{"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JHN.15", "bookref": "JHN.15", "text": ["Ġesù hu d-dielja vera", "\"Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi.", "Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar.", "Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għidtilkom.", "Ibqgħu fija, u jiena nibqa' fikom.", "Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija.", "Jiena d-dielja, intom il-friegħi.", "Min jibqa' fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott; għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn.", "Jekk wieħed ma jibqax fija, jintrema barra bħal fergħa, u jinxef; imbagħad, friegħi bħal dawn jiġbruhom u jixħtuhom fin-nar u jinħarqu.", "Jekk tibqgħu fija u kliemi jibqa' fikom, itolbu kulma tridu, u jingħatalkom.", "Din hi l-glorja ta' Missieri, li intom tagħmlu ħafna frott u tkunu dixxipli tiegħi.", "Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena.", "Ibqgħu fl-imħabba tiegħi.", "Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta' Missieri u qiegħed f'imħabbtu.", "\"Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ.", "Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien.", "Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu.", "Intom ħbiebi, jekk tagħmlu dak li jiena nikkmandakom.", "Ma nsejħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x'jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kulma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom.", "Mhux intom għażiltu lili, imma jien għażilt lilkom, u ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-frott u l-frott tagħkom jibqa', ħalli kulma titolbu lill-Missier f'ismi, huwa jagħtihulkom.", "Dan hu li qiegħed nikkmandakom: li tħobbu lil xulxin.", "Id-dinja tobgħodkom", "\"Jekk id-dinja tobgħodkom, kunu afu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom.", "Kieku intom kontu tad-dinja, id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha; iżda billi m'intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja, id-dinja tobgħodkom.", "Ftakru fil-kelma li għedtilkom: il-qaddej mhuwiex akbar minn sidu.", "Jekk ippersegwitaw lili, għad jippersegwitaw lilkom ukoll; jekk ħarsu l-kelma tiegħi, għad iħarsu tagħkom ukoll.", "Imma dan kollu għad jagħmluhulkom minħabba f'ismi, għax huma ma jafux lil dak li bagħatni.", "Kieku ma ġejtx u ma kellimthomx, ma kienx ikollhom ħtija; imma issa ma għandhomx skuża ta' dnubhom.", "Min jobgħod lili, jobgħod ukoll lil Missieri.", "Kieku ma għamiltx quddiemhom l-opri li ħadd qatt ma għamel, ma kienx ikollhom ħtija iżda issa raw b'għajnejhom u baqgħu jobogħdu sew lili u sew lil Missieri.", "Imma dan ġara biex isseħħ il-kelma li hemm fil-Liġi tagħhom, 'Fuq xejn bagħduni.'", "\"Meta jiġi d-Difensur , li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija.", "U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JHN.16", "bookref": "JHN.16", "text": ["\"Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom biex ma titfixklux.", "Ikeċċukom 'il barra mis-sinagogi, mhux biss, imma tasal is-siegħa meta min joqtolkom jaħseb li jkun qiegħed jagħti qima lil Alla.", "Dan jagħmluh għax la għarfu lill-Missier u lanqas lili.", "Imma dan kollu għedthulkom biex, meta tasal is-siegħa li jagħmlulkom dan, tiftakru li jiena għedthulkom.", "Il-ħidma tal-Ispirtu s-Santu", "\"Dan ma għedthulkomx mill-bidu, għaliex kont għadni magħkom.", "Issa sejjer għand dak li bagħatni, u ħadd minnkom ma jistaqsini, 'Fejn sejjer?'", "Imma għax għedtilkom dan, qalbkom imtliet bin-niket.", "Madankollu, ngħidilkom is-sewwa, jaqblilkom li jiena mmur; għaliex, jekk ma mmurx, id-Difensur ma jiġix għandkom; imma jekk immur, nibgħathulkom.", "U meta huwa jiġi, juri lid-dinja li għandha żball dwar id-dnub, il-ġustizzja u l-ġudizzju; id-dnub, filli huma ma jemmnux fija; il-ġustizzja, filli jien sejjer għand il-Missier, u intom m'intomx se tarawni iżjed; il-ġudizzju, filli l-Prinċep ta' din id-dinja huwa ġa kkundannat.", "\"Baqagħli ħafna ħwejjeġ x'ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom .", "Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma', u jħabbrilkom il-ġejjieni.", "Hu jagħtini glorja, għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom.", "Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi.", "Għalhekk għedt li jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom.", "In-niket tagħkom għad jitbiddel f'hena", "\"Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni.\"", "Għalhekk xi wħud mid-dixxipli tiegħu bdew jgħidu bejniethom: \"X'ifisser dan li qiegħed jgħid, 'Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni,' u li 'Jiena sejjer għand il-Missier'?\"", "Għalhekk qalu: \"X'inhu dan il-'ftit ieħor' li hu qiegħed jgħid?", "Ma nafux xi jrid jgħid!\"", "Ġesù għaraf li xtaqu jistaqsuh.", "Għalhekk qalilhom: \"Qegħdin tistaqsu lil xulxin fuq dak li għedt, 'Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni'?", "Tassew tassew ngħidilkom, intom għad tibku u tingħu, iżda d-dinja għad tifraħ; għad iġġarrbu n-niket, imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f'hena.", "Il-mara, meta tkun se tiled tħossha mdejqa, għax tkun waslet is-siegħa tagħha; iżda meta tkun twieldet it-tarbija, ma tiftakarx iżjed fl-uġigħ, bil-ferħ li twieled bniedem fid-dinja.", "Hekk intom, issa tħossukom imdejqa; imma għad nerġa' narakom u qalbkom tifraħ, u l-ferħ tagħkom ħadd ma jeħodhulkom.", "F'dak il-jum xejn ma tistaqsuni.", "Tassew tassew ngħidilkom, kulma titolbu lil Missieri f'ismi jagħtihulkom.", "Sa issa ma tlabtu xejn f'ismi.", "Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ.", "Jiena rbaħt id-dinja", "\"Dan għedthulkom bit-tixbihat.", "Għad tasal siegħa meta ma nkellimkomx aktar bit-tixbihat, imma bil-miftuħ inħabbrilkom dwar il-Missier.", "Dak inhar intom titolbu f'ismi, u ma ngħidilkomx li jien nitlob lill-Missier għalikom, għax il-Missier stess iħobbkom, billi intom ħabbejtu lili u emmintu li jiena ġejt mingħand Alla.", "Ħriġt mingħand il-Missier u ġejt fid-dinja.", "Se nerġa' nħalli d-dinja u mmur għand il-Missier.\"", "Id-dixxipli tiegħu qalulu: \"Ara, issa qiegħed titkellem bil-miftuħ, u ebda tixbiha ma inti tgħid.", "Issa nafu li int taf kollox, u ma għandekx bżonn li wieħed jistaqsik.", "Għalhekk aħna nemmnu li inti ħriġt mingħand Alla.\"", "Weġibhom Ġesù: \"Temmnu issa?", "Ara, għad tiġi siegħa, u ġa waslet, meta tixterdu kull wieħed lejn daru, u lili tħalluni waħdi.", "Iżda waħdi m'iniex, għax il-Missier huwa miegħi.", "Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom ħalli bija jkollkom is-sliem.", "Fid-dinja tbatu jkollkom.", "Iżda agħmlu l-qalb: jiena rbaħt id-dinja!\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JHN.17", "bookref": "JHN.17", "text": ["It-talba ta' Ġesù għad-dixxipli", "Wara li qal dan, Ġesù rafa' għajnejh lejn is-sema u qal: \"Missier, waslet is-siegħa; agħti glorja lil Ibnek biex l-Iben jagħti glorja lilek, bħalma int tajtu s-setgħa fuq kull bniedem biex jagħti l-ħajja ta' dejjem lil dawk kollha li inti fdajtlu.", "Din hi l-ħajja ta' dejjem, li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesù Kristu, li inti bgħatt.", "Jien igglorifikajt lilek fuq l-art billi temmejt ix-xogħol li tajtni nagħmel.", "U issa, Missier, igglorifika lili għandek, bil-glorja li kelli miegħek qabel ma kienet id-dinja.", "\"Jiena għarraft ismek lill-bnedmin li inti tajtni mid-dinja.", "Kienu tiegħek, u inti tajthom lili, u huma ħarsu kelmtek.", "Issa jafu li dak kollu li tajtni ġej minnek; għaliex il-kliem li int tajt lili jiena tajtu lilhom, u huma laqgħuh u għarfu tabilħaqq li jiena ħriġt minnek, u emmnu li inti bgħattni.", "Jiena għalihom nitlob; ma nitlobx għad-dinja, imma għal dawk li inti tajtni, għaliex huma tiegħek, u dak kollu li hu tiegħi huwa tiegħek, u dak li hu tiegħek huwa tiegħi, u jien igglorifikat permezz tagħhom.", "U jien ma għadnix aktar fid-dinja, iżda huma għadhom fid-dinja, u jiena ġej għandek.", "Missier qaddis, ħarishom f'ismek dawk li inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna.", "Kemm domt magħhom, jiena ħaristhom fl-isem tiegħek, l-isem li tajtni.", "U jiena ħadt ħsiebhom, u ħadd minnhom ma ntilef ħlief bin it-telfien , biex isseħħ l-Iskrittura.", "Imma issa jiena ġej għandek, u qiegħed ngħid dan, kif għadni fid-dinja, biex huma jkollhom fihom il-ferħ sħiħ tiegħi.", "Jiena tajthom il-kelma tiegħek, u d-dinja bagħdithom, għaliex huma mhumiex tad-dinja, kif jiena m'iniex tad-dinja.", "Ma nitolbokx li twarrabhom mid-dinja, imma li tħarishom mill-Ħażin .", "Huma mhumiex tad-dinja bħalma jiena m'iniex tad-dinja.", "Qaddishom permezz tal-verità ; il-kelma tiegħek hi l-verità.", "Kif inti bgħatt lili fid-dinja, hekk jiena bgħatt lilhom fid-dinja.", "U jien minħabba fihom nagħti ħajti, biex huma wkoll ikunu mqaddsin permezz tal-verità.", "\"M'iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom; nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda.", "Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni.", "Il-glorja li int tajt lili jiena tajtha lilhom, biex ikunu ħaġa waħda bħalma aħna ħaġa waħda: jiena fihom u inti fija, biex isiru ħaġa waħda għalkollox, ħalli d-dinja tagħraf li inti bgħattni u li ħabbejt lilhom kif ħabbejt lili.", "Missier, irrid li dawk li tajtni jkunu huma wkoll miegħi fejn inkun jien, biex jaraw il-glorja tiegħi, il-glorja li tajtni int, għaliex int ħabbejtni sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja.", "Missier ġust, tassew li d-dinja ma għarfitekx, imma jien għaraftek, u dawn għarfu li inti bgħattni.", "U jiena għarrafthom ismek u għad ngħarrafhulhom iżjed, biex l-imħabba li biha ħabbejtni tkun fihom u jiena fihom.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JHN.18", "bookref": "JHN.18", "text": ["Ġesù ttradut u arrestat", "(Mt , - ; Mk , - ; Lq , - )", "Kif qal dan, Ġesù ħareġ mad-dixxipli tiegħu u qasam għan-naħa l-oħra tal-Wied ta' Kedron ; hemmhekk kien hemm ġnien, u daħal fih mad-dixxipli tiegħu.", "Ġuda, dak li ttradieh, kien jafu l-post, għax Ġesù kien sikwit jinġabar hemm mad-dixxipli tiegħu.", "Ġuda ħa ġemgħa suldati u xi għases mingħand il-qassisin il-kbar u l-Fariżej, u mar bihom hemmhekk, bil-fanali, torċi u armi.", "Ġesù, li kien jaf b'kulma kien ġej fuqu, mar fuqhom u qalilhom: \"Lil min qegħdin tfittxu?\"", "Huma weġbuh: \"Lil Ġesù ta' Nazaret.\"", "U hu qalilhom: \"Jiena hu.\"", "Ġuda, dak li ttradieh, kien hemm magħhom huwa wkoll.", "Kif Ġesù qalilhom, 'Jiena hu', huma resqu lura u waqgħu mal-art.", "\"Lil min qegħdin tfittxu?\" raġa' staqsiehom.", "U huma qalulu: \"Lil Ġesù ta' Nazaret.\"", "Ġesù weġibhom: \"Għedtilkom li jiena hu.", "Jekk qegħdin tfittxu lili, ħallu lil dawn imorru.\"", "Dan sar biex iseħħ dak li Ġesù kien qal, 'Minn dawk li tajtni, anqas wieħed biss ma tlift.'", "Xmun Pietru kellu sejf, siltu, u darab lill-qaddej tal-qassis il-kbir u qatagħlu barra widintu l-leminija.", "Dan il-qaddej kien jismu Malku.", "Imma Ġesù qal lil Pietru: \"Erġa' daħħal is-sejf fl-għant tiegħu.", "Forsi l-kalċi li tani Missieri ma nixorbux?\"", "Ġesù quddiem il-qassis il-kbir", "(Mt , - ; Mk , - ; Lq , )", "Imbagħad is-suldati u l-kaptan tagħhom flimkien mal-għases tal-Lhud, qabdu lil Ġesù u rabtuh.", "L-ewwel ħaduh għand Anna , billi dan kien missier il-mara ta' Kajfa, il-qassis il-kbir f'dik is-sena.", "Kajfa kien dak li ta parir lil-Lhud li jkun jaqbel li bniedem wieħed imut għall-poplu.", "Pietru jiċħad lil Ġesù", "(Mt , - ; Mk , - ; Lq , - )", "Xmun Pietru u dixxiplu ieħor marru wara Ġesù.", "Dan id-dixxiplu kien midħla tal-qassis il-kbir, u għalhekk daħal fil-bitħa tal-qassis il-kbir flimkien ma' Ġesù.", "Imma Pietru baqa' barra ħdejn il-bieb.", "Imbagħad id-dixxiplu l-ieħor, li kien midħla tal-qassis il-kbir, ħareġ ikellem lill-purtinara, u daħħal lil Pietru ġewwa.", "Il-qaddejja li kienet mal-bieb qalet lil Pietru: \"Int m'intix ukoll wieħed mid-dixxipli ta' dan ir-raġel?\"", "Hu weġibha: \"Le, m'iniex.\"", "Il-qaddejja u l-għases kienu kebbsu n-nar mill-faħam, għax kien il-bard, u qagħdu hemm għas-sħana.", "U Pietru wkoll qagħad magħhom għas-sħana.", "Il-qassis il-kbir jistaqsi lil Ġesù", "(Mt , - ; Mk , - ; Lq , - )", "Il-qassis il-kbir staqsa lil Ġesù fuq id-dixxipli u t-tagħlim tiegħu.", "Ġesù wieġbu: \"Jiena tħadditt fil-beraħ, quddiem kulħadd.", "Għallimt dejjem fis-sinagoga u fit-tempju fejn jinġabru l-Lhud kollha, u bil-moħbi ma għedt xejn.", "Għalfejn qiegħed tistaqsi lili?", "Staqsi lil dawk li semgħuni, x'għedtilhom.", "Huma jafu x'għedt.\"", "Kif qal hekk, wieħed mill-għases li kien ħdejh ta daqqa ta' ħarta lil Ġesù u qallu: \"Hekk twieġbu lill-qassis il-kbir?\"", "Ġesù qallu: \"Jekk jien għedt xi ħaġa mhix sewwa, urini fejn; imma jekk għedt is-sewwa, għaliex terfa' jdejk fuqi?\"", "Imbagħad Anna bagħat lil Ġesù marbut għand Kajfa, il-qassis il-kbir.", "Pietru jerġa' jiċħad lil Ġesù", "(Mt , - ; Mk , - ; Lq , - )", "Xmun Pietru mela kien qiegħed hemm għas-sħana; u qalulu: \"Int m'intix ukoll wieħed mid-dixxipli tiegħu?\"", "Imma hu ċaħad u qal: \"Le m'iniex.\"", "Wieħed mill-qaddejja tal-qassis il-kbir, li kien jiġi minn dak ir-raġel li Pietru kien qatagħlu widintu, qal: \"Mela jiena ma rajtekx miegħu fil-ġnien?\"", "Pietru ċaħad għal darb'oħra; u minnufih idden is-serduk.", "Ġesù quddiem Pilatu", "(Mt , - . - ; Mk , - ; Lq , - )", "Imbagħad ħadu lil Ġesù mingħand Kajfa għall-Pretorju.", "Kien filgħodu kmieni.", "Huma ma daħlux fil-Pretorju, għax ma ridux jitniġġsu, biex ikunu jistgħu jagħmlu l-ikla tal-Għid .", "Pilatu ħareġ barra ħdejhom u qalilhom: \"X'akkuża għandkom kontra dan ir-raġel?\"", "U huma weġbuh: \"Li kieku dan ma kienx raġel ħażin aħna ma konniex nagħtuh f'idejk.\"", "Pilatu qalilhom: \"Ħuduh intom, u ġġudikawh intom skont il-liġi tagħkom.\"", "Imma l-Lhud qalulu: \"Aħna ma għandna setgħa noqtlu lil ħadd.\"", "Dan ġara biex iseħħ dak li Ġesù kien qal meta fisser kif kellu jmut.", "Pilatu raġa' daħal fil-Pretorju, sejjaħ lil Ġesù u qallu: \"Inti s-sultan tal-Lhud?\"", "Ġesù wieġeb: \"Dan qiegħed tgħidu int minn moħħok?", "Jew kienu oħrajn li qalulek dan fuqi?\"", "Pilatu wieġeb: \"Mela jiena Lhudi?", "Kien il-poplu tiegħek u l-qassisin il-kbar li tawk f'idejja.", "X'għamilt?\"", "Ġesù wieġeb: \"Is-saltna tiegħi mhijiex ta' din id-dinja.", "Li kieku saltnati kienet ta' din id-dinja, l-għases tiegħi kienu jiġġieldu biex ma ningħatax f'idejn il-Lhud; imma tabilħaqq saltnati mhijiex ta' hawn.\"", "Pilatu qallu: \"Mela int sultan?\"", "U Ġesù wieġeb: \"Int qiegħed tgħidu; jien sultan.", "Jien għalhekk twelidt, u għalhekk ġejt fid-dinja, biex nixhed għall-verità.", "U kull min iħobb il-verità jisma' leħni.\"", "Pilatu qallu: \"U l-verità x'inhi?\"", "Ġesù kkundannat għall-mewt", "(Mt , - ; Mk , - ; Lq , - )", "Kif qal dan, raġa' ħareġ quddiem il-Lhud u qalilhom: \"Jiena ma nsib ebda ħtija fih.", "Issa intom għandkom id-drawwa li neħilsilkom wieħed fil-Għid.", "Tridunix neħilsilkom lis-sultan tal-Lhud?\"", "Hawn huma mill-ġdid bdew jgħajtu u jgħidu: \"Mhux lil dan, imma lil Barabba.\"", "Dan Barabba kien brigant ."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JHN.19", "bookref": "JHN.19", "text": ["Imbagħad Pilatu ordna li jieħdu lil Ġesù u jagħtuh is-swat.", "Is-suldati nisġu kuruna tax-xewk u qegħduhielu fuq rasu, u libbsuh mantar aħmar skur.", "U bdew ġejjin quddiemu u jgħidulu: \"Is-sliem għalik, ja sultan tal-Lhud!\"", "U bdew jagħtuh bil-ħarta.", "Għal darb' oħra Pilatu ħareġ barra jgħidilhom: \"Araw, se nġibhulkom quddiemkom hawn barra, biex tkunu tafu li jien ma nsib ebda ħtija fih.\"", "U Ġesù ħareġ hemm barra, liebes il-kuruna tax-xewk u l-mantar aħmar; u Pilatu qalilhom: \"Arawh, hawn hu l-bniedem!\"", "X'ħin rawh, il-qassisin il-kbar u l-għases bdew jgħajtu u jgħidu: \"Sallbu!", "Sallbu!\"", "Pilatu qalilhom: \"Ħuduh u sallbuh intom; jiena ma nsib ebda ħtija fih.\"", "Il-Lhud weġbuh: \"Aħna għandna liġi, u skont din il-liġi għandu jmut, għax għamel lilu nnifsu Bin Alla.\"", "Meta sama' dan, Pilatu aktar baża'.", "Raġa' daħal fil-Pretorju u qal lil Ġesù: \"Int mnejn int?\"", "Imma Ġesù ma wieġbu xejn.", "Għalhekk Pilatu qallu: \"Lili ma tkellimx?", "Ma tafx li jiena għandi s-setgħa neħilsek u għandi s-setgħa nsallbek?\"", "Ġesù wieġbu: \"Ma kien ikollok ebda setgħa fuqi kieku ma ġietx mogħtija lilek minn fuq; għalhekk min ta lili f'idejk għandu ħtija akbar.\"", "Minn dak il-ħin 'il quddiem Pilatu beda jfittex kif jeħilsu; imma l-Lhud issuktaw jgħajtu u jgħidu: \"Jekk teħles lil dan, tiksirha ma' Ċesari , għax kull min jagħmel lilu nnifsu sultan ikun qiegħed jeħodha kontra Ċesari.\"", "Meta semagħhom jgħidu dan, Pilatu ġieb lil Ġesù barra u qiegħdu fuq sedja għolja , fil-post imsejjaħ Litòstrotos , bil-Lhudi Gabbatà.", "Kien Jum it-Tħejjija tal-Għid, għall-ħabta tas-sitt siegħa .", "Pilatu qal lil-Lhud: \"Arawh is-sultan tagħkom!\"", "Dawk infexxew jgħajtu: \"Għall-mewt!", "Għall-mewt!", "Sallbu!\"", "Pilatu qalilhom: \"Jien se nsallab lis-sultan tagħkom?\"", "Imma l-qassisin il-kbar weġbuh: \"Aħna ma għandniex sultan ħlief lil Ċesari!\"", "Fl-aħħar tahulhom f'idejhom biex isallbuh.", "Ġesù msallab", "(Mt , - ; Mk , - ; Lq , - )", "U huma ħadu lil Ġesù.", "Ġesù rafa' s-salib u ħareġ lejn il-post imsejjaħ 'il-Qorriegħa', bil-Lhudi Golgota .", "Hemm huma sallbuh ma' tnejn oħra, wieħed kull naħa, u Ġesù fin-nofs.", "Pilatu għamel kitba u waħħalha fuq is-salib; fiha kien hemm miktub, \"Ġesù ta' Nazaret, is-sultan tal-Lhud.\"", "Din il-kitba qrawha ħafna Lhud, għax il-post fejn sallbu lil Ġesù kien qrib il-belt, u l-kitba kienet bil-Lhudi, bil-Latin u bil-Grieg.", "Għalhekk il-qassisin il-kbar tal-Lhud marru jgħidu lil Pilatu: \"Ma kienx imissek tikteb, 'Is-sultan tal-Lhud,' imma li 'Dan qal: Jiena sultan tal-Lhud.'", "\" Pilatu wieġeb: \"Issa li ktibt ktibt!\"", "Wara li sallbu lil Ġesù, is-suldati ħadu l-ilbies tiegħu u qassmuh f'erbgħa, sehem lil kull wieħed minnhom.", "U ħadu wkoll it-tunika; din kienet libsa bla ħjata, minsuġa biċċa waħda minn fuq s'isfel.", "Ftiehmu bejniethom u qalu: \"Ma nqattgħuhiex, iżda nitfgħu x-xorti għaliha, u lil min tmiss jeħodha.\"", "Dan ġara biex isseħħ l-Iskrittura li tgħid,", "\"Ħwejġi qasmu bejniethom,", "u għall-ilbies tiegħi tefgħu x-xorti.\"", "U dan tabilħaqq għamluh is-suldati.", "Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta' Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta' Kleofa, u Marija ta' Magdala.", "Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: \"Mara, hawn hu ibnek.\"", "Imbagħad qal lid-dixxiplu: \"Hawn hi ommok.\"", "U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu.", "Il-mewt ta' Ġesù", "(Mt , - ; Mk , - ; Lq , - )", "Wara dan, Ġesù, billi issa kien jaf li kollox kien mitmum, biex isseħħ l-Iskrittura qal: \"Għandi l-għatx!\"", "Kien hemm bieqja mimlija bil-ħall; huma xarrbu sponża bil-ħall, waħħluha ma' qasba tal-issopu, u ressquhielu lejn ħalqu.", "Kif Ġesù ħa l-ħall, qal: \"Kollox hu mitmum!\"", "Imbagħad mejjel rasu u radd ruħu.", "Il-ġenb minfud ta' Ġesù", "Billi kien Jum it-Tħejjija tal-Għid, il-Lhud ma ridux li f'jum is-Sibt l-iġsma jibqgħu fuq is-salib, għax dak is-Sibt kien jum solenni għalihom.", "Talbu mela lil Pilatu biex jiksrulhom riġlejhom u jneħħu l-iġsma.", "Għalhekk ġew is-suldati u kisru r-riġlejn tal-ewwel u tat-tieni wieħed li kienu msallbin miegħu.", "Iżda meta waslu għal Ġesù, billi raw li kien ġa mejjet, ma kisrulux riġlejh.", "Madankollu wieħed mis-suldati nifidlu ġenbu b'lanza, u minnufih ħareġ demm u ilma.", "Dan qiegħed jixhdu min ra b'għajnejh, u x-xhieda tiegħu hija minnha.", "Hu jaf li qiegħed jgħid il-verità, biex intom ukoll temmnu.", "Għax dan ġara biex isseħħ l-Iskrittura li tgħid,", "'Ebda waħda minn għadmu ma jkissrulu.'", "U hemm ukoll kitba oħra fl-Iskrittura li tgħid,", "'Huma għad iħarsu lejn min nifdu.'", "Id-difna ta' Ġesù", "(Mt , - ; Mk , - ; Lq , - )", "Wara dan, Ġużeppi minn Arimatija , li kien dixxiplu ta' Ġesù bil-moħbi għax kien jibża' mil-Lhud, mar u talab lil Pilatu biex jieħu l-ġisem ta' Ġesù.", "Pilatu ħallieh, u hu ġie u ħa l-ġisem tiegħu.", "Ġie wkoll Nikodemu, dak li qabel kien mar għand Ġesù billejl, u ġieb miegħu taħlita ta' morr u sabbara, tiżen xi mitt libbra .", "Dawn it-tnejn ħadu l-ġisem ta' Ġesù u kebbewh bil-faxex tal-għażel bil-fwejjaħ, kif soltu jagħmlu l-Lhud qabel id-difna.", "Fejn kienu sallbu lil Ġesù kien hemm ġnien, u f'dan il-ġnien kien hemm qabar ġdid li fih kienu għadhom ma difnu lil ħadd.", "Hemm qiegħdu lil Ġesù, għax kien Jum it-Tħejjija għal-Lhud, u għax il-qabar kien fil-qrib."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JHN.20", "bookref": "JHN.20", "text": ["Il-qawmien ta' Ġesù mill-imwiet", "(Mt , - ; Mk , - ; Lq , - )", "Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta' Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar.", "Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: \"Qalgħu l-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!\"", "Pietru u d-dixxiplu l-ieħor ħarġu u ġew ħdejn il-qabar.", "It-tnejn ġrew flimkien, imma d-dixxiplu l-ieħor ħaffef aktar minn Pietru u laħaq qablu ħdejn il-qabar.", "Tbaxxa, u ra l-faxex tal-għażel imqiegħda hemm, iżda ma daħalx.", "Imbagħad wasal warajh Xmun Pietru, daħal fil-qabar, u ra l-faxex tal-għażel imqiegħda hemm, u l-maktur li kien madwar rasu; dan ma kienx mal-faxex, imma mitwi u mqiegħed f'post għalih.", "Imbagħad id-dixxiplu l-ieħor, li kien wasal l-ewwel ħdejn il-qabar, daħal hu wkoll, ra, u emmen.", "Sa dak in-nhar kienu għadhom ma fehmux l-Iskrittura li tgħid li kellu jqum mill-imwiet.", "Imbagħad id-dixxipli reġgħu lura lejn sħabhom.", "Ġesù jidher lil Marija ta' Magdala", "(Mk , - )", "Iżda Marija baqgħet 'il barra mill-qabar, tibki.", "Kif kienet qiegħda tibki, tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli lebsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn kienu qiegħdu l-ġisem ta' Ġesù.", "Huma qalulha: \"Mara, għalfejn qiegħda tibki?\"", "Hi wieġbet: \"Għax ħadu lil Sidi, u ma nafux fejn qegħduh.\"", "Kif qalet hekk, daret lura u rat lil Ġesù wieqaf, iżda ma ntebħitx li kien Ġesù.", "Ġesù qalilha: \"Mara, għalfejn qiegħda tibki?", "Lil min qiegħda tfittex?\"", "Hi ħasbet li kien il-ġardinar, u qaltlu: \"Sinjur, jekk ħadtu int minn hawn, għidli fejn qegħedtu, u jiena nġibu lura.\"", "Ġesù sejħilha: \"Marjam!\"", "Hi daret u qaltlu bil-Lhudi: 'Rabbuni!' jiġifieri Mgħallem.", "Ġesù qalilha: \"La tmissnix , għax għadni ma tlajtx għand il-Missier; imma mur għand ħuti u għidilhom li se nitla' għand Missieri u Missierkom, Alla tiegħi u Alla tagħkom.\"", "Marija ta' Magdala marret għand id-dixxipli u tathom l-aħbar: \"Rajt lill-Mulej\", u qaltilhom x'qalilha.", "Ġesù jidher lid-dixxipli tiegħu", "(Mt , - ; Mk , - ; Lq , - )", "Dak in-nhar filgħaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f'nofshom; u qalilhom: \"Is-sliem għalikom!\"", "Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu.", "Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej.", "Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: \"Is-sliem għalikom!", "Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom.\"", "Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom: \"Ħudu l-Ispirtu s-Santu.", "Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura, u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma.\"", "Ġesù u Tumas", "Tumas, wieħed mit-Tnax, jgħidulu t-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù.", "Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu: \"Rajna l-Mulej.\"", "Iżda hu qalilhom: \"Jekk ma narax f'idejh il-marka tal-imsiemer u ma nqigħedx sebgħi fuq il-marka tal-imsiemer u idi fuq ġenbu, jien ma nemminx.\"", "Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa, u Tumas magħhom.", "Il-bibien kienu magħluqa, imma Ġesù daħal, qagħad f'nofshom, u qalilhom: \"Is-sliem għalikom!\"", "Imbagħad qal lil Tumas: \"Ġib sebgħek hawn u ara idejja, u ressaq idek u qegħedha fuq ġenbi; tkunx bniedem bla fidi, iżda emmen.\"", "Wieġeb Tumas u qallu: \"Mulej tiegħi u Alla tiegħi!\"", "Qallu Ġesù: \"Emmint għax rajtni !", "Henjin dawk li ma rawx u emmnu.\"", "Għalfejn inkiteb dan il-ktieb", "Hemm ħafna sinjali oħra li Ġesù għamel quddiem id-dixxipli tiegħu u li mhumiex imniżżla f'dan il-ktieb.", "Iżda dawn inkitbu sabiex intom temmnu li Ġesù hu l-Messija l-Iben ta' Alla, u biex bit-twemmin tagħkom ikollkom il-ħajja f'ismu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JHN.21", "bookref": "JHN.21", "text": ["Ġesù jidher lil seba' dixxipli", "Wara dan, Ġesù raġa' deher lid-dixxipli ħdejn il-baħar ta' Tiberija.", "Dehrilhom hekk: Xmun Pietru, Tumas, li jgħidulu t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied Żebedew u tnejn oħra mid-dixxipli tiegħu kienu flimkien, u Xmun Pietru qalilhom: \"Sejjer nistad.\"", "Qalulu: \"Ħa niġu miegħek aħna wkoll.\"", "Marru, rikbu d-dgħajsa, u dak il-lejl ma qabdu xejn.", "Filgħodu mas-sebħ, Ġesù kien qiegħed ix-xatt, imma d-dixxipli ma kinux jafu li kien Ġesù.", "Ġesù qalilhom: \"Għandkom x'tieklu, ħbieb?\"", "\"Le,\" weġbuh.", "Qalilhom: \"Waddbu x-xibka n-naħa tal-lemin tad-dgħajsa u ssibu.\"", "Dawn waddbu x-xibka, u mbagħad ma felħux jiġbduha daqs kemm qabdu ħut!", "Id-dixxiplu li kien iħobb Ġesù qal lil Pietru: \"Il-Mulej dan!\"", "Għalhekk Xmun Pietru, kif sama' li kien il-Mulej, xeħet fuqu l-libsa ta' fuq, għax kien għoddu għeri, u ntafa' l-baħar.", "Id-dixxipli l-oħra, billi ma kinux imbiegħda wisq mill-art, imma xi mitejn driegħ biss, resqu bid-dgħajsa jkaxkru warajhom ix-xibka bil-ħut.", "Kif niżlu l-art, raw li kien hemm xi faħam jaqbad, bil-ħut fuqu, u xi ftit ħobż.", "Qalilhom Ġesù: \"Newlu 'l hawn xi ħutiet minn dawk li għadkom kemm qbadtu.\"", "Xmun Pietru tala' fid-dgħajsa u ġibed l-art ix-xibka mimlija b'mija u tlieta u ħamsin ħuta kbira; u minkejja daqshekk ħut, ix-xibka ma nqasmitx.", "Qalilhom Ġesù: \"Ejjew, kulu.\"", "Imma ħadd mid-dixxipli ma ssogra jistaqsih, 'Int min int?', għax kienu jafu li kien il-Mulej.", "Ġesù resaq, qabad il-ħobż u newwilhulhom; u hekk ukoll għamel bil-ħut.", "Din kienet ġa t-tielet darba li Ġesù deher lid-dixxipli wara l-qawmien tiegħu mill-imwiet.", "Ġesù u Pietru", "Wara li kielu xi ħaġa, Ġesù qal lil Xmun Pietru: \"Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?\"", "\"Iva, Mulej,\" wieġbu, \"int taf li nħobbok.\"", "Qallu: \"Irgħa l-ħrief tiegħi.\"", "Staqsieh għat-tieni darba: \"Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?\"", "\"Iva, Mulej,\" wieġbu, \"int taf li nħobbok.\"", "Qallu: \"Irgħa n-nagħaġ tiegħi.\"", "Għat-tielet darba staqsieh: \"Xmun bin Ġwanni, tħobbni?\"", "Pietru ħass għafsa ta' qalb għax staqsieh għat-tielet darba, 'Tħobbni?' u qallu: \"Mulej, int taf kollox, inti taf li nħobbok.\"", "Qallu Ġesù: \"Irgħa n-nagħaġ tiegħi.", "Tassew tassew ngħidlek, meta kont żagħżugħ, kont titħażżem waħdek u tmur fejn trid; imma meta tixjieħ, int tiftaħ idejk u ħaddieħor iħażżmek u jieħdok fejn ma tkunx trid!\"", "Dan qalu biex ifisser b'liema mewta kien sejjer jagħti glorja lil Alla.", "Imbagħad Ġesù ssokta jgħidlu: \"Ejja warajja.\"", "Ġesù u d-dixxiplu li kien iħobb", "Pietru dar, u ra lid-dixxiplu li kien iħobb Ġesù miexi warajhom, dak id-dixxiplu li waqt l-ikla kien imtedd fuq sider Ġesù u qallu, 'Mulej, min hu li se jittradik?'", "Pietru, mela, kif ra lil dan, qal lil Ġesù: \"U dan, Mulej, x'se jsir minnu?\"", "Ġesù qallu: \"Inti x'inhi affarik jekk jiena rridu jibqa' sa ma niġi?", "Int imxi warajja!\"", "B'hekk ġriet ix-xniegħa fost l-aħwa li dak id-dixxiplu ma kienx se jmut.", "Madankollu Ġesù ma qalx li ma kienx se jmut, imma biss, 'Jekk irridu jibqa' sa ma niġi, inti x'inhi affarik ?'", "Ix-xhieda tad-Dixxiplu", "Dan huwa d-dixxiplu li qiegħed jagħti xhieda għal dan kollu u li kiteb dawn il-ħwejjeġ, u aħna nafu li x-xhieda tiegħu hi minnha.", "Iżda hemm ukoll bosta ħwejjeġ oħra li għamel Ġesù.", "Li kieku wieħed kellu jikteb kollox ħaġa b'ħaġa, naħseb li anqas id-dinja stess ma kienet tesagħhom il-kotba li kienu jinkitbu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.intro", "bookref": "ACT.intro", "text": ["IL-KTIEB TAL-ATTI TAL-APPOSTLI", "Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb", "Il-Ktieb tal-Atti tal-Appostli, kif jixhed ismu, hu xhieda tal-ħidma mill-appostli fost l-ewwel insara, minn wara t-tlugħ fis-sema tal-Mulej.", "Jinqasam f'żewġ taqsimiet li fihom l-ewwel insibu lil Pietru bħala protagonista, u mbagħad lil Pawlu, imsejjaħ l-Appostlu tal-ġnus.", "Naqraw ukoll kif kienu jġibu ruħhom l-ewwel insara u l-mirakli li seħħew fit-tixrid tal-kelma ta' Alla.", "Jingħad li l-Atti tal-Appostli hu t-tieni parti tal-evanġelju skont Luqa.", "Il-kittieb sagru jiftaħ dan il-ktieb b'referenza għall-ewwel wieħed u jerġa' jindirizzah lil Teofilu.", "Teofilu jista' jkun individwu Ruman, jew rappreżentant tal-pagani li huma wkoll għandhom post fil-pjan tas-salvazzjoni fi Kristu.", "Hu proprju dan il-messaġġ li jrid joħroġ minn dan il-ktieb li jirrakkonta l-bidu tal-Knisja - il-Poplu l-Ġdid ta' Alla.", "Kienet diffikultà kbira għal-Lhud li jifhmu kif is-salvazzjoni mhix tagħhom biss.", "Hekk, tant ismijiet ta' pajjiżi msemmija tul il-ktieb iwasslu din it-tifsira ġdida tas-salvazzjoni universali bla diskriminazzjoni bejn poplu u ieħor.", "Aspett importanti tal-ktieb hu l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu li hi l-forza wara kull pass kbir fit-tixrid tal-kelma mad-dinja kollha magħrufa ta' dak iż-żmien.", "Il-kittieb ixandar din il-qawwa permezz ta' ġrajjiet u diskorsi li jagħtu stampa realistika tal-esperjenzi tal-fidi, it-tama u l-imħabba tal-ewwel \"qaddisin\", kif kienu jissejħu l-insara.", "Indmu u jitgħammed kull wieħed minnkom fl-isem ta' Ġesù Kristu għall-maħfra ta' dnubietkom; u intom tirċievu d-don tal-Ispirtu s-Santu.", "Għax il-wegħda qiegħda għalikom u għal uliedkom u għal dawk kollha li huma fil-bogħod, dawk kollha li l-Mulej Alla tagħna sejħilhom ( , - ).", "It-taqsim tal-ktieb", "Tħejjija għax-xhieda ( , - )", "L-aħħar kmand u l-wegħda ta' Ġesù ( , - )", "Is-suċċessur ta' Ġuda ( , - )", "Ix-xhieda f'Ġerusalemm ( , — , )", "Ix-xhieda f'Ġuda u fis-Samarija ( , — , )", "Il-ħidma ta' Pawlu ( , — , )", "L-ewwel vjaġġ missjunarju ( , — , )", "Il-konċilju ta' Ġerusalemm ( , - )", "It-tieni vjaġġ missjunarju ( , — , )", "It-tielet vjaġġ missjunarju ( , — , )", "Pawlu priġunier f'Ġerusalemm u f'Ċesarija ( , — , )", "In-nawfraġju ta' Pawlu f'Malta ( , — , )", "Pawlu priġunier f'Ruma ( , - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.1", "bookref": "ACT.1", "text": ["Il-wegħda tal-Ispirtu s-Santu", "Fl-ewwel rakkont tiegħi , Teofilu, tkellimt fuq dak kollu li Ġesù kien għamel u għallem minn mindu beda sal-jum li fih kien meħud fis-sema, wara li, permezz tal-Ispirtu s-Santu , ta l-ordnijiet tiegħu lill-appostli li hu kien għażel.", "Wara l-passjoni tiegħu dehrilhom u tahom ħafna provi li hu ħaj; f'erbgħin jum rawh kemm-il darba u kellimhom fuq il-ħwejjeġ tas-Saltna ta' Alla.", "Meta kien għadu magħhom, ordnalhom biex ma jitilqux minn Ġerusalemm, imma joqogħdu jistennew sa ma sseħħ il-wegħda tal-Missier, \"li fuqha\", qalilhom, \"smajtu x'kont għedtilkom.", "Jiġifieri, li Ġwanni għammed bl-ilma, imma intom fi ftit jiem oħra titgħammdu bl-Ispirtu s-Santu.\"", "Tlugħ il-Mulej fis-sema", "Kif kienu flimkien staqsewh: \"Mulej, hu dan iż-żmien li fih int se terġa' twaqqaf is-Saltna ta' Iżrael?\"", "Hu weġibhom: \"Mhijiex biċċa tagħkom li tkunu tafu l-waqt u ż-żmien li l-Missier għażel bis-setgħa tiegħu.", "Imma meta jiġi fuqkom l-Ispirtu s-Santu, intom tirċievu l-qawwa, u tkunu xhieda tiegħi f'Ġerusalemm, fil-Lhudija kollha u s-Samarija u sa truf l-art.\"", "Wara li qal dan, huma u jħarsu lejh, kien meħud 'il fuq, u sħaba ħadithulhom minn quddiem għajnejhom.", "Waqt li kienu b'għajnejhom fis-sema jħarsu lejh sejjer, f'daqqa waħda dehru ħdejhom żewġ irġiel libsin l-abjad, u qalulhom: \"Irġiel tal-Galilija, x'intom tħarsu lejn is-sema?", "Dan Ġesù, li kien meħud minn magħkom lejn is-sema, għad jerġa' jiġi kif rajtuh sejjer.\"", "L-għażla ta' Mattija", "Imbagħad reġgħu lura lejn Ġerusalemm mill-għolja msejħa taż-Żebbuġ, li hi 'l bogħod mill-belt daqs il-mixja tas-Sibt .", "Xħin daħlu l-belt, telgħu fil-kamra ta' fuq tad-dar fejn kienu joqogħdu.", "Huma kienu: Pietru u Ġwanni, Ġakbu u Indrì, Filippu u Tumas, Bartilmew u Mattew, Ġakbu bin Alfew, u Xmun jgħidulu l-Imħeġġeġ, u Ġuda bin Ġakbu.", "U lkoll qalb waħda kienu jitolbu flimkien ma' xi nisa u ma' Marija, omm Ġesù, u ma' ħutu .", "F'dawk il-jiem, Pietru qam f'nofs il-ġemgħa tal-aħwa, li kienu b'kollox madwar mija u għoxrin ruħ, u qalilhom: \"L-aħwa, jeħtieġ li sseħħ l-Iskrittura, dak li l-Ispirtu s-Santu ħabbar b'fomm David fuq Ġuda, li kien il-mexxej ta' dawk li qabdu lil Ġesù.", "Għax hu kien wieħed minna u kellu sehmu f'dan il-ministeru tagħna.", "Issa dan Ġuda kien xtara għalqa bil-qligħ inġust tiegħu; u hemm waqa' għal rasu, inqasam minn nofsu u ħarġulu msarnu kollha.", "In-nies kollha ta' Ġerusalemm saru jafu b'dan, u bdew isejħu lil dik l-għalqa bl-ilsien tagħhom Ħakeldama, jiġifieri l-għalqa tad-demm.", "Hemm miktub fil-Ktieb tas-Salmi,", "'Issir ħerba d-dar tiegħu,", "u ma jkun hemm ħadd li jgħammar fiha;", "u ħaddieħor jeħodlu xogħlu.'", "Jeħtieġ għalhekk li jingħażel wieħed minn dawk li ssieħbu magħna tul iż-żmien kollu li l-Mulej Ġesù kien dieħel u ħiereġ magħna, ibda mill-magħmudija ta' Ġwanni sa dak in-nhar li kien meħud minn magħna, u jkun flimkien magħna xhud tal-qawmien tiegħu mill-imwiet.\"", "Imbagħad ressqu tnejn, Ġużeppi msejjaħ Barsaba, li jgħidulu wkoll Ġustu, u Mattija.", "U talbu hekk: \"Mulej, int li tagħraf il-qalb ta' kulħadd, uri liema minn dawn it-tnejn int għażilt biex jieħu l-post ta' dan il-ministeru u l-appostolat li minnu telaq Ġuda biex imur fejn kien jistħoqqlu.\"", "Imbagħad tefgħu x-xorti, li waqgħet fuq Mattija, u dan issieħeb mal-ħdax-l appostlu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.2", "bookref": "ACT.2", "text": ["Il-miġja tal-Ispirtu s-Santu", "Meta wasal jum Għid il-Ħamsin, huma kienu lkoll flimkien f'post wieħed.", "F'daqqa waħda ġie mis-sema ħoss bħal ta' riħ qawwi, u mela d-dar kollha fejn kienu qegħdin.", "U dehrulhom ilsna qishom tan-nar, li tqassmu u qagħdu fuq kull wieħed minnhom.", "Imtlew ilkoll bl-Ispirtu s-Santu u bdew jitkellmu b'ilsna oħra, skont ma l-Ispirtu kien jagħtihom li jitkellmu.", "F'Ġerusalemm kien hemm xi Lhud, nies twajba minn kull nazzjon li hawn taħt is-sema.", "Malli nstama' dan il-ħoss, inġabret kotra kbira, ilkoll imħawdin għax kull wieħed minnhom kien jismagħhom jitkellmu bl-ilsien tiegħu: Miblugħin u mistagħġbin, bdew jgħidu: \"Dawn li qegħdin jitkellmu mhumiex ilkoll mill-Galilija?", "Mela kif kull wieħed minna qiegħed jismagħhom jitkellmu bi lsien art twelidu?", "Partin, Medin u Għelamin, nies mill-Mesopotamja, mil-Lhudija, mill-Kappadoċja, minn Pontu, mill-Asja, mill-Friġja, mill-Pamfilja, mill-Eġittu, mill-inħawi tal-Libja madwar Ċireni, nies li ġew minn Ruma, kemm Lhud u kemm prosèliti , oħrajn minn Kreta u Għarab, aħna lkoll qegħdin nisimgħuhom ixandru bl-ilsna tagħna l-għeġubijiet ta' Alla!\"", "U lkoll, mitlufa bl-għaġeb, bdew jgħidu wieħed lill-ieħor: \"Dan xi jkun?\"", "Oħrajn bdew jiddieħku u jgħidu: \"Dawn xorbu l-inbid ġdid!\"", "Id-diskors ta' Pietru f'Għid il-Ħamsin", "Imma Pietru, flimkien mal-Ħdax, qam u qal lil-Lhud b'leħen għoli: \"Nies tal-Lhudija, u intom ilkoll li toqogħdu f'Ġerusalemm, kunu afu dan u isimgħu sewwa x'se ngħidilkom jien.", "Le, dawn mhumiex fis-sakra, kif qegħdin taħsbu intom; għax għadhom id-disgħa ta' filgħodu.", "Imma dan mhux ħlief dak li ntqal permezz tal-profeta Ġoel,", "'U jiġri fl-aħħar jiem, jgħid Alla,", "li jiena nsawwab mill-Ispirtu tiegħi fuq kull bniedem;", "u jħabbru wliedkom, subien u bniet,", "u ż-żgħażagħ tagħkom jaraw dehriet,", "u x-xjuħ tagħkom joħolmu ħolmiet;", "u wkoll fuq il-qaddejja tiegħi, irġiel u nisa,", "insawwab f'dawk il-jiem mill-Ispirtu tiegħi,", "u jħabbru.", "U jien nagħmel għeġubijiet fl-għoli tas-smewwiet,", "u sinjali isfel fl-art:", "demm u nar u dħaħen kbar.", "Ix-xemx tinbidel fi dlam,", "u l-qamar f'demm,", "qabel ma jasal jum il-Mulej,", "jum kbir u glorjuż.", "U jiġri li kull min isejjaħ isem il-Mulej ikun salv.'", "\"Poplu ta' Iżrael, isimgħu dan li se ngħidilkom.", "Ġesù ta' Nazaret kien bniedem li Alla takom prova tiegħu permezz tal-mirakli u l-għeġubijiet u s-sinjali li għamel bih fostkom, kif intom stess tafu.", "Lil dan Ġesù, Alla telaqhulkom f'idejkom skont l-għerf u l-pjan li fassal minn qabel, u intom neħħejtuh billi sallabtuh permezz ta' nies ħżiena ; imma Alla qajmu mill-imwiet billi ħall l-irbit tal-mewt, għaliex ma setax ikun li l-mewt iżżommu taħt is-setgħa tagħha.", "Għax David jgħid fuqu,", "'Żammejt lill-Mulej dejjem quddiemi,", "għax hu fuq il-lemin tiegħi, biex qatt ma nitħarrek.", "Għalhekk ferħet qalbi", "u mtela bl-hena lsieni;", "u ġismi wkoll jistrieħ fit-tama,", "għax inti ma titlaqx fl-imwiet lil ruħi,", "u ma tħallix il-Qaddis tiegħek jara t-taħsir.", "Inti għarraftni t-triq tal-ħajja,", "timlieni bil-ferħ meta nkun quddiemek.'", "\"L-aħwa, ħalluni ngħidhielkom kif inħossha fuq il-patrijarka David; hu miet u kien midfun u l-qabar tiegħu għadu magħna sal-lum stess.", "Issa hu kien profeta, u kien jaf li Alla ħaliflu b'ġurament li kellu jqiegħed fuq it-tron tiegħu bniedem ġej minn nislu.", "David ra minn qabel u ħabbar il-qawmien tal-Messija, u qal,", "'La kien mitluq fl-imwiet", "u lanqas ġismu ma ra t-taħsir.'", "Lil dan Ġesù, Alla qajmu mill-imwiet, u ta' dan aħna lkoll xhieda.", "Għalhekk, issa li Alla għollieh bil-leminija tiegħu, huwa rċieva mingħand il-Missier l-Ispirtu s-Santu li kien imwiegħed, u sawbu fuqna, kif qegħdin taraw u tisimgħu.", "David ma telax fis-smewwiet, iżda hu nnifsu jgħid,", "'Il-Mulej qal lil Sidi:", "Oqgħod fuq il-lemin tiegħi,", "sa ma nkun qegħedt l-għedewwa tiegħek taħt riġlejk.'", "Mela ħa jkun jaf fiż-żgur il-poplu kollu ta' Iżrael li lil dan Ġesù, li intom sallabtuh, Alla għamlu Mulej u Messija.\"", "Dan il-kliem li semgħu laqtilhom qalbhom, u qalu lil Pietru u lill-appostli l-oħra: \"L-aħwa, x'għandna nagħmlu aħna?\"", "U Pietru weġibhom: \"Indmu, u jitgħammed kull wieħed minnkom fl-isem ta' Ġesù Kristu għall-maħfra ta' dnubietkom; u intom tirċievu d-don tal-Ispirtu s-Santu.", "Għax il-wegħda qiegħda għalikom u għal uliedkom u għal dawk kollha li huma fil-bogħod, dawk kollha li l-Mulej Alla tagħna sejħilhom.\"", "U b'ħafna kliem ieħor tahom xhieda u wissiehom billi qalilhom: \"Salvaw lilkom infuskom minn dan in-nisel ħażin.\"", "Għalhekk dawk li laqgħu kliemu tgħammdu u dak in-nhar ingħaqdu mad-dixxipli madwar tlitt elef ruħ.", "U kienu jżommu sħiħ fit-tagħlim tal-appostli u fl-għaqda ta' bejniethom, fil-qsim tal-ħobż u fit-talb.", "Il-ħajja tal-ewwel dixxipli", "Waqa' mbagħad il-biża' fuq kulħadd għax ħafna kienu l-mirakli u s-sinjali li kienu jsiru permezz tal-appostli.", "Dawk kollha li kienu jemmnu kienu ħaġa waħda, u kienu jaqsmu kollox bejniethom, ibigħu ġidhom u kulma kellhom u jqassmu d-dħul bejn kulħadd, skont il-ħtieġa ta' kull wieħed.", "U kuljum kienu jmorru fit-tempju flimkien, jaqsmu l-ħobż fi djarhom, u jissieħbu fl-ikel bi qlub ferħana u safja; u kienu jfaħħru lil Alla, u l-poplu kollu kien iġibhom.", "U minn jum għal ieħor il-Mulej kien iżidilhom magħhom lil dawk li jkunu salvi."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.3", "bookref": "ACT.3", "text": ["Fejqan tal-magħtub ħdejn il-bieb tat-tempju", "Pietru u Ġwanni kienu telgħin lejn it-tempju għat-talb tat-tlieta ta' wara nofsinhar.", "U xi wħud kienu qegħdin iġorru raġel magħtub minn twelidu, li kienu jqegħduh kuljum ħdejn il-bieb tat-tempju, li jgħidulu s-Sabiħ, biex jitlob il-karità lil dawk li jkunu deħlin fit-tempju.", "Xħin ra lil Pietru u 'l Ġwanni deħlin fit-tempju talabhom il-karità.", "Pietru, flimkien ma' Ġwanni, tefa' għajnejh fuqu u qallu: \"Ħares lejna.\"", "Dak baqa' jħares lejhom, jistenna li se jaqla' xi ħaġa minn għandhom.", "Imma Pietru qallu: \"Fidda u deheb ma għandix; imma dak li għandi se nagħtihulek: fl-isem ta' Ġesù Kristu ta' Nazaret , imxi!\"", "U qabdu minn idu l-leminija u qajmu.", "Minnufih riġlejh u l-għekiesi tiegħu ħadu saħħithom; u malajr qabeż fuq riġlejh u beda jimxi.", "U daħal magħhom fit-tempju, jimxi u jaqbeż bil-ferħ u jfaħħar lil Alla.", "Il-poplu kollu rah miexi u jfaħħar lil Alla; għarfu li hu kien l-istess wieħed li soltu kien jitlob il-karità ħdejn il-Bieb is-Sabiħ tat-tempju.", "U baqgħu mistagħġba u miblugħa b'dak li ġralu.", "Id-diskors ta' Pietru ħdejn il-portiku ta' Salamun", "Waqt li hu kien imqabbad ma' Pietru u Ġwanni, in-nies, mistagħġba għall-aħħar, ġrew ilkoll flimkien lejhom ħdejn il-portiku li jgħidulu ta' Salamun .", "Pietru, kif rahom qalilhom: \"Nies ta' Iżrael, x'intom tistagħġbu b'dan?", "Jew x'intom tħarsu lejna, qisna konna aħna li b'ħilitna jew bit-tjieba tagħna għamilna lil dan ir-raġel jimxi?", "Alla ta' Abraham, Alla ta' Iżakk, u Alla ta' Ġakobb, Alla ta' missirijietna gglorifika lill-qaddej tiegħu, Ġesù, li intom ittradejtuh u ċħadtuh quddiem Pilatu, għalkemm dan kien qatagħha li jitilqu.", "Intom ċħadtu l-Qaddis u l-Ġust , tlabtu l-ħelsien ta' wieħed qattiel u qtiltu lill-Awtur tal-ħajja.", "Imma Alla qajmu mill-imwiet, u ta' dan aħna xhieda.", "Kien bl-isem ta' Ġesù , u permezz tal-fidi f'dan l-isem, li dan ir-raġel, li intom tafuh u qegħdin tarawh, ħa saħħtu; hija l-fidi fih li tatu saħħtu għal kollox quddiemkom ilkoll.", "Issa, l-aħwa, jiena naf li kemm intom u kemm il-kapijiet tagħkom, għamiltu dan għaliex ma kontux tafu.", "Imma b'hekk Alla temm dak li hu kien ħabbar sa minn qabel b'fomm il-profeti, jiġifieri, li l-Messija tiegħu kellu jbati.", "Indmu, mela, u erġgħu lura minn dnubietkom biex jinħafrulkom.", "Hekk jiġu żminijiet ta' mistrieħ mingħand il-Mulej, u hu jibagħtilkom il-Messija li għażlilkom, li hu Ġesù, li għalissa għandu jibqa' fis-sema sa ma jseħħ it-tiġdid kollu li fl-imgħoddi semma Alla b'fomm il-profeti qaddisa tiegħu.", "Mosè wkoll qal, 'Il-Mulej Alla tagħna jqajmilkom profeta bħali minn fost ħutkom; lilu isimgħu f'kulma jgħidilkom.", "U jiġri li kull min ma jismax minn dan il-profeta jinqered minn qalb il-poplu.'", "U l-profeti kollha, ibda minn Samwel u dawk li ġew warajh, ilkoll tkellmu u ħabbru dawn il-jiem.", "Intom ulied il-profeti u werrieta tal-Patt li Alla għamel ma' missirijietkom meta qal lil Abraham, 'F'nislek jitbierku l-ġnus kollha tal-art.'", "Kien għalikom l-ewwel li Alla qajjem il-Qaddej tiegħu u bagħtu jberikkom, billi kull wieħed minnkom jerġa' lura minn ħżunitu.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.4", "bookref": "ACT.4", "text": ["Pietru u Ġwanni quddiem is-Sinedriju", "Waqt li Pietru u Ġwanni kienu għadhom qegħdin ikellmu lill-poplu, resqu fuqhom il-qassisin u l-kmandant tat-tempju u s-Sadduċej; għax ma felħux jisimgħuhom jgħallmu lill-poplu u, bl-istess qawmien ta' Ġesù, ixandru l-qawmien mill-imwiet.", "Għalhekk meddew idejhom fuqhom, u żammewhom fil-ħabs sal-għada, għax kien ġa sar filgħaxija.", "Imma ħafna minn dawk li kienu semgħu l-kelma emmnu, u l-għadd tagħhom kien jilħaq mal-ħamest elef ruħ.", "L-għada l-kapijiet tagħhom u x-xjuħ u l-kittieba ltaqgħu f'Ġerusalemm.", "Kien hemm Anna l-qassis il-kbir, Kajfa, Ġwanni, Alessandru, u dawk kollha li kienu mill-familja tal-qassisin il-kbar.", "Qiegħdu lill-appostli fin-nofs u staqsewhom: \"Intom b'liema qawwa jew f'isem min għamiltuh dan ?\"", "Pietru, mimli bl-Ispirtu s-Santu, wieġeb: \"Kapijiet tal-poplu u xjuħ, intom illum qegħdin tistħarrġuna fuq il-ġid li għamilna lil wieħed marid, u biex dan fieq.", "Mela kunu afu intom ilkoll, u l-poplu kollu ta' Iżrael: jekk dan ir-raġel hu hawn quddiemkom qawwi u sħiħ, dan ġara bis-saħħa tal-isem ta' Ġesù Kristu ta' Nazaret, li intom sallabtuh u Alla qajmu mill-imwiet.", "Din hi", "'il-ġebla li intom, il-bennejja, warrabtu", "u li saret il-ġebla tax-xewka.'", "F'ħadd ħliefu ma hemm salvazzjoni, għax imkien taħt is-sema ma hemm isem ieħor mogħti lill-bnedmin li bih aħna għandna nkunu salvi.\"", "Meta l-kapijiet raw il-kuraġġ li bih Pietru u Ġwanni kienu tkellmu, baqgħu mistagħġba bihom, għax kienu jafu kemm dawn kienu nies sempliċi u bla tagħlim, u fehmu sewwa li kienu nies ta' madwar Ġesù; imma meta raw ir-raġel li kien imfejjaq, wieqaf hemm ħdejhom, ma kellhom ħila jwieġbu xejn.", "Imbagħad ġagħluhom joħorġu barra mis-Sinedriju u qagħdu jitħaddtu bejniethom.", "\"X'se nagħmlu bihom dawn in-nies?\" bdew jgħidu, \"għax in-nies kollha ta' Ġerusalemm jafu li dan il-miraklu sar permezz tagħhom; u dan aħna ma nistgħux niċħduh.", "Imma, biex dan ma jixteridx aktar fost il-poplu, ejjew nhedduhom biex ma jsemmu dan l-isem ma' ħadd iżjed.\"", "Għalhekk reġgħu sejħulhom, u ordnawlhom biex b'ebda mod ma jitkellmu jew jgħallmu fl-isem ta' Ġesù.", "Imma Pietru u Ġwanni weġbuhom: \"Għidulna intom jekk hux sewwa quddiem Alla li aħna nisimgħu aktar minnkom milli minn Alla; għax aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna.\"", "Imbagħad reġgħu hedduhom u telquhom, għaliex minħabba l-poplu ma għarfux kif jaqbdu jikkastigawhom, għax kulħadd kien qiegħed jagħti glorja lil Alla għal dak li ġara.", "Ir-raġel li kien imfejjaq b'dan il-miraklu kellu iktar minn erbgħin sena.", "Id-dixxipli jitolbu għall-kuraġġ", "Malli telquhom, l-appostli marru għand sħabhom u għarrfuhom b'dak kollu li l-qassisin il-kbar u x-xjuħ kienu qalulhom.", "Meta semgħu dan, ilkoll flimkien għollew leħenhom lejn Alla u qalu: \"O Sid, int li għamilt is-sema, l-art, il-baħar, u kulma fihom; int li nebbaħt bl-Ispirtu s-Santu lil David missierna, qaddej tiegħek, u b'fommu għedt,", "'Għaliex ixxewxu l-ġnus", "u l-popli ngħaqdu konfoffa waħda għalxejn?", "Qamu s-slaten tal-art,", "u l-kbarat inġemgħu flimkien", "kontra l-Mulej u l-Messija tiegħu .'", "Għax, tabilħaqq, f'din il-belt Erodi u Ponzju Pilatu ngħaqdu flimkien mal-pagani u n-nies ta' Iżrael kontra l-qaddej qaddis tiegħek Ġesù, li int ikkonsagrajt, biex jagħmlu dak kollu li, bil-qawwa u r-rieda tiegħek, iddestinajt minn qabel li kellu jsir.", "Issa mela, Mulej, ħares lejn it-tehdid tagħhom, u agħmel li l-qaddejja tiegħek ixandru kelmtek bil-kuraġġ kollu.", "U midd idek biex isiru fejqan u sinjali u mirakli permezz tal-isem tal-qaddej qaddis tiegħek Ġesù.\"", "Kif spiċċaw jitolbu, il-post fejn kienu miġbura theżżeż, u lkoll imtlew bl-Ispirtu s-Santu u bdew ixandru l-kelma ta' Alla bil-kuraġġ kollu.", "Kellhom kollox flimkien", "Il-kotra kbira ta' dawk li emmnu kienu qalb waħda u ruħ waħda.", "Ħadd minnhom ma kien jgħid li l-ġid li kellu kien tiegħu, iżda kellhom kollox flimkien.", "B'qawwa kbira l-appostli kienu jagħtu xhieda tal-qawmien tal-Mulej Ġesù, u kulħadd kien iġibhom ħafna.", "Ħadd minnhom ma kien jonqsu xejn; għax kull min kellu oqsma jew djar kien ibigħhom, u l-flus li jdaħħal minnhom kien imur iqegħedhom f'riġlejn l-appostli.", "Imbagħad kien jitqassam kollox skont il-ħtieġa ta' kull wieħed.", "Hekk għamel il-levita Ġużeppi, minn Ċipru, li l-appostli kienu jsejħulu Barnaba, jiġifieri bin il-faraġ; dan kellu għalqa, biegħha, u l-flus li daħħal minnha mar iqegħedhom f'riġlejn l-appostli."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.5", "bookref": "ACT.5", "text": ["Ananija u Saffira", "Imma kien hemm raġel ieħor, jismu Ananija, u martu, li kien jisimha Saffira; dan biegħ għalqa li kellu, ftiehem ma' martu, u warrab sehem mill-prezz tal-għalqa, u l-bqija ħadha u qegħedha f'riġlejn l-appostli.", "Imma Pietru qallu: \"Ananija, dan kif ħallejt lix-Xitan jidħollok f'qalbek biex gdibt lill-Ispirtu s-Santu u warrabt biċċa mill-prezz tal-għalqa?", "Mhux tiegħek kienet?", "U, wara li begħtha, mhux f'idejk kienu flusha?", "X'fettillek iddaħħal f'rasek biex tagħmel dan?", "Mhux lill-bnedmin gdibt, imma lil Alla.\"", "Malli Ananija sama' dan il-kliem, waqa' u miet.", "U biża' kbir ħakem lil dawk kollha li semgħu b'dan.", "Imbagħad ġew iż-żgħażagħ, keffnuh, ġarrewh u difnuh.", "Għaddew xi tliet sigħat, u ġiet ukoll martu, bla ma kienet taf x'ġara.", "Pietru staqsieha: \"Għidli ftit: daqshekk begħtuha l-għalqa?\"", "Hi wieġbet: \"Iva, daqshekk.\"", "Imma Pietru qalilha: \"L-għala ftehemtu bejnietkom u ttantajtu l-Ispirtu tal-Mulej?", "Araw, riġlejn dawk li difnu lil żewġek waslu fuq l-għatba tal-bieb u se jġorru lilek ukoll.\"", "F'daqqa waħda dik waqgħet mejta f'riġlejh.", "Xħin daħlu ż-żgħażagħ sabuha mejta, ġarrewha u difnuha ħdejn żewġha.", "U waqa' biża' kbir fuq il-Knisja kollha u fuq kull min sama' b'dan.", "Sinjali u mirakli", "Bis-saħħa tal-appostli kienu jsiru ħafna sinjali u mirakli fost il-poplu.", "U huma lkoll qalb waħda kienu jinġabru flimkien fil-portiku ta' Salamun, u ħadd mill-oħrajn ma kien jissogra jissieħeb magħhom; imma kulħadd kien ifaħħarhom ħafna.", "L-għadd ta' dawk li kienu jemmnu fil-Mulej, kemm irġiel kemm nisa, kien dejjem jiżdied u joktor, hekk li kienu wkoll iġorru l-morda tagħhom fuq sodod u mtieraħ u jqegħduhom fil-pjazez biex, xħin jgħaddi Pietru, jaqa' mqar id-dell tiegħu fuq xi ħadd minnhom.", "In-nies kienu jiġu mill-ibliet ta' madwar Ġerusalemm, iġorru l-morda u lil dawk li kienu maħkuma mill-ispirti mniġġsa; u lkoll kienu jitfejqu.", "L-appostli ppersegwitati", "Imbagħad qam il-qassis il-kbir u sħabu kollha mill-partit tas-Sadduċej, u, mimlija bl-għira meddew idejhom fuqhom u xeħtuhom fil-ħabs pubbliku.", "Iżda billejl anġlu tal-Mulej fetaħ il-bibien tal-ħabs, ħariġhom barra u qalilhom: \"Morru fit-tempju, u xandru lill-poplu kulma għandu x'jaqsam ma' din il-ħajja.\"", "Huma semgħu minnu, u filgħodu kmieni daħlu fit-tempju u bdew jgħallmu.", "Imbagħad ġie l-qassis il-kbir flimkien ma' sħabu, sejjaħ laqgħa tas-Sinedriju, il-Kunsill kollu tax-xjuħ ta' Iżrael, u bagħat iġib l-appostli mill-ħabs.", "Il-qaddejja marru, u ma sabuhomx fil-ħabs; u reġgħu lura bl-aħbar u qalulhom: \"Il-ħabs sibnieh imsakkar tajjeb, u l-għassiesa kienu ħdejn il-bibien.", "Iżda xħin ftaħna, ma sibna lil ħadd hemm ġew.\"", "Għal din l-aħbar il-kmandant tat-tempju u l-qassisin il-kbar baqgħu mħassbin fuqhom u fuq x'sata' ġara.", "Imbagħad ġie xi ħadd jgħidilhom: \"Dawk li intom xħettu fil-ħabs qegħdin fit-tempju jgħallmu 'l-poplu.\"", "Il-kmandant tat-tempju mar għalihom mal-qaddejja u ġiebhom miegħu, iżda mhux bil-forza, għax kienu jibżgħu li l-poplu jħaġġarhom.", "Daħħluhom u ressquhom quddiem is-Sinedriju.", "U l-qassis il-kbir qalilhom: \"Aħna għednielkom fuq li għednielkom biex ma tgħallmux fuq dan l-isem.", "U araw, issa mlejtu 'l Ġerusalemm bit-tagħlim tagħkom, u tridu titfgħu fuqna l-ħtija ta' demm dan il-bniedem!\"", "Iżda Pietru, flimkien mal-appostli, wieġeb u qal: \"Jeħtieġ nobdu aktar lil Alla milli l-bnedmin.", "Alla ta' missirijietna qajjem lil Ġesù li intom qtiltuh billi dendiltuh ma' għuda.", "Alla għollieh bil-leminija tiegħu u għamlu kap u salvatur, biex jagħti lil Iżrael l-indiema u l-maħfra tad-dnubiet.", "U ta' dan kollu hawn xhieda aħna flimkien mal-Ispirtu s-Santu li Alla ta lil dawk li jobduh.\"", "Xħin semgħu dan saħnu ħafna u waħħluha f'rashom li joqtluhom.", "Imma wieħed Fariżew, jismu Gamaljel, mgħallem fil-Liġi u miġjub mill-poplu kollu, qam fis-Sinedriju u ordna li joħorġuhom 'il barra għal ftit.", "Imbagħad qal lil sħabu: \"Irġiel ta' Iżrael, iftħu għajnejkom x'sejrin tagħmlu lil dawn in-nies.", "Ftit żmien ilu qam Tewda u beda jgħid li hu xi ħaġa; u madwar erba' mitt raġel qablu miegħu.", "Dan qatluh, u dawk kollha li kienu marru warajh tferrxu u ġew fix-xejn.", "Warajh ġie Ġuda l-Galilew, fi żmien iċ-ċensiment, u ġibed poplu sħiħ warajh.", "Lil dan ukoll qatluh, u xterdu dawk kollha li kienu marru warajh.", "Fuq dan li ġara issa, ngħidilkom: ħallukom minn dawn in-nies u itilquhom.", "Għax dan il-ħsieb jew ħidma tagħhom, jekk hi ġejja mill-bnedmin, għad tisfa fix-xejn; iżda jekk hi ġejja minn Alla, ma jseħħilkomx teqirduhom.", "Araw li ma ssibux ruħkom li qegħdin teħduha kontra Alla!\"", "Imbagħad qagħdu fuq il-parir tiegħu.", "Sejħu lill-appostli quddiemhom, u, wara li tawhom is-swat, ordnawlhom li ma jitkellmux fuq l-isem ta' Ġesù; imbagħad telquhom.", "Iżda huma ħarġu minn quddiem is-Sinedriju ferħana talli ġew meqjusa bħala nies li jistħoqqilhom li jkunu mmaqdra minħabba l-isem ta' Ġesù .", "U kuljum, fit-tempju u fi djarhom, kienu jgħallmu u jxandru bla waqfien li Ġesù hu l-Messija."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.6", "bookref": "ACT.6", "text": ["L-għażla tas-seba' djakni", "F'dawk il-jiem l-għadd tad-dixxipli kien qiegħed jiżdied; għalhekk sar xi tgergir mil-Lhud Griegi kontra l-Lhud, għax dehrilhom li ma kienx hemm min jieħu ħsieb ir-romol tagħhom fil-ministeru ta' kuljum.", "Għalhekk it-Tnax sejħu l-ġemgħa tad-dixxipli u qalulhom: \"Mhux sewwa li aħna nħallu l-kelma ta' Alla biex naqdu fl-imwejjed.", "Mela, l-aħwa, ħudu ħsieb u agħżlu minn fostkom sebat irġiel li għandhom isem tajjeb u li huma mimlijin bl-Ispirtu u bl-għerf, u nħallu din il-ħidma f'idejhom.", "U aħna nagħtu ruħna għat-talb u għall-ministeru tal-kelma.\"", "Dan il-kliem għoġob lill-ġemgħa kollha; u għażlu lil Stiefnu, bniedem mimli bil-fidi u bl-Ispirtu s-Santu, lil Filippu, lil Prokoru, lil Nikanor, lil Timon, lil Parmena, u lil Nikola, prosèlita minn Antijokja.", "Lil dawn ressquhom quddiem l-appostli, li talbu u qiegħdu idejhom fuqhom.", "U l-kelma ta' Alla kienet tixtered dejjem aktar; l-għadd tad-dixxipli kien jiżdied ħafna f'Ġerusalemm, u kotra kbira ta' qassisin kienu joqogħdu għall-fidi.", "Stiefnu arrestat", "Stiefnu, kollu grazzja u qawwa, kien jagħmel mirakli u sinjali kbar fost il-poplu.", "Imbagħad qamu xi wħud minn tas-Sinagoga li jgħidulha tal-Meħlusin , taċ-Ċirinej, tal-Lixandrin, u ta' oħrajn miċ-Ċiliċja u mill-Asja, u bdew jeħduha ma' Stiefnu; imma ma kellhomx ħila jiqfulu għall-għerf u għall-Ispirtu li bih kien jitkellem.", "Imbagħad xewxu xi nies biex jgħidu: \"Aħna smajnieh jidgħi b'Mosè u b'Alla.\"", "Qanqlu wkoll il-poplu u x-xjuħ u l-kittieba, li ġew għal fuqu, qabduh u ħaduh quddiem is-Sinedriju.", "U ġiebu xhieda foloz biex jgħidu: \"Dan ir-raġel qatt ma jieqaf jitkellem kontra dan it-tempju mqaddes u kontra l-Liġi; smajnieh jgħid li dan Ġesù ta' Nazaret għad iħott dan it-tempju u jbiddel id-drawwiet li tana Mosè.\"", "Dawk kollha li kienu bilqiegħda fis-Sinedriju sammru għajnejhom fuqu, u rawlu wiċċu qisu wiċċ ta' anġlu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.7", "bookref": "ACT.7", "text": ["Id-difiża ta' Stiefnu", "Imbagħad il-qassis il-kbir qallu: \"Minnu dan?\"", "Stiefnu wieġeb: \" L-aħwa u missirijieti, isimgħuni.", "Alla tal-glorja deher lil Abraham missierna, meta dan kien fil-Mesopotamja qabel ma mar joqgħod Ħaran, u qallu, 'Oħroġ minn artek u minn fost niesek u mur fl-art li se nurik jien.'", "Imbagħad ħareġ mill-art tal-Kaldin u mar joqgħod f'Ħaran.", "Minn hemm, wara li miet missieru, Alla ġiebu f'din l-art li fiha issa qed toqogħdu intom.", "Hu ma tah xejn minnha għalih, anqas daqs sieq, imma wiegħdu li jagħtihielu biex tkun tiegħu, u ta' nislu warajh, għalkemm kien għad ma kellu ebda iben.", "Alla qallu hekk għax nislu kellu jmur jgħix f'art barranija, li fiha kellhom ikunu mjassra u maħqura għal erba' mitt sena.", "Iżda Alla qallu, 'Imma jien nagħmel ħaqq mill-poplu li jagħmilhom ilsiera tiegħu; imbagħad huma joħorġu u jagħtuni qima f'dan il-post.'", "U għamel miegħu wkoll il-patt taċ-ċirkonċiżjoni.", "Hekk Abraham nissel lil Iżakk, u fit-tmien jum wara t-twelid għamillu ċ-ċirkonċiżjoni; l-istess għamel Iżakk lil Ġakobb, u Ġakobb lit-tnax-il patrijarka.", "\"Il-patrijarki ġiethom l-għira għal Ġużeppi, u bigħuh bi lsir għall-Eġittu.", "Imma Alla kien miegħu; ħelsu mit-taħbit kollu tiegħu u mlieh bl-għerf quddiem il-Fargħun, is-sultan tal-Eġittu, u għamel li dan jieħu tant grazzja miegħu li għamlu gvernatur fuq l-Eġittu u fuq daru kollha.", "Imbagħad waqa' l-ġuħ fuq l-art kollha tal-Eġittu u ta' Kangħan li ġieb miegħu tbatija kbira, u missirijietna ma sabux x'jieklu.", "Meta Ġakobb sama' li kien hemm il-qamħ fl-Eġittu, bagħat hemm lil missirijietna, u marru għall-ewwel darba; fit-tieni darba Ġużeppi għarraf lil ħutu min kien, u l-Fargħun sar jaf lil nies Ġużeppi.", "Imbagħad Ġużeppi bagħat iġib lil Ġakobb missieru u lil qrabatu kollha, li kienu b'kollox ħamsa u sebgħin ruħ.", "Hekk Ġakobb niżel l-Eġittu, fejn miet, hu u missirijietna.", "L-iġsma tagħhom ħaduhom Sikem u difnuhom fil-qabar li Abraham kien xtara mingħand ulied Ħamor f'Sikem u ħallashom bi flus tal-fidda.", "\"Meta kien qiegħed joqrob iż-żmien biex isseħħ il-wegħda li Alla kien għamel lil Abraham, il-poplu żdied u kiber fl-Eġittu, sakemm laħaq fl-Eġittu sultan ieħor, li ma kienx jaf b'Ġużeppi.", "Dan mexa bil-ħażen ta' moħħu mal-ġens tagħna u ħaqar lil missirijietna, u sa ġegħelhom jarmu t-trabi tagħhom biex ma jgħixux aktar.", "F'dak iż-żmien twieled Mosè, tarbija sabiħa ħafna, u għal tliet xhur rabbewh f'dar missieru.", "Meta mbagħad kien mitluq barra mid-dar, ħaditu bint il-Fargħun u rabbietu bħal binha.", "U Mosè trawwem fl-għerf kollu tal-Eġizzjani u sar qawwi fi kliemu u għemilu.", "\"Imbagħad, meta kellu erbgħin sena, ġieħ il-ħsieb li jżur lil ħutu, ulied Iżrael.", "Hemm ra raġel Eġizzjan jaħqar lil wieħed minnhom u qabeż għalih billi tħallas minn dak li kien qiegħed jaħqru, u qatlu.", "Mosè ħaseb li ħutu fehmu li Alla kien se jeħlishom permezz tiegħu; iżda huma ma kienu fehmu xejn.", "L-għada raġa' mar quddiemhom, u ra tnejn minnhom jiġġieldu, u, biex jagħmilhom paċi, qalilhom, 'Irġiel, intom aħwa; għaliex tagħmlu l-ħsara lil xulxin?'", "Imma dak li kien qiegħed jaħqar lil sieħbu warrbu u qallu, 'Min għamlek kap u mħallef fuqna?", "Jaqaw trid toqtolni bħalma lbieraħ qtilt lil dak l-Eġizzjan?", "Malli sama' dan il-kliem Mosè ħarab u mar jgħix bħala barrani fl-art ta' Midjan, fejn kellu żewġt itfal.", "\"Meta kienu għaddew erbgħin sena, kif darba kien fid-deżert tal-muntanja Sinaj, deherlu anġlu f'ħuġġieġa nar qalb l-għollieq.", "Mosè stagħġeb b'din id-dehra li kellu; imma kif resaq fil-qrib biex jara sewwa, sama' leħen il-Mulej jgħidlu, 'Jiena Alla ta' missirijietek, Alla ta' Abraham, ta' Iżakk u ta' Ġakobb.'", "Mosè triegħed bil-biża' u ma ssugrax iħares.", "Qallu mbagħad il-Mulej, 'Neħħi l-qorq minn saqajk, għax il-post fejn qiegħed int hu art qaddisa.", "Jien stess rajt b'għajnejja t-tbatija tal-poplu tiegħi fl-Eġittu, u smajt l-ilfiq tagħhom; għalhekk ġejt biex neħlishom.", "Ejja, mela, ħa nibagħtek lejn l-Eġittu.'", "Dan hu l-istess Mosè li huma kienu ċaħdu meta qalulu, 'Min għamlek kap u mħallef?'", "Lilu Alla bagħat bħala kap u feddej meta deherlu permezz tal-anġlu li kien deherlu fl-għollieq.", "Kien hu li ħariġhom 'il barra b'mirakli u sinjali li għamel fl-art tal-Eġittu, fil-Baħar l-Aħmar u fid-deżert għal erbgħin sena.", "Dan hu Mosè li qal lil ulied Iżrael, 'Alla għad iqajmilkom profeta bħali minn fost ħutkom.'", "Dan hu li kien mal-ġemgħa fid-deżert, mal-anġlu li kien kellmu fuq il-muntanja Sinaj, u ma' missirijietna; hu, li rċieva kliem il-ħajja biex tah lilna.", "Imma missirijietna ma ridux jisimgħu minnu, anzi warrbuh, u b'qalbhom reġgħu daru lejn l-Eġittu meta qalu lil Aron, 'Agħmlilna allat, biex jimxu huma quddiemna, għax aħna ma nafux x'sar minnu dan Mosè li ħariġna mill-art tal-Eġittu!'", "Dak inhar għamlu għoġol u offrew sagrifiċċju lill-idolu; u ferħu b'dak li kienu għamlu b'idejhom.", "Għalhekk Alla tbiegħed minnhom u rħielhom jaduraw lill-kwiekeb tas-sema, kif hemm miktub fi ktieb il-profeti,", "'Qatt offrejtuli vittmi u sagrifiċċji", "f'dawn l-erbgħin sena fid-deżert, dar Iżrael?", "Intom erfajtu t-tinda ta' Molok", "u l-kewkba ta' Refan, alla tagħkom,", "ix-xbihat li intom għamiltu biex tqimuhom.", "U jien neżiljakom 'l hemm minn Babilonja.'", "\"It-tinda tax-Xhieda kienet hemm fid-deżert ma' missirijietna, it-tinda li Alla kien ordna lil Mosè u qallu biex jagħmilha fuq il-mudell li kien urieh.", "Missirijietna, li rċevewha mingħand ta' qabilhom, daħħluha magħhom, huma u Ġożwè, meta ħadu taħt idejhom l-art tal-ġnus li Alla keċċa 'l barra minn quddiemhom.", "Hemm baqgħet sa żmien David.", "David, li sab grazzja quddiem Alla, talab li jkun jista' jsib fejn jibni dar għal Alla ta' Ġakobb.", "Imma kien Salamun li bnihielu d-dar.", "Madankollu Alla l-Għoli ma jgħammarx fi djar maħduma bl-idejn, kif jgħid il-profeta,", "'Is-sema hu t-tron tiegħi,", "u l-art il-mirfes għal riġlejja.", "X'dar tistgħu tibnuli, jgħid il-Mulej,", "jew fejn hu l-post tal-mistrieħ tiegħi?", "Mhux b'idejja sar dan kollu?'", "\"Ja nies ta' ras iebsa, intom għalaqtu qalbkom u saddejtu widnejkom , u dejjem waqaftulu lill-Ispirtu s-Santu.", "Kif għamlu missirijietkom, qegħdin tagħmlu intom ukoll.", "Lil min mill-profeti ma ppersegwitawx missirijietkom?", "Huma qatlu lil dawk li ħabbru minn qabel il-miġja ta' dak il-Ġust li issa intom stess ittradejtuh u qtiltuh, intom, li rċevejtu l-Liġi minn idejn l-anġli , u ma ħaristuhiex.\"", "Stiefnu mħaġġar", "Meta semgħu dan, ħassew kliemu jinfdilhom qalbhom u bdew jgħażżu snienhom kontra tiegħu.", "Imma hu, mimli bl-Ispirtu s-Santu u b'għajnejh fis-sema, ra l-glorja ta' Alla u lil Ġesù qiegħed fuq il-lemin ta' Alla.", "U qal: \"Ara, qiegħed nara s-sema miftuħ u lil Bin il-bniedem fil-lemin ta' Alla.\"", "U huma nfexxew jgħajtu kemm jifilħu u jsoddu widnejhom.", "Imbagħad intefgħu fuqu lkoll f'daqqa, kaxkruh 'il barra mill-belt u qabdu jħaġġruh.", "Ix-xhieda qiegħdu ħwejjiġhom f'riġlejn żagħżugħ jismu Sawl.", "Lil Stiefnu qabdu jħaġġruh huwa u jitlob u jgħid: \"Mulej Ġesù, ilqa' r-ruħ tiegħi.\"", "Imbagħad niżel għarkubbtejh u għajjat b'leħen għoli: \"Mulej, tgħoddhulhomx dan id-dnub.\"", "U kif qal hekk, miet."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.8", "bookref": "ACT.8", "text": ["Sawl kien fehma waħda magħhom fil-mewt li tawh.", "Sawl jippersegwita l-Knisja", "Dak iż-żmien qamet persekuzzjoni kbira kontra l-Knisja f'Ġerusalemm.", "Barra mill-appostli kulħadd xtered fl-artijiet tal-Lhudija u tas-Samarija.", "Xi rġiel twajba difnu lil Stiefnu, u bkewh ħafna.", "Sadattant Sawl kien qiegħed jagħmel ħerba mill-Knisja; kien jidħol minn dar għal oħra, jaqbad irġiel u nisa u jitfagħhom il-ħabs.", "Predikazzjoni fis-Samarija", "Imma dawk li xterdu bdew ixandru l-kelma kull fejn marru.", "Filippu niżel f'belt tas-Samarija u xandar lil Kristu lin-nies tagħha.", "Il-folol tan-nies b'fehma waħda kienu joqogħdu attenti għal dak li kien jgħidilhom Filippu, meta kienu jisimgħuh u jaraw il-mirakli li kien jagħmel.", "Kien hemm nies maħkuma mill-ispirti ħżiena, u dawn b'għajjat kbir kienu joħorġu minn ħafna minnhom; u ħafna nies oħrajn, mifluġa jew zopop, kienu jitfejqu.", "U kien hemm ferħ kbir f'dik il-belt.", "Fil-belt kien hemm raġel jismu Xmun.", "Dan kien ilu jagħmel is-sħarijiet u jġennen lin-nies tas-Samarija u jgħidilhom li hu xi ħaġa kbira.", "Ilkoll, mill-kbar saż-żgħar, kienu jisimgħuh bil-ħerqa, għax kienu jgħidu: \"Dan il-bniedem hu l-Qawwa ta' Alla, li jgħidulha l-Qawwa l-Kbira!\"", "Kienu jisimgħuh għax kien ilu ħafna jġenninhom bis-sħarijiet tiegħu.", "Meta mbagħad emmnu l-Bxara t-tajba li Filippu kien ixandrilhom fuq is-Saltna ta' Alla u fuq l-isem ta' Ġesù Kristu, tgħammdu, kemm l-irġiel u kemm in-nisa.", "Xmun ukoll emmen u tgħammed, u kien dejjem maġenb Filippu, u kien jibqa' miblugħ meta kien jara s-sinjali u l-mirakli kbar li kienu jsiru.", "L-appostli, li kienu Ġerusalemm, semgħu li s-Samarija laqgħet il-kelma ta' Alla, u bagħtu hemm lil Pietru u 'l Ġwanni.", "Dawn niżlu hemm u talbu biex dawk li emmnu jirċievu l-Ispirtu s-Santu; għax l-Ispirtu s-Santu kien għadu ma niżel fuq ħadd minnhom, imma kienu tgħammdu biss f'isem il-Mulej Ġesù.", "Imbagħad l-appostli qiegħdu idejhom fuqhom, u huma rċevew l-Ispirtu s-Santu.", "Meta Xmun ra li bit-tqegħid tal-idejn tal-appostli kienu jirċievu l-Ispirtu s-Santu, huwa offra l-flus lill-appostli u qalilhom: \"Agħtu din is-setgħa lili wkoll, biex kull min inqiegħed idejja fuqu jirċievi l-Ispirtu s-Santu.\"", "Imma Pietru wieġbu: \"Alla jeqred flusek u lilek magħhom, ladarba ħsibt li bi flusek tista' tixtri d-don tiegħu!", "Int ma għandekx x'taqsam f'din il-ħaġa, ma għandek ebda jedd għaliha; qalbek mhijiex sinċiera quddiem Alla!", "Indem minn dan il-ħażen tiegħek, u itlob lill-Mulej biex forsi jaħfirlek dan il-ħsieb tiegħek; għax, milli qiegħed nara, int qalbek mimlija mrar, u l-ħażen ijassrek.\"", "Imbagħad Xmun wieġbu: \"Itolbu intom għalija lill-Mulej, ħalli ma jiġrili xejn minn dan li intom għedtu.\"", "Pietru u Ġwanni, wara li taw ix-xhieda tagħhom u xandru l-kelma tal-Mulej, reġgħu lura Ġerusalemm.", "Huma u sejrin, xandru l-Bxara t-tajba lil ħafna rħula Samaritani.", "Filippu u l-uffiċjal mill-Etjopja", "Anġlu tal-Mulej qal lil Filippu: \"Qum, mur u aqbad it-triq li tieħu lejn in-Nofsinhar minn Ġerusalemm għal Gaża.\"", "Din hi fid-deżert.", "Filippu qam u telaq.", "Huwa u sejjer, jara raġel mill-Etjopja, ewnuku , uffiċjal għoli ta' Kandaċi, sultana tal-Etjopja, li kien jieħu ħsieb it-teżori kollha tagħha.", "Dan kien ġie Ġerusalemm biex jagħti qima lil Alla.", "Huwa u sejjer lura, kif kien bilqiegħda fuq il-karru tiegħu, kien qiegħed jaqra l-ktieb tal-profeta Isaija.", "Imbagħad l-Ispirtu qal lil Filippu: \"Mur ersaq maġenb il-karru.\"", "Filippu mar jgħaġġel lejn ir-raġel.", "Kif semgħu jaqra l-ktieb tal-profeta Isaija staqsieh: \"Dan li qed taqra qiegħed tifhmu?\"", "Dak wieġbu: \"Kif nista' nifhem jekk xi ħadd ma jurinix?\"", "Imbagħad stieden lil Filippu biex jitla' bilqiegħda ħdejh.", "Is-silta tal-Iskrittura li kien qiegħed jaqra kienet din:", "'Bħal nagħġa meħuda għall-qatla,", "u bħal ħaruf sieket quddiem min iġiżżu,", "hekk hu ma fetaħx fommu.", "Għakksuh u kien imċaħħad mill-ġustizzja.", "Min qatt jista' jirrakkonta fuq nislu?", "Għax neħħewlu ħajtu minn fuq l-art.'", "Mela qal l-ewnuku lil Filippu: \"Għidli, nitolbok, għal min qiegħed jgħid dan il-profeta?", "Għalih innifsu jew għal xi ħadd ieħor?\"", "Imbagħad Filippu fetaħ fommu u beda minn din is-silta tal-Iskrittura jxandarlu l-Evanġelju ta' Ġesù.", "Huma u sejrin għal għonq it-triq, waslu f'post fejn kien hemm l-ilma.", "U l-ewnuku qal: \"Ara, hawn l-ilma!", "X'qiegħed iżommni li ma nitgħammidx?\"", "Imbagħad ordna li jwaqqfu l-karru, niżlu t-tnejn fl-ilma, hu u Filippu, u dan għammdu.", "Malli telgħu mill-ilma, l-Ispirtu tal-Mulej ħataf lil Filippu; l-ewnuku ma rahx iktar u baqa' sejjer fi triqtu kollu ferħan.", "Filippu sab ruħu f'Ażotu ; huwa u għaddej minn dawk l-inħawi, kien ixandar l-Evanġelju f'kull belt sakemm wasal Ċesarija."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.9", "bookref": "ACT.9", "text": ["Il-konverżjoni ta' Sawl", "(Atti , - ; , - )", "Sawl, li kien għadu bil-qawwa kollha jhedded bil-mewt lid-dixxipli tal-Mulej, mar għand il-qassis il-kbir u talbu jagħtih ittri għas-sinagogi ta' Damasku, biex ikun jista' jaqbad l-irġiel u n-nisa kollha li jsib miexja fit-Triq tal-Mulej u jeħodhom marbuta Ġerusalemm.", "Huwa u sejjer, kif qorob lejn Damasku, f'daqqa waħda idda madwaru dawl mis-sema.", "Waqa' fl-art , u sama' leħen jgħidlu: \"Sawl, Sawl, għaliex qiegħed tippersegwitani?\"", "Hu wieġeb: \"Min int, Mulej?\" u l-leħen wieġbu: \"Jiena Ġesù, li int qiegħed tippersegwitah.", "Imma issa qum u idħol il-belt, u hemmhekk jgħidulek x'għandek tagħmel.\"", "Dawk li kienu sejrin miegħu baqgħu mbikkma, billi kienu semgħu l-leħen imma ma raw lil ħadd.", "Sawl qam mill-art, fetaħ għajnejh u ma sata' jara xejn.", "Imbagħad mexxewh minn idu u wassluh Damasku.", "Dam tlitt ijiem ma jarax, u la kiel u lanqas xorob.", "F'Damasku kien hemm dixxiplu, jismu Ħananija.", "Deherlu l-Mulej u qallu: \"Ħananija!\"", "\"Hawn jien, Mulej,\" wieġeb.", "U l-Mulej qallu: \"Qum u mur fit-triq li jgħidulha d-Dritta, u hemm, fid-dar ta' Ġuda, staqsi għal wieħed minn Tarsu, jismu Sawl.", "Dan qiegħed jitlob, u ra f'dehra wieħed, jismu Ħananija, dieħel ħdejh u jqegħedlu idejh fuqu biex jerġa' jieħu d-dawl.\"", "Ħananija wieġeb: \"Mulej, jien smajt mingħand ħafna fuq dan ir-raġel, kemm għamel ħsara lill-qaddisin tiegħek f'Ġerusalemm.", "U issa qiegħed hawn bis-setgħa mingħand il-qassisin il-kbar biex jarresta lil dawk kollha li jsejħu ismek.\"", "Iżda l-Mulej wieġbu: \"Mur, għax dan ir-raġel hu għodda magħżula minni biex iwassal ismi quddiem il-ġnus u s-slaten u quddiem ulied Iżrael.", "Jien stess għad nurih kemm irid ibati minħabba f'ismi.\"", "Ħananija telaq lejn id-dar ta' Ġuda, daħal, qiegħed idejh fuq Sawl u qallu: \"Sawl, ħija, il-Mulej Ġesù, li deherlek fit-triq inti u ġej hawn, bagħatni biex terġa' tieħu d-dawl u timtela bl-Ispirtu s-Santu.\"", "F'daqqa waħda waqa' bħal qxur minn għajnejh u raġa' beda jara.", "Imbagħad qam u tgħammed, kiel xi ħaġa, u ħa r-ruħ.", "Sawl jippriedka f'Damasku", "Għal ftit jiem qagħad mad-dixxipli f'Damasku.", "U malajr beda jxandar lil Ġesù fis-sinagogi u jgħid li dan hu l-Iben ta' Alla.", "Kull min kien jisimgħu kien jistagħġeb u jgħid: \"Dan mhuwiex dak li f'Ġerusalemm kien iħarbat lil dawk li jsejħu dan l-isem?", "U mhux għalhekk ġie hawn?", "M'hux biex jaqbadhom u jeħodhom marbuta għand il-qassisin il-kbar?\"", "Imma Sawl kulma jmur kien jissaħħaħ u kien iħawwad lil-Lhud li kienu joqogħdu Damasku bil-provi li kien iġibilhom li Ġesù hu l-Messija.", "Sawl jaħrab mil-Lhud", "Wara li għadda ħafna żmien, il-Lhud ftiehmu li joqtlu lil Sawl; imma hu sar jaf bil-ħsieb tagħhom.", "Huma kienu jgħassu lejl u nhar mal-bibien tal-belt biex joqtluh.", "Imma darba billejl id-dixxipli tiegħu qabduh u niżżluh ġo qoffa mas-sur tal-belt.", "Sawl f'Ġerusalemm", "Meta wasal Ġerusalemm beda jfittex li jissieħeb mad-dixxipli.", "Imma lkoll kienu jibżgħu minnu, għax ma kinux emmnu li tassew ikkonverta.", "Imbagħad Barnaba qabdu u ħadu miegħu għand l-appostli.", "Hu qalilhom kif Sawl kien ra lill-Mulej fit-triq u semgħu jkellmu, u kif f'Damasku kien tkellem b'wiċċu minn quddiem fl-isem ta' Ġesù.", "Għalhekk Sawl baqa' magħhom, dieħel u ħiereġ Ġerusalemm, u kien jitkellem bil-miftuħ f'isem il-Mulej.", "Kien jitħaddet mal-Lhud Griegi u jiddiskuti magħhom; iżda huma kienu jfittxu li joqtluh.", "Meta l-aħwa saru jafu b'dan, niżżluh lejn Ċesarija u bagħtuh Tarsu.", "Il-Knisja kienet fis-sliem fil-Lhudija u l-Galilija u s-Samarija kollha; kienet dejjem tikber u timxi 'l quddiem bil-biża' tal-Mulej, u tiżdied fl-għadd bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu.", "Il-fejqan ta' Enea", "Ġara li Pietru, huwa u jdur dawk l-inħawi kollha, niżel wkoll għand il-qaddisin li kienu joqogħdu Lidda.", "Hemmhekk sab raġel mifluġ, jismu Enea, li kien ilu tmien snin mixħut fis-sodda.", "Pietru qallu: \"Enea, Ġesù Kristu jfejqek; qum u ifrex is-sodda inti stess.\"", "U dak minnufih qam.", "In-nies kollha li kienu joqogħdu f'Lidda u f'Saron rawh, u daru lejn il-Mulej.", "Il-qawmien ta' Tabita mill-mewt", "F'Ġaffa kien hemm waħda mid-dixxipli jisimha Tabita, isem li jfisser Għażżiela; kienet mara tagħmel ħafna opri ta' karità u għemejjel tajba.", "Ħabat li f'dawk il-ġranet mardet u mietet; keffnuha, u qegħduha fil-kamra ta' fuq .", "Billi Lidda tiġi qrib Ġaffa, id-dixxipli, meta semgħu li Pietru kien hemm, bagħtulu żewġt irġiel jitolbuh u jgħidulu: \"Iddumx ma tiġi sa għandna.\"", "Minnufih Pietru qam u telaq magħhom.", "Kif wasal, tellgħuh fil-kamra ta' fuq, u r-romol kollha daru miegħu, jibku u juruh l-ilbiesi u l-imnatar li kienet għamlitilhom Tabita meta kienet għadha magħhom.", "Pietru bagħat lil kulħadd 'il barra u niżel għarkubbtejh jitlob.", "Imbagħad dar lejn il-katavru u qal: \"Tabita, qum!\"", "Hi fetħet għajnejha u, malli rat lil Pietru, qamet bilqiegħda.", "Pietru taha idu u qajjimha.", "Sejjaħ imbagħad lill-qaddisin u r-romol, u tahielhom ħajja.", "Ġaffa kollha saret taf b'dan, u ħafna emmnu fil-Mulej.", "Pietru baqa' ftit jiem sewwa f'Ġaffa għand wieħed konzatur jismu Xmun."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.10", "bookref": "ACT.10", "text": ["Pietru u Kornelju", "F'Ċesarija kien hemm wieħed jismu Kornelju, ċenturjun tar-riġment imsejjaħ 'ir-Riġment Taljan'.", "Dan ir-raġel, flimkien mal-familja tiegħu kollha , kien bniedem sewwa u kellu l-biża' ta' Alla; kien jagħmel ħafna opri ta' karità mal-poplu u kien dejjem jitlob lil Alla.", "Darba waħda, f'xi t-tlieta ta' wara nofsinhar, kellu dehra li fiha ra b'mod ċar anġlu ta' Alla dieħel ħdejh u jsejjaħlu: \"Kornelju!\"", "Hu ċċassa jħares lejh kollu biża', u qal: \"Dan x'inhu, Sinjur?\"", "L-anġlu qallu: \"It-talb tiegħek u l-opri tiegħek ta' karità telgħu quddiem Alla u ftakar fik.", "Mela issa ibgħat xi rġiel f'Ġaffa, biex iġibu minn hemm lil wieħed Xmun, li jgħidulu wkoll Pietru.", "Dan qiegħed għand ċertu Xmun, konzatur, li għandu d-dar ħdejn il-baħar.\"", "X'ħin l-anġlu li kien ikellmu telaq, Kornelju sejjaħ tnejn mill-qaddejja tiegħu u suldat twajjeb minn dawk li kellu dejjem madwaru, qalilhom kulma kien ġralu u bagħathom lejn Ġaffa.", "L-għada, waqt li dawn kienu fit-triq u qorbu lejn il-belt, Pietru għall-ħabta ta' nofsinhar tala' jitlob fuq il-bejt.", "Qabdu l-ġuħ u xtaq jitrejjaq b'xi ħaġa; u ġara li, waqt li kienu qegħdin iħejjulu, daħal f'estasi.", "Lemaħ is-sema jinfetaħ, u ra xi ħaġa qisha liżar kbir, miżmum mill-erbat itruf u nieżel lejn l-art.", "Fih kien hemm minn kull xorta ta' bhejjem ta' erba' saqajn, annimali li jitkaxkru fuq l-art u għasafar tal-ajru.", "U sema' leħen jgħidlu: \"Qum, Pietru, oqtol u kul.\"", "Imma Pietru wieġeb: \"Ma jkun qatt, Mulej!", "Jien qatt ma kilt ikel profan u mniġġes .\"", "U l-leħen tennielu għal darb'oħra: \"Dak li Alla saffa, int ma għandekx issejjaħlu mniġġes.\"", "Dan ġara għal tliet darbiet.", "Imbagħad, f'daqqa waħda, dik il-ħaġa qisha liżar reġgħet ittieħdet 'il fuq lejn is-sema.", "Pietru, kollu mħawwad, kien qiegħed jaħseb bejnu u bejn ruħu x'setgħet tfisser dik id-dehra li kellu; fl-istess ħin l-irġiel li kien bagħat Kornelju staqsew għad-dar ta' Xmun u waslu quddiem il-bieb.", "Imbagħad sejħu lil xi ħadd u staqsew jekk Xmun, li jgħidulu Pietru, kienx qiegħed hemm.", "Sadattant Pietru kien għadu mħasseb dwar dik id-dehra.", "U qallu l-Ispirtu: \"Hawn żewġt irġiel qegħdin jistaqsu għalik.", "Fittex inżel isfel u mur magħhom, tieħu ħsieb ta' xejn, għax jien hu li bgħatthom.\"", "Pietru niżel ħdejn dawk l-irġiel u qalilhom: \"Jien hu dak li qegħdin tfittxu.", "X'ġiebkom hawn?\"", "Huma qalulu: \"Bagħatna Kornelju, iċ-ċenturjun, raġel sewwa li għandu l-biża' ta' Alla u jixhed għalih il-poplu Lhudi kollu.", "Anġlu qaddis qallu biex jibgħat għalik u tmur għandu ħalli jisma' x'għandek tgħidlu.\"", "Imbagħad Pietru stedinhom jibqgħu hemm.", "L-għada qam u telaq magħhom, u marru wkoll miegħu xi wħud mill-aħwa ta' Ġaffa.", "Il-jum ta' wara waslu Ċesarija.", "Kornelju laqqa' flimkien lil niesu u 'l ħbiebu u kien qiegħed jistenniehom.", "Xħin daħal Pietru, Kornelju mar jilqgħu u ntefa' f'riġlejh jagħtih qima.", "Imma Pietru qajmu u qallu: \"Qum.", "Jien bniedem ukoll.\"", "Huwa u jitkellem miegħu, baqa' dieħel ġewwa, u hemm sab ħafna nies miġbura flimkien.", "U qalilhom: \"Intom tafu li mhijiex ħaġa sewwa għal wieħed Lhudi li jissieħeb ma' wieħed barrani jew li jersaq lejh.", "Imma lili Alla wrieni li ebda bniedem ma għandi nsejjaħlu profan jew imniġġes.", "Għalhekk xejn ma sibtha bi tqila biex niġi hawn meta bagħat għalija.", "Issa, nistaqsi jien, għalfejn bgħatt għalija?