{"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JOS.8", "bookref": "JOS.8", "text": ["Ir-rebħa tal-belt ta' Għaj", "U l-Mulej qal lil Ġożwè: \"La tibżax u la taqtax qalbek.", "Ħu miegħek in-nies kollha tal-ġlied, u qum u itla' għal Għaj.", "Ara, jien nerħi f'idejk is-sultan ta' Għaj bin-nies u l-belt, u l-art tiegħu b'kollox.", "U agħmel lil Għaj u s-sultan tagħha bħalma għamilt lil Ġeriko u s-sultan tagħha.", "Tistgħu żżommu biss għalikom il-priża u l-bhejjem tagħha.", "Qiegħed għassa moħbija min-naħa ta' warajha.\"", "U qam Ġożwè u n-nies kollha tal-ġlied biex jitilgħu għal Għaj; u Ġożwè għażel tletin elf raġel ta' ħila kbira, u bagħathom billejl.", "Ordnalhom u qalilhom: \"Araw, intom għandkom tinħbew u tgħassu l-belt min-naħa ta' warajha, titbegħdux ħafna mill-belt, u oqogħdu lkoll dejjem għal-lest.", "U jiena bin-nies kollha li għandi miegħi nersaq lejn il-belt, u malli joħorġu biex jaħbtu għalina bħall-aħħar darba, aħna naħarbu minn quddiemhom.", "U joħorġu warajna, sakemm niġbduhom 'il bogħod mill-belt, għax huma jgħidu: 'Ħarbu minn quddiemna bħal qabel.'", "Aħna u naħarbu, intom qumu mill-moħba tagħkom u taqbdu l-belt f'idejkom, u l-Mulej, Alla tagħkom, jerħiha f'idejkom.", "U malli taqbdu l-belt agħtuha n-nar u tagħmlu skont ma qalilkom il-Mulej.", "Dawn huma l-ordnijiet tiegħi.\"", "U Ġożwè bagħathom, u dawk telqu għall-moħba tagħhom, u qagħdu bejn Betel u Għaj, fuq il-Punent ta' Għaj.", "Ġożwè għadda l-lejl f'nofs il-poplu.", "L-għada Ġożwè bakkar, u għadd il-poplu, u tala' hu u x-xjuħ ta' Iżrael quddiem il-poplu lejn Għaj.", "U n-nies tal-ġlied li kienu miegħu telgħu, u resqu sa ma waslu quddiem il-belt; u waqfu fuq it-Tramuntana ta' Għaj, bil-wied bejnhom u bejn Għaj.", "U ħa xi ħamest elef raġel, u qegħedhom moħbija bejn Betel u Għaj fuq il-Punent tal-belt.", "U qassam il-poplu - il-qtajja' kollha li kellu fuq it-Tramuntana tal-belt u l-għases fuq il-Punent tal-belt - Ġożwè dak il-lejl għaddieh f'nofs il-wied.", "Ġara li malli s-sultan ta' Għaj ra dan kollu, hu u n-nies ta' Għaj qamu kmieni u ħarġu jgħaġġlu jilqgħu lill-Iżraelin, u jitqabdu magħhom, hu u n-nies kollha tiegħu, fil-ħin miftiehem fin-niżla biswit l-Għaraba, bla ma kien jaf li kien hemm l-għases moħbija wara l-belt.", "U Ġożwè u Iżrael kollu għamlu ta' birruħhom mirbuħa u ħarbu lejn id-deżert.", "Imbagħad il-poplu kollu li kien fil-belt ingħaqad b'għajta waħda u marru għal warajhom, u għamlu għal wara Ġożwè, u tbiegħdu biċċa sewwa mill-belt.", "U ma kienx baqa' raġel f'Għaj u f'Betel, li ma ħariġx għal wara Iżrael; ħallew il-belt miftuħa, u għamlu għal wara Iżrael.", "Imbagħad il-Mulej qal lil Ġożwè: \"Erfa' l-lanza li għandek f'idek lejn Għaj, għax f'idek sejjer nerħiha.\"", "Ġożwè rafa' l-lanza li kellu f'idu lejn il-belt.", "Malli rafa' idu n-nies li kienu moħbija ħarġu mill-moħba tagħhom u telqu jiġru, daħlu l-belt, qabduha u tawha n-nar.", "U n-nies ta' Għaj daru, u ħarsu warajhom, u raw tiela' d-duħħan mill-belt lejn is-sema u ma baqgħetilhom ebda saħħa biex jaħarbu 'l hawn u 'l hinn; u l-poplu li kien qiegħed jaħrab lejn id-deżert dar għal dawk li kienu jiġru warajh.", "Meta Ġożwè u l-Iżraelin kollha raw li l-għases li kienu moħbija kienu qabdu l-belt, u d-duħħan kien tiela' minn ġol-belt, daru u ħabtu għan-nies ta' Għaj.", "U dawk ħarġu mill-belt jiltaqgħu magħhom u sabu ruħhom f'nofs l-Iżraelin, biċċa minn naħa u biċċa minn oħra; u l-Iżraelin kissruhom sa ma ħallewlhom lil ħadd jeħles jew jaħrab.", "U s-sultan ta' Għaj qabduh ħaj, u ħaduh għand Ġożwè.", "Malli l-Iżraelin temmew joqtlu n-nies kollha ta' Għaj fir-raba', fid-deżert, fejn għamlu għal warajhom, u waqgħu lkoll mejtin b'xifer ix-xabla sal-aħħar wieħed, l-Iżraelin reġgħu lura f'Għaj u qerduha b'xifer ix-xabla.", "U l-mejtin, irġiel u nisa, dak in-nhar laħqu tnax-il elf, in-nies kollha ta' Għaj.", "U Ġożwè ma reġġax idu, li kien rafa' bil-lanza, qabel ma qered in-nies kollha ta' Għaj.", "L-Iżraelin żammew għalihom il-bhejjem u l-priża biss, skont ma kien ordna l-Mulej lil Ġożwè.", "Ġożwè mbagħad ħaraq il-belt ta' Għaj u għamel minnha borġ ħerba darba għal dejjem u dan għadu hemm sal-lum.", "U s-sultan ta' Għaj dendluh ma' siġra sa filgħaxija, u ma' nżul ix-xemx Ġożwè ordna li jniżżlu ġismu mejjet mis-siġra, u xeħtuh ħdejn il-bieb tal-belt, u fuqu għamlu borġ ġebel kbir li għadu hemm sal-lum.", "It-tiġdid tal-patt", "Imbagħad Ġożwè bena artal lill-Mulej, Alla ta' Iżrael, fuq il-muntanja Għebal, skont l-ordni li Mosè, il-qaddej tal-Mulej, kien ta lil ulied Iżrael, kif inhu miktub fil-ktieb tal-liġi ta' Mosè; artal b'ġebel sħiħ, mhux mimsus bil-ħadid, u offrew fuqu sagrifiċċji tal-ħruq lill-Mulej, u ssagrifikaw ukoll vittmi tas-sliem.", "U Ġożwè kiteb fuq il-ġebel kopja tal-liġi li Mosè kien kiteb quddiem ulied Iżrael.", "U l-Iżraelin kollha, ix-xjuħ u l-kapijiet, u l-imħallfin, kienu weqfin ħdejn l-arka minn naħa u minn oħra, quddiem il-qassisin Leviti li jerfgħu l-arka tal-patt tal-Mulej; u l-barranin u n-nies tal-pajjiż kienu nofshom ħdejn il-muntanja Gariżim u nofshom ħdejn il-muntanja Għebal skont ma kien ordna Mosè, il-qaddej tal-Mulej, biex Ġożwè jbierek il-poplu ta' Iżrael għall-ewwel darba.", "Imbagħad Ġożwè qara l-kliem kollu tal-liġi, il-barka u s-saħta, kollox kif inhu miktub fil-ktieb tal-liġi.", "Ma kienx hemm kelma minn kulma kien ordna Mosè li ma qrahiex Ġożwè quddiem il-ġemgħa kollha ta' Iżrael, nisa, tfal u l-barranin li kienu jgħammru f'nofshom."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JOS.9", "bookref": "JOS.9", "text": ["Ir-rebħa ta' Kangħan tan-Nofsinhar; l-ingann tal-Gibgħonin", "Malli semgħu b'dan is-slaten tan-naħa l-oħra tal-Ġordan, dawk li kienu jgħammru fil-muntanji u fis-Sefela, u fix-xtut tal-Baħar il-Kbir sa biswit il-Libanu, il-Ħittin, l-Amurrin, il-Kangħanin, il-Periżżin, il-Ħiwwin u l-Ġebusin, ingħaqdu u ftiehmu biex jitqabdu ma' Ġożwè u ma' Iżrael ilkoll flimkien.", "Imma n-nies ta' Gibgħon malli semgħu x'kien għamel Ġożwè lil Ġeriko u lil Għaj, inqdew bil-ħażen ta' moħħhom.", "Telqu u ħadu provvisti għat-triq fi ġwielaq qodma, u għabbewhom fuq il-ħmir tagħhom, u nbid fi żquq qodma, imqattgħin u mraqqgħin.", "F'riġlejhom kellhom qrieq qodma u mraqqgħin, u fuqhom ilbies qadim, u l-ħobż għat-triq niexef u mqarqaċ.", "U marru għand Ġożwè fil-kamp f'Gilgal, u qalu lilu u lill-Iżraelin: \"Aħna ġejjin minn art imbiegħda, u issa ħa nagħmlu patt bejnietna.\"", "U l-Iżraelin wieġbu lill-Ħiwwin : \"Għandu mnejn intom tgħammru f'nofsna, u kif nistgħu nagħmlu patt magħkom?\"", "U huma wieġbu lil Ġożwè: \"Aħna qaddejja tiegħek.\"", "U Ġożwè staqsiehom: \"Min intom, u mnejn ġejjin?\"", "U qalulu: \"Aħna qaddejja tiegħek ġejjin minn art imbiegħda ħafna, u ġejna minħabba l-fama tal-Mulej, Alla tiegħek, għax smajna b'kulma għamel fl-Eġittu; u b'kulma għamel liż-żewġ slaten Amurrin in-naħa l-oħra tal-Ġordan, lil Siħon, is-sultan ta' Ħesbon, u lil Għog, sultan ta' Basan, f'Għastarot.", "U qalulna x-xjuħ tagħna u n-nies li jgħammru f'artna: 'Ħudu l-ikel għat-triq u morru ltaqgħu magħhom u għidulhom: Qaddejja tagħkom aħna, u issa agħmlu patt magħna.", "Dan il-ħobż li għandna ħadnieh sħun minn djarna meta ħriġna biex niġu għandkom, u issa bbies u tqarqaċ.", "U dawn iz-zquq tal-inbid kienu ġodda meta mlejniehom, u issa tqattgħu; u lbiesna u qrieqna qdiemu minħabba t-tul tat-triq.' \"", "Il-kapijiet ħadu mill-ikel tagħhom bla ma fittxew x'kellu xi jgħid il-Mulej.", "U Ġożwè għamel il-paċi magħhom u għamel patt magħhom li jħallihom ħajjin; u ħalfulhom il-kbarat tal-ġemgħa.", "Tlitt ijiem wara li għamlu l-patt magħhom, semgħu li dawn kienu ġirien tagħhom u kienu joqogħdu f'nofshom.", "Għalhekk ulied Iżrael telqu u fi tlitt ijiem waslu fi bliethom, li kienu: Gibgħon, Kefira, Birot, Kirjat-ġegħarim.", "U wlied Iżrael ma qerduhomx, għaliex il-kapijiet tal-poplu kienu ħalfulhom bil-Mulej, Alla ta' Iżrael.", "Iżda l-ġemgħa kollha gergret għalihom: u l-kapijiet kollha wieġbu lill-ġemgħa: \"Aħna ħlifnielhom bil-Mulej, Alla ta' Iżrael, u issa ma nistgħux immissuhom.", "Ara x'nagħmlu: inħalluhom jgħixu biex ma taqax fuqna l-korla ta' Alla, minħabba l-ħalfa li ħlifnielhom.", "Ħa jibqgħu ħajjin, imma nġagħluhom jaqtgħu l-ħatab u jġorru l-ilma għall-poplu kollu.\"", "Il-poplu qabel li jagħmlu kif qalulhom il-kapijiet.", "Imbagħad Ġożwè sejħilhom, kellimhom u qalilhom: \"Għaliex dħaktu bina u għedtulna: 'Aħna ġejjin mill-bogħod ħafna minnkom, meta intom tgħammru fostna?'", "Issa misħutin intom, ma jonqos qatt minn fostkom l-ilsir, u min jaqta' l-ħatab u jġorr l-ilma għad-dar ta' Alla tiegħi.\"", "U huma wieġbu lil Ġożwè: \"Lill-qaddejja tiegħek qalulhom x'kien ordna l-Mulej lil Mosè, il-qaddej tiegħu, li kellu jagħtikom l-art kollha, u li jeqred minn quddiemkom in-nies kollha li jgħammru fiha; u aħna bżajna ħafna għal ħajjitna u għamilna li għamilna.", "U issa hawn aħna f'idek.", "Agħmel minna dak li jidhirlek li hu sewwa u xieraq.\"", "Hekk għamel magħhom Ġożwè; u ħelishom minn idejn ulied Iżrael u ma qatluhomx.", "Qabbadhom Ġożwè dak in-nhar jaqtgħu l-injam u jtellgħu l-ilma għall-ġemgħa u għall-artal tal-Mulej fil-post li jkun għażel, u għadhom hekk sal-lum."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JOS.10", "bookref": "JOS.10", "text": ["Battalja f'Gibgħon", "Ġara li malli Adonisedek, is-sultan ta' Ġerusalemm, sama' li Ġożwè kien qabad Għaj, u qeridha, u bħalma għamel lil Ġeriko u s-sultan tagħha, hekk għamel lil Għaj u lis-sultan tagħha; u li n-nies ta' Gibgħon għamlu paċi mal-Iżraelin u baqgħu jgħammru fosthom, qabdu biża' kbir, għax Gibgħon kienet belt kbira, bħal waħda mill-ibliet tas-slaten, u kienet akbar minn Għaj, u niesha nies qalbiena.", "Għalhekk Adonisedek, sultan ta' Ġerusalemm, bagħat jgħid lil Ħoħam, is-sultan ta' Ħebron, lil Piram, is-sultan ta' Ġarmut, u lil Ġafigħa, is-sultan ta' Lakis, u lil Debir, is-sultan ta' Għeglon: \"Itilgħu ħdejja u għinuni ħa naħbtu għal Gibgħon, għax ftiehmu u għamlu paċi ma' Ġożwè u ma' wlied Iżrael.\"", "U ftiehmu u telgħu l-ħames slaten tal-Amurrin - is-sultan ta' Ġerusalemm, is-sultan ta' Ħebron, is-sultan ta' Ġarmut, is-sultan ta' Lakis, is-sultan ta' Għeglon, huma u l-eżerċti kollha tagħhom, u waqqfu l-kamp madwar Gibgħon u ħabtu għaliha.", "In-nies ta' Gibgħon bagħtu jgħidu lil Ġożwè fil-kamp f'Gilgal: \"La twarrabx idek minn fuq il-qaddejja tiegħek: itla' għandna malajr, eħlisna u għinna għax is-slaten kollha tal-Amurrin, li jgħammru fl-għoljiet, ngħaqdu kontrina lkoll.\"", "U Ġożwè tala' minn Gilgal bin-nies kollha tal-ġlied miegħu, u l-irġiel qalbiena kollha.", "U l-Mulej qal lil Ġożwè: \"La tibżax minnhom għax nerħihom f'idejk; ebda bniedem minnhom ma jiqaflek.\"", "U Ġożwè mar għalihom minnufih; dam il-lejl kollu tiela' minn Gilgal.", "U l-Mulej ħawwadhom quddiem Iżrael, u dawn tawhom xebgħa kbira f'Gibgħon u għamlu għal warajhom tul it-triq li titla' għal Betħoron u baqgħu jagħtuhom sa Għażeka u Makkeda.", "Ġara li huma u jaħirbu minn quddiem Iżrael, kif kienu fin-niżla ta' Betħoron, il-Mulej waddab fuqhom ġebel kbir mis-smewwiet sa Għażeka.", "Mietu aktar bil-ġebel tas-silġ milli wlied Iżrael qatlu bix-xabla.", "Imbagħad Ġożwè kellem lill-Mulej, dak in-nhar li l-Mulej telaq l-Amurrin quddiem ulied Iżrael, u qal quddiem Iżrael:", "\"Ieqaf, xemx, fuq Gibgħon;", "Ieqaf, qamar, fuq wied Ajjalon.\"", "U waqfet ix-xemx,", "u waqaf il-qamar,", "sakemm tħallas il-poplu", "mill-għedewwa tiegħu.", "Mhux hekk hemm miktub fi Ktieb il-Ġust ?", "U x-xemx waqfet f'nofs is-smewwiet, u ma għaġġlitx tinżel għal jum sħiħ.", "U qatt ma kien hemm jum bħalu, la qabel u lanqas wara, li fih il-Mulej sama' mill-kelma ta' bniedem; għax il-Mulej kien jitqabad għal Iżrael.", "Imbagħad Ġożwè u l-Iżraelin kollha reġgħu lura lejn il-kamp f'Gilgal.", "Dawk il-ħames slaten ħarbu u nħbew f'għar f'Makkeda.", "U għarrfu lil Ġożwè u qalulu: \"Sibna lill-ħames slaten moħbija f'għar f'Makkeda.\"", "U Ġożwè qalilhom: \"Gerbu ġebel kbir f'daħlet l-għar u qiegħdu xi rġiel għassa tagħhom.", "Imma intom tiqfux, iżda ibqgħu sejrin wara l-għedewwa tagħkom, ħuduhom minn wara, u tħalluhomx jidħlu fi bliethom, għax il-Mulej, Alla tagħkom, telaqhom f'idejkom.\"", "U ġara li meta Ġożwè u wlied Iżrael temmew ix-xebgħa kbira li tawhom sa ma qerduhom għalkollox, barra minn xi ftit li ħarbu u sabu l-kenn fi bliet magħluqa bis-swar, il-poplu kollu raġa' lura fil-kamp għand Ġożwè f'Makkeda, qawwi u sħiħ.", "Ħadd ma ssogra jlissen kelma kontra wlied Iżrael.", "U Ġożwè ordna: \"Iftħu bieb il-għar, u oħorġuli dawk il-ħames slaten mill-għar.\"", "U hekk għamlu, u ġabulu dawk il-ħames slaten mill-għar: is-sultan ta' Ġerusalemm, is-sultan ta' Ħebron, is-sultan ta' Ġarmut, is-sultan ta' Lakis u s-sultan ta' Għeglon.", "Meta ġiebu lil dawk is-slaten quddiem Ġożwè, sejjaħ Ġożwè lill-Iżraelin kollha, u qal lill-kapijiet tan-nies tal-gwerra li kienu marru miegħu: \"Ersqu 'l hawn, u qiegħdu riġlejkom fuq għonq dawn is-slaten.\"", "U resqu u qiegħdu riġlejhom fuq għonqhom.", "U Ġożwè qalilhom: \"La tibżgħux u la taqtgħux qalbkom.", "Agħmlu l-ħila u qawwu qalbkom, għax hekk jagħmel il-Mulej lill-għedewwa kollha tagħkom, li magħhom intom għandkom titqabdu.\"", "Imbagħad Ġożwè darabhom, u qatilhom, u dendilhom ma' ħames siġriet, u baqgħu mdendla mas-siġar sa filgħaxija.", "Ma' nżul ix-xemx Ġożwè ordna li jniżżluhom mis-siġar, u xeħtuhom fl-għar fejn kienu nħbew u għalqu d-daħla b'ġebel kbir, u għadhom hemm sal-lum.", "Jaqgħu sitt ibliet", "Dak in-nhar stess Ġożwè rebaħ il-belt ta' Makkeda u għaddieha minn xifer ix-xabla, lilha u lis-sultan tagħha, u qeridha b'kull min kien hemm fiha bla ma ħadd ħelisha; u lis-sultan ta' Makkeda għamillu bħalma kien għamel lis-sultan ta' Ġeriko.", "Imbagħad Ġożwè u l-Iżraelin kollha miegħu għaddew minn Makkeda għal Libna u ħabtu għaliha.", "U l-Mulej erħieha wkoll f'id Iżrael bis-sultan tagħha; u darab b'xifer ix-xabla lilha u lil kull min kien hemm fiha bla ma ħalla 'l ħadd minnhom ħaj.", "U lis-sultan tagħha għamillu bħalma kien għamel lis-sultan ta' Ġeriko.", "U għadda Ġożwè u l-Iżraelin kollha miegħu minn Libna għal Lakis, waqqaf il-kamp madwarha, u ħabat għaliha.", "U l-Mulej reħa lil Lakis f'idejn Iżrael, u dan rebaħha fit-tieni jum u għadda minn xifer ix-xabla lilha u 'l kull min kien fiha; għamlilha kollox bħalma kien għamel lil Libna.", "Frattant Ħoram, sultan ta' Geżer, tala' jgħin lil Lakis, u Ġożwè ħabat għalih u n-nies tiegħu sakemm ma ħalla 'l ħadd minnhom ħaj.", "Imbagħad Ġożwè u n-nies tiegħu għaddew minn Lakis għal Għeglon; u waqqfu l-kamp madwarha u ħabtu għaliha.", "Qabduha dak in-nhar stess, u għaddewha minn xifer ix-xabla, u qerdu 'l kull min kien hemm fiha dak in-nhar, kollox bħal ma kienu għamlu lil Lakis.", "U tala' Ġożwè b'Iżrael kollu miegħu minn Għeglon għal Ħebron u ħabtu għaliha.", "Qabduha u għaddewha minn xifer ix-xabla, lilha u lis-sultan tagħha, u l-ibliet kollha u n-nies kollha li kien hemm fiha u ma ħalla lil ħadd jeħles; kollox bħalma kien għamel lil Għeglon, qered lilha u 'l kull min kien hemm fiha.", "Imbagħad Ġożwè u Iżrael kollu miegħu dar għal Debir, u ħabat għaliha.", "U rebaħha, lilha u s-sultan tagħha, u l-ibliet kollha tagħha għaddiehom minn xifer ix-xabla, u qered lil kull min kien hemm fiha, u ma ħalla 'l ħadd li kien hemm fiha jeħles ħaj; bħalma għamel lil Ħebron , hekk għamel lil Debir u s-sultan tagħha.", "Ġożwè rebaħ l-art kollha - il-muntanji, in-Negeb, is-Sefela, bix-xaqliba tagħhom - u s-slaten kollha tagħhom.", "Ma ħalla 'l ħadd jeħles, u qered kulma kien jieħu n-nifs, bħalma kien ordna l-Mulej, Alla ta' Iżrael.", "Ġożwè rebaħhom minn Kades-barnigħa sa Gaża, u l-art kollha ta' Gosen sa Gibgħon.", "Rebaħ Ġożwè lil dawn is-slaten kollha, u artijiethom f'salt wieħed, għax il-Mulej, Alla ta' Iżrael, tqabad għal Iżrael.", "U Ġożwè b'Iżrael kollu miegħu raġa' lura fil-kamp f'Gilgal."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JOS.11", "bookref": "JOS.11", "text": ["Ir-rebħa fuq in-naħa tat-Tramuntana", "Malli Ġabin, is-sultan ta' Ħasor, sama' b'dan kollu, bagħat messaġġiera għand Ġobab, sultan ta' Madon, u għand is-sultan ta' Simron u s-sultan ta' Aksaf, u għand is-slaten li kienu jgħammru fit-Tramuntana fil-muntanji, fl-Għaraba 'l isfel minn Kinneret u fis-Sefela u Nafat-dor fuq il-Punent; u għand il-Kangħanin tal-Lvant u tal-Punent, l-Amurrin, il-Ħittin, il-Periżżin, il-Ġebusin ta' fuq il-muntanji, u l-Ħiwwin ta' taħt il-Ħermon f'art Mispa.", "Dawn kollha ħarġu flimkien bil-qtajja' kollha tagħhom, poplu kotran bħar-ramel f'xatt il-baħar, u żwiemel u mriekeb bla għadd.", "U ftiehmu u ltaqgħu dawn is-slaten kollha, u ġew u waqqfu l-kamp ħdejn l-ilma ta' Merom biex jitqabdu ma' Iżrael.", "U l-Mulej qal lil Ġożwè: \"La tibżax minnhom, għax sa għada bħal dan il-ħin jien nerħihom mejta lkoll f'idejn Iżrael, iż-żwiemel tagħhom taqtgħalhom l-għeruq ta' riġlejhom u l-imriekeb tagħhom tagħtihom in-nar.\"", "U Ġożwè u n-nies kollha tal-ġlied tiegħu marru għalihom ħdejn l-ilma ta' Merom, u nxteħtu għal fuqhom għal għarrieda.", "U l-Mulej telaqhom f'idejn Iżrael, u tawhom xebgħa, u għamlu għal warajhom sa Sidon il-Kbira u sa Mixrefotmajm u l-wied ta' Mispa fil-Lvant.", "U baqgħu jagħtuhom sakemm ma ħallew lil ħadd jeħles.", "U Ġożwè għamlilhom bħalma kien ordnalu l-Mulej: iż-żwiemel tagħhom qatgħalhom l-għeruq ta' riġlejhom u l-imriekeb tahom in-nar.", "Imbagħad Ġożwè dar lura għal Ħasor, u rebaħ il-belt ta' Ħasor u s-sultan tagħha, u darabhom bix-xabla, għax Ħasor qabel kienet il-belt ewlenija fuq dawn is-saltniet kollha.", "U qatlu b'xifer ix-xabla n-nies kollha li kien hemm fiha u qerduhom; u xejn ma ħalla jgħix, u 'l Ħasor taha n-nar.", "U l-ibliet kollha ta' dawk is-slaten u s-slaten kollha tagħhom qabadhom Ġożwè, u għaddiehom minn xifer ix-xabla, u qeridhom bħalma kien ordna Mosè, il-qaddej tal-Mulej.", "Biss l-ibliet kollha li kienu fuq l-għoljiet tagħhom Iżrael ma ħaraqhomx; Ġożwè ħaraq biss lil Ħasor weħidha.", "Ulied Iżrael żammu għalihom il-priża kollha, u l-bhejjem ta' dawn l-ibliet; iżda n-nies qatluhom kollha b'xifer ix-xabla sakemm qerduhom: u xejn ma ħallew jgħix.", "Kif kien ordna l-Mulej lil Mosè, il-qaddej tiegħu, hekk ordna Mosè lil Ġożwè u hekk għamel Ġożwè; ma ħalla xejn minn dak li kien ordna l-Mulej lil Mosè.", "U Ġożwè ħa f'idejh din l-art kollha; il-muntanji u n-Negeb kollu, l-art kollha ta' Gosen, is-Sefela u l-Għaraba, il-muntanja ta' Iżrael u l-witat tiegħu, mill-muntanja ta' Ħalak li tieħu lejn Xegħir sa Bagħal-gad, u sal-wied tal-Libanu taħt il-muntanja tal-Ħermon.", "Qabad is-slaten kollha tagħhom, darabhom u qatilhom.", "Għal żmien twil dam Ġożwè jitqabad ma' dawn is-slaten.", "Ebda waħda minn dawk l-ibliet ma ftiehmet ma' Iżrael; barra mill-Ħiwwin, li jgħammru f'Gibgħon, kollha ħaduhom bil-ġlied.", "Kienet ġejja mill-Mulej li jwebbsu qalbhom u jagħmlu gwerra lil Iżrael, sabiex jinqerdu u ma jkunx hemm ħniena għalihom; u b'hekk jinqerdu bħalma kien ordna l-Mulej lil Mosè.", "Il-qerda tal-Għanakin", "Dak iż-żmien Ġożwè mar u qered l-Għanakin mill-muntanji, minn Ħebron, minn Debir, minn Għanab, mill-muntanji kollha ta' Ġuda u mill-muntanji kollha ta' Iżrael, għamel qerda minnhom u minn bliethom.", "L-Għanakin ma baqgħux iżjed fl-art ta' wlied Iżrael, imma baqgħu biss f'Gaża, f'Gatt u f'Asdod.", "Ġożwè ħa f'idejh l-art kollha skont ma kien qal il-Mulej lil Mosè; u qassamha b'wirt lill-Iżraelin, skont it-taqsima u t-tribujiet tagħhom.", "U strieħet l-art mill-gwerra ."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JOS.12", "bookref": "JOS.12", "text": ["Is-slaten mirbuħa minn Mosè", "Dawn huma s-slaten tal-art li rebħuhom ulied Iżrael u wirtu arthom in-naħa l-oħra tal-Ġordan, lejn tlugħ ix-xemx, mix-xmara Arnon sal-muntanja tal-Ħermon, u l-Għaraba kollha n-naħa tal-Lvant: Siħon, sultan tal-Amurrin, li kien jgħammar f'Ħesbon, kien jaħkem minn Għarogħer, li taħbat f'tarf il-wied tal-Arnon, u l-belt li hemm f'nofs il-wied u fuq nofs Gilgħad sa wied Ġabbok, truf l-art ta' wlied Għammon, u l-Għaraba sal-baħar ta' Kinneret lejn il-Lvant, sal-Baħar tal-Għaraba, il-Baħar il-Mielaħ, lejn il-Lvant fit-triq ta' Betġesimot, lejn in-Nofsinhar taħt ix-xaqliba ta' Pisga.", "U t-territorju ta' Għog, is-sultan ta' Basan, li kien fadal mir-Refajin, li kien joqgħod f'Għastarot u f'Edrej, u kien jaħkem fuq il-muntanja tal-Ħermon, u fuq Salka, u fuq Basan kollu sal-fruntiera tal-Gesurin u tal-Magħkatin, u fuq nofs Gilgħad f'tarf l-art ta' Siħon sultan ta' Ħebson.", "Lil dawn qatluhom Mosè, il-qaddej tal-Mulej, u wlied Iżrael; u Mosè, il-qaddej tal-Mulej, ta 'l arthom b'wirt lir-Rubenin, lill-Gadin u lil nofs it-tribù ta' Manassi.", "Is-slaten mirbuħa minn Ġożwè", "Din hi l-lista tas-slaten tal-art li rebaħ Ġożwè u wlied Iżrael in-naħa l-oħra tal-Ġordan fuq il-Punent, minn Bagħal-gad fil-wied tal-Libanu sal-muntanja Ħalak li tieħu għal Xegħir.", "U ta din l-art Ġożwè lit-tribujiet ta' Iżrael skont it-taqsim tagħhom fil-muntanji, fis-Sefela, fl-Għaraba, fix-xaqlibiet tagħhom, u fid-deżert u fin-Negeb, l-artijiet tal-Ħittin, tal-Amurrin, tal-Kangħanin, tal-Periżżin, tal-Ħiwwin u tal-Ġebusin.", "Is-slaten kienu dawn: is-sultan ta' Ġeriko, is-sultan ta' Għaj ħdejn Betel; is-sultan ta' Ġerusalemm, is-sultan ta' Ħebron, is-sultan ta' Ġarmut, is-sultan ta' Lakis, is-sultan ta' Għeglon, is-sultan ta' Geżer, is-sultan ta' Debir, is-sultan ta' Geder, is-sultan ta' Ħorma, is-sultan ta' Għarad, is-sultan ta' Libna, is-sultan ta' Għadullam, is-sultan ta' Makkeda, is-sultan ta' Betel, is-sultan ta' Taffuħa, is-sultan ta' Ħafer, is-sultan ta' Afek, is-sultan ta' Lassaron, is-sultan ta' Madon, is-sultan ta' Ħasor, is-sultan ta' Simron-merun, is-sultan ta' Aksaf, is-sultan ta' Tagħnak, is-sultan Megiddu, u s-sultan ta' Kedes, is-sultan ta' Ġoknegħam fil-Karmel, is-sultan ta' Dor f'Nafat-dor, is-sultan ta' Gojim f'Gilgal, is-sultan ta' Tirsa - wieħed u tletin sultan b'kollox."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JOS.13", "bookref": "JOS.13", "text": ["Il-qsim ta' art Kangħan: Sehem Ruben, Gad u nofs it-tribù ta' Manassi", "Meta Ġożwè kien xjieħ u daħal fiż-żmien, il-Mulej qallu: \"Inti xjeħt u dħalt fiż-żmien, u għad fadal biċċa kbira mill-art x'tittieħed.", "Din hi l-art li għad baqa': l-inħawi kollha tal-Filistin u l-Gesurin kollha, minn Siħor fuq il-Lvant tal-Eġittu sat-trufijiet ta' Għekron fit-Tramuntana; l-art tal-Kangħanin f'idejn il-ħames prinċpijiet tal-Filistin ta' Gaża, Asdod, Askelon, Gatt u Għekron; l-inħawi tal-Għawwin fin-Nofsinhar, l-art kollha tal-Kangħanin mill-Għerien ta' Sidon sa Afeka sal-fruntiera tal-Amurrin; l-art tal-Giblin u l-Libanu kollu, lejn tlugħ ix-xemx minn Bagħal-gad taħt il-muntanja tal-Ħermon sad-daħla ta' Ħamat.", "Dawk kollha li jgħammru fil-muntanji tal-Libanu sa Mixrefotmajm, is-Sidonin kollha, jien inkeċċihom minn quddiem ulied Iżrael; iżda qassamha lil Iżrael b'wirt bħalma ordnajtlek.", "Mela issa qassam l-art b'wirt lid-disa' tribujiet, u nofs it-tribù ta' Manassi.", "Miegħu kienu ħadu sehemhom ir-Rubenin u l-Gadin, li kien tahom Mosè, qaddej tal-Mulej, in-naħa l-oħra tal-Ġordan, in-naħa tal-Lvant bħalma kien tahom Mosè il-qaddej tal-Mulej: minn Għarogħer li qiegħda max-xatt tax-xmara Arnon u l-belt li qiegħda f'nofs il-wied u l-wita kollha ta' Medeba sa Dibon; u l-ibliet kollha ta' Siħon, sultan tal-Amurrin, li kien isaltan f'Ħesbon sat-trufijiet ta' wlied Għammon.", "U Gilgħad, u l-inħawi tal-Gesurin u l-Magħkatin u l-muntanji kollha tal-Ħermon u Basan kollu sa Salka; is-saltna kollha ta' Għog f'Basan, li kien isaltan f'Astarot u f'Edregħi, il-fdal tar-Refajin, u rebaħhom Mosè u keċċiehom.", "Imma wlied Iżrael ma rnexxilhomx ikeċċu l-Gesurin u l-Magħkatin, u baqgħu jgħammru f'Gesur u f'Magħkat f'nofs Iżrael sal-lum.", "Iżda lit-tribù ta' Levi ma tahomx sehem; sehmu hu mis-sagrifiċċji tal-Mulej Alla, Alla ta' Iżrael, bħalma kien qallu.", "Mosè ta sehem lil ulied Ruben skont il-familji tagħhom.", "U l-limiti tagħhom kienu minn Għarogħer li tinsab fuq f'tarf il-wied tal-Arnon u l-belt f'nofs il-wied u l-wita kollha sa Medeba, Ħesbon u l-bliet kollha tagħha fil-wita ta' Dibon, Bamot-bagħal, Bet-bagħal-megħon, Ġaħsa, Kedemot, Mefagħat, Kirjatajm, Sibma, Żaret-saħar, fl-għolja tal-wied.", "U Bet-pegħor għal taħt ix-xaqliba ta' Pisga u Betġesimot.", "U l-ibliet kollha tal-wita u s-saltna kollha ta' Siħon, is-sultan tal-Amurrin li kien isaltan f'Ħesbon li għelbu Mosè, lilu u l-prinċpijiet ta' Midjan, Ewi u Rekem u Sur u Ħur u Reba, prinċpijiet ta' Siħon, li kienu jgħammru f'din l-art.", "U 'l Balgħam bin Begħor, is-saħħar, ulied Iżrael qatluh bix-xabla mal-bqija li qatlu.", "L-art tar-Rubenin kienet twassal sal-Ġordan; dan hu sehem ir-Rubenin bil-familji tagħhom, l-ibliet bl-irħula tagħhom.", "Mosè ta wkoll sehem lit-tribù ta' wlied Gad bil-familji tagħhom.", "Din kienet l-art li messithom: Ġagħżer u l-ibliet kollha ta' Gilgħad u nofs l-art ta' wlied Għammon sa Għarogħer fil-Lvant ta' Rabba, u minn Ħesbon sa Ramat-misfe u Betunim u minn Maħanajm sal-limiti ta' Lodebar; kien fiha l-wied ta' Bet-ħaram u Bet-nimra u Sukkot u Safon, u l-bqija tas-saltna ta' Siħon, is-sultan ta' Ħesbon; il-Ġordan kien il-limiti sa tarf il-baħar ta' Kinneret fil-Lvant tal-Ġordan.", "Dan kien sehem ulied Gad bil-familji tagħhom, l-ibliet u l-irħula tagħhom.", "Mosè ta sehem ukoll lil ulied nofs it-tribù ta' Manassi skont il-familji tagħhom.", "U l-medda tal-art tagħhom kienet minn Maħanajm, il-Basan kollu, is-saltna kollha ta' Għog, sultan ta' Basan, u l-irħula kollha ta' Ġajir f'Basan, sittin belt.", "Nofs Gilgħad u Għastarot u Edregħi, l-ibliet ewlenin ta' Għog f'Basan, ingħataw lil ulied Makir bin Manassi, jiġifieri lil nofs ulied Makir skont il-familji tagħhom.", "Dawn huma l-ishma li qassam Mosè fil-wita ta' Mowab, in-naħa l-oħra tal-Ġordan fil-Lvant biswit Ġeriko.", "Lit-tribù ta' Levi ma tah ebda sehem; il-Mulej, Alla ta' Iżrael, hu sehemhom, bħalma kien qalilhom."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JOS.14", "bookref": "JOS.14", "text": ["Sehem it-tribujiet l-oħra", "Dan hu li ħadu wlied Iżrael f'art Kangħan, u li qassmulhom Elgħażar il-qassis, u Ġożwè bin Nun, u l-kapijiet tad-djar tat-tribujiet lil ulied Iżrael.", "Qassmuhielhom bix-xorti bħalma kien ordna l-Mulej permezz ta' Mosè lid-disa' tribujiet u nofs, għax Mosè kien ġa ta sehem liż-żewġ tribujiet u nofs in-naħa l-oħra tal-Ġordan; u l-Leviti ma tahomx sehem f'nofshom.", "Iż-żewġ ulied ta' Ġużeppi, Manassi u Efrajm, kienu jagħmlu żewġ tribujiet.", "U ma tawx sehem lil-Leviti fl-art ħlief bliet fejn jgħammru u mergħat madwarhom għall-imrieħel u l-ġid li jkollhom.", "Ulied Iżrael għamlu bħalma kien ordna l-Mulej lil Mosè, u qassmu l-art.", "Sehem Kaleb", "Ulied Ġuda resqu lejn Ġożwè f'Gilgal, u Kaleb bin Ġefunni il-Kenażi qallu: \"Int taf x'kien qal il-Mulej lil Mosè, il-bniedem ta' Alla, għalija u għalik f'Kades-barnigħa.", "Jien kelli erbgħin sena meta Mosè, il-qaddej tal-Mulej, bagħatni minn Kades-barnigħa biex nitkixxef l-art, u jien wassaltlu l-aħbar li kelli f'qalbi.", "Ħuti li telgħu miegħi qatgħu qalb il-poplu, imma jien bqajt fidil lejn il-Mulej, Alla tiegħi.", "U Mosè dak in-nhar ħalef u qalli: 'L-art li rifes riġlek fuqha tkun wirtek, u sehem uliedek għal dejjem, għax int bqajt fidil lejn il-Mulej, Alla tiegħi.'", "U issa, ara, il-Mulej żammni ħaj, bħalma kien qal, għal dawn il-ħamsa u erbgħin sena, minn mindu l-Mulej qal dan il-kliem lil Mosè, meta Iżrael kien jiġġerra fid-deżert.", "Illum jien għandi ħamsa u tmenin sena.", "Għadni llum qawwi bħal meta bagħatni Mosè.", "Bħalma kienet saħħti dakinhar, hekk għadha llum, sew biex noħroġ għall-ġlied sew biex nerġa' lura.", "Mela agħtini issa din il-muntanja li minnha tkellem il-Mulej dakinhar; inti stess smajt dakinhar u taf li hemm jgħammru l-Għanakin fi bliet kbar u mdawra bis-swar.", "Għandu mnejn il-Mulej ikun miegħi u nkeċċihom bħalma wegħedni l-Mulej.\"", "U Ġożwè bierku u ta Ħebron lil Kaleb bin Ġefunni biex tkun sehmu.", "Għalhekk Ħebron saret sehem Kaleb bin Ġefunni il-Kenażi sal-lum, għaliex baqa' fidil lejn il-Mulej, Alla ta' Iżrael.", "Ħebron qabel kien jisimha Kirjat-arba.", "Dan Arba kien il-kbir fost l-Għanakin.", "U l-art strieħet mill-gwerra."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JOS.15", "bookref": "JOS.15", "text": ["Sehem it-tribù ta' Ġuda", "U x-xorti waqgħet fuq it-tribù ta' wlied Ġuda, skont il-familji tagħhom, u messithom l-art in-naħa ta' Edom fid-deżert ta' Sin, fit-tarf tan-Negeb.", "Il-limiti tan-naħa tan-Nofsinhar kienu jibdew minn tarf il-Baħar il-Mielaħ, mill-ilsien li jdur lejn in-Nofsinhar, u joħorġu lejn in-Nofsinhar għat-telgħa ta' Għakrabbim u jgħaddu minn Sin, u jitilgħu min-Negeb għal Kades-barnigħa, imbagħad jgħaddu minn Ħesron, jitilgħu lejn Addar u jilwu lejn Karka, jgħaddu minn Għasmon u jibqgħu sejrin sal-wied tal-Eġittu u jispiċċaw f'xifer il-baħar.", "Dawn huma l-limiti tagħkom tan-Nofsinhar.", "Fuq il-Lvant imbagħad kien hemm il-Baħar il-Mielaħ sa fomm il-Ġordan.", "Il-limiti tat-Tramuntana jibdew minn ilsien il-baħar f'fomm il-Ġordan, u jitilgħu sa Bet-ħogla, jgħaddu min-naħa tat-Tramuntana ta' Bet-għaraba, u jibqgħu telgħin sal-ħaġra ta' Boħan bin Ruben.", "U mbagħad jitilgħu f'Debir mill-wied ta' Għakor, jilwu lejn it-Tramuntana ta' Gilgal, biswit it-telgħa ta' Adummim, in-naħa tan-Nofsinhar tal-wied; jgħaddu minn ħdejn l-ilma ta' Għajn-xemex, u jieħdu sa Għajn-rogel.", "Imbagħad dawn il-limiti jitilgħu sal-wied ta' Bet-ħinnom lejn in-naħa tal-Ġebusin, min-naħa tan-Nofsinhar, jiġifieri Ġerusalemm, mnejn jibqgħu sejrin fuq ras l-għolja li taħbat biswit il-wied ta' Ħinnom fuq il-Punent, fit-tarf tat-Tramuntana tal-wita ta' Refajin.", "Mill-quċċata tal-għolja l-limiti kienu jilwu lejn l-għajn tal-ilma ta' Neftuħa u jibqgħu sejrin lejn l-ibliet tal-muntanja Għefron, jilwu lejn Bagħala, li hi Kirjat-ġegħarim, u minn Bagħala ddur lejn il-Punent, lejn il-muntanja ta' Xegħir, jgħaddu ma' ġenb il-muntanja ta' Ġegħarim, fuq it-Tramuntana ta' Kesalon, jinżlu għal Betxemex, u jgħaddu għal Timna; imbagħad joħorġu lejn in-naħa tat-Tramuntana tax-xagħra ta' Għekron, jilwu lejn Sikkeron, jgħaddu mill-muntanja ta' Bagħala u jieħdu sa Ġabnel, u jispiċċaw f'tarf il-baħar; u l-limiti tal-Punent ikun il-Baħar il-Kbir bix-xtut tiegħu.", "Dawn huma l-limiti dawramejt ta' wlied Ġuda skont il-familji tagħhom.", "Lil Kaleb bin Ġefunni tawh sehem f'nofs ulied Ġuda, skont ma kien ordna l-Mulej lil Ġożwè, jiġifieri, Kirjat-arba, li hi Ħebron; Arba kien missier Għanak.", "Kaleb keċċa minn hemm it-tliet ulied ta' Għanak; Sesaj, Aħiman u Talmaj, ulied Għanak.", "U tala' minn hemm għal dawk li jgħammru f'Debir; u Debir kien jisimha qabel Kirjat-sefer.", "U Kaleb qal: \"Min jaħbat għal Kirjat-sefer u jeħodha, nagħtih lil binti Għaksa b'martu.\"", "U ħadha Għotnijel bin Kenaż, ħu Kaleb, u dan tah 'il bintu Għaksa b'martu.\"", "Hi u sejra ġagħlitu jitlob għalqa lil missierha; qabżet minn fuq il-ħmar u Kaleb staqsieha: \"Xi ġralek?\"", "U hi wieġbet: \"Agħtini xi rigal għax art niexfa kulma tajtni, agħtini għallinqas għajn ta' ilma.\"", "U taha l-għejun ta' fuq u l-għejun ta' isfel.", "Dan kien sehem it-tribù ta' wlied Ġuda skont il-familji tagħhom.", "L-ibliet tat-tribù ta' wlied Ġuda, in-naħa tal-fruntiera ta' Edom fin-Negeb, kienu dawn: Kabsel, Għeder, Ġagur, Kina, Dimona, Għadgħada, Kedes, Ħasor, Ġitnan, Żif, Telem, Begħalot, Ħasor-ħadatta, Kirjot-ħesron, li hi Ħasor, Amam, Sema, Molada, Ħasar-gadda, Ħesmon, Bet-pelet, Ħasar-sugħal, Birsaba, Biżjotija, Bagħala, Għajjim, Għesam, Eltolad, Kesil, Ħorma, Siklag, Madmanna, Sansanna, Lebawot, Silħim, Għajn u Rimmon; b'kollox disgħa u għoxrin belt bl-irħula tagħhom.", "Fis-Sefela mbagħad kien hemm dawn: Estawol, Sorgħa, Asna, Żanuħa, Għajn-gannim, Taffuħa, Għenam, Ġarmut, Għadullam, Xoku, Għażeka, Sagħarajm, Għaditajm, Gedera, u Gederotajm; erbatax-il belt fl-irħula tagħhom.", "Senan, Ħadasa, Migdal-gad, Dilgħan, Misfe, Ġoktel, Lakis, Boskat, Għeglon, Kabbon, Laħmam, Kitlis, Gederot, Betdagon, Nagħma, Makkeda; sittax-il belt bl-irħula tagħhom.", "Libna, Għeter, Għasan, Ġiftaħ, Asna, Nesib, Kegħila, Akżib u Maresa; disat ibliet bl-irħula tagħhom.", "Għekron u l-ibliet ta' madwarha bl-irħula tagħha.", "Minn Għekron sal-Baħar, kulma kien hemm maġenb Asdod, bl-irħula tagħhom.", "Asdod u l-ibliet ta' madwarha bl-irħula tagħha; Gaża u l-ibliet ta' madwarha u l-irħula tagħha sal-wied tal-Eġittu u l-Baħar il-Kbir.", "Fuq l-għoljiet: Samir, Ġattir, Xoku, Danna, Kirjat-sanna li hi Debir, Għanab, Estemu, Għanim, Gosen, Ħolon u Gilu; ħdax-il belt bl-irħula tagħhom.", "Arab, Duma, Esgħan, Ġanim, Bettaffuħa, Afeka, Humta, Kirjat-arba, li hi Ħebron, u Sigħor, disat ibliet bl-irħula tagħhom.", "Magħon, Karmel, Żif, Ġutta, Ġeżragħel, Ġokdigħam, Żanuħa, Kajjin, Gibgħa, Timna; għaxart ibliet bl-irħula tagħhom.", "Ħalħul, Betsur, Gedor, Magħrat, Betgħanot u Eltekon; sitt ibliet bl-irħula tagħhom.", "Kirjat-bagħal, li hi Kirjat-ġegħarim, u Rabba; żewġt ibliet bl-irħula tagħhom.", "Fid-deżert: Bet-għarab, Middin, Sekaka, Nibsan, Belt il-Melħ u Għajn-geddi; sitt ibliet bl-irħula tagħhom.", "Imma l-Ġebusin, li kienu jgħammru f'Ġerusalemm, ulied Ġuda ma setgħux ikeċċuhom; u l-Ġebusin u wlied Ġuda baqgħu jgħammru flimkien f'Ġerusalemm sal-lum."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JOS.16", "bookref": "JOS.16", "text": ["Sehem ulied Ġużeppi", "Din hi x-xorti li messet lil Ġużeppi; il-limiti tiegħu jibdew mill-Ġordan, ħdejn Ġeriko, in-naħa tal-Lvant tal-ilma ta' Ġeriko, jitilgħu minn Ġeriko għal fuq l-għoljiet fid-deżert lejn Betel, imbagħad jitilqu minn Betel lejn Luż, jgħaddu għat-truf tal-art tal-Arkin lejn Għatarot; minn hawn jinżlu lejn il-Punent lejn l-art tal-Ġafletin, sa truf Betħoron t'isfel sa Geżer u jaslu sal-baħar.", "Dan kien il-wirt li ħadu wlied Ġużeppi, Manassi u Efrajm.", "U l-limiti tal-art ta' wlied Efrajm skont il-familji tagħhom kienu dawn: il-limiti ta' sehemhom in-naħa tal-Lvant kienu minn Għatarot-addar sa Betħoron ta' fuq, imbagħad joħorġu lejn il-baħar, b'Mikmetat fit-Tramuntana, u jibqgħu sejrin lejn il-Lvant lejn Tanat-silo, u jgħaddu madwarha lejn il-Lvant lejn Ġanuħa; jinżlu minn Ġanuħa lejn Għatarot u Nagħra, u jilħqu lil Ġeriko u jaslu sal-Ġordan.", "U minn Taffuħa jieħdu lejn il-Punent sa Wied Kana, u jispiċċaw f'xifer il-baħar.", "Dan hu sehem ulied Efrajm skont il-familji tagħhom.", "Kien hemm ukoll bliet magħżula għal ulied Efrajm f'nofs l-art ta' wlied Manassi: l-ibliet kollha bl-irħula tagħhom.", "Ma rnexxilhomx ikeċċu l-Kangħanin li kienu jgħammru f'Geżer.", "Il-Kangħanin baqgħu jgħammru f'nofs Efrajm sal-lum, u jaħdmu bilfors għalihom."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JOS.17", "bookref": "JOS.17", "text": ["Sehem ulied it-tribù ta' Manassi", "Din hi x-xorti li messet lit-tribù ta' Manassi, għax hu kien il-kbir ta' Ġużeppi.", "Makir, il-kbir ta' Manassi, missier Gilgħad, billi kien raġel gwerrier messu Gilgħad u Basan, u l-ulied l-oħra, ukoll ta' Manassi, messhom skont il-familji tagħhom: ulied Abigħeżer, ulied Ħelek, ulied Asrijel, ulied Sikem, ulied Ħefer, ulied Semida.", "Dawn kienu l-ulied subien ta' Manassi bin Ġużeppi skont il-familji tagħhom.", "Imma Selofħad bin Ħefer, bin Gilgħad, bin Makir, bin Manassi, ma kellux subien, imma bniet biss; u dawn il-bniet tiegħu kien jisimhom Maħla, Nogħa, Ħegla, Milka u Tirsa.", "Dawn ġew quddiem Elgħażar il-qassis, u quddiem Ġożwè, u quddiem il-kbarat, u qalulhom: \"Il-Mulej ordna lil Mosè li jagħtina sehem f'nofs ħutna.\"", "U tahom sehem f'nofs ħut missierhom skont ma kien ordna l-Mulej.", "U Manassi messu wkoll għaxar ishma barra mill-art ta' Gilgħad u Basan, in-naħa l-oħra tal-Ġordan.", "Għax il-bniet ta' Manassi messhom sehem f'nofs uliedu subien; art Gilgħad messet lill-ulied l-oħra ta' Manassi.", "Il-limiti tal-art ta' Manassi kienu jieħdu minn Aser sa Mikmetat fuq il-Lvant ta' Sikem, imbagħad lejn il-lemin kienu jibqgħu sejrin lejn dawk li jgħammru Għajn-taffuħa.", "L-art ta' Taffuħa kienet ta' Manassi, imma Taffuħa stess, li kienet f'tarf l-art ta' Manassi, kienet ta' wlied Efrajm.", "Imbagħad il-limiti kienu jinżlu lejn wied Kana, 'l isfel mill-wied.", "Dawn l-ibliet kienu ta' Efrajm f'nofs l-ibliet ta' Manassi.", "Imbagħad il-limiti ta' Manassi kienu jgħaddu mit-Tramuntana tal-wied u jispiċċaw f'xifer il-baħar.", "In-naħa t'isfel kienet ta' Efrajm, u n-naħa ta' fuq kienet ta' Manassi, bil-baħar il-limitu tagħhom it-tnejn; min-naħa tat-Tramuntana kienu jilħqu sa Aser u mil-Lvant sa Issakar.", "F'Issakar u f'Aser Manassi kellu dawn l-ibliet: Betsan u l-inħawi tagħha, Iblegħam u l-inħawi tagħha, in-nies li jgħammru f'Dor, l-inħawi tagħha, u n-nies li jgħammru f'Għajn-dor u l-inħawi tagħha; in-nies li jgħammru f'Tagħnak u l-inħawi tagħha, in-nies li jgħammru f'Megiddu u l-inħawi tagħha, tliet distretti.", "Ulied Manassi ma setgħux jirbħu dawn l-ibliet u l-Kangħanin riedu bilfors jibqgħu jgħammru f'din l-art.", "Meta mbagħad l-Iżraelin issaħħu ġagħluhom jaħdmulhom bil-forza; imma ma keċċewhomx.", "Ulied Ġużeppi kellmu lil Ġożwè, u qalulu: \"Għaliex messitna x-xorti għal sehem wieħed biss u tajtna qasam wieħed?", "Jiena poplu kotran, għax s'issa berikni l-Mulej.\"", "U Ġożwè wieġeb: \"Jekk inti poplu kotran, itla' lejn il-foresta u agħmel il-wisa' għalik fl-art tal-Periżżin u r-Refajin jekk jidher li l-muntanji ta' Efrajm huma dojoq għalik.\"", "U wlied Ġużeppi qalulu: \"Mhux biżżejjed għalina l-muntanji; il-Kangħanin li jgħammru fil-wita lkoll għandhom karrijiet tal-ħadid, dawk li jgħammru sew f'Betsan bl-irħula tagħha u sew fil-wied ta' Ġeżragħel.\"", "Ġożwè wieġeb lil dar Ġużeppi, lil Efrajm u lil Manassi: \"Int poplu kotran u għandek saħħa kbira, m'għandhiex tmissek xorti waħda; il-muntanji jkunu tiegħek; hemm il-foresta, qaċċatha u l-wisa' jkun għalik, għax inti tkeċċi l-Kangħanin, minkejja li għandhom il-karrijiet tal-ħadid u b'saħħithom.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JOS.18", "bookref": "JOS.18", "text": ["Sehem il-bqija tat-tribujiet", "Il-ġemgħa kollha ta' Iżrael iltaqgħet u waqqfu t-tinda tal-laqgħa f'Silo.", "L-art kienet taħt il-ħakma tagħhom; iżda kien għad baqa' seba' tribujiet fost ulied Iżrael li ma kinux għadhom ħadu l-wirt tagħhom.", "Ġożwè qal lil ulied Iżrael: \"Kemm se ddumu titnikkru biex tmorru tieħdu l-art li takom il-Mulej, Alla ta' missirijietkom?", "Ġibu tlitt irġiel minn kull tribù u jien nibgħathom, u jmorru jduru l-art u jħożżuha fi ktieb, u jqassmuha skont l-ishma tagħhom, u jiġu għandi.", "Imbagħad iqassmuha f'seba' oqsma.", "Ġuda jibqa' f'artu n-naħa tan-Nofsinhar u dar Ġużeppi tibqa' f'artha fit-Tramuntana.", "U intom tħożżu l-art f'seba' oqsma, u ġibuhomli hawn u jien intellgħalkom ix-xorti hawn, quddiem il-Mulej, Alla tagħna.", "Il-Leviti ma għandhomx sehem f'nofskom għaliex is-saċerdozju tal-Mulej hu sehemhom.", "Gad u Ruben u nofs it-tribù ta' Manassi diġà ħadu sehemhom in-naħa l-oħra tal-Ġordan, fil-Lvant, li tahom Mosè, il-qaddej tal-Mulej.\"", "U dawk l-irġiel qabdu u marru, u Ġożwè ordna lil dawk li marru jħożżu l-art fi ktieb u qalilhom: \"Morru u duru l-art, u ħożżuha fuq ktieb, u erġgħu ejjew għandi, imbagħad jien intellgħalkom ix-xorti hawn f'Silo quddiem il-Mulej.\"", "U l-irġiel marru u daru mal-art u niżżlu kollox fi ktieb, belt belt, f'seba' oqsma.", "U marru għand Ġożwè fil-kamp f'Silo.", "U Ġożwè tellgħalhom ix-xorti f'Silo quddiem il-Mulej, u hemm qassam l-art lil ulied Iżrael skont l-oqsma tagħhom.", "Sehem ulied Benjamin", "U telgħet ix-xorti tat-tribù ta' Benjamin skont il-familji tagħhom, u messhom sehem bejn ulied Ġuda u wlied Ġużeppi.", "Il-limiti tagħhom kienu jibdew fit-Tramuntana mill-Ġordan, u jibqgħu sejrin lejn il-ġnub ta' Ġeriko, in-naħa tat-Tramuntana, u jitilgħu fuq il-muntanji fil-Punent u jispiċċaw fid-deżert ta' Bet-awen.", "U minn hemm kienu jaqsmu għan-naħa tan-Nofsinhar għal ħdejn Luż, taħt ir-riħ ta' Luż, jiġifieri Betel, u minn hemm kienu jinżlu għal Għatarot-addar għal fuq il-muntanja min-naħa t'isfel li tiġi biswit Betħoron t'isfel.", "Imbagħad il-limiti kienu jinżlu u jduru 'l isfel għal ġenb il-baħar mill-muntanja quddiem Betħoron 'l isfel u jispiċċaw f'Kirjat-bagħal - li hi Kirjat-ġegħarim - belt ta' wlied Ġuda.", "Din kienet in-naħa tal-Punent.", "Il-limiti tan-Nofsinhar kienu jibdew minn tarf Kirjat-ġegħarim u jieħdu lejn Efron, lejn l-għajn tal-ilma ta' Neftuħa.", "U mbagħad jinżlu lejn tarf il-muntanji biswit il-wied ta' Benħinnom, fil-wita ta' Refajin fit-Tramuntana; jinżlu minn wied Ħinnom 'l isfel lejn in-naħa tal-Ġebusin, u jieħdu lejn Għajn-rogel.", "Imbagħad jilwu lejn it-Tramuntana, jgħaddu minn Għajn-xemex u jiġbdu lejn l-inħawi ta' Gelilot, biswit it-telgħa ta' Adummim, u jinżlu lejn il-blata ta' Boħan bin Ruben.", "Imbagħad jgħaddu mill-ġenb biswit l-Għaraba; jgħaddu mill-ġenb ta' Bet-ħogla lejn it-Tramuntana u jispiċċaw fl-ilsien tat-Tramuntana tal-Baħar il-Mielaħ, fit-tarf tan-Nofsinhar tal-Ġordan.", "Dawn huma l-limiti tan-Nofsinhar.", "Fuq in-naħa tal-Lvant il-limiti kienu l-Ġordan.", "Dan hu sehem Benjamin bil-limiti tiegħu dawramejt, skont il-familji tagħhom.", "L-ibliet tat-tribù ta' Benjamin skont il-familji tagħhom kienu: Ġeriko, Bet-ħogla, Għemek-kesis, Bet-għaraba, Semarajm, Betel, Għawwim, Para, Għofra, Kefar-għammoni, Għofni, Geba; tnax-il belt bl-irħula tagħhom.", "Gibgħon, Rama, Birot, Misfe, Kefira, Mosa, Rekem, Irfel, Tarala, Sela, Elef, Ġebus, li hi Ġerusalemm, Gibgħat, Kirjat; erbatax-il belt bl-irħula tagħhom.", "Dan hu sehem Benjamin skont il-familji tagħhom."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JOS.19", "bookref": "JOS.19", "text": ["Sehem ulied Simgħon", "Imbagħad telgħet ix-xorti għal Simgħon, għat-tribù ta' wlied Simgħon skont il-familji tagħhom.", "Sehemhom kien f'nofs sehem ulied Ġuda.", "Fil-qasam tagħhom kellhom: Birsaba, Seba, Molada, Ħasar-sugħal, Bala, Għesem, Eltolad, Betul, Ħorma, Siklag, Bet-markabot, Ħasar-susa, Bet-lebawt, Saruħen, tlittax-il belt bl-irħula tagħhom.", "Għajn-Rimmon, Għeter u Għasan; erbat ibliet u l-irħula tagħhom, u l-irħula kollha ta' madwar dawn l-ibliet sa Bagħlat-bir, li hi Rama fin-Nofsinhar.", "Dan hu sehem it-tribù ta' wlied Simgħon skont il-familji tagħhom.", "Sehem ulied Simgħon ittieħed minn sehem ulied Ġuda; għax kien sehem ulied Ġuda kbir wisq għalihom, u għalhekk ulied Simgħon ħadu sehem f'nofs il-qasam tagħhom.", "Sehem ulied Żebulun", "Telgħet it-tielet xorti għal ulied Żebulun skont il-familji tagħhom, u l-medda ta' sehemhom kienet tieħu sa Xarid.", "Il-limiti kienu jitilgħu lejn il-Punent lejn Margħala, jaslu sa Dabbeset u jaslu sal-wied in-naħa tal-Lvant ta' Ġoknegħam.", "Minn Xarid kienu jduru lejn il-Lvant, lejn tlugħ ix-xemx, sal-limiti ta' Kislot-tabor, u jieħdu lejn Dabrat, u jitilgħu lejn Ġafigħa.", "Minn hemm jgħaddu lejn il-Lvant, lejn tlugħ ix-xemx sa Gat-ħefer, Għitta-kasin, jiġbdu lejn Rimmon u jilwu lejn Negħa; iduru mat-Tramuntana ta' Ħannaton, u jibqgħu sejrin sal-wied ta' Iftaħel.", "Kattat, Naħalal, Simron, Idla, Betlehem; tnax-il belt bl-irħula tagħhom.", "Dan kien sehem ulied Żebulun skont il-familji tagħhom: dawn l-ibliet bl-irħula tagħhom.", "Sehem ulied Issakar", "Għal Issakar telgħet ir-raba' xorti, għal ulied Issakar skont il-familji tagħhom.", "Fil-limiti tagħhom kien hemm Ġisragħel, Kesulot, Sunem, Ħafarajm, Siħon, Anaħarat, Rabbit, Kisjan, Għabes, Ramet, Għajn-gannim, Għajn-ħadda, Bet-passes; il-limiti tagħhom kienu jwasslu sat-Tabor, Saħasima, Betxemex u jispiċċaw fil-Ġordan; sittax-il belt bl-irħula tagħhom.", "Dan hu sehem it-tribù ta' wlied Issakar skont il-familji tagħhom; dawn l-ibliet bl-irħula tagħhom.", "Sehem ulied Aser", "Telgħet il-ħames xorti għat-tribù ta' wlied Aser skont il-familji tagħhom.", "Il-limiti tagħhom kien fihom: Ħelkat, Ħali, Beten, Aksaf, Alammelek, Għamgħad, Misal u kienu jilħqu l-Karmel in-naħa tal-Punent u Siħor-libnat; imbagħad iduru għan-naħa ta' tlugħ ix-xemx lejn Betdagon, u jmissu ma' Żebulun u l-wied ta' Iftaħel, fit-Tramuntana Bet-għemek u Negħijel, u jaslu sa Kabul fit-Tramuntana, Għebron, Reħob, Ħammon, Kana, sa Sidon il-Kbira.", "Iduru lejn Rama sal-belt ta' Tir imdawra bis-swar; iduru lejn Ħosa u jispiċċaw f'xifer il-baħar; Maħleb, Akżib, Għumma, Afek, Reħob - tnejn u għoxrin belt bl-irħula tagħhom.", "Dan kien sehem ulied Aser skont il-familji tagħhom; dawn l-ibliet bl-irħula tagħhom.", "Sehem ulied Naftali", "Għal Naftali mbagħad telgħet is-sitt xorti, għal ulied Naftali skont il-familji tagħhom.", "Il-limiti ta' sehemhom kienu minn Ħelef, mill-Balluta f'Sagħnannim u Adam-nekeb u Ġabnel sa Lakkum u jaslu sal-Ġordan.", "Imbagħad iduru lejn il-Punent lejn Ażnot-tabor u jieħdu minn hemm lejn Ħukkok; u jilħqu Żebulun fin-Nofsinhar, u jmissu lil Aser min-naħa tal-Punent u lil Ġuda min-naħa tal-Ġordan minn tlugħ ix-xemx.", "Kellhom dawn l-ibliet bis-swar: Siddim, Ser, Ħammat, Rakkat, Kinneret, Adama, Rama, Ħasor, Kedes, Edregħi, Għajn-ħasor, Ġeron, Migdal-el, Ħorem, Bet-għanat, Betxemex - dsatax-il belt bl-irħula tagħhom.", "Dan hu sehem it-tribù ta' wlied Naftali skont il-familji tagħhom: l-ibliet bl-irħula tagħhom.", "Sehem ulied Dan", "Telgħet is-seba' xorti għal ulied Dan skont il-familji tagħhom.", "Il-limiti ta' sehemhom kienu dawn: Sorgħa, Estawl, Għir-xemex, Sagħlabbin, Ajjalon, Ġetla, Elon, Timna, Għekron, Elteki, Gibbeton, Bagħalat, Ġehud, Bene-berak, Gat-rimmon; u fuq il-Punent il-limiti kienu f'Mirjakon biswit Ġaffa.", "Imma l-art ta' wlied Dan ma baqgħetx għandhom, għalhekk ulied Dan telgħu u ħabtu għal Lesem, u rebħuha, u għaddewha minn xifer ix-xabla, ħaduha f'idejhom, u bdew jgħammru fiha, u semmewha Dan għal isem missierhom.", "Dan huwa sehem ulied Dan skont il-familji tagħhom: dawn l-ibliet bl-irħula tagħhom.", "Sehem Ġożwè", "Meta spiċċaw iqassmu l-art, kull sehem bil-limiti tiegħu, ulied Iżrael taw sehem lil Ġożwè bin Nun f'nofshom.", "Skont ma kien qalilhom il-Mulej tawh il-belt li talabhom, jiġifieri Timnat-seraħ fuq il-muntanji ta' Efrajm, u bena l-belt, u beda jgħammar fiha.", "Dawn huma l-ishma li qassmu bix-xorti Elgħażar il-qassis, u Ġożwè bin Nun, u l-kapijiet tal-familji ta' wlied Iżrael f'Silo quddiem il-Mulej, f'bieb it-tinda tal-laqgħa.", "Hekk temmew t-tqassim tal-art."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JOS.20", "bookref": "JOS.20", "text": ["L-ibliet tal-kenn", "Il-Mulej kellem lil Ġożwè u qallu: \"Għid lil ulied Iżrael: Agħżlu għalikom l-ibliet tal-kenn skont ma għedtilkom permezz ta' Mosè, biex jistkenn fihom il-qattiel li jkun darab lil xi ħadd bi żball u bla ma ried, u jkunu għalikom ta' kenn mill-vendetta ta' qarib il-mejjet.", "Hu jaħrab lejn waħda minn dawn l-ibliet, u jieqaf fid-daħla ta' bieb il-belt, u jgħid li jisimgħuh ix-xjuħ tal-belt kulma jkun ġralu.", "Imbagħad iżommuh għandhom fil-belt u jagħtuh xi mkien fejn joqgħod magħhom.", "U jekk min għandu d-dritt tal-vendetta jagħmel għal warajh, ma għandhomx jitilqulu l-qattiel f'idejh, għax ikun darab lil għajru bla ma ried, bla ma kien jobogħdu minn qabel.", "U jibqa' f'dik il-belt sakemm jidher quddiem il-ġemgħa għall-ġudizzju, sal-mewt tal-qassis il-kbir li jkun f'dak iż-żmien, imbagħad il-qattiel jerġa' lura lejn daru fil-belt tiegħu, il-belt li jkun ħarab minnha.\"", "U għażlu lil Kedes fil-Galilija, fil-muntanji ta' Naftali; u Sikem fil-muntanji ta' Efrajm; u Kirjat-arba, jiġifieri Ħebron, fil-muntanji ta' Ġuda.", "In-naħa l-oħra tal-Ġordan, imbagħad, fuq il-Lvant ta' Ġeriko, għażlu lil Beser fid-deżert, fil-wita tat-tribù ta' Ruben; u Ramot f'Gilgħad tat-tribù ta' Gad; u 'l Golan f'Basan tat-tribù ta' Manassi.", "Dawn kienu l-ibliet li ngħataw lil ulied Iżrael kollha u lill-barrani li jkun jgħammar f'nofshom biex fihom jistkenn kull min ikun darab lil xi ħadd bi żball, u hekk ma jmutx b'id min ikollu d-dritt tal-vendetta, sakemm jidher quddiem il-ġemgħa."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JOS.21", "bookref": "JOS.21", "text": ["L-ibliet tal-Leviti", "Imbagħad resqu l-kapijiet tal-familji tal-Leviti quddiem Elgħażar il-qassis, u quddiem Ġożwè bin Nun, u quddiem il-kapijiet tal-familji tat-tribujiet ta' wlied Iżrael, u kellmuhom f'Silo, f'art Kangħan, u qalulhom: \"Il-Mulej ordna permezz ta' Mosè li tagħtuna bliet biex aħna ngħammru fihom, u l-inħawi ta' madwarhom għall-bhejjem tagħna.\"", "U wlied Iżrael tawhom minn sehemhom, skont ma kien qal il-Mulej, dawn l-ibliet u l-inħawi ta' madwarhom.", "Telgħet ix-xorti għall-familji tal-Keħatin, u messu bix-xorti lil ulied Aron il-qassis, minn fost il-Leviti, tlittax-il belt mit-tribù ta' Benjamin; u għaxart ibliet messu bix-xorti lill-bqija ta' wlied Keħat, skont il-familji tagħhom, mit-tribù ta' Efrajm, mit-tribù ta' Dan u minn nofs it-tribù ta' Manassi.", "Tlittax-il belt oħra mit-tribù ta' Issakar u mit-tribù ta' Aser u mit-tribù ta' Naftali u minn nofs it-tribù ta' Manassi f'Basan messu lil ulied Gersun skont il-familji tagħhom.", "Lil ulied Merari skont il-familji tagħhom messhom tnax-il belt mit-tribù ta' Ruben, mit-tribù ta' Gad, u mit-tribù ta' Żebulun.", "U wlied Iżrael taw bix-xorti dawn l-ibliet u l-inħawi tagħhom lil-Leviti, skont ma kien ordna l-Mulej permezz ta' Mosè.", "Mit-tribù ta' wlied Ġuda u mit-tribù ta' wlied Simgħon tawhom dawn l-ibliet f'isimhom.", "Mess sehem lil ulied Aron mill-familji tal-Keħatin fost ulied Levi; tagħhom telgħet l-ewwel xorti.", "Tawhom Kirjat-arba (Arba kien missier Għanak), jiġifieri Ħebron, fil-muntanji ta' Ġuda u l-wesgħat ta' madwarha.", "Lil Kaleb bin Ġefunni tawh ir-raba' ta' din il-belt bl-irħula tagħha biex ikunu tiegħu.", "U lil ulied Aron il-qassis, tawhom il-belt għall-kenn għal min joqtol, Ħebron bl-inħawi tagħha, u Libna bl-inħawi tagħha, u Ġattir u l-inħawi tagħha, u Estemugħa bl-inħawi tagħha, Ħolon bl-inħawi tagħha, Debir bl-inħawi tagħha, Għajn bl-inħawi tagħha, Ġutta bl-inħawi tagħha, Betxemex bl-inħawi tagħha, disat ibliet mingħand dawn iż-żewġ tribujiet.", "Mit-tribù ta' Benjamin tawhom: Gibgħon bl-inħawi tagħha, Geba bl-inħawi tagħha, Għanatot bl-inħawi tagħha, Għalmon bl-inħawi tagħha, erbat ibliet.", "L-ibliet kollha ta' wlied Aron il-qassis kienu tlittax-il belt bl-inħawi tagħhom.", "Lill-familji ta' wlied Keħat, il-Leviti li kien baqa' minn ulied Keħat, messewhom bix-xorti dawn l-ibliet mit-tribù ta' Efrajm.", "Tawhom Sikem bħala l-belt tal-kenn għal min joqtol, bl-inħawi tagħha fil-muntanja ta' Efrajm; Geżer bl-inħawi tagħha, Kibsajim bl-inħawi tagħha, Betħoron bl-inħawi tagħha, erbat ibliet.", "Mit-tribù ta' Dan tawhom: Elteki bl-inħawi tagħha, Gibbeton bl-inħawi tagħha, Ajjalon bl-inħawi tagħha, Gat-rimmon bl-inħawi tagħha, erbat ibliet.", "Minn nofs it-tribù ta' Manassi tawhom: Tagħanak bl-inħawi tagħha, Gat-rimmon bl-inħawi tagħha, żewġt ibliet.", "B'kollox għaxart ibliet bl-inħawi tagħhom għall-familji ta' wlied Keħat li kien baqa'.", "Imbagħad lil ulied Gersun, mit-tribù tal-Leviti, tawhom dawn l-ibliet; minn nofs it-tribù ta' Manassi tawhom bħala belt tal-kenn għal min joqtol, Golan f'Basan bl-inħawi tagħha u Begħestera bl-inħawi tagħha; żewġt ibliet.", "Mit-tribù ta' Issakar tawhom: Kisjon bl-inħawi tagħha, Dabrat bl-inħawi tagħha, Ġarmut bl-inħawi tagħha, Għajn-gannim bl-inħawi tagħha; erbat ibliet.", "Mit-tribù ta' Aser, tawhom Misal bl-inħawi tagħha, Għabdon bl-inħawi tagħha, Ħelkat bl-inħawi tagħha, Reħob bl-inħawi tagħha; erbat ibliet.", "Mit-tribù ta' Naftali tawhom bħala bliet tal-kenn għal min joqtol: Kedes fil-Galilija bl-inħawi tagħha, Ħammot-dor bl-inħawi tagħha, Kartan bl-inħawi tagħha; tlitt ibliet.", "B'kollox l-ibliet tal-Gersunin, skont il-familji tagħhom, kienu tlittax-il belt bl-inħawi tagħhom.", "U lill-familji ta' wlied Merari, il-Leviti li kien baqa' minnhom, tawhom dawn l-ibliet mit-tribù ta' Żebulun: Ġoknegħan bl-inħawi tagħha, Karta bl-inħawi tagħha, Dimna bl-inħawi tagħha, Naħalal bl-inħawi tagħha; erbat ibliet.", "U tawhom mit-tribù ta' Ruben, in-naħa l-oħra tal-Ġordan fuq il-Lvant ta' Ġeriko, dawn l-ibliet tal-kenn għal min joqtol: Beser bl-inħawi tagħha, Ġaħsa bl-inħawi tagħha, Kedemot bl-inħawi tagħha, Mefagħat bl-inħawi tagħha, erbat ibliet.", "Mit-tribù ta' Gad tawhom bħala bliet tal-kenn għal min joqtol: Ramot f'Gilgħad bl-inħawi tagħha, Maħanajm bl-inħawi tagħha; Ħesbon bl-inħawi tagħha, Ġagħżer bl-inħawi tagħha; b'kollox erbat ibliet.", "L-ibliet kollha ta' wlied Merari skont il-familji tagħhom, li kien baqa' mill-familji tal-Leviti, skont ix-xorti li messithom, kienu tnax-il belt.", "L-ibliet kollha tal-Leviti f'nofs l-ishma ta' wlied Iżrael kienu tmienja u erbgħin belt bl-inħawi tagħhom.", "Kull waħda minn dawn l-ibliet kienet belt bl-inħawi tagħha ta' madwarha: hekk kienu dawn l-ibliet kollha.", "Tmiem it-tqassim tal-art", "Meta l-Mulej ta lil Iżrael l-art kollha li kien ħalef li jagħti lil missirijiethom, ħaduha f'idejhom u għammru fiha.", "Il-Mulej serraħhom minn kullimkien, skont ma kien ħalef lil missirijiethom, u ħadd mill-għedewwa kollha tagħhom ma kien waqfilhom; il-Mulej telaq lill-għedewwa kollha tagħhom f'idejhom.", "Ebda kelma ta' ġid ma kien baqa' li ma seħħitx skont ma kien wiegħed il-Mulej lid-dar ta' Iżrael.", "Kollox seħħ!"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JOS.22", "bookref": "JOS.22", "text": ["It-tribù tal-Lvant lura f'arthom", "Imbagħad Ġożwè sejjaħ lir-Rubenin u lill-Gadin u lin-nofs it-tribù ta' Manassi.", "U qalilhom: \"Intom ħaristu kulma ordnalkom Mosè, il-qaddej tal-Mulej, u smajtu kliemi f'kulma ordnajtilkom.", "Ma ħallejtux lil ħutkom f'dan iż-żmien kollu sal-lum, u ħaristu bir-reqqa kulma ordnalkom Alla tagħkom, il-Mulej.", "Issa li l-Mulej, Alla tagħkom, ta l-mistrieħ lil ħutkom bħalma kien wegħedhom, dawru wiċċkom u morru lejn it-tined tagħkom fl-art tal-wirt tagħkom li takom Mosè, il-qaddej tal-Mulej, in-naħa l-oħra tal-Ġordan.", "Biss qisu sewwa li tagħmlu l-ordnijiet u l-liġijiet li ordnalkom Mosè, il-qaddej tal-Mulej; li tħobbu l-Mulej, Alla tagħkom, u li timxu fit-toroq kollha tiegħu, u li tħarsu l-ordnijiet tiegħu, u li tintrabtu miegħu, u taqduh b'qalbkom kollha u b'ruħkom kollha.\"", "U Ġożwè berikhom u bagħathom; u huma telqu lejn it-tined tagħhom.", "Lil nofs it-tribù ta' Manassi Mosè tahom sehem f'Basan, lin-nofs l-ieħor Ġożwè tahom sehem ma' ħuthom in-naħa l-oħra tal-Ġordan lejn il-Punent.", "Hu u jibgħathom lejn it-tined tagħhom Ġożwè ssokta jberikhom u jgħidilhom: \"Erġgħu lura lejn it-tined tagħkom mimlijin bil-ġid u b'imrieħel kbar, b'fidda, b'deheb, bi bronż, u b'ħadid, b'ilbiesi bil-kotra; aqsmu l-priża tal-għedewwa tagħkom ma' ħutkom.\"", "U reġgħu lura u telqu wlied Ruben, u wlied Gad u nofs it-tribù ta' Manassi mingħand ulied Iżrael, minn Silo, li hi f'art Kangħan, biex imorru fl-art ta' Gilgħad, li hi sehemhom u ħaduhom skont ma kien qal il-Mulej permezz ta' Mosè.", "Kif waslu fl-inħawi tal-Ġordan fl-art ta' Kangħan, bnew hemm ulied Ruben, u wlied Gad u nofs it-tribù ta' Manassi, artal ħdejn il-Ġordan, artal kbir li jidher.", "U semgħu wlied Iżrael min jgħid: \"Araw, ulied Ruben, ulied Gad u nofs it-tribù ta' Manassi, bnew artal biswit art Kangħan fl-inħawi tal-Ġordan, in-naħa ta' wlied Iżrael.\"", "U semgħu wlied Iżrael u nġemgħet il-kotra kollha ta' wlied Iżrael f'Silo, biex jitilgħu jaħbtu għalihom.", "U wlied Iżrael bagħtu għandu wlied Ruben u wlied Gad u nofs it-tribù ta' Manassi fl-art ta' Gilgħad, lil Fineħas bin Elgħażar il-qassis; u miegħu għaxar prinċpijiet, prinċep għal kull tribù ta' Iżrael, kull wieħed kap tal-familja tiegħu fil-qtajja' ta' Iżrael.", "U ġew għand ulied Ruben u wlied Gad u nofs it-tribù ta' Manassi fl-art ta' Gilgħad, u kellmuhom u qalulhom: \"Dan hu li tgħidilkom il-ġemgħa kollha tal-Mulej: 'X'ħażen hu dan li għamiltu lil Alla ta' Iżrael, li warrabtu llum minn wara l-Mulej, bnejtu għalikom artal, u xxewwixtu llum kontra l-Mulej?", "Forsi kienet ħaġa żgħira għalina d-dnub ta' Pegħor li minnu għadna ma ssaffejniex sal-lum, minkejja l-qerda li waqgħet fuq il-poplu tal-Mulej, biex issa intom terġgħu twarrbu minn wara l-Mulej?", "Jekk intom illum terġgħu lura minn wara l-Mulej u tqumu llum kontra l-Mulej, għada jinkorla għall-ġemgħa kollha ta' Iżrael.", "Jekk sehemkom hi art imniġġsa, aqsmu għall-art li hi tal-Mulej fejn hemm it-tabernaklu tal-Mulej, u għammru fostna; imma tqumux kontra l-Mulej, u tqumux kontra tagħna u tibnu għalikom artal barra mill-artal tal-Mulej, Alla tagħna.", "Ma naqasx forsi Għakan bin Żeraħ fil-ħwejjeġ tal-interdett?", "Ma xegħlitx il-qilla tal-Mulej għal Iżrael kollu?", "U ma kienx waħdu li miet għal ħtijietu .' \"", "U wlied Ruben u wlied Gad u nofs it-tribù ta' Manassi wieġbu lill-prinċpijiet tal-eluf ta' Iżrael: \"Alla fuq l-allat il-Mulej !", "Alla fuq l-allat il-Mulej!", "Hu jaf, u Iżrael jaf ukoll: jekk dan għamilnieh illum b'tixwix jew b'nuqqas lejn il-Mulej, la taħfirhilniex illum, li aħna morna nibnu artal għalina biex inwarrbu minn wara l-Mulej!", "Ħa jħallasna l-Mulej innifsu jekk aħna għamilnieh biex noffru s-sagrifiċċju tal-ħruq, u offerti tal-qmuħ u nagħmlu fuqu s-sagrifiċċji tas-sliem.", "Aħna għamilnieh għax bżajna u għedna: Għada għad jistaqsu wliedkom lil uliedna u jgħidulhom: 'X'għandkom x'taqsmu mal-Mulej ta' Iżrael intom?", "Il-Mulej għamel il-Ġordan fruntiera bejnna u bejnkom, ulied Ruben u wlied Gad: intom ma għandkomx sehem fil-Mulej' u hekk ibiegħdu wliedkom lil uliedna mill-biża' tal-Mulej'.", "Għalhekk għedna: 'Ħa nagħmlu għalina u nibnu artal, mhux għas-sagrifiċċji tal-ħruq u l-vittmi imma bħala xhieda bejnna u bejnkom, u bejn in-nisel tagħna u n-nisel tagħkom, li jiġi warajna, li aħna nqimu sewwa lill-Mulej fil-preżenza tiegħu bis-sagrifiċċji tal-ħruq tagħna, bil-vittmi tas-sliem, u ma jgħidux għada wliedkom lil uliedna: 'Ma għandkomx sehem fil-Mulej'.", "Għalhekk għedna: 'Jekk għada jistaqsu lilna jew lil nisilna ngħidulhom: Araw il-mudell tal-artal tal-Mulej li għamlu missirijietna, mhux għas-sagrifiċċji tal-ħruq jew għall-vittmi, imma b'xhieda bejnna u bejnkom .'", "Ma jkun qatt minna li nqumu kontra l-Mulej, u nwarrbu minn wara l-Mulej u nibnu artal għas-sagrifiċċji tal-ħruq, għall-offerti tal-qmuħ u għall-vittmi, barra mill-artal tal-Mulej, Alla tagħna, li hemm quddiem it-tabernaklu tiegħu.\"", "Fineħas il-qassis, u l-prinċpijiet tal-ġemgħa, u l-kapijiet tal-eluf ta' Iżrael li kienu miegħu, semgħu l-kliem li qalu wlied Ruben u wlied Gad u wlied Manassi, u għoġobhom.", "U Fineħas bin Elgħażar wieġeb lil ulied Ruben u wlied Gad u wlied Manassi: \"Illum għarafna li l-Mulej huwa fostna għaliex intom ma qomtux kontra l-Mulej b'dan li għamiltu.", "Issa intom ħlistu lil ulied Iżrael minn id il-Mulej.\"", "U Fineħas bin Elgħażar il-qassis, u l-prinċpijiet, reġgħu lura mingħand ulied Ruben u wlied Gad mill-art ta' Gilgħad għall-art ta' Kangħan għand ulied Iżrael u tawhom l-aħbar.", "U wlied Iżrael għoġbithom din il-ħaġa u bierku lil Alla wlied Iżrael; u ma baqgħux jgħidu li jridu jitilgħu jaħbtu għalihom, u jħarbtu l-art li fiha jgħammru wlied Ruben u wlied Gad.", "U wlied Ruben u wlied Gad semmew l-artal Għed, xhieda, għaliex qalu: \"Xhieda hu bejnietna li l-Mulej hu Alla.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JOS.23", "bookref": "JOS.23", "text": ["L-aħħar ordnijiet ta' Ġożwè", "U ġara li kien għadda ħafna żmien minn mindu l-Mulej kien ta l-mistrieħ lil Iżrael mill-għedewwa kollha tagħhom ta' madwarhom, u Ġożwè kien xiħ u mdaħħal fiż-żmien meta sejjaħ lil Iżrael kollu, lix-xjuħ tiegħu, u 'l-kapijiet u lill-imħallfin u 'l-uffiċjali tiegħu u qalilhom: \"Arawni, jien xiħ imdaħħal fiż-żmien.", "Intom rajtu kulma għamel quddiemkom lil dawn il-ġnus kollha l-Mulej, Alla tagħkom; għax il-Mulej, Alla tagħkom, hu li kien jitqabad għalikom.", "Araw, jien qassamtilkom b'wirt lit-tribujiet tagħkom dawn il-ġnus li għad fadal minn dawk li jien qridt, mill-Ġordan sal-Baħar il-Kbir, in-naħa ta' nżul ix-xemx.", "U l-Mulej, Alla tagħkom, għad jaqlagħhom u jkeċċihom minn quddiemkom, u intom tirtu arthom bħalma l-Mulej, Alla tagħkom, wegħedkom.", "Għalhekk agħmlu ħilitkom kollha biex tħarsu kulma hu miktub fil-ktieb tal-liġi ta' Mosè, mingħajr ma tilwu lejn ix-xellug jew lejn il-lemin, bla ma titħalltu ma' dawn il-ġnus li għad baqa' magħkom.", "La ssemmux isem allathom, u la taħilfux bihom, la taqduhomx, u la tadurawhomx.", "Iżda ngħaqdu mal-Mulej, Alla tagħkom, bħalma għamiltu sa issa.", "U l-Mulej keċċa minn quddiemkom ġnus kbar u qawwija, u intom ma waqfilkom ħadd sal-lum.", "Għalhekk wieħed minnkom jagħmel għal wara elf, għaliex il-Mulej, Alla tagħkom, hu li jitqabad għalikom, bħalma wegħedkom.", "Ħarsu sewwa lilkom infuskom li tħobbu lill-Mulej, Alla tagħkom.", "Jekk intom terġgħu lura, u tingħaqdu mal-fdal ta' dawn il-ġnus li għad fadal magħkom, tiżżewġu u titħalltu magħhom u huma magħkom, kunu afu li l-Mulej, Alla tagħkom, ma jibqax aktar ikeċċi dawn il-ġnus minn quddiemkom, u jkunu għalikom xibka u tfixkil, frosta għal ġenbejkom u xewk f'għajnejkom, sakemm jeqirdukom minn din l-art tajba li takom il-Mulej, Alla tagħkom.", "Arawni issa, jien illum se naqbad it-triq tal-bnedmin kollha tal-art.", "Kunu afu b'qalbkom kollha u b'ruħkom kollha li ebda waħda mill-wegħdiet ta' ġid li għamlilkom il-Mulej, Alla tagħkom, ma naqset.", "Kollha seħħewlkom, ebda waħda minnhom ma marret fix-xejn!", "Imma bħalma seħħewlkom il-wegħdiet kollha ta' ġid li l-Mulej, Alla tagħkom, kien għamlilkom, hekk il-Mulej, Alla tagħkom, iġib fuqkom id-deni kollu li wegħedkom sakemm jeqridkom minn din l-art tajba li takom il-Mulej, Alla tagħkom.", "Jekk intom tiksru l-patt tal-Mulej, Alla tagħkom, li ordnalkom, u tmorru taqdu allat oħra u tqimuhom, tixgħel il-qilla tal-Mulej għalikom u jeqridkom minnufih minn wiċċ l-art tajba li takom.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JOS.24", "bookref": "JOS.24", "text": ["It-tiġdid tal-patt f'Sikem", "Ġożwè ġema' t-tribujiet kollha ta' Iżrael f'Sikem u sejjaħ lix-xjuħ, lill-kapijiet, lill-imħallfin, lill-uffiċjali u resqu quddiem Alla.", "U Ġożwè qal lill-poplu kollu: \"Dan qal il-Mulej Alla ta' Iżrael: 'Missirijietkom, Teraħ missier Abraham u missier Naħor, sa minn żmien il-qedem kienu jgħammru n-naħa l-oħra tax-xmara u jaqdu allat oħra.", "Jien ħadt lil missierkom Abraham min-naħa l-oħra tax-xmara u għaddejtu mill-art kollha ta' Kangħan u kattartlu nislu, u tajtu lil Iżakk.", "Lil Iżakk tajtu 'l Ġakobb u 'l Għesaw; u lil Għesaw tajtu l-muntanja ta' Xegħir biex tkun tiegħu; u Ġakobb u wliedu niżlu l-Eġittu.", "U bgħatt lil Mosè u lil Aron u drabt lill-Eġittu b'kulma għamiltlu f'nofsu, u mbagħad ħriġtkom minn hemm, u ħriġt lil missirijietkom mill-Eġittu, u wassaltkom sa ħdejn il-baħar, u l-Eġizzjani għamlu għal wara missirijietkom bil-karrijiet u ż-żwiemel sal-Baħar tal-Qasab.", "U għajtu lill-Mulej, u l-Mulej tafa' dlam bejnkom u bejn l-Eġizzjani, u ġibt fuqhom il-baħar li għattiehom.", "Rajtu b'għajnejkom x'għamilt fl-Eġittu.", "Imbagħad intom domtu żmien twil fid-deżert.", "Wassaltkom fl-art tal-Amurrin, li kienu jgħixu n-naħa l-oħra tal-Ġordan, u dawn ħabtu għalikom, u jien erħejthom f'idejkom u writtu arthom, u jiena qridthom minn quddiemkom.", "Qam Balak bin Siffur, sultan ta' Mowab, u ħabat għal Iżrael, u bagħat isejjaħ lil Bagħlam bin Begħor biex jisħetkom.", "Imma jien ma ridtx nisma' lil Bagħlam u kellu jberikkom u ħlistkom minn idejh.", "U intom qsamtu l-Ġordan u ġejtu sa Ġeriko, u ħabtu għalikom in-nies ta' Ġeriko, l-Amurrin, il-Periżżin, il-Kangħanin, il-Ħittin, il-Girgasin, il-Ħiwwin u l-Ġebusin, u rħejthom f'idejkom.", "U bgħatt quddiemkom iż-żnażan, u dawn, u mhux ix-xabla jew il-qaws tiegħek, keċċewhom minn quddiemkom, lilhom u ż-żewġ slaten tal-Amurrin.", "U tajtkom art li qatt ma ħdimtu, u bliet li qatt ma bnejtu, u għammartu fihom; kiltu mill-oqsma tad-dwieli u taż-żebbuġ li intom ma ħawwiltux.'", "Għalhekk issa ibżgħu mill-Mulej, u aqduh bir-reqqa u l-fedeltà; warrbu l-allat li missirijietkom qdew lil hemm mix-xmara u fl-Eġittu, u aqdu l-Mulej.", "U jekk ma jogħġobkomx taqdu l-Mulej, għażlu llum lil min tridu taqdu; jekk hux l-allat li kienu jaqdu missirijietkom lil hemm mix-xmara, jew l-allat tal-Amurrin li f'arthom qegħdin tgħammru.", "Imma jien u dari naqdu l-Mulej.\"", "U l-poplu kollu wieġeb u qal: \"Ma jkun qatt li aħna nħallu l-Mulej biex naqdu allat oħra.", "Għax kien il-Mulej, Alla tagħna, li talla' lilna u 'l missirijietna mill-art tal-Eġittu, minn dar il-jasar, u li għamel quddiemna stess dawn il-ħwejjeġ kbar, u ħarisna matul it-triq kollha li minnha għaddejna u fost il-popli li minn ġo nofshom qsamna.", "U l-Mulej keċċa minn quddiemna l-popli kollha u l-Amurrin li kienu jgħammru fl-art.", "Għalhekk aħna wkoll lill-Mulej naqdu, għaliex hu Alla tagħna.\"", "U Ġożwè wieġeb lill-poplu: \"Intom ma tifilħux taqdu l-Mulej, għaliex hu Alla qaddis, Alla għajjur; huwa ma jaħfrilkomx dnubietkom u ħtijietkom, għax jekk intom titilqu l-Mulej biex taqdu allat barranin, hu jdur kontra tagħkom, jaħqarkom u jeqridkom, wara li jkun għamlilkom il-ġid.\"", "U l-poplu wieġeb lil Ġożwè: \"Le!", "Għax aħna l-Mulej se naqdu.\"", "Ġożwè wieġeb lill-poplu: \"Kunu xhieda intom għalikom infuskom, li intom għażiltu l-Mulej biex taqdu lilu.\"", "U huma wieġbu: \"Nixhdu aħna.\"", "\"Mela issa neħħu l-allat barranin li hemm f'nofskom, u dawru qalbkom lejn il-Mulej, Alla ta' Iżrael.\"", "U l-poplu wieġeb lil Ġożwè: \"Lill-Mulej, Alla tagħna, naqdu, u leħnu nisimgħu.\"", "Hekk Ġożwè dak in-nhar għamel patt mal-poplu, u tah il-liġijiet u l-ordnijiet f'Sikem.", "Ġożwè kiteb dan il-kliem kollu fil-ktieb tal-liġi ta' Alla, u ħa ġebla kbira, u waqqafha hemm taħt il-balluta li hemm fis-santwarju tal-Mulej.", "U Ġożwè qal lill-poplu kollu: \"Araw!", "Din il-ġebla tkun għalina xhieda, għax hi semgħet il-kliem kollu tal-Mulej li qalilna u tkun għalikom xhieda li ma tiċħdux lil Alla tagħkom.\"", "U Ġożwè bagħat lill-poplu, lil kulħadd fl-art tiegħu.", "Il-mewt ta' Ġożwè", "Wara dawn il-ġrajja miet Ġożwè bin Nun, qaddej tal-Mulej, fl-għomor ta' mija u għaxar snin.", "U difnuh fl-art li kienet messitu f'Timnat-seraħ, fl-għoljiet ta' Efrajm, fuq it-Tramuntana tal-muntanja Ġagħas.", "Iżrael qeda lill-Mulej il-jiem kollha ta' Ġożwè, u l-jiem kollha tax-xjuħ li baqgħu ħajjin wara Ġożwè, u li kienu jafu bl-opri kollha tal-Mulej, li kien għamel ma' Iżrael.", "U l-għadam ta' Ġużeppi li wlied Iżrael kienu tellgħu mill-Eġittu difnuh f'Sikem fil-biċċa art li kien xtara Ġakobb mingħand ulied Ħamor, missier Sikem, b'mitt biċċa flus, u din baqgħet proprjetà ta' Ġużeppi.", "U Elgħażar bin Aron miet, u difnuh f'Gibgħa ta' Fineħas ibnu, li kienet ingħatat lilu fil-muntanji ta' Efrajm."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JDG.intro", "bookref": "JDG.intro", "text": ["IL-KTIEB TAL-IMĦALLFIN", "Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb", "Il-ktieb tal-Imħallfin jirrakkontalna li l-Iżraelin ċaħdu lil Alla kemm-il darba u daru lejn l-idoli.", "Kull darba li għamlu hekk, il-Mulej ikkastigahom billi ħalla lil ġnus oħra jattakkawhom u jegħlbuhom.", "Meta kienu jħossuhom imgħaffġa, kienu jerġgħu jduru lejn Alla u jitolbuh l-għajnuna.", "Il-Mulej kien jagħżel nies minn fosthom, irġiel jew nisa, u jaħtarhom mexxejja, imsejħin Imħallfin.", "Sakemm kellhom l-Imħallfin, l-Iżraelin kienu jgħixu fil-kwiet u skont il-Liġi ta' Mosè.", "Iżda mal-mewt tal-Imħallef, spiss kienu jerġgħu jaqgħu fid-diżubbidjenza lejn Alla.", "Hekk kienet għaddejja l-ħajja ta' Ulied Iżrael.", "Xi wħud mill-Imħallfin kienu jmexxu l-ġens kollu, imma ġeneralment l-imħallef kien jieħu ħsieb u jmexxi xi ftit tribujiet.", "Tajjeb li nsemmu li f'dak iż-żmien, l-Iżraelin ma kinux iħarsu lejhom infushom bħala nazzjon sħiħ.", "Kienu numru ta' tribujiet, magħżulin mill-popli l-oħra minħabba l-Patt.", "Huma kellhom jidraw jaduraw Alla wieħed li kien għażilhom minn fost popli oħra.", "Kienet id-drawwa normali f'dawk iż-żminijiet li kull individwu jew tribù jkollu l-allat differenti tiegħu.", "Kull darba li nfirdu minn Alla, Hu kien jikkastigahom.", "Imbagħad, permezz ta' messaġġi ta' tama u ħniena, jgħinhom iduru lura lejh u jaħfrilhom.", "Il-ktieb jirrakkonta wkoll dwar xi ġlied u inkwiet bejn it-tribujiet differenti.", "F'dak iż-żmien ma kienx hemm sultan f'Iżrael, u kulħadd kien jagħmel li jogħġbu ( , ).", "It-taqsim tal-ktieb", "Dak li ġara sal-mewt ta' Ġożwè ( , — , )", "L-Imħallfin ta' Iżrael ( , — , )", "Ġrajjiet diversi ( , — , )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JDG.1", "bookref": "JDG.1", "text": ["Il-poplu ta' Iżrael fl-Art Imwiegħda: fin-Nofsinhar ta' Kangħan", "Ġara li wara l-mewt ta' Ġożwè wlied Iżrael ikkonsultaw lill-Mulej u staqsewh: \"Min minna se jitla' l-ewwel biex jitqabad mal-Kangħanin?\"", "U l-Mulej wieġeb: \"Ħa jitla' Ġuda.", "Araw, jiena rħejt l-art f'idejh.\"", "U Ġuda qal lil Simgħon ħuh: \"Itla' miegħi fl-art li messitni biex nitqabdu mal-Kangħanin, u mbagħad jien niġi miegħek fl-art li messitek.\"", "U Simgħon mar miegħu.", "U Ġuda tala' għalihom, u l-Mulej reħa f'idejh il-Kangħanin u l-Periżżin; f'Beżek qerdu għaxart elef ruħ.", "U ltaqgħu ma' Adonibeżek f'Beżek, u ħabtu għalih u darbu l-Kangħanin u l-Periżżin.", "Adonibeżek ħarab, imma għamlu għal warajh u qabduh, u qatgħulu s-swaba' l-kbar ta' idejh u saqajh.", "U Adonibeżek qal: \"Sebgħin sultan, bis-swaba' l-kbar ta' idejhom u saqajhom maqtugħa, kienu jlaqqtu l-loqom taħt il-mejda tiegħi.", "Bħalma għamilt jien, hekk raddli Alla!\"", "Ħaduh Ġerusalemm u miet hemm.", "Ulied Ġuda ħabtu għal Ġerusalemm, u rebħuha u għaddewha minn xifer ix-xabla, u l-belt tawha n-nar.", "Imbagħad niżlu wlied Ġuda jitqabdu mal-Kangħanin li kienu jgħammru fil-muntanji, fin-Negeb u fis-Sefela.", "U Ġuda mar jeħodha mal-Kangħanin li kienu jgħammru f'Ħebron - Ħebron qabel kien jisimha Kirjat-arba - u qatlu lil Sesaj u 'l Aħiman u lil Talmaj.", "U minn hemm mar għan-nies ta' Debir - Debir qabel kien jisimha Kirjat-sefer.", "U Kaleb qal: \"Min jaħbat għal Kirjat-sefer u jeħodha nagħtih lil binti Għaksa b'martu.\"", "U ħadha Għotnijel bin Kenaż, ħu Kaleb, li kien iżgħar minnu; u dan tah lil bintu Għaksa b'martu.", "Hi u sejra ġagħlitu jitlob għalqa lil missierha; qabżet minn fuq il-ħmar u Kaleb staqsieha: \"Xi ġralek?\"", "U hi wieġbet: \"Agħtini xi rigal, għax art fin-Negeb kulma tajtni.", "Agħtini għallinqas għejun tal-ilma.\"", "U Kaleb taha l-għejun ta' fuq u l-għejun ta' isfel.", "Ulied il-Keni, ħaten Mosè, telgħu minn belt it-tamar ma' wlied Ġuda lejn id-deżert ta' Ġuda fin-Negeb ta' Għarad, u għammru hemm ma' dak il-poplu.", "U Ġuda telaq ma' Simgħon, ħuh, qatlu l-Kangħanin li kienu jgħammru f'Sefat u qerduha, u semmew il-belt Ħorma.", "Ġuda ħa wkoll lil Gaża bl-inħawi tagħha, u lil Askalon bl-inħawi tagħha, u 'l Għekron bl-inħawi tagħha.", "U l-Mulej kien ma' Ġuda u ħadu l-muntanji, imma ma setgħux ikeċċu n-nies li kienu jgħammru fil-wita għax kellhom il-karrijiet tal-ħadid.", "U ta Ħebron lil Kaleb bħalma kien ordna Mosè, u keċċa minn hemm it-tliet ulied ta' Għanak.", "Ulied Benjamin ma rnexxilhomx ikeċċu lill-Ġebusin minn Ġerusalemm, u l-Ġebusin għadhom f'Ġerusalemm flimkien ma' wlied Benjamin sal-lum.", "F'nofs Kangħan", "Id-dar ta' Ġużeppi telgħet, u ħabtu għal Betel, u l-Mulej kien magħhom.", "Dar Ġużeppi bagħtu jitkixxfu dwar Betel - din il-belt kien jisimha Luż.", "L-ispjuni raw raġel ħiereġ mill-belt, u qalulu: \"Urina mnejn tidħol fil-belt, u nimxu tajjeb miegħek.\"", "U wriehom id-dħul tal-belt, u għaddewha minn xifer ix-xabla, u r-raġel u 'l niesu telquhom ilkoll.", "U dak ir-raġel mar fl-art tal-Ħittin, u bena belt u semmieha Luż; u dan għadu isimha sal-lum.", "Manassi ma rnexxilux ikeċċi 'l barra n-nies ta' Betsan u l-irħula tagħha, ta' Tagħnak u l-irħula tagħha, u lanqas in-nies ta' Dor u l-irħula tagħha, in-nies ta' Iblegħam u l-irħula tagħha, u n-nies ta' Megiddu u l-irħula tagħha; u l-Kangħanin riedu bilfors jibqgħu jgħammru f'din l-art.", "Meta mbagħad Iżrael issaħħaħ, ġagħlu l-Kangħanin jaħdmulhom bilfors, iżda ma rnexxilhomx ikeċċuhom għalkollox.", "U Efrajm ma rnexxilux jaqla' 'l barra l-Kangħanin li kienu jgħammru f'Geżer, u l-Kangħanin baqgħu jgħammru magħhom f'Geżer.", "Fit-Tramuntana ta' Kangħan", "Żebulun ma qalax 'il barra n-nies ta' Kitron u 'l dawk li jgħammru f'Naħalol, u l-Kangħanin baqgħu jgħammru magħhom, imma kienu mġagħla jaħdmu bilfors.", "Aser ma rnexxilux ikeċċi 'l barra n-nies ta' Għakku u anqas in-nies ta' Sidon u Aħlab, u Akżib, u Ħelba, u Afik u Reħob.", "U l-Aserin baqgħu jgħammru f'nofs il-Kangħanin, li kienu f'dik l-art, għax ma keċċewhomx.", "Naftali ma rnexxilux ikeċċi 'l barra n-nies ta' Betxemex u n-nies ta' Bet-għanat, u baqa' jgħammar f'nofs il-Kangħanin li kienu jgħammru f'dik l-art.", "Imma n-nies ta' Betxemex u n-nies ta' Bet-għanat kienu jaħdmulhom bilfors.", "L-Amurrin għalqu lil ulied Dan fuq il-muntanji għax ma ħallewhomx jinżlu fil-wita.", "L-Amurrin baqgħu jgħammru fuq il-muntanja Ħeres, f'Ajjalon u f'Sagħalbim; imma meta ssaħħet il-qawwa tat-tribù ta' Ġużeppi ġagħluhom jaħdmulhom bilfors.", "L-art tal-Amurrin kienet tibda mit-telgħa ta' Akrabbim 'il fuq minn Sela."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JDG.2", "bookref": "JDG.2", "text": ["L-oraklu f'Bokim", "U l-Anġlu tal-Mulej tala' minn Gilgal għal Bokim u qal: \"Jien tellajtkom mill-Eġittu, u wassaltkom fl-art li kont wegħedt lil missirijietkom, u għedt: 'Ma nħassar qatt il-patt li għamilt magħkom, u intom min-naħa tagħkom ma tagħmlu ebda patt man-nies ta' din l-art u għandkom tkissru l-artali tagħhom.'", "Imma intom ma smajtux minn kliemi, u araw x'għamiltu!", "U issa ngħidilkom: 'Ma nkeċċihomx minn quddiemkom, u jibqgħu ma' ġniebkom u allathom ikunulkom ta' xibka.'", "\" U ġara li malli l-Anġlu tal-Mulej temm jgħid dan il-kliem lil ulied Iżrael kollu, il-poplu għolla leħnu u bdew jibku.", "U semmew dak il-post Bokim u hemm offrew sagrifiċċju lill-Mulej.", "L-infedeltà tal-poplu ta' Iżrael", "Ġożwè bagħat il-poplu f'daru u wlied Iżrael marru, kulħadd fl-art li messitu biex jeħodha f'idejh.", "U l-poplu serva lill-Mulej il-jiem kollha ta' Ġożwè u l-jiem kollha tax-xjuħ li baqgħu ħajjin wara Ġożwè, u li kienu raw kulma kien għamel il-Mulej, l-opri kbar kollha li għamel għal Iżrael.", "U miet Ġożwè bin Nun, il-qaddej tal-Mulej, fl-għomor ta' mija u għaxar snin.", "U difnuh fl-art li messitu f'Timnat-ħeres, fil-muntanji ta' Efrajm, fuq it-Tramuntana tal-muntanja Ġagħas.", "U dik il-ġenerazzjoni kollha nġabru ma' missirijiethom; u mbagħad telgħet ġenerazzjoni oħra warajhom, li ma kinitx taf il-Mulej u anqas x'għamel il-Mulej għal Iżrael.", "U wlied Iżrael għamlu l-ħażin f'għajnejn il-Mulej u servew lill-allat Bagħalim.", "Telqu l-Mulej, Alla ta' missirijiethom, li ħariġhom mill-art tal-Eġittu, u marru wara allat oħra minn fost l-allat tal-ġnus ta' madwarhom, u bdew jadurawhom; u inkurlaw lill-Mulej.", "U telqu lill-Mulej u servew lil Bagħal u lil Għastarot .", "U xegħlet il-korla tal-Mulej għal Iżrael, u telaqhom f'idejn il-ħallelin li serquhom, u biegħhom f'idejn l-għedewwa tagħhom ta' madwarhom, hekk li ma setgħux iżjed jieqfu lill-għedewwa tagħhom.", "Kull meta kienu joħorġu għat-taqbid id il-Mulej kienet kontrihom bħalma kien qal il-Mulej, u kif kien ħalfilhom il-Mulej; u kellhom dwejjaq kbar.", "U l-Mulej kien iqajjem l-imħallfin, u dawn kienu jsalvawhom minn id il-ħallelin.", "Imma anqas mill-imħallfin tagħhom ma semgħu; anzi żnew wara allat oħra u adurawhom.", "Malajr warrbu mit-triq li mxew fiha missirijiethom, li semgħu l-liġijiet tal-Mulej, ħaġa li huma ma għamluhiex.", "U kull meta l-Mulej kien iqajmilhom l-imħallfin, il-Mulej kien ikun mal-imħallef u kien isalvahom minn id l-għedewwa tagħhom sakemm kien idum ħaj l-imħallef; għax kien il-Mulej iħenn għall-krib tagħhom minħabba dawk li kienu jaħqruhom u jgħakksuhom.", "Iżda meta kien imut l-imħallef, kienu jerġgħu jitħassru, u jsiru agħar minn missirijiethom, u jmorru wara allat oħra biex jaqduhom u jadurawhom; qatt ma nqatgħu mill-għemejjel ħżiena tagħhom u mill-ebusija ta' rashom.", "U l-korla tal-Mulej xegħlet kontra Iżrael u qal: \"Talli dan il-poplu kiser il-patt tiegħi li ordnajt lil missirijiethom u ma semgħux minn kliemi, jien ma nibqa' nkeċċi lil ħadd iżjed minn quddiemhom, mill-ġnus li ħalla Ġożwè meta miet.", "Bihom jien inġarrab lil Iżrael, u nara jekk iżommux jew le fit-triq tal-Mulej u jimxu fiha, bħalma żammew missirijiethom.\"", "U l-Mulej ħalla lil dawk il-ġnus u ma qeridhomx malajr, u ma telaqhomx f'idejn Ġożwè."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JDG.3", "bookref": "JDG.3", "text": ["U dawn huma l-ġnus li l-Mulej ħalla biex bihom iġarrab lil Iżrael, lil dawk kollha li ma kinux jafu bit-taqbid li kien sar qabel għal Kangħan.", "L-għan tiegħu kien biss li l-ġenerazzjonijiet ta' wlied Iżrael jitgħallmu jitqabdu, għallinqas dawk li qatt ma kienu ġarrbu t-taqbid.", "Dawn kienu: Il-ħames prinċpijiet tal-Filistin , il-Kangħanin kollha, is-Sidonin u l-Ħiwwin, li kienu jgħammru fil-muntanji tal-Libanu mill-muntanja ta' Bagħal-ħermon sad-daħla ta' Ħamat.", "U dan kien biex iġarrab bihom lil Iżrael, u jara jisimgħux l-ordnijiet li l-Mulej kien ordna lil missirijiethom permezz ta' Mosè.", "Hekk ulied Iżrael kienu jgħammru f'nofs il-Kangħanin, il-Ħittin, l-Amurrin, il-Periżżin, il-Ħiwwin u l-Ġebusin.", "U kienu jiżżewġu n-nisa tagħhom, u lil uliedhom subien kienu jżewġulhom il-bniet tagħhom; u kienu jservu l-allat tagħhom.", "L-imħallef Għotnijel", "Ulied Iżrael għamlu l-ħażin f'għajnejn il-Mulej, insew il-Mulej, Alla tagħhom, u marru jservu lill-Bagħalim u x-xbihat tal-Asera.", "Il-Mulej xegħel bil-korla għal Iżrael u biegħhom f'idejn Kusan-risgħatajm, sultan ta' Aram-naħarajm, u wlied Iżrael damu mjassra taħt Kusan-risgħatajm għal tmien snin sħaħ.", "Imbagħad ulied Iżrael għajtu lill-Mulej u l-Mulej qajjem salvatur lil ulied Iżrael, li ħelishom, Għotnijel bin Kenaż, ħu Kaleb, iżgħar minnu.", "U l-ispirtu tal-Mulej kien fuqu, u sar imħallef fuq Iżrael, u ħareġ għall-gwerra, u l-Mulej reħa f'idejh lil Kusan-risgħatajm, sultan ta' Aram.", "Għotnijel kien qawwi wisq għal Kusan-risgħatajm.", "U l-art strieħet għal erbgħin sena; u Għotnijel bin Kenaż miet.", "L-imħallef Eħud", "U wlied Iżrael issuktaw jagħmlu l-ħażin f'għajnejn il-Mulej u l-Mulej saħħaħ lil Għeglon, sultan ta' Mowab, kontra Iżrael għax dawn għamlu l-ħażen f'għajnejn il-Mulej.", "Għeglon ġabar miegħu l-Għammonin u l-Għamalekin, u ħareġ jaħbat għal Iżrael, u ħa f'idejh Belt it-tamar.", "U wlied Iżrael qdew lil Għeglon, sultan ta' Mowab, għal tmintax-il sena.", "U wlied Iżrael għajtu lill-Mulej, u l-Mulej qajmilhom salvatur, lil Eħud bin Gera, raġel xellugi mit-tribù ta' Benjamin.", "U wlied Iżrael bagħtuh bit-tribut f'idu għand Għeglon, sultan ta' Mowab.", "U Eħud għamel sejf b'żewġt ixfar, twil driegħ, u rabtu mal-ħżiem minn taħt il-ħwejjeġ fuq ġenbu tal-lemin.", "U mar joffri t-tribut lil Għeglon, sultan ta' Mowab; u Għeglon kien raġel smin ħafna.", "U ġara li malli temm joffri t-tribut, Eħud bagħat in-nies li kienu jġorruh.", "U hu raġa' lura minn ħdejn l-idoli li hemm ħdejn Gilgal u qallu: \"Għandi kelma moħbija xi ngħidlek, Sultan.\"", "Is-sultan ordna s-skiet u dawk li kienu preżenti ħdejh ħarġu 'l barra.", "Eħud resaq lejh, u hu kien waħdu fl-għorfa friska li kellu fuq, u Eħud qallu: \"Għandi kelma minn Alla għalik,\" u s-sultan qam minn fuq is-siġġu.", "Eħud imbagħad ħareġ idu x-xellugija, silet is-sejf minn ma' ġenbu tal-lemin, u daħħalhulu f'żaqqu.", "U daħal saħansitra l-manku max-xafra, u x-xaħam għalaq fuq ix-xafra, għax ma kienx silet lura s-sejf minn żaqqu u ħmieġu ħareġ barra.", "Imbagħad Eħud ħareġ fis-setaħ, u għalaq il-bieb tal-għorfa ta' fuq, u sakkar warajh.", "U hu ħareġ; u l-qaddejja tas-sultan, meta raw il-bieb tal-għorfa msakkar qalu: \"Għandu mnejn qiegħed jaqdi l-bżonnijiet tiegħu fl-għorfa friska.\"", "U qagħdu jistennew sa ma bdew jitħassbu; u billi hu baqa' ma fetaħx il-bieb tal-għorfa, qabdu l-muftieħ u fetħu, u sabu hemm lil sidhom mixħut mejjet fl-art.", "Eħud laħaq ħarab sakemm huma qagħdu jitħassbu, għadda 'l hemm mill-idoli, u wasal bis-sliema f'Segħira.", "Malli wasal hemm daqq il-kornu minn fuq il-muntanji ta' Efrajm, u wlied Iżrael niżlu flimkien miegħu minn fuq il-muntanji, u hu quddiem nett.", "Hu qalilhom: \"Imxu warajja għax il-Mulej reħa f'idejkom il-Mowabin, l-għedewwa tagħkom.\"", "U niżlu warajh, u ħadu f'idejhom il-mogħdijiet tal-Ġordan lejn Mowab, u ma ħallew lil ħadd jgħaddi.", "U qatlu dakinhar madwar għaxart elef ruħ mill-Mowabin, kollha nies b'saħħithom u ta' ħila, u ebda bniedem ma salva.", "U Mowab dakinhar waqgħet f'idejn Iżrael, u l-art strieħet għal tmenin sena.", "L-imħallef Samgar", "Wara Eħud kien hemm Samgar bin Għanat, u dan darab sitt mitt raġel mill-Filistin b'niggiesa tal-baqar, u hekk ħeles hu wkoll lil Iżrael."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JDG.4", "bookref": "JDG.4", "text": ["Debora u Barak", "Wara li miet Eħud, ulied Iżrael reġgħu għamlu l-ħażen f'għajnejn il-Mulej, u l-Mulej biegħhom f'id Ġabin, sultan ta' Kangħan, li kien isaltan f'Ħasor; u l-kmandant tal-eżerċtu tiegħu kien Sisera, li kien joqgħod f'Ħaroset tal-ġnus.", "U wlied Iżrael għajtu lill-Mulej, għax dan is-sultan kellu disa' mitt karru tal-ħadid, u kien ilu jgħakkes lil ulied Iżrael għal għoxrin sena sħaħ.", "Dik il-ħabta kien hemm Debora, mara profeta u mart Lappidot; kienet imħallef f'Iżrael.", "Kienet toqgħod taħt it-tamra ta' Debora, bejn Rama u Betel, fuq il-muntanji ta' Efrajm, u wlied Iżrael kienu jitilgħu biex tagħmlilhom il-ħaqq bejniethom.", "U bagħtet issejjaħ lil Barak bin Abinogħam, minn Kedes ta' Naftali, u qaltlu: \"Il-Mulej, Alla ta' Iżrael, ta din l-ordni: 'Mur u ħu għaxart elef raġel minn ulied Naftali u minn ulied Żebulun, u erħilha bihom lejn il-muntanja tat-Tabor.", "U jien inġiblek ħdejn il-wied ta' Kison lil Sisera, il-kmandant tal-eżerċtu ta' Ġabin, bil-karrijiet u l-kotra tiegħu, u nerħih f'idejk.'", "\" U Barak weġibha: \"Jekk int tiġi miegħi, jien immur; jekk ma tiġix miegħi, ma mmurx .\"", "U Debora wieġbet: \"Jien niġi miegħek; imma ma jkollokx glorja fit-triq li se taqbad, għaliex b'id ta' mara se jbigħ il-Mulej lil Sisera.\"", "U qamet Debora u marret ma' Barak f'Kedes.", "Barak, imbagħad, ġabar lil Żebulun u lil Naftali f'Kedes u telgħu miegħu għaxart elef raġel, u telgħet ukoll miegħu Debora.", "Ħeber il-Keni kien infired mill-Kenin, minn ulied Ħobab, ħaten Mosè, u waqqaf it-tined tiegħu ħdejn il-Balluta f'Sagħnannin ħdejn Kedes.", "U 'l Sisera wasslulu l-aħbar li Barak bin Abinogħam kien tala' fuq il-muntanja tat-Tabor.", "U Sisera ġabar il-karrijiet kollha tiegħu, disa' mitt karru tal-ħadid, u n-nies kollha li kellu miegħu minn Ħaroset-ħaggojjim sal-wied ta' Kison.", "U Debora qalet lil Barak: \"Qum għax dan hu l-jum li fih il-Mulej reħa f'idejk lil Sisera.", "Il-Mulej se joħroġ quddiemek.\"", "U Barak niżel mill-muntanja tat-Tabor b'għaxart elef raġel warajh.", "U l-Mulej ħarbat lil Sisera, u l-karrijiet tiegħu, u l-kotra kollha għaddiehom minn xifer ix-xabla quddiem Barak.", "U Sisera niżel mill-karru, u ħarab bil-mixi.", "U Barak għamel għal wara l-karrijiet, u wara l-eżerċtu sa Ħaroset-ħaggojjim; u waqa' l-eżerċtu kollu ta' Sisera b'xifer ix-xabla, u anqas wieħed ma baqa' minnhom.", "U Sisera ħarab bil-mixi lejn it-tinda ta' Ġagħel, il-mara ta' Ħeber il-Keni, għax kien hemm il-paċi bejn Ġabin, is-sultan ta' Ħasor, u bejn id-dar ta' Ħeber il-Keni.", "U Ġagħel ħarġet tilqa' lil Sisera u qaltlu: \"Idħol hawn, Sidi, idħol għandi.", "La tibżax.\"", "U daħal għandha fl-għarix, u għattietu b'tapit.", "U hu qalilha: \"Isqini daqsxejn ilma, għax bini l-għatx.\"", "Fetħet żaqq ħalib, u sqietu, u għattietu.", "U hu qalilha: \"Oqgħod fil-bieb tal-għarix, u jekk jiġi xi ħadd, u jistaqsik u jgħidlek jekk hawnx xi ħadd, għidlu: 'Ma hawnx.' \"", "Imbagħad Ġagħel, il-mara ta' Ħeber, ħadet kunjard tat-tined, qabdet martell f'idha, u resqet ħdejh inkiss inkiss, u sammret il-kunjard ġo nagħsu u nifdithulu sal-art.", "U hu kien għajjien u rieqed fil-fond, u baqa' mejjet hemm.", "U hemm hu Barak ġej jiġri wara Sisera.", "Ġagħel ħarġet tilqgħu u qaltlu: \"Ejja, u ara r-raġel li int qiegħed tfittex.\"", "U daħal għandha, u hemm kien Sisera mejjet fl-art, u l-kunjard f'nagħsu.", "U hekk dakinhar Alla ġieb fix-xejn lil Ġabin, sultan ta' Kangħan, quddiem ulied Iżrael.", "U id ulied Iżrael baqgħet dejjem tagħfas fuq Ġabin, sultan ta' Kangħan, sakemm qerdu għalkollox lil Ġabin, sultan ta' Kangħan."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JDG.5", "bookref": "JDG.5", "text": ["L-għanja ta' Debora", "Imbagħad Debora u Barak bin Abinogħam dakinhar għannew din l-għanja:", "Talli l-mexxejja ta' Iżrael,", "bi dlielhom maħlula;", "talli l-poplu minn rajh ta ruħu;", "bierku lil Jaħweh!", "Isimgħu, Slaten!", "agħtu widen, kbarat!", "Jien lil Jaħweh,", "jien ngħanni,", "indoqq lil Jaħweh, Alla ta' Iżrael.", "Jaħweh, int u ħiereġ minn Segħir,", "int u tiela' minn Edom,", "triegħdet l-art,", "u nħallu s-smewwiet,", "tqattar l-ilma mis-sħab,", "theżżu l-iġbla quddiem Jaħweh,", "ġebel Sinaj,", "quddiem Jaħweh, Alla ta' Iżrael.", "Fi żmien Samgar bin Għanat,", "fi żmien Ġagħel,", "waqfu l-karwani,", "u fl-imwarrab terrqu n-nies;", "ħemdu l-irħula f'Iżrael, ħemdu,", "sa ma qomt jien, Debora,", "sa ma qomt jien, omm f'Iżrael!", "Allat ġodda ħatru,", "u ġo bliethom ġiethom il-gwerra.", "Tarka f'Iżrael ma kinitx tidher,", "u lanqas lanza f'erbgħin elf f'Iżrael.", "Minn qalbi ndur lejn il-kbarat ta' Iżrael,", "lejkom li tajtu ruħkom lill-poplu: Bierku lil Jaħweh!", "Intom riekba fuq il-ħmir xehbiena,", "intom mixħuta fuq it-twapet,", "intom miexja fit-triq, għannu lkoll!", "Isma' l-għannejja ħdejn il-bjar,", "hemm itennu r-rebħiet ta' Jaħweh,", "ir-rebħiet tiegħu b'risq Iżrael.", "Sal-bibien niżel il-poplu ta' Jaħweh.", "Stenbaħ!", "Stenbaħ, Debora!", "Stenbaħ!", "Stenbaħ, għanni għanja!", "Qum, Barak, agħżel il-priġunieri,", "bin Abinogħam!", "Imbagħad niżlu l-bqija tan-nobbli,", "il-poplu ta' Jaħweh niżel għalih bil-qawwijin.", "Minn Efrajm niżlu fil-wied,", "warajk fost niesek, Benjamin.", "Minn Makir niżlu l-mexxejja,", "u minn Żebulun in-nies b'ħatar il-kmand;", "u l-kbarat ta' Issakar ma' Debora.", "Issakar żamm sħiħ ma' Barak,", "u lejn il-wied irħielha.", "Fost il-familji ta' Ruben,", "firdiet kbar ta' fehmiet il-qalb.", "Għala bqajt fl-imqawel?", "Għala bqajt tisma' tisfir ir-rgħajja?", "Fost il-familji ta' Ruben,", "firdiet kbar ta' fehmiet il-qalb.", "Gilgħad baqa' 'l hemm mill-Ġordan.", "U int, Dan, għala bqajt 'il bogħod ħdejn l-iġfien?", "Aser qagħad jitlajja fuq xatt il-baħar,", "u ħdejn il-qaliet tiegħu baqa'.", "Żebulun sal-mewt ma jibżax għal ħajtu,", "flimkien ma' Naftali fuq il-wita fil-għoli.", "Ġew is-slaten, u bdew jitqabdu;", "tqabdu mbagħad is-slaten ta' Kangħan,", "f'Tagħnak ħdejn l-ilma ta' Megiddu;", "ebda priża ta' fidda ma ħadu.", "Sa l-kwiekeb tqabdu mis-smewwiet,", "il-kwiekeb minn triqathom tqabdu ma' Sisera.", "Ġarrhom il-wied ta' Kison,", "wied qalbieni, il-wied ta' Kison!", "Agħmel il-ħila, imbotta 'l quddiem, ruħ tiegħi!", "Imbagħad ħabbtu dwiefer iż-żwiemel,", "u lebbtu fuq li lebbtu l-ġerrejja tiegħu.", "Isħtu lil Meroż, għajjat l-anġlu tal-Mulej", "Isħtu, isħtuh lil min jgħammar fih.", "Ma għenux lil Jaħweh,", "ebda għajnuna ma taw lil Jaħweh u l-qalbenin.", "Imbierka fost in-nisa Ġagħel,", "il-mara ta' Ħeber il-Keni,", "fost in-nisa tal-għerejjex imbierka.", "Ilma talabha, u l-ħalib tatu;", "f'bieqja tal-kbarat newlitlu l-baqta.", "Meddet idejha għall-kunjard,", "u lemintha għall-martell tal-ħaddiem.", "Darbet lil Sisera, u r-ras saħqitlu;", "nifditlu nagħsu u saħqithulu.", "F'riġlejha miel, u waqa', u nxteħet fl-art;", "'il fejn miel, hemm waqa', u mejjet baqa'.", "Mit-tieqa xirfet u għajtet,", "Omm Sisera, mit-tieqa mxebbka:", "'X'kien iddawwar ma ġie l-mirkeb tiegħu?", "X'kien mitnikkra l-imriekeb tiegħu?'", "Wieġbet l-egħref fost il-kbarat", "tan-nisa tagħha,", "u hi stess kellha t-tweġiba tagħha:", "'Humiex ifittxu jaqsmu l-priża?", "Lil kull raġel, tfajla jew tnejn;", "priża ta' xaqaq bil-kulur u r-rakkmu,", "żewġ xaqaq bil-kulur u r-rakkmu,", "għal għonq Sisera?'", "Hekk jintemmu l-għedewwa tiegħek, Jaħweh!", "Imma dawk li jħobbuk,", "bħal ħruġ ix-xemx fil-qawwa tagħha!\"", "U hekk il-pajjiż kellu mistrieħ għal erbgħin sena."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JDG.6", "bookref": "JDG.6", "text": ["Il-ħbit tal-Midjanin", "U wlied Iżrael reġgħu għamlu l-ħażen f'għajnejn il-Mulej, u l-Mulej telaqhom f'idejn il-Midjanin għal seba' snin.", "U id Midjan tqalet sewwa fuq Iżrael.", "Minħabba Midjan ulied Iżrael kellhom imorru joqogħdu fil-ħofor fil-muntanji, fl-għerien u l-fortizzi fuq l-għoljiet.", "U kull meta l-Iżraelin kienu jiżirgħu, kienu jitilgħu l-Midjanin u l-Għamalekin u n-nies tal-Lvant u jagħmlu għalihom.", "U jwaqqfu t-tined tagħhom ħdejhom, u jeqirdu l-uċuħ tar-raba' sa ħdejn Gaża, u ma jħallu xejn għall-għajxien ta' Iżrael, u la mrieħel, u la baqar u la ħmir.", "Kienu jiġu bl-imrieħel tagħhom, bit-tined tagħhom kotrana daqs il-ġradijiet, u iġmla bla għadd, u kienu jiġu jħarbtu l-art kollha.", "Iżrael kien mgħakkes sewwa minn Midjan, u wlied Iżrael għajtu lill-Mulej.", "Meta wlied Iżrael għajtu lill-Mulej minħabba Midjan, il-Mulej bagħat wieħed profeta lil ulied Iżrael, u qalilhom: \"Dan hu li jgħid il-Mulej, Alla ta' Iżrael: 'Jiena tellajtkom mill-Eġittu u ħriġtkom minn art il-jasar, u ħlistkom minn idejn l-Eġizzjani, u minn idejn dawk kollha li kienu jaħqrukom, u keċċejthom minn quddiemkom, u tajtkom arthom.", "U għedtilkom: 'Jiena hu l-Mulej, Alla tagħkom.", "La tqimux l-allat tal-Amurrin li intom qegħdin tgħammru f'arthom, imma intom ma smajtux minn kliemi.' \"", "Is-sejħa ta' Gidgħon", "L-anġlu tal-Mulej ġie u qagħad taħt il-balluta li hemm f'Għofra, li hi ta' Ġowas l-Abigħeżri; u ibnu Gidgħon kien qiegħed jidres il-qamħ fil-magħsar biex jeħilsu mill-aktar fis mill-Midjanin.", "U deherlu l-anġlu tal-Mulej u qallu: \"Il-Mulej miegħek, raġel qalbieni!\"", "U Gidgħon qallu: \"Imma għidli, Sidi, jekk il-Mulej magħna għaliex ġralna dan kollu?", "Fejn huma l-opri l-kbar li kienu jgħidulna bihom missirijietna, u qalulna: 'Ma tellagħniex mill-Eġittu l-Mulej?'", "U issa għala l-Mulej telaqna u rħiena f'idejn il-Midjanin?\"", "Il-Mulej dar lejh u qallu: \"Mur u eħles b'din il-qawwa tiegħek lil Iżrael mill-ħakma ta' idejn Midjan.", "M'hux jien bgħattek?\"", "U Gidgħon wieġbu: \"Iddew, Sidi, biex se neħles lil Iżrael?", "Ara, il-familja tiegħi hi l-inqas waħda fit-tribù ta' Manassi, u jien iż-żgħir f'dar missieri.\"", "U l-Mulej wieġbu: \"Jiena nkun miegħek!", "Int tidrob il-Midjanin, bħallikieku kienu raġel wieħed.\"", "U wieġbu: \"Jekk jien sibt ħniena f'għajnejk, agħmilli sinjal li inti qiegħed tkellimni.", "Twarrabx minn hawn sa ma nerġa' niġi ħdejk u nġib l-offerta tiegħi u noffrihielek.\"", "U dak wieġbu: \"Jien noqgħod hawn sa ma tiġi.\"", "U Gidgħon mar u ħejja gidi u ħa efa dqiq u għamilha ftajjar bla ħmira; il-laħam qiegħdu f'qoffa u l-meraq qiegħdu f'borma, u ġibhomlu quddiemu taħt il-balluta.", "U l-anġlu tal-Mulej qallu: \"Ħu l-laħam u l-ftajjar, u qegħedhom fuq din il-blata u sawwab il-meraq.\"", "U hekk għamel.", "Imbagħad l-anġlu tal-Mulej medd tarf il-ħatar, li kellu f'idu, u mess bih il-laħam u l-ftajjar, u ħareġ in-nar mill-blata, u ħaraq il-laħam u l-ftajjar, u l-anġlu tal-Mulej għab minn quddiemu.", "U Gidgħon ra li kien l-anġlu tal-Mulej u qal: \"Ah, Sidi Mulej!", "Rajt jien l-anġlu tal-Mulej wiċċ imb wiċċ.\"", "U l-Mulej qallu: \"Sliem għalik, la tibżax!", "M'intix se tmut.\"", "Gidgħon imbagħad bena artal lill-Mulej u sejjaħlu: 'Jaħweh - sliem.'", "Għadu hemm sal-lum f'Għofra tal-Abigħeżrin.", "U ġara li dak il-lejl qallu l-Mulej: \"Ħu għoġol milli għandu missierek, it-tieni għoġol ta' seba' snin, u ħott l-artal ta' Bagħal, li għandu missierek, u qaċċat ix-xbieha tal-Asera ta' ħdejh.", "U ibni artal kif għandu jkun lill-Mulej, Alla tiegħek, fuq ras din l-għolja, u mbagħad tieħu t-tieni għoġol, u toffrih maħruq bil-ħatab tal-Asera li tkun qaċċatt.\"", "Gidgħon ħa għaxart irġiel mill-qaddejja tiegħu, u għamel kif qallu l-Mulej.", "Iżda billi beża' minn dar missieru u n-nies tal-belt jagħmel dan binhar, għamlu billejl.", "Kif qamu filgħodu n-nies tal-belt sabu l-artal ta' Bagħal imġarraf u l-Asera ta' ħdejh imqaċċta, u t-tieni għoġol issagrifikat fuq l-artal li kien bena.", "U bdew jgħidu wieħed lil ieħor: \"Min għamel dan?\"", "U staqsew, u fittxew, u qalu: \"Gidgħon bin Ġowas għamel dan.\"", "U n-nies tal-belt qalu lil Ġowas: \"Oħroġ lil ibnek ħa noqtluh, talli ġarraf l-artal ta' Bagħal u qaċċat l-Asera li kienet ħdejh.\"", "U Ġowas wieġeb lil dawk li kienu preżenti madwaru: \"Tridu intom taqbżu għal Bagħal?", "Intom se tgħinuh?", "Min jaqbeż għalih, sa filgħodu jkun mejjet.", "Jekk Bagħal hu alla tassew, jiddefendi ruħu hu, talli ġarrfulu l-artal tiegħu.\"", "U dakinhar semmew lil Gidgħon, Ġerub-bagħal', jiġifieri 'ħa jeħodha kontrih Bagħal', għax kien ġarraf l-artal ta' Bagħal.", "L-invażjoni tal-Midjanin", "Il-Midjanin ilkoll u l-Għamalekin u n-nies tal-Lvant inġabru, u ngħaqdu flimkien, u qasmu l-Ġordan, u waqqfu l-kamp fil-wita ta' Ġisragħel.", "U l-ispirtu tal-Mulej ħataf lil Gidgħon, u dan daqq it-tromba, u nġemgħu l-Abigħeżrin għal warajh.", "Bagħat ukoll messaġġiera għand Manassi, u dawn inġabru wkoll għal warajh; u messaġġiera oħra għand Aser u Żebulun u Naftali, u telgħu għal magħhom.", "U Gidgħon qal lil Alla: \"Jekk inti se ssalva lil Iżrael permezz tiegħi kif għedtli, arani, jien se nqiegħed din il-ġeżża suf fuq l-andar, jekk in-nida taqa' fuqha weħidha, u l-art tibqa' niexfa madwarha, jien inkun naf li int se teħles lil Iżrael permezz tiegħi kif għedtli.\"", "U hekk ġara.", "L-għada bakkar, u għasar il-ġeżża, u ħarġet minnha daqs bieqja nida.", "U Gidgħon qal lil Alla: \"La tisħonx għalija!", "Ħa nitkellem u nġarrbek darba oħra biss: Ħa jkun hemm l-inxief fuq il-ġeżża weħidha u n-nida fuq l-art.\"", "U Alla għamel hekk matul il-lejl; u kien hemm l-inxief fuq il-ġeżża weħidha u nida fuq l-art kollha."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JDG.7", "bookref": "JDG.7", "text": ["L-għażla tal-gwerriera", "U Ġerub-bagħal, jiġifieri Gidgħon, u n-nies tiegħu, qamu filgħodu kmieni, u waqqfu l-kamp ħdejn Għajn-ħarod; u l-kamp tal-Midjanin kien lejn it-Tramuntana ta' Gidgħon, fil-wita ħdejn l-għolja Mori.", "U l-Mulej qal lil Gidgħon: \"Għandek nies wisq miegħek biex nerħi lill-Midjanin f'idejhom; Iżrael jibda jiftaħar minn fuqi u jgħid: 'Idi salvatni'.", "Għalhekk issa kellem lin-nies u xandar li jisimgħuk u għidilhom: 'Min jibża' u jitwerwer jerġa' lura.'", "U reġgħu lura mill-kotra tnejn u għoxrin elf, u baqgħu għaxart elef ruħ.", "U l-Mulej raġa' qal lil Gidgħon: \"Għad fadal wisq nies; niżżilhom ħdejn l-ilma, u hemm nagħmillek l-għażla; u 'l min ngħidlek: 'Dan jiġi miegħek', dan jiġi miegħek, u 'l kull min ngħidlek: 'Dan ma jiġix miegħek', dan ma jiġix miegħek.\"", "U niżżel in-nies ħdejn l-ilma.", "U l-Mulej qal lil Gidgħon: \"Kull min jilgħaq l-ilma bi lsienu bħalma jilagħqu l-klieb, qiegħdu għalih; u kull min jinżel għarkupptejh biex jixrob qiegħdu għalih\".", "U l-għadd ta' dawk li lagħqu l-ilma minn idejhom ma' fommhom kienu ta' tliet mitt ruħ, u l-bqija tan-nies niżlu għarkupptejhom biex jixorbu l-ilma.", "U l-Mulej qal lil Gidgħon: \"Bit-tliet mitt raġel li lagħqu l-ilma, jien insalvakom u nerħi lill-Midjanin f'idejk, u n-nies l-oħra kulħadd imur f'postu.\"", "Imbagħad in-nies kollha ħadu l-ġarar f'idejhom u t-trombi tagħhom, u l-Iżraelin l-oħra bagħathom, kulħadd fl-għarix tiegħu, u ħa miegħu t-tliet mitt raġel.", "Il-kamp tal-Midjanin kien taħtu fil-wita.", "Il-ħolma u r-rebħa ta' Gidgħon", "Dak il-lejl il-Mulej qallu: \"Qum u inżel fil-kamp, għax irħejtu f'idejk.", "U jekk tibża' tinżel int, inżel int u Pura, il-qaddej tiegħek, fil-kamp.", "Issamma' xi jkunu jgħidu, imbagħad tagħmel il-ħila, u tinżel fil-kamp.\"", "U niżel hu u Pura, il-qaddej tiegħu, sa ħdejn l-għases tal-kamp.", "U l-Midjanin u l-Għamalekin u n-nies tal-Lvant kienu kollha mifruxa fil-wita, kotrana bħall-ġradijiet, u l-iġmla tagħhom daqs ir-ramel f'xatt il-baħar.", "Wasal Gidgħon u sama' wieħed jirrakkonta ħolma lil sieħbu u jgħidlu: \"Ara, ħlomt ħolma: rajt bħal ħobża tonda tax-xgħir titgerbeb fil-kamp ta' Midjan, ġiet ħdejn għarix, laqtitu u waqqgħetu, u qalbitu ta' taħt fuq, u l-għarix waqa' fl-art.\"", "U sieħbu wieġeb, u qallu: \"Din mhijiex ħaġa oħra ħlief ix-xabla ta' Gidgħon bin Ġowas, l-Iżraeli.", "Alla tah f'idejh lill-Midjanin u l-kamp kollu.\"", "Ġara li malli sama' l-ħolma u t-tifsira tagħha, Gidgħon niżel wiċċu fl-art u raġa' lura lejn il-kamp ta' Iżrael, u qal: \"Qumu, għax il-Mulej reħa f'idejkom il-kamp tal-Midjanin.\"", "Imbagħad qassam it-tliet mitt raġel fi tliet taqsimiet; tahom tromba kull wieħed, u ġarar vojta, u torċi f'nofs il-ġarar.", "U qalilhom: \"Ħarsu lejja u agħmlu bħali: Jiena mmur f'tarf il-kamp, u kif nagħmel jien, agħmlu intom.", "Malli ndoqq it-tromba, jien u dawk li jkunu miegħi, doqqu wkoll intom it-trombi madwar il-kamp kollu u għajtu: 'Għall-Mulej u għal Gidgħon!' \"", "U Gidgħon flimkien mal-mitt raġel li kellu miegħu wasal sa tarf il-kamp fil-bidu tal-għassa tan-nofs ; kienu għadhom kemm qiegħdu l-għases meta daqqew it-trombi u kissru l-ġarar li kellhom f'idejhom, u t-tliet taqsimiet daqqew it-trombi u kissru l-ġarar, u qabdu f'idhom ix-xellugija t-torċi u f'idhom il-leminija t-trombi biex idoqqu, u għajtu: \"Xabla għall-Mulej u għal Gidgħon!\"", "U huma baqgħu kulħadd f'postu madwar il-kamp; u l-kamp kollu kien kollu ġiri u għajjat, u n-nies kollha ħarbu.", "It-tliet mitt raġel baqgħu jdoqqu t-trombi, u l-Mulej dawwar ix-xabla ta' kull wieħed mill-Midjanin lejn sieħbu mal-kamp kollu; u ħarab il-kamp kollu sa Bet-sitta lejn Serera sa xatt Abel-meħola ħdejn Tabbat.", "U minn Naftali u Aser u minn Manassi kollu nġemgħu n-nies ta' Iżrael, u għamlu għal wara l-Midjanin.", "U Gidgħon bagħat messaġġiera mal-muntanji kollha ta' Efrajm jgħidilhom: \"Inżlu biex tilqgħu lill-Midjanin; aqtgħulhom il-mogħdijiet tax-xmara matul il-Ġordan sa Bet-bara.\"", "U nġemgħu n-nies ta' Efrajm kollha, u ħadu f'idejhom il-mogħdijiet tax-xmara matul il-Ġordan sa Bet-bara.", "U qabdu ż-żewġ prinċpijiet ta' Midjan, Għoreb u Żeb.", "U qatlu lil Għoreb fuq il-blata ta' Għoreb, u lil Żeb ħdejn il-magħsar ta' Żeb, u baqgħu sejrin għal wara l-Midjanin; u ġiebu l-irjus ta' Għoreb u Żeb lil Gidgħon 'l hemm mill-Ġordan."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JDG.8", "bookref": "JDG.8", "text": ["Wara t-taqtigħa", "U n-nies ta' Efrajm qalulu: \"Għaliex għamiltilna hekk, li ma sejjaħtilniex meta mort titqabad mal-Midjanin?\"", "U tlewmu miegħu bl-aħrax.", "U weġibhom: \"X'għamilt jien ħdejkom?", "Mhux aħjar għanqud żgħir ta' Efrajm mill-ġabra sħiħa ta' Abigħeżer?", "F'idejkom reħa Alla l-prinċpijiet ta' Midjan, Għoreb u Żeb; xi stajt nagħmel jien aqwa milli għamiltu intom?\"", "U birdet is-saħna li kellhom għalih malli qalilhom dan il-kliem.", "Gidgħon wasal ħdejn il-Ġordan, u qasam, hu u t-tliet mitt raġel li kellu miegħu, għajjenin u bil-ġuħ.", "U qal lin-nies ta' Sukkot: \"Iddew, agħtu ftajjar tal-ħobż lin-nies li għandi miegħi, għaliex huma għajjenin, u jien qiegħed niġri wara Żebaħ u Salmunna, slaten ta' Midjan.\"", "U l-kapijiet ta' Sukkot wieġbu: \"Jaqaw idejn Żebaħ u Salmunna f'idejk , biex nagħtu l-ħobż lill-qtajja' tiegħek?\"", "U Gidgħon wieġeb: \"Tajjeb!", "Meta l-Mulej jagħtini f'idejja lil Żebaħ u lil Salmunna, nidres ġisimkom bix-xewk u bl-għollieq tax-xagħri.\"", "U tala' minn hemm għal Penuwel u qalilhom l-istess; u n-nies ta' Penuwel wieġbu l-istess bħan-nies ta' Sukkot.", "U hu wieġeb l-istess lin-nies ta' Penuwel u qalilhom: \"Meta nerġa' lura bis-sliem, inġarraf dan it-torri.