunu kkontrollati l-inputs li jridu jintlaħqu.", "Barra minn hekk, issa li se jkollna t-Technology Education \"B\" bħala tema oħra, irid ikun hemm ħin allokat għall-aspetti ta' food and textiles.", "EVARIST BARTOLO: Lili jinkwetani l-fatt - u jekk jien żbaljat ikkoreġini – li meta tipprova tagħmel sillabu li jrid jilħaq dak li dejjem għamiltu fit-Technology Education \"A\" u fit-Technology Education \"B\", hemm ċans kbir li s-suġġett isir iktar astratt ...", "Huwa l-istess kemm għat-Technology Education \"B\" u kemm għat-Technology Education \"A\".", "EVARIST BARTOLO: Tista' tagħti eżempju?", "IS-SUR LINO ZAHRA: Jekk inti għandek problema li tinvolvi l-food, inti xorta se tipprova ssolviha in a three dimensional way.", "Xorta se tgħaddi minn proċess fejn trid tfassal il-brief, tinvestiga dwaru, tistabbilixxi xi specifications għandek bżonn, tagħmel id-development brief u xi working drawings u mbagħad wara li tlesti dawn il-proċessi kollha, tagħmel l-evalwazzjoni.", "Il-proċess li trid tagħmel huwa l-istess, irrispettivament x'inhu l-medium.", "It-teknoloġija m'hijiex biss mechanical jew electrical engineering, jew woodwork, imma tinvolvi wkoll food u textiles.", "Per eżempju \"energy,\" ma tappartjenhiex biss max-xemx imma wkoll ma' l-ikel li nieklu.", "Kulma se jkun hemm hija firxa akbar ta' domains u allura jenħtieġ aktar preparazzjoni.", "IS-SUR PHILIP CAMILLERI: Il-mentalita' ma tistax tibqa' dik vokazzjonali; jien se nagħmel il-woodwork jew se nagħmel il-food.", "Il-food u t-textiles huma materjali li jien se nuża fil-production.", "Hemm id-design u hemm il-make u irrispettivament x'materjal se nuża, irrid ngħaddi miż-żewġ proċessi.", "It-textiles jew il-food, se jkunu materjal li se nuża.", "Li qed ngħidu hu konċett totalment differenti.", "IS-SUR LINO ZAHRA: Importanti li nifhmu li dan is-suġġett, minkejja li fih element vokazzjonali, mhux se jwassal għal xi vokazzjoni partikolari imma huwa suġġett li jaqa' taħt il-general education.", "Fih element vokazzjonali imma m'huwiex kompletament vokazzjonali.", "EVARIST BARTOLO: Qed nieħu l-impressjoni li qed inkomplu nittrattaw il-kelma \"vokazzjonali\" bħala kelma maħmuġa.", "Bil-kelma \"vokazzjonali\" trid tfisser li qiegħed tispjeċjalizza, qed tirrikjedi iktar understanding, iktar knowledge, iktar apprendistar, iktar preparazzjoni, iktar speċjalizzazzjoni.", "EVARIST BARTOLO: Mhux bilfors għalkemm naf li hemm min qed jappartjeni għal din it-tip ta' linja.", "Per eżempju fl-Ingilterra, bħalissa għaddejja kontroversja fuq il-fatt li mis-sena d-dieħla se jerġgħu jdaħħlu l-GCSEs at vocational level għal studenti ta' 14-il sena, fit-tourism studies, fil-catering u fl-engineering.", "Huma qed jgħidu li se jagħtuh l-istess dinjita' u l-istess stima ta' GCSEs akkademiċi u magħhom se jagħmlu wkoll ix-xjenza, il-matematika u l-Ingliż għaliex qed iħossu li meta jagħtu suġġetti li jippruvaw ikunu ħafna, hemm il-periklu li jispiċċaw - mhux li ma jkunu xejn għax tkun unfair jekk tgħid hekk, imma ....", "MEMBRU: Mhux se jneħħu t-technology education, imma qegħdin jgħidu li jista' jkun hemm 14 year old students li se jkunu fuq xi linja vokazzjonali.", "EVARIST BARTOLO: Jien qed inqajjem din il-mistoqsija għaliex kumbinazzjoni, il-bieraħ, il-Malta Tourism Authority ħarġet survey li juri li l-biċċa l-kbira tal-workforce li għandna fil-qasam turistiku, ġejja minn skejjel sekondarji u 42% ta' l-employers esprimew nuqqas ta' sodisfazzjon bil-workforce tagħhom, bit-tip ta' taħriġ u bit-tip ta' edukazzjoni li għandhom.", "Issa jien naf li dejjem hemm id-dibattitu bejn l-edukaturi u l-employers fejn hemm min jakkuża l-employers li dawn iridu sempliċement ħaddiema, fodder għax-xogħol, u aħna suppost li rridu aktar minn hekk.", "Jien inkwetat jekk se nimxu lejn technology mingħajr ma naħsbu wkoll f'dawn l-affarijiet.", "Il-lifespan ta' dan il-kurrikulu huwa sa Ġunju 2005, u sa Ġunju 2005 se jispiċċaw mill-inqas 20,000 ġuvni u tfajla mil-livell sekondarju.", "Waqt li għandi kull rispett lejn il-punti fundamentali li qed jitqajmu fil-kurrikulu għall-kinder u għall-primarja - u hemmhekk naħseb li għandna nqajmu kull mistoqsija fundamentali, anke jekk hija taboo li niddiskutuha - għal dawk li diġa' huma maqbudin fis-sistema, m'għandniex il-lussu li niddiskutu għax lil dawn mhux se nerġgħu nġibuhom lura fil-kinder u fil-primarja biex nikkoreġu.", "Huma casualties tas-sistema preżenti.", "Jien inħoss li għal dawk li se joħorġu mill-iskola sa Ġunju 2005 irridu nagħmlu xi ħaġa urġenti, waqt li għall-kinder u l-primarja għandna naraw sew x'direzzjoni fit-tul irridu nieħdu.", "Jiġifieri anke jekk nieħdu l-miżuri kollha perfetti fil-kinder u fil-primarja, l-istudenti li diġa' huma fis-sistema, mhux se jgawdu minnhom.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru Galea jixtieq jintervjeni.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Forsi nista' naqsam ftit il-ħsebijiet li qed jemerġu mid-diskussjoni kif qiegħda tiżviluppa.", "Jekk nieħu l-konklużjoni tan-National Tourism Authority li qed tgħidilna li l-ikbar numru ta' impjegati fis-settur turistiku ġej mill-iskejjel sekondarji u li numru sostanzjali ta' employers m'humiex sodisfatti, jien ngħid li dan il-fattur għandu jikkonferma li liż-żgħażagħ tagħna għandna nassigurawlhom li jakkwistaw il-kompetenzi kollha li qed jistabbilixxi l-kurrikulu nazzjonali sa l-eta' ta' 16-il sena.", "Li qed iħossu nieqes l-employers, mhux tant huma dawk il-kompetenzi li jiġu mit-taħriġ speċjalizzat fil-kamp tat-turiżmu li jistgħu jagħmluh fl-Institute of Tourism Studies, jew inkella jakkwistawh mill-esperjenza fuq il-bank tax-xogħol, imma n-nuqqas fil-livell ġenerali bażiku ta' edukazzjoni, ta' komunikazzjoni, ta' literacy, u ta' numeracy.", "Id-deċiżjoni li t-technology education ma tibqax magħluqa, ristretta għal ftit mijiet, għal numru dejjem jiċkien ta' studenti fit-trade schools, hija meħuda fuq il-bażi li aħna rridu li t-tfal kollha jakkwistaw il-massimu possibbli mill-kurrikulu nazzjonali sal-livell ta' 16-il sena u li ma jkollhomx interruzzjoni kif kien qiegħed ikollhom għal diversi raġunijiet fl-eta' ta' 13 jew 14-il sena.", "F'din l-eta' konna qisna qegħdin niddivorzjawhom mir-rimja ġenerali ta' l-edukazzjoni, u b'xi mod jew ieħor kienet qed tidħol fl-imħuħ tagħhom u tal-ġenituri li issa xogħol dawn it-tfal huwa li jaqbdu sengħa speċifika, vokazzjoni speċifika.", "Mela l-ewwel ħaġa