\"", "U Kornelju wieġbu: \"Erbat ijiem ilu, bħal dan il-ħin, kont id-dar ngħid it-talba tat-tlieta ta' wara nofsinhar.", "F'daqqa waħda rajt raġel bi lbies ilellex wieqaf ħdejja, u qalli, 'Kornelju, Alla sama' t-talb tiegħek u laqa' l-opri tal-karità tiegħek u ftakar fik.", "Mela issa ibgħat lil xi ħadd f'Ġaffa għand Xmun, li jgħidulu Pietru, u għidlu jiġi għandek.", "Dan qiegħed fid-dar ta' Xmun, il-konzatur, ħdejn il-baħar.'", "Għalhekk jien malajr bgħatt għalik; u int għamilt sewwa li ġejt.", "Issa aħna qegħdin hawn ilkoll quddiem Alla, biex nisimgħu dak kollu li l-Mulej iridek tgħidilna.\"", "Id-diskors ta' Pietru fid-dar ta' Kornelju", "Pietru qabad jitkellem u qal: \"Issa tassew qiegħed nifhem li Alla ma jħares lejn wiċċ ħadd, imma jilqa' lil kull min għandu l-biża' tiegħu u jagħmel is-sewwa, ikun minn liema poplu jkun.", "Huwa bagħat il-kelma tiegħu lil ulied Iżrael u xandrilhom is-sliem permezz ta' Ġesù Kristu, li hu s-Sid ta' kollox.", "Intom tafu b'dak li ġara mal-Lhudija kollha, ibda mill-Galilija, wara li Ġwanni kien xandar il-magħmudija; tafu kif Alla kkonsagra lil Ġesù ta' Nazaret bl-Ispirtu s-Santu u bil-qawwa, u kif dan Ġesù għadda jagħmel il-ġid u jfejjaq lil dawk kollha li kienu maħkuma mix-xitan, għax Alla kien miegħu.", "U aħna xhud ta' dak kollu li hu għamel fl-art tal-Lhudija u f'Ġerusalemm.", "\"Tawh il-mewt billi dendluh mal-għuda tas-salib; imma Alla qajmu mill-imwiet fit-tielet jum u għamel li hu jidher, mhux lil kulħadd, imma lix-xhieda li Alla għażel minn qabel, lilna, li miegħu kilna u xrobna wara l-qawmien tiegħu mill-imwiet.", "Lilna ordnalna biex inxandruh lill-poplu u nixhdu li dan hu dak li Alla għamlu mħallef tal-ħajjin u tal-mejtin.", "Il-profeti kollha jixhdu għalih u jgħidu li kull min jemmen fih jaqla' l-maħfra tad-dnubiet bis-saħħa ta' ismu .\"", "Il-pagani jirċievu l-Ispirtu s-Santu", "Meta Pietru kien għadu qiegħed jgħid dan, l-Ispirtu s-Santu niżel fuq dawk kollha li kienu jisimgħuh.", "Dawk li kienu marru ma' Pietru, Lhud li kienu emmnu , stagħġbu kif Alla sawwab id-don tal-Ispirtu s-Santu fuq il-pagani wkoll.", "Għax semgħuhom jitkellmu bl-ilsna u jfaħħru l-kobor ta' Alla.", "Imbagħad Pietru qal: \"Jista' xi ħadd jiċħad l-ilma tal-magħmudija lil dawn in-nies, li ħadu l-Ispirtu s-Santu bħalma ħadnieh aħna wkoll?\"", "U ordna li jitgħammdu fl-isem ta' Kristu .", "Imbagħad huma talbuh jibqa' għal ftit jiem magħhom."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.11", "bookref": "ACT.11", "text": ["Pietru jfisser ruħu lill-Knisja ta' Ġerusalemm", "L-appostli u l-aħwa li kienu fil-Lhudija semgħu li l-pagani wkoll kienu laqgħu l-kelma ta' Alla.", "Għalhekk, meta Pietru tala' Ġerusalemm, dawk li riedu jżommu ċ-ċirkonċiżjoni bdew jeħduha miegħu u jgħidulu: \"Inti dħalt għand nies li ma għandhomx iċ-ċirkonċiżjoni u kilt magħhom.\"", "Imbagħad Pietru qabad ifissrilhom kollox ħaġa b'ħaġa u qalilhom: \"Jiena kont qiegħed nitlob fil-belt ta' Ġaffa, xħin kelli dehra f'estasi; rajt xi ħaġa nieżla mis-sema, qisha liżar kbir miżmum mill-erbat itruf, u wasal sa ħdejja.", "Bqajt inħares lejh sewwa, u rajt bhejjem tal-art b'erba' saqajn, bhejjem selvaġġi, bhejjem li jitkaxkru, u għasafar tal-ajru.", "U smajt leħen jgħidli: 'Qum, Pietru, oqtol u kul.'", "Imma jiena għedt: 'Ma jkun qatt, Mulej!", "Għax qatt ma daħal ġo ħalqi ikel profan jew imniġġes !'", "Għal darba oħra l-leħen mis-sema qalli, 'Dak li Alla saffa, int ma għandekx issejjaħlu mniġġes.'", "Dan ġara għal tliet darbiet.", "Imbagħad kollox ittieħed mill-ġdid lejn is-sema.", "Sewwasew dak il-ħin, fid-dar fejn konna, waslu tlitt irġiel, mibgħuta għandi minn Ċesarija.", "L-Ispirtu qalli biex immur magħhom bla ma noqgħod nitħasseb.", "Miegħi ġew ukoll dawn is-sitt aħwa, u dħalna fid-dar ta' dak ir-raġel.", "Hu għarrafna kif kien ra l-anġlu f'daru, wieqaf quddiemu, u qallu, 'Ibgħat lil xi ħadd iġib minn Ġaffa lil Xmun, li jgħidulu Pietru; u hu jgħidlek kliem li bih issalva, int u l-familja tiegħek kollha.", "Kif bdejt nitkellem, l-Ispirtu s-Santu niżel fuqhom, bħalma kien niżel fuqna fil-bidu.", "Ftakart imbagħad fil-kelma tal-Mulej, meta qal, 'Ġwanni għammed bl-ilma, iżda intom titgħammdu bl-Ispirtu s-Santu.'", "Mela jekk Alla tahom l-istess don kif tah lilna meta emminna fil-Mulej Ġesù Kristu, jien x'jien biex stajt inżomm lil Alla?\"", "Meta semgħu dan il-kliem siktu, u bdew jagħtu glorja lil Alla u jgħidu: \"Mela Alla lill-pagani wkoll tahom l-indiema li twassal għall-ħajja!\"", "Il-Knisja f'Antjokja", "Dawk li kienu xterdu minħabba l-persekuzzjoni li kienet qamet minħabba Stiefnu waslu sal-Feniċja, sa Ċipru u sa Antjokja , u ma kienu jxandru l-kelma lil ħadd ħlief lil-Lhud biss.", "Imma xi wħud minnhom kienu minn Ċipru u minn Ċireni, u dawn, meta ġew Antjokja, bdew ikellmu wkoll lill-Griegi u jxandrulhom l-Evanġelju tal-Mulej Ġesù.", "U id il-Mulej kienet magħhom, u kbir kien l-għadd ta' dawk li emmnu u daru lejn il-Mulej.", "L-aħbar ta' dan waslet f'widnejn il-Knisja ta' Ġerusalemm, u għalhekk bagħtu lil Barnaba sa Antjokja.", "Meta dan wasal u ra l-grazzja ta' Alla, feraħ u beda jħeġġiġhom biex jibqgħu b'rieda sħiħa magħqudin fil-Mulej.", "Għax hu kien raġel tajjeb, mimli bl-Ispirtu s-Santu u bil-fidi.", "U ġemgħa kbira ta' nies ingħaqdet mal-Mulej.", "Imbagħad hu telaq lejn Tarsu jfittex lil Sawl, u, meta sabu, ħadu Antjokja.", "Għaddew sena sħiħa flimkien fil-knisja, u għallmu kotra kbira ta' nies.", "Kien f'Antjokja li d-dixxipli għall-ewwel darba sejħulhom 'Kristjani'.", "Dik il-ħabta xi profeti minn Ġerusalemm niżlu Antjokja.", "Wieħed minnhom, jismu Agabu, kellu sinjal mill-Ispirtu, u qam iħabbar li kien se jaqa' ġuħ kbir fuq l-art kollha.", "Dan seħħ tabilħaqq fi żmien l-imperatur Klawdju.", "Għalhekk id-dixxipli qatgħuha li lkoll kemm kienu, kull wieħed skont ma kien jista', jibagħtu l-għajnuna lil ħuthom li kienu joqogħdu fil-Lhudija.", "Hekk għamlu; u bagħtu l-għajnuna għand il-presbiteri ma' Barnaba u ma' Sawl."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.12", "bookref": "ACT.12", "text": ["Il-martirju ta' Ġakbu u l-arrest ta' Pietru", "Għall-ħabta ta' dak iż-żmien, is-sultan Erodi medd idu fuq xi wħud mill-Knisja biex jaħqarhom.", "Huwa qabad lil Ġakbu, ħu Ġwanni, u qatagħlu rasu.", "Imbagħad, meta ra li dan għoġob lil-Lhud, qabad lil Pietru wkoll.", "Dan kien fi żmien il-festa tal-Ażżmi.", "Meta arrestah u tefgħu l-ħabs, bagħat erba' gruppi ta' erba' suldati kull wieħed biex joqogħdu għassa tiegħu, bil-ħsieb li, wara l-Għid, iressqu quddiem il-poplu.", "Pietru, mela, kien arrestat fil-ħabs.", "Fl-istess ħin, il-Knisja kienet qiegħda titlob lil Alla għalih bil-ħerqa.", "Pietru meħlus mill-ħabs", "Fil-lejl stess ta' qabel ma Erodi kellu joħroġ lil Pietru, dan kien rieqed bejn żewġ suldati, marbut b'żewġ ktajjen; u kien hemm għases oħra mal-bieb tal-ħabs.", "F'daqqa waħda deher anġlu tal-Mulej , u dawl idda mal-kamra.", "L-anġlu ta daqqa lil Pietru fuq ġenbu, qajmu u qallu: \"Qum malajr.\"", "U l-ktajjen waqgħu minn ma' idejh.", "Imbagħad l-anġlu qallu: \"Tħażżem u ilbes il-qorq.\"", "U Pietru hekk għamel.", "U raġa' qallu: \"Dawwar il-mantar miegħek u ejja warajja.\"", "Pietru ħareġ u mar warajh, bla ma ntebaħ li dak li kien qiegħed jiġri permezz tal-anġlu kien veru; stħajjel li kienet xi viżjoni.", "Għaddew l-ewwel għassa, u t-tieni wkoll, u waslu ħdejn il-bieb tal-ħadid, li kien jagħti għall-belt, u dan infetaħ waħdu.", "Ħarġu, u mxew triq flimkien, meta f'daqqa waħda l-anġlu telaq minn ħdejh.", "Imbagħad Pietru ġie f'tiegħu u qal: \"Issa naf tassew li l-Mulej bagħat l-anġlu tiegħu u ħelisni minn id Erodi u minn dak kollu li l-Lhud kienu qegħdin jistennew li jsir.\"", "Meta għaraf x'kien ġara, telaq lejn id-dar ta' Marija, omm Ġwanni, li jgħidulu wkoll Marku.", "Kien hemm ħafna miġbura jitolbu flimkien.", "Pietru ħabbat il-bieb ta' barra u ġiet qaddejja, jisimha Roda, biex tara min kien.", "Mil-leħen għarfet li kien Pietru, u bil-ferħ li qabadha anqas biss fetħet il-bieb, iżda telqet tiġri 'l ġewwa u qaltilhom li barra, fil-bieb, kien hemm Pietru.", "\"Qed thewden!\" qalulha.", "Imma hi baqgħet tgħid li hekk kien.", "Huma mbagħad qalu: \"Mela l-anġlu tiegħu !\"", "Sadattant Pietru baqa' jħabbat; marru jiftħu u baqgħu mistagħġba għall-aħħar kif rawh.", "Pietru għamlilhom sinjal b'idu biex jisktu u beda jgħidilhom kif il-Mulej ħarġu mill-ħabs.", "U qalilhom ukoll: \"Agħtu din l-aħbar lil Ġakbu u lill-aħwa l-oħra.\"", "Imbagħad telaq 'il barra u mar f'post ieħor.", "Xħin sebaħ, is-suldati baqgħu mħawda mhux ftit fuq x'sata' sar minn Pietru.", "Erodi bagħat ifittxu u ma sabux; għalhekk stħarreġ lill-għassiesa u qatagħhielhom għall-mewt.", "Imbagħad mil-Lhudija niżel Ċesarija u baqa' hemm.", "Il-mewt ta' Erodi", "Issa Erodi kien inkurlat għan-nies ta' Tir u ta' Sidon.", "Dawn ftiehmu bejniethom u marru għandu, u, wara li rnexxielhom idawru favur tagħhom lil Blastu, il-kamrier tas-sultan, talbu li jagħmlu paċi, għax l-għajxien tagħhom kien jiddependi minn art is-sultan.", "Fil-jum magħżul, Erodi, liebes l-ilbies ta' sultan, ħa postu fuq it-tron u għamlilhom diskors.", "Il-poplu nfexx jgħajjat u jgħid: \"Dan leħen ta' alla, mhux ta' bniedem!\"", "Iżda minnufih anġlu tal-Mulej laqtu , għax ma tax il-glorja lil Alla; dar għalih id-dud u miet.", "Imma l-kelma ta' Alla baqgħet tikber u toktor.", "Barnaba u Sawl, wara li temmew il-ministeru tagħhom f'Ġerusalemm , reġgħu lura u ħadu magħhom lil Ġwanni, li jgħidulu wkoll Marku."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.13", "bookref": "ACT.13", "text": ["Il-missjoni mogħtija lil Barnaba u Sawl", "Fil-Knisja ta' Antjokja kien hemm xi profeti u għalliema: Barnaba, Xmun li jgħidulu Niger, Luċju minn Ċireni, Manahen li kien trabba ma' Erodi t-tetrarka, u Sawl.", "Darba, waqt li kienu qegħdin iqimu lill-Mulej u jsumu, l-Ispirtu s-Santu qalilhom: \"Agħżluli malajr lil Barnaba u lil Sawl għax-xogħol li għalih sejjaħtilhom.\"", "Imbagħad, wara li samu u talbu, qiegħdu idejhom fuqhom u bagħtuhom.", "L-appostli f'Ċipru", "Għalhekk huma, mibgħuta mill-Ispirtu s-Santu, niżlu Selewkja , u minn hemm telqu bil-baħar għal Ċipru.", "Meta waslu Salamina, bdew ixandru l-kelma ta' Alla fis-sinagogi tal-Lhud.", "Kellhom magħhom lil Ġwanni jgħinhom.", "Qasmu l-gżira kollha sa Pafos.", "Hawnhekk iltaqgħu ma' wieħed Lhudi, jismu Barjesu, saħħar u profeta falz, li kien mal-prokonslu Serġju Pawlu .", "Dan, raġel mogħni bid-dehen, bagħat għal Barnaba u għal Sawl u ried jisma' mingħandhom il-kelma ta' Alla.", "Iżda Elima s-saħħar - għax hekk ifisser ismu - waqfilhom u beda jfittex li jbiegħed lill-prokonslu mill-fidi.", "Imbagħad Sawl, li jismu wkoll Pawlu , mimli bl-Ispirtu s-Santu, waħħal għajnejh fih u qallu: \"Ja bniedem mimli b'kull qerq u ħażen, bin ix-xitan u għadu ta' kulma hu sewwa, qatt m'int se tieqaf tgħawweġ it-triqat dritti tal-Mulej?", "Imma issa, ara, id il-Mulej se tilħqek: int tagħma, u għal xi żmien ma tarax id-dawl tax-xemx.\"", "Minnufih waqa' fuqu ċpar u dlam, u beda jdur u jfittex lil min imexxih minn idejh.", "Xħin il-prokonslu ra x'ġara, emmen u baqa' mistagħġeb bit-tagħlim tal-Mulej.", "Pawlu u Barnaba f'Antjokja ta' Pisidja", "Pawlu u sħabu telqu bil-baħar minn Pafos u waslu Perge fil-Pamfilja .", "Hawn Ġwanni ħalliehom u raġa' lura lejn Ġerusalemm.", "Minn Perge baqgħu sejrin sa ma waslu f'Antjokja ta' Pisidja .", "F'jum is-Sibt daħlu fis-sinagoga u qagħdu bilqiegħda.", "Wara l-qari mil-Liġi u l-Profeti, il-kapijiet tas-sinagoga bagħtu jgħidulhom: \"L-aħwa, jekk xi ħadd minnkom irid jgħid kelmtejn ta' tħeġġiġ lill-poplu, tkellmu.\"", "Għalhekk Pawlu qam, għamel sinjal b'idu u beda jitkellem:", "\"Nies ta' Iżrael, u intom mill-ġnus li tibżgħu minn Alla , isimgħuni.", "Alla ta' dan il-poplu ta' Iżrael għażel lil missirijietna.", "Meta l-poplu kien jgħix f'art barranija, fl-Eġittu, Alla għamlu poplu kbir u ħarġu minn hemm bil-qawwa ta' driegħu.", "Għal madwar erbgħin sena stabar bihom fid-deżert.", "Meta mbagħad xejjen seba' popli fl-art ta' Kangħan, tahom din l-art b'wirt għalihom.", "Dan kollu ħa xi erba' mija u ħamsin sena.", "Imbagħad tahom l-Imħallfin, sa żmien il-profeta Samwel.", "Wara dan talbu li jkollhom sultan, u Alla tahom lil Sawl bin Kis, raġel mit-tribù ta' Benjamin, li dam erbgħin sena.", "Meta mbagħad neħħa lil Sawl, qiegħed bħala sultan tagħhom lil David, li għalih ta din ix-xhieda:", "'Sibt lil David, bin Ġesse,", "raġel skont qalbi,", "li jagħmel dak kollu li rrid jien.'", "Min-nisel ta' David, Alla, skont il-wegħda tiegħu, ġieb għal Iżrael salvatur, li hu Ġesù.", "Qabel il-miġja tiegħu, Ġwanni ħareġ ixandar magħmudija ta' ndiema lill-poplu kollu ta' Iżrael.", "U meta kien wasal fi tmiem il-ħidma tiegħu, Ġwanni qal, 'Jien m'iniex dak li intom taħsbu li jien.", "Imma, araw, warajja ġej wieħed li jien anqas jistħoqqli nħoll il-qorq ta' riġlejh.'", "\"L-aħwa, ulied Abraham, u intom mill-ġnus li tibżgħu minn Alla, lilna bagħatha Alla l-aħbar ta' din is-salvazzjoni.", "In-nies ta' Ġerusalemm u l-kapijiet tagħhom ma għarfux lil Ġesù, u anqas ma fehmu kliem il-profeti li jinqraw kull nhar ta' Sibt; madankollu temmewhom huma stess billi kkundannawh għall-mewt.", "Għalkemm ma sabux fuqiex setgħu jagħtuh il-mewt, talbu lil Pilatu biex ineħħilu ħajtu.", "U meta temmew dak kollu li kien miktub fuqu, niżżluh mis-salib u qegħduh f'qabar.", "Imma Alla qajmu mill-imwiet.", "Għal ħafna jiem baqa' jidher lil dawk li kienu jitilgħu miegħu mill-Galilija lejn Ġerusalemm, u li issa huma xhieda tiegħu quddiem il-poplu.", "U għalhekk aħna qegħdin hawn, biex nagħtukom l-aħbar, li l-wegħda, li Alla kien għamel lil missirijietna, temmha għalina, li aħna wliedhom, billi qajjem lil Ġesù mill-imwiet, kif hemm miktub fit-tieni salm,", "'Ibni int,", "jien illum nissiltek.'", "U dwar li hu qajmu mill-imwiet, biex qatt aktar ma jerġa' jġarrab it-taħsir, huwa qal hekk,", "'Il-ħwejjeġ qaddisa u żguri", "li wegħedt lil David,", "jiena nagħtihom lilkom.'", "Għalhekk jgħid ukoll band'oħra,", "'Int ma tħallix il-Qaddis tiegħek", "iġarrab it-taħsir.'", "David, wara li fi żmienu għamel ir-rieda ta' Alla, miet u nġabar ma' missirijietu; u huwa ġarrab it-taħsir.", "Imma dak li Alla qajmu mill-imwiet ma ġarrabx it-taħsir.", "Mela, l-aħwa, kunu afu dan: li permezz ta' Ġesù qiegħda tixxandrilkom il-maħfra tad-dnubiet; permezz tiegħu, kull min jemmen ikun iġġustifikat minn dak kollu li minnu ma stajtux tkunu ġġustifikati bis-saħħa tal-Liġi ta' Mosè.", "Mela iftħu għajnejkom, li ma jiġix fuqkom dak li qalu l-profeti:", "'Araw, intom li tmaqdru,", "stagħġbu u għibu!", "Għax se nagħmel ħaġa fi żmienkom,", "ħaġa li qatt ma temmnuha", "jekk xi ħadd jgħidilkom biha.' \"", "Huma u ħerġin mis-sinagoga, in-nies bdew jitolbuhom biex is-Sibt ta' wara jerġgħu jkellmuhom fuq dawn il-ħwejjeġ.", "U meta xterdet il-ġemgħa tas-sinagoga, ħafna, kemm mil-Lhud u kemm mill-prosèliti twajba , marru ma' Pawlu u ma' Barnaba, u dawn ħeġġewhom biex jibqgħu fil-grazzja ta' Alla.", "Is-Sibt ta' wara, tista' tgħid il-belt kollha nġabret biex tisma' l-kelma tal-Mulej.", "Il-Lhud, meta raw il-folol, imtlew bl-għira u bdew imieru lil Pawlu u jidgħulu.", "Imma Pawlu u Barnaba bil-kuraġġ kollu qalu: \"Hekk kien meħtieġ, li l-kelma ta' Alla titħabbar lilkom l-ewwel.", "Billi intom qegħdin twarrbuha, u jidhrilkom li ma tistħoqqilkomx il-ħajja ta' dejjem, aħna se nduru fuq il-pagani.", "Għax hekk ordnalna l-Mulej,", "'Jien għamiltek dawl tal-ġnus,", "biex twassal is-salvazzjoni sa truf l-art.' \"", "Il-pagani, meta semgħu dan, bdew jifirħu u jigglorifikaw il-kelma tal-Mulej, u dawk kollha li kienu magħżula għall-ħajja ta' dejjem emmnu.", "Hekk il-kelma tal-Mulej baqgħet tixtered mal-art kollha.", "Imma l-Lhud xewxu n-nisa twajba u magħrufa u wkoll il-kbarat tal-belt, u qajmu persekuzzjoni kontra Pawlu u Barnaba u keċċewhom 'il barra minn arthom.", "Huma farfru għal fuqhom it-trab minn ma' riġlejhom u marru Ikonju.", "Iżda d-dixxipli mtlew bil-ferħ u bl-Ispirtu s-Santu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.14", "bookref": "ACT.14", "text": ["Pawlu u Barnaba f'Ikonju", "Meta kienu Ikonju, daħlu wkoll fis-sinagoga tal-Lhud u tkellmu b'mod li kotra kbira ta' nies, sew Lhud u sew Griegi , emmnu.", "Imma l-Lhud li ma laqgħux il-fidi xewxu l-pagani u għawewhom kontra l-aħwa nsara.", "Pawlu u Barnaba baqgħu għal ftit żmien sewwa jitkellmu bi qlubija kbira fuq il-Mulej.", "U hu stess kien jixhed għall-kelma tal-grazzja tiegħu b'sinjali u mirakli li kienu jsiru permezz tagħhom.", "Imma n-nies tal-belt inqasmu; xi wħud kienu jżommu mal-Lhud u oħrajn mal-appostli.", "Il-pagani u l-Lhud, flimkien mal-kapijiet tagħhom, ftiehmu li jumiljaw lill-appostli u jħaġġruhom.", "Malli saru jafu b'dan, ħarbu lejn Listra u Derbi, bliet ta' Likaonja, u fl-inħawi ta' madwarhom; u hemmhekk qagħdu jxandru l-Evanġelju.", "Pawlu mħaġġar f'Listra", "F'Listra kien hemm raġel bilqiegħda, marid b'riġlejh; kien magħtub mit-twelid, u qatt ma kien mexa.", "Hu sama' lil Pawlu jitkellem.", "Dan ħares lejh sewwa, ra li kellu fidi biex ifiq, u qallu b'leħen għoli: \"Qum, ieqaf fuq riġlejk.\"", "Dak qam minnufih u beda jimxi.", "Malli raw dak li għamel Pawlu, il-kotra tan-nies bdiet tgħajjat bl-ilsien ta' Likaonja: \"L-allat niżlu fostna taħt sura ta' bnedmin!\"", "U lil Barnaba sejħulu Żews u 'l Pawlu Ermi, għax hu l-aktar li tkellem.", "Il-qassis ta' Żews, li kellu t-tempju tiegħu ħdejn il-belt, ġieb fil-bieb gniedes imżejnin bil-kuruni u, flimkien mal-poplu, ried joffrihomlhom b'sagrifiċċju.", "Malli semgħu b'dan, l-appostli Barnaba u Pawlu ċarrtu lbieshom , resqu malajr lejn il-ġemgħa, u bdew jgħajtu u jgħidu: \"Ħbieb, hemm x'intom tagħmlu?", "Aħna wkoll bnedmin, ngħixu u nħossu bħalkom, bnedmin li ġejna nħabbrulkom l-Evanġelju biex tħallu dawn l-idoli fiergħa u dduru lejn Alla l-ħaj, li għamel is-sema u l-art u l-baħar u kulma fihom.", "Fl-imgħoddi huwa ħalla l-ġnus kollha jimxu fi triqathom, madankollu ma naqasx li jagħti xhieda fuqu nnifsu bil-ġid li jagħmlilkom, meta jagħtikom ix-xita mis-sema u l-frott fi żmienu, u hekk ixebbagħkom bl-ikel u jimlielkom qalbkom bl-hena.\"", "Imma b'dan il-kliem bilkemm setgħu jżommu lill-poplu li ma joffrilhomx sagrifiċċju.", "Imbagħad waslu xi Lhud minn Antjokja u minn Ikonju, li rnexxielhom idawru n-nies għal magħhom.", "Qabdu jħaġġru lil Pawlu u kaxkruh 'il barra mill-belt, għax ħasbuh mejjet.", "Imma xi dixxipli daru miegħu, u hu qam fuq riġlejh u daħal il-belt.", "L-għada telaq ma' Barnaba u mar Derbi.", "Lura f'Antjokja tas-Sirja", "Huma xandru l-Evanġelju f'dik il-belt u għamlu ħafna dixxipli.", "Fi triqthom lura, għaddew minn Listra, Ikonju u Antjokja, jagħmlu l-qalb lid-dixxipli u jħeġġuhom biex jibqgħu fil-fidi, għaliex, kif kienu jgħidulhom, jeħtiġilna nbatu ħafna biex nidħlu fis-Saltna ta' Alla.", "Għamlulhom ukoll presbiteri f'kull Knisja, u bit-talb u s-sawm ħallewhom f'idejn il-Mulej, li fih kienu emmnu.", "Imbagħad għaddew minn Pisidja u ġew fil-Pamfilja.", "Wara li xandru l-kelma f'Perġe, niżlu Attalija ; minn hemm marru bil-baħar lejn Antjokja, mnejn kienu bagħtuhom u rrikkmandawhom f'idejn il-grazzja ta' Alla għax-xogħol li temmew.", "Meta waslu, laqqgħu l-membri tal-Knisja u qagħdu jgħarrfuhom b'dak kollu li Alla għamel magħhom, u wrewhom kif fetaħ il-bieb tal-fidi għall-pagani.", "Hemm qagħdu għal ftit żmien sewwa mad-dixxipli."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.15", "bookref": "ACT.15", "text": ["Il-Konċilju ta' Ġerusalemm", "Imma mbagħad niżlu xi wħud mill-Lhudija u bdew jgħallmu lill-aħwa: \"Jekk ma toqogħdux għaċ-ċirkonċiżjoni skont id-drawwa li ġejja minn Mosè, ma tistgħux issalvaw.\"", "Pawlu u Barnaba qamu kontra tagħhom u ħaduha magħhom bis-sħiħ; għalhekk qatgħuha li Pawlu u Barnaba u xi wħud oħra minnhom jitilgħu Ġerusalemm ikellmu lill-appostli u l-presbiteri fuq din il-kwistjoni.", "Il-ġemgħa tal-Knisja marret tqabbadhom it-triq, u huma għaddew mill-Feniċja u s-Samarija, jitkellmu fuq il-konverżjoni tal-pagani u jnisslu ferħ kbir fost l-aħwa kollha.", "Meta waslu Ġerusalemm, il-ġemgħa tal-Knisja, l-appostli u l-presbiteri laqgħuhom tajjeb u huma għarrfuhom b'dak kollu li Alla kien għamel magħhom.", "Iżda xi wħud min-naħa tal-Fariżej li kienu emmnu qamu jgħidu: \"Jeħtieġ li l-pagani joqogħdu għaċ-ċirkonċiżjoni u jkunu obbligati jħarsu l-Liġi ta' Mosè.\"", "Għalhekk l-appostli u l-presbiteri ltaqgħu flimkien biex jaraw din il-kwistjoni.", "Wara diskussjoni twila, Pietru qam u qalilhom: \" L-aħwa, intom tafu li sa mill-ewwel jiem Alla għażilni minn fostkom biex minn fommi l-pagani jisimgħu l-kelma tal-Evanġelju u jemmnu.", "U dan xehdu Alla, li jagħraf il-qlub, billi tahom l-Ispirtu s-Santu bħalma tah lilna.", "Ma għamel ebda għażla bejnna u bejnhom, imma saffielhom qalbhom bil-fidi.", "Mela issa għaliex iġġarrbu lil Alla billi tridu tqiegħdu fuq għonq id-dixxipli madmad li la missirijietna u lanqas aħna ma flaħna nerfgħuh?", "Wara kollox aħna nemmnu li, bħalhom, aħna nsalvaw permezz tal-grazzja tal-Mulej Ġesù.\"", "Imbagħad waqa' skiet fuq il-ġemgħa kollha.", "U qagħdu jisimgħu lil Barnaba u lil Pawlu jirrakkuntaw kemm sinjali u mirakli Alla kien għamel permezz tagħhom fost il-pagani.", "Meta waqfu huma, qam Ġakbu u qal: \"L-aħwa, isimgħuni.", "Xmun qalilna kif Alla sa mill-bidu ħaseb biex jiġbor minn fost il-pagani poplu li jkun tiegħu.", "Ma' dan jaqbel kliem il-profeti, kif hemm miktub,", "'Wara dan nerġa' niġi", "u nibni d-dar ta' David, li ġġarrfet;", "nerġa' ntella' l-ħerba tagħha", "u nwaqqafha mill-ġdid,", "biex ifittxu l-Mulej il-bqija tal-bnedmin", "u l-ġnus kollha li fuqhom issejjaħ ismi ,", "jgħid il-Mulej,", "li għarraf dan kollu sa mill-qedem.'", "Għalhekk jien ngħid li mhux ta' min idejjaqhom lill-pagani li jikkonvertu lejn Alla.", "Biss niktbulhom biex jitbiegħdu mill-ikel imniġġes bl-idoli, u miż-żwieġ ħażin , mil-laħam tal-annimali fgati u mid-demm.", "Għaliex sa mill-ewwel żminijiet kien hemm f'kull belt min ixandar il-Liġi ta' Mosè u jaqraha fis-sinagogi kull nhar ta' Sibt.\"", "It-tweġiba tal-Konċilju", "Imbagħad l-appostli u l-presbiteri, flimkien mal-Knisja kollha, dehrilhom li kellhom jagħżlu lil xi wħud minnhom u jibagħtuhom Antjokja ma' Pawlu u Barnaba.", "Dawn kienu Ġuda, jgħidulu Barsaba, u Sila, li kienu minn ta' quddiem fost l-aħwa, u bagħtu magħhom din l-ittra: \"L-appostli u l-presbiteri, ħutkom, lill-aħwa ta' Antjokja, tas-Sirja u taċ-Ċiliċja, li ġew mill-ġnus; is-sliem għalikom!", "Aħna smajna li xi wħud min-nies tagħna, mingħajr ebda ordni tagħna, ġew ħawdukom u qallbulkom moħħkom bi kliemhom.", "Għalhekk aħna qbilna lkoll bejnietna u dehrilna li kellna nagħżlu lil xi wħud u nibagħtuhom għandkom flimkien mal-għeżież tagħna Barnaba u Pawlu, nies li ddedikaw ħajjithom għall-isem ta' Sidna Ġesù Kristu.", "Għalhekk bgħatnielkom lil Ġuda u 'l Sila, biex jgħidulkom bi kliemhom l-istess ħaġa.", "Għax lill-Ispirtu s-Santu u lilna dehrilna li aħna ma għandna ngħabbukom b'ebda piż ieħor aktar minn dak li hu meħtieġ, jiġifieri, li titbiegħdu mill-ikel issagrifikat lill-idoli , mid-demm, mil-laħam tal-annimali fgati u miż-żwieġ ħażin.", "Tagħmlu tajjeb jekk tħarsu rwieħkom minn dawn.", "Saħħa!\"", "Għalhekk dawn il-messaġġiera niżlu Antjokja, laqqgħu l-ġemgħa u tawhom l-ittra, qrawha, u ferħu għall-faraġ li tathom.", "Ġuda u Sila, li kienu wkoll profeti, farrġu lill-aħwa u wettquhom b'ħafna kliem.", "Wara li qagħdu hemm għal ftit taż-żmien, telqu bis-sliem mingħand l-aħwa u reġgħu lura għand dawk li kienu bagħtuhom.", "Imma Pawlu u Barnaba baqgħu Antjokja, fejn ma' ħafna oħrajn kienu jgħallmu u jxandru l-kelma ta' Alla.", "Pawlu u Barnaba jinfirdu", "Ftit taż-żmien wara, Pawlu qal lil Barnaba: \"Ħa nerġgħu mmorru nżuru l-aħwa fl-ibliet kollha li fihom xandarna l-kelma tal-Mulej, u naraw kif huma sejrin.\"", "Barnaba ried li magħhom jieħdu wkoll lil Ġwanni, jgħidulu Marku.", "Imma Pawlu deherlu li ma kellhomx jieħdu magħhom wieħed li, meta kienu fil-Pamfilja, telaqhom u ma marx magħhom għax-xogħol.", "Kellhom xi jgħidu sewwa, hekk li nfirdu minn xulxin.", "Barnaba ħa miegħu lil Marku u telaq bil-baħar lejn Ċipru.", "Pawlu għażel għal miegħu lil Sila u telaq, wara li l-aħwa rrikkmandawhom f'idejn il-ħniena tal-Mulej.", "U dar is-Sirja u ċ-Ċiliċja kollha, iwettaq il-Knejjes."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.16", "bookref": "ACT.16", "text": ["Timotju jissieħeb ma' Pawlu u Sila", "Pawlu wasal sa Derbi u Listra.", "Hemmhekk kien hemm dixxiplu jismu Timotju, bin mara Lhudija li kienet temmen, imma li missieru kien Grieg.", "Hu kellu fama tajba mal-aħwa ta' Listra u Ikonju.", "Pawlu ried jieħdu miegħu.", "Għalhekk qabad u għamillu ċ-ċirkonċiżjoni minħabba l-Lhud ta' dawk l-inħawi, għax kollha kienu jafu li missieru kien Grieg.", "Huma u għaddejjin mill-ibliet, bdew jgħarrfuhom bid-digrieti tal-appostli u l-presbiteri ta' Ġerusalemm u jħeġġuhom biex iħarsuhom.", "Hekk il-knejjes kienu jitwettqu fil-fidi u jiżdiedu fl-għadd kuljum.", "Raġel mill-Maċedonja jidher lill-Pawlu", "Qasmu mbagħad il-Friġja u l-art tal-Galazja , għax l-Ispirtu s-Santu ma ħallihomx ixandru l-kelma fl-Asja.", "Kif waslu fl-inħawi ta' Misja , ippruvaw jidħlu f'Bitinja, imma l-Ispirtu ta' Ġesù ma ħallihomx.", "Għalhekk għaddew minn Misja u niżlu Troas.", "Billejl Pawlu kellu viżjoni; ra raġel mill-Maċedonja, wieqaf, jitolbu hekk: \"Ejja l-Maċedonja u għinna.\"", "Malli ra din il-viżjoni, malajr fittixna nitilqu lejn il-Maċedonja, għax fhimna tajjeb li Alla kien sejħilna biex immorru nxandrulhom l-Evanġelju.", "Il-konverżjoni ta' Lidja", "Għalhekk tlaqna bil-baħar minn Troas u bqajna sejrin lejn Samotraċja, u l-għada wasalna Neapoli .", "Minn hemm morna Filippi, li hi l-belt ewlenija tal-provinċja tal-Maċedonja u kolonja Rumana.", "Qgħadna għal ftit jiem f'din il-belt.", "Meta wasal is-Sibt, ħriġna barra l-bieb tal-belt, lejn xatt ix-xmara, fejn dehrilna li kien hemm dar tat-talb.", "Qgħadna bilqiegħda, u bdejna nkellmu lin-nisa li kien hemm miġbura flimkien.", "Waħda minnhom kien jisimha Lidja, mara minn Tijatira, neguzjanta tal-porpra u kienet tqim lil Alla.", "Hija qagħdet tismagħna, u l-Mulej fetħilha qalbha biex tifhem dak li kien jgħid Pawlu.", "Wara li tgħammdet, hi u l-familja tagħha, talbitna u qaltilna: \"Jekk jidhrilkom li jiena nemmen fil-Mulej, ejjew oqogħdu d-dar tiegħi.\"", "U ġagħlitna noqogħdu għandha.", "Pawlu u Sila fil-ħabs ta' Filippi", "Darba waħda, aħna u sejrin lejn il-post tat-talb, iltaqgħet magħna tfajla lsira, li kellha l-ispirtu biex taqra x-xorti u kienet iġġib ħafna flus lis-sidien tagħha bit-teħbir li kienet tagħmel.", "Din baqgħet miexja wara Pawlu u warajna, tgħajjat u tgħid: \"Dawn l-irġiel huma qaddejja ta' Alla l-Għoli, li jxandrulkom it-triq tas-salvazzjoni.\"", "U damet ħafna ġranet tagħmel hekk.", "Fl-aħħar Pawlu ddejjaq, dar lejn l-ispirtu u qallu: \"F'isem Ġesù Kristu, jiena ngħidlek: oħroġ minnha!\"", "U l-ispirtu ħareġ minnha minnufih.", "Xħin is-sidien tagħha raw li taritilhom it-tama tal-qligħ, qabdu lil Pawlu u 'l Sila u kaxkruhom lejn il-pjazza għal quddiem il-kapijiet.", "Ħaduhom quddiem il-maġistrati u qalulhom: \"Dawn l-irġiel, li huma Lhud, qegħdin iqanqlulna l-inkwiet fil-belt; qegħdin ixandru drawwiet li aħna, bħala Rumani, la nistgħu nilqgħuhom u lanqas inħarsuhom.\"", "Il-folla qamet kontra tagħhom; il-maġistrati ċarrtulhom ħwejjiġhom u ordnaw li jsawtuhom bil-bsaten.", "Wara li tawhom xebgħa sewwa, tefgħuhom il-ħabs, u taw ordni lill-għassies biex iħarishom tajjeb.", "Kif irċieva ordni bħal din, l-għassies tefagħhom il-ħabs, 'il ġewwa nett, u qaflilhom saqajhom f'ċipp tal-injam.", "Għall-ħabta ta' nofs il-lejl Pawlu u Sila bdew jitolbu u jfaħħru 'l Alla bl-innijiet, u l-ħabsin jisimgħuhom.", "F'daqqa waħda sar terremot hekk kbir li s-sisien tal-ħabs theżżu, minnufih il-bibien kollha nfetħu beraħ u nħall l-irbit ta' kulħadd.", "Kif l-għassies stenbaħ u ra l-bibien tal-ħabs miftuħa beraħ, silet is-sejf u kien se jneħħi ħajtu b'idejh, għax stħajjel li l-ħabsin kienu ħarbu.", "Imma Pawlu għajjat b'leħen għoli u qallu: \"Tagħmel ebda ħsara lilek innifsek, għax aħna lkoll hawn.\"", "L-għassies talab id-dawl, daħal jiġri, u mriegħed bil-biża' nxteħet f'riġlejn Pawlu u Sila.", "Imbagħad ħariġhom barra u qalilhom: \"Sinjuri, x'għandi nagħmel biex insalva?\"", "Huma weġbuh: \"Emmen fil-Mulej Ġesù, u ssalva int u l-familja tiegħek.\"", "U ħabbrulu l-kelma tal-Mulej, lilu u lil dawk kollha li kienu f'daru.", "Dak il-ħin stess billejl, l-għassies ħadhom miegħu, ħaslilhom il-ġrieħi, u bla telf ta' żmien tgħammed hu u niesu kollha.", "Imbagħad tellagħhom id-dar tiegħu, għamlilhom mejda, u feraħ man-nies kollha ta' daru talli kien emmen f'Alla.", "Meta sebaħ, il-maġistrati bagħtu xi uffiċjali b'dan il-messaġġ: \"Ħallu lil dawn l-irġiel imorru.\"", "L-għassies wassal dan il-messaġġ lil Pawlu: \"Il-maġistrati bagħtu jgħidulna biex nitilqukom.", "Mela issa oħorġu u morru bis-sliem.\"", "Imma Pawlu qalilhom: \"Sawtuna quddiem kulħadd, lilna, ċittadini Rumani , bla ma raw jekk aħniex ħatja jew le, u tefgħuna l-ħabs; u issa jridu jibagħtuna 'l barra bil-moħbi?", "Hekk le!", "Ħa jiġu u joħorġuna huma!\"", "L-uffiċjali wasslu dan il-kliem lill-maġistrati, u dawn beżgħu malli saru jafu li kienu Rumani.", "Għalhekk marru u bdew iżiegħlu bihom; ħarġuhom 'il barra, u talbuhom biex iħallu l-belt.", "Kif ħarġu mill-ħabs, marru d-dar ta' Lidja.", "Hemm iltaqgħu mal-aħwa, farrġuhom bi kliemhom, u telqu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.17", "bookref": "ACT.17", "text": ["Irvell f'Tessalonika", "Għaddew minn Amfipoli u Apollonja u waslu Tessalonika, fejn kien hemm sinagoga tal-Lhud.", "Pawlu daħal magħhom fis-sinagoga, kif kien imdorri jagħmel.", "Għal tliet Sibtijiet wara xulxin kien jiddiskuti magħhom fuq l-Iskrittura, u jfehemhom u jippruvalhom li l-Messija kellu jbati u jqum mill-imwiet.", "U kien jgħidilhom: \"Il-Messija hu dan Ġesù li jien qiegħed inxandar lilkom.\"", "Xi wħud minnhom emmnu u ssieħbu miegħu u ma' Sila; fosthom kien hemm għadd kbir ta' Griegi li kienu jqimu lil Alla , u mhux ftit nisa mill-kbarat.", "Imma l-Lhud ġiethom l-għira, ġabru xi rġiel bla kont mit-triqat, ġemgħu l-folla, u qajmu rvell sħiħ fil-belt.", "Daħlu d-dar ta' Ġason ifittxu lil Pawlu u 'l Sila biex iressquhom quddiem il-poplu.", "Billi ma sabuhomx, kaxkru lil Ġason u 'l xi wħud mill-aħwa quddiem il-kapijiet tal-belt u bdew jgħajtu: \"Dawn l-irġiel, li qallbu d-dinja ta' taħt fuq, ġew hawn ukoll u laqagħhom għandu Ġason.", "Huma lkoll qegħdin jeħduha kontra d-digrieti ta' Ċesari, għax qegħdin jgħidu li hemm sultan ieħor, li hu Ġesù.\"", "Meta semgħu dan il-kliem, il-folla u l-kapijiet tal-belt tħawdu.", "Imbagħad, wara li Ġason u l-oħrajn għamlu tajjeb għalihom, ħallewhom imorru.", "Pawlu u Sila f'Berija", "Minnufih billejl l-aħwa qabbdu t-triq lil Pawlu u 'l Sila għal Berija.", "Kif waslu hemm, baqgħu sejrin lejn is-sinagoga tal-Lhud.", "Dawn il-Lhud kienu nies ta' qalb kbira aktar minn dawk ta' Tessalonika; huma laqgħu l-kelma bil-ħeġġa kollha, u kuljum bdew iqallbu l-Iskrittura biex jaraw jekk dak li semgħu kienx minnu.", "Għalhekk ħafna minnhom emmnu; hekk ukoll għadd ġmielu ta' Griegi, nisa nobbli u rġiel.", "Iżda malli l-Lhud ta' Tessalonika saru jafu li Pawlu kien xandar il-kelma ta' Alla f'Berija wkoll, marru hemm ukoll u bdew iqanqlu u jħawdu l-folol.", "Minnufih l-aħwa qabbdu t-triq lil Pawlu sa xatt il-baħar, waqt li Sila u Timotju baqgħu hemm.", "Dawk li marru ma' Pawlu wassluh sa Ateni.", "Imbagħad reġgħu lura, bl-ordni għal Sila u Timotju biex imorru ħdejh mill-aktar fis.", "Pawlu f'Ateni", "Kemm dam Ateni jistenniehom, Pawlu kien jinkedd fih innifsu jara l-belt mimlija idoli.", "Għalhekk fis-sinagoga kien jiddiskuti mal-Lhud u ma' dawk kollha li kuljum kienu jinzertaw għaddejjin mill-pjazza tal-belt.", "Resqu wkoll jitħaddtu miegħu xi Epikurin u Stojċi .", "Uħud minnhom kienu jgħidu: \"X'għandu x'jgħid dan il-lablâb?\"", "U oħrajn: \"Donnu messaġġier ta' xi allat stranġiera.\"", "Għax kien ixandar lil Ġesù u l-qawmien mill-imwiet.", "Għalhekk ħaduh magħhom u marru fl-Arjopagu u qalulu: \"Nistgħu nkunu nafu x'inhu dan it-tagħlim ġdid li qiegħed tgħallem?", "Għax int semmajtna ħwejjeġ li qatt ma smajna bihom, u aħna nixtiequ nkunu nafu x'inhuma dawn.\"", "Issa l-Atenin kollha u l-barranin li kienu joqogħdu hemm ma kienu jedhew b'xejn ħlief b'li jgħidu jew jisimgħu xi ħaġa ġdida.", "Imbagħad Pawlu, wieqaf f'nofs l-Arjopagu, qabad jitkellem: \"Irġiel ta' Ateni, qiegħed nara li intom f'kollox nies mill-aktar reliġjużi.", "Jien u għaddej u nħares lejn ix-xbihat qaddisa tal-qima tagħkom, sibt ukoll artal b'din il-kitba fuqu, 'Lil Alla Mhux Magħruf'.", "Għalhekk, dak li intom tqimuh bla ma tagħrfuh, inħabbarhulkom jien.", "Alla, li għamel id-dinja u kulma fiha, u li hu sid is-sema u l-art, ma joqgħodx f'tempji maħduma bl-idejn, anqas ma jqimuh b'offerti minn idejn il-bniedem bħallikieku kienet tonqsu xi ħaġa, hu, li jagħti lil kulħadd il-ħajja u n-nifs u kollox.", "Minn bniedem wieħed għamel il-ġens kollu tal-bnedmin biex jgħammru fuq wiċċ l-art kollha, u qassmilhom bil-qjies iż-żminijiet u t-truf tal-art fejn għandhom jgħammru; u dan għamlu biex huma jfittxu lil Alla u forsi jħossuh b'idejhom u jsibuh; u tassew, hu mhuwiex 'il bogħod minn kull wieħed minna.", "Aħna fih ngħixu, nitħarrku u aħna; u, kif qalu xi wħud mill-poeti tagħkom , 'Aħna tassew nisel tiegħu.'", "Mela ladarba aħna nisel ta' Alla, ma għandniex naħsbu li hu jixbah lid-deheb jew lill-fidda jew lill-ħaġar, qisu xbieha ġejja minn sengħet u moħħ il-bniedem.", "Alla għalaq għajnejh sakemm il-bnedmin kienu għadhom ma jafux; issa għarrafhom li kulħadd għandu jindem, hu fejn hu.", "Għax hu għażel jum li fih għandu jagħmel ħaqq ġust mid-dinja permezz ta' bniedem li ħatru hu ; u ta' dan kollu ta prova quddiem kulħadd billi lilu qajmu mill-imwiet.\"", "Malli semgħu kliemu fuq il-qawmien mill-imwiet, xi wħud minnhom bdew jidħku; iżda oħrajn qalu: \"Nerġgħu nisimgħuk fuq dan darb'oħra.\"", "Hekk Pawlu ħareġ minn ġo nofshom.", "Imma xi wħud issieħbu miegħu u emmnu; fost dawn kien hemm ukoll Djonisju l-Arjopagita u waħda mara jisimha Damari u oħrajn magħhom."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.18", "bookref": "ACT.18", "text": ["Pawlu f'Korintu", "Wara dan, Pawlu ħalla Ateni u mar Korintu .", "Hemm sab wieħed Lhudi minn Pontu , jismu Akwila, li kien għadu kemm wasal mill-Italja ma' martu Prixxilla; għax l-imperatur Klawdju kien ordna biex il-Lhud kollha jitilqu minn Ruma.", "Pawlu mar għandhom u, billi kellu l-istess sengħa tagħhom, qagħad jaħdem magħhom.", "Is-sengħa tagħhom kienet li jagħmlu t-tined.", "Kull nhar ta' Sibt kien imur jiddiskuti fis-sinagoga u jfittex li jipperswadi lil-Lhud u l-Griegi.", "Meta Sila u Timotju waslu mill-Maċedonja , Pawlu ta ruħu kollu kemm hu għax-xandir tal-kelma, u kien jixhed lil-Lhud li Ġesù huwa l-Messija.", "Iżda huma waqfulu u bdew jidgħulu, u għalhekk Pawlu farfar ħwejġu u qalilhom: \"Intom taħtu għat-telfien tagħkom, jien ma għandix ħtija!", "Minn issa 'l quddiem se ngħaddi għal għand il-pagani.\"", "Imbagħad telaq minn hemm u mar għand wieħed jismu Titu Ġustu, li kien iqim lil Alla , u li daru kienet maġenb is-sinagoga.", "Krispu, il-kap tas-sinagoga, u l-familja tiegħu kollha emmnu fil-Mulej, u ħafna mill-Korintin, li kienu jisimgħu lil Pawlu, emmnu huma wkoll u tgħammdu.", "Darba billejl il-Mulej deher lil Pawlu u qallu: \"La tibżax, imma tkellem u tiskotx, għax jiena miegħek, u ħadd ma hu se jmidd idu fuqek biex jagħmillek ħsara; għax poplu kbir hawn għalija f'din il-belt.\"", "Pawlu qagħad hemm sena u sitt xhur, jgħallimhom il-kelma ta' Alla.", "Imma meta Galljon sar prokonslu tal-Akaja, il-Lhud qamu għalenija kontra Pawlu, tellgħuh quddiem il-qorti, u qalu: \"Dan il-bniedem qiegħed jipperswadi lin-nies biex iqimu lil Alla kontra l-Liġi.\"", "Xħin Pawlu kien se jiftaħ fommu, Galljon qal lil-Lhud; \"Li kieku kien hemm xi ħtija jew delitt, kien ikun hemm raġuni li nismagħkom bis-sabar kollu lilkom il-Lhud: imma jekk din hi kwistjoni dwar kliem u ismijiet u l-Liġi tagħkom, arawha intom; jien ma rridx nagħmilha ta' mħallef fi ħwejjeġ bħal dawn.\"", "U bagħathom 'il barra mill-qorti.", "Imbagħad ilkoll qabdu f'Sòsteni, il-kap tas-sinagoga, u tawh xebgħa quddiem il-qorti.", "Imma Galljon ma ta ebda kas ta' dan.", "Pawlu lura f'Antjokja tas-Sirja", "Pawlu baqa' hemm għal ħafna ġranet.", "Imbagħad infired mill-aħwa u rħielha bil-baħar lejn is-Sirja.", "Kellu miegħu lil Prixxilla u Akwila.", "F'Kenkri qata' xagħru, għax kellu wegħda.", "Meta waslu Efesu, Pawlu ħalla lill-oħrajn u mar fis-sinagoga jiddiskuti mal-Lhud.", "Huma talbuh joqgħod hemm ftit ieħor; hu ma riedx, imma xħin ġie biex jinfired minnhom qalilhom: \"Jekk Alla jrid, nerġa' niġi għandkom.\"", "U telaq minn Efesu bil-baħar.", "Meta wasal Ċesarija, tala' Ġerusalemm isellem lill-Knisja, u mbagħad niżel Antjokja.", "Wara li għadda ftit taż-żmien hemmhekk, telaq u qagħad idur minn post għal ieħor fl-art tal-Galazja u l-Friġja , iwettaq id-dixxipli kollha.", "Apollu jippriedka f'Efesu", "Wieħed Lhudi minn Lixandra, jismu Apollu, wasal Efesu.", "Kien raġel jinqala' biex jitkellem, u għaref fl-Iskrittura.", "Kien mgħallem fit-Triq tal-Mulej, u kien jitkellem b'ħeġġa kbira u jgħallem fuq Ġesù, għad li kien jaf biss bil-magħmudija ta' Ġwanni.", "Dan beda jitkellem bi qlubija kbira fis-sinagoga.", "Prixxilla u Akwila semgħuh; ħaduh magħhom u fissrulu t-Triq ta' Alla iktar bir-reqqa.", "Billi hu ried imur l-Akaja, l-aħwa għamlulu l-qalb u kitbu lid-dixxipli biex jilqgħuh.", "Meta wasal hemm, bis-saħħa tal-grazzja li kellu, kien ta' għajnuna kbira għal dawk li kienu emmnu.", "U bil-qawwa kollha kien jagħlaq ħalq il-Lhud quddiem kulħadd billi jurihom mill-Iskrittura li Ġesù hu l-Messija."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.19", "bookref": "ACT.19", "text": ["Pawlu f'Efesu", "Meta Apollu kien Korintu, Pawlu għadda mill-inħawi ta' fuq u wasal Efesu, fejn sab xi dixxipli u staqsiehom: \"Ħadtu intom l-Ispirtu s-Santu meta emmintu?\"", "Iżda huma weġbuh: \"Le, anqas biss smajna li hemm l-Ispirtu s-Santu!\"", "\"Mela x'magħmudija ħadtu?\" staqsiehom Pawlu.", "\"Il-magħmudija ta' Ġwanni,\" weġbuh huma.", "Imbagħad Pawlu qalilhom: \"Ġwanni għammed bil-magħmudija tal-indiema; imma lin-nies kien jgħidilhom biex jemmnu f'dak li kellu jiġi warajh, jiġifieri, f'Ġesù.\"", "Xħin semgħu dan, tgħammdu f'isem il-Mulej Ġesù.", "Imbagħad, kif Pawlu qegħdilhom idejh fuqhom, niżel fuqhom l-Ispirtu s-Santu u bdew jitkellmu b'ilsna u jħabbru .", "B'kollox kienu madwar tnax-il raġel.", "Għal tliet xhur Pawlu kien imur fis-sinagoga, jitkellem bi qlubija kbira u jfittex li jipperswadihom fuq is-Saltna ta' Alla.", "Xi wħud kienu jwebbsu rashom u ma ridux jemmnu, u bdew imaqdru t-Triq tal-Mulej quddiem il-ġemgħa kollha.", "Għalhekk Pawlu telaq minn magħhom, ġabar miegħu d-dixxipli, u kien joqgħod jitkellem magħhom kuljum fl-iskola ta' wieħed jismu Tirannu.", "Dan baqa' sejjer għal sentejn, tant li dawk kollha li kienu joqogħdu fl-Asja, kemm Lhud u kemm Griegi, semgħu l-kelma tal-Mulej.", "Ulied Xeva", "U Alla kien jagħmel mirakli mhux żgħar permezz ta' Pawlu, hekk li, meta kienu jieħdu mkatar jew fradal li jkunu messew miegħu u jqegħduhom fuq il-morda, dawn kienu jfiqu mill-mard tagħhom u l-ispirti ħżiena kienu joħorġu minnhom.", "Kien hemm xi wħud mill-eżorċisti Lhud iduru ma' dawk l-inħawi, u bdew isejħu l-isem tal-Mulej Ġesù fuq dawk li kellhom l-ispirti ħżiena u jgħidulhom: \"Niskunġrak b'dak Ġesù li jxandar Pawlu.\"", "Kien hemm seba' wlied ta' wieħed jismu Xeva, qassis kbir Lhudi, li kienu jagħmlu dan.", "Imma l-ispirtu ħażin weġibhom: \"Lil Ġesù nafu, u lil Pawlu nafu wkoll, imma intom min intom?\"", "Imbagħad ir-raġel li kellu l-ispirtu ħażin ħebb għalihom, għelibhom ilkoll u qabadhom b'saħħtu kollha, hekk li ħarbu minn dik id-dar imneżżgħin u kollhom miġruħa.", "Dan saru jafu bih il-Lhud u l-Griegi kollha li kienu joqogħdu Efesu, u waqa' biża' fuqhom ilkoll; u isem il-Mulej Ġesù kien igglorifikat bil-bosta.", "Ħafna minn dawk li emmnu bdew jersqu biex jistqarru u jxandru għemilhom .", "U bosta minn dawk li qabel kienu jagħmlu s-sħarijiet ġiebu l-kotba tagħhom u ħarquhom quddiem kulħadd.", "Meta għamlu l-istima tagħhom, sabu li kienu jiswew ħamsin elf biċċa tal-fidda.", "Hekk il-kelma tal-Mulej baqgħet tikber u tissaħħaħ bil-qawwa kollha.", "Irvell f'Efesu", "Wara li seħħ dan kollu, Pawlu għamel il-ħsieb li jmur il-Maċedonja u l-Akaja biex minn hemm jibqa' sejjer Ġerusalemm.", "Qal ukoll: \"Wara li mmur hemm, jeħtieġ nara Ruma wkoll.\"", "Għalhekk bagħat lejn il-Maċedonja lil Timotju u 'l Erastu, tnejn minn dawk li kienu jgħinuh, u hu baqa' għal ftit taż-żmien ieħor fl-Asja.", "Mela dik il-ħabta nqala' inkwiet mhux żgħir minħabba t-Triq tal-Mulej.", "Kien hemm wieħed arġentier, jismu Demetriju, li kien jagħmel mudelli tal-fidda tat-tempju ta' Artemi , u, bis-saħħa tiegħu, in-nies tas-sengħa kienu jaqilgħu ħafna flus.", "Dan laqqagħhom flimkien ma' nies ta' snajja' oħra bħal tagħhom, u qalilhom: \"Ħbieb, intom tafu li l-għana tagħna ġej mill-qligħ ta' din is-sengħa.", "Qegħdin taraw u tisimgħu li dan Pawlu qiegħed idawwar u jaqleb ħafna nies, mhux biss f'Efesu, imma tista' tgħid fl-Asja kollha.", "Qiegħed jgħidilhom li allat maħduma bl-idejn ma huma allat xejn.", "Dan hu l-biża' tagħna, li mhux biss din is-sengħa tagħna ma jibqgħux jistmawha, iżda li saħansitra t-tempju ta' Artemi l-kbira, l-alla tagħna, jiġi fix-xejn; u fl-aħħar jiġri li tonqos il-glorja kbira ta' dik li hi miqjuma fl-Asja u d-dinja kollha.\"", "Xħin semgħu dan, imtlew bl-għadab u qabdu jgħajtu: \"Kbira Artemi tal-Efesin!\"", "Qamet taħwida fil-belt kollha; in-nies b'ġirja waħda telqu lkoll flimkien għall-anfitijatru u kaxkru magħhom lil Gaju u 'l Aristarku, iż-żewġ irġiel mill-Maċedonja li kienu sħab Pawlu fil-vjaġġ.", "Pawlu ried jidħol qalb il-folla, imma d-dixxipli ma ħallewhx.", "Xi awtoritajiet tal-Asja , ħbieb tiegħu, bagħtu jgħidulu huma wkoll biex ma jissugrax jidħol fl-anfitijatru.", "Ġewwa fost il-ġemgħa kien hemm storbju sħiħ; min kien jgħajjat ħaġa u min oħra, u l-biċċa l-kbira anqas biss kienu jafu għalfejn inġabru hemm.", "Il-Lhud tefgħu lil Alessandru 'l quddiem, u xi wħud mill-folla fehmuh x'kienet il-kwistjoni.", "Alessandru għamel sinjal b'idu biex juri li ried jagħmel difiża quddiem il-poplu.", "Imma kif intebħu li kien Lhudi qabdu jgħajtu lkoll b'leħen wieħed, u baqgħu sejrin jgħajtu għal madwar sagħtejn sħaħ: \"Kbira Artemi tal-Efesin!\"", "Imbagħad uffiċjal pubbliku rnexxielu jsikket il-folla u qalilhom: \"Nies ta' Efesu, min hu dak li ma jafx li Efesu hija l-belt li tħares it-tempju ta' Artemi l-kbira u tax-xbieha tagħha li waqgħet mis-sema?", "Dan ħadd ma jista' jmerih!", "Mela għandkom toqogħdu bi kwietkom u ma tagħmlu xejn bl-għaġla.", "Intom ġibtu hawn lil dawn l-irġiel, li ebda sagrileġġ ma għamlu, u anqas dgħaw kontra din l-alla tagħna.", "Mela jekk Demetriju u sħabu tas-sengħa tiegħu għandhom xi jgħidu kontra xi ħadd, hemm il-qrati u l-imħallfin; ħa jmorru jixlu 'l xulxin quddiemhom.", "Jekk imbagħad għandkom xi kwistjoni oħra, ħalluha tkun deċiża fil-laqgħa tas-soltu.", "Għax fuq dak li ġara llum, hemm il-periklu li jgħodduna b'ħatja ta' dan l-irvell, u ma hemm ebda skuża li nistgħu nġibu għal irvell bħal dan.\"", "Xħin temm jgħid dan, bagħat lil kulħadd 'il barra."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.20", "bookref": "ACT.20", "text": ["Il-vjaġġ ta' Pawlu lejn il-Maċedonja u l-Greċja", "Meta waqaf l-istorbju, Pawlu bagħat għad-dixxipli u ħeġġiġhom bi kliemu, sellmilhom u qabad it-triq għall-Maċedonja.", "Huwa u għaddej minn dawk l-inħawi, kien iħeġġeġ lid-dixxipli b'ħafna kliem.", "Imbagħad wasal il-Greċja, fejn għadda tliet xhur.", "Meta kien wasal biex jaqbad il-ġifen għas-Sirja, il-Lhud nasbu konfoffa kontra tiegħu, u għalhekk għamel il-ħsieb li jerġa' lura u jgħaddi mill-Maċedonja.", "Marru miegħu Sopatru bin Pirru, minn Berija, Aristarku u Sekundu, it-tnejn minn Tessalonika, Gaju minn Derbi u Timotju, u Tikiku u Trofimu, it-tnejn mill-Asja.", "Dawn telqu qabilna u qagħdu jistennewna fi Troas.", "Aħna tlaqna bil-baħar minn Filippi wara jiem l-Ażżmi, u, wara ħamest ijiem, erġajna ltqajna magħhom fi Troas, fejn qgħadna sebat ijiem.", "L-aħħar żjara ta' Pawlu fi Troas", "Fl-ewwel jum tal-ġimgħa nġbarna flimkien biex naqsmu l-ħobż.", "Pawlu, li kellu jitlaq l-għada, qagħad jitħaddet magħhom u dam jitkellem sa nofs-il-lejl.", "Kien hemm ħafna msiebaħ fil-kamra ta' fuq fejn konna miġbura.", "Wieħed żagħżugħ, jismu Ewtiku, kien bilqiegħda f'ħoġor it-tieqa, u ħadu n-ngħas sewwa, għax Pawlu ġibed fit-tul fi kliemu.", "Fl-aħħar in-ngħas għelbu u waqa' għal isfel mit-tielet sular, u refgħuh mejjet.", "Pawlu niżel isfel, tbaxxa fuqu, refgħu f'dirgħajh u qal: \"Tibżgħu xejn, għax ruħu għadha fih.\"", "Imbagħad raġa' tela' fuq, qasam il-ħobż u kiel; u ssokta jitkellem magħhom sa ma sebaħ.", "Imbagħad telaq.", "Lil dak iż-żagħżugħ ħaduh ħaj, u tfarrġu mhux ftit.", "Il-vjaġġ minn Troas għal Miletu", "Aħna tlaqna qabel lejn il-ġifen u baħħarna lejn Assos, fejn kellna ntellgħu magħna lil Pawlu, kif konna ftehemna, għax hu ried imur bl-art.", "Wara li ltqajna f'Assos, tellajnieh magħna fuq il-ġifen u wasalna Mitileni.", "L-għada tlaqna minn hemm u wasalna biswit Kijos; il-jum ta' wara lħaqna Samos, u fil-jum ta' wara wasalna Miletu; għax Pawlu kien qatagħha li jgħaddi 'l barra minn Efesu, biex ma jaħlix żmien fl-Asja , billi kien mgħaġġel ħalli, jekk jista' jkun, ikun Ġerusalemm għall-festa ta' Għid il-Ħamsin.", "Pawlu jkellem lill-presbiteri ta' Efesu", "Minn Miletu Pawlu bagħat isejjaħ lill-presbiteri tal-Knisja ta' Efesu.", "Meta waslu għandu, qalilhom: \"Intom stess tafu kif jien ġibt ruħi kemm domt magħkom minn dak inhar li rfist l-ewwel darba fl-Asja, kif qdejt lill-Mulej bl-umiltà kollha, bid-dmugħ u bit-tiġrib li fih sibt ruħi minħabba t-tnassis tal-Lhud.", "Qatt ma bżajt nurikom dak li hu ta' fejda għalikom u ngħallimkom kemm fil-beraħ u kemm fid-djar, u nwissi lil-Lhud u lill-Griegi li għandhom jindmu u jduru lejn Alla u jemmnu fil-Mulej tagħna Ġesù.", "U issa, araw, jien, imġiegħel mill-Ispirtu, sejjer Ġerusalemm bla ma naf x'se jgħaddi minn għalija hemmhekk.", "Naf biss li l-Ispirtu s-Santu wrieni f'kull belt li hemm jistennewni ħabs u tbatija.", "Iżda jien lil ħajti xejn ma nqisha għażiża għalija jekk mhux biex intemm il-mixja tiegħi u l-ministeru li ħadt mingħand il-Mulej Ġesù, jiġifieri, li nagħti xhieda tal-Evanġelju tal-grazzja ta' Alla.", "\"U issa jiena naf li intom ilkoll, li fostkom għaddejt inxandar is-Saltna , m'intomx se taraw wiċċi aktar.", "Għalhekk nistqarr quddiemkom illum li jien m'iniex ħati tal-ħsara li tistgħu ġġarrbu; għax jien qatt ma bżajt nurikom dak kollu li Alla jrid minnkom.", "Ħudu ħsieb tagħkom infuskom u tal-merħla kollha li l-Ispirtu s-Santu għamilkom għassiesa tagħha biex tirgħu l-Knisja ta' Alla li hu kiseb b'demmu stess.", "Jiena naf li, wara li nitlaq jien, jidħlu fostkom ilpup qalila li lill-merħla ma jaħfruhilhiex.", "U minn fostkom stess għad iqumu xi wħud li jgħallmu dak li hu kontra s-sewwa, bil-ħsieb li jdawru d-dixxipli għal warajhom.", "Għalhekk iftħu għajnejkom, ftakru kif għal tliet snin sħaħ, lejl u nhar, qatt ma waqaft inwissi bid-dmugħ f'għajnejja lil kull wieħed minnkom.", "U issa nitlaqkom f'idejn Alla u l-kelma tal-grazzja tiegħu, dik il-kelma li għandha l-qawwa li tibnikom u tagħtikom sehemkom fost dawk li huma kkonsagrati lilu.", "Fidda, deheb u lbies ta' ħaddieħor qatt ma xtaqthom.", "Intom stess tafu li kienu dawn idejja li ħadmu għall-ħtiġiet tiegħi u ta' sħabi.", "F'kollox urejtkom li b'xogħol iebes bħal dan tagħna għandna nieħdu ħsieb ngħinu lil min hu fil-bżonn, waqt li niftakru fi kliem il-Mulej Ġesù li qal, 'Min jagħti hu aktar hieni minn min jieħu.' \"", "Kif temm jgħid dan, niżel għarkubbtejh jitlob magħhom ilkoll.", "Imbagħad infexxew ilkoll f'bikja kbira u bdew jgħannqu lil Pawlu u jbusuh.", "L-aktar li ħassew għax qalilhom li qatt aktar ma kienu se jerġgħu jaraw wiċċu.", "Imbagħad wassluh sal-ġifen."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.21", "bookref": "ACT.21", "text": ["Il-vjaġġ ta' Pawlu lejn Ġerusalemm", "Meta nfridna minnhom, qlajna 'l barra u bqajna sejrin dritt lejn Kos; l-għada wasalna Rodi, u minn hemm morna Patara.", "Sibna ġifen sejjer lejn il-Feniċja, tlajna fuqu u tlaqna.", "Ilmaħna 'l Ċipru u ħallejnieh fuq in-naħa tax-xellug; bqajna sejrin lejn is-Sirja u nżilna Tir, għax hemm il-ġifen kellu jħott it-tagħbija.", "Hawnhekk sibna d-dixxipli u bqajna hemm sebat ijiem; dawn, imnebbħin mill-Ispirtu s-Santu, qalu lil Pawlu biex ma jitlax Ġerusalemm.", "Imma meta għaddew dawk il-jiem, aħna u telqin minn hemm, ġew huma lkoll, bin-nisa u t-tfal tagħhom, biex iwassluna sa barra l-belt.", "Imbagħad ilkoll inżilna għarkubbtejna f'xatt il-baħar u tlabna; sellimna lil xulxin, aħna tlajna fuq il-ġifen, u huma reġgħu lura lejn djarhom.", "Komplejna l-vjaġġ bil-baħar u minn Tir wasalna Ptolemajs; sellimna lill-aħwa u għaddejna ġurnata magħhom.", "L-għada tlaqna u morna Ċesarija ; dħalna fid-dar ta' Filippu l-evanġelista, wieħed mis-Sebgħa u qgħadna għandu.", "Dan kellu erba' xebbiet, li kellhom id-don tal-profezija.", "Wara li konna ilna hemm għal ħafna jiem, niżel mil-Lhudija wieħed profeta, jismu Agabu, ġie għandna, qabad il-ħżiem ta' Pawlu, rabat bih riġlejh u idejh u qal: \"Dan jgħid l-Ispirtu s-Santu: Hekk għad jorbtuh il-Lhud f'Ġerusalemm lir-raġel li tiegħu hu dan il-ħżiem, u jagħtuh f'idejn il-pagani.\"", "Malli smajna dan, aħna u n-nies tal-post bdejna nitolbuh minn qalbna biex ma jitlax Ġerusalemm.", "Imma Pawlu wieġeb: \"Għalfejn qegħdin tibku u tiksruli qalbi?", "Jien lest biex, għall-isem tal-Mulej Ġesù, mhux biss jorbtuni f'Ġerusalemm, imma wkoll jagħtuni l-mewt.\"", "Billi ma ried jisma' b'xejn, aħna skitna u għedna biss: \"Tkun magħmula r-rieda tal-Mulej!\"", "Wara dawn il-jiem lestejna kollox u tlajna Ġerusalemm.", "Ġew magħna xi dixxipli minn Ċesarija u ħaduna noqogħdu għand Mnason, raġel minn Ċipru u wieħed mill-ewwel dixxipli.", "Pawlu jżur lil Ġakbu", "Meta wasalna Ġerusalemm, l-aħwa laqgħuna bil-ferħ.", "L-għada Pawlu mar magħna għand Ġakbu u kien hemm il-presbiteri kollha.", "Pawlu sellmilhom u għarrafhom ħaġa b'ħaġa b'dak kollu li Alla kien għamel fost il-pagani permezz tal-ministeru tiegħu.", "Meta semgħu dan, bdew ifaħħru lil Alla.", "Imbagħad qalulu: \"Qiegħed tara, ħi, kemm eluf ta' Lhud emmnu?", "U dawn kollha għadhom imħeġġa għal-Liġi.", "Huma semgħu li int qiegħed tgħallem lil-Lhud li qegħdin fost il-pagani biex jinfirdu minn Mosè, u tgħidilhom biex ma jagħmlux iċ-ċirkonċiżjoni lil uliedhom u anqas ma jimxu skont id-drawwiet tagħhom.", "Issa x'se nagħmlu?", "Għax, hekk jew hekk, jisimgħu li ġejt hawn.", "Għalhekk agħmel kif se ngħidulek aħna.", "Għandna magħna erbat irġiel li għamlu wegħda; ħudhom u mur issieħeb magħhom għall-purifikazzjoni, u ħallsilhom biex iqaxxru rashom .", "Hekk kulħadd isir jaf li ma hemm xejn minn dak li semgħu fuqek, imma li int stess qiegħed timxi skont il-Liġi u tħarisha.", "Imbagħad dwar il-pagani li emmnu, aħna ktibnielhom li d-deċiżjoni tagħna hi li huma għandhom iħarsu rwieħhom mill-ikel issagrifikat lill-idoli, mid-demm, mil-laħam tal-annimali fgati u miż-żwieġ ħażin.\"", "L-għada mela Pawlu ħa miegħu dawk l-irġiel u, wara li temmew flimkien ir-rit tal-purifikazzjoni, daħal fit-tempju biex javża li billi kien għalaq iż-żmien tal-purifikazzjoni, kellu jagħti l-offerta għal kull wieħed minnhom.", "Pawlu arrestat fit-tempju", "Is-sebat ijiem kienu waslu fl-aħħar, meta l-Lhud tal-Asja rawh fit-tempju, xewxu l-poplu kollu, meddew idejhom fuqu u bdew jgħajtu: \"Nies ta' Iżrael, agħtuna l-għajnuna!", "Dan hu r-raġel li qiegħed jgħallem lil kulħadd u kullimkien kontra l-poplu tagħna, kontra l-Liġi u kontra dan il-post !", "Sa wasal ukoll biex idaħħal il-Griegi fit-tempju u niġġes dan il-post qaddis!\"", "Għax billi qabel kienu raw lil Trofimu ta' Efesu miegħu fil-belt, ħasbu li Pawlu kien daħħlu fit-tempju.", "Imbagħad il-belt kollha tqanqlet u n-nies inġabret minn kullimkien; qabdu lil Pawlu, kaxkruh 'il barra mit-tempju u għalqu malajr il-bibien.", "Fittxew li joqtluh, imma l-aħbar waslet għand il-fizzjal kmandant li Ġerusalemm kollha kienet rewwixta waħda.", "Dan malajr ħa miegħu xi suldati u ċenturjuni u niżel jiġri fuqhom; huma, malli raw il-fizzjal u s-suldati, ma baqgħux isawtu lil Pawlu iżjed.", "Il-fizzjal resaq lejh, qabdu u ordna li jorbtuh b'żewġ ktajjen; imbagħad staqsa min kien u x'kien għamel.", "Il-folla bdiet tgħajjat, min ħaġa u min oħra.", "Billi minħabba l-għajjat ma setax jifhem sewwa x'kien ġara, ordna li jieħdu lil Pawlu fil-fortizza .", "Xħin waslu f'ras it-taraġ, kellhom jerfgħuh is-suldati minħabba l-qilla tal-poplu; għax ġemgħa kbira ta' nies kienet miexja warajh u tgħajjat: \"Oqtluh!\"", "Id-difiża ta' Pawlu", "Huma u deħlin bih fil-fortizza, Pawlu qal lill-fizzjal: \"Nista' ngħidlek kelma?\"", "Dan qallu: \"Mela int taf bil-Grieg?", "Jaqaw int dak l-Eġizzjan li dan l-aħħar qajjem rewwixta u ħa miegħu fid-deżert erbat elef raġel ta' qattagħni ?\"", "Pawlu wieġeb: \"Jiena Lhudi, minn Tarsu taċ-Ċiliċja, ċittadin ta' belt magħrufa.", "Nitolbok tħallini nkellem lill-poplu.\"", "Il-fizzjal ħallieh; u Pawlu, wieqaf f'ras it-taraġ, għamel sinjal b'idu lill-poplu.", "Waqa' skiet kbir; u hu mbagħad beda jkellimhom bil-Lhudi."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.22", "bookref": "ACT.22", "text": ["\"Ħbieb, l-aħwa u missirijieti, issa isimgħu d-difiża tiegħi quddiemkom.\"", "Malli semgħuh ikellimhom bil-Lhudi, aktar qagħdu bi kwiethom.", "U hu ssokta jgħid: \"Jiena Lhudi; twelidt f'Tarsu taċ-Ċiliċja, imma trabbejt f'din il-belt f'riġlejn Gamaljel u tħarriġt bir-reqqa fil-ħarsien tal-Liġi ta' missirijietna; jien mimli ħeġġa għal Alla, kif ukoll intom ilkoll illum.", "Jien ħadtha sal-mewt kontra min qabad din it-Triq tal-Mulej, u rbatt u tfajt il-ħabs irġiel u nisa, kif jista' jixhidli l-qassis il-kbir u l-Kunsill kollu tax-xjuħ.", "Kien mingħandhom li jien ħadt ittri għal ħutna, u mort Damasku biex lil dawk ukoll li kienu hemm inġibhom marbutin Ġerusalemm u jkunu kkastigati.", "Pawlu jirrakkonta l-konverżjoni tiegħu", "(Atti , - ; , - )", "\"Imma jien u sejjer, kif kont qrib Damasku, f'daqqa waħda għall-ħabta ta' nofsinhar dawl kbir mis-sema idda madwari.", "Waqajt mal-art, u smajt leħen jgħidli, 'Sawl, Sawl , għaliex qiegħed tippersegwitani?'", "Jien weġibt, 'Min int, Mulej?'", "U hu qalli, 'Jien Ġesù ta' Nazaret , li int qiegħed tippersegwitah.'", "Dawk li kienu miegħi raw id-dawl, imma ma semgħux il-leħen ta' min kien ikellimni.", "Imbagħad jien għedt, 'X'għandi nagħmel, Mulej?'", "U l-Mulej qalli, 'Qum u mur Damasku.", "Hemm jgħidulek kulma għandek tagħmel.'", "Billi ma stajtx nara minħabba d-dija ta' dak id-dawl, mexxewni minn idi dawk li kienu miegħi, u hekk wasalt Damasku.", "\"Hemmhekk kien hemm wieħed, jismu Ħananija, raġel sewwa skont il-Liġi, li kellu fama tajba mal-Lhud li kienu joqogħdu hemm; ġie għandi, resaq fuqi u qalli, 'Sawl, ħija, ħu d-dawl.'", "Dak il-ħin stess bdejt nara u nħares lejh.", "Imbagħad hu qalli, 'Alla ta' missirijietna għażlek biex tagħraf ir-rieda tiegħu, tara lil dak li hu l-Ġust u tisimgħu jkellmek b'fommu stess.", "Għax int għad trid tixhed għalih quddiem il-bnedmin kollha fuq dak li rajt u smajt.", "U issa x'int tistenna?", "Qum!", "Tgħammed u nħall minn dnubietek, int u ssejjaħ ismu.'", "Pawlu msejjaħ biex jippriedka lill-pagani", "\"Erġajt lura lejn Ġerusalemm, u waqt li darba kont qiegħed nitlob fit-tempju, dħalt f'estasi.", "Rajt lill-Mulej u qalli, 'Fittex oħroġ malajr minn Ġerusalemm, għax mhumiex se jilqgħu x-xhieda tiegħek għalija.'", "Jiena weġibt, 'Mulej, huma jafu li jien kont immur minn sinagoga għal oħra nitfa' l-ħabs u nsawwat lil dawk li jemmnu fik.", "U meta kienu qegħdin ixerrdu d-demm ta' Stiefnu, ix-xhud tiegħek, jien ukoll kont hemm u qbilt magħhom u qgħadt għassa tal-ħwejjeġ ta' dawk li kienu qegħdin iħaġġruh .'", "Imma hu qalli, 'Mur, għax jien se nibagħtek 'il bogħod, fost il-pagani.' \"", "Pawlu u l-fizzjal Ruman", "Sa hawn qagħdu jisimgħuh.", "Imbagħad qabdu jgħajtu u jgħidu: \"Eqirduh mid-dinja, bniedem bħal dan!", "Ma ħaqqux jgħix!\"", "Bdew jgħajtu, ixejru ħwejjiġhom u jwaddbu t-trab fl-ajru.", "Il-fizzjal ordna li jdaħħlu lil Pawlu fil-fortizza u jagħtuh is-swat, ħalli b'hekk jistħarrġu u jsir jaf mingħandu l-għala kienu qegħdin jgħajtu kontra tiegħu.", "Xħin rabtuh biex isawtuh Pawlu qal liċ-ċenturjun li kien wieqaf ħdejh: \"Tistgħu ssawtu ċittadin Ruman bla ma jsir ħaqq minnu?\"", "Malli ċ-ċenturjun sama' dan, mar għand il-fizzjal jagħtih din l-aħbar u qallu: \"Hemm x'se tagħmel?", "Dan ir-raġel ċittadin Ruman!\"", "Il-fizzjal mar ħdejn Pawlu u staqsieh: \"Għidli: int ċittadin Ruman?\"", "Wieġbu: \"Iva.\"", "Il-fizzjal qallu: \"Biex jien ksibt din iċ-ċittadinanza kelli nħallas somma kbira.\"", "U Pawlu qallu: \"U jien twelidt hekk.\"", "Għalhekk dawk li kienu se jistħarrġuh bis-swat warrbu malajr minn ħdejh; u l-fizzjal stess beża' meta sar jaf li kien ċittadin Ruman u li kien rabtu bil-ktajjen.", "Pawlu quddiem is-Sinedriju", "Billi ried jaf sewwa biex kienu qegħdin jakkużawh il-Lhud, l-għada ħallu mill-irbit u ordna li jiltaqgħu l-qassisin il-kbar u s-Sinedriju kollu; imbagħad bagħat iġib lil Pawlu u ressqu quddiemhom."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.23", "bookref": "ACT.23", "text": ["Pawlu ta ħarsa lejn is-Sinedriju u qal: \" L-aħwa, jien sallum imxejt quddiem Alla b'kuxjenza safja għalkollox.\"", "Imma Ħananija , il-qassis il-kbir, ordna lil dawk li kienu ħdejh biex jagħtuh daqqa fuq ħalqu.", "Imbagħad Pawlu qallu: \"Din id-daqqa Alla għad jagħtiha lilek, ja ħajt imbajjad!", "Int, li qiegħed hemm biex tagħmel ħaqq minni skont il-Liġi, tordna li niġi msawat kontra l-Liġi?\"", "Dawk li kienu ħdejh qalulu: \"Int hekk tkasbru lill-qassis il-kbir ta' Alla?\"", "Pawlu wieġeb: \"Ma kontx naf, l-aħwa, li hu l-qassis il-kbir; għax hemm miktub, 'Tgħidx il-ħażin fuq il-kap tal-poplu tiegħek.' \"", "Issa Pawlu kien jaf li xi wħud kienu min-naħa tas-Sadduċej u oħrajn min-naħa tal-Fariżej.", "Għalhekk għajjat fis-Sinedriju: \"L-aħwa, jien Fariżew u bin il-Fariżej; hu għalhekk li qiegħed isir ħaqq minni, minħabba t-tama fil-qawmien minn bejn l-imwiet.\"", "Kif qal hekk, qamet tilwima bejn il-Fariżej u s-Sadduċej, u l-ġemgħa nqasmet.", "Għax is-Sadduċej jgħidu li la hemm qawmien minn bejn l-imwiet, la anġli u lanqas spirti; waqt li l-Fariżej jistqarru dan kollu.", "Imbagħad qam storbju kbir; xi kittieba tan-naħa tal-Fariżej qamu u bdew jeħduha bil-qawwa kollha mal-oħrajn u jgħidu: \"Aħna ma nsibu xejn ħażin f'dan il-bniedem.", "Min jaf kellmux xi spirtu jew anġlu?\"", "It-tilwim aktar kiber, u għalhekk il-fizzjal, billi beża' li se jtertqu lil Pawlu, ordna lis-suldati jinżlu jaħtfuh minn nofshom u jeħduh il-fortizza.", "Fil-lejl ta' wara, il-Mulej deherlu u qallu: \"Agħmel il-qalb!", "Kif tajt xhieda għalija f'Ġerusalemm, hekk ukoll jeħtieġ li tagħti xhieda f'Ruma.\"", "Komplott biex joqtlu lil Pawlu", "Xħin sebaħ, il-Lhud iltaqgħu bejniethom u ħalfu li la jieklu u lanqas jixorbu qabel ma joqtlu lil Pawlu.", "Kienu aktar minn erbgħin dawk li għamlu dan il-komplott.", "Marru għand il-qassisin il-kbar u għand ix-xjuħ u qalulhom: \"Aħna ħlifna fuq li ħlifna li ma nduqu xejn qabel ma noqtlu lil Pawlu.", "Mela issa, intom ftiehmu mas-Sinedriju, u għidu lill-fizzjal biex iniżżlu għandkom bl-iskuża li tridu tistħarrġu l-każ tiegħu aktar bir-reqqa; aħna mbagħad lesti biex noqtluh qabel ma jasal.\"", "Imma t-tifel ta' oħt Pawlu sama' bin-nasba tagħhom.", "Mar il-fortizza, daħal u għarraf lil Pawlu.", "Għalhekk Pawlu sejjaħ wieħed miċ-ċenturjuni u qallu: \"Ħu lil dan iż-żagħżugħ għand il-fizzjal, għax għandu xi ħaġa xi jgħidlu.\"", "Dak ħadu miegħu għand il-fizzjal u qallu: \"Pawlu, il-priġunier, sejjaħli u talabni biex inġib quddiemek lil dan iż-żagħżugħ, għax għandu xi ħaġa xi jgħidlek.\"", "Il-fizzjal qabad iż-żagħżugħ minn idu, ħadu fil-ġenb u staqsieh: \"X'għandek xi tgħidli?\"", "Iż-żagħżugħ wieġeb: \"Il-Lhud ftiehmu bejniethom li jitolbuk biex għada tniżżel lil Pawlu quddiem is-Sinedriju, bl-iskuża li jridu jistħarrġu l-każ tiegħu aktar bir-reqqa.", "Iżda int temminhomx.", "Hemm aktar minn erbgħin wieħed minnhom għassa għalih, għax ħalfu li la jieklu u lanqas jixorbu qabel ma joqtluh; issa huma lesti u qegħdin jistennew il-kelma tiegħek.\"", "Imbagħad il-fizzjal bagħat iż-żagħżugħ u wissieh: \"Tgħid lil ħadd li għedtli b'dan.\"", "Pawlu mibgħut għand il-gvernatur Feliċ", "Imbagħad sejjaħ żewġ ċenturjuni u qalilhom: \"Lestu mitejn suldat biex imorru Ċesarija, u sebgħin kavallier u mitejn suldat ieħor bil-lanza, biex jitilqu fid-disgħa ta' billejl.", "U aħsbu wkoll għall-bhejjem biex trikkbu lil Pawlu u twassluh qawwi u sħiħ għand Feliċ, il-gvernatur .\"", "U kiteb ittra b'dan li ġej: \"Klawdju Lisja lill-eċċellenza tiegħu l-gvernatur Feliċ.", "Is-sliem!", "Dan ir-raġel qabduh il-Lhud u kienu se joqtluh.", "Jien mort bis-suldati u ħlistu minn taħt idejhom, għax sirt naf li hu ċittadin Ruman.", "Billi ridt inkun naf sewwa l-għala kienu qegħdin jixluh, niżżiltu quddiem is-Sinedriju tagħhom, u sibt li kienu qegħdin jixluh fuq xi kwistjonijiet tal-liġi tagħhom, imma li ma hemm xejn li jistħoqqlu l-mewt jew il-ktajjen.", "Billi qaluli li kien hemm komplott kontra tiegħu min-naħa tagħhom, jiena bgħattu għandek, u lil dawk li xlewh għedtilhom biex jgħidu lilek x'għandhom kontra tiegħu.\"", "Is-suldati ħadu lil Pawlu skont l-ordni li kellhom u wassluh billejl sa Antipatris.", "L-għada ħallewh f'idejn il-kavallerija biex jibqgħu sejrin bih, u huma reġgħu lura lejn il-fortizza.", "L-oħrajn, xħin waslu Ċesarija, taw l-ittra lill-gvernatur u ġiebu lil Pawlu quddiemu.", "Il-gvernatur qara l-ittra u staqsa minn liema provinċja kien.", "Kif sar jaf li kien miċ-Ċiliċja, qallu: \"Nisimgħek sewwa meta jiġu jixluk hawnhekk.\"", "Imbagħad ordna li jeħduh l-għassa fil-pretorju ta' Erodi ."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.24", "bookref": "ACT.24", "text": ["L-akkuża kontra Pawlu", "Ħamest ijiem wara niżel il-qassis il-kbir Ħananija ma' xi wħud mix-xjuħ u ma' ċertu avukat jismu Tertullu, u ressqu l-każ tagħhom kontra Pawlu quddiem il-gvernatur.", "Meta l-gvernatur sejjaħ lil Pawlu, Tertullu beda jakkużah u jgħid lil Feliċ: \"Eċċellenza, bis-saħħa tiegħek aħna qegħdin ingawdu paċi kbira, u bil-għaqal tiegħek sar ħafna tibdil għall-aħjar ta' dan il-poplu.", "Dan kollu aħna nilqgħuh minn qalbna, għalkollox u kullimkien, u nibqgħu nafuhulek sewwa.", "Imma, biex ma ndewmekx ħafna, nitolbok tismagħna fil-qosor b'dik it-tjieba tiegħek.", "Għax aħna sibna li dan ir-raġel hu bniedem mill-agħar, u li qiegħed iqajjem it-tixwix fost il-Lhud kollha mxerrda mad-dinja u hu wieħed mill-mexxejja tas-setta tan-Nazarin .", "Saħansitra fittex li jkasbar it-tempju; imma aħna qbadnieh .", "Int stess tista' tistaqsih biex tkun taf mingħandu wkoll fuqiex qegħdin nakkużawh.\"", "Il-Lhud ukoll qablu miegħu u bdew jgħidu li l-fatt kien hekk tassew.", "Id-difiża ta' Pawlu quddiem Feliċ", "Il-gvernatur għamillu sinjal biex jitkellem u Pawlu wieġeb: \"Jiena naf li int ilek għal ħafna snin tiggverna lil dan il-poplu; għalhekk nagħmel il-qalb u niddefendi l-kawża tiegħi.", "Kif int tista' tkun taf, ma ilix aktar minn tnax-il jum li tlajt Ġerusalemm biex nagħti qima fit-tempju; u l-Lhud ma sabuni niddiskuti ma' ħadd, anqas ma sabuni nxewwex lill-poplu, la fit-tempju, la fis-sinagogi u lanqas fil-belt.", "Anqas ma jistgħu jippruvawlek l-akkużi li qegħdin iġibu kontrija.", "Jien dan nistqarrlek; skont it-Triq tal-Mulej, li huma jgħidulha setta , jiena naqdi lil Alla ta' missirijietna u nemmen dak kollu li hemm fil-Liġi u l-Profeti, waqt li nittama f'Alla - kif jittamaw dawn ukoll - li kemm it-tajbin u kemm il-ħżiena għad iqumu minn bejn l-imwiet.", "Għalhekk jien ukoll dejjem nitħabat biex ngħix b'kuxjenza nadifa quddiem Alla u quddiem il-bnedmin.", "Wara ħafna snin, ġejt bl-offerti tal-karità għall-poplu tiegħi, u ġibt miegħi l-offerti tas-sagrifiċċju wkoll.", "Hekk sabuni fit-tempju, waqt ir-rit tal-purifikazzjoni tiegħi, u la ma' xi ġemgħa nies u lanqas f'xi rewwixta.", "Kienu xi Lhud mill-Asja li sabuni, u jmisshom qegħdin hawn quddiemek biex jixluni, jekk għandhom xi ħaġa kontra tiegħi.", "Ħalli jgħidu dawn stess ta' xiex sabuni ħati meta dhert quddiem s-Sinedriju!", "Ħaġa waħda jistgħu jgħidu fija: li jien, meta dhert quddiemhom, għajjatt, 'Minħabba l-qawmien mill-imwiet qegħdin tagħmlu ħaqq minni llum.' \"", "Feliċ, li kellu tagħrif sewwa ħafna dwar it-Triq tal-Mulej, ħalliehom għal darb' oħra u qalilhom: \"Meta jinżel Lisja, il-fizzjal, nara sewwa l-każ tagħkom.\"", "Imbagħad qal liċ-ċenturjun biex iżomm lil Pawlu u jagħmillu l-għassa; imma jagħtih ukoll ftit tal-libertà u ma jżomm lil ħadd minn ħbiebu milli jersqu jgħinuh.", "Ftit jiem wara ġie Feliċ ma' martu Drusilla , li kienet Lhudija.", "Bagħat għal Pawlu u qagħad jisimgħu jitkellem fuq il-fidi f'Ġesù Kristu.", "Pawlu beda jiddiskuti miegħu fuq il-ġustizzja, fuq it-trażżin tal-passjonijiet u fuq il-ġudizzju li għad irid jiġi.", "Feliċ beda jibża', u qallu: \"Għalissa mur; meta nkun nista', nibgħat għalik.\"", "Fl-istess ħin kien qiegħed jistenna li Pawlu jagħtih xi flus; għalhekk sikwit kien jibgħat għalih u joqgħod jitħaddet miegħu.", "Għaddew sentejn, u Porċjus Festu laħaq flok Feliċ.", "Imma biex jogħġob lil-Lhud, Feliċ ħalla lil Pawlu fil-ħabs."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.25", "bookref": "ACT.25", "text": ["Pawlu jappella għal quddiem Ċesari", "Tlitt ijiem wara li wasal fil-provinċja tiegħu, Festu tala' Ġerusalemm minn Ċesarija.", "Il-qassisin il-kbar u l-kbarat tal-Lhud resqu quddiemu biex jakkużaw lil Pawlu u bdew jitolbuh ħafna biex jagħmlilhom pjaċir u jibgħathulhom Ġerusalemm, għax kienu għamlu komplott li joqtluh fit-triq.", "Imma Festu weġibhom li Pawlu kellu jibqa' fil-ħabs f'Ċesarija għax hu stess kellu jmur hemm malajr.", "U żied jgħidilhom: \"Dawk fostkom li għandhom xi awtorità jinżlu miegħi, u jekk dan ir-raġel għandu xi ħtija jakkużawh.\"", "Wara li qagħad magħhom mhux aktar minn tmienja jew għaxart ijiem, Festu niżel Ċesarija.", "L-għada ħa postu fit-tribunal u bagħat iġib lil Pawlu.", "Kif wasal hemm, il-Lhud li kienu niżlu minn Ġerusalemm daru miegħu u bdew iġibu kontra tiegħu ħafna akkużi kbar bla ma kellhom ħila jippruvawhom.", "Pawlu ddefenda ruħu u qal: \"Jien ma nqast xejn, la kontra l-liġi tal-Lhud, la kontra t-tempju u lanqas kontra Ċesari.\"", "Imma billi Festu ried jogħġob lil-Lhud, qal lil Pawlu: \"Tridx titla' Ġerusalemm, u hemm isir ħaqq minnek quddiemi?\"", "Pawlu wieġbu: \"Jien ninsab quddiem il-qorti ta' Ċesari; hawn għandu jsir ħaqq minni.", "Jien lil-Lhud ma għamiltilhom xejn ħażin, kif inti stess taf sewwa.", "Jekk imbagħad jiena ħati, jekk għamilt xi ħaġa li għaliha tistħoqqli l-mewt, ma nfittixx li naħrab mill-mewt.", "Imma jekk ma hemm xejn minn dak li fuqu qegħdin jixluni, ħadd ma jista' jerħini f'idejhom.", "Nappella għal quddiem Ċesari!\"", "Imbagħad Festu, wara li tkellem mal-kunsill tiegħu qallu: \"Int appellajt għal quddiem Ċesari, u quddiem Ċesari tmur.\"", "Pawlu quddiem Agrippa u Bereniċi", "Ftit jiem wara, is-sultan Agrippa u Bereniċi waslu Ċesarija biex jagħtu l-merħba lil Festu.", "Billi damu hemm ħafna, Festu tkellem mas-sultan fuq il-każ ta' Pawlu u qallu: \"Hawn raġel li Feliċ kien ħallieh il-ħabs.", "Meta kont Ġerusalemm, il-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-Lhud ressquli xi akkużi kontra tiegħu u talbuni nikkundannah.", "Jien weġibthom li r-Rumani mhumiex imdorrija jibagħtu għall-mewt bniedem akkużat b'xi ħtija, qabel ma jġibu lill-akkużat quddiem dawk li jkunu akkużawh biex ikun jista' jiddefendi ruħu mill-akkuża li tkun saritlu.", "Imbagħad ġew hawn miegħi, u l-għada, bla telf ta' żmien, jien ħadt posti fit-tribunal u bgħatt inġib lil dan il-bniedem.", "Dawk li akkużawh kienu hemm, iżda ma ġiebu ebda akkuża milli stennejthom iġibu kontra tiegħu.", "Kellhom biss xi kwistjonijiet miegħu dwar ir-reliġjon tagħhom u dwar ċertu Ġesù, li hu mejjet, imma Pawlu jgħid li hu ħaj.", "Billi ma stajtx insib tarf ta' din il-kwistjoni, staqsejtu jekk iridx imur Ġerusalemm u hemm isir ħaqq minnu fuq dan.", "Imma Pawlu appella biex jibqa' miżmum sakemm il-kawża tiegħu jaqtagħha l-imperatur Awgustu .", "Jien għalhekk ordnajt li jinżamm sakemm inkun nista' nibagħtu għand Ċesari.\"", "Agrippa qal lil Festu: \"Irrid nisma' lil dan ir-raġel jien ukoll.\"", "\"Għada tisimgħu,\" qallu Festu.", "L-għada Agrippa u Bereniċi ġew bis-solennità kollha; daħlu fis-sala tal-udjenza mat-tribuni u l-kbarat tal-belt; u Festu ordna li jġibu lil Pawlu.", "Imbagħad Festu qal: \"Sultan Agrippa u intom ilkoll li qegħdin hawn magħna, qegħdin taraw lil dan ir-raġel li fuqu l-kotra tal-Lhud, kemm f'Ġerusalemm u kemm hawn, ġiet għandi titlobni u tgħajjat li ma għandux jibqa' aktar ħaj.", "Jiena rajt li ma għamel xejn biex jistħoqqlu l-mewt; imma, billi hu stess appella għal quddiem l-imperatur Awgustu, qtajtha li nibagħtu għandu.", "Ma għandi xejn ċert x'nikteb lil sidi l-imperatur fuqu, għalhekk ġibtu quddiemkom, u l-aktar quddiemek, sultan Agrippa, biex bl-istħarriġ li jsirlu nsib xi ħaġa x'nikteb.", "Għax jidhirli li mhijiex ħaġa flokha nibgħat priġunier bla ma ngħid x'hemm kontra tiegħu.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.26", "bookref": "ACT.26", "text": ["Id-difiża ta' Pawlu quddiem Agrippa", "Agrippa qal lil Pawlu: \"Tista' titkellem u tiddefendi ruħek.\"", "Pawlu medd idu u beda jiddefendi l-kawża tiegħu: \"Inħossni hieni, sultan Agrippa, li llum se niddefendi ruħi quddiemek mill-akkużi kollha li l-Lhud qegħdin iġibu kontra tiegħi, l-aktar għax int taf id-drawwiet u l-kwistjonijiet kollha tal-Lhud.", "Għalhekk nitolbok tismagħni bis-sabar.", "X'kienet ħajti sa minn żgħożiti, kif għaddejtha sa mill-bidu fost il-poplu tiegħi f'Ġerusalemm, jafuh il-Lhud kollha.", "Huma ilhom jafu ħafna, jekk iridu jixhdu, kif jien għext ta' Fariżew, skont is-setta l-aktar iebsa tar-reliġjon tagħna.", "U issa wkoll jien qiegħed hawn biex isir ħaqq minni minħabba t-tama li għandi fil-wegħda li Alla għamel lil missirijietna, u li t-tnax-il tribù tagħna qegħdin jistennewha sseħħ waqt li bla heda jagħtu qima lil Alla lejl u nhar.", "Hu fuq din it-tama, sultan, li l-Lhud qegħdin jakkużawni.", "Għaliex ma għandux jitwemmen fostkom li Alla jqajjem il-mejtin?", "\"Jien ukoll deherli li kelli nagħmel minn kollox kontra l-isem ta' Ġesù ta' Nazaret .", "U hekk għamilt f'Ġerusalemm, u bis-setgħa li tawni l-qassisin il-kbar, jien tfajt fil-ħabs ħafna mill-qaddisin , u, meta kienu jaqtgħuhielhom għall-mewt, jien kont nagħti l-kunsens tiegħi.", "Bosta drabi wkoll kont naħqarhom fis-sinagogi kollha u kont nagħmel minn kollox biex inġagħalhom jiċħdu t-twemmin tagħhom u b'saħna liema bħalha kont nippersegwitahom sa fi bliet barranin.", "Pawlu jirrakkonta l-konverżjoni tiegħu", "(Atti , - ; , - )", "\"Hekk, bis-setgħa u l-permess tal-qassisin il-kbar, tlaqt lejn Damasku.", "Jien u sejjer, f'nofsinhar, sultan, rajt dawl, aqwa mid-dija tax-xemx, ġej mis-sema u idda madwari u madwar dawk li kienu fit-triq miegħi.", "Waqajna lkoll fl-art, u jien smajt leħen jgħidli bl-ilsien Lhudi, 'Sawl, Sawl, għaliex qiegħed tippersegwitani?", "Iebsa għalik li teħodha kontra n-niggieża!'", "Jien weġibt, 'Min int, Mulej?'", "U l-Mulej qalli, 'Jien Ġesù li int qiegħed tippersegwitah.", "Imma qum u ieqaf fuq riġlejk.", "Għax jien għalhekk dhertlek, biex nagħmlek ministru u xhud tad-dehra li fiha rajtni u ta' dawk li fihom għad nidhirlek.", "Neħilsek mill-poplu u mill-ġnus pagani li għandhom qiegħed nibagħtek, biex tiftħilhom għajnejhom ħalli jerġgħu lura mid-dlam għad-dawl u mis-setgħa tax-xitan u jduru lejn Alla, u bil-fidi tagħhom fija jiksbu l-maħfra tad-dnubiet u jkollhom sehem ma' dawk li huma kkonsagrati lil Alla. '", "\"Għalhekk, sultan Agrippa, jien ma webbistx rasi għad-dehra tas-sema.", "Imma kont inxandar, l-ewwel lil-Lhud ta' Damasku, imbagħad lil dawk ta' Ġerusalemm u tal-art kollha tal-Lhudija, u lill-pagani wkoll, li għandhom jindmu u jduru lejn Alla, billi jagħmlu opri xierqa ta' ndiema.", "Minħabba f'hekk il-Lhud qabduni fit-Tempju u riedu joqtluni.", "Bl-għajnuna li kelli mingħand Alla jien bqajt sa dan il-jum nixhed liż-żgħar u lill-kbar, u ma ngħidx ħaġa oħra ħlief dak li l-Profeti u Mosè qalu li kellu jsir, jiġifieri, li l-Messija kellu jbati u jkun l-ewwel wieħed li jqum mill-imwiet, u jħabbar id-dawl kemm lill-poplu ta' Iżrael u kemm lill-pagani.\"", "Pawlu jħajjar lil Agrippa biex jemmen", "Wara li Pawlu għamel din id-difiża tiegħu nnifsu, Festu għolla leħnu u qallu: \"Int miġnun, Pawlu!", "L-għerf kbir tiegħek qiegħed iġennek!\"", "Pawlu wieġeb: \"Eċċellenza, Festu, jien m'iniex miġnun, imma qiegħed ngħid is-sewwa u nitkellem bil-għaqal.", "Is-sultan, li miegħu qiegħed nitkellem bil-libertà kollha, jaf sewwa dan kollu; għax għandi nifhem li xejn minn dan kollu ma hu moħbi għalih, ladarba dan ma sarx fil-moħbi.", "Temmen int, sultan Agrippa, fil-Profeti?", "Jien naf li temmen.\"", "Imbagħad Agrippa qal lil Pawlu: \"Ftit jonqsok biex tipperswadini u tagħmilni nisrani !\"", "Pawlu wieġeb: \"Nitlob 'l Alla li, bil-ftit jew bil-wisq, mhux inti biss, imma dawk kollha li llum qegħdin jisimgħuni jkunu bħali, barra mill-irbit ta' dawn il-ktajjen.\"", "Imbagħad is-sultan, il-gvernatur, Bereniċi u dawk kollha li kienu bilqiegħda miegħu qamu.", "Huma u sejrin, bdew jgħidu wieħed lill-ieħor: \"Dan ir-raġel ma għamel xejn li jistħoqqlu l-mewt jew il-ktajjen.\"", "U Agrippa qal lil Festu: \"Li ma appellax għal quddiem Ċesari lil dan ir-raġel kont tista' titilqu.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.27", "bookref": "ACT.27", "text": ["Il-vjaġġ ta' Pawlu għal Ruma", "Meta qatgħuha li kellna nitilqu għall-Italja, ħallew lil Pawlu u 'l xi ħabsin oħra f'idejn ċenturjun tar-riġment tal-imperatur, jismu Ġulju.", "Tlajna fuq ġifen ta' Adramitti , li kien se jitlaq għall-inħawi tal-Asja, u qlajna 'l barra.", "Kellna magħna lil Aristarku minn Tessalonika tal-Maċedonja.", "L-għada wasalna Sidon.", "Ġulju mexa tajjeb ma' Pawlu, u ħallieh imur għand ħbiebu biex jagħtuh li kellu bżonn.", "Tlaqna minn hemm u mxejna għall-irdoss ta' Ċipru, għax l-irjieħ kienu kontrina.", "Imbagħad qsamna l-baħar lejn in-naħa taċ-Ċiliċja u tal-Pamfilja u wasalna Mira f'Liċja.", "Hemm iċ-ċenturjun sab ġifen minn ta' Lixandra li kien sejjer l-Italja, u tellagħna fuqu.", "Għal ħafna jiem imxejna bil-mod, u bit-tbatija wasalna biswit Knidu.", "Billi l-irjieħ ma ħallewniex nersqu 'l ġewwa, għaddejna għall-irdoss ta' Kreta lejn in-naħa ta' Salmoni.", "Wara li mxejna magħha bit-tbatija, wasalna f'post, imsejjaħ il-Portijiet is-Sbieħ, li kien qrib il-belt ta' Lasaja.", "Kien għadda ħafna żmien u s-safar kien ġa sar perikoluż , għax Jum is-Sawm kien ġa għadda.", "Għalhekk Pawlu wissiehom u qalilhom: \"Ħbieb, qiegħed nara li s-safra se tkun ta' ħsara u telf kbir, mhux biss għat-tagħbija u l-ġifen, imma għal ħajjitna wkoll.