\"", "Żebaħ u Salmunna kienu f'Karkor bil-kamp tagħhom, b'xi ħmistax-il elf raġel; dan kulma kien baqa' mill-kamp kollu ta' wlied il-Lvant, li minnhom kienu waqgħu xi mija u għoxrin elf raġel kapaċi jħaddmu x-xabla.", "Gidgħon tala' u qabad it-triq tan-nies li jgħammru fit-tined, fuq in-naħa tal-Lvant ta' Noba u Ġogħba, u ħarbat il-kamp, meta n-nies ma kellhom ebda ħsieb ta' xejn.", "Żebaħ u Salmunna ħarbu, u hu għamel għal warajhom, u qabad f'idejh lil dawn iż-żewġ slaten tal-Midjanin, Żebaħ u Salmunna, u ħarbat il-kamp kollu.", "Gidgħon bin Ġowas raġa' lura mit-taqbida mit-telgħa ta' Ħeres.", "U qabad żagħżugħ min-nies ta' Sukkot u staqsieh; u dan kitiblu l-ismijiet tal-kapijiet u x-xjuħ ta' Sukkot, sebgħa u sebgħin raġel.", "U mar għand in-nies ta' Sukkot u qalilhom: \"Hawn huma Żebaħ u Salmunna li għajjartuni bihom u staqsejtuni: 'Għandek forsi f'idejk 'il Żebaħ u Salmunna biex nagħtuk il-ħobż għal niesek għajjenin?'", "\" U qabad il-kbarat tal-belt; u ħa x-xewk u l-għollieq mix-xagħri, u dires bihom in-nies ta' Sukkot.", "U ġarraf it-torri ta' Penuwel u qatel in-nies tal-belt.", "U lil Żebaħ u Salmunna qalilhom: \"Kif kienu n-nies li qtiltu f'Tabor?\"", "U huma weġbuh: \"Jixbhu lilek; kull wieħed donnu bin sultan.\"", "U hu qalilhom: \"Kienu ħuti, ulied ommi.", "Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, ma kontx noqtolkom, kieku ħallejtuhom ħajjin.\"", "U dar fuq ibnu l-kbir Ġeter u qallu: \"Qum u oqtolhom.\"", "Imma ż-żagħżugħ ma silitx ix-xabla għax baża', billi kien għadu tfal.", "U Żebaħ u Salmunna qalulu: \"Qum, u nxteħet fuqna int, għax int għandek saħħa ta' raġel.\"", "U qam Gidgħon u qatel lil Żebaħ u lil Salmunna, u ħa l-oqmra li kienu ma' għonq l-iġmla tagħhom.", "L-aħħar jiem ta' Gidgħon", "U n-nies ta' Iżrael qalu lil Gidgħon: \"Saltan fuqna, int u ibnek, u bin ibnek, għax int salvajtna minn id il-Midjanin.\"", "U weġibhom Gidgħon: \"Ma nsaltanx fuqkom, la jien u lanqas ibni; il-Mulej isaltan fuqkom.\"", "U ssokta jgħidilhom Gidgħon: \"Ħaġa waħda nitlobkom: agħtuni kull wieħed il-ħoloq li ħadtu mill-priża\" - għax kellhom kull wieħed ħoloq tad-deheb, billi l-għedewwa kienu Ismagħelin .", "U qalulu: \"Nagħtuhomlok.\"", "U firxu mantar, u xeħtu fuqu kull wieħed il-ħoloq li kellu mill-priża.", "U l-piż ta' dawn il-ħoloq tad-deheb li talab kien ta' elf u seba' mitt xekel, barra l-oqmra, l-imsielet, l-ilbies tal-porpra, li kienu fuq is-slaten ta' Midjan, u l-ħnienaq ta' madwar għonq l-iġmla tagħhom.", "U Gidgħon għamel efod u qiegħdu fil-belt tiegħu ta' Għofra; u l-poplu ta' Iżrael kollu żena hemm mal-allat, u kienet nassa għal Gidgħon u daru.", "Hekk il-Midjanin għakksuhom ulied Iżrael, u ma setgħux jerfgħu rashom aktar, u l-art strieħet għal erbgħin sena sakemm baqa' ħaj Gidgħon.", "Ġerub-bagħal bin Ġowas mar u għammar f'daru.", "Gidgħon kellu sebgħin tifel li tnisslu minnu, għax kien iżżewweġ ħafna nisa.", "Waħda konkubina tiegħu, li kienet toqgħod f'Sikem, wilditlu iben hi wkoll, u semmieh Abimelek.", "U Gidgħon bin Ġowas miet meta kien xjieħ sewwa, u difnuh fil-qabar ta' Ġowas missieru f'Għofra ta' Abigħeżer.", "U ġara li malli miet Gidgħon ulied Iżrael reġgħu żnew mal-allat Bagħalim u għażlu b'alla tagħhom lil Bagħal-berit ; ma ftakrux aktar fil-Mulej Alla tagħhom, li kien ħelishom minn id l-għedewwa tagħhom ta' madwarhom.", "U ma wrewx imħabba lejn dar Ġerub-bagħal, Gidgħon, għall-ġid kollu li kien għamel ma' Iżrael."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JDG.9", "bookref": "JDG.9", "text": ["Abimelek sultan", "Abimelek bin Ġerub-bagħal mar Sikem, għand ħut ommu, u kellem lilhom u l-familja kollha ta' dar missier ommu, u qalilhom: \"Għidu f'widnejn il-kbarat kollha ta' Sikem: 'X'inhu l-aħjar għalikom, li jaħkmu fuqkom sebgħin raġel, ilkoll ulied Ġerub-bagħal, jew li jaħkem fuqhom bniedem wieħed?", "Ftakru li laħamkom u għadamkom jien.\"", "U ħut ommu tkellmu f'widnejn in-nies ta' Sikem dan il-kliem kollu, u qalbhom inġibdet lejn Abimelek, għax qalu: \"Ħuna hu.\"", "U tawh sebgħin biċċa tal-fidda mit-tempju ta' Bagħal-berit, u bihom kera nies ta' xejn u bla kont, u marru warajh.", "U mar f'dar missieru f'Għofra, u qatel lil ħutu wlied Ġerub-bagħal, sebgħin wieħed, fuq ħaġra waħda; u baqa' wieħed, Ġotam, l-iben iż-żgħir ta' Ġerub-bagħal, għax kien inħeba.", "Imbagħad inġabru l-kbarat kollha ta' Sikem u Bet-millu, u qabdu u għamlu lil Abimelek sultan ħdejn il-balluta li hemm f'Sikem.", "Meta għarrfuh b'dan, Ġotam mar u qagħad fuq il-quċċata tal-muntanja Gariżim, u għolla leħnu u sejħilhom u qalilhom:", "\"Isimgħu, nies ta' Sikem!", "Hekk Alla jisma' lilkom.", "Darba marru s-siġar", "biex jidilku sultan fuqhom.", "U qalu liż-żebbuġa:", "'saltan fuqna.'", "U ż-żebbuġa weġbithom:", "'Għandi nħalli jiena żejti,", "li bih jitweġġħu l-allat u l-bnedmin ,", "biex immur niddandan fuq is-siġar?'", "U s-siġar qalu lit-tina:", "'Ejja int, u saltan fuqna.'", "U t-tina weġbithom:", "'Għandi nħalli jien il-ħlewwa,", "u l-frott bnin tiegħi,", "u mmur niddandan fuq is-siġar?'", "U s-siġar qalu lid-dielja:", "'Ejja int, u saltan fuqna.'", "U d-dielja weġbithom:", "'Għandi nħalli jien l-inbid tiegħi,", "li jferraħ l-allat u l-bnedmin ,", "u mmur niddandan fuq is-siġar?'", "U s-siġar kollha qalu lill-għollieq:", "'Ejja int, u saltan fuqna.'", "U l-għollieq qal lis-siġar:", "'Jekk intom tassew tridu", "tidilkuni sultan fuqkom,", "ejjew stkennu taħt delli.", "Jekk le, joħroġ nar mill-għollieq", "u jibla' ċ-ċedri tal-Libanu.'", "U issa, taħsbu li għamiltu l-ħaqq u s-sewwa meta għamiltu lil Abimelek sultan fuqkom?", "Taħsbu li għamiltu l-ġid ma' Ġerub-bagħal u ma' daru?", "Taħsbu li għamiltu miegħu skont ma għamel hu, meta missieri tqabad għalikom, u tarraf ħajtu, u ħeliskom minn id il-Midjanin?", "Intom illum qomtu kontra dar missieri u qtiltu lil uliedu - sebgħin wieħed fuq ħaġra waħda - u għamiltu lil Abimelek, bin il-konkubina tiegħu, fuq in-nies ta' Sikem, għax hu ħukom.", "Jekk għamiltu l-ħaqq u s-sewwa ma' Ġerub-bagħal u ma' daru llum, ifirħu b'Abimelek u hu jifraħ bikom.", "Imma jekk le, ħa joħroġ nar minn Abimelek u jibla' n-nies ta' Sikem u Bet-millu; u mbagħad joħroġ nar min-nies ta' Sikem u Bet-millu, u jibla' lil Abimelek.\"", "Imbagħad Ġotam ħarab, u għab u mar Bir u baqa' hemm minħabba ħuh Abimelek.", "Irvell f'Sikem", "Tliet snin kien ilu Abimelek jaħkem ta' prinċep fuq Iżrael.", "U Alla bagħat spirtu ħażin bejn Abimelek u bejn in-nies ta' Sikem; u n-nies ta' Sikem qamu kontra Abimelek, biex b'hekk titħallas il-qatla tas-sebgħin tifel ta' Ġerub-bagħal, u demmhom jaqa' fuq Abimelek ħuhom, li kien qatilhom, u fuq in-nies ta' Sikem li għenuh biex qatel lil ħutu.", "U n-nies ta' Sikem qegħdulu nies moħbija fuq il-qċaċet tal-għoljiet, u dawn kienu jisirqu lil kull min jgħaddi mit-triq minn dawn l-inħawi; u hekk l-aħbar waslet għand Abimelek.", "U ġie Ġagħal bin Għebed, u ħutu, u għaddew minn Sikem; u n-nies ta' Sikem fdaw ruħhom f'idejh.", "Ħarġu fir-raba', qatgħu l-għeneb mid-dwieli tagħhom, u għaffġuh fil-magħsar, u għamlu festa; u marru f'dar alla tagħhom u kielu u xorbu, u seħtu lil Abimelek.", "U Ġagħal bin Għebed qal: \"Min hu Abimelek?", "Min hu Sikem, biex aħna naqduh?", "Ma kienx dan bin Ġerub-bagħal u dan Żebul, qaddej tiegħu, jaqdu lin-nies ta' Ħamor, missier Sikem?", "Għala għandna naqduhom aħna?", "Li kelli dawn in-nies f'idejja kont inneħħi lil Abimelek u ngħidlu: 'Iġbor in-nies tiegħek u oħroġ u ġġieled.' \"", "U Żebul, il-kap tal-belt, sama' bi kliem Ġagħal bin Għebed, u xegħel bil-korla.", "U bagħat messaġġiera għand Abimelek f'Aruma jgħidulu: \"Ara, Ġagħal bin Għebed u ħutu ġew Sikem, u bdew ixewxu n-nies tal-belt kontra tiegħek.", "Qum mela billejl, int u niesek li għandek miegħek, u għasses fir-raba'; u filgħodu kmieni ma' tlugħ ix-xemx aħbat għall-belt, u malli joħorġu għalik, hu u n-nies li għandu miegħu, agħmillu li jiġi għal idejk.\"", "U qam Abimelek u n-nies li kellu miegħu billejl u qagħdu għassa ħdejn Sikem f'erba' qatgħat.", "U ħareġ Ġagħal bin Għebed u qagħad fid-daħla ta' bieb il-belt, u Abimelek u n-nies li kellu miegħu qamu mill-moħba.", "Malli Ġagħal ra n-nies qal lil Żebul: \"Ara hemm in-nies nieżla mill-għoljiet.\"", "U Żebul wieġbu: \"Dell l-għoljiet qiegħed taħsbu nies.\"", "U Ġagħal issokta jgħid: \"Ara hemm in-nies nieżla minn nofs l-art, qatgħa minnhom ġejja mit-triq tal-Balluta tas-Saħħara.\"", "U Żebul qallu: \"Fejn hu l-ftaħir tiegħek meta għedt: 'Min hu Abimelek biex naqduh?", "Mhux dawn huma n-nies li int maqdart?", "Oħroġ issa u tqabad miegħu.\"", "U Ġagħal ħareġ quddiem in-nies ta' Sikem u tqabad ma' Abimelek.", "Abimelek għamel għal warajh u Ġagħal ħarab minn quddiemu, u ħafna nies waqgħu maqtula sa ħdejn id-daħla ta' bieb il-belt.", "U Abimelek raġa' lura f'Aruma, u Żebul keċċa lil Ġagħal u 'l niesu, u ma ħallihomx joqogħdu f'Sikem.", "Il-qerda ta' Sikem", "L-għada l-poplu ħareġ fir-raba'; u 'l Abimelek qalulu b'dan.", "U ġabar in-nies tiegħu, u qassamhom fi tliet qatgħat, u qagħad moħbi fir-raba'.", "Malli ra n-nies ħierġa mill-belt, qam għalihom u farrakhom.", "Abimelek u l-qatgħa li kellu miegħu tqassmu u qagħdu fid-daħla ta' bieb il-belt, u ż-żewġ qatgħat l-oħra nxteħtu fuq dawk kollha li kienu fir-raba' u farrkuhom.", "U Abimelek baqa' jitqabad fil-belt dak il-jum kollu, u ħa l-belt u qatel in-nies li kien hemm fiha; ġarraf il-belt u xerred il-melħ fuqha .", "U n-nies tat-torri ta' Sikem semgħu b'dan, u marru jistkennu fil-kamra taħt l-art fit-tempju ta' El-berit.", "U 'l Abimelek qalulu li n-nies tat-torri ta' Sikem marru jinġemgħu hemmhekk.", "U Abimelek tala' fuq l-għolja ta' Salmon, hu u n-nies kollha li kellu miegħu; u Abimelek ħa mannara f'idu u qaċċat fergħa minn siġra, refagħha u qegħedha fuq spalltu, u qal lin-nies li kellu miegħu: \"Fittxu agħmlu dak li rajtuni nagħmel.\"", "U n-nies kollha qaċċtu fergħa kull wieħed, u marru wara Abimelek, u xeħtuhom ħdejn il-kamra taħt l-art u tawha n-nar bihom, u hekk mietu n-nies kollha tat-torri ta' Sikem, madwar elf ruħ, nisa u rġiel.", "L-aħħar jum ta' Abimelek", "Abimelek imbagħad mar Tebes, dawwarha u ħadha f'idejh.", "F'nofs il-belt kien hemm torri qawwi, u marru jinħbew fih in-nies kollha tal-belt, nisa u rġiel; sakkru warajhom u telgħu fuq is-saqaf tat-torri.", "Abimelek erħielha lejn it-torri, u ħabat għalih, u resaq lejn il-bieb biex jagħtih in-nar.", "Imma waħda mara waddbet ħaġra ta' fuq ta' mitħna għal fuq ras Abimelek, u kissritlu rasu.", "U sejjaħ iż-żagħżugħ li kien iġorrlu l-armi u qallu: \"Islet ix-xabla u oqtolni, li ma jgħidux li qatlitni mara.\"", "U ż-żagħżugħ nifdu u miet.", "U l-Iżraelin raw li Abimelek miet, u kulħadd mar lejn daru.", "U hekk Alla radd lil Abimelek il-ħażin kollu li kien għamel lil missieru meta qatel is-sebgħin ħutu.", "U Alla radd ukoll fuqhom il-ħażin kollu li kienu għamlu n-nies ta' Sikem, u laħqithom is-saħta ta' Ġotam bin Ġerub-bagħal."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JDG.10", "bookref": "JDG.10", "text": ["L-imħallfin Tola' u Ġajjir", "Wara Abimelek qam biex isalva lil Iżrael Tola' bin Puwa, bin Dodu, minn Issakar; u kien joqgħod f'Samir fl-għoljiet ta' Efrajm.", "U dan għamel il-ħaqq f'Iżrael għal tlieta u għoxrin sena; u meta miet difnuh f'Samir.", "Warajh tfaċċa Ġajjir minn Gilgħad, u dam jagħmel il-ħaqq f'Iżrael għal tnejn u għoxrin sena.", "Kellu tletin tifel li kienu jirkbu l-felu u kellhom tletin belt fl-art ta' Gilgħad, li għadhom jgħidulhom Ħawwot-ġajjir sal-lum.", "Meta miet difnuh f'Kamon.", "L-Iżraelin jerġgħu jidinbu", "U wlied Iżrael reġgħu għamlu l-ħażen f'għajnejn il-Mulej, u aduraw lill-allat Bagħalim u Għastarot, u lill-allat ta' Aram, u lill-allat ta' Sidon, u lill-allat ta' Mowab, u lill-allat ta' wlied Għammon, u lill-allat tal-Filistin, u ħallew lill-Mulej u ma baqgħux jadurawh aktar.", "U xegħlet il-qilla tal-Mulej kontra Iżrael, u biegħhom f'idejn il-Filistin u f'idejn ulied Għammon.", "U dik is-sena kissru u għakksu lil ulied Iżrael; u għal tmintax-il sena sħaħ ħakmu lil ulied Iżrael, li kienu jgħammru 'l hemm mill-Ġordan fl-art tal-Amurrin, li hemm f'Gilgħad.", "U wlied Għammon qasmu l-Ġordan biex jitqabdu wkoll ma' Ġuda u Benjamin u d-dar ta' Efrajm, u ssikkaw lil Iżrael għall-aħħar.", "U wlied Iżrael għajtu lill-Mulej, u qalu: \"Dnibna kontrik, ħallejna lil Alla tagħna, u morna naduraw lill-allat Bagħalim.\"", "U l-Mulej qal lil ulied Iżrael: \"Ma ħaqrukomx, forsi, l-Eġizzjani, u l-Amurrin, u l-Għammonin, u l-Filistin, u s-Sidonin, u l-Għamalekin, u l-Midjanin?", "U meta għajjattuli, ma salvajtkomx jien minn taħt idejhom?", "Imma intom ħallejtuni, u mortu taduraw allat oħra; għalhekk ma nsalvakomx aktar.", "Morru u sejħu lill-allat li intom għażiltu, u jsalvawkom huma fi żmien l-hemm tagħkom.\"", "U wlied Iżrael wieġbu lill-Mulej: \"Dnibna.", "Agħmel magħna dak kollu li int jidhirlek li hu tajjeb.", "Biss eħlisna llum.\"", "U huma warrbu l-allat barranin minn ġo nofshom, u bdew jaduraw lill-Mulej; u hu ma felaħx aktar għat-tbatija ta' Iżrael.", "Ġeftaħ imħallef", "U nġabru wlied Għammon u waqqfu l-kamp f'Gilgħad; u wlied Iżrael inġemgħu u waqqfu l-kamp f'Misfa.", "U n-nies ta' Gilgħad u l-kapijiet tagħhom bdew jgħidu lil xulxin: \"Min jibda l-ewwel jitqabad mal-Għammonin, ikun hu l-kap ta' dawk kollha li jgħammru f'Gilgħad!\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JDG.11", "bookref": "JDG.11", "text": ["Ġeftaħ il-Gilgħadi kien bniedem qalbieni u b'saħħtu; kien bin mara żienja.", "Missieru kien Gilgħad, li kellu l-mara li wilditlu wlied; meta kibru wlied din il-mara keċċew lil Ġeftaħ u qalulu: \"Int ma jkollokx wirt f'dar missierna, għax int bin mara oħra.\"", "Għalhekk Ġeftaħ ħarab 'il bogħod minn ħutu u mar jgħix f'art Tob; hemm inġabru madwar Ġeftaħ qatta rġiel ta' xejn, u kienu joħorġu miegħu għal xi serqa.", "Ġara maż-żmien li l-Għammonin ħabtu għal Iżrael.", "U meta l-Għammonin bdew il-ġlied, ix-xjuħ ta' Gilgħad marru jġibu lil Ġeftaħ mill-art ta' Tob.", "U qalu lil Ġeftaħ: \"Ejja, u kun il-kap tagħna biex nitqabdu mal-Għammonin.\"", "U Ġeftaħ wieġeb lix-xjuħ ta' Gilgħad: \"Mhux intom bgħadtuni u keċċejtuni minn dar missieri?", "Għala ġejtu għalija issa li sibtu ruħkom magħfusa?\"", "U x-xjuħ ta' Gilgħad wieġbu lil Ġeftaħ: \"Sewwasew għalhekk aħna dorna lejk: ejja magħna, u tqabad ma' wlied Għammon, u tkun kap tagħna u ta' kull min jgħammar f'Gilgħad.\"", "U Ġeftaħ wieġeb lix-xjuħ ta' Gilgħad: \"Jekk intom se treġġgħuni lura biex nitqabad mal-Għammonin, u l-Mulej jerħihom f'idejja, inkun jien il-kap tagħkom.\"", "U x-xjuħ ta' Gilgħad wieġbu lil Ġeftaħ: \"Hawn il-Mulej bejnietna xhud tagħna; nagħmlu skont kliemek.\"", "U Ġeftaħ ta' Gilgħad mar max-xjuħ ta' Gilgħad u l-poplu ta' Gilgħad għamluh kap tagħhom u mexxej; u Ġeftaħ tenna kliemu kollu quddiem il-Mulej f'Misfa.", "Ġeftaħ u l-Għammonin", "Imbagħad Ġeftaħ bagħat messaġġiera lis-sultan ta' wlied Għammon jgħidulu: \"X'hemm bejni u bejnek biex ġejt taħbat għalija f'arti?\"", "U s-sultan ta' wlied Għammon wieġeb lill-messaġġiera ta' Ġeftaħ: \"Għaliex Iżrael ħadli arti meta telgħu mill-Eġittu, mix-xmara Arnon sal-Ġabbok, u sal-Ġordan; u issa, roddhieli lura bis-sliem.\"", "Imma Ġeftaħ raġa' bagħat messaġġiera għand is-sultan ta' wlied Għammon u qallu: \"Dan jgħid Ġeftaħ, 'Iżrael ma ħax, la l-art ta' Mowab u anqas l-art ta' wlied Għammon.", "Meta Iżrael tala' mill-Eġittu qasam id-deżert sal-Baħar tal-Qasab, u wasal f'Kades.", "Minn hawn Iżrael bagħat messaġġiera għand is-sultan ta' Edom u qalulu: \"Jekk jogħġbok, ħallina ngħaddu minn artek, u s-sultan ta' Edom ma riedx jisma'.", "Bagħat ukoll għand is-sultan ta' Mowab, u anqas dan ma ried.", "Għalhekk Iżrael baqa' f'Kades.", "Imbagħad għadda mid-deżert, dar mal-art ta' Edom u mal-art ta' Mowab u waqqfu l-kamp in-naħa l-oħra tal-Arnon mingħajr ma qasmu l-fruntiera ta' Mowab - għax l-Arnon kienet il-fruntiera ta' Mowab.", "U Iżrael bagħat messaġġiera għand Siħon, is-sultan tal-Amurrin, sultan ta' Ħesbon, u qalulu: 'Ħallina ngħaddu minn artek sa ma naslu f'postna.'", "Imma Siħon ma ħalliex lil Iżrael jaqsam il-fruntiera tiegħu; u ġabar Siħon in-nies tiegħu, u waqqfu l-kamp f'Ġaħas, u tqabdu ma' Iżrael.", "U l-Mulej, Alla ta' Iżrael, reħa f'idejn Iżrael lil Siħon u n-nies tiegħu kollha u qatluhom; u Iżrael ħa f'idejh l-art kollha tal-Amurrin, li kienu jgħammru f'din l-art.", "U ħadu f'idejhom l-art kollha tal-Amurrin mill-Arnon sal-Ġabbok, u mid-deżert sal-Ġordan.", "U issa l-Mulej, Alla ta' Iżrael, keċċa lill-Amurrin minn quddiem Iżrael, il-poplu tiegħu; se tkeċċihom int?", "Jaqaw dak li tak tiret Kemos, alla tiegħek , mhux int tirtu?", "U dak li tana l-Mulej, Alla tagħna, milli sibna quddiemna, mhux aħna nirtuh?", "U issa forsi int aħjar minn Balak bin Siffur, is-sultan ta' Mowab?", "Forsi ħadha ma' Iżrael jew tqabad miegħu?", "Iżrael ilu jgħammar f'Ħesbon u l-irħula tagħha, u f'Għarogħer u l-irħula tagħha, u l-ibliet kollha fuq ix-xtut tal-Arnon għal tliet mitt sena, għala ma ħlistuhomx f'dan iż-żmien kollu?", "Jien ma offendejtekx, imma int qiegħed timxi miegħi ħażin, li taħbat għalija.", "Ħa jagħmel ħaqq illum bejn ulied Iżrael u bejn ulied Għammon, l-imħallef li hu l-Mulej!\"", "U s-sultan tal-Għammonin ma samax mill-kliem li bagħat jgħidlu Ġeftaħ.", "Il-wegħda ta' Ġeftaħ", "U ġara li l-ispirtu tal-Mulej ġie fuq Ġeftaħ, li għadda minn Gilgħad u Manassi għal Misfa ta' Gilgħad u baqa' sejjer lejn ulied Għammon.", "U Ġeftaħ għamel wegħda lill-Mulej u qal: \"Jekk inti terħi f'idejja lil ulied Għammon, min joħroġ jilqagħni l-ewwel minn bieb dari, meta nerġa' lura bis-sliem minn quddiem l-Għammonin, ikun tal-Mulej u noffrihulu b'sagrifiċċju tal-ħruq.", "U Ġeftaħ għadda lejn l-Għammonin biex jaħbat għalihom, u l-Mulej irħiehom f'idejh.", "U kissirhom minn Għarogħer sa tasal sa Minnit - għoxrin belt b'kollox - u sa Abel-Keramin f'taqtigħa kbira sewwa.", "U hekk ulied Iżrael kaxkru lil ulied Għammon minn quddiemhom.", "U Ġeftaħ mar Misfa lejn daru, u hemm jilmaħ lil bintu ħierġa tilqgħu bit-tnabar u ż-żfin; kienet bint waħdanija tiegħu u ma kellux ħliefha, la subien u lanqas bniet.", "U malli raha ċarrat ħwejġu, u beda jgħajjat u jgħid: \"Jaħasra binti?", "Int ħawwadtni sewwa, int l-inkwiet tiegħi.", "Tajt kelma lill-Mulej, u ma nistax nerġa' lura minnha!\"", "U hi weġbitu: \"Missier, int ftaħt fommok quddiem il-Mulej, agħmel minni skont ma ħareġ minn fommok, la darba l-Mulej tak li titħallas mill-għedewwa tiegħek, ulied Għammon.\"", "U ssuktat tgħid lil missierha: \"Dan biss nitolbok tagħtini: ħallini mmur niġġerra għal xahrejn fuq l-għoljiet nibki xbubiti, jiena u sħabi.\"", "U hu qalilha: \"Mur.\"", "U ħallieha tmur għal xahrejn; u marret, hi u sħabha, u bkiet xbubitha tiġġerra fuq l-għoljiet.", "U fi tmiem ix-xahrejn reġgħet lura għand missierha u dan għamel minnha li kien wiegħed; u hi ma kienet għarfet ebda raġel.", "U daħlet drawwa f'Iżrael: minn sena għal sena joħorġu l-bniet ta' Iżrael jibku 'l bint Ġeftaħ il-Gilgħadi għal erbat ijiem."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JDG.12", "bookref": "JDG.12", "text": ["Ġeftaħ u l-Efrajmin", "U nġabru l-Efrajmin u għaddew għal Safon, u qalu lil Ġeftaħ: \"Għala mort taħbat għall-Għammonin u ma sejjaħtilniex biex niġu miegħek?", "Naħarqulek darek fuqek.\"", "U Ġeftaħ weġibhom: \"Kelli xi ngħid sewwa ma' wlied Għammon, jien u niesi.", "Sejjaħtilkom u intom ma ġejtux teħilsuni minn idejhom.", "Meta rajt li ħadd ma ġie jgħinni, qegħedt ħajti f'idejja, u mort għall-Għammonin; u l-Mulej irħiehom f'idejja.", "Għaliex mela tlajtu għalija llum biex teħduha miegħi?\"", "Ġeftaħ imbagħad sejjaħ l-irġiel kollha ta' Gilgħad u ħabtu għall-Efrajmin, u l-irġiel ta' Gilgħad tawhom xebgħa - għax l-Efrajmin kienu qalulhom: \"Intom il-Gilgħadin, nies maħruba minn Efrajm, f'nofs Efrajm, u f'nofs Manassi\" - Il-Gilgħadin ħatfu l-mogħdijiet tal-Ġordan lejn Efrajm u meta xi ħadd maħrub mill-Efrajmin kien jgħid: \"Ħa ngħaddi,\" l-irġiel ta' Gilgħad kienu jistaqsuh: \"Int raġel minn Efrajm?\"; jekk kien iwieġeb: \"Le\", kienu jgħidulu: \"Għid mela 'xibbolet' ; u kien jgħid: 'sibbolet!' għax ma kienx ikun jista' jgħidha sewwa, huma kienu jaqbduh u joqtluh ħdejn il-mogħdijiet tal-Ġordan.", "U f'dak iż-żmien mietu tnejn u erbgħin elf raġel minn Efrajm.", "U dam jaħkem Ġeftaħ lil Iżrael sitt snin.", "U meta miet Ġeftaħ il-Gilgħadi, difnuh fil-belt tiegħu ta' Gilgħad.", "L-imħallfin Ibsan, Elon u Għabdon", "Warajh ħakem lil Iżrael Ibsan minn Betlehem.", "U kellu tletin tifel, u żewweġ tletin tifla barra mid-dar, u ġieb tletin tifla barranija għal uliedu.", "Ħakem fuq Iżrael għal seba' snin.", "Meta Ibsan miet, difnuh f'Betlehem.", "Warajh ħakem fuq Iżrael Elon mit-tribù ta' Żebulun.", "Dan ħakem għal għaxar snin.", "Meta Elon mit-tribù ta' Żebulun miet, difnuh f'Ajjalon fl-art ta' Żebulun.", "Warajh ħakem fuq Iżrael Għabdon bin Ħilel minn Pirgħatun għal tmien snin.", "Kellu erbgħin tifel u tletin ulied uliedu, li kienu jirkbu fuq sebgħin felu.", "Ħakem fuq Iżrael għal tmien snin.", "Meta Għabdon bin Ħillel minn Pirgħatun miet, difnuh f'Pirgħatun, fl-art ta' Efrajm fl-għoljiet tal-Għamalekin."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JDG.13", "bookref": "JDG.13", "text": ["It-twelid ta' Sansun", "U wlied Iżrael baqgħu jagħmlu l-ħażin f'għajnejn il-Mulej, u l-Mulej telaqhom f'idejn il-Filistin għal erbgħin sena.", "U kien hemm raġel minn Sorgħa mit-tribù ta' Dan, jismu Manuħa, u martu kienet sterili, u ma kellhiex tfal.", "U deher l-anġlu tal-Mulej lill-mara u qalilha: \"Ara, int sterili u ma għandekx tfal, imma int se titqal u tiled iben.", "Issa qis li ma tixrobx inbid, u anqas xorb li jsakkar, u tiekol xejn imniġġes.", "Għax, ara, int se titqal u tiled iben, u l-mus ma jgħaddix minn fuq rasu, għax it-tifel ikun nażir ikkonsagrat lil Alla sa minn ġuf ommu, u hu jibda jeħles lil Iżrael minn id il-Filistin.\"", "U l-mara marret tgħid lil żewġha: \"Ġie ħdejja raġel ta' Alla, wiċċu wiċċ ta' anġlu ta' Alla, wiċċ li jbeżżgħek tarah.", "Ma staqsejtux mnejn ġie, u lanqas hu ma qalli ismu.", "U qalli, 'Ara, inti titqal u tiled iben, u issa tixrobx inbid jew xorb li jsakkar, u tiekol xejn imniġġes, għax it-tifel ikun nażir ikkonsagrat lil Alla sa minn ġuf ommu sakemm imut.\"", "Imbagħad Manuħa talab lill-Mulej u qal: \"Iddew, Sidi, ħa jerġa' jiġi għandna r-raġel ta' Alla, li bgħattilna, u jurina x'għandna nagħmlu bit-tifel li se jitweldilna.\"", "U Alla sama' t-talba ta' Manuħa, u l-anġlu ta' Alla raġa' ġie ħdejn il-mara waqt li kienet bilqiegħda fl-għalqa, u żewġha Manuħa ma kienx magħha.", "Il-mara marret tiġri tgħid lil żewġha, u qaltlu: \"Ara, raġa' deherli r-raġel li kien deherli dakinhar.\"", "U Manuħa mar wara martu u resaq lejn ir-raġel u qallu: \"Int dak ir-raġel li kellimt lil marti?\"", "U hu wieġbu: \"Jiena hu.\"", "U Manuħa qallu: \"Issa meta jseħħ kliemek, x'għandu jħares u jagħmel it-tifel?\"", "U l-anġlu tal-Mulej qal lil Manuħa: \"Il-mara għandha tiċċaħħad minn kulma għedtilha, li ma tiekol xejn milli joħroġ mid-dwieli; inbid u xorb isakkar; u ma tiekol xejn imniġġes, imma għandha tħares kulma ordnajtilha.\"", "U Manuħa qal lill-anġlu tal-Mulej; \"Ħallina nżommuk magħna u nsajrulek gidi.\"", "U l-anġlu tal-Mulej qal lil Manuħa: \"Jekk iżżommuni magħkom, ma nikolx minn ħobżok; jekk trid tagħmel sagrifiċċju tal-ħruq, offrih lill-Mulej.\"", "Manuħa ma ntebaħx li kien l-anġlu tal-Mulej.", "Imbagħad staqsa lill-anġlu tal-Mulej: \"X'jismek?", "Għax meta sseħħ kelmtek, aħna nkunu rridu nagħtuk ġieħ.\"", "U l-anġlu tal-Mulej wieġeb: \"Għala tistaqsini x'jisimni?", "Hu isem misterjuż!\"", "U Manuħa ħa gidi bl-offerta tiegħu u offrieh b'sagrifiċċju fuq ġebla lill-Mulej, li jagħmel ħwejjeġ tal-għaġeb.", "U waqt li Manuħa u martu kienu jħarsu, il-fjamma tan-nar telgħet mill-artal lejn is-sema, u l-anġlu tal-Mulej tala' fil-fjamma tal-artal.", "Meta Manuħa u martu raw dan, waqgħu wiċċhom fl-art.", "U l-anġlu tal-Mulej ma baqax jidher aktar lil Manuħa u lil martu.", "Imbagħad Manuħa għaraf li kien l-anġlu tal-Mulej.", "U Manuħa qal lil martu: \"Immutu żgur, għax rajna lil Alla.\"", "U martu wieġbet: \"Li kieku ried il-Mulej joqtolna ma kienx jilqa' s-sagrifiċċju u l-offerta minn idejna, u jurina u jsemmagħna dan kollu.\"", "U l-mara wildet iben u semmietu Sansun, u t-tifel kiber u l-Mulej bierku.", "It-tifel kiber f'Maħane-dan, bejn Sorgħa u Estawl, u l-ispirtu tal-Mulej beda jaħdem ġewwa fih."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JDG.14", "bookref": "JDG.14", "text": ["Iż-żwieġ ta' Sansun", "U Sansun niżel f'Timna, u hemm xeħet għajnejh fuq mara mill-bniet tal-Filistin.", "U raġa' tala', u għarraf lil missieru u 'l ommu, u qalilhom: \"Rajt mara f'Timna mill-bniet tal-Filistin, u issa rridkom teħduhieli b'marti .\"", "U missieru u ommu weġbuh: \"Ma hemmx mara fost il-bniet ta' ħutek u fost il-poplu kollu tiegħek, biex int tmur tieħu mara minn fost il-Filistin bla ħtin?\"", "U Sansun wieġeb lil missieru: \"Ħudli lilha, għax dik togħġobni.\"", "U missieru u ommu ma kinux jafu li dan kien ġej mill-Mulej, għax kien qiegħed ifittex jeħodha mal-Filistin, billi dak iż-żmien il-Filistin kienu jaħkmu fuq Iżrael.", "U Sansun u missieru u ommu niżlu f'Timna; u xħin waslu fl-oqsma tad-dwieli ta' Timna, Sansun jilmaħ ferħ ta' ljun jgħajjat riesaq lejh.", "L-ispirtu tal-Mulej ħakem lil Sansun u dan tertqu bħalma wieħed itertaq gidi; ma kellu xejn f'idu, u lil missieru u lil ommu ma wriehom xejn x'kien għamel.", "U Sansun niżel u kellem lill-mara, u din għoġbitu.", "Meta raġa' lura biex jeħodha, lewa biex jara l-ġisem mejjet tal-iljun, u jsib ferħ naħal u għasel.", "Ħa minnu f'idejh, u baqa' sejjer jiekol fit-triq, u laħaq 'il missieru u 'l ommu, u tahom minnu u kielu; iżda ma qalilhomx li l-għasel ħadu mill-ġisem mejjet tal-iljun.", "Missieru mar jara l-mara, u hemm Sansun għamel festa, bħalma kienu jagħmlu ż-żgħażagħ.", "U ġara li malli rawh għażlu tletin żagħżugħ biex joqogħdu miegħu.", "U Sansun qalilhom: \"Ħa ngħidilkom ħaġa moħġaġa, jekk tfissruhieli sewwa matul is-sebat ijiem tal-festa u ssibuha, nagħtikom tletin qmis tal-għażel u tletin tibdila ħwejjeġ.", "U jekk ma jirnexxilkomx tgħiduhieli tagħtuni intom tletin biċċa għażel u tletin tibdila ħwejjeġ.", "U huma weġbuh: \"Għidilna l-ħaġa moħġaġa, u aħna nisimgħuha.\"", "U hu qalilhom:", "\"L-ikel ħareġ mill-wikkiel,", "u mill-qawwi ħarġet il-ħlewwa.\"", "U fi tlitt ijiem ma rnexxilhomx ifissru l-ħaġa moħġaġa.", "U ġara li fis-seba' jum qalu lill-mara ta' Sansun: \"Żiegħel b'żewġek ħalli jgħidilna x'inhi, inkella naħarqu lilek u lil dar missierek.", "Għalhekk stedintuna, biex tfaqqruna?", "Hux hekk?\"", "U mart Sansun bdiet tibki quddiemu u tgħidlu: \"Int tobgħodni, u ma tħobbnix.", "Int għedt ħaġa moħġaġa lil ulied il-poplu tiegħi, u lili ma fissirthilix.\"", "U hu weġibha: \"Jekk jien ma fissirthiex lil ommi u lil missieri, se nfissirha lilek?\"", "U damet tibki quddiemu għas-sebat ijiem li damet il-festa.", "Fis-seba' jum fissirhielha għax dejqitu, u hi mbagħad fissritha lil ulied il-poplu tagħha.", "U fis-seba' jum, qabel inżul ix-xemx, in-nies tal-belt qalulu:", "\"X'inhu ħelu aktar mill-għasel?", "min hu b'saħħtu aktar mill-iljun?\"", "U hu weġibhom:", "\"Li ma ħrattux bl-għoġla tiegħi,", "ma kontux tikxfu l-moħġaġa tiegħi.\"", "L-ispirtu tal-Mulej ġie fuqu, u Sansun niżel f'Askalon, u qatel tletin raġel minnhom, neżżagħhom minn ħwejjiġhom, u ta t-tibdiliet lil dawk li fissrulu l-ħaġa moħġaġa; imbagħad saħan bl-għadab u raġa' tala' f'dar missieru.", "U l-mara ta' Sansun tawha lil wieħed minn ħbiebu, li kien miegħu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JDG.15", "bookref": "JDG.15", "text": ["Sansun jitħallas mill-Filistin", "U ġara li wara xi żmien, f'jiem il-ħsad tal-qamħ, Sansun mar iżur lil martu, u ħa gidi miegħu u qal: \"Ħa nidħol ħdejn marti fl-għorfa.\"", "Imma missierha ma ħalliehx jidħol u qallu: \"Ħsibt u għedt li int stmellejtha, u għalhekk tajtha lil wieħed minn sħabek.", "Oħtha ż-żgħira mhijiex isbaħ minnha?", "Ħu lilha flokha.\"", "Imma Sansun weġibhom: \"Din id-darba ma jlumunix il-Filistin għall-ħsara kbira li nagħmlilhom.\"", "Sansun mar u qabad tliet mitt xakall, u ħa l-ħatab għan-nar, rabathom denb ma' denb, u qiegħed ħatba bejn kull żewġt idnub.", "Imbagħad ta n-nar lill-ħatab u telaq ix-xakalli qalb iż-żara' tal-Filistin, u hekk ħaraq il-qatet taż-żara' miġbur, iż-żara' wieqaf, u d-dwieli u ż-żebbuġ.", "U l-Filistin qalu: \"Min għamel dan?\"", "U wieġbu: \"Sansun, ħaten it-Timni, għax dan ħadlu 'l martu u taha lil sieħbu.\"", "U l-Filistin telgħu, u qabdu lilha u lil missierha, u tawhom in-nar.", "U Sansun qalilhom: \"Jekk tagħmlu hekk, nitħallas minnkom, imbagħad nistrieħ.\"", "U tahom xebgħa saqajn fuq wirkhom u għamel ħerba minnhom.", "Imbagħad niżel u qagħad f'għar fil-blat f'Għetam.", "Imbagħad il-Filistin telgħu u waqqfu l-kamp f'Ġuda u tferrxu sa Leħi.", "U n-nies ta' Ġuda staqsewhom: \"Għala tlajtu għalina?\"", "U dawk wieġbu: \"Biex norbtu lil Sansun, u nagħmlulu dak li għamel lilna.\"", "U niżlu tlitt elef ruħ minn Ġuda lejn l-għar fil-blat ta' Għetam u qalu lil Sansun: \"Int ma tafx li aħna taħt il-ħakma tal-Filistin?", "Għaliex għamiltilna hekk?\"", "U hu weġibhom: \"Bħalma għamlu lili, jien għamilt lilhom.\"", "U huma qalulu: \"Aħna ġejna biex norbtuk, u nerħuk f'idejn il-Filistin.\"", "U Sansun weġibhom: \"Aħilfuli li ma toqtlunix.\"", "U huma wegħduh u qalulu: \"Le!", "Norbtuk u nerħuk f'idejhom, imma ma noqtlukx.\"", "U rabtuh b'żewġ ħbula ġodda, u tellgħuh mill-għar fil-blat.", "Malli wasal f'Leħi, il-Filistin ħarġu jilqgħuh u jgħajtu; imma lilu ħakmu l-ispirtu tal-Mulej, u l-ħbula li kellu ma' dirgħajh saru bħal ħajt tal-kittien maħruq bin-nar, u l-irbit inħall minn idejh; u hu sab xedaq tari ta' ħmar, medd idu, qabdu u darab bih elf raġel.", "U Sansun beda jgħanni:", "\"B'xedaq ta' ħmar jien slaħthom;", "gzuz ma' gzuz għamilthom,", "b'xedaq ta' ħmar elf raġel drabt.\"", "Xħin temm jgħanni, rema x-xedaq tal-ħmar minn idu, u bdew isejħu dak il-post Ramat-leħi.", "Imbagħad ħadu għatx kbir, sejjaħ lill-Mulej u qallu: \"Int tajtna b'id il-qaddej tiegħek din ir-rebħa kbira, se tħallini issa mmut bil-għatx, u naqa' f'idejn in-nies bla ħtin?\"", "U Alla xaqq il-blata tal-ħofra ta' Leħi, u ħareġ minnha l-ilma; u hu xorob, ħa r-ruħ u staħja.", "Għalhekk semmewha Għajn-kori , li għadha f'Leħi sal-lum.", "U Sansun ħakem fuq Iżrael fi żmien il-Filistin għal għoxrin sena."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JDG.16", "bookref": "JDG.16", "text": ["Sansun f'Gaża", "U Sansun mar Gaża, u hemm ra mara żienja u daħal għandha.", "U marru qalu lin-nies ta' Gaża: \"Sansun ġie hawn!\"", "Dawruh u qagħdulu għassa l-lejl kollu fil-bieb tal-belt, u baqgħu siekta l-lejl kollu u qalu: \"Inħalluh sakemm jisbaħ, imbagħad noqtluh.\"", "U Sansun baqa' rieqed sa nofs il-lejl; f'nofs il-lejl qam, qabad il-battenti tal-bieb tal-belt u ż-żewġ waqqafiet, qalagħhom bl-istanga b'kollox, għabbiehom fuq spallejh, u tala' bihom fuq il-quċċata tal-għolja biswit Ħebron.", "Sansun u Dalila", "Ġara li wara dan Sansun ħabb mara mill-wied ta' Sorek, jisimha Dalila.", "Il-kapijiet tal-Filistin marru għandha u qalulha: \"Żiegħel bih u ara mnejn ġejja s-saħħa kbira li għandu, u tkixxfilna biex inkunu nistgħu norbtuh u rrażżnuh.", "Nagħtuk kull wieħed minna elf u mitt xekel tal-fidda.\"", "U Dalila staqsiet lil Sansun: \"Għidli mnejn hi ġejja din is-saħħa kbira tiegħek, u biex jistgħu jrażżnuk?\"", "U Sansun weġibha: \"Jekk jorbtuni b'seba' ħbula tan-nerv friski u mhux nexfin, insir bla saħħa u nkun bħal kull bniedem ieħor.\"", "U l-kapijiet tal-Filistin bagħtulha seba' ħbula tan-nerv friski, mhux nexfin, u rabtitu bihom.", "U kellha l-għases moħbija fil-kamra u qaltlu: \"Il-Filistin fuqek, Sansun!\"", "U hu qatta' l-irbit bħalma titqatta' l-ftila tal-istoppa malli tħoss in-nar, u l-qawwa tiegħu ma għarfux mnejn kienet ġejja.", "U Dalila qalet lil Sansun: \"Ara, dħakt bija u gdibtli.", "Issa għidli biex jistgħu jorbtuk.\"", "U hu weġibha: \"Jekk jorbtuni bi ħbula ġodda li qatt ma sar xogħol bihom, insir bla saħħa u nkun bħan-nies l-oħra.\"", "Dalila mbagħad ħadet ħbula ġodda, u rabtitu bihom u qaltlu: \"Il-Filistin fuqek, Sansun!\"", "Imma hu qattagħhom minn dirgħajh bħal ħajta.", "U Dalila reġgħet qalet lil Sansun: \"S'issa dħakt bija u gdibtli.", "Għidli biex jistgħu jorbtuk.\"", "U hu weġibha: \"Jekk tinseġ is-seba' nokkli ta' rasi mal-medd tan-newl, u tħabbathom bl-għuda, insir bla saħħa, u nsir bniedem bħall-oħrajn.", "U hi raqqditu u nisġitlu s-seba' nokkli ta' rasu mal-medd, u ħabbtithom bl-għuda u qaltlu: \"Il-Filistin fuqek, Sansun!\"", "U hu stenbaħ mir-raqda, u qala' l-musmar tan-newl u l-medd b'kollox.", "U reġgħet qaltlu: \"Kif tgħidli: 'Inħobbok', meta int ma tiftaħx qalbek miegħi?", "Tliet darbiet dħakt bija, u ma għedtlix fiex inhi l-qawwa tiegħek.\"", "U billi dejqitu bi kliemha u ta' kuljum baqgħet issus warajh, iddejjaq għall-mewt.", "U fetaħ qalbu magħha għalkollox u qalilha: \"Qatt ma għadda mus minn fuq rasi, għax jien nażir ikkonsagrat lil Alla sa minn ġuf ommi.", "Jekk inqaxxar xagħri, il-qawwa tiegħi tgħib għalkollox, u nsir bla saħħa bħal kull bniedem ieħor.\"", "Malli ntebħet li fetaħ qalbu magħha għalkollox, Dalila bagħtet issejjaħ lill-Filistin u tgħidilhom: \"Itilgħu, għax din id-darba fetaħli qalbu għalkollox.\"", "U telgħu għandha l-kapijiet tal-Filistin u ġiebu l-flus magħhom.", "U raqqditu fuq irkupptejha u sejħet raġel u dan qarwiżlu s-seba' nokkliet ta' rasu; u beda jitmantar sakemm marritlu saħħtu minn fuqu.", "U għajtet: \"Il-Filistin fuqek, Sansun.\"", "Dan stenbaħ min-ngħas u qal: \"Noħroġ bħal dari u neħles.\"", "Ma kienx jaf li l-Mulej kien warrab minnu.", "U qabduh il-Filistin, u qalgħulu għajnejh; u niżżluh Gaża, u rabtuh bis-sniesel tal-bronż, u għalquh idawwar il-mitħna fil-ħabs.", "U xagħru raġa' beda jikber wara li qarwżuh.", "Il-mewt ta' Sansun", "U l-kapijiet tal-Filistin inġemgħu biex jagħmlu festa u joffru sagrifiċċju kbir lil alla tagħhom Dagon , u qalu:", "\"Tana f'idejna alla tagħna", "lil Sansun, il-għadu tagħna.\"", "Malli l-poplu ra lil Sansun bdew ifaħħru lill-alla tagħhom u jgħidu:", "\"Tana f'idejna alla tagħna", "l-għadu tagħna;", "u 'l min ħarbtilna artna,", "u kattar il-mejtin tagħna.\"", "Kif qalbhom imtliet bil-ferħ qalu: \"Ħa nsejħu lil Sansun biex jgħaddilna ż-żmien.\"", "U sejħu 'l Sansun mill-ħabs, u beda jilgħab quddiemhom.", "U qegħduh bejn il-plieri.", "U Sansun qal liż-żagħżugħ li kien qiegħed iżommlu idu: \"Ħallini mmiss il-plieri li fuqhom qiegħda żżomm id-dar, u nserraħ fuqhom.\"", "Id-dar kienet mimlija rġiel u nisa, u kien hemm il-kapijiet tal-Filistin, u fuq is-setaħ xi tlitt elef raġel u mara jaraw lil Sansun jilgħab.", "U Sansun sejjaħ il-Mulej u qal: \"Mulej, Sidi, ftakar fija!", "Agħtini l-forza, imqar għal din id-darba, o Alla, u f'salt wieħed nitħallas taż-żewġ għajnejja mill-Filistin.\"", "U Sansun qabad iż-żewġ plieri tan-nofs, li fuqhom kienet mibnija d-dar, u twieżen fuqhom, fuq waħda bil-lemin u fuq l-oħra bix-xellug.", "U Sansun għajjat: \"Ħa mmut jien mal-Filistin.\"", "U Sansun miel 'il quddiem fuqhom b'saħħtu kollha u ġġarrfet id-dar fuq il-kapijiet u fuq il-poplu kollu li kien hemm fiha.", "U l-għadd tal-mejtin, li qatel f'mewtu, kien akbar minn kemm kien qatel f'ħajtu.", "U niżlu ħutu u d-dar kollha ta' missieru, u refgħuh u tellgħuh, u difnuh bejn Sorgħa u bejn Estawl fil-qabar ta' missieru Manuħa.", "Dam jaħkem fuq Iżrael għal għoxrin sena."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JDG.17", "bookref": "JDG.17", "text": ["Mika u l-Levita", "Kien hemm raġel mill-muntanji ta' Efrajm li kien jismu Mika .", "U qal lil ommu: \"Dawk l-elf u mitt xekel tal-fidda li kienu ħadulek u li int bdejt tisħet li nisimgħek, hawn huma għandi.", "Kont ħadthom jien; se rroddhomlok.\"", "U ommu wieġbet: \"Imbierek int, ibni, mill-Mulej.\"", "U radd l-elf u mitt xekel lil ommu.", "U ommu qalet: \"Irrid nikkonsagra dawn flusi lill-Mulej, biex issir xbieha mdewba għal ibni.\"", "Malli radd il-flus lil ommu, din ħadet mitejn xekel, tathom lill-arġentier li minnhom għamel xbieha mdewba, u qegħduha f'dar Mika; u hekk dan ir-raġel Mika kellu santwarju f'daru; għamel efod u terafim, u kkonsagra 'l wieħed minn uliedu, u sarlu qassis.", "Dak iż-żmien ma kienx hemm sultan f'Iżrael; kulħadd kien jagħmel li jogħġbu.", "Kien hemm żagħżugħ minn Betlehem ta' Ġuda, mit-tribù ta' Ġuda, li kien Levita, li kien frustier hemmhekk.", "Dan ir-raġel telaq mill-belt ta' Betlehem ta' Ġuda biex ifittex fejn joqgħod bħala frustier.", "Hu u għaddej mill-muntanji ta' Efrajm sab ruħu ħdejn id-dar ta' Mika.", "U Mika qallu: \"Mnejn ġej?\"", "U hu wieġbu: \"Jien Levita minn Betlehem ta' Ġuda, u qiegħed infittex fejn noqgħod.\"", "U Mika qallu: \"Oqgħod miegħi, u kun għalija missier u qassis; u jien nagħtik għaxar bċejjeċ tal-fidda fis-sena, tagħmira ħwejjeġ u ikel biex tgħix.\"", "Il-Levita aċċetta li joqgħod miegħu, u ż-żagħżugħ kien għalih bħal wieħed minn uliedu.", "U Mika kkonsagra lil-Levita, u ż-żagħżugħ kien għalih qassis, u qagħad f'dar Mika.", "U Mika qal: \"Issa naf li l-Mulej tani r-riżq, għax għandi qassis Levita miegħi.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JDG.18", "bookref": "JDG.18", "text": ["It-tribù ta' Dan", "F'dak iż-żmien ukoll ma kienx hemm sultan f'Iżrael; u t-tribù ta' Dan kien qiegħed ifittex art fejn jgħammar , għax sa dakinhar kien għadu ma messux sehem f'nofs it-tribujiet ta' Iżrael.", "Ulied Dan għalhekk bagħtu ħamsa min-nies mit-tribù tagħhom, irġiel ta' ħila, minn Sorgħa u Estawl, biex iduru u jitkixxfu l-art, u qalulhom: \"Morru u tkixxfu l-art.\"", "U marru fil-muntanji ta' Efrajm sad-dar ta' Mika u għaddew il-lejl hemm.", "Kif kienu ħdejn dar Mika għarfu leħen iż-żagħżugħ Levita u ġibduh 'l hemm u staqsewh: \"Min ġiebek hawn?\"", "U weġibhom: \"Dan u dan għamilli Mika; krieni, u jien sirt qassis tiegħu.\"", "U huma qalulu: \"Stħarreġ lil Alla biex inkunu nafu jekk fit-triq li qbadna jkollniex ir-risq?\"", "U l-qassis weġibhom: \"Morru bis-sliema!", "F'idejn il-Mulej hi t-triq li intom mexjin fiha.\"", "U telqu l-ħamest irġiel, u waslu Lajs, u raw li l-poplu kien jgħix bla biża' bħas-Sidonin, b'moħħhom mistrieħ; ma kien jonqoshom xejn mill-ġid tal-art; u ħadd ma kien jaħkimhom bi dritt ta' wirt; u kienu 'l bogħod mis-Sidonin, u ma kellhom x'jaqsmu xejn mal-Aramin.", "Imbagħad reġgħu lura għand ħuthom f'Sorgħa u Estawl, u dawn staqsewhom: \"X'minnkom?\"", "U huma wieġbu: \"Qumu, u nitilgħu għaliha!", "Għax aħna rajnieha li hi art tajba ħafna!", "X'intom taħsbuha?", "La titnikkrux, fittxu itilqu u morru ħudu l-art f'idejkom.", "Meta taslu hemm issibu nies jgħixu bla biża' f'medda kbira ta' art.", "Tassew li Alla rħieha f'idejkom.", "Post fejn m'hemm xejn nieqes mill-ġid li tista' tagħti l-art.\"", "It-tribù ta' Dan f'Lajs", "Imbagħad telqu minn Sorgħa u Estawl mit-tribù ta' Dan sitt mitt raġel armati għall-gwerra.", "Telgħu, u waqqfu l-kamp f'Kirjat-jegħarim f'Ġuda; għalhekk għadhom isejħulu Maħane-dan sal-lum; u jiġi wara Kirjat-jegħarim.", "Minn hawn għaddew għall-muntanji ta' Efrajm, u waslu ħdejn id-dar ta' Mika.", "Dawk il-ħamest irġiel, li kienu marru jitkixxfu l-art ta' Lajs, kellmu lil ħuthom u qalulhom: \"Tafu intom li f'dawn id-djar hemm efod, terafim, xbieha mnaqqxa u xbieha mdewba?", "Issa araw x'tagħmlu.\"", "U lwew 'il dik in-naħa, u marru fid-dar taż-żagħżugħ Levita, id-dar ta' Mika, u sellmulu ta' ħbieb.", "U s-sitt mitt raġel minn ulied Dan armati għall-gwerra waqfu fi dħul il-bieb.", "U l-ħamest irġiel li kienu marru jitkixxfu l-art, daħlu fid-dar u ħadu x-xbieha mnaqqxa u l-efod u t-terafim u x-xbieha mdewba, waqt li l-qassis baqa' fil-bieb mas-sitt mitt raġel armati għall-gwerra.", "Meta daħlu f'dar Mika, u ħadu x-xbieha mnaqqxa, l-efod u t-terafim, u x-xbieha mdewba, il-qassis qalilhom: \"X'intom tagħmlu?\"", "U huma weġbuh: \"Oqgħod bi kwietek!", "Qiegħed idek fuq fommok u ejja magħna, u kun għalina missier u qassis.", "X'inhu l-aħjar għalik, tkun qassis ta' dar ta' bniedem wieħed jew tkun qassis ta' tribù u familja sħiħa f'Iżrael?\"", "U l-qassis feraħ f'qalbu; u ħa l-efod u t-terafim u x-xbieha mnaqqxa u mar f'nofs dik il-kotra nies.", "Imbagħad daru u telqu, u bagħtu t-tfal u l-imrieħel u ġidhom qabilhom.", "Malli tbiegħdu minn dar Mika, l-irġiel li kienu joqogħdu fid-djar ta' ħdejn id-dar ta' Mika, inġemgħu u telqu għal wara wlied Dan, u bdew jgħajtulhom.", "Ulied Dan dawru wiċċhom lejhom u staqsew lil Mika: \"X'għandek, biex qiegħed tgħajjat?\"", "U hu weġibhom: \"Ħadtuli allati, li għamilt, u l-qassis, u tlaqtu!", "X'fadalli?", "U mbagħad tgħiduli: 'X'għandek?'", "\" U wlied Dan qalulu: \"La ssammagħniex aktar leħnek, li ma jmorrux iħebbu għalikom in-nies ta' ras iebsa u titlef ħajtek u ħajjet darek.\"", "U wlied Dan baqgħu sejrin fi triqthom, u Mika dawwar wiċċu u raġa' lura lejn daru, għax ra li kienu aqwa minnu.", "U huma ħadu kulma kien għamel Mika, u l-qassis li kellu miegħu, u marru Lajs, għand nies li kienu jgħixu fil-kwiet bla ħsieb ta' xejn, u għaddewhom minn xifer ix-xabla, u l-belt ħarquha bin-nar.", "Ma kien hemm ħadd min jgħinha, għax kienet bogħod minn Sidon, u ma kellhom x'jaqsmu xejn ma' Aram.", "Kienet fil-wita ta' Bet-reħob; reġgħu bnewha mill-ġdid u għammru fiha.", "U semmewha Dan, għal isem missierhom Dan, li kien twieled lil Iżrael.", "Imma qabel, sa mill-bidu, kien jisimha Lajs.", "U wlied Dan waqqfu xbieha, u Ġonatan bin Gersom, bin Manassi, hu u wliedu, saru qassisin għat-tribù ta' Dan sa meta nqabdet l-art .", "U qiegħdu għalihom ix-xbieha, li kien għamel Mika, u baqgħet hemm iż-żmien kollu li dar Alla kienet f'Silo."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JDG.19", "bookref": "JDG.19", "text": ["In-nies ta' Gibgħa", "F'dak iż-żmien ma kienx hemm sultan f'Iżrael, u kien hemm Levita jgħammar f'nofs il-muntanji ta' Efrajm, u ħa mara konkubina minn Betlehem ta' Ġuda.", "Din il-konkubina żniet kontrih, telqitu u marret f'dar missierha f'Betlehem ta' Ġuda; u kienet ilha hemm erba' xhur, meta żewġha qam u mar warajha biex iżiegħel biha u jġibha lura.", "Kellu miegħu l-qaddej tiegħu u żewġt iħmir.", "Daħħlitu f'dar missierha, u malli rah missier it-tifla feraħ bih u mar jilqgħu.", "U ħatnu, missier it-tifla, żammu għandu, u hu qagħad miegħu tlitt ijiem, u kielu u xorbu, u għaddew il-lejl hemmhekk.", "Fir-raba' jum bakkru filgħodu u qam biex jitlaq; imma missier it-tifla qal lil ħatnu: \"Ħu biċċa ħobż u stejqer, u mbagħad itlaq.\"", "U qagħdu t-tnejn bilqiegħda jieklu u jixorbu.", "U missier it-tifla qallu: \"Nitolbok, oqgħod hawn illejla u ferraħ qalbek.\"", "Imma l-ieħor qam biex jitlaq; iżda ħatnu baqa' jissikkah, u baqa' u għadda l-lejl hemmhekk.", "U fil-ħames jum bakkar, u qam biex jitlaq; imma missier it-tifla qallu: \"Kul xi ħaġa qabel.\"", "U għaddew iż-żmien sa ma daħal il-jum sewwa, u kielu flimkien.", "Ir-raġel qam biex jitlaq hu, il-konkubina u l-qaddej tiegħu, imma ħatnu, missier it-tifla, qallu: \"Ara, il-jum wasal għal filgħaxija; oqogħdu hawn illejla.", "U ferraħ qalbek, u għada tbakkru għal triqtkom u tmur lejn l-għarix tiegħek.\"", "Ir-raġel ma riedx jgħaddi l-lejl hemm; qabad u telaq u wasal sa quddiem Ġebus, li hi Ġerusalemm; u kellu miegħu żewġt iħmir mgħobbija, u l-konkubina.", "Xħin qorbu lejn Ġebus, il-jum kien wasal fi tmiemu, u l-qaddej qal lil sidu: \"Ejja nduru lejn din il-belt tal-Ġebusin, u ngħaddu l-lejl hemmhekk.\"", "U sidu wieġbu: \"Ma ndurux lejn belt il-barranin, li mhumiex minn ulied Iżrael.", "Ħa nibqgħu sejrin sa Gibgħa.\"", "U ssokta jgħid lill-qaddej tiegħu: \"Ejja naslu sa wieħed minn dawn il-postijiet u ngħaddu l-lejl f'Gibgħa jew Rama.\"", "U baqgħu sejrin sakemm laħaqhom inżul ix-xemx, ħdejn Gibgħa ta' Benjamin.", "U lwew 'l hemm biex imorru jgħaddu l-lejl f'Gibgħa; u daħal u waqaf fil-misraħ tal-belt, u ma kien hemm ħadd li laqagħhom biex jgħaddu l-lejl f'daru.", "U ara, raġel xiħ kien ġej filgħaxija minn fuq ix-xogħol fl-għalqa.", "Kien raġel mill-muntanji ta' Efrajm, u kien frustier f'Gibgħa; imma n-nies tal-post kienu wlied Benjamin.", "U rafa' għajnejh u ra r-raġel li kien għaddej mill-misraħ tal-belt, u r-raġel ix-xiħ qallu: \"Fejn sejjer?", "Mnejn ġej?\"", "U hu wieġbu: \"Ġejjin minn Betlehem ta' Ġuda, u sejrin lejn il-qalba tal-muntanji ta' Efrajm.", "Jiena minn dawk l-inħawi, u mort sa Betlehem ta' Ġuda, u issa sejjer lejn dari, u ma hawn ħadd li jilqagħni f'daru.", "Għandi tiben u għalf għall-ħmir tagħna, ħobż u nbid għalija, u għall-qaddejja tiegħek, u għaż-żagħżugħ tal-qaddej tiegħek; xejn ma jonqosna.\"", "U x-xiħ qallu: \"Is-sliem għalik!", "Naħsiblek għal kulma teħtieġ, biss la tgħaddix il-lejl fil-misraħ.\"", "U ħadu f'daru, tah l-għalf għall-ħmir, ħaslu riġlejhom, u kielu u xorbu.", "Meta kienu qalbhom ferħana, xi rġiel tal-belt, nies mill-agħar , dawru d-dar, u bdew iħabbtu fuq il-bieb u jgħajtu lix-xiħ, sid id-dar: \"Oħorġilna r-raġel li daħal f'darek, ħa nużawh.\"", "U ħareġ ħdejhom ix-xiħ, sid id-dar, u qalilhom: \"Le, ħuti, la tagħmlux din il-bluha!", "La darba dan ir-raġel daħal f'dari, la tagħmlux dan l-għajb.", "Ara, għandi 'l binti xebba u l-mara konkubina tiegħu; noħroġhomlkom u użawhom, u għamlu bihom li jogħġobkom, u 'l dan ir-raġel la tagħmlulux dan l-għajb.\"", "Iżda huma ma ridux jisimgħu u għalhekk ir-raġel qabad il-konkubina u ħariġhielhom barra; u huma żebilħuha, u nfexxew fiha l-lejl kollu sa filgħodu, u malli sebaħ telquha.", "Mas-sebħ il-mara ġiet u waqgħet fl-art ħdejn il-bieb ta' dar ir-raġel fejn kien żewġha, u baqgħet hemm sakemm sebaħ sewwa.", "U filgħodu qam żewġha, u fetaħ il-bieb tad-dar, u ħareġ biex jaqbad triqtu; u jsib il-mara konkubina tiegħu fl-art ħdejn il-bieb tad-dar b'idejha mqabbda mal-għatba.", "\"Qum,\" qalilha, \"ħa nitilqu.\"", "Imma hi ma weġbitx.", "U mbagħad għabbieha fuq il-ħmar, u r-raġel qabad u telaq lejn daru.", "Kif wasal id-dar ħa sikkina, qabad il-konkubina u qattagħha fi tnax-il biċċa b'għadamha b'kollox, u bagħathom fl-art kollha ta' Iżrael.", "U kull min ra dan qal: \"Qatt sal-lum ma ġrat biċċa bħal din; u qatt ħadd ma ra bħalha minn mindu telgħu wlied Iżrael mill-art tal-Eġittu.", "Aħsbu fuqha, u araw x'se tagħmlu u tkellmu.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JDG.20", "bookref": "JDG.20", "text": ["L-Iżraelin ipattuha lin-nies ta' Gibgħa", "U wlied Iżrael ħarġu lkoll u ltaqgħet il-ġemgħa bħal bniedem wieħed, minn Dan sa Birsaba, u minn art Gilgħad f'Misfa , quddiem il-Mulej.", "U ħarġu fin-nofs il-kapijiet tal-poplu kollu u t-tribujiet ta' Iżrael kollha quddiem il-ġemgħa tal-poplu ta' Alla; erba' mitt elf ruħ tal-fanterija mħarrġa fix-xabla.", "U wlied Benjamin semgħu li wlied Iżrael telgħu Misfa, u wlied Iżrael qalu: \"Tkellmu!", "Kif saret din il-biċċa ħażen?\"", "U r-raġel Levita, żewġ il-mara maqtula, wieġeb u qal: \"Konna wasalna, jiena u l-konkubina tiegħi, f'Gibgħa ta' Benjamin biex ngħaddu l-lejl hemmhekk.", "U qamu għalija n-nies ta' Gibgħa, u dawruli d-dar billejl; lili riedu joqtluni, u lill-konkubina tiegħi żebilħuha u mietet.", "Imbagħad jien ġbart il-konkubina u qattajtha bċejjeċ u bgħattha fl-oqsma kollha ta' art Iżrael; għax huma għamlu ħaġa faħxija u kerha f'Iżrael.", "Araw, hawn intom ilkoll; tkellmu u araw x'se tagħmlu.\"", "U qam il-poplu kollu bħal bniedem wieħed u qalu: \"Ħadd ma jerġa' lura fl-għarix tiegħu, u ħadd ma jmur lura lejn daru.", "Issa nagħmlu hekk lil Gibgħa: intellgħu x-xorti, u nitilgħu għaliha.", "Nieħdu minn kull tribù ta' Iżrael għaxart irġiel minn kull mija, u mija minn kull elf, u elf minn kull għaxart elef, biex iġibu l-ikel għall-poplu li ġie biex jagħmel ma' Gibgħa ta' Benjamin skont ma ħaqqha għal dan il-ħażen li għamlu f'Iżrael.\"", "U nġabru kollha għalenija bħal bniedem wieħed l-irġiel ta' Iżrael kontra l-belt.", "U t-tribujiet ta' Iżrael bagħtu nies fit-tribù kollu ta' Benjamin jgħidulhom: \"X'ħażen hu dan, li sar f'nofskom?", "Agħtuna issa n-nies mill-agħar li hemm f'Gibgħa, u noqtluhom u nneħħu l-ħażen minn Iżrael.\"", "Imma wlied Benjamin ma ridux jisimgħu minn kliem ħuthom, ulied Iżrael.", "U wlied Benjamin inġabru mill-ibliet f'Gibgħa biex joħorġu jitqabdu ma' wlied Iżrael.", "U ntgħaddu ulied Benjamin dakinhar: mill-ibliet, sitta u għoxrin elf raġel imħarreġ fix-xabla barra n-nies ta' Gibgħa; fost dawk in-nies kollha kien hemm ukoll seba' mitt raġel magħżul, xellugin, u kull wieħed kellu l-ħila jwaddab ġebla bl-iżbandola għal xagħra, u ma jfallilux.", "U wlied Iżrael intgħaddu wkoll: barra minn ulied Benjamin, erba' mitt elf raġel imħarreġ fix-xabla, kull wieħed raġel tal-ġlied.", "U qabdu u marru wlied Iżrael f'Betel u staqsew lil Alla u qalu: \"Min minna jitla' l-ewwel jitqabad ma' wlied Benjamin?\"", "U l-Mulej wieġeb: \"Ġuda jitla' l-ewwel.\"", "Ulied Iżrael bakkru filgħodu, u waqqfu l-kamp biswit Gibgħa.", "In-nies ta' Iżrael ħarġu għat-taqbida ma' wlied Benjamin, u tqassmu għall-ġlied ħdejn Gibgħa.", "U wlied Benjamin ħarġu minn Gibgħa u meddew fl-art dakinhar tnejn u għoxrin elf raġel minn Iżrael.", "Imma l-poplu għamel il-qalb u l-Iżraelin reġgħu tqassmu għat-taqbida fejn kienu tqassmu fl-ewwel jum.", "U wlied Iżrael telgħu jibku quddiem il-Mulej sa filgħaxija, u staqsew lill-Mulej u qalu: \"Għandi jien nerġa' noħroġ nitqabad ma' wlied ħija Benjamin?\"", "U l-Mulej wieġeb: \"Itilgħu għalih.\"", "Fit-tieni jum ulied Iżrael marru għal ulied Benjamin.", "U ħareġ jilqagħhom Benjamin minn Gibgħa fit-tieni jum u meddew mal-art tmintax-il elf oħra minn ulied Iżrael, ilkoll imħarrġa fix-xabla.", "U wlied Iżrael ilkoll, u l-poplu kollu telgħu u marru Betel, u qagħdu hemm jibku quddiem il-Mulej, u samu dak in-nhar sa filgħaxija u offrew sagrifiċċji tal-ħruq, u sagrifiċċji tas-sliem quddiem il-Mulej.", "U wlied Iżrael staqsew lill-Mulej - għax hemm kienet l-arka tal-patt ta' Alla f'dak iż-żmien u Fineħas bin Elgħażar, bin Aron, dik il-ħabta kien iservi quddiemha - u qalu: \"Għandi jien nerġa' noħroġ nitqabad ma' ħija Benjamin, jew nieqaf?\"", "U l-Mulej wieġeb: \"Itilgħu, għax għada nerħih f'idejk.\"", "U Iżrael imbagħad dawwar lil Gibgħa dawramejt bl-għases moħbija.", "U fit-tielet jum ulied Iżrael telgħu għal ulied Benjamin u tqassmu ħdejn Gibgħa bħall-ewwel u t-tieni darba.", "U wlied Benjamin ħarġu għall-poplu u tbiegħdu mill-belt, u bdew joqtlu mill-eżerċtu bħall-ewwel u t-tieni darba fit-toroq li jieħdu, waħda għal Betel u l-oħra għal Gibgħa, u fir-raba', u qatlu xi tletin raġel minn Iżrael b'kollox.", "U wlied Benjamin qalu: \"Kissirniehom bħall-ewwel darba.\"", "U wlied Iżrael qalu: \"Ħa naħarbu, u nbegħduhom mill-belt, u nxerrduhom mat-toroq.\"", "U l-Iżraelin qamu kollha minn fejn kienu, u tqassmu f'Bagħal-tamar, u l-għases moħbija ta' Iżrael ħarġu minn fejn kienu min-naħa tal-Punent ta' Gibgħa.", "U ġew quddiem Gibgħa għaxart elef raġel magħżula minn Iżrael kollu; u t-taqbida ħraxet, u wlied Benjamin ma ntebħux li kienet ġejja fuqhom ħsara kbira.", "Il-Mulej ħarbat lil ulied Benjamin quddiem Iżrael, u dakinhar ulied Iżrael qatlu minn ulied Benjamin ħamsa u għoxrin elf u mitt ruħ, ilkoll imħarrġa fix-xabla.", "Ulied Benjamin intebħu li kienu mirbuħa; u l-Iżraelin taw il-wisa' lil ulied Benjamin, għax kellhom moħħhom mistrieħ bl-għases moħbija li kienu qiegħdu ħdejn Gibgħa.", "U l-għases moħbija ntefgħu bil-ħeffa fuq Gibgħa, ħabtu għall-belt minn kull naħa, u għaddew il-belt kollha minn xifer ix-xabla.", "L-Iżraelin kienu ftiehmu mal-għases moħbija li jtellgħu sħaba duħħan mill-belt.", "Malli l-Iżraelin li kienu jitqabdu daru, ulied Benjamin bdew jaħbtu għall-Iżraelin u qatlu minnhom xi tletin raġel, għax qalu: \"Iva, kissirniehom bħal fl-ewwel taqbida.\"", "Imma dak il-ħin bdiet tielgħa minn fuq il-belt sħaba duħħan; u wlied Benjamin ħarsu lura, u raw in-nar mill-belt tiela' lejn is-sema.", "U l-Iżraelin daru u wlied Benjamin tħawdu għax raw li laħqithom il-ħsara; u daru, u ħarbu minn quddiem Iżrael lejn id-deżert; imma l-ġlied laħaqhom, u dawk li kienu ħierġa mill-belt daħlu ġo nofshom u bdew iqattgħuhom bċejjeċ.", "Hekk dawru lil ulied Benjamin, u għamlu għal warajhom u għaffġuhom taħt riġlejhom minn Noħa sa quddiem Gibgħa, in-naħa tal-Lvant.", "U waqgħu mejtin tmintax-il elf raġel minn Benjamin, kollha nies ta' ħila.", "L-oħrajn daru u ħarbu lejn id-deżert lejn il-blat ta' Rimmon; l-Iżraelin qatlu minnhom fit-toroq ħamest elef raġel u baqgħu jrossu fuqhom sa Gidgħon u qatlu elfejn oħra.", "U dakinhar il-mejtin kollha ta' Benjamin laħqu l-ħamsa u għoxrin elf raġel imħarrġa fix-xabla, kollha nies ta' ħila.", "U ħarbu lura lejn id-deżert sitt mitt raġel, u baqgħu fil-blat ta' Rimmon għal erba' xhur.", "Imbagħad ulied Iżrael daru għal ulied Benjamin l-oħra, u għaddew minn xifer ix-xabla n-nies fil-belt, u l-bhejjem u kulma sabu; u l-ibliet li sabu tawhom in-nar."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JDG.21", "bookref": "JDG.21", "text": ["Tiġdid tat-tribù ta' Benjamin", "L-Iżraelin kienu ħalfu f'Misfa u qalu: \"Ħadd minna ma jagħti 'l bintu lil xi ħadd minn Benjamin b'martu.\"", "Imbagħad il-poplu mar f'Betel, u baqgħu hemm sa filgħaxija jibku quddiem Alla, għollew leħinhom u bkew biki kbir, u qalu: \"Għaliex, Mulej, Alla ta' Iżrael, ġara dan f'Iżrael, li naqset illum tribù f'Iżrael?\"", "L-għada l-poplu bakkar, u bnew hemm artal, u offrew sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifiċċji tas-sliem.", "U wlied Iżrael qalu: \"Hemm xi ħadd mit-tribujiet kollha ta' Iżrael li ma talax għal-laqgħa quddiem il-Mulej?\"", "Għaliex kienu ħalfu bil-kbir għal min ma jitlax quddiem il-Mulej f'Misfa u qalu: \"Nagħtuh il-mewt.\"", "Ulied Iżrael għelew għal ħuhom Benjamin u qalu: \"Illum inqata' tribù minn Iżrael.", "X'se nagħmlu lil dawk li baqgħu minnhom biex ikollhom in-nisa?", "Aħna ħlifna bil-Mulej li ma nagħtuhomx mill-bniet tagħna b'nisa tagħhom.\"", "U ssuktaw jgħidu: \"Min mit-tribujiet ta' Iżrael ma telax quddiem il-Mulej f'Misfa?\"", "U sabu li ħadd minn Ġabes-gilgħad ma kien ġie fil-kamp għal-laqgħa.", "Għax għaddew il-poplu, u sabu li ma kien hemm ħadd minn Ġabes-gilgħad.", "U l-ġemgħa bagħtet tnax-il elf raġel, irġiel ta' ħila, u ordnawlhom u qalulhom: \"Morru u oqtlu n-nies ta' Ġabes-gilgħad b'xifer ix-xabla, bin-nisa u t-tfal.", "Iżda araw x'għandkom tagħmlu: Oqtlu l-irġiel kollha u n-nisa kollha li kellhom x'jaqsmu ma' raġel, iżda x-xebbiet ħalluhom ħajjin.\"", "U hekk għamlu.", "U sabu fost in-nies ta' Ġabes-gilgħad erba' mitt xebba li qatt ma kienu għarfu raġel u raqdu miegħu; u ġabuhom fil-kamp f'Silo li jinsab f'art Kangħan.", "U l-ġemgħa kollha bagħtet l-aħbar lil ulied Benjamin li kienu fil-blat ta' Rimmon u għamlu paċi.", "U wlied Benjamin reġgħu lura, u l-Iżraelin tawhom in-nisa li kienu ħallew ħajjin min-nies ta' Ġabes-gilgħad; imma ma sabulhomx biżżejjed.", "Il-poplu għela għal Benjamin, billi l-Mulej ġieb dan il-vojt fit-tribujiet ta' Iżrael .", "U x-xjuħ tal-ġemgħa qalu: \"X'nagħmlu biex dawk li baqgħu jkollhom in-nisa?", "Għax inqerdu lkoll in-nisa ta' Benjamin.\"", "U ssuktaw jgħidu: \"Għandu jkun hemm werrieta għall-fdal ta' Benjamin, biex ma jinqeridx tribù minn Iżrael.", "Aħna ma nistgħux nagħtukom nisa mill-bniet tagħna, għax ulied Iżrael ħalfu u qalu: 'Misħut min jagħti xi mara lil Benjamin.'", "\" U ssuktaw jgħidu: \"Ara, minn sena għal sena jkun hemm festa lill-Mulej f'Silo,\" - din qiegħda fuq it-Tramuntana ta' Betel, fuq il-Lvant tat-triq li tieħu minn Betel għal Sikem, 'l isfel minn Lebona.", "U mbagħad taw parir lil ulied Benjamin u qalulhom: \"Morru u staħbew qalb id-dwieli.", "Malli taraw il-bniet ta' Silo ħerġin biex iduru u jiżfnu, oħorġu minn qalb id-dwieli u kull wieħed jaħtaf mara għalih mill-bniet ta' Silo; imbagħad morru f'art Benjamin.", "Jekk missirijiethom jew ħuthom jeħduha magħna, ngħidulhom: 'Ħennu għalihom, għax ħadd minnhom ma ħa mara fil-gwerra.", "Kieku qegħdin tagħtuhomlhom intom, kontu tidinbu.' \"", "U hekk għamlu wlied Benjamin, u ħadu nisa miż-żeffiena li ħatfu skont l-għadd tagħhom, u reġgħu marru lejn arthom, u bnew l-ibliet u għammru fihom.", "U wlied Iżrael dak iż-żmien telqu, kulħadd lejn it-tribù u l-familja tiegħu; u minn hemm kulħadd għal artu.", "F'dak iż-żmien ma kienx hemm sultan f'Iżrael , u kulħadd kien jagħmel li jogħġbu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/RUT.intro", "bookref": "RUT.intro", "text": ["IL-KTIEB TA' RUT", "Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb", "Il-ktieb ta' Rut jagħti indikazzjoni dwar il-ħajja fil-familja Lhudija fi żmien l-Imħallfin.", "Din il-familja partikulari, saret importanti ħafna fil-ġrajja tal-Poplu Lhudi, għaliex wieħed mill-pro-neputijiet ta' Rut kien is-Sultan David.", "Flimkien ma' Rut, niltaqgħu ma' protagonista oħra importanti f'dan il-ktieb: Nagħomi.", "Din kienet tgħix f'Betlehem ma' żewġha u ż-żewġ uliedha subien.", "Wasal, però, mument fejn il-ħsad naqas u l-familja kellha temigra lejn Mowab fuq il-Lvant tal-Baħar il-Mejjet.", "Hemmhekk, ir-raġel ta' Nagħomi miet u ż-żewġ uliedha żżewġu nisa Mowabiti.", "Rut kienet waħda minnhom.", "Mal-mewt taż-żewġ uliedha, Nagħomi ħasbet li terġa' lura lejn Betlehem.", "Hi qalet lin-nisa ta' wliedha biex jibqgħu f'pajjiżhom u mal-familji tagħhom sakemm isibu rġiel oħra biex jerġgħu jiżżewġu.", "Rut ma ridetx tħalli lill-kunjata tagħha u marret Betlehem magħha.", "Il-bqija tal-ktieb jirrakkonta kif Rut bdiet tmur, bħal nisa fqar oħra, tlaqqat l-iżbul li l-ħassada jħallu jaqa'.", "L-għalqa li sabet ruħha fiha kienet ta' Bogħaż, qarib għani ħafna ta' Nagħomi, u li kellu d-dritt tal-fidwa skont il-Liġi.", "Rut imxiet fuq il-pariri ta' Nagħomi sakemm waslet biex iżżewġet lil Bogħaż.", "Skont il-Liġi ta' Mosè, il-Mowabiti ma setgħu qatt isiru Iżraelin.", "Iżda f'dan il-ktieb insibu kif Rut daħlet fid-drawwiet u t-twemmin tal-Lhud.", "Hi aċċettat lil Alla ta' Nagħomi bħala Alla tagħha u baqgħet dejjem fidila lejh.", "Hekk setgħet tiġi integrata fost l-Iżraelin.", "Meta kienu għadhom Mowab, hi qalet lil Nagħomi:", "Fejn tmur int, immur jien; fejn toqgħod int, noqgħod jien; niesek, niesi; Alla tiegħek, Alla tiegħi; fejn tmut int, immut jien; u hemm nindifen.", "Dan jagħmilli, u aktar, il-Mulej, jekk ma tkunx il-mewt li tifridna ( , ).", "It-taqsim tal-ktieb", "Nagħomi tmur lura Betlehem flimkien ma' Rut ( , - )", "Rut tiltaqa' ma' Bogħaż ( , — , )", "Bogħaż jiżżewweġ lil Rut ( , - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/RUT.1", "bookref": "RUT.1", "text": ["Fl-art ta' Mowab", "Fi żmien meta kienu jaħkmu l-imħallfin , kien hemm l-għaks fil-pajjiż.", "Kien hemm raġel minn Betlehem ta' Ġuda li mar joqgħod fl-inħawi ta' Mowab, hu, martu u ż-żewġ uliedu.", "Ir-raġel kien jismu Elimelek, martu Nagħomi, u ż-żewġ uliedu Maħlon u Kiljon, Efratin minn Betlehem ta' Ġuda .", "Marru joqogħdu fl-inħawi ta' Mowab.", "Ġara li miet Elimelek, żewġ Nagħomi, u baqgħu hi u ż-żewġ uliedha.", "U dawn ħadu b'nisa tagħhom tnejn mill-Mowabin: waħda jisimha Għorfa, u l-oħra Rut; u qagħdu hemm għal xi għaxar snin.", "U mietu ż-żewġ irġiel Maħlon u Kiljon; u l-mara baqgħet weħidha mingħajr iż-żewġ uliedha u żewġha.", "Qamet hi u n-nisa ta' wliedha biex jerġgħu lura mill-inħawi ta' Mowab, għax kienu semgħu f'Mowab li l-Mulej kien ħaseb fil-poplu tiegħu, u pprovdielhom il-ħobż.", "U ħarġet minn fejn kienet hi u ż-żewġ nisa ta' wliedha, u qabdu t-triq biex jerġgħu lura lejn l-art ta' Ġuda.", "U Nagħomi qalet liż-żewġ nisa: \"Itilqu, erġgħu lura kull waħda f'dar ommha , u jalla jagħmel ħniena magħkom il-Mulej, kif intom għamiltu mal-mejtin u miegħi.", "U jagħtikom il-Mulej li ssibu l-mistrieħ, kull waħda f'dar żewġha.\"", "U bisithom it-tnejn, u għollew leħinhom u bkew.", "Iżda huma qalulha: \"Aħna niġu lura miegħek għand niesek.\"", "U Nagħomi wieġbet: \"Erġgħu lura, uliedi.", "Għala tridu tiġu miegħi?", "Għandi jien, jaqaw, ulied f'ġufi biex ikunu żwieġkom ?", "Erġgħu lura, uliedi.", "Jien xjeħt wisq biex nerġa' niżżewweġ.", "Kieku ngħid li għad fadalli tama, u llejla stess niżżewweġ u niled it-tfal, jaqaw se tistennewhom sakemm jikbru?", "Se toqogħdu intom mingħajr ma tiżżewġu?", "Le, uliedi, għax għandi mrar kbir minħabba fikom; tassew li laħqitni id il-Mulej.\"", "U huma għollew leħinhom u reġgħu bkew.", "Għorfa bieset lil omm żewġha , imma Rut baqgħet imqabbda magħha.", "Nagħomi u Rut f'Betlehem", "Nagħomi qaltilha: \"Il-kunjata reġgħet lura għand niesha u l-allat tagħha.", "Mur lura mal-kunjata.\"", "U Rut wieġbet: \"Iġġagħalnix nitilqek u nerġa' lura minnek; fejn tmur int, immur jien; fejn toqgħod int, noqgħod jien; niesek, niesi; Alla tiegħek, Alla tiegħi ; fejn tmut int, immut jien; u hemm nindifen.", "Dan jagħmilli, u aktar, il-Mulej, jekk ma tkunx il-mewt li tifridna.\"", "U Nagħomi rat kif webbset rasha biex tmur magħha, u ma kellmithiex iżjed.", "U telqu t-tnejn sakemm waslu Betlehem.", "Kif waslu Betlehem qamet għagħa waħda mal-belt kollha, għax qalu: \"Din hi Nagħomi?\"", "U hi qaltilhom: \"Issejħulix Nagħomi : sejħuli Mara, għax bl-imrar imlieni Alla li jista' kollox.", "Mimlija tlaqt minn hawn u b'xejn reġġagħni lura l-Mulej.", "Għala ssejħuli Nagħomi, meta l-Mulej ċekkinni, u għakkisni Xaddaj?\"", "U hekk reġgħet lura Nagħomi u Rut il-Mowabija, mart binha, magħha, mill-inħawi ta' Mowab.", "Kien żmien il-ħsad tax-xgħir meta waslu Betlehem."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/RUT.2", "bookref": "RUT.2", "text": ["Rut fl-għalqa ta' Bogħaż", "Nagħomi kellha wieħed jiġi minnha min-naħa ta' żewġha; kien bniedem għani ħafna, mill-familja ta' Elimelek u kien jismu Bogħaż.", "U Rut, il-Mowabija, qalet lil Nagħomi: \"Ħa mmur fir-raba', u llaqqat is-sbul minn wara min juri ħniena miegħi.\"", "U Nagħomi weġbitha: \"Mur binti.\"", "U marret tlaqqat fir-raba' minn wara l-ħassada.", "U messitha għalqa minn ta' Bogħaż, li kien wieħed mill-familja ta' Elimelek.", "U ara, Bogħaż ġie minn Betlehem u sellem lill-ħassada: \"Il-Mulej magħkom .\"", "U huma qalulu: \"Ibierkek il-Mulej.\"", "U Bogħaż qal lill-qaddej tiegħu, li kien fuq il-ħassada: \"Ta' min hi din it-tifla?\"", "U wieġeb il-qaddej li kien fuq il-ħassada u qallu: \"Tifla Mowabija, li ġiet ma' Nagħomi mill-inħawi ta' Mowab.", "U staqsietni: 'Nista' llaqqat u niġbor minn bejn il-qatet tal-ħassada?'", "U ġiet u baqgħet hawn mis-sebħ sa issa, u anqas marret id-dar tistrieħ.\"", "U Bogħaż qal lil Rut: \"Ara, qiegħda tisma', binti?", "Tmurx tlaqqat f'għalqa oħra.", "U lanqas ma għandek twarrab minn hawn: ibqa' mal-ħaddiema bniet tiegħi.", "Żomm għajnejk fuq l-għalqa li jkunu jaħsdu, u imxi warajhom.", "Ara, wissejt lill-ħaddiema biex ma jmissukx.", "Meta jieħdok l-għatx mur ħdejn il-ġarar, u ixrob mnejn jixorbu l-ħaddiema.\"", "U niżlet wiċċha fl-art u qaltlu: \"Kif sibt ħniena f'għajnejk u ħarist lejja, jien, li jien mara barranija?\"", "U wieġeb Bogħaż: \"Qaluli b'kulma għamilt mal-kunjata wara l-mewt ta' żewġek; ħallejt lil missierek u lil ommok u lil art twelidek, u tlaqt għal għand poplu li int xejn ma kont tafu qabel.", "Il-Mulej iħallsek ta' għemilek.", "Ħlasek ikun sħiħ mingħand il-Mulej, Alla ta' Iżrael, li int ġejt tistkenn taħt ġwenħajh.\"", "Rut wieġbet: \"Jalla nsib ħniena f'għajnejk, Sidi, għax int farraġtni u kellimt il-qalb tal-qaddejja tiegħek, għalkemm jien m'iniex daqs waħda mill-qaddejja tiegħek.\"", "F'ħin l-ikel Bogħaż qalilha: \"Ersaq 'l hawn, u kul biċċa ħobż, u bill il-ftiet tiegħek fil-ħall.\"", "U hi qagħdet bilqiegħda ħdejn il-ħassada.", "Hu taha qamħ inkaljat, u hi kielet, xebgħet, u fadlilha.", "U qamet biex tkompli tlaqqat.", "Bogħaż wissa lill-ħaddiema tiegħu u qalilhom: \"Ħalluha tlaqqat bejn il-qatet ukoll, u la tgerrxuhiex.", "Anzi ħallu wkoll jaqa' s-sbul mill-qatet biex tlaqqtu hi, u tlumuhiex.\"", "U damet tlaqqat fir-raba' sa filgħaxija.", "Meta, imbagħad, daqqet is-sbul li kienet laqqtet, sabet li kellha daqs efa xgħir.", "Ġabritu u marret lejn il-belt, u wriet lill-kunjata dak li kienet laqqtet; ħarġet li kien fadlilha meta kielet u xebgħet, u tathulha.", "Il-kunjata staqsietha: \"Fejn mort tlaqqat il-qamħ illum?", "Fejn ħdimt?", "Imbierek minn ħa ħsiebek.\"", "U Rut għarrfet lill-kunjata ma' min kienet ħadmet u qaltilha: \"Ir-raġel li ħdimt miegħu llum jismu Bogħaż.\"", "U Nagħomi wieġbet lil mart binha: \"Imbierek hu mill-Mulej, li ma warrabx il-ħniena tiegħu la mill-ħajjin u lanqas mill-mejtin.\"", "U Nagħomi ssuktat tgħidilha: \"Dak ir-raġel hu qaribna, u hu li għandu d-dritt tal-fidwa fuqna .\"", "Rut, il-Mowabija, qaltilha wkoll: \"U qalli wkoll: Ibqa' mal-qaddejja bniet tiegħi sakemm itemmu l-ħsad kollu tiegħi.\"", "U Nagħomi qalet lil Rut, mart binha: \"Aħjar, binti, tmur mal-qaddejja bniet tiegħu, biex ma jaħqrukx f'xi għalqa oħra.\"", "U Rut baqgħet mal-qaddejja ta' Bogħaż, sakemm intemm ħsad ix-xgħir u ħsad il-qamħ; u f'dan iż-żmien kienet toqgħod mal-kunjata."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/RUT.3", "bookref": "RUT.3", "text": ["Il-parir ta' Nagħomi", "U Nagħomi, il-kunjata, qalet lil Rut: \"Binti, ma jidhirlekx li għandi nfittex li tinġabar għall-ġid tiegħek stess?", "U issa, forsi Bogħaż mhux qaribna, dak li int kont mat-tfajliet tiegħu?", "Ara llejla hu jkun iderri l-andar tax-xgħir.", "Mur inħasel, indilek bil-fwieħa, xidd fuqek l-aħjar ilbies, u mur l-andar.", "Tħallihx jagħrfek, sakemm ma jkunx kiel u xorob.", "Meta mbagħad jimtedd, sib il-post fejn ikun mimdud, mur ħdejh, ikxiflu n-naħa ta' riġlejh, u mtedd hemm.", "Imbagħad hu jgħidlek x'għandek tagħmel.\"", "Rut weġbitha: \"Kulma tgħidli, nagħmlu.\"", "U niżlet l-andar, u għamlet kulma wissietha l-kunjata.", "Bogħaż kiel u xorob, u ħassu ferħan, u mar jimtedd f'tarf il-munzell tax-xgħir.", "U Rut resqet ħdejh, inkiss inkiss, u kixfitlu n-naħa ta' riġlejh, u mteddet hemm.", "Ġara li f'nofs ta' lejl ħass bħal tkexkixa bard, dar fuq ġenbu, lemaħ mara mimduda ħdejn riġlejh, u staqsieha: \"Min int?\"", "U hi wieġbet: \"Jiena Rut, il-qaddejja tiegħek.", "Ixħet djul mantarek fuq il-qaddejja tiegħek, għax int għandek il-jedd tal-fidwa .\"", "Bogħaż weġibha: \"Imbierka, binti, mill-Mulej!", "Din tjubitek tal-aħħar, aħjar mill-oħra ta' qabel, għax int ma mortx tiġri wara ż-żgħażagħ, la għonja u lanqas foqra.", "U issa, binti, la tibżax.", "Jien nagħmel miegħek kulma tgħidli, għax niesi kollha fil-bieb tal-belt jafu li int mara sewwa.", "Tassew li għandi l-jedd tal-fidwa, iżda hemm wieħed eqreb minni.", "Għaddi l-lejl hawn: għada filgħodu, jekk irid jifdik hu, tajjeb, ħa jifdik; jekk ma jogħġbux jifdik, nifdik jien.", "Ħaj il-Mulej!", "Ibqa' rieqda hawn sa filgħodu.\"", "Rut baqgħet rieqda n-naħa ta' riġlejh sa filgħodu.", "U qamet Rut kmieni qabel ma bniedem jista' jagħraf ieħor, għax Bogħaż qal: \"Ma jmurx xi ħadd ikun jaf li ġiet mara l-andar.\"", "U mbagħad qalilha: \"Ġib il-mantar ta' fuqek u żommu tajjeb.\"", "Hi żammitu tajjeb, u hu kejlilha sitt tikjiliet xgħir; għabbihomlha, u rħitilha lejn il-belt.", "Meta waslet id-dar il-kunjata staqsietha: \"X'minnek, binti?\"", "U Rut għarrfitha b'kulma kien għamel magħha r-raġel u qaltilha: \"Tani sitt tikjiliet xgħir u qalli: 'Ma tmurx b'idek f'idek għand il-kunjata.\"", "U Nagħomi wieġbet: \"Stenna, binti, sakemm tara kif se tintemm il-biċċa, għax ma jsibx sabar qabel ma jirranġa kollox illum.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/RUT.4", "bookref": "RUT.4", "text": ["Il-bejgħ tal-għalqa u ż-żwieġ ta' Rut", "Bogħaż mar ħdejn bieb il-belt u qagħad hemm bilqiegħda; u għadda l-qarib li kien semma Bogħaż.", "Dan qallu: \"Ersaq 'l hawn, ħabib, u oqgħod bilqiegħda.\"", "Resaq lejh u qagħad bilqiegħda hemm.", "Imbagħad Bogħaż sejjaħ għaxra mix-xjuħ tal-belt, u qalilhom: \"Oqogħdu bilqiegħda hawn\" u qagħdu bilqiegħda.", "U Bogħaż qal lill-qarib: \"Nagħomi, li reġgħet lura mill-inħawi ta' Mowab, se tbigħ biċċa mill-għalqa li kellu ħuna Elimelek.", "U jien għedt, ngħarrfek biha u ngħidlek: 'Ixtriha int quddiem dawn li hawn bilqiegħda, u quddiem ix-xjuħ ta' niesi.", "Jekk tifdiha, tkun fdejtha; jekk ma tifdihiex, għarrafni ħalli nkun naf.", "Għax ma hemm ħadd aktar ħliefek li għandu d-dritt li jifdiha, u jien niġi warajk.\"", "U hu wieġeb: \"Nifdiha.\"", "U Bogħaż qallu: \"Dak in-nhar li tixtri l-għalqa mingħand Nagħomi, int tkun trid tieħu wkoll lil Rut il-Mowabija, mart il-mejjet, biex tqajjem isem il-mejjet fuq wirtu.\"", "U l-qarib wieġeb: \"Ma nistax nifdi, għax inkella nagħmel ħsara lil wirti.", "Ħu d-dritt li għandi jien, u ifdiha int, għax jien ma nistax nifdiha.\"", "Dik il-ħabta kienet id-drawwa f'Iżrael, li meta wieħed kien jifdi jew jibdel xi ħaġa, biex iseħħ il-ftehim, kien jaqla' l-qorq u jagħtih lill-ieħor .", "Din kienet ix-xhieda f'Iżrael.", "Il-qarib imbagħad qal lil Bogħaż: \"Ħudha int,\" u qala' l-qorq.", "U Bogħaż qal lix-xjuħ u lin-nies kollha: \"Intom illum xhud li jien xtrajt kulma kellu Elimelek, u kulma kellu Kiljon, u kulma kellu Maħlon mingħand Nagħomi.", "Nieħu wkoll b'marti lil Rut il-Mowabija, il-mara ta' Maħlon, biex inqajjem l-isem tal-mejjet fuq il-wirt tiegħu, u b'hekk ma jispiċċalux ismu minn fost ħutu u minn bwieb beltu.", "Intom illum ilkoll xhud ta' dan.\"", "U n-nies kollha li kienu ħdejn il-bieb tal-belt u x-xjuħ qalulu: \"Aħna xhud.", "Jagħmel Alla l-mara li daħlet f'darek bħal Rakel u bħal Lija, li t-tnejn bnew id-dar ta' Iżrael.", "Stagħna f'Efrata u agħmel isem f'Betlehem.", "Ħa tkun darek bħad-dar ta' Pereż li Tamar wildet lil Ġuda, min-nisel li jagħtik il-Mulej minn din il-mara żagħżugħa.\"", "Rut il-bużnanna ta' David", "Bogħaż ħa lil Rut, u saret martu, u resaq lejha, u l-Mulej taha li titqal u tiled iben.", "U n-nisa bdew jgħidu lil Nagħomi: \"Imbierek il-Mulej, li ma ċaħħdekx minn qarib feddej illum; ismu jkun magħruf f'Iżrael.", "Hu jfarraġlek ruħek u jwieżnek fi xjuħitek, għaliex wilditu mart ibnek, li tħobbok, u li għalik hi aħjar minn seba' wlied.\"", "U Nagħomi ħadet it-tarbija, u qegħditha f'ħoġorha u ħaditha biex trabbiha.", "U n-nisa tawha isem u qalu: \"Nagħomi tweldilha tifel.\"", "U semmewh Għobed.", "Hu missier Ġesse, missier David.", "Din hi l-ġenerazzjoni ta' Pereż; Pereż nissel lil Ħesron; Ħesron nissel lil Ram, u Ram nissel lil Għamminadab.", "Għamminadab nissel lil Naħson, u Naħson nissel lil Salmon.", "Salmon nissel lil Bogħaż, u Bogħaż nissel lil Għobed.", "U Għobed nissel lil Ġesse, u Ġesse nissel lil David."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.intro", "bookref": "1SA.intro", "text": ["IŻ-ŻEWĠ KOTBA TA' SAMWEL", "L-EWWEL KTIEB TA' SAMWEL", "Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb", "Il-ktieb ta' Samwel, kien oriġinarjament wieħed.", "Insibuh maqsum fi tnejn għaliex kien twil wisq biex joqgħod f'parċmina waħda.", "Hekk, mela, insibu l-Ewwel u t-Tieni Ktieb ta' Samwel.", "L-isem tal-ktieb hu meħud mill-isem ta' persuna ċentrali fil-ġrajja tal-ktieb, Samwel.", "Hu kien profeta u l-aħħar fost l-Imħallfin f'Iżrael.", "L-ewwel taqsima tal-Ewwel Ktieb (kap — ) tiddeskrivilna l-ħajja ta' Samwel u kemm dam l-Imħallef kemm għen lill-armata tal-Iżraelin tegħleb l-għedewwa li attakkawhom.", "Fi xjuħitu, ġara li l-poplu talab lil Alla biex jagħtih sultan ħalli jmexxi l-eżerċtu Lhudi.", "Fit-tieni taqsima ( , — , ) naqraw kif Alla sejjaħ lil Samwel biex jikkonsagra lil Sawl, bin Kis, bħala l-ewwel sultan ta' Iżrael.", "Sawl u ibnu Ġonatan rebħu ħafna battalji kontra l-Għammonin u l-Filistin.", "Il-ħasra hi li Sawl ma baqax fidil lejn Alla.", "David jiddomina t-tielet parti ta' dan il-ktieb ( , — , ).", "Alla bagħat lil Samwel biex fil-kwiet jidlek lil David bħala s-sultan futur ta' Iżrael.", "David beda jitqjies bħala eroj nazzjonali wara l-esperjenza qawwija li kellu mal-ġgant Filistew Gulija.", "Hu u Ġonatan kienu jinħabbu daqs aħwa, u lanqas l-għira kbira li qamet f'Sawl ma rnexxielha tkisser din l-għaqda.", "Minkejja li David kien miżżewweġ lil Mikal, bint is-sultan, Sawl xorta waħda fittex li joqtol lil David kemm-il darba.", "Spiss kien ikun Ġonatan innifsu li jwissi lil David biex jaħrab mill-korla għajjura ta' missieru.", "F'din it-taqsima naraw lil David li kellu jaħrab mill-palazz tas-sultan u jifforma armata fid-deżert.", "Għadda minn esperjenzi qarsa sakemm dam ifittex kenn mill-korla għajjura ta' Sawl.", "Spiċċa li mar għand il-Filistin, hu u s-sitt mitt raġel li kellu miegħu, u sab kenn għand is-sultan Akis f'Gatt.", "Il-ktieb jagħlaq bil-mewt ta' Sawl u wliedu waqt it-taqbida mal-Filistin.", "Alla kien bla waqfien imexxi lil David lejn it-twettiq tal-wegħda li kien għamillu li jkun sultan ta' Iżrael wara Sawl.", "Il-Mulej kellem lil Samwel: \"Kemm se ddum qalbek sewda għal Sawl, meta jien neħħejtu minn sultan fuq Iżrael?", "Imla l-qarn biż-żejt u itlaq.", "Jien se nibagħtek għand Ġesse l-Betlemita, għaliex minn fost uliedu jien għażilt għalija sultan\" ( , ).", "It-taqsim tal-ktieb", "Samwel l-Imħallef ta' Iżrael ( , — , )", "Sawl jinħatar Sultan ( , — , )", "L-ewwel snin tat-tmexxija ta' Sawl ( , — , )", "David u Sawl ( , — , )", "Il-mewt ta' Sawl u wliedu ( , - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.1", "bookref": "1SA.1", "text": ["Il-ġenituri ta' Samwel", "Kien hemm raġel minn Ramatajm-sofim mill-muntanji ta' Efrajm, u kien jismu Elkana bin Ġeroħam, bin Eliħu, bin Toħu, bin Suf minn Efrajm.", "U kellu żewġ nisa, waħda jisimha Anna u l-oħra Peninna.", "Peninna kellha wlied, imma Anna ma kellhiex ulied.", "Minn sena għal oħra dan ir-raġel kien jitla' Silo mill-belt tiegħu biex jadura lill-Mulej tal-eżerċti u joffrilu sagrifiċċju.", "Kien hemm iż-żewġ ulied ta' Għeli, Ħofni u Fineħas, qassisin tal-Mulej.", "Ġara li f'jum minnhom, Elkana offra s-sagrifiċċju u ta ishma lil martu Peninna u lis-subien u l-bniet tagħha lkoll; imma lil Anna, għalkemm kien iħobbha, taha sehem wieħed biss għax il-Mulej kien għalqilha ġufha.", "Il-mara l-oħra kienet tinkiha u tweġġagħha, għax il-Mulej kien għalqilha ġufha.", "Hekk kien jiġri kull sena, kull meta kienu jitilgħu f'dar il-Mulej; hekk kienet tħobb tinkiha, u Anna kienet taqbad tibki u ma tikolx.", "Darba żewġha Elkana qalilha: \"Anna!", "Għaliex qiegħda tibki u għaliex m'intix tiekol?", "Għala int qalbek sewda?", "M'iniex jien aħjar għalik minn għaxar ulied?\"", "U wara li kielu u xorbu f'Silo, Anna qamet u marret quddiem il-Mulej, u l-qassis Għeli kien bilqiegħda fuq is-siġġu ħdejn it-tarġa tal-bieb tat-tempju tal-Mulej.", "Anna kellha qalbha kollha mrar, u bdiet titlob lill-Mulej, u tibki ħafna.", "Għamlet wegħda u qalet: \"Mulej tal-eżerċti, jekk inti tħares lejn l-hemm tal-qaddejja tiegħek u tiftakar fija, u ma twarrabx il-qaddejja tiegħek, u tagħtiha tifel, hija tagħtih lill-Mulej il-jiem kollha ta' ħajtu, u minn fuq rasu ma jgħaddix il-mus .\"", "Damet titlob ħafna quddiem il-Mulej, u Għeli kien qiegħed iħares lejn fommha.", "Anna kienet titkellem f'qalbha; xufftejha biss kienu jitħarrku, u leħinha ma jinstamax.", "Għalhekk Għeli ħasibha fis-sakra u qalilha: \"Kemm se ddum fis-sakra?", "Eħles mill-inbid li għandek fuqek.\"", "Anna wieġbet: \"Le, sidi, jiena mara b'qalbha muġugħa, u ma xrobt la nbid u lanqas xorb ieħor li jsakkar, imma qiegħda niftaħ qalbi quddiem il-Mulej.", "La tqisx il-qaddejja tiegħek b'mara ħażina; s'issa tkellimt mill-kotra ta' hemmi u n-niket tiegħi.\"", "Għeli wieġeb: \"Mur bis-sliem .", "Alla ta' Iżrael sama' t-talba tiegħek, u jagħtik kulma tlabtu.\"", "U hi wieġbet: \"Jalla l-qaddejja tiegħek issib ħniena f'għajnejk.\"", "Il-mara qabdet triqtha, kielet, u wiċċha ma baqax bħal qabel.", "L-għada filgħodu bakkru u marru jaduraw il-Mulej, u telqu lura lejn darhom f'Rama.", "It-twelid ta' Samwel", "Imbagħad Elkana għaraf 'il martu, u l-Mulej ftakar fiha.", "U tqalet, u meta wasal żmienha wildet iben u semmietu Samwel \"għaliex\", kif qalet hi, \"tlabtu lill-Mulej.\"", "Elkana bil-familja kollha tala' joffri s-sagrifiċċju ta' kull sena lill-Mulej u jtemm il-wegħda tiegħu.", "Imma Anna ma telgħetx, għaliex qalet lil żewġha: \"Meta nkun ftamt it-tifel, imbagħad nieħdu biex jidher quddiem il-Mulej, u jibqa' hemm għal dejjem.\"", "U Elkana żewġha qalilha: \"Agħmel kif jogħġbok; oqgħod sakemm toftmu.", "Biss jalla l-Mulej iseddaq kelmtek!\"", "U l-mara baqgħet hemm, u reddgħet it-tifel sa ma fatmitu.", "U meta fatmitu , Anna tellgħet 'il binha magħha fid-dar tal-Mulej f'Silo.", "Ħadet magħha gendus ta' tliet snin, efa dqiq u żaqq inbid, u marret bit-tfajjel magħha.", "Hemm qatlu l-gendus, u ressqu t-tifel quddiem Għeli, u qaltlu: \"Nitolbok, sidi; daqskemm int ħaj, sidi, jien dik il-mara li kienet wieqfa hawn ħdejk titlob lill-Mulej.", "Għal dan it-tifel kont tlabt, u l-Mulej laqa' t-talba tiegħi, u tani li tlabtu.", "U issa jien se nagħtih lill-Mulej il-jiem kollha ta' ħajtu, u kemm idum ħaj ikun tal-Mulej.\"", "U qiemu lill-Mulej hemmhekk."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.2", "bookref": "1SA.2", "text": ["Il-kantiku ta' Anna", "U Anna bdiet titlob u tgħid :", "\"Ferħet qalbi bil-Mulej;", "irtefgħet rasi fil-Mulej;", "iddieħak fommi bl-għedewwa tiegħi,", "għax fraħt bis-salvazzjoni tiegħek.", "Ma hemm ħadd ħliefek,", "ħadd qaddis bħall-Mulej,", "m'hemmx Blata bħal Alla tagħna.", "La tlissnux iżjed kliem il-kburija,", "ma toħroġx aktar il-kburija minn fommkom;", "għax il-Mulej Alla li jaf kollox,", "u jiżen kull għemil.", "Tkisser il-qaws tal-qawwijin,", "u d-dgħajfin tħażżmu bil-ħila.", "L-imxebbgħin bil-ħobż inkrew,", "u ma baqgħux jitħabtu l-imġewħin.", "Il-mara bla tfal wildet sebgħa,", "u dbielet il-mara b'ħafna tfal.", "Il-Mulej jibgħat il-mewt u jagħti l-ħajja,", "iniżżel fl-imwiet u jtalla'.", "Il-Mulej ifaqqar u jagħti l-ġid,", "ibaxxi u jgħolli wkoll.", "Iqajjem mit-trab lill-imsejken", "u l-fqajjar jerfgħu mill-miżbla,", "u jqegħedhom mal-kbarat,", "biex jirtu tron ta' ġieħ.", "Għax il-pilastri tal-art huma tal-Mulej,", "u fuqhom sejjes id-dinja; Hu jħares il-passi tat-tajbin tiegħu;", "u l-ħżiena fid-dlam jintemmu,", "għax mhux bil-qawwa jirbaħ il-bniedem.", "Il-Mulej iwerwer lil min jiqaflu,", "Alla l-Għoli jriegħed mis-smewwiet.", "Il-Mulej jagħmel ħaqq minn truf l-art,", "u jagħti s-saħħa lis-sultan tiegħu,", "u jarfa' ras il-midluk tiegħu.\"", "Elkana raġa' lura lejn daru f'Rama.", "U t-tfajjel baqa' jaqdi l-Mulej taħt għajnejn Għeli, il-qassis.", "L-imġiba ta' wlied Għeli", "Ulied Għeli kienu nies mill-agħar: ma kinux iqisu lill-Mulej.", "U d-drawwa ta' dawn il-qassisin mal-poplu kienet, li meta xi ħadd kien joffri xi sagrifiċċju, kien jersaq il-qaddej tal-qassis b'furketta bi tlitt isnien f'idu, waqt li l-laħam ikun jagħli, u jdaħħalha ġol-kaldarun jew ġol-inħasa, ġol-kitla jew ġol-borma, u kulma kien italla' bil-furketta kien jieħdu għalih il-qassis.", "Hekk kienu jagħmlu mal-Iżraelin kollha li kienu jmorru f'Silo.", "Saħansitra qabel ma kienu jaħarqu x-xaħam, il-qaddej tal-qassis kien imur u jgħid lil min ikun joffri: \"Agħtini l-laħam biex nixwih għall-qassis, għax ma jiħux laħam mgħolli mingħandek, imma nej.\"", "U jekk dak li jkun kien jgħidlu: \"L-ewwel jaħarqu x-xaħam, imbagħad ħu kemm trid,\" kien iwieġeb: \"Le, issa trid tagħtihuli, inkella nieħdu bil-forza.\"", "Kbir ħafna kien id-dnub taż-żgħażagħ quddiem il-Mulej, għax in-nies kienu jistmellu l-offerti tal-Mulej.", "Samwel iservi fit-tempju", "U Samwel kien iservi quddiem il-Mulej; kien għadu żgħir, imħażżem b'efod tal-għażel .", "Kull sena ommu kienet tagħmillu mantar żgħir, u kienet ittellagħhulu minn sena għal oħra, meta l-mara kienet titla' toffri s-sagrifiċċju ta' kull sena.", "Għeli kien ibierek lil Elkana u 'l martu u jgħidilhom: \"Jagħtik il-Mulej ulied minn din il-mara flok il-wieħed li int tajt lill-Mulej.\"", "U mbagħad kienu jerġgħu lura lejn darhom.", "U l-Mulej żar lil Anna, u tqalet u wildet tliet subien u żewġt ibniet.", "U ż-żagħżugħ Samwel baqa' jikber quddiem il-Mulej.", "Għeli u wliedu", "Għeli kien xjieħ sewwa u sama' kif kienu jġibu ruħhom uliedu mal-Iżraelin kollha, u kif kienu jimteddu man-nisa li kienu jservu fil-bieb tat-tinda tal-laqgħa.", "U qalilhom: \"Għala qegħdin tagħmlu dawn il-ħwejjeġ?", "Għax jien qiegħed nisma' bl-għemil ħażin kollu tagħkom mingħand il-poplu kollu.", "Le, uliedi, mhux sewwa x-xnigħat li qiegħed nisma' jxerrdu fuqkom il-poplu tal-Mulej.", "Jekk bniedem jidneb kontra ieħor jindaħal għalih Alla, iżda jekk jidneb bniedem kontra l-Mulej, min se jaqbeż għalih?\"", "Imma huma ma semgħux minn kliem missierhom, għax il-Mulej ried jeqridhom.", "Imma ż-żagħżugħ Samwel kien dejjem jikber u jinġieb quddiem il-Mulej u quddiem il-bnedmin.", "Il-kundanna ta' dar Għeli", "Ġie għand Għeli bniedem ta' Alla u qallu: \"Dan jgħid il-Mulej: 'Ma għarraftx jien lili nnifsi lil dar missierek meta kienu fl-Eġittu lsiera f'dar il-Fargħun?", "Meta għażiltu mit-tribujiet ta' Iżrael li jkunli qassis biex jitla' fuq l-artal tiegħi, biex jaħraq l-inċens u jġib l-efod quddiemi, u tajt lil dar missierek l-offerti kollha għall-ħruq ta' wlied Iżrael?", "Għala mela tħarsu b'għajn ħażina lejn is-sagrifiċċju u l-offerta tiegħi, li jien ordnajt, imma inti rrispettajt lil uliedek aktar minni, u xabbajthom bl-aħjar mill-offerti kollha tal-poplu tiegħi Iżrael?'", "Għalhekk din hi l-kelma tal-Mulej Alla ta' Iżrael: 'Jien kont wegħedt li darek u dar missierek isservi quddiemi għal dejjem, imma issa - il-kelma tal-Mulej - ma rridx naf.", "Inweġġaħ lil min iweġġaħni, u nistmerr lil min iżeblaħni.", "Ara, għad jiġi żmien, u jien inqaċċat driegħek u driegħ dar missierek, u qatt ma jkun hemm xiħ f'dar missierek.", "U int tħares b'għajn ħażina fuq il-ġid kollu li nagħmel lil Iżrael, u ma jkun hemm qatt xiħ f'darek.", "Jekk qatt inħalli lil xi ħadd minn darek, u ma naqtgħux mill-artal tiegħi, dan nagħmlu biex jinfnew għajnejh u tnin ħajtu, u l-kotra ta' darek imutu fl-aħjar tagħhom.", "U dak li se jiġri liż-żewġ uliedek Ħofni u Fineħas ikun sinjal għalik: f'jum wieħed imutu t-tnejn.", "U nqajjem għalija qassis fidil, li jagħmel kulma tixtieq qalbi u għandi f'moħħi; u nibnilu dar li tibqa' għal dejjem, u jaqdi s-sultan midluk tiegħi għaż-żminijiet kollha.", "U jiġri li min jifdal mid-dar tiegħek imur imil quddiemu, jitolbu l-flus u l-ħobż, u jgħidlu: 'Qabbadni, iddew, qabbadni f'xi biċċa xogħol tal-qassisin, biex niekol loqma ħobż.' \""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.3", "bookref": "1SA.3", "text": ["Is-sejħa ta' Samwel", "Iż-żagħżugħ Samwel kien jaqdi l-Mulej ma' Għeli; imma l-kelma tal-Mulej kienet rari f'dak iż-żmien, ftit kien hemm dehriet.", "Ġara li, jum wieħed, Għeli kien mistrieħ f'postu, għax għajnejh kienu bdew jintfew, u ma kienx jista' jara.", "Il-musbieħ ta' Alla kien għadu ma ntefiex, u Samwel kien mimdud fit-tempju tal-Mulej, fejn kien hemm l-arka ta' Alla.", "Il-Mulej sejjaħ: \"Samwel!\"", "U dan wieġeb: \"Hawn jien!\"", "U mar jiġri għand Għeli.", "\"Hawn jien,\" qallu, \"għalfejn sejjaħtli?\"", "\"Ma sejjaħtlekx,\" wieġeb, \"erġa' mur imtedd.\"", "U raġa' mar jorqod.", "U ssokta l-Mulej isejjaħ: \"Samwel!\"", "U Samwel qam u mar għand Għeli u qallu: \"Hawn jien!", "Għalfejn sejjaħtli?\"", "\"Ma sejjaħtlekx, ibni,\" wieġeb, \"erġa' mur orqod.\"", "Samwel kien għadu ma għarafx il-Mulej, u anqas kienet għadha ma ttgħarrfitlu l-kelma tal-Mulej.", "U ssokta l-Mulej isejjaħ: \"Samwel!\" għat-tielet darba.", "U dan qam, u mar għand Għeli, u qallu: \"Hawn jien!", "Għalfejn sejjaħtli?\"", "U Għeli fehem li l-Mulej kien qiegħed isejjaħ iż-żagħżugħ.", "U qal lil Samwel: \"Mur orqod.", "Jekk jerġa' jsejjaħlek, wieġeb: Tkellem, Mulej, għax il-qaddej tiegħek qiegħed jisma'.\"", "U Samwel mar jorqod f'postu.", "U l-Mulej ġie, waqaf ħdejh, u sejjaħ bħal drabi oħra: \"Samwel!", "Samwel!\"", "U Samwel wieġeb: \"Tkellem, għax il-qaddej tiegħek qiegħed jisma'.\"", "U qal il-Mulej lil Samwel: \"Ara, jien se nagħmel waħda f'Iżrael, li kull min jisma' biha jdamdmu widnejh it-tnejn.", "Dakinhar inġib fuq Għeli kulma kont għedt kontra daru; nibda u ntemm.", "Ħabbartlu li jien għad nagħmel ħaqq minn daru għal dejjem, talli hu kien jaf li wliedu kienu qegħdin jagħmlu l-ħażen u jżebilħu 'l Alla, u hu ma ċanfarhomx.", "U għalhekk jien naħlef lil dar Għeli: Il-ħażen ta' dar Għeli ma jinħafirx, la bis-sagrifiċċji u lanqas bl-offerti, qatt u qatt!\"", "Samwel baqa' rieqed sa filgħodu, u mbagħad fetaħ bwieb dar il-Mulej; imma baża' jgħarraf lil Għeli bil-viżjoni li kellu.", "Għeli sejjaħ lil Samwel u qallu: \"Samwel, ibni,\" u hu wieġeb: \"Hawn jien.\"", "U staqsieh: \"X'inhu li qallek?", "Taħbili xejn.", "Hekk u hekk jagħmillek Alla u iżjed jekk taħbili xi ħaġa minn kulma qallek.\"", "U Samwel għarrfu b'kollox bla ma ħbielu xejn.", "U Għeli qal: \"Hu l-Mulej! - Jagħmel li jogħġbu!\"", "Samwel kiber, u l-Mulej kien miegħu, u ma ħalla ebda kelma milli qal tmur fix-xejn.", "U Iżrael kollu, minn Dan sa Birsaba, għaraf li Samwel kien tassew profeta tal-Mulej, u l-Mulej baqa' jidher f'Silo, għax hemm kien għarraf lilu nnifsu lil Samwel, f'Silo, permezz tal-kelma tal-Mulej."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.4", "bookref": "1SA.4", "text": ["U kelmet Samwel kienet għall-poplu kollu.", "Il-Filistin jirbħu lill-Iżraelin u joħdulhom l-arka", "Iżrael ħareġ biex jitqabad mal-Filistin, u waqqfu l-kamp tagħhom f'Eben-għeżer, u l-Filistin waqqfuh f'Afek.", "Il-Filistin tqassmu quddiem Iżrael, u ħadet ġlieda sewwa.", "L-Iżraelin tħarbtu quddiem il-Filistin, u sfaw midruba fir-raba' xi erbat elef raġel.", "Meta l-poplu raġa' daħal fil-kamp, ix-xjuħ ta' Iżrael staqsew: \"Għaliex il-Mulej ħarbatna llum quddiem il-Filistin?", "Ħa nġibu minn Silo l-arka tal-patt tal-Mulej, u tiġi f'nofsna u ssalvana mill-għedewwa tagħna.\"", "Il-poplu bagħat iġib minn Silo l-arka tal-patt tal-Mulej tal-eżerċti li qiegħed fuq il-kerubini .", "Mal-arka tal-patt ta' Alla kien hemm iż-żewġ ulied ta' Għeli: Ħofni u Fineħas.", "Malli l-arka tal-patt tal-Mulej waslet fil-kamp, l-Iżraelin kollha għajtu għajta kbira, hekk li theżżet l-art.", "Il-Filistin semgħuh il-ħoss ta' dik l-għajta, u qalu: \"X'inhu dan il-ħoss ta' din l-għajta fil-kamp tal-Għebrej?\"", "U saru jafu li l-arka tal-Mulej kienet waslet fil-kamp.", "U l-Filistin beżgħu għaliex, kif qalu, \"Ġie Alla fil-kamp!\"", "U qalu: \"Jaħasra għalina!", "Qatt ma ġrat ħaġa bħal din s'issa.", "Jaħasra għalina!", "Min se jeħlisna minn id dawn l-allat qawwija?", "Dawn huma l-allat li ħarbtu lill-Eġizzjani b'kull xorta ta' kastigi fid-deżert.", "Agħmlu l-qalb u kunu rġiel, Filistin, ħalli ma taqgħux ilsiera tal-Għebrej, bħalma kienu huma lsiera tagħkom.", "Kunu rġiel u tqabdu!\"", "Il-Filistin tqabdu, u l-Iżraelin tħarbtu, u kulħadd ħarab lejn l-għarix tiegħu; kien hemm tħarbita sħiħa, u minn Iżrael waqgħu tletin elf raġel mill-fanterija.", "L-arka ta' Alla nqabdet, u mietu ż-żewġ ulied ta' Għeli: Ħofni u Fineħas.", "Il-mewt ta' Għeli", "Raġel mit-tribù ta' Benjamin telaq jiġri mit-taqbida, u wasal dak in-nhar stess f'Silo b'ilbiesu mċarrat u t-trab fuq rasu.", "Xħin wasal, Għeli kien bilqiegħda fuq is-siġġu tiegħu ħdejn it-triq ta' Misfa, b'qalbu ttaqtaq minħabba l-arka ta' Alla.", "U r-raġel daħal fil-belt jagħti l-aħbar u l-belt kollha bdiet tgħajjat.", "U Għeli sama' l-għagħa ta' dak l-għajjat u qal: \"X'inhu dan l-għajjat u l-għagħa kollu?\"", "U r-raġel mar jgħaġġel jagħti l-aħbar lil Għeli.", "Għeli kellu tmienja u disgħin sena, għajnejh ma kinux jitħarrku u ma kienx jista' jara.", "U r-raġel qal lil Għeli: \"Jiena ġej mill-kamp, jien li ħrabt mill-kamp illum.\"", "U Għeli staqsieh: \"Kif marret il-biċċa, ibni?\"", "U r-raġel li ġieb l-aħbar wieġeb: \"Iżrael ħarab minn quddiem il-Filistin, u kien hemm ukoll ħerba kbira fost il-poplu; u ż-żewġ uliedek, Ħofni u Fineħas, mietu; u ħadulna l-arka ta' Alla.\"", "U malli semmielu l-arka ta' Alla Għeli waqa' minn fuq is-siġġu għal waranijiet maġenb il-bieb, u kiser għonqu u miet - kien xiħ u raġel tqil.", "Kien ilu jaħkem lil Iżrael għal erbgħin sena.", "Il-kunjata tiegħu, mart ibnu Fineħas, li kienet tqila u qorbot biex teħles, malli semgħet bl-aħbar li ħadulhom l-arka ta' Alla, u bil-mewt ta' żewġha u missieru, qabadha wġigħ il-ħlas, mielet u ħelset.", "Meta kienet qiegħda tmut dawk li kienu madwarha qalulha: \"La tibżax, għax wilidt tifel,\" imma ma weġbitx u anqas ma tat kas.", "U semmiet it-tarbija Ikabod u qalet: \"Is-sebħ tbiegħed minn Iżrael,\" għax kienu ħadulhom l-arka ta' Alla, u minħabba żewġha u missieru.", "U qalet: \"Tbiegħed is-sebħ minn Iżrael, għaliex ħadulna l-arka ta' Alla.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.5", "bookref": "1SA.5", "text": ["L-arka f'art il-Filistin", "U l-Filistin qabdu l-arka ta' Alla, u ġibuha minn Eben-għeżer għal Asdod.", "Imbagħad ħadu l-arka ta' Alla u ġabuha fit-tempju ta' Dagon, u qegħduha ħdejn Dagon.", "Meta bakkru l-għada filgħodu l-Asdodin u marru jaraw, isibu lil Dagon mixħut wiċċu fl-art quddiem l-arka tal-Mulej, u qabdu lil Dagon u reġgħu qegħduh f'postu.", "Kif qamu l-għada filgħodu reġgħu sabu lil Dagon mixħut wiċċu fl-art quddiem l-arka tal-Mulej, u rasu u idejh it-tnejn maqtugħin fuq l-għatba; ġismu biss kien baqa' minn Dagon.", "Għalhekk għadhom sal-lum il-qassisin ta' Dagon u kull min jidħol fit-tempju ta' Dagon, ma jirfsux fuq l-għatba ta' Dagon f'Asdod.", "U id il-Mulej tqalet fuq l-Asdodin, u għamlet ħerba minnhom, u darabhom bil-morliti, 'l Asdod u l-inħawi tagħha.", "Meta n-nies ta' Asdod raw dan kollu qalu: \"Ma għandhiex tibqa' magħna l-arka ta' Alla ta' Iżrael għaliex iebsa idu fuqna u fuq Dagon, alla tagħna.\"", "U bagħtu jlaqqgħu għandhom il-prinċpijiet tal-Filistin u staqsewhom: \"X'se nagħmlu bl-arka ta' Alla ta' Iżrael?\", u wieġbu: \"Neħduha fil-belt ta' Gatt, l-arka ta' Alla ta' Iżrael.\"", "U ġarrew l-arka ta' Alla ta' Iżrael.", "Wara li ġarrewha waqgħet id il-Mulej fuq il-belt, u kien hemm taħbila sħiħa; u darab in-nies tal-belt, miż-żgħir sal-kbir, u ħarġulhom il-morliti.", "U bagħtu l-arka ta' Alla f'Għekron, u meta waslet l-arka ta' Alla f'Għekron, l-Għekronin bdew jgħajtu u jgħidu: \"Ġabulna l-arka ta' Alla ta' Iżrael għandna, biex joqtlu lilna u l-familji tagħna.\"", "U bagħtu jlaqqgħu l-prinċpijiet kollha tal-Filistin u qalulhom: \"Ibagħtu lura l-arka ta' Alla ta' Iżrael u terġa' lejn postha, li ma toqtolniex, lilna u l-familji tagħna.\"", "Għax kien hemm taħwida tal-mewt fil-belt kollha.", "Id il-Mulej kienet tqila wisq fuqha.", "In-nies li ma kinux mietu ntlaqtu bil-morliti.", "L-għajjat tal-belt saħansitra wasal sas-smewwiet."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.6", "bookref": "1SA.6", "text": ["L-arka lura f'Iżrael", "L-arka tal-Mulej kienet ilha seba' xhur f'art il-Filistin, meta l-Filistin sejħu lill-qassisin u l-ħabbarin, u qalulhom: \"X'se nagħmlu bl-arka tal-Mulej?", "Għidulna kif sejrin nibagħtuha lura f'postha.\"", "U weġbuhom: \"Jekk se tibagħtu lura l-arka ta' Alla ta' Iżrael, tibagħtuhiex b'xejn, imma roddulha offerta ta' riparazzjoni.", "Imbagħad jekk tfiqu, tagħrfu għaliex ma warrabx idu minn fuqkom.\"", "U staqsewhom: \"X'inhi l-offerta ta' riparazzjoni li għandna rroddulha?\"", "U weġbuhom: \"Ħames bżieżaq tad-deheb u ħames ġrieden tad-deheb, skont l-għadd tal-prinċpijiet tal-Filistin, għaliex marda waħda qabditkom, lilkom ilkoll u l-prinċpijiet tagħkom.", "Agħmlu mela xbihat tal-bżieżaq tagħkom u tal-ġrieden li ħarbtu l-art, u tagħtu ġieħ lil Alla ta' Iżrael; għandu mnejn ineħħi idu minn fuqkom, u minn fuq l-allat tagħkom, u minn fuq artkom.", "Għaliex twebbsu qalbkom bħalma webbsu qalbhom l-Eġizzjani u l-Fargħun?", "Forsi ma kellux jitlaqhom wara li kien lagħab bihom?", "Issa, mela, aqbdu u agħmlu karru ġdid b'żewġ baqriet ireddgħu, li ma refgħu qatt fuqhom madmad; orbtu l-baqriet mal-karru, u ħudu l-frieħ tagħhom minn warajhom fl-istalla.", "Ħudu mbagħad l-arka tal-Mulej u qegħduha fuq il-karru, u t-tagħmir tad-deheb li intom qegħdin troddulu b'offerta ta' riparazzjoni, qegħduhom f'senduq maġenbha, u ħalluha tmur.", "Imbagħad oqogħdu ħarsu, u jekk taqbad it-triq ta' artu u titla' lejn Betxemex, sinjal li hu jkun għamlilna din il-ħsara kbira, jekk le nagħrfu li mhux idu kienet li laħqitna, imma għax ġiet hekk.\"", "Hekk għamlu dawk in-nies.", "Ħadu żewġ baqriet ireddgħu u rabtuhom ma' karru, u għalqu l-frieħ tagħhom fl-istalla.", "U qiegħdu l-arka tal-Mulej fuq il-karru, u s-senduq bil-ġrieden tad-deheb u x-xbihat tal-bżieżaq tagħhom.", "U l-baqar qabdu t-triq dritt għal Betxemex; u baqgħu mexjin fl-istess triq, jimxu u jgargru, bla ma jilwu lejn il-lemin jew lejn ix-xellug, u l-prinċpijiet tal-Filistin mexjin warajhom sa truf Betxemex.", "In-nies ta' Betxemex kienu qegħdin jaħsdu l-qamħ fil-wied; u refgħu għajnejhom u raw l-arka, u ferħu malli rawha.", "U l-karru wasal sal-għalqa ta' Ġożwè l-Betxemxi, u waqaf hemm.", "Kien hemm ġebla kbira, u qattgħu l-injam tal-karru u offrew il-baqriet b'sagrifiċċju tal-ħruq lill-Mulej.", "Il-Leviti niżżlu l-arka tal-Mulej, u s-senduq li kien hemm magħha bl-oġġetti tad-deheb li kienu fih, u qegħduh fuq il-ġebla l-kbira, u dak in-nhar il-Betxemxin offrew sagrifiċċji tal-ħruq u vittmi lill-Mulej.", "Dan kollu rawh il-ħames prinċpijiet tal-Filistin, u reġgħu lura lejn Għekron dak in-nhar stess.", "Dan hu l-għadd tax-xbihat tal-bżieżaq li taw il-Filistin b'offerta ta' riparazzjoni lill-Mulej; waħda għal Asdod, waħda għal Gaża, waħda għal Askalon, waħda għal Gatt, waħda għal Għekron.", "L-għadd imbagħad tal-ġrieden tad-deheb kien daqs l-għadd tal-ibliet Filistin kollha tal-ħames prinċpijiet, mill-belt bis-swar sar-raħal għall-beraħ.", "U l-ġebla l-kbira li fuqha serrħu l-arka tal-Mulej għadha hemm sal-lum, fir-raba' ta' Ġożwè l-Betxemxi.", "U l-Mulej qatel lil xi wħud min-nies ta' Betxemex, għax ħarsu ġol-arka tal-Mulej; qatel sebgħin minnhom, u l-poplu beka għaliex il-Mulej għamel ħerba mill-poplu.", "U n-nies ta' Betxemex qalu: \"Min jista' joqgħod wieqaf quddiem il-Mulej, dan Alla daqshekk qaddis?", "Għand min jista' jitla' u jitbiegħed minna?\"", "U bagħtu messaġġiera għand in-nies ta' Kirjat-ġegħarim jgħidulhom: \"Il-Filistin reġġgħu lura l-arka tal-Mulej.", "Inżlu u tellgħuha għandkom.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.7", "bookref": "1SA.7", "text": ["U n-nies ta' Kirjat-ġegħarim ġew u tellgħu l-arka tal-Mulej, u daħħluha f'dar Abinadab, li kienet fuq għolja, u kkonsagraw lil ibnu Elgħażar biex iħares l-arka tal-Mulej.", "Samwel imħallef f'Iżrael", "Kien għadda ħafna żmien - għoxrin sena - mindu l-arka kienet waqfet f'Kirjat-ġegħarim, u d-dar kollha ta' Iżrael bkew u daru lejn il-Mulej.", "U Samwel kellem lid-dar kollha ta' Iżrael: \"Jekk intom terġgħu lura b'qalbkom kollha għand il-Mulej, neħħu minn nofskom l-allat barranin u lil Għastarot, orbtu qalbkom mal-Mulej, u aqdu lilu biss, biex hu jeħliskom minn id il-Filistin.\"", "U wlied Iżrael warrbu minn nofshom lill-allat Bagħlim u Għastarot, u bdew jaqdu l-Mulej waħdu.", "Samwel qalilhom: \"Ħa jinġabar Iżrael kollu f'Misfa, biex nitlob lill-Mulej għalikom.\"", "U huma ltaqgħu f'Misfa, imlew l-ilma u sawbuh quddiem il-Mulej ; u dak in-nhar samu u qalu: \"Dnibna quddiem il-Mulej.\"", "U f'Misfa Samwel sar imħallef fuq Iżrael.", "Il-Filistin semgħu li wlied Iżrael kienu nġemgħu f'Misfa; u l-kbarat tal-Filistin telgħu kontra Iżrael.", "Malli wlied Iżrael semgħu, beżgħu mill-Filistin.", "Ulied Iżrael qalu lil Samwel: \"La tiqafx tgħajjat quddiem il-Mulej, Alla tagħna, għalina, ħalli jeħlisna minn idejn il-Filistin.\"", "Samwel ħa ħaruf tal-ħalib u offrieh b'sagrifiċċju tal-ħruq lill-Mulej; u għajjat Samwel quddiem il-Mulej għal Iżrael, u l-Mulej semgħu.", "Ġara li meta Samwel kien qiegħed joffri s-sagrifiċċju tal-ħruq, il-Filistin resqu biex jaħbtu għal Iżrael.", "Dak in-nhar il-Mulej riegħed ragħda kbira kontra l-Filistin u ħarbathom; u huma tfarrku quddiem Iżrael.", "U n-nies ta' Iżrael ħarġu minn Misfa, u ħabtu għall-Filistin u għamlu ħerba minnhom sa Bet-kar.", "U Samwel ħa ġebla u waqqafha bejn Misfa u bejn Sen u semmieha: Eben-għeżer, u qal: \"Sa hawn għenna l-Mulej.\"", "U hekk trażżnu l-Filistin u ma baqgħux jidħlu f'art Iżrael, għax id il-Mulej kienet iżżomm il-Filistin il-jiem kollha ta' Samwel.", "U l-ibliet kollha li kienu ħatfu l-Filistin mingħand Iżrael, reġgħu għal għand Iżrael; u l-art minn Għekron sa Gatt bl-inħawi tagħhom ħadha Iżrael minn id il-Filistin; u kien hemm il-paċi bejn Iżrael u bejn l-Amurrin.", "U Samwel kien imħallef ta' Iżrael il-jiem kollha ta' ħajtu; u minn sena għal sena kien imur u jdur Betel, Gilgal u Misfa u jagħmel il-ħaqq lil Iżrael f'dawn l-inħawi kollha.", "Imbagħad kien jerġa' lura f'Rama, fejn kellu daru, u hemm kien jagħmel ħaqq lil Iżrael u hemm ukoll bena artal lill-Mulej."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.8", "bookref": "1SA.8", "text": ["L-Iżraelin jitolbu sultan", "Ġara li, meta Samwel kien xjieħ, qiegħed lil uliedu mħallfin fuq Iżrael.", "Il-kbir kien jismu Ġoel u ta' warajh Abija.", "U kienu jagħmlu l-ħaqq f'Birsaba.", "Uliedu ma mxewx bħalu; ħsiebhom kien li jagħmlu kull xorta ta' qligħ, jieħdu r-rigali, u jgħawġu l-ġustizzja.", "Ix-xjuħ kollha ta' Iżrael inġemgħu u marru għand Samwel f'Rama, u qalulu: \"Ara, inti xjeħt, u wliedek ma qabdux triqtek.", "Issa agħmlilna sultan biex imexxina bħall-ġnus kollha.\"", "Dan li qalu: \"Agħtina sultan biex imexxina,\" ma għoġbux lil Samwel, u mar jitlob quddiem il-Mulej.", "Il-Mulej wieġeb lil Samwel: \"Isma' minn leħen il-poplu f'kulma jgħidulek.", "Għax mhux lilek warrbu, iżda lili warrbu, biex ma nsaltanx fuqhom.", "Kulma għamlu lili minn meta tellajthom mill-Eġittu sal-lum - telquni biex qabdu allat oħra - issa qegħdin jagħmluh lilek.", "Issa isma' minn kliemhom.", "Biss għidilhom u wrihom sewwa d-dritt tas-sultan li jsaltan fuqhom.\"", "Samwel qal kulma qallu l-Mulej lill-poplu li kien talbu sultan.", "U qalilhom: \"Dan hu d-dritt tas-sultan li għad isaltan fuqkom; jeħdilkom is-subien tagħkom, u jqegħedhom mal-karrijiet u maż-żwiemel, u jiġru quddiem il-karru tiegħu.", "U jagħmel minnhom kaptani ta' elf u ta' ħamsin raġel, biex jaħartu l-ħrit tiegħu, u jaħsdu l-ħsad tiegħu, u jaħdmu l-għodod għall-gwerra u t-tagħmir għall-karrijiet tiegħu.", "\"U jieħu l-bniet tagħkom biex jaħdmu l-fwieħa, isajru u jagħġnu.", "U mir-raba' tagħkom, mill-oqsma tad-dwieli tagħkom, u taż-żebbuġ tagħkom jieħu l-aħjar, u jagħtihom lill-qaddejja tiegħu.", "Jieħu mill-għaxra waħda tal-miżirgħa u tal-oqsma tad-dwieli tagħkom, u jagħtihom lill-kortiġjani u 'l-uffiċjali tiegħu.", "U jeħdilkom l-aħjar minn fost l-ilsiera, irġiel u nisa, u l-aħjar mill-baqar u l-ħmir tagħkom, u jqabbadhom jaħdmu fix-xogħol tiegħu.", "Jieħu mill-għaxra waħda tal-imrieħel tagħkom u intom tkunu lsiera tiegħu.", "U dakinhar tgħajtu minħabba s-sultan li tkunu ħtartu, imma l-Mulej dakinhar ma jismagħkomx.\"", "Imma l-poplu ma riedx jisma' minn kliem Samwel, u qalulu: \"Le! ħa jkollna sultan fuqna, ħa nkunu aħna wkoll bħall-ġnus kollha; ħa jaħkem fuqna sultan tagħna, u jimxi quddiemna u jmexxi t-taqbid tagħna.\"", "U Samwel sama' l-kliem kollu tal-poplu u tenniehom f'widnejn il-Mulej.", "U l-Mulej qal lil Samwel: \"Isma' minn kliemhom, u agħmlilhom sultan.\"", "U Samwel qal lill-irġiel ta' Iżrael: \"Kulħadd imur lejn beltu.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.9", "bookref": "1SA.9", "text": ["Samwel u Sawl", "Kien hemm raġel mit-tribù ta' Benjamin li kien jismu Kis bin Abijel, bin Serur, bin Bekorat, bin Afijaħ, bin wieħed mit-tribù ta' Benjamin, bniedem qalbieni u għani.", "U kellu iben jismu Sawl, żagħżugħ sabiħ, fl-aħjar tiegħu, u ma kienx hemm ieħor fost ulied Iżrael aħjar minnu; kien jgħaddi lil kulħadd minn spallejh 'il fuq.", "Darba waħda Kis, missier Sawl, intilfulu xi ħmariet, u Kis qal lil Sawl ibnu: \"Ħu miegħek wieħed mill-qaddejja, u aqbad u mur fittex il-ħmariet.\"", "Daru l-muntanji ta' Efrajm u l-art ta' Salisa, u ma sabu xejn; għaddew mill-art ta' Sagħlim, xejn; u mill-art ta' Benjamin, u ma sabu xejn.", "Daħlu fl-art ta' Suf, u Sawl qal lill-qaddej li kellu miegħu: \"Ejja nerġgħu lura; għandu mnejn missieri ma għadux jaħseb fil-ħmariet, u qiegħed jitħasseb fuqna.