li ridna nattakkaw kienet li nenfasizzaw u nistabbilixxu l-punt li l-edukazzjoni, biex insejħilha hekk, \"ġenerali\", sa l-eta' obbligatorja trid issir bi kwalita' aħjar għal kulħadd u li aħna nixtiequ li t-tfal kollha, sa 16-il sena, jilħqu ċerti miri u kompetenzi.", "GĦall-argument ta' kif se naħdmu ma' dawn iż-żgħażagħ, anke f'dawn l-iskejjel, inkluż dawk li llum qegħdin f'Form II, Form III u Form IV, forsi tajjeb wieħed jirrifletti fuqu aktar tard.", "It-tieni punt tat-technology education li jrid jinftiehem ċar - s'issa ma ħassejtx li dan il-punt ħareġ biżżejjed ċar - huwa li technology education huwa proċess ta' żvilupp personali ta' intelliġenza, ta' ħiliet kritiċi, ta' kompetenzi tat-tfal.", "Sal-lum, it-technology education kien parti minn pakkett li kien isir fuq firxa ta' sentejn li kienu l-ekwivalenti tal-Form IV u Form V u li kienu jsiru separati mill-iskola sekondarja fl-ambjent ta' trade school.", "Aħna rajna l-vantaġġ kbir li tagħlim effettiv ta' technology education għandu jkollu għat-tfal kollha u mhux biss għal dawk il-ftit mijiet li kienu qed jagħmlu dik l-għażla.", "Għaliex?", "Għaliex is-suġġett tat-technology education mhux li inti titgħallem taħdem l-injam, jew il-metall, jew it-tessilli, jew li titgħallem issajjar, imma huwa taħriġ - u llum qed nirrealizzaw li dan huwa taħriġ li jeħtieġ jibda anke mil-livell primarju - fil-mod ta' kif it-tifel u t-tifla jiġu mħarrġa u edukati biex mhux jikkuppjaw, jew jitgħallmu bl-amment, jew jirċievu passivament, imma that they interact ma' l-għalliem, ma' sħabhom, ma' l-elementi, mal-materjali u l-għodod diversi li jistgħu jeżistu biex il-ħila kreattiva tagħhom tibda titqanqal, titħaddem u tiġi mgħallma mill-bidunett.", "Edward de Bono għallimna li anke biex naħsbu rridu nitgħallmu.", "Sa qabel ġie hu, konna naħsbu li l-ħsieb huwa proċess naturali li wieħed jagħraf u jeżerċita as one goes along in life, imma Edward de Bono jgħid li mhux hekk; jgħid li hemm bżonn li aħna nitgħallmu kif naħsbu u nitgħallmu l-iżvilupp tal-ħsieb.", "It-technology education għandu ħafna minn dan l-argument.", "Irridu li l-kelma technology jew technology education, ma tibqax tfisser it-tagħlim ta' sengħa partikolari.", "Irridu li l-bniet u s-subien iħarsu lejn it-technology education mill-istess orjentament.", "Irridu li t-tnejn li huma jħarsu lejh bl-istess mod, iħarsu lejh b'mod ugwali, u jekk fuq firxa ta' snin jirnexxielna nibdew minn meta jkunu żgħar, it-technology education isir parti integrali mill-ħajja ta' kuljum tat-tfal.", "L-idea hi li mhux nibqgħu ristretti u ngħallmu t-technology education fil-Form IV u Form V biss, imma li bil-mod il-mod, nespandu biex is-suġġett jiġi mgħallem minn Form I sa Form V fl-iskejjel kollha, inkluż il-junior lyceums, secondary schools, skejjel tal-privat u tal-Knisja, u eventwalment, kif diġa' għedt, anke fl-iskejjel primarji.", "Aktar tard se jkollna ċans nitkellmu ma' min qed jaħdem fuq il-kurrikulu tat-technology education għax sal-lum kellna Technology Education \"A\" u Technology Education \"B\" li fir-realta' kienet tifred ftit is-subien mill-bniet u għalkemm kien hemm numru ta' subien li kienu jieħdu t-Technology Education \"B\", xorta waħda fil-perception ta' l-imħuħ tan-nies, inkluż ta' għalliema, Technology Education \"B\" baqgħet pjuttost assoċjata ma' xi ħaġa li jagħmluha l-bniet u mhux is-subien.", "Mela rridu nersqu biex mhux iżjed ngħidu Technology Education \"A\" u Technology Education \"B\", subien u bniet, imma technology education, qafas wieħed b'direzzjoni waħda, b'miri partikolari li japplikaw għal kulħadd.", "Ix-xogħol fuq dan il-kurrikulu diġa' sar.", "Prattikament huwa finalizzat u qed jgħaddi mill-proċess tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u tan-nies konċernati biex eventwalment jiġi applikat.", "Kif diġa' ntqal, il-proċess tad-design huwa l-istess.", "Ivarja biss il-materjal li jintuża u jvarja fis-sens li sal-lum, bħala materjal, is-subien kienu jużaw injam, metall, plastika, eċċ., waqt li l-bniet kienu jużaw tessili u ikel.", "Issa, il-materjal se jibda jkun l-istess għal kulħadd.", "Il-bniet u s-subien se jkunu jistgħu jużaw kull tip ta' materjal, imma l-proċess jibqa' l-istess.", "Il-proċess huwa li l-istudent jibda jiġi mħarreġ jifhem sitwazzjoni reali, imbagħad jibda għaddej minn analisi ta' dik is-sitwazzjoni, u jara x'inhuma l-options u l-għażliet differenti u x'inhuma l-konsegwenzi ta' l-għażliet differenti.", "Imbagħad, meta jasal biex jiddisinja s-soluzzjoni, se jmur jagħmel dak li sal-lum fl-iskejjel tagħna ma jagħmluhx, jiġifieri, il-learning by doing, li wieħed imur f'workshop u jara kif dik l-idea jipprova jlaħħamha u jikkreaha u fil-workshop jista' juża liema materjal irid.", "Il-proċess biex jasal sa dan l-istadju, huwa l-istess.", "Huwa x'ħin jiġi fl-istadju tal-learning by doing li se jagħżel il-materjal li fil-fehma tiegħu, u skond l-inklinazzjoni tiegħu, iħoss li għandu juża.", "Il-proċess li jmiss wara li jlesti x-xogħol, huwa dak ta' evalwazzjoni.", "Din hija xi ħaġa li għadha fil-bidu.", "Illum għadna qed narawha fl-istadji embrijoniċi tagħha.", "L-għalliema li jħaddmuha, raw b'għajnejhom stess l-impatt ta' dan fuq it-tfal.", "It-tfal li ħaduh bis-serjeta', ibbenefikaw bil-kbir.", "Li dan il-benefiċċju nagħtuh lil kulħadd hija xi ħaġa li jiena nemmen u ġejt konvint minnha.", "M'emminthiex għax laqtitni xi sajjetta, imma għax smajt lin-nies li ħadmu f'dan il-qasam, nies li huma esperti in the field, u kkonvinċewni f'liema linja rridu mmorru.", "Naħseb li dan hu li rridu nipprovaw nifhmu.", "Qegħdin fi proċess li għadu fil-bidu, proċess li jrid jitwessa'.", "Naturalment, mhux qed nistennew li dan ikun xi proċess li ma joħolqilniex diffikultajiet.", "Dan huwa dikjarat fil-kurriklu nazzjonali u fil-pjan strateġiku u aktar 'il quddiem se nisimgħu fuq il-kurrikulu tat-technology education.", "Qegħdin nibdew biex ikun hemm it-taħriġ ta' l-għalliema għal dan is-suġġett u kif diġa' ntqal, in-numru ta' għalliema li jridu jgħallmu dan is-suġġett, irid jiżdied jekk irridu nifirxuh għat-tfal kollha.", "Dan m'huwiex proċess li se jispiċċa malajr imma proċess li qed jiġi żviluppat bil-mod il-mod.", "Dan is-suġġett għandu wkoll rabta mas-suġġetti l-oħra.", "Jekk jiena qed nagħmel technology education u jirnexxieli naqbad il-qofol tas-suġġett, se nsibu għal kull suġġett ieħor.", "Jekk se nagħmel composition bl-Ingliż, se