\"", "Imma ċ-ċenturjun aktar qagħad għal dak li qallu l-kaptan u sid il-ġifen milli għal dak li qal Pawlu.", "Billi l-port ma kienx tajjeb biex ngħaddu x-xitwa fih, il-biċċa l-kbira kienu tal-fehma li naqilgħu 'l barra minn hemm biex forsi nkunu nistgħu naslu Feniċi, port ta' Kreta, li jħares lejn il-Lbiċ u l-Majjistral, u ngħaddu x-xitwa hemm.", "It-tempesta fil-baħar", "U billi qamet żiffa min-naħa tan-Nofsinhar, stħajlu li kienu se jilħqu l-ħsieb tagħhom.", "Refgħu l-ankra u mxew max-xatt ta' Kreta.", "Imma f'daqqa waħda qam riefnu qawwi, jgħidulu Grigal, u beda jonfoħ min-naħa tal-gżira.", "Il-ġifen inqabad u ma setax iżomm kontra r-riħ; u aħna ntlaqna għall-qawwa tar-riħ u ħallejnieh iġorrna.", "B'ġirja waħda għaddejna taħt ir-riħ ta' daqsxejn ta' gżira jisimha Kawda.", "Bilkemm stajna nżommu d-dgħajsa warajna, u għalhekk tellgħuha mill-baħar.", "Imbagħad qabdu l-armar u rabtu l-ġifen dawramejt biċ-ċimi, niżżlu l-qlugħ għax beżgħu li ninkaljaw fuq is-Sirti , u hekk ħallejna l-mewġ iġorrna miegħu.", "L-għada t-tempesta ħabbtitna ħafna, bdew iwaddbu t-tagħbija l-baħar, u fit-tielet jum irmew it-tagħmir tal-ġifen b'idejhom stess.", "Għal ħafna jiem la dehret xemx u lanqas kwiekeb; it-tempesta li qabditna ma kinitx ħafifa, hekk li fl-aħħar tlifna kull tama li nsalvaw.", "In-nies kienu ilhom ħafna ma jieħdu xi ħaġa biex jitrejqu; Pawlu waqaf f'nofshom u qalilhom: \"Ħbieb, kien imisskom smajtu minni u ma tlaqtux minn Kreta; kontu teħilsu minn din il-ħsara u dan it-telf.", "Imma issa nwissikom biex tagħmlu l-qalb, għax ħadd minnkom mhu se jitlef ħajtu; il-ġifen biss jintilef.", "Għax dal-lejl deherli anġlu ta' dak Alla li tiegħu jien u li lilu nqim, u qalli, 'Tibżax, Pawlu.", "Jeħtieġ li inti tidher quddiem Ċesari; ara, Alla tak il-grazzja li dawk kollha li qegħdin jivvjaġġjaw miegħek isalvaw.'", "Mela qawwu qalbkom, ħbieb.", "Jien nemmen f'Alla li hekk isir, sewwasew kif ħabbarli.", "Jinħtieġ iżda li naħbtu ma' gżira.\"", "Meta wasal l-erbatax-il lejl, konna ninsabu mitfugħin 'l hawn u 'l hemm fil-baħar ta' Adrija .", "Għall-ħabta ta' nofs il-lejl il-baħrin ħassew li konna resqin qrib xi art.", "Skandaljaw il-fond tal-baħar, u sabu għoxrin qama; imxejna ftit ieħor 'il quddiem, reġgħu skandaljaw, u sabu ħmistax.", "Huma beżgħu li xi mkien konna se naħbtu ma' xi skoll, u għalhekk niżżlu erba' ankri mill-poppa.", "Ix-xewqa tagħhom kienet li ma jdumx ma jisbaħ.", "Il-baħrin bdew ifittxu li jaħarbu mill-ġifen, u niżżlu dgħajsa l-baħar bħallikieku biex idendlu xi ankri mill-pruwa.", "Iżda Pawlu qal liċ-ċenturjun u lis-suldati: \"Jekk dawn ma jibqgħux fuq il-ġifen, intom ma tistgħux issalvaw.\"", "Imbagħad is-suldati qaċċtu l-ħbula tad-dgħajsa u ħallewha tmur għal riħha.", "Meta sar il-ħin biex jisbaħ, Pawlu qabad jagħmel il-qalb lil kulħadd biex jitrejqu b'xi ħaġa, u qalilhom: \"Issa ġa ilkom erbatax-il ġurnata tistennew sajmin u ma dduqu xejn.", "Għalhekk agħmlu l-qalb u trejqu b'xi ħaġa tal-ikel; dan jiswielkom għal saħħitkom, għax ħadd minnkom mhu se jitlef xagħra waħda minn rasu.\"", "Kif qal dan, qabad il-ħobż, radd il-ħajr lil Alla quddiem kulħadd, qasam u beda jiekol.", "Imbagħad kulħadd għamel il-qalb, u ħadu xi ħaġa tal-ikel huma wkoll.", "Konna b'kollox mitejn u sitta u sebgħin ruħ fuq il-ġifen.", "Wara li xebgħu, bdew iħeffu l-ġifen u jwaddbu l-qamħ il-baħar.", "In-nawfraġju ta' Pawlu f'Malta", "Xħin imbagħad sebaħ, l-art ma għarfuhiex; lemħu biss bajja bi xtajta fiha, u qatgħuha li, jekk jistgħu, jitfgħu l-ġifen fuqha.", "Irħew l-ankri u telquhom il-baħar, u ħallew ukoll l-irbit tat-tmun.", "Imbagħad tellgħu l-qala' ż-żgħir ta' quddiem għar-riħ u rħewlha lejn ix-xtajta.", "Iżda ħbatna ma' sikka bejn żewġ kurrenti, u l-baħrin waħħlu l-ġifen fuqha.", "Il-pruwa baqgħet imwaħħla sewwa fil-post u ma tħarrkitx iżjed, imma l-poppa bdiet titfarrak bil-qilla tal-mewġ.", "Is-suldati riedu kieku joqtlu l-priġunieri, li ma jmurx jaħrab xi ħadd minnhom bil-għawm; iżda ċ-ċenturjun, li ried isalva 'l Pawlu, ma ħalliex il-ħsieb tagħhom iseħħ.", "Lil dawk li kienu jafu jgħumu ordnalhom jintefgħu huma l-ewwel il-baħar u jmorru l-art; lill-oħrajn ordnalhom jilħqu x-xatt, min fuq twavel u min fuq bċejjeċ imkissra tal-ġifen.", "U hekk kulħadd qabad l-art qawwi u sħiħ."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ACT.28", "bookref": "ACT.28", "text": ["Pawlu f'Malta", "Meta ħlisna mill-għarqa, sirna nafu li l-gżira kien jisimha Malta.", "In-nies tagħha ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha.", "Laqgħuna tajjeb lilna lkoll u qabbdulna ħuġġieġa, għax kienet bdiet nieżla x-xita u kien il-bard.", "Mela Pawlu qabad qabda zkuk niexfa u tefagħhom fin-nar.", "Fiz-zkuk kien hemm lifgħa li, malli ħasset is-sħana, ħarġet u qabdet ma' id Pawlu.", "In-nies tal-gżira, kif raw il-lifgħa mdendla ma' idu, bdew jgħidu wieħed lil ieħor: \"Dan ir-raġel żgur xi qattiel, għax għad li ħelisha mill-baħar, il-Ġustizzja ma ħallitux jgħix!\"", "Imma hu farfar il-lifgħa ġon-nar u ma ġralu xejn.", "Huma stennew li se jarawh jintefaħ jew jaqa' u jmut f'daqqa.", "Wara li damu jistennew ħafna u raw li ma ġralu ebda deni, biddlu l-ħsieb u bdew jgħidu li kien xi alla.", "F'dawk l-inħawi kien hemm l-oqsma tal-prinċep tal-gżira, li kien jismu Publju.", "Dan laqagħna u bil-qalb kollha żammna għandu tlitt ijiem.", "Missier Publju inzerta mixħut, marid bid-deni u d-disenterija.", "Pawlu daħal ħdejh, għamel talba, qiegħed idejh fuqu u fejqu.", "Wara dan imbagħad bdew ukoll jersqu għandu l-morda l-oħra tal-gżira, u hu fejjaqhom.", "Urewna ġieħ kbir, u meta ġejna biex nitilqu, għabbew fuq il-ġifen kulma konna neħtieġu.", "Pawlu jasal Ruma", "Wara tliet xhur tlaqna fuq ġifen li kien għadda x-xitwa fil-gżira; kien ġifen ta' Lixandra, bix-xbieha tad-Dijoskuri fil-pruwa.", "Inżilna Sirakuża, fejn qgħadna tlitt ijiem.", "Minn hemm għaddejna max-xatt ix-xatt u wasalna Reġġju.", "Il-jum ta' wara qam riħ min-Nofsinhar, u l-għada wasalna Putijoli.", "Hemm sibna xi aħwa, li stednuna noqogħdu sebat ijiem magħhom.", "U hekk wasalna Ruma.", "L-aħwa ta' din il-belt, li semgħu bina, ġew sal-Forum ta' Appju u sat-Tliet Tvieren biex jilqgħuna.", "Malli rahom, Pawlu radd il-ħajr 'l Alla u qawwa qalbu.", "Meta dħalna Ruma, Pawlu tawh il-permess joqgħod għalih b'suldat għassa miegħu.", "Pawlu jippriedka f'Ruma", "Tlitt ijiem wara, huwa laqqa' flimkien miegħu l-kapijiet tal-Lhud, u kif kienu miġbura miegħu qalilhom: \"L-aħwa, għalkemm jien ma għamilt xejn kontra l-poplu jew kontra d-drawwiet ta' missirijietna, f'Ġerusalemm tawni priġunier f'idejn ir-Rumani.", "Dawn stħarrġu l-każ tiegħi u riedu jitilquni, għax ma sabuli xejn li għalih kienet tistħoqqli l-mewt.", "Imma billi l-Lhud żammew iebes jiena kelli nappella għal quddiem Ċesari, mhux għax kelli xi ngħid mal-poplu tiegħi.", "Għalhekk tlabtkom tiġu biex narakom u nkellimkom; għax jien minħabba t-tama ta' Iżrael ninsab marbut b'din il-katina.\"", "Huma weġbuh: \"Aħna la ħadna ittri fuqek mil-Lhudija, lanqas ma ġie ħadd mill-aħwa jgħarrafna jew jgħidilna xi ħaġa ħażina fuqek.", "Imma rridu nisimgħu mingħandek kif taħsibha int; għax dwar din is-setta sirna nafu li kullimkien qegħdin jeħduha kontra tagħha.\"", "Ftiehmu miegħu fuq il-jum, u ġew għandu, fejn kien joqgħod, ħafna aktar milli kienu ġew id-darba ta' qabel.", "U minn filgħodu sa filgħaxija qagħad jagħtihom xhieda u jfissrilhom x'inhi s-Saltna ta' Alla, u għamel kemm felaħ biex jipperswadihom permezz tal-Liġi ta' Mosè u l-Profeti ħalli jemmnu f'Ġesù Kristu.", "Xi wħud emmnu dak li qalilhom, oħrajn ma emmnux.", "Billi ma qablux bejniethom, kulħadd telaq għal rasu.", "Pawlu kelma waħda qalilhom: \"Sewwa qal l-Ispirtu s-Santu lil missirijietkom permezz ta' Isaija l-profeta, meta qal,", "'Mur għand dan il-poplu u għidilhom:", "Tisimgħu kemm tisimgħu ma tifhmux,", "u tħarsu kemm tħarsu ma tarawx.", "Għax il-qalb ta' dan l-poplu twebbset;", "kienu tqal biex jisimgħu b'widnejhom", "u għalqu għajnejhom,", "li ma jmorrux jaraw b'għajnejhom", "u jisimgħu b'widnejhom", "u jifhmu b'moħħhom,", "u hekk ibiddlu ħajjithom", "u jiena nfejjaqhom.'", "Kunu afu, mela , li Alla bagħat din is-salvazzjoni tiegħu lill-pagani; u huma jisimgħu.\"", "Sentejn f'Ruma", "Pawlu dam joqgħod hemm għal sentejn sħaħ fid-dar li kien kera; hemm kien jilqa' lil dawk kollha li kienu jiġu għandu, ixandrilhom is-Saltna ta' Alla u jgħallimhom fuq il-Mulej Ġesù Kristu bil-kuraġġ u bla tfixkil."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ROM.intro", "bookref": "ROM.intro", "text": ["L-ITTRA LIR-RUMANI", "Ħarsa ħafifa lejn l-ittra", "Pawlu kellu l-pjan li jmur Ruma u jaħdem biex iwassal l-Evanġelju f'dik il-belt importanti, u wara li jqatta' xi żmien hemmhekk, jitlaq lejn Spanja li kienet titqies bħala t-tarf tad-dinja kif magħrufa sa dak iż-żmien.", "Ried jintroduċi ruħu mar-Rumani li kien għadu qatt ma żar, imma li kien jaf xi wħud minnhom b'isimhom.", "Il-messaġġ prinċipali ta' din l-ittra hu s-salvazzjoni tal-bnedmin kollha permezz ta' Kristu.", "Pawlu jgħidilhom li hu bħala appostlu magħżul minn Alla kellu aħbar tajba xi jxandar.", "L-Aħbar it-Tajba hi li Alla ta lill-bnedmin kollha t-triq tas-salvazzjoni bil-fidi.", "M'hemmx Lhud jew pagani, għax ilkoll kemm aħna għandna n-nuqqasijiet xi nsewwu ma' Alla.", "Hi l-fidi fi Kristu li toħloq ir-relazzjoni tan-nisrani ma' Alla u biha jseħħ il-ħelsien mid-dnub u l-mewt.", "Jispjega wkoll l-iskop wara l-Liġi tat-Testment il-Qadim u kif din ġiet imġedda minn Kristu biex hekk il-Lhud u l-pagani jidħlu fil-pjan tas-salvazzjoni ta' Alla.", "Filwaqt li jiddiskuti l-aspetti differenti tal-imħabba ta' Alla fil-pjan tas-salvazzjoni universali, Pawlu bħal jintilef f'estasi ta' tifħir, ringrazzjament u stagħġib għal kulma Alla lesta għall-bniedem sa mill-eternità.", "Alla wriena l-imħabba tiegħu meta Kristu miet għalina, aħna li konna għadna midinbin.", "Kemm aktar u aktar issa li aħna ġġustifikati b'demmu, insalvaw permezz tiegħu mill-korla ta' Alla!", "Jekk meta konna għadna għedewwa ta' Alla tħabbibna miegħu bis-saħħa tal-mewt ta' Ibnu, kemm iktar issa, li aħna ħbieb miegħu, insalvaw permezz tal-ħajja tiegħu? ( , - )", "It-taqsim tal-ittra", "Introduzzjoni u t-tema tal-ittra ( , - )", "Il-bnedmin kollha għandhom isalvaw ( , — , )", "Alla, kif isalvana ( , — , )", "Il-ħajja ġdida fi Kristu ( , — , )", "Iżrael fil-pjan ta' Alla ( , — , )", "Kif iġib ruħu n-nisrani ( , — , )", "Konklużjoni u tislijiet personali ( , — , )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ROM.1", "bookref": "ROM.1", "text": ["Tislima", "Pawlu, qaddej ta' Kristu Ġesù, imsejjaħ biex ikun appostlu, maħtur għall-Evanġelju ta' Alla.", "Dan hu l-Evanġelju li Alla kien wiegħed permezz tal-profeti fil-Kotba Mqaddsa dwar Ibnu Ġesù Kristu Sidna li, skont it-tnissil tal-ġisem , twieled min-nisel ta' David, u, skont l-Ispirtu s-Santu, ġie rivelat bħala l-Iben ta' Alla b'kull qawwa permezz tal-qawmien mill-imwiet.", "Bih aħna rċevejna l-grazzja tal-appostolat biex inwasslu għall-ubbidjenza tal-fidi l-bnedmin fost il-ġnus kollha għall-ġieħ ta' ismu.", "Fosthom tinsabu intom ukoll, imsejħin biex tkunu ta' Ġesù Kristu; lill-maħbubin kollha ta' Alla li jinsabu Ruma msejħin biex ikunu qaddisin: grazzja lilkom u sliem mingħand Alla Missierna u Sidna Ġesù Kristu.", "Pawlu jixtieq iżur Ruma", "Qabel xejn niżżi ħajr lil Alla permezz ta' Ġesù Kristu, għaliex il-fidi tagħkom isemmuha fid-dinja kollha.", "Jixhidli Alla, li jien naqdi b'qalbi kollha billi nxandar l-Evanġelju ta' Ibnu, li jien niftakar fikom dejjem fit-talb tiegħi.", "Jien nitlob dejjem li nkun nista' xi darba, jekk Alla jrid, niġi għandkom.", "Nixtieq ħafna narakom u naqsam magħkom id-doni spiritwali biex inwettaqkom, jiġifieri nqawwu lil xulxin permezz tal-fidi li għandna, jien lilkom u intom lili.", "Nixtieqkom tkunu tafu, l-aħwa, li kemm-il darba għamilt il-ħsieb li niġi għandkom, iżda sa issa dejjem kien hemm xi jżommni; hekk inkun nista' naħsad xi frott fostkom bħalma għamilt sa issa fost il-bqija tal-ġnus.", "Jien inħoss ruħi obbligat lejn il-Griegi u l-Barbari , għorrief u mhumiex, għalhekk ninsab ħerqan li nxandar l-Evanġelju lilkom ukoll, li tgħammru f'Ruma.", "Il-qawwa tal-Evanġelju", "Jiena ma nistħix mill-Evanġelju; għax l-Evanġelju hu qawwa ta' Alla għas-salvazzjoni ta' dawk kollha li jemmnu, l-ewwel il-Lhud u mbagħad il-Griegi , u fih tidher il-ġustizzja ta' Alla minn fidi għal fidi, skont ma hemm miktub: \"Il-ġust jgħix bil-fidi.\"", "Il-kundanna tad-dinja pagana bla qalb", "Il-korla ta' Alla tidher nieżla mis-sema fuq il-ħażen u l-inġustizzja tal-bnedmin li jżommu l-verità mjassra bl-inġustizzja; għax dak li wieħed jista' jagħraf minn Alla kien, iva, irrivelat lilhom; Alla stess urihulhom.", "Il-kobor tiegħu li ma jidhirx, jiġifieri s-setgħa tiegħu ta' dejjem, u d-divinità tiegħu, huma setgħu jagħrfuh sa mill-ħolqien tad-dinja, permezz tal-ħlejjaq, u għalhekk ma għandhom ebda skuża.", "Imma għad li lil Alla għarfuh, huma la tawh ġieħ ta' Alla li hu, u lanqas raddewlu ħajr; għall-kuntrarju, moħħhom intilef fil-bluha, u qalbhom bla dehen iddallmet; waqt li riedu jagħmluha ta' għorrief, bliehu u bidlu l-glorja ta' dak Alla li ma jintemmx ma' sura u xbieha tal-bniedem li jintemm, tal-għasafar, tal-bhejjem b'erba' saqajn, tas-sriep.", "U għalhekk Alla rħiehom għall-ġibdiet ħżiena ta' qalbhom, biex niġġsu u waqqgħu fl-għajb lil ġisimhom stess bejniethom.", "Il-verità ta' Alla bidluha ma' gidba , u taw il-ġieħ u l-qima tagħhom lill-ħlejjaq flok ma tawhom lill-Ħallieq, li jkun imbierek għal dejjem.", "Ammen.", "Għalhekk Alla telaqhom għal ġibdiet bla ġieħ.", "In-nisa tagħhom bidlu l-użu naturali fl-użu kontra n-natura; hekk ukoll l-irġiel ħallew l-użu naturali tal-mara u xegħlu bil-passjoni għal xulxin, irġiel ma' rġiel, biex jagħmlu ħwejjeġ bla ġieħ; u bi ħlas ta' dan jirċievu fihom infushom il-ħlas li ħaqqhom ħtijiethom.", "Billi l-bnedmin ma għoġobhomx jagħrfu sewwa lil Alla, Alla rħiehom fil-fehmiet ħżiena tagħhom, biex għamlu dak li ma jixraqx.", "Imtlew b'kull xorta ta' inġustizzja, ħażen, regħba, dnewwa; imtlew bl-għira, qtil, ġlied, qerq, malizzja; iqassu u jigdbu kontra xulxin, għedewwa ta' Alla, insolenti, kburin; minfuħin bihom infushom, joħolqu l-ħażen, diżubbidjenti għall-ġenituri tagħhom, bla moħħ, bla kelma , bla mħabba, bla qalb.", "Għalkemm kienu jafu l-ħsieb ta' Alla, jiġifieri, li min jagħmel dan ħaqqu l-mewt, mhux biss jagħmlu dan, imma japprovaw lil min jagħmel hekk."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ROM.2", "bookref": "ROM.2", "text": ["Il-kundanna tal-Lhud kburin bihom infushom", "Int, ja bniedem, li tagħmel ħaqq minn ħaddieħor ma għandek ebda skuża, int min int. Għax int u tagħmel ħaqq minn ħaddieħor tkun tikkundanna lilek innifsek, ladarba int u tagħmel il-ħaqq tkun tagħmel l-istess.", "Imma aħna nafu li dawk li jagħmlu ħwejjeġ bħal dawn, Alla jagħmel ħaqq minnhom skont il-verità.", "U taħseb int, ja bniedem, li tagħmel ħaqq minn ħaddieħor li jagħmel dawn il-ħwejjeġ, u tagħmilhom int ukoll; taħseb int, li sejjer taħrab il-ġudizzju ta' Alla?", "Jew trid tabbuża mill-kobor tat-tjubija tiegħu, mis-sabar u l-ġenerożità tiegħu?", "Ma tafx li b'din il-ħniena tiegħu Alla jrid iwasslek għall-indiema?", "B'din l-ebusija ta' rasek u n-nuqqas ta' ndiema f'qalbek, inti qiegħed tiġma' għalik innifsek il-korla, għal jum il-korla , meta Alla għad jirrivela l-ġudizzju rett tiegħu, u jħallas lil kulħadd skont ma jkun għamel: jagħti l-ħajja ta' dejjem lil dawk li jipperseveraw sal-aħħar fl-għemil it-tajjeb, u jkunu fittxew il-glorja u l-ġieħ u l-ħajja li ma tintemmx, imma jerfa' l-korla u l-qilla għal dawk li ma jridu jisimgħu b'xejn, u jirvellaw kontra l-verità biex imbagħad joqogħdu għall-ħażen.", "Tbatija u dwejjaq għal kull ruħ ta' bniedem li jagħmel il-ħażen, l-ewwel għal-Lhud, u mbagħad għall-Griegi; glorja u ġieħ u sliem għal kull min jagħmel it-tajjeb, l-ewwel għal-Lhud, u mbagħad għall-Griegi.", "Għax Alla ma jħarisx lejn l-uċuħ!", "Dawk kollha li dinbu mingħajr il-Liġi , jintilfu mingħajr il-Liġi; u dawk li dinbu taħt il-Liġi, isir ħaqq minnhom skont il-Liġi.", "Għaliex mhux dawk li jisimgħu l-Liġi huma ġġustifikati; imma dawk li jħarsuha jkunu ġġustifikati quddiem Alla.", "Għax meta l-pagani, li ma għandhomx il-Liġi, jagħmlu bl-istint naturali tagħhom dawk l-opri li titlob il-Liġi, huma jkunu liġi għalihom infushom.", "Dawn juru b'għemilhom li l-preċetti tal-Liġi huma miktuba f'qalbhom, u dan tixhdu wkoll il-kuxjenza u r-raġuni tagħhom, li issa jakkużaw u issa japprovaw għemilhom.", "Dan għad jidher dak in-nhar li fih Alla jagħmel ħaqq mill-għemejjel moħbija tal-bnedmin - skont l-Evanġelju tiegħi - permezz ta' Ġesù Kristu.", "Il-Liġi u r-responsabbiltà tal-Lhud", "Imma int, jekk tissejjaħ Lhudi u moħħok mistrieħ bil-Liġi u tiftaħar b'Alla; int li taf ir-rieda ta' Alla u l-Liġi għallmitek tagħraf tagħżel l-aħjar; int li int persważ li taf tmexxi lill-għomja, li int id-dawl fid-dlam; li int mgħallem tal-boloh; mgħallem taż-żgħar; li għandek l-għerf u l-verità fil-Liġi ; int li tgħallem lil ħaddieħor, ma tgħallimx lilek innifsek?", "Int tippriedka: La tisraqx, u tisraq?", "Tgħid: La tiżnix, u tiżni?", "Int tistkerrah lill-idoli, u tisraq it-tempji tagħhom?", "Int tiftaħar bil-Liġi, u żżeblaħ lil Alla bil-ksur tal-Liġi?", "Kif inhu miktub: \"L-isem ta' Alla hu mżeblaħ fost il-ġnus minħabba fikom.\"", "Iċ-ċirkonċiżjoni tiswielek jekk int tħares il-Liġi.", "Jekk int ma tħarisx il-Liġi ssir qisek pagan bla ċirkonċiżjoni.", "Jekk pagan bla ċirkonċiżjoni jħares il-preċetti tal-Liġi, ma jkunx qiegħed hu, li hu bla ċirkonċiżjoni, jikkundanna lilek li int ċirkonċiż?", "U l-Ġentili li ma għandux iċ-ċirkonċiżjoni f'ġismu, imma jħares il-Liġi, jagħmel ħaqq minnek, int li bil-Liġi miktuba u biċ-ċirkonċiżjoni b'kollox tikser il-Liġi.", "Mhux dak li jidher li hu Lhudi minn barra hu Lhudi, lanqas min għandu ġismu ċirkonċiż; il-Lhudi veru hu dak li hu Lhudi minn ġewwa; iċ-ċirkonċiżjoni vera hi dik tal-qalb, opra tal-ispirtu u mhux tal-Liġi miktuba.", "Bniedem bħal dan, mhux il-bnedmin ifaħħruh, imma Alla."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ROM.3", "bookref": "ROM.3", "text": ["Mela x'għandhom iktar il-Lhud, jew x'tiswielhom iċ-ċirkonċiżjoni?", "Ħafna u b'kull mod.", "Qabel xejn, għax lilhom kienu fdati l-orakli ta' Alla.", "X'jimporta jekk xi wħud minnhom ma emmnux?", "Jaqaw l-infedeltà tagħhom sa ġġib fix-xejn il-fedeltà ta' Alla?", "Ma jkun qatt!", "Ħa jkun jaf kulħadd li Alla hu sinċier u kull bniedem giddieb.", "Hekk hemm miktub:", "\"Sabiex int tkun iġġustifikat fi kliemek,", "u tirbaħ meta tkun iġġudikat.\"", "Jekk l-inġustizzja tagħna sservi biex tidher il-ġustizzja ta' Alla, x'għandna ngħidu?", "Forsi Alla hu inġust jekk jikkastigana?", "Qiegħed nitkellem ta' bniedem li jien.", "Ma jkun qatt.", "Inkella kif jista' Alla jagħmel ħaqq mid-dinja?", "Jekk il-verità ta' Alla tidher aktar minħabba l-gidba tiegħi għall-glorja tiegħu stess, għaliex isir ħaqq minni bħala midneb?", "Għaliex ma ngħidux - bħalma ħafna jgħajruna u jgħidu li aħna qegħdin ngħidu: Ħa nagħmlu l-ħażin, ħalli joħroġ it-tajjeb?", "Dawn ħaqqhom il-kundanna.", "Ħadd ma hu ġust", "Xi ngħidu mela?", "Aħna l-Lhud aħjar mill-oħrajn?", "B'ebda mod.", "Ġa wrejna li sew il-Lhud sew il-Griegi huma lkoll taħt il-ħakma tad-dnub.", "Kif hemm miktub:", "\"Ħadd, ebda wieħed, ma hu ġust;", "ħadd ma għandu moħħ biex jifhem;", "ħadd ma hemm li jfittex lil Alla.", "Ilkoll ħarġu minn triqathom;", "lkoll kemm huma tħassru;", "ħadd ma hemm li jagħmel is-sewwa;", "m'hemm lanqas wieħed.", "Ħalqhom bħal qabar miftuħ;", "b'ilsienhom iqarrqu;", "taħt xufftejhom hemm il-velenu tas-sriep.", "Fommhom mimli saħtiet u mrar;", "riġlejhom ħfief biex ixerrdu d-demm,", "kull fejn imorru ma jħallux għajr ħerba u qerda;", "it-triq tas-sliem ma jafuhiex;", "quddiem għajnejhom biża' ta' Alla m'hemmx.\"", "Nafu li kulma tgħid il-Liġi, tgħidu lil dawk li huma taħt il-Liġi, sabiex kulħadd jagħlaq ħalqu u d-dinja kollha tidher ħatja quddiem Alla.", "Għalhekk quddiem Alla ħadd ma hu ġġustifikat bl-opri tal-Liġi; għax il-Liġi sservi biex tgħarrafna d-dnub.", "Il-fidi u l-ġustifikazzjoni", "Issa l-ġustizzja ta' Alla dehret mingħajr il-Liġi, għad li l-Liġi u l-profeti jixhdu għaliha.", "U din hi l-ġustizzja ta' Alla u li Alla jagħti permezz tal-fidi f'Ġesù Kristu lil dawk li jemmnu, bla ma jagħżel bejniethom.", "Il-bnedmin kollha dinbu u ċċaħħdu mill-glorja ta' Alla; għalhekk issa huma jkunu ġġustifikati bil-grazzja tiegħu li jagħtihom minn rajh permezz tal-fidwa li hemm fi Kristu Ġesù.", "Lilu Alla qiegħdu sagrifiċċju ta' tpattija għall-maħfra tad-dnubiet għal dawk li jemmnu bih.", "U dan bis-saħħa ta' demmu.", "B'hekk Alla issa juri l-ġustizzja tiegħu, waqt li fl-imgħoddi għalaq għajnejh għad-dnubiet li saru fi żmien li kien jistabar bihom.", "Ried, iva, juri l-ġustizzja tiegħu f'dan iż-żmien ħalli juri li hu ġust u jiġġustifika wkoll lil min jemmen f'Ġesù.", "Biex, mela, jista' wieħed jiftaħar?", "Ma hemmx biex.", "U bis-saħħa ta' liema liġi?", "Tal-opri?", "Le, iżda bis-saħħa tal-liġi tal-fidi .", "Għax aħna għandna fehma sħiħa li l-bniedem ikun iġġustifikat permezz tal-fidi mingħajr l-opri tal-Liġi.", "Forsi Alla hu Alla tal-Lhud biss?", "Mhux tal-pagani wkoll?", "Iva, tal-pagani wkoll: Alla hu wieħed, u hu l-istess wieħed li jiġġustifika permezz tal-fidi l-Lhudi ċirkonċiż u l-pagan mhux ċirkonċiż.", "B'daqshekk qegħdin inġibu fix-xejn il-Liġi permezz tal-fidi?", "Ma jkun qatt, imma qegħdin inwettqu l-Liġi."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ROM.4", "bookref": "ROM.4", "text": ["L-eżempju ta' Abraham", "Xi ngħidu, mela, li sab Abraham, il-missier tagħna skont il-ġisem ?", "Li kieku Abraham kien iġġustifikat bis-saħħa tal-opri, kien ikollu biex jiftaħar; imma mhux quddiem Alla!", "Għax xi tgħid l-Iskrittura?", "Tgħid li \"Abraham emmen lil Alla u kien magħdud lilu b'ġustizzja\".", "Il-ħlas lil min jaħdem ma jingħaddlux bi pjaċir, imma b'dejn; iżda min bla ma jagħmel opri, jemmen lil Alla li jiġġustifika lil min hu ħażin, din il-fidi tiegħu tingħaddlu b'ġustizzja.", "Hekk wkoll David jgħid kemm hu hieni l-bniedem li Alla jqisu b'ġust mingħajr l-opri:", "\"Hienja dawk li dnubiethom maħfura, u li ħtijiethom mgħottija .", "Hieni l-bniedem li l-Mulej ma jgħoddlu ebda dnub.\"", "Din it-thennija tiswa biss għal-Lhud ċirkonċiżi, jew ukoll għall-pagani bla ċirkonċiżjoni?", "Aħna ngħidu: Il-fidi kienet magħduda lil Abraham b'ġustizzja.", "Meta kien magħdud lilu dan?", "Meta kien ċirkonċiż, jew meta kien għadu bla ċirkonċiżjoni?", "Le, mhux meta kien ċirkonċiż, iżda meta kien għadu bla ċirkonċiżjoni.", "Imbagħad irċieva s-sinjal taċ-ċirkonċiżjoni b'sinjal tal-ġustizzja permezz tal-fidi meta kien għadu bla ċirkonċiżjoni, biex ikun il-missier ta' dawk kollha li jemmnu u ma jkunux ċirkonċiżi, sabiex lilhom ukoll tkun magħduda l-ġustizzja.", "Hu missier iċ-ċirkonċiżjoni mhux biss għal-Lhud ċirkonċiżi, imma wkoll għal dawk li jimxu fuq il-passi tal-fidi ta' missierna Abraham qabel ma kellu ċ-ċirkonċiżjoni.", "Il-fidi u l-wegħda", "Lil Abraham jew lin-nisel tiegħu l-wegħda li jirtu d-dinja ma saritilhomx permezz tal-Liġi, imma permezz tal-ġustizzja bil-fidi.", "Għax li kieku fil-wirt kellhom jidħlu dawk biss li jgħixu bil-Liġi, il-fidi kienet tisfa fix-xejn u l-wegħda ma kienet tkun tiswa xejn.", "Imma l-Liġi korla ġġib magħha, għax fejn ma hemmx liġi anqas ma hemm ksur ta' liġi.", "Għalhekk il-wegħda hi marbuta mal-fidi, biex tkun mogħtija bħala grazzja, u hekk tibqa' sħiħa għal uliedu kollha, mhux biss dawk li jgħixu bil-Liġi, imma wkoll dawk li jgħixu bil-fidi ta' Abraham - il-missier tagħna lkoll, skont ma hemm miktub: \"Jiena nagħmel minnek missier ta' kotra kbira ta' ġnus\" - missierna quddiem Alla li fih hu emmen, li jagħti l-ħajja lill-mejtin, u li jsejjaħ fl-eżistenza lil dak li ma jeżistix.", "Meta ma kellu ebda tama, Abraham ittama u emmen; u hekk sar missier ta' kotra kbira ta' ġnus, skont ma kien intqal lilu: \"Hekk għad ikun in-nisel tiegħek.\"", "U ma naqasx fil-fidi tiegħu, anqas meta ġieb quddiem għajnejh li ġismu kien mejjet għax kien għoddu laħaq il-mitt sena, u mejjet ukoll kien ġuf Sara.", "Quddiem il-wegħda ta' Alla ma qagħadx italla' u jniżżel jekk jemminx jew le, imma ssaħħaħ fil-fidi, filwaqt li gglorifika lil Alla u żamm bis-sħiħ li min kien għamillu l-wegħda kien qawwi biżżejjed biex iżomm kelmtu.", "U kien għalhekk li dan ġie \"lilu magħdud b'ġustizzja\".", "Iżda l-kelmiet \"ġie lilu magħdud\" ma nkitbux għalih biss, imma għad ikun magħdud ukoll lilna li nemmnu f'dak li qajjem mill-imwiet lil Ġesù Sidna, li kien mogħti għall-mewt għal dnubietna, u mqajjem għall-ġustifikazzjoni tagħna."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ROM.5", "bookref": "ROM.5", "text": ["Il-frott tal-ġustifikazzjoni", "Issa li aħna ġġustifikati bil-fidi, għandna s-sliem ma' Alla , permezz ta' Sidna Ġesù Kristu; permezz tiegħu għandna d-dħul bil-fidi għal din il-grazzja li fiha qegħdin.", "Aħna niftaħru bit-tama li għandna li għad niksbu l-glorja ta' Alla.", "Mhux biss dan, imma niftaħru wkoll bis-sofferenzi, għax nafu li s-sofferenza ġġib is-sabar, is-sabar irawwem il-ħila, il-ħila t-tama.", "U din it-tama ma tqarraqx bina, għax l-imħabba ta' Alla ssawbet fi qlubna permezz tal-Ispirtu s-Santu li kien mogħti lilna.", "Mela, meta aħna konna bla saħħa, Kristu, meta wasal iż-żmien, miet għall-ħżiena.", "Bilkemm wieħed imut għal wieħed tajjeb, għad li wieħed għandu mnejn jagħmel il-qalb u jmut għal wieħed ġeneruż.", "Iżda Alla wriena l-imħabba tiegħu meta Kristu miet għalina, aħna li konna għadna midinbin.", "Kemm aktar u aktar issa li aħna ġġustifikati b'demmu, insalvaw permezz tiegħu mill-korla ta' Alla!", "Jekk meta konna għadna għedewwa ta' Alla tħabbibna miegħu bis-saħħa tal-mewt ta' Ibnu, kemm iktar issa, li aħna ħbieb miegħu, insalvaw permezz tal-ħajja tiegħu?", "Mhux hekk biss, imma niftaħru wkoll f'Alla b'Sidna Ġesù Kristu li permezz tiegħu ksibna din il-ħbiberija.", "Kristu u Adam", "Għalhekk, bħalma kien permezz ta' bniedem wieħed li fid-dinja daħal id-dnub,", "u permezz tad-dnub il-mewt,", "u hekk il-mewt laħqet il-bnedmin kollha,", "għax kollha dinbu …", "Kienet għadha ma waslitx il-Liġi, id-dnub kien ġa fid-dinja:", "imma d-dnub ma kienx magħdud,", "ladarba Liġi ma kienx hemm.", "Madankollu l-mewt saltnet ukoll minn Adam sa Mosè, imqar fuq dawk li ma waqgħux fid-dnub li fih kien waqa' Adam,", "li kien xbieha ta' dak li kellu jiġi .", "Imma d-don mhuwiex bħall-ħtija.", "Għax jekk permezz ta' ħtija waħda mietet il-kotra,", "aktar u aktar issa l-grazzja ta' Alla u", "d-don mogħti bil-grazzja ta' bniedem wieħed li hu Ġesù Kristu,", "xterdu bil-bosta fuq il-kotra.", "U d-don anqas ma hu bħall-frott ta' dak il-wieħed li dineb; għax tassew,", "il-ġudizzju mogħti fuq dnub wieħed wassal sal-kundanna, iżda d-don mogħti wara ħafna dnubiet iwassal għall-ġustifikazzjoni.", "Għax jekk minħabba fil-ħtija ta' wieħed waħdu saltnet il-mewt, permezz ta' dak il-wieħed,", "aktar u aktar dawk li jirċievu l-kotra", "tal-grazzja u d-don tal-ġustizzja", "għad isaltnu fil-ħajja permezz ta' wieħed li hu Ġesù Kristu.", "Mela kif bil-ħtija ta' wieħed waħdu waslet il-kundanna fuq il-bnedmin kollha,", "hekk ukoll bl-opra tal-ġustizzja ta' wieħed waslet lill-bnedmin kollha", "l-ġustifikazzjoni tal-ħajja.", "Għax kif bid-diżubbidjenza ta' bniedem wieħed il-ħafna saru midinbin,", "hekk ukoll bl-ubbidjenza ta' wieħed", "il-ħafna jsiru ġusti.", "Il-Liġi daħlet, biex kotru d-dnubiet; fejn kotor id-dnub, kotrot fuq li kotrot il-grazzja.", "B'hekk, kif id-dnub saltan permezz tal-mewt,", "hekk issa l-grazzja ssaltan", "permezz tal-ġustizzja għall-ħajja ta' dejjem", "bis-saħħa ta' Ġesù Kristu Sidna."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ROM.6", "bookref": "ROM.6", "text": ["Mejta għad-dnub, ħajja fi Kristu", "Xi ngħidu mela?", "Nibqgħu fid-dnub biex toktor il-grazzja?", "Ma jkun qatt!", "Aħna li mitna għad-dnub kif nistgħu ngħixu fih?", "Ma tafux li aħna lkoll li tgħammidna fi Kristu Ġesù, tgħammidna fil-mewt tiegħu ?", "Indfinna miegħu fil-mewt permezz tal-magħmudija sabiex kif Kristu kien imqajjem mill-imwiet permezz tal-qawwa glorjuża tal-Missier, hekk aħna ngħixu ħajja ġdida.", "Jekk aħna sirna ħaġa waħda miegħu f'mewt tixbah lil tiegħu, hekk ningħaqdu miegħu fil-qawmien tiegħu mill-mewt.", "Dan nafu: li l-bniedem il-qadim tagħna ssallab miegħu, biex jinqered dan il-ġisem tad-dnub , sabiex ma nkunux aktar ilsiera tad-dnub.", "Min imut, jeħles mid-dnub.", "Jekk aħna mitna ma' Kristu, nemmnu wkoll li għad ngħixu ma' Kristu.", "Nafu li Kristu qam mill-imwiet u ma jmutx aktar; il-mewt ma għadhiex taħkem fuqu.", "Hu li miet, miet darba għal dejjem għad-dnub; u issa li qiegħed jgħix, qiegħed jgħix għal Alla.", "Hekk ukoll intom għandkom tqisu lilkom infuskom mejtin għad-dnub, iżda ħajjin għal Alla fi Kristu Ġesù.", "Tħallux, mela, li d-dnub isaltan fuq dan il-ġisem tagħkom li jmut u toqogħdu għall-ġibdiet tiegħu; anqas ma għandkom tħallu l-membri ta' ġisimkom isiru għodda biex tagħmlu l-ħażen għas-servizz tad-dnub; imma offru ruħkom lil Alla bħala nies li reġgħu mill-mewt għall-ħajja ħalli l-membri ta' ġisimkom isiru għodda biex tagħmlu t-tajjeb għas-servizz ta' Alla għall-ġustizzja tagħkom.", "Għax lilkom id-dnub ma għandux jaħkimkom, ladarba m'intomx tgħixu taħt il-Liġi, imma taħt il-grazzja.", "Ilsiera tal-ġustizzja", "X'nagħmlu, mela?", "Ladarba m'aħniex taħt il-Liġi imma taħt il-grazzja, allura għandna nidinbu?", "Ma jkun qatt!", "Ma tafux li jekk intom toffru ruħkom lil xi ħadd b'ilsiera biex tobduh, ta' min tobdu tkunu l-ilsiera, kemm jekk dan ikun id-dnub, li jwassal għall-mewt, u kemm jekk tkun l-ubbidjenza li twassal għall-ġustifikazzjoni ?", "Imma niżżu ħajr lil Alla: intom kontu lsiera tad-dnub, imma issa obdejtu minn qalbkom dik il-kwalità ta' tagħlim li ngħatalkom biex timxu fuqu; infdejtu minn taħt id-dnub, imma tjassartu għall-ġustizzja.", "Qiegħed nitkellem magħkom ta' bnedmin li aħna, għax in-natura tagħkom dgħajfa.", "Bħalma l-membri ta' ġisimkom kontu jassartuhom għaż-żina u l-ħażen, hekk issa dawn l-istess membri jassruhom għall-ġustizzja biex tkunu qaddisin.", "Meta kontu lsiera tad-dnub, kontu ħielsa f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġustizzja.", "Xi frott ħsadtu dak iż-żmien mill-ħwejjeġ li issa qegħdin iħammrulkom wiċċkom?", "It-tmiem ta' dawk il-ħwejjeġ hija l-mewt.", "Imma issa li ħlistu mid-dnub u sirtu lsiera ta' Alla, qegħdin taħsdu għalikom frott li jwassal għall-qdusija, u għandkom bħala tmiem il-ħajja ta' dejjem.", "Għax il-ħlas tad-dnub hu l-mewt, imma d-don li tana Alla huwa l-ħajja ta' dejjem fi Kristu Ġesù Sidna."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ROM.7", "bookref": "ROM.7", "text": ["Ix-xbieha taż-żwieġ", "Ma tafux intom, l-aħwa - qiegħed nitkellem ma' nies li jafu l-Liġi - li l-liġi taħkem bniedem sakemm jibqa' ħaj?", "Hekk, il-mara miżżewġa hi marbuta bil-liġi ma' żewġha sakemm hu jdum ħaj; jekk żewġha jmut tinħall mil-liġi ta' żewġha.", "Għalhekk, sakemm żewġha jkun għadu ħaj, jekk tiżżewweġ raġel ieħor, tkun adultera.", "Jekk żewġha jmut hi tkun ħielsa minn dik il-liġi u jekk tiżżewweġ raġel ieħor, ma tkunx adultera.", "Hekk intom, l-aħwa, mittu għal-Liġi permezz tal-ġisem ta' Kristu, biex intom tkunu ta' ħaddieħor, jiġifieri, ta' dak li kien imqajjem mill-imwiet, sabiex nagħmlu l-frott għal Alla.", "Sakemm konna fil-ġisem , il-ġibdiet tad-dnub kienu jaħkmu fina permezz tal-liġi fil-membri tal-ġisem tagħna biex nagħmlu l-frott għall-mewt.", "Issa aħna nħallejna mil-Liġi għax mitna għal dak li kien iżommna lsiera, biex issa nservu skont il-ħajja l-ġdida tal-Ispirtu u mhux aktar skont l-ittra l-qadima .", "Il-jasar tad-dnub fina", "Xi ngħidu, mela?", "Li l-Liġi hi dnub?", "Ma jkun qatt!", "Imma ma kontx inkun naf x'inhu d-dnub, kieku ma kinitx il-Liġi; ma kontx inkun naf x'inhuma x-xewqat ħżiena kieku l-Liġi ma qaltlix: \"Ma jkollokx xewqat ħżiena\".", "Id-dnub ħa l-okkażjoni mill-kmandament u qajjem kull xorta ta' passjoni fija.", "Mingħajr il-Liġi, id-dnub kien ikun ħaġa mejta.", "Jien kont darba ngħix mingħajr il-Liġi, imbagħad ġie l-kmandament u d-dnub ħa r-ruħ.", "Jien mitt: il-kmandament li kien maħsub biex iġib il-ħajja, spiċċa biex ġiebli l-mewt.", "Id-dnub ħa okkażjoni mill-kmandament biex qarraq bija u qatilni.", "Il-Liġi hi qaddisa u l-kmandament hu qaddis, ġust u tajjeb.", "Mela dak li hu tajjeb sar mewt għalija?", "Ma jkun qatt!", "Iżda d-dnub, biex jurini li hu dnub, ġiebli l-mewt b'dak li hu tajjeb biex permezz tal-kmandament id-dnub jurini sa fejn jasal il-ħażen tad-dnub.", "Nafu li l-Liġi hi spiritwali, imma jien tad-demm u l-laħam mibjugħ lid-dnub.", "Ma nafx x'jien nagħmel; naf li mhux dak li rrid nagħmel iżda dak li ma rridx.", "Jekk nagħmel dak li ma rridx, naqbel mal-Liġi li hi tajba.", "Issa mela mhux aktar jien li qiegħed nagħmel dan iżda d-dnub li hemm jgħammar ġewwa fija.", "Naf li t-tajjeb ma jgħammarx fija, jiġifieri f'ġismi.", "Ir-rieda tajba qiegħda hemm fija, imma li nagħmel it-tajjeb mhux hemm.", "M'iniex nagħmel it-tajjeb li rrid, imma qiegħed nagħmel il-ħażin li ma rridx.", "Jekk jien nagħmel sewwasew dak li ma rridx, mhux jien mela qiegħed nagħmlu iżda d-dnub li hemm jgħammar fija.", "Inħoss din il-liġi ġewwa fija: meta rrid nagħmel it-tajjeb, ifeġġ quddiemi l-ħażin.", "Skont il-bniedem ta' ġewwa togħġobni l-liġi ta' Alla; iżda nilmaħ fil-membri ta' ġismi liġi oħra titqabad kontra l-liġi ta' moħħi u tjassarni taħt il-liġi tad-dnub li hemm ġo ġismi.", "Imsejken bniedem li jien!", "Min se jeħlisni minn dan il-ġisem tal-mewt?", "Niżżi ħajr lil Alla permezz ta' Ġesù Kristu Sidna!", "Mela minni nnifsi jien naqdi lil-liġi ta' Alla b'moħħi, iżda b'ġismi naqdi l-liġi tad-dnub."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ROM.8", "bookref": "ROM.8", "text": ["Il-ħajja tal-Ispirtu", "Mela issa ma hemm ebda kundanna għal dawk li jgħixu fl-għaqda ma' Kristu Ġesù.", "Għax il-liġi tal-Ispirtu li jagħti l-ħajja fi Kristu Ġesù ħelsitni mil-liġi tad-dnub u tal-mewt.", "Għax dak li ma felħitx tagħmel il-Liġi, għax kienet bla saħħa minħabba l-ġisem, għamlu Alla meta bagħat 'l Ibnu stess f'sura ta' ġisem tad-dnub, bħala vittma għad-dnub .", "B'hekk ikkundanna d-dnub fil-ġisem, biex dak li b'ġustizzja titlob il-Liġi jseħħ fina li ngħixu, imma skont l-Ispirtu u mhux skont il-ġisem.", "Dawk li jgħixu skont il-ġisem, ħsiebhom fil-ħwejjeġ tal-ġisem; dawk li jgħixu skont l-Ispirtu, ħsiebhom fil-ħwejjeġ tal-Ispirtu.", "Ix-xewqat tal-ġisem iwasslu għall-mewt; ix-xewqat tal-Ispirtu jwasslu għall-ħajja u s-sliem.", "Għalhekk ix-xewqat tal-ġisem huma għedewwa ta' Alla; ma joqogħdux għal-liġi ta' Alla, u anqas jistgħu joqogħdu.", "Dawk li jgħixu skont il-ġisem ma jistgħux jogħġbu lil Alla.", "Issa intom ma intomx taħt il-ħakma tal-ġisem, imma tal-Ispirtu, ladarba hemm l-Ispirtu ta' Alla jgħammar fikom .", "Jekk xi ħadd ma għandux fih l-Ispirtu ta' Kristu, dan mhuwiex tiegħu.", "Jekk Kristu jgħammar fikom, għalkemm il-ġisem hu mejjet minħabba fid-dnub, imma l-Ispirtu hu ħajjitkom minħabba l-ġustizzja.", "Jekk l-Ispirtu ta' dak li qajjem lil Ġesù mill-imwiet jgħammar fikom, Alla stess li qajjem lil Kristu mill-imwiet iqajjem għall-ħajja wkoll il-ġisem mejjet tagħkom, bis-saħħa tal-Ispirtu li jgħammar fikom.", "Hekk mela, l-aħwa, aħna m'aħniex midjunin mal-ġisem biex ngħixu skont il-ġisem.", "Għax jekk tgħixu skont il-ġisem, tmutu; imma jekk tmewtu l-għemil tal-ġisem bl-Ispirtu, tgħixu.", "Dawk kollha li jmexxihom l-Ispirtu ta' Alla huma wlied Alla.", "Għax intom ma rċevejtux l-ispirtu li jwassalkom għall-jasar biex terġgħu taqgħu fil-biża', imma rċevejtu l-Ispirtu li jagħmel minnkom ulied adottivi; u li bih aħna nistgħu ngħajtu: \"Abba!", "Missier !\"", "Dan l-Ispirtu jixhed flimkien mal-ispirtu tagħna li aħna wlied Alla.", "Jekk aħna wlied, aħna wkoll werrieta, werrieta ta' Alla, werrieta ma' Kristu: ladarba aħna nbatu miegħu , biex miegħu nkunu gglorifikati.", "Il-glorja li ġejja", "Jiena għadni persważ li t-tbatijiet ta' issa ma għandhom xejn x'jaqsmu mal-glorja li għad trid tidher fina.", "Il-ħlejjaq kollha qegħdin jistennew ħerqana r-rivelazzjoni ta' wlied Alla; għax il-ħolqien jinsab taħt il-frugħa - mhux minn rajh, imma minħabba Alla li xeħtu taħtha - bit-tama li l-ħlejjaq huma wkoll għad ikunu meħlusa mill-jasar tat-taħsir u jiksbu l-ħelsien tal-glorja ta' wlied Alla.", "Aħna nafu li l-ħolqien kollu għadu s'issa jitniehed bl-uġigħ tal-ħlas; u mhux hu biss, imma wkoll aħna li għandna l-ewwel frott tal-Ispirtu, aħna wkoll nitniehdu fina nfusna waqt li nistennew l-adozzjoni ta' wlied, il-fidwa ta' ġisimna.", "Aħna salvi bit-tama.", "Meta wieħed jara l-ħwejjeġ li jkun ittama, ma tkunx aktar tama; għax kif jista' wieħed jittama l-ħwejjeġ li ġa jkun ra?", "Imma dak li qegħdin nittamaw, jekk m'aħniex narawh, qed nistennewh bis-sabar.", "Hekk ukoll l-Ispirtu, min-naħa tiegħu, jgħinna fin-nuqqas ta' ħila tagħna.", "Għax aħna anqas biss nafu nitolbu kif imiss, imma l-Ispirtu stess jidħol għalina bit-talb tiegħu bi tnehid li ma jistax jitfisser bil-kliem; u Alla, li l-ħarsa tiegħu tinfed il-qlub, jaf x'inhi x-xewqa tal-Ispirtu; bit-talb tiegħu jidħol għall-qaddisin skont ma jrid Alla.", "Aħna nafu li Alla, ma' dawk li jħobbuh, ma' dawk li huma msejħin skont il-providenza tiegħu, f'kollox jaħdem id f'id għall-ġid tagħhom .", "Għax lil dawk li hu għarafhom mill-bidu, ippredestinahom ukoll biex jieħdu s-sura fuq ix-xbieha ta' Ibnu , ħalli dan ikun il-kbir fost ħafna aħwa; lil dawk li ppredestinahom, sejħilhom ukoll; lil dawk li sejħilhom, iġġustifikahom ukoll; lil dawk imbagħad li ġġustifikahom, igglorifikahom ukoll.", "Il-glorja tal-imħabba ta' Alla", "Xi ngħid, mela, quddiem dan kollu?", "Jekk Alla hu magħna min jista' jkun kontra tagħna?", "Hu, li anqas lil Ibnu stess ma ħafirha, imma tah għalina lkoll, kif ma jagħtiniex ukoll kollox miegħu?", "Min se jakkuża l-magħżulin ta' Alla?", "Alla stess hu dak li jiġġustifikahom.", "Min se jikkundannahom?", "Kristu Ġesù li miet, jew aħjar, li qam mill-imwiet, jinsab fuq il-lemin ta' Alla, hu li jidħol għalina.", "Min se jifridna mill-imħabba ta' Kristu?", "It-taħbit, id-dwejjaq, il-persekuzzjoni, il-ġuħ, l-għera, it-tiġrib, ix-xabla?", "Bħalma hu miktub:", "\"Minħabba fik il-jum kollu jikkundannawna għall-mewt;", "jgħodduna bħal nagħaġ għall-qatla.\"", "Imma f'dan kollu aħna aktar minn rebbieħa bis-saħħa ta' dak li ħabbna.", "Għax jiena żgur li la l-mewt u la l-ħajja, la l-anġli u la l-qawwiet, la ż-żmien t'issa u la ta' li ġej, la setgħat, la l-għoli u lanqas il-fond, u ebda ħliqa oħra ma jistgħu qatt jifirduna mill-imħabba ta' Alla li dehret fi Kristu Ġesù Sidna."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ROM.9", "bookref": "ROM.9", "text": ["L-għażla ta' Iżrael", "Ngħidilkom is-sewwa fi Kristu, m'iniex nigdeb, tixhidli l-istess kuxjenza tiegħi fl-Ispirtu s-Santu, li jiena mnikket għall-aħħar, u dejjem qalbi maqsuma; nixtieq li kont jiena stess maqtugħ minn Kristu minħabba f'ħuti , nies ġensi skont il-ġisem: l-Iżraelin.", "Tagħhom hija l-adozzjoni ta' wlied Alla u l-glorja, il-pattijiet u l-Liġi, il-liturġija u l-wegħdiet; tagħhom huma l-patrijarki; u kien minnhom li, skont il-ġisem, ħareġ Kristu, li hu fuq kollox, Alla mbierek għal dejjem ta' dejjem.", "Ammen!", "Mhux li l-wegħda ta' Alla sfat fix-xejn; għax mhux dawk kollha li huma mnissla minn Iżrael huma Iżraelin.", "Mhux dawk kollha li huma min-nisel ta' Abraham huma wliedu għax il-wegħda kienet din: \"Minn Iżakk jissejjaħ in-nisel tiegħek.\"", "Dan ifisser, mhux ulied il-ġisem huma wlied Alla, imma l-imwielda bis-saħħa tal-wegħda huma magħduda b'ulied Abraham.", "Il-wegħda kienet tgħid: \"Bħal dan iż-żmien jien nerġa' niġi għandek u Sara jkollha iben.\"", "U mhux hekk biss, imma l-istess ġara meta Rebekka kellha ż-żewġ uliedha minn Iżakk missierna.", "Kienu għadhom ma tweldux, bla ma kienu għadhom għamlu xejn la tajjeb u anqas ħażin - biex il-pjan tal-għażla ta' Alla jseħħ bis-saħħa ta' Alla, li sejjaħ, u mhux bis-saħħa tal-opri - Alla qalilha: \"Il-kbir iservi liż-żgħir\" kif inhu miktub ukoll:", "\"Ħabbejt lil Ġakobb", "u bgħadt lil Għesaw .\"", "Xi ngħidu mela?", "Li Alla ma jagħmilx sewwa?", "Ma jkun qatt.", "Alla qal lil Mosè:", "\"Inħenn għal min inħenn;", "u nitħassar lil min nitħassar.\"", "Mhux x'wieħed irid jew kemm jitħabat li jgħodd, iżda għal min Alla jħenn.", "L-Iskrittura tgħid lill-Fargħun: \"Għalhekk qajjimtek, biex nuri l-qawwa tiegħi bik u nxandar ismi mal-art kollha.\"", "Hu jħenn għal min irid, u jwebbes il-qalb ta' min irid.", "Il-ħniena u l-korla ta' Alla", "Imma tista' tgħidli: \"Għaliex jibqa' jċanfar?", "Min jista' jieqaf lir-rieda tiegħu?\"", "Ja bniedem, int min int biex teħodha ma' Alla?", "Forsi l-fuħħar jeħodha kontra l-ħaddiem u jgħidlu: \"Għaliex għamiltni hekk?\"", "Ma jistax il-ħaddiem tal-fuħħar jagħmel mit-taħlita tat-tafal oġġett ta' ġieħ jew oġġett ta' għajb?", "Jekk Alla li jrid juri l-korla tiegħu u jgħarraf il-qawwa tiegħu, issaporta b'sabar kbir l-oġġetti tal-korla lesti għall-qerda; biex imbagħad jgħarraf l-għana tal-glorja tiegħu għall-oġġetti tal-ħniena, li hu ħejja għall-glorja minn qabel, jiġifieri, lilna li hu sejjaħ, mhux biss mil-Lhud, imma wkoll mill-Ġentili … Bħalma jgħid fil-Ktieb ta' Hosegħa:", "\"Insejjaħ lil dak li mhux poplu tiegħi:", "'Il-Poplu Tiegħi'", "u lil dik li mhijiex maħbuba, 'Maħbuba.'", "U jiġri li fejn kienu jsejħulhom:", "'Intom m'intomx il-Poplu Tiegħi,'", "hemm isejħulhom: 'Ulied Alla l-Ħaj.' \"", "Isaija għolla leħnu u qal dwar Iżrael: \"Ukoll jekk stess l-għadd ta' wlied Iżrael ikun daqs ir-ramel tal-baħar, il-fdal biss isalva, għax il-Mulej dalwaqt jagħmel il-kont u jaqtagħha fil-qasir mad-dinja kollha.\"", "Kif ukoll il-profeta Isaija qal minn qabel:", "\"Li kieku l-Mulej tal-eżerċti ma", "ħallilniex nisel, konna nsiru bħal Sodoma,", "u 'l Gomorra konna nixbhu.\"", "Xi ngħidu mela?", "Ngħidu dan: li l-pagani li ma kinux ifittxu l-ġustizzja kisbu l-ġustizzja, il-ġustizzja li ġejja mill-fidi; imma Iżrael, li kienu jfittxu l-Liġi li tieħu għall-ġustizzja, ma laħqux l-iskop tal-Liġi.", "Għaliex?", "Għax ma fittxewhiex permezz tal-fidi, imma permezz tal-opri.", "Tfixklu fil-ġebla tat-tfixkil skont ma hu miktub:", "\"Arawni!", "Jien inqiegħed f'Sijon ġebla", "għat-tfixkil u blata tat-tiġrif, u min", "jemmen fiha ma jitħawwadx.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ROM.10", "bookref": "ROM.10", "text": ["L-aħwa, nixtieq tassew minn qalbi nitlob quddiem Alla li niesi jsalvaw.", "Jien xhud għalihom li huma għandhom il-ħeġġa għal Alla, iżda din mhijiex ħeġġa skont l-għerf veru.", "Għax m'għarfux il-ġustizzja ta' Alla, imma fittxew il-ġustizzja tagħhom, u għalhekk ma qagħdux għall-ġustizzja ta' Alla.", "L-iskop tal-Liġi hu Kristu għall-ġustizzja għal min jemmen fih.", "Is-salvazzjoni għal kulħadd", "Fuq il-ġustizzja li tiġi mil-Liġi, Mosè kiteb: \"Il-bniedem li jħarisha jgħix biha.\"", "U dwar il-ġustizzja li tiġi mill-fidi jgħid hekk: \"Tgħidx f'qalbek, 'Min sa jitla' fis-sema?' jiġifieri biex iniżżel lil Kristu; anqas: 'Min sa jinżel fil-qiegħ?' jiġifieri, biex iġib lil Kristu mill-imwiet.\"", "Imma xi tgħid l-Iskrittura?", "\"Il-kelma qiegħda ħdejk,", "f'fommok u f'qalbek\";", "jiġifieri, il-kelma tal-fidi li aħna nxandru.", "Għax jekk inti tistqarr b'fommok, \"Ġesù hu l-Mulej\", u temmen b'qalbek li Alla qajmu mill-imwiet, inti ssalva.", "Wieħed jemmen f'qalbu biex ikollu l-ġustizzja u jistqarr b'xufftejh biex ikollu s-salvazzjoni.", "L-Iskrittura tgħid, \"Kull min jemmen fih ma jintilifx.\"", "Ma hemmx għażla bejn Lhudi u Grieg; hu s-Sid ta' kulħadd u għani ma' dawk kollha li jsejħulu.", "Għax kull min isejjaħ isem il-Mulej isalva.", "Imma kif jistgħu jsejħu lil dak li ma jemmnux fih?", "Kif jistgħu jemmnu f'dak li ma semgħux bih?", "Kif jistgħu jisimgħu jekk ma jxandrulhomx?", "Kif jistgħu jxandrulhom jekk ma jkunux mibgħuta?", "Bħalma hemm miktub: \"Kemm huma sbieħ riġlejn dawk li jħabbru l-ġid.\"", "Iżda mhux kulħadd qagħad għall-kelma tal-Evanġelju.", "Isaija ħabbar: \"Mulej, min emmen il-kelma li sama' mingħandna?\"", "Il-fidi, mela, tiġi mis-smigħ, u s-smigħ mix-xandir tal-kelma ta' Kristu.", "Imma ngħid jien, jaqaw ma semgħux ?", "Żgur li semgħu.", "L-Iskrittura tgħid:", "\"Leħinhom xtered mal-art kollha ,", "u l-kelma tagħhom laħqet truf id-dinja.\"", "Imma nistaqsi jien: \"Jaqaw Iżrael ma fehemx?\"", "L-ewwel ma jwieġeb Mosè:", "\"Jien inqajjimlek l-għira permezz ta' ġens mhux poplu;", "permezz ta' poplu bla ras ngħaddabkom.\"", "Isaija mbagħad b'wiċċu minn quddiem jgħid:", "\"Sabuni dawk li ma kinux ifittxuni,", "dhert lil dawk li ma kinux jistaqsu għalija.\"", "U dwar Iżrael jissokta:", "\"Il-jum kollu jien ftaħt idejja lil poplu", "li ma jemminx u li qam kontrija.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ROM.11", "bookref": "ROM.11", "text": ["Is-salvazzjoni tal-fdal ta' Iżrael", "Issa nistaqsi jien, \"Forsi Alla ċaħad il-poplu tiegħu?\"", "Żgur li le!", "Għax jien ukoll Iżraeli, min-nisel ta' Abraham, mit-tribù ta' Benjamin.", "Alla ma ċaħdux lill-poplu tiegħu, li hu kien għażlu sa minn qabel.", "Ma tafx xi tgħid fuq Elija l-Iskrittura?", "Kif tkellem ma' Alla kontra Iżrael: \"Mulej, qatlu lill-profeti tiegħek, kissru l-artali tiegħek, jien waħdi bqajt u issa qegħdin ifittxuli ħajti?\"", "Iżda x'wieġbu Alla?", "\"Jien ħallejt għalija sebat elef raġel li ma niżlux għarkupptejhom quddiem Bagħal .\"", "Hekk issa wkoll f'dan iż-żmien hemm il-fdal skont l-għażla tal-grazzja.", "U, jekk inhu bis-saħħa tal-grazzja, mela mhux aktar bis-saħħa tal-opri; inkella l-grazzja ma tibqax aktar grazzja.", "Xi ngħidu, mela?", "Il-poplu ta' Iżrael ma sabx dak li kien ifittex, iżda dawk li kienu magħżula sabuh; il-bqija webbsu rashom kif inhu miktub:", "\"Alla tahom spirtu ta' ngħas fuqhom,", "għajnejn biex ma jarawx,", "widnejn biex ma jisimgħux,", "sal-ġurnata tal-lum.\"", "U David iżid:", "\"Jalla tkun il-mejda tagħhom nasba u nassa,", "it-tfixkil u l-ħlas li ħaqqhom.", "Ħalli jiddallmu għajnejhom biex ma jarawx;", "u lwielhom daharhom għal dejjem.\"", "Is-salvazzjoni tal-pagani", "Mela, ngħid jien, jaqaw tfixklu biex waqgħu għal kollox?", "Żgur li le!", "Imma bis-saħħa tal-ħtija tagħhom waslet is-salvazzjoni għand il-pagani biex il-Lhud tiġihom l-għira għalihom.", "Jekk, mela, il-ħtija tal-Lhud sfat ta' ħafna ġid għad-dinja, u l-waqgħa tagħhom ta' ħafna ġid għall-pagani, kemm se tkun aktar is-salvazzjoni tagħhom ilkoll .", "U issa ngħid lilkom il-pagani.", "Sakemm jiena appostlu tal-pagani nibqa' nagħmel ġieħ lill-ministeru tiegħi, bit-tama li nqajjem l-għira ta' ġensi u hekk insalva lil xi wħud minnhom.", "Għax jekk it-tkeċċija tagħhom ġiebet il-ħbiberija tad-dinja ma' Alla, l-ilqugħ tagħhom mill-ġdid xi jkun ifisser, jekk mhux ħajja mill-imwiet?", "Jekk l-ewwel frott hu mqaddes, hekk ukoll hi l-għaġna kollha; u jekk hu mqaddes l-għerq, hekk ukoll huma l-friegħi.", "Jekk xi wħud mill-friegħi tqaċċtu, int li int żebbuġa selvaġġa, li kont imlaqqam fuqhom u taqsam magħhom l-għerq u terda' s-sustanza taż-żebbuġa, la tiftaħarx minn fuq il-friegħi mqaċċta.", "Jekk int tiftaħar, ftakar li mhux int iżżomm l-għerq, imma l-għerq iżomm lilek.", "Int għandek mnejn tgħid: \"Il-friegħi tqaċċtu, biex nitlaqqam jien flokhom.\"", "Tajjeb!", "Tqaċċtu, għax ma emmnux; imma int qiegħed iżżomm bil-fidi.", "Timliex rasek, iżda ibża'.", "Jekk Alla ma ħafirhiex lill-friegħi naturali, anqas ma jaħfirha lilek.", "Qis, mela, it-tjieba u l-ħruxija ta' Alla: ħruxija għal dawk li waqgħu, u t-tjieba għalik jekk tibqa' fit-tjieba tiegħu; inkella int ukoll titqaċċat.", "Huma wkoll jerġgħu jitlaqqmu jekk ma jibqgħux ma jemmnux; għax Alla għandu l-qawwa li jerġa' jlaqqamhom.", "Jekk int ġej miż-żebbuġa selvaġġa u kontra n-natura kont imlaqqam f'żebbuġa tajba, kemm iktar jistgħu jitlaqqmu fiż-żebbuġa tagħhom stess dawk li skont in-natura ġejjin minnha!", "Is-salvazzjoni ta' Iżrael", "Ma rridx li ma tkunux tafu, l-aħwa, dan il-misteru, li ma tmorrux taħsbu li intom xi għorrief; l-ebusija tal-qalb li waqgħet fuq parti minn Iżrael tibqa' sakemm tidħol il-milja tal-pagani; u hekk Iżrael kollu jkun salv.", "Kif inhu miktub:", "\"Għad joħroġ minn Sijon il-Feddej;", "ineħħi l-ħażen minn Ġakobb.", "U dan ikun il-patt tiegħi magħhom:", "meta nneħħilhom dnubiethom.\"", "Skont l-Evanġelju huma għedewwa minħabba fikom; skont l-għażla huma maħbuba minħabba missirijiethom.", "Alla ma jiħux lura d-doni tiegħu", "Alla ma jreġġax lura d-doni u s-sejħa tiegħu.", "Bħalma fl-imgħoddi intom ma kontux tobdu lil Alla, imma issa sibtu l-ħniena tiegħu minħabba d-diżubbidjenza tagħhom; hekk huma wkoll mhumiex jobduh minħabba l-ħniena li sibtu intom mingħandu, ħalli issa huma wkoll isibu l-ħniena.", "Għax Alla ħalla 'l kulħadd fil-jasar tad-diżubbidjenza, biex jagħmel ħniena ma' kulħadd.", "Kemm huma kbar l-għana, l-għerf u l-għaqal ta' Alla!", "Kemm tassew ħadd ma jista' jgħarbel il-ġudizzju tiegħu u jifhem it-triqat tiegħu!", "Għax min qatt għaraf moħħ il-Mulej?", "Min qatt kien il-kunsillier tiegħu?", "Min qatt tah l-ewwel biex jistħoqqlu l-ħlas?", "Kollox ġej minnu, kollox permezz tiegħu, kollox għalih.", "Lilu l-glorja għal dejjem ta' dejjem.", "Ammen!"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ROM.12", "bookref": "ROM.12", "text": ["Il-ħajja ġdida fi Kristu", "Nitlobkom, l-aħwa, għall-ħniena ta' Alla, offru ġisimkom b'sagrifiċċju ħaj, qaddis, jogħġob lil Alla, jiġifieri l-qima spiritwali tagħkom.", "Timxux max-xejra ta' din id-dinja, iżda nbidlu skont it-tiġdid ta' fehmietkom, biex iseħħilkom tagħrfu x'inhi r-rieda ta' Alla, x'inhu t-tajjeb li jogħġbu, x'inhu perfett.", "Jiena ngħidilkom ilkoll bis-saħħa tal-grazzja li tani Alla: tippretendux li intom xi ħaġa aktar milli intom kif għandu jkun!", "Iżda kull wieħed minnkom iżomm ruħu ta' li hu skont il-qjies tal-fidi li tah Alla.", "Bħalma aħna għandna ħafna membri f'ġisem wieħed, iżda mhux il-membri kollha għandhom l-istess xogħol, hekk aħna ġisem wieħed fi Kristu u kull wieħed minna membru tal-ieħor.", "Aħna għandna doni differenti skont il-grazzja li Alla tana; jekk għandna d-don tal-profezija, ħa nħaddmuh skont il-qjies tal-fidi; jekk għandna d-don tal-ministeru, ħa nservu; min għandu d-don tat-tagħlim, ħa jgħallem; min id-don tat-tħeġġiġ, ħa jħeġġeġ; min id-don tat-tqassim, ħa jqassam b'idejh miftuħa; min għandu l-awtorità fuq l-oħrajn, ħa jmexxi bil-ħerqa; min id-don tal-opri tal-ħniena, ħa jagħmel dan bil-ferħ.", "Il-liġi tal-ħajja nisranija", "Qisu li l-imħabba tagħkom ma tkunx wiċċ b'ieħor; taħmlux il-ħażen; żommu mat-tajjeb.", "Ħobbu lil xulxin bħal aħwa; fittxu li tistmaw lil xulxin.", "Tħallux il-ħrara tagħkom tibred, tħeġġu fl-ispirtu, aqdu lill-Mulej.", "Ifirħu bit-tama, stabru fl-hemm, itolbu bla waqfien.", "Aqsmu ġidkom mal-qaddisin li jinsabu fil-bżonn; ilqgħu f'darkom lill-barranin.", "Bierku lil dawk li jippersegwitawkom; bierku, u la tisħtu lil ħadd.", "Ifirħu ma' min jifraħ, ibku ma' min jibki.", "Aħsbu f'xulxin l-istess, taħsbux fi ħwejjeġ kbar, imma fittxu l-umli.", "Tagħmluhiex ta' għorrief.", "Troddu lil ħadd deni b'deni.", "Ħa jkun ħsiebkom filli tagħmlu t-tajjeb quddiem il-bnedmin kollha.", "Jekk jista' jkun, sakemm ikun ġej minnkom, għixu fil-paċi ma' kulħadd.", "Tivvendikawx ruħkom b'idejkom, għeżież tiegħi, imma ħallu l-korla ta' Alla tagħmel hi, għax hemm miktub: \"Għalija l-vendetta, jiena nħallas, jgħid il-Mulej.\"", "Jekk l-għadu tiegħek bil-ġuħ, itimgħu; jekk hu bil-għatx, isqih.", "Jekk tagħmel hekk tkun qiegħed tiġma' ġamar jaqbad fuq rasu.", "Tħallix il-ħażen jirbħek, iżda irbaħ il-ħażen bit-tajjeb."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ROM.13", "bookref": "ROM.13", "text": ["Ubbidjenza lill-awtorità", "Kull bniedem għandu jobdi lill-awtorità ta' fuqu.", "Ma hemmx awtorità jekk mhix ġejja minn Alla; u l-awtoritajiet li hemm, qegħdin hemm bl-ordni ta' Alla.", "Għalhekk, dawk li jeħduha kontra l-awtorità jkunu qegħdin jeħduha kontra l-ordni mwaqqaf minn Alla; u dawk li jeħduha kontra Alla, ikunu qegħdin jiġbdu l-kundanna fuqhom infushom.", "Jibżgħu mill-awtoritajiet mhux dawk li jagħmlu t-tajjeb, iżda dawk li jagħmlu l-ħażin.", "Trid ma tibżax minn min għandu s-setgħa?", "Agħmel it-tajjeb, u jkollok it-tifħir mingħandu.", "Għax qaddej ta' Alla hu għall-ġid tiegħek.", "Jekk inti tagħmel il-ħażin, ibża' minnhom.", "Mhux għal xejn li l-kap iġib ix-xabla; hu l-ministru ta' Alla biex jikkastiga u jitħallas minn min jagħmel il-ħażen.", "Għalhekk jeħtieġ li toqogħdu għall-awtoritajiet, mhux biss minħabba l-korla, imma wkoll minħabba l-kuxjenza.", "Għalhekk ukoll ħallsu t-taxxi; għax l-awtoritajiet huma uffiċjali ta' Alla għal dan ix-xogħol.", "Meta jagħmlu dan, ikunu qegħdin jaqdu dmirhom.", "Agħtu lil kulħadd dak li ħaqqu, taxxi lil min imissu t-taxxi, dazju lil min imissu d-dazju, rispett lil min imissu r-rispett, ġieħ lil min imissu l-ġieħ.", "Ħobbu lil xulxin", "Tkunu obbligati lejn ħadd ħlief li tħobbu lil xulxin.", "Kull min iħobb ikun iħares il-bqija tal-Liġi.", "Għax il-kmandamenti: \"La tagħmilx adulterju, la toqtolx, la tisraqx, la tkunx rgħib,\" u kull preċett ieħor, hu liema hu, kollha jinġabru f'kelma waħda: \"Ħobb il-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.\"", "L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi.", "Inqumu min-ngħas", "Barra minn dan, intom tafu f'liema żmien qegħdin.", "Waslet is-siegħa li intom tqumu min-ngħas; għax is-salvazzjoni tagħna hi eqreb minn meta bdejna nemmnu.", "Il-lejl għoddu għadda, u qorob il-jum.", "Inwarrbu mela l-għemil tad-dlam u nilbsu l-armi tad-dawl.", "Ngħixu kif jixraq, bħal f'binhar; mhux bl-ikel iż-żejjed u s-sokor, mhux biż-żina u t-tbahrid, mhux bil-ġlied u l-għira.", "Imma ilbsu lil Sidna Ġesù Kristu u ħallukom mill-ħsieb tal-ġisem u l-ġibdiet tiegħu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ROM.14", "bookref": "ROM.14", "text": ["Tiġġudikax lil ħuk", "Lil min hu dgħajjef fil-fidi ilqgħuh mingħajr ma toqogħdu tiddiskutu l-fehmiet tiegħu .", "Hemm min jaħseb li jista' jiekol kollox, u hemm min, imbagħad, għax hu dgħajjef fil-fidi, jiekol ħaxix biss.", "Min jiekol kollox m'għandux imaqdar lil min ma jikolx; u min ma jikolx m'għandux jiġġudika lil min jiekol, għax Alla laqa' lilu wkoll.", "Int min int biex tagħmel ħaqq mill-qaddej ta' ħaddieħor ?", "Jekk iżommx wieqaf jew jaqax, dan jarah sidu.", "Iżda huwa jżomm wieqaf, għax il-Mulej għandu kull ħila li jżommu wieqaf.", "Hemm min jagħżel bejn jum u ieħor , u hemm min iqis il-jiem kollha xorta.", "Ħa jżomm kulħadd il-fehma tiegħu.", "Min iħares il-jum, iħarsu għall-ġieħ tal-Mulej; u min jiekol, jiekol għall-ġieħ tal-Mulej, ladarba b'hekk ikun qiegħed jiżżi ħajr lil Alla.", "U min ma jikolx, ma jikolx għall-ġieħ tal-Mulej, u hu wkoll ikun qiegħed jiżżi ħajr lil Alla.", "Għax ħadd minna ma jgħix għalih innifsu, u ħadd ma jmut għalih innifsu.", "Jekk ngħixu, ngħixu għall-Mulej; jekk immutu, immutu għall-Mulej.", "Sew jekk ngħixu, mela, sew jekk immutu, aħna tal-Mulej.", "Kristu għalhekk miet u rxoxta, biex ikun Sid kemm tal-ħajjin u kemm tal-mejtin.", "Imma int, għax għandek tagħmel ħaqq minn ħuk?", "Jew lil ħuk, għaliex għandek tmaqdru?", "Aħna lkoll għad nidhru quddiem it-tribunal ta' Alla; għax hemm miktub:", "\"Daqs kemm jien ħaj, jgħid il-Mulej, quddiemi għad jinżel għarrkupptejh kull bniedem,", "u kull ilsien għad ifaħħar lil Alla.\"", "Għalhekk kull wieħed minna għad jagħti kont tiegħu nnifsu lil Alla.", "Tfixkilx lil ħuk", "Ma niġġudikawx iżjed, mela, lil xulxin.", "Aħjar taraw li ma tkunux ta' tfixkil jew ta' skandlu għal ħukom.", "Għax jiena naf, u minn dan jiena żgur fil-Mulej Ġesù, li xejn ma hemm imniġġes minnu nnifsu.", "Imma jekk xi ħadd jidhirlu li ħaġa hi mniġġsa, għalih tkun imniġġsa.", "Jekk minħabba l-ikel tiegħek tħalli lil ħuk iġarrab il-ħsara, inti ma tkunx qiegħed timxi bl-imħabba.", "Qis li ma tmurx, minħabba l-ikel tiegħek, iġġarraf lil dak li għalih miet Kristu.", "Tħallux illi t-tajjeb li għandkom ikun kaġun ta' tkasbir għalik.", "Is-Saltna ta' Alla mhijiex ikel u xorb, imma hi ġustizzja, u sliem, u grazzja fl-Ispirtu s-Santu.", "Min jaqdi lil Kristu f'dan, ikun jogħġob lil Alla, u jinġieb mill-bnedmin.", "Ħalli nfittxu, mela, dak li jġib is-sliem u dak li jservi għall-edifikazzjoni ta' xulxin.", "Tħallix li bl-ikel tiegħek titħassar l-opra ta' Alla.", "Kollox safi, imma jagħmel ħażin il-bniedem li jiekol xi ħaġa li biha jiskandalizza lil ħaddieħor.", "It-tajjeb hu li la tiekol laħam u lanqas tixrob inbid u ma tagħmel xejn li jista' jfixkel lil ħuk.", "Il-konvinzjoni tal-kuxjenza tiegħek żommha għalik quddiem Alla.", "Hieni l-bniedem li ma jikkundannax lilu nnifsu meta jaqtagħha x'se jagħmel.", "Min jiekol bid-dubju hu kkundannat għax mhux miexi skont il-konvinzjoni tal-kuxjenza tal-fidi, u kulma mhux mill-konvinzjoni tal-fidi hu dnub."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ROM.15", "bookref": "ROM.15", "text": ["Fittxu għoġbu lil ħutkom", "Aħna li aħna sħaħ fil-fidi għandna ngħinu lid-dgħajfa jerfgħu l-piż tagħhom u mhux infittxu nogħġbu lilna nfusna.", "Kull wieħed minna għandu jfittex jogħġob lil għajru għall-ġid tiegħu.", "Għax Kristu ma fittixx jogħġob lilu nnifsu, kif inhu miktub: \"It-tagħjir ta' dawk li għajru lilek waqa' fuqi.\"", "Kulma nkiteb fl-Iskrittura fl-imgħoddi, inkiteb għat-tagħlim tagħna, biex bis-sabar u bil-faraġ li tagħtina l-Iskrittura, aħna jkollna t-tama.", "Alla, li minnu ġej kull sabar u faraġ, jagħtikom il-grazzja li tkunu fehma waħda bejnietkom skont Kristu Ġesù, biex b'fomm wieħed u b'qalb waħda tfaħħru lil Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu.", "L-Evanġelju għal-Lhud u l-pagani", "Għalhekk ilqgħu lil xulxin bħalma Kristu wkoll laqa' lilkom, għall-glorja ta' Alla.", "Jiena ngħidilkom li Kristu sar qaddej tal-Lhud ċirkonċiżi minħabba l-fedeltà ta' Alla, biex iseħħu l-wegħdiet li għamel lill-Patrijarki, u biex il-pagani wkoll ifaħħru lil Alla minħabba l-ħniena tiegħu bħalma hu miktub:", "\"Għalhekk jiena nfaħħrek fost il-ġnus u ngħanni tifħir ismek.\"", "U ttenni tgħid:", "\"Ifirħu, intom ġnus, flimkien mal-poplu tiegħu\";", "u terġa':", "\"Faħħru lill-Mulej, intom ġnus kollha, ħa jfaħħruh il-popli kollha.\"", "U jerġa' jgħid ukoll Isaija:", "\"U joħroġ għerq minn Ġesse ;", "iqum biex jaħkem il-ġnus ;", "u fih il-ġnus iqiegħdu t-tama tagħhom.\"", "U Alla tat-tama jimliekom ilkoll bil-ferħ u s-sliem permezz tal-fidi tagħkom, sabiex it-tama tagħkom toktor bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.", "Il-missjoni u x-xewqa ta' Pawlu", "Jien żgur minnkom l-aħwa, li intom ilkoll mimlija bit-tjieba u bl-għerf kollu, kapaċi twiddbu lil xulxin.", "Imma jien għamilt il-qalb u ktibtilkom biex infakkarkom f'xi ħwejjeġ.", "Dan għamiltu bil-grazzja li tani Alla li nkun ministru ta' Kristu Ġesù fost il-pagani, ikkonsagrat biex naħdem għall-Evanġelju ta' Alla u nagħmel mill-ġnus offerta mqaddsa mill-Ispirtu s-Santu u li togħġob lil Alla .", "Għalhekk jien għandi biex nitkabbar fi Kristu Ġesù fis-servizz tiegħi għal Alla.", "Ma nissogra nsemmi xejn, jekk mhux dak li għamel Kristu permezz tiegħi biex inwassal il-pagani għall-ubbidjenza bil-kelma u bl-għemil, bil-qawwa tas-sinjali u l-mirakli, bil-qawwa tal-Ispirtu ta' Alla.", "Hekk permezz tiegħi seħħ ix-xandir tal-Evanġelju ta' Kristu minn Ġerusalemm u l-inħawi ta' madwarha sal-Illirja .", "Ix-xewqa tiegħi hi li nxandar l-Evanġelju fejn qatt ma ssemma Kristu, sabiex ma nkunx bnejt fuq sisien li jkun qiegħed ħaddieħor; kif inhu miktub:", "\"Biex dawk li qatt ma kellhom l-aħbar jaraw;", "u dawk li qatt ma semgħu bih jifhmuh.\"", "Pawlu jrid iżur Ruma", "Għalhekk dejjem kien hemm xi jżommni li niġi għandkom.", "Issa, billi f'dawn l-inħawi ma għandix post ieħor fejn immur u billi minn ħafna snin 'l hawn kelli x-xewqa li niġi sa għandkom, nittama li meta nkun fi triqti lejn Spanja , ngħaddi narakom, jiena u għaddej minn hemm; u nieħu mingħandkom li jkolli bżonn għall-vjaġġ, wara li nkun gawdejt il-kumpanija tagħkom għal xi ftit żmien.", "Issa sa mmur Ġerusalemm biex naqdi lill-qaddisin ; għax in-nies tal-Maċedonja u l-Akaja għoġobhom jaqsmu ġidhom mal-fqar li hemm Ġerusalemm fost il-qaddisin.", "Hekk għoġobhom, iżda dan hu dmirhom: jekk il-pagani għandhom mingħand il-Lhud il-ġid spiritwali, huma fid-dmir li jservuhom fil-ħwejjeġ materjali.", "Meta nkun temmejt dan u nkun tajthom din il-ġabra, nitlaq lejn Spanja u ngħaddi għandkom.", "Jiena naf li meta nasal għandkom, il-miġja tiegħi tkun mimlija bil-barka ta' Kristu.", "Inħeġġiġkom, l-aħwa, permezz ta' Sidna Ġesù Kristu u permezz tal-imħabba tal-Ispirtu, tqabdu miegħi intom u itolbu lil Alla għalija biex jeħlisni minn dawk fil-Lhudija li ma jemmnux , u biex is-servizz tiegħi jkun milqugħ tajjeb mill-qaddisin f'Ġerusalemm.", "Imbagħad, jekk Alla jrid, niġi għandkom ferħan u jkolli ftit tal-mistrieħ għandkom.", "Alla tas-sliem ikun magħkom ilkoll.", "Ammen."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/ROM.16", "bookref": "ROM.16", "text": ["Rakkomandazzjonijiet u tislijiet", "Nirrikkmandalkom lil Febi oħtna, li qiegħda sservi lill-knisja ta' Kenkri ; ilqgħuha fil-Mulej, kif jixraq lill-qaddisin, u agħtuha kulma teħtieġ mingħandkom, għax hi stess kienet ta' għajnuna għal ħafna, u għalija wkoll.", "Selluli għal Priska u Akwila, li ħadmu miegħi fi Kristu Ġesù, għax huma wkoll issugraw ħajjithom għalija biex isalvawni; u mhux jien biss għandi għax nirringrazzjahom iżda wkoll il-knejjes kollha tal-Ġentili; inselli wkoll għall-knisja li tiltaqa' f'darhom.", "Sellu għal Epenetu, il-maħbub tiegħi, l-ewwel frott għal Kristu fl-Asja .", "Sellu għal Marija, li tħabtet ħafna għalikom.", "Sellu għal Androniku u Ġunja, qraba tiegħi u priġunieri miegħi, magħrufa fost l-appostli, u li emmnu fi Kristu qabli.", "Sellu għal Amplijatu, il-maħbub tiegħi fil-Mulej.", "Sellu għal Urbanu li ħadem magħna fi Kristu, u Staki l-maħbub tiegħi.", "Sellu għal Apelli li ta x-xhieda tiegħu nnifsu għal Kristu.", "Sellu għall-familja ta' Aristobulu.", "Sellu għal Erodjon, il-qarib tiegħi.", "Sellu wkoll għal dawk li huma fil-Mulej fid-dar ta' Narċissu.", "Sellu għal Trifena u Trifosa li qegħdin jitħabtu fil-Mulej.", "Sellu għal Persi l-maħbuba, li tħabtet ħafna fil-Mulej.", "Sellu għal Rufu l-magħżul fil-Mulej, u għall-omm tiegħu u tiegħi.", "Sellu għal Asinkretu, Felgon, Ermi, Patroba, Erma, u l-aħwa li għandhom magħhom.", "Sellu għal Filologu u Ġulja, Nerija, u oħthom, u Olimpja, u l-qaddisin kollha li hemm magħkom.", "Sellmu lil xulxin b'bewsa qaddisa.", "Il-knejjes kollha ta' Kristu jsellmulkom.", "Inħeġġiġkom, l-aħwa, biex toqogħdu attenti minn dawk li jġibu l-firda u t-tfixkil kontra t-tagħlim li intom tgħallimtu, u żommu 'l bogħod minnhom.", "Dawn mhumiex jaqdu lil Kristu Sidna, iżda l-passjonijiet tagħhom; bil-kliem u t-tmellis iqarrqu bil-qlub ta' nies bla malizzja.", "L-ubbidjenza tagħkom sar jaf biha kulħadd.", "Jien nifirħilkom u rridkom tkunu għorrief fit-tajjeb imma sempliċi fil-ħażen.", "Alla tas-sliem ma jdumx ma jisħaq taħt riġlejkom lil Satana.", "Il-grazzja ta' Sidna Ġesù tkun magħkom.", "Isellmulkom Timotju, sieħbi fix-xogħol, Luqa u Ġason, u Sosipater, qrabati.", "Insellmilkom jiena Terzju , li ktibt din l-ittra, fil-Mulej.", "Isellmilkom Gaju li laqa' mhux biss lili, imma l-knisja kollha.", "Isellmilkom Erastu, l-amministratur tal-belt, u Kwartu ħuna.", "Glorja lil Alla", "Lil Alla li għandu l-qawwa", "li jwettaqkom fl-Evanġelju li nħabbar jien,", "jien u nxandar lil Ġesù Kristu,", "skont ir-rivelazzjoni tal-misteru", "li kien moħbi fis-skiet tal-eternità;", "lil dan Alla li issa rrivelalna dan il-misteru,", "u għarrfu lill-ġnus bil-Kitba tal-Profeti,", "skont l-ordni tiegħu, Alla ta' dejjem,", "biex iwassalhom għall-ubbidjenza tal-fidi ;", "lil dan Alla, waħdu fl-għerf,", "il-glorja għal dejjem ta' dejjem", "b'Ġesù Kristu.", "Ammen."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CO.intro", "bookref": "1CO.intro", "text": ["L-EWWEL ITTRA LILL-KORINTIN", "Ħarsa ħafifa lejn l-ittra", "Pawlu kiteb din l-ittra lill-insara ta' Korintu wara li sar jaf li kienu qamu xi firdiet fil-komunità.", "Għalkemm hi msejħa 'l-ewwel ittra', minn kliemu stess nifhmu li kien diġà kiteb qabel ( , ) biex iwissihom ħalli jżommu 'l bogħod miż-żienja.", "Jidher ukoll li l-Korintin infushom kienu kitbulu u f'din l-ittra qed iwieġeb għal xi mistoqsijiet li kienu għamlulu ( , ).", "Korintu kienet il-belt kapitali tal-provinċja ta' Akaja li fiha kien isir ħafna kummerċ.", "Dan ġab miegħu ħafna taħlit ta' nies u ta' kulturi li żied it-tentazzjonijiet għal atti immorali.", "Kien hemm ħafna kuntatt ma' reliġjonijiet oħra u allura bdew jinfirxu xi ideat li ma kinux jaqblu mal-Evanġelju li għallem Pawlu.", "L-Appostlu beda l-ħidma tiegħu f'post fejn kienu jiltaqgħu l-Lhud, imma kellu jiċċaqlaq minn hemm u jmur joqgħod għand wieħed pagan li kien sar nisrani.", "Ħafna minn dawk li emmnu kienu fqar, imma kien hemm oħrajn li kienu sinjuri, saħansitra t-teżorier tal-belt.", "Kif jgħid hu stess, Pawlu qatt ma ried ikun piż għal ħadd, ukoll jekk kellu d-dritt għal remunerazzjoni bħala predikatur.", "Kien fil-fatt jaħdem it-tined biex jaqla' ħobżu.", "L-akbar inkwiet ta' Pawlu kien kif l-insara ta' Korintu kienu jinqatgħu fi klikek u dan kien qed joħloq il-firda bejniethom.", "L-imġiba tagħhom lejn xulxin xejn ma kienet tixraq lit-tagħlim li kienu rċevew.", "Wieġeb ukoll il-mistoqsijiet tagħhom dwar kwistjonijiet ta' sess, żwieġ, l-ordni fil-knisja, problemi ta' kuxjenza, id-doni tal-Ispirtu s-Santu, u l-qawmien mill-mewt.", "L-aktar silta popolari minn din l-ittra hi l-innu għall-glorja tal-imħabba li nsibu f'kapitlu .", "L-imħabba hi aqwa mill-fidi u t-tama u hi permezz tal-imħabba li kull inkwiet jista' jinħall.", "Jekk kull nisrani jgħix l-imħabba kif deskritta f'dan l-innu, ma jibqax biża' ta' nuqqas ta' ftehim.", "L-imħabba taf tistabar u tħenn;", "l-imħabba mhijiex għajjura, ma tintefaħx biha nfisha,", "ma titkabbarx fuq l-oħrajn;", "ma tagħmilx dak li mhux xieraq;", "ma tfittixx dak li hu tagħha,", "xejn ma tinkorla; ma żżommx f'qalbha għad-deni,", "ma tifraħx bl-inġustizzja,", "imma tifraħ bil-verità;", "kollox tagħder, kollox temmen, kollox tittama, kollox tissaporti.", "L-imħabba ma tintemm qatt ( , - ).", "It-taqsim tal-ittra", "Introduzzjoni ( , - )", "Firdiet fil-Knisja ( , — , )", "Moralità sesswali u l-ħajja tal-familja ( , — , )", "Insara u pagani ( , — , )", "Il-ħajja fil-Knisja u l-liturġija ( , — , )", "Il-qawmien mill-mewt ta' Kristu u dak ta' min jemmen ( , - )", "Il-ġabra għall-insara fil-Lhudija ( , - )", "Aħbarijiet personali u konklużjoni ( , - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CO.1", "bookref": "1CO.1", "text": ["Tislima", "Pawlu, li Alla ried isejjaħlu biex ikun appostlu ta' Kristu Ġesù, u Sòsteni ħuna, lill-knisja ta' Alla li qiegħda f'Korintu ; lil dawk li tqaddsu fi Kristu Ġesù, imsejħa biex ikunu qaddisin flimkien ma' dawk kollha li f'kull pajjiż isejħu l-isem ta' Ġesù Kristu, is-Sid tagħhom u tagħna: grazzja u sliem mingħand Alla Missierna u l-Mulej Ġesù Kristu.", "Jiena niżżi ħajr dejjem lil Alla tiegħi minħabba fikom għall-grazzja li Alla takom, lilkom fi Kristu Ġesù; fih intom stagħnejtu f'kollox, f'kull kelma, f'kull għerf daqs kemm ix-xhieda ta' Kristu kienet imwettqa fikom.", "Għalhekk m'intom nieqsa minn ebda don, intom u tistennew id-dehra ta' Sidna Ġesù Kristu.", "Huwa hu li jwettaqkom sal-aħħar biex tkunu bla ħtija fil-jum ta' Sidna Ġesù Kristu.", "Alla jżomm kelmtu, minnu kontu msejħin biex tidħlu fix-xirka ta' Ibnu Sidna Ġesù Kristu .", "Firdiet fil-Knisja", "Nitlobkom, l-aħwa, f'isem Sidna Ġesù Kristu, biex tkunu taqblu fi kliemkom u ma jkunx hemm firdiet fostkom.", "Kunu magħqudin kif imiss, ħsieb wieħed u fehma waħda.", "L-aħwa, in-nies ta' Kloji qaluli fuqkom li fostkom hemm it-tilwim: irrid ngħid jien, li kull wieħed minnkom qiegħed jgħid, \"Jiena ta' Pawlu,\" \"U jiena ta' Apollo,\" \"U jiena ta' Kefa ,\" \"U jiena ta' Kristu.\"", "Jaqaw Kristu mifrud?", "Forsi Pawlu kien li ssallab għalikom jew f'isem Pawlu tgħammidtu?", "Niżżi ħajr lil Alla li ma għammidt lil ħadd, ħlief lil Krispu u lil Gaju, sabiex ħadd ma jgħid li tgħammidtu f'ismi.", "Għammidt ukoll lill-familja ta' Stefanas; mill-bqija ma nafx li għammidt lil ħaddieħor.", "Kristu ma bagħatnix biex ngħammed iżda biex inxandar l-Evanġelju, mhux bi kliem l-għerf sabiex ma jiġix fix-xejn is-salib ta' Kristu.", "Kristu l-għerf u l-qawwa ta' Alla", "Il-predikazzjoni tas-salib hija bluha għal dawk li jintilfu; imma għal dawk li jsalvaw, għalina, hi l-qawwa ta' Alla.", "Bħalma hu miktub:", "\"Neqred l-għerf tal-għorrief;", "inwarrab id-dehen tad-dehnin.\"", "Fejn hu l-għaref?", "Fejn hu l-iskriba?", "Fejn hu l-filosfu ta' din id-dinja?", "Forsi Alla ma bellahx l-għerf tad-dinja?", "U billi, fl-għerf ta' Alla, id-dinja b'għerfha ma għarfitx lil Alla, Alla għoġbu jsalva lil min jemmen bil-bluha tal-predikazzjoni.", "Għax il-Lhud jitolbu s-sinjali , u l-Griegi jfittxu l-għerf, imma aħna nxandru 'l Kristu msallab, skandlu għal-Lhud u bluha għall-Griegi; iżda għal dawk li huma msejħin, sew Lhud sew Griegi, Kristu huwa l-qawwa ta' Alla u l-għerf ta' Alla.", "Għax il-bluha ta' Alla hija għarfa iktar mill-bnedmin, u d-dgħufija ta' Alla hija aqwa mill-bnedmin.", "Araw x'intom, l-aħwa li Alla sejħilkom; għax mhumiex ħafna fostkom li huma għorrief skont il-qjies tad-dinja, mhumiex ħafna s-setgħana, mhumiex ħafna n-nobbli.", "Imma Alla għażel in-nies boloh għad-dinja biex iħawwad l-għorrief; għażel id-dgħajfa tad-dinja biex iħawwad il-qawwija; għażel il-mistmerra mid-dinja, u n-nies li ma huma xejn, biex iġib fix-xejn 'il dawk li huma xi ħaġa.", "Hekk ebda bniedem ma jkun jista' jiftaħar quddiem Alla.", "Minnu li intom tinsabu fi Kristu Ġesù li sar għalina l-għerf mingħand Alla, ġustizzja, qdusija u fidwa, biex bħalma hu miktub, \"min jiftaħar, ħa jiftaħar fil-Mulej.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CO.2", "bookref": "1CO.2", "text": ["Nippridkaw lil Kristu msallab", "Meta jiena wasalt għandkom, l-aħwa, ma ġejtx inħabbrilkom il-Misteru ta' Alla bi kliem kbir jew għaref .", "Ma ppretendejtx li kont naf xi ħaġa fostkom, ħlief lil Ġesù Kristu, u 'l dan imsallab.", "U jiena ġejt għandkom dgħajjef, imbażża' u mriegħed; il-kelma u l-predikazzjoni tiegħi ma kinux imlibbsa bil-kliem qawwi tal-għerf, imma bil-wiri tal-Ispirtu u l-qawwa, sabiex il-fidi tagħkom tinbena mhux fuq l-għerf tal-bniedem, imma fuq il-qawwa ta' Alla.", "L-Ispirtu ta' Alla", "Aħna ngħallmu l-għerf fost dawk li huma perfetti, imma mhux l-għerf ta' din id-dinja, anqas l-għerf tal-prinċpijiet ta' din id-dinja, li se jintemmu fix-xejn.", "Ngħallmu l-għerf ta' Alla moħbi f'misteru, li Alla fassal qabel iż-żmien għall-glorja tagħna.", "Ebda wieħed mill-mexxejja ta' din id-dinja ma għarfu; kieku għarfuh, qatt ma kienu se jsallbu l-Mulej tal-glorja.", "Imma, bħalma hu miktub, aħna nħabbru \"dak li għajn qatt ma rat u widna qatt ma semgħet,\" u dak li qatt ma tnissel f'qalb il-bniedem, dak li Alla lesta għal dawk li jħobbuh.", "Alla rrivelahulna permezz tal-Ispirtu; għax l-Ispirtu jgħarbel kollox, sa fil-qiegħ ta' Alla.", "Min qatt għaraf dak li hemm moħbi fil-bniedem jekk mhux l-ispirtu tal-bniedem li hemm fih?", "Hekk ukoll ħadd ma jagħraf dak li hemm f'Alla ħlief l-Ispirtu ta' Alla.", "Aħna ma ħadniex l-ispirtu ta' din id-dinja, imma l-Ispirtu ta' Alla, biex nagħrfu d-doni li Alla għoġbu jagħtina.", "Dawn il-ħwejjeġ ħabbarnihomlkom bi kliem li ma tgħallimniehx mill-għerf tal-bnedmin, imma mill-Ispirtu, u fissirna ħwejjeġ spiritwali lil nies spiritwali .", "Il-bniedem naturali ma jilqax il-ħwejjeġ tal-Ispirtu ta' Alla; għalih huma kollha bluha, ma jistax jifhimhom, għaliex ħadd ma jista' jgħarbilhom jekk mhux bl-Ispirtu.", "Il-bniedem spiritwali jgħarbel kollox, u lilu ma jgħarblu ħadd.", "Min hu dak li jista' jifhem il-ħsieb tal-Mulej", "biex ikun jista' jgħallmu?", "Imma aħna, aħna għandna fina l-ħsieb ta' Kristu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CO.3", "bookref": "1CO.3", "text": ["Ħaddiema lkoll għal Alla", "Jien ukoll, l-aħwa, ma stajtx inkellimkom bħala nies spiritwali, iżda bħala nies tad-demm u l-laħam , bħal trabi fi Kristu.", "Ħalib sqejtkom, mhux ikel, għax ma kontux tifilħu għalih, u lanqas issa ma tistgħu għalih, għaliex għadkom tgħixu skont il-ġisem, la darba fostkom għad hemm l-għira u l-ġlied.", "Ma għadkomx forsi tgħixu skont il-ġisem, u ma għadkomx timxu ta' bnedmin meta hemm fostkom min jgħid: 'Jien ta' Pawlu,' u ieħor: 'Jien ta' Apollo'?", "M'intomx taħsbuha ta' bnedmin?", "U min hu Apollo?", "Min hu Pawlu?", "Huma l-ministri li permezz tagħhom intom emmintu u kull wieħed minnhom skont ma tah il-Mulej.", "Jiena ħawwilt, Apollo saqqa, imma Alla hu li kabbar.", "Għalhekk, la min ħawwel ma hu xejn, u la min saqqa; imma Alla, li kabbar.", "Xorta waħda huma dak li ħawwel u dak li saqqa; kull wieħed jieħu l-ħlas li ħaqqu skont ma ħadem.", "Aħna ħaddiema ma' Alla; u intom l-għalqa ta' Alla, intom il-bini ta' Alla.", "Skont il-grazzja li tani Alla, bħala bennej għaqli, jiena qegħedt il-pedament.", "Ħaddieħor jibni fuqu; imma jqis kull wieħed kif jibni fuqu.", "Pedament ieħor ħadd ma jista' jqiegħed ħlief dak li ġa tqiegħed; u dan hu Ġesù Kristu.", "Jibni x'jibni dak li jkun fuq dan il-pedament - deheb, fidda, ħaġar prezzjuż, injam, ħuxlief, tiben - ix-xogħol ta' kulħadd għad jidher; il-Jum għad jurih u n-nar għad jikxfu u jipprova x'jiswa x-xogħol ta' kull wieħed.", "Jekk il-bini li wieħed ikun bena jżomm sħiħ, min jagħmlu jieħu ħlasu; jekk il-bini jinħaraq, ħlasu jitilfu; iżda huwa jsalva, imma jkun għadda minn ġon-nar.", "Ma tafux li intom tempju ta' Alla, u li l-Ispirtu ta' Alla jgħammar fikom?", "Jekk xi ħadd jeqred it-tempju ta' Alla, Alla jeqred lilu.", "Għax qaddis hu t-tempju ta' Alla, li huwa intom.", "Ħadd ma għandu jitqarraq!", "Jekk xi ħadd fostkom jaħseb li hu għaref f'din id-dinja, ħa jiblieh, biex isir għaref.", "Għax l-għerf ta' din id-dinja hu bluha quddiem Alla.", "Għax hemm miktub:", "\"Hu li jaqbad l-għorrief fil-ħażen tagħhom\";", "u terġa':", "\"Il-Mulej jaf li fiergħa huma l-ħsibijiet tal-għorrief\".", "Għalhekk ħadd ma għandu jiftaħar bil-bnedmin; għax kollox hu tagħkom, sew jekk Pawlu, sew jekk Apollo, sew jekk Kefa, sew jekk id-dinja, sew jekk il-ħajja, sew jekk il-mewt sew jekk iż-żmien ta' issa, sew jekk li ġej; kollox hu tagħkom, u intom ta' Kristu, u Kristu ta' Alla."