\"", "U l-qaddej wieġbu: \"Ara, f'din il-belt hawn raġel, bniedem ta' Alla, raġel stmat; kulma jgħid, iseħħ.", "Issa mmorru hemm; għandu mnejn jgħidilna xi ħaġa fuq l-iskop li għalih qbadna t-triq.\"", "U Sawl wieġeb lill-qaddej: \"Immorru, imma x'neħdulu lil dan ir-raġel?", "Il-ħobż għab mill-ħoroġ tagħna, u ma għandniex x'noffrulu lir-raġel ta' Alla.", "X'nistgħu nagħtuh?\"", "U l-qaddej raġa' wieġeb lil Sawl u qallu: \"Ara, għandi f'idi r-raba' waħda ta' xekel tal-fidda ; int agħtiha lir-raġel ta' Alla u hu jurina triqtna.\" - Dari f'Iżrael hekk kien jgħid xi ħadd meta kien imur jistaqsi lil Alla: \"Ejja mmorru għand il-veġġent , dak li jara,\" għax dak li llum isejħulu profeta, dari kienu jsejħulu veġġent. - U Sawl qal lill-qaddej tiegħu: \"Sewwa qiegħed tgħid.", "Ejja mmorru.\"", "U marru lejn il-belt fejn kien hemm ir-raġel ta' Alla.", "Huma u telgħin it-telgħa tal-belt iltaqgħu ma' xi xbejbiet ħierġa jimlew l-ilma u qalulhom: \"Hawn joqgħod il-veġġent, dak li jara?\"", "U x-xbejbiet weġbuhom u qalulhom: \"Hawn joqgħod.", "Hemm hu quddiemek, għadu kif daħal issa fil-belt, għaliex illum joffri s-sagrifiċċju tal-poplu fuq l-għolja .", "Kif tidħlu l-belt għandkom issibuh hemm, qabel ma jitla' fuq l-għolja jiekol, għaliex il-poplu ma jikolx qabel ma jasal hu; hu jbierek il-vittma, imbagħad jieklu l-mistednin.", "Itilgħu mela, għax bħalissa ssibuh.\"", "U telgħu l-belt.", "Huma u deħlin mill-bieb jaraw lil Samwel ħiereġ u riesaq lejhom biex jitla' l-għolja.", "Il-jum ta' qabel ma ġie Sawl, il-Mulej kien tarraf xi ħaġa f'widnejn Samwel, u qallu: \"Għada bħalissa nibgħatlek raġel mill-art ta' Benjamin, u int idilku prinċep tal-poplu tiegħi Iżrael, u hu jeħles il-poplu tiegħi minn id il-Filistin, għax rajt l-hemm tal-poplu tiegħi, u l-għajta tagħhom waslet sa għandi.\"", "Malli Samwel ra lil Sawl, il-Mulej qallu: \"Hawn hu r-raġel li għedtlek: 'Dan jaħkem fuq il-poplu tiegħi.' \"", "U Sawl resaq fuq Samwel f'nofs il-bieb u staqsieh: \"Għidli, jekk jogħġbok, fejn hi d-dar tal-veġġent.\"", "Samwel wieġbu: \"Jiena hu l-veġġent.", "Itla' qabli fuq l-għolja.", "Illum tieklu miegħi.", "Inħallik tmur għada filgħodu kmieni u nurik kulma għandek f'qalbek.", "Għall-ħmariet imbagħad li ntilfulek tlitt ijiem ilu, tħabbilx rasek, għax sabuhom.", "U ta' min se jkun l-egħżeż ġid ta' Iżrael?", "Mhux tiegħek u tad-dar kollha ta' missierek?\"", "U Sawl wieġeb u qallu: \"M'iniex jien Benjamini mill-iżgħar fost it-tribù ta' Iżrael, u l-familja tiegħi mhijiex l-iżgħar fost il-familji tat-tribù ta' Benjamin?", "Għaliex qiegħed tkellimni hekk?\"", "Samwel ħa lil Sawl u l-qaddej tiegħu, u daħħalhom fl-għorfa, u tahom post f'ras il-mistednin, li kienu xi tletin ruħ.", "U Samwel qal lill-kok: \"Newwel is-sehem li tajtek u li għedtlek: żommu għandek.\"", "U l-kok ħa l-koxxa u s-sieq, u qegħedhom quddiem Sawl, u Samwel qallu: \"Ara, dak li rfajtlek qiegħed quddiemek.", "Kul, għaliex kien merfugħ għalik għal din il-festa li għaliha stedint il-poplu.\"", "Dakinhar Sawl kiel ma' Samwel.", "Imbagħad niżlu mill-għolja lejn il-belt, firxu mitraħ lil Sawl fuq is-setaħ, u raqad hemm.", "Sawl ikkonsagrat sultan", "Malli beda jbexbex Samwel sejjaħ lil Sawl fuq is-setaħ u qallu: \"Qum ħa nibagħtek lura.\"", "U Sawl qam u ħarġu t-tnejn barra, hu u Samwel.", "Huma u neżlin f'tarf il-belt Samwel qal lil Sawl: \"Għid lill-qaddej jgħaddi qabilna, u inti oqgħod hawn illum, biex insemmgħek il-kelma ta' Alla.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.10", "bookref": "1SA.10", "text": ["Samwel ħa l-kus taż-żejt f'idejh u sawwabhulu fuq rasu, u mbagħad biesu u qallu: \"Mhuwiex il-Mulej li dilkek u għamlek prinċep fuq Iżrael, il-poplu tiegħu?", "Tkun int li tmexxi l-poplu tal-Mulej u teħilsu minn idejn l-għedewwa tiegħu, li għandu madwaru.", "U dan ikunlek is-sinjal li kien il-Mulej li dilkek u għamlek prinċep fuq il-wirt tiegħu: meta tkun tlaqt minn quddiemi, int issib żewġt irġiel ħdejn il-qabar ta' Rakel, f'Selsa fl-art ta' Benjamin, u jgħidulek: 'Instabu l-ħmariet li int ħriġt tfittex.", "U ara, missierek neħħa l-ħsieb tal-ħmariet u qiegħed jitħasseb fuqkom u jgħid: X'se nagħmel b'ibni?'", "U minn hemm tibqa' sejjer sal-balluta tat-Tabor u hemm tiltaqa' ma' tlitt irġiel telgħin għand Alla f'Betel: wieħed iġorr tliet gidjien u wieħed iġorr tliet ħobżiet, u l-ieħor żaqq inbid, huma jsellmulek jagħtuk żewġ ħobżiet, u int teħodhom minn idejhom.", "Imbagħad tasal sa Gibgħat-eloħim fejn hemm l-għases tal-Filistin, u kif tasal hemm fi dħul il-belt, tiltaqa' ma' qatgħa profeti niżlin mill-għolja, b'arpa u tanbur, flawt u ċetra quddiemhom, u jintilfu f'estasi ta' profeti .", "Inti mbagħad jinżel fuqek u jaħtfek l-ispirtu tal-Mulej, u int ukoll tintilef magħhom f'estasi ta' profeta, u tinbidel fi bniedem ieħor.", "Meta jkunu seħħewlek dawn is-sinjali kollha, tista' tagħmel kulma jiġi għal idejk, għax Alla jkun miegħek.", "Imbagħad inżel qabli f'Gilgal, u jien ninżel ħdejk biex noffri sagrifiċċju tal-ħruq u sagrifiċċju tas-sliem; iddum sebat ijiem tistenna sakemm niġi ħdejk, u ngħarrfek x'għandek tagħmel.\"", "U ġara li malli dawwar spallejh biex jitlaq minn ħdejn Samwel, Alla biddillu qalbu f'oħra, u seħħew dawn is-sinjali kollha dakinhar stess.", "Kif wasal minn hemm fuq l-għolja ltaqa' ma' qatgħa profeti, u niżel fuqu u ħatfu l-ispirtu ta' Alla, u ntilef f'estasi ta' profeta f'nofshom.", "Xħin dawk kollha li kienu jafuh qabel rawh f'estasi ta' profeta, bdew jgħidu lil xulxin: \"X'ġara lil bin Kis?", "Sawl ukoll mal-profeti?\"", "Wieħed minn hemm wieġeb u qal: \"Min hu missierhom?\"", "Għalhekk xtered il-qawl: \"Huwa Sawl ukoll fost il-profeti?\"", "Meta spiċċa jipprofetizza mar fuq l-għolja.", "U z-ziju ta' Sawl qal lilu u lill-qaddej tiegħu: \"Fejn mortu?\" u wieġeb: \"Infittxu l-ħmariet; u xħin rajna li ma kienu mkien morna għand Samwel.\"", "U z-ziju ta' Sawl staqsiehom: \"Għidli x'qalilkom Samwel.\"", "U Sawl wieġeb lil zijuh: \"Għarrafna li l-ħmariet kienu nstabu.\"", "U fuq il-biċċa tas-sultan ma qallu xejn x'kien qallu Samwel.", "Sawl ipproklamat sultan", "Samwel laqqa' l-poplu quddiem il-Mulej f'Misfa.", "U qal lil ulied Iżrael: \"Dan jgħid il-Mulej, Alla ta' Iżrael: Jien tellajt lil Iżrael mill-Eġittu, u ħlistkom minn id l-Eġizzjani, u minn id is-slaten kollha li ħaqrukom.", "Imma intom illum ċħadtu lil Alla tagħkom, is-salvatur tagħkom fl-hemm u d-dwejjaq kollha, u għedtulu: 'Le! agħmlilna sultan fuqna.'", "Issa mela ersqu lejn il-Mulej u tqassmu skont it-tribujiet u l-familji tagħkom.\"", "Samwel imbagħad ressaq it-tribujiet kollha ta' Iżrael, u ntgħażel bix-xorti t-tribù ta' Benjamin.", "U ressaq it-tribù ta' Benjamin skont il-familji tiegħu u telgħet bix-xorti l-familja ta' Matri; u mbagħad tala' bix-xorti Sawl bin Kis, u fittxewh u ma sabuhx.", "U reġgħu staqsew lill-Mulej: \"Ġie hawn ir-raġel?\"", "U l-Mulej wieġeb: \"Hawn hu moħbi qalb il-provvisti!\"", "Marru jiġru, u ħaduh minn hemm u qegħduh f'nofs il-poplu, u kien jgħaddi lil kulħadd minn spallejh 'il fuq.", "U Samwel imbagħad fisser lill-poplu kollu: \"Rajtu lil min ħatar il-Mulej?", "M'hawnx ieħor bħalu fil-poplu kollu.\"", "U l-poplu għolla leħnu, għajjat għajta kbira, u qal \"Viva s-sultan!\"", "Samwel imbagħad fisser lill-poplu d-dritt tas-sultan u kitbu fi ktieb u qiegħdu quddiem il-Mulej, u Samwel bagħat il-poplu kollu, kulħadd lejn daru.", "Sawl ukoll mar id-dar f'Gibgħa, u marru miegħu wkoll irġiel qalbiena, li Alla messilhom qalbhom.", "Imma xi rġiel ħżiena qalu: \"Biex se jsalvana dan?\"", "Maqdruh u ma ġibulux offerti."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.11", "bookref": "1SA.11", "text": ["L-ewwel rebħa ta' Sawl", "Xi xahar wara, Naħas l-Għammoni tala' u waqqaf il-kamp f'Ġabes-gilgħad, u n-nies kollha ta' Ġabes qalu lil Naħas: \"Agħmel patt magħna u naqduk.\"", "U Naħas l-Għammoni weġibhom: \"B'din il-kondizzjoni nagħmel patt magħkom.", "Naqlgħalkom ilkoll għajnkom il-leminija, u dan nagħmlu biex inġib l-għajb fuq Iżrael kollu.\"", "U x-xjuħ ta' Ġabes weġbuh: \"Agħtina sebat ijiem żmien biex nibagħtu messaġġiera fl-inħawi kollha ta' Iżrael, u jekk ma jkun hemm ħadd li jsalvana, aħna nċedulek.\"", "U l-messaġġiera ġew f'Gibgħa ta' Sawl, u tennew dan il-kliem li jismagħhom il-poplu, u l-poplu kollu għollew leħinhom u bdew jibku.", "U ara, Sawl kien ġej lura bil-baqar mill-għalqa u staqsiehom: \"X'għandu l-poplu biex qiegħed jibki?\"", "U qalulu x'bagħtu jgħidulhom in-nies ta' Ġabes.", "U malli sama' dan il-kliem l-ispirtu ta' Alla ħataf lil Sawl, u dan saħan u inkorla bis-sħiħ.", "Qabad żewġ gniedes, qattagħhom bċejjeċ, u bagħathom fl-inħawi kollha ta' art Iżrael ma' messaġġiera u qal: \"Min ma joħroġx wara Sawl u Samwel, hekk jiġrilu mill-gniedes tiegħu.\"", "U waqa' l-biża' tal-Mulej fuq il-poplu kollu u nġabru bħal bniedem wieħed.", "Imbagħad għaddhom f'Beżek u kienu wlied Iżrael ilaħħqu tliet mitt elf ruħ u n-nies ta' Ġuda tletin elf.", "U qal lill-messaġġiera li kienu ġew: \"Dan għidu lin-nies ta' Ġabes-gilgħad: 'Għada malli tisħon ix-xemx, ikollkom is-salvazzjoni.'", "\" U l-messaġġiera marru, u għarrfu b'dan lin-nies ta' Ġabes-gilgħad u dawn ferħu.", "U n-nies ta' Ġabes-gilgħad imbagħad qalu lil Naħas: \"Għada niġu għandkom, u għamlulna kulma jogħġobkom.\"", "L-għada Sawl qassam il-poplu fi tliet qtajja', u daħlu f'nofs il-kamp fis-sahra ta' filgħodu, u ħabtu għall-Għammonin sa ma saħnet ix-xemx.", "U dawk li ħelsu xterdu b'mod li ma baqax tnejn minnhom flimkien.", "Imbagħad il-poplu qal lil Samwel: \"Min qal: 'Huwa Sawl sa jsaltan fuqna?'", "Agħtina 'l dawn in-nies, ħa noqtluhom.\"", "U Sawl qalilhom: \"Ma jmut ebda bniedem illum, għax illum il-Mulej salva lil Iżrael.\"", "U Samwel qal lill-poplu: \"Qumu, ħa mmorru f'Gilgal u hemm inwettqu s-saltna .\"", "U marru l-poplu kollu f'Gilgal, u pproklamaw hemm lil Sawl sultan quddiem il-Mulej f'Gilgal; u offrew sagrifiċċji tas-sliem; u Sawl u l-poplu kollu ta' Iżrael ferħu u għamlu festa kbira."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.12", "bookref": "1SA.12", "text": ["Samwel jirtira", "U Samwel kellem lill-poplu ta' Iżrael kollu: \"Araw, jien smajt minn kliemkom f'kulma għedtuli, u għamiltilkom sultan fuqkom.", "U issa, araw, għandkom sultan li jimxi quddiemkom; u jien xjaħt u xagħri bjad, u wliedi hawn fostkom.", "Jien għext taħt għajnejkom sa minn żgħoriti sal-lum.", "Hawn jien: ixhdu għalija quddiem il-Mulej u s-sultan il-midluk tiegħu.", "Lil min jien qatt ħadt xi gendus, u l-ħmar ta' minn qatt ħadt?", "Lil min qatt sraqt?", "Lil min qatt ħraqt?", "Mingħand minn qatt ħadt jien xi rigal biex għamieli għajnejja?", "Ixhdu għalija, u jien irroddhulkom.\"", "U huma wieġbu: \"Int qatt ma sraqtna, u qatt ma ħqartna, u qatt ma ħadt xejn minn għandna.\"", "U hu qalilhom: \"Jixhed il-Mulej għalikom, u jixhed is-sultan il-midluk tiegħu li ma sibtu xejn f'idejja minn ħwejjiġkom.\"", "U wieġbu: \"Huwa xhud!\"", "U Samwel qal lill-poplu: \"Iva, il-Mulej kien li qajjem lil Mosè u lil Aron, u li talla' 'l missirijietkom mill-art tal-Eġittu.", "Mela issa, ersqu 'l hawn ħalli nagħmel ġudizzju minnkom quddiem il-Mulej, u ngħidilkom il-ġid kollu li l-Mulej għamel magħkom, u ma' missirijietkom.", "Meta niżel Ġakobb l-Eġittu, u hemm ħaqruhom l-Eġizzjani, missirijietkom għajtu lill-Mulej, u l-Mulej bagħat lil Mosè u lil Aron, u ħarġu lil missirijietkom mill-Eġittu u qegħduhom f'dan il-post.", "Imma huma nsew lill-Mulej, Alla tagħhom, u biegħhom f'idejn Sisera, il-kmandant tal-eżerċtu ta' Ħasor, u f'idejn il-Filistin, u f'idejn is-sultan ta' Mowab, u għamlulhom gwerra.", "U huma għajtu lill-Mulej u qalu: 'Dnibna, għax tlaqna lill-Mulej u qdejna lill-Bagħlim u Għastarot.", "Issa eħlisna minn idejn l-għedewwa tagħna, u naqduk.'", "\"U l-Mulej bagħat lil Ġerub-bagħal, u lil Barak, u 'l Ġeftaħ, u 'l Samwel.", "U ħeliskom minn idejn l-għedewwa ta' madwarkom, u għextu fis-sliem u fiż-żgur.", "Meta rajtu li Naħas, is-sultan ta' wlied Għammon, ġej għalikom, għedtuli: 'Le!", "Sultan għandu jsaltan fuqna,' filwaqt li l-Mulej, Alla tagħkom, hu s-sultan tagħkom.", "Araw issa s-sultan li intom ħtartu, li intom tlabtu.", "Araw, il-Mulej għamlilkom sultan fuqkom.", "Jekk intom tibżgħu mill-Mulej, u taqduh, u tisimgħu minn kliemu, u ma tmerux li jgħidilkom il-Mulej, jekk intom u s-sultan tagħkom, li jsaltan fuqkom, timxu wara l-Mulej, Alla tagħkom, intom tgħixu.", "Imma jekk ma tisimgħux minn kliem il-Mulej, u tmieru dak li jgħidilkom il-Mulej, id il-Mulej tkun fuqkom, u fuq is-sultan tagħkom.", "\"U issa oqogħdu, u araw dan l-għaġeb kbir, li se jagħmel il-Mulej quddiem għajnejkom.", "Mhuwiex żmien il-ħsad illum?", "Jien insejjaħ il-Mulej u jibgħat ragħad u xita, u tkunu tafu u taraw x'ħażen kbir għamiltu f'għajnejn il-Mulej meta tlabtu sultan għalikom.\"", "U Samwel sejjaħ il-Mulej, u l-Mulej bagħat ragħad u xita dakinhar, u l-poplu baża' ħafna mill-Mulej u minn Samwel.", "U l-poplu kollu qal lil Samwel: \"Itlob għall-qaddejja tiegħek lill-Mulej, Alla tiegħek, li ma mmutux għax issuktajna nżidu ma' ħtijietna kollha billi tlabna sultan fuqna.\"", "U Samwel wieġeb lill-poplu: \"La tibżgħux!", "Intom għamiltu dan il-ħażen kollu; madankollu twarrbux mill-Mulej, imma aqdu lill-Mulej b'qalbkom kollha.", "La ddurux għal wara l-allat fiergħa, li ma jistgħux u la jgħinukom u lanqas isalvawkom, għax huma allat foloz.", "Żgur li l-Mulej ma jarmix il-poplu tiegħu minħabba l-kobor ta' ismu; għax il-Mulej għoġbu jagħmel minnkom il-poplu tiegħu.", "Min-naħa tiegħi, imbagħad ma jkun qatt li nidneb u ma nitlobx għalikom quddiem il-Mulej, u ma nurikomx it-triq it-tajba u s-sewwa.", "Biss ibżgħu mill-Mulej u aqduh minn qalbkom bis-sinċerità kollha.", "Qisu dejjem il-ħwejjeġ kbar li għamel magħkom.", "Imma jekk tagħmlu l-ħażin tinqerdu, intom u s-sultan tagħkom.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.13", "bookref": "1SA.13", "text": ["L-ewwel dnub ta' Sawl", "U Sawl għażel tlitt elef raġel minn Iżrael, elfejn minnhom kienu ma' Sawl f'Mikmas fuq l-għolja ta' Betel, u elf kienu ma' Ġonatan fuq Gibgħa ta' Benjamin, u l-bqija tan-nies bagħathom ilkoll, kulħadd fl-għarix tiegħu.", "Ġonatan ħabat għall-għassa tal-Filistin li kien hemm f'Geba; il-Filistin semgħu u Sawl daqq it-tromba fl-art kollha, u ħabbar: \"Ħa jisimgħu l-Għebrej.\"", "U Iżrael kollu semgħu u qalu: \"Sawl ħabat għall-għassa tal-Filistin, u issa Iżrael mistmell fost il-Filistin.\"", "U l-poplu nġama' wara Sawl f'Gilgal.", "Il-Filistin inġabru biex jitqabdu kontra Iżrael bi tletin elf karru, u sitt elef ruħ fuq iż-żiemel, u poplu daqs ir-ramel ta' xatt il-baħar; u telgħu u waqqfu l-kamp f'Mikmas fuq il-Lvant ta' Bet-awen.", "Malli n-nies ta' Iżrael raw li kienu marsusa u l-poplu megħlub, il-poplu staħba fl-għerien u l-ħofor, fil-blat, taħt l-art u fil-ġwiebi.", "U ħafna mill-poplu qasmu l-Ġordan lejn l-art ta' Gad u Gilgħad; imma Sawl baqa' f'Gilgal, u l-poplu kollu mriegħed warajh.", "U stenna sebat ijiem daqs kemm kien ftiehem miegħu Samwel; imma Samwel ma ġiex f'Gilgal u l-poplu beda jitilqu.", "U Sawl qal: \"Ġibuli l-vittma għas-sagrifiċċju tal-ħruq u għas-sagrifiċċju tas-sliem.\"", "U offra s-sagrifiċċju tal-ħruq.", "U ġara li kif temm joffri s-sagrifiċċju, wasal Samwel, u Sawl ħareġ jilqgħu u jagħtih il-merħba.", "U Samwel qallu: \"X'għamilt?\"", "U Sawl wieġeb: \"Rajt li l-poplu beda tielaq minn miegħi u int ma ġejtx fil-jum li ftehemna, u l-Filistin inġabru f'Mikmas u għedt: 'Issa l-Filistin jinżlu għalija f'Gilgal u jien ma nkunx tlabt lill-Mulej!'", "Għalhekk għamilt il-qalb u offrejt is-sagrifiċċju.\"", "U Samwel wieġeb lil Sawl: \"Tbellaht li ma smajtx mill-ordni li tak il-Mulej, Alla tiegħek; kieku l-Mulej ġa wettaq is-saltna tiegħek fuq Iżrael għal dejjem.", "Issa s-saltna tiegħek ma żżommx.", "Il-Mulej ifittex bniedem ieħor għal qalbu, u l-Mulej iqiegħdu prinċep fuq il-poplu tiegħu, għax int ma smajtx dak li ordnalek il-Mulej.\"", "U Samwel qam u tala' minn Gilgal għal Gibgħa ta' Benjamin; Sawl imbagħad għadd in-nies li kienu miegħu, li kienu jlaħħqu sitt mitt raġel.", "U Sawl u ibnu Ġonatan, u l-poplu li kien magħhom, kienu qegħdin f'Gibgħa ta' Benjamin u l-Filistin fil-kamp f'Mikmas.", "Mill-kamp tal-Filistin ħarġu tliet qatet ta' nies għat-tħarbit, u tqassmu fi tliet toroq; waħda qabdet it-triq ta' Għofra lejn il-pajjiż ta' Sugħal; l-oħra, it-triq li tieħu għal Betħoron; u t-tielet waħda t-triq ta' Geba, li tħares fuq il-wied ta' Sebogħim, in-naħa tad-deżert.", "F'art Iżrael kollha ma kienx hemm ħaddied, għax il-Filistin kienu qalu: \"Li ma jmorrux jagħmlu l-Għebrej xwabel u lanez!\"", "U l-Iżraelin ilkoll kienu jinżlu għand il-Filistin isinnu kull wieħed is-sikka tiegħu u l-għatla tiegħu, u l-fies u l-minġel tiegħu.", "U t-tisnin tax-xifer tas-sikka u tal-għatla kien jitħallas bit-tielet waħda ta' xekel, u hekk ukoll il-fies u t-traqqiq ta' niggieża.", "U ġara li f'jum it-taqbida ma kinitx tinsab xabla jew lanza f'idejn il-poplu li kien ma' Sawl u ma' Ġonatan ibnu; kien hemm waħda biss għal Sawl, u oħra għal Ġonatan.", "Ġonatan jaħbat għall-Filistin", "L-għassa tal-Filistin ħarġet u ħadu f'idejhom il-mogħdija ta' Mikmas."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.14", "bookref": "1SA.14", "text": ["Jum minnhom Ġonatan bin Sawl qal lill-iskudier żagħżugħ tiegħu: \"Ejja naqsmu għal kontra l-għassa tal-Filistin li qegħdin in-naħa l-oħra\"; u 'l missieru ma qallux.", "Sawl kien taħt ir-rummiena ta' Migron fit-trufijiet ta' Gibgħa, u n-nies li kienu miegħu kienu jlaħħqu mas-sitt mitt ruħ.", "U Aħija bin Aħitub, ħu Ikabod, bin Fineħas, bin Għeli, il-qassis tal-Mulej f'Silo, kellu fuqu l-efod, u l-poplu ma kienx jaf li Ġonatan kien telaq.", "U bejn il-mogħdijiet, li kien qiegħed ifittex Ġonatan li jgħaddi minnhom lejn l-għassa tal-Filistin, kien hemm blata wieqfa fuq naħa, u blata oħra wieqfa fuq in-naħa l-oħra; u blata minnhom kien jisimha Buses, u isem l-oħra kien Seni.", "Il-blata l-waħda kienet in-naħa tat-Tramuntana biswit Mikmas, u l-blata l-oħra n-naħa tan-Nofsinhar biswit Gibgħa.", "Ġonatan qal lill-iskudier żagħżugħ tiegħu: \"Ejja naqsmu għal ħdejn l-għassa ta' dawn in-nies bla ħtin.", "Għandu mnejn il-Mulej jagħmel xi ħaġa għalina, għax m'hemmx xi jżomm il-Mulej, jekk irid, li jsalvana b'ħafna jew bi ftit nies.\"", "U l-iskudier wieġbu: \"Agħmel kulma tixtieq qalbek.", "Hawn jien miegħek; qalbek qalbi.\"", "U Ġonatan wieġeb: \"Arana, aħna sejrin lejn dawn in-nies, u nuru ruħna lilhom.", "Issa jekk jgħidulna: 'Ieqfu hemm sakemm niġu ħdejkom,' nieqfu fejn inkunu, u ma nitilgħux għalihom.", "Imma jekk jgħidulna: 'Itilgħu ħdejna,' nitilgħu, għax il-Mulej ikun erħihomlna f'idejna.", "Dan hu s-sinjal għalina.\"", "It-tnejn dehru quddiem l-għases tal-Filistin, u l-Filistin qalu: \"Araw l-Għebrej ħerġin mill-ħofor li nħbew fihom.\"", "Imbagħad in-nies tal-għassa kellmu lil Ġonatan u 'l-iskudier tiegħu u qalulhom: \"Itilgħu ħdejna, għax għandna ħaġa x'ngħidulkom.\"", "U Ġonatan qal lill-iskudier tiegħu: \"Itla' warajja, għax il-Mulej tahom f'idejn Iżrael.\"", "U Ġonatan tala' fuq idejh u fuq riġlejh, u l-iskudier tiegħu warajh.", "U l-Filistin bdew jaqgħu fl-art quddiem Ġonatan, u l-iskudier joqtolhom warajh.", "Din l-ewwel qerda minn Ġonatan u l-iskudier tiegħu kienet ta' xi għoxrin raġel minnhom, f'tul ta' nofs radda ħrit f'nofs tomna raba'.", "U l-biża' xtered mal-kamp, fir-raba' u fil-poplu kollu.", "In-nies tal-għassa u l-qtajja' li ħarġu jħarbtu l-art, tkexkxu huma wkoll, u triegħdet l-art, u ntilfu f'biża' kbir.", "It-tħarbit tal-Filistin", "U l-għassiesa ta' Sawl li kienu f'Gibgħa ta' Benjamin raw dik il-kotra mxerrda sejra 'l hemm u 'l hawn.", "U Sawl qal lin-nies li kellu miegħu: \"Għoddu n-nies u araw min naqas minn magħna.\"", "U raw li kienu nieqsa Ġonatan u l-iskudier tiegħu.", "U Sawl qal lil Aħija: \"Ġib l-efod \" (għax dakinhar l-efod kien f'nofs ulied Iżrael).", "Waqt li Sawl kien qiegħed ikellem lill-qassis, l-għagħa fil-kamp tal-Filistin baqgħet sejra titqawwa, u Sawl qal lill-qassis: \"Niżżel idek.\"", "U Sawl u n-nies li kellu miegħu b'għajta kbira rħewlha għat-taqbida, u sabu taħwida kbira, kulħadd bix-xwabel wieħed kontra l-ieħor.", "U l-Għebrej, li qabel kienu mal-Filistin u li kienu magħhom fil-kamp, daru kontrihom u mal-Iżraelin li kienu ma' Sawl u Ġonatan.", "U dawk l-Iżraelin li kienu moħbija fil-muntanji ta' Efrajm, malli semgħu li l-Filistin kienu ħarbu, għamlu għal warajhom u rassew fuqhom huma wkoll.", "Hekk il-Mulej dakinhar ħeles lil Iżrael.", "Ġonatan jikser il-wegħda ta' Sawl", "It-taqbida laħqet sa Bet-awen ; u dakinhar l-Iżraelin infnew u Sawl ġagħal lill-poplu jaħlef u qallu: \"Misħut il-bniedem li jiekol xi ikel qabel ma jidlam u nitħallas mill-għedewwa tiegħi.\"", "U ħadd ma kiel xejn.", "U kien hemm ħafna għasel fir-raba'.", "Meta l-poplu wasal fil-foresta ra l-għasel iqattar, imma ħadd minnhom ma ressaq idu lejn ħalqu, għax il-poplu baża' mill-ħalfa.", "Ġonatan ma kienx sama' bil-ħalfa li missieru ġagħal lill-poplu jagħmel, u medd it-tarf tal-ħatar li kellu f'idu, u deffsu f'xehda għasel, u ressaq idu lejn ħalqu, u għajnejh ħadu d-dawl.", "U wieħed mill-poplu kellmu u qallu: \"Missierek ġagħal lill-poplu jaħlef u qallu: 'Misħut il-bniedem li jiekol xi ħaġa llum.'", "\" Issa l-poplu kien mifni.", "U Ġonatan qal: \"Missieri għamel il-ħsara lill-pajjiż.", "Araw kif ħadu d-dawl għajnejja, għax doqt dan id-daqsxejn għasel.", "Kemm aktar kieku l-poplu kiel mill-priża li sab tal-għedewwa llum!", "Kemm kienet tkun akbar il-qerda tal-Filistin!\"", "Dakinhar huma kissru l-Filistin minn Mikmas sa Ajjalon, imma l-poplu għeja għall-aħħar.", "U nxteħtu fuq il-priża, u ħadu nagħaġ, u baqar, u għoġiela, u qatluhom fl-art, u l-poplu kiel il-laħam bid-demm.\"", "U lil Sawl qalulu: \"Ara, il-poplu dineb kontra l-Mulej għax kiel il-laħam bid-demm.\"", "U Sawl wieġeb: \"Għamiltu ħażin.", "Ġibuli ġebla kbira llum.\"", "U raġa' qal Sawl: \"Morru fost il-poplu u għidulhom: 'Ġibu lejja kull wieħed il-gendus u kull wieħed in-nagħġa tiegħu, u oqtluhom hawn, u tiklux bid-demm biex ma tidinbux kontra l-Mulej.'", "\" U l-poplu ressaqlu kull wieħed kulma ġie f'idejh dak il-lejl, u qatluhom hemm.", "U Sawl bena artal lill-Mulej; l-ewwel artal li bena lill-Mulej.", "U Sawl qal: \"Ħalli ninżlu għal wara l-Filistin mal-lejl, u naħtfu priża kemm nifilħu sa ma jisbaħ għada, u ma nħallux bniedem wieħed ħaj minnhom.\"", "U weġbuh: \"Kulma jogħġbok nagħmluh!\"", "Imma l-qassis qallu: \"Ħa nersqu quddiem Alla.\"", "U Sawl staqsa lil Alla: \"Ninżel jien għal wara l-Filistin?", "Titlaqhom int f'idejn l-Iżraelin?\"", "U dakinhar Alla ma weġbux.", "U Sawl qal: \"Ersqu 'l hawn intom ilkoll, il-kapijiet tal-poplu; u tkixxfu, u araw b'min saret din il-ħtija llum.", "Għax daqs kemm hu ħaj il-Mulej, is-salvatur ta' Iżrael, imqar jekk il-ħtija tkun f'ibni Ġonatan, żgur li noqtlu.\"", "U ħadd mill-poplu ma wieġeb xejn.", "Imbagħad qal lil Iżrael kollu: \"Intom oqogħdu f'naħa, u jien u ibni Ġonatan noqogħdu f'oħra.\"", "U l-poplu wieġeb lil Sawl: \"Agħmel li jogħġbok.\"", "U Sawl qal lill-Mulej Alla ta' Iżrael: \"Għaliex ma weġibtx lill-qaddej tiegħek illum, u ma għedtlix jekk din il-ħtija hijiex fija jew f'ibni Ġonatan?", "O Mulej, Alla ta' Iżrael, jekk inhi fija jew f'Ġonatan agħti t-Tummim .\"", "U ntgħażlu Ġonatan u Sawl; u l-poplu ħareġ ħieles.", "Imbagħad Sawl qal \"Itfgħu x-xorti bejni u bejn Ġonatan.\"", "U ntgħażel Ġonatan.", "U Sawl qal lil Ġonatan: \"Għidli x'għamilt.\"", "U Ġonatan għarrfu u qallu: \"Doqt b'tarf il-ħatar li kelli f'idi daqsxejn għasel.", "Hawn jien lest għall-mewt.\"", "U Sawl qal: \"Dan jagħmilli u aktar il-Mulej; Ġonatan, tmut żgur.\"", "U l-poplu wieġeb lil Sawl: \"Sa jmut Ġonatan li ġieb din ir-rebħa kbira għal Iżrael?", "Ma jkun qatt.", "Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, ma taqax xagħra waħda minn rasu fl-art; għax il-Mulej kien miegħu biex għamel dan illum.\"", "U l-poplu salva lil Ġonatan, u dan ma mietx.", "U Sawl ma baqax jiġri wara l-Filistin, għax dawn laħqu reġgħu lura lejn darhom.", "Ir-rebħ ta' Sawl u daru", "Sawl ħa s-saltna ta' Iżrael f'idejh u għamel gwerra lill-għedewwa tiegħu kollha ta' madwaru: lil Mowab, lil ulied Għammon, lil Edom, lis-slaten ta' Soba, lill-Filistin, u għal kull fejn kien idur kien jirbaħ.", "Wera ħila billi kisser lil Għamalek u ħeles lil Iżrael minn id dawk li kienu jisirquhom.", "Ulied Sawl kienu: Ġonatan, Ġiswi, u Malkisugħa u żewġt ibniet li kien jisimhom: il-kbira, Merab, u ż-żgħira, Mikal.", "Mart Sawl kien jisimha Aħinogħam bint Aħimagħas; u l-kmandant tal-eżerċitu tiegħu kien jismu Abner bin Ner, iz-ziju ta' Sawl.", "Kis, missier Sawl, u Ner, missier Abner, kienu wlied Abijel.", "Qalila kienet il-gwerra kontra l-Filistin iż-żmien kollu tas-saltna ta' Sawl; kull raġel qalbieni u kull raġel b'saħħtu li kien jara, Sawl kien iqabbdu miegħu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.15", "bookref": "1SA.15", "text": ["Sawl ikisser lill-Għamalekin", "Samwel qal lil Sawl: \"Il-Mulej bagħatni nikkonsagrak sultan fuq il-poplu tiegħu Iżrael u issa isma' l-kelma tal-Mulej.", "Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: 'Qtajtha li nħallas lil Għamalek ta' kulma għamel Għamalek lil Iżrael, meta għalaqlu t-triq hu u tiela' mill-Eġittu.", "Issa qum u aħbat għal Għamalek, u eqred lilu u kulma għandu; la tħennx għalih, eqridlu rġiel u nisa, tfal u trabi, baqar u nagħaġ, iġmla u ħmir.' \"", "Imbagħad Sawl sejjaħ lill-poplu u għaddu f'Telam, u sab mitejn elf fanterija, u għaxart elef raġel minn Ġuda.", "Sawl wasal f'belt ta' Għamalek, u waqaf jissajja fil-wied.", "Sawl qal lill-Kenin: \"Itilqu, warrbu, u oħorġu minn nofs Għamalek, li ma neqridkomx magħhom.", "Intom urejtu ħniena ma' wlied Iżrael kollha, huma u telgħin mill-Eġittu.\"", "U l-Kenin warrbu minn nofs Għamalek.", "Sawl kisser lil Għamalek minn Ħawila sa Sur, fil-Lvant tal-Eġittu.", "U qabad ħaj lil Agag, sultan ta' Għamalek, u qered il-poplu kollu b'xifer ix-xabla.", "U Sawl u l-poplu ħafruha lil Agag, u lill-aħjar tal-imrieħel u l-baqar, l-ismen fosthom u l-ħrief, u kulma kien tajjeb, u ma ridux jeqirduhom: imma qerdu kulma kien ħażin u ma jiswiex.", "Samwel iċanfar lil Sawl", "U l-Mulej kellem lil Samwel u qallu: \"Jisgħob bija li għamilt lil Sawl sultan , għaliex raġa' lura minn warajja, u ma żammx kliemi.\"", "Samwel inkorla, u beda jgħajjat quddiem il-Mulej il-lejl kollu.", "Filgħodu qam kmieni u mar jiltaqa' ma' Sawl, u għarrfuh u qalulu: \"Sawl mar lejn il-muntanja tal-Karmel, u hemm waqqaf plier b'tifkira għalih innifsu, u għadda u niżel Gilgal.\"", "Samwel resaq lejn Sawl, u Sawl qallu: \"Imbierek int mill-Mulej!", "Jien żammejt kelmet il-Mulej.\"", "U Samwel wieġeb: \"U x'inhu dan il-ħoss tal-imrieħel li wasal f'widnejja, u l-gargir tal-baqar li qiegħed nisma'?\"", "U Sawl wieġeb: \"Ġabuhom mingħand l-Għamalekin, għax il-poplu għoġbuh l-aħjar tal-imrieħel u l-baqar biex joffruhom b'sagrifiċċju lill-Mulej, Alla tiegħek, u l-bqija qridnieh.\"", "Samwel qal lil Sawl: \"Biżżejjed!", "Ħalli nuri x'qalli l-Mulej dal-lejl.\"", "\"Tkellem!\" qallu dak.", "U Samwel qal: \"Jaqaw mhux veru li, għalkemm int kont ċkejken f'għajnejk stess, int sirt prinċep fuq it-tribujiet ta' Iżrael, u l-Mulej dilkek sultan ta' Iżrael?", "U l-Mulej bagħtek fi triqtek u qallek: 'Mur u eqred dawk il-midinbin, l-Għamalekin; aħbat għalihom sakemm teqridhom għalkollox.'", "L-għala, mela, ma smajtx mill-kelma tal-Mulej, u nxtħett fuq il-priża u għamilt il-ħażin f'għajnejn il-Mulej?\"", "U Sawl wieġeb lil Samwel: \"Jien smajt mill-kelma tal-Mulej!", "U qbadt it-triq li fiha bagħatni l-Mulej, ġibt miegħi lil Agag, sultan ta' Għamalek, u qridt l-Għamalekin.", "Il-poplu ħa mill-priża nagħaġ u baqar, l-aħjar minn dawk li kienu mitluqa għall-qerda, biex joffrihom lill-Mulej, Alla tiegħek, f'Gilgal.\"", "U Samwel wieġeb: \"Jaqaw il-Mulej jogħġbuh il-vittmi tal-ħruq u s-sagrifiċċji aktar mis-smigħ tal-kelma tal-Mulej?", "Ara, l-ubbidjenza hi aqwa", "mis-sagrifiċċji;", "is-smigħ, aħjar mix-xaħam tal-muntun.", "Ir-ribelljoni daqs id-dnub tas-seħer,", "u li twebbes rasek daqs il-ħażen tal-qima", "tax-xbihat.", "Għax int warrabt il-kelma tal-Mulej,", "hu se jwarrab lilek minn sultan!\"", "U Sawl qal lil Samwel: \"Dnibt għax ksirt il-kelma tal-Mulej u kelmtek, għax bżajt mill-poplu u smajt minn kliemhom.", "Issa aħfirli ħtijieti, u erġa' ejja miegħi biex nagħti qima lill-Mulej.\"", "U Samwel qal lil Sawl: \"Ma nerġax niġi miegħek għax int warrabt il-kelma tal-Mulej, u l-Mulej warrab lilek, u ma tibqax iżjed sultan fuq Iżrael.\"", "Samwel dar biex jitlaq u Sawl qabadlu djul il-mantar u dan iċċarrat.", "U Samwel qallu: \"Il-Mulej illum ċarrat is-saltna ta' Iżrael minn fuqek, u taha lil wieħed aħjar minnek.", "Il-Mulej, il-glorja ta' Iżrael, ma jigdibx u ma jbiddilx fehmtu, għax mhux bniedem biex jindem.\"", "U Sawl wieġeb: \"Dnibt!", "Imma issa agħtini l-ġieħ quddiem ix-xjuħ tal-poplu tiegħi u quddiem Iżrael.", "Erġa' ejja miegħi, ħa nagħti l-qima lill-Mulej, Alla tiegħek!\"", "U Samwel raġa' mar ma' Sawl, u Sawl ta qima lill-Mulej.", "U Samwel qal lil Sawl: \"Ressaqli quddiemi lil Agag, is-sultan ta' Għamalek.\"", "U ġieblu quddiemu lil Agag is-sultan jitriegħed, u Agag qallu: \"Tabilħaqq għadda l-imrar tal-mewt!\"", "Imma Samwel wieġeb: \"Bħalma int ċaħħadt b'idejk lil ħafna nisa minn uliedhom, hekk ommok tibqa' bla wlied.\"", "U lil Agag għamlu bċejjeċ quddiem il-Mulej f'Gilgal.", "Imbagħad Samwel mar Rama, u Sawl raġa' tala' d-dar tiegħu f'Gibgħa ta' Sawl.", "Qatt iżjed, sa ma miet, ma ra Samwel lil Sawl.", "Samwel beka lil Sawl; imma Alla nidem li kien għamel lil Sawl sultan ta' Iżrael."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.16", "bookref": "1SA.16", "text": ["Il-konsagrazzjoni ta' David", "Il-Mulej kellem lil Samwel: \"Kemm se ddum qalbek sewda għal Sawl, meta jien neħħejtu minn sultan fuq Iżrael?", "Imla l-qarn biż-żejt u itlaq.", "Jien se nibagħtek għand Ġesse l-Betlemita, għaliex minn fost uliedu jien għażilt għalija sultan.\"", "Samwel wieġeb: \"Kif nista' mmur?", "Jekk ikun jaf Sawl, joqtolni!\"", "Il-Mulej wieġbu: \"Ħu għoġla miegħek; għid li mort biex tagħmel sagrifiċċju lill-Mulej.", "Sejjaħ lil Ġesse għas-sagrifiċċju; jien imbagħad nurik x'tagħmel; u lil min ngħidlek, tidlikhuli sultan.\"", "U Samwel għamel kulma qallu l-Mulej u mar Betlehem.", "Ix-xjuħ tal-belt marru jilqgħuh imriegħda, u staqsewh: \"Ġejt hawn bis-sliem?\"", "U hu wieġeb: \"Bis-sliem.", "Ġejt biex noffri sagrifiċċju lill-Mulej.", "Tqaddsu u ejjew miegħi għas-sagrifiċċju.\"", "U hu qaddes lil Ġesse u 'l uliedu u sejħilhom għas-sagrifiċċju.", "Ġara li, malli waslu, Samwel ra lil Elijab u qal: \"Hawn quddiem il-Mulej il-midluk tiegħu?\"", "U l-Mulej qal lil Samwel: \"Tħarisx lejn is-sura tiegħu, jew it-tul ta' persuntu, għax jien diġà warrabtu.", "Għax il-Mulej ma jarax bħalma jara l-bniedem, dak biss li jidher fl-għajn, imma l-qalb.\"", "Ġesse sejjaħ lil Abinadab u ressqu quddiem Samwel, u dan qal: \"Anqas lil dan ma ħatar il-Mulej.\"", "U Ġesse ressaq lil Samma.", "Samwel qal: \"Anqas lil dan ma ħatar il-Mulej.\"", "Ġesse ressaq quddiem Sanwel sebgħa minn uliedu; imma Samwel qallu: \"Il-Mulej ma ħatar lil ħadd minn dawn.\"", "U ssokta jgħidlu: \"Dawn huma t-tfal kollha?\"", "\"Għad fadal iż-żgħir,\" wieġbu Ġesse, \"qiegħed jirgħa n-nagħaġ.\"", "U Samwel qal lil Ġesse: \"Ibgħat għalih u ġibu, għax ma noqogħdux fuq il-mejda qabel ma jiġi hawn.\"", "U bagħat għalih u ġiebu: kien żagħżugħ ruxxan, għajnejh ħelwin, u sabiħ fis-sura tiegħu.", "U l-Mulej qal lil Samwel: \"Qum u idilku, għax dan hu.\"", "U Samwel ħa f'idejh il-qarn biż-żejt, u dilku quddiem ħutu .", "Minn dakinhar 'il quddiem niżel fuq David u ħakmu l-ispirtu tal-Mulej.", "U Samwel qam u mar Rama.", "David fil-palazz ta' Sawl", "L-ispirtu tal-Mulej warrab minn Sawl; u l-Mulej bagħat fuqu spirtu ħażin biex iħabbtu .", "U l-qaddejja ta' Sawl qalulu: \"ara, spirtu ħażin mingħand Alla qiegħed fuqek.", "Ħa jgħid kelma Sidna, u aħna l-qaddejja tiegħek hawn quddiemek, lesti biex infittxu raġel li jaf idoqq l-arpa, u kull meta jaħtfek l-ispirtu ħażin ta' Alla jdoqqlok b'idejh, u int tħossok aħjar.\"", "U Sawl wieġeb lill-qaddejja tiegħu: \"Sibuli raġel li jaf idoqq tajjeb, u ġibuhuli.\"", "U wieħed miż-żgħażagħ wieġeb: \"Araw!", "Jien rajt wieħed bin Ġesse, il-Betlemita, li jaf idoqq, bniedem qalbieni, jinqala' għall-gwerra, għaqli fi kliemu, u raġel sabiħ, u l-Mulej miegħu.\"", "U Sawl bagħat messaġġiera għand Ġesse jgħidulu: \"Ibgħatli lil David , ibnek, li qiegħed mal-merħla.\"", "U Ġesse ħa ħmar, għabbieh bil-ħobż, u żaqq inbid, u gidi u bagħathom ma' David, ibnu, lil Sawl.", "U David mar għand Sawl, u baqa' miegħu; u dan ħabbu ħafna, u għamlu l-iskudier tiegħu.", "U Sawl bagħat jgħid lil Ġesse: \"Ħa jibqa' miegħi għax ħadt grazzja miegħu.\"", "U kull meta l-ispirtu ta' Alla kien ikun fuq Sawl, David kien jaqbad l-arpa, u jdoqqha b'idu, u Sawl kien jieħu r-ruħ u jħossu tajjeb, u l-ispirtu ħażin kien iwarrab minnu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.17", "bookref": "1SA.17", "text": ["David u Gulija", "Il-Filistin inġemgħu bl-eżerċtu tagħhom għall-gwerra u ltaqgħu f'Xoku ta' Ġuda, u waqqfu l-kamp bejn Xoku u Għażeka, f'Efes-dammim.", "Sawl u n-nies ta' Iżrael inġabru u waqqfu l-kamp fil-wied ta' Ela, u tqassmu għall-ġlied kontra l-Filistin.", "U l-Filistin kienu fuq l-għolja minn naħa u l-Iżraelin fuq l-għolja min-naħa l-oħra, u l-wied bejniethom.", "U ħareġ jisfidahom raġel kampjun mill-kamp tal-Filistin, jismu Gulija, minn Gatt, twil sitt idriegħ u xiber.", "Kellu f'rasu elmu tal-bronż u kurazza maħduma qxur qxur, tiżen ħamest elef xekel bronż.", "F'riġlejh kellu xedd tal-bronż u alabarda tal-bronż fuq spallejh.", "L-għuda tal-lanza tiegħu kienet bħal motwa tan-nissieġa u l-ħadida tal-lanza kienet tiżen sitt mitt xekel ħadid; u quddiemu kien jimxi wieħed iġorrlu t-tarka.", "Waqaf u beda jgħajjat lill-qtajja' ta' Iżrael, u għidilhom: \"Għalfejn ħriġtu mqassma għall-gwerra?", "M'iniex jien Filisti u intom l-iliera ta' Sawl?", "Agħżlu issa bniedem u jinżel għalija.", "Jekk għandu l-ħila jitqabad miegħi u joqtolni, aħna nsiru lsiera tagħkom, imma jekk negħlbu jien u noqtlu, intom tkunu lsiera tagħna u intom taqduna.\"", "Imbagħad issokta jgħid il-Filisti: \"Hawn jien illum nisfida l-qtajja' ta Iżrael!", "Agħtuni raġel u nitqabdu flimkien.\"", "Malli Sawl u Iżrael semgħu dan il-kliem tal-Filisti, triegħdu u beżgħu ħafna.", "David jinżel fil-kamp", "David kien bin raġel minn Efrata, minn Betlehem ta' Ġuda, li kien jismu Ġesse, u dan kellu tmint itfal.", "Dan ir-raġel fi żmien Sawl kien xiħ u mdaħħal fiż-żmien, u t-tlieta l-kbar minn ulied Ġesse marru għall-gwerra ma' Sawl, u t-tliet uliedu kien jisimhom: il-kbir Elijab, it-tieni Abinadab, u t-tielet Samma.", "David kien iż-żgħir; u t-tlieta l-kbar marru wara Sawl.", "David kien ġej u sejjer minn ħdejn Sawl u lura lejn Betlehem jirgħa n-nagħaġ ta' missieru.", "Għal erbgħin jum sħaħ, filgħodu u filgħaxija, il-Filisti kien joħroġ wieqaf quddiemhom.", "U Ġesse qal lil ibnu David: \"Ħu lil ħutek efa minn dan il-qamħ inkaljat, u dawn l-għaxar ħobżiet, u ħudhom lil ħutek fil-kamp.", "U dawn l-għaxar ġbejniet ħudhom lill-kmandant tal-elf, u ara ħutek humiex tajbin, u ħu ħbarhom.\"", "U Sawl, u huma, u l-Iżraelin kollha kienu fil-wied ta' Ela jiġġieldu mal-Filistin.", "David bakkar filgħodu u ħalla l-merħla f'idejn għassies, għabba u telaq kif kien qallu Ġesse, u mar u wasal fil-kamp sewwasew meta l-qtajja' kienu ħierġa mqassma għall-ġlied, u bl-għajta tal-gwerra fuq fommhom.", "U l-Iżraelin u l-Filistin tqassmu fi qtajja' kontra xulxin.", "U David ħalla l-ħwejjeġ li kellu fuqu f'idejn l-għassies, u mar jiġri lejn il-qtajja', u kif wasal staqsa jekk ħutu kinux tajbin.", "Kif kien jitkellem magħhom, il-kampjun Gulija, il-Filisti minn Gatt, ħareġ minn fost il-qtajja' tal-Filistin jgħid dak il-kliem, u semgħu David.", "U l-Iżraelin kollha malli raw dak il-bniedem, ħarbu minn quddiemu, kollhom beżgħana.", "Wieħed mill-Iżraelin qal: \"Rajtuh dan ir-raġel ġej fin-nofs?", "Ġej jisfida lil Iżrael!", "Il-bniedem li joqtlu, is-sultan jagħnih bil-ġid, jagħtih lil bintu, u 'l dar missieru jeħlisha mill-ħaraġ f'Iżrael.\"", "U David kellem lin-nies li kien hemm miegħu u qalilhom: \"X'jagħmlulu lir-raġel li joqtol lil dan il-Filisti, u jneħħi l-għajb minn fuq Iżrael?", "U min hu dan il-Filisti bla ħtin, biex jisfida lill-qtajja' ta' Alla l-ħaj?\"", "U n-nies weġbuh u qalulu l-istess kliem: \"Hekk jagħmlulu lir-raġel li joqtlu.\"", "U Elijab, ħuh il-kbir, semgħu jitkellem man-nies, u Elijab għadab għal David u qallu: \"Għalfejn ġejt hawn?", "U ma' min ħallejt dik id-daqsxejn ta' merħla fix-xagħri?", "Naf tajjeb il-kburija u l-ħażen li hemm f'qalbek!", "Int inżilt hawn biex tara t-taqbid.\"", "U David wieġeb: \"X'għamilt jien issa?", "Mhux kelma għedt?\"", "U dar madwaru lejn wieħed ieħor u raġa' staqsieh l-istess; u n-nies tennewlu l-istess kliem ta' qabel.", "Il-kliem ta' David semgħuh in-nies, u wassluh lil Sawl, u dan bagħat għalih.", "U David qal lil Sawl: \"Ħadd ma għandu jaqta' qalbu minn dan il-bniedem.", "Jien, il-qaddej tiegħek, immur niġġieled ma' dan il-Filisti.\"", "U Sawl wieġeb lil David: \"Int ma tistax tmur quddiem dan il-Filisti u tiġġieled miegħu, għax int għadek żagħżugħ, u hu raġel tal-ġlied sa minn żgħożitu.\"", "U David wieġeb lil Sawl: \"Il-qaddej tiegħek kien għadu jirgħa n-nagħaġ ta' missieru, u meta kien jiġi xi ljun jew ors jaħtaf xi waħda mill-merħla, jien kont nagħmel għal warajh, nidorbu, u naħtafhielu minn ħalqu.", "U jekk kien idur għalija, kont naqbdu minn ilħitu, nidorbu u noqtlu.", "Il-qaddej tiegħek qatel l-iljun u l-ors; u dan il-Filisti bla ħtin ikun bħal wieħed minnhom, għaliex sfida l-eżerċti ta' Alla l-ħaj.\"", "U David issokta jgħid: \"Il-Mulej, li ħelisni minn ħalq l-iljun u l-ors, jeħlisni minn id dan il-Filisti.\"", "\"Mur,\" wieġeb Sawl, \"u l-Mulej ikun miegħek.\"", "Sawl libbes lil David bl-armatura tiegħu, qegħedlu f'rasu elmu tal-bronż, u xiddlu l-kurazza.", "Imbagħad David tħażżem bix-xabla fuq l-armatura, u meta ġie biex jimxi, darba darbtejn, ma għamel xejn.", "Għalhekk qal lil Sawl: \"Ma nistax nimxi b'dan kollu; m'iniex imdorri bihom.\"", "U għalhekk neħħa kollox minn fuqu.", "David ħa l-ħatar f'idu, għażel ħames ċagħqiet lixxi mill-wied, u qegħedhom fil-ħorġa ta' ragħaj li kellu; ħa wkoll l-iżbandola f'idu, u qarreb lejn il-Filisti.", "Il-Filisti resaq lejn David bil-mod, u raġel bit-tarka quddiemu.", "Malli lemaħ lil David, stmellu, għax rah żagħżugħ, ruxxan u sabiħ fis-sura tiegħu.", "U l-Filisti qal lil David: \"Xi ħsibtni lili, xi kelb, biex ħriġt għalija bil-ħatar?\"", "U beda jisħet lil David bl-allat tiegħu.", "U ssokta jgħid lil David: \"Ejja lejja, biex nagħti laħmek lit-tjur tas-smewwiet u lill-bhejjem tal-art.\"", "David wieġeb lill-Filisti: \"Inti ġejt lejja bix-xabla, bil-lanza u bil-vleġġa; iżda jien ġejt għalik b'isem il-Mulej tal-eżerċti, Alla tal-armata ta' Iżrael, li int sfidajt.", "Illum stess il-Mulej jagħtik f'idejja, u jien nidorbok, naqtagħlek rasek minn fuqek, u 'l ġismek u l-iġsma tal-armata tal-Filistin nagħtihom illum stess lit-tjur tas-smewwiet u lill-bhejjem tal-art.", "U kulħadd isir jaf li hemm Alla f'Iżrael.", "U din il-kotra tagħraf illi l-Mulej ma jsalvax bix-xabla jew bil-lanza; għax il-gwerra f'idejn il-Mulej, u llum se jitlaqkom f'idejna.\"", "Il-Filisti qam u resaq lejn David; malli dan, David mar jgħaġġel fil-post tal-ġlied jiltaqa' mal-Filisti.", "Daħħal idu fil-ħorġa, ħa minnha ċagħqa, waddabha bl-iżbandola, u laqat il-Filisti fi ġbinu: iċ-ċagħqa daħlet fi ġbinu u hu waqa' għal wiċċu fl-art.", "Hekk David rebaħ lill-Filisti bi żbandola u b'ċagħqa; laqtu u qatlu, bla xabla f'idu.", "David qabeż fuq il-Filisti, u waqaf fuqu, ħadlu x-xabla mill-għant, qatlu u qatagħlu rasu biha.", "Malli l-Filistin raw li miet il-bniedem kampjun tagħhom, ħarbu.", "U l-irġiel ta' Iżrael u Ġuda qamu u bdew jgħajtu u ntefgħu għal fuq il-Filistin sa qrib Gatt u l-bibien ta' Għekron.", "U ħafna mill-Filistin baqgħu mejta fit-triq ta' Sagħrajm sa Gatt u sa Għekron.", "U malli reġgħu lura minn wara l-Filistin, l-Iżraelin ħatfu kulma sabu fil-kamp tagħhom.", "U David ħa ras il-Filisti, u ħadha Ġerusalemm , u l-armi li kellu ħadhom fit-tinda tiegħu.", "Meta ra lil David ħiereġ għall-Filisti, Sawl staqsa lil Abner, il-kmandant tal-eżerċitu: \"Abner, bin min hu dan iż-żagħżugħ?\"", "U Abner wieġeb: \"Daqs kemm int ħaj, sultan, ma nafx.\"", "U s-sultan qallu: \"Mur u ara bin min hu ż-żagħżugħ.\"", "U malli David raġa' lura wara li kien qatel il-Filisti, mar jilqgħu Abner u ħadu quddiem Sawl, b'ras il-Filisti f'idu.", "U Sawl qallu: \"Bin min int, żagħżugħ?\" u David wieġbu: \"Bin il-qaddej tiegħek Ġesse, il-Betlemita.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.18", "bookref": "1SA.18", "text": ["Il-ħbiberija ta' David u Ġonatan", "Malli David spiċċa jitkellem ma' Sawl, qalb Ġonatan intrabtet ma' qalb David, u Ġonatan ħabbu bħalu nnifsu.", "Dakinhar Sawl ħadu miegħu, u ma ħalliehx imur f'dar missieru.", "U Ġonatan u David għamlu patt bejniethom, għax kien iħobbu bħalu nnifsu.", "U Ġonatan neħħa l-mantar li kellu fuqu, u tah lil David, u tah ukoll l-armatura tiegħu, u saħansitra x-xabla u l-qaws u l-ħżiem li kellu.", "U David kien joħroġ għall-ġlied, u kull fejn kien jibagħtu Sawl kien jirbaħ.", "U Sawl qiegħdu fuq in-nies tal-gwerra.", "U kien miġjub min-nies kollha u mill-qaddejja kollha ta' Sawl.", "Ġara li, meta David raġa' lura wara li kien qatel il-Filisti, ħarġu n-nisa mill-ibliet kollha ta' Iżrael bit-tnabar u bl-arpi, jgħajtu bil-ferħ, jgħannu u jiżfnu madwar is-sultan Sawl, jaqbżu u jwieġbu 'l xulxin:", "\"L-eluf tiegħu qatel Sawl;", "u David l-għaxriet tal-eluf tiegħu.\"", "Dan deher ikrah f'għajnejn Sawl, u saħan bis-sħiħ: \"Lil David tawh għaxriet l-eluf,\" qal, \"u lili tawni l-eluf; ma jonqoshomx jagħtuh ħlief is-saltna!\"", "U minn dakinhar 'il quddiem beda jarah ikrah lil David.", "L-għada, spirtu ħażin mibgħut minn Alla ħakem lil Sawl li ntilef f'dagħdigħa f'daru.", "David kien qiegħed idoqq l-arpa bħas-soltu, u Sawl kellu f'idejh il-lanza.", "U beda jxejjirha u jgħajjat: \"Irrid noqtol lil David, u nwaħħlu mal-ħajt!\"", "Imma David żgiċċa minn quddiemu darbtejn.", "Sawl beda jibża' minn David, għax il-Mulej kien miegħu u tbiegħed minn Sawl.", "U dan warrbu minn quddiemu billi qiegħdu kap ta' elf ruħ; u David kien ħiereġ u dieħel quddiem il-poplu.", "David kien għaqli fl-imġiba tiegħu, għax il-Mulej kien miegħu.", "U meta Sawl kien jarah hekk għaqli, kien jibża' minnu, imma Iżrael u Ġuda kollha kienu jħobbu 'l David, għax kien imexxihom fit-taqbid .", "Sawl qal lil David: \"Ara għandi 'l binti l-kbira Merab.", "Jien nagħtihielek b'martek, biss kun gwerrier qalbieni u ġġieled il-battalji tal-Mulej.\"", "Għax Sawl qal bejnu u bejn ruħu: \"Ma nerfax idi fuqu jien, iżda jerfgħuha l-Filistin.\"", "U David qal lil Sawl: \"Min jien, u min hi l-familja ta' missieri fost Iżrael, biex inkun jien ħaten is-sultan?\"", "Imma ġara li meta Merab bint Sawl kienet waslet għaż-żwieġ ma' David, Sawl taha lil Għadrijel ta' Meħola b'martu.", "Mikal, bint Sawl, kienet tħobb lil David.", "Sawl qalulu b'dan u din il-ħaġa għoġbitu.", "U Sawl qal: \"Nagħtihielu, iżda se tkunlu xibka, għax taqa' fuqu id il-Filistin.\"", "U Sawl qal lil David għat-tieni darba: \"Illum int issir ħatni.\"", "Sawl imbagħad ordna lill-qaddejja tiegħu jkellmu lil David bil-moħbi u jgħidulu: \"Ara, is-sultan mgħaxxaq bik u l-qaddejja kollha tiegħu jħobbuk; għalhekk issa hu l-waqt li ssir ħaten is-sultan.\"", "U l-qaddejja ta' Sawl wasslu dan il-kliem f'widnejn David, u David wieġeb: \"Taħsbu intom li hi ħaġa żgħira li tkun ħaten is-sultan?", "Jien bniedem fqir u ma jien xejn.\"", "U l-qaddejja ta' Sawl għarrfuh b'dan u qalulu: \"Dan hu kliem David.\"", "U Sawl weġibhom: \"Dan jgħidu lil David: 'Is-sultan ma jrid ebda rigal ieħor, ħlief mitt ħliefa tal-Filistin, biex jitħallas mill-għedewwa tas-sultan.'", "\" Sawl kellu f'rasu li David jaqa' f'idejn il-Filistin.", "U l-qaddejja ta' Sawl wasslu dan il-kliem lil David.", "U din li jiżżewweġ lil bint is-sultan lil David għoġbitu.", "Ma għaddiex ħafna żmien; David qam u ħareġ, hu u n-nies tiegħu, u qatel mitejn raġel mill-Filistin u ħa ħlifiethom, u mar jgħoddhom quddiem is-sultan biex jiżżewweġ lil bintu.", "U Sawl tah lil bintu Mikal b'martu.", "Sawl ra li l-Mulej kien ma' David, u li Mikal bint Sawl kienet tħobbu.", "U baża' minn David aktar minn qabel, u sar għadu tiegħu għal ħajtu kollha.", "U l-kapijiet tal-Filistin baqgħu joħorġu għall-ġlied, u kull darba li kienu joħorġu David kien joħroġ u juri ħila aktar mill-qaddejja kollha ta' Sawl, u ismu kien jissemma ma' kullimkien."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.19", "bookref": "1SA.19", "text": ["Ġonatan jaqbeż għal David", "U Sawl qal lil Ġonatan, ibnu, u 'l-qaddejja tiegħu biex joqtlu lil David; imma Ġonatan bin Sawl kellu qalbu marbuta ma' David.", "Ġonatan għarraf lil David u qallu: \"Sawl missieri qiegħed ifittex li joqtlok.", "Issa, mela, qis li tgħasses minn għada filgħodu, u sib xi moħba, u żomm ruħek moħbi.", "Jien mbagħad noħroġ u noqgħod ħdejn missieri fir-raba' fejn tkun int; jien inkellem lil missieri fuqek, u jekk nara xi ħaġa ngħarrfek.\"", "U Ġonatan tkellem tajjeb ma' Sawl missieru fuq David: \"Ma għandux għalfejn is-sultan jagħmel dan lill-qaddej tiegħu David!", "Għax ma għamillek ebda tort, anzi għamillek ħafna ġid.", "Hu lagħab ħajtu f'idejh u qatel il-Filisti u l-Mulej ta rebħa kbira lil Iżrael kollu.", "Int rajt dan kollu u fraħt.", "Għaliex trid tkun ħati ta' demm innoċenti, u toqtol lil David għal xejn b'xejn?\"", "Sawl sama' minn kliem Ġonatan, u ħalef u qal: \"Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, ma jmutx żgur.\"", "Ġonatan sejjaħ lil David u għarrfu b'dan kollu: imbagħad ressqu quddiem Sawl, u baqa' miegħu bħal qabel.", "Mikal issalva lil David", "U reġgħet qamet il-gwerra; u David ħareġ jitqabad mal-Filistin, u għamel ħerba sħiħa minnhom, u ħarbu minn quddiemu.", "U l-Mulej bagħat spirtu ħażin fuq Sawl, hu u kien bilqiegħda b'lanza f'idu, u David kien qiegħed idoqq l-arpa b'idu.", "U Sawl ipprova jolqot lil David bil-lanza u jsammru mal-ħajt; imma David żgiċċa minn Sawl, u l-lanza baqgħet imwaħħla mal-ħajt; u David ħarab u ħeles.", "Dak il-lejl Sawl bagħat l-għases jgħassulu biex joqtluh mas-sebħ.", "U Mikal, martu, għarrfet lil David u qaltlu: \"Jekk il-lejla ma taħsibx għal rasek, għada filgħodu tkun mejjet.\"", "Imbagħad Mikal niżżlet lil David mit-tieqa, u dan qabad u telaq, u ħeles.", "U Mikal, qabdet it-terafim , għattietu u qegħditu fil-friex, ħadet biċċa xagħar tal-mogħoż, u qegħditha ħdejn rasu, u għattietu bil-ħwejjeġ.", "Sawl bagħat messaġġiera biex jaqbdu lil David, u Mikal qaltilhom: \"Marid!\"", "U Sawl raġa' bagħat il-messaġġiera jaraw lil David u qalilhom: \"Ġibuhuli bil-friex b'kollox, biex noqtlu.\"", "Il-messaġġiera daħlu u sabu t-terafim fil-friex bix-xagħar tal-mogħoż ħdejn rasu.", "U Sawl qal lil Mikal: \"Għaliex dħaqt bija b'dan il-mod?", "Għaliex ħallejt l-għadu tiegħi jaħrab u jeħles minni?\"", "U Mikal weġbitu: \"Għax hu qalli: 'Ħallini mmur, inkella noqtlok.' \"", "David u Sawl f'Najot", "U David ħarab u ħeles.", "U mar għand Samwel f'Rama u għarrfu b'kulma kien għamillu Sawl.", "Imbagħad telqu t-tnejn, hu u Samwel, u marru joqogħdu f'Najot.", "U għarrfu lil Sawl u qalulu: \"Ara, David qiegħed f'Najot, ħdejn Rama.\"", "U Sawl bagħat messaġġiera biex jaqbdu lil David, u raw qatgħa profeti mitlufa f'estasi ta' profeti, u Samwel wieqaf f'nofshom; u niżel l-ispirtu ta' Alla fuqhom u ntilfu f'estasi huma wkoll.", "Malli sar jaf, Sawl bagħat messaġġiera oħra, u dawn ukoll intilfu f'estasi; u Sawl raġa' bagħat messaġġiera oħra għat-tielet darba, u dawn ukoll intilfu f'estasi.", "Imbagħad mar hu stess f'Rama, u malli wasal ħdejn il-ġibjun ta' Xeku staqsa u qal: \"Fejn huma Samwel u David?\"", "U weġbuh: \"F'Najot ħdejn Rama.\"", "U telaq minn hemm lejn Najot ħdejn Rama, u fuqu wkoll niżel l-ispirtu ta' Alla, u ntilef f'estasi, u baqa' sejjer hu u jipprofetizza sakemm wasal f'Najot ħdejn Rama.", "U hu wkoll naża' ħwejġu u ntilef f'estasi ta' profeta quddiem Samwel, u baqa' mixħut fl-art għarwien il-jum u l-lejl kollu.", "Għalhekk bdew jgħidu: \"Sawl ukoll fost il-profeti?\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.20", "bookref": "1SA.20", "text": ["Il-ħbiberija ta' David u Ġonatan", "David ħarab minn Najot ħdejn Rama u sab lil Ġonatan u staqsieh: \"X'għamilt jien?", "X'deni għamiltlu?", "Fiex offendejtu 'l missierek, biex qiegħed ifittxli ħajti?\"", "U wieġbu: \"Ma jkun qatt!", "Ma tmut qatt!", "Ara, missieri ma jagħmel xejn, la kbir u la żgħir, mingħajr ma jgħidli; u għala għandu missieri jaħbili din il-biċċa?", "Ma hemm xejn.\"", "U David ħalef u qal: \"Missierek jaf żgur li int tħobbni, u qal: 'Ma ngħidlux b'dan lil Ġonatan, inkella jsewwed qalbu.'", "Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, u daqs kemm int ħaj int, pass wieħed hemm bejni u bejn il-mewt.\"", "U Ġonatan wieġeb lil David: \"Għidli x'tixtieq u nagħmilhulek.\"", "U David wieġeb lil Ġonatan: \"Ara, għada qamar ġdid , u jien għandi noqgħod niekol mas-sultan.", "Ħallini mmur u ninħeba fir-raba' sat-tielet jum filgħaxija.", "Jekk missierek jintebaħ u jistaqsi għalija, għidlu: 'David talabni fuq li talabni biex jaqbeż qabża sa daru f'Betlehem, il-belt tiegħu, għaliex hemm kellhom joffru s-sagrifiċċju ta' kull sena għal niesu kollha.'", "U jekk iwieġeb: 'Tajjeb,' il-qaddej tiegħek salv; imma jekk jinkorla, kun af li hu qatagħha li jagħmilli d-deni.", "Agħmel ħniena mal-qaddej tiegħek, għax int daħħalt il-qaddej tiegħek f'patt miegħek quddiem il-Mulej.", "Jekk hemm xi ħtija fija, oqtolni int; għaliex teħodni għand missierek?\"", "U Ġonatan wieġeb: \"Ma jkun qatt dan minnek!", "Jekk inkun naf żgur li missieri jkun qatagħha li jagħmillek id-deni, int taħseb li ma ngħidlekx?\"", "U David qal lil Ġonatan: \"Min se jgħidli, jekk missierek iwieġbek bl-aħrax?\"", "U Ġonatan wieġbu: \"Ejja noħorġu fir-raba'.\"", "U ħarġu t-tnejn fir-raba'.", "U Ġonatan qal lil David: \"Xhud il-Mulej, Alla ta' Iżrael!", "Għada bħalissa nistħarreġ lil missieri għat-tielet darba, u jekk ikun tajjeb miegħek jew le, nibgħat ngħidlek.", "Dan jagħmel il-Mulej lil Ġonatan u aktar; anke jekk stess missieri jkun irid jagħmillek id-deni, jien ngħarrfek u nħallik tmur bis-sliem, u l-Mulej ikun miegħek bħalma kien ma' missieri.", "U jekk jien inkun għadni ħaj, jien żgur li int turi t-tjieba tal-Mulej miegħi.", "U jekk jien immut, int ma twarrab qatt it-tjieba tiegħek minn ma' dari, lanqas meta l-Mulej ikun qaċċat kull għadu ta' David minn wiċċ l-art.\"", "U Ġonatan għamel patt mad-dar ta' David: \"Jalla l-Mulej jitħallas mill-għedewwa ta' David.\"", "U Ġonatan ħalef lil David għall-imħabba li kellu għalih, għax kien iħobbu daqs kemm kien iħobb lilu nnifsu.", "U Ġonatan issokta jgħidlu: \"Għada qamar ġdid, u jindunaw li postok vojt.", "Għalhekk inżel malajr għat-tielet darba filgħaxija u mur fil-post fejn kont inħbejt nhar il-festa filgħaxija, u oqgħod hemmhekk ħdejn il-borġ tal-ġebel.", "Jiena mbagħad inwaddab tliet vleġeġ għal ħdejh, bħallikieku qiegħed nieħu l-mira.", "Imbagħad nibgħat il-qaddej ifittex il-vleġeġ.", "Jekk ngħidlu: 'Ara, l-vleġeġ qegħdin 'l hawn minnek, ġibhom,' inti tkun tista' tiġi, għax ikun kollox sewwa miegħek, u ma jkun hemm xejn kontrik, daqs kemm hu ħaj Alla.", "Imma jekk jien ngħidlu: 'Ara, il-vleġeġ qegħdin aktar 'l hemm minnek,' int warrab, għax il-Mulej ikun qiegħed jibagħtek.", "U ta' kulma għedna, jien u int, il-Mulej xhud tiegħu bejni u bejnek għal dejjem.\"", "Ġonatan jerġa' jaqbeż għal David", "David mar jinħeba fir-raba'.", "U kien il-qamar ġdid, u s-sultan kien fuq il-mejda jiekol, bilqiegħda f'postu bħas-soltu n-naħa tal-ħajt; biswitu kien hemm Ġonatan; u Abner kien maġenb Sawl, imma post David kien vojt.", "Sawl dakinnhar ma qal xejn għax ħaseb: \"Ġralu xi ħaġa, jew għandu mnejn imniġġes, għax ma tnaddafx .\"", "L-għada tal-qamar ġdid, il-post ta' David baqa' vojt, u Sawl qal lil Ġonatan ibnu: \"Għala bin Ġesse ma ġiex jiekol, la lbieraħ u lanqas illum?\"", "U Ġonatan wieġeb lil Sawl: \"David talabni fuq li talabni biex jasal wasla sa Betlehem.", "Qalli: 'Ibagħtuni għax għandna s-sagrifiċċju tal-familja fil-belt; u ħija stess ordnali.", "Mela jekk jien sibt ħniena f'għajnejk, ħallini mmur, jekk jogħġbok, nara lil ħuti.'", "Għalhekk ma ġiex għall-mejda tas-sultan.\"", "U Sawl xegħel bl-għadab għal Ġonatan u qallu: \"Ja biċċa ta' bin mara qarrieqa, ma nafx jien li int ħabib ta' bin Ġesse b'għajb tiegħek u b'għajb tal-għera ta' ommok?", "Sakemm idum ħaj fuq l-art bin Ġesse, la int u lanqas saltnatek ma tkunu fis-sod.", "Issa ibgħat u ġibu hawn quddiemi, għax ħaqqu l-mewt.\"", "U Ġonatan wieġeb lil missieru u qallu: \"Għala għandu jmut?", "X'għamel?\"", "U Sawl qabad u xejjer il-lanza biex jidorbu; u Ġonatan sar jaf li missieru qatagħha li joqtol lil David.", "U Ġonatan qam minn fuq il-mejda tas-sultan mgħaddab bis-sħiħ, u ma kielx ħobż fit-tieni jum tax-xahar, għax kien mgħolli għal David, u għax missieru avvelieh.", "Ġonatan iwissi lil David", "Filgħodu kmieni Ġonatan ħareġ fir-raba' kif kien ftiehem ma' David, u kellu tfajjel miegħu.", "U qal lit-tfajjel: \"Iġri u ġibli l-vleġeġ li se nwaddab,\" u waddab il-vleġeġ 'l hemm minnu.", "Malli t-tfajjel wasal fejn waqgħu l-vleġeġ li Ġonatan kien waddab, dan qabad jgħajjat lit-tifel u qal: \"Mhumiex il-vleġeġ 'l hemm minnek?\"", "U Ġonatan reġa' għajjat lit-tifel: \"Għaġġel, isa, u la tiqafx.\"", "U t-tfajjel ġabar il-vleġeġ ta' Ġonatan u raġa' lura lejn sidu.", "U t-tfajjel ma ntebaħ b'xejn.", "Ġonatan u David biss kienu jafu x'inhi l-biċċa.", "U Ġonatan ta l-armi lit-tfajjel li kellu miegħu u qallu: \"Mur, ħudhom il-belt.\"", "Xħin telaq it-tfajjel, David qam minn ħdejn il-borġ ġebel u nxteħet wiċċu fl-art, u baxxa rasu għal tliet darbiet; imbagħad biesu lil xulxin, u bkew lil xulxin sewwa, imma l-aktar David.", "U Ġonatan qal lil David: \"Mur bis-sliem.", "Aħna ħlifna lil xulxin b'isem il-Mulej u għedna: 'Il-Mulej xhud għal dejjem, bejni u bejnek, bejn in-nisel tiegħi u bejn in-nisel tiegħek.' \""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.21", "bookref": "1SA.21", "text": ["David imur Nob", "Qam u telaq, Ġonatan, mar fil-belt u David mar għand il-qassis Aħimelek f'Nob.", "U Aħimelek ħareġ qalbu ttaqtaq jilqa' lil David u qallu: \"Għala inti waħdek, u ma għandek lil ħadd miegħek?\"", "U David wieġeb lil Aħimelek il-qassis: \"Is-sultan ordnali u qalli: 'Ħadd ma għandu jkun jaf xejn minn dak li għalih bgħattek u lanqas x'ordnajtlek.'", "Għalhekk ftehemt mal-qaddejja li niltaqgħu x'imkien.", "U issa, x'għandek f'idejk?", "Ħames ħobżiet?", "Agħtini minnhom, jew minn dak li ssib.\"", "U l-qassis wieġeb lil David u qallu: \"Ma għandix f'idejja ħobż li jista' jieklu kulħadd; mhawnx ħlief ħobż ikkonsagrat.", "U l-qaddejja tiegħek żammew ruħhom għallanqas 'il bogħod min-nisa?\"", "U David wieġeb lill-qassis u qallu: \"Iva!", "Kull meta noħorġu għall-ġlied dejjem niċċaħħdu min-nisa, u l-irġiel dejjem ikollhom ġisimhom safi mit-tinġis, għalkemm il-vjaġġ ma jkunx xi ħaġa qaddisa.", "Kemm aktar huma safja llum f'ġisimhom!\"", "U l-qassis tah mill-ħobż ikkonsagrat, għax ma kellux ħlief il-ħobż tal-preżenza .", "Dan jitneħħa minn quddiem il-Mulej, biex floku jitqiegħed ħobż frisk, dak in-nhar stess li jitneħħa l-qadim.", "Dak in-nhar kien hemm wieħed mill-qaddejja ta' Sawl miżmum quddiem il-Mulej li kien jismu Duweg l-Idumi, l-aqwa fost ir-rgħajja ta' Sawl.", "U David qal lil Aħimelek: \"Għandek xi xabla jew xi lanza f'idejk?", "Għax lanqas xabla jew lanza ma ħadt miegħi, għax l-ordni tas-sultan kien imgħaġġel.\"", "U l-qassis wieġeb: \"Ix-xabla ta' Gulija l-Filisti, li int qtilt fil-wied ta' Ela; hawn hi mkebba f'mantar wara l-efod.", "Jekk tridha ħudha, ma hawnx oħra ħliefha.\"", "U David qallu: \"Ma hawnx bħalha, agħtihieli.\"", "David imur Gatt", "David qam dakinnhar u ħarab minn quddiem Sawl u mar għand Akis, sultan ta' Gatt, u l-qaddejja ta' Akis qalulu: \"Dan mhux David, sultan tal-pajjiż?", "Mhux għal dan żifnu u għannew u qalu:", "'L-eluf tiegħu qatel Sawl,", "u David l-għaxriet tal-eluf tiegħu?' \"", "U David żamm dan il-kliem f'qalbu, u baża' ħafna minn Akis, sultan ta' Gatt.", "U beda jagħmilha tal-iblah u jagħmel ħwejjeġ tal-ġenn quddiemhom; u jħażżeż fuq il-battenti ta' bieb il-belt bil-lagħab nieżel ma' lħitu.", "U Akis qal lill-qaddejja tiegħu: \"Araw, dan bniedem miġnun!", "Għalfejn ġibtuhuli quddiemi?", "Jaqaw għandi bżonn l-imġienen biex ġibtuli 'l dan jitbellah quddiemi?", "Dan se jidħol f'dari?\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.22", "bookref": "1SA.22", "text": ["David qam u telaq minn hemm, u ħarab lejn l-għar ta' Għadullam; u semgħu ħutu u d-dar kollha ta' missieru, u niżlu ħdejh hemmhekk.", "U ngħaqad miegħu kull min kien magħkus, kull min kellu d-dejn, u kull min kien imdejjaq, u hu sar il-kap tagħhom; kellu miegħu daqs erba' mitt raġel.", "Minn hemm David mar Misfa f'Mowab, u qal lis-sultan ta' Mowab: \"Ħalli joqogħdu missieri u ommi hawnhekk magħkom, sakemm inkun naf x'se jagħmel Alla għalija.\"", "U ħalliehom għand is-sultan ta' Mowab, u baqgħu miegħu ż-żmien kollu li David dam f'dak il-post fortizza.", "Imma l-profeta Gad qallu: \"Toqgħodx f'din il-fortizza, itlaq u mur lejn art Ġuda.\"", "U David telaq u mar fil-masġar ta' Ħeret.", "Sawl jivvendika ruħu mill-qassisin u l-poplu ta' Nob", "Sawl sama' li n-nies kienu jafu fejn kien David bin-nies tiegħu.", "Sawl kien f'Gibgħa taħt is-siġra tat-tamarisk fuq l-għolja bil-lanza f'idu, u bin-nies tiegħu wieqfa madwaru.", "U Sawl qal lill-qaddejja tiegħu ta' madwaru: \"Isimgħu, nies ta' Benjamin.", "Taħsbu intom li bin Ġesse se jagħtikom ilkoll oqsma u dwieli?", "Se jagħmilkom ilkoll kapijiet tal-eluf u kapijiet tal-mijiet?", "Għaliex ilkoll kemm intom tiftiehmu kontrija, u ħadd ma jgħarrafni bil-ftehim bejn ibni u bin Ġesse?", "Ħadd minnkom ma jħoss għalija u lanqas ma jgħarrafni li ibni xewwex lill-qaddej tiegħi; u li bħalissa qiegħed jonsobli?\"", "U wieġeb Duweg l-Idumi, wieqaf f'nofs il-qaddejja ta' Sawl, u qal: \"Jiena rajt lil bin Ġesse sejjer Nob, għand Aħimelek bin Aħitub; u dan staqsielu l-Mulej, u tah l-ikel, u x-xabla ta' Gulija l-Filisti.\"", "Imbagħad is-sultan bagħat isejjaħ lil Aħimelek bin Aħitub, il-qassis, lid-dar ta' missieru, lill-qassisin kollha li kienu f'Nob; u dawn ġew ilkoll għand is-sultan.", "U qallu Sawl: \"Isma', jekk jogħġbok, bin Aħitub.\"", "U dak wieġeb: \"Hawn jien, Sidi.\"", "U Sawl qallu: \"Għaliex ftehemtu kontrija, inti u bin Ġesse, u int tajtu ikel u xabla, u staqsejtlu lil Alla biex iqum kontra tiegħi, u jissajjali, bħalma qiegħed jagħmel illum?\"", "U Aħimelek wieġeb lis-sultan u qallu: \"U min hu mill-qaddejja tiegħek kollha bħal David, fidil u ħaten is-sultan, kap tal-għassa tiegħek, u stmat f'darek?", "Kien illum li bdejt nistaqsilu lil Alla?", "Żgur li le.", "Ma jkun qatt li s-sultan iwaħħal fil-qaddej tiegħu, u f'dar missieri kollha!", "Il-qaddej tiegħek ma jaf xejn, la wisq u la ftit, b'din il-biċċa.\"", "U s-sultan qallu: \"Int tmut żgur, Aħimelek, int u dar missierek kollha.\"", "U s-sultan qal lill-gwardji ta' madwaru: \"Duru u oqtlu lill-qassisin tal-Mulej, għax huma wkoll newlu idejhom lil David, u kienu jafu li ħarab minni, u ma qaluli xejn.\"", "Imma l-qaddejja ma ridux jerfgħu idejhom fuq il-qassisin tal-Mulej u joqtluhom.", "Is-sultan, għalhekk, qal lil Duweg: \"Dur int, u oqtol il-qassisin.\"", "U Duweg l-Idumi dar u qabad hu fil-qassisin; u dak in-nhar qatel ħamsa u tmenin raġel li kienu jġibu l-efod tal-għażel.", "U 'l Nob, il-belt tal-qassisin, għaddieha minn xifer ix-xabla, irġiel u nisa, tfal u trabi, gniedes, ħmir u nagħaġ.", "Ħelisha tifel wieħed, bin Aħimelek bin Aħitub, li kien jismu Abjatar, u ħarab wara David.", "U Abjatar għarraf lil David li Sawl kien qatel il-qassisin tal-Mulej.", "U David qal lil Abjatar: \"Ħsibtu jien dakinnhar, la kien hemm Duweg l-Idumi, li żgur imur jgħid lil Sawl.", "Lgħabt bil-ħajja ta' dar missierek.", "Oqgħod miegħi.", "La tibżax, għax min ifittixlek ħajtek ikun ifittex lil ħajti; ħdejja tkun fiż-żgur.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.23", "bookref": "1SA.23", "text": ["David jiġġerra 'l hawn u 'l hinn", "U ħabbru lil David u qalulu: \"Ara, il-Filistin ħabtu għal Kegħila u qegħdin jisirqu l-andrijiet.\"", "U David stħarreġ lill-Mulej u staqsieh: \"Immur u naħbat għal dawn il-Filistin?\"", "U l-Mulej wieġeb lil David: \"Mur u aħbat għall-Filistin, u eħles lil Kegħila.\"", "U n-nies ta' David qalulu: \"Ara, aħna beżgħana hawn f'Ġuda; kemm aktar ikollna għax nibżgħu jekk immorru f'Kegħila kontra l-qtajja' tal-Filistin?\"", "U David raġa' staqsa lill-Mulej; u l-Mulej wieġeb u qallu: \"Qum, u inżel Kegħila, għax jien se nagħtik il-Filistin f'idejk.\"", "U David mar Kegħila, hu u n-nies tiegħu, u ħabat għall-Filistin, u ħadilhom l-imrieħel tagħhom, u tahom xebgħa kbira.", "U David ħeles lin-nies ta' Kegħila.", "Meta Abjatar bin Aħimelek ħarab għal għand David f'Kegħila, kellu l-efod f'idu.", "U 'l Sawl għarrfuh li David mar Kegħila, u Sawl qal: \"Alla rħieh f'idejja, għax daħal u ngħalaq f'belt bil-bibien u l-istaneg.\"", "U Sawl sejjaħ il-poplu kollu għall-gwerra biex jinżel Kegħila u jdawwar 'il David u n-nies tiegħu.", "U David sar jaf li Sawl kien qiegħed iħejji li jagħmillu d-deni, u qal lil Abjatar, il-qassis: \"Newwel l-efod.\"", "U David qal: \"Mulej, Alla ta' Iżrael, il-qaddej tiegħek sama' li Sawl qiegħed ifittex li jiġi għal Kegħila biex jeqridha minħabba fija.", "U issa tgħid in-nies ta' Kegħila jerħuni f'idejh?", "Jinżel Sawl bħalma sama' l-qaddej tiegħek?", "Mulej, Alla ta' Iżrael, jekk jogħġbok, għarraf lill-qaddej tiegħek.\"", "U l-Mulej wieġeb: \"Iva, jinżel!\"", "U ssokta David: \"Jerħu n-nies ta' Kegħila lili u 'l niesi f'idejn Sawl?\"", "U l-Mulej wieġeb: \"Iva, jerħuk.\"", "Għalhekk David qam, u hu u n-nies tiegħu, xi sitt mitt raġel, ħarġu minn Kegħila jiġġerrew 'l hawn u 'l hinn.", "Malli Sawl sar jaf li David ħarab minn Kegħila, ma baqax sejjer.", "David fid-deżert ta' Żif", "David imbagħad mar jistkenn fix-xagħri u jgħix fl-irdumijiet tad-deżert ta' Żif.", "Sawl baqa' dejjem ifittxu, iżda Alla ma rħiehx f'idejh.", "David kien jibża', għax Sawl kien ħareġ ifittixlu ħajtu, u David qagħad fix-xagħri ta' Żif f'Ħores.", "U Ġonatan bin Sawl qabad u mar ħdejn David f'Ħores u qawwielu qalbu f'Alla.", "U qallu: \"La tibżax, għax Sawl missieri ma jaqbdikx f'idejh.", "Int għad issaltan fuq Iżrael, u jien inkun niġi warajk.", "U wkoll missieri jafu dan.\"", "U t-tnejn għamlu patt quddiem il-Mulej.", "U David baqa' jgħammar f'Ħores, u Ġonatan mar f'daru.", "In-nies ta' Żif telgħu f'Gibgħa għand Sawl u qalulu: \"Ma tafx li David jinsab mistoħbi għandna fl-irdumijiet ħdejn Ħores, fuq l-għolja ta' Ħakila, fuq in-naħa tan-Nofsinhar ta' Ġesimon?", "Issa, mela, sultan, la int tixtieq minn qalbek li tinżel, inżel, u mbagħad ħalli għalina li nerħuh f'idejk.\"", "U Sawl wieġeb: \"Imbierka intom mill-Mulej, għax tħassartuni.", "Morru issa, u ħejju sewwa, tkixxfu, u araw fejn midd riġlu, u min rah hemm.", "Għax qaluli li moħħu jilħaqlu għall-aħħar.", "Araw u tkixxfu l-moħbiet kollha li jista' jinħeba fihom, imbagħad ejjew għandi b'tagħrif sewwa u jien niġi magħkom.", "Jekk tassew jinsab fil-pajjiż, jien infittxu fil-familji ta' Ġuda, waħda waħda.\"", "U huma qamu u telqu lejn Żif qabel Sawl; u David bin-nies tiegħu kien fix-xagħri ta' Magħon, fil-wita lejn in-Nofsinhar tax-xagħri ta' Ġesimon.", "U Sawl bin-nies tiegħu telaq ifittxu; u 'l David għarrfuh u niżel f'Sela, u baqa' fid-deżert ta' Magħon; u Sawl sama' u mar għal wara David fid-deżert ta' Magħon.", "U Sawl u n-nies tiegħu kienu miexja min-naħa l-waħda tal-għolja, u David u n-nies tiegħu min-naħa l-oħra.", "David kien qiegħed iħaffef biex jeħles minn Sawl, u Sawl u n-nies tiegħu kienu qegħdin idawru lil David u n-nies tiegħu biex jaqbduhom.", "Imma wasal messaġġier għand Sawl u qallu: \"Fittex għaġġel u itlaq, għax il-Filistin daħlu fil-pajjiż.\"", "U Sawl waqaf mill-ġiri wara David u mar jilqa' l-Filistin.", "Għalhekk bdew isejħu dak il-post: Sela-ħammaħlekot ."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.24", "bookref": "1SA.24", "text": ["U David tala' minn hemm u mar fl-irdumijiet ta' Għajn-geddi.", "David fl-għar ta' Għajn-geddi", "U ġara li meta Sawl raġa' lura minn wara l-Filistin għarrfuh u qalulu: \"Ara, David qiegħed fix-xagħri ta' Għajn-geddi.\"", "Sawl ħa tlitt elef raġel magħżula minn fost Iżrael kollu, u mar ifittex lil David u n-nies tiegħu fuq in-naħa tal-Lvant ta' Blat il-Mogħoż Selvaġġi.", "U wasal ħdejn l-imqawel tal-imrieħel fuq it-triq; kien hemm għar, u Sawl daħal fih biex jaqdi l-bżonnijiet tiegħu; u David u n-nies tiegħu kienu qegħdin 'il ġewwa nett tal-għar.", "U n-nies ta' David qalulu: \"Ara, dan hu l-jum li għalih il-Mulej qallek: Ara, jien se nagħtik l-għadu tiegħek f'idejk, u tagħmel minnu kif jogħġbok.\"", "U David qam, u ċarrat bis-serqa l-keffa tal-mantar ta' Sawl.", "U ġara li David stess ħass il-kuxjenza tniggżu għax qata' l-keffa tal-mantar ta' Sawl.", "U qal lin-nies tiegħu: \"Iħarisni l-Mulej!", "Ma jkun qatt li nagħmel dan lil sidi, il-midluk tal-Mulej, li mmidd idi fuqu, għax hu l-midluk tal-Mulej.\"", "U David ipperswada lin-nies tiegħu bi kliemu, u ma ħallihomx iqumu għal Sawl.", "U Sawl qam u ħareġ mill-għar għal triqtu.", "Imbagħad wara dan David ħareġ mill-għar u beda jgħajjat wara Sawl u jgħidlu: \"Sidi s-sultan!\"", "U Sawl ħares lura, u David niżżel wiċċu sal-art quddiemu u sellimlu.", "U David qal lil Sawl: \"Għaliex tisma' milli jgħidulek in-nies: 'Ara, David qiegħed ifittex jagħmillek id-deni.'", "Ara, illum rajt b'għajnejk li l-Mulej illum erħiek f'idi fl-għar, imma jien ma ridtx noqtlok, għax għedt: 'Ma mmiddx idi fuq sidi, għax hu l-midluk tal-Mulej.'", "Ara, missieri, il-keffa tal-libsa tiegħek f'idejja.", "Jien qtajt il-keffa ta' mantarek, u ma qtiltekx.", "Ara, u kun af li ma hemm ebda ħażen jew qerq f'idejja, u ma offendejtek b'xejn, u b'dan kollu int tistadli ħajti biex tneħħihieli.", "Jagħmel ħaqq il-Mulej bejni u bejnek, u jitħallas minnek għalija l-Mulej.", "Imma idi ma tintrefax fuqek!", "Kif jgħid il-proverbju mill-qedem: 'Mill-ħżiena joħroġ il-ħażen'; idi ma tintrafa' qatt fuqek.", "Wara min ħareġ is-sultan ta' Iżrael?", "Wara min qiegħed tiġri int?", "Wara kelb mejjet, wara bergħud!", "Ħa jkun imħallef il-Mulej, u jagħmel ħaqq bejni u bejnek, ħa jara u jqis il-kawża tiegħi, u jeħlisni minn idejk.\"", "Meta David temm dan il-kliem, Sawl wieġeb: \"Dan huwa leħnek, David, ibni?\"", "U Sawl għolla leħnu u beka.", "U ssokta jgħid lil David: \"Int bniedem sewwa aktar minni, għax int għamilt il-ġid miegħi u jien għamiltlek id-deni.", "Imma llum int għamilt ġid akbar miegħi, għaliex il-Mulej erħieni f'idejk u int ma qtiltnix.", "Kif jista' jkun li wieħed ifittex l-għadu tiegħu, u mbagħad iħallih għaddej għal triqtu bis-sliem?", "Il-Mulej jimliek bil-ġid u r-riżq għal li għamilt miegħi llum.", "Illum għaraft li inti żgur issaltan, u f'idejk is-saltna ta' Iżrael tkun fis-sod.", "Għalhekk aħlifli bil-Mulej li ma tqaċċatx lil nisli li jiġi warajja, u li ma teqridx ismi minn dar missieri.\"", "U David ħalef lil Sawl.", "U Sawl telaq lejn daru; u David bin-nies tiegħu telqu lejn il-fortizza."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.25", "bookref": "1SA.25", "text": ["David u Abigajl", "U Samwel miet, u l-Iżraelin inġabru kollha u bkewh u difnuh f'daru, f'Rama.", "U David qam u niżel fid-deżert ta' Faran.", "Kien hemm raġel f'Magħon u x-xogħol tiegħu kien fil-Karmel; kien raġel għani ħafna; kellu tlitt elef nagħġa u elf mogħża.", "Kien fil-Karmel iġiżż in-nagħaġ tiegħu.", "Ir-raġel kien jismu Nabal, u martu Abigajl.", "Il-mara kienet ta' għaqal kbir u sabiħa fl-għajn; imma r-raġel, li kien min-nisel ta' Kaleb, kien bniedem goff u ħażin f'għemilu.", "U David sama' fid-deżert li Nabal kien qiegħed iġiżż in-nagħaġ tiegħu.", "U David bagħat għaxar żgħażagħ u qalilhom: \"Itilgħu l-Karmel, u morru għand Nabal, u sellu għalih f'ismi, agħtuh is-sliem, u għidulu: 'Sliem għalik, sliem lil darek u lil kull min għandek.", "Jien smajt li int qiegħed iġġiżż in-nagħaġ; issa meta r-rgħajja tiegħek kienu magħna, aħna qatt ma ħabbatniehom, u qatt ma naqashom xejn kemm damu l-Karmel.", "Saqsi l-qaddejja tiegħek u jgħidulek.", "Għalhekk jalla dawn iż-żgħażagħ isibu ħniena f'għajnejk għax ġejna f'jum tajjeb.", "Agħti mela dak li jiġi għal idejk lill-qaddejja tiegħek, u lil ibnek David.' \"", "U ż-żgħażagħ ta' David marru, u kellmu lil Nabal skont dan il-kliem kollu f'isem David, u qagħdu jistennew.", "U Nabal wieġeb lill-qaddejja ta' David, u qalilhom: \"Min hu David u min hu bin Ġesse?", "Ħafna huma l-qaddejja llum li ħarbu mingħand sidhom.", "Għandi nieħu l-ħobż, u l-ilma tiegħi, u l-laħam li jien ħejjejt għall-ġeżżieża tiegħi, biex nagħtih lil nies li ma nafx mnejn huma?\"", "U l-qaddejja ta' David qabdu triqthom u reġgħu lura; kif waslu għarrfuh b'dan kollu.", "U David qal lin-nies tiegħu: \"Ħa jitħażżem kulħadd bix-xabla tiegħu.\"", "U kulħadd tħażżem bix-xabla, u David ukoll tħażżem bix-xabla tiegħu.", "U telgħu wara David xi erba' mitt ruħ; u mitejn oħra baqgħu mat-tagħmir.", "U wieħed mill-qaddejja ħabbar lil Abigajl, mart Nabal, u qalilha: \"Ara, David bagħat mid-deżert messaġġiera biex isellmu lil sidna u hu għamel għalihom.", "Dawn in-nies kienu twajbin ħafna magħna, u qatt ma ħabbtuna, u qatt ma naqasna xejn sakemm konna niġġerrew magħhom meta konna fir-raba'.", "Huma kienu sur għalina billejl u binhar, iż-żmien kollu li konna nirgħu n-nagħaġ magħhom.", "U issa kun af, u ara x'se tagħmel, għax ħsara hemm lesta għal sidna u għal daru kollha, għax hu bniedem mill-agħar u ħadd ma jista' jkellmu.\"", "U Abigajl fittxet tieħu mitejn ħobża, u żewġ żquq inbid, u ħames nagħġiet imsajrin u ħames kejliet qamħ inkaljat, u mitt għanqud żbib, u mitejn ċappa tin imqadded; u għabbiet kollox fuq il-ħmir.", "Imbagħad qalet lill-qaddejja tagħha: \"Itilqu qabli u, araw, jien ġejja warajkom.\"", "U ma qalet xejn lil żewġha Nabal.", "U ġara li hi u nieżla riekba fuq il-ħmar, minn taħt ir-riħ tal-għolja, tfaċċaw David u n-nies tiegħu niżlin u resqin lejha, u hi ltaqgħet magħhom.", "U David kien qal: \"Qisni għal xejn għassist ma' kulma kellu dan il-bniedem fid-deżert, u ma naqaslu xejn minn ħwejġu, biex issa raddli l-ġid bid-deni.", "Dan u agħar jagħmilli Alla, jekk sa għada filgħodu jibqa' raġel wieħed biss minn niesu.\"", "U malli Abigajl lemħet lil David, fittxet tinżel minnufih minn fuq il-ħmar, mielet u ntefgħet wiċċha fl-art, u nxteħtet f'riġlejn David, u qaltlu: \"Ħa nieħu l-ħtija fuqi waħdi, sidi; ħalli titkellem il-qaddejja tiegħek f'widnejk, u isma' kliem il-qaddejja tiegħek.", "La tagħtix kas, sidi, ta' Nabal, dan raġel mill-agħar: ismu miegħu, Nabal, bla moħħ, u bluha waħdu.", "U jiena, il-qaddejja tiegħek, ma rajtx iż-żgħażagħ ta' sidi, li int bgħatt.", "U issa, sidi, daqs kemm hu ħaj il-Mulej u daqs kemm int ħaj int, il-Mulej ma ħalliekx ixxerred id-demm u titħallas b'idejk; u ħa jkunu bħal Nabal l-għedewwa tiegħek u kull min ifittex jagħmel id-deni lil sidi.", "U hawn dan il-ġid li ġiebet il-qaddejja tiegħek lil sidi, qassmu liż-żgħażagħ, li qegħdin jimxu wara sidi.", "Aħfer dnub il-qaddejja tiegħek, għax il-Mulej għad jibni dar soda għal dejjem lil sidi; għax qiegħed jiġġieled il-gwerer tal-Mulej, u l-għawġ ma jilħqekx għal kemm iddum ħaj.", "U jekk iqum xi ħadd biex jagħmel għal warajk u jfittixlek ħajtek, il-Mulej, Alla tiegħek, jerfa' l-ħajja ta' sidi fis-sorra tal-ħajja, u l-ħajja tal-għedewwa tiegħek jarmiha bħallikieku ċagħka mill-keffa tal-iżbandola.", "Meta l-Mulej ikun għamel ma' sidi l-ġid kollu li wiegħdu, u jkun qiegħdek prinċep fuq Iżrael, ma jkun qatt dan għalik ta' għali u xewka f'qalb sidi, li tkun xerridt id-demm għal xejn u tħallast b'idejk.", "Imbagħad meta l-Mulej ikun tak ir-risq, ftakar fil-qaddejja tiegħek.\"", "U David qal lil Abigajl: \"Imbierek il-Mulej, Alla ta' Iżrael, li bagħtek illum tiltaqa' miegħi.", "Imbierek l-għaqal tiegħek, u mbierka int li ma ħallejtnix illum inxerred id-demm u nitħallas b'idejja.", "Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, Alla ta' Iżrael, li ma ħallinix nagħmillek deni, żgur li sa filgħodu ma kienx jibqa' raġel wieħed ħaj lil Nabal, kieku int ma ġejtx tgħaġġel tiltaqa' miegħi.\"", "U David ħa minn idha kulma kienet ġibitlu, u qalilha: \"Erġa' itla' bis-sliem lejn darek.", "Arani, smajt minn kliemek, u tajtek li tlabtni.\"", "U Abigajl reġgħet lura għand Nabal; u dan kellu ikla f'daru, ikla ta' sultan, u qalb Nabal kienet ferħana, u kien f'sakra kbira.", "Hi ma għarrfitu b'xejn minn dan, u la ftit u la wisq, sa ma sebaħ l-għada.", "Filgħodu, xħin Nabal għaddielu l-inbid, martu għarrfitu b'kollox, u qalbu kesħet u sar qisu ġebla.", "U ġara li wara għaxart ijiem il-Mulej laqat lil Nabal, u dan miet.", "U David sama' li miet Nabal u qal: \"Imbierek il-Mulej, li għamel ħaqq minn Nabal talli għajjarni, u li żamm il-qaddej tiegħu milli jagħmel id-deni; u d-deni ta' Nabal il-Mulej dawru għal fuq rasu.\"", "U David imbagħad bagħat jgħid lil Abigajl biex jeħodha b'martu.", "U l-qaddejja ta' David marru għand Abigajl fil-Karmel, u kellmuha, u qalulha: \"David bagħatna għandek biex jieħdok b'martu.\"", "U qamet u mielet b'wiċċha sal-art u qalet: \"Hawn hi l-qaddejja tiegħek lesta biex taħsel riġlejn il-qaddejjiet ta' sidi.\"", "U Abigajl għaġġlet u qamet, u rikbet fuq ħmar b'ħamsa mill-qaddejjiet tagħha mexjin warajha, u marret wara l-messaġġiera ta' David, u saret martu.", "David kien iżżewweġ ukoll lil Aħinogħam minn Ġeżragħel, u t-tnejn kienu n-nisa tiegħu.", "U Sawl kien ta lil bintu Mikal, il-mara ta' David, lil Palti bin Lajs, minn Gallim."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.26", "bookref": "1SA.26", "text": ["David jerġa' jiltaqa' ma' Sawl", "U n-nies ta' Żif marru għand Sawl f'Gibgħa u qalulu: \"Ara, David moħbi fl-għolja ta' Ħakila, biswit Ġesimon.\"", "U Sawl qam u niżel lejn id-deżert ta' Żif, u miegħu ħa tlitt elef raġel magħżula minn Iżrael, ifittex lil David fid-deżert ta' Żif.", "U Sawl waqqaf il-kamp fuq l-għolja ta' Ħakila, biswit Ġesimon, fuq in-naħa tat-triq, u David kien qiegħed fid-deżert, u ra li Sawl ġie għal warajh fid-deżert.", "U David bagħat nies jitkixxfu, u sar jaf fejn kien wasal sewwa Sawl.", "U qam David u ġie fil-post fejn kien waqqaf il-kamp u ra wkoll David fejn kienu jorqdu Sawl u Abner bin Ner, il-kap tal-eżerċtu tiegħu.", "U Sawl kien rieqed fin-nofs u n-nies tiegħu madwaru.", "U David qabad u qal lil Aħimelek il-Ħitti u 'l Abisaj bin Seruja, ħu Ġowab, u qallu: \"Min se jinżel miegħi ħdejn Sawl fil-kamp?\"", "U Abisaj wieġeb u qal: \"Ninżel miegħek jien.\"", "U ġie David u Abisaj ħdejn l-eżerċtu billejl, u Sawl kien mimdud u rieqed f'nofs il-kamp, u l-lanza tiegħu kienet imwaħħla fl-art in-naħa ta' rasu; u Abner u n-nies tiegħu mimdudin madwaru.", "U Abisaj qal lil David: \"Illum il-Mulej reħa l-għadu tiegħu f'idejk, ħa nsammru mal-art b'daqqa waħda bil-lanza tiegħu stess, bla ma nagħtih oħra.\"", "Imma David wieġeb lil Abisaj: \"La toqtlux, għax min qatt medd idu fuq il-midluk tal-Mulej, u ħelisha?\"", "U ssokta jgħid: \"Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, il-Mulej biss jilħqu, jew jasal il-jum tiegħu u jmut, jew jinżel għall-gwerra u jinqered.", "Iħarisni l-Mulej milli mmidd idi fuq il-midluk tal-Mulej!", "U issa aqbad il-lanza u l-ġarra tal-ilma minn ħdejn rasu, u ejja mmorru.\"", "U David ħa l-lanza u l-ġarra tal-ilma minn ħdejn ras Sawl u telqu, bla ma ħadd rahom jew intebaħ, u bla ma ħadd stenbaħ, għax kollha kienu reqdin, u ngħas tqil waqa' fuqhom mingħand il-Mulej.", "David imbagħad qasam għan-naħa l-oħra u qagħad fuq il-quċċata tal-għolja fil-bogħod, b'wisa' kbir bejniethom.", "U David beda jgħajjat lill-poplu, u lil Abner bin Ner, u jgħidilhom: \"Ma tweġibx Abner?\"", "U Abner wieġeb u qal: \"Min int biex tgħajjat lis-sultan?\"", "U David qal lil Abner: \"Intix raġel int?", "Min hu bħalek f'Iżrael?", "Għaliex mela ma ħaristx lil sidek, is-sultan?", "Ma tafx li ġie wieħed min-nies biex joqtol is-sultan sidek?", "Mhux sewwa dan li għamiltlu.", "Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, żgur ħaqqkom il-mewt, intom li ma għassistux sewwa 'l sidkom, il-midluk tal-Mulej.", "U issa, ara fejn huma l-lanza tas-sultan u l-ġarra tal-ilma, li kienu ħdejn rasu?\"", "U Sawl għaraf leħen David u qal: \"Dan mhux leħen ibni David?\"", "U David wieġeb: \"Leħni, sidi s-sultan.\"", "U ssokta jgħid: \"X'inhu dan li sidi qiegħed jiġri wara l-qaddej tiegħu?", "Għax x'għamilt jien u x'deni nista' nagħmel?", "Ħa jisma' s-sultan sidi, kliem il-qaddej tiegħu.", "Jekk il-Mulej qiegħed ixewxek kontra tiegħi, ħa jogħġbu s-sagrifiċċju; imma jekk inhuma bnedmin, misħuta huma quddiem il-Mulej, għax huma llum keċċewni u qatgħuni minn wirt il-Mulej u qaluli: 'Mur aqdi allat barranin.'", "U issa tħallix li demmi jixtered fl-art, 'il bogħod minn wiċċ il-Mulej, għax is-sultan ta' Iżrael ħareġ ifittex bergħud bħalma jduru għal perniċa qalb il-muntanji.\"", "U Sawl qal: \"Ħtija tiegħi!", "Ejja lura, ibni David, m'iniex se nagħmillek iżjed deni, għax int illum għożżejt lil ħajti.", "Ara, jien tbellaht u żbaljajt bil-bosta.\"", "U David wieġeb: \"Hawn hi l-lanza tas-sultan, ħa jiġi 'l hawn wieħed mill-qaddejja u jeħodha.", "Il-Mulej irodd lil kull wieħed skont il-ġustizzja tiegħu u l-lealtà tiegħu.", "Il-Mulej telqek f'idejja llum, imma jien ma ridtx immidd idejja fuq il-midluk tal-Mulej.", "Ara! bħalma llum jien għożżejt lil ħajtek, hekk il-Mulej jgħożż lil ħajti u jeħlisni minn kull għawġ.\"", "U Sawl wieġeb lil David: \"Imbierek int ibni David, int għad tirnexxi f'kulma tagħmel, u jkollok setgħa kbira.\"", "U David telaq għal triqtu, u Sawl raġa' lura lejn postu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.27", "bookref": "1SA.27", "text": ["David għand il-Filistin", "U David qal f'qalbu: \"Għad jasal jum meta ninqered b'idejn Sawl.", "M'hemmx aħjar milli naħrab f'art il-Filistin, u Sawl jaqta' qalbu minni, u ma jfittixnix iżjed f'art Iżrael, u hekk neħles minn idejh.\"", "U David qam u għadda, hu u s-sitt mitt raġel li kellu miegħu, għal għand Akis bin Magħok, sultan ta' Gatt.", "U David qagħad għand Akis f'Gatt, hu u n-nies tiegħu, kull wieħed bil-familja tiegħu; David u ż-żewġ nisa tiegħu, Aħinogħam il-Ġeżragħelija, u Abigajl, il-mara ta' Nabal mill-Karmel.", "U lil Sawl ħabbrulu li David ħarab lejn Gatt; u ma baqax ifittxu aktar.", "U David qal lil Akis: \"Jekk jien sibt ħniena f'għajnejk, agħtini post f'waħda mill-ibliet fir-raba' u ngħammar hemm.", "Għaliex għandu l-qaddej tiegħek jgħammar f'belt is-sultan miegħek?\"", "U Akis tah dakinhar Siklag.", "Għalhekk Siklag saret ta' David u baqgħet tas-slaten ta' Ġuda sa llum.", "Iż-żmien li David għadda f'art il-Filistin laħaq sena u erba' xhur.", "David u n-nies tiegħu kienu jitilgħu u jaħbtu għall-Gesurin, għall-Girżin u għall-Għamalekin, għax dawn in-nies kienu jgħammru minn dejjem fl-art int u sejjer Sur, sal-art tal-Eġittu.", "U David kien jaħbat għalihom u ma kienx iħalli ħaj raġel jew mara; u kien jieħu u jaqbad f'idejh imrieħel u baqar, ħmir u iġmla u lbies, u kien jerġa' lura għand Akis.", "U Akis kien jistaqsih: \"Fejn mortu taħbtu llum?\"", "U David kien iwieġeb: \"Lejn in-Negeb ta' Ġuda, lejn in-Negeb ta' Ġeraħmelin, u lejn in-Negeb tal-Kenin.\"", "U David ma kien iħalli 'l ħadd ħaj, la raġel u anqas mara, biex iġibhom f'Gatt għax kien jgħid: \"Li ma jmorrux jixluna u jgħidu: 'Hekk kien jagħmlilna David.'", "\" U din kienet id-drawwa tiegħu sakemm dam jgħammar fir-raba' tal-Filistin.", "U Akis kien jemmen f'David u jgħid: \"Niesu umbrawh f'Iżrael; u issa jibqa' qaddej tiegħi għal dejjem.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.28", "bookref": "1SA.28", "text": ["U ġara li f'dak iż-żmien il-Filistin ġemgħu l-eżerċtu tagħhom biex jaħbtu għall-Iżraelin.", "U Akis qal lil David: \"Kun af li int tiġi miegħi fil-kamp, int u n-nies tiegħek.\"", "U David wieġeb lil Akis: \"Tajjeb, issa tkun taf x'jista' jagħmel il-qaddej tiegħek.\"", "U Akis qallu: \"U jien nagħmlek għassies tiegħi għal dejjem.\"", "Sawl u s-saħħara ta' Għajn-dor", "Samwel kien miet, u kien bkieh Iżrael kollu, u difnuh fil-belt tiegħu ta' Rama.", "U Sawl kien keċċa 'l barra mill-pajjiż lil dawk kollha li kienu jsejħu l-erwieħ u jeħbru, u s-saħħara.", "U l-Filistin inġabru u marru jwaqqfu l-kamp f'Sunem; u Sawl ġabar lil Iżrael kollu u waqqfu l-kamp f'Gilbogħa.", "U Sawl ra l-kamp tal-Filistin u baża' u qalbu bdiet tħabbat bil-qawwi.", "U Sawl stħarreġ lill-Mulej, imma l-Mulej ma weġbux, la bil-ħolm, la bl-Urim u anqas bil-profeti.", "U Sawl qal lill-qaddejja tiegħu: \"Fittxuli mara li tqajjem l-erwieħ, u mmur għandha, u nistħarriġha.\"", "Il-qaddejja tiegħu weġbuh: \"Ara, hemm mara li tqajjem l-erwieħ f'Għajn-dor.\"", "U Sawl biddel ħwejġu u libes ilbies ieħor, u mar flimkien ma' żewġt irġiel oħra, u ġie għand il-mara billejl u qalilha: \"Staqsi l-erwieħ u għidli xortija, u sejjaħ lil min se ngħidlek.\"", "U l-mara weġbitu: \"Ara, inti taf x'għamel Sawl, li qaċċat mill-pajjiż lil dawk kollha li jeħbru bl-erwieħ u s-saħħara; għaliex trid issa tonsobli ħajti?", "Biex joqtluni?\"", "U Sawl ħalfilha bil-Mulej u qalilha: \"Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, ma tiġrilek ebda ħsara minħabba dan.\"", "U l-mara qaltlu: \"Lil min se nqajjimlek?\"", "U hu weġibha: \"Qajjimli lil Samwel.\"", "Malli l-mara lemħet lil Samwel infexxet f'għajta kbira u qalet lil Sawl: \"Għax qarraqt bija?", "Int Sawl.\"", "U s-sultan qalilha: \"La tibżax, imma għidli x'rajt.\"", "U l-mara qalet lil Sawl: \"Rajt alla tiela' mill-art.\"", "U staqsieha: \"X'sura għandu?\"", "U hi wieġbet: \"Raġel xiħ tiela', imkebbeb f'mantar.\"", "Sawl għaraf li kien Samwel, u niżżel wiċċu sal-art, u tah qima.", "U Samwel qal lil Sawl: \"Għalfejn qgħadt taqlagħni u tellajtni hawn?\"", "U Sawl wieġeb: \"Għandi dwejjaq kbar; il-Filistin għamluli gwerra, u Alla tbiegħed minni, u ma jweġibnix, la bil-profeti u lanqas bil-ħolm.", "Għalhekk jien sejjaħtlek, biex tgħarrafni x'għandi nagħmel.\"", "U Samwel wieġeb: \"Għalfejn tistaqsini, la darba l-Mulej tbiegħed minnek, u sar l-għadu tiegħek?", "Il-Mulej għamel miegħek kif kien tkellem permezz tiegħi, u ħataflek minn idek is-saltna, u taha lil David sieħbek.", "Għaliex int ma smajtx mill-kelma tal-Mulej, u ma għamiltx lil Għamalek skont ma ried hu fil-qilla tiegħu.", "Għalhekk għamillek dan il-Mulej illum.", "U l-Mulej jerħi wkoll lil Iżrael miegħek f'idejn il-Filistin, u għada int u wliedek tkunu miegħi; u l-kamp ukoll ta' Iżrael jerħih il-Mulej f'idejn il-Filistin.\"", "Minnufih Sawl waqa' minn tulu fl-art u qabdu biża' kbir minħabba kliem Samwel; ma baqgħetlu ebda saħħa, għax ma kienx daq ħobż dak in-nhar u dak il-lejl kollu.", "U l-mara ġriet għal ħdejn Sawl u malli ratu daqshekk imħawwad qaltlu: \"Ara, il-qaddejja tiegħek semgħet minn kliemek u lagħbet ħajjitha f'idha; smajt mill-kliem li int għedtli.", "Mela, isma' issa int minn kliem il-qaddejja tiegħek, ħa nqegħedlek quddiemek kisra ħobż, kul biex tieħu saħħtek u tkun tiflaħ taqbad triqtek.\"", "Iżda hu ma riedx, u qalilha: \"Ma nikolx.\"", "Imma l-qaddejja tiegħu u l-mara bdew isusu warajh sakemm sama' minnhom; u qam mill-art u nxteħet fuq sodda.", "U l-mara kellha għoġol imsemmen u qatlitu malajr, ħadet id-dqiq, għaġnitu, u għamlitu ftajjar, u ħmietu bla ħmira.", "U ġiebet kollox quddiem Sawl u l-qaddejja tiegħu, u kielu.", "U qamu u telqu dak il-lejl stess."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.29", "bookref": "1SA.29", "text": ["Il-Filistin iwarrbu lil David", "U l-Filistin ġemgħu l-eżerċtu kollu f'Afek; u Iżrael waqqfu l-kamp ħdejn għajn f'Ġeżragħel.", "Il-kbarat tal-Filistin kienu miexja f'ras ta' mijiet u eluf; u David u n-nies tiegħu kienu miexja warajhom ma' Akis.", "U l-kbarat tal-Filistin qalu: \"X'ġew jagħmlu hawn dawn l-Għebrej?\"", "U Akis wieġeb lill-kbarat tal-Filistin: \"Dan hu David il-qaddej ta' Sawl, is-sultan ta' Iżrael, li ilu miegħi xi sena jew tnejn, u sa llum m'għandi xejn x'ingħid fih minn mindu sab ruħu għandi.\"", "Imma l-kbarat tal-Filistin inkurlaw għalih u qalulu: \"Ibgħat lura lil dan il-bniedem ħa jmur joqgħod f'postu, fejn tajtu joqgħod int. Ma għandux jinżel magħna għall-gwerra, li ma jdurx kontrina fit-taqbida; u biex jingħoġob ma' sidu, jekk mhux bl-irjus ta' dawn in-nies?", "Dan mhux David li kienu jiżfnulu u jgħannulu:", "'L-eluf tiegħu qatel Sawl,", "u David l-għaxriet tal-eluf tiegħu'?\"", "Għalhekk Akis sejjaħ lil David u qallu: \"Daqs kemm hu ħaj il-Mulej: Int raġel sewwa u togħġobni dieħel u ħiereġ miegħi fil-kamp tiegħi, u qatt ma sibt xejn ħażin fik minn mindu ġejt għandi sal-lum.", "Imma l-kbarat tal-Filistin ma jġibukx, u mhumiex jarawk sabiħ.", "Għalhekk erġa' lura bis-sliem, biex ma toffendix il-kbarat tal-Filistin.\"", "U David wieġeb lil Akis: \"Imma x'għamilt jien?", "U int x'sibt ħażin fil-qaddej tiegħek minn mindu ġejt miegħek sal-lum, biex ma niġix nitqabad mal-għedewwa ta' sidi s-sultan?\"", "Akis wieġbu u qallu: \"Naf li int raġel sewwa u togħġobni daqs anġlu ta' Alla.", "Imma l-kbarat tal-Filistin qalu: 'Ma jitlax magħna għall-ġlied.'", "Għalhekk bakkar għada filgħodu, int u l-qaddejja ta' sidek, li ġew miegħek, imbagħad morru lejn il-post li tajtkom tgħammru fih.\"", "U David bakkar filgħodu kmieni, hu u n-nies tiegħu, biex jitilqu u jerġgħu lura lejn art il-Filistin.", "U l-Filistin telgħu Ġeżragħel."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.30", "bookref": "1SA.30", "text": ["David u l-Għamalekin", "Meta David u n-nies tiegħu waslu f' Siklag fit-tielet jum, Għamalek kienu daħlu fin-Negeb u f'Siklag, u ħabtu għal Siklag u tawha n-nar.", "U ħadu lsiera n-nisa li kienu fiha, kbar u żgħar, bla ma qatlu lil ħadd minnhom; ġarrewhom magħhom u baqgħu sejrin għal triqthom.", "U David u n-nies tiegħu waslu l-belt u sabuha ħuġġieġa nar, u n-nisa tagħhom u wliedhom, subien u bniet, meħuda lsiera.", "U David u n-nies tiegħu għollew leħenhom u bkew, sakemm ma felħux jibku aktar.", "Iż-żewġ nisa ta' David - Aħinogħam il-Ġiżragħelija u Abigajl mart Nabal, il-Karmeli - kienu waqgħu lsiera.", "David sab ruħu f'diqa kbira għax il-poplu qal li jrid iħaġġru; għax ilkoll kellhom qalbhom sewda bl-imrar, kull wieħed għas-subien u għall-bniet tiegħu.", "Imma David qawwa qalbu fil-Mulej, Alla tiegħu.", "U David qal lil Abjatar, il-qassis, bin Aħimelek: \"Ġibli l-efod.\"", "U Abjatar ġieb l-efod lil David.", "U David staqsa lill-Mulej u qal: \"Nitlaq għal wara din il-qatgħa ħallelin?", "Nilħaqhom?\"", "U wieġbu: \"Itlaq għal warajhom, għax tilħaqhom żgur, u teħles lil kulħadd.\"", "U David telaq, hu u sitt mitt raġel li kienu miegħu, u waslu sal-wied ta' Besor, u waqfu hemm għax kienu għajjenin.", "U David baqa' sejjer b'erba' mitt raġel; u l-mitejn l-oħra, li kienu għajjenin u ma setgħux jaqsmu l-wied ta' Besor, baqgħu hemm.", "U sabu raġel Eġizzjan fir-raba', u ħaduh quddiem David, u tawh ħobż x'jiekol u kiel, u ilma x'jixrob.", "Tawh ukoll ċappa tin imqadded u żewġ għenieqed żbib; kiel u ħa r-ruħ; għax kien ilu ma jiekol ħobż u jixrob ilma tlitt ijiem u tlitt iljieli.", "U David qallu: \"Ta' min int?", "Mnejn ġej?\"", "U dak wieġbu: \"Jien żagħżugħ Eġizzjan, ilsir ta' wieħed minn Għamalek, abbandunat minn sidi għax imradt tlitt ijiem ilu.", "Aħna dħalna fin-Negeb tal-Keretin u ta' art Ġuda, u n-Negeb ta' Kaleb, u 'l Siklag tajnieha n-nar.\"", "U David qallu: \"Tista' twassalni ħdejn din il-qabda nies?\"", "U dak wieġbu: \"Aħlifli b'Alla li ma toqtolnix, u li ma terħinix f'idejn sidi, u nwasslek sa ħdejn din il-qabda nies.\"", "U wasslu u raw lill-Għamalekin imxerrda ma' wiċċ l-art, jieklu u jixorbu u jagħmlu festa b'dik il-priża kbira li kienu qabdu mill-art tal-Filistin u mill-art ta' Ġuda.", "U David qabeż fuqhom u tahom xebgħa minn tbexbix il-jum sal-għada filgħaxija, u ma ħelisha ebda wieħed minnhom, ħlief erba' mitt żgħażagħ li rikbu l-iġmla u ħarbu.", "B'hekk David ħadilhom lura kulma kienu qabdu l-Għamalekin, u ħeles ukoll iż-żewġ nisa tiegħu.", "U ma ħallielhom xejn, mill-kbir saż-żgħir, bniet u subien, il-priża u kulma kienu ħadu għalihom: kollox ħadilhom lura David.", "Ħadu l-imrieħel u l-baqar kollha u saquhom quddiem u qalu: \"Din hi l-priża ta' David.\"", "Imbagħad David mar ħdejn dawk il-mitejn raġel li ma kinux felħu jmorru warajh, u li kien ħalliehom fil-wied ta' Besor.", "Huma ħarġu jilqgħu lil David u n-nies li kellu miegħu.", "David resaq lejhom u sellmilhom.", "Imma xi wħud minn dawk li marru ma' David, nies ħżiena u mill-agħar, qabżu u qalu: \"La darba dawn ma ġewx magħna, ma nagħtuhom xejn mill-priża li ħadna lura; kull wieħed jieħu 'l martu u lil uliedu, u jitilqu.\"", "Imma David wieġeb: \"Dan ma tagħmluh qatt, ħuti, meta tqisu x'tana l-Mulej, li ħarisna u tana f'idejna dik il-qabda ħallelin li ġew għalina.", "U min se jisma' minnkom f'ħaġa bħal din?", "Sehem wieħed jieħdu, sew dawk li niżlu għall-ġlied u sew dawk li qagħdu jgħassu ma' ħwejjiġna.\"", "U minn dakinhar 'il quddiem din għamilha liġi u drawwa għal Iżrael sal-lum.", "U David ġie f'Siklag u bagħat sehem mill-priża lix-xjuħ ta' Ġuda u lil ħbiebu u qalilhom: \"Dan hu r-rigal għalikom mill-priża tal-għedewwa tal-Mulej.\"", "U bagħat lil dawk ta' Betel, lil dawk ta' Ramot-negeb, lil dawk ta' Ġattir, lil dawk ta' Għarogħer, lil dawk ta' Xifmot, lil dawk ta' Estemugħa, lil dawk ta' Rakal, u lil dawk tal-ibliet tal-Ġeraħmelin, u lil dawk tal-ibliet tal-Kenin, lil dawk ta' Ħorma, lil dawk ta' Bur-għasan, u lil dawk ta' Għatak, u lil dawk ta' Ħebron, u lil dawk l-imkejjen kollha li David kien għadda minnhom, hu u n-nies tiegħu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1SA.31", "bookref": "1SA.31", "text": ["Il-mewt ta' Sawl", "U l-Filistin ħabtu għal Iżrael u n-nies ta' Iżrael ħarbu minn quddiem il-Filistin, u waqgħu mejta fuq il-muntanja ta' Gilbogħa.", "Imbagħad il-Filistin għamlu għal wara Sawl u wliedu u qatlu lil Ġonatan, lil Abinadab, u lil Malkisugħa, ulied Sawl.", "Imbagħad it-taqbida ħraxet madwar Sawl, u laħquh l-arċieri u darbuh kemm-il darba.", "U Sawl qal lill-iskudier tiegħu: \"Islet ix-xabla u infidni biha, li ma jiġux dawn in-nies bla ħtin u jinfduni huma u jiddieħku bija.\"", "L-iskudier ma ssugrax għax beża' ħafna.", "U Sawl qabad ix-xabla u nxteħet fuqha.", "Malli l-iskudier ra 'l Sawl mejjet, inxteħet hu wkoll fuq ix-xabla tiegħu, u miet miegħu.", "Hekk miet Sawl u t-tliet uliedu u l-iskudier tiegħu, u n-nies kollha li kienu miegħu dak in-nhar.", "U n-nies ta' Iżrael li kienu jgħammru n-naħa l-oħra tal-wied u 'l hemm mill-Ġordan, malli raw li ħarbu l-Iżraelin u li mietu Sawl u wliedu, telqu l-ibliet tagħhom u ħarbu, u ġew jgħammru fihom il-Filistin.", "U ġara li l-għada ġew il-Filistin ineżżgħu l-maqtulin.", "U sabu lil Sawl u lit-tliet uliedu mixħutin mejtin fuq il-muntanja ta' Gilbogħa.", "Qatgħulu rasu u neżżgħuh mill-armi, u bagħtu messaġġiera f'art il-Filistin tal-inħawi biex jagħtu l-aħbar lid-dar tal-allat tagħhom u lill-poplu.", "L-armi li kellu qegħduhom fit-tempju ta' Għastarot, u l-katavru tiegħu dendluh mal-ħitan ta' Betsan.", "Meta semgħu n-nies ta' Ġabes-gilgħad b'dak li kienu għamlu lil Sawl il-Filistin, qamu rġiel ta' ħila, imxew il-lejl kollu, ħadu l-katavru ta' Sawl u t-tliet uliedu minn mal-ħajt ta' Betsan; imbagħad marru Ġabes u ħarquhom hemm.", "U mbagħad ħadu għadamhom u difnuh f'Ġabes taħt it-tamarisk, u samu għal sebat ijiem."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2SA.intro", "bookref": "2SA.intro", "text": ["IT-TIENI KTIEB TA' SAMWEL", "Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb", "Il-ktieb ta' Samwel, kien oriġinarjament wieħed.", "Insibuh maqsum fi tnejn għaliex kien twil wisq biex joqgħod f'parċmina waħda.", "Hekk, mela, għandna l-Ewwel u t-Tieni Ktieb ta' Samwel.", "Wara l-mewt ta' Sawl, li għalqet l-ewwel ktieb, it-tribù ta' Ġuda, għażlu lil David bħala s-sultan tagħhom.", "Tul is-seba' snin ta' wara, David u Isboset, bin Sawl u sultan fuq Iżrael, kienu fi gwerra kontinwa.", "Iżda, skont il-wegħda ta' Alla, David sar sultan tan-nazzjon kollu, biex hekk Ulied Iżrael saru ġens wieħed.", "David għażel 'il Ġerusalemm biex tkun il-belt kapitali tan-nazzjon il-ġdid, u kif kien xieraq, ġab hemmhekk l-Arka tal-Patt.", "Xtaq kieku li jibni tempju lill-Mulej, fejn setgħet tinżamm l-Arka tal-Patt, u biex Alla jkollu l- \"palazz\" tiegħu fil-qalba tal-pajjiż.", "Iżda Alla kellu pjani oħra għal David: riedu li jkun mexxej setgħan li mid-dar tiegħu dejjem joħroġ sultan.", "U mexxej setgħan kien tassew, għaliex tul il-ħakma tiegħu ta' madwar erbgħin sena, David bena bħal imperu żgħir.", "Minkejja li David jibqa' jissemma għall-imħabba tiegħu lejn Alla, hu wkoll naqas mill-fedeltà tiegħu lejh.", "Id-dgħufija umana tiegħu tidher fil-ġrajja ta' mħabba li nibtet f'qalbu għal Batseba, li wasslitu li jfassal pjan qarrieqi biex jeħles minn żewġha.", "Minkejja li għaraf ħtijietu, permezz tal-Profeta Natan, u nidem minnhom, il-ġustizzja ta' Alla laħqitu fi snin ta' inkwiet kbir fi ħdan il-familja tiegħu.", "Il-ġrajja ta' dawn is-snin fil-ħajja ta' David hija miżgħuda bi skandli u taqtigħ il-qalb.", "Madankollu, David qatt ma warrab lil Alla ta' missirijietu biex idur lejn idoli.", "Il-qima tiegħu lejn Alla ma ċediet qatt.", "Il-ġustizzja ta' Alla hawn ukoll uriet ruħha tajjeb fl-istorja ta' David.", "Hekk kif kien wiegħdu, Alla ppermetta li dejjem joħroġ sultan mid-dar ta' David, sakemm is-Saltna ta' Ġuda baqgħet sħiħa.", "Lilek imbagħad il-Mulej jagħtik kelma li jibnilek dar.", "U meta inti ttemm żmienek, u tkun straħt ma' missirijitek, jien inqajjem nislek warajk; nisel ħiereġ mill-ġewwieni tiegħek, u nsaħħah is-saltna tiegħu… Jien inkun għalih missier, u hu jkun għalija iben ( , - ).", "It-taqsim tal-ktieb", "Il-ħakma ta' David fuq Ġuda ( , — , )", "Il-ħakma ta' David fuq Iżrael ( , — , )", "L-ewwel snin ( , — , )", "David u Batseba ( , — , )", "Inkwiet u diffikultajiet ( , — , )", "L-aħħar snin ( , — , )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2SA.1", "bookref": "2SA.1", "text": ["L-aħbar tal-mewt ta' Sawl", "Ġara li wara l-mewt ta' Sawl, David raġa' lura mit-taqtigħa mal-Għamalekin, u kien ilu jumejn f'Siklag.", "Fit-tielet jum ġie raġel mill-kamp minn ħdejn Sawl bi ħwejġu mċarrta u t-trab fuq rasu.", "Kif wasal quddiem David, intafa' wiċċu fl-art u sellimlu.", "U David staqsieh: \"Mnejn ġej?\" u dak wieġbu: \"Ħrabt mill-kamp ta' Iżrael.\"", "U David qallu: \"X'aħbarijiet għandek minn hemm?", "Għidli, isa!\"", "U wieġbu: \"Il-poplu ħarab mit-taqbida, ħafna minnhom waqgħu u mietu; u mietu wkoll Sawl u Ġonatan, ibnu.\"", "U David qal liż-żagħżugħ li tah l-aħbar: \"Kif taf li mietu Sawl u ibnu Ġonatan?\"", "U wieġbu ż-żagħżugħ li wassallu l-aħbar: \"Inzertajt kont fuq l-għolja ta' Gilbogħa, u nara lil Sawl jitwieżen fuq il-lanza, u l-karrijiet u r-rikkieba jrossu fuqu; u hu ħares lura, lemaħni u sejjaħli; u jien weġibtu: 'Hawn jien.'", "U qalli: 'Min int?' u jien għedtlu: 'Jien minn Għamalek.'", "U hu qalli: 'Ersaq lejja u oqtolni.", "Għadni ħaj; imma qabadni l-biża' tal-mewt.'", "U jien ersaqt lejh u qtiltu.", "Għax rajt li ma kienx se jgħix wara dik it-telfa tiegħu.", "U qbadt il-kuruna minn fuq rasu u d-dwawar minn fuq driegħu, u ġibthom lilek, Sidi.\"", "Iżda David qabad u ċarrat ħwejġu, u hekk għamlu wkoll in-nies li kellu miegħu.", "U bdew inewħu u jibku, u samu sa filgħaxija għal Sawl, u għal ibnu Ġonatan, u għall-poplu tal-Mulej, u għad-dar ta' Iżrael, għax kienu nqerdu bix-xabla.", "U David imbagħad qal liż-żagħżugħ li kien tah l-aħbar: \"Mnejn int?\" u wieġbu: \"Jien bin raġel barrani, minn Għamalek.\"", "U qallu David: \"Ma bżajtx tmidd idek biex toqtol il-midluk tal-Mulej?\"", "U David sejjaħ lil wieħed miż-żgħażagħ u qallu: \"Ersaq u ntafa' fuqu.\"", "U mbagħad darbu u miet.", "U David qallu: \"Demmek fuq rasek, għaliex fommok stess xehed kontrik meta għedt: 'Qtilt il-midluk tal-Mulej.' \"", "Il-lamentazzjoni ta' David", "U David beka u għanna din il-lamentazzjoni għal Sawl u għal Ġonatan, ibnu, u ordna li jgħallmuha lil ulied Ġuda; u tinsab miktuba fi Ktieb il-Ġust :", "\"Kif intemm ġmielek, Iżrael, fuq l-għoljiet!", "Kif waqgħu l-qalbenin!", "La tħabbru xejn f'Gatt,", "la xxandruhiex fl-imsieraħ ta' Askalon;", "li ma jimtlewx bil-ferħ it-tfajliet tal-Filistin,", "li ma jaqbżux bil-ferħ ix-xbejbiet tan-nies bla ħtin.", "Ja għoljiet ta' Gilbogħa,", "la nida u la xita ma jinżlu fuqkom,", "la raba' għammiel ma jkun fikom.", "Hemm ġiet fil-għajb it-tarka tal-qalbenin,", "it-tarka ta' Sawl, li ma ndilkitx biż-żejt.", "Mid-demm tal-maqtulin,", "mix-xaħam tal-qalbenin,", "il-qaws ta' Ġonatan", "qatt lura ma raġa';", "ix-xabla ta' Sawl qatt ma reġgħet fiergħa.", "Sawl u Ġonatan, dħulin u maħbubin,", "ma nfirdux la f'ħajjithom, la f'mewthom.", "Eħfef mill-ajkli,", "aqwa mill-iljuni!", "Xbejbiet ta' Iżrael, ibku lil Sawl;", "libbiskom bil-kreżmi u l-brukkat,", "żejnilkom ilbieskom bid-deheb!", "Kif waqgħu l-qalbenin, waqgħu fil-ġlied!", "Ġonatan fuq għoljietek maqtul.", "Jien imgħolli għalik, Ġonatan ħija,", "l-għożża tiegħi u l-għaxqa għalija!", "Imħabbtek għalija egħżeż", "minn imħabbet in-nisa!", "Kif waqgħu l-qalbenin;", "u ntilef tagħmir il-ħarb!\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2SA.2", "bookref": "2SA.2", "text": ["David sultan f'Ħebron", "Wara dawn il-ġrajja David staqsa lill-Mulej u qallu: \"Nitla' jien f'waħda mill-ibliet ta' Ġuda!\"", "U l-Mulej wieġbu: \"Itla'.\"", "U David issokta: \"Fejn nitla'?\"", "U wieġbu: \"F'Ħebron.\"", "U David tela' hemm, hu u ż-żewġ nisa tiegħu, Aħinogħam il-Ġeżragħelija, u Abigajl, mart Nabal il-Karmeli.", "David ħa miegħu wkoll in-nies li kienu ngħaqdu miegħu bil-familji tagħhom, u nġabru fl-ibliet ta' Ħebron.", "U ġew in-nies ta' Ġuda, u hemm dilku 'l David sultan fuq id-dar ta' Ġuda.", "U għarrfu lil David u qalulu: \"In-nies ta' Ġabes-gilgħad difnu lil Sawl.\"", "U David bagħat messaġġiera f'Ġabes-gilgħad u qalilhom: \"Imberkin intom mill-Mulej, għax għamiltu din il-ħniena ma' sidkom Sawl u dfintuh.", "U issa jagħmel il-Mulej il-ħniena u s-sewwa magħkom, u jien min-naħa tiegħi nagħmlilkom il-ġid, la darba għamiltu hekk.", "U issa ħa jissaħħu dirgħajkom u kunu nies ta' ħila; sidkom Sawl miet, imma d-dar ta' Ġuda dilkuni sultan fuqha.\"", "Il-ġlied bejn David u dar Sawl", "Abner bin Ner, li kien il-kmandant tal-eżerċtu ta' Sawl, qabad lil Isboset bin Sawl, u ħadu f'Maħanajm, u hemm għamlu sultan fuq Gilgħad, fuq l-Asurin, fuq Ġeżragħel, fuq Efrajm, fuq Benjamin, u fuq Iżrael kollu.", "U Isboset bin Sawl kellu erbgħin sena meta sar sultan fuq Iżrael, u dam isaltan sentejn.", "Dar Ġuda biss baqgħet ma' David.", "Seba' snin u sitt xhur dam David isaltan fuq dar Ġuda f'Ħebron.", "Abner bin Ner ħareġ bil-qaddejja ta' Isboset bin Sawl, minn Maħanajm lejn Gibgħon.", "U ħareġ ukoll Ġowab bin Seruja bil-qaddejja ta' David, u ltaqgħu flimkien ħdejn il-menqgħa ta' Gibgħon; u dawn qagħdu fuq naħa, u dawk fuq oħra.", "U Abner qal lil Ġowab: \"Ħa joħorġu għan-nofs iż-żgħażagħ u jitqabdu quddiemna.\"", "U Ġowab wieġeb: \"Ħa joħorġu!\"", "U ħarġu bl-għadd: tnax mit-tribù ta' Benjamin min-naħa ta' Isboset bin Sawl, u tnax mill-qaddejja ta' David.", "Kull wieħed qabad ras sieħbu u nifdu f'ġenbu b'sejfu, u waqgħu lkoll f'waqt wieħed.", "U semmew dak il-post Ħelkat-ħassurim li tinsab f'Gibgħon.", "U kien hemm taqtigħa qalila sewwa dakinhar, u Abner u n-nies ta' Iżrael kienu megħluba minn David u n-nies tiegħu.", "Kienu hemm it-tliet ulied ta' Seruja: Ġowab, Abisaj u Għaxajel; u Għaxajel kien ħafif f'riġlejh daqs għażżiela tax-xagħri.", "U Għaxajel baqa' jiġri dritt wara Abner, bla ma jikser lejn ix-xellug jew lejn il-lemin.", "U Abner dar lejh u qallu: \"Huwa int, Għaxajel?