jkolli l-istess sitwazzjoni.", "Għandi suġġett u rrid nattakkah u allura l-mistoqsijiet li rrid nistaqsi huma l-istess.", "X'ifisser dan is-suġġett?", "X'inhuma l-options?", "X'għażliet se nagħmel?", "Kif se niżviluppah?", "Il-prinċipju tat-technology education, nista' napplikah f'kull suġġett.", "It-tfal tagħna, anke f'eta' pjuttost żgħira, ta' spiss ikollhom jagħmlu xi project, imma kif se jagħmlu dan il-project tal-ġeografija, ta' l-istorja, tal-personal and social education?", "Jekk it-tfal tagħna jaqbdu l-erbat irkejjen tat-technology education, se tiżviluppa fihom il-manjera ta' kif se jibdew jintegrawh fis-suġġetti l-oħra.", "U kif qal tajjeb l-aħħar darba l-Onor.", "Bartolo, irid ikun hawn team work bejn l-għalliema għax inutli li s-sinjuri li għandna quddiemna jimbuttaw it-technology education meta l-għalliema tal-matematika jew ta' l-Ingliż jew ta' suġġetti oħra, m'humiex konxji tagħha.", "Trid issir integrazzjoni fil-pjan ta' żvilupp ta' l-iskola u fil-kurrikulu li tfassal u li trid tadotta l-iskola, biex dan ikun jista' jseħħ.", "Nagħmel issa riflessjoni żgħira fuq il-preokkupazzjoni li tqanqlet dwar x'se jiġri mit-tfal li llum qegħdin fl-iskejjel sekondarji.", "M'hemmx xi soluzzjoni sempliċi u naħseb li m'hawn ħadd li qed jippretendi li għandu xi soluzzjoni maġika u li f'daqqa waħda billi sempliċement ixejjer il-magic wand se jsib is-soluzzjoni, pero' hawn sforzi kontinwi għaddejjin.", "Naqbel ma' l-Onor.", "Bartolo li rridu nibqgħu nissikkaw, nistaqsu, nagħmlu riċerka u napprofondixxu.", "Irridu nistaqsu x'qed jiġri fil-livell tal-kinder u fil-primarja u kif qed nimplimentaw il-prinċipji li qegħdin nitkellmu fuqhom.", "Hemm ħafna ħwejjeġ li japplikaw għas-sekondarja u l-kurrikulu jattakka wkoll il-livell sekondarju.", "Jenħtieġu jsiru sforzi kbar.", "Kull min hu involut irid jimpenja ruħu biex flimkien intejbu kemm nistgħu r-riżultat.", "Nemmen li għal min se jilħaq it-technology education fil-livell sekondarju, se ttejjiblu l-pożizzjoni u se toffrilu possibilita' li sal-lum, fl-iskejjel sekondarji, ma kenitx possibilita' reali.", "Dan is-suġġett se jgħin biex tfal ikunu jistgħu jiġu approached minn linja differenti u mhux mil-linja akkademika li aħna, u forsi anke għalliema, huma mdorrijin biha.", "Il-biċċa l-kbira ta' l-instructors tagħna f'dan il-kamp għandhom don kbir ħafna ta' kif jittekkiljaw tfal li huma demotivati.", "Iressquhom lejn il-konċett ta' learning by doing, iressquhom lejn il-workshops biex permezz tal-workshops, it-tfal jibdew jirrealizzaw fatturi oħrajn.", "Naħseb li wħud minna diġa' qegħdin jaraw eżempji ta' dawn it-tip ta' affarijiet.", "Naturalment m'aħniex se nsolvu l-problemi kollha tagħhom, pero' bil-mod il-mod, ġej on line il-kulleġġ vokazzjonali u l-qofol tal-kulleġġ vokazzjonali huwa proprju li hu miftuħ għal kulħadd.", "X'jiġifieri miftuħ għal kulħadd?", "Dalgħodu kont l-Iskola Erin Seraccin Inglott, f'Bormla fejn kien hemm speċi ta' ċerimonja ta' gradwazzjoni għat-tfajliet tal-Form V, li huma dawn it-tip tfajliet, li temmew is-sekondarja u allura jinsabu fil-punt li jridu jiddeċiedu kif se jkomplu.", "X'se joffri l-kulleġġ lill-istudenti ta' l-iskejjel sekondarji li ma jaslux b'ċertu mod?", "Jekk għandhom ir-rieda li jtejbu t-tagħlim tagħhom u huma deċiżi li ma jaħlux ħin, għandhom imorru fil-kulleġġ fejn issir evalwazzjoni ta' dak li nsejħulu l-accreditation of prior learning, biex jinstab fejn verament wasal l-istudent.", "Veru li tista' tkun spiċċat il-Form V u ħadet l-ischool leaving certificate tal-Form V u ħadet sehem fiċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni – illum iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni ssir kważi f'kull skola - imma x'livell ta' edukazzjoni għandha?", "Livell tal-Form V, tal-Form IV, tal-Form III, jew tal-Form II?", "Anke fis-sejħa ta' applikazzjonijiet li l-kulleġġ qed jagħmel, qed jippreċiża u jiffoka biex ikollu nies apposta li jkunu jistgħu jaqbdu lil dawn iż-żgħażagħ - jistgħu jkunu nisa jew irġiel adulti - u jekk isibu li l-livell edukattiv tagħhom huwa sa ċertu livell u li biex jaqbdu linja partikolari jeħtieġu li l-livell tagħhom jiġi upgraded u jgħinuhom jilħqu dak il-livell.", "Wieħed mill-mandat tal-kulleġġ huwa proprju li jibnik.", "Nittama li jasal dak iż-żmien meta kull min jasal fl-aħħar tal-Form V ma jkollux bżonn dan il-kumpens, dan is-suppliment, li jrid jerġa' jgħaddi xi sena jew sentejn sabiex jirkupra dak li suppost diġa' ħa fit-13-il sena ta' qabel.", "J'Alla naslu f'dak il-livell, pero' fil-preżent qegħdin fil-fażi transitorja fejn qed nipprovaw intejbu l-performance tagħna fl-area secondary schools u nipprovdu kemm nistgħu miżuri li jressquna lejn din id-direzzjoni li lkoll kemm aħna nixtiequ.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "EVARIST BARTOLO: Issa ninsabu fl-operational phase ta' l-implimentazzjoni tal-kurrikulu allura waqt li tajjeb u importanti li nibqgħu nifhmu x'inhi d-direzzjoni filosofika li rridu naqbdu, għanda timeframe preċiż, minn Settembru 2001 sa Ġunju 2005, u naħseb li m'għandniex inċedu l-armi quddiem l-20,000 student li sa Ġunju 2005 se jkunu spiċċaw mill-iskejjel sekondarji.", "Naqbel miegħek li ħadd m'għandu bakketta maġika ta' kif se jsolvi l-problemi u rrid nagħmilha ċara li m'għandi l-ebda nostalġija għat-trade schools jew għal xi sistema ta' Apartheid li tagħti edukazzjoni skond minn liema tribu' ġej - dik qed nagħmilha ċarissima - imma rridu nirrikonoxxu li jekk jibqgħu t-trends preżenti, madwar 5,200 student li se jispiċċaw sa Ġunju tas-sena 2005 - li huma 40% ta' l-istudenti sekondarji li għandna - lanqas biss se jersqu għall-eżami tas-SEC.", "Jiġifieri dawn, mhux ma jgħaddux mis-SEC, imma lanqas biss se jersqu għas-SEC.", "Qed nitkellmu fuq 40% tal-cohort ta' l-istudenti ta' l-iskejjel sekondarji u żgur li din hija rata inaċċettabbli.", "Żgur li mhux aċċettabbli li mill-1,300 student li jispiċċaw kull sena mill-iskejjel sekondarji tal-gvern, fl-Ingliż jgħaddu 21% u fil-matematika jgħaddu 28%.", "Żgur li dawn il-figuri m'humiex aċċettabbli.", "Fis-sistema preżenti, l-uniku bieb li jingħalaq jew jinfetaħ fuq iż-żgħażagħ tagħna, huwa l-eżami tas-SEC.", "Is-SEC, anke bid-dikjarar ta' min fasslu, kien imfassal għal 80% tal-cohort imma jingħad li minn mindu beda jsir, madwar 60% jew 65% qed jagħmluh.", "Allura aħna se naqtgħu qalbna li sa Ġunju 2005 nagħmlu xi ħaġa għal dawn l-40%?", "Naħseb