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CO.4", "bookref": "1CO.4", "text": ["Il-ministeru tal-Appostli", "In-nies għandhom iħarsu lejna bħala ministri ta' Kristu u amministraturi tal-misteri ta' Alla.", "Issa barra minn dan, l-amministraturi wieħed jistenniehom li jkunu fidili.", "Iżda ngħid għalija, ftit li xejn jimpurtani li nkun iġġudikat minnkom jew minn xi tribunal tal-bnedmin; anqas jiena stess ma niġġudika lili nnifsi.", "Tassew li jiena stess ma nħoss xejn fuq il-kuxjenza tiegħi; iżda mhux b'daqshekk jien iġġustifikat; hu l-Mulej li jiġġudikani.", "Għalhekk tiġġudikawx qabel il-waqt sa ma jiġi l-Mulej: hu għad joħroġ għad-dawl dak li hu moħbi fid-dlam, u jikxef il-fehmiet mistura tal-qlub.", "U mbagħad kull wieħed jieħu mingħand Alla t-tifħir li jkun jistħoqqlu.", "Dan kollu, l-aħwa, għidtu għalija u għal Apollo minħabba fikom, biex minna intom titgħallmu x'jiġifieri: \"Mhux iktar milli hemm miktub\", ħalli ħadd minnkom ma jintefaħ b'wieħed kontra l-ieħor.", "Int, min hu li għażlek?", "X'għandek li ma ngħatalikx?", "U jekk ingħatalek, l-għala tiftaħar bħallikieku ma ngħatalek xejn?", "Intom ġa mxebbgħin!", "Intom ġa stagħnejtu!", "Issaltnu mingħajrna!", "Jalla ssaltnu ħa nsaltnu aħna wkoll magħkom.", "Jien naħseb li lilna l-appostli Alla xeħitna għall-aħħar wara kulħadd bħallikieku telaqna għall-mewt; għax sirna spettaklu għad-dinja, għall-anġli u għall-bnedmin.", "Aħna boloh minħabba fi Kristu, intom għaqlin fi Kristu; aħna dgħajfa, u intom qawwija; intom nies tal-ġieħ, aħna bla ġieħ.", "Sa issa stess aħna bil-ġuħ u bil-għatx, bilkemm imlibbsa; imsawta u bla dar; ninkeddu u naħdmu b'idejna stess.", "Iżebilħuna, u nbierku; jaħqruna, u nistabru; jgħidu fuqna, u nwieġbu bil-ħlewwa.", "Sirna qisna l-knis tad-dinja, ir-rimi ta' kulħadd sal-lum.", "M'iniex nikteb dan biex inħammrilkom wiċċkom, imma biex inwiddibkom, bħal uliedi għeżież.", "Għax jekk għandkom bl-eluf għalliema fi Kristu , ma għandkomx ħafna missirijiet; għax jiena hu li, bl-Evanġelju, nissiltkom fi Kristu Ġesù.", "Bil-qawwa kollha nitlobkom: ixbhu lili.", "Għalhekk bgħattilkom lil Timotju, ibni l-għażiż u fidil fil-Mulej; huwa jfakkarkom fl-imġiba tiegħi fi Kristu Ġesù kif ngħallem f'kull Knisja kullimkien.", "Xi wħud tkabbru, bħallikieku m'iniex ġej għandkom.", "Imma ma ndumx ma niġi, jekk il-Mulej irid, u nkun naf mhux it-tpaċpiċ tagħhom, iżda x'qawwa għandhom dawn l-imkabbrin .", "Għax is-Saltna ta' Alla mhijiex fit-tpaċpiċ, imma fil-qawwa .", "Xi tridu?", "Niġi għandkom bil-bastun, jew bl-imħabba u bl-ispirtu tal-ħlewwa?"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CO.5", "bookref": "1CO.5", "text": ["Kundanna taż-żina", "Kulħadd sama' li hemm iż-żina fostkom, u żina li anqas issibha fost il-pagani; jiġifieri li wieħed ikollu l-mara ta' missieru !", "U intom titkabbru!", "U mhux aħjar li bkejtu, biex dak li għamel dan il-ħażen jitwarrab minn fostkom?", "Jiena, ngħid għalija, imbiegħed mill-ġisem imma magħkom bl-ispirtu, ġa għamilt ħaqq minn min għamel dan, bħallikieku kont fostkom, fl-isem ta' Sidna Ġesù.", "Meta tiltaqgħu fil-ġemgħa, intom u l-ispirtu tiegħi bil-qawwa ta' Sidna Ġesù itilqu lil dan il-bniedem f'idejn ix-Xitan għall-qerda ta' ġismu, biex ruħu tkun salva f'Jum il-Mulej.", "Xejn ma hu sabiħ il-ftaħir tagħkom!", "Ma tafux li ftit ħmira ttalla' l-għaġna kollha?", "Tnaddfu mill-ħmira l-qadima ħalli tkunu għaġna ġdida, kif intom bla ħmira.", "Il-Ħaruf tal-Għid tagħna, li hu Kristu, hu maqtul.", "Nagħmlu festa, mhux bil-ħmira l-qadima, anqas bil-ħmira tal-qerq u tal-ħażen, imma bil-ħobż bla ħmira tas-safa u tas-sewwa .", "Ktibtilkom fl-ittra li ma tagħmluhiex maż-żienja; mhux li ma jkollkom xejn x'taqsmu maż-żienja ta' din id-dinja, mar-rgħiba, jew ħallelin, jew idolatri; għax inkella jkollkom toħorġu mid-dinja.", "Imma bħalissa qiegħed niktbilkom biex ma tagħmluhiex ma' min jissejjaħ ħukom u jkun hu żieni, rgħib, idolatra jew insolenti, sikran jew ħalliel: ma' dan lanqas biss tieklu ma għandkom.", "Jaqaw jien għandi nagħmel ħaqq mill-barranin?", "Mhux minn dawk ta' ġewwa tagħmlu intom il-ħaqq?", "Il-barranin jagħmel ħaqq minnhom Alla.", "Neħħu l-bniedem il-ħażin minn ġo nofskom."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CO.6", "bookref": "1CO.6", "text": ["Quddiem il-qrati pagani", "Hemm xi ħadd fostkom li, meta jkollu xi jgħid ma' ħaddieħor, għandu l-ħila jfittex il-ġustizzja għand il-pagani u mhux għand il-qaddisin?", "Jaqaw ma tafux li l-qaddisin għad jagħmlu ħaqq mid-dinja?", "U jekk id-dinja għad irid isirilha ħaqq minnkom, ma jixirqilkomx intom tagħmlu ħaqq minn ħwejjeġ ta' xejn?", "Ma tafux li aħna għad nagħmlu ħaqq mill-anġli?", "Kemm iktar, mela, mill-ħwejjeġ ta' din il-ħajja!", "Mela, meta intom ikollkom xi tgħidu bejnietkom fuq ħwejjeġ ta' din il-ħajja, tqegħdux imħallfin lil dawk li huma mistmerra mill-Knisja!", "Dan qiegħed ngħidu għall-mistħija tagħkom; jaqaw ma għandkomx fostkom xi ħadd għaref li jista' jagħmel ħaqq bejn l-aħwa?", "Imma l-aħwa jħarrku 'l xulxin, u dan quddiem il-pagani!", "U mhux ġa nuqqas għalikom li jkollkom kawżi bejnietkom?", "L-għala ma ssofrux l-inġustizzja?", "L-għala ma tagħżlux li tħallu min iqarraq bikom?", "Mhux dan biss, imma l-inġustizzja tagħmluha intom stess, u tqarrqu bl-oħrajn, u dan lil ħutkom!", "Ma tafux li l-inġusti ma jirtuhiex is-saltna ta' Alla?", "La titqarrqux!", "La żienja, la idolatri, la adulteri, la effeminati, la omosesswali, la ħallelin, la rgħiba, la skaren, la qassiesa fuq in-nies, la ħattafa, ma jirtu s-saltna ta' Alla!", "U minn dawn kienu xi wħud minnkom.", "Imma issa tnaddaftu, tqaddistu u ġejtu ġġustifikati fl-isem ta' Sidna Ġesù Kristu u fl-Ispirtu ta' Alla tagħna.", "Sebbħu lil Alla b'ġisimkom", "\"Kollox jiswa għalija,\" iżda mhux kollox jaqbel.", "\"Kollox jiswa għalija,\" iżda ma nħalli 'l xejn jaħkimni.", "\"L-ikel għall-istonku, u l-istonku għall-ikel.\"", "Imma Alla jeqred sew lil wieħed sew lil ieħor.", "Il-ġisem mhuwiex għaż-żina iżda għall-Mulej, u l-Mulej huwa għall-ġisem.", "U Alla qajjem il-Mulej u jqajjem lilna wkoll bil-qawwa tiegħu.", "Ma tafux li l-iġsma tagħkom huma membri ta' Kristu?", "Jaqaw għandi nagħmel mill-membri ta' Kristu membri ta' mara żienja?", "Ma jkun qatt!", "Ma tafux li min jingħaqad ma' mara żienja jsir ġisem wieħed magħha?", "Isiru, kif tgħid l-Iskrittura, it-tnejn ġisem wieħed.", "Min jingħaqad mal-Mulej hu ruħ waħda miegħu.", "Aħarbu ż-żina!", "Kull dnub li wieħed jagħmel hu 'l barra minn ġismu, iżda min jagħmel iż-żina jkun qiegħed jidneb kontra ġismu stess.", "Jew ma tafux li ġisimkom hu tempju tal-Ispirtu s-Santu , li jinsab jgħammar fikom, li għandkom minn Alla?", "Ma tafux li intom m'intomx tagħkom infuskom?", "Bil-għoli kontu mixtrija!", "Mela agħtu ġieħ lil Alla permezz ta' ġisimkom."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CO.7", "bookref": "1CO.7", "text": ["Il-ħajja tal-miżżewwġin", "Issa ngħidu xi ħaġa fuq li ktibtuli : tajjeb li raġel ma jmissx mara; imma minħabba ż-żina kull wieħed għandu jkollu martu u kull mara jkollha żewġha.", "Ir-raġel għandu jagħti lil martu li jmissha; hekk ukoll il-mara lil żewġha.", "Il-mara ma għandhiex dritt fuq ġisimha, iżda żewġha fuqha; hekk ukoll ir-raġel ma għandux dritt fuq ġismu, iżda martu fuqu.", "Iċċaħħdux lil xulxin minn xulxin, jekk ma tkunux ftehemtu minn qabel għal xi żmien, biex tagħtu ruħkom għat-talb u mbagħad terġgħu bħalma kontu qabel sabiex ma jittantakomx ix-Xitan jekk ma tkunux tifilħu żżommu.", "Dan qiegħed ngħidu bħala konċessjoni, u mhux b'ordni.", "Irrid li kulħadd ikun bħali; iżda kull wieħed għandu d-don tiegħu mingħand Alla: min ħaġa u min oħra.", "Lil dawk li mhumiex miżżewġa jew huma romol, ngħidilhom li jkun tajjeb għalihom li jibqgħu bħali.", "Jekk imbagħad ma jifilħux jaħkmu lilhom infushom, ħalli jiżżewġu; aħjar wieħed jiżżewweġ milli jinħaraq bil-passjoni.", "Lil dawk li huma miżżewġin nordnalhom, mhux jien, iżda l-Mulej, li l-mara ma għandhiex tħalli lil żewġha - jekk tiġi li tħallih, għandha tibqa' bla tiżżewweġ jew terġa' tagħmel paċi ma' żewġha - u r-raġel ma għandux jitlaq lil martu.", "Lill-oħrajn ngħidilhom jien, mhux il-Mulej: jekk wieħed mill-aħwa għandu martu ma temminx, u hi jogħġobha tgħammar miegħu, ma għandux jitlaqha.", "U l-mara, jekk għandha żewġha ma jemminx, u dan jogħġbu jgħammar magħha, ma għandhiex titilqu.", "Ir-raġel li ma jemminx jitqaddes permezz ta' martu, u l-mara li ma temminx titqaddes b'ħuha.", "Inkella wliedkom ikunu mniġġsa, iżda issa huma qaddisin.", "Jekk imbagħad min mit-tnejn ma jemminx, ħa jitlaq; l-aħwa nsara, irġiel jew nisa, f'dan il-każ mhumiex marbuta.", "Għax Alla sejħilkom biex tgħixu fis-sliem.", "Tafx int, mara, jekk issalvax lil żewġek, jew int, raġel, jekk issalvax lil martek?", "Il-ħajja li l-Mulej għażlilna", "Mill-bqija, kull wieħed jibqa' fl-istat li l-Mulej kien tah meta sejjaħlu Alla.", "Hekk qiegħed nordna fil-knejjes kollha.", "Kellu xi ħadd iċ-ċirkonċiżjoni meta kien imsejjaħ?", "Ma għandux ineħħi l-marki tagħha; xi ħadd kien bla ċirkonċiżjoni?", "Ma jfittixx li jagħmilha.", "Iċ-ċirkonċiżjoni ma hi xejn; biha u mingħajrha xorta waħda; li jgħodd hu l-ħarsien tal-kmandamenti ta' Alla.", "Ħalli kulħadd jibqa' fl-istat li kien meta kien imsejjaħ.", "Kont ilsir meta kont imsejjaħ, tħabbilx rasek; eħles jekk tista', imma fittex l-aħjar.", "Dak li kien ilsir meta sejjaħlu l-Mulej, issa hu bniedem ħieles fil-Mulej.", "Hekk ukoll, jekk wieħed kien imsejjaħ meta kien ħieles, issa hu lsir ta' Kristu.", "Intom mixtrija bi prezz għoli; tkunux issa lsiera tal-bnedmin.", "L-aħwa, ħalli jibqa' kulħadd quddiem Alla kif kien meta kien imsejjaħ.", "Ix-xebbiet u r-romol", "Dwar dawk li mhumiex miżżewġin , ma għandi ebda preċett mill-Mulej, iżda nagħtikom parir bħala wieħed li, għall-ħniena tal-Mulej, hu bniedem ta' fiduċja.", "Jidhirli, mela, li, minħabba t-taħbit tal-lum, ikun sewwa għal dak li jkun jekk jibqa' kif inhu.", "Inti marbut ma' mara?", "Tfittixx li tinħall.", "Maħlul minn mara?", "Tfittixx mara.", "Imma wkoll jekk tiżżewweġ, ma tidnibx; anqas jekk xebba tiżżewweġ, ma tidneb.", "Nies bħal dawn ikollhom it-taħbit tal-ħajja, u jiena rrid kieku neħliskom minnu.", "Dan ngħidilkom, l-aħwa: iż-żmien qsar.", "Ħa jkunu, mela, dawk li għandhom mara, bħallikieku ma għandhomx; dawk li jibku, bħallikieku ma jibkux; dawk li jifirħu, bħallikieku ma jifirħux; dawk li jixtru, bħallikieku ma għandhom xejn; dawk li jgawdu d-dinja, bħallikieku ma jgawduhiex; għax is-sura ta' din id-dinja għad tgħaddi!", "Iva, jiena rridkom bla ħsibijiet.", "Ir-raġel mhux miżżewweġ, ħsiebu fil-ħwejjeġ tal-Mulej, jiġifieri, kif jogħġob lill-Mulej.", "Min hu miżżewweġ, ħsiebu fil-ħwejjeġ tad-dinja, jiġifieri, kif jogħġob lil martu, u hu mifrud fih innifsu.", "Hekk ukoll il-mara mhix miżżewġa u x-xebba ħsiebhom fil-ħwejjeġ tal-Mulej, jiġifieri, biex ikunu qaddisa f'ġisimhom u f'ruħhom.", "Iżda l-mara miżżewġa ħsiebha fil-ħwejjeġ tad-dinja, jiġifieri, kif togħġob lil żewġha.", "Dan qiegħed ngħidhulkom għall-ġid tagħkom, mhux biex inxekkilkom, iżda għall-ġid tagħkom u biex tgħixu marbutin mal-Mulej bla tixrid ta' moħħ.", "Imma jekk xi ħadd iħoss li mhuwiex miexi sewwa max-xebba li għandu miegħu minħabba l-passjoni qawwija tiegħu, u jħoss il-bżonn li jsir hekk, jagħmel li jogħġbu u ma jagħmel xejn ħażin: ħa jiżżewġu.", "Imma min, jekk ikun sħiħ fil-fehma tiegħu u ma jkunx magħfus mill-bżonn u għandu l-ħila jimxi skont ir-rieda tiegħu u jkun qatagħha li jżomm ix-xebba miegħu, jagħmel ħaġa tajba.", "Hekk min jiżżewweġ ix-xebba li għandu miegħu jagħmel tajjeb; min ma jiżżewwiġhiex jagħmel aħjar.", "Il-mara tibqa' marbuta ma' żewġha sakemm jibqa' ħaj.", "Iżda jekk żewġha jmut tkun ħielsa u tkun tista' terġa' tiżżewweġ lil min trid, basta fil-Mulej.", "Skont il-fehma tiegħi tkun iktar hienja jekk tibqa' kif tkun; u jien naħseb li jien ukoll għandi l-Ispirtu ta' Alla."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CO.8", "bookref": "1CO.8", "text": ["L-offerti lill-idoli", "Issa dwar il-laħam offert lill-idoli : nafu li lkoll għandna l-għerf; imma l-għerf jonfoħna; l-imħabba tibnina.", "Jekk xi ħadd jidhirlu li jaf xi ħaġa, għadu ma fehemx kif għandu jkun jaf.", "Jekk xi ħadd iħobb lil Alla, lil dan Alla jagħrfu.", "Mela dwar l-ikel tal-laħam offert lill-idoli: naf li l-idolu mhu xejn fid-dinja; ħadd mhu alla ħlief wieħed.", "Imqar jekk hemm l-hekk imsejħa allat sew fis-sema sew fl-art, - u tassew hemm ħafna allat u ħafna sidien - għalina Alla wieħed hemm: il-Missier li minnu ġej kollox u aħna bih neżistu, u wieħed Mulej: Ġesù Kristu, li permezz tiegħu sar kollox u aħna għalih neżistu.", "Iżda mhux kulħadd għandu l-għerf.", "Xi wħud, billi kienu mdorrija bl-idoli , jieklu l-laħam bħallikieku kien offert lill-idoli; u billi tkun dgħajfa, il-kuxjenza tagħhom tittabba'.", "L-ikel ma jressaqniex lejn Alla.", "La sa nnaqqsu jekk nieklu, u lanqas sa nżidu jekk ma niklux.", "Qisu li l-libertà tagħkom ma tkunx ta' tfixkil għad-dgħajfa.", "Jekk xi ħadd jara lilek, li int għaref, fuq il-mejda fit-tempju tal-idolu, ma jidhirlekx li fil-kuxjenza tiegħu dgħajfa jitħajjar jiekol l-ikel offert lill-idoli?", "Mela bl-għerf tiegħek jiġġarraf id-dgħajjef, ħuk, li għalih miet Kristu.", "Meta intom tidinbu b'dan il-mod kontra ħutkom u tfieru l-kuxjenza dgħajfa tagħhom, kontra Kristu tkunu tidinbu.", "Mela jekk l-ikel jiskandalizza lil ħija, ma niekol qatt iżjed laħam biex ma niskandalizzax lil ħija."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CO.9", "bookref": "1CO.9", "text": ["Id-dritt tal-appostlu għall-għajxien", "Jaqaw m'iniex ħieles jien?", "M'iniex appostlu?", "Ma rajtx lil Sidna Ġesù?", "M'intomx intom l-opra tiegħi fil-Mulej?", "Ukoll jekk stess għal ħaddieħor jien m'iniex appostlu, għalikom jien.", "Għax is-siġill tal-appostolat tiegħi huwa intom stess fil-Mulej.", "Quddiem dawk li jakkużawni, id-difiża tiegħi hi din: ma għandniex il-jedd li nieklu u nixorbu ?", "Ma għandniex id-dritt li jkollna mara nisranija magħna ? bħall-appostli l-oħra u l-aħwa tal-Mulej u Kefa?", "Jaqaw jien u Barnaba biss ma għandniex id-dritt li ma naħdmux?", "Min qatt imur suldat u jħallas l-ispejjeż hu?", "Min iħawwel dielja u ma jikolx il-frott minnha hu?", "Min jirgħa l-merħla u ma jixrobx il-ħalib tagħha hu?", "M'iniex ngħid dan bl-awtorità ta' bniedem.", "Mhux il-liġi stess tgħidu dan?", "Fil-Liġi ta' Mosè hemm miktub: \"Tagħmilx is-sarima f'ħalq il-gendus li jkun jidres.\"", "Jaqaw Alla ħsiebu fil-gniedes?", "Mhux għalina biss qiegħed jgħid?", "Minħabba fina żgur inkiteb dan, biex min jaħrat, jaħrat bit-tama; u min jidres, jidres bit-tama li jkollu sehmu.", "Jekk aħna żrajna fostkom il-ħwejjeġ spiritwali, ħaġa kbira jekk naħsdu minn għandkom il-ħwejjeġ materjali?", "Jekk l-oħrajn għandhom id-dritt li jaqsmu ħwejjiġkom magħkom, mhux aktar minnhom aħna?", "Iżda aħna ma nqdejniex b'dan id-dritt; iżda sofrejna kollox biex ma nfixklux l-Evanġelju ta' Kristu.", "Ma tafux li min iservi fit-tempju jiekol mit-tempju, u dawk li jservu l-artal jaqsmu mal-artal?", "Hekk ukoll il-Mulej ordna li dawk li jxandru l-Evanġelju jgħixu mill-Evanġelju.", "Jien iżda ma nqdejt bl-ebda wieħed minn dawn id-drittijiet.", "Ma ktibtx dan biex ninqeda bihom issa.", "Aħjar għalija li mmut milli … Ħadd ma hu sa jġibli fix-xejn il-ftaħir tiegħi.", "Jekk jiena nxandar l-Evanġelju ma għandix biex niftaħar; jien obbligat nagħmlu dan.", "Ħażin għalija jekk ma nxandarx l-Evanġelju.", "Jekk dan nagħmlu minn rajja, ikolli dritt għall-ħlas; imma jekk nagħmlu għax obbligat, dan ifisser li qiegħed nagħmel ix-xogħol li Alla fdali f'idejja.", "X'inhu mela l-ħlas tiegħi?", "Li meta nxandar l-Evanġelju, inxandru b'xejn, bla ma nfittex id-dritt li jagħtini l-Evanġelju stess.", "Għax għad li ma jiena marbut ma' ħadd, jien għamilt lili nnifsi lsir ta' kulħadd biex nirbaħ lil ħafna.", "Mal-Lhud, sirt Lhudi, biex nirbaħ il-Lhud; ma' dawk li huma taħt il-Liġi, qgħadt taħt il-Liġi - jien li m'iniex taħt il-Liġi - biex nirbaħ lil dawk li huma taħt il-Liġi.", "Bla Liġi ma' dawk li huma mingħajrha - mhux għax jien bla liġi ta' Alla, għax Kristu hu l-liġi tiegħi - biex nirbaħ lil dawk li huma barra l-Liġi.", "Sirt dgħajjef mad-dgħajfin, biex nirbaħ id-dgħajfin.", "Sirt kollox ma' kulħadd, biex insalva lil kulħadd.", "Nagħmel dan kollu minħabba l-Evanġelju biex ikolli sehem minnu.", "Ma tafux li l-ġerrejja fl-istadju kollha jiġru, imma l-premju wieħed jirbħu?", "Iġru, mela, ħalli tirbħuh.", "Kull atleta jiċċaħħad minn kollox, u dawn biex jirbħu kuruna midbiela, imma aħna, waħda li ma tidbielx.", "Jien issa hekk niġri, mhux qisni bl-addoċċ; ma nissarax bħallikieku qiegħed nagħti fil-vojt.", "Iżda ngħakkes bl-aħrax lil ġismi u njassru, biex ma jiġrilix li, wara li nkun ippridkajt lil ħaddieħor, jiena stess insib ruħi kkundannat."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CO.10", "bookref": "1CO.10", "text": ["L-idolatrija", "Għax ma rridkomx ma tkunux tafu, l-aħwa: missirijietna lkoll kienu taħt is-sħaba, ilkoll qasmu l-baħar, ilkoll kienu mgħammda f'Mosè fis-sħaba u fil-baħar, ilkoll kielu mill-istess ikel spiritwali - xorbu tassew mill-blata spiritwali li kienet timxi magħhom, u din il-blata kienet Kristu - madankollu l-biċċa l-kbira minnhom lil Alla ma għoġbuhx għax ilkoll waqgħu mejta fid-deżert.", "Dan ġara b'eżempju għalina, biex ma nixxennqux għal ħwejjeġ ħżiena, bħalma xxennqu huma.", "Tmorrux wara l-allat foloz, kif għamlu xi wħud minnhom, bħalma hemm miktub: \"Il-poplu qagħad bilqiegħda jiekol u jixrob, u qamu jixxalaw.\"", "Anqas ma għandna niżnu, kif xi wħud minnhom żnew, u f'jum wieħed mietu tlieta u għoxrin elf ruħ.", "Anqas ma għandna nġarrbu l-Mulej, kif xi wħud minnhom ġarrbuh, u qerduhom is-sriep.", "Anqas ma għandkom tgergru, kif għamlu xi wħud minnhom, u qeridhom il-Qerried.", "Dan kollu ġralhom b'eżempju, u nkiteb bi twiddiba għalina li fuqna wasal tmiem iż-żminijiet .", "Min jidhirlu li hu wieqaf, joqgħod attent li ma jaqax.", "S'issa ebda tiġrib ma laħaqkom li bniedem ma jiflaħx għalih; Alla hu fidil u ma jħallikomx tiġġarrbu aktar milli tifilħu; jaħseb li mat-tiġrib jagħtikom il-qawwa u l-għajnuna biex tkunu tifilħu għalih.", "L-Ewkaristija", "Għeżież tiegħi, aħarbu l-allat foloz.", "Lil nies għaqlin qiegħed inkellem; għarblu intom kulma ngħid.", "Il-kalċi mbierek li fuqu ngħidu l-barka mhuwiex għaqda mad-demm ta' Kristu?", "U l-ħobż li naqsmu mhuwiex għaqda mal-ġisem ta' Kristu?", "Għax la l-ħobża hi waħda, aħna, li aħna ħafna, aħna ġisem wieħed; ilkoll kemm aħna nieħdu sehem minn ħobża waħda.", "Ħarsu lejn Iżrael skont il-ġisem.", "Dawk li jieklu l-vittmi mhumiex f'għaqda mal-artal ?", "X'irrid ngħid?", "Li l-ikel mogħti lill-allat foloz jiswa xi ħaġa?", "Jew li l-idoli huma xi ħaġa?", "Ngħid li s-sagrifiċċji li joffru l-pagani, lid-demonji joffruhom u mhux lil Alla; u jien ma rridx li intom tidħlu f'għaqda mad-demonji.", "Ma tistgħux tixorbu x-xorb tal-Mulej u x-xorb tad-demonji; ma tistgħux taqsmu fil-Mejda tal-Mulej u fil-mejda tad-demonji.", "Jew se nqajmu l-għira tal-Mulej?", "Jaqaw aħna aqwa minnu?", "Kollox għall-glorja ta' Alla", "Kollox hu sewwa, iżda mhux kollox jaqbel; kollox jiswa, iżda mhux kollox jedifika.", "Ħadd ma għandu jqis qjiesu biss, iżda qjies ħaddieħor.", "Kollox tistgħu tixtru u tieklu mis-suq tal-laħam, bla ma tqisu xejn fil-kuxjenza tagħkom:", "\"l-art b'kulma hemm fiha hi tal-Mulej.\"", "Jekk xi ħadd li ma jemminx jistedinkom, jekk tridu, morru; kulu kulma jkun lestielkom bla ma tqisu xejn fil-kuxjenza tagħkom.", "Jekk xi ħadd jgħidilkom: 'Dan kien offert lill-idoli,' allura tiklux minn dak l-ikel, minħabba dak li wissiek u minħabba l-kuxjenza; irrid ngħid, mhux il-kuxjenza tiegħek, imma ta' dak l-ieħor.", "Għaliex il-libertà tiegħi għandha tkun imxekkla mill-kuxjenza ta' ħaddieħor?", "Jekk jien niekol b'radd il-ħajr, għaliex għandi nkun mgħajjar b'dak li jien irrodd ħajr?", "Sew jekk tieklu, sew jekk tixorbu, tagħmlu x'tagħmlu, agħmlu kollox għall-glorja ta' Alla.", "Tkunux ta' tfixkil, la għal-Lhud, la għall-Griegi, u lanqas għall-Knisja ta' Alla.", "Hekk jiena nogħġob lil kulħadd f'kollox, bla ma nfittex l-interessi tiegħi, imma tal-ħafna biex isalvaw."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CO.11", "bookref": "1CO.11", "text": ["Ixbhu lili bħalma jien nixbah lil Kristu.", "In-nisa fil-laqgħat tal-Knisja", "Infaħħarkom għax tiftakru dejjem fija u żżommu t-tradizzjonijiet li jien għaddejtilkom.", "Irridkom tkunu tafu li r-ras ta' kull raġel huwa Kristu, u ras il-mara huwa r-raġel, u ras Kristu hu Alla.", "Kull raġel li jitlob jew jipprofetizza b'rasu mgħottija jagħmel għajb lil rasu.", "Kull mara li titlob jew tipprofetizza b'rasha mikxufa tagħmel għajb lil rasha; l-istess bħallikieku kellha xagħarha maqtugħ .", "Jekk il-mara ma tgħattix rasha, ħalliha taqta' xagħarha.", "Jekk hu għajb għall-mara li taqta' jew tqaxxar xagħarha, ħalliha tgħatti rasha.", "Raġel ma jixraqlux jgħatti rasu, għax hu xbieha u glorja ta' Alla; il-mara hi l-glorja tar-raġel.", "Mhux ir-raġel ġej mill-mara, imma l-mara ġejja mir-raġel.", "U mhux ir-raġel li kien maħluq għall-mara, imma l-mara li kienet maħluqa għar-raġel.", "Għalhekk il-mara għandha tinsatar biex turi li hemm is-setgħa ta' żewġha fuqha minħabba l-anġli.", "Imma la l-mara ma hi mingħajr ir-raġel u lanqas ir-raġel mingħajr il-mara fil-Mulej.", "Kif il-mara saret mir-raġel, hekk ir-raġel sar permezz tal-mara.", "Kollox imbagħad minn Alla.", "Iġġudikaw intom!", "Jixraq li mara titlob xuxa lil Alla?", "Jaqaw ma tgħallimniex in-natura stess li x-xagħar twil hu għajb għar-raġel, imma għall-mara x-xagħar twil hu ġmielha?", "Ix-xagħar twil ngħata lilha bħala velu.", "Jekk xi ħadd irid jitlewwem fuq dan, ngħidulu: aħna ma aħniex imdorrijin hekk u lanqas il-knejjes ta' Alla.", "Abbużi fil-laqgħat tal-Knisja", "F'li sa ngħidilkom ma nfaħħarkomx!", "Għax intom tiltaqgħu mhux għall-ġid imma għad-deni.", "Qabel xejn, kull meta tiltaqgħu fil-knisja smajt li hemm firda bejnietkom, u xi ħaġa nemmen.", "Għandu jkun hemm firdiet, biex jidhru fostkom il-ġusti.", "Meta tiltaqgħu f'post wieħed mhux l-ikla tal-Mulej li intom tieklu.", "Għax kull wieħed minnkom iġib, jaqbad u jiekol l-ikel tiegħu; wieħed bil-ġuħ u l-ieħor fis-sakra.", "Ma għandkomx djar fejn tieklu u tixorbu?", "Jew tridu twaqqgħu fl-għajb il-Knisja ta' Alla u ġġiegħlu jistħu lil dawk li ma għandhomx?", "X'ngħidilkom?", "Infaħħarkom?", "F'dan ma nfaħħarkomx.", "It-twaqqif tal-Ewkaristija", "Jien irċevejt mingħand il-Mulej it-tagħlim li għaddejt lilkom, jiġifieri, li l-Mulej Ġesù, fil-lejl li fih kien ittradut, ħa l-ħobż u wara li radd il-ħajr qasmu u qal: \"Dan hu ġismi li jingħata għalikom; agħmlu dan b'tifkira tiegħi.\"", "Hekk ukoll għamel bil-kalċi wara li kiel u qal: \"Dan il-kalċi hu l-patt il-ġdid b'demmi; agħmlu dan kull meta tixorbu, b'tifkira tiegħi.\"", "Mela kull meta tieklu dan il-ħobż u tixorbu dan il-kalċi, intom ixxandru l-mewt tal-Mulej sa ma jiġi.", "Tqarbin ħażin", "Mela kull min jiekol il-ħobż jew jixrob il-kalċi tal-Mulej bla ma jixraqlu, ikun ħati tal-ġisem u d-demm tal-Mulej.", "Ħa jgħarbel il-bniedem lilu nnifsu, imbagħad jiekol il-ħobż u jixrob il-kalċi.", "Min jiekol u jixrob bla ma jagħżel minn ikel ieħor il-ġisem tal-Mulej, ikun jiekol u jixrob il-kundanna tiegħu stess.", "Għalhekk ħafna fostkom huma bla saħħa u morda u oħrajn mejta.", "Jekk aħna ngħarblu lilna nfusna sewwa, ma nkunux ikkundannati.", "Meta jagħmel ħaqq minna l-Mulej, jagħmlu biex iwiddibna ħalli ma nkunux ikkundannati mad-dinja.", "Għalhekk mela, l-aħwa, meta tiltaqgħu biex tieklu, stennew lil xulxin.", "Jekk xi ħadd ikun bil-ġuħ ħa jiekol id-dar; biex ma tkunux iltqajtu għall-kundanna tagħkom.", "Mill-bqija, meta niġi ngħidilkom x'għandkom tagħmlu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CO.12", "bookref": "1CO.12", "text": ["Id-doni spiritwali", "Ma rridkomx ma tkunux tafu, l-aħwa, dwar id-doni tal-Ispirtu.", "Tafu li, meta kontu pagani, intom kontu mkaxkrin lejn l-idoli li ma jitkellmux, bla ma biss kontu tafu.", "Għalhekk ngħidilkom li ħadd, hu u jitkellem bl-Ispirtu ta' Alla, ma jista' jgħid: \"Misħut Ġesù\", u ħadd ma jista' jgħid: \"Ġesù hu l-Mulej\" jekk mhux imqanqal mill-Ispirtu s-Santu.", "Hemm imbagħad diversi doni, imma l-istess wieħed hu l-Ispirtu; hemm diversi ministeri, imma l-istess wieħed hu l-Mulej; hemm diversi ħidmiet, imma l-istess Alla, li jaħdem kollox f'kulħadd.", "Lil kull wieħed tingħata r-rivelazzjoni tal-Ispirtu għall-ġid ta' kulħadd: lil wieħed kliem l-għerf, mill-istess Spirtu; lil ieħor il-kelma tas-sapjenza mill-istess Spirtu; lil ieħor il-fidi mill-istess Spirtu; lil ieħor id-don tal-fejqan mill-istess Spirtu; lil ieħor is-setgħa tal-mirakli; lil ieħor id-don tal-profezija; lil ieħor id-don tal-għażla tal-ispirti; lil ieħor diversi ilsna; lil ieħor it-tifsir tal-ilsna.", "Dan kollu jaħdmu l-istess Spirtu wieħed, li jqassam lil kull wieħed kif jogħġbu.", "Membri ta' ġisem wieħed", "Bħalma l-ġisem hu wieħed u fih ħafna membri, u l-membri kollha tal-ġisem, għad li huma ħafna, jagħmlu ġisem wieħed, hekk ukoll Kristu.", "Għax aħna wkoll, ilkoll tgħammidna fi Spirtu wieħed biex nagħmlu ġisem wieħed, sew Lhud sew Griegi, sew ilsiera sew ħielsa, u lkoll xrobna minn Spirtu wieħed.", "Issa l-ġisem mhuwiex membru wieħed, imma magħmul minn ħafna membri.", "Kieku s-sieq kellha tgħid: \"Ladarba m'iniex l-id, jien m'iniex biċċa mill-ġisem,\" b'daqshekk mhijiex parti mill-ġisem?", "U kieku l-widna kellha tgħid: \"Ladarba m'iniex l-għajn, jien m'iniex biċċa mill-ġisem\", ma jkunx ifisser b'daqshekk li hi mhijiex biċċa mill-ġisem.", "Kieku l-ġisem kollu kien għajn, fejn kien ikun is-smigħ?", "U kieku kien kollu smigħ, fejn kien ikun ix-xamm?", "Iżda Alla qiegħed il-membri fil-ġisem kull wieħed f'postu, kif għoġbu hu.", "Kieku kollha kellhom ikunu membru wieħed, fejn hu l-ġisem?", "Imma ħafna, iva, huma l-membri, iżda wieħed hu l-ġisem.", "L-għajn ma tistax tgħid lill-id: \"Jiena ma għandix bżonnok\", anqas ir-ras ma tgħid lis-saqajn: \"Ma għandix bżonnkom\".", "Mhux hekk biss, imma l-membri tal-ġisem li jidhru l-aktar dgħajfa, huma l-aktar meħtieġa; u dawk li nqisu bl-inqas ġieħ fil-ġisem, lil dawn l-aktar li nieħdu ħsiebhom; u 'l dawk li ma għandhomx ġmiel, inlibbsuhom b'aktar ġmiel; għax il-membri sbieħ ma għandhom bżonn xejn.", "Alla imma bena l-ġisem b'mod li żejjen b'aktar ġieħ lil dawk li jeħtiġuh l-aktar.", "B'hekk ma jkunx hemm firda fil-ġisem, imma l-membri kollha jaħsbu f'xulxin; jekk membru jbati, ibatu lkoll miegħu; jekk membru jingħata l-ġieħ, jifirħu lkoll miegħu.", "Intom il-ġisem ta' Kristu, u kull wieħed minnkom membru tiegħu.", "Lil xi wħud Alla qegħedhom fil-Knisja fl-ewwel post bħala appostli, it-tieni bħala profeti , it-tielet bħala għalliema .", "Imbagħad id-don tal-mirakli, imbagħad id-don tal-fejqan, l-għajnuna, it-treġija, u d-don ta' ilsna diversi.", "Jaqaw ilkoll appostli?", "Ilkoll profeti?", "Ilkoll għalliema?", "Ilkoll bid-don tal-mirakli?", "Ilkoll għandhom id-don tal-fejqan?", "Ilkoll jitkellmu bl-ilsna?", "Ilkoll ifissru?", "Intom ħabirku għal doni ogħla.", "Il-glorja tal-imħabba", "Imma jien nurikom triq li tgħaddihom ilkoll."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CO.13", "bookref": "1CO.13", "text": ["Li kont nitkellem bl-ilsna tal-bnedmin u tal-anġli bla ma kelli l-imħabba, kont inkun qisni strument tar-ram iżarżar jew platti jċekċku.", "U kieku kelli d-don tal-profezija u kont naf il-misteri kollha u l-għerf kollu,", "kieku kelli l-fidi tiegħi sħiħa li nqanqal il-muntanji,", "imma ma kellix imħabba, jiena ma kont inkun xejn.", "U kieku kelli nqassam ġidi kollu fil-karità", "u nagħti ġismi għall-ħruq", "bla ma jkolli mħabba,", "xejn ma jkun jiswieli ta' ġid.", "L-imħabba taf tistabar u tħenn;", "l-imħabba mhijiex għajjura, ma tintefaħx", "biha nfisha, ma titkabbarx fuq l-oħrajn;", "ma tagħmilx dak li mhux xieraq; ma tfittixx dak li hu tagħha,", "xejn ma tinkorla; ma żżommx f'qalbha għad-deni,", "ma tifraħx bl-inġustizzja,", "imma tifraħ bil-verità;", "kollox tagħder, kollox temmen, kollox tittama, kollox tissaporti.", "L-imħabba ma tintemm qatt.", "Jgħibu l-profeziji, jisktu l-ilsna, jgħib l-għerf.", "Għalissa nafu biċċa,", "u l-profezija tagħna hi nieqsa;", "imma meta jfeġġ dak li hu sħiħ,", "jgħib dak li hu nieqes.", "Meta kont tarbija, kont nitkellem ta' tarbija,", "inħoss ta' tarbija, naħseb ta' tarbija.", "Meta sirt raġel warrabt dak li hu ta' tarbija.", "Bħalissa naraw bħallikieku f'mera , imċajpar,", "imma mbagħad naraw wiċċ imb wiċċ.", "Issa nagħraf biċċa,", "imbagħad nagħraf bħalma jien magħruf issa.", "Issa hawn fidi, tama u mħabba, it-tlieta jibqgħu.", "Il-kbira fosthom l-imħabba."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CO.14", "bookref": "1CO.14", "text": ["Id-doni tal-ilsna u l-profezija", "Fittxu l-imħabba; ixxennqu wkoll għad-doni tal-Ispirtu, l-aktar għad-don tal-profezija .", "Għax min jitkellem bl-ilsna ma jkunx jitkellem mal-bnedmin, iżda ma' Alla; lil dan ħadd ma jifhmu, għaliex ikun qiegħed jitkellem bl-Ispirtu fuq misteri.", "Imma dak li jipprofetizza jkun jitkellem mal-bnedmin, biex jibni u jħeġġeġ u jqawwi l-qalb.", "Min jitkellem bl-ilsna, lilu nnifsu jkun jibni; iżda min jipprofetizza jkun qed jibni l-Knisja.", "Ilkoll kemm intom nixtieqkom titkellmu bl-ilsna, iżda aktar irridkom tipprofetizzaw; għax min jipprofetizza jiswa aktar minn min jitkellem bl-ilsna, jekk xi ħadd ma jfissirx x'ikun qiegħed jgħid, ħalli tinbena l-Knisja.", "Issa, l-aħwa, kieku jiena kelli niġi fostkom nitkellem bl-ilsna, x'ikun jiswielkom jekk il-kliem li ngħidilkom ma jkunx fih xi rivelazzjoni jew għerf, jew profezija, jew tagħlim?", "L-istess bħal fl-istrumenti tad-daqq bla ħajja, flawt jew ċetra; kieku dawn ma jagħtux ilħna li jingħażlu minn xulxin, kif jista' wieħed jagħraf x'inhu jindaqq bil-flawt jew x'inhu jindaqq biċ-ċetra?", "U jekk it-trumbetta tagħti leħen li ma tagħrafx x'inhu, min iħejji ruħu għat-taqbida?", "Hekk ukoll intom: jekk bi lsienkom ma tlissnux kliem li jinftiehem, kif jista' wieħed jifhem xi tkunu tgħidu?", "Tkunu qegħdin titkellmu fl-ajru.", "Hemm bosta ilħna fid-dinja, u ebda wieħed minnhom ma hu bla sens.", "Imma jekk jiena ma nagħrafx is-sens tal-leħen, inkun barrani għal min jitkellem , u min jitkellem ikun barrani għalija.", "Hekk ukoll intom, ladarba intom imxennqin għad-doni spiritwali, fittxu li timtlew sewwa bihom, imma dejjem għall-bini tal-Knisja.", "Għalhekk, min jitkellem bl-ilsna għandu jitlob id-don tat-tifsir.", "Għax jekk jiena nitlob bl-ilsna, l-ispirtu tiegħi jkun jitlob, imma moħħi jibqa' bla frott.", "X'nagħmel mela?", "Nitlob bl-ispirtu; imma nitlob b'moħħi wkoll.", "Inkanta s-salmi bl-ispirtu; imma nkanta b'moħħi wkoll.", "Jekk inti tfaħħar bl-ispirtu, kif jista' wieħed li ma għandux din il-grazzja jgħid \"Ammen\" għal radd il-ħajr tiegħek meta ma jafx x'inti tgħid?", "Inti tkun trodd il-ħajr sewwa, imma l-ieħor ma jedifikax ruħu.", "Niżżi ħajr lil Alla li jien nitkellem bl-ilsna aktar minnkom ilkoll; imma fil-ġemgħa tal-Knisja aktar irrid ħames kelmiet b'moħħi li jinftiehmu biex ngħallem lill-oħrajn, milli għaxart elef bl-ilsna.", "L-aħwa, tkunux bħat-tfal fi ħsiebkom; kunu tfal fil-ħażen, imma nkunu rġiel magħmula fi ħsibijietkom.", "Fil-Liġi hemm miktub:", "\"Permezz ta' nies b'ilsien barrani,", "u b'xufftejn stranġieri", "inkellem lil dan il-poplu;", "u b'dan kollu anqas ma jisimgħuni,\"", "jgħid il-Mulej.", "Mela d-don tal-ilsna hu sinjal mhux għal min jemmen, iżda għal min ma jemminx; id-don tal-profezija mhux għal min ma jemminx, iżda għal min jemmen.", "Jekk, ngħidu aħna, il-Knisja kollha tiltaqa' f'post wieħed u kulħadd jitkellem bl-ilsna, u jidħlu xi katekumeni sempliċi jew nies li ma jemmnux, ma jgħidux li intom barra minn sensikom ?", "Imma jekk ilkoll tipprofetizzaw u jidħol xi ħadd li ma jemminx jew xi katekumenu sempliċi, dan iħoss ruħu mwiddeb minn kulħadd, u ġġudikat minn kulħadd, jinkixfulu l-fehmiet moħbija ta' qalbu u b'hekk jixteħet wiċċu fl-art u jadura lil Alla u jistqarr: \"Tassew li Alla f'nofskom!\"", "Kollox bl-ordni", "Xi ngħidu, mela, l-aħwa?", "Meta intom tiltaqgħu, wieħed jista' jkollu xi salm, ieħor xi tagħlima, ieħor xi rivelazzjoni, ieħor xi kelma b'ilsien barrani, ieħor xi tifsira; kollox iservi għall-edifikazzjoni.", "Tridu titkellmu bl-ilsna?", "Ħalli jitkellmu tnejn jew l-aktar tlieta, imma wieħed wara l-ieħor u xi ħaddieħor ifisser xi jkun jingħad.", "Jekk ma jkunx hemm min ifisser, fil-ġemgħa ma għandu jitkellem ħadd; ħalli jitkellem għalih innifsu, bejnu u bejn Alla.", "Il-profeti jitkellmu, tnejn jew tlieta, u l-oħrajn iqisu dak li jingħad.", "Jekk xi ħadd bilqiegħda jkollu xi rivelazzjoni, l-ewwel wieħed għandu jiskot.", "Intom lkoll tistgħu tipprofetizzaw, imma wieħed wara l-ieħor, sabiex ilkoll titgħallmu u tagħmlu l-qalb.", "L-ispirti tal-profeti għandhom ikunu taħt il-ħakma tal-profeti, għax Alla mhux Alla tad-diżordni iżda tas-sliem.", "Bħalma jsir fil-Knisja kollha tal-qaddisin, in-nisa għandhom iżommu s-skiet fil-laqgħa; ma għandhomx permess jitkellmu imma joqogħdu suġġetti, bħalma tgħid ukoll il-Liġi.", "Jekk ikunu jridu jitgħallmu xi ħaġa, jistaqsu lil żwieġhom id-dar; ma jixraqx li mara titkellem fil-ġemgħa tal-Knisja.", "Jaqaw mingħandkom ħarġet il-kelma ta' Alla?", "Jew għandkom biss waslet?", "Jekk xi ħadd jaħseb li hu profeta jew bniedem b'xi don spiritwali, kunu afu li dan li ktibtilkom hu preċett tal-Mulej.", "Jekk ma jagħtix kas ta' dan, tagħtux kasu intom.", "Mela, l-aħwa, fittxu li tipprofetizzaw, iżda żżommux lil min jitkellem bl-ilsna.", "Ħa jsir kollox kif imur u bl-ordni."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CO.15", "bookref": "1CO.15", "text": ["Il-qawmien ta' Ġesù Kristu", "L-aħwa, irrid infakkarkom fl-Evanġelju li xandarnielkom u li intom ilqajtu u li fih qegħdin iżżommu sħiħ.", "Bih intom salvi bil-kelma li jien ħabbartilkom, kemm-il darba żżommuha, jekk ma emmintux għal xejn.", "Qabel xejn, jien għallimtkom dak li tgħallimt jien, jiġifieri, li Kristu miet minħabba dnubietna, skont l-Iskrittura; difnuh u qam mill-imwiet fit-tielet jum, skont l-Iskrittura.", "U deher lil Kefa, u mbagħad lit-Tnax.", "Deher imbagħad lil aktar minn ħames mitt aħwa flimkien.", "Ħafna minnhom għadhom ħajjin sal-lum; xi wħud minnhom raqdu.", "Imbagħad deher lil Ġakbu u lill-appostli kollha.", "Fl-aħħar deher lili wkoll wara kulħadd, qisni twelidt mormi qabel il-waqt, għax jien l-inqas wieħed fost l-appostli, u ma jistħoqqlix nissejjaħ appostlu, għaliex kont naħqar il-Knisja ta' Alla.", "Imma bil-grazzja ta' Alla jien dak li jien u l-grazzja tiegħu fija ma sfatx fix-xejn, għax tħabatt ħafna iktar minnhom ilkoll; għad li mhux jien, iżda l-grazzja ta' Alla li hi miegħi.", "Imma sew huma u sew jien, dan aħna xandarna, u dan emmintu intom.", "Il-qawmien tal-mejtin", "Jekk Kristu hu mxandar li qam mill-imwiet, kif jgħidu xi wħud minnkom li ma hemmx qawmien tal-mejtin?", "Jekk ma hemmx qawmien tal-mejtin, anqas Kristu ma qam mill-imwiet.", "Imma jekk Kristu ma qamx mill-imwiet, fiergħa hi l-predikazzjoni tagħna, u fiergħa wkoll il-fidi tagħkom.", "U aħna noħorġu wkoll ta' xhieda foloz ta' Alla, għaliex inkunu tajna xhieda kontra Alla li huwa qajjem lil Kristu mill-imwiet, filwaqt li ma jkun qajmu xejn, jekk hu tassew li l-mejtin ma jqumux.", "Għax jekk il-mejtin ma jqumux, anqas Kristu ma kien imqajjem.", "U jekk Kristu ma kienx imqajjem, fiergħa l-fidi tagħkom, u intom għadkom fi dnubietkom.", "U mitlufa wkoll huma dawk li raqdu fi Kristu.", "Jekk għandna tama fi Kristu għal din il-ħajja biss, aħna l-aktar nies imsejkna fost kemm huma l-bnedmin.", "Imma Kristu kien imqajjem tassew mill-imwiet, l-ewwel frott fost dawk li raqdu.", "Għaliex, jekk permezz ta' bniedem feġġet il-mewt, bi bniedem ukoll iseħħ il-qawmien mill-imwiet.", "Għax bħalma l-bnedmin kollha jmutu f'Adam, hekk ilkoll jiksbu l-ħajja fi Kristu.", "Imma kulħadd skont kif imissu; jibda l-ewwel frott li hu Kristu; wara, dawk li huma ta' Kristu, f'jum il-miġja tiegħu.", "Imbagħad, it-tmiem, meta Kristu jerħi s-saltna f'idejn Alla l-Missier, wara li jkun qered kull ħakma u kull setgħa u kull qawwa.", "Għax jeħtieġ li hu jsaltan \"sa ma jqiegħed l-għedewwa kollha taħt riġlejh\".", "L-aħħar għadu li jinqered tkun il-Mewt; għaliex Alla \"qiegħed kollox taħt riġlejh\".", "Imma meta jgħid: \"Tqiegħed kollox taħtu\", jidher ċar li kollox min barra Dak li qiegħed kollox taħtu.", "U meta kollox ikun imqiegħed taħtu, imbagħad l-Iben stess jitqiegħed taħt Alla li jkun qegħedlu kollox taħtu, sabiex Alla jkun kollox f'kollox.", "Inkella x'jagħmlu dawk li huma mgħammdin għall-mejtin , jekk il-mejtin ma jqumu bl-ebda mod?", "Għaliex jitgħammdu għalihom?", "U għaliex aħna ninsabu l-ħin kollu fil-periklu?", "Kuljum f'xifer il-mewt, daqs kemm hu tassew, l-aħwa, li intom il-ftaħir tiegħi fi Kristu Ġesù Sidna.", "X'jiswieli li jien tqabadt mal-bhejjem f'Efesu kieku għamiltu għal għajn in-nies?", "Jekk il-mejtin ma jqumux:", "\"Nieklu u nixorbu,", "għax għada mmutu!\"", "La titqarrqux: il-ħbiberija ħażina tħassar id-drawwiet tajba.", "Erġgħu għal sensikom kif għandu jkun u tidinbux; u, b'għajb għalikom ngħidu, xi wħud minnkom ma jafux b'Alla.", "Il-ġisem glorjuż", "Għandu mnejn xi ħadd jgħid: \"Kif iqumu l-mejtin?", "B'liema ġisem jiġu?\"", "Iblah!", "Dak li inti tiżra' ma jkollux ħajja jekk qabel ma jmutx.", "U meta tiżra', ma tiżrax dak il-ġisem li għad ikun.", "Daqsxejn ta' żerriegħa, tista' tkun tal-qamħ jew xi żerriegħa oħra; Alla mbagħad jagħtiha ġisem kif jogħġbu hu, lil kull żerriegħa l-ġisem li hu tagħha.", "Mhux kull laħam hu l-istess laħam, iżda laħam il-bniedem hu xi ħaġa, u laħam il-bhejjem hu oħra; hemm laħam it-tjur, u hemm dak tal-ħut.", "Hemm iġsma tas-sema u hemm iġsma tal-art; iżda d-dija tal-iġsma tas-sema hi ħaġa, u dik tal-iġsma tal-art hi oħra.", "Hemm id-dija tax-xemx, u hemm id-dija tal-qamar, u hemm ukoll id-dija tal-kwiekeb; u kewkba tiddi aktar minn kewkba oħra.", "Hekk ukoll hu l-qawmien mill-imwiet; jinżera' ġisem li jitħassar, iqum ġisem li ma jitħassarx; jinżera' fl-għajb, iqum fil-ġieħ; jinżera' fid-dgħufija, iqum fis-saħħa; jinżera' ġisem naturali, iqum ġisem spiritwali; jekk hemm ġisem naturali hemm ukoll ġisem spiritwali.", "L-Iskrittura tgħid: \"L-ewwel bniedem, Adam, sar ruħ ħajja,\" l-aħħar wieħed sar spirtu li jagħti l-ħajja.", "Mhux l-ispiritwali ġie l-ewwel, imma l-ewwel in-naturali u mbagħad l-ispiritwali.", "L-ewwel bniedem, mit-trab, hu tal-art; it-tieni bniedem, mis-sema.", "Bħalma hu l-bniedem tal-art, hekk ukoll huma l-bnedmin tal-art; bħalma hu l-bniedem tas-sema, hekk ukoll huma l-bnedmin tas-sema.", "Bħalma aħna mlibbsa x-xbieha tal-bniedem tal-art, hekk ukoll għad nilbsu x-xbieha tal-bniedem tas-sema.", "Dan ngħidilkom, l-aħwa; id-demm u l-laħam ma jistgħux jirtu s-saltna ta' Alla ; lanqas it-taħsir in-nuqqas tat-taħsir.", "Sa nħabbrilkom misteru: aħna mhux ilkoll norqdu r-raqda tal-mewt, iżda lkoll nitbiddlu, f'waqt wieħed, f'teptipa ta' għajn, mal-aħħar tromba.", "Għax iddoqq it-tromba u l-mejtin iqumu biex ma jitħassrux aktar, u aħna nitbiddlu.", "Għax jeħtieġ li dan il-ġisem li jitħassar jilbes in-nuqqas ta' taħsir, u li dan il-ġisem li jmut jilbes l-immortalità.", "Meta dak li jitħassar jilbes in-nuqqas ta' taħsir, meta dak li jmut jilbes l-immortalità, imbagħad iseħħ dak li hemm miktub,", "\"Inbelgħet il-mewt fir-rebħa.", "Fejn hi, ja Mewt, ir-rebħa tiegħek?", "Fejn hi, ja Mewt, in-niggieża tiegħek?\"", "In-niggieża tal-mewt hi d-dnub, u l-qawwa tad-dnub hi l-Liġi.", "Niżżu ħajr lil Alla li tana r-rebħa permezz ta' Sidna Ġesù Kristu.", "Għalhekk, ħuti għeżież, żommu sħiħ, titħarrkux; ħabirku dejjem fil-ħidma tal-Mulej.", "Kunu afu li l-ħidma tagħkom fil-Mulej mhijiex għalxejn."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1CO.16", "bookref": "1CO.16", "text": ["Il-ġabra għall-fqar", "Dwar il-ġabra għall-qaddisin, agħmlu intom ukoll bħalma ordnajt lill-knejjes tal-Galazja.", "Kull wieħed minnkom, kull l-ewwel tal-ġimgħa , iwarrab xi ħaġa u jfaddalha skont ma jista' biex ma jkunx hemm ġbir meta niġi.", "Meta niġi, imbagħad, jien nibgħat nies li tkunu għażiltu, b'ittri ta' rakkomandazzjoni, biex jieħdu Ġerusalemm l-offerti tal-ħniena tagħkom.", "Jekk nara li jkun jaqbel, immur jien ukoll u neħodhom miegħi.", "Il-programm tal-appostlu", "Jien ngħaddi għandkom meta nkun għaddejt mill-Maċedonja, għax jien għandi f'moħħi li ngħaddi mill-Maċedonja.", "Għandi mnejn ukoll noqgħod magħkom għal xi żmien; jekk ma jkollix ngħaddi x-xitwa kollha magħkom; imbagħad intom tqabbduni t-triq għal fejn inkun sejjer.", "Ma rridx narakom bis-serqa jien u għaddej; nittama li noqgħod magħkom għal xi żmien, jekk il-Mulej iħallini.", "Nieqaf Efesu sa Għid il-Ħamsin.", "Hemm bieb kbir miftuħ għalija, fejn nista' naħdem sewwa, għad li hemm ħafna kontra tiegħi.", "Jekk Timotju jasal sa għandkom, qisu li ma jkollux għalfejn jibża' f'nofskom.", "Hu qiegħed jagħmel ix-xogħol tal-Mulej bħali; għalhekk ħadd ma għandu jonqsu.", "Imbagħad ibagħtuh bis-sliem, ħalli jiġi għandi, għax qiegħed nistenna lilu u l-aħwa miegħu.", "Dwar ħuna Apollo, bosta drabi ħeġġiġtu biex jiġi sa għandkom flimkien mal-aħwa.", "Iżda qatt ma ried jiġi għalissa; imma jiġi meta jkun il-waqt li jiġi.", "L-aħħar tislijiet", "Ishru, żommu sħiħ fil-fidi, kunu qalbiena, saħħu ruħkom ilkoll.", "Ħa jsir kollox fostkom bl-imħabba.", "Jien inħeġġiġkom, l-aħwa.", "Intom tafu li l-familja ta' Stefanas huma l-ewwel frott fl-Akaja , u taw ruħhom għas-servizz tal-qaddisin.", "Inħeġġiġkom, għalhekk, biex toqogħdu għall-kelma ta' nies bħal dawn u kull min jitħabat u jaħdem magħhom.", "Nifraħ biż-żjara ta' Stefanas, Fortunatu u Akajku, għaliex b'hekk għamlu tajjeb għan-nuqqas tagħkom.", "Hekk serrħuli moħħi u moħħkom.", "Nies bħal dawn għożżuhom.", "Isellmulkom il-knejjes tal-Asja .", "Isellmulkom ħafna fil-Mulej Akwila u Priska u l-knisja li tiltaqa' f'darhom.", "Isellmulkom l-aħwa kollha.", "Sellmu lil xulxin b'bewsa qaddisa.", "It-tislija tal-appostlu", "Din hi t-tislija tiegħi b'idi stess, Pawlu .", "Ħa jkun misħut jekk xi ħadd ma jħobbx il-Mulej.", "Marana-ta !", "Il-grazzja ta' Sidna Ġesù Kristu tkun magħkom.", "L-imħabba tiegħi magħkom ilkoll fi Kristu Ġesù."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CO.intro", "bookref": "2CO.intro", "text": ["IT-TIENI ITTRA LILL-KORINTIN", "Ħarsa ħafifa lejn l-ittra", "Kien żmien diffiċli fir-relazzjoni ta' Pawlu mal-insara ta' Korintu.", "Xi wħud kienu ħaduha kontra tiegħu bl-ikrah u xlewh li ma kienx appostlu tassew u kien wasslilhom tagħlim falz.", "Fiċ-ċirkostanzi, Pawlu ħass li ma kellux jerġa' jżurhom kif kien xtaq, u kif kienu xtaqu wkoll l-insara li baqgħu leali lejh.", "Hu ma xtaqx li jimponi ruħu fuq min ma riedx il-preżenza tiegħu, u għalhekk bil-għaqal kollu uża din is-sitwazzjoni biex ikun ta' eżempju għall-Korintin.", "Hu kien lest li jaħfer u jagħder lil min qalagħlu l-inkwiet u ried li l-insara jitgħallmu jagħmlu l-istess bħalu.", "Pawlu jieħu l-okkażjoni wkoll biex ifakkar lill-komunità nisranija kemm Alla kien ġeneruż magħhom.", "Hekk għandhom ikunu ġenerużi huma ma' nsara oħra fil-bżonn.", "Jagħmel appell għall-għajnuna għall-insara tal-Lhudija li kienu qed jgħixu fi tbatijiet kbar minħabba nuqqas ta' xita fil-Palestina.", "Pawlu jistaqsi jekk għandux bżonn kredenzjali biex jiġi milqugħ bħala qaddej tal-Patt il-Ġdid ta' Alla.", "Iwieġeb din il-mistoqsija rettorika hu nnifsu billi jgħidilhom li huma stess kienu l-kredenzjali tiegħu bl-Evanġelju li kienu laqgħu.", "Jistqarr li lest isofri kull tip ta' inġurji, l-aqwa li jwassal l-Aħbar it-Tajba lill-popli.", "Hu Alla nnifsu li kiteb f'qalb il-bniedem il-kelma tiegħu:", "Kollox ġej minn Alla li ħabbibna miegħu nnifsu permezz ta' Kristu u tana l-ministeru ta' din il-ħbiberija tal-bnedmin ma' Alla.", "Alla kien li ħabbeb il-ħolqien miegħu nnifsu permezz ta' Kristu, bla ma qagħad iżomm il-kont ta' dnubiethom, u fdalna l-ministeru ta' din il-ħbiberija.", "Aħna ambaxxaturi ta' Kristu bħallikieku Alla stess qiegħed isejħilkom permezz tagħna ( , - ).", "It-taqsim tal-ittra", "Introduzzjoni ( , - )", "Pawlu u l-Knisja f'Korintu ( , — , )", "L-offerta mibgħuta lill-insara fil-Lhudija ( , — , )", "Id-difiża ta' Pawlu dwar l-awtorità tiegħu ta' appostlu ( , — , )", "Konklużjoni ( , - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CO.1", "bookref": "2CO.1", "text": ["Tislima", "Pawlu, appostlu ta' Ġesù Kristu bir-rieda ta' Alla, u Timotju, ħija, lill-Knisja ta' Alla li qiegħda f'Korintu , flimkien mal-qaddisin kollha li qegħdin fl-Akaja : grazzja lilkom u sliem mingħand Alla l-Missier tagħna u l-Mulej Ġesù Kristu.", "Radd il-ħajr fil-hemm", "Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, Missier il-ħniena u Alla ta' kull faraġ.", "Hu jfarraġna fil-hemm kollu tagħna, biex aħna, permezz tal-faraġ li bih Alla jfarraġ lilna, inkunu nistgħu nfarrġu lil dawk kollha li jinsabu f'kull xorta ta' hemm.", "Bħalma joktru fina s-sofferenzi ta' Kristu, hekk ukoll permezz ta' Kristu, joktor fina l-faraġ.", "In-niket tagħna jservi għall-faraġ u s-salvazzjoni tagħkom; u jekk nitfarrġu, dan iservi għall-faraġ tagħkom, li jaħdem fikom biex ikollkom il-qawwa tissaportu s-sofferenzi li nissaportu aħna wkoll.", "B'hekk, it-tama tagħna fikom hi dejjem qawwija, għax aħna nafu li, kif intom taqsmu magħna s-sofferenzi tagħna, hekk ukoll taqsmu l-faraġ tagħna.", "Ma rridukomx ma tkunux tafu, l-aħwa, bit-taħbit li ġie fuqna fl-Asja ; konna magħfusin iżżejjed li ma konniex nifilħu u konna qtajna jiesna minn ħajjitna.", "Iżda ħassejna fina s-sentenza tal-mewt, biex ma nittamawx fina nfusna, iżda f'Alla li jqajjem lill-mejtin.", "Kien hu li ħelisna minn daqstant perikli tal-mewt u għad jeħlisna; fih nittamaw li jerġa' jeħlisna bl-għajnuna tat-talb tagħkom għalina.", "Hekk ħafna, minħabba d-don li rċevejna aħna, iroddu l-ħajr għall-grazzji li qlajna bis-saħħa tat-talb ta' ħafna.", "Għaliex ma marx iżurhom", "Il-ftaħir tagħna hu dan: il-kuxjenza tagħna tixhdilna li aħna ġibna ruħna fid-dinja bis-sempliċità u s-sinċerità li ġejjin minn Alla mhux bl-għaqal tad-dinja, imma bil-grazzja ta' Alla, l-aktar fejn kelli x'naqsam magħkom.", "Aħna ma niktbulkomx għajr dak li tistgħu taqraw u tifhmu.", "Nittamaw li intom tifhmu kollox sewwa, bħalma ġa fhimtu xi ħaġa minna, sabiex intom tiftaħru bina u aħna niftaħru bikom f'Jum Sidna Ġesù Kristu.", "Jiena kont żgur minn dan, u għalhekk qabel ridt niġi għandkom, biex terġgħu tifirħu u ngħaddi mingħandkom għall-Maċedonja , u mbagħad nerġa' lura mill-Maċedonja għal għandkom u tqabbduni t-triq intom għal-Lhudija.", "Meta ddeċidejna li nagħmlu dan, jaqaw għamilna hekk bla ħsieb?", "Jaqaw dak li niddeċiedi, niddeċidih għall-interessi ta' din id-dinja, b'mod li jkun hemm fija \"iva, iva\" u \"le, le\" fl-istess ħin?", "Tassew, daqskemm tassew hu fidil Alla, li l-kelma tagħna lilkom ma kinitx \"iva\" u \"le\".", "L-Iben ta' Alla, Ġesù Kristu, li xandarnielkom aħna, jiena u Silvanu u Timotju, ma kienx \"iva\" u \"le\"; fih kien hemm l- \"iva\" weħidha.", "Għax fih il-wegħdiet ta' Alla kollha saru \"iva\".", "Hu għalhekk li aħna, permezz tiegħu, ngħidu l- \"Ammen\" għall-glorja ta' Alla.", "Alla hu li jwettaq kemm lilkom u kemm lilna fi Kristu, li kkonsagrana għalih innifsu; hu li ssiġillana wkoll bis-siġill tiegħu, u tana b'rahan l-Ispirtu fi qlubna.", "Jiena nsejjaħ lil Alla xhud tiegħi fuq ruħi li ma rġajtx ġejt Korintu biex naħfirhielkom.", "Mhux għax irridu nġegħlukom temmnu iżda li naħdmu flimkien għall-ferħ tagħkom, billi intom qegħdin iżżommu sħaħ fil-fidi."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CO.2", "bookref": "2CO.2", "text": ["Jien iddeċidejt li ma nerġax niġi għandkom bi swied ta' qalb.", "Għax jekk jien insewdilkom qalbkom, min se jferraħni, jekk mhux dawk stess li sewdu qalbhom minħabba fija?", "Jien ktibtilkom dan biex, meta niġi għandkom, ma jkollix swied ta' qalb minħabba dawk li għandi nifraħ bihom.", "Jien għandi fehma sħiħa li l-ferħ tiegħi hu l-ferħ tagħkom ilkoll.", "Iva, jiena ktibtilkom b'għafsa ta' qalb u bid-dmugħ, mhux biex insewdilkom qalbkom, iżda biex inġagħalkom tifhmu l-imħabba bla tarf li għandi għalikom.", "Maħfra", "Jekk xi ħadd ġieb swied il-qalb, mhux lili nikket, imma b'xi mod - bla ma nkabbarha - lilkom ilkoll.", "Biżżejjed għal dan il-kastig li tatu l-biċċa l-kbira tagħkom.", "Mela issa intom għandkom tħennu għalih u tfarrġuh, li ma jmurx jaqta' jiesu taħt it-toqol tan-niket.", "Għalhekk nitlobkom turuh imħabbitkom għalih.", "Għalhekk ktibtilkom dik l-ittra; sabiex nippruvakom u nara tisimgħux minni f'kollox.", "Meta intom taħfru lil xi ħadd, naħfirlu jiena wkoll.", "Meta jien naħfer - jekk ħfirt xi ħaġa - ħfirtha minħabba fikom quddiem Kristu, biex ma jegħlibnix ix-Xitan, għax nafu x'inhuma l-ħsibijiet tiegħu.", "L-inkwiet ta' Pawlu", "Meta wasalt Troas biex inxandar l-Evanġelju ta' Kristu, il-Mulej fetaħli l-bibien kollha.", "Iżda ma kellix mistrieħ f'qalbi, għax ma stajtx insib lil ħija Titu; għalhekk sellimt lin-nies li joqogħdu hemmhekk u tlaqt lejn il-Maċedonja.", "Niżżi ħajr lil Alla, għax hu li jmexxina dejjem fir-rebħ fi Kristu u li jxerred ma' kullimkien permezz tagħna l-fwieħa tat-tagħrif tiegħu.", "Għaliex aħna nwasslu l-fwieħa ta' Kristu fost dawk li jsalvaw u fost dawk li jintilfu.", "Lil dawn tal-aħħar din il-fwieħa twassalhom għall-mewt, lil dawk twassalhom għall-ħajja.", "Min jinqala' għal din il-ħidma?", "Aħna m'aħniex bħal ħafna li jinnegozjaw il-kelma ta' Alla, iżda bħal nies b'qalbhom safja, bħal nies mibgħutin minn Alla, quddiem Alla nitkellmu fi Kristu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CO.3", "bookref": "2CO.3", "text": ["Il-ministri tal-Patt il-Ġdid", "Nerġgħu nibdew nirrikkmandaw lilna nfusna?", "Għandna bżonn aħna, bħal xi wħud, b'xhieda għalina, ittri ta' rakkomandazzjoni għalikom jew mingħandkom?", "L-ittra tagħna hi intom, miktuba fuq qlubna, magħrufa u moqrija minn kulħadd.", "Intom tidhru li intom l-ittra ta' Kristu fdata f'idejna, miktuba mhux bil-linka, imma bl-Ispirtu ta' Alla l-ħaj; mhux fuq it-twavel tal-ġebel, iżda fuq it-twavel tal-laħam ta' qalbkom.", "Tant aħna għandna qalbna qawwija quddiem Alla permezz ta' Kristu!", "Mhux li aħna minna nfusna għandna l-ħila naħsbu li xi ħaġa ġejja minna nfusna; il-ħila tagħna ġejja mingħand Alla, li tana l-ħila li nkunu ministri tal-patt il-ġdid, il-patt mhux tal-ittra imma tal-Ispirtu; għax l-ittra toqtol, imma l-Ispirtu jagħti l-ħajja.", "Issa jekk il-ministeru tal-mewt imnaqqax fil-ġebel kien hekk imdawwal bil-glorja li wlied Iżrael ma setgħux iżommu għajnejhom f'wiċċ Mosè minħabba fid-dija ta' wiċċu - u din ma kinitx għal dejjem - kemm aktar ikun imdawwal bil-glorja l-ministeru tal-Ispirtu!", "Jekk il-ministeru tal-kundanna kien imdawwal bil-glorja, kemm aktar jiddi bil-glorja l-ministeru tal-ġustifikazzjoni!", "Anzi, minn daqshekk, dak li darba kellu l-glorja ma kellu glorja xejn ħdejn il-kobor bla qjies tal-glorja ta' issa.", "Jekk kien imdawwal bil-glorja l-ministeru li kellu jgħaddi, kemm aktar hu mdawwal bil-glorja dak li għandu jibqa'!", "Meta għandna din it-tama, aħna nagħmlu tassew il-qalb, u ma nagħmlux bħal Mosè, li xeħet velu fuq wiċċu biex ulied Iżrael ma jżommux għajnejhom fuq it-tmiem ta' dak li kellu jgħaddi u jiġi fix-xejn.", "Moħħhom iddallam, u sal-ġurnata tal-lum dak l-istess velu għadu fuqhom waqt il-qari tal-Kotba tal-Patt il-Qadim; ma jitneħħiex, għax permezz ta' Kristu biss jitneħħa.", "Sal-lum stess, kull meta jaqraw il-Liġi ta' Mosè hemm velu fuq qalbhom; dan il-velu jitneħħa meta jerġgħu lura lejn il-Mulej.", "Għax il-Mulej huwa l-Ispirtu, u fejn hemm l-Ispirtu tal-Mulej hemm il-ħelsien.", "Aħna lkoll, li b'wiċċna mikxuf nirriflettu bħal f'mera l-glorja tal-Mulej, qegħdin ninbidlu fl-istess xbieha minn glorja għal glorja skont ma jagħtina l-Mulej, li hu Spirtu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CO.4", "bookref": "2CO.4", "text": ["Teżori fil-fuħħar", "Ladarba għall-ħniena ta' Alla aħna għandna dan il-ministeru, ma naqtgħux qalbna; imma nwarrbu kull ħabi u għajb; u la nimxu bil-qerq u lanqas ngħawġu l-kelma ta' Alla, iżda nuru l-verità kollha u nħallu l-kuxjenza ta' kull bniedem tiġġudikana hi quddiem Alla.", "Jekk imbagħad l-Evanġelju tagħna jibqa' mistur għal dawk li jintilfu; dawk li l-alla ta' din id-dinja dallmilhom il-moħħ tagħhom nieqes mill-fidi, biex ma jarawx jiddi d-dawl tal-Evanġelju glorjuż ta' Kristu, li hu xbieha ta' Alla.", "Għax aħna 'l Ġesù l-Mulej qegħdin inxandru, u mhux lilna nfusna; aħna m'aħniex ħlief qaddejja tagħkom minħabba f'Ġesù Kristu.", "Dan Alla li qal: \"Ħa jiddi d-dawl mid-dlam\", dak hu li idda fi qlubna biex jagħtina d-dawl tal-għarfien tal-glorja ta' Alla, li tiddi f'wiċċ Kristu.", "Dan it-teżor qiegħed għandna f'ġarar tal-fuħħar, ħalli b'hekk jidher sewwa li l-kobor ta' din il-qawwa ġej minn Alla, u mhux minna.", "Aħna minn kullimkien ninsabu magħfusin, iżda m'aħniex mgħattnin; imħassbin, iżda ma għandniex qalbna maqtugħa; ippersegwitati, iżda m'aħniex abbandunati; mixħutin mal-art, iżda m'aħniex meqrudin.", "F'ġisimna dejjem inġorru l-mewt ta' Ġesù, biex f'ġisimna tidher ukoll il-ħajja ta' Ġesù.", "Għax aħna, għad li qegħdin ngħixu, ninsabu dejjem mogħtija għall-mewt minħabba f'Ġesù biex il-ħajja ta' Ġesù wkoll tkun tidher fil-ġisem tagħna li jmut.", "U b'hekk fina taħdem il-mewt, imma fikom taħdem il-ħajja.", "Imma billi aħna għandna l-istess spirtu ta' fidi li fuqu hemm miktub: \"Emmint, u għalhekk tkellimt\", aħna wkoll emminna, u għalhekk tkellimna; għax nafu li dak li qajjem lill-Mulej Ġesù, lilna wkoll għad iqajjimna flimkien ma' Ġesù u jressaqna quddiemu flimkien magħkom.", "Għax dan kollu minħabba fikom, biex il-grazzja tilħaq ħafna bnedmin oħra, u b'hekk jitkattar ir-radd ta' ħajr, għall-glorja ta' Alla.", "Ngħix bil-fidi", "Għalhekk ma naqtgħux qalbna, għax imqar jekk il-bniedem ta' barra jitħassar, il-bniedem ta' ġewwa jiġġedded minn jum għal jum.", "Id-daqsxejn ta' tbatija tagħna ta' issa tħejjilna kobor ta' glorja bla qjies għal dejjem; lilna li ma nħarsux lejn il-ħwejjeġ li jidhru, iżda lejn dawk li ma jidhrux.", "Dawk li jidhru huma għal żmien qasir, dawk li ma jidhrux huma għal dejjem."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CO.5", "bookref": "2CO.5", "text": ["Aħna nafu li jekk din it-tinda tal-għamara tagħna fl-art tiġġarraf, aħna għandna dar oħra, maħduma mhux bl-idejn, imma xogħol ta' Alla, għal dejjem fis-sema.", "Aħna f'din nitniehdu, imxennqa li nilbsu fuq din l-għamara tal-ġisem l-għamara l-oħra tas-sema.", "Għax jekk nilbsu din ma ninstabux għarwenin.", "Aħna, li qegħdin f'din it-tinda, nitniehdu, imgħobbija kif aħna; għalhekk ma rridux ninżgħu, iżda nilbsu oħra minn fuq biex il-ġisem li jmut jinxtorob mill-ħajja.", "Alla stess sawwarna għal dan, hu li tana r-rahan tal-Ispirtu.", "Aħna dejjem qalbna qawwija u nafu li sakemm indumu mlibbsa b'dan il-ġisem, nibqgħu 'l bogħod mill-Mulej; … aħna ngħixu bil-fidi u mhux bil-viżjoni … Aħna qalbna qawwija u persważi li aħjar noħorġu minn dan il-ġisem u mmorru noqogħdu għand il-Mulej.", "Għalhekk fuq kollox aħna nfittxu li nogħġbu lilu, sew jekk nibqgħu hawn, sew jekk noħorġu minn dan il-ġisem.", "Jeħtieġ li lkoll kemm aħna nidhru quddiem it-tribunal ta' Kristu, ħalli kulħadd jieħu skont it-tajjeb jew il-ħażin li jkun għamel meta kien għadu ħaj fil-ġisem.", "Il-ministeru tar-rikonċiljazzjoni", "Aħna li nafu x'jiġifieri l-biża' tal-Mulej, nipperswadu lill-bnedmin għal magħna.", "Alla jafna; nittama li l-kuxjenza tagħkom tafna wkoll.", "M'aħniex nerġgħu nirrikkmandaw ruħna lilkom, imma qegħdin nagħtukom raġun tiftaħru bina, biex ikollkom xi twieġbu lil dawk kollhom ftaħir fil-wiċċ minn barra, imma mhux mill-qalb.", "Jekk aħna boloh, aħna boloh għal Alla; jekk aħna f'sensina, aħna f'sensina għalikom.", "L-imħabba ta' Kristu ġġegħelna naħsbu dan: li wieħed miet għal kulħadd, mela kulħadd miet.", "U miet għal kulħadd biex dawk li jgħixu ma jgħixux għalihom infushom, imma għal dak li miet u rxoxta għalihom.", "Għalhekk aħna ma nagħrfu lil ħadd skont il-ġisem.", "Jekk għarafna lil Kristu skont il-ġisem, issa ma nagħrfuhx aktar hekk.", "Meta wieħed jingħaqad ma' Kristu, isir ħolqien ġdid ; il-qadim għadda u daħal il-ġdid.", "Kollox ġej minn Alla li ħabbibna miegħu nnifsu permezz ta' Kristu u tana l-ministeru ta' din il-ħbiberija tal-bnedmin ma' Alla.", "Alla kien li ħabbeb il-ħolqien miegħu nnifsu permezz ta' Kristu, bla ma qagħad iżomm il-kont ta' dnubiethom, u fdalna l-ministeru ta' din il-ħbiberija.", "Aħna nagħmluha ta' ambaxxaturi ta' Kristu bħallikieku Alla stess qiegħed isejjaħ permezz tagħna, nitolbu fuq li nitolbu f'ġieħ Kristu: \"Ħallu lil Alla jħabbibkom miegħu.\"", "Dak li ma kienx jaf x'inhu dnub, Alla għamlu dnub għalina sabiex aħna nsiru fih ġustizzja ta' Alla."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CO.6", "bookref": "2CO.6", "text": ["Ladarba qegħdin naħdmu flimkien ma' Alla, aħna mela nħeġġukom biex ma tirċevux il-grazzja tiegħu għal xejn.", "Għax hu jgħid:", "\"Fiż-żmien it-tajjeb smajtek,", "f'jum is-salvazzjoni għentek.\"", "Araw, issa hu ż-żmien tajjeb; araw, issa hu jum is-salvazzjoni!", "Pawlu jiftaħ qalbu", "Aħna xejn ma nagħmlu li jista' jkun ta' tfixkil lil xi ħadd, biex il-ministeru tagħna ma jaqax fl-għajb.", "F'kollox inqisu ruħna bħala ministri ta' Alla, bis-sabar kollu fit-tiġrib, fit-tbatija, fid-djieqa, fis-swat, fil-ħabsijiet, fit-tixwix, fit-taħbit, fis-sahriet bla rqad, fis-sawm; bis-safa tal-qalb, bl-għerf, bis-sabar, bil-ħlewwa, bi spirtu qaddis, bl-imħabba sinċiera, bil-kelma tas-sewwa, bil-qawwa ta' Alla, bl-armi tal-ġustizzja fuq il-lemin u fuq ix-xellug, fil-ġieħ u fl-għajb, kemm jekk jgħidu l-ħażin u kemm jekk jgħidu t-tajjeb fuqna; iżommuna bħala nies qarrieqa, lilna li ngħidu s-sewwa; bħala nies li ma jafhom ħadd, għad li kulħadd jafna; bħala nies f'xifer il-mewt, għad li aħna ħajjin; bħala nies ikkastigati, għad li m'aħniex mogħtijin għall-mewt; bħala nies imdejqa, għad li dejjem ferħana; bħala nies foqra, għad li nagħmlu għonja lil ħafna; bħala nies li ma għandhom xejn, għad li kollox huwa tagħna!", "Ftaħna fommna għalikom, o Korintin, b'qalbna miftuħa beraħ!", "Għalikom m'hemmx djieq f'qalbna; id-djieq qiegħed f'qalbkom.", "Ħallsuna, qiegħed inkellimkom bħal uliedi, billi tiftħu qalbkom beraħ intom ukoll!", "Tempju ta' Alla l-ħaj", "La tintrabtux mal-pagani taħt madmad wieħed li ma jiġikomx.", "X'għandhom x'jaqsmu bejniethom il-ġustizzja u l-ħażen?", "X'xirka hemm bejn id-dawl u d-dlam?", "Xi ftehim hemm bejn Kristu u Beljar ?", "Jew x'għandu x'jaqsam min jemmen ma' min ma jemminx?", "X'rabta hemm bejn it-tempju ta' Alla mal-idoli?", "Aħna t-tempju ta' Alla l-ħaj.", "Kif jgħid Alla:", "Ngħammar f'nofshom u nimxi magħhom.", "Inkun Alla tagħhom;", "U huma jkunu l-poplu tiegħi.", "Għalhekk oħorġu minn ġo nofshom,", "u nfirdu minnhom, jgħid il-Mulej;", "la tmissux l-imniġġes,", "u jien nilqagħkom;", "u nkun għalikom missier", "u intom tkunu għalija wlied, subjien u bniet,", "jgħid il-Mulej, li jista' kollox."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CO.7", "bookref": "2CO.7", "text": ["Meta għandna dawn il-wegħdiet, għeżież tiegħi, ħa nitnaddfu minn kull tidnis tal-ġisem u tar-ruħ, u ntemmu l-qdusija tagħna fil-biża' ta' Alla.", "Il-ferħ ta' Pawlu u l-indiema tal-Korintin", "Agħmlulna l-wisa' f'qalbkom!", "Ma nqasna lil ħadd; ma għamilna deni lil ħadd; ma qarraqna b'ħadd!", "M'iniex ngħid dan biex nikkundannakom; għaliex, kif għedt qabel, intom ilkoll qegħdin f'qalbi biex immutu u ngħixu flimkien.", "Jien għandi qalbi qawwija minħabba fikom; inħossni kburi ħafna bikom; kollni faraġ; imfawwar bil-ferħ fost id-djieqa kollha tagħna.", "Meta morna l-Maċedonja , ma kellna ebda mistrieħ f'ġisimna, iżda taħbit f'kollox - taqbid minn barra u biża' minn ġewwa.", "Imma Alla, li jfarraġ lill-umli, farraġna bil-wasla ta' Titu.", "Mhux biss bil-wasla ta' dan, iżda wkoll bil-faraġ li bih tfarraġ hu stess minħabba fikom; qalilna bix-xewqa tagħkom, bil-biki tagħkom, biż-żelu tagħkom għalija; u hekk jien fraħt iktar.", "Għax jekk sewwidtilkom qalbkom bl-ittra , ma għandix għax nindem; u jekk nindem - qiegħed nara li b'din l-ittra sewwidtilkom qalbkom, għalkemm għal ftit - issa nifraħ; mhux għax sewwidtilkom qalbkom imma għax minn swied il-qalb wasaltu għall-indiema.", "Sewwidtilkom qalbkom kif irid Alla, b'mod li m'għamilnielkom l-ebda ħsara.", "Swied il-qalb kif irid Alla jnissel l-indiema għas-salvazzjoni, li minnha ħadd ma jibdielu; imma swied il-qalb kif trid id-dinja jwassal għall-mewt.", "Araw dan is-swied il-qalb kif irid Alla x'ħeġġa nissel fikom, x'ġustifikazzjoni tagħkom infuskom, x'għadab, x'biża', x-xewqa, x'żelu, u x-xewqa biex issir ġustizzja.", "F'kulma ġara ġibtu ruħkom bla ħtija.", "Mela jekk ktibtilkom, ma ktibtilkomx minħabba min għamel id-deni jew min sofra xi deni, iżda biex jidher iż-żelu li għandkom għalina quddiem Alla.", "Minħabba dan tfarraġna.", "Barra minn dan il-faraġ, fraħna aktar minħabba l-ferħ ta' Titu, għaliex ilkoll kemm intom ferraħtulu qalbu.", "Jekk ftaħart xi ftit bikom miegħu ma kellix għax nistħi; imma kif dejjem għedtilkom il-verità, hekk ukoll il-ftaħir tagħna ma' Titu deher li kien veru.", "U qalbu xegħlet aktar għalikom meta ftakar fl-ubbidjenza tagħkom, kif ilqajtuh bil-biża' u t-tregħid.", "Nifraħ għaliex għal kollox nista' norbot fuqkom."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CO.8", "bookref": "2CO.8", "text": ["L-għajnuna ġeneruża lill-foqra", "Aħna għarrafnielkom, l-aħwa, il-grazzja ta' Alla li ngħatat lill-knejjes tal-Maċedonja, għaliex fil-prova l-kbira tas-sofferenza, il-ferħ tagħhom kien kbir u l-faqar bla tarf tagħhom safa ta' għana kbir biex taw minn qalbhom.", "Għaliex taw minn rajhom kemm setgħu, u, nixhedhulkom jien, aktar milli setgħu.", "Talbuna b'ħeġġa kbira din il-grazzja, jiġifieri, li jissieħbu f'dan il-ministeru ta' għajnuna lill-qaddisin, u aktar milli ttamajna aħna, huma taw ruħhom l-ewwel lill-Mulej, imbagħad lilna bir-rieda ta' Alla.", "U hekk tlabna lil Titu, li beda dan ix-xogħol, biex itemm din il-ħidma ta' ħniena fostkom.", "Iżda bħalma intom għonja f'kollox, fil-fidi u fil-kelma, fl-għerf u fiż-żelu kollu, fl-imħabba li aħna rawwimna f'qalbkom, hekk għandkom tistagħnu f'din il-ħidma ta' ħniena.", "M'iniex nordnalkom; iżda permezz tal-ħerqa li wera ħaddieħor, irrid nipprova kemm hi sinċiera l-imħabba tagħkom.", "Intom tafu l-grazzja ta' Sidna Ġesù Kristu, li għad li kien għani, ftaqar minħabba fikom, sabiex intom tistagħnu permezz tal-faqar tiegħu.", "Jiena parir qiegħed nagħti f'dan; għax dan ikun jaqblilkom, lilkom, li s-sena l-oħra kontu l-ewwel nies, mhux biss li ndħaltu għal dan x-xogħol, imma li ridtuh ukoll.", "Issa mela temmu dak li bdejtu tagħmlu, ħalli b'hekk, bħalma ridtuh minn qalbkom hekk ukoll ittemmuh, kulħadd skont ma għandu.", "Jekk il-qalb tkun hemm, dak li jkun jingħoġob skont ma għandu, u mhux skont li ma għandux.", "Mhux biex il-piż iħeff minn fuq l-oħrajn u jaqa' kollu fuqkom, imma kulħadd indaqs.", "Bħalissa ħallu ż-żejjed tagħkom jagħmel tajjeb għan-nieqes ta' dawk li ma għandhomx, biex iż-żejjed tagħhom għad ikun jista' jpatti għan-nieqes tagħkom.", "U hekk ikun kulħadd indaqs, bħalma hu miktub:", "\"Min ġabar ħafna ma sabx iż-żejjed,", "u min ġabar ftit ma baqax bin-nieqes.\"", "Titu u sħabu", "Ħajr lil Alla li nissel l-istess ħerqa f'qalb Titu għalikom.", "Għaliex mhux biss laqa' t-talba tagħna, iżda minn qalbu ġej għandkom minħabba ż-żelu li għandu għalikom.", "Miegħu qegħdin nibagħtu wkoll lil ħuna li l-knejjes kollha jfaħħru minħabba x-xogħol tiegħu fix-xandir tal-Evanġelju.", "Mhux biss dan, imma kien ukoll magħżul mill-knejjes biex ikun is-sieħeb magħna fis-safar tagħna f'dan il-ministeru ta' karità għall-glorja ta' Alla u xhieda tar-rieda tajba tagħna.", "Għax qegħdin attenti li ħadd ma jkollu xi jgħid fina minħabba l-mod li bih sa nħaddmu din il-ġabra kbira.", "Aħna nfittxu s-sewwa mhux biss quddiem Alla iżda wkoll quddiem il-bnedmin.", "Qegħdin nibagħtu magħhom lil ħuna, li l-ħeġġa tiegħu ppruvajnieha kemm-il darba b'ħafna manjieri u sibnieh dejjem mimli ħeġġa, iżda issa mħeġġeġ aktar minħabba l-fiduċja kbira li għandu fikom.", "Dwar Titu, imbagħad, ngħid biss li huwa sieħbi u ħaddiem miegħi għalikom; u fl-aħħar dwar ħutna, dawn huma l-messaġġiera tal-knejjes, u l-glorja ta' Kristu.", "Agħtuhom mela, xhieda ta' mħabbitkom quddiem il-knejjes u tal-verità tal-ftaħir tagħna bikom."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CO.9", "bookref": "2CO.9", "text": ["L-offerta għall-insara", "Dwar l-għajnuna li għandkom tagħtu lill-qaddisin, kollu żejjed li niktbilkom.", "Naf ir-rieda tajba tagħkom.", "U jien ftaħart bikom quddiem in-nies tal-Maċedonja u għedt: \"In-nies tal-Akaja jinsabu lesti mis-sena l-oħra\"; u l-ħeġġa tagħkom qanqlet lil ħafna minnhom.", "Madankollu jien bgħatt lill-aħwa, biex il-ftaħir tagħna bikom ma jisfax fix-xejn f'din il-ħaġa sabiex, kif għedtilkom, tkunu lesti, u hekk ma jmurx jiġri li jiġu xi Maċedonin miegħi u jsibukom m'intomx lesti, u ġġegħluna nistħu, biex ma ngħidx intom, minn din il-fiduċja tagħna fikom.", "Għalhekk aħna ħassejna l-bżonn li nitolbu lil dawn l-aħwa biex jiġu għandkom qabilna u jlestu l-offerta li kontu wegħedtu qabel; u hekk din tkun lesta, mhux bħala ħaġa bilfors, imma bħala ħaġa ħierġa mill-qalb.", "Jien dan ngħid: min jiżra' ftit, jaħsad ftit; u min jiżra' ħafna, jaħsad ħafna.", "Kull wieħed għandu jagħti skont ma jidhirlu hu minn rajh, mhux fuq il-qalb jew bilfors; għax Alla jħobb lil min jagħti bil-ferħ.", "Alla mbagħad għandu l-ħila jfawwarkom b'kull xorta ta' barka, hekk li dejjem u f'kollox ikollkom kulma hu biżżejjed għalikom, u jibqgħalkom ukoll għal kull opra tajba.", "Bħalma hu miktub:", "\"Huwa qassam bil-kotra u ta lill-fqar;", "il-ġustizzja tiegħu tibqa' għal dejjem.\"", "Dak li, lil min jiżra' jagħtih iż-żerriegħa u l-ħobż għall-ikel, jagħti u jkattar iż-żerriegħa lilkom ukoll, u jżid il-frott tal-ġustizzja tagħkom.", "U intom tistagħnu b'kull ġid, ħalli turu kull xorta ta' ġenerożità li biha, permezz tagħna, jitla' innu ta' radd il-ħajr quddiem Alla.", "Għaliex il-ministeru ta' dan is-servizz mhux biss itaffi l-bżonnijiet tal-qaddisin, imma wkoll inissel kotra ta' radd il-ħajr lil Alla; dan il-ministeru juri x'intom, u huma jagħtu glorja lil Alla minħabba l-ubbidjenza tagħkom għall-Evanġelju ta' Kristu u tal-ġenerożità tal-għotja tagħkom lilhom u lil kulħadd; u t-talb tagħhom għalikom juri l-imħabba kbira li għandhom għalikom minħabba l-grazzja bla qjies ta' Alla għalikom.", "Ħajr lil Alla għad-don tiegħu li ma jitfissirx bil-kliem."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CO.10", "bookref": "2CO.10", "text": ["Pawlu jiddefendi l-ministeru tiegħu", "Jiena, Pawlu, nitlobkom f'ġieħ l-umiltà u l-ħlewwa kollha ta' Kristu - jien, li jien umli meta nkun fostkom , u qalbieni meta nkun 'il bogħod minnkom - nitlobkom li ma jkollix għalfejn ninqeda b'din il-ħila, u bil-qawwa li biha bi ħsiebni ninqeda ma' dawk li jaħsbu li aħna nimxu skont id-dinja.", "Tassew li aħna ngħixu fid-dinja, imma ma nissarawx bl-armi tad-dinja; l-armi tagħna għall-ġlied mhumiex tad-dinja; iżda għandhom il-qawwa ta' Alla biex iġarrfu l-fortizzi.", "Aħna nwaqqgħu kull raġunament u kull kburija li tqum kontra l-għarfien ta' Alla u njassru kull ħsieb għall-ubbidjenza lil Kristu.", "Aħna lesti biex nikkastigaw kull diżubbidjenza meta tkunu obdejtu għalkollox.", "Intom qegħdin tħarsu fil-wiċċ.", "Jekk xi ħadd jaħseb li hu ta' Kristu, ħa jaħseb ftit fih innifsu, għax aħna ta' Kristu bħalma hu hu.", "Jekk ikolli niftaħar xi ftit iżżejjed bis-setgħa tagħna, is-setgħa li tana l-Mulej, biex nibnukom u mhux biex inġarrfukom, ma jkollniex għax nistħu.", "Ma rridx nidher qisni qiegħed inbeżżagħkom bl-ittri tiegħi.", "Xi ħadd jgħid: 'L-ittri huma iebsa u qawwija; imma meta hu jkun hawn ikun qisu bla ħila u kliemu ta' min jistmerru'.", "Dan għandu jdaħħal f'rasu li aħna l-istess, sew fil-kelma tal-ittri sew f'għemilna meta nkunu fostkom.", "Aħna ma nissugrawx niddaqqsu jew nitqabblu ma' dawk li jiftaħru bihom infushom.", "Meta dawn iqisu ruħhom bihom infushom u jqabblu lil ruħhom magħhom infushom ikunu bla moħħ.", "Aħna ma niftaħrux bla qjies, iżda skont il-qjies tal-limiti li tana Alla bħala qjies, jiġifieri, li naslu sa għandkom.", "Aħna ma morniex lil hemm milli jmissna, bħallikieku ma ġejniex għandkom; għax aħna wasalna sa għandkom bl-Evanġelju ta' Kristu.", "Aħna m'aħniex niftaħru barra mill-qjies, jiġifieri, bix-xogħol ta' ħaddieħor; aħna għandna t-tama li l-fidi tagħkom tikber u nikbru aħna skont il-qjies tagħna, billi nxandru l-Evanġelju lil hemm minnkom bla ma nidħlu fil-qasam ta' ħaddieħor u niftaħru bix-xogħol li diġà jkun sar.", "L-Iskrittura tgħid: Min irid jiftaħar, ħa jiftaħar fil-Mulej.", "Għax mhux dak li jiftaħar bih innifsu jkun jingħoġob, imma dak li jfaħħru l-Mulej."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CO.11", "bookref": "2CO.11", "text": ["Pawlu u l-profeti foloz", "Mhux li kontu tieħdu ftit paċenzja bil-bluha tiegħi!", "Naf, iva, li tieħdu paċenzja bija.", "Jiena għajjur għalikom bl-istess għira ta' Alla: għax jiena għarrastkom lil għarus wieħed, bħallikieku kontu xebba safja biex irressaqkom quddiem Kristu.", "Jiena nibża' li, bħalma s-serp qarraq b'Eva bil-ħażen tiegħu, hekk fehmietkom jitħassru mis-sempliċità u s-safa tagħhom fi Kristu.", "Għax jekk xi ħadd jiġi jxandar Ġesù ieħor, mhux dak li xandarnielkom aħna, jew tieħdu Spirtu ieħor, barra dak li ħadtu, jew xi Evanġelju ieħor barra dak li lqajtu, intom kontu tistabru bih.", "Naħseb li jien m'iniex inqas minn dawn l-appostli kbar.", "Jekk jien ma ninqalax fil-kliem, ninqala' fl-għerf; dan aħna wrejnihulkom bid-dieher b'kull mod u quddiem kulħadd.", "Jaqaw għamilt xi dnub meta jien ċekkint lili nnifsi biex intom togħlew?", "Meta ħabbartilkom l-Evanġelju ta' Alla b'xejn?", "Neżżajt il-knejjes l-oħra, billi ħadt mingħandhom l-għajxien tiegħi biex naqdi lilkom; u meta ġejt għandkom u ġejt fil-bżonn, ma dejjaqt lil ħadd.", "Għall-ħtiġiet tiegħi ħasbu fuq li ħasbu l-aħwa li ġew mill-Maċedonja.", "F'kollox ġibt ruħi b'mod li ma nkunx ta' piż għalikom, u hekk nibqa' nġib ruħi.", "Fuq il-verità ta' Kristu li hemm fija, din ir-raġuni għall-ftaħir tiegħi ma jeħodhieli ħadd fl-inħawi tal-Akaja.", "Għaliex?", "Għax ma nħobbkomx?", "Alla jaf li jien inħobbkom.", "Dak li qiegħed nagħmel, nibqa' nagħmlu, sabiex naqta' l-okkażjoni lil dawk li qegħdin ifittxu okkażjoni biex f'dak li huma jiftaħru bih jinstabu bħalma aħna aħna.", "Dawk l-appostli foloz, ħaddiema qarrieqa, ibiddlu lilhom infushom f'appostli ta' Kristu.", "Mhux għaġeb, għax Satana stess jitbiddel f'anġlu tad-dawl.", "Mhijiex ħaġa kbira, mela, jekk il-qaddejja tiegħu jitbiddlulek bħallikieku kienu qaddejja tal-ġustizzja.", "Iżda tmiemhom ikun skont għemilhom.", "X'għadda minn għala Pawlu", "Nerġa' ngħidilkom, ħadd ma għandu jaħseb li jien xi iblah.", "Jekk le, ma jkun ġara xejn li tgħodduni bħala wieħed iblah sabiex inkun nista' niftaħar xi ftit.", "Li sa ngħid issa mhux skont il-Mulej, iżda bħallikieku f'ġenn, b'rasi mimlija li niftaħar.", "Jekk ħafna jiftaħru ta' bnedmin, ħa niftaħar jien.", "Intom, li intom kemm intom għaqlin, bil-qalb it-tajba tieħdu paċenzja bil-boloh.", "Iva, intom tieħdu kollox bis-sabar jekk xi ħadd ijassarkom, jekk xi ħadd jikolkom, jekk xi ħadd jisraqkom, jekk xi ħadd jitkabbar magħkom, jekk xi ħadd jagħtikom bil-ħarta.", "B'għajb għalija ngħidu, li minn daqshekk aħna konna nies bla ħila ta' xejn.", "Imma - biex nitkellem ta' iblah - f'dak li ħaddieħor jagħmel wiċċu, nagħmel wiċċi jiena wkoll.", "Huma Lhud?", "Jiena wkoll.", "Huma Iżraelin?", "Jiena wkoll.", "Huma nisel Abraham?", "Jiena wkoll.", "Huma ministri ta' Kristu?", "Jiena - ħa nitkellem ta' iblah! - jiena aktar minnhom.", "Ħafna aktar minnhom fit-taħbit, ħafna aktar minnhom fil-ħabsijiet, aktar u aktar minnhom fis-swat.", "Bosta drabi sibt ruħi wiċċ imb wiċċ mal-mewt.", "Ħames darbiet qlajt mingħand il-Lhud l-erbgħin daqqa neqsin waħda; tliet darbiet tawni s-swat bil-virgi; darb'oħra ħaġġruni.", "Tliet darbiet rajt l-għarqa ; għaddejt lejl u jum f'nofs ta' baħar.", "Għamilt safar bla għadd; sibt ruħi f'perikli ta' xmajjar, perikli mill-ħallelin, perikli min-nies ta' ġensi, perikli mill-pagani, perikli fl-ibliet, perikli fid-deżert, perikli fil-baħar, perikli mill-aħwa qarrieqa.", "Taħbit u xogħol iebes; kemm-il darba kelli ngħaddi sahriet bla rqad, bil-ġuħ u bil-għatx; kemm-il darba kelli ngħaddi fis-sawm, fil-ksieħ u fl-għera!", "U, biex ma nsemmix ħwejjeġ oħra, dak il-ħafna ġej u sejjer tan-nies ta' kuljum għandi, u l-ħsieb tal-knejjes kollha!", "Min hu marid u m'iniex marid miegħu jien?", "Min hu dak li jsib min ifixklu, u jien ma nħossnix imbaqbaq?", "Jekk għandi niftaħar, niftaħar b'dak li hu dgħajjef fija.", "Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu - li hu mbierek għal dejjem - jaf li m'iniex nigdeb.", "Meta kont f'Damasku, il-gvernatur tas-Sultan Areta qiegħed l-għases mal-belt ta' Damasku biex jaqbadni, iżda niżżluni ġo qoffa minn tieqa fil-ħitan tal-belt, u ħrabt minn taħt idejh."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CO.12", "bookref": "2CO.12", "text": ["Viżjonijiet u rivelazzjonijiet", "Ikolli niftaħar.", "Tassew li xejn mhu se jiswieli, imma niġu għall-viżjonijiet u r-rivelazzjonijiet tal-Mulej.", "Naf wieħed, jemmen fi Kristu, li erbatax-il sena ilu kien meħud sat-tielet sema - jekk hux bil-ġisem jew mingħajr il-ġisem jien ma nafx, dan Alla jafu.", "U naf li dan il-bniedem kien meħud fil-ġenna - jekk hux fil-ġisem jew mingħajr il-ġisem jien ma nafx, dan Alla jafu - u sama' jingħadu ħwejjeġ li ma jitfissrux bil-kliem u li ebda bniedem ma jista' jgħidhom.", "B'dan niftaħar jien, imma bija nnifsi ma niftaħarx ħlief b'dak li hu dgħajjef fija.", "Għax kieku rrid niftaħar, ma nkunx qed nitbellah, għax inkun qed ngħid is-sewwa.", "Imma nżomm ruħi lura, biex ma jkunx hemm min jaħseb li jien xi ħaġa aktar minn dak li jilmaħ fija jew minn dak li jismagħni ngħid.", "U li ma mmurx nintefaħ bija nnifsi minħabba fil-kobor tar-rivelazzjonijiet, tqegħditli xewka f'ġismi , messaġġiera tax-Xitan, biex toqgħod tniggiżni ħalli ma nintefaħx.", "Fuq hekk tliet darbiet tlabt il-Mulej biex hi titbiegħed minni.", "Iżda hu weġibni: \"Biżżejjed għalik il-grazzja tiegħi; għax il-qawwa tiegħi tidher fl-aqwa tagħha fejn hemm id-dgħajjef.