\"", "U dak wieġbu: \"Jien.\"", "U Abner qallu: \"Dur lejn ix-xellug jew lejn il-lemin, aqbad f'wieħed miż-żgħażagħ, u ħudlu ħżiemu.\"", "U Għaxajel ma riedx iwarrab minn warajh.", "U Abner issokta jgħid lil Għaxajel: \"Żul minn warajja, li ma nonxrokx fl-art, u mbagħad kif inkun nista' nerfa' wiċċi quddiem ħuk Ġowab?\"", "U hu ma riedx iwarrab, u Abner darbu b'tarf il-lanza f'żaqqu, u l-lanza ħarġet minn dahru u baqa' mejjet fl-art.", "U kull min kien jgħaddi minn fejn kien waqa' Għaxajel u miet, kien jibqa' ċċassat.", "Imma Ġowab u Abisaj telqulha għal wara Abner, u għall-ħabta ta' nżul ix-xemx waslu ħdejn l-għolja ta' Amma, li tinsab biswit Ġijaħ fuq it-triq li tieħu għad-deżert ta' Gibgħon.", "U n-nies ta' Benjamin inġemgħu madwar Abner, u ngħaqdu bejniethom, u ħadu posthom fuq il-quċċata tal-għolja.", "U Abner sejjaħ lil Ġowab u qallu: \"Se tibqa' x-xabla sejra bil-qerda għal dejjem?", "Jaqaw ma tafx li fl-aħħar ikun hemm l-imrar?", "Kemm se ddum ma tgħid lill-poplu li ma jibqgħux jiġru wara ħuthom?\"", "U Ġowab qal: \"Daqs kemm hu ħaj Alla, li kieku ma tkellimtx int, il-poplu kollu kien jibqa' sejjer wara ħuthom sa għada filgħodu.\"", "U Ġowab daqq il-kornu u l-poplu waqaf, u ma baqax jiġri wara Iżrael, u ma ssuktawx aktar jitqabdu bejniethom.", "Abner u n-nies tiegħu baqgħu sejrin lejn l-Għaraba l-lejl kollu, qasmu l-Ġordan, u baqgħu miexja filgħodu kollu sa ma waslu Maħanajm.", "Ġowab imbagħad raġa' lura minn wara Abner u ġama' n-nies kollha; u nqerdu min-nies ta' David dsatax-il raġel u Għaxajel.", "U n-nies ta' David qatlu mit-tribù ta' Benjamin u min-nies ta' Abner tliet mija u sittin ruħ.", "U ġarrew lil Għaxajel u difnuh f'qabar missieru f'Betlehem.", "U Ġowab u n-nies tiegħu baqgħu jterrqu l-lejl kollu, u mas-sebħ waslu Ħebron."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2SA.3", "bookref": "2SA.3", "text": ["David f'Ħebron", "Il-ġlied bejn dar Sawl u dar David dam sejjer żmien twil.", "David baqa' jissaħħaħ dejjem, u dar Sawl baqgħet sejra dejjem għall-agħar.", "U 'l David tweldulu dawn is-subien f'Ħebron: Amnon, il-kbir tiegħu, minn Aħinogħam il-Ġeżragħelija; it-tieni Kilab minn Abigajl, mart Nabal mill-Karmel; it-tielet Absalom bin Magħka, bint Tolmaj, sultan ta' Gesur; ir-raba' Adonija bin Ħaggit; il-ħames Sefatija bin Abital; is-sitt wieħed Itrigħam minn Għegla, mart David.", "Dawn twieldu lkoll f'Ħebron lil David.", "Abner u David", "Il-gwerra bejn id-dar ta' Sawl u d-dar ta' David ħadet fit-tul; u Abner baqa' jissaħħaħ fuq dar Sawl.", "Sawl kellu konkubina jisimha Risfa bint Ajja.", "U Isboset qal lil Abner: \"Għaliex ersaqt lejn il-konkubina ta' missieri?\"", "Abner inkorla bis-sħiħ għal li qallu Isboset, u qallu: \"Jaqaw ħsibtni ras ta' xi kelb ta' Ġuda?", "Sal-lum kont fidil lejn id-dar ta' Sawl missierek, lejn ħutu u ħbiebu, u ma tlaqtekx f'idejn David.", "U issa tiġi tgħajjarni b'din il-mara!", "Hekk jagħmel Alla lil Abner u aktar, jekk ma nagħmilx lil David dak li ħaliflu l-Mulej: jiġifieri li nneħħi s-saltna minn dar Sawl, u li nsaħħaħ it-tron ta' David fuq Iżrael u Ġuda minn Dan sa Birsaba.\"", "U dak ma setax iwieġeb kelma waħda lil Abner, għax kien jibża' minnu.", "U Abner bagħat malajr messaġġiera għand David jgħidulu: \"Ta' min hi l-art?", "Agħmel patt miegħi u, ara, jiena ngħinek, biex indawwar lejk lil Iżrael kollu.\"", "U David wieġbu: \"Tajjeb!", "Jien nagħmel patt miegħek.", "Ħaġa waħda nitolbok u ngħidlek: tidhirx quddiem wiċċi jekk qabel ma ġġiblix quddiemi lil Mikal bint Sawl, meta tiġi tarani.\"", "U David bagħat messaġġiera għand Isboset bin Sawl, jgħidulu: \"Agħtini 'l marti Mikal li jiena kont tgħarrast magħha bil-prezz ta' mitt ħliefa tal-Filistin.\"", "U Isboset ħadha mingħand żewġha, Paltijel bin Lajs, u bagħatha lil David.", "U żewġha wassalha sa Baħurim, jimxi u jibki warajha.", "U Abner qallu: \"Mur u erġa' lura!\"", "U dak raġa' lura.", "Abner imbagħad kellem lix-xjuħ ta' Iżrael u qalilhom: \"Issa ilkom żmien tfittxu li David isaltan fuqkom.", "Mela qumu, agħmlu li għandkom tagħmlu, la darba l-Mulej kellem lil David, u qallu: 'Bis-saħħa ta' David, qaddej tiegħi, jien nifdi l-poplu tiegħi ta' Iżrael minn id il-Filistin u minn id l-għedewwa kollha tagħhom.' \"", "U Abner issokta jkellem ukoll lid-dar ta' Benjamin, u mar ikellem ukoll lil David f'Ħebron, u jgħidlu kulma kien jogħġob lil Iżrael u d-dar ta' Benjamin.", "U Abner mar għand David f'Ħebron u miegħu kellu għoxrin raġel.", "U lil Abner u n-nies li kellu miegħu David tahom ikla kbira.", "U Abner qal lil David: \"Se nqum u mmur niġbor quddiemek, sidi s-sultan, lil Iżrael kollu biex jagħmlu patt miegħek u int issaltan fuq kollox skont ma tixtieq qalbek!\"", "U David ħallieh imur bis-sliem.", "Dak il-ħin waslu n-nies ta' David u Ġowab minn assalt, u ġiebu magħhom priża kbira.", "Abner ma kienx f'Ħebron ma' David, għax dan kien ħallieh imur bis-sliem.", "Malli Ġowab u l-qtajja' kollha li kellu miegħu waslu, in-nies ħabbru lil Ġowab u qalulu: \"Ġie Abner bin Ner għand is-sultan, u s-sultan ħallieh imur bis-sliem.\"", "U Ġowab mar għand is-sultan u qallu: \"X'għamilt?", "Ara, Abner ġie għandek.", "Għax ħallejtu jmur bis-sliem?", "Ma tafux lil Abner bin Ner?", "Li dak ġie biex iqarraq bik?", "Biex jitkixxef dħulek u ħruġek, u x'tagħmel u x'ma tagħmilx?\"", "U Ġowab ħareġ minn quddiem David u bagħat messaġġiera wara Abner, u ġagħluh jerġa' lura mill-bir ta' Sira, bla ma kien jaf David.", "Malli Abner raġa' lura f'Ħebron, Ġowab warrbu f'nofs ta' bieb biex ikellmu bil-kwiet waħdu, u hemm darbu f'żaqqu, u miet.", "U hekk Ġowab tħallas tad-demm ta' ħuh Għaxajel.", "Imbagħad sama' David b'dan u qal: \"Bla ħtija jien u saltnati mid-demm ta' Abner bin Ner quddiem il-Mulej għal dejjem.", "Jalla jaqa' dan id-demm fuq Ġowab u d-dar kollha ta' missieru!", "Jalla ma jonqos qatt minn daru l-mard bl-inxija tad-demm jew bil-ġdiem, min jistrieħ fuq il-ħatar , min imut bix-xabla, jew jittallab il-ħobż.\"", "Ġowab u ħuh Abisaj qatlu lil Abner, talli kien qatel lil ħuhom Għaxajel f'Gibgħon waqt it-taqtigħa.", "U David qal lil Ġowab u lin-nies li kienu miegħu: \"ċarrtu lbieskom, u ilbsu x-xkejjer, u ixhru għal Abner.\"", "U s-sultan David mexa wara t-tebut.", "U difnu lil Abner f'Ħebron; u s-sultan għolla leħnu u beka fuq il-qabar ta' Abner; u miegħu beka l-poplu kollu.", "U s-sultan għanna din il-lamentazzjoni għal Abner:", "\"Hekk kellu jmut Abner bħalma jmut l-iblah?", "Idejk ma kinux marbutin;", "anqas riġlejk bil-qajd!", "Bħalma jaqa' wieħed quddiem il-ħżiena,", "hekk int waqajt.\"", "U ssokta jibkih il-poplu kollu.", "U kulħadd ġie jħajjar lil David biex jiekol meta kien għadu binhar; imma David ħalef u qal: \"Dan jagħmilli Alla u iżjed, jekk induq il-ħobż jew xi ħaġa oħra qabel ma tgħib ix-xemx.\"", "U l-poplu kollu sar jaf b'dan, u kien jogħġbu kulma kien jagħmel is-sultan.", "U l-poplu kollu, saħansitra Iżrael kollu, intebaħ dakinhar li ma kienx is-sultan li qatel lil Abner bin Ner.", "U s-sultan qal lill-qaddejja tiegħu: \"Ma tafux li prinċep u raġel kbir waqa' llum f'Iżrael?", "Għad li jien midluk sultan iddgħajjift illum: dawn in-nies, ulied Seruja, huma eqlel minni.", "U jħallas il-Mulej id-deni lil min jagħmel id-deni, skont il-ħsara li jkun għamel.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2SA.4", "bookref": "2SA.4", "text": ["Il-mewt ta' Isboset", "Isboset bin Sawl sama' li Abner kienu qatluh f'Ħebron, u għebet il-ħila minn idejh, u Iżrael kollu baqgħu mbellhin.", "Isboset bin Sawl kellu żewġ kapijiet tal-eżerċtu, jisimhom wieħed Bagħna u l-ieħor Rekab, ulied Rimmon minn Birot mit-tribù ta' Benjamin, billi Birot kienet fl-art ta' Benjamin.", "In-nies ta' Birot kienu ħarbu lejn Gittajm, u baqgħu jgħixu hemm bħallikieku barranin sal-lum.", "Issa Ġonatan bin Sawl kellu iben immankat minn riġlejh; dan kellu ħames snin meta waslet l-aħbar tal-mewt ta' Sawl u Ġonatan minn Ġeżragħel; u l-imreddgħa tiegħu qabditu u ħarbet bih; fl-għaġla li kellha biex taħrab, it-tifel waqa' u zzappap.", "Kien jismu Mefiboset .", "Ulied Rimmon il-Biroti, Rekab u Bagħna, marru u daħlu f'dar Isboset fl-eqqel tas-sħana tal-jum, u sabuh rieqed ir-raqda ta' nofsinhar.", "Il-mara tal-bieb kienet qiegħda tnaqqi l-qamħ, ħadha n-ngħas u raqdet.", "U Rekab u Bagħna, ħuh, baqgħu deħlin inkiss inkiss ġod-dar, u sabuh mimdud fuq friexu f'kamartu; qatluh, qatgħulu rasu, ħaduha, u baqgħu sejrin biha l-lejl kollu fl-Għaraba.", "U ġiebu ras Isboset għand David f'Ħebron u qalu lis-sultan: \"Hawn hi ras Isboset bin Sawl, l-għadu tiegħek, li kien ifittixlek ħajtek.", "Il-Mulej illum tħallas b'risq sidi s-sultan minn Sawl u minn nislu.\"", "U David wieġeb lil Rekab u lil ħuh Bagħna, ulied Rimmon il-Biroti, u qalilhom: \"Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, li ħelisni minn kull għawġ!", "Lil dak li ġie ħabbarli li Sawl kien miet u li kien ħaseb li kien ġiebli xi aħbar tajba, jien qbadtu u qtiltu f'Siklag, u hekk ħallastu tal-bxara.", "Kemm aktar issa, li nies ta' qattagħni qatlu bniedem ġust f'daru u f'soddtu, infittex inqaċċatkom minn wiċċ l-art, u nitħallas minnkom ta' demmu?\"", "U David ordna lill-qaddejja tiegħu li joqtluhom, jaqtgħulhom idejhom u riġlejhom, u jdendluhom ħdejn il-menqgħa ta' Ħebron.", "U ras Isboset ħaduha u difnuha fil-qabar ta' Abner f'Ħebron."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2SA.5", "bookref": "2SA.5", "text": ["David sultan ta' Iżrael kollu", "Imbagħad it-tribujiet kollha ta' Iżrael ġew għand David f'Ħebron u qalulu: \"Arana, għadmek u laħmek aħna!", "Fl-imgħoddi, meta Sawl kien sultan fuqna, kont int li kont toħroġ lil Iżrael għall-gwerra u ġġibhom lura, u l-Mulej qallek: 'Int għad tirgħa l-poplu tiegħi u tkun prinċep fuq Iżrael.'", "\" U x-xjuħ kollha ta' Iżrael ġew għand is-Sultan f'Ħebron u s-sultan David għamel patt magħhom f'Ħebron quddiem il-Mulej; u lil David dilkuh sultan fuq Iżrael.", "Tletin sena kellu David meta sar sultan, u dam isaltan erbgħin sena; seba' snin u sitt xhur fuq Ġuda f'Ħebron; u tlieta u tletin sena f'Ġerusalemm fuq Iżrael kollu u fuq Ġuda.", "David jidħol Ġerusalemm", "Is-sultan mar bin-nies tiegħu Ġerusalemm kontra l-Ġebusin, li kienu jgħammru fil-pajjiż.", "U qalu lil David: \"Ma tidħolx hawn!", "Biżżejjed l-għomja u z-zopop biex ikeċċuk,\" fi kliem ieħor: \"David ma jidħolx.\"", "Imma David ħa f'idejh il-fortizza ta' Sijon, li hi l-Belt ta' David .", "U David dakinnhar kien qal: \"Min se jidrob lill-Ġebusi, ħa jitla' mill-ispiera u jaħbat għaz-zopop u l-għomja, mistmerra minn David?\"", "Għalhekk għadhom jgħidu sal-lum: \"Il-bniedem agħma jew zopp ma jidħolx fid-dar.\"", "U David beda jgħammar fil-fortizza u semmieha l-Belt ta' David.", "U bena dawramejt magħha minn Millu 'l ġewwa.", "U David baqa' dejjem jissaħħaħ u l-Mulej, Alla tal-eżerċti, kien dejjem miegħu.", "U Ħiram, sultan ta' Tir, bagħat messaġġ għand David, u injam taċ-ċedru, mastrudaxxi u naġġara tal-ġebel; u dawn bnew dar għal David.", "U David għaraf li l-Mulej kien wettqu sultan fuq Iżrael, u li għolla saltnatu minħabba l-poplu tiegħu Iżrael.", "Imbagħad David ħa konkubini u nisa oħra minn Ġerusalemm, wara li kien ġie minn Ħebron; u tweldulu aktar subien u bniet.", "U dawn huma l-ismijiet tal-ulied li twieldu lil David f'Ġerusalemm: Sammugħa u Sobab, Natan u Salamun.", "Ibħar u Elisugħa, Nefeg u Ġafigħa u Elisama u Eljada u Elifelet.", "David u l-Filistin", "U l-Filistin semgħu li kienu dilku lil David sultan fuq Iżrael kollu; u telgħu lkoll ifittxu lil David; malli David sama' bihom, niżel fil-fortizza; u l-Filistin ġew u xterdu fil-wied ta' Refajm.", "David stħarreġ lill-Mulej u qal: \"Nitla' kontra l-Filistin?", "Terħihomli f'idejja?\"", "U l-Mulej wieġeb lil David: \"Itla', għaliex il-Filistin se nerħihom f'idejk.\"", "David mar f'Bagħal-perasim; u hemm tahom xebgħa, u mbagħad qal: \"Ħarbat il-Mulej l-għedewwa tiegħi, bħalma l-ilma jħarbat kollox quddiemu .\"", "Għalhekk il-post semmewh Bagħal-perasim.", "Il-Filistin ħallew hemm l-idoli tal-allat tagħhom, u ġabruhom David u n-nies tiegħu.", "Imma l-Filistin reġgħu telgħu u tqassmu fil-wied ta' Refajm.", "U David stħarreġ lill-Mulej u l-Mulej wieġbu: \"Titlax għalihom: dur għal warajhom, u ħudhom minn wara minn biswit is-siġar tal-balzmu.", "Malli tisma' t-tħaxwix tal-mixi fuq il-qċaċet tas-siġar tal-balzmu ħaffef malajr għaliex dak il-ħin joħroġ il-Mulej quddiemek u jkisser il-kamp tal-Filistin.\"", "U David għamel bħalma ordnalu l-Mulej, u ħarbat il-Filistin minn Geba sa ma tasal Geżer."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2SA.6", "bookref": "2SA.6", "text": ["L-arka f'Ġerusalemm", "U David ġama' l-aħjar nies ta' Iżrael, tletin elf ruħ.", "Imbagħad David qam u telaq bil-poplu kollu miegħu minn Bagħale-ġuda biex italla' minn hemm l-arka ta' Alla, li ġġib l-isem tal-Mulej tal-eżerċti, li qiegħed fuq il-kerubini.", "U għabbew l-arka ta' Alla fuq karru ġdid u ġarrewha mid-dar ta' Abinadab, li kienet fuq l-għolja .", "U Għużża u Aħiju, ulied Abinadab, kienu jsuqu l-karru l-ġdid bl-arka ta' Alla fuqu, u Aħiju kien miexi quddiem l-arka.", "U David u d-dar kollha ta' Iżrael kienu jiżfnu u jaqbżu bil-ferħ quddiem il-Mulej b'kemm kellhom saħħa, bl-għana u d-daqq taċ-ċetri, l-arpi, it-tnabar, iċ-ċnieċel u l-platti.", "Xħin waslu ħdejn il-qiegħa ta' Nakon, il-gniedes tfixklu u Għużża medd idu lejn l-arka ta' Alla biex iżommha.", "Il-Mulej għadab għal Għużża, u Alla laqtu hemm u baqa' mejjet tal-post ħdejn l-arka ta' Alla.", "David għela għax laqat il-Mulej lil Għużża, u sejjaħ il-post Pereż-għużża sal-lum.", "Dakinhar David ħass ruħu beżgħan quddiem il-Mulej u qal: \"Kif jista' jkun li l-arka tal-Mulej tidħol għandi?\"", "U David ma riedx idaħħal għandu l-arka tal-Mulej fil-belt ta' David, u ħadha fid-dar ta' Għobededom il-Gitti.", "U l-arka tal-Mulej baqgħet f'dar Għobededom, il-Gitti, tliet xhur sħaħ.", "U l-Mulej bierek lil Għobededom u 'l daru kollha.", "U lis-sultan David qalulu: \"Il-Mulej bierek dar Għobededom u kulma għandu minħabba l-arka ta' Alla.\"", "U mar David u talla' l-arka ta' Alla bil-ferħ mid-dar ta' Għobededom għall-belt ta' David.", "U malli r-reffiegħa tal-arka tal-Mulej imxew xi sitt passi, offra b'sagrifiċċju gendus u għoġol imsemmen.", "David, liebes efod tal-għażel, beda jiżfen b'ħiltu kollha quddiem il-Mulej.", "U hekk David u d-dar kollha ta' Iżrael wasslu l-arka tal-Mulej b'għajjat ta' ferħ u daqq tat-trombi.", "Ġara li, hi u dieħla l-arka tal-Mulej fil-belt ta' David, Mikal, bint Sawl, ittawlet mit-tieqa, u lemħet is-sultan David jaqbeż u jiżfen quddiem il-Mulej, u stmerritu f'qalbha.", "Ġiebu l-arka tal-Mulej u qegħduha f'postha, fit-tinda li kien waqqaf għaliha David.", "David imbagħad offra sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifiċċji tas-sliem quddiem il-Mulej.", "Meta kien offra s-sagrifiċċji tal-ħruq u s-sagrifiċċji tas-sliem, David bierek il-poplu b'isem il-Mulej tal-eżerċti; u qassam lill-poplu kollu, lill-kotra ta' Iżrael, irġiel u nisa, ftira ħobż, biċċa laħam u ċappa żbib kull wieħed.", "U l-poplu kollu telaq, kulħadd lejn daru.", "Xħin David raġa' lura d-dar biex isellem lil niesu, ħarġet Mikal, bint Sawl, tilqgħu u qaltlu: \"Kemm kien sabiħ illum is-sultan ta' Iżrael, mikxuf quddiem għajnejn in-nisa tal-qaddejja tiegħu, bħalma jinkixef raġel bla ġieħ!\"", "U David wieġeb lil Mikal: \"Il-Mulej kien li għażilni flok missierek u daru kollha, u għamilni prinċep fuq il-poplu ta' Iżrael, il-poplu tal-Mulej; iva, jiena żfint quddiem il-Mulej.", "Anzi niċċekken aktar minn hekk.", "Ħa nitlef ġieħi f'għajnejk, imma nissebbaħ quddiem il-qaddejja nisa li semmejt int.\"", "U Mikal, bint Sawl, baqgħet bla tfal sa ma mietet."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2SA.7", "bookref": "2SA.7", "text": ["Il-wegħda tal-Mulej", "Meta s-sultan David mar joqgħod f'daru, u l-Mulej serrħu mill-għedewwa kollha ta' madwaru, is-sultan qal lil Natan il-profeta: \"Issa, ara jiena qiegħed f'dar taċ-ċedru, u l-arka ta' Alla qiegħda f'nofs ta' tinda!\"", "U qal Natan lis-sultan: \"Kulma għandek fi ħsiebek li tagħmel, mur agħmlu, għax il-Mulej miegħek.\"", "Imma dak il-lejl stess ġiet il-kelma tal-Mulej lil Natan u qallu: \"Mur għid lill-qaddej tiegħi David: 'Dan jgħid il-Mulej: Se tibnili int dar biex noqgħod fiha?", "Jiena ma għammart f'ebda dar minn mindu tellajt lil ulied Iżrael mill-Eġittu sal-lum.", "Jiena kont niġġerra f'tinda u f'għarix .", "F'dak iż-żmien kollu li kont niġġerra 'l hawn u 'l hinn ma' wlied Iżrael, qatt għedt lil xi ħadd mill-kapijiet ta' Iżrael li jien kont qabbadt jirgħu l-poplu tiegħi Iżrael: Għaliex ma bnejtlix dar taċ-ċedru?'", "\"U issa għid lill-qaddej tiegħi David: 'Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: Ara, jiena ħadtek mill-mergħat minn wara l-imrieħel biex tkun prinċep fuq il-poplu tiegħi Iżrael.", "Dejjem kont miegħek f'kulma kont tidħol għalih; u meta int qridt l-għedewwa tiegħek kollha minn quddiemek.", "Issa jiena nibnilek isem kbir jixbah l-ismijiet il-kbar li hawn fid-dinja.", "Nagħmel post għall-poplu tiegħi Iżrael, u nqiegħdu hemm fejn jgħammar bla biża', u ma jgħakksuhx iżjed il-ħżiena bħalma għamlu sa minn dejjem, jiġifieri sa minn meta qajjimt l-imħallfin fuq il-poplu tiegħi Iżrael; u nserrħek mill-għedewwa tiegħek kollha.", "'Lilek imbagħad il-Mulej jagħtik kelma li jibnilek dar.", "U meta inti ttemm żmienek, u tkun striħajt ma' missirijietek, jiena nqajjem nislek warajk, nisel ħiereġ mill-ġewwieni tiegħek, u nsaħħaħ is-saltna tiegħu.", "Huwa jibni dar lil ismi, u jiena nsaħħaħ it-tron tas-saltna tiegħu għal dejjem.", "Jiena nkun għalih missier, u hu jkun għalija iben.", "Jekk jagħmel il-ħażin, jiena nwiddbu bl-istess bastun tal-bnedmin, u bid-daqqiet li jagħtu l-bnedmin.", "Imma t-tjieba tiegħi lejh qatt ma nwarrabha għalkollox minnu, bħalma warrabtha minn ma' Sawl li jiena begħedt minn quddiemek.", "Il-familja tiegħek u s-saltna tiegħek jibqgħu sħaħ għal dejjem quddiemi .", "It-tron tiegħek jibqa' sħiħ għal dejjem.' \"", "Natan kellem lil David skont dan il-kliem u din il-viżjoni.", "David quddiem il-Mulej", "Imbagħad David mar quddiem il-Mulej, u qal: \"Min jien jien, Sidi Mulej, u min hi l-familja tiegħi, biex wassaltni sa hawn?", "Imma dan kien għadu ftit f'għajnejk, Sidi Mulej; u issa tkellimt ukoll mill-familja tal-qaddej tiegħek għal żmien li għadu 'l bogħod.", "U dan turih lill-bniedem, Sidi Mulej!", "\"U x'jista' jgħidlek David, iżjed, int taf il-qaddej tiegħek, Sidi Mulej.", "Int imxejt skont il-wegħda tiegħek, u qalbek, u għarraft dan il-kobor kollu lill-qaddej tiegħek.", "Għalhekk int kbir, Sidi Mulej.", "Tassew ma hawn ħadd daqsek, u ebda alla ieħor ħliefek skont ma smajna b'widnejna.", "U liema poplu ieħor fid-dinja hu bħal Iżrael, il-poplu tiegħek, li Alla nqala' biex jifdih u jagħmlu l-poplu tiegħu, u jagħtih isem, u permezz tiegħu jagħmel għalih ħwejjeġ kbar u tal-għaġeb bħal meta int keċċejt il-ġnus u allathom minn quddiem il-poplu tiegħek, li int fdejt mill-Eġittu?", "Int waqqaft il-poplu tiegħek Iżrael bħala poplu tiegħek għal dejjem; int, Mulej, sirt Alla tagħhom.", "\"U issa, Mulej Alla, il-kelma li int għedt dwar il-qaddej tiegħek u l-familja tiegħu, żommha għal dejjem, u agħmel kif għedt.", "B'hekk ismek ikun imfaħħar għal dejjem b'dan il-kliem: 'Il-Mulej tal-eżerċti hu Alla fuq Iżrael!'", "U l-familja tal-qaddej tiegħek David tibqa' sħiħa quddiemek.", "\"Għaliex int, Mulej tal-eżerċti, Alla ta' Iżrael, għarraft lill-qaddej tiegħek u għedtlu: 'Jiena nibnilek dar.'", "Għalhekk il-qaddej tiegħek għamel il-qalb li jagħmillek din it-talba.", "U issa, Sidi Mulej, int Alla, il-kelma tiegħek hi sewwa, u int wegħedt dan il-ġid lill-qaddej tiegħek.", "Qum u bierek il-familja tal-qaddej tiegħek, ħalli tibqa' sħiħa quddiemek għal dejjem!", "Għax int, Sidi Mulej, tkellimt, u l-familja tal-qaddej tiegħek tkun imbierka għal dejjem minħabba fil-barka tiegħek.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2SA.8", "bookref": "2SA.8", "text": ["Ir-rebħ ta' David", "Ġara li wara dan David ħabat għall-Filistin u għelibhom u ħadilhom minn taħt idejhom il-belt ta' Meteg-ħa-amma.", "Kisser ukoll lil Mowab, meddhom fl-art u qieshom bil-ħabel; qies żewġt iħbula għall-mewt , u ħabel wieħed ħalliehom ħajjin.", "Hekk il-Mowabin sfaw suġġetti għal David u kellhom iħallsu l-ħaraġ.", "Rebaħ ukoll David lil Ħadad-għeżer bin Reħob, sultan ta' Soba, meta dan mar biex iwaqqaf saltnatu sax-xmara .", "David ħadlu elf u seba' mitt rikkieb u għoxrin elf fanterija.", "U David qata' l-għeruq ta' għarqub iż-żwiemel kollha tal-karrijiet, imma ħalla sħaħ minnhom għal mitt karru.", "Aram ta' Damasku mar jgħin lil Ħadad-għeżer, sultan ta' Soba, u David ħabat għal Aram u qered minnhom tnejn u għoxrin elf raġel.", "Imbagħad David qiegħed għases f'Aram ta' Damasku, u hekk l-Aramin saru suġġetti għal David, u bdew iħallsu l-ħaraġ.", "U l-Mulej kien jgħin lil David f'kulma kien jidħol għalih.", "U David ħa t-tarkiet tad-deheb li kellhom fuqhom il-qaddejja ta' Ħadad-għeżer, u ġiebhom f'Ġerusalemm.", "Minn Betaħ imbagħad, u minn Berotaj, bliet ta' Ħadad-għeżer, is-sultan David ħa ħafna ram.", "U Togħi, is-sultan ta' Ħamat, sar jaf li David qered il-forza kollha ta' Ħadad-għeżer, u bagħat lil ibnu Ġoram għand is-sultan David biex iselli għalih u jifraħlu talli ħabat għal Ħadad-għeżer u qerdu - għax Ħadad-għeżer kien miġġieled ma' Togħi.", "U Ġoram ġieb f'idu tagħmir tal-fidda u tagħmir tad-deheb u tagħmir tar-ram.", "U s-sultan David ikkonsagrahom lill-Mulej flimkien mal-fidda u d-deheb li kien ikkonsagra wara li ħadhom mingħand il-ġnus li kien rebaħ, jiġifieri, minn Aram, minn Mowab, mingħand ulied Għammon, mill-Filistin, minn Għamalek, u mill-priża ta' Ħadad-għeżer bin Reħob, sultan ta' Soba.", "Wara li kien raġa' lura mix-xebgħa li kien ta lil Aram, David għamel isem ukoll billi qered tmintax-il elf ruħ mill-Edomin f'Wied il-Melħ.", "U mbagħad ħalla għases f'Edom; u Edom kollha waqgħet taħt il-ħakma ta' David.", "Hekk il-Mulej kien irebbaħ lil David f'kulma kien jidħol għalih.", "L-amministrazzjoni", "U David kien isaltan fuq Iżrael kollu, u kien jagħmel il-ħaqq u l-ġustizzja mal-poplu kollu tiegħu.", "U Ġowab bin Seruja kien jikkmanda l-eżerċtu; u Ġosafat bin Aħilud kien segretarju; u Sadok bin Aħitub u Aħimelek bin Abjatar kienu qassisin; u Sisa kien kronista.", "Benajja bin Ġojada, kien fuq il-Keretin u l-Peletin; ulied David, imbagħad, kienu qassisin."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2SA.9", "bookref": "2SA.9", "text": ["David u bin Ġonatan", "U David staqsa: \"Hemm xi ħadd li għadu ħaj mid-dar ta' Sawl, biex nurih imħabbti f'ġieħ Ġonatan?\"", "Kien hemm qaddej mid-dar ta' Sawl, li kien jismu Siba.", "U sejħulu għal quddiem David, u s-sultan staqsieh: \"Inti Siba?\" u dak wieġeb: \"Qaddej tiegħek!\"", "U s-sultan qallu: \"Fadal xi ħadd mid-dar ta' Sawl biex nagħmel miegħu l-ħniena ta' Alla?\"", "U Siba wieġeb lis-sultan: \"Għad fadal bin Ġonatan, zopp minn riġlejh it-tnejn.\"", "U s-sultan issokta jgħidlu: \"Fejn hu?\"", "U Siba wieġeb lis-sultan: \"Qiegħed fid-dar ta' Makir bin Għammijel f'Lodebar.\"", "U s-sultan David bagħat għalih u ġabuh mid-dar ta' Makir bin Għammijel minn Lodebar.", "U Mefiboset bin Ġonatan, bin Sawl, resaq quddiem David u niżel wiċċu fl-art quddiemu u tah qima.", "U David qal: \"Mefiboset!\"", "U dak wieġbu: \"Qaddej tiegħek!\"", "U David qallu: \"La tibżax, għax se nagħmel ħniena miegħek f'ġieħ Ġonatan missierek; irroddlok lura l-oqsma kollha ta' missierek Sawl, u inti tiekol mill-mejda tiegħi għal dejjem.\"", "U niżel wiċċu fl-art quddiemu u tah qima u qallu: \"X'inhu l-qaddej tiegħek biex inti dawwart wiċċek lejn kelb mejjet bħali?\"", "U s-sultan sejjaħ lil Siba, il-qaddej ta' Sawl, u qallu: \"Kulma kellu Sawl u d-dar tiegħu tajtu lil bin sidek.", "Inti taħdimlu r-raba', inti u wliedek u l-qaddejja tiegħek; u int iġġib il-frott lil bin sidek, ħalli dar sidek ikollhom x'jieklu; imma Mefiboset bin Sidek jibqa' jiekol dejjem mill-mejda tiegħi.\"", "Siba, li kellu ħmistax-il tifel u għoxrin qaddej, wieġeb lis-sultan: \"Kulma ordna sidi s-sultan lill-qaddej tiegħu, hekk jagħmel il-qaddej tiegħu.\"", "U Mefiboset baqa' jiekol mill-mejda tas-sultan bħallikieku wieħed minn uliedu.", "Mefiboset kellu tifel żgħir jismu Mika; u dawk kollha li kienu joqogħdu f'dar Siba kienu qaddejja ta' Mefiboset.", "U Mefiboset kien joqgħod Ġerusalemm, għax kien jiekol mill-mejda tas-sultan, u kien zopp minn riġlejh it-tnejn."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2SA.10", "bookref": "2SA.10", "text": ["Ir-rebħ fuq l-Għammonin u l-Aramin", "Ġara li wara dan miet is-sultan ta' wlied Għammon, u daħal isaltan floku Ħanun, ibnu.", "U David qal: \"Ħa rrodd lil Ħanun bin Naħas il-favur li missieru għamel miegħi.\"", "U David bagħat il-qaddejja tiegħu jagħtuh l-għomor għall-mewt ta' missieru.", "U l-qaddejja ta' David marru fl-art ta' wlied Għammon.", "U l-kapijiet ta' wlied Għammon qalu lil Ħanun, sidhom: \"Taħseb int li David bagħat jagħtik l-għomor permezz tal-qaddejja tiegħu biex jagħti ġieħ lil missierek?", "Mhux biex jistħarreġ il-belt, u jitkixxifha u jaqlibha ta' taħt fuq bagħat il-qaddejja tiegħu għandek David, biex imbagħad iġarrafha?\"", "U Ħanun qabad lill-qaddejja ta' David u qaxxrilhom nofs ilħithom u qatgħalhom nofs ilbieshom minn qaddhom 'l isfel, u telaqhom.", "U għarrfu lil David u bagħat lil min jilqagħhom, għaliex dawn l-irġiel ħassew ruħhom avviliti għall-aħħar.", "U s-sultan qalilhom: \"Oqogħdu f'Ġeriko sakemm tikbrilkom il-leħja, imbagħad erġgħu lura.\"", "Meta l-Għammonin raw li kisruha ma' David, bagħtu jikru minn fost l-Aramin ta' Bet-reħob u l-Aramin ta' Soba għoxrin elf raġel fanterija, u elf oħra mingħand is-sultan ta' Magħka; u tnax-il elf mill-poplu ta' Tob.", "David sama' b'dan u bagħat lil Ġowab u l-eżerċtu kollu bin-nies qalbiena.", "Ulied Għammon ħarġu u ħadu posthom għall-ġlied fid-daħla tal-bieb; u l-Aramin ta' Soba, u ta' Reħob, u n-nies ta' Tob u ta' Magħka tqassmu għalihom weħidhom fir-raba'.", "Meta Ġowab ra li kien imhedded minn quddiem u minn wara, għażel l-aħjar min-nies kollha ta' Iżrael, u qassamhom quddiem l-Aramin.", "U l-bqija tal-poplu ħallieh f'idejn ħuh Abisaj, u qassamhom quddiem l-Għammonin.", "U qallu: \"Jekk l-Aramin insibhom aqwa minni, int ejja għinni; u jekk int issib l-Għammonin aqwa minnek, niġi ngħinek jien.", "Agħmel il-ħila, u nissieltu għall-poplu tagħna u għall-bliet ta' Alla tagħna, imbagħad il-Mulej jagħmel dak li jidhirlu.\"", "U Ġowab u n-nies li kellu miegħu marru jaħbtu għall-Aramin, u dawn ħarbu minn quddiemu.", "Malli wlied Għammon raw li l-Aramin ħarbu, ħarbu minn quddiem Abisaj u daħlu fil-belt.", "U Ġowab raġa' lura mingħand l-Għammonin u mar u telaq lejn Ġerusalemm.", "L-Aramin raw li marru minn taħt quddiem l-Iżraelin, u għalhekk ingħaqdu lkoll flimkien.", "Ħadad-għeżer bagħat jiġbor l-Aramin min-naħa l-oħra tax-xmara .", "U ġew Ħelam, bil-mexxej tagħhom Sobak, il-kmandant tal-eżerċtu ta' Ħadad-għeżer, quddiemhom.", "David sar jaf b'dan u ġama' lil Iżrael kollu, qasam il-Ġordan, u wasal sa Ħelam.", "L-Aramin tqassmu kontra David u ħabtu għalih.", "U l-Aramin ħarbu minn quddiem Iżrael u David qatel mill-Aramin seba' mitt sewwieq tal-karrijiet u erbgħin elf rikkieb u darab ukoll lil Sobak, il-kmandant tal-eżerċtu, li baqa' mejjet tal-post.", "U s-slaten, l-alleati ta' Ħadad-għeżer, malli raw li tkissru quddiem Iżrael, għamlu l-paċi ma' Iżrael u saru suġġetti għalihom.", "U l-Aramin beżgħu jibqgħu jgħinu iżjed lin-nies ta' Għammon."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2SA.11", "bookref": "2SA.11", "text": ["David u Batseba", "Ġara li fil-bidu tas-sena , meta s-slaten soltu joħorġu għall-gwerra, David bagħat lil Ġowab, u l-qaddejja tiegħu, u Iżrael kollu għall-gwerra; wara li ħarbtu l-art tal-Għammonin, dawru l-belt ta' Rabba.", "Imma David baqa' Ġerusalemm.", "Ġara li, għall-ħabta ta' filgħaxija David qam minn friexu u mar jagħmel mixja fuq is-setaħ tal-palazz tas-sultan u minn fuq is-setaħ jilmaħ mara qiegħda tinħasel.", "Il-mara kienet sabiħa ħafna fl-għajn.", "U David bagħat jistaqsi min kienet dik il-mara.", "U qalulu: \"Dik Batseba bint Eligħam, mart Urija l-Ħitti.\"", "U David bagħat il-messaġġiera tiegħu għaliha; u hi daħlet għandu, u hu mtedd magħha - kienet għadha kemm tnaddfet mill-inġiesa tax-xahar tagħha - u telqet lejn darha.", "U l-mara tqalet u bagħtet tgħid lil David u qaltlu: \"Jien tqalt.\"", "Imbagħad David bagħat jgħid lil Ġowab: \"Ibgħatli lil Urija l-Ħitti.\"", "U Ġowab bagħat lil Urija għand David.", "Meta Urija wasal, David staqsieh jekk kienx tajjeb Ġowab, kienx tajjeb l-eżerċtu, u jekk kinitx sejra tajjeb il-gwerra.", "U fl-aħħar qallu: \"Inżel id-dar tiegħek, u aħsel riġlejk.\"", "Urija ħareġ mill-palazz tas-sultan, u dan bagħatlu rigal.", "Iżda Urija raqad wara l-bieb tal-palazz tas-sultan mal-qaddejja ta' sidu, u ma marx id-dar.", "U għarrfu b'dan lil David: \"Urija,\" qalulu, \"ma marx f'daru.\"", "David għalhekk qal lil Urija: \"M'intix ġej mit-triq?", "Għaliex ma nżiltx f'darek?\"", "U Urija wieġeb lil David: \"L-arka ta' Iżrael u Ġuda qegħdin fit-tined, u sidi Ġowab u l-qaddejja ta' sidi fil-kamp għall-beraħ tar-raba', u mbagħad jien immur f'dari niekol u nixrob, u norqod ma' marti?", "F'ħajjietek u ħajjet ruħek, dan ma nagħmlu qatt.\"", "David wieġeb lil Urija: \"Oqgħod hawn illum ukoll, u għada nħallik tmur.\"", "U Urija baqa' Ġerusalemm dakinhar.", "U l-għada David stiednu biex jiekol u jixrob miegħu, u sakkru.", "Filgħaxija Urija mar jorqod fuq friexu mal-qaddejja ta' sidu, u d-dar ma niżilx.", "L-għada David kiteb ittra lil Ġowab u bagħathielu ma' Urija.", "Fl-ittra kitiblu dan il-kliem: \"Qiegħed lil Urija fl-eħrex tat-taqbida quddiem nett, u intom tbiegħdu minn warajh, ħalli joqtluh u jmut.\"", "Meta Ġowab kien jassedja l-belt, qiegħed lil Urija fil-post fejn kien jaf li kien hemm nies mill-aktar qalbiena.", "In-nies tal-belt ħarġu u ħabtu għal Ġowab.", "Ħafna mill-eżerċtu, fosthom ukoll qaddejja ta' David, waqgħu, u miet ukoll Urija l-Ħitti.", "Imbagħad Ġowab bagħat jgħarraf lil David b'kulma ġara fil-battalja.", "Lill-messaġġier ordnalu u qallu: \"Meta tkun tajt l-aħbar dwar il-battalja lis-sultan, jekk is-sultan jixgħel bl-għadab u jgħidlek: 'Għaliex ersaqtu lejha daqshekk biex taħbtu għaliha?", "Ma kontux tafu li kienu jistgħu jwaddbu l-vleġeġ minn fuq is-swar?", "Min qatel lil Abimelek bin Ġerub-boset?", "Mhux mara kienet li waddbitlu l-ġebla tat-tħin minn fuq is-sur u miet f'Tebes?", "Għala rsaqtu daqshekk lejn is-sur?'", "Int għandek twieġbu: 'U miet ukoll il-qaddej tiegħek Urija l-Ħitti.' \"", "U l-messaġġier telaq u mar iħabbar lil David dak kollu li bagħat jgħidlu Ġowab.", "U l-messaġġier żied jgħidlu: \"L-għadu għelibna; ħarġu għalina fil-kampanja, u aħna rassejniehom lejn dħul il-bieb.", "U bdew iwaddbu l-vleġeġ minn fuq is-swar u mietu xi qaddejja tas-sultan, u miet ukoll il-qaddej tiegħek Urija l-Ħitti.\"", "U David wieġeb lill-messaġġier: \"Dan għid lil Ġowab: 'Teħodhiex bi kbira din, għaliex ix-xabla teqred, issa hawn u issa hemm!", "Aħbat għall-belt b'qawwa akbar u ġarrafha.'", "U qawwilu qalbu!", "U l-mara ta' Urija semgħet li r-raġel tagħha Urija miet, u bkiet lil żewġha.", "Malli għadda żmien il-vistu, David bagħat għaliha u daħħalha f'daru; iżżewwiġha u wilditlu tifel.", "Imma dan għemil David ma għoġobx lill-Mulej."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2SA.12", "bookref": "2SA.12", "text": ["Natan iċanfar lil David", "Għalhekk il-Mulej bagħat lil Natan il-profeta għand David.", "U mar għandu u qallu: \"Kien hemm żewġt irġiel mill-istess belt, wieħed sinjur u l-ieħor fqir.", "Is-sinjur kellu kotra kbira ta' nagħaġ u baqar.", "Il-fqir ma kellu xejn ħlief ħarufa żgħira, li kien xtara.", "Hu rabbieha, u kibret flimkien miegħu u ma' wliedu, kienet tiekol mill-ftiet tiegħu, tixrob mill-kus tiegħu, u torqod fi ħdanu; għalih kienet qisha bintu.", "\"Darba waħda ġie vjaġġatur għand is-sinjur; dan ma kellux qalb jieħu min-nagħaġ u l-baqar tiegħu biex ilesti l-ikel lill-vjaġġatur li kien wasal għandu.", "Ħa l-ħarufa ta' dak l-imsejken raġel, u ħejja l-ikel għal dak li kien ġie għandu.\"", "David xegħel bl-għadab għal dan il-bniedem, u qal lil Natan: \"Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, il-bniedem li għamel dan ħaqqu l-mewt.", "Il-ħarufa jħallas għaliha erba' darbiet, għax għamel dan u ma kellux ħniena.\"", "Imbagħad Natan qal lil David: \"Inti hu dak il-bniedem!", "Dan jgħid il-Mulej, Alla ta' Iżrael: Jiena dliktek sultan fuq Iżrael, jiena ħlistek minn idejn Sawl; u tajtek id-dar ta' sidek u n-nisa ta' sidek fi ħdanek; tajtek id-dar ta' Iżrael u ta' Ġuda; u jekk dan kien għadu ftit, kont inżidlek daqshekk ieħor.", "Għaliex mela stmerrejt il-kelma tal-Mulej u għamilt il-ħażin f'għajnejh?", "Drabt lil Urija l-Ħitti bix-xabla, ħadtlu 'l martu b'martek, u lilu qtiltu bix-xabla tal-Għammonin.", "U issa ma titwarrab qatt ix-xabla mill-familja tiegħek talli int stmerrejtni, u ħadt lil mart Urija l-Ħitti biex tkun martek.", "\"Dan jgħid il-Mulej: Arani se naqlagħlek l-inkwiet mill-familja tiegħek stess; neħodlok in-nisa tiegħek minn taħt għajnejk, u nagħtihom lil ħaddieħor, u jimtedd magħhom għad-dawl ta' din ix-xemx.", "Int għamilt kollox bil-moħbi, imma jien nagħmlu għad-dawl tax-xemx, quddiem Iżrael kollu.\"", "U David qal lil Natan: \"Jiena dnibt kontra l-Mulej!\"", "U Natan wieġbu: \"Il-Mulej ukoll ħafirlek dnubek; int ma tmutx; imma billi int b'għemilek stmerrejt il-Mulej, l-iben li jitwelidlek żgur li jmut.\"", "U Natan mar lura lejn daru.", "Il-mewt ta' bin David u t-twelid ta' Salamun", "U l-Mulej darab it-tifel li wildet lil David mart Urija, u marad.", "U David talab lil Alla għat-tarbija u sam, u mar u għadda l-lejl mixħut fl-art.", "U qagħdu x-xjuħ ta' daru ħdejh biex iqajmuh mill-art, iżda hu ma riedx, u ma kiel xejn magħhom.", "U ġara li mas-seba' jum it-tifel miet; u l-qaddejja ta' David beżgħu jgħarrfuh li t-tifel kien miet, għax qalu: \"Araw, sakemm it-tifel kien għadu ħaj tkellimna miegħu u ma semagħniex, u issa kif nistgħu ngħidulu: 'Miet it-tifel?'", "Jagħmillu ħażin.\"", "U David ra lill-qaddejja tiegħu ifesfsu bejniethom u fehem li t-tifel miet.", "U David qal lill-qaddejja: \"Jaqaw miet it-tifel?\"", "U huma wieġbu: \"Iva.\"", "U qam David mill-art, inħasel, indilek, biddel ħwejġu u mar f'dar il-Mulej jagħtih qima wiċċu fl-art.", "Imbagħad mar id-dar u talabhom jiekol, u lestewlu l-ikel, u kiel.", "U l-qaddejja qalulu: \"Din x'inhi li għamilt, somt minħabba t-tifel meta kien għadu ħaj u bkejtu, u issa li t-tifel miet, qomt u kilt il-ħobż?\"", "U hu wieġeb: \"Sakemm it-tifel kien għadu ħaj, somt u bkejt, għax għedt, 'Min jaf jekk il-Mulej iħennx għalija u jgħix it-tifel?'", "Issa li miet, għalfejn insum?", "Nista' jien nerġa' nġibu lura?", "Jien immur lejħ, imma hu ma jerġax lura lejja.\"", "David imbagħad farraġ 'il Batseba martu, u resaq lejha, imtedd magħha u welditlu iben, u semmieh Salamun, u l-Mulej kien iħobbu; u bagħat jgħidlu permezz ta' Natan il-profeta jagħtih l-isem ta' 'Ġedidija ', minħabba l-Mulej.", "Ir-rebħa fuq l-Għammonin", "Imbagħad Ġowab ħabat għal Rabba tal-Għammonin u ħa f'idejh il-kwartier tas-sultan.", "U bagħat messaġġiera jgħidu lil David: \"Ħbatt għal Rabba u ħadt f'idejja l-kwartier tal-ilma.", "Issa iġbor il-bqija tal-eżerċtu, u dawwar il-belt, u ħudha int. Inkella neħodha jien, u tibqa' tissemma b'ismi.\"", "U David ġabar l-eżerċtu kollu u mar lejn Rabba, ħabat għaliha u ħadha.", "U qabad il-kuruna tas-sultan tagħhom minn fuq rasu - li kienet tiżen talent deheb, b'ħaġra prezzjuża fiha - u tqiegħdet fuq ras David.", "Ħa wkoll priża kbira mill-belt.", "In-nies tagħha mbagħad ħariġhom u qabbadhom jaħdmu bil-munxar, bil-bqaqen, u bil-fisien tal-ħadid.", "Ħaddimhom ukoll fil-fran tal-madum.", "Hekk għamel bl-ibliet kollha tal-Għammonin.", "Imbagħad David bl-eżerċtu kollu raġa' lura lejn Ġerusalemm."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2SA.13", "bookref": "2SA.13", "text": ["Id-dnub ta' Amnon", "Ġara li Absalom bin David kellu oħtu, tifla sabiħa, li kien jisimha Tamar, u Amnon bin David kien iħobbha.", "Amnon kien imġennen għaliha, sa marad minħabba Tamar, oħtu, għax kien jidhirlu li ma sata' jagħmlilha xejn, għax kienet verġni.", "Amnon kellu ħabib, jismu Ġonadab bin Simgħa, ħu David, u dan Ġonadab kien raġel jilħaqlu ħafna.", "U qallu: \"Għaliex ta' kull filgħodu tkun hekk mitluq, bin is-sultan?", "Ma tgħidlix?\"", "U Amnon wieġbu: \"Inħobb lil Tamar, oħt Absalom ħija.\"", "U Ġonadab wieġbu: \"Mur imtedd f'soddtok, u agħmel tabirruħek marid.", "Imbagħad jiġi jarak missierek u għidlu: 'Ħa tiġi Tamar oħti tħejjili l-ikel, u ssajjarli l-ikel taħt għajnejja, biex jien naraha, u niekol minn idejha.\"", "U Amnon inxteħet fis-sodda, u għamilha tabirruħu marid; u s-sultan ġie jarah, u Amnon qal lis-sultan: \"Ħa tiġi Tamar, oħti, u ssajjarli żewġ ftajjar taħt għajnejja, u niekol minn idejha.\"", "U David bagħat jgħid lil Tamar id-dar: \"Mur id-dar ta' ħuk Amnon, u ħejjilu l-ikel.\"", "U Tamar marret fid-dar ta' ħuha Amnon, li kien mixħut fis-sodda.", "Ħadet l-għaġina, għaġnitha u għamlitha ftajjar quddiemu, u sajrithom.", "Imbagħad qabdet it-taġen u qalbithom quddiemu, imma ma riedx jiekol.", "U Amnon qalilha: \"Ibgħat lil kulħadd minn ħdejja.\"", "U kulħadd ħareġ minn ħdejh.", "Imbagħad Amnon qal lil Tamar: \"Ħu l-ikel fil-kamra ta' ġewwa ħalli niekol minn idejk.\"", "U Tamar ħadet il-ftajjar li kienet lestiet u ħadithom lil ħuha Amnon fil-kamra ta' ġewwa.", "Xħin ressqithomlu quddiemu, qabadha u qalilha: \"Ejja mtedd miegħi, oħt!\"", "U hi qaltlu: \"Le, ħija, la tkasbarnix għax dan ma jistax isir f'Iżrael; la tagħmilx dan il-ġenn.", "Imbagħad jiena fejn immur b'dan l-għajb fuqi?", "U int tkun wieħed mill-boloh fost Iżrael!", "Kellem lis-sultan, u hu ma jċaħħdekx minni.\"", "Imma ma riedx jisma' kliemha.", "U għax kien jiflaħ aktar minnha, imtedd magħha u għelibha b'forza.", "Imbagħad Amnon ħakmitu mibegħda kbira għaliha; il-mibegħda li ħass għaliha kienet qalila aktar mill-imħabba li biha kien ħabbha.", "U Amnon qalilha: \"Qum u itlaq!\"", "\"Le,\" qaltlu Tamar, \"għaliex jekk tkeċċini, il-ħsara li tagħmilli tkun akbar minn dak li diġà għamiltli.\"", "Imma ma riedx jismagħha.", "Sejjaħ iż-żagħżugħ, qaddej tiegħu, u qallu: \"Ibagħtu lil din il-mara 'l barra minn quddiemi, u sakkru l-bieb warajha.\"", "Kellha fuqha libsa twila bil-kmiem - għax hekk minn dejjem kienu jilbsu l-bniet verġni tas-sultan - u l-qaddej tiegħu ħariġha 'l barra u sakkar il-bieb warajha.", "U Tamar qabdet it-trab u xeħtitu fuq rasha, ċarrtet il-libsa twila li kellha fuqha, u qiegħdet idejha fuq rasha, u telqet tiġri u twerżaq.", "U Absalom ħuha staqsieha: \"Jaqaw Amnon kien miegħek?", "Issa, oħti, oqgħod bi kwietek; għax ħuk hu!", "La ssorrhiex f'qalbek din il-ħaġa.\"", "U Tamar baqgħet tgħammar b'qalbha maqsuma f'dar Absalom ħuha.", "U s-sultan David sama' b'kulma ġara, u għadab bis-sħiħ.", "Imma ma riedx jagħmel ħsara lil Amnon, billi kien ibnu l-kbir, u kien iħobbu.", "U Absalom lil Amnon ma kellmu xejn, la tajjeb u lanqas ħażin; imma sar jobogħdu talli kasbar lil Tamar oħtu.", "Il-mewt ta' Amnon", "U ġara li sentejn wara kien hemm il-ġeżż tan-nagħaġ ta' Absalom f'Bagħal-ħasor li tinsab f'Efrajm, u Absalom stieden lill-ulied kollha tas-sultan.", "U Absalom mar għand is-sultan u qallu: \"Ara, il-ġeżż tan-nagħaġ tal-qaddej tiegħek!", "Ħa jiġi mela, is-sultan u l-qaddejja tiegħu, għand il-qaddej tiegħek.\"", "Imma s-sultan wieġeb lil Absalom: \"Le ibni, ma niġux ilkoll, li ma nkunux ta' piż żejjed għalik.\"", "U Absalom issikkah, iżda ma riedx imurlu, u bierku.", "Imbagħad Absalom qallu: \"Jekk ma tiġix int, ħalli għallinqas jiġi ħija Amnon!\"", "\"U għalfejn,\" qallu s-sultan, \"għandu jiġi miegħek?\"", "Imma Absalom baqa' jsus fuqu u s-sultan bagħat miegħu lil Amnon u lill-ulied kollha tas-sultan; u Absalom lesta ikla ta' sultan .", "U ta ordni lill-qaddejja u qalilhom: \"Oqogħdu attenti biex meta Amnon qalbu tkun ferħana bl-inbid, u jien ngħidilkom: 'Aħbtu għal Amnon,' aqbduh u oqtluh.", "La tibżgħux; għax qiegħed nordnalkom jien.", "Agħmlu l-ħila u kunu nies qalbiena!\"", "U l-qaddejja ta' Absalom għamlu lil Amnon kif ordnalhom Absalom.", "U wlied is-sultan qamu, u kull wieħed rikeb il-bagħla, u ħarbu lkoll.", "U ġara li kif kienu għadhom fit-triq waslet din l-aħbar lil David: \"Absalom qatel lil ulied is-sultan kollha, u ħadd minnhom ma ħelisha.\"", "U s-sultan qam, u ċarrat ilbiesu, u nxteħet fl-art, u l-qaddejja li kienu madwaru ċarrtu lbieshom ilkoll.", "Imma Ġonadab bin Simgħa, ħu David, qallu: \"Ma għandux jaħseb sidi li mietu lkoll ulied is-sultan; Amnon waħdu miet.", "Sa minn dak in-nhar li Amnon kasbar lil Tamar oħtu, is-sentenza kienet fuq fomm Absalom.", "Għalhekk issa sidi s-sultan ma għandux idaħħal f'rasu u jgħid: Ulied is-sultan mietu lkoll.", "Amnon waħdu miet.\"", "U Absalom ħarab.", "Issa l-qaddej tal-għassa rafa' għajnejh, lemaħ kotra kbira nieżla mal-ġenb tal-għolja mit-triq ta' Ħoronajm .", "U l-għassies mar jgħarraf lis-sultan, u jgħidlu: \"Rajt xi nies nieżla mal-ġenb tal-għolja mit-triq ta' Ħoronajm.\"", "U Ġonadab qal lis-sultan: \"Arahom ġejjin ulied is-sultan; ġara bħalma qallek il-qaddej tiegħek.\"", "U malli temm kliemu, arahom, waslu wlied is-sultan, u bdew jgħajtu u jibku.", "U bkew is-sultan u l-qaddejja tiegħu biki kbir ħafna.", "aAbsalom ħarab , u mar għand Talmaj bin Għammiħud, sultan ta' Gesur.", "U baqa' hemm tliet snin.", "U s-sultan baqa' mbikki għal ibnu għal dan iż-żmien kollu.", "David isejjaħ lura lil Absalom", "U s-sultan David kellu qalbu mittiekla mix-xewqa li jersaq lejn Absalom, għax kien stabar wara l-mewt ta' Amnon."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2SA.14", "bookref": "2SA.14", "text": ["U Ġowab bin Seruja sar jaf li qalb is-sultan daret favur Absalom.", "U Ġowab bagħat iġib minn Tekugħa mara għaqlija u qalilha: \"Agħmel tabirruħek vistuża, u ilbes il-vistu, u la tindilikx biż-żejt, imma ġib ruħek bħallikieku mara ilha vistuża għal żmien għal xi ħadd mejjet.", "U mur għand is-sultan u kellmu u għidlu hekk u hekk.\"", "U Ġowab qiegħed il-kliem fuq fommha.", "U l-mara minn Tekugħa marret għand is-sultan, inxteħtet għal wiċċha fl-art, tatu qima u qaltlu: \"Għinni, sultan!\"", "U s-sultan qalilha: \"X'għandek?\"", "U hi wieġbet: \"Jaħasra għalija!", "Żewġi mejjet!", "Il-qaddejja tiegħek kellha żewġt itfal, u ġġieldu fir-raba', u ma kien hemm ħadd min iferraqhom, u wieħed darab lill-ieħor u qatlu.", "U, ara, issa l-familja qamet kollha kontra l-qaddejja tiegħek u qaluli: 'Agħtina l-qattiel ta' ħuh, ħalli noqtluh u nitħallsu minnu tal-ħajja ta' ħuh, li hu qatel,' u hekk jeqirdu l-werriet ukoll u l-ġamra ħajja li baqagħli , u ma jħallux lil żewġi la isem u lanqas nisel fuq wiċċ l-art.\"", "U s-sultan wieġeb lill-mara: \"Mur f'darek, u naħseb jien għalik.\"", "Imma l-mara minn Tekugħa wieġbet lis-sultan: \"Fuqi l-ħtija, u fuq dar missieri, sidi s-sultan, u bla ħtija jkunu s-sultan u t-tron tiegħu!\"", "U s-sultan qalilha: \"Min ikellmek, ġibu quddiemi, u ħadd ma għandu jħabbtek iżjed.\"", "U l-mara wieġbet: \"Ħa jsejjaħ is-sultan isem il-Mulej , Alla tiegħek, sabiex min għandu d-dritt tal-vendetta ma jżidx il-qerda, u ma joqtolx lil ibni.\"", "U hu qalilha: \"Daqs kemm hu ħaj il-Mulej!", "Ma taqax fl-art xagħra waħda minn ibnek!\"", "U l-mara qaltlu: \"Ħa żżid kelma waħda l-qaddejja tiegħek lil sidi s-sultan.\"", "U hu qalilha: \"Tkellem.\"", "U l-mara qalet: \"Għala, mela, ħsibt ħaġa bħal din kontra l-poplu ta' Alla?", "Mela s-sultan qiegħed jikkundanna lilu nnifsu jekk ma jreġġax lura lil min biegħed minnu.", "Għax aħna mmutu żgur, u bħalma l-ilma mxerred fl-art ma jinġabarx, hekk Alla ma jroddx lura l-ħajja.", "Ħa jara jaħsibx xi ħaġa s-sultan biex ma jibqax imbiegħed dak li biegħed minnu.", "Issa jien ġejt inkellem lil sidi s-sultan u ngħidlu dan kollu, għax xi nies beżżgħuni, u jien ħsibt u għedt: 'Ħa tkellem il-qaddejja tiegħek lis-sultan, għandu mnejn is-sultan jagħmel li tgħidlu l-qaddejja tiegħu.", "Għax żgur li s-sultan jagħti widen għall-qaddejja tiegħu, u jeħlisha minn idejn dan il-bniedem li jrid jeqred fl-istess ħin lili u lil ibni minn fost il-wirt ta' Alla.'", "U l-qaddejja tiegħek għalhekk qalet: 'Ħa tkun il-kelma ta' sidi s-sultan kelma ta' paċi!", "Għax is-sultan sidi, bħal anġlu ta' Alla, jiżen it-tajjeb u l-ħażin.'", "Il-Mulej, Alla tiegħek, ikun miegħek!\"", "U s-sultan wieġeb u qal lill-mara: \"La taħbili xejn milli se nistaqsik.\"", "U wieġbet il-mara: \"Ħa jitkellem sidi s-sultan.\"", "U s-sultan staqsieha: \"Jaqaw f'dan kollu hemm miegħek id Ġowab?\"", "U l-mara wieġbet: \"Fuq ħajtek, sidi s-sultan, ma hemm xejn iżjed, la lejn il-lemin lanqas lejn ix-xellug, minn dak li qal is-sultan!", "Iva, Ġowab il-qaddej tiegħek kien li ordnali dan, u hu stess qegħedli dan il-kliem kollu fuq fommi.", "Dan għamlu l-qaddej tiegħek Ġowab bl-għan li jdawwar din il-biċċa, u sidi hu għaqli biżżejjed b'għaqal ta' anġlu ta' Alla biex jifhem kulma jsir fuq l-art.\"", "U s-sultan qal lil Ġowab: \"Ara, mela, agħmel hekk: Mur ġib lura liż-żagħżugħ Absalom.\"", "U Ġowab inxteħet wiċċu fl-art u qiem, u bierek lis-sultan u qal: \"Illum il-qaddej tiegħek jaf li sibt grazzja quddiemek, sidi s-sultan, għax qagħad is-sultan għall-kelma tal-qaddej tiegħu.\"", "U Ġowab qam u mar Gesur u ġieb lil Absalom Ġerusalemm.", "U s-sultan qal: \"Ħa jmur f'daru, u ma jarax wiċċi.\"", "U Absalom mar f'daru bla ma ra wiċċ is-sultan.", "Ma kienx hemm f'Iżrael kollu raġel ieħor sabiħ xi tfaħħar daqs Absalom; minn qiegħ riġlejh sal-quċċata ta' rasu ma kien fih ebda għajb.", "Meta kien iqarweż rasu - u kien iqarwiżha għall-aħħar ta' kull sena għax kienet ittaqqlu; għalhekk kien iqarwiżha - xagħar rasu kien jiżen mitejn xekel skont il-miżien tas-sultan.", "Lil Absalom twildulu tliet subien u tifla, li kien jisimha Tamar; u din kienet mara sabiħa ħafna fil-għajn.", "U kien ilu joqgħod Ġerusalemm sentejn sħaħ, u wiċċ is-sultan kien għadu ma rahx.", "U Absalom bagħat għal Ġowab biex jibagħtu għand is-sultan, u dan ma marx għandu; u raġa' bagħat għalih għat-tieni darba, u raġa' ma marx.", "U qal lill-qaddejja tiegħu: \"Araw, l-għalqa ta' Ġowab qiegħda ħdejn tiegħi, u fiha għandu x-xgħir.", "Morru u aħarquhulu.\"", "U l-qaddejja ta' Absalom taw in-nar lill-għalqa.", "U Ġowab qam u mar għand Absalom f'daru u qallu: \"Għaliex il-qaddejja tiegħek taw in-nar lill-għalqa tiegħi?\"", "U Absalom wieġbu: \"Ara, bgħatt għalik biex ngħidlek: Ejja hawn ħa nibagħtek għand is-sultan biex tgħidlu: 'Għalfejn ġejt minn Gesur?", "Kien ikun aħjar għalija li bqajt hemm!'", "U issa ħa nara wiċċ is-sultan u jekk hemm xi ħtija fija, ħa joqtolni.' \"", "U Ġowab mar għand is-sultan u għarrfu b'kollox.", "U s-sultan sejjaħ lil Absalom, u dan mar għand is-sultan u nxteħet wiċċu fl-art quddiem is-sultan, u s-sultan bies lil Absalom."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2SA.15", "bookref": "2SA.15", "text": ["It-tixwix ta' Absalom", "Ġara li, wara dan, Absalom għamel karozzella, u żwiemel bi gwardja ta' ħamsin raġel jiġru quddiemu.", "U Absalom kien ibakkar filgħodu, u joqgħod mal-ġenb tat-triq li tieħu għal bieb il-belt; kull min kien ikollu xi kwistjoni u jmur għand is-sultan biex jagħmillu ħaqq, Absalom kien isejjaħlu u jgħidlu: \"Minn liema belt int?\"", "U meta kien iwieġeb: \"Minn waħda mit-tribujiet ta' Iżrael il-qaddej tiegħek,\" Absalom kien jgħidlu: \"Ara, int għandek raġun sewwa, iżda ma hemm ħadd min jagħmel ħaqq f'isem is-sultan.\"", "U Absalom kien jgħid: \"Min se jagħmilni mħallef fil-pajjiż, biex jiġi għandi kull min ikollu xi kwistjoni jew kawża, u jien nagħmel il-ġustizzja miegħu?\"", "Meta xi ħadd kien jersaq lejh biex jagħtih qima, kien imidd idu, jgħannqu u jbusu; u Absalom kien jagħmel hekk lill-Iżraelin kollha li kienu jmorru jitolbu l-ħaqq għand is-sultan, u Absalom seraq qalb in-nies ta' Iżrael.", "U ġara li, wara erba' snin , Absalom qal lis-sultan: \"Ħa mmur u ntemm il-wegħda li għamilt lill-Mulej f'Ħebron.", "Għax il-qaddej tiegħek għamel wegħda meta ġejt lura minn Gesur f'Aram u għedt: 'Jekk il-Mulej ireġġagħni lura lejn Ġerusalemm, inqim lill-Mulej.' \"", "U s-sultan qallu: \"Mur bis-sliema;\" u hu qam u mar Ħebron.", "U Absalom bagħat messaġġiera għand it-tribujiet ta' Iżrael jgħidulhom: \"Malli tisimgħu leħen it-tromba, għidu: 'Absalom sultan f'Ħebron!'", "\" U ma' Absalom marru mitejn raġel minn Ġerusalemm mistiedna minnu; marru bi ħsieb tajjeb, għax ma kienu jafu b'xejn.", "Absalom bagħat ukoll għal Aħitofel il-Giluni, kunsillier ta' David, mill-belt tiegħu ta' Gilu, hu u joffri s-sagrifiċċji.", "U hekk il-konfoffa ssaħħet, u l-poplu kompla żdied u mar ma' Absalom.", "U marru jgħarrfu lil David u jgħidulu: \"Il-qalb tal-Iżraelin daret għal wara Absalom.\"", "U David qal lill-qaddejja kollha tiegħu li kienu miegħu Ġerusalemm: \"Qumu, ħa naħarbu, għax m'hemmx ħelsien għalina minn quddiem Absalom.", "Fittxu għaġġlu, li ma jgħaġġilx aktar minna u jilħaqna u jġib il-ħsara fuqna, u jaħbat għall-belt u jgħaddiha minn xifer ix-xabla.\"", "U l-qaddejja tas-sultan qalulu: \"Kulma jagħżel sidi s-sultan, hawn huma l-qaddejja tiegħu!\"", "U ħareġ is-sultan u daru kollha bil-mixi; u ħalla s-sultan għaxar konkubini jieħdu ħsieb id-dar.", "U ħareġ is-sultan u n-nies tiegħu kollha bil-mixi u waqfu f'Bet-ħammerħaq .", "U l-qaddejja tiegħu qagħdu maġenbu; u għaddew minn quddiem is-sultan il-Keretin kollha, il-Peletin kollha u l-Gattin kollha - sitt mitt ruħ li kienu ġew bil-mixi miegħu minn Gatt.", "U s-sultan qal lil Ittaj il-Gatti: \"Għaliex ġej int ukoll magħna?", "Erġa' lura u oqgħod mas-sultan, għax int barrani, u, fuq kollox, eżiljat minn pajjiżek.", "Int wasalt ilbieraħ, u jidhirlek int li llum jien għandi nġagħlek tiġġerra magħna 'l hemm u 'l hawn, meta jien stess lanqas naf fejn jien sejjer?", "Erġa' lura lejn darek, u ħu miegħek lil niesek, u l-Mulej juri l-ħniena sħiħa u s-sewwa miegħek .\"", "U wieġeb Ittaj lis-sultan u qallu: \"Daqs kemm hu ħaj il-Mulej u ħaj sidi s-sultan, fejn ikun hemm sidi s-sultan - għall-mewt jew għall-ħajja - hemm ikun il-qaddej tiegħek.\"", "U David wieġeb lil Ittaj: \"Mur u għaddi 'l quddiem\" u għadda Ittaj il-Gatti, u n-nies kollha, u t-tfal kollha li kellu miegħu.", "U l-pajjiż kollu beka biki kbir, hu u għaddej il-poplu kollu.", "U s-sultan qasam mill-wied ta' Kedron, u l-poplu kollu għadda minn quddiemu mit-triq tad-deżert.", "U, ara, magħhom kien hemm Sadok ukoll, u l-leviti kollha miegħu jġorru l-arka tal-patt ta' Alla.", "U qiegħdu l-arka ta' Alla ħdejn Abjatar sakemm ħareġ mill-belt il-poplu kollu.", "U s-sultan qal lil Sadok: \"Erġa' ħu l-arka ta' Alla fil-belt.", "Jekk insib ħniena quddiem il-Mulej, huwa jreġġagħni lura, u naraha hemmhekk f'postha.", "Iżda jekk jgħid: 'Ma għoġobtni xejn, ħa jagħmel bija li jogħġbu.' \"", "U ssokta jgħid is-sultan lil Sadok il-qassis: \"Qiegħed tara?", "Erġa' lura lejn il-belt bis-sliema; u ħu miegħek lil ibnek Aħimagħas u 'l Ġonatan bin Abjatar, iż-żewġ uliedkom.", "Araw!", "Jien noqgħod nistenna fil-mogħdijiet tad-deżert, sakemm tasalli xi kelma jew aħbar mingħandkom.\"", "U Sadok u Abjatar reġgħu lura bl-arka ta' Alla Ġerusalemm u baqgħu hemm.", "U David tala' l-għolja taż-żebbuġ, tiela' u jibki, b'rasu mgħottija u miexi ħafi.", "U baqgħu telgħin u jibku, il-poplu kollu li kien miegħu, kulħadd b'rasu mgħottija.", "U 'l David ġew jgħarrfuh u jgħidulu: \"Aħitofel ingħaqad mal-konfoffa ta' Absalom!\"", "U David wieġeb: \"Ġib fix-xejn, Mulej, il-fehma ta' Aħitofel!\"", "Ġara li meta David kien wasal fuq il-quċċata fejn soltu jaduraw lil Alla, ifeġġ quddiemu Ħusaj l-Araki, ħabib ta' David, b'ilbiesu mċarrat u t-trab fuq rasu.", "U David qallu: \"Jekk tibqa' ġej miegħi tkun ta' piż għalija, imma jekk terġa' lura lejn il-belt u tgħid lil Absalom: 'Qaddej tiegħek jien, sultan sidi!", "Fl-imgħoddi kont qaddej ta' missierek, imma issa qaddej tiegħek,' tkun tista' tħassar il-fehma ta' Aħitofel.", "Ara, miegħek ikun hemm il-qassisin Sadok u Abjatar u kulma tisma' f'dar is-sultan għaddih lill-qassisin Sadok u Abjatar.", "Hemm ukoll magħhom iż-żewġ uliedhom Aħimagħas bin Sadok u Ġonatan bin Abjatar; u kulma tisimgħu tibagħtu tgħiduhuli magħhom.\"", "Ħusaj, il-ħabib ta' David, wasal il-belt hu u dieħel Absalom Ġerusalemm."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2SA.16", "bookref": "2SA.16", "text": ["Siba u David", "Xħin David kien tbiegħed ftit mill-quċċata tal-għolja, jara 'l Siba, il-qaddej ta' Mefiboset, ġej jilqgħu b'żewġt iħmir mixdudin, b'mitejn ħobża fuqhom u mitt għanqud żbib u mitt frotta mwaħħra u żaqq inbid.", "U s-sultan qal lil Siba: \"Dan għalfejn?\"", "U Siba wieġbu: \"Il-ħmir biex jirkbu n-nies ta' dar is-sultan; u l-ħobż u l-frott imwaħħar biex jikluhom il-qaddejja; u l-inbid biex jixrob min ikun għeja jimxi fix-xagħri.\"", "U s-sultan staqsieh: \"Fejn hu bin sidek?\"", "U Siba wieġeb lis-sultan: \"Ara, baqa' Ġerusalemm għax qal: Illum id-dar ta' Iżrael jagħtuni lura s-saltna ta' missieri.\"", "U s-sultan qal lil Siba: \"Kulma għandu Mefiboset, kollu tiegħek!\"", "U Siba wieġeb: \"Inniżżel rasi quddiemek, jalla nsib ħniena quddiem sidi s-sultan.\"", "Simgħi u David", "U s-sultan David wasal sa Baħurim.", "U joħroġ minn hemm raġel mit-tribù tal-familja ta' Sawl, li kien jismu Simgħi bin Gera, miexi u jisħet, u jwaddab iż-żrar għal David u għall-qaddejja kollha tas-sultan David u l-kotra kollha; imma l-kotra kollha u l-qalbenin kienu madwaru fuq ix-xellug u fuq il-lemin.", "U dan beda jgħid Simgħi hu u jisħet: \"Itlaq 'l hemm!", "Itlaq 'l hemm, ja bniedem imċappas bid-demm, bniedem mill-agħar!", "Ħa jreġġa' fuqek il-Mulej id-demm kollu ta' dar Sawl, li dħalt issaltan floku, u jagħti l-Mulej is-saltna lil ibnek Absalom.", "Arak issa fl-għali tiegħek, għax int bniedem kollok dmija.\"", "U Abisaj bin Seruja qal lis-sultan: \"Għala dan il-kelb mejjet qiegħed jisħet lil sidi s-sultan?", "Ħa mmur u naqtagħlu rasu barra!\"", "U s-sultan wieġeb: \"X'hemm bejni u bejnkom, ulied Seruja?", "Jekk qiegħed jisħet, qiegħed jisħet għax ordnalu l-Mulej: 'Isħet lil David'; u min jista' jgħidlu: 'Għax qiegħed tagħmel hekk?' \"", "U David qal lil Abisaj u lill-qaddejja tiegħu kollha: \"Araw, ibni li ħareġ mill-ġewwieni tiegħi, qiegħed ifittixli ħajti; kemm aktar issa, wieħed minn ulied Benjamin.", "Ħalluh jisħet, għax hekk ordnalu l-Mulej.", "Għandu mnejn il-Mulej jixħet għajnejh fuq l-hemm tiegħi u jroddli l-ġid flok is-saħta ta' llum.\"", "U David u l-qaddejja tiegħu baqgħu sejrin għal triqthom.", "U Simgħi baqa' miexi mal-ġenb tal-għolja biswitu, jimxi u jisħet, iwaddab iż-żrar u jtajjar it-trab.", "U s-sultan u l-kotra li kellu miegħu waslu għajjiena ħdejn il-Ġordan u waqfu jistrieħu hemm.", "U Absalom u l-kotra ta' Iżraelin li kellu miegħu waslu Ġerusalemm, u Aħitofel kien miegħu.", "U malli Ħusaj, l-Araki, il-ħabib ta' David, wasal għand Absalom, Ħusaj qal lil Absalom: \"Viva s-sultan!", "Viva s-sultan!\"", "U Absalom qal lil Ħusaj.", "\"Din hi mħabbtek lejn ħabibek?", "Għaliex ma mortx ma' ħabibek?\"", "U Ħusaj wieġeb lil Absalom: \"Le!", "Għax jien lil min ħatar il-Mulej, il-poplu u l-bqija ta' Iżrael, tiegħu nkun, u miegħu noqgħod.", "U mbagħad lil min se naqdi, mhux lil ibnu?", "Bħalma qdejt lil missierek, hekk naqdi lilek.\"", "U Absalom qal lil Aħitofel: \"Arawha bejnietkom: X'nagħmlu?\"", "U Aħitofel wieġbu: \"Ersaq lejn in-nisa ta' missierek, li ħalla jieħdu ħsieb id-dar.", "U Iżrael kollu jsir jaf li ħkimt wirt missierek u b'hekk jitqawwew idejn min hu miegħek.\"", "U waqqfu għarix għal Absalom fuq is-setaħ, u Absalom resaq lejn in-nisa ta' missieru quddiem għajnejn Iżrael kollu.", "U l-parir, li Aħitofel kien jagħti dak iż-żmien, kien bħal min jistaqsi l-kelma ta' Alla; hekk kien il-parir ta' Aħitofel, kemm għal David u kemm għal Absalom."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2SA.17", "bookref": "2SA.17", "text": ["Il-pjan ta' Aħitofel", "U Aħitofel qal lil Absalom: \"Ħallini nagħżel tnax-il elf ruħ u naqbad u nitlaq għal wara David dan il-lejl.", "U nasal fuqu kif ikun għajjien u idejh mitluqa, u nwerwru; in-nies kollha li hemm miegħu jaħarbu, u jien nidrob is-sultan waħdu.", "U rreġġa' l-poplu kollu lejk, bħalma għarusa terġa' lura għal għand żewġha.", "Fl-aħħar mill-aħħar int il-ħajja ta' wieħed biss qiegħed tfittex, biex il-poplu kollu jkun fis-sliem.\"", "U dan il-kliem għoġob lil Absalom u lix-xjuħ kollha ta' Iżrael.", "Imma Absalom qalilhom: \"Sejħu wkoll lil Ħusaj l-Araki, u nisimgħu xi jgħid hu wkoll.\"", "U Ħusaj ġie għand Absalom, u dan kellmu u qallu: \"Dan u dan qal Aħitofel: nagħmlu kif qal?", "Jekk le, tkellem int.\"", "U Ħusaj wieġeb lil Absalom: \"Din id-darba mhux tajjeb il-parir li ta Aħitofel.\"", "U Ħusaj issokta: \"Int taf lil missierek u lil niesu; taf li huma nies qalbiena u qalbhom kollha mrar, bħall-orsa selvaġġa meta jeħdulha l-frieħ.", "Imbagħad missierek hu bniedem gwerrier, u mhux se jħalli l-poplu jintelaq.", "Żgur li bħalissa jinsab moħbi f'xi ħofra jew xi mkien ieħor.", "Jekk imbagħad joqtlu lil xi ħadd, mill-ewwel jisimgħu u jgħidu: 'Saret ħerba fost in-nies ta' Absalom'.", "U mqar il-bniedem qalbieni, ukoll jekk ikollu qalb ta' ljun, jintelaq żgur; għax Iżrael kollu jaf li missierek hu bniedem qalbieni, u n-nies tiegħu huma nies ta' ħila.", "Dan hu l-parir tiegħi: Ħa jinġema' madwarek il-poplu kollu ta' Iżrael, minn Dan sa Birsaba f'kotra kbira daqs ir-ramel f'xatt il-baħar, u int timxi f'nofshom.", "Malli naslu fuqu f'wieħed mill-postijiet fejn jinsab, nintefgħu fuqu bħalma taqa' n-nida fuq l-art, u ma nħallu anqas wieħed, la minnu u lanqas min-nies li hemm miegħu.", "U jekk jinġabar f'xi belt, iġibu l-ħbula Iżrael kollu għal dik il-belt, u nkarkruha għal ġol-wied sakemm ma jifdal anqas żrara f'lokha.\"", "U Absalom u n-nies kollha ta' Iżrael qalu: \"Il-parir ta' Ħusaj l-Araki, aħjar mill-parir ta' Aħitofel.\"", "Il-Mulej kien li ried ixejjen il-parir tajjeb ta' Aħitofel, għax il-Mulej ried iġib l-għawġ fuq Absalom.", "U Ħusaj qal lil Sadok u lil Abjatar, il-qassisin: \"Dan u dan il-parir ta' Aħitofel lil Absalom u lix-xjuħ ta' Iżrael, u dan u dan il-parir li tajtu jien.", "Issa mela fittxu morru, u agħtu l-aħbar lil David, u għidulu: 'Tgħaddux il-lejl fil-mogħdijiet tad-deżert, imma għaddu għan-naħa l-oħra, li ma jinqabdux is-sultan u n-nies kollha li hemm miegħu.\"", "U Ġonatan u Aħimagħas kienu jistennew ħdejn Għajn-rogel, u kienet tmur qaddejja u ġġibilhom l-aħbarijiet, u huma mbagħad kienu jmorru u jgħarrfu s-sultan David; għax ma kinux jissugraw jidhru deħlin il-belt.", "Imma lemaħhom żagħżugħ u għarraf b'dan lil Absalom; u huma t-tnejn telqu malajr u daħlu f'dar ta' wieħed raġel f'Baħurim, li kellu bir fil-bitħa, u niżlu fih.", "U l-mara qabdet biċċa u firxitha fuq il-bokka tal-bir, u xerrdet fuqha qamħ misħuq, u ħadd ma ntebaħ b'xejn.", "U waslu l-qaddejja ta' Absalom għand il-mara tad-dar u staqsewha: \"Fejn huma Aħimagħas u Ġonatan?\"", "U weġbithom il-mara: \"Għaddew 'l hemm mill-ġibjun!\"", "Dawk fittxewhom u ma sabuhomx; u reġgħu lura lejn Ġerusalemm.", "Malli dawn telqu, l-oħrajn telgħu mill-bir u marru jgħarrfu lis-sultan David u qalulu: \"Qumu u aqsmu x-xmara, għax dan u dan kien il-parir ta' Aħitofel kontrikom.\"", "U David qam bin-nies kollha li kellu miegħu u qasmu l-Ġordan; u sa ma sebaħ filgħodu ma kien fadal anqas wieħed li ma kienx qasam il-Ġordan.", "U Aħitofel, meta ra li l-parir tiegħu ma seħħx, xedd il-ħmar, u qabad u mar id-dar fil-belt tiegħu.", "Ta l-aħħar ordnijiet lil niesu, u tgħallaq, u miet, u difnuh f'qabar missieru.", "Il-mewt ta' Absalom", "U David wasal Maħanajm; u Absalom qasam il-Ġordan, hu u n-nies kollha ta' Iżrael miegħu.", "Absalom qiegħed lil Għamaxa minflok Ġowab fuq l-eżerċtu; Għamaxa kien bin wieħed jismu Itra, Ismagħeli , li kien resaq lejn Abigajl, bint Ġesse u oħt Seruja, omm Ġowab.", "U Iżrael u Absalom waqqfu l-kamp fl-art ta' Gilgħad.", "U ġara kif wasal David Maħanajm, Sobi bin Naħas minn Rabba tal-Għammonin, u Makir bin Għammijel minn Lodebar, u Barżillaj il-Gilgħadi minn Rogelim, ġabulu ifirxa, ħsajjar, bwieqi, kwies tal-fuħħar, qamħ, xgħir, dqiq, u qamħ inkaljat, ful, għads inkaljat, għasel, u butir, nagħaġ u ġbejniet tal-baqar; ġiebu kollox quddiem David u n-nies li kellu miegħu biex jieklu, għax qalu: \"Dawn in-nies bil-ġuħ, għajjiena u għatxana fid-deżert.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2SA.18", "bookref": "2SA.18", "text": ["David għadd in-nies kollha li kellu, u qiegħed fuqhom kapijiet ta' elufijiet u kapijiet ta' mijiet.", "Huwa qassam l-eżerċtu fi tlieta; ta waħda f'idejn Ġowab, oħra f'idejn Abisaj bin Seruja u ħu Ġowab, u t-tielet waħda lil Ittaj minn Gatt.", "Imbagħad is-sultan kellem lill-eżerċtu u qalilhom: \"Jiena wkoll noħroġ magħkom.\"", "Iżda huma weġbuh: \"Ma toħroġx.", "Għax jekk ikollna naħarbu aħna, ħadd mhu se jħabbel rasu bina; u jekk imutu nofsna, ħadd mhu se jħabbel rasu bina.", "Imma inti tiswa daqs għaxart elef minna.", "Ikun aħjar jekk inti tibqa' ġewwa, lest biex tagħtina l-għajnuna mill-belt.\"", "U s-sultan weġibhom: \"Nagħmel kif jogħġob lilkom.\"", "Is-sultan qagħad ħdejn il-bieb, waqt li l-eżerċtu beda ħiereġ mija mija, u elf elf.", "Is-sultan ordna lil Ġowab, lil Abisaj u lil Ittaj u qalilhom: \"Mat-tifel Absalom ġibu ruħkom tajjeb minħabba fija!\"", "L-eżerċtu kollu sama' l-kmand tas-sultan lill-kapijiet kollha dwar Absalom.", "L-eżerċtu ħareġ fir-raba' kontra Iżrael, u qamet battalja kbira fil-foresta ta' Efrajm.", "Hawn l-eżerċtu ta' Iżrael tfarrak quddiem il-qaddejja ta' David: dakinhar saret ħerba kbira; għoxrin elf ruħ intilfu.", "Billi l-ġlied xtered mal-art kollha, dakinhar iktar qerdet nies il-foresta milli qerdet ix-xabla.", "Absalom sab ruħu wiċċ imb wiċċ mal-qaddejja ta' David; kien riekeb fuq il-bagħal, u l-bagħal għadda minn taħt il-friegħi ta' balluta kbira; ras Absalom tħabblet mal-balluta, u hu baqa' mdendel bejn sema u art, filwaqt li l-bagħal li kien taħtu baqa' għaddej.", "Kien hemm raġel li rah, u mar jgħarraf b'dan lil Ġowab.", "\"Ara!\" qallu, \"rajt lil Absalom imdendel ma' balluta.\"", "U Ġowab qal lir-raġel li tah l-aħbar: \"U int rajtu, u għala ma waħħaltux hemm mal-art?", "Kont nagħtik għaxar bċejjeċ tal-fidda u ħżiem magħhom.\"", "U r-raġel wieġeb lil Ġowab: \"Lanqas li kieku wżintli elf xekel tal-fidda fil-keffa ta' idejja ma kont immidd idi fuq bin is-sultan.", "Għax f'widnejna s-sultan ordna lilek, Abisaj u Ittaj u qalilkom: 'Ibżgħuli għat-tifel Absalom'.", "Li kieku jien għamilt xi ħaġa ħażina minn rajja - u xejn ma kien jibqa' moħbi għas-sultan - int kont tqum kontra tiegħi.\"", "U Ġowab wieġeb: \"Imma jien m'iniex se noqgħod nistenna ċass quddiemek.\"", "U qabad tliet vleġeġ f'idejh u mar waħħalhom f'qalb Absalom, li kien għadu ħaj f'nofs il-balluta.", "Imbagħad daru miegħu għaxar żgħażagħ, skudieri ta' Ġowab, darbuh u qatluh.", "Imbagħad Ġowab daqq it-tromba, u l-eżerċtu ma baqax jiġri wara Iżrael, għax Ġowab żammhom.", "U qabdu lil Absalom, u xeħtuh f'ħofra kbira fil-foresta, u tellgħu fuqu gozz ġebel kbir ħafna.", "U l-Iżraelin kollha ħarbu, kulħadd għall-għarix tiegħu.", "U Absalom, meta kien għadu ħaj, kien waqqaf il-plier li hemm f'wied is-sultan għax qal: \"Iben ma għandix biex ifakkar ismi.\"", "U dan il-plier semmieh b'ismu, u għadu jissejjaħ sal-lum: Il-Plier ta' Absalom.", "David jibki lil Absalom", "U Aħimagħas bin Sadok qal: \"Ħalli mmur niġri u nagħti l-bxara lis-sultan, għaliex il-Mulej illum għamillu ħaqq mill-għedewwa tiegħu.\"", "U Ġowab qallu: \"M'intix il-bniedem li tmur tagħti din il-bxara llum: tagħtiha jum ieħor.", "Illum ma twassalx il-bxara, għax bin is-sultan miet.\"", "U Ġowab qal lill-Kusi: \"Mur għid lis-sultan kulma rajt.\"", "U l-Kusi baxxa rasu quddiem Ġowab u mar jiġri.", "Aħimagħas bin Sadok żied jgħid lil Ġowab: \"Jiġri x'jiġri, ħa mmur niġri wara l-Kusi.\"", "U Ġowab qallu: \"Għalfejn trid tmur tiġri int, ibni?", "Ebda ħlas għall-bxara ma hemm għalik.\"", "U l-ieħor wieġeb: \"Ikun xi jkun, sejjer niġri.\"", "\"Mur iġri,\" qallu; u Aħimagħas telaq jiġri, u għadda mit-triq tal-wita, u għadda lill-Kusi.", "David kien bilqiegħda bejn iż-żewġ bibien.", "L-għassies tala' fuq is-saqaf tal-bieb li kien hemm fuq is-sur u beda jħares, u malli dan lemaħ raġel riesaq jiġri waħdu, l-għassies beda jgħajjat u mar jgħarraf lis-sultan b'dan.", "U s-sultan staqsieh: \"Jekk inhu waħdu aħbar tajba għandu fuq fommu.\"", "U dak baqa' miexi u beda joqrob.", "U l-għassies lemaħ raġel ieħor ġej jiġri, u għajjat lil tal-bieb u qallu: \"Ara, ġej raġel jiġri waħdu.\"", "U s-sultan qal: \"Dan ukoll b'aħbar tajba ġej.\"", "U l-għassies żied jgħid: \"Qiegħed nara li l-ġiri tal-ewwel wieħed jixbah il-ġiri ta' Aħimagħas bin Sadok.\"", "U s-sultan qal: \"Dak raġel sewwa; u b'aħbar tajba ġej.\"", "U Aħimagħas għajjat u qal lis-sultan: \"Is-sliem.\"", "U tbaxxa wiċċu fl-art quddiem is-sultan u qal: \"Imbierek il-Mulej, Alla tiegħek, għaliex rażżan in-nies li refgħu idejhom fuq sidi s-sultan.\"", "U s-sultan staqsieh: \"Kollox sewwa mat-tifel Absalom?\"", "U Aħimagħas wieġeb: \"Rajt rassa kbira hu u jibgħat Ġowab, il-qaddej tas-sultan, lili l-qaddej tiegħek; imma ma nafx x'kien hemm.\"", "Is-sultan qallu: \"Mur fil-ġenb, u oqgħod hemm.\"", "Dak mar fil-ġenb, u qagħad hemm jistenna.", "U, ara, wasal il-Kusi u qal: \"Aħbarijiet tajba hemm għal sidi s-sultan.", "Il-Mulej illum għamel ħaqq miegħek kontra dawk kollha li qamu għalik.\"", "U s-sultan staqsa lill-Kusi: \"Absalom it-tifel, jinsab tajjeb?\"", "Il-Kusi wieġeb: \"Ħalli jiġrilhom bħal dak iż-żagħżugħ l-għedewwa ta' sidi s-sultan, u kull min iqum għalik biex jagħmillek id-deni!\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2SA.19", "bookref": "2SA.19", "text": ["Imbagħad is-sultan qabditu rogħda.", "Tala' fil-kamra ta' fuq il-bieb, u hemm beda jibki u jgħajjat: \"Ibni Absalom!", "Ibni!", "Ibni Absalom!", "Mhux li mitt jien minflokok.", "Absalom ibni!", "Ibni!\"", "Ġowab ilum lil David", "U ħabbru lil Ġowab: \"Ara, is-sultan qiegħed jibki u jitniehed minħabba Absalom.\"", "U r-rebħa ta' dakinhar inbidlet f'niket għall-eżerċtu kollu, għaliex dakinhar l-eżerċtu sama' min jgħid: \"Is-sultan hu mgħolli minħabba f'ibnu.\"", "Dakinhar l-eżerċtu daħal bħal ħalliel fil-belt, bħalma jidħol eżerċtu maħrub wara xi battalja.", "Is-sultan kien għatta wiċċu u beda jgħajjat b'leħen qawwi: \"Ibni Absalom!", "Absalom ibni, ibni!\"", "U Ġowab daħal għand is-sultan id-dar u qallu: \"Illum int ħammart wiċċ il-qaddejja tiegħek kollha, wara li llum salvawlek ħajtek, ħajjiet uliedek, subien u bniet, ħajjiet in-nisa tiegħek, u ħajjiet il-konkubini tiegħek.", "Int tħobb lil dawk li jobogħduk, u tobgħod lil dawk li jħobbuk.", "Urejtna llum li għalik ma hemmx kapijiet u qaddejja.", "Illum sirt naf li kieku Absalom għadu ħaj, u aħna, ilkoll kemm aħna, mejtin, għalik kollox kien ikun sewwa.", "U issa qum u oħroġ, kellem u agħmel il-qalb lill-qaddejja tiegħek, għaliex, naħliflek jien bil-Mulej, li jekk ma toħroġx ma jibqax bniedem wieħed miegħek dal-lejl!", "U għalik dan ikun għawġ akbar minn kull għawġ li qatt laħqek minn żgħożitek sal-lum.\"", "U s-sultan qam u qagħad fil-bieb; u għarrfu lin-nies kollha u qalulhom: \"Araw, is-sultan qiegħed fil-bieb!\"", "U l-poplu kollu mar quddiem is-sultan.", "David mill-ġdid f'Ġerusalemm", "Iżrael ħarbu lkoll, kulħadd lejn l-għarix tiegħu.", "U l-poplu kollu fit-tribujiet ta' Iżrael kienu qegħdin jitlewmu u jgħidu: \"Is-sultan ħelisna minn id l-għedewwa tagħna; ħelisna mill-ħakma tal-Filistin; u issa kellu jaħrab mill-pajjiż minħabba Absalom.", "U Absalom li kkonsagrajna sultan fuqna miet fil-ġlied.", "Issa mela għala qegħdin titlajjaw biex treġġgħu lura s-sultan f'daru?\"", "U David bagħat jgħid lil Sadok u lil Abjatar, il-qassisin: \"Kellmu lix-xjuħ ta' Ġuda u għidulhom: 'Għaliex tridu tkunu l-aħħar nies li treġġgħu lura s-sultan f'daru?'", "Għax l-għajdut ta' Iżrael kollu wasal għand is-sultan f'daru.", "Intom ħuti, għadmi u laħmi!", "Għaliex mela tridu tkunu l-aħħar nies li treġġgħu lura s-sultan?'", "U lil Għamaxa għidulu: 'M'intix jaqaw għadmi u laħmi?", "Hekk jagħmilli Alla u aktar minn hekk, jekk ma ssirx kmandant tal-eżerċtu għal dejjem quddiemi minflok Ġowab.' \"", "B'hekk dawwar qalb in-nies kollha ta' Ġuda bħal bniedem wieħed, u bagħtu jgħidu lis-sultan: \"Erġa' ejja, inti u l-qaddejja kollha tiegħek.\"", "U s-sultan raġa' lura, u wasal sal-Ġordan, filwaqt li n-nies ta' Ġuda kienu waslu sa Gilgal, biex imorru jilqgħuh u jgħadduh il-Ġordan.", "Simgħi bin Gera, mit-tribù ta' Benjamin, minn Baħurim, ħaffef u niżel man-nies ta' Ġuda jilqa' lis-sultan David.", "Kellu miegħu elf raġel minn Benjamin, u Siba, iż-żagħżugħ mid-dar ta' Sawl, u ħmistax-il tifel tiegħu u l-għoxrin qaddej tiegħu; u qasmu l-Ġordan bilġri qabel is-sultan, u għaddew għan-naħa l-oħra biex jgħaddu lin-nies ta' dar is-sultan, u jagħmlu dak li kien jidhirlu tajjeb f'għajnejh.", "U Simgħi bin Gera nxteħet quddiem is-sultan kif qasam il-Ġordan u qal lis-sultan: \"La tħallasnix għall-ħsara, u la tiftakarx id-deni li għamel il-qaddej tiegħek, dak in-nhar li sidi ħareġ minn Ġerusalemm; ma jżommux f'qalbu sidi s-sultan!", "Għax il-qaddej tiegħek jaf li jiena dnibt; u, arani, ġejt illum l-ewwel wieħed mid-dar ta' Ġużeppi u nżilt niltaqa' ma' sidi s-sultan.\"", "U wieġeb Abisaj bin Seruja u qal: \"B'daqshekk jaqaw m'għandux imut Simgħi, li seħet il-midluk tal-Mulej?\"", "U David wieġeb: \"X'hemm bejni u bejnkom, ulied Seruja, biex tkunu għalija ta' xkiel?", "Illum imbagħad għandu jmut xi ħadd f'Iżrael?", "Forsi ma nafx li llum sirt sultan ta' Iżrael?\"", "U s-sultan ħaliflu u qallu \"Ma tmutx!\"", "U Mefiboset bin Sawl niżel jiltaqa' mas-sultan.", "La kien ħa ħsieb riġlejh, u lanqas qaxxar il-leħja, lanqas ħasel ħwejġu minn dakinhar li s-sultan telaq sa ma raġa' lura bis-sliem.", "Meta għalhekk ġie minn Ġerusalemm jiltaqa' mas-sultan, is-sultan qallu: \"Għala ma ġejtx miegħi, Mefiboset?\"", "U wieġeb: \"Sultan sidi, qarraq bija l-qaddej tiegħi.", "Il-qaddej tiegħek qallu: 'Ħa nxidd il-ħmara u nirkeb, u mmur mas-sultan,' għax il-qaddej tiegħek zopp.", "Imma hu qala' ħafna qlajja' fuq il-qaddej tiegħek ma' sidi s-sultan.", "Iżda, sultan sidi, int bħal anġlu ta' Alla; agħmel dak li jidhirlek li hu tajjeb.", "Għax id-dar ta' missieri, niesha lkoll kemm huma, ma kienx ħaqqhom ħlief il-mewt minħabba sidi s-sultan, imma int qegħedt il-qaddej tiegħek fost dawk li jieklu mill-mejda tiegħek.", "X'jedd għandi jien iżjed li nittallab minn quddiem is-sultan.\"", "U s-sultan qallu: \"Għalfejn dan il-kliem kollu?", "Qtajtha: Int u Siba taqsmu r-raba' bejnietkom.\"", "U Mefiboset wieġeb lis-sultan: \"Ħa jieħu mqar kollox, issa li sidi s-sultan raġa' daħal f'daru bis-sliem!\"", "David ibierek lil Barżillaj", "U Barżillaj, il-Gilgħadi, niżel minn Rogelim; u wassal is-sultan sal-Ġordan, biex isellimlu u jitilqu minn hemm.", "Barżillaj kien xiħ ħafna, kellu tmenin sena, u hu kien li tama' lis-sultan kemm dam f'Maħanajm, għax kien bniedem jagħmilha tajjeb ħafna.", "U s-sultan qal lil Barżillaj: \"Int ejja miegħi, u jien nitimgħek miegħi Ġerusalemm.\"", "Imma Barżillaj qal lis-sultan: \"Kemm baqagħli snin x'ngħix biex noqgħod nitla' Ġerusalemm għand is-sultan?", "Jiena llum għandi t-tmenin sena tiegħi; nista' jien nagħraf it-tajjeb u l-ħażin?", "Jew jista' l-qaddej tiegħek jiggosta li jiekol jew jixrob?", "Jew nista' jien nisma' l-leħen tal-għannejja rġiel jew nisa?", "U għala l-qaddej tiegħek għandu jkun ta' piż għal sidi s-sultan?", "Ħa jwassal xi ftit il-qaddej tiegħek lis-sultan sal-Ġordan.", "Għaliex is-sultan għandu jħallasni b'dan il-ħlas?", "Ħa jarġa' lura l-qaddej tiegħek, u mmut fil-belt tiegħi ħdejn qabar missieri u ommi.", "Iva hawn Kimħam; ħa jgħaddi ma' sidi s-sultan, u agħmel miegħu dak li jidhirlek tajjeb f'għajnejk.\"", "U s-sultan qal: \"Ħa jiġi mela miegħi Kimħam, u jien nagħmel miegħu kulma jidhirlek tajjeb f'għajnejk, u kulma tixtieq minni nagħmilhulek.\"", "U l-poplu kollu qasam il-Ġordan waqt li s-sultan baqa' jistenna.", "Imbagħad is-sultan bies lil Barżillaj u bierku, u dan raġa' lura f'pajjiżu.", "U s-sultan qasam għan-naħa ta' Gilgal u miegħu qasam ukoll Kimħam; u l-poplu kollu ta' Ġuda u nofs il-poplu ta' Iżrael għaddew mas-sultan.", "In-nies ta' Ġuda jitlewmu man-nies ta' Iżrael", "U, ara, in-nies ta' Iżrael marru lkoll għand is-sultan u qalulu: \"Għaliex ħutna ta' Ġuda ħatfuk minna u għaddew mill-Ġordan lis-sultan u 'l daru kollha miegħu u n-nies ta' David kollha miegħu?\"", "U wieġbu lkoll in-nies ta' Ġuda lin-nies ta' Iżrael: \"Għax is-sultan hu qaribna.", "Għala ħadtuha bi kbira daqshekk?", "Jaqaw kilna xi ħaġa mingħand is-sultan jew ħadna xi sehem għalina?\"", "In-nies ta' Iżrael wieġbu lin-nies ta' Ġuda u qalulhom: \"Aħna għandna jedd għaxar darbiet aktar fuq is-sultan; u għal David ukoll ħabrikna aktar minnkom.", "Għaliex mela ma tajtux kasna?", "Ma konniex aħna l-ewwel li tkellimna biex irreġġgħu lura s-sultan tagħna?\"", "Imma kliem in-nies ta' Ġuda kien eħrex minn kliem in-nies ta' Iżrael."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2SA.20", "bookref": "2SA.20", "text": ["It-tixwix ta' Seba", "Kien hemm raġel mill-agħar jismu Seba bin Bikri, mit-tribù ta' Benjamin.", "Dan daqq it-tromba u qal:", "\"Ma għandniex x'naqsmu ma' David;", "Ma għandniex x'nirtu ma' bin Ġesse!", "Kulħadd għal għarixu, o Iżrael!\"", "U n-nies kollha ta' Iżrael telqu lil David, u telgħu wara Seba bin Bikri; u n-nies ta' Ġuda baqgħu mqabbdin mas-sultan tagħhom mill-Ġordan sa Ġerusalemm.", "U David mar f'daru f'Ġerusalemm; u s-sultan ħa l-għaxar nisa konkubini li kien ħalla biex jieħdu ħsieb id-dar u għalaqhom f'dar imgħassa.", "Kien jagħtihom jieklu, imma qatt ma kien jersaq lejhom, u baqgħu magħluqin fl-aħjar ta' ħajjithom sa ma mietu romol.", "Il-mewt ta' Għamaxa", "Is-sultan qal lil Għamaxa: \"Sejjaħli n-nies ta' Ġuda fi żmien tlitt ijiem, u int qis li tkun hawn ukoll.\"", "U Għamaxa mar isejjaħ lin-nies ta' Ġuda, imma dam iżjed miż-żmien li kien tah is-sultan.", "U David qal lil Abisaj: \"Issa Seba bin Bikri se jkunilna ta' ħsara aktar minn Absalom.", "Int ħu l-qaddejja ta' sidek u agħmel għal warajh, li ma jmurx jieħu f'idejh l-ibliet bis-swar u jgħib minn taħt għajnejna.\"", "U ħarġu wara Abisaj in-nies ta' Ġowab, il-Keretin, il-Peletin u n-nies ta' ħila; ilkoll ħarġu minn Ġerusalemm u telqu għal wara Seba bin Bikri.", "Kif kienu ħdejn il-ġebla l-kbira li hemm f'Gibgħon, ġie Għamaxa quddiemhom.", "Ġowab kellu fuqu l-libsa ta' suldat u fuqha ħżiem b'xabla fl-għant tagħha mdendla ma' ġenbu; u x-xabla ħarġet u waqgħet.", "U Ġowab qal lil Għamaxa: \"Intix tajjeb, ħi?\"", "U b'idu l-leminija Ġowab qabad il-leħja ta' Għamaxa biex ibusu.", "U Għamaxa ma ntebaħx bix-xabla li kienet f'id Ġowab; u dan nifdu f'żaqqu u xerridlu msarnu fl-art, u miet bla ma tah daqqa oħra.", "U Ġowab u ħuh Abisaj telqu għal wara Seba bin Bikri.", "Wieħed mill-irġiel ta' Ġowab qagħad ħdejn Għamaxa u għajjat; \"Min iħobb lil Ġowab u jżomm ma' David, imur wara Ġowab.\"", "Għamaxa kien mgħargħar f'demmu f'nofs it-triq u r-raġel intebaħ li l-poplu kollu kien jieqaf iħares, għalhekk gerbeb lil Għamaxa mit-triq għal ġo għalqa, u xeħet biċċa ħwejjeġ fuqu, meta ra li kull min kien jersaq lejh kien jieqaf.", "Meta kien neħħieh minn nofs it-triq, kulħadd baqa' għaddej għal wara Ġowab biex imorru jiġru wara Seba bin Bikri.", "Il-mewt ta' Seba", "Seba għadda mit-tribujiet kollha ta' Iżrael, wasal f'Abel-bet-magħka, inġabru l-Bikrin kollha u marru lkoll warajh.", "U waslu Ġowab u n-nies tiegħu, u għalquh f'Abel-bet-magħka, u tellgħu rampa madwar il-belt; u n-nies kollha li kienu ma' Ġowab bdew jgħawru biex iġarrfu s-swar.", "Imbagħad mara jilħqilha bdiet tgħajjat mill-belt: \"Isimgħu!", "Isimgħu!", "Għidu lil Ġowab jersaq 'l hawn ħa nkellmu.\"", "U resaq lejha u l-mara qaltlu: \"Intix Ġowab?\"", "U weġibha: \"Jiena hu.\"", "U hi qaltlu: \"Isma' l-kelma tal-qaddejja tiegħek.\"", "U hu qalilha: \"Qiegħed nisma' \" U ssuktat tkellmu u tgħidlu: \"Dari kienu jgħidu: 'Morru staqsu f'Abel', u kollox kien jissewwa.", "Jiena belt is-sliem u s-sewwa f'Iżrael.", "U int tfittex li teqred belt u omm f'Iżrael?", "Għaliex trid teqred wirt il-Mulej?\"", "U Ġowab wieġeb u qal: \"Ma jkun qatt minni li nġarraf u neqred!", "Mhux din il-biċċa, imma wieħed ġej mill-muntanji ta' Efrajm, jismu Seba bin Bikri, rafa' idejh fuq is-sultan David.", "Agħtina lilu waħdu f'idejna, u jien nitbiegħed mill-belt.\"", "U l-mara qalet lil Ġowab: \"Ara, nixħetlek rasu minn fuq is-sur.\"", "U l-mara daħlet il-belt, u kellmet lill-poplu kollu bil-għaqal.", "Imbagħad qatgħu ras Seba bin Bikri, u waddbuha lil Ġowab.", "Ġowab daqq it-tromba, u tbiegħdu minn ħdejn il-belt, kulħadd lejn għarixu.", "U mar Ġowab Ġerusalemm għand is-sultan.", "L-uffiċjali ta' David", "Ġowab kien il-kmandant tal-eżerċtu, u Banaja bin Ġeħojada kien jikkmanda l-Keretin u l-Peletin; Adoram kien jieħu ħsieb ix-xogħol ta' bilfors; Ġosafat bin Aħilud kien segretarju.", "Sewa kien skriba: Sadok u Abjatar qassisin; U Għira l-Ġajri kien ukoll qassis ta' David."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2SA.21", "bookref": "2SA.21", "text": ["David u l-Gibgħonin", "Kien hemm l-għaks fi żmien David għal tliet snin wara xulxin, u David mar jitlob quddiem il-Mulej, u l-Mulej qallu: \"Hemm id-demm fuq Sawl u d-dar tiegħu, talli qatel il-Gibgħonin.\"", "Is-sultan David sejjaħ lill-Gibgħonin.", "Issa l-Gibgħonin ma kinux minn ulied Iżrael, imma l-fdal tal-Amurrin, u minkejja li wlied Iżrael kienu ħalfulhom li jħalluhom, Sawl fittex li jeqridhom minħabba l-ħeġġa li kellu għal ulied Iżrael u Ġuda.", "U David staqsiehom: \"X'għandi nagħmel għalikom?", "Biex nista' npattilkom, ħalli intom tbierku wirt il-Mulej?\"", "U l-Gibgħonin wieġbu: \"Bejnna u bejn Sawl u daru mhijiex biċċa ta' fidda u deheb, u anqas ma rridu l-mewt ta' xi ħadd minn fost Iżrael.\"", "U hu staqsiehom: \"X'tgħiduli nagħmel għalikom, mela?\"", "U huma wieġbu lis-sultan: \"Ħa jagħtuna sebat irġiel minn ulied il-bniedem li qeridna u ried iġibna fix-xejn biex ma nibqgħux ħajjin fl-art kollha ta' Iżrael; imbagħad noqtluhom aħna quddiem il-Mulej f'Gibgħa ta' Sawl, il-magħżul tal-Mulej.\"", "U s-sultan wieġeb: \"Nagħtihomlkom jien stess!\"", "Imma s-sultan ħenn għal Mefiboset bin Ġonatan, bin Sawl, minħabba l-ħalfa tal-Mulej li kien hemm bejniethom, bejn David u bejn Ġonatan bin Sawl.", "U s-sultan ħa ż-żewġ ulied ta' Risfa bint Ajja, li kienet wildet lil Sawl: Armoni u Mefiboset, u l-ħames ulied ta' Mikal bint Sawl, li kienet weldithom lil Għadrijel bin Barżillaj il-Meħoli, u telaqhom f'idejn il-Gibgħonin, u dawn qatluhom fuq l-għolja quddiem il-Mulej, u mietu s-sebgħa flimkien.", "Qatluhom fl-ewwel jiem tal-ħsad, fil-bidu ta' ħsad ix-xgħir.", "Id-difna ta' Sawl u Ġonatan", "Risfa bint Ajja ħadet xkora, u firxitha bħal tinda għaliha, mill-bidu tal-ħsad sakemm ma niżlitx ix-xita fuqhom mis-sema, u ma ħallietx it-tajr tal-ajru jinżlu fuqhom binhar, u l-bhejjem selvaġġi billejl.", "U 'l David qalulu b'kulma għamlet Risfa bint Ajja, il-konkubina ta' Sawl.", "U David mar u ġabar l-għadam ta' Sawl u l-għadam ta' ibnu Ġonatan mingħand in-nies ta' Ġabes-gilgħad, li kienu ħatfuhom mill-misraħ ta' Betsan fejn kienu dendluhom il-Filistin, meta dawn rebħu lil Sawl f'Gilbogħa.", "U talla' minn hemm l-għadam ta' Sawl u ibnu Ġonatan; ġabar ukoll l-għadam ta' dawk li kienu mdendlin.", "Imbagħad difnu l-għadam ta' Sawl u Ġonatan fl-art ta' Benjamin f'Sela, fil-qabar ta' Kis, missieru.", "Għamlu kulma kien ordna s-sultan, u wara dan kollu Alla ġietu ħniena mill-pajjiż.", "Il-ġlied mal-Filistin", "U raġa' qam il-ġlied bejn il-Filistin u Iżrael, u David niżel bil-qaddejja tiegħu u tqabdu mal-Filistin, u David kien għajjien.", "Kien hemm Benob, wieħed minn ulied Rafa, li kellu lanza tiżen tliet mitt xekel tal-bronż u mħażżem b'xabla ġdida.", "Dan għamel f'rasu li joqtol lil David.", "Imma ġie jgħinu Abisaj bin Seruja, u darab il-Filisti u qatlu.", "Imbagħad ħalfu n-nies ta' David u qalulu: \"Ma toħroġx iżjed magħna għall-ġlied, inkella jintefa d-dawl ta' Iżrael.\"", "Wara dan raġa' qam il-ġlied mal-Filistin f'Ġob.", "U Sibbekaj minn Ħusa darab lil Saf, li kien minn ulied Rafa.", "Raġa' qam il-ġlied f'Ġob mal-Filistin, u Elħanan bin Ġagħir-ġoregim minn Betlehem darab lil Gulija l-Gatti, li kellu l-għuda tal-lanza bħal motwa tan-nissieġa.", "Kien hemm ukoll il-gwerra f'Gatt, u kien hemm raġel twil b'sitt iswaba' f'kull id u f'kull sieq, erbgħa u għoxrin b'kollox; dan ukoll kien minn nisel Rafa.", "U kien iżeblaħ lil Iżrael, imma qatlu Ġonatan bin Simgħi, ħu David.", "Dawn l-erbgħa twieldu lil Rafa f'Gatt, u mietu b'id David u b'id il-qaddejja tiegħu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2SA.22", "bookref": "2SA.22", "text": ["Radd il-ħajr ta' David", "Dakinhar li l-Mulej ħelsu minn idejn l-għedewwa tiegħu u minn idejn Sawl, David lissen lill-Mulej il-kliem ta' din l-għanja .", "U hu qal:", "\"Il-Mulej il-blata tiegħi,", "il-fortizza u l-ħellies tiegħi.", "Alla tiegħi, sur tal-kenn tiegħi u tarka tiegħi;", "qawwa tas-salvazzjoni tiegħi u kenn tiegħi!", "Ħellies tiegħi, mill-vjolenza jeħlisni.", "Insejjaħ lill-Mulej, hu ta' min", "ifaħħru,", "u nkun meħlus mill-għedewwa tiegħi.", "Imwieġ tal-mewt ħakmuni,", "widien tal-biża' werwruni,", "ħbula tal-imwiet dawruni,", "xbiek il-mewt inqaleb fuqi.", "Fl-hemm tiegħi lill-Mulej sejjaħt,", "tlabt l-għajnuna 'l Alla tiegħi,", "hu sama' leħni mit-tempju tiegħu,", "f'widnejh waslet l-għajta tiegħi.", "Tqanqlet u theżżet l-art,", "triegħdu s-sisien tas-smewwiet,", "u tqanqlu bis-saħna tal-korla tiegħu.", "Duħħan ħareġ minn imnifsejh,", "u nar li jħarbat minn fommu,", "minnu jarmi ilsna tan-nar.", "Feraq is-smewwiet u niżel,", "bi ċpar iswed taħt riġlejh.", "Fuq kerubin rikeb u tar ,", "u deher fuq ġwienaħ ir-riħ.", "Bid-dlam insatar bħal b'libsa,", "sħab iswed u magħqud l-għarix tiegħu.", "Mid-dija ta' quddiemu sħab joħroġ,", "u ilsna tan-nar ħarġu mill-ġamar.", "Riegħed il-Mulej mis-smewwiet,", "l-Għoli samma' leħnu.", "Telaq il-vleġeġ tiegħu u xerridhom,", "għamel il-beraq u ħarrabhom.", "U dehru qigħan il-baħar,", "inkixfu s-sisien tal-art,", "mat-theddida tal-Mulej,", "man-nefħa ta' mnifsejh.", "Mill-għoli medd idu u ħatafni,", "ħariġni minn baħar ta' ilma.", "Mill-għedewwa b'saħħithom ħelisni,", "mill-għedewwa li jifilħu aktar minni.", "Ġew fuqi f'siegħa ħażina,", "iżda l-Mulej waqaf miegħi.", "Ħariġni 'l barra fil-wisa',", "ħelisni, għax lili jħobbni.", "Ħallasni l-Mulej skont il-ġustizzja tiegħi,", "raddli skont is-safa ta' jdejja.", "Għax jien żammejt triqat il-Mulej,", "ma tbigħedtx bid-dnub minn Alla tiegħi.", "Quddiemi huma d-digrieti kollha tiegħu;", "ma warrabtx minni l-preċetti tiegħu.", "Bla tebgħa kont quddiemu,", "mill-ħtija ħarist lili nnifsi.", "Raddli l-Mulej skont il-ġustizzja tiegħi,", "skont is-safa ta' jdejja li ra b'għajnejh.", "Ma' min hu tajjeb, int timxi bit-tajjeb,", "ma' min hu bla ħtija, inti timxi bla ħtija.", "Ma' min hu safi, int timxi bis-safa,", "ma' min jgħawweġ, timxi bl-għaqal.", "Għax inti ssalva 'l-poplu fqajjar,", "u l-għajnejn kburin tbaxxihom.", "Int tixgħel, Mulej, il-musbieħ tiegħi;", "Alla tiegħi jdawwal id-dlam tiegħi.", "Bik jien negħleb il-qtajja' tal-għedewwa;", "bl-għajnuna ta' Alla tiegħi nirbaħ is-swar!", "Dritta hi t-triq ta' Alla;", "safja hi l-kelma tal-Mulej.", "Tarka huwa Alla għal kull min jistkenn fih.", "Għax min hu Alla ħlief Jaħweh?", "U min hu blata ħlief Alla tagħna?", "Hu Alla, hu l-kenn qawwi tiegħi,", "hu li jeħles lil min hu sewwa fi triqtu.", "Bħal taċ-ċriev jagħmilli riġlejja,", "fuq l-għoljiet fis-sod iqegħedni.", "Idejja jħarriġli għat-taqbida;", "ark tal-bronż imiddu dirgħajja.", "Int tajtni t-tarka tas-salvazzjoni tiegħek;", "l-għajnuna tiegħek kabbritni;", "Int wessajtli t-triq quddiemi,", "u ma tfixklux riġlejja.", "Neħodha għal wara l-għedewwa u nilħaqhom;", "ma nerġax lura qabel neqridhom.", "Nagħtihom daqqa, ma jqumux iżjed minnha;", "jaqgħu mirbuħa taħt riġlejja.", "Int tħażżimni bil-qawwa għat-taqbida,", "taħti titfa' 'l dawk li jqumu għalija.", "Iġġiegħel l-għedewwa jaħarbu quddiemi;", "jien neqred 'il dawk li jobogħduni.", "Jgħajtu għall-għajnuna, u ħadd ma jgħinhom,", "lill-Mulej isejħu, u ma jweġibhomx.", "Bħat-trab tal-art nagħmilhom,", "bħat-tajn tat-triqat ngħaffeġ fuqhom.", "Int teħlisni minn poplu ġellied,", "fuq il-ġnus inti tqegħedni;", "u poplu, li ma nafux, jaqdini.", "Il-barranin jinxteħtu sal-art quddiemi;", "malli jisimgħu bija, joqogħdu għalija.", "Il-barranin jaqgħu mifnija,", "joħorġu mwerwra mill-fortizza tagħhom.", "Ħaj il-Mulej!", "Imbierek hu, il-Blata tiegħi!", "Ikun imfaħħar Alla tas-salvazzjoni tiegħi!", "Alla, li għenni biex tħallast mill-għedewwa,", "li qegħedli l-ġnus taħt riġlejja!", "Int teħlisni mill-għedewwa tiegħi,", "tqegħedni fuq min jaħbat għalija,", "teħlisni min-nies tad-dnewwa.", "Għalhekk infaħħrek fost il-ġnus, Mulej,", "u ngħanni t-tifħir ta' ismek.", "Hu jkabbar ir-rebħ lis-sultan tiegħu,", "juri mħabbtu mal-midluk tiegħu;", "ma' David u nislu għal dejjem.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2SA.23", "bookref": "2SA.23", "text": ["L-aħħar kliem ta' David", "Dan huwa l-aħħar kliem ta' David,", "l-oraklu ta' David, bin Ġesse,", "l-oraklu tal-bniedem li Alla għolla,", "il-prinċep midluk ta' Alla ta' Ġakobb,", "l-għannej ħelu ta' Iżrael:", "\"L-ispirtu tal-Mulej jitkellem bija,", "u kelmtu fuq ilsieni.", "Jitkellem Alla ta' Ġakobb,", "il-Blata ta' Iżrael kellimni:", "'Min jaħkem fil-biża' ta' Alla,", "hu bħad-dawl taż-żerniq ma' tlugħ ix-xemx,", "għodwa bla sħab,", "li tnibbet wara x-xita l-ħaxix.'", "Sħiħa hi dari quddiem Alla;", "għax patt għal dejjem għamel miegħi;", "f'kollox imħejji u mħares tajjeb.", "Għax mhux hu li jnissilli s-salvazzjoni", "u l-għaqda tiegħi kollha?", "Il-ħżiena lkoll bħal xewk mormi,", "ħadd ma jiġbru bl-id;", "u anqas imisshom", "jekk mhux b'ħadida jew b'għuda ta' lanza,", "u jeqridhom u bin-nar jaħraqhom.\"", "Il-qalbenin ta' David", "Dawn huma l-ismijiet tal-qalbiena ta' David: Isboset il-Ħakmuni, l-aqwa fost it-tlieta: hu li venven il-lanza tiegħu fuq tmien mitt raġel, u qatilhom f'darba waħda.", "Warajh jiġi Elgħażar bin Dodu, l-Aħoħi, wieħed mit-tliet qalbenin.", "Kien ma' David f'Pas-dammim, meta l-Filistin inġabru għall-ġlied; l-Iżraelin reġgħu lura, imma hu baqa' f'postu jagħti fuq il-Filistin sakemm idu għejiet u bbieset max-xabla.", "Dak in-nhar il-Mulej għamel rebħa kbira; imbagħad il-poplu mar warajh għall-priża biss.", "U mbagħad warajh kien hemm Samma bin Agi, il-Ħarari.", "Kienu nġabru l-Filistin f'Leħi, fejn kien hemm għalqa mimlija għads.", "Il-poplu kien ħarab minn quddiem il-Filistin, imma hu baqa' hemm wieqaf f'nofs l-għalqa, ħelisha, u ħarbat lill-Filistin.", "U dak in-nhar il-Mulej għamel rebħa kbira.", "Tlieta minn fost it-tletin il-kbar kienu niżlu fil-bidu tal-ħsad ħdejn David, fl-għar ta' Għadullam.", "Il-Filistin kienu fil-kamp fil-wied ta' Refajn.", "David kien fil-fortizza, u f'Betlehem kien hemm l-għases Filistin.", "David ġietu xewqa u qal: \"Min se jisqini mill-ilma tal-bir li hemm fil-bieb ta' Betlehem?\"", "It-tliet qalbenin qasmu minn nofs il-kamp tal-Filistin, u mlew l-ilma mill-bir fil-bieb ta' Betlehem, u qabduh u ġabuh lil David.", "Imma hu ma riedx jixorbu, u sawbu fl-art b'offerta lill-Mulej, u qal: \"Iħarisni l-Mulej milli nagħmel dan: nixrob jien id-demm ta' nies li marru jtarrfu ħajjithom?\"", "Għalhekk ma riedx jixrob.", "Dan hu li għamlu t-tliet qalbenin.", "L-aqwa fost it-tletin kien Abisaj, ħu Ġowab bin Seruja, hu li kien venven il-lanza tiegħu fuq tliet mitt ruħ u qeridhom u għamel isem fost it-tletin.", "Hu li kellu fost it-tletin l-akbar ġieħ u sar il-kmandant tagħhom, imma ma laħħaqx mat-tlieta.", "Benaja bin Ġeħojada minn Kabsel, raġel ta' ħila li għamel ħafna ħwejjeġ tal-għaġeb.", "Kien hu li għeleb iż-żewġ ulied ta' Arijel ta' Mowab.", "Kien hu wkoll li niżel u qatel l-iljun f'nofs il-ġiebja dakinhar li għamel is-silġ.", "Kien hu li qatel lil wieħed Eġizzjan: dan l-Eġizzjan kien twil ħafna u f'idu kellu lanza; iżda hu niżel għalih bil-ħatar, ħa l-lanza minn id l-Eġizzjan, u qatlu bil-lanza tiegħu stess.", "Dan għamel Benaja bin Ġeħojada u għamel isem fost dawk it-tliet qalbiena.", "Fost it-tletin hu li kellu l-akbar ġieħ, imma ma laħħaqx mat-tlieta.", "David qiegħdu fuq il-kunsill tiegħu.", "Fost it-tletin kien hemm ukoll: Għaxajel, ħu Ġowab; Elħanan bin Dodu minn Betlehem; Samma, il-Ħarodi; Elika, il-Ħarodi; Ħeles, il-Palti; Għira bin Għikkes, minn Tekugħa, Abigħeżer, l-Għanatoti; Mebonnaj, il-Ħusaj; Salmon, l-Aħoħi; Maħaraj, in-Netufi, Ħeled bin Bagħna, in-Netufi; Ittaj bin Ribaj, minn Gibgħa ta' Benjamin; Banaja, l-Pirgħatuni; Ħiddaj mill-widien ta' Ġagħas; Abi-għalbon, l-Għarbati; Għażmawet, il-Baħurim; Eljaħba, is-Sagħalbuni; Ġasen, il-Guni; Ġonatan bin Samma, il-Ħarari; Aħijam bin Sarar, il-Ħarari; Elifelet bin Aħasbaj, minn Bet-magħka; Eligħam bin Aħitofel, il-Giluni; Ħesraw, il-Karmeli, Pagħraj, l-Arbi; Igal bin Natan minn Soba; Bani, il-Gaddi; Selek, l-Għammoni; Naħaraj, il-Biroti, skudier ta' Ġowab bin Seruja; Għira, il-Ġetri; Gareb, il-Ġetri; Urija, il-Ħitti; sebgħa u tletin b'kollox."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2SA.24", "bookref": "2SA.24", "text": ["Iċ-ċensiment", "U l-Mulej raġa' għadab għal Iżrael u xewwex lil David kontrihom u qallu: \"Mur, għodd lil Iżrael u lil Ġuda.\"", "U s-sultan qal lil Ġowab u 'l-kmandanti tal-eżerċtu li kienu miegħu: \"Morru duru mat-tribujiet kollha ta' Iżrael, minn Dan sa Birsaba, u għoddu l-poplu, biex jien inkun naf l-għadd tal-poplu.\"", "U Ġowab qal lis-sultan: \"Ħa jkattar il-Mulej, Alla tiegħek, il-poplu mitt darba daqs li huma, u ħa jarawhom għajnejn is-sultan sidi!", "Imma għalfejn sidi s-sultan jixtieq jagħmel dan?\"", "Imma l-kelma tas-sultan għelbet lil Ġowab u l-kmandanti tal-eżerċtu.", "U ħarġu, Ġowab u l-kmandanti tal-eżerċtu, minn quddiem is-sultan biex jgħoddu l-poplu ta' Iżrael.", "Qasmu l-Ġordan, u bdew minn Għarogħer u mill-belt li tinsab f'nofs il-wied, u minn hemm baqgħu sejrin lejn Gad sa Ġagħżer.", "Imbagħad waslu f'Gilgħad u fl-inħawi ta' taħt il-Ħermon.", "Baqgħu sejrin sa Dan u minn Dan daru lejn Sidon.", "Ġew fil-fortizza ta' Tir, u fl-ibliet kollha tal-Ħiwwin, u tal-Kangħanin sa ma waslu fin-Negeb ta' Ġuda f'Birsaba.", "U daru l-pajjiż kollu, u wara disa' xhur u għoxrin ġurnata waslu Ġerusalemm.", "U Ġowab ta lis-sultan l-għadd taċ-ċensiment tal-poplu, li kien ilaħħaq għal Iżrael tmien mitt elf raġel kapaċi jislet ix-xabla; u għal Ġuda ħames mitt elf raġel.", "Iżda wara ċ-ċensiment tal-poplu David ħass qalbu ttaqtaq , u qal lill-Mulej: \"Dnibt bil-kbir b'li għamilt; issa, Mulej, neħħi nitolbok, dan il-ħażen tal-qaddej tiegħek, għax tbellaht bil-bosta.\"", "Xħin David qam filgħodu, il-Mulej kellem lil Gad il-profeta, il-veġġent ta' David, u qallu: \"Mur u għid lil David: 'Dan jgħid il-Mulej: Tliet ħwejjeġ inqegħedlek quddiemek; agħżel waħda minnhom u jien nagħmilhielek.'", "\" U Gad mar għand David u ħabbarlu u qallu: \"Trid int li jiġuk tliet snin ta' għaks fuq l-art?", "Jew taħrab għal tliet xhur minn quddiem l-għadu tiegħek hu u jiġri warajk?", "Jonkella li jkun hemm tlitt ijiem pesta f'pajjiżek?", "Issa aħsibha u għidli x'għandi nwieġeb lil min bagħatni.\"", "U David wieġeb lil Gad: \"Inħossni f'diqa kbira: Ħalli naqa' f'id il-Mulej, għax kbira l-ħniena tiegħu; imma ma rridx naqa' f'idejn il-bnedmin!\"", "U l-Mulej bagħat il-pesta f'Iżrael, minn filgħodu sal-ħin miftiehem, u mietu mill-poplu - minn Dan sa Birsaba - sebgħin elf ruħ.", "Meta l-anġlu kien sejjer imidd idu għal fuq Ġerusalemm biex jeqridha, il-Mulej sogħob bih mid-deni, u qal lill-anġlu li kien qiegħed jagħmel ħerba mill-poplu: \"Biżżejjed!", "Żomm idek.\"", "Dak il-ħin l-anġlu tal-Mulej kien ħdejn il-qiegħa ta' Arawna, il-Ġebusi.", "Xħin David lemaħ lill-anġlu jaħbat għan-nies kellem lill-Mulej u qallu: \"Arani, jien dnibt, u jien għamilt id-deni!", "Imma dawn in-nagħaġ x'għamlu?", "Ħa tkun, nitolbok, idek fuqi, u fuq dar missieri.\"", "U dak in-nhar stess Gad ġie għand David u qallu: \"Qum u tella' artal lill-Mulej fil-qiegħa ta' Arawna, il-Ġebusi.", "U David tala' skont ma kien kellmu Gad fuq ordni tal-Mulej.", "Kif Arawna ttawwal u ra s-sultan u l-qaddejja tiegħu telgħin lejh, ħareġ u niżel wiċċu fl-art u ta qima lis-sultan.", "U Arawna qal: \"Għalfejn ġie sidi s-sultan għand il-qaddej tiegħu?\"", "U David wieġeb: \"Biex nixtri mingħandek il-qiegħa biex nibni artal lill-Mulej, u tieqaf il-pesta minn fost il-poplu.\"", "U Arawna qal lil David: \"Ħalli jeħodha sidi s-sultan, u jibni fiha li jidhirlu li hu l-aħjar.", "Ara, hawn il-baqar għas-sagrifiċċju tal-ħruq, u x-xatba u l-madmad għall-ħatab.", "Kollox jagħti Arawna lis-sultan.\"", "U Arawna ssokta jgħid: \"Jitgħaxxaq bik il-Mulej, Alla tiegħek.\"", "U s-sultan wieġeb lil Arawna: \"Le!", "Irrid nixtri minn għandek bil-flus.", "Ma rridx noffri lill-Mulej, Alla tiegħi, sagrifiċċji bla ħlas.\"", "U David xtara l-qiegħa u l-baqar b'ħamsin xekel tal-fidda.", "U David bena hemm artal lill-Mulej, u offra sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifiċċji tas-sliem.", "U l-Mulej bired lejn il-pajjiż u l-pesta waqfet minn fost Iżrael."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1KI.intro", "bookref": "1KI.intro", "text": ["IŻ-ŻEWĠ KOTBA TAS-SLATEN", "L-EWWEL KTIEB TAS-SLATEN", "Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb", "Il-ktieb tas-Slaten kien oriġinarjament ktieb wieħed maqsum fi tnejn għaliex kien twil wisq biex joqgħod f'parċmina waħda.", "L-Ewwel u t-Tieni Ktieb tas-Slaten ikomplu jirrakkontawlna l-istorja ta' Iżrael.", "L-ewwel ktieb insibu fih tliet taqsimiet li l-protagonisti tagħhom huma s-slaten minn Salamun, bin David, sa Aħażija.", "Hekk naraw fl-ewwel taqsima (kap u ) kif Salamun ħa s-Saltna wara l-mewt ta' missieru li f'dan il-ktieb naqraw dwar l-aħħar snin ta' ħajtu.", "Kapitli sa jirrakkontawlna x'għamel Salamun matul ir-renju tiegħu, kemm kien għani u għaref, u kif bena u ddedika t-tempju ta' Ġerusalemm.", "L-aħħar taqsima tiddeskrivi kif is-saltna nqasmet fi tnejn wara l-mewt ta' Salamun u tinkludi avvenimenti fil-ħajja tas-slaten taż-żewġ saltniet.", "Kull sultan li dwaru jitkellem dan il-ktieb jiġi ġġudikat skont kif kien ġieb ruħu ma' Alla.", "Is-slaten kollha ta' Iżrael m'obdewx il-Liġi ta' Alla u jitqiesu bħala ħżiena.", "Min-naħa l-oħra, il-biċċa l-kbira tas-slaten ta' Ġuda żammew il-fedeltà tagħhom lejn Alla ta' missirijiethom, u għalhekk insibuhom imfaħħra bħala nies tajbin.", "F'dan il-ktieb insibu wkoll il-ġrajja magħrufa tal-Profeta Elija fl-isfida li għamel lill-profeti ta' Bagħal biex juri min hu Alla veru.", "Elija resaq lejn il-poplu kollu, u qalilhom: \"Kemm se ddumu titlajjaw minn naħa għal oħra?", "Jekk il-Mulej hu Alla, morru warajh … Intom [profeti ta' Bagħal] sejħu l-alla tagħkom, u jiena nsejjaħ isem il-Mulej.", "Dak l-alla li jwieġeb permezz tan-nar, dan ikun hu Alla.\" ( , ; ).", "It-taqsim tal-ktieb", "It-tmiem tar-renju ta' David ( , — , )", "Salamun isir sultan ( , - )", "It-tmexxija ta' Salamun ( , — , )", "L-ewwel snin ( , — , )", "Il-bini tat-Tempju ( , — , )", "Is-snin ta' wara ( , — , )", "Is-saltna tinqasam ( , — , )", "L-irvell mit-tribujiet tat-Tramuntana ( , — , )", "Is-slaten ta' Ġuda u ta' Iżrael ( , — , )", "Il-Profeta Elija ( , — , )", "Is-Sultan Aħab ta' Iżrael ( , — , )", "Ġosafat, sultan ta' Ġuda u Aħażija, sultan ta' Iżrael ( , - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1KI.1", "bookref": "1KI.1", "text": ["L-aħħar snin ta' David", "U s-sultan David kien xjieħ u mdaħħal fiż-żmien, u kienu jgħattuh bil-ħwejjeġ, imma ma kienx jisħon.", "U l-qaddejja tiegħu qalulu: \"Ħa jfittxu lil sidna s-sultan xebba żagħżugħa biex toqgħod madwar is-sultan, u ddur bik, torqod fi ħdanek, u jżomm sħun sidi s-sultan.\"", "U fittxew żagħżugħa sabiħa mal-pajjiż kollu ta' Iżrael, u sabu lil Abisag is-Sunamija, u ħaduha għand is-sultan.", "U ż-żagħżugħa kienet sabiħa ħafna, u kienet iddur bis-sultan u sservih, imma hu ma għarafhiex b'martu.", "Adonija u s-sultan", "Adonija bin Ħaggit beda jitkabbar u jgħid: \"Ħa nsaltan jien!\"", "U għamel imriekeb, rikkieba, u gwardja ta' ħamsin raġel jiġru quddiemu.", "Missieru qatt ma liemu u qallu: \"Għaliex qiegħed tagħmel hekk?\"", "Kien ukoll ta' bixra sabiħa ħafna, u kien twieled wara Absalom.", "Ġara li ftiehem ma' Ġowab bin Seruja u ma' Abjatar, il-qassis.", "Dawn kienu jżommu ma' Adonija, u marru warajh.", "Iżda Sadok, il-qassis, u Benajja bin Ġeħojada, u Natan, il-profeta, u Simgħi, Regħi, u l-qalbiena ta' David ma żammewx ma' Adonija.", "U Adonija offra sagrifiċċji ta' nagħaġ, baqar u għoġiela msemmna ħdejn il-blata ta' Żohelet, li kienet ħdejn Għajn-rogel, u stieden lil ħutu kollha, ulied is-sultan, u n-nies kollha ta' Ġuda, il-qaddejja tas-sultan.", "Imma 'l Natan, il-profeta, lil Benajja, u 'l-qalbenin, u 'l Salamun ħuh, ma stedinhomx.", "U Natan kellem lil Batseba, omm Salamun, u qalilha: \"Ma smajtx int li Adonija bin Ħaggit sar sultan bla ma jaf xejn sidna David?", "Issa ejja ħa nagħtik parir, u ssalva ħajtek, u l-ħajja ta' ibnek Salamun.", "Mur u idħol għand is-sultan David, u għidlu: 'Mhux int sidi s-sultan, li kont ħlift lill-qaddejja tiegħek u għedtilha: Iva, Salamun, ibnek, isaltan warajja, u hu joqgħod fuq it-tron tiegħi?", "Għaliex issa sar sultan Adonija?'", "Ara, kif tkun hemm titkellem mas-sultan, jien nidħol warajk, u nsaħħaħ kliemek.\"", "U Batseba marret għand is-sultan f'kamartu, u s-sultan kien xjieħ ħafna; u Abisag is-Sunamija kienet iddur bih.", "U Batseba nxteħtet wiċċha fl-art, u sellmet lis-sultan; u s-sultan qalilha: \"X'minnek?\"", "U hi weġbitu: \"Sidi!", "Int kont ħlift bil-Mulej, Alla tiegħek, lill-qaddejja tiegħek: 'Salamun ibnek isaltan warajja, u hu joqgħod fuq it-tron tiegħi.'", "U issa, ara, sar sultan Adonija, u s-sultan sidi ma jaf b'xejn.", "U offra sagrifiċċji ta' baqar u għoġiela msemmna u ħafna nagħaġ; u stieden lil ulied is-sultan kollha, lill-qassis Abjatar, u lil Ġowab, il-kmandant tal-eżerċtu, imma lil Salamun, il-qaddej tiegħek, ma stednux.", "U issa, sultan sidi, għajnejn Iżrael kollu huma fuqek biex ikunu jafu min se joqgħod fuq it-tron wara sidi s-sultan.", "Għax inkella malli sidi s-sultan imur jistrieħ ma' missirijietu, jien u ibni Salamun jgħodduna b'nies ħatja.\"", "U, ara, kif kienet għadha titkellem mas-sultan jidħol Natan, il-profeta.", "U taw l-aħbar lis-sultan u qalulu: \"Ara, hawn Natan, il-profeta.\"", "U dan daħal quddiem is-sultan, u sellem lis-sultan b'wiċċu fl-art.", "U Natan qallu: \"Sidi s-sultan; jaqaw għedt: 'Adonija jsaltan warajja u joqgħod fuq it-tron tiegħi'?", "Għax illum niżel u offra b'sagrifiċċji baqar, għoġiela msemmna u ħafna nagħaġ; stieden 'l ulied is-sultan ilkoll u l-kmandanti tal-eżerċtu, lil Abjatar, il-qassis, u bħalissa qegħdin jieklu u jixorbu miegħu, u jgħajtu: 'Viva s-sultan Adonija.'", "Imma lili, il-qaddej tiegħek, lil Sadok, il-qassis, u lil Benajja bin Ġeħojada, u lil Salamun, il-qaddej tiegħek, ma stedinniex.", "Jaqaw dan sar bl-ordni tas-sultan sidi bla ma għarraft lill-qaddejja tiegħek min se joqgħod fuq it-tron tiegħu warajh?\"", "Is-sultan David wieġeb u qal: \"Sejħuli lil Batseba.\"", "U din daħlet quddiem is-sultan u qagħdet bilwieqfa quddiemu.", "U s-sultan ħalef u qal: \"Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, li ħelisli 'l ħajti minn kull għawġ!", "Bħalma kont ħliftlek bil-Mulej, Alla ta' Iżrael, u għedtlek: 'Salamun, ibnek, għad isaltan warajja, u joqgħod fuq it-tron tiegħi minn floki,' hekk nagħmel illum stess.