irridu naraw kif se ngerrmuha din l-għadma.", "Assolutament m'hijiex faċli, imma rridu naraw li nagħmlu xi ħaġa.", "IĊ-CHAIRPERSON: Filwaqt li napprezza li dawn il-mistoqsijiet huma importanti, qegħdin nifirxu.", "M'aħniex qegħdin nibqgħu biss fuq is-suġġett tat-teknoloġija imma qed nifirxu firxa ħafna iktar wiesgħa.", "LOUIS GALEA: Kumment wieħed irrid nagħmel.", "Żgur li qatt m'għandna naqtgħu qalbna.", "Naħseb li ħafna drabi, kull min huwa f'dan il-qasam, ħlief platt għadam xi jgerrem ma jkollux; daqqa jgerrem waħda u daqqa jgerrem oħra u meta jgerrem waħda u ma jkunx baqa' oħra fil-platt, malajr jitfugħlu oħra biex jibda jgerrimha!", "Naqtgħu qalbna, le, pero' jekk hawn xi ideat konkreti, ejja ngħiduhom.", "Jekk hawn xi ħaġa li aħna naħsbu li tul dawn il-ħames snin tista' tagħmel differenza, ejja ngħidu x'inhi ħalli flimkien neżaminawha u naraw nistgħux nagħmluha.", "L-esperjenza tiegħi, naħseb anke tagħkom, hija li l-ideat li aħna naħsbu u l-gut feeling li jkollna li l-ideat huma tajbin, x'ħin niġu biex nitraduċuhom fir-realta', fuq il-bank tas-sistema edukattiva .… Inti għandek traction li teħodlok ċertu żmien.", "Ħalli ma nitkellmux fuq dawk li diġa' spiċċaw is-sekondarja imma nieħdu dawk li se jibdew il-Form I f'Ottubru li ġej.", "Dawk għandhom ħames snin ta' skola sekondarja u allura wieħed irid jistaqsi x'jista' jagħmel biex dawn jingħataw biċċa mill-benefiċċju ta' dak li aħna nixtiequ nagħtu lil dawk li se jibdew fil-kinder biex meta jaslu fis-sekondarja jeħduh as a matter of course.", "Wieħed irid ikollu ideat konkreti biex meta jmur b'dawk l-ideat quddiem id-Direttur Ġenerali, jgħidlu jekk dawk l-ideat humiex fattibbli, per eżempju, minn Ottubru li ġej, jew li m'humiex fattibbli minn Ottubru li ġej imma minn Ottubru ta' wara għax hemm bżonn ta' aktar diskussjoni, eċċ. U bla dubju ta' xejn, jekk hawn settur li l-ħin kollu trid tinvolvi lil kulħadd, huwa l-qasam edukattiv.", "Meta qed nitkellmu fuq students at risk, m'aħniex qed nitkellmu biss fuq studenti fil-primarja minkejja li anke minn hemm irridu nibdew.", "Fil-bidu ta' din is-sena skolastika kont qed newden huwiex possibbli li l-appoġġ partikolari li rridu nagħtu lill-istudenti f'riskju li huma fil-primarja, nippruvawh ma' students at risk fil-Form I. Kont qed nirraġuna li min daħal Form I għax m'għaddiex mill-eżami tal-junior lyceum, jista' jkun - mhux qed ngħid li bilfors hu hekk - li għandu xi defiċjenza fl-iskola tiegħu, allura kont qed nipprospetta nistgħux naqbdu ma' dawn l-istudenti tal-Form I biex naraw x'inhi d-defiċjenza tagħhom.", "Per eżempju fl-area secondaries jista' jkollna studenti li ġabu \"B\" f'żewġ suġġetti, \"C\" f'suġġett ieħor u mbagħad ġabu \"D\" jew \"E\" fl-Ingliż jew fil-matematika.", "Ma' dawn it-tfal li daħlu fl-area secondary schools fil-Form I, nistgħu nagħmlu xi ħaġa konkreta?", "Naturalment hemm diffikultajiet x'ħin tiġi biex twettaq xi ħaġa.", "Trid tara l-prinċipju huwiex tajjeb, trid tara minn fejn ġejjin ir-riżorsi, u meta qed ngħid \"riżorsi\", m'iniex nirreferi għar-riżorsi finanzjarji, imma għar-riżorsi umani.", "Trid tara min huma dawk l-għalliema li se jagħmlu dan ix-xogħol.", "Jekk hawn pjan konkret li huwa within our reach, ejja naraw x'inhu.", "Ma niddejjaqx li noħolqu grupp, anke ċkejken, bipartisan bin-nies konċernati.", "Nixtieq li wieħed ipoġġi bil-qiegħda biex tinstab xi idea konkreta li forsi tista' tiġi proposta u mibdija f'Ottubru li ġej, jew f'Ottubru ta' wara.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed jagħmilli sinjal id-Direttur Ġenerali s-Sur Charles Mizzi li jixtieq jintervjeni u mbagħad warajh għandu mistoqsija l-Onor.", "IS-SUR CHARLES MIZZI: Ma nafx jekk iniex naqbeż iktar milli suppost, f'dak il-każ, ħudu paċenzja u waqfuni.", "Intom li qegħdin fil-politika għandkom rwol differenti minn tagħna.", "Intom tagħmlu l-policy u aħna nimplimentaw dak li min għandu responsabbilta' biex imexxi, jgħaddilna bħala policy.", "Is-sitwazzjoni preżenti hija li t-tfal ta' 11-il sena u nofs li jkunu waslu fl-aħħar sena tal-primarja jagħmlu l-eżami tal-junior lyceum u l-eżami huwa benchmark; jekk tgħaddi, tmur f'junior lyceum u jekk ma tgħaddix, tmur f'area secondary school.", "Pero' donnu m'aħniex ċerti jekk aħniex se nkomplu nikkoltivaw u nibnu fuq din is-sitwazzjoni jew inkella f'xi ħin, is-sitwazzjoni hijiex se tiġbdek lejn x'imkien ieħor.", "Aħna nipprovaw naraw xi jkun għaddej madwarna u fil-media ġieli naraw li jkun qed jiġi floated il-ħsieb ikunx aħjar jekk tfal ta' 11–il sena u nofs ma jagħmlux eżami.", "Allura s-sistema tagħna se tiġbed 'l hemm?", "Is-sistema tagħna se tibqa' kif inhi u ninvestu f'min hu differenti?", "Il-menu tas-sekondarja jrid ikun bħala policy, allura bilfors irid jixbaħ lil dak tal-liċejiet?", "Naħseb li jekk fil-kamp politiku s-sitwazzjoni tiġi kjarifikata, almenu għal tul ta' żmien raġunat, inkunu nafu x'se tkun il-paradigm vera u nkunu nistgħu nibqgħu għaddejjin f'dik id-direzzjoni.", "GĦalina, tkun aktar faċli jekk inkunu nafu eżattament lejn xiex se mmorru biex inpoġġu moħħna lejn dik id-direzzjoni u niġbdu 'l hemm.", "Din tista' tkun waħda mill-affarijiet li minn dak li qed jitqanqal hawnhekk, lilna qed tfixxkilna għax filwaqt li s-sitwazzjoni hija aktar ċerta għal dak li jirrigwarda l-primarja, m'aħniex ċerti f'liema direzzjoni se timxi s-sekondarja.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Il-mistoqsija tiegħi hija dwar l-assenteiżmu fl-iskejjel.", "Nixtieq inkun naf jekk l-assenteiżmu ta' tfal li kienu fl-iskejjel tas-snajja', naqasx jekk tqabblu ma' dak ta' tfal li llum għandhom it-technology education għax mill-esperjenza tiegħi bħala tabib, nista' ngħid li l-iktar problemi li kien ikollna fejn jidħol l-assenteiżmu, kien fir-rigward ta' studenti fl-iskejjel tas-snajja'.", "Naqbel perfettament ma' dak li qal l-Onor.", "Louis Galea fis-sens li t-technology education mhux biss jgħin lil min kien destinat li jmur fi skola tas-snajja' - ovvjament lil dawk se jgħinhom żgur - imma għandu jgħin lil kull student.", "M'għandix dubju li aktar ma student ikun kapaċi jagħmel ċertu affarijiet, bħalma huma creative writing, tisjir, eċċ., iktar se jgħin fl-iżvilupp tiegħu.", "Aktar ma tkun taf diversi setturi teknoloġiċi, aktar se tkun kapaċi tifhem u tesprimi l-affarijiet b'mod iktar ċar milli kieku studjajt xi ħaġa bl-amment minn fuq ktieb.", "Jekk student jiġi megħjun jagħmel xi ħaġa huwa stess, żgur li se jibqa' jiftakar kif għamilha u għala għamilha b'dak il-mod.", "L-iktar li xtaqt inkun naf huwa fejn jidħol l-impenn tat-tfal.", "Naqas l-assenteiżmu?", "Pero' qabel tirrispondini, nixtieq inkun naf jekk meta tkellimna dwar craft, konniex qed nitkellmu dwar Technology Education \"B\".", "(Interruzzjonijiet) Le.", "IS-SUR PHILIP CAMILLERI: Ilna biss sena li morna fis-sekondarja pero' li nistgħu ngħidu hu li għal-lezzjonijiet tat-technology education, it-tfal issibhom dejjem fil-klassi.", "Huwa fatt - u t-tliet kollegi li kienu hawn fl-aħħar laqgħa jistgħu jikkonfermawh – li t-tfal jistennew is-suġġett tat-technology education b'ċertu ħeġġa, imma ma nistax nirrispondi l-mistoqsija tiegħek dwar l-assenteiżmu għax illum is-sitwazzjoni nbidlet.