\"", "Għalhekk niftaħar minn qalbi l-aktar bid-debbulizzi tiegħi biex il-qawwa ta' Kristu tgħammar fija.", "Mela bil-qalb kollha nitgħaxxaq bid-debbulizzi tiegħi, bit-tagħjir, bl-għaks, bil-persekuzzjonijiet, bid-dwejjaq minħabba Kristu; għax meta nkun dgħajjef, inkun qawwi.", "Pawlu jaħseb fil-Korintin", "Tbellaht!", "Imma intom ġegħeltuni.", "Intom kien imisskom faħħartuni!", "F'xejn ma jien inqas minn dawn l-appostli l-kbar, għalkemm ma jien xejn.", "Is-sinjali tal-appostlu jien għamilthom f'nofskom bis-sabar kollu, b'sinjali u għeġubijiet u għemejjel ta' qawwa.", "Fiex intom inqas mill-knejjes l-oħra, ħlief li jien qatt ma kont piż għalikom!", "Aħfruli din il-ħtija.", "Araw, jien lest biex niġi għat-tielet darba għandkom u ma nkunx ta' piż għalikom; m'iniex infittex ħwejjiġkom, iżda lilkom; għax mhux sewwa li l-ulied ifaddlu għall-ġenituri, iżda l-ġenituri jfaddlu għal uliedhom.", "Jiena bil-qalb kollha nonfoq u nintefaq għall-ġid ta' rwieħkom.", "Tħobbuni inqas għax jien inħobbkom daqshekk?", "Hu x'inhu, jien ma kontx ta' piż għalikom.", "Imma billi jien għaqli, ħtaftkom bil-qerq.", "Ta' ħażin li kont qarraqt bikom.", "Jaqaw fittixt li naqla' xi ħaġa minn fuqkom b'xi ħadd minn dawk li bgħatt għandkom?", "Jien tlabt lil Titu u bgħatt miegħu wieħed mill-aħwa.", "Jaqaw Titu qala' xi ħaġa mingħandkom?", "Jaqaw ma ġibniex ruħna t-tnejn bl-istess spirtu?", "Ma mxejniex fl-istess triq?", "Intom minn żmien ilu kontu taħsbu li jien qiegħed niddefendi ruħi quddiemkom.", "Quddiem Alla fi Kristu qegħdin nitkellmu, u dan nagħmlu, għeżież tiegħi, għall-edifikazzjoni tagħkom.", "Nibża' li meta nerġa' niġi għandkom, ma nsibkomx kif nixtieq, u intom issibu lili mhux kif tixtiequ; nibża' li nsib ġlied, għira, korla, partiti, tqassis, qlajja', tagħjir, u taħwid.", "Nibża' li meta nerġa' niġi għandkom, Alla tiegħi jċekkinni minħabba fikom, u nibki minħabba ħafna minnkom li dinbu u ma kkonvertewx mill-faħx u ż-żina u t-tbahrid li għamlu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2CO.13", "bookref": "2CO.13", "text": ["L-aħħar twiddib u tislijiet", "Din hi t-tielet darba li ġej għandkom.", "Fuq il-kelma ta' żewġ xhieda jew tlieta titwettaq kull kelma.", "Għedthulkom minn qabel u nerġa' ngħidhulkom, bħal meta kont għandkom it-tieni darba u issa li m'iniex hemm, lil dawk li kienu dinbu u lill-oħrajn ilkoll: li jekk nerġa' niġi ma naħfrilhomx.", "Għax intom tridu l-prova li Kristu jitkellem fija, hu, li m'huwiex dgħajjef għalikom, iżda juri qawwietu fikom.", "Kien imsallab minħabba d-dgħufija tiegħu, iżda issa jgħix bil-qawwa ta' Alla.", "U aħna wkoll dgħajfa fih, iżda ngħixu miegħu bil-qawwa ta' Alla għalikom.", "Għarblu lilkom infuskom jekk intomx fil-fidi; ġarrbu lilkom infuskom.", "Ma tafux intom li Kristu Ġesù jinsab fikom?", "Jekk imbagħad intom ma ħżintux għall-aħħar!", "Nittama li intom tafu li aħna m'aħniex ħżiena għall-aħħar.", "Nitolbu lil Alla li ma tagħmlu ebda deni, mhux biex aħna nidhru approvati, iżda biex intom tagħmlu t-tajjeb; imqar jekk aħna nitqiesu bla setgħa.", "Ma nistgħu nagħmlu xejn kontra l-verità, iżda għall-verità.", "Nifirħu kull meta aħna nkunu dgħajfa, u intom setgħana.", "Dan kollu nitolbuh, jiġifieri, li intom tkunu perfetti.", "Għalhekk qiegħed nikteb dan, issa li jien imbiegħed, sabiex meta nkun hemm ma nkunx iebes skont is-setgħa li l-Mulej tani biex nibni, u mhux biex inħott.", "Mill-bqija, l-aħwa, ifirħu, ħabirku għall-perfezzjoni, isimgħu milli wieħed jgħidilkom, kunu ta' fehma waħda, żommu s-sliem, u Alla tal-imħabba u s-sliem ikun magħkom.", "Sellmu lil xulxin b'bewsa qaddisa.", "Il-qaddisin kollha jsellmulkom.", "Il-grazzja ta' Sidna Ġesù Kristu, l-imħabba ta' Alla u l-għaqda fl-Ispirtu s-Santu jkunu magħkom ilkoll."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/GAL.intro", "bookref": "GAL.intro", "text": ["L-ITTRA LILL-GALATIN", "Ħarsa ħafifa lejn l-ittra", "Pawlu jikteb ittra lill-insara mill-Galazja fil-qalba tal-Asja Minuri, illum it-Turkija, biex jissetilja diffikultajiet li kienu nqalgħu fosthom.", "Ġara li kien hemm xi nies li riedu jopponu lilu u t-tagħlim tiegħu.", "Bdew ixerrdu tagħlim li biex l-insara jkunu verament qed jobdu lil Alla kellhom joqogħdu għal-Liġi ta' Mosè.", "L-ittra tibda bid-difiża ta' Pawlu bħala awtorità li jista' jgħallem kif suppost għax hu verament appostlu, imsejjaħ minn Alla nnifsu.", "Hu kien approvat ukoll bħala appostlu mill-appostli l-oħra f'Ġerusalemm.", "Dan il-messaġġ hu importanti għall-Galatin għax hekk kien qed jikkumbatti x-xniegħa li t-tagħlim tiegħu kien falz.", "L-unika bażi soda fuqhiex tinbena l-ħajja fi Kristu hi l-fidi.", "Alla dak li jrid min-nisrani, u kull preċetti oħra miżjuda mill-bnedmin inaqqsu l-libertà tan-nisrani.", "Biex jikkonferma kemm dak li kien qed jgħallimhom kien validu, Pawlu jfakkarhom li hu stess kien ikkoreġa lil Pietru meta dan ma riedx ikompli jitħallat mal-insara pagani għaliex ma kinux qagħdu għal-Liġi ta' Mosè ( , - ).", "Bħala eżempju li l-fidi hi t-triq ewlenija għas-salvazzjoni, l-Appostlu jsemmi lil Abraham, li l-fidi tiegħu għamlitu dehen li jirċievi l-wegħda ta' Alla.", "Irid ukoll isaħħaħ l-argument tiegħu billi juri ċar il-konvinzjoni tiegħu dwar xi tfisser f'ħajtu l-fidi tiegħu.", "Imma jien permezz tal-Liġi mitt għall-Liġi biex ngħix għal Alla: issallabt ma' Kristu.", "Ngħix, imma mhux iżjed jien, iżda jgħix fija Kristu.", "Il-ħajja li issa ngħix fil-ġisem qiegħed ngħixha bil-fidi fl-Iben ta' Alla, li ħabbni u ta lilu nnifsu għalija.", "M'iniex inġib fix-xejn il-grazzja ta' Alla; għax kieku l-ġustifikazzjoni kellha tiġi mil-Liġi, Kristu kien ikun miet għal xejn ( , - ).", "It-taqsim tal-ittra", "Introduzzjoni ( , - )", "L-awtorità ta' Pawlu bħala appostlu ( , — , )", "L-Evanġelju tal-grazzja ta' Alla ( , — , )", "Libertà u responsabbiltà nisranija ( , — , )", "Konklużjoni ( , - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/GAL.1", "bookref": "GAL.1", "text": ["Tislima", "Pawlu, appostlu, mhux mill-bnedmin jew permezz tal-bniedem, iżda permezz ta' Ġesù Kristu u ta' Alla l-Missier li qajmu mill-imwiet, u l-aħwa kollha li hawn miegħi, lill-knejjes tal-Galazja , grazzja u sliem lilkom mingħand Alla Missierna u mingħand Sidna Ġesù Kristu, li ta lilu nnifsu għal dnubietna, biex jeħlisna minn din id-dinja ħażina tal-lum, skont ir-rieda ta' Alla u Missierna; lilu l-glorja għal dejjem ta' dejjem.", "Ammen.", "Ma hemmx Evanġelju ieħor", "Jiena nistagħġeb bikom kif daqshekk malajr tbegħedtu minn min sejħilkom fil-grazzja ta' Kristu u dortu lejn Evanġelju ieħor; mhux għax hemm xi Evanġelju ieħor, imma hemm xi wħud li qegħdin iħawdukom u jridu jaqilbu l-Evanġelju ta' Kristu.", "Imma mqar jekk aħna stess jew anġlu mis-sema jħabbrilkom Evanġelju ieħor li mhuwiex dak li ħabbarnielkom aħna, ikun misħut !", "Bħalma ġa għednielkom, u ntenni ngħidilkom issa; jekk xi ħadd iħabbrilkom ħaġa oħra għajr dak li ġa rċevejtu, ikun misħut!", "Forsi jien qed infittex li jkunu jġibuni l-bnedmin, jew qed infittex li jkun iġibni Alla?", "Qiegħed jiena nfittex li nogħġob lill-bnedmin?", "Li kont għadni nfittex li nogħġob lill-bnedmin, ma kontx inkun qaddej ta' Kristu.", "L-Evanġelju ta' Pawlu", "Dan ngħarrafkom, l-aħwa: l-Evanġelju li ħabbartilkom jien mhuwiex Evanġelju tal-bnedmin.", "Għaliex jiena mhux mingħand bniedem irċevejtu jew tgħallimtu, imma kien irrivelat lili minn Ġesù Kristu.", "Intom smajtu bl-imġiba tiegħi meta kont għadni fir-reliġjon Lhudija, kif kont nippersegwita bis-sħiħ il-Knisja ta' Alla u nfittex li nħarbatha; u kemm kont 'il quddiem fir-reliġjon Lhudija fost il-poplu tiegħi aktar minn sħabi kollha ta' mpari, imġennen kif kont għat-tradizzjonijiet ta' missirijieti.", "Imma meta Dak li għażilni sa minn ġuf ommi, u li sejjaħli permezz tal-grazzja tiegħu, għoġbu jirrivelali lil Ibnu biex inħabbru fost il-ġnus, minnufih, bla ma qgħadt infittex li nieħu parir mingħand bnedmin tad-demm u l-laħam, bla ma tlajt Ġerusalemm għand dawk li kienu appostli qabli, jiena mort fl-Għarabja, u mbagħad erġajt lura lejn Damasku.", "Imbagħad, tliet snin wara, tlajt Ġerusalemm inżur lil Kefa , u bqajt miegħu ħmistax-il ġurnata; mill-appostli l-oħra ma rajt lil ħadd; iżda rajt lil Ġakbu, ħu l-Mulej .", "(F'dan li qiegħed niktbilkom, nixhed quddiem Alla, m'iniex nigdeb).", "Imbagħad mort fl-inħawi tas-Sirja u taċ-Ċiliċja.", "Il-knejjes ta' Kristu fil-Lhudija kienu għadhom qatt ma raw wiċċi; kienu semgħu biss in-nies jgħidu li: \"dak li darba kien jippersegwitana, issa qiegħed ixandar il-fidi li darba hu ried jeqred\"; u huma faħħru lil Alla minħabba fija."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/GAL.2", "bookref": "GAL.2", "text": ["L-appostli jilqgħu lil Pawlu", "Wara erbatax-il sena rġajt tlajt Ġerusalemm flimkien ma' Barnaba u ħadt miegħi lil Titu wkoll.", "Tlajt hemmhekk wara li kelli rivelazzjoni; u jiena qegħedt quddiemhom, lill-mexxejja ewlenin weħidhom, u wrejthom l-Evanġelju li qiegħed inxandar fost il-ġnus, biex ma nkunx ġrejt jew qiegħed niġri għalxejn.", "Madankollu anqas Titu li kien miegħi, hu li hu Grieg, ma kien imġiegħel li jkun ċirkonċiż.", "Iżda minħabba f'xi wħud li riedu jiżżattu, aħwa foloz li ndaħlu bla jedd biex jissindikaw il-libertà tagħna li għandna fi Kristu Ġesù ħalli jitfgħuna fil-jasar … lilhom anqas għal waqt wieħed biss ma rħejnielhom iwaqqgħuna għalihom, ħalli b'hekk il-verità tal-Evanġelju tibqa' sħiħa għalikom.", "Min-naħa tagħhom, il-mexxejja - kienu x'kienu, lili xejn ma jimpurtani; Alla lejn wiċċ ħadd ma jħares - dawk li kellhom isem, ma żiduli xejn ġdid lili; anzi, għall-kuntrarju, meta raw li lili kien fdat ix-xandir tal-Evanġelju fost il-Ġentili bħalma kien lil Pietru fost il-Lhud - għax Dak li ħadem b'Pietru u għamlu appostlu għal fost il-Lhud ħadem ukoll bija għal fost il-Ġentili - meta għarfu l-grazzja li kienet mogħtija lili, Ġakbu, Kefa u Ġwanni, li kienu meqjusin bħala l-kolonni, taw lili u 'l Barnaba l-id il-leminija tagħhom b'sinjal tal-għaqda ta' bejnietna, biex aħna naħdmu fost il-Ġentili u huma fost il-Lhud; talbuna biss, li min-naħa tagħna nibqgħu niftakru fil-fqar , ħaġa li fittixt nagħmilha minn qalbi.", "Pawlu jċanfar lil Pietru", "Meta Kefa ġie Antjokja , jiena waqaftlu f'wiċċu, għaliex kellu tort.", "Għax qabel ma waslu xi wħud mingħand Ġakbu, hu kien qiegħed jiekol mal-Ġentili; iżda mbagħad lil dawn beda jaħrabhom u jitwarrab minnhom meta waslu dawk, għaliex baża' mil-Lhud ċirkonċiżi.", "Il-Lhud l-oħra bdew jimxu bl-uċuħ bħalu, u saħansitra Barnaba ħalla ruħu jitħajjar minnhom fil-wiri ta' ħaġa b'oħra.", "Imma meta rajt li ma kinux miexja sewwa skont il-verità tal-Evanġelju, jiena għedt lil Kefa quddiem kulħadd: \"Jekk inti, li int Lhudi, qed iġġib ruħek bħall-Ġentili u mhux ta' Lhudi li int, kif qiegħed iġġiegħel il-Ġentili jġibu ruħhom ta' Lhud?\"", "Lhud u Ġentili jsalvaw bil-fidi", "Aħna, Lhud minn twelidna u mhux midinbin mill-Ġentili, aħna li nafu li l-bniedem ma jkunx iġġustifikat bl-opri tal-Liġi imma bil-fidi f'Ġesù Kristu , aħna wkoll emminna f'Ġesù Kristu, sabiex inkunu ġġustifikati bil-fidi fi Kristu u mhux bl-opri tal-Liġi, għaliex bl-opri tal-Liġi ebda bniedem ma jkun iġġustifikat.", "Jekk aħna, li nfittxu l-ġustifikazzjoni permezz ta' Kristu, aħna stess midinbin ukoll, allura Kristu qaddej tad-dnub?", "Ma jkun qatt!", "Għax jekk jiena nerġa' nibni dak li nkun ħattejt, inkun qed nagħti prova li jiena ħati.", "Imma jien permezz tal-Liġi mitt għal-Liġi biex ngħix għal Alla; issallabt ma' Kristu.", "Ngħix, imma mhux iżjed jien, iżda jgħix fija Kristu.", "Il-ħajja li issa ngħix fil-ġisem qiegħed ngħixha bil-fidi fl-Iben ta' Alla, li ħabbni u ta lilu nnifsu għalija.", "M'iniex inġib fix-xejn il-grazzja ta' Alla; għax kieku l-ġustifikazzjoni kellha tiġi mil-Liġi, Kristu kien ikun miet għal xejn."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/GAL.3", "bookref": "GAL.3", "text": ["Jew il-Liġi jew il-fidi", "Ja Galatin bla moħħ, min saħħarkom bi kliemu?", "Intom li Ġesù Kristu tpinġa msallab quddiem għajnejkom!", "Dan biss irrid naf minn għandkom: l-Ispirtu rċevejtuh mill-opri tal-Liġi jew mis-smigħ tal-fidi?", "Daqshekk intom boloh?", "Bdejtu bl-ispirtu u issa sa tkomplu bil-ġisem?", "Batejtu dan kollu għal xejn, jekk tassew għal xejn?", "Meta Alla jagħtikom l-Ispirtu u juri s-setgħa tiegħu permezz tagħkom, dan isir bis-saħħa tal-opri tal-Liġi jew bis-smigħ tal-fidi?", "Hekk, Abraham \"emmen lil Alla, u dan kien magħdud lilu għall-ġustifikazzjoni.\"", "Kunu afu mela, li dawk li jemmnu, dawk huma wlied Abraham.", "U l-Iskrittura, li rat sa minn qabel li Alla kellu jiġġustifika l-Ġentili permezz tal-fidi, ħabbret minn qabel lil Abraham: 'Fik jitbierku l-ġnus kollha'.", "Għalhekk dawk li jemmnu jitbierku ma' Abraham li kien jemmen.", "Imma dawk kollha li jgħixu bl-opri tal-Liġi huma taħt is-saħta.", "Għax hemm miktub: 'Misħut kull min ma joqgħodx għall-ħwejjeġ kollha li hemm imniżżla fil-ktieb tal-Liġi u ma jagħmilhomx'.", "U li ħadd permezz tal-Liġi ma hu ġġustifikat quddiem Alla jidher ċar, ladarba 'il-ġust jgħix bil-fidi'; issa l-Liġi mhijiex ġejja mill-fidi, imma 'min jagħmel dawn il-ħwejjeġ jgħix bihom'.", "Kristu fdiena mis-saħta tal-Liġi billi sar hu nnifsu saħta għalina, għax hemm miktub: 'Misħut min ikun imdendel mal-għuda', biex fi Kristu Ġesù l-barka ta' Abraham tilħaq il-ġnus kollha, u biex permezz tal-fidi aħna nilqgħu l-wegħda tal-Ispirtu.", "Il-Liġi u l-wegħda", "Sa nitkellem ta' bniedem, l-aħwa: testment, għad li jkun ta' bniedem, ħadd ma jista' jwaqqgħu jew iżid miegħu kemm-il darba jkun magħmul kif imiss.", "Issa l-wegħdiet saru lil Abraham 'u lin-nisel' tiegħu.", "L-Iskrittura ma tgħidx 'u lin-nislijiet' bħallikieku kienu ħafna, iżda bħallikieku wieħed: 'lin-nisel tiegħek', li hu Kristu.", "Jien dan ngħid: Liġi, li ġiet erba' mija u tletin sena wara , ma tistax tħassar patt, magħmul kif imiss minn Alla, b'mod li ġġib fix-xejn il-wegħda.", "Għax jekk il-wirt ġej bis-saħħa tal-Liġi, mela ma jkunx bis-saħħa tal-wegħda; iżda kien bis-saħħa tal-wegħda li Alla ta l-grazzja lil Abraham.", "Għalfejn il-Liġi, mela?", "Kienet żjieda li saret minħabba fid-dnub…? sakemm ma jkunx ġie n-nisel li għalih saret il-wegħda, li kienet imxandra mill-anġli permezz ta' medjatur.", "Iżda l-medjatur mhuwiex ta' wieħed; imma Alla hu wieħed.", "M'intomx ilsiera, imma wlied", "Mela l-Liġi hi kontra l-wegħdiet ta' Alla?", "Ma jkun qatt!", "Għaliex kieku ngħatat liġi li tista' tagħti l-ħajja, allura tassew li l-ġustifikazzjoni kienet tkun bis-saħħa tal-Liġi.", "Imma l-Iskrittura xeħtet kollox taħt id-dnub, ħalli l-wegħda, bis-saħħa tal-fidi f'Ġesù Kristu, tingħata lil dawk li jemmnu.", "Qabel ma ġiet il-fidi, aħna konna miżmumin priġunieri taħt il-ħarsien tal-Liġi, sa ma tiġi l-fidi li kellha tkun irrivelata.", "Il-Liġi, mela, kienet tmexxina qisna tfal lejn Kristu , biex inkunu ġġustifikati permezz tal-fidi.", "Issa li l-fidi ġiet, ma neħtiġux aktar min imexxina.", "Għax intom ulied Alla lkoll kemm intom, permezz tal-fidi fi Kristu Ġesù.", "Intom, li intom mgħammda fi Kristu, ilbistu 'l Kristu.", "Issa ma hemmx iżjed Lhudi u anqas Grieg, ma hemmx ilsir u anqas ħieles, ma hemmx raġel u anqas mara; għax intom ilkoll ħaġa waħda fi Kristu Ġesù.", "Imma jekk intom ta' Kristu, intom ukoll nisel Abraham, werrieta skont il-wegħda."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/GAL.4", "bookref": "GAL.4", "text": ["Irrid ngħid li, sakemm idum iż-żmien li fih il-werriet ikun għadu tifel, dan ma jkunx aħjar minn ilsir, għad li hu sid il-ġid kollu; iżda jkun taħt il-ħarsien tat-tuturi u tal-amministraturi, sa ma jasal iż-żmien magħżul mill-missier .", "Hekk ukoll aħna: meta konna tfal, konna lsiera taħt l-elementi tad-dinja .", "Iżda meta waslet il-milja taż-żmien, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-Liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-Liġi, biex ikollna l-adozzjoni ta' wlied.", "U għax intom ulied, Alla bagħat l-Ispirtu ta' Ibnu f'qalbna jgħajjat: Abba!", "Missier!", "U hekk m'intix iżjed ilsir, iżda iben; u jekk iben, werriet ukoll bil-grazzja ta' Alla.", "Pawlu jiftaħ qalbu", "Imma fl-imgħoddi lil Alla ma kontux tafuh u kontu taqdu lill-ħlejjaq li m'humiex allat.", "Issa lil Alla tafuh, jew aħjar, Alla jafkom; mela, kif erġajtu lura lejn l-elementi bla saħħa u bla siwi, u tridu terġgħu taqduhom biex tħarsu l-jiem, ix-xhur, l-istaġuni u s-snin ?", "Qiegħed nibża' li t-taħbit li tħabatt għalikom kien kollu ta' xejn.", "Kunu bħali, nitlobkom, bħalma jien bħalkom, l-aħwa.", "Ħadd minnkom ma naqasni f'xejn.", "Intom tafu li meta xandartilkom l-Evanġelju għall-ewwel darba, kien minħabba li kont marid.", "Għalkemm din il-marda f'ġismi kienet ta' prova għalikom, intom ma stmerrejtunix u anqas skartajtuni, iżda lqajtuni bħala anġlu ta' Alla, bħala Kristu Ġesù.", "Fejn hu issa l-ferħ tagħkom?", "Jien xhud għalikom, li kieku kien jista' jkun kontu taqilgħu għajnejkom u tagħtuhomli.", "Sirt issa, mela, għadu tagħkom għax qiegħed ngħidilkom il-verità?", "Huma jfittxukom, iżda mhux b'fehma tajba; iridu jifirdukom minni biex intom tfittxu lilhom.", "Tajjeb li wieħed jitqanqal għall-ġid tal-oħrajn dejjem, u mhux biss meta nkun magħkom jien.", "Uliedi, għal darba oħra qiegħed inħoss l-uġigħ tal-ħlas sakemm Kristu jissawwar fikom.", "Bħalissa jien ridt kieku nkun għandkom u nbiddel leħni, għax inħossni inkwetat minħabba fikom.", "Sarah u Ħagar", "Għiduli, intom li tridu toqogħdu taħt il-Liġi!", "Ma tisimgħux xi tgħid il-Liġi?", "Hemm miktub li Abraham kellu żewġ ulied, wieħed mill-ilsira, u wieħed mill-ħielsa; imma dak li ġie mill-ilsira twieled bis-saħħa tal-ġisem, waqt li dak li ġie mill-ħielsa twieled bis-saħħa tal-wegħda.", "Dan kollu ntqal b'tixbiha, għax dawn in-nisa jfissru żewġ pattijiet: wieħed ġej mill-muntanja Sinaj, li tiled għall-jasar: din hija Ħagar - għax Ħagar hija l-muntanja Sinaj li hi fl-Għarabja - u taqbel ma' Ġerusalemm tal-lum li għadha mjassra flimkien ma' wliedha.", "Iżda Ġerusalemm ta' fuq, li hi ommna, hi ħielsa, għax hemm miktub:", "\"Ifraħ, mara bla wlied li ma tiledx,", "erfa' leħnek u għajjat bil-ferħ, int li ma tbatix b'uġigħ il-ħlas;", "għax ulied il-mara abbandunata huma aktar kotrana", "minn dawk ta' dik li għandha 'l żewġha\".", "Issa intom, l-aħwa, intom ulied il-wegħda, bħal Iżakk.", "Iżda bħalma f'dak iż-żmien, dak li twieled bis-saħħa tal-ġisem ippersegwita lil dak li twieled bis-saħħa tal-Ispirtu, hekk ukoll issa.", "Iżda xi tgħid l-Iskrittura?", "\"Keċċi 'l barra 'l-ilsira u 'l binha, għax bin l-ilsira ma jaqsamx fil-wirt ma' bin il-ħielsa\".", "Għalhekk, l-aħwa, aħna m'aħniex ulied l-ilsira, imma wlied il-ħielsa."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/GAL.5", "bookref": "GAL.5", "text": ["Kristu ħelisna biex ngħixu ta' nies ħielsa.", "Żommu sħiħ, u terġgħux tmiddu għonqkom għall-madmad tal-jasar.", "Il-libertà tan-nisrani", "Araw, jiena, Pawlu, qiegħed ngħidilkom: jekk toqogħdu għaċ-ċirkonċiżjoni, xejn ma jkun jiswielkom Kristu.", "Jiena nistqarr għal darb'oħra quddiem kull min qagħad għaċ-ċirkonċiżjoni, li hu marbut għall-ħarsien tal-Liġi kollha.", "Intom li tfittxu l-ġustifikazzjoni fil-Liġi intom maqtugħa minn Kristu; intom twarrabtu mill-grazzja.", "Imma aħna t-tama tal-ġustifikazzjoni nistennewha bl-Ispirtu permezz tal-fidi.", "Għaliex fi Kristu Ġesù, biċ-ċirkonċiżjoni jew mingħajrha, xejn ma jkun jiswa ħlief biss il-fidi li taħdem permezz tal-imħabba.", "Kontu tiġru sewwa.", "Min fixkilkom li ma toqogħdux għas-sewwa?", "Din il-persważjoni mhijiex ġejja minn dak li sejħilkom.", "Daqsxejn ta' ħmira ttalla' l-għaġna kollha.", "Jien żgur minnkom fil-Mulej li ma taħsbux mod ieħor; min qiegħed iġarrabkom, hu min hu, għad irid jieħu l-ħaqq tiegħu.", "Ngħid għalija, l-aħwa, jekk jien għadni nippriedka ċ-ċirkonċiżjoni, għaliex jien ippersegwitat?", "Mela tħassar l-iskandlu tas-salib?", "Ħalli jqattgħu ġisimhom dawk li jħawdukom.", "Intom imma, l-aħwa, intom ġejtu msejħa għall-ħelsien; imma tinqdewx b'dan il-ħelsien għall-ġisem, iżda aqdu lil xulxin fl-imħabba.", "Il-Liġi kollha tinġabar f'liġi waħda: 'Ħobb lil għajrek bħalek innifsek'.", "Jekk intom tgiddmu u tieklu lil xulxin, oqogħdu attenti li ma tikkunsmawx lil xulxin!", "Il-frott tal-Ispirtu u l-frott tal-ġisem", "Jien ngħidilkom, imxu fl-Ispirtu u taqgħux għall-passjonijiet tal-ġisem.", "Il-passjonijiet tal-ġisem huma kontra l-Ispirtu, u l-Ispirtu hu kontra l-ġisem; dawn it-tnejn huma kontra xulxin, biex ma jħallukomx tagħmlu dak li tixtiequ.", "Jekk lilkom imexxikom l-Ispirtu, m'intomx taħt il-liġi.", "L-għemejjel tal-ġisem huma magħrufa: żina, faħx, nuqqas ta' rażan, idolatrija, seħer, mibegħda, ġlied, għira, korla, ambizzjoni, firda, partiti, invidja, sokor, tbahrid, u ħwejjeġ bħal dawn.", "Inwissikom, bħalma wissejtkom qabel, min jagħmel dawn il-ħwejjeġ ma jiritx is-saltna ta' Alla.", "Il-frott tal-Ispirtu huma: l-imħabba, l-hena, is-sliem, is-sabar, il-ħniena, it-tjieba, il-fidi, il-ħlewwa, ir-rażan.", "Kontra dawn ma hemmx liġi.", "Dawk li huma ta' Kristu Ġesù sallbu l-ġisem bil-ġibdiet u l-passjonijiet tiegħu.", "Jekk ngħixu bl-Ispirtu, ħalli nimxu bl-Ispirtu; ma nkunux minn dawk li jfittxu l-ftaħir fieragħ; ma nġarrbux lil xulxin; ma ngħirux għal xulxin."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/GAL.6", "bookref": "GAL.6", "text": ["Nerfgħu t-tagħbija ta' xulxin", "L-aħwa, jekk xi ħadd jinqabad f'xi ħtija, intom li intom spiritwali, widdbuh bi spirtu ta' ħlewwa; oqgħod attent li ma tkunx imġarrab int ukoll.", "Erfgħu t-tagħbija ta' xulxin, u hekk tkunu qegħdin tħarsu l-liġi ta' Kristu.", "Jekk xi ħadd jaħseb li hu xi ħaġa meta ma hu xejn, ikun iqarraq bih innifsu.", "Kull wieħed jgħarbel għemilu, imbagħad ikun jista' jiftaħar bih innifsu, u mhux b'ħaddieħor.", "Kull wieħed għandu t-tagħbija tiegħu x'jerfa'.", "Dak li qiegħed jitgħallem id-duttrina għandu jaqsam ġidu ma' min jgħallmu.", "Titqarrqux; Alla ma jidħak bih ħadd.", "Dak li bniedem jiżra', dak huwa jaħsad.", "Min jiżra' f'ġismu jaħsad mill-ġisem it-taħsir; min jiżra' fl-ispirtu, jaħsad mill-ispirtu l-ħajja ta' dejjem.", "Ma negħjew qatt nagħmlu l-ġid; għax jekk ma naqtgħux qalbna, naħsdu fi żmienu.", "Mela, dment li għandna ż-żmien ħa nagħmlu l-ġid ma' kulħadd, l-iktar ma' qrabatna fil-fidi.", "L-aħħar tislija u l-firma ta' Pawlu", "Araw b'liema ittri kbar ktibtilkom b'idi stess.", "Dawk li jridu jingħoġbu fil-ġisem, dawk huma li jridukom tieħdu ċ-ċirkonċiżjoni, u dan jagħmluh biss biex ma jkunux ippersegwitati minħabba s-salib ta' Kristu.", "Lanqas huma, li għandhom iċ-ċirkonċiżjoni, ma jħarsu l-Liġi, iżda jridukom tieħdu ċ-ċirkonċiżjoni biex jiftaħru b'ġisimkom.", "Ngħid għalija, ma jkun qatt li niftaħar jekk mhux bis-salib ta' Sidna Ġesù Kristu, li bih id-dinja hi msallba għalija u jien għad-dinja.", "Għaliex, biċ-ċirkonċiżjoni jew mingħajrha, xejn ma hemm ta' siwi, ħlief il-ħolqien ġdid.", "U dawk kollha li jimxu fuq din ir-regola, is-sliem u l-ħniena fuqhom, u wkoll fuq Iżrael ta' Alla.", "Millum 'il quddiem ħadd ma għandu jħabbatni iżjed; jien inġib f'ġismi l-marki ta' Kristu .", "Il-grazzja ta' Sidna Ġesù Kristu tkun magħkom, l-aħwa.", "Ammen."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/EPH.intro", "bookref": "EPH.intro", "text": ["L-ITTRA LILL-EFESIN", "Ħarsa ħafifa lejn l-ittra", "Il-messaġġ prinċipali tal-ittra lill-Efesin hu li Ġesù miet fuq is-salib biex jagħtina l-ħelsien darba għal dejjem.", "Hu qam mill-mewt u qiegħed fil-ġieħ tal-glorja tal-Missier, minn fejn jista' jmexxi lid-dinja u l-futur tagħha.", "Hekk dak kollu li hu tal-art u dak kollu li hu tas-sema jsiru ħaġa waħda fi Kristu.", "Din hi s-salvazzjoni.", "Kristu ġabar flimkien lil-Lhud u lill-pagani billi waqqa' l-ħajt ta' mibegħda li kien jifridhom ( , ).", "Hu għamilhom ħaġa waħda bħala t-tempju tal-Ispirtu Qaddis ( , ).", "Hu proprju dan il-pjan etern ta' Alla għall-bnedmin.", "Hemm biss Mulej wieħed, Spirtu wieħed u Alla wieħed, missier il-ġnus kollha.", "Dan ifisser li l-insara għandhom iħallu lill-Ispirtu jżommhom magħqudin qalb waħda ħalli jistgħu jgħixu fil-paċi bejniethom.", "Matul l-ittra, Pawlu jsemmi għal darba l-idea li l-insara huma ħaġa waħda fi Kristu.", "Hemm fidi waħda u magħmudija waħda li bihom l-insara jsiru ġisem wieħed.", "Il-kunċett tal-għaqda tal-poplu ta' Alla jsib espressjoni f'diversi xbihat, fosthom li l-knisja hi ġisem wieħed bir-ras tagħha li hu Kristu; il-bini li tiegħu Ġesù hu l-ġebla tax-xewka; il-mara li Kristu hu l-għarus tagħha.", "Efesu kienet belt ċentrali fl-Imperu Ruman u ċ-ċentru tal-qima favur l-alla Artemi.", "Pawlu jfakkar lill-Efesin li huma ġew imsejħa għal ħajja ġdida u Alla kien qed jistenna ħafna minnhom.", "Min isegwi lil Kristu hu għażiż ħafna u għandu jgħix il-ħajja ta' Alla.", "Huma kienu fid-dlam imma issa rċevew id-dawl u jridu jkunu huma stess dawl għall-oħrajn.", "Alla, għani fil-ħniena tiegħu, bis-saħħa tal-imħabba kbira li biha ħabbna, meta aħna konna mejta minħabba fi dnubietna, tana ħajja ġdida flimkien ma' Kristu - bi grazzja intom salvi… permezz tal-fidi; u dan mhux bis-saħħa tagħkom, imma b'don ta' Alla ( , — , ).", "It-taqsim tal-ittra", "Introduzzjoni ( , - )", "Kristu u l-Knisja ( , — , )", "Il-ħajja ġdida fi Kristu ( , — , )", "Konklużjoni ( , - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/EPH.1", "bookref": "EPH.1", "text": ["Tislima", "Pawlu, appostlu ta' Kristu Ġesù skont ir-rieda ta' Alla, lill-qaddisin u lil dawk li jemmnu fi Kristu Ġesù : grazzja lilkom u sliem mingħand Alla Missierna u mingħand Ġesù Kristu, il-Mulej.", "Il-grazzja spiritwali ta' Kristu", "Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu,", "li berikna b'kull xorta ta' barka spiritwali,", "fis-smewwiet fi Kristu.", "Hekk hu għażilna fih, sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja,", "biex inkunu qaddisa u bla tebgħa", "quddiemu fl-imħabba", "Iddestinana minn qabel li nkunu għalih ulied adottivi permezz ta' Ġesù Kristu; hekk għoġob lir-rieda tajba tiegħu,", "għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, li biha mliena fil-Maħbub tiegħu.", "Fih aħna għandna l-fidwa bid-demm tiegħu, il-maħfra tad-dnubiet, skont l-għana tal-grazzja tiegħu.", "Biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu.", "Hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu; il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel,", "u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet; jiġifieri, li kollox jinġabar taħt Ras waħda , li hu Kristu,", "kulma hu fis-sema u kulma hu fl-art.", "Fih aħna wkoll konna magħżula , iddestinati minn qabel, skont il-pjan imfassal minn qabel minn min imexxi kollox skont il-fehma tar-rieda tiegħu, sabiex inkunu għat-tifħir tal-glorja tiegħu, aħna, li, sa minn qabel, konna nittamaw fi Kristu.", "U fih intom ukoll smajtu l-Kelma tal-Verità, l-Evanġelju tas-salvazzjoni tagħkom, u emmintu fiha.", "Kontu ssiġillati bl-Ispirtu s-Santu li kien imwiegħed; li hu r-rahan tal-wirt tagħna sakemm għadna nistennew il-fidwa sħiħa tal-Poplu li Alla kiseb għalih, għat-tifħir tal-glorja tiegħu.", "It-talba ta' Pawlu", "Għalhekk jien ukoll, li smajt bil-fidi tagħkom fil-Mulej Ġesù u bl-imħabba tagħkom lejn il-qaddisin kollha, ma nixba' qatt niżżi ħajr minħabba fikom meta niftakar fikom fit-talb tiegħi.", "Ħalli Alla ta' Sidna Ġesù Kristu, il-Missier tal-glorja, jagħtikom spirtu ta' għerf li jirrivelahielkom biex tagħrfuha sewwa; u jdawlilkom l-għajnejn ta' qalbkom biex tagħrfu x'inhi t-tama tas-sejħa tagħkom; x'inhu l-għana tal-glorja tal-wirt li takom taqsmu mal-qaddisin.", "Tagħrfu x'inhu l-kobor bla qjies tas-setgħa tiegħu fina li emminna, skont il-ħila tal-qawwa kbira tiegħu, li ħaddem fi Kristu, meta qajmu mill-imwiet u qiegħdu fil-lemin tiegħu fis-smewwiet, 'il fuq minn kull Saltna u Setgħa , minn kull Qawwa u Ħakma, 'il fuq minn kull isem li jissemma, mhux biss għaż-żmien ta' issa, imma wkoll għal li ġej.", "Iva, qiegħed kollox taħt riġlejh, u għamlu Ras fuq il-Knisja kollha, li hi Ġismu, il-milja ta' dak li jimla kollox f'kollox."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/EPH.2", "bookref": "EPH.2", "text": ["Mill-mewt għall-ħajja", "Intom li kontu mejtin bi dnubietkom u ħtijietkom, li fihom darba mxejtu skont ix-xejra ta' din id-dinja, skont il-kap tas-saltna tal-ajru, tal-ispirtu li bħalissa qiegħed jaħdem fost dawk li ma jisimgħux… Aħna wkoll għexna darba mgħarrqa fil-passjonijiet ta' ġisimna; konna nagħmlu l-opri tar-rieda tal-ġisem u fehmietna; konna minna nfusna wlied il-korla , bħall-bqija tal-bnedmin.", "Imma Alla, għani fil-ħniena tiegħu, bis-saħħa tal-imħabba kbira li biha ħabbna, meta aħna konna mejta minħabba fi dnubietna, tana ħajja ġdida flimkien ma' Kristu - bi grazzja intom salvi.", "Qajjimna miegħu u qegħedna fis-smewwiet ma' Kristu Ġesù, biex juri fiż-żminijiet li ġejjin l-għana bla qjies tal-grazzja tiegħu bit-tjieba li wera magħna fi Kristu Ġesù.", "Intom salvi bil-grazzja, permezz tal-fidi; u dan mhux bis-saħħa tagħkom, imma b'don ta' Alla; mhux bl-opri, biex ħadd ma jiftaħar.", "Aħna ħolqien tiegħu, maħluqa fi Kristu Ġesù biex nagħmlu l-opri tajba li Alla ħejjielna minn qabel li għandna nagħmlu .", "Lhud u pagani ħaġa waħda fi Kristu", "Ftakru, mela, li intom bis-sinjal tal-pagani f'ġisimkom u li kontu msejħin \"bla ċirkonċiżjoni\" minn dawk li kellhom iċ-ċirkonċiżjoni magħmula bl-idejn fil-ġisem, ftakru li f'dak iż-żmien kontu mingħajr Kristu; kontu barra miċ-ċittadinanza ta' Iżrael, barranin għall-Patt tal-wegħda; kontu bla tama u bla Alla fid-dinja!", "Imma issa, fi Kristu Ġesù, intom, li darba kontu 'l bogħod, issa tqarribtu bis-saħħa tad-demm ta' Kristu.", "Kristu hu s-sliem tagħna, hu, li minna t-tnejn għamel poplu wieħed, billi ġarraf il-ħajt li kien jifridna - il-mibegħda ta' bejnietna - u ħassar bis-sagrifiċċju ta' ġismu l-Liġi bil-kmandamenti u l-preċetti tagħha.", "Mit-tnejn, ried b'hekk joħloq bih innifsu bniedem wieħed, il-bniedem il-ġdid, billi jagħmilhom paċi t-tnejn bejniethom u jħabbibhom it-tnejn ma' Alla f'ġisem wieħed permezz tas-salib li bih qered il-mibegħda ta' bejniethom.", "Imbagħad ġie jħabbar is-sliem, sliem lilkom li kontu fil-bogħod, u sliem lil dawk li kienu fil-qrib.", "Permezz tiegħu, it-tnejn li aħna għandna bi Spirtu wieħed id-dħul għal għand il-Missier.", "Għalhekk ma għadkomx aktar barranin u frustieri, imma intom ċittadini flimkien mal-qaddisin u nies tad-dar ta' Alla, mibnija lkoll fuq is-sisien tal-appostli u tal-profeti , fejn Kristu hu l-ġebla tax-xewka.", "Fih il-bini kollu jintrabat sewwa , jitla' f'tempju qaddis fil-Mulej; fih, intom ukoll fl-Ispirtu, tinbnew flimkien f'dar fejn jgħammar Alla."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/EPH.3", "bookref": "EPH.3", "text": ["Il-missjoni ta' Pawlu fost il-pagani", "Għalhekk jiena, Pawlu, jien, il-priġunier ta' Kristu Ġesù minħabba fikom il-pagani … jekk, kif tassew ġara, intom smajtu bil-pjan tal-grazzja li Alla tani għall-ġid tagħkom, jiġifieri, li permezz ta' rivelazzjoni għarrafni l-misteru , bħalma ġa ktibtilkom fil-qosor.", "Minn dak li qrajtu tistgħu tifhmu sewwa kemm jiena dħalt fil-qalb tal-misteru ta' Kristu.", "Dan hu l-misteru li fil-ġenerazzjonijiet l-imgħoddija ma kienx mgħarraf lill-bnedmin bħalma issa ġie rrivelat lill-appostli qaddisa tiegħu u lill-profeti fl-Ispirtu, jiġifieri, li l-pagani huma msejħa biex ikollhom sehem mill-istess wirt, ikunu membri tal-istess ġisem, ikollhom sehem mill-istess wegħda, fi Kristu Ġesù permezz tal-Evanġelju.", "Ta' dan l-Evanġelju jiena sirt ministru skont id-don tal-grazzja li Alla tani, skont is-setgħa tal-qawwa tiegħu.", "Lili, l-iżgħar fost il-qaddisin kollha, ngħatatli din il-grazzja li nxandar fost il-pagani l-Evanġelju tal-għana ta' Kristu, għana li ebda moħħ ma jista' jifhmu, u li noħroġ għad-dawl quddiem kulħadd kif Alla temm il-pjan tal-misteru, li kien moħbi sa minn dejjem f'Alla li ħalaq kollox.", "B'hekk l-għerf ta' Alla, għerf ta' kull xorta ta' mezzi, ikun issa mgħarraf permezz tal-Knisja lill-Prinċpijiet u lis-Setgħat tas-sema , skont il-pjan li hu kien fassal sa minn dejjem fi Kristu Ġesù Sidna.", "Bih aħna għandna l-ħila nersqu permezz tal-fidi tagħna fih.", "Għalhekk nitlobkom: tħallux it-tbatijiet li jien għaddej minnhom minħabba fikom jaqtgħulkom qalbkom; dawn huma l-glorja tagħkom!", "L-imħabba ta' Kristu għalina", "Jiena ninżel għarkupptejja quddiem il-Missier li minnu tieħu isimha kull familja fis-sema u fl-art, biex skont l-għana tal-glorja tiegħu, jagħtikom li bil-qawwa tiegħu permezz tal-Ispirtu tiegħu, tissaħħu fil-bniedem ta' ġewwa, u li Kristu jgħammar f'qalbkom permezz tal-fidi, biex tniżżlu l-għeruq tagħkom fl-imħabba u fuqha tibnu ħajjitkom.", "B'hekk tkunu tistgħu tifhmu, flimkien mal-qaddisin kollha, x'inhu l-wisa' u t-tul, l-għoli u l-fond ' tal-imħabba ta' Kristu; tagħrfu kemm din l-imħabba ta' Kristu tisboq kull għerf, biex timtlew bil-milja kollha ta' Alla.", "Lil dak Alla li, bis-setgħa tiegħu li taħdem fina, għandu l-qawwa li jagħmel kollox bil-wisq iżjed milli aħna nistgħu nitolbu jew naħsbu, lilu l-glorja fil-Knisja u permezz ta' Kristu Ġesù, għal kemm itulu ż-żminijiet, għal dejjem ta' dejjem.", "Ammen."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/EPH.4", "bookref": "EPH.4", "text": ["Ir-rabta ta' dan il-ġisem", "Inħeġġiġkom jien, il-priġunier tal-Mulej, biex timxu sewwa skont is-sejħa li biha kontu msejħin; billi bl-umiltà kollha, bil-ħlewwa u bis-sabar, taħmlu u tħobbu 'l xulxin.", "Ħabirku biex iżżommu spirtu wieħed bir-rabta tas-sliem; ġisem wieħed u ruħ waħda, l-istess kif kontu msejħa għal tama waħda; Mulej wieħed, fidi waħda, magħmudija waħda; Alla wieħed u Missier ta' kulħadd, li hu fuq kulħadd, b'kulħadd u f'kulħadd.", "Lil kull wieħed minna Alla tana l-grazzja skont il-qjies tad-don ta' Kristu.", "Hu għalhekk li tgħid l-Iskrittura:", "\"Tala' fil-għoli, jassar l-ilsiera,", "ta doni lill-bnedmin.\"", "\"Tela',\": xi jfisser dan għajr li hu niżel ukoll fl-inħawi l-aktar t'isfel tal-art?", "Dak li niżel huwa dak li tela' fuq is-smewwiet kollha, biex jimla kollox.", "U huwa dak li ta lil xi wħud li jkunu appostli, lil xi wħud profeti, lil xi wħud evanġelisti, lil xi wħud rgħajja u mgħallmin: Hekk jitrawmu l-qaddisin għax-xogħol tal-ħidma tagħhom għall-bini tal-Ġisem ta' Kristu, sakemm aħna lkoll naslu biex insiru ħaġa waħda fil-fidi u fl-għarfien tal-Iben ta' Alla; insiru raġel magħmul, fl-aħjar ta' żmienu.", "U hekk isseħħ il-milja ta' Kristu, u ma nkunux aktar trabi mitfugħin 'l hawn u 'l hemm, u mkaxkra minn kull riħ ta' tagħlim bil-qerq tal-bnedmin u bl-ingann tagħhom biex iwasslu lil ħaddieħor fl-iżball.", "Imma waqt li nagħmlu s-sewwa fl-imħabba nikbru f'kollox fih, f'dak li hu r-Ras, Kristu.", "Fih il-ġisem kollu jsib ir-rabta u l-għaqda tiegħu permezz tal-għekiesi kollha li jservuh skont il-ħidma ta' kull waħda minnhom, biex jikber fih innifsu u jinbena fl-imħabba.", "Il-ħajja l-ġdida u l-qadima", "Jiena dan ngħidilkom u nwissikom quddiem il-Mulej: li ma ġġibux iżjed ruħkom skont ma jġibu ruħhom il-pagani bil-bluha ta' moħħhom.", "Il-fehma tagħhom hi mdallma, maqtugħa mill-ħajja ta' Alla minħabba l-injoranza li għandhom u l-ebusija ta' qalbhom.", "Huma tilfu kull sentiment u ntelqu għal ħajja bla rażan, għal kull xorta ta' żina bla xaba'.", "Imma intom mhux hekk tgħallimtu 'l Kristu - jekk intom smajtuh u tgħallimtuh skont il-verità li hi f'Ġesù - jiġifieri, li għandkom twarrbu l-ħajja tagħkom ta' qabel u tinżgħu l-bniedem il-qadim, imħassar bix-xewqat tal-pjaċiri qarrieqa, u li għandkom tiġġeddu b'tibdila spiritwali tal-fehma tagħkom u tilbsu l-bniedem il-ġdid, maħluq skont Alla, fil-ġustizzja u l-qdusija tassew.", "Ir-regola għall-ħajja ġdida", "Warrbu minnkom il-gideb u għidu l-verità wieħed lill-ieħor, għax aħna membri ta' xulxin.", "Tinkurlaw?", "Imma tidinbux; tħallux ix-xemx tgħib fuq il-korla tagħkom, u tagħtux il-wisa' lix-Xitan.", "Iqis il-ħalliel li ma jisraqx aktar; imma jaħdem bl-onestà b'idejh biex ikun jista' jgħin lil min ikun fil-bżonn.", "Ebda kelma mhux xierqa m'għandha toħroġ minn fommkom, imma kliem sewwa li jedifika skont il-ħtieġa, kliem li jagħmel il-ġid lil min jisimgħu.", "U tnikktux l-Ispirtu s-Santu ta' Alla, li fih intom issiġillati għal jum il-fidwa.", "Imrar, saħna, korla, tagħjir, għajjat, dan kollu warrbuh minnkom, u wkoll kull ħażen ieħor.", "Kunu twajba ma' xulxin, ħennu għal xulxin, aħfru lil xulxin, bħalma Alla ħafer lilkom fi Kristu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/EPH.5", "bookref": "EPH.5", "text": ["Kunu, mela, tixbhu lil Alla, bħala wlied maħbuba, u imxu fl-imħabba, bħalma Kristu wkoll ħabb lilna u ta lilu nnifsu għalina, offerta u sagrifiċċju jfuħu quddiem Alla.", "Żina u kull xorta ta' faħx jew regħba, ebda waħda minnhom ma għandha biss tissemma fostkom, kif jixraq lill-qaddisin.", "U anqas kliem baxx u kliem iblah, jew ċajt mhux sewwa, kollha ħwejjeġ li ma jixirqux; imma aktar għandu jkun hemm fostkom radd il-ħajr.", "Għax dan kunu afu: li ebda żieni jew faħxi jew rgħib - li hu idolatra - ma jkollu wirt fis-Saltna ta' Kristu u ta' Alla.", "Imxu ta' wlied id-dawl", "Tħallu lil ħadd iqarraq bikom bi kliem fieragħ, għaliex minħabba f'hekk tinżel il-korla ta' Alla fuq dawk li ma jisimgħux.", "Mela tissieħbu qatt magħhom!", "Intom kontu darba dlam, imma issa intom dawl fil-Mulej; għixu ta' wlied id-dawl li intom; frott id-dawl jinsab f'kulma hu tjieba, f'kulma hu ġustizzja, f'kulma hu verità.", "Fittxu li tagħrfu dak li jogħġob lill-Mulej, u tisseħbux fl-għemejjel tad-dlam bla frott, imma ikxfuhom fil-beraħ.", "Għax dak li qegħdin jagħmlu huma fil-moħbi, tistħi mqar jekk issemmih; imma meta wieħed joħroġhom fil-beraħ, id-dawl juri kollox, għax kulma jidher hu dawl; għalhekk jingħad:", "\"Stenbaħ int, li int rieqed,", "u qum mill-imwiet,", "ħa jiddi fuqek Kristu .\"", "Qisu sewwa kif iġġibu ruħkom, mhux bħal nies bla dehen, iżda bħal nies għorrief, li jgħożżu ż-żmien, għaliex ħżiena huma l-jiem.", "Għalhekk tkunux bla għaqal, imma fittxu x'inhi r-rieda tal-Mulej.", "U tiskrux bl-inbid, li fih hemm ħajja bla rażan, iżda mtlew bl-Ispirtu.", "Kantaw flimkien salmi, innijiet u għana spiritwali; kantaw u għannu minn qalbkom lill-Mulej.", "Roddu dejjem ħajr għal kollox lil Alla u l-Missier, f'isem Sidna Ġesù Kristu.", "Kristu u l-Knisja mudell għall-miżżewġin", "Oqogħdu għal xulxin fil-biża' ta' Kristu.", "Intom in-nisa oqogħdu għal żwieġkom bħallikieku għall-Mulej, għax ir-raġel hu ras il-mara, bħalma Kristu hu ras il-Knisja, is-salvatur tal-Ġisem tiegħu.", "Għalhekk, bħalma l-Knisja toqgħod għal Kristu, hekk ukoll in-nisa għandhom joqogħdu għal żwieġhom f'kollox.", "Intom, l-irġiel, ħobbu n-nisa tagħkom, kif Kristu ħabb il-Knisja u ta ħajtu għaliha.", "U dan għamlu biex iqaddisha u jnaddafha bil-ħasil tal-ilma u l-kelma u biex iressaqha quddiemu, din il-Knisja, sabiħa, bla tebgħa, bla tikmix, bla għajb, u b'xejn minn dan, imma qaddisa u bla tmaqdir minn ħadd.", "Hekk għandhom ukoll l-irġiel iħobbu n-nisa tagħhom bħallikieku ġisimhom stess.", "Min iħobb 'il martu jkun iħobb lilu nnifsu.", "Qatt ħadd ma bagħad 'il ġismu stess, iżda jmantnih u jieħu ħsiebu, bħalma jagħmel Kristu mal-Knisja, għax aħna lkoll membri tal-Ġisem tiegħu.", "Għalhekk ir-raġel iħalli lil missieru u 'l ommu u jingħaqad ma' martu, u jsiru t-tnejn ġisem wieħed.", "Dan il-misteru - qiegħed ngħid għal Kristu u għall-Knisja - huwa kbir!", "Għalhekk intom ukoll, kull wieħed minnkom, għandu jħobb lil martu bħalu nnifsu, u l-mara għandha ġġib rispett lil żewġha."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/EPH.6", "bookref": "EPH.6", "text": ["L-ulied u l-ġenituri", "Intom it-tfal, isimgħu mill-ġenituri tagħkom fil-Mulej, għax dan hu s-sewwa.", "\"Weġġaħ 'il missierek u 'l ommok\": dan hu l-ewwel kmandament b'wegħda \"sabiex ikollok ir-risq u jtul għomrok fuq l-art.\"", "U intom il-missirijiet, iġġarrbuhomx iżżejjed lil uliedkom; iżda rabbuhom fid-dixxiplina u t-twiddib tal-Mulej.", "L-ilsiera u s-sidien", "Intom l-ilsiera, isimgħu mis-sidien tagħkom ta' din l-art bil-biża' u r-rispett, bis-safa ta' qalbkom bħallikieku lil Kristu; mhux taqduhom għal wiċċhom, bħal min irid jogħġob lill-bnedmin, iżda bħala lsiera ta' Kristu, li jagħmlu r-rieda ta' Alla minn qalbhom, aqduhom bil-qalb it-tajba, qiskom lill-Mulej u mhux lill-bnedmin.", "Għaliex tafu li kull wieħed, skont it-tajjeb li jkun għamel, jitħallas tiegħu mill-Mulej, sew jekk ilsir u sew jekk ħieles.", "U intom, is-sidien, agħmlu l-istess magħhom; ħallukom mit-tehdid, għax tafu li s-Sid fis-smewwiet hu tagħhom bħalma hu tagħkom, u hu ma jħares lejn wiċċ ħadd.", "Il-ġlieda kontra l-ħażen", "Mill-bqija, twettqu fil-Mulej u ssaħħu bil-qawwa tiegħu.", "Ilbsu l-armatura ta' Alla biex tkunu tifilħu tieqfu għat-tnassis tax-Xitan.", "Għax il-ġlieda tagħna mhijiex kontra d-demm u l-laħam, imma kontra s-Setgħat, kontra l-Qawwiet, kontra l-Prinċpijiet ta' din id-dinja ta' dlamijiet, kontra l-ispirti ħżiena li jgħammru fil-wisa' tas-smewwiet.", "Għalhekk ħudu fuqkom l-armatura ta' Alla, ħalli tkunu tistgħu tieqfu fi żmien il-ħażen, u, wara li tkunu għamiltu ħilitkom kollha, iżżommu weqfin.", "Żommu sħiħ, mela, ħażżmu ġenbejkom bil-verità, ilbsu l-kurazza tal-ġustizzja, u xiddu riġlejkom bil-ħeġġa tal-Evanġelju tas-sliem; ħudu f'idejkom it-tarka tal-fidi; li biha tistgħu titfu l-vleġeġ kollha tan-nar tal-Ħażin; ilbsu l-elmu tas-salvazzjoni u aqbdu x-xabla tal-Ispirtu li hi l-kelma ta' Alla.", "Itolbu dejjem fl-Ispirtu, b'kull xorta ta' talb u f'kull ħtieġa, ishru fih bla ma tieqfu, u itolbu għall-ħtiġiet tal-qaddisin kollha.", "Itolbu għalija wkoll, biex meta niftaħ fommi tingħatali l-kelma, ħalli b'wiċċi minn quddiem inxandar il-misteru tal-Evanġelju, li tiegħu jiena l-ambaxxatur fil-ktajjen.", "Jalla jien u nxandar nkun nista' nitkellem b'wiċċi minn quddiem kif għandi nagħmel.", "L-aħħar tislijiet", "Biex intom ukoll tkunu tafu fejn ninsab u x'qiegħed nagħmel, jgħarrafkom b'kollox Tikiku, ħija l-għażiż u l-qaddej fidil fil-Mulej.", "Lilu bgħattilkom b'dan il-ħsieb, jiġifieri li tkunu tafu b'aħbarna u jfarrġilkom qlubkom.", "Is-sliem lil ħutna u l-imħabba flimkien mal-fidi minn Alla l-Missier u l-Mulej Ġesù Kristu.", "Il-grazzja magħkom ilkoll li tħobbu lil Sidna Kristu Ġesù b'imħabba li ma tmut qatt."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/PHP.intro", "bookref": "PHP.intro", "text": ["L-ITTRA LILL-FILIPPIN", "Ħarsa ħafifa lejn l-ittra", "Waqt it-tieni vjaġġ missjunarju tiegħu, Pawlu kien waqqaf il-Knisja ta' Filippi, belt importanti ħafna fil-Grigal tal-Greċja.", "Ir-reġjun fejn tinsab il-belt hu magħruf bħala l-Maċedonja, u kien propju minn hawn li Pawlu rifes l-ewwel darba fl-Ewropa.", "Kellu ġibda speċjali lejn din il-komunità kif jidher minn din l-ittra.", "Min-naħa tagħhom, il-Filippin ukoll kellhom imħabba kbira lejh, tant li kienu jibagħtulu rigali biex jgħinuh fil-bżonnijiet tiegħu waqt li kien il-ħabs.", "Jinqeda b'din l-ittra biex jirringrazzjahom għall-ġest ġeneruż tagħhom u jagħtihom aħbaru.", "Din l-ittra hi karatterizzata mill-ferħ, sliem, għaqda u perseveranza li ġġib magħha l-fidi nisranija.", "Minkejja l-persekuzzjoni li hu kien għaddej minnha, u t-tbatijiet li sar jaf li kienu qed isofru l-Filippin, Pawlu jibqa' jinsisti li xejn ma jista' jaqta' qalb in-nisrani, għax is-sliem ta' Alla jegħleb kull tfixkil.", "Pawlu jwissi lill-Filippin, li kienu \"l-għożża u x-xewqa tiegħi, ferħ u kuruna tiegħi\" ( , ), biex iżommu sħaħ fil-fidi u ma jimxux fuq l-ideat li kienu qed jixxandrulhom.", "Ma kellhomx għalfejn jobdu l-liġi ta' Mosè biex isalvaw, għax Kristu ġedded kollox u fih hemm il-milja ta' kull salvazzjoni.", "Fi Kristu hemm il-mudell tal-ħajja fit-totalità tagħha, u allura Pawlu jfakkarhom biex jaħsbu u jgħixu kif kien jaħseb u jgħix Kristu.", "Hu li għad li kellu n-natura ta' Alla,", "ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla,", "iżda xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta' lsir;", "sar jixbah lill-bniedem,", "u deher minn barra bħala bniedem;", "ċekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt,", "anzi sal-mewt tas-salib ( , - ).", "It-taqsim tal-ittra", "Introduzzjoni ( , - )", "Iċ-ċirkostanzi personali ta' Pawlu ( , - )", "Il-ħajja fi Kristu ( , — , )", "Pjani għal Timotju u Epafroditu ( , - )", "Twiddib kontra l-għadu u l-perikli ( , — , )", "Pawlu u ħbiebu l-Filippin ( , - )", "Konklużjoni ( , - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/PHP.1", "bookref": "PHP.1", "text": ["Tislima", "Pawlu u Timotju, qaddejja ta' Kristu Ġesù, lill-qaddisin kollha fi Kristu Ġesù, flimkien mal-isqfijiet tagħhom u d-djakni li jinsabu fil-belt ta' Filippi .", "Il-grazzja lilkom u s-sliem mingħand Alla Missierna u mingħand il-Mulej Ġesù Kristu!", "Pawlu jitlob għalihom", "Niżżi ħajr lil Alla tiegħi kull meta niftakar fikom, u nitlob dejjem ferħan fit-talb tiegħi għalikom, minħabba s-sehem li intom ħadtu fix-xandir tal-Evanġelju, mill-ewwel jiem sal-lum .", "Jiena żgur minn dan: li dak li beda din l-opra tajba fikom, iwassalha għat-tmiem tagħha sa ma jasal il-jum ta' Kristu Ġesù.", "Ħaġa sewwa li jiena naħseb hekk fikom ilkoll, għaliex jiena nġibkom f'qalbi, lilkom ilkoll, li qsamtu miegħi l-grazzja li għandi, kemm issa li jien marbut bil-ktajjen , u kemm meta kont niddefendi u nwettaq l-Evanġelju.", "Iva, jixhidli Alla kemm jien miġbud lejkom bil-qalb ta' Kristu Ġesù!", "U jien dan nitlob: li l-imħabba tagħkom tikber u toktor dejjem iżjed bl-għerf u b'kull dehen, biex tistgħu tagħrfu tagħżlu l-aħjar, u mbagħad tkunu safja u bla ebda ħtija fil-jum ta' Kristu, mimlijin bil-frott tal-ġustizzja li ġejja permezz ta' Ġesù Kristu, għall-glorja u l-foħrija ta' Alla.", "Irridkom tkunu tafu, l-aħwa, li kulma ġara lili safa aktar ta' ġid biex ġieb 'il quddiem l-Evanġelju; għaliex b'hekk, kull min jinsab fil-Pretorju u l-oħrajn kollha lkoll saru jafu li jiena marbut fil-ħabs għal Kristu, u l-biċċa l-kbira tal-aħwa għamlu l-qalb fil-Mulej minħabba fil-ktajjen tiegħi, u bdew ixandru l-kelma bil-kuraġġ u bla biża' ta' xejn.", "Tassew li dan xi wħud jagħmluh imqanqla mill-għira u l-pika, imma l-oħrajn lil Kristu jxandruh minn qalbhom.", "Dawn tal-aħħar jaħdmu bl-imħabba, għax jafu li jiena magħżul biex niddefendi l-Evanġelju; l-oħrajn, imma, lil Kristu jxandruh imqanqlin mill-għira, b'fehma mdennsa, u jistħajlu li b'hekk se jtaqqluli l-ktajjen.", "X'jimporta?", "Hekk jew hekk, sew jekk b'fehma safja u sew jekk le, basta jixxandar Kristu; u b'dan jien nifraħ, iva, u nibqa' nifraħ.", "Għax naf li dan bit-talb tagħkom u bl-għajnuna tal-Ispirtu ta' Ġesù Kristu, għad jisfali għas-salvazzjoni tiegħi.", "Jien għadni nittama u nistenna bil-ħerqa li ma jkolli xejn mniex nistħi; anzi għandi l-fiduċja li, kif dejjem hekk s'issa, Kristu jkun imsebbaħ fil-ġisem tiegħi, sew jekk ngħix u sew jekk immut.", "Għax għalija l-ħajja hi Kristu, u l-mewt hi rebħ.", "Jekk għandi nibqa' ħaj fil-ġisem, dan ifisser li għandi nagħti l-frott tax-xogħol tiegħi.", "X'naqbad nagħmel ma nafx; ninsab bejn ħaltejn.", "Min-naħa l-waħda, nixtieq nintemm u nkun ma' Kristu, li jkun ħafna aħjar għalija; min-naħa l-oħra, jekk nibqa' ngħix fil-ġisem, ikun ħafna aħjar għalikom.", "Minn dan jiena żgur; għalhekk naf li se nibqa' hawn, u nkun magħkom għall-ġid u l-hena tagħkom fil-fidi.", "Mela, meta nerġa' niġi għandkom, ikollkom aktar biex tiftaħru bija fi Kristu Ġesù.", "Ħaġa waħda ngħidilkom: ġibu ruħkom kif jixraq lill-Evanġelju ta' Kristu , ħalli sew jekk niġi narakom, sew jekk inkun 'il bogħod, nisma' fuqkom li intom tinsabu qawwija fi spirtu wieħed, u tissieltu b'fehma waħda għall-fidi tal-Evanġelju, bla xejn ma tibżgħu minn dawk li jeħduha magħkom.", "Dan ikun għalihom prova tat-telfien tagħhom, imma għalikom prova tas-salvazzjoni; u dan kollu ġej minn Alla, għaliex lilkom ngħatat il-grazzja li sservu lil Kristu, mhux biss temmnu fih, imma saħansitra tbatu għalih, u tkunu fl-istess taqbida li intom rajtu fija, u li issa smajtu li għadni fiha."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/PHP.2", "bookref": "PHP.2", "text": ["L-umiltà ta' Kristu u dik tagħna", "Jekk hemm fikom xi faraġ fi Kristu; jekk hemm xi kelma ta' ħlewwa fl-imħabba; jekk hemm xi xirka fl-Ispirtu; jekk hemm xi ħniena u mogħdrija; kunu fehma waħda u imlewni bil-ferħ!", "Ħa jkollkom l-istess imħabba, u ruħ waħda u ħsieb wieħed.", "Tagħmlu xejn b'pika ta' partit, anqas għall-ftaħir fieragħ; imma kunu umli u kull wieħed minnkom iqis lill-ieħor aħjar minnu.", "Ħadd minnkom ma għandu jfittex li jaqbillu, imma li jaqbel lil ħaddieħor.", "Aħsbu bħalma kien jaħseb Kristu Ġesù:", "hu li għad li kellu n-natura ta' Alla,", "ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla,", "iżda xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta' lsir; sar jixbah lill-bnedmin, u deher minn barra bħala bniedem;", "ċekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt,", "anzi sal-mewt tas-salib.", "Għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet u żejnu bl-Isem li hu fuq kull isem,", "biex fl-isem ta' Ġesù", "- fis-sema, fl-art u f'qiegħ l-art -", "il-ħlejjaq kollha jinżlu għarrkupptejhom,", "u kull ilsien jistqarr:", "\"Ġesù Kristu hu Mulej\",", "għall-glorja ta' Alla l-Missier\".", "Aħna d-dawl tad-dinja", "Għalhekk, għeżież tiegħi, bħalma dejjem obdejtu, mhux biss meta kont magħkom, imma wisq aktar issa li m'iniex magħkom, ħabirku għas-salvazzjoni tagħkom bil-biża' u t-tregħid.", "Alla hu li jaħdem fikom u jġegħelkom tridu u tħabirku biex tagħmlu dak li jogħġob lilu.", "Agħmlu kollox mingħajr tgemgim u mingħajr tlaqliq, ħalli tkunu nies bla għajb u safja, ulied Alla bla tebgħa f'nofs bnedmin ta' ħajja mgħawġa u mħassra; fosthom intom għandkom tiddu fid-dinja bħal kwiekeb.", "U żżommu sħiħ il-kelma tal-ħajja; hekk fil-jum ta' Kristu jkolli biex niftaħar li ma nkunx ġrejt u tħabatt għal xejn.", "U mqar kieku kelli nxerred demmi fuq il-vittmi u s-sagrifiċċju tal-fidi tagħkom, jiena nifraħ fuq li nifraħ magħkom ilkoll.", "U hekk ukoll intom għandkom tifirħu fuq li tifirħu miegħi.", "Timotju u Epafroditu", "Nittama fil-Mulej Ġesù li nibagħtilkom malajr lil Timotju biex nieħu r-ruħ jiena wkoll b'aħbarkom.", "'Il ħadd ma għandi bħalu li minn qalbu jieħu ħsiebkom sewwa.", "Kulħadd ifittex li jaqbel lilu u mhux dak li hu ta' Ġesù Kristu.", "Intom tafu bit-tiġrib tiegħu; kif bħal iben ma' missieru ħadem miegħi għat-tixrid tal-Evanġelju.", "Nittama li nibagħtu ma ndumx hekk kif insir naf fiex sa nsib ruħi.", "Għandi qalbi qawwija fil-Mulej li ma ndumx ma niġi għandkom.", "Ħassejt li jeħtieġ nibagħtilkom lil Epafroditu , ħija, ħaddiem miegħi u sieħbi fit-taqbid; mibgħut minnkom biex jgħinni fil-ħtiġiet tiegħi.", "Għandu ħrara kbira li jarakom u inkwieta ħafna għax intom smajtu li kien marad.", "Tassew li kien marid għall-mewt; iżda Alla ħenn għalih, u mhux biss għalih, imma għalija wkoll u b'hekk ma kellix għali fuq għali.", "Għalhekk fittixt aktar fuq ix-xwiek li nibgħathulkom, ħalli tarawh intom, u tifirħu; u jien neħles mill-għali.", "Ilqgħuh ilkoll ferħana fil-Mulej; għożżuhom nies bħal dawn.", "Ittarraf sal-mewt u kien għoddu miet biex jaħdem għal Kristu, u tarraf ħajtu biex jagħmel tajjeb hu fejn naqset l-għajnuna tagħkom għalija."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/PHP.3", "bookref": "PHP.3", "text": ["Il-qdusija vera", "Mill-bqija, ħuti, ifirħu fil-Mulej!", "Jiena ma niddejjaqx niktbilkom fuq l-istess ħwejjeġ, għaliex dan isaħħaħkom.", "Oqogħdu attenti mill-klieb !", "Oqogħdu attenti minn dawk li jagħmlu l-ħażen!", "Attenti minn dawk li jridu t-tqattigħ tal-ġisem!", "Għax dawk li tassew għandhom iċ-ċirkonċiżjoni huma aħna; aħna li qegħdin naqdu lil Alla fl-Ispirtu u niftaħru fi Kristu Ġesù; aħna li ma nqegħdux il-fiduċja tagħna fil-ġisem, għad li jien nista' nqiegħed il-fiduċja tiegħi fil-ġisem.", "Jekk hemm xi ħadd li għandu għax iqiegħed it-tama tiegħu fil-ġisem, jiena għandi aktar minnu: ta' tmint ijiem għamluli ċ-ċirkonċiżjoni, twelidt fil-poplu ta' Iżrael, mit-tribù ta' Benjamin , Lhudi mil-Lhud, Fariżew fl-osservanza tal-Liġi; biż-żelu li kelli, ippersegwitajt il-Knisja; għal dik li hi ġustizzja tal-Liġi, ħadd ma sata' jgħid xejn fija.", "Imma dak kollu li għalija kien qligħ, jien għaddejtu bħala telf minħabba Kristu.", "Jiena ngħodd kollox bħala telf ħdejn il-qligħ kbir li hemm filli nagħraf lil Kristu Ġesù Sidi; minħabba fih ridt li nitlef kollox, u ngħodd kollox bħala knis, biex nirbaħ lil Kristu, u nkun ninsab fih; mhux għax għandi xi ġustizzja tiegħi, dik li tiġi permezz tal-Liġi, iżda dik li tiġi permezz tal-fidi fi Kristu, il-ġustizzja ġejja minn Alla u mibnija fuq il-fidi.", "Irrid nagħraf lilu u l-qawwa tal-qawmien tiegħu mill-imwiet, u naqsam miegħu t-tbatijiet tiegħu, u nsir nixbhu fil-mewt, biex jirnexxili nikseb il-qawmien mill-imwiet.", "Inħarsu 'l quddiem", "M'iniex ngħid li jiena ġa ksibtu, jew li jien ġa perfett.", "Imma rross 'il quddiem biex naħtaf dan, bħalma Kristu Ġesù ġa ħataf lili.", "L-aħwa, ma jidhirlix li dan ġa lħaqtu; imma ħaġa waħda ngħid: waqt li ninsa 'l ta' warajja kollu, jiena nagħmel ħilti kollha biex nilħaq dak li hemm quddiemi; niġri 'l quddiem lejn it-tmiem, biex nikseb il-premju li għalih Alla qed isejħilna hemm fuq fi Kristu Ġesù.", "Aħna li aħna perfetti, ħa nkunu ta' din il-fehma.", "Jekk taħsbu xorta oħra, jagħtikom id-dawl Alla.", "Mill-bqija, wasalna fejn wasalna, ħa nimxu pass wieħed.", "L-aħwa, ixbhu lili, u ħarsu lejn dawk li jimxu skont l-eżempju li rajtu fina.", "Għaliex hawn ħafna - dan għedthulkom bosta drabi, imma issa ntennihulkom bid-dmugħ f'għajnejja - hawn ħafna li jġibu ruħhom bħal għedewwa tas-salib ta' Kristu.", "It-telfien għad ikun tmiemhom; alla tagħhom hu żaqqhom , jiftaħru b'dak li jmisshom jistħu minnu , u moħħhom biss fil-ħwejjeġ tad-dinja.", "Imma aħna pajjiżna fis-sema; minn hemm bil-ħerqa nistennewh jiġi, is-Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu.", "Hu għad irid ibiddlilna l-ġisem imsejken tagħna fis-sura tal-ġisem glorjuż tiegħu, bil-qawwa tas-setgħa li għandu li jġib kollox taħtu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/PHP.4", "bookref": "PHP.4", "text": ["Għalhekk, intom, ħuti li intom l-għożża u x-xewqa tiegħi, ferħ u kuruna tiegħi , żommu sħiħ fil-Mulej, maħbubin tiegħi.", "Twissijiet", "Lil Evojda u lil Sintiki nitlobhom bil-ħerqa biex ikunu ta' fehma waħda fil-Mulej.", "U lilek ukoll nitlob, sieħbi Siżigu, għinhom int, għax huma t-tnejn tħabtu miegħi fix-xogħol tal-Evanġelju flimkien ma' Klement u l-bqija ta' sħabi.", "Isimhom miktub fil-ktieb tal-ħajja.", "Ifirħu dejjem fil-Mulej; nerġa' ngħidilkom, ifirħu.", "Il-ħlewwa tagħkom, ħa jkunu jafuha l-bnedmin kollha.", "Il-Mulej qorob.", "Tħabbtu raskom b'xejn.", "Fit-talb kollu tagħkom itolbu u uru lil Alla xi jkollkom bżonn, u iżżuh ħajr.", "U s-sliem ta' Alla, sliem li jgħaddi kulma l-moħħ jista' jifhem, iżommilkom qalbkom u moħħkom sħaħ fi Kristu Ġesù.", "Mill-bqija, l-aħwa, f'dan għandkom taħsbu: f'kulma hu veru, f'kulma hu xieraq, f'kulma hu ġust, f'kulma hu safi, f'kulma jiġbed l-imħabba, f'kulma jistħoqqlu l-ġieħ, f'kulma hu virtù, f'kulma ħaqqu t-tifħir; f'dan kollu aħsbu.", "U kulma tgħallimtu u ħadtu mingħandna, u smajtu u rajtu fina, agħmluh.", "Alla tas-sliem ikun magħkom.", "L-għajnuna tal-Filippin", "Jiena fraħt ħafna fil-Mulej talli fl-aħħar erġajtu ħadtu ħsiebi.", "Minn daqshekk intom dejjem ħsibtu fija, imma sa issa ma kellkomx okkażjoni.", "Qiegħed ngħid dan mhux għax neħtieġ xi ħaġa; jien issa tgħallimt ngħaddi b'dak li jkolli; naf ngħix fl-għaks, u naf ngħix fil-ġid; kollox drajt u noqgħod għal kollox: ix-xaba' u l-ġuħ, il-ġid u l-għaks.", "Għal kollox niflaħ bis-saħħa ta' dak li jqawwini.", "Għamiltu sewwa ħafna meta qsamtu miegħi tbatijieti.", "Intom tafu wkoll, Filippin, li fil-bidu tax-xandir tal-Evanġelju, meta ħallejt il-Maċedonja, ebda knisja oħra ħliefkom ma ssieħbet miegħi fil-qligħ u t-telf; għax imqar meta kont fit-Tessalonika, għal darba tnejn bgħattu tgħinuni meta kont neħtieġ.", "Mhux għax jien infittex l-għotjiet, iżda nfittex li l-frott joktor għall-ġid tagħkom.", "Għandi kulma neħtieġ u iktar.", "Imtlejt b'kulma wasalli mingħandkom permezz ta' Epafroditu bħala offerta tfuħ u sagrifiċċju milqugħ u mogħġub minn Alla.", "Jimliekom Alla tiegħi b'kull ġid fil-ħtieġa tagħkom, skont l-għana tal-glorja fi Kristu Ġesù.", "Lil dan Alla u Missierna, glorja għal dejjem ta' dejjem.", "Ammen.", "L-aħħar tislijiet", "Sellu għal kull qaddis fi Kristu Ġesù.", "Isellmulkom l-aħwa li hawn miegħi.", "Isellmulkom il-qaddisin kollha, l-aktar dawk li huma mill-palazz ta' Ċesari.", "Il-grazzja ta' Sidna Ġesù Kristu tkun magħkom."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/COL.intro", "bookref": "COL.intro", "text": ["L-ITTRA LILL-KOLOSSIN", "Ħarsa ħafifa lejn l-ittra", "Fiż-żmien meta Pawlu kien fil-ħabs f'Ruma, waslulu aħbarijiet dwar id-diffikultajiet li kienu qed jiltaqgħu magħhom l-insara ta' Kolossi.", "Din kienet belt fl-Asja Minuri, illum it-Turkija, xi kilometru bogħod mill-port ta' Efesu.", "Pawlu qatt ma kien żar din il-belt.", "Il-Knisja ta' Kolossi kienet twaqqfet minn Epafra li kien il-ħabs f'Ruma ma' Pawlu.", "Il-biċċa l-kbira tal-insara f'Kolossi kienu pagani li nġibdu wara l-Evanġelju li xandrilhom Epafra, u baqgħu sħaħ fil-fidi tagħhom.", "Pawlu juri l-ferħ tiegħu għalihom fit-talba ta' tifħir għalihom fil-bidu tal-ittra ( , - ).", "Ġara li xi nies bdew jgħallmuhom li biex jobdu lil Alla u jqimuh tassew kellhom isegwu ċerti drawwiet reliġjużi li xejn ma kellhom x'jaqsmu mal-Evanġelju ta' Kristu.", "Kienet qed issir pressjoni fuqhom dwar il-ħtieġa taċ-ċirkonċiżjoni, il-qima lejn l-anġli u spirti oħra, l-astinenza minn ċertu ikel, u ħafna regoli stretti oħra.", "Pawlu kitbilhom biex ifehemhom li l-qofol tat-twemmin nisrani hu Ġesù Kristu li hu fil-glorja tal-Missier u għandu s-setgħa fuq kollox u fuq kulħadd.", "Allura, il-qima tagħhom kellha tkun direttament lejn Kristu u ma jħallux ideat oħra jfixkluhom jew ibegħduhom minnu.", "L-insara rċevew ħajja ġdida fi Kristu fil-magħmudija.", "L-ebda preċett tal-bnedmin ma jista' jnaqqas il-ħelsien ta' min irxoxta ma' Kristu.", "Il-magħżulin ta' Alla għandhom irawmu fihom sentimenti sbieħ li jerfgħu fil-għoli l-ħajja personali tagħhom u ta' ħuthom fil-fidi.", "Pawlu jiddeskrivi l-persuna u l-ħidma ta' Kristu f'innu sabiħ fl-ewwel kapitlu.", "Hu xbieha ta' Alla li ma jidhirx,", "il-kbir fost il-ħlejjaq kollha;", "hekk Alla għoġbu li tgħammar fih il-milja kollha:", "bih Alla għoġbu jerġa' jħabbeb kollox miegħu:", "bid-demm tiegħu, imxerred fuq is-salib ( , ; - ).", "It-taqsim tal-ittra", "Introduzzjoni ( , - )", "In-natura u l-missjoni ta' Kristu ( , — , )", "Il-ħajja ġdida fi Kristu ( , — , )", "Konklużjoni ( , - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/COL.1", "bookref": "COL.1", "text": ["Tislima", "Pawlu, appostlu ta' Kristu Ġesù bir-rieda ta' Alla, u Timotju, ħuna, lill-qaddisin u ħutna ta' Kolossi li jemmnu fi Kristu.", "Il-grazzja lilkom u s-sliem minn Alla, Missierna !", "Pawlu jiżżi ħajr lil Alla", "Niżżu ħajr dejjem lil Alla, il-Missier ta' Sidna Ġesù Kristu, u nitolbu għalikom, għax aħna smajna bil-fidi li għandkom fi Kristu Ġesù, u bl-imħabba tagħkom għall-qaddisin kollha, minħabba fit-tama li hemm tistenniekom fis-smewwiet, li intom smajtu biha meta tħabbritilkom l-ewwel darba l-kelma tas-sewwa tal-Evanġelju.", "Dan wasal għandkom bħalma qiegħed jagħti l-frott u jikber fid-dinja kollha, bħalma għamel s'issa fostkom, sa minn meta smajtu bil-grazzja ta' Alla u għaraftuha fis-sewwa.", "Dan tgħallimtuh mingħand il-maħbub Epafra, seħibna fix-xogħol tagħna u ministru fidil ta' Kristu għalikom , li għarraf lilna wkoll bl-imħabba li għandkom fl-Ispirtu.", "Il-persuna u l-ħidma ta' Kristu", "Għalhekk aħna wkoll, mindu smajna bikom, ma hedejniex nitolbu għalikom, u nibqgħu nitolbu li tagħrfu sewwa r-rieda ta' Alla bl-għerf kollu u d-dehen spiritwali.", "Hekk tkunu tistgħu tgħixu sewwa kif jixraq lill-Mulej u togħġbuh f'kollox bil-frott ta' kull opra tajba, u tikbru fl-għarfien ta' Alla, titwettqu bil-qawwa kollha li tiġi mill-qawwa tal-glorja tiegħu, biex tkunu tifilħu ġġarrbu kollox bis-sabar.", "Ifirħu u roddu ħajr lill-Missier, li għamilkom denji li tissieħbu fil-wirt tal-qaddisin fis-saltna tad-dawl.", "Ħelisna mill-ħakma tad-dlam, u daħħalna fis-saltna ta' Ibnu l-maħbub, li bih għandna l-fidwa, il-maħfra tad-dnubiet.", "Hu x-xbieha ta' Alla li ma jidhirx,", "il-kbir fost il-ħlejjaq kollha;", "għax fih kien maħluq kollox, fis-sema u fl-art,", "dak kollu li jidher u dak kollu li ma jidhirx,", "Troni u Ħakmiet, Prinċipati u Setgħat .", "Kollox bih u għalih kien maħluq,", "hu li hu qabel kollox,", "u kollox fih qiegħed iżomm.", "Hu r-Ras tal-Ġisem, li hu l-Knisja.", "Hu li hu l-bidu,", "il-kbir li qam mill-imwiet,", "sabiex ikun hu l-ewwel f'kollox.", "Hekk Alla għoġbu li tgħammar fih il-milja kollha ;", "bih Alla għoġbu jerġa' jħabbeb kollox miegħu; bid-demm tiegħu, imxerred fuq is-salib, ġieb is-sliem permezz tiegħu fis-sema u fl-art.", "Intom ukoll kontu 'l bogħod minn Alla u għedewwa tiegħu minħabba l-ħażen ta' ħsibijietkom u għemilkom; imma issa sirtu ħbieb tiegħu permezz tal-mewt ta' Ibnu mogħti għall-mewt skont il-ġisem, biex dan iressaqkom quddiemu qaddisa, safja u bla għajb, kemm-il darba intom iżżommu sħaħ fil-fidi; sodi bla ma titħarrku mit-tama tal-Evanġelju li intom smajtu, u li tħabbar lill-ħlejjaq kollha taħt is-smewwiet, u li tiegħu jien, Pawlu, sirt ministru.", "Il-ministeru ta' Pawlu fil-Knisja", "Jien issa nifraħ bit-tbatijiet tiegħi minħabba fikom, għaliex bihom jiena ntemm f'ġismi dak li jonqos mit-tbatijiet ta' Kristu għall-ġisem tiegħu li hu l-Knisja .", "Tagħha jiena sirt ministru, skont ma tani nagħmel Alla għalikom, jiġifieri li nxandar b'mod sħiħ il-Kelma ta' Alla, il-misteru li kien moħbi sa miż-żminijiet u l-ġenerazzjonijiet kollha, u li issa hu mgħarraf lill-qaddisin tiegħu, lil dawk li Alla ried jgħarrafhom kemm huwa kbir l-għana tal-glorja ta' dan il-misteru fost il-pagani, li hu Kristu fikom, it-tama tal-glorja tagħkom.", "Lilu aħna nħabbru lill-bnedmin kollha, u nwissu u ngħallmu lil kulħadd bl-għerf kollu biex inwasslu lil kull bniedem għall-perfezzjoni fi Kristu .", "Għalhekk jiena nitħabat u nissielet bis-saħħa tiegħu, li tinsab taħdem fija bil-qawwa kollha tiegħu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/COL.2", "bookref": "COL.2", "text": ["Irridkom tkunu tafu kemm kelli nissielet minħabba fikom u minħabba f'dawk li joqogħdu f'Laodiċija u oħrajn li qatt ma raw wiċċi b'għajnejhom.", "Dan nagħmlu biex inqawwilhom qalbhom u jinġabru lkoll flimkien fl-imħabba, ħalli jaslu għall-għana tal-fehma sħiħa u l-għarfien tal-misteru ta' Alla li hu Kristu.", "Fih hemm moħbija t-teżori kollha tal-għerf u l-għaqal.", "Dan qiegħed ngħidhulkom biex ħadd ma jqarraq bikom b'xi kliem fieragħ.", "Jekk jien m'iniex f'nofskom b'ġismi, ninsab magħkom b'ruħi.", "Nifraħ meta narakom iġġibu ruħkom bl-ordni u sħaħ fil-fidi tagħkom fi Kristu.", "Il-milja tal-ħajja fi Kristu", "Intom ilqajtu lil Kristu Ġesù l-Mulej; għixu mela magħqudin miegħu; niżżlu għeruqkom fih, u ibnu l-ħajja tagħkom fuqu; issaħħu fil-fidi, kif tgħallimtu, u mtlew bil-gratitudni.", "Qisu li ħadd ma ijassarkom b'filosofija u kliem qarrieq u fieragħ skont dak li hu ġej mill-bnedmin, skont il-prinċipji tad-dinja u mhux ta' Kristu.", "Fih hemm tgħammar il-milja sħiħa tad-divinità fil-ġisem; u intom, magħqudin kif intom miegħu, għandkom sehem mill-milja tiegħu, hu li hu r-Ras tal-Prinċipati u tas-Setgħat kollha.", "Fih intom kontu ċirkonċiżi, mhux biċ-ċirkonċiżjoni b'idejn il-bnedmin, imma biċ-ċirkonċiżjoni ta' Kristu, li biha intom inżajtu mill-ġisem tad-dnub ; indfintu miegħu bil-magħmudija u rxuxtajtu miegħu permezz tal-fidi tagħkom fil-qawwa ta' Alla li qajmu mill-imwiet.", "Kontu mejta minħabba dnubietkom u għax ma kellkomx iċ-ċirkonċiżjoni f'ġisimkom; imma issa Alla takom il-ħajja flimkien ma' Kristu:", "Ħafrilna dnubietna kollha.", "Ħassar il-kont tad-dejn li kellna", "bl-obbligi li kien hemm kontrina;", "neħħieh min-nofs u sammru mas-salib.", "Neżża' l-Prinċipati u s-Setgħat ,", "u għamel wirja minnhom quddiem", "id-dinja, u karkarhom warajh fit-trijonf tiegħu bi Kristu.", "Ħadd ma għandu jiġġudikakom fuq ikel u xorb, fuq festi u jiem ta' qamar ġdid , u fuq sibtijiet: dawn huma dell tal-ħwejjeġ li għandhom jiġu, imma r-realtà hija Kristu.", "Tħallux lil min jisirqilkom il-premju billi jagħmilha tal-umli u taparsi jqim lill-anġli, jimla rasu bil-viżjonijiet u moħħu bil-frugħat ta' bniedem li hu bla ma jżomm mar-Ras li minnha l-ġisem kollu, permezz tal-għekiesi u l-irbit tiegħu, jieħu l-għajxien u l-għaqda biex jikber skont ma jagħtih Alla.", "Il-ħajja ġdida fi Kristu", "Ladarba intom, bil-mewt tagħkom ma' Kristu, ħlistu mill-prinċipji tad-dinja , għala issa, bħallikieku għadkom tgħixu għad-dinja, tintrabtu bi preċetti bħalma huma: \"La tiħux dan, la dduqx din, la tmissx dak?\"", "U dan kollu għal ħwejjeġ li jiġu fix-xejn bl-użu : preċetti u tagħlim tal-bnedmin.", "Fil-wiċċ jidhru li fihom xi għerf, reliġjon volontarja, umiltà u tgħakkis tal-ġisem; fir-realtà ma jiswew xejn ħlief biex ipaxxu l-frugħat tal-bniedem."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/COL.3", "bookref": "COL.3", "text": ["Jekk intom irxuxtajtu ma' Kristu, fittxu l-ħwejjeġ tas-sema, fejn Kristu qiegħed fuq il-lemin ta' Alla.", "Aħsbu fil-ħwejjeġ tas-sema, mhux f'dawk tal-art.", "Għax intom mittu, imma ħajjitkom hi moħbija flimkien ma' Kristu f'Alla.", "Meta jidher Kristu, li hu l-ħajja tagħkom , imbagħad intom ukoll tidhru flimkien miegħu fil-glorja.", "Mewtu ġo fikom dak kollu li hu tal-art: żina, faħx, ġibdiet, xewqat ħżiena, u r-regħba li hi idolatrija.", "Minħabba dan tilħaq il-korla ta' Alla lil dawk li ma jobdux.", "Hekk intom kontu timxu wkoll meta kontu tgħixu fihom.", "Iżda issa intom ukoll ħallu kollox: korla, passjoni, ħażen, dagħa, u l-kliem mhux xieraq warrbuh minn fommkom.", "Tigdbux lil xulxin, intom li nżajtu l-bniedem il-qadim bl-għemil kollu tiegħu, u lbistu l-bniedem il-ġdid, li jiġġedded dejjem skont ix-xbieha ta' min ħalqu u jikber fl-għerf.", "Fih ma hemmx Grieg jew Lhudi, ċirkonċiż jew mhux, Barbaru jew Skita , ilsir jew ħieles, iżda Kristu f'kollox u f'kulħadd.", "Intom il-magħżulin ta' Alla, il-qaddisin u l-maħbubin tiegħu.", "Ilbsu mela sentimenti ta' ħniena, tjieba, umiltà, ħlewwa u sabar.", "Stabru b'xulxin, u, jekk xi ħadd minnkom ikollu xi jgħid ma' ħaddieħor, aħfru lil xulxin; bħalma l-Mulej ħafer lilkom, hekk agħmlu intom ukoll.", "U fuq kollox ilbsu l-imħabba, li hi l-qofol tal-perfezzjoni.", "Ħalli s-sliem ta' Kristu jsaltan fi qlubkom, dak is-sliem li għalih kontu msejħa biex issiru ġisem wieħed.", "U ta' dan roddu ħajr lil Alla.", "Ħalli l-kelma ta' Kristu tgħammar sħiħa fikom; għallmu bl-għerf kollu u widdbu lil xulxin b'salmi u innijiet u b'għana spiritwali, u b'radd il-ħajr kantaw f'qalbkom innijiet lil Alla.", "Kulma tagħmlu jew tgħidu, agħmlu kollox f'isem il-Mulej Ġesù, u roddu ħajr lil Alla l-Missier permezz tiegħu.", "Il-ħajja fil-familja nisranija", "Intom, nisa miżżewġa, obdu lil żwieġkom, kif għandu jkun fil-Mulej.", "Intom imbagħad, irġiel miżżewġa, ħobbu n-nisa tagħkom, u tkunux iebsa magħhom.", "Intom, tfal, isimgħu mill-ġenituri tagħkom f'kollox, għax dan hu li jogħġob lill-Mulej.", "Intom, missirijiet, la ddejqux lil uliedkom, għax inkella jistgħu jaqtgħu qalbhom.", "Intom, ilsiera, isimgħu f'kollox mis-sidien tagħkom bnedmin, mhux biex jarawkom huma u togħġbu lilhom, imma mill-qalb sempliċi tagħkom, għax tibżgħu mill-Mulej.", "Kulma tagħmlu, agħmluh minn qalbkom bħallikieku lill-Mulej u mhux lill-bnedmin; għax tafu li għad tieħdu l-ħlas li ħejja b'wirt għalikom il-Mulej .", "Aqdu lil Kristu Sidna.", "Kull min jagħmel id-deni jitħallas tad-deni li jkun għamel, għax Alla ma jħares lejn wiċċ ħadd."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/COL.4", "bookref": "COL.4", "text": ["Intom, sidien, agħtu lill-ilsiera tagħkom il-ħaqq u s-sewwa, u kunu afu li intom ukoll għandkom sid fis-sema.", "Eżortazzjoni", "Żommu sħiħ fit-talb, ishru fih b'radd ta' ħajr lil Alla.", "Itolbu wkoll għalina, biex Alla jiftħilna l-bieb għall-kelma u nxandru l-misteru ta' Kristu, li minħabba fih jien marbut bil-ktajjen.", "Itolbu ħalli jiena nxandru u nitkellem fuqu kif għandi nitkellem.", "Imxu bil-għaqal ma' dawk li huma barranin għalina; inqdew tajjeb b'kull okkażjoni.", "Ħa tkun dejjem il-kelma tagħkom kollha ħlewwa, imħawra bil-melħ tal-għerf, biex tkunu tafu twieġbu sewwa lil kulħadd.", "L-aħħar tislijiet", "Tikiku, ħija l-għażiż, il-qaddej fidil u ħaddiem miegħi fil-Mulej, jagħtikom aħbari.", "Għalhekk jien bgħattu għandkom, biex tkunu tafu fiex ninsab u jqawwilkom qalbkom.", "Bgħattu ma' Oneżimu, ħija l-għażiż u fidil, u wieħed minnkom ukoll.", "Huma jgħarrfukom b'kulma qiegħed jiġri hawnhekk.", "Isellmilkom Aristarku, fil-ħabs miegħi, u Marku, il-kuġin ta' Barnaba - ġa għandkom l-ordnijiet dwaru; jekk jiġi għandkom ilqgħuh tajjeb - u Ġożwè, li jgħidulu Ġustu.", "Dawn biss mil-Lhud li qegħdin jaħdmu miegħi għas-Saltna ta' Alla, u huma ta' faraġ kbir għalija.", "Isellmilkom Epafra, wieħed minnkom, qaddej ta' Kristu Ġesù; dejjem iħabrek għalikom fit-talb biex intom iżżommu ruħkom sħaħ, perfetti u mwettqin fir-rieda ta' Alla.", "Nixhidlu jien li hu jitħabat ħafna għalikom u għal dawk ta' Laodiċija u dawk ta' Ġerapoli .", "Isellmilkom Luqa, it-tabib għażiż, u Dema.", "Selluli għall-aħwa f'Laodiċija u għal Ninfa u l-knisja li tinġabar f'darha.", "Meta tkunu qrajtu din l-ittra, ħudu ħsieb li jaqrawha wkoll fil-knisja ta' Laodiċija u intom taqraw l-ittra ta' Laodiċija .", "Għidu lil Arkippu: Aħseb fil-ministeru li ħadt mill-Mulej, biex tagħmlu sewwa.", "It-tislija tiegħi, b'idi stess, Pawlu.", "Ftakru fil-ktajjen tiegħi.", "Il-grazzja tkun magħkom."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1TH.intro", "bookref": "1TH.intro", "text": ["L-EWWEL ITTRA LIT-TESSALONIKIN", "Ħarsa ħafifa lejn l-ittra", "Il-Knisja fit-Tessalonika, belt fil-Grigal tal-Greċja, twaqqfet wara li Pawlu kien sofra ħafna min-nies ta' Filippi.", "Hu mar lejn Tessalonika u ħadem biex jaqla' x'jiekol u biex isostni l-ħidma tiegħu tax-xandir tal-kelma.", "F'din l-ittra, Pawlu juri ruħu ferħan bit-Tessalonikin li laqgħu l-Aħbar it-Tajba u permezz tal-eżempju tagħhom, ħafna f'dak ir-reġjun daru lejn Kristu.", "Aktarx li din l-ittra hi l-ewwel waħda li qatt kien kiteb Pawlu.", "It-tieni ittra kitibhielhom ftit wara, forsi fl-istess sena.", "Il-messaġġ ewlieni hu dwar it-tieni miġja ta' Kristu.", "M'hemmx mod li ż-żmien ta' din il-miġja jkun magħruf; sadanittant il-mod ta' ħajja tal-insara kellu jkun wieħed attiv, ħalli s-siegħa li tiġi għal għarrieda ssibhom ippreparati.", "Billi Pawlu kellu jitlaq mill-belt minħabba l-oppożizzjoni li kien qed isib minn xi Lhud, hu kien bagħat lil Timotju biex iwassallu l-aħbarijiet dwar il-komunità tal-insara li kien ħalla warajh.", "L-aħbarijiet dwar il-fidi u l-imħabba tagħhom kienu tajbin minkejja li fil-Knisja kien qam xi ferment.", "Xi membri kienu waqfu mix-xogħol għax kienu daħħlu f'rashom li l-aħħar miġja tal-Mulej kienet fil-qrib.", "Oħrajn kienu inkwetati għaliex qrabathom mietu qabel din il-miġja u allura tħawdu dwar x'kien se jiġri minnhom.", "Għalhekk Pawlu ħass li kellu jispjegalhom aħjar x'kienet din it-tieni miġja u kif kellhom iġibu ruħhom sakemm tasal.", "Ifirħu dejjem,", "itolbu bla heda,", "iżżu ħajr lil Alla f'kollox.", "Dan hu li jrid Alla mingħandkom fi Kristu Ġesù, ixxekklux l-Ispirtu, tmaqdrux il-profezija, ippruvaw kollox; it-tajjeb żommuh, u fuq kollox, warrbu kull xorta ta' ħażen ( , - ).", "It-taqsim tal-ittra", "Introduzzjoni ( , )", "Gratitudni u tifħir ( , — , )", "Jinkoraġġihom jgħixu ta' nsara veri ( , - )", "Tagħlim dwar it-tieni miġja ta' Kristu ( , — , )", "L-aħħar twissijiet ( , - )", "Konklużjoni ( , - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1TH.1", "bookref": "1TH.1", "text": ["Tislima", "Pawlu u Silvanu u Timotju lill-knisja ta' Tessalonika f'Alla l-Missier u l-Mulej Ġesù Kristu: grazzja lilkom u sliem.", "Il-fidi u l-eżempju tat-Tessalonikin", "Aħna kull ħin niżżu ħajr lil Alla minħabba fikom ilkoll, u niftakru fikom dejjem meta nitolbu.", "Niftakru fil-ħidma li hi ġejja mill-fidi tagħkom u fit-taħbit li ħiereġ minn imħabbitkom; niftakru fil-qawwa tat-tama tagħkom f'Sidna Ġesù Kristu quddiem Alla Missierna.", "Aħna nafu, l-aħwa, li Alla jħobbkom u għażilkom.", "Għax l-Evanġelju tagħna lilkom ma kienx biss bil-kliem, imma wkoll bil-qawwa, bl-Ispirtu s-Santu u b'persważjoni sħiħa; intom tafu kif ġibna ruħna meta konna fostkom għall-ġid tagħkom.", "Intom sirtu tixbhu lilna u l-Mulej, billi lqajtu l-kelma fost ħafna taħbit bil-ferħ tal-Ispirtu s-Santu.", "Hekk intom sirtu mudell għal dawk kollha li emmnu fil-Maċedonja u l-Akaja .", "Mhux biss il-kelma tal-Mulej ħarġet minn għandkom u xterdet fil-Maċedonja u l-Akaja, imma l-fidi li għandkom f'Alla xterdet ma' kullimkien b'mod li aħna ma għandna għalfejn ngħidu xejn.", "Huma stess jgħidu x'laqgħa kellna għandkom, u kif dortu lejn Alla u tlaqtu l-idoli biex taqdu lil Alla ħaj u veru u tistennew ġej mis-sema lil Ibnu, li hu qajjem mill-imwiet, Ġesù li ħelisna mill-korla li ġejja."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1TH.2", "bookref": "1TH.2", "text": ["Il-qalb ta' Pawlu u l-ħidma tiegħu", "Intom tafu, l-aħwa, li l-miġja tagħna fostkom ma kinitx għal xejn.", "Għalkemm aħna, bħalma tafu, batejna u żebilħuna f'Filippi qabel ma ġejna għandkom, imma għamilna l-qalb f'Alla tagħna, u fost ħafna taħbit xandarnielkom l-Evanġelju ta' Alla.", "Il-kliem ta' tħeġġiġ tagħna lilkom la hu ħiereġ mill-għelt, la mill-wiċċ b'ieħor, u lanqas mill-qerq.", "Aħna nxandru l-Evanġelju skont ma konna mġarrbin minn Alla qabel ma fdahulna f'idejna; u nfittxu li nogħġbu mhux lill-bnedmin imma lil Alla li jġarrab qlubna.", "Kif tafu intom, aħna ma ġejniex inżiegħlu bikom bil-kliem, anqas ma kellna xi ħsieb ta' regħba, kif jista' jixhed Alla.", "Aħna ma fittixniex il-glorja tal-bnedmin, la mingħandkom u lanqas mingħand ħaddieħor, għad li stajna nippretendu ħafna mingħandkom bħala Appostli ta' Kristu; imma ġibna ruħna magħkom bil-ħlewwa, bħalma omm tradda' tħaddan lil uliedha.", "Aħna għożżejniekom hekk li ridna naqsmu magħkom mhux biss l-Evanġelju ta' Alla imma wkoll ħajjitna stess, daqskemm ħabbejniekom.", "Intom, l-aħwa, tiftakru fit-taħbit u t-tbatija kbira tagħna.", "Sakemm konna qegħdin inxandrulkom l-Evanġelju ta' Alla, aħna ħdimna billejl u binhar, biex lil ħadd minnkom ma ngħabbu.", "Tixhdu intom u Alla wkoll, kemm kienet qaddisa, ġusta u bla għajb l-imġiba tagħna magħkom li emmintu.", "Aħna, kif tafu, ġibna ruħna ma' kull wieħed minnkom qisna missier ma' wliedu: farraġniekom, għamilnielkom il-qalb, ħeġġiġniekom ħalli timxu kif hu xieraq quddiem Alla li sejħilkom għas-saltna u l-glorja tiegħu.", "Aħna niżżu ħajr bla heda lil Alla talli l-kelma ta' Alla, li intom smajtu mingħandna, iltqajtuha mhux bħala kelma ta' bniedem, iżda bħala kelma ta' Alla, kif tassew hi, dik il-kelma li qiegħda taħdem fikom li emmintu.", "Lilkom, ġralkom, l-aħwa, bħalma ġara lill-knejjes li jinsabu fil-Lhudija fi Kristu Ġesù: intom ilkoll sofrejtu min-nies ta' pajjiżkom dak li sofrew huma mingħand il-Lhud.", "Dawn qatlu l-Mulej Ġesù u l-profeti, u lilna wkoll ħaqruna.", "Huma ma jogħġbux lil Alla, u jobogħdu lill-bnedmin kollha, għax ma jħalluniex inkellmu lill-pagani biex isalvaw.", "U hekk jimlew dejjem il-kejl ta' dnubiethom.", "Imma l-għadab ta' Alla fl-aħħar waqa' fuqhom.", "Pawlu jixtieq jerġa' jżurhom", "Ngħid għalina, l-aħwa, meta aħna għal xi żmien konna mbiegħda minnkom, mill-għajn u mhux mill-qalb, kemm fittixna biex naraw lil wiċċkom, xewqana għall-aħħar li narawkom!", "Għalhekk ridna niġu għandkom, jien, Pawlu, għal darba darbtejn; imma x-xitan fixkilna.", "Min hu t-tama tagħna, il-ferħ tagħna, il-kuruna tagħna, il-foħrija tagħna, għal quddiem Sidna Ġesù f'jum il-miġja tiegħu?", "Intom, u ħadd iżjed.", "Intom il-glorja u l-ferħ tagħna!"