\"", "U Batseba nxteħtet wiċċha fl-art u qiemet lis-sultan u qalet: \"Jalla jgħix sidi s-sultan David għal dejjem!\"", "U s-sultan David qal: \"Sejħuli lil Sadok, il-qassis, u lil Natan, il-profeta, u lil Benajja bin Ġeħojada.\"", "U dawn daħlu quddiem is-sultan.", "U s-sultan qalilhom: \"Ħudu magħkom il-qaddejja ta' sidkom, u rikkbu lil Salamun ibni fuq il-bagħla tiegħi, u niżżluh f'Giħon, u hemm jidilkuh sultan fuq Iżrael Sadok, il-qassis, u Natan, il-profeta; u intom doqqu t-tromba u għajtu: 'Viva s-sultan Salamun!'", "Imbagħad titilgħu warajh, u hu jiġi, u joqgħod fuq it-tron tiegħi, u jsaltan minn floki, għax lilu jien ordnajt li jkun prinċep fuq Iżrael u fuq Ġuda.\"", "U Benajja bin Ġeħojada wieġeb lis-sultan u qallu: \"Ammen!", "Hekk ikun!", "Hekk jordna l-Mulej, Alla ta' sidi s-sultan.", "U bħalma l-Mulej kien ma' sidi s-sultan, hekk ikun ma' Salamun, u jkabbarlu t-tron tiegħu aktar mit-tron ta' sidi s-sultan David.\"", "Il-konsagrazzjoni ta' Salamun", "U niżel Sadok, il-qassis, u Natan, il-profeta, u Benajja bin Ġeħojada, il-Keretin u l-Peletin , u rikkbu lil Salamun fuq il-bagħla tas-sultan David, u wassluh sa Giħon.", "U Sadok, il-qassis, ħa l-qarn taż-żejt mit-tabernaklu u dilek lil Salamun.", "Imbagħad daqqew it-tromba u l-poplu kollu għajjat: \"Viva s-sultan Salamun!\"", "U l-poplu kollu tala' warajh idoqqu l-flawt, u jaqbżu b'ferħ kbir, u l-art riedet tinqasam bl-għajjat tagħhom.", "Adonija u l-mistednin, li kienu miegħu, semgħu l-għajjat sewwasew malli spiċċaw jieklu.", "Sama' wkoll Ġowab id-daqq tat-tromba u qal: \"Għalfejn dan l-għajjat u t-tqanqil tal-belt?\"", "Kien għadu jitkellem meta wasal Ġonatan bin Abjatar, il-qassis.", "U Adonija qallu: \"Ejja 'l hawn, raġel ta' ħila.", "Int aħbar tajba ġġib.\"", "U Ġonatan wieġeb lil Adonija u qallu: \"Mela x'inhu!", "Sidna s-sultan David għamel sultan lil Salamun.", "U s-sultan bagħat miegħu lil Sadok, il-qassis, u lil Natan, il-profeta, u Benajja bin Ġeħojada, lill-Keretin u 'l-Peletin, u rikkbuh fuq il-bagħla tas-sultan.", "U l-qassis Sadok u l-profeta Natan dilkuh sultan f'Giħon, u telgħu minn hemm jgħajtu bil-ferħ u l-belt kollha tqanqlet.", "Dan hu l-għajjat li smajtu.", "U Salamun diġà qiegħed fuq it-tron tas-saltna.", "U l-qaddejja tas-sultan ġew jifirħu lil sidna s-sultan David u jgħidulu: 'Jalla Alla tiegħek jgħolli isem Salamun 'il fuq minn ismek; u jkabbar it-tron tiegħu aktar mit-tron tiegħek.'", "U s-sultan baxxa rasu fuq il-friex.", "U s-sultan ukoll tkellem: 'Imbierek il-Mulej, Alla ta' Iżrael, li llum ta li wieħed minn nisli joqgħod fuq it-tron tiegħi, u narah b'għajnejja.\"", "Imbagħad il-mistednin ta' Adonija nħasdu, u qamu u xterdu kulħadd għal triqtu.", "U Adonija qabdu l-biża' minn Salamun, u qam u mar, u qabad ma' qrun l-artal .", "U taw l-aħbar lil Salamun u qalulu: \"Ara, Adonija qiegħed jibża' mis-sultan Salamun, u arah imqabbad ma' qrun l-artal u jgħid: 'Ħa jaħlifli llum is-sultan Salamun li ma joqtolx il-qaddej tiegħu bis-sejf.'", "\" U Salamun qal: \"Jekk iġib ruħu ta' raġel, ma taqax xagħra waħda minn ġismu fl-art, imma jekk iġib ruħu ħażin, imut.\"", "U s-sultan Salamun bagħat iniżżlu mill-artal, u hu mar u nxteħet fl-art quddiem is-sultan Salamun, u Salamun qallu: \"Mur lejn darek!\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1KI.2", "bookref": "1KI.2", "text": ["L-aħħar kliem u l-mewt ta' David", "David, meta wasal biex imut, lil ibnu Salamun għamillu dawn it-twissijiet: \"Jiena wasalt biex naqbad it-triq li minnha jgħaddi kulħadd.", "Qawwi qalbek u oħroġ ta' raġel.", "Ħares il-liġi tal-Mulej, Alla tiegħek: imxi fit-triqat tiegħu, u oqgħod għal-liġijiet, għat-twissijiet, għad-digrieti u għall-preċetti li għamel hu, hekk kif hemm miktub fil-liġi ta' Mosè, biex f'kulma tagħmel u kull fejn iddawwar wiċċek issib ir-risq; biex il-Mulej iżomm il-wegħda li għamel lili meta qalli: 'Jekk uliedek iżommu triqthom, u jimxu bis-sewwa b'qalbhom kollha, u b'ruħhom kollha, ma jonqos qatt wieħed minn nislek fuq it-tron ta' Iżrael.'", "\"U inti wkoll taf x'għamilli Ġowab bin Seruja ; x'għamel liż-żewġ kmandanti tal-eżerċtu ta' Iżrael, lil Abner bin Ner u lil Għamaxa bin Ġeter, kif fi żmien il-paċi qatilhom, u xerred id-demm tal-gwerra, u tabbagħlu b'demm il-gwerra l-ħżiem li kellu ma' qaddu, u l-qorq li kellu f'riġlejh.", "Agħmel skont għerfek: la tħallix xjuħitu tinżel bis-sliem fost il-mejtin.", "\"Uri tjubitek ma' wlied Barżillaj, il-Gilgħadi, u qis li jkunu fost dawk li jieklu fuq il-mejda miegħek; għax hekk ġiebu ruħhom miegħi meta kont maħrub minn quddiem ħuk Absalom.", "\"Għandek imbagħad lil Simgħi bin Gera, bin Benjamin, minn Baħurim, hu li seħetni b'saħta mill-eqqel dak in-nhar li tlaqt għal Maħanajm.", "Hu kien niżel jilqagħni ħdejn il-Ġordan, u jien ħliftlu bil-Mulej u għedtlu: 'Ma noqtlokx bix-xabla.'", "Imma int issa tħallihx bla kastig; int bniedem għaref, u taf x'għandek tagħmillu: tniżżillu xjuħitu bid-demm lejn il-qabar.\"", "U David strieħ ma' missirijietu, u difnuh fil-belt ta' David.", "Iż-żmien li dam isaltan David fuq Iżrael kien ta' erbgħin sena: għal seba' snin saltan f'Ħebron, u għal tlieta u tletin sena f'Ġerusalemm.", "Imbagħad Salamun tala' fuq it-tron ta' David missieru, u s-saltna tiegħu ssaħħet sewwa.", "Il-qerda ta' Adonija, Ġowab u Simgħi", "Adonija bin Ħaggit mar għand Batseba, omm Salamun, u hi staqsietu: \"Ġejt bis-sliem?\"", "U hu weġibha: \"Bis-sliem!\"", "U ssokta: \"Għandi kelma xi ngħidlek.\"", "U hi qaltlu: \"Tkellem.\"", "\"Inti taf, qalilha, li s-saltna kienet għalija, u Iżrael kollu kien tafa' għajnejh fuqi biex insir sultan; imma s-saltna għaddiet għal għand ħija għax il-Mulej riedha għalih.", "Issa jien ħaġa waħda nitlob mingħandek.", "La ddawwarlix wiċċek.\"", "U hi qaltlu: \"Tkellem.\"", "\"Għid lis-sultan Salamun, jekk jogħġbok,\" qalilha, \"u żgur mhux se jgħidlek le, li jagħtini b'marti lil Abisag , is-Sunamija.\"", "U Batseba wieġbet: \"Tajjeb, inkellem lis-sultan għalik.\"", "Batseba marret għand is-sultan Salamun biex tkellmu għal Adonija.", "U s-sultan qam u mar jilqagħha, baxxa rasu quddiemha, u raġa' lura lejn it-tron tiegħu.", "Għal omm is-sultan, imbagħad, ħejjielha tron u qagħdet fuq il-lemin tiegħu.", "U qaltlu: \"Ħaġa żgħira se nitlob mingħandek; la ddawwarx wiċċek minni.\"", "U s-sultan weġibha: \"Itlob, ommi, għax m'iniex se ndawwar wiċċi minnek.\"", "U qaltlu: \"Li Abisag, is-Sunamija, tingħata lil ħuk Adonija b'martu.\"", "U s-sultan Salamun wieġeb u qal lil ommu: \"U għaliex int qiegħda titlob lil Abisag, is-Sunamija, għal Adonija?", "Għax ma tlabtnix is-saltna għalih mill-ewwel, la hu ħija l-kbir u għandu miegħu lil Abjatar, il-qassis, u lil Ġowab bin Seruja?\"", "U s-sultan Salamun ħalef bil-Mulej, u qal: \"Dan jagħmilli Alla u iżjed, jekk Adonija ma tkellimx hekk għat-telfien ta' ħajtu.", "U issa daqs kemm hu ħaj il-Mulej li wettaqni u qegħedni fuq it-tron ta' David missieri, u li waqqafli dar kif kien wiegħed, Adonija llum joqtluh.\"", "U s-sultan Salamun bagħat joqtlu permezz ta' Benajja bin Ġeħojada, u dan inxteħet fuqu u Adonija miet.", "U lil Abjatar, il-qassis, is-sultan qallu: \"Int itlaq, u mur fl-oqsma tiegħek f'Għanatot, għax int bniedem ħaqqek il-mewt.", "Madankollu ma noqtlokx illum għax int ġarrejt l-arka ta' Sidi l-Mulej quddiem David missieri, u għaliex int batejt bħalma bata missieri.\"", "U hekk Salamun warrab lil Abjatar u neħħieh minn qassis tal-Mulej; u seħħet ukoll il-kelma tal-Mulej li kien qal għal dar Għeli f'Silo.", "L-aħbar waslet għand Ġowab; Ġowab kien żamm ma' Adonija, imma mhux ma' Absalom.", "U Ġowab ħarab lejn it-tabernaklu tal-Mulej, u qabad ma' qrun l-artal.", "U ħabbru lis-sultan Salamun li Ġowab kien ħarab lejn it-tabernaklu tal-Mulej, u li kien ħdejn l-artal.", "U Salamun bagħat għal Benajja bin Ġeħojada u qallu: \"Mur u oqtlu.\"", "U Benajja mar fit-tabernaklu tal-Mulej u qallu: \"Dan jgħid is-sultan: Oħroġ!\"", "\"Le,\" qallu, \"hawn immut.\"", "U Benajja raġa' lura għand is-sultan bl-aħbar u qallu: \"Dan qal Ġowab, u dan wieġeb.\"", "U s-sultan qallu: \"Agħmel kif qallek, tih daqqa għall-mewt u idfnu.", "Hekk tneħħi d-demm bla ħtija li xerred Ġowab, minn fuqi, u minn fuq dar missieri.", "U jroddlu l-Mulej demmu fuq rasu, talli ħabat għal tnejn min-nies sewwa u aħjar minnu, u qatilhom bix-xabla, bla ma kien jaf David missieri: Abner bin Ner, il-kmandant tal-eżerċtu ta' Iżrael, u Għamaxa bin Ġeter, il-kmandant ta' Ġuda.", "Ħa jaqa' demmhom fuq ras Ġowab u ras nislu għal dejjem, u s-sliem tal-Mulej ikun fuq David, fuq nislu, fuq daru, u fuq it-tron tiegħu għal dejjem.\"", "U Benajja bin Ġeħojada tala', u ħabat għalih, u qatlu, u difnuh f'daru fid-deżert.", "U s-sultan qiegħed minn flok Ġowab lil Benajja bin Ġeħojada fuq l-eżerċtu; u lil Sadok, il-qassis, is-sultan qiegħdu minflok Abjatar.", "U s-sultan bagħat isejjaħ lil Simgħi u qallu: \"Ibni dar għalik f'Ġerusalemm u oqgħod hemm.", "La toħroġx minn hemm, u tmur imkien la 'l hemm u la 'l hawn.", "Dak in-nhar li toħroġ u taqsam il-wied ta' Kedron, kun af li tmut żgur; demmek fuq rasek.\"", "U Simgħi wieġeb lis-sultan: \"Kollox sew!", "Bħalma qal sidi s-sultan, hekk jagħmel il-qaddej tiegħek.\"", "U Simgħi qagħad Ġerusalemm għal ħafna żmien.", "Meta kienu għaddew tliet snin, tnejn mill-qaddejja ta' Simgħi ħarbu għal għand Akis bin Magħka, sultan ta' Gatt; u l-aħbar waslet għand Simgħi u qalulu: \"Il-qaddejja tiegħek qegħdin f'Gatt.\"", "U Simgħi qam u xedd il-ħmar tiegħu, u mar Gatt, għand Akis, ifittex il-qaddejja tiegħu.", "Simgħi mar u ġieb lura l-qaddejja tiegħu minn Gatt.", "U lil Salamun qalulu li Simgħi kien ħareġ minn Ġerusalemm u mar Gatt, u ġieb lura l-qaddejja tiegħu.", "U s-sultan bagħat isejjaħ lil Simgħi u qallu: \"Ma ġagħaltikx taħlef bil-Mulej, u wissejtek u għedtlek: 'Dak in-nhar li toħroġ u tmur 'l hemm u 'l hawn, kun af li tmut żgur'?", "U int weġibtni: 'Kollox sew!", "Nisma' minnek'?", "Għaliex, mela, ma ħaristx il-ġurament tal-Mulej u l-ordnijiet li tajtek?\"", "U s-sultan issokta jgħid lil Simgħi: \"Int taf bid-deni kollu, u qalbek tafu sewwa, li għamilt lil David missieri; il-Mulej issa se jreġġa' l-ħażen tiegħek għal fuq rasek.", "Imma s-sultan Salamun ikun imbierek u t-tron ta' David ikun sod quddiem il-Mulej għal dejjem.\"", "U s-sultan ordna lil Benajja bin Ġeħojada; u dan ħabat għalih u miet.", "Hekk is-saltna ssudat f'idejn Salamun."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1KI.3", "bookref": "1KI.3", "text": ["Salamun sultan ta' Iżrael kollu", "U Salamun tħatten mal-Fargħun, sultan tal-Eġittu, u ħa lil bintu b'martu, u ġiebha fil-belt ta' David sakemm temm jibni daru, u dar il-Mulej, u s-swar madwar Ġerusalemm.", "Imma l-poplu kien għadu joffri s-sagrifiċċji fis-santwarji għax id-dar għal isem il-Mulej kienet għadha ma nbnietx sa dak iż-żmien.", "Salamun jitlob l-għerf", "Salamun kien iħobb il-Mulej, u kien jimxi skont il-preċetti ta' David missieru, imma huwa wkoll kien joffri s-sagrifiċċji u l-inċens fis-santwarji.", "U mar is-sultan f'Gibgħon joffri s-sagrifiċċji hemm, għax fost is-santwarji dak kien l-aqwa wieħed.", "Salamun offra elf offerta tal-ħruq fuq dak l-artal.", "F'Gibgħon il-Mulej deher lil Salamun fil-ħolm billejl.", "\"Itlobni x'nagħtik,\" qallu Alla.", "U wieġbu Salamun: \"Inti wrejt tjieba kbira mal-qaddej tiegħek David missieri, talli hu mexa quddiemek bil-fedeltà u bil-qdusija u bl-onestà miegħek; għadek sal-lum turih din it-tjieba kbira tiegħek, int li ħallejt lil wieħed minn uliedu jieħu postu llum fuq it-tron tiegħu.", "B'hekk issa, Mulej, Alla tiegħi, lili, qaddej tiegħek, għadek kemm qegħedtni sultan flok David missieri.", "Iżda jiena għadni daqsxejn ta' żagħżugħ, bla ma naf mnejn għandi ngħaddi.", "Il-qaddej tiegħek sab ruħu f'nofs dan il-poplu li int għażilt, poplu hekk kotran li ħadd ma jista' jgħoddu jew iqisu.", "Agħti, għalhekk, lill-qaddej tiegħek moħħ ħafif biex jifhem, biex jista' jmexxi l-poplu tiegħek, u jagħraf it-tajjeb mill-ħażin; għax inkella min jasal biex imexxih, dan il-poplu tiegħek ta' kotra hekk kbira?\"", "Il-Mulej ħa gost li Salamun talab dil-ħaġa.", "Għalhekk qallu Alla: \"Ladarba tlabt din il-ħaġa, u ma tlabtnix għomor twil, jew għana, jew il-ħajja tal-għedewwa tiegħek - iva, talli tlabt li tagħraf tifhem kif għandek tmexxi - hawn jien se nagħmel kif għedt int. Qed nagħtik moħħ għaref u għaqli, hekk li ħadd qablek ma kien hawn bħalek, u anqas warajk ma jkun hawn.", "U mqar dak li ma tlabtnix se nagħtihulek, sew ġid sew glorja, hekk li ma jkun hawn qatt sultan ieħor bħalek.", "U jekk timxi fi triqati, billi toqgħod għal-liġijiet u l-kmandamenti tiegħi kif mexa David missierek, nagħtik ukoll ħajja twila.\"", "Imbagħad Salamun stenbaħ, u ra li kienet ħolma.", "Mar lura Ġerusalemm, u qagħad quddiem l-arka tal-patt tal-Mulej: u offra sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifiċċji tas-sliem, u għamel festa għall-qaddejja tiegħu kollha.", "Il-ġudizzju ta' Salamun", "Darba ġew żewġ nisa żienja għand is-sultan u resqu quddiemu.", "Waħda minnhom qaltlu: \"Jekk jogħġbok, Sidi!", "Jien u din il-mara noqogħdu f'dar waħda, u wlidt magħha fid-dar.", "Ġara li fit-tielet jum wara l-ħlas tiegħi, wildet din ukoll; u konna weħidna, ma kien hemm ħadd barrani magħna fid-dar, imma aħna t-tnejn weħidna; u t-tarbija ta' din il-mara mietet billejl, għax hi raqdet fuqha.", "U qamet matul il-lejl, u ħadet lil ibni minn ħdejja, waqt li l-qaddejja tiegħek kienet rieqda; u medditu fi ħdanha, u 'l binha mejjet medditu fi ħdani.", "U mas-sebħ qomt inredda' lil ibni, u nsibu mejjet; imma xħin ħarist sewwa lejh filgħodu, insib li ma kienx ibni li kont ulidt.\"", "Imma l-mara l-oħra qalet: \"Le!", "Ibni l-ħaj u ibnek il-mejjet.\"", "U l-oħra wieġbet: \"Le!", "Ibnek il-mejjet, u ibni l-ħaj!\"", "U hekk baqgħu sejrin jitlewmu quddiem is-sultan.", "U s-sultan qalilhom: \"Din qiegħda tgħid 'Dan hu ibni, il-ħaj; u ibnek, il-mejjet'; u din twieġeb: 'Le, ibnek il-mejjet; u ibni l-ħaj.\"", "U ssokta jgħid is-sultan: \"Newluli xabla.\"", "U newlulu xabla; u s-sultan qal: \"Aqsmu t-tarbija l-ħajja fi tnejn, u agħtu nofs lil waħda, u nofs lill-oħra.\"", "U l-mara li binha kien il-ħaj ħasset il-ġewwieni tagħha jitqanqlu minħabba binha, u qabżet u qaltlu: \"Jekk jogħġbok, sidi, agħtuha t-tarbija l-ħajja, u la toqtluhiex.\"", "Imma l-oħra qalet: \"La tkun tiegħi, u lanqas tiegħek, aqsmuha!\"", "U s-sultan wieġeb u qal: \"Agħtuha t-tarbija l-ħajja, u la toqtluhiex; għax dik hi ommha.\"", "U Iżrael kollu sama' bil-ġudizzju li kien ta s-sultan, u bdew jibżgħu mis-sultan għax raw li fih kellu l-għerf ta' Alla biex jagħmel il-ħaqq."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1KI.4", "bookref": "1KI.4", "text": ["L-amministrazzjoni ta' Salamun", "Salamun kien sultan fuq Iżrael kollu.", "U dawn kienu l-uffiċjali tiegħu: Għażarija bin Sadok kien il-qassis; Eliħoref u Aħija ulied Sisa, segretarji; Ġosafat bin Aħilud, kunsillier; Benajja bin Ġeħojada, kmandant tal-eżerċtu; Sadok u Abjatar, qassisin; Għażarija bin Natan, kap tal-kummissarji; Żabud bin Natan, qassis, ħabib tas-sultan; Aħisar, maġġordom; u Adoniram bin Għabda, soprastant fuq ix-xogħol bilfors.", "Salamun kellu wkoll tnax-il kummissarju fuq Iżrael kollu, u kienu jaħsbu għall-provvisti tas-sultan u d-dar tiegħu.", "Kull wieħed kellu jaħseb għall-provvista ta' xahar fis-sena.", "Dawn kienu ismijiethom: Ben-ħur fil-muntanji ta' Efrajm; Ben-deker f'Makas, Sagħalbim u Betxemex, Elon-bet-ħanan; Ben-ħesed f'Arubbot; kellu Soku u l-art kollha ta' Ħefer.", "Ben-abinadab f'Nafat-dor; martu kienet Tafat, bint Salamun.", "Bagħana bin Aħilud kellu Tagħnak u Megiddu u Betsan kollu, li taħbat Saretan minn taħt Ġeżragħel, minn Betsan sa Abel-meħola san-naħa l-oħra ta' Ġoknegħam.", "Ben-geber f'Ramot-gilgħad; kellu f'idejh l-irħula ta' Ġajir bin Manassi, li kienu f'Gilgħad, u wkoll l-inħawi ta' Argob f'Basan; sittin belt kbira u mdawra bis-swar, u magħluqa bl-iżbarri tal-bronż.", "Aħinadab bin Għiddu, f'Maħanajm; Aħimagħas f'Naftali - dan ukoll ħa b'martu lil Baxemat bint Salamun; Bagħana bin Ħusaj, f'Aser u Begħalot; Ġeħosafat bin Paruħa, f'Issakar.", "Simgħi bin Ela, f'Benjamin; Geber bin Uri, fl-art ta' Gilgħad, fl-art ta' Siħon, sultan tal-Amurrin, u ta' Għog, sultan ta' Basan.", "Kien hemm imbagħad kummissarju wieħed fuq l-art ta' Ġuda .", "Il-poplu ta' Ġuda u Iżrael kien kotran bħar-ramel tal-baħar; u kienu lkoll ferħana jieklu u jixorbu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1KI.5", "bookref": "1KI.5", "text": ["Il-glorja ta' Salamun", "Salamun kien jaħkem fuq is-saltniet kollha mix-xmara sal-art tal-Filistin u l-fruntieri tal-Eġittu; kollha kienu jħallsu t-tribut u kienu jservu lil Salamun għomru kollu.", "U l-provvista ta' kuljum għall-ikel għal Salamun kienet: tletin kor smid u sittin kor dqiq; għaxar baqriet imsemmna u għoxrin oħra tal-mergħa; mitt nagħġa, barra kull xorta ta' ċriev u gazzelli, antilopi u tajr imsemmen.", "Għax hu kien isaltan 'l hawn mix-xmara , minn Tifsa sa Gaża, fuq is-slaten kollha 'l hawn mix-xmara.", "Kien isaltan is-sliem fl-inħawi kollha ta' madwaru.", "Il-poplu ta' Ġuda u Iżrael kien jgħix fiż-żgur, kulħadd taħt id-dielja u t-tina tiegħu, minn Dan sa Birsaba, iż-żmien kollu ta' Salamun.", "Salamun kellu erbgħin elf stalla għaż-żwiemel u għall-karrijiet tiegħu, u tnax-il elf rikkieb.", "Il-kummissarji kienu jaħsbu, kull wieħed fix-xahar tiegħu, għall-ikel għas-sultan Salamun, u għal dawk kollha li kienu jieklu mill-mejda ta' Salamun; ma kienu jħallu jonqos xejn.", "Kienu jieħdu wkoll ix-xgħir u t-tiben għaż-żwiemel u l-bhejjem tat-tagħbija, kulħadd fil-post fejn imissu, u skont ma kellu jagħmel.", "U Alla ta għerf lil Salamun u dehen kbir ħafna, u moħħ bla qjies bħar-ramel f'xatt il-baħar.", "U l-għerf ta' Salamun kien akbar mill-għerf tan-nies kollha tal-Lvant u mill-għerf kollu tal-Eġittu.", "U kien egħref minn kull bniedem: aktar minn Etan l-Eżraħi u minn Ħeman u Kalkol, u Darda, ulied Maħol; u ismu xtered mal-ġnus kollha ta' madwaru.", "U qabbel tlitt elef proverbju, u l-għana tiegħu kien ilaħħaq elf għanja u ħamsa.", "Kien jaf jitkellem fuq is-siġar: miċ-ċedri li hemm fil-Libanu saż-żuf li jikber mal-ħajt; kien jitkellem fuq il-bhejjem u fuq it-tajr, u fuq il-ħniex u fuq il-ħut.", "U kienu jiġu nies mill-ġnus kollha jisimgħu l-għerf ta' Salamun, u mingħand is-slaten kollha tal-art, li kienu semgħu b'għerfu.", "Salamun u Ħiram", "Ħiram, is-sultan ta' Tir, malli sar jaf li lil Salamun kienu għadhom kif dilkuh sultan, suċċessur ta' missieru, bagħat il-qaddejja tiegħu għandu; għax Ħiram minn dejjem kien jinġieb ma' David.", "Lil Ħiram, imbagħad, Salamun bagħat jgħidlu: \"Kif taf int, David missieri ma kienx irnexxielu jibni tempju għal isem il-Mulej, Alla tiegħu, minħabba l-gwerer li fihom sab ruħu mdawwar b'għedewwa minn kull naħa; sa ma l-Mulej ġabhom taħt qigħan riġlejh.", "U issa li l-Mulej, Alla tiegħi, serraħni mill-ġlied fuq kull naħa, ebda għadu u ebda tfixkil ma baqagħli.", "Hawn jien, għalhekk, qiegħed naħseb biex nibni tempju għal isem il-Mulej, Alla tiegħi, hekk kif il-Mulej kien wiegħed lil David missieri, meta qallu: 'Dak ibnek li jiena nqiegħdu suċċessur tiegħek fuq it-tron, hu jkun li jibni t-tempju għal ismi.'", "Mela issa qabbadhom jaqtgħuli xi siġar taċ-ċedru mil-Libanu.", "Il-qaddejja tiegħi jkunu jaħdmu ma' tiegħek; u għax-xogħol tal-qaddejja tiegħek jiena nħallsek kemm titlobni.", "Għax, kif taf int, ħadd ma hawn fostna hawnhekk li jinqala' biex jaqta' s-siġar daqs kemm jinqalgħu għal dan ix-xogħol in-nies ta' Sidon.\"", "Feraħ mhux ftit Ħiram malli sama' x'kien qal Salamun.", "Għalhekk qal Ħiram: \"Ikun illum imbierek il-Mulej li ta lil David iben għaref, ħalli jmexxi lil dan il-poplu ta' kotra kbira.\"", "U Ħiram bagħat jgħid lil Salamun: \"Smajt b'dak li bgħatt tgħidli.", "Jien nagħmel kulma tixtieq int dwar l-injam taċ-ċedru u l-injam taċ-ċipress.", "Il-qaddejja tiegħi jniżżluh mil-Libanu sal-baħar, u jien ngħabbihom fuq iċ-ċattri fuq il-baħar sa fejn tibgħat tgħidli int, u jien inħotthom hemm, u mbagħad ħudhom int. U int, imbagħad, tagħmel li nixtieq jien, tibgħatli l-provvisti tal-ikel għal dari.\"", "Ħiram kien jibgħat lil Salamun injam taċ-ċedru u injam taċ-ċipress kemm kien irid.", "U Salamun kien jibgħat lil Ħiram għoxrin elf kor qamħ , ikel għal daru, u għoxrin kor żejt fin.", "Daqshekk kien jagħti Salamun lil Ħiram, sena wara sena.", "U l-Mulej kien ta lil Salamun għerf bħalma kien wiegħdu.", "Kien hemm il-paċi bejn Ħiram u Salamun, u għamlu patt bejniethom.", "Il-bini tat-tempju", "Is-sultan Salamun ġabar bil-lieva tletin elf raġel minn Iżrael kollu.", "Kien jibgħathom il-Libanu, qatgħa wara oħra, għaxart elef fix-xahar; xahar kienu jagħmluh fil-Libanu, u xahrejn f'darhom.", "Kien jieħu ħsiebhom Adoniram.", "Ma' dawn Salamun kellu sebgħin elf ruħ oħra għat-tagħbija u tmenin elf għall-qtugħ tal-ġebel mill-muntanja.", "Barra t-tlitt elef u tliet mitt suprentendent li għażel biex jgħassu fuq in-nies tax-xogħol.", "U s-sultan ordna li jaqtgħu ġebel kbir, ġebel magħżul, ġebel minġur kwadru għas-sisien tat-tempju.", "U l-bennejja ta' Salamun u l-bennejja ta' Ħiram u l-Giblin naġru l-ġebel, u ħejjew l-injam u l-ġebel biex jibnu t-tempju."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1KI.6", "bookref": "1KI.6", "text": ["Fis-sena erba' mija u tmenin wara l-ħruġ ta' wlied Iżrael mill-Eġittu, fir-raba' sena tas-saltna ta' Salamun fuq Iżrael, fix-xahar ta' Żiwi, it-tieni xahar, Salamun beda jibni t-tempju tal-Mulej .", "It-tempju li bena s-sultan Salamun lill-Mulej kien sittin driegħ twil, u għoxrin wiesa', u tletin driegħ għoli.", "U l-portiku quddiem is-santwarju kien għoxrin driegħ twil, skont il-wisa' tat-tempju, u għaxart idriegħ fond għal quddiem it-tempju.", "U fetaħ ukoll twieqi bil-gradi fil-ħitan tal-ġnub.", "U tella' wkoll mal-ħajt tat-tempju bini safef safef, madwar il-korsija u s-santwarju, u għamel kmamar dawramejt.", "Is-saff ta' taħt wiesa' ħamest idriegħ, tan-nofs sitt idriegħ wiesa'; u t-tielet wieħed sebat idriegħ wiesa', għax kien bena l-ħajt ta' madwar it-tempju tarġa tarġa, minn barra dawramejt, biex it-travi ma jaqbdux mal-ħitan tat-tempju. - Meta nbena t-tempju, inbena b'ġebel maqtugħ u minġur fil-barriera; u la mterqa u lanqas mannara, u ebda għodda oħra, ma kienet tinstama' waqt il-bini tat-tempju. - Il-bieb għall-kmamar t'isfel kien fuq il-ġenb tal-lemin tat-tempju, u mbagħad kont titla' minn garigor għas-saff tan-nofs, u minn tan-nofs għat-tielet wieħed.", "Meta mbagħad temm il-bini tat-tempju, saqqfu bi travi u twavel taċ-ċedru.", "U l-bini tal-ġnub madwar it-tempju kollu bnieh kull saff ħamest idriegħ għoli u għaqqad kollox mat-tempju bi travi taċ-ċedru.", "U waslet il-kelma tal-Mulej lil Salamun: \"Din id-dar li int qiegħed tibni - jekk inti timxi skont il-kmandamenti tiegħi , u tagħmel id-digrieti tiegħi, u tħares l-ordnijiet kollha tiegħi, u timxi fuqhom, jien inżomm miegħek il-wegħda li jien għamilt lil missierek David - Jien ngħammar f'nofs ulied Iżrael, u ma nabbanduna qatt il-poplu tiegħi Iżrael.\"", "It-tempju minn ġewwa", "U Salamun bena t-tempju u temmu.", "Kesa l-ħitan tad-dar minn ġewwa bit-twavel taċ-ċedru, mill-qiegħa tat-tempju sat-travi tas-saqaf, ksieh bit-twavel minn ġewwa; u l-qiegħa tat-tempju ksieha biċ-ċipress.", "U kesa l-għoxrin driegħ fil-fond tat-tempju bit-travi taċ-ċedru, mill-qiegħa sat-travi, u ħalla l-parti ta' ġewwa għall-post il-qaddis.", "Il-korsija quddiem is-santwarju kienet twila erbgħin driegħ.", "Iċ-ċedru li kien hemm ġewwanett fit-tempju kien imnaqqax f'għamla ta' faqqus u ward miftuħ; kollox miksi biċ-ċedru, u ġebel ma kien jidher xejn.", "Bena wkoll fil-fond tat-tempju santwarju , biex iqiegħed fih l-arka tal-patt tal-Mulej.", "Is-santwarju kien għoxrin driegħ twil, għoxrin driegħ wiesa' u għoxrin driegħ għoli; u ksieh b'deheb mill-ifjen.", "U għamel artal taċ-ċedru.", "U Salamun kesa t-tempju minn ġewwa b'deheb mill-ifjen u dendel velu b'ħoloq tad-deheb quddiem is-santwarju u ksieh bid-deheb.", "It-tempju kollu ksieh bid-deheb, it-tempju kollu kemm hu; u l-artal ta' quddiem is-santwarju ksieh kollu bid-deheb.", "U għamel żewġ kerubini taż-żebbuġ għas-santwarju, kull wieħed għaxart idriegħ għoli.", "Kerubin minnhom kellu ġewnaħ minnhom ħamest idriegħ, u l-ġewnaħ l-ieħor ħamest idriegħ; għaxart idriegħ mit-tarf ta' ġewnaħ sat-tarf tal-ġewnaħ l-ieħor.", "U l-kerubin l-ieħor kien ukoll ta' għaxart idriegħ, qjies wieħed u għamla waħda għaż-żewġ kerubini.", "L-ewwel kerubin kien għaxart idriegħ għoli; u hekk ukoll it-tieni wieħed.", "Salamun qiegħed il-kerubini f'nofs il-kamra ta' ġewwa nett; dawn kellhom ġwenħajhom miftuħa: il-ġewnaħ ta' wieħed jilħaq ħajt ta' naħa u l-ġewnaħ tal-ieħor jilħaq il-ħajt tan-naħa l-oħra, u l-ġwienaħ f'nofs it-tempju kienu jmissu ġewnaħ ma' ġewnaħ.", "U l-kerubini ksiehom bid-deheb.", "U l-ħitan tat-tempju żejjinhom kollha dawramejt, u naqqax fihom kerubini, tamar, u ward miftuħ, sew fil-kamra ta' ġewwa sew f'dik ta' barra.", "Kesa wkoll bid-deheb il-qiegħa tat-tempju fiż-żewġt ikmamar ta' ġewwa u ta' barra.", "Fid-daħla tas-santwarju għamel bieb taż-żebbuġ bil-pilastri u l-blata f'forma ta' pentagonu b'ħames kantunieri.", "Kien fih żewġ battenti taż-żebbuġ u naqqax fihom kerubini, tamar u ward miftuħ; imbagħad kesa l-kerubini u t-tamar bid-deheb.", "Hekk ukoll għamel fid-daħla tal-korsija: ċaċċiż kwadru taż-żebbuġ, u żewġ battenti taċ-ċipress; kull battent kien f'biċċtejn, waħda tingħalaq fuq l-oħra, sew il-waħda sew l-oħra.", "Fihom naqqax kerubini, tamar u ward miftuħ, u kesa kollox bid-deheb.", "U dawwar il-bitħa ta' ġewwa b'ħajt ta' tliet filati ġebel minġur u filata injam taċ-ċedru.", "Fir-raba' sena, fix-xahar ta' Żiwi , poġġew il-pedamenti tat-tempju tal-Mulej; u fil-ħdax-il sena, fix-xahar ta' Bul, it-tmien xahar tas-sena, it-tempju kien mibni fil-partijiet kollha tiegħu, u f'kulma kienet titlob il-pjanta.", "Hekk Salamun it-tempju bnieh f'seba' snin."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1KI.7", "bookref": "1KI.7", "text": ["Il-palazz ta' Salamun", "Salamun ħa ħsieb ukoll jibni l-palazz tiegħu, u dam tlittax-il sena sa ma temmu għalkollox.", "Bena l-palazz tal-foresta tal-Libanu; kienet sala kbira; mitt driegħ twila, u ħamsin driegħ wiesgħa, u tletin driegħ għolja; kellha tliet indani ta' kolonni taċ-ċedru bit-travi taċ-ċedru fuqhom.", "Kienet imsaqqfa biċ-ċedru fuq il-kmamar ta' fuq it-travi ta' fuq il-kolonni li kienu ħamsa u erbgħin, ħmistax kull indana.", "Kellha tliet indani twieqi, tieqa quddiem tieqa, fi tliet indani fuq xulxin; u l-bwieb kollha u t-twieqi kollha kienu kwadri; u tieqa kienet biswit oħra fi tliet indani fuq xulxin.", "U bena wkoll is-sala tal-kolonni, twila ħamsin driegħ u wiesgħa tletin; u portiku quddiemha bil-kolonni u saqaf fuqu.", "Bena wkoll is-sala tat-tron, fejn kien jamministra l-ġustizzja; \"is-sala tal-ġustizzja\" kienet miksija biċ-ċedru mill-art sas-saqaf.", "Bena wkoll bl-istess mod id-dar fejn kellu jgħammar hu, bnieha fil-bitħa l-oħra 'l ġewwa mis-sala; u bena wkoll bħal din is-sala dar għal bint il-Fargħun, li Salamun kien ħadha b'martu.", "Dan il-bini kollu kien mibni b'ġebel magħżul, minġur tal-qjies, maqtugħ bil-munxar, minn ġewwa u minn barra, mill-pedamenti sal-gwarniċun, u minn barra sal-bitħa l-kbira.", "Il-pedamenti kienu magħmula minn ġebel magħżul, ġebel kbir, ġebel ta' għaxart idriegħ, u ġebel ta' tmint idriegħ.", "U fuqhom imbagħad kien mibni b'ġebel magħżul, minġur tal-qjies, u injam taċ-ċedru.", "Il-bitħa l-kbira kellha dawramejt tliet filati ta' ġebel minġur u filata injam taċ-ċedru; hekk ukoll kienu l-bitħa ta' ġewwa tat-tempju tal-Mulej u quddiem is-sala tal-palazz.", "It-tagħmir tat-tempju", "Is-sultan Salamun bagħat iġib lil Ħiram minn Tir.", "Dan kien bin mara armla, mit-tribù ta' Naftali, u missieru kien minn Tir, jaħdem il-bronż.", "Kien mimli kollu għerf u dehen, u jaf jaħdem kull xogħol tal-bronż.", "Ġie għand is-sultan Salamun u ħadimlu x-xogħol kollu li kellu.", "Iż-żewġ kolonni", "Ħadimlu ż-żewġ kolonni tal-bronż: waħda kienet ta' tmintax-il driegħ għoli, u ta' tnax-il driegħ kienet id-dawra tagħha.", "Kienet vojta minn ġewwa u l-bronż kien oħxon erbat iswaba'; it-tieni waħda kienet l-istess.", "U għamel żewġ kapitelli tal-bronż fondut biex iqegħedhom fuq l-irjus tal-kolonni; il-wieħed kien ħamest idriegħ għoli, u l-ieħor ħamest idriegħ ukoll.", "U għamel żewġ girlandi, xogħol tal-insiġ, biex jgħattu l-kapitelli li kien hemm fuq l-irjus tal-kolonni, girlanda għall-ewwel kapitell, u girlanda oħra għat-tieni wieħed.", "Għamel ukoll żewġ indani rummien dawramejt 'il fuq mill-girlanda, biex jgħatti l-kapitell f'ras il-kolonni; hekk ukoll għamel għat-tieni kapitell.", "Fuq il-kapitelli, li kienu fuq l-irjus tal-kolonni fil-portiku, kellhom speċi ta' ġilju, u kien kollox għoli erbat idriegħ.", "Fuq il-kapitelli ta' fuq l-irjus tal-kolonni, sewwasew 'il fuq miż-żaqq, li kienet 'il fuq mill-girlanda, kien hemm mitejn rummiena f'indani madwar il-kapitelli fuq it-tieni kapitell.", "Imbagħad waqqaf il-kolonni fil-portiku tat-tempju; waqqaf il-kolonna tal-lemin u semmieha Ġakin; u waqqaf il-kolonna tax-xellug u semmieha Bogħaż .", "Fuq il-quċċata tal-kolonni kien hemm għamla ta' ġilju.", "Hekk kien mitmum ix-xogħol tal-kolonni.", "Il-vaska tal-ilma", "Għamel ukoll vaska għall-ilma tal-bronż fondut, għaxart idriegħ minn xifer sa xifer; kienet tonda, għolja ħamest idriegħ, b'dawra tal-qjies ta' tletin driegħ.", "Taħt ix-xifer kellha indana u għamla ta' faqqus, għaxra kull driegħ, iddur dawramejt magħha; dan il-faqqus kien f'żewġ saffi mdewweb biċċa waħda magħha.", "Il-vaska kienet isserraħ fuq tnax-il gendus, tlieta jħarsu lejn it-Tramuntana, tlieta lejn il-Punent, tlieta lejn in-Nofsinhar u tlieta lejn il-Lvant, bil-warrani tagħhom iħares 'il ġewwa; u l-vaska kienet isserraħ fuqhom.", "Il-ħxuna tagħha kienet ta' erbat iswaba', u x-xifer kien qisu xifer ta' bieqja, u jixbah fl-għamla lill-warda tal-ġilju.", "Kienet tesa' elfejn batt ilma.", "L-għaxar imqagħad", "U ħadem għaxar imqagħad tal-bronż.", "Kull maqgħad kien erbat idriegħ twil, erbat idriegħ wiesa', u tlitt idriegħ għoli.", "Din kienet l-għamla ta' dawn l-imqagħad; kellhom it-tilari bil-panewijiet f'nofshom.", "Fuq il-panewijiet bejn it-tilari kien hemm imnaqqxin iljuni, baqar u kerubini; u fuq it-tilari, taħt u fuq l-iljuni, il-baqar u l-kerubini, kien hemm imxebilkin girlandi tal-ward.", "Kull maqgħad kellu erba' roti tal-bronż bil-fusien tal-bronż ukoll.", "Fl-erba' kantunieri, imbagħad, kien hemm riffidiet minn taħt il-lenbija; dawn ir-riffidiet kienu tal-bronż fondut ħerġin 'il barra minn kull girlanda.", "Il-maqgħad kellu fetħa 'l ġewwa mir-riffidiet; din il-fetħa kienet tonda, għamla ta' qiegħ il-lenbija, u madwarha kien hemm bħal ċirku għoli nofs driegħ.", "Il-panewijiet ma kinux tondi imma kwadri.", "L-erba' roti kienu taħt il-panewijiet bil-fusien imwaħħlin mal-maqgħad; u kull rota kienet għolja driegħ u nofs.", "L-għamla ta' kull rota kienet bħal dik ta' rota ta' mirkeb; il-fus, iċ-ċirku, l-imgħażel u l-btaten, kollox fondut.", "Fl-erba' kantunieri tal-maqgħad kien hemm erba' saqajn, biċċa waħda mal-maqgħad.", "Fuq wiċċ il-maqgħad kien hemm bħal ċirku għoli nofs driegħ u r-riffidiet f'wiċċ il-maqgħad u l-panewijiet kienu biċċa waħda miegħu.", "U naqqax fuq il-panewijiet kerubini, iljuni u tamar kull naħa skont il-wisa' tagħhom, u xeblek girlandi dawramejt.", "Hekk għamel l-għaxar imqagħad; kollha bronż fondut, qjies wieħed u għamla waħda.", "L-injiebi", "Għamel ukoll għaxart injiebi tal-bronż, kull waħda tesa' erbgħin batt u kbira erbat idriegħ.", "U kull lenbija kellha għaliha wieħed mill-għaxar imqagħad.", "U qiegħed l-imqagħad ħamsa n-naħa tal-lemin u ħamsa n-naħa tax-xellug tat-tempju.", "Il-vaska tal-bronż qegħedha n-naħa tal-lemin tat-tempju, in-naħa tal-Lvant lejn in-Nofsinhar.", "Ħiram għamel ukoll il-kaldaruni, il-pwali, u l-bwieqi.", "Ix-xogħol mitmum", "Ħiram temm ix-xogħol kollu li kellu jagħmel lis-sultan Salamun għat-tempju tal-Mulej; iż-żewġ kolonni, il-kapitelli mżaqqin għal fuq ras iż-żewġ kolonni, iż-żewġ girlandi biex jiksu ż-żewġ kapitelli mżaqqin ta' fuq il-kolonni; l-erba' mitt rummiena għaż-żewġ girlandi, iż-żewġ indani rummien għal kull girlanda li kienet tiksi ż-żaqq taż-żewġ kapitelli ta' fuq ras il-kolonni; l-għaxar imqagħad u l-għaxar injiebi għall-imqagħad, il-vaska tal-ilma, u t-tnax-il baqra għal taħtha; u l-borom, il-pwali u l-bwieqi.", "Dawn il-ħwejjeġ kollha li għamel Ħiram lis-sultan Salamun għat-tempju tal-Mulej, kienu kollha tal-bronż ileqq.", "Is-sultan dewwibhom fil-wita tal-Ġordan, ħdejn il-mogħdija ta' Adama, bejn Sukkot u bejn Saretan.", "Dan it-tagħmir Salamun ma wiżnux; u l-użin baqa' ma tqiesx minħabba l-kotra kbira ta' bronż.", "Hekk Salamun għamel it-tagħmir kollu meħtieġ għat-tempju tal-Mulej; l-artal tad-deheb, u l-mejda tad-deheb għall-ħobż tal-preżenza.", "L-imnariet ta' deheb fin għal quddiem is-santwarju, ħamsa fuq il-lemin u l-ħamsa l-oħra fuq ix-xellug bil-ward u l-imsiebaħ u l-imqassijiet tad-deheb; u l-kwies, l-imqassijiet, il-bwieqi, l-imgħaref, iċ-ċnieser tad-deheb, il-bażi tal-bibien tal-kamra ta' ġewwa nett, jiġifieri l-post il-qaddis, u tal-bibien tal-korsija; kollox kien tad-deheb pur.", "Meta ntemm ix-xogħol kollu li għamel is-sultan Salamun għat-tempju tal-Mulej, ġieb Salamun l-offerti li kien għamel David missieru - il-fidda, id-deheb, u l-ħwejjeġ l-oħra - u qiegħed kollox fl-imħażen tat-tempju tal-Mulej."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1KI.8", "bookref": "1KI.8", "text": ["Il-konsagrazzjoni tat-tempju", "Salamun imbagħad laqqa' flimkien f'Ġerusalemm ix-xjuħ ta' Iżrael, u l-kapijiet tat-tribujiet kollha, u l-prinċpijiet tal-familji ta' wlied Iżrael, biex l-arka tal-patt tal-Mulej itellgħuha mill-belt ta' David, jiġifieri minn Sijon .", "Inġabru għalhekk madwar is-sultan Salamun l-irġiel kollha ta' Iżrael: kien ix-xahar ta' Etanim, is-seba' xahar tas-sena, u kien żmien il-festa.", "U ġew ix-xjuħ kollha ta' Iżrael, u l-qassisin refgħu l-arka.", "U ġarrew l-arka tal-Mulej, u t-tinda tal-laqgħa flimkien ma' kull ħaġa mqaddsa fit-tinda, ġarrewhom il-qassisin u l-leviti.", "Is-sultan Salamun u l-ġemgħa kollha ta' Iżrael miġbura madwaru, qagħdu quddiem l-arka joffru sagrifiċċji ta' nagħaġ u baqar, li ma kontx issib tarf tgħoddhom.", "Imbagħad il-qassisin wasslu l-arka tal-patt tal-Mulej f'postha ġos-santwarju tat-tempju, jiġifieri fil-post il-qaddis; u qegħduha taħt ġwenħajn il-kerubini: għax il-kerubini kellhom ġwenħajhom miftuħin fuq fejn tqiegħdet l-arka, hekk li l-kerubini kienu jgħattu huma stess wiċċ l-arka u l-lasti tagħha.", "Il-bsaten kienu tant twal li rjushom kienu jidhru mill-post qaddis quddiem is-santwarju, imma ma kinux jidhru minn barra, u għadhom hemm sal-lum.", "Xejn ma kien hemm ġol-arka ħlief iż-żewġ twavel tal-ġebel imqegħdin hemm minn Mosè meta kien Ħoreb: dawn kienu t-twavel tal-patt li bih il-Mulej intrabat ma' wlied Iżrael huma u ħerġin minn art l-Eġittu.", "Xħin il-qassisin ħarġu mis-santwarju ta' barra, is-sħaba mliet it-tempju tal-Mulej, u minħabba fiha l-qassisin ma setgħux ikomplu s-servizz tagħhom, għax il-glorja tal-Mulej kienet imliet it-tempju tal-Mulej.", "Imbagħad Salamun qal:", "\"Qiegħed il-Mulej ix-xemx fis-smewwiet;", "imma hu ried jgħammar fid-dlam.", "Għalhekk jien bnejtlek dar fejn tgħammar,", "post fejn toqgħod għal dejjem.\"", "Id-diskors ta' Salamun", "Imbagħad is-sultan dawwar wiċċu u bierek il-ġemgħa kollha ta' Iżrael; waqt li l-ġemgħa kollha ta' Iżrael kienet bilwieqfa.", "U qal: \"Imbierek il-Mulej, Alla ta' Iżrael, li temm b'idu kulma kien qal b'fommu lil David missieri meta qallu: 'Mindu ħriġt lill-poplu tiegħi mill-Eġittu, ma għażilt ebda belt mit-tribujiet kollha ta' Iżrael, biex fiha nibni tempju li fih ikun hemm ismi; imma għażilt lil David biex isaltan fuq il-poplu tiegħi ta' Iżrael.'", "\"David missieri kellu f'moħħu li jibni tempju lill-isem tal-Mulej, Alla ta' Iżrael.", "U l-Mulej qal lil David missieri: 'Sewwa li kellek f'qalbek li tibni tempju lil ismi, tajjeb li ġiek f'rasek dan: imma mhux int tibnih it-tempju, imma ibnek, li joħroġ mill-ġewwieni tiegħek, għad jibni tempju lil ismi.'", "U l-Mulej żamm kelmtu li kien tkellem, u lħaqt jien flok David missieri, u qgħadt fuq it-tron ta' Iżrael, bħalma kien wiegħed il-Mulej, u bnejt it-tempju lil isem il-Mulej, Alla ta' Iżrael.", "U għamilt hemm post għall-arka li fiha hemm il-patt tal-Mulej, li għamel ma' missirijietna meta ħariġhom mill-art tal-Eġittu.\"", "It-talba ta' Salamun", "Imbagħad Salamun, wieqaf quddiem l-artal tal-Mulej, quddiem il-ġemgħa kollha ta' Iżrael, fetaħ dirgħajh beraħ lejn is-sema u qal: \"Mulej, Alla ta' Iżrael, la fis-sema 'l fuq u lanqas hawn isfel fl-art, ma hemm Alla ieħor bħalek, għaliex inti, lil dawk il-qaddejja tiegħek li jimxu fil-preżenza tiegħek b'qalbhom kollha, ma tiksrilhomx il-patt li għamilt magħhom, lanqas ma tonqsilhom mill-imħabba li dejjem urejthom.", "Int li żammejt il-wegħda li għamilt lill-qaddej tiegħek David missieri, u kulma tkellimt b'fommok issa temmejtu llum b'idejk.", "U issa Mulej, Alla ta' Iżrael, żomm il-wegħda li għamilt lill-qaddej tiegħek David missieri meta għedtlu: 'Ma jonqoslok qatt min joqgħod fuq it-tron ta' Iżrael, kemm-il darba jżommu triqthom u jimxu fil-preżenza tiegħi bħalma kont timxi int.'", "U issa, Alla ta' Iżrael, ħa sseħħ kelmtek, li għedt lill-qaddej tiegħek David missieri.", "\"Imma, tgħid, tassew li Alla se jgħix fuq l-art?", "Ara!", "Lanqas biss is-smewwiet - u s-smewwiet tas-smewwiet - ma jesgħuk, aħseb u ara dan id-daqsxejn ta' tempju li bnejt jien!", "Agħti widen, għalhekk, Mulej, Alla tiegħi, għat-talba u s-supplika tal-qaddej tiegħek; agħti widen għall-għajta ta' ferħ u t-talba li dan il-qaddej tiegħek qiegħed iressaq illum quddiemek.", "Lejl u nhar ħarstek taqlagħhiex minn fuq dan it-tempju, minn fuq dan il-post, li għalih int kont għedt: 'Ismi jkun hemm.'", "Isma' t-talba li jagħmillek il-qaddej tiegħek għal dan il-post.", "Isma', mela, din is-supplika, li l-qaddej tiegħek u l-poplu tiegħek Iżrael, sewwasew f'dan il-post, qegħdin jagħmlulek.", "Ismagħna int, mis-sema fejn int toqgħod; ismagħna u aħfrilna.", "\"Jekk xi ħadd ikun offenda lil għajru, u jkollu jaħlef, u jiġi jaħlef quddiem l-artal tiegħek f'dan it-tempju, isma' int mis-sema, qum u agħmel ħaqq mal-qaddejja tiegħek, billi tikkundanna lill-ħati u tniżżillu fuq rasu għemilu, u tagħmel il-ġustizzja mal-ġust u tħallsu skont il-ġustizzja tiegħu.", "\"Meta l-poplu tiegħek Iżrael jitkisser quddiem l-għadu tiegħu minħabba li jkun dineb kontrik, u jerġa' lura għal għandek u jfaħħru ismek, jitolbu u jitkarrbu għall-ħniena tiegħek f'dan it-tempju, isma' int mis-sema u aħfer il-ħtija tal-poplu tiegħek Iżrael, u reġġagħhom lura lejn l-art li int tajt lil missirijiethom.", "\"Meta jingħalqu s-smewwiet u tonqos ix-xita minħabba li jkunu dinbu kontrik, u jiġu jitolbu f'dan il-post u jfaħħru ismek, u jerġgħu lura minn dnubhom, għax tkun għakkisthom, isma' int mis-sema, u aħfer id-dnub tal-qaddejja tiegħek u l-poplu tiegħek Iżrael; urihom it-triq it-tajba li għandhom jimxu fiha u agħti x-xita lil artek, li int tajt b'wirt lill-poplu tiegħek.", "\"Meta jaqa' l-ġuħ fuq l-art; titfaċċa l-pesta, l-eħtrieq, it-tinwir tas-siġar, il-ġrad u d-dud tal-farfett; meta l-għedewwa tiegħu jagħlquh fl-ibliet tiegħu fil-pajjiż; kull meta jitfaċċa xi flaġell jew mard; imqar jekk bniedem waħdu jonkella l-poplu tiegħek kollu ta' Iżrael, jitlob u jitkarrab bil-ħniena; kull meta xi ħadd jistqarr il-ġrieħi ta' qalbu u jiftaħ idejh lejn din id-dar, isma' int mis-smewwiet fejn tgħammar, u aħfer, u agħmel u agħti lil kulħadd skont imġibtu; int tagħraf qalbu, għax int waħdek tagħraf il-qalb ta' kull bniedem.", "Hekk jibżgħu minnek il-jiem kollha li jdumu fuq wiċċ l-art, li inti tajt lil missirijietna.", "\"U l-barrani wkoll, li mhux mill-poplu tiegħek ta' Iżrael, meta jkun sama' b'ismek il-kbir u l-qawwa ta' idek u driegħek merfugħ u jiġi minn art imbiegħda minħabba f'ismek u jitlob f'dan it-tempju, isimgħu mis-sema li hi għamartek u agħmel kulma jitolbok il-barrani, biex ikunu jafu b'ismek il-ġnus kollha tal-art, u jibżgħu minnek, bħall-poplu tiegħek Iżrael, u jagħrfu li ismek jissejjaħ fuq dan it-tempju li bnejt jien.", "\"Meta l-poplu tiegħek joħroġ jitqabad kontra l-għedewwa tiegħu fit-triq li int tkun bgħatthom, u jitlob lill-Mulej b'wiċċu lejn din il-belt li int għażilt, u lejn it-tempju li jiena bnejt għal ismek, isma' int mis-smewwiet it-talb u s-suppliki tagħhom, u agħmel ġustizzja magħhom.", "\"Meta jidinbu kontra tiegħek - u ma hemmx bniedem li ma jidnibx - u tagħdab għalihom, u terħihom f'idejn l-għedewwa, u dawn jegħlbuhom, u jeħduhom ilsiera f'art l-għadu fil-bogħod jew fil-qrib; jekk imbagħad jerġgħu lura lejk minn qalbhom fl-art fejn ikunu lsiera u jikkonvertu, u jitolbu l-ħniena fl-art tal-jasar tagħhom, u jgħidulek: 'Ħatja aħna, dnibna u għamilna l-ħażin'; jekk jerġgħu lura għal għandek b'qalbhom kollha u b'ruħhom kollha f'art l-għedewwa tagħhom, li jkunu jassruhom, u jitolbuk b'wiċċhom lejn arthom, li int tajt lil missirijiethom, lejn il-belt li int ħtart, lejn it-tempju li jien bnejt lil ismek: isma' int mis-sema, fejn tgħammar, it-talb u s-supplika tagħhom, u agħmel ġustizzja magħhom.", "Aħfer lill-poplu tiegħek il-ħtijiet kollha kontrik, id-dnubiet kollha li jkun għamel kontra tiegħek, u agħmel li jsibu ħniena f'min ikun jassarhom, u jħennu għalihom.", "Għax huma l-poplu tiegħek, il-wirt tiegħek, li int ħriġt mill-Eġittu, mill-forġa tal-ħadid.", "\"Jalla għajnejk ikunu miftuħa għat-talb tal-ħniena tal-qaddej tiegħek u għall-krib ta' Iżrael, il-poplu tiegħek, u tismagħhom f'kulma jitolbuk.", "Għax int warrabthom għalik minn fost il-popli kollha tal-art biex ikunu l-wirt tiegħek bħalma kont wegħedt permezz ta' Mosè, il-qaddej tiegħek, meta ħriġt lil missirijietna mill-Eġittu, Sidi l-Mulej!\"", "Il-barka ta' Salamun", "Xħin Salamun temm jitlob lill-Mulej b'din it-talba u b'din is-supplika kollha, qam minn quddiem l-artal tal-Mulej, fejn kien għarkupptejh b'idejh miftuħa lejn is-sema, waqaf u bierek il-ġemgħa kollha ta' Iżrael b'leħen għoli u qal: \"Imbierek il-Mulej li ta l-mistrieħ lill-poplu tiegħu Iżrael bħalma kien wiegħdu.", "Ebda wegħda ma sfat fix-xejn milli kien wiegħed permezz tal-qaddej tiegħu Mosè.", "Jalla jkun magħna l-Mulej, Alla tagħna, bħalma kien ma' missirijietna; li ma jħalliniex u li ma jitlaqniex, imma li jdawwar qlubna lejh biex nimxu fi triqatu kollha u nħarsu l-kmandamenti, l-ordnijiet u d-digrieti kollha tiegħu, li ordna lil missirijietna.", "Jalla dan il-kliem u t-talb li jien għadni kif għamilt quddiem il-Mulej jibqa' lejl u nhar qrib il-Mulej, Alla tagħna.", "B'hekk, imbagħad, lili l-qaddej tiegħu, u lill-poplu tiegħu Iżrael, ikun jista' jagħtina dak li jistħoqqilna; kull ħaġa jagħtihielna fil-jum li jkollna bżonnha; ħalli l-ġnus kollha tad-dinja jaslu biex jifhmu li l-Mulej hu tassew Alla, u ħliefu ma hawn ebda ieħor.", "U jalla qalbkom, kollha kemm hi, tkun mal-Mulej, Alla tagħna, b'mod li timxu mal-preċetti tiegħu u toqogħdu għall-kmandamenti tiegħu, kif qegħdin tagħmlu llum.\"", "L-offerti ta' Salamun u l-poplu", "U s-sultan Salamun u Iżrael kollu miegħu offrew sagrifiċċji quddiem il-Mulej.", "Salamun offra bħala sagrifiċċju tas-sliem lill-Mulej dawn l-offerti: tnejn u għoxrin elf gendus, u mija u għoxrin elf nagħġa.", "Hekk is-sultan u wlied Iżrael ilkoll ikkonsagraw it-tempju tal-Mulej.", "Dak in-nhar stess is-sultan ikkonsagra l-biċċa tan-nofs tal-wesgħa li kienet quddiem il-Mulej, għax hemm offra sagrifiċċji tal-ħruq bl-offerti u x-xaħam tas-sagrifiċċji tas-sliem; għax l-artal tal-bronż, li kien quddiem id-dar tal-Mulej, kien żgħir wisq għas-sagrifiċċji tal-ħruq, għall-offerti u x-xaħam tas-sagrifiċċji tas-sliem.", "F'dak iż-żmien Salamun għamel festa b'Iżrael kollu miegħu, ġemgħa kbira ħafna int u dieħel Ħamat sal-wied tal-Eġittu, festa quddiem il-Mulej, Alla tagħna, għal sebat ijiem u sebat ijiem sħaħ oħra, erbatax-il jum b'kollox.", "Fit-tmien jum bagħat il-poplu, u huma bierku lis-sultan u kulħadd mar fl-għarix tiegħu, ilkoll ferħana u qalbhom hienja għall-ġid kollu li għamel il-Mulej ma' David, il-qaddej tiegħu, u ma' Iżrael, il-poplu tiegħu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1KI.9", "bookref": "1KI.9", "text": ["Il-Mulej ikellem lil Salamun", "Ġara li malli Salamun temm il-bini tat-tempju tal-Mulej, u l-palazz tas-sultan, u kulma għoġbu u xtaq li jagħmel, deherlu l-Mulej għat-tieni darba bħalma kien deherlu f'Gibgħon, u l-Mulej qallu: \"Smajt it-talba u s-supplika tiegħek li int għamilt quddiemi.", "Jiena qaddist din id-dar li int bnejt, u hemm jien inqiegħed ismi għal dejjem; hemm ikunu għajnejja u qalbi l-jiem kollha.", "\"Issa jekk timxi fil-preżenza tiegħi kif mexa David missierek bis-safa tal-qalb u bis-sewwa, u tagħmel kulma ordnajtlek, tħares il-liġijiet u d-digrieti kollha tiegħi, jiena nżomm sħiħ it-tron tas-saltna tiegħek fuq Iżrael għal dejjem bħalma jien wegħedt lil David missierek meta għedtlu: 'Ma jonqos qatt wieħed minn nislek fuq it-tron ta' Iżrael.'", "Imma jekk intom u wliedkom idduru, u twarrbu minni, u ma tħarsux l-ordnijiet u l-liġijiet tiegħi li jiena qegħedtilkom quddiemkom, u tmorru wara allat oħra u taqduhom u tadurawhom, jiena nqaċċat lil Iżrael minn wiċċ l-art li jiena tajthom, u t-tempju li jiena kkonsagrajt għal ismi narmih minn quddiemi; u Iżrael jiġi f'ilsien in-nies, u jaqa' għaż-żufjett fost kemm huma l-ġnus.", "U dan it-tempju jsir ħerba, u kull min jgħaddi minn ħdejh jibqa' mistagħġeb, u jsaffar u jgħid: 'Għala l-Mulej għamel hekk lil din l-art u lil dan it-tempju?'", "U jweġbuh: 'Għax telqu lill-Mulej Alla tagħhom, li ħareġ lil missirijiethom mill-art tal-Eġittu, u qabdu ma' allat oħra, u adurawhom u qdewhom.", "Għalhekk il-Mulej ġieb fuqhom din il-ħerba kollha.' \"", "Ħidma oħra ta' Salamun", "Wara li kienu għaddew għoxrin sena biex bena ż-żewġt idjar, it-tempju tal-Mulej u l-palazz tas-sultan - billi Ħiram, sultan ta' Tir, kien tah injam taċ-ċedru u injam taċ-ċipress u d-deheb kollu li kien xtaq - is-sultan Salamun ta lil Ħiram għoxrin belt fl-art tal-Galilija.", "Ħiram ħareġ minn Tir biex jara l-ibliet li kien tah Salamun u ma għoġbuh xejn.", "U qallu: \"Xi bliet huma dawn li tajtni, ħija?\"", "U baqgħu jsejħulha art Kabul sal-lum.", "Ħiram kien bagħat lil Salamun mija u għoxrin talent deheb .", "Dan hu x-xogħol li sar mill-ħaddiema li ġabar bil-lieva s-sultan Salamun biex bena t-tempju tal-Mulej, il-palazz tiegħu, il-Millu , u s-swar ta' Ġerusalemm, Ħasor, Megiddu u Geżer.", "Il-Fargħun, sultan tal-Eġittu, tala' u ħa f'idejh lil Geżer, u taha n-nar u ħaraqha, u qatel lill-Kangħanin li kienu jgħammru fiha, u mbagħad taha b'dota lil bintu, mart Salamun.", "Għalhekk Salamun raġa' bena l-belt ta' Geżer u Betħoron ta' isfel, Bagħlat u Tadmor fid-deżert, l-ibliet kollha tal-imħażen li kellu Salamun, u l-ibliet għall-karrijiet u l-ibliet għar-rikkieba u kulma kien jogħġob lil Salamun li jibni f'Ġerusalemm u fil-Libanu u fl-art kollha tas-saltna tiegħu.", "In-nies kollha li kien baqa' mill-Amurrin, il-Ħittin, il-Periżżin, il-Ħiwwin u l-Ġebusin, li ma kinux minn ulied Iżrael - id-dixxendenti li ġew warajhom fl-art u li wlied Iżrael ma kienx irnexxielhom jeqirduhom - Salamun ġagħalhom jaħdmu bħala lsiera kif għadhom sal-lum.", "Iżda minn ulied Iżrael Salamun ma qabbad lil ħadd b'ilsir, għax huma kienu nies tal-gwerra, il-ministri tiegħu, il-kapijiet tiegħu, il-gwerrieri magħżula u l-kmandanti tal-karrijiet u r-rikkieba tiegħu.", "U dawn kienu l-kapijiet ewlenin li Salamun qiegħed fuq ix-xogħlijiet tiegħu: ħames mija u ħamsin, li kienu jikkmandaw in-nies tax-xogħol.", "Meta bint il-Fargħun telgħet mill-belt ta' David għad-dar tagħha li kien bnielha, Salamun bena l-Millu.", "U Salamun tliet darbiet fis-sena kien joffri sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifiċċji tas-sliem fuq l-artal li kien bena lill-Mulej, u kien jaħraq l-inċens quddiem il-Mulej, u hekk temm il-bini tat-tempju.", "Is-sultan Salamun bena wkoll flotta f'Għesjon-geber, li tinsab ħdejn Elat f'xatt il-Baħar tal-Qasab fl-art ta' Edom.", "U Ħiram bagħat il-qaddejja tiegħu mal-qaddejja ta' Salamun fuq l-iġfien, u baħrin li jifhmu fil-baħar.", "Dawn marru sa Ofir mnejn ħadu erba' mija u għoxrin talent deheb, u ħaduh għand is-sultan Salamun."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1KI.10", "bookref": "1KI.10", "text": ["Salamun u s-sultana ta' Saba", "U semgħet is-sultana ta' Saba bil-fama ta' tħabrik Salamun għal isem il-Mulej, u ġiet biex iġġarrbu b'mistoqsijiet iebsa.", "U ġiet Ġerusalemm b'qatgħa ġmielha ta' kbarat magħha, u b'iġmla mgħobbija b'tagħbija kbira ta' ħwawar, u deheb u ħaġar prezzjuż, u ġiet għand Salamun, u qaltlu kulma kellha maħżun f'qalbha.", "U Salamun weġibha għal kulma staqsietu; xejn ma kien hemm li baqa' moħbi għas-sultan, li ma kienx jista' jwieġbu.", "U meta s-sultana ta' Saba rat l-għerf kollu ta' Salamun u d-dar li kien bena, l-ikel tal-mejda tiegħu, il-kunsill ta' madwaru, is-servizz tal-qaddejja u lbieshom, il-kuppieri tiegħu, u s-sagrifiċċji tal-ħruq li kien joffri fit-tempju tal-Mulej, baqgħet mistagħġba; u qalet lis-sultan: \"Tassew minnu dak li smajt f'arti fuqek u fuq għerfek.", "Ma ridtx nemmen dawn il-ħwejjeġ qabel ma ġejt u rajt b'għajnejja.", "U ma kinux ħabbruli n-nofs!", "L-għerf u l-ġid tiegħek huma aktar milli smajt.", "Henjin in-nies tiegħek, henjin il-qaddejja tiegħek, li qegħdin miegħek u jisimgħu dejjem l-għerf tiegħek.", "Ikun imbierek il-Mulej, Alla tiegħek, li tgħaxxaq bik u qiegħdek fuq it-tron ta' Iżrael, għaliex il-Mulej dejjem ħabb lil Iżrael u għamlek sultan fuqhom biex tagħmel il-ħaqq u l-ġustizzja.\"", "Imbagħad tat lis-sultan mija u għoxrin talent deheb, kotra kbira ta' ħwawar u ħaġar prezzjuż: qatt ma ġiet kotra kbira ta' ħwawar daqs dik li ġiebet is-sultana ta' Saba lis-sultan Salamun.", "U l-istess ġfien ta' Ħiram, li kienu jġorru d-deheb minn Ofir, ġiebu minn Ofir kotra kbira ta' injam tas-sandal u ħaġar prezzjuż.", "U mill-injam tas-sandal is-sultan għamel balawstri għat-tempju tal-Mulej u għall-palazz tas-sultan, kitarri u arpi għall-kantanti.", "U sal-lum għadu qatt ma ġie u qatt ma deher injam tas-sandal daqs dak li kien wasallu.", "U s-sultan Salamun ta lis-sultana ta' Saba kulma kienet tixtieq u talbitu, barra li taha minn rajh ta' sultan li kien.", "U hi qabdet it-triq u telqet, hi u l-qaddejja tagħha, lejn pajjiżha.", "L-għana ta' Salamun", "U d-deheb li kien idaħħal kull sena Salamun kien ilaħħaq mas-sitt mija u sitta u sittin talent, minbarra dak li kienu jġibulu n-neguzjanti u d-dħul tal-kummerċ tal-merkanti, u mingħand is-slaten tal-Għarabja, u l-gvernaturi tal-pajjiż.", "U s-sultan Salamun għamel ukoll mitejn tarka tad-deheb battut; u kull tarka ħadet sitt mitt xekel deheb.", "U għamel ukoll tliet mitt tarka żgħira tad-deheb battut, u kull waħda ħadet tliet miniet deheb, u qegħedhom is-sultan f'dar il-Foresta tal-Libanu.", "U s-sultan għamel tron kbir tal-avorju u ksieh b'deheb mill-ifjen.", "It-tron kellu sitt tarġiet, b'ras ta' għoġol fuq wara, u żewġ dirgħajn wieħed fuq kull naħa tal-maqgħad, u żewġ iljuni ħdejn id-dirgħajn, u tnax-il ljun fuq is-sitt tarġiet, wieħed f'kull tarf ta' tarġa, 'l hemm u 'l hawn.", "Qatt ma sar bħalu f'ebda saltna.", "U l-koppiet li kien jixrob minnhom is-sultan Salamun kienu kollha tad-deheb, u hekk ukoll tad-deheb fin kienu l-koppiet ta' dar il-Foresta tal-Libanu.", "Xejn ma kien hemm tal-fidda; għax xejn ma kienu jqisuha l-fidda fi żmien Salamun.", "Għax is-sultan kellu ġfien ta' Tarsis fuq il-baħar mal-iġfien ta' Ħiram; darba kull tliet snin dawn l-iġfien ta' Tarsis kienu jmorru u jġibu deheb u fidda, avorju u xadini, u paguni.", "U s-slaten tal-art għaddiehom ilkoll is-sultan Salamun fl-għana u fl-għerf.", "Id-dinja kollha kienet tfittex li tara wiċċ Salamun biex tisma' għerfu li Alla żejjinlu moħħu bih.", "U kien iġiblu kulħadd l-offerta tiegħu, oġġetti tal-fidda u oġġetti tad-deheb, ilbies u armi, ħwawar, żwiemel u bgħula ta' kull sena.", "U ġabar Salamun karrijiet u rikkieba, u kellu elf u erba' mitt karru u tnax-il elf rikkieb, u qassamhom fl-ibliet tal-karrijiet u f'Ġerusalemm madwar is-sultan.", "U l-fidda li kien hemm f'Ġerusalemm is-sultan ġiebha bħall-ġebel, u l-injam taċ-ċedru għamlu bħall-injam tat-tin selvaġġ li hemm fis-Sefela.", "Kienu jġibu ż-żwiemel lil Salamun minn Musri u minn Kuwi ; kienu jġibuhom in-neguzjanti tas-sultan bil-prezz tas-suq.", "Karru kien jiġi minn Musri bil-prezz ta' sitt mitt xekel tal-fidda u żiemel b'mija u ħamsin.", "Hekk ukoll dawn in-neguzjanti tas-sultan kienu jbigħuhom lis-slaten tal-Ħittin u s-slaten ta' Aram."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1KI.11", "bookref": "1KI.11", "text": ["Id-dnubiet ta' Salamun", "Is-sultan Salamun beda jħobb ħafna nisa barranin - u mhux biss lil bint il-Fargħun, imma wkoll lil nisa minn Mowab, minn Għammon, minn Edom, minn Sidon, u minn fost il-Ħittin - jiġifieri, minn dawk il-ġnus li l-Mulej kellu f'moħħu meta lil ulied Iżrael kien qalilhom: \"U la intom ma għandkom tersqu lejhom, u lanqas huma ma għandhom jersqu lejkom; għaliex inkella żgur li qalbkom idawruhielkom għal wara l-allat tagħhom.\"", "Iżda Salamun kellu qalbu marbuta wisq ma' dawn in-nisa.", "U kellu seba' mitt mara prinċipessi u tliet mija konkubini.", "U dawn in-nisa tiegħu ħassrulu qalbu.", "U għalhekk ġara li meta Salamun kien imdaħħal sewwa fiż-żmien, in-nisa li kellu dawrulu tassew qalbu għal wara allat oħra, hekk li qalbu issa ma baqgħetx kollha kemm hi mal-Mulej, Alla tiegħu, bħalma kienet qalb David missieru.", "Salamun beda jqim lil Għastoret, alla tan-nies ta' Sidon, u lil Milkom, l-idolu mistkerrah li kienu jqimuh in-nies ta' Għammon.", "Din l-imġiba ta' Salamun, li ma baqax ħaġa waħda mal-Mulej sal-aħħar, lill-Mulej xejn ma għoġbitu.", "Kemm kien xorta oħra David missieru!", "Imbagħad Salamun bena fuq l-għolja biswit Ġerusalemm santwarju lil Kemos, l-għajb ta' Mowab, u lil Molok, l-għajb tal-Għammonin.", "U hekk għamel għan-nisa l-oħra kollha barranin, li kienu jaħarqu l-inċens u joffru s-sagrifiċċji lil allathom.", "Il-Mulej kien issa inkurlat għal Salamun talli ħalla qalbu tinfired minn miegħu, wara li dan Alla ta' Iżrael kien ġa deherlu darbtejn, u wissieh biex ma jmurx wara allat oħra.", "Iżda Salamun ma qagħadx għat-twissijiet li l-Mulej kien għamillu.", "U għalhekk qal il-Mulej lil Salamun: \"Ladarba ġibt ruħek hekk, u ma ħaristx il-patt tiegħi, u l-liġijiet li tajtek int ma ħaristhomx, jiena se naħtaf u nċarrat is-saltna minn fuqek u nagħtiha lil wieħed li hu qaddej tiegħek.", "Imma minħabba f'David missierek din il-ħaġa ma nagħmilhiex fi żmienek.", "Minn id ibnek naħtaf is-saltna.", "Iżda ma naħtafhilekx kollha kemm hi; ikun hemm tribù, wieħed biss, li lil ibnek inħallihulu, kemm minħabba l-qaddej tiegħi David, kemm minħabba Ġerusalemm li jien għażilt.\"", "Il-kastigi ta' Salamun", "Il-Mulej qajjem bniedem għadu kontra Salamun: Ħadad, minn Edom, mill-familja tas-slaten ta' Edom.", "Ġara li meta David kien ħabat għal Edom, u Ġowab, il-kmandant tal-eżerċtu, kien tala' jidfen il-mejtin, dan qatel l-irġiel kollha f'Edom (għax Ġowab u Iżrael kollu baqgħu hemm għal sitt xhur sakemm qerdu l-irġiel kollha f'Edom).", "Imma Ħadad ħarab, hu u xi rġiel Edumin miegħu mill-qaddejja ta' missieru, u marru l-Eġittu; kien għadu daqsxejn ta' żagħżugħ.", "Telqu minn Midjan u marru Paran, ħadu magħhom xi nies minn Paran, u ġew l-Eġittu għand il-Fargħun, sultan tal-Eġittu, u dan tah dar, ħasiblu għall-ikel u tah biċċa art.", "U l-Fargħun ħa grazzja ma' Ħadad, u tah lil oħt martu, oħt Taħfenes, ir-reġina-omm .", "U oħt Taħfenes wilditlu lil Genubat, iben, u Taħfenes rabbietu fid-dar tal-Fargħun, u Genubat baqa' f'dar il-Fargħun ma' wlied il-Fargħun.", "Meta fl-Eġittu sama' li David kien strieħ ma' missirijietu, u Ġowab, il-kmandant tal-eżerċtu, kien miet, Ħadad kellem lil Fargħun: \"Ħallini mmur pajjiżi.\"", "U l-Fargħun wieġbu: \"X'jonqsok miegħi, biex trid tmur f'pajjiżek?\"", "U dan qallu: \"Xejn, imma ħallini mmur.\"", "U Alla qajjimlu għadu ieħor: Reżon bin Eljada, li kien ħarab mingħand sidu Ħadad-għeżer, is-sultan ta' Soba.", "Dan ġabar xi nies madwaru u sar il-kap ta' qatgħa nies, wara li David kien qatel lill-Aramin; imbagħad mar Damasku u baqa' hemm, u sar sultan ta' Damasku.", "U kien għadu ta' Iżrael iż-żmien kollu ta' Salamun; kien jagħmel il-ħsara bħalma kien jagħmel Ħadad; kien jobgħod lil Iżrael, u jsaltan fuq Aram.", "Il-profezija ta' Aħija", "Ġerobogħam bin Nebat, Efrati minn Sereda - ommu kien jisimha Serugħa, armla - qaddej ta' Salamun, rafa' wkoll idejh kontra s-sultan.", "U rafa' idejh kontra s-sultan għaliex Salamun kien bena l-Millu, u għalaq is-slieħi li kien hemm fil-ħitan tal-belt ta' David, missieru.", "Issa Ġerobogħam kien raġel ta' ħila u qawwa kbira, u meta Salamun ra li ż-żagħżugħ kien jirsisti fix-xogħol, għamlu suprentendent fuq il-ħaddiema miġbura bil-lieva mid-dar ta' Ġużeppi.", "U ġara li darba minnhom Ġerobogħam ħareġ minn Ġerusalemm, u fit-triq iltaqa' miegħu Aħija, il-profeta minn Silo; dan kellu fuqu mantar ġdid, u kienu weħidhom fir-raba'.", "Imbagħad Aħija qabad il-mantar ġdid li kellu fuqu, u ċarrtu fi tnax-il biċċa.", "U qal lil Ġerobogħam: \"Ħu għaxar biċċiet, għax dan jgħid il-Mulej, Alla ta' Iżrael: 'Arani, se naħtaf is-saltna minn idejn Salamun, u lilek nagħtik għaxra mit-tribujiet.", "Inħallilu tribù wieħed minħabba David, il-qaddej tiegħu, u minħabba Ġerusalemm, il-belt li għażilt minn fost it-tribujiet kollha ta' Iżrael.", "Għaliex hu telaqni u niżel jadura 'l Għastoret, alla tas-Sidonin, 'l Kemos, alla ta' Mowab, u lil Milkom, alla tal-Għammonin, u ma mxewx fit-triq tiegħi, u ma għamlux is-sewwa f'għajnejja, u ma ħarisx il-liġijiet u d-digrieti tiegħi, bħal David missieru.", "Lilu, imma, ma neħodlux is-saltna sħiħa minn idejh, imma nħallih prinċep il-jiem kollha ta' ħajtu minħabba David, il-qaddej tiegħi li jien għażiltu u li ħares l-ordnijiet u l-liġijiet tiegħi.", "Jiena naħtaf is-saltna minn idejn ibnu, u nagħtik għaxar tribujiet minnha.", "U lil ibnu nagħtih tribù wieħed, biex jibqa' xrara lil David il-qaddej tiegħi għal dejjem quddiemi f'Ġerusalemm, il-belt li jien għażilt għalija, biex fiha jkun hemm ismi.", "U lilek nieħdok u int issaltan fuq kulma tixtieq qalbek, u tkun sultan fuq Iżrael.", "U jekk inti tisma' minn kulma nordnalek, u timxi fi triqati u tagħmel dak li hu sew f'għajnejja billi tħares id-digrieti u l-ordnijiet tiegħi, bħalma għamel David il-qaddej tiegħi, jien inkun miegħek u nibnilek dar soda, bħalma bnejt lil David, u nerħi lil Iżrael f'idejk; u b'hekk ngħakkes lil nisel David minħabba f'hekk, imma mhux għal dejjem.\"", "U Salamun beda jfittex kif jeqred lil Ġerobogħam; u Ġerobogħam qabad u ħarab l-Eġittu għand Sisak, sultan tal-Eġittu, u baqa' l-Eġittu sa ma miet Salamun.", "Il-mewt ta' Salamun", "Il-bqija tal-ġrajja ta' Salamun u ta' kulma għamel, u għerfu, dan kollu jinsab miktub fi Ktieb il-Ġrajja ta' Salamun.", "U ż-żmien li dam isaltan f'Ġerusalemm u fuq Iżrael kollu kien ta' erbgħin sena.", "U Salamun strieħ ma' missirijietu, u difnuh fil-belt ta' David missieru; u floku beda jsaltan Reħobogħam, ibnu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1KI.12", "bookref": "1KI.12", "text": ["Il-firda tas-sultan", "Reħobogħam mar f'Sikem , għax f'Sikem kien iltaqa' Iżrael kollu biex jagħmluh sultan.", "Ġara li malli Ġerobogħam bin Nebat, li kien għadu l-Eġittu, fejn kien ħarab minn quddiem is-sultan Salamun, sama' b'dan raġa' lura mill-Eġittu.", "U bagħtu jsejħulu.", "Imbagħad Ġerobogħam u l-ġemgħa kollha ta' Iżrael ġew u qalu lil Reħobogħam: \"Missierek qegħdilna madmad iebes fuqna, issa ħaffilna dan il-jasar ta' missierek, u dan it-toqol ta' madmad minn fuqna, u aħna nservuk.\"", "U hu weġibhom: \"Morru, ħallu tlitt ijiem jgħaddu, u erġgħu ejjew għandi.\"", "U l-poplu mar.", "Imbagħad is-sultan Reħobogħam ħa parir mingħand ix-xjuħ tal-kunsill, li missieru Salamun, kemm dam ħaj, kien iżommhom madwaru biex jgħinuh.", "U Reħobogħam staqsiehom: \"Xi tweġiba jidhrilkom li għandi nagħti lil dan il-poplu?\"", "U huma weġbuh: \"Jekk int illum toqgħod għal dan il-poplu u taqdihom, tweġibhom u tfittex tkellimhom bit-tajjeb, huma jkunu l-qaddejja tiegħek għal dejjem.\"", "Iżda hu warrab fil-ġenb dan il-parir li tawh ix-xjuħ tal-kunsill, u fittex il-parir taż-żgħażagħ li kienu trabbew miegħu, u li issa kienu madwaru, u staqsiehom: \"Xi tweġiba jidhrilkom li għandi nagħti lil dan il-poplu, li kellmuni u qaluli: \"Ħaffilna l-madmad li kien qegħdilna fuqna missierek?\"", "U ż-żgħażagħ li kienu trabbew miegħu weġbuh, u qalulu: \"Hekk għid lil dan il-poplu, li kellmuk u qalulek: 'Missierek taqqal il-madmad fuqna u issa ħaffifhulna int,' hekk għidilhom: 'Sebgħi ż-żgħir eħxen minn ġenbejn missieri.", "Missieri taqqlilkom il-madmad, u jien se nżid fuqu.", "Missieri sawwatkom bil-frosti, imma jiena nsawwatkom bl-iskorpjuni.'", "Fit-tielet jum Ġerobogħam u l-poplu kollu ġew għand Reħobogħam, hekk kif kien ordnalhom is-sultan stess meta qalilhom: \"Erġgħu ejjew għandi fit-tielet jum.\"", "Iżda kiefra kienet it-tweġiba tas-sultan lill-poplu, għax warrab fil-ġenb il-parir li kienu tawh ix-xjuħ tal-kunsill.", "Qagħad għall-parir taż-żgħażagħ, u għalhekk qalilhom: \"Missieri taqqlilkom il-madmad, u jien se nżid fuqu.", "Missieri kien isawwatkom bil-frosti, imma jien insawwatkom bl-iskorpjuni.\"", "U hekk is-sultan baqa' biex ma tax widen lill-poplu, ladarba din il-ħaġa seħħet kif kien riedha l-Mulej, sewwasew biex il-Mulej isaħħaħ kelmtu li kien qal lil Ġerobogħam bin Nebat permezz ta' Aħija ta' Silo.", "Meta Iżrael kollu ra li s-sultan ma tahx widen, il-poplu wieġeb lis-sultan u qallu:", "\"Ebda sehem ma għandna ma' David;", "ebda wirt ma' bin Ġesse!", "Għat-tined tiegħek, Iżrael!", "Issa aħseb int għal darek, David!\"", "U Iżrael telqu għat-tined tagħhom.", "Iżda Reħobogħam baqa' jsaltan fuq ulied Iżrael li kienu joqogħdu fl-ibliet ta' Ġuda.", "Meta mbagħad is-sultan Reħobogħam bagħat lil Adoram, dak li kien jieħu ħsieb ix-xogħol tal-lieva, Iżrael kollu ħaġġru u qatluh.", "Imbagħad is-sultan Reħobogħam fittex jirkeb il-karru biex jaħrab lejn Ġerusalemm.", "U hekk Iżrael inqata' minn dar David, u baqgħu mifruda minnha sal-lum.", "Ġerobogħam sultan ta' Iżrael", "Malli Iżrael kollu semgħu li Ġerobogħam kien raġa' lura, bagħtu jsejħulu għal-laqgħa u għamluh sultan fuq Iżrael kollu.", "U ħadd minnhom ma mar wara d-dar ta' David ħlief it-tribù ta' Ġuda weħidha.", "U Reħobogħam mar Ġerusalemm, u laqqa' d-dar kollha ta' Ġuda u t-tribù ta' Benjamin, mija u tmenin elf gwerrier magħżul, biex jaħbtu għal dar Iżrael, u jġibu s-saltna lil Reħobogħam bin Salamun.", "Imma Alla kellem lil Semajja, bniedem ta' Alla, u qallu: \"Kellem lil Reħobogħam bin Salamun, sultan ta' Ġuda, u d-dar kollha ta' Ġuda u ta' Benjamin, u l-bqija tal-poplu, u għidilhom: 'Dan jgħid il-Mulej: la titilgħux u la titqabdux ma' ħutkom, ulied Iżrael.", "Kulħadd imur lejn daru, għax minni ġej dan kollu.'", "\" U huma semgħu l-kelma tal-Mulej u reġgħu lura bħalma qalilhom il-Mulej.", "Il-qima tal-għoġol", "Ġerobogħam bena 'l Sikem fil-muntanji ta' Efrajm u għammar fiha; u mbagħad ħareġ minn hemm u bena Penwel.", "Ġerobogħam qal bejnu u bejn ruħu : \"Issa jista' jiġri li s-saltna terġa' taqa' f'idejn id-dar ta' David.", "Jekk dan il-poplu jibqa' jmur joffri s-sagrifiċċji fit-tempju tal-Mulej f'Ġerusalemm, żgur li l-qalb ta' dawn in-nies iddur mill-ġdid lejn is-sid tagħhom Reħobogħam, sultan ta' Ġuda; u lili joqtluni, u jduru lejn Reħobogħam, sultan ta' Ġuda.\"", "Għalhekk, wara li ħa parir, is-sultan Ġerobogħam għamel żewġ għoġiela tad-deheb, u lill-poplu qallu: \"Ilkom tmorru biżżejjed Ġerusalemm!", "Iżrael, dawn huma l-allat tagħkom li tellgħukom mill-art tal-Eġittu.", "Huwa qiegħed wieħed mill-għoġiela f'Betel, u l-ieħor qiegħdu f'Dan ; u din il-ħaġa waqqgħet lil Iżrael fid-dnub.", "Il-poplu kien imur sa Dan biex iqim l-għoġol.", "Ġerobogħam bena santwarji fuq l-għoljiet, u l-qassisin għażilhom minn fost il-poplu, li ma kinux min-nisel ta' Levi.", "U Ġerobogħam waqqaf festa biex, bħall-festa li kienet issir f'Ġuda, din ukoll issir nhar il-ħmistax tax-xahar, it-tmien xahar tas-sena; u dak in-nhar hu tala' quddiem l-artal.", "Hekk ukoll għamel f'Betel biex joffri sagrifiċċju lill-għoġiela li kien għamel; u f'Betel ukoll għażel xi qassisin għas-santwarji li bena fuq l-għoljiet.", "U nhar il-ħmistax tax-xahar, it-tmien wieħed tas-sena, xahar li għażlu hu minn rajh, tala' quddiem l-artal li kien għamel f'Betel; dakinhar waqqaf festa għal ulied Iżrael, u tala' quddiem l-artal biex joffri l-inċens."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1KI.13", "bookref": "1KI.13", "text": ["Il-profezija kontra Ġerobogħam", "U bniedem ta' Alla mar minn Ġuda b'messaġġ mingħand il-Mulej għal Betel; u Ġerobogħam kien fuq l-artal jaħraq l-inċens.", "U dan il-bniedem, b'ordni tal-Mulej, beda jgħajjat kontra l-artal: \"Artal!", "Artal!", "Dan jgħid il-Mulej: 'Ara, għad jitwieled iben lid-dar ta' David, jismu Ġosija, u jaħraq b'sagrifiċċju fuqek il-qassisin tas-santwarju li qegħdin jaħarqu l-inċens fuqek, u fuqek għad jaħraq l-għadam tal-bnedmin.'", "\" Dak il-ħin stess ta sinjal u qal: \"Din hi l-prova tal-Mulej: Araw, l-artal jinqasam u jittajjar l-irmied minn fuqu.\"", "Malli s-sultan sama' l-kliem li l-bniedem ta' Alla kien qal kontra l-artal f'Betel, Ġerobogħam medd idu minn fuq l-artal u qal: \"Aqbduh!\"", "Imma idu, li kien medd kontrih, ibbieset, u ma setax jiġbidha lura lejh.", "U l-artal inqasam, u l-irmied ittajjar minn fuq l-artal, skont is-sinjal li kien ta l-bniedem ta' Alla bl-ordni tal-Mulej.", "U s-sultan wieġeb u qal lill-bniedem ta' Alla: \"Aqlagħli l-grazzja tal-Mulej, Alla tiegħek, nitolbok, u itlob għalija biex tintraddli idi lura.\"", "U l-bniedem ta' Alla qalagħlu l-grazzja tal-Mulej, u id is-sultan intradditlu lura, u saret bħal qabel.", "U s-sultan kellem lill-bniedem ta' Alla: \"Ejja d-dar miegħi, u ħu xi ħaġa, u nagħtik rigal.\"", "U l-bniedem ta' Alla wieġeb lis-sultan: \"Tista' tagħtini nofs darek, għax ma niġix miegħek, u la niekol ħobż u lanqas nixrob ilma f'dan il-post.", "Għax dan hu l-ordni li l-Mulej tani u qalli: 'La tikolx ħobż, u la tixrobx ilma, u lanqas ma għandek terġa' lura mill-istess triq li tkun għaddejt minnha.'", "\" U telaq minn triq oħra, u ma marx lura mit-triq li minnha kien mar Betel.", "U kien hemm joqgħod f'Betel profeta xiħ, u ġew uliedu u ħabbrulu kulma kien għamel il-bniedem ta' Alla f'Betel dakinhar, u l-kliem kollu li kien qal lis-sultan tennewh lil missierhom.", "U missierhom staqsiehom: \"Liema triq qabad?\"", "U wliedu wrewh it-triq li kien qabad il-bniedem ta' Alla li kien ġie minn Ġuda.", "U qal lil uliedu: \"Xidduli l-ħmar.\"", "U xiddewlu l-ħmar, u rikeb fuqu.", "U telaq għal wara l-bniedem ta' Alla, u sabu jistrieħ taħt il-balluta u staqsieh: \"Int il-bniedem ta' Alla li ġie minn Ġuda?\"", "U dak wieġbu: \"Jien hu.\"", "U qallu: \"Ejja miegħi d-dar u kul biċċa ħobż.\"", "U wieġbu: \"Ma nistax indur lura u niġi miegħek, u la niekol ħobż u lanqas nixrob l-ilma miegħek f'dan il-post.", "Għax il-Mulej kellimni u ordnali: 'La tikolx ħobż u la tixrobx ilma f'dak il-post, u la terġax lura mit-triq li minnha għaddejt biex mort hemm.'", "\" U dak wieġbu: \"Jiena wkoll profeta bħalek, u anġlu kellimni b'ordni tal-Mulej u qalli: 'Reġġgħu lura miegħek f'darek biex jiekol il-ħobż u jixrob l-ilma.\"", "U hekk qarraq bih.", "U raġa' lura miegħu, u kiel il-ħobż f'daru, u xorob l-ilma.", "U ġara li, waqt li kienu fuq il-mejda, il-Mulej kellem lill-profeta li kien ġiebu lura; u dan sejjaħ lill-bniedem ta' Alla, li kien ġie minn Ġuda, u qallu: \"Dan jgħid il-Mulej: 'La int qomt kontra l-kelma tal-Mulej u ma ħaristx l-ordni li tak il-Mulej, Alla tiegħek, u rġajt lura, u kilt il-ħobż u xrobt l-ilma fil-post fejn qallek li la għandek tiekol ħobż u lanqas tixrob ilma, il-katavru tiegħek ma jidħolx f'qabar missirijietek.' \"", "U ġara li kiel il-ħobż u xorob l-ilma; imbagħad xiddewlu l-ħmar u raġa' lura.", "Hu u sejjer iltaqa' miegħu ljun u qatlu.", "Il-katavru tiegħu baqa' mixħut fit-triq u l-ħmar wieqaf ħdejh; hekk ukoll l-iljun baqa' wieqaf ħdejn il-katavru.", "U xi nies, li kienu għaddejjin mit-triq, raw il-katavru minxur fit-triq u l-iljun wieqaf ħdejn il-katavru; u marru u taw l-aħbar fil-belt fejn kien joqgħod il-profeta x-xiħ.", "U sama' l-profeta li kien ġiebu lura mit-triq u qal: \"Dan hu l-bniedem ta' Alla li kiser il-kmand tal-Mulej, u l-Mulej telqu lill-iljun, u dan qattgħu u qatlu skont il-kelma li kien qallu l-Mulej.\"", "U kellem lil uliedu u qalilhom: \"Xidduli l-ħmar.\"", "U xiddewhulu.", "U telaq u sab il-katavru tiegħu mixħut fit-triq, u l-ħmar u l-iljun wieqfa maġenb il-katavru.", "L-iljun ma kienx kiel il-katavru u lanqas ma qatta' bċejjeċ lill-ħmar.", "U l-profeta rafa' l-katavru tal-bniedem ta' Alla u għabbieh fuq il-ħmar, u raġa' ħadu lura; u l-profeta x-xiħ daħal bih fil-belt biex jibkih u jidfnu.", "U poġġa l-katavru fil-qabar tiegħu, u bkew fuqu u bdew jgħajtu: \"Jaħasra, ħija.\"", "U ġara li, wara li difnu, kellem lil uliedu u qalilhom: \"Meta mmut idfnuni fil-qabar fejn hemm midfun il-bniedem ta' Alla, ħdejn għadmu qiegħdu għadmi.", "Għax għad isseħħ il-kelma li hu għajjat, skont l-ordni tal-Mulej, fuq l-artal li hemm f'Betel u għas-santwarji kollha fuq l-għoljiet li hemm fl-ibliet ta' Samarija.\"", "Lanqas wara dan kollu ma raġa' lura Ġerobogħam mit-triq il-ħażina li kien qabad; raġa' għamel qassisin għas-santwarji tal-għoljiet minn fost il-poplu.", "Kull min kien irid kien jagħtih is-setgħa u jsir qassis tas-santwarji.", "U dan kien id-dnub tad-dar ta' Ġerobogħam, li wassalha għat-tiġrif u l-qerda tagħha minn fuq wiċċ l-art."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1KI.14", "bookref": "1KI.14", "text": ["Aħija l-profeta jħabbar il-ħsara lil Ġerobogħam", "F'dak iż-żmien Abija bin Ġerobogħam marad.", "U Ġerobogħam qal lil martu: \"Qum u biddel ħwejġek, biex ma jagħrfux li int mart Ġerobogħam, u mur Silo.", "Hemm jinsab Aħija l-profeta, dak li kien ħabbarli li kelli nsir sultan fuq dan il-poplu.", "U ħu f'idejk għaxar ħobżiet, kagħak, u ġarra għasel; u mur għandu, u hu jgħidlek x'se jgħaddi mit-tifel.\"", "U l-mara ta' Ġerobogħam għamlet hekk, qamet u marret f'Silo, u daħlet f'dar Aħija.", "Aħija ma kienx jista' jaraha għax bix-xjuħija kienu tgħammxulu għajnejh.", "U l-Mulej ordna lil Aħija: \"Ara, mart Ġerobogħam ġejja tistaqsik xi ħaġa dwar binha għax marid.", "Dan u dan għidilha.\"", "U hi waslet liebsa lbies b'ieħor, imma malli Aħija sama' l-ħoss ta' riġlejha hi u dieħla l-bieb qalilha: \"Idħol, mart Ġerobogħam.", "Għaliex int liebsa lbies b'ieħor?", "Aħbar iebsa għandi għalik.", "Mur għid li Ġerobogħam: 'Dan jgħid il-Mulej, Alla ta' Iżrael: Jiena rfajtek minn nofs il-poplu, u għamiltek prinċep fuq il-poplu tiegħi Iżrael.", "Ħtaft is-saltna minn dar David u tajtha lilek.", "Imma int ma kontx bħall-qaddej tiegħi David, li kien iħares l-ordnijiet tiegħi, u li kien jimxi warajja b'qalbu kollha, u jagħmel biss dak li hu tajjeb f'għajnejja.", "Int għamilt agħar minn dawk kollha li kienu qablek, u mort għamilt allat oħra, u xbihat imdewba biex tgħaddabni u lili xħettni wara dahrek.", "Għalhekk arani issa se nġib il-ħsara fuq dar Ġerobogħam, u neqred l-irġiel kollha ta' Ġerobogħam, ilsiera u ħielsa f'Iżrael, u niknes dar Ġerobogħam, bħalma wieħed jiknes iż-żibel, sa ma ntemmu.", "Kull min imut fil-belt mill-familja ta' Ġerobogħam, jikluh il-klieb, u min imut fir-raba' jikluh it-tajr tal-ajru.", "Għax il-Mulej tkellem.'", "\"U int issa qum u mur f'darek, u malli tmidd riġlejk ġol-belt, it-tifel imut.", "U Iżrael kollu jibkih u jidfnuh: dan waħdu minn dar Ġerobogħam jidħol f'qabru, għax fih biss minn dar Ġerobogħam sab xi ħaġa tajba l-Mulej, Alla ta' Iżrael.", "U l-Mulej iqajjem floku sultan fuq Iżrael li jeqred id-dar ta' Ġerobogħam f'dak il-jum.", "X'jien ngħid?", "Issa stess!", "U l-Mulej iħabbat lil Iżrael bħalma r-riħ iħabbat qasba fl-ilma, u jqaċċat lil Iżrael minn fuq din l-art tajba li ta lil missirijiethom, u jxerridhom 'l hemm mix-xmara , talli għamlu x-xbihat tagħhom tal-Asera, allat foloz, u għaddbu lill-Mulej.", "U jitlaq lil Iżrael minħabba d-dnubiet li għamel Ġerobogħam, u d-dnubiet li dan ġagħal jagħmel lil Iżrael.\"", "U mart Ġerobogħam qamet, u telqet, u waslet Tirsa.", "Malli rifset l-għatba tad-dar, it-tifel miet.", "Difnuh u bkewh Iżrael kollu, skont il-kelma tal-Mulej li kien tkellem permezz tal-qaddej tiegħu Aħija, il-profeta.", "Il-bqija tal-ġrajja ta' Ġerobogħam, kif tqabad u kif saltan, jinsabu miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Iżrael.", "Ġerobogħam dam isaltan tnejn u għoxrin sena; u strieħ ma' missirijietu, u saltan floku Nadab ibnu.", "Reħobogħam, sultan ta' Ġuda", "Reħobogħam bin Salamun kien isaltan f'Ġuda; kellu wieħed u erbgħin sena meta beda jsaltan, u saltan sbatax-il sena f'Ġerusalemm, il-belt li l-Mulej għażel minn fost it-tribujiet kollha ta' Iżrael, biex fiha jqiegħed ismu.", "Ommu kien jisimha Nagħma l-Għammonija.", "U Ġuda għamel il-ħażin f'għajnejn il-Mulej, u bi dnubiethom li dinbu xegħlu lill-Mulej bl-għira aktar milli kienu għamlu missirijiethom.", "U bnew huma wkoll is-santwarji, il-plieri tal-ġebel u x-xbihat tal-Asera fuq kull għolja u taħt kull siġra tħaddar.", "Kien hemm ukoll irġiel prostituti tas-santwarji fil-pajjiż.", "F'kelma waħda għamlu l-qżiżijiet kollha tal-ġnus, li Alla kien keċċa minn quddiem ulied Iżrael.", "Fil-ħames sena tas-saltna ta' Reħobogħam, Sisak, sultan tal-Eġittu, tala' għal Ġerusalemm .", "U ħataf f'idejh it-teżori tat-tempju tal-Mulej, u t-teżori tal-palazz tas-sultan; kollox ħa.", "Ħa wkoll it-tarkiet kollha tad-deheb li kien għamel Salamun.", "Flokhom Reħobogħam għamel tarkiet tal-bronż u ħalliehom fi ħsieb il-kmandant tal-gwardji li kienu jgħassu f'bieb il-palazz tas-sultan.", "U kull meta s-sultan kien imur fit-tempju tal-Mulej, il-gwardji kienu jġorruhom, u mbagħad jerġgħu jqegħduhom fil-kamra tal-gwardji.", "U l-bqija tal-ġrajja tas-sultan Reħobogħam u ta' kulma għamel, huma miktubin fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Ġuda.", "U kien hemm dejjem il-gwerra bejn Reħobogħam u bejn Ġerobogħam.", "U Reħobogħam strieħ ma' missirijietu, u difnuh ma' missirijietu fil-belt ta' David.", "Ommu kien jisimha Nagħma l-Għammonija; u Abijam, ibnu, beda jsaltan floku."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1KI.15", "bookref": "1KI.15", "text": ["Abijam, sultan ta' Ġuda", "Fis-sena tmintax tas-sultan Ġerobogħam bin Nebat, beda jsaltan Abijam fuq Ġuda.", "Tliet snin dam isaltan f'Ġerusalemm; u ommu kien jisimha Magħka bint Absalom.", "U għamel id-dnubiet kollha li kien għamel missieru qablu: qalbu ma kinitx sħiħa mal-Mulej, Alla tiegħu, bħalma kienet qalb David missieru.", "Madankollu, il-Mulej, Alla tiegħu, ħallielu minħabba David xrara f'Ġerusalemm billi qajjimlu lil ibnu warajh, u żamm wieqfa Ġerusalemm.", "Għax David kien għamel is-sewwa f'għajnejn il-Mulej, u qatt f'għomru kollu ma warrab minn dak kollu li kien ordnalu l-Mulej ħlief fil-każ ta' Urija l-Ħitti.", "U kien hemm il-gwerra tul ħajtu kollha bejn Reħobogħam u bejn Ġerobogħam.", "U l-bqija tal-ġrajja ta' Abijam, u kulma għamel, kollha miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Ġuda; u kien hemm dejjem il-gwerra bejn Abijam u bejn Ġerobogħam.", "U Abijam strieħ ma' missirijietu u difnuh fil-belt ta' David; u daħal isaltan floku ibnu Asa.", "Asa, sultan ta' Ġuda", "Fl-għoxrin sena ta' Ġerobogħam, sultan ta' Iżrael, beda jsaltan Asa, sultan ta' Ġuda.", "U saltan wieħed u erbgħin sena f'Ġerusalemm, u ommu kien jisimha Magħka bint Absalom.", "U Asa għamel is-sewwa f'għajnejn il-Mulej bħalma kien għamel David missieru.", "U warrab l-irġiel prostituti tas-santwarji mill-pajjiż, u neħħa l-idoli kollha li kienu għamlu missirijietu.", "Warrab saħansitra lil ommu Magħka u neħħieha minn reġina-omm, għax kienet għamlet idolu moqżież lil Asera; u Asa kisser dan l-idolu u ħarqu fil-wied ta' Kedron.", "Imma s-santwarji ma tneħħewx; biss qalb Asa kienet sħiħa mal-Mulej għomru kollu.", "U daħħal f'dar il-Mulej l-offerti mqaddsa ta' missieru u l-offerti tiegħu, fidda, deheb u ħwejjeġ oħra.", "U kien hemm il-gwerra bejn Asa u bejn Bagħsa, sultan ta' Iżrael, għomorhom kollu.", "U Bagħsa, sultan ta' Iżrael, tala' kontra Ġuda, u bena Rama, biex ma jħallix lil Asa, sultan ta' Ġuda, la jidħol u la joħroġ.", "U Asa ħa l-fidda u d-deheb kollu li kien baqa' fit-teżor ta' dar il-Mulej, u fit-teżor tal-palazz tas-sultan, u tahom f'idejn il-qaddejja tiegħu, u bagħathom għand Benħadad bin Tabrimmon, bin Heżjon, sultan ta' Aram, li kien joqgħod Damasku, u qallu: \"Ħa jkun hemm patt bejni u bejnek, bħalma kien hemm bejn missieri u bejn missierek.", "Hawn qiegħed nibgħatlek ir-rigali tal-fidda u d-deheb.", "Ħoll il-patt li għandek ma' Bagħsa, sultan ta' Iżrael, sabiex iwarrab minni.\"", "U Benħadad sama' mis-sultan Asa, u bagħat il-kmandanti tal-eżerċtu li kellu, biex jaħbtu għall-ibliet ta' Iżrael; u ħarbtu lil Għijon, lil Dan, lil Abel-bet-magħka, u lil Kinneret kollha bl-art kollha ta' Naftali.", "Malli Bagħsa sama' b'dan kollu, waqqaf il-bini ta' Rama u raġa' lura f'Tirsa.", "Imbagħad is-sultan Asa laqqa' lil Ġuda kollha bla ma ħalla 'l ħadd, u ħa l-ġebel u l-injam ta' Rama, li bihom kien bnieha Bagħsa; u s-sultan Asa bena bihom Geba ta' Benjamin u Misfa.", "Il-bqija tal-ġrajja kollha ta' Asa u r-rebħiet tiegħu, u l-opri tiegħu, u l-ibliet li bena, kollox hu miktub fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Ġuda.", "Imma fi xjuħitu marad b'riġlejh.", "U Asa strieħ ma' missirijietu, u difnuh ma' missirijietu fil-belt ta' David missieru; u daħal isaltan floku Ġosofat ibnu.", "Nadab, sultan ta' Iżrael", "Nadab bin Ġerobogħam laħaq sultan fuq Iżrael fit-tieni sena ta' Asa, sultan ta' Ġuda; u saltan fuq Iżrael għal sentejn.", "U għamel il-ħażin f'għajnejn il-Mulej, u mexa fit-triq ta' missieru; u għamel id-dnubiet tiegħu, li fihom kien waqqa' lil Iżrael.", "Bagħsa bin Aħija, mit-tribù ta' Issakar, għamel konfoffa kontrih; u Bagħsa qatlu f'Gibbeton, belt tal-Filistin, meta Nadab u l-Iżraelin kollha kienu dawru lil Gibbeton.", "Bagħsa qatlu fit-tielet sena ta' Asa, sultan ta' Ġuda, u sar sultan floku.", "Malli beda jsaltan qered id-dar kollha ta' Ġerobogħam; ma kienx hemm ruħ ħajja mid-dar ta' Ġerobogħam li ma qeridhiex skont il-kelma tal-Mulej, li kien tkellem il-Mulej permezz tal-qaddej tiegħu Aħija, is-Siloni, minħabba d-dnubiet ta' Ġerobogħam, li dineb hu u ġagħal lil Iżrael jidinbu, u b'hekk għaddab il-Mulej, Alla ta' Iżrael.", "Il-bqija tal-ġrajja ta' Nadab u kulma għamel huma miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Iżrael.", "U kien hemm il-gwerra bejn Asa u bejn Bagħsa, sultan ta' Iżrael, għomorhom kollu.", "Bagħsa, sultan ta' Iżrael", "Fit-tielet sena ta' Asa, sultan ta' Ġuda, beda jsaltan Bagħsa bin Aħija, fuq Iżrael kollu, f'Tirsa; u dam isaltan għal erbgħa u għoxrin sena.", "Għamel il-ħażin f'għajnejn il-Mulej, u qabad it-triq ta' Ġerobogħam, u waqa' fi dnubietu, u ġagħal lil Iżrael jidneb."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1KI.16", "bookref": "1KI.16", "text": ["U waslet il-kelma tal-Mulej lil Ġeħu bin Ħanani, kontra Bagħsa, u qallu: \"Billi int, għalkemm jien erfajtek mit-trab u qegħedtek prinċep fuq il-poplu tiegħi Iżrael, qbadt it-triq ta' Ġerobogħam, u waqqajt fid-dnub il-poplu tiegħi Iżrael, u qanqalt l-għadab tiegħi minħabba dnubiethom, arani, se niknes lil Bagħsa u daru; u nagħmel lil darek bħad-dar ta' Ġerobogħam bin Nebat.", "Min imut mid-dar ta' Bagħsa fil-belt jikluh il-klieb, u min imutlu fir-raba' jikluh it-tajr tal-ajru.\"", "U l-bqija tal-ġrajja ta' Bagħsa, u kulma għamel, u r-rebħiet tiegħu huma miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Iżrael.", "U Bagħsa strieħ ma' missirijietu, u difnuh f'Tirsa; u floku beda jsaltan Ela, ibnu.", "U l-kelma tal-Mulej waslet kontra Bagħsa u daru permezz tal-profeta Ġeħu bin Ħanani, mhux biss għall-ħażen li kien għamel f'għajnejn il-Mulej, u għaddbu b'għemil idejh, u sar bħad-dar ta' Ġerobogħam, imma wkoll għax kien qered lil din id-dar għalkollox.", "Ela, sultan ta' Iżrael", "Fis-sitta u għoxrin sena tas-saltna ta' Asa, sultan ta' Ġuda, beda jsaltan Ela bin Bagħsa fuq Iżrael f'Tirsa; u dam sentejn.", "U Żimri, qaddej tiegħu u kaptan ta' nofs il-karrijiet, ikkonfoffa kontrih.", "Waqt li Ela kien f'Tirsa, jiekol u jixrob fid-dar ta' Arsa, li kien il-maġġordom tal-palazz f'Tirsa, Żimri daħal, ħabat għalih, u qatlu fis-sena sebgħa u għoxrin ta' Asa, sultan ta' Ġuda, u beda jsaltan floku.", "U ġara li malli beda jsaltan, u qagħad fuq it-tron, ħabat għad-dar kollha ta' Bagħsa u ma ħalla minnha ebda raġel, la mill-qraba bid-dritt tal-vendetta u lanqas minn ħbiebu.", "Żimri qered id-dar kollha ta' Bagħsa skont il-kelma tal-Mulej, li kien qal fuq Bagħsa permezz tal-profeta Ġeħu, minħabba d-dnubiet ta' Bagħsa, u d-dnubiet ta' ibnu Ela, li għamlu huma u ġagħlu lil Iżrael jagħmlu, b'mod li jqanqlu l-għadab tal-Mulej Alla ta' Iżrael bl-allat fiergħa tagħhom.", "U l-bqija tal-ġrajja ta' Ela u kulma għamel, huma miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Iżrael.", "Żimri, sultan ta' Iżrael", "Fis-sena sebgħa u għoxrin tas-saltna ta' Asa, sultan ta' Ġuda, Żimri saltan għal sebat ijiem f'Tirsa.", "Il-poplu kien fil-kamp quddiem Gibbeton tal-Filistin.", "U malli l-poplu, li kien fil-kamp, sama' min jgħid: \"Żimri kkonfoffa kontra s-sultan u qatlu,\" dak in-nhar stess fil-kamp għamlu lil Għomri, kmandant tal-eżerċtu, sultan fuq Iżrael kollu.", "U Għomri u Iżrael kollu miegħu telqu minn Gibbeton, u dawru 'l Tirsa.", "Malli Żimri ra li l-belt inqabdet, mar fit-torri tal-palazz tas-sultan u tah in-nar, u ħaraq fuqu nnifsu l-palazz tas-sultan, u miet; dan seħħ minħabba dnubietu li dineb billi għamel il-ħażin f'għajnejn il-Mulej meta qabad it-triq ta' Ġerobogħam - id-dnubiet li ġagħal lil Iżrael jagħmlu.", "U l-bqija tal-ġrajja ta' Żimri, u l-konfoffa li għamel, huma kollha miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Iżrael.", "Imbagħad inqasam il-poplu ta' Iżrael, nofs u nofs.", "Nofs il-poplu mar wara Tibni bin Ginat, biex jagħmluh sultan; u n-nofs l-ieħor mar wara Għomri.", "Imma l-poplu li kien wara Għomri għeleb lil dak li mar wara Tibni bin Ginat; u Tibni miet, u saltan floku Għomri.", "Għomri, sultan ta' Iżrael", "Fis-sena wieħed u tletin ta' Asa, sultan ta' Ġuda, Għomri sar sultan fuq Iżrael, u dam isaltan tnax-il sena: sitta minnhom għamilhom isaltan f'Tirsa.", "Imbagħad xtara l-għolja ta' Samarija mingħand Semer b'żewġ talenti tal-fidda, u bnieha.", "U l-belt li bena fuqha semmieha għal Semer li kien sid l-għolja.", "Iżda l-għemil ħażin ta' Għomri xejn ma għoġbu lill-Mulej; għamel agħar minn dawk kollha li kien hemm qablu.", "U mexa fit-triq ta' Ġerobogħam bin Nebat, u għamel dnubietu li ġagħal lil Iżrael jagħmlu biex xegħlu l-korla tal-Mulej, Alla ta' Iżrael, bl-allat fiergħa tagħhom.", "U l-bqija tal-ġrajja ta' Għomri, u ta' kulma għamel u wettaq, huma miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Iżrael.", "Għomri strieħ ma' missirijietu, u difnuh f'Samarija; u daħal isaltan floku ibnu Aħab.", "Aħab, sultan ta' Iżrael", "Aħab bin Għomri sar sultan ta' Iżrael fis-sena tmienja u tletin ta' Asa, sultan ta' Ġuda; u dan Aħab bin Għomri, dam isaltan fuq Iżrael f'Samarija tnejn u għoxrin sena.", "Iżda l-għemil ħażin ta' Aħab bin Għomri lill-Mulej xejn ma għoġbu: għamel agħar minn dawk kollha li kien hemm qablu.", "Xejn ma kien iqisha bi kbira li jagħmel huwa wkoll id-dnubiet li kien waqa' fihom Ġerobogħam bin Nebat; iżżewweġ lil Ġeżabel, bint Etbagħal, sultan tal-poplu ta' Sidon, u wasal biex ta qima lil Bagħal u adurah.", "Lil dan għamillu wkoll artal fit-tempju li bnielu f'Samarija.", "Aħab waqqaf ukoll ix-xbieha tal-Asera, u żied jagħmel ħwejjeġ oħra ħżiena, hekk li għaddab għalih lill-Mulej, Alla ta' Iżrael, iżjed milli għas-slaten kollha ta' Iżrael, li kien hemm qablu.", "Fi żmienu wkoll Ħijel, minn Betel, bena Ġeriko.", "Il-pedament tagħha swielu l-mewt ta' ibnu l-kbir Abiram, u l-bwieb tagħha lil ibnu ż-żgħir Segub, skont il-kelma tal-Mulej, li kien qal permezz ta' Ġożwè bin Nun."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1KI.17", "bookref": "1KI.17", "text": ["Il-profeta Elija", "Elija minn Tisbi ta' Gilgħad, qal lil Aħab: \"Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, Alla ta' Iżrael, li jien inservi quddiemu, ma jkunx hemm dawn is-snin la nida u lanqas xita, jekk mhux meta nitkellem jien.\"", "Il-Mulej kellem lil Elija u qallu: \"Itlaq minn hawn, iġbed lejn il-Lvant, u mur inħeba fil-wied ta' Kerit, biswit il-Ġordan.", "Inti tixrob mill-wied, u jien ikkmandajt liċ-ċawl jitimgħek hemmhekk.\"", "Elija telaq u għamel kif qallu l-Mulej, u qagħad ħdejn il-wied ta' Kerit biswit il-Ġordan.", "U ċ-ċawl kienu jġibulu ħobż u laħam mas-sebħ u ħobż u laħam filgħaxija.", "U kien jixrob mill-wied.", "Imma wara ftit taż-żmien il-wied nixef, għax ma kinitx għamlet xita fil-pajjiż.", "Il-Mulej kellem lil Elija u qallu: \"Qum u mur f'Sarefta ta' Sidon, u oqgħod hemm.", "Jien ikkmandajt lil waħda armla minn hemm biex titimgħek.\"", "Qam u rħielha lejn Sarefta.", "Kif wasal ħdejn bieb il-belt, kien hemm waħda armla tiġbor il-ħatab.", "Elija sejħilha u qalilha: \"Jekk jogħġbok, ġibli f'bieqja belgħa ilma x'nixrob.\"", "Hi u sejra, Elija raġa' sejħilha u qalilha: \"Ġibli wkoll, jekk jogħġbok, kisra ħobż f'idek.\"", "Hija wieġbet: \"Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, Alla tiegħek, ma għandi xejn maħbuż; qabda dqiq f'ġarra u ftit żejt fil-kus kulma baqagħli.", "Ara, qiegħda niġbor biċċtejn ħatab; issa nħejji xi ħaġa għalija u għal ibni; u mbagħad nikluha u mmutu.\"", "Elija wieġeb: \"La tibżax, mur u agħmel kif għedtli: imma qabel agħmel ftira żgħira għalija, u ġibhieli.", "Imbagħad agħmel għalik u għal ibnek.", "Għax din hi l-kelma tal-Mulej, Alla ta' Iżrael:", "Il-ġarra tad-dqiq ma tintemm qatt,", "u l-kus taż-żejt ma jitbattalx,", "sa dak in-nhar li l-Mulej jibgħat", "ix-xita fil-pajjiż.\"", "U dik marret u għamlet kif qalilha Elija.", "Damu jieklu għal żmien, hi u hu, u darha kollha.", "U l-ġarra tad-dqiq ma ntemmitx, u l-kus taż-żejt ma tbattalx, kif kien qal il-Mulej permezz ta' Elija.", "Wara dawn il-ġrajja marad it-tifel ta' dik il-mara li kienet sidt id-dar.", "U ġara li l-marda tqawwiet tant li ma kienx baqagħlu iżjed nifs.", "U hi qalet lil Elija: \"X'hemm bejni u bejnek, bniedem ta' Alla?", "Jaqaw ġejt hawn biex tfakkarni fi ħżuniti u toqtolli 'l ibni?\"", "U hu wieġeb: \"Agħtini lil ibnek.\"", "U ħadu minn ħoġorha, u tellgħu fl-għorfa fejn kien jgħammar hu, u meddu fuq il-mitraħ tiegħu.", "U sejjaħ lill-Mulej u qal: \"Mulej, Alla tiegħi, fuq din l-armla wkoll, li qiegħed magħha, ridt iġġib il-ħsara u toqtlilha lil binha?\"", "U mtedd tliet darbiet fuq it-tifel, u sejjaħ lill-Mulej u qal: 'Mulej, Alla tiegħi, ħalli ruħ it-tifel tarġa' lura fih!'", "U l-Mulej sama' leħen Elija, u ruħ it-tifel reġgħet lura fih, u ħa l-ħajja.", "U Elija qabad it-tifel u niżżlu d-dar mill-għorfa, u tah lil ommu; u Elija qalilha: \"Ara, ibnek ħaj.\"", "U l-mara qalet lil Elija: \"Issa naf li int bniedem ta' Alla, u l-kelma tal-Mulej fuq fommok hi s-sewwa.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1KI.18", "bookref": "1KI.18", "text": ["Elija u Aħab", "U għadda ħafna żmien u l-kelma tal-Mulej waslet lil Elija fit-tielet sena u qallu: \"Mur, u ppreżenta ruħek quddiem Aħab, u jien nibgħat ix-xita fuq wiċċ l-art.\"", "U Elija mar biex jidher quddiem Aħab.", "Il-ġuħ kien għafas sewwa fuq is-Samarija, u Aħab sejjaħ lil Għobadija, li kien jieħu ħsieb il-palazz.", "Issa Għobadija kien jibża' ħafna mill-Mulej.", "Meta Ġeżabel kienet qiegħda teqred il-profeti tal-Mulej, Għobadija qabad mitt profeta u ħbiehom, ħamsin ħamsin, fl-għerien, u kien jipprovdilhom ħobż u ilma.", "Aħab qal lil Għobadija: \"Ejja, mur u ara kull għajn tal-ilma u kull wied fil-pajjiż; għandna mnejn insibu xi ftit tal-ħdura biex inżommu ħajja ż-żwiemel u l-bgħula, u ma nħallux il-bhejjem imutu.\"", "U qassmu l-pajjiż bejniethom biex iduruh.", "Aħab qabad triq għalih waħdu, u Għobadija triq oħra għalih waħdu.", "Ġara li meta Għobadija kien fit-triq, iltaqa' miegħu Elija għal għarrieda.", "Għarfu, u niżel wiċċu fl-art quddiemu, u qallu: \"Int jaqaw sidi Elija?\"", "U qallu: \"Jien hu.", "Mur għid lil sidek: 'Hawn hu Elija' \".", "U wieġbu: \"Xi ħtija għandi biex titlaqni f'idejn Aħab biex joqtolni?", "Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, Alla tiegħek, ma hawnx ġens jew saltna li sidi ma bagħatx għandhom ifittxuk, u lkoll qalulu: 'Mhux hawn'.", "U kien iġiegħel lil dik is-saltna jew ġens jaħlef, li ma kinux sabuk.", "U issa int tiġi tgħidli: 'Mur għand sidek u għidlu: 'Hawn hu Elija'.", "U mbagħad jiġri li jien nitlaq minn ħdejk, u l-ispirtu tal-Mulej iġorrok lejn ma nafx fejn; u jien immur ngħarraf lil Aħab, u ma jsibekx, u joqtolni.", "Kun af li l-qaddej tiegħek dejjem kien jibża' mill-Mulej sa minn żgħożiti.", "Jaqaw ma għarrfux lil sidi x'kont għamilt meta Ġeżabel kienet toqtol il-profeti tal-Mulej?", "Kemm ħbejt mill-profeti tal-Mulej, mitt ruħ, ħamsin ħamsin, fl-għerien, u kont nipprovdilhom ħobż u ilma!", "U issa int qiegħed tgħidli: 'Mur għid lil sidek: Hawn hu Elija', biex imbagħad joqtolni.\"", "U Elija wieġbu: \"Daqs kemm hu ħaj il-Mulej tal-eżerċti, li jien qiegħed inservi quddiemu, li llum stess nidher quddiemu.\"", "U Għobadija mar jiltaqa' ma' Aħab u tah l-aħbar.", "U Aħab mar jiltaqa' ma' Elija.", "U ġara li malli Aħab ra lil Elija, Aħab qallu: \"Int hawn, int li qiegħed taqleb lil Iżrael ta' taħt fuq?\"", "U hu wieġbu: \"Le, mhux jien li qiegħed naqleb lil Iżrael ta' taħt fuq, imma int u dar missierek, għax intom tlaqtu l-kmandamenti tal-Mulej u mortu wara l-Bagħlim.", "U issa ibgħat u iġborli lil Iżrael kollu fuq il-muntanja tal-Karmel u l-erba' mija u ħamsin profeta ta' Bagħal u l-erba' mija tal-Asera, li jieklu mill-mejda ta' Ġeżabel.\"", "U Aħab bagħat messaġġiera ma' Iżrael kollu, u ġabar il-profeti fuq il-Karmel.", "Elija resaq lejn il-poplu kollu, u qalilhom: \"Kemm se ddumu titlajjaw minn naħa għal oħra?", "Jekk il-Mulej hu Alla, morru warajh; inkella morru wara Bagħal, jekk inhu hu.\"", "Il-poplu ma għarafx iwieġeb.", "Elija qal lill-poplu: \"Mill-profeti tal-Mulej bqajt jiena waħdi; u l-profeti ta' Bagħal ilaħħqu mal-erba' mija u ħamsin wieħed.", "Agħtuna żewġ gniedes; ħallu 'l dawn jagħżlu gendus għalihom u jqattgħuh bċejjeċ, u jqegħduh fuq il-ħatab bla ma jkebbsu n-nar.", "U jiena nħejji l-gendus l-ieħor u nqiegħdu fuq il-ħatab bla ma nkebbes in-nar.", "Intom sejħu l-alla tagħkom, u jiena nsejjaħ isem il-Mulej.", "Dak l-alla li jwieġeb permezz tan-nar, dan ikun hu Alla.\"", "\"Sewwa!\" wieġeb il-poplu kollu.", "Imbagħad Elija qal lill-profeti ta' Bagħal: \"Agħżlu l-gendus, u ibdew intom, għaliex intom l-iktar fil-għadd.", "Intom sejħu isem l-allat tagħkom bla ma tqabbdu n-nar.\"", "Huma ħadu l-gendus li tawhom, ħejjewh, u bdew mis-sbiħ sa nofsinhar isejħu isem Bagħal u jgħajtu: \"Bagħal, weġibna!\"", "Iżda ebda kelma ma kien hemm, u ebda tweġiba; u baqgħu jaqbżu quddiem l-artal li kienu għamlu.", "F'nofsinhar Elija beda jiddieħak bihom u jgħidilhom: \"Għajtu b'leħen ogħla, għax tassew hu alla: għandu mnejn jinsab imħasseb, jew imħabbat, jew imsiefer; inkella rieqed, ħa jistenbaħ.\"", "U bdew jgħajtu b'leħen ogħla, u jqattgħu ġisimhom, skont id-drawwa tagħhom, bi sjuf u skieken, sa ma beda jċarċar id-demm fuqhom.", "Għadda nofsinhar, u baqgħu mitlufa sa ma wasal il-ħin tal-offerta tal-vittma, iżda ma kien hemm ebda kelma, ebda tweġiba, ebda widen.", "Elija qal lill-poplu kollu: \"Ersqu lejja.\"", "U l-poplu kollu resaq lejh.", "U hu raġa' waqqaf l-artal tal-Mulej li kien iġġarraf.", "Elija ħa tnax-il ġebla, skont l-għadd tat-tribujiet ta' wlied Ġakobb, li lilu l-Mulej kien qallu: \"Iżrael ikun ismek.\"", "U b'dan il-ġebel bena artal għal isem il-Mulej, ħaffer madwaru gandott jesa' daqs żewġ sigħan żerriegħa, qiegħed sewwa l-ħatab, qatta' l-gendus, u qiegħdu fuq il-ħatab.", "Imbagħad qalilhom: \"Imlew erba' ġarar ilma, u ferrgħuhom fuq il-vittma u fuq il-ħatab.\"", "\"Erġgħu għat-tieni darba,\" qalilhom; u reġgħu għat-tieni darba.", "\"Erġgħu għat-tielet darba,\" raġa' qalilhom; u reġgħu għat-tielet darba.", "L-ilma tferrex madwar l-artal, u l-gandott ta' madwaru mtela bl-ilma.", "Fil-ħin li joffru s-sagrifiċċju, il-profeta Elija ħareġ fin-nofs u għajjat: \"Mulej, Alla ta' Abraham, ta' Iżakk u ta' Iżrael, uri llum li inti Alla fost Iżrael, u li jiena l-qaddej tiegħek, u li dan kollu għamiltu għall-kelma tiegħek.", "Weġibni, Mulej, weġibni, ħalli jkun jaf dan il-poplu li int, Mulej, int Alla, u li int dawwartilhom qalbhom lura!\"", "U niżel nar mingħand il-Mulej, u ħaraq il-vittma, u l-ħatab, u l-ġebel, u t-trab, sa ma xorob l-ilma fil-gandott.", "U dan rah il-poplu kollu, u nxteħtu wiċċhom fl-art jistqarru: \"Jaħweh, Alla hu!", "Jaħweh, Alla hu!\"", "U Elija qalilhom: \"Aqbdu l-profeti ta' Bagħal, tħallu 'l ħadd minnhom jeħles.\"", "U qabduhom, u Elija niżżilhom fil-wied ta' Kison, u qatilhom hemm.", "Imbagħad Elija qal lil Aħab: \"Itla', kul u ixrob, għaliex qiegħed jinstema' ħoss kbir ta' xita.\"", "Aħab tala' jiekol u jixrob.", "U Elija tala' fuq il-quċċata tal-Karmel, inxteħet fl-art, u qiegħed wiċċu bejn irkupptejh.", "U qal lill-qaddej tiegħu: \"Itla', u ħares lejn in-naħa tal-baħar.\"", "Dak tala', ħares, u qal: \"Ma hemm xejn.\"", "Qallu: \"Erġa' mur seba' darbiet.\"", "U l-qaddej tala' seba' darbiet.", "Mas-seba' darba qabad jgħajjat: \"Ara, hemm sħaba daqs keffa ta' id ta' raġel, tielgħa mill-baħar.\"", "Qallu Elija: \"Mur għidlu lil Aħab: 'Arma l-karru u inżel, qabel ma tilħqek ix-xita'.\"", "Malli dan, is-sema swied, qam ir-riħ, u bdiet nieżla xita kbira.", "Aħab rikeb u telaq lejn Ġeżragħel.", "U id il-Mulej niżlet fuq Elija, u dan ħażżem qaddu, u mar jiġri jilħaq lil Aħab sa fejn jibda Ġeżragħel."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1KI.19", "bookref": "1KI.19", "text": ["Elija jaħrab lejn il-Ħoreb", "Aħab għarraf lil Ġeżabel b'kulma kien għamel Elija, u kif qatel lill-profeti kollha bix-xabla.", "U Ġeżabel bagħtet messaġġier lil Elija jgħidlu: \"Dan jagħmluli l-allat u iżjed minn hekk, jekk għada bħalissa ma nkunx għamilt minn ħajtek kulma sar mill-ħajja ta' kull wieħed minnhom.\"", "U baża', u qabad u telaq biex isalva ħajtu, u mar Birsaba li hemm f'Ġuda, u ħalla l-qaddej tiegħu hemm.", "Il-profeta rħielha lejn id-deżert.", "Wara jum mixi waqaf, inxteħet taħt siġra tal-ġummar, talab li jmut, u qal: \"Issa biżżejjed, Mulej; ħudli 'l ħajti, għax m'iniex aħjar minn missirijieti!\"", "U mtedd għad-dell tal-ġummara, u raqad.", "Kif kien rieqed messu anġlu, u qallu: \"Qum u kul!\"", "Elija dawwar wiċċu, u lemaħ ħdejn rasu ftira moħmija u ġarra ilma; kiel u xorob, u raġa' mtedd.", "Għat-tieni darba ġie l-anġlu tal-Mulej, u raġa' messu u qallu: \"Qum u kul, inkella ma tkunx tiflaħ għall-mixja li fadallek.\"", "Elija qam, kiel u xorob, u bis-saħħa ta' dak l-ikel baqa' miexi għal erbgħin jum u erbgħin lejl sa ma wasal Ħoreb, il-muntanja tal-Mulej.", "Hemmhekk daħal fl-għar u għadda l-lejl ġo fih.", "U waslitlu l-kelma tal-Mulej u qallu: \"Hawn x'inti tagħmel, Elija?\"", "U hu wieġeb: \"Għandi qalbi tħeġġeġ għall-aħħar għall-Mulej, Alla tal-eżerċti, għaliex ulied Iżrael ħallew il-patt tiegħek, farrku l-artali tiegħek, u 'l-profeti tiegħek qatluhom bix-xabla.", "Jien waħdi bqajt, u qegħdin ifittxu jneħħuli ħajti.\"", "U Alla wieġbu: \"Oħroġ, u oqgħod fuq il-muntanja quddiem il-Mulej.\"", "U hemm hu, jgħaddi l-Mulej; riħ qawwi , b'saħħa li jofroq il-muntanji u jfarrak il-blat, għadda quddiem il-Mulej; imma l-Mulej ma kienx f'dan ir-riħ.", "U wara dan ir-riħ theżżet l-art imma l-Mulej ma kienx f'din it-theżżiża.", "U wara t-theżżiża kien hemm in-nar, imma l-Mulej ma kienx fin-nar.", "Wara n-nar inħasset żiffa ħelwa.", "Elija, kif ħassha, għatta wiċċu bil-mantell, ħareġ barra, u waqaf f'bieb l-għar.", "U fil-ħin jisma' leħen jgħidlu: \"X'inti tagħmel hawn, Elija?\"", "U hu wieġeb: \"Għandi qalbi tħeġġeġ għall-aħħar għall-Mulej, Alla tal-eżerċti, għaliex ulied Iżrael ħallew il-patt tiegħek, farrku l-artali tiegħek, u 'l-profeti tiegħek qatluhom bix-xabla.", "Jien waħdi bqajt, u qegħdin ifittxu jneħħuli ħajti.\"", "Il-Mulej qal lil Elija: \"Itlaq u erġa' aqbad triqtek lejn id-deżert ta' Damasku.", "U malli tasal, idlek lil Ħażajel bħala sultan ta' Aram; hekk ukoll lil Ġeħu bin Nimsi, idilku sultan ta' Iżrael; u lil Eliżew bin Safat, ta' Abel-meħola, idilku profeta flokok.", "Jekk xi ħadd jeħles mix-xabla ta' Ħażajel, joqtlu Ġeħu; u jekk xi ħadd jeħles mix-xabla ta' Ġeħu, joqtlu Eliżew.", "Jiena nħalli f'Iżrael sebat elef, jiġifieri dawk kollha li ma niżlux għarkupptejhom quddiem Bagħal, u dawk kollha li ma bisuhx b'xufftejhom.\"", "Elija telaq minn hemm u sab lil Eliżew bin Safat, waqt li kien qiegħed jaħrat bi tnax-il żewġ gniedes quddiemu; u hu kien qiegħed imexxi t-tnax-il wieħed.", "Resaq lejh Elija, u xeħet fuqu l-mantell tiegħu .", "Dan ħalla l-gniedes u mar jiġri wara Elija jgħidlu: \"Ħallini mmur insellem lil missieri u 'l ommi, imbagħad niġi warajk.\"", "\"Mur,\" qallu Elija, \"u erġa' ejja; għaliex x'għamiltlek jiena?\"", "Eliżew tbiegħed minnu, qabad żewġ gniedes, qatilhom u offriehom sagrifiċċju.", "U bl-għodda tal-ħrit sajjar il-laħam, qassmu lin-nies, u kielu.", "U hu mar wara Elija, u beda jservih."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1KI.20", "bookref": "1KI.20", "text": ["Aħab u Benħadad", "Benħadad, sultan ta' Aram, ġabar l-eżerċtu kollu tiegħu; kellu miegħu tnejn u tletin sultan, u żwiemel u karrijiet, u tala', u dawwar Samarija, u ħabat għaliha.", "U bagħat messaġġiera fil-belt għand Aħab, sultan ta' Iżrael, u qallu: \"Dan jgħid Benħadad: 'Il-fidda u d-deheb tiegħek tiegħi huma, u hekk ukoll in-nisa tiegħek u l-aħjar fost uliedek huma tiegħi.'", "U s-sultan ta' Iżrael wieġeb u qallu: \"Iva, kif tgħid int, sultan sidi; tiegħek jien, u kulma għandi.\"", "Imma l-messaġġiera reġgħu ġew u qalulu: \"Dan jgħid Benħadad: 'Jien bgħatt ngħidlek: il-fidda u d-deheb tiegħek, u wliedek u n-nisa tiegħek, tagħtihom lili.", "Mela għada bħalissa nibgħat il-qaddejja tiegħi għandek, u jfittxulek darek u djar il-qaddejja tiegħek, u kulma jogħġobhom, jaqbduh f'idejhom u jeħduh.' \"", "U s-sultan ta' Iżrael sejjaħ l-anzjani kollha tal-pajjiż u qalilhom: \"Kunu afu u araw li dan qiegħed ifittxilna l-ħsara.", "Bagħat għandi għan-nisa tiegħi u għal uliedi, għall-fidda u d-deheb tiegħi, u jien ma ċaħħadtux minnhom.\"", "U x-xjuħ u l-poplu qalulu lkoll: \"La tismax minnu, u toqgħodx għalih.\"", "U qal lill-messaġġiera ta' Benħadad: \"Għidlu lis-sultan sidi: 'Kulma bgħatt titlob lill-qaddej tiegħek qabel, nagħmlu; imma dan ma nistax nagħmlu.'", "\" U l-messaġġiera marru, u tawh ir-risposta.", "U Benħadad bagħat jgħidlu: \"Dan jagħmluli l-allat u iżjed, jekk it-trab tas-Samarija jkun biżżejjed biex kull wieħed mill-kotra li għandi warajja jieħu qabda ta' id.\"", "U s-sultan ta' Iżrael wieġeb u qallu: \"Għidulu: 'Qis li min ixidd l-armi, ma jiftaħarx bħal min ineħħihom minn fuqu.' \"", "Ġara li malli Benħadad sama' dan il-kliem kif kien qiegħed jixrob, hu u s-slaten, fl-għerejjex, ordna lill-qaddejja tiegħu: \"Tqassmu.\"", "U tqassmu madwar il-belt.", "U ara, wieħed profeta resaq lejn Aħab, is-sultan ta' Iżrael, u qallu: \"Dan jgħid il-Mulej: 'Qiegħed tara int din il-kotra kbira?", "Arani llum se nerħihielek f'idejk, u tkun taf li jien il-Mulej.\"", "U Aħab staqsieh: \"Permezz ta' min?