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Pero' huwa fatt li kien hemm assenteiżmu pjuttost qawwi fl-iskejjel tas-snajja'", "IS-SUR LINO ZAHRA: Pero' tajjeb jingħad li l-assenteiżmu kien għoli fl-iskejjel tas-snajja' peress li hemmhekk kienu jinġabru - ippermettuli nuża l-kelma - l-ħżiena, id-drop-outs, ta' kullimkien, u allura bilfors li kien qed jidher li l-assenteiżmu kien għoli fl-iskejjel tas-snajja'.", "Illum is-sitwazzjoni hija differenti.", "L-assenteiżmu huwa iktar mifrux.", "Jekk fi skola waħda kien hemm għaxart itfal assenti, illum, dawk l-għaxra qegħdin mifruxa f'numru ta' skejjel.", "L-iskejjel tas-snajja' kienu qegħdin jieħdu l-aħħar ta' l-aħħar ta' kull skola.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Pero' li qed tagħmlu jirrifletti titjib ukoll.", "Li qed tagħmlu qed itejjeb is-sitwazzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nixtieq indaħħal fid-diskussjoni lis-Sur Cilia biex jirrifletti fuq dak li ntqal u jgħaddi xi kummenti oħra dwar is-suġġett.", "IS-SUR FRANK CILIA: Li nixtieq ngħid huwa li f'dan il-każ ma tistax tqabbel like with like għax is-sitwazzjoni m'għadhiex l-istess.", "Ma tistax tipparaguna numri, imma tajjeb jingħad li qabel kien ikollna tfal li jassentaw ġimgħa mill-iskola, waqt li llum qegħdin jiġu fil-jumejn li jkollhom it-technology education.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Li qed nipprova nistaqsi hija jekk bejn is-sena l-oħra u din is-sena kienx hemm kambjament fl-għadd ta' ġranet li studenti partikolari kienu assenti mill-iskola.", "IĊ-CHAIRPERSON: Irridu niftakru li din hija l-ewwel sena li qed isir is-suġġett allura naħseb li għadu kmieni biex noħorġu ċertu statistiku.", "Wara ċertu perijodu ta' żmien, tkun tista' tgħid x'inhu l-pattern, x'inhi t-trend, imma f'dan l-istadju għadu kmieni wisq biex niġġudikaw dak li qed jiġri, għalkemm qegħdin nipprovaw naraw x'inhuma x-xejriet u x'esperjenzi qegħdin jieħdu n-nies li qegħdin hands on ma' dawn it-tfal", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Imma diġa' għaddiet sena.", "IS-SUR PHILIP CAMILLERI: Jekk it-technology education se jinfirex iktar, il-loġika tgħidlek li se jkun hemm aktar tfal li se jinteressahom dan is-suġġett u allura se jkun hemm inqas assenteiżmu.", "Dik hija l-loġika; issa sta għalina li nżommu dan is-suġġett ħaj u norbtuh ma' suġġetti oħra.", "Irid ikun hemm curricular links.", "IS-SUR FRANK CILIA: Li nixtieq inżid, speċjalment fuq dak li kien qed jgħid il-Ministru, huwa li aħna bejnietna, kultant nirreferu għas-suġġett bħala a way of thinking aktar milli bħala suġġett.", "Tant hu hekk, li min ra d-dokument tar-record of achievement, ra li parti minnu hija l-personal development, kif wieħed jiżviluppa lilu nnifsu, kif jikkomunika ma' sħabu, u parti żgħira biss issemmi t-technological and scientific concepts.", "Donnu l-mira hija iktar lejn personal development milli lejn l-akkwist u żvilupp ta' skills teknoloġiċi.", "Xi ħadd qal li se jkun diffiċli tgħaqqad Technology Education \"A\" ma' Technology Education \"B\", pero' fil-fatt l-idea oriġinali kienet li tkun teknoloġija waħda.", "Wara, sar l-iżvilupp li jkunu tnejn.", "Il-fatt hu li mhux se żżid teknoloġija oħra.", "Kulma qed tagħmel hu li d-design process qed tilħqu permezz ta' areas differenti, permezz ta' medium differenti.", "Li forsi se jkun hemm problema hija biex tintegra min se jgħallem dan is-suġġett għax forsi ma jkollux kompetenzi - jew aħjar knowledge and understanding – f'ċerti areas.", "U bħala training għamilna courses - lanqas irrid ngħidilhom \"courses\", imma \"curriculum development\" – u sal-lum diġa' kellna 12-il wieħed minn mindu bdejna.", "Diġa' għamilna taħriġ fuq computer handling - din is-sena se nipprovaw immorru għal CAD - fuq electronics, fuq lathe and metal machining u anke fuq design communication.", "Nisperaw li kulħadd jiġi għal dan il-kors biex kemm jista' jkun, il-problema tiġi solvuta.", "Fil-kors ta' l-Universita' li se jsir is-sena d-dieħla, qalulna li anke aħna se nkunu involuti u hemm ċertu affarijiet li rridu nagħmlu fil-unit tagħna.", "Donnu li anke dik il-problema diġa' qiegħda tiġi indirizzata.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Is-Sur Charles Mizzi.", "IS-SUR CHARLES MIZZI: Nixtieq niffokka ftit iktar fuq kif it-technology education as a subject qed jiġi introdott right across the board għax naħseb li xi ħaġa m'hijiex qed toħroġ b'mod daqshekk ċar.", "Kif qed joħroġ mid-diskussjoni, jista' jkun li kif strutturajniha aħna, ma kienx l-aħjar mod, u mingħajr ma nidħol fl-area tas-Sur David Purchase, nixtieq fil-qosor ħafna ngħid x'qed jipprova jingħad bid-dħul tat-technology education fl-iskejjel.", "L-ewwelnett qed nagħmlu paradigm shift fis-sens li dan huwa entitlement ta' kull tifel u tifla u li ħareġ s'issa minn hawnhekk, anke mid-domandi li saru, jidher li qed nitkellmu bil-perception li din hija sink option.", "Per eżempju, qed nistaqsu jekk l-assenteiżmu naqasx.", "Dan juri li aħna għadna naraw dan is-suġġett bħala suġġett addattat għat-tfal li huma batuti, għat-tfal li ma jridu jafu b'xejn.", "Bil-mod il-mod se nibdew nimxu lejn paradigm shift fejn aħna qed nippretendu li kull min joħroġ mill-iskola ta' 16-il sena, ikollu ċertu entitlement.", "Se jkun jaf jagħmel design and make imma mil-lat ta' kontenut, se jkun hemm erba' domains.", "U biex nifhmu tajjeb x'qed jiġri, se nqabbel dan is-suġġett mal-physics.", "Meta jien studjajt il-physics, is-suġġett kien maqsum f'areas differenti, f'mechanics, light, heat, electricity u magnetism u konna nagħmlu section wara l-oħra.", "Illum, jekk taqbad ktieb tal-physics tara