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1TH.3", "bookref": "1TH.3", "text": ["Fl-aħħar ma stajniex aktar, u qtajnieha li nibqgħu weħidna f'Ateni , u nibagħtu lil Timotju, ħuna u seħibna fix-xogħol ta' Alla għax-xandir tal-Evanġelju ta' Kristu; bgħatnieh iwettaqkom u jagħmlilkom il-qalb fil-fidi tagħkom, sabiex ħadd minnkom ma jitħarrek fost dan it-tiġrib.", "Intom stess tafu li aħna għal dan qegħdin; għaliex meta konna għadna għandkom aħna għednielkom minn qabel li għad irridu nbatu, bħalma ġara u bħalma tafu.", "Għalhekk, jien ukoll meta ma flaħtx nissaporti aktar, bgħatt nara kif intom fil-fidi tagħkom, jekk ix-Xitan ġarrabkomx u t-taħbit tiegħi safax fix-xejn.", "Issa ġie Timotju għandna mingħandkom u tana l-aħbarijiet tajba dwar il-fidi u l-imħabba tagħkom, u qalilna kif intom għadkom tiftakruna dejjem fil-ġid u kif tixtiequ tarawna bħalma aħna lilkom.", "Għalhekk aħna għamilna l-qalb, l-aħwa, minħabba fikom u l-fidi tagħkom, fin-niket u t-tbatijiet tagħna.", "Issa ngħixu għax intom sħaħ fil-Mulej.", "Kif nistgħu niżżu ħajr lil Alla għal dan il-ferħ kollu li għandna minħabba fikom quddiem Alla tagħna!", "Lejl u nhar nitlob fuq li nitlob biex nara lil wiċċkom u ntemm kulma jonqos fil-fidi tagħkom.", "Mhux li kienu Alla nnifsu, Missierna, u Sidna Ġesù Kristu jwittulna t-triq għal għandkom!", "Jalla l-Mulej ikattrilkom u jfawwarkom bl-imħabba għal xulxin u lejn kulħadd, l-istess bħalma aħna nħobbu lilkom, ħalli jqawwilkom qalbkom u jkollkom qdusija bla għajb quddiem Alla, Missierna, għal meta jiġi Sidna Ġesù mdawwar bil-qaddisin tiegħu!"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1TH.4", "bookref": "1TH.4", "text": ["Il-ħajja li jrid Alla", "Fl-aħħar, l-aħwa, intom tgħallimtu mingħandna kif għandkom timxu biex togħġbu lil Alla, kif tabilħaqq qegħdin iġġibu ruħkom; aħna f'Sidna Ġesù nitolbukom u nħeġġukom biex tagħmlu xi ħaġa iżjed.", "Tafu x'tagħlim tajniekom permezz ta' Sidna Ġesù.", "Dan irid Alla minnkom: il-qdusija tagħkom, li titbiegħdu miż-żina, u li kull wieħed minnkom iżomm 'il ġismu fil-qdusija u l-ġieħ , u ma jħallix il-passjoni tegħlbu bħall-pagani li ma jagħrfux lil Alla.", "F'din il-ħaġa ħadd ma għandu jagħmel tort jew ħsara lil ħuh, għax il-Mulej jaf jitħallas ta' dan kollu, kif ġa għednielkom qabel u tajniekom xhieda.", "Għax Alla ma sejħilniex biex ngħixu fiż-żina, imma fil-qdusija.", "Għalhekk min iwarrab dan it-tagħlim, ikun iwarrab mhux lill-bniedem, iżda lil Alla li takom l-Ispirtu qaddis tiegħu.", "Fuq l-imħabba tal-aħwa ma għandniex għalfejn niktbulkom; intom stess tgħallimtu mingħand Alla kif għandkom tħobbu lil xulxin.", "U dan intom qegħdin tagħmluh mal-aħwa kollha li jinsabu fil-Maċedonja kollha.", "Inħeġġukom, ħuti, li tagħmlu iktar minn hekk.", "Fittxu li tgħixu fil-kwiet, kulħadd jagħmel li għandu jagħmel u taħdmu b'idejkom, kif ġa għednielkom.", "Hekk intom timxu kif jixraq quddiem il-barranin, u ma jkollkom bżonn ħadd.", "Il-miġja tal-Mulej", "Ma rridux li ma tkunux tafu, l-aħwa, fuq il-mejtin biex ma ssewdux qalbkom bħall-oħrajn li ma għandhomx tama.", "Jekk aħna nemmnu li Ġesù miet u qam mill-imwiet, hekk ukoll Alla jiġbor miegħu lil dawk li raqdu f'Ġesù.", "Dan ngħidulkom fuq il-kelma tal-Mulej, jiġifieri li aħna li nkunu għadna hawn ħajjin għall-miġja tal-Mulej, ma mmorrux qabel dawk li jkunu raqdu.", "Għaliex il-Mulej innifsu mal-kmand, mal-leħen tal-arkanġlu u t-tromba ta' Alla, jinżel mis-sema, u dawk li jkunu mietu fi Kristu jqumu l-ewwel.", "Imbagħad aħna li nkunu ħajjin, li nkunu għadna hawn, ninħatfu magħhom fis-sħab biex niltaqgħu mal-Mulej fl-ajru.", "Hekk inkunu dejjem mal-Mulej.", "Agħmlu l-qalb lil xulxin b'dan il-kliem."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1TH.5", "bookref": "1TH.5", "text": ["Dwar il-ħin u ż-żmien, l-aħwa, ma għandix bżonn niktbilkom.", "Intom tafu sewwa li Jum il-Mulej jiġi għal għarrieda bħal ħalliel billejl.", "Meta kulħadd jibda jgħid: \"Sliem u mistrieħ\", dak il-ħin stess, bħall-uġigħ fuq mara li tkun waslet għall-ħlas, tiġi fuqhom għal għarrieda l-qerda u ma jeħilsu b'xejn.", "L-aħwa, intom m'intomx fid-dlam biex Jum il-Mulej jeħodkom għal għarrieda bħal ħalliel.", "Intom ilkoll ulied id-dawl u wlied il-jum; aħna m'aħniex ulied il-lejl, anqas ulied id-dlam.", "Għalhekk ma għandniex norqdu bħall-oħrajn, iżda nishru u ngħixu bil-qjies.", "Għax min jorqod, jorqod billejl; u min jisker, jisker billejl.", "Ladarba aħna wlied il-jum, ejjew ngħixu bil-qjies, nilbsu l-kurazza tal-fidi u l-imħabba, u l-elmu tat-tama tas-salvazzjoni.", "Għax Alla ma għażilniex għall-għadab, imma biex niksbu s-salvazzjoni permezz ta' Sidna Ġesù Kristu, li miet għalina, sabiex sew jekk inkunu nishru u sew jekk inkunu rieqda meta jiġi, ngħixu ħaġa waħda miegħu.", "Għalhekk farrġu lil xulxin u ibnu lil xulxin, kif qegħdin tagħmlu.", "L-aħħar kelma u tislijiet", "Nitolbukom, l-aħwa, isimgħu minn dawk li qegħdin jaħdmu f'nofskom, u li l-Mulej qegħedhom fuqkom biex iwissukom.", "Għożżuhom u ħobbuhom kemm tifilħu minħabba fil-ħidma tagħhom.", "Għixu fis-sliem bejnietkom.", "Aħna nħeġġukom, l-aħwa, biex twiddbu lill-għażżenin, tagħmlu l-qalb lill-beżżiegħa, tgħinu lid-dgħajfa, tistabru b'kulħadd.", "Qisu li ħadd ma jrodd deni b'deni, imma fittxu dejjem il-ġid ta' xulxin u ta' kulħadd.", "Ifirħu dejjem,", "itolbu bla heda,", "iżżu ħajr lil Alla f'kollox.", "Dan hu li jrid Alla mingħandkom fi Kristu Ġesù.", "Ixxekklux l-Ispirtu, tmaqdrux il-profezija, ippruvaw kollox: it-tajjeb żommuh, u, fuq kollox, warrbu kull xorta ta' ħażen.", "U Alla tas-sliem iqaddiskom f'kollox, u jżommkom sħaħ bla mittiefsa fl-ispirtu, fir-ruħ u fil-ġisem , sa ma jiġi Sidna Ġesù Kristu.", "Fidil hu Alla li sejħilkom, u huwa jagħmel dan.", "L-aħwa, itolbu wkoll għalina.", "Sellu għall-aħwa kollha b'bewsa qaddisa.", "Bil-qawwa kollha nitlobkom f'ġieħ il-Mulej li taqraw din l-ittra lill-aħwa kollha.", "Il-grazzja ta' Sidna Ġesù Kristu tkun magħkom."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2TH.intro", "bookref": "2TH.intro", "text": ["IT-TIENI ITTRA LIT-TESSALONIKIN", "Ħarsa ħafifa lejn l-ittra", "Il-ftuħ tat-tieni ittra li Pawlu kiteb lit-Tessalonikin hu talba ta' ringrazzjament lil Alla għall-fidi u l-imħabba qawwija li jissaħħu fost l-insara tal-belt.", "Biss, hu għaraf ukoll li d-diffikultajiet kienu żdiedu wkoll.", "Allura, reġa' kitbilhom biex ifissrilhom aktar fid-dettall it-tagħlim li kien wasslilhom permezz tal-ewwel ittra.", "Din l-ittra nkitbet ftit wara l-oħra.", "Riedhom jifhmu li Alla kien biss qiegħed jipprova l-fidi tagħhom u mhux jikkastigahom.", "Iwissihom biex ma jemmnux lil min qalilhom li hu bagħat ittra li tgħid li l-Mulej kien diġà ġie.", "Il-miġja trijonfali ta' Kristu kellha sseħħ wara li jidher l-antikrist.", "Iwissihom biex ma jitgħażżnux, anzi jibqgħu attivi u ma jieqfu qatt jagħmlu l-ġid.", "Lill-mexxejja tal-Knisja jordnalhom biex jinqatgħu minn dawk li jirrifjutaw li jobdu t-tagħlim li kien qed iwasslilhom permezz ta' din l-ittra.", "Pawlu jagħlaq l-ittra tiegħu b'talba ta' barka:", "Jagħtikom is-sliem il-Mulej tas-sliem innifsu dejjem u f'kollox.", "Il-Mulej magħkom ilkoll… Il-grazzja ta' Sidna Ġesù Kristu tkun magħkom ilkoll ( , ; ).", "It-taqsim tal-ittra", "Introduzzjoni ( , - )", "Tifħir u twissija ( , - )", "Tagħlim dwar it-tieni miġja ta' Kristu ( , - )", "Jinkoraġġihom jgħixu ta' nsara veri ( , - )", "Konklużjoni ( , - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2TH.1", "bookref": "2TH.1", "text": ["Tislima", "Pawlu u Silvanu u Timotju lill-knisja tat-Tessalonikin li hi f'Alla Missierna u l-Mulej Ġesù Kristu.", "Il-grazzja u s-sliem lilkom minn Alla l-Missier u l-Mulej Ġesù Kristu.", "Il-miġja ta' Kristu u l-ġudizzju", "Aħna għandna dejjem niżżu ħajr lil Alla, l-aħwa, minħabba fikom, u hekk jixraq, għax il-fidi tagħkom qiegħda tikber fuq li tikber, u qiegħda toktor fostkom ilkoll l-imħabba li kull wieħed minnkom għandu għall-ieħor.", "Għalhekk aħna stess niftaħru bikom fil-knejjes ta' Alla għas-sabar tagħkom u għall-fidi tagħkom fil-persekuzzjonijiet u t-tbatijiet kollha li intom għaddejjin minnhom.", "Minn dan jidher il-ħaqq ġust ta' Alla, ħalli b'hekk tkun tixirqilkom is-Saltna ta' Alla, li minħabba fiha qegħdin tbatu.", "Alla għad jagħmel is-sewwa, u jrodd it-tbatija lil dawk li qegħdin iġagħlukom issofru; u għad iserraħ lilkom li qegħdin issofru, kif ukoll lilna, dak in-nhar li l-Mulej Ġesù jfeġġ mis-smewwiet imdawwar bl-anġli tal-qawwa tiegħu b'nar iħeġġeġ, biex iħallas lil dawk li ma jagħrfux lil Alla, u 'l dawk li ma jobdux l-Evanġelju ta' Sidna Ġesù.", "Dawn għad jitħallsu bil-piena tat-telfien ta' dejjem, 'il bogħod minn wiċċ il-Mulej u mill-glorja tal-qawwa tiegħu, dakinhar li jiġi biex jieħu l-glorja mingħand il-qaddisin tiegħu u l-ġieħ minn dawk kollha li jkunu emmnu, għax intom emmintu x-xhieda tagħna fostkom.", "Għalhekk aħna dejjem nitolbu għalikom li Alla tagħna jagħmilkom denji tas-sejħa tiegħu, u jagħmel li bil-qawwa tiegħu sseħħ kull rieda tajba tagħkom għall-ġid u kull ħidma tal-fidi tagħkom.", "U hekk l-isem ta' Sidna Ġesù Kristu jkun igglorifikat fikom u intom fih skont il-grazzja ta' Alla tagħna u tal-Mulej Ġesù Kristu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2TH.2", "bookref": "2TH.2", "text": ["Meta jidher il-Mulej", "L-aħwa, għal dak li għandu x'jaqsam mal-miġja ta' Sidna Ġesù Kristu u l-ġemgħa tagħna biex ningħaqdu miegħu, nitolbukom biex ma toqogħdux tħawdu raskom malajr u tinħasdu bħallikieku l-miġja ta' jum il-Mulej qorbot, u la jekk tkunu mnebbħin mill-ispirtu u lanqas jekk tisimgħu xi kelma jew taqraw xi ittra taparsi mingħandna.", "Tħallux 'il min iqarraq bikom, b'ebda mod!", "L-aħħar jum ma jkunx magħna qabel ma tkun seħħet ir-rewwixta u jinkixef il-Bniedem tad-dnub, ikkundannat għat-telfien; hu li jqum u jintrafa' fuq kulma jġib l-isem ta' Alla jew kulma hu miqjum mill-bnedmin, sabiex hu stess joqgħod bilqiegħda fit-tempju ta' Alla u jsejjaħ lilu nnifsu Alla.", "Ma tiftakrux li dan kollu kont ngħidhulkom meta kont fostkom?", "U issa intom tafu x'qiegħed iżomm li dan ma jseħħx għalissa qabel żmienu.", "Tassew li l-misteru tal-ħażen ġa qiegħed jaħdem, imma kulma għandu jiġri ma jiġrix qabel ma jkun twarrab min-nofs dak li issa qiegħed irażżnu.", "Imbagħad jinkixef il-Ħażin, u l-Mulej Ġesù joqtlu b'nifs fommu u jeqirdu bid-dija tal-preżenza tiegħu.", "Il-Ħażin għad jiġi bil-qawwa tax-Xitan, u jagħmel kull xorta ta' mirakli u sinjali u għeġubijiet foloz, u jinqeda b'kull xorta ta' qerq u ħażen fuq dawk li huma kkundannati għall-qerda għax ma ħabbewx u ma laqgħux il-verità biex isalvaw.", "Għalhekk Alla qed jibagħtilhom kontrihom qawwa qarrieqa biex jemmnu l-gideb, ħalli b'hekk dawk kollha li ma jemmnux il-verità, imma jogħġobhom il-ħażen, ikunu kkundannati.", "Il-maħturin għas-salvazzjoni", "Aħna għandna niżżu ħajr dejjem 'l Alla minħabba fikom, l-aħwa maħbubin mill-Mulej, għaliex Alla għażilkom biex tkunu l-ewwel frott tal-fidwa bil-qdusija tal-Ispirtu s-Santu u l-fidi fil-verità.", "Għal dan Alla sejħilkom permezz tal-Evanġelju tagħna, biex ikollkom sehem fil-glorja ta' Ġesù Kristu.", "Mela, l-aħwa, żommu ruħkom wieqfa u sħaħ fit-tradizzjonijiet li intom tgħallimtu sew bil-kelma sew bl-ittra tagħna.", "Sidna Ġesù Kristu stess u Alla Missierna, li ħabbna u tana l-kuraġġ ta' dejjem u t-tama sħiħa bil-grazzja, jqawwilkom qalbkom u jsaħħaħkom f'kull għemil u kelma tajba."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2TH.3", "bookref": "2TH.3", "text": ["Itolbu għalina", "Mill-bqija, l-aħwa, itolbu għalina biex il-kelma tal-Mulej tiġri l-ġirja tagħha u tkun milqugħa bil-ġieħ bħalma ġara fostkom.", "Itolbu biex inkunu meħlusa minn nies ħżiena u bla liġi.", "Għax mhux kulħadd għandu l-fidi iżda l-Mulej hu fidil; hu jwettaqkom u jħariskom mill-Ħażin .", "Aħna żguri minnkom fil-Mulej, jiġifieri, li intom qegħdin tagħmlu u għad tagħmlu dak li ordnajnielkom.", "Jalla l-Mulej iwassal lil qlubkom għall-imħabba ta' Alla u s-sabar ta' Kristu.", "Tkunux għażżenin", "L-aħwa, fl-isem tal-Mulej Ġesù Kristu nordnawlkom li żżommu ruħkom 'il bogħod mill-aħwa kollha li jgħixu fl-għażż u li mhumiex jimxu skont it-tradizzjoni li ħadtu mingħandna.", "Intom stess tafu kif jeħtieġ li timxu fuq l-eżempju tagħna.", "Aħna ma tgħażżinniex meta konna fostkom; il-ħobż li kilna, ħadd ma tahulna b'xejn; imma lejl u nhar ħdimna u tħabatna u batejna biex ma nkunu ta' piż għal ħadd minnkom.", "Imxejna hekk mhux għax ma għandniex dritt li żżommuna intom, imma ridna nagħtukom eżempju biex timxu fuqu.", "Meta konna fostkom aħna ordnajnielkom li jekk xi ħadd ma jridx jaħdem, dan anqas ma għandu jiekol.", "Issa aħna smajna li hemm xi wħud fostkom li qegħdin jitgħażżnu; mhumiex jaħdmu, imma qed jinħlew fix-xejn.", "Lil dawn in-nies nordnawlhom u nwissuhom, f'isem il-Mulej Ġesù Kristu, biex jaħdmu sewwa u għajxienhom jaqilgħuh.", "U intom, l-aħwa, agħmlu l-ġid bla qatt ma tegħjew.", "Jekk ikun hemm xi ħadd fostkom li ma jagħtix widen għall-kliem li qiegħed ngħidilkom f'din l-ittra, immarkawh u nqatgħu minnu, ħalli jistħi; mhux li tħarsu lejh bħala għadu, imma li twiddbuh bħala ħukom.", "Il-barka tal-aħħar", "Jagħtikom is-sliem il-Mulej tas-sliem innifsu dejjem u f'kollox.", "Il-Mulej magħkom ilkoll.", "Din hi t-tislima tiegħi b'idi stess, Pawlu; din hi l-firma f'kull ittra tiegħi kif nikteb jien.", "Il-grazzja ta' Sidna Ġesù Kristu tkun magħkom ilkoll."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1TI.intro", "bookref": "1TI.intro", "text": ["L-EWWEL ITTRA LIL TIMOTJU", "Ħarsa ħafifa lejn l-ittra", "Timotju kien żagħżugħ mill-Asja Minuri, iben omm Lhudija u missier Grieg.", "Aktarx li kien iltaqa' ma' Pawlu f'Listra u baqa' miegħu bħala wieħed mill-imseħbin ħabrieka fil-missjoni Pawlina.", "Timotju kien qisu iben għal Pawlu minħabba li kien hu li għammdu.", "Għalkemm din l-ittra hi indirizzata direttament lil Timotju, fiha nsibu struzzjonijiet ċari mingħand Pawlu dwar id-diffikultajiet li kienu qed jinqalgħu f'Efesu.", "Kienu tfaċċaw xi nies li bdew ixerrdu tagħlim qarrieq.", "Bdew jixterrdu teoriji bbażati fuq il-ħsieb li d-dinja fiha nfisha hi ħażina u għalhekk kull kuntatt ma' dak li hu materjali kien ħażin.", "L-uniku mezz ta' salvazzjoni kien jista' jinkiseb permezz ta' tagħrif sigriet speċjali.", "Biex bniedem ikun tajjeb kellu jżomm lura miż-żwieġ u minn ċertu tip ta' ikel.", "Pawlu jiftaħ għajnejn Timotju biex bħala żagħżugħ ma jinġarrx mill-kurrent ta' dan it-tagħlim żbaljat.", "L-Appostlu jagħti lil Timotju xi struzzjonijiet dwar kif kellu jagħżel il-mexxejja tal-komunitajiet insara fid-diversi ministeri tagħhom.", "Iwissih personalment biex iħares il-fidi li ħaddan u xehed għaliha.", "Hekk biss jista' n-nisrani jgawdi s-sebħ li fih għad jidher Kristu.", "Dak li hu hieni u waħdu setgħani,", "is-Sultan tas-slaten u s-Sid tas-sidien,", "li hu biss ma jmut qatt", "u jgħammar f'dawl li ħadd ma jista' jersaq lejh,", "hu li ebda bniedem qatt ma rah u anqas qatt jista' jarah.", "Lilu ġieħ u setgħa għal dejjem!", "Ammen ( , - ).", "It-taqsim tal-ittra", "Introduzzjoni ( , - )", "Istruzzjonijiet dwar il-Knisja u l-ministri tagħha ( , — , )", "Istruzzjonijiet lil Timotju dwar ix-xogħol tiegħu ( , — , )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1TI.1", "bookref": "1TI.1", "text": ["Tislima", "Pawlu, appostlu ta' Kristu Ġesù b'ordni ta' Alla s-Salvatur tagħna, u ta' Kristu Ġesù t-tama tagħna, lil Timotju, ibni tassew fil-fidi; grazzja, ħniena u sliem mingħand Alla l-Missier u mingħand Kristu Ġesù Sidna.", "Twissija kontra t-tagħlim ħażin", "Ibqa' f'Efesu , bħalma wissejtek jien u sejjer lejn il-Maċedonja , biex tordna lil xi wħud ħalli ma jgħallmux tagħlim ieħor, u anqas ma jiġru wara ħrejjef u ġenealoġiji li ma jispiċċaw qatt, ħwejjeġ li aktar iqanqlu l-kurżità milli jgħinu għall-pjan ta' Alla li jseħħ bil-fidi.", "Issa l-iskop ta' din it-twissija hu l-imħabba li toħroġ minn qalb safja, minn kuxjenza tajba u minn fidi sinċiera.", "Xi wħud, billi tbiegħdu minn dan, intilfu fi tlablib fieragħ; iridu jagħmluha ta' għalliema tal-Liġi, bla ma jifhmu x'inhuma jgħidu jew fuqiex qegħdin jinsistu.", "Issa aħna nafu li l-Liġi hi tajba jekk wieħed jinqeda biha tajjeb; nafu li l-Liġi mhijiex magħmula għal dawk li huma tajbin, imma għal dawk li huma bla liġi u bla rażan, ħżiena u midinbin, bla reliġjon u sagrilegi, qattiela ta' missirijiethom u ta' ommijiethom, qattiela, żienja, omosesswali, negozjanti tal-ilsiera, giddieba, dawk li jaħilfu l-falz; u għal dak kollu li jmur kontra t-tagħlim sħiħ.", "Dan hu li jgħallem l-Evanġelju tal-glorja ta' Alla l-imbierek, fdat f'idejja.", "Radd il-ħajr għall-ħniena ta' Alla", "Niżżi ħajr lil Kristu Ġesù Sidna, li tani l-qawwa għal dan ix-xogħol u li deherlu li kienet tistħoqqli l-fiduċja tiegħu u għamilni ministru tiegħu, lili li qabel kont dagħaj, persekutur u żeblieħi tiegħu.", "Iżda sibt il-ħniena, għax dak li għamilt għamiltu bla ma kont naf, billi kont għadni bla fidi.", "Anzi lili l-grazzja ta' Sidna kienet mogħtija bil-kotra, flimkien mal-fidi u mal-imħabba, li hi fi Kristu Ġesù.", "Din hija kelma ta' min jemminha u jilqagħha għalkollox: li Kristu Ġesù ġie fid-dinja biex isalva l-midinbin; u fosthom, lili l-ewwel wieħed.", "Iżda jien minħabba f'hekk sibt il-ħniena, biex bija, bħala l-ewwel wieħed, Kristu Ġesù juri s-sabar kollu tiegħu, b'eżempju għal dawk li kienu għad iridu jemmnu fih biex ikollhom il-ħajja ta' dejjem.", "Lis-Sultan ta' dejjem,", "li ma jmutx u li ma jidhirx,", "lil Alla waħdu, ġieħ u glorja għal dejjem ta' dejjem!", "Ammen.", "Din hi, Timotju, ibni, l-ordni li nħallilek f'idejk skont il-profeziji li saru fuqek sa minn qabel; biex bis-saħħa tagħhom tidħol bil-qawwa għat-taqbida t-tajba, b'fidi u b'kuxjenza tajba.", "Xi wħud, għax warrbu l-kuxjenza, tfarrku fil-fidi.", "Fosthom hemm Imeni u Alessandru, li jien ħallejthom f'idejn ix-Xitan biex jitgħallmu ma jeħduhiex kontra Alla."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1TI.2", "bookref": "1TI.2", "text": ["It-talb pubbliku", "Nitolbok l-ewwel nett li jsiru suppliki, orazzjonijiet, talb u radd il-ħajr għall-bnedmin kollha; għas-slaten, għal dawk kollha li għandhom xi awtorità, biex inkunu nistgħu ngħaddu ħajja fil-kwiet u fis-sliem, fit-tjieba u kif jixraq.", "Dan hu tajjeb u jogħġob lil Alla s-Salvatur tagħna, li jrid li l-bnedmin kollha jsalvaw u jaslu biex jagħrfu l-verità.", "Għax wieħed hu Alla, u wieħed hu l-medjatur bejn Alla u l-bniedem, il-Bniedem Kristu Ġesù, li ta lilu nnifsu bħala prezz tal-fidwa għal kulħadd; u x-xhieda ta' dan ngħatat f'waqtha.", "Hu għal dan li jien kont magħmul xandar u appostlu - qiegħed ngħid is-sewwa, m'iniex nigdeb - biex ngħallem lill-ġnus il-fidi u l-verità.", "Nixtieq li l-irġiel jitolbu kullimkien, jerfgħu 'l fuq idejn safja bla għadab u bla ġlied.", "Hekk ukoll nixtieq li n-nisa jiżżejnu bi lbies xieraq, bil-modestja u bl-għaqal, mhux b'xagħarhom midfur, anqas bid-deheb jew ġawhar jew ilbies lussuż, imma bl-għemil it-tajjeb, kif jixraq lil nisa li jridu jkunu twajbin.", "Il-mara għandha toqgħod titgħallem bil-kwiet u bl-umiltà kollha.", "Ma nħalli qatt li mara tgħallem jew li taħkem fuq ir-raġel; hi għandha toqgħod fis-skiet.", "Għax Adam ġie magħmul l-ewwel, imbagħad Eva.", "U ma kienx Adam li safa mqarraq; kienet il-mara li, wara li kienet imqarrqa, waqgħet fil-ħtija.", "Madankollu hi ssalva bil-maternità tagħha sakemm tibqa' tgħix fil-fidi, fl-imħabba, fil-qdusija u fil-modestja."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1TI.3", "bookref": "1TI.3", "text": ["L-għażla tal-isqof", "Din hi kelma ta' min joqgħod fuqha: min jixtieq ix-xogħol ta' isqof jixtieq xogħol sabiħ.", "Jeħtieġ, imma, li l-isqof ikun bniedem li ma ssibx xi tgħid fih; li jkun raġel ta' mara waħda; li jkun meqjus, prudenti, serju; li jilqa' l-barranin, jaf jgħallem; li ma jkunx mogħti għax-xorb; li ma jkunx vjolenti, imma ġwejjed; li ma jkunx ġellied, anqas rgħib għall-flus; li jkun raġel jaf imexxi tajjeb id-dar tiegħu; u li jżomm lil uliedu fl-ubbidjenza bir-rispett kollu.", "Għax jekk wieħed ma jkunx jaf imexxi 'l daru stess, kif jista' jieħu ħsieb il-Knisja ta' Alla?", "Ma għandux ikun wieħed li għadu kif tgħammed, li ma jmurx jimtela bih innifsu u hekk jaqa' fil-kundanna tax-xitan.", "Għandu jkollu wkoll isem tajjeb mal-barranin, li ma jaqax fl-għajb u jaqa' fix-xibka tax-Xitan.", "L-għażla tad-djakni", "Hekk ukoll id-djakni : għandhom ikunu nies serji, li ma jilagħbux bil-kliem, ma jkunux mogħtija żżejjed għall-inbid, anqas għall-qligħ baxx tal-flus; għandhom iżommu sħiħ il-misteru tal-fidi b'kuxjenza safja.", "Dawn ukoll għandhom l-ewwel jgħaddu mill-prova; imbagħad, jekk wieħed ma jsib xejn xi jgħid fihom, ikunu jistgħu jaqdu bħala djakni.", "Hekk ukoll in-nisa tagħhom għandhom ikunu serji, ma jqassux fuq l-oħrajn, ikunu meqjusa fl-imġiba tagħhom u ta' min jafdahom f'kollox.", "Id-djakni jkunu rġiel li ma jkunux miżżewġin ma' aktar minn mara waħda, u li jkunu jafu jmexxu 'l uliedhom u 'l djarhom sewwa.", "Għax dawk li jaqdu dmirhom sewwa bħala djakni jiksbu ġieħ għoli għalihom infushom u fiduċja kbira fil-fidi li hi fi Kristu Ġesù.", "Il-misteru tar-reliġjon tagħna", "Qiegħed niktiblek dan, għalkemm għandi tama qawwija li ma ndumx ma niġi għandek.", "Imma biex, jekk indum ma niġi, tkun taf kif wieħed għandu jġib ruħu fid-dar ta' Alla, li hi l-Knisja ta' Alla l-ħaj, kolonna u pedament tal-verità.", "Bla ebda dubju, kbir hu l-misteru tar-reliġjon tagħna:", "Hu deher fil-ġisem,", "kien iġġustifikat bl-Ispirtu,", "deher lill-anġli,", "ixxandar fost il-pagani,", "emmnuh fid-dinja,", "ittieħed fil-glorja."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1TI.4", "bookref": "1TI.4", "text": ["L-għalliema foloz", "L-Ispirtu jgħidha ċar li fl-aħħar taż-żminijiet xi wħud jitbiegħdu mill-fidi u jagħtu widen għal spirti qarrieqa u għal tagħlim tax-xjaten.", "Dawn jisfaw mqarrqa minn nies giddieba, li għandhom il-marka tal-ħażen fuq il-kuxjenza tagħhom ; bħal dawk li jikkundannaw iż-żwieġ u ma jridux li jittiekel ikel li Alla ħalqu biex jittieħed b'radd il-ħajr minn dawk li ħaddnu l-fidi u li waslu għat-tagħrif sħiħ tal-verità.", "Kulma ħalaq Alla hu tajjeb.", "Xejn ma għandu jitwarrab minn dak li jista' jittieħed b'radd ta' ħajr, ladarba tqaddes bil-kelma ta' Alla u bit-talb.", "Il-ministru tajjeb ta' Kristu Ġesù", "Meta inti tagħti tagħlim bħal dan lill-aħwa, tkun qaddej tajjeb ta' Kristu Ġesù, imrawwem fil-kliem tal-fidi u fit-tagħlim tajjeb li miegħu mxejt.", "Tagħtix kas ta' dawk il-ħwejjeġ fiergħa li jgħoddu biss għan-nisa xjuħ.", "Tħarreġ fit-tjieba.", "It-taħriġ tal-ġisem ftit jiswa, waqt li t-tjieba tiswa għal kollox billi fiha għandha l-wegħda tal-ħajja ta' issa u ta' dik li għad trid tiġi.", "Din hi kelma ta' min jemminha u jilqagħha għalkollox; hu għal dan l-għan li aħna nitħabtu u nitqabdu, għax it-tama tagħna hi f'Alla l-ħaj, li hu s-Salvatur tal-bnedmin kollha, l-aktar ta' dawk li jemmnu.", "Dan ordna u dan għallem.", "Qis li ħadd ma jmaqdrek għax inti żagħżugħ; kun ta' eżempju għal dawk li jemmnu, fi kliemek u fl-imġiba tiegħek, fl-imħabba, fil-fidi, fis-safa.", "Sa ma niġi, ħu ħsieb il-qari tal-Kotba Mqaddsa , it-twissijiet u t-tagħlim.", "Tinsiex il-grazzja li għandek fik, li kienet mogħtija lilek bis-saħħa tal-kliem tal-profezija u bit-tqegħid tal-idejn tal-presbiteri fuqek.", "Dawn il-ħwejjeġ ħu ħsiebhom, agħti ruħek għalihom, biex kulħadd jara li int miexi 'l quddiem.", "Għasses fuqek innifsek u fuq it-tagħlim tiegħek; żomm sħiħ f'dawn il-ħwejjeġ, għax, jekk tagħmel hekk, issalva lilek innifsek u lil dawk li jisimgħuk."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1TI.5", "bookref": "1TI.5", "text": ["Dmirijiet tal-insara lejn xulxin", "Lil min hu mdaħħal fiż-żmien tiħdux bl-aħrax, imma wissih qisu missierek.", "Iż-żgħażagħ imxi magħhom bħal aħwa; imxi man-nisa mdaħħlin fiż-żmien bħallikieku ommijiet, u man-nisa żgħażagħ bħallikieku ħutek, bis-safa kollu.", "Weġġaħ lir-romol li huma romol tassew .", "Jekk mara armla għandha l-ulied jew ulied uliedha, dawn għandhom jitgħallmu l-ewwel jagħmlu dmirhom billi jġibu rispett lill-familja tagħhom u jroddu lill-ġenituri tagħhom dak li ħaqqhom; għax dan jogħġob lil Alla.", "Dik imbagħad li hi tassew armla u ma għandha 'l ħadd, tqiegħed it-tama f'Alla u tgħaddi jiemha fit-talb u fl-orazzjoni lejl u nhar; imma dik li ħsiebha fix-xalar, għalkemm hi ħajja, hija mejta.", "Dan kollu għidhulhom, biex ikunu nies li ħadd ma jsib xejn xi jgħid fihom.", "Jekk xi ħadd ma jiħux ħsieb niesu, l-aktar dawk tal-familja tiegħu, dan ċaħad il-fidi u hu agħar minn wieħed li ma jemminx.", "Biex armla tkun magħduda fl-ordni tan-nisa romol ma jridx ikollha inqas minn sittin sena; trid tkun mara ta' raġel wieħed u tkun tat xhieda tal-imġiba tajba tagħha: li tkun rabbiet sewwa 'l uliedha, laqgħet il-barranin, ħaslet riġlejn l-aħwa qaddisin, għenet 'il dawk li huma mħabbta, u tkun tat ruħha għal kull għemil tajjeb.", "Imma nisa romol żgħażagħ warrabhom, għax meta jixegħlu b'xewqat li jaqtgħuhom minn Kristu, huma jagħtihom li jiżżewġu, u hekk jaqgħu fil-kundanna, għax ikunu kisru l-ewwel wegħda.", "Barra minn dan, jidraw fl-għażż u joqogħdu jiġġerrew minn dar għal oħra; u jsiru mhux biss għażżiena, imma wkoll paċpaċa u fiergħa, u jħollu lsienhom fuq dak li ma għandhomx jgħidu.", "Għalhekk in-nisa li jormlu żgħażagħ irridhom jerġgħu jiżżewġu, inisslu l-ulied u jkollhom dar x'imexxu; u li lill-għadu ma jagħtuh ebda okkażjoni ta' tmaqdir.", "Għax hemm xi wħud minnhom li ġa ħarġu barra mit-triq għal wara x-Xitan.", "Jekk mara li temmen għandha magħha xi nisa romol, tgħinhom hi, u mhux titgħabba bihom il-knisja, biex il-knisja tgħin lil dawk li huma romol tassew.", "Il-presbiteri", "Il-presbiteri, li jmexxu sewwa, ikun jistħoqqilhom ġieħ għal darbtejn , l-aktar dawk li jagħmlu x-xogħol tax-xandir tal-kelma u tat-tagħlim.", "Għax l-Iskrittura tgħid: \"La tqigħedx sarima ma' ħalq il-gendus li jidres\", u wkoll: \"Il-ħaddiem ħaqqu ħlasu\".", "Qatt tilqa' akkuża kontra presbiteru jekk mhux fuq ix-xhieda ta' tnejn jew tlieta min-nies.", "Lil dawk li jiżbaljaw wissihom quddiem kulħadd, biex l-oħrajn jibżgħu.", "Inwissik bil-qawwa kollha quddiem Alla u Kristu Ġesù, u quddiem l-anġli magħżula , biex iżżomm tajjeb dawn il-ħwejjeġ kollha bla ma tħares lejn wiċċ ħadd u bla ma tixxaqleb lejn ħadd.", "Tkunx ħafif biex tqiegħed idejk fuq dak li jkun; tisseħibx fid-dnubiet ta' ħaddieħor; żomm ruħek safi!", "Tixrobx ilma biss, imma ħu ftit inbid, għax jagħmillek tajjeb għall-istonku u l-mard tiegħek ta' spiss.", "Hemm xi wħud li dnubiethom huma magħrufa sa minn qabel ma jsir ħaqq minnhom; oħrajn, iżda, dnubiethom jingħarfu wara.", "Hekk ukoll jintgħarfu l-għemejjel it-tajba; u saħansitra dawk li m'humiex magħrufa, ma jistgħux jibqgħu moħbija."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1TI.6", "bookref": "1TI.6", "text": ["L-Ilsiera", "Dawk li huma lsiera taħt il-madmad iqisu lis-sidien tagħhom bħala nies li jistħoqqilhom kull ġieħ, biex ma jkunux imkasbra l-isem ta' Alla u t-tagħlim.", "Dawk imbagħad li s-sidien tagħhom jemmnu ma għandhomx b'daqshekk jonqsuhom għax huma aħwa; anzi għandhom jaqduhom aħjar, għall-ħsieb li dawk li għalihom qegħdin jaħdmu huma nies li jemmnu u għeżież.", "It-tagħlim falz u l-ġid veru", "Dan għallem u wissi.", "Min jgħallem ħaġa oħra, min ma joqgħodx għall-kliem li jwettaq ta' Sidna Ġesù Kristu u għat-tagħlim skont it-tjieba, dan ikun supperv u ma jkun jaf xejn, marid bil-marda tat-tilwim u kliem li ma jġibx ħlief għira u ġlied, tkasbir u suspetti ħżiena; u tilwim bejn nies ta' moħħhom maqlub u nieqsa mill-verità; u mingħalihom it-tjieba qiegħda għal qligħ il-flus.", "It-tjieba fiha qligħ kbir, tassew, għal min hu kuntent b'dak li għandu; għax aħna xejn ma ġibna fid-dinja, u xejn ma nistgħu nieħdu magħna; sakemm għandna x'nieklu u x'nilbsu, dan għandu jkun biżżejjed għalina.", "Imma dawk li jridu jistagħnew jaqgħu fit-tiġrib u fix-xibka u f'ħafna xewqat bla sens u ta' ħsara li jitfgħu lill-bnedmin fil-qerda u t-telfien.", "Għax ir-regħba għall-flus hi l-għerq ta' kull ħażen; kien ħtija ta' din ir-regħba li xi wħud ħarġu barra mit-triq tal-fidi u nfnew b'niket kbir.", "Twissijiet lil Timotju", "Imma int, bniedem ta' Alla, aħrab dan kollu; fittex li jkollok il-ġustizzja, it-tjieba, il-fidi, l-imħabba, is-sabar, il-ħlewwa.", "Tqabad it-taqbida t-tajba tal-fidi; qis li tirbaħ il-ħajja ta' dejjem li għaliha kont imsejjaħ u li tagħha għamilt l-istqarrija sabiħa quddiem ħafna xhieda.", "Inwissik quddiem Alla li jagħti l-ħajja lill-ħlejjaq kollha, u quddiem Kristu Ġesù li xehed u għamel l-istqarrija sabiħa quddiem Ponzju Pilatu.", "Inwissik biex tħares l-istruzzjonijiet li rċevejt u żżomm ruħek bla tebgħa u bla ħtija sa jum id-dehra ta' Sidna Ġesù Kristu, li għad juriha f'waqtha.", "Dak li hu l-hieni u waħdu setgħani,", "is-Sultan tas-slaten u s-Sid tas-sidien,", "li hu biss ma jmut qatt", "u jgħammar f'dawl li ħadd ma jista' jersaq lejh,", "hu li ebda bniedem qatt ma rah u anqas qatt jista' jarah.", "Lilu ġieħ u setgħa għal dejjem!", "Ammen.", "L-għonja nsara", "Lil dawk li huma għonja bil-ġid ta' din l-art widdibhom biex ma jitkabbrux u ma jqegħdux it-tama tagħhom f'għana li ma tistax torbot fuqu, imma li għandhom jittamaw f'Alla li jagħtina kollox bix-xaba' biex ingawdu bih; għidilhom jagħmlu l-ġid, jistagħnew b'opri tajba, li jkunu ġenerużi u jaqsmu mal-oħrajn.", "Hekk ikunu qegħdin jaħżnu għalihom infushom teżor sabiħ għal li ġej, biex bih jiksbu l-ħajja, il-ħajja vera.", "L-aħħar kelma", "Timotju, ħares sewwa dak li kien fdat f'idejk.", "Aħrab il-kliem profan u fieragħ u l-kontradizzjonijiet tal-għerf falz, li xi wħud ħaddnuh u tbiegħdu mill-fidi.", "Il-grazzja magħkom."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2TI.intro", "bookref": "2TI.intro", "text": ["IT-TIENI ITTRA LIL TIMOTJU", "Ħarsa ħafifa lejn l-ittra", "Fit-tieni ittra tiegħu lil ibnu fil-fidi, Pawlu hu aktar personali milli fl-ewwel waħda.", "Jgħidlu li jitlob għalih il-ħin kollu għax irid jarah xhud serju ta' Kristu.", "Isemmilu lil ommu u lil nanntu b'isimhom għax huma kienu xhieda ta' fidi ħajja għalih, u jfakkru fil-mument meta hu wkoll irċieva l-Ispirtu s-Santu permezz tat-tqegħid ta' idejn Pawlu fuqu.", "Ladarba hemm fih fidi hekk qawwija, Timotju m'għandu qatt jaqta' qalbu quddiem il-persekuzzjoni u t-tbatija.", "Jinkoraġġih jibqa' xandar qalbieni tal-Evanġelju ta' Kristu, u ma jaqax fit-tentazzjonijiet tax-xitan, kif kien ġralhom tant uħud li ġew influwenzati mit-tagħlim żbaljat li kien qiegħed jinxtered.", "Pawlu kiteb din l-ittra meta kien priġunier Ruma u qed jistenna l-martirju.", "Jiftaħ qalbu ma' Timotju dwar it-tbatijiet li kien għaddej minnhom, imma li xorta ma kinux qed ibegħduh mill-fiduċja totali li Kristu jibqa' miegħu sal-aħħar.", "Jitolbu biex jieħu l-eżempju tiegħu u jkun suldat tajjeb fit-taqbida favur l-Evanġelju.", "Il-messaġġ ta' tama hu li", "Jekk aħna mitna [ma' Kristu] għad ngħixu miegħu wkoll;", "Jekk insofru bis-sabar, għad insaltnu miegħu wkoll ( , - a).", "It-taqsim tal-ittra", "Introduzzjoni ( , - )", "Tifħir u twissijiet ( , — , )", "Parir u twiddib ( , — , )", "Is-sitwazzjoni ta' Pawlu nnifsu ( , - )", "Konklużjoni ( , - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2TI.1", "bookref": "2TI.1", "text": ["Tislima", "Pawlu, bir-rieda ta' Alla appostlu ta' Kristu Ġesù, skont il-wegħda tal-ħajja li hi fi Kristu Ġesù, lil Timotju, ibni l-għażiż: grazzja, ħniena u sliem mingħand Alla l-Missier u mingħand Kristu Ġesù Sidna.", "Fedeltà lejn l-Evanġelju", "Irrodd ħajr lil Alla, li lilu nqim b'kuxjenza safja bħal missirijieti , hekk kif niftakar fik bla heda fit-talb tiegħi lejl u nhar.", "Meta niftakar fid-dmugħ tiegħek għalija, tiġini x-xewqa li narak, biex nimtela bil-ferħ.", "Niftakar fil-fidi vera tiegħek, fidi li l-ewwel kienet ta' nanntek Lojd u mbagħad ta' ommok Ewniki, u li ma għandi ebda dubju li hi fik ukoll.", "Minħabba f'hekk infakkrek biex tqajjem fik id-don ta' Alla, li jinsab fik bit-tqegħid ta' idejja; għax Alla ma taniex spirtu ta' biża', imma Spirtu ta' qawwa, ta' mħabba u ta' rażan.", "Mela tistħi xejn minħabba fix-xhieda għal Sidna, anqas minħabba fija, priġunier tiegħu , imma aqsam miegħi t-tbatija għall-Evanġelju, u afda fil-qawwa ta' Alla, li salvana u sejħilna b'sejħa qaddisa, mhux għax qies l-għemejjel tagħna, imma skont il-pjan tiegħu stess u skont il-grazzja tiegħu.", "Din il-grazzja tahielna qabel iż-żmien tal-eternità fi Kristu Ġesù, imma dehret issa permezz tad-dehra tas-Salvatur tagħna Kristu Ġesù li qered il-mewt, u dawwal il-ħajja bla tmiem permezz tal-Evanġelju, li għalih jien kont magħmul predikatur, appostlu u mgħallem.", "Din hi l-kawża li għaliha qiegħed inbati.", "Imma b'daqshekk ma nistħix, għax jien naf f'min emmint, u naf sewwa li hu jista' jħares it-teżor li kien fdat f'idejja, sa ma jasal dak il-Jum.", "Żomm quddiem għajnejk l-eżempju tat-tagħlim sħiħ li smajt mingħandi, fil-fidi u fl-imħabba li huma fi Kristu Ġesù.", "Ħares bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu li jgħammar fina t-teżor sabiħ li kien fdat f'idejk.", "Kif inti taf, dawk kollha li joqogħdu l-Asja telquni, fosthom Figellu u Ermoġeni.", "Il-Mulej ikollu ħniena mill-familja ta' Onesiforu, li sikwit sibtu ta' faraġ għalija: hu ma staħax mill-ktajjen tiegħi, imma meta wasal Ruma fittixni bil-ħrara sa ma sabni.", "Il-Mulej jagħtih il-grazzja li jsib ħniena quddiem il-Mulej f'dak il-Jum.", "Inti taf aħjar minni kemm għenni f'Efesu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2TI.2", "bookref": "2TI.2", "text": ["Is-suldat ta' Kristu", "Int mela, ibni, qawwi ruħek fil-grazzja li hi fi Kristu Ġesù, u kulma smajt mingħandi quddiem ħafna xhieda, għaddih lil nies ta' fiduċja, li huma stess ikollhom il-ħila jgħallmuh ukoll lil oħrajn.", "Bati inti wkoll miegħi bħala suldat tajjeb ta' Kristu Ġesù.", "Ebda suldat taħt l-armi, jekk irid jogħġob lil min daħħlu fis-servizz, ma jindaħal f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħajja ċivili.", "Hekk ukoll l-atleta ma jiħux il-premju jekk ma jkunx mexa skont ir-regoli.", "Il-bidwi li jitħabat għandu jkun l-ewwel wieħed li jieħu mill-frott.", "Ifhem x'qiegħed ngħidlek; il-Mulej jagħtik li tifhem kollox.", "Ftakar f'Ġesù Kristu, li qam mill-imwiet, li hu min-nisel ta' David, skont l-Evanġelju li ħabbart jien.", "Għalih jien qiegħed inbati sa l-irbit tal-ktajjen bħallikieku għamilt xi delitt.", "Imma l-kelma ta' Alla mhijiex marbuta.", "Għalhekk kollox nieħu bis-sabar għall-imħabba ta' dawk li Alla għażel, biex huma wkoll jiksbu s-salvazzjoni, li hi ta' glorja għal dejjem fi Kristu Ġesù.", "Din hi kelma ta' min joqgħod fuqha:", "Jekk aħna mitna miegħu, għad ngħixu miegħu wkoll;", "jekk insofru bis-sabar, għad insaltnu miegħu wkoll;", "jekk niċħduh, jiċħadna hu wkoll;", "jekk nonqsu mill-kelma li tajna, hu jibqa' jżomm kelmtu;", "għax hu ma jistax iqarraq bih innifsu.", "Il-ħaddiem imħarreġ", "F'dan fakkarhom u widdibhom sewwa quddiem Alla, li ma joqogħdux jintilfu fi kwistjonijiet dwar kliem li ma jiswa għal xejn ħlief biex jagħmel il-ħsara lil min jisimgħu.", "Agħmel mill-aħjar biex iġġib ruħek quddiem Alla, bħala bniedem li għadda mill-prova, bħala ħaddiem li m'għandux mniex jistħi, li jxandar bir-reqqa l-kelma tal-verità.", "Aħrab it-tpaċpiċ fieragħ u ħażin, għax dawk li jitkellmu hekk jibqgħu sejrin mill-ħażin għall-agħar u kliemhom jinfirex bħal kankrena.", "Minn dawn huma Imeni u Filetu, li tbiegħdu mill-verità għax qegħdin jgħidu li l-qawmien mill-imwiet ġa sar u qegħdin iħawdu l-fidi f'xi wħud.", "Imma s-sies qawwi, li Alla qiegħed, iżomm sħiħ, u fuqu għandu dan is-siġill: \"Il-Mulej jagħraf dawk li huma tiegħu\", u wkoll: \"Ħa jitwarrab mill-ħażen kull min isejjaħ isem il-Mulej\".", "F'dar kbira ma hemmx biss tagħmir tad-deheb u l-fidda, imma wkoll tal-għuda u tal-fuħħar; u xi wħud minnhom ninqdew bihom għal għan ta' ġieħ, oħrajn għal għan bla ġieħ.", "Jekk wieħed jissaffa minn dawn il-ħwejjeġ, huwa jsir biċċa tagħmir għal għan ta' ġieħ, tagħmir imqaddes, ta' siwi għal sidu, imħejji għal kull għemil tajjeb.", "Aħrab il-ġibdiet taż-żgħożija; fittex bil-ħerqa s-sewwa, il-fidi, l-imħabba u s-sliem, flimkien ma' dawk li jsejħu 'l-Mulej b'qalb safja.", "Tindaħalx fi kwistjonijiet boloh u bla għaqal, għax taf li dawn iġibu l-ġlied.", "Min hu qaddej tal-Mulej m'għandux joqgħod jitlewwem; imma għandu jkun ħlejju ma' kulħadd, jinqala' biex jgħallem, kollu sabar; iwiddeb bil-ħlewwa lil dawk li ma jaqblux miegħu; għandu mnejn Alla jagħtihom l-indiema, u hekk jagħrfu l-verità u jiġu f'sensihom, u jeħilsu mix-xbiek tax-Xitan li kien qabadhom taħt idejh biex jagħmlu r-rieda tiegħu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2TI.3", "bookref": "2TI.3", "text": ["In-nies tal-aħħar żmien", "Dan għandek tkun taf: li l-aħħar tad-dinja jkun żmien iebes.", "Il-bnedmin jingħataw għall-imħabba tagħhom infushom u tal-flus; faħħarin, suppervi, dgħajja, ma jisimgħux mill-ġenituri; bla gratitudni, bla tjieba; bla qalb, bla ħniena, lablaba, bla rażan; kiefra, bla mħabba għat-tajjeb; tradituri, bla ħsieb, minfuħa bihom infushom; iħobbu aktar il-pjaċir milli 'l Alla; nies li jiċħdu l-qawwa tat-tjieba, minkejja li minn barra jagħmluha ta' tajbin.", "Nies bħal dawn aħrabhom.", "Għax fosthom hemm xi wħud li jindiehsu fil-familji u jaħkmu taħt idejhom nisa msejkna mgħobbijin bid-dnubiet u mkaxkrin minn kull xorta ta' xewqat, li dejjem lesti biex jitgħallmu, imma li qatt ma jseħħilhom jaslu biex jagħrfu l-verità.", "Bħalma Ġannes u Ġambri waqfu lil Mosè, hekk ukoll dawn jieqfu lill-verità; huma nies ta' moħħ mgħawweġ u ta' fidi mħassra.", "Iżda mhumiex se jimxu aktar 'il quddiem, għax kulħadd għad isir jaf bil-bluha tagħhom, kif ġara minn dawk it-tnejn.", "L-aħħar twissijiet lil Timotju", "Imma inti mxejt warajja fit-tagħlim tiegħi, fl-imġiba tiegħi, fil-pjan u t-twemmin tiegħi; fis-sabar, fl-imħabba u fil-perseveranza tiegħi; fil-persekuzzjonijiet u t-tbatijiet li ġew fuqi f'Antijokja, f'Ikonju u f'Listra.", "X'persekuzzjonijiet għaddejt minnhom!", "Iżda ħelisni l-Mulej minnhom kollha.", "U dawk li jridu jgħixu ħajja tajba fi Kristu Ġesù lkoll jgħaddu mill-persekuzzjoni.", "Imma n-nies il-ħżiena u l-uċuħ b'oħra jmorru mill-ħażin għall-agħar, iqarrqu u jitqarrqu.", "Imma int ibqa' miexi f'dak li tgħallimt u emmint bis-sħiħ, għax taf mingħand min tgħallimtu, u għax sa minn żgħoritek sirt midħla tal-Kotba Mqaddsa, li jistgħu jagħtuk l-għerf li jwassal għas-salvazzjoni permezz tal-fidi fi Kristu Ġesù.", "L-Iskrittura kollha hija mnebbħa minn Alla, u tiswa biex wieħed jgħallem, iċanfar, iwiddeb u jrawwem fis-sewwa, biex hekk il-bniedem ta' Alla jkun perfett, imħejji għal kull ħidma tajba."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2TI.4", "bookref": "2TI.4", "text": ["Nitolbok bil-ħerqa, quddiem Alla u Kristu Ġesù, li għandu jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, f'isem id-Dehra tiegħu u s-Saltna tiegħu: xandar il-kelma, insisti f'waqtu u barra minn waqtu, ċanfar, widdeb, wissi, bis-sabar kollu u bit-tagħlim.", "Għax għad jiġi żmien meta għat-tagħlim tajjeb ma jibqgħalhomx sabar, anzi widnejhom jikluhom, għad jiġbru madwarhom qabda mgħallmin skont ma jixtiequ, u jwarrbu widnejhom mis-sewwa biex jiġġerrew wara l-ħrejjef.", "Imma int oqgħod dejjem b'għajnejk miftuħa, stabar fit-tiġrib, agħmel ħidma ta' evanġelista, aqdi sewwa l-ministeru tiegħek.", "Ngħid għalija, demmi ġa mxerred b'sagrifiċċju, u żmien it-tluq tiegħi wasal.", "Tqabadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-ġirja, ħarist il-fidi.", "Mill-bqija hemm merfugħa għalija l-kuruna tal-ġustizzja, li biha f'dak il-Jum iħallasni l-Mulej, l-Imħallef ġust, u mhux lili biss, imma wkoll lil dawk kollha li jkunu għexu fl-imħabba tad-Dehra tiegħu.", "Rakkomandazzjonijiet", "Fittex ejja ħdejja malajr.", "Dema ħabb aktar lid-dinja, u ħallieni, u mar it-Tessalonika; Krexxens mar il-Galazja, Titu d-Dalmazja.", "Luqa waħdu baqa' miegħi.", "Ħu 'l Marku u ġibu miegħek, għax hu jiswieli ħafna għall-ministeru.", "Lil Tikiku bgħattu Efesu.", "Meta tiġi, ġibli miegħek il-mantar li jien ħallejt fi Troas għand Karpu; ġib ukoll il-kotba, l-aktar il-parċmini.", "Alessandru l-brunżar għamilli ħafna ħsara; il-Mulej iħallsu skont ma għamel.", "Oqgħod attent minnu int ukoll, għax huwa fixkel ħafna l-kliem tagħna.", "Fl-ewwel difiża tiegħi ħadd ma kien miegħi; kulħadd ħallieni.", "Jalla ma jkunx magħdud kontrihom!", "Imma l-Mulej waqaf miegħi u tani l-qawwa biex bis-saħħa tiegħi l-kelma tixxandar sal-aħħar u l-ġnus kollha jisimgħuha.", "Hekk jien sfajt meħlus minn ħalq l-iljun.", "Il-Mulej jeħlisni minn kull deni u jħarisni, sa ma nasal fis-saltna tiegħu tas-sema.", "Glorja lilu għal dejjem ta' dejjem!", "Ammen.", "Sellili għal Priska u għal Akwila u għall-familja ta' Onesiforu.", "Erastu baqa' Korintu, u 'l Trofimu ħallejtu marid f'Miletu.", "Fittex ejja qabel ma tidħol ix-xitwa.", "Isellu għalik Ewbolu, Pudens, Linu, Klawdja u l-aħwa kollha.", "Il-Mulej miegħek.", "Il-grazzja magħkom."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/TIT.intro", "bookref": "TIT.intro", "text": ["L-ITTRA LIL TITU", "Ħarsa ħafifa lejn l-ittra", "L-ittra lil Titu hi waħda mill-ittri hekk imsejħa 'pastorali'.", "Il-ħsieb prinċipali tagħha hu li jingħataw struzzjonijiet dwar kif kellhom jitmexxew il-komunitajiet insara.", "Titu jissemma ħafna drabi minn Pawlu f'ittri oħra bħal dik lill-Galatin u fit-tieni ittra lill-Korintin.", "Pawlu jsemmih bħala wieħed li ħadem bis-sħiħ miegħu fit-twaqqif u t-tmexxija tal-Knejjes fl-Asja Minuri u fil-Greċja.", "L-Appostlu jħalli f'idejh biex isib mexxejja li setgħu jieħdu ħsieb sew tal-Knisja fi Kreta.", "Il-kredenzjali ta' mexxejja tajba tal-komunitajiet huma fama tajba, safa tal-qalb, fidi soda, għaqal, sabar, u fuq kollox, imħabba.", "Biex il-mexxejja magħżula jkollhom dawn il-virtujiet sbieħ, iridu jsibu l-mudell f'Titu nnifsu.", "Hi ittra indirizzata lil Titu personalment, biex fiha jagħtih struzzjonijiet eżatti kif kellu jorganizza l-komunitajiet insara bl-aħjar mod possibbli.", "Fl-istess waqt hi ittra li toffri ħafna tagħlim dwar il-ħajja nisranija ta' kull min jemmen, u dwar it-talenti meħtieġa għal mexxejja veri, denji tas-sejħa tagħhom.", "Hemm ħajja ġdida fi Kristu li ġie fid-dinja biex isalvana u jimliena bl-Ispirtu Qaddis tiegħu.", "Hekk kull nisrani jista' jħares lejn bidu ġdid b'tama sħiħa fil-ħajja eterna.", "Iżda meta feġġet it-tjieba ta' Alla, Salvatur tagħna, u l-imħabba tiegħu għall-bnedmin, hu salvana bil-ħasil ta' twelid ġdid u t-tiġdid tal-Ispirtu s-Santu, mhux minħabba l-opra tajba li stajna għamilna aħna, iżda minħabba l-ħniena tiegħu ( , - ).", "It-taqsim tal-ittra", "Introduzzjoni ( , - )", "Il-mexxejja tal-Knejjes ( , - )", "Id-dmirijiet ta' gruppi diversi fil-Knisja ( , - )", "Twissijiet ( , - )", "Konklużjoni ( , - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/TIT.1", "bookref": "TIT.1", "text": ["Tislima", "Jiena Pawlu, qaddej ta' Alla, u appostlu ta' Ġesù Kristu biex immexxi l-maħturin ta' Alla fil-fidi u nwassalhom għat-tagħrif tal-verità li twassal għat-tjieba, bit-tama tal-ħajja ta' dejjem.", "Alla, li ma jigdibx, wegħedhielna sa minn qabel iż-żminijiet, u meta wasal il-waqt irrivelahielna bil-kelma tiegħu permezz tal-predikazzjoni li kienet fdata lili skont l-ordni ta' Alla, is-Salvatur tagħna.", "Qiegħed nikteb lil Titu, ibni veru fil-fidi tagħna lkoll: lilu grazzja u sliem mingħand Alla l-Missier u mingħand Kristu Ġesù s-Salvatur tagħna.", "Ix-xogħol ta' Titu fi Kreta", "Għalhekk jiena ħallejtek fi Kreta, biex tqassam kollox bl-ordni, u biex taħtar presbiteri f'kull belt, skont ma ordnajtlek.", "Kull min ikun maħtur ma għandu jkollu xejn x'wieħed jgħid fih; ikun raġel ta' mara waħda, u jkollu wliedu jemmnu, bla ma ħadd jista' jixlihom bi mġiba żienja jew bla rażan.", "L-isqof , bħala amministratur ta' Alla, għandu jkun bniedem li ħadd ma jista' jgħid xejn fih; ma għandux ikun mimli bih innifsu, ma jinkurlax malajr, ma jkunx mogħti għax-xorb, ma jkunx ġellied jew rgħib; imma jkun bniedem li jilqa' 'l-barranin, iħobb it-tajjeb, meqjus, ġust, qaddis, irżin; bniedem li jżomm sħiħ mal-kelma ta' min jemminha, biex ikun jista' jqawwi qalb l-oħrajn bid-duttrina sħiħa u jwiddeb lil min imieri.", "Għax hemm ħafna minn dawk li ma jridux joqogħdu għal ħaddieħor, li jitkellmu fil-vojt u li jqarrqu bl-oħrajn; issibhom l-aktar fost dawk min-naħa tal-Lhud.", "Dawn jeħtiġilhom jitrażżnu, għax qegħdin jaqilbu ta' taħt fuq familji sħaħ, billi għal qligħ baxx jgħallmu ħwejjeġ li ma jmisshomx jgħallmuhom.", "Wieħed minnhom , poeta tagħhom stess, qal: \"In-nies ta' Kreta dejjem giddibin, bhejjem qliel, żaqqiqin u għażżenin.\"", "Din ix-xhieda hi minnha.", "Għalhekk għandek teħodhom bl-iebes, biex iżommu sħiħ fil-fidi u ma jagħtux widen għall-ħrejjef tal-Lhud u għall-ordnijiet ta' nies li warrbu l-verità minn quddiem għajnejhom.", "Kollox hu safi għal min hu safi; imma għal dawk li huma mħassrin u li ma jemmnux, xejn ma hu safi; sa moħħhom u l-kuxjenza tagħhom huma mħassra.", "Jistqarru li jagħrfu lil Alla, biex imbagħad bl-għemil tagħhom jiċħduh; huma nies ta' min jistmerrhom, rashom iebsa, u ma jinqalgħu għal xejn tajjeb."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/TIT.2", "bookref": "TIT.2", "text": ["Tagħlim sod", "Int, iżda, għallem skont id-duttrina sħiħa: Li x-xjuħ ikunu trankwilli, għaqlin, serji, meqjusa, sħaħ fil-fidi, fl-imħabba u fis-sabar.", "L-istess in-nisa xjuħ: għandhom iġibu ruħhom kif jixraq lil nisa qaddisa; ma jqassux fuq ħaddieħor, anqas ikunu lsiera tal-inbid; għandhom jgħallmu t-tajjeb, biex hekk idarru n-nisa żgħażagħ iħobbu lil żwieġhom u lil uliedhom; ikunu meqjusa, safja, nisa tad-dar, twajba, ubbidjenti għal żwieġhom, ħalli l-kelma ta' Alla ma titkasbarx.", "Hekk ukoll ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex ikunu meqjusa.", "Qis li inti nnifsek tkun f'kollox mera ta' bniedem li jagħmel it-tajjeb; bniedem ta' duttrina safja, ta' serjetà; li għandu kelma sħiħa li ħadd ma jsib xi jgħid fiha, sabiex kull min jeħodha kontra tagħna jibqa' mħawwad, billi ma jkollu xejn ħażin xi jgħid fuqna.", "Għid lill-ilsiera biex joqogħdu f'kollox għas-sidien tagħhom, u jfittxu li jogħġbuhom u ma jmeruhomx; ma jwarrbu xejn bil-moħbi, imma juru li huma tassew nies ta' min jafdahom f'kollox, ħalli f'kollox jagħmlu ġieħ lit-tagħlim ta' Alla, is-Salvatur tagħna.", "Għax dehret il-grazzja ta' Alla, għas-salvazzjoni lill-bnedmin kollha; hi trawwimna nwarrbu l-ħażen u l-ġibdiet tad-dinja, biex ngħixu bir-rażna u l-ġustizzja u t-tjieba f'dan iż-żmien, u nistennew it-tama hienja u d-dehra tal-glorja tal-kbir Alla u Salvatur tagħna, Ġesù Kristu.", "Hu li ta lilu nnifsu għalina biex jifdina minn kull ħażen u jnaddafna u jagħmel minna poplu magħżul għalih, poplu mħeġġeġ għall-għemil it-tajjeb.", "Dan li għandek tgħid.", "Ħeġġeġ u wissi bis-setgħa kollha; u ħadd ma għandu jmaqdrek."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/TIT.3", "bookref": "TIT.3", "text": ["Id-dmirijiet tal-insara", "Fakkarhom biex joqogħdu għall-maġistrati u għall-awtorità, jobduhom u jkunu dejjem imħejjija għal kull opra tajba; biex ma jkasbru 'l ħadd, jaħarbu t-tilwim, ikunu umli, jimxu bil-ħlewwa ma' kulħadd.", "Għax aħna wkoll konna darba bla moħħ; konna nies li ma jridux jobdu, bnedmin li tilfu t-triq, ilsiera tal-passjonijiet u kull xorta ta' pjaċiri; konna ngħixu fil-ħażen u fl-għira; konna nies ta' min jobgħodna u għedewwa ta' xulxin.", "Iżda meta feġġet it-tjieba ta' Alla, Salvatur tagħna, u l-imħabba tiegħu għall-bnedmin, hu salvana bil-ħasil ta' twelid ġdid u t-tiġdid tal-Ispirtu s-Santu, mhux minħabba l-opri tajba li stajna għamilna aħna, iżda minħabba l-ħniena tiegħu.", "Dan l-Ispirtu hu sawwbu bil-kotra fuqna b'Ġesù Kristu, is-Salvatur tagħna, biex bis-saħħa tal-grazzja tiegħu nitqaddsu u nsiru werrieta tal-ħajja ta' dejjem skont it-tama li għandna.", "Din hi kelma żgura; u jiena rridek tisħaq fuq dawn il-ħwejjeġ, sabiex dawk li jemmnu f'Alla jieħdu ħsieb li jkunu minn tal-ewwel fl-opri tajba.", "Dan hu sabiħ u fejjiedi għall-bnedmin.", "Aħrab il-kwistjonijiet fiergħa u l-ġenealoġiji u l-ġlied u t-tilwim fuq il-Liġi.", "Dawn kollha huma bla fejda u vojta.", "Bniedem li jġib il-firda widdbu darba darbtejn, u mbagħad aħrab minnu.", "Taf int, bniedem bħal dan hu korrott u midneb, ikkundannat minnu nnifsu.", "L-aħħar istruzzjonijiet u tislijiet", "Meta nibgħat għandek lil Artema jew lil Tikiku, fittex ejja ħdejja f'Nikopoli , għax qtajtha li ngħaddi x-xitwa hemmhekk.", "Għin lil Zena, l-avukat, u lil Apollo biex ifittxu jitilqu, u qis li ma jkun jonqoshom xejn.", "In-nies tagħna mbagħad għandhom jitgħallmu jkunu minn ta' quddiem fl-opri tajba, biex jieħdu ħsieb ta' kulma hu meħtieġ u ma jgħaddux ħajja bla frott.", "Dawk kollha li hawn miegħi jsellu għalik.", "Sellili għal ħbiebna fil-fidi.", "Il-grazzja magħkom ilkoll."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/PHM.intro", "bookref": "PHM.intro", "text": ["L-ITTRA LIL FILEMON", "Ħarsa ħafifa lejn l-ittra", "Din hi l-iqsar ittra ta' Pawlu.", "Hi ittra personali ħafna u tixhed li kienet teżisti rabta qawwija ta' ħbiberija bejn Pawlu u Filemon.", "Fiha Pawlu qed jidħol għal Oneżimu li kien wieħed mill-ilsiera ta' Filemon u li kien ħarab biex ifittex il-ħelsien.", "Filemon kien raġel sinjur ħafna u kellu l-ilsiera, dar kbira, u ġid materjali kbir.", "Kien sar nisrani u beda juża daru biex fiha l-insara jiltaqgħu għat-talb u l-qsim tal-ħobż.", "Oneżimu kien ukoll sar nisrani, u allura Pawlu qed jitlob lil ħabibu Filemon biex jilqa' lura lil Oneżimu mhux iktar bħala lsir, imma bħala ħuh fi Kristu.", "Forsi tista' tqum il-mistoqsija għaliex ittra personali hekk kellha tkun indirizzata lill-Knisja li tiltaqa' f'dar Filemon.", "U hekk niġu f'dan, nistgħu nistaqsu x'inhu postha fil-Bibbja.", "Imma ta' min jinnota li fl-appell ta' Pawlu favur l-ilsir hemm messaġġ qawwi ta' mħabba u maħfra.", "Meta Pawlu jfaħħar lil Filemon għal mod ta' ħajja li jgħix, qed ipoġġi quddiem l-insara mudell li fuqu għandhom jimxu.", "Juri wkoll l-interess personali tal-appostlu Pawlu fl- \"ulied\" li hu addotta għal Kristu.", "Dan jispjega għaliex l-ittra nżammet mal-ittri l-oħrajn.", "Niżżi ħajr dejjem lil Alla tiegħi u niftakar fik fit-talb tiegħi.", "Jiena smajt bil-fidi li għandek fil-Mulej Ġesù u l-imħabba tiegħek għall-qaddisin.", "Nitlob li l-fidi li inti taqsam mal-oħrajn ikollha l-qawwa li twassal biex jingħaraf it-tajjeb kollu li hemm fina minħabba fi Kristu ( - ).", "It-taqsim tal-ittra", "Introduzzjoni ( - )", "Ifaħħar lil Filemon ( - )", "Appell għal Oneżimu ( - )", "Konklużjoni ( - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/PHM.1", "bookref": "PHM.1", "text": ["Tislima", "Pawlu, priġunier ta' Kristu Ġesù u ħija Timotju lil Filemon seħibna l-għażiż fix-xogħol, u lil oħtna Appja u lil Arkippu, suldat magħna, u lill-knisja li tinġabar f'darek: Grazzja u sliem għalikom mingħand Alla Missierna u Ġesù Kristu .", "Imħabba u fidi", "Niżżi ħajr dejjem lil Alla tiegħi u niftakar fik fit-talb tiegħi.", "Jiena smajt bil-fidi li għandek fil-Mulej Ġesù u l-imħabba tiegħek għall-qaddisin.", "Nitlob li l-fidi li inti taqsam mal-oħrajn ikollha l-qawwa li twassal biex jingħaraf it-tajjeb kollu li hemm fina minħabba fi Kristu.", "Jiena fraħt ħafna u qawwejt qalbi bl-imħabba li għandek; għaliex, ħija, il-qlub tal-qaddisin strieħu fik.", "Pawlu jaqbeż għal Oneżimu", "Għalhekk iktar milli nikkmandak tagħmel li jenħtieġ - kif nista' nagħmel b'wiċċi minn quddiem fi Kristu - jiena nitolbok, f'isem l-imħabba; jiena, Pawlu, raġel xwejjaħ, u issa priġunier ta' Kristu Ġesù, qiegħed nitolbok bil-ħerqa għal ibni, li jiena nissilt fil-ktajjen, għal Oneżimu , dak li darba lilek ma kien jiswielek għal xejn, imma li issa jiswielna, kemm lili u kemm lilek.", "Jiena bgħatthulek lura, lilu, bħallikieku bgħattlek qalbi stess .", "Xtaqt kieku żammejtu miegħi, biex, kif jien fil-ħabs għall-Evanġelju, idur bija minflokok hu.", "Iżda ma ridt nagħmel xejn mingħajr ma nara x'jidhirlek int, biex l-opra tajba tiegħek ma tkunx għamiltha bilfors, imma tkun ħierġa mill-qalb.", "Għandu mnejn li għalhekk hu telaq minn miegħek għal ftit, biex inti terġa' tiksbu lura għal dejjem, mhux iktar bħala lsir, imma xi ħaġa iktar minn ilsir, bħala ħuk għażiż; għażiż fuq kollox għalija, imma kemm iktar għalik, skont id-dinja u skont il-Mulej.", "Int mela, jekk inti qalb waħda miegħi, ilqgħu bħallikieku kont jien!", "Jekk naqsek f'xi ħaġa jew jekk għandu jagħtik, ixħet kollox fuqi.", "B'idi stess qiegħed nikteb: \"Jiena, Pawlu, inħallsek\" - biex ma ngħidlekx li inti stess taf lilek innifsek lili.", "Iva, ħija, nitolbok, agħmilli dan il-pjaċir minħabba fil-Mulej.", "Serraħli qalbi fi Kristu.", "Ktibtlek għax jiena żgur li int tisma' minni, anzi jiena naf li se tagħmel aktar minn hekk.", "Fl-istess ħin ħejjili kamra, għaliex nittama li bis-saħħa tat-talb tagħkom nerġa' ningħata lilkom.", "L-aħħar tislijiet", "Iselli għalikom Epafra priġunier miegħi għal Kristu Ġesù; Marku, Aristarku, Dema, Luqa, sħabi fix-xogħol.", "Il-grazzja tal-Mulej Ġesù Kristu tkun magħkom."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/HEB.intro", "bookref": "HEB.intro", "text": ["L-ITTRA LIL-LHUD", "Ħarsa ħafifa lejn l-ittra", "Ħafna studjużi huma tal-fehma li l-Ittra lil-Lhud mhix miktuba minn Pawlu, għax l-istil tal-kitba, il-kontenut, u l-użu ta' eżempji mit-Testment il-Qadim, ma jaqblux għalkollox mal-ittri ta' Pawlu.", "L-awtur tal-ittra hu aktarx xi ħadd li minn Ruma ried jilħaq lill-ħafna Lhud insara mxerrda f'ħafna pajjiżi, kif ukoll insara oħra, li minħabba t-tbatijiet li kienu għaddejjin minnhom bdew jaqtgħu qalbhom.", "L-insara bdew iqabblu r-reliġjon tagħhom ma' dik Lhudija.", "Fir-reliġjon nisranija ma beda jidher xejn konkret ipparagunat maċ-ċerimonji, il-Patt, l-għeġubijiet fil-ġrajja tal-poplu, li dehru fir-reliġjon tal-Lhud.", "Daħlet il-mistoqsija jekk, wara kollox, kienx hemm għalfejn wieħed ibati meta kollox kien marbut ma' dak li ma jidhirx.", "L-awtur ta' din l-ittra ried iwieġeb għal dawn id-dubji billi jagħti provi qawwija tal-kobor bla qjies ta' Ġesù Kristu li hu l-Iben ta' Alla u 'l fuq minn kull personaġġ ieħor fit-Testment il-Qadim.", "Fih hemm il-milja ta' kull wegħda u fih ukoll il-Patt tas-Sinaj isir il-Patt għall-popli kollha.", "Jekk il-Lhud kellhom il-qassis il-kbir tat-tempju li ried joffri s-sagrifiċċju tat-tpattija għad-dnub tal-poplu u tiegħu nnifsu, l-insara għandhom il-Qassis il-Kbir li b'demmu ħafer id-dnub tad-dinja darba għal dejjem u ma kellux xi jpatti għalih innifsu, għax hu l-Vittma safja u qaddisa, il-Ħaruf bla tebgħa.", "Jekk it-Tempju ta' Ġerusalemm hu l-post tal-qima għal-Lhud, l-insara għandhom t-Tempju ħaj li hu Ġesù nnifsu.", "La l-anġli, la Mosè, la Ġożwè, u la ebda Levita qatt ma sama' lil Alla jgħidlu \"Int Ibni, jien illum nissiltek\" jew \"Oqgħod fuq il-lemin tiegħi, sa ma nagħmel l-għedewwa tiegħek mirfes għal riġlejk\" ( , ; ).", "Kull mexxej kbir fit-Testment il-Qadim għamel dak li kellu jagħmel skont is-sejħa ta' Alla, għadda ż-żmien tiegħu, u ngħaqad ma' missirijietu.", "It-Testment il-Ġdid hu mibni fuq l-Iben ta' Alla li għammar fostna, sarilna t-triq li twassal għand il-Missier, u għadu ħaj fil-glorja.", "It-tweġibiet għad-dubji serji li qamu fost l-insara tal-ewwel snin, jiffokaw fuq il-persuna ta' Ġesù li hu l-għajn ta' kull fidi li minnha n-nisrani jikseb it-tama għal futur ċert ukoll jekk ma jidhirx bl-għajnejn tal-ġisem.", "Filwaqt li jfaħħar il-fidi tal-personaġġi kbar tat-Testment il-Qadim, l-awtur jinkoraġġixxi lis-segwaċi ta' Kristu biex jiffissaw ħarsithom fuq l-Iben ta' Alla li jagħtihom il-forza li jiġru l-ġirja sal-glorja tal-qawmien.", "Għax aħna m'għandniex qassis il-kbir li ma jistax jagħder id-dgħufija tagħna, imma għandna wieħed li kien imġarrab bħalna f'kollox, minbarra d-dnub.", "Ħa nersqu, mela, b'qalbna qawwija lejn it-tron tal-grazzja, biex naqilgħu ħniena u nsibu f'waqtha l-grazzja li neħtieġu ( , - ).", "It-taqsim tal-ittra", "Introduzzjoni: Kristu l-milja tar-rivelazzjoni ta' Alla ( , - )", "Kristu aqwa mill-anġli ( , — , )", "Kristu aqwa minn Mosè u Ġożwè ( , — , )", "Kristu s-saċerdot ewlieni ( , — , )", "Il-Patt ta' Kristu 'il fuq minn kull patt ieħor ( , — , )", "Is-sagrifiċċju ta' Kristu jnaddafna mid-dnub ( , - )", "Il-fidi kollox ( , — , )", "L-aħħar twissijiet u l-konklużjoni ( , - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/HEB.1", "bookref": "HEB.1", "text": ["Alla tkellem permezz ta' Ibnu", "Alla fl-imgħoddi kellem lil missirijietna ħafna drabi u b'ħafna manjieri permezz tal-profeti.", "Issa f'dan l-aħħar żmien, huwa kellimna permezz ta' Ibnu, li hu għamlu werriet ta' kollox, u li bih ukoll għamel il-ħolqien.", "Hu, l-Iben, li hu d-dija tal-glorja ta' Alla u x-xbieha tal-essenza tiegħu, u li jżomm id-dinja kollha bil-kelma setgħana tiegħu, wara li naddafna minn dnubietna, qagħad fuq il-lemin tal-kobor ta' Alla fl-għoli tas-smewwiet, u b'hekk sar daqshekk aqwa mill-anġli daqs kemm ogħla minn tagħhom hu l-isem li kiseb.", "L-Iben hu akbar mill-anġli", "Għax lil min mill-anġli qatt qal Alla:", "\"Inti ibni, jiena llum nissiltek\"?", "Jew:", "\"Jiena nkun missieru, u hu jkun ibni\"?", "Imbagħad, hu u jdaħħal 'l Ibnu l-Kbir fid-dinja, jgħid ukoll:", "\"Ħa jqimuh l-anġli kollha ta' Alla.\"", "Għall-anġli tiegħu jgħid:", "\"L-anġli tiegħu jagħmilhom irjieħ,", "lill-qaddejja tiegħu ilsna tan-nar.\"", "Imma għall-Iben jgħid:", "\"It-tron tiegħek, O Alla, għal dejjem ta' dejjem,", "ix-xettru tal-ġustizzja hu x-xettru ta' saltnatek .", "Ħabbejt is-sewwa u bgħadt il-ħażen;", "għalhekk Alla, Alla tiegħek, dilkek", "b'żejt ta' ferħ aktar minn sħabek.\"", "U wkoll: \"Int, Mulej, waqqaft l-art fil-bidu,", "u għemil idejk huma s-smewwiet.", "Huma jintemmu, iżda inti tibqa';", "huma lkoll bħal libsa jiqdiemu,", "bħal mantar int tkebbibhom , bħal libsa huma jitbiddlu.", "Imma int, li int tibqa', u s-snin tiegħek qatt ma jintemmu\".", "Lil min mill-anġli qatt qal:", "\"Oqgħod fuq il-lemin tiegħi,", "sa ma nagħmel l-għedewwa tiegħek mirfes għal riġlejk\"?", "M'humiex huma wkoll spirti qaddejja, mibgħutin biex jaqdu lil dawk li għandhom jiksbu s-salvazzjoni?"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/HEB.2", "bookref": "HEB.2", "text": ["Is-salvazzjoni l-kbira", "Għalhekk għandna nagħtu ħafna aktar kas ta' dak li smajna, li ma mmorrux nitbiegħdu 'l barra mit-triq.", "Għax jekk il-kelma li ngħatat permezz tal-anġli kienet tiswa tant li min ma kienx iħarisha, jew ma kienx joqgħod għaliha, kien jieħu l-ħlas li ħaqqu, kif nistgħu neħilsuha aħna jekk inwarrbu salvazzjoni hekk kbira?", "Din hi salvazzjoni li ngħatat l-ewwel bil-fomm tal-Mulej stess, u mbagħad wassluha sħiħa lilna dawk li semgħuh.", "Ma' tagħhom Alla żied ix-xhieda tiegħu b'sinjali u għeġubijiet u ħafna għemejjel setgħana, u wkoll bid-doni tal-Ispirtu s-Santu mqassmin skont ir-rieda tiegħu.", "Il-glorja tas-Salvatur", "Id-dinja li għandha tiġi, li fuqha qegħdin nitkellmu, Alla ma qegħedhiex taħt is-setgħa tal-anġli.", "X'imkien fl-Iskrittura hemm xhieda li tgħid hekk:", "\"X'inhu l-bniedem biex tiftakar fih,", "jew bin il-bniedem biex tieħu ħsiebu?", "Ftit inqas mill-anġli int għamiltu,", "bil-glorja u l-ġieħ żejjintu,", "kollox taħt riġlejh qegħedtlu.\"", "Issa, meta jgħid li \"qiegħed kollox taħt is-setgħa tiegħu\", dan ifisser li xejn ma ħalla li ma jkunx imqiegħed taħtu.", "Tassew li għalissa aħna għadna m'aħniex naraw kollox taħt is-setgħa tiegħu.", "Madankollu, lil dak li għal ftit taż-żmien kien imniżżel ftit inqas mill-anġli, lil Ġesù, aħna issa qegħdin narawh imżejjen fil-glorja u l-ġieħ minħabba fil-mewt li hu bata, biex, għall-grazzja ta' Alla, il-mewt li daq tkun għall-ġid ta' kulħadd.", "Għax kien jixraq li Alla, li għalih u bih sar kollox, waqt li jwassal ħafna wlied għall-glorja, jagħmel li l-Awtur tas-Salvazzjoni tagħhom ikun perfett bis-saħħa tas-sofferenzi.", "Għax kemm dak li jqaddes, u kemm dawk li jiġu mqaddsin, ilkoll huma mill-istess wieħed.", "U għalhekk Ġesù ma jistħix isejħilhom ħutu, billi jgħid:", "\"Inxandar ismek lil ħuti,", "f'nofs il-ġemgħa nfaħħrek;\"", "u wkoll:", "\"Fih jiena nittama;\"", "u iżjed:", "\"Hawn jien, jien u l-ulied li Alla tani\".", "Billi l-ulied għandhom l-istess demm u ġisem, Ġesù wkoll bl-istess mod sar bħalhom, biex b'mewtu jeqred is-setgħa ta' dak li kellu l-mewt f'idejh, jiġifieri x-Xitan, u jeħles 'il dawk kollha li, minħabba fil-biża' tal-mewt, kienu mjassrin għal għomorhom kollu.", "Għax tabilħaqq, mhux lill-anġli jrid jgħin, imma lil ulied Abraham.", "Għalhekk kellu jkun jixbah lil ħutu f'kollox, biex ikun il-qassis il-kbir, ħanin u fidil f'dak li għandu x'jaqsam ma' Alla, u biex ipatti għal dnubiet il-poplu .", "Għax, billi hu stess bata u kien imġarrab, jaf jgħin lil dawk li huma fit-tiġrib."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/HEB.3", "bookref": "HEB.3", "text": ["Ġesù akbar minn Mosè", "Għalhekk, l-aħwa qaddisin, li għandkom sehem fis-sejħa tas-sema, aħsbu f'Ġesù, l-appostlu u l-qassis il-kbir li aħna nistqarru.", "Hu kien fidil ma' dak li ħatru kif kien ukoll Mosè fid-dar kollha ta' Alla.", "Issa dan Ġesù kien meqjus li jistħoqqlu glorja daqshekk aqwa minn dik ta' Mosè daqs kemm aktar ħaqqu ġieħ il-bennej mid-dar li jkun bena.", "Għax kull dar jibniha xi ħadd, imma Alla jibni kollox hu.", "Tassew li Mosè kien fidil fid-dar kollha ta' Alla bħala qaddej, u dan għamlu b'xhieda ta' dak li kien għad irid jgħid Alla.", "Imma Kristu kien fidil fuq id-dar tiegħu bħala iben.", "U d-dar ta' Alla hi aħna, kemm-il darba nżommu sħaħ il-fiduċja u t-tama li bihom niftaħru .", "Il-mistrieħ tal-poplu ta' Alla", "Għalhekk, kif jgħid l-Ispirtu s-Santu:", "\"Jekk illum tisimgħu leħnu,", "la twebbsux qalbkom bħal f'jum l-irvell,", "jum it-tiġrib fid-deżert,", "fejn ġarrbuni missirijietkom biex jippruvawni,", "u raw kulma għamilt jien tul erbgħin sena.", "Għalhekk jien stmerrejtha lil din il-ġenerazzjoni", "u għedt: 'Dawn dejjem mitlufin f'qalbhom;", "huma ma għarfux triqati.'", "Hekk ħlift waqt il-korla tiegħi:", "Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi.\"", "L-aħwa, araw li f'ebda wieħed minnkom ma jkun hemm qalb imħassra bin-nuqqas ta' twemmin li jwassal għall-firda minn Alla l-ħaj.", "Imma agħmlu l-qalb lil xulxin kull jum, sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu \"illum\", biex ħadd minnkom ma jiġġarraf mid-dnub u jwebbes qalbu.", "Għax aħna għandna sehem fi Kristu, jekk inżommu sħiħa sal-aħħar it-tama li kellna fil-bidu.", "Jingħad fl-Iskrittura:", "\"Jekk illum tisimgħu leħnu,", "la twebbsux qalbkom bħal f'jum l-irvell.\"", "U min huma dawk li semgħu u qamu kontrih?", "Mhux dawk kollha li ħarġu mill-Eġittu bis-saħħa ta' Mosè?", "U lil min stmerr għal erbgħin sena?", "Mhux lil dawk li dinbu, u li l-iġsma tagħhom waqgħu mejta fid-deżert?", "U għal min ħalef li ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħu, jekk mhux għal dawk li ma ridux jisimgħu?", "Hekk naraw li huma ma setgħux jidħlu minħabba fin-nuqqas ta' twemmin tagħhom."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/HEB.4", "bookref": "HEB.4", "text": ["Ħa jkollna mela l-biża' li, waqt li l-wegħda li nidħlu fil-mistrieħ tiegħu għadha hemm, ma jkunx hemm xi ħadd minnkom li jibqa' lura.", "Għax aħna wkoll, bħalhom irċevejna l-aħbar it-tajba.", "Imma lilhom ma switilhom xejn il-kelma li semgħu, għax meta semgħuha ma emmnux .", "Aħna, li nemmnu, nidħlu fil-mistrieħ, kif qal hu:", "\"Hekk ħlift fl-għadab tiegħi,", "'Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi.' \"", "Madankollu l-għemil ta' Alla kien mitmum fil-ħolqien tad-dinja, kif jingħad x'imkien fl-Iskrittura fuq is-seba' jum: \"Strieħ Alla fis-seba' jum mix-xogħol kollu tiegħu.\"", "Imbagħad hawn jgħid ukoll, \"Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi.\"", "Min-naħa l-oħra xi wħud għandhom jidħlu f'dan il-mistrieħ; u, billi dawk li kienu l-ewwel li ħadu l-bxara t-tajba ma daħlux ħtija tal-ebusija ta' rashom, Alla għażel mill-ġdid jum ieħor - \"illum\" - meta wara ħafna żmien qal b'fomm David il-kliem li semmejna,", "\"Jekk illum tisimgħu leħnu,", "la twebbsux qalbkom.\"", "Kieku kien Ġożwè li tahom il-mistrieħ, Alla ma kienx jitkellem minn jum wara dan.", "Mela għad baqa' mistrieħ tas-Sibt għall-poplu ta' Alla.", "Għax min jidħol fil-mistrieħ ta' Alla jistrieħ hu wkoll mix-xogħol kif Alla strieħ minn tiegħu.", "Infittxu mela li nidħlu f'dan il-mistrieħ, biex ma jkunx hemm min jaqa' bħalhom fuq l-eżempju tal-ebusija tagħhom .", "Il-kelma ta' Alla hi ħajja u qawwija, taqta' aktar minn xabla b'żewġt ixfar; hija tinfed sa tifred minn xulxin ir-ruħ u l-ispirtu u l-ġogi u l-mudullun; u tgħarbel il-ħsibijiet u l-fehmiet tal-qalb.", "Xejn ma hemm fil-ħolqien li hu moħbi għalih, imma kollox hu miftuħ għal għajnejn Alla, li lilu rridu nagħtu kont.", "Ġesù Kristu l-qassis il-kbir", "Mela meta aħna għandna l-qassis il-kbir, li hu tassew kbir, qassis li daħal fis-smewwiet, Ġesù, Bin Alla, ħa nżommu sħiħa l-fidi tagħna u nistqarruha.", "Għax aħna ma għandniex qassis il-kbir li ma jistax jagħder id-dgħufija tagħna, imma għandna wieħed li kien imġarrab bħalna f'kollox, minbarra d-dnub.", "Ħa nersqu, mela, b'qalbna qawwija lejn it-tron tal-grazzja, biex naqilgħu ħniena u nsibu f'waqtha l-grazzja li neħtieġu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/HEB.5", "bookref": "HEB.5", "text": ["Kull qassis il-kbir meħud minn fost il-bnedmin, hu mqiegħed għall-bnedmin f'dak li għandu x'jaqsam ma' Alla, biex joffri għotjiet u sagrifiċċji għad-dnubiet.", "Hu dak li jista' jagħder 'il dawk li ma jafux u li jiżbaljaw, għax huwa mlibbes bid-dgħufija; u minħabba f'hekk għandu joffri sagrifiċċji għad-dnubiet tiegħu wkoll, bħalma joffrihom għad-dnubiet tal-poplu.", "Ħadd m'għandu jieħu b'idejh dal-ġieħ għalih innifsu, imma biss min hu msejjaħ minn Alla, sewwasew kif kien imsejjaħ Aron.", "Għax hekk ukoll Kristu ma tax lilu nnifsu l-ġieħ li jkun il-qassis il-kbir, imma dan tahulu Alla, li qallu:", "\"Ibni int;", "illum jien nissiltek.\"", "U kif jgħid ukoll band'oħra:", "\"Int qassis għal dejjem", "skont l-ordni ta' Melkisedek.\"", "Meta kien jgħix fuq din l-art, Kristu offra talb u suppliki b'leħen għoli u bid-dmugħ lil dak li seta' jsalvah mill-mewt.", "U kien mismugħ minħabba fil-qima tiegħu lejn Alla.", "Għad li kien Iben, tgħallem minn dak li bata xi tfisser l-ubbidjenza.", "U, billi laħaq il-perfezzjoni, sar awtur tas-salvazzjoni ta' dejjem għal kull min jisma' minnu, wara li Alla għamlu l-qassis il-kbir skont l-ordni ta' Melkisedek.", "Nimxu 'l quddiem", "Fuq dan Melkisedek għandna ħafna xi ngħidu, ħwejjeġ tqal biex tfissirhom, ladarba intom sirtu tqal biex tisimgħuhom.", "Tant hu hekk li għalkemm issa jmisskom sirtu mgħallmin, għadkom teħtieġu 'l min jgħallimkom mill-ġdid l-ewwel elementi tal-kelma ta' Alla; ġejtu fil-bżonn li tieħdu l-ħalib, u mhux ikel sħiħ.", "Issa kull min jieħu l-ħalib ma jifhimx il-kliem tal-ġustizzja, għax għadu tarbija.", "Imma l-ikel sħiħ hu tal-kbar, ta' dawk li biż-żmien huma mdorrija jagħżlu bejn it-tajjeb u l-ħażin."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/HEB.6", "bookref": "HEB.6", "text": ["Mela ħallina mill-ewwel elementi tat-tagħlim ta' Kristu, u nimxu 'l quddiem lejn dak li hu aktar perfett.", "Ma għandniex għalfejn nerġgħu nibdew mill-bidu bl-indiema tal-għemejjel il-mejta tagħha u bil-fidi f'Alla, bit-tagħlim dwar ħasil u tqegħid tal-idejn u dwar il-qawmien mill-imwiet u l-ġudizzju ta' dejjem.", "Ħa nimxu 'l quddiem, kif issa se nagħmlu, jekk Alla jrid.", "Għax ma jistax ikun li traġġa' lura għall-indiema lil dawk li, wara li darba sfaw imdawla, wara li daqu d-don tas-sema fl-Ispirtu s-Santu, wara li daqu t-tjubija tal-kelma ta' Alla u l-qawwa taż-żmien li għad irid jiġi, imbagħad reġgħu waqgħu; għaliex dawn, bl-istess imġiba tagħhom, jerġgħu jsallbu lill-Iben ta' Alla u jwaqqgħuh għat-tmaqdir.", "L-art tixrob ix-xita li sikwit taqa' fuqha; jekk hi tagħti wċuħ tajba lil dawk li għalihom tinħadem, hi jkollha l-barka ta' Alla; imma jekk tagħti xewk u għollieq, għal xejn ma tkun tiswa, imma tkun waslet biex tiġbed fuqha s-saħta u tispiċċa biex jaħarquha.", "Għalkemm qiegħed inkellimkom hekk, għeżież tiegħi, jiena ċert li għalikom hemm ħwejjeġ aħjar li għandhom x'jaqsmu mas-salvazzjoni tagħkom.", "Għax Alla mhux se jkun hekk inġust li jinsa dak li intom għamiltu u l-imħabba li wrejtu lejn ismu meta qdejtu u għadkom taqdu lill-qaddisin.", "Imma jiena nixtieq li kull wieħed minnkom juri l-istess ħerqa, biex it-tama tagħkom tilħaq il-milja tagħha sal-aħħar.", "Ma nixtiqukomx li taqgħu fl-għażż, imma li tgħixu fuq l-eżempju ta' dawk li bil-fidi u s-sabar jiksbu l-wegħdiet.", "Il-wegħdiet ta' Alla", "Meta Alla għamel il-wegħda lil Abraham, billi ma kienx hemm aqwa minnu biex jaħlef bih, ħalef bih innifsu u qal: \"Inwiegħed tassew li nimliek b'kull barka u nkattarlek nislek bil-bosta.\"", "Hekk Abraham kiseb il-wegħda, wara li stenna bis-sabar.", "Il-bnedmin jaħilfu b'min hu aqwa minnhom, u l-ġurament li jsaħħaħ kliemhom jaqtgħalhom kull kwistjoni.", "U hekk Alla, meta lill-werrieta tal-wegħda ried jurihom b'mod aktar qawwi li r-rieda tiegħu ma titbiddilx, rabat lilu nnifsu b'ġurament, biex bis-saħħa ta' żewġ atti li ma jitreġġgħux lura , u li jagħtu xhieda li Alla ma jigdibx, aħna, li sibna l-kenn, ikollna qalbna qawwija sewwa li niksbu t-tama li hemm lesta għalina.", "Din it-tama hija għalina bħal ankra tar-ruħ, sħiħa u qawwija; biha aħna nidħlu 'l ġewwa mill-velu , fejn qabilna daħal Ġesù għalina meta sar għal dejjem il-qassis il-kbir skont l-ordni ta' Melkisedek."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/HEB.7", "bookref": "HEB.7", "text": ["L-ordni saċerdotali ta' Melkisedek", "Għax dan Melkisedek, sultan ta' Salem u qassis ta' Alla l-għoli, xħin Abraham kien ġej lura mix-xebgħa li kien ta lis-slaten, ħareġ jiltaqa' miegħu u bierku; lilu mbagħad Abraham tah sehem minn kollox, bħala għexur.", "Isem Melkisedek ifisser l-ewwel nett \"Sultan tal-Ġustizzja \", imbagħad \"Sultan ta' Salem\", jiġifieri, sultan tas-sliem.", "Hu jidher bla missier, bla omm, bla nisel, qisu la għandu bidu u lanqas tmiem ta' ħajtu .", "Imma, biex ikun jixbah lill-Iben ta' Alla , jibqa' qassis għal dejjem.", "Araw mela kemm hu kbir dak li lilu l-patrijarka Abraham tah l-għexur mill-aħjar tal-priża!", "Tassew li dawk fost ulied Levi li jieħdu s-saċerdozju għandhom ukoll l-ordni mil-Liġi li jieħdu l-għexur mingħand il-poplu, jiġifieri, mingħand ħuthom, għalkemm dawn ukoll imnisslin minn Abraham; iżda Melkisedek, għad li mhuwiex min-nisel tagħhom, ħa l-għexur mingħand Abraham u bierku, lilu, li kellu l-wegħdiet.", "Issa ma hemmx dubju li hu ż-żgħir li jitbierek mill-kbir.", "Iżjed: fl-ewwel każ l-għexur qegħdin jeħduhom nies li jmutu, imma fil-każ l-ieħor għandna 'l dak li minnu jingħad li għadu ħaj.", "Anzi, biex ngħid hekk, Levi, li jieħu l-għexur, hu stess kien intaxxat f'Abraham, għax kien għadu fil-ġewwieni ta' missieru meta Melkisedek iltaqa' miegħu.", "Issa, kieku l-perfezzjoni kellha tkun bis-saħħa tas-saċerdozju ta' Levi - għax kien minħabba fih li l-poplu ħa l-Liġi - xi bżonn kien hemm li jqum qassis ieħor li jissejjaħ skont l-ordni ta' Melkisedek u mhux skont l-ordni ta' Aron?", "Għax jekk jitbiddel is-saċerdozju, jeħtieġ li titbiddel ukoll il-Liġi.", "U dak li fuqu jingħadu dawn il-ħwejjeġ hu minn tribù ieħor, li minnu qatt ma kien hemm ħadd mogħti għas-servizz tal-artal.", "Għax hu magħruf li l-Mulej tagħna ġej mit-tribù ta' Ġuda , li fuqu Mosè qatt ma qal xejn meta tkellem fuq is-saċerdozju.", "Dan jidher wisq aktar ċar fil-każ li l-qassis l-ieħor, li jiġi, ikun jixbah lil Melkisedek, hu li sar qassis mhux b'liġi tan-nisel tal-ġisem, imma bil-qawwa ta' ħajja li ma tintemmx.", "Għax għalih tixhed l-Iskrittura:", "\"Int qassis għal dejjem", "skont l-ordni ta' Melkisedek.\"", "Għalhekk tħassar il-kmandament ta' qabel, għax hu dgħajjef u bla siwi, billi l-Liġi xejn ma wasslet għall-perfezzjoni; imma daħlet tama aħjar li biha aħna noqorbu lejn Alla.", "U dan ma sarx bla ġurament; għax waqt li dawk saru qassisin bla ġurament, dan, għall-kuntrarju, sar qassis bil-ġurament, skont il-kelma ta' dak li għalih qal:", "\"Ħalef il-Mulej,", "u ma jisgħobx bih:", "Int qassis għal dejjem.\"", "Daqshekk ieħor hu aqwa l-patt li tiegħu Ġesù hu l-medjatur.", "Dawk tal-imgħoddi kienu jsiru qassisin f'għadd kbir, għax minħabba fil-mewt ma kinux jistgħu jibqgħu għal dejjem.", "Imma Ġesù, billi jibqa' għal dejjem, għandu saċerdozju li ma jintemm qatt.", "Għalhekk ukoll huwa jista' jsalva għalkollox 'il dawk li bih jersqu lejn Alla, ladarba hu jibqa' għal dejjem ħaj biex jidħol għalihom.", "Dan hu, tabilħaqq, il-qassis il-kbir li kien jgħodd għalina: qaddis, innoċenti, safi, maqtugħ mill-midinbin, merfugħ 'il fuq mis-smewwiet; li ma għandux bżonn, bħall-qassisin il-kbar l-oħra, joffri kuljum is-sagrifiċċju, l-ewwel għad-dnubiet tiegħu stess, imbagħad għad-dnubiet tal-poplu.", "Dan hu għamlu darba għal dejjem, meta offra lilu nnifsu.", "Għax il-Liġi tqiegħed bħala qassisin il-kbar bnedmin li huma dgħajfa; iżda l-kelma tal-ġurament, li ġiet wara l-Liġi, tqiegħed Iben, li ġie magħmul perfett għal dejjem."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/HEB.8", "bookref": "HEB.8", "text": ["Il-qassis il-kbir tal-patt il-ġdid", "Din hi issa l-aqwa ħaġa li rridu ngħidu: li aħna għandna qassis hekk kbir li qagħad fuq il-lemin tat-tron tal-kobor ta' Alla fis-sema, ministru tas-santwarju u tat-tabernaklu veru li hu magħmul mill-Mulej u mhux mill-bnedmin.", "Kull qassis isir biex iressaq l-offerti u joffri s-sagrifiċċji; jeħtieġ għalhekk li dan ukoll ikollu xi ħaġa x'joffri.", "Issa, li kieku Kristu kien fuq l-art ma kien ikun qassis xejn, billi fuq l-art hawn qassisin li jressqu l-offerti skont il-Liġi.", "Dawn jaqdu santwarju li hu xbieha u dell ta' dak tas-sema , skont ma Alla qal lil Mosè meta dan kien wasal biex iwaqqaf it-tabernaklu: \"Qis li tagħmel kollox fuq il-mudell li wrejtek fuq il-muntanja.\"", "Issa l-ministeru li kiseb Kristu hu daqshekk aqwa minn dak tal-imgħoddi daqs kemm hu aqwa l-patt li tiegħu huwa l-medjatur, għaliex hu patt mibni fuq wegħdiet aqwa.", "Għax kieku dak l-ewwel patt kien perfett, ma kienx ikun hemm għalfejn jagħmel patt ieħor floku.", "Imma Alla, għax sab x'iċanfar fihom, qalilhom:", "\"Ara, wasal iż-żmien, jgħid il-Mulej,", "li jiena nagħmel patt ġdid mad-dar ta' Iżrael u mad-dar ta' Ġuda.", "Dan ma jkunx bħall-patt li jien", "għamilt ma' missirijiethom,", "meta qbadthom minn idhom biex", "noħroġhom mill-art tal-Eġittu;", "ladarba huma ma baqgħux iżommu", "mal-patt tiegħi, jiena wkoll tlaqthom, jgħid il-Mulej.", "Dan hu l-patt li jien għad nagħmel mad-dar ta' Iżrael", "wara dawk il-jiem, jgħid il-Mulej:", "Inqiegħed il-liġijiet tiegħi f'moħħhom,", "u f'qalbhom niktibhom.", "U jiena nkun Alla tagħhom,", "u huma jkunu l-poplu tiegħi.", "Ma jgħallmux aktar wieħed lil sieħbu", "u wieħed lil ħuh billi jgħidu:", "'Agħraf lill-Mulej',", "għax ilkoll għad jagħrfuni,", "miż-żgħir nett sal-kbir nett fosthom.", "Jiena nħenn għalihom fil-ħażen tagħhom,", "u fi dnubiethom ma niftakarx iżjed.\"", "Meta tkellem minn patt \"ġdid\", wera li dak ta' qabel kien qadim.", "Issa dak li jiqdiem u jixjieħ ikun wasal biex jispiċċa."