\"", "U hu wieġbu: \"Dan jgħid il-Mulej; permezz taż-żgħażagħ tal-kapijiet tal-provinċji.\"", "Aħab issokta jistaqsi: \"Min jibda t-taqbida?\"", "U dak wieġeb: \"Inti.\"", "U Aħab, imbagħad, għadd iż-żgħażagħ tal-kapijiet tal-provinċji, u kien hemm mitejn u tnejn u tletin; imbagħad għadd il-kotra kollha ta' wlied Iżrael li kienu sebat elef.", "U ħarġu f'nofsinhar meta Benħadad kien qiegħed jixrob u jisker fl-għarix flimkien mat-tnejn u tletin sultan li kienu marru jgħinuh.", "Ħarġu l-ewwel iż-żgħażagħ tal-kapijiet tal-provinċji; u Benħadad bagħat jitkixxef, u għarrfuh u qalulu: \"Ħarġu xi nies mis-Samarija.\"", "U hu wieġeb: \"Jekk ħarġu għall-paċi aqbduhom ħajjin; u jekk ħarġu għall-ġlied aqbduhom ħajjin l-istess.\"", "U dawk ħarġu mill-belt - iż-żgħażagħ tal-kapijiet tal-provinċji bl-eżerċtu warajhom.", "U kull wieħed minnhom darab lil ta' quddiemu; u l-Aramin ħarbu u l-Iżraelin għamlu għal warajhom; u Benħadad, is-sultan ta' Aram, ħarab fuq iż-żiemel flimkien mar-rikkieba.", "U ħareġ is-sultan ta' Iżrael u ħabat għaż-żwiemel u l-karrijiet, u ta xebgħa kbira lill-Aramin.", "U resaq lejn is-sultan ta' Iżrael il-profeta, u qallu: \"Mur u arma ruħek; fittex u ara x'għandek tagħmel, għaliex la tasal sena oħra , is-sultan ta' Aram jerġa' jitla' għalik.\"", "Rebħa oħra fuq Benħadad", "Il-qaddejja tas-sultan ta' Aram qalulu: \"L-allat tagħhom huma allat tal-muntanji, għalhekk huma għelbuna.", "Jekk aħna naħbtu għalihom fil-wita, negħlbuhom żgur.", "Issa agħmel hekk: neħħi s-slaten kull wieħed minn postu, u qiegħed flokhom fizzjali.", "U rawwem eżerċtu daqs l-eżerċtu li tlift, żiemel b'żiemel, u karru b'karru, imbagħad naħbtu għalihom fil-wita, u negħlbuhom żgur.\"", "U sama' minn kliemhom, u għamel hekk.", "Ġara li malli għaddiet sena Benħadad għadd l-Aramin u tala' Afek biex jaħbat għal Iżrael.", "U wlied Iżrael kienu magħduda u armati u ħarġu għalihom; u waqqfu l-kamp quddiemhom bħal żewġ imrieħel mogħoż, imma l-Aramin kienu jimlew l-art.", "U bniedem ta' Alla resaq u qal lis-sultan ta' Iżrael: \"Dan jgħid il-Mulej: 'Talli l-Aramin qalu: Alla tal-muntanji hu l-Mulej, u mhux alla tal-widien, jien nerħi f'idejk din il-kotra kbira kollha, u tkunu tafu li jien il-Mulej.' \"", "U huma baqgħu fil-kamp quddiem xulxin għal sebat ijiem, u fis-seba' jum qabdet it-taqtigħa; u wlied Iżrael darbu f'jum wieħed mill-Aramin mitt elf raġel mill-fanterija.", "Il-bqija ħarbu lejn Afek fil-belt, u s-sur waqa' fuq is-sebgħa u għoxrin elf ruħ li kien għad fadal.", "Benħadad ukoll ħarab, u daħal il-belt ifittex jinħeba minn kamra għal oħra.", "U l-qaddejja tiegħu qalulu: \"Smajna li s-slaten ta' dar Iżrael, slaten ħanina.", "Ħalli, mela, inxiddu xkejjer ma' ġenbejna, u ħbula ma' għonqna, u noħorġu lejn is-sultan ta' Iżrael; għandu mnejn iħallik tgħix.\"", "U xiddew xkejjer ma' ġenbejhom, u ħbula ma' għonqhom, u marru għand is-sultan ta' Iżrael u qalulu: \"Il-qaddej tiegħek Benħadad jgħid: 'Iddew!", "Ħallini ngħix!'", "\" U hu wieġeb: \"Għadu ħaj?", "Huwa ħija.\"", "Dawn in-nies ħaduha b'sinjal tajjeb, u fittxew ħatfuh fil-kelma u qalulu: \"Benħadad ħuk?\"", "U Aħab qalilhom: \"Morru ġibuh.\"", "Imbagħad Benħadad ħareġ jiltaqa' miegħu; Aħab tellgħu fuq il-karru.", "U Benħadad qallu \"Jien irroddlok lura l-ibliet li missieri kien ħa lil missierek, u int tiftaħ swieq f'Damasku, bħalma kien fetaħ missieri f'Samarija.\"", "U Aħab wieġbu: \"U jien inħallik tmur b'dan il-patt.\"", "U għamel patt miegħu u ħallieh imur.", "U wieħed minn ulied il-profeti, b'ordni tal-Mulej, qal lil wieħed minn sħabu: \"Idrobni, nitolbok.\"", "Imma dak ma riedx jidorbu.", "U qallu: \"Talli int ma smajtx il-kelma tal-Mulej, ara, int u titbiegħed minni jidorbok l-iljun.\"", "U warrab minn ħdejh, u sabu l-iljun, u dan ħabat għalih u qatlu.", "U sab raġel ieħor u qallu: \"Idrobni.\"", "U r-raġel darbu u ferieh.", "U l-profeta mar jistenna s-sultan fit-triq, bla ma wera ruħu min hu billi għatta għajnejh b'faxxa.", "U kif kien għaddej is-sultan, hu beda jgħajjat lis-sultan, u jgħid: \"Il-qaddej tiegħek ħareġ f'nofs it-taqbida, u, ara, wieħed raġel warrab u ġiebli wieħed, u qalli: \"Ħu ħsieb dan ir-raġel.", "Jekk jirnexxilu jaħrab, ikollok tħallas ħajtu b'ħajtek, jew b'talent tal-fidda.", "U kif kien il-qaddej tiegħek ħsiebu 'l hemm u 'l hawn, dak ħarab.\"", "U s-sultan ta' Iżrael qallu: \"Din hi s-sentenza!", "Int stess qtajtha.\"", "U l-profeta malajr neħħa l-faxxa minn fuq għajnejh, u s-sultan ta' Iżrael induna li kien wieħed mill-profeti.", "U dan qallu: \"Dan jgħid il-Mulej: 'Talli int ħallejt jitlaq minn idejk bniedem li jien kont sħett, ħajtek se tagħmel tajjeb għalih, u l-poplu tiegħek għall-poplu tiegħu.' \"", "U s-sultan ta' Iżrael telaq lejn daru qalbu sewda u inkurlat, u daħal f'Samarija."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1KI.21", "bookref": "1KI.21", "text": ["Aħab u Nabot", "Wara dan ġara li Nabot, raġel minn Ġeżragħel, kellu għalqa tad-dwieli f'Ġeżragħel ħdejn il-palazz ta' Aħab, sultan ta' Samarija.", "U Aħab qal lil Nabot: \"Agħtini l-għalqa tiegħek tad-dwieli biex nagħmel minnha ġnien tal-ħxejjex billi qiegħda maġenb dari.", "Flokha nagħtik għalqa oħra tad-dwieli aħjar minnha; jew, jekk jidhirlek li jkun aħjar, nagħtik flus b'kemm tiswa.\"", "Iżda Nabot wieġeb lil Aħab: \"Iħarisni l-Mulej milli qatt nagħtik wirt missirijieti!\"", "Aħab mar id-dar bil-buli u b'dagħdigħa fuqu minħabba fil-kliem li Nabot, il-Ġeżragħeli, kien qallu: \"Ma nagħtikx wirt missirijieti.\"", "Mar jimtedd f'soddtu, dawwar wiċċu u ma kiel xejn.", "Resqet lejh martu Ġeżabel, u staqsietu: \"Għala inti bil-buli, u ma trid tiekol xejn?\"", "U hu wieġeb: \"Jien kellimt lil Nabot, il-Ġeżragħeli, u għedtlu: 'Agħtini l-għalqa tiegħek tad-dwieli bil-flus kemm tiswa; jew, jekk jidhirlek li jkun aħjar, nagħtik għalqa oħra tad-dwieli flokha.\"", "U hu wieġeb: \"Ma nagħtikx l-għalqa tiegħi tad-dwieli.\"", "U martu Ġeżabel qaltlu: \"Issa int tridha ta' sultan fuq Iżrael?", "Qum, ħu xi ħaġa tal-ikel, u tieħu r-ruħ.", "Jiena nagħtihielek l-għalqa tad-dwieli ta' Nabot, il-Ġeżragħeli.\"", "U kitbet ittra f'isem Aħab, u ssiġillatha bis-siġill tiegħu; u l-ittra bagħtitha lix-xjuħ u lill-kbarat li kienu jgħammru ma' Nabot fil-belt tiegħu.", "U fl-ittra kitbet, u qalet: \"Niedu sawma, u qiegħdu lil Nabot f'ras il-kotra.", "U qiegħdu tnejn min-nies ta' qattagħni biswitu biex jixhdu kontrih, u jgħidulu: 'Dgħajt b'Alla u bis-sultan,' u mbagħad oħorġuh, u ħaġġruh sa ma jmut.\"", "In-nies tal-belt tiegħu, ix-xjuħ u l-kbarat li kienu jgħammru fil-belt tiegħu, għamlu kif bagħtet tgħidilhom fl-ittra Ġeżabel.", "Nidew sawma, u qiegħdu 'l Nabot f'ras il-poplu.", "U ġew tnejn min-nies mill-agħar, u poġġew quddiemu; imbagħad dawn in-nies mill-agħar xlew lil Nabot quddiem il-poplu b'dan il-kliem: \"Nabot seħet lil Alla u lis-sultan.\"", "Ħarġuh barra mill-belt, ħaġġruh, u miet.", "Malli dan, bagħtu jgħidu lil Ġeżabel: \"Nabot ġie mħaġġar u miet.\"", "Meta Ġeżabel semgħet li Nabot ħaġġruh u miet, marret tgħid lil Aħab: \"Qum u ħu l-għalqa tad-dwieli ta' Nabot, il-Ġeżragħeli, li ma riedx jagħtihielek bil-flus!", "Nabot ma għadux ħaj: miet!\"", "Malli Aħab sama' li Nabot miet, qam u niżel jieħu f'idejh l-għalqa tad-dwieli ta' Nabot il-Ġeżragħeli.", "Il-Mulej kellem lil Elija, it-Tisbi, u qallu: \"Qum, inżel għand Aħab, is-sultan ta' Iżrael, li jgħammar f'Samarija.", "Issibu fl-għalqa tad-dwieli ta' Nabot, fejn niżel biex jeħodha f'idejh.", "U għidlu dan: 'Hekk jgħid il-Mulej: L-ewwel qtilt, u issa tisraq!", "U żid għidlu: 'Hekk jgħid il-Mulej: Fejn il-klieb lagħqu demm Nabot, hemm il-klieb jilagħqu demmek ukoll .\"", "U wieġeb Aħab lil Elija: \"Qbadtni, ja għadu tiegħi?\"", "\"Qbadtek,\" qallu, \"u la darba int begħt ruħek biex tagħmel il-ħażin quddiem il-Mulej, arani jien issa se nġib fuqek il-ħsara; jien neqred nislek warajk, inqaċċat mid-dar ta' Aħab l-irġiel kollha, ħielsa jew ilsiera, f'Iżrael.", "U nagħmel mill-familja tiegħek bħall-familja ta' Ġerobogħam bin Nebat, u bħall-familja ta' Bagħsa bin Aħija, għax inti għaddabtni u waqqajt lil Iżrael fid-dnub.\"", "Il-Mulej tkellem ukoll għal Ġeżabelu qal: 'Fuq is-swar ta' Ġeżragħel lil Ġeżabel għad jikluha l-klieb.'", "Kull min mill-familja ta' Aħab imut fil-belt, jikluh il-klieb; u min imut fir-raba' jikluh it-tajr tal-ajru.\"", "U tassew, qatt ħadd bħal Aħab ma nbiegħ biex jagħmel il-ħażin f'għajnejn il-Mulej, billi martu Ġeżabel kienet issus warajh.", "U l-qżież kollu li għamel billi mar wara l-idoli, bħalma għamlu l-Amurrin, li Alla kien keċċa minn quddiem ulied Iżrael.", "Aħab, malli sama' dan il-kliem, ċarrat ħwejġu, libes xkora fuq il-laħam, sam, beda jorqod bl-ixkora fuqu, u kien jgħaddi ħiemed ħiemed.", "U Alla kellem lil Elija, it-Tisbi, u qallu: \"Rajt kif Aħab iċċekken quddiemi?", "Għax iċċekken quddiemi, ma nġibx fuqu l-ħsara fi żmienu; imma fi żmien ibnu nġibha l-ħsara fuq il-familja tiegħu.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1KI.22", "bookref": "1KI.22", "text": ["Ftehim bejn Aħab u Ġosafat", "Għaddew tliet snin u ma kien hemm ebda gwerra bejn Iżrael u Aram.", "Fit-tielet sena Ġosafat, sultan ta' Ġuda, niżel għand is-sultan ta' Iżrael.", "U s-sultan ta' Iżrael qal lill-qaddejja tiegħu: \"Ma tafux li Ramot-gilgħad hi tagħna, u aħna bi kwietna, għax ma naqbdux u neħduha minn idejn is-sultan ta' Aram?\"", "U qal lil Ġosafat: \"Tiġi miegħi u naħbtu għal Ramot-gilgħad?\"", "Ġosafat wieġeb lis-sultan ta' Iżrael: \"Lili qisni int; lill-poplu tiegħi qisu l-poplu tiegħek, iż-żwiemel tiegħi qishom iż-żwiemel tiegħek.\"", "U Ġosafat qal lis-sultan ta' Iżrael: \"Ħa nistħarrġu issa l-kelma tal-Mulej.\"", "U s-sultan ta' Iżrael ġabar il-profeti, erba' mitt wieħed, u staqsiehom: \"Immur naħbat għal Ramot-gilgħad jew nibqa' hawn?\"", "U huma wieġbu: \"Itla', u jerħiha s-Sid f'idejn is-sultan.\"", "U Ġosafat qal: \"Ma għadx baqa' xi profeta tal-Mulej, biex nistaqsu lilu.\"", "U s-sultan ta' Iżrael wieġeb lil Ġosafat: \"Għad fadal ieħor biex nistaqsu lill-Mulej permezz tiegħu.", "Imma jien nobogħdu għax qatt ma jħabbarli r-riżq, imma dejjem id-deni.", "Dan hu Mikajja bin Imla.\"", "U Ġosafat wieġeb: \"Ma għandux jgħid hekk is-sultan.\"", "U s-sultan ta' Iżrael sejjaħ lil wieħed mill-uffiċjali u qallu: \"Ġib malajr lil Mikajja bin Imla.\"", "Is-sultan ta' Iżrael u Ġosafat, sultan ta' Ġuda, kienu qegħdin bilqiegħda kull wieħed fuq it-tron tiegħu, it-tnejn libsin gala, fil-misraħ quddiem id-daħla tal-bieb ta' Samarija, u l-profeti kollha kienu jħabbru quddiemhom.", "U Sedekija bin Kengħana għamel qrun tal-ħadid u qal: \"Dan jgħid il-Mulej: 'B'dawn tidrob lil Aram sa ma ġġibhom fix-xejn.'", "\" U l-profeti lkoll bdew iħabbru l-istess u jgħidu: \"Itla' għal Ramot-gilgħad, u r-riżq miegħek; għax il-Mulej jerħiha f'idejn is-sultan.\"", "Il-messaġġier, li mar isejjaħ lil Mikajja, kellmu u qallu: \"Ara, il-profeti lkoll kelma waħda jħabbru r-riżq tas-sultan.", "Tkun mela l-kelma tiegħek bħall-kelma ta' kull wieħed minnhom, u ħabbar ir-risq.\"", "U Mikajja wieġeb: \"Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, dak li jgħidli l-Mulej ngħidhulu.\"", "U wasal għand is-sultan u s-sultan qallu: \"Mikajja, immur naħbat għal Ramot-gilgħad, jew nibqgħu hawn?\"", "U hu wieġbu: \"Itla', u r-riżq miegħek, il-Mulej jerħiha f'idejn is-sultan.\"", "U s-sultan qallu: \"Kemm-il darba għandi nġagħlek taħlef jien, biex ma tgħidlix ħlief is-sewwa f'isem il-Mulej?\"", "U l-profeta wieġeb: \"Rajt lil Iżrael kollu mxerred fuq il-muntanji bħan-nagħaġ bla ragħaj, u l-Mulej qal: 'Ma għandhomx sidien dawn: ħa jerġgħu bis-sliem kulħadd għal daru!\"", "U s-sultan ta' Iżrael qal lil Ġosafat: \"Ma għedtlikx jien, li mhux se jħabbarli r-riżq imma d-deni?\"", "Imma l-profeta qal: \"Mela isma' l-kelma tal-Mulej: 'Jien rajt lill-Mulej bilqiegħda fuq it-tron tiegħu , u l-eżerċti kollha tas-sema qegħdin fuq il-lemin u fuq ix-xellug tiegħu.", "U l-Mulej qal: 'Min se jqarraq b'Aħab biex jitla', u jibqa' mejjet f'Ramot-gilgħad?'", "U min wieġeb ħaġa, u min oħra.", "Imbagħad ħareġ spirtu u ppreżenta ruħu quddiem il-Mulej, u qallu: 'Jiena nqarraq bih.'", "U l-Mulej staqsieh: 'Biex?'", "U dak wieġeb: 'Jien noħroġ u nkun l-ispirtu tal-gideb fuq fomm il-profeti tiegħu kollha.'", "U wieġbu: 'Int tqarraq bih u tirbaħ żgur, mur u agħmel hekk.'", "U issa, ara, il-Mulej qiegħed l-ispirtu tal-gideb fuq fomm dawn il-profeti kollha tiegħek, u l-Mulej qatagħha li jibgħatlek id-deni.\"", "U resaq Sedekija bin Kengħana, u ta daqqa ta' ħarta lil Mikajja u qallu: \"Kif inhi din li l-ispirtu tal-Mulej għadda mingħandi biex ikellem lilek?\"", "\"U wieġbu Mikajja: \"Għad tarah int stess dak in-nhar li tibda tiġri minn kamra għal oħra tfittex tistaħba.\"", "U s-sultan ta' Iżrael qal: \"Aqbad lil Mikajja, u ħudu għand Amon, prinċep tal-belt, u Ġowas, bin is-sultan, u għidilhom: 'Dan jordna s-sultan: Ixħtu lil dan fil-ħabs, u itimgħuh bi ftit ħobż u ilma, sakemm nerġa' lura bis-sliem.'", "\" U Mikajja qal: \"Jekk int terġa' lura bis-sliem, ma jkunx tkellem il-Mulej bija.\"", "U ssokta: \"Isimgħu, ilkoll kemm intom, ġnus!\"", "U s-sultan ta' Iżrael u Ġosafat, sultan ta' Ġuda, telgħu għal Ramot-gilgħad.", "U s-sultan ta' Iżrael qal lil Ġosafat: \"Se nbiddel ħwejġi qabel ma niġi għall-battalja; iżda inti ibqa' bi ħwejġek.\"", "U s-sultan ta' Iżrael biddel ħwejġu, u mar għall-battalja.", "U s-sultan ta' Aram ordna lit-tnejn u tletin fizzjal tal-karrijiet tiegħu, u qalilhom: \"Titqabdux maż-żgħir u l-kbir, imma fittxu lis-sultan ta' Iżrael biss.\"", "U ġara li malli l-fizzjali tal-karrijiet lemħu lil Ġosafat qalu: \"Dak hu s-sultan ta' Iżrael.\"", "U daru biex jaħbtu għalih; imma Ġosafat beda jgħajjat.", "Xħin il-fizzjali tal-karrijiet raw li ma kienx is-sultan ta' Iżrael, reġgħu lura minnu.", "U wieħed ġibed il-qaws bl-addoċċ, u laqat is-sultan ta' Iżrael bejn il-malji u l-kurazza.", "U dan qal lis-sewwieq tal-karru: \"Dawwar idejk u oħroġni 'l barra mill-kamp għax qiegħed inħossni ħażin.\"", "U dakinhar il-battalja ħraxet, u s-sultan żammewh wieqaf fuq il-karru tiegħu biswit Aram il-jum kollu, u miet filgħaxija, u d-demm tal-ferita baqa' jċarċar mal-karru.", "Hi u nieżla x-xemx, ġriet għajta mal-kamp kollu: \"Kulħadd lejn beltu, u kulħadd għal pajjiżu.\"", "U s-sultan miet.", "Imbagħad marru s-Samarija, u difnu lis-sultan f'Samarija.", "Ħaslu l-karru fl-għadira tas-Samarija, u l-klieb lagħqu demmu; u nħaslu fiha n-nisa żienja, skont ma kien tkellem il-Mulej.", "U l-bqija tal-ġrajja ta' Aħab u kulma kien għamel, il-palazz tal-avorju li kien tella', u l-bliet kollha li kien bena, kollha huma miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Iżrael.", "U Aħab strieħ ma' missirijietu, u beda jsaltan floku ibnu Aħażija.", "Ġosafat, sultan ta' Ġuda", "U Ġosafat bin Asa beda jsaltan fuq Ġuda fir-raba' sena ta' Aħab, sultan ta' Iżrael.", "U Ġosafat kellu ħamsa u tletin sena meta beda jsaltan, u saltan f'Ġerusalemm għal ħamsa u għoxrin sena.", "Ommu kien jisimha Għażuba, bint Silħi.", "U mexa għalkollox fit-triq ta' Asa missieru, bla ma tbiegħed xejn minnha; u għamel dak li kien jogħġob lill-Mulej.", "Imma ma qeridx is-santwarji, u l-poplu baqa' joffri s-sagrifiċċji u l-inċens fis-santwarji.", "Ġosafat kien dejjem fil-paċi mas-sultan ta' Iżrael.", "U l-bqija tal-ġrajja ta' Ġosafat, u r-rebħiet li għamel u l-gwerer li ġġieled, jinsabu miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Ġuda.", "Qered ukoll mill-pajjiż l-irġiel prostituti tas-santwarji, li kien għad fadal fi żmien Asa, missieru.", "Ma kienx hemm sultan f'Edom, imma kien isaltan reġġent: għalhekk Ġosafat bena iġfna ta' Tarsis biex imorru f'Ofir ifittxu d-deheb, iżda ma marrux għax l-iġfna tfarrku f'Għesjon-geber.", "Imbagħad Aħażija bin Aħab qal lil Ġosafat: \"Ħa jmorru l-qaddejja tiegħi mal-qaddejja tiegħek fl-iġfien.\"", "Imma Ġosafat ma riedx.", "U Ġosafat strieħ ma' missirijietu, u difnuh ma' missirijietu fil-belt ta' David missieru, u daħal isaltan floku Ġeħoram, ibnu.", "Aħażija, sultan ta' Iżrael", "Aħażija bin Aħab beda jsaltan fuq Iżrael f'Samarija fis-sbatax-il sena ta' Ġosafat, sultan ta' Ġuda, u dam isaltan fuq Iżrael sentejn.", "U għamel il-ħażin f'għajnejn il-Mulej, u qabad it-triq ta' missieru, u t-triq ta' ommu, u t-triq ta' Ġerobogħam bin Nebat, li waqqa' lil Iżrael fid-dnub.", "U kien jaqdi lil Bagħal u jinżel quddiemu wiċċu fl-art, u għaddab lill-Mulej, Alla ta' Iżrael, bħalma kien jagħmel missieru."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.intro", "bookref": "2KI.intro", "text": ["IT-TIENI KTIEB TAS-SLATEN", "Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb", "Il-ktieb tas-Slaten hu oriġinarjament it-tieni parti minn ktieb wieħed li nqasam fi tnejn billi kien twil wisq biex joqgħod f'parċmina waħda.", "It-Tieni Ktieb tas-Slaten ikompli jirrakkontalna l-istorja tas-saltniet separati ta' Iżrael u Ġuda.", "Dan il-ktieb għandu żewġ taqsimiet prinċipali.", "L-ewwel sbatax-il kapitlu huma l-ġrajja taż-żewġ saltniet sakemm fis-sena QK, is-Saltna ta' Iżrael inħakmet mill-Assirja, il-belt kapitali tagħha, is-Samarija, kienet meqruda għalkollox, u l-poplu ttieħed fil-jasar.", "Hekk baqa' biss is-Saltna ta' Ġuda.", "L-istess xorti messet lis-saltna tan-Nofsinhar meta l-eżerċti tas-Sultan Nabukodonosor assedjaw il-belt ta' Ġerusalemm u qerduha għalkollox.", "Il-poplu ta' Ġuda, ħlief ftit, inġarru fl-eżilju fil-Babilonja.", "Il-ftit uħud li baqgħu fl-art ta' Ġuda sabu ruħhom taħt it-tmexxija tal-Gvernatur Gedalija, bniedem magħżul minn Nabukodonosor innifsu.", "Fl-aħħar tal-ktieb jibda jidher xaqq ta' dawl u tama għall-futur tas-saltna.", "Joħroġ ċar minn dan il-ktieb, li l-poplu għadda mit-tbatija ta' dawn iż-żminijiet iebsa għaliex kontinwament tbiegħed minn Alla u dar għall-idoli.", "Imma Alla baqa' jiġri wara l-poplu tiegħu billi bagħat profeti li jwissuh jerġa' lura.", "Fl-aħħar wasal il-kastig, u ż-żewġ saltniet spiċċaw imkissra.", "Il-qerda ta' Ġerusalemm hu mument storiku ta' importanza kbira għall-ħajja ta' Iżrael.", "Il-ktieb stess jispjega r-raġuni għad-diżastru li seħħ.", "Dan ġara minħabba l-korla tal-Mulej kontra Ġerusalemm u Ġuda, sa ma warrabhom minn quddiem wiċċu ( , ).", "It-taqsim tal-ktieb", "Is-saltna maqsuma ( , — , )", "Il-Profeta Eliżew ( , — , )", "Is-slaten ta' Ġuda u ta' Iżrael ( , — , )", "Il-waqgħa tas-Samarija ( , - )", "Is-saltna ta' Ġuda ( , — , )", "Minn Ħeżekija sa Ġosija ( , — , )", "Ir-renju ta' Ġosija ( , — , )", "L-aħħar slaten ta' Ġuda ( , — , )", "Il-waqgħa ta' Ġerusalemm ( , - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.1", "bookref": "2KI.1", "text": ["Aħażija jfittex lil Bagħal-żebub", "Wara l-mewt ta' Aħab, Mowab qam kontra Iżrael.", "Aħażija waqa' mit-tieqa tal-għorfa tiegħu f'Samarija u weġġa'.", "U bagħat messaġġiera u qalilhom: \"Morru u staqsu lil Bagħal-żebub , alla ta' Għekron, jekk iniex se nfiq minn din il-marda.\"", "U l-anġlu tal-Mulej qal lil Elija, it-Tisbi: \"Qum u itla' ltaqa' mal-messaġġiera tas-sultan tas-Samarija, u għidilhom: 'Jaqaw ma hemmx Alla f'Iżrael, biex intom sejrin tistaqsu lil Bagħal-żebub, alla ta' Għekron?", "Għalhekk dan jgħid il-Mulej: Il-mitraħ li nxħett fuqu ma tinżilx minnu, għax int se tmut żgur.'", "\" U Elija telaq.", "U l-messaġġiera reġgħu lura u s-sultan staqsiehom: \"Għala rġajtu lura?\"", "U huma weġbuh: \"Ġie raġel jilqagħna u qalilna: 'Aqbdu u morru lura għand is-sultan li bagħatkom u għidulu: 'Dan jgħid il-Mulej: Ma hemmx Alla, biex int bgħatt tistaqsi lil Bagħal-żebub, alla ta' Għekron?", "Għalhekk il-mitraħ li nxħett fuqu ma tinżilx minnu, għax se tmut żgur.'", "\" U staqsiehom: \"X'bixra ta' bniedem kien ir-raġel li ġie jilqagħkom u qalilkom dan il-kliem?\"", "U huma wieġbu: \"Kien raġel liebes mantar tax-xagħar , u mħażżem bi ħżiem tal-ġild ma' qaddu.\"", "U hu qalilhom: \"Elija, it-Tisbi!\"", "U bagħatlu fizzjal ta' ħamsin bil-ħamsin raġel miegħu; u tala' għalih, u hemm kien Elija bilqiegħda fuq il-quċċata tal-muntanja, u dak qallu: \"Bniedem ta' Alla, is-sultan qallek: 'Inżel.'", "\" U Elija wieġeb lill-fizzjal tal-ħamsin u qallu: \"Jekk jien bniedem ta' Alla, ħa jinżel nar mis-sema, u jibla' lilek u l-ħamsin tiegħek.\"", "U niżel nar mis-sema u qered lilu u l-ħamsin tiegħu.", "U s-sultan raġa' bagħatlu fizzjal ieħor ta' ħamsin, bil-ħamsin raġel tiegħu, u dan tala' u qallu: \"Bniedem ta' Alla, dan jgħid is-sultan: 'Fittex inżel minn fuq il-muntanja.'", "\" U Elija wieġeb u qallu: \"Jekk jien bniedem ta' Alla, ħa jinżel nar mis-sema, u jibla' lilek u l-ħamsin tiegħek.\"", "U niżel in-nar ta' Alla mis-sema, u qered lilu u l-ħamsin tiegħu.", "U raġa' bagħatlu t-tielet fizzjal ta' ħamsin bil-ħamsin tiegħu.", "U t-tielet fizzjal tala', u malli wasal niżel għarkupptejh quddiem Elija, u talbu bil-ħniena u qallu: \"Bniedem ta' Alla, ħa tkun għażiża f'għajnejk ħajti u ħajjet dawn il-qaddejja tiegħek.", "Ara, niżel nar mis-sema u qered iż-żewġ fizzjali tal-ħamsin li ġew qabli u l-ħamsinijiet tagħhom, imma issa ħa tkun għażiża ħajti f'għajnejk.\"", "U l-anġlu tal-Mulej kellem lil Elija: \"Inżel miegħu, tibżax minnu.\"", "U qam u niżel miegħu għal għand is-sultan.", "U Elija qallu: \"Dan jgħid il-Mulej: Int bgħatt messaġġiera jistaqsu lil Bagħal-żebub, alla ta' Għekron, bħallikieku ma kienx hemm Alla f'Iżrael biex tistaqsuh kelmtu; għalhekk il-mitraħ li nxħett fuqu ma tinżilx minnu, għax se tmut żgur.\"", "U Aħażija miet skont il-kelma tal-Mulej li qal Elija, u beda jsaltan floku ħuh Ġeħoram , fit-tieni sena ta' Ġeħoram bin Ġosafat, sultan ta' Ġuda, għax ma kellux ulied.", "U l-bqija tal-ġrajja ta' Aħażija u kulma għamel huma miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Iżrael."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.2", "bookref": "2KI.2", "text": ["Elija mtella' s-sema", "Ġara li meta l-Mulej kien se jtalla' s-sema lil Elija ġor-riefnu, Elija kien telaq ma' Eliżew minn Gilgal .", "U Elija qal lil Eliżew: \"Oqgħod hawn, għax il-Mulej bagħatni sa Betel.\"", "Imma Eliżew wieġbu: \"Daqs kemm hu ħaj il-Mulej u daqs kemm int ħaj int, ma nħallikx.\"", "U niżlu t-tnejn Betel.", "U wlied il-profeti, li kienu f'Betel, ħarġu jilqgħu lil Eliżew u qalulu: \"Taf int li llum il-Mulej se jieħu lil sidek minn miegħek?\"", "U hu qalilhom: \"Naf jien ukoll.", "Oqogħdu bi kwietkom.\"", "U Elija qallu: \"Eliżew, oqgħod hawn, nitolbok, għax il-Mulej bagħatni Ġeriko.\"", "U wieġbu: \"Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, u daqs kemm int ħaj int, ma nħallikx.\"", "U marru Ġeriko.", "U wlied il-profeti li kienu f'Ġeriko ħarġu jilqgħu lil Eliżew u qalulu: \"Taf int li llum il-Mulej se jeħodlok lil sidek minn miegħek.\"", "U weġibhom: \"Naf jien ukoll.", "Oqogħdu bi kwietkom.\"", "U Elija qallu: \"Oqgħod hawn, nitolbok, għax il-Mulej bagħatni lejn il-Ġordan.\"", "U wieġbu: \"Daqs kemm hu ħaj il-Mulej u daqs kemm int ħaj int, ma nħallikx.\"", "U telqu t-tnejn.", "U ħamsin wieħed minn ulied il-profeti telqu magħhom, u qagħdu ftit 'il bogħod minn quddiemhom, u huma t-tnejn waqfu ħdejn il-Ġordan.", "U Elija qabad il-mantar tiegħu, kebbu, u ħabbtu mal-ilma; u dan inferaq 'l hemm u 'l hawn.", "U qasmu huma t-tnejn fl-inxif.", "U ġara li huma u jaqsmu, Elija qal lil Eliżew: \"Itlobni x'għandi nagħmillek qabel ma nittieħed minn ħdejk.\"", "U Eliżew wieġbu: \"Ħa jkun hemm fija żewġ ishma mill-ispirtu tiegħek !\"", "U qallu: \"Ħaġa iebsa tlabtni.", "Jekk tarani nittieħed minn ħdejk, ikunlek hekk; jekk le, ma jkunlekx.\"", "U ġara li huma u sejrin, jimxu u jitkellmu, f'daqqa waħda karru tan-nar bi żwiemel tan-nar firidhom minn xulxin, u Elija tala' s-sema fir-riefnu .", "Eliżew baqa' jħares u jgħajjat: \"Missieri, Missieri, il-karru ta' Iżrael u r-rikkieb tiegħu .\"", "U ma rahx iżjed; u qabad fi ħwejġu u ċarrathom f'biċċtejn.", "Imbagħad ġabar il-mantar ta' Elija li kien waqa' minn fuqu, u raġa' lura u waqaf max-xatt tal-Ġordan.", "U ħa l-mantar ta' Elija li kien waqa' minn fuqu u ħabbtu mal-ilma, u qal: \"Fejn hu l-Mulej Alla ta' Elija issa?", "Fejn hu?\"", "U ta daqqa fuq l-ilma, u dan inferaq, 'l hawn u 'l hemm, u Eliżew għadda għan-naħa l-oħra.", "L-ewwel mirakli ta' Eliżew", "Kif rawh ulied il-profeti, li kienu Ġeriko n-naħa l-oħra, qalu: \"L-ispirtu ta' Elija strieħ fuq Eliżew.\"", "U marru jilqgħuh, u niżlu wiċċhom fl-art quddiemu, u qalulu: \"Ara, hawn mal-qaddejja tiegħek ħamsin raġel b'saħħtu, ħa jmorru jfittxu lil sidek, għandu mnejn l-ispirtu ta' Alla ħadu u xeħtu fuq xi waħda mill-muntanji, jew f'xi wieħed mill-widien.\"", "U hu weġibhom: \"Le, tibagħtuhomx!\"", "U baqgħu jsusu warajh sa tħawwad, u qalilhom: \"Ibagħtuhom.\"", "U bagħtu ħamsin raġel ifittxuh; u damu tlitt ijiem, u ma sabuhx.", "U reġgħu lura għandu; hu kien Ġeriko u qalilhom: \"Ma għedtilkomx: la tmorrux?\"", "U n-nies tal-belt qalu lil Eliżew: \"Ara, il-post tal-belt hu tajjeb, kif jista' jara sidi, imma l-ilma ħażin, u l-art ħawlija.\"", "U hu qalilhom: \"Ġibuli bieqja ġdida, u ixħtu ftit melħ fiha.\"", "U ġabuhielu.", "U ħareġ lejn l-għajn tal-ilma, u xeħet fiha l-melħ, u qal: \"Dan jgħid il-Mulej: 'Jien intejjeb dan l-ilma.", "Minn issa 'l quddiem ma jkunx hemm la mewt u la ħwiel tal-art.\"", "U l-ilma baqa' tajjeb sal-lum, skont il-kelma li qal Eliżew.", "U minn hemm tala' Betel, u kif kien tiela' fit-triq ħarġu xi tfal żgħar mill-belt u bdew jiddieħku bih u jgħidulu: \"Itla', ja qargħi!", "Itla', ja qargħi!\"", "U hu dar lura, ħares lejhom, u seħithom f'isem il-Mulej .", "U ħarġu żewġ orsijiet mill-foresta u żbranaw tnejn u erbgħin tifel minnhom.", "Minn hemm Eliżew wasal sal-muntanja tal-Karmel mnejn raġa' lura s-Samarija."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.3", "bookref": "2KI.3", "text": ["Ġoram sultan ta' Iżrael", "Ġoram bin Aħab beda jsaltan fuq Iżrael f'Samarija fis-sena tmintax ta' Ġosafat, sultan ta' Ġuda; u baqa' jsaltan tnax-il sena.", "U għamel il-ħażin f'għajnejn il-Mulej, imma mhux daqs missieru u ommu, għax hu qered il-plier ta' Bagħal, li kien waqqaf missieru.", "Imma baqa' marbut mad-dnubiet ta' Ġerobogħam bin Nebat, li fihom kien waqqa' lil Iżrael; baqa' ma warrabx minnhom.", "U Mesa, sultan ta' Mowab, kien irabbi l-bhejjem; u kien iħallas lis-sultan ta' Iżrael it-tribut ta' mitt elf ħaruf u s-suf ta' mitt elf muntun.", "U ġara li meta miet Aħab, is-sultan ta' Mowab kisirha mas-sultan ta' Iżrael.", "Għalhekk dakinhar is-sultan Ġoram ħareġ mis-Samarija, u għadd lil Iżrael kollu.", "U qabad u bagħat jgħid lil Ġosafat, sultan ta' Ġuda, u qallu: \"Is-sultan ta' Mowab kisirha miegħi: tiġi miegħi u naħbtu għal Mowab?\"", "U dak wieġbu: \"Nitla'!", "Ikun minni li jkun minnek, mill-poplu tiegħi li jkun mill-poplu tiegħek, miż-żwiemel tiegħi li jkun miż-żwiemel tiegħek.\"", "U staqsieh: \"Minn liema triq nitilgħu?\"", "U wieġbu: \"Mit-triq tad-deżert ta' Edom.\"", "U telqu s-sultan ta' Iżrael u s-sultan ta' Ġuda u s-sultan ta' Edom.", "Wara li kienu ilhom miexja sebat ijiem, naqashom l-ilma għall-eżerċtu u l-bhejjem li kellhom magħhom.", "U s-sultan ta' Iżrael qal: \"Jaħasra għalina!", "Jaqaw il-Mulej sejjaħ lil dawn it-tliet slaten biex jerħihom f'idejn Mowab?\"", "U Ġosafat qallu: \"Ma hawnx xi profeta tal-Mulej hawnhekk, biex nistħarrġu lill-Mulej permezz tiegħu?\"", "U wieħed mill-qaddejja tas-sultan ta' Iżrael wieġeb u qal: \"Hawn il-profeta Eliżew bin Safat, li kien isawwab l-ilma fuq idejn Elija.\"", "U Ġosafat qal: \"Għandu l-kelma tal-Mulej.\"", "U niżlu għandu s-sultan ta' Iżrael, Ġosafat, u s-sultan ta' Edom.", "U Eliżew qal lis-sultan ta' Iżrael: \"X'għandna x'naqsmu bejnietna, jien u int?", "Mur għand il-profeti ta' missierek, u l-profeti ta' ommok.\"", "U s-sultan ta' Iżrael qallu: \"Le!", "Għala l-Mulej sejjaħ lil dawn it-tliet slaten?", "Biex jerħihom f'idejn Mowab?\"", "U Eliżew wieġeb: \"Daqs kemm hu ħaj il-Mulej tal-eżerċti li jien qiegħed naqdi, li ma kontx nirrispetta lil Ġosafat, sultan ta' Ġuda, ma kontx nagħti kasek, u lanqas biss inħares lejk.", "U issa ġibuli min idoqq l-arpa.\"", "Kif kien id-daqqaq idoqq l-arpa, ġara li niżlet id il-Mulej fuq Eliżew.", "U dan qal: \"Dan jgħid il-Mulej: 'Agħmel f'dan il-wied ġwiebi fuq ġwiebi.'", "Għax dan jgħid il-Mulej: 'Ma tarawx riħ, u ma tarawx xita; imma dan il-wied ifur bl-ilma, u tixorbu intom, l-imrieħel u l-bhejjem tagħkom.'", "Iżda din ħaġa żgħira f'għajnejn il-Mulej; għad jerħi f'idejkom lil Mowab.", "U intom iġġarrfu l-bliet kollha bis-swar, u l-aħjar bliet, u tqaċċtu s-siġar kollha tal-frott, u ssoddu l-għejun kollha, u tħassru bil-ġebel ir-raba' tajjeb kollu.\"", "U filgħodu, f'ħin l-offerta tas-sagrifiċċju, beda ġej l-ilma mit-triq ta' Edom, u l-art imtliet kollha bl-ilma.", "U l-Mowabin ilkoll semgħu li s-slaten telgħu jaħbtu għalihom, u nġemgħu bin-nies kollha kapaċi jitħażżmu, u oħrajn magħhom, u marru qagħdu jistennewhom fuq il-fruntiera.", "U bakkru kmieni, u malli x-xemx bdiet tiddi fuq l-ilma, il-Mowabin raw quddiemhom l-ilma aħmar bħad-demm .", "U qalu: \"Dan demm!", "Żgur li s-slaten tlewmu bejniethom, u tqatlu, u darbu lil xulxin; mela issa għall-priża, Mowabin!\"", "U rħewlha lejn il-kamp ta' Iżrael; u dawn ħarbu minn quddiemhom.", "U l-Iżraelin baqgħu sejrin jidorbu lill-Mowabin.", "Ġarrfu l-ibliet, u fuq kull biċċa raba' tajba waddbu l-ħaġar, kull wieħed waħda, sa ma mlewhom, u saddew l-għejun kollha tal-ilma, u qaċċtu kull siġra tal-frott.", "Kien baqa' biss il-ħitan tal-ġebel ta' Kirħarexet; u dawruha l-arċieri, u ħabtu għaliha.", "Meta s-sultan ta' Mowab ra li ma kienx jiflaħ għat-taqbida, ħa miegħu seba' mitt raġel bix-xabla f'idejhom biex jiftaħ triq għal quddiem is-sultan ta' Edom, imma ma rnexxilhomx.", "U qabad lil ibnu l-kbir, li kellu jsaltan floku, u offrieh sagrifiċċju tal-ħruq fuq is-sur; u xegħlet qilla kbira għal Iżrael ; u dawn tbiegħdu minnu u reġgħu lura lejn arthom."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.4", "bookref": "2KI.4", "text": ["Mirakli oħra ta' Eliżew: iż-żejt tal-armla", "Waħda mara min-nisa tal-profeti sejħet lil Eliżew u qaltlu: \"Il-qaddej tiegħek żewġi miet, u inti taf li l-qaddej tiegħek kien jibża' mill-Mulej.", "Issa dak li kien silfu ġie biex jeħodli ż-żewġ uliedi bi lsiera tiegħu .\"", "U Eliżew qalilha: \"X'nista' nagħmillek?", "Għidli, x'għandek id-dar?\"", "U hi wieġbet: \"Ma għandha xejn il-qaddejja tiegħek id-dar ħlief kus żejt.\"", "U hu qalilha: \"Mur barra, u itlob kwies mingħand il-ġirien, kwies vojta, u ġġibx ftit.", "U mbagħad idħol id-dar, sakkar il-bieb warajk u wara wliedek, u sawwab iż-żejt f'dawk il-kwies kollha, u kull wieħed li jimtela warrbu.\"", "U telqet minn ħdejh, u sakkret il-bieb warajha u wara wliedha; huma bdew inewlulha u hi tferra'.", "U ġara li malli mliet il-kwies qalet lil binha: \"Newwilli kus ieħor.\"", "U hu weġibha: \"Ma fadalx aktar kwies.\"", "U ż-żejt waqaf.", "Imbagħad marret tgħarraf lill-bniedem ta' Alla, u hu qalilha: \"Mur, bigħ iż-żejt, u ħallas dejnek; u int u wliedek tgħixu mill-bqija.\"", "Il-qawmien ta' bin is-Sunamija", "Ġurnata waħda Eliżew kien għaddej minn Sunem.", "Hawn kienet toqgħod mara għanja, u din ġagħlitu joqgħod jiekol għandha; u kull meta kien jgħaddi minn hemm kien idur għal għandha biex jiekol hemm.", "U hi qalet lil żewġha: \"Ara, jien żgura li dan ir-raġel, li jgħaddi għandna sikwit, hu raġel qaddis ta' Alla.", "Ħa ntellgħulu għorfa fuq is-setaħ, u nqegħdulu fiha sodda, mejda, siġġu u mnara, u meta jgħaddi għandna, jkun jista' jidħol fiha.\"", "U ġurnata waħda wasal hemm, u daħal fl-għorfa, u raqad hemm.", "U Eliżew qal lil Geħażi, il-qaddej tiegħu: \"Sejjaħ lil din is-Sunamija.\"", "U hu sejħilha, u ġiet quddiemu.", "U Eliżew qallu: \"Għidilha: 'Ara, int għamilt magħna dan kollu; issa x'nista' nagħmillek?", "Forsi nkellimlek lis-sultan, jew lill-kap tal-eżerċtu?\"", "U hi wieġbet: \"Jien ngħammar ma' niesi.\"", "U Eliżew qal: \"X'nistgħu nagħmlulha?\"", "U Geħażi wieġbu: \"Jaħasra, ma għandhiex tfal, u żewġha xiħ!\"", "U wieġbu: \"Sejħilha.\"", "U dak sejħilha u ġiet fil-bieb.", "U Eliżew qalilha: \"Bħal dan iż-żmien sena, int tkun tħaddan iben.\"", "U hi qaltlu: \"Le, sidi, bniedem ta' Alla, la tqarraqx bil-qaddejja tiegħek.\"", "U l-mara tqalet, u wildet iben bħal dak iż-żmien sena, kif kien qalilha Eliżew.", "U t-tifel kiber, u ġurnata waħda ħareġ ħdejn missieru, li kien ħdejn il-ħassada.", "U qal lil missieru: \"Ajma rasi!", "Ajma rasi!\"", "Il-missier qal lill-qaddej: \"Ħudu għand ommu.\"", "Dak ħadu, u wasslu għand ommu, u t-tifel baqa' f'ħoġorha sa nofsinhar, u mbagħad miet.", "Hi telgħet tmiddu fuq il-friex tal-bniedem ta' Alla, għalqet warajha, u ħarġet.", "U sejħet lil żewġha u qaltlu: \"Ibgħatli wieħed mill-qaddejja, u waħda mill-ħmir, ħa mmur niġri sa għand il-bniedem ta' Alla, u nerġa' lura.\"", "U hu qalilha: \"Għalfejn sejra għandu?", "Illum la hu l-ewwel tax-xahar u lanqas is-Sibt!\"", "U qaltlu: \"Ma jimpurtax.\"", "U xiddet il-ħmara, u qalet lill-qaddej tagħha: \"Suq u imxi, u twaqqaflix fit-triq, jekk ma ngħidlikx.\"", "U telqet, u waslet għand il-bniedem ta' Alla fuq il-muntanja tal-Karmel.", "U ġara li malli l-bniedem ta' Alla raha mill-bogħod qal lil Geħażi, il-qaddej tiegħu: \"Ara dik is-Sunamija.", "Mur iġri u ltaqa' magħha u staqsiha: Intix tajba?", "Hux tajjeb żewġek?", "Hux tajjeb ibnek?\"", "U hi wieġbet: \"Kollox sewwa.\"", "U xħin waslet ħdejn il-bniedem ta' Alla fuq il-muntanja, qabdet ma' riġlejh.", "U Geħażi resaq biex iwarrabha, iżda l-bniedem ta' Alla qallu: \"Ħalliha għax qalbha kollha mrar, u l-Mulej ħbieli, u ma għarrafnix fuqiex.\"", "U hi qaltlu: \"Qatt jien tlabt iben mingħand sidi?", "Ma għedtlikx, la tqarraqx bija?\"", "U hu qal lil Geħażi: \"Ħażżem ġenbejk, ħu l-bastun tiegħi f'idek u itlaq.", "Jekk tiltaqa' ma' xi ħadd, issellimlux; u jekk isellimlek xi ħadd, tweġbux.", "U qiegħed il-bastun tiegħi fuq wiċċ it-tifel.\"", "U omm it-tifel qaltlu: \"Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, u ħaj int, jien ma nitilqekx.\"", "U qabad u mar warajha.", "Geħażi telaq qabilhom u qiegħed il-bastun fuq wiċċ it-tifel, imma ma ġara xejn; ebda leħen, u ebda sinjal.", "U raġa' lura jiltaqa' ma' Eliżew, u resaq quddiemu u qallu: \"It-tifel ma stenbaħx!\"", "Imbagħad daħal Eliżew, il-profeta, u ara, it-tifel kien mimdud mejjet fuq friexu.", "Daħal, għalaq il-bieb warajhom it-tnejn, u beda jitlob lill-Mulej.", "Imbagħad tala', u mtedd fuq it-tifel, qiegħed fommu fuq fommu, għajnejh fuq għajnejh, u idejh fuq idejh, u, kif kien mixħut fuqu, ġisem it-tifel beda jisħon.", "Eliżew raġa' qabad jimxi 'l hawn u 'l hemm mad-dar, u għal darba oħra mar u mtedd fuq it-tifel; u dan għatas seba' darbiet, u bexxaq għajnejh.", "Eliżew imbagħad sejjaħ lil Geħażi, u qallu: \"Sejħilha 'l din is-Sunamija.\"", "Sejħilha, u daħlet ħdejh.", "\"Ħudu lil ibnek,\" qalilha.", "Hi resqet u nxteħtet f'riġlejh wiċċha fl-art, imbagħad qabdet lil binha u ħarġet 'il barra.", "L-ikel avvelenat", "U Eliżew raġa' lura lejn Gilgal, u kien hemm il-ġuħ fil-pajjiż.", "U kif kienu wlied il-profeti bilqiegħda quddiemu, Eliżew qal lill-qaddej tiegħu: \"Qiegħed il-borma l-kbira fuq in-nar, u sajjar l-ikel għal ulied il-profeti.\"", "U ħareġ wieħed mir-raba' jlaqqat xi ħaxixa, u sab bħal dielja selvaġġa, u laqqat minnha ħjar selvaġġ.", "U mela l-mantar tiegħu.", "U mar u qattagħhom fil-borma tat-tisjir, għax ma kinux jafu x'inhuma.", "U mbagħad qassmu l-ikel lin-nies biex jieklu, u malli bdew jieklu mit-tisjir infexxew jgħajtu u jgħidu: \"Hawn il-mewt fil-borma, bniedem ta' Alla.\"", "U ma setgħux jieklu.", "Eliżew qalilhom: \"Ġibuli ftit dqiq.\"", "U xeħet minnu fil-borma, u qalilhom: \"Qassmu lin-nies biex jieklu.\"", "U ma kien hemm xejn aktar ħażin fl-ikel.", "Eliżew ikattar il-ħobż", "U ġie għand Eliżew raġel minn Bagħal-salisa, u ġieb lir-raġel ta' Alla ħobż tal-bikri: għoxrin ħobża tax-xgħir, u sbul mimli qamħ ġdid.", "Eliżew qallu: \"Agħtihom lin-nies ħa jieklu.\"", "Imma l-qaddej tiegħu wieġeb: \"Kif nista' nqassam dawn lil mitt ruħ?\"", "Raġa' qallu Eliżew: \"Agħti lin-nies ħa jieklu; għax dan jgħid il-Mulej: 'Mhux biss jieklu, imma jifdal ukoll.'", "\" Dak qassmilhom; u huma kielu, u kien għad fadal minnhom, bħalma qal il-Mulej."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.5", "bookref": "2KI.5", "text": ["Nagħman u Eliżew", "Nagħman, il-kmandant tal-eżerċtu tas-sultan ta' Aram, kien kbir quddiem sidu, u dan kien iġibu ħafna, għax bih il-Mulej kien ta r-rebħa lil Aram.", "Iżda r-raġel, għad li suldat qalbieni, kien lebbruż.", "Ħarġu l-Aramin bil-ġgajtiet tagħhom, u mill-pajjiż ta' Iżrael ġiebu magħhom tfajla żagħżugħa, li saret il-qaddejja ta' mart Nagħman.", "Darba qalet lil sidtha: \"Mhux li kien sidi quddiem il-profeta li hemm f'Samarija!", "Għax kien ineħħilu l-lebbra li għandu!\"", "Nagħman daħal ikellem lil sidu u qallu: \"Dan u dan ma qalet iż-żagħżugħa li ġibna mill-pajjiż ta' Iżrael.\"", "U s-sultan ta' Aram qallu: \"Aqbad u mur.", "Issa nibgħat ittra lis-sultan ta' Iżrael.\"", "U mar, u ħa miegħu għaxar talenti tal-fidda, sitt elef xekel tad-deheb, u għaxar tibdiliet ħwejjeġ.", "U lis-sultan ta' Iżrael wassallu l-ittra, li kienet tgħid hekk: \"Kif tasallek din l-ittra, ara, inkun bgħattlek il-qaddej tiegħi Nagħman, biex tneħħilu l-lebbra li għandu.\"", "Malli qara l-ittra s-sultan ta' Iżrael ċarrat ilbiesu u qal: \"Mela jien xi alla, nagħti l-mewt u nagħti l-ħajja, biex dan bagħatli bniedem ħa nneħħilu il-lebbra minn fuqu?", "Mela kunu afu u araw, li dan tassew qiegħed ifittex li jaqbad miegħi!\"", "Issa ġara li Eliżew, il-bniedem ta' Alla, sama' li s-sultan ta' Iżrael kien ċarrat ħwejġu minn fuqu; u għalhekk bagħat jgħidlu: \"Dan għaliex ċarratt ħwejġek minn fuqek?", "Ħa jiġi għandi, u jkun jaf li hemm profeta f'Iżrael.\"", "U mar Nagħman, biż-żwiemel u l-karrijiet tiegħu, u waqaf quddiem il-bieb tad-dar ta' Eliżew.", "U Eliżew bagħatlu messaġġier jgħidlu: \"Mur inħasel seba' darbiet fil-Ġordan, u ġismek jerġa' jindaflek.\"", "Nagħman iżda saħan u telaq.", "\"Ara,\" qal, \"jien għedt bejni u bejn ruħi, li hu kien se jaqbad u joħroġ, jieqaf quddiemi, u jsejjaħ isem il-Mulej, Alla tiegħu, u jxejjer idu fuq il-ġrieħi, u jneħħili l-lebbra!", "Jaqaw Abana u Farfar, ix-xmajjar ta' Damasku, mhumiex aħjar mill-ilmijiet kollha ta' Iżrael?", "Ma nistax ninħasel fihom u nindaf?\"", "U dar u telaq b'saħna.", "Imma l-qaddejja tiegħu resqu jkellmuh u qalulu: \"Missier, li kieku l-profeta qallek xi ħaġa kbira ma kontx tagħmilha?", "Mela kemm iżjed meta qallek, 'Inħasel u tindaf'?\"", "Niżel fil-Ġordan, u għodos seba' darbiet, bħalma qallu Eliżew, il-bniedem ta' Alla, u ġismu raġa' sarlu qisu l-ġisem ta' tfajjel żagħżugħ, u ndaf mil-lebbra tiegħu.", "U raġa' lura għand il-bniedem ta' Alla, hu u kull min kellu miegħu; daħal, waqaf quddiemu u qallu: \"Ara, issa naf, iva, li ma hemmx Alla ieħor fid-dinja kollha, ħlief f'Iżrael.", "Ilqa', nitolbok, dan ir-rigal mingħand il-qaddej tiegħek.\"", "U qallu Eliżew: \"Daqs kemm hu ħaj il-Mulej li lilu naqdi, jien ma nieħu xejn.\"", "U ma ħadhulux, għad li l-ieħor issikkah ħafna.", "Għalhekk Nagħman qallu: \"La ma tridx, nitolbok li tingħata lill-qaddej tiegħek tagħbija ta' żewġ bgħula ħamrija ; għax il-qaddej tiegħek mhuwiex se jagħmel iżjed sagrifiċċji tal-ħruq u offerti lil allat oħra, jekk mhux lill-Mulej.", "Dan nixtiequ l-Mulej jaħfer lili, il-qaddej tiegħek; li meta sidi jidħol fit-tempju ta' Rimmon biex jadura hemmhekk, u hu jistrieħ fuq driegħi, u jien ukoll ninxteħet nadura fit-tempju ta' Rimmon, ħa jaħfer il-Mulej lili, qaddej tiegħu, f'din il-ħaġa.\"", "U Eliżew wieġbu: \"Mur bis-sliem !\"", "U telaq minn ħdejh u tbiegħed xi ftit.", "Imbagħad Geħażi, il-qaddej ta' Eliżew, il-bniedem ta' Alla, ħaseb u qal: \"Ara, sidi ħafirhielu lil Nagħman, dan l-Arami, u ma ħadlu xejn minn idu milli ġieb miegħu.", "Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, ħa mmur niġri warajh u niddobba xi ħaġa mingħandu.\"", "U Geħażi mar jiġri wara Nagħman.", "U malli Nagħman lemħu jiġri warajh, niżel mill-karru biex jilqgħu u staqsieh: \"Kollox sewwa?\"", "U hu wieġbu: \"Kollox sewwa, Sidi bagħatni ngħidlek: 'Ara, għadhom kemm waslu għandi żewġ żgħażagħ mill-muntanji ta' Efrajm minn ulied il-profeti.", "Agħtihom, jekk jogħġbok, talent fidda u żewġ tibdiliet ħwejjeġ.", "U Nagħman qallu: \"Isa, ħu żewġ talenti!\"", "U ssikkah, u sarrlu żewġ talenti tal-fidda f'żewġ xkejjer, u żewġ tibdiliet ħwejjeġ.", "U bagħatlu żewġ qaddejja miegħu jġorrulu kollox qablu.", "Xħin wasal fuq l-għolja, ħa kollox minn idejhom, u daħal id-dar; u l-qaddejja bagħathom, u huma telqu.", "Imbagħad hu mar u ppreżenta ruħu quddiem sidu; u Eliżew qallu: \"Mnejn ġej, Geħażi?\"", "U wieġbu: \"Imkien ma mar il-qaddej tiegħek, la 'l hawn u la 'l hemm.\"", "U Eliżew qallu: \"Ma ġejtx miegħek bl-ispirtu tiegħi meta r-raġel niżel mill-karru tiegħu biex jiltaqa' miegħek?", "U dan kien il-waqt li tieħu l-fidda, u li tieħu l-ilbies, u oqsma taż-żebbuġ u tad-dwieli, u nagħaġ u baqar, u qaddejja rġiel u nisa?", "Għalhekk il-lebbra ta' Nagħman jaqbad miegħek u ma' nislek għal dejjem.\"", "U Geħażi ħareġ minn quddiemu abjad bħas-silġ bil-lebbra."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.6", "bookref": "2KI.6", "text": ["Il-ħadida f'wiċċ l-ilma", "Ulied il-profeti qalu lil Eliżew: \"Ara, il-post li qegħdin fih miegħek żgħir wisq għalina.", "Ħa mmorru sal-Ġordan, u nieħdu minn hemm zokk kull wieħed, u nibnu hemm post għalina fejn noqogħdu.\"", "U hu weġibhom: \"Morru\".", "U wieħed minnhom qallu: \"Jekk jogħġbok, ejja mal-qaddejja tiegħek.\"", "U Eliżew wieġeb: \"Niġi.\"", "U mar magħhom, u waslu sal-Ġordan, u bdew jaqtgħu l-injam.", "Ġara li wieħed minnhom, hu u jqaċċat siġra, waqagħlu l-ħadid tal-mannara fl-ilma, u beda jgħajjat u jgħid: \"Ah, sidi, dik isselliftha!\"", "U l-bniedem ta' Alla staqsieh: \"Fejn waqgħet?\"", "U wrieh il-post, Eliżew imbagħad qata' fergħa, u tefagħha hemm, u l-ħadid tala' fil-wiċċ.", "U qallu: \"Erfgħu!\"", "U medd idu u refgħu.", "Eliżew u l-Aramin", "Is-sultan ta' Aram kien qiegħed jitqabad ma' Iżrael, u ta parir lill-qaddejja tiegħu, u qalilhom: \"Nistaħbew fit-tali u t-tali post.\"", "U l-bniedem ta' Alla bagħat jgħid lis-sultan ta' Iżrael: \"Qis li ma tgħaddix minn dak il-post, għax hemm l-Aramin moħbija.\"", "U s-sultan ta' Iżrael bagħat jitkixxef il-post li qallu bih u widdbu l-bniedem ta' Alla; u qagħad jgħasses hemm mhux darba u tnejn.", "U s-sultan ta' Aram tħawwad f'qalbu għal din il-ħaġa, u sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u qalilhom: \"Ma tafux tgħiduli min minna hu mas-sultan ta' Iżrael, hux?\"", "U wieħed mill-qaddejja wieġbu: \"Ħadd, Sultan sidi!", "Imma Eliżew, il-profeta li hemm f'Iżrael, jgħarraf lis-sultan ta' Iżrael bil-kliem li int tgħid fl-għorfa fejn torqod!\"", "U qalilhom: \"Morru u araw fejn hu, ħa nibgħat naqbdu.\"", "U għarrfuh u qalulu: \"Qiegħed f'Dotan.\"", "U l-għada filgħodu bagħat żwiemel u karrijiet, u qatgħa kbira ta' nies armati; u waslu billejl u dawru l-belt.", "U l-qaddej tal-bniedem ta' Alla qam kmieni filgħodu u ħareġ barra, u ra eżerċtu sħiħ madwar il-belt, u żwiemel u karrijiet.", "U l-qaddej tiegħu qallu: \"Ah! sidi, x'se nagħmlu?\"", "U wieġbu: \"La tibżax! hemm nies aktar magħna milli magħhom.\"", "U Eliżew beda jitlob u jgħid: \"Mulej, iftaħlu għajnejh biex jara.\"", "U l-Mulej fetaħ għajnejn il-qaddej, u dan ra l-għolja mimlija żwiemel u karrijiet tan-nar madwar Eliżew.", "Malli l-Aramin resqu lejh, Eliżew talab lill-Mulej u qallu: \"Iddew!", "Olqot lil dawn in-nies u agħmihom.\"", "U laqathom bl-għama skont it-talba ta' Eliżew.", "U Eliżew qalilhom: \"Mhix din it-triq, lanqas ma hi din il-belt.", "Ejjew warajja u neħodkom għand ir-raġel li qegħdin tfittxu.\"", "U ħadhom f'Samarija.", "U ġara li malli waslu s-Samarija Eliżew qal lill-Mulej: \"Iftħilhom għajnejhom ħalli jaraw.\"", "U l-Mulej fetħilhom għajnejhom, u raw li kienu f'nofs is-Samarija.", "U malli rahom is-sultan ta' Iżrael qal lil Eliżew: \"Nidrobhom, missier, nidrobhom?\"", "U hu wieġbu: \"La tidrobhomx!", "Tidrob int lil dawk li ma qbadtx bix-xabla, jew bil-qaws tiegħek?", "Ġibilhom quddiemhom ħobż u ilma ħa jieklu u jixorbu, u jmorru għand sidhom.\"", "U ħejjielhom ikla kbira, kielu u xorbu; u mbagħad bagħathom u marru għand sidhom.", "U l-qtajja' tal-Aramin ma resqux iżjed lejn art Iżrael.", "Il-ħelsien tas-Samarija", "Wara dan ġara li Benħadad, sultan ta' Aram, ġabar l-eżerċtu kollu tiegħu, u tala' u dawwar lis-Samarija.", "U waqa' ġuħ kbir fuq is-Samarija; u l-assedju tant dam li ras ta' ħmar saret tiswa tmenin xekel tal-fidda, u r-raba' waħda ta' kâb ħmieġ tal-ħamiem ħames xwiekel tal-fidda.", "U s-sultan ta' Iżrael kien għaddej fuq il-ħitan, u mara bdiet tgħajjatlu: \"Għajnuna, sidi s-sultan!\"", "U hu weġibha: \"Jekk ma jgħinekx il-Mulej, biex nista' ngħinek jien?", "Mill-qiegħa jew mill-magħsar?\"", "U żied jistaqsieha s-sultan: \"X'għandek int?\"", "U l-mara qaltlu: \"Din il-mara qaltli: 'Agħtini lil ibnek, u nikluh illum; u lil ibni nikluh għada.'", "U sajjarna lil ibni, u kilnieh.", "U l-għada għedtilha: 'Agħtini lil ibnek, u nikluh', imma hi lil binha ħbietu.\"", "Malli s-sultan sama' kliem il-mara ċarrat ħwejġu kif kien fuq il-ħajt, u l-poplu kollu ra li kellu xkora minn ġewwa fuq il-laħam.", "U qalilhom: \"Dan jagħmilli l-Mulej u iżjed, jekk illum ras Eliżew bin Safat tibqa' fuqu.\"", "U Eliżew kien qiegħed f'daru, u x-xjuħ kienu miegħu, u s-sultan bagħat raġel minn għandu.", "Imma qabel ma wasal għandu l-messaġġier, Eliżew qal lix-xjuħ: \"Qegħdin taraw?", "Dan l-iben ta' qattiel bagħat ineħħili rasi.", "Oqogħdu għassa!", "Malli jasal il-messaġġier agħlqu l-bieb u żommuh fil-bieb.", "M'intomx tisimgħu ħoss il-passi ta' sidu warajh?\"", "Kien għadu jkellimhom, u hemm hu s-sultan, nieżel ħdejh.", "U qallu: \"Ara, din il-ħsara kollha mingħand il-Mulej.", "X'nistenna aktar mingħand il-Mulej?\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.7", "bookref": "2KI.7", "text": ["U Eliżew qallu: \"Isimgħu l-kelma tal-Mulej: Hekk jgħid il-Mulej: 'Għada bħalissa fil-bieb tas-Samarija , sea smid tkun tiswa xekel, u sàtejn xgħir xekel.'", "\" U l-ajjutant, li fuq driegħu kien imwieżen is-sultan, wieġeb lill-bniedem ta' Alla: \"Tarax!", "Lanqas li kellu l-Mulej jiftaħ issa stess bwieb is-sema!", "Kif jista' jkun dan?\"", "U Eliżew wieġbu, \"Dan tarah b'għajnejk, imma minnu ma tikolx.\"", "Kien hemm erbgħa min-nies lebbrużi fid-daħla ta' bieb il-belt, u bdew jgħidu lil xulxin: \"X'aħna nagħmlu hawn sa ma mmutu?", "Jekk ngħidu: 'Ħa nidħlu fil-belt', hemm il-ġuħ u mmutu hemm; u jekk nibqgħu hawn, immutu l-istess; mela issa ħa mmorru, u nidħlu fil-kamp tal-Aramin.", "Jekk iħalluna ħajjin, ngħixu; jekk joqtluna, immutu.\"", "U qamu filgħaxija biex imorru fil-kamp tal-Aramin; imma malli waslu f'tarf il-kamp tal-Aramin; ma kien hemm ħadd.", "Il-biċċa kienet, li l-Mulej kien samma' lill-Aramin fil-kamp ħsejjes ta' karrijiet ta' żwiemel u ta' eżerċtu kbir, u huma bdew jgħidu lil xulxin: \"Ara, is-sultan ta' Iżrael kera s-slaten tal-Ħittin, u s-slaten tal-Eġizzjani biex jiġu jaħbtu għalina.\"", "U qamu u ħarbu filgħaxija, u ħallew it-tined tagħhom, u ż-żwiemel u l-ħmir tagħhom, u l-kamp kif kien, u ħarbu u ħasbu għal rashom.", "U dawk il-lebbrużi waslu f'tarf il-kamp, u daħlu f'waħda mit-tined; u kielu u xorbu; u ħadu minn hemm fidda u deheb u lbies, u marru ħbew kollox.", "Reġgħu lura u daħlu f'tinda oħra, u ħadu ħwejjeġ oħra, u marru ħbew kollox.", "Imbagħad qalu wieħed lill-ieħor: \"Ma nagħmlux hekk!", "Dan il-jum hu jum ta' bxara tajba, u aħna bqajna sektin.", "Jekk nistennew sa ma jisbaħ filgħodu, ikollna ħtija.", "Mela issa ħa mmorru nagħtu l-aħbar lil dar is-sultan.\"", "U marru u sejħu lill-għases ta' bieb il-belt, u tawhom l-aħbar, u qalulhom: \"Dħalna fil-kamp tal-Aramin, u ma kien hemm ħadd fih; lanqas ħoss ta' bniedem.", "Hemm biss żwiemel u ħmir marbutin, u tined kif kienu.\"", "U l-għassiesa tal-bieb bdew jgħajtu, u wasslu l-aħbar fil-palazz tas-sultan.", "U s-sultan qam billejl u qal lill-qaddejja tiegħu: \"Ħa ngħidilkom x'għamlulna l-Aramin.", "Jafu li aħna bil-ġuħ, u ħarġu mill-kamp biex jinħbew fir-raba', għax jgħidulek: 'Issa joħorġu mill-belt, u naqbduhom ħajjin, u nidħlu fil-belt.'", "\" U wieħed mill-qaddejja qallu: \"Nieħdu ħames żwiemel milli baqa' fil-belt - l-aktar jiġrilhom bħall-kotra ta' Iżrael, li għoddha ntemmet - u nibagħtu naraw.\"", "U ħadu żewġ karrijiet biż-żwiemel, u s-sultan bagħathom għal wara l-eżerċtu ta' Aram u qalilhom: \"Morru araw.\"", "U baqgħu sejrin warajhom sal-Ġordan, u raw it-triq kollha miżgħuda b'ilbies u ħwejjeġ oħra, li ħallew warajhom l-Aramin bl-għaġla li kellhom.", "U l-messaġġiera reġgħu lura u għarrfu b'dan lis-sultan.", "U l-poplu ħareġ, u ħatfu kulma sabu fil-kamp tal-Aramin; u sea smid saret tiswa xekel, u sàtejn xgħir xekel, skont ma kien qal il-Mulej.", "Is-sultan kien qiegħed għassa fil-bieb lill-ajjutant tiegħu, li fuq driegħu kien jitwieżen; u l-poplu lil dan għaffġu fil-bieb, u miet, skont ma kien qal il-bniedem ta' Alla meta s-sultan kien niżel għandu.", "Għax meta l-bniedem ta' Alla kien kellem lis-sultan u qallu: 'Għada bħal issa fil-bieb ta' Samarija sea smid tkun tiswa xekel, u sàtejn xgħir xekel,' l-ajjutant wieġeb lill-bniedem ta' Alla u qal: \"Tarax!", "Lanqas li kellu l-Mulej jiftaħ issa stess bwieb is-sema!", "Kif jista' jkun dan?\"", "U hekk ġralu; u l-poplu għaffġu fil-bieb, u miet."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.8", "bookref": "2KI.8", "text": ["Eliżew u s-Sunamija", "U Eliżew kellem lill-mara li kien qajmilha lil binha mill-mewt, u qalilha: \"Qum u mur int u darek, u għammar fejn issib, għax il-Mulej sejjaħ il-ġuħ li dalwaqt jaqa' fuq l-art għal seba' snin.\"", "U l-mara qamet u għamlet kif qalilha l-bniedem ta' Alla, u marret, hi u darha, tgħammar fl-art tal-Filistin għal seba' snin.", "U ġara li kif intemmu s-seba' snin il-mara reġgħet lura mill-art tal-Filistin, u marret titlob lura lis-sultan darha u r-raba' tagħha.", "U s-sultan kellem lil Geħażi, il-qaddej tal-bniedem ta' Alla, u qallu: \"Irrakkuntali l-ħwejjeġ kbar kollha li għamel Eliżew.\"", "U kif kien qiegħed jirrakkonta lis-sultan kif kien qajjem wieħed mejjet, tasal il-mara li kien qajmilha lil binha, biex titlob lura lis-sultan darha u r-raba' tagħha.", "U Geħażi qallu: \"Sultan sidi: Din hi l-mara, u dan hu binha, li qajmilha Eliżew mill-mewt.\"", "U s-sultan staqsa lill-mara, u hi qaltlu kollox; u mbagħad bagħat magħha wieħed minn ta' madwaru u qallu: \"Ħa jingħata lura lil din il-mara kulma kellha, u l-frott kollu tar-raba' tagħha minn dak in-nhar li ħalliet il-pajjiż sa llum.\"", "Eliżew u Ħażajel", "Eliżew mar Damasku.", "Benħadad, is-sultan ta' Aram, kien marid, u tawh l-aħbar, u qalulu: \"Ġie l-bniedem ta' Alla sa hawn.\"", "U s-sultan qal lil Ħażajel: \"Ħu f'idek rigali, u mur iltaqa' mal-bniedem ta' Alla, u staqsi lill-Mulej permezz tiegħu biex jgħidli jekk iniex se nfiq minn din il-marda tiegħi.\"", "U Ħażajel mar jiltaqa' miegħu, u ħa f'idu r-rigali, erbgħin ġemel mgħobbija bil-ġid kollu ta' Damasku.", "U wasal u ppreżenta ruħu quddiemu u qallu: \"Ibnek Benħadad, sultan ta' Aram, bagħatni għandek nistaqsik: 'Infiq minn din il-marda tiegħi?'", "\" U Eliżew wieġbu: \"Mur għidlu: 'Tfiq żgur.'", "Il-Mulej iżda wrieni li jmut żgur.\"", "U waħħal ħarstu fih u baqa' ċass sakemm beda jistħi, u l-bniedem ta' Alla nfexx jibki.", "U Ħażajel staqsieh: \"Għala qiegħed jibki sidi?\"", "U dak wieġbu: \"Għax sirt naf bil-ħsara li għad tagħmel int lil ulied Iżrael; tagħti n-nar lill-fortizzi tagħhom; toqtlilhom lil uliedhom il-kbar bix-xabla; tagħmlilhom tħin it-trabi tagħhom, u taqsmilhom in-nisa tqal tagħhom.\"", "U Ħażajel wieġeb: \"X'inhu dan il-kelb tal-qaddej tiegħek biex jagħmel ħaġa kbira bħal din?\"", "U Eliżew wieġbu: \"Il-Mulej urieni li int għad tkun sultan ta' Aram.\"", "U telaq minn ħdejn Eliżew, u wasal għand sidu, u dan staqsieh: \"X'qallek Eliżew?\"", "U wieġbu: \"Qalli li int tgħix żgur.\"", "U ġara li l-għada qabad parkan, għaddsu fl-ilma, u firxu fuq wiċċ is-sultan, u dan miet.", "U laħaq sultan floku Ħażajel.", "Ġeħoram sultan ta' Ġuda", "Fil-ħames sena ta' Ġoram bin Aħab, sultan ta' Iżrael, beda jsaltan Ġeħoram bin Ġosafat, sultan ta' Ġuda.", "Kellu tnejn u tletin sena meta laħaq sultan, u saltan għal tmien snin f'Ġerusalemm.", "Qabad l-istess triq tas-slaten ta' Iżrael bħalma kienu għamlu dawk tad-dar ta' Aħab, għax kellu b'martu lil bint Aħab; u għamel il-ħażin f'għajnejn il-Mulej.", "Imma l-Mulej ma riedx jeqred lil Ġuda minħabba David, il-qaddej tiegħu, billi kien wiegħdu li jħallilu xrara għal dejjem, lilu u lil uliedu.", "Fi żmienu l-Edumin qamu kontra l-ħakma ta' Ġuda, u għamlu sultan għalihom.", "Ġeħoram għadda għal Sagħir bil-karrijiet kollha miegħu; qam billejl u ħabat għall-Edumin li kienu dawru lilu u l-fizzjal tal-karrijiet; imma l-eżerċtu ħarab lejn it-tined tiegħu.", "Hekk Edom ħeles minn taħt idejn Ġuda sal-lum; imbagħad f'dak iż-żmien stess ħelset Libna wkoll.", "U l-bqija tal-ġrajja ta' Ġeħoram u kulma għamel jinsabu miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Ġuda.", "U Ġeħoram strieħ ma' missirijietu, u difnuh ma' missirijietu fil-belt ta' David.", "Imbagħad beda jsaltan floku Aħażija ibnu.", "Aħażija sultan ta' Ġuda", "Fis-sena tnax ta' Ġoram bin Aħab, sultan ta' Iżrael, beda jsaltan Aħażija bin Ġeħoram, sultan ta' Ġuda.", "Aħażija kellu tnejn u għoxrin sena meta laħaq sultan, u saltan sena f'Ġerusalemm.", "Ommu kien jisimha Għatalija, mill-familja ta' Għomri, sultan ta' Iżrael.", "U qabad it-triq ta' dar Aħab, u għamel il-ħażin f'għajnejn il-Mulej bħad-dar ta' Aħab, għax kien miżżewweġ għand il-familja ta' Aħab.", "U mar ma' Ġoram bin Aħab, jitqabad ma' Ħażajel, sultan ta' Aram, f'Ramot-gilgħad.", "U l-Aramin darbu lil Ġoram.", "Is-sultan Ġoram reġa' lura lejn Ġeżragħel biex jiddewwa mill-ġrieħi li għamlulu l-Aramin f'Rama hu u jitqabad ma' Ħażajel, sultan ta' Aram.", "U Aħażija bin Ġeħoram, sultan ta' Ġuda, niżel jara lil Ġoram bin Aħab, f'Ġeżragħel, għax kien marid."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.9", "bookref": "2KI.9", "text": ["Ġeħu sultan ta' Iżrael", "Eliżew, il-profeta, sejjaħ lil wieħed minn ulied il-profeti u qallu: \"Ħażżem ġenbejk, u ħu dan il-kus żejt f'idek, u mur Ramot-gilgħad.", "Kif tasal hemm, ara tarax lil Ġeħu bin Ġosafat, bin Nimsi, u malli tidħol ħdejh qajmu minn fost sħabu u daħħlu fil-kamra ta' ġewwa nett.", "Imbagħad aqbad il-kus taż-żejt, sawbu fuq rasu u għidlu: \"Dan jgħid il-Mulej: 'Dliktek sultan fuq Iżrael.'", "\" U iftaħ il-bieb, u aħrab; toqgħodx titnikker.", "U ż-żagħżugħ - kien hu wkoll bin profeta - mar Ramot-gilgħad.", "U wasal, u ra l-fizzjali tal-eżerċtu miġbura flimkien bilqiegħda, u qalilhom: \"Għandi messaġġ għalik, kmandant.\"", "U Ġeħu wieġbu: \"Għal min minna?\"", "U wieġbu: \"Għalik, kmandant.\"", "U qam u daħal id-dar, u sawwablu ż-żejt fuq rasu u qallu: \"Dan jgħid il-Mulej, Alla ta' Iżrael: 'Jien dliktek sultan fuq il-poplu tal-Mulej, fuq Iżrael.", "Int tidrob lil dar Aħab, sidek, u hekk nitħallas tad-demm tal-qaddejja tiegħi l-profeti, u tad-demm tal-qaddejja kollha tal-Mulej minn id Ġeżabel.", "Id-dar kollha ta' Aħab tinqered u neqred lil kull raġel, sew jekk ikun ilsir sew jekk ħieles, f'Iżrael.", "U nagħmel minn dar Aħab bħalma għamilt minn dar Ġerobogħam bin Nebat u mid-dar ta' Bagħsa bin Aħija.", "U lil Ġeżabel jikluha l-klieb fil-qasam ta' Ġeżragħel, u ma jkun hemm ħadd biex jidfinha.'", "\" U fetaħ il-bieb u ħarab.", "U Ġeħu ħareġ għal ħdejn il-qaddejja ta' sidu, u dawn qalulu: \"Kollox sewwa?", "Għalfejn ġie għalik dan il-miġnun?\"", "U weġibhom: \"Intom tafuh lil dak ir-raġel, u t-tpaċpiċ tiegħu.\"", "U huma weġbuh: \"Mhux tassew!", "Għidilna!\"", "U qalilhom: \"Dan u dan qalli,\" u żied: \"Hekk qal il-Mulej: 'Dliktek sultan fuq Iżrael.' \"", "Malajr malajr ħadu kull wieħed mantaru, u firxuh taħt riġlejh fuq it-taraġ għeri, daqqew it-tromba u għajtu: \"Ġeħu Sultan!\"", "Ġeħu bin Ġosafat, bin Nimsi, beda jikkonfoffa kontra Ġoram; u Ġoram kien jgħasses f'Ramot-gilgħad, hu u Iżrael kollu, minħabba Ħażajel, sultan ta' Aram.", "U Ġoram, is-sultan, kien raġa' mar Ġeżragħel jiddewwa mill-ġrieħi, li kienu għamlulu l-Aramin, meta kien jitqabad ma' Ħażajel, is-sultan ta' Aram.", "U Ġeħu qal: \"Jekk intom taħsbuha hekk, ħadd minnkom ma għandu joħroġ mill-belt, u jmur iħabbar dan f'Ġeżragħel.\"", "U Ġeħu rikeb il-karru, u mar Ġeżragħel, għax Ġoram kien hemm mixħut fis-sodda, u kien hemm ukoll Aħażija, sultan ta' Ġuda, billi kien niżel biex iżur lil Ġoram.", "L-għassies kien fuq it-torri ta' Ġeżragħel, u lemaħ il-qatgħa ta' Ġeħu riesqa, u qal: \"Qiegħed nara qatgħa nies.\"", "U Ġoram qallu: \"Aqbad rikkieb, u ibagħtu jiltaqa' magħhom, u jistaqsihom hux kollox sewwa.\"", "U r-rikkieb rikeb iż-żiemel, u mar jiltaqa' miegħu, u qallu: \"Dan jgħid is-sultan: 'Kollox sewwa?'", "\" U Ġeħu wieġeb: \"X'għandek x'taqsam int jekk hux kollox sewwa?", "Dur għal warajja.\"", "U l-għassies ħabbar u qal: \"Il-messaġġier wasal sa ħdejhom, imma ma ġiex lura.\"", "U Ġoram bagħat rikkieb ieħor fuq iż-żiemel, u dan wasal ħdejhom, u qal: \"Dan jgħid is-sultan: 'Kollox sewwa?'", "U Ġeħu wieġeb: \"X'għandek x'taqsam int jekk hux kollox sewwa?", "Dur għal warajja!\"", "U l-għassies ħabbar u qal: \"Wasal sa ħdejhom, imma ma ġiex lura.", "Is-sewqan hu s-sewqan ta' Ġeħu bin Nimsi, għax isuq bħal miġnun.\"", "Imbagħad Ġoram qalilhom: \"Orbtu ż-żwiemel.\"", "U rabtuhom mal-karru tiegħu.", "U Ġoram, is-sultan ta' Iżrael, ħareġ, hu u Aħażija, sultan ta' Ġuda, kull wieħed fuq il-karru tiegħu, jiltaqgħu ma' Ġeħu, u sabuh fl-għalqa ta' Nabot, il-Ġeżragħeli.", "U ġara li malli Ġoram ra lil Ġeħu qallu: \"Sliem, Ġeħu?\"", "U dak wieġbu: \"Xi sliem, sakemm idumu ż-żina ta' ommok Ġeżabel u l-qabda sħarijiet tagħha?\"", "U Ġoram dawwar il-karru biex jaħrab, u qal lil Aħażija: \"Tradiment, Aħażija!\"", "U Ġeħu qabad il-qaws f'idu, u darab lil Ġoram bejn spallejh, u l-vleġġa ħarġet minn ġo qalbu, u miet fuq il-karru.", "U mbagħad Ġeħu qal lil Bidkar, l-ajjutant tiegħu: \"Aqbduh u waddbuh f'xi naħa tal-għalqa ta' Nabot, il-Ġeżragħeli; għax għadni niftakar li darba, meta jien u int konna rekbin wara Aħab missieru, il-Mulej xeħet fuqu din it-theddida:", "'Ma rajtx jien ilbieraħ id-demm ta' Nabot,", "u d-demm ta' wliedu?", "Oraklu tal-Mulej.", "Hekk inħallsek f'din l-istess għalqa,", "oraklu tal-Mulej.'", "Mela issa aqbduh u waddbuh fil-qasam skont il-kelma tal-Mulej.\"", "U Aħażija, sultan ta' Ġuda, malli ra dan kollu, ħarab mit-triq ta' Bet-ħaggan, imma Ġeħu għamel għal warajh, u ordna: \"Idorbuh lilu wkoll fuq il-karru.\"", "U laqtuh fit-telgħa ta' Gur, li taħbat qrib Iblagħam, u ħarab lejn Megiddu, u miet hemmhekk.", "U l-qaddejja tiegħu għabbewh fuq karru, u ħaduh Ġerusalemm, u difnuh ma' missirijietu f'qabru fil-belt ta' David.", "Aħażija beda jsaltan fuq Ġuda fis-sena ħdax ta' Ġoram bin Aħab.", "U Ġeħu ġie Ġeżragħel.", "Xħin Ġeżabel semgħet, żebgħet għajnejha bl-ikħal, u żejnet rasha, u telgħet tittawwal mit-tieqa.", "U kif Ġeħu wasal fil-bieb qaltlu: \"Kollox sewwa ma' Żimri, il-qattiel ta' sidu?\"", "U hu rafa' għajnejh lejn it-tieqa, u weġibha: \"Min hawn miegħi?", "Min?\"", "U tnejn jew tliet uffiċjali ħarġu jittawlu; u hu qalilhom: \"Waddbuha għal isfel!\"", "U huma waddbuha għal isfel, u r-raxx ta' demmha ċappas il-ħajt u ż-żwiemel, li għaddew jgħaffġu minn fuqha.", "Imbagħad daħal il-belt, kiel u xorob, u qalilhom: \"Morru araw lil dik il-misħuta, u idfnuha, għax hi bint sultan.\"", "U marru jidfnuha, imma ma sabu xejn minnha ħlief il-qorriegħa, riġlejha u keffejn idejha.", "U reġgħu lura jgħarrfu lil Ġeħu, u qalilhom: \"Din hi l-kelma tal-Mulej, li lissen permezz tal-qaddej tiegħu Elija, it-Tisbi, meta qal: 'Laħam Ġeżabel jikluh il-klieb fl-għalqa ta' Ġeżragħel.", "U jkun bħad-demel f'wiċċ l-art fl-għalqa ta' Ġeżragħel, il-ġisem mejjet ta' Ġeżabel, u ħadd ma jkun jista' jgħid: 'Din hi Ġeżabel.' \""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.10", "bookref": "2KI.10", "text": ["Ġeħu u wlied Aħab", "Aħab kellu sebgħin tifel f'Samarija.", "U Ġeħu kiteb ittra u bagħatha s-Samarija lill-kapijiet ta' Iżrael , lill-anzjani u lil dawk li kienu jrabbu t-tfal ta' Aħab, u qalilhom: \"Malli tasal għandkom din l-ittra, intom, li għandkom ħsieb ulied sidkom u għandkom f'idejkom il-karrijiet u ż-żwiemel u l-fortizzi u l-armi, araw min hu l-itjeb u l-aħjar fost ulied is-sultan għal fuq it-tron ta' missieru, u tqabdu għal dar sidkom.\"", "Imma huma beżgħu ħafna, u qalu: \"Ara, jekk żewġ slaten ma setgħux jiqfulu, kif nistgħu niqfulu aħna?\"", "U s-suprentendent tal-palazz, il-gvernatur tal-belt, l-anzjani u dawk li kienu jieħdu ħsieb it-tfal bagħtu jgħidu lil Ġeħu: \"Aħna l-qaddejja tiegħek, u kulma tgħidilna nagħmluh.", "Ma aħna ser nagħmlu lil ħadd sultan.", "Agħmel dak li jidhirlek li hu sewwa.\"", "U kitbilhom ittra oħra u qalilhom: \"Jekk intom miegħi u lesti tisimgħu kliemi, aqbdu rjus ulied sidkom, u għada, bħal issa, ejjew għandi f'Ġeżragħel.\"", "U wlied is-sultan, li kienu jlaħħqu sebgħin ruħ, kienu mqassmin għand il-kbarat tal-belt biex irabbuhom.", "U ġara li malli waslitilhom l-ittra għandhom qabdu lil ulied is-sultan, sebgħin wieħed, u qatluhom, u qiegħdu rjushom fil-qfief, u bagħtuhom għand Ġeħu f'Ġeżragħel.", "U marru jgħarrfu lis-sultan u jgħidulu: \"Ġiebu rjus ulied is-sultan.\"", "U hu weġibhom: \"Qegħduhom żewġ gzuz fid-daħla tal-bieb sa filgħodu.\"", "Filgħodu, imbagħad, ħareġ u waqaf quddiem il-poplu kollu u qalilhom: \"Intom bla ħtija.", "Araw, jiena kkonfoffajt kontra sidi, u qtiltu.", "Imma dawn min qatilhom?", "Kunu afu mela li xejn ma jaqa' fl-art minn kliem il-Mulej, li tkellem dwar id-dar ta' Aħab.", "Il-Mulej għamel dak kollu li tkellem permezz tal-qaddej tiegħu Elija.\"", "U Ġeħu qatel f'Ġeżragħel lil dawk kollha li kien fadal mid-dar ta' Aħab, u l-kbarat tiegħu, il-ħbieb u l-qassisin tiegħu, sakemm ma ħallielu anqas wieħed.", "Imbagħad qam u mar is-Samarija.", "Hu u sejjer wasal f'Bet-għeqed tar-rgħajja.", "Ġeħu sab l-aħwa ta' Aħażija, is-sultan ta' Ġuda, u staqsiehom: \"Min intom?\" u weġbuh: \"Aħna ħut Aħażija, u nżilna biex naraw kif inhuma wlied is-sultan u wlied is-sultana.\"", "U hu qal: \"Aqbduhom ħajjin.\"", "U qabduhom ħajjin u qatluhom ħdejn il-bir ta' Bet-għeqed, tnejn u erbgħin raġel, u ma ħalla ebda wieħed minnhom.", "Ġeħu u r-Rekabiti", "U telaq minn hemm, u sab lil Ġeħonadab bin Rekab, li kien ġej jiltaqa' miegħu.", "Sellimlu u qallu: \"Qalbek sinċiera miegħi bħalma qalbi hi ma' qalbek?\"", "U Ġeħonadab wieġbu: \"Hekk hi.\"", "U qallu: \"Jekk inhu hekk, agħtini idek.\"", "U tah idu.", "Imbagħad tellgħu ħdejh fuq il-karru.", "Imbagħad qallu: \"Ejja miegħi, u tara l-ħeġġa tiegħi għall-Mulej.\"", "U rikkbu fuq il-karru tiegħu.", "U wasal is-Samarija u qatel lil dawk kollha li kien għad fadal f'Samarija minn dar Aħab, sa ma qeridha għalkollox, skont il-kelma tal-Mulej, li kien qal lil Elija.", "U Ġeħu laqqa' l-poplu kollu u qalilhom: \"Aħab ftit weġġaħ lil Bagħal: Ġeħu jweġġħu ħafna aktar minnu.", "Mela issa sejħuli lill-profeti kollha ta' Bagħal, u d-devoti kollha tiegħu, u l-qassisin kollha tiegħu - ma għandu jonqos ħadd - għax irrid noffri sagrifiċċju kbir f'ġieħ Bagħal.", "Min jonqos, ma jibqax ħaj.\"", "U Ġeħu għamel dan bil-ħażen ta' moħħu biex jeqred il-qaddejja ta' Bagħal.", "U Ġeħu qal: \"Niedu laqgħa kbira f'ġieħ Bagħal.\"", "U niduha.", "U Ġeħu bagħat messaġġiera ma' Iżrael kollu, u ġew il-qaddejja kollha ta' Bagħal, u ma kienx baqa' hemm wieħed li ma ġiex; u waslu fit-tempju ta' Bagħal, u mlewh minn tarf sa tarf.", "U Ġeħu qal lis-suprentendent tal-ilbies: \"Oħroġ l-ilbiesi għall-qaddejja kollha ta' Bagħal.\"", "U ħarġilhom l-ilbies.", "U Ġeħu u Ġeħonadab bin Rekab ġew fit-tempju ta' Bagħal, u qalu lill-qaddejja ta' Bagħal: \"Fittxu u araw li ma jkunx hemm magħkom xi ħadd mill-qaddejja tal-Mulej; qisu li jkun hemm biss il-qaddejja ta' Bagħal.\"", "U ġew biex joffru vittmi u sagrifiċċji tal-ħruq.", "Ġeħu ħalla tmenin raġel barra, u qalilhom: \"Min iħalli jaħrab lil xi ħadd minn dawk li jien se nħalli f'idejkom, iħallas b'ħajtu.\"", "Ġara li, malli temm is-sagrifiċċju tal-ħruq, Ġeħu qal lill-gwardji u lill-fizzjali: \"Morru u oqtluhom.", "Tħallu lil ħadd jaħrab.\"", "U għaddewhom minn xifer ix-xabla.", "Imbagħad il-gwardji u l-fizzjali ħarġuhom 'il barra, u huma daħlu fis-santwarju tat-tempju ta' Bagħal.", "U ħarġu minn hemm ix-xbieha tal-Asera li kien hemm fit-tempju ta' Bagħal u ħarquha.", "Qerdu wkoll il-plier ta' Bagħal, u ħattew it-tempju ta' Bagħal, u għamlu floku latrina li għadha hemm sal-lum.", "Is-saltna ta' Ġeħu", "Ġeħu qered 'il Bagħal minn Iżrael.", "Iżda Ġeħu ma warrabx mid-dnubiet li Ġerobogħam bin Nebat ġiegħel lil Iżrael jagħmlu, jiġifieri, l-għoġol tad-deheb li kien hemm f'Betel u f'Dan.", "U l-Mulej qal lil Ġeħu: \"Talli għamilt sewwa dak li jogħġobni, u għamilt lid-dar ta' Aħab kulma kelli f'qalbi, uliedek joqogħdu fuq it-tron ta' Iżrael sar-raba' ġenerazzjoni.\"", "Imma Ġeħu ma qiesx li jimxi b'qalbu kollha fuq il-liġi tal-Mulej, Alla ta' Iżrael; ma warrabx mid-dnubiet li Ġerobogħam ġagħal jagħmlu 'l-Iżraelin.", "F'dawk il-jiem il-Mulej beda jnaqqas mill-fruntieri ta' Iżrael, u Ħażajel beda jaħbat għal art Iżrael fil-medda kollha tagħha: in-naħa tal-Lvant tal-Ġordan, l-art kollha ta' Gilgħad, tal-Gadin, tar-Rubenin u tal-Manassin, minn Għarogħer, li taħbat ħdejn l-Arnon, sa Gilgħad u Basan.", "U l-bqija tal-ġrajja ta' Ġeħu u kulma għamel, u kulma wettaq, kollha jinsabu miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Iżrael.", "U Ġeħu strieħ ma' missirijietu, u difnuh f'Samarija; u saltan floku Ġeħowaħaż, ibnu.", "U ż-żmien li fih saltan Ġeħu fuq Iżrael f'Samarija kien ta' tmienja u għoxrin sena."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.11", "bookref": "2KI.11", "text": ["Għatalija sultana fuq Ġuda", "Għatalija kienet omm Aħażija, u malli rat li miet binha, qabdet u qatlet in-nisel kollu tas-sultan.", "U Ġeħoseba , bint is-sultan Ġeħoram, u oħt Aħażija, ħadet lil Ġowas bin Aħażija - ħatfitu bil-moħbi, lilu u l-imreddgħa tiegħu, minn qalb ulied is-sultan, li kienu se joqtluhom fil-kamra tas-sodod - u ħbietu minn għajnejn Għatalija, u hekk ma qatluhx.", "U dam moħbi magħha f'dar il-Mulej sitt snin, filwaqt li Għatalija kienet issaltan fuq il-pajjiż.", "Fis-seba' sena Ġeħojada bagħat iġib il-kapijiet tal-mija tal-Karin u tal-gwardji tal-korp, u daħħalhom miegħu f'dar il-Mulej, u għamel patt magħhom, u ġagħalhom jaħilfu f'dar il-Mulej, u wriehom lil bin is-sultan.", "U tahom dawn l-ordnijiet u qalilhom: \"Dan għandkom tagħmlu: terz minnkom li tidħlu s-Sibt għassu l-palazz, u terz fil-bieb ta' Sur, u terz fil-bieb tal-Gwardji; hekk tagħmlu l-għassa tal-palazz.", "U żewġ diviżjonijiet li joħorġu s-Sibt jgħassu t-Tempju tal-Mulej madwar is-sultan.", "Iddawru s-sultan dawramejt, kulħadd bl-armi f'idu, u kull min jipprova jaqsam il-fili tagħkom, oqtluh.", "Ibqgħu mas-sultan, imur fejn imur.\"", "Il-kapijiet tal-mija għamlu kulma kien ordnalhom Ġeħojada, il-qassis, u kull wieħed ħa n-nies tiegħu - sew dawk li kienu deħlin is-Sibt, kemm dawk li kienu ħerġin - u marru għand il-qassis Ġeħojada.", "U dan ta lill-kapijiet tal-mija l-lanez u t-tarkiet tas-sultan David, li kien hemm f'dar il-Mulej.", "U l-gwardji, kull wieħed bl-armi f'idu, qagħdu min-naħa tan-Nofsinhar tat-tempju san-naħa tat-Tramuntana, iħarsu lejn l-artal u t-tempju, madwar is-sultan.", "Ġeħojada mbagħad ħareġ lil bin is-sultan u xeddlu l-kuruna, u tah l-insinja, u għamluh sultan; dilkuh, u bdew iċapċpu jdejhom u jgħajtu \"Viva s-sultan!\"", "U Għatalija, malli semgħet l-għajjat tal-gwardji u tal-poplu, marret għal fuq il-poplu f'dar il-Mulej.", "U ħarset, u hemm kien is-sultan wieqaf fuq tribuna skont id-drawwa, u l-kantanti u t-trumbetti maġenb is-sultan, u l-poplu kollu tal-pajjiż jifraħ u jdoqq it-trumbetti.", "Għatalija ċarrtet ħwejjiġha u bdiet tgħajjat: \"Tradiment!", "Tradiment!\"", "U Ġeħojada l-qassis ordna lill-kapijiet tal-mija u l-kapijiet tal-mija tal-eżerċtu, u qalilhom: 'Oħorġuha 'l barra mill-palazz bejn żewġ fillieri suldati, u kull min imur warajha, oqtluh bix-xabla.\"", "Għax il-qassis kien qal: \"Ma joqtluhiex fid-dar tal-Mulej.\"", "U meddew idejhom fuqha, u kif waslet fid-daħla taż-żwiemel għal ġewwa l-palazz tas-sultan, qatluha hemmhekk.", "Ġeħojada għamel patt bejn il-Mulej u bejn is-sultan u bejn il-poplu li jkunu poplu tal-Mulej, u bejn is-sultan u l-poplu.", "U l-poplu kollu tal-pajjiż daħal fit-tempju ta' Bagħal, u ġarrfuh, u farrku l-artali u x-xbihat tiegħu għalkollox, u 'l Mattan, qassis ta' Bagħal, qatluh quddiem l-artal.", "Ġeħojada, il-qassis, qiegħed għases mat-tempju tal-Mulej.", "Imbagħad laqqa' l-kapijiet tal-mija, il-Karin u l-gwardji u l-poplu kollu tal-pajjiż, u niżżlu lis-sultan mit-tempju tal-Mulej u daħlu fil-palazz mill-bieb tal-gwardji u s-sultan qagħad fuq it-tron irjali.", "Feraħ il-poplu kollu tal-pajjiż; u l-belt strieħet; u 'l Għatalija qatluha bix-xabla fil-palazz tas-sultan."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.12", "bookref": "2KI.12", "text": ["Ġeħowas sultan ta' Ġuda", "Ġeħowas kellu seba' snin meta sar sultan.", "Kienet is-seba' sena ta' Ġeħu meta beda jsaltan Ġeħowas, u dam erbgħin sena jsaltan f'Ġerusalemm; ommu kien jisimha Sibja, minn Birsaba.", "U Ġeħowas għamel is-sewwa f'għajnejn il-Mulej iż-żmien kollu li kien imexxih Ġeħojada, il-qassis.", "Biss is-santwarji ma warrabhomx, għax il-poplu baqa' joffri s-sagrifiċċji u l-inċens fis-santwarji.", "U Ġeħowas qal lill-qassisin: \"Il-fidda kollha kkonsagrata li jġibu fit-tempju tal-Mulej - il-fidda mit-taxxi personali, il-fidda tar-riskatt, u l-flus li wieħed kien iġib minn rajh f'dar il-Mulej - jeħduhom il-qassisin, kull wieħed mingħand min kien jafu, u jsewwu l-ħsara tat-tempju, kull fejn kien hemm xi konsentura.", "Imma ġara li sas-sena tlieta u għoxrin tas-sultan Ġeħowas, il-qassisin kienu għadhom ma sewwewx il-ħsara li kien hemm fit-tempju.", "U s-sultan Ġeħowas sejjaħ lil Ġeħojada, il-qassis, u l-qassisin l-oħra u qalilhom: \"Għaliex ma sewwejtux il-ħsara li hemm fit-tempju?", "Minn issa 'l quddiem teħdux flus mingħand min tafuh, imma għadduh għat-tiswija tal-ħsara fit-tempju.\"", "Il-qassisin aċċettaw li ma jeħdux aktar flus mingħand il-poplu, u li ma jsewwux huma l-ħsara tat-tempju.", "Imbagħad Ġeħojada, il-qassis, ħa senduq, taqqablu l-għatu u qiegħdu maġenb l-artal, fuq in-naħa tal-lemin int u dieħel fit-tempju tal-Mulej.", "U l-qassisin, li kienu jgħassu l-bieb, kienu jixħtu fih il-flus kollha li n-nies kienu jġibu fit-tempju tal-Mulej.", "Kull meta kienu jaraw li kien hemm biżżejjed flus fis-senduq, l-iskriba tas-sultan, u l-qassis il-kbir, kienu jiġu u jiġbruhom, u jgħoddu l-flus li kien hemm f'dar il-Mulej.", "Imbagħad kienu jgħaddu l-flus magħduda f'idejn l-imgħallmin li kienu jieħdu ħsieb ix-xogħol tat-tempju tal-Mulej; u dawn kienu jħallsu l-ħaddiema tal-injam, u l-bennejja li kienu jaħdmu f'dar il-Mulej, il-bennejja tal-ħitan u n-naġġara għax-xiri tal-injam u tal-ġebel għat-tiswija tal-ħsarat fil-ħitan u għall-ispejjeż għal tiswijiet oħra f'dar il-Mulej.", "Imma b'dawn il-flus li nġiebu f'dar il-Mulej, ma għamlux għal dar il-Mulej la lniebi tal-fidda, la mqassijiet, la bwieqi, la trombi, u ebda ħaġa oħra tad-deheb jew tal-fidda; kienu jagħtu kollox lill-ħaddiema biex bihom isewwu dar il-Mulej.", "Anqas ma kienu jitolbu l-kontijiet mingħand in-nies li kienu jerħulhom il-flus f'idejhom biex dawn jagħtuhom lill-ħaddiema, għaliex kienu jimxu bis-sewwa.", "Imma l-flus tas-sagrifiċċji tar-riparazzjoni u s-sagrifiċċji tal-purifikazzjoni, ma kinux imorru għat-tempju tal-Mulej, iżda għall-qassisin.", "Ħażajel jaħbat għal Ġerusalemm", "Ħażajel, sultan ta' Aram, tala' biex jaħbat għal Gatt, u rebaħha.", "Imbagħad għamel il-ħsieb li jitla' għal Ġerusalemm.", "Imma Ġeħowas, sultan ta' Ġuda, ħa l-offerti mqaddsa kollha li kienu kkonsagraw missirijietu Ġosafat, Ġeħoram u Aħażija, slaten ta' Ġuda, u kulma kien ikkonsagra hu stess, u d-deheb kollu li kien hemm fit-teżori tat-tempju tal-Mulej, u l-palazz tas-sultan, u bagħat kollox lil Ħażajel, sultan ta' Aram, u dan warrab minn Ġerusalemm.", "U l-bqija tal-ġrajja tas-sultan Ġeħowas, u ta' kulma għamel, kollha jinsabu miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Ġuda.", "Il-qaddejja tiegħu qamu u għamlu konfoffa, u qatlu lil Ġowas fid-dar ta' Millu, fin-niżla ta' Sella.", "Kienu darbuh Ġożakar bin Simgħat u Ġeħożabad bin Somer, il-qaddejja tiegħu; u miet, u difnuh ma' missirijietu fil-belt ta' David, u beda jsaltan floku Amasija, ibnu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.13", "bookref": "2KI.13", "text": ["Ġeħowaħaż, sultan ta' Iżrael", "Fis-sena tlieta u għoxrin ta' Ġowas bin Aħażija, sultan ta' Ġuda, sar sultan ta' Iżrael Ġeħowaħaż bin Ġeħu, f'Samarija, u dam isaltan sbatax-il sena.", "U għamel il-ħażin f'għajnejn il-Mulej, u mexa fuq id-dnubiet ta' Ġerobogħam bin Nebat, li dan ġagħal lil Iżrael jagħmlu, u ma warrabx minnhom.", "U xegħlet il-korla tal-Mulej kontra Iżrael, u rħiehom f'idejn Ħażajel, is-sultan ta' Aram, u f'idejn Benħadad bin Ħażajel, għal dak iż-żmien kollu.", "U Ġeħowaħaż talab ħniena lill-Mulej u l-Mulej semgħu għax ra l-hemm ta' Iżrael, billi s-sultan ta' Aram kien qiegħed jgħakkishom.", "U l-Mulej ta salvatur lil Iżrael u ħelishom minn taħt idejn Aram; u wlied Iżrael għammru fi djarhom bħal qabel.", "Imma ma warrbux mid-dnubiet ta' dar Ġerobogħam, li dan ġagħal lil Iżrael jagħmlu; imxew fuqhom, u waqqfu saħansitra x-xbihat tal-Asera f'Samarija.", "Għalhekk Ġeħowaħaż ma kienx baqagħlu nies ħlief ħamsin rikkieba, għaxar karrijiet, u għaxart elef fanterija, għaliex kien qeridhom is-sultan ta' Aram, u għamilhom trab għall-irfis.", "U l-bqija tal-ġrajja ta' Ġeħowaħaż, u kulma għamel, u kemm wettaq jinsabu miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Iżrael.", "U strieħ Ġeħowaħaż ma' missirijietu, u difnuh f'Samarija; u beda jsaltan floku Ġowas, ibnu.", "Ġowas, sultan ta' Iżrael", "Fis-sena sebgħa u tletin tas-sultan Ġowas, sultan ta' Ġuda, laħaq sultan ta' Iżrael Ġeħowas bin Ġeħowaħaż f'Samarija, u saltan għal sittax-il sena.", "U għamel il-ħażin f'għajnejn il-Mulej u ma warrabx mid-dnubiet kollha ta' Ġerobogħam bin Nebat, li dan ġagħal lil Iżrael jagħmlu, imma mexa fuqhom.", "U l-bqija tal-ġrajja ta' Ġowas, u kulma għamel, u kemm wettaq meta tqabad ma' Amasija, sultan ta' Ġuda, jinsabu miktubin fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Iżrael.", "U Ġowas strieħ ma' missirijietu; u Ġerobogħam tela' fuq it-tron tiegħu.", "Ġowas difnuh f'Samarija mas-slaten ta' Iżrael.", "Il-mewt ta' Eliżew", "Eliżew marad b'marda li kellu jmut biha.", "U Ġowas sultan ta' Iżrael niżel ħdejh, u beda jibki quddiemu u jgħajjat: \"Missier, Missier !", "Il-karru ta' Iżrael u r-rikkieb tiegħu!\"", "U Eliżew qallu: \"Ħu f'idejk qaws u vleġeġ.\"", "U ħa f'idu qaws u vleġeġ.", "U Eliżew qal lis-sultan ta' Iżrael: \"Qiegħed idek fuq il-qaws .\"", "U dak qiegħed idu fuq il-qaws; u Eliżew poġġa idejh fuq idejn is-sultan, u qallu: \"Iftaħ it-tieqa n-naħa tal-Lvant.\"", "U dak fetaħha.", "U Eliżew qallu: \"Waddab vleġġa.\"", "U dak waddabha, u l-ieħor qallu: \"Dik hi vleġġa ta' rebħa mingħand il-Mulej, u vleġġa ta' rebħa fuq Aram; għax int għad tidrob lil Aram f'Afek sakemm teqirdu.\"", "Imbagħad qallu wkoll: \"Ħu l-vleġeġ.\"", "U dak ħadhom, u Eliżew qal lis-sultan ta' Iżrael: \"Idrob l-art!\"", "U dak darab l-art għal tliet darbiet, u waqaf.", "U l-bniedem ta' Alla għadab għalih, u qallu: \"Li kieku drabt l-art ħamsa jew sitt darbiet, kont tkisser l-Aramin sa ma teqridhom.", "Imma issa tliet darbiet biss tista' tirbaħ lill-Aramin.\"", "U Eliżew miet u difnuh.", "Fi dħul is-sena qatgħa ħallelin minn Mowab bdew deħlin fil-pajjiż.", "Darba, meta xi wħud kienu qegħdin jidfnu wieħed mejjet, raw qatgħa minnhom u xeħtu r-raġel fil-qabar ta' Eliżew u telqu.", "Malli r-raġel mejjet mess mal-għadam ta' Eliżew, ħa l-ħajja, u qam fuq riġlejh.", "Gwerra bejn Iżrael u Aram", "U Ħażajel, sultan ta' Aram, baqa' jgħakkes lil Iżrael iż-żmien kollu ta' Ġeħowaħaż.", "U l-Mulej ħenn għalihom, u tħassarhom u dar lejhom minħabba l-patt tiegħu ma' Abraham, Iżakk u Ġakobb.", "Ma riedx jeqridhom, u anqas qatt sal-lum ma warrabhom minn quddiemu.", "Imbagħad miet Ħażajel, sultan ta' Aram, u daħal isaltan floku Benħadad, ibnu.", "U Ġeħowas bin Ġeħowaħaż raġa' ħa lura l-ibliet minn id Benħadad bin Ħażajel, li dan kien ħa minn id Ġeħowaħaż missieru fil-gwerra.", "Tliet darbiet Ġowas għelbu, u raġa' ħa lura l-ibliet ta' Iżrael."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.14", "bookref": "2KI.14", "text": ["Amasija sultan ta' Ġuda", "Fit-tieni sena ta' Ġowas bin Ġowaħas, sultan ta' Iżrael, beda jsaltan Amasija bin Ġowas sultan ta' Ġuda.", "Kellu ħamsa u għoxrin sena meta sar sultan, u saltan f'Ġerusalemm għal disgħa u għoxrin sena; u ommu kien jisimha Ġeħogħadin minn Ġerusalemm.", "U għamel is-sewwa f'għajnejn il-Mulej, imma mhux bħal David missieru.", "Għamel kulma kien għamel Ġowas missieru.", "Biss ma warrabx is-santwarji, u l-poplu baqa' joffri s-sagrifiċċji u jaħraq l-inċens fis-santwarji.", "Ġara li malli saħħaħ is-saltna f'idejh, qatel il-qaddejja tiegħu, li kienu qatlu lis-sultan missieru.", "Imma ma qatilx lil ulied il-qattelin, skont ma hemm miktub fil-ktieb tal-liġi ta' Mosè, fejn il-Mulej ordna u qal: \"Ma jinqatlux il-missirijiet għall-ulied, u l-ulied għall-missirijiet, imma kulħadd jinqatel għal dnubu.\"", "Hu għeleb lill-Edumin f'wied il-Melħ, għaxart elef b'kollox; ħa Sela fil-ġlied, u semmieha Ġoktijel, kif għadu jisimha sal-lum.", "Imbagħad Amasija bagħat messaġġiera għand Ġeħowas bin Ġeħowaħaż, bin Ġeħu, sultan ta' Iżrael, jgħidulu: \"Ejja ħa niltaqgħu wiċċ imb wiċċ.\"", "U Ġeħowas, is-sultan ta' Iżrael, bagħat jgħid lil Amasija, sultan ta' Ġuda, u qallu: \"L-għollieq tal-Libanu bagħat jgħid liċ-ċedru li hemm fil-Libanu u qallu: 'Agħtini 'l bintek għal ibni b'martu.'", "Imma għaddew il-bhejjem selvaġġi li hemm fil-Libanu u għaffġu l-għollieq.", "Int farrakt lil Edom, u qalbek tkabbret.", "Ifraħ bil-glorja, u oqgħod f'darek.", "Għaliex tistieden il-gwaj, biex titlef int u Ġuda miegħek?\"", "Imma Amasija ma samax; u Ġeħowas, sultan ta' Iżrael, tala' u ltaqgħu wiċċ imb wiċċ għall-ġlied hu u Amasija, sultan ta' Ġuda, f'Betxemex li hemm f'Ġuda.", "U Ġuda tħarbat quddiem Iżrael; u ħarbu, kulħadd lejn l-għarix tiegħu.", "U Ġeħowas, sultan ta' Iżrael, qabad f'idejh f'Betxemex lil Amasija, sultan ta' Ġuda, bin Ġeħowas, bin Aħażija, u ġew Ġerusalemm.", "Hemm fetaħ tiċrita ta' erba' mitt driegħ fil-ħajt ta' Ġerusalemm minn bieb Efrajm sal-bieb tal-kantuniera.", "U ħa d-deheb u l-fidda kollha, u t-tagħmir kollu li kien jinsab fit-tempju tal-Mulej, u fl-imħażen tal-palazz tas-sultan, flimkien ma' xi rġiel b'rahan, u raġa' lura s-Samarija.", "Il-bqija tal-ġrajja ta' Ġeħowas u kulma għamel, u kemm wettaq u l-ġlied tiegħu ma' Amasija, sultan ta' Ġuda, jinsabu miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Iżrael.", "U Ġeħowas strieħ ma' missirijietu, u difnuh f'Samarija mas-slaten ta' Iżrael, u daħal isaltan floku Ġerobogħam ibnu.", "Amasija bin Ġowas, sultan ta' Ġuda, għex ħmistax-il sena wara l-mewt ta' Ġeħowas bin Ġeħowaħaż, sultan ta' Iżrael.", "Il-bqija tal-ġrajja ta' Amasija jinsabu miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Ġuda.", "Għamlu konfoffa kontrih f'Ġerusalemm, u hu ħarab f'Lakis; u bagħtu nies warajh f'Lakis u qatluh hemm.", "Imbagħad ġarrewh fuq iż-żwiemel, u difnuh f'Ġerusalemm ma' missirijietu fil-belt ta' David.", "U l-poplu kollu ta' Ġuda qabdu lil Għażarija, li kellu sittax-il sena, u għamluh sultan flok missieru Amasija.", "Hu bena Elat u ġiebha lura lil Ġuda, wara li strieħ is-sultan ma' missirijietu.", "Ġerobogħam sultan fuq Iżrael", "Fis-sena ħmistax ta' Amasija bin Ġowas, sultan ta' Ġuda, beda jsaltan Ġerobogħam bin Ġowas, sultan ta' Iżrael, f'Samarija u dam isaltan wieħed u erbgħin sena.", "Għamel il-ħażin f'għajnejn il-Mulej, għax ma warrabx mid-dnubiet ta' Ġerobogħam bin Nebat, li dan ġiegħel lil Iżrael jagħmlu.", "Hu kien li raġa' wassal il-fruntieri ta' Iżrael mid-daħla ta' Ħamat sal-baħar tal-Għaraba , skont il-kelma tal-Mulej, Alla ta' Iżrael, permezz tal-qaddej tiegħu, il-profeta Ġona bin Amittaj, li kien minn Gat-ħefer.", "Għax kien ra l-Mulej id-diqa kbira u morra ta' Iżrael; ma kien fadal ħadd, la lsir u la ħieles; u ma kien hemm ebda salvatur għal Iżrael.", "Imma billi l-Mulej ma kienx qatagħha li jħassar isem Iżrael minn taħt is-smewwiet, salvahom permezz ta' Ġerobogħam bin Ġowas.", "U l-bqija tal-ġrajja ta' Ġerobogħam, u kulma għamel, u kemm wettaq, u l-gwerer tiegħu, u kif reġġa' lura għand Iżrael lil Damasku u lil Ħemat, li kienu ta' Ġuda, huma miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Iżrael.", "Ġerobogħam strieħ ma' missirijietu mas-slaten ta' Iżrael, u daħal isaltan floku Żakkarija ibnu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.15", "bookref": "2KI.15", "text": ["Għażarija sultan ta' Ġuda", "Fis-sena sebgħa u għoxrin ta' Ġerobogħam, sultan ta' Iżrael, beda jsaltan Għażarija bin Amasija, sultan ta' Ġuda.", "Kellu sittax-il sena meta beda jsaltan, u saltan għal tnejn u ħamsin sena f'Ġerusalemm; ommu kien jisimha Ġekolija minn Ġerusalemm.", "U għamel is-sewwa f'għajnejn il-Mulej, bħalma kien għamel Amasija missieru.", "Imma s-santwarji ma tneħħewx; il-poplu kien għadu joffri s-sagrifiċċji u jaħraq l-inċens fis-santwarji.", "U l-Mulej darab lis-sultan, u dan baqa' lebbruż sa jum mewtu; u kien jgħammar f'dar maqtugħa għaliha.", "U Ġotam, bin is-sultan, kien jieħu ħsieb il-palazz u jamministra l-ġustizzja lill-poplu tal-pajjiż.", "U l-bqija tal-ġrajja ta' Għażarija, u kulma għamel, huma miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Ġuda.", "U Għażarija strieħ ma' missirijietu, u difnuh ma' missirijietu fil-belt ta' David; u beda jsaltan floku ibnu Ġotam.", "Żakkarija sultan ta' Iżrael", "Fis-sena tmienja u tletin ta' Għażarija, sultan ta' Ġuda, beda jsaltan fuq Iżrael Żakkarija bin Ġerobogħam f'Samarija għal sitt xhur.", "U għamel il-ħażin f'għajnejn il-Mulej, bħalma kienu għamlu missirijietu, u ma warrabx mid-dnubiet ta' Ġerobogħam bin Nebat, li ġagħal lil Iżrael jagħmlu.", "U kkonfoffa kontra tiegħu Sallum bin Ġabes, u darbu f'Iblagħam, u qatlu; u beda jsaltan floku.", "U l-bqija tal-ġrajja ta' Żakkarija jinsabu miktuba fil-Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Iżrael.", "Dan kien kliem il-Mulej li kien qal lil Ġeħu: \"Uliedek joqogħdu fuq it-tron sar-raba' nisel.\"", "U hekk kien.", "Sallum sultan ta' Iżrael", "Sallum bin Ġabes beda jsaltan fuq Iżrael fis-sena disgħa u tletin ta' Għużżija, sultan ta' Ġuda, u baqa' jsaltan għal xahar f'Samarija.", "U qam Menaħem bin Gadi minn Tirsa u mar is-Samarija, u darab lil Sallum bin Ġabes f'Samarija, u qatlu; u beda jsaltan floku.", "U l-bqija tal-ġrajja ta' Sallum, u l-konfoffa li għamel, huma kollha miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Iżrael.", "Imbagħad Menaħem ħarbat lil Tifsah u kulma kien hemm fiha, u l-inħawi tagħha, ibda minn Tirsa, għax din ma fetħitlux bibienha, u darabha u ħarbatha, u nifed in-nisa tqal tagħha bix-xabla.", "Menaħem sultan ta' Iżrael", "Fis-sena disgħa u tletin ta' Għażarija, sultan ta' Ġuda, beda jsaltan Menaħem bin Gadi fuq Iżrael, u dam isaltan għaxar snin f'Samarija.", "U għamel il-ħażin f'għajnejn il-Mulej, ma warrabx mid-dnubiet ta' Ġerobogħam bin Nebat, li dan ġagħal lil Iżrael jagħmlu.", "Fi żmienu ġie Pul , sultan tal-Assirja, fil-pajjiż; u Menaħem ta lil Pul elf talent fidda biex dan jagħtih daqqa ta' id biex isaħħaħ is-saltna f'idejh.", "U Menaħem xeħet il-ħlas ta' dawn il-flus fuq Iżrael; fuq l-għonja kollha, li kellhom iħallsu ħamsin xekel tal-fidda kull wieħed lis-sultan tal-Assirja.", "U s-sultan tal-Assirja raġa' lura, u ma baqax aktar fil-pajjiż.", "U l-bqija tal-ġrajja ta' Menaħem, u kulma għamel, huma miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Iżrael.", "Menaħem strieħ ma' missirijietu; u daħal isaltan floku Pekaħija ibnu.", "Pekaħija sultan ta' Iżrael", "Fis-sena ħamsin ta' Għażarija, sultan ta' Ġuda, beda jsaltan Pekaħija bin Menaħem fuq Iżrael f'Samarija, u dam isaltan sentejn.", "U għamel il-ħażin f'għajnejn il-Mulej; ma warrabx mid-dnubiet ta' Ġerobogħam bin Nebat, li dan ġagħal lil Iżrael jagħmlu.", "U kkonfoffaw kontra tiegħu Pekaħ bin Remalija, l-ajjutant tiegħu, u darbu f'Samarija, fit-torri tal-palazz tas-sultan; miegħu kellu ħamsin raġel minn ulied il-Gilgħadin.", "Qatlu u daħal isaltan floku.", "U l-bqija tal-ġrajja ta' Pekaħija, u kulma għamel, huma miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Iżrael.", "Pekaħ sultan ta' Iżrael", "Fis-sena tnejn u ħamsin ta' Għażarija, sultan ta' Ġuda, Pekaħ bin Remalija beda jsaltan fuq Iżrael f'Samarija, u dam isaltan għoxrin sena.", "U għamel il-ħażin f'għajnejn il-Mulej; ma warrabx mid-dnubiet ta' Ġerobogħam bin Nebat, li dan ġagħal lil Iżrael jagħmlu.", "Fi żmien Pekaħ, sultan ta' Iżrael, Tiglat-pileser, sultan tal-Assirja, ġie u ħa f'idejh Għijjon, Abel-bet-magħka, Ġanuħa, Kades, Ħasor, Gilgħad u l-Galilija u l-art kollha ta' Naftali, u tturufnahom lejn l-Assirja.", "Hosegħa bin Ela kkonfoffa kontra Pekaħ bin Remalija, u darbu u qatlu, u beda jsaltan floku fis-sena għoxrin ta' Ġotam bin Għużżija.", "U l-bqija tal-ġrajja ta' Pekaħ, u kulma għamel, huma kollha miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Iżrael.", "Ġotam sultan ta' Ġuda", "Fit-tieni sena ta' Pekaħ bin Remalija, sultan ta' Iżrael, beda jsaltan Ġotam bin Għużżija, sultan ta' Ġuda.", "Kellu ħamsa u għoxrin sena meta beda jsaltan u dam isaltan sittax-il sena f'Ġerusalemm; u ommu kien jisimha Ġerusa, bint Sadok.", "U għamel is-sewwa f'għajnejn il-Mulej, bħalma kien għamel Għużżija missieru.", "Imma ma tneħħewx is-santwarji; il-poplu baqa' joffri s-sagrifiċċji u jaħraq l-inċens fis-santwarji.", "Huwa bena wkoll il-Bieb il-Kbir tat-tempju tal-Mulej.", "U l-bqija tal-ġrajja ta' Ġotam, u kulma għamel, huma miktuba kollha fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Ġuda.", "F'dak iż-żmien il-Mulej beda jibgħat kontra Ġuda lil Resin, sultan ta' Aram, u 'l Pekaħ bin Remalija.", "U Ġotam strieħ ma' missirijietu, u difnuh ma' missirijietu fil-belt ta' David missieru; u daħal isaltan floku Aħaż ibnu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.16", "bookref": "2KI.16", "text": ["Aħaż sultan ta' Ġuda", "Fis-sena sbatax ta' Pekaħ bin Remalija, beda jsaltan Aħaż bin Ġotam, sultan ta' Ġuda.", "Kellu għoxrin sena meta Aħaż beda jsaltan, u dam isaltan sittax-il sena f'Ġerusalemm; u ma għamilx is-sewwa f'għajnejn il-Mulej, Alla tiegħu, bħal David missieru.", "U qabad it-triq tas-slaten ta' Iżrael, u wasal biex għadda lil ibnu min-nar skont id-drawwa moqżieża tal-ġnus, li l-Mulej kien keċċiehom minn quddiem ulied Iżrael.", "U offra sagrifiċċji, u ħaraq l-inċens fuq l-għoljiet u l-għaqbiet, u taħt kull siġra tħaddar.", "Imbagħad Resin, sultan ta' Aram, u Pekaħ bin Remalija, sultan ta' Iżrael, telgħu biex jaħbtu għal Ġerusalemm u dawruha; imma lil Aħaż ma setgħux jegħlbuh.", "Dak iż-żmien is-sultan ta' Edom raġa' ħa lil Elat għall-Edumin, u keċċa lin-nies ta' Ġuda minn Elat; u ġew l-Edumin f'Elat u baqgħu jgħammru hemm sal-lum.", "Aħaż bagħat messaġġiera lil Tiglat-pileser, sultan tal-Assirja, jgħidulu: \"Jiena l-qaddej tiegħek u ibnek.", "Itla', u ejja eħlisni minn id is-sultan ta' Aram, u minn id is-sultan ta' Iżrael, għax qamu għalija.\"", "U Aħaż qabad il-fidda u d-deheb li kienu jinsabu fit-tempju tal-Mulej, u fit-teżori tal-palazz tas-sultan, u bagħathom b'rigal lis-sultan tal-Assirja.", "U s-sultan tal-Assirja ta widen għat-talba tiegħu.", "U s-sultan tal-Assirja tala' għal Damasku, u ħadha f'idejh, u tturufna lil niesha lejn Kir, u lil Resin qatlu.", "U s-sultan Aħaż mar jiltaqa' ma' Tiglat-pileser, sultan tal-Assirja, f'Damasku, u ra artal li kien hemm f'Damasku; u s-sultan Aħaż bagħat lil Urija, il-qassis, il-qisien tal-artal, u l-mudell tiegħu bil-fattizzi tiegħu kollha.", "U Urija, il-qassis, bena l-artal, kollox skont ma kien bagħat jgħidlu Aħaż minn Damasku; hekk għamel Urija, il-qassis, sakemm kien għadu ma wasalx is-sultan Aħaż minn Damasku.", "U s-sultan wasal minn Damasku, u ra l-artal, u s-sultan resaq lejn l-artal, u offra s-sagrifiċċji fuqu.", "U ħaraq il-vittma u l-offerti tiegħu, u sawwab il-libazzjoni tiegħu, u xerred id-demm tal-vittmi tas-sliem tiegħu fuq l-artal.", "U l-artal tal-bronż li kien quddiem il-Mulej neħħieh minn bejn l-artal tiegħu u t-tempju tal-Mulej, u poġġieh ħdejn l-artal fuq in-naħa tat-Tramuntana.", "U s-sultan Aħaż ordna lil Urija, il-qassis, u qallu: \"Is-sagrifiċċji tal-ħruq ta' filgħodu, u l-offerti ta' filgħaxija, u s-sagrifiċċji tas-sultan u l-offerti tiegħu, u s-sagrifiċċji tal-ħruq tal-poplu u l-offerti tagħhom, u l-libazzjonijiet tagħhom, u d-demm tal-vittmi maħruqa, aħraqhom kollha fuq l-artal il-kbir, u roxx fuqu d-demm kollu tal-vittmi tal-ħruq.", "L-artal tal-bronż ħallih fi ħsiebi.\"", "U Urija, il-qassis, għamel kollox skont ma ordnalu s-sultan Aħaż.", "U s-sultan Aħaż qala' l-panewijiet tal-imqagħad, u neħħa minn fuqhom il-lenbija; u l-vaska l-kbira niżżilha minn fuq il-baqar tal-bronż li kienu taħtha, u qegħedha fuq ċangatura tal-ġebel.", "U l-mogħdija tas-Sibt li kienu bnew fit-tempju, u d-dħul ta' barra tas-sultan fit-tempju tal-Mulej, neħħiehom minħabba s-sultan tal-Assirja .", "U l-bqija tal-ġrajja tas-sultan Aħaż, u kulma għamel, jinsabu miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Ġuda.", "U Aħaż strieħ ma' missirijietu, u difnuh ma' missirijietu fil-belt ta' David; u daħal isaltan floku Ħeżekija, ibnu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.17", "bookref": "2KI.17", "text": ["Ħosegħa l-aħħar sultan ta' Iżrael", "Fis-sena tnax ta' Aħaż, sultan ta' Ġuda, Ħosegħa bin Ela beda jsaltan f'Samarija fuq Iżrael , u dam disa' snin.", "Għamel dak li hu ħażin f'għajnejn il-Mulej, imma mhux daqs is-slaten ta' Iżrael ta' qablu.", "Salmaneser , sultan tal-Assirja, tala' għalih, u Ħosegħa sar il-qaddej tiegħu, u beda jħallas il-ħaraġ.", "Imma s-sultan tal-Assirja kixef konfoffa li Ħosegħa kien qiegħed iħejji; għax dan kien bagħat messaġġiera għand Suwa, sultan tal-Eġittu, u ma kienx bagħat il-ħaraġ lis-sultan tal-Assirja bħalma kien jagħmel is-soltu minn sena għal sena.", "U s-sultan tal-Assirja qabdu u żammu marbut fil-ħabs.", "Is-sultan tal-Assirja tala' għalihom, u dar il-pajjiż kollu, ħabat għas-Samarija, u għalaqha minn kullimkien għal tliet snin.", "Fid-disa' sena ta' Ħosegħa, is-sultan tal-Assirja qabad f'idejh is-Samarija, karkar l-Iżraelin lejn l-Assirja u ġagħalhom jgħammru f'Ħalaħ u matul il-Ħabor, xmara ta' Gożan, u fl-ibliet tal-Medja.", "Dan kollu ġralhom għaliex ulied Iżrael kienu dinbu kontra l-Mulej, Alla tagħhom, li kien tellagħhom mill-Eġittu minn taħt idejn il-Fargħun, is-sultan tal-Eġittu.", "Iżda huma bdew iqimu allat oħra; imxew fuq id-drawwiet tal-ġnus li Alla kien keċċa minn quddiem ulied Iżrael, u fuq id-drawwiet li kienu daħħlu s-slaten ta' Iżrael.", "Ulied Iżrael għamlu bil-moħbi dawk il-ħwejjeġ li ma kinux sewwa kontra l-Mulej, Alla tagħhom; bnew is-santwarji fl-ibliet kollha tagħhom, mit-torrijiet tal-għassa sal-ibliet iffortifikati.", "Waqqfu l-plieri u x-xbihat tal-Asera fuq kull għolja u taħt kull siġra tħaddar.", "U hemm kienu jaħarqu l-inċens fuq kull għolja bħall-ġnus li l-Mulej kien keċċa minn quddiemhom.", "Għamlu ħwejjeġ ħżiena, u inkurlaw lill-Mulej.", "Servew lill-allat foloz, li l-Mulej kien qalilhom fuqhom: \"La tagħmlux hekk.\"", "Il-Mulej kien iwiddeb lil Iżrael u lil Ġuda permezz ta' kull profeta u ta' kull veġġent, u jgħidilhom: \"Erġgħu lura minn triqatkom il-ħżiena, u ħarsu l-ordnijiet tiegħi, u d-digrieti u l-liġi kollha li jien ordnajt lil missirijietkom, u li jien bgħattilkom permezz tal-qaddejja tiegħi l-profeti.\"", "Imma huma ma semgħux, u webbsu rashom bħal missirijiethom, li ma emmnux fil-Mulej, Alla tagħhom.", "U warrbu l-liġijiet tiegħu u l-patt tiegħu, li kien għamel ma' missirijiethom, u t-twiddib tiegħu li kien għamlilhom; marru wara l-frugħa u tħassru bil-frugħat tal-ġnus ta' madwarhom, filwaqt li l-Mulej kien ordnalhom biex ma jagħmlux bħalhom.", "U abbandunaw kull ordni tal-Mulej, Alla tagħhom, u għamlu żewġ għoġiela, idoli tal-metall imdewweb.", "U waqqfu x-xbihat tal-Asera u bdew jaduraw il-qtajja' kollha tas-smewwiet, u jqimu lil Bagħal.", "U kienu jgħaddu lil uliedhom, subien u bniet, min-nar, u ntelqu għat-taħbir u s-sħarijiet, u nbiegħu biex jagħmlu l-ħażin f'għajnejn il-Mulej, biex jinkurlawh.", "Għalhekk il-Mulej inkorla sewwa għal Iżrael, u warrabhom minn quddiem wiċċu, u baqgħet weħidha t-tribù ta' Ġuda.", "Lanqas Ġuda ma ħarsu l-ordnijiet tal-Mulej, Alla tagħhom, u mxew skont id-drawwiet li kienu daħħlu Iżrael.", "U l-Mulej tafa' n-nisel ta' Iżrael 'il barra, għakkishom u telaqhom f'idejn il-ħallelin, sa ma warrabhom minn quddiem wiċċu.", "Għax hu kien li qata' lil Iżrael mid-dar ta' David, u huma għamlu sultan lil Ġerobogħam bin Nebat; u dan begħedhom minn wara l-Mulej, u ġagħalhom jidinbu dnub kbir.", "U wlied Iżrael imxew fid-dnubiet kollha li kien għamel Ġerobogħam u ma tbegħdux minnhom, sa ma warrab il-Mulej lil Iżrael minn quddiem wiċċu bħalma kien qalilhom permezz tal-qaddejja kollha tiegħu l-profeti.", "U Iżrael ittieħdu fil-jasar, 'il bogħod minn arthom, fl-Assirja, fejn għadhom hemm sal-lum.", "Is-Samaritani", "U s-sultan tal-Assirja ġieb nies minn Babilonja, minn Kut, minn Għawwa, minn Ħamat u minn Sefarwajjim, u qegħedhom fl-ibliet tas-Samarija minflok ulied Iżrael; u għamlu lis-Samarija b'tagħhom u bdew jgħammru fi blietha.", "Ġara li meta bdew jgħammru hemm, ma kinux jibżgħu mill-Mulej, u l-Mulej bagħat kontrihom l-iljuni u dawn qatlu lil xi wħud minnhom.", "U qalu lis-sultan tal-Assirja: \"In-nies, li int kaxkart u qegħedthom f'Samarija, ma jafux kif iqimu lill-alla tal-pajjiż, u għalhekk bagħtilhom l-iljuni kontrihom u, ara, qegħdin joqtluhom, għax ma hemmx fosthom nies li jafu kif iqimu lill-alla tal-pajjiż.\"", "U s-sultan tal-Assirja ordnalhom, u qalilhom: \"Ibagħtu hemm wieħed mill-qassisin li ġarrejtu minn hemm, ħa jmur jgħammar hemm, u jurihom kif iqimu lill-alla tal-pajjiż.\"", "U ġie wieħed mill-qassisin li kienu ġarrew mis-Samarija, u beda jgħammar f'Betel, u jgħallimhom kif iqimu l-Mulej.", "Ġara li kull ġens għamel l-allat tiegħu u qegħduhom fid-djar tas-santwarji li s-Samaritani kienu għamlu, kull ġens fil-belt li kien jgħammar fiha.", "In-nies ta' Babilonja għamlu lil Sukkot-benot; in-nies ta' Kut għamlu 'l Nergal; in-nies ta' Ħamat għamlu 'l Asima; l-Għawwin għamlu 'l Nibħaż u 'l Tartak; u s-Sefarwajjin kienu jgħaddu lil uliedhom min-nar f'ġieħ Adrammelek u Għannammelek, allat tas-Sefarwajjin.", "U kienu wkoll iqimu lill-Mulej, u għamlu għalihom minn fosthom qassisin għas-santwarji, u kienu jservu fihom.", "Huma kienu jaduraw lill-Mulej, imma kienu wkoll iservu 'l allat tagħhom skont id-drawwa tal-ġnus, li minnhom ġew eżiljati.", "U sal-lum għadhom jagħmlu hekk skont id-drawwiet li kellhom sa minn qabel.", "Huma ma kinux iqimu lill-Mulej, u ma kinux jagħmlu skont il-liġijiet u d-digrieti, il-preċetti u l-ordnijiet li Alla kien ta lil ulied Ġakobb, li kien semmieh Iżrael.", "U l-Mulej kien għamel patt magħhom, u qalilhom: \"La tqimux allat oħra, u la tinxteħtux għarkupptejkom quddiemhom, u la sservuhomx, u lanqas toffrulhom sagrifiċċji.", "Imma l-Mulej li tellagħkom mill-art tal-Eġittu b'qawwa kbira u bi driegħu merfugħ, minnu għandkom tibżgħu, u quddiemu tinxteħtu għarkupptejkom, u lilu toffru s-sagrifiċċji.", "U l-istatuti, id-digrieti, u l-liġijiet u l-ordnijiet li kitbilkom għandkom tqisu li tħarsuhom għomorkom kollu.", "Ma għandkomx tibżgħu minn allat oħra.", "U l-patt li għamilt magħkom la tinsewhx u la tibżgħux minn allat oħra.", "Għax jekk intom tibżgħu mill-Mulej Alla tagħkom, hu jeħliskom minn id l-għedewwa kollha tagħkom.\"", "Iżda huma ma semgħux, imma baqgħu jagħmlu skont id-drawwiet tagħhom ta' qabel.", "U hekk dawn il-ġnus kienu jibżgħu mill-Mulej, u jservu lix-xbihat tal-allat tagħhom, u saħansitra wliedhom u wlied uliedhom baqgħu jagħmlu bħalma għamlu missirijiethom u għadhom jagħmlu hekk sal-lum."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.18", "bookref": "2KI.18", "text": ["Ħeżekija sultan ta' Ġuda", "Fit-tielet sena ta' Ħosegħa bin Ela, sultan ta' Iżrael, beda jsaltan Ħeżekija bin Aħaż, sultan ta' Ġuda.", "Kellu ħamsa u għoxrin sena meta beda jsaltan, u dam isaltan disgħa u għoxrin sena f'Ġerusalemm; ommu kien jisimha Abi, bint Żakkarija.", "U għamel is-sewwa f'għajnejn il-Mulej, bħalma kien għamel David, missieru.", "Neħħa s-santwarji, kisser il-plieri, u qaċċat ix-xbieha tal-Asera, farrak is-serp tal-bronż li kien għamel Mosè, għax sa dak iż-żmien ulied Iżrael kienu għadhom jaħarqu l-inċens quddiemu, u kienu semmewh Neħustan.", "Kien jittama fil-Mulej, Alla ta' Iżrael, u warajh ma kien hemm ħadd bħalu fost is-slaten kollha ta' Ġuda, la ta' warajh u lanqas ta' qablu.", "Kien miġbud lejn il-Mulej, u ma warrab qatt minn warajh; u kien iħares l-ordnijiet tiegħu, li l-Mulej kien ordna lil Mosè.", "U l-Mulej kien miegħu u kellu r-riżq f'kulma kien jidħol għalih.", "U qam kontra s-sultan tal-Assirja u ma baqax iservih; u ħarbat lill-Filistin sa Gaża u l-inħawi tagħha, mit-torrijiet tal-għassiesa sal-ibliet iffortifikati.", "Ġara li fir-raba' sena tas-sultan Ħeżekija, li kienet is-seba' sena ta' Ħosegħa bin Ela, sultan ta' Iżrael, Salmaneser, sultan ta' Assirja, tala' għal Samarija, u dawwarha minn kullimkien.", "U ħadha f'idejh wara tliet snin.", "Kienet is-sitt sena ta' Ħeżekija u d-disa' sena ta' Ħosegħa, sultan ta' Iżrael, meta ttieħdet is-Samarija.", "U s-sultan tal-Assirja karkar fl-eżilju lil Iżrael fl-Assirja u qegħedhom f'Ħalaħ, u ħdejn il-Ħabur, xmara tal-Gożan, u fl-ibliet tal-Medja; għax huma ma semgħux mill-kelma tal-Mulej, Alla tagħhom, kisru l-patt, u ma semgħux u lanqas għamlu dak kollu li kien ordnalhom Mosè, il-qaddej tal-Mulej.", "Sanħerib jaħbat għal Ġuda", "Fis-sena erbatax tas-sultan Ħeżekija, Sanħerib , sultan tal-Assirja, tala' jaħbat għall-ibliet kollha ffortifikati ta' Ġuda, u ħadhom f'idejh.", "U Ħeżekija, sultan ta' Ġuda, bagħat jgħid lis-sultan tal-Assirja f'Lakis: \"Ħtija tiegħi!", "Erġa' lura minni; u kulma tgħidli noqgħod għalih.\"", "U s-sultan tal-Assirja ġagħal lil Ħeżekija, sultan ta' Ġuda, iħallas tliet mitt talent fidda u tletin talent deheb.", "U Ħeżekija tah il-fidda kollha li kienet tinsab fit-tempju tal-Mulej u fit-teżor tal-palazz tas-sultan.", "Kienet dik il-ħabta meta Ħeżekija, sultan ta' Ġuda, qala' l-pjanċi tad-deheb li bihom kien kesa l-battenti u l-pilastri tal-bibien tat-tempju tal-Mulej, u tahom lis-sultan tal-Assirja.", "U s-sultan tal-Assirja bagħat minn Lakis il-kmandant tal-eżerċtu, il-kap tal-uffiċjali, u l-grankuppier b'eżerċtu kbir f'Ġerusalemm kontra Ħeżekija.", "U telgħu, u waslu Ġerusalemm, u waqfu ħdejn l-akwedott tal-għadira l-fuqanija, li taħbat fuq it-triq tal-għalqa tal-Ħassiel.", "Imbagħad sejħu lis-sultan, u ħareġ Eljakim bin Ħilkija, li kien jagħmel mill-palazz, u Sebna, is-segretarju, u Ġowaħ bin Asaf, il-kronista.", "U l-grankuppier qalilhom: \"Għidu lil Ħeżekija: 'Dan jgħid is-sultan il-Kbir, is-sultan tal-Assirja: \"X'inhi din it-tama li int qiegħed tittama?", "Taħseb int, jaqaw, li l-kliem waħdu jfisser għaqal u qawwa għall-gwerra?", "Issa int f'min qiegħed tittama biex irvellajt kontrija?", "Bħalissa int qiegħed isserraħ rasek bl-Eġittu, dik il-qasba mxaqqa li tidħol f'id min jistrieħ fuqha u ttaqqabhielu.", "Dan hu l-Fargħun, is-sultan tal-Eġittu, għal kull min jittama fih.", "Tgħiduli intom: 'Fil-Mulej, Alla tagħna, nittamaw aħna.'", "Mhux hu kien li Ħeżekija neħħielu s-santwarji u l-artali tiegħu, u ordna lil Ġuda u 'l Ġerusalemm: 'Quddiem dan l-artal taduraw f'Ġerusalemm'?", "U issa agħmel imħatra ma' sidi s-sultan tal-Assirja, u jien nagħtik elfejn żiemel, jekk inti għandek il-ħila ssib rikkieba għalihom.", "Kif tista', mela treġġa' lura lil wieħed mill-iċken qaddejja ta' sidi?", "U mbagħad int tistenna ż-żwiemel u r-rikkieba mill-Eġittu!", "U issa jaqaw jien tlajt biex inħarbat dan il-pajjiż mingħajr ir-rieda tal-Mulej?", "Il-Mulej qalli: 'Itla' għal din l-art u ħarbatha.' \"", "U Eljakim bin Ħelkija, u Sebna, u Ġowaħ wieġbu lill-grankuppier: \"Kellem lill-qaddejja tiegħek bl-Arami, għax aħna nifhmuh.", "Tkellimniex bil-Lhudi, għax jisma' l-poplu li qiegħed fuq il-ħajt.