li l-mod ta' tagħlim m'għandu x'jaqsam xejn ma' kif konna mdorrija aħna.", "Illum, taħt l-area ta' l-eneġija, per eżempju, il-ktieb jiġbor it-tipi differenti ta' enerġija.", "Wara li dan is-suġġett se jiddaħħal fil-core curriculum, se jkun hawn paradigm shift oħra.", "Hawnhekk qisu hawn l-impressjoni li qed nitkellmu sempliċement fuq materjali; qabel kien jintuża l-injam, il-metall, eċċ., u issa se ndaħħlu wkoll l-ikel.", "Qisha l-kwestjoni hi biss li issa l-materjali se jiżdiedu, imma l-paradigm shift hi li t-teknoloġija se tiġi approached b'mod differenti u se tiġi taħt setturi differenti.", "Dari konna nittrattaw il-heat u l-light bħala żewġ topics separati, waqt li llum hemm il-waves li jiġbor kollox.", "Ma rridx nidħol fl-area tas-Sur Purchase, pero' fil-qosor ngħid li fit-teknoloġija hemm erba' domains; it-teknoloġija tal-production, l-energy and power - fejn permezz ta' l-enerġija tasal għall-production - il-control mechanism u l-biotechnology.", "Qabel konna nitkellmu fuq sillabu u metodu għat-tfal li kienu jieħdu suġġetti vokazzjonali, waqt li issa qed nagħtuhom xi ħaġa prattika.", "Il-biotechnology insibuha fit-Technology Education \"B\" u t-tliet domains l-oħra, b'metodu differenti, qed insibuhom fit-Technology Education \"A\".", "Dak huwa personal entitlement li mhux qed neħduh mil-lat vokazzjonali - min jaf il-lingwi għandu kompetenza biex jagħmel l-essays u l-creative writing, min jaf il-matematika għandu kompetenza ta' numeracy u l-ispecial ability li tagħtik il-matematika, min jieħu x-xjenza jkollu kompetenzi li tagħtik ix-xjenza – imma mil-lat li jekk inti se tieħu t-technology education, se jkollok kompetenzi importanti li llum, it-tfal tagħna u anke aħna l-kbar, għandhom nuqqas fihom.", "Mela t-technology education jimla' vojt u jekk qabel wieħed kien jista' jaħdem b'dik ix-xi ħaġa nieqsa, issa, jekk ma jkollux dawn il-kompetenzi, se jkun b'diżabilita' għall-futur kemm tiegħu personali u kemm ta' pajjiżna.", "Naħseb aħjar naraw l-affarijiet minn dan il-lat milli forsi mil-lat kif qed tiżvolġi d-diskussjoni.", "S'issa, pjuttost rajna l-pass li ħadna sa dan il-punt fejn qbadna s-sink option li kellna u rrimedjajniha.", "Barra minn hekk, illum it-tfal mhux qed imorru mill-iskejjel tagħhom għat-trade schools, imma qed jinżammu fl-istess skejjel.", "Naqbel li dan is-suġġett m'huwiex vokazzjonali u mistoqsija li tista' tqum hija jekk dawn it-tfal għandhomx ikollhom affarijiet oħra li huma vokazzjonali.", "Huwa żball ukoll jekk it-technology education, anke fl-area secondaries, b'xi mod narawha s-sostitut tal-vokazzjonali li kellna qabel.", "Le, m'huwiex il-każ.", "Dan huwa entitlement ġdid.", "Dan is-suġġett qed ikun pijunier fis-sens li s-suġġetti kollha dejjem ħadnihom mil-lat akkademiku u għalhekk nibża' daqsxejn mis-SEC f'dan il-qasam, għax l-Universita', bir-raġun kollu, tiġbed lejn l-abilita' ta' kitba.", "It-technology education li hija ġdida u pijuniera, l-ewwel saħħet ir-rimja għat-tfal li m'għandhomx l-abilita' verbali, pero' issa, li se nintroduċuha right across the board, irridu noqogħdu ħafna attenti.", "Dan li qed jingħad mhux se jkun xi ħaġa tradotta direttament in-naħa l-oħra.", "Qed nieħdu l-idea ta' differenzjalita', ta' one size does not fit all, u qed naħdmu fuqha, pero' ejja nkunu lesti li meta se nidħlu fil-liċejiet u fi skejjel oħra fejn il-bażi akkademika hija ftit aktar, mhux se nippretendu li dak li smajna s'issa neċessarjament se jkun il-mudell ta' kif se nimxu 'l quddiem.", "Mill-banda l-oħra, ikun ħażin ħafna jekk dak li se nagħmlu naħa naqbduh u nitraduċuh għan-naħa l-oħra, kif għamilna f'suġġetti oħra, biex imbagħad jgħaddu biss numru verament żgħir.", "Jiddispjaċini jekk l-intervent tiegħi kien twil, imma naħseb li kien neċessarju biex niffokaw fuq dak li suppost se jiġri.", "Nixtieq nisma' ftit iktar dwar dan.", "(Interruzzjonijiet) Mela nħalluha għal meta jkollna lil Mr Purchase magħna.", "Hawn aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "FRANCIS AGIUS: Qed nipprova nifhem x'se jkun eżattament ir-rwol ta' dan is-suġġett u jekk qed nifhem tajjeb, jidher li sa ċertu punt, dan se jittratta l-planning cycle, il-problem solving, eċċ. Hawnhekk smajna li qisu dan is-suġġett se jkun il-panacea ta' kull problema li għandna fis-sistema edukattiva.", "Qisu huwa allaċċjat ma' assenteiżmu u li l-assenteiżmu se jonqos kif jiddaħħal dan is-suġġett fl-iskejjel.", "Naħseb li rridu noqogħdu attenti li ma mmorrux overboard fuq suġġett partikolari.", "Nemmen li kull suġġett, inkluż dawk tradizzjonali, għandu fih element ta' technology education għax kull suġġett għandu l-istess forma ta' planning cycle.", "Personalment niltaqa' ma' ħafna drop-outs fid-distrett li naħdem fih jien u ħafna drabi, il-problemi ta' dawn iż-żgħażagħ ikunu problemi profondi ħafna li ma jistgħux jiġu indirizzati biss fl-iskola għax ikunu ta' natura familjari.", "Jiena naqbel ma' dak kollu li qed nipprovaw nagħmlu, pero' wieħed irid japprezza u jagħraf ir-rwol tal-ġenituri fl-edukazzjoni ta' uliedhom.", "Jekk aħna mhux se nippreparaw il-ġenituri, anke għal dan it-tip ta' suġġett, jista' jagħti l-każ li jkun hemm miżinterpretazzjonijiet fejn wieħed jista' jaħseb li issa lit-tfal żdiedilhom suġġett ieħor.", "Hawn ġenituri li assolutament m'għandhomx background ta' edukazzjoni allura nemmen li għandhom bżonn preparazzjoni.", "Frankament ma nafx kif tista' ssir, imma jrid ikun hemm preparazzjoni tal-ġenituri għal dan is-suġġett.", "Niftakar li meta jien kont il-lyceum kellna crafts, music, civics, u dawn it-tip ta' suġġetti, u nista' ngħid li kien hemm min kien jarahom żejda għax min ikun academically-oriented, moħħu aktar ikun fis-sciences u fil-lingwi milli f'dawn it-tip ta' suġġetti.", "Irridu nipprovaw nindirizzaw id-drittijiet ta' kull student u kif qal is-Sur Mizzi, il-paradigm shift li qed nipprovaw nagħmlu hija li nifhmu li dan m'huwiex suġġett għall-injoranti.", "Bl-ebda mod ma nixtieq li jkun hekk, anzi, qed nipproponi li jkun infilzat u rifless fis-suġġetti kollha biex is-suġġetti kollha jkunu aktar palatabbli.", "Inħoss li għal ħafna studenti, waħda mill-problemi li għandhom hija li s-suġġetti m'humiex relevanti għalihom.", "Naturalment ħafna drabi l-istudenti, b'mod partikolari dawk li jkunu jridu jibdew jaħdmu qabel ilestu l-edukazzjoni obbligatorja, iwaħħlu fit-teachers jew fl-iskola għan-nuqqasijiet tagħhom allura biex tħajjarhom