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/HEB.9", "bookref": "HEB.9", "text": ["Is-santwarju tas-sema u dak tal-art", "L-ewwel patt kellu wkoll il-liġijiet tal-kult u s-santwarju, għalkemm dan kien santwarju tal-art.", "Fis-santwarju kien hemm tinda, dik ta' quddiem, li fiha kien hemm il-kandelabru u l-mejda bil-ħobż tal-preżenza quddiem il-Mulej; din it-tinda kienet tissejjaħ \"il-Post Qaddis\".", "Imbagħad, wara t-tieni velu, kien hemm tinda oħra, li kienet tissejjaħ \"il-Post il-Qaddis\".", "F'din kien hemm l-artal tad-deheb għall-inċens, u l-arka tal-patt, miksija minn kull naħa bid-deheb, li fiha kien hemm bieqja tad-deheb bil-manna, il-virga ta' Aron li minnha kien ħareġ il-ward, u t-twavel tal-patt.", "Fuq l-arka kien hemm il-kerubini tal-glorja jgħattu l-għatu tat-tpattija għad-dnubiet.", "M'hemmx għalfejn hawnhekk nidħlu fl-irqaqat kollha.", "Skont dan it-taqsim, fl-ewwel tinda jidħlu l-qassisin f'kull żmien biex jagħmlu s-servizz ritwali; imma fit-tieni waħda jidħol biss il-qassis il-kbir, darba fis-sena biss, u ma jidħolx mingħajr ma jieħu miegħu d-demm, li hu joffri għalih innifsu u għan-nuqqasijiet li jagħmel il-poplu bla ma jkun jaf.", "B'dan l-Ispirtu s-Santu jrid ifisser illi t-triq li tieħu għas-santwarju għadha mhix miftuħa sakemm għad hemm wieqfa l-ewwel tinda.", "Din hi tixbiha għal dan iż-żmien.", "Skont din it-tixbiha, l-għotjiet u s-sagrifiċċji li wieħed joffri ma jistgħux jagħmlu perfetta l-kuxjenza ta' min ikun qiegħed joffri l-kult; huma għandhom x'jaqsmu biss ma' ikel, xorb u ħafna ċerimonji ta' ħasil, liġijiet li jolqtu l-ġisem, mogħtija sa ma jasal żmien it-tiġdid .", "Imma Kristu ġie bħala l-qassis il-kbir tal-ġid li diġà ġie .", "Hu daħal minn tinda aqwa u aktar perfetta li mhijiex maħduma b'idejn il-bnedmin, jiġifieri mhijiex ħolqien ta' din l-art; hu daħal darba għal dejjem fis-Santwarju, mhux bis-saħħa tad-demm tal-mogħoż u tal-għoġiela, imma bis-saħħa ta' demmu stess, u hekk kiseb fidwa għal dejjem.", "Jekk id-demm tal-mogħoż u tal-gniedes u l-irmied tal-għoġla mraxxax fuq dawk li huma mniġġsa jista' jqaddishom billi jagħtihom l-indafa tal-ġisem, kemm aktar id-demm ta' Kristu, li bl-Ispirtu ta' dejjem offra lilu nnifsu vittma safja lil Alla, jista' jnaddaf il-kuxjenza tagħkom mill-għemil mejjet biex taqdu lil Alla ħaj!", "U għalhekk hu medjatur ta' patt ġdid, testment ġdid , biex, wara li seħħet il-mewt għall-fidwa tal-ħtijiet li saru fi żmien il-patt ta' qabel, dawk li huma msejħa minn Alla jiksbu l-wirt ta' dejjem li hu wegħedhom.", "Fejn ikun hemm testment, ikun jeħtieġ li tixxandar il-mewt ta' min għamlu.", "Għax testment jibda jgħodd wara l-mewt, u ebda saħħa ma jkollu sakemm dak li jkun għamlu jibqa' ħaj.", "Kien għalhekk li anqas l-ewwel patt ma twettaq mingħajr demm.", "Għax Mosè, wara li nieda lill-poplu l-kmandamenti kollha kif titlob il-Liġi, ħa d-demm tal-għoġiela u tal-mogħoż flimkien mal-ilma, u bis-suf aħmar u l-friegħi tal-issopu raxx l-istess ktieb u l-poplu kollu, u qal: \"Dan hu d-demm tal-patt li Alla ordnalkom .\"", "Hekk ukoll raxx bid-demm it-tabernaklu u t-tagħmir kollu tal-kult.", "Tabilħaqq, skont il-Liġi, tista' tgħid kollox jissaffa bid-demm; u bla tixrid tad-demm ma hemmx maħfra.", "Is-saċerdozju ta' Kristu naddafna mid-dnub", "Jekk mela kien meħtieġ li xbihat tal-ħwejjeġ tas-sema jissaffew b'dawn ir-riti, dawn l-istess ħwejjeġ tas-sema kellhom jissaffew b'sagrifiċċji aqwa.", "Għax Kristu ma daħalx f'santwarju magħmul b'idejn il-bnedmin li hu biss xbieha tas-santwarju veru, imma daħal fis-sema stess, biex issa jidher għalina quddiem Alla.", "U daħal hemm mhux biex minn żmien għal żmien joffri lilu nnifsu bħalma l-qassis il-kbir jidħol kull sena fis-santwarju biex joffri demm ħaddieħor.", "Li kieku kien hekk, kien ikollu jbati ħafna drabi sa mill-ħolqien tad-dinja.", "Iżda issa deher darba għal dejjem, meta waslet il-milja taż-żminijiet, biex ineħħi d-dnub bis-sagrifiċċju tiegħu nnifsu.", "U kif hu miktub għall-bnedmin li għandhom imutu darba biss, u wara dan isir il-ġudizzju, hekk ukoll Kristu, wara li offra lilu nnifsu darba biss biex jitgħabba bid-dnubiet tal-kotra, għad jerġa' jidher darb'oħra, mhux biex ineħħi d-dnubiet, imma biex isalva lil dawk li qegħdin jistennewh bil-ħerqa."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/HEB.10", "bookref": "HEB.10", "text": ["Il-Liġi ta' Mosè, billi għandha biss id-dell tal-ġid li għandu jiġi, u mhux dan l-istess ġid, lil dawk li jersqu qrib lejn Alla ma tista' qatt tagħmilhom perfetti bis-saħħa ta' dawk is-sagrifiċċji li huma joffru bla waqfien minn sena għal sena.", "Għax kieku kien hekk, dawk li jagħtu l-kult lil Alla ma kinux forsi jwaqqfuhom dawn is-sagrifiċċji kieku kienu jħossu ruħhom bla dnubiet u mnaddfin minnhom darba għal dejjem?", "Għall-kuntrarju, b'dawn l-istess sagrifiċċji ssir it-tifkira tad-dnubiet minn sena għal oħra.", "Għax ma jistax ikun li d-demm tal-gniedes u tal-mogħoż ineħħi d-dnubiet.", "Għalhekk Kristu meta daħal fid-dinja qal:", "\"Sagrifiċċju u offerta int ma ridtx,", "imma ġisem int ħejjejt għalija;", "vittmi maħruqa u vittmi għad-dnubiet lilek ma għoġbukx.", "Jien imbagħad għedt: 'Hawn jien, ġejt", "biex nagħmel ir-rieda tiegħek, o Alla,", "kif fil-ktieb hemm miktub fuqi.\"", "L-ewwel qal: \"Sagrifiċċji u offerti, vittmi maħruqa u vittmi għad-dnubiet, la ridthom u lanqas għoġbuk\", għalkemm dawn titlobhom il-Liġi.", "Imbagħad qal: \"Hawn jien, ġejt biex nagħmel ir-rieda tiegħek\".", "B'hekk Alla neħħa s-sagrifiċċji tal-ewwel biex iqiegħed flokhom tat-tieni.", "Bis-saħħa ta' din ir-rieda aħna konna mqaddsin, permezz tal-offerta tal-ġisem ta' Ġesù Kristu magħmula darba għal dejjem.", "Kull qassis ieħor imur kuljum biex jaqdi l-ministeru tiegħu, u joffri u jerġa' joffri l-istess sagrifiċċju, bla ma jistgħu qatt ineħħu d-dnubiet.", "Imma Kristu, wara li offra sagrifiċċju wieħed għad-dnubiet, qagħad għal dejjem fuq in-naħa tal-lemin ta' Alla, fejn qiegħed jistenna sa ma l-għedewwa tiegħu jitqiegħdu mirfes taħt riġlejh.", "Għax hu b'offerta waħda għamel perfetti għal dejjem lil dawk li huwa jqaddes.", "Dan jixhedhulna l-Ispirtu s-Santu nnifsu, għax wara li qal:", "\"Dan hu l-patt li jien għad nagħmel magħhom wara dawk il-jiem, jgħid il-Mulej;", "inqiegħed il-liġijiet tiegħi f'qalbhom,", "u f'moħħhom niktibhom.\"", "Qal ukoll:", "\"Dnubiethom u ħtijiethom ma niftakarhomx aktar.\"", "Issa, fejn hemm il-maħfra tad-dnubiet, ma hemmx għalfejn issir aktar l-offerta għad-dnubiet.", "Eżortazzjoni u twiddib", "Ladarba, l-aħwa, għandna l-fiduċja li nidħlu fis-Santwarju bis-saħħa tad-demm ta' Ġesù billi ngħaddu mit-triq, ġdida u ħajja, li hu fetħilna 'l ġewwa mill-velu, li hu l-ġisem tiegħu stess; u ladarba għandna dan il-qassis il-kbir imqiegħed fuq il-familja ta' Alla, ejjew nersqu b'qalb sinċiera u b'fidi sħiħa, bi qlubna mnaddfin minn kuxjenza ħażina u l-ġisem tagħna maħsul b'ilma safi.", "Inżommu sħiħ fl-istqarrija qawwija tat-tama tagħna, għax ta' kelmtu huwa dak li għamlilna l-wegħda.", "Naraw kif nistgħu nħajru lil xulxin għall-imħabba u għall-għemil tajjeb.", "Ma ninqatgħux mil-laqgħat tagħna flimkien, kif ħadu d-drawwa jagħmlu xi wħud; agħmlu l-qalb lil xulxin; u dan wisq aktar għandkom tagħmluh, aktar ma taraw li qiegħed joqrob il-Jum.", "Għax jekk wara li ħadna t-tagħrif sħiħ tal-verità nidinbu minn rajna, ma hemmx sagrifiċċju ieħor għad-dnub xi jsir.", "Jibqgħalna biss li nistennew bil-biża' l-ġudizzju u l-ħuġġieġa nar li teqred l-għedewwa ta' Alla.", "Jekk wieħed iwarrab il-Liġi ta' Mosè jingħata għall-mewt bla ebda ħniena fuq il-kelma ta' tnejn jew tliet xhieda.", "Aħsbu ftit x'kastig aktar aħrax ħaqqu dak li jkasbar lil Bin Alla, li jniġġes id-demm tal-patt li bih tqaddes, u li jmaqdar l-Ispirtu tal-grazzja!", "Għax aħna nafu min hu dak li qal: \"Tiegħi hu l-ħaqq, jien hu li nħallas,\" u wkoll: \"Jagħmel ħaqq il-Mulej mill-poplu tiegħu.\"", "Ħaġa tal-biża' li taqa' f'idejn Alla l-ħaj!", "Ftakru f'dawk l-ewwel jiem: lanqas biss ilħaqtu ddawwaltu bit-tagħlim, li ma ġarrabtux bis-sabar taqbida ħarxa.", "Lil xi wħud minnkom għamlu minnhom spettaklu bit-tagħjir u ħbit quddiem kulħadd; oħrajn minnkom kellhom jaqsmu fix-xorti ta' dawk li sabu ruħhom f'dawn il-provi.", "Għax tassew, intom ħadtu sehem fit-tbatijiet tal-priġunieri, u fraħtu meta serqulkom ġidkom, għax tafu li għandkom ġid akbar li jibqa' għal dejjem.", "Tarmux, mela, il-fiduċja tagħkom, għax din iġġib magħha ħlas kbir.", "Tassew li teħtieġu s-sabar biex tagħmlu r-rieda ta' Alla u tiksbu dak li hu wiegħed.", "Għax", "\"ftit ieħor, ftit ħafna,", "u dak li għandu jiġi ma jdumx ma jiġi.", "Il-bniedem ġust tiegħi jgħix bil-fidi;", "imma jekk jerġa' lura", "jien ma nitgħaxxaqx bih.\"", "Iżda aħna m'aħniex minn dawk li jerġgħu lura, biex nintilfu; aħna minn dawk li jemmnu, biex insalvaw."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/HEB.11", "bookref": "HEB.11", "text": ["Il-qawwa u l-glorja tal-fidi", "Il-fidi hija pedament tal-ħwejjeġ li għandna nittamaw, hija l-prova tal-ħwejjeġ li ma narawx.", "In-nies tal-imgħoddi għoġbu lil Alla sewwasew għax kellhom il-fidi.", "Hu permezz tal-fidi li aħna nemmnu kif Alla ħoloq id-dinja bil-kelma tiegħu, hekk li minn dak li ma narawx sar dak li jidher.", "Il-fidi tal-ewwel patrijarki", "Kien permezz tal-għotjiet li Abel offra lil Alla sagrifiċċju aħjar minn ta' Kajin, sagrifiċċju li bis-saħħa tiegħu kiseb xhieda li hu kien raġel ġust, u Alla tah xhieda tal-għotjiet tiegħu; u b'dik il-fidi hu għadu jsamma' leħnu għad li miet.", "Kien minħabba fil-fidi tiegħu li Ħenok ittieħed minn fostna hekk li hu l-mewt ma rahiex; ma nstabx iżjed, għax Alla kien ħadu.", "U tassew, qabel ma ttieħed kien kiseb xhieda li hu kien għoġob lil Alla.", "Mingħajr il-fidi ma jistax ikun li wieħed jogħġob lil Alla.", "Għax kull min jersaq lejn Alla jeħtieġlu jemmen li Alla jeżisti u li hu jagħti l-ħlas xieraq lil dawk li jfittxuh.", "Kien minħabba fil-fidi tiegħu li Noè, mgħarraf minn Alla dwar ħwejjeġ li kienu għadhom ma jidhrux, mimli b'biża' qaddis bena arka biex isalva l-familja tiegħu; u b'dik il-fidi kkundanna d-dinja u sar werriet tal-ġustizzja li tinkiseb bis-saħħa tal-fidi.", "Il-fidi ta' Abraham", "Kienet il-fidi li ġagħlet lil Abraham jobdi s-sejħa ta' Alla, meta dan qallu biex imur f'art li kien se jagħtih b'wirt; u telaq, bla ma kien jaf fejn kien sejjer.", "Kienet il-fidi li ġagħlitu jgħammar fl-art imwiegħda, qisu barrani f'art barranija, u jgħix taħt it-tined flimkien ma' Iżakk u Ġakobb, li kienu werrieta miegħu tal-istess wegħda; għax hu kien iħares 'il quddiem, lejn il-belt mibnija fis-sod , li l-imgħallem u l-bennej tagħha huwa Alla.", "Kienet ukoll il-fidi li biha Sarah, mara mdaħħla fiż-żmien, setgħet titqal, għax hija għarfet li ta' kelmtu kien dak li għamlilha l-wegħda.", "Kien għalhekk li minn bniedem wieħed, li kien tista' tgħid mejjet, twieldu nies bil-kotra daqs il-kwiekeb tas-sema u daqs ir-ramel ta' xatt il-baħar, li ħadd ma jista' jgħoddu.", "Kollha bil-fidi mietu dawn in-nies.", "Kienu għadhom ma ħadux dak li kien imwiegħed, iżda huma rawh mill-bogħod u sellmulu, waqt li għarfu li huma kienu barranin u għorba fuq l-art.", "Tabilħaqq, dawk li jitkellmu b'dan il-mod juru ċar li huma qegħdin ifittxu pajjiż għalihom.", "Li kieku kellhom fi ħsiebhom il-pajjiż li minnu kienu ħarġu, kellhom żmien biżżejjed biex jerġgħu lura fih.", "Imma issa huma jixtiequ pajjiż aħjar, jiġifieri, dak tas-sema.", "Huwa għalhekk li Alla ma jistmellx jissejjaħ Alla tagħhom, għax hu ħejja belt għalihom.", "Kienet il-fidi li ġagħlet lil Abraham joffri 'l Iżakk meta Alla ġarrbu; u kien se joffri lil ibnu l-waħdieni sewwasew dak li kien ħa l-wegħdiet, hu li Alla kien qallu: \"Minn Iżakk int għad ikollok nisel.\"", "Huwa fehem li Alla kellu s-setgħa saħansitra li jqajjem mill-mewt; u, fis-sens ta' tixbiha, ħadu tabilħaqq lura mill-mewt.", "Kien ukoll permezz tal-fidi li Iżakk bierek 'il Ġakobb u 'l Għesaw dwar dawk il-ħwejjeġ li kellhom jiġu.", "Permezz tal-fidi Ġakobb, hu u jmut, bierek lil kull wieħed minn ulied Ġużeppi u ta qima lil Alla, waqt li tbaxxa fuq tarf il-bastun li kellu.", "Permezz tal-fidi Ġużeppi, fl-aħħar ta' ħajtu, tkellem fuq il-ħruġ tal-Iżraelin mill-Eġittu u qalilhom x'kellhom jagħmlu b'għadmu.", "Il-fidi ta' Mosè u ta' wlied Iżrael", "Kien permezz tal-fidi li, meta twieled Mosè, missieru u ommu ħbewh għal tliet xhur, għax raw kemm kien tifel sabiħ, bla ma beżgħu mill-ordni tas-sultan.", "Permezz tal-fidi Mosè, meta kiber, ma riedx jissejjaħ bin it-tifla tal-Fargħun; u għażel li aħjar ikun imkasbar flimkien mal-poplu ta' Alla milli jgawdi l-hena tad-dnub, hena li jgħaddi f'qasir żmien.", "Deherlu li t-tmaqdir ta' Kristu huwa għana akbar mit-teżori tal-Eġittu, għax ħares 'il quddiem lejn il-ħlas.", "Permezz tal-fidi ħalla l-Eġittu bla ma baża' mill-qilla tas-sultan; żamm iebes, daqs kemm kieku kien qiegħed jara lil Alla li ma jidhirx.", "Permezz tal-fidi għamel l-ikla tal-Għid u raxxax id-demm, biex l-anġlu tal-mewt ma jolqotx lill-ulied il-kbar tal-Iżraelin.", "Kien permezz tal-fidi li l-Iżraelin qasmu l-Baħar l-Aħmar qishom fuq art niexfa, waqt li għerqu l-Eġizzjani, li marru biex jagħmlu bħalhom.", "Il-fidi tagħmel l-għeġubijiet", "Kien permezz tal-fidi li waqgħu l-ħitan ta' Ġeriko wara li l-Iżraelin daru magħhom għal sebat ijiem.", "Permezz tal-fidi Raħab iż-żienja ma ntilfitx ma' dawk ta' rashom iebsa, għax kienet laqgħet bis-sliem l-ispiji li marru jitkixxfu l-art.", "X'se ngħid iżjed?", "Ma nsibx żmien biżżejjed biex insemmi fuq Gidgħon, Barak, Sansun, Ġefti, David, Samwel u l-profeti.", "Bil-qawwa tal-fidi huma rażżnu saltniet, għamlu l-ġustizzja, kisbu l-wegħdiet; saddew ħalq l-iljuni, tfew il-qawwa tan-nar, ħelsu minn xifer is-sejf, fiequ mill-mard, tqawwew fit-taqbid, ħarrbu l-eżerċti tal-barranin.", "Nisa ħadu lura l-mejtin tagħhom irxuxtati mill-mewt.", "Oħrajn ħaqruhom għall-mewt, għax irruftaw il-ħelsien biex jiksbu qawmien aħjar.", "Oħrajn sofrew żebliħ u swat u saħansitra ktajjen u ħabs.", "Kienu mħaġġra, imħanxra minn nofshom, maqtula bis-sejf; ħarġu jiġġerrew imlibbsin bi ġlud tan-nagħaġ u tal-mogħoż, neqsin minn kollox, imħabbtin u maħqurin.", "Id-dinja ma kienx jixirqilha jkollha nies bħal dawn.", "Huma qagħdu jiġġerrew fid-deżert u fuq l-għoljiet, fl-għerien u fl-irkejjen tal-art.", "U dawn kollha, għad li qalgħu xhieda tajba bis-saħħa tal-fidi tagħhom, ma kisbux dak li kien imwiegħed, billi Alla rafa' xi ħaġa aħjar għalina, bil-ħsieb li huma ma jaslux għall-perfezzjoni mingħajrna."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/HEB.12", "bookref": "HEB.12", "text": ["Id-dixxiplina tal-Mulej", "Ladarba aħna wkoll għandna madwarna sħaba hekk kbira ta' xhieda , ejjew inwarrbu minna kull xkiel u kull dnub li malajr ifixkilna, u b'qalbna qawwija nibqgħu niġru t-triq tal-prova li għandna quddiemna; inżommu għajnejna merfugħa lejn Ġesù, li minnu tibda u fih tintemm il-fidi tagħna; hu li, flok l-hena li kellu quddiemu , qagħad għas-salib bla xejn ma qies l-għajb tiegħu, u issa qiegħed fuq in-naħa tal-lemin tat-tron ta' Alla.", "Aħsbu mela fih, li qagħad għal oppożizzjoni hekk kbira min-naħa tal-midinbin, biex ma tegħjewx u ma taqtgħux qalbkom.", "Sa issa fil-ġlieda tagħkom kontra d-dnub, għad ma żammejtux hekk iebes li wasaltu biex xerridtu demmkom.", "Insejtuha għalkollox il-kelma ta' twissija li qalilkom ta' wlied li intom:", "\"Ibni, la twarrabx it-twiddib tal-Mulej,", "u la taqtax qalbek meta jċanfrek;", "għax il-Mulej iwiddeb lil min iħobb,", "jolqot lil kull min jilqa' b'ibnu.\"", "Hu għall-edukazzjoni tagħkom li intom qegħdin tbatu.", "Alla qiegħed jimxi magħkom ta' wlied.", "Min hu dak l-iben li missieru ma jwiddbux?", "Jekk intom tibqgħu bla twiddib, bħalma kellhom l-ulied kollha, intom tkunu qiskom tfal ta' ħaddieħor, mhux ulied.", "Barra minn dan, aħna kellna wkoll missirijietna tal-art; kienu jwiddbuna, u aħna konna nweġġħuhom.", "Mela kemm aktar għandna noqogħdu taħt il-Missier tas-sema, biex ikollna l-ħajja.", "Dawn kienu jwiddbuna kif kien jidhrilhom huma, għal ftit żmien; imma Alla jwiddibna għall-ġid tagħna, biex aħna niksbu sehem fil-qdusija tiegħu.", "Tassew li bħalissa kull twiddiba ma tferraħniex, imma tnikkitna; iżda mbagħad, lil dawk li jkunu tħarrġu biha, hija troddilhom il-frott ta' ħajja mimlija bis-sliem u l-ġustizzja.", "Mela erfgħu l-idejn merħija u l-irkupptejn mitluqa tagħkom, u aqbdu triq dritta għal riġlejkom, biex min hu zopp, ma joħroġx mit-triq, imma jerġa' jieħu saħħtu.", "Nilqgħu l-grazzja ta' Alla", "Fittxu li żżommu s-sliem ma' kulħadd u li jkollkom il-qdusija, li mingħajrha ħadd ma jara lill-Mulej.", "Qisu li ħadd fostkom ma jibqa' lura mill-grazzja ta' Alla, li ebda għerq ta' mrar ma jinbet fostkom li jġib it-taħwid u li bih ħafna jitħassru.", "Li ħadd fostkom ma jkun żieni u bla Alla bħal Għesaw li għal ikla waħda biegħ il-jedd tal-kbir fost l-aħwa.", "Tafu intom kif ġie mwarrab meta mbagħad ried jiret il-barka; ma sabx mezz ta' ndiema għad li fittixha bit-tixrid tad-dmugħ.", "Intom ma rsaqtux lejn in-nar materjali u jħeġġeġ tas-Sinaj; lejn dak is-swied u d-dlam u r-riefnu; lejn dak id-daqq ta' tromba u ħoss ta' kliem li dawk li kienu jisimgħuh talbu bil-ħerqa biex ma jkellimhomx aktar; għax huma ma felħux għal dan il-kmand: \"Imqar jekk bhima tmiss il-muntanja, tkun imħaġġra.\"", "Kienet hekk tal-biża' dik id-dehra, li Mosè qal: \"Qiegħed nitriegħed bil-biża'.\"", "Imma intom ersaqtu lejn il-muntanja ta' Sijon u lejn il-belt ta' Alla l-ħaj, li hi Ġerusalemm tas-sema; ersaqtu lejn eluf ta' anġli f'ġemgħa ferrieħa; lejn il-ġemgħa tal-ulied ewlenin li isimhom hu miktub fis-sema; lejn Alla l-imħallef ta' kulħadd; lejn l-erwieħ ta' nies tajba u perfetti; lejn Ġesù l-medjatur ta' patt ġdid; u lejn id-demm imraxxax tiegħu li jitkellem b'mod aqwa minn dak ta' Abel.", "Qisu li ma twarrbux lil dak li qiegħed ikellimkom!", "Għax jekk ma ħelsuhiex dawk talli warrbu 'l min kellimhom fuq l-art, wisq aktar ma neħilsuhiex aħna jekk inwarrbu 'l min ikellimna mis-sema.", "Dakinhar leħnu heżżeż l-art; imma issa wiegħed u qal: \"Darb'oħra mhux biss l-art nheżżeż, imma s-sema wkoll.\"", "Il-kliem \"darb'oħra\" juri li l-ħwejjeġ li jitheżżu għandhom jgħaddu, bħallikieku saru biex jibqgħu dawk li ma jitheżżux.", "Mela rroddu ħajr lil Alla għax aħna ħadna saltna li ma titħarrikx; u nagħtuh il-qima li togħġbu bil-ġieħ u bil-biża'.", "Għax Alla tagħna hu nar qerriedi."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/HEB.13", "bookref": "HEB.13", "text": ["Is-sagrifiċċji li jogħġbu lill-Mulej", "Ħa tibqa' magħkom l-imħabba tal-aħwa.", "Tinsewx tilqgħu lill-barranin; minħabba f'hekk xi wħud laqgħu l-anġli bla ma kienu jafu.", "Ftakru f'dawk li huma fil-ħabs, daqslikieku kontu fil-ħabs magħhom; ftakru wkoll f'dawk li qegħdin ikasbruhom, daqslikieku qegħdin ikasbru lilkom f'ġisimkom.", "Ħalli jkun iż-żwieġ tagħkom miżmum fil-ġieħ minn kulħadd u s-sodda taż-żwieġ bla tinġis, għax Alla għad jagħmel ħaqq miż-żienja u mill-adulteri.", "Tkunux mogħtija għar-regħba tal-flus; kunu kuntenti b'dak li għandkom, għax Alla stess qal: \"Jien m'iniex se nħallik, anqas nitilqek.\"", "Għalhekk nistgħu ngħidu b'qalbna qawwija:", "\"Il-Mulej l-għajnuna tiegħi,", "jien ma nibżax;", "x'jista' jagħmilli l-bniedem?\"", "Ftakru f'dawk li jmexxukom, dawk li wasslulkom il-kelma ta' Alla; aħsbu fuq it-tmiem ta' ħajjithom, imxu fuq l-eżempju tal-fidi tagħhom.", "Ġesù Kristu hu dak li kien, fl-imgħoddi, issa u għal dejjem.", "Tħallux li toħorġu 'l barra mit-triq b'xorta oħra ta' tagħlim barrani; aħjar għalina li qalbna tissaħħaħ bil-grazzja ta' Alla milli b'tagħlim dwar kull xorta ta' ikel li anqas sewa ta' ġid għal dawk li mxew miegħu.", "Aħna għandna artal li minnu ma jistgħux jieklu l-qassisin tas-Santwarju.", "Għax l-iġsma tal-bhejjem, li l-qassis il-kbir jieħu demmhom fis-santwarju b'sagrifiċċju għall-maħfra tad-dnubiet, jaħarquhom 'il barra mill-kamp.", "Għalhekk Ġesù wkoll bata 'l barra minn bieb il-belt biex bid-demm tiegħu nnifsu jqaddes lill-poplu.", "Ejjew mela noħorġu niltaqgħu miegħu 'l barra mill-kamp mgħobbijin bl-għajb li rafa' hu.", "Għax aħna hawnhekk ma għandniex belt li tibqa' għal dejjem, iżda qegħdin infittxu dik li għad trid tiġi.", "B'Ġesù, mela, ejjew noffru f'kull ħin lil Alla sagrifiċċju ta' tifħir, jiġifieri l-kelma ta' xufftejna li tistqarr ismu.", "Tinsewx tagħmlu l-ġid lill-oħrajn, u taqsmu bejnietkom dak li għandkom, għax b'sagrifiċċji bħal dawn jitgħaxxaq Alla.", "Oqogħdu għal dawk li jmexxukom, u obduhom, għax huma jgħassu fuqkom għall-ġid tagħkom, bħala nies li għad iridu jagħtu kont tagħkom.", "Hekk huma jaqdu dan id-dmir bil-ferħ, u mhux bi swied il-qalb; għax dan ma jkun jiswielkom ta' ebda ġid.", "Itolbu għalina, għax aħna nemmnu li għandna kuxjenza safja billi rridu nġibu ruħna sewwa f'kollox.", "Dan wisq aktar nitlobkom tagħmluh biex nerġa' nkun magħkom mill-aktar fis.", "Il-barka u l-aħħar tislima", "U Alla tas-sliem, li bis-saħħa tad-demm tal-patt ta' dejjem qajjem mill-imwiet lil Sidna Ġesù, li hu r-Ragħaj il-kbir tan-nagħaġ, iwettaqkom b'kull ħaġa tajba, biex tagħmlu r-rieda tiegħu; ħalli jagħmel hu fina dak li jogħġob lilu b'Ġesù Kristu, li lilu l-glorja għal dejjem ta' dejjem!", "Ammen.", "Nitlobkom, imbagħad, l-aħwa, biex tilqgħu bis-sabar dan il-kliem ta' twissija, li ktibtilkom fil-qosor.", "Ngħarrafkom li ħuna Timotju ġie meħlus.", "Jekk ikun hawn fil-ħin, ikun miegħi meta narakom.", "Sellu għall-mexxejja tagħkom kollha u għall-qaddisin kollha.", "Isellu għalikom ħutna tal-Italja .", "Il-grazzja magħkom ilkoll !"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JAS.intro", "bookref": "JAS.intro", "text": ["L-ITTRA TA' SAN ĠAKBU", "Ħarsa ħafifa lejn l-ittra", "San Ġakbu kiteb minn Ġerusalemm madwar is-sena W.K. L-Ittra ta' Ġakbu hi ittra universali għax biha l-kittieb qed ikellem lill-insara kollha mxerrda mad-dinja magħrufa ta' żmienu.", "Għandha x-xeħta ta' manwal ta' tagħlim dwar kif in-nisrani għandu jgħix il-fidi tiegħu fil-ħajja ta' kuljum.", "Ġakbu ma jaċċettax fidi passiva, anzi, għalih il-fidi toħroġ ċara b'azzjonijiet ta' mħabba kontinwa.", "L-ittra tiegħu fiha sensiela ta' eżempji prattiċi ta' kif il-fidi vera tista' tissarraf f'azzjoni.", "Il-pariri tiegħu huma ċari u bla tlaqliq.", "M'hemmx post għal qtigħ il-qalb fil-faqar.", "Lanqas m'għandu n-nisrani jibża' mill-prova tal-fidi tiegħu.", "Ir-rabja, l-ilsien, ix-xewqat fiergħa u d-diskriminazzjoni, għandhom jiġu kkontrollati bla waqfien.", "B'hekk in-nisrani jkun qed jirreżisti lix-xitan.", "Azzjonijiet pożittivi fil-ħajja tan-nisrani huma l-użu tajjeb tal-ġid materjali favur il-fqir u l-batut.", "Hemm bżonn li nitgħallmu jkollna s-sabar u l-ġentilezza ma' kulħadd.", "Kulma nagħmlu, nagħmluh fis-skiet għall-ġieħ ta' Alla u mhux għal għajnejn in-nies.", "L-azzjonijiet tajba, li huma riżultat tal-fidi attiva, isibu l-milja tagħhom fit-talb għal kull min għandu bżonn l-għajnuna ta' Alla.", "Is-solidarjetà nisranija toħroġ fid-dieher fil-qawwa tat-talb għal xulxin.", "Stqarru wieħed lill-ieħor in-nuqqasijiet tagħkom u itolbu għal xulxin, biex hekk tfiqu.", "It-talba tal-bniedem ġust magħmula bil-ħerqa għandha qawwa kbira ( , ).", "It-taqsim tal-ittra", "Introduzzjoni ( , )", "Fidi u għerf ( , - )", "Faqar u għana ( , - )", "Il-prova u t-tentazzjoni ( , - )", "Tisma' u tpoġġi fil-prattika ( , - )", "M'hemmx diskriminazzjoni ( , - )", "Il-fidi u l-azzjoni ( , - )", "Kif in-nisrani juża lsienu ( , - )", "In-nisrani u d-dinja ( , — , )", "Tagħlimiet differenti ( , - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JAS.1", "bookref": "JAS.1", "text": ["Tislima", "Ġakbu, qaddej ta' Alla u tal-Mulej Ġesù Kristu, lit-tnax-il tribù mxerrda mad-dinja : sliem.", "Fidi u għerf", "Ħuti, għoddu kollox b'ferħ meta tħabbtu wiċċkom ma' kull xorta ta' tiġrib, għax għandkom tkunu tafu li t-tiġrib tal-fidi tagħkom inissel is-sabar.", "Ħallu li s-sabar ikollu l-milja tiegħu fikom, biex tkunu perfetti u sħaħ, bla ma jkun jonqoskom xejn.", "Jekk xi ħadd minnkom jonqsu l-għerf, għandu jitlob lil Alla, li jagħti lil kulħadd b'id miftuħa u bla ma jċanfar lil ħadd, u jagħtihulu.", "Mela ħa jitlob bil-fidi, bla ma jitħasseb xejn, għax min jitħasseb ikun jixbah lill-mewġ tal-baħar imqanqal u mqalleb bir-riħ.", "Bniedem bħal dan ma għandux jistenna li se jaqla' xi ħaġa mingħand il-Mulej; hu bniedem mifxul fih innifsu, u m'huwiex żgur mit-triq li jagħżel.", "Faqar u għana", "Ħa jiftaħar ħuna l-fqir li Alla għollieh, u l-għani jiftaħar fl-umiljazzjoni tiegħu.", "Għax dan jgħib bħal ward ir-raba'; titla' x-xemx tisreġ u bis-sħana tnixxef il-ħaxix, u l-fjur tiegħu jaqa' u s-sbuħija ta' surtu tgħib; hekk ukoll jiġrilu l-għani f'kulma jmidd għonqu għalih.", "Taħbit u tiġrib", "Hieni l-bniedem li jistabar fit-tiġrib, għax wara li jkun għeleb it-tiġrib, jaqla' l-kuruna tal-ħajja li l-Mulej wiegħed lil dawk li jħobbuh.", "Waqt li tkunu mġarrbin, araw li ħadd ma jgħid: \"Alla qiegħed iġarrabni,\" għax Alla ma jistax jiġġarrab għall-ħażin, u anqas mhu se jġarrab lil ħadd.", "Għax kull bniedem imġarrab jinġibed u jitħajjar mill-passjoni tiegħu stess.", "Imbagħad il-passjoni, meta tnissel, tiled id-dnub; u d-dnub, meta jilħaq il-milja tiegħu, iġib il-mewt.", "La titqarrqux, aħwa għeżież tiegħi.", "Kull ħaġa tajba li tingħata u kull don perfett jiġi mis-sema, jinżel mingħand il-Missier, l-għajn tad-dawl , li fih ma hemm ebda tibdil u anqas dell ta' tidwir.", "Għax ried hu, wilidna bil-kelma tal-verità, biex inkunu l-ewwel frott tal-ħlejjaq tiegħu.", "Nisimgħu l-kelma u nagħmluha", "Kunu afu dan, ħuti għeżież.", "Araw li kull bniedem ikun ħafif biex jisma', tqil biex jitkellem, tqil biex jinkorla.", "Għax bniedem inkurlat ma jagħmilx il-ġustizzja ta' Alla.", "Neħħu għalhekk minn fuqkom kulma hu mniġġes u kull fdal ta' ħażen, u ilqgħu bil-ħlewwa l-kelma mħawla fikom, li tista' ssalvalkom ruħkom.", "Kunu intom dawk li jagħmlu l-kelma, u mhux tisimgħuha biss u hekk tqarrqu bikom infuskom.", "Għax jekk xi ħadd jisma' l-kelma u ma jagħmilhiex, ikun bħal bniedem li jara f'mera l-wiċċ li bih twieled: jara lilu nnifsu, jitlaq, u malajr jinsa kif kien.", "Imma dak li jgħarbel sewwa l-liġi perfetta tal-ħelsien, u jżomm sħiħ magħha, ma jkunx wieħed li jisma' biss u jinsa, iżda jkun wieħed li jagħmilha; hieni dan fl-għemil tiegħu.", "Jekk xi ħadd jidhirlu li hu reliġjuż, u lsienu ma jrażżnux u jqarraq b'qalbu, fiergħa hi r-reliġjon tiegħu.", "Quddiem Alla u Missierna r-reliġjon ġenwina u bla tebgħa hija din: iżżur l-iltiema u r-romol fl-hemm tagħhom, u żżomm ruħek bla tinġis 'il bogħod mid-dinja."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JAS.2", "bookref": "JAS.2", "text": ["Ma nħarsux lejn l-uċuħ", "Ħuti, tħalltux il-fidi f'Ġesù Kristu, il-Mulej tagħna tal-glorja, mal-ħarsien lejn l-uċuħ.", "Għax jekk fil-laqgħat tagħkom jidħol xi ħadd biċ-ċrieket tad-deheb f'subgħajh u bi lbies ilellex, imbagħad jidħol xi ħaddieħor fqir liebes imċerċer, u intom idduru ma' dak bl-ilbies ilellex u tgħidulu: \"Int oqgħod komdu bilqiegħda\" waqt li lill-fqir tgħidulu: \"Int oqgħod bilwieqfa\", jew \"Oqgħod bilqiegħda fuq il-mirfes ta' riġlejja \", ma jidhrilkomx li tkunu qegħdin tagħmlu għażla bejniethom, u hekk issiru mħallfin qarrieqa?", "Isimgħu, ħuti għeżież: mhux Alla kien li għażel lill-foqra għad-dinja biex jistagħnew fil-fidi u jsiru werrieta tas-Saltna li hu wiegħed lil dawk li jħobbuh?", "Imma intom lill-fqir inqastuh mill-ġieħ.", "M'humiex l-għonja li jaħqrukom?", "M'humiex huma li jkaxkrukom lejn il-qrati?", "Mhumiex huma li jżebilħu dak l-isem ta' ġieħ li ġie msejjaħ fuqkom ?", "Jekk tħarsu bir-reqqa l-aqwa liġi , skont ma hemm fl-Iskrittura: \"Ħobb lil għajrek bħalek innifsek\", intom tkunu tagħmlu sewwa; imma jekk tħarsu lejn l-uċuħ, tidinbu, u l-Liġi tixlikom bħala nies li tkunu ksirtuha.", "Għax min il-Liġi jħarisha kollha imma jiksirha f'ħaġa waħda biss, ikun ħati ta' kollox.", "Għax dak li qal: \"La tagħmilx adulterju\", qal ukoll: \"La toqtolx\".", "Mela jekk inti ma tagħmilx adulterju, imma toqtol, il-Liġi tkun ksirtha.", "Hekk għandkom titkellmu u hekk għandkom iġġibu ruħkom, bħallikieku wasaltu biex isir ħaqq minnkom taħt liġi ta' ħelsien.", "Għax il-ħaqq ikun bla ħniena għal min ma jurix ħniena; u l-ħniena tirbaħ fuq il-ħaqq.", "Fidi u opri", "X'jiswa, ħuti, li wieħed jgħid li għandu l-fidi jekk ma jurihiex fl-għemil tiegħu?", "Jaqaw tista' ssalvah din il-fidi?", "Jekk ħuk jew oħtok ma jkollhomx x'jilbsu u jonqoshom l-ikel ta' kuljum, u wieħed minnkom jgħidilhom: \"Morru bis-sliem, isħnu u kulu sa tixbgħu\", bla ma jagħtihom dak li hu meħtieġ għall-ġisem, dan x'jiswa?", "Hekk ukoll il-fidi: jekk tkun weħidha u ma jkollhiex l-għemil, tkun mejta fiha nfisha.", "Imma xi ħadd jista' jgħid: \"Int għandek il-fidi, u jiena l-għemil.\"", "Urini l-fidi tiegħek mingħajr l-għemil, u jien nurik il-fidi tiegħi mill-għemil tiegħi.", "Inti temmen li Alla huwa wieħed, u tagħmel sew.", "U dan ix-xjaten ukoll jemmnuh, u jitriegħdu.", "Imma kif ma tridx taf, iblah li int, li l-fidi mingħajr għemil hija fiergħa ?", "Jaqaw Abraham missierna mhux mill-għemil kien iġġustifikat meta offra lil ibnu Iżakk fuq l-artal?", "B'hekk tara kif il-fidi ħadmet id f'id mal-għemil tiegħu, u kif bil-ħila tal-għemil il-fidi laħqet fl-aqwa tagħha u seħħet l-Iskrittura li tgħid: \"Abraham emmen lil Alla u kien dan li ġġustifikah\" u għalhekk huwa msejjaħ ħabib ta' Alla.", "Taraw, mela, li l-bniedem ikun iġġustifikat bl-għemil, mhux bil-fidi biss.", "Hekk ukoll Raħab iż-żienja; jaqaw mhux bl-għemil kienet iġġustifikata meta laqgħet lill-messaġġiera u bagħtithom minn triq oħra?", "Għax bħalma l-ġisem mingħajr ruħ hu mejjet, hekk ukoll hi mejta l-fidi mingħajr għemil."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JAS.3", "bookref": "JAS.3", "text": ["Irrażżnu lsienna", "Ħuti, la ssirux ħafna minnkom għalliema, għax tafu li aħna li ngħallmu nkunu ġġudikati b'reqqa akbar.", "Aħna lkoll niżbaljaw, u ta' sikwit; jekk xi ħadd ma jiżbaljax f'dak li jgħid, dan ikun perfett, kapaċi jrażżan ġismu kollu.", "Aħna nqiegħdu l-ilġiem f'ħalq iż-żwiemel biex naħkmuhom, u bih immexxu ġisimhom kollu.", "Ħarsu wkoll lejn il-bastimenti: għad li jkunu kbar u jimxu mal-irjieħ qawwija, naqra ta' tmun idawwarhom fejn irid it-tmunier.", "Hekk ukoll l-ilsien: huwa biċċa ċkejkna fil-ġisem, imma jista' jiftaħar li jagħmel ħwejjeġ kbar.", "Ara, ftit nar jista' jqabbadlek foresta sħiħa; u l-ilsien huwa nar, huwa dinja ta' ħażen fost il-membri ta' ġisimna, iniġġes il-ġisem kollu u jkebbes ir-ritmu tal-ħajja, hu nnifsu mkebbes mill-infern.", "Kull xorta ta' bhejjem u għasafar, kull xorta ta' bhejjem li jitkaxkru mal-art u ta' ħut, dawn kienu u huma mmansati mill-bniedem.", "Iżda ħadd ma għandu ħila jimmansa l-ilsien; kollu deni, bla kwiet , mimli velenu li jġib il-mewt.", "Bih aħna nbierku lill-Mulej, lil Missierna, u bih nisħtu lill-bnedmin xbieha ta' Alla.", "Minn ilsien wieħed joħorġu l-barka u s-saħta.", "Dan m'għandux ikun, ħuti.", "Jaqaw jista' jnixxi ilma ħelu u ilma salmastru mill-istess għajn?", "U, ħuti, tista' s-siġra tat-tin tagħmel iż-żebbuġ?", "Tista' d-dielja tagħmel it-tin?", "L-ilma mielaħ ma jsirx ilma ħelu.", "L-għerf tas-sema u l-għerf tal-art", "Hemm xi ħadd għaref u għaqli fostkom?", "Mela ħa juri bl-imġiba tajba tiegħu, għemilu bi ħlewwa għaqlija.", "Imma jekk intom għandkom l-għira u l-imrar f'qalbkom u ħsiebkom fil-ġlied, qisu li b'hekk ma tiftaħrux u tigdbu kontra l-verità.", "Dan mhux l-għerf li ġej mis-sema, imma l-għerf ta' din l-art, tal-ġisem u tax-xitan.", "Għax fejn hemm l-għira u l-ġlied, hemm issib it-taqlib u kull xorta ta' ħażen.", "L-għerf li ġej mis-sema, qabel kollox hu għerf safi, imbagħad hu għerf li jfittex is-sliem, it-tjubija u l-ħlewwa; huwa kollu ħniena u frott tajjeb, bla ma jħares lejn l-uċuħ u bla qerq.", "Dawk li jfittxu s-sliem jiżirgħu fis-sliem u jkollhom il-frott tal-ġustizzja."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JAS.4", "bookref": "JAS.4", "text": ["Il-ħbiberija mad-dinja", "Mnejn hu ġej il-ġlied u t-tilwim bejnietkom?", "Jaqaw mhux minn dan, mill-passjonijiet li hemm jitqabdu f'ġisimkom?", "Tixtiequ, u ma ssibu xejn; imbagħad toqtlu, u tgħiru, bla ma tistgħu tieħdu xejn; imbagħad tiġġieldu u titqabdu.", "Ma għandkom xejn għax ma titolbux.", "Titolbu, u ma tiksbux, għax titolbu ħażin: titolbu ħa jkollkom xi tberbqu fix-xalar.", "Nies adulteri !", "Ma tafux li l-ħbiberija mad-dinja hija l-għadu ta' Alla?", "Min mela jrid isir ħabib tad-dinja huwa għadu ta' Alla.", "Taħsbu li għalxejn l-Iskrittura tgħid: \"L-Ispirtu li jgħammar fina jħobb b'imħabba għajjura \"?", "Hu jagħti grazzja akbar minn hekk: għalhekk l-Iskrittura tgħid li", "\"Alla jieqaf lill-kburi,", "u jagħti l-grazzja lill-umli\".", "Mela oqogħdu għar-rieda ta' Alla.", "Ieqfu lix-xitan, u hu jaħrab minnkom.", "Ersqu lejn Alla, u hu jersaq lejkom.", "Midinbin, naddfu idejkom; nies ta' moħħ imħawwad, saffu qlubkom.", "Agħrfu l-miżerja tagħkom, ibku, u olfqu, ħallu d-daħk tagħkom jinbidel f'niket u l-ferħ tagħkom f'diqa.", "Iċċekknu quddiem il-Mulej, u hu jerfagħkom.", "Ma niġġudikawx", "Toqogħdux tqassu fuq xulxin, l-aħwa.", "Min iqassas fuq ħuh u jiġġudika lil ħuh, ikun qiegħed iqassas fuq il-Liġi u jiġġudika l-Liġi; imma jekk inti tiġġudika l-Liġi, ma tkunx qiegħed tagħmel dak li trid il-Liġi, imma ssir imħallef.", "Wieħed biss huwa dak li jagħmel il-Liġi, wieħed biss l-Imħallef: dak li għandu s-setgħa jeħles u jeqred.", "Int min int biex tiġġudika 'l ħaddieħor?", "Il-ftaħir żejjed", "Issa ejjew, intom li tgħidu: \"Illum jew għada mmorru f'din jew dik il-belt u nqattgħu sena hemmhekk, nixtru u nbigħu u nagħmlu l-flus,\" u intom ma tafux x'għad isir għada.", "Għax x'inhi ħajjitkom?", "Intom bħal fwar li jidher għal ftit u mbagħad jgħib.", "Flok ma tgħidu: \"Jekk il-Mulej irid, ngħixu u nagħmlu dan jew dak,\" tiftaħru bil-frugħat tagħkom!", "Kull ftaħir bħal dan huwa ħażen.", "Jekk mela xi ħadd jagħraf it-tajjeb li għandu jagħmel u ma jagħmlux, jagħmel dnub."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JAS.5", "bookref": "JAS.5", "text": ["Twissija lill-għonja", "Ejjew issa, intom l-għonja, ibku u ixhru fuq l-għawġ li ġej fuqkom!", "Ġidkom tħassar, ħwejjiġkom kilithomlkom il-kamla.", "Id-deheb u l-fidda tagħkom rabbew is-sadid, u s-sadid tagħkom għad jixhed kontra tagħkom u jiklilkom ġisimkom bħan-nar.", "Ħżintu l-ġid fl-aħħar jiem!", "Ara, il-ħlas tal-ħaddiema li ħasdu l-għelieqi tagħkom - ħlas li intom żammejtuhulhom bil-qerq - qiegħed jgħajjat kontra tagħkom, u l-biki ta' dawk li ħasdu wasal f'widnejn il-Mulej tal-eżerċti.", "Fuq l-art għextu fix-xalar u l-lussu; qgħadtu tissemmnu għall-jum tal-qatla.", "Intom ikkundannajtu l-ġust, qtiltuh għax ma jistax jiqfilkom!", "Sabar u talb", "L-aħwa, stabru, sa ma jasal il-Mulej.", "Ara, il-bidwi joqgħod b'sabar kbir jistenna l-frott għażiż tal-art, sa ma jieħu x-xita bikrija u mwaħħra.", "Stabru intom ukoll; qawwu qalbkom, għax il-miġja tal-Mulej hi fil-qrib.", "Tgergrux kontra xulxin, l-aħwa, biex ma tkunux iġġudikati: araw, l-Imħallef qiegħed hawn, quddiem il-bieb!", "Bħala eżempju tat-tbatija u s-sabar, l-aħwa, ħudu l-profeti li tkellmu f'isem il-Mulej.", "Dawk li żammew sħiħ sal-aħħar, araw, aħna nqisuhom bħala hienja.", "Smajtu bis-sabar ta' Ġob, u tafu kif bl-għajnuna tal-Mulej hu għalaq jiem ħajtu; għax il-Mulej jaf jagħder, u hu ħanin bil-bosta.", "Imma fuq kollox, ħuti, la taħilfux, u la bis-sema u la bl-art, u tieħdu ebda ġurament ieħor; iżda ħallu l- \"iva\" tagħkom ikun \"iva\" u l- \"le\" tagħkom ikun \"le\", biex hekk ma tkunux ikkundannati.", "Hemm xi ħadd fostkom imnikket?", "Ħalli dan jitlob.", "Hemm xi ħadd ferħan?", "Ħalli jkanta s-salmi.", "Hemm xi ħadd marid fostkom?", "Ħalli dan isejjaħ lill-presbiteri tal-Knisja, biex dawn jitolbu għalih u jidilkuh biż-żejt f'isem il-Mulej; it-talba tal-fidi ssalva lill-marid, u l-Mulej iqajmu; u jekk ikun għamel xi dnubiet, jinħafrulu.", "Stqarru wieħed lill-ieħor in-nuqqasijiet tagħkom u itolbu għal xulxin, biex hekk tfiqu.", "It-talba tal-bniedem ġust magħmula bil-ħerqa għandha qawwa kbira.", "Elija bniedem bħalna kien: meta talab bil-ħerqa biex ma tagħmilx ix-xita, għal tliet snin u sitt xhur sħaħ ix-xita ma għamlitx fuq l-art.", "U meta raġa' talab, is-sema radd ix-xita u l-art għamlet il-frott.", "L-aħħar kelma", "Ħuti, jekk xi ħadd minnkom jitbiegħed mis-sewwa u xi ħaddieħor iġibu lura, dan għandu jkun jaf li min iressaq lura mit-triq il-ħażina 'l xi midneb, jeħles ruħu mill-mewt u jostor kotra ta' dnubiet ."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1PE.intro", "bookref": "1PE.intro", "text": ["L-EWWEL ITTRA TA' SAN PIETRU", "Ħarsa ħafifa lejn l-ittra", "San Pietru kiteb din l-ittra minn Ruma minn fejn ried jilħaq lill-insara mxerrda fl-Asja Minuri.", "Huma kienu qed jgħixu f'soċjetà fejn il-biċċa l-kbira tan-nies kienu pagani, u ħafna mill-insara kienu qed isofru ħafna għall-fatt li kienu segwaċi ta' Kristu.", "Pietru jitkellem fit-tul fuq il-misteru tat-tbatija, u jagħti tifsira profonda għal din l-esperjenza fil-ħajja tal-bniedem.", "Bi kliemu juri li min qed ibati mhuwiex biss qed jgħaddi minn prova, imma hu msejjaħ biex jaqdi lil Alla, u jixhed għall-fidi.", "Fl-ittra tiegħu, Pietru jinkoraġġixxi lill-insara li qed ibatu billi jfakkarhom li dawk fost is-segwaċi ta' Ġesù li huma msejħa jġorru miegħu s-salib, għandhom għax jithennew billi b'hekk tkun qed titkattar fihom il-fidi u jkun jistħoqqilhom it-tifħir fil-jum li fih jerġa' jiġi l-Mulej.", "Fl-istess waqt, l-insara, fit-tbatija tagħhom, għandhom jaraw it-tama f'futur aqwa, mirbuħ mill-qawmien mill-mewt ta' Ġesù.", "Hekk kif Kristu kellu jbati biex jirċievi l-glorja tal-Missier, hekk in-nisrani jgħaddi mill-prova tat-tbatija biex hu wkoll jingħata l-glorja fit-tieni miġja ta' Kristu Rebbieħ.", "Għax Kristu wkoll miet darba għal dejjem minħabba d-dnubiet; hu li kien ġust, miet għall-inġusti biex iressaqhom lejn Alla; kien mogħti l-mewt fil-ġisem, imma ħa l-ħajja fl-ispirtu ( , ).", "It-taqsim tal-ittra", "Introduzzjoni ( , - )", "Ifakkar dwar is-salvazzjoni li ġejja minn Alla ( , - )", "Jinkoraġġixxi għal ħajja qaddisa ( , — , )", "Ir-responsabbiltà tan-nisrani waqt it-tbatija ( , — , )", "L-umiltà u s-servizz tan-nisrani ( , - )", "Konklużjoni ( , - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1PE.1", "bookref": "1PE.1", "text": ["Tislima", "San Pietru kiteb din l-ittra minn Ruma minn fejn ried jilħaq lill-insara mxerrda fl- Asja Minuri. bħala pellegrini f'Pontu, fil-Galazja, fil-Kappadoċja, fl-Asja u fil-Bitinja ; magħżulin minn qabel skont il-ħsieb ta' Alla l-Missier, imqaddsin bl-Ispirtu s-Santu, biex joqogħdu għall-kelma ta' Ġesù Kristu u jkunu mraxxin b'demmu : lilkom grazzja u sliem bil-kotra.", "Tama ħajja", "Ikun imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, li fil-ħniena kbira tiegħu raġa' wilidna għal tama ħajja bil-qawmien ta' Ġesù Kristu mill-imwiet u għal wirt li la jitħassar, la jittabba', u lanqas jinxef.", "Dan il-wirt hu merfugħ għalikom fis-sema għax intom tinsabu taħt il-ħarsien tal-qawwa ta' Alla fil-fidi tagħkom li twassal għas-salvazzjoni li lesta biex tidher fl-aħħar taż-żminijiet.", "Għalhekk għandkom għax tifirħu mqar jekk issa, għal ftit żmien ieħor, jeħtiġilkom titnikktu taħt ħafna provi.", "Bħalma d-deheb, li jintemm, jgħaddi mill-prova tan-nar, hekk tgħaddi mill-prova l-fidi tagħkom, li tiswa aktar mid-deheb, biex ikun jistħoqqilha tasal għat-tifħir, għall-glorja, u għall-ġieħ, meta jidher Ġesù Kristu.", "Lilu, għalkemm ma rajtuhx, intom tħobbuh; fih, għad li issa m'intomx tarawh, intom temmnu; fih intom tifirħu b'ferħ glorjuż, li ma jistax jitfisser, waqt li tiksbu l-għan tal-fidi tagħkom, li hu s-salvazzjoni tagħkom.", "Il-profeti, li ħabbru l-grazzja li kellha tingħata lilkom, stħarrġu u tkixxfu fuq din is-salvazzjoni; huma kienu jitkixxfu l-mod u f'liema żmien kien qiegħed jaħseb l-Ispirtu ta' Kristu, li kien fihom, meta kien jixhdilhom minn qabel it-tbatijiet ta' Kristu u l-glorji tiegħu li kellhom jiġu warajhom.", "Lilhom kien mgħarraf li mhux għalihom infushom, imma għalikom, kien jiswa dak li huma kienu jħabbru, u li issa kien imxandar lilkom minn dawk li, bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu mibgħut mis-sema, qegħdin jagħtukom l-Evanġelju.", "Dawn huma ħwejjeġ li l-anġli stess jixtiequ jifhmuhom sewwa.", "Sejħa għal ħajja qaddisa", "Għalhekk kunu mħażżmin fir-ruħ rażżnu lilkom infuskom f'kollox ; ittamaw għalkollox fil-grazzja li għad tingħatalkom meta jidher Ġesù Kristu.", "Bħala wlied ubbidjenti, tgħixux skont il-ġibdiet ta' qabel, meta kontu għadkom tgħixu fl-injuranza tagħkom; iżda, bħalma qaddis hu dak li sejħilkom, kunu intom ukoll qaddisin fl-imġiba tagħkom kollha, għax hu miktub: \"Kunu qaddisin, għax qaddis jien.\"", "Jekk intom issejħu Missier lil dak li, bla ma jħares lejn l-uċuħ, jagħmel ħaqq minn kulħadd skont l-għemil ta' kull wieħed, għixu fil-biża' ż-żmien tal-ħajja li qegħdin tgħaddu f'art barranija.", "Kunu afu li intom kontu mifdija mill-ħajja tagħkom fiergħa li ħadtu mingħand missirijietkom, mhux b'xi ħaġa li tintemm, bħalma hi l-fidda jew id-deheb, imma bid-demm għażiż ta' Kristu, li kien bħal ħaruf bla għajb u bla tebgħa.", "Hu kien ippredestinat sa minn qabel ma saret id-dinja, imma deher fl-aħħar taż-żminijiet minħabba fikom.", "Bih intom temmnu f'Alla, li qajmu mill-imwiet u tah il-glorja; hekk il-fidi tagħkom hi wkoll tama f'Alla.", "Intom naddaftu rwieħkom billi qgħadtu għall-kelma tal-verità biex ikollkom l-imħabba sinċiera tal-aħwa; ħobbu 'l xulxin b'qalbkom kollha u bil-qawwa kollha.", "Ma twelidtux mill-ġdid minn nisel li jitħassar, imma minn nisel li ma jitħassarx, bis-saħħa tal-kelma ta' Alla li tgħix u tibqa' għal dejjem.", "Għax", "\"Kull bniedem hu bħal ħaxix,", "u l-glorja tiegħu kollha bħal ward ir-raba';", "il-ħaxix jinxef", "u l-ward jaqa',", "imma l-kelma tal-Mulej tibqa' għal dejjem.\"", "Din hi l-kelma tal-Evanġelju li kien imxandar lilkom."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1PE.2", "bookref": "1PE.2", "text": ["Il-ħaġra ħajja u l-poplu qaddis", "Warrbu, mela, 'l bogħod minnkom kull ħażen u kull qerq; warrbu l-wiċċ b'ieħor, u l-għira u kull xorta ta' tqassis.", "Bħal trabi tat-twelid, ixxennqu għall-ħalib safi, il-ħalib tar-ruħ, biex bih tikbru sa ma taslu għas-salvazzjoni, jekk intom tabilħaqq doqtu kemm hu tajjeb il-Mulej.", "Ersqu, mela, lejh, li hu dik il-ġebla ħajja li kienet imwarrba mill-bennejja, imma magħżula minn Alla bħala ġebla għażiża.", "U intom ukoll, bħal ġebel ħaj, inbnew f'dar spiritwali, saċerdozju qaddis, biex toffru sagrifiċċji spiritwali li jogħġbu 'l Alla permezz ta' Ġesù Kristu.", "Għax hekk hemm miktub fl-Iskrittura:", "\"Jien inqiegħed f'Sijon ġebla tax-xewka,", "magħżula u għażiża;", "min jemmen fiha ma jkollux għax jitħawwad.\"", "Għalikom, mela, li temmnu, dan huwa ġieħ!", "Għal dawk li ma jemmnux,", "\"din l-istess ġebla li warrbu l-bennejja saret il-ġebla tax-xewka\"", "u", "\"ġebla ta' tiġrif u tfixkil;\"", "tfixklu għax ma qagħdux għall-kelma ta' Alla; għal dan kienu ddestinati.", "Imma intom ġens maħtur, saċerdozju rjali , nazzjon qaddis, poplu li Alla kiseb għalih, biex ixxandru t-tifħir ta' dak li sejħilkom mid-dlam għad-dawl tiegħu tal-għaġeb.", "Intom li darba ma kontux poplu, issa sirtu l-poplu ta' Alla; intom li darba ma kontux issibu ħniena, issa sibtu l-ħniena tiegħu.", "Ngħixu bħala qaddejja ta' Alla", "Ħuti għeżież, nitlobkom biex bħala barranin u għorba tiċċaħħdu mix-xewqat tal-ġisem li jitqabdu kontra r-ruħ.", "Ġibu rwieħkom sewwa qalb il-pagani biex, jekk huma jgħidu fuqkom bħallikieku kontu nies ħżiena, jaraw sewwa l-għemil tajjeb tagħkom u jsebbħu 'l Alla meta jasal jum iż-żjara tiegħu.", "Għall-imħabba tal-Mulej baxxu raskom għal kull awtorità tal-bnedmin: kemm għas-sultan bħala l-aqwa wieħed, u kemm għall-gvernaturi, li hu qiegħed biex jikkastigaw lil min jagħmel il-ħażin u jfaħħru lil min jagħmel it-tajjeb.", "Għax din hija r-rieda ta' Alla: li bl-għemil tajjeb tagħkom issikktu fomm l-injuranza ta' nies bla għaqal.", "Għixu bħala nies ħielsa, mhux li tinqdew bil-ħelsien tagħkom biex bħallikieku tgħattu l-ħażen, imma bħala qaddejja ta' Alla.", "Agħtu ġieħ lil kulħadd.", "Ħobbu lill-aħwa, qimu lil Alla, weġġħu lis-sultan.", "L-eżempju u s-sofferenzi ta' Ġesù", "Intom, qaddejja , oqogħdu bir-rispett kollu għas-sidien tagħkom; mhux biss għal dawk li huma twajbin u dħulin, imma wkoll għal dawk li huma ħorox.", "Għax din hi grazzja li wieħed ibati bla ħtija għal Alla, u jieħu bis-sabar it-tbatija.", "X'mertu jkollkom li tieħdu bis-sabar is-swat meta tkunu għamiltu l-ħażen?", "Imma jekk tagħmlu t-tajjeb u ssofru t-tbatija bis-sabar, din tkun grazzja quddiem Alla.", "Għal dan intom kontu msejħa għax Kristu wkoll bata għalikom u ħallielkom eżempju biex timxu fuq il-passi tiegħu.", "\"Hu li ma kien għamel ebda dnub,", "u ebda qerq ma nstab f'fommu,\"", "meta għajruh ma weġibx bit-tagħjir; meta bata ma heddidx imma ħalla f'idejn l-Imħallef ġust.", "Hu tgħabba bi dnubietna sa fuq is-salib, biex aħna mmutu għad-dnubiet u ngħixu għall-ġustizzja.", "Bil-ġrieħi tiegħu intom fieqtu.", "Intom kontu bħal nagħaġ mitlufa, imma issa rġajtu lura għand ir-Ragħaj u l-Għassies ta' ruħkom."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1PE.3", "bookref": "1PE.3", "text": ["Il-ħajja tal-miżżewġin", "Hekk ukoll, intom in-nisa oqogħdu għas-setgħa ta' żwieġkom biex, jekk ikunu minn dawk li għadhom ma semgħux mill-kelma tal-Evanġelju, jintrebħu, mhux bil-kliem, imma bl-imġiba tan-nisa tagħhom, xħin jarawkom iġġibu ruħkom kif jixraq magħhom u bir-rispett.", "Ħa tkun is-sbuħija tagħkom mhux dik li tidher minn barra bħad-tiżjin tax-xagħar u t-tiżjin tad-deheb u l-ilbies ilellex, imma dik li hi moħbija f'qalbkom, imlibbsa b'tiżjin li ma jitħassarx; hi l-qalb ħelwa u twajba tagħkom; dan hu li Alla jgħożż ħafna.", "Hekk dari kienu jiżżejnu dawk in-nisa qaddisa li kienu jittamaw f'Alla; kienu joqogħdu għas-setgħa ta' żwieġhom.", "Hekk kienet tagħmel Sara li kienet tisma' minn Abraham u kienet issejjaħlu \"Sidi\".", "U intom sirtu wliedha, jekk tagħmlu s-sewwa bla ma tibżgħu minn xejn.", "Intom ukoll, irġiel, għammru bl-għaqal man-nisa tagħkom; agħtuhom il-ġieħ li ħaqqhom, kemm għax huma aktar dgħajfa minnkom u kemm għax huma wkoll imsejħa għall-grazzja tal-ħajja.", "Hekk ma ssibux tfixkil fit-talb tagħkom.", "Inbatu għall-ġustizzja", "Fl-aħħar nett ngħidilkom, kunu lkoll fehma waħda, ħossu għal xulxin, inħabbu bħal aħwa b'qalb ħanina u umli.", "La troddux deni b'deni jew tagħjir b'tagħjir; imma għall-kuntrarju, wieġbu bil-barka tagħkom, għax għal dan intom kontu msejħa, biex tkunu werrieta tal-barka ta' Alla.", "Għax kif hemm miktub:", "\"Min irid iħobb 'il ħajtu", "u jara jiem hienja,", "ħa jħares ilsienu mill-ħażen", "u xufftejh mill-qerq;", "ħa jaħrab il-ħażen u jagħmel it-tajjeb,", "ifittex is-sliem u jqis li jiksbu.", "Għax għajnejn il-Mulej huma fuq il-ġusti", "u widnejh miftuħa għat-talb tagħhom.", "Imma l-Mulej ħarstu fuq dawk li jagħmlu l-ħażen.\"", "Min jista' jagħmlilkom il-ħsara jekk tkunu ħerqana għat-tajjeb?", "Jekk stess tbatu minħabba s-sewwa, henjin intom!", "Tibżgħux minnhom u titħawdux.", "Lill-Mulej Kristu qaddsu f'qalbkom.", "Kunu dejjem lesti biex tagħtu tweġiba lil kull min jitlobkom il-għala tat-tama li għandkom; imma wieġbu bil-ħlewwa u bir-rispett.", "Żommu safja l-kuxjenza tagħkom biex, meta jgħidu fuqkom, dawk stess li jkasbru l-imġiba tajba tagħkom fi Kristu jkollhom għalxiex jistħu.", "Jekk din tkun ir-rieda ta' Alla, aħjar tbati għax tkun għamilt it-tajjeb milli għax tkun għamilt il-ħażin.", "Għax Kristu wkoll miet darba għal dejjem minħabba d-dnubiet ; hu li kien ġust, miet għall-inġusti biex iressaqkom lejn Alla ; kien mogħti l-mewt fil-ġisem , imma ħa l-ħajja fl-ispirtu , li bih mar ixandar is-salvazzjoni lill-erwieħ li kienu magħluqa fil-ħabs.", "Dawn kienu l-erwieħ ta' dawk li darba ma ridux jisimgħu, meta Alla qagħad jistenna bis-sabar fiż-żmien li Noè kien jibni l-arka.", "Ftit, jiġifieri tmienja biss, salvaw bis-saħħa tal-ilma .", "Dan l-ilma huwa tixbiha tal-magħmudija, li issa ssalva lilkom ukoll.", "Mhux għax tnaddaf il-ħmieġ tal-ġisem, imma għax hi talba lil Alla ħierġa minn kuxjenza safja bis-saħħa tal-qawmien ta' Ġesù Kristu, li tela' s-sema u qiegħed fuq il-lemin ta' Alla u għandu taħtu s-Setgħat u l-Qawwiet tal-anġli."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1PE.4", "bookref": "1PE.4", "text": ["Amministraturi tal-grazzja ta' Alla", "Ladarba Kristu bata f'ġismu , intom ukoll armaw ruħkom bl-istess ħsieb, jiġifieri li kull min bata f'ġismu ma għandux x'jaqsam iżjed mad-dnub kemm itul iż-żmien li għad baqagħlu fil-ħajja tal-ġisem; ma jgħixx skont il-passjonijiet tal-bnedmin, imma skont ir-rieda ta' Alla.", "Biżżejjed li fl-imgħoddi kontu tagħmlu r-rieda tal-pagani u tgħixu ħajja żienja f'passjoni bla rażan, f'sokor, fi tbahrid sfrenat , f'xorb żejjed u fl-idolatrija moqżieża tal-allat.", "Issa li ma għadkomx titħalltu magħhom f'dan il-ġenn ta' żina jistagħġbu bikom u jistkerrhukom.", "Imma ta' dan għad iridu jagħtu kont lil dak li qiegħed hemm biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin.", "Kien għalhekk li l-Evanġelju kien imxandar lill-mejtin ukoll, biex għalkemm skont il-bnedmin kienu kkundannati fil-ġisem, issa jgħixu skont Alla fl-ispirtu.", "Qrib hu t-tmiem ta' kollox; għalhekk kunu għaqlin u meqjusin biex tagħtu ruħkom għat-talb.", "Fuq kollox, ħa jkollkom imħabba sħiħa lejn xulxin, għax l-imħabba tgħatti kotra ta' dnubiet.", "Ilqgħu 'l xulxin bla tgergir.", "Kull wieħed minnkom jgħix skont id-don li rċieva u jinqeda bih għall-ġid tal-oħrajn; hekk tkunu amministraturi tajbin tal-grazzja ta' Alla, li hi ta' ħafna xorta.", "Jekk xi ħadd għandu d-don tal-kelma, jippriedka l-kliem ta' Alla; jekk xi ħadd għandu d-don tal-ministeru , iħaddmu bis-setgħa li Alla tah, u hekk f'kollox ikun igglorifikat Alla b'Ġesù Kristu, li tiegħu huma l-glorja u s-setgħa għal dejjem ta' dejjem!", "Ammen.", "Is-sofferenza tan-nisrani", "Ħuti għeżież, tistagħġbux għax tinsabu fil-forġa qalila tan-nar, li ġiet fuqkom biex iġġarrabkom, bħallikieku ġratilkom xi ħaġa mhux tas-soltu.", "Imma ifirħu, għax b'hekk intom qegħdin tissieħbu fit-tbatijiet ta' Kristu, biex aktar tifirħu u tithennew fid-dehra tal-glorja tiegħu.", "Jekk tkunu mkasbrin minħabba l-isem ta' Kristu, henjin intom!", "Fuqkom għandkom l-Ispirtu tal-glorja , li hu l-Ispirtu ta' Alla.", "Jalla ma jkun hemm ħadd minnkom li jkollu jbati għax qattiel jew ħalliel, jew jagħmel id-deni jew jindaħal fejn ma jesgħux.", "Imma jekk wieħed isofri għax hu nisrani, m'għandux mniex jistħi, ħa jfaħħar lil Alla b'dan l-isem.", "Għax issa wasal iż-żmien tal-ġudizzju, li jibda mid-dar ta' Alla.", "U jekk l-ewwel jibda minna, kif sa jeħilsuha dawk li ma jridux joqogħdu għall-Evanġelju ta' Alla?", "U jekk", "\"il-ġust bilkemm isalva,", "x'se jsir mill-ħażin u mill-midneb?\"", "Mela, dawk li jbatu skont ir-rieda ta' Alla, għandhom iħallu ruħhom f'idejn il-Ħallieq tagħhom, li hu ta' kelmtu, u jibqgħu jagħmlu t-tajjeb."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1PE.5", "bookref": "1PE.5", "text": ["Ir-rgħajja u l-merħla ta' Alla", "Nitlob lill-presbiteri li hemm fostkom, bħala presbiteru jien ukoll u xhud tat-tbatijiet ta' Kristu, u bħala wieħed li għandu sehem mill-glorja li għad trid tidher: irgħu l-merħla ta' Alla fdata f'idejkom.", "Ħudu ħsiebha, mhux bilfors, imma minn qalbkom, kif irid Alla; mhux għall-qligħ baxx, imma bil-ħeġġa tal-imħabba; mhux bħallikieku taħkmu bil-qawwa fuq dawk li messewkom b'xortikom, imma billi tkunu eżempju tal-merħla.", "Imbagħad, meta jidher ir-Ragħaj il-Kbir, tiksbu l-kuruna tal-glorja minsuġa minn ward li ma jidbielx.", "Hekk ukoll intom iż-żgħażagħ, oqogħdu għall-kelma tal-presbiteri .", "Ilkoll kemm intom, imbagħad, ilbsu l-umiltà ma' xulxin għax", "\"Alla jeqfilhom lill-kburin,", "imma lill-umli jagħtihom il-grazzja.\"", "Kunu mela umli taħt l-id setgħana ta' Alla, biex hu jerfagħkom meta jkun il-waqt.", "Ixħtu fuqu l-ħsibijiet kollha tagħkom għax hu jaħseb fikom.", "Kunu meqjusa u għassu.", "L-għadu tagħkom ix-Xitan qisu ljun jgħajjat, idur u jfittex 'il min se jibla'.", "Iqfulu, sħaħ fil-fidi.", "Intom tafu li ħutkom, imxerrdin fid-dinja, qegħdin jaqsmu magħkom l-istess tbatijiet tagħkom.", "Imbagħad, wara li tkunu batejtu għal ftit żmien, Alla li jagħti kull grazzja, li sejħilkom għall-glorja tiegħu ta' dejjem fi Kristu, hu nnifsu jerġa' jġeddidkom, iwettaqkom, isaħħaħkom u jqegħedkom fis-sod.", "Tiegħu hi s-setgħa għal dejjem!", "Ammen.", "L-aħħar tislijiet", "Ktibtilkom dan il-ftit kliem permezz ta' Silvanu, li għalija hu ħija fidil, biex inħeġġiġkom u nixhdilkom li din hi tassew il-grazzja ta' Alla.", "Żommu sħiħ fiha!", "Il-knisja, li hi f'Babilonja, magħżula bħalkom, isselli għalikom.", "Iselli wkoll għalikom Marku, ibni.", "Sellmu lil xulxin b'bewsa ta' mħabba.", "Is-sliem lilkom ilkoll, li intom fi Kristu!"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2PE.intro", "bookref": "2PE.intro", "text": ["IT-TIENI ITTRA TA' SAN PIETRU", "Ħarsa ħafifa lejn l-ittra", "Pietru indirizza l-ittra tiegħu lil ċirku wiesa' ta' nsara tal-bidu.", "Riedhom jifhmu li huma kellhom jgħixu b'mod li jagħti ġieħ lil Alla, billi jżommu sod mat-tagħlim li rċevew mingħand l-appostli.", "Wissiehom li fosthom kien hemm uħud, li għalkemm daħlu fil-Knisja, xejn ma kienu qed ixandru tagħlim tajjeb.", "Alla kien se jikkastigahom ta' għemilhom; l-insara tassew kellhom jiftħu għajnejhom mit-tagħlim qarrieq ta' dawn il-profeti foloz.", "F'ċirkostanzi bħal dawn, id-dmir tal-insara hu li jsaħħu aktar it-twemmin tagħhom u li jkunu ta' eżempju aktar qawwi għan-nies ta' madwarhom.", "Il-pedamenti ta' ħajjithom għandhom ikunu t-tagħrif, il-kontroll fuqhom infushom, u l-prattika tal-paċenzja.", "Fuq kollox, iżejnu l-għemejjel tagħhom bl-imħabba lejn Alla u lejn xulxin.", "Ġesù Kristu se jerġa' jiġi verament, hekk kif kien imħabbar.", "Dan għandkom tkunu tafu, ħuti għeżież: li quddiem il-Mulej jum wieħed hu bħal elf sena, u elf sena bħal jum wieħed.", "Mhux għax jiddawwar il-Mulej li jtemm il-wegħdiet tiegħu, kif jaħsbu xi wħud, imma qiegħed jistabar bikom għax ma jridx li xi ħadd jintilef, imma li kulħadd jersaq għall-indiema ( , - ).", "It-taqsim tal-ittra", "Introduzzjoni ( , - )", "Is-sejħa tan-nisrani ( , - )", "Għalliema qarrieqa ( , - )", "L-aħħar miġja ta' Kristu ( , - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2PE.1", "bookref": "2PE.1", "text": ["Tislima", "Xmun Pietru, qaddej u appostlu ta' Ġesù Kristu, lil dawk, li, għall-ġustizzja ta' Alla u s-Salvatur tagħna Ġesù Kristu, kellhom ix-xorti li jkollhom fidi għażiża daqs tagħna: grazzja lilkom u sliem bil-kotra, bis-saħħa tal-għarfien sħiħ tagħkom ta' Alla u ta' Ġesù Sidna.", "Is-sejħa tan-nisrani", "Is-setgħa tiegħu ta' Alla tatna dak kollu li hu meħtieġ għall-ħajja u t-tjieba, billi għarrfitna 'l Dak li sejħilna għall-glorja u l-qawwa tiegħu nnifsu.", "Bis-saħħa ta' dawn huwa tana l-egħżeż u l-akbar ġid li kien wegħedna, biex bih - wara li tkunu ħlistu mit-taħsir li hawn fid-dinja ħtija tal-ġibdiet ħżiena - tissieħbu fin-natura ta' Alla.", "Għalhekk, mela, kunu ħerqana biex iżżidu mal-fidi l-virtù, mal-virtù l-għerf; mal-għerf ir-rażna; mar-rażna s-sabar; mas-sabar it-tjieba; mat-tjieba l-ħbiberija tal-aħwa; mal-ħbiberija tal-aħwa l-imħabba.", "Jekk ikollkom dawn il-kwalitajiet u tkattruhom fikom, ma jħallukomx rieqda u bla frott fl-għarfien tagħkom ta' Sidna Ġesù Kristu.", "Min hu nieqes minnhom hu agħma, ma jarax sewwa; nesa li ġie mnaddaf minn dnubietu tal-imgħoddi.", "Għalhekk, l-aħwa, b'ħeġġa akbar għandkom tfittxu li ssaħħu s-sejħa u l-għażla tagħkom ; għax jekk tagħmlu hekk, ma titfixklu qatt.", "U hekk ikollkom miftuħ beraħ quddiemkom il-bieb tad-dħul fis-saltna ta' dejjem ta' Sidna u s-Salvatur tagħna Ġesù Kristu.", "Għalhekk jien bi ħsiebni nibqa' dejjem infakkarkom fuq dawn il-ħwejjeġ, għalkemm tafuhom u intom sħaħ fil-verità li hi fikom.", "Jidhirli li hi ħaġa flokha li, sakemm jien f'dan il-ġisem, inżommkom imħeġġin billi nibqa' nfakkarkom; għax jien naf li dalwaqt ikolli nħalli dan il-ġisem , kif għarrafni Sidna Ġesù Kristu.", "Imma rrid nieħu ħsieb li, ukoll wara li nkun tlaqt, intom tibqgħu tiftakru kull ħin f'dawn il-ħwejjeġ.", "Il-glorja ta' Kristu u l-profezija", "Aħna ma konniex qegħdin nibnu fuq ħrejjef maħluqa minn moħħna meta għarrafniekom dwar il-qawwa ta' Sidna Ġesù Kristu u dwar il-miġja tiegħu.", "Rajna b'għajnejna aħna stess il-kobor tiegħu meta hu ħa mingħand Alla l-Missier ġieħ u sebħ, u leħen mit-Tron Glorjuż instama' jgħid għalih: \"Dan hu Ibni, l-għażiż tiegħi, li bih jiena nitgħaxxaq.\"", "Aħna smajnieh dan il-leħen ġej mis-sema meta konna miegħu fuq il-muntanja mqaddsa.", "U hekk għandna mwettqa aħjar il-kelma tal-profeti.", "Tagħmlu sewwa jekk toqogħdu attenti għaliha; hi bħal fanal li jagħti d-dawl f'post mudlam, sa ma jibda jbexbex il-jum u f'qalbkom titla' l-kewkba ta' filgħodu.", "Dan fuq kollox għandkom tkunu tafu: li l-ebda profezija tal-Iskrittura ma għandu ħadd ifissirha minn rasu.", "Għax qatt ma kien li xi profezija ġiet mir-rieda tal-bnedmin; imma, meta l-bnedmin tkellmu f'isem Alla, dan għamluh għax kienu mqanqlin mill-Ispirtu s-Santu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2PE.2", "bookref": "2PE.2", "text": ["L-għalliema u l-profeti foloz", "Dehru wkoll profeti foloz fost il-poplu, kif għad ikun hemm għalliema foloz fostkom.", "Dawn idaħħlu firdiet, li jġibu l-qerda, sa jaslu biex jiċħdu s-Sid li għalih kisibhom u malajr iġibu l-qerda fuqhom infushom.", "Ikun hemm ħafna li jimxu skont l-imġiba bla rażan tagħhom, u ħtija tagħhom tkun imkasbra t-triq tal-verità.", "Imqanqlin mir-regħba tagħhom, jagħmlu negozju minn fuqkom bi kliem qarrieq.", "Imma l-kundanna tagħhom ġa ilha minn żmien taħdem, u l-qerda tagħhom ma raqditx.", "Jekk Alla ma ħafirhiex lill-anġli li dinbu, imma tefagħhom fil-ħofor mudlama tal-infern biex hemm jinżammu sa jum il-ġudizzju; jekk ma ħafirhiex lid-dinja tal-qedem - barra minn Noè, il-ħabbâr tal-ġustizzja, u sebgħa min-nies oħra - meta bagħat id-dulluvju fuq id-dinja tal-ħażen; jekk ikkundanna l-bliet ta' Sodoma u Gomorra biex ikunu maħruqa sa ma jsiru rmied u bihom ħalla tagħlima għal dawk il-ħżiena li kellhom jiġu wara u ħeles biss lil Lot, raġel ġust, mifni kif kien ħtija tal-imġiba bla rażan tal-ħżiena - għax dan ir-raġel ġust, waqt li kien jgħix magħhom, b'dak li kien jara u jisma' minn jum għal ieħor, kien iħoss qalbu tingħafas quddiem l-imġiba ħażina tagħhom; jaf mela l-Mulej jeħles it-tajbin mit-tiġrib u jħalli l-ħżiena biex jieħdu l-kastig f'jum il-ġudizzju.", "L-aktar imbagħad 'il dawk li jgħixu skont il-ġibdiet tal-ġisem u li jkasbru s-setgħa tal-Mulej; nies wiċċhom bla mistħija, kburin, li ma jibżgħux ikasbru l-ħlejjaq glorjużi tas-sema .", "Madankollu l-anġli, għalkemm akbar fil-qawwa u fis-setgħa, ma jkasbruhomx u ma jakkużawhomx quddiem il-Mulej.", "Imma dawn, bħal bhejjem bla raġuni li minnhom infushom twieldu biex ikunu maqbuda u maqtula, ikasbru dak li ma jagħrfux.", "Għalhekk bħal bhejjem jinqerdu, jieħdu l-ħlas tal-ħażen li għamlu.", "Għalihom il-pjaċir tagħhom hu x-xalar ta' binhar; huma tbajja' u ħmieġ fostkom; jieklu magħkom u gostihom iqarrqu bikom .", "Għajnejhom medhijin bin-nisa żienja, ma jixbgħu qatt mid-dnub u jqarrqu bid-dgħajfin; qalbhom imdorrija fir-regħba.", "Misħutin li huma!", "Tbiegħdu mit-triq id-dritta u ntilfu; imxew wara Balgħam, bin Bosor, li għażel qligħ il-ħażen, imma li kien imċanfar għall-ħsara li għamel, meta ħmar tat-tagħbija bla kliem tkellem bħal bniedem u rażżan il-bluha tal-profeta.", "Huma għejun bla ilma u sħab misjuq mir-riefnu; dlamijiet l-aktar koroh hemm lesti għalihom.", "Għax dawn bil-kliem kburi u fieragħ tagħhom u bil-ġibdiet ħżiena tal-ġisem iqarrqu b'dawk li bilkemm għadhom kemm ġew meħlusin minn ma' dawk li jgħixu fl-iżball.", "Iwegħduhom il-ħelsien, waqt li huma stess imjassrin mit-taħsir; għax bniedem hu lsir ta' min jirbħu.", "Għax jekk, wara li ħelsu mill-ħażen tad-dinja bis-saħħa tal-għarfien ta' Sidna u s-Salvatur tagħna Ġesù Kristu, reġgħu tħabblu fih u ntrebħu minnu, il-qagħda tagħhom tal-aħħar sa tkunilhom agħar minn tal-ewwel.", "Kien ikun aħjar għalihom li ma għarfu qatt it-triq tas-sewwa milli, wara li għarfuha, reġgħu lura mill-kmandament imqaddes li ngħata lilhom.", "Ġralhom kif jgħid sewwa l-proverbju:", "\"Il-kelb idur għall-vomtu tiegħu\",", "u", "\"Il-ħanżira l-maħsula titmiegħek fit-tajn.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2PE.3", "bookref": "2PE.3", "text": ["It-tieni miġja ta' Ġesù Kristu", "Din hi t-tieni ittra li qiegħed niktbilkom, ħuti għeżież.", "Fihom it-tnejn nifhem inqajjem fikom ħsibijiet sbieħ billi nfakkarkom f'dak li diġà tafu.", "Ftakru fil-kliem li diġà qalu l-profeti qaddisa, u wkoll fil-kmandament tal-Mulej u s-Salvatur tagħna, li wasslulkom l-appostli tagħkom.", "Dan għandkom tkunu tafu, l-ewwel nett: li fl-aħħar jiem jiġu nies kollhom tmaqdir u jwaqqgħu kollox għaż-żufjett, nies li jaġixxu skont ix-xewqat ħżiena tagħhom; u jibdew jgħidu: \"Fejn hi l-wegħda tal-miġja tiegħu?", "Għax sa minn meta mietu missirijietna , kollox baqa' miexi kif kien sa mill-bidu tal-ħolqien.\"", "Dawn jinsew, għax iridu, li sa minn żmien ilu kienu s-smewwiet u l-art, li saret mill-ilma u żżomm bl-ilma bis-saħħa tal-kelma ta' Alla; kien ukoll bl-ilma li d-dinja ta' dak iż-żmien tgħarrqet u ntilfet.", "Hekk ukoll bl-istess kelma ta' Alla s-smewwiet u l-art tal-lum huma merfugħin għall-ħruq, miżmumin sa jum il-ġudizzju, li jkun jum it-telfien tal-ħżiena.", "Dan għandkom tkunu tafu, ħuti għeżież: li quddiem il-Mulej jum wieħed hu bħal elf sena, u elf sena bħal jum wieħed.", "Mhux għax jiddawwar il-Mulej li jtemm il-wegħdiet tiegħu, kif jaħsbu xi wħud, imma qiegħed jistabar bikom għax ma jridx li xi ħadd jintilef, imma li kulħadd jersaq għall-indiema.", "Jasal, tabilħaqq, Jum il-Mulej bħal ħalliel; jintemmu mbagħad is-smewwiet bi ħsejjes kbar, jinħallu bin-nar l-elementi tad-dinja, u l-art b'kulma fiha tkun maħruqa min-nar .", "Ladarba hekk kollox għandu jintemm, araw daqsxejn kif għandkom iġġibu ruħkom, kemm għandha tkun qaddisa u tajba ħajjitkom, waqt li tistennew b'ħerqa kbira l-miġja tal-Jum ta' Alla.", "Hu minħabba f'dan il-Jum li s-smewwiet jinħarqu u jinħallu, u l-elementi tad-dinja jinqerdu bin-nar.", "Imma aħna, skont il-wegħda tiegħu, nistennew smewwiet ġodda u art ġdida, li fihom tgħammar il-ġustizzja .", "Għalhekk, ħuti għeżież, waqt li nistennew dan kollu, qisu li jsibkom fis-sliem, bla tebgħa u bla dnub.", "Is-sabar li bih il-Mulej jeħodna qisuh bħala salvazzjoni tagħna.", "Hekk ukoll kitbilkom Pawlu, ħuna l-għażiż, skont l-għerf li ngħata lilu.", "Hekk kiteb fl-ittri kollha tiegħu, li fihom tkellem fuq din il-ħaġa.", "Dawn l-ittri fihom xi ħwejjeġ li huma tqal biex wieħed jifhimhom, u dawk li ma jifhmux u li mhumiex sħaħ biżżejjed ifissruhom ħażin għat-telfien tagħhom stess; hekk jagħmlu wkoll mill-kotba l-oħra tal-Iskrittura.", "Intom, mela, ħuti għeżież, ladarba tafu dan, għassu sewwa li ma tisfawx maħkuma mill-iżbalji ta' dawn in-nies bla rażan u taqgħu mnejn tinsabu fis-sod.", "Ikbru fil-grazzja u fl-għarfien ta' Sidna u s-Salvatur tagħna Ġesù Kristu.", "Lilu glorja issa u għal dejjem."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1JN.intro", "bookref": "1JN.intro", "text": ["L-EWWEL ITTRA TA' SAN ĠWANN", "Ħarsa ħafifa lejn l-ittra", "Ġwanni aktarx li kiteb l-ewwel ittra tiegħu f'Efesu għall-ħabta tas-snin / WK.", "Il-kittieb kellu żewġ skopijiet prinċipali għal din l-ittra.", "Ried li l-insara jżommu sħiħ fl-għaqda tal-imħabba bejniethom, u jsaħħaħ it-twemmin tagħhom fi Kristu bħala bniedem.", "Dan it-tagħlim kien qed jiġi miċħud minn xi għalliema qarrieqa.", "Tagħlim ieħor li kien qed jinxtered, marbut mal-istess teoriji żbaljati, kien li l-insara m'għandhomx jintilfu fuq ir-rabtiet tad-dinja għax dawn itellfuhom mir-rabta tagħhom m'Alla.", "Dan ifisser li ma jibqax post għall-imħabba tal-insara bejniethom.", "Din l-ittra tinsisti li l-vera prova tal-fidi hi l-imħabba tal-aħwa.", "Għaliex Alla hu mħabba, kull min jimxi warajh għandu jgħix l-imħabba.", "Għal rebħa totali fuq id-dnub, l-insara jridu mhux biss iħobbu lil xulxin, imma jemmnu wkoll li Ġesù, l-Iben ta' Alla, hu Kristu tassew li miet għalina.", "Dak li kien mill-bidu, dak li aħna smajna, li rajna b'għajnejna, li lejh ħarisna u li messew idejna, jiġifieri l-Verb, il-Kelma tal-ħajja, dan sejrin inxandrulkom ( , ).", "It-taqsim tal-ittra", "Introduzzjoni ( , - )", "Dawl u dlam ( , — , )", "Ulied Alla u wlied ix-xitan ( , - )", "Il-verità u l-iżball ( , - )", "L-imħabba hi dmir ( , - )", "Il-fidi rebbieħa ( , - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1JN.1", "bookref": "1JN.1", "text": ["Il-Verb tal-ħajja", "Dak li kien mill-bidu, dak li aħna smajna, li rajna b'għajnejna, li lejh ħarisna u li messew idejna, jiġifieri l-Verb tal-ħajja, dan sejrin inxandrulkom.", "Għax il-ħajja dehret u aħna rajnieha u qegħdin nixhdu għaliha.", "Qegħdin inxandrulkom il-ħajja ta' dejjem li kienet għand il-Missier u dehret lilna.", "Qegħdin inxandrulkom dak li aħna rajna u smajna, biex intom tissieħbu magħna, u l-għaqda tagħna tkun mal-Missier u ma' Ibnu Ġesù Kristu.", "U qegħdin niktbu dan biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ.", "Alla hu dawl", "Din hi l-aħbar li smajna mingħandu u li qegħdin inxandrulkom: li Alla hu dawl u ebda dlam ma hemm fih.", "Jekk ngħidu li aħna mseħbin miegħu imma nimxu fid-dlam, inkunu qegħdin nigdbu u ma nagħmlux il-verità .", "Iżda jekk nimxu fid-dawl, kif inhu fid-dawl hu stess, aħna nissieħbu flimkien, u d-demm ta' Ġesù Kristu Ibnu jnaddafna minn kull dnub.", "Jekk ngħidu li m'għandniex dnub, inkunu qegħdin inqarrqu bina nfusna u l-verità ma tkunx fina.", "Jekk nistqarru dnubietna, hu fidil u ġust, hekk li jaħfrilna dnubietna u jnaddafna minn kull ħażen.", "Jekk ngħidu li ma dnibniex, inkunu qegħdin ingiddbuh, u kelmtu ma tkunx fina."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1JN.2", "bookref": "1JN.2", "text": ["Kristu d-difensur tagħna", "Uliedi, dan qiegħed niktibhulkom biex ma tidinbux; imma jekk xi ħadd jidneb, aħna għandna Difensur quddiem il-Missier, lil Ġesù Kristu, il-ġust.", "U hu jħallas għal dnubietna, mhux għal tagħna biss, iżda wkoll għal dawk tad-dinja kollha.", "U b'dan nafu li nagħrfu 'l Ġesù: jekk inżommu l-kmandamenti tiegħu.", "Min jgħid \"Jiena nafu\" u ma jżommx il-kmandamenti tiegħu, hu giddieb u l-verità mhijiex fih.", "Iżda kull min iżomm il-kelma tiegħu, fih hemm tassew l-imħabba ta' Alla fil-milja tagħha.", "B'dan nagħrfu li aħna fih.", "Min jgħid li qiegħed jgħammar fih, jeħtieġ li hu jgħix kif għex hu stess.", "Il-kmandament il-ġdid", "Għeżież, m'iniex niktbilkom xi kmandament ġdid, imma kmandament qadim li kellkom sa mill-bidu.", "Il-kmandament il-qadim hi l-kelma li intom smajtu.", "Madankollu kmandament ġdid qiegħed niktbilkom, għax seħħ tassew fi Kristu u fikom, għax id-dlam għadda u d-dawl tassew ġa qiegħed jiddi.", "Min jgħid li qiegħed fid-dawl, u jobgħod 'il ħuh, għadu fid-dlam sa issa.", "Min iħobb 'il ħuh, jgħammar fid-dawl, u fih ma hemm ebda tfixkil .", "Iżda min jobgħod 'il ħuh, jinsab fid-dlam, jimxi fid-dlam, u ma jafx fejn hu sejjer, għax id-dlam għemielu għajnejh.", "Qiegħed nikteb lilkom, uliedi, għax intom dnubietkom maħfura bis-saħħa ta' ismu.", "Qiegħed nikteb lilkom, missirijiet, għax intom għaraftu 'l dak li hu sa mill-bidu.", "Qiegħed nikteb lilkom, żgħażagħ, għax intom għelibtu l-Ħażin.", "Ktibt lilkom, tfal, għax intom għaraftu lill-Missier.", "Ktibt lilkom, missirijiet, għax intom għaraftu lil dak li hu sa mill-bidu.", "Ktibt lilkom, żgħażagħ, għax intom qawwija u l-kelma ta' Alla qiegħda tgħammar fikom u intom għelibtu l-Ħażin.", "Tħobbux id-dinja u anqas dak li hemm fiha.", "Jekk xi ħadd iħobb id-dinja, l-imħabba tal-Missier ma tgħammarx fih.", "Kulma fiha d-dinja, jiġifieri l-ġibda tal-ġisem u l-ġibda tal-għajnejn u l-kburija tal-ħajja, dan mhuwiex ġej mill-Missier imma mid-dinja.", "U d-dinja bil-ġibdiet tagħha tgħaddi, iżda min jagħmel ir-rieda ta' Alla jibqa' għal dejjem.", "L-Antikrist", "Uliedi, waslet l-aħħar siegħa.", "Smajtu li għandu jiġi l-antikrist.", "Issa, araw, ħafna antikristi ġa dehru minn issa.", "U minn dan nagħrfu li waslet l-aħħar siegħa.", "Dawn ħarġu minn fostna imma ma kinux minn tagħna; li kieku kienu minn tagħna kienu jibqgħu magħna.", "Għalhekk kien jeħtieġ li jkun magħruf li mhux kulħadd kien magħna.", "Intom, iżda, għandkom id-dilka mill-Qaddis u dan tafuh ilkoll .", "Ma ktibtilkomx bħallikieku ma tafux il-verità, imma għax tafuha, u tafu wkoll li ebda qerq ma jitnissel mill-verità.", "Min hu l-giddieb jekk mhux min jiċħad li Ġesù hu l-Messija?", "Dan hu l-antikrist, li jiċħad lill-Missier u lill-Iben.", "Kull min jiċħad lill-Iben, anqas lill-Missier ma għandu; min jistqarr lill-Iben, għandu lill-Missier ukoll.", "Intom, iżda, jalla jgħammar fikom dak li smajtu sa mill-bidu; għax jekk jgħammar fikom dak li smajtu sa mill-bidu, intom ukoll tgħammru fl-Iben u fil-Missier.", "Din hi l-wegħda li hu nnifsu għamlilna: il-wegħda tal-ħajja ta' dejjem.", "Ktibtilkom dan dwar dawk li jridu jqarrqu bikom.", "Madankollu fikom qiegħda tgħammar id-dilka li rċevejtu mingħandu, u għalhekk intom ma għandkomx bżonn min joqgħod jgħallimkom.", "Għax id-dilka tiegħu tgħallimkom hi dwar kollox, u t-tagħlim tagħha hu veru, u mhuwiex xi gidba.", "U ladarba hu hekk, mela ibqgħu dejjem fih kif għallmitkom hi.", "Ulied Alla", "U issa, uliedi, ibqgħu fih, ħalli nkunu qalbna qawwija meta huwa jidher, u ma nġarrbux il-mistħija li nitwarrbu minnu meta jiġi.", "Jekk tafu li huwa ġust, tafu wkoll li dawk kollha li l-għemil tagħhom huwa ġust huma mnisslin minnu."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1JN.3", "bookref": "1JN.3", "text": ["Araw b'liema għożża ħabbna l-Missier; nistgħu nissejħu wlied Alla, u hekk aħna tassew.", "Għalhekk id-dinja ma tagħrafniex, għax ma għarfitx lilu.", "Għeżież, issa aħna wlied Alla, imma x'se nkunu 'l quddiem mhuwiex irrivelat lilna.", "Madankollu nafu li meta jidher hu, aħna nkunu bħalu, għax narawh kif inhu.", "Kull min għandu din it-tama fih, jissaffa bħalma safi huwa Kristu.", "Kull min jagħmel id-dnub jikser ukoll il-liġi; għax id-dnub huwa l-ksur tal-liġi.", "U intom tafu li Ġesù deher biex ineħħi d-dnubiet, hu, li ma hemm ebda dnub fih.", "Kull min jgħammar fih ma jidnibx; iżda kull min jidneb, lil Ġesù la rah u lanqas għarfu.", "Uliedi, tħallux min iqarraq bikom.", "Min jagħmel il-ġustizzja, hu ġust fih innifsu, bħalma Kristu huwa ġust.", "Iżda min jagħmel id-dnub ġej mix-Xitan, għax ix-Xitan dineb sa mill-bidu.", "Kien għalhekk li deher l-Iben ta' Alla, biex iħott kulma għamel ix-Xitan.", "Kull min hu mwieled minn Alla ma jagħmilx dnub, għax iż-żerriegħa ta' Alla tibqa' fih; ma jistax jidneb, għax hu mwieled minn Alla.", "B'dan jidhru min huma wlied Alla u min huma wlied ix-Xitan; għax min ma jagħmilx il-ġustizzja mhuwiex minn Alla, anqas min ma jħobbx lil ħuh.", "Ħobbu lil xulxin", "Għax l-aħbar li smajtu sa mill-bidu hija din: li nħobbu lil xulxin.", "Mhux bħal Kajin, li kien mill-Ħażin u qatel lil ħuh.", "U għaliex qatlu?", "Għax għemilu kien ħażin u dak ta' ħuh kien tajjeb.", "L-aħwa, tistagħġbux jekk id-dinja tobgħodkom.", "Nafu li għaddejna mill-mewt għall-ħajja; dan nafuh għax inħobbu lil ħutna; min ma jħobbx jinsab fil-mewt.", "Kull min jobgħod lil ħuh hu qattiel, u intom tafu li ebda qattiel ma għandu fih il-ħajja ta' dejjem.", "B'dan naslu biex nagħrfu x'inhi l-imħabba: li Ġesù Kristu ta ħajtu għalina.", "Aħna wkoll mela għandna nagħtu ħajjitna għall-aħwa.", "Mela jekk wieħed għandu biex jgħix fid-dinja u jara 'l ħuh fil-bżonn u jagħlaq qalbu għalih, kif tista' l-imħabba ta' Alla tgħammar fih?", "Uliedi, ma nħobbux bil-kliem u t-tpaċpiċ, imma bl-għemil u bis-sewwa.", "Il-fiduċja f'Alla", "Minn dan naslu li nagħrfu li aħna fil-verità, u quddiem Alla nserrħu l-kuxjenza tagħna, jekk il-kuxjenza ċċanfarna, għax Alla hu aqwa mill-kuxjenza tagħna, u hu jaf kollox.", "Għeżież, jekk il-kuxjenza tagħna ma ċċanfarniex, aħna qalbna qawwija quddiem Alla, u kulma nitolbu naqilgħuh mingħandu, għax qegħdin inżommu l-kmandamenti tiegħu u nagħmlu dak li jogħġob lilu.", "Dan hu l-kmandament tiegħu: li nemmnu fl-isem ta' Ibnu Ġesù Kristu, u nħobbu 'l xulxin, kif wissiena hu.", "Min iżomm il-kmandamenti tiegħu jgħammar f'Alla u Alla fih .", "B'hekk nagħrfu li hu jgħammar fina: bl-Ispirtu li hu tana."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1JN.4", "bookref": "1JN.4", "text": ["L-Ispirtu ta' Alla u l-ispirtu tal-antikrist", "Għeżież, mhux lil kull xorta ta' spirti għandkom temmnu.", "L-ispirti stħarrġuhom, biex taraw ikunux ġejjin minn Alla; għax kienu ħafna l-profeti foloz li ħarġu fid-dinja.", "L-ispirtu ta' Alla tagħrfuh b'dan: kull spirtu, li jistqarr li Ġesù Kristu sar bniedem, hu minn Alla.", "U kull spirtu, li ma jistqarrx lil Ġesù, mhuwiex minn Alla ; dan hu l-ispirtu tal-antikrist, li intom smajtu li għandu jiġi, anzi minn issa stess ġa qiegħed fid-dinja.", "Intom ġejjin minn Alla, uliedi, u ġa għelibtuhom, għax dak li hemm jgħammar fikom hu akbar minn dak li hemm fid-dinja.", "Dawk huma mid-dinja; għalhekk jitkellmu skont id-dinja, u d-dinja lilhom tagħti widen.", "Aħna, iżda, ġejjin minn Alla; mela min jagħraf 'l Alla jisma' lilna, u min mhuwiex minn Alla ma jagħtiniex widen.", "Minn dan nagħrfu liema hu l-ispirtu tal-verità u liema hu l-ispirtu tal-gideb.", "Alla huwa mħabba", "Għeżież, ejjew inħobbu 'l xulxin, għax l-imħabba ġejja minn Alla, u kull min iħobb hu mwieled minn Alla u jagħraf lil Alla.", "Dak li ma jħobbx ma għarafx lil Alla, għax Alla hu mħabba.", "B'dan dehret l-imħabba ta' Alla fina, għax Alla bagħat lil Ibnu l-waħdieni fid-dinja, biex ngħixu bih.", "U hawn qiegħda l-imħabba; mhux għax aħna ħabbejna 'l Alla, imma għax ħabbna Hu u bagħat lil Ibnu biex ikun ta' tpattija għal dnubietna.", "Għeżież, jekk Alla ħabbna daqshekk, aħna wkoll għandna nħobbu lil xulxin.", "Lil Alla għadu ħadd ma rah, imma jekk inħobbu 'l xulxin hu jgħammar fina, u mħabbtu ssib il-milja tagħha fina.", "B'hekk nafu li aħna ngħammru fih u Hu fina, għax tana sehem mill-Ispirtu tiegħu.", "Aħna rajna, u nagħtu xhieda, li l-Missier bagħat lil Ibnu s-Salvatur tad-dinja.", "Kull min jistqarr li Ġesù hu l-Iben ta' Alla, Alla jgħammar fih u hu f'Alla.", "U aħna għarafna l-imħabba li Alla għandu għalina u emminnieha.", "Alla hu mħabba, u min jgħammar fl-imħabba jgħammar f'Alla u Alla fih.", "U l-imħabba ssir sħiħa fina, meta aħna nqawwu qalbna għal Jum il-ħaqq, għax saħansitra f'din id-dinja aħna sirna bħalu.", "Fl-imħabba ma hemmx biża'; l-imħabba sħiħa tkeċċi l-biża' 'l barra, għax il-biża' għandu x'jaqsam mal-kastig.", "Min jibża' għadu ma sabx il-milja tal-imħabba.", "Aħna nħobbu, għax hu ħabbna l-ewwel.", "Jekk xi ħadd jgħid: \"Jiena nħobb 'l Alla\", u jobgħod lil ħuh, dan ikun giddieb.", "Għax min ma jħobbx lil ħuh li jara, kif jista' jħobb lil Alla li hu qatt ma rah?", "Dan hu l-kmandament li tana hu: li min iħobb 'l Alla, iħobb ukoll lil ħuh."