\"", "U l-grankuppier wieġeb: \"Jaqaw sidna bagħatna ngħidu dan il-kliem lilek jew lil sidek?", "Mhux lill-irġiel li hemm fuq il-ħajt, li għad jieklu ħmieġhom u jixorbu ilmiethom magħkom?\"", "U l-grankuppier baqa' hemm u beda jgħajjat b'leħen għoli u jgħid bil-Lhudi: \"Isimgħu l-kelma tas-sultan il-kbir, is-sultan tal-Assirja.", "Dan jgħid is-sultan: 'Ma jqarraqx bikom is-sultan Ħeżekija, għax ma jistax jeħliskom minn idejja.", "Ma jittamakomx Ħeżekija fil-Mulej u jgħidilkom: 'Il-Mulej jeħlisna żgur, u din il-belt ma tingħatax f'idejn is-sultan tal-Assirja'.", "La tisimgħux minn Ħeżekija, għax dan jgħid is-sultan tal-Assirja: 'Agħmlu paċi miegħi, u ersqu lejja, u tieklu, kull wieħed mid-dielja tiegħu u kull wieħed mit-tina tiegħu, u jixrob kull wieħed mill-bir tiegħu.", "Sakemm niġi u neħodkom f'art bħal artkom, art tal-qmuħ u tal-inbid, art tal-ħobż u tad-dwieli, art taż-żebbuġ u tal-għasel; u hemm tgħixu u ma tmutux.", "La tisimgħux minn Ħeżekija, għax ikun qiegħed iqarraq bikom meta jgħidilkom: 'Il-Mulej jeħlisna!'", "Jaqaw allat il-ġnus ħelsu lil pajjiżhom minn id is-sultan tal-Assirja?", "Fejn huma l-allat ta' Ħamat u Arfad?", "Fejn huma l-allat ta' Sefarwajjin, ta' Ħena u Għiwwa?", "Ħelsu huma lis-Samarija minn idejja?", "Min huma fost l-allat kollha ta' dawn l-artijiet li ħelsu lil arthom minn idejja, biex issa jeħles il-Mulej lil Ġerusalemm minn idejja?", "U l-poplu baqa' sieket u ma weġbux, għax is-sultan kien ordnalhom: \"La tweġbuhx.\"", "U Eljakim bin Ħilkija, li kien jagħmel mill-palazz, u Sebna, is-segretarju, u Ġowaħ bin Asaph, il-kronista, marru għand Ħeżekija bi ħwejjiġhom imċarrta, u għarrfuh b'kulma kien qalilhom il-grankuppier."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.19", "bookref": "2KI.19", "text": ["It-telfa ta' Sanħerib", "Malli s-sultan Ħeżekija sama' b'dan ċarrat ilbiesu, u nkesa bi xkora, u mar fit-tempju tal-Mulej.", "U bagħat lil Eljakim, li kien jagħmel mill-palazz, lil Sebna, is-segretarju, u x-xjuħ tal-qassisin liebsa x-xkejjer għand il-profeta Isaija bin Amos.", "U qalulu: \"Dan jgħid Ħeżekija: 'Jum ta' diqa u kastig u għajb illum; l-ulied waslu għat-twelid, imma n-nisa bla saħħa.", "Għandu mnejn jisma' l-Mulej, Alla tiegħek, il-kliem kollu tal-grankuppier, mibgħut minn sidu s-sultan tal-Assirja, biex iżeblaħ lil Alla l-ħaj, u jrażżnu għall-kliem li sama' l-Mulej, Alla tiegħek.", "Itlob bil-qawwa għall-bqija li għad fadal.' \"", "U l-qaddejja ta' Ħeżekija marru għand Isaija.", "U Isaija qalilhom: \"Dan għidu lil sidkom: 'Dan jgħid il-Mulej: La tibżax mill-kliem li smajt, li bih il-qaddejja tas-sultan tal-Assirja żebilħuni.", "Arawni, se nqajjem spirtu fih, u malli jisma' aħbar jerġa' lura lejn artu, u hemm f'pajjiżu neqirdu bix-xabla.' \"", "Il-grankuppier raġa' lura, u sab lis-sultan tal-Assirja jitqabad kontra Libna, għax dan kien sama' li dan kien tbiegħed minn Lakis.", "U Sanħerib sama' lil min jgħid dwar Tirħaka, sultan ta' Kus: 'Ara, ħareġ jiġġieled miegħek.'", "Għalhekk raġa' bagħat xi messaġġiera għand Ħeżekija u qalilhom: \"Dan għidulu lil Ħeżekija, sultan ta' Ġuda: 'Lil Alla tiegħek, li fih int tqiegħed it-tama tiegħek, tħallihx iqarraq bik, billi jgħidlek li Ġerusalemm ma tistax tingħata f'idejn is-sultan tal-Assirja!", "Inti smajt x'għamlu s-slaten tal-Assirja lill-pajjiżi l-oħra kollha, kif qerduhom għalkollox.", "Int waħdek se teħles?", "Jaqaw il-ġnus li missirijieti qerdu, Gożan, Ħaran, Resef, u l-poplu ta' Għeden, li kienu jgħammru f'Telaxxar, ħelsuhom l-allat tagħhom?", "Fejn hu s-sultan ta' Ħamat, u s-sultan ta' Arfad, u s-sultan tal-belt ta' Sefarwajjin, ta' Ħena u ta' Għiwwa?' \"", "Ħeżekija ħa l-ittra minn id il-messaġġiera, u qraha.", "Imbagħad tala' fit-tempju tal-Mulej, u firixha quddiem il-Mulej.", "U Ħeżekija talab quddiem il-Mulej b'dan il-kliem: \"Mulej, Alla ta' Iżrael, li qiegħed fuq il-kerubini, int waħdek Alla fuq is-saltniet kollha tal-art, int għamilt is-smewwiet u l-art.", "Agħti widen, Mulej, u isma'; iftaħ għajnejk, Mulej, u ara!", "Isma' l-kliem ta' Sanħerib, li bih bagħat iżeblaħ lil Alla l-ħaj.", "Kollu minnu, Mulej, li s-slaten tal-Assirja ħarbtu l-ġnus u artijiethom, u xeħtu l-allat tagħhom fin-nar; imma dawk ma kinux allat, għax mhumiex ħlief ħatab u ġebel, xogħol ta' id il-bniedem u għalhekk setgħu jġibuhom fix-xejn.", "Issa, Mulej, Alla tagħna, salvana minn idu, u jkunu jafu s-saltniet kollha tal-art li inti waħdek Alla, il-Mulej.\"", "Imbagħad Isaija bin Amos, bagħat jgħid lil Ħeżekija: \"Dan jgħid il-Mulej, Alla ta' Iżrael.", "Kulma tlabtni dwar is-sultan Sanħerib, sultan tal-Assirja, jiena smajtu.", "Dan jgħid il-Mulej kontrih:", "\"Tistmerrek, tiddieħak bik,", "ix-xebba bint Sijon.", "Minn warajk tħarrek rasha,", "bint Ġerusalemm!", "Lil min għajjart u lil min żeblaħt?", "Kontra min għollejt leħnek,", "u rfajt għajnejk fil-għoli?", "Kontra l-Qaddis ta' Iżrael!", "Bil-messaġġiera tiegħek għajjart is-Sid,", "u għedt: 'Bil-kotra tal-karrijiet tiegħi,", "jien tlajt fil-għoli fuq il-muntanji,", "fuq il-qċaċet tal-Libanu.", "Qaċċatt l-ogħla ċedri tiegħu,", "l-isbaħ fost iċ-ċipress tiegħu;", "dħalt fl-ibgħad irkejjen tiegħu,", "fil-foresti tiegħu qishom ġonna.", "Jiena ħaffirt u xrobt", "l-ilma tal-barrani;", "jiena nixxift b'qiegħ saqajja", "l-widien kollha tal-Eġittu.'", "Ma smajtx jaqaw li sa minn żmien ilu, dan jien ħejjejtu?", "Minn żmien il-qedem jien kont sawwartu", "u issa temmejtu?", "Int kellek tagħmel gods ħerba", "bliet bis-swar.", "U nieshom, bla ħila,", "tħawdu u twerwru,", "saru bħal ħaxix tar-raba',", "bħal inbiet tari,", "bħal ħażiż tal-bjut,", "u sbul maħruq mir-riħ tal-Lvant.", "Kull meta int toqgħod,", "jew toħroġ, jonkella tidħol,", "jiena nkun naf.", "Ladarba żżarġant kontrija,", "u l-kburija tiegħek waslet f'widnejja,", "jiena ngħaddi ħolqti minn imnifsejk,", "u lġiem minn xufftejk,", "u rreġġgħek lura fi triqtek", "li minnha ġejt.", "\"U dan ikun is-sinjal: Din is-sena tiekol milli jinbet waħdu, sena oħra dak li jinbet minn dan, u fit-tielet sena tiżirgħu u taħsdu u tħawlu d-dwieli, u tieklu mill-għelejjel tagħhom.", "U l-fdal li jkun ħeles mid-dar ta' Ġuda jibqgħu u jxenxlu għeruqhom fil-fond, u jagħmlu l-frott fil-wiċċ.", "Għax minn Ġerusalemm joħroġ il-fdal, u mill-muntanja ta' Sijon il-meħlusin.", "Il-ħeġġa tal-Mulej tagħmel dan.", "\"Għalhekk dan jgħid il-Mulej għas-sultan tal-Assirja:", "'F'din il-belt ma jidħolx;", "ebda vleġġa ma jwaddab fiha;", "ebda tarka ma jressaq quddiemha;", "ebda ħajt ma jtella' madwarha.", "Mit-triq li minnha ġie,", "minnha jerġa' lura.", "U f'din il-belt ma jidħolx,", "oraklu tal-Mulej.", "Jiena nħares din il-belt u nsalvaha", "minħabba fija nnifsi,", "u minħabba David, il-qaddej tiegħi.' \"", "Ġara li dak il-lejl stess, ħareġ l-anġlu tal-Mulej fil-kamp tal-Assiri u qered mija u ħamsa u tmenin elf ruħ.", "Xħin qamu l-oħrajn filgħodu, hemm isibuhom ilkoll iġsma mejta.", "Imbagħad Sanħerib, sultan tal-Assirja, rafa' l-kamp u telaq u raġa' lura, u baqa' f'Ninwè.", "U kif kien mixħut fl-art fit-tempju ta' Nisrok, alla tiegħu, Adrammelek u Sareser, uliedu, darbuh bix-xabla, u huma ħarbu lejn l-art ta' Ararat.", "U laħaq sultan floku Esarħaddun, ibnu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.20", "bookref": "2KI.20", "text": ["Il-marda u l-fejqan ta' Ħeżekija", "F'dak iż-żmien Ħeżekija marad għall-mewt.", "U ġie għandu l-profeta Isaija bin Amos, u qallu: \"Dan jgħid il-Mulej: 'Aħseb għal darek, għax se tmut u ma tgħixx.'", "\" U Ħeżekija dawwar wiċċu lejn il-ħajt, u beda jitlob lill-Mulej u jgħid: \"Iddew Mulej, ftakar kif jien imxejt quddiemek b'fedeltà u b'qalb sħiħa u għamilt it-tajjeb f'għajnejk.\"", "U beka Ħeżekija biki kbir.", "Ġara li anqas kien għadu ħareġ fil-bitħa tan-nofs li ma ġietx fuq Isaija l-kelma tal-Mulej, u qallu: \"Erġa' lura u għid lil Ħeżekija, il-prinċep tal-poplu tiegħi: 'Dan jgħid il-Mulej, Alla ta' David missierek: Jien smajt it-talba tiegħek, rajt id-dmugħ tiegħek.", "Arani, issa se nfejqek u fit-tielet jum int titla' fit-tempju tal-Mulej.", "U ntawwal għomrok bi ħmistax-il sena oħra, u neħilsek minn idejn is-sultan tal-Assirja, lilek u lil din il-belt minħabba fija nnifsi, u minħabba David, il-qaddej tiegħi.'", "\" U Isaija qallu: \"Ġibuli ċappa tin.\"", "U ġabuhielu u qegħduhielu fuq il-ġerħa; u Ħeżekija fieq.", "U Ħeżekija staqsa lil Isaija: \"Liema hu s-sinjal li se nfiq, u tlitt ijiem oħra nitla' fit-tempju tal-Mulej?\"", "U Isaija wieġbu: \"Dan hu s-sinjal mill-Mulej li l-Mulej jagħmel dan li qallek: Trid li d-dell jimxi 'l quddiem għaxar tarġiet jew li jerġa' lura għaxar tarġiet?\"", "U Ħeżekija wieġbu: \"Ħaġa ħafifa li d-dell jitwal għaxar tarġiet.", "Le, ħa jerġa' lura għaxar tarġiet.\"", "U Isaija, il-profeta, talab lill-Mulej, u raġġa' lura għaxar tarġiet id-dell, li kien niżel mat-taraġ ta' Aħaż.", "Ħeżekija u s-sultan ta' Babilonja", "Dak iż-żmien Merodak-baladan bin Baladan, sultan ta' Babilonja, bagħat ittra u rigal lil Ħeżekija, għax kien sama' li Ħeżekija kien marad.", "Ħeżekija feraħ bihom u wriehom id-dar tat-teżor b'kulma kien hemm fiha: il-fidda u d-deheb, il-fwejjaħ u ż-żejt fin, l-armerija u kulma kien jinsab fl-imħażen tiegħu; ma kien hemm xejn f'daru u f'saltnatu li Ħeżekija ma wrihomlhomx.", "U l-profeta Isaija ġie għand is-sultan Ħeżekija u qallu: \"X'qalulek dawk in-nies?", "Mnejn ġew għandek?\"", "U Ħeżekija wieġbu: \"Minn art imbiegħda, ġew minn Babilonja.\"", "U qallu: \"X'raw fil-palazz tiegħek?\"", "U Ħeżekija wieġbu: \"Raw kulma jinsab fil-palazz tiegħi; ma kien hemm xejn fl-imħażen tiegħi li ma wrejthulhomx.\"", "U Isaija wieġeb lil Ħeżekija: \"Isma' l-kelma tal-Mulej: \"Ara, għad jiġi żmien li jinġarr f'Babilonja kulma jinsab f'darek u kulma ħażnu s'issa missirijietek, xejn ma jibqa'.", "Il-kelma tal-Mulej.", "U minn fost uliedek li għad joħorġu minnek, li int għad tnissel, jittieħdu u jkunu uffiċjali fil-palazz tas-sultan ta' Babilonja.\"", "U Ħeżekija qal lil Isaija: \"Sewwa l-kelma tal-Mulej, li għedt,\" għax ħaseb: \"Għallinqas fi żmieni jkun hemm il-paċi u s-sigurtà.\"", "Il-bqija tal-ġrajja ta' Ħeżekija, kemm wettaq, u kif għamel il-menqgħa u l-kanal , u wassal l-ilma fil-belt, jinsabu miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Ġuda.", "U Ħeżekija strieħ ma' missirijietu, u daħal isaltan floku ibnu Manassi."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.21", "bookref": "2KI.21", "text": ["Manassi sultan ta' Ġuda", "Kellu tnax-il sena Manassi meta beda jsaltan, u dam isaltan ħamsa u ħamsin sena f'Ġerusalemm; u ommu kien jisimha Ħefsiba.", "U għamel il-ħażin f'għajnejn il-Mulej, bħall-qżiżijiet tal-ġnus li Alla kien keċċa minn quddiem ulied Iżrael.", "Bena s-santwarji li Ħeżekija missieru kien qered, u waqqaf artali lil Bagħal, u għamel ix-xbihat tal-Asera bħalma kien għamel Aħab, sultan ta' Iżrael; u beda jqim l-eżerċti tas-sema u jaqdihom.", "U bena wkoll artali fit-tempju tal-Mulej, minkejja li l-Mulej kien qalilhom: \"F'Ġerusalemm inqiegħed ismi.\"", "U bena artali lill-eżerċti kollha tas-sema fiż-żewġ btieħi tat-tempju tal-Mulej.", "U għadda lil ibnu min-nar, taha għat-teħbir u s-seħer, u daħħal it-teħbir bil-mejtin u l-qari tal-ġejjieni, u għamel kemm felaħ ħażen f'għajnejn il-Mulej, tant li nkurlah sewwa.", "U qiegħed saħansitra xbieha tal-Asera, li kien għamel, fit-tempju, li l-Mulej kien ordna lil David u lil Salamun ibnu: \"F'dan it-tempju u f'Ġerusalemm li jien għażilt minn fost it-tribujiet kollha ta' Iżrael, inqiegħed ismi għal dejjem.", "U ma nħallix iżjed li riġel Iżrael jitħarrek mill-art li jien tajt lil missirijiethom; imma dan iseħħ biss jekk iqisu li jħarsu kulma ordnajtilhom skont il-liġi li tahom il-qaddej tiegħi Mosè.\"", "Iżda huma ma semgħux, u Manassi ħariġhom mit-triq u ġagħalhom jagħmlu agħar mill-ġnus li Alla kien qered minn quddiem ulied Iżrael.", "U l-Mulej tkellem permezz tal-qaddejja tiegħu l-profeti, u qalilhom: \"Ladarba Manassi, sultan ta' Ġuda, għamel dawn il-qżiżijiet, u agħar milli qatt għamlu l-Amurrin, li kien hemm qablu, u talli ġagħal lil Ġuda jidneb b'allatu, dan jgħid il-Mulej, Alla ta' Iżrael: 'Arani, se nġib id-deni fuq Ġerusalemm u Ġuda, u kull min jisma' biha jibdew itextxu widnejh.", "Immidd fuq Ġerusalemm il-ħabel tas-Samarija, u ċ-ċomb ta' dar Aħab, u nnaddaf lil Ġerusalemm bħalma tnaddaf platt, tnaddfu u taqilbu wiċċu 'l isfel.", "U jiena nitlaq il-fdal tal-wirt tiegħi, u nerħihom f'idejn l-għedewwa tagħhom, u huma jkunu priża u ħatfa tal-għedewwa tagħhom kollha.", "Għax huma għamlu l-ħażin f'għajnejja, u kienu jsaħħnuni sa minn meta missirijiethom ħarġu mill-Eġittu sal-ġurnata tal-lum.\"", "U Manassi wkoll xerred kotra kbira ta' demm bla ħtija, u mela bih lil Ġerusalemm minn tarf sa tarf, minbarra dnubietu li bihom ġagħal lil Ġuda jagħmlu l-ħażin f'għajnejn il-Mulej.", "U l-bqija tal-ġrajja ta' Manassi, u kulma għamel, u l-ħtijiet tiegħu li għamel, huma miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Ġuda.", "U strieħ Manassi ma' missirijietu, u difnuh fil-ġnien ta' daru, il-ġnien ta' Għużżija; u daħal isaltan floku Amon ibnu.", "Amon sultan ta' Ġuda", "Amon kellu tnejn u għoxrin sena meta beda jsaltan, u saltan sentejn f'Ġerusalemm; ommu kien jisimha Mesullemet bint Ħarus, minn Gotba.", "U għamel il-ħażin f'għajnejn il-Mulej, bħalma kien għamel Manassi, missieru.", "U qabad it-triq kollha li mexa fiha missieru, u kien iqim lill-allat foloz li missieru kien iservi u jqim.", "U telaq lill-Mulej Alla ta' missirijietu, u ma mexiex fit-triq tal-Mulej.", "U l-qaddejja ta' Amon ikkonfoffaw kontrih, u qatluh f'daru.", "Imma n-nies tal-pajjiż qatlu lil dawk kollha li kkonfoffaw kontra s-sultan Amon, u għamlu sultan floku lil Ġosija, ibnu.", "U l-bqija tal-ġrajja ta' Amon, u ta' kulma għamel huma miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Ġuda.", "U difnuh f'qabru fil-ġnien ta' Għużżija; u daħal isaltan minfloku Ġosija ibnu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.22", "bookref": "2KI.22", "text": ["Ġosija sultan ta' Ġuda", "Ġosija kellu tmien snin meta beda jsaltan, u saltan wieħed u tletin sena f'Ġerusalemm.", "Ommu kien jisimha Ġedida bint Għadajja, minn Boskat.", "U għamel is-sewwa f'għajnejn il-Mulej u mexa fit-triqat kollha ta' David missieru, u ma kisirx la lejn il-lemin u lanqas lejn ix-xellug.", "Ġara li fit-tmintax-il sena tas-sultan Ġosija, is-sultan bagħat lis-segretarju Safan bin Asalija, bin Mesullam, fit-tempju tal-Mulej, u qallu: \"Itla' għand Ħilkija, il-qassis il-kbir, ħa jgħodd il-flus kollha miġbura f'dar il-Mulej, li ġabru l-għassiesa tal-bieb mingħand il-poplu.", "U jagħtuhom f'idejn l-imgħallmin li jieħdu ħsieb ix-xogħol fit-tempju tal-Mulej, u dawn jgħadduhom lill-ħaddiema tat-tempju tal-Mulej biex isewwu l-ħsara fit-tempju; jgħadduhom lill-mastrudaxxi, lin-naġġara u lill-bennejja, biex jixtru l-injam u l-ġebel minġur għat-tiswija tat-tempju.", "Imma ma għandhomx jitolbuhom kontijiet tan-nefqa tal-flus għax qegħdin jaħdmu bis-sewwa.\"", "U Ħilkija, il-qassis il-kbir, qal lil Safan, is-segretarju: \"Sibt il-ktieb tal-liġi fit-tempju tal-Mulej .\"", "U Ħilkija ta l-ktieb lil Safan, u dan qrah.", "Safan, is-segretarju, mar għand is-sultan, wassallu r-risposta, u qallu: \"Il-qaddejja tiegħek ġabru l-flus li sabu fit-tempju u tawhom f'idejn l-imgħallmin, li jieħdu ħsieb ix-xogħol fit-tempju tal-Mulej.\"", "U Safan, is-segretarju, qallu wkoll: \"Ħilkija, il-qassis, tani dan il-ktieb.\"", "U Safan qrah quddiem is-sultan.", "Malli sama' l-kliem tal-ktieb tal-liġi, is-sultan ċarrat ħwejġu.", "Imbagħad is-sultan ordna lil Ħilkija, il-qassis, lil Aħikam bin Safan, u lil Għakbor bin Mikija, lil Safan, is-segretarju, u lil Għaxajja, qaddej tas-sultan, u qalilhom: \"Morru staqsu 'l-Mulej għalija, u għall-poplu, u għal Ġuda kollu dwar il-kliem li hawn f'dan il-ktieb li nstab, għax kbira hi l-korla tal-Mulej li xegħlet għalina, għax missirijietna ma semgħux minn kliem dan il-ktieb, u ma għamlux kulma hawn miktub fih għalina.\"", "U Ħilkija, il-qassis, u Aħikam u Għakbor u Safan u Għaxajja marru għand Ħulda, il-profetessa, mart Sallum bin Tikwa, bin Ħarħas, li kien jieħu ħsieb l-ilbies.", "Kienet toqgħod fit-tieni kwartier ta' Ġerusalemm.", "Meta kellmuha qaltilhom, \"Dan jgħid il-Mulej, Alla ta' Iżrael: 'Għidu lil min bagħatkom għandi: Dan jgħid il-Mulej: Arawni, se nġib il-ħsara fuq dan il-post, u fuq kull min jgħammar fih; il-kliem kollu li s-sultan ta' Ġuda qara f'dan il-ktieb, għax huma telquni biex ħarqu l-inċens lil allat oħra, u inkurlawni b'kulma għamlu idejhom, u jixgħel għadbi għal dan il-post, u ma jintefiex.'", "U lis-sultan ta' Ġuda li bagħatkom tistħarrġu lill-Mulej dan tgħidulu: 'Dan jgħid il-Mulej, Alla ta' Iżrael: Dwar il-kliem li int smajt, billi trattbet qalbek u umiljajt ruħek quddiem il-Mulej meta smajt x'għedt dwar dan il-post u dwar dawk li jgħammru fih, jiġifieri, li jkunu ta' biża' u ta' saħta; talli int ċarratt ħwejġek u bkejt quddiemi, jien ukoll smajtek.", "Oraklu tal-Mulej.", "'Arawni, għalhekk jien niġbrok ma' missirijietek, u tinġabar f'qabrek bis-sliem.", "U għajnejk ma jarawx il-ħsara kollha li se nġib fuq dan il-post.'", "\" U wasslu dan il-kliem lis-sultan."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.23", "bookref": "2KI.23", "text": ["Ir-riforma ta' Ġosija", "Imbagħad is-sultan bagħat jiġbor madwaru x-xjuħ kollha ta' Ġuda u ta' Ġerusalemm.", "U s-sultan tala' fit-tempju tal-Mulej, u miegħu n-nies kollha ta' Ġuda, u dawk kollha li kienu jgħammru f'Ġerusalemm, u l-qassisin u l-profeti u l-poplu kollu, miż-żgħir sal-kbir.", "U b'mod li jisimgħuh qara l-kliem kollu tal-ktieb tal-patt, li kien instab fit-tempju tal-Mulej.", "Is-sultan, wieqaf ħdejn il-pilastru, għamel patt quddiem il-Mulej li jimxi wara l-Mulej u jħares il-kmandamenti u l-preċetti u l-liġijiet tiegħu b'qalbu kollha u b'ruħu kollha, u jżomm il-kliem ta' dan il-patt, miktub f'dan il-ktieb.", "U l-poplu kollu qagħad għal dan il-patt.", "U s-sultan ordna lil Ħilkija, il-qassis il-kbir, u lill-qassis tat-tieni grad u lill-għassiesa tal-bieb biex joħorġu mit-tempju tal-Mulej it-tagħmir kollu magħmul f'ġieħ Bagħal u l-Asera u l-eżerċti kollha tas-sema.", "U ħaraqhom barra Ġerusalemm fir-raba' ta' Kedron, u xerred irmiedhom f'Betel.", "U neħħa l-qassisin tal-allat foloz li s-slaten ta' Ġuda kienu għamlu, u li kienu jaħarqu l-inċens fis-santwarji tal-ibliet ta' Ġuda, u fl-inħawi ta' Ġerusalemm; neħħa wkoll lil dawk li kienu jaħarqu l-inċens lil Bagħal, lix-xemx, lill-qamar u lill-kostellazzjonijiet tal-kwiekeb, u l-eżerċti kollha tas-sema.", "U ħareġ, mid-dar tal-Mulej, 'il barra minn Ġerusalemm, l-Asera fil-wied ta' Kedron, u ħaraqha fil-wied ta' Kedron, u għamilha rmied, u xerred irmiedha fuq l-oqbra ta' wlied il-poplu.", "U ħatt id-djar tar-rġiel prostituti tas-santwarji li kien hemm fit-tempju tal-Mulej, u li fihom in-nisa kienu jinsġu lbies għall-Asera.", "U ġieb il-qassisin kollha mill-ibliet ta' Ġuda, u niġġes is-santwarji fejn il-qassisin kienu jaħarqu l-inċens, minn Geba sa Birsaba.", "U ġarraf is-santwarji f'ġieħ l-allat mogħoż li kien hemm fid-daħla tal-bieb ta' Ġożwè, gvernatur tal-belt, int u dieħel, fuq ix-xellug.", "Imma l-qassisin tas-santwarji ma kinux jitilgħu fuq l-artal tal-Mulej f'Ġerusalemm, imma kienu jieklu l-ħobż ażżmu f'nofs ħuthom.", "U niġġes ukoll it-Tofet , li kien hemm fil-wied ta' Benħinnom, biex ħadd ma jgħaddi lil ibnu jew lil bintu min-nar f'ġieħ Molok.", "Neħħa wkoll iż-żwiemel li kienu qiegħdu s-slaten ta' Ġuda f'ġieħ ix-xemx fi dħul dar il-Mulej, ħdejn l-għorfa ta' Natanmelek, l-ewnuku, li kienet fil-bini ta' madwar it-tempju, u ħaraq fin-nar l-imriekeb tax-xemx.", "Is-sultan qered l-artali li kien hemm fis-setaħ tal-għorfa ta' Aħaż, li kienu għamlu s-slaten ta' Ġuda; u l-artali li kien għamel Manassi fiż-żewġ btieħi ta' dar il-Mulej, għamilhom frak u waddab trabhom fil-wied ta' Kedron.", "Is-sultan niġġes ukoll is-santwarji li kien hemm fuq il-Lvant ta' Ġerusalemm, u fuq in-naħa tan-Nofsinhar tal-għolja taż-żebbuġ li kien bena Salamun, is-sultan ta' Iżrael, f'ġieħ Għastarot, l-għajb tas-Sidonin, u f'Kemos, l-għajb ta' Mowab, u f'ġieħ Milkom, il-qżież ta' wlied Għammon.", "U kisser il-plieri, u qaċċat ix-xbihat tal-Asera, u mela l-post bl-għadam tan-nies.", "U ġarraf ukoll l-artal li kien hemm f'Betel, u s-santwarju li kien għamel Ġerobogħam bin Nebat, li kien waqqa' lil Iżrael fid-dnub; dan l-artal u dan is-santwarju qeridhom.", "Ħaraq is-santwarju u kisser il-ġebel tiegħu, u għamlu trab, u ħaraq ix-xbihat tal-Asera.", "Ġosija dar dawra madwaru, u ra l-oqbra li kien hemm fuq l-għolja, u bagħat iġib l-għadam mill-oqbra, u xerrdu fuq l-artali u niġġishom skont il-kelma tal-Mulej, imxandra mill-bniedem ta' Alla, meta Ġerobogħam kien ħdejn l-artal nhar il-festa.", "Imbagħad is-sultan ħares madwaru, u xeħet għajnejh fuq il-qabar tal-bniedem ta' Alla, li kien ħabbar dawn il-ħwejjeġ.", "Ġosija qal: \"X'inhu dak il-borġ ġebel li qiegħed nara?\"", "U weġbuh in-nies tal-belt: \"Il-qabar tal-bniedem ta' Alla li kien ġie minn Ġuda u ħabbar dawn il-ħwejjeġ li int għamilt issa, kontra l-artal ta' Betel.\"", "U hu wieġeb: \"Ħalluh, ħadd ma għandu jħarrek għadmu.\"", "Hekk għadmu baqa' sħiħ flimkien mal-għadam tal-profeta li kien ġie mis-Samarija.", "U Ġosija ġarraf il-bini kollu tas-santwarji li kien hemm fil-belt ta' Samarija, li kienu bnew is-slaten ta' Iżrael, biex inkurlaw lill-Mulej, u għamlilhom bħalma kien għamel f'Betel.", "U qatel fuq l-artali lill-qassisin kollha tas-santwarji li kien hemm, u ħaraq fuqhom l-għadam tan-nies.", "U raġa' lura Ġerusalemm.", "Il-festa tal-Għid", "Imbagħad is-sultan ordna lill-poplu kollu: \"Agħmlu l-Għid lill-Mulej, Alla tagħkom, skont ma hemm miktub f'dan il-ktieb tal-patt.\"", "Għax ma kien sar ebda Għid bħal dan sa minn żmien l-imħallfin li kienu jaħkmu fuq Iżrael u ż-żmien kollu tas-slaten ta' Iżrael u s-slaten ta' Ġuda.", "Kien fit-tmintax-il sena tas-sultan Ġosija li sar dan l-Għid f'ġieħ il-Mulej f'Ġerusalemm.", "U Ġosija qered ukoll lil dawk li kienu jsejħu l-erwieħ, u l-bassara, u t-terafim u l-idoli u l-qżiżijiet kollha li kont tara f'art Ġuda u Ġerusalemm, biex iħares il-kliem tal-liġi miktuba fil-ktieb li kien sab Ħilkija, il-qassis, fit-tempju tal-Mulej.", "U la qablu u lanqas qatt warajh ma kien hemm jew tfaċċa sultan li raġa' bħalu għal għand il-Mulej b'qalbu kollha, u b'ruħu kollha, u b'ħiltu kollha, biex iħares il-liġi ta' Mosè.", "Imma l-Mulej ma raġax lura mis-saħna kbira ta' għadbu li biha saħan għal Ġuda.", "Għax xegħel għadbu minħabba l-inkejja li biha kien inkieh Manassi.", "U għalhekk il-Mulej kien qal: \"Jiena nwarrab lil Ġuda wkoll minn quddiemi, bħalma warrabt lil Iżrael, u nwarrab lil din il-belt, lil Ġerusalemm li jien għażilt, u t-tempju li jien għedt, fih ikun jgħammar ismi.\"", "U l-bqija tal-ġrajja ta' Ġosija, u kulma għamel huma miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Ġuda.", "Fi żmienu l-Fargħun Neko, sultan tal-Eġittu, tala' kontra s-sultan tal-Assirja fuq ix-xmara tal-Ewfrat; u s-sultan Ġosija ħareġ iżommu f'Megiddu, imma l-Fargħun qatlu malli rah.", "U l-qaddejja tiegħu ġarrewh mejjet minn Megiddu, u wassluh Ġerusalemm, u difnuh f'qabru.", "U l-poplu tal-pajjiż ħadu lil Ġeħowaħaż bin Ġosija, u dilkuh u għamluh sultan minflok missieru.", "Ġeħowaħaż sultan ta' Ġuda", "Ġeħowaħaż kellu tlieta u għoxrin sena meta beda jsaltan, u baqa' jsaltan tliet xhur f'Ġerusalemm, u ommu kien jisimha Ħamutal bint Ġeremija, minn Libna.", "U għamel il-ħażin f'għajnejn il-Mulej, bħalma kienu għamlu missirijietu.", "Il-Fargħun Neko rabtu bil-ktajjen f'Ribla fil-pajjiż ta' Ħamat biex ma jsaltanx f'Ġerusalemm, u għabba lill-pajjiż bil-piż ta' mitt talent fidda u talent deheb.", "U Neko għamel sultan lil Eljakim bin Ġosija flok Ġosija, missieru, u bidillu ismu f'Ġeħojakim.", "U 'l Ġeħowaħaż qabdu u ħadu l-Eġittu, u dan miet hemmhekk.", "Ġeħojakim ħallas il-fidda u d-deheb lill-Fargħun, imma biex għamel dan kellu jġiegħel lill-pajjiż iħallas skont ma kien ordna l-Fargħun, kull wieħed kemm kien imissu, u hekk ġabar mingħand il-poplu l-fidda u d-deheb, biex iħallas lill-Fargħun Neko.", "Ġeħojakim sultan ta' Ġuda", "Ġeħojakim kellu ħamsa u għoxrin sena meta beda jsaltan, u dam isaltan ħdax-il sena f'Ġerusalemm; ommu kien jisimha Żebidda bint Pedaja, minn Rumah.", "U għamel il-ħażin f'għajnejn il-Mulej, kif kienu għamlu missirijietu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.24", "bookref": "2KI.24", "text": ["L-ewwel invażjoni tal-Babiloniżi ( QK)", "Fi żmienu Nabukodonosor, sultan ta' Babilonja, tala' kontra tiegħu; u Ġeħojakim dam taħt il-ħakma tiegħu għal tliet snin, imma mbagħad qam kontrih.", "U l-Mulej bagħatlu l-eżerċti tal-Kaldin, u l-eżerċti ta' Aram, u l-eżerċti ta' Mowab, u l-eżerċti ta' wlied Għammon, u bagħathom kontra l-art ta' Ġuda biex jeqirduha skont ma kien tkellem il-Mulej permezz tal-qaddejja tiegħu, il-profeti.", "Dan seħħ kontra Ġuda b'ordni tal-Mulej, biex iwarrabhom minn quddiem wiċċu minħabba d-dnubiet kollha li kien għamel Manassi.", "U minħabba d-demm bla ħtija li kien xerred; għax kien mela Ġerusalemm b'demm bla ħtija.", "Il-Mulej ma riedx jaħfer.", "U l-bqija tal-ġrajja ta' Ġeħojakim u kulma għamel huma miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta' Ġuda.", "U Ġeħojakim strieħ ma' missirijietu; u beda jsaltan floku Ġeħojakin, ibnu.", "U s-sultan tal-Eġittu ma ħariġx aktar mill-art tal-Eġittu, għaliex is-sultan ta' Babilonja ħa f'idejh kulma kellu s-sultan tal-Eġittu, mix-xmara tal-Eġittu sax-xmara tal-Ewfrat.", "Ġeħojakin sultan ta' Ġuda", "Ġeħojakin kellu tmintax-il sena meta sar sultan, u dam isaltan tliet xhur f'Ġerusalemm; ommu kien jisimha Neħusta bint Elnatan, minn Ġerusalemm.", "Huwa għamel il-ħażin quddiem il-Mulej, bħal dak kollu li għamel missieru.", "It-tieni invażjoni tal-Babiloniżi", "F'dik il-ħabta l-qaddejja ta' Nabukodonosor, sultan ta' Babilonja, telgħu għal Ġerusalemm, u l-belt għalquha f'assedju.", "Nabukodonosor resaq huwa wkoll għall-belt, waqt li l-qaddejja tiegħu kienu qegħdin idawruha minn kullimkien.", "Imbagħad Ġeħojakin, sultan ta' Ġuda, mar quddiem is-sultan ta' Babilonja, hu, ommu, il-qaddejja tiegħu, u l-kbarat u l-fizzjali tiegħu; u s-sultan ta' Babilonja qabdu priġunier fit-tmien sena tas-saltna tiegħu.", "Dan ġarr minn hemm it-teżori kollha tat-tempju tal-Mulej u t-teżori tal-palazz tas-sultan, u farrak it-tagħmir kollu tad-deheb li Salamun, sultan ta' Iżrael, kien għamel fit-tempju tal-Mulej; hekk seħħet il-kelma tal-Mulej.", "U ġarr fil-jasar lil Ġerusalemm kollha, il-kapijiet u l-qalbenin kollha tal-eżerċtu, għaxart elef ilsir, u l-ħaddieda u l-mastrudaxxi kollha; min-nies tal-pajjiż ma kienx fadal ħlief il-fqar.", "U ġarr fil-jasar f'Babilonja lil Ġeħojakin, lil omm is-sultan, in-nisa tas-sultan, il-fizzjali tiegħu u l-kbarat tal-pajjiż; ħadhom fl-eżilju minn Ġerusalemm f'Babilonja.", "Is-suldati kollha, sebat elef raġel; u l-ħaddieda u l-mastrudaxxi kollha, elf ruħ; u l-qalbenin kollha tajbin għall-gwerra; ilkoll ġarrhom is-sultan ta' Babilonja fl-eżilju ta' Babilonja.", "Minflok Ġeħojakin, is-sultan ta' Babilonja għamel sultan lil Mattanija, zijuh, u bidillu ismu f'Sedekija.", "Sedekija l-aħħar sultan ta' Ġuda", "Sedekija kellu wieħed u għoxrin sena meta beda jsaltan, u dam isaltan ħdax-il sena f'Ġerusalemm, u ommu kien jisimha Ħamutal bint Ġeremija, minn Libna.", "U għamel il-ħażin f'għajnejn il-Mulej bħal kulma kien għamel Ġeħojakim.", "Dan ġara minħabba l-korla tal-Mulej kontra Ġerusalemm u Ġuda, sa ma warrabhom minn quddiem wiċċu.", "U Sedekija qam kontra s-sultan ta' Babilonjia."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2KI.25", "bookref": "2KI.25", "text": ["Il-qerda ta' Ġerusalemm u l-eżilju ta' Ġuda", "Fid-disa' sena tas-sultan ta' Sedekija fl-għaxar xahar, fl-għaxra tax-xahar, Nabukodonosor, sultan ta' Babilonja, tala' għal Ġerusalemm, hu u l-eżerċtu tiegħu kollu, waqqaf il-kamp quddiemha, u tella' ħajt dawramejt magħha.", "U l-belt damet magħluqa f'assedju sal-ħdax-il sena tas-sultan Sedekija.", "Fir-raba' xahar, fid-disgħa tax-xahar , meta l-ġuħ kien qabad jaħkem sewwa fuq il-belt, u ma kienx hemm aktar ħobż għan-nies tal-pajjiż, infetħet tiċrita fis-swar tal-belt, u s-sultan, bis-suldati kollha miegħu, ħarab billejl billi għadda mill-bieb ta' bejn iż-żewġ ħitan li kien jagħti għall-ġnien tas-sultan; u, waqt li l-Kaldin kienu jdawru l-belt minn kull naħa, hu qabad it-triq tal-Għaraba.", "Is-suldati Kaldin telqulha għal wara s-sultan, u qabduh fil-wita ta' Ġeriko, fejn l-eżerċtu kollu tiegħu tferrex 'il bogħod minnu.", "Is-sultan qabduh u ħaduh f'Ribla għand is-sultan ta' Babilonja, u dan qatagħlu s-sentenza.", "Lil ulied Sedekija qatilhom quddiemu stess, u lil Sedekija għamieh, rabtu bil-ktajjen u ħadu Babilonja.", "Fil-ħames xahar, fis-sebgħa tax-xahar - kienet id-dsatax-il sena tas-sultan Nabukodonosor, sultan ta' Babilonja - Nebużaradan, kmandant tal-għases, fizzjal tas-sultan ta' Babilonja, daħal Ġerusalemm.", "Ħaraq it-tempju tal-Mulej, u l-palazz tas-sultan, u d-djar kollha kbar ta' Ġerusalemm.", "U s-suldati kollha tal-Kaldin, li kienu mal-kmandant tal-għases, ġarrfu s-swar ta' madwar Ġerusalemm.", "U kull min kien fadal mill-poplu li kienu baqgħu fil-belt, u dawk li kienu ċedew u għaddew għal mas-sultan ta' Babilonja, u l-bqija kollha tan-nies, Nebużaradan, il-kmandant tal-għases, ħadhom fl-eżilju.", "Il-kmandant tal-għases ħalla 'l xi wħud minn fost il-fqar tal-pajjiż biex jaħdmu l-oqsma tad-dwieli u r-raba'.", "U l-Kaldin kissru l-kolonni tal-bronż li kien hemm fit-tempju tal-Mulej, u l-imqagħad u l-vaska tal-bronż li kienet fit-tempju tal-Mulej, u ġarrew il-bronż tagħhom lejn Babilonja.", "U ħadu l-borom, u l-pwali u l-imqassijiet, u l-bwieqi, u t-tagħmir kollu tal-bronż li kienu jinqdew bihom fit-tempju, u ċ-ċnieser u t-twaġen.", "U l-kmandant tal-għases ħa l-ħwejjeġ tad-deheb b'deheb, u l-ħwejjeġ tal-fidda b'fidda.", "U ż-żewġ kolonni, u l-vaska l-waħda, u l-imqagħad li kien għamel Salamun għat-tempju tal-Mulej, il-bronż tagħhom ma kontx tiżnu.", "Kolonna waħda kienet tmintax-il driegħ għolja, u kellha fuqha kapitell tal-bronż, li kien għoli ħamest idriegħ; u l-kapitell kien hemm girlanda u rummien madwaru, kollox tal-bronż; u l-kolonna l-oħra bil-girlanda kienet l-istess.", "U l-kmandant tal-għases ħa wkoll lil Xeraja, il-qassis il-kbir, u lil Sefonija, il-qassis ta' warajh, u tliet għassiesa tal-bieb.", "U mill-belt ħa wieħed uffiċjal, li kien jieħu ħsieb in-nies tal-gwerra, u ħamest irġiel li kienu midħla tas-sultan li kienu jinsabu l-belt, u s-segretarju tal-kmandant tal-eżerċtu li kien jikteb in-nies tal-pajjiż fl-eżerċtu, u sittin raġel tal-pajjiż, li kienu nstabu fil-belt mill-poplu.", "Lil dawn ilkoll Nebużaradan, il-kmandant tal-għases, ħadhom u ġiebhom għand is-sultan ta' Babilonja f'Ribla.", "U s-sultan ta' Babilonja darabhom, u qatilhom f'Ribla fl-art ta' Ħamat.", "Hekk Ġuda kien itturufnat 'il bogħod minn artu.", "Gedalija gvernatur ta' Ġuda", "Il-poplu li baqa' f'art Ġuda, li kien ħalla Nabukodonosor, sultan ta' Babilonja, għamlilhom fuqhom gvernatur lil Gedalija bin Aħikam, bin Safan.", "Il-fizzjali tal-eżerċtu semgħu, huma u n-nies tagħhom, li s-sultan ta' Babilonja qiegħed lil Gedalija gvernatur, u ġew għand Gedalija f'Misfa: Ismagħel bin Netanija, Ġoħanan bin Kareja, Xeraja bin Tanħumet minn Netufa, Ġeżanija bin wieħed Magħkti, huma u n-nies tagħhom.", "U Gedalija ħalfilhom, lilhom u n-nies tagħhom, u qalilhom: \"La tibżgħux mill-qaddejja tal-Kaldin; oqogħdu fil-pajjiż; u servu lis-sultan ta' Babilonja, u jkollkom ir-risq.\"", "Imma fis-seba' xahar ġie Ismagħel bin Netanija, bin Elisama, minn nisel is-sultan, b'għaxart irġiel miegħu, u darbu lil Gedalija u dan miet, hu u l-Lhud, u l-Kaldin li kienu miegħu f'Misfa.", "U l-poplu kollu, mill-kbir saż-żgħir, u l-fizzjali tal-eżerċtu qabdu u rħewlha lejn l-Eġittu għax beżgħu mill-Kaldin.", "Is-sultan Ġeħojakin f'Babilonja", "U ġara li fis-sena sebgħa u tletin tal-eżilju ta' Ġeħojakin, sultan ta' Ġuda, fit-tnax-il xahar, fis-sebgħa u għoxrin tax-xahar, Ewilmerodak, is-sultan ta' Babilonja, fis-sena li laħaq sultan, rafa' ras is-sultan Ġeħojakin u ħarġu mill-ħabs.", "U beda jkellmu bil-ħlewwa u qegħedlu t-tron 'il fuq mit-tronijiet tas-slaten l-oħra, li kienu miegħu f'Babilonja.", "B'hekk Ġeħojakin seta' jbiddel ħwejġu li kellu fil-ħabs, u beda jiekol kuljum miegħu tul għomru kollu.", "U l-ikel tiegħu ta' kuljum kien jingħatalu mingħand is-sultan, is-sehem ta' kuljum f'jiemu, tul il-jiem kollha ta' ħajtu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.intro", "bookref": "1CH.intro", "text": ["IL-KOTBA TAL-KRONAKI", "L-EWWEL KTIEB TAL-KRONAKI", "Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb", "Bħall-kotba ta' Samwel u tas-Slaten, il-kotba tal-Kronaki jridu jitqiesu bħala ktieb wieħed maqsum fi tnejn għall-istess raġuni tal-qjies tal-parċmina.", "Għalkemm dawn iż-żewġ kotba jirrakkuntaw l-istess storja ta' Iżrael, huma jħarsu lejha minn angolu divers.", "Insibu l-istess ġrajjiet ripetuti, imma deskritti minn aspett differenti.", "Is-Sultan David hu l-aktar persunaġġ importanti fl-Ewwel Ktieb tal-Kronaki.", "Hu l-bniedem li bena Ġerusalemm u għamilha ċ-ċentru tal-qima lil Alla.", "Ħa ħsieb li Alla jirċievi l-qima xierqa mill-poplu.", "Hu wkoll jitqies bħala l-fundatur tat-tempju, għalkemm kien ibnu Salamun li fil-fatt bnieh.", "Jitqies ukoll bħala l-fundatur tal-liturġija fit-tempju.", "L-ewwel disa' kapitli ta' dan il-ktieb jippreżentaw listi tad-dixxendenti ta' Adam sa żmien Sawl, li l-mewt tiegħu nsibuha deskritta fl-għaxar kapitlu.", "Mill- -il kapitlu sal-aħħar (kap ) naqraw dwar is-sultan David li jsir il-mudell ta' kull min iqim u jobdi lil Alla.", "Din it-taqsima dwar David nistgħu nerġgħu naqsmuha f'partijiet oħra żgħar.", "L-ewwel insibu kif David sar sultan u kif għażel lil Ġerusalemm bħala l-belt kapitali (kap — ).", "Kien David li ġab l-Arka tal-Patt fil-Belt, u dan naqrawh f'kapitli sa .", "L-erba' kapitli ta' wara ( — ) jiddeskrivu xi ġrajjiet matul is-saltna ta' David; u l-aħħar kapitli ( — ) juruna l-preparazzjonijiet għall-bini tat-tempju bit-twissijiet li David ta lil ibnu Salamun dwar il-qima li kellha tingħata lil Alla.", "Fit-tmiem tar-renju tiegħu, David ifaħħar lil Alla quddiem il-poplu u jgħid:", "Imbierek int, Mulej, Alla ta' Iżrael, missierna, minn dejjem għal dejjem.", "Tiegħek, Mulej, il-kobor u l-qawwa, il-ġieħ, is-sebħ u t-tifħir: kulma hemm fis-sema u fl-art.", "Tiegħek is-saltna, Mulej, int kap fuq kulħadd.", "Minnek l-għana u s-sebħ; int taħkem fuq kollox ( , - ).", "It-taqsim tal-ktieb", "Arbli tar-razza u listi ( , — , )", "Il-mewt ta' Sawl ( , - )", "Ir-renju ta' David ( , — , )", "Inkwiet u suċċessi ( , — , )", "Preparazzjonijiet għall-bini tat-tempju ( , — , )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.1", "bookref": "1CH.1", "text": ["Minn Adam sa Abraham", "Adam, Seth, Enos , Kenan, Maħlalel, Ġared; Ħenok, Matusala, Lamek, Noè, Sem, Ħam u Ġafet.", "Ulied Ġafet: Gomer, Magog, Madaj, Ġawan, Tubal, Mesek, u Tiras.", "Ulied Gomer: Askenaż, Rifat, u Togarma.", "Ulied Ġawan: Elisa u Tarsis, Kittin u Rodanin.", "Ulied Ħam: Kus u Misrajm, Put u Kangħan.", "Ulied Kus: Seba, Ħawila, Sabta, Ragħma, u Sabteka.", "Ulied Ragħma: Seba u Dedan.", "U Kus wiled lil Nimrod; dan kien l-ewwel bniedem setgħani fl-art.", "Misrajm wiled lil-Ludin, l-Għanamin, u l-Leħabin, u n-Naftuħin, u l-Patrusin, u l-Kasluħin (mnejn ġew il-Filistin), u l-Kaftorin.", "Kangħan wiled lil Sidon, il-kbir tiegħu, u 'l Ħet u l-Ġebusin, u l-Amurrin, u l-Girgasin, il-Ħiwwin, u l-Għarakin u s-Sinin, u l-Arwadin, u s-Semarin, u l-Ħamatin.", "Ulied Sem: Għelam, Assur, Arfaksad, Lud, Aram, Għus, Ħul, Ġeter, u Mesek.", "Arfaksad wiled lil Selaħ, u Selaħ wiled lil Għeber.", "Lil Għeber twildulu żewġ ulied: wieħed kien jismu Peleg, għax fi żmienu tqassmet l-art, u ħuh kien jismu Ġoktan.", "Ġoktan wiled lil Almodad, lil Selef, lil Ħasarmawt, lil Ġeraħ, u lil Ħadoram, lil Użal, lil Dikla, lil Għebal, lil Abimajel, lil Seba, lil Ofir, lil Ħawila, u lil Ġobab; dawn kollha ulied Ġoktan.", "Sem, Arfaksad, Selaħ, Għeber, Peleg, Regħu, Xerug, Naħor, Teraħ, Abram, li hu Abraham.", "Minn Abraham sa Ġakobb", "Ulied Abraham: Iżakk u Ismagħel.", "Dan hu nisilhom: Nebajot, il-kbir ta' Ismagħel, Kedar, Adbel, Mibsam, Misma, Duma, Massa, Ħadad, Tema, Ġetur, Nafis, Kedma.", "Dawn huma wlied Ismagħel.", "Ulied Ketura, il-konkubina ta' Abraham: wildet lil Żimran, Ġoksan, Medan, Midjan, Isbak, u Suwaħ.", "Ulied Ġoksan: Seba u Dedan.", "Ulied Midjan: Għefa, Għefer, Ħenok, Abida u Eldagħa.", "Dawn kollha wlied Ketura.", "U Abraham wiled lil Iżakk.", "Ulied Iżakk: Għesaw u Iżrael.", "Ulied Għesaw: Elifaż, Regħwel, Ġegħus, Ġagħlam, u Koraħ.", "Ulied Elifaż: Teman, Omar, Sefi, Ġagħtam, Kenaż, Timna u Għamalek.", "Ulied Regħwel: Naħat, Żeraħ, Samma u Miżża.", "Ulied Xegħir: Lotan, Sobal, Sibgħon, Għana, Dison, Għeser u Disan.", "Ulied Lotan: Ħori u Ħomam; oħt Lotan: Timna.", "Ulied Sobal: Għalijan, Manaħat, Għebal, Sefi u Onam.", "Ulied Sibgħon: Ajja u Għana.", "Ulied Għana: Dison.", "Ulied Dison: Ħamran, Esban, Itran, u Keran.", "Ulied Għeser: Bilħan, Żagħwan, Ġagħkan.", "Ulied Disan: Għus u Aran.", "Is-slaten ta' Edom", "U dawn huma s-slaten li saltnu fl-art ta' Edom qabel ma beda jsaltan sultan fuq ulied Iżrael: Bela bin Begħor; il-belt tiegħu kien jisimha Dinħaba.", "U miet Bela, u warajh saltan Ġobab bin Żeraħ minn Bosra.", "Meta miet Ġobab, beda jsaltan floku Ħusam, mill-art tat-Temanin.", "Meta miet Ħusam, laħaq sultan floku Ħadad bin Bedad, li kisser lil Midjan fir-raba' ta' Mowab, u l-belt tiegħu kien jisimha Għawit.", "Ħadad miet, u floku beda jsaltan Xamla minn Masreka.", "U meta miet Xamla, laħaq sultan floku Sawl minn Reħobot tax-Xmara.", "U wara l-mewt ta' Sawl beda jsaltan floku Bagħal-ħanan bin Għakbor.", "U meta miet Bagħal-ħanan beda jsaltan floku Ħadad, u l-belt tiegħu kien jisimha Pagħi; u martu kien jisimha Meħetabel bint Matred, bint Miżaħab.", "Wara li miet Ħadad, dawn kienu l-kapijiet ta' Edom; il-kap Timna, il-kap Għalwa, il-kap Ġetet, il-kap Oħolibama, il-kap Ela, il-kap Pinon, il-kap Kenaż, il-kap Teman, il-kap Mibsar, il-kap Magdijel, il-kap Għiram.", "Dawn huma l-kapijiet ta' Edom."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.2", "bookref": "1CH.2", "text": ["Minn Iżrael sa David", "Dawn kienu wlied Iżrael: Ruben, Simgħon, Levi, Ġuda, Issakar, Żebulun, Dan, Ġużeppi, Benjamin, Naftali, Gad u Aser.", "Ulied Ġuda: Għer, Onan u Sela, it-tlieta twildulu minn bint Sugħa, il-Kangħanija; u Għer, il-kbir ta' Ġuda, kien ħażin f'għajnejn il-Mulej, u dan qatlu.", "U Tamar, mart ibnu, wilditlu lil Pereż u 'l Żeraħ; u hekk ulied Ġuda kienu ħamsa kollox.", "Ulied Pereż kienu: Ħesron u Ħamul.", "Ulied Żeraħ: Żimri, Etan, Ħeman, Kalkol u Darda: ħamsa kollox.", "Ulied Karmi kienu: Għakar, li ġieb l-inkwiet f'Iżrael għax dineb fi ħwejjeġ mogħtija għall-qerda.", "Wild Etan: Għażarija …", "L-ulied li twieldu lil Ħesron: Ġeraħmijel, Ram, Kelubaj.", "Ram wiled 'l Għamminadab; Għamminadab wiled lil Naħson, prinċep fost ulied Ġuda; u Naħson wiled lil Xalman; Xalman wiled lil Bogħaż; Bogħaż wiled lil Għobed; Għobed wiled lil Ġesse; Ġesse wiled lil Elijab, il-kbir tiegħu; lil Abinabad, it-tieni; lil Simgħa, it-tielet; lil Natanjel, ir-raba'; lil Raddaj, il-ħames; lil Osem, is-sitta; lil David, is-seba'.", "U ħuthom bniet kienu: Seruja u Abigajl.", "Ulied Seruja kienu: Abisaj, Ġowab u Għaxajel, tlieta kollox.", "Abigajl wildet lil Għamaxa; missier Għamaxa kien Ġeter, l-Ismagħeli.", "U Kaleb bin Ħesron wiled minn martu Għażuba lil Ġerigħot; u dawn kienu wliedha: Ġeser, Sobab, u Ardon.", "U mietet Għażuba u Kaleb ħa b'martu lil Efrat, u din wilditlu lil Ħur.", "U Ħur wiled lil Uri, u Uri wiled lil Besalel.", "U wara dan Ħesron resaq lejn bint Makir, missier Gilgħad; iżżewwiġha meta kellu sittin sena u wilditlu lil Xegub.", "U Xegub wiled lil Ġajir, u dan kellu tlieta u għoxrin belt f'Gilgħad.", "Imma Gesur u Aram ħadulhom minn taħt idejhom lil Ħawwot-ġajjir, Kenat u l-ibliet tagħha: sittin belt.", "Dawn kollha kienu wlied Makir, missier Gilgħad.", "U meta miet Ħesron, Kaleb resaq lejn Efrat, mart Ħesron missieru, u wilditlu lil Asħur, missier Tekugħa.", "Ulied Ġeraħmijel, il-kbir ta' Ħesron: Ram, il-kbir; Buna, Oren, Osem, u Aħija.", "Ġeraħmijel kellu mara oħra jisimha Għatara, li kienet omm Onam.", "Ulied Ram, il-kbir ta' Ġeraħmijel, kienu: Magħas, Ġamin, Għeker.", "U wlied Onam kienu: Sammaj u Ġada; u wlied Sammaj kienu: Nadab u Abisur.", "U l-mara ta' Abisur kien jisimha Abiħajil, u wilditlu lil Aħban, u lil Molid.", "U wlied Nadab: Seled u Affajim.", "Seled miet bla tfal.", "U wlied Affajim: Isgħi.", "Ulied Isgħi: Sesan.", "Ulied Sesan: Aħlaj.", "U wlied Ġada, ħu Sammaj: Ġeter u Ġonatan; u Ġeter miet bla tfal.", "U wlied Ġonatan: Pelet u Żaża.", "Dawn kienu wlied Ġeraħmijel.", "Sesan ma kellux subien, imma bniet biss.", "Sesan kellu lsir Eġizzjan li kienu jismu Ġarħa.", "U Sesan ta lil Ġarħa, l-ilsir tiegħu, lil bintu b'martu, u wilditlu lil Għattaj.", "U Għattaj wiled lil Natan, u Natan wiled lil Żabad.", "U Żabad wiled lil Eflal; u Eflal wiled lil Għobed.", "U Għobed wiled lil Ġeħu, u Ġeħu wiled lil Għażarija.", "U Għażarija wiled lil Ħeles, u Ħeles wiled lil Elgħaxa.", "U Elgħaxa wiled lil Sismaj, u Sismaj wiled lil Sallum.", "U Sallum wiled lil Ġekamija, u Ġekamija wiled lil Elisama.", "U wlied Kaleb, ħu Ġeraħmijel: Maresa, il-kbir tiegħu, li kien missier Żif.", "U wlied Maresa, missier Ħebron.", "Ulied Ħebron kienu: Koraħ u Taffuħa, Rekem u Sema.", "Sema wiled lil Raħam, missier Ġorkegħam; u Rekem wiled lil Sammaj.", "U bin Sammaj: Magħon; u Magħon kien missier Betsur.", "U Għefa, konkubina ta' Kaleb, wildet lil Ħaran, u lil Mosa, u lil Gażeż; u Ħaran wiled lil Gażeż.", "U wlied Ġaħdaj: Regem, Ġotam, Gesan, Pelet, Għefa u Sagħaf.", "Magħka, konkubina ta' Kaleb, wildet lil Seber u lil Tirħana, u wildet ukoll lil Sagħaf, missier Madmanna; lil Sewa, missier Makbena; u lil missier Gibgħa; u bint Kaleb kienet Għaksa.", "Dawn kienu wlied Kaleb.", "Ulied Ħur, il-kbir ta' Efrata: Sobal, missier Kirjat-ġegħarim; Salma, missier Betlehem; Ħaref, missier Bet-gader.", "U wlied Sobal, missier Kirjat-ġegħarim, kienu: Ħarwe, nofs il-Manaħtin.", "U l-familji ta' Kirjat-ġegħarim, kienu: il-Ġetrin, il-Putin u s-Sumatin, u l-Misragħin.", "Minn dawn ħarġu s-Sorgħatin u l-Estawlin.", "Ulied Xalmon: Betlehem u Netufin, Għatrot-bet-ġowab, u nofs il-Manaħtin, u s-Sorgħin.", "U l-familji ta' Soferim li kienu jgħammru f'Ġabes: Tirgħatin, Simgħatin u Sukatin.", "Dawn kienu l-Kenin, li tnisslu minn Ħamat, missier id-dar ta' Rekab."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.3", "bookref": "1CH.3", "text": ["Il-familja ta' David", "U dawn kienu wlied David li twildulu f'Ħebron: il-kbir Amnon minn Aħinogħam, il-Ġeżragħelija; it-tieni, Danjel minn Abigajl, il-Karmelija; it-tielet, Absalom bin Magħka, bint Talmaj, sultan ta' Gesur; ir-raba', Adonija bin Ħaggit; il-ħames, Sefatija minn Abital; is-sitta, Itrigħam minn Għegla martu.", "Sitta tweldulu f'Ħebron, fejn saltan għal seba' snin u sitt xhur.", "U tlieta u tletin sena saltan f'Ġerusalemm.", "U dawn tweldulu f'Ġerusalemm: Simgħa, Sobab, Natan u Salamun, erbgħa minn Batsugħa, bint Għammijel.", "U Ibħar, Elisama, u Elifelet, Noga, Nefeg, Ġafigħa, Elisama, Eljada, u Elifelet, disgħa kollox.", "Dawn kienu l-ulied kollha ta' David, minbarra l-ulied tal-konkubini, u Tamar oħthom.", "U wlied Salamun kienu: Reħobogħam; Abija, ibnu; Asa, ibnu; Ġosafat, ibnu; Ġoram, ibnu; Aħażija, ibnu; Ġowas, ibnu; Amasija, ibnu; Għażarija, ibnu; Ġotam, ibnu; Aħaż, ibnu; Ħeżekija, ibnu; Manassi, ibnu; Amon, ibnu; Ġosija, ibnu.", "U wlied Ġosija kienu: il-kbir, Ġoħanan; it-tieni, Ġeħojakim; it-tielet, Sedekija; ir-raba' Sallum.", "U wlied Ġeħojakim kienu: Ġekonija, ibnu; Sedekija, ibnu.", "U wlied Ġekonija, l-ilsir, kienu: Saltijel, ibnu; u Malkiram, Pedaja, Senassar, Ġekamija, Ħosama u Nedabija.", "U wlied Pedaja: Żerubbabel u Simgħi.", "U wlied Żerubbabel kienu: Mesullam, Ħananija, u Selomit oħthom; Ħasuba, Oħel, Berekija, Ħasadija, Ġusab-ħesed, ħamsa kollox.", "Ulied Ħananija: Pelatija u Ġesagħija, ibnu; Refaja, ibnu; Arnan, ibnu; Għobadija, ibnu; Sekanija, ibnu.", "U wlied Sekanija kienu: Semajja, u wlied Semajja kienu: Ħattus, Igal, Barijaħ, Nagħrija u Safat, sitta kollox.", "U wlied Nagħrija: Elijugħenaj, Ħiżkija, u Għażrikam, tlieta kollox.", "U wlied Elijugħenaj kienu: Ħodawija, Eljasib, Pelaja, Għakkub, Ġoħanan, Delaja, u Għanani, sebgħa kollox."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.4", "bookref": "1CH.4", "text": ["Il-familja ta' Ġuda", "U wlied Ġuda kienu: Pereż, Ħesron, Karmi, Ħur u Sobal.", "Raja bin Sobal wiled lil Ġaħat; u Ġaħat wiled lil Aħumaj u lil Laħad.", "Dawn huma l-familji tas-Sorgħatin.", "Dawn huma wlied Għetam: Ġeżragħel, Isma, Idbas; u oħthom kien jisimha Ħaslelfoni.", "Penuwel kien missier Gedorh, u Għeżer kien missier Ħusa.", "Dawn kienu wlied Ħur: il-kbir ta' Efrata, missier Betlehem.", "U Asħur, missier Tekugħa, kellu żewġ nisa: Ħela u Nagħra.", "U Nagħra wilditlu lil Aħużżam, u lil Ħefer, u lil Temeni, u lil Ħaħastari.", "Dawn kienu wlied Nagħra.", "U wlied Ħela: Seret, Isħar, u Etnan.", "U Kas wiled lil Għanub, lil Sobeba u l-familji ta' Aħarħel, iben Ħarum.", "U Ġagħbes kien imweġġaħ aktar minn ħutu; ommu semmietu Ġagħbes, għax, qalet, fl-uġigħ wilidtu.", "Ġagħbes sejjaħ lil Alla ta' Iżrael u qal: \"Li kont tberikni u twessa' l-fruntieri tal-art tiegħi, u tkun idek miegħi u żżommni 'l bogħod mill-ħsara, li ma tilħaqnix.\"", "U Alla tah li talab.", "U Kelub, ħu Suħa, wiled lil Meħir, li kien missier Estun.", "U Estun wiled lil Betrafa, lil Paseħa, u lil Teħinna, missier Għir-naħas.", "Dawn kienu l-irġiel ta' Reka.", "U wlied Kenaż: Għotnijel u Seraja.", "U wlied Għotnijel: Ħatat u Megħonotaj.", "Megħonotaj wiled lil Għofra; u Seraja wiled lil Ġowab, missier il-Geħarasim, għax kienu nies tas-sengħa.", "U wlied Kaleb bin Ġefunni: Għir, u Ela, u Nagħam; u wlied Ela: Kenaż.", "U wlied Ġeħallelijel: Żif, Żifa, Tirija, Axarel. aU wlied Għeżra: Ġeter, Mered, Għefer u Ġalon. bU dawn kienu wlied Bitija bint il-Fargħun, li kien iżżewwiġha Mered. bU hi tqalet u wildet lil Mirjam, lil Sammaj u lil Isba, missier Estemogħa. aU martu, il-Lhudija, wildet lil Ġered, missier Gedor; Ħeber, missier Xoku; u Ġekutijel, missier Żanuħa.", "U wlied il-mara ta' Ħodija, oħt Naħam, kienu missier Kegħila, il-Garmi, u missier Estemogħa, il-Magħkati.", "U wlied Simon kienu: Amnon u Rinna, Benħanan, u Tilon.", "U wlied Isgħi: Żoħet u Benżoħet.", "Ulied Sela bin Ġuda: Għer, missier Leka; u Lagħda, missier Maresa, u l-familji tal-ħaddiema tal-għażel, u l-familji ta' Betasbigħa; u Ġokim u l-irġiel ta' Kożeba, u Ġowas u Xaraf, li ħakmu fuq Mowab u reġgħu lura lejn Leħem - dawn tifkiriet qodma.", "Dawn kienu l-fuħħarin li kienu joqogħdu f'Netagħim u Gedera, u għammru hemm għand is-sultan biex jaħdmulu.", "Il-familja ta' Simgħon", "Ulied Simgħon kienu: Nemwel, Ġamin, Ġarib, Żeraħ, u Sawl.", "Sallum, ibnu; Mibsam, ibnu; Misma, ibnu.", "U wlied Misma kienu: Ħammuwel, ibnu; Żakkur, ibnu; Simgħi, ibnu; U Simgħi kellu sittax-il tifel u sitt ibniet.", "Ħutu ma kellhomx ħafna tfal, u l-familji tagħhom ħadd minnhom ma kotor daqs dawk ta' wlied Ġuda.", "Għammru f'Birsaba, Molada, Ħasar-sugħal; u f'Bilħa, f'Għesem, f'Tolad, f'Betwel, f'Ħorma, f'Siklag, f'Bet-markabot, f'Ħasarsusim, f'Bet-biri u f'Sagħarajm.", "Dawn kienu bliethom sakemm kien isaltan David, bl-irħula tagħhom: Għetam, Għajn, Rimmon, Token, u Għasan; ħamest ibliet kollox bl-irħula tagħhom kollha li kienu madwar dawn l-ibliet sa Bagħal.", "Dawn huma l-għamajjar tagħhom, u ktieb in-nisel tagħhom.", "U Mesobab, Ġamlek, Ġosa bin Amasija; Ġoel, Ġeħu bin Ġosibija, bin Xerajja, bin Għaxjel, Elijugħenaj, Ġagħkoba, Ġesoħaja, Għasajja, Għadijel, Geximjel, Benajja.", "U Żiża bin Sifgħi, bin Allon, bin Ġedajja, bin Żimri, bin Semajja.", "Dawn li ġibniehom b'isimhom kienu prinċpijiet fil-familji tagħhom, u djar missirijiethom kotru ħafna.", "Huma marru lejn id-daħla ta' Gedor lejn il-Lvant tal-wied, ifittxu l-mergħa għall-imrieħel tagħhom.", "U sabu mergħa bnina u tajba, u art wiesgħa, kwieta u mistrieħa, għax dawk li kienu jgħammru fiha qabel kienu ġejjin minn Ħam.", "Dawn, miktubin hawn b'isimhom, fi żmien Ħeżekija, sultan ta' Ġuda, ġew u qerdu t-tined tagħhom u lill-Megħunin, li kienu jinsabu hemm, u qerduhom kif għadhom sa llum, u bdew jgħammru flokhom, għax kien hemm il-mergħa tajba għall-imrieħel tagħhom.", "U xi wħud minnhom, minn ulied Simgħon, baqgħu sejrin sal-muntanja ta' Xegħir, ħames mitt raġel, b'kapijiet tagħhom: Pelatija, Nagħrija, Refaja u Għużżijel, ulied Isgħi.", "U huma qerdu l-fdalijiet ta' Għamalek, u baqgħu jgħammru hemm sal-lum."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.5", "bookref": "1CH.5", "text": ["Il-familja ta' Ruben", "U wlied Ruben, il-kbir ta' Iżrael, (kien il-kbir, imma billi niġġes friex missieru, il-primoġenitura ngħatat lil ulied Ġużeppi bin Iżrael, għalhekk mhux imniżżel fl-arblu tar-razza bħala l-kbir.", "Għalkemm Ġuda kien qawwi fost ħutu u minnu ħareġ prinċep, il-primoġenitura ħadha Ġużeppi); ulied Ruben, il-kbir ta' Iżrael kienu: Ħanok, Pallu, Ħesron, u Karmi.", "Ulied Ġoel: Semajja, ibnu; Gog, ibnu; Simgħi, ibnu; Mika, ibnu; Raja, ibnu; Bagħal, ibnu; Bera, ibnu, li Tiglat-pileser, sultan tal-Assirja, ħadu fl-eżilju, kien il-prinċep tar-Rubenin.", "U ħutu skont il-familji tagħhom, kif inhuma miktubin fl-arblu tar-razza skont il-ġenerazzjonijiet tagħhom kienu: il-kap Ġegħijel, Żakkarija, Bela bin Għażaż, bin Sema, bin Ġoel, li kien jgħammar f'Għarogħer, sa Nebu u Bagħal-megħon.", "Kien jgħammar ukoll lejn il-Lvant sa dħul id-deżert lil hinn min-naħa tax-xmara tal-Ewfrat, għax l-imrieħel tagħhom kienu tkattru fl-art ta' Gilgħad.", "U fi żmien Sawl ħabtu għall-Ħagrin, u dawn waqgħu f'idejhom; u għammru fit-tined tagħhom fuq in-naħa kollha tal-Lvant ta' Gilgħad.", "Il-familja ta' Gad", "U wlied Gad kienu jgħammru biswithom fl-art ta' Basan sa Saleka: Ġoel, l-ewwel; Safam, it-tieni; Ġagħnaj; u Safat f'Basan.", "U ħuthom skont id-djar ta' missirijiethom kienu: Mikiel, Messullam, Seba, Ġoraj, Ġagħkan, Żigħa, Għeber - sebgħa kollox.", "Dawn ulied Abiħajl bin Ħuri, bin Ġaruħa, bin Gilgħad, bin Mikiel, bin Ġesisaj, bin Ġaħdu, bin Buż; Aħi bin Għabdijel, bin Guni, il-kap tad-djar ta' missirijiethom.", "U kienu jgħammru f'Gilgħad f'Basan, u fl-ibliet tagħha, u fil-mergħat kollha ta' Saron sat-truf kollha tagħhom.", "Dawn kollha kienu magħduda u miktubin fi żmien Ġotam, sultan ta' Ġuda, u fi żmien Ġerobogħam, sultan ta' Iżrael.", "Ulied Ruben u Gad, u nofs it-tribù ta' Manassi, irġiel ta' ħila, kellhom irġiel li kienu jġorru t-tarka u x-xabla, jiġbdu l-qaws u mħarrġin fit-taqbid, erbgħa u erbgħin elf, seba' mija u sittin ruħ lesti biex joħorġu għall-gwerra.", "U għamlu gwerra kontra l-Ħagrin, u kontra Ġetur, Nafis, u Nodab; u huma kienu megħjunin kontrihom, u waqqgħu f'idejhom lill-Ħagrin u lil dawk kollha li kienu magħhom, għax huma sejħu lil Alla waqt il-ġlied u semagħhom għax ittamaw fih.", "U ħadulhom l-imrieħel tagħhom: ħamsin elf ġemel, mitejn u ħamsin elf nagħġa, elfejn ħmar, u mitt elf ruħ ħajjin.", "U ħafna waqgħu mejta għax il-gwerra kienet ġejja minn Alla, u baqgħu jgħammru flokhom sal-eżilju.", "Nofs it-tribù ta' Manassi", "U wlied in-nofs tribù ta' Manassi kienu jgħammru fl-art li tieħu minn Basan sa Bagħal-ħermon, Xenir, u l-muntanja tal-Ħermon; u kienu ħafna.", "U dawn kienu l-kapijiet ta' djar missirijiethom: Għefer, Isgħi, Elijel, Għażrijel, Ġeremija, Ħodawija, u Ġaħdijel, nies qalbiena, nies imsemmija, kapijiet ta' djar missirijiethom.", "Imma dinbu kontra Alla ta' missirijiethom, u żnew wara allat il-ġnus tal-pajjiż, li Alla kien qered minn quddiemhom.", "Għalhekk Alla ta' Iżrael qanqal ir-ruħ ta' Pul, is-sultan tal-Assirja, jiġifieri r-ruħ ta' Tiglat-pileser, is-sultan tal-Assirja, u eżiljahom: lir-Rubenin, lill-Gadin, u n-nofs tribù ta' Manassi, u ħadhom f'Ħalaħ, Ħabor, Ħara, u x-xmara ta' Gożan, fejn għadhom hemm sal-lum.", "Il-familja ta' Levi", "Ulied Levi kienu : Gersun, Keħat, Merari.", "U wlied Keħat: Għamram, Isħar, Ħebron u Għużżijel.", "U wlied Għamram: Aron, Mosè, u Mirjam.", "U wlied Aron: Nadab, Abiħu, Elgħażar u Itamar.", "Elgħażar wiled lil Fineħas; Fineħas wiled lil Abisugħa, u Abisugħa wiled lil Bukki; u Bukki wiled lil Għużżi; u Għużżi wiled lil Żeraħija; u Żeraħija wiled lil Merajot; Merajot wiled lil Amarija, u Amarija wiled lil Aħitub.", "Aħitub wiled lil Sadok, u Sadok wiled lil Aħimagħas.", "U Aħimagħas wiled lil Għażarija, u Għażarija wiled lil Ġoħanan.", "U Ġoħanan wiled lil Għażarija.", "Dan kien li kien iservi ta' qassis fit-tempju li kien bena Salamun f'Ġerusalemm.", "Għażarija wiled lil Amarija, u Amarija wiled lil Aħitub.", "U Aħitub wiled lil Sadok; u Sadok wiled lil Sallum; u Sallum wiled lil Ħilkija; u Ħilkija wiled lil Għażarija.", "U Għażarija wiled lil Xeraja, u Xeraja wiled lil Ġeħosadak.", "U Ġeħosadak mar fl-eżilju meta l-Mulej eżilja lil Ġuda u 'l Ġerusalemm permezz ta' Nabukodonosor."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.6", "bookref": "1CH.6", "text": ["Ulied Levi kienu: Gersum, Keħat, u Merari.", "U dawn l-ismijiet ta' wlied Gersum: Libni u Simgħi.", "U wlied Keħat: Għamram, u Isħar, Ħebron u Għużżijel.", "Ulied Merari: Maħli u Musi.", "U dawn huma l-familjari tal-Leviti skont missirijiethom:", "Minn Gersum: Libni, ibnu; Ġaħat, ibnu; Żimma, ibnu; Ġowaħ, ibnu; Għiddu, ibnu; Żeraħ, ibnu; Ġejteraj, ibnu.", "Ulied Keħat: Għamminadab, ibnu; Koraħ, ibnu; Assir, ibnu; Elkana, ibnu; Ebijasaf, ibnu; Assir, ibnu; Taħat, ibnu; Urijel, ibnu; Għużżija, ibnu; Sawl, ibnu.", "U wlied Elkana: Għamasaj u Aħimot; Elkana, ibnu; Sofaj, ibnu; Naħat, ibnu; Elijab, ibnu; Ġeroħam, ibnu; Elkana, ibnu.", "Ulied Samwel: Ġoel, il-kbir, u Abija, it-tieni.", "Ulied Merari: Maħli; Libni, ibnu; Simgħi, ibnu; Għużża, ibnu; Simgħa, ibnu; Ħaggija, ibnu; Għasaja, ibnu.", "Dawn kienu n-nies li David kien ħatar għat-tmexxija tal-kant fit-tempju tal-Mulej, meta l-arka sabet postha.", "U kienu jservu bħala kantanti quddiem it-tabernaklu tat-tinda tal-laqgħa sa ma bena Salamun it-tempju tal-Mulej f'Ġerusalemm, u kienu jservu bl-ordni kif kien imisshom.", "Dawn huma n-nies u wliedhom li kienu jservu.", "Minn ulied il-Keħatin: Ħeman, il-kantant, bin Ġoel, bin Samwel, bin Elkana, bin Ġeroħam, bin Elijel, bin Towaħ, bin Suf, bin Elkana, bin Maħat, bin Għamasaj, bin Elkana, bin Ġoel, bin Għażarija, bin Sefanija, bin Taħat, bin Assir, bin Ebijasaf, bin Koraħ, bin Isħar, bin Keħat, bin Levi, bin Iżrael; u ħuh Asaf, li kien joqgħod fuq il-lemin tiegħu, jiġifieri, Asaf bin Berekija, bin Simgħi, bin Mikiel, bin Bagħasejja, bin Malkija, bin Etni, bin Żeraħ, bin Għadaja, bin Etan, bin Żimma, bin Simgħi, bin Ġaħat, bin Gersum, bin Levi; u wlied Merari, ħuthom, li kienu joqogħdu fuq ix-xellug; Etan bin Kis, bin Għabdi, bin Malluk, bin Ħasabija, bin Amasija, bin Ħilkija, bin Amsi, bin Bani, bin Semer, bin Maħli, bin Musi, bin Merari, bin Levi.", "U ħuthom il-Leviti kienu maħtura għas-servizz kollu tat-tabernaklu tat-tempju ta' Alla.", "U Aron u wliedu kienu joffru fuq l-artal tas-sagrifiċċju tal-ħruq, u fuq l-artal tal-inċens; huma wkoll kienu jieħdu ħsieb is-servizz kollu tal-post il-qaddis u jitolbu maħfra għal Iżrael skont kulma kien ordna Mosè, il-qaddej ta' Alla.", "U dawn kienu wlied Aron: Elgħażar, ibnu; Fineħas, ibnu; Abisugħa, ibnu; Bukki, ibnu; Għużżi, ibnu; Żeraħija, ibnu; Merajot, ibnu; Amarija, ibnu; Aħitub, ibnu; Sadok, ibnu; u Aħimagħas, ibnu.", "U dawn huma l-għamajjar tagħhom skont il-limiti ta' sehemhom.", "Lil ulied Aron tal-familja tal-Keħatin, għax messithom l-ewwel xorti, tawhom Ħebron bil-mergħat ta' madwarha fl-art ta' Ġuda.", "Imma r-raba' tal-belt u l-irħula tagħha ngħataw lil Kaleb bin Ġefunni.", "U lil ulied Aron ingħataw Ħebron, belt tal-kenn, Libna bil-mergħat tagħha, Ġattir u Estemgħa bil-mergħat tagħhom, Ħilen bil-mergħat tagħha, Debir bil-mergħat tagħha, Għasan bil-mergħat tagħha, Betxemex bil-mergħat tagħha.", "U mit-tribù ta' Benjamin, Geba bil-mergħat tagħha, Għalemet bil-mergħat tagħha, Għanatot bil-mergħat tagħha - l-ibliet kollha tagħhom kienu tlittax bil-mergħat tagħhom.", "U lill-bqija ta' wlied Keħat, skont il-familji tagħhom, messhom bix-xorti għaxart ibliet mit-tribù ta' Efrajm, mit-tribù ta' Dan u minn nofs it-tribù ta' Manassi.", "U lil ulied Gersom skont il-familji tagħhom messhom bix-xorti tlittax-il belt mit-tribù ta' Issakar, ta' Aser, ta' Naftali u minn nofs it-tribù ta' Manassi f'Basan.", "U lil ulied Merari skont il-familji tagħhom messhom bix-xorti tnax-il belt mit-tribù ta' Ruben, ta' Gad, u ta' Żebulun.", "U wlied Iżrael taw dawn l-ibliet bil-mergħat tagħhom lil-Leviti; tawhomlhom bix-xorti mit-tribù ta' wlied Ġuda, u mit-tribù ta' wlied Simgħon, u mit-tribù ta' wlied Benjamin; dawn l-ibliet jissemmew b'isimhom.", "U l-familji ta' wlied Keħat kisbu bix-xorti bliet mit-tribù ta' Efrajm; u tawhom dawn l-ibliet tal-kenn: Sikem bil-mergħat tagħha fil-muntanji ta' Efrajm, Geżer bil-mergħat tagħha, Ġokmegħam bil-mergħat tagħha, Betħoron bil-mergħat tagħha, Ajjalon bil-mergħat tagħha, u Gat-rimmon bil-mergħat tagħha, u minn nofs it-tribù ta' Manassi, Għaner bil-mergħat tagħha, Bilgħam bil-mergħat tagħha għall-familji tal-bqija ta' wlied Keħat.", "U lil ulied Gersum tawhom minn nofs it-tribù ta' Manassi: Golan f'Basan bil-mergħat tagħha, u Għastarot bil-mergħat tagħha.", "U mit-tribù ta' Issakar: Kedes bil-mergħat tagħha, Dabrat bil-mergħat tagħha, u Ramot bil-mergħat tagħha, Għanem bil-mergħat tagħha.", "U mit-tribù ta' Aser: Masal bil-mergħat tagħha, Għabdon bil-mergħat tagħha; Ħukok bil-mergħat tagħha, Reħob bil-mergħat tagħha.", "Mit-tribù ta' Naftali: Kedes fil-Galilija bil-mergħat tagħha, u Ħammon bil-mergħat tagħha, u Kirjatajm bil-mergħat tagħha.", "U lill-bqija ta' wlied Merari tawhom mit-tribù ta' Żebulon: Rimmon bil-mergħat tagħha, Tabor bil-mergħat tagħha; u 'l hemm mill-Ġordan, biswit Ġeriko, fuq in-naħa tal-Lvant tal-Ġordan, mit-tribù ta' Ruben, tawhom: Beser fid-deżert bil-mergħat tagħha, Ġaħsa bil-mergħat tagħha, Kedemot bil-mergħat tagħha, Mefagħat bil-mergħat tagħha.", "U mit-tribù ta' Gad: Ramot f'Gilgħad bil-mergħat tagħha, Maħanajm bil-mergħat tagħha, Ħebson bil-mergħat tagħha u Ġagħżer bil-mergħat tagħha."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.7", "bookref": "1CH.7", "text": ["Il-familja ta' Issakar", "U wlied Issakar kienu Tola, Puwa, Ġasub, Simron - erbgħa.", "U wlied Tola kienu: Għużżi, Refaja, Ġerijel, u Ġaħmaj, Ibsam, Samwel, kapijiet ta' djar missirijiethom imnisslin minn Tola, nies qalbiena miktuba skont il-ġenerazzjoni tagħhom.", "Fi żmien David kienu jgħoddu tnejn u għoxrin elf u sitt mitt ruħ.", "U wlied Għużżi: Iżraħija, u wlied Iżraħija kienu: Mikiel, Għobadaja, Ġoel, Issija; ħamsa, kollha kapijiet.", "U magħhom kien hemm, skont il-ġenerazzjoni ta' dar missirijiethom, qtajja' tal-eżerċti mħarrġa għall-gwerra sitta u tletin elf, għax kellhom ħafna nisa u tfal.", "U ħuthom li kienu mill-familji ta' Issakar kienu jlaħħqu kollox sebgħa u tmenin elf raġel, gwerriera qalbiena, miktubin skont il-familji tagħhom.", "Il-familja ta' Benjamin", "Ulied Benjamin kienu: Bela, Beker, Ġedigħajel - tlieta kollox.", "Ulied Bela: Esbon, Għużżi, Għużżijel, Ġerimot, Għiri - ħamsa, kapijiet ta' djar il-missirijiet, gwerriera qalbiena, u, skont il-kitba tal-familji tagħhom, tnejn u għoxrin elf u erbgħa u tletin.", "U wlied Beker: Żemira, Ġogħas, Eligħeżer, Elijugħenaj, Għomri, Ġeremot, Abija, Għanatatot, u Għalemet, dawn kollha wlied Beker.", "U l-għadd tal-miktubin, skont il-ġenerazzjoni tagħhom, bħala kapijiet tal-familji ta' missirijiethom, gwerriera qalbiena, kien għoxrin elf u mitejn ruħ.", "Wild Ġedigħajel: Bilħan.", "U wlied Bilħan: Ġegħus, Benjamin, Eħud, Kengħana, Żetan, Tarsis u Aħisaħar.", "Dawn kollha kienu wlied Ġedigħajel skont il-kapijiet tal-familji tad-djar ta' missirijiethom, gwerriera qalbiena, sbatax-il elf u mitejn ruħ, lesti biex joħorġu għall-gwerra.", "U Suffim u Ħuffim, ulied Għir; Ħusim, ulied Aħer.", "Il-familja ta' Naftali", "Ulied Naftali kienu: Ġaħsijel, Guni, Ġeser, Sallum, ulied Bilħa.", "Il-familja ta' Manassi", "Ulied Manassi kienu: Axrijel, li wilditlu l-konkubina l-Aramija; wildet ukoll lil Makir, missier Gilgħad.", "U Makir ħa nisa għal Ħuffim u għal Suffim.", "Waħda kien jisimha Magħka, u isem it-tieni kien Selofħad; Selofħad kellha bniet biss.", "U Magħka, il-mara ta' Makir, wildet iben u semmietu Peres, u ħuh kien jismu Seres, u wliedu kienu Ulam u Rakem.", "U wlied Ulam: Bedan.", "Dawn huma wlied Gilgħad bin Makir, bin Manassi.", "U oħtu Ħammoleket wildet lil Isħod, lil Abigħeżer u lil Maħla.", "U wlied Semida kienu Aħijan, Sikem, Likħi u Anigħam.", "Il-familja ta' Efrajm", "U wlied Efrajm: Setulaħ, Bered, ibnu; Taħat, ibnu; Elgħada, ibnu; Taħat, ibnu; Żabad, ibnu; Sutelaħ, ibnu; Għeżer u Elgħad; lil dawn qatlulhom in-nies ta' Gatt, li kienu twieldu fil-pajjiż, għax kienu niżlu jeħdulhom l-imrieħel.", "U Efrajm missierhom għamel il-vistu għal ħafna jiem, u ħutu ġew isabbruh.", "U resaq lejn martu, u din tqalet, u wildet iben, u semmieh Berigħa, għax kienet waqgħet il-ħsara fuq daru.", "Bintu kienet Sera, li bniet Betħoron, ta' isfel u ta' fuq, u Użżen-sera.", "Refaħ kien ibnu, u Resef ibnu, u Telaħ ibnu, u Taħan ibnu, Lagħdan ibnu, Għammiħud ibnu, Elisama ibnu, Nun ibnu, Ġożwè ibnu.", "L-artijiet u l-għamajjar tagħhom kienu: Betel bl-irħula tagħha, Nagħran fuq il-Lvant, u Geżer bl-irħula tagħha, fuq il-Punent, u Sikem bl-irħula tagħha, u Għajja bl-irħula tagħha.", "U f'idejn ulied Manassi kienu: Betsan bl-irħula tagħha, Tagħnak bl-irħula tagħha, Megiddu bl-irħula tagħha, u Dor bl-irħula tagħha.", "F'dawn kienu jgħammru wlied Ġużeppi bin Iżrael.", "Il-familja ta' Aser", "Ulied Aser kienu: Imna, Iswa, Iswi, Berigħa, u oħthom Xeraħ.", "U wlied Berigħa: Ħeber, Malkijel, li kienu missier Birżajt.", "U Ħeber wiled lil Ġaflet, Somer, Ħotam u Sugħa, oħthom.", "U wlied Ġaflet kienu: Pasak, Bimħal, Għaswat.", "Dawn kienu wlied Ġaflet.", "U wlied Semer, ħuh, kienu: Roħga, Ġeħubba u Aram.", "U wlied Ħelem, ħuh, kienu: Sofaħ, Imna, Seles u Għamal.", "Ulied Sofaħ: Suħa, Ħarnefer, Sugħal, Beri, Imraħ, Beser, Ħod, Samma, Silsa, Itran, u Bera.", "U wlied Ġeter: Ġefunni, Pisfa u Ara.", "U wlied Għulla kienu: Araħ, Ħannijel u Risja.", "Dawn kollha kienu wlied Aser, kapijiet ta' djar missirijiethom, nies magħżula, gwerriera qalbiena, kapijiet fost il-prinċpijiet.", "L-għadd tal-miktubin tagħhom fl-eżerċtu għall-gwerra kien ilaħħaq sitta u għoxrin elf ruħ."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.8", "bookref": "1CH.8", "text": ["Il-familja ta' Benjamin", "U Benjamin wiled lil Bela, il-kbir tiegħu, Asbel it-tieni, Aħaraħ it-tielet, Noħa r-raba', Rafa l-ħames.", "U Bela kellu dawn l-ulied: Addar, Gera, Abiħud, Abisugħa, Nagħman, Aħuwaħ, Gera, Sefufan, u Ħuram.", "Dawn kienu wlied Eħud; kienu l-kapijiet ta' djar missirijiethom ta' dawk li kienu jgħammru f'Geba, u ttieħdu fl-eżilju f'Manaħat: Nagħman, Aħija, Gera, dak li kien ġagħalhom jitilqu, u wiled lil Għużża u lil Aħiħud.", "Saħarajm wiled fir-raba' ta' Mowab, wara li keċċa 'l barra lin-nisa tiegħu Ħusim u Bagħra, u wiled minn martu Ħodes lil Ġobab, Sibja, Mesa, Malkam, Ġegħus, Xakja, u Mirma.", "Dawn kienu wliedu, kapijiet ta' djar missirijiethom.", "U minn Ħusim wiled lil Abitub u lil Elfagħal.", "U wlied Elfagħal kienu: Għeber, Misgħam, Semed, li bena Onu u Lod bl-irħula tagħha, u Berigħa u Sema; dawn kienu l-kapijiet ta' djar missirijiethom, ta' dawk li kienu jgħammru f'Ajjalon, li ħarrbu lil dawk li kienu jgħammru f'Gatt.", "U Aħiju, Sasak, u Ġeremot, Żebadija, Għarad, Għeder, Mikiel, Isfa, u Ġoħa kienu wlied Berigħa.", "U Żebadija u Mesullam, Ħiżki, Ħeber, Ismeraj, Iżlija, Ġobab kienu wlied Elfagħal.", "Ġakim, Żikri, Żabdi, Eligħenaj, Silletaj, Elijel, Għadajja, Berajja u Simrat kienu wlied Simgħi.", "Isfan, Għeber, u Elijel, u Għabdon, Żikri, Ħanan, Ħananija, Għelam, Għantotija, Ifdija u Penuwel kienu wlied Sasak.", "Samseraj, Seħarija, Għatalija, Gagħresija, Elija u Żikri kienu wlied Ġeroħam.", "Dawn kienu l-kapijiet ta' djar missirijiethom skont il-ġenerazzjonijiet tagħhom.", "Dawn kienu l-kbarat li kienu jgħammru f'Ġerusalemm.", "F'Gibgħon kien jgħammar missier Gibgħon, u martu kien jisimha Magħka.", "Ibnu l-kbir kien Għabdon, u warajh kellu lil Żur, Kis, Bagħal, Nadab, Gedor, Aħiju u Sakar.", "U Miklot wiled lil Sima.", "Dawn ukoll kienu jgħammru ma' ħuthom biswithom f'Ġerusalemm.", "U Ner wiled lil Kis, u Kis wiled lil Sawl, u Sawl wiled lil Ġonatan, u lil Malkisugħa, u lil Abinadab u lil Isbagħal.", "U bin Ġonatan kien Merib-bagħal; u Merib-bagħal wiled lil Mika.", "U wlied Mika kienu: Piton u Melek, Tarigħa u Aħaż.", "U Aħaż wiled lil Ġeħogħadda, u Ġeħogħadda wiled lil Għalemet u lil Għażmawet, u lil Żimri.", "U Żimri wiled lil Mosa; u Mosa wiled lil Bingħa; Rafa kien ibnu, Elgħaxa ibnu, Asel ibnu.", "Asel kellu sitt subien, u dawn kien jisimhom: Għażrikam, ibnu l-kbir, Ismagħel, Segħarija, Għobadija u Ħanan.", "Dawn kollha wlied Asel.", "U wlied Għesek, ħuh, kienu: Ulam il-kbir, Ġegħus it-tieni, u Elifelet it-tielet.", "Ulied Ulam kienu gwerriera qalbiena, irġiel imħarrġa fil-ġbid tal-qaws; kellhom ħafna wlied, u wlied l-ulied: mija u ħamsin.", "Dawn kollha minn ulied Benjamin."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.9", "bookref": "1CH.9", "text": ["Il-familji li ġew lura minn Babilonja", "L-Iżraelin kollha kienu mniżżlin f'arbli tar-razza u miktubin fi Ktieb is-Slaten ta' Iżrael u ta' Ġuda meta kienu tturufnati f'Babilonja minħabba l-infedeltà tagħhom.", "L-ewwel li ġew jgħammru f'artijiethom u fi bliethom kienu: Iżrael, il-qassisin, il-Leviti u l-qaddejja tat-tempju.", "F'Ġerusalemm kienu jgħammru xi wħud minn ulied Ġuda, minn ulied Benjamin, u minn ulied Efrajm u Manassi: Għutaj bin Għammiħud, bin Għomri, bin Imri, bin Bani, minn ulied Pereż bin Ġuda.", "U mis-Selanin: Għasaja l-kbir, u wliedu.", "U minn ulied Żeraħ: Ġegħuwel u ħuthom, sitt mija u disgħin.", "U minn ulied Benjamin: Sallu bin Mesullam, bin Ħodawija, bin Ħassenuwa, u Ibneja bin Ġeroħam, Ela bin Għużżi, bin Mikri, u Mesullam bin Sefatija, bin Regħwel, bin Ibnija, u ħuthom, skont il-ġenerazzjonijiet tagħhom, disa' mija u sitta u ħamsin.", "Dawn kollha kienu kapijiet tal-familji ta' missirijiethom, skont id-djar ta' missirijiethom.", "Mill-qassisin kienu hemm: Ġedajja, Ġeħojarib, Ġakin, u Għażarija bin Ħilkija, bin Mesullam, bin Sadok, bin Merajot, bin Aħitub, kap tat-tempju ta' Alla.", "U Għadajja bin Ġeroħam, bin Pasħur, bin Malkija, u Magħsaj bin Għadijel, bin Ġaħżera, bin Mesullam, bin Mesillemit, bin Immer.", "U ħuthom, kapijiet ta' djar missirijiethom, elf seba' mija u sittin, nies qalbiena u ta' ħila fis-servizz tad-dar ta' Alla.", "U mil-Leviti: Semajja bin Ħassub, bin Għażrikam, bin Ħasabija minn ulied Merari; u Bakbakkar, Ħeres, Galal, u Mattanija bin Mika, bin Żikri, bin Asaf.", "U Għobadija bin Semajja, bin Galal, bin Ġedutun, u Berekija bin Asa, bin Elkana, li kien jgħammar fl-irħula tan-Netufin.", "Il-purtinara kienu: Sallum, Għakkub, Talmon, Aħiman, u ħuthom - Sallum kien il-kap.", "Għadhom sal-lum f'bieb is-sultan, in-naħa tal-Lvant.", "Dawn kienu l-purtinara tal-kamp ta' wlied Levi.", "U Sallum bin Kore, Ebijasaf bin Koraħ, u ħutu mill-familja ta' missieru, il-Koraħin, kienu jieħdu ħsieb ix-xogħol ta' għassiesa tal-bieb tat-tinda, bħalma missirijiethom kienu l-għassiesa tad-dħul tal-kamp tal-Mulej.", "U Fineħas bin Elgħażar kien il-kap fuqhom fl-imgħoddi - il-Mulej kien miegħu!", "Żakkarija bin Meslemija kien purtinar fid-dħul tat-tinda tal-laqgħa.", "Dawn il-purtinara kollha, mitejn u tnax, kienu magħduda skont twelidhom fl-irħula tagħhom.", "David u Samwel, il-veġġent, kienu tawhom dan l-inkarigu tagħhom.", "Huma u wliedhom kienu jieħdu ħsieb bwieb dar il-Mulej, f'bieb it-tinda, bħala għassiesa.", "Il-purtinara kienu fuq erbat irjieħ: il-Lvant, il-Punent, it-Tramuntana u n-Nofsinhar.", "U ħuthom, li kienu fl-irħula, kellhom jiġu minn żmien għal żmien għal sebat ijiem u joqogħdu magħhom.", "L-erba' purtinara ewlenin, li kienu Leviti, kienu dejjem fi dmirhom, għax kienu inkarigati mill-kmamar u t-teżor ta' dar il-Mulej.", "U kienu jgħammru madwar dar il-Mulej, għax huma kellhom iżommu l-għassa, u jiftħu kull filgħodu.", "Xi wħud minnhom kellhom jieħdu ħsieb it-tagħmir tas-servizz; huma kellhom jgħoddu kollox kull meta joħorġuhom jew idaħħluhom.", "Oħrajn fosthom kellhom jieħdu ħsieb it-tagħmir u l-ħwejjeġ imqaddsa, is-smid, l-inbid u ż-żejt, l-inċens u l-ħwawar.", "Oħrajn minn ulied il-qassisin kellhom jieħdu ħsieb it-taħlita tal-ħwawar għall-fwieħa.", "U Mattitija mil-Leviti, it-tifel il-kbir ta' Sallum il-Koraħi, kien inkarigat mill-għaġna tal-ftajjar.", "U xi wħud minn ulied il-Keħatin, minn fost ħuthom, kienu jieħdu ħsieb il-ħobż tal-preżenza u jħejjuh minn Sibt għal Sibt.", "Dawn imbagħad kienu l-kantanti, kapijiet tal-familji tal-Leviti, li kienu joqogħdu fil-kmamar tat-tempju.", "Kienu ħielsa minn kull xogħol ieħor, għax lejl u nhar kellhom dmirhom x'jaqdu.", "Dawn kienu l-kapijiet tal-familji ta' missirijiet il-Leviti, skont il-ġenerazzjonijiet; kienu l-kapijiet li jgħammru f'Ġerusalemm.", "Il-familja ta' Sawl", "F'Gibgħon kien jgħammar Ġegħijel, missier Gibgħon; u martu kien jisimha Magħka.", "U ibnu l-kbir kien Għabdon, u mbagħad Żur, Kis, Bagħal, Ner u Nadab; u Gedor, Aħiju, Żakkarija u Miklot; u Miklot wiled lil Simam; u dawn kienu jgħammru ma' ħuthom biswithom f'Ġerusalemm.", "U Ner wiled lil Kis, u Kis wiled lil Sawl, u Sawl wiled lil Ġonatan, u lil Malkisugħa, u lil Abinadab, u lil Esbagħal.", "U bin Ġonatan kien Merib-bagħal, u Merib-bagħal wiled lil Mika.", "U wlied Mika kienu: Piton, Melek, Taħrigħa, u Aħaż.", "U Aħaż wiled lil Ġagħra, u Ġagħra wiled lil Għalemet u lil Għażmawet, u lil Żimri; u Żimri wiled lil Mosa; u Mosa wiled lil Bingħa, u Refajja kien ibnu, Elgħaxa ibnu, Asel ibnu.", "U Asel kellu sitt subien, u dawn kien jisimhom: Għażrikam, ibnu l-kbir, Ismagħel, Segħarija, Għobadija, u Ħanan.", "Dawn kollha wlied Asel."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.10", "bookref": "1CH.10", "text": ["Il-mewt ta' Sawl", "U l-Filistin ħabtu għal Iżrael, u n-nies ta' Iżrael ħarbu minn quddiem il-Filistin, u waqgħu mejta fuq il-muntanja ta' Gilbogħa.", "U mbagħad il-Filistin għamlu għal wara Sawl u għal wara wliedu, u qatlu lil Ġonatan, lil Abinadab, u lil Malkisugħa, ulied Sawl.", "Imbagħad it-taqbida ħraxet madwar Sawl, u laħquh l-arċiera, u darbuh.", "U Sawl qal lill-iskudier tiegħu: \"Islet ix-xabla tiegħek u infidni biha, li ma jiġux dawn in-nies bla ħtin u jiżżufjettaw bija.\"", "L-iskudier ma ssugrax, għax baża' ħafna.", "U Sawl qabad ix-xabla, u nxteħet fuqha.", "U malli l-iskudier ra lil Sawl mejjet, inxteħet hu wkoll fuq ix-xabla, u miet.", "Hekk miet Sawl u t-tliet uliedu, u daru mietu lkoll flimkien.", "U n-nies kollha ta' Iżrael li kienu fil-wied, meta raw li kienu ħarbu, u li mietu Sawl u wliedu, telqu l-ibliet tagħhom u ħarbu; u mbagħad ġew jgħammru fihom il-Filistin.", "U ġara li l-għada ġew il-Filistin ineżżgħu l-maqtulin, u sabu lil Sawl u lil uliedu mixħutin mejta fuq il-muntanja ta' Gilbogħa.", "Neżżgħuh, ħadulu rasu, u l-armi tiegħu, u bagħtu messaġġiera f'art il-Filistin ta' madwar, biex jagħtu l-aħbar lill-idoli tagħhom u lill-poplu.", "U l-armi tiegħu qegħduhom f'dar allathom u 'l rasu dendluha fit-tempju ta' Dagon.", "Imma meta n-nies ta' Ġabes-gilgħad semgħu lkoll b'kulma kienu għamlu l-Filistin lil Sawl, qamu lkoll l-irġiel ta' ħila, u ħadu l-katavru ta' Sawl u l-katavri ta' wliedu, u ġibuhom f'Ġabes u difnu għadamhom taħt il-balluta f'Ġabes; u samu għal sebat ijiem.", "Hekk Sawl miet minħabba l-infedeltà tiegħu; kien infidil kontra l-Mulej, għax ma samax mill-kelma tal-Mulej, u saħansitra mar għand min jeħber bil-mejtin, u ma fittixx il-Mulej.", "Għalhekk il-Mulej qatlu, u dawwar is-saltna għal għand David bin Ġesse."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.11", "bookref": "1CH.11", "text": ["David sultan ta' Iżrael", "Imbagħad inġabar Iżrael kollu għand David f'Ħebron, u qalulu: \"Ara, aħna għadmek u laħmek.", "Fl-imgħoddi, meta Sawl kien sultan, int kont toħroġ lil Iżrael għall-gwerra u ġġibhom lura; u l-Mulej Alla tiegħek qallek: 'Int għad tirgħa l-poplu tiegħi, u inti tkun prinċep fuq il-poplu tiegħi Iżrael.'", "\" U x-xjuħ kollha ta' Iżrael ġew għand is-sultan f'Ħebron u s-sultan David għamel patt magħhom f'Ħebron quddiem il-Mulej; u 'l David dilkuh sultan fuq Iżrael skont il-kelma tal-Mulej permezz ta' Samwel.", "U David u Iżrael marru lkoll Ġerusalemm, - li hi Ġebus - fejn kienu jgħammru l-Ġebusin, in-nies li kienu jgħammru fil-pajjiż.", "U n-nies ta' Ġebus qalu lil David: \"Ma tidħolx hawn.\"", "Imma David ħa f'idejh il-fortizza ta' Sijon, li hi l-belt ta' David.", "U David qal: \"Min jaħbat għall-Ġebusin l-ewwel, ikun kap u prinċep.\"", "U Ġowab bin Seruja tala' l-ewwel, u sar kap.", "U David beda jgħammar fil-fortizza, u għalhekk bdiet tissejjaħ il-belt ta' David.", "U bena l-belt dawramejt minn Millu madwarha kollu; u Ġowab sewwa l-bqija tal-belt.", "U David baqa' dejjem jissaħħaħ, u l-Mulej tal-eżerċti kien dejjem miegħu.", "Il-qalbiena ta' David", "Dawn huma l-kapijiet tal-qalbiena ta' David, li kienu għenuh bis-sħiħ meta kien sultan, flimkien ma' Iżrael kollu, biex sar sultan fuq Iżrael kollu, skont il-kelma tal-Mulej għal Iżrael.", "U dan hu l-għadd tal-qalbiena ta' David: Jesbogħam, il-Ħakmuni, l-aqwa fost it-tlieta; kien hu li venven il-lanza tiegħu fuq tliet mitt ruħ, u qatilhom f'darba waħda.", "Warajh jiġi Elgħażar bin Dodu, l-Aħuħi, wieħed mit-tliet qalbenin.", "Hu kien ma' David f'Pas-dammim, meta l-Filistin inġabru għall-ġlied.", "Kien hemm għalqa mimlija xgħir, u l-poplu kien ħarab minn quddiem il-Filistin.", "Imma hu baqa' hemm wieqaf f'nofs l-għalqa, ħelisha, u ħarbat il-Filistin.", "Dakinhar il-Mulej għamel rebħa kbira.", "Tlieta minn fost it-tletin il-kbar kienu niżlu fil-kenn tal-blat ħdejn David fl-għar ta' Għadullam; u l-Filistin kienu fil-kamp f'wied Refajm.", "U David kien fil-fortizza; u f'Betlehem kien hemm l-għases Filistin.", "U David ġietu xewqa u qal: \"Min se jisqini mill-ilma tal-bir li hemm fil-bieb ta' Betlehem?\"", "U t-tliet qalbenin qasmu minn nofs il-kamp tal-Filistin, u mlew l-ilma mill-bir fil-bieb ta' Betlehem; u qabduh u ġabuh lil David.", "Imma hu ma riedx jixorbu, u sawbu fl-art b'offerta lill-Mulej, u qal: \"Iħarisni Alla tiegħi milli nagħmel dan: li nixrob jien id-demm ta' dawn in-nies li marru jtarrfu ħajjithom.", "Għax tassew b'sogru ta' ħajjithom ġabuh!\"", "Għalhekk ma riedx jixrob.", "Dan hu li għamlu t-tliet qalbenin.", "L-aqwa fost it-tletin kien Abisaj, ħu Ġowab; hu li kien venven il-lanza tiegħu fuq tliet mitt ruħ, u qatilhom.", "Hekk għamel isem bħal dak tat-tlieta.", "Fost it-tletin hu li kellu l-aqwa ġieħ, u sar il-kmandant tagħhom, imma ma laħħaqx mat-tlieta.", "Benajja bin Ġeħojada, minn Kabsel, kien raġel ta' ħila, li għamel ħafna ħwejjeġ tal-għaġeb.", "Kien hu li għeleb iż-żewġ ulied ta' Arijel ta' Mowab.", "Kien hu wkoll li niżel u qatel l-iljun f'nofs il-ġiebja dakinhar li għamel is-silġ.", "Kien hu li qatel lil wieħed Eġizzjan.", "Dan l-Eġizzjan kien twil ħafna, ħamest idriegħ twil , u f'idu kellu lanza bħall-motwa tan-nissieġa; iżda hu niżel għalih bil-ħatar, ħa l-lanza minn id l-Eġizzjan, u qatlu bil-lanza tiegħu stess.", "Dan għamel Benajja bin Ġeħojada, u għamel isem fost it-tliet qalbiena.", "Fost it-tletin kien hu li kellu l-aqwa ġieħ, imma ma laħħaqx mat-tlieta.", "David qiegħdu fuq il-kunsill tiegħu.", "Il-qalbenin tal-eżerċtu kienu: Għaxajel, ħu Ġowab; Elħanan bin Dodu minn Betlehem; Sammot il-Ħarodi; Ħeles il-Peluni; Għira bin Għikkes, minn Tekugħa; Abigħeżer l-Għanatoti; Sibbekaj il-Ħusati; Għilaj l-Aħoħi; Maħaraj in-Netufi; Ħeled bin Bagħna in-Netufi; Itaj bin Ribaj, minn Gibgħa ta' Benjamin; Benajja l-Pirgħatuni; Ħuraj mill-widien ta' Ġagħas; Abijel l-Għarbati; Għażmawet minn Baħurim; Elijaħba s-Sagħalbuni; Ħasem il-Ġiżuni; Ġonatan bin Sagi l-Ħarari; Aħijam bin Sakar il-Ħarari; Elifal bin Ur; Ħefer il-Mekerati; Aħijaħ il-Peluni, Ħesru l-Karmeli; Nagħraj bin Eżbaj; Ġoel ħu Natan; Mibħar bin Ħagri; Selek l-Għammoni; Naħaraj il-Biroti, skudier ta' Ġowab bin Seruja; Għira l-Ġetri; Gareb il-Ġitri; Urija l-Ħitti; Żabad bin Aħlaj; Għadina bin Siża r-Rubeni, kap tar-Rubenin, bi tletin miegħu; Ħanan bin Magħka; Ġosafat il-Mitni; Għużżija l-Għastaroti; Sama u Ġegħijel, ulied Ħotam l-Għarogħeri; Ġedigħajel bin Simri; u Ġoħa, ħuh, it-Tisi; Elijel il-Moħawi; u Ġeribaja u Ġosawija ulied Elnagħam; Ġetma l-Mowabi; Elijel, Għobed, Ġagħsijel minn Soba."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.12", "bookref": "1CH.12", "text": ["Il-ħbieb ta' David", "Dawn kienu n-nies li ġew għand David f'Siklag, meta kien għadu magħluq minħabba Sawl bin Kis.", "Kienu huma wkoll fost il-qalbenin li għenuh fil-gwerra; imħarrġa fil-ġbid tal-qaws; iwaddbu bil-lemin u bix-xellug, ħaġar u vleġeġ, bil-qaws.", "Kienu kollha qraba ta' Sawl minn Benjamin.", "Il-kap kien Aħigħeżer; imbagħad Ġowas ulied Semajja ta' Gibgħa; Ġeżigħel u Pelet, ulied Għażmawet; Beraka u Ġeħu l-Għanatoti; Ismaja l-Gibgħuni, raġel qalbieni mit-tletin, u fuq it-tletin; Ġeremija, Ġagħsijel, Ġoħanan, Ġożabad minn Gedera; Elgħażaj Ġerimot, Bagħlija, Semarija, Seratija l-Ħarufi; Elkana, Issija, Għażarijel, Ġogħeżer, Ġasobgħam il-Koraħi, Gogħela, Żebadija, ulied Ġeroħam minn Gedor.", "Mill-Gadin marru għal ma' David fil-fortizza fid-deżert qalbenin ta' qawwa, nies imħarrġa għall-gwerra, armati bit-tarka u l-lanza, wiċċhom wiċċ l-iljuni u ħfief bħall-għażżiela fuq il-muntanji: Għeżer il-kap; Għobadija t-tieni; Elijab it-tielet; Mismanna r-raba'; Ġeremija l-ħames; Għattaj is-sitta; Elijel is-seba'; Ġoħanan it-tmienja; Elżabad id-disa'; Ġeremija l-għaxra; Makbannaj il-ħdax.", "Dawn kienu minn ulied Gad, kapijiet tal-qtajja'; l-iżgħar wieħed kien jikkmanda mija, u l-ikbar elf.", "Dawn kienu li qasmu l-Ġordan fl-ewwel xahar, meta s-soltu jkun mimli sa xfaru kollha, u ħarrbu lil dawk kollha li kienu fil-widien lejn il-Lvant u lejn il-Punent.", "U ġew ukoll uħud minn Benjamin u Ġuda għand David fil-fortizza.", "David ħareġ jilqagħhom u qalilhom: \"Jekk intom ġejtu għandi bis-sliem biex tgħinuni, inkun qalb waħda magħkom; imma jekk intom ġejtu tqarrqu bija, u terħuni f'idejn l-għedewwa tiegħi - għalkemm m'hemm ebda qerq f'idejja, - jalla jarah Alla ta' missirijietna, u jagħmel ħaqq hu.\"", "Imbagħad l-ispirtu ġie fuq Għamasaj, il-kap tat-tletin, u qal:", "\"Tiegħek, aħna, o David!", "Miegħek aħna bin Ġesse!", "Is-sliem, is-sliem għalik!", "U s-sliem lil min jgħinek,", "għax għenek Alla tiegħek.\"", "U David laqagħhom u għamilhom kapijiet fuq l-eżerċtu.", "U xi wħud minn Manassi marru għal ma' David, meta hu kien mar mal-Filistin għall-gwerra kontra Sawl.", "Iżda hu ma għenhomx, għaliex il-kbarat tal-Filistin ftiehmu u bagħtuh, għax qalu: \"Li ma jmurx idur għal ma' sidu Sawl bi ħsara għal rasna.\"", "Meta ġie Siklag minn Manassi marru għal miegħu: Għadna, Ġożabad, Ġedigħajel, Mikiel, Ġożabad, Eliħu u Silletaj, kapijiet tal-eluf ta' Manassi.", "U dawn għenu lil David kontra l-qtajja' tal-ħallelin, għax kienu kollha nies qalbiena ta' qawwa kbira, u saru fizzjali fl-eżerċtu.", "Minn jum għal ieħor kienu dejjem ġejjin irġiel għand David biex jgħinuh, sakemm il-kamp tiegħu sar kbir daqs il-kamp ta' Alla.", "L-armata ta' David", "Dan hu l-għadd tal-kapijiet tal-qtajja' armati għall-gwerra, li ġew għand David f'Ħebron biex jgħaddulu s-saltna ta' Sawl skont il-kelma tal-Mulej.", "Ulied Ġuda armati bit-tarka u l-lanza; sitt elef u tmien mija, armati għall-gwerra.", "Minn ulied Simgħon, qalbenin ta' qawwa kbira għall-gwerra: sebat elef u mija.", "Minn ulied Levi, erbat elef u sitt mija.", "U Ġeħojada, kap tad-dar ta' Aron, u miegħu tlitt elef u seba' mija.", "Sadok, żagħżugħ qalbieni u ta' ħila, bi tnejn u għoxrin fizzjal minn dar missieru.", "U minn ulied Benjamin, ħut Sawl, tlitt elef, il-biċċa l-kbira minnhom sa dakinhar kienu jżommu mad-dar ta' Sawl.", "Minn ulied Efrajm, għoxrin elf u tmien mija, irġiel qalbiena u ta' ħila, u nies ta' isem f'dar missirijiethom.", "U minn nofs it-tribù ta' Manassi: tmintax-il elf, li kienu magħżula b'isimhom, biex jiġu u jagħmlu lil David sultan.", "U minn ulied Issakar, nies li kienu jafu jifhmu ż-żminijiet u jagħrfu x'għandu jagħmel Iżrael, mitejn kap tagħhom u ħuthom, ilkoll taħt il-kmand tagħhom.", "Minn Żebulun: ħamsin elf ruħ lesti għall-gwerra armati b'kull xorta ta' tagħmir għall-gwerra biex jgħinu lil David b'qalb sħiħa.", "U minn Naftali: elf fizzjal u magħhom sebgħa u tletin elf armati bit-tarka u l-lanza.", "U minn Dan: tmienja u għoxrin elf u sitt mitt ruħ lesti għall-gwerra.", "U minn Aser: erbgħin elf ruħ lesti għall-gwerra.", "Min-naħa l-oħra tal-Ġordan, mir-Rubenin, mill-Gadin u min-nofs tribù ta' Manassi: mija u għoxrin elf bl-armi kollha tal-gwerra.", "Dawn kollha kienu nies gwerriera, imqassmin għall-battalja, u ġew Ħebron bil-fehma sħiħa li jagħmlu lil David sultan fuq Iżrael kollu.", "U l-bqija ta' Iżrael kienu fehma waħda li jagħmlu lil David sultan.", "U baqgħu hemm tlitt ijiem ma' David, jieklu u jixorbu, għax ħuthom kienu lestewlhom kollox.", "U dawk ukoll li kienu joqogħdu fil-qrib tagħhom sa Issakar u Żebulun u Naftali, kienu ġiebu l-ikel fuq il-ħmir, iġmla, bgħula u gniedes: ħażniet tal-qamħ, tin imqadded, għenieqed taż-żbib, inbid u żejt, baqar u nagħaġ, kollox bil-ħafna, għax kien hemm il-ferħ f'Iżrael."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.13", "bookref": "1CH.13", "text": ["L-arka għand Għobededom", "U David ħa l-parir tal-fizzjali tal-eluf u l-mijiet u tal-kapijiet kollha.", "David imbagħad kellem lill-ġemgħa kollha ta' Iżrael: \"Jekk intom jidhrilkom li hu tajjeb, u jekk inhu ġej mill-Mulej, Alla tagħna, nibagħtu għal ħutna li għad fadal fl-art ta' Iżrael, u magħhom il-qassisin u l-Leviti, fl-ibliet tal-mergħat tagħhom, biex jinġabru magħna, u nġibu l-arka ta' Alla tagħna għandna, għax ma fittixnihiex fi żmien Sawl.\"", "U l-ġemgħa kollha qablet li jsir dan, għax għoġbot din il-ħaġa lill-poplu kollu.", "Għalhekk David laqqa' lil Iżrael kollu minn Siħor tal-Eġittu sa dħul Ħamat, biex iġibu l-arka ta' Alla minn Kirjat-ġegħarim.", "U tala' David u Iżrael kollu Bagħla, lejn Kirjat-ġegħarim ta' Ġuda, biex italla' minn hemm l-arka ta' Alla , li ġġib l-isem tal-Mulej li qiegħed fuq il-kerubini.", "U għabbew l-arka ta' Alla fuq karru ġdid, mid-dar ta' Abinadab; u Għużża u Aħiju kienu jsuqu l-karru.", "U David u Iżrael kollu bdew jaqbżu u jiżfnu bil-ferħ quddiem Alla b'kemm kellhom saħħa, bl-għana u bid-daqq taċ-ċetri, tal-arpi u t-tnabar, iċ-ċnieċel u t-trombi.", "Xħin waslu ħdejn il-qiegħa ta' Kidon, il-gniedes tfixklu, u Għużża medd idu biex iżomm l-arka.", "U l-Mulej għadab għal Għużża, u ħabat għalih talli medd idu fuq l-arka, u baqa' mejjet tal-post quddiem Alla.", "David għela għax il-Mulej laqat lil Għużża, u sejjaħ il-post: Pereż-għużża sal-lum.", "Dakinhar David ħass ruħu beżgħan quddiem Alla u qal: \"Kif nista' ndaħħal l-arka ta' Alla għandi?\"", "U David ma riedx idaħħal l-arka għandu fil-belt ta' David, imma ħadha fid-dar ta' Għobededom, il-Gitti.", "U l-arka ta' Alla baqgħet f'dar Għobededom, f'daru, għal tliet xhur sħaħ; u l-Mulej bierek id-dar ta' Għobededom u kulma kellu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.14", "bookref": "1CH.14", "text": ["Ir-rebħa fuq il-Filistin", "U Ħiram, is-sultan ta' Tir, bagħat messaġġiera għand David, u injam taċ-ċedru u mastrudaxxi u naġġara biex jibnulu dar.", "U David għaraf li l-Mulej wettqu sultan fuq Iżrael, u li għolla saltnatu minħabba l-poplu tiegħu Iżrael.", "U David ħa aktar nisa f'Ġerusalemm, u David wiled aktar subien u bniet.", "U dawn huma l-ismijiet tal-ulied li tweldulu f'Ġerusalemm: Sammugħa, Sobab, Natan, Salamun, Ibħar, Elisugħa, Elfelet, Nogaħ, Nefeg, Ġafigħa, Ellisama, Begħeljada, u Elifelet.", "U l-Filistin semgħu li David kien midluk sultan fuq Iżrael kollu; u telgħu l-Filistin kollha jfittxu lil David; u malli David sama' ħareġ għalihom.", "U l-Filistin ġew u xterdu fil-wied ta' Refajm.", "U David stħarreġ lil Alla u qal: \"Nitla' kontra l-Filistin?", "Terħihomli int f'idejja?\"", "U l-Mulej wieġeb lil David: \"Itla', u nerħihom f'idejk.\"", "U telgħu lejn Bagħal-perasim, u David tahom xebgħa hemm.", "U mbagħad David qal: \"Ħarbat Alla quddiemu l-għedewwa tiegħi b'idejja, bħalma jħarbat l-ilma kollox quddiemu.\"", "Għalhekk semmew il-post Bagħal-perasim.", "U l-Filistin ħallew hemm l-allat tagħhom, u David ordna li jagħtuhom in-nar.", "Imma l-Filistin reġgħu telgħu u tqassmu fil-wied.", "U David stħarreġ lil Alla, u Alla wieġbu: \"Titlax għalihom: dur għal warajhom, u ħudhom minn wara, minn biswit is-siġar tal-balzmu.", "Malli tisma' t-tħaxwix tal-mixi fuq il-qċaċet tas-siġar tal-balzmu, dak il-ħin oħroġ għat-taqbida, għax Alla joħroġ quddiemek, u jkisser il-kamp tal-Filistin.\"", "U David għamel bħalma ordnalu Alla, u ħarbat il-kamp tal-Filistin minn Gibgħon sa Geżer.", "U isem David xtered mal-pajjiż kollu, u l-Mulej xeħet il-biża' tiegħu fuq il-ġnus kollha."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.15", "bookref": "1CH.15", "text": ["L-arka f'Ġerusalemm", "David bena għalih djar fil-Belt ta' David, u ħejja post għall-arka ta' Alla u talla' għarix għaliha.", "U mbagħad David qal: \"Ħadd ma jista' jġorr l-arka ta' Alla ħlief il-Leviti: għax lilhom għażel il-Mulej biex iġorru l-arka tal-Mulej, u jservuh għal dejjem.\"", "U David laqqa' lill-poplu ta' Iżrael kollu f'Ġerusalemm biex italla' l-arka tal-Mulej f'postha li kien ħejja għaliha.", "U David laqqa' lil ulied Aron u 'l-Leviti.", "Minn ulied Keħat: Urijel il-kap, b'mija u għoxrin minn ħutu.", "Minn ulied Merari: Għaxajja l-kap, b'mitejn u għoxrin minn ħutu.", "Minn ulied Gersum: Ġoel il-kap, b'mija u tletin minn ħutu.", "Minn ulied Elisafan: Semajja l-kap, b'mitejn minn ħutu.", "Minn ulied Ħebron: Elijel il-kap, bi tmenin minn ħutu.", "Minn ulied Għużżijel: Għamminadab il-kap, b'mija u tnax minn ħutu.", "Imbagħad David sejjaħ lill-qassisin Sadok u Abjatar, u 'l-Leviti: Urijel, Għaxajja, Ġoel, Semajja, Elijel, u Għamminadab, u qalilhom: \"Intom il-kapijiet tal-familji ta' missirijiet il-Leviti.", "Tqaddsu intom u ħutkom, u tellgħu l-arka tal-Mulej, Alla ta' Iżrael, fil-post li jien ħejjejt għaliha.", "Billi l-ewwel darba ma kontux intom, il-Mulej, Alla tagħna, ħabat għalina, għax ma konniex fittixnieh kif inhu ordnat.\"", "U l-qassisin u l-Leviti tqaddsu, biex itellgħu l-arka tal-Mulej, Alla ta' Iżrael.", "U l-Leviti ġarrew l-arka ta' Alla bil-lasti fuq spallejhom, kif kien ordna Mosè skont il-kelma tal-Mulej.", "U David ordna lill-kapijiet tal-Leviti li jqassmu 'l ħuthom, il-mużiċisti bl-istrumenti tad-daqq - arpi, ċetri, ċnieċel - u jgħollu u jsemmgħu leħinhom għoli b'sinjal ta' ferħ.", "U l-Leviti għażlu lil Ħeman bin Ġoel, u minn ħutu lil Asaf bin Barakija; u minn ulied Merari, ħuthom, lil Etan bin Kusaja, u magħhom ħuthom tat-tieni grad: Żakkarija, Ġagħsijel, Semiramot, Ġeħijel, Għunni, Elijab, Benaja, Magħxija, Mattitija, Elifleħu, u Mikneja, u Għobededom u Ġegħijel, il-purtinara.", "U l-kantanti, Ħeman, Asaf u Etan kellhom idoqqu ċ-ċnieċel tal-bronż iżarżru.", "Żakkarija, Għażijel, Semiramot, Ġeħijel, Għunni, Elijab, Magħxija u Benaja kellhom idoqqu l-arpi b'leħen għoli ; u Mattitija, Elifleħu, Mikneja, Għobededom, Ġegħijel u Għażażija, kellhom idoqqu ċ-ċetri b'leħen baxx, biex isostnu l-vuċi.", "U Kenanija, kap tal-Leviti fil-kant, kellu jiddirieġi l-kant għax kien jifhem.", "U Barakija u Elkana kellhom ikunu purtinara tal-arka.", "Il-qassisin Sebanija, Ġosafat, Netanjel, Għamasaj, Żakkarija, Benaja u Eligħeżer, kellhom idoqqu t-trombi quddiem l-arka ta' Alla.", "U Għobededom u Ġeħijja kienu purtinara tal-arka.", "David quddiem l-arka", "U ġara li David, u x-xjuħ ta' Iżrael, u l-kapijiet tal-eluf marru jtellgħu l-arka tal-patt tal-Mulej minn dar Għobededom bil-ferħ.", "U ġara li billi Alla għen lil-Leviti, li kienu jġorru l-arka tal-patt tal-Mulej, offrew b'sagrifiċċju seba' għoġiela u seba' mtaten.", "U David kien liebes mantar tal-għażel fin, u wkoll il-Leviti li kienu jġorru l-arka, il-kantanti, u Kenanija, il-kap li kien jiddirieġi l-kant.", "David kellu fuqu l-efod tal-kittien.", "Hekk Iżrael kollu wasslu l-arka tal-patt tal-Mulej b'għajat ta' ferħ u d-daqq tat-trombi, u ċ-ċnieċel u l-platti; u daqqew ukoll l-arpi u ċ-ċetri bil-qawwa kollha.", "U ġara li hi u dieħla l-arka tal-patt tal-Mulej fil-belt ta' David, Mikal, bint Sawl, ittawlet mit-tieqa u lemħet is-sultan David jaqbeż u jiżfen, u stmerrietu f'qalbha."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.16", "bookref": "1CH.16", "text": ["Offerti u sagrifiċċji", "U hekk ġiebu l-arka ta' Alla u qegħduha f'nofs it-tinda li kien waqqaf għaliha David, u offrew sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifiċċji tas-sliem quddiem Alla.", "Meta kien offra s-sagrifiċċji tal-ħruq u s-sagrifiċċji tas-sliem, David bierek il-poplu b'isem il-Mulej, u qassam lin-nies kollha ta' Iżrael, irġiel u nisa, ħobża, biċċa laħam, u ċappa żbib.", "U qiegħed xi wħud mil-Leviti għas-servizz quddiem l-arka tal-Mulej biex ifakkru, iroddu l-ħajr, u jfaħħru lill-Mulej, Alla ta' Iżrael: Asaf il-kap, u Żakkarija ta' warajh, Ġagħsijel, Semiramot, Ġeħijel, Mattitija, Elijab, Benaja, Għobededom u Ġegħijel, li kellhom l-arpi u ċ-ċetri.", "Asaf kellu jdoqq il-platti.", "Benaja u Ġaħsijel, il-qassisin, kellhom idoqqu t-trombi quddiem l-arka tal-patt ta' Alla dejjem.", "Dak in-nhar David qabbad għall-ewwel darba lil Asaf u 'l ħutu biex ifaħħru lill-Mulej:", "Faħħru l-Mulej u xandru ismu,", "Għarrfu lill-ġnus bl-għemejjel tiegħu.", "Għannulu u doqqulu,", "xandru l-għeġubijiet tiegħu kollha.", "Ftaħru bl-isem qaddis tiegħu,", "tifraħ il-qalb ta' dawk li jfittxu lill-Mulej.", "Ħabirku biex tagħrfu lill-Mulej u l-qawwa tiegħu,", "fittxu 'l wiċċu l-ħin kollu.", "Ftakru fil-ħwejjeġ kbar li għamel,", "fl-għeġubijiet u l-ġudizzji tiegħu.", "Nisel Iżrael, il-qaddej tiegħu,", "ulied Ġakobb, il-maħtur tiegħu.", "Jaħweh hu Alla tagħna!", "Mal-art kollha l-ġudizzji tiegħu.", "Ftakru għal dejjem fil-patt tiegħu,", "fil-kelma li ta għal elf nisel;", "fil-patt li għamel ma' Abraham,", "fil-wegħda li ħalef lil Iżakk;", "li ġedded lil Ġakobb b'liġi,", "lil Iżrael b'patt għal dejjem,", "meta qal: \"Lilek nagħti l-art ta' Kangħan,", "bħala sehem tal-wirt tagħkom.\"", "Ftit kontu għadkom tgħoddu,", "ma kontux ħlief ftit u barranin f'dik l-art;", "jiġġerrew minn ġens għal ieħor,", "minn saltna għal għand poplu ieħor.", "Hu ma ħalla 'l ħadd jaħqarhom;", "slaten rażżan minħabba fihom.", "\"Tmissux lil dawk li huma kkonsagrati lili,", "tagħmlux deni lill-profeti tiegħi.\"", "Għannu, art kollha, lill-Mulej.", "Ħabbru minn jum għal ieħor is-salvazzjoni tiegħu.", "Xandru fost il-ġnus is-sebħ tiegħu,", "fost il-popli kollha l-għeġubijiet tiegħu.", "Kbir il-Mulej, ta' min ifaħħru ħafna,", "tal-biża' aktar mill-allat kollha.", "Għax kollha frugħa l-allat tal-popli,", "Jaħweh hu li għamel is-smewwiet.", "Ġmiel u sebħ huma quddiemu,", "qawwa u ferħ hemm f'postu.", "Agħtu lill-Mulej, familji tal-popli,", "agħtu lill-Mulej sebħ u qawwa,", "agħtu lill-Mulej is-sebħ ta' ismu.", "Ġibulu l-offerti u idħlu quddiemu;", "inxteħtu quddiem il-Mulej b'tiżjin qaddis.", "Triegħdu, art kollha, quddiemu.", "Hu jżomm sħiħa d-dinja biex qatt ma titħarrek.", "Ħa jifirħu s-smewwiet u tithenna l-art.", "Ħalli jgħidu fost il-ġnus: \"Il-Mulej isaltan.\"", "Ħa jħabbat il-baħar u kulma fih.", "Ħa jifraħ ir-raba' u kulma fih,", "u jgħannu bil-ferħ is-siġar tal-bosk,", "quddiem il-Mulej, għax ġej", "biex jagħmel ħaqq mid-dinja.", "Roddu ħajr lill-Mulej, għax hu tajjeb,", "għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.", "Għidu: Salvana, Alla", "tas-salvazzjoni tagħna,", "u iġmagħna minn fost il-ġnus,", "biex irroddu ħajr lill-isem imqaddes tiegħek,", "u niftaħru bit-tifħir tiegħek.", "Imbierek il-Mulej Alla ta' Iżrael", "minn dejjem għal dejjem!\"", "U l-poplu kollu wieġeb: \"Ammen\".", "U bdew ifaħħru l-Mulej.", "Il-ministeru tal-arka", "U ħalla hemm lil Asaf u 'l ħutu quddiem l-arka tal-patt tal-Mulej, biex iservu hemm dejjem quddiem l-arka, skont ma jkun hemm bżonn minn jum għal ieħor.", "Kif ukoll lil Għobededom u tmienja u sittin minn ħutu; u Għobededom bin Ġedutun, u Ħosa bħala purtinara.", "U 'l Sadok, il-qassis, u 'l ħutu l-qassisin ħalliehom quddiem it-tabernaklu tal-Mulej fuq l-għolja ta' Gibgħon, biex joffru s-sagrifiċċji tal-ħruq lill-Mulej fuq l-artal tas-sagrifiċċju għal dejjem, filgħodu u filgħaxija, kollox skont ma hemm miktub fil-Liġi, li l-Mulej kien ordna lil Iżrael.", "U magħhom kien hemm Ħeman, Ġedutun, u l-bqija li kienu magħżulin, u msemmija b'isimhom, biex ifaħħru lill-Mulej: \"Għax għal dejjem hi t-tjieba tiegħu.\"", "U Ħeman u Ġedutun kellhom trombi u ċnieċel għall-mużiċisti, u tagħmir ieħor għall-kant lil Alla.", "U wlied Ġedutun kienu mal-bieb.", "U l-poplu kollu mar, kulħadd għal daru, u David mar id-dar biex ibierek lil niesu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.17", "bookref": "1CH.17", "text": ["Natan u David", "Meta David mar joqgħod f'daru qal lil Natan, il-profeta: \"Issa jien qiegħed f'dar taċ-ċedru, u l-arka tal-patt tal-Mulej qiegħda taħt tinda.\"", "U qal Natan lil David: \"Kulma għandek fi ħsiebek li tagħmel, agħmlu; għax Alla miegħek.\"", "Imma dak il-lejl stess Alla kellem lil Natan u qallu: \"Mur u għid lill-qaddej tiegħi David: Dan jgħid il-Mulej: 'Mhux inti se tibnili dar biex noqgħod fiha.", "Jiena ma għammart f'ebda dar minn mindu tellajt lil Iżrael sal-lum.", "Jien kont niġġerra minn tinda għal oħra u f'għarix.", "F'dak iż-żmien kollu li kont niġġerra 'l hawn u 'l hinn ma' Iżrael kollu, qatt għedt lil xi ħadd mill-Imħallfin ta' Iżrael, li jien kont qabbadt biex jirgħu l-poplu tiegħi Iżrael; għaliex ma bnejtlix dar taċ-ċedru?'", "\"U issa għid lill-qaddej tiegħi David: Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: 'Ara, jiena ħadtek mill-mergħat, minn wara l-imrieħel, biex tkun prinċep fuq il-poplu tiegħi Iżrael.", "Dejjem kont miegħek kull fejn kont tmur; jiena qridt l-għedewwa tiegħek kollha minn quddiemek.", "Jiena nibnilek isem jixbah l-ismijiet il-kbar li hawn fid-dinja.", "Nagħmel post għall-poplu tiegħi Iżrael, u nqiegħdu hemm, fejn jgħammar bla biża', u ma jgħakksuhx iżjed il-ħżiena bħal qabel, jiġifieri sa minn meta qajjimt l-Imħallfin fuq il-poplu tiegħi Iżrael; u rrażżan l-għedewwa tiegħek kollha.", "\"Lilek imbagħad il-Mulej jagħtik kelma li jibnilek dar.", "U meta inti ttemm żmienek, u tkun inġbart ma' missirijietek, jiena nqajjem nislek warajk, wieħed minn uliedek, u nsaħħaħ is-saltna tiegħu.", "Hu jibnili dar, u jiena nsaħħaħ it-tron tiegħu għal dejjem.", "Jiena nkun għalih missier, u hu jkun għalija iben, u t-tjieba tiegħi qatt ma nwarrabha minnu, bħalma warrabtha mis-sultan ta' qablek; imma nwaqqfu għal dejjem fid-dar tiegħi u fis-saltna tiegħi, u t-tron tiegħu jibqa' sħiħ għal dejjem.\"", "Natan tkellem ma' David skont dan il-kliem u din il-viżjoni.", "It-talba ta' David", "Imbagħad is-sultan David mar quddiem il-Mulej u qal: \"Min jiena jien, Mulej Alla, u min hi l-familja tiegħi, biex wassaltni sa hawn?", "Imma dan kien għadu ftit f'għajnejk, o Alla!", "Issa tkellimt mill-familja tal-qaddej tiegħek għal żmien li għadu 'l bogħod, u wrejtni bħal dehra ta' bniedem dejjem tiela' 'l fuq, o Mulej Alla.", "X'jista' jgħidlek iżjed David talli onorajt lill-qaddej tiegħek daqshekk, la darba int tafu l-qaddej tiegħek?", "Mulej, minħabba l-qaddej tiegħek, u skont qalbek, għamilt dan il-kobor kollu meta int għarraftu b'dawn il-ħwejjeġ kbar.", "Mulej ma hawn ħadd daqsek, u ebda Alla ieħor ħliefek, skont kulma smajna b'widnejna.", "U liema poplu ieħor fid-dinja hu bħal Iżrael, il-poplu tiegħek, li Alla jinqala' biex jifdih u jagħmlu l-poplu tiegħu, u tagħmel isem għalik b'għemejjel kbar u tal-għaġeb biex keċċejt il-ġnus minn quddiem il-poplu tiegħek li int fdejt mill-Eġittu?", "U int għamilt il-poplu tiegħek Iżrael poplu tiegħek għal dejjem; u inti, Mulej, sirt Alla tagħhom.", "U issa Mulej, il-kelma li int għedt dwar il-qaddej tiegħek u dwar il-familja tiegħu jalla tibqa' għal dejjem, u agħmel kif għedt.", "B'hekk ismek jibqa' u jitfaħħar għal dejjem billi jgħidu: 'Il-Mulej tal-eżerċti, Alla ta' Iżrael, hu Alla għal Iżrael.'", "U l-familja ta' David, il-qaddej tiegħek, tibqa' sħiħa quddiemek.", "Għax int, Alla tiegħi, għarraft lill-qaddej tiegħek li għad tibnilu dar, għalhekk il-qaddej tiegħek għamel il-qalb jitlob quddiemek.", "U issa, Mulej, int hu Alla, u wegħedt dan il-ġid lill-qaddej tiegħek, issa ħa jogħġbok tbierek il-familja tal-qaddej tiegħek, ħalli tibqa' sħiħa quddiemek għal dejjem, għax kulma tbierek inti, Mulej, jibqa' mbierek għal dejjem.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.18", "bookref": "1CH.18", "text": ["Ir-rebħ ta' David", "Ġara li wara dan David ħabat għall-Filistin, għelibhom u ħadilhom minn taħt idejhom Gatt u l-irħula tagħha.", "Kisser ukoll lil Mowab, u l-Mowabin saru suġġetti għal David u bdew iħallsu l-ħaraġ.", "Rebaħ ukoll David lil Ħadad-għeżer, sultan ta' Soba, lejn Ħamat, meta mar biex iwaqqaf saltnatu sax-xmara tal-Ewfrat.", "U David ħadlu elf karru, sebat elef rikkieb, u għoxrin elf ruħ tal-fanterija.", "U David qata' l-għeruq tal-għarqub taż-żwiemel kollha tal-karrijiet, u ħalla sħaħ minnhom għal mitt karru.", "Aram ta' Damasku mar jgħin lil Ħadad-għeżer, sultan ta' Soba: u David ħabat għal Aram u qered minnhom tnejn u għoxrin elf raġel.", "U David ħalla l-għases f'Aram ta' Damasku; u l-Aramin saru suġġetti għal David u bdew iħallsu l-ħaraġ.", "U l-Mulej kien jgħin lil David f'kulma kien jidħol għalih.", "U David ħa t-tarkiet tad-deheb li kellhom fuqhom il-qaddejja ta' Ħadad-għeżer, u ġiebhom f'Ġerusalemm.", "U minn Tibħat u minn Kun, bliet ta' Ħadad-għeżer, David ħa ħafna bronż.", "Bih Salamun għamel il-baħar tal-bronż, il-kolonni, u tagħmir ieħor tal-bronż.", "U Togħu, sultan ta' Ħamat, sar jaf li David kien qered il-forza kollha ta' Ħadad-għeżer, sultan ta' Soba.", "U bagħat lil ibnu Ħadoram għand is-sultan David biex iselli għalih u jifraħlu talli ħabat għal Ħadad-għeżer u għelbu; għax Ħadad-għeżer kien miġġieled ma' Togħu.", "U bagħatlu tagħmir tad-deheb, fidda u bronż.", "U s-sultan David ikkonsagrahom lill-Mulej flimkien mal-fidda u d-deheb li ħa mingħand il-ġnus kollha, minn Edom, minn Mowab, minn ulied Għammon, u mill-Filistin, u minn Għamalek.", "Abisaj bin Seruja kisser lil Edom f'Wied il-Melħ, tmintax-il elf raġel.", "U ħalla għases f'Edom; u l-Edumin kollha saru suġġetti għal David.", "Hekk il-Mulej kien irebbaħ lil David kull fejn kien imur.", "U David kien isaltan fuq Iżrael kollu, u kien jagħmel il-ħaqq u s-sewwa mal-poplu kollu tiegħu.", "Ġowab bin Seruja kien jikkmanda l-eżerċtu; u Ġosafat bin Aħilud kien segretarju; Sadok bin Aħitub u Aħimelek bin Abjatar, qassisin; u Sawsa kien kronista; u Benajja bin Ġeħojada kien fuq il-Keretin u l-Peletin; u wlied David kienu l-uffiċjali kbar madwar is-sultan."