jistudjaw, trid tagħmlilhom is-suġġett attraenti u relevanti għalihom.", "Jekk dak is-suġġett se jservi biex nagħmlu t-tagħlim iktar attraenti għall-istudenti, naqbel li għandna nużawh b'dak il-mod, pero' tqum dejjem il-problema ta' kif se jsir l-assessjar.", "Se jsir permezz tas-SEC u allura min ma jilħaqx il-livell verbali u numerattiv, m'hu se jkollu xejn x'juri?", "Hawnhekk qed nitkellmuu fuq żgħażagħ li dalwaqt se jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Kif qed tirrelataw mad-dinja tax-xogħol?", "Ħafna minnhom jibdew imorru għal interviews biex jibdew jaħdmu ftit wara li joħorġu mill-iskola u jien naħseb li ħafna drabi l-interview għax-xogħol – probabbilment ikun xogħol fuq magni - tkun tixbaħ il-mod kif trid tħares lejn dan it-tip ta' suġġett.", "Naħseb irridu nipprovaw naraw x'nistgħu nsalvaw mill-ħafna drop-outs li qed ikollna u qed nitkellem fuq il-preżent.", "Tajjeb nitkellmu fuq il-long term u l-medium term imma rridu nħarsu wkoll lejn ix-short term.", "Naħseb nistgħu nagħmlu pjan ta' emerġenza biex meta dawn imorru għal interview ma jkunux kompletament blank.", "Għandna nikkonsidraw pjan ta' emerġenza li jkopri sena, sentejn jew it-tliet snin li ġejjin għal dawn it-tip ta' studenti li diġa' jinsabu fis-sekondarja.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Is-Sur Mizzi.", "IS-SUR CHARLES MIZZI: Minn dak li qal l-Onor.", "Agius jidher li l-messaġġ qed jibda jasal.", "It-technology education huwa suġġett kemm għal dawk li huma abbli u kemm għal dawk li m'humiex daqstant abbli.", "L-Onor.", "Il-messaġġ li qed nipprovaw inwasslu huwa ftit iżjed wiesgħa minn hekk.", "Id-distinzjoni bejn dawk li huma academically inclined u dawk li m'humiex, trid tispiċċa.", "Per eżempju fl-edukazzjoni tiegħi kien hemm ħaġa totalment nieqsa.", "GĦax jien kont academically promising, qatt ma kelli PE lesson.", "Aħna li konna fis-6A u fil-liċeo, qatt ma niżluna għall-PE lesson.", "Il-lezzjoni tal-PE kien entitlement tiegħi u n-nuqqas tiegħu forsi għadu jinfluwenzani b'mod ħażin sal-lum.", "Kulħadd għandu jkun espost għall-PE.", "Ejja nieħdu bħala eżempju d-drama.", "Hawn min jgħid li d-drama hija tajba għat-tfal li m'humiex wisq academically inclined.", "Skużi, id-drama hija kruċjali u ċentrali u entitlement ta' kull tifel u tifla, imma rridu nammettu li għandna tfal fil-lyceums u fic-church schools li m'humiex qed jiġu esposti għad-drama.", "L-istess fejn tidħol il-mużika.", "L-edukazzjoni tagħna għad għandha xi ħaġa nieqsa.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Anke għad-disabled?", "Aħna marbutin bil-liġi ta' l-edukazzjoni li tgħid li rridu nipprovdu l-entitlement lil kull tifel u tifla Maltija u hawnhekk se niġi għall-panacea li ssemmiet.", "Naħseb li jkun żball li nwaddbu kollox fuq it-technology education, kif se jġib ruħu tifel f'interview, kif se jmur f'hekk u f'hekk.", "L-għan tat-technology education m'huwiex biex jippreparak direttament għad-dinja tax-xogħol kif kien il-vocational education, pero' finalment, jekk persuna se tkun taf tagħmel id-design and make approach, se tkun taf ukoll taħdem b'materjali differenti, mhux se tkun taf biss kif tuża l-pinna u l-lapes biex tagħmel essay.", "Riżultat ta' hekk se tkun ħafna iktar kapaċi li tieħu ċertu tipi ta' jobs meta tiġi għal firxa miftuħa u dan japplika wkoll għal min huwa abbli.", "Mela r-relazzjoni mad-dinja tax-xogħol hija indiretta.", "U tajjeb ma ninsewx it-teorija ta' Newman li tgħid li meta tiżviluppa l-personalita' ta' persuna fl-oqsma kollha, qed tassiguralu li jkollu futur tajjeb.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Sur Mizzi, għandi ziju li minkejja d-diżabilita' li għandu, huwa wieħed mill-aqwa graphic designers li naf.", "It-technology education se tkun addattata għal persuni b'diżabilita', anke diżabilita' fiżika?", "IS-SUR CHARLES MIZZI: Iva, tkun addatata, pero' ovvjament jiddependi mid-diżabilita'.", "Hemm ħafna fejn tista' tiftaħ għal min hu physically disabled u meta kien hemm il-Festival of the Senses rajna kemm setgħu jagħmlu t-tfal mil-lat ta' żvilupp personali, minkejja d-diżabilita' li kellhom.", "Inċidentalment, as an aside, innotajna li aħna l-Maltin nemmnu wisq fil-hand holding.", "Meta rajna skola Ingliża taħdem, innotajna kemm l-għalliem joqgħod lura u jħalli t-tfal jimxu, u studenti ta' skola partikolari li donnhom ħadmu bl-istess mod li ħadmet l-iskola Ingliża, kienu qed jitmexxew minn Alison White.", "Forsi l-messaġġ li rridu ngħaddu lit-teachers tagħna, huwa li dawn it-tfal għandhom bżonn inqas hand holding għax huma aktar kapaċi milli fil-fatt naħsbu.", "Dan rajnih ukoll f'St James Cavalier fejn jidħol xogħol ta' arti.", "Bqajt meraviljat bix-xogħol li rajna hemmhekk.", "Jien m'iniex espert f'din il-linja imma anke dawn it-tfal jistgħu jilħqu ċerti livelli għalkemm ovvjament ma tistax tistenni li jilħqu l-istess livell li jista' jilħaq ħaddieħor li jkollu ċertu fakultajiet.", "IS-SUR LINO ZAHRA: Din is-sena, fil-Form I kellna erba' persuni b'diżabilita' u bl-għajnuna tal-female facilitator u tat-technician li forsi għen u kkonċentra iktar fuq dawn it-tfal, għamlu xogħol bħalma għamlu l-oħrajn.", "Infatti, wieħed minnhom, minkejja li l-mentalita' tiegħu kienet ta' tifel ta' sitt snin, xorta rnexxielu jasal.", "Forsi ma qatax dritt daqs kemm qatgħu l-oħrajn imma kellu sodisfazzjon li għamel xogħol bħal ħaddieħor.", "L-aħħar darba qam il-punt dwar il-bniet li kienu qed jagħmlu t-Technology Education \"A\".", "Meta kellna t-Technology Education \"A\" f'Umberto Calosso, kien hemm erbat ibniet jagħmlu t-Technology Education \"A\" ma' dawk is-subien kollha.", "Tnejn minnhom kellhom il-problemi u ma komplewx sa l-aħħar, waqt li t-tnejn l-oħra daħlu fl-ESTS.", "Fil-preżent hemm oħra li għadha tiela' u naħseb li s-sena d-dieħla tasal biex tagħmel il-Journeyman's certificate.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jista' per eżempju jinġieb tagħmir apposta għal persuna li għandha diżabilita' fiżika?", "IĊ-CHAIRPERSON: Naħseb li l-qofol tas-suġġett huwa li tinbena persuna li tagħraf tadatta lilha nnifisha għal sitwazzjonijiet differenti.", "Għalija, dak huwa l-qofol ta' dan is-suġġett, li lilek jarmak biex tkun kapaċi tiffaċċja sitwazzjoni, tkun xi tkun dik is-sitwazzjoni.", "Inkunu lħaqna l-oġġettiv tagħna meta dan is-suġġett, speċjalment meta jkun wieħed mill-core subjects, jirnexxielu biex iwassal lill-persuna tagħraf tiffaċċja problemi.", "U ma aħniex nitkellmu biss għal persuna batuta imma għal kull persuna, intelliġenti, high achiever.", "Kulħadd, f'ħin jew ieħor se jkollu jiffaċċja sitwazzjonijiet li jrid jadatta ruħu għalihom u jekk il-persuna ma tkunx mgħallma kif se tadatta għal dik is-sitwazzjoni, tista' tkun l-aqwa ġenju għax titlef ir-rotta.", "Naħseb għal-lum nistgħu nagħlqu hawn.