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/1JN.5", "bookref": "1JN.5", "text": ["Ir-rebħa tal-fidi", "Kull min jemmen li Ġesù hu l-Messija hu mwieled minn Alla, u kull min iħobb lill-Missier iħobb lil min twieled minnu.", "Minn dan nafu li nħobbu lil ulied Alla, meta nħobbu 'l Alla u nagħmlu l-kmandamenti tiegħu.", "Għax din hi l-imħabba ta' Alla, li nżommu l-kmandamenti tiegħu; u l-kmandamenti tiegħu mhumiex tqal; għax kull min hu mwieled minn Alla jegħleb lid-dinja.", "Din hi r-rebħa fuq id-dinja: il-fidi tagħna.", "Għax min hu dak li jegħleb lid-dinja, jekk mhux min jemmen li Ġesù hu l-Iben ta' Alla?", "Ix-xhieda dwar l-Iben", "Dan huwa dak li ġie bl-ilma u d-demm, Ġesù Kristu; mhux bl-ilma biss, iżda bl-ilma u d-demm.", "U l-Ispirtu hu li jixhed, għax l-Ispirtu hu l-verità.", "Tlieta huma dawk li jixhdu: l-Ispirtu, l-ilma u d-demm, u t-tlieta jaqblu fix-xhieda tagħhom.", "Jekk aħna nilqgħu x-xhieda tal-bnedmin, ix-xhieda ta' Alla hija aqwa; din hija xhieda li Alla jagħti dwar Ibnu.", "U min jemmen lill-Iben ta' Alla għandu din ix-xhieda fih innifsu, iżda min ma jemminx lil Alla jkun igiddeb lil Alla, għax ma jkunx jilqa' x-xhieda li Alla jagħti dwar Ibnu.", "U x-xhieda hija din: li Alla tana l-ħajja ta' dejjem, u din il-ħajja tinsab f'Ibnu.", "Min għandu l-Iben għandu l-ħajja; min ma għandux l-Iben ta' Alla ma għandux il-ħajja.", "L-għarfien tal-ħajja ta' dejjem", "Dan ktibtu lilkom, li temmnu fl-isem tal-Iben ta' Alla biex tkunu tafu li intom għandkom il-ħajja ta' dejjem.", "Din hi l-fiduċja sħiħa li għandna fih, li jekk nitolbu xi ħaġa skont ir-rieda tiegħu, hu jismagħna.", "U ladarba nafu li hu jismagħna f'dak li nitolbu, mela nafu wkoll li kulma tlabnieh jinsab diġà għandna.", "Jekk wieħed jara lil ħuh jaqa' f'xi dnub li ma jwassalx għall-mewt, wieħed għandu jitlob u Alla jagħtih il-ħajja.", "Dan qiegħed ngħidu għal min jagħmel dnub li ma jwassalx għall-mewt.", "Għax hemm dnubiet li jwasslu għall-mewt, imma jien mhux għal dawn qiegħed ngħid li wieħed għandu jitlob.", "Kull inġustizzja hija dnub, imma mhux kull dnub iwassal għall-mewt.", "Aħna nafu li kull min hu mwieled minn Alla ma jidnibx, imma l-Imnissel minn Alla jħarsu mid-dnub, u l-Ħażin ma jmissux b'idejh .", "Nafu li aħna ġejjin minn Alla u li d-dinja kollha qiegħda taħt idejn il-Ħażin.", "Imma nafu wkoll li l-Iben ta' Alla ġie u tana d-dehen biex nagħrfu 'l Alla l-veru.", "U aħna ninsabu f'Alla l-veru, f'Ibnu Ġesù Kristu.", "Dan hu Alla l-veru , u l-ħajja ta' dejjem.", "Uliedi, ħarsu rwieħkom mill-idoli."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2JN.intro", "bookref": "2JN.intro", "text": ["IT-TIENI ITTRA TA' SAN ĠWANN", "Ħarsa ħafifa lejn l-ittra", "Ġwanni jindirizza t-tieni ittra tiegħu lis- \"Sinjura Magħżula u lil uliedha\".", "Ħafna jgħidu li s-Sinjura hi l-Knisja, u wliedha huma l-insara membri.", "Il-messaġġ ta' din l-ittra hu importanti ħafna għax jinbena fuq il-Kmandament il-Ġdid li Ġesù nnifsu silet mil-Liġi tat-Testment il-Qadim.", "Il-Kmandamenti mogħtija minn Alla fuq il-Muntanja Sinaj, jinġabru fl-imħabba lejn Alla u fl-imħabba tal-bnedmin bejniethom.", "L-insara huma msejħa li jibnu ħajjithom fuq dan il-prinċipju.", "L-imħabba u l-verità jintrabtu flimkien, anzi jiddependu minn xulxin.", "Għalhekk it-tagħlim qarrieq li kien qed jinxtered minn xi wħud, dwar li Ġesù mhux veru li kellu ġisem uman, kellu jiġi mwarrab.", "L-insara kellhom jorbtu biss fuq it-tagħlim li rċevew sa mill-bidu.", "Hekk il-Missier u l-Iben jgħixu fil-qalb tan-nisrani.", "Jekk xi ħadd jaqbeż 'il barra u ma jibqax fit-tagħlim ta' Kristu, dan m'għandux lil Alla fih.", "Imma min jibqa' fit-tagħlim, għandu l-Missier u l-Iben fih ( ).", "It-taqsim tal-ittra", "Introduzzjoni ( - )", "L-imħabba kollox ( - )", "Twissija dwar tagħlim qarrieq ( - )", "Konklużjoni ( - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/2JN.1", "bookref": "2JN.1", "text": ["Tislima", "Il-presbiteru lis-Sinjura l-Magħżula u lil uliedha , li jiena nħobb tassew, u mhux jiena biss, imma wkoll kull min għaraf il-verità, bis-saħħa tal-verità li tgħammar fina u li tibqa' magħna għal dejjem.", "Grazzja, ħniena u sliem ikunu magħna fil-verità u fl-imħabba, mingħand Alla l-Missier u mingħand Ġesù Kristu Bin il-Missier.", "L-imħabba u l-verità", "Ħassejt ferħ kbir li sibt 'il xi wħud minn uliedek miexja fil-verità, kif ikkmandana nagħmlu l-Missier.", "U issa, Sinjura, nitolbok li nħobbu 'l xulxin; dan li qiegħed niktiblek mhuwiex xi kmandament ġdid, għax ilu għandna sa mill-bidu.", "L-imħabba hija din: li nimxu skont il-kmandamenti tiegħu.", "U dan il-kmandament, kif smajtu sa mill-bidu, huwa li timxu fl-imħabba.", "Għax ħarġu fid-dinja ħafna qarrieqa, nies li ma jridux jistqarru li Ġesù Kristu ġie fil-ġisem; dawn huma l-qarrieqa u l-antikrist!", "Ħarsu rwieħkom, li ma tmorrux titilfu dak li għalih ħdimtu, imma li tieħdu ħlas sħiħ.", "Jekk xi ħadd jaqbeż 'il barra u ma jibqax fit-tagħlim ta' Kristu, dan m'għandux lil Alla fih.", "Imma min jibqa' fit-tagħlim, għandu l-Missier u l-Iben fih.", "Jekk jiġikom xi ħadd u ma jġibilkomx dan it-tagħlim, la tilqgħuhx għandkom u la ssellmulux, għax min isellimlu jkun qiegħed jissieħeb miegħu fl-għemejjel ħżiena tiegħu.", "L-aħħar tislijiet", "Għandi ħafna fuqiex niktbilkom, imma ma ridtx ninqeda b'karti u linka; nittama li nkun magħkom u nkellimkom wiċċ imb wiċċ, u hekk il-ferħ tagħkom ikun sħiħ.", "Ulied oħtok, il-Magħżula , jibagħtu jsellu għalik."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/3JN.intro", "bookref": "3JN.intro", "text": ["IT-TIELET ITTRA TA' SAN ĠWANN", "Ħarsa ħafifa lejn l-ittra", "It-tielet ittra ta' Ġwanni qisha bħal kartolina mibgħuta minn ħabib lil ieħor.", "Filwaqt li jfaħħar lil Gaju għall-ġenerożità tiegħu mal-missjunarji ta' żmienu, Ġwanni jrid ipoġġi lil ħabibu bħala mudell ta' kif għandhom iġibu ruħhom l-insara.", "Gaju kien mhux biss jilqa' għandu lill-vjaġġaturi li jkunu fi triqthom biex jevanġelizzaw, imma kien ukoll jipprovdilhom għall-ħtiġiet tagħhom.", "Mill-banda l-oħra, Ġwanni jikkritika lil Dijotrefi li jaġixxi bil-maqlub ta' Gaju.", "Kien wieħed li jħobb juri ruħu u jwarrab it-twissijiet tal-mexxejja ewlenin.", "Lanqas ma kien jilqa' lill-missjunarji, anzi kien ikeċċihom.", "Ġwanni jagħlaq billi jfaħħar lill-membru ieħor tal-Knisja, Demetriju, li kien miġjub minn kulħadd.", "Għażiż, timxix fuq il-ħażin, imma fuq it-tajjeb.", "Min jagħmel it-tajjeb ġej minn Alla; min jagħmel il-ħażin ma rax lil Alla ( ).", "It-taqsim tal-ittra", "Introduzzjoni ( - )", "Tifħir għal Gaju ( - )", "Dijotrefi kkundannat ( - )", "Demetriju mfaħħar ( - )", "Konklużjoni ( - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/3JN.1", "bookref": "3JN.1", "text": ["Tislima", "Il-presbiteru, lil Gaju l-għażiż, li jiena nħobb fis-sewwa.", "Għażiż, nitlob lil Alla li kollox imurlek tajjeb u li tkun f'saħħtek, l-istess bħalma inti sejjer tajjeb f'ruħek.", "Fraħt ħafna b'dawk l-aħwa li ġew u taw xhieda tal-verità tiegħek, kif inti miexi fil-verità.", "Ngħid għalija, ma nafx b'ferħ akbar minn dak li nħoss meta nisma' li wliedi mexjin fil-verità.", "Għajnuna u tfixkil", "Int, għażiż, qiegħed iġġib ruħek bħala bniedem tal-fidi f'dak li qiegħed tagħmel għal ħutna, imqar meta jkunu barranin.", "Huma xehdu dwar l-imħabba tiegħek quddiem il-knisja .", "Tagħmel sew jekk tieqaf magħhom fil-vjaġġi tagħhom kif jixraq lis-servizz ta' Alla.", "Għax jekk dawn siefru, dan għamluh għall-Isem, bla ma ħadu xejn mingħand il-pagani.", "Mela nies bħal dawn aħna fid-dmir li nilqgħuhom, ħalli b'hekk nissieħbu magħhom fil-ħidma għat-tixrid tal-verità.", "Jien ġa ktibt xi ħaġa lill-knisja , imma Dijotrefi, dak li jħobb jaqbeż lil kulħadd, ma riedx jilqa' l-kelma tagħna.", "Għalhekk, jekk niġi, nurih kulma qiegħed jagħmel, it-tpaċpiċ żejjed u l-kliem ħażin li qiegħed jgħid fuqna.", "U mhux kuntent b'dan, anqas lill-aħwa ma jilqa', u anqas ma jħalli lil dawk li jkunu jridu jilqgħuhom; imma jkeċċihom 'il barra mill-knisja.", "Għażiż, timxix fuq il-ħażin, imma fuq it-tajjeb.", "Min jagħmel it-tajjeb ġej minn Alla; min jagħmel il-ħażin ma rax lil Alla.", "Demetriju għandu x-xhieda tiegħu minn kulħadd, sa mill-istess verità.", "U aħna wkoll nixhdu għalih, u inti taf li x-xhieda tagħna hija vera.", "L-aħħar tislijiet", "Kont kieku niktiblek wisq iżjed minn hekk, imma ma rridx ngħidhulek bil-linka u l-pinna.", "Nittama li narak ma ndumx; imbagħad inkellmek wiċċ imb wiċċ.", "Is-sliem għalik.", "Il-ħbieb jibagħtu jsellu għalik.", "Sellili għall-ħbieb, wieħed wieħed."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JUD.intro", "bookref": "JUD.intro", "text": ["L-ITTRA TA' SAN ĠUDA", "Ħarsa ħafifa lejn l-ittra", "F'din l-ittra Ġuda jitkellem b'enfasi kbira dwar l-għalliema li fil-qerq tagħhom jgħidu li għandhom il-fidi, imma fil-verità jxandru tagħlim ħażin, u jgħixu ħajja bla rażan.", "Alla għad jikkastigahom għall-għemil tagħhom.", "L-insara m'għandhom qatt jimxu wara dawn l-għalliema jew jimitawhom f'għemilhom.", "Il-kittieb għandu kliem ta' inkoraġġiment għall-insara għax ifakkarhom li Alla jgħinhom biex ma jaqgħux fin-nassa tal-qarrieqa.", "Il-ħsieb ta' din l-ittra jixbah ħafna lil dak tat-Tieni Ittra ta' Pietru.", "Ġuda jagħlaq l-ittra tiegħu billi jbierek lill-insara b'talba sabiħa.", "Lil dak li għandu l-qawwa jħariskom mill-waqgħa, u jqegħedkom bla tebgħa u ferħana quddiem is-sebħ tiegħu, lil Alla waħdu Salvatur tagħna, permezz ta' Ġesù Kristu Sidna, glorja, kobor, qawwa u setgħa qabel kull żmien, issa u għal dejjem ta' dejjem.", "Ammen ( - ).", "It-taqsim tal-ittra", "Introduzzjoni ( - )", "Deskrizzjoni tat-tagħlim u l-kundanna tal-għalliema qarrieqa ( - )", "Twissija biex l-insara jinbnew bil-fidi ( - )", "Barka tal-aħħar ( - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JUD.1", "bookref": "JUD.1", "text": ["Tislima", "Ġuda, qaddej ta' Ġesù Kristu u ħu Ġakbu, lil dawk li huma msejħin, maħbubin minn Alla l-Missier, u mħarsa għal Ġesù Kristu.", "Jalla jitkattru fuqkom il-ħniena, is-sliem u l-imħabba.", "L-għalliema ħżiena u l-ġudizzju", "Maħbubin, ħassejt ħerqa tassew kbira biex niktbilkom dwar is-salvazzjoni tagħna lkoll, għax rajt li kien meħtieġ nibagħtilkom kelmtejn ħalli nħeġġiġkom tissieltu għal dik il-fidi li ngħatat darba għal dejjem lill-qaddisin.", "Għax fostna ndiehsu xi wħud li sa minn żmien ilu kienu mniżżlin minn qabel għal din il-kundanna, nies ħżiena li jaqilbu l-grazzja ta' Alla tagħna f'żina u jiċħdu lil Ġesù Kristu, is-Sid waħdieni tagħna u l-Mulej tagħna .", "Għad li intom ġa sirtu tafu kollox darba għal dejjem, nixtieq iżda nfakkarkom li l-Mulej , wara li salva l-poplu mill-art tal-Eġittu, hekk imbagħad qered lil dawk li ma emmnux.", "U lil dawk l-anġli li ma beżgħux għal posthom u telqu mnejn kienu jgħammru, huwa żammhom marbuta għal dejjem f'qiegħ id-dlamijiet għall-ħaqq tal-Jum il-kbir.", "U hekk ukoll ġralhom Sodoma u Gomorra u l-bliet ta' madwarhom li bħalhom ingħataw għaż-żina u ntelqu wara l-pjaċiri kontra n-natura; huma saru eżempju għal kulħadd billi ħadu l-kastig tan-nar ta' dejjem.", "Hekk ukoll dawn il-bnedmin fit-thewdin tagħhom xorta waħda qegħdin itebbgħu l-ġisem, jiċħdu l-awtorità ta' Alla, iżebilħu l-ħlejjaq glorjużi .", "L-arkanġlu Mikiel, meta ħadha max-Xitan u beda jħaqqaqha miegħu fuq il-ġisem ta' Mosè , ma wasalx biex ikkundannah bi kliem ta' żebliħ, imma qallu: \"Ħa jrażżnek il-Mulej\".", "Dawn in-nies, imma, iżebilħu saħansitra dawk il-ħwejjeġ li ma jifhmux fihom, u dak kollu li jafuh min-natura bħall-bhejjem bla dehen, jiswielhom għat-telfien.", "Ħażin għalihom!", "Qabdu triq Kajin; għal daqsxejn ta' ħlas intelqu fl-iżball ta' Balgħam, u nqerdu bit-tixwix ta' Koraħ.", "Dawn in-nies huma tbajja' għalikom fil-laqgħat tagħkom għall-ikla tal-imħabba, jixxalaw flimkien, bla mistħija, ifittxu lilhom infushom, sħab bla xita misjuqa mir-riħ; siġar bla frott fi tmiem il-ħarifa, mejta għal darbtejn, imqaċċta mill-għeruq; imwieġ qliel tal-baħar jitqallbu fir-ragħwa tal-għajb tagħhom; kwiekeb ġerrejja li għalihom hemm merfugħ is-swied tad-dlamijiet ta' dejjem.", "Kien għal dawn ukoll li Ħenok, is-seba' wieħed wara Adam, ħabbar u qal: \"Ara, il-Mulej ġej, bl-eluf tal-anġli qaddisa tiegħu, biex jagħmel ħaqq minn kulħadd u jikkundanna l-ħżiena kollha għal kull xorta ta' ħażen li għamlu, u għall-kliem iebes kollu li qalu kontra tiegħu l-midinbin ħżiena.\"", "Dawn huma dawk li jgergru, li jisħtu xortihom, jiġru wara l-ġibdiet koroh tagħhom, fommhom mimli ftaħir, u jżiegħlu bin-nies f'wiċċhom ħalli jiksbu xi ħaġa minnhom.", "Twissijiet u tħeġġiġ", "Iżda intom, għeżież, ftakru fil-ħwejjeġ li l-appostli ta' Sidna Ġesù Kristu kienu ħabbrulkom minn qabel.", "Huma qalulkom li \"fl-aħħar taż-żminijiet ikun hemm nies żeblieħa li jiġru wara l-ġibdiet ħżiena tagħhom\", nies li jġibu l-firdiet, jgħixu ħajja ta' din l-art, nies li m'għandhomx l-Ispirtu fihom.", "Iżda intom, għeżież, ibnu lilkom infuskom fuq il-fidi l-aktar qaddisa tagħkom; itolbu fl-Ispirtu s-Santu; żommu rwieħkom fl-imħabba ta' Alla, stennew il-ħniena ta' Sidna Ġesù Kristu għall-ħajja ta' dejjem.", "Uru ħniena ma' dawk li għadhom fid-dubju ; salvawhom u aħtfuhom min-nar; l-oħrajn, ħennu għalihom, bil-biża', waqt li tistkerrhu saħansitra l-libsa mċappsa b'ġisimhom.", "Glorja lil Alla", "Lil dak li għandu l-qawwa jħariskom mill-waqgħa, u jqegħedkom bla tebgħa u ferħana quddiem is-sebħ tiegħu, lil Alla waħdu Salvatur tagħna, permezz ta' Ġesù Kristu Sidna, glorja, kobor, qawwa u setgħa qabel kull żmien, issa, u għal dejjem ta' dejjem.", "Ammen."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/REV.intro", "bookref": "REV.intro", "text": ["IL-KTIEB TAL-APOKALISSI", "Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb", "Eżiljat fil-gżira ta' Patmos, Ġwanni ħass li kellu jikteb lill-insara li kienu qed jiġu ppersegwitati, biex iqawwilhom qalbhom.", "Fid-dehra tal-bidu, hu jara lil Kristu li jgħidlu x'għandu jgħid u jagħmel biex iħeġġeġ lill-insara fis-seba' knejjes li lilhom qed jindirizza l-ktieb tiegħu.", "Il-messaġġ jinbena fuq tliet kunċetti ewlenin:", "a. Il-forza tal-ħażen qed taħkem id-dinja u ġġiegħel lill-insara jbatu", "b. Ġesù hu l-Mulej u għad jegħleb kull forza tal-ħażen", "ċ.", "Alla għandu premju kbir għal dawk li jibqgħu leali lejh u jagħtu ħajjithom għas-servizz tiegħu.", "Kien messaġġ ta' qawwa u inkoraġġiment kbir għall-insara li kienu għaddejjin minn tbatijiet kbar għax jistqarru lil Kristu jew ma jiċħdux il-fidi tagħhom.", "Minkejja l-poter enormi tal-Imperu Ruman, ħadd u xejn ma kien se jżomm lil Kristu mir-rebħa finali.", "Il-ktieb hu sensiela ta' dehriet b'messaġġi speċifiċi skont il-knejjes li lilhom huma indirizzati l-messaġġi.", "Il-lingwaġġ hu wieħed simboliku u ta' stil profetiku.", "Il-messaġġi għandhom il-qalba tagħhom fit-Testment il-Qadim, u għalhekk setgħu jinftiehmu biss mill-insara.", "L-ebda uffiċjal Ruman ma sata' qatt jifhem it-tħabbir tal-waqgħa tal-Imperu Ruman fis-simbolu tal-waqgħa tal-Babilonja.", "Il-kittieb juża xbihat differenti biex juri l-qawwa ta' Alla.", "F'kapitlu naqraw dwar it-tron ta' Alla bil-glorja kollha tiegħu.", "Il-kontroll assolut li Ġesù Kristu Rxoxt għandu fuq il-qawwiet tad-dinja, jiġi ppreżentat fil-Ktieb tal-Ħaruf li kellu seba' siġilli.", "In-numru jirrepeti ruħu ħafna drabi għaliex ifisser l-infinit u għalhekk il-kobor ta' Alla hu infinit f'kull dehra.", "L-insara ppersegwitati sabu f'dan il-ktieb it-tama li kull tbatija tispiċċa fix-xejn meta mqabbla mal-premju li hemm lest għal dawk li jibqgħu sħaħ fil-fidi.", "Din hi l-għamara ta' Alla mal-bnedmin; u hu jgħammar magħhom, u huma jkunu l-poplu tiegħu, u Alla nnifsu jkun magħhom, Alla tagħhom.", "Hu jixxuttalhom kull demgħa minn għajnejhom: ma jkunx hemm iżjed mewt, anqas biki jew għajjat jew tbatija ma jkun hemm iżjed, għax għabu l-ħwejjeġ ta' qabel ( , - ).", "It-taqsim tal-ktieb", "Introduzzjoni ( , - )", "L-ewwel dehra u l-ittri lis-seba' knejjes ( , — , )", "Il-ktieb bis-seba' siġilli ( , — , )", "Is-seba' trombi ( , — , )", "Id-dragun u ż-żewġ bhejjem ( , — , )", "Dehriet diversi ( , — , )", "Is-seba' bwieqi tal-korla ta' Alla ( , - )", "Il-waqgħa tal-Babilonja, it-telfa tal-bhima, il-profeta falz, u x-xitan ( , — , )", "L-aħħar ġudizzju ( , - )", "Is-sema l-ġdid, l-art ġdida, Ġerusalemm il-ġdida ( , — , )", "Konklużjoni ( , - )"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/REV.1", "bookref": "REV.1", "text": ["Dħul", "Ir-Rivelazzjoni ta' Ġesù Kristu li tahielu Alla biex jgħarraf lill-qaddejja tiegħu b'dak li għandu jiġri ma jdumx.", "Alla bagħat lill-anġlu tiegħu jfissirha lill-qaddej tiegħu Ġwanni, li kien xhud tal-kelma ta' Alla u tax-xhieda mogħtija minn Ġesù Kristu, u ta' kulma ra b'għajnejh .", "Hieni dak li jaqra u dawk li jisimgħu l-kliem ta' din il-profezija u jħarsu dak li hemm miktub, għax iż-żmien qorob!", "Lill-knejjes tal-Asja", "Tislima", "Ġwanni, lis-seba' knejjes li hemm fl-Asja : grazzja lilkom u sliem mingħand Dak li hu, u li kien, u li għad irid jiġi, u min-naħa tas-seba' spirti li qegħdin quddiem it-tron tiegħu, u mingħand Ġesù Kristu, ix-xhud fidil, il-Kbir fost il-mejtin, il-Prinċep tas-slaten tad-dinja.", "Lil Dak li ħabbna, u li ħallna minn dnubietna bis-saħħa ta' demmu, u li għamilna Saltna, Qassisin għal Alla tiegħu Missieru, lilu l-glorja u s-setgħa għal dejjem ta' dejjem.", "Ammen.", "Arawh, ġej fis-sħab,", "u l-għajnejn kollha jarawh,", "ukoll dawk li kienu nifduh;", "u r-razez kollha tal-art jibdew iħabbtu fuq sidirhom minħabba fih.", "Iva.", "Ammen.", "\"Jiena huwa l-Alfa u l-Omega \", jgħid il-Mulej Alla, li hu, u li kien, u li għad irid jiġi, Dak li jista' kollox.", "Il-bidu tad-dehriet", "Jiena, Ġwanni, ħukom u sieħeb tagħkom fit-taħbit u fis-saltna u fis-sabar ma' Ġesù, jien sibt ruħi fil-gżira jisimha Patmos minħabba l-Kelma ta' Alla u x-xhieda ta' Ġesù.", "Darba, f'jum il-Mulej , ħassejtni merfugħ fl-Ispirtu, u minn warajja smajt leħen qawwi, bħal ta' tromba, jgħidli: \"Kulma tara niżżlu fi ktieb u ibagħtu lis-seba' knejjes, lil dik ta' Efesu, ta' Żmirna, ta' Pergamu, ta' Tjatira, ta' Sardi, ta' Filadelfja u ta' Laodiċija.\"", "U jiena dort biex nara min kien qiegħed ikellimni; u, kif dort, rajt seba' kandelabri tad-deheb, u f'nofs il-kandelabri kien hemm wieħed qisu Iben ta' bniedem, liebes libsa twila sa wiċċ saqajh, b'sidru mħażżem bi ħżiem tad-deheb; rasu u xuxtu bajda bħas-suf, ileqqu daqs is-silġ, u għajnejh kienu ġamra nar; kellu saqajh donnhom tal-metall ileqq imsoffi ġo forġa, u leħnu bħall-ħoss ta' ħafna ilmijiet; f'idu l-leminija kellu seba' kwiekeb, u minn fommu kienet ħierġa xabla misnuna miż-żewġ naħat; wiċċu kien jiddi bħax-xemx fl-eqqel tagħha.", "Jien, kif rajtu, waqajt qisni mejjet f'riġlejh.", "Iżda hu ressaq idu l-leminija fuqi u qalli: \"Tibżax; jien hu l-Ewwel u l-Aħħar, jiena l-Ħaj; jien kont mejjet, u ara, jien issa ħaj għal dejjem ta' dejjem, u għandi jinsabu l-imfietaħ tal-Mewt u ta' Post il-Mejtin .", "Ikteb kulma tara, kemm il-ħwejjeġ li hawn issa u kemm dawk li se jiġru 'l quddiem.", "Dwar il-misteru moħbi fis-seba' kwiekeb li rajtli f'idi l-leminija u fis-seba' kandelabri tad-deheb, kun af li s-seba' kwiekeb huma s-seba' anġli tas-seba' knejjes, u s-seba' kandelabri huma s-seba' knejjes."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/REV.2", "bookref": "REV.2", "text": ["Lill-knisja ta' Efesu", "\"Lill-anġlu tal-knisja li hemm f'Efesu iktiblu hekk: 'Dan jgħidlek Dak li għandu s-seba' kwiekeb f'idu l-leminija: Dak li jimxi fost is-seba' kandelabri tad-deheb: Jiena naf l-opri tiegħek, u l-keded li tieħu, u s-sabar tiegħek, naf li int lill-ħżiena ma tiflaħx għalihom, u li ġa stħarriġt lil dawk li jriduha ta' appostli bla ma huma, u sibthom qarrieqa.", "Naf li stabart u ġarrabt ħafna minħabba f'ismi, u għadek ma għejejtx.", "Imma kontra tiegħek għandi li inti ħallejt dik l-imħabba li kont urejt fil-bidu .", "Mela issa ġib quddiem għajnejk fiex waqajt, indem, u erġa' aqbad l-opri tiegħek tal-bidu.", "Għax inkella niġik u nneħħilek il-kandelabru tiegħek minn postu, jekk ma tindimx.", "Iżda favur tiegħek għandek li inti tobgħod l-opri tad-dixxipli ta' Nikola , bħalma nobgħodhom jiena wkoll.", "Min għandu widnejn, ħa jisma' xi jgħid l-Ispirtu lill-knejjes.", "Lir-rebbieħ nagħtih jiekol mis-siġra tal-Ħajja li hemm fil-Ġenna ta' Alla .'", "Lill-Knisja ta' Żmirna", "\"U lill-anġlu tal-knisja li hemm fi Żmirna iktiblu hekk: 'Dan jgħidlek Dak li hu l-Ewwel u l-Aħħar, li kien mejjet u raġa' ħaj: Jiena naf it-taħbit u l-faqar tiegħek, għad li inti għani; u naf kemm jinfamawk dawk li jgħidu li huma Lhud mingħajr ma huma, meta huma sinagoga tax-Xitan.", "Tibżax minn dak li se jkollok issofri; ara, id-Demonju se jixħet 'il xi wħud minnkom fil-ħabs biex iġarrabkom, u intom tgħaddu minn għaxart ijiem ta' taħbit .", "Ibqa' fidil sal-mewt, u jien nagħtik il-kuruna tal-ħajja .", "Min għandu widnejn, ħa jisma' x'jgħid l-Ispirtu lill-knejjes.", "Lir-rebbieħ ebda ħsara ma hi se tagħmillu t-tieni mewt.'", "Lill-knisja ta' Pergamu", "\"U lill-anġlu tal-knisja li hemm f'Pergamu iktiblu hekk: 'Dan jgħidlek Dak li għandu x-xabla misnuna miż-żewġ naħat: Jiena naf fejn int qiegħed; qiegħed fejn hemm it-tron tax-Xitan.", "Imma għadek iżżomm sħiħ ma' ismi u ma ċħadtx il-fidi tiegħek fija, anqas f'dawk il-jiem li fihom Antipa, ix-xhud fidil tiegħi, qatluh hemm fostkom, fejn joqgħod ix-Xitan.", "'Madankollu għandi xi ftit ħwejjeġ kontra tiegħek, jiġifieri li hemmhekk inti għandek xi wħud li qegħdin iżommu mat-tagħlim ta' Balgħam , dak li kien għallem lil Balak kif jiskandalizza lil ulied Iżrael billi jieklu ikel issagrifikat lill-idoli u jaqgħu fiż-żina .", "Barra minn dan, għandek ukoll min qiegħed iżomm it-tagħlim tad-dixxipli ta' Nikola .", "Isa, indem; inkella niġi bla telf ta' żmien, u naħbat għalihom bix-xabla ta' fommi.", "'Min għandu widnejn, ħa jisma' x'jgħid l-Ispirtu lill-knejjes.", "Lir-rebbieħ nagħtih mill-manna l-moħbija , u nagħtih ukoll ċagħka bajda, b'isem ġdid minqux fuqha li ħadd ma jkun jafu ħlief min jirċeviha.'", "Lill-knisja ta' Tjatira", "\"U lill-anġlu tal-knisja li hemm f'Tjatira iktiblu hekk: 'Dan jgħidlek l-Iben ta' Alla, dak li għandu għajnejh bħal ġamra nar u saqajh qishom metall ileqq: Jiena naf l-opri tiegħek, l-imħabba u l-fidi tiegħek, is-servizz u s-sabar tiegħek, naf kemm l-opri tiegħek tal-aħħar huma aħjar minn dawk tal-bidu.", "Iżda kontra tiegħek għandi li int lil Ġeżabel , il-mara li tridha ta' profetissa, qiegħed tħalliha tgħallem u tqarraq bil-qaddejja tiegħi billi tħajjarhom jaqgħu fiż-żina u jieklu ikel issagrifikat lill-idoli.", "Jien tajtha żmien biex tindem, iżda ma riditx terġa' lura miż-żina tagħha.", "Ara, lilha se nixħetha marida ġo sodda, u 'l dawk li waqgħu fiż-żina magħha nibgħat fuqhom taħbit kbir jekk ma jerġgħux lura mill-għemejjel tagħha.", "U lil uliedha noqtolhomlha, ħalli jkunu jafu l-knejjes kollha li jiena hu dak li jifli l-ġewwieni u l-qalb u li jagħti lil kull wieħed minnkom skont ma ħaqqu għall-opri tiegħu.", "U lilkom l-oħrajn li tinsabu f'Tjatira, intom li ma qgħadtux għal dan it-tagħlim u li ma ridtux tafu bit-tagħlim moħbi fil-fond tax-Xitan, kif isejħulhom huma, lilkom ngħidilkom li fuqkom m'iniex se nixħet piż ieħor.", "Biss, stabru b'dak li ġa għandkom, sa ma niġi jien.", "Imbagħad lir-rebbieħ, lil dak li jħares sal-aħħar l-opri tiegħi, nagħtih setgħa fuq il-ġnus, biex imexxihom b'xettru tal-ħadid bħal min ifarrak il-bwieqi tal-fuħħar, l-istess kif jien ukoll ħadt is-setgħa mingħand Missieri; u nagħtih ukoll il-Kewkba ta' filgħodu .", "'Min għandu widnejn, ħa jisma' x'jgħid l-Ispirtu lill-knejjes.'"]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/REV.3", "bookref": "REV.3", "text": ["Lill-knisja ta' Sardi", "\"U lill-anġlu tal-knisja li hemm f'Sardi iktiblu hekk: 'Dan jgħidlek Dak li għandu s-seba' spirti ta' Alla u s-seba' kwiekeb: Jiena naf l-opri tiegħek, inti għandek fama li inti ħaj, iżda int mejjet.", "Stenbaħ u tħeġġeġ f'dak li għad għandek imma li wasal biex jinqeridlek, għax l-opri tiegħek ma sibthomx perfetti f'għajnejn Alla tiegħi.", "Isa, ftakar f'dak li rċevejt u smajt , ħarsu sewwa, u indem.", "Għax jekk ma tistenbaħx, niġik bħal ħalliel, bla ma tkun taf is-siegħa li fiha niġik.", "Madankollu f'Sardi għandek ftit uħud li ma tebbgħux ilbieshom; huma għad jimxu miegħi lebsin l-abjad, għax jistħoqqilhom.", "Hekk ukoll ir-rebbieħ, għad ixidd fuqu lbies abjad; u jiena mhux talli ma nħassarlux ismu minn ktieb il-ħajja, imma nistqarrlu ismu quddiem Missieri u quddiem l-anġli tiegħu.", "Min għandu widnejn, ħa jisma' x'jgħid l-Ispirtu lill-knejjes.'", "Lill-knisja ta' Filadelfja", "\"U lill-anġlu tal-knisja li hemm f'Filadelfja iktiblu hekk: 'Dan jgħidlek il-Qaddis, il-Veru li għandu l-muftieħ ta' David , li jiftaħ u ħadd ma jagħlaq, jagħlaq u ħadd ma jiftaħ: Jiena naf l-opri tiegħek; ara, ftaħtlek quddiemek bieb li ħadd ma jista' jagħlqu; għax għad li l-ħila tiegħek hija dgħajfa, naf li l-kelma tiegħi ħaristha u ismi ma ċħadthulix.", "Ara, lil xi wħud mis-sinagoga tax-Xitan - li jriduha ta' Lhud iżda m'humiex ħlief giddieba! - ara, jiena se nġagħalhom jiġu jinxteħtu quddiemek f'riġlejk, ħa jkunu jafu li jiena lilek ħabbejtek.", "Talli int ħarist it-tagħlim tiegħi dwar is-sabar, jiena wkoll inħares lilek mis-siegħa tat-tiġrib li ġejja fuq id-dinja kollha biex iġġarrab lil kull min jgħammar fl-art.", "Dalwaqt niġi; żomm sħiħ f'dak li għandek, biex ħadd ma jeħodlok il-kuruna tiegħek .", "Ir-rebbieħ nagħmlu kolonna fit-Tempju ta' Alla tiegħi, minn fejn qatt iżjed ma joħroġ u fuqu nonqox isem Alla tiegħi, isem il-Belt ta' Alla tiegħi, Ġerusalemm il-ġdida li nieżla mis-sema mingħand Alla tiegħi, u l-isem il-ġdid tiegħi.", "'Min għandu widnejn, ħa jisma x'jgħid l-Ispirtu lill-knejjes.'", "Lill-knisja ta' Laodiċija", "U lill-anġlu tal-knisja li hemm f'Laodiċija iktiblu hekk: 'Dan jgħidlek l-Ammen, ix-Xhud fidil u veru, minnu l-bidu tal-Ħolqien ta' Alla: Jiena naf l-opri tiegħek, u naf li la inti kiesaħ u lanqas sħun.", "Mhux li kont jew kiesaħ jew sħun!", "U hekk, ladarba inti biered, u la sħun u lanqas kiesaħ, jiena sa nobżqok minn ġo ħalqi.", "Int tgħid, \"Jiena għani, jiena stagħnejt u ma jonqosni xejn\", bla ma taf li l-imsejken huwa int, ta' min jitħassrek, fqir, agħma u għeri.", "Jiena nagħtik parir biex tiġi tixtri mingħandi deheb imsoffi bin-nar, ħalli tistagħna; u lbies abjad, ħalli jkollok x'tilbes u tgħatti l-għajb tal-għera tiegħek; u wkoll ungwent, ħalli tidlek għajnejk u tkun tista' tara.", "Lil dawk li nħobb, jiena nwiddibhom u rrażżanhom.", "Mela tħeġġeġ u indem.", "Ara, jiena fil-bieb, u qiegħed inħabbat; jekk xi ħadd jismagħni u jiftaħli l-bieb, jiena nidħol għandu u niekol miegħu, u hu jiekol miegħi.", "Lir-rebbieħ nagħtih li joqgħod maġenbi fuq it-tron tiegħi; l-istess kif jien, meta rbaħt, qgħadt maġenb Missieri fuq it-tron tiegħu.", "'Min għandu widnejn, ħa jisma' x'jgħid l-Ispirtu lill-knejjes.' \""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/REV.4", "bookref": "REV.4", "text": ["Liturġija fis-Sema", "Wara dan ħarist, u ara rajt bieb miftuħ fis-sema; u l-leħen ta' qabel, li kont ġa smajtu jkellimni qisu tromba, qalli:", "\"Itla' hawn, ħa nurik x'għandu jiġri wara dan.\"", "Minnufih ħassejtni merfugħ fl-Ispirtu, u rajt tron imwaqqaf fis-sema, u wieħed bilqiegħda fuq it-tron.", "U d-dehra ta' dak li kien bilqiegħda kienet qisha dehra ta' ħaġra tal-ġaspru u tal-kornalina, u madwar it-tron qawsalla donnha żmerald .", "Madwar it-tron, erbgħa u għoxrin siġġu, u fuqhom, bilqiegħda, erbgħa u għoxrin Xiħ, lebsin l-abjad, b'kuruna tad-deheb fuq rashom.", "Mit-tron rajt ħerġin beraq u ħsejjes u ragħad, u seba' torċi mixgħula quddiemu, li huma s-seba' spirti ta' Alla.", "Quddiem it-tron rajt ukoll bħal baħar tal-ħġieġ, qisu kristall, u f'nofs it-tron u madwaru erba' Ħlejjaq Ħajjin, kollhom għajnejn minn quddiem u minn wara; l-ewwel Ħliqa Ħajja donnha ljun, it-tieni Ħliqa Ħajja qisha għoġol, it-tielet Ħliqa Ħajja b'wiċċ ta' bniedem, u r-raba' Ħliqa donnha ajkla ttir.", "U l-erba' Ħlejjaq Ħajjin, kull waħda minnhom b'sitt ġwienaħ, rajthom kollhom għajnejn, kemm madwarhom u kemm minn ġewwa, lejl u nhar ma jieqfu qatt itennu:", "\"Qaddis, Qaddis, Qaddis", "il-Mulej, Alla li jista' kollox,", "li kien, u li hu, u li ġej.\"", "U kull darba li l-Ħlejjaq Ħajjin jagħtu glorja u ġieħ u radd il-ħajr lil dak li qiegħed fuq it-tron, u li hu għal dejjem ta' dejjem, l-erbgħa u għoxrin Xiħ jinxteħtu quddiem dak li qiegħed fuq it-tron, jagħtu qima lilu li jgħix għal dejjem ta' dejjem, iqiegħdu l-kuruni tagħhom quddiem it-tron, u jgħidu:", "\"Jistħoqqlok, Mulej Alla tagħna,", "li tilqa' l-glorja u l-ġieħ u s-setgħa,", "għax int ħlaqt il-ħlejjaq kollha,", "u huma kienu u nħolqu bir-rieda tiegħek.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/REV.5", "bookref": "REV.5", "text": ["Il-Ktieb u l-Ħaruf", "Imbagħad lil dak li kien bilqiegħda fuq it-tron rajtlu f'idu l-leminija ktieb miktub minn ġewwa u minn barra , magħluq b'seba' siġilli .", "U rajt anġlu, ta' saħħa kbira, qiegħed ixandar b'leħen jgħajjat: \"Min hu li jistħoqqlu jiftaħ il-ktieb u jikser is-siġilli li għandu?\"", "U ħadd, la fis-sema u la fl-art u lanqas taħt l-art , ma kellu l-ħila jiftaħ il-ktieb u jara x'fih.", "U jiena nfexxejt f'bikja kbira, għax ma nstab ħadd li kien jistħoqqlu jiftaħ il-ktieb u jara x'fih.", "Imbagħad wieħed mix-Xjuħ qalli: \"Tibki xejn; ara, l-Iljun tat-tribù ta' Ġuda, ir-Rimja ta' David , ħareġ rebbieħ, u se jiftaħ il-ktieb u s-seba' siġilli li għandu.\"", "Imbagħad, bejn it-tron u l-erba' Ħlejjaq Ħajjin u f'nofs ix-Xjuħ rajt li kien hemm Ħaruf, wieqaf, bħal maqtul, b'sebat iqrun u seba' għajnejn , li huma s-seba' spirti ta' Alla mibgħutin fuq l-art kollha.", "U l-Ħaruf resaq jieħu l-ktieb mill-id il-leminija ta' dak li qiegħed fuq it-tron; u kif ħa l-ktieb, marru jinxteħtu quddiem il-Ħaruf l-erba' Ħlejjaq Ħajjin, u wkoll l-erbgħa u għoxrin Xiħ; kull wieħed minnhom kellu ċetra u xi bwieqi tad-deheb mimlija bl-inċens, li huma t-talb tal-qaddisin.", "U bdew jgħannu għanja ġdida u jgħidu:", "\"Int jistħoqqlok tieħu l-ktieb,", "u tiftaħ is-siġilli tiegħu,", "għax int kont maqtul,", "u b'demmek ksibt għal Alla", "bnedmin minn kull tribù u lsien,", "minn kull poplu u ġens,", "u għamilthom għal Alla tagħna", "Saltna u Qassisin,", "li għad isaltnu fuq l-art.\"", "Imbagħad ħarist, u minn madwar it-tron u l-Ħlejjaq Ħajjin u x-Xjuħ smajt il-leħen ta' ħafna anġli, li l-għadd tagħhom kien għaxriet ta' eluf, u eluf ta' eluf,", "jgħidu b'leħen qawwi:", "\"Jistħoqqlu l-Ħaruf li kien maqtul", "li jirċievi l-qawwa u l-għana", "u l-għerf u s-saħħa", "u l-ġieħ u l-glorja u t-tifħir.\"", "U fis-sema, fuq l-art, taħt l-art, u fil-baħar u l-ħlejjaq kollha li fihom, smajthom jgħidu:", "\"Lil dak li qiegħed fuq it-tron u lill-Ħaruf,", "jingħata t-tifħir u l-ġieħ", "u l-glorja u l-ħakma,", "għal dejjem ta' dejjem.\"", "L-erba' Ħlejjaq Ħajjin bdew iwieġbu: \"Ammen!,\" filwaqt li x-Xjuħ inxteħtu jagħtu qima."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/REV.6", "bookref": "REV.6", "text": ["Il-Ħaruf jikser is-seba' siġilli", "Imbagħad il-Ħaruf fetaħ l-ewwel wieħed mis-seba' siġilli u jien ħarist u smajt wieħed mill-erba' Ħlejjaq Ħajjin jgħid b'leħen ta' ragħda: \"Ejja\".", "U jien ħarist, u ara, ġie żiemel abjad, u dak li kien riekeb fuqu kellu qaws, u ngħatatlu kuruna; u ħareġ hu, rebbieħ, biex ikompli jirbaħ.", "U wara li fetaħ it-tieni siġill, smajt it-tieni wieħed mill-Ħlejjaq Ħajjin jgħid: \"Ejja!\"", "U ħareġ żiemel ieħor, ta' lewn aħmar nar, u lil dak li kien riekeb fuqu ngħatatlu s-setgħa li jeqred il-paċi minn fuq wiċċ l-art, ħalli b'hekk il-bnedmin jitqatlu bejniethom; u għalhekk ingħatatlu xabla kbira.", "Wara li l-Ħaruf fetaħ it-tielet siġill, smajt it-tielet wieħed mill-Ħlejjaq Ħajjin jgħid: \"Ejja!\"", "U jien ħarist, u ara, ġie żiemel iswed, u r-rikkieb tiegħu kellu miżien f'idu.", "Imbagħad f'nofs l-erba' Ħlejjaq Ħajjin smajt bħal leħen jgħid: \"Siegħ qamħ bigħu dinar; tliet sigħan xgħir dinar ukoll; imma ż-żejt u l-inbid la tmisshomx\".", "Meta l-Ħaruf fetaħ ir-raba' siġill, smajt leħen ir-raba' Ħliqa Ħajja jgħid: \"Ejja!\"", "Ħarist, u ara, ġie żiemel ta' lewn aħdar jagħti fl-isfar, u r-rikkieb tiegħu kien jismu \"Mewt\" u Post il-Mejtin miexi warajh.", "U lilhom ingħatat is-setgħa fuq waħda mill-erba' taqsimiet tad-dinja, biex joqtlu n-nies bix-xabla, bil-ġuħ, bil-pesta u bil-bhejjem selvaġġi tal-art.", "Meta mbagħad fetaħ il-ħames siġill, rajt taħt l-artal l-erwieħ ta' dawk li kienu qatluhom minħabba l-Kelma ta' Alla, u minħabba x-xhieda li kienu taw; u għollew leħenhom u qalu: \"Sid Qaddis u Veru, kemm se ddum ma tagħmel ħaqq u titħallas ta' demmna minn dawk li jgħammru fl-art?\"", "U lil kull wieħed minnhom ingħatatlu libsa twila bajda, u qalulhom jistennew ftit ieħor sa ma jintemm l-għadd tal-qaddejja sħabhom u ta' ħuthom li bħalhom kienu se joqtluhom.", "U fetaħ is-sitt siġill.", "Jien ħarist, u sar terremot kbir; ix-xemx saret sewda faħma , il-qamar sar kollu qisu demm, u l-kwiekeb tas-sema bdew jaqgħu fuq l-art bħalma siġra tat-tin tarmi l-frott nej tagħha meta jħabbatha riefnu qawwi.", "Is-sema ma deherx aktar, kif jiġrilu ktieb meta jitkebbeb , u kull muntanja u gżira tħarrku minn fejn kienu.", "Imbagħad is-slaten tal-art, il-kapijiet, il-mexxejja l-kbar, l-għonja, is-setgħana u l-lsiera u l-ħielsa kollha, marru jinħbew fl-għerien u qalb il-blat tal-muntanji, u bdew jgħidu lill-muntanji u lill-blat: \"Ordmuna u aħbuna minn wiċċ dak li hemm bilqiegħda fuq it-tron u mill-korla tal-Ħaruf, għax wasal il-Jum il-Kbir tal-korla tagħhom!", "U min jiflaħ iżomm?\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/REV.7", "bookref": "REV.7", "text": ["Alla jħares il-qaddejja tiegħu", "Wara dan rajt erba' anġli wieqfa fl-erba' rkejjen tal-art, iżommu l-erbat irjieħ tal-art biex ebda riħ ma jonfoħ, la fuq l-art u la fuq il-baħar u fuq ebda siġra.", "U rajt anġlu ieħor tiela' bis-siġill ta' Alla l-ħaj min-naħa tal-Lvant, u b'leħen għoli għajjat lill-erba' anġli li lilhom kienet ingħatat is-setgħa li jagħmlu l-ħsara lill-art u lill-baħar, u qalilhom: \"Tagħmlulhomx ħsara lill-art u lill-baħar, anqas lis-siġar, qabel ma nkunu stampajna s-siġill fuq il-ġbin tal-qaddejja ta' Alla tagħna.\"", "Imbagħad smajt x'kien l-għadd tal-issiġillati: mija u erbgħa u erbgħin elf issiġillati, minn kull tribù ta' wlied Iżrael.", "Mit-tribù ta' Ġuda ġew issiġillati", "tnax-il elf;", "tnax-il elf mit-tribù ta' Ruben;", "tnax-il elf mit-tribù ta' Gad;", "tnax-il elf mit-tribù ta' Aser;", "tnax-il elf mit-tribù ta' Neftali;", "tnax-il elf mit-tribù ta' Manassi;", "tnax-il elf mit-tribù ta' Simgħon;", "tnax-il elf mit-tribù ta' Levi;", "tnax-il elf mit-tribù ta' Issakar;", "tnax-il elf mit-tribù ta' Żebulun;", "tnax-il elf mit-tribù ta' Ġużeppi;", "tnax-il elf ġew issiġillati mit-tribù ta' Benjamin.", "Il-maħturin rebbieħa fis-sema", "Wara dan ħarist, u ara, kien hemm kotra kbira li ħadd ma jista' jgħoddha, minn kull ġens u tribù, minn kull poplu u lsien, weqfin quddiem it-tron u quddiem il-Ħaruf, lebsin ilbiesi twal bojod, u bil-friegħi tal-palm f'idejhom.", "U għollew leħenhom u bdew jgħidu:", "\"Is-salvazzjoni nafuha lil Alla tagħna li qiegħed fuq it-tron, u lill-Ħaruf.\"", "L-anġli kollha kienu qegħdin madwar it-tron u madwar ix-Xjuħ u l-erba' Ħlejjaq Ħajjin, u waqgħu wiċċhom fl-art quddiem it-tron jagħtu qima lil Alla u jgħidu:", "\"Ammen.", "It-tifħir u l-glorja,", "l-għerf, ir-radd ta' ħajr u l-ġieħ, il-qawwa u s-saħħa lil Alla tagħna,", "għal dejjem ta' dejjem!", "Ammen.\"", "Imbagħad wieħed mix-Xjuħ qabad u staqsieni: \"Dawn li għandhom l-ilbiesi twal bojod fuqhom min huma, u minfejn ġejjin?\"", "\"Inti taf, sinjur\", għedtlu jien.", "Imbagħad qalli: \"Dawn huma dawk li ġejjin mit-taħbit il-kbir, u l-ilbiesi tagħhom ħasluhom u bajduhom fid-demm tal-Ħaruf.", "Għalhekk jinsabu quddiem it-tron", "ta' Alla, lejl u nhar jaqduh fit-tempju tiegħu; u dak li qiegħed fuq it-tron", "jeħodhom jgħammru taħt il-kenn tiegħu.", "Ma jbatux aktar ġuħ,", "anqas għatx ma jagħmel bihom aktar;", "ix-xemx ma taħkimhomx,", "u anqas ebda għomma,", "ladarba l-Ħaruf, li hemm f'nofs it-tron,", "ikun ir-ragħaj tagħhom;", "u hu jwassalhom ħdejn ilmijiet tal-għejun tal-ħajja.", "U Alla jixxuttalhom kull demgħa minn għajnejhom.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/REV.8", "bookref": "REV.8", "text": ["Is-seba' siġill: it-talb tal-qaddisin", "U meta l-Ħaruf fetaħ is-seba' siġill, fis-sema waqa' skiet għal madwar nofs siegħa.", "Imbagħad rajt illi lis-seba' anġli li qegħdin quddiem Alla ngħatawlhom seba' trombi.", "U ġie anġlu ieħor, b'ċensier tad-deheb, u qagħad ħdejn artal; u tawh ħafna inċens biex joffrih mat-talb tal-qaddisin kollha fuq l-artal tad-deheb ta' quddiem it-tron.", "U d-duħħan tal-inċens tela' mat-talb tal-qaddisin minn id l-anġlu quddiem Alla.", "L-anġlu mbagħad ħa ċ-ċensier, imlieh bin-nar tal-artal, u waddbu għal fuq l-art; u beda jinstema' r-ragħad b'ħafna tkarwit u beraq, u l-art theżżet.", "L-ewwel erba' trombi", "Imbagħad is-seba' anġli li kellhom is-seba' trombi tħejjew biex idoqquhom.", "U daqq it-tromba l-ewwel wieħed.", "U fuq l-art beda nieżel silġ u nar b'taħlita ta' dmija, u nħarqet waħda minn kull tlieta tal-art, inħarqet waħda minn kull tlieta tas-siġar, u nħarqet il-ħdura kollha tal-ħxejjex.", "It-tieni anġlu daqq it-tromba.", "U waqgħet ġol-baħar bħal muntanja kbira ta' nar iħeġġeġ, u waħda minn kull tlieta tal-baħar saret demm, mietu waħda minn kull tlieta tal-ħlejjaq ħajjin li hemm fil-baħar, u nqered ġifen minn kull tlieta.", "U daqq it-tromba t-tielet anġlu.", "U mis-sema waqgħet kewkba kbira tħeġġeġ qisha torċa, li xteħtet fuq waħda minn kull tlieta tax-xmajjar u fuq l-għejun tal-ilmijiet.", "Issa l-kewkba kien jisimha \"Absint \".", "U waħda minn kull tlieta tal-ilmijiet saret imrar tal-għaġeb, u, billi l-ilmijiet imraru, mietu bihom ħafna nies.", "U r-raba' anġlu daqq it-tromba.", "U waqgħet waħda minn tlieta tax-xemx u waħda minn tlieta tal-qamar, u wkoll kewkba minn kull tlieta, hekk li waħda minn kull tlieta minnhom iddallmet; id-dawl ma deherx aktar f'waħda minn tlieta tal-ħin ta' binhar, u hekk ukoll ġralu l-lejl.", "Imbagħad ħarist, u smajt leħen qawwi ta' ajkla tittajjar fl-għoli tas-sema u tgħajjat: \"Jaħasra, jaħasra, u ħasra għalihom dawk li jgħammru fl-art meta jinstemgħu l-bqija tat-trombi li se jdoqqu t-tliet anġli l-oħra!\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/REV.9", "bookref": "REV.9", "text": ["Il-ħames tromba", "U daqq it-tromba l-ħames anġlu.", "U rajt kewkba li kienet waqgħet mis-sema fuq l-art, u ngħatalha l-muftieħ tal-bir bla qiegħ.", "U hi fetħet il-bir bla qiegħ, u minn ġo fih telgħet daħna, qisha d-daħna ta' forġa li ma bħalha, hekk li biha x-xemx u l-ajru ddallmu.", "U minn ġod-daħna tferrxu ġradijiet fuq l-art, u lilhom ingħatat setgħa bħal dik li għandhom l-iskorpjuni tal-art.", "U wissewhom biex ma jagħmlu ħsara lil ebda ħaxixa tal-art, lil ebda ħdura jew siġra, imma biss lil dawk il-bnedmin li ma għandhomx fuq ġbinhom il-marka tas-siġill ta' Alla.", "Ordnawlhom, iżda, mhux li joqtluhom, imma li joqogħdu jaħqruhom għal ħames xhur, b'moħqrija bħal dik li jġibu l-iskorpjuni fuq il-bnedmin meta jigdmuhom.", "F'dawk il-jiem il-bnedmin jibdew ifittxu l-mewt bla ma jsibuha; u jixtiequ l-mewt u l-mewt taħrab minnhom!", "Is-sura tal-ġradijiet tixbah lil dik ta' żwiemel imħejjija għat-taqbida; għandhom fuq rashom bħal kuruni qishom tad-deheb, l-uċuħ tagħhom bħall-uċuħ tal-bnedmin, xuxithom bħal xuxet in-nisa, snienhom bħal tal-iljuni, il-qoxra ta' sidirhom qisha kurazza tal-ħadid, u l-ħoss ta' ġwenħajhom tistħajlu l-ħoss ta' ħafna karrijiet biż-żwiemel imlebbtin għall-gwerra.", "Kellhom denbhom bħal tal-iskorpjuni, għamla ta' mqass, u sewwasew fih kienet is-setgħa tagħhom li jaħqru l-bnedmin għal ħames xhur.", "U fuqhom kellhom bħala sultan tagħhom l-anġlu tal-bir bla qiegħ, li ismu bil-Lhudi hu Abaddon , u bil-Grieg Apolljon .", "Il-ħasra tal-ewwel għaddiet.", "Ara ġejjin it-tnejn l-oħra warajha.", "Is-sitt tromba", "Is-sitt anġlu daqq it-tromba.", "U mill-erba' rkejjen tal-artal tad-deheb ta' quddiem Alla smajt leħen jgħid lis-sitt anġlu li kellu t-tromba: \"Mur ħoll l-erba' anġli li hemm marbutin fix-xmara l-kbira tal-Ewfrat \".", "U nħallu l-erba' anġli li kienu mħejjija għas-siegħa u l-jum u x-xahar u s-sena, biex joqtlu wieħed minn kull tlieta minn fost il-bnedmin.", "L-eżerċtu tal-ġellieda kien jgħodd mitejn miljun, kif smajt min jgħid.", "Fid-dehra li kelli, iż-żwiemel u r-rikkieba tagħhom rajthom hekk: il-kurazzi tagħhom kienu minn lewn in-nar u l-ġjaċint u l-kubrit; l-irjus taż-żwiemel kienu qishom irjus ta' ljun; nar, duħħan u kubrit li kienu ħerġin minn fommhom.", "B'dawn it-tliet flaġelli, jiġifieri n-nar u d-duħħan u l-kubrit li kienu ħerġin minn fommhom, inqered bniedem minn kull tlieta, għax il-qawwa taż-żwiemel kienet tinsab f'fommhom u f'denbhom; għax denbhom kien qisu serp bir-ras, u bih bdew jagħmluha l-ħsara.", "U l-bqija tal-bnedmin li ma nqerdux b'dawn il-flaġelli ma reġgħux lura mill-għemejjel ta' idejhom u anqas ma waqfu milli jinxteħtu jqimu d-demonji u l-idoli tad-deheb u tal-fidda, tal-bronż, tal-ġebel u tal-injam, li la jistgħu jaraw, la jisimgħu u lanqas jimxu; anqas ma nidmu mill-qtil u mis-seħer, miż-żina u mis-serq tagħhom."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/REV.10", "bookref": "REV.10", "text": ["Il-kastig tal-aħħar ġej", "U rajt anġlu ieħor ta' saħħa kbira nieżel mis-sema, bi sħaba madwaru, qawsalla fuq rasu , wiċċu qisu x-xemx, saqajh donnhom kolonni tan-nar, bi ktejjeb miftuħ f'idu.", "U hu serraħ siequ l-leminija fuq il-baħar u x-xellugija fuq l-art, u fetaħ jgħajjat b'leħen qawwi kif jgħajjat iljun, u wara li samma' l-għajta tiegħu, il-ħoss tas-seba' ragħdiet beda jfaqqa'.", "Wara li nstama' l-ħoss tas-seba' ragħdiet jien kont se naqbad nikteb, imma smajt leħen ġej mis-sema jgħid: \"Kulma qalu s-seba' ragħdiet ħallih moħbi, tniżżlux fil-kitba.\"", "Imbagħad l-anġlu, li kont rajtu wieqaf fuq il-baħar u fuq l-art, rafa' idu l-leminija lejn is-sema, u ħalef b'dak li hu ħaj għal dejjem ta' dejjem, li ħalaq is-smewwiet b'kulma fihom, u d-dinja b'kulma fiha, u l-baħar b'kulma fih; ħalef li ma hemmx aktar dewmien, imma li meta jinstama' s-seba' anġlu, li kellu jdoqq it-tromba tiegħu, ikun mitmum il-misteru ta' Alla , li kien ħabbar lill-qaddejja tiegħu l-profeti.", "Il-profeta jibla' l-ktieb", "Imbagħad il-leħen li kont smajt mis-sema raġa' kellimni u qalli: \"Mur ħu l-ktieb il-miftuħ li hemm f'id l-anġlu wieqaf fuq il-baħar u fuq l-art\".", "U mort ħdejn l-anġlu u għedtlu jagħtini l-ktejjeb.", "U qalli: \"Ħu, u ibilgħu, u jsirlek imrar ġo fik, imma ġo ħalqek jiġik ħelu għasel.\"", "Jien ħadt il-ktejjeb minn id l-anġlu u blajtu, u ġo ħalqi ħassejtu ħelu għasel; iżda meta kiltu, imlieni bl-imrar ġo fija.", "Imbagħad qaluli: \"Int għandek terġa' tħabbar dwar ħafna popli u ġnus, u ilsna u slaten.\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/REV.11", "bookref": "REV.11", "text": ["Iż-żewġ xhieda", "Tawni qasba tal-qjies, donna għasluġ, u qaluli: \"Qum, u ħu l-qisien tat-tempju ta' Alla u tal-artal u ta' dawk li qegħdin jagħtu qima fih.", "Il-bitħa ta' barra tat-tempju ħalliha, tiħux qisien tagħha, għax dik ingħatat lill-ġnus, u huma se jdumu tnejn u erbgħin xahar jirfsu fuq il-Belt Imqaddsa.", "Imma liż-żewġ xhieda tiegħi nagħtihom li, bl-ilbies tax-xkejjer fuqhom , iħabbru għal elf, mitejn u sittin jum.\"", "Dawn huma ż-żewġ siġriet taż-żebbuġ u ż-żewġ kandelabri wieqfa quddiem is-Sid tal-art.", "Jekk xi ħadd jaqbad biex jagħmlilhom ħsara, joħroġ nar minn fommhom li jibla' l-għedewwa tagħhom.", "Jekk xi ħadd ikun irid jagħmlilhom ħsara, hekk ikollu jinqered.", "Huma għandhom is-setgħa jagħlqu s-sema biex ma tagħmilx xita matul il-jiem li fihom ikunu qegħdin iħabbru; għandhom is-setgħa fuq l-ilmijiet biex ibiddluhom f'demm, u li, kull meta jridu, jidorbu l-art b'kull kastig.", "U meta jkunu taw ix-xhieda tagħhom, il-Bhima, li titla' mill-bir bla qiegħ, tagħmlilhom gwerra, tirbaħhom u toqtolhom.", "U l-ġisem mejjet tagħhom iħalluh fil-pjazza tal-Belt il-Kbira , li jsejħulha b'tixbiha Sodoma u Eġittu, hemm fejn ukoll il-Mulej tagħhom kien imsallab.", "Xi wħud mill-popli, mit-tribù, mill-ilsna u mill-ġnus joqogħdu għal tlitt ijiem u nofs iħarsu lejn il-ġisem mejjet tagħhom, u ma jħallux li l-iġsma mejta tagħhom jindifnu f'qabar.", "U dawk li jkunu jgħammru fuq l-art jifirħu u jithennew minħabba fihom, u jagħtu rigali lil xulxin, għax dawn iż-żewġ profeti kienu jaħqru lil min jgħammar fuq l-art.", "Imma wara tlitt ijiem u nofs daħal fihom spirtu ta' ħajja, ġej minn Alla, u huma waqfu fuq riġlejhom, u biża' kbir waqa' fuq dawk li kienu qegħdin iħarsu lejhom.", "U semgħu leħen qawwi mis-sema jgħidilhom: \"Itilgħu hawn.\"", "U huma telgħu lejn is-sema fi sħaba, u l-għedewwa tagħhom baqgħu jħarsu lejhom.", "U f'dik is-siegħa saret theżżiża kbira tal-art, u ġġarrfet waħda mill-għaxra tal-Belt; inqerdu f'dik it-theżżiża sebat elef ruħ, u l-bqija twerwru u taw glorja lil Alla tas-sema.", "Is-seba' tromba", "It-tieni ħasra għaddiet; u ara, tasal minnufih it-tielet ħasra.", "Is-seba' anġlu daqq it-tromba; u ilħna qawwija nstemgħu fis-sema jgħidu:", "\"Is-saltna tad-dinja saret ta' Sidna", "u tal-Messija tiegħu,", "u hu se jsaltan għal dejjem ta' dejjem.\"", "U l-erbgħa u għoxrin Xiħ, li kienu bilqiegħda fuq is-siġġijiet tagħhom quddiem Alla, inxteħtu għal wiċċhom jagħtu qima lil Alla u qalu:", "\"Niżżuk ħajr, Mulej, Alla li tista' kollox,", "li int u li kont,", "talli ħadt il-qawwa l-kbira tiegħek", "u bdejt issaltan.", "Il-ġnus imtlew bil-korla,", "imma l-korla tiegħek ġiet", "u wasal iż-żmien li jsir ħaqq mill-mejtin", "u jingħata l-ħlas mistħoqq,", "lill-qaddejja tiegħek il-profeti,", "lill-qaddisin u 'l dawk li jibżgħu minn ismek,", "kemm iż-żgħar u kemm il-kbar,", "u jinqerdu dawk li qegħdin jeqirdu d-dinja.\"", "U nfetaħ it-tempju ta' Alla, li hemm fis-sema, u dehret l-Arka tal-Patt tiegħu fit-tempju tiegħu.", "Imbagħad beda jberraq u kien hemm ħafna ħsejjes u ragħad u theżżiż u silġ oħxon."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/REV.12", "bookref": "REV.12", "text": ["Id-dehra tal-mara u d-dragun", "U deher sinjal kbir fis-sema: Mara , liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejha, u b'kuruna ta' tnax-il kewkba fuq rasha.", "Hija kienet fit-tqala, u bdiet tgħajjat bl-uġigħ tal-ħlas u tbati biex teħles.", "Imbagħad fis-sema deher sinjal ieħor: ara, Dragun kbir minn lewn in-nar, b'sebat irjus u għaxart iqrun , u b'seba' dijademi fuq irjusu.", "U b'denbu kines waħda mit-tlieta tal-kwiekeb tas-sema u waddabhom lejn l-art.", "U d-Dragun mar qagħad quddiem il-Mara li kienet se tiled, biex kif tiled lil binha jibilgħu.", "U hi wildet iben, tifel, li kien għad irid jirgħa l-ġnus b'xettru tal-ħadid.", "U binha ġie maħtuf għal quddiem Alla u quddiem it-tron tiegħu.", "U l-Mara ħarbet fid-deżert, hemmhekk fejn għandha post imħejji minn Alla, biex hemm jitimgħuha għal elf, mitejn u sittin jum.", "Imbagħad qamet gwerra fis-sema: Mikiel u l-anġli tiegħu jitqabdu mad-Dragun.", "U d-Dragun u l-anġli tiegħu tqabdu, iżda ma kellhomx ħila jegħlbu, u ma kienx hemm iżjed post għalihom fis-sema.", "U kien imwaddab id-Dragun il-kbir, is-Serp tal-qedem, li hu msejjaħ id-Demonju u x-Xitan, il-qarrieq tad-dinja kollha, kien imwaddab għal fuq l-art, u miegħu kienu mwaddba l-anġli tiegħu.", "U smajt leħen qawwi fis-sema jgħid:", "\"Issa ġiet is-salvazzjoni u l-qawwa,", "u s-Saltna ta' Alla tagħna,", "u s-setgħa tal-Messija tiegħu,", "għax twaddab 'il barra dak li jixli 'l ħutna ,", "li lejl u nhar jixlihom quddiem Alla tagħna.", "U huma ħarġu rebbieħa fuqu", "permezz tad-demm tal-Ħaruf", "u bis-saħħa tal-kelma li xehdu,", "u ma għożżewx ħajjithom,", "minkejja saħansitra l-mewt.", "Għalhekk ifirħu, smewwiet,", "u intom li tgħammru fihom.", "Ħażin għalikom, art u baħar,", "għax fikom niżel id-Demonju,", "b'korla kbira fuqu,", "għax jaf li żmien ftit baqagħlu.\"", "Meta d-Dragun ra li safa mwaddab għal fuq l-art, huwa telaq għal wara l-Mara li wildet it-Tifel.", "Iżda lill-Mara tawha ż-żewġ ġwienaħ tal-Ajkla l-kbira biex ittir lejn il-post tagħha fid-deżert, fejn għandha tkun mitmugħa għal żmien , għal żewġ żminijiet, u għal nofs żmien, 'il bogħod mis-Serp.", "U s-Serp minn ħalqu xeħet wara l-Mara bħal xmara ta' ilma biex iġorrha miegħu; imma l-art għenet il-Mara; l-art fetħet ħalqha u xorbot ix-xmara li d-Dragun kien xeħet minn ħalqu.", "U d-Dragun imtela bil-korla għall-Mara, u mar biex jagħmel gwerra mal-bqija ta' nisilha, ma' dawk li jħarsu l-preċetti ta' Alla u li għandhom ix-xhieda ta' Ġesù.", "U waqaf fuq ir-ramel tal-baħar."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/REV.13", "bookref": "REV.13", "text": ["Id-Dragun jgħaddi l-qawwa tiegħu lill-Bhima", "U rajt tielgħa mill-baħar Bhima , li kellha għaxart iqrun u sebat irjus, b'għaxar dijademi fuq qrunha u isem midgħi fuq irjusha.", "Il-Bhima li rajt kienet qisha pantera, riġlejha bħal ta' ors, ħalqha donnu ħalq ta' ljun.", "Id-Dragun taha l-qawwa tiegħu u t-tron tiegħu u setgħa kbira.", "Waħda mill-irjus tagħha kienet qisha midruba għall-mewt, imma din il-ġerħa għall-mewt kienet imfejqa.", "U d-dinja kollha baqgħet mistagħġba bil-Bhima, u nxteħtu jagħtu qima lid-Dragun talli għadda s-setgħa tiegħu lill-Bhima, u qiemu l-Bhima, u qalu: \"Min hu bħall-Bhima, u min għandu ħila jitqabad magħha?\"", "U ngħatalha fomm li jgħid kliem ta' kburija u ta' dagħa, u tawha wkoll setgħa biex tħaddimha għal tnejn u erbgħin xahar .", "U fetħet fommha biex tidgħi kontra Alla, dagħa b'ismu u bil-post fejn jgħammar, b'dawk li jgħammru fis-sema.", "U ngħatalha li tagħmel gwerra lill-qaddisin u tegħlibhom; tawha wkoll setgħa fuq kull tribù u kull poplu, kull ilsien u kull ġens.", "U nxteħtu jqimuha dawk kollha li jgħammru fuq l-art, li sa mit-twaqqif tad-dinja isimhom mhuwiex imniżżel fil-ktieb tal-ħajja tal-Ħaruf il-maqtul.", "Ħa jisma' min għandu widnejn:", "Min għandu jinqabad ilsir,", "fil-jasar imur;", "u min għandu jmut bis-sejf,", "bis-sejf imut .", "F'dan qiegħed is-sabar u l-fidi tal-qaddisin.", "Il-qaddejja l-ħżiena tal-Bhima", "Imbagħad rajt tielgħa mill-art bhima oħra, li kellha żewġt iqrun bħal ta' ħaruf, u kienet titkellem bħal dragun.", "Hija tħaddem is-setgħa kollha tal-Bhima quddiemha stess, u ġġiegħel l-art u 'l dawk li jgħammru fiha jinxteħtu jqimu l-Bhima ta' qabel, li l-ġerħa tagħha għall-mewt kienet tfejqet.", "U hija tagħmel sinjali kbar, hekk li saħansitra tniżżel nar mis-sema fuq l-art quddiem il-bnedmin.", "U tawha s-setgħa li tagħmel is-sinjali quddiem il-Bhima u bihom hija tqarraq bin-nies tal-art, u tgħidilhom isawru xbieha lill-Bhima li kienet qalgħet id-daqqa ta' sejf u baqgħet ħajja.", "U tawha wkoll is-setgħa li tagħti spirtu ta' ħajja lix-xbieha tal-Bhima biex hi wkoll titkellem u twassal għall-mewt lil min ma jinxteħetx iqim ix-xbieha tal-Bhima.", "Hija ġġiegħel lil kulħadd, iż-żgħar u l-kbar, l-għonja u l-foqra, il-ħielsa u l-ilsiera, kulħadd issirlu marka fuq idu l-leminija jew fuq ġbinu, biex ħadd ma jkun jista' jixtri jew ibigħ jekk ma jkollux fuqu l-marka ta' isem il-Bhima jew tan-numru ta' isimha.", "Hawn qiegħed l-għerf: min għandu moħħu, ħa jobsor x'inhu n-numru tal-Bhima, għax numru ta' bniedem hu.", "U n-numru tagħha hu sitt mija u sitta u sittin ."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/REV.14", "bookref": "REV.14", "text": ["Sħab il-Ħaruf", "Imbagħad ħarist u rajt il-Ħaruf, wieqaf fuq il-muntanja Sijon, u miegħu mija u erbgħa u erbgħin elf ruħ, li kellhom ismu u isem Missieru miktub fuq ġbinhom.", "U smajt leħen mis-sema, qisu ħoss ta' ħafna ilmijiet, donnu tkarwit ta' ragħad; u l-leħen li smajt kien bħal dak ta' kitarristi jdoqqu ċ-ċetri tagħhom.", "Kienu jgħannu għanja ġdida quddiem it-tron u quddiem l-erba' Ħlejjaq Ħajjin u x-Xjuħ.", "U ħadd ma seta' jitgħallimha dik l-għanja, ħlief il-mija u erbgħa u erbgħin elf, il-mifdija mill-art.", "Dawn huma li ma tniġġsux man-nisa , għax huma verġni; huma li jimxu wara l-Ħaruf kull fejn imur; huma kienu mifdija minn fost il-bnedmin, l-ewwel frott għal Alla u għall-Ħaruf, u minn fommhom qatt ma ħarġet gidba ; bla tebgħa huma.", "It-tliet anġli li jħabbru l-Ġudizzju", "Imbagħad rajt anġlu ieħor jittajjar fl-għoli tas-sema, bl-Evanġelju ta' dejjem ħalli jxandru lil min jgħammar fuq l-art, lil kull ġens, tribù, ilsien u poplu; u b'leħen qawwi beda jgħid: \"Ibżgħu minn Alla u agħtuh glorja, għax ġiet is-siegħa tal-ħaqq tiegħu, u nxteħtu agħtu qima lil dak li għamel is-sema u l-art u l-baħar u l-għejun tal-ilmijiet.\"", "U anġlu ieħor, it-tieni wieħed, ġie warajh jgħid: \"Iġġarrfet, iġġarrfet Babilonja l-Kbira , dik li sqiet il-ġnus kollha bl-inbid ibaqbaq taż-żina tagħha.\"", "U anġlu ieħor, it-tielet wieħed, ġie warajhom jgħid b'leħen qawwi: \"Min jinxteħet iqim il-Bhima u x-xbieha tagħha u jieħu l-marka fuq ġbinu jew fuq idu, hu wkoll jixrob mill-inbid tal-korla ta' Alla li hemm imferragħ safi fit-tazza tal-qilla tiegħu, u jinħaqar b'nar u kubrit quddiem l-anġli qaddisin u quddiem il-Ħaruf.", "U d-duħħan tat-tbatija tagħhom jitla' għal dejjem ta' dejjem; u ma jkollhomx mistrieħ, la billejl u lanqas binhar, dawk li jinxteħtu jqimu l-Bhima u x-xbieha tagħha u min jieħu l-marka ta' isimha.\"", "F'dan qiegħed is-sabar tal-qaddisin, ta' dawk li jħarsu l-preċetti ta' Alla u l-fidi f'Ġesù.", "Imbagħad smajt leħen mis-sema jgħid: \"Ikteb: Hienja minn issa l-mejtin li jmutu fil-Mulej.", "Iva, jgħid l-Ispirtu, huma jistrieħu mit-taħbit kollu tagħhom, għax l-għemejjel tagħhom imorru magħhom.\"", "Il-ħsad u l-ġbir tal-ġnus tal-art", "Ħarist, u rajt sħaba bajda, u fuq is-sħaba kien hemm bilqiegħda wieħed donnu Iben ta' bniedem, b'kuruna tad-deheb fuq rasu u minġel misnun f'idu.", "U mit-tempju ħareġ anġlu ieħor jgħajjat b'leħen qawwi lil dak li kien bilqiegħda fuq is-sħaba: \"Midd il-minġel tiegħek u aħsad, għax waslet is-siegħa biex taħsad, għax il-ħsad tal-art misjur sewwa.\"", "U dak li kien bilqiegħda fuq is-sħaba xejjer il-minġel tiegħu, u l-art sarilha l-ħsad.", "U mbagħad mit-tempju li hemm fis-sema ħareġ anġlu ieħor, li kellu hu wkoll minġel misnun.", "U anġlu ieħor, li kellu s-setgħa fuq in-nar, ħareġ minn ħdejn l-artal u għajjat b'leħen qawwi lil dak li kellu l-minġel misnun u qallu: \"Midd int il-minġel il-misnun, u iġbor l-għenieqed tad-dielja tal-art, għax l-għeneb tagħha sar.\"", "U l-anġlu xejjer il-minġel tiegħu lejn l-art, qata' l-għenieqed tad-dielja tal-art, u xeħethom fil-magħsra l-kbira tal-korla ta' Alla; imbagħad bdew jisħqu l-għeneb fil-magħsra barra l-belt, u mill-magħsra ħareġ demm hekk li laħaq sal-ħadid tal-ilġiem taż-żwiemel f'wesgħa ta' elf u sitt mitt stadju."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/REV.15", "bookref": "REV.15", "text": ["Il-martri jgħannu l-kantiku ta' Mosè", "Imbagħad fis-sema rajt sinjal ieħor, kbir u tal-għaġeb: seba' anġli li kellhom seba' kastigi, dawk tal-aħħar, li bihom kellha tintemm il-korla ta' Alla.", "U rajt bħal baħar tal-ħġieġ imħallat bin-nar, u weqfin fuq il-baħar tal-ħġieġ rajt lil dawk li kienu ħarġu rebbieħa fuq il-Bhima u fuq xbihitha u n-numru ta' isimha; b'ċetri ta' Alla f'idejhom, huma jgħannu l-kantiku ta' Mosè l-qaddej ta' Alla u l-kantiku tal-Ħaruf, u jgħidu:", "\"Kbar u tal-għaġeb l-għemejjel tiegħek,", "Mulej, Alla li tista' kollox;", "ġusti u veri t-triqat tiegħek,", "Sultan tal-ġnus.", "Min, Mulej, ma jibżax minnek", "u ma jsebbaħx lil ismek?", "Għax int waħdek qaddis;", "il-ġnus kollha jiġu", "u jinxteħtu quddiemek,", "għax il-ġudizzji tiegħek intwerew.\"", "Is-seba' kastigi tas-seba' bwieqi", "Wara dan jiena ħarist, u fis-sema nfetaħ it-Tempju, it-tinda tax-Xhieda Miktuba, u mit-Tempju ħarġu s-seba' anġli bis-seba' kastigi; kienu lebsin għażel safi jgħammex l-għajnejn u mdawrin ma' sidirhom kellhom ħżimijiet tad-deheb.", "U wieħed mill-erba' Ħlejjaq Ħajjin ta lis-seba' anġli seba' bwieqi tad-deheb, mimlijin bil-korla ta' Alla li hu ħaj għal dejjem ta' dejjem.", "U t-Tempju mtela bid-duħħan ħiereġ mill-glorja ta' Alla u mill-qawwa tiegħu, u ħadd ma kien jista' jidħol fit-Tempju sa ma ntemmu s-seba' kastigi tas-seba' anġli."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/REV.16", "bookref": "REV.16", "text": ["U smajt leħen qawwi ġej mit-Tempju u jgħid lis-seba' anġli: \"Morru, ferrgħu s-seba' bwieqi tal-korla ta' Alla fuq l-art.\"", "U l-ewwel wieħed mar u ferragħ il-bieqja tiegħu fuq l-art.", "U ġerħa kerha u ta' wġigħ kbir ġiet fuq il-bnedmin li kellhom fuqhom il-marka tal-Bhima u fuq dawk li nxteħtu jqimu x-xbieha tagħha.", "U t-tieni wieħed ferragħ il-bieqja tiegħu fuq il-baħar.", "U dan sar qisu d-demm ta' wieħed mejjet, u nqerdet kull ħliqa ħajja li kien hemm fil-baħar.", "Imbagħad it-tielet wieħed ferragħ il-bieqja tiegħu fuq ix-xmajjar u l-għejun tal-ilmijiet.", "U dawn saru demm.", "U smajt l-anġlu tal-ilmijiet jgħid:", "\"Ġust int, int li hu u li kien, Qaddis int,", "għax għamilt ħaqq minn dawn;", "għax huma xerrdu demm il-qaddisin u l-profeti,", "u lilhom tajthom demm x'jixorbu:", "hekk ħaqqhom.\"", "U smajt l-artal jgħid:", "\"Iva, Mulej, Alla li tista' kollox, veri u ġusti huma l-ġudizzji tiegħek.\"", "U r-raba' wieħed ferragħ il-bieqja tiegħu fuq ix-xemx.", "U ngħata lilha li taħraq il-bnedmin bin-nar; u l-bnedmin inħarqu bi ħruq kbir, u bdew jidgħu bl-isem ta' Alla li għandu s-setgħa fuq dawn il-kastigi, u ma nidmux biex jagħtuh glorja.", "Imbagħad il-ħames wieħed ferragħ il-bieqja tiegħu fuq it-tron tal-Bhima.", "U s-saltna tagħha ddallmet, u n-nies bl-uġigħ bdew igiddmu lsienhom bi snienhom, u jidgħu b'Alla tas-sema minħabba l-uġigħat u l-ġerħat tagħhom, u ma ġithomx indiema mill-għemejjel tagħhom.", "U s-sitt wieħed ferragħ il-bieqja tiegħu fuq ix-xmara l-kbira tal-Ewfrat .", "U l-ilma tagħha nixef, hekk li nfetħet triq għas-slaten tal-Lvant.", "Imbagħad minn fomm id-Dragun, minn fomm il-Bhima u minn fomm il-Profeta Qarrieq rajt ħerġin tliet spirti mniġġsin qishom żrinġijiet: għax dawn huma spirti ta' demonji li jagħmlu sinjali li joħorġu għal għand is-slaten tad-dinja kollha ħalli jiġbruhom għall-gwerra ta' nhar il-Jum il-kbir ta' Alla li jista' kollox.", "(Arani ġej bħal ħalliel!", "Hieni min jishar u jieħu ħsieb l-ilbiesi tiegħu biex ma jimxix għarwien u jarawlu l-għera tiegħu.)", "Imbagħad jiġbruhom fil-post li bil-Lhudi jsejħulu Ħarmagedon .", "U s-seba' wieħed ferragħ il-bieqja tiegħu fl-ajru.", "U mit-Tempju, min-naħa tat-tron, ħareġ leħen qawwi jgħid: \"Seħħ!\"", "U beda jleħħ il-beraq, bi ħsejjes u tkarwit ta' ragħad, u sar terremot hekk kbir li bħalu qatt ma sar kemm ilu l-bniedem fuq l-art, theżżiż bħal dak hekk kbir!", "U l-Belt il-Kbira nqasmet fi tlieta, u l-bliet tal-ġnus iġġarrfu, u Babilonja l-Kbira ftakar fiha Alla biex jagħtiha t-tazza bl-inbid ibaqbaq tal-qilla tiegħu.", "U ħarbet kull gżira, u l-muntanji ma nstabux iżjed.", "U silġ oħxon, kull waħda tqila daqs talent, niżel mis-sema fuq il-bnedmin, u l-bnedmin ħaduha kontra Alla minħabba fil-kastig tas-silġ għax kbir wisq hu dan il-kastig."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/REV.17", "bookref": "REV.17", "text": ["Il-Prostituta l-Kbira u l-Bhima", "Imbagħad ġie wieħed mis-seba' anġli li kellhom is-seba' bwieqi, kellimni u qalli: \"Ejja ħa nurik il-ħaqq isir miż-Żienja l-Kbira li hi bilqiegħda fuq ħafna ilmijiet; kien magħha li waqgħu fiż-żina s-slaten tal-art, u bl-inbid taż-żina tagħha sikru dawk li jgħammru fuq l-art.\"", "U bil-qawwa tal-Ispirtu ħadni fid-deżert, u rajt Mara riekba fuq Bhima ta' lewn aħmar dagħmieni, mimlija b'ismijiet midgħajja, li kellha sebat irjus u għaxart iqrun.", "U l-Mara kellha fuqha lbies tal-porpra u ta' lewn aħmar skarlatt , b'tagħmira deheb fuqha u ħaġar prezzjuż u ġawhar, u b'tazza tad-deheb f'idha, mimlija bil-qżiżijiet u l-ħmiġijiet taż-żina tagħha.", "Fuq ġbinha kellha miktub isem misterjuż: \"Babilonja l-Kbira, omm in-nisa żienja u l-qżiżijiet tal-art.\"", "U rajt il-Mara fis-sakra bid-demm tal-qaddisin u bid-demm tal-martri ta' Ġesù.", "Jien tnixxift inħares lejn dan l-għaġeb kbir.", "U qalli l-anġlu: \"Għaliex tistagħġeb?", "Se ngħidlek jien x'inhu l-misteru tal-Mara u tal-Bhima b'sebat irjus u għaxart iqrun li qiegħda żżommha fuqha.\"", "It-tixbiha tal-Bhima u tal-Mara Prostituta", "\"Il-Bhima li int rajt, kienet, imma m'għadhiex iżjed; issa se titla' mill-bir bla qiegħ biex tmur għall-qerda tagħha.", "U dawk li jgħammru fuq l-art, li sa mit-twaqqif tad-dinja isimhom mhuwiex imniżżel fil-ktieb tal-ħajja, jistagħġbu huma u jaraw il-Bhima, li kienet u li m'għadhiex iżjed u li għad terġa' tidher.", "Hawn jenħtieġ moħħ li jkollu l-għerf!", "Is-sebat irjus huma s-seba' muntanji li fuqhom hi bilqiegħda l-Mara.", "U huma wkoll is-seba' slaten.", "Ħamsa minnhom waqgħu, wieħed għadu hawn, u ieħor għadu ma ġiex, u, meta jiġi, ikollu jdum ftit.", "U l-Bhima, li kienet u ma għadhiex iżjed, hi stess hija t-tmien waħda, imma wkoll waħda mis-sebgħa, u sejra għall-qerda tagħha.", "U l-għaxart iqrun li rajt huma għaxar slaten; huma għadhom ma ħadux is-saltna, iżda għad jieħdu s-setgħa ta' slaten għal siegħa waħda biss flimkien mal-Bhima.", "Dawn fehma waħda għandhom, li jagħtu l-qawwa u s-setgħa tagħhom lill-Bhima.", "Għad jagħmlu gwerra lill-Ħaruf, u l-Ħaruf joħroġ rebbieħ fuqhom, għax hu Sid is-sidien u Sultan is-slaten, flimkien ma' dawk li huma miegħu msejħin u magħżulin u fidili.\"", "U ssokta jgħidli: \"L-ilmijiet li rajt, fejn hemm bilqiegħda ż-Żienja, huma popli u folol ta' nies u ġnus u ilsna.", "U l-għaxart iqrun u l-Bhima li rajt, dawn ikollhom mibegħda għall-Mara żienja, jagħmluha bħal deżert u jneżżgħuha, u jiklulha laħamha u jaħarquha bin-nar.", "Għax Alla webbilhom biex jagħmlu l-fehma tiegħu, ħalli huma wkoll fehma waħda jkollhom, li jagħtu s-saltna tagħhom lill-Bhima, sa ma l-kliem ta' Alla jkun seħħ.", "U l-Mara li rajt hija l-Belt il-Kbira, li għandha s-saltna fuq is-slaten tal-art .\""]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/REV.18", "bookref": "REV.18", "text": ["Anġlu jħabbar il-waqgħa ta' Babilonja", "Wara dan rajt anġlu ieħor nieżel mis-sema b'setgħa kbira, u l-art imtliet bid-dawl tal-glorja tiegħu.", "U għajjat b'leħen qawwi u qal:", "\"Iġġarrfet, iġġarrfet Babilonja l-Kbira,", "u saret għamara tad-demonji,", "saret ħabs tal-ispirti mniġġsin kollha,", "ħabs tat-tajr imniġġes u mibgħud kollu;", "għax mill-inbid ibaqbaq taż-żina tagħha", "xorbu l-ġnus kollha,", "u s-slaten tal-art waqgħu fiż-żina", "magħha, u l-merkanti tal-art stagħnew", "bil-ħala bla rażan tagħha.\"", "Il-ħarba tal-poplu ta' Alla", "Imbagħad smajt leħen ieħor mis-sema jgħid:", "\"Oħorġu minnha, poplu tiegħi,", "biex ma jkollkomx x'taqsmu magħha fi dnubietha,", "u biex mill-kastigi tagħha", "ma tiħdux sehem.", "Għax dnubietha saru munzell għoli sas-sema,", "u Alla ftakar fl-għemejjel ħżiena tagħha.", "Roddulha skont ma hi stess radditilkom,", "ħallsuha d-doppju għal li għamlitilkom,", "ħawrulha d-doppju fit-tazza li ħawret hi.", "Daqskemm issebbħet u tatha għall-ħala,", "daqshekk ieħor ġagħluha tbati u nikktuha,", "għax hija f'qalbha tgħid:", "'Jiena sultana bilqiegħda fuq it-tron,", "m'iniex armla,", "u tassew li n-niket ma nafx bih.'", "Għalhekk f'jum wieħed jiġuha l-kastigi tagħha:", "mewt u niket u ġuħ,", "u fin-nar għad tinħaraq,", "għax setgħani hu l-Mulej li jagħmel", "ħaqq minnha.\"", "Lamentazzjoni fuq Ruma", "Imbagħad is-slaten tal-art, li kienu tawha għaż-żina u għall-ħala magħha, jibdew jibku u jagħtu fuq sidirhom minħabba fiha meta jaraw id-duħħan tal-ħuġġieġa tagħha, u jieqfu 'l bogħod, kollhom biża' mit-tbatija tagħha, u jgħidu:", "\"Jaħasra, jaħasra, il-Belt il-Kbira,", "Babilonja, il-belt setgħana!", "Kif sarlek f'siegħa waħda l-ħaqq tiegħek!\"", "Il-merkanti tal-art jibku u jitnikktu minħabba fiha, għax il-biegħa tagħhom ħadd iżjed ma jkun jixtriha, biegħa ta' deheb u fidda, ħaġar prezzjuż u ġawhar, għażel fin, porpra, ħarir u drapp tal-iskarlatt, kull xorta ta' injam ifuħ, kull xorta ta' oġġetti tal-avorju u ta' injam jiswa ħafna, bronż, ħadid, irħam, ħwawar tal-kannella u ħxejjex tal-balzmu, fwieħa, mirra, inċens, inbid u żejt, smid u qamħ, bhejjem u nagħaġ, żwiemel u karrijiet, ilsiera u nies għall-bejgħ.", "\"U tbiegħed minnek", "il-frott imwaħħar li għalih kont tixxennaq,", "u kull tħaxxim u tlellix intilef għalik,", "u żgur li qatt iżjed ma jinstab!\"", "Il-merkanti ta' dawn il-ħwejjeġ, li stagħnew minn fuqha, jieqfu 'l bogħod, imbikkija u mnikkta, kollhom biża' mit-tbatija tagħha, u jgħidu:", "\"Jaħasra, jaħasra, il-Belt il-Kbira,", "li kienet tilbes għażel fin,", "u porpra u drapp tal-iskarlatt,", "b'tagħmir ta' deheb fuqha,", "u ħaġar prezzjuż u ġawhar!", "Kif f'siegħa waħda ġie fix-xejn dan l-għana kollu.\"", "U l-bdoti u n-nies kollha tal-baħar, il-baħrin u dawk kollha li jaħdmu fuq il-baħar, waqfu 'l bogħod, u bdew jgħajtu xħin raw id-duħħan tal-ħuġġieġa tagħha, u qalu:", "\"Min kien bħall-Belt il-Kbira!\"", "U xeħtu t-trab fuq rashom, u nfexxew f'biki u niket u qalu:", "\"Jaħasra, jaħasra, il-Belt il-Kbira,", "li mill-kotra tal-ġid tagħha", "stagħna kull min għandu l-iġfna fuq il-baħar!", "Kif f'siegħa waħda ġiet fix-xejn!\"", "Ifraħ, sema, minħabba fiha,", "u intom ukoll, qaddisin u appostli u profeti,", "għax Alla tħallas minnha għalikom!", "Imbagħad wieħed anġlu ta' saħħa kbira rafa' ġebla kbira tal-mitħna, waddabha fil-baħar u qal:", "\"Hekk b'saħħa tintrema", "Babilonja, il-Belt il-Kbira,", "u ma tinstabx iżjed.", "U fik ma jinstemax iżjed", "id-daqq tal-kitarristi u l-leħen tal-għannejja;", "tad-daqqaqa tal-flawt u tat-trombi;", "ebda mgħallem ta' ebda sengħa", "ma jinstab iżjed ġewwa fik;", "fik aktar ma tinstamax", "l-għanja tal-mitħna;", "fik aktar ma jiddix", "id-dawl tal-musbieħ;", "l-għana tal-għarus u tal-għarusa", "fik aktar ma jinstamax.", "Għax il-merkanti tiegħek kienu l-kbarat tal-art,", "u bis-seħer tiegħek tqarrqu l-ġnus kollha.\"", "U fiha nstab id-demm tal-profeti u tal-qaddisin u tal-maqtulin kollha fuq l-art."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/REV.19", "bookref": "REV.19", "text": ["Għanja ta' rebħ fis-sema", "Wara dan smajt bħal leħen qawwi ta' kotra kbira fis-sema jgħidu:", "\"Hallelujah !", "Is-Salvazzjoni u l-glorja u l-qawwa ta' Alla tagħna,", "għax veri u ġusti huma l-ġudizzji tiegħu;", "għax għamel ħaqq miż-Żienja l-Kbira,", "dik li ħassret l-art biż-żina tagħha,", "u tħallas minnha", "tad-demm tal-qaddejja tiegħu.\"", "U reġgħu qalu:", "\"Hallelujah!", "Iva, id-duħħan tagħha tiela'", "għal dejjem ta' dejjem.\"", "U l-erbgħa u għoxrin Xiħ u l-erba' Ħlejjaq Ħajjin inxteħtu jagħtu qima lil Alla li qiegħed fuq it-tron, u qalu:", "\"Ammen!", "Hallelujah!\"", "It-tieġ tal-Ħaruf", "U ġie leħen mit-tron jgħid:", "\"Faħħru lil Alla tagħna,", "qaddejja tiegħu kollha,", "u intom li tibżgħu minnu,", "kemm żgħar u kemm kbar.\"", "U smajt bħal leħen ta' kotra kbira u bħal ħoss ta' ilmijiet kotrana u bħal tkarwit ta' ragħad qawwi, jgħidu:", "\"Hallelujah!", "Għax ħa s-saltna l-Mulej,", "Alla tagħna li jista' kollox.", "Nifirħu u nithennew", "u nagħtuh glorja,", "għax wasal it-tieġ tal-Ħaruf,", "u l-Għarusa tiegħu ħejjiet ruħha,", "u lilha ngħata li tilbes", "għażel fin jgħammex l-għajnejn -", "għax l-għażel fin ifisser l-għemejjel", "tajba tal-qaddisin.\"", "Imbagħad qalli: \"Ikteb: Hienja dawk li kienu mistiedna għall-mejda tat-tieġ tal-Ħaruf.\"", "Qalli: \"Dan hu kliem tassew ta' Alla.\"", "U jiena nżilt f'riġlejh quddiemu u nxtħett nagħtih qima; iżda hu qalli: \"Hekk le!", "Jiena qaddej bħalek u bħal ħutek li għandhom ix-xhieda ta' Ġesù.", "Il-qima lil Alla tagħtiha.\"", "Għax ix-xhieda ta' Ġesù hi l-ispirtu tal-profezija.", "Ir-Rikkieb fuq żiemel abjad", "Imbagħad rajt is-sema miftuħ, u kien hemm żiemel abjad!", "Dak li kien riekeb fuqu jissejjaħ Fidil u Veru; bil-ġustizzja hu jaqta' l-ħaqq u jagħmel il-gwerra.", "Għajnejh qishom ħuġġieġa nar, b'ħafna dijademi fuq rasu, u b'isem miktub fuqu li ħadd ħliefu ma jafu.", "Kien liebes mantell imxarrab bid-demm, u jissejjaħ bl-isem \"il-Kelma ta' Alla\".", "Mexjin warajh, fuq żwiemel bojod, kien hemm l-eżerċti tas-sema, lebsin l-għażel abjad bla nikta.", "Minn fommu ħierġa xabla misnuna, biex jolqot il-ġnus, u jmexxihom b'xettru tal-ħadid.", "Huwa jisħaq l-inbid ibaqbaq fil-magħsra tal-korla ta' Alla li jista' kollox.", "Fuq il-mantell u fuq koxxtu għandu miktub isem: \"Sultan tas-slaten u Sid tas-sidien.\"", "U rajt wieħed anġlu wieqaf fuq ix-xemx, u qabad jgħajjat b'leħen qawwi u jgħid lit-tjur kollha li jittajru fl-għoli tas-smewwiet: \"Ejjew, inġabru flimkien għall-mejda l-kbira ta' Alla.", "Ħalli tieklu laħam is-slaten, laħam il-kaptani, laħam is-setgħana, laħam iż-żwiemel u r-rikkieba tagħhom, il-laħam ta' kulħadd, sew ħielsa u sew ilsiera, kemm żgħar u kemm kbar.\"", "Imbagħad rajt il-Bhima u s-slaten kollha tal-art u l-eżerċti tagħhom, miġbura flimkien biex jagħmlu gwerra lil dak li kien riekeb fuq iż-żiemel u lill-eżerċtu tiegħu.", "U l-Bhima nqabdet, u wkoll il-Profeta Qarrieq li quddiemha kien jagħmel is-sinjali li bihom kien qarraq b'dawk li ħadu l-marka tal-Bhima u li nxteħtu jqimu x-xbieha tagħha.", "U t-tnejn twaddbu ħajjin fil-belliegħa tan-nar jaqbad tal-kubrit.", "U l-bqija sfaw maqtula bix-xabla li kienet ħarġet minn fomm dak li kien riekeb fuq iż-żiemel, u t-tajr kollu kililhom laħamhom sa xaba'."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/REV.20", "bookref": "REV.20", "text": ["Is-Saltna ta' elf sena", "U rajt nieżel mis-sema anġlu, bil-muftieħ tal-bir bla qiegħ u katina kbira f'idu.", "U huwa qabad id-Dragun, is-Serp tal-qedem, li hu d-Demonju u x-Xitan, u rabtu għal elf sena, u waddbu fil-bir bla qiegħ, li mbagħad għalqu fuqu u ssiġillah biex ma jqarraqx iżjed bil-ġnus sa ma jintemmu l-elf sena.", "Wara dawn imbagħad ikun meħtieġ li jinħall għal ftit taż-żmien.", "U rajt tronijiet, u fuqhom qagħdu bilqiegħda xi wħud li lilhom ngħatat is-setgħa li jagħmlu l-ħaqq.", "Rajt ukoll l-erwieħ ta' dawk li kienu qatgħulhom rashom minħabba fix-xhieda ta' Ġesù u l-Kelma ta' Alla, u lil dawk li ma kinux inxteħtu jagħtu qima lill-Bhima u lix-xbieha tagħha, u li ma ħadux il-marka fuq ġbinhom u fuq idhom.", "U dawn bdew jgħixu u jsaltnu ma' Kristu għal elf sena.", "Il-bqija tal-mejtin ma reġgħux ħadu l-ħajja sa ma jkunu ntemmu l-elf sena.", "Dan hu l-ewwel qawmien tal-imwiet.", "Hieni u qaddis min għandu sehem fl-ewwel qawmien tal-imwiet; it-tieni mewt ma għandha ebda setgħa fuq dawn, imma jkunu qassisin ta' Alla u ta' Kristu, u jsaltnu miegħu matul l-elf sena.", "Ir-rebħa fuq ix-Xitan", "U meta jintemmu l-elf sena, ix-Xitan jinħall mill-ħabs tiegħu, u joħroġ iqarraq bil-ġnus li jinsabu fl-erba' rkejjen tal-art, jiġifieri Gog u Magog , u jiġborhom għall-gwerra f'kotra kbira daqs ir-ramel tal-baħar.", "Huma telgħu fuq il-wisa' kollu tal-art u dawru l-kamp tal-qaddisin u l-Belt l-għażiża.", "Imma mis-sema niżel nar u belagħhom.", "Imbagħad id-Demonju, li kien qarraq bihom, sab ruħu mwaddab fil-belliegħa ta' nar u kubrit, fejn hemm ukoll il-Bhima u l-Profeta Qarrieq, u jibqgħu jbatu lejl u nhar għal dejjem ta' dejjem.", "Il-Ġudizzju mit-tron kbir abjad", "Rajt imbagħad tron kbir abjad u 'l dak li hu bilqiegħda fuqu.", "L-art u s-sema ħarbu minn quddiemu, bla ma nstab post għalihom.", "U rajt il-mejtin, kbar u żgħar, quddiem it-tron.", "U nfetħu l-kotba.", "Infetaħ ukoll ktieb ieħor, dak tal-ħajja.", "Imbagħad il-mejtin sar ħaqq minnhom fuq l-għemejjel tagħhom, skont ma kienu mniżżla fil-kotba.", "Il-baħar radd lura l-mejtin li kien hemm ġo fih, u hekk ukoll il-Mewt u l-Qiegħ tal-art raddew lura l-mejtin li kien hemm ġo fihom, u kull wieħed minnhom sar ħaqq minnu fuq l-għemejjel tiegħu.", "Imbagħad il-Mewt u Post il-Mejtin ġew mixħuta fil-belliegħa tan-nar - din l-għadira tan-nar hija t-tieni mewt.", "Hekk ukoll min ma nstabx imniżżel fil-ktieb tal-ħajja, kien mixħut fil-belliegħa tan-nar."]} {"category": "Religion, Bible", "year": "2020", "url": "https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/REV.21", "bookref": "REV.21", "text": ["Ġerusalemm: il-Belt il-qaddisa", "U rajt sema ġdid u art ġdida, għax is-sema ta' qabel u l-art ta' qabel għabu, u ma kienx hemm iżjed baħar.", "U l-Belt il-qaddisa, Ġerusalemm il-ġdida, rajtha nieżla mis-sema mingħand Alla, imħejjija bħal għarusa mżejna għall-għarus tagħha.", "U smajt leħen qawwi ġej mit-tron jgħid: \"Din hi l-għamara ta' Alla mal-bnedmin; u hu jgħammar magħhom, u huma jkunu l-poplu tiegħu, u Alla nnifsu jkun magħhom, Alla tagħhom.", "Hu jixxuttalhom kull demgħa minn għajnejhom; ma jkunx hemm iżjed mewt, anqas biki jew għajjat jew tbatija ma jkun hemm iżjed, għax għabu l-ħwejjeġ ta' qabel.\"", "Imbagħad dak li hu bilqiegħda fuq it-tron qal: \"Ara, se nġedded kollox.\"", "Qalli: \"Ikteb, għax dawn il-kelmiet huma minnhom u ta' min joqgħod fuqhom.\"", "U qalli mbagħad: \"Seħħu!", "Jiena l-Alfa u l-Omega, il-Bidu u t-Tmiem.", "Lil min hu bil-għatx jiena nisqih b'xejn mill-għajn tal-Ħajja.", "Dawn jirithom ir-rebbieħ; u jiena nkun Alla tiegħu u hu jkun ibni.", "Imma għall-ġwejjef, għal min ma baqax fidil, għal dawk ta' ħajja mħassra, għall-qattiela, għaż-żienja, għas-saħħara, għall-idolatri u għall-giddieba kollha, sehemhom ikun fil-belliegħa tan-nar iħeġġeġ u tal-kubrit; din hi t-tieni mewt.\"", "Il-glorja tal-Għarusa, mart il-Ħaruf", "Imbagħad wieħed mis-seba' anġli, dawk tas-seba' bwieqi bl-aħħar seba' kastigi, ġie jkellimni u qalli: \"Ejja nurik l-Għarusa, mart il-Ħaruf.\"", "U ħadni fl-ispirtu fuq muntanja kbira u għolja, u wrieni l-Belt il-Qaddisa, Ġerusalemm, nieżla mis-sema mingħand Alla, bil-glorja ta' Alla fiha, tiddi bħal ħaġra mill-aktar prezzjuża, bħal ġaspru jleqq daqs il-kristall.", "Għandha ħajt kbir u għoli, bi tnax-il bieb fih, u tnax-l anġlu fil-bibien li fuqhom hemm miktuba ismijiet, l-ismijiet tat-tnax-il tribù ta' wlied Iżrael.", "Tlieta minn dawn il-bibien jagħtu għan-naħa tal-Lvant, tlieta għan-naħa tat-Tramuntana, tlieta għan-naħa tan-Nofsinhar, u tlieta għan-naħa tal-Punent.", "U l-ħajt tal-Belt għandu tnax-il pedament, li fuqhom hemm it-tnax-il isem tat-tnax-il appostlu tal-Ħaruf.", "Dak li kien qiegħed ikellimni kellu qasba tal-qjies, tad-deheb, biex jieħu l-qisien tal-Belt u tal-bibien u l-ħajt tagħha, belt kwadra, tul u wisa' wieħed.", "U ħa l-qjies tal-Belt bil-qasba, tul ta' tnax-il elf stadju; tul u wisa' u għoli fiha l-istess.", "U ħa wkoll il-qjies tal-ħajt tagħha, mija u erbgħa u erbgħin driegħ b'qjies ta' bniedem, jiġifieri ta' anġlu.", "Il-bini tal-ħajt huwa tal-ġaspru, u l-Belt deheb fin, ċar bħall-ħġieġ.", "Il-ħajt tal-Belt għandu pedamenti mogħnija b'kull xorta ta' ħaġar prezzjuż: l-ewwel pedament ġaspru, it-tieni żaffir, it-tielet kalċedonju, ir-raba' żmerald, il-ħames sardoniċi, is-sitta kornalina, is-seba' krisolitu, it-tmienja berill, id-disa' topazju, l-għaxar krisopazju, il-ħdax ġjaċint, u t-tnax ametist.", "U t-tnax-il bieb huma tnax-il ġawhra, kull bieb magħmul minn ġawhra waħda.", "Il-pjazza tal-belt hi tad-deheb fin, tleqq qisha ħġieġa.", "Ebda tempju ma rajt fiha, għax il-Mulej hu t-tempju tagħha, Alla li jista' kollox, u l-Ħaruf.", "U l-Belt ma teħtieġ la xemx u lanqas qamar biex idawluha, għax biex iddawwalha għandha l-glorja ta' Alla, u l-musbieħ tagħha l-Ħaruf.", "Il-ġnus jimxu bid-dawl tagħha, u s-slaten tal-art iġibulha l-glorja tagħhom.", "Il-bibien tagħha ma jingħalqux binhar, għax lejl hemmhekk ma jkunx hemm.", "U jġibu fiha l-glorja u l-ġieħ tal-ġnus.", "Imma ma tidħol fiha ebda ħaġa mniġġsa, ħadd li jagħmel ħwejjeġ mistkerrha, ebda ħaġa b'oħra ma tidħol, imma biss dawk li tniżżlu fil-ktieb tal-ħajja tal-Ħaruf."]}