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.19", "bookref": "1CH.19", "text": ["David u l-Għammonin", "Ġara li wara dan miet Naħas, is-sultan ta' wlied Għammon, u daħal isaltan floku ibnu.", "U David qal: \"Ħa rrodd lil Ħanun bin Naħas il-favur li missieru għamel miegħi.\"", "U David bagħat messaġġiera jagħtuh l-għomor għall-mewt ta' missieru.", "U l-qaddejja ta' David marru fl-art ta' wlied Għammon għand Ħanun biex jagħtuh l-għomor.", "U l-kapijiet ta' wlied Għammon qalu lil Ħanun: \"Taħseb int li David bagħat jagħtik l-għomor biex permezz tal-qaddejja tiegħu jagħti ġieħ lil missierek?", "Mhux biex jistħarrġu u jitkixxfu u jġarrfu l-pajjiż ġew il-qaddejja tiegħu għandek?", "U Ħanun qabad lill-qaddejja ta' David, qaxxrilhom leħjithom u qatgħalhom nofs ilbieshom min-nofs sal-maqgħad u telaqhom.", "U marru u għarrfu lil David dwar dawn in-nies.", "U bagħat lil min jilqagħhom - għax dawn l-irġiel ħassew ruħhom avviliti għall-aħħar.", "U s-sultan qalilhom: \"Oqogħdu f'Ġeriko sakemm tikbrilkom il-leħja, imbagħad erġgħu lura.\"", "Meta wlied Għammon raw li kisruha ma' David, Ħanun u wlied Għammon bagħtu elf talent tal-fidda biex jikru mingħand Aram-naħarajm, minn Aram-magħka u minn Soba karrijiet u rikkieba; u krew tnejn u tletin elf karru, u s-sultan ta' Magħka u n-nies tiegħu; u ġew u waqqfu l-kamp quddiem Medeba.", "U wlied Għammon inġabru minn bliethom, u ġew għall-gwerra.", "U David sama' b'dan, u bagħat lil Ġowab u l-eżerċtu kollu u n-nies qalbiena.", "U l-Għammonin ħarġu u ħadu posthom għall-ġlied fil-bieb tal-belt; u s-slaten li kienu ġew tqassmu għalihom weħidhom fir-raba'.", "Meta Ġowab ra li kien mhedded minn quddiem u minn wara għażel l-aħjar min-nies kollha ta' Iżrael, u qassamhom quddiem l-Aramin.", "U l-bqija tal-poplu ħallieh f'idejn ħuh Abisaj, u qassamhom quddiem l-Għammonin u qallu: \"Jekk l-Aramin insibhom aqwa minni, int ejja għinni; u jekk int issib l-Għammonin aqwa minnek, niġi ngħinek jien.", "Agħmel il-ħila, u nissieltu għall-poplu tagħna u għall-ibliet ta' Alla tagħna, imbagħad il-Mulej jagħmel dak li jidhirlu li hu tajjeb.\"", "U Ġowab u n-nies li kellu miegħu resqu quddiem Aram biex jitqabdu; u dawn ħarbu minn quddiemu.", "U malli wlied Għammon raw li l-Aramin kienu ħarbu, ħarbu huma wkoll minn quddiem Abisaj, ħu Ġowab, u daħlu l-belt; Ġowab imbagħad mar u telaq lejn Ġerusalemm.", "Meta l-Aramin raw li marru minn taħt quddiem Iżrael, bagħtu messaġġiera u ħarġu lill-Aramin li kien hemm in-naħa l-oħra tax-xmara, u lil Sofak, il-kmandant tal-eżerċtu ta' Ħadad-għeżer, miexi quddiemhom.", "David sar jaf b'dan u ġama' lil Iżrael kollu, qasam il-Ġordan u ġie għalihom.", "U malli David qassam l-eżerċtu quddiem l-Aramin għat-taqbida, huma ħabtu għalih.", "U l-Aramin ħarbu minn quddiem Iżrael, David qatel mill-Aramin sebat elef rikkieb tal-karrijiet u erbgħin elf raġel tal-fanterija; lil Sofak, il-kmandant tal-eżerċtu, qatlu wkoll.", "Meta l-qaddejja ta' Ħadad-għeżer raw li tkissru quddiem Iżrael, għamlu paċi ma' David, u saru suġġetti għalih; u hekk l-Aramin ma ġewx aktar jgħinu lil ulied Għammon."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.20", "bookref": "1CH.20", "text": ["U ġara li fil-bidu tas-sena, meta s-slaten is-soltu joħorġu għall-gwerra, Ġowab ħareġ bl-eżerċtu, u ħarbat l-art tal-Għammonin, imbagħad mar idawwar il-belt ta' Rabba.", "U David kien baqa' Ġerusalemm.", "U Ġowab ħabat għal Rabba u ġarrafha.", "U David qabad il-kuruna tas-sultan tagħhom minn fuq rasu, u sab li kienet tiżen talent deheb, u fiha kien hemm ħaġra prezzjuża, u tqiegħdet fuq ras David.", "Ħa wkoll priża kbira mill-belt.", "In-nies tagħha mbagħad ħariġhom u qabbadhom jaħdmu bil-munxar, bil-bqaqen u bil-fisien tal-ħadid.", "Hekk għamel David lill-ibliet kollha tal-Għammonin.", "Imbagħad David raġa' lura lejn Ġerusalemm bl-eżerċtu kollu.", "Wara dan qam il-ġlied f'Geżer mal-Filistin.", "U Sibbekaj minn Ħusa darab lil Siffaj, li kien minn ulied ir-Refajin; u hekk il-Filistin kienu megħlubin.", "U raġa' qam il-ġlied mal-Filistin; u Elħanan bin Ġajir darab lil Laħmi, ħu Gulija l-Gatti, li kellu l-lasta tal-lanza bħal motwa tan-nissieġa.", "U raġa' qam il-ġlied f'Gatt, u kien hemm raġel twil, li kellu erbgħa u għoxrin saba', imqassma sitta sitta.", "Dan ukoll kien minn nisel Rafa.", "U kien iżeblaħ lil Iżrael, imma qatlu Ġonatan bin Simgħa, ħu David.", "Dawn kienu twieldu lil Rafa f'Gatt, u mietu b'id David u b'id il-qaddejja tiegħu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.21", "bookref": "1CH.21", "text": ["Iċ-ċensiment ta' David", "FU x-Xitan qam kontra Iżrael, u xewwex lil David biex jgħodd lil Iżrael.", "U David qal lil Ġowab u lill-kbarat tal-poplu: Morru għoddu lil Iżrael minn Birsaba sa Dan, u ġibuli rapport biex inkun naf l-għadd tagħhom.", "U Ġowab qallu: \"Ħa jkattar il-Mulej il-poplu tiegħu mitt darba daqs li hu.", "Jaqaw mhux sidi s-sultan, u mhumiex huma lkoll qaddejja ta' sidi?", "Għala qiegħed ifittex dan sidi?", "Għala għandu jkun hu li jġib il-ħtija fuq Iżrael?\"", "Imma l-kelma tas-sultan għelbet lil Ġowab; u Ġowab ħareġ u dar Iżrael kollu; imbagħad ġie Ġerusalemm.", "U Ġowab ta l-għadd taċ-ċensiment tal-poplu lil David, u Iżrael kollu kien ilaħħaq miljun u mitt elf raġel kapaċi jislet ix-xabla, u Ġuda erba' mija u sebgħin elf raġel kapaċi jislet ix-xabla.", "Iżda lit-tribù ta' Levi u lit-tribù ta' Benjamin ma għaddhomx magħhom, għax l-ordni tas-sultan lil Ġowab ma għoġbux.", "Il-pesta", "Iżda Alla ma għoġbux dan u ħabat għal Iżrael.", "U David qal lil Alla: \"Dnibt bil-kbir b'li għamilt; issa neħħi, nitolbok, dan il-ħażen tal-qaddej tiegħek, għax tbellaht bis-sħiħ.\"", "U l-Mulej kellem lil Gad, il-veġġent ta' David, u qallu: \"Mur u kellem lil David u għidlu: Dan jgħid il-Mulej: 'Tliet ħwejjeġ inqegħedlek quddiemek: agħżel waħda minnhom u jien nagħmilhielek'.\"", "U Gad mar għand David u qallu: \"Dan jgħid il-Mulej; 'Agħżel int; jew tliet snin għaks, jew tliet xhur maħrub minn quddiem l-għedewwa tiegħek bix-xabla tal-għedewwa tiġri warajk, jonkella tlitt ijiem taħt ix-xabla tal-Mulej - il-pesta fl-art, bl-anġlu tal-Mulej li jħarbat l-art kollha ta' Iżrael.", "Issa aħsibha u għidli x'għandi ngħid lil min bagħatni.' \"", "U wieġeb David lil Gad: \"Inħossni f'diqa kbira: Ħalli naqa' f'id il-Mulej, għax kbira hija l-ħniena tiegħu, imma ma rridx naqa' f'idejn il-bniedem.\"", "U l-Mulej bagħat il-pesta f'Iżrael.", "U mietu minn Iżrael sebgħin elf raġel.", "U Alla bagħat anġlu Ġerusalemm biex jeqridha; imma meta kien se jeqridha, il-Mulej ra, u sogħob bih mid-deni, u qal lill-anġlu l-qerried: \"Biżżejjed!", "Żomm idek.\"", "U l-anġlu tal-Mulej dak il-ħin kien ħdejn il-qiegħa ta' Ornan il-Ġebusi.", "U David rafa' għajnejh, u ra lill-anġlu tal-Mulej qiegħed bejn art u sema bix-xabla misluta f'idu, u mifruxa għal fuq Ġerusalemm.", "Imbagħad David u x-xjuħ, liebsa x-xkejjer, niżlu wiċċhom fl-art.", "U David qal lil Alla: \"Jaqaw mhux jien kont li ordnajt l-għadd tal-poplu?", "Mhux jien li dnibt, u għamilt dan id-deni kollu?", "Imma dawn in-nagħaġ x'għamlu?", "Mulej Alla tiegħi, ħa tkun, nitolbok, idek fuqi u fuq dar missieri; imma tħallix din il-pesta fuq il-poplu tiegħek.\"", "L-artal fuq il-qiegħa ta' Ornan", "U l-anġlu tal-Mulej qal lil Gad biex jgħid lil David jitla' u jtalla' artal lill-Mulej fuq il-qiegħa ta' Ornan il-Ġebusi.", "U David tala' skont il-kelma ta' Gad, li kien qallu f'isem il-Mulej.", "U Ornan dar u ra l-anġlu, u l-erba' wlied li kienu miegħu nħbew.", "Ornan kien qiegħed jidres il-qamħ.", "Malli David wasal ħdejh, Ornan ħares u ra lil David, u ħareġ mill-qiegħa u niżel wiċċu fl-art quddiem David.", "U David qal lil Ornan: \"Agħtini l-post tal-qiegħa biex nibni fih artal lill-Mulej.", "Agħtihuli b'kemm jiswa flus u hekk tieqaf il-pesta minn fost il-poplu.\"", "U Ornan wieġeb lil David: \"Ħudu, ħa jagħmel sidi s-sultan dak li jidhirlu li hu l-aħjar.", "Ara, nagħti l-baqar għas-sagrifiċċju tal-ħruq, u x-xatba għall-ħatab, u l-qamħ għall-offerta; kollox nagħtik.\"", "U s-sultan David qal lil Ornan: \"Le!", "Nixtrih b'kemm jiswa flus, għax ma noffrix dak li hu tiegħek lill-Mulej, u lanqas noffri sagrifiċċji bla ħlas.\"", "U David ta lil Ornan għall-post sitt mitt xekel tad-deheb bl-użin.", "U David bena hemm artal lill-Mulej, u offra sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifiċċji tas-sliem; u sejjaħ lill-Mulej u dan wieġbu bin-nar mis-sema għal fuq l-artal tas-sagrifiċċju tal-ħruq.", "Imbagħad il-Mulej ordna lill-anġlu, u dan daħħal ix-xabla f'għantha.", "Dak iż-żmien, meta David ra li l-Mulej wieġbu fil-qiegħa ta' Ornan il-Ġebusi, offra sagrifiċċji hemm.", "It-tabernaklu li kien għamel Mosè fid-deżert u l-artal tas-sagrifiċċji tal-ħruq, dak iż-żmien kienu għadhom fuq l-għolja ta' Gibgħon.", "U David ma kienx jista' jmur quddiemu jistaqsi lil Alla, għax kien jibża' mix-xabla tal-anġlu tal-Mulej."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.22", "bookref": "1CH.22", "text": ["U David qal: \"Hawn ikun it-tempju tal-Mulej Alla, u hawn ikun l-artal għas-sagrifiċċji tal-ħruq għal Iżrael.\"", "Tħejjija għall-bini tat-tempju", "David ordna li jiġbru l-barranin li kienu fl-art ta' Iżrael, u għażel minnhom naġġara biex jaqtgħu ġebel tal-qjies għall-bini tad-dar ta' Alla.", "U David ukoll ħaseb biex ġabar ħafna ħadid għall-imsiemer, għall-battenti tal-bibien u għall-istaneg; kwantità kbira ta' bronż bla użin, injam taċ-ċedru ma tgħoddux, għax is-Sidonin u t-Tirin ġiebu 'l David kwantità kbira ta' injam taċ-ċedru.", "Għax David qal: \"Salamun ibni għadu żgħir u mingħajr esperjenza.", "U d-dar li se tinbena lill-Mulej trid tkun kbira tassew, biex tkun imsemmija u mfaħħra fil-pajjiżi kollha; nieħu mela ħsieb jien it-tħejjija tagħha.\"", "U David qabel mewtu ħejja kulma kien meħtieġ.", "U sejjaħ lil ibnu Salamun, u ordnalu li jibni dar lill-Mulej, Alla ta' Iżrael.", "U qal David lil Salamun: \"Ibni, jien kelli fi ħsiebi li nibni dar lil isem il-Mulej, Alla tiegħi, imma l-kelma tal-Mulej waslet għandi tgħidli: 'Int xerridt demm bil-kotra, u tqabadt taqbid bil-bosta, għalhekk ma tibnix inti dar lil ismi, għaliex xerridt ħafna demm fl-art quddiemi.", "Ara, jitwelidlek iben; hu jkun bniedem ta' sliem , u nserrħu mill-għedewwa kollha tiegħu ta' madwaru, għax ismu jkun Salamun, u nagħti sliem u kwiet lil Iżrael fiż-żmien kollu tiegħu.", "Hu jibni dar lil ismi.", "Hu jkun għalija iben, u jien inkun għalih missier; u nwaqqaf it-tron tiegħu fuq Iżrael għal dejjem.'", "\"U issa, ibni, ikun miegħek il-Mulej biex tkun tiflaħ tibni dar lill-Mulej Alla tiegħek, kif tkellem fuqek.", "Biss, jagħtik il-Mulej għaqal u dehen, biex meta jqiegħdek fuq Iżrael, int tħares il-liġi tal-Mulej, Alla tiegħek.", "Ikollok ir-risq jekk inti tfittex li tħares il-liġijiet u l-kmandamenti li l-Mulej ordna lil Mosè għal Iżrael.", "Qawwi qalbek u agħmel il-ħila!", "Tibżax u taqtax qalbek!", "Ara, b'taħbit kbir ħejjejt għal dar il-Mulej mitt elf talent tad-deheb u miljun talent tal-fidda ; u bronż u ħadid bla qjies għax hemm bil-kotra; u injam u ħaġar ħejjejt ukoll, u int tkompli żżid magħhom.", "Għandek ukoll kotra ta' ħaddiema: naġġara, bennejja, mastrudaxxi, u nies tas-sengħa bla għadd għax-xogħol tad-deheb, tal-fidda, tal-bronż u tal-ħadid.", "Qum, mela, u midd idejk; u l-Mulej ikun miegħek.\"", "U David ordna lill-prinċpijiet kollha ta' Iżrael biex jgħinu lil Salamun, ibnu, u qalilhom: \"Mhux magħkom il-Mulej Alla tagħkom?", "Ma serraħkomx minn kullimkien?", "Għax hu reħa f'idejja n-nies kollha tal-pajjiż, u l-art kollha maħkuma quddiem il-Mulej u quddiem il-poplu tiegħu.", "Mela agħtu ruħkom u qalbkom biex tfittxu l-Mulej Alla tagħkom.", "Qumu u ibnu s-santwarju tal-Mulej Alla biex l-arka tal-patt tal-Mulej u t-tagħmir imqaddes ta' Alla jinġiebu fid-dar li se tinbena lil isem il-Mulej.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.23", "bookref": "1CH.23", "text": ["It-tqassim tal-Leviti", "David, xiħ u mimli bl-għomor, għamel lil Salamun, ibnu, sultan fuq Iżrael.", "U ġabar il-prinċpijiet kollha ta' Iżrael u l-qassisin u l-Leviti.", "U għadd il-Leviti minn tletin sena 'l fuq; l-għadd tagħhom, wieħed wieħed, kien ta' tmienja u tletin elf wieħed.", "Minn dawn erbgħa u għoxrin elf kellhom jieħdu ħsieb ix-xogħol ta' dar il-Mulej; u sitt elef ikunu uffiċjali u mħallfin; erbat elef purtinara u erbat elef jagħtu tifħir lill-Mulej bl-istrumenti li kien għamel għat-tifħir.", "David imbagħad qassamhom f'taqsimiet skont ulied Levi: Gersun, Keħat u Merari.", "Mill-Gersunin kien hemm: Lagħdan u Simgħi.", "Ulied Lagħdan: Ġeħijel il-kap, Żetam, Ġoel, tlieta kollox.", "Ulied Simgħi: Selomot, Ħażijel, Ħaran, tlieta kollox.", "Dawn kienu l-kapijiet tal-familji ta' Lagħdan.", "U wlied Simgħi kienu: Ġaħat, Żina, Ġegħus u Berigħa.", "Dawn kienu wlied Simgħi, erbgħa kollox.", "U Ġaħat kien il-kap, u Żiża t-tieni, Ġegħus u Berija ma kellhomx ħafna tfal, għalhekk kienu magħdudin b'familja waħda għal xogħol wieħed.", "Ulied Keħat: Għamram, Isħar, Ħebron, Għużżijel, erbgħa kollox.", "Ulied Għamram: Aron u Mosè.", "Aron kien magħżul biex jikkonsagra l-aktar ħwejjeġ qaddisa, hu u wliedu, għal dejjem: jiġifieri jaħarqu l-inċens quddiem il-Mulej, li jservu quddiemu, u jbierku f'ismu għal dejjem.", "Mosè, il-bniedem ta' Alla, uliedu kienu magħduda mat-tribù ta' Levi.", "Ulied Mosè: Gersum u Eligħeżer.", "Ulied Gersum: Sebuwel, il-kap.", "U wlied Eligħeżer kienu Reħabija, il-kap; Eligħeżer ma kellux tfal aktar, imma wlied Reħabija kienu ħafna.", "Ulied Isħar: Selomit, il-kap.", "Ulied Ħebron: Ġerija, il-kap; Amarija, it-tieni; Ġaħsijel, it-tielet; Ġekamgħam, ir-raba'.", "Ulied Għużżijel: Mika, il-kap; Issija, it-tieni.", "Ulied Merari: Maħli u Musi.", "Ulied Maħli, Elgħażar u Kis.", "Elgħażar miet u ma kellux subien, imma bniet; u żżewġuhom ħuthom, ulied Kis.", "Ulied Musi kienu Maħli, Għeder, u Ġeremot, tlieta kollox.", "Dawn kienu wlied Levi skont il-familji ta' missirijiethom, il-kapijiet tal-familji ta' missirijiethom kif kienu magħduda, wieħed wieħed, skont isimhom.", "Kienu jagħmlu x-xogħol tas-servizz f'dar il-Mulej minn għoxrin sena 'l fuq.", "Għax David qal: \"Il-Mulej, Alla ta' Iżrael, ta l-mistrieħ lill-poplu tiegħu, u hu għamel l-għamara tiegħu f'Ġerusalemm għal dejjem.", "Għalhekk il-Leviti ma għandhomx għalfejn iġorru t-tabernaklu u t-tagħmir għas-servizz tiegħu.\"", "Għaliex skont l-aħħar kliem ta' David, il-Leviti jingħaddu minn għoxrin sena 'l fuq.", "Ix-xogħol tagħhom kien li jgħinu lil ulied Aron fis-servizz tad-dar tal-Mulej fil-btieħi, fil-kmamar, fit-tindif ta' kulma hu kkonsagrat, u kull xogħol ieħor fis-servizz tad-dar ta' Alla.", "Kellhom jieħdu ħsieb il-ħobż tal-preżenza, kull ħami fit-taġen, l-offerta mħallta biż-żejt, u kull użin u kejl.", "Kull filgħodu kellhom imorru jroddu ħajr u jfaħħru lill-Mulej, u hekk ukoll filgħaxija, u wkoll kull meta kienu jkunu offruti lill-Mulej is-sagrifiċċji tal-ħruq fis-Sibtijiet, fil-qamar ġdid u fil-festi, skont in-numru li jkun imisshom skont il-Liġi għal dejjem quddiem il-Mulej.", "Kellhom jieħdu ħsieb is-servizz fit-tinda tal-laqgħa, is-servizz tal-ħwejjeġ sagri, u s-servizz ta' wlied Aron, ħuthom fis-servizz ta' dar il-Mulej."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.24", "bookref": "1CH.24", "text": ["It-tqassim tal-qassisin", "Ulied Aron kienu mqassma hekk: Ulied Aron kienu: Nadab, Abiħu, Elgħażar u Itamar.", "Nadab u Abiħu mietu qabel missierhom, u ma kellhomx tfal, għalhekk Elgħażar u Itamar għamluha ta' qassisin.", "David bl-għajnuna ta' Sadok minn ulied Elgħażar, u Aħimelek minn ulied Itamar, qassamhom skont ix-xogħol tagħhom fis-servizz.", "U billi fost ulied Elgħażar instabu kapijiet irġiel aktar milli minn fost ulied Itamar, qassmuhom hekk: minn ulied Elgħażar, skont il-kapijiet ta' dar missirijiethom, sittax-il wieħed; u lil ulied Itamar, skont id-djar ta' missirijiethom, tmienja.", "Qassmuhom bix-xorti, wieħed bħall-ieħor, għax kien hemm prinċpijiet tas-santwarju u prinċpijiet ta' Alla, kemm minn ulied Elgħażar kemm minn ulied Itamar.", "Semajja bin Netanjel, l-iskriba, minn Levi, kitibhom quddiem is-sultan u l-prinċpijiet, u Sadok, il-qassis, u Aħimelek bin Ebijatar, u l-kapijiet tad-djar ta' missirijiet il-qassisin u l-Leviti; dar waħda kienet magħżula għal Elgħażar, u oħra għal Itamar.", "L-ewwel xorti li telgħet messet lil Ġeħojarib; it-tieni lil Ġedajja; it-tielet lil Ħarim; ir-raba' lil Segħorim; il-ħames lil Malkija; is-sitta lil Mijjamin; is-seba' lil Ħakkus; it-tmienja lil Abija; id-disa' lil Ġożwè; l-għaxra lil Sekanija; il-ħdax lil Eljasib; it-tnax lil Ġakim; it-tlittax lil Ħuffa; l-erbatax lil Ġesebab; il-ħmistax lil Bilga; is-sittax lil Immer; is-sbatax lil Ħeżir; it-tmintax lil Ħaffisses; id-dsatax lil Petaħija; l-għoxrin lil Eżekjel; il-wieħed u għoxrin lil Ġakin; it-tnejn u għoxrin lil Gamul; it-tlieta u għoxrin lil Delaja; l-erbgħa u għoxrin lil Magħżija.", "Hekk qassmuhom għax-xogħol li kellhom jagħmlu fis-servizz tagħhom meta jidħlu f'dar il-Mulej, skont ma jkun imisshom kif qassamhom Aron missierhom fuq l-ordni tal-Mulej, Alla ta' Iżrael.", "Il-bqija ta' wlied Levi kienu: minn ulied Għamram: Subajel; minn ulied Subajel: Ġeħdija ta' Reħabija; minn ulied Reħabija; Issija, il-kap.", "Mill-Isħarin: Selomot; minn ulied Selomot: Ġaħat.", "U minn ulied Ħebron: Ġerija, il-kap; Amarija, it-tieni; Ġaħsijel, it-tielet; Ġekamgħam, ir-raba'.", "Minn ulied Għużżijel: Mika; u minn ulied Mika: Samur.", "Ħu Mika: Issija; u minn ulied Issija: Żakkarija.", "Ulied Merari: Maħli u Musi.", "Ulied Ġagħżija: Benu.", "Ulied Merari, minn Għużżijel: Benu, Soħam, Żakkur, u Għibri.", "Minn Maħli: Elgħażar, li ma kellux tfal.", "Minn Kis, ulied Kis; Ġeraħmijel.", "U wlied Musi: Maħli, Għeder, Ġerimot.", "Dawn kienu wlied il-Leviti, skont id-djar ta' missirijiethom.", "Dawn ukoll tellgħu x-xorti bħal ħuthom ulied Aron, quddiem is-sultan David, Sadok u Aħimelek, u l-kapijiet tal-familja tal-qassisin u l-Leviti mill-kapijiet il-kbar sa ħuthom iż-żgħar."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.25", "bookref": "1CH.25", "text": ["Il-kant u l-mużika", "David u l-kapijiet tas-servizz qassmu wkoll għas-servizz lil ulied Asaf, Ħeman u Ġedutun, li kellhom jipprofetizzaw biċ-ċetri, bl-arpi, u bil-platti.", "Dan hu l-għadd tan-nies tax-xogħol skont is-servizz tagħhom.", "Minn ulied Asaf: Żakkur, Ġużeppi, Netanija, Asarela, ulied Asaf, taħt it-tmexxija ta' Asaf, li kien jipprofetizza skont l-ordni tas-sultan.", "Minn Ġedutun, ulied Ġedutun: Gedalija, Seri, Isaija, Simgħi, Ħasabija, Mattitija, sitta kollox, taħt id-direzzjoni ta' missierhom Ġedutun, li kienu jipprofetizzaw biċ-ċetra b'radd il-ħajr u tifħir lill-Mulej.", "Minn Ħeman, Ulied Ħeman: Bukkija, Mattanija, Għużżijel, Sebuwel, u Ġerimot, Ħananija, Ħanani, Eljata, Giddalti u Romamti-għeżer, Ġosbeksa, Malloti, Ħotir, Maħażijot.", "Dawn kollha kienu wlied Ħeman, il-veġġent tas-sultan fil-ħwejjeġ ta' Alla; u biex ikattarlu ġieħu, skont ma kien wiegħdu, Alla tah erbatax-il tifel u tlitt ibniet.", "Dawn kollha kienu taħt id-direzzjoni ta' missierhom fil-kant f'dar il-Mulej, imsieħeb mill-platti, l-arpi u ċ-ċetri, għas-servizz tad-dar ta' Alla taħt id-direzzjoni tas-sultan, Asaf, Ġedutun, u Ħeman.", "L-għadd tagħhom, flimkien ma' dak ta' ħuthom imħarrġa fil-kant lill-Mulej, ilkoll jinqalgħu, kien ta' mitejn u tmienja u tmenin.", "U huma lkoll, kbar u żgħar, imgħallem u skular, ilkoll xorta, tellgħu x-xorti għat-tqassim tas-servizz.", "L-ewwel xorti li telgħet messet lil Ġużeppi minn Asaf;", "it-tieni messet lil Gedalija, hu flimkien ma' ħutu u wliedu, tnax kollox;", "it-tielet messet lil Żakkur, uliedu u ħutu, tnax kollox;", "ir-raba' messet lil Isri, uliedu u ħutu, tnax kollox;", "il-ħames messet lil Netanija, uliedu u ħutu, tnax kollox;", "is-sitta lil Bukkija, uliedu u ħutu, tnax kollox;", "is-seba' lil Asarel, uliedu u ħutu, tnax kollox;", "it-tmienja lil Isaija, uliedu u ħutu, tnax kollox;", "id-disa' lil Mattanija, uliedu u ħutu, tnax kollox;", "l-għaxra lil Simgħi, uliedu u ħutu, tnax kollox;", "il-ħdax lil Għażarel, uliedu u ħutu, tnax kollox;", "it-tnax lil Ħasabija, uliedu u ħutu, tnax kollox;", "it-tlittax lil Subajel, uliedu u ħutu, tnax kollox;", "l-erbatax lil Mattitija, uliedu u ħutu, tnax kollox;", "il-ħmistax lil Ġerimot, uliedu u ħutu, tnax kollox;", "is-sittax lil Ħananija, uliedu u ħutu, tnax kollox;", "is-sbatax lil Ġosbeksa, uliedu u ħutu, tnax kollox;", "it-tmintax lil Ħanani, uliedu u ħutu, tnax kollox;", "id-dsatax lil Malloti, uliedu u ħutu, tnax kollox;", "l-għoxrin lil Elijata, uliedu u ħutu, tnax kollox;", "il-wieħed u għoxrin lil Ħotir, uliedu u ħutu, tnax kollox;", "it-tnejn u għoxrin lil Giddalti, uliedu u ħutu, tnax kollox;", "it-tlieta u għoxrin lil Maħżijot, uliedu u ħutu, tnax kollox;", "l-erbgħa u għoxrin lil Romamti-għeżer, uliedu u ħutu, tnax kollox."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.26", "bookref": "1CH.26", "text": ["Il-purtinara", "Dan kien it-tqassim tal-purtinara: mill-Koraħin kien hemm: Meselemija bin Kore minn Ebijasaf.", "U Meselemija kellu dawn l-ulied: Żakkarija, il-kbir; Ġedigħajel, it-tieni; Żebadija, it-tielet; Ġatnijel, ir-raba'; Għelam, il-ħames; Ġeħoħanan, is-sitta; Eljeħugħenaj, is-seba'.", "Għobededom kellu dawn l-ulied: Semajja, il-kbir; Ġeħożabad, it-tieni; Ġowaħ, it-tielet; Sakar, ir-raba'; Netanjel, il-ħames; Għammijel, is-sitta; Issakar, is-seba'; Pegħulletaj, it-tmienja; għax Alla kien bierku.", "U Semajja, ibnu, twildulu wlied li kienu jaħkmu fuq il-familji ta' missirijiethom, għax kienu rġiel ta' ħila kbira.", "Ulied Semajja kienu: Għotni, Refel, Għobed, Elżabad, li ħutu kienu nies ta' ħila, Eliħu u Semakija.", "Dawn kienu kollha minn ulied Għobededom, huma u wliedhom u ħuthom, nies ta' ħila, tajbin għas-servizz - tnejn u sittin minn Għobededom.", "U Meselemija kellu wlied u aħwa, nies ta' ħila - tmintax kollox.", "U Ħosa, minn ulied Merari, kellu wliedu: Simri, il-kap, għax għalkemm ma kienx il-kbir, missieru għamlu kap; Ħilkija, it-tieni; Tebalija, it-tielet; Żakkarija, ir-raba'; l-ulied kollha ta' Ħosa u ħutu kienu tlittax.", "Dawn kienu t-taqsimiet tal-purtinara skont il-kapijiet tagħhom; kellhom is-servizz tagħhom bħalma ħuthom kienu jservu fid-dar tal-Mulej.", "U huma tellgħu x-xorti għal kull bieb skont id-djar ta' missirijiethom, ilkoll xorta, kbar u żgħar.", "U x-xorti tan-naħa tal-Lvant messet lil Selemija.", "Tellgħu x-xorti għal Żakkarija ibnu, kunsillier għaqli, u x-xorti messitu n-naħa tat-Tramuntana.", "Lil Għobededom messitu n-naħa tan-Nofsinhar, u lil ibnu u lil uliedu messithom id-dar tal-imħażen.", "Lil Suffim u lil Ħosa n-naħa tal-Punent, il-bieb ta' Salleket, fit-triq tat-telgħa, għassa biswit għassa.", "Fuq in-naħa tal-Lvant kien hemm sitt Leviti kuljum, in-naħa tat-Tramuntana erbgħa kuljum, in-naħa tan-Nofsinhar erbgħa kuljum, u fl-imħażen kien hemm tnejn u tnejn.", "U tnejn tal-Parbar fuq il-Punent , erbgħa ħdejn it-triq, u tnejn għall-Parbar.", "Dan kien it-taqsim tal-purtinara minn fost ulied Koraħ u wlied Merari.", "Il-Leviti, ħuthom, kellhom jieħdu ħsieb l-imħażen tad-dar ta' Alla, u l-imħażen tal-offerti mqaddsa.", "Ulied Lagħdan, ulied il-Gersunin minn Lagħdan, il-kapijiet ta' djar missirijiethom minn Lagħdan il-Gersuni: Ġeħijeli.", "U wlied Ġeħijeli, Żetan u Ġoel, ħuh, kellhom jieħdu ħsieb l-imħażen ta' dar il-Mulej.", "Mill-Għamramin, l-Isħarin, il-Ħebronin, l-Għużżijelin, Sebuwel bin Gersum bin Mosè kien suprentendent tal-imħażen.", "U minn ħutu minn Eligħeżer: Reħabija, u ibnu Isaija; Ġoram, ibnu; Żikri, ibnu; Selomot, ibnu.", "Dan Selomot u ħutu kellhom jieħdu ħsieb il-ħażniet kollha tal-offerti mqaddsa, li s-sultan David u l-kapijiet tal-familji, u l-kmandanti tal-eluf u l-mijiet, u l-ġenerali tal-eżerċtu, kienu kkonsagraw.", "Kienu kkonsagrawhom mid-dħul tal-gwerra u l-priżi għall-manutenzjoni ta' dar il-Mulej.", "U kulma kien ikkonsagra Samwel, il-veġġent, Sawl bin Kis, Abner bin Ner, u Ġowab bin Seruja - dawn il-ħwejjeġ kollha kkonsagrati kienu fi ħsieb Selomot u ħutu.", "Mill-Isħarin, Kenanija u wliedu kellhom jieħdu ħsieb l-affarijiet ċivili ta' Iżrael, bħala kummissarji u mħallfin.", "Mill-Ħebronin, Ħasabija u ħutu, elf u seba' mitt raġel ta' ħila kbira, kellhom jieħdu ħsieb Iżrael, in-naħa tal-Punent tal-Ġordan, fil-ħwejjeġ kollha tal-Mulej u s-servizz tas-sultan.", "Mill-Ħebronin, Ġerija kien il-kap tal-Ħebronin skont nisilhom u d-djar ta' missirijiethom.", "Fis-sena erbgħin tas-saltna ta' David bdew ifittxu u sabu f'nofshom nies ta' ħila kbira f'Ġagħżer ta' Gilgħad.", "Is-sultan David, lilu u ħutu - elfejn u seba' mitt raġel ta' ħila, kapijiet ta' djar missirijiethom - tahom is-setgħa fuq ir-Rubenin, il-Gadin u nofs it-tribù ta' Manassi, biex jieħdu ħsieb kulma kellu x'jaqsam mal-Mulej u jmiss lis-sultan."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.27", "bookref": "1CH.27", "text": ["L-eżerċtu u l-amministrazzjoni ċivili", "Dan hu l-għadd ta' wlied Iżrael, il-kapijiet ta' djar il-missirijiet, il-kmandanti tal-eluf u l-mijiet, u l-fizzjali li kienu jservu lis-sultan f'dak kollu li kellu x'jaqsam mat-taqsimiet tal-eżerċtu, li kienu jidħlu u joħorġu, waħda wara l-oħra, minn xahar għal xahar, matul is-sena.", "Kull taqsima kien fiha erbgħa u għoxrin elf ruħ .", "Fuq l-ewwel taqsima għall-ewwel xahar kien hemm Ġasobgħam bin Żabdijel.", "U t-taqsima tiegħu kien fiha erbgħa u għoxrin elf ruħ.", "Kien hemm ulied Pereż, u kien kap fuq il-kmandanti kollha tal-eżerċtu għall-ewwel xahar.", "Fuq it-taqsima għat-tieni xahar kien hemm Elgħażar bin Dodaj l-Aħoħi; fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.", "Kmandant tat-tielet taqsima għat-tielet xahar kien Benajja bin Ġeħojada, il-qassis, bħala kap.", "It-taqsima tiegħu kien fiha erbgħa u għoxrin elf ruħ.", "Dan Benajja kien raġel qalbieni fost it-tletin u fuq it-tletin; u Għam-miżabad, ibnu, kien inkarigat mit-taqsima tiegħu.", "Ir-raba', għar-raba' xahar, kien hemm Għaxajel, ħu Ġowab, u warajh Żebadija ibnu.", "Fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.", "Il-ħames, għall-ħames xahar, kien hemm il-kmandant Samħut l-Eżraħi; u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.", "Is-sitta, għas-sitt xahar, Għira bin Għikkes it-Tekugħi; u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.", "Is-seba', għas-seba' xahar, Ħeles il-Peluni, minn ulied Efrajm; u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.", "It-tmienja, għat-tmien xahar, Sibbekaj il-Ħusati taż-Żeraħin; u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.", "Id-disa', għad-disa' xahar, kien hemm Abigħeżer l-Għanatoti, mill-Benjaminin; u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.", "L-għaxra, għall-għaxar xahar, kien hemm Maħaraj, in-Netufi, miż-Żeraħin; u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.", "Il-ħdax, għall-ħdax-il xahar, kien hemm Banajja l-Piragħtuni, minn ulied Efrajm; u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.", "It-tnax, għat-tnax-il xahar, kien hemm Ħeldaj, in-Netufi, minn Għotnijel; u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.", "Dawn kienu l-kapijiet fuq it-tribujiet ta' Iżrael: fuq ir-Rubenin kien hemm il-prinċep Eligħeżer bin Żikri; fuq is-Simgħonin, Sefatija bin Magħka; fuq il-Leviti, Ħasabija bin Kemuwel; u fuq nies Aron, Sadok; fuq Ġuda, Eliħu, minn ħut David; fuq Issakar, Għomri bin Mikiel; fuq Żebulun, Ismajja bin Għobadija; fuq Naftali, Ġeremot bin Għażrijel; fuq Efrajm, Ħosegħa bin Għażażija; fuq nofs it-tribù ta' Manassi, Ġoel bin Pedaja; fuq in-nofs l-ieħor tat-tribù ta' Manassi f'Gilgħad, Iddu bin Żakarija; fuq Benjamin, Ġagħsijel bin Abner; fuq Dan, Għażarel bin Ġeroħam.", "Dawn kienu l-prinċpijiet tat-tribujiet ta' Iżrael.", "Dawk li kellhom minn għoxrin sena 'l isfel David ma għaddhomx għax il-Mulej kien wiegħed li jkattar lil Iżrael bħall-kwiekeb tas-sema.", "Ġowab bin Seruja beda jgħodd, imma ma spiċċax, għax minħabba f'hekk waqgħet il-korla fuq Iżrael, u anqas l-għadd ma kien imniżżel fi Ktieb il-Ġrajja tas-Sultan David.", "U biex jieħu ħsieb il-ħażniet tas-sultan kien hemm Għażmawet bin Għaddijel; u Ġonatan bin Għużżija kien jieħu ħsieb il-ħażniet li kellu fir-raba', fl-ibliet, u fl-irħula u fit-torrijiet.", "Għeżri bin Kelub kien jieħu ħsieb il-ħaddiema tar-raba', li kienu jaħdmu l-art.", "U fuq l-oqsma tad-dwieli kien hemm Simgħi r-Rami; u Żabdi s-Sifmi kien jieħu ħsieb il-ħażniet tal-inbid f'dawn l-oqsma.", "U fuq l-oqsma taż-żebbuġ u tal-ġummajż fis-Sefela kien hemm Bagħal-ħanan il-Gederi; u Ġowas kien jieħu ħsieb il-ħażniet taż-żejt.", "Jieħu ħsieb il-baqar li kienu jirgħu f'Saron kien hemm Sitraj is-Saroni; u l-baqar li kienu fil-widien kien jieħu ħsiebhom Safat bin Għadlaj.", "Fuq l-iġmla kien hemm Obil l-Ismagħeli; u fuq il-ħmariet kien hemm Ġeħdeja l-Meronoti.", "Fuq l-imrieħel kien hemm Ġażiż il-Ħagri.", "Dawn kollha kienu jieħdu ħsieb il-ġid li kellu s-sultan David.", "Ġonatan, iz-ziju ta' David, bniedem jilħaqlu u segretarju, kien kunsillier; u hu u Ġeħijel bin Ħakmoni kienu jieħdu ħsieb ulied is-sultan.", "U Aħitofel kien kunsillier tas-sultan u Ħusaj l-Arki kien ħabib tas-sultan.", "Wara Aħitofel laħaq Ġeħojada bin Banajja, u Abjatar.", "Il-kmandant tal-eżerċtu tas-sultan kien Ġowab."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.28", "bookref": "1CH.28", "text": ["L-aħħar laqgħa f'Ġerusalemm", "U David laqqa' f'Ġerusalemm il-kapijiet kollha ta' Iżrael, il-kapijiet tat-tribujiet, il-kapijiet tat-taqsim għas-servizz tas-sultan, il-kmandanti tal-eluf u tal-mijiet, l-uffiċjali li kienu jieħdu ħsieb il-ġid u l-imrieħel tas-sultan u wliedu, flimkien mal-uffiċjali tal-palazz u l-qalbenin u l-gwerriera qalbiena.", "Is-sultan David qam fuq riġlejh u qal: \"Isimgħu, intom ħuti u l-poplu tiegħi!", "Jien kont bi ħsiebni nibni dar għall-mistrieħ tal-arka tal-patt tal-Mulej, u l-mirfes ta' riġlejn Alla tagħna , u kont lestejt kollox għall-bini.", "Imma Alla qalli: 'Int ma tibnix dar lil ismi, għax int bniedem tal-ġlied, u xerridt id-demm.'", "Imma l-Mulej, Alla ta' Iżrael, għażilni minn fost dar missieri li nkun sultan fuq Iżrael għal dejjem.", "Għax hu għażel lil Ġuda bi prinċep, u mid-dar ta' Ġuda, id-dar ta' missieri, u minn fost ulied missieri għoġbu jagħmel lili sultan fuq Iżrael kollu.", "\"U minn fost uliedi kollha - għax il-Mulej tani kotra ta' wlied - hu għażel lil Salamun, ibni, biex joqgħod fuq it-tron tas-saltna tal-Mulej fuq Iżrael.", "\"U qalli: 'Salamun, ibnek, hu jibni dari u l-btieħi tiegħi, għax lilu ħtart b'ibni, u jien inkun għalih missier.", "U jien inwettaqlu għal dejjem is-saltna tiegħu, jekk jibqa' sħiħ fil-fehma tiegħu li jagħmel il-liġijiet u l-ordnijiet tiegħi, bħalma għamel sal-lum.'", "\"Mela issa hawn quddiem Iżrael kollu, il-ġemgħa tal-Mulej, u quddiem Alla tagħna li qiegħed jismagħna; ħarsu u fittxu l-liġijiet kollha tal-Mulej, Alla tagħkom, sabiex tibqgħu żżommu f'idejkom din l-art għammiela u tgħadduha b'wirt lil uliedkom warajkom għal dejjem.", "\"U inti, Salamun, ibni, agħraf 'l Alla ta' missierek u aqdih b'qalbek sħiħa u b'rieda soda għaliex il-Mulej jistħarreġ il-qlub u jifhem kull għamla ta' ħsieb.", "Jekk inti tfittxu, iħallik issibu; imma jekk int titilqu, hu jwarrbek għal dejjem.", "Ara, issa li l-Mulej għażlek biex tibnilu dar bħala santwarju, agħmel il-qalb u ibda!\"", "U David ta lil Salamun, ibnu, il-mudell tal-portiku, tal-bini stess, l-imħażen, il-kmamar ta' fuq, il-kmamar ta' ġewwa, u l-kamra tal-propizjatorju.", "Tah il-mudell ta' kulma kellu f'moħħu dwar il-btieħi ta' dar il-Mulej u tal-kmamar kollha dawramejt għall-ħażniet tad-dar ta' Alla u għall-ħażniet tal-offerti mqaddsa; għat-taqsim tal-qassisin u l-Leviti, u x-xogħol kollu tas-servizz ta' dar il-Mulej u t-tagħmir għas-servizz ta' dar il-Mulej.", "Qallu wkoll l-użin tad-deheb meħtieġ għal kull tagħmir għal kull servizz, u l-użin tal-fidda għat-tagħmir kollu tal-fidda għal kull servizz; l-użin tad-deheb għall-imnariet tad-deheb u l-imsiebaħ tagħhom tad-deheb, u l-użin tal-fidda tal-imnariet tal-fidda, bl-użin ta' kull imnara u l-imsiebaħ tagħha, skont l-użu ta' kull imnara fis-servizz.", "U mbagħad l-użin tad-deheb meħtieġ għall-imwejjed tal-ħobż tal-preżenza u tal-fidda għall-imwejjed tal-fidda; il-mudell tal-frieket, tal-bwieqi, tat-tazzi tad-deheb fin; u tal-buqari tad-deheb, bl-użin għal kull buqar, u għall-buqari tal-fidda skont l-użin ta' kull buqar; mudell għall-artal tal-inċens, deheb fin bl-użin; u l-mudell tal-karru tal-kerubini tad-deheb, li kellhom jgħattu l-arka tal-patt bi ġwenħajhom mifruxa.", "Dan kollu għarrfu bil-miktub, minn id il-Mulej, ix-xogħol kollu li kellu jsir skont il-mudell.", "U David qal lil ibnu Salamun: \"Agħmel il-ħila, agħmel il-qalb u idħol għax-xogħol!", "La tibżax, u la taqtax qalbek, għax il-Mulej, Alla tiegħi, miegħek.", "Mhux se jħallik u anqas jitilqek sa ma ttemm ix-xogħol għas-servizz ta' dar il-Mulej.", "\"Hawn ukoll it-taqsimiet tal-qassisin u l-Leviti għas-servizz kollu tad-dar ta' Alla; għandek ukoll għal kull xogħol nies jinqalgħu u lesti minn qalbhom għal kull xogħol; u l-kapijiet u l-poplu kollu joqogħdu għal kliemek.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CH.29", "bookref": "1CH.29", "text": ["David iħeġġeġ il-poplu", "U David kellem lill-ġemgħa kollha: \"Ibni Salamun - lilu waħdu Alla għażel - għadu tfajjel u dgħajjef, u x-xogħol hu kbir, għax dan mhuwiex xi palazz għal xi bniedem, imma għall-Mulej Alla.", "Jien għamilt kulma stajt u ħejjejt kollox għad-dar ta' Alla tiegħi, id-deheb għall-oġġetti tad-deheb, u l-fidda għall-oġġetti tal-fidda, bronż għall-oġġetti tal-bronż, ħadid għall-oġġetti tal-ħadid, injam għall-oġġetti tal-injam, kwantità kbira ta' ħaġar tal-oniċi u ħaġar ieħor għall-ingastar, irħam aħdar u kkulurit, kull xorta oħra ta' ħaġar prezzjuż u rħam bil-kotra.", "\"U aktar, minħabba l-għaxqa tiegħi bid-dar ta' Alla tiegħi, kulma għandi tad-deheb u l-fidda tajtu lid-dar ta' Alla, minbarra dak li lestejt għas-santwarju: tlitt elef talent tad-deheb, deheb ta' Ofir, u sebat elef talent tal-fidda fina għall-kisi tal-ħitan tas-swali; deheb għall-oġġetti tad-deheb, u fidda għall-oġġetti tal-fidda għal kull xogħol tan-nies tas-sengħa.", "Min hu issa lest li jersaq b'idejh mimlija u jagħti minn qalbu offerta lill-Mulej?\"", "U l-kapijiet tad-djar ta' missirijiethom, il-kapijiet tat-tribujiet ta' Iżrael, u l-kmandanti tal-eluf u tal-mijiet, u s-suprentendenti tax-xogħol tas-sultan tħajru, u offrew minn rajhom għas-servizz tad-dar ta' Alla ħamest elef talent u għaxart elef darik tad-deheb, għaxart elef talent tal-fidda, tmintax-il elf talent tal-bronż u mitt elf talent tal-ħadid.", "U kull min sab li kellu ħaġar prezzjuż, tah f'idejn Ġeħijel il-Gersuni għat-teżor ta' dar il-Mulej.", "U l-poplu feraħ bl-offerti minn rajhom, għax tassew taw minn qalbhom lill-Mulej, u feraħ ukoll David is-sultan b'ferħ kbir.", "U David bierek il-Mulej quddiem il-ġemgħa kollha u qal:", "\"Imbierek int, Mulej, Alla ta' Iżrael, missierna,", "minn dejjem għal dejjem.", "Tiegħek, Mulej, il-kobor u l-qawwa,", "il-ġieħ, is-sebħ u t-tifħir:", "kulma hemm fis-sema u fl-art.", "Tiegħek is-saltna, Mulej,", "int kap fuq kulħadd.", "Minnek l-għana u s-sebħ;", "int taħkem fuq kollox.", "F'idejk il-qawwa u s-saħħa;", "f'idejk is-setgħa li tkabbar u 'l kulħadd issaħħaħ.", "U issa nfaħħruk, Alla tagħna,", "u nsebbħu l-isem glorjuż tiegħek.", "\"Iva, jien min jien u min hu dan il-poplu tiegħi biex stajna nagħtu daqshekk minn rajna?", "Għax kollox minnek ġej; u minn idejk nagħtuh lilek.", "Għax tassew frustieri aħna quddiemek, u barranin bħalma kienu missirijietna.", "Bħad-dell għomorna fuq l-art, u m'hemm xejn sod.", "\"Mulej Alla tagħna, dan il-ġid kollu li ħejjejna għall-bini ta' dar għall-isem qaddis tiegħek, minn idejk ġej, u kollu hu tiegħek.", "\"Jiena naf, Alla tiegħi, li int tgħarbel il-qalb, u titgħaxxaq bis-sewwa.", "Jien b'qalb sinċiera tajt dan kollu minn rajja, u issa qiegħed nara dan il-poplu tiegħek li jinsab hawn joffrilek dan kollu ferħan minn qalbu.", "\"Mulej, Alla ta' Abraham, Iżakk, u Iżrael, missirijietna, żomm din il-fehma u ħsibijiet f'qalb il-poplu tiegħek, u iġbdilhom qalbhom lejk.", "\"Lil ibni Salamun agħtih qalb sħiħa, biex iħares il-kmandamenti, il-preċetti u l-liġijiet tiegħek, u biex jagħmel minn kollox u jibni l-palazz li jien ħejjejt.\"", "U David imbagħad qal lill-ġemgħa kollha: \"Bierku lill-Mulej Alla tagħkom.\"", "U l-ġemgħa kollha bierket lill-Mulej, Alla ta' missirijiethom, u baxxew rashom u niżlu wiċċhom fl-art quddiem il-Mulej u quddiem is-sultan.", "U l-għada ta' dak il-jum offrew vittmi lill-Mulej u sagrifiċċji tal-ħruq: elf gendus, elf muntun, elf ħaruf, bil-libazzjonijiet tagħhom, u kotra kbira ta' vittmi għal Iżrael kollu.", "U kielu u xorbu dakinhar b'ferħ kbir quddiem il-Mulej, u għamlu lil Salamun bin David, sultan għat-tieni darba , u dilkuh prinċep quddiem il-Mulej, u lil Sadok bħala qassis.", "U Salamun qagħad fuq it-tron tal-Mulej bħala sultan flok David missieru, u kellu r-riżq; u Iżrael kollu kien jisma' minnu.", "U l-kapijiet kollha u l-qalbiena u l-ulied kollha tas-sultan David qagħdu għas-sultan Salamun.", "U l-Mulej kabbar u għolla lil Salamun quddiem Iżrael kollu, u xeħet fuqu l-glorja ta' saltna, li qatt qablu ma kellu ebda sultan fuq Iżrael.", "U David bin Ġesse saltan fuq Iżrael kollu; u ż-żmien li saltan fuq Iżrael kien ta' erbgħin sena: għal seba' snin saltan f'Ħebron, u għal tlieta u tletin sena f'Ġerusalemm.", "U miet bi kwietu fi xjuħitu, mimli bl-għomor, bl-għana, u bil-glorja; u beda jsaltan floku Salamun, ibnu.", "U l-ġrajja ta' David, mill-bidu sal-aħħar, jinsabu miktuba fil-ġrajja ta' Samwel il-veġġent, u l-ġrajja ta' Natan il-profeta, u l-ġrajja ta' Gad il-veġġent, flimkien mas-saltna tiegħu kollha, l-għemejjel qalbiena tiegħu, u kulma għadda minn għalih u minn Iżrael kollu u mis-saltniet kollha tal-artijiet l-oħra ta' madwaru."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CH.intro", "bookref": "2CH.intro", "text": ["IT-TIENI KTIEB TAL-KRONAKI", "Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb", "It-tieni ktieb tal-Kronaki jkompli fejn ħalla l-ewwel ktieb, bl-istess metodu li jirrepeti l-ġrajjiet tal-kotba tas-slaten imma minn angolu differenti.", "Waħda mid-differenzi mill-Kotba tas-Slaten, per eżempju, hi li f'dan il-ktieb ftit li xejn naqraw dwar is-saltna tat-Tramuntana.", "Il-protagonista, din id-darba, hu Salamun li jiġi mfaħħar bil-kbir bħala s-sultan ideali ta' Iżrael.", "Il-ġrajja taż-żewġ saltniet, l-aktar dik tan-Nofsinhar, tasal sal-waqgħa ta' Ġerusalemm fis-sena QK.", "L-ewwel disa' kapitli jagħmlu enfasi kbir fuq il-bini u d-dedikazzjoni tat-tempju u fuq li l-poplu rabat il-qima tiegħu lil Alla ma' dan il-post.", "Il-bqija tal-ktieb (kap - ) jirrakkonta l-irvell tal-poplu u l-firda taż-żewġ saltniet.", "Dan il-ktieb juri kemm il-poplu ta' Iżrael dineb u ċaħad lil Alla, u għalhekk ma kienx ta' min jirrakkonta ġrajjietu.", "It-Tieni Ktieb tal-Kronaki jixħet dawl pożittiv fuq is-slaten Ħeżekija u Ġosija li dejjem taw sehemhom biex il-qima lejn Alla u ż-żamma tal-Liġi tiegħu jkunu fil-qalb tal-poplu.", "Wara li naqraw dwar l-eżilju tal-poplu lejn il-Babilonja, il-ktieb jikkonkludi b'xaqq ta' tama għal-Lhud meta Ċiru, sultan tal-Persja jħalli lill-poplu ta' Ġuda jirritorna lejn pajjiżu bil-wegħda li:", "Il-Mulej, Alla tas-sema, tani f'idejja s-saltniet kollha tal-art, u hu qabbadni nibnilu tempju f'Ġerusalemm, li hi f'Ġuda.", "Kull min minnkom hu mill-poplu tiegħu, ħa jkun il-Mulej miegħu, u jitla' \" ( , ).", "It-taqsim tal-ktieb", "Ir-renju ta' Salamun ( , — , )", "L-ewwel snin ( , - )", "Il-bini tat-Tempju ( , — , )", "Is-snin ta' wara ( , — , )", "Ir-rewwixta mit-tribujiet tat-Tramuntana ( , - )", "Is-slaten ta' Ġuda ( , — , )", "Il-waqgħa ta' Ġerusalemm ( , - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CH.1", "bookref": "2CH.1", "text": ["Salamun isaħħaħ is-saltna", "U ssaħħaħ Salamun bin David fis-saltna tiegħu, u l-Mulej, Alla tiegħu, kien miegħu u kabbru bis-sħiħ.", "U Salamun kellem lil Iżrael kollu, u l-kmandanti tal-eluf, u tal-mijiet, u lill-imħallfin u lill-prinċpijiet ta' Iżrael kollu, u l-kapijiet tal-familji ta' missirijiethom.", "U marru Salamun u l-ġemgħa kollha miegħu lejn l-għolja li kien hemm f'Gibgħon , fejn kien hemm it-tinda tal-laqgħa ta' Alla, li Mosè, il-qaddej tal-Mulej, kien għamel fid-deżert.", "Imma l-arka ta' Alla kien tellagħha David minn Kirjat-ġegħarim fejn kien ħejjielha postha, billi David kien tellgħalha tinda f'Ġerusalemm.", "L-artal tal-bronż, li kien għamel Besalel bin Uri, bin Ħur, kien hemm quddiem l-għamara tal-Mulej, u hawn ġew ifittxu l-Mulej Salamun u l-ġemgħa.", "U tala' Salamun quddiem l-artal tal-bronż quddiem il-Mulej, li kien fit-tinda tal-laqgħa, u offra fuqu elf sagrifiċċju tal-ħruq.", "Billejl deher Alla lil Salamun u qallu: \"Itlobni x'nagħtik.\"", "U Salamun wieġeb lil Alla: \"Int urejt tjieba kbira ma' David missieri, u qegħedtni sultan floku.", "Issa, Mulej Alla, ħa sseħħ il-wegħda tiegħek lil David missieri.", "Għax int qegħedtni sultan fuq poplu kotran daqs it-trab tal-art.", "Agħtini mela issa għerf u dehen ħalli nagħraf noħroġ u nidħol f'ras dan il-poplu, għax min jista' jaħkem dan il-poplu tiegħek hekk kbir?\"", "U Alla wieġeb lil Salamun: \"Billi dan huwa għal qalbek u ma tlabtx għana, ġid u glorja; ma tlabtx il-ħajja tal-għedewwa tiegħek, u lanqas għomor twil, imma tlabt għalik għerf u dehen, biex tkun tista' tiggverna l-poplu tiegħi li fuqu jien għamiltek sultan, l-għerf u d-dehen huma mogħtija lilek; u nagħtik ukoll għana, ġid u glorja, li qatt bħalhom ma kellhom is-slaten ta' qablek, u lanqas ta' warajk qatt ma jkollhom.\"", "U Salamun ġie lura Ġerusalemm, mill-għolja li kien hemm f'Gibgħon, minn quddiem it-tinda tal-laqgħa, u beda jsaltan fuq Iżrael.", "U Salamun ġabar karrijiet u rikkieba; u kellu elf u erba' mitt karru u tnax-il elf rikkieb, u qassamhom fl-ibliet tal-karrijiet u f'Ġerusalemm madwar is-sultan.", "U l-fidda u d-deheb f'Ġerusalemm is-sultan ġiebhom bħall-ġebel; u l-injam taċ-ċedru għamlu bħall-injam tat-tin selvaġġ li hemm fis-Sefela.", "Kienu jġibu ż-żwiemel lil Salamun minn Musri u minn Kuwi; kienu jġibuhom in-neguzjanti tas-sultan minn Kuwi bil-prezz tas-suq.", "Kienu jitilgħu Musri u joħorġu karru bil-prezz ta' sitt mitt xekel u żiemel b'mija u ħamsin.", "Hekk ukoll permezz ta' dawn in-neguzjanti kienu jinbiegħu lis-slaten tal-Ħittin u lis-slaten ta' Aram.", "Tħejjija għall-bini tat-tempju", "U Salamun qatagħha li jibni tempju lil isem il-Mulej, u palazz ta' sultan għalih innifsu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CH.2", "bookref": "2CH.2", "text": ["U Salamun ġabar sebgħin elf raġel għall-ġarr tat-tagħbijiet, u tmenin elf raġel għall-qtugħ tal-ġebel mill-muntanja, u qiegħed fuqhom tlitt elef u sitt mitt suprentendent.", "Imbagħad Salamun bagħat jgħid lil Ħuram, sultan ta' Tir: \"Bħalma għamilt ma' David missieri u bgħattlu ċ-ċedru biex jibni dar għalih biex jgħammar fiha, agħmel hekk issa ma' ibnu.", "Jien se nibni tempju lil isem il-Mulej, Alla tiegħi, biex nikkonsagrah lilu, biex naħraq quddiemu l-inċens tal-ħwawar ifuħu, biex inqiegħed il-ħobż tal-preżenza għal dejjem, biex noffri s-sagrifiċċji tal-ħruq filgħodu u filgħaxija, fis-Sibtijiet u fl-ewwel tax-xahar, u fil-festi tal-Mulej, Alla tagħna - kif inhu ordnat lil Iżrael għal dejjem.", "It-tempju li bi ħsiebni nibni hu kbir, għax kbir hu Alla tagħna 'l fuq mill-allat kollha.", "U min għandu l-ħila jibnilu dar, meta s-sema u s-sema tas-smewwiet ma jesgħuhx?", "U min jiena jien biex nibnilu dar?", "Post biss irrid biex naħraq fih l-inċens.", "\"Mela issa ibgħatli bniedem imħarreġ fix-xogħol tad-deheb u l-fidda, tal-bronż u l-ħadid, tal-porpra u tal-kremżi u tal-vjola, li jaf inaqqax, biex jingħaqad man-nies tas-sengħa li hawn madwari f'Ġuda u f'Ġerusalemm, li kien ħejjiehom David missieri.", "Ibgħatli injam taċ-ċedru, taċ-ċipress, u tas-sandlu mil-Libanu, għax jien naf li l-qaddejja tiegħek jafu kif jaqtgħu s-siġar tal-Libanu, u l-qaddejja tiegħi jkunu ma' tiegħek, biex iħejjuli injam bil-kotra, għax kbir u tal-għaġeb it-tempju li bi ħsiebni nibni.", "U, ara, lil dawk li jaqtgħu l-injam, lill-qaddejja tiegħek, nagħtihom b'ikel għoxrin elf kor qamħ, għoxrin elf kor xgħir, għoxrin elf batt inbid u għoxrin elf batt żejt.\"", "U Ħuram, is-sultan ta' Tir, wieġeb bil-miktub lil Salamun: \"Billi l-Mulej iħobb lill-poplu tiegħu, qiegħdek sultan fuqhom.\"", "U ssokta jgħidlu Ħuram: \"Imbierek il-Mulej, Alla ta' Iżrael, li għamel is-sema u l-art, li ta lis-sultan David iben għaref, għaqli u dehni, biex jibni tempju għall-Mulej u palazz għas-sultan tiegħu.", "Issa nibgħatlek bniedem li jifhem u tas-sengħa, Ħuram-abi, bin mara mill-bniet ta' Dan, u missieru raġel minn Tir , li jaf jaħdem fid-deheb u l-fidda, fil-bronż u l-ħadid, fil-ġebel u l-injam, fil-porpra, fil-vjola, fl-għażel u fil-kremżi, u fl-inqix ta' kull xorta, u li jfassal kull xogħol li jingħatalu flimkien man-nies tas-sengħa tiegħek, u n-nies tas-sengħa ta' sidi David missierek.", "U l-qamħ, ix-xgħir, iż-żejt u l-inbid li semma sidi, ħa jibgħathom lill-qaddejja tiegħu, u aħna naqtgħu s-siġar mil-Libanu skont ma teħtieġ, u nġibuhomlok bil-baħar fuq iċ-ċattri sa Ġaffa, u int imbagħad tellagħhom Ġerusalemm.\"", "U Salamun għadd l-irġiel kollha barranin li kien hemm jgħixu f'Iżrael, skont iċ-ċensiment li kien għamel missieru David, u sab li kienu mija u tlieta u ħamsin elf u sitt mitt wieħed.", "Sebgħin elf minnhom ħadhom għat-tagħbija u tmenin elf għall-qtugħ tal-ġebel minn fuq il-muntanja, u tlitt elef u sitt mija suprentendenti biex iżommu l-poplu fuq ix-xogħol."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CH.3", "bookref": "2CH.3", "text": ["Il-bini tat-tempju", "U Salamun beda jibni t-tempju tal-Mulej f'Ġerusalemm, fuq l-għolja ta' Morija , fejn il-Mulej kien deher lil David missieru, fil-post li kien ħejja David fuq il-qiegħa ta' Ornan il-Ġebusi.", "U beda jibnih fit-tieni xahar tar-raba' sena tas-saltna tiegħu.", "Dawn huma l-qisien ta' Salamun għall-bini tat-tempju ta' Alla; sittin driegħ - fuq il-qjies il-qadim - tul; għoxrin driegħ wisa'.", "Il-portiku ta' quddiem it-tempju kien għoxrin driegħ tul mal-wisa' tat-tempju, u mija u għoxrin driegħ għoli.", "U ksieh minn ġewwa bid-deheb fin.", "Id-dar il-kbira ksieha bl-injam taċ-ċipress, li mbagħad ksieh b'deheb fin, u naqqax fuqu palm u girlandi madwaru.", "U kesa d-dar u żejjinha b'ħaġar prezzjuż - id-deheb kien deheb ta' Parwajm.", "U kesa d-dar - it-travi, l-għetiebi, il-ħitan u l-bibien tagħha - bid-deheb, u naqqax il-kerubini fuq il-ħitan.", "U għamel il-kamra tal-post il-qaddis.", "It-tul tagħha skont il-wisa' tad-dar għoxrin driegħ u l-wisa' tagħha għoxrin driegħ, u ksieha b'sitt mitt talent deheb fin.", "L-użin tal-imsiemer kien ta' ħamsin xekel tad-deheb.", "U kesa wkoll bid-deheb il-kmamar ta' fuq.", "U fil-post il-qaddis għamel żewġ kerubini, xogħol tal-iskultur, u ksiehom bid-deheb.", "U l-ġwienaħ tal-kerubini kienu wiesgħa għoxrin driegħ; il-ġewnaħ tal-wieħed, b'medda ta' ħamest idriegħ, kien jilħaq sal-ħajt tal-kamra, u l-ġewnaħ l-ieħor, b'medda ta' ħamest idriegħ, kien jilħaq il-ġewnaħ tal-kerubin l-ieħor.", "Il-ġewnaħ tal-kerubin l-ieħor b'medda ta' ħamest idriegħ, kien jilħaq sal-ħajt tal-kamra, u l-ġewnaħ l-ieħor b'medda ta' ħamest idriegħ, kien jilħaq mal-ġewnaħ tal-kerubin l-ieħor.", "Il-ġwienaħ miftuħa ta' dawn il-kerubini kellhom medda ta' għoxrin driegħ; kienu wieqfa fuq riġlejhom b'wiċċhom iħares lejn id-dar.", "Għamel imbagħad il-purtiera tal-porpra vjola, porpra ħamra u kremżi tal-għażel, u rrakkma fuqha l-kerubini.", "U għamel żewġ kolonni quddiem id-dar, kull waħda ħamsa u tletin driegħ għoli, u l-kapitelli għal fuq ras kull waħda minnhom ħamest idriegħ għoli.", "U għamel girlandi bħal kullani, u dawwarhom ma' ras il-kolonni, u għamel ukoll mitt rummiena u dendilhom mal-girlandi.", "Imbagħad waqqaf il-kolonni quddiem it-tempju, waħda fuq il-lemin u l-oħra fuq ix-xellug, u l-leminija semmieha Ġakin u l-oħra semmieha Bogħaż."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CH.4", "bookref": "2CH.4", "text": ["It-tagħmir tat-tempju", "U għamel artal tal-bronż, għoxrin driegħ twil, u għoxrin driegħ wiesa', u għaxart idriegħ għoli.", "U għamel ukoll vaska tal-bronż fondut għall-ilma; kienet tonda, għaxart idriegħ minn xifer sa xifer, u għolja ħamest idriegħ, b'dawra tal-qjies ta' tletin driegħ.", "Taħt ix-xifer kien hemm indana xbihat ta' gniedes, għaxra għal kull driegħ, iddur dawramejt mal-vaska kollha.", "U l-gniedes kienu f'żewġ saffi mdewba biċċa waħda magħha.", "Il-vaska kienet isserraħ fuq tnax-il gendus, tlieta jħarsu lejn it-Tramuntana, tlieta lejn il-Punent, tlieta lejn in-Nofsinhar, u tlieta lejn il-Lvant, u l-vaska kienet fuqhom; u l-warrani tagħhom kien iħares 'il ġewwa.", "Il-ħxuna tagħha kienet ta' erbat iswaba', u x-xifer kien qisu xifer ta' bieqja, u jixbah fl-għamla lill-warda tal-ġilju.", "Kienet tasa' tlitt elef batt ilma.", "Għamel ukoll għaxart injiebi, u qiegħed ħamsa fuq il-lemin u ħamsa fuq ix-xellug, biex jaħslu u jlaħalħu fihom il-meħtieġ għas-sagrifiċċju tal-ħruq.", "U l-vaska kienet isservi biex jinħaslu fiha l-qassisin.", "U għamel għaxar imnariet tad-deheb, skont ma kien ordnat dwarhom u qegħedhom fit-tempju, ħamsa fuq il-lemin, u ħamsa fuq ix-xellug.", "U għamel għaxar imwejjed u qegħedhom fit-tempju, ħamsa fuq il-lemin, u ħamsa fuq ix-xellug; u għamel mitt bieqja tad-deheb.", "U għamel il-bitħa tal-qassisin, il-bitħa l-kbira, u l-bibien għall-bitħa, u dawn il-bibien ksiehom bil-bronż.", "U l-vaska qegħedha fil-ġenb tal-lemin, in-naħa tal-Lvant lejn in-Nofsinhar.", "U Ħuram għamel il-borom, il-pwali u l-bwieqi.", "Hemm Ħuram temm ix-xogħol kollu li kellu jagħmel lis-sultan Salamun għat-tempju ta' Alla; iż-żewġ kolonni, il-kapitelli mżaqqin għal fuq ras iż-żewġ kolonni, u ż-żewġ girlandi biex jiksu ż-żewġ kapitelli mżaqqin ta' fuq il-kolonni; u l-erba' mitt rummiena għaż-żewġ girlandi, iż-żewġ indani ta' rummien għal kull girlanda li kienet tiksi ż-żaqq taż-żewġ kapitelli ta' fuq ras il-kolonni; l-għaxar imqagħad u l-għaxart injiebi għal fuq l-imqagħad; il-vaska waħdanija u t-tnax-il baqra għal taħtha u l-borom, il-pwali u l-bwieqi u l-frieket.", "U Ħuram-abi għamel it-tagħmir kollu tagħhom tal-bronż ileqq lis-sultan Salamun għat-tempju tal-Mulej.", "Is-sultan dewwibhom fil-wita tal-Ġordan, ħdejn il-mogħdija ta' Adama, bejn Sukkot u bejn Saretan.", "Salamun għamel dan it-tagħmir kollu b'kotra kbira, tant li l-użin baqa' ma tqiesx minħabba l-kotra kbira tal-bronż.", "Hekk Salamun għamel it-tagħmir kollu meħtieġ għat-tempju ta' Alla: l-artal tad-deheb, l-imwejjed li fuqhom kien jitqiegħed il-ħobż tal-preżenza, l-imnariet bl-imsiebaħ tad-deheb fin biex jinxtegħlu skont l-ordni quddiem is-santwarju, u l-ward, u l-imsiebaħ u l-imqassijiet mill-ifjen deheb.", "U l-imqassijiet, il-bwieqi, l-imgħaref u ċ-ċnieser, kollox kien tad-deheb fin; u d-dħul tat-tempju, u l-bibien ta' ġewwa nett tal-post il-qaddis, u l-bibien tal-korsija tat-tempju, kollox kien tad-deheb."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CH.5", "bookref": "2CH.5", "text": ["Meta ntemm ix-xogħol kollu li għamel Salamun għat-tempju tal-Mulej, ġieb Salamun l-offerti li kien għamel David missieru - il-fidda, id-deheb u l-ħwejjeġ l-oħra kollha - u qiegħed kollox fl-imħażen tat-tempju ta' Alla.", "L-arka fit-tempju", "Salamun imbagħad laqqa' flimkien f'Ġerusalemm ix-xjuħ ta' Iżrael, u l-kapijiet tat-tribujiet, il-prinċpijiet tal-familji ta' wlied Iżrael, biex l-arka tal-patt tal-Mulej itellgħuha mill-belt ta' David, jiġifieri minn Sijon.", "Inġabru għalhekk madwar is-sultan l-irġiel kollha ta' Iżrael fil-festa li taħbat fis-seba' xahar.", "U kif ġew ix-xjuħ kollha ta' Iżrael, il-Leviti refgħu l-arka.", "U tellgħu l-arka u wkoll it-tinda tal-laqgħa flimkien ma' kull ħaġa mqaddsa, li kien hemm fit-tinda; tellgħuhom il-qassisin u l-Leviti.", "U s-sultan Salamun u l-ġemgħa kollha ta' Iżrael, miġbura madwaru quddiem l-arka, offrew sagrifiċċji ta' nagħaġ u baqar li ma kontx issib tarf tgħoddhom.", "Imbagħad il-qassisin wasslu l-arka tal-patt tal-Mulej f'postha fis-santwarju tat-tempju, jiġifieri fil-post il-qaddis, u qegħduha taħt il-ġwienaħ tal-kerubini, għax il-kerubini kellhom ġwenħajhom miftuħin fuq post l-arka, hekk li l-kerubini kienu jgħattu huma stess il-wiċċ tal-arka u l-lasti tagħha.", "Il-lasti kienu tant twal li rjushom kienu jidhru mill-post qaddis quddiem is-santwarju; imma ma kinux jidhru minn barra - u għadhom hemm sal-lum .", "Xejn ma kien hemm ġol-arka ħlief iż-żewġ twavel li kien qiegħed hemm Mosè meta kien Ħoreb; dawn kienu t-twavel tal-patt li bih il-Mulej intrabat ma' wlied Iżrael meta ħarġu mill-Eġittu.", "Ġara li l-qassisin ħarġu mill-post il-qaddis, wara li l-qassisin kollha li kien hemm tqaddsu bla ma taw kas tat-taqsimiet tagħhom; il-Leviti kantanti kollha, jiġifieri Asaf, Ħeman, Ġedutun, uliedhom u ħuthom, libsin l-għażel, kienu bilwieqfa n-naħa tal-Lvant tal-artal, bil-platti u l-arpi u ċ-ċetri, u magħhom mija u għoxrin qassis idoqqu t-trombi.", "U kif it-trumbettieri u l-kantanti kollha bdew isemmgħu ħoss wieħed flimkien biex isebbħu u jfaħħru l-Mulej, kif kienu jsemmgħu d-daqq tat-trumbetti u l-platti u l-istrumenti tad-daqq biex isebbħu l-Mulej \"għax hu tajjeb, għax għal dejjem it-tjieba tiegħu,\" ġara li t-tempju tal-Mulej imtela bi sħaba.", "U ma setgħux il-qassisin ikomplu s-servizz tagħhom minħabba s-sħaba, għax il-glorja tal-Mulej imliet id-dar ta' Alla."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CH.6", "bookref": "2CH.6", "text": ["Id-diskors ta' Salamun u t-talba", "Imbagħad Salamun qal: \"Il-Mulej qal li jrid jgħammar fid-dlam.", "Imma jien bnejtlek dar fejn tgħammar, post fejn toqgħod għal dejjem.\"", "Imbagħad is-sultan dawwar wiċċu, u bierek il-ġemgħa kollha ta' Iżrael, waqt li l-ġemgħa kollha ta' Iżrael kienet bilwieqfa, u qal: \"Imbierek il-Mulej, Alla ta' Iżrael, li temm b'idu kulma kien qal b'fommu lil David missieri, meta qallu: 'Mindu ħriġt lill-poplu tiegħi mill-art tal-Eġittu ma għażilt ebda belt mit-tribujiet kollha ta' Iżrael, biex fiha nibni tempju li fih ikun hemm ismi, u lanqas ma għażilt bniedem li jkun prinċep fuq il-poplu tiegħi Iżrael, imma għażilt lil Ġerusalemm biex jgħammar ismi fiha, u għażilt lil David biex isaltan fuq il-poplu tiegħi Iżrael.'", "\"David missieri, kellu f'moħħu li jibni tempju lil isem il-Mulej, Alla ta' Iżrael.", "U l-Mulej qal lil David, missieri: 'Sewwa li kellek f'qalbek li tibni tempju lil ismi, tajjeb li ġiek f'rasek dan.", "\" 'Imma mhux int tibnih it-tempju, imma ibnek li joħroġ mill-ġewwieni tiegħek, għad jibni tempju lil ismi.'", "U l-Mulej żamm kelmtu kif kien qal: ilħaqt jien flok David missieri, u qgħadt fuq it-tron ta' Iżrael bħalma kien wiegħed il-Mulej, u bnejt it-tempju lil isem il-Mulej, Alla ta' Iżrael.", "U hemm qegħedt l-arka li fiha hemm il-patt tal-Mulej, li għamel ma' wlied Iżrael.\"", "It-talba ta' Salamun", "Imbagħad qam bilwieqfa quddiem l-artal tal-Mulej quddiem il-ġemgħa kollha ta' Iżrael u fetaħ dirgħajh beraħ.", "Salamun kien għamel bħal palk tal-bronż twil ħamest idriegħ, wiesa' ħamest idriegħ, u għoli tlieta, u qiegħdu f'nofs il-bitħa, u tala' bilwieqfa fuqu, niżel għarkupptejh quddiem il-ġemgħa kollha ta' Iżrael, fetaħ idejh lejn is-sema u qal:", "\"Mulej, Alla ta' Iżrael, mhawnx Alla ieħor bħalek, la fis-sema u lanqas fl-art, għaliex inti, lil dawk il-qaddejja tiegħek li jimxu fil-preżenza tiegħek b'qalbhom kollha, ma tiksrilhomx il-patt li int għamilt magħhom, lanqas ma tonqoshom mill-imħabba li dejjem urejthom.", "Int li żammejt il-wegħda li għamilt lill-qaddej tiegħek David missieri, u kulma tkellimt b'fommok, issa temmejtu llum b'idek.", "U issa, Mulej, Alla ta' Iżrael, żomm il-wegħda li għamilt lill-qaddej tiegħek David meta għedtlu: 'Qatt ma jonqos minn nislek min joqgħod fuq it-tron ta' Iżrael kemm-il darba jżommu triqthom u jimxu skont il-liġi tiegħi, bħalma kont timxi int fil-preżenza tiegħi.'", "U issa, Alla ta' Iżrael, ħa sseħħ kelmtek, li għedt lill-qaddej tiegħek David.", "\"Imma, tgħid, tassew li Alla se jibqa' jgħix fuq l-art mal-bnedmin?", "Ara!", "Lanqas is-smewwiet u s-smewwiet tas-smewwiet ma jesgħuk, aħseb u ara dan id-daqsxejn ta' tempju li bnejt jien!", "Agħti widen għalhekk, Mulej, Alla tiegħi, għat-talba tal-qaddej tiegħek u għas-supplika tiegħu; isma' l-għajta ta' ferħ u t-talba li l-qaddej tiegħek qiegħed iressaq illum quddiemek.", "Nhar u lejl ħarstek taqlagħhiex minn fuq dan it-tempju, minn fuq dan il-post, li għalih int kont għedt li tqiegħed ismek fih.", "Isma' t-talba li jagħmillek il-qaddej tiegħek għal dan il-post.", "Isma' mela din is-supplika li l-qaddej tiegħek mal-poplu tiegħek Iżrael, sewwasew f'dan il-post, qegħdin jagħmlulek.", "Ismagħna int, mis-sema fejn inti toqgħod, isma' u aħfer.", "\"Jekk xi ħadd ikun offenda lil għajru, u jkollu jaħlef, u jiġi jaħlef quddiem l-artal tiegħek f'dan it-tempju, isma' int mis-sema, qum u agħmel ħaqq mal-qaddejja tiegħek, billi tikkundanna lill-ħati u tniżżillu fuq rasu għemilu, u tagħmel il-ġustizzja mal-ġust, u tħallsu skont il-ġustizzja tiegħu.", "\"Meta l-poplu tiegħek jitkisser quddiem l-għadu tiegħu minħabba li jkunu dinbu kontrik, u jerġgħu lura għal għandek, u jfaħħru ismek, jitolbu u jitkarrbu għall-ħniena tiegħek f'dan it-tempju, isma' int mis-sema u aħfer il-ħtija tal-poplu tiegħek Iżrael, u reġġgħu lura lejn l-art li int tajt lilhom u lil missirijiethom.", "\"Meta jingħalqu s-smewwiet u tonqos ix-xita minħabba li Iżrael ikun dineb kontrik, u jiġu jitolbu f'dan il-post, u jfaħħru lil ismek, u jerġgħu lura minn dnubhom, għax int tkun għakkisthom, isma' int mis-sema, u aħfer id-dnub tal-qaddejja tiegħek u l-poplu tiegħek Iżrael; urihom it-triq it-tajba li minnha għandhom jgħaddu, u agħti x-xita lil artek, li int tajt b'wirt lill-poplu tiegħek.", "\"Meta jaqa' l-ġuħ fuq l-art, jitfaċċaw il-pesta, l-eħtrieq, it-tinwir tas-siġar, il-ġradi u d-dud tal-farfett; meta l-għadu tiegħu jagħlqu fl-ibliet tiegħu fil-pajjiż; meta jfeġġ xi flaġell jew mard; imqar jekk bniedem waħdu jonkella l-poplu tiegħek kollu ta' Iżrael, jitlob u jitkarrab bil-ħniena; kull meta xi ħadd jistqarr il-ġrieħi ta' qalbu u n-niket tiegħu u jiftaħ idejh lejn din id-dar, isma' int mis-smewwiet fejn tgħammar, u aħfer, u agħti lil kulħadd skont imġibtu, għax tagħraf qalbu; int waħdek tagħraf il-qalb ta' kull bniedem.", "Hekk jibżgħu minnek u jimxu fi triqatek il-jiem kollha ta' ħajjithom fuq wiċċ l-art li int tajt lil missirijietna.", "\"U 'l-barrani wkoll, li ma jkunx mill-poplu tiegħek ta' Iżrael, li għad jiġi minn art imbiegħda minħabba ismek - għax ikun sama' bl-isem kbir tiegħek, bil-qawwa ta' idek u bi driegħek merfugħ, - meta dan għad jiġi u jitlob f'dan it-tempju, isimgħu int mis-sema fejn tgħammar u agħmel kulma jitolbok il-barrani, ħa jkunu jafu b'ismek il-ġnus kollha tal-art, u jibżgħu minnek bħall-poplu tiegħek Iżrael, u jagħrfu li ismek jissejjaħ fuq dan it-tempju li bnejt jien.", "\"Meta l-poplu tiegħek joħroġ jitqabad kontra l-għedewwa tiegħu u jaqbad it-triq li int tkun urejthom, u jitolbok b'wiċċu lejn din il-belt li int għażilt u lejn it-tempju li jiena bnejt għal ismek, isma' int mis-sema fejn tgħammar, it-talb u s-suppliki tagħhom, u agħmel ġustizzja magħhom.", "\"Meta jidinbu kontrik - ma hemmx bniedem li ma jidnibx - u int tagħdab għalihom u terħihom f'idejn l-għadu u dawn jegħlbuhom u jeħduhom fl-eżilju f'art, fil-bogħod jew fil-qrib, u mbagħad ireġġgħu qalbhom lejk fl-art tal-jasar tagħhom, u jindmu u jitolbu l-ħniena fl-art fejn ikunu lsiera u jgħidulek: 'Ħatja aħna, dnibna u għamilna l-ħażin,' u jerġgħu lura għal għandek b'qalbhom kollha u b'ruħhom kollha f'art il-jasar tagħhom fejn ikunu jassruhom, u jitolbuk b'wiċċhom lejn arthom li int tajt lil missirijiethom, lejn il-belt li int ħtart, u lejn it-tempju li jien bnejt lil ismek; isma' int mis-sema fejn tgħammar it-talb u s-suppliki tagħhom, u agħmel ġustizzja magħhom.", "Aħfirlu l-poplu tiegħek il-ħtijiet kollha li jkunu għamlu kontra tiegħek.", "\"U issa, Alla tiegħi, ħa jkunu miftuħa għajnejk u widnejk attenti għat-talb li jsir f'dan il-post.", "\"U issa,", "qum, Mulej Alla, lejn il-mistrieħ tiegħek,", "int u l-arka tal-qawwa tiegħek!", "Il-qassisin tiegħek, Mulej Alla,", "jilbsu s-salvazzjoni,", "u l-ħbieb tiegħek jifirħu bil-ġid.", "Mulej Alla, tiksirx wiċċ", "is-sultan, il-midluk tiegħek,", "ftakar fit-tjieba tiegħek lejn David,", "il-qaddej tiegħek.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CH.7", "bookref": "2CH.7", "text": ["In-nar tal-Mulej", "Xħin Salamun temm jitlob niżel nar mis-sema u kkonsma s-sagrifiċċju tal-ħruq, u l-vittmi; u l-glorja tal-Mulej imliet id-dar, u l-qassisin ma setgħux jidħlu f'dar il-Mulej, għax il-glorja tal-Mulej imliet dar il-Mulej.", "U wlied Iżrael malli raw in-nar nieżel u l-glorja tal-Mulej fuq id-dar inxteħtu lkoll wiċċhom għall-qiegħa tal-art, qiemu u faħħru lill-Mulej: 'Għax hu tajjeb u għal dejjem it-tjieba tiegħu.'", "U s-sultan u l-poplu kollu offrew sagrifiċċji quddiem il-Mulej.", "U s-sultan Salamun offra b'sagrifiċċju tnejn u għoxrin elf gendus, u mija u għoxrin elf nagħġa.", "Hekk is-sultan u l-poplu kollu kkonsagraw it-tempju ta' Alla.", "U l-qassisin kienu qegħdin jagħmlu s-servizz tagħhom f'posthom, u l-Leviti bl-istrumenti tad-daqq tal-Mulej, li kien għamel is-sultan David għat-tifħir tal-Mulej - 'għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.'", "Hekk David kien ifaħħar il-Mulej permezz tagħhom.", "Il-qassisin kienu jdoqqu t-trombi biswithom, u l-Iżraelin ilkoll kienu bilwieqfa.", "U Salamun ikkonsagra l-biċċa tan-nofs tal-wesgħa li kienet quddiem dar il-Mulej, għax hemm offra s-sagrifiċċju u x-xaħam tas-sagrifiċċji tas-sliem, għax l-artal tal-bronż li kien għamel Salamun ma kienx jasa' l-vittmi tas-sagrifiċċji tal-ħruq u l-offerti tal-qmuħ u x-xaħam.", "U Salamun f'dak iż-żmien għamel festa għal sebat ijiem, b'Iżrael kollu miegħu, ġemgħa kbira ħafna mid-dħul ta' Ħamat sal-wied tal-Eġittu.", "U fit-tmien jum għamlu l-festa tal-għeluq , għax il-konsagrazzjoni tal-artal ħadet sebat ijiem, u l-festa sebat ijiem oħra.", "U fit-tlieta u għoxrin jum tas-seba' xahar bagħat il-poplu lejn it-tined tiegħu, kollhom ferħana u qalbhom hienja għall-ġid kollu li kien għamel il-Mulej ma' David u ma' Salamun u ma' Iżrael, il-poplu tiegħu.", "Hekk temm Salamun it-tempju tal-Mulej, u l-palazz tas-sultan; u rnexxa f'dak kollu li kien ġieh f'moħħu li jagħmel fit-tempju tal-Mulej u fil-palazz tiegħu.", "Imbagħad il-Mulej deher lil Salamun billejl u qallu: \"Jien smajt it-talba tiegħek, u ħtart għalija dan il-post bħala dar għas-sagrifiċċji.", "Jekk jien nagħlaq is-sema u ma jkunx hemm xita; jekk nordna lill-ġradi li jieklu l-art; jekk il-poplu tiegħi nibgħatlu l-pesta; u l-poplu tiegħi, li fuqu jissejjaħ ismi, jumilja ruħu u jitlob u jfittex lil wiċċi, u jerġgħu lura mit-triq il-ħażina, jien nismagħhom mis-sema, u naħfrilhom dnubiethom u nfejqilhom 'l arthom.", "U minn issa 'l quddiem għajnejja huma miftuħa u widnejja attenti għat-talb f'dan il-post.", "U issa jien għażilt u qaddist dan it-tempju biex jgħammar fih ismi għal dejjem: hemm ikunu għajnejja u qalbi għal dejjem.", "U issa, jekk inti timxi fil-preżenza tiegħi bħalma mexa David missierek, u tagħmel kulma ordnajtlek, tħares il-liġijiet u d-digrieti tiegħi, jien insaħħaħ it-tron tas-saltna tiegħek bħalma ntrabatt li nagħmel ma' David missierek, u għedtlu: 'Qatt ma jonqos minn nislek min isaltan fuq Iżrael.'", "Imma jekk intom terġgħu lura, u tħallu l-liġijiet u l-ordnijiet tiegħi li jien qegħedtilkom quddiemkom, u tmorru wara allat oħra, taqduhom u tadurawhom, jien neqridkom mill-art tiegħi li jien tajtkom, u dan it-tempju li jien ikkonsagrajt għal ismi narmih minn quddiemi, u nġibu f'ilsien in-nies u jaqa' għaż-żebliħ fost il-ġnus kollha.", "U dan it-tempju, li llum hu għoli fil-ġieħ, isir ħerba, u kull min jgħaddi minn ħdejh jibqa' mistagħġeb u jgħid: 'Għaliex il-Mulej għamlilhom hekk lil din l-art u lil dan it-tempju?'", "U jweġbuhom: 'Għaliex telqu lill-Mulej Alla ta' missirijiethom li ħariġhom mill-art tal-Eġittu, u qabdu ma' allat oħra, u adurawhom wiċċhom fl-art u qdewhom.", "Għalhekk il-Mulej ġieb fuqhom din il-ħerba kollha.' \""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CH.8", "bookref": "2CH.8", "text": ["L-ibliet u l-imħażen ta' Salamun", "Wara li kienu għaddew għoxrin sena biex Salamun bena t-tempju tal-Mulej u l-palazz tiegħu, Salamun bena l-ibliet li kien tah Ħuram , u bagħat l-Iżrael in jgħammru fihom.", "U mar Salamun Ħamat-soba u rebaħha.", "U bena Tadmor fid-deżert, u l-ibliet kollha tal-imħażen li hemm f'Ħamat.", "Bena wkoll Betħoron ta' fuq u Betħoron ta' isfel, bliet iffortifikati bis-swar, bwieb u żbarri; u Bagħlat, u l-ibliet kollha tal-imħażen li kellu Salamun, u l-ibliet għall-karrijiet u l-ibliet għar-rikkieba u kulma xtaq jibni Salamun f'Ġerusalemm u fil-Libanu, u fl-art kollha tas-saltna tiegħu.", "In-nies kollha li kien baqa' mill-Ħittin, l-Amurrin, il-Periżżin, il-Ħiwwin, u l-Ġebusin, li ma kinux mill-Iżraelin, jiġifieri wliedhom li kienu baqgħu fil-pajjiż warajhom u li wlied Iżrael ma rnexxilhomx jeqirdu, Salamun ġagħalhom jaħdmu bħala lsiera, kif għadhom sa llum.", "Iżda minn ulied Iżrael Salamun ma qabbad lil ħadd b'ilsir għax-xogħol tiegħu, għax huma nies tal-gwerra u ministri tiegħu, u kmandanti tal-karrijiet u r-rikkieba tiegħu.", "U dawn kienu l-kapijiet ewlenin tas-sultan Salamun: mitejn u ħamsin li kienu jikkmandaw il-poplu.", "U 'l bint il-Fargħun Salamun tellagħha mill-belt ta' David fid-dar li kien bnielha għax qal: \"Ebda mara minn tiegħi ma għandha tgħammar fil-belt ta' David, sultan ta' Iżrael, għax qaddis il-post li daħlet fih l-arka tal-Mulej.\"", "L-offerta tas-sagrifiċċji", "Imbagħad Salamun offra sagrifiċċji tal-ħruq fuq l-artal tal-Mulej, li kien bena quddiem il-portiku.", "U kien joffri, skont l-ordnijiet ta' Mosè, is-sagrifiċċju ta' kuljum, tas-Sibtijiet, tal-ewwel tax-xahar u tat-tliet festi matul is-sena: il-festa tal-Ażżmi, il-festa tal-Ġimgħat u l-festa tal-Għerejjex.", "U waqqaf, skont l-ordnijiet ta' David missieru, it-taqsimiet tal-qassisin għas-servizz tagħhom, u l-Leviti skont is-servizz tagħhom mal-qassisin ta' kuljum, u l-purtinara skont it-taqsim tagħhom bieb bieb, għax hekk kienet l-ordni ta' David, bniedem ta' Alla.", "U ma warrbux l-ordnijiet tas-sultan dwar il-qassisin u l-Leviti fuq l-ebda ħaġa, anqas fuq it-teżori.", "U hekk intemm ix-xogħol kollu ta' Salamun minn jum it-tqegħid tas-sisien tad-dar tal-Mulej sakemm temmha.", "Hekk id-dar tal-Mulej kienet mitmuma għalkollox.", "Imbagħad mar Salamun Għesjon-geber u Elat f'xatt il-baħar f'art Edom.", "U Ħuram bagħatlu, permezz tal-qaddejja tiegħu, ġfien u qaddejja jifhmu fil-baħar, u marru mal-qaddejja ta' Salamun f'Ofir, u ġiebu minn hemm erba' mija u ħamsin talent deheb u ġibuhom lis-sultan Salamun."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CH.9", "bookref": "2CH.9", "text": ["Iż-żjara tas-sultana ta' Saba", "U semgħet is-sultana ta' Saba, bil-fama ta' Salamun, u ġiet biex iġġarrbu b'mistoqsijiet tqal f'Ġerusalemm, b'qatgħa ġmielha ta' kbarat magħha, u b'iġmla mgħobbija bi ħwawar u ħafna deheb u ħaġar prezzjuż.", "U ġiet għand Salamun u qaltlu kulma kellha maħżun f'qalbha.", "U Salamun wieġeb għal kulma staqsietu: ma kien hemm xejn li ma kienx jista' jgħidilha.", "U meta s-sultana ta' Saba rat l-għerf kollu ta' Salamun u d-dar li kien bena, u l-ikel tal-mejda tiegħu, il-kunsill ta' madwaru, is-servizz tal-qaddejja u lbieshom, u l-kuppieri tiegħu u lbieshom, u s-sagrifiċċji tal-ħruq li kien joffri fit-tempju tal-Mulej, baqgħet miblugħa.", "U qalet lis-sultan: \"Tassew kien minnu dak li smajt f'arti fuqek, u fuq għerfek; ma ridtx nemmen dawn il-ħwejjeġ qabel ma ġejt u rajt b'għajnejja.", "U ma kinux ħabbruli nofs il-kobor ta' għerfek.", "Akbar inti mill-aħbar li smajt.", "Henjin in-nies tiegħek, henjin il-qaddejja tiegħek, li qegħdin miegħek u jisimgħu dejjem l-għerf tiegħek!", "Ikun imbierek il-Mulej, Alla tiegħek, li tgħaxxaq bik, u qiegħdek fuq it-tron tiegħu, b'sultan tal-Mulej, Alla tiegħek; għax Alla tiegħek ħabb lil Iżrael, u jrid iżommu ħaj għal dejjem, u għamlek sultan fuqhom biex tagħmel il-ħaqq u l-ġustizzja.\"", "Imbagħad tat lis-sultan mija u għoxrin talent deheb, u kotra kbira ta' ħwawar u ħaġar prezzjuż; u qatt ma kien hemm kotra ta' ħwawar daqs dik li tat is-sultana ta' Saba lis-sultan Salamun.", "Il-qaddejja wkoll ta' Ħuram, mal-qaddejja ta' Salamun, li kienu jġibu d-deheb minn Ofir, ġiebu injam tas-sandal u ħaġar prezzjuż.", "U mill-injam tas-sandal is-sultan għamel taraġ għad-dar tal-Mulej, u għad-dar tas-sultan, u kitarri u arpi għall-kantanti.", "U qatt ħadd qabel ma kien ra bħalhom fl-art ta' Ġuda.", "U s-sultan Salamun ta lis-sultana ta' Saba kulma kienet tixtieq u talbitu, aktar milli kienet ġiebet hi lis-sultan, u reġgħet marret lejn artha, hija u l-qaddejja tagħha.", "L-għana u l-għerf ta' Salamun", "U d-deheb li kien idaħħal kull sena Salamun kien ilaħħaq sitt mija u sitta u sittin talent deheb, barra dak li kienu jġibulu n-neguzjanti u l-bejjiegħa; u s-slaten kollha tal-Għarabja u l-gvernaturi tal-pajjiż kienu jġibu wkoll deheb u fidda lil Salamun.", "U s-sultan Salamun għamel ukoll mitejn tarka tad-deheb battut - u kull waħda ħadet sitt mitt xekel deheb battut - u tliet mitt tarka żgħira tad-deheb battut, li kull waħda ħadet tliet mitt xekel deheb, u qegħedhom is-sultan f'Dar il-Foresta tal-Libanu.", "U s-sultan għamel tron kbir tal-avorju u ksieh b'deheb mill-ifjen.", "U t-tron kellu sitt tarġiet u mirfes tad-deheb imwaħħlin miegħu; u żewġ dirgħajn wieħed fuq kull naħa tal-maqgħad, u żewġ iljuni ħdejn id-dirgħajn; u tnax-il ljun fuq is-sitt tarġiet, wieħed f'kull tarf ta' tarġa, 'l hemm u 'l hawn; ħaġa bħal din qatt ma kienet saret, f'ebda saltna.", "U l-koppiet li kien jixrob minnhom is-sultan Salamun kienu kollha tad-deheb, u hekk ukoll kienu tad-deheb fin il-koppiet tad-dar tal-Foresta tal-Libanu.", "Xejn ma kien hemm tal-fidda, għax xejn ma kienu jqisuha l-fidda fi żmien Salamun.", "Għax l-iġfien tas-sultan kienu jmorru Tarsis mal-qaddejja ta' Ħuram; darba kull tliet snin l-iġfien ta' Tarsis kienu jerġgħu lura u jġibu deheb u fidda, avorju, xadini u paguni.", "U s-slaten tal-art għaddiehom ilkoll is-sultan Salamun fl-għana u fl-għerf.", "U s-slaten kollha tal-art kienu jfittxu wiċċ Salamun biex jisimgħu għerfu li Alla żejjinlu moħħu bih.", "U kulħadd kien iġiblu l-offerti tiegħu: oġġetti tal-fidda u oġġetti tad-deheb, ilbies, armi u ħwawar, u żwiemel u bgħula, ta' kull sena.", "U kellu Salamun erbat elef stalla għaż-żwiemel u għall-karrijiet, u tnax-il elf rikkieb; u qassamhom fl-ibliet tal-karrijiet u f'Ġerusalemm madwar is-sultan.", "U hu kien jaħkem fuq is-slaten kollha mix-xmara sal-art tal-Filistin u l-fruntieri tal-Eġittu.", "U l-fidda li kien hemm f'Ġerusalemm kattarha bħall-ġebel, u l-injam taċ-ċedru għamlu bħall-injam tat-tin selvaġġ li jikber fil-wita.", "U kienu joħorġu ż-żwiemel għal Salamun minn Musri u mill-artijiet kollha.", "Tmiem is-saltna ta' Salamun", "U l-bqija tal-ġrajja ta' Salamun, mill-ewwel sal-aħħar, huma miktuba fil-Ġrajja ta' Natan il-Profeta, fil-Profeziji ta' Aħija s-Siluni, u fid-Dehra ta' Għiddu l-Veġġent dwar Ġerobogħam bin Nebat.", "U Salamun saltan f'Ġerusalemm fuq Iżrael kollu għal erbgħin sena.", "U Salamun strieħ ma' missirijietu, u difnuh fil-belt ta' David missieru; u floku beda jsaltan Reħobogħam."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CH.10", "bookref": "2CH.10", "text": ["Reħobogħam u Iżrael", "Reħobogħam mar f'Sikem, għax f'Sikem kien iltaqa' Iżrael kollu biex jagħmluh sultan.", "Ġara li Ġerobogħam bin Nebat kien l-Eġittu, fejn kien ħarab minn quddiem is-sultan Salamun; malli sama' b'dan raġa' lura mill-Eġittu.", "Imbagħad bagħtu jsejħulu u hu ġie.", "U Ġerobogħam u Iżrael kollu ġew u qalu lil Reħobogħam: \"Missierek qegħdilna madmad iebes fuqna; issa ħaffilna dan il-jasar ta' missierek u dan it-toqol ta' madmad, u aħna nservuk.\"", "U hu weġibhom: \"Morru u ħallu tlitt ijiem jgħaddu, u erġgħu ejjew għandi.\"", "U l-poplu mar.", "Imbagħad is-sultan Reħobogħam ħa parir mingħand ix-xjuħ tal-kunsill, li missieru Salamun, kemm dam ħaj, kien iżommhom madwaru biex jgħinuh.", "U Reħobogħam staqsiehom: \"Xi tweġiba jidhrilkom li għandi nagħti lil dan il-poplu?\"", "U huma weġbuh: \"Jekk illum inti tkun twajjeb ma' dan il-poplu u tagħraf togħġobhom u tfittex tkellimhom bit-tajjeb, huma jkunu l-qaddejja tiegħek għal dejjem.\"", "Iżda hu warrab fil-ġenb dan il-parir li tawh ix-xjuħ tal-kunsill, u fittex il-parir taż-żgħażagħ li kienu trabbew miegħu u kienu madwaru.", "U staqsiehom: \"Xi tweġiba jidhrilkom li għandi nagħti lil dan il-poplu li kellmuni u qaluli, 'Ħaffilna l-madmad li qegħdilna missierek'?\"", "U ż-żgħażagħ li kienu trabbew miegħu weġbuh u qalulu: \"Hekk għid lil dan il-poplu, li kellmuk u qalulek: 'Missierek taqqal il-madmad fuqna, issa ħaffifhulna inti,' hekk għidilhom: \"Sebgħi ż-żgħir eħxen minn ġenbejn missieri.", "Missieri taqqlilkom il-madmad u jien se nżid fuqu.", "Missieri kien isawwatkom bil-frosta, jien insawwatkom bl-iskorpjuni.\"", "Fit-tielet jum ġie Ġerobogħam flimkien mal-poplu kollu għand Reħobogħam hekk kif kien ordnalhom is-sultan stess meta qalilhom: \"Erġgħu ejjew għandi fit-tielet jum.\"", "Iżda kiefra kienet it-tweġiba tas-sultan wara li s-sultan Reħobogħam kien warrab fil-ġenb il-parir tax-xjuħ tal-kunsill u qagħad għall-parir taż-żgħażagħ.", "Għalhekk qalilhom: \"Missieri taqqlilkom il-madmad tagħkom u jien se nżid fuqu.", "Missieri kien isawwatkom bil-frosti, imma jien insawwatkom bl-iskorpjuni.\"", "U hekk is-sultan baqa' ma tax widen lill-poplu, ladarba din il-ħaġa seħħet kif kien riedha Alla, biex il-Mulej isaħħaħ kelmtu, li kien qal lil Ġerobogħam bin Nebat permezz tal-profeta Aħija s-Siluni.", "Meta Iżrael kollu ra li s-sultan ma tahomx widen, il-poplu wieġeb lis-sultan u qallu:", "\"Ebda sehem ma għandna ma' David;", "ebda wirt ma' bin Ġesse.", "Għat-tined tiegħek, Iżrael!", "Issa aħseb int għal darek, David!\"", "U Iżrael kollu telqu għat-tined tagħhom.", "Iżda Reħobogħam baqa' jsaltan fuq ulied Iżrael li kienu joqogħdu fl-ibliet ta' Ġuda.", "Meta mbagħad is-sultan Reħobogħam bagħat lil Ħadoram, dak li kien jieħu ħsieb ix-xogħol tal-lieva, ulied Iżrael ħaġġruh u qatluh.", "Imbagħad is-sultan Reħobogħam fittex jirkeb il-karru biex jaħrab lejn Ġerusalemm.", "Hekk Iżrael inqata' minn David, u baqgħu mifrudin sal-lum."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CH.11", "bookref": "2CH.11", "text": ["Il-profezija ta' Semajja", "U Reħobogħam mar Ġerusalemm u laqqa' d-dar kollha ta' Ġuda u Benjamin, mija u tmenin elf gwerrier magħżul, biex jaħbtu għal Iżrael u jġibu lura s-saltna lil Reħobogħam.", "Imma l-Mulej kellem lil Semajja, bniedem ta' Alla, u qallu: \"Kellem lil Reħobogħam bin Salamun, sultan ta' Ġuda, u lil Iżrael kollu li hemm f'Ġuda u f'Benjamin u għidilhom: 'Dan jgħid il-Mulej: La titilgħux u la tissiltux ma' ħutkom.", "Kulħadd imur lejn daru, għax minni ġej dan kollu.'", "\" U huma semgħu dan il-kliem tal-Mulej, u reġgħu lura, u ma marrux kontra Ġerobogħam.", "Il-fortifikazzjonijiet ta' Ġerobogħam", "U Reħobogħam għammar f'Ġerusalemm, u bena bliet iffortifikati f'Ġuda.", "Bena lil Betlehem, lil Għetam, lil Tekugħa, lil Betsur, lil Xoku, lil Għadullam, lil Gatt, lil Maresa, lil Żif, lil Adorajm, lil Lakis, lil Għażeka, lil Sorgħa, lil Ajjalon, lil Ħebron, kollha bliet iffortifikati li kien hemm f'Ġuda u Benjamin.", "Saħħaħ il-fortifikazzjonijiet u qiegħed fihom kmandanti u ħażniet tal-ikel, żejt u nbid.", "U f'kull belt qiegħed tarki u lanez; u hekk saħħaħhom b'forzi kbar.", "Lilu baqgħulu biss Ġuda u Benjamin.", "Qassisin u Leviti f'Ġerusalemm", "U l-qassisin u l-Leviti li kienu f'Iżrael kollu nġabru madwaru mill-inħawi kollha.", "U l-Leviti ħallew il-mergħat u l-ġid tagħhom u marru Ġuda u Ġerusalemm.", "Għax Ġerobogħam u wliedu ma ħallewhomx jaqdu lill-Mulej bħala qassisin, imma għamel qassisin oħra għas-santwarji, għall-allat-mogħoż u għall-allat-għoġiela li hu stess kien għamel.", "U warajhom baqgħu ġejjin Ġerusalemm it-tribujiet kollha ta' Iżrael, dawk li baqgħu jfittxu minn qalbhom lill-Mulej, Alla ta' Iżrael, u joffru s-sagrifiċċji lill-Mulej, Alla ta' missirijiethom.", "U saħħew is-saltna ta' Ġuda, u wettqu lil Reħobogħam bin Salamun għal tliet snin, għax għal tliet snin baqgħu miexja fit-triq ta' David u Salamun.", "Il-familja ta' Reħobogħam", "U Reħobogħam ħa b'martu lil Maħalat bint Ġerimot bin David u Abiħajl bint Elijab bin Ġessi u hi welditlu dawn is-subien: Ġegħus, Semarija u Żaħam.", "U warajha ħa lil Magħka bint Absalom, u welditlu lil Abija, lil Għattaj, lil Żiża u lil Selomit.", "U Reħobogħam kien ħabbha lil Magħka bint Absalom aktar min-nisa u l-konkubini l-oħra tiegħu kollha - għax kien ħa tmintax-il mara u sittin konkubina, u nissel tmienja u għoxrin tifel u sittin tifla.", "Għalhekk Reħobogħam għamel lil Abija bin Magħka prinċep fuq ħutu, biex hekk ikun jista' jagħmlu sultan.", "U kien għaqli biżżejjed biex qassam lil uliedu mal-art kollha ta' Ġuda u Benjamin fl-ibliet kollha ffortifikati; u tahom ikel bl-abbundanza u kisbilhom ħafna nisa."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CH.12", "bookref": "2CH.12", "text": ["L-invażjoni ta' Ġerusalemm", "Ġara li malli ssaħħet is-saltna tiegħu, Reħobogħam warrab il-liġi tal-Mulej u Iżrael kollu miegħu.", "Għalhekk fil-ħames sena tas-sultan Reħobogħam tala' Sisak, sultan tal-Eġittu, għal Ġerusalemm għax kienu dinbu kontra l-Mulej.", "Tala' b'elf u mitejn karru u b'sittin elf rikkieb, u kotra bla qjies ta' nies, li telgħu miegħu mill-Eġittu, Lubim, Sukkijjin u Kusim.", "U ħataf f'idejh l-ibliet iffortifikati ta' Ġuda u wasal sa Ġerusalemm.", "U l-profeta Semajja mar għand Reħobogħam u l-prinċpijiet ta' Ġuda li kienu nġabru f'Ġerusalemm minħabba Sisak.", "U l-profeta qalilhom: \"Dan jgħid il-Mulej: 'Intom tlaqtuni u issa jien tlaqtkom f'idejn Sisak.'", "\" U l-prinċpijiet ta' Iżrael u s-sultan daħlu fihom infushom u qalu: \"Ġust hu l-Mulej!\"", "U meta l-Mulej rahom li daħlu fihom infushom waslet il-kelma tal-Mulej lil Semajja u qallu: \"Daħlu fihom infushom, ma neqridhomx; imma ftit ieħor nagħtihom il-ħelsien, u ma jissawwabx l-għadab tiegħi fuq Ġerusalemm permezz ta' Sisak; imma jsiru suġġetti għalih, ħa jkunu jafu x'jiġifieri sservu lili u sservu s-slaten tal-art.\"", "U Sisak, sultan tal-Eġittu, tala' għal Ġerusalemm, u ħataf f'idejh it-teżori tat-tempju tal-Mulej, u t-teżori tal-palazz tas-sultan; kollox ħa.", "Ħa wkoll it-tarkiet tad-deheb li kien għamel Salamun.", "Flokhom is-sultan Reħobogħam għamel tarki tal-bronż, u ħalliehom fil-ħsieb tal-kmandant tal-gwardji li kienu jgħassu f'bieb il-palazz tas-sultan.", "U kull meta s-sultan kien imur fit-tempju tal-Mulej, kienu jiġu l-gwardji u jeħduhom, u mbagħad kienu jerġgħu jqegħduhom fil-kamra tal-gwardji.", "U talli Reħobogħam daħal fih innifsu dar minn fuqu l-għadab tal-Mulej, u ma qerdux għalkollox; u f'Ġuda wkoll kien hemm ir-risq tajjeb.", "Is-saltna ta' Reħobogħam", "U ssaħħaħ is-sultan Reħobogħam f'Ġerusalemm u baqa' jsaltan.", "Kellu wieħed u erbgħin sena meta beda jsaltan, u saltan sbatax-il sena f'Ġerusalemm, il-belt li l-Mulej għażel minn fost it-tribujiet kollha ta' Iżrael, biex fiha jqiegħed ismu.", "Ommu kien jisimha Nagħma l-Għammonija.", "Hu għamel il-ħażin, għax ma dawwarx qalbu biex ifittex il-Mulej.", "U l-ġrajja ta' Reħobogħam mill-bidu sal-aħħar huma miktuba fil-Ġrajja ta' Semajja l-Profeta, u Għiddu l-Veġġent, fi ktieb in-nisel.", "U kien hemm dejjem il-gwerra bejn Reħobogħam u Ġerobogħam.", "U Reħobogħam strieħ ma' missirijietu, u difnuh fil-belt ta' David; u Abija, ibnu, beda jsaltan minfloku."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CH.13", "bookref": "2CH.13", "text": ["Abija sultan ta' Ġuda", "U fis-sena tmintax tas-sultan Ġerobogħam beda jsaltan Abija fuq Ġuda.", "Tliet snin dam isaltan f'Ġerusalemm, u ommu kien jisimha Mikija bint Urjel minn Gibgħa; u kien hemm il-gwerra bejn Abija u bejn Ġerobogħam.", "Abija daħal għall-gwerra b'eżerċtu ta' nies qalbiena għall-ġlied, erba' mitt elf raġel magħżul, u Ġerobogħam qassam kontrih għat-taqbida tmien mitt elf raġel magħżul, gwerriera qalbiena.", "U qam Abija fuq il-muntanja ta' Żemarajm li hemm fil-muntanji ta' Efrajm u qal: \"Ismagħni Ġerobogħam u Iżrael kollu .", "Ma tafuhiex jaqaw, li l-Mulej, Alla ta' Iżrael, ta lil David is-saltna fuq Iżrael għal dejjem, lilu u lil uliedu, b'patt li ma jitħassarx?", "U qam Ġerobogħam bin Nebat, qaddej ta' Salamun bin David, u rvilla kontra sidu.", "U nġabru madwaru nies ta' xejn, nies ta' qattagħni u għelbu lil Reħobogħam bin Salamun.", "Reħobogħam kien għadu żagħżugħ, bla ħila u ma felaħx jeqfilhom.", "U issa intom tgħidu li tifilħu għas-saltna tal-Mulej li qiegħda f'idejn ulied David, għax intom kotra kbira u magħkom hemm l-għoġiela tad-deheb li għamlilkom b'allat Ġerobogħam.", "Ma keċċejtux intom il-qassisin tal-Mulej, ulied Aron, u l-Leviti, u għamiltu għalikom qassisin bħall-popli ta' artijiet oħra?", "Kull min jiġi b'għoġol ta' seba' mtaten biex ikun ikkonsagrat, isir qassis ta' min mhux Alla.", "Imma aħna, il-Mulej hu Alla tagħna, u aħna ma tlaqniehx.", "U l-qassisin li jservu lill-Mulej huma wlied Aron u l-Leviti fis-servizz tagħhom.", "Huma joffru lill-Mulej kull filgħodu u kull filgħaxija sagrifiċċji tal-ħruq u inċens tal-ħwawar ifuħu u jqiegħdu l-ħobż tal-preżenza fuq il-mejda safja u jixegħlu l-imnara tad-deheb u l-imsiebaħ tagħha, kull filgħaxija, għax aħna nħarsu l-ordnijiet tal-Mulej, Alla tagħna, imma intom tlaqtuh.", "Araw, magħna, fuq quddiem, hemm Alla u l-qassisin tiegħu bit-trombi biex jagħtu s-sinjal tal-battalja kontrikom.", "Ulied Iżrael, titqabdux kontra l-Mulej, Alla ta' missirijietkom, għax ma jirnexxilkomx.\"", "U Ġerobogħam kien bagħat nies bil-moħbi biex jieħdu l-għadu minn wara; u ġara li quddiem Ġuda kien hemm l-eżerċtu u minn warajhom in-nies moħbija.", "Malli Ġuda raw li kellhom jiġġieldu minn quddiem u minn wara, huma sejħu lill-Mulej u l-qassisin daqqew it-trombi.", "In-nies ta' Ġuda għajtu l-għajta tal-gwerra, u malli dan Alla darab lil Ġerobogħam u lil Iżrael kollu quddiem Abija u Ġuda.", "U ħarbu wlied Iżrael minn quddiem Ġuda u Alla rħiehom f'idejhom.", "U Abija u n-nies tiegħu tawhom xebgħa kbira u baqgħu mejta minn Iżrael ħames mitt elf raġel mill-aħjar.", "Hekk dakinhar ulied Iżrael kienu umiljati u wlied Ġuda msaħħa għax huma strieħu fuq il-Mulej, Alla ta' missirijiethom.", "U Abija għamel għal wara Ġerobogħam, u ħadlu l-ibliet ta' Betel u l-irħula tagħha, Ġesana bl-irħula tagħha, Efron bl-irħula tagħha.", "U Ġerobogħam qatt ma sata' jieħu ruħ fi żmien Abija.", "Imbagħad laqtu l-Mulej u miet.", "Imma Abija ssaħħaħ, u żżewweġ erbatax-il mara, u nissel tnejn u għoxrin tifel u sittax-il tifla.", "Il-bqija tal-ġrajja, l-imġiba tiegħu u l-għemejjel tiegħu huma kollha miktuba fl-Istorja ta' Għiddu l-profeta.", "U Abija strieħ ma' missirijietu u difnuh fil-belt ta' David.", "Daħal isaltan floku Asa, ibnu; u fi żmienu l-pajjiż kien fil-kwiet għal għaxar snin."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CH.14", "bookref": "2CH.14", "text": ["Is-saltna ta' Asa", "Asa għamel it-tajjeb u s-sewwa f'għajnejn il-Mulej Alla tiegħu.", "Neħħa l-artali barranin, u s-santwarji, u kisser il-plieri, u farrak ix-xbihat tal-Asera.", "U ordna lil Ġuda biex ifittxu lill-Mulej, Alla ta' missirijiethom, u li jħarsu l-liġi u l-kmandamenti.", "Neħħa mill-ibliet kollha ta' Ġuda s-santwarji, u l-artali tal-inċens, u s-saltna tiegħu kellha l-kwiet.", "U bena wkoll bliet iffortifikati f'Ġuda għax il-pajjiż kien kwiet u ma kellux gwerer f'dawk is-snin; għax il-Mulej kien tah il-mistrieħ.", "U qal lil Ġuda: \"Ħa nibnu dawn l-ibliet, u ndawruhom bis-swar, u t-torrijiet, bibien u żbarri, waqt li l-art għadha f'idejna.", "Aħna fittixna lill-Mulej, Alla tagħna, fittixnieh u hu tana l-mistrieħ madwarna.\"", "U bnewhom u kellhom ir-risq.", "Asa kellu eżerċtu ta' tliet mitt elf ruħ minn Ġuda, armati bit-tarkiet il-kbar u l-lanez, u mitejn u tmenin elf ruħ minn Benjamin armati b'tarkiet żgħar, u mħarrġa fil-ġbid tal-qaws, kollha rġiel qalbiena.", "U ħareġ għalihom Żeraħ il-Kusi , b'eżerċtu ta' miljun ruħ u tliet mitt karru; u waslu sa Maresa.", "U Asa ħareġ għalih, u tqassmu għall-battalja fil-wied ta' Sefata ħdejn Maresa.", "U sejjaħ Asa lill-Mulej, Alla tiegħu, u qal: \"Mulej, mhu xejn għalik tgħin wieħed qawwi u tgħin wieħed bla saħħa.", "Għinna, Mulej, Alla tagħna, fuqek nistrieħu; f'ismek ġejna kontra din il-kotra.", "Mulej inti Alla tagħna; ma jkunx hemm bniedem aqwa minnek!\"", "U l-Mulej għeleb lill-Kusin quddiem Asa u Ġuda; u l-Kusin ħarbu.", "U għamel għal warajhom Asa u n-nies li kellu miegħu sa Gerar; u mill-Kusin tant waqgħu mejta li ma baqgħalhom ħadd ħaj, għax tkissru quddiem il-Mulej u quddiem l-eżerċtu tiegħu.", "U ħadu priża kbira ħafna.", "U ħarbtu l-ibliet kollha ta' madwar Gerar, għax waqa' fuqhom il-biża' tal-Mulej, u ħatfu kulma kien hemm fl-ibliet, għax fihom kien hemm priża kbira.", "Ħabtu wkoll għall-għerejjex tal-imrieħel, u ħadu ħafna nagħaġ u iġmla.", "U reġgħu lura lejn Ġerusalemm."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CH.15", "bookref": "2CH.15", "text": ["Il-parir ta' Għażarija", "U Għażarija bin Għoded niżel fuqu l-ispirtu tal-Mulej.", "U mar quddiem Asa u qallu: \"Isimgħuni, Asa u intom ukoll, Ġuda u Benjamin: Il-Mulej ikun magħkom, meta intom tkunu miegħu; u meta intom tfittxuh, intom issibuh; u meta intom titilquh, hu jitlaqkom.", "Għal żmien twil Iżrael kien bla Alla veru, bla qassis għalliem, u bla liġi.", "Imma fid-dwejjaq tiegħu raġa' lura għal għand il-Mulej, Alla ta' Iżrael, fittxewh u sabuh.", "Dak iż-żmien ma kienx hemm sliem għal min joħroġ u għal min jidħol, għaliex taħwid kbir kien hemm għal kull min kien jgħammar f'dawk l-artijiet.", "U kienu mfarrka bċejjeċ, ġens kontra ġens u belt kontra belt, għax Alla ħabbathom b'kull xorta ta' inkwiet.", "Imma intom agħmlu l-qalb!", "Tħallux li jintelqu idejkom, għax ikun hemm il-ħlas għal għemilkom.\"", "Malli Asa sama' dan il-kliem u l-profezija ta' Għażarija bin Għoded, il-profeta, għamel il-qalb u neħħa l-idoli moqżieża mill-art kollha ta' Ġuda u Benjamin, u mill-ibliet li kien ħa f'idejh fuq il-muntanji ta' Efrajm, u ġedded l-artal tal-Mulej, li kien hemm quddiem il-portiku tal-Mulej.", "U ġama' lil Ġuda kollu u 'l Benjamin u l-barranin li kienu magħhom minn Efrajm u Manassi u Simgħon.", "Għax waqgħu f'idejh ħafna minn Iżrael, malli raw li l-Mulej, Alla tiegħu, kien miegħu.", "U nġemgħu f'Ġerusalemm fit-tielet xahar tas-sena ħmistax tas-saltna ta' Asa.", "U dakinhar offrew sagrifiċċji lill-Mulej mill-priża li kienu ġiebu: seba' mitt baqra u sebat elef nagħġa.", "U daħlu f'patt u wiegħdu li jfittxu l-Mulej, Alla ta' missirijiethom, b'qalbhom kollha u b'ruħhom kollha.", "U kull min ma fittixx lil Alla ta' Iżrael tawh il-mewt, miż-żgħir sal-kbir, raġel jew mara.", "U ħalfu lill-Mulej b'leħen għoli u b'għajta kbira bid-daqq tat-trombi u tal-kornu.", "U ferħu Ġuda bil-ħalfa, għax b'qalbhom kollha kienu ħalfu, u b'rieda sħiħa kienu fittxewh u sabuh; u l-Mulej tahom il-mistrieħ madwarhom kollu.", "U saħansitra Magħka, omm is-sultan, Asa neħħieha minn reġina-omm għax kienet għamlet idolu moqżież lill Asera; u Asa kisser dan l-idolu tagħha, u għamlu trab, u ħarqu fil-wied ta' Kedron.", "Imma s-santwarji ma tneħħewx minn Iżrael.", "Biss qalb Asa kienet sħiħa mal-Mulej għal għomru kollu.", "U daħħal fit-templu ta' Alla l-offerti mqaddsa ta' missieru: fidda, deheb u ħwejjeġ oħra.", "U ma kien hemm qatt gwerra sal-ħamsa u tletin sena tas-saltna ta' Asa."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CH.16", "bookref": "2CH.16", "text": ["Asa u Benħadad", "Fis-sena sitta u tletin tas-saltna ta' Asa, Bagħsa, sultan ta' Iżrael, tala' kontra Ġuda, u bena Rama biex ma jħalli lil ħadd joħroġ jew jidħol għand Asa, sultan ta' Ġuda.", "U Asa ħareġ il-fided u d-deheb mill-imħażen ta' dar il-Mulej, u mill-palazz tas-sultan, u bagħathom lil Benħadad, is-sultan ta' Aram, li kien jgħammar f'Damasku u qallu: \"Ħa jkun hemm patt bejni u bejnek, bħalma kien hemm bejn missieri u bejn missierek.", "Hawn qiegħed nibgħatlek ir-rigali tal-fidda u d-deheb.", "Ħoll il-patt li għandek ma' Bagħsa, sultan ta' Iżrael, ħalli jwarrab minni.\"", "U Benħadad sama' mis-sultan Asa, u bagħat il-kmandanti tal-eżerċtu li kellu biex jaħbtu għall-ibliet ta' Iżrael, u ħarbtu l-ibliet ta' Għijjon, Dan, Abel-majm, u l-imħażen tal-ibliet ta' Naftali.", "U malli Bagħsa sama' b'dan kollu waqqaf il-bini ta' Rama u waqqaf ix-xogħol tiegħu kollu.", "U Asa s-sultan ħa 'l Ġuda kollu u ġarrew il-ġebel kollu u l-injam kollu ta' Rama, li bihom kien bnieha Bagħsa u bena bihom Geba u Misfa.", "Il-veġġent Ħanani", "F'dak iż-żmien ġie l-veġġent Ħanani għand Asa, sultan ta' Ġuda, u qallu: \"Talli int striħajt fuq is-sultan ta' Aram u ma striħajtx fuq il-Mulej, Alla tiegħek, l-eżerċtu tas-sultan ta' Aram ħarab minn taħt idejk.", "Jaqaw ma kinux il-Kusin u l-Libin eżerċtu kbir b'ħafna karrijiet u rikkieba?", "Imma għax int striħajt fuq il-Mulej, hu rħiehom f'idejk.", "Għax għajnejh jiġru fuq l-art kollha, isaħħaħ lil dawk li qalbhom marbuta fis-sħiħ miegħu.", "Tbellaht f'dan, għax minn issa 'l quddiem ma jkollokx ħlief gwerer.", "U Asa għadab għall-veġġent, u xeħtu l-ħabs, għax kellu dagħdigħa fuqu minħabba dan.", "U dik il-ħabta Asa beda jgħakkes lil xi wħud mill-poplu.", "U l-ġrajja ta' Asa mill-bidu sal-aħħar huma miktuba fi Ktieb is-Slaten ta' Ġuda u Iżrael.", "Fid-disgħa u tletin sena tas-saltna tiegħu, Asa marad b'riġlejh u l-marda għafsitu sewwa, u lanqas fil-mard ma fittex lill-Mulej, imma lit-tobba.", "U strieħ Asa ma' missirijietu, u miet fis-sena wieħed u erbgħin tas-saltna tiegħu.", "U difnuh fil-qabar li kien ħaffer fil-belt ta' David, u qegħduh fuq sodda mimlija fwejjaħ u ħafna ħwawar maħduma bis-sengħa tal-fewwieħ, u qabbdulu ħuġġieġa kbira."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CH.17", "bookref": "2CH.17", "text": ["Ġosafat sultan ta' Ġuda", "U daħal isaltan floku Ġosafat, ibnu; u rama ruħu kontra Iżrael.", "U qiegħed gwarniġjun fl-ibliet iffortifikati ta' Ġuda, u għases fl-art ta' Ġuda u fl-ibliet ta' Efrajm li kien ħa f'idejh Asa, missieru.", "U l-Mulej kien ma' Ġosafat għax kien miexi skont l-ewwel triqat ta' missieru, u ma fittixx lill-Bagħlim.", "Fittex tassew lil Alla ta' missirijietu, u mexa skont il-kmandamenti tiegħu, u mhux skont għemil Iżrael.", "U l-Mulej wettaqlu s-saltna f'idejh, u Ġuda kollu kienu jġibu t-tribut lil Ġosafat, u hu kien igawdi ġid u ġieħ bix-xaba'.", "U qalbu kienet imkabbra bit-triqat tal-Mulej; u barra dan neħħa wkoll is-santwarji u l-artali tal-Asera minn Ġuda.", "Fit-tielet sena tas-saltna tiegħu bagħat lill-prinċpijiet tiegħu Benħajil, Għobadija, Żakkarija, Natanjel u Mika, biex jgħallmu fl-ibliet ta' Ġuda.", "U magħhom il-Leviti Semajja, Netanija, Żebadija, Għaxajel, Semiramot, Ġonatan, Adonija, Tobija, Tobadonija, u magħhom il-qassisin Elisama u Ġeħoram.", "U marru jgħallmu f'Ġuda bil-Ktieb tal-Liġi tal-Mulej f'idejhom, u daru l-ibliet kollha ta' Ġuda jgħallmu lill-poplu.", "Il-qawwa ta' Ġosafat", "Ġara li l-biża' tal-Mulej ħakem is-saltniet kollha tal-artijiet kollha ta' madwar Ġuda, u ħadd ma kien miġġieled ma' Ġosafat.", "U saħansitra minn fost il-Filistin kienu jġibu lil Ġosafat rigali u fidda bħala tribut; u l-Għarab ukoll kienu jġibulu mrieħel sħaħ; sebat elef u seba' mitt muntun, u sebat elef u seba' mitt bodbod.", "Hekk Ġosafat baqa' dejjem jikber u jogħla.", "U bena f'Ġuda fortizzi u bliet għall-imħażen.", "U kellu ħażniet kbar fl-ibliet ta' Ġuda, u gwerriera qalbiena f'Ġerusalemm.", "U dan hu l-għadd tagħhom skont djar missirijiethom.", "Mit-tribù ta' Ġuda l-kmandanti tal-eluf kienu: il-kmandant Għadna bi tliet mitt elf gwerrier qalbieni miegħu; u warajh il-kmandant Ġeħoħanan b'mitejn u tmenin elf ruħ miegħu; warajh Amasija bin Żikri li ta ruħu lill-Mulej minn rajh b'mitejn elf gwerrier qalbieni miegħu.", "Mit-tribù ta' Benjamin: Eljada, gwerrier qalbieni, b'mitejn elf ruħ armati bil-qaws u t-tarka.", "Warajh Ġeħożabad b'mija u tmenin elf armati għall-gwerra.", "Dawn kienu fis-servizz tas-sultan barra dawk li kienu mqassma mis-sultan fl-ibliet iffortifikati mal-art kollha ta' Ġuda."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CH.18", "bookref": "2CH.18", "text": ["Ftehim bejn Ġosafat u Aħab", "Ġosafat kellu ġid bla qjies, u tħallat bi żwieġ ma' Aħab.", "Wara li għaddew xi snin niżel għand Aħab f'Samarija.", "Aħab offra b'sagrifiċċju kotra ta' baqar u nagħaġ, għalih u għan-nies li kellu miegħu, u ħajru jitla' miegħu kontra Ramot-gilgħad.", "U Aħab, is-sultan ta' Iżrael, qal lil Ġosafat sultan ta' Ġuda: \"Tiġi miegħi Ramot-gilgħad?\"", "U dak wieġbu: \"Lili qisni int; lill-poplu tiegħi qisu l-poplu tiegħek; u aħna miegħek għall-gwerra.\"", "U Ġosafat qal lis-sultan ta' Iżrael: \"Stħarreġ issa l-kelma tal-Mulej!\"", "U s-sultan ta' Iżrael ġabar il-profeti, erba' mitt wieħed, u staqsiehom: \"Immorru għal Ramot-gilgħad, jew nibqa' hawn?\"", "U huma weġbuh: \"Itla', u jerħilha Alla f'idejn is-sultan.\"", "U Ġosafat qal: \"Ma għadx baqa' xi profeta tal-Mulej biex nistaqsu lilu?\"", "U s-sultan ta' Iżrael wieġeb lil Ġosafat: \"Għad fadal ieħor biex nistaqsu lill-Mulej permezz tiegħu.", "Imma jiena nobogħdu għax qatt ma jħabbarli r-riżq imma dejjem id-deni - Mikaja bin Imla.\"", "U Ġosafat wieġeb: \"Ma għandux jgħid hekk is-sultan.\"", "U s-sultan ta' Iżrael sejjaħ wieħed mill-uffiċjali u qallu: \"Ġib malajr lil Mikaja bin Imla.\"", "U s-sultan ta' Iżrael u Ġosafat, is-sultan ta' Ġuda, kienu qegħdin kull wieħed fuq it-tron tiegħu, libsin gala, fil-misraħ ħdejn id-daħla tal-bieb ta' Samarija, u l-profeti kollha jħabbru quddiemhom.", "U Sedekija bin Kengħana għamel qrun tal-ħadid u qal: \"Dan jgħid il-Mulej: B'dawn tidrob lil Aram sa ma ġġibhom fix-xejn.\"", "U l-profeti lkoll ħabbru l-istess u bdew jgħidu: \"Itla' għal Ramot-gilgħad u r-riżq miegħek, għax il-Mulej jerħiha f'idejn is-sultan.\"", "Il-profezija ta' Mikaja", "U l-messaġġier li kien mar isejjaħ lil Mikaja, kellmu u qallu: \"Ara, il-profeti lkoll kelma waħda jħabbru l-ġid lis-sultan.", "Tkun mela l-kelma tiegħek bħall-kelma ta' kull wieħed minnhom, u ħabbar il-ġid.\"", "U Mikaja wieġbu: \"Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, dak li jgħidli Alla tiegħi, ngħidhulu!\"", "U wasal għand is-sultan u s-sultan qallu: \"Mikaja, immorru naħbtu għal Ramot-gilgħad jew nibqa' hawn?\"", "U dan wieġeb: \"Itilgħu u r-riżq magħkom; għax jintreħew f'idejkom.\"", "U s-sultan qallu: \"Kemm-il darba għandi nġagħlek taħlef jien, biex ma tgħidx ħlief is-sewwa f'isem il-Mulej.\"", "U l-profeta wieġbu:", "\"Rajt lil Iżrael kollu mxerred fuq il-muntanji bħan-nagħaġ bla ragħaj.", "U l-Mulej qal: 'Ma għandhomx sidien dawn.", "Ħa jerġgħu bis-sliem kulħadd għal daru.'\"", "U s-sultan ta' Iżrael qal lil Ġosafat: \"Ma għedtlikx jien li mhux se jħabbarli r-riżq, imma d-deni?\"", "Imma l-profeta qal: \"Isimgħu l-kelma tal-Mulej: Jien rajt lill-Mulej bilqiegħda fuq it-tron tiegħu, u l-eżerċti kollha tas-sema qegħdin fuq il-lemin u fuq ix-xellug tiegħu.", "U qal il-Mulej: 'Min se jqarraq b'Aħab, sultan ta' Iżrael, biex jitla' u jibqa' mejjet f'Ramot-gilgħad?'", "U min wieġeb mod u min wieġeb ieħor.", "U mbagħad ħareġ spirtu u ppreżenta ruħu quddiem il-Mulej u qallu: 'Jiena nqarraq bih.'", "U l-Mulej staqsieh: 'Biex?'", "U dak wieġeb: 'Jien noħroġ u nkun l-ispirtu tal-gideb fuq fomm il-profeti tiegħu kollha.'", "U wieġbu: 'Int tqarraq bih u tirbaħ żgur.", "Mur u agħmel hekk.'", "U issa, ara, il-Mulej qiegħed l-ispirtu tal-gideb fuq fomm dawn il-profeti tiegħek u l-Mulej qatagħha li jibgħatlek id-deni.\"", "U resaq Sedekija bin Kengħana u ta daqqa ta' ħarta lil Mikaja u qallu: \"Kif inhi din li l-ispirtu tal-Mulej għadda mingħandi biex ikellem lilek?\"", "U Mikaja wieġbu: \"Għad tarah int stess dakinhar li tibda tiġri minn kamra għal oħra tfittex tistaħba.\"", "U s-sultan ta' Iżrael ordna: \"Aqbdu lil Mikaja u ħuduh għand Amon, il-prinċep tal-belt, u għand Ġowas bin is-sultan.", "U għidilhom: 'Dan jordna s-sultan: ixħtu lil dan fil-ħabs u titimgħuh bi ftit ħobż u ilma sakemm nerġa' lura bis-sliem.'", "\" U Mikaja qallu: \"Jekk int terġa' lura bis-sliema, ma jkunx tkellem il-Mulej bija.\"", "U ssokta: \"Isimgħu, ġnus, ilkoll kemm intom.\"", "It-telfa u l-mewt ta' Aħab", "U s-sultan ta' Iżrael u Ġosafat, sultan ta' Ġuda, telgħu għal Ramot-gilgħad.", "U s-sultan ta' Iżrael qal lil Ġosafat: \"Se nbiddel ħwejġi qabel ma niġi għall-battalja, iżda inti tibqa' bi ħwejġek.\"", "U s-sultan ta' Iżrael biddel ħwejġu, u marru għall-battalja.", "U s-sultan ta' Aram ordna lill-fizzjali tal-karrijiet tiegħu u qalilhom: \"Titqabdux maż-żgħir u l-kbir, imma fittxu lis-sultan ta' Iżrael biss.\"", "U ġara li malli l-fizzjali lemħu lil Ġosafat qalu: \"Dak hu s-sultan ta' Iżrael.\"", "U daru biex jaħbtu għalih: imma Ġosafat beda jgħajjat, u l-Mulej għenu, u Alla begħedhom minnu.", "Xħin il-fizzjali tal-karrijiet raw li ma kienx is-sultan ta' Iżrael, reġgħu lura minnu.", "U wieħed ġibed il-qaws bl-addoċċ, u laqat is-sultan ta' Iżrael bejn il-malji u l-kurazza.", "U mbagħad is-sultan qal lis-sewwieq tal-karru: \"Dawwar idek, u oħroġni barra mill-kamp, għax qiegħed inħossni ħażin.\"", "U dakinhar il-battalja ħraxet, u s-sultan ta' Iżrael kien wieqaf fuq il-karru biswit Aram il-jum kollu, u miet hi u nieżla x-xemx."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CH.19", "bookref": "2CH.19", "text": ["Ir-riforma ta' Ġosafat", "Ġosafat, sultan ta' Ġuda, raġa' lura bis-sliem lejn daru f'Ġerusalemm.", "U ħareġ jilqgħu Ġeħu bin Ħanani l-veġġent, u qal lis-sultan Ġosafat: \"Kellek int tgħin lill-ħażin u tħobb lil min jobgħod il-Mulej?", "Minħabba f'hekk waqa' fuqek l-għadab minn quddiem il-Mulej.", "Imma fik instabu wkoll ħwejjeġ tajba, għaliex int neħħejt ix-xbihat tal-Asera mill-pajjiż, u dawwart 'il qalbek biex tfittex 'l Alla.\"", "U għammar Ġosafat f'Ġerusalemm, u raġa' beda dieħel u ħiereġ fost il-poplu minn Birsaba sal-muntanji ta' Efrajm u reġġagħhom lura għal għand il-Mulej, Alla ta' missirijiethom.", "U qiegħed imħallfin fil-pajjiż fl-ibliet kollha ffortifikati ta' Ġuda, belt belt.", "U Ġosafat qal lill-imħallfin: \"Araw xi tkunu tagħmlu, għax m'intomx tiġġudikaw f'isem il-bnedmin, imma f'isem il-Mulej, u hu jkun magħkom meta tiġġudikaw.", "Ħa jkun il-biża' tal-Mulej fuqkom.", "Qisu x'tagħmlu, għax fil-Mulej, Alla tagħna, ma hemmx qerq; la jħares lejn l-uċuħ u lanqas jilqa' r-rigali.\"", "F'Ġerusalemm ukoll Ġosafat qiegħed xi wħud mil-Leviti u l-qassisin u l-kapijiet tal-familji ta' Iżrael għall-ġudizzju tal-Mulej, u għat-tilwim bejn in-nies li jgħammru f'Ġerusalemm.", "U hu ordnalhom u qalilhom: \"Hekk għandkom tagħmlu bil-biża' tal-Mulej, u bil-fedeltà u b'qalb sħiħa.", "F'kull tilwima li tiġi quddiemkom minn fost ħutkom li jgħammru fi bliethom, fuq tixrid ta' demm, liġi, kmandamenti, preċetti jew digrieti, wissuhom biex ma jkunux ħatja quddiem il-Mulej, u ma jaqax l-għadab fuqkom u fuq ħutkom.", "Agħmlu dan u ma tidinbux.", "U, araw, hemm Amarija, il-qassis il-kbir, fuqkom f'dak kollu li għandu x'jaqsam mal-Mulej, u Żebadija bin Ismagħel, prinċep tad-dar ta' Ġuda, għal kulma għandu x'jaqsam mas-sultan; il-Leviti jkunu għas-servizz tagħkom.", "Agħmlu l-qalb u aħdmu.", "Ikun il-Mulej mat-tajjeb.\""]}