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li daħlu mistoqsijiet oħra li huma indirizzati lis-Sur Mizzi u lill-Prof.", "Dawn il-mistoqsijiet mhux se jiġu mwieġba fis-seduta li jmiss imma fis-seduta ta' wara għax qed nipprevedi li s-seduta tal-ġimgħa d-dieħla se tkun kollha meħuda mis-Sur Purchase u s-Sur Buttigieg.", "Barra minn hekk, għandna wkoll il-mistoqsija dwar ix-xjenza li għadha ma ġietx tackled.", "Nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom u tal-kontribut kbir li tajtuna.", "Il-lejl it-tajjeb.", "Fit-8.35 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 10 ta' Lulju, 2001 fis-7.00 p.m. bl-istess aġenda."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010703_039d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 3 ta' Lulju, 2001", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.07 p.m", "L-Onor.", "Helen D'Amato, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "Preżenti kien hemm ukoll il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 38 li saret fis-26 ta' Ġunju, 2001 kienu konfermati.", "PJAN STRATEĠIKU GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KURRIKULU NAZZJONALI - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat irriżuma mis-26 ta' Ġunju 2001 id-diskussjoni fuq il-pjan strateġiku għall-implimentazzjoni tal-kurrikulu nazzjonali.", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Philip Camilleri, lis-Sur Rokku Camilleri u lis-Sur Frank Cilia mill-Instructors Training Unit, Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, flimkien mas-Sur Charles Mizzi, Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni, jieħdu sehem fid-diskussjoni.", "Fit-8.35 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 10 ta' Lulju 2001 fis-7.00 p.m. bl-istess aġenda.", "PAULINE ABELA GĦALL-ISKRIVAN TAL-KAMRA", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010703_039m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 42", "L-Erbgħa, 4 ta' Lulju 2001, fis-6.30 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 4 ta' Lulju 2001, fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-agenda:-", "Tneħħija ta' Imħallef;", "Xogħol ieħor.", "4 ta' Lulju 2001 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010704_042a_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 4 ta' Lulju 2001", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fis-6.36 p.m.", "Mr Speaker, l-Onor Anton Tabone, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor l-Onor Mario Galea, l-Onor Victor Galea Pace, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor George Vella.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 41 li saret fil-25 ta' Ġunju 2001, kienu konfermati.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali ressaq mozzjoni formali fis-sens li:-", "(a) fis-seduta ta' fil-għaxija ta' nhar l-Erbgħa, 11 ta' Lulju, 2001, wara l-ħin tal-mistoqsijiet, il-Prim Ministru jressaq u jintroduċi l-mozzjoni dwar it-tneħħija ta' mħallef; ikun hemm ħin għal intervent mill-Oppożizzjoni u wara d-diskussjoni fuq il-mozzjoni tiġi sospiża u aġġornata għal seduta oħra li tiġi stabbilita aktar tard, bil-Kamra tgħaddi minnufih għall-Ordnijiet tal-Ġurnata;", "(b) Mr Speaker jiġi inkarigat mill-Kamra jikkomunika ma' l-Imħallef Anton Depasquale, jgħaddilu t-traskrizzjoni tad-diskussjoni fuq il-mozzjoni u jitolbu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu dwar jekk jixtieqx iressaq il-każ tiegħu jew f'seduta tal-parlament jew inkella f'kumitat li jista' jiġi delegat mill-Parlament stess biex jisma' l-każ, skond proċedura li tkun trid tiġi stabbilita; u", "(c) li sussegwentement issir laqgħa oħra tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra sabiex jisma' r-reazzjoni ta' l-Imħallef Depasquale u jiddiċiedi x'għandu jsir.", "Il-mozzjoni ġiet approvata.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali nforma lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li:-", "(a) kif kien diġa' ġie miftiehm, il-mozzjoni ta' l-Onor Joe Debono Grech dwar it-tħassir ta' Avviż Legali Nru 129 ta' l-2001 fis-seduta ta' fil-għaxija ta' nhar il-Ħamis, 12 ta' Lulju 2001, il-Kamra tiddiskuti;", "(b) fis-seduta ta' fil-għodu ta' nhar il-Ġimgħa, 13 ta' Lulju 2001, titressaq il-mozzjoni għall-approvazzjoni ta' l-estimi finanzjarji ta' l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għas-sena 2001;", "(c) peress li fil-Kumitat dwar il-Kontijiet ta' l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ma ntlaħaqx qbil unanimu fuq l-aħħar klawsola tal-kuntratt dwar l-għoti b'enfitewsi temporanja ta' art, bini u dritt ta' rmiġġ f'Pinto Wharf fil-Port il-Kbir lil Viset p.l.c., kellha titressaq mozzjoni fil-Kamra sabiex jiġi diskuss il-kuntratt, u għaldaqstant kellha ssir seduta posibbilment matul il-ġimgħa ta' wara; u", "(d) li l-mozzjoni tal-Prim Ministru dwar xogħol fit-Tarzna tiġi diskussa fil-Kamra fis-seduta ta' fil-għaxija ta' nhar il-Ġimgħa, 13 ta' Lulju 2001.", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Joseph Sammut, Ombudsman, sabiex jieħu parti fil-Kumitat ħalli jikkummenta b'mod ġenerali kif ukoll iwieġeb għal xi mistoqsijiet jew osservazzjonijiet li jistgħu jsirulu fuq l-Ombudsplan 2001 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati fit-18 ta' Settembru 2000.", "Il-Kumitat ikkonkluda d-diskussjoni u rrakkommanda li wara li t-traskrizzjoni ta' din il-laqgħa tiġi ċirkolata lill-Membri tal-Kamra, il-Kamra tapprova l-Ombudsplan kif ippreżentat.", "Fit-8.46 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010704_042m_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 40", "It-Tlieta, 10 ta' Lulju 2001 fis-7.00 p.m.", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ser jiltaqa' nhar it-Tlieta, 10 ta' Lulju 2001 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Implimentazzjoni tal-pjan stateġiku għall-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali - Kontinwazzjoni", "5 ta' Lulju 2001 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20010710_040a_soc.docx"}